KullHadd_14.08.2016

Page 1

INTERVISTA MA’

MARK CAMILLERI

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 14 ta’ Awwissu, 2016

Ara paġni 10 u 11 Ħarġa Nru 1,205 Prezz €1

TA’ BARTS APPLIKAW

• IL-PJANTI TAL-ISKOLA MEDIKA GĦAND L-AWTORITÀ TAL-IPPJANAR • “ĊANS LI MALTA SSIR ĊENTRU TA’ EDUKAZZJONI, RIĊERKA U KURA” – PROFESSUR AMERIKAN • IKOMPLI JIRRANKA L-PROĠETT KBIR FIL-QASAM TAS-SAĦĦA Il-pjanti tal-iskola medika li se tinfetaħ f ’Għawdex biswit l-Isptar Ġenerali jinsabu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar. Il-gazzetta KullĦadd tista’ tiżvela li dawn ilpjanti daħlu fl-uffiċini tal-Awtorità nhar il-Ħamis li għadda biex issa

l-applikazzjoni tgħaddi mill-proċess ta’ kull applikazzjoni oħra. B’hekk sar pass ieħor lejn il-bidu ta’ din l-iskola li kienet deskritta mill-Kap Eżekuttiv ta’ Partners Health Care, Gilbert Mudge, bħala waħda mirraġunijiet li attirathom lejn Malta.

“Il-fatt li waħda mill-iskejjel mediċi ewlenin fid-dinja kienet se tiftaħ skola medika f ’Malta kien attraenti ferm,” qal Mudge f ’intervista malgazzetta KullĦadd. Din l-applikazzjoni daħlet f ’ġimgħa fejn kien iffirmat

SINGLE PARENTS IMIDDU GĦONQHOM GĦAX-XOGĦOL • ŻIEDA TA’ 10% FI TLIET SNIN

ftehim bejn il-Gvern u l-Unjin talInfermiera u li, fi żjara fl-Isptar San Luqa, l-investituri ta’ Vitals Healthcare Group ikkonfermaw li wara l-festi ta’ Santa Marija jibdew ix-xogħol hemm ukoll. Ara paġna 3

MINN €2,000,000 GĦAL €35,000,000

Fi tliet snin kien hemm żieda ta’ 10% fin-numru ta’ single parents fid-dinja tax-xogħol. Dan jirriżulta minn tagħrif li kien ippubblikat flimkien mad-dokument ta’ qabel il-baġit li wera biċċar ir-riżultati li ħallew diversi inizjattivi maħsuba biex iktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Filwaqt li fl-2013 kien hemm ftit inqas minn 50% tat-total tas-single parents jaħdmu, illum dan in-numru laħaq is-60%. Ma kinux biss is-single parents li meddew iktar għonqhom għax-xogħol; jirriżulta li, grazzi għat-tapering tal-benefiċċju, fejn il-benefiċċju soċjali ma jinqatax mal-ewwel, kien hemm 1,150 persuna li daħlet lura fid-dinja tax-xogħol. Kien hemm 673 persuna li rċeviet il-benefiċċju tal-qgħad għal iktar minn sentejn u li dawn ukoll daħlu fid-dinja tax-xogħol fi prova oħra li qed tkun ippremjata l-bżulija.

Il-Malta Air Traffic Services, li tipprovdi s-servizz ta’ navigazzjoni għall-ajruplani li jkunu qed itiru fl-ispazju talajru ta’ Malta, rat il-valur tagħha jitla’ għal €35,000,000. Dan minn €2,000,000 fl-2012. Żvela dan il-Kap Eżekuttiv tal-MATS, Kenneth Chircop, f ’intervista mal-gazzetta KullĦadd. “Fl-2011, il-kumpanija kellha tissellef mingħand ilbanek biex tiffinanzja d-dejn u t-telf li sar fil-passat u saħansitra sabiex jitħallsu l-ispejjeż kurrenti tal-kumpanija. Minn kumpanija li kienet tagħmel it-telf, illum għandna kumpanija li trendi,” żvela Chircop. Illum il-kumpanija mhux talli m’għadhiex tirċievi sussidju mingħand il-Gvern, iżda saħansitra qiegħda tagħti dividend annwali lill-Gvern. Minn piż fuq it-tax payer, illum ilkumpanija saret assi importanti tal-pajjiż.

Ara paġni 6 u 7

Ara paġni 8 u 9


02 14|08|2016

kullhadd.com

LOKALI

BIT-TAMA LI SAN FRANĠISK MA JKIDDNIEX • KWAŻI LEST L-EWWEL SPTAR TAL-ANNIMALI • DIVERSI BIDLIET MINN KIF KIEN ĊENTRU SAN FRANĠISK

Keith Attard

Kitba ta’ powerwash. Minflok għandna ABRAHAM ABELA sistemi ta’ drains iddisinjati apposta,” spjega Attard, li Iċ-Ċentru San Franġisk f ’Ta’ fisser kif il-bidla minn post Qali, li huwa l-post minn fejn ta’ after care għal sptar fissret tingħata l-kura lill-annimali, ra ukoll bidliet fil-mod kif huwa bidla kbira tul l-aħħar ġimgħat mqassam il-bini. biex fi ftit jiem f ’pajjiżna Qal li dan sar b’konsultazzjoni jibda jaħdem l-ewwel sptar ma’ esperti u tobba u din iddarba ċerti żoni se jkunu veterinarju. Meta żorna l-post fl-aħħar ristretti għall-veterinarji u jiem stajna nxommu r-riħa ta’ infermiera biss. Dawn il-bidliet ma apparat ġdid fjamant jinkixef faċli. Attard mill-boroż u apprezzajna kinux d-dehra ta’ post mill- innota li xejn ma kien isbaħ mgħammar bl-aqwa ward u żahar għalih faċilitajiet, li kienu installati wara li l-MEPA ħarġet b’mod differenti ħafna minn il-permess biex jibda Fost oħrajn kif kienu sa qabel din il-bidla. x-xogħol. L-operatur, Keith Attard, instabet problema kbira fisspjegalna kif il-post kellu sistema tad-drenaġġ. Dak li bżonn bidliet sostanzjali. meta snin ilu kien inawgurat Dak li fl-imgħoddi kien u ddeskrivewh bħala ‘l-aqwa’ deskritt bħala state of the art kellu diffetti li ma jidhrux. kellu numru ta’ nuqqasijiet; “Kellna naqilgħu radikalment saħansitra anke dawk marbuta kullimkien, kien hemm flow ta’ drenaġġ anke fit-torba u mal-iġene. “Kollox intrefa’ mill-art fl-art. Prattikament kellna biex ikun jista’ jitnaddaf u jiġi niżvojtaw il-post għax kien ikkontaminat. diżinfettat tajjeb. Hawn mhux kullimkien se jkun hawn aktar tixrid ta’ B’hekk kellna nerġgħu natu ilma jew inkella ħasil b’xi l-konkos kullimkien u tajna

wiċċ ġdid lill-isptar kollu,” spjegalna Attard. Mal-operatur il-ġdid tkellimna dwar il-problemi li kien hemm fil-post fil-passat. Jinnota

Għednielu li taħt l-operatur l-ieħor il-prezzijiet kienu esaġerati. X’garanzija hemm li mhux se jiġri l-istess? li ma setax isir paragun ma’ dak li kien hemm għax ilfunzjoni se tkun differenti. Ma dorniex mal-lewża u għednielu li taħt l-operatur l-ieħor il-prezzijiet kienu esaġerati u kultant intużaw prattiki qarrieqa. X’garanzija hemm li mhux se jiġri l-istess? Wieġeb billi qal li min ifittex

is-servizzi ta’ dan l-isptar ħa jkun jaf minn qabel x’inhuma l-ispejjeż. “Aħna, b’differenza se nistabbilixxu price list. Ħa jkun hemm lista li se tindika, anke meta inti ħadt ċertu interventi after hours, meta ħadt ċertu interventi fil-festi pubbliċi jew inkella s-Sibt jew il-Ħadd, xi prezz tistenna. Għax din tfisser ukoll li għandek nies li qegħdin jaħdmu overtime, bix-xift u b’sistemi li dak il-ħin iżidu l-ispiża,” qal Attard. Żied li l-ispejjeż biex sptar bħal dan jitmexxa qegħdin hemm u ħadd ma jista’ jaħrabhom. Għalkemm, fi kliemu, il-prezzijiet li se jħallas il-klijent ikunu raġonevoli. Dan filwaqt li l-NGOs se jkunu intitolati għal skont ta’ 25% u se jkunu mistiedna għal diversi diskussjonijiet. Attard qal ukoll li l-kobor talisptar ippermetta li l-annimali tal-Animal Welfare ikunu separati minn dawk tal-privat. B’hekk ġiet indirizzata

kwistjoni oħra tal-passat, fejn klijenti kienu jibżgħu li l-annimali tagħhom jiġu kkontaminati minn dawk tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali, li forsi jkunu għadhom kif inġabru minn xi triq. Fil-fatt, l-annimali miġbura mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali diġà bdew jittieħdu għall-kura; xi ħaġa li qed tgħin fit-taħriġ. Attard spjega li kull każ li qed jidħol mid-Dipartiment qed ikun segwit mill-infermiera kollha li qed jitħarrġu fuq apparat tal-ogħla livell. “Li qed jiġri hu li kull apparat li qed jinfetaħ qed isir taħrig fuqu. Imbagħad hemm it-taħriġ minn kull supplier li aħna xtrajna mingħandu,” qalilna Attard, filwaqt li dawwarna malapparat b’ċertu kburija ta’ xi ħadd li għadu kif daħal f ’dar ġdida – dar li din id-darba hija maħsuba biex toffri kura lillannimali li għal ħafna huma parti mill-familja u li l-bżonn ta’ sptar speċjalizzat ilhom iħossuh.


LOKALI

kullhadd.com

14|08|2016 03

JAPPLIKAW GĦALL-BINI TAL-ISKOLA MEDIKA F’GĦAWDEX • F’SAN LUQA JIBDA X-XOGĦOL WARA X-SHUT DOWN ALEANDER BALZAN

aleander.balzan@one.com.mt

Fost l-applikazzjonijiet ta’ żvilupp li daħlu fl-aħħar jiem għand l-Awtorità tal-Ippjanar kien hemm dik li se tara l-ftuħ tal-iskola medika f ’Għawdex u l-bini ta’ faċilitajiet ġodda bħala parti mill-proġett ta’ Barts. Wara xhur ta’ ppjanar, testijiet fuq l-art u diskussjonijiet malistess Awtorità, l-investituri kienu f ’pożizzjoni li jissottomettu l-pjan tagħhom għall-approvazzjoni talAwtorità tal-Ippjanar li minnaħa tagħha issa tkun qed tevalwah. Biswit l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kif nafuh illum, u anke fis-sit li llum jilqa’ l-pazjenti, se jkun hemm bidla sħiħa b’faċilitajiet tal-ogħla livell biex f ’Għawdex ikollna dak magħruf bħala teaching hospital tal-ogħla livell. B’hekk, pass pass u sit sit, qed jieħu l-ħajja l-proġett ta’ sħubija bejn il-Gvern u l-privat fil-qasam tas-saħħa. Fl-aħħar jiem kien ikkonfermat kif f ’San Luqa jibda x-xogħol

It-testijiet f ’Għawdex ilhom għaddejjin diversi ġimgħat wara l-festi ta’ Santa Marija. L-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar saret fl-istess ġimgħa li kien iffirmat ftehim importanti ħafna b’rabta malinvestiment ta’ iktar minn €200 miljun. Il-ftehim kien iffirmat bejn il-Gvern u l-infermiera

li jirrappreżentaw sezzjoni kruċjali ta’ ħaddiema fis-settur tas-saħħa. Dan il-ftehim jiggarantixxi l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema ta’ dawn l-isptarijiet u huwa konferma li l-ħaddiema preżenti fl-

isptarijiet ta’ San Luqa, Karin Grech u dak ta’ Għawdex se jibqgħu ħaddiema tal-Gvern, bl-istess kundizzjonijiet tax-xogħol skont il-ftehim kollettiv. Fost affarjiet oħra l-MUMN u l-Gvern qablu li, hekk

kif jespandu s-servizzi f ’Għawdex, ikun kemm lok li l-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta jitilgħu jaħdmu Għawdex. Il-public private partnership bejn il-Gvern u Vitals Global Healthcare se jwassal għal sptarijiet f ’pajjiżna tal-ogħla livel, bi standards għoljin u b’servizzi li jibqgħu b’xejn għall-pazjenti Maltin. Huwa proġett li se jdaħħal f ’pajjiżna l-kunċett ta’ turiżmu mediku fejn huwa stmat li kull turist mediku se jkun qed jonfoq madwar €10,000 f ’kura u servizzi oħra waqt li jkun f ’pajjiżna. Is-Segretarju Ġenerali talMUMN, Colin Galea, qal li jixtieq li l-ħaddiema jaħdmu fi sptar state of the art blogħla standard. “Iżda issa hemm bżonn li ngħaddu għall-fatti. Mhux se nħallu lill-ħaddiema tagħna jidħlu jaħdmu fil-għama u għalhekk dan il-ftehim huwa importanti għax se jkun qiegħed jissoda l-pożizzjoni tal-ħaddiema,” qal Colin Galea.

TA’ HARVARD ISSIEĦBU GĦAL TLIET RAĠUNIJIET • INTERVISTA ESKLUSSIVA MAL-KAP EŻEKUTTIV, GILBERT MUDGE

Kien hemm tliet raġunijiet ewlenin li wasslu biex Partners Health Care, li huma parti mill-iskola medika ta’ Harvard, issieħbu fil-proġett fil-qasam tas-saħħa f ’pajjiżna. Qal dan Gilbert Mudge, ilKap Eżekuttiv tal-istess organizzazzjoni, f ’intervista mal-gazzetta KullĦadd, li siltiet minnha jixxandru wkoll fuq one.com.mt Bħala l-ewwel raġuni Mudge semma l-miġja tal-iskola medika ta’ Barts. “Il-fatt li waħda milliskejjel mediċi ewlenin fid-dinja kienet se tiftaħ skola medika f ’Malta kien attraenti ferm. Kien hemm imbagħad il-vizjoni ta’ Vitals Global Health Meta Care li jridu jibdlu l-mod kif tingħata Barts tidħol bħala l-kura hawn; t-tieni skola medika, kura li se tkun disponibbli għalldin toħloq opportunità popolazzjoni li Malta ssir ċentru ta’ kollha. Konna interessati fledukazzjoni, riċerka impenn tagħhom u kura lejn il-kwalità u r-riċerka f ’Malta. Eżekuttiv Il-kura medika hija t a ’ kumplessa u trid tibdilha bi organizzazzjoni ħsieb u b’kollaborazzjoni,” qal Mudge, li għadda biex isemmi li ddur id-dinja tissieħeb fi proġetti tal-ogħla livell. t-tielet fattur. Partners Health Care hija “Meta bdejna dawn iddiskussjonijiet, imbagħad sistema ta’ kura tas-saħħa konna attirati mill-viżjoni tal- f ’Boston u għandna sptarijiet Gvern ta’ Malta,” tenna l-Kap ta’ tagħlim prestiġjużi ħafna,

fosthom l-isptar ġenerali f ’Massachusetts. “Għandna netwerk kbir ta’ kura primarja u għandna l-ikbar baġit ta’ riċerka fl-Istati Uniti. Għandna impenji marbuta mar-riabilitazzjoni u s-servizzi fid-djar. Aħna nduru l-ispettru kollu tas-saħħa. Minn sptarijiet sekondarji għal dawk speċjalizzati u kura primarja,” qalilna Mudge; xi ħaġa li kkonfermajna fi żjara fuq is-sit ta’ Partners Health Care fejn ma jonqsux lanqas ir-referenzi għas-sehem importanti ta’ din l-organizzazzjoni fi proġetti

kbar madwar id-dinja. “Il-missjoni internazzjonali tagħna hi li nikkollaboraw ma’ nies li għandhom l-istess impenn lejn il-komunità tagħhom. Interessati f ’inizjattivi li jtejbu l-aċċess għall-qasam tas-saħħa, u li jibdlu l-mod kif tingħata l-kura u li anke jnaqqsu l-ispejjeż, u fuq kollox li jtejbu l-kwalità,” tenna Mudge, li żvela l-ħidma li għaddejja b’rabta malproġett f ’pajjiżna. “Aħna diġà ħdima mal-Vitals Global Health Care biex niddisinjaw mill-ġdid is-servizzi

ta’ riabilitazzjoni. Għandna tim sħiħ f ’Boston li qed iħares lejn ir-riabilitazzjoni fl-Isptar San Luqa u kif se nestenduh filkomunità. Se nħarsu wkoll lejn is-servizzi kliniċi f ’San Luqa u l-isptar ta’ Għawdex u kif nistgħu nintegraw dan kollu f ’Mater Dei. Irridu sistema integrata tal-aqwa kwalità u naf li dak hu li jixtieq il-Prim Ministru wkoll,” kompla l-Kap Eżekuttiv b’determinazzjoni liema bħalha. Fil-fatt, iddiskussjonijiet mal-Gvern jissemmew ħafna min- naħa tiegħu. “Kien ċar għalina li l-Gvern jifhem li l-qasam tas-saħħa jrid jitjieb u jkun iktar effiċjenti, filwaqt li jkun avvanzat. Meta Barts tidħol bħala t-tieni skola medika, din toħloq opportunità li Malta ssir ċentru ta’ edukazzjoni, riċerka u kura fil-qasam tas-saħħa,” qal Mudge, li jidher li hu attirat bilkbir mis-sehem ta’ din l-iskola li se tiżviluppa f ’Għawdex, għalkemm mhux biss. “Meta rajna wkoll il-potenzjal li nirriabilitaw l-Isptar San Luqa u li nagħtu l-ħajja din l-istruttura biex nipprovdu kura, minn hemm konna eċitati bil-kbir,” qal Mudge, meta kellimna fil-bidu ta’ ġimgħa li rat avveniment wara ieħor li komplew jagħtu l-ħajja lil dan il-proġett miljunarju li sa ftit ilu lanqas biss konna noħolmuh.


04 14|08|2016

kullhadd.com

LOKALI

GPS ĠOL-MOĦĦ BIEX JINSTAB IT-TUMUR

Il-kirurgu, Dr Ludwic Zrinzo Ilbieraħ filgħodu l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne nieda magna ġdida bl-isem ta’ Brain Lab biex tassisti l-kirurgi f ’każ li jkun hemm tumur fir-ras. Din il-magna saret b’investiment ta’ xejn inqas minn €350,000 u ġiet imħallsa minn fondi tal-Gvern. Dan l-apparat qed ikompli jżid l-infrastruttura u t-teknoloġija

tal-Isptar Mater Dei sabiex ikun jista’ jikkompeti ma’ sptarijiet oħra madwar iddinja. Sa ftit żmien ilu din ilmagna kienet għadha ħolma li tidher fuq il-kotba, iżda issa saret realtà, sostna l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. Il-kirurgu ta’ fama internazzjonali, Dr Ludwic Zrinzo, sostna li, permezz ta’

din il-magna, it-tumur jista’ jiġi identifikat b’mod aktar preċiż u tħalli inqas ħsara fuq il-pazjent meta ssir il-fetħa. Ilkirurgu sostna li hemm ċertu każi fejn huwa essenzjali li tuża dan l-apparat għax ma tistax tagħmel operazzjoni mingħajr ma tagħmel ħafna ħsara jekk ma jkollokx dan ittip ta’ apparat li jiggwidak, qisu

GPS, biex waqt l-operazzjoni tkun taf fejn qiegħed eżatt ittumur fir-ras ta’ dak li jkun. Is-sistema taħdem b’tip ta’ sensors li huma kameras li jintużaw biex jiġi identifikat it-tumur f ’moħħ il-pazjent. S’issa, f ’pajjiżna għamlu użu minn din is-sistema madwar 30 pazjent. Dan qed ikompli jnaqqas l-iskariġġ ta’ pazjenti

li, minflok imorru barra minn Malta għal operazzjoni, din tista’ ssir Malta. Huwa żied jgħid li biex din issir trid tieħu MRI tar-ras li jkollok problema ġo fiha qabel l-operazzjoni, fejn imbagħad dawk l-imaġni titfagħhom f ’kompjuter tassistema u waqt l-operazzjoni ikun hemm żewġ kameras biex it-tobba jirreġistraw fejn qiegħed il-pazjent fil-kamra tal-operazzjoni biex imbagħad jillinkjaw dawn l-imaġni fuq fejn qiegħed fil-pazjent. Intant, il-Ministru Fearne qal: “Dejjem irridu nippruvaw inkunu cutting edge; jiġifieri ndaħħlu teknoloġija li tkun għadha kemm ħarġet. Dan l-apparat jippermetti lillkirurgi jagħmlu operazzjonijiet fil-moħħ bi preċiżjoni kbira u jnaqqsu l-kumplikazzjonijiet għax ikunu kanċer fil-moħħ u b’hekk il-pazjent jirkupra ħafna iżjed malajr minn qabel.” S’issa, f ’pajjiżna din il-magna ilha topera għal madwar disa’ xhur b’madwar tletin pazjent Malti jagħmel użu minnha. Kif sostna Zrinzo, din ilmagna wkoll qed tnaqqas l-iskariġġ li pazjenti jmorru barra minn xtutna biex isir l-intervent fuqhom; xi ħaġa li tnaqqas ukoll l-anzjetà.

PASS EQREB LEJN IT-TITLU TA’ BAŻILIKA Kitba ta’ NEIL AZZOPARDI FERIGGI Waqt il-festa tas-sena l-oħra l-poplu Mosti ngħata sorpriża hekk kif l-Arċipriet talparoċċa talab lill-Arċisqof Charles Scicluna biex jingħata t-titlu ta’ bażilika lill-knisja tal-Mosta, li min-naħa tiegħu laqa’ din it-talba. Madankollu, it-triq biex jingħata dan ittitlu hija waħda twila u, fost affarijiet oħra, ried li jitħejja dokument estensiv li jirrakkonta l-istorja ta’ din ilparroċċa. Fil-fatt, waqt il-quddiesa pontifikali ta’ Jum l-Assunta fil-Mosta, mistenni jkun ippreżentat dokument lillArċisqof Charles Scicluna birraġunijiet għaliex ir-Rotunda tal-Mosta għandha ssir bażilika. L-Arċipriet tal-Mosta, Dun Albert Buhagiar, fisser kif kienet sena ta’ ħidma bil-għan li kollox ikun imħejji b’mod li ma jiddiżappuntax lill-Mostin. Huwa qal li issa kollox se jkun f ’idejn l-Arċisqof “biex hu jkun jista’ mbagħad jiddiskuti t-talba mal-konferenza episkopali ta’ Malta u, eventwalment, l-Arċisqof ikun jista’ jressaq it-talba biex il-Papa, jekk hi x-xewqa tiegħu, jeleġi l-parroċċa talMosta għal dan it-titlu”.

Dan id-dokument tħejja minn grupp ta’ nies magħmula minn lajċi u saċerdoti wara li saret it-talba formali s-sena l-oħra. Kien proprju nhar il15 ta’ Awwissu tas-sena l-oħra waqt il-quddiesa pontifikali fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija fil-Mosta li l-Arċisqof Charles Scicluna laqa’ t-talba tal-Arċipriet tal-parroċċa Dun Albert Buhagiar biex din ilknisja tiġi elevata għat-titlu

ta’ bażilika. Dakinhar kien evidenti s-sodisfazzjon u l-ferħ fuq wiċċ il-Mostin hekk kif kien ilhom jagħmlu din ittalba bla suċċess għal diversi snin. Intant, id-dokument jitkellem dwar diversi aspetti talparroċċa u l-ħajja tal-Mostin. Dun Albert Buhagiar stqarr li “id-dokument jitkellem dwar il-ħajja tal-paroċċa u l-iżvilupp tagħha”.

Madankollu, dokument bħal dan ma jistax ma jitkellimx dwar l-aspett monumentali ta’ din il-knisja li għandha r-raba’ l-akbar koppla fiddinja. “Dan irid jitkellem dwar il-knisja u l-iskultura ma’ dak li hu marbut mal-liturġija; jiġifieri trid tkun knisja adatta, u jitkellem fuq l-istorja u l-arti ta’ din il-parroċċa.” Id-dokument jelenka b’mod ċar ukoll l-avvenimenti

kbar li seħħew fil-knisja talMosta, fosthom il-Kungress Ewkaristiku tal-1913. Irraġunijiet kollha jinsabu elenkati wkoll fid-dokument li se jgħaddi minn id għal oħra. Aħna dan lestejnieh u se nagħtuh lill-Arċisqof dakinhar tal-festa ta’ Santa Marija. Jien se nippreżentalu dan id-dokument proprju nhar il-15 ta’ Awwissu,” temm jgħid Dun Albert Buhagiar.


LOKALI

kullhadd.com

14|08|2016 05

JITKELLMU L-ULIED FIL-FOSTERING • ESPERJENZI LI JVARJAW FEJN MHUX KOLLOX WARD U ŻAHAR • ĦAFNA JĦOSSU LI NGĦATAW OPPORTUNITAJIET LI MA KINUX SE JSIBU

Kitba ta’ ġewwa kont qisu għandi feeling AYRTON MIFSUD li mhix il-familja tiegħi, allura tibda tagħmel ċertu azzjonijiet Meta wieħed isemmi l-fostering biex iddejjaqhom jew biex iġib quddiem għajnejh familja mingħalik tiġbed l-attenzjoni li qed tagħmel il-ġid billi meta fi-verità tkun ħsara li għal numru ta’ snin trabbi qed tagħmel. L-itwal żmien li wild li mhux tagħha, imma domt fostered kien 15-il sena. s-sitwazzjoni mhux dejjem L-aktar li nista’ ngħid fuq din tkun ward u żahar għall-istess il-familja hu li għenitni ħafna, ulied li jkunu fil-fostering. għallmitni l-iskola, u sifritni. L-ulied naturali fil-familja Jien kont problematiku, li tkun qed toffri l-fostering u ovvjament. Kont inħossni li l-ġejjieni inċert huma fost anke jkollhom it-tfal huma, l-ikbar diffikultajiet għal dawk pereżempju tagħhom, tħossok li f ’ċirkustanzi ibsin ikunu diġà qisek iż-żejjed. Qed tifhem? ttieħdu bogħod mill-familja Tipprova tagħmel affarijiet naturali tagħhom għax ma biex tintgħoġob u qisek turi li setax isir mod ieħor. qiegħed hemm. Qed tifhimni? Dawn l-esperjenzi U ġieli jispiċċaw iwassluk jirriżultaw minn studju li kien għal affarijiet. Dik keċċietni ikkummissjonat mill-Uffiċċju ħafna drabi jiġifieri, u reġgħet tal-Kummissarju għat-Tfal bit- laqgħatni wara,” irrakkonta tema Let Me Thrive. Simon. L-istudju dettaljat u Saħansitra, fl-intervista kwalitattiv ta ħarsa mill-qrib huwa rrimarka kif l-adozzjoni tas-settur filwaqt li jispikka tagħmel aktar sens. Għalih għall-mod kif tkellem ma’ tfisser serħan il-moħħ ikbar. tfal, jew żgħażagħ, li “Fl-adozzjoni hemm esperjenzaw ilil-firma, qisu fostering għal t-tifel tiegħek Għalkemm diversi snin. p r o p j a ; Slitna ftit fostering tkun fostered, eżempji huwa xi ftit b’mod li perikoluż. xorta tħoss li tkun noħolqu Naqbel maħbuba u ma bilanċ ta’ m a l realtajiet adozzjoni nħoss li għandi differenti għax issa xejn inqas minn biex aħna jien, wara wkoll ngħinu 15-il sena, kelli sħabi biex leħen nfendi għal rasi l-ulied jinstema’. u spiċċajt ġo home. Fost dawn l-eżempji Kieku jien kont addotat, nsibu lil Simon li mar għand hemm l-element li jien tifel familja bi wlied. “Kont ta’ xi ħadd u nibqa’ ngawdi fostered fi tliet familji differenti l-familja sakemm imbagħad permezz tal-Appoġg, infendi għal rasi. Mhux però meta kont żgħir kont kulħadd jaħsibha bħal Simon. problematiku wisq. Minn Każ ieħor ilaqqagħna mal-

TFAL F’FOSTER CARE FL-2015:

205

BAQGĦU MAL-ISTESS FOSTER PARENTS GĦAL AKTAR MINN TLIET SNIN:

193 (94%)

ETÀ MEDJA:

11-IL SENA

impatt pożittiv li kellu l-fostering fuq Ella li tħossha maħbuba fil-familja li tgħix magħha tant li ma tħoss li għandha xejn inqas minn sħabha. L-esperjenza tagħha fil-fostering kienet deskritta fi ftit kliem bħala ‘sabiħa’ u dan għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett, apparti li qed tagħmel suċċess fil-karriera akkademika tagħha, hija tmur attivitajiet ekstrakurrikulari iżda, fuq kollox, l-aktar punt interessanti joħrog mill-fatt li l-koppja li kienet tgħix magħha ma kellhiex tfal bijoloġiċi tagħha. Prattikament, il-koppja użat l-enerġija massima tagħhha biex tkabbar lil din it-tifla mingħajr ebda xkil. “Għalkemm tkun fostered, xorta tħoss li tkun maħbuba u ma nħoss li għandi xejn inqas minn sħabi,” qalet Ella. Minkejja din l-esperjenza pożittiva, Ella rrakkomandat li titnaqqas il-burokrazija fil-proċess twil biex hija stess tingħata permess tieħu deċizjonijiet importanti f ’ħajjitha. Fil-każ ta’ Francesca, parteċipanta adoloxxenti, spiċċat tbati minn dipressjoni minħabba l-istress li kienet għaddejja minnu l-koppja li kienet tgħix magħha sa minn mindu kienet tarbija. Ġara li mill-esperjenza beda

“Nixtieq li jibqgħu jiftakru l-ġlied bejn it-tifla u l-mara li kienet qed trabbiha. B’ton fit-tfal tagħhom, li la jikbru li jqanqal ċertu dispjaċir hija jkollhom kuntatt, tal-fostering saħqet li “issa l-affarijiet vera u l-familja proprja. La tikber kkalmaw, u bħala koppja iktar ikollok kuntatt magħhom, bil-kuntatt mhux ingħaqdet issa. Ma nafx xi tibqa’ stajt jiena nagħmlilhom biex qisek tgħid: rabbewni u ġibt dawn l-affarijiet kollha. daqshekk. Tibqa’ f ’kuntatt Ma kinitx l-intenzjoni tiegħi. u tieħu ħsiebhom la tikber Issa, li tlaqt u naf li l-affarijiet ukoll u, meta jixjieħu, jekk huma jkollhom bżonn qegħdin aħjar, I don’t regret it. Nimmissjahom l-għajnuna tiegħek, ħafna u nixtieq tagħtihielhom.” nerġa’ mmur Fuq kollox, Naqbel hemm u analiżi tadmal-adozzjoni narahom diversi u hekk… esperjenzi għax issa jien lilhom li kien wara 15-il sena kelli x o r t a h e m m m a m à turi b’mod nfendi għal rasi u u papà ċar li, spiċċajt ġo ngħidilom, għalkemm mhux hekk?” it-tlajja’ u nżul home Il-fostering ma jonqsux, kapaċi jwassal wara kollox bħal għal sitwazzjoni li f ’kull familja, fl-aħħar tgħin lil dak li għenek meta kellu mill-aħħar it-tfal jingħataw bżonnu. Fil-każ ta’ Amy, avolja ċans li hu ferm aħjar minn dak kienet issejjaħ b’isimhom lil li seta’ jkollhom f ’xi familja dawk li kienu jieħdu ħsiebha, mimlija inkwiet jew f ’xi dar tatxorta ħasset li għaliha dawn tfal. Bil-għan li din l-esperjenza kienu l-ġenituri tagħha. Il- tkompli titjieb, il-Kummissarju kontinwità u l-permanenza tat-Tfal għamlet numru ta’ kienu fundamentali biex rakkomandazzjonijiet, bilxorta tibqa’ f ’kuntatt mal- Ministru tal-Politika Soċjali familja li wellditha u dik li Michael Farrugia jgħid li għexet magħha. Fil-fatt, punt l-Gvern se jikkunsidrahom interessanti hu li, meta dawk filwaqt li nnota li wħud diġà li ħadu ħsiebha jkollhom ċertu huma parti mil-Liġi Dwar iletà, hija tibda tieħu ħsiebhom. Ħarsien tat-Tfal.


06 14|08|2016

kullhadd.com

LOKALI

BDEW IT-TĦEJJIJIET BIEX TIMTELA L-BAGALJA TA’ SCICLUNA

ALEANDER BALZAN d-dokument ta’ qabel il-baġit. Issa li pajjiżna rreġistra livell rekord ta’ tkabbir ekonomiku, ħolqien ta’ impjiegi Ftit iktar minn xahrejn oħra u nkunu nafu u livell baxx ta’ defiċit, il-Gvern qed l-pjan tal-Gvern għall-2017 – is-sena jimmira li l-baġit li jmiss iżewweġ din ta’ qabel tal-aħħar f ’din il-leġiżlatura. il-prosperità ekonomika ma’ miżuri L-ewwel ħjiel ta’ x’jista’ jinvolvi dan li joffru inklużjoni soċjali u ġustizzja il-pjan ħadnieh mid-diskors tal-Prim soċjali. Huwa għalhekk li t-tema għadMinistru fl-aħħar ġimgħat u stampa iktar ċara ħadnieha meta, iktar kmieni din il- dokument ta’ qabel il-Baġit 2017 ġimgħa, il-Ministru tal-Finanzi nieda iġib it-tema ta’ PROSPERITÀ aleander.balzan@one.com.mt

B’ĠUSTIZZJA SOĊJALI. Qabel xejn, id-dokument ta’ qabel ilbaġit ta stampa ċara tal-qagħda li jinsab fiha pajjiżna. Mill-qasam ekonomiku għall-qasam tax-xogħol, b’analiżi wkoll tar-riżultati tad-diversi inizjattivi li ħa l-Gvern tul l-aħħar snin. Fost oħrajn intwera kemm ħallew frott il-miżuri marbuta max-xogħol u kif l-istatistiki dwar in-nies jaħdmu u l-qgħad li jagħmluna l-aqwa fl-Ewropa

ma ġewx kumbinazzjoni. Fost riżultati li jispikkaw hemm il-fatt li, sal-aħħar tal-2015, is-suq tax-xogħol ra żieda ta’ 2,032 li bdew jaħdmu direttament grazzi għal bosta miżuri li ħa l-Gvern. Fost dawn hemm il-ħarsien tat-tfal b’xejn, ittapering tal-benefiċċji u l-in-work benefit. Ir-riżultati huma ċari fit-tabelli li qegħdin nippubblikaw u li jħarsu lejn tnejn millmiżuri ewlenin li saru issa biex mill-ġid igawdi kulħadd.

TAPERING TAL-BENEFIĊĊJU

IN-WORK BENEFIT

• 1,150 persuna li kienet tgħix fuq l-assistenza soċjali qiegħda fis-suq tax-xogħol • 673 persuna li kienet tieħu l-benefiċċju għal iktar minn sentejn • Telgħu għal kważi 60% is-single parents f ’impjieg meta fl-2010 kienu madwar 45%

• Fl-2015 kien hemm 1,327 familja li gawdiet mill-in-work benefit bil-Ministeru tal-Finanzi jgħid li dan wassal għal tnaqqis ta’ 0.13% fir-rata ta’ faqar u, fejn hemm familji bit-tfal, 0.31%. • Dawk li gawdew kienu 555 familja b’żewġ ġenituri jaħdmu b’investiment ta’ €490,000 u 772 familja b’ġenitur wieħed b’investiment ta’ €570,000. Total ta’ 1,327 familja b’investiment ta’ €1,060,000.

EDWARD SCICLUNA|MINISTRU TAL-FINANZI “Għat-tielet sena konsekuttiva, l-ekonomija u l-finanzi pubbliċi komplew jikbru b’mod pożittiv. Dan wera li m’hemmx dubju li l-għanijiet tal-Gvern qed jintlaħqu kif ippjanati. Huwa importanti li kemm l-investiment uman kif ukoll il-kapital li qed isir illum jagħtu l-assigurazzjoni li t-tkabbir ekonomiku ikompli fil-ġejjieni. Dan kollu wassal għal-livell ta’ kunfidenza u ottimiżmu li l-gżejjer tagħna ilhom ma jaraw għal bosta snin. L-għan tal-baġit ta’ din is-sena hu maqsum fi tnejn. L-ewwel li nżommu din ix-xejra pożittiva u t-tieni li kull settur tal-ekonomija u kull familja jgawdu minn dan is-suċċess. Dan jappoġġja l-viżjoni tal-Gvern u d-determinazzjoni biex niksbu prosperità b’ġustizzja soċjali.”

JOE FARRUGIA |MALTA EMPLOYERS ASSOCIATION L-indikaturi huma kollha pożittivi. Il-livelli tal-qgħad, id-dejn u defiċit jinsabu neżlin, u rridu naħdmu biex dan is-suċċess ikun sostenibbli. Għandek l-isfidi ta’ ekonomija li hemm il-periklu li ‘it over heats’, allura jkollok nuqqas ta’ ħaddiema f ’ċerti oqsma u pressjonijiet ambjentali, u dawn jeħtieġu mhux biss il-miżuri tal-baġit imma li jkun hemm ippjanar fil-bogħod biex dawn l-isfidi nilqugħhom ukoll. Aħna ta’ kull sena nressqu l-proposti tagħna u se nibbażawhom fuq l-ekonomija u s-soċjetà Maltija għax ma nistgħux inħarsu lejn l-ekonomija biss.

JOSEF BUGEJA |GENERAL WORKERS UNION “Sodisfatti ħafna. L-indikaturi kollha huma pożittivi. Issa rridu nkunu kawti u bil-għaqal biex inkomplu nibnu għall-futur biex naraw li dawk il-faxex tas-soċjetà li qed ibatu u mhux ilaħħqu mal-ħajja ngħinuhom u nsostnuhom u nagħtuhom l-għodda biex jgħinu lilhom infushom u jgħixu ħajja iktar diċenti. Bħalissa qed nagħmlu l-proposti tagħna li se jkunu ibbażati wkoll fuq il-ġustizzja soċjali. Irridu li jkollna soċjetà li kollha kemm hi titla’ ’l fuq. Tkompli paġna 7 >>


LOKALI

kullhadd.com

14|08|2016 07

IL-PRIJORITAJIET TAL-GVERN, IL-PRIJORITAJIET TAN-NIES Hemm disa’ setturi li d-dokument ta’ qabel il-baġit isemmi bi prijorità. Għalkemm l-enfasi fuq uħud tidher iktar minn oħrajn, id-dokument innifsu jagħmilha ċara li, filwaqt li l-edukazzjoni, issaħħa u s-sigurtà soċjali se jkunu tliet prijoritajiet ewlenin fil-baġit għall-2017, is-solidarjetà soċjali, li dejjem kienet fil-qalba tal-baġits ta’ dan il-Gvern, mistennija tkompli tissaħħaħ fl-2017. Filwaqt li hemm inizjattivi li jnaqqsu n-nies dipendenti fuq is-sigurtà soċjali, mistennija wkoll tkun indirizzata l-problema ta’ kirjiet għolja. Għallqasam tal-edukazzjoni, fid-dokument ta’ qabel ilbaġit il-Gvern ikkommeta ruħu li jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ħiliet tal-ħaddiema. Mistennija jissaħħu miżuri għal min jitlaq missistema edukattiva kmieni, min jitlef ħafna ġranet ta’ skola, u jkunu introdotti skemi ta’ xogħol fuq bażi ta’ volontarjat, fost oħrajn.

Il-Gvern ikkommetta ruħu li jkompli jżid l-istipendji skont l-għoli tal-ħajja u jgħin lill-għalliema jkomplu jitħarrġu fid-dawl tar-rwol kruċjali fl-edukazzjoni ta’ wliedna. Għall-qasam tas-saħħa l-Gvern huwa kommess li jkompli jelimina l-problema tal-mediċini out of stock, itejjeb l-aċċess għas-saħħa u jnaqqas il-listi ta’ stennija. Dan permezz tal-introduzzjoni ta’ charter taddrittijiet tal-pazjenti li jżomm lill-Gvern kontabbli maż-żmien ta’ stennija u servizzi li għandhom ikunu offruti. Fid-dokument ta’ qabel il-baġit il-Gvern ikkommetta ruħu li jżid l-infiq fis-saħħa pubblika u li jħares lejn iktar negozjati mas-settur privat biex jistabbilixxu s-servizzi tagħhom f ’ pajjiżna. Biex dan l-infiq ikun sostenibbli, il-Gvern qed iħares li jżid l-investiment f ’oqmsa tal-enerġija u l-ilma, it-

FOST L-AQWA FL-EWROPA

TKABBIR EKONOMIKU

UNJONI EWROPEA ŻONA EWRO MALTA Pajjiżna ma jaħdimx b’mod iżolat. Malta hija parti minn blokk ekonomiku u soċjali li jiġbor fih 28 pajjiż. Deċiżjonijiet lil hinn minn xtutna malajr jolqtu r-riżultati li jista’ jikseb il-Gvern Malti. It-taqlib internazzjonali, fi żmien ta’ terroriżmu u fi żmien li r-Renju Unit iddeċieda li joħroġ mill-Unjoni Ewropa, żgur li jħasseb mhux ftit lil min imexxi dawk il-gżejjer. Però, il-bażi għal li ġej hija soda. Malta qed tikseb l-aqwa riżultati fl-Ewropa, u dan mhux f ’settur wieħed. Tirrikonoxxi dan il-Kummissjoni Ewropea, jafuh l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u jixduh in-numri li qegħdin nippubblikaw.

trasport u l-infrastruttura, u t-turiżmu. Fis-sena 2017, pajjiżna se jaħsad il-frott ta’ proġetti li saru fis-snin li għaddew mill-Korporazzjoni għasServizzi tal-Ilma, bil-bini ta’ ċentri li jittrattaw l-ilma użat li mistenni jnaqqas l-użu tal-ilma mill-ġibjuni. L-enerġija wkoll se tibqa’ settur ewlieni ta’ investiment, bl-Enemalta issa fuq saqajha fejn saħansitra mistennija tagħmel profitt għall-ewwel darba s-sena d-dieħla. Il-ħidma se tiffoka fuq sorsi ta’ enerġija nadifa u rinovabbli, bl-introduazzjoni ta’ solar farm policy, fost oħrajn. Dan filwaqt li mistenni jkun hemm progress sostanzjali fit-twaqqigħ tal-power station tal-Marsa. Għal darb’oħra l-gzira Għawdxija mistennija tingħata prominenza fil-baġit tas-sena d-dieħla, filwaqt li fil-qasam tal-ġustizzja l-Gvern huwa kommess li jnaqqas id-dewmien fil-każijiet tal-qrati biex itejjeb l-aċċess għall-ġustizzja.

2014

2015

1.4% 0.9% 3.5%

2% 1.7% 6.5%

DEFIĊIT 2014 UNJONI EWROPEA ŻONA EWRO MALTA

TKABBIR FL-IMPJIEGI

UNJONI EWROPEA ŻONA EWRO MALTA

2014

2015

1.0% 0.5% 2.9%

1.0% 0.9% 2.2%

DEJN (%TAL-PDG) 2014

2015

-3.0% -2.4% -2.6% -2.1% -2.0% -1.5%

UNJONI EWROPEA ŻONA EWRO MALTA

2015

86.6% 85.2% 92.0% 90.7% 67.1% 63.9%


08 14|08|2016

kullhadd.com

LOKALI

MINN TMEXXIJA ‘FL-AJRU’ GĦAL ASSI TAL-PAJJIŻ

• IRREĠISTRATI REKORDS ĠODDA KULL SENA FL-ISPAZJU TERRITORJALI TA’ MALTA • IL-VALUR TAL-KUMPANIJA ŻDIED BI €33 MILJUN F’ERBA’ SNIN • INVESTIMENTI TA’ AKTAR MINN €29 MILJUN SAL-2019 Mal-bidla fl-amministrazzjoni l-kumpanija Malta Air Traffic Services (MATS) reġgħet bdiet tieħu r-ruħ wara snin sħaħ ta’ malamministrazzjoni mill-Gvern preċedenti, fejn minn kumpanija li tagħmel it-telf tal-miljuni nbidlet f ’waħda ta’ eżempju u li qed trendi l-qligħ. Kien għalhekk li GLEN FALZON tkellem mal-Uffiċjal Kap Eżekuttiv Kenneth Chircop fejn ingħatat ħarsa fid-dettall lejn id-deċiżjonijiet kruċjali li kellhom jittieħdu biex din il-kumpanija reġgħet qamet fuq saqajha. Qabel xejn, x’inhu minn regoli internazzjonali r-rwol tal-MATS għal tal-International Civil Aviation pajjiżna? Organisation. L-għan prinċipali tal-operat huwa Il-MATS, jew il-Malta s-separazzjoni tal-ajruplani, Air Traffic Services Ltd, iżda mhux biss, hemm fatturi hija l-Air Navigation oħrajn li huma importanti, Service Provider ta’ Malta. fosthom l-effiċjenza u Dan ifisser li hija l-kumpanija s-sigurtà tal-passiġġieri li li tipprovdi s-servizz ta’ jkunu qegħdin jiġu trasportati. navigazzjoni għall-ajruplani li jkunu qed itiru fl-ispazju talKemm huwa ajru ta’ Malta, teknikament l-ammont ta’ imsejjaħ il-Flight Information ħaddiema li hemm Region. Dan is-servizz ta’ jaħdmu bħalissa u fiex navigazzjoni huwa regolat jispeċjalizzaw?

Bħalissa malMATS jaħdmu 151 ħaddiem, fosthom kontrolluri tat-traffiku talajru, u tekniki (technicians) li kollha huma speċjalizzati fuq tiswija ta’ tagħmir relatat mal-avjazzjoni kif ukoll oħrajn fl-amministrazzjoni u l-management. Kemm huwa diffiċli li ssib persuni li huma speċjalizzati f ’qasam partikolari fi ħdan il-MATS?

accounting policies u kontrolli serji f ’ħafna mill-oqsma tagħha. Il-MATS, illum, saħansitra qiegħda titqies bħala role model ta’ kif għandhom jitmexxew entitajiet governattivi lokali. Fil-qasam Ewropew, MATS illum ukoll hija ta’ eżempju ċar ta’ kif għandhom jimxu air navigation services providers oħrajn għax, filwaqt li l-MATS tipprovdi servizz effiċjenti ħafna mingħajr dewmien ta’ xejn, matul l-aħħar snin irnexxielha tikkontrolla l-ispejjeż tagħha tant li r-rata li jħallsu ajruplani li jgħaddu mitterritorju Malti hija inqas minnofs ta’ dak li jħallsu f ’pajjiżi oħrajn Ewropej. Minħabba dan qed jirnexxilna nattiraw aktar traffiku lejn l-ispazju territorjali tagħna tant li kull X’sar f ’termini ta’ sena qed nirreġistraw rekords awditjar biex ma ġodda f ’dan il-qasam. jerġax ikun hemm miżapproprjazzjoni ta’ flus X’miżuri ttieħdu u frodi bħalma kien hemm biex id-diffikultajiet fil-passat riċenti? finanzjarji u amministrattivi li Wara li sar tibdil fl- kien hemm qabel jiġu ogħla pożizzjonijiet indirizzati? tal-management, iddaħħlu numru ta’ Wara li sar tibdil flaccounting policies u kontrolli amministrazzjoni u finanzjarji u amministrattivi. nħatru Kap Eżekuttiv Tbiddlu l-awdituri esterni tal- u Kap Finanzjarju ġodda, kumpanija u qiegħda tintalab instabu numru ta’ żbalji management letter annwali serji fl-auditied accounts talmingħand l-awdituri fejn kumpanija. Sar dak li jissejjaħ jirrimarkaw fejn seta’ kien bħala prior year adjustment flhemm xi nuqqasijiet u fejn audited accounts tal-kumpanija jista’ jsir titjib fil-kontrolli u sar ħafna xogħol biex jiġu interni. L-użu tal-credit cards rkuprati aktar minn €6.2 tal-kumpanija ġie ristrett għal miljun li ntilfu fil-passat. Saret spejjeż essenzjali biss fejn ma reviżjoni tal-unit rate li titħallas jkunx jista’ jsir ħlas b’mezzi mill-ajruplani li jgħaddu mitoħrajn u l-Bord tad-Diretturi territorju tal-ajru ta’ Malta u jingħata rendikont kull xahar ttieħdu l-miżuri kollha biex ta’ x’ġie mħallas mill-credit tinqata’ darba għal dejjem ilcards tal-kumpanija. Kontra ħela u t-tberbiq ta’ flus li kien dak li kien jiġri fil-passat, hemm taħt l-amministrazzjoni kull pagament li jsir irid jiġi l-oħra. Fl-2011, il-kumpanija awtorizzat kemm mill-Kap kellha tissellef mingħand Finanzjarju kif ukoll mill-Kap il-banek sabiex tiffinanzja Eżekuttiv. d-dejn u t-telf li sar filpassat u saħansitra sabiex X’qed isir biex il- jitħallsu l-ispejjeż kurrenti talkredibbiltà tal- kumpanija. Minn kumpanija MATS terġa’ tibda li kienet tagħmel it-telf, illum tissaħħaħ u tiddaħħal aktar għandna kumpanija li trendi. trasparenza u kontabbiltà Illum il-kumpanija mhux talli fl-operat tagħha? m’għadhiex tirċievi sussidju mingħand il-Gvern, iżda Kif diġà tennejt, illum il-kumpanija għandha Tkompli f ’paġna 9 >> Ħafna mir-rwoli tal-ħaddiema filMATS huma speċjalizzati ħafna u jirrikjedu ċertifikazzjoni internazzjonali li fl-ebda azjenda oħra f ’Malta ma ssibhom. Għaldaqstant, huwa diffiċli ħafna li ssib persuni li għandhom ilkwalifiki, l-esperjenza u ċ-ċertifikazzjoni meħtieġa fis-suq tax-xogħol. Minħabba f ’hekk, permezz ta’ proċess miftuħ ta’ ingaġġ, il-MATS timpjega l-aktar persuni promettenti, u mbagħad tagħti t-taħriġ speċjalizzat neċessarju. Ta’ min jgħid li, f ’ċerti rwoli, it-taħriġ biex it-trainee jikseb l-ewwel ċertifikazzjoni li biha jkun jista’ jaħdem, jieħu madwar sentejn.


LOKALI

kullhadd.com

saħansitra qiegħda tagħti dividend annwali lill-Gvern. Minn piż fuq it-tax payer, illum il-kumpanija saret assi importanti tal-pajjiż. Tant hu hekk li, fil-bidu tas-sena 2012, il-valur tal-kumpanija kien ta’ madwar €2 miljun waqt li llum, grazzi għall-ħidma kbira tal-management u l-ħaddiema kollha, il-valur tal-kumpanija tela’ għal aktar minn €35 miljun.

14|08|2016 09

l-infiq li jsir biex tiġi żgurata l-akbar kontabbiltà possibbli. Il-kumpanija qiegħda wkoll tisfrutta kull mezz possibbli sabiex tibbenefika minn fondi Ewropej u, flimkien ma’ air navigation services providers oħrajn, għamilna numru ta’ proġetti relatati mal-avjazzjoni li minnhom ilkumpanija daħħlet miljuni ta’ ewro flimkien ma’ esperjenza kbira li ħadu l-ħaddiema tagħha.

attenzjoni immedjata. L-ewwel nett, tajjeb insemmu li, għalkemm Malta qiegħda f ’pożizzjoni strateġika filMediterran, qiegħda wkoll ċirkondata min-numru ta’ pajjiżi li għandhom instabbiltà politika. Ma ninsewx li l-ispazju tal-ajru tal-Libja għadu magħluq, iżda meta dan jiftaħ fil-futur se joffri opportunità biex numru kbir ta’ ajruplani jtiru fuq l-ispazju tal-ajru tal-Libja u mhux ta’ Malta. Dan jaf ikun ta’ detriment għalina għax, aktar ma jiżdied it-traffiku fuqna, aktar il-kumpanija jkollha introjtu. Għaldaqstant, irridu nibdew naħsbu fuq inizjattivi innovattivi biex il-kumpanija tiddiversifika u, għaldaqstant, ikollha revenue streams oħrajn. F’dan ir-rigward bdejna naħdmu fuq pjan strateġiku li jibni fuq l-esperjenza talmanagement u l-ħaddiema tal-kumpanija. Bidla oħra tirrigwarda l-governabbiltà tal-kumpanija. Flimkien mal-management qiegħed naħdem biex, b’mod aktar strutturat u koerenti, kull individwu u kull sezzjoni talkumpanija jkollha rwol aktar ċar, biex b’hekk insiru aktar effiċjenti u, min għandu jieħu d-deċiżjoni, ikollu l-awtorità biex jeħodha mingħajr tfixkil jew nuqqas ta’ kordinament.

X’deċiżjonijiet kruċjali ttieħdu biex X’kienu l-ewwel il-MATS terġa’ tibda tibdiliet kbar li kellek trendi mill-ġdid u tkun tagħmel inti malsostenibbli għall-futur? ewwel ġranet fil-kariga ta’ CEO? Ġie mfassal pjan strateġiku fit-tul għallFl-ewwel ġimgħat kumpanija u saret tal-kariga tiegħi, ħidma kbira sabiex jiġu mill-ewwel irċivejt rkuprati aktar minn €6.2 l-għajnuna u għal dan miljun li ntilfu fil-passat nirringrazzja ħafna lillminħabba żbalji li nstabu fl- predeċessur tiegħi, ilaudited accounts tal-kumpanija. Brigadier Carmel Vassallo. Ta’ Minkejja l-problemi kbar li min jgħid li l-Brigadier kien l-kumpanija kellha tiffaċċja il-kap ta’ din il-kumpanija minħabba l-għeluq tal- għal dawn l-aħħar sitt snin ispazju territorjali Libjan, li u, meta ħa r-riedni f ’idejh, fisser telf ta’ miljuni ta’ ewro kien proprju hu li sab ma’ għall-kumpanija, din xorta wiċċu sitwazzjoni xejn feliċi rnexxielha tħallas id-djun għall-kumpanija. Bil-ħidma kollha li saru fil-passat taħt tiegħu u l-kumplament tall-amministrazzjoni l-oħra. management, u l-ħaddiema Saret ħidma bla heda biex kollha, il-kumpanija biddlet jiżdied it-traffiku li jgħaddi l-andament tagħha biex issa mill-ispazju territorjali ta’ qiegħda fi stat b’saħħtu u pajjiżna u b’hekk pattejna għat- sostennibbli. Madankollu, traffiku li ntilef minħabba mhux kollox ward u żahar. Lil hinn minn dan, l-inkwiet fil-Libja. Minkejja li Hemm elementi oħrajn kif inhu l-andament d-dħul tal-kumpanija żdied, li jistgħu jkunu ta’ riskju tal-kontroll tal-ajru qed isiru kontrolli stretti fuq għall-kumpanija u jeħtieġu f ’dan iż-żmien imqalleb li

għaddejja d-dinja minnu bħalissa?

X’investimenti saru, jew oħrajn li huma ppjanati, biex din Kif irrimarkajt fil- il-kumpanija tkompli mistoqsija preċedenti, tissalvagwardja s-sigurtà ta’ Malta tinsab pajjiżna mill-ajru? f ’pożizzjoni ġeografika mdawra minn numru Matul dawn l-aħħar ta’ pajjiżi li għandhom tliet snin, bi spiża ta’ instabbiltà politika. madwar €4 miljun, ilGħaldaqstant, l-andament kumpanija inawgurat żewġ tat-traffiku li jgħaddi minn radars oħra fil-Fawwara u fuq pajjiżna jista’ jvarja Ħal Far sabiex tiżdied u b’mod li ma jistax dejjem jiġi tissaħħaħ is-sorveljanza tatprevvist. Fuq nota pożittiva, territorju tal-ajru ta’ pajjiżna. aħna kburin li għall-aħħar Fix-xhur li ġejjin se tiddaħħal snin it-traffiku li jgħaddi sistema ġdida tal-immaniġġjar minn fuq l-ajru ta’ Malta tat-traffiku tal-ajru li swiet jgħaddi b’mod effiċjenti aktar minn €8 miljun sabiex ħafna, u dan grazzi għall- tiffaċilita x-xogħol siewi ħaddiema tal-kumpanija li li jagħmlu l-ħaddiema taljagħmlu xogħol tajjeb ħafna kumpanija u tissaħħaħ isbiex ma jżidux flight delays fuq sigurtà tal-passiġġieri li jgħaddu l-ajruplani li jikkontrollaw. mit-territorju tal-ajru ta’ pajjiżna. Fassalna programm Iddaħħlu xi prattiki ta’ investiment kapitali ta’ ġodda biex pajjiżna aktar minn €28 miljun sasjkompli jaġġorna sena 2019 li jinkludi l-bini ruħu mal-iżviluppi dinjin ġdid ta’ kumpless li fih torri li qed naraw b’mod ġdid tal-kontroll viżwali tatkontinwu? traffiku tal-ajru, ċentru ta’ taħriġ ġdid u uffiċini ġodda, kif Il-management tal- ukoll ġie ffirmat kuntratt għal MATS jipparteċipa primary surveillance radar ġdid f ’diversi laqgħat f ’livell f ’Ħad-Dingli. Dan se jtejjeb Ewropew u internazzjonali ħafna l-viżibbiltà tat-traffiku biex dejjem jibqa’ aġġornat fl-ispazju tal-ajru ta’ pajjiżna. mal-iżviluppi dinjin u Qiegħda wkoll tiġi mfassla teknoloġiċi. Permezz ta’ sistema ġdida tal-elettriku hekk niżguraw ruħna li aħna sabiex tiġi żgurata l-provvista dejjem ippreparati għall-futur mingħajr l-ebda intoppi 24 u, infatti, f ’dan ir-rigward il- siegħa kuljum. Dawn, flimkien kumpanija qiegħda tinvesti ma’ proġetti oħrajn, se jiżguraw f ’diversi proġetti biex tibqa’ li l-MATS issir waħda milltagħti servizz tal-ogħla livell. aqwa service providers fl-Ewropa.

Fil-Malta Air Traffic Services qed jiżdied l-investiment fir-riżorsi umani u anke dawk tekniċi


10 14|08|2016

kullhadd.com

LOKALI

KTIEB LI JISFIDA ĦAFNA KUNĊETTI STABBILITI

Ritratt: ALAN SALIBA

Kotba dwar l-istorja ta’ pajjiżna hawn bil-gzuz u jkopru prattikament kull perjodu tal-mixja ta’ Malta lejn żminijietna. Madankollu, aktar ma wieħed jaqra dwar is-suġġett, aktar jinduna li ħafna mil-letteratura li għandna għad-dispożizzjoni tagħna mhijiex l-istorja ta’ missirijietna imma dik tal-ħakkiema tagħna – storja tal-eliti mimlija glorja u ambizzjonijiet kbar. Sadanittant, il-poplu Malti jsib ruħu qisu attur ta’ appoġġ fl-isfond tal-mixja storika ta’ pajjiżu stess. Nhar l-Erbgħa li għadda kienet imnedija l-pubblikazzjoni A Materialistic Revision of Maltese History (870-1919); ktieb li jitfa’ dawl ġdid fuq ir-realtajiet li ffaċċjaw missirijietna u jisfida veduta tal-istorja ta’ pajjiżna li bosta minnha jeħduha bħala vanġelu. Mark Camilleri, l-awtur ta’ din l-analiżi, jagħtina stampa mingħajr wisq xinxilli li turi storja ta’ poplu li għex fi stat ta’ miżerja, faqar, injoranza u li kien jiddependi fuq il-mexxejja tiegħu għall-aktar bżonnijiet bażiċi. LIAM GAUCI tkellem ma’ MARK CAMILLERI biex jifhem aħjar x’kien il-proċess li wassal għal din il-pubblikazzjoni u x’kontribut qiegħda tagħti lill-istorjografija Maltija.

fuq l-affarijiet tkun tafhom tibda sħiħa tal-popolazzjoni Maltija jagħmel storja tal-Maltin kif tara l-Istorja b’mod differenti. waqt invażjoni Misilmina. nafuhom illum, irid jibda misMa tibdiex tara kollox ovvju, Wara dan l-avveniment, Malta seklu għaxra. “Issa jekk dawn Camilleri spjega li l-kunċett imma b’mod aktar kumpless.” għamlet madwar mitt sena bla tistax issejħilhom Maltin, storja oħra. Dan huwa argument primarju ta’ dan il-ktieb huwa Camilleri spjega li r-riċerka u nies. kumpless ħafna. L-istorja talli tiġi ppreżentata metodoloġija l-kitba ħaditlu tliet snin. “Naf li art, ovvjament, tmur lura qabel, ġdida kif naqraw l-Istorja x-xogħol seta’ kien aħjar kieku imma l-istorja tagħna bħala Maltija. Huwa ammetta li ma għamilt aktar snin naħdem nies tibda minn hemm,” tantx hemm fatti ġodda fih li fuqu, imma, sfortunatament, tenna Camilleri. ma konniex nafuhom qabel, ma stajtx nagħmel dan Meta tistudja L-awtur ta’ din irperò l-intepretazzjoni tal- għax jiena naħdem fullriċerka huwa talfatti hija ppreżentata b’mod time u qiegħed nagħmel l-filosofija, imbagħad fehma li mis-seklu Dottorat fil-Filosofija differenti. ikollok ideat differenti ta’ għaxra sas-Sette Is-suġġett B’mod speċifiku hija wkoll. Giugno l-Maltin metodoloġija bbażata fuq huwa diffiċli u x’inhu l-għerf u l-għarfien. kienu staġnati kif Georg Wilhelm Friedrich nammetti li l-ktieb Meta dawn l-affarijiet tkun għal raġunijiet Hegel jara l-istorja u kif Karl mhux perfett, iżda prattiċi relatati Marx jara l-ekonomija u niddefendi t-teoriji tafhom tibda tara l-Istorja b’mod mal-faqar u prinċipali tiegħi.” s-soċjetà. Mistoqsi għalfejn adotta din differenti. Ma tibdiex tara kollox l-vulnerabbiltà għall-attakki. il-metodoloġija, Camilleri It-tifsira tat-titlu ovvju, imma b’mod Barra minn sostna: “Nieħu gost nistudja hekk, kien hemm l-Istorja, inġib il-fatti tajbin Anke t-titlu nniffsu aktar kumpless l-impożizzjonijiet u niskopri eżatt x’ġara u ma ta’ dan il-ktieb fih politiċi mill-ħakkiema ġarax. Però, dejjem xtaqt x’tomgħod. Għaldaqstant, tagħna li kienu jippruvaw immur oltre minn hekk biex staqsejt lil Camilleri xi jrid ikissru kull xorta ta’ ħsieb nasal għal sens usa’ ta’ kif jgħid b’‘Materialist Revision’ u liberu. Mas-Sette Giugno, naslu għall-interpretazzjonijiet għalfejn għażel li jkopri dan iltagħna. Dan għax, meta tistudja perjodu ta’ żmien jiġifieri mit- Eventwalment, il-gżira bdiet però, wieħed jista’ jgħid li bil-mod tiġi popolata mill-ġdid tibda l-Istorja tal-Malti ħieles. l-filosofija, imbagħad ikollok 870 sal-1919. Hawnhekk huwa fakkar li minn immigranti mill-Afrika Mhux ħieles fis-sens li kien ideat differenti ta’ x’inhu l-għerf u l-għarfien. Meta dawn fis-seklu disgħa naraw il-qerda ta’ Fuq. Allura, jekk wieħed irid indipendenti, imma fis-sens li Studju li l-għalfejn

jiffoka

l-ħsieb ikun liberu. “Din tasal għaliha permezz tal-metodoloġija materjalista. Jekk ma tistudjax l-Istorja b’mod materjalist, inti se tistudja l-fatti b’mod korrett imma taf ma tkunx kapaċi tinduna li l-Maltin ma kinux nies f ’soċjetà li setgħet tidefinixxi lilha nniffisha jew li tikkontrolla d-destin tagħha. Bil-metodoloġija materjalista, aħna mhux biss inkunu nafu n-nies x’kienu jaħsbu, imma wkoll għalfejn kienu jaħsbu b’dak il-mod. Dik hija xi ħaġa importanti immens biex tifhem l-Istorja,” sostna Camilleri. In-nuqqasijiet tal-metodu Anglo-Sassonu Fil-ktieb tiegħu, Camilleri jitkellem ukoll dwar innuqqasijiet tal-metodoloġija istorjografika Anglo-Sassona. Mistoqsi x’inhuma dawn innuqqasijiet, huwa fakkar li wieħed irid inżomm f ’moħħu li d-Dipartiment tal-Istorja tal-Università tagħna ilu mgħammar minn mindu ġie


LOKALI

kullhadd.com

ffurmat minn professuri ġejjin minn universitajiet Ingliżi. Huwa għamilha ċara li hu kburi ħafna li ħareġ minn din it-tradizzjoni. Dan għax ittradizzjoni Anglo-Sassona hija waħda empirika; jiġifieri li tiffoka fuq fatti konkreti li jistgħu jiġu vverifikati minn ħaddieħor b’mod oġġettiv. Għalkemm aħna ngħidulha Anglo-Sassona, hija prattikament il-metodoloġija ta’ Leopold von Ranke li ħareġ biha fis-seklu dsatax u li prattikament tgħid li l-Istorja hi kollezzjoni ta’ kull sors possibbli biex tikteb l-iktar narrattiva qrib il-verità. Dan kemm ikun possibbli għax, ovvjament, aħna qatt m’aħna kapaċi niktbu narrattiva purament vera. Camilleri, però, huwa talfehma li, minkejja l-importanza li fl-Istorja nġibu l-fatti korretti, il-metodoloġija AngloSassona hija empirika b’mod fundamentalist; jiġifieri hija ma tagħtikx il-libertà li tinterpreta u tanalizza b’mod aktar wiesa’ l-fatti li għandek. “Meta tiġbor il-fatti, meta tiġbor l-għarfien kollu li għandek bżonn, dawn trid tinterpretahom u fuq hekk ilmetodoloġija Anglo-Sassona mhijiex biżżejjed. Imbagħad biex tinterpreta l-fatti jrid ikollok, l-ewwel ħaġa, ilpresuppożizzjonijiet tiegħek fuq x’inhu u kif jaħdem l-għerf u, fuq hekk, m’hawn ħadd aktar importanti ħlief Hegel. Imbagħad trid tifhem ukoll kif il-proċessi empiriċi jiġu implimentati fis-soċjetà, fejn imbagħad għandek lil Marx,” spjega Camilleri. Marx janalizza l-istorja u mill-analiżi tiegħu joħroġ xi konklużjonijiet ta’ kif isir il-progress fl-Istorja. Ilproġress, biex niftiehmu, mhux neċessarjament progress lineari, imma wieħed li jsir mal-milja tal-Istorja fiżżmien. “Marx mhuwiex sempliċiment il-kreatur talideoloġija Komunista, huwa kien filosofu u storiku erudit ħafna. Ix-xogħol tiegħu huwa sinjur immens. L-idea li Marx kien jara l-Istorja b’mod fejn l-ekonomija tiddetermina kull ħaġa li qed tiġri fis-soċjetà, mhux neċessarjament kunċett Marxista. Dak huwa kunċett li ħafna nies ħadu mill-ktieb ta’ Frederich Engels AntiDühring.” Skont Camilleri, il-filosofija ta’ Marx hija ħafna iktar rikka. Anke fejn jidħol il-kunċett ta’ ideoloġija stess, l-ideoloġija kif kien jifhima Marx mhix l-ideoloġija kif nifhmuha llum. Minflok, l-ideoloġija hija l-ħsieb astratt wara l-ħsibijiet immedjati tiegħek. “Nagħti eżempju: x’kienet l-ideoloġija tal-Maltin fuq ilflus fi żmien il-Kavallieri? L-ideoloġija tagħhom kienet li l-flus huma xi ħaġa użata esklussivament għassopravivenza għax tant kien hawn faqar li n-nies ma setgħux ikollhom mobbiltà soċjali

14|08|2016 11

jew il-possibbiltà li jbiddlu radikalment il-kundizzjonijiet tal-ħajja tagħhom.,” tenna Camilleri. Sadanittant, però, xorta kienu jsibu xi ħaġa xi jwarrbu biex joffruha bħala donazzjoni lill-Knisja. “L-ideoloġija tannies kienet: isma, peress li jien qed ngħix ħajja ta’ tbatija u m’għandix ċans li ntejjeb ħajti f ’din id-dinja, irrid ninvesti biex wara li mmut ikolli eżistenza aħjar. Għalhekk il-Maltin kienu jinvestu ħafna flus filKnisja, bit-tama li wara li jmutu huma jiġu ppremjati għat-tbatija tagħhom.” Spettaturi tagħhom stess

tjiebu xi ftit għax huma kienu sinjuri, b’saħħithom u kapaċi jiddefendu l-artijiet tagħhom. Huma kienu jqisu lil Malta bħala d-dar tagħhom u għal dik ir-raġuni huma kienu

Il-Maltin kienu jinvestu ħafna flus fil-Knisja, bit-tama li wara li jmutu huma jiġu ppremjati għat-tbatija tagħhom

tal-Istorja

Allura, f ’din l-interpretazzjoni tal-Istorja ta’ pajjiżna, ilMaltin huma aktar jew anqas protagonisti tad-destin tagħhom? “Il-Maltin tista’ tgħid ma kinux protagonisti tal-Istorja tagħhom. Ir-raġuni hi illi, minħabba l-vulnerabbiltà talgżira, il-faqar estrem u nuqqas ta’ sigurtà, il-Maltin dejjem kienu dipendenti fuq il-partuni tagħhom,” spjega Camilleri. Huwa kompla jgħid li din issitwazzjoni ffaċilitat il-kontroll kbir tal-Knisja, speċjalment meta ġew il-Kavallieri, għax meta ġew il-Kavallieri l-Knisja bdiet tindaħal fil-politika u prattikament, tista’ tgħid – u dan huwa kunċett kumpless biex wieħed jifhmu – l-iżvilupp bikri tal-Istorja Maltija kien kollu frott l-effett ta’ forzi barranin; forzi li l-Maltin litteralment ma kellhomx kontroll fuqhom. Għaldaqstant, meta wieħed jitkellem fuq il-Maltin filMedjuevu, ikun qed jirreferi għal soċjetà vulnerabbli ħafna. F’xi aspetti, meta ġew il-Kavellieri l-affarijiet

jinvestu hawnhekk għax kien fl-interess tagħhom li Malta tkun art stabbli u rikka. Allura, konċidentalment, f ’din issigurtà ġdida, il-Maltin setgħu jikbru f ’ċertu libertà li qabel ma kellhomx. Meta telqu l-Kavallieri s-sitwazzjoni marret għallagħar għax l-Ingliżi ma kinux iqisu lil Malta bħala d-dar tagħhom. “Allura l-istil ta’ tmexxija nbidel kompletament u l-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-Maltin marru lura ħafna. Diġà l-Maltin ma kinux qed jgħixu xi ħajja tajba, imma is-sitwazzjoni ggravat ħafna taħt l-Ingliżi. Nerġgħu nsibu l-istess sitwazzjoni ta’ poplu li m’għandux kontroll taddestin tiegħu, dipendenti fuq il-barrani għas-sigurtà u l-għajxien.” Ix-xewqa għall-bidla B’hekk insibu poplu li mhux biss ma jistax jibni futur tiegħu b’mod unilaterali, imma lanqas għandu l-opportunità li jaħseb. Ma setax jaħseb għaliex il-poplu kien qiegħed

jiġġieled biex jgħid u ma kellux edukazzjoni. “Jekk ma taħsibx, ovvjament, xejn mhu se jinbidel. Bħala soċjetà Maltija tista’ tgħid li kienet batuta u staġnata għal ħafna snin sakemm imbagħad kellek is-Sette Giugno. Hawnhekk naraw li, għallewwel darba fis-soċjetà Maltija, il-Maltin mir-rieda tagħhom stess, mhux għax qalulhom ilqassisin jew ħaddieħor, qamu u wrew id-dissodisfazzjon lejn il-kundizzjoni tal-ħajja tagħhom u x-xewqa li jbiddlu l-affarijiet.” Però, Camilleri għamilha ċara li ma kienx il-każ li l-Maltin waslu għas-Sette Giugno b’idea preċiża ta’ kif kellhom jinbidlu l-affarijiet. Dan kien parti minn proċess li baqa’ sejjer wara s-Sette Giugno u li ma spiċċax dakinhar. Dan il-proċess tista’ tgħid li beda flEwwel Gwerra Dinjija. Wieħed mill-ikbar avvanzi kienet l-importazzjoni talħaddiema Ingliżi fit-Tarzna. “Li ġara kien li l-ħaddiema Maltin dejjem għexu fid-dinja tagħhom b’mod insulari. Però, meta ġew l-Ingliżi jaħdmu maġenb il-Maltin fit-Tarzna, dawn tal-aħħar bdew jaraw realtà kompletament differenti. Dan għax l-Ingliżi diġà kienu ħaddiema esperjenzati flistrajks, li kienu xebgħu jidħlu f ’unjins u li kienu ilhom jaqraw propaganda xellugija. Allura meta l-Maltin iltaqgħu magħhom huma bdew jitgħallmu.” L-ewwel strajks li saru mill-Maltin fi żmien il-gwerra kienu taħt l-istruzzjoni Ingliża. Madankollu, is-sitwazzjoni ggravat wara l-gwerra meta mhux biss bdew is-sensji imma l-prezz tal-ħobż għola ħafna. “Dawn kienu kollha fatturi biex il-Malti ma jibqax jaħseb b’mod oġġettiv, imma jibda jaħseb b’mod suġġettiv. Jiġifieri ma baqax jaħseb flimmedjat – li din hija r-realtà tiegħu u kien irid jibqa’ jgħix fiha. Minflok, f ’daqqa waħda beda jaħseb u joħlom li jista’ jibda jkollu realtà differenti.”

Dan ma jfissirx li l-Maltin kienu jafu eżatt x’riedu; lanqas xejn. Però, kienu jafu li s-sitwazzjoni kellha bżonn tinbidel. Dan kien l-ewwel pass għal-libertà politika Maltija. “Il-libertà politika tibda millkunxjenza u għalhekk is-Sette Giugno hija importanti ħafna. Fil-fatt, l-akbar riżultat tasSette Giugno kien illi l-politika Maltija, minflok baqgħet waħda biss għall-interess ta’ dawk li kienu favur l-Ingliżi u t-Taljani, żviluppat f ’xi ħaġa li setgħet tintuża għall-ġid talMaltin b’mod ġenerali,” sostna Camilleri. B’hekk, wara s-Sette Giugno nsibu lil Monsinjur Ignazio Panzavecchia li fl-Assemblea Nazzjonali jgħid xi ħaġa rivoluzzjonarja, mhux għax ilKnisja kienet rivoluzzjonarja, imma għax hija kienet qrib issoċjetà u tifhimha aħjar millprofessjonisti l-oħrajn kollha. Panzavecchia kien qal li issa l-Maltin iridu s-self government għax din tkun l-unika mezz li jkollna politika li tikkontribwixxi għallbenefiċċju tal-Maltin. Dik kienet xi ħaġa rivoluzzjonarja u li, fil-klassi tal-eliti, kienu l-kleru li pproponewha. “Ovvjament, il-kleru kien jagħmel dan għall-interessi tiegħu. Il-kleru kien jaf li, jekk dan ma jsirx, kienet tikber xi ħaġa li kienet tmur kontra l-interess u l-ideat tal-Knisja stess; kien jikber ilBolxeviżmu, pereżempju.” “Kont ili b’din l-idea f ’moħħi u issa ħlist minnha” Fl-aħħar staqsejt lil Camilleri jekk kellux l-intenzjoni li jkompli jibni fuq dan l-istudju hekk kif huwa stess ammetta li ma ħariġx il-potenzjal sħiħ ta’ dan is-suġġett. “Nixtieq, imma mhux fl-immedjat. Irrid inlesti d-Dottorat l-ewwel. Ilproċess li wassal għal din ilpubblikazzjoni fil-fatt kien qisu meta tkun żgħir u, minflok tagħmel il-homework, mort tilgħab. Din il-logħba tiegħi, issa rrid nagħmel il-homework. Qisni ili b’idea f ’moħħi u issa ħlist minnha.”


12 14|08|2016

kullhadd.com

OPINJONI

€23 MILJUN F’ARRETRATI X’JINĠABRU MINN ĊITAZZJONIJIET

Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL

Emmen jekk trid, imma minn meta twaqqfet is-sistema talinfurzar lokali akkumulaw kwazi €23 miljun fi flus mhux miġbura – ammont li, kieku wieħed kellu jikkwantifikah, ifisser €2 minn kull €3 allokazzjoni tal-kunsilli lokali għal sena sħiħa. Dan huwa attribwit għal diversi raġunijiet, fosthom minħabba nuqqas ta’ infurzar mill-kunsilli lokali/kumitati konġunti sa Settembru 2011, kif ukoll millkumitati reġjonali minn dak il-perjodu sa Settembru 2015. F’Ottubru 2015 ġiet imwaqqfa l-Aġenzija LESA li bdiet tmexxi s-sistema ta’ infurzar lokali f ’pajjiżna. Għandu jsir sforz biex dan l-ammont jinġabar?

Parti mid-dmirijiet tal-Aġenzija LESA huwa wkoll li tiġbor l-arretrati f ’isem il-kunsilli lokali u l-kumitati reġjonali li akkumulaw matul iż-żmien

Minkejja l-ħafna argumenti favur jew kontra, jien ngħid li, iva, għandu jsir kull sforz possibbli sabiex dawn jinġabru. Naturalment, minn dawn l-ammonti hemm persentaġġ żgħir li, għal raġuni jew oħra, ma jistgħux jinġabru, primarjament għax il-persuni kkonċernati m’għadhomx magħna. Ilkumplament għandu jinġabar permezz ta’ struttura legali u b’uniformità sħiħa. L-Aġenzija għas-Sistema ta’ Infurzar Lokali giet imwaqqfa f ’Mejju 2015 u bdiet topera fl-1 ta’ Ottubru 2015. Ġiet imwaqqfa permezz ta’ Leġislazzjoni Sussidjarja 497.14 bit-titlu ‘Ordni dwar it-Twaqqif tal-Aġenzija għas-Sistema ta’ Infurzar Lokali’. It-twaqqif ta’ din l-aġenzija wassal biex kien hemm bidla fil-mod ta’ kif bdiet topera s-sistema talinfurzar. Parti mid-dmirijiet tal-Aġenzija

LESA huwa wkoll li tiġbor l-arretrati f ’isem il-kunsilli lokali u l-kumitati reġjonali li akkumulaw matul iż-żmien. Din hija klawsola importanti f ’din il-leġiżlazzjoni u dan se narawh iktar ’il quddiem.

ipprojbit. Dan il-każ, li jmur lura għas-sena 2014, inzerta ta’ ġuvnott żgħir, tifel ta’ armla. L-ammont mitlub huwa wieħed konsiderevoli u l-persuna qed tiġi mitluba sabiex tħallas dan ammont f ’daqqa fi żmien sebat Kunsilli lokali u kumitati ijiem mid-data tal-ittra. L-ittra reġjonali tkompli tgħid li, fin-nuqqas ta’ dan, se jittieħdu passi ulterjuri Minkejja t-twaqqif ta’ din fil-konfront tal-persuna bla ebda l-aġenzija, il-kunsilli lokali u preavviż ieħor. l-kumitati reġjonali xorta waħda għadhom jistgħu huma wkoll Ir-Reġjun taċ-Ċentru jinjora jiġbru l-arretrati tagħhom. Dan direttiva tad-Dipartiment minkejja li, tul is-snin, qajla kien għall-Gvern Lokali hemm interess jew ħeġġa biex dan isir. Tant hu hekk li l-ammont Jekk dan huwa l-mod li r-Regjun akkumulat tela’ għall-figura li taċ-Ċentru jrid jiġbor arretrati semmejt aktar qabel ta’ €23 li raqad fuqhom għal snin miljun. sħaħ, allura bla tlaqliq ngħid li Il-problema hawn tinħoloq dwar ma naqbilx. Wieħed għandu il-mod kif se jsir dan il-ġbir. Jekk jibda mit-taħrikiet l-iktar antiki kull wieħed minn 68 kunsill lokali u dawn għandhom jinqasmu u kull wieħed minn ħames reġjuni f ’kategoriji ta’ ammonti. Għandu flimkien mal-LESA jibdew jiġbru jkun hemm konsiderazzjoni dawn l-arretrati għal rashom, se tal-kontravenzjoni xi tkun jkollhom 74 mod differenti ta’ u possibbilment jintbagħat kif jinġabru dawn il-flus. Mhux għallpersuni kkonċernati biss, imma jkollok taħwida manja biex isir ftehim u kuntratt fejn ikollok ċirkustanza li ċittadini bil-kundizzjonijiet dwar kif jirċievu t-talba għall-flus dovuti dawn l-ammonti għandhom mill-kunsill, reġjun u aġenzija. Ma jiġu mħallsa. F’dawn ildan irrid inżid il-modi differenti kundizzjonijiet għandu jittieħed bħal payment terms, taħrikiet li inkonsiderazzjoni l-aspett soċjali jkunu doppji u li għandhom jiġu u l-qagħda finanzjarja tal-persuna. maħfura, u fuq liema kriterji jista’ Dan żgur mhux qiegħed jiġi jsir dan. Mhu se jkun hemm l-ebda mħares mir-Reġjun taċ-Ċentru. uniformità u l-ebda sistema kif Mhux biss, imma minkejja li isir dan il-ġbir. Inżid ngħid li jista’ d-Dipartiment tal-Gvern Lokali jkun hemm lok ta’ abbuż ukoll. ħareġ direttiva ċara fejn, fost ħwejjeġ oħra, taħt it-titlu Ġbir L-aspett soċjali ta’ Penali għal Deċiżjonijiet tatTribunal, qabel ma daħlet fis-seħħ Każ tipiku hija kopja ta’ ittra li L.S. 497.14, tgħid li: 3.3 “L-aġenzija tista’ tasal fi waslet għandi mibgħuta millKumitat Reġjonali Ċentru. Dan ftehim mad-debitur fejn teżerċita bagħat ittra bla preġudizzju lil l-aħjar mezz kif dawn il-ħlasijiet persuna li nqabad ipejjep f ’post isiru b’mod regolari u immedjati”

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ U X-XOGĦOL

Naomi Cachia Kordinatur Politiku FŻL

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti se jkun qed jorganizza serje ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ għall-membri tagħna, fis-17 u l-24 ta’ Settembru, u l-1 u t-8 ta’ Ottubru

Kull sena, nhar it-12 ta’ Awwissu, madwar id-dinja jiġi ċċelebrat il-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ. L-aħħar statistiki maħruġa mill-Eurostat, proprju f ’din il-ġurnata, juru kif pajjiżna għandu wieħed mill-inqas rati ta’ NEET fl-Unjoni Ewropea. Il-kelma NEETs (People Not in Employment, Education or Training) tirreferi għal nies li la jagħmlu parti mid-dinja taxxogħol, la fl-iskola u lanqas f ’xi forma ta’ taħriġ. Ovvjament, dawn l-istatistiki huma l-iktar rilevanti għaż-żgħażagħ u t-tranżizzjoni li kienu qed jagħmlu mill-iskola għad-dinja taxxogħol. Figura oħra rilevanti u importanti ħafna għal pajjiżna, li ħarġet ix-xahar li għadda, kienet li pajjiżna kellu waħda mill-inqas rati ta’ qgħad fost iżżgħażagħ, dik ta’ 4.1%. Din hija figura sinifikanti meta wieħed joħodha f ’kuntest Ewropew. X’differenza minn dik ta 18.6% – il-medja fl-Unjoni Ewropea! Forsi għal ħafna, dawn huma

biss figuri u persentaġġi; riżultat pożittiv ieħor fost ilħafna li qed niksbu bħala pajjiż speċjalment f ’dawn l-aħħar tliet snin. Mill-perspettiva ta’ żagħżugħa, iżda, dan hu forma ta’ serħan il-moħħ – Garanzija li l-Istat qed jieħu liż-żgħażagħ bisserjetà u li qed jaħdem biex min ma wasalx waħdu malewwel prova, qed jagħtih ċans ieħor permezz tal-Garanzija taż-Żgħażagħ, u l-klassijiet ta’ reviżjoni, biex insemmi biss tnejn min-numru ta’ miżuri li qed joffru alternattiva lil ħafna. Kien ikun faċli għall-Gvern li ma jagħtix widen lillkarba ta’ dawn iż-żgħażagħ, speċjalment meta l-klima ekonomika ġenerali flUnjoni Ewropea f ’dawn l-aħħar snin ma kienet qed tiffavorixxi xejn liż-żgħażagħ. F’pajjiżna ninsabu xxurtjajti li m’aħniex qed inħabbtu wiċċna ma’ sitwazzjoni fejn iż-żgħażagħ jiġu miċħuda milli japparteċipaw bis-sħiħ fissoċjetà, u fejn il-ħiliet tagħhom qed jinħlew għax hija diffiċli

3.4 “Qed tiġi stabbilita proċedura ta’ kif għandhom jinġabru l-flus pendenti, proċedura li kemm l-Aġenzija LESA, il-kumitati reġjonali u l-kunsilli lokali għandhom jadottaw” Iktar ’l isfel, l-istess direttiva tgħid ukoll li: “Għandu jkun hemm ukoll uniformità fir-rigward tal-ftehim li jsir bħala kundizzjonijiet għal kuntratti li jridu jsiru sabiex jiġu onorati l-ħlasijiet dovuti mingħajr ebda tnaqqis.” Iżżid tgħid li “F’kull okkażjoni irid isir ftehim bil-miktub taħt forma ta’ kuntratt milħuq mal-LESA, fejn kull rendikont irid jiġi miżmum għal kull verifika li tista’ tiġi mitluba.” Dan ifisser li qabel xi kunsill lokali jew kumitat reġjonali jibgħat xi ittri jew jilħaq xi ftehim ma’ xi individwu, l-ewwel irid isir qbil mal-LESA u tiġi stabbilita l-proċedura msemmija f ’artiklu 3.4 tal-istess direttiva. Dan, ir-Reġjun Ċentru, immexxi minn Michael Fenech Adami, naqas li jagħmlu u qed jibgħat ittri ta’ theddida bħalma semmejt, li qed iservu biss biex joħolqu problemi bla bżonn lill-persuni kkonċernati kif ukoll sabiex jurtaw lill-istess persuni b’mod li jaraw f ’dawl ikrah lill-Aġenzija LESA, li qed tipprova tagħmel minn kollox biex tibdel il-mod li bih iħarsu lejn il-gwardjani lokali ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Huwa għalhekk li għandha tkun l-Aġenzija LESA biss li tiġbor dawn l-arretrati għan-nom talkunsilli lokali u kumitati reġjonali, fejn imbagħad jgħaddu l-flus dovuti lilhom skont il-każ. Minħabba nuqqas ta’ spazju se nieqaf hawn, imma fil-ġimgħat nagħti iktar dettalji dwar dan.

se jkun qed jorganizza serje ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ għallmembri tagħna, fis-17 u l-24 ta’ Settembru, u l-1 u t-8 ta’ Ottubru. L-FŻL dejjem tkun qed tfittex uċuħ ġodda, speċjalment fi żmien ta’ kampanji elettorali, fejn kull għajnuna tgħodd. Iż-żmien li għamilt nikkampanja malFŻL: niltaqa’ ma’ nies ġodda fit-toroq sabiex inwassal ilmessaġġ tal-Partit Laburista u niddiskuti l-manifest elettorali qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, nibqa’ ngħożżu bħala l-isbaħ żmien ta’ ħajti. Is-suġġetti se jinkludu temi bħal Creative Thinking fejn nitħarrġu fuq kif noħorġu b’ideat innovattivi, taħriġ filkitba u kif twassal messaġġ politiku, il-midja soċjali, u public speaking. Dan it-taħriġ se jkun ideali biex, fiż-żmien li fadal qabel l-elezzjoni, jitrawmu iktar żgħażagħ fi ħdan l-organu tażTaħriġ – Forum Żgħażagħ żgħażagħ tal-Partit Laburista u – għaliex le? – insaħħu Laburisti l-potenzjal tal-politiċi ta’ Il-Forum Żgħażagħ Laburisti għada. ħafna biex isibu impjieg. Ovvjament, dan ma jfissirx li ma fadalx problemi li jridu jiġu indirizzati f ’dan il-qasam. Irridu naraw li l-kwalità ta’ xogħol li qed isibu ż-żgħażagħ, speċjalment wara li jiggradwaw, hija adegwata. Personalment, naħseb ukoll li wasal iż-żmien li nitfgħu ħarsitna fuq l-internships, mhux biss fil-kwalità tagħhom, iżda nemmen li hemm bżonn li min iħaddem ma jiħux vantaġġ minn żagħżugħ li għadu jiggradwa u jinsab ħerqan biex isib postu fid-dinja tax-xogħol, speċjalment f ’każ ta’ unpaid internships. Iżda dawn ir-riżultati iqawwuli qalbi li l-Gvern, b’mod partikolari l-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, jinsab konxju tal-isfidi li hemm fis-suq tax-xogħol u lest biex jieħu l-miżuri neċessarji biex l-ebda żagħżugħ jew żagħżugħa ma jibqgħu lura.


EDITORJAL

kullhadd.com

14|08|2016 13

www.kullhadd.com agħmel kuntatt magħna KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717 editorial@kullhadd.com |+ 356 2090 1411

EDITUR Aleander Balzan aleander.balzan@one.com.mt +356 2568 2230

ĠURNALISTI Liam Gauci liam@kullhadd.com +356 2090 1413

Glen Falzon glen@kullhadd.com

SALES U DISTRIBUZZJONI

DISINN TAL-GAZZETTA

Alan Saliba sales@kullhadd.com +356 2090 1520

Leanne Grech

FROTT ID-DEĊIŻJONIJIET Kulħadd iħossu sodisfatt meta bħal nhar il-Ġimgħa toħroġ l-aħbar li Malta reġa’ kellha l-ikbar tkabbir ekonomiku flUnjoni Ewropea. Kulħadd – forsi bl-eċċezzjoni ta’ xi wħud fl-Oppożizzjoni – jieħu gost li qed jinħoloq il-ġid u li dan il-ġid issa jista’ jinfirex iktar fis-soċjetà. Iżda dan ma jiġix waħdu, għax tliet snin ilu l-pajjiż ma kienx għaddej bl-istess ritmu. Huwa minnu li l-ekonomija ma kinitx sejra ħażin daqs xi oħrajn flEwropa wara r-riċessjoni, iżda, flistess ħin, lanqas kienet l-ewwel bi tkabbir li huwa l-aqwa ta’ kull żmien. Issa kif wasalna għal dan kollu? Wasalna għax il-Prim Ministru u l-Gvern ma ddejqux jieħdu d-deċiżjonijiet. Ma’ kull deċiżjoni se ssib min jilmenta minn xi aspett. Ftit huma dawk l-inizjattivi li jistgħu jolqtu tajjeb lil kulħadd mingħajr eċċezzjonijiet.

Peró, il-Gvern kien determinat li jiddeċiedi. Dejjem imnebbaħ mill-ġid tal-ħafna u mhux tal-ftit, mill-ħtiġijiet tal-pajjiż u mhux ta’ xi individwu jew tnejn. Jekk insemmu l-investiment ta’ €200 miljun fil-qasam tas-saħħa rajna lil min staqsa l-mistoqsijiet u lil min ipprova jfixkel. Il-Gvern fiehem, ikkonsulta, iżda aġixxa biex illum qed naraw ix-xogħol javvanza u l-pjan jibda jieħu l-ħajja. Jekk kienet l-Università Amerikana, l-istess: il-Gvern sema’, iżda ddeċieda, biex illum tmur Bormla u r-restawr ta’ Baċir Nru 1 huwa x-xhieda, l-eżempju, tal-ġid li se jinħoloq. Kien hemm deċiżjonijiet li setgħu weġġgħu u, għax seta’ sar hekk, kien hemm min ipprova jrewwaħ kemm jiflaħ biex jieħu kapital politiku. Bħall-attakk fuq l-abbuż mill-benefiċċji soċjali; bilGvern ċar li ħadd ma jabbuża mittaxxi tan-nies u l-Oppożizzjoni li ppruvat tirkeb fuq id-dwejjaq ta’ wħud għal xi vot jew tnejn.

Il-Gvern iddeċieda biex illum għandna rekord ta’ nies fid-dinja tax-xogħol u inqas faqar, għax il-Gvern ma beżax jiddeċiedi u kien l-ewwel wieħed li offra l-ħarsien tat-tfal b’xejn għal kull min jaħdem u, għax ma beżax jiddeċiedi, deher ir-riżultat b’mijiet ta’ nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Għax il-Gvern ma jibżax, ħolom ukoll. Ħolom li jibdel dak li kien destinat li jfalli u rnexxielu, blEnemalta l-ikbar eżempju li minn kumpanija se tfalli nbidlet għal waħda li se tagħmel il-qligħ. Kien faċli? Le. Ittieħdu deċiżjonijiet li raw il-ħin fuq il-proġett talenerġija jitwal xi ftit u l-ħaddiema kellhom jifhmu prattiki ġodda. Iżda llum kulħadd sodisfatt b’kumpanija li saħansitra tinvesti barra minn xtutna. Hekk irridu narawh jagħmel bl-Air Malta wkoll. L-istess biċ-ċittadinanza b’investiment li, wara li qam plejtu sħiħ, illum jikkupjawha pajjiżi oħra, għalkemm hija biss l-iskema

Maltija li għandha l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Ma’ dawn nistgħu nsemmu għexieren ta’ eżempji oħra iżda, minflok, se nagħmlu riflessjoni fuq il-ġejjieni. Ir-riżultati miksuba sal-lum huma tajbin, iżda jagħmlu lill-poplu iktar għatxan għas-suċċess u jwasslu biex kulħadd irid igawdi iktar millġid li jinħoloq u b’hekk iżidu l-pressjoni fuq dan il-pajjiż li qed jinbidel biex jibqa’ jsir fost l-aqwa. Però dan ma jsirx billi nħallu kollox kif inhu. Se jkollna bżonn proġetti ġodda, iktar bidliet fil-mentalità, li nkunu iktar ambizzjużi, biex nattiraw lejn pajjiżna iktar talent. Dan mhux dejjem ikun faċli. Dan ma jfissirx li ma jkunx hemm min ma jaqbilx ma’ xi deċiżjoni jew tnejn, iżda l-Prim Ministru għandu jibqa’ jiddeċiedi biex, frott ta’ dawk iddeċiżjonijiet, Malta tibqa’ tissaħħaħ u ssir l-għira ta’ pajjiżi oħra.

WARA L-ATTENTAT TA’ KOLP TA’ STAT FIT-TURKIJA

Marlene Mizzi Membru Parlamentari Ewropew

Il-UE għandha tkompli timbotta lit-Turkija biex tirrispetta d-drittijiet fundamentali talbniedem u l-osservanza tal-liġi

Bħala stat ta’ fatt ma jeżisti ebda dubju: fil-15 ta’ Lulju li għadda sar attentat ta’ kolp ta’ stat fitTurkija. Id-dilemma ta’ bosta hija dwar min kien il-moħħ wara l-attentat. Dilemma li tkompli tikber bil-fatt li l-attentat falla fi ftit ħin. Ir-reazzjoni dinjija tista’ tgħid li kienet waħda komuni: le għal manuvri u attentati kontra r-rieda tal-poplu. Le għal manuvri u attentati kontra d-demokrazija. Fi ftit jiem din ir-reazzjoni bdiet tiġi kwalifikata aktar, fis-sens li min-naħa l-oħra m’għandux ikun hemm abbuż f ’isem is-salvagward tad-demokrazija. Dan wara li fit-Turkija l-vittma potenzjali tal-attentat tal-kolp ta’ stat, ilPresident Recep Erdogan, sab ixxoqqa f ’moxtha biex jaqbeż fuq l-avversarji politiċi tiegħu. Eluf ta’ nies sfaw arrestati. Ittkeċċija mill-impjiegi f ’diversi livelli tas-soċjetà kienet bla rażan. Eżerċizzju sfrenat li, fil-veru sens tal-kelma, kien u għadu qed joħnoq id-demokrazija. Hija sitwazzjoni li mhux se tkun qed tgħin lit-Turkija firrelazzjonijiet tagħha mal-UE; relazzjonijiet li setgħu jwasslu biex xi darba t-Turkija tissieħeb

fil-UE. L-applikazzjoni Torka ilha pendenti snin twal. It-Turkija bdiet ftit ftit taddatta għal dak li jista’ jwassal għal tali sħubija. Eżempju tipiku ta’ dan l-addattament kien meta t-Turkija neħħiet il-piena tal-mewt, piena li għall-UE mhix aċċettabbli. Imma issa, ftit tal-jiem ilu, Erdogan hedded li b’riżultat tal-attentat tal-kolp ta’ stat jista’ jreġġa’ lura dik id-deċiżjoni. Is-sitwazzjoni kompliet tikkomplika ruħha b’dak li għaddej fejn jirrigwarda l-kriżi tar-refuġjati u l-ftehim li kien intlaħaq bejn il-UE u t-Turkija f ’Marzu li għadda. ‘Il-bieb’ Tork kien qed iservi biex minnu eluf ta’ refuġjati, l-aktar mill-pajjiżi tal-Lvant Nofsani, kienu qegħdin jaqsmu lejn il-Greċja u mbagħad ikomplu triqthom lejn pajjiżi oħrajn tal-UE. Kien jew ma kienx laxk il-kontroll min-naħa Torka? Tali kontroll kien jew ma kienx qed iservi ta’ pressjoni fuq il-UE? Il-ftehim ta’ Marzu jaħseb għallfond ta’ €3 biljun mill-UE biex it-Turkija tkun tista’ tkopri maleluf kbar ta’ refuġjati li spiċċaw għandha filwaqt li min-naħa l-oħra l-UE tkun tista’ tibgħat lura lejn it-Turkija refuġjati li jaslu

l-Greċja mit-Turkija. Imma l-aktar punt kardinali ta’ dan il-ftehim kien li ċittadini Torok kellhom jingħataw ilfaċilità li jivvjaġġaw lejn il-pajjiżi tal-UE mingħajr il-ħtieġa tal-viża. Dan kellu jidħol fis-seħħ ladarba t-Turkija tkun laħqet il-kriterji kollha tal-ftehim. Miżuri li ħa Erdogan wara li falla l-kolp ta’ stat kontrih imorru kontra l-ispirtu ta’ wħud millkriterji tal-ftehim ta’ Marzu. Fil-bidu ta’ dan ix-xahar ilMinistru Tork għall-Affarijiet Barranin, Mevlut Cavusoglu, qal li jekk il-UE mhux se tonora l-wegħda tagħha fejn jirrigwarda liberalizzazzjoni tal-viża, allura t-Turkija tkun kostretta li tirtira mill-ftehim. Il-pożizzjoni tal-Grupp tal-Alleanza tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D), li minnha niffurmaw parti l-Membri Parlamentari Ewropej eletti f ’isem il-Partit Laburista, hija waħda ċara: il-UE m’għandhiex tħalli lilha nnifisha tiġi rikattata mit-Turkija. Il-messaġġ tal-S&D kien ċar daqs il-kristall: “Il-pożizzjoni tagħna hija ċara ħafna – nappoġġaw il-

liberalizzazzjoni tal-viża għallpajjiżi kollha li jilħqu l-kriterji rilevanti kollha. Dan huwa l-każ fil-konfront taċ-ċittadini Torok u ta’ ċittadini minn kull pajjiż ieħor. Madankollu, b’reazzjoni għallattentat tal-kolp ta’ stat, it-Turkija miexja fid-direzzjoni żbaljata. M’aħniex se nkunu rikattati mir-reġim Tork biex naċċettaw il-liberalizzazzjoni tal-viża liċċittadini Torok. Għalkemm itTurkija hija sieħeb importanti biex tissolva l-kriżi tar-refuġjati, l-unika soluzzjoni dejjiema tkun dik ta’ waħda komuni Ewropea. Il-Kunsill għandu issa jipprepara għal sitwazzjoni fejn it-Turkija tirtira l-appoġġ tagħha lill-ftehim dwar ir-refuġjati u tkun lesta bi pjan alternattiv u kredibbli. “Il-UE għandha tkompli timbotta lit-Turkija biex tirrispetta d-drittijiet fundamentali talbniedem u l-osservanza tal-liġi. Iċċittadini Torok għandhom jifhmu li, jekk iridu l-liberalizzazzjoni tal-viża, allura sta għall-Gvern tagħhom li jaġixxi u jsegwi skont dak meħtieġ. M’aħniex se naċċettaw mod ieħor.” Kliem ċar aktar minn hekk ma jistax ikun hemm.


kullhadd. com

14 14|08|2016

TOWNSQUARE, TAS-SLIEMA Sur Editur, Xtaqt nuri ftit l-opinjoni tiegħi bħala kunsillier Slimiż f ’isem il-Partit Laburista, dwar issitwazzjoni ta’ bħalissa f ’Townsquare. Jien, min-naħa tiegħi, inpoġġi fuq quddiem nett ir-residenti tagħna, għax jien tlajt filKunsill għar-residenti. Veru li nagħmel parti mill-Partit Laburista, iżda l-Partit qatt ma ndaħlilna fuq l-opinjonijiet tagħna, biex nagħmilha ċara. L-opinjoni tiegħi hija waħda: jien naqbel ma’ kull investiment li jsir u rigward Townsquare nemmen li seta’ sar impact assessment aħjar, speċjalment fejn jidħlu parkeġġi u traffiku. Jien, min-naħa tiegħi, lest, iva, li nivvota mal-Kunsill dejjem jekk huwa fl-interess tar-

residenti. Nixtieq ukoll nagħmel mistoqsija inġenerali għax, sa issa, għad ma kellix tweġiba dwar dak il-bini mostruż kollu f ’xulxin li kerrah lil Tas-Sliema fi żmien ilGvern preċedenti. Qed nirreferi għal MIDI, Fort Cambridge eċċ. Fejn kienu dawk li qed joġġezzjonaw? Imxew bħalma qegħdin jimxu llum il-ġurnata? Dak biss nistaqsi. Mill-bqija jien lest li nimxi fl-interess tarresidenti tagħna filwaqt li nerġa’ nirrepeti li m’għandix kontra kull investiment li jsir f ’pajjiżna, l-aqwa li kull investiment isir b’ċertu studju tajjeb li jgawdi kemm irresident kif ukoll l-investitur. DAVID MUSCAT, KUNSILLIER, TAS-SLIEMA

SIMON BUSUTTIL JERĠA’ JIŻGARRA Sur Editur, Wara li l-Kap tal-PN Simon Busuttil ħadha kontra d-dikjarazzjoni tal-PM Joseph Muscat dwar li aħjar jekk ma jkunx hemm aktar tkabbir ta’ art fil-Port Ħieles, qam pandimonju sħiħ fil-PN. U dan bir-raġun, għax ilpoplu ta’ Birżebbuġa ilu jsofri inkonvenjenzi kbar. Diversi Nazzjonalisti li joqogħdu Birżebbuġa ma jistgħux jifhmu kif il-Kap tagħhom Simon Busuttil hu daqstant insensittiv għallħsejjes intolleranti li ilhom ibatu. Ħafna ftakru fl-aħħar li kien Gvern Nazzjonalista li imblokka għotja ta’ flus millPort Ħieles lill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa bħala kumpens tal-istorbju li joħloq il-Port Ħieles. L-argument ta’ Simon Busuttil juri kemm verament il-Kap tal-PN hu xott flideat tiegħu biex joħloq aktar xogħol, għax f ’moħħu għandu li, jekk ikun fil-Gvern hu, ilPort Ħieles biss jista’ joħloqlu aktar xogħol! L-ambjentalisti wkoll ħaduha kontra d-dikjarazzjoni tal-Kap Nazzjonalista, li l-Port Ħieles għandu bżonn jitkabbar aktar, għax dan it-tkabbir isir fuq art ODZ. Ħafna ftakru li Simon Busuttil kien stqarr kemm-il

darba li Gvern Nazzjonalista jibni fuq art ODZ bħala l-aħħar għażla. Tant il-pandimonju filPN kien kbir li, biex forsi titmewwet ftit il-korla ta’ ħafna kontra Simon Busuttil, il-midja tal-PN ġabitilna flaħbarijiet liż-żewġ kunsilliera tal-PN f ’Birżebbuġa, fejn dawn qalulna li kulħadd għawweġ dak li qal Simon Busuttil! Iżda dan l-argument tant ma solviex id-dilemma li Simon Busuttil daħħal lill-partit tiegħu fiha, li n-Nazzjonalisti riedu malajr isibu argument ieħor biex tal-anqas jikkonvinċu linNazzjonalisti ta’ Birżebbuġa u ħarġu b’argument bażwi għall-aħħar għax, filwaqt li l-inkonvenjenzi tal-Port Ħieles, speċjalment għal dawk in-nies li joqogħdu f ’Wied ilBuni li hu bieb u għadba malPort Ħieles, għal tal-PN dawn m’huma tal-ebda tfixkil. Il-vapur bil-gass li se jħaddem il-power station ilġdida u li se jkun sorġut in-naħa l-oħra f ’Dellimara tahom f ’għajnhom. Insew in-Nazzjonalisti li meta bnew ċ-ċumnija tal-power station blaktar żejt perikoluż u r-riħ kien ikun lejn Birżebbuġa, partiċelli ta’ metall irqiq kien jiksi ħafna minn Birżebbuġa. In-Nazzjonalisti qalulna

ĊENSU W. MUSCAT, RAĦAL ĠDID

Fi Triq il-Mina ta’ Hompesch, Ħaż-Żabbar, riċentament saru marki mal-art, twaħħlu bollards, kif ukoll ittawlet iscentral strip biex jitnaqqsu n-numru ta’ aċċidenti li jsiru f ’din l-imbierka triq. X’ġara? Qed ikun hemm sewwieqa irresponsabbli li qed jiksru r-reġolamenti tat-traffiku qisu xejn mhu xejn, għaddetriment ta’ sewwieqa oħra.

Għal xi wħud is-central strip (quddiem l-istitut tas-sorijiet) qed isservi ta’ roundabout minkejja li hemm tabella biex ma ddurx magħha. Qiegħed isir parkeġġ ta’ vetturi ħdejn dan l-istitut imsemmi avolja hemm is-sinjal kontinwu abjad mal-art biex ħadd ma jieqaf. Minħabba dan l-inkonvenjent, il-karreġġjata li tieħdok lejn il-Fgura tant tidjieq li jkollok taqbeż id-double line bil-biża’ li jkollok tgħaddi

Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI 8 ta’ Awwissu

Ġew offruti numru ta’ lezzjonijet talprivat b’xejn għal dawk l-istudenti li ma għaddewx mill-eżemijiet tas-SEC

9 ta’ Awwissu

10 ta’ Awwissu

Tneħħa ħlas li kien daħħal Gvern tal-PN fl-isptar ta’ Għawdex għall-collar and cuff

11 ta’ Awwissu Studju tal-Ewrobarometru indika li erbgħa minn kull ħames Maltin kienu sodisfatti bil-qagħda ekonomika ta’ Malta

12 ta’ Awwissu

Stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea wera li 84% tal-Maltin kienu sodisfatti bil-qagħda finanzjarja tagħhom

13 ta’ Awwissu

Beda monitoraġġ kontinwu tal-livelli ta’ mediċini in stock biex jiġi assigurat li ma jkunx hemm mediċini out of stock

JIŻDIED IL-PERIKLU Sur Editur,

X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU

Reġa’ raħas il-prezz taċ-ċilindri tal-gass

li dan il-vapur mimli gass hu ta’ periklu kbir. Dan juri kemm tal-PN m’għandhom l-ebda fiduċja fl-industrija moderna li kapaci tissupplixxi vapuri bħal dan bla ebda periklu. Imbagħad iriduna li nafdawlhom lill-pajjiż wara l-elezzjoni tal-2018! Dan l-aħħar argument tal-PN dwar il-biża’ ta’ periklu millvapur mimli gass hu falz għallaħħar – juri l-ipokresija grassa tan-Nazzjonalisti. Lejn tmiem is-snin sebgħin tas-seklu li għadda l-Gvern Laburista ta’ Dom Mintoff ried li s-sistema tat-town gas li kien hemm f ’Tas-Sliema tispiċċa, għax xejn ma kienet vijabbli u kienet qed tiswa ħafna flus lill-pajjiż. Din is-sistema kienet ta’ pajpijiet għaddejjin minn taħt l-art mimlija gass. Dakinhar in-Nazzjonalisti kienu kontra li din is-sistema tispiċċa u xejn ma ħabblu rashom dwar il-periklu li kienet toħloq lill-pubbliku anke lil dawk li ma kinux jużawha. Matul iżżminijiet kienu saru diversi diżgrazzji f ’diversi pajjiżi b’din is-sistema. Sewwa kien stqarr darba Dom Mintoff fil-Parlament: li l-PN hu ‘annimal stramb’.

minn fuq il-karreġġjata opposta. Jien nissuġġerixxi li titwaħħal CCTV biex dawn l-abbuzi jinqatgħu darba għal dejjem. titwal is-central strip quddiem l-istitut fejn qed isir l-ipparkeġġjar, jitwaħħlu bollards taħt il-bankina u t-trijangolu quddiem il-Mina jsir bil-ġebel minflok biżżebgħa. SEWWIEQ, IL-FGURA

ITTRI

14 ta’ Awwissu

Ġiet reġistrata żieda ta’ 4.5% fin-numru ta’ turisti li ġew Malta u żieda ta’ 6% fin-nefqa tagħhom


TA’ BARRA

kullhadd.com

14|08|2016 15

WIĊĊ IMB WIĊĊ MA’ 20 EKSPROSTITUTA! GLEN FALZON glen@kullhadd.com Papa Franġisku, li ilu li ddikjara li t-traffikar tal-umani huwa reat kontra l-umanità, għamel żjara sorpriża f ’dar partikolari f ’Ruma fejn qed jinżammu għall-protezzjoni nisa li kienu vittmi tal-prostituzzjoni sfuzata f ’ħajjithom. Il-Vatikan, li ma żvelax fejn qiegħda eżatt din id-dar fil-kapitali Taljana, qal li l-Papa ltaqa’ ma’ 20 mara mir-Rumanija, l-Albanija, inNiġerja, it-Tuneżija, l-Ukrajna u saħansitra mill-Italja stess. Il-Papa Arġentin ħeġġiġhom biex ikunu b’saħħithom kemm jistgħu hekk kif issa qed iħarsu ’l quddiem biex jibdew ħajja ġdida f ’din iddinja. L-istqarrija tal-Vatikan kompliet tgħid li din iż-żjara mill-Papa Franġisku saret bħala parti mill-Komunità talPapa Ġwanni Pawlu XXIII. Din il-komunità twaqqfet minn qassis Taljan bl-għan li teħles nisa ta’ dan it-tip mill-ħakkiema kummerċjali (pimps) tagħhom li jġegħluhom jagħmlu affarijiet li ma jridux u f ’ħafna mid-drabi kontra l-volontà tagħhom għal għanijiet materjali u finanzjarji. Dan kollu bħala sforz u turija li t-traffikar talumani għandu jkun miġġieled

bil-qawwa kollha u jekk jista’ jkun eradikat għalkollox. Taħt it-tmexxija tal-Papa Franġisku, il-Vatikan beda jospita sensiela ta’ konferenza li ġabu flimkien organizzazzjonijiet

internazzjonali differenti talpulizija, leġiżlaturi flimkien ma’ gruppi reliġjużi minn madwar id-dinja biex jinstabu modi u metodi ta’ kif ilkoll flimkien jistgħu jiġġieldu dan

il-fenomenu ta’ jasar modern. Lura fl-2014, waqt wieħed mid-diskorsi tiegħu, Papa Franġisku kien laqqam ittraffikar tal-umani bħala ġerħa miftuħa fis-soċjetà moderna li

qed ngħixu fiha llum u li hija reat gravi kontra l-umanità kollha. Bil-wegħda li jsibulhom impjieg u ħajja aħjar, ittraffikanti jġibu lil dawn innisa lejn l-Italja u pajjiżi oħrajn fil-Punent tal-Ewropa millAfrika u l-Ewropa tal-Lvant u mbagħad jisfurzahom għallprostituzzjoni. Fil-fatt, skont għadd kbir ta’ gruppi favur id-drittijiet umani, mill-estimi li għandhom huma jirriżulta li miljuni kbar ta’ nies madwar id-dinja kollha jisfaw vittmi tat-traffikar tal-umani u forom oħra ta’ jasar modern bħallprostituzzjoni sfurzata jew ta’ xogħol manwali mingħajr l-ebda forma ta’ ħlas. Intant, s’issa Papa Franġisku żar dar għal persuni b’vizzju tad-droga, ċentru li jilqa’ l-immigranti, dar għall-qassisin anzjani, kif ukoll dar oħra li tilqa’ nies li qed ibatu minn xi kundizzjoni mentali. Dawn iż-żjarat ikomplu jżidu mallista ta’ postijiet differenti li żar hu personalment hekk kif f ’April li għadda żar kamp fil-gżira Griega ta’ Lesbos. Apparti minn hekk, ix-xahar li għadda mar ukoll il-Polonja fejn inżamm mument ta’ silenzju biex jitfakkru ġrajjiet koroh li saru fil-kampijiet ta’ esterminazzjoni ta’ AuschwitzBirkenaue.

$10.75 MILJUN GĦALL-KOPPJA CLINTON FL-2015 GLEN FALZON glen@kullhadd.com Nhar il-Ġimgħa li għadda Hillary Clinton iddikjarat li hi u żewġha, l-eks-President tal-Istati Uniti Bill Clinton, kellhom introjtu ta’ $10.75 miljun fl-2015 u ħallsu t-taxxa federali bir-rata ta’ 34.2%. Flistess sena, il-koppja Clinton taw xejn inqas minn $1 miljun bi skopijiet filantropiċi, l-aktar għall-Fondazzjoni Clinton. L-eks-President Bill Clinton daħħal kważi $5.3 miljun middiskorsi li jagħmel filwaqt li martu ddikjarat li qalgħet $3 miljun mill-pubblikatur talktieb tagħha Simon & Schuster dwar l-esperjenza bħala Segretarja tal-Istat. Is-sieħeb ta’ Clinton flelezzjoni presidenzjali, isSenatur Amerikan Tim Kaine ta’ Virġinja, flimkien ma’ martu Anne Holton, ukoll ippubblikaw it-taxxa taddħul tagħhom matul dawn l-aħħar għaxar snin. Irriżulta li, fl-2015, din il-koppja ħallset it-taxxa federali bir-rata ta’ 20.3%. Fi stqarrija maħruġa minn waħda mill-ajjutanti talkampanja ta’ Clinton, Jennifer Palmieri, intqal li kemm Hillary Clinton kif ukoll Tim Kaine komplew juru bilfatti li huma qed japplikaw l-ogħla standards possibbli

fit-trasparenza finanzjarja. L-istqarrija kompliet tgħid li dan jikkuntrasta bil-kbir malaġir ta’ Donald Trump għax dan qed jistaħba wara skużi foloz u mhux qed iżomm ilwegħda tiegħu li jiddikjara t-taxxa tad-dħul, minkejja l-wegħdi li kien għamel. Minkejja li l-kandidati

prospettivi għall-presidenza Amerikana mhumiex marbuta bil-liġi biex jiddikjaraw pubblikament it-taxxi tad-dħul tagħhom, din il-prassi ilha komuni għal għadd ta’ snin f ’elezzjonijiet oħrajn. Forsi ironija għal ħafna, it-taxxi tad-dħul tal-koppja Clinton, f ’kull forma jew oħra, dejjem

iddikjarathom fil-pubbliku mill-1977 lil hawn. Min-naħa l-oħra, nies mill-kamp ta’ Trump flimkien mal-avukati tiegħu, dejjem qalu li l-klijent tagħhom għadu ma ddikjara xejn minħabba li għad hemm eżerċizzju ta’ awditjar għaddej mid-Dipartiment tat-Taxxa Amerikan. Trump kien qal

ukoll li t-taxxi tiegħu mhuma affari ta’ ħadd u li, jekk għandhom jikxfu xi ħaġa, filverità ma tantx jistgħu jikxfu. Madankollu, id-Dipartiment tat-Taxxa Amerikan irribatta r-rimarki billi qal li m’hemm xejn xi jżomm lil Trump milli jippubblika kollox, anke jekk fil-preżent għaddej eżerċizzju ta’ awditjar. Intant, nhar il-Ħamis li għadda, ilkonsulent speċjali tal-kandidat Repubblikan Michael Cohen qal li xorta waħda mhux se jħalli lil Trump jippubblika t-taxxi tad-dħul sakemm jitlesta l-awditjar kollu. Il-kritiċi ta’ Trump, inkluż l-ekskandidat presidenzjali tar-Repubblikani tal-2012 Mitt Romney u oħrajn fil-Partit Repubblikan, qed isostnu li din l-ebusija tar-ras ta’ Trump qed tqajjem mistoqsijiet kbar dwar kemm jaqla’ filverità wara l-ħlas tat-taxxa, ilkontribuzzjonijiet filantropiċi li jagħti, kif ukoll il-ftehimiet kummerċjali u rabtiet oħrajn inkluż mar-Russja. Dan irrifjut ta’ Trump jista’ jkun li ġej minħabba li s-sit prominenti Politico rrapporta li Trump ftit li xejn ħallas taxxi għal sentejn sħaħ fid-disgħinijiet, u kittieb ta’ New York Times kien ikkwotat jgħid li numru ta’ avukati tattaxxa u accountants qed jgħidu li dawn l-allegazzjonijiet jistgħu jkunu veritiera.


16 14|08|2016

1

kullhadd.com

MINN MADW

SE JITILFU S-SENAT?

1

Il-kap tal-grupp Repubblikan fis-Senat Amerikan Mitch McConnell ammetta li se tkun diffiċli għall-partit tiegħu biex iżomm il-maġġoranza li għandu bħalissa f ’din il-kamra. McConnell ilu l-mexxej ta’ maġġoranza għal sentejn biss; jiġifieri mill-2014, meta l-partit tiegħu ġab fi tmiemu dominju senatorjali li l-Partit Demokratiku kien ilu jżomm għal diversi snin. Madankollu, is-sitwazzjoni taf tinbidel fl-elezzjoni ta’ Novembru meta 24 siġġu Repubblikan se jkun ikkontestat b’kuntrast mal-10 Demokratiċi. McConnell ma daħalx fid-dettall dwar x’qiegħed iwassal biex ir-riħ idur kontra r-Repubblikani, però huwa sostna li jixtieq jara lill-kandidat presidenzjali Repubblikan Donald Trump jimxi aktar mal-linja tal-partit fix-xhur li ġejjin.

2

TA’ BARRA

JAĊĊETTAW L-OFFERTA

3 Ciudadanos, il-partit tal-lemin ċentrali mmexxi minn Albert Rivera, laqa’ l-offerta tal-mexxej tal-Partido Popolar (PP) Mariano Rajoy biex jingħaqad f ’koalizzjoni tal-Gvern. Rajoy ilu jmexxi gvern ta’ minoranza minn Diċembru li għadda wara żewġ elezzjonijiet inkonklussivi li ħallewlu ferm inqas siġġijiet fil-Parlament milli għandu bżonn biex imexxi amministrazzjoni stabbli. Il-ftehim ta’ bejniethom għadu mhuwiex assigurat, għax Rivera talab lill-PP jadotta pakkett ta’ riformi qabel ma l-koalizzjoni tkun tista’ ssir realtà. Jekk il-Partido Popolar jaċċetta li jimplimenta dawn ir-riformi, Rajoy xorta waħda se jkollu bżonn isib tal-inqas alleat ieħor hekk kif il-partit tiegħu u Ciudadanos għandhom biss 169 siġġu mill-176 li hemm bżonn għal maġġoranza parlamentari.

REBĦIET IMPORTANTI Forzi militari Libjana leali lejn il-Gvern ta’ Tripli rnexxielhom jagħmlu avvanzi ta’ importanza strateġika notevoli fil-konfront tal-Istat Iżlamiku (IS) fl-aħħar jiem hekk kif ħadu f ’idejhom numru ta’ distretti qrib u ġewwa l-belt ta’ Sirte. Dan l-avvanz għandu importanza partikolari għax Sirte kienet l-unika belt maġġuri fil-Libja kompletament taħt il-kontroll tal-Istat Iżlamiku. Il-milizzji leali lejn il-Gvern ta’ Tripli rnexxielhom jiddefendu l-pożizzjoni tagħhom f ’Misrata minn attakk tal-Istat Iżlamiku kmieni f ’Mejju biex imbagħad ħarġu għall-attakk filġimgħat ta’ wara. L-avvanz tal-milizzji kien megħjun mill-Istati Uniti li fl-aħħar jiem għamlet diversi bumbardamenti biex tnaqqas il-preżenza tal-isnipers li kienet qed tkun ta’ ostaklu kbir tul l-offensiva.

2


TA’ BARRA

kullhadd.com

WAR ID-DINJA 6

3

4 5

6

MOSSA OSTILI

Skont rapporti li dehru fil-midja internazzjonali, il-Vjetnam ressaq diversi rocket launchers qrib, u fuq, uħud mill-Gżejjer Spratly li jinsabu f ’żona kkontestata minn numru ta’ pajjiżi, fosthom iċ-Ċina. Dawn ir-rapporti mhux ikkonfermati jsostnu li din il-mossa saret b’mod sigriet biex iċ-Ċina b’mod partikolari ma tilħaqx tirreaġixxi hekk kif il-launchers huma allegatament immirati lejn bażijiet militari li jinsabu fuq ilġżejjer li diġà huma okkupati minnhom. Dawn l-launchers jidhru li għadhom ma ġewx armati. Madankollu, il-Gvern Ċiniż diġà għamilha ċara li huwa jqis din il-miżura bħala waħda ostili u li qiegħed jirriserva d-dritt li jagħmel dak li hemm bżonn biex jiddefendi l-interessi territorjali tiegħu.

5

4

14|08|2016 17

REŻISTENZA VJOLENTI

DAQQA TA’ ĦARTA Il-Ġeneral John Nicholson, il-Kmandant Ewlieni tan-NATO fl-Afganistan, din il-ġimgħa ħabbar li l-forzi militari Afgani, bl-appoġġ ta’ dawk Amerikani, irnexxielhom jagħmlu diversi kisbiet kontra l-Istat Iżlamiku (IS) flaħħar jiem. Huwa semma b’mod partikolari offensiva li twettqet ġimagħtejn ilu fil-provinċja ta’ Nangarhar li ħalliet madwar 300 militant talIS u diversi mexxejja tal-grupp li kienu joperaw fil-pajjiż mejta. Nicholson sostna li f ’dan l-istadju huwa diffiċli għan-NATO biex ikollha stima preċiża tal-impatt li din it-telfa se jkollha fuq l-Istat Iżlamiku. Madankollu, huwa maħsub li f ’din l-operazzjoni ġew distrutti madwar 25% tarriżorsi umani u materjali li l-grupp kellu filpajjiż.

Serje ta’ splużjonijiet laqtu żoni qrib il-kapitali tat-Tajlandja, Bangkok, bejn nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa li għaddew. L-attakki, li ħallew erba’ persuni mejta u għexieren midruba, jidhru li kienu mmirati b’mod partikolari lejn ċittadini barranin hekk kif diversi mill-postijiet milqutin kienu żoni turistiċi. Minkejja dan, l-awtoritajiet esprimew il-fehma tagħhom li l-attakki kienu espressjoni ta’ ribelljoni interna lejn il-Gvern attwali li huwa mmexxi mill-Forzi Armati tal-pajjiż. Ir-rabja lejn il-Gvern attwali ilha tinħass minn meta l-militar ħa l-kontroll fl-2014 permezz ta’ kolp ta’ stat. Madankollu, irreżistenza lejn il-Gvern żdiedet fl-aħħar jiem wara s-suċċess ta’ referendum li ta lok għal saħħa kostituzzjonali akbar għarreġim attwali.


TA’ BARRA

kullhadd.com

WAR ID-DINJA 6

3

4 5

6

MOSSA OSTILI

Skont rapporti li dehru fil-midja internazzjonali, il-Vjetnam ressaq diversi rocket launchers qrib, u fuq, uħud mill-Gżejjer Spratly li jinsabu f ’żona kkontestata minn numru ta’ pajjiżi, fosthom iċ-Ċina. Dawn ir-rapporti mhux ikkonfermati jsostnu li din il-mossa saret b’mod sigriet biex iċ-Ċina b’mod partikolari ma tilħaqx tirreaġixxi hekk kif il-launchers huma allegatament immirati lejn bażijiet militari li jinsabu fuq ilġżejjer li diġà huma okkupati minnhom. Dawn l-launchers jidhru li għadhom ma ġewx armati. Madankollu, il-Gvern Ċiniż diġà għamilha ċara li huwa jqis din il-miżura bħala waħda ostili u li qiegħed jirriserva d-dritt li jagħmel dak li hemm bżonn biex jiddefendi l-interessi territorjali tiegħu.

5

4

14|08|2016 17

REŻISTENZA VJOLENTI

DAQQA TA’ ĦARTA Il-Ġeneral John Nicholson, il-Kmandant Ewlieni tan-NATO fl-Afganistan, din il-ġimgħa ħabbar li l-forzi militari Afgani, bl-appoġġ ta’ dawk Amerikani, irnexxielhom jagħmlu diversi kisbiet kontra l-Istat Iżlamiku (IS) flaħħar jiem. Huwa semma b’mod partikolari offensiva li twettqet ġimagħtejn ilu fil-provinċja ta’ Nangarhar li ħalliet madwar 300 militant talIS u diversi mexxejja tal-grupp li kienu joperaw fil-pajjiż mejta. Nicholson sostna li f ’dan l-istadju huwa diffiċli għan-NATO biex ikollha stima preċiża tal-impatt li din it-telfa se jkollha fuq l-Istat Iżlamiku. Madankollu, huwa maħsub li f ’din l-operazzjoni ġew distrutti madwar 25% tarriżorsi umani u materjali li l-grupp kellu filpajjiż.

Serje ta’ splużjonijiet laqtu żoni qrib il-kapitali tat-Tajlandja, Bangkok, bejn nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa li għaddew. L-attakki, li ħallew erba’ persuni mejta u għexieren midruba, jidhru li kienu mmirati b’mod partikolari lejn ċittadini barranin hekk kif diversi mill-postijiet milqutin kienu żoni turistiċi. Minkejja dan, l-awtoritajiet esprimew il-fehma tagħhom li l-attakki kienu espressjoni ta’ ribelljoni interna lejn il-Gvern attwali li huwa mmexxi mill-Forzi Armati tal-pajjiż. Ir-rabja lejn il-Gvern attwali ilha tinħass minn meta l-militar ħa l-kontroll fl-2014 permezz ta’ kolp ta’ stat. Madankollu, irreżistenza lejn il-Gvern żdiedet fl-aħħar jiem wara s-suċċess ta’ referendum li ta lok għal saħħa kostituzzjonali akbar għarreġim attwali.


18 14|08|2016

kullhadd.com

PERSONAĠĠ

ŻEWĠT IRĦIEB BENEMERITI TAL-MONASTERU CAMALDOLESE TA’ MONTE CORONA

EMAN BONNICI

Dwar P. Emiliano Piergentili u P. Mariano Pichelli

F’rokna fl-Eremitaġġ ta’ San Girolamo ta’ Pascelupo filProvinċja ta’ Perugia fl-Italja, hemm miġbur f ’armarju talinjam fis-sala kapitulari, ilfdal ta’ żewġ figuri eminenti mill-Monasteru Camaldolese ta’ Monte Corona. Imwaqqfa fuq ir-Regola ta’ San Benedittu minn San Romwaldu f ’Camaldoli qrib il-belt ta’ Arezzo lejn is-sena 1020, dawn l-irħieb li jgħixu l-ħajja reliġjuża tagħhom bħala eremiti, xterdu matul is-snin fi bnadi diversi tal-Italja u mażżmien saħansitra fil-Polonja, l-Ungerija, Spanja, l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kolombja, ilVenezwela, l-Indja, il-Brażil u t-Tanżanija. Mill-banda l-oħra, l-irħieb ta’ Monte Corona – li jgħixu ħajja ferm aktar solitarja u awstera minn dawk ta’ Camaldoli – twaqqfu minn membru ta’ dan l-aħħar, il-Beatu Paolo Giustiniani, fuq Monte Corona, ’il barra minn Perugia. Dan il-lok ġibed sa minn żmien qabel irħieb għall-ħajja eremitika tagħhom; infatti kien il-post li l-Beatu Tommaso minn Costacciaro għażel biex jgħix fih u hemm qatta’ 65 sena f ’ħajja eremitika sakemm miet fil-25 ta’ Marzu 1337. Fl-1520, imbagħad, il-Beatu Giustiniani talab u qala’ l-permess mingħand ilPapa Ljun X sabiex iwaqqaf eremitaġġ fuq l-istess lok u, fis7 ta’ Mejju 1529, l-Eremiti ta’ Monte Corona ġew magħrufa kanonikament bħala fergħa awtonoma minn dawk ta’ Camaldoli mill-Papa Klement VII. Illum għandhom tmint idjar u mal-ħamsin membru. Il-ħarsa tagħna llum sejra fuq żewġ membri li din l-fergħa kellha fl-istorja tagħha, li l-fdal tagħhom sab ruħu maż-żmien miġbur f ’lok wieħed, f ’wieħed mill-eremitaġġi tagħhom. Patri Emiliano Piergentili Imwieled Fabriano fit-23 ta’ Novembru 1701, iben innissieġ Antonio Piergentili u martu Maria Antonia Maffoli, Annibale Piergentili irċieva l-edukazzjoni tiegħu taħt ilĠiżwiti, mibgħut għandhom mill-ġenituri tiegħu meta lemħu fih, fi tfulitu, intelliġenza partikolari li ħtieġet żvilupp biex issarraf ta’ ġid ’il quddiem. Meta ra li l-ispejjeż li ommu u missieru kellhom ikopru għal tali studji kienu wisq għalihom u sforz tagħhom kellhom iwettqu bosta sagrifiċċji, għażel li jidħol clericus stipendiarius fil-katidral ta’ San

Venanzo u fl-istess perjodu beda jagħmilha ta’ preċettur għall-familja Ronca. Fl-1725 iddeċieda mbagħad li jissieħeb fi ħdan il-Kongregazzjoni tal-Camaldolesi ta’ Monte Corona, iżda mal-wasla tiegħu fil-lok, il-Pirjol Stefano Adami m’aċċettahx. Meta ppreżenta ruħu għat-tieni darba wara ftit xhur, it-talba tiegħu ġiet milqugħa u ssieħeb għaldaqstant mal-eremiti. Wara l-perjodu ta’ prova, xedd l-abitu u rċieva l-isem reliġjuż ta’ Emiliano. Ordnat presbiteru f ’Diċembru 1730, wara xi żmien fl-eremitaġġ ta’ Grotte mhux bogħod minn

Cupramontana f ’Ancona. Fl1734 kien mibgħut Monte Cucco bħala ċellelier iżda wara biss ftit xhur sab ruħu mill-ġdid Monte Corona, imnejn kien aktar tard mibgħut Frascati. Elett pirjol tal-Badia San Salvatore ta’ Monte Corona fl1742 u aktar tard tal-Eremitaġġ ta’ Monte Conero, fis-sena 1745 kien inkarigat imexxi l-Eremitaġġ Tuscolano ta’ Frascati fil-kwalità ta’ superjur, fejn seħħlu jdaħħal mill-ġdid l-ordni u d-dixxiplina. Millġdid f ’Monte Corona fl-1749, erba’ snin wara kien elett għal darb’oħra pirjol ta’ Monte Conero iżda, kawża tal-mard, ingħata l-parir li jmur raħal twelidu biex jirkupra saħħtu. Lejn l-aħħar tal-1755, meta

kien mhux ħażin, irritorna lura Monte Corona, fejn talab li jingħalaq f ’ċella. Xewqtu ġiet maqtugħa fi Frar tas-sena ta’ wara, u s-snin li segwew għaddiehom barrikat jishar fil-ħemda u s-solitutidni. Flewwel ġranet tal-1779 sofra minn waqa’ u dam ħin twil għall-qiegħa kiesħa tal-art qabel ma l-irħieb intebħu bih. Dan l-inċident wasslu biex jibqa’ fis-sodda u ma qamx aktar minnha għax, fis-16 ta’ Jannar 1779, ħa l-aħħar nifs tiegħu fl-età ta’ 77 sena; 54 minnhom fir-reliġjon u 24 rekluż volontarju.

Imwieled f ’familja nobbli f ’Carassai fil-Marche nhar it-8 ta’ Diċembru 1775, iben Nicolò Pichelli u Maria Andrenelli, Francesco Pichelli tilef ’l ommu ta’ 12-

xedd l-abitu abjad tal-irħieb u rċieva l-isem reliġjuż ta’ Mariano. Ordnat saċerdot fl1798, l-ewwel inkarigu tiegħu kien dak ta’ sagristan. Aktar tard serva bħala ċellelier, viżitatur ġenerali, surmast tan-novizzi, pirjol u prokuratur ġenerali. Ta’ 34 sena, fl-1809, kien elett Maġġur tal-Kongregazzjoni u mal-iskadenza tal-mandat sentejn wara kien appuntat pirjol tal-Eremitaġġ ta’ Monte Corona, il-casa madre talKongregazzjoni. Bniedem ta’ kultura profonda, magħruf għat-tjubija u l-karità tiegħu, kien ta’ statura żgħira u aktarx marradi; madankollu, qgħad dejjem għar-regola iebsa bħallbqija tal-irħieb sħabu mingħajr ma qatt talab li jkun eżentat minn xi ħaġa. Fl-1837 assista lill-vittmi tal-kolera li laqtet ilbelt ta’ Perugia waqt li s-sena ta’ wara, sforz tal-ġuħ li waqa’ fost il-poplu minħabba n-nuqqas

bnin li jġib ismu. Iżda minkejja l-ħbiberiji assidwi li kellu ma’ tant figuri prominenti milloqsma politiċi u ekkleżjastiċi, b’mod partikolari millġerarkija ta’ din l-aħħar, qatt ma fittex vanaglorji li setgħu iġibulu kumditajiet, fama u unuri. L-istess ħarba tiegħu minn tali unuri wasslet għal aktar għarfien u apprezzament lejn il-figura tiegħu li sal-lum għadha mfakkra b’għożża sew fost l-irħieb ħutu u wkoll fil-kotba tal-istorja, waqt li kienu bosta dawk li matul issnin fittxew il-pariri tiegħu, inklużi papiet u kardinali. Miet ta’ 79 sena fil-lejl tad-19 ta’ Settembru 1854, kawża ta’ deni li ħakmu għal għarrieda.

il sena u lil missieru meta kellu 16-il sena. Mal-mewt ta’ dan tal-aħħar, zijuh, Dun Giuseppe Laurantoni, ħa ħsieb l-edukazzjoni tiegħu u daħħlu s-seminarju fil-belt ta’ Fermo, fejn iltaqa’ ma’ Tommaso Bernetti, futur Kardinal Segretarju tal-Istat matul il-Pontifikati tal-Papiet Ljun XII u Gregorju XVI. Ta’ għoxrin sena ż-żagħżugħ seminarista għażel li jħaddan, minflok l-istat djoċesan, ilħajja eremitika fi ħdan l-Ordni tal-Camaldolesi ta’ Monte Corona. Akkumpanjat minn zijuh l-Arċipriet, daqs xahar fuq d-dħul tiegħu filKongregazzjoni, fit-8 ta’ Diċembru 1795 Francesco

ta’ xogħol, ħa ħsieb jipprovdi x’jieklu lil dawk kollha li jum wara jum fittxew iħabbtu l-bieb tal-monasteru biex jitrejqu u huwa fatt aċċertat li mhux darba baqa’ bil-ġuħ hu biex iqassam saħansitra s-sehem tiegħu ma’ dawk fil-bżonn. Bħala pirjol tal-monasteru ta’ Frascati u Maġġur talKongregazzjoni, interessa ruħu fis-sitwazzjoni reliġjuża tal-poplu Ingliż u nissel ħbiberija ma’ wħud millaktar figuri rinomati fost ilkonvertiti tal-epoka u din tispjega il-għala l-Venerabbli Kulleġġ Ingliż kellu l-villa tas-sajf tiegħu daqstant fillimiti tal-Eremitaġġ Tuscolano ta’ Frascati, li aktarx ħafna semgħu bih grazzi għall-inbid

waħda mill-aktar apprezzata f ’Carassai, fl-1966 l-Arċipriet tal-post, Dun Luigi Zega, kien tal-idea li l-fdal tar-raħeb ikun ittrasportat lejn raħal twelidu. L-idea baqgħet ma mmaterjalizzatx; biss, fl-1984, Dun Giocondo Giacometti, Kappillan tas-Sorijiet ta’ Monte Corona, ħa ħsieb jittrasporta l-fdal ta’ Patri Mariano flimkien ma’ dak ta’ Patri Emiliano fl-Eremitaġġ ta’ San Girolamo ta’ Pascelupo, konvint li hekk kellhom isibu aktar apprezzament u qima mill-irħieb tal-istess Kongregazzjoni tagħhom. Infatti, dan tal-aħħar finalment sabuh fis-sena 2000 meta l-fdal tagħhom tqiegħed fis-sala talkapitlu tal-Eremitaġġ.

Patri Mariano Pichelli

Il-fdal tagħhom imqiegħed flimkien Peress li l-figura ta’ Patri Mariano matul is-snin baqgħet


MILL-ISTORJA

kullhadd.com

14|08|2016 19

KONVOJ LI BIDEL ID-DESTIN TAD-DINJA MILL-ISTORJA

Għeb quddiem għajnejhom

F’Ġunju tal-1942, it-truppi Ġermaniżi Afrikakorps avvanzaw fuq il-belt Libjana ta’ Tubruk u, wara ġlied qalil, rebħuha minn taħt idejn issuldati Brittaniċi. Kienet daqqa ta’ ħarta kbira għal Winston Churchill fil-ġlieda kontra n-Nażismu għax kompliet tefgħet il-baħar sitwazzjoni diġà ħażina għall-alleati. Konsegwenza ta’ hekk, l-Arċipelagu Malti ġie l-unika fortizza Brittanika f ’nofs Mediterran mimli għedewwa. Għaldaqstant, bejn Jannar u Ġunju tal1942 żdiedet l-intesità talattakki mill-ajru fuq Malta; storiċi internazzjonali jtennu li gżiritna ġiet ibbumbardjata aktar minn Londra. Id-difiża militari kienet limitata u l-biża’ ta’ invażjoni Ġermaniża kienet tqum u torqod ma’ kulħadd. Minn 86 bastiment li ntbagħtu mgħobbijin ħażniet għal Malta bejn Awwissu 1940 u Awwissu 1942, waslu filPort il-Kbir madwar 55 biss, u wħud minnhom tant ġarrbu ħsarat bil-bumbardamenti li tilfu ħafna mill-merkanzija. Eżempju wieħed kien Operazzjoni Harpoon – konvoj li telqet minn Ġibiltà u minnu waslu Malta żewġ bastimenti biss. Operazzjoni Vigorous, il-konvoj li ħalla Port Said biex iforni l-bżonnijiet urġenti ta’ Malta, għażel li jerġa’ lura lejn l-Eġittu meta nqabad taħt attakk millQawwa Navali Taljana. F’dawn iċ-ċirkustanzi estremi l-poplu Malti, flimkien malmembri militari Brittaniċi, kien qed jagħmel sforzi u sagrifiċċji enormi biex ma tintilifx ilgżira. Bdew jitilfu l-enerġija u l-kuraġġ iktar u iktar meta l-ikel spiċċa u l-ħażniet militari tbattlu u l-ġuħ, l-imwiet millbumbardamenti u mard fuq livell epidemiku kienu qed iqarrbu lil kulħadd lejn ilqiegħ. Fi kliem il-Prim Ministru Churchill, jekk l-alleati jitilfu Malta “ikun diżastru mill-kbar nett għall-Imperu Brittaniku u probabbilment ikun fatali għad-difiża tal-Eġittu”; fi kliem ieħor: il-waqgħa ta’ Malta kienet tfisser il-waqgħa

tal-Eġittu, l-aħħar postazzjoni Brittanika fl-Afrika ta’ Fuq. Fi sforz biex tkun salvata Malta ġie ppjanat konvoj ieħor. Fil-lejl ta’ bejn it-2 u 3 ta’ Awwissu 1942, 14-il bastiment tal-merkanzija mgħobbijin ikel, munizjon, petrol, żejt tal-magni, fjuwil tal-ajruplani u materjal esplussiv, salpaw mix-Xmara Clyde, fl-Iskozja. Taħt skorta ta’ 35 bastiment tal-gwerra u sottomarini, bdew vjaġġ destinat għal gżiritna. L-operazzjoni ġiet kodifikata bħala Pedestal. Malli qabżu l-fliegu ta’

Wieħed mill-protagonisti u eroj ta’ Operazzjoni Pedestal, il-Kaptan Roger Hill ta’ HMS Ledbury, bastiment skorta tal-konvoj, jirrakkonta kif flgħodwa tat-13 ta’ Awwissu, huma u jbaħħru ’l barra mitTunisija, raw it-tanker MS Waimarama jgħib quddiem għajnejhom. Huwa qal li minn imkien tfaċċat skwadra ta’ ajruplani Ġermaniżi Junker 88, tbaxxew għal fuq it-tanker u bbumbardjawh bla ħniena. Il-bastiment sploda f ’salt meta erbgħa mill-bombi li niżlu ġew dritt fuq ħażna ta’ tunnellati ta’ materjal splussiv li kellu fuq il-gverta. F’temp ta’ ħames minuti MS Waimarama għereq, imma ħalla fil-wiċċ dħaħen suwed u ilsna tan-nar għoljin aktar minn 600 metru. Kien hemm ħafna vittmi imma, fortunatament, baħrin oħra salvaw. Il-ħames bastimenti li rnexxielhom jaslu Malta kienu

tal-Port il-Kbir u, fost biki ta’ ferħ u ewforija, kulħadd beda jxxejjirlu, ikantalu u saħansitra ġabulu banda ddoqq. Ħadd ma għaddielu minn moħħu li seta’ jseħħ attakk mill-ajru fuq ilport. Operazzjoni Pedestal – ilkonvoj ta’ Malta jew il-konvoj ta’ Santa Marija għalina l-Maltin – serva biex gżiritna rritornat fuq l-offensiva u attakki li saru b’bastimenti, sottomarini u ajruplani li telqu minn hawn swew lill-għadu telfa ta’ aktar minn 300,000 tunnellata f ’ħażniet militari fi triqthom lejn id-deżert tal-Afrika ta’ Fuq biex ifornu l-Afrikakorps tal-Marixxall Rommel. Konsegwenza ta’ hekk, f ’Novembru tal-1942, ilĠermaniżi ġarrbu telfa kbira f ’El Alamein u fl-istess żmien skattat Operazzjoni Torch – l-invażjoni Anglo-Amerikana tat-territorju Franċiż tul ilkosta Mediterranja tal-Afrika, jiġifieri l-Marokk u l-Alġerija, li kienu qed jikkaġunaw l-għarqa

Nażisti li kienu qed jokkupaw l-Ewropa. Fil-lejl ta’ bejn id-9 u l-10 ta’ Lulju 1943 ingħata bidu għal Operazzjoni Husky – l-invażjoni ta’ Sqallija mittruppi alleati li telqu minn Malta. L-operazzjoni ġiet ikkordinata kollha kemm hi mill-istazzjon sigriet li twaqqaf fil-mini ta’ taħt is-sur ta’ Lascaris, il-Belt Valletta, jew Lascaris War Rooms. Operazzjoni Husky ġiet fi tmiemha fis-17 ta’ Awwissu 1943 b’rebħa għat-truppi alleati.

Ġibiltà u daħlu fil-Mediterran, il-konvoj u l-iskorta tiegħu nqabdu taħt attakki feroċi tal-għadu mill-ajru, millbaħar u minn qiegħ il-baħar. Għalkemm intgħażlu l-ikbar u l-aktar bastimenti merkantili ġodda fis-suq, disgħa minnhom ġew mgħarrqa filwaqt li ntilfet il-biċċa l-kbira tal-iskorta. Dan kien l-aktar konvoj li ġie bbumbardjat flistorja tat-Tieni Gwerra.

Rochester Castle, Melbourne Star, Brisbane Star, Port Chalmers u, finalment, nhar il-15 ta’ Awwissu 1942 daħal l-akbar tanker, SS Ohio, illi, li kieku ma kienx eskortat u rmunkat mill-bastimenti tal-gwerra li kien fadal, kien jegħreq qabel jidħol Malta u miegħu tosfor l-aħħar tama għall-Maltin. SS Ohio ngħata merħba kbira mill-poplu li ġie bi ħġaru mad-dawra kollha

ta’ ħafna bastimenti alleati. Il-Panzer Armee (armata tattankijiet) ta’ Rommel sabet ruħha mdawra minn kull naħa u, għalkemm iġġieldu b’qilla kbira, tilfu t-territorju tal-Afrikan ta’ Fuq u fid-9 ta’ Marzu 1943 abbandunaw għalkollox l-offensiva Afrikana. Dan fetaħ it-triq sabiex l-alleati jibdew l-assalt li Churchill iddeskriva bħala “id-daqqa taħt iċ-ċinturin” lin-

inkisbu l-ewwel rebħiet li mingħajrhom kien ikun diffiċli ħafna għall-alleati biex ikomplu l-gwerra kontra t-truppi ta’ Hitler. Għaldaqstant, ma naħsibx li nkun qed nesagera jekk ngħid li l-konvoj li daħal fil-Port il-Kbir f ’jum il-festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema tal-1942, mhux is-salvazzjoni tal-poplu Malti biss ġab imma salvazzjoni aktar wiesgħa għax bidel id-destin tad-dinja.

Kitba ta’

MARY

CHETCUTI

Santa Marija tal-1942 Minn Sqallija l-alleati setgħu jaqsmu għall-Italja u jkomplu javvanzaw fuq ittruppi Ġermaniżi li rritaljaw b’feroċiżmu kbir f ’Monte Cassino, Anzio u Salerno, biex insemmi ftit mill-agħar battalji sakemm ġiet illiberata l-Italja. Il-Gżejjer Maltin kienu l-punt ċentrali u kruċjali sabiex


KALEJDOSKOPJU

20 14|08|2016

kullhadd.com

Fatti miġbura minn

KURŻITAJIET

JAF HU L-ITWAL KELB FID-DINJA

CHARLES B.

SPITERI

1900: Servizz tal-ewwel tram elettriku fl-Olanda (bejn Leidseplein u Brouwergracht) 1901: L-ewwel titjira permezz tal-magni ssir minn Gustave Whitehead. 1905: Fl-irvell Ngindo jinqatlu ħames saċerdoti Kattoliċi rumani Ġermaniżi fl-Afrika tal-Lvant. 1908: L-ewwel konkors tas-sbuħija jsir f ’Folkestone, l-Ingilterra. 1912: 2,500 morini Amerikani jinvadu Nikaragwa; l-Istati Uniti jibqgħu hemm sal-1925. 1917: Iċ-Ċina tiddikjara gwerra fuq il-Ġermanja u l-Awstrija. 1925: Propost għall-ewwel darba l-monument ta’ Mount Rushmore. 1929: Tifforma l-Aġenzija Lhudija għall-Palestina. 1932: Il-kumpanija Philips toħroġ il-miljun radju tagħha. 1936: Rainey Bethea jiġi mgħallaq f ’Owensboro, Kentucky fl-aħħar qtil pubbliku fl-Istati Uniti. 1937: Iċ-Ċina tiddikjara gwerra mal-Ġappun. 1941: Il-President Amerikan Franklin Roosevelt u l-Prim Ministru Ingliż Winston Churchill, joħorġu stqarrija flimkien, li aktar tard tibqa’ magħrufa bħala l-Atlantic Charter. 1944: Il-Prim Ministru Ingliż Winston Churchill jasal Corsica. 1945: Il-V-J Day: Il-Ġappun iċedi inkundizzjonalment biex tintemm it-Tieni Gwerra Dinjija. 1947: Il-Pakistan jieħu l-indipendenza mill-Gran Brittanja. 1949: Kolp ta’ stat militari fis-Sirja taħt il-Kurunell Sami Hinnawi. 1962: Ħaddiema Franċiżi u Taljani jiltaqgħu fit-tħaffir tagħhom fil-Mont Blanc Vehicular Tunnel. 1962: It-trakk tal-posta Amerikana fi Plymouth, Massachusetts tinsteraq b’aktar minn $1.5 miljun. 1964: L-Eġittu, l-Iraq, il-Ġordan, il-Kuwajt u s-Sirja, jiffurmaw suq komuni. 1967: Serq mill-ambaxxata Belġjana f ’Kinshasa, fil Kongo. 1971: Il-Bahrain tipproklama l-indipendenza wara 110 ta’ ħakma Ingliża. 1974: L-Armata Torka tattakka Nikosija, Ċipru. 1976: 10,000 mara mill-Irlanda ta’ Fuq jiddimostraw għall-paċi f ’Belfast. 1980: Fit-Tarzna Lenin fi Gdansk, il-Polonja, 17,000 ħaddiem joħorġu bi strajk, u jitwaqqaf il-Moviment ta’ Solidarjetà. 1986: Benazir Bhutto, il-Mexxejja tal-Oppożizzjoni fil Pakistan, tisfa arrestata. 1989: Jirriżenja l-President tal-Afrika t’Isfel, PW Botha. 1994: It-teleskopju spazjali Hubble jiffotografa lil Uranus biċ-ċrieki. 1994: It-terrorist ‘Carlos’ jisfa arrestat f ’Khartoum, is Sudan. 1995: L-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet Iranjani, l-IRNA, ixxandar li l-Iran ma rnexxilux ibigħ 200 miljun barmil żejt mhux maħdum kuljum, sa mill impożizzjoni tal-embargo fuq iż-żejt mill-Istati Uniti. 1997: Timothy McVeigh, magħruf bħala l-Oklahoma City bomber, jiġi formalment sentenzjat għall-mewt. 1997: Il-Qorti tal-Appell f ’Oklahoma tikkonferma s-sentenza tal-mewt ta’ Timothy McVeigh. 1998: Il-Gvern tal-Afrika t’Isfel jibda proċeduri legali kontra Winnie Mandela. 2012: Jinqatlu 46 persuna u jweġġgħu 80 oħra waqt serje ta’ bumbardamenti suwiċidali fl-Afganistan. 2013: 638 persuna jinqatlu f ’attakki vjolenti bejn il- pulizija u dawk li pprotestaw fl-Eġittu. 2015: Isir l-aktar trapjant estensiv fuq il-wiċċ ta’ Patrick Hardison, mit-tabib Eduardo Rodriguez, fiċ-Ċentru Mediku ta’ Langone, fl-Università ta’ New York. 2016: Il-kometa Swift-Tuttle tersaq qrib id-Dinja.

ĠRAW BĦAL-LUM

Ogħla sew minn sidu, meta dawn joqogħdu bilqiegħda fuq is-sufan, dan il-kelb tar-razza Great Dane ma jdumx ma jkun inkurunat bħala l-itwal kelb tad-dinja. Mayor, il-kelb ta’ tliet snin, hu itwal minn seba’ piedi meta jogħla fuq saqajh ta’ wara u jiżen 12-il stone. Is-sidien tiegħu, Biran u Julie Williams minn

Penmaen, in-naħa t’isfel ta’ Wales, jistqarru li, għalkemm id-dehra tiegħu tbeżża’ lil dak li jkun, lanqas jattakka dubbiena. Dan il-kelb kbir jorqod għal 22 siegħa kuljum fuq is-saqqu tal-persuna li għamlulu u jiekol dieta speċjali li tikkonsisti f ’ross u tiġieġ. Is-Sur u s-Sinjura Williams qed jistennew il-konferma li

hu l-itwal kelb tad-dinja meta l-uffiċjali ta’ Guinness iżuru lill-kelb tagħhom u żewġt iklieb oħra qabel ma jħabbru min hu r-rebbieħ finali. Lil Mayor xtrawh ġeru u dejjem baqa’ magħhom. Hu liberu jdur fejn irid fid-dar u joħroġ filġnien xħin irid. Iħobb jilgħab mat-tfal, u l-aktar ħaġa li jibża’ minnha hi d-dell tiegħu nnifsu.

JAQBEŻ MINN AJRUPLAN BLA PARAXUT

Skydiver Amerikan għadu kif sar l-ewwel bniedem li qabeż minn ajruplan, f ’għoli ta’ 25,000 pied, mingħajr paraxut biex niżel f ’xibka. Luke Aikins ta’ 42 sena wettaq din il-qabża fil-Big Sky Movie Ranch, fil-Wied Simi, f ’California, li kienet imxandra live mill-istazzjon FOX. Hu niżel b’mod perfett fixxibka ta’ mitt pied b’mitt pied, qam minnha malajr u mexa biex għannaq miegħu lil ibnu Logan ta’ erba’ snin u lil martu Monica, li kienu qed isegwu kollox ma’ membri oħra talfamilja. “Kienet xi ħaġa inkredibbli,” qal Luke waqt li għolla jdejh

fuq rasu u martu ħaddnet magħha lil binhom. Ftit minuti qabel il-qabża, dawk li organizzaw il-wirja qalu li l-ħtiġiet għaliha kienu nkisbu u li Aikins kien qabeż mill-ajruplan, bla paraxut. Fixxibka, hu niżel b’ħeffa ta’ 120 mil fis-siegħa. Għall-ewwel 10,000 pied talqabża, Aikins għamel użu minn tank tal-ossiġnu. Wieħed mittliet skydivers li qabżu miegħu bil-paraxut kien inkarigat li jiġbed it-tank użat. Ieħor ġarr kamera u ħa l-film, waqt li t-tielet wieħed beda jarmi duħħan biex in-nies fl-art ikunu jistgħu jsegwu l-inżul ta’ Luke.

B’kollox, din il-qabża ħadet żewġ minuti u, kif mess maxxibka, in-nies kollha nfexxew f ’ċapċip kbir. Fil-passat Aikins wettaq aktar minn 18,000 qabża u għamel stunts għall-film Ironman 3. L-idea tal-qabża kienet ta’ ħabibu Chris Talley, li ħasibha sentejn ilu, iżda għall-bidu Aikins irrifjutaha. Dejjem kien jgħidlu: “Jien għandi mara u tifel.” Iżda fl-aħħar qatagħha li jippruvaha u wettaqha salaħħar…b’suċċess. Minkejja dan, waqt ilprogramm televiżiv, baqa’ jidher l-avviż biex ħadd mittelespettaturi ma jitħajjar jipprova l-qabża waħdu.


KUN AF

kullhadd.com

14|08|2016 21

MICHELANGELO MERISI KUN AF

MLAQQAM BĦALA ‘CARAVAGGIO’ Kurżitajiet minn hawn u minn hemm Kitba ta’

SAVIOUR

MAMO

magħruf għall-ħeffa fixxogħol li jwettaq. Spiss kien ixellifha mal-ġustizzja fuq diversi argumenti u mhux l-ewwel darba li għamel xi jiem il-ħabs wara xi ġlieda. Kien iħobb jixrob u jilgħab il-flus u kien iġorr sejf fi ħżiemu. Il-vjolenza laħqet il-qofol tagħha fl-1606 meta Caravaggio qatel lil Ranuccio Tomassoni. Skont l-istoriċi, x’aktarx inqala’ xi argument sħun bejn Tomassoni u Caravaggio fuq xi dejn, inkella fuq logħba tenis. Hemm min jgħid ukoll li x’aktarx Għira Caravaggio kien ħares lejn ilX’aktarx twieled fit-28 ta’ mara ta’ Tomassoni, Lavinia. Settembru 1571 f ’Caravaggio fl-Italja, ftit jiem qabel seħħet Maħrub il-Battalja ta’ Lepanto. Nistgħu ngħidu li Caravaggio kellu Fl-1608 Caravaggio ħarab lejn ħajtu pjuttost diffiċili. Safa Ruma. Min hemm ipprova ltim meta kellu 11-il sena meta jsib kenn u beda jpitter bilf ’lokalitajiet oħra l-familja tiegħu mietet bil- moħbi pesta, inkluż missieru Fermo. bħal Napli, Malta u Sqallija, Għamel erba’ snin jitgħallem bit-tama li xi darba l-Papa l-arti taħt Simone Peterzano jaħfirlu. Fil-bidu tas-sena f ’Milan u bejn l-1588 u 1608, Caravaggio niżel lejn l-1592 Merisi mar Ruma biex Malta, fejn kompla juri l-ħila jagħmel xogħol ma’ artisti tiegħu bi kwadri mill-isbaħ. oħrajn. Fl-1595 Caravaggio Fosthom insibu L-Qtugħ beda jbigħ ix-xogħlijiet tiegħu ta’ Ras San Ġwann u San lill-aġenti biex idabbar xi Ġerelmu. Dawn għalija huma ħaġa, sakemm induna bih wħud mill-isbaħ kapolavuri il-Kardinal Francesco del tiegħu. Fl-14 ta’ Lulju 1608, Caravaggio ngħata t-titlu ta’ Monte. Meta kellu 24 sena ġie Kavallier imma ftit żmien mħajjar ipitter il-kappella wara dan it-titlu tneħħielu ta’ San Luigi dei Francesi minħabba l-ħajja kriminali f ’Ruma, fejn kien ħejja tliet li kien imdaħħal fiha. Mhux xogħlijiet mill-isbaħ fuq il- hekk biss, f ’Ottubru tal-istess ħajja ta’ San Mattew. B’dan sena kien daq il-ħabs lokali ix-xogħol Caravaggio kien meta attakka lil Fra Giovanni ikkritikat minħabba l-għira li Rodomonte Roero, li kien kienet tqanqlet għalih. Kien Kavallier imlaħħaq fl-Ordni Merisi kien pittur famuż Taljan minn Caravaggio. Huwa kkunsidrat bħala l-missier talpittura moderna. Ix-xogħol tiegħu kien differenti minn artisti oħra għal dik l-epoka. Kien revoluzzjonarju u kien jaħrab mir-regoli u teknika ta’ artisti oħra. Kien joffri kontrasti fuq sfond sewdieni b’dellijiet u riflessi minn raġġ bajdani li jispikka fuq l-uċuħ. Min ma jifhimx fl-arti, millewwel jinduna li l-kwadru huwa xogħol ta’ Caravaggio.

jittama li xi darba l-Papa jaħfirlu dawk in-nuqqasijiet li għamel tul ħajtu. Fl-1610 salpa minn Napli lejn Ruma u, meta d-dgħajsa li kien fuqha daħlet fil-port ta’ Palo, Caravaggio bi żball reġa’ ġie arrestat. Huwa nħeles ftit tal-ħin wara imma, sfortunatament, sab li d-dgħajsa li kien fuqha laħqet salpat bl-affarijiet personali kollha tiegħu. Caravaggio, eżawrit għall-aħħar u inkwetat, ma qatax qalbu u kompla triqtu lejn il-Port ta’ Ercola fit-Toscana. Fit-18 ta’ Lulju 1610, ftit jiem biss wara l-wasla tiegħu f ’dan il-port, Caravaggio nstab mejjet. Għal snin sħaħ il-kawża talmewt ta’ Caravaggio baqgħet dejjem mistura imma, fl-2012, tim ta’ xjentisti li kienu qed jagħmlu studju profond fuq il-fdalijiet ta’ Caravaggio, skoprew li fuq l-għadam dejjem instab depożitu konsiderevoli

ta’ San Ġwann ta’ Malta. Wara xahar fil-ħabs Caravaggio rnexxielu jaħrab mill-ħabs u jsalpa baxx baxx lejn Siracusa. F’Messina, Caravaggio ħadem ġmiel ta’ kwadri. Fosthom insibu Il-Qawmin ta’ Lazzru, L-Adorazzjoni tarRagħajja u f ’Palermo ħadem L-Adorazzjoni ta’ San Franġisk u San Lawrenz. Wara sena fi Sqallija, Caravaggio telaq lejn Napli. Darba minnhom, fis-satra tal-lejl waqt li kien quddiem il-lukanda, xi ħadd ħabat għalih u ferieh gravi f ’wiċċu b’arma li taqta’. Kienet inxterdet ix-xniegħa li Caravaggio miet. Bl-effett tal-ferita li kellu f ’wiċċu, Caravaggio għamel żmien konvalixxenti u saħħtu ma setgħetx tirkupra. Tama ta’ maħfra Caravaggio

kien

ta’ ċomb li x’aktarx kien ikkaġunat mit-taħlit ta’ żebgħa li kien iħallat biex ipitter biha. Din il-kimika velenuża kienet il-ħtija li effettwat moħħ Caravaggio; l-istess bħalma ġralhom artisti oħra bħal Francisco Goya u Vincent van Gogh. Ħafna mix-xogħol ta’ Caravaggio kienu figuri ta’ anġli mingħajr ħwejjeġ. Bħala mudell kellu daqsxejn ta’ tifel, pjuttost imbaċċaċ, jismu Cecco. Dan id-daqsxejn ta’ tifel għamel żmien jippoża bħala mudell kif jidher f ’ħafna kwadri. Hemm xnigħat li dan it-tifel kien il-maħbub ta’ Caravaggio. Caravaggio kien wieħed millftit artisti fl-istorja li għamlu daqshekk xogħol tul il-ħajja qasira li kellu. Ix-xogħol tiegħu kien influwenza artisti kbar bħal Diego Velasquez u Rembrandt.


22 14|08|2016

kullhadd.com

MADWARNA

L-AWTORITÀ MALTIJA GĦAT-TURIŻMU B’APPOĠĠ GĦALL-MUŻEW AULA CAPITULARIS F’BIRKIRKARA L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tħabbar l-appoġġ finanzjarju tagħha għall-mużew Aula Capitularis f ’Birkirkara bħala parti mill-Kolleġġjata Bażilika ta’ Sant’Elena. Billi tipprovdi l-appoġġ tagħha, l-MTA se tkun qed tgħin lill-Ħbieb tat-Tempju Sant’Elena biex ilestu mużew li jħaddan ilpatrimonju reliġjuż u kulturali ta’ Birkirkara u l-Kolleġġjata Bażilika ta’ Sant’Elena. Ftehim li fformalizza l-koperazzjoni bejn l-MTA u l-Ħbieb tat-Tempju Sant’Elena – NGO reġistrata – kien iffirmat nhar l-Erbgħa 10 ta’ Awwissu fil-Kolleġġjata Bażilika ta’ Sant’Elena f ’Birkirkara mis-CEO tal-MTA, is-Sur Paul Bugeja, fil-preżenza taċ-Chairman tal-MTA Dr Gavin Gulia u l-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis. Wieħed mill-għanijiet ewlenin tattwaqqif tal-Mużew Aula Capitularis, kien li jippromovi l-patrimonju kulturali u reliġjuż kemm għall-viżitaturi lokali kif ukoll għat-turisti. Patrimonju kulturali fil-mużew jista’ jkun apprezzat bi priservazzjoni u wirjiet ta’ bċejjeċ ta’ arti ta’ valur artistiku u storiku. Barra minn hekk, il-mużew huwa mistenni li jagħmel lil Birkirkara aktar attraenti mill-perspettiva turistika. Peress li fil-preżent Birkirkara mhix

meqjusa fost l-aktar destinazzjonijiet popolari mat-turisti fuq din il-gżira, minkejja n-numru sabiħ ta’ postijiet ta’ interess li nsibu, dan il-mużew jikkontribwixxi biex ipoġġi lil Birkirkara fuq il-mappa turistika. Maż-żmien dan jista’ jwassal biex aktar barranin jagħżlu li jibqgħu fiż-żona, jagħmlu użu millakkomodazzjoni u stabbilimenti tal-ikel fir-raħal jew fil-viċin u kif ukoll biex itturisti jiskopru Malta aktar awtentika u differenti milli kieku jagħżlu postijiet kostali aktar tradizzjonali. Is-Sur Paul Bugeja, CEO ta’

MTA, qal: “Meta din l-assoċjazzjoni avviċinatna għall-appoġġ tagħna, ħsibna li jkun eżempju tajjeb biex nippromovu turiżmu f ’żoni li mhux daqstant assoċjati mat-turiżmu, li tifforma parti mill-istrateġija li twassal il-benefiċċji mit-turiżmu f ’żoni mhux turistiċi. Aktar minn hekk, peress li t-turiżmu reliġjuż u kulturali għandu tendenza li jiffavorixxi aktar ix-shoulder months, b’żieda ta’ dawn l-attrazzjonijiet insaħħu l-prodott offrut f ’dan irrigward, u jgħinna nindirizzaw aħjar il-kwistjoni tal-istaġuni.” Is-Sur Bugeja

kkonkluda billi rringrazzja l-Ħbieb tat-Tempju Elenjan għall-inizjattiva tagħhom, kif ukoll lill-istaff tal-MTA li kien involut biex jagħti l-ħajja lil dan il-proġett. Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal: “Qed naħdmu għal aktar promozzjoni ta’ attivitajiet lokali ġewwa u madwar irħula Maltin, speċjalment fix-shoulder months, biex niżguraw li t-turisti u l-viżitaturi jesperjenzaw tradizzjonijiet Maltin uniċi. Il-proposta eċċellenti minn Il-Ħbieb tat-Tempju Sant’Elena biex jinfetaħ mużew fil-Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena f ’Birkirkara hija bla dubju konformi ma’ dan l-objettiv importanti. L-offerta rikka, diversa, reliġjuża u kulturali m’għenitx biss biex tagħmilna differenti mill-kompetituri tagħna imma għenet ukoll biex innaqqsu l-effett staġjonali negattiv u ttejjeb il-firxa ġeografika tat-turiżmu tagħna. Għandna nkomplu naħdmu fuq dan l-aspett kulturali u nsaħħu l-istampa tagħna bħala destinazzjoni sofistikata li tista’ toffri l-attrazzjonijiet tal-arċipelagu Mediterranju, enfasizzat minn komunità lokali vibranti bi storja rikka ħafna. Għaldaqstant, aħna se niżguraw li l-benefiċċji tat-turiżmu jitgawdew minn kulħadd.”

IL-FRATELLI FIL-PARROĊĊA ELENJANA

Matul din il-ġimgħa r-raħal ta’ Birkirkara jiċċelebra l-festa ewlenija tiegħu ddedikata lil Sant’Elena. Karatterstika unika li ssib f ’din il-festa hija l-purċissjoni li toħroġ Ħadd wara t-18 ta’ Awwissu b’numru sabiħ ta’ fratelli li kull sena jaqbżu l-180 fratell, kollha voluntiera. Mhix xi ħaġa faċli biex tikkordina dan kollu iżda, grazzi għall-ħidma u d-dedikazzjoni tar-rettur talfratellanza Elenjana, Pawlu Muscat, bl-għajnujna u l-appoġġ tal-familja tiegħu, irnexxielu jħeġġeġ numru ta’ persuni biex jakkumpanjaw bħala fratelli sew Karkariżi u anke minn barra Birkirkara għal din il-purċissjoni unika. Tkellimna ma’ Pawlu Muscat li tagħna ħarsa ħafifa lejn il-ħidma li tinvolvi l-kariga tiegħu, liema kariga ilu jokkupa għal dawn l-aħħar 27 sena bħala rettur. Kien il-bidu ta’ Awwissu tas-sena 1980 meta grupp ta’ voluntiera kienu miġburin fissagristija tal-Bażilka Elenjana inaddfu l-lasti tal-istandarti għall-festa, meta ċertu Twanny Muscat, magħruf bħala ‘l-Gross’, ħajjar lil Pawlu biex jerfa’ salib fil-purċissjoni tal-festa ta’ dik issena. Dak iż-żmien in-numru tal-fratelli kien żgħir ħafna u kienu joħorġu biss l-istandarti. “Dakinhar kien il-bidu ta’ żmien ġdid għall-fratellanzi tagħna”. Aktar tard, Ġużeppi, imlaqqam ‘Sebgħa Rġiel’, li kien inkarigat mill-fratelli, ħajjar lil Pawlu biex jibda jgħinu jieħu ħsieb il-fratelli. Flimkien bdew iħajru żgħażagħ oħra biex jidħlu membri magħhom. Ftit tas-snin wara, fuq parir ta’ Ġużeppi, il-Kapitlu

li takkumpanja fil-bidu talpurċissjoni. It-twaqqif tal-consorelle Din is-sena, għall-ewwel darba fil-purċissjoni tal-festa, se jakkumpanjaw il-fergħa tal-consorelle; jiġifieri fratelli femminili. Kienet ilha x-xewqa ta’ Pawlu li tibda din il-fergħa ġdida, għalkemm fil-bidu kien hemm min oppona għal dan. Iżda f ’Ras ir-Randan ta’ din issena, il-consorelle akkumpanjaw għall-ewwel darba u ntlaqgħu tajjeb ħafna. Tul dawn l-aħħar xhur in-numru tat-tfajliet u nisa li ssieħbu fil-fratellanzi kiber mhux ħażin.

Elenjan fada t-tmexxija talfratellanzi tal-kolleġġjata f ’idejn Pawlu. Pawlu stqarr li dak iż-żmien qatt ma ħaseb li, wara dawn is-snin, se jasal fejn wasal illum. L-ewwel ħidma tiegħu kienet li flimkien ma’ sħabu jsib aktar fratelli. Dak iż-żmien kien hemm bżonn mat-30 fratell biex il-purċissjoni tkun kompluta. “Dak in-numru ilħaqnieh fl-ewwel sena, u minn hemm bdejna ninkorraġġixxu ġenituri biex ilibbsu t-tfal tagħhom fil-purċissjoni,” tenna Pawlu. B’hekk bdew jitrawmu numru ta’ fratelli ta’ età żgħira. Il-ħidma fiż-żmien riċenti Il-ħidma ma waqfitx hemm u bl-appoġġ tal-kapitlu Elenjan u bl-għajnuna tal-prokuratur tattempju, is-Sur Manwel Sammut, bdew isiru proġetti importanti li permezz tagħhom issaħħew

il-fratellanzi. Bdew jinħietu settijiet ta’ mazzetti u kunfratiji ġodda flok dawk eżistenti, peress li n-numru tal-fratelli żdied. Inxtraw ingwanti għallfratelli kollha u dawn servew biex tkun protetta l-fidda u l-injam tal-affarijiet li jinħarġu proċessjonalment. Sar ukoll salib ġdid għall-Fratellanza tas-Sagrament u beda joħroġ salib ieħor għall-Fratellanza talErwieħ. Tul dawn iż-żminijiet kellhom jittieħdu xi deċisjonijiet ibsin, bħal meta fis-sena 2000 ġie deċiż li l-istandarti tar-rakkmu ma jibqgħux jintużaw filpurċissjoni titulari u jintramaw biss fil-knisja biex jiġu priservati u ma ssirilhomx iktar ħsara. Għalhekk, bdew jinħarġu l-istandarti sekondarji. Illum nistgħu ngħidu li, kieku ma sarx hekk, dawn l-istandarti m’aħniex ingawduhom. Aktar tard bdiet

tinħass il-ħtieġa li jsiru sett ta’ sitt standarti ġodda biex jintużaw għall-purċissjoni ta’ Sant’Elena. Dawn saru u tlestew bejn is-sena 2010 u s-sena 2012. Fis-sena 2004, blapprovazzjoni ta’ dawk kollha involuti, il-fratelli fil-purċissjoni bdew jilbsu l-kappur biex b’hekk nistgħu ngħidu li l-uniformi tal-fratelli ġiet kompluta għal dehra iżjed serja u devota kif titlob purċissjoni bħal din. Dak iż-żmien kien hemm min kien xettiku peress li dawn kienu ilhom li nqatgħu. Il-kolleġġjata Karkariża għandha wkoll il-Fratellanza talMadonna tad-Dutrina. Dawn jilbsu ż-żummara minflok ilkunfratija, bl-ilwien ħomor u koħol. Din Il-fratellanza kienet ilha ma tieħu sehem għexieren ta’ snin, għalhekk, fis-sena 2012, fuq inizjattiva ta’ Pawlu stess, reġgħet ħarġet din il-fratellanza

Professjoni solenni Nhar l-Erbgħa 17 ta’ Awwissu se tkun ġurnata importanti għax, wara ħafna snin, se ssir il-professjoni solenni tal-fratelli u l-consorelle. Se jiżżanżnu wkoll sett ta’ armi ġodda għal malmazzetta b’simboli b’rabta malfratellanza kkonċernata. Għas-snin li ġejjin beda l-ħsieb fuq proġetti ġodda, għalhekk saru xi attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi biex dan l-għan jintlaħaq. Ftaħna wkoll paġna fuq Facebook biex l-avviżi u l-informazzjoni li joħorġu jintlaħqu min numru akbar ta’ nies. Kull min huwa interessat li jissieħeb bħala fratell, għandu jikkuntattja lil Pawlu Muscat fuq 7996 9911 jew javviċinah filBażilika matul il-jiem tal-festa. Tistgħu wkoll tagħmlu kuntatt fuq il-paġna ta’ Facebook blisem Fratellanzi Sant’Elena


MADWARNA

kullhadd.com

14|08|2016 23

IL-KARNIVAL AGĦMEL IS-SAĦĦET GĦAJNEJK PRIJORITÀ TAS-SAJF

Avveniment popolari kemm mal-komunità Maltija imma b’mod speċjali mat-turisti li jżuru l-gżejjer Maltin fix-xhur tas-sajf, u li kien ta’ suċċess għal dawn l-aħħar tliet snin, il-Karnival tas-Sajf se jkun organizzat għal darb’oħra bejn il-Ġimgħa 19 u l-Ħadd 21 ta’ Awwissu. Għall-ewwel darba f ’dawn l-erba’ snin, il-festi ta’ din issena se jinkludu parata talkarnival tul ix-xatt ta’ Wied ilGħajn il-Ħadd 21 ta’ Awwissu mis-19:00 ‘l quddiem. Din hija l-ewwel darba li l-karnival tassajf se jkun organizzat ukoll fin-naħa t’isfel tal-gżira, biex b’hekk, kemm il-parteċipanti kif ukoll dawk li jkunu flinħawi jkunu jistgħu jgawdu l-attivitajiet ferrieħa u mimlija ħajja f ’partijiet differenti talgżira. Il-bqija tal-programm se jsir bħas-soltu f ’Buġibba, żona popolari mat-turisti fejn fi ftit żmien, il-karnival tas-sajf qed isir avveniment mistenni ta’ kull sena. Kemm il-Ġimgħa 19 kif ukoll is-Sibt 20 ta’ Awwissu, se tssir il-ġostra tradizzjonali fil-bajja ta’ taħt il-pjazza ta’ Buġibba. Wara, jkun hemm

LEADER

L-inizjattiva LEADER għandha l-għan li ttejjeb l-iżvilupp potenzjali ta’ nħawi rurali billi tagħmel użu millħiliet u l-inizjattivi lokali, tippromwovi l-akkwist ta’ għarfien dwar l-iżvilupp lokali integrat, u twassal dan l-għarfien lil inħawi rurali oħrajn. F’Malta l-inizjattiva LEADER l-ewwel li tħaddmet kien bħala parti mill-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2007 – 2013 (PŻR). Bil-PŻR 2014 – 2020, ilProgramm LEADER jissokta u jkompli jibni fuq is-sisien u r-rikonoxximenti li kienu maħluqa tul il-perjodu talProgramm 2007 – 2013. Jista’ jkun li inti jew l-organizzazzjoni tiegħek kontu ħadtu sehem fleżerċizzju ta’ konsultazzjoni pubblika li kien sar bħala parti mill-Programm 2007 – 2013. Sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-fondi

défilé u parata tal-karnival tul ittoroq ewlenin ta’ Buġibba. Il-ġostra hija logħba tradizzjonali li tmur lura għal żmien il-Kavallieri. Il-kelma ġostra ġejja minn giostra bit-Taljan, li tfisser logħob kompetittiv. Għalina l-Maltin, però, tfisser dik il-logħba fejn arblu twil midluk bix-xaħam jintrama fuq barkun jew moll. Il-kompetituri, imbagħad, jitilgħu miegħu biex jilħqu bnadar li jkunu tpoġġew mannaħa ta’ fuq tiegħu biex jirbħu premju, filwaqt li dawk li jiżolqu jispiċċaw fil-baħar. Din is-sena, se jipparteċipaw fid-défilé u fil-parata talkarnival seba’ kumpaniji tażżfin bil-kostum. L-atmosfera tkompli tingħata l-kulur permezz ta’ ħdax-il karru talkarnival ġdid li nħolqu apposta għal din l-attività. Iċ-ċelebrazzjonijiet talKarnival tas-Sajf huma organizzati mill-Kunsill Malti għall-Arti bis-sapport talFondazzjoni Valletta 2018, l-Awtorità Maltija għatTuriżmu, u l-kunsilli lokali ta’ San Pawl il-Baħar u ta’ Wied il-Għajn.

tal-LEADER, Gruppi ta’ Azzjoni Lokali (GAL) iridu jiġġustifikaw l-għajnuna għalloperat tagħhom permezz ta’ strateġiji. L-istrateġiji iridu jikkumplimentaw il-miri talPŻR, il-Ftehim ta’ Sħubija għal Malta, u Strateġiji jew policies Nazzjonali oħrajn. Il-Grupp ta’ Azzjoni Lokali għal Għawdex – ilFondazzjoni Grupp Azzjoni Lokali Għawdex – hija l-entità responsabbli għat-tħaddim tal-Istrateġija ta’ Żvilupp Lokali għal Għawdex. IlFondazzjoni Grupp Azzjoni Lokali Għawdex tirrikonoxxi li l-parteċipazzjoni lokali hija pedament importanti talinizjattiva LEADER kollha kemm hi, u l-involviment tal-komunità fit-tfassil talIstrateġija ta’ Żvilupp Lokali huwa fundamentali biex dan iseħħ.

Għalkemm kapaċi jkunu aċċessorji sbieħ skont il-moda, in-nuċċalijiet tax-xemx iservu rwol importanti fil-ħarsien tal-għajnejn matul is-snin. Filfatt, is-saħħa u l-kumdità talgħajnejn huma żewġ raġunijiet importanti għalxiex wieħed għandu jilbes in-nuċċali taxxemx. “Mil-lat ta’ saħħa, tkun trid tevita li d-dawl ultraviolet milli jidħol fl-għajnejn, fil-kappell tal-għajnejn u fil-ġilda ta’ madwar. Min-naħa l-oħra, hawn minn hu sensittiv ħafna għaddawl qawwi u d-dija tax-xemx. Meta titnaqqas il-qawwa taddawl u d-dija, issibu li tkunu tistgħu taraw aħjar u tħossukom aktar komdi,” qalet Adrienne Despott, il-General Manager ta’ TUACO Opticians. Ir-radjazzjoni ultraviolet (UV) mix-xemx tista’ tagħmel ħsara mhux biss lill-ġilda tal-għajnejn imma anki lill- kornea, il-lenti u partijiet oħra tal-għajnejn. L-espożizzjoni tal-UV tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ ċertu tipi ta’ katarretti, formazzjonijiet morbużi flgħajnejn u deġenerazzjoni possibilment makulari.

jiffukaw aħjar u fl-istess waqt jibbenefikaw minn aktar protezzjoni,” żiedet tgħid. TUACO Opticians qed joffru wkoll sighted tinted polarised lenses għall-klijenti li jeħtieġu lentijiet b’indiċi rifrattiv għoli. Il-lentijiet polarizzati jkunu trattati b’kimika speċjali li tgħin titnaqqas id-dija. Dawk li jħobbu attivitajiet ta’ barra, bħal joggers, ċiklisti, sajjieda, u dilettanti tal-isports talbaħar jew dgħajjes isibu l-lentijiet polarizzati komdi u ta’ benefiċċju. Lentijiet tal-vista tinted b’mirja kulur id-deheb, fidda, blu jew aħmar, kif inhuma moda bħalissa, jinsabu wkoll disponibbli għall-bejgħ. Għażla wiesgħa tal-aħħar disinji tan-nuċċalijiet huma disponibbli għand TUACO Opticians, fi Triq Melita, jew fi Triq San Ġwann, it-tnejn filbelt Valletta. Għal aktar tagħrif jew għall-appuntament malispeċjalisti tal-għajnejn, wieħed jista’ jċempel lil TUACO Opticians fuq in-numru tattelefon 2122 1848, jibgħat imejl: tuaco.opt@gmail.com jew iżur s-sit: http://www.TUACO.com

Biex l-għajnejn ikunu protetti sew, wieħed għandu jfittex nuċċali tax-xemx li jibblokka 99 sa mija fil-mija tar-raġġi UVA u UVB. In-nuċċali għandu jibblokka wkoll 75 sa 90 fil-mija tad-dawl viżibbli, u jkollu lenti li taqbel perfettament fil-kulur u mingħajr distorsjonijiet u imperfezzjonijiet. Nuċċali tax-xemx b’lenti skura jista’ ma jfissirx li jkun awtomatikament qed jipproteġi l-għajnejn. Il-kulur u l-grad ta’ oskurità li jipprovdi n-nuċċali tax-xemx m’għandhom xejn x’jaqsmu mal-abiltà tan-nuċċali tax-xemx li jimblokka r-raġġi tal-UV. Wieħed jista’ wkoll jagħżel nuċċali tax-xemx li jagħlaq u jiffittja sew mal-wiċċ b’lenti wiesgħa li tipproteġi l-għajnejn minn kull angolu. Uħud mil-lentijiet ta’ kuntatt (contact lenses) joffru wkoll protezzjoni mill-UV, iżda xorta waħda għandhom jintlibsu flimkien ma’ nuċċali tax-xemx għal aktar protezzjoni. “Għal aktar kumdità, għand TUACO Opticians, qed noffru nuċċalijiet tax-xemx bil-lenti tal-vista u lenti polarizzata u tinted biex ngħinu l-għajnejn

O O

D E K

U F

B Y L L


24 14|08|2016

kullhadd.com

MADWARNA

DELICATA JTELLA’ L-CLASSIC WINE FESTIVAL F’GĦAWDEX DAX-XAHAR

L-14-il edizzjoni tad-Delicata Classic Wine Festival f ’Għawdex se ssir fi Ġnien il-Kunsill, inNadur, fid-19, l-20 u l-21 ta’ Awwissu 2016 mis7.00pm sa nofsillejl. Il-festival hu ċelebrazzjoni ta’ nbejjed, ikel u divertiment live. Se jkun hemm ’il fuq minn 20 tip ta’ nbid ta’ Delicata ta’ kwalità DOK u IGT – kemm minn Malta kif ukoll minn Għawdex. L-għażla tinkludi nbejjed boutique bħal Victoria Heights, Gran Cavalier u Grand Vin de Hauteville, u marki oħra fosthom Medina, Maltese Falcon, Pjazza Regina, Frizzante, Classic Collection u Dolcino. Dawn kollha se jkunu disponibbli biex wieħed iduq kemm jixtieq. Strettament, l-ebda nbid mhu se jingħata lil min hu taħt is-17-il sena, u l-viżitaturi huma mfakkra biex igawdu l-festival b’mod responsabbli.

Is-sistema għad-dħul fil-festival hi faċli. Id-dħul huwa b’xejn. Dawk li jixtiequ jduqu l-inbejjed, jistgħu jixtru wristband għal matul is-serata u tazza kommemorattiva għall-prezz ta’ €14. B’hekk, meta wieħed juri l-wristband fuq xi waħda mill-bankarelli tal-inbid imxerrda mal-ġonna, jiġi servut l-inbid fit-tazza tal-festival. Fost ikel varjat waqt il-festival se jkun hemm ilbarbecue, majjal mixwi, ftajjar Għawdxin, baguettes, French crêpes, u ikel Ċiniż. Se jkun hemm ukoll għall-bejgħ soft drinks u ilma. Minbarra nbejjed u ikel bnin, waqt il-festival se jkun hemm spettaklu ta’ divertiment live kull filgħaxija bil-parteċipazzjoni ta’ kantanti u bands ewlenin. Il-Ġimgħa jieħdu sehem Ronald Briffa, MAE, Elaine Haber, Gozo Boy, Pierre Zammit u Straight Ahead, filwaqt li s-Sibt ikun hemm Pierre

OFFERTI SPEĊJALI GĦALL-KLASSI TAN-NEGOZJU Emirates qed toffri prezzijiet speċjali għal dawk il-passiġġieri li jixtiequ jivvjaġġaw fil-Klassi tan-Negozju minn Malta lejn Dubaj u aktar lil hinn, li jfisser lejn iktar minn 70 destinazzjoni magħżula fil-Lvant Imbiegħed, Lbiċ tal-Asja, l-Oċean Indjan, l-Awstralja u New Zealand, l-Afrika, l-Lvant Nofsani u l-kontinent tal-Amerika. Għal żmien limitat, globalistas jistgħu jgħidu “hello” għal avventuri ġodda permezz tannetwerk globali tal-Emirates u tal-offerti speċjali li qed toffri għall-Klassi tan-Negozju. L-ibbukkjar għandu jsir sal-31 ta’ Awwissu 2016 għal vjaġġi bid-data ta’ tluq mit-28 ta’ Ottubru 2016 sal-31 ta’ Mejju 2017. F’ċerti dati, l-offerta ma tapplikax. Termini u kundizzjonijiet oħra japplikaw. Emirates qed toffri skontijiet sa 33% fuq il-biljetti standard tal-Klassi tan-Negozju jekk ilbiljetti jinxtraw sa 90 ġurnata qabel id-data ta’ tluq, jew sa 25% jekk jinxtraw sa 30 ġurnata qabel it-tluq. Il-vjaġġaturi tal-Klassi tanNegozju jistgħu jibbenefikaw minn trasport privat b’xejn

minn u lejn l-ajruport, aċċess għal lounge fl-ajruporti u allowance tal-bagalja ġeneruża ta’ 40 kilo għal kull persuna. Emirates ittir lejn iktar minn 150 destinazzjoni f ’81 pajjiż u topera skeda ta’ titjiriet kuljum bejn Malta u Dubaj. Emirates toffri servizzi eċċellenti abbord l-ajruplan minn ekwipaġġ internazzjonali reklutat minn 130 nazzjonalita’ differenti, inkluż Malta. Emirates tipprovdi prodotti ta’ kwalità u valur għall-flus lill-vjaġġaturi fil-Klassi tan-Negozju permezz

ta’ lie-flat beds, u iktar minn 2,500 stazzjon tad-divertiment on-demand permezz tas-sistema ice. Aktar tagħrif dwar Emirates u l-offerti speċjali għall-Klassi tan-Negozju jistgħu jinkisbu mis-sit www.emirates.com/mt Il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-Aġenti tal-Ivvjaġġar, direttament mill-Uffiċċju talBejgħ tal-Emirates fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fuq in-numru tat-telefown: 2557 7255, jew online mis-sit www. emirates.com/mt

Cordina, Novel Band, Rebecca Bonello, Isaiah Muscat, Kelly Cassar u Upper Lip. Il-festival jintemm il-Ħadd bil-parteċipazzjoni ta’ Francesca Zarb, Sarah Bonnici, D Capital, Joseph Refalo, Jolene Samhan, u Cash & Band. Se jkun provdut servizz privat ta’ shuttle bus kull filgħaxija bejn it-terminal fl-Imġarr sal-festival fin-Nadur għall-prezz ta’ €2 bir-ritorn għal kull persuna. Id-Delicata Classic Wine Festival fin-Nadur se jittella’ b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tanNadur u bl-appoġġ ta’ Mapfre Middlesea, Petrolea, APS Bank, Mediterranean Building Finishes u Mediterranean Scaffolding Ltd. Aktar dettalji dwar il-festival jinkisbu missitwww.delicata.com jew billi ċċempel fuq 2182 5199.

GO TIRREĠISTRA QLIGĦ, ITTEJJEB IL-PRESTAZZJONI

Filwaqt li kompla għaddej b’ritmu tajjeb, il-Grupp GO Group ippubblika r-riżultati konsolidati mhux awditjati għall-ewwel sitt xhur tas-sena li ntemmet fit-30 ta’ Ġunju 2016. Dawn juri titjib fil-prestazzjoni, aktar dħul u qligħ, kif ukoll titjib fl-EBITDA u fin-numri ta’ klijenti. Id-dħul tal-Grupp għall-istess perjodu laħaq €76.7 miljun (2015: €60.7 miljun). Fl-istess waqt, id-dħul qabel ma jitnaqqsu l-imgħaxijiet, it-taxxa, id-deprezzament u amortizzazzjoni (EBITDA) żdied għal €29.9 miljun (2015: €25.1 miljun), filwaqt li l-qligħ qabel it-taxxa żdied għal €17.1 miljun (2015: €13.0 miljun). Fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2016, il-Grupp żied għal 51% is-sehem azzjonarju tiegħu fil-kumpanija tat-telekomunikazzjoni Cipriotta Cablenet Communications System Limited, filwaqt li akkwista 51% tal-kapital azzjonarju ta’ Kinetix IT Solutions Limited, li hi kumpanija Maltija li toffri servizzi tal-ICT. Il-konsolidament ta’ dawn iż-żewġ entitajiet kellu effett pożittiv fuq ir-riżultati tal-Grupp. Għall-ewwel darba, id-dħul tal-Grupp jinkludi l-konsolidament ta’ dħul ta’ €14.4 miljun iġġenerat minn Cablenet. Mill-banda l-oħra, ir-riżultati tal-Grupp intlaqtu minn ħlasijiet ta’ kera fuq il-propjeta’ imħallsa lill-Malta Properties Company plc, li saret entita’ separata minn GO fl-2015. Ir-riżultati b’saħħithom ta’ GO, li huma totalment bil-kontra tax-xejriet ġeneralment negattivi li qed iseħħu fis-settur tattelekomunikazzjoni madwar il-parti l-kbira tal-Ewropa, seħħew l-aktar minħabba l-viżjoni tal-Grupp biex ikabbar in-negozju tiegħu barra minn Malta permezz ta’ acquisitions, u l-prestazzjoni reżiljenti fis-suq domestiku ta’ GO, b’inizjattivi biex ikabbar d-dħul mir-retail, filwaqt li jimmaniġġja l-ispejjeż. GO kisbet dħul aktar b’saħħtu min-negozju tagħha stess tattelekomunikazzjoni, permezz ta’ tkabbir fil-qasam tar-retail, kif ukoll f ’attivitajiet ta’ bejgħ wholesale. L-implimentazzjoni tal-FibreTo-The-Home qed twassal għal tkabbir fin-numru ta’ klijenti talBroadband u tat-TV ta’ GO, hekk kif il-firxa qed tkun estiża għal bliet u rħula oħra. Il-konnessjonijiet b’linja fissa baqgħu fl-istess livell tas-sena l-oħra. F’Ġunju, GO lestiet l-implimentazzjoni taluniku fibre-connected 4G network f ’Malta. It-titjib tal-esperjenza għall-klijent, li dan iġib miegħu, qed iwassal biex jikber in-numru ta’ klijenti li jużaw il-mowbajl, kif ukoll f ’żieda fl-użu tal-mobile data.


XJENZA

kullhadd.com

14|08|2016 25

IL-QERQ BEJN L-ANNIMALI CLAYTON CUTAJAR B.Ed (Hons.), M.Ed. fix-Xjenzi

Waħda mill-aktar affarijiet importanti għall-annimali hi s-sopravivenza. Fis-selvaġġ, l-annimali jagħmlu minn kollox sabiex isibu l-ikel, ikollhom iż-żgħar, jipproteġuhom u, fl-aħħar mill-aħħar, sabiex jibqgħu ħajjin huma stess. Dawk l-annimali li huma l-aktar adattati għall- ambjent li jgħixu fih, hemm ċans li jkollhom aktar suċċess f ’dan kollu. Hawn diversi annimali li saħansitra jqarrqu bl-annimali l-oħra sabiex jipproteġu ruħhom jew sabiex jattiraw lill-priża tagħhom. Dan ħafna drabi jagħmluh billi jimitaw annimali aktar perikolużi minnhom jew lill-priża stess, kemm flapparenza, f ’xi ħoss jew f ’xi ċaqliq permezz ta’ mimicry. Hawn diversi annimali li jqarrqu b’annimali oħra permezz talapparenza tagħhom. Eżempju ċar ta’ dan hu dak tal-owl butterfly li, meta jilmaħ jew iħoss xi predatur fil-viċinanzi tiegħu, jiftaħ ġwinħajh u permezz ta’ disinni jifforma wiċċ ta’ kokka. Dan it-tip ta’ xebh isir bejn żewġ annimali fejn wieħed minnhom biss hu mgħammar b’affarijiet li jipproteġuh. F’dan il-każ partikolari, il-predaturi talfarfett huma l-għasafar. Meta xi għasfur ikun qiegħed itir fuq dan il-farfett u taħtu jara forma li tixbah ħafna l-wiċċ ta’ kokka, dan jibqa’ għaddej mingħajr ma jagħti s-salt għall-farfett. Numru ta’ annimali oħra maż-żmien evolvew b’tali mod li ġisimhom ġie jixbah ħafna lil dak ta’ xi speċi oħra mgħammra b’velenu jew xewk għall-protezzjoni. Numru kbir ta’ kamla (moths) evolvew b’tali forma, ħsejjes u saħansitra kuluri li jixbhu liżżnażan. Dawn tal-aħħar huma mgħammra b’xewk u b’attitudni aktar aggressiva minn dik talkamla. Hemm ukoll xi sriep li mhumiex velenużi u li evolvew b’tali kuluri li jixbhu sriep oħra velenużi. Fl-Amerika, il-king snake mhuwiex serp velenuż, però fl-għamla u fil-kuluri jixbah ħafna lil serp ieħor velenuż magħruf bħala l-coral snake. Teżisti wkoll taqbila sabiex tgħin lin-nies jagħrfu bejn dawn it-tnejn li tgħid hekk: Red and yellow, kill a fellow; red and black, friend of Jack. Jeżistu wkoll numru sostanzjali ta’ eżempji oħra ta’ mimicry, speċjalment fl-insetti. Jekk wieħed jieħu l-fawna lokali jirrealizza li, fost l-insetti, ilkuluri jgħajtu, speċjalment l-aħmar, huma komuni f ’aktar minn speċi waħda. Dawn il-kuluri jgħajtu fl-annimali għandhom messaġġ marbut

magħhom – dak ta’ twissija. Ħafna drabi dawn l-insetti jkollhom kimiki li jagħmlu xi tip ta’ ħsara lill-annimali l-oħra li jikluhom. Jista’ jkun ukoll li l-kulur qiegħed iwissi periklu għax l-insett partikolari hu aggressiv. L-insett magħruf bħala s-suldat kif ukoll dak magħruf bħala s-seffud talġamar għandhom kuluri ħomor jgħajtu ta’ twissija. Bħalhom għandha wkoll in-nannakola u dawn ilkoll għandhom kuluri jkanġu fl-aħmar. Dan hu tip ta’ mimicry fejn diversi speċi jevolvu b’kuluri jew apparenzi simili sabiex isaħħu l-messaġġ ta’ twissija u għalhekk jassiguraw aktar protezzjoni lejn l-individwi tagħhom. Dan il-qerq fl-annimali jintuża għal ħafna skopijiet oħra. Firrainforests, ċertu fireflies femminili mill-ġeneru Photuris jipproduċu l-istess tip ta’ dawl bl-istess frekwenza preċisa bħal nisa ta’ speċi oħra mill-ġeneru Photinus. Meta l-irġiel mill-ġeneru Photinus jilmħu dan id-dawl u teptip speċifiku, jitilqu minnufih lejh mingħalihom li se jsibu l-mara tal-istess ġeneru tagħhom, però, minflok, isibu mara tal-ġeneru l-ieħor li hi pjuttost akbar u aggressiva u tispiċċa tikolhom. F’dan il-każ partikolari dawn l-irġiel huma sors ta’ kimika importanti li żżomm lil wieħed mill-predaturi tagħhom – ilbrimb – ’il bogħod. Jekk hawn min qiegħda taħarqu qalbu għal dawn il-fireflies irġiel, nistgħu nibqgħu ċerti li fisselvaġġ diffiċli nsibu annimali b’attitudni altruwista. Fil-fatt, l-istess irġiel jużaw tip ta’ qerq ieħor sabiex jattiraw lin-nisa. Dawn evolvew b’tali mod li jteptpu tip ta’ dawl u saħansitra jtiru f ’ċertu għoli bħal xi insetti oħra li huma priża tal-fireflies. Innisa jersqu lejhom mingħalihom li se jsibu l-ikla tagħhom u minflok isibu individwu raġel lest għat-tgħammir. Kif għedna fil-bidu, dan kollu jsir sabiex l-annimali jassiguraw is-sopravivenza tagħhom. Mażżmien evolvew tali karatteristiċi jew attitudnijiet li jagħtuhom vantaġġ fuq annimali oħra. Dawn allura jirnexxilhom jibqgħu ħajjin għal aktar żmien, jgħammru u jkollhom iż-żgħar. B’hekk dawn il-karatteristiċi vantaġġjużi jibqgħu jintirtu minn ġenerazzjoni għal oħra u saħansitra dejjem jirfinaw skont kif jinbidel l-ambjent li jgħixu fih. Dawk l-annimali li ma jkollomx karatteristiċi vantaġġjużi, sfortunatament maż-żmien dejjem jonqsu finnumru u saħansitra jistgħu jiġu estinti.


26 14|08|2016

kullhadd.com

PERSONALITÀ

PARTI MINN ĦAJJITHA TIBBLOGGJA RAMONA

PORTELLI TINTERVISTA LIL

GRAZIELLE CAMILLERI Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com Email: ramonaportelli@hotmail.com

Fid-dinja tal-internet, il-blogging ħa spinta ġmielha, tant li qed jiżdiedu ħafna bloggers. F’Malta għandna numru sostanzjali ta’ bloggers dilettanti fuq diversi suġġetti varji. Bloggers huma persuni li jiktbu artikli u jxerrduhom ma’ min isegwihom online. Ħafna mill-blogs jippermettu lissegwaċi biex iħallu l-kummenti tagħhom taħt l-artikli. Għal din l-intervista tħajjart nitkellem mal-blogger lokali Grazielle Camilleri. Min iħobb isegwiha, nafu li kuljum ittella’ tagħrif bi stampi u informazzjoni oħra dwar vjaġġar u moda. Tassew ritratti ta’ lbiesi talaqwa moda, li tara wieħed u tinsa l-ieħor. Proprjament, ħafna aktar jafu lil Grazielle bħala żeffiena, jew Grazielle tattlielaq tal-karozzi. Iżda dan l-aħħar qed tiffoka aktar fuq il-moda u l-ivvjaġġar. B’hekk ħallejt f ’idejha sabiex tgħidli aktar dwar dawn l-avventuri ġodda tagħha. “Jien inħobb nagħmel xi ħaġa u niffoka fuqha għal numru ta’ snin sakemm inkun kuntenta bil-livell. Għadni niżfen u nittrenja mal-YADA darbtejn fil-ġimgħa u nibqa’ għax dik il-passjoni ma tmut qatt. Rigward ilkarozzi għadni nħobbhom u mmur avvenimenti konnessi magħhom, iżda mindu kelli t-tarbija, Luna, kelli nwaqqaf it-tlielaq talkarozzi. Infatti, il-karozzi tat-tlielaq begħthom u issa nsuq karozza normali tal-familja,” bdiet tgħidli Grazielle. Grazielle għandha 41 sena, toqgħod il-Madliena, miżżewġa u omm ta’ tifla waħda. Bħala passatempi għandha għal qalbha ż-żfin, l-ivjaġġar, il-karozzi, ixxiri u l-fitness. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna mimlija enerġija, li tħobb tkun pożittiva u tipprova tuża l-ħin tagħha biex tagħmel l-affarijiet li tħobb. Tieħu gost tiltaqa’ ma’ nies differenti, minn kull lat tal-ħajja, għax temmen li kulħadd għandu xi ħaġa tajba x’joffri mill-esperjenza tiegħu. Blogger tirrikjedi li jkollha, jew ikollu, diversi ideat, ħafna ħin x’jiddedikaw u importanti wkoll issit elettroniku. Il-blogs ta’ Grazielle fuq l-ivjaġġar u l-moda bdiethom minn Diċembru li għadda u tista’ tgħid li llum hemm ammont

sostanzjali ta’ persuni li jħobbu jsegwuha, kemm lokalment u anke minn barra minn Malta. Magħha ddiskutejt ilblogs tagħha dwar il-moda, avvenimenti u l-ivvjaggar. “Nieħu gost inxerred informazzjoni dwar stili diversi ta’ ħwejjeg, ta’ kif wieħed għandu jqassam jew jagħmel ix-xirjiet tiegħu, u anke ideat bħal fejn wieħed għandu jmur jiekol meta jsiefer f ’xi pajjiż partikolari

li nkun żort jiena minn qabel,” sostniet Grazielle. Tippromovi lil pajjiżha stess Ta’ min jgħid ukoll li Grazielle għandha blog ieħor iddedikat esklussivament għal Malta u Għawdex. Dan huwa www.maltatvchannel. com; proġett li bdiet f ’Settembru tas-sena li għaddiet. Kull vidjow informattiv li ttella’ jkollu aktar minn 50K views u jkollhom ħafna shares minn persuni kemm Maltin u anke barranin. “Kienet fuq xewqa tiegħi li nippromovi lill-Gżejjer Maltin b’mod innovattiv u b’ċertu gost. Grazzi għas-sapport li jkolli minn ċertu stabbilimenti sabiex jiffinanzjaw dan il-proġett mimli filmati, kif ukoll lit-tim ta’ tmien persuni li għandi warajja. Xewqa li għandi hija li l-Malta Tourism Authority tapprezza dan il-proġett tiegħi u forsi jkollna xi opportunitajiet li naħdmu flimkien,” elaborat Grazielle. B’kurżità xtaqt inkun naf

jekk persuna tistax tgħix biss minn fuq blog. “Għal Malta biss fejn il-blogging għadu mhux meqjus bħala servizz importanti ħafna u l-Instagram għadu ma qabadx bħal pajjiżi oħrajn, nista’ ngħidlek li le, ma tistax tgħix minn fuq blog biss. Jekk dan ikun imqabbad sew internazzjonalment, allura l-istorja tista’ tinbidel u jaf persuna tkun tista’ tibda tgħix komda, sempliċiment minn fuq blogging biss.” Xtaqt inkun naf ukoll xi kemm tiddedika ħin għallblogs tagħha, u dwar it-tip ta’ interess li qed toħloq filpoplu inġenerali. “Kull blog teħodli bejn erbgħa u tmien sigħat, speċjalment dawk bil-photoshoot professjonali. Interess hemm ħafna għax kull fejn immur qed iwaqqfuni n-nies u jgħiduli li jsegwu l-blog tiegħi; bħal meta kont niżfen fuq it-televiżjoni u l-għada kulħadd jgħidli ‘rajtek’ u ‘prosit’,” tbissmet tgħidli Grazielle. L-ewwel darba li ħadet sehem bħala blogger kien fil-Malta Fashion Awards Skoprejt li d-disinjaturi favoriti tagħha huma Elisabetta Franchi, Dolce e Gabbana, Dior u Armani. Din is-sena kienet l-ewwel darba għal Grazielle li ħadet sehem bħala blogger fil-Malta Fashion Awards. Kont naf li ammirat diversi tibdiliet, xagħar u makeup li dehru f ’din is-show annwali. Ħallejt f ’idejha biex telabora aktar. “Ġejt mistiedna biex inkun waħda mill-bloggers ewlenin għallMalta Fashion Week. Dan għalija fisser li kelli nattendi kuljum għal kull show li giet imtellgħa u, naturalment, nikteb artiklu għal kull waħda. Fil-fatt, kont nibqa’ mqajma kuljum sas1.00am, naħdem u nikteb, sabiex l-għada filgħodu l-blog ikun imtella’ bl-iktar

informazzjoni friska possibbli.” Xtaqt ukoll inkun naf kif Grazielle tħares lejn ilmoda lokali u kif fuq kollox tħares lejn it-tfajliet Maltin f ’dak li jirrigwarda moda. “Bħal kull ħaġa oħra, filmoda hemm il-varjetà. Issib Maltin li jħobbu jsegwu u jilbsu mal-moda b’reqqa kbira u, sfortunatament, hemm oħrajn li jeħlu mal-istess ħwejjeg u stili mingħajr ma jesperimentaw jew ivarjaw imqar ftit. Anke rigward stili tax-xagħar, ilMaltin narahom joqogħdu lura milli jesperimentaw. Fil-fatt, ngħid li jeħtieg li jkun hawn kambjament f ’dan ir-rigward,” sostniet Grazielle. Il-parir li għaddiet lil tfajliet u ġuvintur sabiex iżommu ruħhom aġġornati mal-moda kien biex jaqraw magażins relatati mal-moda, jaqraw mill-internet, isegwu t-televiżjoni ta’ barra u, fuq kollox, jimmotivaw ruħhom fuq dak li jkunu segwew. Staqsejtha dwar meta ssiefer f ’xi pajjiżi barranin, u eventwalment tikteb dwarhom, xi tkun qed tfittex eżatt fihom u x’jinteressaha l-aktar. “Infittex dwar affarijiet li dak li jkun jista’ jagħmel fil-pajjiż: postijiet li għandu jżur, fejn wieħed jista jiekol u japprezza xi naqra nbid tajjeb. Persuni li jkunu se jżuru xi pajjiż ġdid, iħobbu jaqraw dwaru qabel ma jmorru fil-post sabiex ikunu aġġornati aħjar. Personalment, nikteb dwar esperjenzi li nkun għaddejt minnhom, u ġeneralment inħobb ngħaqqad artikli ta’ moda ma’ artikli ta’ vjaggar flimkien.” Dawk kollha li jixtiequ jibdew isegwu l-blogs ta’ Grazielle jistgħu iżuru l-paġni www.facebook. com/BlogbyGrazielle ; www.facebook.com/ maltatvchannel; www. graziellecamilleri.com/ Blog; www.maltatvchannel. com


SKEDA

kullhadd.com

14|08|2016 27

103 06.30 Aħbarijiet 08.00 Skorfina (R) 09.00 Paperscan 10.05 Multisport (R) 10.35 Sejjaħtli (R) 11.15 Mad-Daqqa t’Għajn (R) 12.20 Sketches mad-Dulli (R) 12.30 Aħbarijiet 12.35 Better Living (R) 14.00 Telebejgħ 15.00 Arani Issa (R) 17.30 Aħbarijiet 17.35 Hazzzard Daily 17.45 Telebejgħ 18.00 Madre Margerita DeBrincat(R) 18.50 Fresh & Funky 19.30 Aħbarijiet 20.15 Sketches mad-Dulli 20.25 Mill-arkivji ta’ ONE: Żeża tal-Flagship 22.35 Talk To Me (R) 23.20 Hazzzard Daily

101 07.00 Aħbarijiet 08.30 Mill-Arkivji 08.45 Ħadt l-Aħbar 10.00 X’Joffri l-Kunvent 10.30 Fil-Ġnien ma’ Melo 11.00 Ħadd Għalik 14.00 Promotional Material 15.00 Simpatici 17.05 Ħal Safi – Villaġġ Malti 18.00 Aħbarijiet 18.15 Għawdex Illum 18.45 Ħallih Iħabbat 19.30 Mill-Imħażen tal-Festa 20.00 Aħbarijiet 20.45 Film: Everybody’s Fine 23.15 Aħbarijiet 23.30 Smack Down WWE

151 06.00 Rio 2016 12.00 Rubrica Olimpiadi Rio 2016 13.00 Tg2 Giorno 13.30 Rio 2016 20.30 Tg2 21.00 Rio 2016

152 06.30 Rassegna Stampa 08.00 Miss Italia 09.30 Joe Petrosino 10.40 Fuori Binario 11.35 Rivediamoli 12.00 Tg3 12.12 Tg3 Fuori Linea Estate 12.25 Le Ragazze Del 46 12.50 Geo Magazine 13.05 Il Grande Freddo 14.00 Tg Regione 14.15 Tg3 14.40 Lerba Dei Vicini 16.20 Perception 17.40 Kilimangiaro Magazine 19.00 Tg3 19.30 Tg Regione 20.00 Blob 20.05 I Dieci Comandamenti 21.10 Circo Estate 23.15 Tg3 23.30 Fuori Orario

162 06.00 Mediashopping 06.55 Anica Flash 07.00 Extreme Makeover Home Edition 08.35 Mediashopping 08.50 Una Vita 11.05 Dr House – Medical Division 12.55 The Originals 15.40 Compagni di Viaggio 16.40 Tuozoo 17.20 Rosamunde Pilcher 19.15 Dr House – Medical Division 21.10 Equivoci d’Amore 23.00 Royal Pains 23.20 Anica Flash 23.25 Tuozoo 23.55 Royal Pains

372 06.00 Roadtrip With G: Garvin 07.00 Chopped 08.00 Amazing Wedding Cakes 09.00 The Pioneer Woman 10.00 Sibas Table 11.00 Barefoot Contessa 12.00 Diners, Drive-Ins and Dives 14.00 Chopped 15.00 Guys Grocery Games 16.00 Amazing Wedding Cakes 17.00 Sibas Table: Fast Feasts 18.00 Andy Bates Brazilian Street Feasts 19.00 Cutthroat Kitchen 20.00 Kitchen Casino 21.00 Man v Food 22.00 Mystery Diners 23.00 Man v Food 23.00 Cutthroat Kitchen 23.30 Man v Food

410 06.00 House Hunters International 08.05 Extreme Vacation Homes 09.00 Durban Beach Rescue 10.00 Big Crazy Family Adventure 11.00 Hotel Impossible 12.00 Building Alaska 13.00 The Treehouse Guys 14.00 Lake Life 15.00 Salvage Dawgs 16.00 Building Alaska 17.00 Lifes a Beach 18.00 Hotel Impossible 19.00 Extreme RVs 20.00 Mysteries at the Museum 21.00 Mysteries at the Hotel 22.00 Building Alaska 23.00 Bizarre Foods 23.00 Durban Beach Rescue 23.30 Bizarre Foods 23.30 Durban Beach Rescue

300 06.00 Show Me Show Me 06.20 Mr Blooms Nursery 06.40 Jollywobbles 07.00 Show Me Show Me 07.20 Mr Blooms Nursery 07.40 Jollywobbles 08.00 Doctors 09.55 EastEnders 11.55 Blackadder the Third 13.50 Bargain Hunt 16.05 Doctor Who 17.30 Our Zoo 20.10 Father Brown 21.00 Orphan Black 21.45 Doctor Who 22.25 Silent Witness 23.40 Orphan Black

104 07.00 Known Universe 08.00 Aħbarijiet 08.45 Kelma għall-Ħajja 09.00 Holy Mass 09.45 Vatican Magazine 10.15 L-Ordni 11.00 Għanafest 12.15 Paq Paq on Test 12.30 Euronews 13.30 Britain’s Got Talent 15.00 Madwarna 15.30 Madagascar 16.30 Sports Għawdex 17.00 Euronews 18.00 Gastrokultura 18.30 New Rooms 19.00 Għawdex Illum 19.30 Known Universe 20.30 Aħbarijiet għal persuni b’nuqqas ta’ smigħ 20.40 Ħallih Iħabbat 21.10 Il-Vjaġġatur

154

07.25 Tg4 Night News 07.45 Media Shopping 08.15 Mondo Sommerso 09.20 North America 10.00 Santa Messa 10.50 North America 11.30 Tg4 Telegiornale 12.02 I 2 Deputati 14.15 Ischia Operazione Amore 16.09 La Tigre e Ancora Viva 18.50 Anteprima Tg4 18.55 Tg4 Telegiornale 19.35 Colombo 21.15 Apocalypse 23.46 Tg4 Night News

06.00 Prima Pagina 07.59 Tg5 Mattina 09.11 Gioco d’Amore 12.00 Melaverde 13.00 Tg5 13.40 Larca di Noe 14.01 Un Sacco Bello 15.41 I misteri di Laura 16.44 Un Coccodrillo Per Amico 18.45 Il segreto 20.00 Tg5 20.40 Paperissima Sprint 21.11 Bagnomaria 23.15 Tg5 Notte 23.30 Laws of Attraction 23.45 Paperissima Sprint

306

06.00 How Do They Do It? 06.25 Misfit Garage 07.15 Fast N Loud 08.10 Wheeler Dealers 09.05 Extreme Car Hoarders 09.55 Junkyard Empire 10.50 Misfit Garage 11.40 Storage Hunters UK 12.35 Property Wars 13.30 The Liquidator 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Driving Wild 16.15 For the Love of Cars 17.10 How Its Made: Dream Cars 18.05 Wheeler Dealers 19.00 Alaskan Bush People 20.00 Men, Women, Wild 21.00 Dark Woods Justice 22.00 Toucan Nation 23.00 River Monsters 23.50 Men, Women, Wild

412 06.00 Teleshopping 09.00 Pawn Stars 15.00 Car Hunters 16.00 Storage Wars: Miami 17.00 Storage Wars 18.00 Pawn Stars 19.00 Smartest Guy in the Room 20.00 Mountain Men 21.00 Pawn Stars 22.00 The Crimean War: A Most Desperate Undertak 23.00 American Pickers 23.00 Storage Wars

403 06.00 Best Chef, Worst Chef 09.30 Long Island Medium 13.10 Single Dad Seeking... 14.05 Cake Boss 15.00 Bride by Design 15.30 Say Yes to the Dress 15.55 Say Yes to the Dress: Bridesmaids 16.25 Say Yes to the Dress: Randy Knows Best 16.50 Curvy Brides 17.20 Something Borrowed, Something New 17.50 My Crazy Italian Wedding 18.15 Say Yes to the Dress Canada 18.45 Say Yes to the Dress: Randy Knows Best 19.10 Randy to the Rescue 20.05 What If We Get Married? 21.00 Say Yes to the Dress 21.55 Supersized 22.50 Outrageous Emergency 23.35 Love at First Swipe

600 06.00 The French Open Tennis 07.00 World Championship Snooker 08.30 Going for Gold 08.45 WATTS 09.00 FIM World Superbike Series Motorcycle Racing 12.30 Major League Soccer 14.00 Eurosport2 News 14.05 Going for Gold 14.20 Arctic Race of Norway Cycling 18.00 Liege-Bastogne-Liege Cycling 18.55 Eurosport2 News 19.00 Going for Gold 19.15 World Championship Snooker 20.30 Going for Gold 20.45 Major League Soccer 23.55 Eurosport2 News

150

07.00 Aħbarijiet 09.00 Mill-Familja Rjali 09.15 Missjoni 10.15 Telebejgħ 11.15 Quddiesa mis-Santwarju Ta’ Pinu 12.00 Telebejgħ 14.00 Aħbarijiet 14.05 Telebejgħ 14.30 It-Tfal Jiġu bil-Vapuri 16.00 Iswed Fuq l-Abjad (R) 17.00 Mister Fisherman (R) 18.00 Aħbarijiet 18.05 Flusek (R) 18.35 Road Trip 19.30 Aħbarijiet 20.30 Kuġini 21.30 Aħbarijiet 21.35 Id-Djarju l-Iswed 23.00 Aħbarijiet

153

06.00 Keeping Up With the Kardashians 11.00 WAGS 15.00 Botched 16.00 Keeping Up with the Kardashians 21.00 Botched 22.00 Famously Single 23.00 EJ NYC

400

102 07.00 Tg1 07.05 Overland 16 08.00 Tg1 09.05 Dreams Road 09.50 Tg1 L.I.S. 09.55 Easy Driver 10.25 A Sua Immagine 10.55 Santa Messa 11.50 A Sua Immagine 12.00 Recita dell’Angelus 12.10 A Sua Immagine 12.20 Linea Verde Estate 13.30 Telegiornale 14.00 Supereroi 14.50 Darling Companion 16.40 Road Book 17.05 Legami 18.45 Reazione a Catena 20.00 Telegiornale 20.35 Techetechete 21.25 Provaci Ancora Prof 23.25 Speciale Tg1

155 06.40 Settimo Cielo 07.21 Al lupo! Al lupo! 07.40 Taz-Mania 08.00 Le Nuove Avventure di Scooby Doo 08.25 I Flintstones 08.50 Mila e Shiro 10.25 Una Mamma Per Amica 12.25 Studio Aperto 13.00 Sport Mediaset: Anticipazioni 13.05 Sport Mediaset 13.45 AandF: Ale e Franz Show 15.45 Zelig1 18.10 Camera Cafe 18.30 Studio Aperto 19.00 Fattore Umano 19.30 Scuola di Polizia 4 21.20 Chicago Fire 23.00 Off the Map 23.10 Chicago Fire 23.55 Studio Aperto: La Giornata

307

312

06.50 Giada at Home 07.40 Healthy Gourmet 08.30 Beachfront Bargain Hunt 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Curb Appeal 12.00 House Hunters 12.50 Fixer Upper 13.45 Platinum Weddings 14.35 Tiny House, Big Living 15.25 Fixer Upper 16.15 Restoration SOS Virginia 17.05 Platinum Weddings 18.00 Island Hunters 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Caribbean Life 20.35 Island Life 21.00 Vacation House for Free 21.55 Tiny House, Big Living 22.45 Caribbean Life

07.05 Big Screen 07.20 Hoosiers 09.15 A Funny Thing Happened on the Way to the Forum 10.55 The Hills Run Red 12.25 Big Screen 12.40 If Its Tuesday, This Must Be Belgium 14.20 Groundhog Day 16.05 Impromptu 17.50 Hoosiers 19.45 Big Screen 20.00 Akeelah and the Bee 21.50 Nightwatch 23.25 Quigley Down Under 23.30 The Program

405

406

06.00 Swamp Brothers 06.25 DogTV 07.15 Yankee Jungle 08.10 Zoltan the Wolfman 09.05 The Wild Life of Tim Faulkner 10.00 DogTV 10.55 Austin Stevens: Snakemaster 11.50 Rugged Justice 17.20 Treehouse Masters 18.15 Zoltan the Wolfman 19.10 The Wild Life of Tim Faulkner 20.05 Bondi Vet 21.00 Treehouse Masters 21.55 Austin Stevens: Snakemaster 22.50 Gator Boys 23.35 Rugged Justice 23.45 Gator Boys

06.00 Big Fish, Texas 07.00 Yukon Gold 08.00 Breakthrough 09.00 Cosmos: A Spacetime Odyssey 10.00 Save the Titanic With Bob Ballard 11.00 Drain the Bermuda Triangle 12.00 Nazi Megastructures 13.00 Terror in the Skies 14.00 Secret History of UFOs 16.00 The Story of God With Morgan Freeman 17.00 Genius by Stephen Hawking 18.00 Street Genius 19.00 Primal Survivor 20.00 The Story of God With Morgan Freeman 21.00 Cosmos: A Spacetime Odyssey 22.00 Genius by Stephen Hawking 23.00 The Story of God With Morgan Freeman 23.00 Street Genius

Ċentru Laburista Ħal Qormi Offerta għall-kiri tal-bar Il-Kumitat Laburista ta’ Ħal Qormi jixtieq javża li qiegħed jilqa’ offerti għall-kiri tal-bar taċ-Ċentru Laburista ta’ Ħal Qormi. L-offerti jagħlqu nhar il-Ħamis 18 ta’ Awwissu 2016 fis-6.00pm. Għall-formoli kkuntattjaw lill-President, is-Sur Renald Falzon bin-numru 9903 4422, jew lil xi membru ieħor tal-istess Kumitat. Il-Kumitat, flimkien mal-Partit Laburista, iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta anke l-aktar vantaġġjuża.


28 14|08|2016

kullhadd.com MIĊ-

ĊINEMA

RAPPORT TA’

ĊINEMA

CARMEL BONNICI

MIKE AND DAVE NEED WEDDING DATES

SFRENAT

JAGĦMLU STRAGI F’KULL TIEĠ LI JATTENDU

Atturi Ewlenin: Zac Efron, Anna Kendrick, Adam Devine, Aubrey Plaza, Stephen Root, Stephanie Faracy. Direttur: Jake Szymanski Ħin: 98 min. Distributur: 20TH CENTURY FOX Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. 15 Mike u Dave Stangle huma żewġ aħwa żgħażagħ, avventurużi, xalaturi u , kull tant, anki jdejqu lil dak li jkun bil-mossi esaġerati tagħhom. Huma jħobbu jattendu t-tiegijiet fejn, wara li jixorbu u jaqbdu mat-tfajliet, ikunu jridu jħallu warajhom impressjoni tremenda. F’kull attività matrimonjali li attendew dejjem sfrattaw din l-okkażjoni unika, bi ħsara li tiswa ħafna flus biex tissewwa. Għalhekk, meta ohthom Jeanie (Sugar Lyn Beard) tħabbar li se tiżżewweġ, il-ġenituri ta’ Mike (Devine) u Dave (Efron) mill-bidu jissuspettaw x’jista’ jinqala’ u anki juruhom l-istraġi li qajmu f ’tiġijiet diversi. Huma javżawhom biex magħhom igibu tfajla rispettabbli kull wieħed biex

forsi jġibu ruħhom sewwa. Fil-verità, ż-żewġ tfajliet li jagħżlu, Tatiana (Plaza) u Alice (Kendrick) jinzertaw spissjati aktar minnhom u t-taħwid li jinqala’ f ’din l-attività filHawaii jissupera l-movimenti sfrenati tagħhom, ta’ qabel. Inkredibbli jew le, fil-bidu nsiru nafu li, Mike And Dave Need Wedding Dates, b’xi mod, hu bbażat minn fuq storja li ġrat. Meta l-veru Dave u Mike jagħmlu avviż għal żewġ tfajliet biex jakkumpanjawhom, bilvjaġġ kollu mħallas, kull xorta ta’ żgħażagħ femminili ġew biex ikunu intervistati. L-aħwa Stangle baqgħu ċċassati bir-rispons li kellhom għall-avviż ta’ żewġ tfajliet u anki ddiskutew t-tattiċi li se jużaw fl-għażla ma’ persuni kkwalifikati ta’ Today Show u

s-CNN. Mike And Dave Need Wedding Dates hu strettament immirat għaż-żgħażagħ li għandhom jirrispondu għalih bi ħġarhom. L-intriċċi umoristiċi, spinti,

THE SHALLOWS

romantiċi u anki l-manuvri esaġerati li fih rajnihom ukoll ġo ħafna films tal-passat qarib, fosthom ir-riċentissimu Bad Neighbours 2. Zac Efron jerġa’ jimita din il-parti. MIMLI TENSJONI

ITTURUFNATA MINĦABBA KELB IL-BAĦAR FEROĊI Atturi Ewlenin: Blake Lively, Oscar Jaenada, Brett Cullen. Direttur: Jaume Ciollett-Serra. Distributur: COLUMBIA/SIONY. Maħruġ minn KRS Releasing. Id-dinja ċinematografika skantat bil-kbir meta fl-1975 esperjenzat tip ta’ terrur ieħor. Jaws, dirett minn Steven Spielberg, werwer lil kulħadd bi storja tassew eċitanti dwar kelb il-baħar tar-razza Great White li jitterrorizza komunità li qed jgħumu f ’xatt ta’ New England. Ħafna kienu li żammew ilbogħod mill-baħar f ’dak iżżmien. F’The Shallows, Nancy Adams (Lively) tkun qed tirkeb il-mewġiet (surfing) meta, f ’salt wieħed, tkun attakkata minn kelb il-baħar tar-razza bajda. Hi ssib ruħha tturufnata fuq blata żgħira xi mitejn jarda biss il-bogħod mix-xatt, b’ċans minimu li tiskappa, waqt li l-ilmijiet madwarha qed jogħlew bil-mod. Kontra kull parir, hi tmur waħedha tfittex ħallel kbar biex tirkibhom waqt li tagħmel hekk biex issib xi ftit paċi u komfort wara l-mewt ta’ ommha. Ftit

Ħin: 86 min. Ċert. 12

il-barra mix-xatt issib baliena mejta, b’ferita kbira fuqha u x-xamma tad-demm iġġib lil dan il-mostru tal-baħar. Meta żbaljatament tkun mistrieħa fuq dan l-annimal, il-kelb il-baħar jassaltja għalihom it-tnejn. B’tiċrita kbira f ’koxxitha u bid-demm iċarċar bilkemm jirnexxielha tasal fuq sikka żgħira, b’qawwija biss bħala akkumpanjament f ’xatt baħħ. Il-mod kif Nancy tħit din ilferita, mingħajr loppju iżda b’ugigħ tremend, jagħti ħjiel li din it-tfajla kuraġġuża, ta’ intelliġenza erudita u li ma taqta’ qalbha minn xejn, hija studenta tal-mediċina. Il-lejl wasal fuqha, l-livell tal-ilma tiela’ u dan ilmisħut kaċċatur tal-priża qed kontinwament idur madwarha. Kif se taġixxi? The Shallows hu thriller li jibni t-tensjoni bil-mod u jisplodi fil-final. Kultant, il-mużika

ta’ Marco Beltrami tixbah lil dik ta’ John Williams f ’Jaws. Din il-produzzjoni tista’ tkun ikklassifikata fil-ġeneru Cinema of Loneliness, billi kważi il-protagonista biss tidher matulu. Xi erba’ snin qabel il-blokkbaster ta’ Spielberg li kellu suċċess enormi, ħareġ id-

dokumentarju affaxxinanti u anki tal-biża’ Blue Water White Death. Ix-xeni veri ta’ meta l-kelb ilbaħar attakka lil dawk li kienu f ’ġagga tal-ħadid taħt l-ilma, huma f ’The Shallows imitati lejn it-tmiem. Kollox ma’ kollox, film sodisfaċenti.


ĊINEMA

kullhadd.com

14|08|2016 29

NERVE

MIMLI RISKJI

LOGĦBA ONLINE B’FINAL BEJN ĦAJJA JEW MEWT

teknoloġisti li kapaċi jisiltu Atturi Ewlenin: Emma Roberts, Dave Franco, |Emily kull informazzjoni maħżuna Meade, Miles Heizer, Juliette Lewis. fil-kompjuter (hackers). Nerve hu thriller tassew Diretturi: Henry Joost u Ariel Schman. Ħin: 96 min. eċitanti, b’xenarju li jixbah b’xi Distributur: LIONSGATE U.K. mod dak kollu li diġà semmejt Maħruġ minn KRS Releasing. Ċert. 15 u li jieħdok fuq vjaġġ eżileranti ta’ logħba li tibda bi promessa Meta l-awtur Brittaniku, forsi qatt ma mmaġina li ħafifa u tkompli b’andament George Orwell kiteb ix- dan ix-xenarju jista’ jsir realtà ta’ periklu, biża’ u kemm wieħed hu kapaċi jazzarda xogħol klassiku tiegħu 1984 permezz tal-internet. Affarijiet suppost miżmuma biex ikompli jipprogessa. fl-1949, dwar ċivilizzazzjoni Vee Delmonico (Roberts), taht il-ħakma u sorveljanza misturin u sigrieti kbar ġew kontinwa ta’ xi ħadd jew entità f ’dawn l-aħħar snin żvelati studenta brava u attiva li magħrufa bħala Big Brother, għall-apert minn dawk it- dejjem xtaqet li tkun fil-qalba

ta’ kull attività li ssir, meta tkun ippressata minn sħabha biex tirreġistra, tacċċetta li tidħol online fil-logħba Nerve. Fiha trid tazzarda li tagħmel ċertu affarijiet, u dak li jibda bħala ċajta pjaċevoli, fil-proċess jaqleb f ’kompetizzjoni iebsa, kważi tal-biża’ fejn tkun akkumpanjata minn Ian (Franco), stranġier misterjuż. Il-final jirriżulta f ’logħba eċitanti tal-kelb u l-qattus, b’atti perikulużi li se jiddominaw il-futur tagħha. Matul dan il-

vjaġġ skabruż, komunità sħiħa ta’ sorveljanti anonimi sikwit iħajruha tazzarda f ’iżjed atti ta’ sogru kbir li bihom, jekk tirnexxi, tista’ takkwista fama u flus. Nerve kontinwament iqanqal lill-ispettatur u jippompja l-adrenalina, b’erojina li aktar tippika biex tkompli tavvanza fil-balbuljata li daħlet għaliha. Din il-produzzjoni tiżvolgi x’imkien bejn it-traġitt ta’ The Game u Cube żewġ produzzjonijiet tal-1997.

L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn it-03.08.2016 u s-07.08.2016

1. 2. 3. 4. 5.

Suicide Squad Finding Dory Jason Bourne The BFG The Secret Life Of Pets

KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA

Mistoqsija għal din il-ġimgħa:

Semmi attur li jaħdem fil-film Mike & Dave Need Wedding Dates?

Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Rebbieħa tal-ġimgħa l-oħra: L.AGIUS - Il-Mosta


30 14|08|2016

kullhadd.com

AVVIŻI KLASSIFIKATI ­­­­SERVIZZI

Lezzjonijiet tal-Privat: Maths minn Form 1 sa Form 5. Accounts minn beginners sa’ livell Ordinarju, Intermediate u Avvanzat. Ċempel 9922 3915 jew 2143 7886. Investigazzjoni privata: żwiġijiet, għerusija u relazzjonijiet oħra, DNA forensic tests, tfal maħtufin minn Malta, każijiet ċivili, każijiet oħra fil-Qorti, problemi f ’kumpaniji jew negozju. Nagħmlu xhieda fil-Qorti. Naħdmu f ’Malta u anke barra. Għal appuntament ċemplu 7959 0000. Email: info@ privateinvestigationmalta. com

djar u night sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna wkoll għall-kiri: wheelchairs, hoists, commodes, walking frames u hospital beds. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq dawn in-numri: 2137 6946/9947 0178. AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ Għamara għall-bejgħ f ’kundizzjoni tajba. Kċina tal-oak bil-mejda u sitt siġġijiet. Kamra tas-sodda. Wall unit u vetrina tal-kawba kollha ħġieġ. Ċempel 2731 2977.

Aħna nixtru kollox, bħal għamara, fajjenza, arloġġi, figurini, muniti, midalji, u kull ħaġa oħra. Ċemplu fuq Korsijiet f ’Livell Ordinarju 2147 0128, 2123 7597 jew f ’diversi suġġetti bħall- 9986 9519. Matematika,  Ingliż, Malti, Franċiż, Fiżika Għandna varjetà kbira ta’ u oħrajn. Noffru wkoll arloġġi bħal Tissot, Citizen, korsijiet tal-ECDL. Prezz Casio, Michael Kors, Fossil, €35 kull module. Noffru Esprit, Festina u Q&Q. wkoll korsijiet bażiċi fil- Issibilna wkoll arloġġi kompjuter, €50. Ċempel ta’ mal-ħajt, żveljarini u 2166 2241 jew 7766 2241 selezzjoni ta’ cuckoo clocks jew żur is-sit elettroniku mill-Black Forest. Noffru www.tudorinstitute.com servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll Lezzjonijiet taż-żfin fuq nibdlu batteriji, ċineg, stil ballroom jew Latin- naqtgħu kull forma ta’ Amerikan. Lezzjonijiet ħġieġa, eċċ. Għal dawk taż-żfin għall- beginners u l-arloġġi tajbin għall-ilma, kompetizzjonijiet minn noffru s-servizz ta’ water Imperial Qualified Dance pressure test waqt li tistennew Teacher (ISTD) Ibgħat għalih. Nispeċjalizzaw ukoll SMS fuq 7925 3015 jew fuq tiswija ta’ grandfather ċempel 2138 6818 sa clocks u kull tip ta’ clock. It12.00pm. tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni Care and Cure Group żur is-sit: www. Ltd: infermiera mħarrġa, expresswatchrepairs.com caring assistants, nannies, nies jew irrikorru 110, Triq ilimħarrġin biex iżommu Kungress Ewkaristiku, ilkumpanija, għajnuna fid- Mosta. Ċempel 2141 7235.

XOGĦOL TA’ MANUTENZJONI

membrane, damp proofing u rubberised paint. 25 sena esperjenza. Stimi b’xejn u prezz moderat. Ċempel 2148 8972, 2143 8326, 9944 5527 jew 7981 2784 jew żur is-sit www.wpmalta.com

Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq innumru 2143 2352 jew 9947 7167. AVVIŻI OĦRA Għal kull tip ta’ problema ta’ moffa jew bjut jagħmlu l-ilma aħna għandna s-soluzzjoni. Nispecjalizzaw f ’waterproofing membrane u liquid membrane fuq bjut, appoġġi, btieħi, basements, eċċ. Nużaw materjal ta’ kwalità kollu ċċertifikat b’10 snin garanzija. Għal stima b’xejn ċempel 7908 6715.

Paul & Waters – The Perfumery. Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, oriġinali u blorħos prezzijiet f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul & Waters – The Perfumery. Il-ħwienet tagħna tal-Fgura, il-Mosta, Ħal Qormi u Raħal Ġdid ikunu miftuħin kuljum mid9.00am san-12.30pm u mill4.00pm sas-7.00pm. Paul & Waters Free Delivery Installazzjoni u tiswija ta’ Service. Ċempel 2766 3361. aerials tat-televiżjoni. Offerti vantaġġjużi fuq sistemi MUSIC LINK: Issibilna tas-satellita u fuq l-android kull tip ta’ strumenti TV boxes. Għal aktar mużikali, fosthom drums informazzjoni ċempel 2148 kemm akustiċi u elettriċi, 6211. cymbals, percussion, pjanijiet diġitali, baby grand pianos, Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, sound mixers u sound cards. ramel u siment, graffiato, Apparat ta’ DJ sound systems, żebgħa, xogħol fuq l-antik, kitarri klassiċi u akustiċi, xogħol fuq il-pond, madum, bass guitars, strumenti tarmembrane, dawl u ilma. ram, wood winds, vjolini, spare Ċempel fuq 7928 5444. parts u aċċessorji oħra. Issib ukoll kotba tal-mużika tatTiswija u installazzjoni ta’ tagħlim. Mur Music Link, estensjonijiet tat-telefowns 262, Triq Fleur-de-Lys, għal kull tip ta’ linji fissi. B’Kara. Ċempel 2148 2796. Ċempel fuq 7993 0419. AGR AUTO JAPANESE Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, PARTS għall-karozzi: kanali tal-ilma, ċangatura Inbigħu kull tip ta’ parts qadima jew ġdida, kantun ta’ karozzi Ġappuniżi qadim, lavur ta’ kull tip. u Koreani, fosthom Kia, Ċempel lil Jason fuq in- Toyota, Isuzu, Daewoo, numru 2143 2352 jew 9947 Mitsubishi, Honda, Subaru. 7167. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, absorbers, brake pads, clutches, Ħal Qormi, jispeċjalizzaw eċċ. Parts ġenwini. Għal f ’xogħol ta’ waterproof aktar informazzjoni ċempel

KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU

ISEM, KUNJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ

AVVIŻI

2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: alex@agrautoparts.com Nigret Night Club and Restaurant, Labour Ave, ir-Rabat, Malta. Naċċettaw riservazzjonijiet għal coffee mornings, lunches u dinner dances u kull okkażjoni oħra. Miftuħin fil-weekends, lejla Maltija b’differenza kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt mużika għal kulħadd ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. Naċċettaw riservazzjonijiet għal kull okkażjoni. Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www. nigretnightclub.com jew www.nigretnc.com TALBA LILL-ISPIRTU S-SANTU: Int li ssolvi l-problemi kollha, dawwal it-toroq kollha tiegħi biex nikseb dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don divin biex naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mument ta’ ħajti tkun maġenbi. F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma mill-ġdid li qatt ma ninfired minnek, anke quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek fil-glorja ta’ dejjem. Grazzi għall-ħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni. Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem it-talba tkun maqlugħa, anke jekk għall-bidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata millewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet.

Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa

€5 €10 €15 €30 €56 €93

ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL: Sound Vision Print Ltd, KullĦadd, Avviżi Klassifikati, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717.


AVVIŻI

kullhadd.com

14|08|2016 31

AVVIŻI ĠENERALI Servizz mill-Banda Sant’Elena f ’Ħal Għaxaq Għal sena oħra, il-Banda Sant’Elena ta’ Birkirkara ġiet mistiedna biex tagħti servizz mużikali fl-okkażjoni tal-festa titulari ta’ Santa Marija f ’Ħal Għaxaq, illum il-Ħadd 14 ta’ Awwissu, lejlet il-festa. Is-servizz jibda fis-7.00pm b’daqq ta’ marċi brijużi minn tarf ir-raħal biswit Bir id-Deheb, u jkompli sal-pjazza. Hemm il-banda tesegwixxi programm mużikali fuq palk quddiem il-każin tal-Banda Santa Marija. Is-servizz jintemm fid-9.30pm fejn imbagħad jibda l-ispettaklu tan-nar tal-ajru. Private minn wara l-Bażilika ta’ Birkirkara titlaq fis6.00pm. Il-Banda Ċittadina Anici A.D. 1988, fil-festa ta’ Santa Marija fil-Gudja Il-Banda Ċittadina Anici tkompli bis-servizzi tagħha anke f ’jum il-festa tal-Assunta. Għada t-Tnejn 15 ta’ Awwissu 2016, il-Banda tkun qiegħda tipparteċipa fil-festa ta’ Santa Marija fil-Gudja u ddoqq fuq il-planċier artistiku tal-Għaqda Mużikali Marija Assunta, fejn ukoll tesegwixxi programm mużikali taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Joseph Vella A. Mus. L.C.M., A. Mus. L.S.M., L. Mus. L.C.M., F.V.C.M. Dan is-servizz ikun bejn is-7.20pm u l-10.30pm. Dan hu servizz ieħor mill-ħafna servizzi li għandha l-Banda f ’diversi festi f ’Malta u Għawdex. Għal dawk li jixtiequ jiġu mal-Banda, il-private titlaq min ħdejn il-każin, mingħajr ħlas, fis-6.30pm. Pellegrinaġġ bil-muturi mill-Imġarr għal ĦadDingli fil-festa ta’ Santa Marija Il-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr qed jistiednu lis-sewwieqa tal-muturi biex għada it-Tnejn 15 ta’ Awwissu 2016 jieħdu sehem f ’pellegrinaġġ bil-mutur tagħhom mill-Imġarr għal Ħad-Dingli. L-inizjattiva qed tittieħed minn żewġ parroċċi dedikati lil Marija Assunta fil-jum tal-festa solenni tagħha li jkun ukoll jum ta’ btala pubblika. Is-sewwieqa tal-muturi huma mistiedna jinġabru fuq iz-zuntier tal-knisja parrokkjali tal-Imġarr fl-9.45am. Il-pellegrinaġġ lejn Ħad-Dingli jitlaq fl-10.00am. Mal-wasla f ’Ħad-Dingli, ħdejn il-knisja arċipretali, isir it-tberik tal-muturi u s-sewwieqa li jingħataw tifkira. Is-sewwieqa huma mistiedna jieħdu sehem fil-quddiesa fil-knisja arċipretali ta’ Ħad-Dingli li tibda fil-11.00am.

Pasta by the sea mill-Kummissjoni Nisa Madonna tal-Ġilju, l-Imqabba Il-Kummissjoni Nisa fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba se torganizza attività soċjali, pasta by the sea, nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Awwissu 2016, fil-bajja tal-Qajjenza f ’Birżebbuġa. Waqt din l-attività ikun servut varjetà ta’ ikel u xorb u jkun hemm ħin allokat għall-għawm. Trasport jitlaq mill-pjazza tal-Imqabba, biswit il-każin tas-Soċjetà fl-4.30pm. Din l-attività hija miftuħa għal kulħadd. Riservazzjonijiet isiru fuq 7953 9542 u aktar informazzjoni tinkiseb mis-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talĠilju. com Servizz mill-Banda Madonna Imqabba f ’Ħal Kirkop

tal-Ġilju

tal-

Fl-okkażjoni tal-festa titulari ad unur San Leonardu, li se tigi ċċelebrata f ’Ħal Kirkop, il-Banda Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ġiet mistiedna tagħti s-servizz mużikali tagħha nhar is-Sibt 20 ta’ Awwissu 2016, lejlet il-festa. Is-servizz jibda fit-8.15pm permezz ta’ marċ madwar it-toroq ta’ Ħal Kirkop. Wara, il-Banda Madonna tal-Ġilju teżegwixxi programm mużikali fuq il-planċier f ’Misraħ Kirkop. Għal aktar informazzjoni żur is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talĠilju.com


32 14|08|2016

kullhadd.com

TEMP GĦAL-LUM

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

30°C

30°C

30°C

21°C

21°C

22°C

08

08

08

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

31°C

32°C

30°C

21°C

21°C

23°C

08

08

08

ALMANAKK

RITRATT MILL-ANTIK

L-OGĦLA TEMPERATURA: 29°C L-INQAS TEMPERATURA: 21°C INDIĊI UV: 09 SITWAZZJONI ĠENERALI: Firxa ta’ pressjoni għolja testendi millPunent tal-Mediterran sal-Libja TEMP: Ftit imsaħħab li jsir sabiħ

UV

RIĦ: Ħafif l-aktar mil-Lvant għaxXlokk li jsir varjabbli Ritratt: Bay Retro

VIŻIBBILTÀ: Tajba BAĦAR: Ħafif IMBATT: Ftit li xejn TEMPERATURA 25°C

TAL-BAĦAR: UV

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

SPIŻERIJI LI JIFTĦU GĦADA 15 TA’ AWWISSU

Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant’Anna, il-Furjana – 2123 9310 The Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun – 2122 7682 Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera – 2144 4648 St Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant’Elena, Birkirkara – 2744 1913 Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigord, Ta’ Xbiex – 2134 1649 Pembroke Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke – 2137 2784 Victor’s Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 2133 0352 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, l-Iklin – 2141 5499 Grognet Pharmacy, 41, Triq il-Kostituzzjoni, il-Mosta – 2143 2038 El Medina Chemist, Triq il-Maskli, il-Qawra – 2157 6308 Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 2169 3412 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera il-Birgu – 2760 0126 St James Pharmacy, Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar – 2166 6194 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Cosniglii, iż-Żejtun – 2180 6009 Kirkop Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Ħal Kirkop – 2168 2028 Remedies Pharmacy, 1, Triq il-Parroċċa, is-Siġġiewi – 2146 0828 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, ir-Rabat, Malta – 2145 4247 Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, ir-Rabat, Għawdex – 2156 3233 Gozo Chemists, Triq l-Imġarr, ix-Xewkija, Għawdex – 2155 7278

New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, il-Belt Valletta – 2124 4813 San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, il-Marsa – 2122 1188 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 2144 3221 St Paul’s, Triq Brared, Birkirkara – 2144 2135 Regional Pharmacy, Triq E. H. Furse, l-Imsida – 2131 2449 Medical Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings, Vjal ir-Rihan, San Ġwann – 2137 2195 Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Tas-Sliema – 2131 3233 St Michael Pharmacy, Misraħ tat-Transfigurazzjoni, Ħal Lija – 2143 5875 Medicine Chest Pharamcy, Triq Demitriju Farrugia, Ħal Għargħur – 2142 2204 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, il-Mellieħa – 2152 3554 Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 2169 3412 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, il-Fgura – 2167 3811 May Day Pharmacy, Triq il-Vittorja, Ħaż-Żabbar – 2182 6529 Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it-Torri il-Gudja – 2167 6294 Kristianne Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, l-Imqabba – 2168 3048 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 2146 4128 Nigret Pharmacy, Triq iż-Żahar, ir-Rabat, Malta – 2145 0602 Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, ir-Rabat, Għawdex – 2155 6970 Tony’s Pharmacy, ‘Egret Court’, Triq il-Wied, Marsalforn, Għawdex – 2156 3617

Il-Bajja tal-Mellieħa, lura fis-snin ħamsin

DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA

17.08.2008 Michael Phelps isir l-ewwel atleta li rebaħ tmien midalji tad-deheb f ’edizzjoni tal-Olimpjadi waħda

Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.

NUMRI REBBIEĦA SUPER 5 GRAND LOTTERY

13 26 39 09 23 03 01 04 07 06 02 08

18.08.1783 Meteorita kbira tgħaddi minn fuq l-Ingilterra


KOMPETIZZJONI KTIEB

kullhadd.com

14|08|2016 33

KOMPETIZZJONI KTIEB RUMANZ

IMĦABBA GĦAMJA SILTA MILL-KTIEB

Dan ir-rakkont jeħoda lura fiż-żmien, meta fl-Ingilterra kien hemm liġijiet strambi u antikwati, u ambjent li fih in-nobbli kellhom poteri kbar filwaqt li dawk li ġejjin mill-klassi baxxa kienu mwarrbin. Lord Chandos, żagħżugħ nobbli, jiltaqa’ ma’ tfajla u jsir iħobbha. Naturalment, l-inkwiet ma jonqosx, iżda dawn it-tnejn jinħabbu ħafna u jkollhom jiffaċċjaw ħajja tassew iebsa

u ċirkustanzi diffiċli li jkollhom ibaxxu rashom għalihom. Imma l-imħabba m’għandhiex klassi jew barrieri. Tgħid il-kontessa, omm Lord Chandos, iċċedi għax-xewqat ta’ binha? Niltaqgħu wkoll ma’ attriċi u kantanta famuża. Tgħid min setgħet kienet? Din hija storja ta’ mħabba mimlija tqanqil u emozzjonijiet.

“Leone,” għajtet vuċi kemxejn għolja, “fejn qiegħda? Naħseb illi kullimkien barra fejn suppost.” Il-kelliem kien raġel twil, mibni sew u b’temperament tajjeb. F’din il-parti tal-kampanja kulħadd kien isibu bħala Noel il-Gabillott. Issa huwa kien jinsab fil-bitħa tarrazzett tiegħu, jgħarrex ’l hemm u ’l hawn, għarqan f ’dak il-jum tassew sħun, jipprova jsib lin-neputija tiegħu. “Leone,” kompla jgħajjat għal diversi drabi. Sa fl-aħħar kien hemm tweġiba li ħasditu, u t-tieni waħda ħasditu aktar; kien leħen profond, mużikali u bi tkaxkira, ta’ min qiegħed jitlob ħniena. “Hawn jien, ziju,” qaltlu. “Nixtieq li ma tgħajjatx daqshekk. Jien ċerta li n-nies ta’ Rashleigh jisimgħuk. Xi trid?” “Dak il-qamħ lestejtu?” staqsa zijuha b’ton ġentili. “Le, mhux kollu,” weġbitu sinċerament. Zijuha deher ferm diżappuntat u kien pront qalilha, “Mela jien se nkun tard għas-suq. Ikolli mmur inlesti kollox jien.” U, mingħajr ma lissen kelma oħra, huwa daħal lura ġewwa jgedwed waħdu. Huwa qatt ma kien iċanfar lil Leone; kien iħalliha tagħmel li trid. Wiċċ din it-tfajla kien jixhed li kienet tinsab f ’burdata ħażina ħafna, u ma tantx ħabblet rasha li turi bid-dieher dawn il-buli li kellha. Mument ħażin u ta’ ċerti dwejjaq. B’ġest ta’ suppervja hija mxiet tul il-bitħa tar-razzett, fetħet ix-xatba u ħarġet fil-mogħdija li kien hemm. Imbagħad baqgħet sejra lejn tarf ittriq prinċipali. Hemm kien hemm xatba oħra miżbugħa bajda. Leone waqfet tħares lejn merħla nagħaġ jixorbu mill-ilma miġbur f ’għadira apposta għalihom. Issa r-raġġi tax-xemx kienu fuqha;

raġġi li forsi qatt ma straħu fuq kreatura isbaħ minnha. L-uniku difett li kien hemm għal stampa perfetta kien dan: hija ma dehritx fl-istess burdata tajba tal-ambjent ta’ madwarha. Xena tipikament Ingliża, b’dawk l-għelieqi tal-qamħ kulur id-deheb jikkuntrastaw ma’ firxa ta’ art tħaddar, b’dawk issiġar għoljin fejn ibejtu u jgħannu l-għasafar, kampnar għoli ta’ knisja żgħira jħares u jgħasses fuq belt ċkejkna fl-isfond ta’ dan ix-xenarju, kif ukoll xmara żgħira bl-ilma jgelgel minn qalb il-blat li jkompli jsebbaħ u jagħti l-ħajja lil dan l-ambjent hekk splendidu u sabiħ. Iva, l-unika ħaġa stunata ma’ din l-ironija kollha kienet propju din ittfajla. Hija kienet tkun aktar f ’postha li kieku x-xenarju kien xi muntanji miksijin bis-silġ u bil-kaskati niżlin mal-ġnub tagħhom. Iżda hawn ma dehritx f ’postha. Leone ma kinitx parti minn din ix-xena stupenda. Hija kienet tinsab f ’dan ir-razzett Ingliż, liebsa lbies tassew sempliċi iżda xorta waħda taha dehra ta’ waħda mill-isbaħ nisa Spanjoli. Ilġmiel tagħha kien ta’ tip partikolari: karnaġġjon samrani, passjonali u, b’xi mod, pittoresk bħal xi warda lewn id-damask jew dik il-fjura hekk imsejħa ‘tal-passjoni’, li timla u żżejjen il-ħitan. Il-bixra ta’ wiċċha kellha diversi sintomi – passjoni u poter. Issa dan il-wiċċ li kien qiegħed iħares minn wara dik ix-xatba ’l barra minn dak ir-razzett. Jekk xi pittur kien qiegħed ifittex xi mudella ta’ reġina li fi żmienha ddominat lid-dinja, jew forsi xi mara qalbiena li għaliha tqabdu u mietu bosta rġiel, seta’ faċilment jagħżel lilha. Iżda żgur li ma jfittixhiex f ’razzett! M’hemmx kliem biżejjed li bih wieħed jista’ jfiehem sew kemm Leone kienet fjura barra minn postha f ’dan l-ambjent ta’ ġmiel kbir.

Mistoqsija: Fuq xiex inhu r-rumanz L-Imħabba Għamja?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ĊNL, Triq Mile End, il-Ħamrun, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Imħabba Għamja. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 21 ta’ Awwissu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, eskluż festi pubbliċi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Bajtar tax-Xewk huwa: I. MANGION – il-Gudja


34 14|08|2016

kullhadd.com

LOGĦOB

TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri 045 092 167 187 188 367 376 441 497 526 770 B’4 Numri 0427 0451 0517 0585 0651 0918 0979 0980 1495 1857 1866 1888 3323 3854 4187 4308 4318

4691 5812 6031 6060 6243 6737 7410 7658 7684 7865 8164 8422 8585 8895 9081 9138 9157 9642 9684 B’5 Numri 10138 11445 18965 28639 29177 31317 35689 50011 50908 51354 59850

61185 62092 65812 86964 89492 97247 B’6 Numri 062671 221865 776016 952389

B’9 Numri 103262417 197312827 B’10 Numri 0351089709 1380804228 6827100982 8251631717

B’7 Numri 1259026 8874725 IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz:

Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: A. AQUILINA – in-Naxxar

WWW.KULLHADD.COM B’DISINN ĠDID U AKTAR INFORMAZZJONI


LOGĦOB

14|08|2016 35

kullhadd.com

IRBAĦ €25 FI FLUS

136

Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.

TISLIBA Mimdudin:

1. 4. 7. 9. 10. 12. I 16. 18. 19. 20. 21. 23. 24.

Kompli l-qawl: Alla wieħed u nies ..... (5) Nieklu bihom (4) Ara 5 Frott (3) Iċaqlaq (6) Iddoqq din (6) Ħobża Maltija bl- aħħar tnejn neqsin (3) Dipartiment tat- Taxxi Interni Ingliż (1,1) Padre l-qaddis (3) Ħuta Taljana (5) Ara 11 Oħt il-missier jew l-omm (4) Ara 21 wieqfa

Weqfin:

1. Għasafar (6) 2,3. Jixegħlu dawn (6) 3. Ara 2 5,7. Mhux Belti (5) 6. Simon Busuttil Inguanez (1,1,1) 8,15. Jikkompeti barra wkoll (15) 11,2M. Miċ-Ċilì dan (5) 12. Iva Taljan (2) 13. Il-kapitali Brażiljana (3) 14. Hekk kien jisimhom ħafna mis-satelliti Amerikani (6) 15. Ara 8 17. Tlieta Taljani (3) 21,24. Tagħlima (8) 22. Mhux misjur (3)

SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin:

Weqfin:

1,12 wieqfa. Jxebbah, 4.Żewġ, 7,23.Abbuża, 10.Ħassar, 12.Aċiduż, 16.Ħuh, 18.La, 20.Dilek, 21.Tip, 24.Armla

1.Jirbaħ, 2.ECN, 3,9.Baħrin, 5.Eks, 6,15.Ġermaniża, 8.Bandalora, 11,19.Kċina, 13.Ili, 14.Żikram, 17.Uri, 21.Tub, 22.Piż

QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f ’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Żewġ magicians li ilhom snin twal jaħdmu flimkien, b’mod speċjali f’Las Vegas. Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown:

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u tibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: ibagħtu l-paġna ta’ din il-logħba tal-lum il-Ħadd 28 ta’ Awwissu flimkien mal-logos tal-ħarġiet tas-7, 14, 21 ta’ Awwissu.

RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA

Kim Cattrall

Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: M. CARABOTT – Birżebbuġa L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.

Sarah Jessica Parker


36 14|08|2016

kullhadd.com

SPORTS

GILBERT AGIUS JIDDEBBUTA FIL-MASTERS FOOTBALL ftit minuti. Iżda Rabat baqgħu kkonċentrati u sa tmiem l-ewwel taqsima wieġbu tajjeb u marru fil-vantaġġ bl-iskor ta’ 4-3. Rabat fit-tieni 30 minuta, ispirati mil-logħob tajjeb ta’ Chris Muscat, li skurja tlieta, ħadu vantagg ta’ 6-4 li baqgħu jikkontrollaw sal-aħħar. Madankollu ta’ min isemmi li Żurrieq kienu sfortunati li f ’diversi attakki li kellhom ġew imċaħħda bil-bravuri tal-gowler Rabti, Sandro Rapinett. MOSTA PUB 12 – DESANA

Masters Football Malta fetħu l-istaġun 2016/2017, staġun li għandu jibqa’ sejjer sal-aħħar ta’ Mejju tas-sena d-dieħla. Dan mistenni jkun staġun twil meta issa ma’ din l-għaqda hemm 12-il tim jipparteċipa. Masters Football qiegħed dejjem isir aktar attraenti u jattira diversi plejers ta’ kwalità bħal magħruf Gilbert Agius u oħrajn bħal Malcolm Licari, Jeffrey Fenech, Alex Busuttil li kollha issa għamlu d-debutt tagħhom. L-istaġun fetaħ bit-Tools Planet PreSeason Tournament, li hija kompetizzjoni fejn it-timijiet

jingħataw iċ-ċans jassessjaw mhux anqas minn 9 gowls il-qawwa tagħhom. oħra. Alan Galea kien il-plejer tal-logħba fejn irnexxielu JIVAL 12 – 4 MELITA jiskurja 6, tlieta kull taqsima. CELTICS RABAT CAVETTE 6 – 4 Fl-ewwel partita li kien hemm ŻURRIEQ WOLVES Jival, it-tim mill-Faċilità Cavette kellhom Korrettva ta’ Kordin, beda Rabat bil-kbir meta għeleb l-isfida jitħabtu biex warrbu l-isfida fqira li offra t-tim ġdid tal- soda taz-Żurrieq Wolves Melita Celtics bl-iskor ta’ 12- bl-iskor 6-4 u għalhekk 4. Sal-ewwel taqsima l-iskor irnexielhom jgħaddu għalltal-finali. Kienu deher li kien wieħed normali, kwarti iżda fit-tieni taqsima Melita Żurrieq li fetħu tajjeb u wara ma kellhomx risposta biex seba’ minuti, Mario Camilleri jikkontrollaw id-dominanza kellu mumenti ta’ glorja, fejn tal-Jival u b’hekk sofrew irnexxielu jiskouja hat-trick fi

6

SHAGGY DINGLI

Mosta Shaggy Pub ukoll għaddew għal kwarti talfinali meta għelbu lil Dingli Desana bl-iskor ta’ 12-6. Kienet rebħa meritata, fejn il-Mostin impressjonaw b’wirja ta’ futbol kolletiv. Ilplejers kienu determinati u wrew ċerta kwalità fil-logħob tagħhom. Min-naħa l-oħra, Dingli, li kelhom lil Malcolm Licari jagħmel id-debutt tiegħu fil-Masters, ippruvaw kemm setgħu fejn William Borg kien l-aħjar skorer, iżda xorta waħda ma rnexxilhomx jilħqu mal-livell tal-avversarji. Intant, Mosta għandhom tim li jista’ jisfida dan l-istaġun u anki Dingli bid-dħul ta’ plejers oħrajn għandom biex jiddefendu t-titlu ta’ champions li rebħu l-istaġun li għadda. Ricorico Tarik

għal Mosta, kien il-plejer li spikka l-aktar f ’din il-logħba, b’passaġġi intelliġenti u fejn ukoll irnexxielu jiskurja erba’ gowls. VALLETTA MASTERS 13 – 11 TAL-QROQQ Fl-aħħar logħba li kien hemm, Valletta rritornaw fil-Masters u fl-ewwel dehra tagħhom għelbu lil Tal-Qroqq b’ċerta diffikulta bl-iskor ta’ 13-11. Valletta b’jerseys attraenti ħafna, għamel id-debutt magħhom il-magħruf Gilbert Agius li għadu juri kwalitajiet mill-aqwa fejn skurja sitta u ħoloq diversi ċansijiet oħrajn għal sħabu fit-tim. Alex Busuttil kien plejer ieħor li ħalla l-marka tiegħu matul dan il-konfront. Tal-Qroqq jidher li huwa tim validu ħafna dan l-istaġun u jistgħu joffru sfida lil kwalunkwe tim. F‘Jeffrey Fenech sabu dak l-attakkant li għandu l-kwalitajiet meħtieġa biex jikseb il-gowls għax jipprova jieħu kull opportunità li tiġih quddiemu. Fl-aħħar nett, il-logħob li jmiss huma nhar l-Erbgħa li ġej fejn Jival se jiltaqgħu kontra Żabbar Masters fis6.30pm, filwaqt li fit-8.00pm jiltaqgħu f ’konfront ir-Rabat kontra l-Marsa. L-għada l-Ħamis fis-7.00pm jilagħbu Valletta kontra l-Wardija, u siegħa wara jiltaqgħu Dingli Desani kontra Birkirkara.

THE SPEED INKURUNAT CHAMPION

Is-Segretarju Parlamentari għarRiċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius feraħ lil Keith ‘the Speed’ Azzopardi li rebaħ ittitlu semi-professjonali tad-dinja tal-World Kickboxing Network. Azzopardi ġej minn Team Noel u tqabad kontra t-Taljan Alessandro

Fillini u rebaħlu b’KO f ’inqas minn minuta. Keith ‘the Speed’ Azzopardi huwa atleta versatili ħafna u jitħarreġ kemm fil-kickboxing u anke fid-dixxiplina tal-boxing. Dan huwa riżultat ferm prestiġjuż speċjalment għall-atleta nnifsu, li għalih dan huwa l-ewwel

titlu dinji, u kif ukoll għal Team Noel, liema klabb jagħmel parti minnu Azzopardi. Huwa ta’ pjaċir għal dawk li jsegwu dan l-isport li jaraw atleta ieħor żagħżugħ emerġenti wara Daniel ‘the Jet’ Zahra li ddomina x-xena lokali bil-prestazzjonijiet tiegħu għal diversi snin, u li ħareġ

ukoll mill-istess klabb. Dan ikompli jżid mal-kullana ta’ riżultati tajbin li qed ikompli jkollhom l-klabbs kollha membri fil-Malta Kickboxing Association (MKBA). Din l-assoċjazzjoni qiegħda tara li, fost l-oħrajn, dan l-isport jimxi ‘l quddiem b’mod san.


SPORTS

kullhadd.com

14|08|2016 37

AKTAR PARTITI GĦAL FIDUĊJA FIT-TFAL U JUDE AMIN UTULU ŻGĦAŻAGĦ KARKARIŻI L-għan ewlieni talAkkademja tal-Youth ta’ Birkirkara hija li tiżviluppa kemm jista’ jkun żgħażagħ b’talent kbir fil-futbol u tagħtihom l-għajnuna kollha meħtieġa biex iħejju ruħhom bl-aqwa mod possibbli biex jagħmlu mat-tim tal-kbar u saħansitra mat-tim nazzjonali. Madankollu, din mhijiex sfida żgħira hekk kif it-tim tal-kbar ta’ Birkirkara huwa wieħed mill-aktar timijiet li jitlob il-massimu possibbli millplejers tiegħu. Fil-fatt, it-tim tal-kbar, ilu għal ħafna snin b’mod konsistenti fil-quċċata talfutbol Malti. Dan hekk kif tista’ tgħid li kull staġun ikun qed jikkompeti ma’ timijiet oħrajn għal kull tazza u

unur possibbli tul l-istaġun. Apparti minn hekk, Birkirkara ilhom jieħdu sehem ukoll filkompetizzjonijiet Ewropej għal dawn l-aħħar għoxrin sena. Fil-fatt, dan it-tim laħaq livelli ġodda proprju fil-bidu

ta’ dan l-istaġun hekk kif sar l-ewwel klabb Malti li kkwalifika għat-tielet rawnd ta’ kompetizzjoni Ewropea. Intant, sensiela ta’ sessjonijiet ta’ informazzjoni se jkunu qed jittellgħu għal dawk it-tfal li diġà nkitbu u oħrajn li jixtiequ jissieħbu mal-Akkademja tal-Youth ta’ Birkirkara lejn l-aħħar taxxahar ta’ Awwissu. Dawn illaqgħet kollha se jkunu qed jittellgħu fil-Kulleġġ ta’ Santa Tereża, faċċatta tal-grawnd tal-Infetti. Min jixtieq aktar informazzjoni jista’ jkellem lil Mark Bondin fuq 79051404 jew inkella lil Chris Micallef fuq 79460314. Informazzjoni oħra tista’ tinkiseb billi tibgħat email fuq admin@ birkirkarafc.com.

VALLETTA FUTSAL JIMMIRAW LI JIKSBU L-PUNTI U R-RISPETT MILL-AVVERSARJI

Il-Ħadd filgħaxija sbieħ it-Tnejn filgħodu, Valletta Futsal jibdew il-vjaġġ twil lejn il-Finlandja, sabiex jieħdu sehem fir-rawnd preliminari tal-UEFA Futsal Cup. Il-klabb Belti se jkun fi Grupp F flimkien mal-ospitanti Sievi Futsal, Tbilisi State University tal-Ġeorġja u Wattcell Futsal Club tal-Iskozja. Fl-avventura tiegħu li se ddum sal-Ħadd 21 ta’ Awwissu, il-klabb ta’ Valletta Futsal se jkun hemm biex jogħlli l-isem tal-futsal Malti u dak tal-Belt Kapitali. Fi kliem il-kowċ Clayton Felice, it-taħriġ beda f ’nofs Lulju fejn enfasizza ħafna l-fiżiku tal-plejers kollha tiegħu. Semma wkoll iż-żieda ta’ żewġ plejers barranin ġodda. Wieħed minnhom huwa l-plejer internazzjonali Albaniż Endrit Kaca li lagħab fil-passat ma’ Qormi u ma’ Lija Athletic fl-istaġun li għadda. L-ieħor huwa Vanderlei Augusto li lagħab ma’ Magione, Real Torgianese, Pescara, Portos, Fermo, Perugia u ma’ Luxol St Andrews fir-rawnd preliminari tal-Uefa Futsal Cup 2015/16. Ma’ dawn ġew konfermati wkoll fl-iskwadra Cristian Cuadros Silva, Mohammed Elamari u Denis Di Maio. Bħala element lokali nsibu lill-gowlkeepers Neil Cuschieri u Gaetano Mallia, il-plejers Melvin Borg, Joseph Borg, Chris Cardona, Gary Inguanez, Dylan Musu, Jovica Milijic u l-captain Xavier Saliba. Għal Xavier Saliba din se tkun it-tielet esperjenza f ’din il-kompetizzjoni u t-tielet darba li se jilgħab fil-Finlandja. Saliba tkellem f ’isem sħabu fejn saħaq li se jieħdu din l-esperjenza bi professjonalità kbira. Bħalma għamlu timijiet oħra Maltin, il-plejers Beltin se jmorru b’mentalità rebbieħa u jippruvaw jiksbu l-punti imma fuq kollox ir-rispett mill-avversarji. Valletta Futsal jiftħu l-impenji tagħhom nhar l-Erbgħa 17 ta’ Awwissu fis-6pm kontra Sievi Futsal. Il-Ħamis 18 ta’ Awwissu jilagħbu kontra Tbilisi State University fit-3:30pm. L-aħħar logħba tagħhom minn dan il-grupp tkun nhar is-Sibt 20 ta’ Awwissu fin-12:30pm kontra Wattcell Futsal Club.

Wara l-parteċipazzjoni tiegħu fid-19-il edizzjoni tal-Euro Beach Soccer League, kompetizzjoni annwali Ewropea tal-ogħla livell għal timijiet nazzjonali maskili, id-Dipartiment tar-Refereeing tal-Malta Football Association bi pjaċir kien ħabbar li r-referee internazzjonali Jude Amin Utulu rċieva appointment ieħor biex jikkontrolla aktar partiti minn dan it-tornew. Fil-fatt, il-belt ta’ Siofok fl-Ungerija, għat-tielet sena konsekuttiva, organizzat l-aħħar fażi li ntlagħbet bejn nhar il-Ġimgħa li għadda u tintemm proprju llum. Intant, ir-Rumanija għandha test iebes kontra l-qawwa tattim Portugiż, tar-Russja u tal-Belarus f ’Diviżjoni A Grupp 1; bl-Ukrajna, l-Italja, il-Ġermanja u l-Polonja f ’Diviżjoni A Grupp 2; u l-Ungerija, l-Ażerbajġan, id-Danimarka u l-Bulgarija f ’Diviżjoni B Grupp1. Dawn kollha jimmiraw li jiġbru l-punti għall-finali aktar tard dan ix-xahar.

RIŻULTATI TAJBIN GĦALL-MALTIN FIT-TRIATHLONS Erba’ Maltin li ħadu sehem fit-triathlons, li ttellgħu fl-Italja, kisbu riżultati tajbin għall-prestazzjonijiet tagħhom. It-tim talMaltin kien kompost minn Danica Bonello Spiteri, Alan Borg, Natalino Farrugia u Lara Buttigieg. It-tim Malti ilu jitħarreġ għal xejn inqas minn sitt xhur, iżda minkejja dan, xorta waħda ltaqgħu ma’ diffikultajiet waqt it-tlielaq differenti li kkompetew fihom. Madankollu, it-tim Malti għamel ħiltu kollha biex iġib l-aqwa riżultati kemm għalihom personali kif ukoll għal pajjiż. L-isports tat-triathlon qiegħed kulma jmur iżid fil-fama u dan jinkludi għawma ta’ 1.5 kilometru, offroad mountain biking fuq distanza ta’ 30 kilometru kif ukoll 10 kilometri oħra ta’ offroad running.


38 14|08|2016

kullhadd.com

PREMIER INGLIŻ

SPORTS

RIŻULTATI 2-1 0-1 0-1 1-1 1-1 1-1 Tard*

Hull City Burnley Crystal Palace Everton Middlesbrough Southampton Manchester City

Leicester City Swansea City West Bromwich Albion Tottenham Hotspur Stoke City Watford Sunderland

*Ir-riżultat kien magħruf wara li morna għall-istampar

LOGĦOB GĦAL-LUM 14.30 17.00

AFC Bournemouth Arsenal

vs vs

Manchester United Liverpool

LOGĦOB GĦAL GĦADA 21.00

Chelsea

vs

West Ham United

KLASSIFIKA Robert Snodgrass jiskurja l-gowl tar-rebħa V tal-aħħar għaraf li jżomm ilvantaġġ sal-aħħar u b’hekk l-interim manager Mike Phelan Fl-ewwel logħba li kien hemm ma setax kellu bidu aħjar. ilbieraħ u li tat bidu għal V staġun ġdid fil-Kampjonat BOURNEMOUTH Ingliż, b’sorpriża, it-tim ta’ MAN. UNITED Hull City għeleb liċ-champions Leicester f ’daru bl-iskor ta’ L-aktar plejer li sewa flus 2-1. Kienu proprju Hull City fid-dinja, jiġifieri l-Franċiż li marru fil-vantaġġ sekondi Paul Pogba, mhux se jkun qabel ma ntemmet l-ewwel qed jiddebbutta llum mattaqsima meta minn corner tim il-ġdid tiegħu kontra għax irid insidjuż, id-difiża ta’ Leicester Bournemouth sospensjoni ta’ falliet milli tbiegħed il-periklu jiskonta u kien Adama Diomande li logħba. Din is-sospensjoni fetaħ l-iskor. Sekondi wara waslet wara li dan il-midfielder li bdiet it-tieni taqsima, kien dabbar karta safra flLeicester ingħataw penalty aħħar logħba li lagħab għal dubjuż li minnu Riyad Mahrez Juventus fit-tmiem l-istaġun għadda. Madankollu, ma żbaljax u ġab l-iskor li Zlatan pariġġ. Iżda ftit tal-ħin wara, l-eċċentriku inċertezza oħra mid-difiża ta’ Ibrahimovic mistenni jagħmel Leicester, wasslet biex minn id-debutt tiegħu għall-ewwel azzjoni tajba fuq il-lemin, il- darba fil-Kampjonat Ingliż, ballun wasal għand Robert wara karriera straordinarja Snodgrass li b’xutt mill-ewwel fl-Olanda, l-Italja, Spanja għeleb lil Kasper Schmeichel, u Franza, filwaqt li din se 2-1 vantaġġ għal Hull. Dan tkun l-ewwel logħba għal HULL CITY LEICESTER CITY

Josè Mourinho fit-tmun talUnited. Min-naħa tat-tim ta’ Bournemouth u l-kowċ tagħhom Eddie Howe, wara li fl-istaġun li għadda spiċċaw fis-16-il post, se jippruvaw jibdew bit-tajjeb f ’darhom minkejja li mistenni jkun staġun iebes ħafna għalihom. ARSENAL V LIVERPOOL Għalkemm għadda jum biss mill-bidu tal-istaġun il-ġdid filKampjonat Ingliż, din il-logħba mistennija tkun il-logħba talweekened hekk kif f ’Londra, Arsenal se jilqgħu f ’darhom lilLiverpool. Id-difiża ta’ Arsenal tinsab dilapitata hekk kif Per Mertesacker u Gabriel huma nieqsa minħabba injuries, filwaqt li Laurent Koscielny ma lagħabx logħba waħda fil-pre-season wara li wasal sal-final mat-tim nazzjonali tiegħu. Għalhekk, Calum Chambers u Rob Holding mistennija li jibdew fil-

TIM

L

R

D

T

F

K

PT

01

Hull City

1

1

0

0

2

1

3

02

Swansea City

1

1

0

0

1

0

3

03

West Bromwich Albion

1

1

0

0

1

0

3

04

Everton

1

0

1

0

1

1

1

05

Middlesbrough

1

0

1

0

1

1

1

06

Southampton

1

0

1

0

1

1

1

07

Stoke City

1

0

1

0

1

1

1

08

Tottenham Hotspur

1

0

1

0

1

1

1

09

Watford

1

0

1

0

1

1

1

10

AFC Bournemouth

0

0

0

0

0

0

0

11

Arsenal

0

0

0

0

0

0

0

12

Chelsea

0

0

0

0

0

0

0

13

Liverpool

0

0

0

0

0

0

0

14

Manchester City *

0

0

0

0

0

0

0

15

Manchester United

0

0

0

0

0

0

0

16

Sunderland *

0

0

0

0

0

0

0

17

West Ham United

0

0

0

0

0

0

0

18

Leicester City

1

0

0

1

1

2

0

19

Burnley

1

0

0

1

0

1

0

20

Crystal Palace

1

0

0

1

0

1

0

qalba tad-difiża wara li dawn ppromettew il-pre-season. Liverpool ukoll għandhom problemi bl-injuries hekk kif sal-bieraħ, Daniel Sturridge u James Milner, kienu qed jiġġieldu kontra l-ħin biex

ikunu fit għal din il-logħba. Għalkemm għadu kmieni ħafna fl-istaġun u din il-logħba mhux mistennija jkollha effetti ulterjuri, l-ebda minn dawn ittimijiet ma jrid li jibda fuq sieq ħażina.

id-debutt tiegħu f ’logħba ta’ ħbiberija kontra West Ham United. Ftit ħin wara d-debutt tiegħu, bdew jingħaddu ħafna kummenti dwar id-dehra fiżika tiegħu hekk kif f ’għajnejn ħafna deher li Higuain kiel mhux ħażin

fis-sajf. Prosinecki qal li jista’ jimmaġina kif Massimiliano Allegri, il-kowċ tal-Juventus, jinsab ixxukjat kif ra lil Higuain wara li kien proprju l-aktar persuna li nsista biex dan ittrasferiment.

PUNTI OĦRA Din iċ-ċaqliqa taf tkun pass ieħor lejn bidu ġdid fit-tmexxija Lionel Messi se jkun qed tat-tim Arġentin, hekk kif kien jirritorna mat-tim nazzjonali appuntat Edgardo Bauza, kowċ tal-Arġentina sforz l-imħabba ġdid li ħa post Gerardo Martino. li għandu lejn art twelidu, TAT-TMIEM minkejja li aktar kmieni dan is- IL-BIDU sajf, kien iddikjara li rtira minn GĦAL JOE HART? man-nazzjonali. F’Ġunju li għadda, Messi kien iddikjara Il-kowċ il-ġdid ta’ Manchester pubblikament li mhux se jerġa’ City Pep Guardiola ta x’jifhem li jilbes il-flokk Arġentin wara l-karriera ta’ Joe Hart ma’ dan illi t-tim tiegħu tilef finali oħra klabb tinsab fil-bilanċ u il-futur kontra ċ-Ċili fil-kompetizzjoni tal-gowler Ingliż se jkun deċiż tal-Copa America. Iżda fi internament fl-istrutturi tal-istess stqarrija tard din il-ġimgħa, dan klabb. Minkejja li għadu jara lil il-plejer stqarr li jixtieq li jkompli Hart bħala l-għażla awtomatika, jilgħab għal pajjiżu hekk kif l-Ispanjol qed jikkunsidra l-futur jippreferi ‘jgħin’ minn ġewwa tiegħu bir-reqqa, b’mod speċjali biex it-tim jerġa’ jkun suċċess. wara l-prestazzjonijiet xejn feliċi Id-dikjarazzjoni sorpriża li tiegħu fil-Kampjonati Ewropej kien għamel dejqet mhux ftit ta’ dan is-sajf. Hemm xniegħat lill-benjamini Arġentini tant li qawwijin li l-Ispanjol tefa’ ħarstu ħafna minnhom irrikorrew għat- fuq il-gowler tal-Barċellona toroq bħala protesta u oħrajn Marc-Andre ter Stegen. ippreferew iwasslu l-messaġġ F’kumment li ta lill-pubbliku tagħhom fuq il-midja soċjali. din il-ġimgħa, Guardiola għażel MESSI JERĠA’ JIBDILU

li ma jsemmix ismijiet oħrajn partikolari u qal li jinsab kuntetn fil-kwalitajiet li għandu x’joffri l-plejer Ingliż, kif ukoll bl-imġiba u s-sinjifikat tiegħu għall-klabb. “Wara dan kollu, se niddeċiedu kollox internament fi ħdan ilklabb. Iżda bħalissa Hart għadu plejer tagħna.” VERA LI HIGUAIN ‘ĦANŻIR ŻGĦIR’? Lil hinn mill-kontroversja talprezz li ħallsu Juventus lil Napoli għas-servizzi tal-attakkant Arġentin Gonzalo Higuain, kumment partikolari totalment dawwar l-attenzjoni kollha minn dan kollu. Kien proprju l-eks-midfielder ta’ Real Madrid, Barċellona u tal-Kroazja Robert Prosinecki li sejjaħ lil dan ilplejer bħala ‘ħanżir żgħir’. Riċentament dan ingħaqad ma’ Juventus għas-somma rekord flItalja ta’ £75.25 miljun u għamel


FORMULA 1

kullhadd.com

14|08|2016 39

ANALIŻI TA’ LIAM GAUCI

LIL HINN MIĊ-ĊIRKWIT Din il-ġimgħa se nagħtu ħarsa ftit strutturata lejn l-aħbarijiet middinja tal-Formula 1 hekk kif kien hemm diversi żviluppi interessanti relatati mal-aspetti kollha ta’ dan l-isport. B’konsegwenza se nibdew b’aħbar min-naħa amministrattiva tal-isport biex imbagħad ngħaddu għat-timijiet u s-sewwieqa nfushom.

huma se jkollhom bżonn ftit ħin biex jerġgħu jġibu l-istrutturi interni tat-tim Żvizzeru fuq saqajhom hekk kif il-kriżi wasslet għat-tluq ta’ diversi esperti bħaddirettur tekniku Mark Smith u Tim Maylon, li kien jieħu ħsieb l-aspett tal-inġinerija waqt it-tlielaq.

CVC se jbiegħu?

Sadanittant, nhar l-Erbgħa Manor Racing ħabbru li Rio Haryanto mhux se jkun qiegħed jikkompeti għalihom matul it-tlielaq li ġejjin. Is-sewwieq Indoneżjan ingħaqad mat-tim qabel l-istaġun attwali hekk kif irnexxielu jikseb l-appoġġ finanzjarju miljunarju. Madankollu, il-Manor sostnew li ftit tal-ġimgħat ilu r-rappreżentanti ta’ Haryanto infurmaw lit-tim li huma kienu qegħdin isibuha diffiċli biex jirrispettaw l-obbligi finanzjarji tagħhom lil hinn millGran Premju tal-Ungerija. Minkejja li Haryanto ngħata estensjoni sattellieqa suċċessiva, is-sitwazzjoni ma ssolvietx. Għaldaqstant, ilManor kellhom ifittxu sewwieqa bl-appoġġ finanzjarju li kien hemm bżonn. Dan is-sewwieq spiċċa kien dak ta’ riserva tar-Renault, jiġifieri Esteban Ocon, illi huwa involut ukoll mal-Mercedes fil-kategorija DTM. Bħalissa, dan is-sewwieq Franċiż huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar prospettivi interessanti fil-Formula 1 hekk kif huwa l-kampjun renjanti tal-kategorija GP3. Minkejja dan l-iżvilupp, Haryanto mhux se jaqta’ l-kuntatt minn malManor għaliex it-tim Brittaniku offrieli l-post ta’ sewwieq ta’ riserva għall-bqija tal-istaġun, rwol li huwa aċċetta.

Fl-aħħar jiem diversi osservaturi tad-dinja tal-finanzi u l-investiment reġgħu bdew isemmu l-possibbiltà li CVC Capital Partners ibiegħu s-sehem tagħhom fil-Formula 1. Din il-kumpanija ħadet kontroll ta’ dan l-isport fl-2006 meta xtrat sehem kbir minnu għal madwar $2 biljun. Minkejja li dak iż-żmien is-somma dehret eżaġerata, fil-fatt il-valur tal-isport żdied b’mod sostanzjali matul dawn l-aħħar snin fejn hemm min qiegħed jispekula li l-prezz attwali huwa ta’ madwar $10 biljun. Bosta jattribwixxu dan is-suċċess għat-tmexxija ta’ Bernie Ecclestone, il-kap talFormula One Management, ilgrupp li jamministra d-drittijiet kummerċjali tal-isport. Is-sena li għaddiet diġà kien hemm għejdut qawwijin li s-CVC jistgħu jagħmlu dan il-pass, ħaġa li kienet ikkonfermata fil-midja kemm-il darba minn Ecclestone stess. Għal diversi xhur is-sitwazzjoni staġnat għal raġunijiet mhux magħrufa. Madankollu, issa qiegħed jingħad li jaf ikun hemm ċaqlieqa fuq dan il-front anki x-xahar id-dieħel stess. M’hemmx konferma dwar min se jidħol għal dan l-akkwist, però ssemmew Sky Plc, ilQatar Investment Authority u RSE Ventures. Lanqas m’huwa magħruf x’se jkun l-irwol ta’ Ecclestone taħt amministrazzjoni ġdida. Dan il-biljunarju Brittaniku ilu jkopri rwoli ta’ responsabbiltà sostanzjali fi ħdan l-isport mill1978 meta sar il-kap eżekuttiv tal-Formula One Constructors’ Association. Minn dak iż-żmien ‘l hawn l-irwol tiegħu fl-amministrazzjoni talisport baqa’ jikber sakemm sar l-aktar individwu b’saħħtu filFormula 1. Minkejja li matul is-snin Ecclestone ħa diversi deċiżjonijiet li sabu oppożizzjoni qawwija, kull min hu involut flisport fil-passat ammetta li se jkun diffiċli biex jinsab sostitut li għandu l-għarfien u l-enerġija biex jeħodlu postu. Għaldaqstant, huwa maħsub li meta l-involviment tiegħu jispiċċa jkun hemm bżonn li jinħolqu diversi rwoli amministrattivi ġodda biex ikopru l-firxa ta’

Ocon minflok Haryanto

għandu ġimgħat kien il-fatt li l-iżvilupp ajrudinamiku ma kienx qiegħed iżomm mal-pass tal-avvanzi li saru fil-power unit. Għaldaqstant, Aktar kordinazzjoni it-tama tal-amministraturi hija Fuq nota differenti, f ’kummenti li dik li Binotto jirnexxielu jirrepeti ta lill-midja din il-ġimgħa, Lewis s-suċċess tiegħu fl-irwol il-ġdid li Hamilton sostna li r-rivali prinċipali kiseb biex it-tim tal-inqas jerġa’ tal-Mercedes m’għandhomx il- jikseb it-tieni post fil-klassifika talFerrari, imma r-Red Bull Racing kostrutturi. (RBR). Dan hekk kif it-tim Taljan waqa’ lura mhux ħażin f ’termini Aktar riżorsi ta’ rendiment tant illi witta’ t-triq għat-tim Awstrijakk biex jeħodlu Tim ieħor li bħalissa għaddej postu fit-tieni post tal-klassifika minn ristrutturazzjoni interna huma r-Renault. It-tim Franċiż, li tal-kostrutturi. Kif wieħed jistenna l-Ferrari ħa kontroll tal-Lotus lejn l-aħħar mhumiex qegħdin b’idejhom tas-sena l-oħra rritorna fl-isport fuq żaqqhom. Minn Mejju ‘l bi pjan li sal-2020 jiġġieled għallhawn is-sitwazzjoni tagħhom fil- kampjonat. Madankollu, Cyril klassifika bdiet sejra lura b’mod Abiteboul, id-direttur maniġerjali konsiderevoli, sitwazzjoni li wasslet ta’ dan it-tim, fl-aħħar jiem żvela għal intervent dirett tal-President li ġimagħatejn ilu r-Renault ħadu tal-Ferrari Sergio Marchionne li deċiżjoni li jaċċelleraw dan il-pjan. talab għal ristrutturazzjoni tatGħal dan l-għan, il-kumpanija tim b’mod li żżid il-kordinazzjoni awtomobilistika Franċiża approvat interna speċjalment dik bejn id- l-għotja ta’ pakkett finanzjarju dipartiment ajrudinamiku u dak li akbar minn dak maqbul ftit taxjiżviluppa l-power unit. xhur ilu. Abiteboul ma daħalx fidDin il-filosofija ta’ koperazzjoni dettall dwar x’inhuma l-iskadenzi miżjuda dehret b’mod ċar bl- l-ġodda tat-tim. Però, huwa sostna għażla ta’ Mattia Binotto bħala li l-iżvilupp tal-magna u x-chassis l-kap tekniku l-ġdid tal-Ferrari, tal-2017 sejrin tajjeb tant li t-tim rwol li jiffoka b’mod partikolari fuq qiegħed iħossu ambizzjuż għallir-riċerka ajrudinamika. Binotto istaġun li ġej. kien ilu mill-aħħar xhur tal-2014 Tim ieħor li se jkollu aċċess għal imexxi s-sezzjoni tal-iżvilupp tal- riżorsi finanzjarji akbar huma power unit tal-Ferrari. Minħabba s-Sauber li x-xahar li għadda l-fatt li l-Ferrari s’issa naqsu milli ġabu fi tmiemha l-kriżi finanzjarja jimlew l-irwol antik tiegħu, wieħed tagħhom permezz tal-intervent jikkonkludi li Binotto se jkollu ta’ Longbow Finance. Issa li għajnejh fuq iż-żewġ dipartiment s-sitwazzjoni tagħhom stabilizzat għalissa. ruħha Monisha Kaltenborn, itIx-xogħol ta’ dan l-inġinier jidher team principal tas-Sauber, sostniet li kien apprezzat ferm mit-tim u li issa m’hemm l-ebda skużi fil-fatt Maurizio Arrivabene, il- għalfejn it-tim m’għandux ikun kap tal-Iscuderia Ferrari, sostna kompettiv fl-istaġun li ġej. li l-problema prinċipali fl-aħħar Madankollu, hija ammettiet li responsabbiltajiet li Ecclestone bħalissa.

Bottas se jitlaq? Fil-midja sportiva Finlandiża qegħda ddur l-aħbar li r-Renault avviċinaw lil Valtteri Bottas biex jippruvaw jikkonvinċuh jingħaqad magħhom fl-2017. Madankollu, Oskari Saari, il-kummentatur sportiv li ħareġ dan l-aħbar, ammetta li bħalissa dawn huma biss għejdut għaliex l-ebda parti involuta f ’dawn in-negozjati ma kkonfermaw l-aħbar. Aktar kmieni matul dan l-istaġun Didier Coton, il-manager ta’ Bottas, kien sostna li s-sewwieq Finlandiż xtaq itawwal ir-relazzjoni tiegħu mat-tim minn Grove. Madankollu, minn dak iż-żmien ‘l hawn ma jidhirx li kien hemm żviluppi konkreti fin-negozjati minkejja l-fatt li huwa maħsub li kuntratt attwali diġà għandu klawżola li tagħti l-opportunità lill-Williams illi jestendu l-impjieg ta’ Bottas sal-aħħar tal-2017.


40 14|08|2016

kullhadd.com

LOKALI

IN-NUQQAS TA’ DGĦAJJES BL-IMMIGRANTI MA TEMMX IL-ĦIDMA FID-DETENZJONI Kitba ta’ DANIEL JOHN ATTARD F’pajjiżna ilhom ma jidħlu immigranti mill-baħar għal dawn l-aħħar għoxrin xahar. Fil-fatt kien proprju f ’Jannar tal-elfejn u ħmistax meta grupp ta’ migranti żbarkaw fi xtutna, b’tama ta’ refuġju filgżejjer Maltin. Fakkar dan il-Kap tasServizzi tad-Detenzjoni, Mario Schembri, f ’kummenti esklussivi mal-gazzetta KullĦadd, fejn spjega kif minkejja n-nuqqas ta’ migranti mill-baħar, ħidmet it-taqsima ma waqfitx. Dan b’mod partikolari għaliex l-immigranti ma jiġux biss mill-baħar, tant li kif spjega Schembri, hemm uħud li jkunu f ’pajjiżna legalment qabel ma jinbidel l-istatus tagħhom. “Dawn huma immigranti li normalment jidħlu permezz tal-ajru u ma jkollhomx iddokumenti kif suppost, jew inkella jinqabdu mill-pulizija tal-immigrazzjoni li jkunu għalqilhom iż-żmien li suppost ikunu telqu minn hawnhekk, allura jinġiebu għal xi żmien hawnhekk. Hemm uħud li jitolbu ażil, allura jagħmlu żmien itwal fis-servizz ta’ detenzjoni sakemm il-

proċess tal-ażil jibda, u oħrajn jinżammu għal ftit ġranet sakemm jiġu deportati lura lejn pajjiżhom,” qalilna Schembri. Mario Schembri żied li x-xhur kwieti f ’termini ta’ migrazzjoni minn Jannar elfejn u ħmistax ‘l hawn servew t’opportunità biex isir rinovar importanti fiċ-ċentru ta’ Ħal Safi. Fl-istess

waqt, l-uffiċjali tad-detenzjoni qed servew bħala għassiesa fiċ-ċentri miftuħa, li minkejja n-natura libera tagħhom jirrikjedu għassa erbgħa u għoxrin siegħa kuljum. Fuq kollox, fl-aħħar xhur l-uffiċjali ingħataw taħriġ speċjalizzat f ’diversi oqsma relatati: It-taħriġ ivarja minn

fire fighting sa combat personali; light combat; fejn bniedem ikun jista’ jieħu ħsieb tiegħu nnifsu jekk jiġi mhedded minn xi ħaġa. Għandna ukoll l-evacuation techniques li jkollok bżonn f ’każ li jkollok xi ħruq, jew xi emerġenza.” Apparti l-aspett tekniku, flaħħar xhur ingħata wkoll taħriġ

mil-lat uman, biex l-uffiċjali jkunu preparati bl-aqwa prattiċi ta’ kif jiġu trattati l-migranti, waqt li jitkattar l-għarfien dwar il-kulturi diversi u l-isfidi li dawn jimponu. Lil hinn minn dan, Mario Schembri spjega li l-motivazzjoni fi ħdan isservizzi tad-detenzjoni kompliet togħla hekk kif l-uffiċjali ingħataw iddinjità li tixirqilhom, bilkundizzjonijiet tax-xogħol jitjiebu drastikament. “Dawn issa għandhom struttura li biha, minn detention service officer li jibda fl-iskala l-iktar baxxa, jista’ javvanza u jitla’ anke fi gradi t’amministrazzjoni. Dan l-istess taħriġ jagħmel tajjeb ukoll għal dan l-aspett, li bniedem qed jitħarreġ fuq ixxogħol tiegħu stess. Qed juża t-taħriġ li qed intuh aħna biex flimkien mal-esperjenza li diġà għandu jkun jista’ javvanza fil-karriera tiegħu aktar ‘il quddiem,” temm jgħidilna Schembri. Dan grazzi għal ftehim milħuq bejn il-Ministeru Għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, u l-General Workers Union, biex wara snin minsija u f ’qagħda prekarja, saret ġustizzja maluffiċjali tad-detenzjoni.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.