www.kullhadd.com Il-Ħadd, 15 ta’ Jannar, 2017
Ħarġa Nru 1,227 Prezz €1
JINGĦAQAD IEĦOR Kummissarju Ewropew ieħor kellu kliem ta’ tifħir għall-proġett tal-impjant talgass f’Dellimara. Din id-darba wieħed ġej mill-Partit ta’ Simon Busuttil Paġna 5
IRREKORDJA BIL-MOĦBI • CLAUDIO GRECH JGĦID LI KIEN IRREKORDJA BL-IPAD LAQGĦA MA’ TA’ FARRUGIA, DWAR L-ISKANDLU TAŻ-ŻEJT • PERÒ MBAGĦAD GĦAL XI ŻMIEN KIEN JGĦID LI NESA LI LTAQA’ MA’ GEORGE FARRUGIA
SFIDA TA’ €250,000 Il-Partit Laburista sfida lil Simon Busuttil biex jagħti prova li ħallas lil Żaren Vassallo l-flus li ta lill-PN wara d-deal tal-art tal-Löwenbräu.
Paġna 3
Paġni 7, 13-16
IL-KAP RIEDU “URĠENTI” • JOE BORG JIKKONFERMA LI SALVU MALLIA MA DEHERX QUDDIEM IL-KUMMISSJONI • BORG JGĦID LI ĊEMPILLU L-KAP U DDISKUTEWH Salvu Mallia ma deherx quddiem il-Kummissjoni li tapprova l-kandidati tal-Partit Nazzjonalista. Dan ikkonfermah iċChairperson ta’ din il-Kummissjoni, Joe Borg, li meta mistoqsi dwar jekk Mallia deherx quddiemhom qal li “le,” għalkemm żied li ddiskutewh. “Kellimni l-Kap u ddiskutejnieh,” qal Joe Borg li meta magħfus biex jgħid jekk deherx bħalma għamlu l-kandidati l-oħra kellu jammetti li għal Mallia saret eċċezzjoni. “Le ma deherx għax kien hemm ċertu urġenza. U lil Salvu Mallia nafuh,” qal Joe Borg. Paġna 9
02
15.01.2017
kullhadd.com
Editur ALEANDER BALZAN
L-Ogħla Temperatura: 13°C L-Inqas Temperatura: 9°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni ġenerali: Ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa fuq il-Baħar Tirren se tintensifika It-Temp: Imsaħħab b’ħalbiet tax-xita lokalment birragħad l-aktar filgħodu Ir-Riħ: Moderat mill-Punent Majjistru li jsir ftit qawwi għal qawwi u bil-buffuri tar-riħ viċin il-maltempati Il-Viżibbiltà: Tajba lokalment moderata għal ħażina fil-ħalbiet tax-xita Il-Baħar: Moderat li jsir qawwi L-Imbatt: Baxx mill-Majjistral It-Temperatura tal-Baħar: 16°C
email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572
Disinn tal-Paġni LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571
Kuntatt Ġenerali KullĦadd
It-Tnejn
email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Indirizz Postali KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa, MRS3000
12°C
UV 2
9°C
Il-Ħamis
13°C
UV 2
9°C
13°C
Il-Ġimgħa
UV 2
10°C
Is-Sibt
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
14°C
UV3
9°C
16°C
UV 3
9°C
14°C
UV 2
8°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, il-Belt Valletta– 21238355 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun– 21221512 Fatima Pharmacy, Triq iż-Żonqor, Santa Venera– 21482856 St. Paul’s, Triq Brared, Birkirkara– 21442135 Tony’s Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, il-Ġżira– 21332080 Numri Importanti Spiżerija Merħa, Shop 2, Triq Lapsi, Ta’ Giorni– 21333886 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza Chemimart Pharmacy . 4,5,6, il-Piazzetta, Triq it-Torri, Tas-Sliema– 21338369 112 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, l-Iklin– 21415499 Tat-Tarġa Pharmacy, Plot no.2, Triq il-Kostituzzjoni, il-Mosta– 21433141 Il-Pulizija ta’ Malta El Medina Chemist, Triq il-Maskli, il-Qawra– 21576308 2122 4001-9 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien– 21802986 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, il-Birgu– 21807529 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Fgura Pharmacy, Triq il-Koppla, il-Fgura– 21675250 2393 0000 Pompei Pharmacy, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk– 21651278 Il-Gwardjani Lokali Chrysantemum Pharmacy, Triq San Nikola, il-Qrendi– 21680828 2132 0202 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, is-Siġġiewi – 21462957 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, ir-Rabat – 21454247
Stampat Progress Press
L-Isptar ta’ Malta 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex 2156 1600
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza 5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku 1182
Għawdex Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Victoria – 21551841 Tony’s Pharmacy, “Egret Court”, Triq il-Wied, Marsalforn – 21563617 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
03
15.01.2017
kullhadd.com
IRREKORDJA LAQGĦA FL-EQQEL TAL-ISKANDLU TAŻ-ŻEJT Kitba ta’ ALEANDER BALZAN Id-deputat Nazzjonalista, Claudio Grech, kellu jammetti fil-Qorti iktar kmieni din ilġimgħa li fl-eqqel tal-iskandlu taż-żejt kien irrekordja bilmoħbi lil qraba ta’ George Farrugia, il-bniedem li Gvern Nazzjonalista ta l-proklama biex jixhed b’rabta maliskandlu taż-żejt. Għalkemm sa issa lil George Farrugia, ilQorti m’emmnitux. Claudio Grech, kelliem ewlieni tal-Partit Nazzjonalista, kien qiegħed jixhed f ’kawża ta’ libell kontra l-Prim Ministru u din il-gazzetta għaliex ma qabilx mal-interpretazzjoni tagħna li laqgħa mal-aħwa Farrugia kienet maħsuba biex issikkithom fi żmien li kienu whistleblowers f ’dan il-każ. Għal snin twal Claudio Grech ħadem viċin mal-Ministru Austin Gatt, sakemm imbagħad ħa post l-istess Gatt bħala deputat fuq l-ewwel distrett fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Fil-Qorti l-avukat ta’ Grech talab li l-klijent tiegħu jkun jista’ jippreżenta recording ta’ laqgħa privata li kellu ma’ Chris Farrugia, Raymond Farrugia u Bernard Pace. Chris Farrugia huwa n-neputi ta’ George Farrugia u Raymond Farrugia huwa ħu George Farrugia. Bħal Grech, Bernard Pace, kien kanvasser kbir ta’ Gatt fil-Ħamrun u xi Ħamruniżi kienu jgħidulek li jekk kellimt lil Pace daqslikieku kellimt lill-Ministru. Il-Qorti talbet lil Grech jagħmel rikors fejn jitlob li jingħata l-permess biex jippreżenta t-tali prova. Iżda, hawn spikkaw ir-risposti għall-mistoqsijiet tal-avukat difensur, Pawlu Lia, li staqsa
lil Claudio Grech jekk kienx irrekordja hu din il-laqgħa u d-deputat Nazzjonalista kkonferma. Ammetta li dan irrekordjah bl-iPad tiegħu u li għamlu bil-moħbi mingħajr ma kienu jafu l-aħwa Farrugia, whistleblowers fl-iskandlu taż-żejt. X’laqgħa kienet? Kien lejlet l-elezzjoni ġenerali li għaddiet meta l-pajjiż u l-Partit Nazzjonalista kienu mheżża bl-iskandlu taż-żejt li Grech iltaqa’ ma’ Chris Farrugia. Claudio Grech u kollega fis-segretarjat privat ta’ Austin Gatt, Bernard Pace, kienu marru jfittxu lil Chris Farrugia b’dan tal-aħħar jgħidlu li kien “qed jagħmel ħsara kbira lil Austin Gatt”. Din l-istqarrija fuq id-deputat Nazzjonalista kienet saret quddiem il-Qorti fi stqarrija
b’ġurament li ġiet impoġġija kien fid-dominju pubbliku. fil-Qorti minn Chris Farrugia Fakkartu wkoll li aħna familja nnifsu. Nazzjonalista kbira u meta B’ġurament Chris Farrugia kellna bżonn li tifhmuna, qal: “Kien hemm minf lok, talba minn qbiżtu għal Bernard Pace G e o r g e biex niltaqgħu. Ammetta Far r ugia,” Ġie l-uffiċċju li dan qal in-neputi u qalli li qed ta’ George nagħmel ħsara irrekordjah Farrugia. kbira lil Austin Għal dan bl-iPad tiegħu Gatt u qalli isfel l-affidavit, li f ’karrozza kien u li għamlu tressaq filhemm Claudio Qorti xhur Grech li kien bil-moħbi ilu, il-Kap magħruf magħna mingħajr tal-Partit għax kien millNazzjonalista Ħamrun u kien ma kienu Simon Busuttil ħaġa waħda ma’ jafu l-aħwa baqa’ qatt Austin Gatt. ma rreaġixxa F l - a f f i d a v i t Farrugia minkejja li Farrugia sostna m e m b r u li Grech talbu parlamentari biex jiddiżassoċja ruħu mill- tiegħu jissemma b’mod istorja, u hu rrifjuta. daqstant ċar. “Fakkartu li dak li nkiteb Chris Farrugia jgħid ukoll li
zijuh, li ammetta li xaħħam fixxiri taż-żejt, kien gideb kontra ħutu. George Farrugia kien ingħata maħfra presidenzjali mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi meta Simon Busuttil kien sar Deputat Kap tiegħu Fl-istess affidavit, Chris Farrugia jiżvela wkoll kemm George Farrugia kien qrib ilMinistru tal-Enemalta Austin Gatt u li, apparti li kienu jieklu flimkien, George kien ta donazzjonjiet għall-kampanja tal-eks Ministru, kien jgħinu billi jagħtih il-BMWs għallkampanja u anke s-sala talfamilja Farrugia. “Irrid ngħid li Farrugia kien middle-man; kien juża l-ħbiberija man-nies, inkluż dawk ma’ Austin Gatt jew viċin tiegħu, biex jasal fejn għandu jasal. Kien juża l-familjarità biex jieħu dak li għandu jieħu. U fil-każ ta’ Austin Gatt, u aktar tard Tonio Fenech, biex ikun jaf x’qed jiġri f ’dan il-qasam,” stqarr bil-ġurament Chris Farrugia. Jirrekordja, imma jinsa Interessanti kif filwaqt li Claudio Grech qal li ħass li kellu jirrekordja din il-laqgħa kien nesa laqgħat importanti ma’ George Farrugia nnifsu. Saħansitra dan wassal biex kien akkużat li gideb lillKumitat għall-Kontijiet Pubbliċi. Iżda, imbagħad fil-Maltatoday kienu żvelati emails li urew kif Claudio Grech kien fil-fatt iltaqa’ ma’ George Farrugia. Meta kienu ppubblikati, Grech kien iddefenda l-pożizzjoni tiegħu billi qal li nesa dawn il-laqgħat għax dak iż-żmien kien ikollu iktar minn 60 laqgħa filġimgħa u kien jirċievi wkoll eluf ta’ emails.
04
15.01.2017
kullhadd.com
“FL-AĦĦAR IL-FOND SE JKOLLU TMEXXIJA TAJBA” • IR-REAZZJONI TAL-IŻVEDIŻI WARA D-DEĊIŻJONI LI L-FOND “TA’ TONIO FENECH” JITMEXXA MINN AWDITURI
Kitba ta’ fl-Iżvezja, li f ’dan il-każ serju DINAH SEGUNA investiet enerġija kbira ħadet nifs kbir ma’ din id-deċiżjoni. Għax Kienet ċara r-reazzjoni tal- sa fl-aħħar jidher li qed tikber Aġenzija Żvediza għall- it-tama li l-pensjonanti jieħdu Pensjonijiet dwar id-deċiżjoni flushom lura. “Nistennew li li Falcon Funds, li tiegħu hu jirritornaw il-flus kollha. Dan direttur l-eks Ministru Tonio skont l-ordni li nħarġet fis-sena Fenech, jgħaddi f ’idejn awditur 2016,” stqarr Westberg malbiex jamministrah. gazzetta Kullħadd, li fakkar kif “Nilqgħu d-deċiżjoni tal- dan kien wieħed minn diversi MFSA. Dan ifisser li sa fl-aħħar passi li ttieħdu. il-fond se jkollu tmexxija tajba,” Tant li ordni ta’ fidwa nħarġet qal il-Kap tad-Dipartiment mill-Aġenzija Żvediża għallLegali fi ħdan l-Aġenzija tal- pensjonijiet skont regolamenti Pensjonijiet Żvediża, Mikael tal-Unjoni Ewropea. U minn Westberg. dak iż-żmien ’l hawn beda Kien aktar kmieni din il- proċess ta’ likwidazzjoni talġimgħa li l-Awtorità Maltija Falcon Funds. għas-Servizzi Finanzjarji Min-naħa l-oħra, ħadet deċiżjoni b’rabta mal- l-investigazzjoni tal-MFSA Falcon Funds wara xhur ta’ b’rabta mal-fond kienet ilha investigazzjoni u ħruġ ta’ għaddejja minn Diċembru numru ta’ direttivi. tal-2015 u s-sena li għaddiet L-MFSA ħatret lill-KPMG ħarġet żewġ direttivi. Direttiva Malta biex tieħu f ’idejha l-assi minnhom kienet ordni ċara li tal-Falcon Funds. Dan hu fond tal-Falcon Funds iridu jroddu li s-sena li għaddiet iddomina l-miljuni lill-Aġenzija Żvediża l-aħbarijiet Żvediżi għax il-mod għall-pensjonijiet. kif tmexxa gidem mijiet ta’ “Huwa kruċjali li flushom pensjonanti minn dan il-pajjiż. ikunu mmexxija aħjar. Nħarsu ’l Fin-nofs hemm iktar minn quddiem biex nikkoperaw mal€230 miljun, tant li tnediet KPMG li issa hija responsabbli investigazzjoni kriminali b’rabta mill-Falcon Funds. Issa se mal-allegat mod frodulenti li nkunu nistgħu nifhmu aħjar bih flus pensjonanti għaddew l-assi tal-fond, se jkollna għal dan il-fond. informazzjoni aħjar biex ikun Bid-deċiżjoni li ttieħdet mill- jista’ jitkompla l-proċess ta’ MFSA ifisser li d-diretturi tal- fidwa, jiġifieri li jintraddu lura Falcon Funds, fosthom Tonio l-flus. Id-deċiżjoni li ħadet Fenech, m’għadx għandhom l-MFSA turi li s-sitwazzjoni kontroll fuq il-fond. hija serja ħafna u saret agħar L-Aġenzija tal-Pensjonijiet minħabba li kien hemm kriżi fit-
Mikael Westberg
tmexxija fil-Falcon Funds għal xhur sħaħ,” sostna Westberg. Id-deċiżjoni li ħadet l-MFSA hija bżonjuża ħafna biex ilfond minnu nnifsu ma jibqax staġnat. “Il-komunikazzjoni li saret min-naħa tagħna kienet l-aktar mal-Awtorità Żvediża għas-Servizzi Finanzjarji u kuntenti bil-mod kif irreżistew il-każ,” irrimarka Westberg meta mistoqsi dwar kif imxew mal-MFSA. F’dan il-każ is-suspetti kienu tqajmu fuq kif f ’Konsumentkraft, ċentru f ’Alicante saru telefonati biex iħeġġu klijenti Żvediżi jgħaddu l-flus tagħhom minn fond privat għall-Falcon Funds. Dan il-każ ġab insigurtà fost il-pensjonanti Żvediżi u l-awtoritajiet Żvediżi ħaduh tant b’serjetà li l-Pulizija Żvediża għamlet rejd fl-uffiċini minn fejn saru t-telefonati. Mhux biss, l-investigazzjoni li saret kienet ixxandret fi programmi investigattivi fl-Iżvezja. Fuq kollox, Westberg stqarr li
l-każ tal-Falcon Funds wassal biex l-aġenzija tkun iżjed attenta meta tiġi biex taċċetta fondi ġodda fis-sistema ta’ tfaddil tal-pensjonijiet. Filfatt, l-aġenzija Żvediża għallpensjonijiet qed tagħmel skrutinju iżjed rigoruż u tara li kull fond, irrelevanti l-pajjiż li ġej minnu, jilħaq il-kriterji meħtieġa. “Għaldaqstant qed nittrattaw kull fond b’mod indaqs irrelevanti minn liema pajjiż tal-Unjoni Ewropea ġej,” sostna Westerberg. Il-każ tal-Falcon Funds iddomina l-aħbarijiet fl-Iżvezja u għadu jiddomina sal-lum il-ġurnata. L-attenzjoni fuqu kibret minħabba l-preżenza ta’ eks ministru ta’ gvern fittmexxija tiegħu, tant li ġurnalista Żvediża ġiet f ’pajjiżna tfittex u tistaqsi lil Tonio Fenech dwaru. Tonio Fenech dejjem iddefenda l-pożizzjoni tiegħu. Meta kien żvelat il-każ għallewwel darba, Tonio Fenech kien qal li l-Iżvediżi għandhom aġenda quddiemhom li
jħammġu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna fil-qasam finanzjarju. Però, il-każ kompla jiżviluppa sakemm l-aġenzija Żvediża ddeċidiet li ma jkollha x’taqsam xejn mal-fond ta’ Tonio Fenech. Iżda, Tonio Fenech baqa’ jinsisti li hu u d-diretturi tal-Falcon Funds imxew tajjeb mal-klijenti tagħhom. “Iva għamilna kollox kif suppost,” kien wieġeb Tonio Fenech, anke jekk Falcon Funds tilfu kawża wara oħra. Għax Falcon Funds kienu marru l-Qorti Żvediza b’dan il-każ. Iżda tilfu saħansitra l-appell. Iżda, issa li anke l-awtoritajiet Maltin ħadu passi spiċċa jgħid li jaqbel mal-pass tal-MFSA. Issa Falcon Funds marru l-Qorti ma’ ċertu Emil Ingmanson (karattru desritt bħala dubjuż li kien involut fil-fond) u Temple Asset Managment. Għalkemm meta faqqa’ l-każ, Tonio Fenech kien ikkwotat jiddubita l-akkużi li bdew iqumu fil-konfront ta’ Ingmanson, tant li kien qal li kienu biss rapporti f ’gazzetti.
SAĦĦA MIL-LIĠI L-azzjonijiet li ħadet l-MFSA huma riżultat ta’ artiklu fil-liġi li jagħti setgħat lill-awtorità kompetenti biex tħares lill-pubbliku. L-artiklu 15A fl-Att Dwar Servizzi ta’ Investiment. 15A.(1) Mingħajr preġudizzju għas-setgħat mogħtija lill-awtorità kompetenti taħt dan l-att, l-awtorità kompetenti tista’, meta tkun sodisfatta li jkun hemm ċirkostanzi biżżejjed, tgħaddi biex tieħu xi miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: (a) taħtar persuna biex tagħti parir lid-detentur tal-liċenzja dwar kif imexxi sew l-attivitajiet tiegħu; (b) taħtar persuna biex tmexxi l-assi tad-detentur tal-liċenza, jew xi parti minnhom, għall-finijiet li jitħarsu l-interessi ta’ investituri, konsumaturi, kredituri jew,jekk ikun hemm, azzjonisti, taddetentur tal-liċenzja; (ċ) taħtar persuna biex tieħu f ’idejha l-kontroll tan-negozju tad-detentur tal-liċenza, jew biex tkompli għaddejja b’dak in-negozju jew biex twettaq kull funzjoni jew funzjonijiet oħra firrigward ta’ dak in-negozju, jew parti minnu, hekk kif tista’ tordna l-awtorità kompetenti; (d) tistabbilixxi l-ħlas li għandu jitħallas lid-detentur tal-liċenzja għal kull persuna maħtura taħt l-artikolu 15 jew taħt dan l-artikolu; (e) tagħmel kull ħaġ’oħra li tqis adatta fiċ-ċirkostanzi biex tagħti seħħ aħjar lill-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,u wara li tkun adottat xi miżura waħda jew aktar minn dawk imsemmija hawn qabel, l-awtorità kompetenti tista’ tibqa’għaddejja b’xi miżura waħda jew aktar, sew b’ żieda magħhom jew minflokhom.
kullhadd.com
05
15.01.2017
KUMMISSARJI IMPRESSJONATI
• JITKELLEM UKOLL DAK RESPONSABBLI MIT-TIBDIL FIL-KLIMA • ĠEJJIN MINN KULL SFOND POLITIKU, INKLUŻ IL-PPE TAL-PN
Miguel Arias Cañete Tliet membri tal-Kummissjoni tal-Kummissarju Ewropew Ewropea żaru l-impjant tal- responsabbli mill-kompetizzgass ta’ Dellimara mal-Min- joni, Margrethe Vestager. istru Konrad Mizzi u t-tlieta Meta żaret il-proġett, il-Kumkellhom l-istess kummenti missarju Vestager għamlitha pożittivi. Għalkemm Simon ċara li għall-Unjoni EwroBusuttil mar fil-Parlament pea m’hemmx kwistjonijijgħajjar lill-Viċi President et. Il-kapitlu huwa magħluq tal-Kummissjoni Ewropea, darba għal dejjem. “Ifisser responsabbli mill-enerġija, li ma jistgħux isiru iktar misMaroš Šefčovič, għax żar toqsijiet meta niġu għal state l-impjant tal-gass mal-Min- aid. Hemm ċertezza legali, li istru Konrad Mizzi, wara la l-Kummissjoni Ewropea u Šefčovič marru żewġ Kum- lanqas ebda stat membru ma missarji Ewropej oħra. jista’ jgħid xejn. Iċ-ċertezza li Filwaqt li l-Kummissar- nagħtu aħna hija ħaġa tajba u ju Šefčovič ġej mill-famil- importanti ferm fi proġett kbir ja tal-Partit Soċjali, iż-żewġ bħal dan,” qalet Verstager. Kummissarji li Vestager fisssegwewh ġejjin ret kif l-analiżi CASA KIEN MAR JISTAQSI LIL VERSTAGER mill-familtal-Kummissja tal-Libera- Huwa joni Ewropea L-ewwel li kien mar jiġri għand il-Kummissarju Verstager kien id-Deputat tal-Parlament li u saħansitra kienet waħda Ewropew, David Casa. Saħansitra għamel dan lura f ’Ottubru 2015. l-Partit Popo- pożittiv dettaljata, u “Fid-dawl tal-bini ppjanat ta’ impjant tal-enerġija f ’Malta, il-konsorzju ElectroGas intgħażel lari Ewropew, li jkollok f ’jum fejn fih bħala ‘l-offerent preferut’ biex jibni l-impjant tal-enerġija u jiżgura l-provvista ta’ gass naturali. il-Partit li tiegħu segwiet it-trasMadankollu, aktar tard ġie żvelat li ElectroGas jirċievi garanzija tal-Gvern li tammonta għal huwa mem- enerġija li feriment tal-ewmadwar EUR 400 miljun. bru l-Partit iktar jifilħu wel konsenja talFid-dawl tal-fatt li l-għoti ta’ garanzija tal-Gvern tħabbar biss ħafna wara li ntgħażel l-offerent Nazzjonalista. gass f ’pajjiżna preferut, din l-irregolarità serja, li toħloq piż sproporzjonat u bla bżonn fuq il-pubbliku Malti, Fil-fatt, Miguel jħallsu għall-ġenerazztikkostitwixxi diskriminazzjoni fil-konfront ta’ offerenti potenzjali oħra li ma setgħux ikunu Arias Cañete, għaliha joni tal-elettriku, jafu bl-għoti ta’ garanzija tal-Gvern? Din ma tivvizzjax il-proċess ta’ offerti? Il-Kummissjoni responsabbli Vestager mhux se tinvestiga jekk din l-irregolarità tiksirx id-dritt tal-UE?” mit-tibdil fil-klibiss ikkumentat It-tweġiba lil David Casa, Verstager tatilu din il-ġimgħa quddiem il-kameras tat-televiżjoni. ma żar il-post u dwar il-proċess qal: “Kont impressjonat ħafna analitiku tal-Kummissjoni b’dan l-impjant. Il-fatt li Mal- Ewropea, iżda anke dwar il- u saħansitra lobbying kontra pea mhux biss tatu l-ap- wkoll permezz ta’ dikjarazztiegħu minn wara l-kwinti. provazzjoni tagħha permezz jonijiet fil-miftuħ ta’ uffiċjali ta kienet gżira bi problemi li proġett innifsu. jkollha sigurtà tal-provvista u “Nammira dan kollu. Nam- Iżda, l-Kummissjoni Ewro- tal-proċess burokratiku iżda għolja tagħha. issa għandha l-interconnector mira t-teknoloġija li hemm u se tipprovdi enerġija bil-gass fiha u nammira l-ambizzjoni li jħammeġ inqas mill-heavy li kien hemm biex jinkisbu fuel oil huwa pożittiv. Huwa benefiċċji ambjentali u prezpożittiv li jkollok enerġija li zijiet orħos. Naħseb li dawn iktar jifilħu jħallsu għaliha, ik- huma importanti għal kull ċittar sigurtà u iktar sostenibbli,” tadin,” qalet Verstager. iddikjara Miguel Arias Cañete. Dawn il-kummenti jkompFisser kif dan seħħ skont lu jiżolaw lil Simon Busuttil id-direttivi tal-Unjoni Ewro- bħala vuċi negattiva dwar pea. “Dan hu proġett tajjeb dan il-proġett. Sa minn qagħal Malta u kuntent li l-Kum- bel l-elezzjoni ġenerali kien missjoni Ewropea approvat kontra tiegħu u wara li sar il-proċess marbut mal-istate Kap tal-Partit Nazzjonalisaid u se jgawdu l-konsumaturi ta intensifika l-kampanja kollha f ’Malta,” qal Cañete. tiegħu bi protesti kontinwi Iż-żjara u l-kumment dwar il-proġett, b’mistoqsijita’ Cañete segwew dawk et fl-istituzzjonijiet Ewropej
06
15.01.2017
kullhadd.com
MHUX ĦATI LI TRAFFIKA BNEDMIN Hadish Abayu, Etjopjan ta’ 58 sena nstab mhux ħati li kien il-moħħ wara operazzjoni klandestina. Il-verdett tal-ġuri, li ħareġ tard ilbieraħ filgħaxija, sab lil Abayu mhux ħati li traffika 181 immigrant mill-Libja għall-Italja fil-25 ta’ Settembru, 2005. Meta waslu lejn l-art, l-immigranti ħasbu li kienu waslu Sqallija iżda ġew infurmati li l-pjanijiet inbidlu u kienu se jitniżżlu Malta. L-akkużat qal li huwa prova jiġi Malta biex jingħaqad ma’ martu u l-erba’ wlied. L-akkużat sostna li huwa kien passiġġier bħalloħrajn fil-kosta Libjana, filwaqt li l-Libjani qasmuhom fi tliet gruppi. Spjega kif huwa ntgħażel
minn Osman, wieħed millorganizzaturi Libjani, biex jiġbor il-flus. Qal li ġabar 46,000 dollaru Amerikan mingħand 55 persuna, u ta kollox lil Osman quddiem kulħadd. Abayu qal li meta waslu pajjiżna, uħud mill-passiġġieri rrappurtaw lill-akkużat għax rawh jiġbor il-flus. Fix-xhieda għaxar immigranti Eritrejani qalu li huma ħallsu lil Hadish għall-passaġġ li jwassalhom l-Italja. Fil-Qorti huwa ċaħad li kien traffikant u argumenta li bil-flus li jdaħħlu t-traffikanti, ma kienx jirriskja ħajtu fuq il-baħar. Qal ukoll li wħud mill-passiġġieri li rrappurtawh indunaw bl-iżball u skużaw ruħhom.
IL-BANK ĊENTRALI : F’MALTA ATTIVITÀ EKONOMIKA AĦJAR MIN-NORMAL
Rapport maħruġ mill-Bank Ċentrali jikkonferma li l-attività ekonomika f ’pajjiżna tinsab f ’livell aħjar minnormal. Fil-fatt, indiċi talkundizzjonijiet ekonomiċi maħduma mill-Bank Ċentrali juru li bħalissa dawn huma bil-bosta aħjar mill-medja flaħħar sittax-il sena.
Skont il-Bank Ċentrali, ilkundizzjonijiet ekonomiċi f ’Diċembru li għadda komplew jitjiebu, għall-ħames xahar konsekuttiv. Il-valur talindiċi għal Diċembru 2016 kien ferm ogħla minn dak flistess xahar tas-sena ta’ qabel. L-analiżi tal-Bank Ċentrali turi li dan ir-riżultat huwa
dovut għal titjib fl-ottimiżmu fost in-negozji u l-familji f ’pajjiżna. Dan filwaqt li l-attività fil-qasam tas-servizzi kompliet tirranka. Ir-rapport isostni li kemm ilbejgħ mill-ħwienet, kif ukoll l-attività fil-qasam turistiku, marru aħjar mis-sena ta’ qabel. Il-qasam tax-xogħol baqa’
jitjieb, bi tnaqqis fost dawk li jirreġistraw. Id-depożiti talfamilji mal-banek komplew jirrankaw, filwaqt li t-titjib fid-dħul mit-taxxi wassal għal defiċit inqas. Ir-rata tal-għoli tal-ħajja baqgħet taħt il-1%. Il-Gvern qal li dan l-istudju mill-Bank Ċentrali jikkonferma li bħalissa
l-qagħda ekonomika ta’ pajjiżna hi ferm aħjar minn dik fi snin passati. Dan qed iwassal għal aktar impjiegi, aktar dħul u aktar tfaddil għall-familji tagħna. “Dan ilGvern se jkompli jaħdem biex il-ġid jasal għand kulħadd,” intqal fi stqarrija maħruġa minn Kastilja.
kullhadd.com
07
15.01.2017
BUSUTTIL MA JWEĠIBX DWAR VASSALLO • IL-PL TALAB PROVA ĊARA LI “S-SELF” LI NGĦATA WARA D-DEAL TAL-LӦWENBRÄU TĦALLAS • MINFLOK IPPUBBLIKA, BUSUTTIL QAL “GET A LIFE” F’konferenza tal-aħbarijiet fiċĊentru Nazzjonali Laburista, il-Ministru Owen Bonnici sfida lill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil biex illum, waqt li jkun qed jitkellem, jippubblika prova ċara li l-loan li ta Żaren Vassallo lill-Partit Nazzjonalista, ftit jiem biss wara li seħħ id-deal tal-art f ’Ħal Qormi wara intervent ta’ Jason Azzopardi, tħallas kollu biex jitneħħew id-dubji li jeżistu ta’ rabtiet bejn iż-żewġ fatti. Il-Ministru Bonnici fakkar kif l-eks Segretarju Ġenerali tal-PN Paul Borg Olivier kien ikkonferma huwa stess li l-loan ta’ €250,000 minn Żaren Vassallo ngħata wara li l-Partit Nazzjonalista kellu problema ta’ cash flow. Huwa leġittimu allura, issokta jgħid Dr Bonnici li jqumu mistoqsijiet dwar dan il-każ. “Hija koinċidenza li proprju ftit jiem wara li nstab il-kompromess bejn Jason Azzopardi u Żaren Vassallo, ingħata dan il-loan lill-Partit Nazzjonalista? Peress li l-finanzi tal-Partit Nazzjonalista huma mistura, jgħin biex wieħed jifhem għaliex qed iqumu dawn id-dubji?” staqsa Owen Bonnici. Il-Ministru Bonnici sfida wkoll lill-Kap talOppożizzjoni biex jgħid jekk Żaren Vassallo għandux xi ċedola jew jekk xi parti mill-loan kinitx imdawra f ’ċedoli. Simon Busuttil li ma jfallix okkażjoni waħda biex jgħajjar lil kulħadd korrott, fosthom l-aħħar waħda lill-Kummissjoni Ewropea wara li approvat il-proġett talenerġija, għandu jitkellem fuq dan il-każ. Bonnici saħaq li l-fatt li ngħata l-loan ftit wara li seħħ id-deal f ’Ħal Qormi fejn art ta’ 21,000 metru kwadru marret għal €700,000 meta l-valur tagħha kien ta’ ’l fuq minn €8 miljuni, wara li nstab kompromess, diġà huwa ħazin ħafna u jqajjem dubju. “Tal-inqas il-Kap talOppożizzjoni għandu ċ-ċans li jneħħi d-dubju dwar ir-rabta bejn il-loan u dan id-deal jinten u skandaluż,” stqarr il-Ministru Bonnici. “Kemm-il darba Simon Busuttil ma jippublikax din ilprova allura l-poplu jista’ jasal għall-konklużjonijiet waħdu,” temm jgħid Owen Bonnici. Iżda, l-unika reazzjoni li kellu l-Partit Nazzjonalista għal din ilkonferenza tal-aħbarijiet kienu tliet kelmiet fejn intqal “Get A Life.” Ara wkoll paġni 13 sa 16
08
15.01.2017
kullhadd.com
JHEDDIDHA LI SE JIDFINHA ĦAJJA U HI TGĦAJRU “KURNUT KUNTENT” • ĠRAJJA OĦRA LI TURI R-REALTÀ IEBSA F’ĊERTI FAMILJI MALTIN Deċiżjoni oħra tal-Qorti ret lura d-dar u ċemplet lil tal-Familja li ngħatat fl- ħuha, li mar jassistiha,” qaaħħar jiem tikxef ir-realtà let fix-xhieda tagħha. Żieiebsa fil-familji Maltin, det li hawn ingħatat il-parir mhux l-inqas tal-vjolenza li tirrapporta l-inċident domestika. Omm irrakkon- lill-pulizija, iżda bejn għax tat snin li matulhom kienet beżgħet u bejn għax ħasbet imsawta, bir-raġel jgħid li li kien inċident iżolat, ma ma kinetx tkun fidila lejh u kinitx irrapportat. saħansitra f ’emails kienet Iżda, mix-xhieda ma tiddeskrivih bħala “kurnut rriżultax li kien każ iżolat. kuntent”. Hija sitwazzjoni F’Awwissu 2002, l-intimat oħra fejn it-tfal, f ’dan il- kisser il-cot tat-tarbija għax każ ħamsa, spiċċaw jiżfnu il-mara rrifjutat li jkollfin-nofs bil-Qorti tiddik- ha relazzjonijiet miegħu. jara li t-tort tat-tifrik ta’ F’April 2003, sawwat dan iż-żwieġ kien taż-żewġ lit-tieni wild b’biċċa injama partijiet. u għall-ewwel darba mar Tul is-smigħ il-mara rrak- għand l-Aġenzija Appoġġ. kontat diF’Settemversi episodbru 2005, ji. Fosthom meta kienet meta kienet Heddidha tqila bir-raġiet opera- li se ba’ wild, ta f ’daharha hija kkonu għalhekk jiġrilha frontatu lanqas kienet bħal Silvia dwar xi tiflaħ ter- King, sustanzi ilfa’ t-tarbija leċiti li seta’ mis-sodda u mara kien qed kienet talbet li sfat jagħmel użu l-għajnuna lil vittma minnhom. żewġha. Filwaqt illi Peress li t’omiċidju ma nnegrrifjuta u faħxi ax, l-intikien se jibqa’ mat kien ħiereġ, kienet qabadha se ċċempel minn idha lil oħtha għall-għajnuna. u mbotta lir-rikorren“Iżda meta ra hekk, l-in- ti ġo ħajt, tant li kellha timat kien irrabja ferm u tmur għand il-ginekoloġisbeda jagħtiha ġo daharha, ta tagħha. F’dan l-istadgħonqha u rasha u jiġb- ju, ukoll ħadet parir ledilha xagħarha. Hija ħar- gali u għamlet rapport bet għal għand il-ġara, u lill-pulizija. meta ndunat li l-intimat Iżda, mix-xhieda rriżulkien ħareġ mid-dar u ħalla ta li l-agħar kienu d-divert-tfal weħidhom, hija mar- si okkażjonijiet oħra fejn
heddidha li se jiġrilha bħal Silvia King, mara li sfat vittma t’omiċidju faħxi, li se jidfinha ħajja, li se jħassrilha wiċċha, li kellu ħbieb li se jeħilsuh minnha u ħafna theddid ieħor.
kellha tfal oħra fiż-żwieġ. Fl-2009, hija bdiet iddaħħal wieħed id-dar u r-raġel qabdu darbtejn jistennieh biex jitlaq mid-dar. Hija ammettiet li kienet iddaħħlu d-dar u li dan kien jeċita ruħu malli biss jgħannaqha. Ir-raġel jirrakkonta re- F’Lulju 2009 bdiet toħroġ altà differenti
u ddum barra sa kmieni filgħodu mentri l-intimat kien jibqa’ d-dar mat-tfal. Jgħid li kellha wkoll relazzjoni ma’ eks sieħeb tagħha li kienet tibgħatlu diversi chats u emails intimi fejn lir-raġel kienet tiddeskrivih bħala “kurnut kuntent”.
Ir-raġel ċaħad ħafna minn dawn l-affarijiet, għalkemm il-Qorti kkonfermathom wara l-analiżi tagħhom. Huwa jallega li martu kellha relazzjoni ma’ baħri li ltaqgħet miegħu fuq cruiseliner. Hija nqabdet tqila minn dan il-baħri, imma temmet it-tqala billi marret l-Ingilterra fejn wettqet abort. Wara dan l-abort, hija
INQAS IFITTXU L-FIŻIKA U L-MATEMATIKA
Fuq medda ta’ għaxar snin kien hemm xejriet differenti f ’dawk li huma l-għażliet tal-istudenti tal-MATSEC, kemm f ’livell avvanzat kif ukoll f ’dak intermedju. Iżda, rapport li l-uffiċċju tal-MATSEC ħareġ din il-ġimgħa wera li l-ikbar tnaqqis kien fil-fiżika u l-matematika (pure maths). Fl-aħħar għaxar snin dawk li għażlu l-fiżika f ’livell avvanzat naqsu b’4.8% u dawk li għażlu l-matematika naqsu b’7.8%. “Ir-raġunijiet dwar dawn ilbidliet huma varji u kumplessi u għandu jkun hemm riċerka
biex wieħed jindividwahom,” qal l-uffiċċju tal-Matsec. Żidiet kienu rreġistrati filBijoloġija, fil-Kimika u filMalti. Filwaqt li naqqsu fl-Ingliż, fil-Computing u fl-Accounting. Ir-riżultati reġgħu wrew differenzi kbar bejn l-irġiel u n-nisa. Minn dawk li s-sena li għaddiet kellhom 18-il sena, 28.2% kisbu ċ-ċertifikat talMATSEC, li permezz tiegħu tidħol l-Università. Hemm differenza ta’ 14.6% bejn ittfajliet u l-ġuvintur li kisbu ċ-ċertifikat. Differenza li ppersistiet tul l-għoxrin sena li ċ-ċertifikat ilu jeżisti.
09
15.01.2017
kullhadd.com
TIKBER IR-RABJA GĦAD-DEĊIŻJONI TA’ SIMON BUSUTTIL
Nazzjonalisti diżappuntati b’Mallia jitkellmu fi gruppi magħluqa
Wayne Hewitt huwa fost il-grupp ta’ Simon Busuttil u Daphne Caruana Galizia li qed jiddefenduh. Id-dikjarazzjoni tal-eks Kummissarju, Joe Borg, filfaċċata tal-gazzetta KullĦadd tikkonferma kif il-Kap talPartit Nazzjonalista, Simon Busuttil, kellu influwenza qawwija fl-għażla ta’ Salvu Mallia bħala kandidat talPartit Nazzjonalista. Jirriżulta b’mod ċar li l-ħtieġa li Mallia jikkontesta l-elezzjoni ġenerali mal-PN kienet għalkollox ġudizzju ta’ Simon Busuttil. Fil-fatt, il-Kap talOppożizzjoni, qed jagħmilha ċara li l-Partit Nazzjonalista huwa l-partit ta’ Salvu Mallia u sal-bieraħ stess iddefenda l-lingwaġġ tiegħu mat-Times of Malta. Tant li l-għada Salvu Mallia għamel aktar kummenti li kisbu l-istmerrija ta’ bosta, itTimes of Malta irrapportat kif minflok il-Partit Nazzjonalista ddistanza ruħu mill-kandidat
Salvu Mallia, ddeffendieh billi qal li qed jitkellem mill-qalb biex jibgħat messaġġ kontra Gvern Laburista. Dan minkejja li Salvu Mallia reġa’ qabbel lil Prim Ministru mal-pesta, mal-kanċer u maddittattur Adolf Hitler. “Is-sentiment tiegħu wieħed jifhmu” qal kelliem għall-Partit Nazzjonalista. “Ċertament jitkellem mill-qalb u jekk jagħżel lingwaġġ ikkulurit biex jagħmel dan, jagħmel hekk għax irrabjat b’dak li qed jara,” qal il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista li mbagħad irrifjuta li jwieġeb domandi dwar il-kundizzjonijiet li għamel Salvu Mallia lill-Partit Nazzjonalista. Kundizzjonijiet li Salvu Mallia semmiehom għall-ewwel darba f ’intervista l-Ħadd li għadda u li sa issa ħadd ma jaf x’inhuma.
Fl-aħħar jiem kulħadd seta’ jinnota esponenti ewlenin talPartit Nazzjonalista jlissnu t-tħassib tagħhom b’din l-għażla. Uħud kienu ċari u qalu li Mallia huwa liability filwaqt li oħrajn kienu iktar kawti u pubblikament qalu li ma jaqblux miegħu. It-tgergir fil-pubbliku kien riżultat tal-fatt li internament ma ta kas ħadd għax l-attenzjoni ilha tinġibed. Fil-fatt, ftit ġimgħat ilu, kienet din il-gazzetta stess li żvelat għall-ewwel darba li kien hemm min kien qiegħed jhedded b’riżenji minn kumitati sezzjonali jekk kemm–il darba l-PN ma kienx se jieħu passi kontra Salvu Mallia. Għalkemm lil dawn in-nies weġbuhom uffiċjali b’karigi għoljin u qalulhom li se jieħdu nota, is-sitwazzjoni baqgħet sejra għall-agħar. Dan anke għax f ’kull stadju kien ċar li Mallia għandu l-appoġġ tal-Kap, u tal-President tal-Eżekuttiv tal-Partit
Nazzjonalista, Ann Fenech. Però fi gruppi magħluqa fuq Facebook għal Nazzjonalisti akkaniti, id-diskussjoni kienet waħda franka. Mhux wieħed u tnejn qalu li Salvu Mallia għandu jintwera l-bieb ta’ barra llum qabel għada. “Aħjar ma ġie xejn magħna bir-rispett kollu,” kiteb xi ħadd. Filwaqt li oħrajn ddeskrivew iddeċiżjoni bħala waħda li turi kif “ma nitgħallmu qatt.” Minnaħa l-oħra kien hemm ukoll minn qabez għal Mallia u qal li “Dawn l-affarijiet ħalluhom f ’idejn imexxi.” X’qed jgħid Laburista?
il-Partit
Il-Partit Laburista qal li l-fatt Salvu Mallia, ma ddejjaq xejn jerġa’ jirrepeti dak li qal fuq Hitler, anzi mar oltre u semma l-Mussolini u reġa’ rriafferma dak li qal dwar il-pesta wkoll qed jagħmel lil Simon Busuttil iktar irrelevanti. Il-Partit Laburista qal li d-diskors ta’ Mallia mhux
offiża mhux għall-Prim Ministru biss imma għal kull min għandu ftit sens ta' storja. “F'dan il-ġenoċidju nqatlu miljuni ta' nies f'gas chambers minħabba mibgħeda razzjali. L-istess persuna li daħħal l-Ewropa kollha fi gwerra dinjija. L-istess bniedem li ttortura lil kull min ma qabilx miegħu inkluż lil niesu stess,” qal il-Partit Laburista. Il-Partit Laburista żied li Salvu Mallia huwa karikatura ta' x'għandu jkun politiku. “Qed joffendi l-intelliġenza tan-nies u qed ixerred mibgħeda li ma teżistix,” jemmen lill-Partit Laburista. Il-Partit Laburista nnota li wara li għajjar lill-Kulleġġ tal-Kummissarji Ewropej għax ġie approvat il-proġett kollu tal-enerġija wara sentejn investigazzjoni, Simon Busuttil qed jibqa’ lura milli jikkundanna lill-kandidat tiegħu li qed joffendi mhux biss avversarji politiċi imma lil kull min għandu sens ta’ diċenza.
10
15.01.2017
kullhadd.com
TAL-ĦAMIEM JGĦIDU LI SE JISPIĊĊAW IL-QORTI MAL-PA • NISKOPRU L-ISPORTS TAL-ĦAMIEM U NISTAQSU DWAR IT-TGERGIR TAL-ĠIRIEN Kitba ta’ CHARLES B. SPITERI
Ħafna huma dawk in-nies li jgorru meta xi ġar tagħhom jaqbad jarma loft fuq il-bejt u jimlieh bilħamiem, li f ’xi ħin jew ieħor tal-ġurnata jrid jiftaħlu biex itir. Hawn min irabbi dan ilħamiem għat-tlielaq u hawn oħrajn li jrabbuh għall-gost biss, ossij biex aktar tard joqtlu għall-brodu. Hu liema hu l-iskop, żgur li xi ħamiem minn dawn iħammġu hekk kif isibu ruħhom fil-libertà. Ġieli l-lofts tal-ħamiem jittellgħu fuq il-bjut (ġieli anki ta’ blokki ta’ appartamenti) b’mod li jkerrhu l-ambjent. Fost oħrajn stħarriġna kemm huma permessi dawn il-lofts u kemm suppost li dak li jkun iżomm ħamiem fihom. Sibna li hemm fehma differenti bejn il-verżjoni uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar u r-rappreżentant tad-dilettanti tal-ħamiem meta mistoqsija dwar x’jirregola l-gallinari talħamiem, magħrufa wkoll bħala pigeon loft. Filwaqt li l-kelliem tal-Awtorità jispjega kif tiddeċiedi l-istess entità, il-President tal-Federazzjoni tal-Ħamiem tat-Tiġrija jgħid mod ieħor u saħansitra jargumenta li l-Federazzjoni daqs tazza ilma tispiċċa l-Qorti mal-Awtorità tal-Ippjanar. “Il-MEPA m’għandha x’taqsam xejn mal-pigeon racing. Il-MEPA tirregola strutturi. Mela jekk jien, fid-dar tiegħi għandi struttura illegali, tista’ tkellimni, iżda fil-MEPA m’hemm l-ebda policy li tirregola pigeon loft. Jiġifieri xi darba, mal-MEPA se nispiċċaw il-Qorti, għax m’hemm l-ebda policy,” jgħid Farrugia. Peter Gingell, Maniġer tal-Komunikazzjoni fl-Awtorità tal-Ippjanar jargumenta li bħal kull żvilupp ieħor, kull applikazzjoni għal pigeon loft tiġi suġġetta għall-proċess ta’ evalwazzjoni li jinkludi konsultazzjoni mal-pubbliku kif ukoll ma’ entitajiet esterni, u tigi deċiża fil-pubbliku skont kif titlob il-liġi. “Bħala parti mill-proċess jiġi kkonsultat id-Dipartiment tasSaħħa Pubblika, li fost oħrajn jirrakkomanda li ma jinġabarx ħmieġ fil-post u fit-triq, ma jkunx hemm inkonvenjent lill-ġirien, u li l-permess ma jingħatax jekk ikun hemm evidenza medika li jista’ jaffettwa s-saħħa ta’ xi ġirien,” qal Gin-
gell. Gingell spjega li jiġi kkonsultat ukoll id-Dipartiment għar-Regolazzjoni Veterinarja u Saħħa tal-Pjanti li jispeċifika d-daqs u l-kundizzjonijiet taż-żamma tallofts, il-bżonn ta’ reġistrazzjoni u tilqim tal-ħamiem, kif inħawi, ukoll il-bżonn ta’ no objection estetika, kummenti mill-Kunsill Lokali. tal-pubbliku, u Scerri jitkellem ċar kif rakkomandazzjonijiet milljaħsibha fuq kwistjoni bħal entitajiet li jkunu ġew l-mard: “L-ebda Gvern għadu ikkonsultati. ma għamel policy. Issa meta “Kull deċiżjoni tkun ikkotara l-liġijiet tal-pajjiżi barranin munikata lill-individwi u l-enkollha – li jinteressahom hu li titajiet li jkunu pparteċipaw m’intix tikkawża ħmieġ lil ta’ fil-proċess, u tiġi ppubblikata ħdejk. Aħna għandna wkoll fil-Gazzetta tal-Gvern. Kull rapporti minn esperti barranin, deċiżjoni hi appellabbli qudli jiċċertifikaw li mhux minnu diem it-Tribunal tal-Appell. li l-ħamiem jikkawża l-ażma u Fuq l-aspett l-felul,” jgħid ta’ infurzar, Scerri. Itenni l-Awtorità hija li l-membri responsabbli tal-Federazzjekk hemm joni jżommu Il-permess ma xi bdil ta’ użu ma’ regoli jingħatax jekk illegali jew stretti. żvilupp ġdid. “Jekk xi ħadd ikun hemm L-inkonvenikun irid, jis- evidenza jenza hija ħaġa ta’ jċempel li taqa’ taħt lill-Federazz- medika li ir-responsabjoni, jagħtina jista’ jaffettwa biltà tal-pul-indirizz ta’ lizija. Jekk dak li jkun u s-saħħa ta’ xi hemm kwistmid-database joni ta’ saħħa tagħna nkunu ġirien pubblika, nafu jekk hux hemm jidħol membru tagħid-Direttona jew le. Jekk rat tas-Saħħa jinstab li hu membru tagħna Ambjentali,” qal Gingell. u mhux qed jimxi mar-regolamenti tal-Federazzjoni, żgur Il-ħamiem mhux kollu l-istli mhux se jsib appoġġ minna. Il-membri tagħna huma infur- ess mati u jafu kif iridu jżommu l-ħamiem għax wara kollox Charles Scerri, President dan hu l-pedament tas-suċċess tal-Federazzjoni tal-Ħamiem tat-Tiġrija, argumenta li sfortagħhom,” qal Scerri. Peter Gingell tenna li tunatament, ħafna nies, jassoċrigward il-policies tal-Ippjanar, jaw kull ħamiema ma’ dawk li il-pigeon lofts mhumiex jaraw fil-pjazez; ħamiem marġeneralment ikkunsidrati bħala id, li jimrad għax m’għandux żvilupp kompatibbli f ’żoni in-nutriment li suppost ikollu. “Il-ħamiem tal-ġiri mhux dak residenzjali, u dan joħroġ it-tip ta’ ħamiem. Jekk tidħol mill-ispirtu tal-iSPED biex f ’kull sit elettronika tinduna jiġu protetti ż-żoni urbani. bid-differenza viżiva, u dak Id-deċiżjoni jekk joħroġx permess jew le, tiddepenedi ma jiġix b’xejn. L-ewwel nett kemm mill-pjani u l-policies li ir-razza tiegħu hi ġenetikament jkunu japplikaw fiż-żmien li fih differenti u t-tieni hemm in-nuittieħdet id-deċiżjoni, kif ukoll trimenti li jingħata biex itellaq minn kunsiderazzjonijiet oħra kif ukoll mediċini magħmula bħall-impenn li jkun hemm fl- apposta għall-ħamiem,” qal
Peter Gingell
Scerri. Tenna li l-ħamiem tat-tlielaq huma bħall-atleti umani. “Min itellaq fil-qosor u min itellaq fit-tul. Għalhekk, kull dilettant li jrabbi l-ħamiem tal-ġiri, jagħti lill-ħamiem tiegħu ikel talaqwa kwalità, li ġej mill-Belġju u mill-Olanda. Dawn iż-żewġ pajjiżi huma industriji ta’ dan l-isport u jipproduċu ġwież u mediċini għall-ħamiem tal-ġiri,” spjega Scerri. Fisser kif hemm differenza kbira oħra bejn il-ħamiem tal-ġiri u dak selvaġġ. Il-ħamiem selvaġġ jgħix għall-elementi, waqt li dak tal-ġiri jgħix fil-loft fejn ikun protett mill-elementi. Dan il-ħamiem jinħareġ biss għal nofs siegħa jew tliet kwarti kuljum, biex iwettaq it-taħriġ tiegħu. Kif jinżel mit-titjir, jerġa’ jidħol fil-loft u jħammeġ fil-post tiegħu. Hu importanti li jidħol mill-ewwel hekk kif jinżel għax dan ifisser li ma jintilifx ħin waqt it-tiġrija, li jista’ jwassal għal telf ta’ pożizzjonijiet fir-riżultat. “Ħaġa oħra totalment differenti hi l-iġjene. Sid il-ħamiem irid inaddfilhom kuljum, inkella jista’ jkollu mard fil-ħamiem li jwasslu biex il-ħamiem ma jkunx f ’kundizzjoni li jtellaq. Apparti minn dan, il-ħamiem tal-ġiri jingħataw vaċċini għal kontra l-pox, paramixo u s-salmonella. Mingħajrhom, il-veterinarju ma jkunx jista’ jiċċertifikahom għat-tlielaq. Kull
Charles Scerri
ħamiema hi reġistrata mal-Federazzjoni u għalhekk abbinata ma’ sid. Dawk il-membri li ma jipproduċux lill-Federazzjoni kopji taċ-ċertifikati tat-tilqim, ma jkunux jisgħu jidħlu għat-tlielaq. Jiġifieri l-istandards li hemm fil-logħba tal-ħamiem huma għoljin immens,” żied Scerri. Il-President tal-Federeazzjon ħadna lura għal żmien l-Ingliżi. Qal li hawn Malta ilna nrabbu l-ħamiem minn dak iż-żmien għax kienu huma li ntroduċewh. Minn dakinhar saru passi kbar ’il quddiem. “Fl-2016 ipparteċipajna għall-ewwel darba fil-World Championships, li saru f ’Nevèl il-Belġju. Spiċċajna l-ħames mid-dinja kollha. Fi Frar se nibagħtu grupp ieħor ta’ ħamiem jirrappreżenta lil Malta biex imbagħad f ’Lulju jtellaq f ’Mira l-Portugall, f ’tellieqa tal-kampjonat tad-dinja, u qed nisperaw għal riżultati aħjar. S’issa fil-klassifika mondjali ninsabu mal-ewwel sitt nazzjonijiet,” qal Scerri dwar dan id-delizzju li jrid ħafna paċenzja. Kull sena f ’Malta jkunu reġistrati bejn sa 120,000 ħamiema. Bejniethom ifaqqsu, iżda ma tistax toqgħod tħallihom ifaqqsu minħabba li fi spazju ta’ loft ma jistax ikollok iffullar
11
15.01.2017
kullhadd.com
KEMM GĦANDU JKUN HEMM ĦAMIEM F’LOFT? Skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 439.16, Avviż Legali 244 tal-2013, ir-Regolament dwar standards minimi li joffru protezzjoni lillannimali fil-pet shops, il-ħamiem u l-bċieċen sa 22.5 ċentimetru tul irid ikollhom spazju ta’ 450 ċentimetru kwadru. Kull ħamiema oħra trid spazju addizzjonali ta’ 250 ċentimetru kwadru. L-għasafar kollha għandhom jinġabru f’akkomodazzjoni li fiha jkunu jistgħu jiftħu ġwenħajhom għalkollox. żejjed. F’loft ta’ madwar 12-il pied b’għaxra, jaf ikollok bejn 60 u 70 ħamiema, għalkemm tista’ titfa’ mija. Iżda, lura dwar l-infrastruttura nfakkruh li r-residenti mhux l-ewwel darba jilmentaw. “Kif narawha aħna: il-problemi tan-nies ġirien qatt ma jkunu l-ħamiem, iżda huma n-nies infushom u jinqdew bilħamiem. Dan ngħidu mill-esperjenza. Kieku l-istess nies jitolbu li jidħlu jaraw loft minn ġewwa, ikunu jafu jitkellmu aħjar u jaraw li mhu xejn ta’ dannu għalihom. Fil-maġġoranza tal-każi l-ħamiem ma jkunx il-problema. Kieku flok ħamiem kienu klieb jew qtates, kienu jeħlu l-klieb u l-qtates,” iżid Scerri li jitkellem dwar kampanji ta’ edukazzjoni. Jargumenta kif fl-Ingilterra, fil-Portugall, fl-Olanda u fil-Ġermanja, ilhom jagħmlu kampanji biex jedukaw lin-nies. Saħansitra tul is-snin, l-iskejjel f ’dawn il-pajjiżi għamlu lofts b’20 u bi 30 ħamiema, biex lit-tfal jedukawhom, bħalma f ’pajjiżna rajna jsiru ġonna b’xi annimali oħra. “Din ilha għaddejja kullimkien. Aħna, f ’Malta, din is-sena tkellimna
biex nagħmlu l-istess idea li sehem ukoll fl-Olimpjadi talpajjiżi Ewropej ilhom jagħmlu ħamiem. Dak il- ħamiem li kważi f ’dawn l-aħħar 30 sena. jmur jipparteċipa għall-OlimpGħamilna lofts, b’kollabora- jadi jkun tellaq f ’pajjiżu. Kull zzjoni mad-Dipartiment, fejn pajjiż għandu l-istaġun tat-tiġriil-Federazzjoni għamlet kollox, jiet tiegħu. Malta għandha inkluż il-lofts, l-għalf, il-mediċi- wkoll. Dan jibda f ’Novembni, tibgħat lill-veterinarju kull ru u jispiċċa f ’Mejju. Hemm ħmistax jiċċekkja, biex it-tfal sett ta’ parametri biex wieħed jibdew jieħdu idea, u jagħrfu iqis il-performance ta’ dan ild-differenza ħamiem u bejn ħamiem tkun eliġibbli selvaġġ u dak għall-Olimptat-tiġrija. jadi. X’qed jiġri? Kieku flok Imbagħad Hemm żewġ il-ħamiem binarji. Hemm ħamiem kienu jintbagħat ammont ta’ tfal klieb jew fejn se jsiru li ma jkunu jril-olimpjadi du jafu b’xejn. qtates, kienu u l-esperti Però dawk li jeħlu l-klieb u jiġġudikawh. jieħdu interess, “L-idenapparti li qed l-qtates tifikazzjoni jitgħallmu fuq tal-ħamiem il-ħamiem, qed issir miċ-ċurjitgħallmu ċerti kett li jkollu, ħiliet ta’ tmexxija. Għax jekk li juri wkoll mil-liema pajjiż ikun wieħed jitgħallem kif imexxi oriġina u ċ-chip elettronika li loft; kif inaddfu, kif jindukrah timmarka l-wasla tal-ħamiema u kif iżommu, ikun qed jirċievi u l-ħin. Mill-punti ssir il-klasċerta dixxiplina u indirettament sifika. Dawn il-ħamiem tal-one dak l-istudent ikun qed jitgħal- loft races ma jiġux lura Malta, lem abbiltajiet għall-ħajja,” jem- iżda jinbiegħu b’irkant u l-flus men il-President. li jidħlu jmorru għall-ispejjeż ta’ Barra minn hekk, Malta tieħu dak li jkun organizza t-tellieqa.
Hemm tlielaq oħra fejn parti mill-flus imorru għas-sid, iżda dan skont ir-regolamenti ta’ kull tellieqa,” irrimarka Scerri. Iżda, id-dilettanti Maltin ma jiħdux flus u t-tlielaq isiru għallgost u n-namra. Li jirbħu hu l-prestiġju minħabba n-namra. L-istess f ’ħafna pajjiżi Ewropej. “Iżda ċ-Ċiniżi u l-Ġappuniżi jilagħbu għall-flus u qed jolqtuna ħażin, għax fejn fl-antik kont tixtri ħamiema mill-Belġju bl-irħis, illum il-Belġjani jbigħuhom hemmhekk u jkollna nixtruhom bil-għoli. Illum, il-ħamiem tat-tlielaq ma għandhomx prezz. Tista’ tixtri waħda b’€5 u tista’ tixtri oħra €600,000, bħaż-żwiemel. M’hemmx limitu,” jiżvela. F’Malta hawn 24 klabb u 27 tellieqa. 14 minn Sirakuża, 6 minn Messina, 3 minn Catanzaro, 2 minn Metapunto, 1 minn Brindisi u oħra minn Manfredonia. Ħamiema tista’ tibqa’ ttellaq għal ħames snin u l-ewwel tellieqa tagħha tkun meta jkollha sena. Madankollu, ħamiema ma ttellaqx il-programm kollu iżda fejn id-dilettant jaħseb li tkun adattata. U wara kull tellieqa tkun trid il-mistrieħ.”
12
15.01.2017
kullhadd.com
FL-UE REĠA’ ŻDIED IL-FUEL
Din il-ġimgħa l-prezz medju talpetrol fl-Unjoni Ewropea tela’ minn €1.37 kull litru għal €1.38. Dak tad-diesel tela’ għal €1.25 minn €1.24. L-ogħla żidiet kienu filGreċja, fejn il-petrol għola għal €1.55 minn €1.50 l-ġimgha li għaddiet, mentri d-diesel għola minn €1.19 għal €1.28. Fil-Belġju l-prezz tal-petrol
tela 4ċ minn €1.35 għal €1.39, filwaqt li d-diesel tela’ bi 3ċ, jew minn €1.25 għal €1.28. Fi Franza l-prezz tad-diesel żdied b’5ċ, minn €1.22 għal €1.27, mentri l-petrol għola 2ċ din il-ġimgħa minn €1.39 għal €1.41. Skont tagħrif tal-Kummissjoni Ewropea hemm 13-il pajjiż bi prezz tal-petrol ogħla minn
Malta. Il-prezz f ’pajjiżna huwa orħos minn dak imħallas minn 352 miljun Ewropew, jew 7 minn kull għaxar Ewropej. Id-diesel huwa orħos minn 15-il pajjiż b’popolazzjoni ta’ 361 miljun, jew 7 minn kull għaxar Ewropej. Il-prezz medju tal-petrol flUnjoni Ewropea jlaħħaq il€1.38, 7ċ ogħla minn Malta,
mentri d-diesel huwa €1.25, 7ċ aktar minn pajjiżna. L-ogħla prezz tal-petrol huwa €1.57 fl-Olanda, jew 26ċ ogħla minn Malta, mentri l-ogħla prezz tad-diesel huwa €1.48 fl-Iżvezja, jew 30ċ ogħla minn Malta. L-istatistika tal-Kummissjoni tindika li mindu bdiet din l-amministrazzjoni
f ’Malta l-prezz tal-petrol u d-diesel naqas b’13% u 16% rispettivament. Fl-UE, ittnaqqis fil-petrol u fid-diesel kien ta’ 12%. B’kuntrast tul l-amministrazzjoni preċedenti, il-petrol kien għola b’36% u d-diesel b’35%. Dan meta flUE tul l-istess żmien iz-żieda kienet ta’ 21% fil-petrol u ta’ 17% fid-diesel.
IT-TORRI L-ABJAD SE JIEĦU L-ĦAJJA miljun ewro, fejn anke ser jinġiebu fondi mill-Good Causes Fund amministrat mill-Ministeru tal-Finanzi. Ladarba jiġi restawrat dan it-torri se jservi għal diversi għanijiet, fosthom biex isiru attivitajiet edukattivi. Dan se jkun it-tieni torri fil-Mellieħa li ser jitmexxa
minn Din L-Art Ħelwa, u għalhekk ma kinitx daqshekk diffiċli għallKunsill Lokali tal-Mellieħa biex jafda t-tmexxija ta’ dan it-torri f ’idejn din l-għaqda. It-Torri nbena fl-1658 mill-Gran Mastru De Redhin u huwa wieħed mit-tlettax-il torri mibnija
minn dan il-Gran Mastru u li kienu jdawru l-kosta Maltija minħabba attakki mill-għadu. Fis-sebgħinijiet dan ittorri żdidulu xi kmamar, liema kmamar ser ikunu qed jitwaqqgħu u jibqgħu biss dawk miżjudin fi żmien l-Ingliżi.
Ritratt: DOI - REUBEN PISCOPO
It-Torri l-Abjad, wirt storiku fil-Limiti tal-Aħrax tal-Mellieħa, għadda f ’idejn Din l-Art Ħelwa mingħand il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bil-għan li jiġi rrestawrat u jinfetaħ għall-pubbliku. Ir-restawr fuq dan it-Torri mistenni jiswa madwar nofs
kullhadd.com
13
15.01.2017
GALANTOM BI ĦWEJĠEK • L-ISKANDLI TA’ JASON AZZOPARDI Fiż-żmien li Jason Azzopardi kien Segretarju Parlamentari u Ministru tad-Dipartiment tal-Artijiet kienu diversi d-deals li saru u li bihom mar ħażin it-taxpayer. Inħarsu ftit lejn dawk li nafu bihom sa issa.
14
15.01.2017
kullhadd.com
KIF ŻVILUPPA L-KAŻ SKANDALU
Il-bini minn fejn oriġinaw dawn l-iskandli kollha
IL-FAMUŻ GARAXX LIL ERNEST TONNA
Kien b’firma ta’ Jason Azzopardi li Ernest Tonna, galoppin kbir tal-Partit Nazzjonalista, ingħata b’encroachment garaxx fil-Belt Valletta, il-lokalità fejn jgħix. Il-garaxx li Ernest Tonna ngħata b’użu bi pjaċir, kien jesa’ żewġ karozzi u jinsab f ’żona li l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), timmarka bħala “ż-żona ċentrali tal-Belt.” Garaxx f ’din iż-żona tal-Belt iġib flus tajba u t-talbiet għalih kienu bosta, fosthom minn avukati li proprjetajiet fil-Belt ifittxu bil-bosta. F’dan il-każ kien hemm kollox imħejji biex toħroġ sejħa għallinteress iżda fit-28 ta’ Frar tas-sena 2012 il-Ministru Jason Azzopardi
kien ta ordni lid-Dipartiment talArtijiet biex il-garaxx numru 86, fi Triq Melita jibda jintuża minn Ernest Tonna. Fit-talba tiegħu għal dan ilgaraxx Ernest Tonna kiteb li hu xtaq dan il-garaxx għaliex jinsab ftit ’il bogħod minn fejn jgħix hu u fid-dawl li għandu problema ta’ mobilità. Dan anke jekk kien uffiċjal tas-sigurtà u taħt il-Partit Nazzjonalista kellu iktar minn impjieg wieħed. Illum il-garaxx m’għadux għand Tonna imma dan kien wieħed mill-ewwel każi li wera li kif fi żmien li kien responsabbli Jason Azzopardi, mid-Dipartiment talArtijiet, ħa deċiżjonijiet li jqanqlu mistoqsijiet kbar.
100 ENCROACHMENT QABEL L-ELEZZJONI Fi tliet xhur qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, meta Jason Azzopardi kien Ministru, Gvern Nazzjonalista ta l-ikbar numru ta’ artijiet b’encroachment, imqabbel mal-istess perjodu fis-snin ta’ qabel. Iżda, dan ma kienx biżejjed. Għamel dan bi prezzijiet iktar baxxi mill-minimu stabbilit. Dan ukoll ħareġ minn rapport tal-awditur generali, f ’dan il-każ ippreżentat f ’Novembru 2015. Ir-rapport ħares lejn l-encroachments li ngħataw mid-Dipartiment tal-Artijiet bejn Diċembru 2012 u Marzu 2013. L-Awditur Ġenerali nnota kif il-Ministru responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet, dak iż-żmien baqa’ joħroġ il-permessi sa lejlet l-elezzjoni ġenerali. Fil-perjodu analizzat, ingħataw 25 permess ġdid. Fil- lari l-indħil ta’ Jason Azzopardi ġimgħa tal-elezzjoni nħarġu f ’sejħa ta’ garaxx f ’Santa Luċija, lokalità mid-distrett li tiegħu seba’ permessi. Wieħed minnhom saħansitra fil-jum “NAO deems the tal-elezzjoni ġenerali intervention as nnifisha. U permess unwarranted… wieħed seta’ inkluda intervention at this level numru t’encroach- should be avoided.” ments. Mill-ħdax-il permess li ħarġu flaħħar ġimagħtejn qabel l-elez- huwa deputat . zjoni, tmienja minnhom ġew Minkejja li kien hemm tiet perawtorizzati mill-eks Ministru suni oħra li esprimew interess għal din il-prorpjetà qabel, perAzzopardi. Fir-rapport li kien ippubblika, mezz tal-intervent ta’ Jason Azl-awditur innota b’mod partiko- zopardi, il-permess ħareġ lill-in-
dividwu magħżul ġ l-elezzjoni. L-Awdi għamilha ċara li ma hemm indħil ta’ d “NAO deems the i unwarranted… interv level should be avoide Bl-Ingliż, biex nu b’mod preċiż. L-Awditur Ġen anomaliji u nuqq ukoll fil-ħlasijiet ngħataw l-encroac suppost huma sta il-pajjiż tilef amm erevoli ta’ dħul fu snin.
15
15.01.2017
kullhadd.com
UŻ TAL-ART TAL-LӦWENBRÄU?
ġurnata qabel itur Ġenerali a kellux ikun din il-kwalità. intervention as vention at this ed,” kien qal. użaw kliemu
nerali nnota qasijiet kbar ta’ dawk li chments u li abbiliti, biex mont konsiduq medda ta’
13 TA’ NOVEMBRU 1990
30 TA’ NOVEMBRU 2009
3 TA’ DIĊEMBRU 2009
Il-Gvern Nazzjonalista jagħti art ta’ 21,000 metru kwadru f ’Tal-Istabal lil Löwenbräu Ltd. bil-kundizzjoni li l-art tintuża biss għal skopijiet ta’ produzzjoni ta’ xorb alkoħoliku u non alkoħoliku.
Ftehim prelimari bejn Marsovin Ltd./Agro Ltd. u Vassallo Builders sabiex Vassallo Builders tixtri l-ishma kollha f ’Löwenbräu Ltd. (LBM Breweries Ltd.) bil-patt li fiż-żmien seba’ ġimgħat jinfeda ċ-ċens u jiġu kkanċellati l-kundizzjonijiet fosthom li l-art f ’Ħal Qormi ma tintużax biss għall-produzzjoni tax-xorb.
Il-Gvern Nazzjonalista jaċċetta li jinfeda ċ-ċens imma saħansitra jbigħ id-dirett dominju, mingħajr rizoluzzjoni Parlamentari jew tender lil LBM Breweries Ltd., u llibera l-ħlas taċ-ċens u l-kundizzjonijiet kollha. Vassallo Builders Group iħallas €465,875 lill-Gvern għal din l-art.
30 TA’ JANNAR 2012
20 TA’ MEJJU 2011
23 TA’ DICEMBRU 2009
B’intervent ta’ Jason Azzopardi, flok komplew il-proċeduri legali, jinħatar kumitat ta’ tliet Periti li stmaw il-valur tat-tneħħija talkundizzjoni bil-valur tal-1990, valutazzjoni miżera ta’ €706,400. Eventwalment, l-Awditur Ġenerali jistma li l-art libera u franka fl-2012 kienet tiswa ’l fuq minn €8 miljun.
Wara mistoqsijiet Parlamentari, ilKummissarju tal-Artijiet bagħat ittra uffiċjali kontra LBM Breweries Ltd., li saret Catergroup Ltd., fejn kien mitlub li l-kumpanija tersaq biex jitħassar il-kuntratt illegali ffirmat fit-3 ta’ Diċembru 2009.
F’inqas minn xahar mill-iffirmar tal-ftehim preliminari, jiġi ffirmat il-ftehim aħħari li bih Vassallo Builders Group xtara lil LBM Breweries Ltd. (Marsovin Ltd./Agro Ltd.).
5 TA’ ĠUNJU 2012
19 DIĊEMBRU 2016
7 TA’ JANNAR 2017
Isir kuntratt bl-approvazzjoni diretta ta’ Jason Azzopardi: Il-Gvern aċċetta l-istima medjokri tal-1990 ta’ €706,400 – biex Vassallo spiċċa biex kellu jieħu mill-Gvern wara liż-żewġ proprjetajiet li ta biex iħallas bihom kellhom valur inqas.
F’rapport l-Awditur Ġenerali jgħid li Jason Azzopardi għandu jerfa’ r-responsabbiltà politika.
Il-Ministru Owen Bonnici jiżvela li Jason Azzopardi kien wiegħed kompromess lil Żaren Vassallo qabel il-ftehim tal-2012.
IL-FEKRUNA B’GĦADD TA’ MISTOQSIJIET X’JITWIEĠBU
Ċertu Raymond Vella akkwista biċċtejn art bis-saħħa tal-eks Ministru Jason Azzopardi. Dawn jinsabu fisSwieqi u l-Kappara, San Ġwann. Dan f ’deal b’valur ta’ €4.3 miljun milħuq ftit qabel l-elezzjoni ġenerali. L-artijiet Vella kien ħadhom bi tpartit għal biċċa art mitluqa li kellu fil-Fekruna x-Xemxija. L-artijiet fi prime site ġewwa l-Kappara u s-Swieqi huma kbar daqs tliet kwarti ta’ grawnd tal-futboll. B’kollox dawn iż-żewġ artijiet huma kważi ħames darbiet akbar mill-art li Vella, partitarju Nazzjonalist tal-qalba, kellu fl-inħawi tal-Fekruna. Fil-fatt l-art fixXemxija hija kbira 1,443 metru kwadru mentri l-art ijiet fis-Swieqi u l-Kappara huma kbar 2,635 u 3,012il metru kwadru rispettivament. Li jfisser li l-biċċtejn art fabbrikabbli li akkwista Vella bis-saħħa ta’ Jason Azzopardi huma 4,204 metru kwadru t’art ikbar millart tal-Fekruna. B’hekk bis-saħħa tal-ftehim li għamel mal-eks Ministru Jason Azzopardi, Vella ħa biċċtejn art li jesgħu ħdax-il proprjetà lussuża. Dwar dan hemm rapport tal-Awditur Ġenerali x’jinħadem.
KISBA B’NEGOZJATI MBAŻWRA
Deal ieħor li l-Gvern ma tantx mar tajjeb minnu u li ma sarx bil-livelli xierqa ta’ trasparenza kien l-akkwist ta’ bini mingħand l-HSBC fil-Belt Valletta. Bħal fil-bejgħ jew kiri jew encroachments lanqas fix-xiri ma morna tajjeb b’Jason Azzopardi. L-Awditur Ġenerali għamel rapport dwar dan id-deal fejn skont il-kuntratt tal-bejgħ, datat 22 ta’ Diċembru 2011, kien ilaħħaq iż-€2,220,000. Filwaqt li l-Gvern kellu wkoll iħallas lill-HSBC subċens annwali ta’ €69,071 għallproprjetà, rivedibbli b’10 sa 30 fil-mija kull ħames snin. Fir-rapport aħħari tiegħu l-Awditur Ġenerali wera l-fehma li l-identifikazzjoni tal-proprjetajiet ma saritx b’mod trasparenti. Emfasizza li kellu jkun hemm proċess aktar miftuħ ta’ akkwist. Saħansitra f ’paġna tmenin tar-rapport estensiv tiegħu, l-Awditur Ġenerali qal li l-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba
kienu jeħtieġu li jsiru attentati biex wieħed janalizza s-suq u jara jekk kienx hemm proprjetajiet simili li jindirizzaw il-ħtieġa tal-Gvern u forsi setgħu jinxtraw bi prezz iktar vantaġġjuż, xi ħaġa li ma kinetx il-każ. L-Awditur Ġenerali nnota kif imxew ukoll in-negozjati. Qal li dak li sar mill-Grupp tan-Negozjar kien wieħed difettuż minn aspetti varji. L-attenzjoni tal-Uffiċċju nġibdet lejn l-irwol tal-Grupp tan-Negozjar li wassal lill-Gvern biex jaqbel li jakkwista l-proprjetajiet fuq bażi tale quale għal €2,360,000. L-Awditur Ġenerali nnota kif saħansitra kien hemm nuqqasijiet fid-dokumentazzjoni li juru nuqqas ta’ kontabbiltà u trasparenza mistennija fi tranżazzjonijiet bħal dawn. Saħansitra l-Grupp tan-Negozjar naqas milli jistabbilixxi l-kundizzjoni vera tal-proprjetajiet. Dan ukoll kien responsabbli għalih Jason Azzopardi.
16
15.01.2017
kullhadd.com
TĦALLA JAQA’ BIĊĊIET • DALWAQT IL-BIDLIET IL-KBAR BIEX ID-DIPARTIMENT TAL-ARTIJIET JINGĦATA ĦAJJA ĠDIDA Tipprova ssolvi l-kobba mħabbla li fiha ħalla lidDipartiment tal-Artijiet, Gvern Nazzjonalista, illum hemm is-Segretarju Parlamentari, Deborah Schembri. Ftit ġimgħat qabel jidħlu fis-seħħ bidliet importanti ma naqsitx milli tirreferi għas-sitwazzjoni li dan il-Gvern sab fid-Dipartiment. Schembri saħqet li d-Dipartiment tal-Artijiet tħalla friżat fi żmien fejn tidħol l-istruttura tiegħu. “Xi ħaġa li dan il-Gvern dalwaqt jibdel bil-liġi l-ġdida tal-Awtorità tal-Artijiet li se tiġi fis-seħħ din issena,” qalet Schembri li tat numru ta’ eżempji ta’ kif idDipartiment tħalla jaqa’ lura. “Meta d-dinja diġitali ttrasformat l-operat ta’ kull settur, id-Dipartiment tal-Artijiet tħalla fil-limbu għalkemm inxtrat sistema fi żmien l-Onorevoli Jason Azzopardi. Sistema li swiet l-eluf. Din ma kinitx qed topera kif suppost u l-affarijiet li kienu qed jiffunzjonaw jammontaw għal perċentwal żgħir millpotenzjal li kellha din issistema. Kien dan il-Gvern li ra li l-affarijiet jittranġaw u jibda jieħu l-beneficcji li kien qed iħallas għalihom. Fi żmien Jason Azzopardi kien imwiegħed ukoll proċess ta’ diġitalizzazzjoni tal-files. Xi ħaġa oħra li ma saritx. Meta kulħadd għaddej bl-ismart phones u bit-tablets u fl-era tal-apps fuq il-mobiles, idDipartiment tal-artijiet għadu bil-files marbutin b’żigarelli u l-minuti miktubin bl-idejn,” qalet Schembri li fissret kif il-Gvern se jkun qed jara li din d-diġitalizzazzjoni tidħol fis-seħħ. Fissret kif kien hemm bżonn ta’ awditjar millqrib tal-proċessi sabiex ilpoplu Malti jserraħ moħħu li l-art tiegħu tkun trasferita b’mod ġust. “Però qatt ma ġie maħtur awditur intern fl-istess Dipartiment. Kien hemm bżonn ta’ cheques and balances, trasparenza u kontabilità li Jason Azzopardi m’għamel xejn konkret biex jiġu fis-seħħ,” qalet Schembri li fissret li ma’ dan kollu mbagħad trid iżżid l-għadd ta’ deċiżjonijiet skandalużi li smajna dwarhom fl-aħbarijiet. Deborah Schembri żiedet li kien hemm bżonn ukoll illi ssir xi ħaġa biex jinġabru l-flus dovuti lill-Gvern. “Jien infurmata li salbidu ta’ din il-leġiżlatura Jason Azzopardi ħalla ċirka €5,000,000 fi ħlasijiet mhux miġbura u li tħallew jaqgħu
Meta d-dinja diġitali ttrasformat l-operat ta’ kull settur, id-Dipartiment tal-Artijiet tħalla fil-limbu għalkemm inxtrat sistema fi żmien l-Onorevoli Jason Azzopardi. Sistema li swiet l-eluf
preskritti fi żmienu. Biex tgħaxxaq kien hu stess li ħareġ jikkritika miżuri li għamel dan il-Gvern biex jara li dan ma jibqax jiġri,” qalet Schembri.
Lejn bidliet importanti
lil ta’ qablu, għalkemm ifittex ġustizzja. “Dan il-Gvern imbarka fuq riforma li se tibdel kemm l-istruttura li biha kien imexxi amministrattivament id-
Iżda, is-Segretarju Parlamentari sostniet li dan ma kienx biżejjed. Il-Gvern mhux se jieqaf billi jikkritika
JIEĦDU ART U JIFFRANKAW €425,000
Hemm kwistjoni oħra li f ’deċiżjoni oriġinali fll-Awditur Ġenerali intal- 2006 u f ’appell fl-2009 ab jivestiga. Din hi kwist- intqal li din il-parti għandjoni marbuta ma’ blokka ha titwaqqa’. Iżda, fl-2010 appartamenti fuq il-kosta id-Dipartiment tal-Artif ’San Ġiljan. Id-Di- jiet iddeċieda li din l-art partiment joħroġha t a l - A r t i - “Xi ħaġa li b’sejħa. jiet kien tat tama Xi ħaġa li ħa l-Qorti tat tama lis-sidien ta’ lill-iżviluppaturi lill-iżvilupli abbużaw kumpanija paturi li abli l-blokka minn dik l-art” bużaw minn tal-appartadik l-art. menti tagħhom baqgħet Kumpanija ta’ Vincent dieħla fuq art pubblika. Farrugia, Eighty Two LimGħal darba darbtjen, ited, offriet somma baxxa
ta’ €192,225. Dan meta d-Dipartiment tal-Artijiet kien qed jitlob €950,000. Il-kumpanija argumentat lil mhux ġust u bħal fil-każ tal-Löwenbräu kien appuntat kumitat biex joħroġ b’evalwazzjoni. Bl-approvazzjoni ta’ Jason Azzopardi l-art marret għal €525,000 mingħajr ma ħarġet sejħa għall-offerti kif oriġinarjament maħsub. B’hekk min għamel tiegħu art pubblika kontra l-liġi spiċċa franka iktar minn €425,000.
Dipartiment tal-Artijiet kif ukoll bidla fil-metodu ta’ kif jaħdem id-Dipartiment. “F’Ġunju 2016 il-Gvern għadda liġi li se tara d-Dipartiment jinbidel f ’Awtorità bi struttura ġdida fejn se jkun hemm Bord ta’ Gvernaturi magħmul minn professjonisti varji u se jkun hemm ukoll Kap Eżekuttiv biex jara l-ħtiġijiet ta’ kuljum tal-Awtorità. Se jkun hemm introduzzjoni wkoll ta’ awditur intern, dan ma jneħħi xejn mill-protezzjoni li kienu joffru l-Awditur Ġenerali, il-Kummissarju Kontra l-Korruzzjoni u l-Kummissarju tal-Pulizija sal-lum. Iżda se jkun qiegħed hemm biex joffri saff ta’ sigurtà addizzjonali biex l-affarijiet jitmexxew sew,” fissret Schembri. Żiedet li se jkun hemm ukoll konsolidazzjoni tal-liġijiet li għandhom x’jaqsmu malartijiet tal-Gvern u sistema aktar trasparenti. “Se nħaddnu politika li toffri bil-wisq aktar kontabilità ta’ kif isiru l-valutazzjonijiet tal-art. Dan minbarra d-diġitalizzazzjoni tas-sistema biex tqarreb aktar l-operat tal-Awtorità lejn ilpoplu,” spjegat Schembri. Hawn tenniet li l-intenzjoni hi li kulħadd ikun jaf l-informazzjoni dwar l-art talGvern u l-intenzjoni tal-Gvern dwar x’għandu jsir minnha. “Din ir-riforma mhijiex waħda żgħira. Hija riforma li tindirizza problemi li jakkumulaw għal deċenji ta’ snin. Però dan il-Gvern huwa konvint li qabad irrotta sabiex jagħmel minn din l-Awtorità waħda vijabbli li taqdi l-ħtiġijiet tal-poplu, amministrata b’ġustizzja, trasparenza u kontabilità,” temmet is-Segretarju Parlamentari Schembri.
17
15.01.2017
kullhadd.com
F’WIĊĊ IT-TFAL TAS-SIRJA JEĦTIEĠ NARAW WIĊĊ ULIEDNA MIRIAM
DALLI MEP
Ġie f ’idejja Aleppo’s History in Pictures – ktieb b’ġabra ta’ ritratti li jitfgħu dawl fuq l-istorja t’Aleppo lura fis-snin, l-istorja ta’ belt li fiha kienu jgħixu ’l fuq minn żewġ miljun ruħ, u li xi darba kienet fost l-ikbar bliet Sirjani. Kienet il-belt li fiha kienet iddur ir-rota tal-industrija u s-settur finanzjarju. Kienet tilgħab sehem importanti fl-ekonomija Sirjana. Min kellu jgħid lil niesha minn xiex kellha tgħaddi dil-belt - gwerra ta’ terrur li faqqgħet ħames snin ilu f ’Lulju tal-2012. Niesha u dil-belt spiċċaw jiżfnu fi gwerra ċivili bejn is-suldati li jappoġġjaw lill-President tas-Sirja, Bashar al-Assad, u grupp ta’ ġellieda, magħrufa bħala ribelli, li ma jixtiqux lil al-Assad ikun fit-tmexxija tal-pajjiż. Strateġikament, ir-ribelli okkupaw nofs belt u s-suldati talGvern okkupaw in-naħa l-oħra. U l-irġiel, in-nisa u t-tfal, jiżfnu f ’nofshom b’nuqqas t’ikel u
fjuwil. U djarhom, l-isptarijiet u l-iskejjel taħt assedju kontinwu b’mijiet spiċċaw tilfu ħajjithom intortament matul il-bombardamenti. Filwaqt dawk li jsejħu lilhom infushom bħala r-ribelli ħadu l-liġi b’idejhom, kien agħar għall-forzi tal-Gvern li jipproċedu kontrihom mingħajr ma jġibu quddiem għajnejhom li mar-ribelli kien hemm l-innoċenti. Bis-sitwazzjoni dejjem tilħaq livelli baxxi, kont ingħaqadt ma’ 65 Membru Parlamentari Ewropew u f ’ittra lir-rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u l-mexxejja tal-Istati Membri appellajna għal inizjattivi ġodda biex inkunu ċerti li dawk responsabbli mill-atroċitajiet jinżammu responsabbli u jħallsu prezz. Fost l-oħrajn, appellajna biex jidħol fis-seħħ is-sehem ta’ Prosekutur Speċjali għan-Nazzjonijiet Magħquda għax ma jistax ikun li nibqgħu nippermettu l-atroċitajiet daqslikieku mhu jiġri xejn. Appellajna wkoll lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda biex jirreferi s-sitwazzjoni fis-Sirja quddiem il-Qorti Internazzjonali Kriminali. Iżda, fin-nuqqas t’azzjoni konkreta mill-Kunsill imsemmi nemmnu li l-Unjoni Ewropea għandha taħdem biex jidħol fis-seħħ is-sehem ta’ Prose-
Id-dinja kollha jeħtieġ tqum maċ-ċittadini f’Aleppo, li żgur li ma kinitx l-għażla tagħhom li jispiċċaw f’dis-sitwazzjoni
kutur Speċjali Jeħtieġ li għan-Nazzjonin-Nazzjonijiet Magħquda jiet Magħqu– mekkaniżmu da u s-Soċindipendenti jetà tas-Salib ta’ investigazzl-Aħmar – joni li għandu żewġ orgajkun stabbilit nizzazzjonimill-Assemjiet li jaħdmu blea Ġenerali qatigħ biex tan-Nazzjonijiet jipproteġu Magħquda. Dan ċittadini li qed għandu jingħajgħixu f ’postita mandat biex jiet fil-gwjinvestiga l-atroċitajiet li saru u erer – jingħataw widen. Mhux jħejji każijiet ta’ prosekuzzjoni biss l-Istati Membri tal-Unjoni mingħajr ma jippreġudika dak li Ewropea. jinstema’ quddiem il-Qorti. Id-dinja kollha jeħtieġ tqum
maċ-ċittadini f ’Aleppo, li żgur li ma kinitx l-għażla tagħhom li jispiċċaw f ’dis-sitwazzjoni. Fosthom it-tfal, li kienu fost l-aktar affettwati f ’din il-gwerra ċivili u li jeħtieġ li meta nħarsu lejn wiċċ dawn it-tfal tas-Sirja, naraw wiċċ uliedna. Forsi l-ġuħ u l-għeja jinsewha, imma ċerta li t-trawma li għaddew minnha żgur li se tibqa’ magħhom ħajjithom kollha. J’Alla l-Komunità Internazzjonali tqum għar-realtajiet kiefra bħalma nsibu fis-Sirja iżda mhux biss, u tipproteġi lil dawk l-aktar vulnerabbli f ’dawn iż-żoni ta’ konflitt.
INNEĦĦU L-MIBEGĦDA MID-DIZZJUNARJU JANICE
BARTOLO
Editur one.com.mt
Skont id-dizzjunarju ta’ Merriam-Webster, il-mibegħda hija sens ta’ ostilità qawwija jew antipatija lejn xi ħadd jew xi ħaġa, li normalment ġejja millbiża, rabja, jew sens ta’ uġigħ. Dak li qed naraw bħalissa fix-xena politika Maltija huwa eżerċizzju ta’ espressjoni ta’ mibegħda, u nemmen li laħaq livell perikoluż ħafna. Se niffoka b’mod partikolari fuq il-blogs dwar kitba politika, fejn nemmen li lħaqna l-massimu tal-ostilità u l-antipatija. Sa ftit taż-żmien ilu, konna nħarsu lejn nies bħal Daphne Caruana Galizia u nistagħġbu bil-livell ta’ kitba u kemm din kapaċi tagħmel ħsara. Jekk xejn, ir-rapport tat-telfa tal-Partit Nazzjonalista stess għaraf li din it-tip ta’ kitba ikkontribwixxiet għall-aħħar tel-
fa fenomenali li ġarrab il-PN. nagħmlu distinzjoni bejn Ġara però, li anke l-Par- skrutinju u espressjoni pura ta’ tit Laburista rikeb fil-karru mibegħda. Hemm bżonn nies ta’ din it-tip ta’ kitba. Sibna li jiskrutinizzaw l-Oppożizzruħna f ’ġungla letterarja fejn joni wkoll, mhux biss nies li waħda tikteb, l-ieħor iwieġeb. jagħmlu parti mill-Gvern u Kieku ma li jikkritikaw jkun fiha xejn lill-partit opħażin kieku post għax pert-tip ta’ kitba Nagħżel li nkun mezz t’hekk tkun satirijiksbu l-punti ka, niggieża simplistika, u huma. Jew u veritiera, ngħid li wisq jiskrutinizzaw għalkemm jaf lill-Oppożizznibża’ li jekk tweġġa’. joni għax Jekk ikolli għandhom nkun ones- se nkomplu interess li ta, nemmen li niddiġerixxu l-partit li jinshemm bżonn abu fih jibqa’ blogging u kitba ta’ natura fil-Gvern. bloggers li aggressiva, Hawn natgħandhom uralment i l - k u r a ġ ġ se jkollna wieħed jista’ li jgħiduha raġunament jgħidli li faċli eżatt kif inhi. nikkritika, jien Hemm bżonn aggressiv fost li minn jaf kittieba li ma kemm nikteb il-poplu jibżgħux li se artikli u ġrejt jiksru xi linja bil-mikrofoni, editorjali marnistaqsi dobuta ma’ ħtiġijiet kummerċjali mandi pjuttost kiefra u maħsujew marbuta ma’ lealtajiet li jx- ba mill-partit politiku li tiegħu ekklu l-kitba ħielsa. jien nagħmel parti. Vera. Hemm bżonn nies li jiskruMa jfissirx, però, li ma tinizzaw dan il-Gvern il-ħin nagħrafx il-ħtieġa ta’ kittieba kollu. Però nemmen li wasal- tajba indipendenti. Tgħiduna f ’punt fejn mhux kapaċi li m’hemmx it-Times, l-In-
dependent, il-MaltaToday eċċetra? Vera wkoll, imma meta nara l-mod kif isir ir-rapportaġġ kultant, nitħasseb. Kont fuq il-programm Pjazza flimkien mal-editur tat-Times online din il-ġimgħa, u argumenta li dak li jagħmlu Ministri fil-Gvern huwa aktar importanti minn dak li jagħmlu membri mill-Oppożizzjoni. Hekk hu infatti, imma jekk irridu nitkellmu fuq korruzzjoni, hemm bżonn li nitkellmu fuq korruzzjoni, u mhux inkunu selettivi f ’kemm se nagħmlu domandi jew nagħtu prominenza lil naħa politika u oħra le. Kien hemm drabi oħra meta dawn il-ġurnali stess ikkwotaw huma stess lill-bloggers fejn ikun hemm festa ta’ mibegħda. Jien naħdem għal stazzjon li għandu aġenda iddikjarata. Ġurnalisti li jaħdmu manNET, in-Nazzjon u Radio 101 għandhom aġenda ddikjarata huma wkoll. Min isegwi lilna, ikun qed jagħmel għażla konxja. Min jixtieq jasal għal konklużjonijiet tiegħu hu, idur għall-mezzi tax-xandir indipendenti u għall-bloggers, u għalhekk qed ninkludihom f ’pezza waħda u għalhekk nemmen li huma kruċjali
f ’pajjiżna. Nixtieq nara lil pajjiżi sejjer ’il quddiem. L-istorja turi li l-mezzi tax-xandir għandhom effett fuq dak li jaħseb il-poplu, għalkemm hemm dibattitu qawwi u argumenti filosofiċi ħafna dwar x’tip ta’ effett, kif jitkejjel, u elf punt ieħor. Nagħżel li nkun simplistika, u ngħid li wisq nibża’ li jekk se nkomplu niddiġerixxu kitba ta’ natura aggressiva, se jkollna raġunament aggressiv fost il-poplu. Biex inkun preċiża, l-aħjar ngħid għal xiex qed nirreferi meta nikteb fuq kliem ta’ mibegħda. Qed nirreferi għallgħażliet romantiċi ta’ persuna. Għall-ħxuna, l-inxufija, jew kwalukwe aspett fiżiku tagħha. Għalfejn marret tiekol u x’libset, meta dan m’għandu x’jaqsam xejn mal-irwol tagħha. Għall-allegazzjonijiet li jibqgħu bla bażi, basta tkun inxterdet żerriegħa ta’ dubju dwar il-karattru tal-persuna. B’din il-kitba, konxja li ma jien se nsolvi xejn. Imma jekk xejn noħloq kuxjenza biex il-poplu jibda jagħraf li dak li qed jiġri huwa ħażin. Forsi meta l-poplu jaqra, jixtarr, u qabel jagħfas share, jaħsibha darbtejn.
18
15.01.2017
kullhadd.com
MID-DJARJU TA’
NAZJU N-NAZZJONALIST kien hemm min ta parir lil Simon biex jaċċetta lil Salvu Mallia bħala kandidat, għax jien ċert li ma Erġajna koppi! Jason Azzopardi jerġa’ fl- kinitx deċiżjoni ta’ Simon, għax Simon mhuwiex aħbarijiet minħabba dik l-imniefaħ biċċa art f ’Ħal daqshekk ċuċ! Qormi li ngħatat lil Żaren Vassallo. Żgur li talLabour mhux se jieqfu jitolbu lil Simon iġiegħel lil Jason jerfa’ r-responsabbiltà kif qallu l-Awditur IT-TLIETA, 10 TA’ JANNAR Ġenerali. Imma jkolli ngħid li Simon għandu jdejh marbuta. Żgur li f ’dil-ħaġa Jason ma kienx X’ma jibżax il-Prim Ministru Joseph Muscat waħdu. Dwar Żaren Vassallo qegħdin nitkellmu jiffaċċja lil Simon tagħna f ’dibattitu, kif qalilna u mhux dwar Nazzju n-Nazzjonalist. Mhux għax l-partit illum fi stqarrija! X’ma jibżax Joseph mhux Nazzjonalist daqsu u aktar minnu, imma Muscat meta qiegħed imexxi Gvern fallut jien lanqas biss niflaħ nixtri ċedola waħda, aħseb għalkollox! Kieku kellu jaċċetta l-isfida u jiltaqa’ f ’dibattitu ma’ Simon, Joseph Muscat żgur li u ara kemm nagħti eluf kbar lill-partit! jsibha diffiċli jitkellem dwar l-ekonomija, dwar il-qasam tal-impjiegi, dwar it-turiżmu, dwar l-edukazzjoni, u dwar is-saħħa. M’għandi l-ebda IL-ĦADD, 8 TA’ JANNAR dubju li Simon jgħidlu li l-ekonomija kibret bisKemm ħa pjaċir Simon li mlejna s-sala tal-każin saħħa tal-PN u li l-qgħad naqas bis-saħħa taltal-Ħamrun! Ħallieha li mhux xi sala kbira u li aktar PN. U fejn ma jasalx, jivvinta xi gidba bħal dik kien hemm deputati u kandidati milli partitarji, li fl-isptar hemm pazjenti bl-H1N1 u li l-Kap imma l-aqwa li Simon ħa gost jaraha mimlija. U Eżekuttiv tal-isptar irriżenja. Għalkemm ikolli x’diskors għamel! Għoġbitni ħafna t-taqbila mas- nammetti li dan il-gideb ma naħsibx li qiegħed slaten maġi! Għalkemm ikolli ngħid li meta għedt jagħmillu ġid lil Simon tagħna. hekk lil Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, xejn ma qabel miegħi. Tant waqqagħni down li lanqas naf x’beda jgħidli fuq għaġeb u mhux għaġeb tal-presepju. L-ERBGĦA, 11 TA’ JANNAR Ikolli ngħid li Ġorġ m’għadux in-Nazzjonalist li kien sa ftit ilu. Sar jimpurtah bih biss minn kemm Lanqas qatt ma kont nobsor li Simon tagħna, sejjer tajjeb in-negozju tiegħu. Lanqas dwar il- wara dak kollu li għamel biex issehibna fl-Unjoni wiegħda ta’ taxxa ta’ 10% ma jrid jisma’. Ewropea kellu jispiċċa jgħajjar lill-istess Unjoni Ewropea. Mhux għax m’għandux raġun, tafx! Anzi għandu raġun biex ibiegħ, għax ngħid IT-TNEJN, 9 TA’ JANNAR għalija, jien kont qed nistenna li dawn ifakkru lil Joseph Muscat li Malta għandha l-presidenza Ara fiex ġabna Salvu Mallia! Wassalna fl-aħbarijiet tal-Unjoni Ewropea grazzi għal Simon tagħna u internazzjonali bil-President tas-Soċjalisti l-kbir Eddie, mela jiġu hawn u ħlief ifaħħruh ma Ewropej jikkundannana talli Salvu ddeskriva lil għamlux. U biex ikomplu jitfgħu l-melh fuq ilAdolf Hitler bħala mexxej progressiv ħafna. U ferita għadu jfaħħruh ukoll fuq il-Power Station biex tgħaxxaqha, dan il-President tgħidx kemm tal-gass u faqgħu l-bużżieqa li Simon tagħna ilu għajjar lil Simon. Kważi kważi wasal biex qallu dak jipprova jonfoh għal tliet snin sħaħ jekk mhux li kien qallu Salvu Mallia, jiġifieri li hu m’għandux aktar ukoll. Mhux biss, imma qed nibża’ li boċċi, għax mhux kapaċi jiddixxiplina lill-kandidat faqgħulna wkoll il-bużżieqa tal-Panama. X’ma tiegħu stess. Ħeqq, m’hemmx x’tagħmel, ladarba jirrabbjax Simon tagħna. IS-SIBT, 7 TA’ JANNAR
IL-ĦAMIS, 5 TA’ JANNAR Sewwa għedt li Marthese Portelli ma kellhiex għalfejn tippoppa sidirha lbieraħ u ssejjaħ lill-ġurnalisti biex imbagħad lanqas biss kienet kapaċi twieġeb mistoqsijiet sempliċi, fosthom meta kienet mistoqsija jekk tagħtix garanzija li b’Simon Prim il-kontijiet taddawl u tal-ilma, ma jgħolewx. Ara x’ġara issa. Tal-Labour ħadu vantaġġ u qegħdin jgħidu li aħna rridu nreġġgħu l-arloġġ lura. Li kont jien minflok Simon, inwarrabha lil Marthese, imma wisq nibża’ li Simon għandu l-istess problema li kellu Lawrence qablu. M’għandux minn fejn jagħżel! Għalkemm jien ma nara l-ebda problema li kieku minflokha jaħtar linNutar Tony Abela, li kien jiġbrilna tant eluf ta’ ewro mill-coffee mornings. Fuq kollox dak b’idu vojta għadu! IL-ĠIMGĦA, 6 TA’ JANNAR Ikolli ngħid li s-sena l-ġdida, xi ftit jew wisq, se tkun repetizzjoni tas-sena li għaddiet. Se jkollna wisq aħbarijiet tajbin għall-pajjiż, imma mhux għall-partit li jien imsemmi għalih. Għax hija aħbar sabiħa għall-pajjiż li l-qgħad naqas b’1,700 u li kien hemm mediċini li l-prezz tagħhom roħos b’70%. Ovvjament, għall-partit tagħna, dawn mhumiex aħbarijiet sbieħ. Imma jien xorta waħda ma naqtax qalbi. Għandi fiduċja sħiħa f ’Simon tagħna. Jaf x’għandu jagħmel, u jaf ukoll x’m’għandux jagħmel. Jaf, pereżempju, li dwar il-qgħad u l-impjiegi m’għandux jitkellem, u hekk qiegħed jagħmel. Keep it up, Simon. Jien warajk.
TURBULENZA FIL-POLITIKA ANTHONY
AGIUS DECELIS
MEMBRU PARLAMENTARI LABURISTA
Għaddiet sena oħra minn fuqna, sena li kienet mimlija daqs bajda kemm fix-xena lokali kif ukoll fix-xena internazzjonali. Sena li filverità ħalliet ħafna frott fil-ħidma tal-Gvern b’risq il-poplu Malti. F’din issena komplejna nibnu fuq dak li għamilna fis-snin l-imgħoddija fejn saħħaħna l-istrutturi finanzjarji talpajjiż. Sena fejn saħħaħna wkoll l-istituzzjonijiet talpajjiż lejn aktar trasparenza u kontabilità fl-isfera
politika. Inħoss li f ’din l-art qatt ma kellna Gvern li ħadem daqshekk biex insaħħu l-istruttura fl-oqsma tal-governanza. Kellna kritika minn diversi oqsma fl-isfera lokali fejn kien hemm min kien ġustifikat fil-kritika tiegħu, u bħala Gvern smajna din il-kritika kif inhu mistħoqq. Għalaqna s-sena bi ħtif ta’ ajruplan, li spiċċa b’wiċċ ilġid. Kien hawn min kien xettiku dwar dan il-ħtif u dan għaliex ma spiċċax fi traġedja kif donnu hawn minn xtaq. Rajna kif ir-Renju Unit ivvota biex iħalli l-Unjoni Ewropea, sitwazzjoni li tafettwa lil kull Membru Stat fl-Unjoni Ewropea kif ukoll lir-Renju Unit. Deċiżjoni li rridu niffaċċjaw bħala pajjiż speċjalment bil-Presidenza tal-Unjoni li bdiet fil-bidu
tas-sena 2017. Rajna wkoll kif il-poplu Amerikan ivvota għall-ħatra ta’ President ġdid, Donald Trump, li se jieħu t-tmexxija tal-Istati Uniti fi ftit ġranet oħra. Rajna kampanja mimlija kontroversja waħda wara l-oħra. Kampanja mimlija tfigħ ta’ tajn u ħmieġ. Rajna ukoll kif l-Istat Islamiku ħa responsabbiltà ta’ diversi attakki li saru flEwropa, attakki li huma intenzjonati biss biex iwerwru lill-pubbliku in ġenerali u jfixklu l-ekonomija ta’ pajjiż. Attakki li ma jilħqu l-ebda skop ħlief li jsaħħu l-ħsieb tal-popli, biex jingħaqdu kontra kull ma jkun qiegħed ixekkel il-paċi li ngħixu fiha. Rajna ħafna turbulanzi li kollha jħallu l-effetti tagħhom, effetti negattivi kif ukoll pożittivi. Biss hawn
hu l-għaqal, li minn ħaġa negattiva dejjem irnexxielna nieħdu l-pożittiv biex nagħmlu l-ħajja aktar faċli u feliċi għall-poplu tagħna. Issa bdejna s-sena 2017, sena fejn fl-ewwel sitt xhur bħala pajjiż se nieħdu f ’idejna t-tmexxija tal-Unjoni Ewropea. Dan l-avveniment se jservi biex Malta tkun il-protagonista fl-Ewropa. Mhux se nkunu passivi imma se nkunu qegħdin noħolqu diskussjoni sħiħa dwar ’il futur tal-Unjoni Ewropea u dwar il-pożizzjoni li għandna nieħdu fix-xena politika internazzjonali, proċess li għad irid jibqa’ jissemma għaliex minflok mxejna wara ħaddieħor morna għal l-pożizzjoni tat-tmexxija. Biss ibqgħu ċerti li bħala Gvern mhux se nkunu ffukati biss fuq din il-Presidenza imma se nkomplu wkoll
nibnu u ninvestu f ’pajjiżna. Taqtgħux qalbkom għandna l-kapaċità li nagħmlu dan, għandna mexxej ħabrieki u grupp ta’ nies, li jaħdmu miegħu, kapaċi. Aħna qatt ma morna ngħidu li ma għandniex talent fil-partit jew grupp Laburista, dak ilkliem qalu ħaddieħor, u li ironikament, xorta mar għallgħażla tal-poplu mingħajr talent u sfortunatament baqa’ bi grupp bla talent. Inżommu saqajna mal-art, u hekk qegħdin nagħmlu għaliex mill-ewwel ġurnata li bdejna sal-lum żammejna l-kuntatt mal-poplu: B’laqgħat ta’ diskussjoni pubbliċi, laqgħat tal-kabinett fil-kunsilli lokali u laqgħat fil-pjazez u fl-irħula tagħna kull nhar ta’ Ħadd. Naħseb li qatt ma kien hawn Gvern talpoplu u għall-poplu bħalma hu l-Gvern illum il-ġurnata.
19
15.01.2017
kullhadd.com
TMEXXIJA ĦAŻINA F’SAN PAWL IL-BAĦAR MARIO
FAVA President Sezzjoni Kunsilliera PL
It-tmexxija Nazzjonalista, fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, kompliet turi nuqqasijiet gravi fl-operat amministrattiv tagħha. Mhux biss, imma anki issa, wara sentejn ta’ tmexxija, għadu jidher bl-aktar mod ċar il-partiġjaniżmu politiku li bih qed jimxi l-Kunsill. Partiġjaniżmu li qed iwassal biex jikbru l-ilmenti tar-residenti. Jidher biċ-ċar li din l-attitudni tal-kunsilliera Nazzjonalisti se tkompli fis-sentejn li ġejjin fejn huwa evidenti li l-intenzjoni tagħhom hija li ma jagħmlu xejn mid-doveri tagħhom u jwaħħlu fil-Gvern li mhu qed jagħmel xejn fil-lokalità. Sal-aħħar ta’ Diċembru li għadda kellhom skuża oħra li issa ma jistgħux jibqgħu jġibu, dik li m’għandhomx biżżejjed fondi. Din illitanija issa ma tistax tibqa’ titwemmen, iktar u iktar issa li, minn Jannar li ġej, il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar se jibda jkollu €400,000 żejda malallokazzjoni li kellu fis-snin ta’ qabel. Il-Kumitat Amministrattiv ta’ Burmarrad Kif forsi jafu ħafna minnkom, barra t-68 Kunsill Lokali, f ’Malta għandna ukoll 16-il Kumitat Amministrattiv, li wieħed minnhom huwa fil-konfini ta’ San Pawl il-Baħar, dak ta’ Burmarrad. Is-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar, Graziella Galea, bint id-Deputat Nazzjonalista, Ċensu Galea, lanqas biss tindenja ruħha tara li dan il-Kumitat Amministrattiv jiltaqa’ kif stipulat fil-liġi, sabiex imexxi ’l quddiem l-aġenda u l-bżonnijiet tar-residenti li joqogħdu f ’dan il-hamlet. Daqstant, jinteressahom mill-interessi ta’ dawn ir-residenti l-kunsilliera Nazzjonalisti. Dan ilKumitat, ilu ma jiltaqa’ u japprova l-minuti għal iktar minn 18-il xahar. Dan biex ma nsemmux il-fatt li fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill ma jidhru l-ebda minuti jew
aġenda tal-laqgħat li saru u suppost saru. Dan bi ksur ċar tal-liġi li biha huma marbutin dawn il-Kumitati Amministrattivi. Il-kunsilliera Laburisti, proprju fis-seduta talKunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, li saret fl-ewwel ġimgħa ta’ Jannar, ressqu dan għall-attenzjoni talKunsill. Dan gie konfermat minn email mibgħutha minn Simone Aqulina, membru fil-Kumitat Amministrattiv, lis-Sindku, Graziella Galea, fejn uriet it-tħassib tagħha illi għal-laqgħat imsejħa dejjem qed ikunu biss żewġ membri u allura ma jsirux għaliex ma jkunx hemm kworum. Hija tenniet li bħalma kienet kitbet diversi drabi f ’email preċedenti, ilmembri ta’ dan il-Kumitat m’għandhomx interess li jattendu u tagħmel referenza partikolari għall-membri tal-Partit Nazzjonalista fejn tgħid li anki l-membru f ’isem il-Partit Laburista, Roderick Galea, attenda ferm iktar laqgħat minnhom. Quddiem xenarju bħal dan, il-kunsilliera Laburisti, permezz tal-kunsillier Alfred Grima, irrimarkaw li l-aħħar laqgħa tal-Kumitat Amministrattiv kienet sena u tliet xhur ilu, fejn saru biss għaxar laqgħat u li minnhom ħamsa biss għandhom ilminuti uffiċjali. Huwa rrimarka wkoll li skont ilproċeduri, dmir iċ-Ċermen huwa li jaġġorna lill-Kunsill Lokali b’dak li jkun għaddej. Huwa anki staqsa għaliex bħala Ċermen, Ms. Aquilina ma sejħitx il-laqgħat skont kif jitolbu l-proċeduri. Fid-dawl ta’ dan, ilkunsillier Grima, issekondat mill-kunsillier Ray Tabone, ippropona li għandu jittieħed vot sabiex il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, iressaq talba formali lill-Ministru konċernat sabiex ixolji l-Kumitat Amministrattiv ta’ Burmarrad, sabiex ikun hemm lok għal membri aktar interessati jkunu jistgħu jipparteċipaw minflok dawk li qajla jinteressahom milllokal tagħhom. Kien proprju f ’dan il-ħin illi s-Sindku intebħet li ma kellhiex maġġoranza filKunsill għaliex tlieta biss minn sħabha kienu preżenti għas-seduta. Għalhekk, meta l-kunsilliera Laburisti bdew jinsistu li jittieħed vot fuq il-proposta mressqa minnhom stess dwar ittalba għax-xoljiment talKumitat Amministrattiv ta’
Burmarrad, is-Sindku tablet li tiġi sospiża s-seduta. Naturalment, dan għaliex ilPartit Nazzjonalista tassew jemmen fid-demokrazija! Meta raw dan, il-kunsilliera Labursiti oġġezzjonaw u kwotaw x’tgħid il-liġi f ’ċirkostanza bħal din, fejn ladarba kien hemm talba għal vot, dan ried jittieħed. Minkejja dan, il-kunsilliera Laburisti, xorta waħda aċċettaw li jistennew ħames minuti kif xtaqet is-Sindku. Meta raw dan, il-kunsilliera Nazzjonalisti, dawru l-verzjoni tagħhom u flok sospensjoni riedu li tinkiteb ittra lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali għal direzzjoni. Meta raw dan, il-kunsilliera Laburisti, reġgħu talbu għas-sens komun u biex tiġi segwita l-liġi u titħaddan iddemokrazija iżda l-kunsilliera Nazzjonalisti baqgħu jinsisitu li ma jitteħidx vot. F’dan il-ħin, il-kunsilliera Laburisti ddikjaraw li se jitilqu mil-laqgħa minħabba li d-drittijiet tagħhom kienu qed jiġu maħnuqa misSindku u mill-kunsilliera tagħha. Interessanti, kif f ’dan kollu, is-Segretarju Eżekuttiv ma tax direzzjoni hu bħala l-persuna responsabbli b’mod amministrattiv mill-Kunsill Lokali u bħala l-persuna li għandu l-obbligu li jiggwida l-kunsilliera f ’ċirkostanzi ta’ nuqqas ta’ qbil dwar proċeduri ta’ standing orders. Interessanti l-fatt li ftit wara li ħarġu l-kunsilliera Laburisti, deher dieħel fil-bini tal-Kunsill il-viċi Sindku David Thake, li kompla mad-drawwa li qabad dan l-aħħar illi jew ma jattendix għas-seduti jekk dawn ma jsirux fil-ħin u l-ġuranta li jiddeċiedi hu jew inkella jasal tard. Jidher iżda li f ’din iċ-ċirkostanza, kienet is-Sindku li għamlet kuntatt miegħu biex ifittex jasal il-Kunsill għax kienet f ’periklu li titlef vot. Dan hu l-mod kif jitmexxa l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar minn maġġoranza Nazzjonalista. Interessanti naraw aħniex se naraw mistoqsija parlamentari mid-Deputat Ċensu Galea dwar l-andament ta’ din is-seduta! Fil-ġimgħat li ġejjin, nagħtu iktar dettalji dwar kif qed jinżamm dan il-lokal u fejn qed jintefqu l-flus talallokazzjoni mogħtija millGvern Ċentrali.
X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI
9.01
Tneħħa l-prekarjat minn fost il-ħaddiema fis-settur tas-saħħa.
10.01 Sar tisbiħ f ’Kennedy Grove.
11.01
Tħabbret żieda ta’ 130 miljun ewro fl-infiq tat-turisti f ’Malta.
12.01 Ġie deċiż li s-sit tal-Magħtab jiġi kopert b’eluf ta’ siġar.
13.01
Il-lista ta’ stennija għalloperazzjonijiet tal-katarretti naqset b’60%.
14.01
F’Għawdex ġie rreġistrat tkabbir ekonomiku erba’ darbiet aktar minn dak irreġistrat fl-2012.
15.01
F’Għawdex l-impjiegi żdiedu b’774.
20
15.01.2017
1 L-AMERKA
MADWAR kullhadd.com
FIL-QOSOR
3 1u2
DISKORS MIMLI EMOZZJONI MINN OBAMA Barack Obama għamel l-aħħar diskors uffiċjali bħala President tal-Istati Uniti. F’diskors ta’ madwar 50 minuta f ’Chicago, Obama ħares lura lejn il-kisbiet fl-aħħar tmien snin, filwaqt li ma naqasx milli jagħmel twissijiet għall-ġejjieni. F’Convention Centre mimli b’udjenza li ma kull opportunità wriet l-appoġġ tagħha lejh b’applawsi, Obama tkellem dwar suċċessi bħall-ħolqien tal-impjiegi, it-titjib fir-relazzjoni ma’ Kuba, il-mewt t’Osama Bin Laden, l-ugwaljanza fiż-żwieġ, u d-dritt għall-assigurazzjoni tas-saħħa għal iktar ċittadini. F’ħarsa lejn il-ġejjieni, wiegħed li l-amministrazzjoni tiegħu kienet se taħdem bl-aqwa mod biex ikun hemm tranżizzjoni mingħajr xkiel għall-amministrazzjoni l-ġdida taħt it-tmexxija ta’ Donald Trump. Ma naqasx però li jwissi kif kwistjonijiet ta’ razza għadhom ta’ firda fl-Istati Uniti, u saħaq li t-tfal t’għada se jaffaċċjaw problemi ambjentali jekk l-eżistenza tat-tibdil fil-klima tibqa’ tiġi miċħuda flok indirizzata. Dawn tal-aħħar huma żewġ kwistjonijiet li dwarhom Donald Trump ħoloq kontroversja.
2 L-AMERKA
3 L-INGILTERRA
TRUMP JITKELLEM DWAR IR-RAPPORT TA’ HACKING Donald Trump qal li d-direttur tal-aġenzija tal-intelliġenza nazzjonali tal-Istati Uniti James Clapper sejjaħlu biex jiddenunzja r-rapport falz u fittizju li r-Russja kellha informazzjoni delikata dwar il-President elett. Fi tweet, Trump qal li r-rapport dwar l-allegat hacking kien orkestrat. Clapper ċaħad ukoll l-istqarrija ta’ Trump li l-aġenzija talintelliġenza tal-Istati Uniti ħarġu fil-beraħ ir-rapport dwar ilhacking. Clapper, assigura lill-President elett li l-aġenzija t’intelliġenza nazzjonali tinsab lesta biex isservi l-amministrazzjoni ta’ Trump. Il-ġimgħa li għaddiet, aġenziji ta’ intelliġenza Amerikani ippubblikaw rapport li fih indikaw li r-Russja ħadet sehem f ’kampanja ta’ hacking biex tinfluwenza r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali li rebaħ Trump f ’Novembru li għadda.
LONDRA STAĠNATA Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa kien hemm kaos sħiħ fiċ-ċentru ta’ Londra wara strajk mix-xufiera tat-tube ta’ Londra. F’żona minnhom numru ta’ nies kellhom jiġu mferrxa jew evakwati minħabba ffullar f ’daqqa biex jaqbdu l-karozzi tal-linja. Għaxar linji minn ħdax kienu magħluqa wara li l-union li tirrappreżenta x-xufiera tat-tube kienet ilha titkellem dwar il-kundizzjonijiet xejn tajba tal-ħaddiema. Il-kumpanija li tmexxi s-sistema tat-tube ta’ Londra qalet li trid iżjed ħaddiema hekk kif mat300 xufiera jirriżenjaw fis-sena.
R ID-DINJA
21
15.01.2017
kullhadd.com
4
5
6 IT-TURKIJA
6
ĠLIEDA FIL-PARLAMENT Fil-Parlament Tork, l-Erbgħa ddominat ġlieda li nqalgħet waqt dibattitu. Id-deputati Torok mill-partit li jinsab fil-gvern kellhom xi jgħidu ma’ membri mill-partit fl-oppożizzjoni filwaqt li membru parlamentari pprova jiġbed vidjow ta’ sessjoni li fiha kien qed jittieħed vot. Id-dibattitu kien dwar bidliet kostituzzjonali li jistgħu jagħtu aktar setgħat lill-President Tork, Recep Tayyip Erdogan. Fost l-oħrajn ġiet diskussa s-setgħa li Erdogan jaħtar u jneħħi ministri kif jidhirlu hu.
5 IL-GREĊJA
4
L-IŻVIZZERA
B’PASS ’IL QUDDIEM GĦAL AKTAR INKLUŻJONI L-Iżvizzera rebħet każ fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem biex issa se tkun qed tobbliga ġenituri Musulmani jibagħtu lit-tfal tagħhom ma’ tfal oħra waqt il-lezzjonijiet tal-għawm. Il-Qorti qalet li l-awtoritajiet Żvizzeri kellhom raġun jinfurzaw il-kurrikulu kollu skolastiku filwaqt li jiżguraw integrazzjoni tat-tfal kollha fis-socjetà. Dan il-każ beda meta żewg persuni ta’ nazzjonalità Żvizzera b’dixxendenza Torka ma ridux jibagħtu ’l uliedhom tfajliet f ’lezzjonijiet ma’ tfal oħra. Fl-2010 ġenituri li ma kinux iħallu ’l uliedom jattendu għal dawn il-lezzjonijiet kienu ordnati jħallsu 1,400 frank Żvizzeru minħabba li qed jiksru l-obbligi ta’ ġenitur. Iżda dan kien qed imur kontra l-artiklu 9 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-drittijiet umani li jinkludi d-dritt tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon. Biex tiżgura li jingħataw drittijiet xierqa li dawn iż-żgħażagħ, il-Qorti ppermettiet lit-tfajliet jilbsu l-burka waqt il-lezzjonijiet minflok il-ħwejjeġ tal-għawm tradizzjonali u jbiddlu fi kmamar li ma jkunux fil-preżenza ta’ ġuvintur oħra.
ATENI NBIDLET F’TAPIT ABJAD Xeni mhux tas-soltu fil-Grecja, bil-kapitali Griega Ateni tinbidel f ’tapit abjad wara l-ammont kbir ta’ borra li niżlet matul il-ġurnata. Kien it-Tnejn għall-ħabta tas-6.30 p.m. li bdiet nieżla l-borra u ppersistiet tul il-ġurnata kollha tat-Tlieta, u kawża ta’ dan l-iskejjel baqgħu magħluqin. L-Akropoli wkoll intlaqtu minn dan it-temp rari f ’dan ilpajjiż u nkesa kollu silġ. Dawk kollha li żaruh raw dehra mhux tas-soltu ta’ dan is-sit storiku. It-temperaturi kesħin komplew matul il-jiem f ’diversi pajjiżi Ewropej.
22
15.01.2017
kullhadd.com
JULIAN U JOANNA L-IMĦUĦ WARA FRIENDSHIP CARDS Dan l-aħħar sirt naf li f ’Malta ħarġu sett karti biex ngħid hekk tal-logħob, imma fl-istess waqt hemm messaġġ pożittiv warajhom. Qed nirreferi għal Friendship Cards. Skoprejt li l-imħuħ wara l-friendship cards huma l-istess imħuħ li kienu ħarġu l-Couple Cards – Julian u Joanna Sant Fournier. Il-Friendship Cards huma karti tal-logħob li jintużaw mit-tfal u adulti ħalli jitgħallmu jikkontrollaw ruħhom meta ma jaqblux ma’ ħaddieħor. Il-friendship cards inħolqu wara li għal sentejn sħaħ kienu ilhom jtellgħu workshops bilcouple cards. Waqt wieħed mill-workshops, għalliema tal-PSCD issuġġeriet li cards simili maħluqa għat-tfal għandhom ikunu ta’ ġid. Filfatt wara, flimkien ma’ grupp ta’ voluntiera, għalliema, disinjaturi, artisti u oħrajn ħadmu għal sentejn sħaħ u proprju f ’Lulju 2016 ħarġu l-ewwel sett ta’ Friendship Cards. L-iskop tal-cards huwa li minn logħba tiġi life skill ġdida għal ħajja aħjar fejn jidħlu ħbiberiji. Julian u Joanna Sant Fournier ilhom miżżewġa għal dawn l-aħħar 28 sena u għandhom żewġt itfal. Julian jaħdem bħala konsulent ma’ kumpanija privata u anke bħala medjatur fil-Qorti talfamilja. Joanna taħdem bħala Learning Support Assistant fi skola primarja. Il-volontarjat minn dejjem kien fihom it-tnejn, u fil-fatt jagħmluh flimkien. “Permezz tal-volontarjat int tmur biex tagħti, meta fir-realtà tirċievi ħafna ferħ u paċi ġewwa fik. Permezz ta’ dan aħna nemmnu li naqilgħu enerġija pożittiva biżżejjed sabiex inkunu nistgħu niffaċċjaw l-isfidi li ġġib magħha kull ġurnata”, bdew jgħiduli filbidu ta’ din l-intervista.
Ktba ta’ RAMONA PORTELLI
Erba’ snin ilu kienu ħarġu jaqsmu l-emozzjonijiet u l-Couple Cards dak li jħossu, filwaqt li jibnu kunflitt għal rimedji. Fil-fatt Lura lejn Ottubru 2012, kienu dawn ġew imnedija f ’Lulju ħarġu l-ewwel pakketti tal- 2016, u minn dak iż-żmien ’l karti hekk imsejħa Couple hawn ġew imqassma lil diversi Cards. Dawn kienu ġew għalliema, ġenituri u tfal waqt żviluppati sabiex jgħinu diversi workshops. koppji jsaħħu r-relazzjoni Mitlub jgħidli x’jiġri tagħhom. L-istess cards daru eżatt waqt kull workshop, d-dinja mhux ħażin u waslu Julian spjegali li “Waqt kull f ’pajjiżi bħal New Zealand workshop, kull persuna u ċ-Ċina, u llum il-ġurnata jew familja tingħata sett ta’ ħarġu b’disa’ lingwi differenti. friendship cards, u aħna Fil-fatt matul is-snin, Julian nispjegaw kif tintlagħab ilu Joanna ltaqgħu ma’ eluf ta’ logħba. Il-feedback li waslilna koppji fejn qasmu l-inizjattiva kien fenomenali, u fil-fatt tagħhom magħhom. kien hawn li ġejna mħajra Il-Friendship Cards li naqsmu din l-esperjenza huma mibnija fuq l-istess ma’ skejjel u għaqdiet tażprinċipji u huma ddedikati żgħażagħ”. biex jgħinu tfal jiżviluppaw Ilkoll konxji li ħbieb ta’ komunikazzjoni, u sabiex veru huma ħbieb għal
dejjem. Imma konxji wkoll li sfortunatmant illum ilġurnata ma tantx issib ħbieb ta’ veru – kulħadd donnu lest bl-istalletti għalik, jew persuni li jużaw lil ħaddiehor u jarmuh wara ftit. B’hekk staqsejthom jekk il-friendship cards jistgħux ikunu għodda li jegħlbu dawn l-intoppi kollha u jsolvu kollox meta l-ħbieb ma jaqblux bejniethom. “Li tibni ħbiberija ġdida huwa proċess normali, parti millħajja tagħna. Dejjem taf tkun ta’ sfida ġdida sabiex tagħraf il-veru ħbieb tiegħek. Filfatt huwa proċess naturali li tipprova tafda ħabib, u wara xi intopp jew argument l-istess ħbiberija titkisser u tintilef. Fil-fehma tagħna aħna naħsbu li l-akbar sfida għat-
tfal illum hija li jiżviluppaw life skills sabiex jgħinuhom matul ħajjithom kollha,” sostnew miegħi. Introduzzjoni ta’ life skills sabiex jgħinu lit-tfal jikkomunikaw aħjar Min-naħa tagħha, Joanna qaltli li, “It-tfal tal-lum iqattgħu ħafna mill-ħin tagħhom jilagħbu bittablets, u minħabba din it-teknoloġija jkollhom nuqqas ta’ komunikazzjoni ma’ ħaddieħor li hija ferm importanti għal ħajjithom. Minn riċerka kien instab li 60% mill-komunikazzjoni hija body language, 25% hija t-ton tal-vuċi, u 15% huwa l-kliem. Permezz tal-friendship
23
15.01.2017
kullhadd.com
cards, aħna nixtiequ nerġgħu nintroduċu l-life skills sabiex jgħinu lit-tfal jikkomunikaw aħjar waqt li jkunu qed jilagħbu din il-logħba bl-istess karti. Ta’ min jgħid li hija logħba pjaċevoli, fejn it-tfal żgur li ser jitgħallmu minnha waqt li jkunu qed jieħdu gost”. Kompliet tgħidli li diġà għandhom numru sostanzjali ta’ skejjel li qed jikkolaboraw magħhom bit-tmexxija u tagħlim bl-istess cards. Ta’ min jgħid li Julian u Joanna ffurmaw fondazzjoni : Relationships are Forever Foundation. L-għan prinċipali ta’ din il-fondazzjoni huwa li tgħin persuni jiżviluppaw potenzjal neċessarju sabiex jibnu relazzjonijiet futuri. “Iżżewġ oqsma li aħna niffukaw fuqhom huma li ngħinuhom jaqsmu l-emozzjonijet tagħhom, filwaqt li jiżviluppaw soluzzjonijiet prattiċi. L-argumenti huma neċessarji u huma parti millħajja tagħna ta’ kuljum. Li hemm bżonn huwa li nagħrfu kien għandna nżommu
diskussjoni għaddejja, filwaqt dinja kollha. Fil-fatt jistiednu li naħdmu flimkien sabiex persuni interessati sabiex insibu soluzzjoni,” fissritli jingħaqdu magħhom għal Joanna. aktar paċi fost familji u ħbieb. Ix-xewqa ta’ Julian u Meta kelli pakkett tal-karti Joanna minn dejjem kienet li tal-Friendship Cards, innutajt jinkoraġġixxu persuni ta’ rieda li dawn tqassmu f ’diversi tajba sabiex kategoriji: jingħaqdu Emozzjonijiet; flimkien A z z j o n i u jaqsmu Nixtiequ Żbaljata; t-talenti varji Azzjoni Tajba; nerġgħu tagħhom Nagħmlu Paċi. sabiex jgħinu nintroduċu Fil-fatt, f ’kull lil ħaddieħor. l-life skills tip ta’ ħbiberija Fil-fatt dan ser ikun hemm kien possibli sabiex xi argument bil-ħidma ta’ jgħinu lit-tfal jew nuqqas professjonisti jikkomunikaw ta’ ftehim. li ddedikaw “L-importanti i t - t a l e n t i aħjar waqt hu li tifhem t a g ħ h o m li jkunu qed x’azzjonijiet s a b i e x tista’ tieħu biex f l i m k i e n jilagħbu din tasal għal xi tip ma’ Julian il-logħba ta’ soluzzjoni. u Joanna Dawn ilħolqu dawn cards qegħdin il-cards – biex int kemm il-Couple Cards u tħossok komdu/a tesprimi anke Friendship Cards – fejn l-emozzjonijiet tiegħek u finalment il-ħolma tagħhom tiddjaloga jew tiddiskuti; int saret realtà u finalment tinduna li għidt jew għamilt jixtiequ li jiġu mdawra mad- azzjoni żbaljata; int tiffoka
fuq imġiba pożittiva u mhux kapijiet ta’ skejjel, għalliema, negattiva biex finalment councillors u youth workers tagħmel paċi,” fissirli Julian. sabiex jiddedikaw ħinhom flimkien mat-tfal inkarigati Mingħajr ħlas, imma kull minnhom. donazzjoni tkun apprezzata Għal dawk kollha interessati li jakkwistaw sett karti talTa’ min jgħid li kollox kulma friendship cards, jistgħu jsir fi ħdan il-fondazzjoni jagħmlu dan billi jattendu tagħhom huwa mingħajr ħlas, għal xi workshop imtellgħa inkluż dawn il-pakketti tal- minn Relationships Are karti. Id-domanda naturali li Forever Foundation u billi toħroġ hija kif jirnexxilhom jagħtu donazzjoni xierqa. u fuq liema bażi personali Ir-reġistrazzjoni tista’ ssir qed jaħdmu għal dan il-ġest fuq www.friendshipcards. nobbli lokalment. “Għall- org jew www.facebook.com/ grazzja t’Alla l-għajnuna friendshipcards.org tasal minn kullimkien – minn Fl-aħħar nett, Julian u voluntiera li joffru ħinhom Joanna xtaqu jgħaddu u t-talenti tagħhom, oħrajn messaġġ lill-qarrejja sabiex joffrulna xi post fejn inkunu kemm il-ġenituri kif ukoll nistgħu niltaqgħu, dawk li it-tfal jibnu relazzjoni soda jattendu għal workshops bejniethom. “L-aqwa premju dejjem taw xi donazzjoni li nistgħu noffru lil xulxin xierqa, filwaqt li xi kumpaniji huwa li nkunu magħquda ġieli joffru sponsors, u b’hekk lkoll flimkien. Dan jinkludi kollox jgħin sabiex isaħħaħna li naqsmu l-emozzjonijiet u nkunu nistgħu nkomplu bl- tagħna, u nsolvu xi kunflitti għarfien u tagħlim permezz li jinqalgħu. Nimmiraw għal tal-friendship cards”, dinja aħjar b’familji magħquda ikkonfermaw Julian u Joanna. aktar, sabiex it-tfal tal-lum Il-ħsieb tagħhom huwa li ikunu l-ġenituri sodi t’għada joħolqu kollaborazzjoni ma’ bl-aħjar valuri possibbli.”
24
15.01.2017
kullhadd.com
GĦAL KIKKRA TE TAJBA
Il-Gwerra tal-Opium
MARY ISTORJA CHETCUTI MILL-
F’nofs is-seklu sbatax, itte kien fost l-aktar xarbiet favoriti tal-poplu Ewropew. It-te Brittaniku, bħallkumplament tal-Ewropa, kien jiġi importat kollu miċĊina. Il-kumpanija Brittanika East India Company, li kellha monopolju fuq l-importazzjoni ta’ prodotti miċ-Ċina, kienet tħallas għatte b’tunnellati ta’ droga opium imkabbra fl-Indja minn sidien Brittaniċi. Ġara però li maż-żmien tant infirxet id-dipendenza fuq din id-droga distruttiva fiċ-Ċina li l-imperatur tad-Dinastija Qing, irrabjat kif kien, ordna l-konfiska u l-qerda tal-opium importat. Dan ta bidu għal dik li l-istorja tirreferi għaliha bħala l-Gwerra tal-Opium li bdiet fl-1839 segwita minn oħra fl-1856 sakemm ġie ffirmat it-Trattat ta’ Nanking u l-Brittaniċi u barranin oħra setgħu jagħmlu n-negozju tagħhom bla xkiel minn dawk il-portijiet Ċiniżi indikati fittrattat. B’diplomazija jew aħjar makakkerija, bis-saħħa ta’ dan il-ftehim il-Gran Brittanja ħatfet taħt idejha Hong Kong ukoll. Imma sakemm kien għaddej
dan kollu, il-poplu Brittaniku xorta waħda ried ikompli jgawdi l-kikkra te tiegħu; u kien hawn li l-importaturi tat-te intebħu li kellhom problema. Membri tal-East India Company ħarġu bl-idea li minflok jixtru t-te, ikabbruh u jipproċċessawh huma stess; u hawnhekk il-problema eskalat. Iċ-Ċina, li ilha eluf ta’ snin produttriċi tal-ifjen te, dejjem ikkultivat dal-prodott flakbar segretezza; saħansitra l-pjantaġġuni tagħha kienu jinsabu f ’reġjuni remoti fejn kull barrani, hu min hu, kien ipprojbit milli jidħol. Tant kienu għajjurin għatte tagħhom li meta darba l-Brittaniċi talbuhom biex jixtru żrieragħ tal-Camellia Sinesis (il-pjanta tat-te), iċĊiniżi bagħtulhom żerriegħa mismuta biex ma tinbidx. Għaldaqstant l-unika soluzzjoni kienet li tintbagħat persuna fiċ-Ċina sabiex toħroġ bil-moħbi l-pjanta tatte flimkien mal-metodi sigrieti ta’ kultivazzjoni u proċessar. Kien hawnhekk li l-East India Company xeħtet għajnejha fuq l-Iskoċċiż Robert Fortune, l-aqwa ġardinar u botaniku tal-mument. Aktar minn
hekk, fl-1847 Fortune kien għadu kemm ippubblika ktieb dwar vjaġġ avventuruż ta’ tliet snin li għamel fiċ-Ċina fuq issalarju tar-Royal Horticultural Society mnejn ġab varjetà sħiħa ta’ pjanti u fjuri biex jitkabbru għall-ewwel darba fil-Gran Brittanja. Robert Fortune aċċetta l-proposta tal-East India Company fuq salarju ta’ 500 sterlina għal kull sena li jdum hemm imma bil-kundizzjoni li jżomm monopolju fuq kwalunkwe pjanta ġdida li jiltaqa’ magħha; sintendi eskluża tat-te. Fl-1848 Fortune wasal Shanghai wara vjaġġ ta’ erba’ xhur bil-baħar. Immedjatament beda t-trasformazzjoni tiegħu billi qaxxar xagħru u waħħal malju twil fuq wara ta’ rasu stil Ċiniż. Xeħet l-ilbies ta’ mandarin (uffiċjal awtorevoli Ċiniż) u bl-isem ta’ Sing-Wa rħielha flimkien ta’ numru ta’ qaddeja Ċiniżi li impjega miegħu lejn il-muntanji Sung-Lo miżgħuda għelieqi mtarrġin ta’ te aħdar ifewwaħ kullimkien, fejn l-ebda barrani ma kien qatt rifes. Irnexxielu jisraq xtieli u żrieragħ mingħajr ħadd ma’ induna. Poġġiehom ġo vażetti tal-ħġieġ f ’taħlita bl-irmied ta’ ross maħruq ivvintata minnu biex tassorbi l-umdità u tħares iż-żrieragħ mill-moffa; ixxtieli kienu aktar diffikultużi u ħtieġu attenzjoni differenti. Il-fatt li kien ta’ statura twila
u ovvjament differenti minn kull Ċiniż qanqal ħafna kurżità u meta xi ħadd kien jistaqsih mnejn kien, Robert Fortune kien pront iwieġeb li kien uffiċjal għoli minn provinċja mbiegħda lil hinn mill-Ħajt il-Kbir taċ-Ċina; kienu jemmnuh, jirrispettawh u jiftħulu l-bibien beraħ. Fortune issorprenda ruħu sew meta żar fabbrika li tipproċessa l-weraq f ’te u ntebaħ għall-ewwel darba li kemm it-te aħdar kif ukoll itte iswed joħorġu mill-istess pjanta bid-differenza li wieħed jiġi ffermentat u l-ieħor le; u waqgħet it-teorija li jsiru minn pjanti differenti. Ħaġ’oħra li skopra u għamel iljieli ma jorqodx fuqha kien it-trattament b’kulur artifiċjali biex lewn it-te aħdar jidher vivaċi u frisk, li ċ-Ċiniżi stqarrew miegħu kien riservat għall-prodott li jesportaw lejn il-Gran Brittanja u l-Ewropa. Fortune twaħħax meta qalulu li ż-‘żebgħa’ kien fiha doża ta’ ċjanid (cyanide) - velenu letali; jiġifieri niesu kienu qed jivvelenaw ruħhom b’idejhom ma’ kull kikkra te li jixorbu! Il-botaniku Skoċċiż kompla jivvjaġġa fl-ibgħad territorji u xxabbat m’aktar muntanji sakemm studja fid-dettall is-sigrieti kollha tat-te. Meta qatta’ żmien ospitat għand patrijiet Buddisti filmuntanji Wuji, reġjun ta’ sbuħija spettakolari, tgħallem id-delikatezza meħtieġa biex wieħed isajjar tazza te
verament tajba. Barra minn hekk, Fortune xtara mingħandhom il-pjanta tat-te ‘tal-Allat u l-Imperaturi’, kif inhu magħruf l-ifjen te Ċiniż tal-varjetà Da Hong Pao, li huwa l-aktar te li jiswa flus fid-dinja. Robert Fortune ittrasporta xtieli u żrieragħ bil-baħar lejn Hong Kong u reġa’ bagħat konsenja oħra meta l-ewwel waħda nqerditlu minħabba li assistent tiegħu saqqielu ż-żrieragħ waqt il-vjaġġ u mmuffaw. Sidien Brittaniċi ta’ pjantaġġuni enormi fir-reġjun muntanjuż tal-Ħimalaja mxew fuq it-tagħrif li ġabilhom Fortune u bdew ikabbru te Indjan ta’ tjubija li jħabbatha mal-ifjen te Ċiniż. L-industrija Ċiniża tat-te ħadet l-akbar theżżiża meta l-għelieqi Indjani bdew iħallu l-frott u l-Brittaniċi bdew jixorbu te pproċessat minnhom. Iċ-Ċina ġarrbet waqgħa tant kbira filbejgħ tat-te tagħha li damet sa nofs is-seklu għoxrin biex reġgħet qajmet din l-industrija fuq saqajha sew. Robert Fortune, il-bniedem li aktarx wettaq l-akbar reat ta’ spjunaġġ industrijali flistorja, għex il-kumplament ta’ ħajtu bħala l-botaniku għani li introduċa f ’pajjiżu u fl-Ewropa għadd ta’ pjanti orjentali fosthom il-ġiżimina u l-warda doppja, imma fuq kollox niftakru fih kull darba li nixorbu kikkra te sħuna u tajba.
25
15.01.2017
kullhadd.com
reċensjoni tal-
KTIEB
STEJJER MILL-BOSK U MKEJJEN OĦRA SILTA MILL-KTIEB
Stejjer mill-Bosk huwa r-raba’ ġabra ta’ rakkonti għat-tfal ta’ Patrick Sammut. Dawn huma 15-il rakkont ieħor li l-awtur xi darba rrakkonta lil uliedu qabel ma marru jorqdu, imma li wara għaddiehom minn proċess ta’ tirqim fejn tidħol lingwa u tlaħħim fejn jidħol kontenut. Huma stejjer li għandhom bħala protagonisti kemm bnedmin, ħafna minnhom tfal, kif ukoll bhejjem differenti li huma mogħtija karatteristiċi umani, fosthom il-kapaċità li jitkellmu, u dik li jħossu għal ħlejjaq oħrajn. Sammut juża lingwa mexxejja u Malti idjomatiku biex b’hekk l-esperjenza tal-qari tinbidel f ’waħda mhux biss ta’ pjaċir imma anki ta’ tagħlim. Dawn huma wkoll stejjer li jħaddnu valuri pożittivi bħalma huma l-ħbiberija, ir-rispett lejn il-proxxmu, is-sabiħ tat-tfulija, u s-sodisfazzjon li wieħed jikseb mill-ħidma onesta, fost bosta valuri oħrajn. L-imkejjen fejn isseħħ l-azzjoni huma kemm reali kif ukoll fantastiċi bħalma huma l-personaġġi. Stejjer mill-Bosk huma kitbiet li għandhom millħrafa tradizzjonali, mill-ħolma u anki mill-cartoons li xi darba jew oħra segwejna fuq it-televiżjoni. Jinżlu għasel mat-tfal u anki ma’ min għad għandu t-tifel jew it-tifla ġewwa fih.
Robert kien tifel uniku ta’ seba’ snin. Ta’ kuljum, qabel ma jorqod, kien jagħlaq għajnejh u għal tliet darbiet jesprimi l-akbar xewqa tiegħu: dik li xi darba jirkeb unikornu. Dan kien kreatura fantastika f ’għamla ta’ żiemel abjad u bil-ġwienaħ, b’qarn tawwali fuq imnieħru. “Kemm nixtieq intir fuq unikornu,” kien jirrepeti Robert ta’ kuljum qabel jorqod. Lejl fost l-oħrajn, Robert inħasad minn dawl qawwi ħafna f ’kamartu. Kienet isSaħħara t-Tajba liebsa mantell bajdani li ġiet iżżur lil Rorbert. Għall-ewwel it-tifel ma riedx jemmen lil għajnejh, imma meta s-Saħħara t-Tajba bdiet tkellmu bi ħlewwa liema bħalha ma setax jagħmel mod ieħor ħlief li jemmen. Is-Saħħara t-Tajba qaltlu, “Għażiż Robert. Jiena naf li inti għandek xewqa kbira li tixtieq li ssirlek realtà. Jiena nista’ ngħinek tasal biex twettaqha. Imma l-ewwel nixtieqek tgħinni f ’biċċa xogħol importanti ħafna għalija.” Il-lejl mistenni wasal u Robert ħareġ inkiss inkiss bla ma qajjiem lil ħadd. Din kienet avventura li qatt ma kien daħal għaliha qabel, vjaġġ li kellu mill-ħolma u mir-
realtà fl-istess ħin. Robert kien tgħallem il-mappa bl-amment, tant li ma kellux għalfejn iħares lejha. Beda miexi u miexi sakemm sab il-bosk imsemmi. Fih kien hemm dlam taqtgħu b’sikkina u għalhekk Robert ħareġ minnufih it-torċa talbatteriji. Kienet torċa maġika ladarba d-dawl li tefgħet kien tant qawwi li dawlet parti kbira mill-bosk fejn Robert kien miexi. It-tifel mexa u mexa sakemm beda jisma’ bħal ħoss dejjem jitqawwa ta’ ilma ġieri. Kienet ix-xmara li semmietlu s-Saħħara t-Tajba u li kien jeħtieġlu jaqsam sabiex jasal ħdejn it-toqba li fiha kien hemm il-vażett. Kien issa l-waqt meta Robert ftakar fl-injama speċjali li kellu filbasket. Ħariġha u għajjat, “Dgħajsa!”. Minnufih l-injama nbidlet f ’dgħajsa! Robert rikeb fuqha u din wasslitu n-naħa l-oħra tax-xatt. Imbgħad Robert għajjat, “Injama!”, u d-dgħajsa reġgħet inbidlet f ’injama li tefagħha mill-ġdid fil-basket. Robert reġa’ mexa u mexa sakemm fl-aħħar wasal ħdejn it-toqba, dan beda jitwal u jitwal sakemm it-tifel ma lemaħx aktar tarfu. Robert għamel il-kuraġġ u beda nieżel mal-ħabel sakemm wara ħin li
deher twil tassew wasal ħdejn il-vażett mimli bil-likwidu li jixgħel lewn aħdar li donnu kien ħaj. It-tifel qabad il-vażett b’attenzjoni kbira, qiegħdu filbaskett ta’ fuq spallejh, u reġa’ beda tiela’ mal-ħabel. Meta Robert laħaq wasal fuq kellu sorpriża li ma stennihiex. Hemm fuq tistennieh ħdejn tarf it-toqba fonda kien hemm xwejħa kerha li għallewwel Robert beża’ minnha. Imbgħad, b’leħen ħelu staqsietu, “Ibni, jiena mara fqira u xiħa. Għandek ftit ħobż u ilma x’ittini?” Robert ma qagħadx jaħsibha darbtejn. Ħareġ mill-basket il-ħobż u l-ilma li kien ipprepara għalih u tahomlha. Meta x-xwejħa trejqet irringrazzjatu u telqet għal għonq it-triq. Kien hemmhekk meta Robert ftakar li l-vjaġġ tiegħu kien għadu ma spiċċax. Ħall tarf il-ħabel minn mas-siġra u minnufih il-ħabel reġa’ qsar sakemm it-tifel ġabru fi ftit dawriet u xeħtu lura fil-basket. Il-vjaġġ lura ma deherx twil daqs l-ewwel parti tiegħu. Robert kien jaf eżattament minn fejn jgħaddi u x’għandu jagħmel. It-torċa qdietu sewwa matul il-vjaġġ kollu u l-injama reġgħet inbidlet f ’dgħajsa biex wara li qasam ix-xmara reġgħet ħadet l-għamla ta’ injama.
Mistoqsija: Fiex inbidlet l-injama?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Stejjer mill-Bosk u Mkejjen Oħra Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 22 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Il-Femiċidju huwa: M.C. GATT - Ir-Rabat, Malta
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
02
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000
Mistoqsija: Semmi wieħed mill-każijiet li kien involut fihom Jason Azzopardi. It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:
Indirizz:
26
15.01.2017
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000 Isem: Indirizz:
H.HILI - Ħaż-Żebbuġ
TISLIBA 157 Mimdudin:
Bi 3 Numri
B’4 Numri
066 162 363 369 485 605 684 690 717 718 773 788 813 837 865 899
0106 0403 0799 0974 1156 1230 1260 1681 2087 2716 2744 3522 4108 4470 5402 5463 5522 5572 6000
6058 6099 6354 6401 6664 6665 7357 7782 7817 8167 8624 8697 9388 9396 9617 B’5 Numri 05975 06668 07960
17664 30050 30387 39033 43395 43526 55854 63177 65141 65418 68350 68884 70937 71248 76944 80169 83752 87063 96348
B’6 Numri 016070 068698 177246 401704 452442
474077 584108 663789 681104 685230 970326 973730
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
1. Kompli l-qawl: Bena u għalla, mar u ......... (5) 4. Bla saqaf dan (4) 7,19. Spera (5) 9. Nofs farrak (3) 10. Dawn tal-bombi ta’ hekk isejħulhom (6) 12. Bħal ħalib (6) 16. Toni Abela Inglott (1,1,1) 18. Ara 12 wieqfa 19. Ara 7 20. Tistkenn taħthom (5) 21. Linka Ingliża mħarbta (3) 23. Ara 2 24. Iniżżel il-baħar (5)
Weqfin: 1. Gerfex (6) 2,23. Tajba ħafna (7) 3,13. Jirreċtaw (6) 5,17. Ilsien ta’ żmien Kristu (6) 6,11. Tilmħek (5) 8. Kanċer faċli jkun hekk (9) 11. Ara 6 12,18. Isir ħafna mis-swieq (4) 13. Ara 3 14. Tista’ żżelliġha fuq il- ħobż (6) 15. Titwaħħal mal-art u mal-ħajt (6) 17. Ara 5 21. Mhux issa (3) 22. Mhux misjur (3)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: Weqfin: 1.Bejta, 4.Wied, 7,23.Jannar, 9.Nar, 10.Krakar, 12.Delina, 16.Ara, 18,22.Spina, 19.Dab, 20.Parir, 21.BII, 24.Tenur
1.Banana, 2,12 wieqfa. Jarda, 3.Ajk, 5,15.Inkubatur, 6,21 wieqfa. Durban, 8.Arċipriet, 11.Le, 13.LSA, 14.Adrian, 17.Rai
27
15.01.2017
kullhadd.com
AVVIŻI KLASSIFIKATI
SERVIZZI
Care and Cure Group Ltd: infermiera mħarrġa, caring assistants, nannies, nies imħarrġin biex iżommu kumpanija, għajnuna fiddjar u night sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna wkoll għall-kiri: wheelchairs, hoists, commodes, walking frames u hospital beds. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq dawn in-numri: 2137 6946/9947 0178. AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għallilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. Ittiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235.
Stretta: Rużar Briffa fit-18 ta’ Jannar mit-8.00pm ’il quddiem taħt id-direzzjoni artistika ta’ Giuseppe Schembri Bonaci. L-avveniment se jsir f ’kollaborazzjoni malAkkademja tal-Malti, l-Għaqda tal-Malti – l-Università u d-Dipartiment Malti u l-Università ta’ Malta. Is-serata ddedikata lillpoeta Rużar Briffa ser ikollha numru ta’ parteċipanti li se jkunu qed jaqraw poeżiji millġbir ta’ Briffa, fosthom ilpoeżija, Vjolin Marid fejn issir referenza diretta għal Strada Stretta (Triq il-Baħrin). Il-parteċipanti li se jkunu qed jaqraw: Giuseppe Schembri Bonaci, Rabat Pisani, Jesmond Sharples, Adrian Grima, Rita Saliba, Victor Fenech, Joe Borg, Emel Hasanoglu. L-avveniment se jsir fi Strada Stretta qrib / ġewwa Splendid. Id-dħul huwa b’xejn.
Ser jittella’ Whiskey Festival 2017 ġo The Limestone Heritage fit-28 ta’ Jannar mis7.00pm ’il quddiem. Ser ikun hemm għażla wiesgħa minn 150 of both blended and single malt whiskeys ma’ varjetà ta’ ikel, minbarra divertiment ieħor għall-familja kollha matul l-avveniment.
Il-grupp Insib, Kultura u Tradizzjoni Maltija ser itella’ wirjiet tal-insib, klieb u fancy poltery. Nhar il-Ħadd 22 ta’ Jannar bejn l-10am u 5pm taħt it-tinda l-Buskett. Ser Daihatsu Terios (ġdida ikun hemm ikel tradizzjonali mingħand l-aġent lokali) 1.3 Malti. petrol (2004), 30,000 mil, sid wieħed. Kundizzjoni Is-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan eċċellenti, prezz €8,500 is-Soċjeta’ Mużikali Madonna negozzjabbli. Ċempel 9942 tal-Ġilju tal-Imqabba ser 3698. torganizza Pasta Night nhar is-Sibt 4 ta’ Frar 2017 ġewwa l-Każin tas-Socjeta’ li XOGĦOL U jinsab fil-pjazza ewlenija talMANUTENZJONI Imqabba fit-8:00pm. Ser jigi servut varjetà ta’ tipi ta’ għaġin Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, għall-prezz ta’ €10 il-kbar u ramel u siment, graffiato, €7 iż-żgħar. Kulħadd huwa żebgħa, xogħol fuq l-antik, mħeġġeġ jattendi f ’atmosfera xogħol fuq il-pond, madum, ferriħija. Bookings isiru fuq membrane, katusi u gypsum 77406720 jew 99122062 u boards ċempel fuq 7928 5444. aktar informazzjoni tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali uffiċċjali tas-Soċjeta’ Mużikali tal-ilma, ċangatura qadima jew Madonna tal-Ġilju www.talgilju. ġdida, kantun qadim, lavur ta’ com. kull tip. Ċempel lil Jason fuq in-numru 2143 2352 jew 9947 Il-Kumitat Amministrattiv 7167. fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju talTiswija u installazzjoni ta’ Imqabba ser jorganizza estensjonijiet tat-telefowns s-Seduta Ġenerali Annwali għal kull tip ta’ linji fissi. tiegħu nhar il-Ħadd 12 ta’ Ċempel fuq 7993 0419. Frar 2017 ġewwa l-Każin tas-Soċjetà li jinsab fil-pjazza ewlenija tal-Imqabba, millAVVIŻI KULTURALI 10:00am ’il quddiem. Isseduta ser tkun tikkonsisti Strada Stretta Concept, taħt minn rapporti amministrattivi il-Fondazzjoni Valletta 2018, u finanzjarji mħejjija midtippreżenta, Poeta fi Strada diversi fergħat tas-Socjetà.
Ser ikun hemm ukoll ħin allokat għal diskussjoni li tittratta l-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2017 kif ukoll ilproġetti varji li s-Soċjetà qiegħda tagħmel fil-preżent,
fosthom ir-rikostruzzjoni talkażin. Is-soċi u l-partitarji tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju huma mħeġġa jattendu bi ħġarhom għal din il-laqgħa importanti u jagħtu
l-opinjonijiet tagħhom dwar dak kollu li se jiġi diskuss. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.
28
15.01.2017
kullhadd.com
“IL-BOMBA” ĠIET APPROVATA EDITORJAL
Ironikament uħud mill-membri tal-istess Kummissjoni li kellu quddiemu u li għajjar korrotti kienu ġejjin mill-istess partit tiegħu fl-Ewropa
Il-“bomba” ta’ Marthese Portelli u Ann Fenech kienet approvata millKummissjoni Ewropea proprju din il-ġimgħa. Approvazzjoni li seħħet minkejja t-tfixkil u l-kampanja qalila kontra pajjiżna mill-Oppożizzjoni ta’ Simon Busuttil li pruvat tagħmel minn kollox biex il-qalba għall-gass u l-power station il-ġdida ma jseħħux. Il-proġett tal-enerġija se jfisser li pajjiżna se jieqaf juża l-heavy fuel oil biex jiġġenera l-enerġija tiegħu, fuq kollox se jfisser li l-poplu Malti u Għawdxi u n-negozji se jibqgħu jirċievu €80 miljun fis-sena permezz tat-traħħis fil-kontjiet taddawl u l-ilma. Il-Kap talOppożizzjoni u akkolti bħal Ann Fenech u Marthese Portelli sejħu dan il-proġett “bomba” biex jippruvaw ibeżżgħu, qabbluh matTitanic u ddeskrivew l-apokalissi f ’żewġ laqgħat pubbliċi. Illum huwa ċar imma li l-ħerba li tħalli warajha kull bomba, tinsab biss fl-Oppożizzjoni mhux biss għax fl-enerġija m’għandhomx idea, iżda
għax tilfu r-raison d’etre, għandhom kriżi tależistenzjali għax il-PN ta’ Busuttil sa mill-ewwel ġurnata ta’ dan il-Gvern ħadem kontra dan il-proġett għax kien jaf bl-importanza li għandu għall-pajjiż. Fuq kollox ħadem kontra għax kien jaf li meta jseħħ, kif ġara, se jkollhom jibilgħu lura ħamsa u għoxrin sena ta’ skużi u paroli għaliex qatt ma saret il-qalba għall-gass u għax qatt ma raħsu l-kontijiet fl-istess ħin li kienu għaddejjin ilkummissjonijiet fuq ix-xiri taż-żejt. Il-kritika tal-Oppożizzjoni kienet iżolta. Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Marcos Sefcovic faħħar dan il-proġett iżda mhux biss, saħansitra stqarr li dan il-proġett għandu jservi ta’ eżempju għall-proġetti ta’ dan ittip. F’risposta lill-Kap talOppożizzjoni wara li dan tal-aħħar għamel żewġ minuti juri lil Malta kemm kien maħruq li dan il-Gvern qed imexxi l-Presidenza Ewropea għas-sitt xhur li ġejjin u li l-proġett li
tant ħabrek kontrih kien approvat, Sefcovic qal li l-Kummissjoni bilfors kellha timmarka dan ilproġett meta l-kontijiet se jibqgħu rħas, meta se jonqsu l-emissjonijiet flarja, meta se ssir il-qalba għall-gass u meta Malta qed tagħmel il-parti tagħha filġlieda globali kontra t-tibdil fil-klima. Ir-risposta ta’ Busuttil kienet li nfexx f ’attakk faħxi kontra l-Kummissjoni Ewropea li qas temmen li qed isir kieku mhux għax tisma’ b’widnejk u tara b’għajnejk. Ironikament uħud mill-membri talistess Kummissjoni li kellu quddiemu u li għajjar korrotti kienu ġejjin millistess partit tiegħu flEwropa; il-Partit Popolari Ewropew li qed jgħid li se jlaqqa’ f ’Malta daqt. Fl-istess ġurnata li ġiet irrisposta fl-affermattiv li l-proġett jista’ jseħħ biddettalji kollha fosthom anke l-garanzija li tant sar plejtu fuqha waslet f ’pajjiżna l-ewwel konsenja gass sabiex fiż-żmien erba’ ġimgħat tibda tkun
iġġenerata l-enerġija bil-gass l-ewwel millimpjant tal-BWSC li kien ikkonvertit għall-gass u biex sussegwentament jibda jkun hemm ġenerazzjoni wkoll mill-impjant il-ġdid. Ironikament spikka l-baħħ ta’ setturi tal-mezzi taxxandir li kien ilhom xhur twal jitkellmu u jħarrfu fuq il-garanzija u jibnu kastelli fl-arja. Stejjer fuq stejjer pilotati mill-Kap tal-Oppożizzjoni, li meta ħarġet il-konferma li kollox se jseħħ ma ġabux nofs sentenza waħda fil-faċċata tal-gazzetti tagħhom anke jekk isejħu lilhom infushom bħala indipendenti. Ilverità hija li l-kritika kollha li saret kontra dan ilproġett, li biddel għalkollox lil pajjiżna mhux biss mil-lat tal-enerġija iżda anke b’mod kompetittiv, hekk kif kienet imsaħħa l-ekonomija, sfumat fixxejn, baħħ. L-istess baħħ li kien ikun hawn fil-pajjiż li kieku l-Gvern ta każ dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni li m’hemmx bżonn power station ġdida, għax m’għandux idea.