KullĦadd_15.03.2020

Page 1

IL-PANDEMIJA LI LAQTITNA 100 SENA ILU

www.kullhadd.com

Ara paġni 4 u 5

Il-Ħadd 15 ta’ Marzu, 2020

Ħarġa Nru 1,392 Prezz €1

Ara paġni 20 u 21

EFFETTI COVID-19

L-AGĦAR DATI S’ISSA FL-IMXIJA TAL-VIRUS

MINN BTALA GĦAL PULIZIJA WARA L-BIEB

Ara paġni 14 u 15

... miżura drastika li qed tiġi osservata

Ara paġna 6

Skiet li taqtgħu b’sikkina f’diversi postijiet li s-soltu jkunu ppakkjati, waqt li jiżdiedu b’ħamsa oħra l-każi ta’ persuni infettati fostna; il-Gvern iniedi miżuri ġodda biex jaġevola n-negozji fil-ħlas tat-taxxa

KIF ĠRAW L-AFFARIJIET F’MALTA DIN IL-ĠIMGĦA

F’ġimgħa mqanqla ta’ aħbarijiet bla preċedent, ilkoll riżultat tal-imxija fostna tal-virus COVID-19, li qanqlu kuxjenza akbar nazzjonali, it-toroq u l-postijiet, li s-soltu jkunu ffullati s-sena kollha, ilbieraħ sebħu f’baħħ assolut jew inkella kważi bi ftit movimenti kemm ta’ nies bil-mixi u oħrajn fil-vetturi tagħhom. Wara li komplew jiżdiedu l-persuni infettati f’pajjiżna biex tlajna għal 18-il każ u ġew introdotti miżuri li jkomplu jirrestrinġu ċ-ċansijiet tat-tixrid tal-virus, anke jekk dan għadu ma seħħx lokalment, dawra mal-kapitali Valletta laqqgħetna biss ma’ pjazez u toroq vojta, stabbilimenti tal-ikel u ħwienet oħrajn jitkarrbu għall-klijenti u skiet li taqtgħu b’sikkina. Min-naħa tiegħu, għal ġurnata oħra, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar numru ta’ miżuri ġodda li, din id-darba, għandhom l-għan li jtaffu l-piż dovut min-negozji u l-kumpaniji f’taxxi. Tkompli f’paġna 3

Ritratt: JOE CAMENZULI


02

15.03.2020

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 22°C L-Inqas Temperatura: 13°C L-Indiċi UV: 6 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja testendi minn fuq l-Atlantiku sa fuq il-Libja It-Temp: Sabiħ li jsir ftit imsaħħab billejl Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Punent il-Lbiċ li jsir mill-Punent Il-Viżibilità: Tajba li ssir moderata għal tajba billejl Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 16°C

Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR

It-Tnejn

tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Indirizz Postali KullĦadd

18°C

UV 5

12°C

Il-Ħamis

17°C

UV 6

10°C

16°C

Il-Ġimgħa

UV 6

10°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

16°C

UV 6

10°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

16°C

UV 6

20/21, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21246051 Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, Il-Marsa – 21221701 Collis Williams St. Venera Pharmacy, 532, Triq ilKbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625 Brown’s Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488884 St. Matthew’s Pharmacy, Triq ix-Xatt, Il-Gżira – 21311797 Mensija Pharmacy, 92-94, Triq il-Mensija, San Ġwann – 21373275 Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigné, Tas-Sliema – 21313233 Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, L-Iklin – 21435567 St. Mary Pharmacy, (Mġarr Dispensing Chemists) 71, Triq Sir Harry Luke, L-Imġarr, Malta – 21580711 Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523462 Brown’s Pharmacy, 45, Telgħet Raħal Ġdid, Raħal Ġdid – 21694818 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 Hompesch Pharmacy, 207/2011, Triq Hompesch, Il-Fgura – 21807503 Green Cross Pharmacy, 8, Misraħ Gregorio Bonnici, Iż-Żejtun – 21693723 Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Ħal Kirkop – 21641328 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat, Malta – 21454274 Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana, Għawdex – 21566979 Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imġarr, Għajnsielem, Għawdex – 21563017

10°C

17°C

UV 6

11°C

SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IL- ĦAMIS 19 TA’ MARZU Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21252396 Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, Il-Marsa – 21221701 Collis Williams St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625 Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara – 21441589 Remedies Pharmaacy, 5, Tagliaferro Mansions, Triq il-Prinċipessa Margerita, L-Imsida – 21346547 Pembroke Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke – 21372784 Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334627 Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali, Ħ’Attard – 21434137 Victory Pharmacy, 16, Pjazza il-Vitorja, In-Naxxar – 21412454 Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523462 De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21826408 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, Ix-Xgħajra – 27032296 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consilii, Iż-Żejtun – 21806009 Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Ħal Kirkop – 21641328 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21455479 Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat, Għawdex – 21563233 Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Portelli, L-Għarb, Għawdex – 27888128


03

15.03.2020

kullhadd.com

L-EWWEL MIŻURI GĦAN-NEGOZJI Tkompli minn paġna 1 Fl-indirizz mill-ġdid tiegħu lillpajjiż, il-Prim Ministru ħabbar li kien qed jipposponi l-ħlas tal-kontijiet tat-taxxa dovuti għal Marzu u April għall-kumpaniji u s-self employed fl-industriji l-aktar affettwati bis-sitwazzjoni, fosthom dik tat-turiżmu, l-ospitalità, it-trasport u l-manifattura. “Nibqgħu nsostnu li l-prijorità tibqa’ s-saħħa tal-poplu, madankollu ma rridux ninsew l-ekonomija ta’ pajjiżna,” saħaq Dr Abela, li fil-konferenza stampa kien akkumpanjat mill-Ministru għall-Finanzi l-Professur Edward Scicluna u l-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri. L-ewwel pakkett ta’ miżuri biex tiġi ssalvagwardjata l-ekonomija, in-negozji u l-impjiegi tal-ħaddiema, il-Prim Ministru tenna li b’effett immedjat se jsir posponiment tal-kontijiet tat-taxxa proviżorja, il-VAT u kontribuzzjoni tal-bolla ta’ Marzu u April. Dan se jkun jgħodd kemm għal min iħaddem kif ukoll għas-selfemployed, waqt li min investa fit-teleworking se jingħata wkoll rifużjoni tal-ispejjeż involuti. Hu spjega li dawn il-miżuri, li mhux se jkunu tal-aħħar, ħarġu wara li fl-aħħar jiem saru diversi taħditiet mal-industrija, fosthom mal-Kamra tal-Kummerċ, l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA), l-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Restoranti (MHRA) u oħrajn. Kemm il-Prim Ministru kif ukoll il-Ministri Scicluna u Schembri fakkru kif dawn il-miżuri ma kinux faċli li jiddaħħlu, imma qed isiru grazzi għall-finanzi fis-sod u l-ekonomija reżiljenti li l-pajjiż bena fl-aħħar seba’ snin. Huwa appellaw biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-pariri tas-saħħa pubblika u tennew li s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll. Każi lokali ġodda ta’ COVID-19 Kif drajna tul din il-ġimgħa, iljum beda b’aġġornament mediku mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci li ħabbret li l-pajjiż kien qed jirreġistra ħames każi ġodda ta’ persuni li ġew infettati waqt li kienu barra l-pajjiż. Fl-istess ħin tenniet li l-persentaġġ ta’ testijiet (swabbings) li qed isiru f ’pajjiżna hu fost l-ogħla li qed isiru fl-Ewropa kollha. L-ewwel każ li nstab pożittiv kien fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u lbieraħ li jittratta tfajla ta’ 19-il sena u li kienet Brussell bejn l-4 u t-8 ta’ Marzu. It-tfajla, li tinsab

Triq il-Merkanti l-Belt, fost l-aktar toroq li s-soltu jkunu ffullati, ilbieraħ kienet vojta kompletament inkluż id-diversi restoranti tagħha

fi stat ta’ saħħa tajjeb ħafna, hija su jaħdem f ’kumpanija u għal- Madrid bejn is-7 u l-10 ta’ Marzu. studenta tal-Università ta’ Mal- daqstant inbeda l-contact tracing L-għada ħarġulhom is-sintomi tas-sogħla u wġiegħ. Peress li ta u laħqet marret għal lecture hemmhekk. It-tielet każ hu ta’ Malti ta’ jaħdmu f ’kumpanija privata qed waħda waqt li kienet bis-sintomi ta’ sogħla u deni li feġġew nhar 33 sena li mar Dublin, l-Irlanda, issir komunikazzjoni biex tiġi l-Erbgħa 11 ta’ Marzu. Ilbieraħ bejn is-7 u l-10 ta’ Marzu. Hu stabbilita t-trażmissjoni potenzinbeda l-contact tracing mal-is- beda bis-sintomi fid-9 ta’ Marzu jali fuq il-post tax-xogħol. Matul il-jum ġie rrapportat tudenti biex isir risk assessment ukoll każ ta’ individwu barrani fosthom. li fil-proċess ta’ screenIt-tfajla tgħix ing qabel rikeb vapur mal-ġenitutal-Gozo Channel ri u oħtha li instab li kellu min-naħa d-deni, iżda tagħhom waqt li ntalab mhuma biex ma jitlax juru l-ebEDIZZJONI SPEĊJALI fuq il-vapur, da sinma kkollabt o m i , ONE News illum fl-10:30am jintervista orax u xorta iżda xorta lill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista waħda tela’. qegħdin Dr ROBERT ABELA. Dan wassal jinżammu fi Xandira diretta fuq ONE TV, biex issejħet l-askwarantina. sistenza tal-Pulizija Il-Professur ONE Radio u l-paġna uffiċjali ta’ li ġiegħlet lir-raġel barGauci qalet li t-tfaFacebook tal-PL. rani jinżel l-art minn fejn itjla kienet fuq l-istess tieħed b’ambulanza lejn l-Isptar. ajruplan ma’ raġel li wkoll waqt li Sakemm morna għall-istampa ħarġulu s-sintomi, iżda kollox jindika li t-trażmissjoni lejn it-tfa- kien għadu msiefer. Inġiebet l-in- kien għadu mhux magħruf xi rrjla ma saritx fuq l-ajruplan, iżda formazzjoni dwar it-titjira li kien riżulta mit-testijiet li sarulu. Sadanittant bdiet il-fumigazzfil-Belġju fejn hemm imxija sos- fuqha ħalli jsir kuntatt man-nies joni u diżinfettar tat-terminal tanzjali. Dan għax iż-żewġ per- viċin tiegħu fuq l-ajruplan. Ir-raba’ każ hu raġel Malti tal-passiġġieri, tal-vapur u l-vetsuni kienu bilqiegħda ’l bogħod ieħor li mar f ’Barċellona fis-6 ta’ turi kollha li kienu laħqu telgħu ferm minn xulxin. Każ ieħor kien dak ta’ Russu Marzu u ġie fid-9 ta’ Marzu. Ir- abbord. Fi stqarrija fejn ħabbar l-inċili jgħix Malta. Hu ġie mir-Russja raġel sema’ mill-gwidi u ma marx fl-4 ta’ Marzu u beda bis-sintomi għax-xogħol u baqa’ kwarantina dent, il-Gvern fakkar li mhux se fil-11 ta’ Marzu wkoll b’deni u d-dar. Is-sintomi ħarġulu fit-13 jittollera li jkun hemm min jisfida wġigħ fil-muskoli, waqt li l-aw- ta’ Marzu. Is-Supretendent tas- l-Liġi u l-istruzzjonijiet li jingħatoritajiet ġew infurmati lbieraħ Saħħa Pubblika qalet li dan hu taw mill-uffiċjali responsabbli. u sar swab dak il-ħin stess. F’ter- każ fejn il-kwarantina mandatorMiżuri bis-saħħa mini ta’ contact tracing huwa ja ħalliet effett. Iż-żewġ każi l-oħrajn jittrattaw tal-ekonomija soda għandu persuna tgħix miegħu, iżda mhix turi sintomi u qiegħda koppja li jgħixu flimkien minn wkoll fi kwarantina. Ir-raġel Rus- Hong Kong u l-Italja u marru Sadanittant il-Ministru għall-Fi-

n a n z i stqarr li din is-sitwazzjoni se jkollha effett fuq it-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna kif se jiġri fil-pajjiżi l-oħra tad-dinja. Spjega li l-fatt li Malta kellha fost l-ogħla rati ta’ tkabbir se jkun qed jgħin f ’din is-sitwazzjoni. Tenna li s-surplus li l-Gvern ġemma’ tul is-snin se jkun qed jintuża biex joħloq baġit ieħor żgħir li jassisti lill-ekonomija biex jiġi salvagwardjat ix-xogħol. Scicluna qal ukoll li wara laqgħa mal-Gvern, il-banek kummerċjali wiegħdu lill-Gvern biex jgħinu fil-likwidità tal-kumpaniji. Spjega li l-miżuri mħabbrin ilbieraħ huma l-bidu u l-Gvern għandu f ’moħħu pakkett li jaqbeż il-€100 miljun, waqt li d-Dipartiment tas-Saħħa se jkun qed jingħatalu l-baġit kollu li hemm bżonn. Kompla stqarr li bħalissa l-Gvern qed isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni biex jara skemi oħra li jistgħu jiddaħħlu. Il-Prof. Scicluna sostna li hu importanti li l-ekonomija tkompli miexja bir-ritmu li kien hemm qabel. Il-Ministru għall-Ekonomija wkoll spjega li wara seba’ snin li matulhom il-pajjiż irnexxielu jirdoppja l-ekonomija, issa qed isib sfida kbira quddiemu. Spjega li, bħalma fis-snin li għaddew il-Gvern kien hemm biex jgħin lin-negozji jikbru, dawn issa se jkomplu jsibu lill-Gvern bħala spalla fiċ-ċirkostanzi diffiċli. Schembri ta l-eżempju b’kumpanija li kienet mistennija tħallas €100,000 fix-xahar f ’pagi u allura kienet se tagħti lill-Gvern b’€20,000 f ’bolla u €15,000 f ’taxxa fuq id-dħul f ’isem il-ħaddiema, fix-xahrejn li ġejjin dawn tal-aħħar issa se jibqgħu għand il-kumpanija biex tiġi megħjuna fil-likwidità tagħha. Hu għalaq billi tenna li l-għaqal tal-Gvern fl-aħħar snin qed ikompli jagħti l-frott illum meta feġġ il-maltemp mhux mistenni fuq pajjiżna.


04

15.03.2020

kullhadd.com

SE NITILFU L-“ALLEANZA” F’TEMPERATURA OGĦLA? FILWAQT LI L-ISTAĠUN TAL-INFLUWENZA ĠENERALMENT IBATTI SA APRIL, IX-XJENZATI GĦADHOM MHUMIEX ĊERTI LI L-ISTESS SE JIĠRI BIL-COVID-19; IL-WHO TWISSI LI F’TALI ELEMENTI L-IMXIJA QIEGĦDA TISSOKTA WKOLL Mhux magħruf eżatt jekk il-Coronavirus hux se jimxi malistaġun tal-influwenza u jmajna mad-dħul tar-rebbiegħa, anzi ħafna xjenzati jisħqu li għadu kmieni wisq biex ibassru kif se jġib ruħu dan il-virus perikoluż f ’temperaturi aktar sħan. Anzi din il-ġimgħa l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), li wkoll ikklassifikat il-COVID-19 bħala pandemija, iddikjarat li l-imxija qed tissokta anke fejn hemm temperaturi iżjed għoljin u konċentrazzjoni akbar ta’ umdità. Kien, u sa ċertu punt għadu ttamat li l-imxija, li laqtet kull naħa tad-dinja, bl-Italja l-agħar pajjiż wara ċ-Ċina minn fejn oriġinat, tista’ titlef is-saħħa tagħha jekk taġixxi bħal viruses oħrajn. S’issa f ’pajjiżna ġew irreġistrati s-sintomi f ’18-il pazjenti, li lkoll jingħad li jinsabu f ’livell tajjeb ta’ saħħa f ’iżolament fl-Isptar Mater Dei. Jeżistu għexieren ta’ viruses fl-istess familja tal-Coronavirus, iżda sebgħa biss jaffettwaw lill-bniedem. Erbgħa huma magħrufin li joħolqu biss influwenza komuni fin-nies, waqt li l-oħrajn, li hu maħsub li jiġu trażmessi minn annimali bħal friefet il-lejl u iġmla, huma aktar perikolużi u jwasslu anke għallmewt f ’dawk dgħajfin. Uffiċjali tas-saħħa laqqmu l-virus il-ġdid SARS-CoV-2 u l-marda tiegħu COVID-19. Il-kelma ġriet li s-sajf jista’ jevita pandemija, speċjalment minħabba l-fatt li viruses li joħolqu l-influwenza jew irjiħat aktar moderati tal-Coronavirus għandhom it-tendenza li jbattu max-xhur sħan b’riżultat li dawn il-viruses għandhom dak li x-xjenzati jsejħu “staġjonalità”. Minkejja dan, mhux mistenni li s-SARS-CoV-2 jaġixxi bl-istess mod. Dawk li bħalissa qed jistudjaw l-imxija tal-marda jgħidu li r-riċerka tagħhom għadha wisq ’il bogħod biex ibassru kif se jirrispondi l-virus mat-tisħin tat-temperaturi.

Hu magħruf li x-xemx waħedha kważi tisterilizza l-uċuħ u d-dawl UV tant hu effettiv biex joqtol il-batterji u l-viruses li spiss jintuża fi sptarijiet biex jisterilizzaw l-apparat tagħhom. Sal-bieraħ, aktar minn 140,000 każ ta’ Coronavirus ġew ikkonfermati fi 135 pajjiż, bl-esperti jemmnu li se tibqa’ tixxerred. X’NAFU FUQ IL-VIRUSES? Fl-aktar livell bażiku, l-influwenza u l-Coronavirus jgħaddu minn persuna għall-oħra permezz tal-kuntatt fiżiku, għalkemm jistgħu wkoll jeżistu fuq l-uċuħ tal-oġġetti jew fis-sogħla u l-għatis ta’ persuna marida. Ladarba joħroġ mill-ġisem, il-forzi esterni se jwasslu lill-virus biex jiddeterjora. Għalhekk, issir ħafna enfasi fuq il-ħasil

kontinwu tal-idejn bl-ilma u s-sapun jew b’hand sanitizers, li kapaċi jistabbilizzaw il-virus u allura jagħmluh inqas probabbli li joħloq infezzjoni. Ir-riċerka dwar kif x’uħud mill-viruses huma staġjonali prattikament dejjem kienet ikkonċentrata madwar dawk li joħolqu l-influwenza, marda li minn dejjem assoċjata maxxhur xitwin. “L-istaġun” tal-influwenza ġeneralment idum minn Ottubru sa Marzu jew April u x-xjenzati għandhom numru ta’ teoriji għal xiex dan iseħħ. L-ewwel għax fix-xitwa l-bniedem ifittex l-irdoss fuq ġewwa fejn it-trażmissjoni minn bniedem għall-ieħor hi aktar probabbli, kif ukoll minħabba li t-temperaturi kesħin kapaċi jipproduċu inqas umdità fl-arja. F’livelli ogħla ta’ umdità l-virus ma jkunx jista’ jivvjaġġa ’l bogħod daqskemm f ’arja niex-

fa, minħabba li l-likwidu infettiv f ’għatisa jew sogħla jitqal bl-umdità u ma jkunx jista’ jibqa’ jtir. Xjenzati wkoll għandhom l-ipoteżi li n-nuqqas ta’ umdità tiżbilanċja l-funzjoni tal-mucus fl-imnieħer, li l-ġisem juża biex jaqbad u jkeċċi “foreign bodies” bħal viruses u batterji. Arja kiesħa u niexfa tnixxef il-mucus li jiġi inqas effettiv biex jaqbad xi virus. TQABBIL MAL-MERS U S-SARS Biex jifhmu aħjar din l-imxija tal-COVID-19, xjenzati qed iqabbluha ma’ dawk tas-SARS u l-MERS, li tferrxu fl-2002 u l-2012 rispettivament. Is-SARS, li għandha mad90% tad-DNA tagħha l-istess bħal dak tal-virus attwali, kienet damet bejn Novembru u Lulju ta’ wara. Għalkemm jidher li

l-perjodu hu rifless fl-istaġjonalità, xjenzati wkoll jemmnu li dak iż-żmien kien hemm interventi kliniċi immedjati li setgħu ħallew l-impatt biex l-imxija twaqqfet. Il-MERS, li bdiet fl-Arabja Sawdija fejn it-temperaturi huma għoljin, qatt ma ġiet imrażżna kompletament u kultant żmien jiġu rrapportati każi tagħha. Ħafna esperti jgħidu li l-għadd uffiċjali tal-COVID-19 mhux jistma eżattament kemm persuni jlaqqtu l-virus, minħabba li mhux kulħadd infettat jiżviluppa mard serju. Dan ir-raġunar ukoll ġie indikat mit-tobba Maltin fl-aħħar jiem. Hu mistenni li s-SARSCoV-2 jispiċċa endemiku bħall-bqija tal-erba’ Coronaviruses li jwasslu għal irjiħat normali jew inkella jsir riskju għas-saħħa staġjonali bħall-influwenza annwali.


05

15.03.2020

kullhadd.com

L-AGĦAR DATI S’ISSA GLOBALI Wara 52 ġurnata mindu ġie rrapportat l-ewwel każ ta’ infezzjoni bil-virus COVID-19 fil-belt ta’ Wuhan fiċ-Ċina fit-22 ta’ Jannar li għadda, kien hemm żewġ żidiet kbar partikolari fl-ammont ta’ każi rrapportati globalment. B’mod mill-aktar stramb, it-tnejn li huma inzertaw ħabtu fl-istess data tat-13 tax-xahar: 13 ta’ Frar u 13 ta’ Marzu. F’Malta, fejn l-ewwel każi ma feġġewx qabel is-7 ta’ Marzu, nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu wkoll kienet l-aktar ġurnata li fl-24 siegħa tagħha l-pajjiż irrapporta każi: 6. Ilbieraħ ukoll konna qrib dan l-għadd tant li, sakemm morna għall-istampa, ma kinux għadhom irrapportati iżjed mill-ħames każi ġodda mħabbrin filgħodu mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci. Skont il-website uffiċjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), li tiġi aġġornata kuljum, sa l-aħħar aġġornamenti tal-bieraħ kienu rrapportati 142,538 każ f ’135 pajjiż, reġjuni jew territorji fid-dinja. Minn dawn, 5,391 tilfu ħajjithom b’riżultat tas-sintomi. Il-WHO tisħaq li, għalkemm l-effetti talCOVID-19 għadhom jiġu studjati fil-fond, l-anzjani u persuni b’kundizzjonijiet mediċi, bħal pressjoni

għolja, mard tal-qalb u l-pulmun, kanċer u diabete, jiżviluppaw problemi ferm aktar serji minn oħrajn. Mill-mappa interattiva fuq il-website talWHO stess joħroġ li dakinhar tat-13 ta’ Frar waħdu ġew irrapportati iżjed minn 15,200 każ ġdid, biex it-total dinji qabeż is-60,000. Fit-13 ta’ Marzu kien hemm mal-11,600 każ ġdid. Il-qabżiet huma meqjusin aktar sinifikanti meta wieħed jikkunsidra li l-każi ġodda kuljum fid-dinja jiżdiedu b’medja ta’ madwar 3,000 persuna. Mhux magħruf eżatt x’inhi r-raġuni għat-tali splużjonijiet fil-każi dinjija b’differenza ta’ xahar bejniethom. Kurjuż ukoll fil-każ ta’ pajjiżna hu l-fatt li s’issa wara l-ewwel jumejn bil-każi ġodda, kien hemm ġurnata mingħajr żidiet. Dan seħħ nhar id-9 ta’ Marzu u t-12 ta’ Marzu, li ma rrapportaw l-ebda każi ġodda f ’Malta, waqt li l-jumejn ta’ qabel kien hemm. Kemm-il darba llum il-Ħadd ma jkunx hemm każi ġodda fostna, allura terġa’ tiġi ripetuta stramberija oħra, wara li kemm il-Ġimgħa kif ukoll ilbieraħ sbaħna bi 11-il każ ġdid bejniethom. Il-perjodu ta’ inkubazzjoni, jiġifieri minn mindu persuna tiġi infettata sa meta joħorġulha l-ewwel

sintomi, hu stmat bejn ġurnata u 14-il ġurnata, għalkemm hu komuni li wara ħamest ijiem ifeġġu l-ewwel indikazzjonijiet ta’ mard. Sal-aħħar ċifri rrapportati mill-WHO lbieraħ filgħodu, iċ-Ċina tibqa’ bl-akbar għadd ta’ każi (81,021), segwita mill-Italja (17,660), l-Iran (11,364) u l-Korea t’Isfel (8,086). Minn hawn, il-każi fil-pajjiżi individwali jerġgħu jaqgħu drastikament, bil-ħames stat fil-lista, Spanja, tirrapporta 4,231 każ. Waqt li l-każi ġodda rrapportati lbieraħ kienu għadhom mhux inklużi, Malta kienet fost l-inqas pajjiżi affettwati u fit-73 post ta’ din il-klassifika. 52 pajjiż ieħor kellhom inqas każi minna.

HELPLINE U LINJI GWIDA GĦAT-TURISTI L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għat-Turiżmu, ilbieraħ ħabbret miżuri speċifiċi biex tassisti lit-turisti, lil-lukandieri u lin-nies fl-industrija f ’mistoqsijiet li jista’ jkollhom b’rabta mal-COVID-19. Ftit tal-ġranet ilu l-istess Awtorità bagħtet numru ta’ linji gwida lil kull lukanda liċenzjata għal aktar għarfien dwar is-suġġett. Madankollu, bis-sitwazzjoni daqstant volatili kif inhi, l-iskop ta’ dan il-helpline (tel.: 21692447; email: tourismcovid-19helpline@visitmalta.com) hu biex jassisti b’mod aktar veloċi u dirett lit-turisti. Sadanittant, ilbieraħ filgħodu l-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli żaret numru ta’ lukandi, flimkien malKap Eżekuttiv u ċ-Ċermen tal-MTA u s-Segretarju Permanenti fl-istess Ministeru, bil-għan li jkun hemm għarfien xieraq lit-turisti u jiġi evitat l-abbuż. Waqt dawn il-laqgħat li għalihom attendew ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandieri u r-Ristoranti (MHRA), Andrew Agius Muscat, ġie spjegat kif b’effett im-

medjat, kull passiġġier, minn kull nazzjonalità, li ġej minn kwalunkwe pajjiż kemm bl-ajru kif ukoll bil-baħar, hu mitlub li jsegwi 14-il ġurnata ta’ kwarantina obbligatorja suġġetti għalLiġi ta’ Malta bil-multa ta’ €1,000 imposta fuq dawk li ma jsegwux. Fost il-linji gwida hemm ukoll noti li

jispjegaw kif turist għandu jesegwixxi kwarantina u jara li mal-wasla tiegħu jiżgura li ma joħroġx mill-kamra taħt l-ebda ċirkostanza. Turist m’għandux iħalli l-kamra wisq aktar jekk jiżviluppawlu sintomi ta’ deni, sogħla jew qtugħ ta’ nifs u hu avżat li jċempel fuq il-helpline tas-Saħħa Pubblika u ma

jmurx la għand tabib u lanqas għand spiżerija. F’każi hekk l-ikel se jkun ipprovdut fil-kamra u jitħalla quddiem il-bieb. Fl-istqarrija, il-Ministeru tenna li “nota oħra importanti hi dwar meta turist jiġi biex jirritorna lura pajjiżu. Hu imperattiv li jekk ma jiżviluppawx sintomi tul il-btala u t-titjira tat-tluq taqa’ fil-perjodu ta’ kwarantina mandatorja, turist għandu jingħata l-permess biex jivvjaġġa lura pajjiżu.” Il-Ministru Farrugia Portelli stqarret li qed isir ħafna xogħol minn wara l-kwinti fl-aħjar interess tal-Maltin u l-Għawdxin u saħqet li barra s-saħħa tan-nies, dejjem żammet quddiem għajnejha l-impjiegi u l-impatt fuq il-familji. Hi insistiet li diġà ttieħdu numru ta’ deċiżjonijiet wara laqgħat ma’ numru ta’ stakeholders u minn ħin għall-ieħor, flimkien mal-Prim Ministru, se jkunu qed jiġu kkomunikati aktar miżuri li jeħtieġu l-kollaborazzjoni ta’ kulħadd. Il-Ministru appellat għall-kuraġġ u talbet għall-għaqda biex flimkien niġġieldu u negħlbu dan l-episodju ikrah li laqat lid-dinja kollha.


06

15.03.2020

kullhadd.com

MINN BTALA GĦAL PULIZIJA WARA L-BIEB Fl-ewwel jiem mindu bdew jiġu ċċekkjati dawk li suppost qegħdin fi kwarantina, jidher li din il-miżura drastika qiegħda tiġi osservata

Għexieren ta’ persuni li fl-aħħar jiem irritornaw lura minn btala jew inkella minn xogħol barra l-pajjiż sabu jħabbtulhom malbieb ta’ barra l-uffiċjali tal-Pulizija mill-Administrative Law Enforcement (ALE), li flimkien ma’ uffiċjali mill-Ispettorat tasSaħħa u l-Protezzjoni Ċivili, qed imexxu spot checks għal dawk li għandhom ikunu fi kwarantina mandatorja fil-jiem li ġejjin. Sal-bieraħ waranofsinhar kienu saru 90 spot checks li minnhom kien hemm żewġ każi biss li ma nstabux fid-dar tagħhom u għalhekk dabbru l-multa ta’ €1,000 kull wieħed. Imkejjen qrib it-taqsima li qed tagħmel dan ix-xogħol, spjegaw ma’ din ilgazzetta li jidher ċar li l-kwarantina qed tkun

osservata, filwaqt li tennew li ħafna għamlu rapporti ta’ suspetti mod ieħor li jista’ jkollhom. Liema rapporti qed ikunu wkoll iċċekkjati. Bid-dettalji f ’idejhom ta’ min suppost qiegħed fid-dar, il-Pulizija qed jassiguraw li min mhux suppost qed jiġri fit-triq ikun tassew bejn l-erba’ ħitan tal-binja fejn qal li se jkun. It-taqsima tal-ALE, magħrufa għall-ħidma tagħha fil-qasam ambjentali u t-tħaris tar-regolamenti tal-kaċċa b’mod partikolari, assumiet hi r-responsabbiltà ta’ dan ir-rwol li ħadet il-Pulizija quddiem is-sitwazzjoni tal-COVID-19. Dan anke wara diskussjonijiet mal-unjins li tmexxew mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri li, filwaqt li serraħ ras l-unjins li s-sigurtà tal-ħaddiema se tkun imħarsa dejjem, spjega li dan hu mument fejn kulħadd mistenni jiġbed ħabel wieħed f l-interess tal-pajjiż. Il-proċess beda, u qed jibda, mill-mument li jasal Malta l-ajruplan fejn il-passiġġieri

qed jintalbu jimlew dikjarazzjoni fejn mhux biss jagħtu d-dettalji tagħhom, iżda wkoll ta’ fejn se jkunu qegħdin joqogħdu. Sa nhar il-Ġimgħa filgħodu dan kien qed isir mal-ajruplani li kienu ġejjin minn ċerti pajjiżi u titjiriet ta’ ritorn ta’ Maltin li nqabdu barra. Iżda, mill-Ġimgħa waranofsinhar dan sar meħtieġ għal kull titjira li tidħol f ’pajjiżna bil-passiġġieri, Maltin u mhux, huma sforzati jagħmlu 14-il jum ġewwa. Tant li kienu bosta t-turisti li malli saru jafu b’din l-aħbar marru lura l-Ajruport u telqu lura lejn id-dar. Ladarba l-awtoritajiet tassaħħa jieħdu f ’idejhom id-dokumenti, dawn id-dettalji jintużaw mill-membri tal-Korp li b’mod sporadiku u għal għarrieda jmorru jħabbtu l-bibien ta’ dawk li suppost qegħdin kwarantina. Filwaqt li f ’kull spezzjoni jkun hemm Pulizija, hemm każi fejn dawn qed ikunu akkumpanjati minn spetturi tas-saħħa u f ’każi oħrajn ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili. Dawn il-persuni ħadu t-taħriġ meħtieġ qabel bdew jagħmlu dawn l-ispezzjonijiet anke jekk dawn huma spezzjonijiet li r-riskji marbutin magħhom huma minimi ħafna jew kważi xejn, għax l-uffiċjali mhux ikollhom kuntatt dirett mal-persuni involuti u l-istess persuni huma obbligati li jkunu kwarantina għax siefru u mhux għax għandhom xi sintomi tal-COVID-19.

ATTIVITAJIET LI LAQQTUHA Numru ta’ attivitajiet ukoll ġew affettwati u mistennija jkomplu jiġu affettwati, partikolarment wara r-restrizzjonijiet fuq avvenimenti tal-massa li ħabbar il-Gvern din il-ġimgħa. Nhar it-Tlieta l-Prim Ministru ħabbar li ttieħdet id-deċiżjoni li attivitajiet tal-massa kellhom ikunu ristretti għal mhux iżjed minn 2,000 persuna għal dawk li kellhom isiru fil-miftuħ u mhux iżjed minn 750 persuna għal dawk filmagħluq. Minkejja dan, jumejn biss wara ġie deċiż li l-ebda attività tal-massa ma kellha tinżamm u l-awtoritajiet ma kinux se joħorġu l-permessi meħtieġa għal dan il-għan. Mill-informazzjoni disponibbli, jidher li kollox qed jittieħed b’kawtela u ġurnata b’ġurnata, jekk mhux siegħa b’siegħa. Għaldaqstant, ma jistax jiġi mbassar kemm jistgħu jtulu t-tali restrizzjonijiet u jekk eventwalment jaslux biex jaffettwaw avvenimenti kbar li kienu mistennija li jseħħu f ’pajjiżna, mhux l-inqas iż-żjara tal-Papa Franġisku fl-aħħar jumejn ta’ Mejju. L-istess għadhom imdendlin numru ta’ kunċerti li konna drajna fix-xhur tas-sajf, partikolarment Fuq il-Fosos tal-Furjana, bħall-Isle of MTV, jew oħrajn, inkluż tal-kantanta ċelebri Celine Dion f ’Ta’ Qali skedat għas-27 ta’ Lulju. Fost dawk li ħabbru li kienu qed jipposponu jew iħassru definittivament l-attivitajiet tagħhom minħabba l-COVID-19 f ’pajjiżna kien hemm: • iċ-ċelebrazzjonijiet dawn il-jiem abbinati ma’ San Patrizju, li jaħbat nhar it-Tlieta li ġej; • il-Qormi Music Festival li kellu jsir fit-23 ta’ Mejju mill-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri; • il-Konferenza Nazzjonali dwar l-Epilessija li suppost saret ilbieraħ mill-Caritas Malta; • il-programm kollu t’attivitajiet tat-Teatru Manoel sal31 ta’ Marzu; • l-attivitajiet kollha f ’Għawdex tal-Gaulitana: A Festival of Music li kellhom jibdew fit-28 ta’ Marzu tħassru, inkluża l-opra “Otello” ta’ Verdi skedata għall-25 t’April; • l-attività Dwejra Looking Beyond f ’Għawdex ukoll li kellha ssir illum stess; • l-attivitajiet tal-Kunsill Lokali tal-Belt li kien qed jorganizza għas-27 u t-28 ta’ dan

ix-xahar, waqt li ġew irtirati l-permessi li kien diġà approva għal attivitajiet terzi f ’dawn iljiem; • il-Partit Laburista ssospenda l-laqgħat ġenerali annwali li kienu qed isiru mill-kumitati lokali tiegħu (tagħrif f ’paġna 10); • il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020 li kellu jsir fl-Università bejn il-25 u s-27 ta’ Marzu ġie pospost sakemm jinħareġ avviż ieħor; • il-Malta Football Association (MFA) il-Ħamis iddeċidiet b’mod immedjat li l-logħob kollu tagħha tal-futbol u tal-futsal f ’Malta u f ’Għawdex isir bil-bibien magħluqin, waqt li ħassret kull logħob, kompetizzjonijiet jew festivals tal-Youth FA u l-Gozo Youth FA u taħriġ tas-selezzjonijiet fil-kategoriji U-17, U-16, U-15 u l-Akkademja tal-Bniet; • l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta pposponiet l-avvenimenti Shadow Colour Pavilion, Mahler’s Sixth, InnovAIR 2020: Valletta Neural Network, Público, Belt ilBeltin u 7 Visti; • il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi b’riżq il-Missjoni li kellha ssir ilbieraħ; • il-kumpless Esplora ngħalaq temporanjament sakemm jinħareġ avviż ieħor; • il-Mużew Ħaġar fir-Rabat Għawdex għalaq il-bibien ukoll; • il-laqgħa straordinarja tal-Ġimgħa mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Restoranti (MHRA) dwar l-iżviluppi riċenti wkoll saret bil-bibien magħluqin u ġurnalisti kienu mistiedna jsegwu permezz ta’ Facebook; • l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA) ipposponiet il-laqgħa ġenerali annwali tagħha li kellha ssir fl24 ta’ Marzu; • l-Għaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti pposponiet, għal data li għad trid titħabbar, il-laqgħa ġenerali annwali tagħha li kellha ssir nhar is-Sibt 21 ta’ Marzu fl-Istitut Kattoliku l-Furjana. • l-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering (ACE) ħabbret fi stqarrija li wħud mill-membri tagħha ddeċidew li jagħqlu l-bibien minħabba nuqqas ta’ klijentela, kemm minn barranin u anke Maltin li “jidher li daħlu f ’lockdown volontarja wara l-appelli mill-awtoritajiet”. Fil-jiem li ġejjin mistenni jkun hemm attivitajiet u avvenimenti oħrajn li jintlaqtu.


07

15.03.2020

kullhadd.com

L-ISTAT TAT-TOROQ MILL-AJRU Wara li s-sena l-oħra użat drones speċjalizzati biex tikseb stampa dettaljata tat-toroq f ’pajjiżna, Infrastructure Malta issa qiegħda tanalizza gradwalment l-istat tat-toroq u tidentifika ħsarat fihom permezz ta’ Sistema ta’ Informazzjoni Ġeografika (GIS) diġitali ġdida. Waqt l-eżerċizzju li dam għaddej diversi ġimgħat, ittajru drones forma t’ajruplan żgħir (fixed wing drone) biex ittieħdu ritratti mill-ajru ta’ 2,500 kilometru ta’ toroq f ’Malta u Għawdex. B’dawn ir-ritratti mbagħad inħolqu mapep (orthophoto maps) magħmulin minn sekwenza ta’ ritratti tat-toroq meħudin mill-ajru. B’hekk ġiet żviluppata applikazzjoni ġdida għas-Sistema ta’ Informazzjoni Ġeografika li tinkludi dawn il-mapep tat-toroq kollha b’informazzjoni dettaljata dwar il-ħsarat u l-kundizzjoni tagħhom. Dawn il-mapep juru l-qagħda li kienet tinsab fiha kull triq f ’Malta u Għawdex fl-2019. Minn dak iż-żmien diġà kien hemm numru konsiderevoli ta’ toroq arterjali, residenzjali u rurali li Infrastructure Malta bniet mill-ġdid jew irranġat b’xogħlijiet ta’ manutenzjoni jew tiswijiet. Is-sistema diġitali ġdida tidentifika fejn hemm ħsarat, kemm jekk huma ħofor, xquq jew inkella biċċiet li jkunu nksew bl-asfalt wara li t-triq tkun tħaffret minħabba xi ħsarat fisservizzi taħt l-art. It-tagħrif tekniku li nġabar qed jintuża minn Infrastructure Malta fit-twettiq tal-investiment li qed tagħmel biex ittejjeb l-infrastruttura tat-toroq f ’Malta. Is-sistema diġitali ġdida qed tgħin lill-aġenzija tagħraf liema jeħtieġ jinbnew mill-ġdid qabel oħrajn. Minbarra li jgħin ukoll fil-manutenzjoni kontinwa tat-toroq, it-tagħrif jipprovdi lill-aġenzija għodda importanti biex tkompli ssaħħaħ il-ħidma tagħha fi proġetti li diġà qiegħda twettaq u fl-ippjanar ta’ investimenti oħrajn li se tagħmel fil-futur. L-analiżi tal-istat tat-toroq, flimkien ma’ studji oħrajn, qed jgħinuha tidentifika liema nħawi fil-pajjiż għandhom jingħataw prijorità fissnin li ġejjin. Aktar ma jgħaddi żmien, is-sistema ta’ tagħrif interattiv dwar il-kundizzjoni tal-uċuħ tat-toroq se tibqa’ tiġi aġġornata gradwalment b’iżjed dettalji tekniċi biex tkompli ssir dejjem aktar utli għal Infrastructure Malta u entitajiet oħrajn invo-

Triq il-Qares fil-Mosta fost eluf ta’ toroq li fl-aħħar xhur kienu qed jiġu analizzati mill-ajru minn Infrastructure Malta

L-analiżi tal-istat tat-toroq, flimkien ma’ studji oħrajn, qed jgħinuha tidentifika liema nħawi fil-pajjiż għandhom jingħataw prijorità fis-snin li ġejjin

luti fl-infrastruttura tat-toroq fl-ippjanar u t-twettiq tal-ħidma tagħhom. Is-sistema se tkompli tiġi aġġornata wkoll b’informazzjoni minn sorsi oħrajn biex tibqa’ tgħin flanaliżi sħiħa tal-infrastruttura ta’ pajjiżna. Din l-informazzjoni se tkun ukoll il-bażi li fuqha jitqiesu d-durabilità u l-effettività ta’ metodi differenti għall-bini u l-manutenzjoni tat-toroq matul is-snin. Infrastructure Malta twaqqfet fl-2018 biex twettaq il-pjan tal-Gvern biex titjieb il-kwalità tal-infrastruttura pubblika f ’pajjiżna. Is-sena li għaddiet, din l-aġenzija ġdida wettqet ħidma bla preċedent bi proġetti kbar bħall-bini mill-ġdid ta’ Triq tal-Balal, Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok (magħrufa bħala Taċ-Ċawsli), l-ewwel flyovers tal-Marsa Junction Project, u ħafna oħrajn. Fl-istess waqt, bniet millġdid aktar minn 130 triq residenzjali u għexieren ta’ toroq oħra fil-kampanja. Bdiet ukoll ħidma kbira biex ittejjeb l-infrastruttura max-xtut, b’investimenti li kienu ilhom snin fuq l-ixkaffa, fosthom il-breakwater tal-Qrejten, f ’Marsaxlokk u l-bini mill-ġdid tal-faċilitajiet tas-sajjieda fil-Port tal-Imġarr Għawdex.


08

15.03.2020

kullhadd.com

MEDITERRAN NIEXEF MAS-SITT MALTI INVOLUT FIR-RIĊERKA LI TIKKONFERMA LI PAJJIŻNA KIEN F’NOFS IL-KATAKLIŻMA Għargħar stmat li jlaħħaq il-100 miljun metru kubu ta’ ilma baħar kull sekonda spiċċa mela l-Mediterran fuq perjodu ta’ sentejn sakemm ġie fl-istess livell mal-Oċean Atlantiku

Lega ħoxna ta’ melħ ta’ madwar żewġ mili għolja fil-qiegħ tal-Mediterran hi waħda millftit traċċi li nstabu u juru kif miljuni ta’ snin ilu dan il-Baħar li jiċċirkondana kien għosfor kważi kompletament, almenu fil-Punent tiegħu. Il-formazzjoni tal-blat viċin l-ibħra tagħna wkoll tissuġġerixxi li Malta ta’ dak iż-żmien, li kienet magħquda mat-Tramuntana tal-Afrika u n-Nofsinhar tal-Italja, spiċċat f ’nofs il-katakliżma li reġgħet imliet ir-reġjun kif nafuh illum. Din l-informazzjoni hi miġbura f ’riċerka ġdida li ġiet ippubblikata fl-aħħar ġimgħat mill-ġurnal influwenti Earth-Science Reviews. Fost l-awturi tagħha hemm il-Professur Malti Aaron Micallef mill-Fakultà tax-Xjenza fl-Università ta’ Malta, li kien responsabbli biex jiġbor tagħrif fuq xogħol li sar fiċ-ċentru tal-Mediterran. L-għoli tal-blata kontinentali li fuqha nsibu lil Malta (Malta Escarpment) u l-forma tal-Ħondoq Noto fix-Xlokk ta’ Sqallija, b’mod partikolari, jindikaw li l-livell tal-Baħar Mediterran dak iż-żmien kien bejn 1,800 metru u 2,000 metru inqas milli hu llum. Wieħed mix-xenarji proposti biex reġa’ mtela l-Mediterran hu għargħar katastrofiku millOċean Atlantiku għal ġo l-Istrett ta’ Ġibiltà, hu stmat li seħħ 5.3 miljun sena ilu. Jingħad ukoll li l-kaskata enormi ta’ ilma li mliet ilqiegħ tal-Mediterran fil-Lvant aktarx li kienet parti mill-akbar għargħar li qatt seħħ fl-istorja dinjija, mal-100 miljun metru kubu ta’ ilma fis-sekonda. Xi riċerkaturi jemmnu li r-reġjun Mediterranju nixef kważi kompletament fil-Punent tiegħu, waqt li kien baqa’ xi għadajjar kbar fil-Lvant tiegħu. Fin-nofs kien hemm il-blata li żżomm lil Malta. Dan wassal biex il-qiegħ mimli widien fuq iż-żewġ naħat kien jinżel aktar minn mil taħt il-livell tal-baħar tal-lum. Dak li kien qed iżomm kollox bejn il-banju vojt u l-ilma tal-Atlantiku aktarx kien passaġġ dejjaq fl-art fejn illum hemm l-Istrett ta’ Ġibiltà, anke jekk il-wisa’ proprja tiegħu mhux magħrufa. Il-pressjoni kostanti tal-Atlantiku seta’ wassal għall-ftuħ tal-Istrett u l-għargħar massiv li sal-lum ħalla l-marka tiegħu fil-qiegħ tal-Baħar Mediterran. Hu stmat li l-għargħar dam għaddej madwar sentejn sakemm imtela l-Mediterran fl-istess livell tal-Oċean. Skont ir-riċerka ġdida, it-tali avveniment kien ikun b’saħħtu biżżejjed biex mhux biss iwessa’ l-Istrett ta’ Ġibiltà, imma anke jħaffer miljuni kbar ta’ ġebel mill-qiegħ u jkaxkarhom kull fejn għaddew l-ilmijiet kbar. Wieħed minn depożiti ġodda li nstabu dan l-aħħar qiegħed proprju mal-blata kontinentali Maltija fuq il-Lvant tagħha, fejn ħa sehem il-Professur Malti. Din hi l-parti li aktarx rażżnet l-għargħar massiv 5.3 miljun sena ilu, qabel il-baħar kompla jfur lejn il-Lvant tar-reġjun jew lejn Ċipru tal-lum. Waqt li r-riċerkaturi ddeskrivew is-sejba bħala intriganti, stqarrew li għad iridu jiġbru kampjuni miż-żona biex jiġu ttestjati. Għaldaqstant għadu mhux magħruf mil-liema materjal hu magħmul dan id-depożitu, anke jekk


09

15.03.2020

kullhadd.com

MILJUN SENA ILU MILL-ISTRETT TA’ ĠIBILTÀ LI REĠGĦET IMLIETU

Disinji ta’ kif inhu maħsub li seħħ l-għargħar ta’ 5.3 miljun sena ilu, meta mtela l-Mediterran. Skont is-sejbiet riċenti, is-Sicily Sill, li tinkludi wkoll lil Malta, rażżnet għal xi żmien din il-qilla naturali li mbagħad kompliet tfur lejn il-Lvant

ir-riżultati jistgħu jkunu fil-qrib. Staqsejna lill-Professur Micallef, li jispeċjalizza fil-ġeoloġija marittima u l-istudju talqiegħ il-baħar, dwar din ir-riċerka u kif din reġgħet qajmet mill-ġdid dibattitu antik dwar il-metodu u l-meta l-Mediterran ingħaqad mal-Atlantiku. Mistoqsi dwar is-sehem tiegħu, il-Professur stqarr li “kelli niġbor informazzjoni fuq xogħol li għamilna fiċ-ċentru tal-Mediterran, mhux ’il bogħod minn Malta. Taħt mijiet ta’ metri ta’ sedimenti u f ’fond ta’ madwar 4,000 metru konna sibna depożitu kbir (160km x 95km x 800m) li naħsbu li ġie ffurmat miż-Zanclean Flood. “Mill-informazzjoni li analizzajna aħna naħsbu li l-għargħar għadda mill-Punent lejn il-Lvant tal-Mediterran minn wied kbir, jismu Noto Canyon, li llum jinsab taħt il-baħar fin-Nofsinhar ta’ Sqallija. Dan il-kontribut kien prova ċara li ż-Zanclean Flood affettwa l-Mediterran kollu u li l-livell tal-baħar tbaxxa b’numru ta’ kilometri.” Hu jikkonferma li Malta kienet tinsab fuq

is-Sicily Sill, parti baxxa fiċ-ċentru tal-Mediterran. “Ħames miljun sena ilu l-ġeografija kienet differenti minn dik tal-lum, imma din il-parti baxxa kienet teżisti diġà u wasslet biex l-għargħar ikkonċentra ruħu fin-Nofsinhar ta’ Sqallija.” Staqsejnieh ukoll jekk in-nixfa fil-Mediterran fissritx li, kif inhu maħsub, Malta kienet magħquda mat-Tramuntana tal-Afrika u n-Nofsinhar tal-Italja u jekk is-sejbiet f ’Għar Dalam humiex il-prova tal-istess nixfa. “Iva, jekk il-livell tal-baħar kien nieżel numru ta’ kilometri, stajt timxi mil-Libja sa Sqallija. Però s-sejbiet ta’ Għar Dalam huma aktar riċenti minn dak iż-żmien. Kien hemm drabi oħrajn – l-aħħar waħda minnhom 20,000 sena ilu, pereżempju – meta Malta kienet magħquda ma’ Sqallija u dawk l-annimali li nsibu f ’Għar Dalam waslu hawn f ’dawn iż-żminijiet. Ilbaħar kien tbaxxa 120 metru minħabba li ħafna ilma kien sar silġ fi żmien l-Ice Age,” qalilna l-Professur, li wkoll eskluda li l-aħħar riċerka li kien involut fiha tittrattax il-perjodu li seta’ wassal għal-leġġenda tal-għejbien ta’ Atlantis.

ĊEMPEL 111 GĦALL-GĦAJNUNA Iċċempilx 112 jekk mhix emerġenza ta’ veru. Tmurx għand it-tabib tal-familja, Ċentri tas-Saħħa jew l-Emerġenza f’Mater Dei.


10

15.03.2020

kullhadd.com

BIDDILNA L-ĦAJJIET …ANKE FL-AMERKA! Ir-rivoluzzjoni riċenti Maltija fid-dritti­jiet għall-persuni fil-komunità LGBTIQ, fejn sa mill-2015 nitqiesu l-aktar pajjiż avvanzat u sigur f ’dan ir-rigward, qed tissokta fuq livell nazzjonali fl-Istati Uniti tal-Amerka fejn “Malti” ieħor beda rivoluzzjoni ġdida, forsi mingħajr ma ried. Grazzi għall-kampanja storika tiegħu, li waslet fi tmiemha ħesrem fil-bidu ta’ dan ix-xahar, Pete Buttigieg, li kien qed jittama li jkun il-kandidat Demokratiku li jiffaċċja lill-President attwali Donald Trump aktar tard din is-sena, kien ta’ ispirazzjoni u kuraġġ għal ħafna li kellhom bżonn jemmnu wkoll fihom infushom. F’artiklu estensiv mis-CNN wara t-tmiem tal-kampanja ta’ Buttigieg, li missieru għandu l-oriġini tiegħu fil-Ħamrun, jingħad li anke jekk mhux se jsir President tal-akbar demokrazija fid-dinja, id-deċiżjoni tiegħu li jikkontesta xorta kienet aktar minn fundamentali għall-Amerikani li huma lesbiċi, omosesswali, bisesswali, transgender u intersex. L-istess sentiment kien espress mir-raġel ta’ Pete Buttigieg, Chasten. Waqt li indirizza folla ta’ ammiraturi, partitarji u qraba li

ICREATE LTD We are a young, energetic team with a passion for quality in large format printing, CNC service and signage. Our own dedicated team creates each and every project 100% in house. We are looking for: CNC operator, Printer/Finisher, Graphic Designer, Receptionist, Office clerk, Helper Please send us your CV on info@icreate. mt or contact us on 20167000.

nġabru f ’South Bend, fl-Istat ta’ Indiana, fejn Pete Buttigieg kien Sindku proprju dakinhar li dan ħabbar li kien se jirtira mit-tellieqa, Chasten stqarr li, meta żewġu talbu x’jaħseb dwar il-possibbiltà li jikkontesta fl-ewwel lok, ir-reazzjoni tiegħu kienet pożittiva. “Pete ġegħelni nerġa’ nibda nħobb lili nnifsi u allura għedtlu biex jikkontesta, għax naf li f ’dan il-pajjiż hemm ħafna oħrajn hemm barra li kellhom bżonn jemmnu fihom infushom,” qal Chasten, waqt li pprova jżomm lura d-dmugħ.

Is-CNN qal li għall-ewwel darba fl-istorja Amerikana, kandidat Presidenzjali tela’ fuq ilpalk u bies lil żewġu qabel temm il-kampanja tiegħu. Dan kien mument li daħal perfettament fil-kampanja storika tal-kandidat Demokratiku, li ttestjat kemm l-aċċettazzjoni mhux sħiħa favur l-LGBTIQ Amerikani u fl-istess ħin għamlet qabża ta’ ġgant f ’għajnejn dawk li kienu ispirati mill-kandidatura tiegħu. Għall-Amerikani LGBTIQ, Buttigieg kien iżjed minn sempliċi kandidat ieħor, anzi

Waqt li l-komunità LGBTIQ f’Malta esperjenzat bdil drastiku mill-2014, il-kampanja riċenti ta’ Pete Buttigieg ġiet deskritta wkoll bħala rivoluzzjonarja fl-Istati Uniti

kien il-kandidat rappreżentant tagħhom. Sa mill-bidu tal-kampanja tiegħu, l-orjentazzjoni sesswali u t-twemmin ta’ Buttigieg iddistingwewh mill-kandidati l-oħrajn Demokratiċi. L-Amerikani kisbu d-dritt taż-żwieġ fl-2015, sena wara li ddaħħal id-dritt tal-unjoni ċivili f ’Malta u sentejn qabel l-istess Gvern Laburista introduċa wkoll iż-żwieġ sħiħ għall-koppji tal-istess sess. Persuni LGBTIQ għadhom jiffaċċjaw it-theddid ta’ diskriminazzjoni fuq il-postijiet

tax-xogħol minħabba l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, fi bnadi iżjed minn oħrajn. Annise Parker, President u Kap Eżekuttiv tal-LGBTQ Victory Fund, temmen li l-kandidatura ta’ Buttigieg kienet qed timla ħtieġa tant urġenti fil-pajjiż. “Nemmen li litteralment kien kapaċi jsalva l-ħajjiet,” qalet Parker lis-CNN, waqt li fakkret fil-problemi psikoloġiċi u saħansitra ta’ suwiċidji fost komunitajiet simili fl-Amerka.

IL-LAQGĦAT ĠENERALI ANNWALI TAL-KUMITATI LOKALI ĠEW POSPOSTI Il-Laqgħat Ġenerali Annwali tal-Kumitati Lokali tal-Partit Laburista li kellhom jissoktaw f ’din il-ġimgħa qed jiġu posposti għal dati li jitħabbru aktar ’il quddiem. Dan wara l-miżuri ta’ prekawzjoni li qed jitħabbru fuq livell nazzjonali minn żmien għal ieħor. Minbarra li nhar it-Tlieta 17 ta’ Marzu u l-Erbgħa 18 ta’ Marzu kien hemm skedati sitt laqgħat simili, f ’Ħ’Attard, f ’Ħal Għargħur, fil-Baħrija, fil-Gudja, f ’San Ġiljan u fil-Mosta (diġà posposta mill-4 ta’ Marzu), nhar il-Ġimgħa li ġej, 20 ta’ Marzu, kellha ssir ukoll il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-fergħa Nisa Laburisti (NL) fiċ-Ċentru Laburista l-Ħamrun fejn kien mistenni jattendi l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Robert Abela nnifsu. Dawn il-laqgħat ta’ kull ġimgħa kellhom jibqgħu għaddejjin sal-aħħar ta’ dan ix-xahar, qabel imbagħad issir il-Konferenza Ġenerali lejn l-aħħar t’April.


11

15.03.2020

kullhadd.com

DAQQA FL-UE U OĦRA HAWN Waqt li Busuttil iwassal għal ċanfira fl-EPP, Delia jkompli jiddawwar fil-Parlament Malti b’nies kontrih

Simon Busuttil ma tistax tiġih waħda tajba. Ħarsa lejn il-karriera politika tiegħu, jekk tista’ ssejħilha hekk, tara sensiela ta’ disfatti, waħda wara l-oħra. L-akbar waħda dik li Simon hu l-uniku Eks Kap tal-Oppożizzjoni s’issa li qatt ma tela’ t-taraġ ta’ Kastilja bħala Prim Ministru ta’ pajjiżna. Imwaħħla miegħu hemm ukoll l-akbar gidba politika li qatt ġiet iffabbrikata f ’Malta – il-każ Egrant. Imma wkoll episodji li matul kampanji elettorali ħallew lill-elettorat iħokk rasu biex jipprova jifhem x’kien eżatt qed jipproponi – proposti bla sugu jew proposti mingħajr pjan konkret warajhom. Busuttil sofra l-akbar disfatta politika fl-istorja tal-Partit Nazzjonalista u bit-tmexxija tiegħu f ’telfa wara l-oħra wkoll ħalla wirt ta’ partit fallut. Ftit tal-ġimgħat ilu Busuttil ħaseb li kien se jħalli dan kollu warajh u b’pompa kbira tħabbar li se jmur Brussell biex jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-Partit Popolari Ewropew. Kulħadd feraħ. Min feraħ għax telaq u min feraħ għax se jkun qribu. Kien hemm min feraħ li se jiżbarazza minn Simon u ma jibqax xkiel ma’ saqajh u kien hemm min feraħ għax Simon se jkollu kariga fl-Ewropa. Adrian Delia feraħ żgur, għax iqis li aħjar b’Simon fi Brussell milli fil-Grupp Parlamentari tiegħu. David Casa u Roberta Metsola ferħu wkoll, l-iżjed tal-ewwel, għax Simon se jkun aktar qribhom. Żgur li din il-ferħa kienet imtappna minn dikjarazzjonijiet li saru fil-jiem li għaddew, li għal raġuni ovvja ma tantx ingħatat prominenza minn ċerti setturi tal-mezzi tax-xandir lokali. Imma l-ġurnal influwenti ta’ Brussell Politico kien ċar. Kritika interna fi ħdan il-Partit Popolari Ewropew akkużat lill-Mexxej Ġermaniż Manfred Weber talli ħatar lil Simon Busuttil għall-kariga ta’ Segretarju Ġenerali fi sforz biex jikkonsolida l-poter tiegħu. U hawnhekk wieħed jiftakar kemm fi żmien il-kampanja elettorali, Busuttil innifsu kien inċensa lil Weber. Jgħidu li xejn ma jsir b’kumbinazzjoni. Kritiċi interni akkużaw lil Weber li, wara li ma rnexxielux jikseb il-pożizzjoni ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea sena ilu, qed jipprova jsaħħaħ il-poter

tiegħu fil-PPE bl-għażla ta’ Busuttil. Dawn il-kritiċi qed jgħidu li Weber ħadha ħażin sew li minfloku, sabet appoġġ u ħadet il-pożizzjoni ta’ President tal-Kummissjoni Ġermaniża oħra – Ursula von der Leyen. Weber ħassu ingannat u għalhekk qed idawwar lilu nnifsu b’tim żgħir ta’ nies li huma viċin tiegħu u leali assoluti lejh. U hawn, qed jingħad fejn jidħol Simon Busuttil. Il-ħbiberija ta’ Weber u Busuttil tmur lura s-snin. Fil-fatt Weber approva pubblikament il-kampanja ta’ Busuttil biex isir Kap tal-PN fl-2013 u fl-2015 saħansitra kien sejjaħlu “l-Prim Ministru li jmiss ta’ Malta”. Minkejja dan, bejn Weber u Nostradamus hemm baħar jaqsam! Weber kien ukoll mistieden minn Simon Busuttil biex jindirizza mass meetings Nazzjonalisti fil-kampanja elettorali tal2017. Din il-ħbiberija mhux qed tinżel tajjeb fi ħdan il-PPE u ħafna minn sħabu stess qed jgħidu li Simon mhux se jsib il-koperazzjoni tant meħtieġa għall-kariga l-ġdida tiegħu. Sadanittant f ’Malta anke Adrian Delia kompla jħabbat wiċċu ma’ iżjed mewġ. Mhux biss kull meta jiftaħ ħalqu jaqla’ l-kritika minn ta’ madwaru dwar immaturità politika, imma għad għandu madwaru n-nies li se jkomplu jissikkawlu l-ħabel m’għonqu. L-aħħar tnejn, Ivan Bartolo u David Thake, ġew eletti fil-Parlament din il-ġimgħa fl-elezzjonijiet każwali wara r-riżenji tal-istess Simon Busuttil u Marthese Portelli x-xahar li għadda. It-tnejn li huma mhumiex minn dawk li jkantaw “Viva Delia”, anzi. Thake kien qal li Adrian Delia “is not fit for purpose”, waqt li Bartolo s-sajf li għadda organizza l-petizzjoni biex tisfiduċja lil Delia. Fl-ewwel kummenti tagħhom wara li sabu ruħhom fil-Parlament ukoll ma ddikjarawx li se jkunu wara l-Kap tal-Oppożizzjoni. Wieħed jistenna u jara xi żviluppi se jkollna fuq iż-żewġ fronti Nazzjonalisti, dak Ewropew u l-ieħor lokali.


12

15.03.2020

kullhadd.com

TISĦIĦ TA’ SETTURI IMPORTANTI X’inhuma l-ewwel prijoritajiet li qiegħed tindirizza? Matul is-snin li għaddew sar ħafna xogħol fis-setturi tal-gaming u sservizzi finanzjarji. Madankollu, nemmen li għad fadal iżjed xi jsir. Irridu noħorġu barra l-pajjiż u naħdmu biex nerġgħu nsewwu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna, u dan hu li se nkun qiegħed nagħmel spalla ma’ spalla ma’ sħabi. Nemmen li diġà hawn arja friska li neħħiet is-sħab minn fuq pajjiżna, iżda għad fadal xi jsir. Is-servizzi finanzjarji hu settur importanti ħafna għal pajjiżna, iżda wieħed li jista’ jinbidel minn żmien għal ieħor. Kemm għadu jinstab stabbli? Is-settur tas-servizzi finanzjarji huwa stabbli. Bla dubju, jeħtieġ li jsir sforz sabiex tinżamm l-istabbiltà. Anke permezz tal-ħarsien tal-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħasil ta’ flus u ffinanzjar tat-terroriżmu se

inservu ta’ eżempju għal pajjiżi oħrajn fil-qasam teknoloġiku.

nkunu qegħdin ngħinu l-pożizzjoni ta’ Malta mal-pajjiżi l-oħrajn fl-Unjoni Ewropea. Dan ukoll nistgħu nagħmluh billi nassiguraw li awtoritajiet bħall-MFSA, ikollhom dak meħ­ tieġ biex jaqdu l-funzjonijiet.

Kif tara li t-teknoloġija tista’ tgħin fil-ħajja ta’ kuljum?

Fil-qasam diġitali, x’direzzjoni se jkun qiegħed jieħu pajjiżna? Irrid li pajjiżna jkun minn dejjem ta’ quddiem fil-qasam diġitali. Fl-ewwel jiem f ’din il-kariga, bdejt niltaqa’ kemm mal-entitajiet li jien responsabbli minnhom u anke ma’ kumpaniji privati. Filwaqt li bdejna nevalwaw x’jista’ jsir sabiex naraw li isem pajjiżna jkompli jkun fil-quċċata fejn tidħol ekonomija diġitali. Irridu naraw ukoll li nattiraw lejn pajjiżna investiment ġdid. Irridu naraw li l-ekonomija tagħna ma tkunx dipendenti fuq settur wieħed. Għalhekk bdejna l-ħidma tagħna sabiex lejn pajjiżna nattiraw setturi ġodda biex niddiversifikaw il-portafoll ekonomiku tagħna.

Hemm xi niċeċ ġodda li l-Gvern qiegħed iħares lejhom biex jipprova jattira aktar negozju f ’dan is-settur? Bdejna diskussjonijiet ma’ kum­ paniji differenti li jaraw li Malta tista’ tkun id-dar għan-negozju tagħhom. Minbarra l-blockchain u l-intelliġenza artifiċjali, irridu nkomplu nibnu fuq setturi bħall-eSports, il-produzzjoni ta’ logħob diġitali u anke nis-

kopru iżjed dwar it-teknoloġija tal-quantum. Wasal iż-żmien ukoll li niżviluppaw iżjed l-għarfien dwar l-użu differenti mill-blockchain, li ma jintużax biss għall-cryptocurrencies, iżda jista’ jintuża wkoll f ’oqsma oħra bħall-agrikoltura, it-turiżmu jew anke s-saħħa. Malta kienet l-ewwel pajjiż li fassal qafas regolatorju għal dan is-settur u għalhekk irrid li nkomplu nkunu minn ta’ quddiem biex

It-teknoloġija qed tilgħab rwol importanti f ’pajjiżna. Permezz ta’ teknoloġiji differenti li jeżistu, nistgħu naraw lil uliedna jitgħallmu b’mod virtwali. Jeżistu ħafna websites fejn it-tfal tagħna jistgħu jitgħallmu b’modi differenti, bħal permezz ta’ logħob, ritratti, qari jew anke filmati li jistgħu jintużaw għal esperimenti differenti. Min-naħa l-oħra, qed naraw ħafna kumpaniji li joffru lill-ħaddiema tagħhom jaħdmu middar. Permezz anke ta’ inċentivi li għadna kemm nedejna, qed noffru lill-kumpaniji li għadhom mhux preparati li joffru din il-faċilità sabiex jinvestu f ’apparat teknoloġiku għal dan ir-rigward. B’hekk inkunu qed nassiguraw li l-kumpaniji jkunu lesti għal pjan ta’ kontinwità fin-negozju effettiv għal kull eventwalità.


13

15.03.2020

kullhadd.com

MALTA REŻILJENTI Julia Farrugia Portelli Ministru

F’dawn l-aħħar ġranet kelli dak li bl-Ingliż jgħidulu “baptism of fire”, fejn ftit ġranet wara l-ġurament tal-ħatra konna qed nitkellmu fuq l-aqwa Jannar li qatt kellna fl-istorja u pjan ta’ strateġija għas-snin li ġejjin. Umbagħad ġara dak li ħadd ma xtaq li jiġri, iżda fl-istess ħin konna qegħdin inbassru li jista’ jiġri. Malta llum qed taffaċċja pandemija globali. Ma kinux ġranet sbieħ, la għalija kemm bħala Ministru kif ukoll bħala omm, u naf li kellhom jittieħdu miżuri ibsin. Miżuri drastiċi, li jirrikjedu kuraġġ kbir. Imma miżuri li kienu

meħtieġa għaliex f ’sitwazzjonijiet bħal dawn, l-ewwel prijorità, biex ma ngħidx il-prijorità unika, tkun is-saħħa pubblika. Issaħħa ta’ kull wieħed u waħda minna. Għalkemm irridu nammettu u ngħiduha mill-ewwel li se jkun hemm riperkussjonijiet oħrajn, fosthom riperkussjonijiet ekonomici, b’mod partikolari fil-qasam tat-turiżmu, qasam li jien inġorr ir-responsabbiltà politika għalih. L-akbar żbalji li nistgħu nagħmlu f ’mumenti u sitwazzjonijiet bħal dawn huma li naqtgħu qalbna jew inġibu b’idejna mumenti ta’ paniku. Jien dejjem emmint li l-isfidi rridu naraw kif se ndawruhom f ’opportunitajiet u għandi fiduċja kbira li dawn l-isfidi se negħlbuhom bl-aħjar mod li nistgħu u eventwalment nerġgħu naqbdu l-mixja tassuċċess kif għamilna f ’dawn l-aħħar snin. Għandi fiduċja kbira għax konxja mid-determinazzjoni tal-kollegi tiegħi fil-Kabinett, fuq quddiem nett il-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru u Ministru għasSaħħa Chris Fearne, li ma nħal-

lux din is-sitwazzjoni ttellifna dak kollu li ksibna bħala poplu. Ninsab fiduċjuża wkoll b’dedikazzjoni u b’impenn liema bħalhom minn dawk responsabbli fil-qasam tas-saħħa, fuq quddiem nett il-konsulenti u t-tobba. Ċertament li lkoll kemm huma ħaqqhom kull ħajr u kull apprezzament minn kull wieħed u waħda minna. Għandi fiduċja kbira għax b’responsabbiltà kompleta, huma ħafna dawk li qegħdin jikkoperaw mal-Gvern u mal-awtoritajiet kollha konċernati. Kif qal il-Prim Ministru Robert Abela f ’waħda mill-konferenzi tal-aħbarijiet li ta matul il-ġimgħa, il-koperazzjoni ta’ kulħadd hija meħtieġa u għandha tkun il-prijorità ta’ kull għaqda, hi x’inhi. Koperazzjoni li sibnieha minn fronti differenti, anke jekk forsi kien hawn min, l-aktar fuq il-midja soċjali, li qabeż il-limiti bi qlajjiet li mhumiex minnhom. Hija ħaġa faċli li wieħed jaqbad u jgħid li għandna nagħmlu hekk, jew hekk u faċli meta ma tkunx fuq is-siġġu tal-kmand tispara u tivvinta

suġġerimenti, anki jekk mhux neċessarjament jagħmlu sens. Imma s-serjetà u r-responsabbiltà jitolbu mod ieħor. Jien b’responsabbiltà u b’serjetà tkellimt dirett man-nies minn kull faxxa tas-soċjetà u kkonsultajt ma’ numru ta’ stakeholders ewlenin sabiex jitqiesu ċ-ċirkustanzi kollha. Ilbieraħ il-Prim Ministru ħabbar l-ewwel pakkett ta’ miżuri biex jgħin lil dawk in-negozji milquta fosthom self-employed, lukandi, ristoranti u ħwienet oħra li kellhom impatt negattiv bil-COVID-19. Dawn huma setturi li jħaddmu eluf ta’ persuni, u fi dmirna li nsalvawhom. Dan hu l-ewwel pakkett t’għajnuna u fil-jiem li ġejjin se nkomplu nwieżnu lill-industrija. Bħala Kabinett, qegħdin naħdmu aktar minn qatt qabel. Qegħdin naħdmu bħala tim wieħed. Bħala tim magħqud b’għan wieħed. Li negħlbu dawn l-isfidi diffiċli li pajjiżna sab ma’ wiċċu. Dan huwa żmien diffiċli u bla preċedent u nemmen li kemm bħala pajjiż u kemm bħala industrija aħna konna dejjem

reżiljenti u nappella għall-kuraġġ. Ħbieb tiegħi ejjew ma naqtgħux qalbna. Ejjew inkomplu naħdmu id f ’id flimkien għaliex int min int, għandek ir-responsabbiltà tiegħek xi ġġor. Jekk ir-responsabbiltà tinġarr kif suppost, għada pitgħada, kull wieħed u kull waħda minna nkunu nistgħu niftaħru li tajna s-sehem tagħna biex ħriġna lill-familji tagħna kollha minn din is-sitwazzjoni.

Koperazzjoni li sibnieha minn fronti differenti, anke jekk forsi kien hawn min, l-aktar fuq il-midja soċjali, li qabeż il-limiti bi qlajjiet li mhumiex minnhom

L-IMPATT POŻITTIV TAL-IIP Alex Muscat Segretarju Parlamentari

Bħala tragward politiku tagħna, li nkomplu sejrin fid-direzzjoni t-tajba jibqa’ l-għan ewlieni ta’ dan il-Gvern, sa minn meta reġa’ ngħata mandat elettorali ieħor. Minn sena għal sena, sa mill-bidu tiegħu, il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment (IIP) baqa’ jħalli impatt pożittiv fl-ekonomija ta’ pajjiżna, impatt li qed igawdi minnu l-poplu Malti u Għawdxi. Il-Gvern Malti minn dejjem għaraf l-importanza ta’ din l-iskema sa minn meta ġiet imwiegħda fil-manifest elettora-

li tal-2013, u li l-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi wrew fiduċja assoluta bil-vot tagħhom. Gvern li huwa kommess li mhux biss jiggarantixxi li l-programm jibqa’ fis-seħħ, imma anke nassiguraw li jissaħħaħ aktar u nkomplu fuq it-tajjeb li diġà qed jitwettaq. Bis-saħħa ta’ Gvern Laburista, sal-lum, il-programm ta’ ċittadinanza ġab investiment b’saħħtu u dirett ta’ iktar minn €1.4 biljun. Ta’ min isemmi, li dawn huma kontribuzzjonijiet diretti fl-ekonomija u mhux qed ngħoddu l-impatt indirett li qed iħalli dan il-programm. Dan ifisser, li dan il-programm, apparti l-valur sinifikanti li jħalli għall-ekonomija ta’ pajjiżna f ’forma monetarja, rridu ninkludu wkoll investimenti relatati ma’ xiri u kiri ta’ proprjetà. Din tal-aħħar hija ta’ valur għal pajjiżna minħabba l-fatt li l-partecipanti f ’dan il-programm huma mitluba li jinvestu fi proprjetà kif ukoll f ’kontribuzzjonijiet oħra. Għaldaqstant, importanti li nsemmu ukoll il-fatt, li biex ilGvern jassigura t-trasparenza u

s-sigurtà relatata ma’ dan il-programm ta’ investiment, ikun implimentat proċess tal-għola skrutinju fuq kull investitur. Xhieda tas-serjetà tal-programm Malti kien il-fatt li pajjiżna kiseb il-massimu tal-punteġġ f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ skrutinju tal-applikanti għaċ-ċittadinanza b’investiment, fejn dan il-programm ġie klassifikat fl-ewwel post mill-programmi kollha ta’ madwar l-Unjoni Ewropea. Dan ir-riżultat tikkonfermah ukoll il-Kummissjoni Ewropea, fir-rapport tagħha li ppubblikat riċentement u li rrikonoxxiet kemm Malta għandha programm b’saħħtu. Minn dan l-investiment dirett li l-pajjiż qiegħed jibbenefika minnu, 70% minnhom imorru għal proġetti ta’ żvilupp fl-infrastruttura filwaqt li t-30% l-oħra jmorru fil-fond għall-iżvilupp soċjali. Dan il-fond, li llum għandu fih madwar €600 miljun, huma flus imwarrbin li minnhom jista’ jibbenefika l-poplu Malti f ’każ li jkun hemm xi tip ta’ impatt soċ-

jali. Meta ngħidu impatt soċjali qed nirreferu għal mumenti diffiċli u kurrenti bħal dawn li qed nesperjenzaw f ’dawn l-aħħar ġranet, fejn il-Gvern Malti qed jimxi bl-aktar mod kawt u għaqli fid-deċiżjonijiet tiegħu. Id-deċiżjoni tal-bieraħ, fejn ħabbarna numru ta’ miżuri sabiex inwieżnu l-familji u n-negozji tagħna hija turija ċara ta’ kemm l-għaqal fil-finanzi huwa importanti. Immaġinaw x’kienet tkun is-sitwazzjoni ftit tas-snin ilu meta l-Gvern ta’ dak iż-żmien, ma kellu l-ebda flus imfaddla fuq xiex jirrikorri. Dak li jfisser, li tkun bil-għaqal bi flus il-poplu. Il-fond tal-iżvilupp soċjali li ġej mill-Programm ta’ Ċittadinanza juri kemm il-Gvern qed jassigura li l-mandat li ġie fdat bih hu lil hinn minn kull lewn politiku u li fuq kollox huwa Gvern rappreżentattiv għall-poplu Malti u Għawdxi, li jpoġġi l-għaqda nazzjonali qabel il-partiġjaniżmu. Fi żmien ta’ sfida bħalma qed naffaċċjaw bħalissa, jirrifletti l-bżonn ta’ Gvern bil-għaqal li jkun ħadem biex itejjeb u jigga-

rantixxi ekonomija sostenibbli u b’saħħitha. Din minn dejjem kienet, għadha u tibqa’ l-viżjoni tagħna li nagħtu lura lill-poplu Malti u Għawdxi dak li fdana biex nwettqu. Viżjoni li tiggarantixxi serħan il-moħħ. Viżjoni fit-tul ta’ Malta aħjar u aktar b’saħħitha.

Minn dan l-investiment dirett li l-pajjiż qiegħed jibbenefika minnu, 70% minnhom imorru għal proġetti ta’ żvilupp fl-infrastruttura filwaqt li t-30% l-oħra jmorru fil-fond għalliżvilupp soċjali


14

15.03.2020

kullhadd.com

KIF ĠRAW L-AFFARJIET MATUL IL-ĠIMGĦA It-Tnejn 9 ta’ Marzu

It-Tlieta 10 ta’ Marzu

Malta tniedi l-helpline 00356 2204 2200 internazzjonali b’rabta malCOVID-19. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej jinforma li ċittadini Maltin għandhom isegwu l-istruzzjonijiet li qed joħorġu regolarment mill-awtoritajiet pertinenti kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta. L-uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jħabbar li wara li s-Sibt 7 ta’ Marzu tliet persuni tal-istess familja rriżultaw pożittivi għall-Coronavirus, ġie kkonfermat każ ieħor ta’ raġel ta’ nazzjonalità barranija, residenti Malta, li fl-aħħar jiem kien vaganza fit-Tramuntana tal-Italja, imma li jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba.

Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u Persuni b’Diżabilità, javżaw li fir-residenza ta’ San Vinċenz De Paul qegħdin jittieħdu l-miżuri neċessarji biex tiġi assigurata s-sigurtà u s-saħħa tar-residenti. Jibda proċess ta’ monitoraġġ għal kull persuna li tidħol, inkluż il-ħaddiema. Jitħabbru ħinijiet ġodda tad-dħul għall-viżitaturi bejn il-11:00 am u 12:30 pm u bejn l-4:00 pm u s-6:00 pm għal persuna waħda biss ħdejn kull resident. L-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, flimkien mal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, javżaw li qed jassiguraw li fid-djar kollha residenzjali għal persuni anzjani jkun hemm il-prekawzjonijiet kollha meħtieġa. Il-ħinijiet tad-dħul tal-viżitaturi jsir bejn il-11:00 am u n-12:30 pm u bejn l-4:00 pm u s-6:00 pm, b’aċċess għal persuna waħda fejn kull resident. Kull persuna li tidħol isirilha l-monitoraġġ meħtieġ. L-uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għasSaħħa jħabbar li bint ir-raġel li għandha 16-il sena u li rriżulta pożittiv għall-Coronavirus, ġiet ukoll ikkonfermata li għandha l-COVID-19. It-tfajla hija f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba. Il-familja kienet fi Trentino Alto Adige bejn it-23 u s-27 ta’ Frar u ġiet lura Malta minn Treviso. Kemm kienet ilha lura 1 Malta, it-tfajla ma marritx skola. Omm it-tfajla rriżultat negattiva għall-Coronavirus. It-tfaj-

Is-Sibt 14 ta’ Marzu

fin-negattiv. Għalhekk ikkonferma li Għawdex għadu ħieles minn dan il-virus. Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur iniedi helpline 21692447 u email tourismcovid-19helpline@visitmalta.com mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu bl-għan li jassisti lit-turisti, lil-lukandieri u nies fl-industrija f’mistoqsijiet b’rabta mal-COVID-19. Wara li kienu diġà ħarġu numru ta’ linji gwida lil kull lukanda liċenzjata.

L-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jħabbar li tfajla Maltija ta’ 19-il sena rriżultat pożittiva għal COVID-19 wara li vvjaġġat lejn Brussell bejn l-4 u t-8 ta’ Marzu u ħasset l-ewwel sintomi tagħha, nhar l-Erbgħa, 11 ta’ Marzu. Minbarra hekk, tħabbru 4 każi ġodda – raġel li kien fuq l-istess titjira tat-tfajla, imma ma setax jiġi infettat minnha; Russu li jgħix f’pajjiżna imma sal4 ta’ Marzu kien għal żjara fir-Russja; Malti li kien f’Dublin, l-Irlanda, bejn l-4 u 7 ta’ Marzu; Malti ieħor li ġie minn Barċellona fi Spanja fid-9 ta’ Marzu; u koppja minn Hong Kong u l-Italja, li jgħixu hawn u kienu għal btala f’Madrid sal-10 ta’ Marzu. Għaldaqstant, il-każi kollha huma importati. Jitħabbar ukoll li fieqet l-omm tal-familja li kienet irriżultat pożittiv għal Coronavirus fl-ewwel każ ta’ pajjiżna nhar is-Sibt 7 ta’ Marzu. Il-mara ħarġet millIsptar Mater Dei u qed tinżamm fi kwarantina fiddar tagħha stess għal ftit jiem oħra bħala prekawzjoni biex l-awtoritajiet tassaħħa jkomplu jsegwu s-sitwazzjoni. Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri jgħid li s’issa kull test li sar fuq individwi f’Għawdex irriżulta

la, ommha u missierha jinżammu fl-IDU fl-Isptar Mater Dei. Il-Prim Ministru Robert Abela jħabbar arranġamenti biex residenti Maltin li spiċċaw maqbudin fl-Italja jinġiebu lura bl-ajru jew bil-baħar u li min jidħol mill-Italja għandu jsegwi perjodu ta’ kwarantina ta’ 14-il ġurnata. Merkanzija tal-prodotti tal-ikel, mediċini u xorb jibqgħu deħlin b’mod normali. Iħabbar ukoll iċċekkjar tax-xufiera b’mod mediku u li n-numru ta’ persuni li jkunu qed isuqu trakkijiet b’merkanzija għal Malta se jkun limitat għal żewġ persuni. Itenni r-rakkomandazzjoni li ma jkunx hemm vjaġġar mhux neċessarju lejn pajjiżi milqutin mill-virus. Avvenimenti tal-massa fil-miftuħ ta’ aktar minn 2,000 persuna u fuq ġewwa ta’ iżjed minn 750 persuna ma jsirux. Iħabbar ukoll li nħatar Kumitat bejn il-Ministri u tekniċi oħra fuq l-ekonomija u t-turiżmu ta’ pajjiżna biex jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jilqgħu għall-impatt.

2

6

Il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità jħabbar diversi emendi li huma miżuri temporanji fis-servizzi li toffri l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Il-helpers tal-Home Help se jixtru biss ikel u mediċini għall-anzjani. Is-servizzi l-oħra li kienu jsiru bħal xi faċendi ħfief fid-djar se jieqfu temporanjament. Is-servizzi tal-CommCare, tad-Dementia Intervetion Team, tal-Allied Health Services, tas-Social Work Service u tar-Respite f’residenzi għall-anzjani se jingħataw biss f’każijiet meqjusa urġenti u essenzjali. Is-servizzi tat-Telecare, tal-Kontinenza, tar-Respite fid-djar privati tan-nies u tal-Meals on Wheels se jkomplu jiffunzjonaw normali. Servizzi li f’dan iż-żmien mhumiex jitqiesu bħala essenzjali u tan-night shelters se jieqfu temporanjament. L-Aġenzija Sapport ukoll tħabbar diversi emendi. Isservizzi maġġuri lill-persuni b’diżabilità bħas-support workers tas-servizzi fil-komunità, tal-occupational therapy u tas-social work se jingħataw biss f’każijiet meqjusin urġenti u essenzjali. Kull min jeħtieġ servizz mill-Aġenzija Sapport jista’ jċempel fuq 22568000 jew jibgħat email fuq sapport@gov.mt ll-Ministeru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u l-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza jħabbru l-għeluq temporanju tat-tribunali lokali kollha b’effett immedjat sakemm joħroġ avviż ieħor. Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħeġġeġ lill-pubbliku biex jevita li jmur fl-uffiċċji distrettwali biex jinqeda u juża s-servizzi online minflok per-

5

Hekk kif ħarġet l-aħbar li f’Wuhan fi faqqgħet il-COVID-19, magħrufa aħja navirus, il-Gvern Malti beda mall-ew si biex jilqa’ għall-eventwalità li di xtutna. Għalhekk hekk kif feġġ l-ew COVID-19 f’Malta, il-pajjiż kien ipprep L-ewwel każ kien ta’ tfajla ta’ 12-il s tgħix f‘pajjiżna. Dan tħabbar is-Sibt Min hemm bdiet l-informazzjoni im naħa tal-Gvern u l-Awtoritajiet ta il-poplu Malti u Għawdxi jkun infurm wkoll bdiet toħroġ informazzjoni dw qiegħed jaħdem f’din is-sitwazzjoni. L-impenn tal-Gvern kien mifrux fuq s zjonali u ħabbar li jinsab f’kuntatt kem missjoni Ewropea biex jara mill-qrib tevolvi s-sitwazzjoni. F’Malta din il-ġimgħa l-komunikat mazzjoni tal-poplu kienu fl-aqwa tag hu djarju ta’ din l-attività bla waqfien l-awtoritajiet kompetenti:

mezz ta’ socialsecurity.gov.mt, servizz.gov.mt jew iċempel fuq freephone 153. Jekk xorta jkun hemm bżonn li persuna tinqeda mill-uffiċċji distrettwali, tintalab il-koperazzjoni tal-pubbliku biex ma jkunx hemm iffullar żejjed u għalhekk il-pubbliku jista’ jintalab biex jistenna barra sakemm ikun jista’ jinqeda. Sakemm jinħareġ avviż ieħor, il-ħin għall-pubbliku ġie limitat mit-8 ta’ filgħodu sas-siegħa ta’ waranofsinhar (8am sa 1pm) mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Miżura temporanja oħra hija li l-uffiċċji distrettwali ta’ Raħal Ġdid, il-Qawra u Birkirkara mhumiex se jiftħu nhar ta’ Sibt bħas-soltu. Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jgħarraf ukoll li temporanjament mhux se jsiru bordijiet mediċi marbuta ma’ ħlasijiet ta’ benefiċċji u għajnuniet. Kull min laħaq irċieva appuntament biex jidher quddiem il-bord mediku għandu jinjorah. Sakemm mhux se jsiru bordijiet mediċi, il-ħlasijiet tal-benefiċċji u għajnuniet relevanti se jibqa’ għaddej bla waqfien. Il-Prim Ministru jħabbar li kull min ġej lura Malta minn barra, irrelevanti mil-liema pajjiż ġej, irid josserva kwarantina mandatorja. Dan ifisser li b’effett mill-Ġimgħa 13 ta’ Marzu kull min ikun ġej minn barra l-pajjiż se jkun suġġett li jagħmel 14-il ġurnata ta’ kwarantina obbligatorja u min ma josservax dan l-obbligu jeħel il-multa ta’ €1,000 għal kull okkażjoni li ma jkunx obda. Third country nationals li ma josservawx ir-regoli jista’ jkollhom il-permess tax-xog-

ħol revokat pajjiżna. Id-Deput rendikont f fi kwarantin jinġiebu lej hawn 3 de u l-ieħor fin li jkun hem saħħa se ji n-nies bla b se titħabba Il-Prim M fettata f’paj Isptar filwaq taw pożittiv tajjeb. Il-Gvern j en ta’ supe ta tal-ikel f’p ħafna u l-is li s-superm m’għandux Il-Ministe jħabbar li sa fi swieq fil-b


15

15.03.2020

kullhadd.com

Il-Ħamis 12 ta’ Marzu

L-Erbgħa 11 ta’ Marzu L-uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma każ ieħor ta’ raġel Malti li ttestja pożittiv għall-Coronavirus, u li kien fuq btala fin-naħa ta’ fuq tal-Italja. Ir-raġel jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba. Mindu rritorna Malta, ir-raġel segwa l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa billi baqa’ fi kwarantina u ma marx għax-xogħol. Il-Prim Ministru jħabbar aktar miżuri fosthom kwarantina mandatorja. Jgħid li fl-aħħar sigħat deher ċar li r-rata ta’ trażmissjoni fi Franza, Spanja, l-Iżvizzera u l-Ġermanja telgħet b’rata qawwija ħafna u wara li ttieħdu l-pariri mediċi kollha ttieħdet id-deċiżjoni li b’effett min-nofsillejl tal-Erbgħa 11 ta’ Marzu jitwaqqaf l-ivvjaġġar kollu minn dawn l-4 pajjiżi. Hu permess vjaġġar kummerċjali biex ikun hemm it-trasport ta’ merkanzija, mediċina u ikel. Min se jidħol minn dawn il-pajjiżi, u min daħal mill-Italja fl-aħħar 14-il jum huwa suġġett għal kwarantina mandatorja li min ma josservahiex se

fiċ-Ċina kienet ar bħala l-Corowwel jieħu pasin tersaq lejn wwel każ talparat. sena Taljana li t 7 ta’ Marzu. mmedjata minas-Saħħa, biex mat x’qed jiġri u war kif il-Gvern

skala internazmm mal-Kumkif kienet qed

ti għall-inforgħhom. Hawn n mill-Gvern u

t bil-konsegwenza li jispiċċaw deportati minn

tat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jagħti fuq il-helpline 21411411 għal dawk li qegħdin na, li permezz tiegħu dawn jistgħu jċemplu biex jn djarhom mediċini u xirjiet. Spjega li f’Malta epots wieħed fin-naħa ta’ fuq, ieħor fiċ-ċentru n-naħa ta’ isfel fejn hemmhekk jinġabar l-ikel mm bżonn jitqassam. Iħabbar li fiċ-ċentri tasidħlu fis-seħħ numru ta’ miżuri biex jitnaqqsu bżonn billi qed tiġi żviluppata sistema online li ar fil-jiem li ġejjin ta’ medical consultancy. Ministru jħabbar li waħda mill-ewwel persuni injjiżna qegħda tirkupra u se tkun rilaxxata millqt li stqarr ukoll li t-12-il persuna li s’issa rriżulvi għal dan il-virus, kollha jinsabu fi stat ta’ saħħa

jiltaqa’ mal-importaturi maġġuri tal-ikel u s-sidiermarkets ewlenin biex tkun diskussa l-provvispajjiżna. Jiġi mgħarraf li s-sitwazzjoni hija tajba stokks tal-ikel huma iktar milli biżżejjed. Ifakkar markets huma wkoll postijiet magħluqa li fihom x ikun hemm iffullar. eru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali a avviż ieħor se jkunu sospiżi t-twaqqif tal-posti -beraħ, bl-esklużjoni ta’ dawk li jbigħu prodotti

jkun suġġett għal multa ta’ €1,000. Iħabbar servizz biex dawk milqutin ikollhom aċċess għall-prodotti ta’ ikel u prodotti mediċinali permezz ta’ helpline. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne jgħid li bħala pajjiż qed nimxu fuq pjan pre-staged, skont l-istadju tat-tixrid tal-mikrobu f’pajjiżna u f’pajjiżi oħra u għalhekk meta ma kellniex pazjenti li f’pajjiżna kellhom il-mikrobu ttieħdet azzjoni mod u issa qed tittieħed azzjoni mod ieħor. Iħabbar li jekk ikun hemm sustained transmission f’pajjiżna, li jkun hemm second generation transmission, inkunu rridu mmorru għal miżuri aktar drastiċi minn dak li qed jitħabbar. Jitħabbar helpline għal dawk il-persuni li jinsabu fil-Ġermanja, Franza, l-Iżvizzera u Spanja u jridu jiġu lura f’Malta: +356 2204 2200. Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità jagħtu l-parir u jħeġġu lill-anzjani u lill-persuni vulnerabbli oħra biex ma 3 joħorġux mid-djar tagħhom jekk mhux verament għall-bżonn, bħala mezz preventiv. L-uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jħabbar li membru tal-familja tar-raġel Malti li rriżulta pożittiv għall-Coronavirus, ġiet ukoll ikkonfermata li għandha l-COVID-19. Huma kienu flimkien waqt btala fid-Dolomiti, l-Italja. Il-kundizzjoni tagħha hija waħda tajba wkoll.

4 tal-ikel u dawn iridu jżommu distanza ta’ 20 metru bejn posta u oħra. Jitħabbar ukoll li l-bereġ kollha qegħdin jingħalqu b’effett immedjat, li day care centres fil-lokalitajiet għandhom jinżammu magħluqa. Sa avviż ieħor, is-seduti tat-Tribunali Lokali ser jiġu diferiti. Il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Anthony G. Vella, tilqa’ rikors tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, biex l-aċċess li jsir b’superviżjoni lit-tfal, kemm dawk li jinsabu b’care order u anke oħrajn li mhumiex, jitwaqqaf b’mod immedjat. Il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza, u l-Governanza jħabbar li wara diskussjonijiet mal-Prim Imħallef u l-President tal-Kamra tal-Avukati ġie deċiż li minn nhar it-Tnejn 16 ta’ Marzu fil-Qrati tal-Ġustizzja kollha ma jsirx xogħol, ħlief is-setgħa ta’ kwalunkwe Qorti li tordna l-ftuħ tar-reġistru tagħha, is-smigħ ta’ kwalunkwe każ, u kull ħaġa konsegwenzjali u inċidentali għaliha f’każi urġenti jew f’każi li l-istess Qorti tħoss li hu fl-interess pubbliku li t-tali każ jinstema’. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol iħabbar għadd ta’ inizjattivi li ttieħdu minn working group biex ikunu mgħejuna l-istudenti minħabba l-għeluq tal-istituzzjonijiet edukattivi. Fost oħrajn, metodi ta’ tagħlim online u wkoll qed issir diskussjoni dwar l-impatt tal-għeluq tal-istituzzjonijiet edukattivi fuq il-kurrikulu. Il-working group huwa magħmul minn rappreżentanti tal-iskejjel tal-Istat, tal-Knijsa u dawk Indipendenti flimkien mal-Malta Union of Teachers.

Il-President George Vella joħroġ komunikat b’apprezzament f’isem il-poplu Malti u Għawdxi, lin-numru kbir ta’ professjonisti u nies tekniċi li qegħdin jerfgħu r-responsabbiltà li jippreparaw lil pajjiżna għal din l-imxija. Jappella biex kulħadd jimxi mad-direttivi u pariri tal-awtoritajiet. Servizz.gov iħabbar li qed jassisti l-Helpline 111 b’rabta ma’ informazzjoni jew mistoqsijiet mill-pubbliku dwar il-virus COVID-19, permezz ta’ wħud mir-rappreżentanti ta’ servizz.gov li qegħdin iwieġbu Helpline 111. L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti b’konsultazzjoni maż-żewġ naħat tal-Kamra, l-Iskrivan tal-Kamra u wkoll l-awtoritajiet tas-saħħa joħroġ regoli b’żieda ma’ dawk tal-Gvern, fosthom li għas-seduti tal-Parlament u wkoll tal-Kumitati tal-Kamra, ikun hemm restrizzjoni fuq id-dħul tal-pubbliku. Il-Prim Ministru jħabbar li b’effett mill-Ġimgħa 13 ta’ Marzu se jingħalqu l-istituzzjonijiet edukattivi kollha, kemm l-iskejjel primarji u sekondarji, post-sekondarji u terzjarji u allura l-Università ta’ Malta. Se jkunu qed jingħalqu wkoll iċ-childcare centres. Spjega li l-istituzzjonijiet edukattivi se jkunu magħluqin għal ġimgħa. Ħabbar ukoll li b’effett immedjat se jkun mitlub li fejn hemm attivitajiet tal-massa dawn ma jsirux sakemm mhux għax ikun hemm il-bżonn. Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jgħid li s’issa d-9 każijiet li għandna f’Malta huma kollha każijiet importati. Iħabbar li permezz tal-iskema tal-POYC minn din il-ġimgħa se jkunu qed jitqassmu stokk ta’ xahrejn lil 140,000 anzjan li qegħdin f’din l-iskema jew billi jitwasslulhom id-dar jew inkella billi jinġabru mill-ispiżeriji. Jappella biex ma jkunx hemm żjarat mit-tfal lill-anzjani kemm jista’ jkun, filwaqt li ħabbar li se jkunu qed jingħalqu d-day centres tal-anzjani. In-numru 21411411 se jkun jista’ jintuża minn dawk li qegħdin fi kwarantina obbligatorja sabiex jinġibulhom ħtiġijiet bħal ikel u mediċini. F’Għawdex għaddejjin preparamenti biex ikun hemm 60 sodda ta’ iżolament apparti l-mijiet li qed isiru f’Malta. Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici jgħid li l-għeluq tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni hu messaġġ ċar li s-saħħa ta’ wliedna hija prijorità u tiġi qabel kollox. Semma li bħala pajjiż ninsabu f’minoranza minn fost il-pajjiżi kollha tal-UE li għalqu l-iskejjel. Fil-fatt, 8 pajjiżi biss għamlu dan, iżda hu sostna li dan qed isir għax is-saħħa tat-tfal u l-istudenti tiġi l-ewwel. Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità javżaw li b’effett immedjat, temporanjament u bħala prevenzjoni, fid-dawl tal-aħħar żviluppi fit-tifrix ta’ COVID-19 waqqfu ż-żjarat kollha fid-djar tal-anzjani. Dawn jinkludu dawk tal-Gvern, dawk tal-Knisja, dawk privati u r-Residenza San Vinċenz De Paul. Se jkunu jistgħu jidħlu biss u f’każi eċċezzjonali dawk il-persuni li jirrakkomandaw in-nursing officer, jew it-tabib jew il-kap tad-dar residenzjali stess. Il-proċedura tapplika wkoll għad-djar residenzjali għall-persuni b’diżabilità. Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi jħabbar li l-Faċilità Korretiva ta’ Kordin mhix se taċċetta viżitaturi għas-sebat ijiem li ġejjin bħala prekawzjoni bil-għan li l-virus COVID-19 ma jinfirixx fil-faċilità li hija spazju magħluq b’konċentrazzjoni ta’ mijiet ta’ persuni. Evitati wkoll movimenti mhux meħtieġa jew urġenti lejn u mill-faċilità u wkoll jittieħdu miżuri simili fiċ-ċentri ta’ detenzjoni fejn jinżammu l-immigranti. Deċiżjoni li se tkun riveduta fi żmien ġimgħa. Jibda jiġi ppubblikat bulettin uffiċjali dwar ilCOVID-19 b’informazzjoni, deċiżjonijiet meħuda dwar din l-imxija u s-sitwazzjoni f’pajjiżna.


16

15.03.2020

kullhadd.com

NIEĦDU DEĊIŻJONIJIET B’RESPONSABBILTÀ

Owen Bonnici Ministru

Is-saħħa ta’ wliedna tiġi l-ewwel u qabel kollox. Kif dħalt f ’din ir-responsabbiltà bħala Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, għedt mill-bidu nett li s-saħħa ta’ wliedna tiġi fuq quddiem nett. U hekk qed nagħmlu f ’din is-sitwazzjoni li ninsabu fiha, mhux biss bħala pajjiż, imma mad-dinja kollha. Bħala Gvern komplejna naġġornaw lill-poplu b’aktar informazzjoni u deċiżjonijiet marbuta mas-sitwazzjoni dinjija ta’ COVID-19, magħrufa aħjar bħala l-Coronavirus. Il-Ħamis ingħaqadt mal-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, u fost oħrajn tkellimna dwar is-settur tal-Edukazzjoni.

Deċiżjonijiet iebsa, imma responsabbli u dan juri maturità ta’ Gvern li b’Kabinett magħqud qed ipoġġi fuq quddiem l-interess tal-poplu Malti. Fl-aħħar jiem rajna sejħa għallgħeluq tal-iskejjel. Ma waqgħetx fuq widnejn torox. Minn meta faqqgħet din is-sitwazzjoni, li wara ġiet klassifikata bħala pandemija mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, bħala Ministeru konna l-ħin kollu f ’kuntatt kemm mal-Awtoritajiet tas-Saħħa lokali, imma personalment kont il-ħin kollu f ’kuntatt mal-Ministri għall-Edukazzjoni tal-Unjoni Ewropea biex flimkien niddiskutu s-sitwazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni marbut mas-sitwazzjoni.

Wara li l-Gvern kontinwament kien u għadu qed isegwi l-aħħar żviluppi fit-tifrix ta’ COVID-19 u qed jieħu l-miżuri kollha li hemm bżonn li jittieħdu, b’effett minn nhar il-Ġimgħa ngħalqu l-istituzzjonijiet edukattivi kollha kemm l-iskejjel primarji u sekondarji, post-sekondarji u terzjarji u allura l-Università ta’ Malta. Se jingħalqu wkoll iċ-childcare centres. L-istituzzjonijiet edukattivi se jkunu magħluqa għall-perjodu ta’ ġimgħa u dakinhar terġa’ tingħata informazzjoni jekk il-perjodu ta’ għeluq hux se jkun estiż jew le abbażi tas-sitwazzjoni ta’ dakinhar. Imma deċiżjonijiet ma tteħdux bla bżonn. Id-deċiżjonijiet ittieħdu b’mod kawt u b’responsabbiltà, mingħajr ma tqajjem allarm

li mhux f ’loku. Fil-kulleġġi, skejjel u istituzzjonijiet kollha l-Ministeru mill-ewwel ħa ħsieb biex jitqassmu l-hand sanitizers fejn tqassmu 2,300. Dan apparti li l-istituzzjonijiet edukattivi kollha mill-ewwel kienu infurmati permezz ta’ ċirkolarijiet interni b’kull deċiżjoni u wkoll informazzjoni relatata, dejjem id f ’id mal-Awtoritajiet tas-Saħħa. F’dan kollu kienet u għada importanti wkoll il-komunikazzjoni. Qed jinżamm kuntatt kontinwu wkoll mal-unions li jirrappreżentaw il-ħaddiema fis-settur tal-edukazzjoni. F’dan is-sens nesprimi sodisfazzjon li ntlaħaq qbil malMUT għal twaqqif ta’ task force li se tieħu ħsieb tara l-impatt fuq il-kurrikulu kif ukoll tara li jintużaw mezzi online ta’ kif jista’ jitkompla ċertu tagħlim bis-saħħa tal-informatika f ’dan il-perjodu temporanju. Tħabbru wkoll restrizzjonijiet f ’attivitajiet tal-massa, u b’effett immedjat se jkun mitlub li fejn hemm attivitajiet tal-massa dawn ma jsirux sakemm mhux għax ikun hemm il-bżonn. Kien hemm diskussjonijiet ma’ assoċjazzjonijiet fosthom il-Malta Football Association li bi qbil mal-Gvern illogħob tas-senior u l-youth league se jsiru bil-bibien magħluqa fil-

waqt li l-logħbiet tal-Youth FA u l-Gozo Youth FA se jkunu sospiżi. Dak li sar huwa messaġġ ċar li s-saħħa ta’ wliedna hija prijorità u tiġi qabel kollox. Huwa semma li bħala pajjiż aħna ninsabu f ’minoranza minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea li għalqu l-iskejjel, fil-fatt, tmienja biss għamlu dan, u dan qed isir għax is-saħħa tat-tfal u l-istudenti tiġi l-ewwel. Il-Gvern qed ikun responsabbli u qed jagħmel il-parti tiegħu b’mod meqjus. L-appell huwa għall-ġenituri li jerfgħu responsabbiltà fejn jidħlu mhux biss uliedhom imma wkoll il-qraba u dawk kollha li jmissu magħhom. Dan l-għeluq tal-iskejjel mhuwiex estensjoni tal-btajjel talGħid, imma deċiżjoni fl-aħjar interess tas-saħħa tat-tfal. Ikun tajjeb li kulħadd jagħmel il-parti tiegħu għax fejn tidħol is-saħħa ma jidħol xejn aktar, kif wera l-Gvern u l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol bid-deċiżjonijiet meħuda. Tajjeb li ngħid ukoll li waqqafna wkoll helpline u għalhekk, għal assistenza relatata mal-qasam tal-edukazzjoni, wieħed jista’ jagħmel kuntatt magħna fuq 2598 1000.

IL-PARIRI TAN-NANNA KOLINA

Felix Busuttil Galea

Niftakarha f ’kantuniera bilqiegħda fuq siġġu żgħir faċċata liz-zija Marinton, oħtha u familja magħquda fletà u fl-industrija tal-bizzilla f ’Għawdex. Sigħat sħaħ anke meta t-tnejn bejniethom u flimkien jaslu sa kważi 200 sena mehdijin f ’xogħolhom jaħdmu biċ-ċombini u l-labar f ’ħalqhom jistennew bil-ħerqa li jien u n-neputijiet l-oħrajn kollha mmorru nżuruhom. Ovvja ma kienx jonqos il-premju ta’ xi ftit ċenteżmi u millimeżmi, il-ħelu u ċ-ċikkulati jew is-sorpriżi tax-xorti (roll tat-toilet paper b’xi ġugarell jew toffee mgeżwra fil-kartastrazza kkulurita) u l-pariri li kienet tgħidhom bl-isbaħ aċċent Għawdxi

u li sal-lum għadhom jidwu b’eku infinit ġo moħħi u mnaqqxin ġo qalbi. In-nanna ma kinitx togħmod il-kliem – dak li kienet tħoss li għandha tgħid kienet tgħidu. L-ewwel parir tagħha kien ‘Ibża’ għal saħħtek’. U dan mhux biss meta jitfaċċa xi virus li jista’ joqtol biss lil dawk li jkunu suxxettibbli għal mard kroniku bħall-influwenza li toqtol mijiet u eluf is-sena kollha imma għall-mard kollu. Li tiekol b’saħħtek matul is-sena kollha għax l-obeżità hija l-ewwel qattiela fid-dinja. Li tevita ikel eċċessiv li jista’ jwasslek għad-dijabete – li ħajtek kollha tagħmel xi forma ta’ eżerċizzju għax in-nuqqas ta’ eżerċizzju fiżiku jista’ jwassal għal mard fil-qalb. U anke l-inkwiet, id-dipressjoni, il-mard mentali u l-istress żejjed jista’ jwassal għal pressjoni għolja jew baxxa u saħansitra jaffettwa s-sistema immunitarja. Dawn ukoll qattiela. Is-sess bla protezzjoni jista’ jkun kaġun ta’ mard kroniku u serju. Dan mard li dejjem hemm u qatt ma qlajna paniku fuqu. L-ikel hu l-qattiel numru wieħed tal-popolazzjoni umana – u joqtol bl-addoċċ! Tajjeb

li nibżgħu għal saħħitna imma npoġġu kollox fl-istess perspettiva. Nannti kienet dejjem tgħidli sabiex naħsel idejja ta’ spiss. 40 sena ilu ma kienx hemm il-Coronavirus – imma kienu jafu li taħsel idejk jipproduċi indafa kontinwa li toqtol it-trażmissjoni tal-mikrobi kollha. Nannti kienet ukoll tgħidli bl-ikbar mod strett: “Meta tagħtas jew tisgħol għatti ħalqek u tużax idejk, uża maktur disposable jew għatas fil-minkeb. Dawn mhumiex pariri tas-sena 2020 – jew għax teżisti l-Corona. L-indafa tal-art, il-kċina u l-wiċċ tal-għamara kont ixxommom minn seba’ mili bogħod. Ir-riħa tad-diżinfettant kienet ir-riħa tad-dar tan-nanna. “L-ewwel obdi lil Alla imma obdi lil Ċesare” – il-familja tiegħi kellha u għad għandha rispett kbir lejn ir-reliġjon u l-Knisja. Il-biża’ lejn Alla li trabbejna fiha kienet dogma kontinwament miktuba fuq kull ħajt. Li tirrispetta l-kmandamenti u tirrispetta lil familtek, lill-ġirien, lill-ħbieb u lill-għedewwa, lil rajk. Jekk ma tiflaħx anke jekk għandek naqa’ ta’ sogħla jew deni oqgħod iddar sakemm jgħaddilek; jekk xi

ħadd ma jiflaħx mhux tiżolah imma bl-akbar attenzjoni tagħtih jew tipprovdilu l-kura mingħajr biża’ imma bl-ikbar attenzjoni. Jekk ma tistax int, ipprovdi tabib. Jekk hemm liġi obdiha. Speċjalment liġi millGvern fejn tipproteġi lil dawk vulnerabbli. Jekk sifirt fejn hemm infezzjonijiet bla rażan bħaċ-Ċina u l-Italja oqgħod ġewwa waħdek, sib x’tagħmel, aqra, pitter jew ara s-sensieli kollha ta’ Game of Thrones u evita barra jew kuntatt dirett uman għal 14-il ġurnata. Aħseb f ’ħaddieħor u uża l-edukazzjoni, ir-rispett u l-etika. Nannti kienet ukoll tgħidli: “Toqgħodx tinkwieta żżejjed għax l-inkwiet joqtol.” Hu tajjeb li tieħu prekawzjonijiet u tipprevjeni imma mhux li tgħix fil-biża’ u l-paniku. Dawn jekk tħosshom int bla dubju bħal kull virus jinfettaw lil ta’ madwarek speċjalment lil uliedek żgħar u jibdew jaraw lil sħabhom innoċenti bħala theddida, iqumu sitwazzjonijiet ta’ bullying u jibdew, bil-biża’ li jkollhom, jonqsu minn dmirhom jew irabbu xi marda mentali bħal obsessive compulsive disorder. L-għodda li għandna ngħożżu hi l-kawte-

la, l-indafa, il-pożittività, it-talb u li dejjem naħsbu f ’ħaddieħor. Il-pajjiż lest għal kulma hu meħtieġ sabiex nevitaw epidemija li ma tkunx tista’ tiġi mrażżna. Nifhmu li kull ħajja tgħodd u ħadd ma jixtieq li jkollu virus li jista’ joqtol (jekk ma jkunx hemm kwarantina) lil ommi jew missieri jew nannti ta’ eta’ kbira. Dawn ukoll għandhom ħajja prezzjuża. Però, inżommu l-kalma u nobdu d-direttivi tal-Gvern. Id-direttivi tan-Nanna Kolina. Nevitaw għalissa wkoll it-tgħanniq u l-bews żejjed – jekk trid issellem egħmeż u itfa’ bewsa. U dan għal perjodu żgħir mhux għal dejjem. Xerred l-informazzjoni neċessarja mhux l-informazzjoni minn siti soċjali jew minn xi għajdut li smajt għand il-grocer jew fuq iz-zuntier tal-knisja. Imma l-informazzjoni uffiċjali li dejjem jagħtuna l-Prim Ministru, il-Ministeru għas-Saħħa u l-awtoritajiet konċernati. Nannti kienet ukoll tgħidli dejjem kelma waħda li kienet mitkellma ta’ spiss u kienet timla t-tambur ta’ widnejja. “Itlob Feliċ! Għax it-talb u l-fidi jaslu dejjem.”


17

15.03.2020

kullhadd.com

KUMITAT TAR-REĠJUNI

Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL

Ftit tal-ġimgħat ilu, id-delegazzjoni Maltija fil-Kumitat tar-Reġjuni, ipparteċipat fil-Plenarja ta’ dan il-Kumitat. Din kienet l-ewwel Plenarja għal dan il-mandat il-ġdid li jwassal sal-2025. Matul din il-Plenarja, kien hemm ħatriet importanti, fosthom tal-President tal-Kumitat tar-Reġjuni. Apostolos Tzitzikostas (PPE) mill-Greċja, ġie elett President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni. Il-Gvernatur tal-Maċedonja Ċentrali fil-Greċja ser imexxi l-assemblea tal-politiċi eletti fil-livell lokali u reġjonali tal-UE għas-sentejn u nofs li ġejjin. Matul l-ewwel seduta tal-Kumitat fil-mandat il-ġdid ta’ ħames snin, il-membri tiegħu ħatru wkoll lil Vasco Ilídio Alves Cordeiro - President tal-Gvern Reġjonali tal-Azores, il-Portugall – bħala l-ewwel Viċi President tagħhom. Waqt li kien qed jitkellem quddiem it-329 membru tal-Kumitat mis-27 Stat Membru kollha tal-UE, il-President ippreżenta it-tliet prijoritajiet ewlenin matul il-mandat tiegħu. Qal l-ewwel nett, li l-Unjoni Ewropea trid tkun għas-servizz tal-popli tagħha u tal-postijiet fejn jgħixu fl-irħula, l-ibliet u r-reġjuni tagħhom. Kif irridu nappoġġjaw il-koeżjoni territorjali, l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, iżda nsibu wkoll soluzzjonijiet kredibbli għall-ġestjoni tal-migrazzjoni waqt li naġixxu b’solidarjetà. It-tieni, ir-reġjuni u l-bliet iridu jiffukaw fuq il-fehim u r-rispons għat-trasformazzjonijiet profondi tar-rivoluzzjonijiet ekoloġiċi, diġitali u demografiċi attwali. Fl-aħħar nett, irridu nsaħħu d-demokrazija Ewropea, filwaqt li npoġġu r-reġjuni u l-ibliet fil-qalba tagħha, sabiex inqarrbu l-Ewropa lejn in-nies. B’referenza għall-Brexit bħala “s-sejħa ta’ twissija”, huwa talab ukoll li l-UE tkun aktar effettiva biex tindirizza l-ħtiġijiet taċ-ċittadini. Qal li bħala politiċi eletti fil-livell lokali u reġjonali, irridu nagħmlu mezz kif l-Unjoni Ewropea tkun tista’ tmiss il-qlub ta’ dawk li jħossuhom imwarrbin jew minsijin. L-Ewropa trid tieħu deċiżjonijiet kemm jista’ jkun viċin iċ-ċittadini biex itejbu ħajjithom. Irridu nagħmlu mezz kif l-Ewropa taġixxi biex taqdi t-talbiet taċ-ċittadini u nerġgħu niksbu l-fiduċja. L-Ewropa għandha turi li taf tisma’ u tibdel. Fid-diskors tal-aċċettazzjoni tiegħu, l-ewwel Viċi President li ġie elett, Vasco Ilídio Alves Cordeiro, qal li, l-elezzjoni tiegħu tikkonferma li f ’din l-istituzzjoni

r-reġjuni u l-ibliet kollha huma importanti u għandhom ikunu jistgħu jaqdu rwol attiv fil-proġett Ewropew minkejja d-distanza, id-daqs jew il-ġid. Jeħtieġ li l-UE tkun il-mutur biex jinkiseb futur mimli wegħdiet u se jkollna nxammru l-kmiem sabiex ir-reġjuni u l-ibliet kollha jkollhom ir-rwol tagħhom. Ir-rwol tagħhom huwa kruċjali biex jgħin lill-UE tilħaq l-għan tagħha li ma tħalli lil ħadd lura. Tkellem fuq il-fatt li l-isfidi li għandna jeħtieġu kuraġġ biex naffaċċjawhom. Bħala l-ewwel Viċi President, wiegħed li se jaħdem biex jiżgura li leħen tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jinstema’. Pakkett Ekoloġiku Ewropew Tul din il-Plenarja, ġie diskuss ukoll il-pakkett ekoloġiku Ewropew, fejn tkellimna dwar kif pajjiżi żgħar jistgħu wkoll jagħtu kontribut siewi. Il-politika ambjentali taħt il-livell muniċipali hija kruċjali biex ikun hemm adattament għall-effetti devastanti tat-tisħin globali. Il-pjani kbar tal-industrija u l-istrateġiji ta’ investiment globali biex tiġi dekarbonizzata l-ekonomija dinjija jistgħu tabilħaqq jiġu kkunsidrati mill-ibliet kapitali Ewropej kbar. Madankollu, it-tempesta Mediterranja Gloria laqtet l-iktar lill-komunitajiet kostali żgħar. Il-komunitajiet sottomuniċipali huma fuq quddiem nett tat-tibdil fil-klima filwaqt li jaqdu rwol kruċjali biex jadottaw miżuri ta’ adattament għat-tisħin globali. Hekk kif il-Pakkett Ekoloġiku jsir l-ogħla prijorità tal-UE, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jappella għal aktar fondi u programmi mfassla apposta għall-komunitajiet taħt il-livell muniċipali, inklużi l-gżejjer, il-komunitajiet b’popolazzjoni baxxa, il-villaġġi u d-distretti. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) adotta l-opinjoni: “Lejn viċinanzi u komunitajiet żgħar sostenibbli – Politika ambjentali taħt il-livell muniċipali,” tar-relatur Gaetano Armao (IT/PPE), Viċi President u Ministru Reġjonali għall-Ekonomija tar-Reġjun ta’ Sqallija u President talGrupp Interreġjonali tal-KtR dwar Reġjuni Insulari. Irridu nifhmu dejjem iktar li bħala l-assemblea tal-UE tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, huwa d-dmir tagħna li nsemmgħu leħen il-komunitajiet sottomuniċipali u li nappoġġjaw inizjattivi li jagħmluhom aktar prosperużi u sostenibbli. Kemm jekk huma gżejjer żgħar, distretti urbani jew żoni muntanjużi mhux popolati, iridu jiġu stabbiliti mekkaniżmi mfassla apposta biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali speċifiċi li l-komunitajiet taħt il-livell muniċipali qed jiffaċċjaw bħalissa. Irridu nibdew billi nissemplifikaw u nirrazzjonalizzaw ir-regoli ta’ eliġibbiltà biex inħeġġu l-parteċipazzjoni diretta tal-entitajiet sottomuniċipali fil-programmi ambjentali tal-UE. Id-Delegazzjoni Maltija kienet iffurmata mill-Kap tad-Delegazzjoni, is-Sur Joe Cordina, is-Sur Paul Farrugia, Dr Samuel Azzopardi u l-President tal-Assoċjazzjoni, is-Sur Mario Fava.

Mid -Dj arju t a’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 5 ta’ Marzu Mela hekk sewwa, man! L-ewwel itellifna l-elezzjoni biċ-ċuċati li kien jgħid fuq l-istazzjon tar-radju tagħna, imbagħad jirriżenja minn kunsillier tal-partit darba glorjuż tagħna, u jgħid li ma jridx jaf aktar bina, u issa se jikkontesta elezzjoni każwali biex ikun elett fil-Parlament bħala membru tal-partit darba glorjuż tagħna. Qiegħed ngħid għal David Thake li diġà għamilha ċara li ma jaqbilx mal-kap tagħna Adrian Delia. U allura, ngħid jien, għalfejn se jikkontesta, jekk mhux għas-salarju, jew l-onororarja, kif kien jgħid missieri? Kultant naħseb li sewwa kienet tgħid in-nanna Gerit li dawn kollha xorta u kulma jinteressahom huma s-siġġu u l-but, anke jekk missieri ma kienx jaqbel magħha! Il-Ġimgħa, 6 ta’ Marzu Tgħidx kemm iddispjaċieni meta sir naf li tat-Times se jieħdu l-Qorti lilleks ġurnalist tagħhom Ivan Camilleri. Iddispjaċieni għax jien lil Ivan Camilleri nammirah ħafna u ngħid id-dritt immissjajthom il-mistoqsijiet li kien jagħmel lil kull ministru Laburist, mhux l-inqas lill-prim ministru, kien min kien. Iddispjaċieni għax jien konvint li Ivan Camilleri għandu għal qalbu l-interessi tal-partit darba glorjuż tagħna. Għalija, mill-mod kif kien jaħdem u jikteb, kellu biss interess wieħed - li jara lill-Partit Nazzjonalista fil-gvern. Anke fl-aħħar elezzjoni għamel ħiltu kollha. Issa ħalliha li ma rnexxilux, imma xogħlu għamlu! Is-Sibt, 7 ta’ Marzu Ma nafx x’ridnieha dik l-istqarrija ta’ Edwin Vassallo, fejn qal li l-Gvern għandu dover li jgħin lis-settur kummerċjali, minħabba l-imniefaħ virus tal-korona, għax jien hekk qiegħed insejjaħlu. U lanqas ma’ dik li ħareġ Robert Arrigo jappella lill-Gvern jeżenta lil tar-restoranti mill-VAT. Nispera li ma nibqgħux sejrin biha din il-kantaliena li noqogħdu ngħidu lill-Gvern x’għandu jagħmel u x’ma għandux jagħmel. Jien li kien għalija nħallihom jgħaffġu. Jien għalhekk jogħġobni l-ġurnalist bravu tagħna Joe Mikallef (bil-k mhux biċ-ċ) għax dak ħlief jikkritikah lill-Gvern ma jafx. U sewwa jagħmel. Il-Ħadd, 8 ta’ Marzu Ma mortx id-Dar Ċentrali biex nisma’ lill-Kap Adrian Delia għax ħsibt li għad-diskussjoni li saret biex jitfakkar Jum il-Mara, setgħu jattendu nisa biss. Mhux għax kieku kont ngħid xi ħaġa, għax jien biex nisma’ mmur. U minn

dak li smajt fl-aħbarijiet kien hemm diversi kelliema li għamlu diskorsi tajbin. Ħadt gost ħafna bil-preżenża ta’ Sylvana Debono, il-ġurnalista, li għalkemm taħdem mal-midja tal-Knisja, xorta waħda tipprova tgħin lill-partit tagħna. Imma ovvjament, l-aktar li spikka kien dak tal-Kap Adrian Delia. Tgħidx kemm għajjarhom lil tal-Labour, speċjalment fuq xi ħaġa li għandha x’taqsam mal-prostituzzjoni, li s’issa għadni ma fhimthiex. It-Tnejn, 9 ta’ Marzu Dalgħodu qomt ftit ma niflaħx u mill-ewwel iddeċidejt li nibqa’ ġewwa minħabba l-imniefaħ virus, li issa tfaċċa anke f ’pajjiżna. Waranofsinhar ħadt nagħsa sewwa u ħlomt b’Maria Efimova, dik li kienet ivvintat l-istorja ta’ Egrant. Xi ħlomt tgħidlix, imma xħin qomt ftakart li xi xahrejn ilu kien irnexxielha tiġbor somma flus, jekk m’iniex sejjer żball aktar minn 15,000 ewro, biex tkun tista’ tiġi f ’pajjiżna u tikxef l-istorja li kienet diġà kixfet, imma din id-darba, skont hi, bi provi konkreti f ’idejha. Imma sa issa, milli jidher, għadha ma għamlet xejn u jien għaddieli l-ħsieb li l-flus li ġabret, alla m’għamilhom, kif kienet tgħid in-Nanna Gerit. It-Tlieta, 10 ta’ Marzu Dak li kont qiegħed nibża’ li se jiġri, fil-fatt ġara. U le, mhux għall-koronavirus qiegħed ngħid. Għal David Thake u Ivan Bartolo li rebħu l-elezzjonijiet każwali u issa qegħdin fil-Grupp Parlamentari. Dawk it-tnejn li huma kontra l-Kap Adrian Delia, anke jekk kif kienu eletti marru jiltaqgħu miegħu. Ma nafx kif il-Kap ħareġ ifaħħarhom għax jien ma nafdahomx u m’għandi l-ebda dubju li se jingħaqdu mas-17-il eroj/traditur jew tradituri/eroj. Anzi konvint li Ivan Bartolo se jieħu r-riedni f ’idejh biex illum qabel għada jieħu post Adrian Delia. Insomma, man! Din bħal tal-virus, ma nafx kif se noħorġu minnha! L-Erbgħa, 11 ta’ Marzu Għalkemm Jason Azzopardi huwa kontra l-Kap Adrian Delia, tant li jien inqisu bħala l-mexxej tas-17-il eroj/ tradituri jew tradituri/eroj, xorta waħda nieħu gost nisimgħu jitkellem, għax afli jaqlgħalhom, man. U llum fil-Parlament għamel diskors tajjeb ħafna, tgħidx kemm għajjarhom. Li kieku jien minflok il-Kap, kieku nara kif nagħmel u nħallih jitkellem kuljum fil-Parlament. B’hekk ma joqgħodx jinfexx fuq ilKap tagħna, għax irridu u ma rridux, sal-elezzjoni ikollna nibqgħu nitqannew bih u b’dawk tal-klikka tiegħu.


18

15.03.2020

kullhadd.com

L-AKBAR ĦARBA MILL-KAMP NAŻIST - IL-ĠRAJJA TA’ 75 SENA ILU

L-affarijiet tal-priġunieri mitfugħin fuq il-linji tal-ferrovija

B’għajnejn miftuħin beraħ bil-biża’, Rudolf Vrba u Alfred Wetzler, priġunieri f’kamp tal-konċentrament għal-Lhud, żammew in-nifs, waqt li l-għassies ta’ Auschwitz ixxabbat u tela’ fuq munzell għoli tal-injam li taħtu kienu mistoħbijin. Hekk kif il-kelb tal-għassies beda jinbaħ b’mod feroċi, iż-żewġt irġiel li kienu taħt l-injam, talbu biss li t-tabakk Russu u l-fuel li tefgħu fuq ġisimhom u ħwejjiġhom, setgħu jeqirdu r-riħa tagħhom u jostruhom. Minn CHARLES B. SPITERI “Kieku l-SS sabuna, konna ninqatlu bla ebda ħniena,” qal Rudolf, li flimkien ma’ Alfred staħba f ’post magħruf bħala no-man’s land bejn iċ-ċnut li jifirdu l-parti ta’ barra u dik ta’ ġewwa tal-kamp tal-konċentrament. “Smajna l-boots tal-għassies miexi fuq l-art, smajna l-għajjat tiegħu u d-dwiefer tal-kelb, jigirfu fuqna, f ’dik il-ħemda li konna mistura fiha.” Kien tassew mument storiku li seta’ jsalva mijiet ta’ eluf ta’ ħajjiet mill-kamp fejn inqatlu aktar minn miljun ruħ. Għax imbagħad Rudolf u Alfred għamlu l-ikbar ħarba tagħhom u mxew tul ta’ 85 mil fil-Polonja, li kienet okkupata mill-Ġermaniżi u dan biex iwasslu l-allarm għall-pjani tan-Nażi li kienu beħsiebhom iħaffu l-qtil. Il-ħarba tal-biża’ li wettqu ġiet ikkupjata xahar wara, f ’Mejju tal1944 mill-ħbieb tagħhom Czeslaw Mordowicz u Arnost Rosin. Is-26 ta’ Jannar li għadda ħabat il-75 sena mil-liberazzjoni ta’Auschwitz. U ftit huma dawk

in-nies li semgħu b’dawn l-irġiel li wasslu l-informazzjoni lill-alleati u li rnexxielhom isalvaw eluf ta’ ħajjiet ta’ Lhud Ungeriżi, li kienu deportati lejn il-kamp tal-konċentrament. Iċ-Ċekoslovakk Rudolf, li kien jaf bl-amment kif kien it-tqassim tal-kamp, kif ukoll il-pjani bid-dettalji vitali tan-Nażi, baqa’ ħaj minħabba x-xogħol li tawh bħala priġunier – dak li jagħżel u jifred kulma ħadu magħhom il-Lhud li bdew jitniżżlu mill-ferroviji li twasslu bihom. Il-memorja tal-għaġeb li kellu għall-ismijiet tal-priġunieri aktar tard intużat biex ikunu mqabblin mar-rekords u ma’ dak li qalu nies oħra maħrubin, li kollha wasslu għal rakkonti li ma jitwemmnu b’xejn fuq il-kamp tal-konċentrament, fejn l-Anġlu tal-Mewt Dr Josef Mengele wettaq l-esperimenti qattiela tiegħu fuq il-priġunieri. L-awtur Joel C. Rosenberg, li aktar tard irriċerka l-istorja ta’ dawn l-irġiel għal The Auschwitz Escape qal: “Il-fatt li qiegħdu ħajjith-

om f ’periklu ċar, mhux biss biex jispjegaw x’kien qed isir lil eluf ta’ Lhud, iżda biex iwissu lil-Alleati, kienet xi ħaġa inkredibbli. Meta ttieħed f ’Auschwitz, f ’Ġunju tal-1942, Rudolf kellu biss 17-il sena. Minħabba li kien għadu żgħir, iġġiegħel jaħdem għalihom u eskludewh mill-kmamar tal-gass. Hu sema’ għassiesa jiftaħru b’kampijiet ġodda li kienu qed jinbnew fl-Ungerija u bis-“salami b’togħma mill-aqwa” li kellhom jibdew jipproduċu fix-xhur ta’ wara. Ir-rabja tiegħu għal dak li xehed – l-aktar għall-fatt li uffiċjali talSS jagħżlu min jgħix u min imut b’tixjira tal-id kienet qed tbaqbaq

ir-rabja ġo fih. F’intervista wara l-gwerra, Rudolf irrakkonta: “Meta rajt lin-Nażi bil-vireg tal-bamboo f ’idejhom, imexxu bħal merħla; lill-irġiel u nisa xjuħ kif ukoll tfal fil-kmamar tal-gass, ħsibt li kien dmiri li naqbeż fuq għonq l-ewwel wieħed Nażi li nara. Iżda kont naf li l-mument li nagħmel l-ewwel mossa, ninqatel u bla dubju ta’ xejn imorru agħar il-priġunieri l-oħrajn kollha.” Minn hemm, Rudolf daħħal f ’moħħu li jippjana ħarba flimkien ma’ Alfred, priġunier mill-istess lokal tiegħu. Alfred, li dakinhar kellu 25 sena, kellu xogħol ta’ amministratur, iżomm rekord tat-trasport kollu li

jsir, kif ukoll jieħu ħsieb u jiċċekkja n-numru ta’ priġunieri li jitwasslu fil-kamp. Dik l-informazzjoni kellha tkun vitali għall-Alleati. Iżżewġt irġiel iddeċidew li jagħmlu kulma jistgħu biex isseħħ il-ħarba tagħhom u dan riedu jagħmluh wara l-massakru ta’ madwar 4,000 priġunier Ċekoslovakk fil-Kamp ta’ Auschwitz. Dawn il-priġunieri nħarġu quddiem spetturi tas-Salib l-Aħmar, b’xagħarhom mhux imqaxxar u ħwejjeġ normali, minflok l-uniformijiet irrigati. In-Nażi għamlu dan biex iqarrqu bihom għall-Aħħar Soluzzjoni. Ladarba l-ispezzjonijiet li tħejjew intemmu, il-priġunieri nqatlu. Darba, Rudolf u Alfred qabb-

Josef Mengele, l-Anġlu tal-mewt l-ewwel mix-xellug ma’ ufficjali oħra


19

15.03.2020

kullhadd.com

du lil ħaddiema li fuq rashom kellhom estensjoni għall-kamp tal-mewt biex jibnulhom munzell enormi tal-injam b’toqba mnejn ikunu jistgħu jidħlu jistaħbew taħtu. Fis-7 ta’ April, 1944 iż-żewġ irġiel staħbew fil-moħba tagħhom. Minn tentattivi li priġunieri oħra għamlu qabilhom, biex ippruvaw jaħarbu, kienu jafu li l-gwardjani kienu se jfittxuhom għal tlett iljieli sħaħ qabel ma jaqtgħuha li setgħu ħarbulhom u jinsewhom. L-awtur Joel jgħid: “Il-priġunieri Russi kellhom tabakk punġenti ferm li kien jostor ir-riħa tagħhom mill-klieb. Għalhekk Rudolf u Alfred ħalltu dan it-tabakk ma’ fuel misruq u xerrduh fuqhom.” Fit-tielet lejl, meta l-għassiesa tal-SS neħħew il-barrikati, il-priġunieri Ċekoslovakki ħarbu, u wara 15-il jum ta’ mixi matul il-lejl, irnexxielhom jaslu mal-fruntiera tas-Slovakkja, li ma kinitx okkupata. Huma marru dritt bl-istorja tagħhom għand il-Kunsill Lhudi ta’ Zilina. George Klein, li kien segretarju, qara x-xhieda tal-biża’ ta’ Rudolf u stqarr li mill-ewwel emmen bil-verità kollha li kienet irrappurtata. Għalhekk, il-Kunsill ikkuntattja lil ħbiebu f ’Budapest, li għall-ewwel, lanqas riedu jemmnu dak li kien qed jingħadilhom. Boxer, reverendu u ispiratur Iżda min kien li ħeġġeġ għall-ħarba? Kien saċerdot Skoċċiż li ġġieled lin-Nażisti u kien l-ispirazzjoni għall-ikbar ħarba. Ir-Reverendu Mudro Ewen Macdonald, li ngħaqad fl-Armata bħala kappillan u sar paraxutist, safa midrub u nqabad priġunieri fl-Afrika ta’ Fuq. Wara li pprova jaħrab billi xxabbat minn tieqa tal-kamra tad-WC lejn kamp tal-priġunieri tal-gwerra, intbagħat fi Stalag Luft III. Dan seħħ fl-1942. Akkademiku jgħid li l-prietki ta’ dan ir-reverendu kienu jkunu kollha rabja, b’mod li mmotivaw il-ħarba – għalkemm is-sehem tiegħu f ’dan kollu ma deherx filfilm The Great Escape tal-1963 bl-attur Steve McQueen. Dr Linda Parker qalet: “Bħala kappillan seta’ kellu ċ-ċans jitkellem mat-truppi fil-privatezza, u jimmotivahom bl-istorja tal-attentat tal-ħarba tiegħu.” “Kien jemmen li t-truppi kellhom dmir Kristjan li jippruvaw jaħarbu, ladarba kienu nqabdu priġunieri. Il-prietki u l-appelli tiegħu jafu tferrxu anki fl-Armata u spiraw lill-priġunieri l-oħrajn kollha. Kulħadd deherlu li jekk saċerdot umli pprova jaħrab, allura setgħu jippruvaw l-istess ħarba huma wkoll.” Imlaqqam bħala ‘Padre Mac’, dak li qabel kien kampjun tal-boxing, serva bħala kappillan malQueen’s Own Cameron Highland-

ers’ f ’Aruba, u kien mill-Ewwel Brigata ta’ Paraxutisti. Wara li nqabad priġunier qatta’ sentejn u nofs fl-ħabs, l-aktar fl-infami Stalag Luft III, f ’Zagan, il-Polonja. Snin wara qal: “Biex ikun ministru tajjeb, wieħed irid ikun aktar iebes minn commando u paraxutist. Naf b’dan għax servejt fiż-żewġ oqsma.” Hu ssuperviżjona u għen lillirġiel li ħaffru l-mini ’l barra millkamp. Madwar 76 raġel ħarbu fil-25 ta’ Marzu tal-1944. Ilkoll, minbarra 3 nqabdu u 50 minnhom inqatlu. Irrakkonta: “Aktar minn 100 minna riedu jaħarbu. Appena kont se nitlaq jien ukoll, l-Amerikani talbuni nkun il-kappillan tagħhom. Għalhekk posti ttieħed minn raġel Daniż. Kien wieħed mill-50 maqtula. Kont naf lil dawk l-irġiel kollha. L-ikbar ħabib tiegħi kien fosthom ukoll, u nistqarr li din kienet l-aktar ġurnata ta’ dwejjaq f ’ħajti.” Ir-Reverendu Murdo Ewen Macdonald kien onorat bl-American Bronze Star. Wara li mar lura fix-xogħol tal-Knisja, laħaq professur teoloġiku fl-Università ta’ Glasgow. Hu miet fl-2004 fl-età ta’ 89 sena. Richard Churchill mit-taqsima tal-ajru, kien wieħed mis-76 raġel li ħarab mill-kamp tal-priġunieri tal-gwerra Nażista. Hu kien fi Stalag Luft III u l-ħarba tiegħu seħħet wara li għadda mill-mini mħaffra taħt l-art fl-1944. Richard, minn Devon, reġa’ nqabad priġunier wara tlett ijiem mill-ħarba tiegħu. Hu kien qed jistaħba flimkien ma’ ħabib ieħor, f ’maħżen tal-għalf, f ’għalqa. Inzerta sabhom il-bidwi li mill-ewwel irrappurtahom lill-forzi Ġermaniżi, li reġgħu ħaduhom priġunieri. Pellegrinaġġ kull sena Kif għedna, 75 sena ilu seħħet din il-ħarba leġġendarja minn ħabs, li ispirat film tal-1963 u saret il-kapitlu l-aktar magħruf, b’tifkira tat-Tieni Gwerra Dinjija. Bniedem li għadu ħaj, kien priġunier fil-kamp tal-gwerra u li kull sena jagħmel pellegrinaġġ għall-post fejn kien priġunier hu l-Air Commodore Charles Clarke, li llum għandu 95 sena. Hu kien wieħed minn dawk li salvaw millkamp tal-priġunieri, magħruf bħala Staleg Luft III, li llum jinsab f ’Zagan, illum belt Pollakka. Hu wkoll l-uniku bniedem li għadu ħaj. Meta wasal fil-kamp, fi Frar tal1944, il-pjan għall-ħarba kien diġà mfassal u meta saret, għaxriet ta’ eluf ta’ suldati tan-Nazi ngħataw l-inkarigu biex isibu lil kull min ħarab. Il-priġunieri tal-gwerra użaw dak kollu li setgħu jħaffru bih bħal mgħaref u bottijiet tal-landa biex ħaffru mini fondi 30 pied li tawhom l-isem ta’ Tom, Dick u Harry.

Il-ħamrija li jaqilgħu kienu jitfgħuha f ’peduni, iqegħduhom fil-bwiet tal-qliezet u meta jkunu barra, jarmuha. Iżda din il-missjoni inkredibbli spiċċat fi traġedja, hekk kif Hitler tant irrabja għal dan il-fatt li ordna li 50 mis-70 priġunier li ħarbu, jinqatlu fuċillati bħala lezzjoni għall-priġunieri l-oħra tal-gwerra. Charles, li jgħix Londra, jgħid li l-massakru kien kiesaħ u biered. Hu ma ntalabx jgħin fil-pjan, għax tqies bħala tifel fost l-irġiel, peress li kien għad kellu 19-il sena. Iżda minkejja li ma tax sehem dirett fil-ħarba, xorta għadu jaħseb sew fil-ħajja ta’ kuljum li qatta’ filkamp ta’ konċentrament. Jgħid li waqt li l-film għażel jum xemxi tar-Rebbiegħa fil-Polonja, il-verità kienet differenti. B’temperatura taħt -30C, kellhom waħda mill-aktar xitwiet li qatt kien hemm. Irrakkonta li għalkemm għadda tant żmien, il-memorja baqgħet stampata f ’moħħu. U l-fatt li jirritorna fil-post kull sena, ma jagħmilhiex b’nostalġija, iżda għax iħoss obbligu. “Qatt ma stennejt li kont se nsalva ħajti.” Charles għadda minn u bata dak magħruf bħala l-Long March – mixja ta’ 36 siegħa, li qatlet ħafna priġunieri tal-gwerra, minħabba li l-forzi Russi baqgħu javvanzaw fil-Polonja u laħqu lil Hitler. Ikompli jistqarr: “Mexxewna għal tul enormi f ’kundizzjonijiet inġazzati, b’silġ u riħ qawwi jħabbat magħna, sakemm fl-aħħar sibna refuġju f ’kamra tal-għalf. Ħaġa tal-iskantament dik il-kamra għadha wieqfa hemm. U dik hi l-unika ħaġa li niftakar mit-triq kollha li tawna. Issa aktarx li nbidlet f ’lukanda, li hi tabilħaqq tal-mistħija.” Hu daħal fl-RAF meta kellu 17il sena. Tħarreġ bħala bumbardier u wettaq 17-il missjoni b’suċċess qabel ma l-ajruplan li kien fuqu ntlaqat minn ieħor tal-gwerra tanNażi. Qabeż mill-ajruplan u spiċċa f ’borra fonda. Mexa għal mili sħaħ lejn l-Iżvizzera. Iżda nqabad mis-suldati Ġermaniżi u kien trasferit fi Stalag Luft III, meqjus mill-Ġermaniżi stess bħala l-kamp li minnu ma seta’ jaħrab ħadd. Charles sostna li beħsiebu jibqa’ jżur il-post kull sena biex ifakkar il-ħila umana li twettqet għall-ħarba mill-ħabs. Din ix-xewqa baqa’ jagħmilha sas-sena li għaddiet, peress li fis-7 ta’ Mejju, 10 xhur ilu, ħalla din id-dinja.

Rudolf Vrbaed

Alfred Wetzler

Charles Clarke

Meta rajt lin-Nażi bil-vireg tal-bamboo f’idejhom, imexxu bħal merħla; lill-irġiel u nisa xjuħ kif ukoll tfal fil-kmamar tal-gass, ħsibt li kien dmiri li naqbeż fuq għonq l-ewwel wieħed Nażi li nara. Iżda kont naf li l-mument li nagħmel l-ewwel mossa, ninqatel u bla dubju ta’ xejn imorru agħar il-priġunieri l-oħrajn kollha


20

15.03.2020

kullhadd.com

IL-PANDEMIJA LI LAQTET LIL MALTA 100 SENA ILU

100 sena ilu f ’Malta kien irrappurtat l-ewwel każ tal-influwenza Spanjola – pandemija li f ’Malta ħalliet mal-1,000 vittma. Antropoloġi Kanadiżi għamlu diversi snin jagħmlu riċerka dwar l-influwenza Spanjola u skoprew li Għawdex kellu rata ferm ogħla ta’ każijiet u mwiet minn Malta. Huma rnexxielhom ukoll jidentifikaw ukoll ir-rotta tal-imxija miż-żona tal-Port il-Kbir lejn iċ-ċentru tal-gżira. F’mument li bħalissa lkoll ninsabu ffukati fuq ilCOVID-19, ħsibt li mmur lura fl-istorja u naraw ftit x’kien jiġri qabel f ’pajjiżna stess, meta l-avvanz tat-teknoloġija u x-xjenza ma kienx daqstant progressiv kif inhu llum. Ma kienet teżisti l-ebda mezz ta’ midja soċjali li rridu nammettu li hija kawża wkoll ta’ allarm triplu milli oġġett/każ ikun fil-mument. Fis-seklu 19 insibu l-ewwel eżempji ta’ pandemiji ta’ influwenzi li laqtu lil Malta. Malta ntlaqtet minn mill-inqas tliet pandemiji ta’ influwenzi fl-1836-37, 1847-48 u l-pandemija Russa tal-1889-90. Waqt id-devastazzjoni tal-Ewwel Gwerra Dinija (1914-1918) feġġet tip ta’ influwenza ħarxa li bdiet tinfirex minn pajjiż

Din l-influwenza ma kinitx l-ewwel waħda tax-xorta tagħha li nfirxet b’mod pandemiku (madwar id-dinja kollha) għal ieħor u fi żmien qasir waslet fil-kontinenti kollha tad-dinja fosthom fil-gżejjer imbiegħda tal-Paċifiku. Din l-influwenza ma kinitx l-ewwel waħda tax-xorta tagħha li nfirxet b’mod pandemiku (madwar id-dinja kollha). Propju 100 sena ilu din il-pandemija tal-influwenza msejħa l-Ispanjola ħadet lid-dinja għal għarrieda. Waħidha qatlet madwar 100 miljun ruħ, jiġifieri 5% tal-popolazzjoni dinjija. F’Malta waslet malajr ukoll bl-ewwel każ ċert irrappurtat f ’Mejju tal-1918. Fuq perjodu ta’ sena kienu rrappurtati 16,000 każ iżda huwa magħruf li probabbilment affettwat mal-50,000 ruħ. Il-mejtin f ’Malta u Għawdex laħħqu l-1,000 b’1 minn kull 10 sseħħ f ’Għawdex. Fl-istudju tiegħu l-Antropologu Kanadiż il-Professur Larry Sawchuk jispjega għaliex il-livell ta’ immunità tal-Għawdxin seta’ kien anqas minn tal-Maltin: ”Gozo is a little bit more isolated by virtue of being more isolated, they may have not been exposed


21

15.03.2020

kullhadd.com

to the flu in previous encounters.” Bil-kuntrarju ta’ pandemiji tal-influwenza oħra, l-aktar li ġew affettwati f ’Malta kienu adulti ta’ bejn l-20 u l-40 sena, l-aktar in-nisa li kienu jeħduha mingħand it-tfal tagħhom. L-istudju tal-antropoloġi Kanadażi jsostni li l-vapur tal-art, mill-Belt Valletta sal-Ħamrun, Birkirkara, Ħ’Attard u r-Rabat, kien il-kawża ewlenija li mexxa l-influwenza. L-Influwenza Spanjola bdiet tinħass l-aktar fl-1917 meta laqtet il-kampijiet tas-suldati u bdiet tħalli ħerba kultant aktar milli ħallew il-bombi. Il-qagħda fittrunċieri kienet waħda mimlija bil-ħmieġ, it-trasport tal-morda mill-front lejn l-isptarijiet kien primittiv ħafna, l-iġjene fqira u l-isptarijiet kienu ffullati bis-suldati. Is-servizzi tassaħħa ħafna drabi kellhom jitwaqqfu wkoll proviżorjament u dan kompla jxerred dan il-virus tal-influwenza. Ħafna drabi kull meta d-dinja kienet u għadha tintlaqat minn virus tal-influwenza aktar qawwi mis-soltu ġeneralment barra l-isem xjentifiku jingħata wkoll isem informali jew laqam. Dak kien li ġara f ’dan il-każ u għalhekk baqgħet magħrufa bħala l-Influwenza Spanjola jew l-Imxija Spanjola. Dan ġara għaliex minħabba ċ-ċensura tal-gwerra ħadd ma kien jirrapporta minn xiex ikunu għaddejjin is-suldati milquta minn din il-marda biex ma jitbaxxiex il-moral tan-nies. Spanja ma kinetx involuta fil-gwerra, intlaqtet mill-marda u peress li ma kienx hemm ċensura fuq il-midja wara r-rapporti li bdew ħerġin minn dan il-pajjiż ingħatat il-laqam tal-Influwenza Spanjola. Il-virus tal-influwenza jattakka s-sistema respiratorja. Huwa virus li jittieħed malajr meta l-persuna milquta tisgħol jew titkellem. Il-qtar ta’ bżieq ġenerat li jkun infettat u trażmess fl-arja jinġibed man-nifs minn persuni oħra viċin u jiġu infettati wkoll mill-virus. Hu għalhekk li anke fil-każijiet ta’ bħalissa, l-awtoritajiet tas-saħħa joħorġu twissijiet ċari, ta’ iġjene u prevenzjoni. Din l-influwenza laqtet lil Malta fi tliet mewġiet. Bdiet lejn

Ġunju 1918 u damet sa Awwissu ta’ dik is-sena u ħalliet biss żewġ vittmi. Iżda f ’Settembru tal-1918 il-virus reġa’ beda juri l-effetti tiegħu u sa Ottubru kienu rrapportati 10,281 każ ta’ influwenza li ħalliet 402 vittmi. Il-pandemija tal-influwenza naqset xi ftit sakemm f ’Marzu 1919 reġgħu kienu rraportati 4,507 każi u fix-xahar ta’ wara 1,135 każ. B’kollox nill-popolazzjoni L-GĦELUQ TAL-ISKEJJEL MINĦABBA f ’Malta mietu 807 per- L-INFLUWENZA SPANJOLA suni waqt din il-pandemija waqt li dawk irrapurtati bl-influwenza mill-impjegati tas-servizzi Militari u n-Navy Ingliża kienu 5,798 persuna li minhom 109 mietu vittmi tal-virus. Dak iż-żmien f ’Malta l-awtoritajiet sanitarji kienu ħadu għadd ta’ prekawzjonijiet favur iġjene, diżinfezzjoni ta’ postijiet u anke b’relazzjoni ma’ prodotti miġjuba minn barra. Anke fir-rigward tal-edukazzjoni, minbarra li l-iskejjel inżammu kollha magħluqa kien hemm kampanja qawwija ta’ informazzjoni lill-poplu u ttieħdu miżuri iebsa biex jiġu evitati kull tip ta’ folol.

L-istudju tal-antropoloġi Kanadażi jsostni li l-vapur tal-art, mill-Belt Valletta sal-Ħamrun, Birkirkara, Ħ’Attard u r-Rabat, kien il-kawża ewlenija li mexxa l-influwenza


22

15.03.2020

kullhadd.com

DrLYNN DISKA B’MESSAĠĠ QAWWI kitba ta’ RAMONA PORTELLI Il-personalità li tkellimt magħha llum, hija persuna li minn dejjem kont nammira, mhux biss bħala kantanta, iżda wkoll bħala persuna li l-karattru tagħha jixbah ħafna lil tiegħi. Mhux hekk biss, iżda għandna ħafna affarijiet komuni: it-tnejn li aħna twelidna fl-aqwa tas-sajf fix-xahar ta’ Awwissu u naturalment inħobbu s-sajf u diversi opinjonijiet u gosti oħra li naqblu dwarhom. Sirna nafu lil xulxin ħafna snin ilu, iżda dan l-aħħar iċ-ċirkostanzi tal-ħajja, reġgħu ressquna aktar lejn xulxin. Qed nirreferi għal DrLYNN, qabel magħrufa aħjar bħala Lynn Chircop. Trabbiet Santa Venera, u kienet tipparteċipa f ’ħafna avvenimenti fil-lokalità minn età żgħira, bħall-kor tal-parroċċa, kif ukoll aktar tard fiċ-ċentri taż-żgħażagħ, il-mużew, u attivitajiet kulturali. “L-inħawi ta’ fejn tkun trabbejt ikun hemm għeruq jitrabbew li diffiċli biex tinqala’ minnhom u dan fil-fatt ġara meta żżewwiġt u mort noqgħod f ’lokalitajiet oħrajn u mhux fiċ-ċentru ta’ Malta fejn kont imdorrija ngħix. Il-fatt li minn dejjem ngħix viċin ilbelt kaptitali kienet aktar ħarġa għalija sal-Belt ma’ sħabi, u ninżel għax-xiri l-Ħamrun, allura għamilt diversi ħbieb li kienu joqogħdu wkoll f ’dawn il-lokalitajiet. Kont nattendi fl-iskola ta’ San Ġużepp il-Blata l-Bajda u erġajt bqajt fl-istess lokalitajiet meta mort is-Sixth Form – Junior College u aktar tard l-Università ta’ Malta. Wara sitt snin nieqsa minn dawn l-inħawi erġajt ġejt noqgħod fiċ-ċentru ta’ Malta u llum stabbilixxejt ruħi ġewwa Ħal Qormi, biswit il -lokalitajiet li trabbejt fihom,” bdiet tgħidli DrLYNN dwar it-trobbija tagħha. DrLYNN: Żwieġ bejn il-mużika u l-liġi Bħala karattru tħoss li hija persuna spontanja, u ma tagħtix l-impressjoni li tħobb tippjana fit-tul. Kompliet tgħidli: “Fil-verità aktar ma kbirt fl-età, illum kważi għandi 40 sena, aktar stajt nieħu deċiżjonijiet li forsi ma kellhomx x’jaqsmu mal-mużika u dak li kont nidher li nħobb nagħmel. Fosthom li nidħol nagħmel il-kors

tal-liġi, kors li jirrikjedi paċenzja, determinazzjoni, dixxiplina u ħafna sagrifiċċji.” Sadanittant il-mużika dejjem baqgħet f ’ħajjitha, sa milletà ta’ erba’ snin, tiftakarha u fil-fatt għadha ddoqq il-pjanu. Sena wara sena, tejbet il-mod kif iddoqq, u għamlet eżamijiet fejn setgħet aktar tard tutilizza t-tagħlim li kisbet fil-mużika bħala karriera. L-istili tal-mużika tagħha jvarjaw għaliex fil-bidu trawmet fil-mużika klassika, u aktar ma kibret aktar bdiet tesperimenta bi stili differenti bħal rock, jazz, blues u ovvjament il-pop meta eventwalment fettlilha tidħol għal Malta Song for Europe 2003. Fix-xena mużikali, qabel konna nafuha bħala Lynn Chircop. Issa qed tuża stage name DrLYNN. Ridt inkun naf minn fejn nibet eżatt dan l-isem. “DrLYNN huwa ż-żwieġ bejn il-mużika u l-liġi. Huma żewg dixxiplini għal qalbi, li t-tnejn ħdimt ħafna għalihom, u nħoss li huwa l-aktar mod awtentiku kif nista niddeskrivi lili nnifsi”, stqarret miegħi. Ridt inkun naf kollox ma’ kollox, x’sodisfazzjon tagħtiha l-mużika. Fil-fatt stqarret miegħi li meta jirreferu għaliha bħala mużiċista, jagħtih sodisfazzjon kbir, għaliex kif spjegatli tajjeb - wieħed ikun

qed jirrikonoxxi s-sigħat twal ta’ studju li tkun għamlet fuq il-pjanu u l-imħabba tagħha lejn dan l-istrument. “Bħala kantanta ma nħossnix l-istess, però ovvjament meta ndoqq u nkanta l-emozzjonijiet tiegħi nesprimihom b’mod personali ħafna.” Għadha kif ħarġet is-single ġdida tagħha “Treading on Eggshells” Riċentement, DrLYNN għadha kif ħarġet is-single l-ġdida tagħha “Treading on Eggshells”. Ħallejt f ’idejha sabiex tgħidli x’inhu eżattament il-messaġġ li trid twassal biha din il-kanzunetta. “ ‘Treading on Eggshell’s hija espressjoni ta’ meta wieħed ikun qed jimxi fuq terran delikat u ma’ kull pass li tagħmel tħoss li qed tweġġa’ jew tirfes fejn

mhux suppost. Il-kanzunetta tenfasizza li persuna tasal f ’punt f ’ħajjitha meta ma tistax tibqa’ taħseb f ’ħaddieħor l-ewwel, qabel ma tara x’inhuma l-interessi tagħha, u għalhekk il-persuna nnifisha jkollha bżonn il-kuraġġ biex tfendi għal rasha u tieħu deċiżjonijiet ibsin waħedha. Kulħadd jgħaddi minn esperjenzi inqas sbieħ, iżda mhux kulħadd ikollu l-kapaċità li jegħleb il-konsegwenzi tal-esperjenzi koroh li jkun għadda minnhom,” spjegat tajjeb. Is-setgħa li tagħmel dan trid tiġi mill-persuna nnifisha u dan huwa l-messaġġ li DrLYNN tixtieq twassal lil kull min jaħseb li qed jgħix f ’mument dgħajjef biex jikseb il-kuraġġ, iqum fuq saqajh u jimxi fuq quddiem. Fi kliem ieħor, il-kanzunetta tagħha qed tgħaddi messaġġ ta’ kuraġġ lil kull min hu għad-

DrLYNN huwa ż-żwieġ bejn il-mużika u l-liġi. Huma żewg dixxiplini għal qalbi, li t-tnejn ħdimt ħafna għalihom, u nħoss li huwa l-aktar mod awtentiku kif nista’ niddeskrivi lili nnifsi

dej minn xi diffikultà fil-ħajja. Fuq nota personali, DrLYNN għamlet xi żmien fejn kellha taffaċċja diffikultajiet u sfidi li kienu tqal għaliha biex iġġorrhom waħedha, iżda rnexxielha. Bla ma tidħol b’mod personali, tlabtha taqsam x’tip ta’ diffikultajiet kellha f ’ħajjitha, sabiex eventwalment ħarġet l-ispirazzjoni tal-istess single. “Meta tkun qed tistenna tarbija ħafna huma l-ħsibijiet tqal li għaddejt minnhom, għaliex fl-istess żmien kont ikkomettejt ruħi għall-ħajja pubblika fejn l-istennija ta’ dawk ta’ madwari kienet eċċessiva, li ħafna drabi ma flaħtx għaliha. Għaddejt ukoll minn mumenti fejn fiżikament kelli sfidi li minħabba r-ritmu mgħaġġel f ’ħajti, fejn kont qed nippreżenta programm televiżiv kuljum, inrabbi tifla żgħira fl-età, ngħix barra l-lokalità li kont imdorrija ngħix fiha, allura kelli nidra komunità ġdida, kont għadni friska fiż-żwieġ, dħalt għal piżijiet finanzjarji kbar. U kemm kien fadalli ħin f ’ġurnata biex innaddaf, u nwettaq il-bżonnijiet mistennija fid-dar? Però biex inkun pożittiva, s’issa xi ħaġa li nħoss li ma kellix għalfejn ninkwieta dwarha hija t-tisjir,” tbissmet tgħidli DrLYNN. It-tisjir litteralment mhux ħabib tagħha


23

15.03.2020

kullhadd.com

Ta’ min jgħid li DrLYNN, matul is-snin kitbet numru ta’ kanzunetti u kitbet biċċiet mużikali miktubin minnha stess li tixtieq taqsam mal-pubbliku, iżda taf li mhux ser ikun possibbli li tagħmilhom kollha. “Għalhekk proprju nħossni aktar jiena meta nkun qed indoqq u kont inkun qed indoqq fil-pubbliku live, u ma kont niddejjaq xejn b’mod spontanju naqsam xi biċċiet li nkun ktibt mal-udejnza.” Fuq nota differenti, ridt inkun naf jekk għandhiex xi rakkont jew episodju milli tiftakar waqt xi avveniment f ’Malta jew barra minn Malta, li forsi jlissen xi tbissima li tista taqsam mal-qarrejja, jew xi tip ta’ esperjenza oħra li baqgħet f ’moħħha. Dlonk malajr weġbitni: “Dażgur, meta kont kantajt mar-Royal Philarmonic Orchestra ta’ Londra ġewwa r-Royal Albert Hall. Nista’ ngħid li kien kunċert li mhu ser ninsieh qatt, u fuq nota umoristika mhux ser ninsa qatt wiċċ il-ġara ta’ ħija ġewwa l-Ġermanja, meta indunat li kont ser naħraq l-appartament ta’ ħija stess, meta kont ser insajjar,” stqarret miegħi bi tbissima fuq fommha.

Lil hinn mix-xena mużikali, DrLYNN taħdem bħala avukat fejn tispeċjalizza fil-qasam dwar il-Protezzjoni tat-Tfal u d-Drittijiet tat-Tfal. Kemm illiġi kif ukoll il-mużika huma żewġ oqsma żgur għal qalbha. B’hekk ħajjitha hija maqsuma f ’ħafna rwoli, fosthom ukoll ta’ omm. “Lil hinn minn kull irwol ieħor fil-ħajja, dak bħala omm huwa l-iktar li jagħtini sodisfazzjon, għaliex illum li t-tifla għandha 16-il sena, qed nirċievi lura l-imħabba kollha li investejt fiha matul is-snin, u din it-tip ta’ mħabba li nħoss jien inżommha quddiem għajnejja meta nkun qed naħdem ma’ ġenituri li jkunu għaddejjin minn separazzjoni, diżgwid, minħabba sitwazzjoni jew oħra u t-tfal tagħhom ikunu direttament jew indirettament milquta minn dak li jkun qed jiġri. Inħoss responsabbiltà kbira li nkun qed nirrappreżenta parti jew oħra bħala avukat, u nżomm quddiem għajnejja l-interessi tat-tfal li għandhom jiġu dejjem l-ewwel u qabel kollox,” sostniet miegħi. Fl-aħħar nett stedint lil DrLYNN sabiex tgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Ħdejn is-saħħa ma

joqgħod xejn, għalhekk qabel ma jittieħdu ċerti deċiżjonijiet fil-ħajja, tajjeb li niżguraw li l-effett ta’ dawk id-deċiżjonijiet ma jkunux tqal, kemm fuqna u kemm fuq ta’ madawarna.”

Il-kanzunetta tenfasizza li persuna tasal f’punt f’ħajjitha meta ma tistax tibqa’ taħseb f’ħaddieħor l-ewwel, qabel ma tara x’inhuma l-interessi tagħha, u għalhekk il-persuna nnifisha jkollha bżonn il-kuraġġ biex tfendi għal rasha u tieħu deċiżjonijiet ibsin waħedha


24

15.03.2020

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

ŻARU L-BŻARU F’dan ir-rakkont niltaqgħu ma’ Nazzareno Fava minn Ħal Qormi, magħruf aktar bħala ‘Żaru l-Bżaru’. Żaru kien regettier fil-Belt Valletta fil-bidu ta’ dan is-seklu. Żminijiet li kienu ferm differenti minn żminijietna. Il-Bżaru, raġel ta’ xi ħamsin sena, qsajjar u matnazz, jakkwista pupu Tork mingħand mara Żejtunija. Dawn il-pupi kienu ferm popolari fid-djar Maltin. Kurdi, għax hekk kien jismu dan il-pupu ċkejken, kien stramb fid-dehra tiegħu. Pupu ċke-

jken u iswed faħma. Imma Kurdi ma kienx pupu bħall-oħrajn. Kien ferm differenti… Għal xiex ma kienx bħal pupi oħrajn? X’setgħat kellu dan il-pupu Tork? Żaru u Kurdi jgħaddu minn ġrajjiet sbieħ u oħrajn pjuttost koroh. Ġrajjiet li fl-aħħar spiċċaw sabiex bidlu kompletament il-ħajja ta’ Żaru l-Bżaru, raġel xħiħ, maqtugħ għalih, jgħix f ’remissa waħdu u li xejn ma kien jgħożż għajr il-flus li kellu.

Silta Mill-Ktieb Kien f ’wieħed minn dawn il-jiem. Żaru kien jinsab waħdu fil-ħanut u kien hemm tant kwiet fit-triq li lanqas kont temmen li qiegħed il-Belt. Mela f ’ħin minnhom, Żaru deherlu li kien sema’ xi ħsejjes fil-ħanut filwaqt li huwa kien fil-bieb. Daħal ġewwa u ma sab xejn barra minn loku. ‘Imma dawn x’affarijiet huma!’ beda jgorr waħdu Żaru l-Bżaru. ‘Jiena ċert li smajt xi ħsejjes.’ Kif qal hekk reġa’ ser jaqbad ħiereġ ’il barra, xħin minn taħt il-għajn deherlu li ra xi ħaġa tiċċaqlaq. Huwa dar bil-għaġla u sewwa kien ra: dak it-Tork li kellu fuq dik il-kolonna kien qed jitħarrek. Xagħar Żaru qam xewk xewk. Ma riedx jemmen lil għajnejh u bilkemm ma kienx ser jagħtih il-mejt. Żaru tella’ idu l-leminja għal fuq wiċċu biex bħal speċi jneħħi l-iċċassament li qabdu f ’dak il-waqt, imma malajr intebaħ li dik tiegħu ma kinetx biss immaġinazzjoni imma realtà. Dak it-Tork kien bħal speċi qed jiżfen. “Għalfejn qed tiskanta?” staqsieh it-Tork. “Qatt ma rajt lil xi ħadd jiżfen?” Żaru issa kien ġie f ’tiegħu. Kienet marritlu xi ftit dik id-dehxa u b’leħen kważi jirtriegħod

qallu: “Ma ttinix tort, hux! Qatt f ’mitt sena ma ħsibt li ser nara dak li rajt illum.” It-Tork beda jidħak imbagħad qallu: “Ħabib, jew aħjar, ja sidi, minni m’għandekx għalfejn tibża’. Minni għandek ħabib.” Żaru għamel kuraġġ lilu nnifsu u mbagħad qallu: “Imma int minn dejjem kont titkellem? Irrid ngħid, għand dik il-mara Żejtunija kont titkellem ukoll? “Iva u le,” qallu t-Tork. “X’jiġifieri, ma fhimtekx?” qallu Żaru l-Bżaru. “Għandek tkun taf li ma’ dik il-mara, jiena ma kont stmat xejn. Xeħtitni f ’kantina u qatt ma tat kasi. Kont biss noqgħod nitkellem u ngorr waħdi,” reġa qallu t-Tork. “Allura inti x’jismek?” staqsieh ir-regettier li xorta waħda kien għadu jirtriegħod fi kliemu, “Kurdi,” qabeż qallu kollu kburi dak it-Tork. “Ilni snin ma nlissen ismi. Isma’ jekk nitolbok pjaċir, tagħmilhuli?” kien pront staqsieh. “Xi trid?” staqsieh Żaru. Mistoqsija: X’kien ġara biex Żaru ħa qatgħa kbira?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ŻARU L-BŻARU. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 22 ta’ Marzu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb L-ERWIEĦ TAL-GŻEJJER MALTIN U LIL HINN MINNHOM huwa: L. MAGRI - ĦAL KIRKOP

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

03

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 X’kienet is-sena li l-Amerikani kisbu d-dritt taż-żwieġ?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

15.03.2020

kullhadd.com

META L-IMĦABBA TKUN GĦAL DEJJEM

Kitba ta’ MARY CHETCUTI

Il-Portugall huwa wieħed mill-isbaħ pajjiżi fl-Ewropa mżejjen b’palazzi, knejjes u monasteri li jpaxxu l-għajn. Wieħed minn dawn il-ġojjelli arkitettoniċi huwa l-Monasteru ta’ Santa Marija f ’Alcobaca li jaf il-bidu tiegħu fl-1153 u ġie ddikjarat wirt mondjali mill-UNESCO fl-1989. Il-knisja tal-Monasteru ta’ Alcobaca tħaddan fiha żewġ oqbra monumentali minquxin b’sengħa kbira minn irħam abjad iħarsu lejn xulxin fuq naħa u oħra tal-kappelluni; fihom hemm jistrieħu għall-eternità Dom Pedro li rrenja fuq il-Portugall bejn l-1357 u l-1367, u l-mara ta’ ħajtu Ines de Castro. L-istorja tagħhom tibda hekk: Spanja u l-Portugall kienu kontinwament maqbudin f ’diżgwid politiku bejniethom li mhux l-ewwel darba eskala fi gwerra. Fortunament, ħafna drabi kollox kien jissolva bi żwieġ bejn iż-żewġt idjar irjali ħalli minflok tirrenja l-paċi. Fl-1340, ir-Re Alfonzu IV tal-Portugall u Juan Manuel, prinċep fewdali minn Kastilja fi Spanja, iddeċidew li jsaħħu l-alleanza ta’ bejniethom billi jżewġu lil uliedhom. Kostanza ta’ Villena waslet il-Portugall minn Kastilja ftit wara sabiex tingħaqad fiż-żwieġ ma’ Dom Pedro, iben ir-Re Alfonzu IV. Magħha kellha jakkumpan-

jawha dami u qaddejja, fosthom xbejba ta’ 15-il sena jisimha Ines de Castro. Ines de Castro, li kienet bint illeġittima ta’ nobbli minn Galizja, spikkat minn fost il-kontinġent kollu għas-sbuħija tagħha. Mhux ta’ xejn Dom Pedro ġġennen fuqha mill-ewwel mument li tefa’ għajnejh fuqha; sar iħobbha dak ilħin stess u ma kenitx teżisti mara oħra għalih fid-dinja. Iżda l-ftehim kien li jiżżewweġ lil Kostanza u hekk kellu jagħmel. Dom Pedro ħa lil Kostanza ta’ Villena bħala martu imma fl-istess waqt beda relazzjoni amoruża sigrieta ma’ Ines de Castro. Ħames snin wara Kostanza mietet hi u twelled it-tielet tarbija tagħhom. Issa Dom Pedro ħassu ħieles mill-obbligi kollha u hu u Ines bdew ikunu kontinwament fil-kumpanija ta’ xulxin. Ir-Re Alfonzu IV, li mill-bidu nett kien kontra r-relazzjoni ta’ ibnu, irrabja u ordna li Ines titkeċċa mill-palazz u tibqa’ tgħix eżiljata fil-Kastell ta’ Albuquerque. Imma sewwa jgħidu li fejn tmur il-qalb jimxu s-saqajn għax Dom Pedro telaq mill-palazz ta’ missieru u ġera għal wara l-maħbuba tiegħu Ines de Castro. Minn hemm ’il quddiem bdew jgħixu bħala koppja miżżewġa – jingħad li Ines u Pedro żżewġu bil-moħbi fi Braganca u saħansitra li żewwiġhom

l-isqof ta’ La Guardia, b’danakollu d-dokumenti ta’ din l-unjoni qatt ma nstabu. Il-koppja kellha erba’ wlied subien. L-aħbar taż-żwieġ ta’ Dom Pedro u Ines laqtet bħal sajjetta fil-bnazzi lill-klassi nobbli Portugiża; il-biża’ tagħhom kienet li iben Kostanza jitwarrab sabiex eventwalment jitpoġġa iben Ines fuq it-tron tal-pajjiż. Għall-Portugall ulied Ines kienu kollha meqjusa illeġittimi u għaldaqstant mhux denji li jitilgħu fuq it-tron. Ir-Re Alfonzu IV kien furjuż għal din l-aħbar u ried li tittieħed azzjoni immedjata u effettiva sabiex iġib fi tmiemu l-aġir irresponsabbli ta’ ibnu Dom Pedro. L-unika soluzzjoni kienet li titwarrab darba għal dejjem Ines de Castro. F’għodwa kiesħa ta’ Jannar 1355, ir-Re akkumpanjat minn tliet suldati rħewlha fuq iż-żwiemel lejn il-Kunvent ta’ Santa Clara-aVelha f ’Coimbra fejn ibnu u Ines flimkien ma’ wliedhom kienu qed jgħixu. Dom Pedro kien ħareġ kmieni għall-kaċċa. Ir-Re u s-suldati daħlu fil-kunvent u sabu lil Ines waħedha

ma’ wieħed minn uliedha. Alfonzu ta sinjal lis-suldati u dawn ħanxrulha għonqha quddiem iċ-ċkejken binha. Ines kellha biss 29 sena. Malli Dom Pedro rritorna millkaċċa u sab dik it-traġedja quddiem għajnejh ħalef vendetta kontra min kien qatillu lill-maħbuba ta’ ħajtu. Kif sar jaf li missieru kien jaħti għall-qtil għaqqad armata u beda jattakka raħal wara l-ieħor tar-renju. Konsegwenza ta’ hekk ilpajjiż spiċċa fi gwerra ċivili li aktar ma tmur aktar bdiet tiħrax. Omm Dom Pedro, ir-Reġina Beatrice, ma felħitx aktar tara lil żewġha u lil binha maqbudin f ’taqbida ta’ mibegħda u intervjeniet personalment sabiex tirrikonċiljahom. Ftit wara li rranġaw id-differenzi ta’ bejniethom, ir-Re Alfonzu IV miet u Dom Pedro bħala s-suċċessur ta’ missieru ġie nkurunat Re tal-Portugall. Minn fuq it-tron tiegħu ir-Re Pedro I ordna l-ewwel nett li jinbena qabar monumentali tal-irħam abjad safi għall-għażiża tiegħu Ines de Castro. It-tieni ordni tiegħu

kienet li jinqabdu u jinġiebu quddiemu l-qattiela ta’ Ines. Tnejn instabu filwaqt li t-tielet wieħed laħaq ħarab. Jingħad li Pedro qatel b’idejh stess liż-żewġ qattiela u fiddagħdigħa ċarrtilhom sidirhom beraħ u qalgħalhom qalbhom barra. Wara għadda sabiex jagħti t-tielet ordni tiegħu, u hawnhekk hawn min jargumenta li l-istorja traġika ta’ Ines de Castro tassumi xejra surreali. Jingħad li r-Re Pedro I ordna li Ines de Castro tinqala’ minn qabarha u l-katavru tagħha jitlibbes bl-ifjen ilbies u ġojjelli u titqiegħed bilqiegħda ħdejh fuq it-tron. Pedro nkurunaha reġina u ġiegħel lin-nobbli kollha jinżlu għarkupptejhom quddiem Ines u jbusulha idha b’turija ta’ rikonoxximent u qima bħala renjanta tagħhom. L-istorja tgħid li n-nobbli tal-palazz kollha baxxew rashom u obdewh għax ir-Re Pedro I ma kienx beħsiebu jgħaddiha lixxa lil min jonqos mir-rispett lejn il-maħbuba tiegħu Ines de Castro.


26

15.03.2020

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

15.03.2020

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 320

C. VELLA - ĦAL QORMI

Bi 3 Numri 128 220 341 432 466 513 626 685 709 743 975 B’4 Numri 0498 0572

0830 0864 0946 1120 1313 1516 1716 1847 2056 2366 2575 2676 2692 2739 2760 2782

2876 3277 4409 4733 4935 4960 5499 5747 6065 6268 6276 6448 6666 6683 6846 7235

7480 7790 7804 8478 8616 8805 B’5 Numri 07136 08289 12809 17227 21600 27398 56190 56748

73170 73359 87714 94108 95583

B’7 Numri 1629276 3868402 4685865 7446322

B’6 Numri 285176 189102 211929 248296 569071 668849 702961 740583 798546

Bi 8 Numri 26986615 91674070 B’10 Numri 4981496167 5767540587

Mimdudin: 1. Bħali u bħalek (5) 4. Mogħdija taż-żmien? (4) 7,9. Inpassi? (5) 9. Ara 7 10. Tifla kbira? (6) 12. Bhejjem (6) 16. Aktar wiesa’ (3) 18,19. Volontà (5) 19. Ara 18 20. Nitgħattew bih (5)

21. 23. 24.

Telaq (3) Ara 6 Damdmu? (5)

1. 2,11. 3. 5.

Weqfin: Kompli l-qawl: F’Diċembru fis-sala jidħol ........ (6) Bla ġenituri (5) Mhux jien (3) Aldo Muscat James (1,1,1)

6,23. 8. 11. 12,13. 13. 14. 15. 17,22. 21. 22.

Tipprevedi (7) Tefgħuh fil-friża (9) Ara 2 Is-singular ta’ 12 mimduda (5) Ara 12 wieqfa Jitlagħlu malajr (6) Isem (6) Rari (6) Sikkina? (3) Ara 17

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Beraq, 4.Ċoff, 7,12 wieqfa. Weġa’, 9,22.Aringa, 10.Issega, 12.Ġlieda, 18,21 wieqfa. Fniek, 19.Gol, 20.Tazza, 21.Ian, 23.Kbar

Weqfin: 1.Blalen, 2.Rai, 3,11.Qwiel, 5.Ole, 6,16.Franza, 8.Essenzjal, 13,24. Ifallini, 14.Agassi, 15.Platti, 17.Zia


28

15.03.2020

kullhadd.com

FIDUĊJA, KOLLABORAZZJONI U TAMA Editorjal

Għaldaqstant hu iżjed minn neċessarju li nkomplu nafdaw f’idejn l-esperti u ma naslu għall-ebda konklużjonijiet unilaterali sakemm ma jinħarġux minn fomm l-awtoritajiet kompetenti

Mingħajr dubju, dawn mhumiex żminijiet u ċirkostanzi normali li qed ngħixu fihom. Anzi l-imxija, illum pandemija, tal-Coronavirus ġabitna bilfors ngħixu f ’ħajja fejn b’mod ġenerali tħarbtet ir-rutina tas-soltu u ntilef il-livell ta’ kumdità li mdorrijin biha. Minbarra l-virus innifsu, il-miżuri li kellhom u għadhom jiġu imposti mill-Gvern ukoll ħolqu skumdità mhux mistennija. Minkejja dan, għajr li għandna nieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji, dawk ovvji u oħrajn inqas ovvji, jeħtieġ li nżommu ferm kalmi llum aktar minn qatt qabel. Il-biża’, bħan-negattiv kollu fil-ħajja, faċli tirkeb fuq kull sentiment ieħor. Kif stqarr din il-ġimgħa stess il-Prim Ministru Robert Abela, fin-numru ta’ konferenzi stampa biex jindirizza lill-pajjiż b’mod regolari, m’hemm lok għall-ebda allarm. L-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu hi li ninħakmu minn xi tip ta’ paniku. Bl-istess qies, ħadd m’għandu jiġi jitmejjel mid-dmirijiet li huma mistennija minnu u allura jkun ta’ riskju

għal ħaddieħor. Fl-isfond ta’ dak li laqat lil pajjiżna u l-bqija tad-dinja, tajjeb li jitfakkar regolarment li l-inċidenza ta’ fatalitajiet bilCOVID-19 hi baxxa daqs l-influwenza staġjonali li taħbat għalina kull xitwa, imma, bil-maqlub, ir-riżultati tagħha rari jispiċċaw fl-aħbarijiet. Il-fatt li l-każi kollha talCOVID-19, li ġew irrapportati s’issa lokalment, kienu impurtati minn pajjiżi terzi, wara li l-persuni ġew infettati meta kienu barra minn xtutna, ikompli jżid livell ieħor ta’ serħan il-moħħ. Anke l-aħbar li persuna, li nstabet pożittiva għall-virus, irkuprat għalkollox fl-iżolament fl-Isptar Mater Dei u issa ntbagħtet iddar ma tistax ħlief tindika li l-pjan tal-awtoritajiet tas-saħħa tagħna qed jaħdem kif mistenni. Għaldaqstant hu iżjed minn neċessarju li nkomplu nafdaw f ’idejn l-esperti u ma naslu għall-ebda konklużjonijiet unilaterali sakemm ma jinħarġux minn fomm l-awtoritajiet kompetenti. Bil-ftit tiegħu, kulħadd kapaċi u hu mistenni li jikkon-

tribwixxi fil-ġlieda kontra dan il-virus. Żgur mhux bil-mod ta’ min bil-fomm jgħid ħafna affarijiet u jipprietka dwar kif għandhom isiru l-affarijiet aħjar, iżda mbagħad b’azzjonijiet tiegħu stess jimxi fuq binarji kompletament opposti. Mhux għax irridu nippolitiċizzaw is-sitwazzjoni, li żgur ma jixirqilhiex, ladarba din tolqot lil kull wieħed u waħda minna fis-soċjetà, iżda l-Partit Nazzjonalista ta’ Dr Adrian Delia bilfors jagħti lok għal kummenti. Kull kritika kostruttiva hi dejjem aċċettata f ’komunità demokratika, iebsa kemm tkun iebsa. Minkejja dan, il-poplu ma jittollera qatt – wisq inqas fiċ-ċirkostanzi tal-lum – lil min jinstiga xi tip ta’ tħassib jew biża’ ulterjuri fuq dawk li diġà jeżistu, anke bl-iskuża tal-libertà tal-espressjoni. Fil-fatt, din il-ġimgħa, fost il-pataflun ta’ stejjer irrapportati diġà, joħroġ il-ġurnal uffiċjali Nazzjonalista, In-Nazzjon, jirrapporta bi prominenza ritratt ta’ blokok kbar ta’ għexieren ta’

sulari u mijiet ta’ appartamenti f ’Tas-Sliema fejn allegatament toqgħod waħda mill-persuni li nstabet pożittiva għall-virus u llum tinsab f ’iżolament fl-Isptar Mater Dei. Meta d-distanza li wieħed hu rakkomandat li jżomm hi dik ta’ metru, hu tassew redikolu, jew aktar minn hekk malinn, li twerwer żona partikolari jekk mhux belt sħiħa li tinkorpora eluf ta’ persuni oħrajn. Dan fl-istess ħin li l-Kap Nazzjonalista jippretendi u qed jagħmel storbju kontinwu biex ikun involut fit-teħid tad-deċiżjonijiet, inkluż dawk fil-livell ta’ Kabinett. Il-verità hi li, anke f ’ċirkostanzi diffiċli bħal dawn, jeħtieġ nieħdu l-prekawzjonijiet biex niffiltraw lil min tassew jixtieq il-ġid komuni minn dawk li dejjem jiġru wara l-interessi egoistiċi tagħhom. Għaldaqstant, bil-għan li nsaħħu ċ-ċansijiet tal-pajjiż li noħorġu malajr kemm jista’ jkun minn dan l-għawġ, it-tama tagħna trid tkun fdata kompletament fl-awtoritajiet kompetenti. F’ħadd u xejn aktar.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.