ĦARSA LEJN
L-EWWEL 3 SNIN TA’ BUSUTTIL BĦALA KAP TAL-PN
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 15 ta’ Mejju, 2016
Ħarġa Nru 1,192 Prezz €1
JAĦBI KUMPANIJA MA’ TRAFFIKANT TA’ DROGA Id-Deputat Nazzjonalista Tony Abela, fiddikjarazzjoni tal-assi tiegħu ma ddikjarax is-sehem f ’kumpanija ma’ traffikant tad-droga, li fl-aħħar xhur kellu sentenza ta’ ħabs fil-konfront tiegħu kkonfermata mill-Qorti tal-Appell Kriminali. Abela huwa wieħed mill-iktar deputati ġodda ta’ Simon Busuttil, għax daħal fil-Parlament ftit taxxhur ilu u dik tal-aħħar ġimgħat kienet l-ewwel dikjarazzjoni tal-assi tiegħu wara li rritorna fil-
Parlament. Dikjarazzjoni tal-assi li reġgħet poġġietu bħala wieħed mill-iktar deputati li għandhom ġid fil-Parlament Malti. Ma dan kollu jispikka x’naqas milli jinkludi Tony Abela fid-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu. Minn stħarriġ tal-gazzetta KullĦadd jirriżulta li Tony Abela għad għandu ismu jidher fuq ir-reġistru talkumpaniji tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ma’ ċertu Andrea Zammit, magħruf aħjar bħala
Indri Zammit. Zammit kien weħel 18-il sena ħabs b’rabta ma’ traffikar ta’ droga fl-2010, liema sentenza kienet ikkonfermata f ’Jannar ta’ din is-sena. Dan f ’sentenza studjata li analizzat kemm huma serji l-akkużi li tagħhom instab ħati s-sieħeb ta’ Abela fin-negozju. Ara paġna 7
IL-ĦTIF TAT-TFAL MILL-ĠENITURI...
BŻONN TA’ BIDLA FIL-LIĠI
Il-Kummissarju għat-Tfal qed tipproponi bidla fil-liġi fir-rigward ta’ każijiet ta’ ħtif tat-tfal mill-ġenituri tagħhom stess. Il-Kummissarju Pauline Miceli qalet lil din il-gazzetta li hemm bżonn ta’ deterrent iktar qawwi biex ġenitur ma jiħux lil uliedu barra l-pajjiż mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor. Deterrent wieħed jista’ jkun proprju bidla fil-liġi li permezz tagħha din l-azzjoni tibda tiġi meqjusa bħala reat kriminali, u mhux iktar bħala sempliċi kwistjoni ċivili. Diskussjonijiet f ’dan is-sens bħalissa jinsabu għaddejja bejn l-Uffiċċju talKummissarju għat-Tfal u dak tal-Avukat Ġenerali. Ara paġna 5
“Jiena kont atleta dixxiplinata u determinata b’natura kompetittiva ħafna, studenta kapaċi u ambizzjuża, u tifla kunfidenti. Issa l-ħajja tiegħi hija differenti ħafna. Spiċċa ż-żmien meta kont nitħarreġ kull jum tal-ġimgħa. Issa sular taraġ jgħejjini ħafna – huwa għalhekk li għandi lift id-dar.”
02 15|05|2016
kullhadd.com
LOKALI
€26 MILJUN FUQ PROĠETTI KAPITALI FIL-BELT
“STRADA STRETTA SE TKUN LESTA SA TMIEM IS-SENA”
Jason Micallef, Chairman tal-Fondazzjoni V18
Minkejja li t-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura se jibda japplika biss għall-Belt Valletta fl-2018, ix-xogħol biex jissaħħu l-kredenzjali kulturali ta’ din il-belt ma naqsux matul dawn l-aħħar snin. Dan joħroġ ċar mill-bosta inizjattivi li ħadet il-Fondazzjoni Valletta 2018 li għaddejja b’ħidma kontinwa sabiex tiġi rriġenerata l-kapitali tagħna permezz ta’ attivitajiet u proġetti kapitali ta’ restawr li jagħtu prestiġju lill-pajjiż kollu. Għal dawn il-proġetti se jkun sar investiment ta’ €26 miljun fejn, fost l-oħrajn, irriġenerazzjoni ta’ Strada Stretta mistennija titlesta sa tmiem din is-sena. Il-gazzetta KullĦadd tkellmet dwar din il-ħidma ma’ JASON MICALLEF, iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018, illi tana idea ta’ x’ħidma għamlet s’issa din il-fondazzjoni u l-effett li qiegħed ikollha fuq pajjiżna. Attivitajiet soċjoedukattivi Kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea jingħata l-opportunità sabiex fuq bażi ta’ roster ikollu ċ-ċans li jipproponi waħda millibliet tal-pajjiż rispettiv biex tingħata t-titlu prestiġjuż ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura. Fl-2018 kien imiss lil Malta permezz tal-Belt Valletta. Iddarba li ġejja meta jerġa’ jmiss lil pajjiżna se tkun fl-2031 b’post jew belt differenti mill-kapitali tagħna. Mistoqsi xi prijoritajiet għandha l-Fondazzjoni Valletta 2018 u xi proġetti imbarkat fuqhom, Micallef spjega li din il-fondazzjoni hija responsabbli mir-riġenerazzjoni ekonomika, soċjali u kulturali fil-Belt Valletta. Dan joħroġ millobbligi li jġib miegħu t-titlu talKapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018. B’konsegwenza ta’ dan, il-proġetti huma bosta u varji. Huwa ta l-eżempju ta’ attivitajiet soċjoedukattivi fliskejjel u fil-komunità bħallproġett interġenerazzjonali Darba Waħda u Qatt ma Ninsa. Inizjattiva oħra hija l-proġett tal-Immappjar Kulturali ta’ Malta li jinkludi, fost oħrajn, ilmappa online tal-ispazji kulturali f ’pajjiżna. Barra minn hekk, hemm ukoll konferenzi annwali bħal dik tal-iskola kuratorjali li tinkludi programm mimli lezzjonijiet u workshops mogħtija minn artisti u prattikanti internazzjonali
fil-qasam kuratorjali tal-arti kontemporanja u mużewijiet tal-arti. Micallef semma wkoll ilproġett Story Works; sensiela ta’ lezzjonijiet u workshops minn professuri ta’ fama internazzjonali fil-qasam talkitba ta’ scripts għall-films qosra u films taċ-ċinema. Il-Fondazzjoni V18 imbarkat ukoll fuq il-ħolqien ta’ festivals kbar fil-Belt Valletta, fosthom il-Valletta Green Festival flimkien maċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena bil-projezzjonijiet diġitali 3D b’kollaborazzjoni mal-istudenti tal-MCAST, kif ukoll il-Malta Fashion Week fil-Belt Valletta. Qiegħda ssir kollaborazzjoni sħiħa anke mal-Kunsill Malti tal-Arti għat-tħejjija u l-organizzazzjoni ta’ proġetti bħall-festival tat-tfal ŻiguŻajg, il-Malta Jazz Festival, l-Għana Fest, il-Malta Arts Festival u Notte Bianca.
Berġa tal-Italja li tinsab fi Triq Merkanti wkoll. “Ix-xogħol fuq dawn ilproġetti kapitali, li bejniethom meta jitlestew se jkun stmat li swew madwar €26 miljun, telaq u għaddej ġmielu, tant li sa tmiem din is-sena dak ta’ Strada Stretta jkun tlesta. IsSuq l-Antik jitlesta sas-sajf 2017, filwaqt li l-Valletta Design Cluster u l-MUŻA se jkunu lesti sa nofs l-2018,” spjega Micallef. Mistoqsi xi proġetti oħrajn huma ppjanati għall-ġejjieni, Micallef tenna li dawn se jitħabbru aktar tard meta jkun approvat il-Valletta Master Plan. Dan il-pjan se jkun wieħed ħolistiku għall-Belt Valletta wara l-2018 sal-2025. “Il-pass li jmiss huwa li nikkonsolidaw u niffinalizzaw il-programm tal-
kalendarju kulturali għas-snin 2017 u 2018, li bi pjaċir ngħid li jinsabu fi stadju avvanzat ħafna.” Micallef sostna li l-impatt pożittiv tax-xogħol li qiegħda twettaq il-Fondazzjoni Valletta 2018 kulma jmur qed ikun aktar apprezzat mill-pubbliku inġenerali. “Il-parteċipazzjoni tan-nies fil-Belt Valletta qed dejjem tiżdied tant li, skont l-aħħar stħarriġ tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li sar fl2015, 81% ta’ dawk intervistati jemmnu li l-Belt Valletta qed tinbidel għall-aħjar, filwaqt li 82% ta’ dawk intervistati qalu li l-Fondazzjoni Valletta 2018 qed tħalli impatt pożittiv fuq ilBelt Valletta.” Fid-dawl li l-Belt Valletta se tkun il-Belt Kapitali
Riġenerazzjoni Micallef saħaq li, barra dawn l-attivitajiet, qiegħed isir investiment kbir fi proġetti ta’ restawr fil-kapitali bħarriġenerazzjoni ta’ Strada Stretta, ir-restawr tal-biċċerija l-antika fl-ewwel Valletta Design Cluster, ir-riġenerazzjoni tasSuq l-Antik fi Triq Merkanti, ir-restawr tal-Knisja tal-Giżwiti Strada Stretta hija biss waħda minn diversi proġetti fi Triq Merkanti, u MUŻA kapitali ta’ riġenerazzjoni li għaddej ix-xogħol fuqhom – il-mużew il-ġdid tal-arti fil-
Ewropea għall-Kultura fl2018, staqsejna liċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018 x’inhuma l-aspettattivi għal dan l-avveniment u jekk huwiex kunfidenti li dawn jintlaħqu. “L-aspettattivi huma kbar u allaħares mhux hekk. Nemmen bis-sħiħ li dan huwa proġett ta’ poplu wieħed li qed jara tiġdid u riġenerazzjoni kbira għaddejja fil-belt kapitali tagħna li ilha ma tara bħalha sa millIndipendenza,” spjega Micallef. Huwa qal li għandu fiduċja fl-istrutturi li twaqqfu fl-aħħar snin biex jiġi assigurat li dan il-proġett jitlaq u jitlesta filħin, kif ukoll fil-ħiliet ta’ bosta ħaddiema tal-Fondazzjoni Valletta 2018 u mijiet ta’ artisti u prattikanti. “Fl-2018 se nkunu lesti biex għal sena sħiħa niċċelebraw dak kollu li nkunu ħdimna għalih bil-kbir filħames snin ta’ qabel. Konvint li se nagħmlu mill-Belt Valletta Kapitali Ewropea tal-Kultura denja.” Micallef żied jgħid li, filfehma tiegħu, it-triq ’il quddiem hija s-suċċess ta’ dak li huwa jsejjaħlu legat; jiġifieri l-ġid u l-opportunitajiet li jkunu nħolqu sabiex jitgawdew għal bosta snin wara li tgħaddi l-2018. “Dan għalija jibqa’ l-akbar suċċess li nistgħu niksbu biċ-ċelebrazzjoni tattitlu tal-Kapitali Ewropea talKultura fl-2018,” temm jgħid iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018.
LOKALI
kullhadd.com
15|05|2016 03
IT-TBATIJA WARA T-TBISSIMA!
Denise meta kienet tipprattika l-atletika
Kitba ta’ ta’ eżerċizzju kuljum, illum sular Daniel John Attard taraġ ukoll ikiddha, tant li d-dar tuża lift apposta.” Fl-aħħar jiem innutajna bosta Hija tispjega kif il-kundizzjoni binjiet madwar il-pajjiż imdawlin tagħha m’imminatx biss blu, vjola, u aħdar; kuluri li saħħitha, iżda naqqsitha milljissimbolizzaw mard rari u li isbaħ żmien ta’ żgħożitha. permezz tagħhom intweriet Dan bil-konsegwenza li tkun solidarjetà. frustrata mhux biss magħha Il-blu jissimbolizza l-Myalgic nfisha, iżda man-nies u d-dinja Encephalomyelitis (ME) u ta’ madwarha. l-Chronic Fatigue Syndrome. Dinja li kultant tagħmlilha Il-vjola jfakkar fil-Fibromyalgia ħajjitha aktar diffiċli milli diġà u l-aħdar fil-Multiple Chemical hi. Dak li aħna nagħmlu bla Sensitivity. ħsieb, Denise tqatta’ sigħat tħejji Iżda lil hinn mill-ilwien vivaċi, għalih, kemm fiżikament, u kif l-aktar li laqatna kien messaġġ ukoll mentalment. fuq Facebook ta’ persuna “Biex noħroġ ftit ma’ sħabi milquta bl-ewwel kundizzjoni rrid inkun ċerta li l-post ikun (ME).Fil-jum dedikat għall- aċċessibbli u adattat għalija. Iżda, Myalgic Encephalomyelitis, sfortunatament, ġieli lanqas dan Denise Vella, li fil-jiem li ġejjin ma jkun biżżejjed, hekk kif lift tagħlaq 25 sena, irrikorriet out of order kapaċi jħassar ilgħal Facebook biex f ’messaġġ pjanijiet daqs tazza ilma!” qasir tfisser l-isfidi li kellha Agħar minn hekk, Denise tiffaċċja minn meta ħakmitha tfakkar ġrajja li tesponi l-agħar l-kundizzjoni. elementi tas-soċjetà Maltija. Tibda billi tfakkar f ’meta kienet Kien proprju ftit tal-ġimgħat ilu iżgħar. “Kont atleta b’saħħti, meta, fi stabbiliment partikolari, dixxiplinata u determinata; tifla kellha tagħmel użu minn toilet kompetittiva, ambizzjuza u komuni għax dak b’aktar kunfidenti!” Iżda llum ħajjitha aċċessibbiltà kien magħluq. nqalbet ta’ taħt fuq; minn rutina “Lil hinn mill-iżvantaġġ tas-
sitwazzjoni, sakemm dħalt u ħriġt, is-siġġu tar-roti li ħallejt wara l-bieb għosfor.” Għalkemm ma jirriflettix ilqalb solidali tal-poplu Malti, ċertament li dan l-inċident juri kemm hawn min kapaċi jkun kiefer! Huwa proprju għalhekk li għandu jkompli jitkattar l-għarfien dwar l-ME u kundizzjonijiet oħra, tappella Denise. “Għalkemm persuna tidher kuntenta, ma jfissirx li tkun tajba! Għalkemm persuna tidħak, ma jfissirx li mhux qed tbati! Fuq kollox, għalkemm persuna għandha l-ME, ma jfissirx li m’għandhiex potenzjal! Veru li m’għadnix l-atleta b’saħħitha li kont, iżda ċertament li għadni dixxiplinata, kompetittiva, u determinata! Għad baqagħli t-tama!” ittemm Denise. Kienu bosta dawk li fuq Facebook ikkummentaw u tennew l-ammirazzjoni tagħhom lejn il-perseveranza ta’ Denise. Lil hinn mill-mezzi soċjali, Denise hija xempju ħaj għalina lkoll biex napprezzaw saħħitna, u ma naqtgħu qalbna qatt!
Kuxjenza għall-mard rari permezz ta’ binjiet mixgħula madwar Malta
04 15|05|2016
kullhadd.com
LOKALI
IL-MAĠĠORANZA TAL-PROPOSTI QED ISIRU Minn 35 proposta, 23 diġà qegħdin isiru
Min jipparteċipa f ’car pooling jista’ juża l-bus lane
Is-sinjali li ssemmi Marthese jidhru madwar il-pajjiż kollu
Tkompli minn paġna 40 hawn, xi inizjattivi diġà ttieħdu u Transport Malta qalet li se żżidhom. Infatti, saħansitra nfetħu l-bus Fl-ewwel proposta ta’ dan ir-rapport lanes għal min ikun f ’sistema ta’ car pooling. twiegħed studju biex tinftiehem iktar fiddettall il-problema tat-traffiku. Din hija xi Jissemmew l-inċentivi biex jintużaw iktar ħaġa li diġà qiegħda ssir peress li pajjiżna għandu muturi. Kulħadd jiftakar li din kienet waħda obbligi li jippreżenta strateġija, anke fuq talba talmill-miżuri ewlenin tal-aħħar baġit. Unjoni Ewropea. Ineħħu vetturi kbar minn ħinijiet beżlin. Fit-tieni proposta jwiedgħu li se jagħmlu Din xi ħaġa li diġà qiegħda fuq il-mejda kampanja biex jgħidu lin-nies kif jistgħu tad-diskussjoni. Hemm opinjonijiet diversi jnaqqsu t-traffiku. Din hija xi ħaġa li ssir dwarha imma, anke hawn, il-ħsieb ta’ Marthese kontinwament. L-avviżi fil-ġurnali, il-messaġġi Portelli u l-Partit Nazzjonalista huwa wieħed fuq il-midja soċjali u l-filmati fuq YouTube huma ikkupjat. biss ftit mill-inizjattivi li jittieħdu ta’ kuljum. Jingħad li għandu jkun kordinat aħjar il-ġbir Jgħidu li se jinfurmaw lin-nies dwar ixtal-iskart. Din ukoll hija xi ħaġa diskussa diġà xogħlijiet li jkun hemm ippjanati u t-toroq u fl-aħħar xhur kien hemm bosta rapporti alternattivi. X’aktarx għaddejt mit-toroq u dwar il-konsultazzjoni li għaddejja mal-kunsilli rajt avviżi sofor kbar li jindikaw fejn ikun qed isir ix- lokali. Issemmiet ukoll fil-baġit. xogħol. Ngħidu aħna, meta kien qed isir ix-xogħol Baħar iċ-Ċagħaq it-tabelli kienu jitilgħu sar-Rabat. Il-proposta numru 14 hija kważi ripetizzjoni Fi ftit kliem, din oħra li fir-rapport ta’ Marthese ta’ proposta numru 13, u għalhekk ħidma Portelli mhi xejn għajr proposta li ilha ssir sa minn f ’dan is-sens diġà qiegħda ssir. gvernijiet preċedenti. Dan biex ma nsemmux kemm qed isir xogħol billejl biex jonqos it-traffiku minn Jgħidu li jrid ikun stabbilit l-aħjar daqs tarfilgħodu. roundabouts. F’kull proġett ġdid Transport Malta tanalizza bir-reqqa d-daqs mhux biss Isemmu li jridu iktar sigurtà fit-trasport tar-roundabouts iżda wkoll ta’ bankini, central tal-iskejjel. Liġijiet diġà jeżistu, anke jekk strips u elementi oħra tat-triq. għandu jkun hemm iktar infurzar. Però, din is-sigurtà ma jgħidux x’inhi, allura nqisuha oħra Iwiegħdu li jirrevedu r-rotot tatbħala kkupjata minn dak li diġà jeżisti. trasport pubbliku. Din hija xi ħaġa li ssir kontinwament u b’konsultazzjoni kbira malJgħidu li għandu jkun hemm iktar rotot kunsilli lokali, inkluż dawk Nazzjonalisti. Fil-fatt, minn fejn ikun hemm konċentrazzjoni ta’ l-ilmenti dwar dan naqsu drasikament. traffiku. Din ukoll hija xi ħaġa li diġà tiġri. Biżżejjed wieħed jidħol fis-sit tal-Malta Public Itejbu dawk li jissejħu soft nodes. Xi ħaġa Transport u jara kif inhuma mqassmin r-rotot u kif li diġà bdiet issir, bħal bicycle lane fi Triq f ’ċerti ħinijiet ikun hemm iktar vjaġġi minn postijiet il-Kosta. Ovvjament, mhux kullimkien partikolari. possibbli imma, fejn hu, inizjattivi bdew jittieħdu wkoll. Jeżistu inċentivi wkoll għal min jixtri Jippromovu inizjattivi fejn wieħed ikun rota tal-elettriku. imħeġġeġ juża l-karozza tiegħu ma’ ħaddieħor jew jitla’ ma’ persuni oħra lejn idJgħidu li se jsir investiment f ’bicycle lanes u destinazzjoni tiegħu. Forsi jrid isir iktar imma, anke bankini fejn iktar nies ikunu jistgħu jimxu.
Ukoll mhix xi ħaġa ġdida.
Jeżistu żewġ proposti li mal-ewwel daqqa t’għajn jistgħu jidhru interessanti. Però, huma żewġ proposti li jaf jiswew il-miljuni tal-ewro fis-sena u li r-rapport ta’ Marthese Portelli ma jagħmel ebda kalkolu ta’ kemm jiswew. 4. Reġgħu bil-proposta tat-trasport tal-iskola għal kulħadd, b’mod partikolari għall-iskejjel tal-Istat għax f ’dawk pubbliċi diġà jeżisti. Proposta li Simon
mingħajr biss qalet kemm tiswa, speċjalment meta wieħed iżomm f ’moħħu li s-servizz pubbliku għandu iktar minn 40,000 ħaddiem. Aspett ieħor interessanti hu kemm minn dawk li jaħdmu filministeri u l-entitajiet tal-Gvern fil-Belt jużaw ittrasport pubbliku. Għalhekk jaf inaqqsu n-nies minn hemm biex imorru fuq trasport ġdid li dieħel fit-triq.
1
2
3
10
12
13 14
15
5
19
6
20
7
KEMM JISWEW?
22
Busuttil ilu jirrepetiha iżda, minkejja li hi l-proposta ewlenija tiegħu, baqa’ sal-lum ma qalx kemm tiswa lill-Gvern li kieku kellha tidħol fis-seħħ. 8. Proposta li mal-ewwel daqqa t’għajn tista’ tidher interessanti hi dik li jkun hemm trasport b’xejn għall-ħaddiema tal-Gvern. Forsi hi xi ħaġa li l-Gvern jista’ jħares lejha, imma żgur mhux kif għamlet Marthese Portelli li tefgħetha fir-rapport
Jerġa’ jitqajjem l-argument tas-soft nodes f ’din il-proposta. Issa jgħidu li se jagħmlu l-ġodda. Nistgħu ngħidu li hawn, proposta li diġà qed issir, inqasmet fi tnejn.
23
24
Jitkellmu dwar sistemi ġodda tas-sinjali tattraffiku u, tant jafu li diġà qed issir, li jirreferu għal tender li ħareġ il-Gvern.
25
Anke f ’din il-proposta ssir referenza lejn ittender ta’ hawn fuq u jgħidu li ċerti aspetti setgħu saru aħjar.
26
Jitkellmu dwar bidla fis-sistema ta’ traffic lights – xi ħaġa li wkoll issir kontinwament.
Jgħidu li se jsir xi forma ta’ kumitat biex jikkordina x-xogħol li jkun se jsir u jinforma lill-pubbliku. Anke hawn, ripetizzjoni fl-istess rapport, filwaqt li din tal-entità li tikkordina diġà teżisti mhux biss fi Transport Malta iżda anke mill-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura. Dan jiltaqa’ regolari u jinkludi pulizija, kunsilli lokali, rappreżentanti tan-negozji u għadd ta’ korporazzjonijiet.
27
31
Jitkellmu fuq servizzi tal-Gvern li jistgħu jkunu mferrxa. Din diġà hi xi ħaġa li qed issir b’numru ta’ one stop shops madwar il-pajjiż.
Jgħidu li hemm bżonn iktar servizzi bleGovernment. Il-MITA u entitajiet differenti żiedu biżibilju u Marthese Portelli rrepetietha fir-rapport tagħha.
32
33
Jipproponu wkoll it-teleworking u bidliet li ma jgħidux eżatt x’inhuma. Iżda, anke hawn, ma ħarġux b’xi invenzjoni ġdida.
Tkellmu wkoll dwar l-użu tat-teknoloġija. Xi ħaġa li wkoll diġà ssir. Biżżejjed wieħed iħares lejn l-apps ġodda tal-Malta Public Transport u l-app dwar car pooling li kisbet l-appoġġ ta’ Transport Malta.
35
INTERESSANTI Imbagħad hemm minoranza ċkejkna ta’ proposti li jistgħu jidhru ġodda u interessanti, bħal dik li l-kumpaniji jingħataw inċentiv biex ikunu huma li jorganizzaw il-car pooling bejn l-impjegati tagħhhom u t-tisħiħ tal-Park & Ride. Jingħad li l-Park & Ride għandu jinkludi wkoll il-kunċetti ta’ ‘ipparkja u suq ir-rota’ jew ‘ipparkja u imxi’.
LOKALI
kullhadd.com
15|05|2016 05
“IL-ĦTIF TAT-TFAL MINN ĠENITUR GĦANDU JITQIES REAT KRIMINALI” Il-Kummissarju tat-Tfal Pauline Miceli
Il-ġimgħa li għaddiet il-Ministru Michael Farrugia indirizza konferenza f ’Malta b’rabta mal-liġijiet talfamilja u l-protezzjoni tat-tfal minn pajjiż għall-ieħor. Tema ewlenija diskussa f ’din il-konferenza kienet ilħtif internazzjonali tat-tfal mill-ġenituri tagħhom. Forsi jkun hemm min jistaqsi: kif inhu possibbli li ġenitur jisraq lil uliedu? Madankollu, huma komuni l-każijiet ta’ tfal li jittieħdu barra mill-pajjiż minn ġenitur wieħed mingħajr il-kunsens tat-tieni ġenitur. Dawn huma meqjusa wkoll bħala każijiet ta’ ħtif. Kemm ikollna minn dawn il-każijiet ta’ ħtif kull sena? X’azzjoni jieħdu l-awtoritajiet Maltin, u b’liema mod jikkoperaw ma’ dawk barranin? Kif jistgħu jiġu affettwati t-tfal maħtufa? Il-Kummissarju għat-Tfal, PAULINE MICELI, u d-Direttur tad-Dipartiment tal-Ħarsien Soċjali, CARMEN BUTTIGIEG, jitkellmu mal-KullĦadd dwar din il-pjaga internazzjonali. RITIANNE AGIUS minn ġenitur lejn pajjiż ieħor. ritianne@kullhadd.com Tfal imċaħħda mid-dritt 57 każ ta’ ħtif tat-tfal fundamentali għal identità mill-ġenituri f ’ħames snin Il-Kummissarju tisħaq li, b’dan Il-Kummissarju għat-Tfal, l-att ta’ ħtif, it-tfal ikunu tqaPauline Miceli, tispjegalna li ċċtu mill-għeruq soċjali u kulbejn l-2010 u l-2015 f ’Malta turali li jkunu rabbew matul kien hemm 57 każ ta’ tfal li is-snin li jkunu għexu f ’pajjiż. jkunu ilhom jgħixu f ’pajjiżna B’mod iktar konkret, it-tfal jitjew f ’pajjiż ieħor u li, b’inizjat- ilfu dak il-kuntatt dirett u ta’ tiva ta’ ġenitur mingħajr il-kun- kuljum mal-familja, il-ħbieb, sens u spiss minn wara dahar l-iskola, d-dar u l-lokalità il-ġenitur l-ieħor, ittieħdu lejn tagħhom. Malta jew xi pajjiż ieħor. “Billi r-rabta tat-tfal ma’ dawn l-elementi hija waħda intima, it-tfal ikun iċċaħħdilhom iddritt fundamentali għal identità, li jinkludi d-dritt li jkunu jafu u jittrabbew mill-ġenituri tagħhom,” tfisser Miceli. Apparti minn hekk, fuq livell psikoloġiku, il-mod goff kif spiss issir din is-separazzjoni, fejn it-tfal ma jkunux ġew ippreparati għaliha, ikabbar it-tbatija tat-tfal. “It-tfal mhux Pauline Miceli biss iħossu sens qawwi ta’ nos“Jidher li dawn il-każijiet talġija għall-għeruq tagħhom, huma inqas frekwenti f ’Mal- iżda jħossuhom ukoll mitlufin ta milli huma ġeneralment fil-kuntest soċjali u kulturali f ’pajjiżi oħra,” tisħaq Miceli. ġdid li jkunu tpoġġew fih, li “Madankollu, ebda statisti- fih ikollhom ftit li xejn għeruq ka ma tista’ tfisser it-tbatija li u li jaf ikun differenti ħafna jgħaddu minnha tfal li jisfaw mill-kuntest li kibru fih.” vittmi ta’ dan l-aġir irresponsFl-aħħar nett, it-tfal ibatu abbli tal-ġenituri.” b’riżultat tal-konflitti li jkun Issostni li punt ewlieni hu li hemm bejn il-ġenitur qabel u dan isir mhux biss mingħajr speċjalment wara l-ħtif, f ’lieil-kunsens tal-ġenitur l-ieħor ma konflitti t-tfal ġieli jintużaw iżda spiss ukoll mingħajr bħala arma biex jiġi attakkat il-kunsens tat-tfal stess. il-ġenitur l-ieħor. Għalkemm, skont il-liġi, ittfal mhumiex maturi biżżejj- L-iktar każijiet diffiċli huma ed biex jiddeċiedu waħedhom ta’ pajjiżi mhux firmatarji għall-ġid tagħhom u għal- tal-Konvenzjoni AJA hekk għandhom bżonn l-awtorità tal-ġenituri biex jieħdu Mistoqsija dwar id-diffikultajid-deċiżjonijiet, madankollu et biex it-tfal maħtufa jiġu rkut-tfal xorta waħda għandhom prati, Miceli tgħid li l-ikbar ċans id-dritt li jesprimu ruħhom u li tfal maħtufa minn jew lejn jinstemgħu minn kull awtorità Malta jirritornaw pajjiżhom hu li tieħu deċiżjonijiet għalihom. meta l-pajjiż l-ieħor ikun Stat Miceli tispjega li huwa pro- Membru tal-Unjoni Ewropea. prju dan id-dritt li jkun qed Dan għax f ’dawn il-każijiet jiġi mittiefes meta tfal jinħatfu jiskatta l-mekkaniżmu legali
tal-hekk imsejjaħ Regolament Brussels II, li l-pajjiżi kollha tal-UE huma marbuta bih. Iżżid li meta l-pajjiż l-ieħor ma jkunx parti mill-UE, wieħed jittama li jkun fost l-94 pajjiż li bħal Malta ffirma l-Konvenzjoni tal-AJA tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal. Tispjega li permezz ta’ din il-konvenzjoni, numru ta’ każijiet ta’ ħtif internazzjonali ta’ tfal jiġu solvuti fuq livell amministrattiv bejn l-awtoritajiet ċentrali tal-pajjiżi mingħajr ma l-każ jispiċċa l-qorti. Iżda meta jkollha tintervieni l-qorti ta’ pajjiż, din tista’ ġġiegħel lill-ġenitur li jkun ħataf lit-tfal iħalli lil uliedu jirritornaw lejn pajjiżhom, irrispettivament minn jekk għandhomx kustodja legali tat-tfal minn qorti ta’ pajjiż ieħor. Il-proċess legali bejn qrati ta’ pajjiżi li jkunu ffirmaw il-Konvenzjoni jeħfief anke grazzi għan-Netwerk Internazzjonali tal-AJA tal-Imħallfin u l-Kommunikazzjoni Ġudizzjarja Diretta. “Dan ifisser, fost affarijiet oħra, li x-xewqat u l-ħsibijiet tat-tfal jingħataw importanza fid-deċiżjoni finali u li jsir kollox biex jinstab qbil bejn il-ġenituri” Mill-banda l-oħra, ikun diffiċli li każ ta’ ħtif internazzjonali ta’ tfal jiġi solvut meta l-pajjiż li t-tfal ikunu nħatfu minnu jew lejh ma jkunx firmatarju tal-Konvenzjoni. F’dawn il-każijiet, ġenitur irid waħdu jiftaħ proċeduri fil-pajjiżi fejn it-tfal ikunu qed jinżammu, liema proċeduri jiswew ħafna flus u spiss jeħlu anke filproċess ta’ rintraċċar tat-tfal. “Anke meta dawn il-proċeduri jitlestew u tinħareġ ordni ta’ ritorn tat-tfal, tant ikun għadda żmien mill-ħtif li t-tfal ikunu laħqu integraw ruħhom fil-pajjiż li jkunu nħatfu lejh,” issostni Miceli. Il-Kummissarju tesprimi
t-tama li n-numru ta’ pajjiżi li jiffirmaw il-Konvenzjoni tal-AJA jiżdied. “Għal dan il-għan, ikun tajjeb li Malta u l-Unjoni Ewropea jkomplu jeżerċitaw pressjoni diplomatika fuq dawn il-pajjiżi sabiex jissieħbu mill-iktar fis f ’dan innetwerk ta’ koperazzjoni għallġid tat-tfal. Finalment, il-Kummissarju ssostni li, fid-dawl tat-trawma u l-abbuż li jsofru t-tfal meta jisfaw vittmi ta’ ħtif internazzjonali, jinħass il-bżonn ta’ deterrent iktar qawwi fil-liġi ta’ Malta kontra dan il-ħtif. “Dan id-deterrent jista’ jinħoloq jekk il-ħtif ta’ tfal minn ġenitur jitqies bħala reat kriminali u mhux iktar sempliċiment bħala kwistjoni ċivili bejn il-ġenituri.” Tistqarr li l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jinsab f ’taħditiet mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali f ’dan is-sens.
case.” Tfisser li l-konvenzjonijiet internazzjonali illi fihom id-Dipartiment huwa appuntat bħala awtorità ċentrali huma dawk tal-AJA ta’ l-1980 dwar l-Aspetti Ċivili fuq ilĦtif Internazzjonali tat-Tfal, il-Konvenzjoni tal-1993 fuq l-Addozzjoni Internazzjonali, tal-1996 fuq l-Protezzjoni Internazzjonali tat-Tfal, u tal2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali tal-Manteniment. Fil-każ tal-Konvenzjoni tal1980 dwar l-Aspetti Ċivili fuq il-Ħtif Internazzjonali tatTfal, id-Dipartiment għandu r-rwol li jassisti lill-ġenituri li ġeneralment ikunu fil-proċess ta’ separazzjoni, li jwassal biex wieħed minnhom ikun irid jitlaq mill-pajjiż. “F’każijiet bħal dawn ta’ spiss ikun hemm tilwima bejn il-ġenituri fuq liema liġi hija applikabbli u fejn għandhom jitrabbew il-minuri.” Jintuża kull mezz possibbli għal koperazzjoni ma’ pajjiżi barranin
Carmen Buttigieg
Spiss dawn ikunu każijiet ta’ separazzjoni bejn il-ġenituri Mistoqsija b’liema mod id-Dipartiment għall-Ħarsien Soċjali jkun involut f ’każijiet ta’ ħtif internazzjonali tat-tfal, id-Direttur Carmen Buttigieg tispjega li dan id-Dipartiment iservi bħala l-awtorità ċentrali f ’numru ta’ konvenzjonijiet internazzjonali mfassla sabiex jipproteġu l-minuri. “Għalhekk il-każ jieħu dimensjoni internazzjonali u hekk jiġi msejjaħ cross-border
Mistoqsija kemm id-Dipartiment ikollux każijiet ta’ dan ittip kull sena, Buttigieg twieġeb li normalment ikollhom bejn tlieta u sitt każijiet għaddejjin simultanjament. Dwar il-mod li bih jikkoperaw ma’ awtoritajiet minn pajjiżi oħra, Buttigieg tisħaq li d-Dipartiment juża kull mezz possibbli, li jinkludu emails, ittri u telefonati, sabiex jiġu ffaċilitati l-proċessi amministrattivi. Barra minn hekk, isiru wkoll taħditiet bilaterali bejn l-awtoritajiet ċentrali skont il-bżonn. Mistoqsija dwar l-ikbar ostakli f ’din il-ħidma, Buttigieg tispjega kif ħafna drabi tidħol il-pika u n-nuqqas ta’ qbil bejn il-ġenituri li, sfortunatament, iwassalhom biex ma jarawx id-dritt tal-minuri li jkollhom relazzjoni tajba maż-żewġ ġenituri.
06 15|05|2016
kullhadd.com
LOKALI
ĦIDMA GĦAL PAJJIŻ AKTAR NADIF
Spiss ikun hemm tfixkil bejn ir-responsabbiltà prinċipali tad-Direttorat għat-Tindif u dik tal-Kunsilli Lokali. Jinqalgħu mistoqsijiet, dubji u diżgwid, speċjalment miċċittadini tal-irħula u l-ibliet. Irresponsabbiltà tad-Direttorat għat-Tindif, li jaqa’ taħt ilMinisteru għat-Trasport u Infrastruttura, huma proprju ż-żoni kollha li ma jaqgħux taħt il-kunsilli lokali. B’hekk, ix-xogħol li jaqa’ taħt irresponsabbilta tad-Direttorat għat-Tindif jikkonsisti f ’tindif ta’ toroq arterjali u distributorji li jinkludu wkoll tindif ta’ żoni li jattiraw rimi ta’ skart illegali; tindif ta’ spazji pubbliċi u pedestrian areas; tindif ta’ bajjiet; tindif ta’ latrini pubbliċi; manutenzjoni tas-sistemi talilma tax-xita u tindif ta’ żoni turistiċi. Minbarra hekk, iżda, idDirettorat jieħu ħsieb ikun ta’
sapport għall-kunsilli lokali, kemm bħala suġġerimenti għallaħjar ħidma, kif ukoll jassisti u jagħti l-għajnuna meħtieġa lill-kunsilli lokali, speċjalment fejn f ’ċerti lokalitajiet ma jkunx hemm riżultati sodisfaċenti ta’ manutenzjoni u tindif meħtieġa, fost l-oħrajn minħabba nuqqas ta’ fondi u ħaddiema. Spiss isiru diversi lmenti dwar l-iskart u ħmieġ li jitħallew wara li jintrama l-monti fid-diversi bliet u rħula ta’ Malta. Appoġġ għall-kunsilli Ramon Deguara, id-Direttur għad-Direttorat għat-Tindif spjega lill-gazzetta KullĦadd li f ’każ ta’ monti li jarma f ’żona li taqa’ taħt il-gvern ċentrali, bħal fil-każ tal-monti tal-Birgu li jarma nhar ta’ Tlieta, tal-Belt li jarma kuljum, u tal-Furjana li jarma nhar ta’ Ħadd, id-
Direttorat għat-Tindif jieħu ħsieb il-ġbir ta’ skart u t-tindif taż-żona. Il-bqija tal-lokalitajiet fejn jarma l-monti jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-kunsilli lokali. Madwar sena ilu, hekk kif inħasset il-ħtieġa ta’ aktar għajnuna fil-lokalitajiet imnaddfa mill-kunsilli lokali, sar arranġament bejn l-Assoċjazzjoni tal-Bejjiegħa tal-Monti, il-kunsilli lokali u d-Direttorat għat-Tindif li f ’kull lokalità fejn jintrama l-monti – darba u anke darbtejn jew tlieta fil-ġimgħa, idDirettorat jieħu ħsieb inaqqas il-piż fuq il-kunsilli lokali u jieħu ħsieb it-tindif u ġbir ta’ skart. Deguara tenna li llum ilment ma jaqax fuq widnejn torox għax, minbarra s-sistema talcustomer care tad-Direttorat li jirċievi numru konsiderevoli ta’ lmenti, jeżistu wkoll il-one-
stop shops (speċi ta’ call centre) li jaqgħu taħt il-kappa talUffiċċju tal-Prim Ministru fejn, wara li lment jiġi reġistrat, l-ilment jgħaddi għal għand id-Direttorat. Wieħed jista’ jwassal l-ilment tiegħu wkoll bit-telefown billi jċempel fuq il-Freephone 1718. “Għalfejn Pajjiżek?”
Tħammeġ
Barra s-servizzi msemmija hawn fuq li joffri d-Direttorat għat-Tindif, il-Ministeru għatTrasport u Infrastruttura ftit xhur ilu introduċa wkoll f ’pajjiżna kampanja nazzjonali kontra r-rimi tal-iskart. Permezz ta’ app faċli, li tista’ titniżżel faċilment fuq l-ismart phone mill-Play Store u l-Apple Store, wieħed ikun jista’ jieħu ritratt jew jagħmel rapport biddettalji u talbiet kollha meħtieġa li jgħaddu direttament fis-
sistema tal-customer care għal azzjoni immedjata. Minbarra l-app, wieħed jista’ jidħol fis-sit www.garbyandtidy.org.mt għal kuntatt faċli mad-Direttorat għat-Tindif, kif ukoll fuq ilpaġna ta’ Facebook Garby and Tidy. Il-komponent sinifikanti prinċipali tal-kampanja huwa għal kuxjenza edukattiva u kontenut komunikattiv. Motivazzjoni biex kulħadd, speċjalment it-tfal, jitgħallem u jwassal messaġġ qawwi u sinifikanti rigward it-tqassim tal-iskart fid-djar tagħhom u pajjiżhom. L-għan ta’ din il-kampanja huwa li tinkoraġġixxi lill-pubbliku jgħin lid-Direttorat iżomm pajjiżna nadif kemm jista’ jkun. “L-appell prinċipali huwa sabiex il-pubbliku jkun parti mis-soluzzjoni u mhux millproblema,” temm jgħidilna Deguara.
FIL-MAGĦLUQ U ’L BOGĦOD
Il-Kap tal-Oppożizzjoni għażel li jagħmel sessjoni ta’ mistoqsija u tweġiba malmembri tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, kif għamel il-Prim Ministru flaħħar konferenza ġenerali. Iżda, f ’mument fejn internament hemm ħafna dwejjaq, tant li kien hemm ukoll numru ta’ leaks midDar Ċentrali, il-parir li ngħata kien biex din ma ssirx fil-miftuħ. Iktar minn hekk, Busuttil għażel li jorganizza din illaqgħa f ’Għawdex biex kienu ftit il-kunsilliera li qasmu l-fliegu f ’jum fost il-ġimgħa. Iżda l-laqgħa xorta ma kinitx waħda ward u żahar bil-qagħda finanzjarja u n-nuqqas ta’ appoġġ li l-Partit
Nazzjonalista qed jikseb f ’Għawdex jiddominaw l-aġenda. Kunsilliera staqsew għaliex il-Partit Nazzjonalista kellu jumilja bl-iskema Ċedoli li, mhux talli tqajjem dubji fiha nnifisha, imma kienet ippreżentata b’mod li ma jispirax fiduċja, b’kunsillier isemmi d-dikjarazzjonijiet konflinġenti minn esponenti tal-PN. Iżda jidher li l-iktar li ddiżappunta lil Simon Busuttil kien il-fatt li l-Għawdxin bdew jgħidulu li huwa diffiċli li l-Partit Nazzjonalista jerġa’ jirbaħ Għawdex birritmu ekonomiku li nqabad. Saħansitra, kunsillier minnhom instema’ jgħid: “Lanqas jekk toħroġ int m’għandna ċans nerġgħu ntellgħu t-tielet wieħed.”
ĊIKLIST TA’ 50 SENA JITLEF ĦAJTU Ilbieraħ waranofsinhar ċiklist ta’ 50 sena tilef ħajtu traġikament. L-inċident seħħ fi Triq San Pawl tal-Qlejgħa, il-Mosta. Iċ-ċiklist, li hu mwieled l-Awstralja u residenti l-Mosta, intlaqat minn vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti Ħaż-Żebbuġ. Il-vettura kienet qed tiġi misjuqa fid-direzzjoni mill-Imġarr lejn iċ-ċentru tal-Mosta. B’xorti ħażina r-raġel ġie ċċertifikat li tilef ħajtu minn tabib li kien għaddej mill-post fejn seħħ l-inċident. Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr A Bugeja LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjoni tal-Pulizija mid-Distrett tal-Mosta għadha għaddejja.
LOKALI
kullhadd.com
15|05|2016 07
QATT MA DDIKJARA S-SEHEM TIEGĦU FIL-KUMPANIJA ALEANDER BALZAN trata mal-MFSA. B’hekk, aleander.balzan@one.com.mt minn għada stess tista’ taqbad tkompli tinnegozja. Tkompli minn paġna 1 Minkejja dan, Abela ħbieha mid-dikjarazzjoni tal-assi Fil-fatt, Abela u Zammit tiegħu. huma tnejn minn ħames si- Fl-1994, Indri Zammit kien dien ta’ AJACA FISHING inqabad idaħħal bi €23,000 COMPANY LIMITED u affarijiet b’kuntrabandu skont it-tagħrif tal-MFSA permezz tal-lanċa tal-kumpbejniethom huma għand- anija. Fuq dan il-każ Zamhom nofs l-ishma tal-kump- mit kien weħel multa ta’ anija. kwazi €60,000 u kien ingħaMeta snin ilu ħarġet ta wkoll sentenza sospiża ta’ għall-ewwel darba fil-beraħ priġunerija. l-aħbar dwar din il-kump- Ir-rabta bejn dawn iż-żewġ anija bejn dak li kien memb- persuni dejjem kienet sors ru tal-Kabinett u kanvasser ta’ kontroversja. Saħansitra tiegħu kien intqal li AJA- l-eks-Prim Ministru LawCA FISHING COMPANY rence Gonzi għamel diverLIMITED kienet se tkun si dikjarazzjonijiet fl-2006 likwidata. fejn kien qal li huwa jemIżda, sal-lum għadha tid- men il-verżjoni ta’ Tony her bħala kumpanija reġis- Abela dwar il-każ tal-AJA-
CA FISHING COMPANY LIMITED u Indri Zammit u saħaq li għalih din hija storja magħluqa. Iżda jidher li ma ngħalqet qatt bħalma ma ngħalqitx il-kumpanija. Interessanti kif Tony Abela qatt ma ddikjara s-sehem tiegħu f ’din il-kumpanija, la meta kien fil-Kabinett u lanqas illum bħala membru parlamentari. Abela, li llum huwa deputat mingħajr settur li jitkellem fuqu, jibqa’ magħruf bħala deputat li joħroġ għexieren ta’ eluf ta’ ewro mill-but fil-kampanji ġbir ta’ fondi. Saħansitra kien ukoll teżorier tal-Partit Nazzjonalista b’aċċess għall-JS List. Iben Tony Abela, Sam, illum huwa kandidat tal-Partit Nazzjonalista.
FTIT TGĦAJJIR FOST ELUF TA’ KUMMENTI POŻITTIVI U TA’ APPOĠĠ
Matul din il-ġimgħa l-midja soċjali kienet mimlija kummenti ta’ kuraġġ u appoġġ għal Ira Losco. Filwaqt li ta’ kull sena l-Eurovision jgħaqqad lill-Maltin wara l-kantanti li jkunu qegħdin jirrappreżentawh, din is-sena nħasset għaqda speċjali hekk kif kien hemm aspettattivi ogħla mis-snin preċedenti. Dawn l-aspettattivi jistgħu jkunu dovuti għall-fatt li Ira kienet kisbet riżultati tajbin ħafna meta pparteċipat fl-2002 bil-kanzunetta 7th Wonder, fejn kienet spiċċat fit-tieni post. L-appoġġ favur Ira kompla jiżdied meta f ’Jum l-Omm ħabbret li qed tistenna tarbija, wara ġimgħat ta’ spekulazzjoni dwar dan ilfatt. Mistoqsija mill-midja barranija, Ira żvelat li qed tistenna tifel. Lil hinn minn Malta, Ira jidher li kisbet ukoll appoġġ barrani, grazzi għar-rekord brillanti li pajjiżna għandu fid-drittijiet talpersuni LGBTI, fejn din is-sena ġejna kklassifikati fl-ewwel post. Dan il-fattur poġġa lil Malta f ’dawl iktar attreanti, speċjalment meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra bħar-Russja li għandhom rekord ħażin f ’dawn id-drittijiet. Fil-qalba ta’ dawn il-ħafna kumment pożittivi, kien hemm ukoll numru żgħir ta’ kummenti negattivi fil-konfront tal-ambaxxatriċi ta’ Malta fil-Eurovision. L-iktar li spikka kien dak tal-opinjonista Nazzjonalista Andrew Borg Cardona li, f ’konverżazzjoni fuq Twitter mal-preżentatur Nazzjonalista David Thake, iddeskriva lil Ira bħala “b*tch”, filwaqt li sejjaħ ukoll lill-Prim Ministru “motherf****r”. Kienu diversi l-entitajiet li ddeploraw dan iddiskors fuq persuna li qed tagħmel ħilitha biex tirrappreżenta lillpajjiż bl-aħjar mod possibbli.
08 15|05|2016
kullhadd.com
LOKALI
IT-TIELET ANNIVERS Bħal lagħqa żebgħa fuq ħajt immermer bi snin ta’ umdità, fuq quddiem inbidlu ftit uċuħ iżda minn wara baqgħu jmexxu l-istess nies ALEANDER BALZAN aleander.balzan@one.com.mt
Fl-aħħar jiem il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil għalaq tliet snin fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Tmexxija li għal snin twal kienet destinata għalih hekk kif il-klikka GonziPN kienet ilha twittilu t-triq. Wieħed mill-imħuħ f ’dan kollu kien Richard Cachia Caruana. Saħansitra ftit xhur qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013, l-eks-Ministru Tonio Borg intbagħat Kummissarju Ewropew fi Brussell biex b’hekk Busuttil seta’ jilħaq Viċi Kap. Dan wara li kien diġà kiteb il-manifest elettorali għall-elezzjoni tal-2008, u kien delegat speċjali tal-eks-Prim Ministru Lawrence Gonzi.
B’hekk, meta fit-8 ta’ Mejju 2013 Simon Busuttil kiseb il-maġġoranza mistennija mill-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista, ma kinitx sorpriża. It-tixjira tal-idejn bejn Gonzi u Busuttil, bħala sinjal li x-xettru għadda mingħand wieħed għall-ieħor, kien mument li għal ħafna kien ilu mistenni, iżda kien biss mossa finta. Kienet kwistjoni ta’ meta se sseħħ, iktar milli jekk isseħħx, anke jekk fi ftit xhur li serva bħala Viċi Kap kienu diġà nibtu dubji dwar il-ħiliet tiegħu biex imexxi l-partit, tant li fost il-pubbliku kien jissemma li l-Kap kellu jkun l-Avukat Mario de Marco; iżda, mhux hekk kien. Laħaq Simon Busuttil. Bħal lagħqa żebgħa fuq ħajt immermer bi snin ta’ umdità, fuq quddiem inbidlu xi ftit uċuħ iżda minn wara baqgħu jimmanuvraw l-istess nies.
F’136 sena storja tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil huwa s-seba’ Kap. Però, għalkemm fittieni rawnd tal-elezzjoni kien tellaq waħdu, xorta waħda kien hemm 7% li ma riduhx. Imkejjen filPartit Nazzjonalista spjegaw kif maż-żmien dan in-numru żdied u mhux naqas. Dakinhar li rebaħ Busuttil kien qal: “Se naħdem biex nara l-partit magħqud. Se nara li l-bibien ikunu miftuħin beraħ għal dawk ta’ rieda tajba.” Iżda minflok ħadem għal partit miftuħ, kienu bosta l-okkażjonijiet fejn aġixxa bil-kontra. Fost oħrajn b’dikjarazzjonijiet pubbliċi li ma riedx lura fil-partit eksdeputati Nazzjonalisti li telqu għax kienu mdejqin bit-tmexxija ta’ GonziPN, bħal Jeffrey Pullicino Orlando u Franco Debono. Dan biex ma nsemmux l-attitudni ta’ mibegħda li bosta drabi wera fil-konfront ta’ Laburisti.
NEGATTIV U BASSAR ĦAŻIN
REAZZJONIJIET SPROPORZJONATI
Jekk kien hemm xi ħaġa li spikkat f ’dawn is-36 xahar li ilu fit-tmun tal-Partit Nazzjonalista, żgur li hi n-negattività tiegħu. It-ton tad-dwejjaq f ’leħnu deher sa minn qabel l-elezzjoni ġenerali meta f ’mass meetings tal-Partit Nazzjonalista kien jitkellem b’mod distruttiv kontinwament. Kien jgħid li bil-bidla fil-Gvern Malta kienet se tidħol “gas down għal ġol-ħajt”, u li fi ftit żmien kien se jkollna nitolbu bail out. Kien negattiv fuq proposti mill-iktar interessanti bħall-Garanzija għażŻgħażagħ, jew wegħdi mill-iktar bżonjużi bħar-roħs fit-tariffi tad-dawl u l-ilma. Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ qabbilha ma’ garanzija tal-washing machines, filwaqt li r-roħs kien sejjaħlu impossibbli. “Gimmick tal-millenju” biex inkun eżatt. In-negattività tiegħu wasslitu wkoll biex bassar ħażin. Filwaqt li ddikjara li l-qgħad kellu jitla’ għal 8,000, b’Joseph Muscat Prim Ministru niżel għal taħt l-4,000. U minflok bailout imbassar minnu, Malta rreġistrat l-ikbar tkabbir ekonomiku fl-istorja.
Fit-tmexxija ta’ Busuttil spikkaw ukoll ir-reazzjonijiet sproporzjonati. Reazzjonijiet sproporzjonati li ħafna drabi ħadmu kontra tiegħu. Ejja nieħdu l-programm ta’ ċittadinanza b’investiment: programm li llum qed iġib il-miljuni ta’ ewro fil-kaxxa ta’ Malta u saħansitra jissemma f ’rapporti ekonomiċi ta’ aġenziji internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Simon Busuttil kien kontra tiegħu u kellu kull dritt. Però, ma kienx komdu jagħmel il-punt tiegħu u daqshekk, filwaqt li jaċċetta u jifhem li f ’demokrazija hemm gvern li għandu mandat biex imexxi. Ried imur l-Ewropa jugża lill-Gvern, f ’tentattiv iddisprat biex iħammeġ isem Malta. X’kien ir-riżultat? Malta spiċċat bl-uniku programm ta’ ċittadinanza b’investiment approvat mill-Kummissjoni Ewropea. L-istess fuq l-ODZ. Ried jirkeb il-karru tal-ambjentalisti u qal li bih prim ministru żgur li ma jkunx hemm żvilupp fl-ODZ. Għal darb’oħra esaġera biex imbagħad qal li jkun hemm eċċezzjonijiet, tant li llum il-Partit Nazzjonalista qed jgħid li rridu noqogħdu attenti li ma nagħtux l-impressjoni żbaljata li f ’ODZ mhu se jsir xejn. L-istess għamel fil-każ tal-Panama Papers, li mhux se nittratta hawn għax aktar dettalji dwaru jinsabu f ’parti oħra tal-gazzetta.
LOKALI
kullhadd.com
15|05|2016 09
SARJU ‘TAD-DWEJJAQ’ DOUBLE STANDARDS Imbagħad dawn il-kampanji kollha kienu mtappna b’element qawwi ta’ double standards. Double standards li għalihom nieħdu biss l-eżempju tat-trasparenza. Hawn Simon Busuttil falla test wara ieħor. Sirna nafu li lill-whistleblower fil-każ tax-xogħol għall-voti f ’Għawdex staqsieh għaliex kompla x-xogħol meta kien jaf li l-PN kien se jitlef l-elezzjoni. Ma ħa ebda passi kontra Joe Cassar wara li kien żvelat li rċieva rigali mingħand Gaffarena, bl-eks-Ministru tas-Saħħa jirriżenja biss wara pressjoni fil-midja, u b’Busuttil isostni li ddispjaċieh, bħalma ddispjaċieh meta rriżenjat Giovanna Debono. Ma ħa ebda passi quddiem l-iskandli talViċi Kapijiet tiegħu Beppe Fenech Adami u Mario de Marco, b’dan tal-aħħar iħallas lil Pierre Sladden snin wara li għamillu xogħol f ’daru. Ħallsu proprju ftit tal-ġimgħat ilu, wara li isem l-istess Sladden feġġ fil-Panama Papers.
MINGĦAJR PROPOSTI Il-Kap tal-Oppożizzjoni ħatar diversi fora li fi kliemu kellhom ifasslu l-politika tal-Partit Nazzjonalista – imliehom nies li taħt gvernijiet Nazzjonalisti ħadu biżibilju konsulenzi. Iżda, minkejja dan, il-Partit Nazzjonalista ftit li xejn ħareġ bi proposti. Mhix valida l-iskuża li għadu kmieni u partit fl-Oppożizzjoni ma jkunx imħejji daqshekk malajr għall-elezzjoni. Dan għax ftit tal-ġimgħat ilu Simon Busuttil ressaq mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Gvern. Mela la ried iwaqqa’ l-Gvern ippretendejna li jkun imħejji biex jidħol minfloku, iżda l-proposti ma waslux, lanqas fejn kategorikament wiegħed. F’Ottubru qal li ħatar lil Marthese Portelli biex tagħmel pjan short term għat-traffiku. Għaddew seba’ xhur u l-pjan short term wasal biss issa. L-istess f ’oqsma oħra. M’hemmx proposti fil-qasam tas-saħħa. M’hemmx proposti fil-qasam ekonomiku u m’hemmx proposti f ’bosta oqsma li jolqtu lill-pubbliku fil-laħam ilħaj. PARTIT FALLUT Hawn min jgħidlek li Simon Busuttil huwa xortih ħażina li wiret partit fallut. Ma naqbilx. Simon Busuttil kien parti minn dik il-klikka li waslet għall-falliment. Falliment finanzjarju u falliment tal-ideat. Jirriżulta li sa issa ma kien hemm ebda ċaqliqa anke jekk keċċa ħafna impjegati mill-istamperija. Tant il-partit baqa’ fallut li kellu jmur għal skema ta’ dejn sigriet, magħrufa bħala Ċedoli. Iktar minn hekk, spiċċa jagħmel ġbir ta’ fondi wieħed wara l-ieħor biex jgħaqqad il-pagi. Fosthom dawk tas-Segretarju Ġenerali Rosette Thake u ħu Beppe Fenech Adami, Michael Fenech Adami, li l-pagi tagħhom jaqbżu sew il-€100,000 bejniethom. MA JISPIRAX FIDUĊJA Wara tliet snin Simon Busuttil għadu mexxej li ma jispirax. Dan ma ngħiduhx aħna imma jikkonfermah l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika. Fil-fatt, l-aħħar stħarriġ ippubblikat mill-Malta Today juri li l-Prim Ministru Jospeh Muscat kabbar il-vantaġġ tiegħu fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil minn erbgħa (f ’Marzu) għal seba’ punti perċentwali (f ’April). Muscat saħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fost il-Laburisti tradizzjonali. 92% ta’ dawk li rrispondew li vvutaw lill-Partit Laburista fl-2008 jafdaw iktar lil Muscat minn Busuttil. Meta mqabbel mal-istħarriġ li sar f ’April, dawk li vvutaw lill-Partit Laburista fl-2008 u li issa m’għandhomx fiduċja fl-ebda mexxej politiku naqset minn 9% għal 5%. L-istħarriġ tal-opinjoni pubblika kien rifless ukoll f ’żewġ elezzjonijiet li tilef. Dawk tal-kunsilli lokali u dawk tal-Parlament Ewropew. Dan juri li l-mozzjoni ta’ sfiduċja li ressqet l-Oppożizzjoni Nazzjonalista fil-Gvern saħħet il-fiduċja tal-votanti Laburisti fil-Prim Ministru. Iżda hemm iktar minn hekk. Simon Busuttil wera li ma jispirax meta fl-attivitajiet tal-massa ġibed biss folol foqra minkejja l-isforzi enormi li saru. Wera li ma jispirax għax sal-lum għadu m’attirax lejn il-Partit Nazzjonalista kandidati ġodda ta’ stoffa li jsaħħulu t-tim, tant li baqa’ mdawwar bl-istess nies ta’ GonziPN. Fuq kollox dan juri li l-politika tad-dwejjaq li adotta fl-aħħar tliet snin ma wasslitu mkien.
DIN IR-RIGA MHUX DEJJEM TIRRIKONĊILJA MAL-KEJL PASSAT ROBERT MUSUMECI | PERIT/OPINJONISTA L-ewwel tliet snin ta’ Simon Busuttil kienu karatterizzati mill-fatt li huwa qed jipprova jinnewtralizza l-perċezzjoni pubblika li ħakmet lill-Partit Nazzjonalista qabel l-2013, u li eventwalment wasslet biex l-istess partit jitlef l-elezzjoni b’numri massiċċi. Pereżempju, huwa pprova jintroduċi wċuħ ġodda fuq quddiem filwaqt li ċerti eksministri ngħataw rwol sekondarju. Filwaqt li nifhem mossa bħal din, wieħed ma jistax jaħrab il-konsegwenza li ċertu mħuħ tajbin mhux qed jiġu sfruttati kif għandu jkun. Kif antiċipat, huwa qed jipprova juri li se jkun ix-xempju ta’ governanza tajba billi jgħolli l-aspettattivi morali. Qed jintwera kostantament, però, li din ir-riga mhux dejjem tirrikonċilja mal-kejl passat li żammew miegħu s-sostenituri tiegħu stess.
IL-PN MA JISTAX IKUN NEGATTIV BISS MICHAEL FALZON | EKS-MINISTRU PN Mingħand dawk li kienu responsabbli għat-tmexxija tal-PN, Simon Busuttil wiret partit li kien sfiduċjat, fallut finanzjarjament, u żarmat mil-lat organizzattiv. Għalhekk kellu biċċa xogħol iebsa biex jerġa’ jibni bażi soda li fuqha l-PN seta’ jirkupra. Minn dan il-lat Simon Busurril għamel ħafna ħidma pożittiva għall-PN. Kien ukoll fortunat minħabba l-fatt li ma nżammux wegħdiet dwar il-kontabbiltà u t-trasparenza. Aktar minn hekk, f ’dawn l-aħħar tliet snin saru żbalji u abbużi li wieħed ma kienx jistenna. Madankollu, xi minn daqqiet, bl-attitudini tiegħu Busuttil inaqqas l-importanza tad-demokrazija u tat-tmexxija nadifa meta kwistjonijiet frivoli jingħataw importanza bla proporzjon. Dan bilgħan li l-Gvern jitpinġa bħala wieħed korrott u li ma jirrispettax id-demokrazija. Fl-opinjoni tiegħi, Busuttil għandu jikkonċentra fuq l-iskandli serji u mhux ipoġġi kollox f ’keffa waħda. Madankollu, l-akbar problema li naħseb li għandu Simon Busuttil hi li għadu ma qalx b’mod ċar x’qed joffri l-PN meta jerġa’ jkun fil-Gvern. Wieħed jista’ jargumenta li fadal sentejn biex isir xogħol fuq dan l-aspett, iżda l-PN ma jistax ikun negattiv biss u jeħtieġ jibda joffri alternattiva serja għall-Gvern ta’ Muscat.
PAZJENT MA JISTAX JIEĦU PARIRI MINGĦAND TOBBA LI MARRDUH SIMON MERCIECA | AWTUR: RAPPORT TELFA PN Dak li ġara matul dawn l-aħħar tliet snin jikkonferma fatt li ħareġ ċar millanaliżi tat-telfa Nazzjonalista, anke jekk qatt ma ġie mxandar, jiġifieri li Dr Simon Busuttil kien l-aħjar persuna, f ’dak il-mument partikolari, biex imexxi l-Partit Nazzjonalista. Il-fatti li ġraw matul dawn l-aħħar tliet snin ikkonfermaw dan kollu. L-isfida llum hija jekk Busuttil jirbaħx l-elezzjoni li ġejja jew le. Il-fatt biss li wieħed qed jitkellem dwar il-possibbilità ta’ rebħa huwa pożittiv għax, wara t-telfa tal-2013, xi diriġenti fl-istess Partit Nazzjonalisti kienu qed jaraw li l-partit tagħhom għandu bejn ħmistax u għoxrin sena fl-Oppożizzjoni. Jekk jirbaħx jew le jiddependi minn tliet fatturi. L-ewwel: pazjent ma jistax jieħu pariri mingħand tobba li marrduh. It-tieni: jibni lingwaġġ politiku ġdid, lil hinn mill-ewfemiżmi legali u kunċetti ta’ superjorità ta’ klassi mġedda mill-ħsieb liberali. It-tielet: jgħarrex fl-għerq tiegħu għar-razzjonaliżmu konservattiv. Kif qal il-filosfu politiku Edmund Burke, l-ebda partit ma jista’ jħares ’il quddiem biex jagħmel aktar ġid jekk l-ewwel ma jagħrafx x’għamlu missirijietu!
JGĦID ĦAFNA KLIEM SABIĦ IŻDA META JIĠI BIEX JAĠIXXI JSIBHA DIFFIĊLI NICOLE BUTTIGIEG | ĠURNALISTA Għal dawn l-aħħar tliet snin segwejt id-diskorsi u attendejt għal konferenzi tal-aħbarijiet tal-Kap Nazzjonalista b’mod regolari tant li riċentament qalli biex “nieħu ġurnata leave”. Fil-fatt, waħda mill-osservazzjonijiet li nagħmel hi dwar l-attitudni ta’ Simon Busuttil meta jiġi biex jindirizza lill-ġurnalisti. Busuttil jinfexx jgħajjar u jattakka lill-ġurnalisti li ma jaqblux politikament miegħu jew jagħmlulu mistoqsijiet iebsa li ma jkunx irid iwieġeb. Dan minflok iwieġeb għall-mistoqsijiet tagħhom. Ninsabu fis-sena 2016 u l-aggressività minn politici f ’pajjiżna ma tagħmilx ġieħ. Aktar minn hekk, il-poplu fl-elezzjoni ġenerali vvota kontra l-politika ta’ firda. Osservazzjoni oħra li ili nagħmel hija dwar id-diskorsi politiċi ta’ Simon Busuttil. Busuttil jgħid ħafna kliem sabiħ dwar l-onestà fil-politika u l-istandards fil-politika iżda, meta jiġi biex jaġixxi fuq kliemu stess, isibha diffiċli. L-iktar frażi ta’ Busuttil li baqgħet f ’moħħi kienet dik li ma jdumx iktar minn minuta biex ikeċċi li xi deputat Nazzjonalista jekk joħroġ xi każ dwaru. Iżda ħarġu każijiet fil-midja fuq Mario de Marco, Beppe Fenech Adami, Chris Said, Tonio Fenech u Jason Azzopardi, u għaddiet mhux biss minuta imma anke ġranet u xhur u Busuttil baqa’ ma ħax azzjoni. Minflok, jitlob għar-riżenji tal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-ministri li ta’ kuljum qegħdin jaħdmu biex l-ekonomija ta’ pajjiżna tkompli tikber, ikollna aktar ġid u Malta tkompli tkun l-aqwa fl-Ewropa.
10 15|05|2016
kullhadd.com
LOKALI
“IS-SERVIZZ PUBBLIKU GĦANDU JWIEĠEB GĦALL-MOD KIF JIMXI U JAĠIXXI” Mario Cutajar, Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Il-ġimgħa li għaddiet il-Gvern ippubblika rapport bi tweġiba għar-rapport annwali talAwditur Ġenerali dwar ilKontijiet Pubbliċi. Fih, il-Gvern elenka l-241 rakkomandazzjoni li ġew milqugħa mill-259 li tressqu mill-Awditur Ġenerali. Dwar dan ir-rapport u l-miżuri li se jirriżultaw minnu, il-gazzetta KullĦadd tkellmet masSegretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar li ddeskriva dan il-pass bħala wieħed mingħajr preċedenti hekk kif il-Gvern qiegħed ikompli bil-ħidma tiegħu biex iżid it-trasparenza u l-kontabbiltà tas-settur pubbliku. “Ma ridtx li dawn ir-rapporti jintefgħu fuq l-ixkafef u jintesew” Cutajar qalilna li sena wara l-oħra l-Awditur Ġenerali kien jagħmel l-istess rakkomandazzjonijiet dwar nuqqasijiet li jsib fittmexxija tad-dipartimenti talGvern. “Niftakar li tliet snin ilu, meta dħalt f ’din il-kariga, tlabt li jkolli r-rapporti kollha li saru fil-ħames snin ta’ qabel
mill-Awditur u entitajiet oħra fuq dipartimenti tal-Gvern biex noħorġu minnhom irrakkomandazzjonijiet li kien hemm. Niddubita kinux twettqu iktar minn ħames rakkomandazzjonijiet mill-mijiet li kien fihom dawn ir-rapporti.” Is-Segretarju Permanenti Ewlieni sostna li għallAmministrazzjoni preżenti dan il-livell ta’ indifferenza ma kienx aċċettabbli. “Ma ridtx li dawn irrapporti jintefgħu fuq l-ixkafef u jintesew ma’ oħrajn li jkunu saru fiż-żmien ta’ qabel. Is-Servizz Pubbliku għandu jwieġeb għallmod kif jimxi u jagixxi u jagħti rendikont sħiħ tal-ħidma tiegħu. Din il-pubblikazzjoni hekk qed tagħmel,” spjega Cutajar. Huwa semma li x-xogħol fuq ir-rapport tal-Gvern beda billi nġabru r-rakkomandazzjonijiet kollha li għamel l-Awditur Ġenerali fir-rapport annwali tiegħu dwar il-Kontijiet Pubbliċi 2014 u ġie identifikat x’jista’ jinbidel. Matul dan l-eżerċizzju, kull fejn l-Awditur Ġenerali sab xi nuqqas jew għamel rakkomandazzjoni,
id-dipartiment jew entità konċernata ħa azzjoni biex jiġu implimentati bl-għan li tissaħħaħ il-governanza u jiġu eliminati r-riskji għall-kontabbiltà u t-trasparenza. Kull ministeru elenka x’azzjoni ħa fil-konfront ta’ kull rakkomandazzjoni li saret. F’xi każijiet fejn kienet għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni, il-ministeri kkonċernati kkommettew lilhom infushom li jieħdu azzjoni fi żmien stipulat. Pass ieħor li sar f ’dan il-proċess biex żgur ikun aċċertat li dak li qed jintqal li twettaq millministeri verament isir kien li jitqabbad l-Uffiċċju tal-Awditjar Intern, l-IAID, biex jagħmel ilverifiki meħtieġa. Cutajar spjega li dan kien proċess li ħa ż-żmien tiegħu, b’kordinazzjoni sħiħa malministeri tal-Gvern, iżda eżercizzju bżonjuż biex isServizz Pubbliku juri li hu kontabbli bil-fatti. “B’din ilpubblikazzjoni l-poplu jaf fejn kienu n-nuqqasijiet u kif ġew indirizzati biex b’hekk ingħata valur ogħla għat-taxxi li jħallsu. Dan ma kienx l-uniku eżerċizzju ta’ trasparenza u kontabbiltà li imbarkajna fuqu. Hemm żewġ pubblikazzjonijiet oħra li fuq bażi annwali juri kif qed jitwettaq il-baġit tas-sena ta’ qabel u kif qed titnaqqas il-burokrazija. Hekk titlob is-serjetà u dak huwa l-qofol tal-kontabbiltà.” Bidla ta’ kultura Mistoqsi liema kienu l-iktar prattiki importanti li nbidlu u li issa se jagħmlu differenza kbira, Cutajar qalilna li l-Amministrazzjoni preżenti qiegħda tbiddel il-kultura fisServizz Pubbliku. “Minn waħda li kienet truxa għal dak li jingħadilha għal oħra li tisma’, tikkoreġi u turi li qed tagħmel dan bil-fatti u bil-kitba. Din l-Amministrazzjoni diġà wriet li għandha r-rieda li tbiddel l-affarijiet minn kif kienu qed iseħħu u l-mod kif qed
nindirizzaw il-problemi biex jingħata servizz li jixraq lin-nies diġà huwa xhieda ta’ dan.” Madankollu, Cutajar spjega li l-kuluri ma jinbidlux mil-lum għal għada. Għaldaqstant, huwa qiegħed jistenna li l-ewwel sinjali ċari ta’ tibdil fuq skala wiesgħa jinħass is-sena li ġejja u dan għax ir-rapport tal-Awditur huwa għall-2014, spjega s-Segretarju Permanenti Ewlieni. Minħabba f ’hekk, fl-2015 u biċċa minn din is-sena l-prattiki baqgħu dawk li kienu. Però, minn din is-sena se jibda jinħass it-tibdil u s-sena d-dieħla Cutajar qiegħed jistenna li jinħass ħafna aktar. F’dan irrigward huwa sostna li, biex jinħass ix-xogħol, dan ma jridx jieqaf ma’ din il-pubblikazzjoni imma l-Amministrazzjoni trid tibqa’ viġilanti biex it-tibdiliet li ddaħħlu jibqgħu fis-seħħ. “L-istess bħalma qed nagħmlu fil-każ tat-tnaqqis tal-burokrazija; mhux qed indaħħlu miżuri u mbagħad nitilquhom għal riħhom. Qed nibqgħu nsegwu u naraw li dak li wettaqna jibqa’ mwettaq. L-ikbar bidla għalhekk hija l-attitudni; jiġifieri l-kultura u l-mod kif isiru l-affarijiet,” sostna Cutajar. 241 rakkomandazzjoni milqugħa Il-pubblikazzjoni ta’ dan irrapport kienet deskritta misSegretarju Permanenti Ewlieni bħala deċiżjoni li kellha tittieħed biex jintwera iswed fuq l-abjad x’qed isir mill-Amministrazzjoni Pubblika biex il-prinċipji tattrasparenza u l-governanza jissaħħu. Hawnhekk, Cutajar reġa’ saħaq li kien hemm kuntrast kbir bejn l-Amministrazzjoni passata, fejn ir-rakkomandazzjonijiet kienu jaqgħu fuq widnejn torox, u dik attwali li qiegħda twettaq ilbidliet meħtieġa. “Nemmen li kulħadd huwa kontabbli ta’ għemilu. Kif l-Awditur Ġenerali huwa fiddmir li jiġbed l-attenzjoni tal-
amministrazzjoni fejn u meta tkun qed tonqos, huwa d-dmir tal-istess Amministrazzjoni li tisma’ u taġixxi billi tixtarr dawn ir-rakkomandazzjonijiet u tara dawk li se tkun qed tilqa’ u taħdem fuqhom. Din id-darba hekk għamilna. Minn total ta’ 259 rakkomandazzjoni ntlaqgħu 241.” Huwa semma li, fost irrakkomandazzjonijiet li ntlaqgħu, il-parti l-kbira tagħhom kienu jittrattaw konformità ma’ regolamenti ta’ Public Procurement u ma’ diversi policies ta’ finanzi li jkopru fost l-oħrajn t-trasport u l-allowances. Kienu wkoll li jkunu implimentati cheques and balances u segregation of duties biex ikun assigurat il-four-eyes principle. Madankollu, kien hemm rakkomandazzjonijiet oħra li ma ġewx aċċettati. Dan għax jew ir-rakkomandazzjoni ma taqax taħt il-kompetenza ta’ ministeru jew inkella tmur kontra l-policy stabbilita fis-Servizz Pubbliku. Però, ir-rakkomandazzjonijiet l-oħra ġew aċċettati fit-totalità tagħhom. “Ġew aċċettati b’responsabbiltà u ġew implimentati b’responsabbiltà. U b’responsabbiltà, dan iddokument se jibqa’ jinħareġ fuq bażi annwali biex is-Servizz Pubbliku jibqa’ kontabbli fittmexxija tiegħu,” spjega Cutajar. Huwa sostna wkoll li, għalkemm il-maġġoranza t a r- r a k ko m a n d a z z j o n i j i e t intlaqgħu, dan ma jfissirx li mhux se jkun hemm rakkomandazzjonijiet oħra utli fil-futur li jkunu mressqa millNAO u li l-Amministrazzjoni jkollha taġixxi dwarhom. “Il-pass li jmiss issa huwa li l-Amministrazzjoni taħdem id f ’id mal-NAO biex kull meta jiġu elenkati nuqqasijiet fiddipartimenti tal-Gvern, tittieħed azzjoni. Ma rridux naħdmu bħala żewġ istituzzjonijiet imqabbda ma’ xulxin, imma żewġ istituzzjonijiet li jridu jaraw amministrazzjoni pubblika taħdem aħjar.”
OPINJONI
kullhadd.com
15|05|2016 11
ID-DOUBLE STANDARDS LI JKOLLNA NISSAPORTU
Catherine Fenech Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL
Fiduċja
Issa li l-PN fetħu l-Kaxxa ta’ Pandora, irriżulta li minnha ħarġet boomerang u basket ikkulurit jismu double standards
Fl-ewwel ta’ Mejju l-poplu wera biċ-ċar fejn qed iħabbat il-polz tal-fiduċja tiegħu. Il-poplu wera dan f ’kull stħarriġ fl-opinjoni pubblika u issa wkoll wera dan fit-toroq. Ħaddieħor ħareġ jipprotesta għal darba, darbtejn, tlieta, u għamel mozzjonijiet ta’ sfiduċja, imma minn dan kollu rriżultat konferma ta’ gvern sod li jgawdi fiduċja u maġġoranza b’saħħitha kemm fil-Kamra tarRappreżentanti u kemm malelettorat inġenerali. Il-Prim Ministru f ’dawn l-aħħar jiem ikkonsolida l-fehma pubblika li huwa mexxej li wara li jiżen u jara l-fatti lest li jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa, ibsin kemm huma ibsin; mexxej li ma jħares lejn wiċċ ħadd u li dejjem ħa d-deċiżjonijiet kif iħoss li jkun għall-aqwa ġid tal-pajjiż. Assistejna għal sigħat ta’ dibattitu fil-Parlament fejn spikkat id-differenza bejn ilGvern u l-Oppożizzjoni. Rajna Oppożizzjoni li kkonfermat innegattività u d-double standards tagħha, fejn dawk fin-naħa talOppożizzjoni jmeru x-xogħol u l-kisbiet fejjieda li għamel dan ilGvern partikolarment fil-qasam tal-enerġija u saħansitra s-saħħa u jattakkaw b’mod personali. Kieku qatt naf xi membru tal-Kabinett, jew saħansittra l-Prim Ministru, fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti li qamu u ddikjaraw li kienu żbaljati u li talbu skuża lill-poplu Malti formalment. Issa li qegħdin flOppożizzjoni, dan in-nuqqas ta’ umiltà qed jimmanifesta ruħu b’mod mill-aktar rampanti. Ma tgħallmux li l-poplu jinjora u jirriġetta l-politika tal-aħna u l-huma. Ma humiex lesti li jneżżgħu mill-karattru tagħhom din il-ħtieġa li jħossuhom superjuri u li għandhom id-don divin li jikkmandaw, jiddettaw u jiggvernaw. Hekk kif waqt din il-mozzjoni
fil-Parlament ġew diversi deputati tal-Oppożizzjoni li kkwotaw xjentisti u filosfi klassiċi, inħoss li l-aqwa kwotazzjoni ħarġet minn fomm il-Prim Ministru Joseph Muscat stess fejn qal: “Leaders are not lead by numbers; leaders lead the numbers.” Din il-frażi fiha ferm x’tomgħod. Mexxej tajjeb ma jiħux deċiżjonijiet skont kif jippretendi ħaddieħor jew skont il-popolarità. Mexxej tajjeb lest li jissagrifika l-popolarità u jieħu d-deċiżjoni li fiċ-ċirkustanzi jaf li hi l-aħjar. Imbaghad ilpoplu jiġġudika u eventwalment jagħraf il-validità tad-deċiżjoni tal-mexxej. Huwa dan li jagħmel il-Prim Ministru Malti mexxej awtentiku u sod u li mhux ta’ b’xejn igawdi l-fiduċja talmaġġoranza kbira tal-elettorat u rrispettat fil-fora internazzjonali.
We are civil and we take no sh** Fl-aħħar protesta kontra l-korruzzjoni, minbarra li spikka n-nuqqas kbir ta’ konkorrenza ta’ nies jipprotestaw, u minbarra li fost dawk li attendew kien hemm persuni li jumejn wara dehru fil-Panama Papers, bla dubju l-aktar li spikkaw kienu dawk il-persuni li kienu qegħdin jipprotestaw fi protesta organizzata mis-Soċjetà Ċivili u li tant huma ċivili li ma jittollerawx parti mis-soċjetà ċivili ta’ Malta ttella’ powsters u messaġġi li jidhrilha hi. Ħassewhom urtati u malafamati. U mhux vera jew! Ħeqq, naturalment, dawn ilpersuni ċivili wisq probabbli jċapċpu u japprovaw b’esklamazzjoni għal-laqmijiet dispreġġattivi li f ’kull ċans li jkun hemm persuni fost dawn iċ-civili jlaqqmu pubblikament lil-Laburisti. Għandhom raġun iħossuhom urtati u malafamati hux?! Dan minn fejn sa fejn jiġu dawn tal-Graffiti u jitfgħu lil dawn il-persones d’elite fl-istess
keffa mal-Laburisti?! Ma tarax! X’ma ddubbawx il-Laburisti bħala laqam dan l-aħħar minn dawn il-persuni ċivili: xadini, koroh, ħamalli, injoranti, ħmir, u saħansittra anke kellhom l-unur agrikolu li jitlaqqmu ‘karrotti’. U allura għandhom raġun jaqalgħu l-ħama meta bħal-Laburisti ġew imlaqqma ‘sh**’ Ma jimpurtax, però, li l-istess persuni fl-istess nifs li qed jipprotestaw li mhumiex sh**, jgħajru lil-Laburisti ‘ħmieġ tal-art’. Issa jiena dejjem ġejt mgħallma li min jgħajrek b’xi ħaġa, sinjal li jkun bħalek. Mela aħjar nieqaf hawn għax m’iniex waħda li nħobb naqla’ x-sh**. Ipokresija grassa Issa li l-PN fetħu l-Kaxxa ta’ Pandora, irriżulta li minnha ħarġet boomerang u basket ikkulurit jismu double standards. Għax issa, f ’daqqa waħda, fejn jaqsam jaqsam. L-involviment f ’kumpaniji miftuħa f ’tax havens ukoll għandhom standards differenti għall-PN. Hemm kejl u rigi differenti għal persuni Laburisti u dawk Nazzjonalisti f ’dan ukoll. Jekk tiftaħ kumpanija f ’pajjiż magħruf bħala tax haven huwa dnub mejjet għall-PN, qalulna ftit ilu. Ma nafx kif iwieġbu għal diversi negozjanti Maltin li jista’ jkun hemm minnhom simpatizzanti kbar tal-PN u li fetħu kumpaniji f ’tax havens. Wisq probabli anke hawn ilktieb tal-kodiċi tal-istandards tal-PN jipproduċi disclaimer kbir u oħxon u jgħidu li tiftaħ kumpanija f ’tax haven hu ħażin biss jekk tkun persuna esposta politikament. Ħeqq, diġà dorna mal-lewża u ammettejna li m’hemm xejn illegali li tiftaħ kumpanija l-Panama, l-British Virgin Islands, jew f ’xi pajjiż ieħor meqjuż bħala tax haven. Imma t-tidwir mal-lewża jkompli hekk kif, għall-PN,
persuni politikament esposti mhumiex etikament immorali mbilli jkunu sidien, diretturi, segretarji jew impjegati ta’ kumpaniji fiduċjajrji intermedjarji li jgħinu lin-nies jiftħu kumpaniji f ’tax havens. Dawn mhumiex meqjusa bħala suġġetti għall-korruzzjoni skont il-PN. Persuna li għandha kumpanija f ’dawn il-postijiet hija etikament immorali u suġġetta għall-korruzzjoni. Però, persuna li tgħin, tagħti pariri u tiffaċilita lil persuna oħra tiftaħ kumpanija f ’tax haven għall-possibbilment korruzzjoni mhux etikament immorali. Tajba wkoll! Imma l-basket tad-double standards fi ħdan il-PN jesa’ aktar mill-basket ta’ Mary Poppins u jissorprendik mhux ftit. Niftakru li tliet snin ilu kienu jitkellmu mod ieħor fuq sidien, diretturi, segretarji u impjegati ma’ dawn il-kumpanija fiduċjarji u intermedjarji. Meta faqqa’ l-iskandlu taż-żejt, il-PN, għax hekk kien jaqblilhom, qalulna li anke diretturi u segretarji ta’ kumpaniji fiduċjajrji intermedjarji huma kompliċi. Kienu għamlu konferenzi talaħbarijiet fejn iddikjaraw li bħala diretturi u segretarji dawn għandhom responsabbiltajiet kbar, u bħala kumpaniji fiduċjarji intermedjarji ma jistax ikun li ma jkunux jafu assolutament xejn x’inhu jiġri. Insomma, dan hu li tistenna minn partit li lest idur mal-Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti – liġi li ma kellhomx il-ħeġġa u l-moralità li jagħmluha huma fi żmien 25 sena – sabiex jintroduċi skema ta’ ‘self ’ imsejħa ‘ċedoli’; skema li għandhom il-wiċċ jiddiskrivuha bħala trasparenti u onesta meta kulħadd jaf li bil-klawsola tassegretezza tal-persuna li se ssellef il-flus din l-iskema ġiet suġġetta għall-ispekulazzjonijiet u xamma ta’ irregolaritajiet.
12 15|05|2016
kullhadd.com
OPINJONI
OBEŻITÀ: ĦAJT GĦOLI X’NEGĦLBU!
Miriam Dalli Membru Parlamentari Ewropew
Bħala Mediterranji suppost li aħna xhieda tal-benefiċċji ta’ dietà Mediterranja li hija meqjusa bħala l-aktar dieta sustanzjuża li teżisti
It-tfal kollha f ’Malta milliskejjel tal-Istat, il-Knisja u indipendenti, jiġifieri 41,747 tifel u tifla, kellhom il-body mass index imkejjel waqt illezzjonijiet tal-Edukazzjoni Fiżika. L-eżitu ta’ dan l-eżerċizzju u r-riżultati li ħarġu ma tantx huma sbieħ, anzi nazzarda ngħid li huma inkwetanti. Irriżulta li 10,852
tifel u tifla huma obeżi, jiġifieri ħoxnin iżżejjed. 5,889 minnhom ġejjin mill-iskejjel tal-primarja. Dan l-istudju, li jagħmel parti mill-kampanja Healthy Weight for Life, juri li hawn madwar 6,200 tifel u tifla oħra li għandhom piż żejjed. Għalija, bħala persuna li ġejja minn Malta, pajjiż imdawwar bil-baħar, dawn
ir-riżultati huma ta’ tħassib; u ngħid għaliex. Bħala nies li ngħixu fuq gżira kont nassumi li l-ħut jagħmel parti essenzjali mid-dietà tagħna. Aktar minn hekk, bħala Mediterranji suppost li aħna xhieda tal-benefiċċji ta’ dietà Mediterranja li hija meqjusa bħala l-aktar dieta sustanzjuża li teżisti. Riċentament, l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) ikkonfermat dak li baqa’ jippersisti matul l-aħħar snin; jiġifieri li t-tfal Maltin ta’ bejn il-11 u l-15-il sena jibqgħu jiddominaw il-kategoriji taliktar tfal li għandhom piż żejjed. Jekk nagħtu ħarsa lejn is-sitwazzjoni tal-adulti, ninnutaw li anke hawn fadal ħafna xi jsir għax anke l-adulti qegħdin jiddominaw l-istatistika tal-obeżità. Skont il-Eurostat, l-irġiel Maltin jinsabu fil-quċċata talkategorija tagħhom, b’24.7%, u n-nisa, 21.1%, jinsabu fittieni post wara r-Renju Unit fil-kategorija femminili. Dawn il-figuri mhumiex relatati biss ma’ kwistjoni ta’ estetika. Dik hija l-anqas problema. Il-problema hi li dawn il-figuri huma riflessjoni ta’ stil ta’ ħajja u indikazzjoni ta’ problemi ta’ saħħa attwali jew futuri. Madwar 2.8 miljun persuna minn madwar id-dinja jitilfu ħajjithom riżultat tal-obeżità jew piż żejjed. Dan jista’ jwassal għal kundizzjonijiet bħad-dijabete – meqjus bħala ‘qattiel sieket’, u problemi kardjovaskolari inkluż attakk tal-qalb u pressjoni għolja. Apparti d-detriment fuq issaħħa tal-individwi, il-piż żejjed qiegħed iħalli effett ukoll fuq is-sistema tas-saħħa f ’pajjiżna. In-nefqa lokali b’rabta mal-obeżità u l-piż żejjed tlaħħaq kważi s-6% tan-nefqa totali tas-servizzi tas-saħħa. Dan ma jinkludix l-ispejjeż relatati mal-medikazzjoni, l-operazzjonijiet, is-servizzi
anċillari u telf fid-dħul. Jekk inħarsu globalment lejn l-Ewropa, huwa inkwetanti l-fatt li 36% biss tal-Ewropej jieklu ħames porzjonijiet ta’ frott u ħaxix. Bil-għan li nħeġġu dietà tajba sa minn età żgħira, il-Kunsill Ewropew laqa’ talba talParlament Ewropew; jiġifieri li f ’sena jiġu allokati €150 miljun fi frott u ħaxix u €100 miljun f ’ħalib biex jitqassmu fl-iskejjel tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea. Madwar 30 miljun tifel u tifla, inkuż dawk Maltin, se jkunu qegħdin jibbenefikaw minn din il-miżura. Il-proposta msemmija sabet l-appoġġ ta’ 584 deputat. Kien hemm 32 li astenew u 94 li vvutaw kontra. Jiena kont waħda millEwroparlamentari li vvutaw favur din l-iskema. Nittama li dan it-tip ta’ programmi jgħinu fil-mod kif jaħsbuha t-tfal sa minn ċkunithom dwar l-importanza li jittiekel ikel bnin u anke filmod kif il-ġenituri jistgħu jbiddlu d-dieta ta’ wliedhom. Grazzi għall-pożizzjoni li ħadna fil-Parlament Ewropew, l-Istati Membri se jkunu jistgħu jipprijorittizzaw id-distribuzzjoni tal-prodott lokali naturali minflok dak proċessat. Ġie enfasizzat li l-Istati Membri għandhom iqassmu prodotti magħmulin millħalib, inkluż jogurt u ġobnijiet. Il-prodotti miżjudin bizzokkor, il-melħ u x-xaħam se jkunu projbiti mill-iskejjel u se jkunu awtorizzati biss f ’każ ta’ eċċezzjoni millawtoritajiet nazzjonali tassaħħa. Nittama li din il-miżura tgħin biex twitti t-triq favur kampanja li permezz tagħha nifhmu aħjar x’tip ta’ ikel jgħinna l-aktar biex ngħixu ħajja b’saħħitha, u liema hu dak it-tip ta’ ikel li verament jista’ jgħinna f ’dietà bilanċjata li hija tajba kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti.
EDITORJAL
kullhadd.com
15|05|2016 13
www.kullħadd.com agħmel kuntatt magħna
EDITUR
Aleander Balzan aleander.balzan@one.com.mt +356 2568 2230
ĠURNALISTI
Ritianne Agius ritianne@kullhadd.com +356 2090 1410
Liam Gauci liam@kullhadd.com +356 2090 1413
INDIRIZZ POSTALI
KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717
Glen Falzon glen@kullhadd.com
KUNTATT ĠENERALI editorial@kullhadd.com + 356 2090 1411
SALES U DISTRIBUZZJONI Alan Saliba sales@kullhadd.com +356 2090 1520
DISINN TAL-GAZZETTA Leanne Grech
STUDENTI JEW NAGĦAĠ?
Fil-Malti għandna l-espressjoni ‘bħannagħaġ ta’ Bendu’ u nħobbu nużawha biex niddeskrivu persuni li jitmexxew minn imneħirhom, li f ’għemilhom jafu jikkupjaw biss lil ta’ madwarhom, li ma jitolbux spjegazzjoni, li ma jaħsbux b’moħħhom, u li ma jixtarrux dak li jingħad lilhom. Nagħaġ ta’ Bendu fid-dinja hawn kemm trid. Kieku ma kienx hawn daqstant nagħaġ, illum hawn inqas amministrazzjonijiet korrotti, inqas distakk bejn il-klassijiet soċjali, u inqas tbatija b’mod ġenerali. F’pajjiżi dittatorjali huwa kruċjali li l-poplu jkun qisu merħla nagħaġ. Fil-fatt, mingħajr nagħaġ din issistema amministrattiva ma tistax taħdem. Iżda f ’pajjiż demokratiku n-nagħaġ m’hemmx posthom. Pajjiż demokratiku għandu bżonn poplu li jkun ilkuntrarju tan-nagħaġ. Sistema demokratika tista’ biss tkun suċċess jekk il-poplu jkun wieħed li jaħseb jew, fi kliem ieħor, poplu tal-ħsieb. Din il-frażi tidwi l-kliem tal-mibki Manwel Dimech, li għaraf l-importanza tal-ħsieb kritiku. “Imsejkna aħna jekk ma nsirux poplu tal-ħsieb,” kien kiteb dwarna l-Maltin. Huwa għalhekk inkwetanti li llum hemm xi wħud li qed jitkażaw għax l-istudenti tagħna qed jiġu inkoraġġuti biex jaħsbu b’moħħhom u jibnu l-opinjoni tagħhom li tkun ibbażata fuq il-fatti u fuq argumenti li jagħmlu sens.
Artiklu f ’ġurnal lokali rrapporta li numru ta’ studenti kienu “xxukkjati” b’titlu ta’ mistoqsija għal esej tal-Ingliż fil-Livell Avvanzat. Dan it-titlu kien jittratta l-immigrazzjoni illegali, u ġie ppreżentat fil-forma ta’ kwotazzjoni, flimkien ma’ għażla ta’ seba’ titli oħra. Dan ifisser li, min ma kienx komdu jikteb dwar dan is-suġġett, seta’ faċilment jagħżel suġġett ieħor. It-titlu li “qajjem tħassib” kien estratt minn diskors ta’ politiku Amerikan, u kien jgħid hekk: “L-immigrazzjoni illegali hija kriżi għal pajjiżna. Hija bieb miftuħ għad-drogi, kriminali, u terroristi potenzjali biex jidħlu f ’pajjiżna. Qed tkun ta’ piż għall-ekonomija tagħna billi żżid l-ispejjeż fuq il-ġudikatura, is-saħħa, u s-sistema edukattiva.” Il-ħsieb wara dan it-titlu kien bla dubju li jġiegħel lill-istudent jippreżenta argumenti validi li jkunu favur din l-istqarrija jew argumenti kontra tagħha. L-għażla hija f ’idejn l-istudent. L-istudent lanqas ma huwa obbligat li jieħu pożizzjoni favur jew kontra, għax huwa liberu li jżomm il-kitba tiegħu newtrali billi jippreżenta ż-żewġ naħat tal-argument. Mitlub jikkummenta, ilMinisteru għall-Edukazzjoni sostna li l-istudenti li qed jagħmlu l-eżamijiet fil-livell avvanzat għandhom tmintaxil sena, u jinsabu fuq l-għatba tal-edukazzjoni terzjarja. Il-Ministeru saħaq li ma jagħmilx sens li dawn l-istudenti jinżammu ’l bogħod minn temi kontroversjali, meta dawn se jkollhom mhux biss
jiffaċċjaw din ir-realtà, imma wkoll jipparteċipaw fiha u jagħtu kontribut bħala membri attivi f ’soċjetà kontemporanja. U din hija t-triq ’il quddiem għall-edukazzjoni; li trawwem studenti bi ħsieb kritiku li jkunu kapaċi jibdlu s-soċjetà f ’waħda aħjar milli sabuha, u mhux li jħallu dak li hu importanti f ’idejn ħaddieħor,
b’diżinteress lejn dak li qed jiġri madwarhom. Is-sistema edukattiva tagħna ma tistax tibqa’ tipproduċi iktar nagħaġ. Dawk li jridu poplu mimli nagħaġ huma dawk li għandhom għal qalbhom interessi personali, u mhux l-interessi tal-pajjiż preżent u futur.
14 15|05|2016
kullhadd.com
ITTRI
SEMMA’ LEĦNEK Ibagħtilna ittra biex nippubblikawha fil-gazzetta KullĦadd. Preferibbilment l-ittri jkunu miktuba bil-kompjuter. INDIRIZZ POSTALI KullĦadd Ittri, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. INDIRIZZ ELETTRONIKU editorial@kullhadd. com. Annotaw l-email billi fis-suġġett tindikaw li qed tibagħtu ittra.
TAGĦNA TAJJEB, TAGĦKOM LE Sur Editur,
Kull meta tissemma Ann Fenech, il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, dejjem ħareġ għonqu biex jiddefendiha billi jgħid li Ann Fenech m’għandha l-ebda kumpanija f ’isimha filPanama. Jekk m’għandha l-ebda kumpanija f ’isimha, però huwa sigriet magħruf li għenet lil ħaddieħor biex jiftaħ xi kumpanija filPanama. Minbarra Ann Fenech, issa xxandru aktar ismijiet, fosthom ta’ żewġ deputati Nazzjonalisti: Tonio Fenech u Francis Zammit Dimech, li għamluha ta’ intermedjarji jew saħsansitra huma segretarji jew chairmen ta’ kumpaniji li nfetħu fil-British Virgin Islands. Busuttil anke għal dawn ħareġ għonqu u stqarr li ma għamlu xejn ħażin. Mela, peress li Busuttil iħobb jagħmilha ta’ mħallef, nitolbu jagħti s-sentenza f ’dan il-każ li se nressaqlu: Ikun hemm omm li tħajjar lil bintha biex taqbad it-triq talprostituzzjoni, sintendi bi ħlas. Meta l-missier jinduna x’inhu jiġri, jiffaċċja lil martu u din tgħidlu li hi m’għamlet xejn ħażin għax baqgħet fidila lejh. Kieku int, sur prim imħallef Busuttil, lil din l-omm kont issibha ħatja bħala kompliċi jew, skont it-teorija li int qed tadotta fil-konfront ta’ Ann, Tonio u Francis, kont tilliberaha għax hi personali baqgħet fidila lejn żewġha? Busuttil, jekk int verament temmen li min jiftaħ kumpaniji f ’postijiet magħrufa bħala ‘tax haven’ bħall-Panama u l-British Virgin Islands, huwa korrott, allura int ma temminx li kull min daħħal xi kemxa flus biex għen biex jinfetħu dawn il-kumpaniji, dan ukoll għamel xi dnub tal-abbatini (skont Ann Fenech)? Jew intkom tistgħu tagħmlu kollox għax imberkin mis-sema? TICHY, Il-FGURA
PANAMA PAPERS
Sur Editur,
SIMON BUSUTTIL – FALLIMENT TOTALI Sur Editur,
Hemm diversi fatti li juru ċar kemm verament Simon Busuttil falla bħala Kap talPN kif ukoll bħala Kap talOppożizzjoni. Mhux hekk biss, iżda l-istess fatti juru li assolutament m’hemm l-ebda differenza bejn meta l-PN kien immexxi minn Lawrence Gonzi għal Simon Busuttil. Se nagħti żewg provi biss għax inkella nieħu ħafna spazju prezzjuż lill-editur. Qabel l-aħħar elezzjoni, il-Kap tal-PN Lawrence Gonzi żamm għalkollox mistur minn kulħadd id-dejn enormi li kien tabba bih ilPN. Lawrence Gonzi wara diversi snin ma rnexxilux isolvi l-problema akuta ta’ djun kbar li kellu l-istess partit, tant li wara l-aħħar elezzjoni l-PN kellu jagħlaq l-istamperija tiegħu u jkeċċi diversi ħaddiema li għal snin twal taw servizz lill-PN. Simon Busuttil għamel eżatt kif għamel Lawrence Gonzi u żamm mistur u moħbi, anke VALERIE BORG, mit-tesserati Nazzjonalisti, IL-BELT VALLETTA id-djun kbar li għandu l-PN.
Il-Panama Papers għadhom jiddominaw ix-xena politika bi skandlu akbar milli kien il-każ ‘profumo’ bosta snin ilu. Malta hija it-tmien post li għandha nies assoċjati mal-Panama papers, u warajha hemm ir-Renju Unit. Hemm preċiżament 714-il persuna mċappsa mal-karti tal-Panama. Jidher ċar li l-Maltin għandhom il-Panama marbuta ma’ qalbhom, iżda ninsab ċerta li ħafna bħali bilkemm kienu jafu bl-eżistenza tal-Panama aħseb u ara l-Panama Papers. It-Tnejn filgħaxija, preċiżament fid-9 ta’ Mejju, ġie żvelat li hemm ukoll Nazzjonalisti li kienu parteċipanti f ’dan l-iskandlu: Ann Fenech, l-eks-Ministru Francis Zammit Dimech, l-eks-Ministru Ninu Zammit u l-eks-Ministru Tonio Fenech. Dawn in-nies ‘sigrieti’ għandhom il-wiċċ jgħajruna kemm jifilħu meta għandhom ankra bħal din iżommhom marbutin mal-Panama. Min ħin għall-ieħor qed nistenna lil Ann Fenech tgħid li dan ukoll huwa dnub tal-abbatini! Bħas-soltu, Simon Bussutil ma sab xejn ħażin f ’din il-biċċa xogħol u qabeż għad-dixxipli tiegħu qiesu xi Robin Hood qed jaqbeż għall-Merry Men. Personalment,nemmen li dawk li indagaw fil-Panama Papers huma korrotti u min jaqbeż għalihom ma huwa xejn ħlief korrott daqshom. Ma hemmx kelma oħra. Dawn innies kollha ‘mafja’.Jekk bniedem jgħaddi ħdejn raġel qed jimbotta ieħor waqt li tkun ġejja ferrovija u ma jippruvax jgħinu, nemmen li huwa qattiel daqsu! Fejn hu dak iddiskors li qal Simon Bussutil, li huwa kontra l-korruzzjoni? Mela meta l-korruzzjoni tapartieni lilhom ibiddilha l-storja? Tabilħaqq, din hija prova ċara ta’ kemm dan il-bniedem mhux serju. Mhux serju bħala bniedem aħseb u ara mexxej ta’ Malta!
Lanqas biss irid jgħid kemm verament hi ċ-ċifra ta’ djun li għandu l-istess partit; eżatt kif kien għamel Lawrence Gonzi. Imbagħad, Simon Busuttil irid li l-Gvern jippubblika kull kuntratt li jagħmel l-għada stess li jkun sar il-ftehim. Mhux ta’ b’xejn li ħafna ma jemmnuhx lil Simon Busuttil meta għallpropaganda jgħid li jrid politika trasparenti. U l-falliment ta’ Simon Busuttil kompla jikber meta wara tliet snin mhux talli ma solviex il-problema ta’ djun li għandu l-PN, talli l-PN kellu joħroġ b’sistema ta’ self li finanzjarjament tintenn aktar minn fossa mimlija drenaġġ, għax min se jagħti eluf ta’ ewro se jibqa’ anonimu u mistur minn kull għajn. Il-falliment ta’ Simon Busuttil ikompli jikber aktar meta wieħed jagħmel paragun ma’ dak li wettaq Joseph Muscat bħala Prim Ministru fi tliet snin: meta ħoloq l-akbar ċifra ta’ nies jħadmu, meta niżżel l-anqas ċifra ta’ nies bla xogħol, meta ġab l-akbar numru ta’ turisti u l-akbar ammont ta’
investiment barrani, fost affarijiet oħra li qed igawdi minnhom il-poplu Malti. Simon Busuttil m’għandu l-ebda responsabbiltà ta’ amministrazzjoni ħlief li jmexxi Oppożizzjoni, negattiva mimlija diskors ta’ propaganda falza. B’dankollu, il-PN fallut kien u fallut għadu taħt Simon Busuttil. Simon Busuttil falla wkoll meta l-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista David Agius inqabad jikkopja diversi drabi waqt eżamijiet fl-Università fi żmien ittmexxija ta’ Lawrence Gonzi u Simon Busuttil, għax hu eżatt bħal Lawrence Gonzi, żamm lill-istess David Agius bħala Whip. Iva, minn daqstant MPs Nazzjonalisti Simon Busuttil ma sabx lil min ipoġġi bħala Whip minflok lil David Agius?! Lanqas ħaqq kemm għajjat,“Barra, barra, barra,” Simon Busuttil. Għax biex mhux kapaċi li jpoġġi Whip ġdid flok David Agius verament falla mija fil-mija. WILLIAM TELL, RAĦAL ĠDID
TA’ BARRA
kullhadd.com
15|05|2016 15
GVERN ĠDID, PROBLEMI ANTIKI LIAM GAUCI liam@kullhadd.com
ja Brażiljana, fatt li għamel is-sistema ta’ benefiċċji attwali insostenibbli. Għaldaqstant, Meirelles huwa mistenni li jressaq diversi proposti biex din is-sitwazzjoni tkun korretta, fost dawn hemm l-introduzzjoni ta’ età minima għall-eliġibbiltà għall-pensjoni, kif ukoll it-trażżin tal-prassi ta’ pensjonijiet li xi jintirtu.
Nhar il-Ħamis li għadda, is-Senat Brażiljan iddeċieda, b’vot ta’ 55 favur u 22 kontra, li jiftaħ investigazzjonijiet formali fil-konfront tal-President Dilma Rousseff fuq l-akkuża li mmanipulat il-kontijiet pubbliċi biex taħbi d-daqs tad-defiċit ta’ pajjiżha qabel l-elezzjoni tal2014. Din is-sospensjoni hija waħda temporanja b’terminu massimu ta’ sitt xhur. L-investigazzjoni senatorjali se tkun ippreseduta mill-Imħallef Prinċipali tat-Tribunal Federali Suprem Ricardo Lewandowski. Sadanittant, post Rousseff ħadu l-Viċi President Michael Temer, il-mexxej tal-Moviment Demokratiku Brażiljan, li diġà nnomina l-Kabinett il-ġdid tiegħu.
Bidu ħażin?
tigazzjoni li nfetħet il-Ħamis li għadda biex tittieħed din id-deċiżjoni; eventwalità li tidFl-aħħar diskors tagħha bħala her possibbli ħafna fil-klima president, Rousseff baqgħet politika attwali. tisħaq li hija mhix ħatja tal-akkużi li saru fil-konfront tagħha Sitwazzjoni prekarja u ddeskriviet il-vot tas-Senat illegali. Hija sostniet ukoll li ma Bosta osservaturi politiċi qegħkinitx qiegħda tistenna li mat- din jistennew kuntrast sostanzul ħajjitha se terġa’ ssib ruħha jali bejn it-tmexxija ta’ Rousseff tiġġieled kontra kolp ta’ stat u dik ta’ Temer. Dan tal-aħħar ieħor, b’referenza għall-passat għandu politika b’valuri lemtagħha bħala militanti komunis- inin, b’interess partikolari ta fejn iġġieldet kontra dittatura fit-tneħħija tal-bosta barrieri militari li mexxiet il-pajjiż bejn burokratiċi li qegħdin iżommu l-investiment privat ’il bogħod l-1964 u l-1985. Minkejja r-reżistenza tagħha, mill-Brażil. Mil-lat soċjali, Temer s’issa il-vot qawwi kontriha fis-Senat qiegħed jindika li s-sospens- qiegħed isostni li se jippriserjoni tal-presidenza ta’ Rousseff va l-programmi ta’ assistenza mhux se ddum wisq biex issir pubblika għal min hu fil-bżonn. permanenti. Dan għax hemm Madankollu, huwa ta x’jifhem li bżonn l-appoġġ ta’ żewġ terzi se jimponi politika ta’ awsterità tas-senaturi fi tmiem l-inves- f ’setturi oħra biex jikkontrolla Reżistenza
d-dejn nazzjonali li tela’ minn 57.2% għal 66.2% mill-2014 għall-2015. Skont analiżi li saret mill-Istitut Brażiljan għall-Ekonomija, think tank rispettat ta’ dan ilpajjiż, taħt Rousseff is-sitwazzjoni ekonomika tal-Brażil kienet mistennija tiggrava u mhux titjieb fl-2016 hekk kif kien stmat li d-dejn nazzjonali se jlaħħaq it-82.7% sa Diċembru. Sfida kbira Il-missjoni biex titranġa din is-sitwazzjoni ngħatat lill-Ministru għall-Finanzi l-ġdid Henrique Meirelles; figura rispettata f ’pajjiżu hekk kif mexxa l-Bank Ċentrali tal-Brażil tul is-snin talboom ekonomiku bejn l-2003 u l-2011. Waħda mill-akbar sfidi li se jkollu quddiemu Meirelles hija
PROĠETT LI FALLA? RITIANNE AGIUS ritianne@kullhadd.com
Rapport li sar minn Kumitat tal-Parlament Ingliż iddeskriva l-Operazzjoni Sofija bħala proġett li ma jistax jilħaq il-miri tiegħu. Din l-operazzjoni kienet tnediet mill-Kunsill Ewropew f ’Mejju tas-sena l-oħra wara serje ta’ traġedji li ħallew mijiet ta’ immigranti mgħerrqa fil-Mediterran. Għall-kuntrarju ta’ operazzjonijiet oħra passati, bħal Mare Nostrum tal-Italja, li kienu ffukati fuq tiftix u salvataġġ, Sofija tikkonċentra iktar fuq it-twaqqif tat-traffikanti. L-Operazzjoni Sofija kellha tkun maqsuma fuq tliet fażijiet, bl-ewwel fażi li kienet tinvolvi l-ġbir ta’ informazzjoni sensittiva dwar in-negozju tat-traffikar, kif ukoll it-taħriġ u t-trasferiment tas-suldati. It-tieni fażi bdiet f ’Ottubru li għadda u, skont dokument ta’ Jannar 2016 ippubblikat mill-
Wikileaks, din kienet maqsuma f ’żewġ fażijiet oħra: 2A u 2B. Filwaqt li l-fażi 2A kellha topera f ’ibħra internazzjonali, il-fażi 2B kellha tidħol f ’ibħra territorjali Libjani. It-tielet fażi kienet tinvolvi koperazzjoni diretta mal-awtoritajiet Libjani għall-qbid u l-arrest tat-traffikanti. Fid-dokument maħruġ millWikileaks, il-Kmandant re-
sponsabbli mill-operazzjoni, Enrico Credendino, kien sostna li minn perspettiva militari huwa kien lest biex imexxi l-operazzjoni fil-fażi 2B; jiġifieri f ’ibħra territorjali Libjani. Madankollu, wissa li mill-aspett politiku u legali kien hemm diversi ostakli, ewlenija fosthom il-poter li jarrestaw it-traffikanti, kif ukoll f ’liema pajjiż dawn se
r-riforma tas-sistema tal-pensjonijiet. Din is-sistema hija meqjusa bħala waħda ineffiċjenti u ġeneruża żżejjed għal diversi raġunijiet. Attwalment, bħala medja, il-Brażiljani jirtiraw fl-età ta’ 54 sena. Numru konsiderevoli minnhom jirnexxilhom jieħdu pensjoni li hija bosta drabi akbar mill-paga minima nazzjonali. Jekk dan ma kienx biżżejjed, f ’xi każijiet is-sistema pensjonistika tippermetti wkoll lill-eredi li jirċievu l-pensjoni tas-sieħeb jew ġenitur tagħhom għal snin twal. Fis-snin li għaddew, din is-sistema kienet sostenibbli grazzi għad-dħul kbir li l-pajjiż kien jagħmel mill-esportazzjoni ta’ riżorsi naturali. Madankollu, il-kollass fil-prezz ta’ riżorsi bħaż-żejt kellhom effett negattiv ħafna fuq l-ekonomi-
Sfida aktar fl-immedjat għallGvern ta’ Temer hija dik li jgħaqqad il-pajjiż wara xhur ta’ inċertezza politika u tensjonijiet soċjali. Madankollu, diġà hemm min qiegħed isostni li Temer beda fuq nota ħażin jekk verament irid jilħaq dan l-għan. Dan għax, l-għażla tal-Kabinett il-ġdid tiegħu eskludiet diversi faxex prominenti fis-soċjetà Brażiljana. Fil-fatt, mit-23 ministru li nnomina, m’hemmx mara waħda, b’kuntrast mas-7 li kienu jagħmlu parti mill-Kabinett ta’ Rousseff. Barra minn hekk, kien innutat ukoll in-nuqqas ta’ persuni Afro-Brażiljani, fatt li huwa sorprendenti meta wieħed jikkunsidra li madwar 51% tal-popolazzjoni jidentifikaw ruħhom ma’ din l-etniċità. Kif semmejna aktar ’il fuq, għalissa l-presidenza ta’ Temer hija biss waħda temporanja sa massimu ta’ sitt xhur f ’liema żmien trid tkun konkluża l-investigazzjoni senatorjali. Jekk il-każ, kif inhu mistenni, jinqata’ kontra Rousseff, Temer jingħata l-opportunità li jkompli jmexxi l-pajjiż sal-aħħar tal-leġiżlatura attwali li se tintemm fl-2018.
jgħaddu ġuri. Problema oħra kienet in-nuqqas ta’ struttura li biha l-Operazzjoni Sofija setgħet taħdem f ’sinerġija ma’ operazzjonijiet internazzjonali oħra li jista’ jkun hemm fil-Libja iktar ’il quddiem. Ir-rapport tal-Kumitat Parlamentari Ingliż ippubblikat din il-ġimgħa jikkonferma li fil-fatt l-operazzjoni baqgħet qatt ma pproċediet għallfażi 2B. Ir-rapport Ingliż, fost ir-raġunijiet li jelenka għall-fatt li fl-opinjoni tiegħu din l-operazzjoni mhux qed tirnexxi, isemmi li din mhux qed topera f ’ibħra territorjali bħalma kien miftiehem, iżda qed taħdem biss f ’ibħra internazzjonali. Ir-rapport jgħid ukoll li l-ħtif u t-tkissir ta’ bastimenti tal-injam fil-Libja qed iwassal biss biex it-traffikanti jduru għal dinghies tal-lasktu, li huma iktar perikolużi u li qed ikunu wkoll ta’ kwalità inferjuri. Inċidentalment dan il-fattur issemma
wkoll f ’aħbarijiet separati din il-ġimgħa, fejn qed ikun issuspettat li dawn id-dinghies qed jiġu impurtati miċ-Ċina. Minkejja li r-rapport tal-Kumitat Ingliż kien negattiv, tajjeb jingħad li s’issa din l-operazzjoni kellha xi suċċessi wkoll. Biżżejjed wieħed jgħid li b’kollox ġew salvati 14,000 persuna, għalkemm din il-figura hija ferm inqas minn dik milħuqa minn Mare Nostrum. Inqabdu 114-il bastiment li huwa ssuspettat li kienu qed jintużaw għat-traffikar, filwaqt li 69 persuna suspettati li huma traffikanti ġew arrestati mill-awtoritajiet Taljani. Wieħed irid jara jekk ilpajjiżi Ewropej humiex se jqisu dawn is-suċċessi bħala raġuni valida biżżejjed biex tinżamm għaddejja l-operazzjoni, anke jekk din weħlet fit-tieni stadju, inkella hux se jaslu għall-istess konklużjoni tal-Ingilterra u jqisuha bħala falliment.
16 15|05|2016
1
kullhadd.com
TA’ BARRA
MINN MADWA
THEDDIDA SOSTANZJALI
1
Is-Servizzi Sigrieti tar-Renju Unit żiedu l-livell ta’ theddida ta’ attakk terroristiku minn gruppi repubblikani tal-Irlanda ta’ Fuq minn ‘moderat’ għal ‘sostanzjali’, it-tielet l-ogħla livell skont il-kriterji tagħhom. Dan l-iżvilupp kien żvelat mill-Ministru għall-Intern Theresa May li ma speċifikatx irraġuni għal din il-bidla ħlief li indikat li l-awtoritajiet huma mħassbin mill-movimenti li qegħdin isiru fi ħdan dawn ilforzi repubblikani. Sadanittant, hija spjegat li t-theddida li l-Irlanda ta’ Fuq stess tista’ ssib ruħha fil-mira ta’ attakki minn dawn il-gruppi baqa’ stabbli fil-livell ta’ ‘sever’, li huwa tarġa ’l fuq minn ‘sostanzjali’. Dan tal-ewwel huwa l-istess livell ta’ theddida ta’ attakki minn terroristi internazzjonali.
2
KAPITLU ĠDID
3 Il-Prim Ministru tal-Greċja Alexis Tsipras informa lillkabinett tiegħu li pajjiżu mhux se jkollu bżonn jadotta miżuri ġodda ta’ awsterità biex jingħata parti oħra mill-katina ta’ ħlasijiet li jagħmlu parti mill-bailout miftiehem mal-Istati taż-Żona Ewro. Dan is-self ġdid, li se jkun ta’ madwar €5 biljun, għandu l-għan li jagħmel tajjeb għal xi pagamenti li se jimmaturaw f ’Ġunju u Lulju. Barra minn hekk, il-Prim Ministru Grieg ħabbar li l-Istati tażŻona Ewro esprimew ir-rieda li jħallu lill-Greċja tirristruttura l-ħlas tad-dejn antik tagħha. Tsipras sostna li dan il-ftehim qiegħed juri li l-Greċja m’għadhiex iżolata u li s-sħab Ewropej tagħha huma lesti li jħallu lil pajjiżu jibda kapitlu ġdid.
DAQQA TA’ ĦARTA Mustafa Badreddine, kmandant għoli fi ħdan l-organizzazzjoni terroristika Ħeżbollaħ, inqatel aktar kmieni din il-ġimgħa f ’attakk li sar millforzi Iżraeljani fis-Sirja skont stqarrija ta’ dan l-istess grupp. L-attakk inkwistjoni kellu filmira bażi tal-Ħeżbollaħ li tinsab qrib ajruport f ’Damasku. Din kienet daqqa ta’ ħarta kbira għal dan ilgrupp hekk kif huwa maħsub li Badreddine kien il-mexxej tal-operazzjonijiet militari talĦeżbollaħ fis-Sirja fejn kien qiegħed jappoġġa l-kampanja tal-Gvern kontra r-ribelli. Iżrael ma kkonfermax l-involviment tiegħu f ’dan l-attakk mill-ewwel. Madankollu, il-Ħeżbollaħ sostnew li huma ċerti mill-involviment ta’ dan ilpajjiż fl-attakk u għalhekk qegħdin jippreparaw ruħhom biex ipattuhielhom fi żmien qasir.
kullhadd.com
TA’ BARRA
AR ID-DINJA 6
15|05|2016 17
ŻJARA STORIKA
4
1 2
6
3 5
Il-White House ħabbret li fil-jiem li ġejjin il-President Amerikan Barack Obama se jżur Hiroshima, waħda miżżewġt ibliet Ġappuniżi li kienu vittmi ta’ attakk atomiku fitTieni Gwerra Dinjija. Fil-passat diversi presidenti Amerikani evitaw li jżuru dawn is-siti biex ma jiftħux feriti antiki li setgħu kkumplikaw ir-relazzjonijiet diplomatiċi mal-Ġappun. Obama mistenni li jevita li jitkellem wisq fuq il-passat u minflok se jiffoka fuq il-futur billi jħeġġeġ lil pajjiżi oħra jżarmaw l-arsenal nukleari tagħhom ħalli titnaqqas it-theddida għall-paċi fid-dinja. Din iż-żjara se tagħmel parti minn vjaġġ akbar li se jagħmel madwar l-Asja bl-għan li jħeġġeġ lil diversi pajjiżi biex iżidu l-koperazzjoni politika u ekonomika ta’ bejniethom.
5
4
‘THE PUNISHER’
QRIB IT-TMIEM? Skont Igor Sechin, is-CEO tal-kumpanija Russa tal-enerġija Rosneft, l-Organization of the Petroleum Exporting Countries (OPEC) waslet qrib it-tmiem tagħha. Sechin, li huwa alleat kbir tal-President Russu Vladimir Putin, ilu diversi snin jikkritika din l-organizzazzjoni hekk kif sostna li m’għadhiex relevanti daqs kemm kienet fil-passat fejn jidħol il-kontroll tal-prezz internazzjonali taż-żejt. Il-kritika ta’ Sechin fl-aħħar ġimgħat issaħħet bil-fatti hekk kif il-membri tal-OPEC naqsu milli jaslu għal ftehim biex jistabbilizzaw ilprezz taż-żejt permezz ta’ politika komuni ta’ estrazzjoni ta’ dan ir-riżors naturali. Jidher li l-akbar ostaklu għal dan il-ftehim kien ittensjonijiet politiċi bejn l-Arabja Sawdija u l-Iran.
Il-Filippini għandhom president ġdid hekk kif eleġġew lilleks-Sindku ta’ Davao City, Rodrigo Duterte. Il-metodu ta’ tmexxija fi żmienu bħala sindku għenitu jiggwadanja l-laqam ta’ ‘The Punisher’ minħabba l-mod aħrax kif iffaċċja l-problema ta’ kriminalità rampanti f ’din il-belt. Dan l-istil ta’ tmexxija jidher li se jkun użat ukoll tul ilpresidenza tiegħu hekk kif diġà għamilha ċara li se jagħmel minn kollox biex irażżan il-firxa tal-kriminalità fil-pajjiż. Barra minn hekk, Duterte wiegħed li se jibda l-proċess biex jirriforma l-Kostituzzjoni bl-għan li jġib fi tmiemha s-sistema unitarja attwali li tagħti saħħa kbira lill-gvern ċentrali. Minflokha, huwa jrid jintroduċi sistema federali li tagħti aktar saħħa lill-gvernijiet reġjonali.
18 15|05|2016
kullħadd.com
MILL-ISTORJA
MILL-ISTORJA
L-AKTAR SERQA SENSAZZJONALI FL-ISTORJA
Fl-1503 Leonardo da Vinci beda jaħdem fuq l-aktar pittura famuża tiegħu, il-Mona Lisa jew La Gioconda. Meta mar Franza fuq stedina tar-Re Franġisku I, ħadha miegħu u meta miet intirtet, fuq xewqtu, mill-apprentist tiegħu Salai. Ir-Re Franġisku I xtraha u poġġieha għall-wiri fil-Palazz ta’ Fontainbleau, imbagħad irRe Luwiġi X1V ħadha miegħu fil-Palazz ta’ Versailles u wara r-revoluzzjoni tpoġġiet fil-Palazz ta’ Louvre għall-ammirazzjoni ta’ kulħadd, anki jekk għal ftit żmien biss tmexxiet għallPalazz ta’ Tuilleries biex iżżejjen il-kamra tas-sodda ta’ Napuljun Bonaparte. Bejn l-1870 u l-1871 inħbiet fi Bretanja sakemm għadda l-eqqel tal-gwerra Franko-Russa. Sparixxiet Il-Mona Lisa ttieħdet lura filMużew ta’ Louvre u baqgħet hemm sakemm fl-għodwa tatTlieta, 21 ta’ Awwissu 1911, gwardjan tal-mużew innota li l-post fejn soltu tkun imdendla l-pittura kien vojt għajr għallerba’ grampuni li jżommuha mal-ħajt. Ħaseb li kienet reġgħet inqalgħet mill-fotografu talLouvre biex joħdilha xi ritratti għal promozzjoni jew oħra. Kienet prattika li tiġri ta’ spiss u, għaldaqstant, il-gwardjan kompla b’xogħlu sakemm aktar tard avviċinah membru talpubbliku li talab biex jara l-Mona Lisa. Il-gwardjan mar biex jara kemm kien fadallu xogħol fuqha
Kitba ta’
MARY
CHETCUTI l-fotografu, imma dan tal-aħħar assigurah li hu fl-ebda ħin ma qala’ l-pittura minn postha. Ilgwardjan mar jikkonferma malkuratur imma dan ukoll qallu li ma kien jaf b’xejn. Arresti u tfittxijiet Hawnhekk, il-gwardjan beda jissoponi li ġara dak li ħadd ma kien jobsor li seta’ jiġri u beda jxoqq l-għaraq għalih. Immedjatament avża lissuperjuri tiegħu u bdiet tfixxija mal-irkejjen kollha tal-mużew, imma kollu għalxejn – il-Mona Lisa kienet sparixxiet minn taħt għajnejhom! Kif ġriet l-aħbar, Pariġi, Franza u l-madwar inħasdu. Il-pulizija fetħu investigazzjoni u bdew jiġbru n-nies biex jinterrogawhom, anke jekk sempliċiment kienu għaddejjin iġorru pakkett li mid-daqs jixbah il-pittura (76 ċentimetru tul b’50 ċentimetru wisa’). Ġie arrestat il-kittieb u poeta famuż Guillaume Apollinaire fuq suspett li kien hu li seraq il-Mona Lisa flimkien ma’ xi statwi antiki; b’dankollu hu ċaħad li kien b’xi mod implikat u ta parir lill-pulizija li aħjar jinvestigaw lill-pittur Pablo Picasso. Sintendi, Picasso ċaħad bis-saħħa kollha li kellu x’jaqsam ma’ dan il-każ u nħeles ukoll. Intant, kienet għaddejja tfixxija intensiva ma’ Pariġi u twaqqfu saħansitra check-points mattoroq kollha li jagħtu ’l barra mill-kapitali Franċiża. Bdew isiru tfittxijiet fuq bagalji u merkanzija qabel jitgħabbew
fuq ferroviji u bastimenti. Peress li l-bastiment Ġermaniż Kaiser Wilhelm II kien laħaq salpa minn Franza meta bdew it-tfittxijiet, intalbet l-għajnuna tal-Pulizija Amerikana li ma ħallewx rokna mhux spezzjonata meta l-bastiment wasal New York. Il-gazzetti Franċiżi u internazzjonali kellhom xalata sħiħa joħorġu aħbar fuq l-oħra u tellieqa min sa jkun tal-ewwel li jippubblika l-aġġornamenti dwar dik li bdiet tissejjaħ l-ikbar u l-iktar serqa sensazzjonali tas-seklu. Rivisti popolari bdew jisparaw ipotesi wara l-oħra dwar min seta’ kien il-moħħ wara din is-serqa; daħlu saħansitra f ’pika bejniethom min joffri l-ogħla somma bħala rigal għas-sejba tal-Mona Lisa jew, kif inhi magħrufa malFranċiżi, La Joconde. Il-qlajjiet ma naqsux lanqas. Għand il-pulizija bdew jidħlu rapporti kontinwi li l-Mona Lisa ntlemħet f ’postijiet fil-Ġermanja, ir-Russja, l-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel u anke l-Ġappun. M’għandniex xi ngħidu, l-awtoritajiet ħadu dawn ir-rapporti kollha bisserjetà u għamlu kemm setgħu biex jikkonfermawhom, imma l-kapolavur ta’ Leonardo baqa’ ma nstabx. F’Settembru tal1911, il-Mużew ta’ Louvre reġa’ fetaħ il-bibien u l-pubbliku kien imur jiċċassa lejn l-erba’ grampuni, li sa ftit gimgħat qabel kienu jerfgħu l-piż tal-Mona Lisa, qishom qed jistennew rivelazzjoni minnhom. Iż-żmien beda jgerbeb ġmielu u kulħadd beda jaqta’ qalbu li l-pittura għad tinstab u l-gazzetti bdew ftit ftit idawru l-attenzjoni tagħhom fuq affarijiet aktar attwali. Misruqa minn ‘patrijott’ Għodwa waħda, f ’Novembru 1913, in-negozjant tal-arti Alfredo Geri ssorprenda ruħu bil-kbir meta rċieva ittra flistabbiliment tiegħu ta’ Firenze ffirmata minn ċertu ‘Leonard’ li qallu l-Mona Lisa kien ħadha hu wara li nħakem minn sentiment
qawwi ta’ patrijottiżmu u ddeċieda li jirritornaha lejn l-Italja mnejn, skont hu, Napuljun Bonaparte kien seraqha. ‘Leonard’ kompla l-ittra tiegħu billi tenna li, għalkemm ma kienx qed jippretendi ħlas għaliha, kien jieħu gost kieku jirċievi kumpens fi flus għarrigal li kien qed jagħti lill-poplu Taljan. Alfredo Geri ġera b’din l-ittra għand Giovanni Poggi, idDirettur tal-Galleria degli Uffizi, wieħed mill-isbaħ mużewijiet tal-arti fl-Italja. Giovanni Poggi kellu xi ritratti mibgħutin mil-Louvre ta’ marki ta’ awtentiċità moħbijin fuq ilpittura li ħadd ma seta’ jkun jaf bihom u jekk dan ‘Leonard’ jiġi b’Mona Lisa ffalsifikata kienu se jindunaw. Għaldaqstant, irranġaw appuntament miegħu u, wara ftit intoppi, fil-11 ta’ Diċembru 1913, tfaċċa quddiemhom raġel żagħżugħ li wara l-introduzzjonijiet talabhom jimxu miegħu sal-Lukanda Tripoli-Italia, daħħalhom fil-kamra ċkejkna tiegħu u minn taħt is-sodda ħareġ bagoll qadim u fetħu. Poggi u Geri baqgħu ħalqhom miftuħ iħarsu lejn il-pittura awtentika tal-Mona Lisa mgeżwra f ’biċċa drapp tal-ħarir aħmar u moħbija fil-qiegħ falz tal-bagoll. Giovanni Poggi u Alfredo Geri spjegaw lil ‘Leonard’ li qabel jgħaddulu xi ħlas ta’ kumpens riedu jivverifikaw ħafna affarijiet mal-Gvern Taljan u talbuh jibqa’ fil-lukanda jistenna risposta mingħandhom. ‘Leonard’ deher li fehem u, ferħan se jtir, baqa’ f ’kamartu jistenna r-rigal. Ftit sigħat wara ġera biex jiftaħ il-bieb ta’ kamartu meta ġew iħabbtulu; ħasibhom ġew bilflus imma minflok sab żewġ uffiċjali tal-pulizija li arrestawh u ħaduh magħhom. Fit-13 ta’ Diċembru 1913, il-Gvern Taljan ħareġ stqarrija uffiċjali dwar issejba tal-pittura u, fl-4 ta’ Jannar 1914, il-Mona Lisa rritornat lura f ’postha fil-Mużew ta’ Louvre biex tistrieħ fuq l-erba’ grampuni tagħha.
Fl-awla ‘Leonard’ kien Vincenzo Peruggia, raġel ta’ 32 sena, imwieled fil-provinċja ta’ Varese, l-Italja, li kien emigra lejn Franza biex jaħdem bħala bajjad. Għal ftit żmien ħadem fil-Mużew ta’ Louvre u b’hekk kien midħla sew tiegħu. Fl-4 ta’ Ġunju 1914, beda għaddej ġuri fl-Italja stess, anke għall-fatt li Franza ma kellha l-ebda interess testradih. F’awla mimlija daqs bajda, bejn pubbliku kurjuż u ġurnalisti u fotografi jistennew bla sabar l-iċken sensazzjoni, Peruggia ħerqan irrakkonta kif fil-jum tal-Ħadd kien inħeba f ’kamra żgħira taħt taraġ filmużew u raqad il-lejl fiha biex l-għada t-Tnejn, meta l-Louvre jibqa’ magħluq għat-tindif u manutenzjoni, ħareġ millkamra, xeħet l-ilbies ta’ bajjad fuqu, qala’ l-pittura tal-Mona Lisa minn mal-ħajt u lebbet biha ’l barra minn bieb fuq wara. Sintendi, il-ħafna marki tas-swaba’ li ħalla warajh kollha qablu ma tiegħu. Meta l-imħallef staqsieh jekk seraqx din il-pittura għax kienet l-aktar waħda għalja filvalur mill-kollezzjoni kollha tal-mużew, Vincenzo Peruggia pront wieġeb li seraq lilha għax kienet l-iżgħar u l-eħfef, filwaqt li kompla jinsisti li dak li għamel kien kollu bi mħabba għall-Italja u kien ħaqqu talinqas ikun ittrattat ftit aħjar! L-imħallef u n-nies kollha flawla raw l-att umoristiku flazzjoni ta’ dan il-bniedem ta’ dehra umli u saħansitra sinċier. Ingħata sentenza ta’ sena u 15-il jum ħabs li ġew imnaqqsa għal seba’ xhur wara l-appell u ġie lliberat għax kien diġà għamel żmien arrestat. Ftit żmien wara Peruggia wera ruħu tassew patrijott meta ddefenda lil pajjiżu kontra l-invażjoni Awstrijaka u ma’ tmiem il-Gwerra l-Kbira reġa’ mar jgħix Franza. Jingħad li kien iħobb iżur il-Mużew ta’ Louvre u jieqaf jitpaxxa bittbissima enigmatika tal-Mona Lisa.
MILL-ISTORJA
kullhadd.com
15|05|2016 19
L-IRVELLIJIET KONTRA L-LIEVA FI NEW YORK
kitba ta’ kien kenn għal ħafna millALFRED CONSIGLIO popolazzjoni Ġermaniża, Pollakka, Taljana u Lhudija Il-belt ta’ New York, f ’nofs is- tal-belt. Anke l-Irlandiżi, li snin ħamsin tas-seklu dsatax, kienu telqu arthom sa mis-snin kienet saret magħrufa bħala għoxrin, kienu jgħixu hemm. belt ta’ kulturi differenti. Il- Magħhom kienu jgħixu wkoll ilmewġa ta’ immigranti Ewropej, popolazzjoni ta’ ġilda skura. jaslu fil-portijiet tal-belt kuljum, Mal-bidu tal-Gwerra Ċivili, New kienet ikkawżat żieda enormi York bagħtet aktar minn 50,000 fil-popolazzjoni sas-sena raġel għall-gwerra. Ħafna 1860. Ħafna mill-immigranti mill-fqar, li kienu ngaġġaw kienu morda u mejtin bil-ġuħ biex jaħarbu mill-faqar, sabu li minħabba vjaġġ iebes, u waslu jiġġieldu fi gwerra kien agħar. fi New York grati li se jsibu Ħafna li rritornaw, inkapaċitati x-xogħol. fiżikament, ma sabux xogħol. Ħafna mill-immigranti għexu Sas-sajf tal-1863, New York kien f ’Manhattan, u sabu xogħol belt maqsuma. Il-popolazzjoni fil-baċiri, f ’fabbriki, u bħala fqira tħabbtet biex tmantni sefturi mal-familji sinjuri. Il- l-familja waqt li kienet tgħix kundizzjonijiet tal-ħajja kienu fi djar maħmuġin fost delitti, mill-agħar. Ma kinitx xi ħaġa korruzzjoni, prostituzzjoni u rari li ssib ħames familji ffullati vizzji oħrajn. f ’appartamenti ta’ żewġ kmamar. Annimali, bħal qżieqeż Il-kriminalità f ’Manhatten u tiġieġ, kont issibhom jiġġerrew fit-toroq, u jgħixu mas-sidien. Manhattan kienet magħrufa Id-distrett notorju magħruf wkoll għal gangs kriminali. Fost bħala Ħames Ponot, imsejjaħ dawn kien hemm il-Bowery hekk minħabba l-qasma salib Boys, immexxija minn Chuck ta’ ħames ponot tat-triqat, Connors (1852-1913), li kien
politiku interessanti u magħruf bħala l-Boss ta’ Chinatown. IdDead Rabbits kienu mmexxijin minn Kit Burns (1831-1870), li kien imexxi salun u sid talWater Street. Gang ieħor kien l-Eastman Gang, immexxi minn Jack Zelic (1882-1912), maqtul minn Red Phil Davidson (1882?) fl-1912; il-gang Five Points kien immexxi minn Louis Pioggi (1889-?), magħruf bħala Louie l-Għoqda, li qatel lil Kid Twist (1884-1908), membru tal-Eastman Gang, fuq tfajla żeffiena. Gang ieħor kien ilLeslie Gang immexxi minn Jimmy Hope (1836-1905), ħalliel ta’ bank, li ħa sehem fisserqa tal-Manhattan Savings Institution fl-1878. Gang li fih kienu involuti n-nisa kien ilMandelbaum Gang, li fi ħdanu kien hemm Sophie Lyons (1848-1924), l-aktar kriminali mfittxija mill-pulizija fil-pajjiż, u Old Mother Hubbard, li isimha proprju kien Margaret Brown (1828-?), ħalliela tal-bwiet u tisraq mill-ħwienet u wkoll kriminali magħrufa.
Sadanittant, il-familji tat-tajjeb kienu jgħixu fi nħawi għonja fi djar lussużi, u kienu jfasslu l-politika lokali. Matul is-sajf tal-1863, ilĠeneral tal-Konfederazzjoni, Robert E. Lee (1807-1870) mexxa lis-suldati lejn rebħa f ’Winchester, Virginia. Innies ta’ New York ippanikjaw. Id-Dipartiment tal-Gwerra flUnjoni ordna lieva, però jekk xi ħadd kien iħallas is-somma ta’ $300 kien ikun eżentat. It-tensjoni tisplodi Il-liġi qanqlet għadab kbir. Ilpumpiera voluntiera ta’ New York qabel kienu eżentati, iżda issa le. Il-foqra kienu rrabjati. New York, diġà f ’sitwazzjoni ta’ tensjoni etnika u razzjali, kienet waslet li tisplodi. Fit-13 ta’ Lulju 1863, bdiet tinġema’ ġgajta ta’ ħaddiema talfabbriki, tal-ferroviji u tal-baċiri. Issejjaħ waqfien mix-xogħol u l-folla bdiet miexja lejn l-uffiċini tal-lieva, b’kartelluni bil-kliem ‘Lieva Le’. Is-sindku sejjaħ
għall-milizja biex tipproteġi l-uffiċini. Il-pumpiera tal-Engine Company waslu quddiem l-uffiċini, u wieħed minnhom waddab ġebla lejn it-twieqi, u l-bini ngħata n-nar. Fi ftit sigħat bini ieħor tqabbad, u beda s-serq. Nies ta’ ġilda skura bdew ikunu attakkati u mogħtijin innar. Però, il-qerda ma kinitx l-għan tal-grupp inizjali li beda l-protesti. Mira vulnerabbli kienet irRefuġju għall-Orfni ta’ ġilda skura, li fih kien hemm 233 tifel u tifla. Mal-wasla tal-ġemgħa, it-tfal inħarġu barra mill-bieb ta’ wara, però l-bini ngħata n-nar u nqered fi ftit minuti. Il-folla attakkat id-djar tas-sinjuri u, filgħaxija, l-uffiċini tal-ġurnal New York Tribune sfaw attakkati. Il-protesti komplew għal xi jiem, u ntemmu fit-18 ta’ Lulju 1863. Il-Ġeneral John Wool (1784-1869) ordna lis-suldati tal-infanterija biex irażżnu lillfolla. Skont rapporti, 73 suldat u 125 pulizija sfaw feruti, u 500 persuna nqatlu.
KALEJDOSKOPJU
20 15|05|2016
kullħadd.com
KURŻITAJIET
TĦADDINA TA’ MĦABBA TA’ 4,800 SENA BEJN L-OMM U T-TARBIJA Fatti miġbura minn
CHARLES B.
SPITERI
ĠRAW BĦAL-LUM
1918: Jibdew l-ewwel titjiriet tal-posta Amerikana bejn Washington, Philadelphia u New York. 1940: Jibdew jinbiegħu l-kalzetti tan-nylon mingħand DuPont fl-Istati Uniti. In-nylon kien ivvintat fl-1935 minn Wallace Cartothers. 1941: It-titjira tal-ajruplan jet, il-Closter-Whittle E 28/39 itir b’suċċess fuq Cranwell, l-Ingilterra. Il-magna tal-jet inħadmet minn Frank Whittle, inġinier tal-avjazzjoni Ingliż u pilota, u meqjus bħala l-inventur tal-magni jet. Madankollu jirriżulta li l-ewwel titjira b’suċċess b’kunċett ta’ magna saret b’ajruplan Ġermaniż Heinkel He178 iddisinjat Kienet sejba ideali għal Jum minn Joachim Pabst von Ohain, fis-27 ta’ Awwissu, 1939. l-Omm. Fi skavar li wettqu 1948: Attakk fuq Iżrael mill-Eġittu, is-Sirja, il-Ġordan, il- l-arkeologi sabu l-fdalijiet ta’ Libanu u l-Iraq, wara li l-ġurnata ta’ qabel il-pajjiż iddikjara omm żagħżugħa b’tarbija, l-indipendenza tiegħu. L-attakk idum kważi sena meta marbutin bi tħaddina ta’ 4,800 sena. twaqqfu l-fruntieri temporanji magħrufa bħala l-Green Line. Din is-sejba mill-aqwa kienet Il-ħolqien ta’ Iżrael bħala stat indipendenti kien miċħud milfost 48 oħra misjuba fl-oqbra Lega Għarbija sa mill-bidu tiegħu. f ’Taiwan, li jinkludu wkoll fossili ta’ ħamest itfal. 1970: Il-President Richard Nixon jappunta lil Anna Mae Hays u lil Elizabeth P. Hoisigton bħala l-ewwel ġenerali nisa tal-Armata fl-Istati Uniti. 1972: George Wallace, il-Gvernatur ta’ Alabama, jintlaqat minn tir u jibqa’ paralizzat waqt li jkun jikkampanja għall-presidenza tal-Istati Uniti.
Skont ir-riċerkaturi, l-omm kienet twila 160ċm, jew ħames piedi u żewġ pulzieri. It-tarbija li kellha f ’idejha kellha tul ta’ 50ċm, ftit aktar minn pied u nofs. Minn dak li nstab millcarbon dating, il-fossili jmorru lura għaż-Żmien Neolitiku, perjodu qrib Żmien il-Ħaġar. L-iskavar beda f ’Mejju tal-2014
u ħa sena biex l-arkeologi lestew. Mill-fdalijiet kollha misjuba fl-oqbra antiki ferm, par minnhom ilkoll sebaq ilkumplament. Meta kixfuhom, l-arkeologi kollha u l-ħaddiema li kien hemm magħhom baqgħu tabilħaqq skantati, jaraw dik l-affezzjoni bejn l-omm u t-tarbija.
MIN JAF JEKK TAQAGĦLEK LABRA!
1974: Skola tinħataf qrib il-fruntiera Libaniża. Jinqatlu 16il student flimkien ma’ tliet Palestinjani armati li ħatfuhom. Meta t-truppi Iżraeljani jattakkaw l-iskola, ilPalestinjani jixħtu l-hand grenades. 1981: Toħroġ mill-produzzjoni l-20,000,000 Volkswagen Beetle mil-linja tal-produzzjoni fi Puebla, il-Messiku. 1982: Waqt l-ewwel attakk fl-art fuq il-forzi Arġentini filGżejjer Falkland, il-commandos Ingliżi jeqirdu 11-il ajruplan u post enormi tal-munizzjon. 1993: Commandos Franċiżi bil-maskri jilliberaw sitt ibniet żgħar u lill-għalliema tagħhom (Ms Dreyfus) u jisparaw u joqtlu lil Eric Schmitt, li sejjaħ lilu nnifsu l-Bomba Umana. B’hekk temmew kriżi ta’ jumejn meta l-iskola tattfal iż-żgħar inħatfet f ’Pariġi. 2006: Imħallef jakkuża formalment lil Saddam Hussein b’atti kontra l-umanità. Saddam jiċħad dawn l-akkużi u jinsisti li hu għadu l-President tal-Iraq u li l-Imħallef m’għandux ġuriżdizzjoni biex jakkużah. F’Novembru jinsab ħati tal-akkużi kontra l-umanità u jiġi ssentenzjat għall-mewt bit-tgħalliq u ġie mgħallaq fit-30 ta’ Diċembru. 2006: Id-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti jħabbar li se jerġa’ jiftaħ ir-relazzjonijiet diplomatiċi mal-Libja. Hu ddeċieda li wara kważi 30 sena jneħħi lil-Libja mil-lista talpajjiżi li jgħinu fit-terroriżmu. Raġel Indjan isostni li l-manjetiżmu li għandu hu xi 2012: Il-Beau Sancy, djamant mill-eqdem u l-aktar magħruf ħaġa tal-biża’, tant li qed juri fid-dinja, jinbiegħ fi rkant fl-Iżvizzera għal €9 miljun. t-talent li deher fih billi jwaħħal Dan id-djamant kien jintiret fil-familji rjali fl-Ewropa u miegħu mgħaref, frieket u l-ewwel sidien tiegħu kienu Mary Stuart u l-ewwel re tal- affarijiet oħra tal-ħadid. Prussja. Arun Raikwar, minn Sagar, distrett ta’ Mdhya Pradesh fl2013: Pittura tal-artist Gerhard Richter kienet irkantata fi Indja, sab din il-ħila mhix tasNew York għal €32 miljun biex kisret kull rekord ta’ soltu meta ftit xhur ilu, musmar prezz mill-artisti kollha ħajjin. Qabel, Richter, ta’ 81 sena, weħel ma’ ġismu xħin kien qed kien kiseb rekord ieħor simili. jagħmel xi xogħol fid-dar. F’ritratti li ġibdulu, Arun, li 2013: Irvell vjolenti fl-Iraq iwassal biex fi tlett ijiem jinqatlu hu fotografu ta’ 37 sena, jidher aktar minn 389 persuna. iqiegħed ma’ sidru l-oġġetti
tal-ħadid – minn imsiemer sa frieket u mgħaref, biex juri lil kulħadd li ma jaqgħux. Hu qal li ma jafx xi ġralu, u lanqas jixtieq ikun jaf. Żied: “Din mhix xi ħaġa li nkun kburi biha, iżda meta n-nies jiġu jarawni nħossni speċjali, għalkemm għall-bidu bżajt kemxejn.” Sa mar l-isptar u kellem littobba, biex jiżgura li ma kien hemm xejn ħażin f ’saħħtu. Jgħid li l-aktar qawwa manjetika li għandu tinsab madwar sidru,
l-istonku u dahru. It-tabiba Shailendra Shukla, li studjat il-każ ta’ Arun qalet li dan hu fatt kurjuż tassew iżda skont hi, il-manjetiżmu li għandu mhux permanenti. Ħafna jkunu n-nies li jieqfu fejn joqgħod Arun biex jaraw il-ħila tiegħu, iżda hu jobgħod jesponi ruħu. Madankollu jammetti li jixtieq jidħol filktieb tal-kampjuni, biex xi darba l-proneputijiet tiegħu jkunu jistgħu jaraw x’kien kapaċi jagħmel nannuhom.
KUN AF
kullhadd.com
15|05|2016 21
KUN AF
IL-BEXX BIL-PESTIĊIDA
Kurżitajiet minn hawn u minn hemm Kitba ta’
SAVIOUR
MAMO
Ili nntella’ u nniżżel jekk għandix niġbed l-attenzjoni tal-qarrejja fuq il-periklu li jġib miegħu l-bexx bil-pestiċida. Dan għax mill-ewwel issib minn jgħidlek li mingħajr il-bexx il-prodotti tal-ikel imorru lura, jew inkella nfuru bl-insetti. Imma ħadd ma jgħidlek il-konsegwenzi li ġġib magħha ċerta kimika li titħallat mal-bexx Din il-kimika tagħmel ħafna ħsara lill-ambjent kif ukoll lil saħħitna. Din is-sustanza tossika qed tintuża intenzjonalment mingħajr ebda kontroll mill-bniedem biex teqred kull xorta ta’ ħajja, bħall-annimali, għasafar, insetti (bħan-naħal) u l-iktar kontaminazzjoni fil-water table. Din il-kwalità ta’ bexx qiegħda toħloq problemi kbar madwar id-dinja li l-konsumatur mhux qiegħed jinduna bihom. L-aqwa li l-prodott tal-ikel jidher sabiħ fl-għajn fis-supermar-
kets. Il-pestiċidi ma jintużawx biss fl-agrikultura imma qed jintużaw ukoll fid-djar, fl-iskejjel, fil-ħwienet, foresti, triqat, l-ajruplani u vapuri. F’kelma waħda l-pestiċidi ssibhom mifruxin f ’kull rokna tad-dinja. Insibu l-pestiċidi fl-arja li nieħdu n-nifs minnha u fl-ilma li nixorbu. L-użu tad-DDT Skont l-istorja, fl-1874, insibu li beda jintuża għall-ewwel darba speċi ta’ bexx biex inaqqas l-insetti minn fuq wiċċ ir-raba’. Fl-1939, Paul Hermann Muller, spiżjar Żvizzeru, kien skopra l-kimika DDT. Din kienet tintuża fit-Tieni Gwerra Dinjija biex tikkontrolla l-mard tal-malarja u mard tat-tifu fost it-truppi. Fl-1948, Muller kien ingħata l-Premju Nobel fil-Mediċina għal din l-iskoperta. Wara
l-gwerra, id-DDT beda jintuża fl-agrikultura. Kien jintuża mingħajr kontroll, sakemm minlok ġid bdiet issir ħsara. Fl-1962 ġie ppubblikat ktieb bl-isem The Silent Spring minn Rachel Carson, fejn tgħid li l-kimika tad-DDT qiegħda tintuża f ’ammonti kbar mingħajr ebda kontroll fuq l-uċuħ tar-raba’ bil-konsegwenza li qed teqred l-ambjent, speċjalment l-għasafar u anke l-bniedem. Din il-pubblikazzjoni qajmet ftit inkwiet fl-Istati Uniti, tant li fl-1972 din il-kimika ġiet irtirata missuq. L-Indja biss għadha sallum timmanifattura d-DDT. Kienet ħasra li damu ma indunaw il-ħsara li ġabet magħha din il-kimika. Fost l-eluf ta’ għasafar u annimali li kienu jmutu b’din il-kimika velenuża, insibu l-ajkla Amerikana ta’ għonqa abjad. Iktar kontroll Minkejja li nafu li ċertu bexx huwa perikoluż, xorta għadu jintuża. Hemm min jirraġuna li jekk iħallat din il-kimika ma’ ammont inqas ta’ ilma, l-effett ikun ikbar. Nafu wkoll li jekk bniedem jesponi ruħu ħafna bl-ambjent fejn ikun qed isir il-bexx bil-pestiċida, ikun qiegħed ipoġġi saħħtu f ’periklu kbir. F’Mejju tat-
2010, xjentisti mill-Università ta’ Monteal u l-Università ta’ Harvard, sabu li l-bexx bil-pestiċida fuq il-frott u l-ħaxix tal-ikel jirdoppja r-riskju tal-ADHD (attention deficit hyperactivity disorder)fittfal. Qalu wkoll li l-pestiċida teffettwa l-ġilda, uġigħ firras, sturdamenti u iritazzjoni fl-għajnejn. Każ eċċessiv jista’ jkun fatali. Dawn l-effetti fuq il-bniedem jistgħu jfeġġu snin wara. Instab li residenti li joqogħdu viċin l-irziezet huma suġġetti ta’ iktar mard. Teżisti ħafna informazzjoni biex il-bexx ikun ikkontrollat u mingħajr perikli. Jeżiti lbies apposta biex jintlibes waqt ilbexx biex jipproteġi l-ġisem mir-raxx tal-kimika. Hu ssuġġerit biex ix-xogħol bil-bexx isir, jekk jista’ jkun, qabel inżul ix-xemx biex in-naħla ma tkunx effettwata. M’għandux isir bexx meta jkun ħafna riħ. Ħafna mill-prodotti tal-bexx jinbiegħu b’mod ikkontrollat mill-ħwienet u mhux faċli li wieħed jaqbad u jmur jixtrih mingħajr permess. Soluzzjoni l-pestiċida
biex
tispiċċa
Aħna ma rridux li l-ikel ikun ikkontaminat. Irridu li l-arja, l-ilma u l-ħamrija jkunu nodfa
mill-kimika tossika. Il-pestiċidi għandhom jitnaqqsu jew jispiċċaw għalkollox u l-prodott agrikolu għandu jitkabbar b’mod organiku. Fil-kċina m’għandux jintuża ċertu spray biex noqtlu l-wurdien jew innemus, imma nużaw trab apposta li m’għandux rieħa u li ma jagħmilx ħsara fl-arja. Il-frott, meta jitqaxxar, xorta jkun għad fadallu persentaġġ ta’ pestiċida ġo fih. Il-frawli huwa l-iktar frott espost għall-kontaminazzjoni bilbexx. Ħafna bexx jitħallat mal-ilma tax-xita u jsib postu midfun fil-ħamrija jew fil-widien. Għadajjar kbar ukoll huma effettwati bil-pestiċida u mhux l-ewwel darba li numru ta’ ħut imut ivvelenat kaġun ta’ xi kimika tossika li tkun ħarġet minn xi impjant. Illum diffiċili tikkontrolla l-użu tal-pestiċidi għax il-bniedem hu egoist u ma jimpurtahx minn uliedna – l-aqwa li jħaxxen butu u miskin hu dak li ġej warajh. Inutli li teduka l-poplu fuq il-mezzi tal-midja għax minn widna jidħol u mill-oħra joħroġ. Jien nixtieq nistaqsi lil min hu responsabbli, jekk isirux testijiet fuq il-prodotti tal-ikel, kemm lokali kif ukoll dak impurtat, biex jaraw jekk ikunx fihom depożitu ta’ pestiċida.
kullhadd.com
22 15|05|2016
POLITIKA MATURA
Adrian Dominic Ellul Kunsillier San Ġiljan
Barra. Kienet din il-kelma li l-iktar iddistingwiet dawn l-aħħar xhur fil-politika Maltija. Kemm ilu li beda l-każ tal-Panama Papers, smajna ħafna akkużi, qdusija u, fuq kollox, gideb fuq il-Partit Laburista u l-membri tiegħu. Nistqarr li ma kienx żmien faċli li tkun timmilita filmoviment Laburista minħabba r-rabja li kien hawn fil-pajjiż għal dak kollu li huwa Laburist. Bl-aħħar żviluppi fil-każ tal-Panama Papers, il-kobba, minflok issolviet, jidher li kompliet titħabbel minħabba l-ħafna ismijiet li ssemmew, speċjalment ta’ nies viċin ħafna tal-Partit Nazzjonalista. Ħaġa li laqtitni ħafna tul dawn l-aħħar xhur kienet il-militanza u l-immaturità li wera Simon Busuttil. Minn Kap tal-Oppożizzjoni li kien xi ftit jew wisq meqjus fi kliemu, sibna Kap tal-Oppożizzjoni lest jikkritika dak kollu li jaqa’ taħt il-kappa ta’ dan il-partit. B’responsabbiltà ngħid li, għal xi żmien, f ’pajjiżna nħolqot klima ta’ politika tossika u vjolenti, b’xeni li kont noħlom li narahom biss waqt xi mass rally tal-kandidat Repubblikan Donald Trump. B’riżultat tal-għaġir tal-Kap tal-Oppożizzjoni fid-dimostrazzjonijiet ‘nazzjonali’ li organizza l-PN u l-marmalja vjolenti li rajna quddiem il-Qorti, ċerti rjus f ’pajjiżna saħnu u saħnu sew. Li ma fehemx, jew li ma jridx jifhem, għax hekk qalulu lil Simon Busuttil, huwa li Malta u niesha mxew lil hinn mill-politika tattmeninijiet. L-għajjat u t-tixjir tal-idejn m’għadux irebbaħ argumenti jew jimpressjona lin-nies. Anzi, konvint li l-Kap tal-Oppożizzjoni wera l-vera intenzjoni tiegħu fejn, min ma jkollux raġun, jipprova jħassar il-logħba.
X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI 9 ta’ Mejju
Fl-2014 ġiet irreġistrata żieda ta’ €88 miljun fuq l-2013 f ’dak li huwa nfiq mit-turisti f ’Malta
10 ta’ Mejju
Tħabbar roħs fuq 14-il mediċina oħra – roħs li varja bejn il-5% u s-26%
Il-politika ‘onesta’ u r-riga mgħawġa ta’ Simon Busuttil Li kieku Simon Busuttil ipprotesta u żamm ma’ kliemu, dan l-artiklu li qed taqra bħalissa ma kienx jinkiteb. Wara li għal xhur sħaħ smajna ħafna stejjer u xnigħat kontra Brian Tonna u l-kumpanija tiegħu Nexia-BT (li kienet intermedjarja f ’dan il-każ), il-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri u l-familji tagħhom, fl-aħħar żviluppi talPanama Papers smajna li hemm diversi esponenti u nies viċin ħafna tal-Partit Nazzjonalista implikati f ’dan l-iskandlu. Fost il-ħafna ismijiet li ssemmew hemm Boris Xerri, Rueben Balzan, Ninu Zammit, Louis Farrugia, Richard Cachia Caruana, Antonio Depasquale, Noel Buttigieg Scicluna, Dingli & Dingli, Anne Fenech u Francis Zammit Dimech. Id-difiża ta’ Simon Busuttil għal dawn l-ismijiet kienet li dawn innies ma kellhomx kontijiet jew kumpaniji fil-Panama iżda offrew isservizzi tagħhom biex jgħinu lil nies oħra jiftħu dawn il-kumpaniji. Anki jekk nemmnu l-argument ta’ Simon Busuttil, in-nies imsemmija għandhom jiġu murija l-bieb ta’ barra mill-aktar fis possibbli. Kif għedt aktar qabel, Simon Busuttil u l-alleati tiegħu (inkluż il-bloger Daphne Caruana Galizia) kienu fetħu attakk isteriku kontra l-kumpanija Nexia BT. Kif jgħid il-kittieb Saul Bellow: meta aħna nistaqsu għal parir, ħafna drabi nkunu qed nagħmlu hekk għax inkunu qed infittxu kompliċi. Ikolli ngħid li, għalkemm issemmew dawn l-ismijiet, bl-ebda mod ħadd ma jista’ jimplika li dawn għamlu xi ħaġa illegali. Is-sit elettroniku nnifsu tal-International Consortium of Investigative Journalists tilqgħek b’avviż li jgħidlek li mhux illegali jew għaġir korrott li persuna jkollha xi kumpanija f ’pajjiżi off-shore bħall-Panama jew il-British Virgin Islands. Għalkemm dan li għamlu mhuwiex korrott, ma jfissirx li dan huwa korrett. Politika korretta
Simon Busuttil can talk the talk, but he cannot walk the walk
Simon Busuttil can talk the talk, but he cannot walk the walk. Meta faqqa’ dan il-każ, Simon Busuttil qalilna li jekk ikun hemm kwalunkwe persuna mill-Partit Nazzjonalista implikata f ’dan il-każ, hu se jieħu deċiżjoni u jneħħi lil dawn in-nies mill-Partit Nazzjonalista. Għaddiet kważi ġimgħa iżda Simon Busuttil għadu ma ddeċidiex u ma ħax azzjoni. S’issa, Francis Zammit Dimech għadu membru parlamentari Nazzjonalista, Ann Fenech għadha president tal-Kunsill Ġenerali tal-PN u Richard Cachia Caruana għadu persuna viċin ħafna tal-Partit Nazzjonalista. L-unika azzjoni li ttieħdet fuq dan il-każ kienet mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Persważ li ma kinitx sitwazzjoni faċli li titlef persuna teknika u li tagħtik ċertu valur miżjud fl-oqsma tas-Saħħa u l-Enerġija bħal Konrad Mizzi, iżda kienet għażla ta’ kuraġġ u li kellha ssir. Li tilgħab gallarija u tikkritika hija l-eħfef ħaġa li tista’ tagħmel fiddinja. Anke Simon Busuttil jirnexxilu jagħmel dan. Xhieda ta’ dan huwa kif ġab ruħu l-Kap tal-Oppożizzjoni fil-każ ta’ xogħlijiet għall-voti f ’Għawdex. Iżda li tieħu deċiżjonijiet li kapaċi ma jkunux popolari u tkun kapaċi tiffaċċja l-kritika b’kuraġġ hija l-kwalitajiet ta’ mexxej u statista. Nemmen li, għalkemm ma kinux żminijiet sbieħ għal dan il-partit, kbirna minn din l-esperjenza u wrejna li kapaċi nieħdu l-passi bżonjużi biex dan ma jerġax jiġri. Bħala partit urejna li ma nibżgħux millkritika u kapaċi nieħdu deċiżjonijiet biex ma nħallu lil ħadd itappan is-suċċessi li qed inġibu lejn pajjiżna. Persważ li hemm ħafna nies imweġġgħin b’dan il-każ. Kif qal Ġużè Ellul Mercer qabli: m’iniex qiegħed fil-Partit Laburista għax għandi xi tama li dan il-partit se jsewwi d-dinja pitgħada jew sejjer ibiddel ilġimgħa d-dieħla d-drawwiet ħżiena ta’ ħuti l-bnedmin… Jien qiegħed fil-Partit Laburista għax it-twemmin tal-Partit, fil-fehma tiegħi, kien, għadu u x’aktarx jibqa’ l-aktar wieħed li jqarreb lejn is-sewwa.
OPINJONI
11 ta’ Mejju
Ġie deċiż li jsir xogħol ta’ tisbiħ fuq 102 blokki t’appartamenti tal-Gvern f ’14-il lokalità madwar Malta u Għawdex
12 ta’ Mejju
Malta rreġistrat it-tieni l-ogħla tkabbir fil-bejgħ tal-ħwienet minn madwar il-pajjiżi Ewropej kollha
13 ta’ mejju
Filwaqt li sa Marzu 2013 Malta kienet tieħu 30% biss mil-fondi Ewropej allokati lilha, issa dan tela’ għal 78%
14 ta’ Mejju
Bdiet tingħata b’xejn mediċina ġdida tad-dijabete bl-isem ta’ Gliptins
15 ta’ Mejju
Tlesta xogħol ta’ rinnovar fl-iskola sekondarja tal-Blata l-Bajda
MADWARNA
kullhadd.com
15|05|2016 23
FARSONS JIRREĠISTRA PRESTAZZJONI B’SAĦĦITHA OĦRA Simonds Farsons Cisk plc irreġistra sena oħra ta’ tkabbir b’saħħtu u profitabbli. Id-dħul totali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Jannar 2016, laħaq il-€85 miljun, li jirrappreżenta tkabbir b’saħħtu ta’ 7.2% meta mqabbel marriżultati rekord miksuba s-sena li għaddiet. Il-qligħ qabel it-taxxa mill-operat kontinwu żdied bi 22.8% għal €10.1 miljun. Il-prestazzjoni b’saħħitha għal din is-sena kienet influwenzata pożittivament minn ambjent ekonomiku dinamiku permezz ta’ sena rekord fl-ammont ta’ turisti u n-nefqa tagħhom, u żieda fid-domanda għall-prodotti ta’ Farsons mill-konsumaturi. Il-Grupp kiseb ukoll titjib sinifikanti permezz tat-twettiq tal-istrateġija tiegħu f ’żewġ oqsma; jiġifieri fl-innovazzjoni u l-esportazzjoni. Is-suċċess akbar fis-suq seħħ ukoll minħabba investimenti sinifikanti li l-bord għamel f ’dawn l-aħħar snin, fost l-oħrajn fir-riżorsi umani, fl-assi tal-operat u fl-istrateġiji tal-marketing. Farsons bħalissa qed jagħmel investiment ta’ €27 miljun għal faċilità ġdida għall-ippakkjar tal-birra. Minbarra hekk, ilkumpanija għadha kif bdiet
Farsons bħalissa qed jagħmel investiment ta’ €27 miljun għal faċilita’ l-ġdida għall-ippakkjar tal-birra twettaq proġett ta’ estensjoni fiċĊentru tal-Loġistika u l-blokka tal-amministrazzjoni li għandu jitlesta sa nofs is-sena 2017. Iċ-Chairman tal-Grupp, isSur Louis A. Farrugia, qal: “Il-Grupp Farsons għandu ammont sostanzjali ta’ proprjetà tal-Grupp li ma tiffurmax parti integrali mill-operat tax-xorb, filwaqt li għandha l-potenzjal li tipprovdi ritorn aħjar lill-azzjonisti jekk dawn l-assi kellhom ikunu mmexxija minn bord ta’ diretturi apposta u mmaniġġjati minn
tim maniġerjali ddedikat, u b’ħiliet xierqa u ħin, li jmexxu n-negozju tal-proprjetà. Bħala parti mill-pjani tagħna għallispin-off tal-assi ta’ proprjetà mhix operattiva f ’kumpanija kkwotata (plc) li għad trid tkun approvata mil-laqgħa ġenerali, qed isir ħafna xogħol bi tħejjija għal din id-deċiżjoni importanti u kumplessa. L-idea proposta ta’ riabilitazzjoni u l-bidla tal-bini tal-birrerija l-antika f ’business park b’uffiċċji, parkeġġ għall-karozzi, ċentru tal-viżitaturi, wirja dwar l-istorja ta’ Farsons, kif ukoll
ħwienet tal-ikel u x-xorb, hu investiment vijabbli li jista’ jtejjeb il-valur għall-azzjonist. Il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp Farsons, is-Sur Norman Aquilina, qal: “Il-Grupp Farsons, għal darb’oħra, kiseb prestazzjoni inkoraġġanti ħafna, b’titjib firriżultati sena wara l-oħra. Il-fatt li konna kapaċi niksbu riżultati daqshekk konsistenti matul is-snin li għaddew, minkejja kompetizzjoni ħarxa u dejjem għaddejja, ċertament tagħti kredibbiltà lill-istrateġiji tagħna. Turi wkoll ir-rieda soda tal-
Grupp u l-abbiltà tagħna li nirrispondu b’mod effettiv għal suq dinamiku li kontinwament qed jevolvi u jsir aktar kumpless. “Filwaqt li se nkomplu nassiguraw l-impenn tagħna għall-kwalità, il-Grupp qed iwettaq investimenti strateġiċi importanti li se jkomplu jgħinuna nsostnu t-tkabbir tagħna għall-futur. Minkejja l-iskala ta’ sfidi li għandna quddiemna hi waħda iebsa, qed naħdmu wkoll fuq għadd ta’ inizjattivi importanti biex niżguraw li nkomplu niksbu riżultati fis-swieq lokali u internazzjonali. Dan se nagħmluh waqt li nkomplu nġeddu u niżviluppaw il-brands tagħna,” qal is-Sur Aquilina. Il-fondi tal-azzjonisti żdiedu b’€9 miljuni u telgħu għal aktar minn €109 miljuni. L-EBITDA (il-qligħ qabel l-interessi, ittaxxa, id-deprezzament u l-amortizzazzjoni) għal din issena laħaq it-€18.7 miljun meta mqabbel mal-€17.2 miljun tassena ta’ qabel. Il-Bord tad-Diretturi qed jirrakkomanda żieda fiddividend finali biex dan ilaħħaq €3.2 miljun. Din iċ-ċifra hi €0.2 miljun aktar mill-ammont iddikjarat is-sena li għaddiet.
24 15|05|2016
kullhadd.ċom
MADWARNA
IL-BOV JIKKOLLABORA MAL-KAMRA TAL-KUMMERĊ GĦAWDXIJA BIEX JORGANIZZA SEMINAR Il-Bank of Valletta, f ’kollaborazzjoni mal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija, organizza sessjoni ta’ nofstanhar għall-SMEs fil-Fergħa ta’ BOV ir-Rabat, Għawdex. Il-parteċipanti ġew indirizzati minn Alfred Attard, Chief Officer tal-SME Financing fil-Bank of Valletta; Joseph G Grech, President tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija; Cain Grech, Maniġer fit-taqsima tal-SME Support and Development fil-Malta Enterprise; u Victoria Azzopardi, Speċjalista fil-Finanzjament mill-UE, EU & Institutional Affairs tal-Bank of Valletta. Fl-introduzzjoni, Joseph G. Grech esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-parteċipazzjoni u qal: “Għal darb’oħra, il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija hija sodisfatta li tista’ toffri dawn l-opportunitajiet lill-membri tagħha u tirringrazzja lill-Bank of Valletta għall-appoġġ tiegħu. Fl-istess ħin, nixtieq li nkompli ninkoraġġixxi lill-membri tagħna jattendu avvenimenti bħal dawn għax ikunu ta’ benefiċċju għalihom stess.” Cain Grech spjega: “Miżuri ta’ appoġġ għall-industrija huma maħsuba biex jgħinu lin-negozji jinvestu biex jikbru. Parti essenzjali minn dan l-appoġġ
huwa l-iżvilupp ta’ ġestjoni soda tar-relazzjonijiet bejn il-fornituri tas-servizzi u l-industrija, billi dawk tal-ewwel jingħataw informazzjoni strutturata ta’ kif tista’ tiġi megħjuna l-industrija.” Is-Sur Grech ta ħarsa ġenerali lejn miżuri ta’ appoġġ differenti offruti mill-Malta Enterprise, li jvarjaw minn servizzi ta’ konsulenza għal trawwim ta’ kollaborazzjoni permezz ta’ assoċjazzjonijiet u networks kummerċjali, miżuri li jipprovdu aċċess għall-finanzjament kif
ukoll għan-Netwerk Enterprise Europe. Fl-intervent tiegħu, Alfred Attard traċċa l-vjaġġ tal-Bank biex bena isem għalih innifsu bħala l-Bank għall-SMEs f ’Malta. Huwa spjega li l-Bank of Valletta rrikonoxxa li l-SMEs lokali jiġu f ’forom u daqsijiet differenti. Minkejja dan, il-karatteristiċi inerenti tagħhom spiss ifissru li l-aċċess għall-finanzjament ikun ta’ sfida, b’diversi minnhom isostnu li dawn in-negozji jippreżentaw profil ta’ riskju ogħla.
“Fil-Bank of Valletta, aħna nirrikonoxxu l-valur tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-PDG tal-pajjiż. Għalhekk, aħna ħdimna ħafna permezz tal-uffiċċju tagħna fi Brussell, biex lill-SMEs nagħtuhom aċċess għal għodod ta’ finanzjament li joffru vantaġġi uniċi, għax jindirizzaw iċ-ċirkustanzi speċifiċi tagħhom.” Reċentement, il-Bank of Valletta nieda l-BOV Jaime Financing Package li jibni fuq
l-istorja ta’ suċċess tal-predeċessuri tiegħu bħall-BOV Jeremie Financing Package u l-BOV4SME. Din l-għodda ta’ finanzjament hija r-riżultat ta’ ftehim milħuq bejn il-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) u l-Bank. Din l-għodda tisfrutta wkoll ir-riżorsi tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment tal-UE u hija kkofinanzjata mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Orizzont 2020 u r-riżorsi tal-Grupp talBEI. “Sabiex jindirizza r-restrizzjonijiet importanti ffaċċjati mill-SMEs lokali, il-Bank se jkun qed jassisti aktar minn 700 SME minn Malta u Għawdex permezz tal-BOV Jaimie Financing Package billi jipprovdi €50 miljun f ’valur ta’ finanzjament b’rata tal-imgħax imnaqqsa b’aktar minn 2%, li tirriżulta f ’rata tal-imgħax finali ta’ 3.5 %.” Filwaqt li rringrazzjat lill-Malta Enterprise u lill-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija tal-kollaborazzjoni tagħhom mal-Bank fl-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment, Victoria Azzopardi ħeġġet lill-korpi kostitwiti jkomplu jaħdmu mal-BOV biex joħolqu aktar opportunitajiet għall-SMEs biex dawn jikbru.
IMNEDIJA D-DELICATA HSBC MALTA JAPPOĠĠJA PRIVILEGE CARD KLIJENTI NEQSIN MID-DAWL HSBC qed iħabbar li se jkun qed iħaffef il-proċess ta’ installazzjoni tal-ATMs mgħammra bit-teknoloġija tal-vuċi biex b’hekk il-persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jużaw il-faċilitajiet bankarji awtomatizzati iktar faċilment. Din il-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ ATMs se tippermetti lillklijenti li jbatu minn nuqqas ta’ dawl jużaw l-ATM permezz ta’ struzzjonijiet bil-vuċi meta jqabbdu earphone normali malATM. Waqt dan il-proċess, l-iskrin tal-ATM jintefa biex ikun żgurat li jkun hemm sigurtà u privatezza għall-klijent. L-ATMs tal-HSBC li jitkellmu jinkludu servizzi ta’ ġbid ta’ flus, depożiti, tagħrif dwar il-bilanċ, u l-għażla li jinbidel il-PIN jew il-lingwa. Dan tħabbar waqt attività organizzata mill-HSBC għallmembri tal-Gozo Aid for the Visually Impaired, Torball Society of the Blind, Għaqda Maltija Persuni Neqsin midDawl u Kummissjoni Nazzjonali Persuni B’Diżabbiltà (KNPD). Il-parteċipanti li attendew issessjoni kellhom l-opportunità li jiffamiljarizzaw ruħhom matTalking ATM u jesploraw ilfaċilitajiet li din il-magna toffri. Michael Scerri, klijent nieqes mid-dawl li ilu mal-HSBC sa miż-żminijiet ta’ Mid-Med Bank, qal: “Qabel ma kellna din
Joseph Stafrace, klijent ta’ HSBC li għandu vista limitata, flimkien mal-kelb gwida tiegħu, qed juża Talking ATM tal-bank fil-preżenza ta’ Gordon Gilford u l-Kap Eżekuttiv Andrew Beane il-faċilità, kull draba li nużaw ATM kienet battikata. Issa, permezz ta’ din it-teknoloġija ġdida, inħossni fil-kontroll u ninsab kompletament konxju ta’ x’qed jiġri waqt li qed nuża l-ATM.” Waqt li kien qed jindirizza lil dawk preżenti, il-Kap Eżekuttiv
ta’ HSBC Bank Malta Andrew Beane qal: “L-HSBC Bank Malta impenjat li jibqa’ jinvesti f ’magni bħal dawn biex tkun aktar faċli għal kull klijent tagħna li jużahom. F’dan irrigward, iddeċidejna li nħaffu l-proċess tat-teknoloġija tal-vuċi fl-ATMs.”
Delicata se tneħħi l-formalitajiet u l-obbligi ta’ xiri mill-kunċett ta’ klabb tal-inbid kif s’issa konna mdorrijin bihom, u minflok qed tintroduċi skema ġdida għal min tassew iħobb l-inbid. Din il-privilege card hi maħsuba għal dawk kollha li jixtiequ jaqsmu ma’ Delicata l-imħabba li għandhom għall-inbid, ikel u ospitalità. “Nixtiequ naraw persuni li tassew japprezzaw l-inbid jissieħbu għal ragunijiet xierqa,” qal id-Direttur Mario Delicata. “Irridu, ta’ spiss, niftħu beraħ il-bibien tagħna bil-għan li n-nies jiffamiljarizzaw ruħhom ma’ Delicata, bħala dik il-familja f ’Malta li tipproduċi l-inbid b’tant imħabba u dedikazzjoni.” Membri f ’din l-iskema se jkollhom aċċess għal okkażjonijiet speċjali, mumenti fejn ħbieb u familji joħolqu memorji sbieħ. Fost l-okkażjonijiet speċjali se jkun hemm sessjonijiet ta’ wine tasting fil-winery, klassijiet ta’ tagħlim dwar l-inbid, żjarat b’temi differenti fl-għelieqi bid-dwieli, u ikliet privati fil-barrel vaults ta’ Delicata li nbnew fis-seklu sbatax. Id-Delicata Privilege Card toffri wkoll lill-membri benefiċċji esklussivi oħra fosthom inbejjed ta’ Delicata b’xejn meta wieħed jiekol f ’ċerti ristoranti u wine bars. Dawn il-benefiċċji se jkunu rreklamati fil-midja soċjali, filgazzetti lokali u f ’diversi rivisti fil-paġni tal-ikel u l-inbid.
L-inizjattiva l-ġdida ta’ Delicata għandha l-ħsieb li tkun ċelebrazzjoni ta’ nbejjed u l-istil ta’ ħajja assoċjata magħhom. Il-winery tenfasizza li l-inqas prijorità tagħha hu l-bejgħ dirett mill-bini tal-kumpanija. B’differenza ta’ ħafna klabbs tal-inbid oħra, bid-Delicata Privilege Card m’hemmx obbligazzjoni li wieħed jixtri l-inbid biex jissieħeb, l-ebda bejgħ dirett (cellar door sales) u l-ebda fittaġni ta’ reklamar blemail. L-isħubija hi fuq bażi kumplimentari; jew permezz ta’ stedina direttament mingħand Delicata, inkella billi persuna tirreġistra fuq issit tal-kumpanija. Awtomatikament, kull min ikollu d-Delicata Privilege Card se jkun intitolat ukoll għal aċċess bla limitu għal ‘In2Wine’, sit privat online, miftuħ 24 siegħa kuljum għal tagħrif dwar l-inbid. Apparti minn hekk, vantaġġ ieħor hu li d-Delicata Privilege Card tagħti aċċess għal dħul mingħajr dewmien flattivitajiet tal-inbid ta’ Delicata b’servizz ta’ ospitalità. Kull min għandu għal qalbu l-inbid u jixtieq japplika għad-Delicata Privilege Card, jista’ jirreġistra fuq issit www.delicata.com/card/ jew iċempel direttament lidDelicata Privilege Card Desk fuq in-numru (+356) 2182 5199 għal aktar dettalji.
MADWARNA
kullhadd.com
15|05|2016 25
WIRJA FOTOGRAFIKA FIL-PARLAMENT DWAR IL- POWER STATION TAL-MARSA Enemalta plc tistieden lill-pubbliku jżur Id-Dawl tal-Istazzjon, wirja fil-bini tal-Parlament, il-Belt Valletta, b’ritratti artistiċi talpower station tal-Marsa ftit jiem wara li ntfiet is-sena li għaddiet. Il-wirja se tkun inawgurata mill-Ispeaker tal-Kamra tarRappreżentanti, l-Onor. Anġlu Farrugia, nhar it-Tnejn 16 ta’ Mejju 2016, u tibqa’ miftuħa kuljum sa nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Mejju 2016. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-Tnejn sas-Sibt mid9.00am sal-17.00pm u l-Ħadd mid-9.00am sa 12.00pm. Id-dħul huwa bla ħlas iżda dawk li jattendu jiġu mħajra jagħtu donazzjoni b’risq Puttinu Cares Foundation. It-43 parteċipant f ’din il-wirja jvarjaw minn fotografi professjonali sa individwi li ħadu ritratti b’xi compact camera jew bil-mowbajl. Ir-ritratti kollha ttieħdu fil-power station tal-Marsa, f ’Marzu 2015, meta l-Enemalta stiednet lill-pubbliku jżur dan l-istazzjon ta’ 62 sena, qabel jibda jiżżarma. Ir-ritratti daħlu f ’kompetizzjoni bl-għajnuna tal-Malta Institute of Professional Photography (MIPP). Bord tal-għażla magħmul minn tliet fotografi professjonali eżaminaw ir-ritratti u għażlu l-aħjar fost żewġ kategoriji, waħda għal fotografi professjonali u oħra għal ritratti mill-pubbliku inġenerali. Il-firxa wiesgħa ta’ makkinarju, pajpijiet, forom, kuluri u dellijiet li naraw fil-power station tal-Marsa joffru għażla infinita ta’ suġġetti u angoli għall-fotografija. Jagħtu wkoll opportunità rari biex dawk dilettanti tal-fotografija jipprattikaw il-fotografija artistika b’tema industrijali f ’ambjent Malti. Ix-xogħlijiet imtella’ fil-wirja jkomplu jwessgħu din il-varjetà viżwali, hekk kif il-fotografi interpretaw dak li raw fl-istazzjon skont il-perspettivi personali tagħhom meta għażlu dak li dehrilhom li jixraqlu jiġi nkwadrat fir-ritratti, waqt li komplew jibdlu u jsebbħu dawn id-dehriet permezz tal-ipproċessar diġitali. Wara l-wirja, ir-ritratti kollha sottomessi mill-parteċipanti se jinżammu fl-arkivji ta’ Enemalta plc li jinkludu eluf ta’ dokumenti, pjanti, kotba ta’ gwida u ritratti dwar l-istorja tal-elettriku filGżejjer Maltin. John Ambrogio rebaħ il-kategorija professjonali waqt li Jonathan Paris ħa l-ewwel premju fil-Kategorija Ġenerali. Il-bord talgħażla jinkludi lil Kevin Casha, President tal-MIPP u l-fotografi professjonali Domenic Aquilina u Albert de Marco. L-Inġ. Edwin Gauci, li kien imexxi l-power station tal-Marsa fl-aħħar snin tagħha, għen lill-bord bi spjegazzjonijiet dwar is-sinifikat tal-makkinarju industrijali li deher fir-ritratti. Aktar tagħrif dwar Enemalta plc u l-wirja Id-Dawl tal-Istazzjon jinsabu fis-sit www.enemalta.com.mt
Framing – Jonathan Paris
The Old and New – Anne Buttigieg
AGĦMEL KAPITAL!
Fr Mario Attard OFM Cap
Il-quddiesa, iqaddisha min iqaddisha, hija qawwija minnha nnifsha. Ilquddiesa hija bħal blokka deheb. Jekk tagħtini blokka deheb f ’karta tinten tal-ħut mhux xorta blokka deheb ħa tibqa’?
Il-kapital! Il-flus! Il-poter ekonomiku! Is-setgħa tas-swieq! Kollha huma buzz words fiddinja postmoderna li qegħdin ngħixu fiha llum. Ġieli kien hemm persuni li qaluli: “Patri! Agħmel kapital minn…!” Jiġifieri, agħmel l-aħjar użu mit-tali sitwazzjoni, prodott u l-bqija. Din il-frażi tassew tolqotni. Naraha bilwisq tagħmel sens u fejqana. U, illum ngħid, li nagħmlu tajjeb jekk nużawha minflok il-kelma ‘sfruttament’. Dan għax il-kelma ‘sfruttament’ hija aktar marbuta ma’ konsegwenzi negattivi milli pożittivi. Malkelma ‘sfruttament’ hemm marbut il-kelma ‘abbuż’; jiġifieri l-użu ħażin tas-sitwazzjoni, talħaġa u l-bqija. Minħabba li llum qiegħdin ngħixu f ’kultura fejn anke l-kelma ‘abbuż’ qed tiġi vilment abbużata, ikun aktar għaqli jekk nitħaddtu mill-kelma kapital. Fil-ħajja minn kollox nistgħu nikbru; anke mid-dnubiet u mill-iżbalji tagħna li nwettqu għax bnedmin tad-demm u l-laħam. Meta naqra sewwa l-Ittra ta’ San Pawl lir-Rumani, l-Ispirtu ta’ Alla jgħallimni, għax
qabel inkun tlabtu minn qalbi, li “fejn kotor id-dnub, kotrot fuq li kotrot il-grazzja” (Rum 5:20). Imma għaliex jiġri dan? Aktar tard, fl-istess Ittra, San Pawl jikteb hekk: “Aħna nafu li Alla, ma’ dawk li jħobbuh, ma’ dawk li huma msejħin skont il-providenza tiegħu, f ’kollox jaħdem id f ’id għallġid tagħhom” (Rum 8:28). IlMulej ma jaħli xejn! Lanqas il-passat jew il-preżent midneb tiegħi u tiegħek. Jekk nagħtuh ħajjitna f ’idejh u niftħu qalbna għall-grazzja tiegħu li tibdilna, nistgħu nibqgħu ċerti u żguri li hu se jagħmel ħwejjeġ kbar fina u bina. Il-Mulej serju, għax jinvesti fina. Żgur li mhux se jħares lejna mil-lat punittiv talġustizzja. Imma, għax hu Alla qaddis u veru, li ma jimxix mal-opinjoni pubblika jew x’jgħidu fuqu jew jikbtu fuqu n-nies, imma jimxi fil-ġustizzja u l-verità, jibqa’ jinvesti f ’kull qalb li ddur lejh bis-serjetà għax niedma u sogħbiena. Għal min iħobb lil Ġesù, jagħmel kapital minn kollox basta jwasslu lill-oħrajn; imqar b’sempliċi kelma, b’post fuq ilFacebook jew it-Twitter, jew
b’messaġġ fuq il-mowbajl, Inkella b’bonġu jew b’saħħa magħmulin bi mħabba u b’interess ġenwin għall-persuna kkonċernata. Iżda hemm talba li, minnha nnifisha, nistgħu nagħmlu kapital kbir minnha. Hija talba li wħud minnha kienet l-ewwel waħda li qatgħu b’ingassa mil-lista ta’ affarijiet li għandhom jagħmlu f ’ħajjithom. Ġieli weħel ma’ rashom ilqassis jew patri għax xiħ, inkella jipprietka fuq x’ġara elfejn sena ilu u jraqqdek. Ħalliha li ġieli jitfa’ xi waħda għall-ħajja tallum u jien, għax inkun f ’dik is-sitwazzjoni, il-Kelma ta’ Alla ma niflaħhiex iċċanfarni, u għalhekk nagħmel bojkott u lejn il-knisja ma nersaqx! Ġieli hawn min minna ma jmurx il-knisja għax is-sħana, inkella tant kemm ikolli x’nagħmel li ma nlaħħaqx! Ħalliha mbagħad għal ġurnata baħar jew għal xi party inlaħħaq. Aħna aħna jew m’aħniex xbin? Il-quddiesa, iqaddisha min iqaddisha, hija qawwija minnha nnifsha. Il-quddiesa hija bħal blokka deheb. Jekk tagħtini blokka deheb f ’karta tinten talħut mhux xorta blokka deheb
ħa tibqa’? Il-valur tagħha la se jitnaqqas u lanqas se jikber. Mela, biex niġu għall-punt, ilquddiesa hija b’saħħitha għax, minnha nnifsha, b’saħħitha. Meta l-quddiesa noffriha għal xi ħadd, ħaj jew mejjet, lil dik il-persuna nkun għamiltilha ġid kbir. L-aqwa ġid! Ix-xitan mittalb jagħmel taħtu! Ma jifilħux! Issa jekk hemm talba li jagħmel id-demm minħabba fiha, hija l-quddiesa, għax fiha u permezz tagħha Ġesù Kristu, Alla nnifsu, jiġi fostna. Sieħbi! Agħmel kapital millquddiesa! Offri mal-ħobż u l-inbid l-intenzjonijiet tiegħek. U meta l-qassis jew il-patri jtella’ l-kalċi tad-demm ta’ Kristu itlob: Missier Etern, jiena noffrilek il-Ġisem, idDemm, ir-Ruħ u d-Divinità ta’ Ibnek il-Għażiż, Sidna Ġesu` Kristu, bi tpattija għad-dnubiet tagħna u għal dawk tad-dinja. Nissuġġerilek li fl-aħħar ta’ din it-talba żżid: ‘u għal ....’ li għalih\a, jew għalihom tkun qed toffri l-quddiesa. Nifhmek li se tara mirakli kbar iseħħu b’talbek! Ibbenifika mill-quddiesa! Agħmel kapital minnha!
26 15|05|2016
kullħadd.com
PERSONALITÀ
BOXER PROFESSJONALI MALTIJA RAMONA
PORTELLI TINTERVISTA LIL
CLAIRE
CIANTAR
Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com Email: ramonaportelli@hotmail.com
Claire għandha tlieta u tletin sena. Miżżewġa lil Chris u għandhom tifla ta’ 12-il sena li jisimha Phoebe, u joqogħdu r-Rabat, Malta. Taħdem ma’ kumpanija tal-betting u tħobb titgħallem u tesperjenza affarijiet ġodda u tkun kreattiva f ’kull ma tagħmel. Tħobb issiefer, taqra, tisma’ l-mużika alternattiva u rock speċjalment live, tpinġi, torganizza avvenimenti u ssajjar. Tħobb l-aħdar u n-numru 17 u tobgħod ir-roża. Tqis lilha nnifisha bħala persuna qasira, u tħobb żżomm xagħarha qasir kemm jista’ jkun. “Inħobb ukoll inbiddel ilkulur ta’ xagħri – tista’ tgħid li xagħri kien kull kulur possibbli. Ċajtiera u storbjuża. Inżomm djarju fejn inqassam il-ġranet, ix-xhur u l-ġimgħat sal-inqas dettall u mingħajru nħossni mitlufa. Nippanikja naqra meta ma nkunx naf x’se jiġri jew jiġru affarijiet mhux ippjanati, iżda maż-żmien qed nitgħallem napprezza s-sorpriżi, iddiżorganizzazzjoni u qed naħdem għal ħajja iktar rilassata. Nirsisti biex ngħix ħajja f ’saħħitha – qed nipprova naqta’ l-ikel proċessat ftit ftit u nagħżel iktar ħaxix u frott. Inħobb inqatta’ ħin mal-familja kemm tiegħi kif ukoll dik estiża, u nosserva l-kampanja u n-natura Maltija. Inħobb ngħin,” bdiet tgħidli dwarha Claire. Dixxipplina estrema: fiżika u mentali
Ritratt: IAN AQUILINA minn INDEPENDENT ART
Ilha tipprattika l-boxing professjonalment mill-bidu ta’ din is-sena. Assumejt li għad
hawn il-mentalità li ħafna jaħsbu li għax tkun boxer tkun, f ’kelma oħra, ‘ġellieda’. Ħallejt f ’idejn Claire sabiex tgħaddi l-kummenti tagħha. “Min jgħid hekk ma jafx x’jiġifieri tkun boxer sew u boxer tajjeb. Biex tkun taf x’tagħmel biex tkun boxer tajjeb mhux biss trid tkun tipprattika xi tip ta’ dixxiplina, iżda diffiċli tifhem jekk ma tkunx prattikajt dan l-isport. Allura nifhem li wieħed jaħseb hekk. Hawn boxers li jgħidulhom brawlers, jiġifieri jwaddbu d-daqqiet bl-addoċċ u naqra slavaġ minnhom iżda, fil-verità li tkun boxer jirrikjedi dixxiplina estrema mhux biss fiżika, iżda wkoll mentali. B’hekk, suppost wieħed għandu jkun iktar f ’kontroll tiegħu nnifsu u inqas ġellied,” fissrtet Claire. Kompliet tgħidli li sabiex tkun boxer professjonali trid tiġġieled jew tikkompeti. Kull ġlieda tkun imqassma f ’rawnds: erba’ rawnds jew iktar ta’ tliet minuti kull wieħed. Tfisser wkoll li ma tilbisx protezzjoni f ’rasha u l-ingwanti jkunu eħfef; ġeneralment li jiżnu 10oz. “Hemm wkoll xi regolamenti
oħra li jvarjaw minn meta tkun amateur; pereżempju l-irġiel fl-amateur jiġġieldu bitT-shirt, iżda l-pro, le. Peress li kull ġlieda professjonali tiġi mniżżla u rrekordjata bħal, pereżempju fuq boxrec.com, importanti li ma jkollokx telfiet u għaldaqstant trid iktar taħriġ u iktar stamina minħabba li l-ġlieda tkun itwal. Bħal Floyd Mayweather; speċjali għax rebaħ 49 ġlieda mingħajr qatt ma tilef, għalhekk għandu clean record. Iktar ma tirbaħ u tkun popolari, iktar titħallas (waqt fights amateur ġeneralment ma titħallasx); jiġifieri din tagħmel iktar pressjoni biex tistinka wkoll,” fissritli tajjeb Claire. Ta’ min jgħid li Claire interessat ruħha fil-boxing meta xi ħames snin ilu xtaqet tibda sport, l-iktar bħala fitness. “Irraġel dejjem ħeġġiġni li ninvolvi ruħi f ’xi attività sportiva, iżda l-iktar li sibt ta’ ispirazzjoni kienet it-tifla tiegħi, Phoebe. Hi tħobb ħafna l-isports u tipprattika l-ġinnastika u l-karat. Għalhekk ħassejt li ma stajtx inkun ġenitur tajjeb u ngħinha f ’dak li tħobb jekk jien ma nesperjenzax dak li tgħix hi. Dan l-isport għoġobni mill-ewwel għax, għalkemm tiprattikah f ’gym fost ħafna nies oħra li jistgħu jkunu ta’ kumpanija tajba, meta tikkompeti, tiegħek f ’tiegħek; jiġifieri ma tiddependi u twaħħal f ’ħadd ħlief flabbiltajiet u l-kapaċitajiet tiegħek. Ukoll, tant kemm jirrikjedi konċentrazzjoni li ma tistax taħseb f ’affarijiet oħra, għalhekk jonqosli l-istress għax ninsa biżibilju ħsibijiet oħra li jtaqqluli moħħi matul ilġurnata,” sostniet Claire. Iddiskutejt magħha dwar kif taħseb li persuni oħrajn iħarsu lejha meta jafu li hija boxer femminili. Fil-fatt, stqarret miegħi li min ma jafhiex jaraha stramba u jimmaġina li tagħmel xi ħaġa oħra bħal zumba bl-
ingwanti. “Imbgħad hemm min jaħseb li nsawwat lir-raġel u li nibbulja lin-nies u li jien butch u li ta’ min jibża’ minni. Hemm min jammira l-kuraġġ u d-determinazzjoni tiegħi u jiġi jagħtini sapport. Issib minn kollox. Ma nħallix in-negattiv jaffettwani. Min jista’ jgħinni tajjeb; jekk le, ma jimpurtax u ma jaffettwanix,” saħqet Claire. Xtaqt inkun naf xi kemm hawn nisa boxers bħalha hawn Malta. Fil-fatt, sostniet li, sa fejn taf, hawn tlieta: Mandy Cortis, Diane Schembri, u hi stess. “Hemm xi oħrajn li bdew u oħrajn li ġġieldu darba imma, minħabba ċirkustanzi ta’ saħħa, xogħol jew prijoritajiet, kellhom jieqfu. Jekk hawn xi ħadd ieħor għidli ħalli niftiehmu u niġġieldu,” appellatli Claire bi tbissima fuq fommha. Magħha ddiskutejt ukoll it-tip ta’ riskji li jista’ jkun hemm permezz tal-boxing. Fil-fatt, bħal kull sport ieħor, hemm riskju ta’ injuries, kemm b’negliġenza, inċident jew strapazz. “L-għan tal-boxing hu li twaqqa’ b’knock out lil ta’
kontrik u tieħu iktar punti mid-daqqiet ġo ras. Filboxing min hu kapaċi l-iktar ikun jagħti d-daqqiet mingħajr ma taqlagħhom. Jekk ikollok coach responsabbli tavdah b’mod li ma jħallikx li tweġġa’ b’mod sever. Imma daqqa, daqqa tibqa…sakemm tidra,” sostniet Claire. L-ewwel rebħa professjonali tagħha F’Jannar 2016, Claire rebħet l-ewwel ġlieda professjonali. meta ġġieldet kontra t-Taljana Marilena Andronico fitTigulio, San Ġiljan. Claire rebħet b’deċiżjoni unanima; jiġifieri l-ġurija kollha qablu li kellha tirbaħ hi. Ma kienx hemm premju partikolari, ħlief sodisfazzjon li rebħet. Aktar dwar din ir-rebħa jinsab fuq http://boxrec.com/ boxer/745833 Claire tmur il-gym kuljum. Ilcoach tagħha, Quendar Pena, jħejjiha billi jagħmlu warm-up u stretching, padwork, u rounds fuq bags differenti. Jgħallimha daqqiet/punches u sistemi differenti kif tiddefendi ruħha. Dejjem jibnu u jimxu ’l quddiem. Tiġri kuljum filgħodu jew filgħaxija u żżid ilħin jew id-distanza, u tagħmel iktar sparring. Il-messaġġ finali tagħha kien sabiex ngħixu ħajja bilanċjata u b’rispett lejn in-natura u l-ġisem. “Ħadd m’għandu għal xiex jinkwieta ħafna. Ma jaqtgħux qalbhom u ma jagħtux kas ta’ min hu negattiv jew ilħsibijiet negattivi tagħhom. Jitgħallmu mingħand min jixtiqilhom il-ġid, anke tfal. Jieħdu riskji u japprezzaw il-ħajja u l-affarijiet żgħar u sbieħ li jiltaqgħu magħhom matul il-jum. Jgħożżu l-familja tagħhom u jgawdu kemm jistgħu. Fl-aħħar mill-aħħar ‘mind over body’ f ’kollox,” temmet tgħid Claire. Min irid iżomm ruħu aġġornat jew isegwi lil Claire Ciantar, jista’ jżur il-paġna tagħha fuq Facebook: Claire Ciantar – Professional
SKEDA
kullhadd.com
103 06.50 Flimkien ma’ Nancy (R) 07.45 Sejjaħtli helpline (R) 08.30 Paperscan 10.05 Aroma Kitchen (R) 11.25 Mad-Daqqa t’Għajn (R) 12.30 Aħbarijiet 12.35 Kyrios 12.45 Telebejgħ 13.00 In d House 14.00 Ħidmietna (R) 17.00 L-Argument 18.45 Attività Politika 19.30 Aħbarijiet 20.15 Eurovision Link 20.20 Ieqaf 20 minuta 20.40 Andrew & Sue 21.35 On d Road 22.20 Il-Patt 23.30 Aħbarijiet
151 06.40 Cultura Memex 07.10 Due Uomini e Mezzo 07.35 Mozione Approvata 07.50 Heartland: Un Buon Equilibrio 08.30 Il Nostro Amico Charly 09.15 I Nostri Amici Animali 09.55 Meteo 2 10.00 In Eurovisione da Piazza Italia in Scicli (RG) 11.00 Mezzogiorno in Famiglia 13.00 TG2 Giorno 13.30 TG2 Motori 13.45 Quelli Che Aspettano 15.30 Quelli che il calcio 16.55 Tennis: Internazionali d’Italia 20.30 TG2 20.30 21.00 F1 Campionato Mondiale 2016 Gran Premio di Spagna 21.10 Gara 21.25 F1 Campionato Mondiale 2016 Gran Premio di Spagna 23.00 La Domenica Sportiva
162 06.00 Media Shopping 06.57 Anica Flash 07.00 Extreme Makeover Home Edition 08.40 Media Shopping 08.55 Cambio Casa Cambio Vita 10.00 X-Style 10.35 The Rachel Zoe Project 11.30 Dr House Medical Division 13.20 Ho Sposato Un Gigante 14.40 Lana, Fashion Blogger 17.25 Rosamunde Pilcher: Ovunque Tu Andrai 19.15 Dr House 21.10 Amore & Altri Rimedi 23.30 The Rebound
372 06.00 Diners Drive-Ins and Dives 07.00 Chopped 08.00 Amazing Wedding Cakes 09.00 The Pioneer Woman 10.00 Siba’s Table 11.00 Barefoot Contessa: Back to Basics 12.00 Chopped 13.00 Diners Drive-Ins and Dives 16.00 Chopped 17.00 Siba’s Table 18.00 Valerie’s Home Cooking 19.00 Chopped 20.00 Cutthroat Kitchen 21.00 Man vs Food 22.00 Valerie’s Home Cooking 23.00 Chopped
412 09.00 Pawn Stars 19.00 Swamp People 20.00 American Restoration 21.00 American Pickers 22.00 Storage Wars 23.00 Black Sails
15|05|2016 27
101 06.00 News Loop 07.30 Qalb in-Nies 08.00 Paq Paq on Test 08.15 Madwarna 08.45 Ħadt l-Aħbar 10.00 New Rooms 10.30 Malta u lil Hinn Minnha 12.00 Aħbarijiet 12.10 Ħadd Għalik 15.00 Ħbieb u Għedewwa 18.00 Aħbarijiet 18.15 Għawdex Illum 18.45 L-Ordni 19.15 Il-Vjaġġatur 20.00 Aħbarijiet 20.50 Britian’s Got Talent 21.50 Aħbarijiet 21.55 Superhuman 22.55 Paq Paq on Test 23.15 Aħbarijiet 23.30 Smack Down WWE
152 06.00 Fuori Orario 07.15 Film: Senza Arte nè Parte 08.45 TGR 12.00 TG3 12.25 TGR 12.55 Ritratti Delia Scala 14.00 TG Regione 14.15 TG3 14.30 In ½ ora 15.00 TG3 LIS 15.05 Giro d’Italia 2016 17.15 Processo Alla Tappa 17.40 Giro d’Italia 2016 18.10 I Misteri di Murdoch: Il Topo e l’Elefante 19.00 TG3 19.30 TG Regione 20.00 Blob 20.10 Che Tempo Che Fa 21.45 Report 23.30 TG3
300 06.00 Nina and the Neurons: In the Lab 06.15 Woolly & Tig 06.20 Nuzzle and Scratch: Frock and Roll 06.40 Gigglebiz 06.55 Nina and the Neurons: In the Lab 07.10 Gigglebiz 07.25 Doctors 09.25 EastEnders 11.25 Only Fools and Horses 12.55 Bargain Hunt 15.10 Atlantis 16.40 A Totally Different Me 17.35 Father Brown 20.00 Our Zoo 20.55 Hustle 21.45 The Fear 23.30 Silent Witness
400 06.00 How Do They Do It? 06.25 Fat N’ Furious 07.15 Fast N’ Loud 08.10 Wheeler Dealers 09.05 Extreme Car Hoarders 09.55 Classic Car Rescue 10.50 Salvage Hunters 11.40 Storage Hunters UK 12.35 Property Wars 13.30 The Liquidato 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Classic Car Rescue 16.15 Extreme Car Hoarders 17.10 Outback Truckers 18.05 World’s Toughest Jobs 19.00 Men Women Wild 20.00 Running Wild With Bear Grylls 21.00 Bear Grylls: Mission Survive 22.00 Rival Survival 23.00 Blood Lions
452 07.10 Blaze and the Monster Machines 07.35 PAW Patrol 08.00 Winx Club 08.55 The Fairly OddParents 09.30 Sanjay and Craig 10.00 Alvinnn! and the Chipmunks 10.25 Kung Fu Panda 11.15 SpongeBob SquarePants 11.30 Liar Liar Vampire 12.40 Teenage Mutant Ninja Turtles 18.35 The Penguins of Madagascar 18.50 Henry Danger 19.15 The Thundermans 19.45 Bella and the Bulldogs 20.10 Sam & Cat 20.40 SpongeBob SquarePants 21.05 Avatar: The Legend of Aang 21.55 Big Time Rush 22.45 The Penguins of Madagascar 23.10 Rabbids Invasion 23.20 iCarly
104 07.00 Aħbarijiet 08.30 Paq Paq on Test 08.40 Kelma għall-Ħajja 09.00 Quddiesa tal-Ħadd 09.45 Vatican Magazine 10.15 Qalb in-Nies 10.45 Dot EU 11.00 L-Ordni 11.30 Awtokura 12.00 New Rooms 12.30 Il-Vjaġġatur 13.00 Paq Paq Lifestyles 13.30 Gadgets 14.00 Eurovision Song Contest 2016 18.00 Animal Diaries 19.00 Għawdex Illum 19.30 Dwarna 20.30 Aħbarijiet għal persuni b’nuqqas ta’ smigħ 20.40 Paq Paq on Test 21.00 Kontrattakk 23.00 Aħbarijiet Sportivi
102 07.00 Aħbarijiet 08.45 Telebejgħ 09.00 Kunsill Ġenerali PN 12.45 Telebejgħ 13.00 Road Trip (R) 14.00 Aħbarijiet 14.05 Telebejgħ 15.20 Iswed fuq l-Abjad (R) 16.40 Wheelspin (R) 17.30 Flusek (R) 18.00 Aħbarijiet 18.05 What’s for Dinner 18.45 Kunsill Ġenerali PN 19.30 Aħbarijiet 20.10 Il-Eurovision 20.30 Vittmi 21.30 Aħbarijiet 21.35 Replay 23.15 Aħbarijiet
150 06.00 Parlamento Punto Europa 06.30 Unomattina in Famiglia 10.00 Easy Driver 10.30 A Sua Immagine 10.55 Santa Messa 11.50 A Sua Immagine 12.00 Recita Regina 12.10 A Sua Immagine 12.20 Linea Verde Monferrato 13.30 Telegiornale 14.00 L’Arena 16.35 Domenica In 18.45 L’Eredità 20.00 Telegiornale 20.35 Flavio Insinna Conduce Affari Tuoi 21.30 Una Pallottola Nel Cuore 23.27 TG1 60 Secondi 23.30 Speciale TG1
153 06.55 TG4 Night News 07.15 Media Shopping 07.45 Super Partes 08.15 Terra! 09.20 I Grandi Della Fede 10.00 Santa Messa 10.50 I Grandi Della Fede 11.30 TG4 Telegiornale 11.58 Meteo.it 12.02 Perry Mason 14.00 I Viaggi di Donnavventura 14.12 La Finestra Sul Cortile 16.30 I Giorni dell’Ira 18.50 Anteprima TG4 18.55 TG4 19.36 Dentro la Notizia 19.55 Tempesta d’Amore 21.15 Maurizio Costanzo Show
154 06.00 Prima Pagina TG5 07.55 Traffico 07.59 TG5 09.10 Le Frontiere Dello Spirito 09.50 Life: Lo Spettacolo Della Vita 10.50 La Ricetta Perfetta 12.00 Melaverde 13.00 TG5 13.40 L’Arca di Noè 14.00 Domenica Live 18.45 Caduta Libera 19.57 TG5 Prima Pagina 20.00 TG5 20.40 Paperissima Sprint 21.10 Riassunto 21.11 Il Segreto 23.30 X-Style Motori
155 07.00 Super Partes 07.35 Iacchi Du-Du 07.40 Lupin E Il Tesoro Di Anastasia/ Tesoro Degli Zar 09.30 Grand Prix Superbike 11.00 Due Uomini e Mezzo 11.35 Una Mamma Per Amica 12.25 Studio Aperto 13.00 Sport Mediaset XXL 13.55 Grand Prix Superbike 14.55 Il Viaggio dell’Unicorno 18.24 Emigratis 18.30 Studio Aperto 19.01 Hellboy: The Golden Army 21.25 X-Men. L’Inizio
306 06.00 Rich Kids of Beverly Hills 11.00 Keeping Up With the Kardashians 13.00 L.A. Clippers Dance Squad 22.00 Rich Kids of Beverly Hills 23.00 Keeping Up With the Kardashians
307 06.50 Caribbean Life 07.15 Hawaii Life 07.40 Healthy Gourmet 08.30 Beachfront Bargain Hunt 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Curb Appeal 12.00 House Hunters 12.50 Fixer Upper 13.45 Platinum Weddings 14.35 Tiny House Big Living 15.25 Fixer Upper 16.15 Restoration SOS Victoria 17.05 Platinum Weddings 18.00 Million Dollar Contractor 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Caribbean Life 20.35 Rehab Addict 21.00 Rachel Hunter’s Tour of Beauty 21.55 Tiny House Big Living
312 07.20 Inspector Clouseau 08.55 Clifford 10.25 Kid Galahad 12.00 Late for Dinner 13.35 Billy Two Hats 15.15 It Runs in the Family 16.40 Peggy Sue Got Married 18.25 Pork Chop Hill 20.00 Blue Velvet 22.00 Joseph Andrews 23.40 Joshua Tree
403 07.40 Cake Boss 09.30 Little People Big World 11.20 The Undateables 12.15 Baby Changes Everything 13.10 Little People Big World 14.05 Cake Boss 15.00 Happily Ever Laughter 15.30 Say Yes to the Dress 15.55 Say Yes to the Dress: Bridesmaids 16.25 My Crazy Italian Wedding 16.50 Curvy Brides 17.20 Something Borrowed Something New 17.50 Bride by Design 18.15 Say Yes to the Dress Canada 18.45 Say Yes to the Dress.: Randy Knows Best 19.10 Randy’s Wedding Rescue 20.05 Psychic Matchmaker 21.00 Say Yes to the Dress: Randy Knows Best 21.55 My 600-Lb. Life
600 07.30 FIM World Superbike Series 08.15 World Championship Supersport Series 09.00 Giro dItalia Cycling 10.00 FIM World Superbike Series 11.30 Porsche Supercup Motor Racing 12.15 European Championship Diving 13.00 Giro dItalia Cycling 17.45 European Championship Diving 19.55 Eurosport2 News 20.00 WATTS 20.15 Major League Soccer
405 06.00 Call of the Wildman 06.25 DogTV 07.15 Gator Boys 08.10 Rugged Justice 09.05 Austin Stevens: Most Dangerous 10.00 DogTV 10.55 Ten Deadliest Snakes 11.50 Mutant Planet 12.45 Wildest Islands 13.40 Untamed China with Nigel Marven 14.35 Swimming With Monsters With Steve Backshall 15.30 Speed of Life 16.25 Wildest Islands 17.20 Gator Boys 18.15 Rugged Justice 19.10 Austin Stevens: Most Dangerous 20.05 Village Vets 21.00 Gator Boys 21.55 Ten Deadliest Snakes 22.50 Gator Boys
410 06.00 House Hunters International 08.05 Salvage Dawgs 09.00 Rev Runs Around the World 10.00 Baggage Battles 11.00 The Treehouse Guys 12.00 Building Alaska 13.00 Man Caves 14.00 Lake Life 15.00 Salvage Dawgs 16.00 The Treehouse Guys 17.00 Building Alaska 18.00 Hotel Impossible 19.00 Expedition Unknown 20.00 Mysteries at the Museum 21.00 Mysteries at the Castle 22.00 Building Alaska 23.00 The Treehouse Guys
28 15|05|2016
kullhadd.com MIĊ-
ĊINEMA
RAPPORT TA’
ĊINEMA
CARMEL BONNICI
BASTILLE DAY
ADRENALITIKU
THRILLER FURJUŻ U SODISFAĊENTI Atturi Ewlenin: Idris Elba, Richard Madden, Charlotte Le Bon, Josè Garcia, Kelly Reilly Direttur: James Watkins. Distributur: Studiocanal Ltd Films Maħruġ minn KRS Releasing B’bidu tassew eċitanti, mimli tensjoni palpabbli u b’andament li jżommlok kurżità kbira, Bastille Day jagħti ħjiel li se jkun thriller eżileranti iżda, għalkemm jibqa’ wieħed sodisfaċenti ħafna, jaqleb fit-territorju tax-xogħlijiet ta’ Luc Besson, b’azzjoni furjuża u kultant eċċessiva. L-idea oriġinali ta’ wieħed li jisraq mill-bwiet, aġent tasCIA li jxomm xi ħaġa tinten u jaħdem għal rasu, u mara li mġiegħla tagħmel att terroristiku kontra qalbha, hi waħda konvinċenti, l-aktar meta dawn it-tliet protagonisti jkollhom jintegraw flimkien. Imma meta l-aġent tas-CIA jaġixxi bħal Liam Neeson f ’Taken u kważi waħdu jispara, joqtol u jfajjar daqqiet bil-ponn ma’ gżuż ta’ palladini, il-livell ta’ din il-produzzjoni jitbaxxa xi ftit. Michael Mason (Madden) f ’Pariġi
Ħin: 90 min. Ċert. 15
għandu ħabta kif jisraq bil-ħeffa mill-bwiet jew portafolji tannies, l-aktar meta jdawrilhom l-attenzjoni fuq tfajla sabiħa li tinża’ għarwiena qalb il-folla. Meta jimmarka lil Zoe Naville (Le Bon) inkwetata u aljenata tant li tafda l-bagalja, hu jisraqielha. Minn hawn ’il quddiem l-affarijiet se jeħżienu tant li l-liġi tkun qed tfittixhom. Michael jinqabad minn Sean Briar (Elba), aġent implakabbli tasCIA li malajr jobsor li hu biss ħolqa innoċenti fl-esekuzzjoni ta’ pjan faxi. Dawn it-tnejn, wara ħafna avventuri, jerġgħu jingħaqdu lejlet il-festa nazzjonali Franċiża, Bastille Day, u jkunu l-mira ta’ gang li jrid iġib kaos terribbli fuq din il-belt. F’periklu imminenti jkun hemm ukoll Zoe, li belt tant popolari. Idris Elba tixraqlu sewwa qed ifittxuha. Kollox ma’ kollox, Bastille Day jeħodna fuq l-parti ta’ aġent li mingħajr rikba eċitanti u furjuża madwar ħsieb jidħol b’ruħu u ġismu
BAD NEIGHBOURS
f ’azzjoni qawwija u hawn ikun qed jimita f ’għemilu, u l-aktar f ’persuntu, lil Dwayne Johnson (The Rock). MHUX ORIĠINALI
ĊORMA STUDENTI TFAJLIETJISFRATTAW IL-PAĊI Atturi Ewlenin: Seth Rogen, Zac Efron, Rose Byrne, Chloe Grace Moretz, Ike Barinholtz, Carla Gallo, Lisa Kudrow Direttur: Nicholas Stoller Distributur: Universal Maħruġ minn KRS Releasing Mac (Rogen), Kelly Radner (Byrne) u t-tarbija Stella ma kellhomx minuta kwiet fiddar tagħhom, fis-subborg ta’ belt f ’Bad Neighbours (2014), meta fil-post ta’ maġenbhom ġew ċorma studenti sfrattati, moħħhom biss biex jiddevertu, immexxija minn Teddy (Efron). Wara sentejn ta’ kwiet, b’tarbija oħra dalwaqt ġejja, huma ħasbu li l-affarijiet tranġaw u jistgħu jbigħu d-dar. Bad Neighbours 2 jerga’ jirriċikla l-avvenimenti kaotiċi tal-film ta’ qabel, b’eċċezzjoni li din iddarba l-ġirien tagħhom huma grupp ta’ tfajliet aktar moħħ ir-riħ miż-żgħażagħ maskili ta’ sentejn ilu. Dawn l-imgerfxin, imdejqin mir-regoli stretti tal-iskola, li jsejħu l-għaqda tagħhom Kappa Nu, krew din id-dar biex jaġixxu liberament kif iridu, jagħmlu frattarija kemm jifilħu mingħajr ħadd
Ħin: 92 min. Ċert. 15
ma jindaħlilhom. Taħt id-direzzjoni ta’ Shelby (Moretz), dawn huma ppreparati jorganizzaw riċevimenti u festi sa ma jisbaħ, aktar storbjużi minn tal-irġiel. B’Mac u Kelly imdejqin salponta ta’ mneħirhom, anki bl-għajnuna ta’ ħbiebhom Jimmy (Barinholtz) u martu Paula (Gallo), kontra qalbhom ikollhom jirrikorru għall-għajnuna ta’ Teddy, l-avversarju ta’ qabel, li issa qed iħoss li l-poter li kellu qed jaħrab minn taħt idejh. Li ma jafx hu li dawn it-tfajliet huma lesti għal kull xorta ta’ oppożizzjoni. Wara s-suċċess tal-produzzjoni l-oħra, diversi atturi, produtturi u tekniċi reġgħu nkarigaw ruħhom minn dan is-sequel, fosthom ukoll id-direttur Nicholas Stoller. Għalkemm Bad Neighbours 2 hu mimli movimenti banali,
f ’xi sekwenzi żgħar, tinħass ħjiel ta’ kummiedja sfrenata u pjaċevoli (screwball comedy) tant popolari fi żmien iċ-ċinema mutu u dawk tal-bidu tattalkies. Ta’ min jinnota li waqt li l-ġenituri jkunu inkwetati, iċ-
ċkejkna Stella jkollha għors sħiħ bl-intriċċi goffi li jsiru. L-isem Amerikan tal-film, Neighbours 2: Sorority Rising hu aktar adattat u jispjega aħjar il-kontenut tiegħu. Ħafna żgħażagħ se jsibu dan ixxogħol għall-gosti tagħhom.
ĊINEMA
kullhadd.com
15|05|2016 29
DESPITE THE FALLING SNOW
TENSJONI
INTRIĊĊI U SPJUNAĠĠ FI ŻMIEN IL-GWERRA BIERDA
Atturi Ewlenin: Rebecca Ferguson, Sam Reid, Antje Traue, Oliver Jackson-Cohen, Charles Dance Direttriċi: Shamim Sarif Distributur: Altitude Films Maħruġ minn KRS Releasing Ambjentat fl-eqqel tal-Gwerra Bierda, Despite The Falling Snow hu film romantiku eleganti bi sfond ta’ spjunaġġ millperspettiva femminili. Dan hu bbażat minn fuq in-novella talistess isem, ta’ Shamim Sarif li, barra li dderiġiet dan ix-xogħol,
Ħin: 93 min. Ċert. 12A
kitbet ukoll l-iscreenplay. Il-ġrajja primarja sseħħ bejn ir-Russja u New York lejn l-aħħar tas-snin ħamsin u dawk tal-bidu tas-snin sittin. Ir-riżultat aħħari u dak li ġara jnissel kurżità fil-familjari ta’ dawk involuti fil-bidu tassnin disgħin, tletin sena wara,
waqt li jippruvaw jindikaw xi rriżulta eżatt. Fis-snin ħamsin, Katya (Ferguson), mara soċjevoli u simpatika, qed tgħaddi informazzjoni sigrieta lillAmerikani fit-tellieqa għallħażna tal-armi fil-qalba tal-Gwerra Bierda. Meta hi tindaħal għall-aqwa biċċa xogħol tagħha u tisraq sigrieti mingħand Alexander (Reid), imsejjaħ Sasha, żagħżugħ li qed jipprometti sewwa fil-Gvern Russu, qatt ma basret li se ssir tħobbu. Meta Alexander b’kumbinazzjoni jsir jaf is-
sigriet ta’ dik li issa hija martu, hi tiddeċiedi li lesta tagħmel sagrifiċċju enormi għalih. Ikun tletin sena wara li Alexander isir jaf bil-verità ta’ dan. Fil-bidu tas-snin disgħin, Lauren (Ferguson ukoll), artista mwielda l-Amerika, inneputija ta’ Katya, u li għandha esibizzjoni tal-pittura f ’Moska, tipprova titkixxef x’ġara mingħand zijietha. Despite The Falling Snow, minkejja li mhux kapolavur, jibbilanċja sewwa l-imħabba
u t-traġedja fejn l-aqwa ħbieb, minħabba biża’, lesti li jduru kontra xulxin. L-andament spiss jaqleb minn storja għalloħra ta’ tletin sena wara. Attraenti għall-għajnejn, b’kuluri lussużi u ċari, b’atmosfera old fashioned, din il-produzzjoni tfakkar fixxogħlijiet ta’ Douglas Sirk fissekwenzi romantiċi u soċjevoli u fil-kotba ta’ John Le Carrè fejn jidħol l-ispjunaġġ. In-nisa forsi aktar se jiġġennu għalih.
L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn l-04.05.2016 u t-08.05.2016
1. 2. 3. 4. 5.
Captain America: Civil War The Jungle Book Eye in The Sky Mother’s Day The Huntsman: Winter’s War
KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA
Mistoqsija għal din il-ġimgħa:
Semmi attur mill-film Despite the Falling Snow.
Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: M. MIFSUD – il-Ħamrun
30 15|05|2016
kullhadd.com
AVVIŻI KLASSIFIKATI
PROPRJETÀ
Lezzjonijiet taż-żfin għallbeginners u kompetizzjonijiet minn Imperial Qualified Dance Teacher (ISTD) Ibgħat SMS fuq 7925 3015 jew ċempel 2138 6818 sa 12.00pm.
TANAYA’S Dev. Ltd: Għażla kbira ta’ appartamenti f ’kull żona ta’ Malta. Jinbiegħu mingħajr depożitu u nħallsulek il-kuntratt. Offerta speċjali. Għal aktar dettalji ċempel Care and Cure Group 9992 4999. Mingħajr aġenti Ltd: infermiera mħarrġa, jekk jogħġbok. caring assistants, nannies, nies imħarrġin biex iżommu kumpanija, għajnuna fid-djar SERVIZZI u night sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna wkoll għallRay’s Woodworks, il-Mos- kiri: wheelchairs, hoists, commodes, ta. Xogħol ta’ restawr fuq walking frames u hospital beds. għamara u nagħmlu kull Għal aktar informazzjoni għamara li tinħtieġ fid- ċempel fuq dawn in-numri: djar bħal kċejjen u kmamar 2137 6946/9947 0178. tas-sodda. Ċempel 7905 2497. Investigazzjoni Privata: Żwiġijiet, għerusija u relazzjonijiet oħra, DNA forensic tests, tfal maħtufin minn Malta, każijiet ċivili, każijiet oħra fil-Qorti, problemi f ’kumpaniji jew negozju. Nagħmlu xhieda fil-Qorti. Naħdmu f ’Malta u anke barra. Għal appuntament ċemplu 7959 0000. Email: info@ privateinvestigationmalta.com Korsijiet f ’Livell Ordinarju f ’diversi suġġetti bħallMatematika, Ingliż, Malti, Franċiż, Fiżika u oħrajn. Noffru wkoll korsijiet talECDL. Prezz €35 kull module. Noffru wkoll korsijiet bażiċi fil-kompjuter, €50. Ċempel 2166 2241 jew 7766 2241 jew żur is-sit elettroniku www. tudorinstitute.com Tewmi Group għal lezzjonijiet tal-karozzi kemm manual u kif ukoll automatic. Cab service u karozzi għall-kiri bi prezzijiet raġonevoli. Żur is-sit www. tewmi.com jew ċempel 9942 2422. Lezzjonijiet taż-żfin fuq stil ballroom jew Latin-Amerikan.
AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ Disa’ qsari tal-galletti, sbieħ u fihom ħafna weraq. Ċempel 2149 3207 jew 9949 3207. Aħna nixtru kollox, bħal għamara, fajjenza, arloġġi, figurini, muniti, midalji, u kull ħaġa oħra. Ċemplu fuq 2147 0128, 2123 7597 jew 9986 9519. Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għallilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ clock. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www. expresswatchrepairs.com jew
irrikorru 110, Triq il-Kungress l-proprjetà tiegħek mill-ilma Ewkaristiku, il-Mosta. Ċempel tax-xita u ċempel issa għal 2141 7235. stima b’xejn bin-numru 7905 8883 jew idħol fuq is-sit www. darrendoitall.com XOGĦOL TA’ MANUTENZJONI Il-bejt tiegħek jagħmel l-ilma? Għandek problema ta’ moffa? Installazzjoni u tiswija ta’ Kenda Ltd issolvilek ilaerials tat-televiżjoni. Offerti problema. Nispeċjalizzaw vantaġġjużi fuq sistemi tas- fuq xogħol ta’ waterproofing u satellita u fuq l-android TV membrane b’10 snin garanzija. boxes. Għal aktar informazzjoni Xogħol professjonali bl-aqwa ċempel 2148 6211. materjal ISO Pool. Għal stima bla obbligu ċemplu Għal kull tip ta’ kisi bil- 7972 9967 jew żur is-sit www. ġibs, ramel u siment, graffiato, kendawaterproofing.com żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, dawl u ilma. Ċempel AVVIŻI OĦRA fuq 7928 5444. Paul & Waters – The Tiswija u installazzjoni ta’ Perfumery. Għall-aqwa ditti estensjonijiet tat-telefowns għal ta’ fwejjaħ, oriġinali u blkull tip ta’ linji fissi. Ċempel orħos prezzijiet f ’Malta, żur fuq 7993 0419. il-ħwienet ta’ Paul & Waters – The Perfumery. Il-ħwienet Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tagħna tal-Fgura, il-Mosta, tal-ilma, ċangatura qadima jew Ħal Qormi u Raħal Ġdid ġdida, kantun qadim, lavur ta’ ikunu miftuħin kuljum midkull tip. Ċempel lil Jason fuq 9.00 san-12.30 u mill-16.00 in-numru 2143 2352 jew 9947 sas-19.00. Paul & Waters Free 7167. Delivery Service. Ċempel 2766 3361. Jason Gatt għal kull xogħol ta’ tibjid u tikħil, kisi normali, fuq MUSIC LINK Issibilna kull il-fil, fuq xogħol antik u bil- tip ta’ strumenti mużikali, pont, kisi bil-ġibs u graffiato. fosthom drums kemm akustiċi Kiri ta’ cherry picker (tower u elettriċi, cymbals, percussion, ladder). Ċempel fuq 9945 4235 pjanijiet diġitali, baby grand jew 2180 5811. pianos, sound mixers u sound cards. Apparat ta’ DJ sound WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, Ħal systems, kitarri klassiċi u Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol akustiċi, bass guitars, strumenti ta’ waterproof membrane, damp tar-ram, wood winds, vjolini, proofing u rubberised paint. 25 spare parts u aċċessorji oħra. sena esperjenza. Stimi b’xejn Issib ukoll kotba tal-mużika u prezz moderat. Ċempel 2148 tat-tagħlim. Mur Music 8972, 2143 8326, 9944 5527 Link, 262, Triq Fleur-de-Lys, jew 7981 2784 jew żur is-sit B’Kara. Ċempel 2148 2796. www.wpmalta.com AGR AUTO JAPANESE Għal kull tip ta’ xogħol Parts għall-karozzi: Inbigħu fuq faċċata, bjut, appoġġi, kull tip ta’ parts ta’ karozzi gallarijiet, eċċ. Membrane jew Ġappuniżi u Koreani, liquid membrane. Mela pproteġi fosthom Kia, Toyota,
KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU
ISEM, KUNJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ
AVVIŻI
Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: alex@agrautoparts.com Nigret Night Club and Restaurant, Labour Ave, irRabat, Malta. Naċċettaw riservazzjonijiet għal coffee mornings, lunches u dinner dances u kull okkażjoni oħra. Miftuħin fil-weekends, lejla Maltija b’differenza kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt mużika għal kulħadd ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. Naċċettaw riservazzjonijiet għal kull okkażjoni. Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www. nigretnightclub.com jew www.nigretnc.com TALBA LILL-ISPIRTU S-SANTU: Int li ssolvi l-problemi kollha, dawwal ittoroq kollha tiegħi biex nikseb dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don divin biex naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mument ta’ ħajti tkun maġenbi. F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma mill-ġdid li qatt ma ninfired minnek, anke quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek filglorja ta’ dejjem. Grazzi għallħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni. Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem it-talba tkun maqlugħa, anke jekk għall-bidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata mill-ewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet.
Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa
€5 €10 €15 €30 €56 €93
ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL: Sound Vision Print Ltd, KullĦadd, Avviżi Klassifikati, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717.
AVVIŻI
kullhadd.com
15|05|2016 31
AVVIŻI ĠENERALI Preżentazzjonijiet Nhar il-Ħadd 15 ta’ Mejju 2016, fid-9.30am, se ssir quddiesa fil-knisja parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor iċċelebrata mill-Kappillan Rev. Patri Alex Borg OFM, bis-sehem tal-bandisti allievi tal-Banda Cittadina Sliema taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur il-Mro Lesley Tabone flimkien mal-kor talparroċċa. Wara, fis-Sala tal-Kultura tas-Soċjetà Filarmonika Sliema, isiru diversi preżentazzjonijiet tal-okkażjoni. Isiru wkoll il-preżentazzjonijiet ta’ ċertifikati u rikonoxximenti lill-allievi tal-Banda Sliema u diversi studenti li jitgħallmu l-mużika fi ħdan l-Iskola talMużika Mro Cardenio Botti fis-Soċjetà tagħna taħt il-Mro Lesley Tabone (surmast direttur u għalliem strumenti tal-injam) u l-Mro Aurelio Belli (assistent surmast u għalliem strumenti tar-ram u l-perkussjoni) Fl-aħħar jiġi mogħti t-trofew Cardenio Botti (maħdum mill-irħam mis-Sur Ronald Pisani) lill-bandist tassena fi ħdan is-Soċjetà. Dan, bħal kull sena, jingħata lil dak il-bandist li l-aktar attenda s-servizzi u kunċerti li tal-Banda Ċittadina Sliema matul is-sena.
Tea tombola Il-Mission Fund (VO/0015) se jorganizza tea tombola b’risq missjunarji Maltin li qegħdin jaħdmu fil-pajjiżi tat-Tielet Dinja, illum il-Ħadd 15 ta’ Mejju 2016, flImperial Hotel, Tas-Sliema, fit-3.30pm. Il-biljetti ta’ €5 jistgħu jinkisbu mill-Mission Fund 500 Eureka Court, Blk A/Flt 6, Triq il-Kbira, il-Mosta (Tel: 2141 3664) jew mingħand is-Sa Speranza Xuereb (Tel: 7941 0860/2141 0860). Al Jolson Biex ikun imfakkar it-twelied tal-kantant leġġendarju Al Jolson, is-Soċjetà Internazzjonali Al Jolson se torganizza ikla buffet f ’lukanda Tas-Sliema, nhar ilĦadd 29 ta’ Mejju 2016, għall-membri u ammiraturi tal-kantant Al Jolson. Għal aktar tagħrif ċempel 9988 0489 jew ibgħat email lil vinwilljolsonmalta@gmail.com Ħruġ tal-istatwa tal-Madonna tal-Ġilju min-niċċa Nhar il-Ħadd 12 ta’ Ġunju 2016, se ssir iċ-ċerimojna tal-ħruġ solenni min-niċċa tal-istatwa artistika u devota tal-Madonna tal-Ġilju u l-espożizzjoni solenni tagħha fuq il-bradella artistika fiċ-ċentru tal-knisja parrokkjali tal-Imqabba. L-Istatwa se tkun esposta għal 15-il ġurnata ta’ qima pubblika fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna talĠilju, li se tiġi ċċelebrata nhar il-Ħadd 19 ta’ Ġunju. Iċ-ċerimonja tibda’ fil-10.30am u d-devoti kollha ta’ Marija Immakulata huma mħeġġa li jattendu. Din issena qiegħda ssir it-tifkira tal-140 sena mill-miġja talvara tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba. Għal aktar informazzjoni żur is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www. talgilju.com Preżentazzjoni tat-tfal u t-trabi fl-Imqabba Fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Ġilju 2016 fl-Imqabba, se tiġi organizzata ċ-ċerimonja talpreżentazzjoni tat-tfal u t-trabi quddiem l-istatwa artistika u devota tal-Madonna tal-Ġilju. Din iċ-ċerimonja se ssir nhar it-Tnejn 13 ta’ Ġunju 2016, fil-5.30pm, fil-knisja parrokkjali tal-Imqabba u se tkun immexxija mill-Kappillan tal-parroċċa, ilWisq Reverendu Dun John Curmi. Tingħata tifkira lit-tfal u lit-trabi kollha li jieħdu sehem. Reġistrazzjoni mingħajr ħlas tista’ ssir fuq 9982 3332. Wara ssegwi quddiesa ta’ radd il-ħajr bis-sehem tattfal u ż-żgħażagh tal-parroċċa, immexxija minn Fr Trevor Fairclough. Aktar informazzjoni tinkiseb mis-sit elettroniku tasSoċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com
SEGWI L-GAZZETTA KULLĦADD FUQ FACEBOOK BILLI TAGĦFAS LIKE FUQ IL-PAĠNA TAGĦNA facebook.com/kullhadd
32 15|05|2016
kullhadd.com
TEMP GĦAL-LUM
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
23°C
23°C
23°C
15°C
16°C
15°C
09
09
09
Il-Ħamis
Il-Ġimgħa
Is-Sibt
23°C
22°C
23°C
16°C
16°C
16°C
06
09
09
ALMANAKK
RITRATT MILL-ANTIK
L-OGĦLA TEMPERATURA: 23°C L-INQAS TEMPERATURA: 15°C INDIĊI UV: 7 SITWAZZJONI ĠENERALI: Firxa ta’ pressjoni għolja mill-Atlantiku satTuneżija se testendi lejn il-Baħar Jonju TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab għallewwel, li jsir il-biċċa l-kbira xemxi
UV
VIŻIBBILTÀ: Tajba
Ritratt: Bay Retro
RIĦ: Moderat għal ftit qawwi millPunent Majjistru li jsir ħafif għal moderat filgħaxija BAĦAR: Moderat IMBATT: Baxx mill-Punent Majjistru li jsir baxx mill-Majjistral TEMPERATURA TAL-BAĦAR: 18°C
UV
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, il-Belt Valletta – 2122 5785 The Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun – 2122 7682 Sta Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 2123 8625 St Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant’Elena, Birkirkara – 2744 1913 Brown’s Pharmacy, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, l-Imsida – 2124 4366 Penny Lane Pharmacy, Triq is-Sejjieħ, is-Swieqi – 2137 5373 Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira, Tas-Sliema – 2133 2243 Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali, Ħ’Attard – 2143 4137 St Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Ħal Għargħur – 2141 3402 Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, il-Mellieħa – 2152 3462 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien – 2180 2986 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 2182 1671 Felice Pharmacy, 95, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 2182 7939 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consiglii, iż-Żejtun – 2180 6009 Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir-Republika, iż-Żurrieq – 2168 0761 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 2146 5411 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, ir-Rabat, Malta – 2145 4247 Għawdex
Dowdall’s Hotel fejn il-Bajja ta’ San Ġorġ, Birżebbuġa
DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA
16.05.1929 Isir l-ewwel Academy Awards, magħruf aktar bħala l-Oscars, f ’Hollywood
Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq is-7 ta’ Ġunju 1919, ir-Rabat, Għawdex – 2155 7819 Gozo Chemists, Mġarr Road, ix-Xewkija – 2155 7278 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi - 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
NUMRI REBBIEĦA LOTTU
24 39 40 04 67 43 53 07
SUPER 5
17 28 19 05 29
GRAND LOTTERY
02 09 05 09 07 08 09
20.05.1891 L-ewwel prototip tal-kinetoscope magħmul minn Thomas Edison muri għall-pubbliku
KOMPETIZZJONI KTIEB
kullhadd.com
15|05|2016 33
KOMPETIZZJONI KTIEB RUMANZ
ĊPAR FIX-XEFAQ Ċpar fix-Xefaq jieħu lill-qarrej fuq żewġ vjaġġi kompletament differenti, imma li t-tnejn li huma għandhom l-istess mira quddiemhom. Ir-rumanz huwa maqsum fi tliet partijiet u jibda fid-dinja moderna tal-lum, hekk kif ilaqqagħna ma’ tliet protagonisti prinċipali li m’għandhom xejn komuni bejniethom. Il-karattru ewlieni huwa dak ta’ Cane, negozjant prim, kif ukoll bniedem li jħobb igawdi l-ħajja u li dejjem fittex avventuri ġodda, imma li fl-istess ħin baqa’ mwaħħal mal-ħolm ta’ tfulitu – ħolm dwar dinjiet mimlija immaġinazzjoni. Barra minn dan kollu kellu ossessjoni li bosta kienu jqisuha bħala kilba redikola, imma li għalih kienet xi ħaġa li setgħet tinkiseb, b’xi mod, l-immortalità! Matul din il-parti tal-ktieb insiru nafu kif, ironikament, id-destin jolqot ħażin ħafna lil dan ir-raġel avventuruż, hekk kif isir jaf li qed isofri minn tumur f ’rasu u li kien jeħtieġlu joqgħod għal operazzjoni delikata ħafna jekk xtaq li jibqa’ fiddinja tal-ħajjin. F’daqqa waħda, il-qarrej jittieħed fi żmien kompletament differenti, elfejn sena fil-passat, fejn nassistu għal vjaġġ miżgħud b’fantasiji u perikli bla tarf, b’numru kbir ta’ nies jitilqu jfittxu s-sors għall-ħajja ta’ dejjem. Matul din l-istorja l-qarrej għal darb’oħra jiltaqa’ ma’ tlieta minnies partikolari. Wieħed ikun jista’ jinnota wkoll kif dawn il-karattri jkollhom xebh straordinarju ma’ dawk tal-istorja ta’ qabel, kemm fid-
dehra kif ukoll fil-karattru. F’din ilparti tal-ktieb, dawn il-protagonisti jsibu ruħhom f ’nofs battalja mdemmija bejn żewġ nazzjonijiet; jesperjenzaw żmien ikrah fejn iċċittadini tal-belt li jgħixu fiha jibdew jiġu attakkati minn għadu moħbi u b’saħħtu ħafna u fl-aħħar jassistu wkoll għall-eqqel parti tal-istorja xejn mistennija u t-tamiet ta’ dan il-poplu jinqerdu għalkollox. Minnufih, b’kapaċità, l-awtur ikompli bit-tielet u l-aħħar parti tarrumanz, fejn Cane, wara li jirnexxilu joħroġ qawwi u sħiħ minn taħt is-sikkina, mimli tama u enerġija, jinxteħet b’ruħu u ġismu f ’avventura ġdida fil-lok li dak il-poplu tal-qedem li qrajna dwaru qabel għex u miet. Hu kellu l-istess ħolma bħal dawk li kienu għexu hemm tant żmien qabel u letteralment jingħata ċ-ċans fuq platt sabiex jipprova jikseb il-ħajja ta’ dejjem! Għalih din il-missjoni ġdida tiegħu kienet mimlija tama, imma kienet ukoll mistura f ’misteru kbir. Il-ġrajja tkompli b’ċertu sengħa billi tikkombina ż-żewġ stejjer ta’ qabel flimkien. Bi ħsieb, il-qarrejja l-ewwel jirċievu doża għal kif tista’ tkun il-konklużjoni ta’ dawn it-tliet stejjer, imma f ’salt wieħed tintwera spjegazzjoni għalkollox differenti … u xi ftit xokkanti wkoll! Nistgħu ngħidu li l-awtur, wara l-ewwel żewġ kotba tiegħu, fi Ċpar fix-Xefaq jerġa’ jiktbilna storja eċitanti li tħalli lil dak li jkun imwaħħal mal-ktieb għax issorpriżi fl-istorja ma jonqsu qatt.
SILTA MILL-KTIEB Kellha ħafna xi tgħidlu, imma kif se taħsel tibda u minn fejn lanqas hi stess ma kienet taf. Xtaqet tiftaħ qalbha miegħu dwar ħafna affarijiet, imma l-aktar rigward dak li għandu x’jaqsam mal-passat tagħha, minn xiex għaddiet u kemm sofriet. Imma, bħal dejjem, ħassitha dgħajfa biex titkellem dwar dan is-suġġett. Mill-bidu nett żammet
fommha sieket. Miegħu kienet tħossha differenti, aktar komda milli ħassitha ma’ xi ħaddieħor. Iżda, xorta waħda, għalkemm qalbha kienet tibki u tgħajjat biex il-fomm jinfetaħ u jesprimi fi kliem dak li kien hemm ilu midfun fiha, xorta waħda kienet tispiċċa tibqa’ żżomm kollox mistru ġewwa. Hi ta’ sikwit skantat biha nfisha.
Fejn f ’kull ħaġa oħra minn dejjem sabet mod kif għandha tfendi għal rasha u aktar iva milli le kien jirnexxilha, f ’din il-ħaġa hekk importanti għaliha, qatt ma ġarrfet il-ħitan inviżibbli ta’ inċertezza u biża’ li bniet hi stess żmien ilu madwarha. Fl-aħħar, flimkien ma’ ħuha, kienu ħarbu mill-ħajja krudili
tagħhom u ġew hawn. Mill-bidu nett, hi kienet il-forza, il-moħħ u d-direzzjoni għal ħuha… għalkemm dan l-aħħar, hu kien qiegħed jasal biex jgħinha wkoll. Matul is-snin mimlija sofferenzi, hi kienet l-unika wens għalih. Li kieku ma kenitx hi, hu kien ilu li ċeda u kkrolla taħt l-istess destin kiefer li għaddiet minnu hi.
Mistoqsija: X’jismu l-karattru ewlieni?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ĊNL, Triq Mile End, il-Ħamrun, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Ċpar fix-Xefaq. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd it-22 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, eskluż festi pubbliċi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Luciano huwa: L. BARBARA – Ħal Qormi
34 15|05|2016
kullhadd.com
LOGĦOB
TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri 170 175 233 320 346 516 573 746 776 783 863 931 B’4 Numri 0130 0137 0295 0374 0707 1646 2273 2279 2477 2484 2803 3823 4048 4050 4238 4269
4307 4771 5277 5729 6013 6214 6532 6838 7215 7218 7251 7433 7448 7505 7684 8163 8261 9202 9662 9821 B’5 Numri
60477 72748 77181 79193 88658 89353 90875 99828
1702236 2306379 3471532 Bi 8 Numri 27410536 97487725
B’6 Numri
B’9 Numri
070062 212579 299981 440258
018576223 622744498
B’7 Numri 0467183
B’10 Numri 7832622616 8652812881
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADA
03110 03777 09360 09895 18110 20886 23932 38813 39981 45493
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz:
Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: A. CALAFATO – Ħal Lija
KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA ]
4
Ġemma’ sitt kupuni u ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz: Nru tal-kartà tal-identità:
Nru tat-telefown:
LOGĦOB
15|05|2016 35
kullhadd.com
IRBAĦ €25 FI FLUS
123
Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.
TISLIBA
Mimdudin:
1. Kompli l-qawl: Alla jaf ..... l-aħjar (5) 4. Proverbju? (4) 7. Ara 2 9, 21W. Ċittadini tad- Danimarka (6) 10. Ixarrbu? (6) 12,23. Idoqq il-kitarra (11) 16. Mhux issa (3) 18. Ara 17 19. Żmien (3) 20. Tost (5) 21. Mhux jien (3) 23. Ara 12 24. Dabbar rasek (5)
Weqfin:
1. 2,7. 3,12. 5. 6,11. 8. 11. 12. 13. 14. 15. 17,18. 21. 22.
Jgħidu jixbħu lin-nies (6) Omm ommi (5) M’hawnx bħalu (5) Albert Tanti Xuereb (1,1,1) Imwieled f ’Iżrael (5) Telaq għal rieħu (9) Ara 6 Ara 3 Balla? (3) Imexxi l-Università (6) Wara l-inċident għamel ħafna hekk (6) Eksmexxej Russu (5) Ara 9 Frott (3)
SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin:
Weqfin:
1.Kokka, 4.Alla, 7,21 wieqfa. Ktieb, 9.Sur, Kikkri, 12.Tiskot, 18.KO, 20.Toppu, 21.IRS, 23.Bdil, 24.Anita
1.Kusksu, 2,12 wieqfa. Karta, 3,16.Akkuża, 5,6.Lokali, 8.Tikkopera, 11,19.Birgu, 13,22.Skossi, 14.Truppi, 15.Nutara, 17.Żur
QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: żewġ kantanti li rajniehom ilbieraħ waqt il-finali tal-Eurovision. Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown:
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u tibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: Ibagħtu l-paġna ta’ din il-logħba tal-Ħadd 29 ta’ Mejju flimkien mal-logos tal-ħarġiet tal-1, 8, 15 u 22 ta’ Mejju.
RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA
Dwayne Johnson
Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: P. CAUCHI – Raħal Ġdid L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.
Terry Crews
36 15|05|2016
kullhadd.com
SPORTS
IL-JUM DINJI TAL-ATLETIKA ĊĊELEBRAT FLIMKIEN MA’ 23 SKOLA
L-għadd kbir ta’ żgħażagħ li fl-ewwel ġimgħa ta’ Mejju, fuq jumejn, ħonqu l-Matthew Micallef Athletic Stadium, jimla’ b’kuraġġ lil kull min għandu għal qalbu t-tkattir tal-imħabba lejn l-isport, speċjalment għal ġejjieni san fost il-ġenerazzjoni futura ta’ pajjiżna. Hekk stqarr is-Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni responsabbli għaż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius, li flimkien ma’ Kevin Azzopardi, l-Uffiċjal Ewlieni fil-Ministeru responsabbli għall-Edukazzjoni Fiżika, u dinjitarji oħra, li attendew għal march past li ta bidu għal sensiela ta’ kompetizzjonijiet li l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Atletika ttella’ ta’ kull sena biex tikkommemora il-Ġurnata Dinija tal-Atletika.
skola, fosthom minn dawk statali, tal-knisja u oħrajn privati, fuq jumejn kellhom ftit aktar minn 600 tifel u tifla jieħdu sehem. It-tfal ikkompetew f ’9 dixxiplini differenti fl-ewwel ġurnata u f ’10 oħra fit-tieni, fejn iż-żgħażagħ tat-3 u 4 sena ta’ skola sekondarja kellhom ukol it-tfigħ tal-Javelin bħala dixxiplina oħra magħduda mal-isprints, tfigħ tax-xott, hurdles u qbiż. Ma’ dawn ma nistgħux ninsew il-kompetizzjoni relay li f ’kull okkażjoni organizzata tal-atletika tagħlaq bi stennija u briju kull attività. L-ewwel ġurnata, iddedikata għall-studenti tal-1 u t-2 sena skolastika, l-Iskola Nazzjonali tal-Isport, fil-qasam tal-bniet, kellha dominju kważi assolut, fejn rebħu punti massimi f ’7 mid-9 dixxiplini. Fil-fatt min23 skola u aktar minn 600 barra li qasmu l-ewwel post student fit-tiġrija tat-80 metru mal-iskola ta’ San Anton, tilfu biss Għal din il-21 edizzjoni, 23 fid-dixxiplini tal-long jump
u dik tax-shot, li ntrebħu mill-iskejjel tas-Sacred Heart u San Andrea rispettivament. L-Iskola Nazzjonali spiċċat fuq quddiem b’distakk ta’ 14 il-punt quddiem l-iskola tas-Sacred Heart, segwiti mill-Iskola Santa Monica b’sitt punti anqas. Kien l-aktar riżultat prestiġġjuż għall-iskola rebbieħa, fejn Rachela Pace stabbilixxit Rekord Nazzjonali fil-qbiż għoli (high jump) fuq miżura ġdida ta’ 1.53 metru. Fil-qasam tas-subien, inċidentalment kif għamlu l-għada fost il-kbar, kien ik-Kullegg De La Salle li spiċċa fuq quddiem, għalkemm fl-ewwel ġurnata l-kompetizzjoni kienet aktar ħarxa. F’dik għaż-żgħar, il-Kulleġġ temm l-ewwel meta tella’ 43 punt, tnejn biss aktar mill-Iskola Nazzjonali u 7 biss aktar mill-Kulleġġ St Thomas More Zejtun, fejn dawn tal-aħħar ironikament rebħu 3 dixxiplini għat-2 ta’ De La Salle.
Kompetizzjoni tal-kbar Intant, fil-kompetizzjoni talkbar, il-Kulleġġ De La Salle rebaħ b’distakk kemmxejn aktar komdu, fejn qatgħu lillKulleġġ ta’ San Alwiġi b’9 punti għal total ta’ 56 punt, bl-Iskola ta’ St Michael itemmu n-nofs ta’ nhar fuq 31 punt. Hawnhekk De La Salle kellhom 4 darbiet l-ewwel mill-10 dixxiplini kkontestati u Rekord Nazzjonali miksub minn Karl Attard, li fl-1000 metru waqqaf l-arloġġ f ’ħin ta’ 2 minuti 46.88 sekondi. Fis-sezzjoni tal-bniet ittaqtigħa għall-unuri finali kienet ferm aktar missielta, fejn b’daqsxejn ta’ sorpriża għal dawk prezenti l-Iskola Nazzjonali spiċċat ir-4 mill11 l-istituzzjoni edukattiva kompetitriċi. Intant, fl-ewwel post kienet l-iskola ta’ St Monica li kisbet 51 punt, tnejn biss aktar mill-Kulleġġ ta’ Santa Tereza Imrieħel, li falla
bl-ikrah fl-aħħar tiġrija, dik tar-relay, fejn l-iskola ġiet skwalifikata u b’hekk ma ġabret l-ebda punt. L-Iskola tas-Sacred Heart, tliet punti biss ‘il bogħod mir-rebbieħa, spiċċat it-tielet. Għal kronaka tal-kompetizzjoni, St Monica kellhom rebħa waħda biss – dik fl-itwal tellieqa, ta’ l-1000 metru. Santa Tereza spiċċaw l-ewwel fi 2, l-istess kif għamlu l-iskola tad-Dorotei, dik tas-Sacred Heart u dik ta’ San Anton, daqstant kemm kienet ħarxa il-kompetizzjoni bejn l-iskejjel tal-bniet. Kburija b’din il-preżenza ta’ daqstant żgħażagħ, kien ukoll ta’ sodisfazzjon għad-diriġenti tal-Assoċjazzjoni li SportMalta inkludiet l-atletika biex tagħmel parti mill-1 edizzjoni ta’ kompetizzjonijiet sportivi bejn l-iskejjel kollha tal-pajjiz, għan li fil-ġejjieni hemm il-ħsieb li jiġi wkol estiż għall-iskejjel primarji.
Ritratti: STEPHEN GATT
SPORTS
kullhadd.com
15|05|2016 37
SLIEMA WANDERERS REBBIEĦA TAL-FA TROPHY GĦAL DAN L-ISTAĠUN
38 15|05|2016
kullhadd.com
PREMIER LEAGUE
LOGĦOB GĦAL-LUM
MAN. UNITED V BOURNEMOUTH
It-tim ta’ Louis van Gaal irid bilfors jegħleb lit-tim ta’ Bournemouth u jittama li Swansea jegħlbu lil Manchester City f ’darhom biex it-tim tiegħu jirnexxilu jagħmilha malewwel erbgħa fil-Kampjonat Ingliż; pożizzjoni li tfisser kwalifikazzjoni awtomatika fiċ-Champions League. Wara d-draw tas-City kontra Arsenal il-ġimgħa l-oħra, il-United kellhom iċ-ċans jaqbżuhom iżda ma kellux ikun, hekk kif West Ham għelbuhom bl-iskor ta’ 3-2 fl-aħħar logħba tagħhom fil-Boleyn. L-agħar li jista’ jiġri għall-United hu li jispiċċaw fisseba’ post u Liverpool jirbħu l-Europa League. Dan ikun ifisser li l-United la narawhom flEuropa League u wisq anqas fiċChampions League. STOKE CITY VS WEST HAM It-tim minn Londra ta’ West Ham qegħdin fiċ-ċans li jispiċċaw malewwel sitta fil-Kampjonat Ingliż jekk jirnexxilhom jegħlbu lil Stoke City fil-Brittania Stadium. Wara li f ’mument minnhom irnexxielhom idawru telfa f ’rebħa kontra l-United, West Ham jistgħu saħansitra jaqbżu lillUnited fil-klassifika jekk it-tim ta’ Bournemouth iwettaq sorpriża f ’Old Trafford. Dan iseħħ anke
jekk it-tim ta’ Bournemouth jevita milli jitlef kontra l-United, u t-tim ta’ West Ham jirbaħ barra minn daru kontra t-tim ta’ Mark Hughes. Mistoqsi dwar dawn ix-xenarji, il-kowċ ta’ West Ham, Slaven Bilic, sostna li qed jittama li t-tim tiegħu jerġa’ jirrepeti l-prestazzjoni brillanti li għamel kontra l-United din il-ġimgħa u b’hekk iċ-ċansijiet tagħhom ikomplu jissaħħu fejn rebħa tagħtihom minimu tas-sitt post, imbagħad skont l-eżitu tallogħba f ’Old Trafford. SWANSEA VS MAN. CITY It-tim ta’ Manchester City jista’ jiggarantixxi biss kwalifikazzjoni għall-kompetizzjoni taċ-
Juventus
v Sampdoria 5 - 0
Milan
v Roma Tard
Napoli
v Frosinone Tard
Sassuolo
v Inter Tard
LOGĦOB GĦAL-LUM Chievo
v Bologna 18.00
Empoli
v Torino 18.00
Genoa
v Atalanta 18.00
Lazio
v Fiorentina 20.45
Palermo
v Verona 20.45
Udinese
v Carpi 20.45
KLASSIFIKA Tim
L R D T F K P
Juventus Napoli * Roma * Inter * Fiorentina Sassuolo * Milan * Lazio Chievo Genoa Torino Empoli Atalanta Bologna Sampdoria Udinese Palermo Carpi Frosinone * Hellas Verona
38 37 37 37 37 37 37 37 37 37 37 37 37 37 38 37 37 37 37 37
5 6 4 10 10 9 10 13 14 17 16 16 15 18 18 18 19 18 22 19
* Il-pożizzjonijiet ivarjaw minħabba li r-riżultat inħareġ wara li morna għall-istampar.
v Aston Villa 16.00
Chelsea
v Leicester City 16.00
Everton
v Norwich City 16.00
Man. United
v Bournemouth 16.00
Newcastle
v Tottenham H. 16.00
Southampton
v Crystal Palace 16.00
Stoke City
v West Ham United 16.00
Swansew City
v Manchester City 16.00
Watford
v Sunderland 16.00
West Brom
v Liverpool 16.00
Tim
X’se jiġri minn van Gaal?
RIŻULTATI TAL-BIERAĦ
4 7 11 7 10 13 12 9 10 7 9 10 12 8 10 9 9 11 7 13
Arsenal
KLASSIFIKA
SERIE A
29 24 22 20 17 15 15 15 13 13 12 11 10 11 10 10 9 8 8 5
SPORTS
75 76 80 49 56 46 48 50 43 44 51 38 39 33 48 34 35 35 35 32
20 32 40 35 40 39 40 48 45 46 53 48 46 45 61 58 63 56 72 60
91 79 77 67 61 58 57 54 49 46 45 43 42 41 40 39 36 35 31 28
Champions League lill-kowċ il-ġdid Pep Guardiola b’rebħa kontra t-tim ta’ Swansea, li flaħħar dehra tagħhom skurjaw erbgħa kontra West Ham barra minn darhom. Wara d-draw kontra Arsenal il-ġimgħa l-oħra, id-destin tal-istess City ma kienx baqa’ f ’idejhom, iżda bis-saħħa ta’ West Ham wara li għelbu lillUnited, id-destin reġa’ ġie lura f ’idejn it-tim tas-City u din iddarba dan se jkun żgur l-aħħar ċans għalihom. Madankollu, draw huwa wkoll tajjeb għas-City hekk kif din mistennija tkun l-aħħar logħba għal Manuel Pellegrini wara tliet snin fit-tmun ta’ dan it-tim, fejn irnexxielu jirbaħ tliet unuri, fosthom il-Kampjonat Ingliż, l-FA Cup u l-League Cup.
L R D T F K P
Leicester City 37 Tottenham Hotspur 37 Arsenal 37 Manchester City 37 Manchester United 37 West Ham United 37 Southampton 37 Liverpool 37 Chelsea 37 Stoke City 37 Swansea City 37 Everton 37 Watford 37 Crystal Palace 37 West Brom 37 AFC Bournemouth 37 Sunderland 37 Newcastle United 37 Norwich City 37 Aston Villa 37
23 19 19 19 18 16 17 16 12 13 12 10 12 11 10 11 9 8 9 3
11 13 11 8 9 14 9 11 13 9 10 14 8 9 12 9 11 10 7 8
3 5 7 10 10 7 11 10 12 15 15 13 17 17 15 17 17 19 21 26
67 68 61 70 46 64 55 62 58 39 41 56 38 38 33 44 46 39 39 27
35 30 36 40 34 49 40 49 52 54 51 55 48 47 47 64 60 64 64 72
PALERMO VS VERONA
PUNTI OĦRA
Din il-logħba, li se tintlagħab fir-Renzo Barbera, tista’ tkun l-aħħar logħba għal dawn iż-żewġ timijiet hekk kif huma mistennija li jkunu relegati dan l-istaġun. Dan hekk kif Verona diġà huma kkonfermati relegati wara staġun diżastruż, filwaqt li t-tim Sqalli ta’ Palermo ma jinsabx wisq ’il bogħod miż-żona ta’ relegazzjoni. Fil-fatt, Palermo jridu bilfors jirbħu biex iżommu t-tamiet tagħhom ħajjin filwaqt li draw ikun biżżejjed jekk Carpi jfallu milli jirbħu kontra Udinese. Fi kliem ieħor, din il-logħba mistennija tkun missielta ferm, anke litteralment bejn is-sapporters bejniethom, hekk kif proprju din il-ġimgħa stess kien hemm rapporti persistenti ta’ tensjonijiet bejn iżżewġ settijiet ta’ sapporters, hekk kif tmiem l-istaġun issa qiegħed magħna.
L-EBDA FTEHIM MA’ MOURINHO … S’ISSA
UDINESE VS CARPI
80 70 68 65 63 62 60 59 49 48 46 44 44 42 42 42 38 34 34 17
Skont rapporti li bdew jiċċirkolaw matul l-aħħar jien, ilPortugiż Jose Mourinho għad m’għandux quddiemu xi forma ta’ ftehim biex isir kowċ ta’ Manchester United. Dan hekk kif kmieni din il-ġimgħa kienu persistenti r-rapporti minn sorsi fl-Italja li Mourinho kien biss “sigħat ’il bogħod” milli jiffirma l-kuntratt u jieħu post Louis van Gaal. Madankollu, huwa mifhum li ma sar l-ebda avviniċament formali bejn il-partijiet ikkonċernati u ma ntlaħaq l-ebda ftehim malPortugiż. Minkejja kollox, il-mistoqsija tibqa’ dwar jekk van Gaal huwiex se jkompli jew le fit-tmun tat-tim Ingliż, hekk kif issa fadallu biss sena fil-kuntratt. Ħafna huma tal-fehma li van Gaal ma ġabx biżżejjed riżultati għat-tim u għalhekk għandu jitneħħa wara li jintemm dan l-istaġun.
Wara li evitaw li jiġu rrelegati bi żbrixx, it-tim ta’ Udinese jridu, akkost ta’ kollox, itemmu dan l-istaġun b’rebħa wara staġun ieħor diżappuntanti għalihom u dan iridu jagħmluh bilfors kontra Carpi, id-debuttanti l-ġodda tal-Kampjonat Taljan. Jiġri x’jiġri llum filKampjonat Taljan, it-tim ta’ Udinese kkonfermaw posthom fil-Kampjonat Taljan għall-istaġun li jmiss. It-tim ta’ Verona diġà huwa rrelegat filwaqt li t-tim ta’ Frosinone wkoll daqt tmissu l-istess xorti. Madankollu, kollox ma’ kollox, xorta waħda kien staġun diżappuntanti ferm għall-Udinese. Bil-kontra ta’ dawn it-timijiet, it-tim Carpi xorta waħda għad għandu ċans li jsalva, iżda jrid bilfors joħroġ tliet punti minn din il-logħba barra minn daru.
DE BOER IĦALLI LIL AJAX
LAZIO VS FIORENTINA
BUFFON JESTENDI L-KUNTRATT
Din il-logħba tista’ tgħid li hija waħda mingħajr storja hekk kif iż-żewġ timijiet, kemm ta’ Lazio kif ukoll tal-Fiorentina, bdew l-istaġun fuq tamiet b’saħħithom imma hekk kif bdew jiżvolġu l-affarijiet tul iż-żmien, ma rnexxilhomx jilħqu dawk il-miri li kienu ssettjaw fil-bidu tal-istaġun. Lazio se jkunu qed jilagħbu din il-logħba wara żewġ rebħiet tajbin infila kontra Carpi u kontra Inter, bl-aktar plejer li spikka fihom kien proprju Antonio Candreva. Min-naħa tat-tim ta’ Fiorentina, tista’ tgħid li fl-aħħar mill-aħħar kien staġun diżappuntanti għalihom wara t-tamiet kbar li kellhom tul l-istaġun.
Il-leġġenda tal-futbol Taljan u ta’ Juventus Gianluigi Buffon estenda l-kuntratt tiegħu ma’ Juvents u għalhekk issa huwa marbut li jibqa’ ma’ dan it-tim sal-2018. Dan il-plejer ta’ 38 sena, li ngħaqad ma’ Juventus fl-2001, għen lill-klabb minn Turin biex jirbaħ il-ħames titlu infila tiegħu dan l-istaġun. Jekk dan il-kuntratt jiġi onorat kollu kemm hu, allura jkun ifisser li Buffon ikun qatta’ xejn inqas minn 17-il sena mattim ta’ Juventus. Intant, id-difensur Andrea Barzagli, li lagħab 54 darba għall-Italja, ukoll iffirma kuntratt sal-2018 u sostna li se jkun qed jirtira minn mat-tim nazzjonali Taljan wara l-Kampjonati Ewropej li ġejjin.
Frank de Boer sostna li huwa lest “għal xi ħaġa oħra” iżda fl-istess ħin ma ċaħadx li jista’ jagħmel waqfa ta’ sena wara li telaq lill-klabb ta’ Ajax. De Boer irriżenja minn ma’ dan it-tim nhar il-Ħamis li għadda wara sitt snin fit-tmexxija, u ftit jiem wara li Ajax tilfu l-Kampjonat Olandiż għas-spejjeż ta’ PSV Eindhoven. Dan l-Olandiż ta’ 45 sena qiegħed jissemma li jista’ jingħaqad ma’ Everton, wara li dan it-tim ukoll spiċċa mingħajr kowċ hekk kif Roberto Martinez tkeċċa minn dan ir-rwol. Mistoqsi dwar il-futur tiegħu, De Boer sostna li lanqas hu stess għadu ma jafx x’se jiġri.
FORMULA 1
kullhadd.com
TELLIEQ NRU
15|05|2016 39
RAPPORT U ANALIŻI TA’ LIAM GAUCI
06
Numru ta’ dawriet 66 Tul tat-tellieqa 307.104KM Dawra rekord K. RÄIKKÖNEN
21-29km/hr
2008
SPANJA Barċellona
Hard
Rebbieħ tal-2015 N.Rosberg
CIRCUIT DE BARCELONA-CATALUNYA
DIŻAPPUNT GĦALL-FERRARI Lewis Hamilton fl-aħħar irnexxielu jirritona fil-pole position grazzi għal sessjonijiet li kienu neqsin minn problemi tekniċi għad-differenza tattnejn li għaddew. Wara Q1 u Q2 komdi, Hamilton deher ftit indeċiż fil-flying lap tiegħu fejn ma kienx preċiż fis-sewqan daqs is-soltu. Madankollu, issitwazzjoni nbidlet fid-dawra l-propja tiegħu li matulha kiseb ħin eċċellenti ta’ 1:22.000. Minkejja li Rosberg ukoll saq b’mod tajjeb, il-ħin tiegħu xorta kien 0.280 sekondi anqas veloċi. Sorpriża interessani waslet fit-tieni filliera fejn Ricciardo
Tyres għad-dispożizzjoni Temperatura tal-art 20°c Soft Temperatura tal-arja 19°c Medium Riħ
u Verstappen daħlu bejn issewwieqa tal-Mercedes u dawk tal-Ferrari, b’dawn talaħħar jitilfu ħafna mill-pass tagħhom hekk kif bdiet tiela‘ t-temperatura tat-traċċat. Dan kien diżappunt kbir għallFerraristi li sal-Ġimgħa kienu qegħdin jimmiraw għal rebħa fi Spanja. Warajhom spiċċa Bottas li kellu kwalifiki mingħajr wisq problemi għad-differenza ta’ Massa li llum se jkollu jitlaq mit-18-il post wara li kien eliminat f ’Q1 hekk kif weħel f ’ħafna traffiku. Fit-tmien post spiċċa Sainz illi llum se jkun qiegħed
POŻ. 01. 02. 03. 04. 05. 06. 07. 08. 09. 10.
Umdità 62%
ISEM IS-SEWWIEQ Lewis Hamilton Nico Rosberg Daniel Ricciardo Max Verstappen Kimi Raikkonen Sebastian Vettel Valtteri Bottas Carlos Sainz Sergio Perez Fernando Alonso
jimmira għaż-żona punti wara d-diżappunt li esperjenza firRussja. Wara l-Ispanjol se jitlaq Perez li fit-tellieqa tal-lum se jgawdi minn diversi żviluppi tekniċi li għandhom inaqqsu
TIM Mercedes Mercedes Red Bull Red Bull Ferrari Ferrari Williams Toro Rosso Force India McLaren
Ma ngħatax spjegazzjoni It-trasferiment ta’ Kvyat mir-Red Bull għat-Toro Rosso wasal ħabta u sabta ftit wara l-Gran Premju tar-Russja. Minkejja t-tellieqa diżastruża li r-Russu kellu f ’din l-okkażjoni ħadd ma stenna li huwa jsib ruħu rrelegat b’mod daqstant goff meta wieħed iqis li fil-gran premju ta’ qabel kien irnexxielu jitla’ fuq il-podju. Dan il-ħsieb esprimewh diversi sewwieqa fosthom Button u Palmer illi fl-aħħar jiem sostnew li r-Red Bull kienu wisq ħorox ma’ Kvyat, speċjalment meta wieħed jikkunsidra li l-prestazzjonijiet tiegħu kienu simili għal dawk ta’ Ricciardo. Ir-Russu stess ammetta li huwa ma stenniex li tittieħed deċiżjoni daqshekk radikali wara erbat itlielaq biss. F’konferenza stampa li saret qabel il-Gran
Premju ta’ Spanja Kvyat spjega li sar jaf bl-aħbar b’telefonata li għamillu l-konsulent tar-Red Bull Helmut Marko li għamel madwar għoxrin minuta jitkellem miegħu. Minkejja t-tul ta’ din ilkonversazzjoni, Kvyat sostna li Marko ma qallux eżatt x’għamel ħażin biex jitlef postu b’dak ilmod. Madankollu, ir-Russu qal li mhux biħsiebu jidħol f ’kontroversji għaliex jixtieq jagħti r-risposti tiegħu permezz ta’ prestazzjonijiet tajbin fuq iċ-ċirkwit. Din l-istrateġija taf taħdem għaliex it-team principal tar-Red Bull Christian Horner tenna li t-trasferiment ta’ Kvyat ma tfissirx li l-karriera tiegħu mat-tim Awstrijak ġiet fi tmiemha għalkollox. Konverġenza
Sadanittant it-timijiet għadhom qegħdin jiddibattu l-effett tarriformi tekniċi li saru riċentement bil-ħsieb li fl-2017 il-kampjonat ikun aktar kompetittiv. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, bosta timijiet saħqu dwar il-bżonn li jkun hemm konverġenza fir-rendiment permezz ta’ standardizzazzjoni tal-biċċiet tal-magni. Sa ċertu punt din il-mira ġiet indirizzata bir-riformi li semmejna. Madankollu, il-Head
of Power Train tal-FIA Fabrice Lom sostna li r-regolamenti l-ġodda se jżidu l-konverġenza u mhux jimponuha. Huwa, però, spjega li l-konverġenza se tiġi weħidha biż-żmien grazzi għall-istabbiltà fir-regolamenti. Din it-tranżizzjoni se tkun aġevolata permezz tat-tneħħija tas-sistema tat-tokens, żvilupp li se jippermetti lit-timijiet żgħar u medji jnaqqsu d-distakk minn mat-timijiet l-kbar matul l-istaġun. Minkejja l-ottimiżmu ta’ Lowe, wieħed irid jinnota li daqskemm jistgħu jsiru żviluppi mit-timijiet iż-żgħar, jistgħu jsiru oħrajn minn dawk kbar. Fil-fatt, hemm il-possibbiltà li mingħajr issistema ta’ tokens id-distakki bejn it-timijiet il-kbar u dawk żgħar jiżdiedu hekk kif il-baġit għall-iżvilupp ta’ dawn talewwel ġeneralment huwa ferm akbar minn ta’ dawk tal-aħħar. Nistennew u naraw! Żviluppi tekniċi Fuq nota simili, diġà se naraw bidliet sostanzjali f ’diversi vetturi fil-Gran Premju ta’ Spanja hekk kif it-timijiet introduċew numru ta’ żviluppi tekniċi blgħan li jtejbu l-prestazzjonijiet tagħhom. Probabbilment, l-aktar bidliet radikali rajnihom fil-Force
ĦIN 1:22.000 1:22.280 1:22.680 1:23.087 1:23.113 1:23.334 1:23.522 1:23.643 1:23.782 1:23.981
d-degrad tar-roti tiegħu. Flgħaxar post spiċċa Alonso li wassal lill-McLaren għallewwel darba f ’Q3 minn meta t-tim minn Woking reġa’ beda juża l-magni Honda.
LIL HINN MIĊ-ĊIRKWIT
L-iskambju ta’ Verstappen ma’ Kvyat kompla jiddomina x-xena tal-Formula 1 fl-aħħar jiem hekk kif bosta figuri prominenti flisport taw l-opinjoni tagħhom dwar din il-miżura drastika. Barra minn hekk, kien hemm interess kbir f ’kwistjonijiet tekniċi minħabba l-fatt li l-istaġun Ewropew, li se jibda bittellieqa tal-lum, tradizzjonalment iġib miegħu diversi żviluppi interessanti fil-vetturi.
Rai 2 fid-21.10 Ħin Oriġinali fis-14.00
India hekk kif it-tim irrepeta l-eżerċizzju li għamel is-sena l-oħra bl-introduzzjoni ta’ vettura B-spec. It-tim ma daħalx f ’wisq dettall dwar x’inbidel. Madankollu, Sergio Perez żvela li waħda mill-problemi li qegħdin jippruvaw jindirizzaw hija d-degradazzjoni tar-roti li kienet problema serja fl-aħħar tlielaq. Min-naħa l-oħra, kien irrappurtat li l-Haas u s-Sauber qegħdin jużaw il-verżjoni l-ġdida tal-magna Ferrari. Din il-verżjoni diġà kienet użata mit-tim ta’ Maranello fil-Gran Premju tarRussja, però t-timijiet klijenti tagħhom għażlu li jipposponu din it-tranżizzjoni. Filwaqt li dan jidher li se jkun l-uniku żvilupp li se jintroduċi t-tim Żvizzeru, Haas se jkunu qegħdun jużaw ukoll ġewnaħ ta’ wara ġdid illum. Ir-Renault ukoll jintroduċew xi żviluppi fil-ġwienaħ ta’ quddiem u ta’ wara fi Spanja. Madankollu, il-bidliet il-kbar jidhru li se jseħħu wara t-tellieqa hekk kif it-tim Franċiż se juża t-testijiet tas-17 u t-18 ta’ Mejju ta’ Barċellona biex jipprova xi aġġornamenti ajrudinamiċi, sospensjonijiet ġodda, bidliet fis-sistema ta’ tkessiħ u power unit aktar avvanzat. Skont iddirettur tekniku tar-Renault Nick Chester, dawn l-iżviluppi għandhom jagħmlu d-debutt kompetittiv tagħhom fil-Kanada.
40 15|05|2016
kullhadd.com
LOKALI
Ara paġni 8 u 9
SEBA’ XHUR LI WELLDU KOPJA
• MA JGĦIDUX KEMM JISWEW L-IKTAR ŻEWĠ PROPOSTI EWLENIN ALEANDER BALZAN maġġoranza tar-rapport huwa aleander.balzan@one.com. meħud minn statistiki talmt Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u rapport li sar mill-Professur Seba’ xhur, esperta mill- Maria Attard fl-2012. Professur Università u x-Shadow Minister tal-Università li l-KullĦadd tal-Partit Nazzjonalista, huwa mgħarraf li kienet involuta Marthese Portelli, issarrfu sew fir-rapport. Fuq kollox kien f ’dokument ta’ tletin paġna biss rapport li spiċċa ħasad ukoll lillu li ħafna minnhom mhuma xejn Partit Nazzjonalista wara li kien għajr stampi u statistiki. żvelat mis-sit one.com.mt Dan dwar waħda mill-ikbar sfidi Fil-fatt, il-pjan kien li ssir li għandu pajjiżna: it-traffiku. konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ Sfida li tirriżulta mill-fatt li bi preżentazzjoni ta’ Marthese f ’Malta l-karozzi qegħdin dejjem Portelli biex l-għada mbagħad jiżdiedu bir-raġunijiet ewlenin Simon Busuttil ikun jista’ ikunu l-qagħda ekonomika tajba jagħmlu bħala tema ċentrali fidu popolazzjoni li qed tgħix iktar diskors tiegħu. b’ħafna jdumu iktar bil-vettura Iżda, b’one.com.mt joħroġ fit-triq. id-dettalji, Marthese Portelli Id-dokument li suppost ppreżentatu ta’ malajr fil-Kunsill jipproponi biex titnaqqas il- Ġenerali u ftit wara l-Partit konġestjoni tat-traffiku kien Nazzjonalista ħareġ stqarrija; ilu mistenni ħafna. Dan għax xi ħaġa li nisslet diżgwid intern wiegħdu l-Kap tal-Oppożizzjoni b’ħafna ma jaqblux jekk wara fit-tweġiba tiegħu għall-baġit l-‘leak’ kellux jimxi kollox u kien wiegħed ukoll li kien normali jew le. se jkun short term. B’Marthese Intant, mir-rapport jispikka Portelli tgħid li se jasal dalwaqt l-fatt li ż-żewġ proposti ewlenin għal darba, tnejn, tlieta, wieħed ma saritx stima tagħhom filwaqt kien qed jistenna xi ħaġa ta’ li, kif jista’ juri l-KullĦadd, ilbarra minn hawn. Iżda, ftit li maġġoranza tal-proposti huma xejn impressjonat. kkupjati għax diġà tħabbru jew Ħarġu b’35 punt li ftit li xejn qegħdin isiru. tista’ ssejħilhom proposti, għax ġodda mhumiex. Fil-fatt, ilTkompli f ’paġna 4