www.kullhadd.com Il-Ħadd 15 ta’ Settembru, 2019
Ħarġa Nru 1,366
Prezz €1
8 TEMI FEJN IL-GVERN QED JGĦIDLEK, GĦID TIEGĦEK INT UKOLL Ara paġna 3
SENTEJN JITLEF
Ara paġni 8, 9 u 19
Ara paġna 5
CASA JISFIDA LILL-KAP Il-Membru tal-Parlament Ewropew David Casa beda jikkummenta b’mod li jipprova jitfa’ dubju dwar in-nomina ta’ Helena Dalli għal Kummissarju Ewropew responsabbli għall-ugwaljanza. Dan bi sfida diretta lejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li għamilha ċara li fuq kwistjoni bħal din irid jidher differenti minn kif kien il-PN fi żmien Simon Busuttil. Iżda Casa komdu iktar bl-istil tal-Eks Kap u fl-aħħar sigħat donnu beda jpoġġi l-kundizzjoni fuq x’għandha tagħmel Helena Dalli. Fl-istess ħin, in-nomina ta’ Dalli baqgħet tiġbed l-appoġġ minn barra l-pajjiż. Ara paġna 4
02
15.09.2019
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 29°C L-Inqas Temperatura: 22°C L-Indiċi UV: 8 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ arja ta’ pressjoni għolja testendi fuq iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Sabiħ li jsir ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif mill-Majjistral itTramuntana Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Baxx mill-Grigal It-Temperatura tal-Baħar: 27°C
Editur ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR
It-Tnejn
tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Indirizz Postali KullĦadd
28°C
UV 6
21°C
Il-Ħamis
28°C
UV 6
22°C
28°C
Il-Ġimgħa
UV 6
22°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
29°C
UV 6
22°C
28°C
UV 6
21°C
27°C
UV 6
20 °C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IS-SIBT 21 TA’ SETTEMBRU
Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Il-Belt Valletta – 21238355 Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238018 Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi – 21487739 Ħerba Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara – 21443406 D’Argen’s Pharmacy, 330, Triq D’Argens, Il-Gżira – 21330817 San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke – 21378485 Chemimart Pharmacy, 4,5,6, il-Piazzetta, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21338369 St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Ħ’Attard – 21436348 Victory Pharmacy, 16, Pjazza l-Vitorja, In-Naxxar – 21412454 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien – 21802986 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Felice Pharmacy, 95, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 21827939 St. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Ħal Għaxaq – 21808723 Kristianne Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, L-Imqabba – 21683048 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli – 21457128 Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat, Għawdex – 21566170 Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Is-Sannat, Għawdex – 21564447
Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21252396 St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, Il-Ħamrun – 21234570 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi – 21487162 Mackie’s Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta’ Paris, Birkirkara – 21496089 Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, L-Imsida – 21244366 Krypton Chemists, Triq l-Ibraġġ, Tal-Ibraġġ – 21370141 Stella Maris Pharmacy, 34, Triq Millner, Tas-Sliema – 21335217 Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali, Ħ’Attard – 21434137 Rotunda Pharmacy, 7, Triq il-Kungress Ewkaristiku, Il-Mosta – 21411197 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid – 21696893 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 San Ġwakkin Pharmacy, 1 Triq Sant’Anna, Marsaskala – 21637994 Brittania Pharmacy, 5 Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa – 21658622 42, Vjal il-Blue Grotto, Iż-Żurrieq – 21689971 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat, Għawdex – 21556970 Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem, Għawdex – 21553018
03
15.09.2019
kullhadd.com
8 KONSULTAZZJONIJIET PUBBLIĊI MIFTUĦA Bħalissa hemm tmien konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa għar-rispons tal-pubbliku hekk kif il-Gvern kompla bl-impenn tiegħu li jisma’ u jgħarbel dak li għandhom xi jgħidu n-nies qabel jimplimenta l-bidliet meħtieġa. Bidliet li jvarjaw minn kwistjonijiet ta’ interess nazzjonali għal oħrajn speċifiċi għal setturi partikolari, iżda li lkoll jimmeritaw amministrazzjoni li tqis il-ħsibijiet tan-nies. “Dan il-Gvern jemmen bissħiħ fid-djalogu soċjali. Mhux b’konvenjenza, iżda b’konvinzjoni li djalogu soċjali b’saħħtu huwa s-sinsla tad-demokrazija, u b’rieda politika li tpoġġi ċ-ċittadini fiċ-ċentru ta’ kull deċiżjoni li nieħdu. Għalhekk, bħala Ministru responsabbli mid-djalogu soċjali, kommess li nkompli nsaħħaħ u ninvesti fil-fora eżistenti u f ’inizjattivi ġodda li jagħtu pjattaforma u widen lill-poplu tagħna u lill-imsieħba soċjali. Dan b’konsistenza mal-politika tal-Gvern li jisma’, jiddeċiedi, u jwettaq,” qal il-Ministru Edward Zammit Lewis meta kien qed jikkummenta fuq il-ħtieġa ta’ proċessi ta’ dan it-tip. Fost il-konsultazzjonijiet miftuħa bħalissa hemm dik dwar il-baġit għas-sena d-dieħla. Saħansitra biex tkun iktar faċli tnediet app apposta li tista’ tit-
Il-konsultazzjoni fuq il-baġit waħda min dawk li huma miftuħa bħalissa
niżżel. Hemm ukoll konsultazzjoni pubblika fuq ir-riforma dwar it-traffikar uman u l-prosituzzjoni u l-politika nazzjonali dwar it-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija. Żewġ riformi oħra importanti u li diġà bdew iqajmu diskussjoni huma marbuta mat-trasport. Fosthom hemm ir-riforma dwar it-taxis li qed tissejjaħ bħala Public Service Garage Reform u dik dwar l-e-scooters. Konsultazzjonijiet oħra għandhom x’jaqsmu mal-użu ta’ artijiet partikolari u l-bidla fl-iskop tagħhom. Fl-aħħar jiem għalqet konsultazzjoni pubblika oħra li kienet għaddejja fl-aħħar ġimgħat. Dik dwar il-qafas etiku li jrid jinbena għal Malta bħala pajjiż li jħaddan l-intelliġenza artifiċjali b’mod li jħares il-fiduċja ta’ min jużah u min ikun milqut. Konsultazzjoni oħra li kienet fuq l-aġenda fl-aħħar jiem u li ġibdet l-interess kienet dik dwar is-sehem tan-nisa fil-politika. Iżda, mhux kull konsultazzjoni tiġbed l-interess tal-pubbliku. Kien hemm 18–il konsultazzjoni pubblika li ma ġibdet l-interess ta’ ħadd, fosthom li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet u interventi fuq l-annimali. Kwistjonijiet li jqumu b’mod regolari fil-midja inkluż dik wara or-
L-aktar konsultazzjoni li qanqlet interess kienet dik dwar jekk għandniex inżommu l-ħin tas-sajf jew taxxitwa tul is-sena kollha, tant li din irċeviet aktar minn 2,500 sottomissjoni
ganiżmi modifikati ġenetikament (Genetically Modified Organisms) ukoll ma kellhom ebda rispons. Fost l-iktar konsultazzjonijiet pubbliċi li ġibdu interess kien hemm il-white paper fuq id-donazzjoni tal-organi li rat iktar minn 100 rispons, waqt li iktar minn 50 rispons kienu reġistrati fuq il-bidliet fis-settur tal-gaming u anke dwar l-istrateġija tar-rispons. Iżda l-aktar konsultazzjoni li qanqlet interess kienet dik dwar jekk għandniex inżommu l-ħin tas-sajf jew tax-xitwa tul is-sena kollha, tant li din irċeviet aktar minn 2,500 sottomissjoni. Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia spjega li anke permezz tal-MCESD, l-imsieħba soċjali jkunu jistgħu jmexxu ’l quddiem l-ideat u l-proposti tagħhom biex il-prosperità tal-pajjiż tissarraf f ’ġustizzja soċjali u kwalità ta’ ħajja aħjar. Id-diskussjonijiet fl-aħħar snin taw rizultati tanġibbli fosthom żieda fil-paga minima u benefiċċji anċillari għall-ħaddiem Malti. Farrugia żied li fl-aħħar xhur, il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali waqqaf żewġ kumitati ġodda: il-Kumitat Reġjonali għal Għawdex u l-Kumitat tas-Soċjetà Ċivili li permezz tagħhom, il-Gvern qed ikompli jaħsad il-frott ta’ djalogu soċjali effettiv li tant qed naħdmu u ninvestu fih. “Dan hu l-aqwa xhieda ta’ gvern li jisma’ bil-fatti – impenn politiku li se nkompli nikkonsolida flimkien mal-Ministru Zammit Lewis fl-aqwa interess talMaltin u l-Għawdxin kollha,” qal Farrugia.
MA FELĦUX JISTENNEW SA OTTUBRU
L-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista kellha maħsuba maratona ġbir ta’ fondi għal Ottubru. Dwarha s-Segretarju Ġenerali, Clyde Puli, kien diġà kiteb lill-attivisti tal-Partit Nazzjonalista u ħeġġiġhom biex jibdew bil-ġbir għaliex din kienet importanti ferm. Iżda, fl-aħħar ġimgħat ittieħdet id-deċiżjoni li ma kienx possibbli li l-PN jistenna daqshekk biex jerġa’ joħroġ jiġbor il-flus. Għalhekk qed isir sforz kbir biex mill-festi tal-Indipendenza jiġbru kemm jista’ jkun ewro. Il-mira hi li mqar iġibu l-ispejjeż tal-attivitajiet li qed jingħad li huma 75% inqas minn drabi oħra. M’hemmx dubju li d-deċiżjoni li l-istess festi ma jsirux fuq il-Fosos kienet dik biex jiffrankaw il-flus. Għalkemm kienet ikkunsidrata wkoll il-parteċipazzjoni fjakka li seta’ jkun hemm għal post kbir bħall-Fosos. Dan wara sajf imqalleb li kellu l-Partit Nazzjonalista, partikolarment il-Kap Adrian Delia li saħansitra kellu joqgħod għal vot ta’ fiduċja. Bħalissa fil-PN, il-prijorità huma l-flus u fil-fatt, il-festi tal-Indipendenza bdewhom bi ġbir ta’ fondi fuq ir-radju, fejn bħalma għamlu fil-ġbir
ta’ għeluq snin il-Kap ma qalux x’kien ir-riżultat tagħha. Għalkemm imkejjen fl-istamperija jsostnu li r-riżultat kien wieħed diżappuntanti ħafna. Dan wassal biex f ’ħinijiet differenti fuq Net Television qed joħorġu n-numri għall-ġbir u n-nies ikunu mħeġġa jikkontribwixxu. Filwaqt li hija normali li partit jiġbor il-flus biex idawwar ir-rota finanzjarja, l-enfasi fuq il-ġbir tal-flus qed turta mhux ftit attivisti tal-Partit Nazzjonalista li qed jgħidu kif il-partit sar imur għandhom biss biex idaħħlu jdejhom filbut u riżultati jaraw ftit li xejn. “Mhux biss naqqasna l-attivitajiet u ġibna l-festi tal-ikbar kisba tagħna ekwivalenti għal attivitajiet marbuta ma’ perjodi oħra tas-sena, iżda l-Indipendenza qed narawha biss bħala ġbir tal-flus. Basta ma nafx kemm-il stqarrija u intervista saret mis-Segretarju Ġenerali biex jgħidilna b’pompa dwar kif se nkunu qed niċċelebraw din il-festa,” qal kunsillier talPN li hu magħruf li mal-klikka ta’ Delia mhux xi favorit. Id-diskors hu kif fi żminijiet agħar u iktar diffiċli politikament il-PN xorta kien kapaċi jwettaq dak li llum mhux jitwettaq mill-klikka ta’ Delia u Puli.
04
15.09.2019
kullhadd.com
CASA JISFIDA LIL DELIA U JATTAKKA LIL DALLI Il-Membru tal-Parlament Ewropew tal-Partit Nazzjonalista, David Casa, beda bl-ewwel attakki pubbliċi fil-konfront tan-nominata ta’ pajjiżna għall-Kummissjoni Ewropea, Helena Dalli. Filwaqt li hemm l-impenn tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia u dikjarazzjonijiet tal-istess partit li se jaħdmu favur tagħha, David Casa reġa’ telaq għal rasu. Fuq Facebook beda bl-istess diskorsi li kien sar fil-konfront ta’ persuni oħra li kienu nominati mill-Gvern għal istituzzjonijiet Ewropej u li l-PN oppona, partikolar-
Julie Ward, Membru tal-Parlament Ewropew Ingliż, magħrufa għall-ħidma tagħha favur l-ugwaljanza laqgħet b’entużjażmu n-nomina ta’ Helena Dalli bħala Kummissarju Ewropew għall-ugwaljanza. Meta kienet f ’pajjiżna fl-aħħar jiem għall-konferenza organizzata mill-Partit Soċjalista Ewropew u l-Partit Laburista, Ward fissret kif tinsab entużjasta ħafna għal din in-nomina. “Ninsab eċitata ħafna dwar il-fatt li se jkollna lil xi ħadd tal-istatura ta’ Helena Dalli taħdem fuq livell Ewropew fuq suġġett daqstant importanti,” qalet Ward li rreferiet għall-ħidma ta’ Helena Dalli bħala Ministru tal-Gvern Malti. “Għamlet numru ta’ bidliet progressivi f ’Malta u nħarsu lejn Malta bħala mexxejja f ’numru ta’ oqsma fosthom id-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ. L-Ewropa għadha mhix ugwali, m’għandniex ugwaljanza għalkemm għandu jkollna,” żiedet Ward li tenniet li mhux biss fl-oqsma tad-drittijiet gay hemm ħafna xogħol xi jsir u Helena Dalli għandha l-kredenzjali kollha biex twettaq dan. “Fl-oqsma tal-ġeneri hemm ħaf-
ment fi żmien it-tmexxija ta’ Simon Busuttil. F’kitba bil-lingwa Ingliża, maħsuba biex tinqabad minn MEPs ta’ pajjiżi oħra u anke mi-
n a i k tar xi jrid isir. Ninsab p a r t i ko l a rment sodifatta b’din l-għażla għax jiena mħassba bid-direzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea b’mod ġenerali u nittama li dak li tista’ tagħmel Helena jista’ jkun imnissel f ’valuri tassew Ewropej,” żiedet Ward. Din ma kinetx l-unika vuċi internazzjonali li esprimiet sodisfazzjon għall-ħatra ta’ Dalli. Is-Segretarju Ġenerali tal-għaqda mhux governattiva Rainbow Rose Europe, Josè Santoro, qal
dja barranija, Casa ħareġ jgħid li Helena Dalli ma tistax tittama li tassigura l-post ta’ Kummissarju għall-Ugwaljanza jekk se tagħlaq għajnejha għal dak, li skont hu, qed jiġri f ’Malta. David Casa żied jgħid li qed jistenna li Helena
li huma sodisfatti bin-nomina ta’ Helena Dalli, u jemmen li bir-rieda tagħha se tkun ta’ eżempju għal pajjiżi oħra li fadal ħafna fejn jagħmlu progress fil-qasam tal-ugwaljanza. “Tista tkun ta’ eżempju għalpajjiżi fejn għad irid isir il-progress,” qal Santoro.
Dalli tikkundanna liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi fil-Parlament (b’referenza għas-smigħ quddiem l-MEPs), kif ukoll dak li hu jallega li qed jiġri f ’Malta. Id-diskors ta’ Casa, li flimkien ma’ Roberta Metsola kien qal li se jivvota favur Dalli, jikkuntrasta bil-kbir mar-reazzjoni lokali u internazzjonali pożittiv
għall-għażla ta’ Helena Dalli bħala Kummissarju Ewropew għall-ugwaljanza. Saħansitra anke l-Partit Nazzjonalista ħareġ iktar minn stqarrija waħda ta’ sodisfazzjon li Dalli ngħatat dan il-portafoll. Biex bir-raġun l-attitudni ta’ Casa hija sinjal ieħor li għalih il-Kap jibqa’ Simon Busuttil u l-pożizzjonijiet li jieħu Delia ftit jagħmlu bih. Fil-fatt, kliemu huwa wkoll l-istess bħal meta l-Partit Nazzjonalista, fi żmien Simon Busuttil, ħadem kontra n-nomina ta’ Leo Brincat għall-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea. Dakinhar Schembri u Mizzi wkoll kienu l-iskuża biex ma jappoġġjawx il-kandidatura li kien qed iressaq ’il quddiem pajjiżna.
vuċi b’saħħitha favur id-drittijiet tal-bniedem. Fuq Twitter għaqdiet internazzjonali wkoll kitbu favur in-nomina ta’ Helena Dalli u d-determinazzjoni tagħha fejn tidħol l-ugwaljanza. LGBT Denmark feraħ lil Dalli u qal li jaf it-track record u l-għarfien tagħha f ’dan il-qasam. Equinet iddeskrivew in-nomina ta’ Helena Dalli bħala aħbar eċċezzjonali u qalu li huma ottimisti li jaħdmu flimkien mal-Kummissarju Dalli għal aktar ugwaljanza fl-Ewropa. EU Disability Forum ukoll esprima l-interess tiegħu li jaħdem flimkien ma’ Helena Dalli fl-irwol il-ġdid tagħha għal aktar ugwaljanza u drittijiet għal persuni b’diżabilità fl-Ewropa. IlWomen Entrepreneurship PlatViċi form ukoll ferħu lil Helena Dalli President tan-nisa Soċjalisti u saħqu sabiex ikun hemm aktar Ewropej, il-Griega, Zefi Dimad- dibattitu għal aktar ugwaljanza ama rrikonoxxiet il-ħidma ta’ bejn is-sessi fl-Ewropa. Helena Dalli fejn jidħlu wkoll id-drittijiet tan-nisa. Ara wkoll Hija stqarret li Helena Dalli hi l-Editorjal f ’paġna 19
“EĊITATA BIN-NOMINA TA’ HELENA DALLI”
05
15.09.2019
kullhadd.com
Eluf ta’ persuni nġabru l-Belt għall-manifestazzjoni tal-gay pride li hi simbolu ta’ kemm ilkoll irridu naħdmu għall-ugwaljanza u biex fis-soċjetà nħobbu u napprezzaw lil kulħadd kif inhu. Fl-aħħar snin Malta bdiet tiċċelebra dan l-avveniment b’iktar kburija frott id-drittijiet ġodda li introduċiet għall-persuni LGBTIQ+. Iżda, fl-istess ħin, xorta jibqa’ preġudizzju u diskriminazzjoni li jridu jkunu indirizzati. Mitlub jikkummenta waqt li ngħaqad mal-eluf fil-Belt Valletta l-Prim Ministru qal: “Huwa sinifikanti aktar mis-snin l-oħra. Naħseb illum għandna biex inkunu aktar kburin illi r-riżultati li ksibna matul dawn l-aħħar snin bħala Malta issa ġew rikonoxxuti bil-kbir mill-Unjoni Ewropea bin-nomina ta’ Helena Dalli bħala Kummissarju, l-ewwel Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza. Allura llum għandna biex niċċelebraw u nkunu aktar kburin mis-soltu.”
Il-PRESIDENT SE JŻUR IL-VATIKAN U L-ITALJA Il-President ta’ Malta u s-Sinjura Vella llum se jħallu Malta fuq żjara ta’ erbat ijiem fejn se jżuru s-Santa Sede u l-Italja. Matul din iż-żjara, il-President George Vella u d-delegazzjoni tiegħu se jintlaqgħu mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku f ’udjenza privata nhar it-Tnejn, 16 ta’ Settembru. Fil-Vatikan, il-President Vella u d-delegazzjoni tiegħu, li tinkludi lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo, se jkollhom ukoll laqgħa mas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin. L-għada, is-17 ta’ Settemb-
ru, il-President George Vella se jkun qed jiltaqa’ mal-President tar-Repubblika Taljana Sergio Mattarella fil-Palazz Quirinale f ’Ruma, fejn se jkunu qed jiddiskutu diversi temi attwali. Impenji uffiċjali oħra li mistenni jipparteċipa fihom il-President flimkien mas-Sinjura Vella jinkludu ċelebrazzjoni tal-Indipendenza ta’ Malta, fejn il-President se jkun qed jindirizza l-mistednin distinti. Matul din iż-żjara, u fl-assenza tal-President Vella minn Malta, is-Sinjura Dolores Cristina se tkun qed isservi fil-kariga ta’ Aġent President tar-Repubblika.
06
15.09.2019
kullhadd.com
WASAL AJRUPLAN ĠDID IEĦOR GĦALL-AIR MALTA
Il-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta laqgħet ajruplan ġdid ieħor tat-tip Airbus A32Oneo. Dan huwa t-tieni ajurplan ġdid għall-Air Malta dan is-sajf wara li fi ftit tal-ġimgħat ilu kien wasal ajruplan ieħor ta’ dan it-tip. Biex b’hekk issa telgħu għal tlieta n-numru ta’ ajruplani Airbus A320neo fil-flotta tal-Air Malta. L-ewwel titjira b’dan l-ajruplan kienet dik lejn l-ajruport ta’ Gatwick f ’Londra ftit tal-ħin wara l-preżentazzjoni. Fil-fatt, l-Air Malta s-sena li għaddiet bdiet pjan ta’ investiment f ’ajru-
plani aktar ekonomiċi u li jħammġu ferm inqas l-ambjent. Dan qed isir billi jinbidlu l-ajruplani kollha tal-Air Malta fuq perjodu ta’ ħames snin. Preżenti għall-wasla tal-ajruplan kien hemm il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi li esprima s-sodisfazzjon tiegħu u fakkar fil-viżjoni tal-Air Malta li tibda lejn destinazzjonijiet barra mill-Ewropa. Fil-fatt, ħabbar li tul is-sena li ġejja minbarra l-wasla ta’ iktar ajruplani A320neo, l-Air Malta qed timmira li jkollha l-ewwel Airbus A321XLR li kapaċi jtir lejn destinazzjonijiet
iktar imbiegħda minn pajjiżna. Iżda fisser li dan jista’ jseħħ biss billi jkun hemm il-ftehimiet kollettivi kollha mal-unions. Hawnhekk appella lill-union talbdoti biex tiġi madwar il-mejda u tilħaq ftehim. Spjega li t-talba tal-ALPA għal garanziji ta’ rtirar kmieni ta’ €700,000 għal kull pilot ma tistax tiġi aċċettata minħabba regoli tal-għajnuna statali. Spjega li jekk l-ALPA ma tilħaqx ftehim, il-Gvern se jesplora possibbiltajiet li titjiriet ’il barra mill-Ewropa jkunu operati minn kumpaniji oħra.
S&P GLOBAL RATING B’TIFĦIR GĦALL-ĦIDMA TAL-GVERN L-aġenzija S&P Global Ratings ikkonfermat ir-rating A- għal pajjiżna, filwaqt li żammet l-outlook għar-rating bħala pożittiv. Fi kliem S&P Global Ratings, “our ratings on Malta are supported by its strong growth performance, recurring current account surpluses driven by its large services exports and the government’s improving budgetary and debt positions and fiscal management.” L-esperti ta’ S&P Global Ratings isostnu li r-rata ta’ tkabbir ekonomiku fis-snin li ġejjin se tlaħħaq medja ta’ 4.3%. Tant li r-rapport isostni li “we anticipate Malta’s headline GDP growth will continue to exceed that of peers at similar income levels and stages of development.” Dan is-suċċess ekonomiku, skont l-aġenzija internazzjonali, huwa dovut għall-politika tal-Gvern, partikolarment “the authorities’ commitment to policies incentivizing investment and hiring.” S&P Global Ratings tinnota s-suċċessi tal-politika talGvern fl-aħħar snin. Fil-fatt, issostni li “in a high-growth environment, the government has consolidated its finances, reduced general government debt relative
to GDP, and undertaken several structural reforms, notably those that have reduced the country’s energy bill and increased female participation in the labor market.” L-aġenzija internazzjonali tgħid li hija kunfidenti li l-aġenda tal-Gvern ser tibqa’ riformista. L-esperti ta’ S&P Global Ratings jemmnu li l-qagħda fil-finanzi pubbliċi ser tkompli tkun tajba, b’surplus ta’ 1% tal-ġid nazzjonali bħala medja fis-snin li ġejjin. Dan filwaqt li jinnutaw il-pjani tal-Gvern li jżid l-ispiża soċjali, speċjalment il-pensjonijiet, kif ukoll jonfoq aktar fuq proġetti u infrastruttura. B’riżultat tal-għaqal li bih se jitmexxew il-finanzi pubbliċi, S&P Global Ratings tbassar li l-piż tad-dejn nazzjonali ser jonqos għal 30% tal-ġid nazzjonali sal-2022, jew nofs il-piż li kien hemm fl-2014. Fi stqarrija, il-Gvern qal li se jaħdem biex pajjiżna jkompli jgawdi minn fiduċja akbar fil-kamp internazzjonali li se ssarraf f ’iktar investiment u titjib fid-dħul tal-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin.
07
15.09.2019
kullhadd.com
MEDIĊINA OĦRA B’XEJN KONTRA L-KANĊER! • TISWA €27,000 GĦAL KULL PAZJENT
• TELGĦU GĦAL 129 IL-MEDIĊINI KONTRA L-KANĊER FUQ IL-FORMOLARJU Matul din is-sena l-lista ta’ mediċini għall-kura tal-kanċer fuq il-Formularju tal-Gvern żdiedet b’żewġ mediċini oħra biex issa hemm 129 mediċina fuq il-Formularju biex jintużaw għall-kura ta’ ħafna tipi ta’ kanċer. L-aħħar mediċina li ddaħħlet fuq il-Formularju hija dik magħrufa bħala Cetuximab, mediċina innovattiva mmirata biex tittratta l-kanċer tal-musrana l-kbira u r-rectum li jkun laħaq infirex, u ċertu kanċer tar-ras u tal-għonq. Din il-mediċina tingħata bħala infużjoni fil-vina fuq bażi outpatient fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo. Normalment dan it-trattament idum madwar sitt xhur. In-numru ta’ pazjenti li mistennija jibbenefikaw minn din il-mediċina l-ġdida huwa ta’ 25 pazjent fis-sena u bħalissa diġà hawn 13-il pazjent li se jkunu qegħdin jingħataw din il-mediċina. Huwa kkalkulat
li l-valur tal-mediċina għal kull pazjent jaqbeż sewwa s-€27,000 fis-sena. Aktar kmieni din is-sena ddaħħlet ukoll il-mediċina magħrufa bħala Nivolumab li tintuża fil-kura tal-melanoma, kanċer tar-ras, limfoma u l-kanċer tal-pulmun. In-numru ta’ pazjenti li mistennijin jibbenefikaw minn din il-mediċina huwa ta’ 155. Mitlub jikkummenta dwar l-introduzzjoni ta’ dawn il-mediċini l-ġodda kontra l-marda tal-kanċer, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li “fil-Programm Elettorali tagħna għall-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju ta’ sentejn ilu konna għamilnieha ċara li l-ġlieda kontra l-kanċer kienet se tkun waħda mill-prijoritajiet ewlenin fil-qasam tas-saħħa. B’konformità ma’ dan, ħloqna fond monetarju li jiġi approvat kull sena speċifikament għal mediċina
ġdida li tintuża fil-kura tal-kanċer. Bħalissa dan il-fond ilaħħaq €10 miljun kull sena. Sadanittant, se nkomplu niffukaw fuq il-prevenzjoni għax bħal ħafna mard ieħor hemm tipi ta’ kanċer li l-inċidenza tagħhom tista’ titnaqqas.” Il-Formularju tal-Gvern jaħseb għal ammonti kbar ta’ mediċini differenti għal kwalunkwe mard u l-ispiża fuqu tiżdied kull sena. Għal din is-sena l-ispiża mistennija tkun ta’ madwar €120 miljun. Il-Formularju tal-Mediċini tal-Gvern jinqasam f ’dawk li huma outpatients u dawk li jkunu pazjenti fl-isptarijiet. Madwar 140,000 pazjent jagħmlu użu mis-sistema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) li permezz tagħha jiġbru l-mediċini mil-lokalità tagħhom.
08
15.09.2019
kullhadd.com
SENTEJN TA’ TELFIET... PERSONALI U TA’ PARTIT Bħal għada sentejn, fis-16 ta’ Settembru 2017, wara kampanja li żvelat ukoll intriċċi u qsim f ’fazzjonijiet, Adrian Delia rebaħ l-elezzjoni li saret fi ħdan il-Partit Nazzjonalista għal Kap tal-Partit. Elezzjoni li saret wara r-riżenja ta’ Simon Busuttil b’disfatta ta’ 40,000 vot maġġoranza għall-Partit Laburista, fl-elezzjoni ġenerali msejħa f ’Marzu ta’ dik is-sena. Għal dawn is-sentejn li għaddew ta’ Adrian Delia il-mistoqsija tiġi waħedha – fejn wassal lill-Partit Nazzjonalista Delia u x’ġara f ’dawn is-sentejn kemm f ’dan il-partit u wisq aktar importanti fil-politika li qed imexxi l-Partit Nazzjonalista? Fattwalment dawn kienu sentejn ta’ telfiet. Għalih personali u għall-Partit Nazzjonalista. Biżżejjed wieħed jara kif fi trust rating wara ieħor dejjem naqqas il-fiduċja, sakemm ftit tax-xhur ilu niżel fil-miżerja ta’ 15%. Saħansitra mhuwiex fdat m a ’ eluf t a ’ nazzjonalisti. It-tweġiba jagħtuha wkoll esponenti tal-Partit Nazzjonalista stess – li l-partit tagħhom illum jinsab fl-agħar abbiss li qatt kien fih partit politiku
Malti. U jgħidu wkoll, bir-raġun, li din in-niżla bdieha ħadd ħlief il-Kap ta’ qablu Simon Busuttil, imma komplieha Adrian Delia. Delia jitfa’ n-nomina Kien lejn l-aħħar ta’ Lulju tal2017, Adrian Delia sejjaħ lill-ġurnalisti biex jitkellem magħhom dwar id-deċiżjoni tiegħu u kif iħares ’il quddiem, wara li kien għadu kif tefa’ n-nomina għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista. Fost il-kliem melliesi li uża, Adrian Delia qal lill-ġurnalisti: “Ix-xewqa tiegħi, il-ħolma tiegħi, il-ħidma tiegħi ħa tkun biex inkun jiena issa li nbiddel il-politika b’dak illi nista’ noffri.” Kliemu. U kompla jħanbaq dwar il-metodu l-ġdid kif kien qed jara l-ħidma tiegħu, il-famuża frażi tan-New Way.
Kliemu wkoll: “Ma jfissirx dan illi ma tistax tibqa’ tħares lejn il-politika kif dejjem ħarist lejha – minn barra, kif taffettwa lili, lill-familja tiegħi, lis-soċjetà tiegħi, kif taffettwa lilna lkoll. U naħseb li huma din l-oġġettività, dawn l-għajnejn, din il-friskezza, din l-enerġija, li biha ħa nipproponi l-affarijiet li jibdew isiru b’mod ġdid. Mod ġdid, illi l-politika ma tkunx biss dik il-politika li aħna tradizzjonalment insejħulha politika partiġjana.” Sentejn wara, dan il-kliem li dak il-ħin forsi seta’ jinstema’ bħala żiffa friska, issa nistgħu niddeskrivuh bħala kliem fieragħ għall-aħħar. Ejja ngħidu, għall-benefiċċju tad-dubju, li pprova jkun differenti u l-klikka ta’ Simon Busuttil u wkoll diversi klikek oħra mhumiex qed iħalluh. Imma anki din hija dgħjufija u żgur li mhix kwalità essenzjali ta’ mexxej. Sentejn wara li ddikjara li jrid mod ġdid ’l hinn mill-politika partiġjana, illum nistgħu ngħidu li l-politika partiġjana għadha nkorporata sew f ’għeruq il-ħidma tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista mmexxija minn Adrian Delia. Mal-ewwel jiem ta’ Adrian Delia bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista sfaxxaw ukoll f ’duħħan, l-oġġettività, il-friskezza u l-enerġija li wiegħed Delia. Naraw kif ukoll. Għaliex kif tista’ tkun oġġettiv jekk tispara bl-addoċċ mingħajr ma tkun analizzajt il-fatti? Kif tista’ tkun frisk meta togħdos fil-politika tal-passat li swiet lill-Partit Nazzjonalista żewġ elezzjonijiet b’distakk ta’ voti dejjem jikber? Għax f ’Mejju li għadda Delia wassal għall-ikbar telfiet fl-istorja tal-PN. U kif tista’ tkun mimli enerġija meta dawk ta’ madwarek stess ikunu mażżra m’għonqok? New way li taret m a r - r i ħ mingħajr lan-
qas biss laħqet twieldet. U-turns F’dawn is-sentejn rajna lil Adrian Delia jagħmel diveresi rtirati – dawk li b’mod aktar popolari jissejħu U-turns. Mhux se nidħlu f ’kollha, għaliex ikollna niktbu serje bil-faxxikli, kif kien isir bir-rumanzi fil-passat. Għalkemm l-istorja politika s’issa ta’ Delia xejn ma tista’ titqies bħala rumanz. Imma nqisu li l-aktar li tispikka hija l-U-turn ta’ Delia fil-konfront ta’ Simon Busuttil u l-Egrant. Storja li ħafna jqisuha bħala dik li wasslet biex tissejjaħ elezzjoni bikrija. Għaliex ngħiduha kif inhi, kienet storja li kienet qed thedded mhux biss il-mixja ’l quddiem li kien miexi biha l-pajjiż, imma kienet qed thedded saħansitra l-għajxien tal-familji Maltin, tan-negozji u tal-investiment li kien irnexxielu jġib ilGvern Laburista f ’qasir żmien. Storja maħmuġa li rriżultat li kienet biss gidba ffabbrikata minn elementi fil-Partit Nazzjonalista stess. Bil-perċimes ħadd ħlief dak li llum il-ġurnata għadu jqis lilu nnifsu bħala dak li jmexxi lill-Partit Nazzjonalista – Simon Busuttil. U din hija wkoll nuqqas ta’ kapaċità min-naħa ta’ Delia – li jżomm ir-riedni tal-partit li jaħseb li jmexxi f ’idejh. Hawnhekk Adrian Delia seta’ beda jnaqqax ismu b’ittri tad-deheb fuq il-ħitan tad-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista. Imma bl-azzjoni – jew nuqqas ta’ azzjoni li ħa, dan sfuma fix-xejn. Dak li ġara fi ħdan il-Partit Nazzjonalista mal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-inkjesta Egrant mhux biss xehed it-taħwid li għadha tinstab fih l-Oppożizzjoni, imma xehed ukoll li Adrian Delia mhuwiex verament il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni, għaliex baxxa rasu għall-pressjoni li saritlu mill-kamp Busuttil. Wara li ħarġet fil-beraħ il-konfoffa li sawret din il-gidba Egrant, permezz tal-pubblikazzjoni tar-rapport tal-inkjesta, f ’Lulju tas-sena li għaddiet, Adrian Delia ħabbar li ssospenda lil Simon Busuttil minn Shadow Minister għall-Governanza Tajba u li din il-kariga se tkun f ’idejh. Pass, li ħafna dak il-ħin qisu li n-New Way kienet reġgħet irxoxtat mill-mewta prematura tagħha. Niftakru lil Delia jgħid b’mod
F’dawn is-sentejn li għaddew rajna lil Delia jerġa’ jogħdos f’dak li kien mifni bih il-Partit Nazzjonalista. In-nuqqas ta’ kredibilità. Anzi d-doża żdiedet
kategoriku li xejn mhu se jbiddel il-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant li sabu li sar frame-up fuq il-Prim Ministru u l-familja tiegħu. Anki l-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista appoġġja lil Delia biex Simon Busuttil iġorr responsabbiltà politika u jissospendi ruħu mill-grupp parlamentari. Imma x’ġara? Membri Parlamentari u esponenti tal-Partit Nazzjonalista bdew kampanja ta’ appoġġ favur Simon Busuttil bil-hashtags #notinmyname u #strongertogether, pressjoni li wasslet biex f ’ħakka t’għajn Adrian Delia għamel U-turn u qal li Simon Busuttil mhux se jkun sospiż mill-Grupp Parlamentati tal-Partit Nazzjonalista. Terġa’, f ’Mejju li għadda, ilKap tal-Oppożizzjoni Delia qal li l-Egrant mhix gidba. Il-każ Egrant huwa biss eżempju wieħed li mhux biss juri l-inkonsistenza tal-Kap tal-Oppożizzjoni u d-dgħjufija tiegħu meta mpoġġi dahru mal-ħajt, imma juri fuq kollox kemm Adrian Delia f ’dawn is-sentejn wera kemm mhuwiex kredibbli. Nuqqas ta’ Kredibilità F’dawn is-sentejn spikka għalhekk in-nuqqas ta’ kredibilità ta’ Adrian Delia. M’hemm l-ebda dubju li meta n-Nazzjonalisti għażlu lil Adrian Delia bħala kap tal-partit kienu qegħdin jittamaw li bil-kap il-ġdid il-Partit Nazzjonalista kien se jasal biex jibda jirbaħ lura xi ftit mill-kredibilità li tilef. Din it-tama
09
15.09.2019
kullhadd.com
Imma apparti dan. Imkien ma smajna lil Adrian Delia jagħti mqarr proposta waħda dwar din is-sitwazzjoni. U mhux f’dawn iż-żewġ eżempji biss
Ta’ Simon Busuttil imminaw nies qrib tiegħu biex jaslu għalih kibret meta Adrian Delia, fin-New Way imwiegħda, kien iddikjara li t-tajjeb kien se jibda jgħidlu tajjeb u l-ħażin jibqa’ jgħid li huwa ħażin. Imma kif jgħid il-Malti, ħożż fl-ilma. F’dawn is-sentejn li għaddew rajna lil Delia jerġa jogħdos f ’dak li kien mifni bih il-Partit Nazzjonalista. In-nuqqas ta’ kredibilità. Anzi d-doża żdiedet. Għaliex kif tista’ tkun kredibbli meta tmeri ċertifikati mogħtija lill-Gvern Malti minn istituzzjonijiet indipendenti barranin f ’diversi oqsma? Biex tkun kredibbli, nemmnu li tal-anqas għandek taċċetta t-tajjeb u jekk ikun hemm lok, tgħid x’seta’ sar, forsi, aħjar. Kif tista’ tkun kredibbli meta statistika u wkoll aġenziji barranin jagħtu ċertifikati li juru li l-ekonomija qed tikber minħabba deċiżjonijiet għaqlija li qed jieħu l-Gvern u Adrian Delia jibqa’ jgħid u jinsisti li l-ekonomija qed tikber minħabba dik li qegħdin isejħulha importazzjoni ta’ ħaddiema barranin – sempliċement għaliex għalih u għal sħabu din hija l-buzz word tal-ġurnata? Kif tista’ tkun kredibbli u tittieħed bis-serjetà meta bħala Kap tal-Oppożizzjoni tgħid li l-Gvern preżenti falla f ’kull qasam? Il-kredibilità ta’ Adrian Delia u sħabu inkredibbilmet, spiċċat. Mhux kapaċi jieħu deċiżjoni ... ... f ’ħafna affarijiet li qed jifnu lill-Partit Nazzjonalista. Imma anki fejn jista’ joħroġ bħala rebbieħ u fl-istess ħin jeħles minn dawk li qed jimmażżraw lill-Partit Nazzjonaista, Delia mhux kapaċi jieħu deċiżjoni. Ejja naraw x’għamel wara li l-Qorti tal-Appell ikkonfermat sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Magistrati f ’kawża ta’ libel li kien għamel id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi dwar l-iskandlu talart tal-Löwenbräu f ’Ħal Qormi. Il-Qorti waħda mill-ogħla istituzzjonijiet tal-pajjiż li Adrian Delia u sħabu ma jaħsbuha xejn biex jimminaw, f ’dan il-każ kienet qalet li “jrid u ma jridx – Jason Azzopardi
kellu jġorr ir-responsabbiltà politika għal dak li kien qiegħed jiġri under his watch” – jiġifieri taħt imnieħru. M’hemmx dubju li din is-sentenza tal-Qorti tal-Appell ħammret, għalkemm għandna dubju, wiċċ Jason Azzopardi. Iżda mhux biss, aktar minn qatt qabel Jason Azzopardi kellu jerfa’ r-responsabbiltà politika. Imma Jason Azzopardi, kif kien mistenni ma refa’ xejn. F’każ bħal dan konna qed nistennew li jkun il-Kap tiegħu, Adrian Delia li jġiegħlu jerfa’ r-responsabbiltà politika. Imma dan ma seħħx u għalhekk indirettament Adrian Delia ta l-barka tiegħu għal dak li sar meta Jason Azzopardi kien ministru jew segretarju parlamentari. Vera li Delia qal li m’għandux ħin x’jitlef ma’ Jason Azzopardi. Imma jekk din hija riflessjoni ta’ raġunament politiku fuq każ serju ħafna, nistgħu nissoponu x’tip ta’ raġunamenti u deċiżjonijiet jista’ jieħu Adrian Delia. Dan huwa kuntrast enormi ma’ kliem Adrian Delia waqt intervista ta’ sentejn ilu fil-programm In Depth. Kliemu: “Għax meta jkun hemm il-ħażin, min jiskot, huwa kompliċi. Min jagħlaq għajnejh huwa għami. U min jagħlaq widnejħ huwa trux. U hemmhekk il-problema, illi jekk noqogħdu kwieti u ma niġġildux, inkunu aħna wkoll kompliċi u ma nistgħux ngħidu li ma nafux, u ma nistgħux ngħidu li m’għandniex is-saħħa li m’għamilna xejn.” Kritika bla proposti Faċli tikkritika bl-addoċċ. Imma mhux daqshekk faċli li tikkritika b’mod kostruttiv. Aktar u aktar jekk ma jkollokx proposti alternattivi. Hekk għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia f ’dawn is-sentejn li għaddew. U hekk qed ikompli jagħmel. Ejja nieħdu ftit eżempji. Il-problema tat-traffiku. X’qiegħed jgħid Adrian Delia? Jgħid li qed ikollna żieda qawwija wisq fin-numru ta’ karozzi li qegħdin jiżdiedu fit-toroq. Jgħid
li t-twessigħ tat-toroq mhux soluzzjoni. Imma mbagħad ma jgħid xejn dwar il-pjani tiegħu biex isolvi l-problema. Ejja nieħdu wkoll il-problema tal-immigrazzjoni. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia apparti kritika mingħajr proposti, kien irresponsabbli wkoll meta kkummenta dwar immigranti fil-Mediterran ifittxu kenn f ’xi pajjiż Ewropew. Qal li dawn l-immigranti qegħdin jintużaw politikament u akkuża lill-Gvern Malti li qiegħed ikun inuman. Issa Adrian Delia jaf li l-Gvern Malti qiegħed jerfa’ kull responsabbiltà li huwa obbligat li jerfa’ skont il-liġijiet u r-regolamenti internazzjonali. Anzi qiegħed jagħmel iżjed minn hekk. Suppost jaf ukoll li l-Gvern Malti mhux lest li jgħabbi lil pajjiżna bil-piżijiet li għandu jerfa’ ħaddieħor. Imma Adrian Delia mhux hekk irid. Adrian Delia jrid li nerfgħu l-piżijiet kollha aħna – imbagħad noqogħdu nittallbu lil ħaddieħor biex jaqsamhom magħna. Imma apparti dan. Imkien ma smajna lil Adrian Delia jagħti mqar proposta waħda dwar din is-sitwazzjoni. U mhux f ’dawn iżżewġ eżempji biss.
L-Eks Kap ma tahx ċans jieħu r-ruħ
Kostrett jitlob vot ta’ fiduċja Fuq kollox Adrian Delia kellu jitlob vot ta’ fiduċja inqas minn sentejn wara li sar Kap. Vot ta’ fiduċja li talbu kontra qalbu wara sensiela ta’ manuvri biex jimminawh u anke jattakkawlu nies qrib tiegħu. Anke jekk rebħu mill-proċess ħareġ totalment tellief. Reġgħu esponewlu d-difetti u n-nuqqasijiet kollha dawk li suppost huma sħabu stess. Fil-proċess tilef lil Pierre Portelli minn Kap Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista u ma rnexxilux idaħħal lil Jean Pierre Debono b’co-option fil-Parlament. Dan meta ried iħallsu talli sentejn ilu kien hu li ċedielu s-siġġu wara li ma ried jagħtihulu ħadd. Attakkatu l-fergħa taż-żgħażagħ tal-PN b’rapport uffiċjali u rriżenjawlu tnejn minn tliet Presidenti ta’ or-
Qal li ma jagħtix kasu, iżda ma kienx kapaċi jneħħih gani tal-Partit Nazzjonalista. Konklużjoni F’dawn is-sentejn spikkaw l-inkonsistenzi, il-U-turns, in-nuqqas ta’ kredibilità, in-nuqqas ta’ responsabbiltà u n-nuqqas ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet minn Adrian Delia. Bl-azzjonijiet tiegħu u wkoll binnuqqas ta’ azzjonijiet tiegħu, Adrian Delia wera u qed ikompli juri li l-poplu Malti ma jafx fejn qiegħed miegħu. Dan kollu żgur li mhuwiex bażi soda biex Adrian Delia jiġbor ilfrakk ta’ dak li kien il-Partit Nazzjonalista u jmexxih ’il quddiem. U fuq kollox, f ’sentejn għadu
ma rnexxilux jgħaqqad il-partit mhux biss bħala partit, imma wkoll jgħaqqad partit warajh bħala l-Kap tiegħu. Żgur li l-kredenzjali li wriena s’issa Adrian Delia mhumiex, għalhekk, dawk li jista’ jgħaqqad pajjiż warajh. Sfortunatament kemm għall-membri ġenwini tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll għall-pajjiż kollu li jixtieq Oppożizzjoni denja – kif għidna qabel – Adrian Delia falla wkoll li jmexxi l-Partit Nazzjonalista għal dan. Anzi bħal ta’ qablu, waħħad lill-partit fil-passat mingħajr ma’ ġab ebda nifs ġdid, metodu ġdid fil-politika kif qed imexxiha l-Partit Nazzjonalista.
kullhadd.com
11
15.09.2019
Fl-aħħar sigħat il-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista ssokta bit-tħejjijiet tiegħu għal meta jerġa’ jiltaqa’ l-Parlament b’enfasi partikolari fuq il-baġit tas-sena d-dieħla. B’ritratt mill-isbaħ tal-grupp miġbur flimkien f ’atmosfera rilassanti, għalkemm produttiva, intbagħat il-messaġġ ċar li l-grupp huwa wieħed magħqud u ffukat fuq il-ħidma li hemm bżonn għall-ġid tal-pajjiż. Tim wieħed, tim sod, tim magħqud, kulħadd wara l-Prim Ministru kienu wħud mill-messaġġi li nkitbu mid-deputati li bi kburija qasmu fuq il-midja soċjali dan ir-ritratt.
JIFTAKAR KIF 61 SENA ILU ĦUTU MIETU B’SAJJETTA Kitba ta’ wieħed mill-aħwa l-mejtin iżTrischia Falzon żgħir. Staqsa lil ommi fejn hu ħuh l-ieħor, u weġbitu li kien Wieħed u sittin sena ilu nħasdet għadu kemm ħareġ bis-senter. il-ħajja ta’ Fredu u Karmenu Peress li kien għadu qed jieħu pjaċir bis-senter ġdid għax kien Spiteri. Żewġt aħwa żgħażagħ minn ilu li ġab il-liċenzja ġimagħtejn Ħal Luqa li dak iż-żmien kell- biss, qabad triqtu u ġie ħdejna. hom 17 u 21 sena, u li ltaqgħu Meta saru xi l-ħamsa u nofs, mal-mewt għal għarrieda b’sajj- is-sitta, kien hemm sħaba bdietta fl-ewwel maltempata tal- et tikber u tberraq u triegħed u z-ziju qalilna għax ma mmorrux istaġun. Fil-gazzetta Il-Berqa tal-15 għax ġej il-maltemp? U nġbarna ta’ Settembru 1958, kien ġie kollha flimkien u qbadna t-triq rrappurtat dan, taħt it-tit- biex immorru d-dar.” Leli spjega li s-senter u ċ-ċinlu: “Traġedja ta’ żewġt aħwa turin li kellu marbut ma’ qaddu fit-tempesta ta’ nhar is-Sibt”. “L-ewwel maltempata tal- ħuh li kien għall-kaċċa, għadistaġun nhar is-Sibt waranof- hom tajbin sal-lum, minkejja li sinhar nisslet il-mewt ta’ żewġt r-ram maċ-ċinturin ibbies malli aħwa li sfaw milquta minn laqtitu s-sajjetta. “Kif rajna l-maltemp, tlaqna sajjetta. Karmenu Spiteri ta’ 21 sena u ħuh Alfred ta’ 17-il u għaddejna minn ġo għalqa sena u nofs, sfaw milquta minn jgħidula tan-Nawxa u fost sajjetta u mietu minnufih waqt is-sajjetti li għamlu, għax il-ħin li kienu f ’għalqa ħdejn il-Gud- kollu jberraq u jriegħed, għamja. Iż-żewġt aħwa kienu qegħ- let dis-sajjetta jgħidu li niżlet din għall-kaċċa. Il-Maġistrat għall-azzar tal-kanna, u wieħed tal-għassa ġie mgħarraf u ord- miet ’l hawn u wieħed miet ’l na li l-katavri jittieħdu fil-kam- hemm. It-tnejn f ’daqqa waħda ra tal-mejtin fl-Isptar San Luqa għax kien hemm il-kuġin tul ta’ metru warajhom, ma ġralu xejn. fejn ilbieraħ saret l-awtopsja.” Ħuhom Leli jirrakonta mal- Kollox ġara ħdejna, ġo saqajna.” gazzetta KullĦadd x’ġara B’ċertu dettall, ħu l-vittmi jispf ’dik li kellha tkun ġurnata jega x-xena li segwiet wara li ra bħall-oħrajn, meta flimkien ma’ lil ħutu mixħutin mal-art. missierhom u zijuhom, il-ħames “Ġiet l-ambulanza fl-isqaq. Ġie aħwa subien ħarġu għall-kaċċa. wieħed Ġużi l-Purtinar minn “Kien is-Sibt it-13 ta’ Settem- Ħal Luqa, ġabilhom xi kutri u bru. Konna niltaqgħu ħames għattihom bihom, għax mejtin aħwa subien b’missieri b’kollox, fuq il-post kienu. Ilhom mejtin konna dilettanti tal-kaċċa. Dik 61 sena kieku llum anzjani.” il-lejla ħriġna għall-kaċċa fil- Aktar minn 60 sena wara, hija għaxija u morna fejn noqogħdu plakka fi triq siekta mdawra s-soltu. Ġie z-ziju Spiru ħdej- bir-raba’ u bl-għelieqi li tfakkar na. Sadanittant, ħija l-kbir kien il-memorja taż-żewġ żgħażagħ għall-kaċċa Birżebbuġa u mar li ħajjithom intemmet f ’qasir id-dar u kien hemm miegħu il-għomor.
Iċ-ċinturin li kellu ma’ qaddu wieħed mill-aħwa. Is-senter li kien għall-kaċċa bih 61 sena ilu
Il-plakka f ’Ħal Luqa li tfakkar il-memorja tal-aħwa Karmnu u Fredu Spiteri
12
15.09.2019
kullhadd.com
IL-ĠMIEL TA’ ĠIMAGĦTEJN ĠID X’inhi l-ewwel ħaġa li tiġi f’moħħok meta nsemmu l-volontarjat? Wieħed forsi jimmaġina gruppi kbar ta’ nies, kollha medhija jagħmlu xogħol ta’ barra minn hawn bla waqfien u bla heda. Fil-verità dawn huma nies tal-ħajja ta’ kuljum, u għalkemm veru li x-xogħol impenjattiv, iwassal għal bidla li aħna lkoll kapaċi X’ħeġġek tagħmel esperjenza tal-volontarjat barra minn Malta? Il-volontarjat minn dejjem kien jaffaxxinani u minn dejjem kien xi ħaġa li xtaqt nagħmel. Fil-fatt, kont diġà għamilt ftit volontarjat ġewwa Malta stess: bdejt billi mort nilgħab u nagħmel il-crafts mat-tfal tal-istitut, però dejjem xtaqt li nagħmel xi ħaġa barra minn Malta u mmiss il-faqar b’idejja – kif iltqajt ma’ Reaching Cambodia għedt aħjar nippruvaw la issa ċ-ċans. Bgħattilhom, applikajt, u mbagħad minn hemm mexxewni huma. Kemm damet l-esperjenza tiegħek hemmhekk? Il-Kambodja domt ġimagħtejn, mid-19 ta’ Lulju sat-2 ta’ Awwissu. Hemm ħafna għaqdiet differenti tal-volontarjat, però għaliex għażilt li tissieħeb ma’ Reaching Cambodia? Proprjament inzertajt kont naf lil ħabibti, li diġà kellha esperjenza ta’ volontarjat magħhom; barra minn hekk kont ilni ħafna nisma’ bosta affarijiet pożittivi dwarhom, jew
nilħqu. Yasmin Camilleri hija studenta l-Università, u għalkemm l-għaxqa tagħha ssibha fil-lingwi u l-kitba, għandha wkoll passjoni għal xogħol volontarju. Dan is-sajf, hija ssieħbet ma’ organizzazzjoni bl-isem ta’ Reaching Cambodia, għaqda nongovernattiva mwaqqfa bil-għan li
na wkoll bosta sessjonijiet ta’ crafts u ta’ tpinġija, minn xi daqqiet ngħallmuhom kif isajru, jew inkella sempliċiment naraw xi films magħhom. Bażikament, il-missjoni tagħna hemmhekk kienet li nipprovduhom bl-imħabba li dawn it-tfal qatt ma kellhom. F’dawn il-ġimagħtejn kellna l-opportunità li nimlewlhom il-ġurnata X’kien eżattament ix-xogħol b’attivitajiet differenti u nbiddlulhom ir-rutina tal-ħajja ta’ li kontu qegħdin tagħmlu kuljum. hemmhekk?
anki nara xi ritratti ’l hemm u ’l hawn tax-xogħol li qed iwettqu. Li nqatta’ xi żmien ġewwa l-Ażja wkoll xi ħaġa li kont ilni biex nagħmel! Bdejt nattendi l-avvenimenti tagħhom ta’ ġbir ta’ fondi, u minn hemm ħassejtni qbilt sew magħhom u żviluppajt interess akbar li nissieħeb magħhom.
Fil-Kambodja konna qed noqogħdu ġo istitut li jżomm ittfal ta’ etajiet differenti, u fost ix-xogħol li wettaqna hemm konna qed inħejjulhom xi lezzjonijiet tal-Ingliż u tal-Matematika. Apparti minn hekk kell-
Kif kont tqattagħha ġurnata tipika hemmhekk? Filgħodu dejjem konna nqumu għall-ħabta tas-sebgħa jew is-sebgħa u nofs, u mbagħad madwar it-tmienja u nofs
Għalkemm kultant sibnieha diffiċli li nikkomunikaw mat-tfal verbalment, l-imħabba li jkollhom ġewwa qalbhom ma tonqosx: huma konxji li aħna qegħdin hemmhekk sabiex noffrulhom l-imħabba tagħna u nqattgħu kemm jista’ jkun ħin magħhom
tgħin lil dawk fil-bżonn. Yasmin taqsam l-esperjenza li kellha hi flimkien ma’ bosta voluntiera oħrajn ġewwa l-Kambodja, ġrajja miżgħuda attivitajiet li mhumiex biss ta’ pjaċir iżda wkoll ta’ ġid u tagħlim.
kienet tiġi għalina t-tuk tuk sabiex teħodna ħdejn it-tfal: b’kollox kien hemm qisu kwarta bogħod. Kif naslu kienu jiġu jilqgħuna t-tfal, u minn hemm immorru għall-attivitajiet tal-ġurnata. L-ewwel nibdew bil-lezzjonijiet skont l-iskeda li ħejjejna, u wara li nlestu konna nqattgħu madwar nofs siegħa qari fejn kultant it-tfal kienu jinterpretaw l-istorja b’xi reċta minn tagħhom. Imbagħad, it-tfal ikollhom siegħa ta’ pawża fejn konna nagħtuhom x’jieklu u ngħinu lil dawk li qed jieħdu ħsieb iqassmulhom l-ikel. Hawnhekk kellhom ftit ħin jagħmlu li jridu: jew jintefgħu f ’raqda, jew joħorġu jilagħbu... u ovvjament dan il-ħin kien ikollna mument ta’ mistrieħ aħna wkoll! Wara konna nkomplu bl-attivitajiet sakemm nispiċċaw għall-ħabta tal-erbgħa: terġa’ tiġi għalina t-tuk tuk u teħodna lura għal fejn konna qed noqogħdu. Filgħaxija konna nippreparaw għall-għada. Aħna diġà konna ħejjejna xi attivitajiet u lezzjonijiet qabel ma wasalna, però wara kull ġurnata kellna bżonn ngħaqqdu kollox flimkien biex naraw kif se naħdmu l-jum li jmiss.
Kitba ta’ Kurt Gabriel Meli Meta tikkumpara dak li kellek f ’moħħok qabel ma mort il-Kambodja u kif verament kienet l-esperjenza hemmhekk – kien dak li kont qed tistenna? Il-qofol tal-esperjenza kont stennejtu, fis-sens li jien mort hemmhekk bil-ħsieb li niltaqa’ mat-tfal u nagħmlilhom xi attivitajiet; għaldaqstant, li ma kontx qed nistenna kien l-ammont ta’ mħabba li setgħu joffru dawn it-tfal. Huma għandhom lingwa għalihom u ftit kienu dawk li setgħu faċilment jitkellmu bl-Ingliż, u allura inzertajna ostaklu f ’dak li għandu x’jaqsam mal-lingwa. Anki dawk li jieħdu ħsieb: normalment kien ikun hemm waħda li tifhem sew bl-Ingliż u tittraduċi għall-bqija. Għalkemm kultant sibnieha diffiċli li nikkomunikaw mattfal verbalment, l-imħabba li jkollhom ġewwa qalbhom ma tonqosx: huma konxji li aħna qegħdin hemmhekk sabiex noffrulhom l-imħabba tagħna u nqattgħu kemm jista’ jkun ħin magħhom. Fil-verità kulma kellna għaxart ijiem wiċċ imb wiċċ magħhom, iżda ma kontx
13
15.09.2019
kullhadd.com
qed nistenna kemm f ’dan iżżmien qasir kienu lesti jħobbuna u jaċċettawna. Minbarra l-imħabba li laqgħuk biha t-tfal, hemm xi affarijiet li ssorprendewk ġewwa l-Kambodja? L-Ażja hija differenti għalkollox minn Malta, speċjalment mil-lat kulturali. Ngħid id-dritt, qabel ma mort kont qed nibża’ ħafna minn culture shock, xi ħaġa li anki n-nies ta’ madwari kienu qed jippreparawni għaliha. Jien għamilt ħilti sabiex nipprepara minn qabel, però kif mort hemmhekk rajt il-ħin jgħaddi qisu mhu xejn, ġurnata, imbagħad ġimgħa. Stennejt li kont se nkun ħafna aktar imbeżża’ bid-differenzi kollha. X’inhuma wħud mill-akbar sfidi li ffaċċjajt int u taħdem hemmhekk? Naħseb l-aktar ħaġa li ħassejt diffiċli kienet l-aħħar ġurnata li qattajt hemmhekk. Bħala grupp ħassejna li kienet se tkun ġurnata ta’ ċertu dwejjaq peress li konna se ninfirdu minn mattfal. Anki pizza sajjarnielhom għall-aħħar ġurnata! Dakinhar kien jum mimli bl-attivitajiet bħas-soltu, imbagħad ħallejna l-aħħar ftit ħin sabiex ngħidulhom saħħa għall-aħħar darba. Ma kontx qed nistenniehom jibku t-tfal, imma tant kemm kienet diffiċli emozzjonalment dik il-ġurnata li diffiċli ma tinfaqax tibki int stess. Huma jaraw grupp wara ieħor, imma tistagħġeb kemm kapaċi jiġu mdejqin kif jaraw lilek imdejjaq, u viċeversa. U x’inhuma wħud millisbaħ memorji li se tibqa’
Ara aħna, ngħidu li m’għandhomx wisq, imma fil-verità dejjem se ssibhom bit-tbissima fuq wiċċhom, kuntenti b’kull ħaġa li għandhom
naħseb li teżisti kultura kbira ta’ volontarjat, iżda fl-istess waqt nemmen li hemm ħafna li jista’ jsir sabiex inkomplu nħeġġu aktar żgħażagħ sabiex jissieħbu f ’din l-attività. Tħajjar lil ħaddieħor jagħmel din l-esperjenza?
Dażgur, ħafna B’mod ġenerali, x’tagħlim Jekk jista’ jkun, tqis li ħadt minn din persuna għandha L-isbaħ esperjenzi żgur jinvol- l-esperjenza? oħra tingħaqad vu t-tfal, speċjalment kif diġà għedt l-imħabba li juruk. Huma Tagħlima waħda hija żgur jagħtuk dak iċ-ċertu sens li inti kemm irrid napprezza akimportanti għalihom: ma jq- tar l-affarijiet li diġà għandi: isuniex biss bħala għalliema l-imħabba tal-familja u talimma wkoll ta’ ħbieb. Ħaġa li ħbieb, l-edukazzjoni, u l-bqija. missitli qalbi meta tawni waħ- Għalina dawn jidhru qishom bażiċi, mentri da miċ-ċpiepet li kienu jilagħbu bżonnijiet bihom, peress li hemmhekk ma f ’postijiet oħrajn ma tgħidx li tantx jilagħbu b’ġugarelli bħal jistgħu jitqiesu affarijiet ta’ kultagħna. Ġieli jagħtuk xi karta li jum. kienu qed iħażżu fuqha u jindirizzawk b’ismek. Kważi kuljum Inti għadek student kont nispiċċa b’xi ħaġa li kienu l-Università. Taħseb li fost iż-żgħażagħ tamparek joffruli. Ħaġa oħra li affaxxinatni ħaf- teżisti kultura b’saħħitha na u li se nibqa’ nżomm huwa ta’ xogħol ta’ volontarjat, kif it-tfal ta’ hemmhekk assolu- jew taħseb li għandna tament mhumiex materjalistiċi. nippromwovuha aktar? Ara aħna, ngħidu li m’għandhomx wisq, imma fil-verità Naħseb li hija xi ħaġa li għandha dejjem se ssibhom bit-tbissima bżonn tiżdied, però nammetti fuq wiċċhom, kuntenti b’kull li diġà rajtha żdiedet ħafna llum ħaġa li għandhom. Xħin kon- il-ġurnata. Pereżempju, jekk na naslu, dejjem tarahom jiġru inħares lejn il-grupp tagħna, għal fuqek biex jgħannquk u dan kien kompost minn għaxar jifirħu bik. żgħażagħ: l-akbar waħda kellha Barra minn hekk, napprez- 28, mentri l-iżgħar waħda kont za wkoll li bħala grupp qbilna jiena ta’ 21 sena.. kif tista’ tara ħafna: minn qabel ma kont naf allura, kollha kemm aħna konlil ħadd u kelli xi ansjetà li for- na ta’ età żgħira. si mhux se naqbel magħhom, Illum naħseb anki jekk nagħtu però llum nista’ ngħid li għandi titwila lejn il-midja soċjali, nibdisat iħbieb ġodda. L-esperjen- dew nindunaw kif ħafna nies za m’għaqqditnix biss mat-tfal qed jinteressahom il-volontarta’ hemmhekk, imma wkoll jat u ta’ spiss ninzertaw gruppi man-nies li kont qed ngħixha li jitilgħu post jew ieħor sabiex magħhom. iwettqu dan ix-xogħol. F’Malta tgħożż?
tal-volontarjat u tgħix esperjenza ta’ dan it-tip. Hija esperjenza li fiha tkun qed tagħti ħafna, però fl-istess ħin tinduna kif qed tagħti xi ħaġa lilek stess, xi ħaġa imprezzabbli li tista’ titgħallem minnha. U titħajjar terġa’ tagħmilha inti mill-ġdid?
nħajjarhom! għalija, kull Bla dubju. Ix-xewqa hemmhekk xi darba jew qiegħda, u diġà għandi l-ħsieb ma’ grupp li nerġa’ nitla’ xi darba.
14
15.09.2019
kullhadd.com
LABRA, ĦAJTA It-teatru għal ħafna jfisser xi mawra ħelwa ta’ filgħaxija darba fill, ħarġa ma’ sħabna jew qrabatna biex nieħdu gost u niddevertu għal siegħa sagħtejn: huwa wieħed mill-eqdem forom ta’ divertiment, u l-popolarità tiegħu xejn ma battiet tul iż-żmien. Iżda kultant tistagħġeb kif, wara dawk is-sagħtejn sbieħ ta’ ġenn fuq il-palk, ikun
hemm sigħat, jiem u xhur sħaħ jitħejja l-ispettaklu – u ħafna min heda minn wara l-kwinti. Dorothy Ebejer Castillo hija ħ Manoel, il-ħin kollu taqbeż minn p
X’kien dak li attirak lejn id-dinja tal-ħjata u l-professjoni tiegħek?
Taf liema kienet l-ewwel produzzjoni li qatt ħitt għaliha?
użu għalih. Però dan jiddependi wkoll mill-baġit li jkollna għall-produzzjoni.
Ommi dejjem kienet tħitilna meta kont żgħira: niftakarni dejjem noqgħod niġri warajha u niġbrilha l-biċċiet tad-drappijiet. Anki meta noħorġu, fil-karozza dejjem kienet medhija tagħmel in-knitting jew il-crochet u jien dejjem kelli x-xewqa li nagħmel bħalha. Tista’ tgħid minn hemm kienet bdiet il-ħajra tiegħi.
Kont għamilt ħafna xogħol tal-ħjata għal produzzjonijiet tat-tfal, però l-ewwel produzzjoni ġewwa t-teatru li qatt ħitt għaliha kienet The Rose Tattoo diretta minn Albert Marshall. Minn hemm ’il quddiem il-ħidma tiegħi ħadet xejra differenti għal diversi raġunijiet: issa bdejt ningħata l-iskript tal-produzzjoni, naqraha u nagħmel riċerka dwarha. Jekk dramm ikun ibbażat fil-ħamsinijiet, pereżempju, tkun trid tara li l-ħwejjeġ ikunu addattati kif kienu dak iżżmien, kemm il-kuluri, l-istil tal-ħjata, u l-bqija. Trid tifhem l-istorja, biex mhux biss tiġbor informazzjoni dwar il-karattri imma wkoll dettalji żgħar bħal jekk hux isseħħ filgħodu jew filgħaxija jew jekk il-karattri humiex sinjuri jew fqar. Hemm ħafna ħsieb li jsir qabel ma wieħed jasal għall-kostum finali.
X’inhuma xi dettalji fil-professjoni tiegħek li jagħmluha speċjali?
Kif u meta bdejt tħit waħdek? Jien prattikament kont bdejt inħit għall-pupi, u mbagħad imxejt minn hemm. Ili nħit waħdi mindu kont żgħira, u naħseb kelli madwar disa’ snin meta ħitt l-ewwel libsa għalija stess li kont għamilt għall-festa tal-Isla. Dak iżżmien kont inħit billi nuża r-rivista tal-Burda, però dejjem kont irrid li disinn nagħmlu jiena minflok inqalleb fil-kotba u nsib wieħed li jogħġobni. Kont ħabiba ta’ Patrick Vella ta’ Curtain Raiser u aktar tard kont immur ngħinhom u nħitilhom. Minn hemmhekk qbadt ċerti punti u tattiċi importanti, pereżempju kont immur nara r-rehearsals qabel ma nibda nħit il-kostum biex nara kif kienu l-movimenti tal-atturi. Ma tkunx trid tispiċċa tħit kostum biex imbagħad lanqas tista’ tiċċaqlaq bih! Hemm xi tipi ta’ lbiesi jew kostumi li tħobb tħit l-aktar? Għalija aktar ma jkun ta’ sfida l-kostum tant l-aħjar. Nieħu gost b’affarijiet sempliċi, però personalment aktar ma jkun ikkumplikat aktar nieħu pjaċir għaliex aktar jgħinni nitgħallem u negħleb l-ostakli. Anki xħin tarah lest, jagħtik sodisfazzjon kbir.
Ix-xogħol tiegħek mindu bdejt sal-lum il-ġurnata, inbidel ħafna jew kważi kważi baqa’ l-istess kif kien? L-akbar bidla naħseb li hi l-ammont ta’ produzzjonijiet li qed isiru għaliex żdidna ħafna. Qabel kulma kien ikollna kważi kważi xi żewġ drammi u opera waħda biss, imbagħad forsi xi kunċerti ’l hemm u ’l hawn. Barra minn hekk, illum ħafna jiddeċiedu li jmorru għal kostumi aktar aġġornati u kontemporanji, fis-sens li jkunu aktar moderni, u hemmhekk inħoss li ninqata’ naqra jiena. Kultant nikru xi kostumi, però jkollna wkoll ħafna kostumi li jekk hemm bżonn inkunu nistgħu nużawhom mill-ġdid. Ġieli jkun hemm xi wħud li ma nkunx irrid immiss għaliex ikunu ta’ xi rwol speċjali, imma nagħmlu ħilitna li l-kostum dejjem nibqgħu nsibu
Biex ngħidha kif inhi, jiena fitta f ’xogħli – l-oġġett li nagħmel irrid nagħmlu sew, inkella ma nagħmlu xejn. Jgħidu li d-dettalji ma jidhrux wisq fuq il-palk, però għalija xogħol tajjeb ikun jidher li huwa xogħol tajjeb. Barra minn hekk, jgħin ukoll meta d-disinji jsiru għal kull individwu, peress li jkunu jistgħu jħossuhom aktar komdi: affarijiet bħal dawn japprezzawhom ħafna. Ix-xogħol tiegħek huwa xogħol li jsir minn wara l-kwinti. Taħseb li dan dejjem jiġi apprezzat millpubbliku avolja mhux inti li qed tidher fuq il-palk? Ix-xogħol fl-ilbiesi iva, naħseb li sikwit jiġi apprezzat min-nies. Il-kostumi jarawhom u jagħtu kashom, u jekk hemm xi ħaġa li mhix f ’postha mal-ewwel se jintebħu. It-tifħir u l-kritika dejjem hemm se jkunu. Aktar milli ma japprezzawx, jiena naħseb li n-nies ma jkunux wisq konxji ta’ dak li jkun qiegħed isir minn wara l-kwinti u kif il-ħidma fuq xi ħaġa li tidher sempliċi ilha li tkun bdiet. Dawn l-affarijiet ma tantx joħorġu fuq il-palk. Nistgħu ngħidu hekk anki għal dak li għandu x’jaqsam ma’ attivitajiet oħrajn, bħall-festa. Ix-xogħol li hemm wara l-pavaljuni jkun kbir, imma n-nies sikwit jagħtuh daqqa t’għajn, jgħidu kemm hu sabiħ, jieqfu hemm u jibqgħu għaddejjin. L-istess għall-kostum kultant: tgħid kemm hu sabiħ u tieqaf hemm. Hemm ħafna biex naslu sal-kostum finali: trid tiddiskuti mal-atturi u mad-diretturi, trid tara li l-materjali tajbin, tara kif se jikkuntrasta jew jaqbel mas-sett, u l-bqija.
15
15.09.2019
kullhadd.com
A U RUKKELL
ta’ preparazzjoni meħtieġa biex nn dak ix-xogħol ikun qed isir bla
ħajjata ewlenija ġewwa t-Teatru produzzjoni għal oħra u tieħu qies
wieħed wara l-ieħor. Medhija wara l-magna jew tfassal is-sett ta’ kostumi li jmiss, ħajjet il-ħajjata mhix biss waħda ta’ impenn iżda wkoll waħda ta’ sodisfazzjon liema bħalu. Kitba ta’ KURT GABRIEL MELI
Issibha faċli tikkoordina u tiddiskuti mal-atturi jew id-diretturi?
żball qalziet ta’ wieħed nagħtuh lill-ieħor, però affarijiet żgħar li dejjem insibu tarf tagħhom.
U x’inhi waħda mill-esperjenzi li tgħożż l-aktar fil-ħidma tiegħek fit-teatru?
Iva, però l-atturi tagħna sikwit ma jaħdmux bħala atturi full-time, u għalhekk kif tgħajtilhom għall-qisien jew għallprovi jkunu jridu jieħdu mill-ħin liberu tagħhom. Jinvolvi ħafna xogħol u impenn: anki waqt ir-rehearsals trid tara x’movimenti għandhom u tara humiex komdi, biex kemm jista’ jkun – u din nemmen ħafna fiha – l-atturi jkollhom moħħhom mistrieħ waqt li jagħtu spettaklu. Jaf tkun ta’ fixkla jekk ma jħossuhomx komdi, ma jkunux jistgħu jittrasmettu l-linji sewwa għaliex ma jkunux ikkonċentrati. Ix-xogħol fil-kostumi dejjem jibqa’ għaddej, anki fi żmien it-tlugħ tal-produzzjoni. Filgħodu jkollna niġbru l-ħwejjeġ, innaddfuhom u nippreparawhom għar-rappreżentazzjoni li jmiss; barra minn hekk trid toqgħod attenta li tieħu ħsiebhom kemm jista’ jkun. Ġieli nispiċċaw nitfixklu u bi
Affarijiet hekk tqishom bħala l-akbar sfidi fis-sengħa tiegħek?
Darba kelli l-opportunità li nitla’ l-Iżvezja għal ġimagħtejn, u kien affaxxinanti wisq tara l-mod kif jaħdmu huma hemm fuq. Aħna l-Maltin inħoss li nħobbu nagħmluha tal-jack of all trades, mentri hemmhekk inħoss li l-attitudni hija aktar irrilassata. Ġewwa Drottingholm, fejn kont jiena, kienu qed itellgħu żewġ operas biss għallistaġun tagħhom. Allura li taħdem fuq żewġ produzzjonijiet biss tagħtik ħafna aktar ċans tfittex u tagħmel ir-riċerka. Aħna minn waħda hawnhekk mal-ewwel naqbżu għal oħra: ġieli nlestu xi opera u nhar it-Tnejn ta’ wara tkun tibda l-production week għall-produzzjoni li jmiss! Kienet esperjenza bellezza għalija. Taf kemm taf, dejjem trid titgħallem minn ħaddieħor: impossibbli tgħid li taf kollox, inkella tibqa’ mwaħħal f ’post wieħed. It-teatru storja li ma tintemm qatt.
Mhux eżatt. Għalija, waħda mill-akbar sfidi hija l-ħin: ġieli tispiċċa ma jkollokx il-materjal kollu preżenti u ma tkunx tista’ tlesti kostum wieħed qabel ma tgħaddi għall-ieħor. Jekk ikolli idea f ’moħħi nħobb infassalha, ngħaqqadha u mbagħad naqbeż għal idea oħra, però kultant dan ma jkunx vijabbli. Ġieli taħseb mod u waqt li tħit tiġik idea oħra u ssib affarijiet li tkun trid tbiddel. Il-motto tiegħi huwa li ma rridx nagħmel xogħol tajjeb imma xogħol aqwa mit-tajjeb, u jekk nara li fl-aħħar mill-aħħar ix-xogħol mhux se jiġi tajjeb mela naqbad u nibdlu la nkun għadni fil-ħin. Barra minn hekk, trid tqis li ċerti materjali jkunu jiswew belli liri, u mhux b’seba’ għajnejn trid toqgħod għassa magħhom imma b’seba’ mitt elf għajn! X’esperjenzi ġieli inzertajt li kienu ta’ sfida – jew forsi anki tad-daħk għalik?
Biex ngħidha kif inhi, jiena fitta f’xogħli – l-oġġett li nagħmel irrid nagħmlu sew, inkella ma nagħmlu xejn. Jgħidu li d-dettalji ma jidhrux wisq fuq il-palk, però għalija xogħol tajjeb ikun jidher li huwa xogħol tajjeb
Xi atturi kultant jibagħtuli l-qisien tagħhom li jkunu ħadu xi ħames jew sitt snin qabel – nibda ngħid: “Dan baqa’ l-istess?” Tiġrili wkoll li xi attur jagħtini l-qies tiegħu u jaħsiblu naqra iktar – jien naħsiblu ftit ukoll biex ma niħux riskji u ovvjament jispiċċa jiġi kbir wisq, allura trid iżżarma u tibda mill-ġdid. Darb’oħra qies li tatni attriċi tant ma kienx tajjeb li l-qies ta’ ġenbejha stajt intellgħu sa qaddha! Barra minn hekk, meta nistaqsi lill-atturi jibagħtuli ritratt tat-tul sħiħ ta’ ġisimhom, ta’ spiss nispiċċa b’xi ritratt ta’ wiċċhom minflok. Saħansitra ġieli wiċċhom anqas jingħaraf u ma jkollix idea li jkunu huma!
Ħafna nies jagħżlu li jisseparaw il-ħajja tax-xogħol mill-ħajja personali tagħhom – però taħseb li din il-karriera b’xi mod għenitek tikber jew tinbidel bħala persuna? Fil-bidu kont nippanikkja ħafna aktar u noqgħod nitħasseb kif se nlesti xogħli fil-ħin – però b’xi mod, skoprejt li l-affarijiet dejjem jitlestew. Din tgħallimtha mingħand direttur ieħor, Ino Bonello: kien qalli li tinkwieta kemm tinkwieta, dakinhar tal-prestazzjoni, kollox isib postu perfettament. Ikollok ħafna nies involuti, mill-cast għad-direttur sal-crew kollu backstage, iżda dawn dejjem isibu mod jingħaqdu flimkien. Ovvjament, trid tagħmel l-almu tiegħek ukoll u ma teħodhiex bil-lajma. Din żgur xi ħaġa li tgħallimt mill-esperjenza.
16
15.09.2019
kullhadd.com
ILLUM QED JGĦIX L-IKBAR SODISFAZZJON Fl-ewwel parti ta’ din l-intervista qrajna fuq il-promozzjonijiet li kellu Anġlu Fenech fi ħdan il-General Workers’ Union u kif minn shop steward laħaq fl-Eżekuttiv, imbagħad President u wara għal Segretarju Ġenerali. Ħadem l-aktar f’din il-kariga meta fil-Gvern kien hawn Gvern Nazzjonalista u kulħadd kien jaf li l-GWU kienet union Soċjalista. Iżda kif qal hu, peress li dejjem kien rett, kellu
Naturalment, ftehim bħal dak tal-Phoenicia kien jeħtieġ tattika min-naħa tiegħek, mhux hekk? Dażgur, iżda l-Gvern aċċetta li jieħu lil dawk il-ħaddiema li ma jingħażlux u għamilna l-ftehim. Kif semmejtlek diġà, dan il-bniedem li ġie f ’isem il-Phoenicia kien Taljan, u kien iħobb immens il-ħobż Malti biż-żejt, bit-tadam u biż-żebbuġ. Għalhekk jien mort għand Duminku Mintoff, fil-villa tiegħu L-Għarix u tlabtu flixkun żebbuġ minn tiegħu biex nagħtih rigal. Bla wisq kliem bagħatli flixkun imdaqqas b’kull żebbuġa daqsxiex fiż-żejt. Aktar tard morna niffirmaw il-ftehim f ’ristorant Tas-Sliema u minn hemm bdew l-intervisti. Matulhom għażel madwar 60% mill-ħaddiema li kien hemm diġà jaħdmu fil-Phoenicia u l-oħrajn marru malGvern. Issa s-sabiħa kienet li
ammirazzjoni u sab l-għajnuna ta’ kull min ried jgħin, anki mill-kamp tal-Gvern. Semma wkoll il-problema li ffaċċja fuq il-ħaddiema li ddaħħlu mal-parastatali qabel tmiem il-Gvern Soċjalista ta’ żmien Karmenu Mifsud Bonnici u kif irnexxielu jsolvi l-problema għal 7,000 ruħ u kien qed jirrakkontalna fuq problema oħra li ma ħoloqx hu, iżda kulħadd immira l-kanuni lejh, tal-ħaddiema tal-Phoenicia, li kienu
l-ħaddiema li ħallew l-impjieg li kellhom qabel, ġew jaqbdu paga ogħla minn ħbiebhom li reġgħu ngħataw xogħol mal-Lukanda, u dawn bdew igorru, għax qalu li min ma ntgħażilx, flok tkeċċa, ingħata impjieg malGvern b’salarju ogħla minn tagħhom. Madankollu, wara dak ix-xogħol kollu li bħala Segretarju Ġenerali tal-GWU għamilt għalihom, hekk kif il-ħaddiema tal-Phoenicia reġgħu ħadu l-impjieg tagħhom, bi sfortuna, telqu mill-GWU u daħlu malUĦM. Dik kienet il-grazzi li ħadt. U x’kien qed jgħid Mintoff ? Fl-istess żminijiet, Dom Mintoff li kien membru fl-Oppożizzjoni kien iċempilli biex insiefer miegħu. F’safra minnhom morna l-Amerka, fejn iltqajna ma’ Al Gore, il-Viċi President Amerikan u f ’safriet
oħrajn iltqajna kemm-il darba mal-Kurunell Muammar Gaddafi. Konna nkunu jien, hu u l-Perit Karmenu Vella. Darba dar fuqi u staqsieni nafx għaliex kien qed jeħodni miegħu. Jien urejtu li ma kontx naf, iżda xtaqt inkun naf irraġuni. U bla tlaqliq qalli: “Biex toħroġ għal leader tal-Partit.” Meta rani bħal skantat, żied jgħidli: “Qis li tgħidli iva ħalli nibbakkjak jien u noħroġ għonqi għalik.” Bla tlaqliq għedtlu li dik ma kinitx il-linja tiegħi, għax jien bniedem li jekk xi ħadd ikollu raġun nagħtihulu u jekk le, ma nagħtihulux. U fil-politika ma tistax timxi b’dan il-mod u fl-elezzjoni mhux żgur inġib 200 vot. Issa bla dubju, jien
ordnati jagħmlu ..... Wara t-taħditiet ibsin li kellu, irnexxielu jiftiehem ma’ Ugo Mifsud Bonnici, li l-ħaddiema li jingħażlu mill-ġdid mil-Lukanda Phoenicia jerġgħu jingħataw l-impjieg hemm u l-kumplament jeħodhom ilGvern. Illum se naqraw x’ġara. Minn Charles B. Spiteri
lu l-Power Station quddiemu f ’Delimara, ċempilli f ’xi t-tmienja ta’ filgħaxija u qalli “Mastru Anġ,” għax lili hekk kien jirreferi għalija u jien kont ngħidlu Rambo. Qalli: “Aqta’ min hawn Malta u staqsa għalija?” Semmieli li kien ġie Al Gore u li l-Prim Ministru kien ċempillu biex imur ikellmu fil-Parlament. Iżda Mintoff ma kienx baħnan u flok mar jiltaqa’ miegħu fil-Parlament, stiednu biex imur għandu L-Għarix biex jurih il-Power Station, għax Al Gore kien iffissat fuq l-ambjent. Mela l-ħbiberija tagħkom Iltqajna hemmhekk u skanta tkompliet minkejja li ma bid-deċiżjoni. Imbagħad qisu qbiltx max-xewqa tiegħu? mindu telaq mill-Parlament, Iva, tant li darba minnhom bridna xi ftit. meta kienu bdew jagħmIssa meta tħares lura lejn il-ħidmiet kollha li wettaqt, liema waħda tara l-isbaħ u tagħtik l-aktar sodisfazzjon? kont nitla’ żgur! Meta ġejna lura u tkellimt ma’ marti fuq l-offerta li kien għamilli Mintoff, hi ħarset lejja, u l-ewwel kliem tagħha kien: “Jekk taċċetta, niddivorzjak!” U minn dakinhar ma sifirtx aktar miegħu, iżda kull l-Ewwel tas-Sena kien jistidinni għall-ikel fl-Għarix, fejn konna nkunu xi 20 ruħ. L-aħħar li mort kien hemm l-Arċisqof Mercieca, il-Brigadier Calleja, membri tal-Gvern u numru ta’ ħbieb.
Darba dar fuqi u staqsieni nafx għaliex kien qed jeħodni miegħu. Jien urejtu li ma kontx naf, iżda xtaqt inkun naf ir-raġuni
Ma ndurx mal-lewża u bla tiġbid fil-kliem ngħidlek li hi din t’issa. Pereżempju dalgħodu (l-intervista saret it-Tlieta 27 ta’ Awwissu), diġà għamilt kuntatt mal-Ministeru tal-Finanzi,
17
15.09.2019
kullhadd.com
għax se nġibu karozza u qed nitolbu li titneħħielna r-reġistrazzjoni. Se nsegwi kollox jien. Pereżempju qegħdin nibnu f ’Ta’ Kandja d-dar kbira għall-minorenni. Qed jaħdem immens l-Eks President George Abela. Isegwi l-kuntratti, imur hemm kuljum u jaħdem ferm. Issa wkoll se nibdew fil-Blata l-Bajda ftit ’l hinn mill-Istamperija tan-Nazzjonalisti, wara l-bini tal-Isqof. Hemmhekk hemm bini tal-Knisja, li tawh lilna u se nagħmlu kwartier ġenerali tal-Caritas, jiġifieri kollox jitħaddem minn hemm, kemm l-amministrazzjoni kif ukoll is-servizz. Għenna ħafna l-Gvern, li ta’ kull sena wkoll jagħtina somma sostanzjali ta’ flus. Madanakollu, qatt mhi biżżejjed għalina, għax għandna 70 ruħ full-time u part-time. Għalhekk ikollna norganizzaw ħafna attivitajiet għall-ġbir ta’ aktar fondi. Insemmi wkoll il-bini f ’Tal-Ibwar. Dan se jiffinanzjah kollu l-Gvern, bl-operat u bil-kapital. Aħna kemm namministrawh. Mistoqsija awtomatika: Bejn Gvern u ieħor, int lil min tara l-aħjar? Lil dan il-Gvern. Il-Gvern l-ieħor għenna, iżda dan għenna iżjed. Jien niftakar lil Dun Victor jitlobni nirranġalu appuntament ma’ Tonio Fenech qabel il-baġit. Qalilna le, u ma raniex. Illum, jekk inċempel lill-Ministru Scicluna f ’nofsillejl għall-istess appuntament, żgur li jgħidli ejja. Illum għandna l-bibien miftuħin. Jiġifieri sabuk sew hawn?
Għax ngħid id-dritt: jien ġej mit-Tarzna u ma kellix diplomi. Kelli l-bażi tal-iskola sekondarja tajba, iżda ma kellix kwalifiċi. Għalhekk, meta pereżempju kien ikolli nindirizza lill-Istitut tal-Bankiera; kont ngħid lil Alfred Mifsud jagħmilli erba’ noti sempliċi kif nifhimhom jien. U kont immur ippreparat
em kbir, iżda mbagħad kien jagħmel ħmerijiet żgħar li jirriflettu ħażin fuqu. Pereżempju n-numerus clausus tal-Università. Kien żball kbir, għax ilGvern imissu qal: “Jien għandi bżonn tant, iżda min irid imur l-Università, spejjeż għalih, imur,” mhux tgħidlu le. Dik waħda, iżda Mintoff neħħa l-faqar mill-pajjiż; bena oqsma tad-djar kullimkien u bħala pajjiż: L-Ewwel u Qabel Kollox. Karmenu kien differenti. Kien bniedem intellettwali ħafna, kien legal advisor tal-Union, fejn għamel xi 15-il sena u qatt ma ħadilna sold. Sa kawżi jiddefendihom hu u lanqas biss jgħidilna xi jkun għamel spejjeż. Iżda kien ftit soft. Ma kienx maqtugħ wisq għall-politika. U xi tgħidli fuq ir-relazzjoni bejn Borg Olivier u Mintoff ? Kellhom relazzjoni tajba immens. Ħafna, ħafna, ħafna. Tant hu hekk, li meta miet George Borg Olivier, Mintoff ordna li jsirlu funeral statali.
Ħafna. Ħeq, jien ridt nirtira, għax illum dieħel għad-79 sena Taraha li għadha l-istess u qaluli li jixtiquni nibqa’ niġi relazzjoni bejn il-kapijiet sakemm indum b’saħħti. U tal-partiti llum? aċċettajt. Le, le, lanqas idea. U ma’ KarU hawn tattendi kuljum? menu iżjed, għax hu u Eddie lanqas jitkellmu ma kienu. InKuljum. Tidħaqx, iżda fil-ħam- fatti, Karmenu qatt ma semsa ta’ filgħodu nkun diġà hawn. mieh b’ismu. Dejjem kien Nagħmel siegħa taħriġ ma’ dan jirreferi għalih bħala l-Kap il-kuritur. Imbagħad fis-sitta u tal-Oppożizzjoni, għax sa minn nofs jiġi l-handyman, jagħmil- żmien l-Università, qatt ma li toast u te; fis-sebgħa u nofs ngwalawha ma’ xulxin. Kienu ikun hawn il-quddiesa, li mmur fl-istess kors u fl-istess sena. għaliha, u nagħmel sa nofsinhar Iżda jien, lil Karmenu nħobnaħdem. U ġieli anki filgħaxi- bu daqs dawl għajnejja, għax ja, għax jien Direttur ukoll fil- dejjem tani pariri ġenwini u Board of Directors. tajbin. Issa jien kelli oħra: kelli think tank. Kienu nies bravi, Bħala Prim Ministri int bħall-Avukat Ġenerali Edgar bdejt ħidmietek fil-GWU Mizzi, li kien bravissmu; Lino taħt Karmenu Mifsud Spiteri; France Spiteri; Manuel Bonnici, iżda bħali lħaqt Ellul tal-Bank Ċentrali; George lil Mintoff u Borg Olivier. Carbone, Alfred Mifsud u Meta tħares lejhom, x’tara oħrajn. Allura konna niltaqgħu tajjeb u ħażin fihom? kull xahrejn, nieħdu xi ħaġa x’nixorbu fl-uffiċċju u ngħidlAra, Mintoff kien bnied- hom jgħidu dak li jkollhom xi
jgħidu, jew fejn jidhrilhom li nkunu sejrin ħażin. Għax ngħid id-dritt: jien ġej mit-Tarzna u ma kellix diplomi. Kelli l-bażi tal-iskola sekondarja tajba, iżda ma kellix kwalifiċi. Għalhekk, meta pereżempju kien ikolli nindirizza lill-Istitut tal-Bankiera; kont ngħid lil Alfred Mifsud jagħmilli erba’ noti sempliċi kif nifhimhom jien. U kont immur ippreparat, bl-Ingliż u mhux. Jien qatt ma stħajt. F’ħajti għamilt mass meetings tal-Labour kemm kelli xagħar f ’rasi – Fuq il-Fosos, il-Ħamrun, Ħaż-Żebbuġ eċċ, għax dak iż-żmien, fil-mass meetings konna nitkellmu l-Union u l-Partit. Karmenu, kien jieħu gost bija u jinkuraġġini għax hu bniedem b’qalb tad-deheb. Ma kienx oratur bħal Mintoff, iżda meta taqra u tifhem sew dak
li ried jgħid, tirrealizza kemm kien ikollu raġun. Mintoff kien oratur kbir, tant li kien idum sagħtejn jgħallem u jekk waqt il-meeting taqa’ labra, kont tismagħha, u jaf jinżel għal-livell tan-nies biex idaħħlek fl-ispirtu patrijott, bl-għajta “Malta l-Ewwel u Qabel Kollox”. Jekk tħares lejn żmien Mintoff u llum, tara kambjament qawwi? Illum ma taħdimx, għax ma tistax tirrepeti l-istil ta’ Mintoff. Għal dak iż-żmien in-nies kienu dixxiplinati ħafna. Illum taparsi hawn ħafna jitkellmu u jaġixxu f ’isem id-demokrazija, fejn kulħadd joħroġ stqarrijiet bl-addoċċ u jagħmlu użu kif iridu tal-Facebook u l-internet. Għalhekk l-istil tat-tmexxija ta’ Mintoff, illum ma jistax jerġa’ jitħaddem. L-ewwel nett Mintoff kellu qawwa kbira, anzi tad-demonji fuq il-Ministri. Ħadd ma kien jazzarda jiżgarra milli jgħidlu hu. Illum ma tagħmilhiex; illum in-nies inbidlu. Illum l-istil ta’ Joseph: trid taċċetta l-kritika minn kulħadd. Pereżempju Mintoff kellu waħda: lin-nies tal-Università, li kienu gradwati, ma tantx kellu grazzja magħhom. Iżda Mintoff għamel ħafna ġid. Jekk ikolli nitfgħu fil-miżien, jien nagħtih 90% għall-ġid li għamel b’risq il-poplu u b’risq pajjiżna.
Imbagħad għamel affarijiet li forsi ma kellux jagħmel, bħall-ġlieda tal-isptarijiet talBlue Sisters u tal-iskejjel, biex imbagħad ħallasna l-istess flus, Lm28 miljun. Kieku kont jien kont inħalli lin-nies iħallsu, jekk riedu jħallsu. Lil Fenech Adami kemm-il darba tah il-munizzjon biex jużah kontrih. Imbagħad meta kien hemm Karmenu Prim Ministru, indaħal hu, Mintoff, biex irranġa mal-Arċisqof, ġew Mintoff u l-Arċisqof Mercieca Kastilja u lilna ħalliena barra nistennew. Wara ftit qalu li kienu ftiehmu. Illum ma timxix hekk. Illum trid titkellem, trid tfiehem u taċċetta l-kritika. Iżda Mintoff ma kienx jaċċetta wisq kritika. U kellu oħra Mintoff: kien iħalli ħafna ġurnalisti barranin jistennew biex jintervistawh. Dan kien jagħmlu biex iħossu aktar importanti. Fejn kien jibrilla Mintoff ? Li nista’ ngħidlek hi waħda. Mintoff kien ikun irid lin-nies quddiemu. Jekk ikollu numru ta’ nies jew folla, kien żiemel. Jekk ma jkollux, qisu jisfuma. Pereżempju meta n-Nazzjonalisti ma daħlux fil-Parlament, kienu jaqsmu l-Membri Parlamentari fil-bankijiet tal-Oppożizzjoni biex jarahom, u biex ikollu lil xi ħadd quddiemu. Iżda meta kien jara l-folla kien jibbrilla.
18
15.09.2019
kullhadd.com
ĦIDMA LI MA TAQTAX Ian Borg Ministru
Għal bosta nies, malli jibda joqrob Ġunju jittieħed nifs twil mhux biss minħabba s-sħana li tibda taħkem lill-gżira tagħna, imma għax għal ħafna nies is-sajf ifisser żmien ta’ mistrieħ, żmien fejn ix-xogħol inaqqas ir-ritmu u dak li jkun ikun jista’, kif qed ngħidu, jieħu nifs. Imma dan mhuwiex minnu għallGvern – għandna dmir u responsabbiltà li namministraw pajjiżna, dmir li ma jarax differenza bejn staġuni jew xhur. L-impenn tagħna huwa li naraw il-kwalità tal-ħajja tan-nies titjieb b’mod kostanti u kontinwu. Illum, il-Maltin draw li l-ħidma tagħna fix-xhur tas-sajf ma taqta’ xejn. Is-sena l-oħra konna tkel-
limna fuq numru ta’ toroq li saru matul dawn ix-xhur sħan, fosthom il-Marsa-Ħamrun Bypass, li kien fost ħafna aktar proġetti li wettaqna. Din is-sena, xejn differenti. Anzi, komplejna naħdmu u nippjanaw, komplejna nwettqu bil-pjan li nkomplu nwasslu aktar benefiċċji għand in-nies. L-infrastruttura ta’ pajjiżna għaddejja minn rivoluzzjoni liema bħalha – rivoluzzjoni maħsuba biex il-Maltin u l-Għawdxin jingħataw dak li jistħoqqilhom; toroq sikuri, toroq effiċjenti u toroq tal-ogħla kwalità. Dan is-sajf, komplejna naħdmu bis-sħiħ fuq il-Marsa Junction Project fejn avvanza ġmielu x-xogħol fuq l-ewwel żewġ strutturi ta’ pontijiet li se jkunu qed jgħaqqdu Triq Garibaldi ma’ Triq Aldo Moro fil-Marsa. Fl-istess waqt, kellna l-pjaċir niftħu b’mod uffiċjali rotta prinċipali fin-naħa l-oħra tal-pajjiż, it-Triq tal-Balal, fejn mhux biss inbniet mill-ġdid u twessgħet it-triq, iżda sar ħafna xogħol fuq is-servizzi ta’ taħt l-art, ġew iddisinjati b’mod aktar sikur l-erba’ roundabouts matul ir-rotta, ġew introdotti faċilitajiet pedonali u għaċ-ċiklisti u rajna l-introduzzjoni ta’ barriers aktar sikuri.
Issa ħabbarna wkoll it-tlestija talproġett maġġuri fi Triq Reġjonali, proġett li jkompli jgħaqqad ma’ rotta li ilna naħdmu fuqha għal dawn l-aħħar snin bħala amministrazzjoni, rotta li tibda minn Triq il-Kosta, tkompli fil-Kappara Junction, tingħaqad proprju ma’ din it-triq u mbagħad tkompli sal-Marsa-Ħamrun Bypass u l-Marsa Junction. U l-ħidma ma tiqafx hemmhekk. Bħalissa għaddej ġmielu il-proġett fi Triq il-Buqana, li se jkun qiegħed iżid l-effiċjenza u s-sigurtà għal rotta oħra li tgħaqqad man-naħa ta’ fuq tal-pajjiż, filwaqt li beda x-xogħol biex jibda l-proġett talmini ta’ Santa Luċija li se jkompli jżid fuq il-benefiċċji tal-Marsa Junction Project. Ħafna u ħafna proġetti. Iżda l-ħsieb tagħna ma waqafx mal-infrastruttura. Kellna sajf ta’ riformi – sajf ta’ tibdiliet pożittivi, sajf ta’ konsultazzjoni. Bdejna bir-riforma fis-settur tal-bini u tal-kostruzzjoni, riforma li wasslet għal aktar serħan ilmoħħ għal dawk in-nies li jgħixu viċin ta’ siti ta’ kostruzzjoni, li wasslet għal aktar effiċjenza u għal aktar sigurtà u professjonalità, riforma favur it-trasparenza. U din
ġiet segwita bit-twaqqif tal-aġenzija l-ġdida tal-bini u tal-kostruzzjoni li eventwalment se ssir Awtorità. Dan is-settur qiegħed fuq nett fil-lista tal-prijoritajiet tagħna. Irridu aktar sostennibilità u aktar u aktar standards ta’ sigurtà u kwalità. U issa komplejna b’aktar riformi fis-settur tat-trasport. Għaddejja l-konsultazzjoni pubblika fuq politika għall-introduzzjoni tal-e-kickscooter, mezz żgħir u nadif iżda li rridu naraw li jintuża b’mod sikur, u konsultazzjoni oħra dwar ir-riforma tal-Public Service Garages, favur aktar kompetittività u level playing field għall-operaturi kollha, biex naraw servizz ta’ standards għoljin u sigurtà. Dan kien ukoll is-sajf li fih rajna l-introduzzjoni ta’ 40 karozza tal-linja ġdida mal-flotta, aktar u aktar investimenti fit-trasport pubbliku. Issa li se tibda s-sena skolastika, inkomplu ninċentivaw liż-żgħażagħ u lill-istudenti biex jużaw il-benefiċċju b’xejn li tahom il-Gvern. U rajna wkoll il-bidu u anke t-twettiq ta’ proġetti li qegħdin fil-qalba tal-komunitajiet tagħna, li jagħmlu differenza importanti fil-ħajjiet ta’ kuljum tan-nies.
Bdejna s-sajf bl-inawgurazzjoni taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun, filwaqt li baqa’ għaddej ix-xogħol fuq il-proġett tas-Sirens Aquatic Club f ’San Pawl il-Baħar, li qed isir b’fondi tal-Awtorità tal-Ippjanar. Ta’ kuljum naraw xi komunità jew oħra tgawdi mill-ħidma tagħna, jekk hux grazzi għal xogħlijiet fil-qalba permezz tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura, jew investimenti b’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill u l-Awtorità tal-Ippjanar, jew xi triq residenzjali li titlesta minn Infrastructure Malta, jew xi inizjattivi mħaddma mill-Awtorità tat-Trasport li qiegħda tkompli taħdem bis-sħiħ favur l-użu ta’ mezzi alternattivi u aktar nodfa. Il-ħidma jidher biċ-ċar li ma taqta’ qatt. Ilħaqna diversi objettivi imma għalija dan ma jfisser xejn ħlief li hemm ħafna aktar li nistgħu nilħqu u għalhekk hemm bosta aktar xogħol li rridu nagħmlu. Nemmnu li dejjem nistgħu nagħtu iktar għal Malta tagħna u l-impenn tiegħi huwa li nara li dan ir-ritmu jinżamm, u li nkomplu nwasslu r-riżultati ta’ viżjoni ferm ċara f ’moħħna għand il-Maltin u l-Għawdxin kollha.
REAT JEW XOGĦOL? Noel Cassar Maria Ellul
Is-suġġett tal-prostituzzjoni u r-riforma fil-liġi f ’dan il-qasam mhux suġġett faċli li titkellem fuqu. Dan hekk kif ħafna drabi diffiċli tifhem is-sitwazzjonijiet reali li jħabbtu wiċċhom magħhom n-nies li jagħżlu li jagħmlu dan ix-xogħol. Wieħed irid jiddistingwi wkoll jekk jagħżilx dan ix-xogħol għax ikun irid jew jekk ikunx xogħol sfurzat. Il-Gvern diġà ngħata mandat biex iniedi pjan nazzjonali kontra t-traffikar uman, b’attenzjoni speċifika fuq il-prosituzzjoni. Hemm ħames mudelli li Malta tista’ tagħżel li tibbaża l-mudell
tagħha fuqhom: dak ta’ kriminalizzazzjoni totatli, dak parzjali, kriminalizzazzjoni tax-xiri tas-sess, mudelli regolatorji u dekriminalizzazzjoni. Żewġ pajjiżi li jagħmlu użu minn dawn huma dawk Nordiku u ta’ New Zealand li ħafna drabi jittieħdu bħala mudelli għal pajjiżi oħra. Il-mudell Nordiku huwa maħluq fuq tliet pilastri fejn il-bejgħ tassess mhuwiex att kriminali u għalhekk il-prostituti mhumiex meqjusa bħala kriminali iżda li tixtri s-sess huwa att kriminali. Barra minn hekk, hemm numru ta’ servizzi ta’ għajnuna sabiex ikunu jistgħu joħorġu mill-prostituzzjoni. Iżda, l-prostituzzjoni mhix meqjusa bħala xogħol minħabba l-fatt li l-kundizzjonijiet mhumiex skont ir-regoli tat-trade unions. Permezz ta’ aktar edukazzjoni u liġijiet ġodda seta’ jiġi nnutat li fost id-diversi bidliet, il-prostituzzjoni magħrufa bħala dik tat-triq kienet kważi għebet, kien hemm inqas nisa fil-prostituzzjoni u inġenerali naqset id-domanda. Intant, l-Iżvezja hija waħda mill-pajjiżi fejn b’mod ġenerali kien hemm
nuqqas fil-prostituzzjoni domestika u fit-traffikar tan-nies għassess. Dan flimkien ma’ nuqqas ta’ rġiel li għażlu li jixtru dawn isservizzi sesswali. Wieħed għandu jinnota wkoll li dan il-mudell ġie implimentat ukoll minn pajjiżi bħal Franza, l-Irlanda u l-Kanada u huwa appoġġjat ukoll mill-Parlament Ewropew u bosta għaqdiet lokali tan-nisa. Wieħed jista’ jikkunsidra wkoll il-mudell ta’ New Zealand li joffri aktar awtonomija u aġenzija fiżika lis-sex workers. Dan il-mudell huwa msejjes fuq l-għażla tassex workers li għandhom il-libertà li joħolqu l-prezzijiet huma, jaħdmu s-sigħat li jridu huma kif ukoll jiddeċiedu l-kundizzjonijiet tax-xogħol huma stess. Meta dan ġie stabbilit, seta’ jiġi nnutat li awtomatikament kien hemm żieda fid-domanda u konsegwentament it-traffikar fin-nies kompla jiżdied. Dan minħabba l-fatt li r-riforma illegalizzat kull aspett tas-sex trade. Infatti, il-pajjiżi li implimentaw dan il-mudell fosthom l-Olanda u l-Ġermanja issa qed jaffaċċjaw numru ta’ kon-
segwenzi li għad iridu jaraw kif ħa jindirizzaw. Iżda f ’Malta xi rridu? Qed naraw li neħħu għalkollox il-prostituzzjoni f ’kull settur? Fil-każ ta’ nies b’diżabbiltà, ħa nagħtuhom il-possibbiltà li jagħmlu użu minn dan is-servizz, kif diġà kien hemm min qajjem id-diskussjoni? B’hekk iridu jsiru numru ta’ diskussjonijiet u analiżi qabel ma wieħed jifforma riforma ta’ dan it-tip. Dan hekk kif iridu jsiru studji speċifiċi li jieħdu konsiderazzjoni tal-karatteristiċi tal-pajjiż fejn ħa tiġi implimentata. Fuq dan ir-rigward nemmen li għandu jkun hemm qafas importanti fuq ċerti aspetti fosthom pereżempju, li l-età legali għall-kunsens biex taħdem fil-qasam tal-prostituzzjoni għandha tkun minn tal-inqas 18-il sena, għandha tiġi mħarsa s-saħħa kemm ta’ min jagħti s-servizz kif ukoll ta’ min qed jirċievi. Għandu wkoll ikun hemm kampanja ta’ edukzzjoni hekk kif din hija l-aqwa għodda li wieħed jista’ juża biex jeduka lis-soċjetà. Meta wieħed janalizza l-konsegwenzi li ċerti riformi ġabu
f ’pajjiżi oħra ta’ min jikkunsidra li fil-pajjiż ir-reat ta’ tlajjar għall-prostituzzjoni għandu jitneħħa dejjem jekk din tkun l-għażla tal-persuna li tagħżel li tagħmel dan ix-xogħol. Minnaħa l-oħra, min jgħix mill-qligħ ta’ min jagħmel il-prostituzzjoni għandu jibda jitressaq il-Qorti. Dan f ’kuntrast mas-sitwazzjoni assurda preżenti fejn il-klijent ma jagħmel ebda reat u l-prostituta tispiċċa l-ħabs, mingħajr ebda għajnuna ta’ riforma. Hemm bżonn ta’ aktar konsultazzjoni li tieħu l-ħin għaliex din mhix xi ħaġa li ssir malajr minħabba l-protezzjoni li jrid jingħata lil ċerti nies fis-settur. Irridu nibdew naqbdu l-barri minn qrunu u nipproċedu kontra min verament ikun qed jagħmel irreat fil-pajjiż. Ħafna drabi l-problema tibda għaliex is-suġġett tassess inġenerali huwa wieħed ta’ tabù li ftit li xejn wieħed jitħajjar jitkellem dwaru. Għandna napprezzaw id-deċiżjoni tal-persuna li tagħżel hi stess li tagħmel dan ix-xogħol u fuq kollox nedukaw lis-soċjetà dwar dan is-settur.
19
15.09.2019
kullhadd.com
KBURIN, BIR-RAĠUN Editorjal
Din il-komunità kienet ilha żmien twil tiġġieled għad-drittijiet tagħha. Żmien iebes li fih rat minn kollox, inkluż in-nuqqas ta’ appoġġ mill-awtoritajiet
llum il-Ħadd tagħlaq il-Malta Pride Week 2019, wara ġimgħa ta’ attivitajiet fil-miftuħ li għalihom intgħażlet it-tema “From Riots to Rainbows”. Ġimgħa ta’ attivitajiet varji li matulhom il-komunità LGBTIQ tiċċelebra mhux biss id-diversità sesswali, imma wkoll il-kisbiet li llum il-ġurnata tawhom il-libertà mistħoqqa. Kisbiet li seħħu f ’perjodu pjuttost qasir u li l-katalist tagħhom kien il-Partit Laburista fil-gvern. Il-Gvern Laburista li xpruna b’għaqal xogħol kbir biex illum ninsabu ferm u ferm aħjar f ’dawk li huma libertajiet ċivili u ugwaljanza milli konna sitt snin ilu biss. Sitt snin li għamlu differenza kbira f ’dawn l-oqsma. Din il-komunità kien ilha żmien twil tiġġieled għad-drittijiet tagħha. Żmien iebes li fih rat minn kollox, inkluż in-nuqqas ta’ appoġġ mill-awtoritajiet. Illum l-istorja hija differenti frott ħidma biex Malta hija fid-drittijiet tal-persuni LGBTIQ tant li anki pajjiżi oħra li jitqiesu bħala aktar liberi, jinsabu lura ferm minn dak li kiseb pajjiżna f ’dan il-qasam.
Infakkru li anki pajjiżi msejħa “kbar” ħarsu lejn Malta bħala eżempju ta’ kif għandhom isiru l-affarijiet fil-qasam tal-Libertajiet Ċivili u Ugwaljanza. Biss biss, pajjiżi bħall-Belġju talbu għal Memorandum of Understanding ma’ Malta biex ifassal il-liġi tal-identità tal-ġeneru fuq ilmudell ta’ Malta. F’rapporti internazzjonali Malta kklassifikat l-aqwa fid-dinja fil-ġlieda kontra l-omofobija u l-protezzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali kif ikkonfermat l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Persuni Lesbjani, Gay, Bisesswali, Trans u Intersex. Ir-rapport juri kif Malta hija l-uniku pajjiż li ssodisfa l-kriterji kollha tal-ILGA World li jinkludu l-protezzjoni Kostituzzjonali, il-protezzjoni fil-liġi tax-xogħol, il-protezzjoni kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni u mibegħda, iż-żwieġ ugwali u l-unjoni ċivili. Kriterji oħra jinkludu addozzjoni konġunta jew addozzjoni mit-tieni ġenitur, u l-projbizzjoni ta’ prattiċi ta’ konverżjoni jew ir-riklamar tagħhom.
Ċertifikat mill-aqwa għal dan ilGvern li kien ikkonfermat bl-għażla tal-President tal-Kummissjoni Ewropea biex Helena Dalli tkun Kummissarju għall-Ugwaljanza. M’hemmx dubju li Helena Dalli għandha l-kredenzjali ideali biex tkun Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza li ġġib bidla kbira mhux biss fis-settur talLGBTIQ. Għax l-ugwaljanza għad trid tinkiseb f ’diversi oqsma. Fosthom dik bejn il-ġeneri u fil-politika. Din hija l-ewwel darba li l-Kummisjoni Ewropea se jkollha kummissarju responsabbli mill-ugwaljanza b’mod partikolari. Dan il-qasam tant importanti għal Malta u għall-Unjoni Ewropea ser jingħata l-prijorità li tixraqlu, u dan fil-kuntest tal-viżjoni ambizzjuża li għandha għall-ugwaljanza Von der Leyen. Il-President elett tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen għandha viżjoni ambizzjuża ta’ fejn trid tieħu lill-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ugwaljanza u huwa ċar li għażlet lil Helena Dalli biex twettaq din il-viżjoni
minħabba r-riżultati eċċellenti li ħadmet għalihom u li kisbet diġà f ’dan is-settur. Din in-nomina hija turija ta’ fiduċja f ’Malta li f ’dawn l-aħħar snin wettqet bidla pożittiva u llum pajjiżna huwa meqjus bħala “a beacon of hope” kif deskritt minn numru ta’ istituzzjonijiet internazzjonali rispettati. Fuq kollox in-nomina ta’ Helena Dalli tibqa’ sinjal storiku b’saħħtu li kellu jkun Gvern Laburista li bħalma ħatar Ministru mara, l-ewwel Gvern li għamel żewġ Presidenti nisa u l-ewwel speaker mara, issa kien l-istess Gvern li nnomina mara għall-Kummissarju Ewropew. Din hija wkoll nomina f ’waqtha meta l-pajjiż qed jiddiskuti riforma biex iktar nisa jagħtu s-sehem tagħhom fil-politika. Għalkemm għad hemm xogħol xi jrid jitwettaq, tassew għandna biex inkunu kburin bil-viżjoni li għandu l-moviment madwar il-Partit Laburista għall-ugwaljanza. Dak li ksibna hu diġà ħafna, iżda se niksbu iktar biex nibqgħu ntejbu l-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.
20
15.09.2019
kullhadd.com
IRĦULA AĦJAR U IKTAR INDAF
Silvio Parnis Segretarju Parlamentari
F’dawn l-aħħar jiem nedejna diversi inizjattivi bil-għan li nkomplu ntejbu l-lokalitajiet tagħna għall-ġid tar-resident. Il-Kunsilli Lokali issa huma obbligati li jkollhom s-servizz ta’ Contract Manager. Wara stħarriġ li sar mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali rriżulta li l-maġġoranza tal-Kunsill Lokali m’għandhomx servizz ta’ Contract Manager. Għal dan il-għan inħarġet direttiva li qed tobbliga l-ingaġġ ta’ Contract Manager f ’kull Kunsill Lokali. Ir-rwol ewlieni ta’ Contract Manager huwa li jissorvelja l-kuntratt li jkollu l-Kunsill
sabiex jassigura li x-xogħol jew is-servizzi jsiru skont kif hemm fil-kuntratt. Dan għandu wkoll jissorvelja x-xogħlijiet waqt li dawn ikunu qed isiru u jagħti pariri lill-Kunsill Lokali dwar xi kwistjonijiet tekniċi relatati mal-kuntratt. Bis-saħħa tal-Contract Managers għalhekk mhux se jkun hemm iżjed sitwazzjonijiet li l-kuntrattur jagħti servizz li jkun meqjus li mhuwiex ta’ livell. Is-servizz ta’ Contract Manager huwa wieħed importanti ħafna sabiex is-servizzi u x-xogħlijiet li jsiru fil-lokalitajiet permezz tal-kuntratti, jiġu operati skont l-ispeċifikazzjonijiet li jistipulaw il-kuntratti u b’hekk jiġi offrut l-aqwa servizz possibbli. Is-Segretarji Eżekuttivi għandhom ir-responsabbiltà li jiżguraw li l-pagamenti jkunu korretti u ċċekkjati u jrid jiġi ċċertifikat li x-xogħol ikun sar kif suppost qabel il-Kunsill japprova l-pagament. Dan jista’ jsir biss jekk ikun hemm Contract Manager li jiċċertifika x-xogħlijiet. Nemmen li dan bla dubju se jwassal għal lokalitajiet aħjar u aktar indaf li fl-aħħar mill-aħħar se jgawdi minnhom
ir-resident. 1,872 taħrika ambjentali inġabru aktar minn 9,000 tunnellata ta’ skart mormi b’mod illegali Ftit jiem ilu waqt konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal-kollegi tiegħi l-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, ħabbarna li minn Jannar sal-aħħar ta’ Awwissu, l-Uffiċjali tal-Komunità taw 1,872 taħrika ambjentali filwaqt li d-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni ġabret mad9,000 tunnellata ta’ skart mormi b’mod illegali. L-għan ewlieni ta’ din il-konferenza tal-aħbarijiet kien li noħolqu aktar kuxjenza dwar iż-żamma tal-indafa f ’pajjiżna. Fil-perjodu tas-sajf, mill-1 ta’ Lulju sal-aħħar ta’ Awwissu, ingħataw 918-il taħrika ambjentali. Dawn it-taħrikiet ivarjaw minn rimi ta’ skart b’mod illegali, rimi ta’ sigaretti f ’postijiet pubbliċi, ħruġ ta’ boroż ta’ skart domestiku fi ġranet fejn mhux suppost u wkoll qadi ta’ bżonnijiet sanitarji fil-pubbliku. Id-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni
f ’dawn il-ġranet irnexxielha tiġbor iktar minn 3,000 tunnellata ta’ skart mormi b’mod illegali. Kif tafu f ’dawn l-aħħar sena u ftit xhur saru bidliet drastiċi fi ħdan l-Aġenzija LESA. L-għan ewlieni ta’ dawn il-bidliet huwa li jwasslu għal aktar serjetà fl-infurzar. Fil-fatt issa l-infurzar lokali m’għadux biss limitat għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku iżda qed jimraħ ukoll f ’oqsma importanti oħra bħal dawk ambjentali. Issa fil-fatt qed naraw biċ-ċar l-impenn li għandhom l-uffiċjali tal-komunità li qegħdin jaħdmu id f ’id mad-Dipartiment tat-Tindif u l-Manutenzjoni kif ukoll mal-Kunsilli Lokali sabiex ikollna pajjiż dejjem aktar nadif.
rappreżentanti mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, mill-Aġenzija LESA, mill-ANSEK u millAKL. Wara r-riforma fil-Gvern Lokali u l-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali nħass il-bżonn li jibdew isiru dawn il-laqgħat mal-Kunsilli Lokali kollha. Kull Kunsill Lokali għandu ħtiġijiet, proposti u domandi differenti u l-aħjar mod biex dawn jiġu indirizzati huwa permezz ta’ laqgħat bħal dawn. Ninsab konvint li bis-saħħa ta’ dawn il-laqgħat se jkomplu jissaħħu l-Kunsilli Lokali u b’hekk ir-residenti jkomplu jiġu moqdija aħjar. World Clean Up Day
Il-bidu ta’ sensiela ta’ laqgħat B’rabta mal-avveniment ta’ mal-Kunsilli Lokali kollha ta’ World Clean Up Day ħloqna wkoll inizjattiva biex il-Kunsilli Malta u Għawdex Lokali jgħaqqdu l-komunitajiDan ix-xahar flimkien mal-kol- et u jwettqu tindif li permezz lega tiegħi l-Ministru Ian Borg tiegħu l-lokalitajiet jingħataw bdejna wkoll sensiela ta’ laqgħat dehra aktar nadifa. B’kollox se mal-Kunsilli Lokali kollha ta’ jipparteċipaw 25 Kunsill LokaMalta u Għawdex. Dan billi ltqa- li f ’din l-inizjattiva u min-naħa jna mal-Kunsill Lokali tal-Belt tad-Diviżjoni għall-Gvern LokaValletta, il-Kunsill Lokali tal-belt li se tkun qed tingħata s-somma kapitali ta’ Malta. Preżenti għal ta’ €20,000 lil dawn il-Kunsilli din il-laqgħa kien hemm ukoll Lokali.
BIDLIET U GĦAŻLIET
Marion Parnis Kunsilliera fil-lokalità tal-Qrendi
Il-qasam tal-edukazzjoni inbidel mhux ftit f ’dawn l-aħħar snin. Għalkemm għad fadal ħafna xi jsir huwa fatt li preżentement l-opportunitajiet biex aktar studenti jkomplu l-vjaġġ edukattiv tagħhom huma pjuttost numerużi. L-abbiltajiet differenti tal-istudenti u s-suċċess ħolistiku tagħhom żgur li qatt ma kienu daqshekk fiċ-ċentru bl-istess mod li huma llum. Sa ftit snin ilu l-inklużjoni kienet ’il bogħod f ’kull qasam. Bl-għeluq tal-iskejjel tassnajja’ taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, l-unika ħiliet apprezzati kienu dawk stret-
tament akkademiċi. B’hekk, l-edukazzjoni post-sekondarja kienet aċċessibbli għal numru ta’ studenti iżda żgur mhux għall-maġġoranza. Fortunatament il-folja daret u n-numru ta’ studenti li qed ikomplu l-edukazzjoni post-sekondarja żdied b’mod konsiderevoli. Grazzi għall-viżjoni moderna u inklussiva tiegħu, Gvern Laburista għaraf ilbżonn ta’ diversi miżuri u bidliet f ’sistema li kienet pratikament minsija. Dan dejjem bil-għan li l-istudenti ma jintesewx mill-istess sistema li għandha l-obbligu li żżommhom fiċ-ċentru. Il-bidliet fis-settur juru l-importanza tad-dritt li l-istudenti jagħżlu r-rotta mixtieqa u d-dritt li jitgħallmu mingħajr xkiel għal dak li fuq kollox huwa l-futur tagħhom. Il-mument meta l-istudenti jaslu fit-tmiem tal-edukazzjoni obbligatorja huwa pjuttost delikat u l-għażla tat-triq li wieħed jieħu mhux dejjem tkun daqshekk faċli. Mill-banda l-oħra t-tmiem tal-ħames sena tas-sekondarja u l-għażla
tas-suġġetti mixtieqa għall-edukazzjoni post-sekondarja tagħti sens ta’ serħan. Finalment għall-istudenti jkun wasal iżżmien tant mistenni sabiex jagħżlu dawk is-suġġetti li jinteressawhom u li huma tassew relevanti għalihom biex ikomplu fit-triq tal-karriera futura tagħhom. Iż-żmien meta l-istudenti jagħżlu s-suġġetti skont il-preferenza tagħhom u saħansitra jeħilsu minn dawk is-suġġetti li xi ftit jew wisq kienu balla fuq l-istonku tul is-snin obbligatorji jagħti individwalità, libertà u indipendenza. Dan huwa ż-żmien fejn wieħed jista’ verament ikun hu, bl-identità, bil-gosti u bil-kapaċitajiet tiegħu. Anke bl-aqwa miżuri ż-żmien post-sekondarju għall-istudenti li jridu jirnexxu huwa kollox barra faċli. Huwa żmien fejn l-istudenti jridu jistinkaw, żmien li jġib miegħu element ta’ sagrifiċċju. Għaldaqstant, huwa mhux biss importanti iżda kruċjali li dan il-vjaġġ ma nkomplux nikkumplikawh. Minflok inżidu l-istress
b’suġġetti li jistgħu jaqtgħu qalb l-istudenti milli jkomplu jistudjaw irridu pjuttost naraw kif niffukaw fuq l-elementi li huma verament relevanti. Ta’ min japprezza wħud mir-riformi li riċentement ġew proposti min-naħa tal-Bord tal-MATSEC, fosthom dik tar-rikonoxximent tal-parteċipazzjoni tal-istudenti f ’diversi oqsma kif ukoll l-opportunitajiet għall-atleti li jeċċellaw f ’xi sport partikolari. Il-ħsieb li jinbidel il-mod tal-assessjar, kif ukoll il-bidliet proposti fissuġġett tas-Systems of Knowledge għal min irid ikompli jistudja fl-Università ta’ Malta, huma daqstant pożittivi. Mill-banda l-oħra l-possibilità li tiġi imposta lingwa barranija fiż-żmien post-sekondarju tmur fid-direzzjoni opposta. Fil-fatt, l-eżitu tal-konsultazzjoni pubblika li tħabbar ftit jiem ilu jixhed li din tal-aħħar ma tantx intlaqgħet tajjeb mill-pubbliku. Hemm bżonn li l-ħidma fil-qasam edukattiv tkompli sseħħ bil-għan li jinfetħu aktar bibien u mhux jingħalqu, bil-għan li nqawwu l-qlub tal-istudenti u
mhux naqtgħuhom. Jekk verament irridu li l-bidliet fil-qasam edukattiv isiru biex aktar studenti jitħajru jkomplu l-edukazzjoni post-sekondarja b’suċċess, il-bidliet li jseħħu ma jridux iservu ta’ deterrent għall-istudenti prospettivi. Filkaż tal-lingwa barranija obbligatorja, din tista’ tkun element ta’ esklużjoni għal studenti li m’għandhomx daqshekk għal qalbhom il-lingwi, bir-riżultat li dawn jerġgħu lura mill-ħsieb li jieħdu linja partikolari. Fi żmien meta l-inklużjoni għandha tkun in-norma u fejn qed jiġu apprezzati tipi ta’ intelliġenzi u kompetenzi differenti, il-ħsibijiet, l-interessi u l-kapaċitajiet differenti tal-istudenti jridu dejjem jinżammu fiċ-ċentru u jiġu kkunsidrati u annalizzati b’reqqa. Filwaqt li idea partikolari taf tkun tajba fit-teorija, mhux neċessarjament tista’ tkun daqstant tajba fil-prattika. Din tal-aħħar, wara kollox, hija l-unika realtà tal-istudenti, l-unika realtà li verament għandha tinżamm fiċ-ċentru ta’ kull bidla u ta’ kull ħsieb.
21
15.09.2019
kullhadd.com
LINJI GWIDA
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist
mandatorji għas-sewwieqa. Liċenzja għall-Operatur
Mario Fava President Sezzjoni Kunsillier PL
Ħassejt li għandi ngħaddi l-kummenti tiegħi fid-dawl tal-linji gwida Micromobility in the Maltese Transport System – Preliminary Abridged Guidelines for the Regulation of the Micromobility Class hekk kif maħruġa għall-konsultazzjoni nhar it-Tnejn, 2 ta’ Settembru 2019 minn Transport Malta. Bla ebda dubju jien favur kull inizjattiva li tippromwovi trasport sostenibbli. Nemmen li l-użu tal-e-scooters huwa wieħed sostenibbli u ferm aktar konvenjenti mill-użu ta’ transport pubbliku. Naqbel ukoll ma’ kull miżura proposta li tħares is-saħħa u s-sigurtà tas-sewwieqa, biss però, ninnota li hemm nuqqas f ’dan li ġej: Liċenzja tat-Triq Ninnota li m’hemmx distinzjoni bejn il-ħlasijiet ta’ liċenzji minn PLEV li jiġu użati minn individwi għall-użu personali u dawk imħallsa minn operaturi li joffru s-servizz ta’ renta ta’ dawn l-e-scooters. Filwaqt li l-individwi x’aktarx ser ikunu qed jużaw faċilitajiet privati kemm biex jipparkjaw u anki biex iżommu l-e-scooter fil-ħin li mhux ser ikun qed jintuża, operaturi li ser joffru dan is-servizz ser ikunu qed jużaw l-infrastruttura pubblika. Għaldaqstant nemmnu li għandu jkun hemm kumpens għall-inkonvenjent li jista’ jinħoloq minn dawn l-operaturi. Insostni li wieħed għandu jkollu polza tal-assigurazzjoni li tkopri għall-ħsarat lill-terzi. Nemmen ukoll li l-età għall-użu ta’ dawn l-e-scooters għandha tinżel għall-16-il sena. Din tgħin biex iż-żgħażagħ jaraw dan l-inċentiv bħala mezz ta’ trasport alternattiv. Nemmen li l-użu ta’ lbies protettiv u helmets għandhom ikunu
Nemmen li l-liċenzja tal-operatur tmur lil hinn mir-regolamenti tat-traffiku u s-sigurtà fit-toroq. Għaldaqstant nemmen li għandha tkun fir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali li jilliċenzja lil dawn l-operaturi. Dan abbażi tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija aktar ’l isfel. • L-operatur jista’ jopera fil-lokalità suġġett għal-liċenzja maħruġa f ’deskrizzjoni mill-Kunsill Lokali. Il-Kunsill Lokali jirriserva d-dritt li jillimita n-numru tal-operaturi fil-lokalità rispettiva. Il-Kunsill Lokali jista’ jieħu miżuri kontra operaturi li jħallu l-e-scooters barra l-ispazju indikat għalihom. Il-Kunsill iżomm id-dritt li jirrevoka liċenzji lill-operaturi li jabbużaw mis-sistema. Il-liċenzji għandhom ikunu mġedda kull sena. Il-ħlas ta’ dawn il-liċenzji għandhom jirriflettu l-ispejjeż biex wieħed jirregola u jimmaniġġja s-sistema. Il-Kunsill Lokali għandu jagħti prijorità lill-infrastruttura li tagħti lok li tkun użata minn kumpanija waħda. • Il-Kunsill Lokali għandu d-dritt li jitlob lill-operaturi sabiex iressqu jew jirrilokaw l-infrastruttura skont l-esiġenzi tal-lokalità. Dan jitlob ukoll li l-operaturi għandhom josservaw policies eżistenti tal-lokalità rispettiva. L-operatur għandu jkollu persuna responsabbli 24/7 li tkunu tista’ tindirizza problemi li jinqalgħu. • Il-Kunsill Lokali jitlob li jkun hemm komunikazzjoni effettiva mal-operaturi kif ukoll informazzjoni adegwata anki fuq is-siti soċjali. Din l-informazzjoni għadha tkun b’lingwi differenti skont kif mitlub mill-Kunsill Lokali. • L-operaturi għandhom jipprovdu lill-Kunsill Lokali informazzjoni u statistika fuq l-iskema u l-użu tagħha. Il-mobilità sostenibbli nemmen li għandha tkun waħda mill-pilastri li lkoll għadna nippromovu. Biss nemmen ukoll li għandu jsir titjib fl-infrastruttura sabiex tippermetti dan l-użu. Fid-dawl ta’ dan, ikolli nsostni li l-pożizzjoni tiegħi hija kontra li dawn l-e-scooters jintużaw f ’passaġġi riservati għall-mixi jew żoni oħra pedonali bħal bankini. Dan sakemm ma jkunx hemm segregazzjoni biex dan ikun jista’ jsir.
Il-Ħamis, 5 ta’ Settembru jien, ngħid għalija, ma kinitx attività li tgħodd għalija. Ħadt Mhux ta’ b’xejn niftaħar gost ferm aktar fil-protesta li jien l-akbar Nazzjonal- tal-Belt, l-ewwel u qabel kolist li hawn fil-pajjiż. L-ebda lox għax kien hemm erba’ deputat u l-ebda kandidat min-nies mhux ħażin, u ovmhu jagħmel dak li qiegħed vjament, ladarba l-protesta nagħmel jien bħalissa biex kienet kontra l-Gvern, ma niċċelebraw l-Indipendenza - stajtx ma niħux gost nara lil dik li għalina suppost li hija dawk in-nies kollha bil-karl-akbar festa. Jien ta’ kuljum telluni f ’idejhom. Ħadt gost nattendi l-laqgħat li qegħdin ukoll għax iltqajt ma’ ħafna isiru fid-distretti kollha. Illum Nazzjonalisti, anke jekk qakien imiss l-Imqabba u ngħid lulna biex ma nżeffnux finid-dritt, li mhux għax kieku nofs il-partiti. nieħu gost nisma’ d-diskorsi tal-Kap tagħna Adrian Delia, Il-Ħadd, 8 ta’ Settembru apparti l-ikel u x-xorb, kont nerġa’ lura d-dar imdejjaq. Jum il-Vitorja. Jum ir-Regatta. Mhux għax ġejt ferħan se ntir, Il-jum internazzjonali tal-litimma tal-inqas nikkonsla li teriżmu. Imma mhux biss. l-Kap qiegħed jagħmel prog- Illum kien jum li fih komplejna nuru li issa magħquress minn jum għal ieħor. din id f ’id u li qegħdin niġbIl-Ġimgħa, 6 ta’ Settembru du ħabel wieħed, nagħmlu kull sagrifiċċju, saħansitra Dalgħodu rħejtilha lejn l-ista- noħorġu stqarrijiet anke kull mperija biex forsi nneħħi ftit nhar ta’ Ħadd. Illum, minbarmid-diżappunt tiegħi dwar ra Clyde Puli, li ħareġ stqarin-nuqqas ta’ nies - fosth- rija dwar il-litteriżmu, ħareġ om id-deputati u l-kandida- stqarrija wkoll Jason Azzoti - li qed ikollna fil-laqgħat, pardi, il-kelliem tagħna dwar (jew aħjar ngħid riċevimenti) l-ambjent, li fost affarijiet suppost bħala parti miċ-ċel- oħra qalilna li l-arja maħmuġa ebrazzjonijiet tal-Indipen- qed ikollha impatt negattiv denza. Bħal dawn iż-żmini- fuq saħħitna. Ngħid id-dritt, jiet, fuq il-Fosos tal-Furjana, stqarrijiet bħal dawn ma nafx kienet tkun l-hena tiegħi, anke kemm jittieħdu bis-serjetà jekk din is-sena minflok in- meta fi żmien li Jason Azzoħallas għal xi ħobża biż-żejt u pardi kien ministru, ir-resgħal xi flixkun birra, qiegħed identi tan-naħa t’isfel kien neħodhom b’xejn. Imma jien ikollhom il-bjut u l-btieħi dawn l-affarijiet ma jagħm- mimlija nugrufun. Min jaf lux bija. Meta tkellimt dwar x’qal Jesmond Mugliett li kien dan ma’ sieħbi tal-istamp- stieden lill-ministri tagħna erija, minflok ikkonslani, ak- biex imorru jiġbru n-nugrutar għamilli dwejjaq. “Mhux fun mill-bitħa tiegħu?! għalhekk abbandunajniehom il-Fosos, Naz,” kien pront It-Tnejn, 9 ta’ Settembru qalli. Irrid naqta’ l-vizzju li kultant Is-Sibt, 7 ta’ Settembru naqleb minn fuq l-istazzjonijiet tagħna għal fuq istazzIllum ġejt bejn ħaltejn jonijiet, (ovvjament mhux x’naqbad nagħmel, jekk im- stazzjonijiet tagħhom, għax murx innaddaf mal-Kap dawk ma niflaħhomx) biex nżomm ruħi tagħna Adrian Delia, jew jekk mingħalija immurx il-protesta li saret aġġornat u nkun naf x’inil-Belt. Ippruvajt nattendi- hu għaddej. Kull darba li hekk, nispiċċa hom it-tnejn u rnexxieli. Ma nagħmel domtx wisq Burmarrad, fejn bil-geddum, kif ġrali llum iltqajna biex innaddfu, għax meta smajt fl-aħbarijiet li
l-Ministru Michael Falzon ħabbar li l-baġit li ġej għal darb’oħra se jinkludi żieda lill-pensjonanti, u aktarx ukoll żieda fl-allowance tat-tfal. Nispiċċa bil-geddum, anke jekk jien se ngawdi bħalma jgawdu l-pensjonanti kollha, għax konvint li dawn iż-żidiet xi ftit jew wisq iwaqqgħu l-argument tagħna li l-Gvern ta’ Joseph Muscat mhux jiġġieled il-faqar. It-Tlieta, 10 ta’ Settembru Jien xejn ma naqbel li fil-Parlament Ewropew nagħtu l-appoġġ tagħna għall-ħatra ta’ Helena Dalli bħala Kummissarju tal-Ugwaljanza. U m’għandi l-ebda dubju li anke David Casa bħali jaħsibha u jekk se jkun qiegħed jagħtiha l-appoġġ fil-miftuħ, minn wara dahar kulħadd, se jkun qiegħed jagħmel mod ieħor. Ħasra li dik Ana Gomes m’għadhiex fil-Parlament Ewropew għax kieku żgur li kienet tagħtih palata sew. Għandek tgħid hux, kienu tant kontra l-Unjoni Ewropea, u issa jippużaw għar-ritratti fi Brussell. Ħeqq, m’hemmx x’tagħmel man! L-Erbgħa, 11 ta’ Settembru Tgħidli xejn, man! Minn meta tajnieh il-vot ta’ fiduċja u allura Simon Busuttil, Jason Azzopardi u l-bella kumpanija ma baqgħux jagħtuh gambetti u jdaħħlulu stalletti f ’dahru, il-Kap tagħna Adrian Delia qiegħed juri xi jsarraf. Diskors wara l-ieħor mil-lum għall-għada. Wieħed aqwa minn ieħor. Imma mhux diskors biss, man! Illum qalilna li qiegħed iħejji pjan ekonomiku fit-tul u sostenibbli, mhux bħal dak ta’ Joseph Muscat li moħħu biss biex iġib il-barranin. Tgħidx kif imtlejt bil-kuraġġ kif smajtu jgħid dan il-kliem, għax allura jfisser li diġà qiegħed iħejji għal meta jkun prim ministru u jidħol Kastilja. Mank jasal dak il-jum!
22
15.09.2019
kullhadd.com
IL-PRIĠUNIER NUMRU 25487 L-attur Ġermaniż Ulrich Matthes kiseb fama internazzjonali għall-interpretazzjoni tiegħu tal-Ministru tal-Propaganda Nażista Joseph Goebbels fil-magħruf film tad-direttur Oliver Hirschbiegel Der Untergang (Downfall) tas-sena 2004. Il-fattizzi partikolari tal-wiċċ mgħaddam u mixrub tiegħu, kisbulu wkoll suċċess f ’film ieħor li ħareġ f ’dik l-istess sena: Der Neunte Tag (The Ninth Day) li qaxxru l-figura interpretata minnu ta’ saċerdot Kattoliku internat fil-kamp ta’ konċentrament ta’ Dachau. Ippreżentat fil-film taħt il-psewdonimu ta’ Henri Kremer, il-film huwa bbażat fuq avvenimenti reali msejsa fuq tifkiriet minsuġa minn ċertu Dun Jean Bernard, saċerdot mid-djoċesi tal-Lussemburgu, li kien internat fil-kamp imsemmi matul it-Tieni Gwerra Dinjija bħala priġunier bin-numru 25487. L-istorja partikolari tiegħu nkitbet minnu stess f ’sensiela ta’ artikli intitolati Dachau. Aus dem Tagebuch eines Sträflings li dehru fil-ġurnal Luxembourg Wort immedjatament mal-ħelsien tiegħu u aktar tard inġabru f ’volum għalihom li kien tradott għal-lingwa Ingliża fl-1952 bl-isem: Pfarrerblock 25487: A Memoir of Dachau.
Jekk wieħed jaħseb li kien xi element ta’ ħniena dlonk ikun sejjer żmerċ. FilPfarrerblock infatti, ċioè, il-“barakka tal-qassisin”, sabu rwieħhom f’temp ta’ 12-il sena, 2,720 membru tal-kleru
trament ta’ Dachau. Vaganza?
Min kien Dun Bernard? Imwieled fit-13 ta’ Awwissu 1907 ġewwa l-belt ta’ Lussemburgu fil-Gran Dukat li jġib l-istess isem fi ħdan familja prominenti, Jean Bernard kien is-sitt wild fost għaxra ta’ negozjant imsemmi. Iffrekwenta l-Athénée de Luxembourg u aktar tard l-Università ta’ Louvain fil-Belġju, qabel ma daħal is-seminarju bi tħejjija għas-saċerdozju f ’belt twelidu. Kiseb dottorat fil-filosofi-
ja fl-1933 u ordnat presbiteru f ’dik l-istess sena, kien dlonk afdat bit-tmexxija tal-“International Catholic Film Bureau” (OCIC) fi Brussell, liema uffiċċju eventwalment ingħalaq mill-Gestapo f ’Ġunju tal-1940. L-OCIC, illum is-SIGNIS (World Catholic Association for Communication), huwa moviment iffurmat bejn il-midja u l-Knisja, attiv fl-istampa, ir-radju, it-televiżjoni, iċ-ċine-
ma, l-edukazzjoni fuq il-midja u t-teknoloġija moderna. Mibdi oriġinarjament fl-Olanda, illum jinsab preżenti f ’aktar minn mitt pajjiż. Involut f ’ħidmiet umanitarji fl-assistenza lejn il-Lussemburgi li xtaqu jirritornaw lura pajjiżhom minn Franza fejn ħarbu fl-ewwel xhur tal-perjodu belliku, il-kitbiet u l-involvimenti tiegħu fi ħdan ir-Reżistenza matul l-okkupazzjoni
Ġermaniża ta’ pajjiżu, ma damux ma sawruh f ’simbolu waħdani ta’ stmerrija Lussemburga fi ħdan il-Knisja Kattolika. Magħrufa l-konnessjonijiet u l-kitbiet tiegħu, il-Gestapo arrestatu fis-6 ta’ April 1941 flimkien ma’ Dun Jean Origer, Direttur tad-dar editriċi Saint Paul u Dun Jean-Baptiste Esch, editur tal-Luxemburger Wort u f ’Mejju dik is-sena sabu rwieħhom fil-kamp ta’ konċen-
Għalkemm tinstema’ tassew stramba u xi ftit jew wisq partikolari, fi Frar tas-sena ta’ wara, il-Gestapo kkonċediet lil Dun Bernard, issa l-priġunier numru 25487, perjodu ta’ disat ijiem “mistrieħ”. Is-soltu l-internati l-mistrieħ tagħhom kienu jiksbuh bil-minġel tal-mewt, li għal ħafna minnhom ma kinitx għajr serħan. X’wassal allura lill-awtoritajiet Ġermaniżi biex jibgħatu lil dan il-qassis għal perjodu stabbilit ta’ btala lura f ’dar niesu fil-Lussemburgu? Jekk wieħed jaħseb li kien xi element ta’ ħniena dlonk ikun sejjer żmerċ. Fil-Pfarrerblock”infatti, ċioè, il-“barakka tal-qassisin”, sabu rwieħhom f ’temp ta’ 12-il sena, 2,720 membru tal-kleru. Meta n-numru tagħhom żdied u tinda waħda ma baqgħetx biżżejjed għali-
23
15.09.2019
kullhadd.com
Affrontat bl-għażla li jittradixxi l-Knisja tiegħu jew jerġa’ lura fil-kamp, b’riperkussjonijiet serji għall-istess niesu, il-qassis sab ruħu fil-veru sens tal-kelma ipparalizzat minn din id-dilemma, imqanqal minn rabja, disperament u fl-aħħar nett minn spirtu ta’ rassenjazzjoni meta l-kuxjenza, jew aħjar il-fidi, ippermettietlu jivvaluta sewwa s-sitwazzjoni tiegħu hom, il-membri tal-kleru tqassmu fi tliet barrakki li kienu jġibu n-numri 26, 28 u 30. Minnhom mietu 1,034, fosthom il-Beati Titu Brandsma u Hilary Januszewski, Karmelitani, u Dun Alojs Andritzki tad-djoċesi ta’ Dresden. L-akbar ġens li minnu kien iffurmat il-kleru priġunier kien dak Pollakk, segwit minn dak Ġermaniż u Awstrijak. Lura għal Bernard, l-idea wara r-rilaxx u l-perjodu ta’ “mistrieħ” konċedut lilu kienet ta’ manipulazzjoni min-naħa talSS bil-għan li l-Knisja fil-Lussemburgu tagħraf pubblikament l-appoġġ tagħha lejn ir-reġim Nażista. Ġara li wara l-okkupazzjoni Nażista tal-Lussemburgu, l-ordinarju tal-post, Mons. Joseph Laurent Philippe SCI., li fiż-żmien kien Superjur Ġenerali tad-Dehonjani, marad “marda diplomatika” li tul it-tali perjodu ħallietu konfinat fil-palazz episkopali tiegħu. Fir-realtà l-isqof ma kien marid xejn, iżda biex bl-ebda mod ma jiltaqa’ pubblikament mal-ġerarki Nażisti u għaldaqstant jirrikonoxxi mqar bl-iċken manjiera, il-preżenza tagħhom fis-sede tiegħu, għażel li ma jixrifx ’il barra minn daru tul il-perjodu msemmi. In-Nażisti fittxew, matul il-preżenza tagħhom, b’mod speċjali quddiem in-nuqqas fiżiku u diplomatiku tal-isqof, li b’mod progressiv, jipprojbixxu kull attività ekkleżjastika millħajja pubblika lokali. L-organizzazzjonijiet tal-Knisja ġew għaldaqstant xolti bil-forza, l-edukazzjoni reliġjuża sfat ipprojbita fl-iskejjel, il-monasteri aboliti, u komunitajiet reliġjużi attivi mċaħħda mill-proprjetà tagħhom. L-unika istituzzjoni mħollija bla mittiefsa kienet l-amministrazzjoni tad-djoċesi. Apparti l-fatt li terz tal-knejjes preżenti fil-post sfaw meqruda bil-bumbardamenti, il-Knisja nfisha fid-djoċesi kienet f ’periklu sħiħ li tiġi soppressa. Il-pożizzjoni relattivament siekta tagħha, bl-ebda pożizzjoni pubblika meħuda min-
naħa tagħha rigward id-destin tal-Lhud jew ir-reġim Nażista, nissel biża’ li jinħoloq antagoniżmu li jipperikola l-preżenza tagħha li fil-post wara li sfat daqstant ristretta. L-Isqof Philippe madankollu mhux biss issokta jirrifjuta mili jiltaqa’ mal-mexxejja Nażisti, iżda ħejja wkoll l-arranġamenti meħtieġa f ’każ li s-sede tispiċċa vakanti. Kien hawnhekk li Dun Jean Bernard daħal fix-xena. Magħrufa min-Nażisti l-kwalitajiet konvinċenti tiegħu flimkien mal-influwenza ta’ niesu filbelt, fittxew li jużawh sabiex permezz tiegħu, in-Nażisti jieħdu l-għarfien pubbliku mistenni tant minnhom mingħand l-Isqof Philippe. Il-Gestapo kienet studjat kollox dwar ħajjet Bernard u niesu sal-inqas dettal qabel ħarġitu minn Dachau, biex ikollha għarfien ċar u biżżejjed bil-għan li sseħħilha tipperswadih minn dak li riedet minnu u permezz tat-tagħrif li kisbet, tkun tista’ theddu u timmanipulah. Id-disat ijiem li huwa għadda f ’belt twelidu, kienu għalih minflok perjodu ta’ mistrieħ, ġranet ta’ frustrazzjoni mentali inċessanti, li dwarhom kiteb aktar tard meta ħalla l-kamp ma’ tmiem il-gwerra. Affrontat bl-għażla li jittradixxi l-Knisja tiegħu jew jerġa’ lura fil-kamp, b’riperkussjonijiet serji għall-istess niesu, il-qassis sab ruħu fil-veru sens tal-kelma ipparalizzat minn din id-dilemma, imqanqal minn rabja, disperament u fl-aħħar nett minn spirtu ta’ rassenjazzjoni meta l-kuxjenza, jew aħjar il-fidi, ippermettietlu jivvaluta sewwa s-sitwazzjoni tiegħu. Id-disa’ jum F’għeluq id-disa’ jum, Dun Bernard kien lura fi triqtu għal Dachau, fejn aktarx kellu ssibu tistennieh mewt ċerta. Iżda bejn tbatija, ġuħ, ħmieġ u mewt ħass li kienu aħjar minn tradiment. Minkejja t-tiġrib iżda, il-mewt skansaha, forsi bi żbrixx, għax meta wasal il-mu-
Mimli bl-għomor, ħalla din ment kien jiżen biss 47 kilò. Il-ħelsien tiegħu kien mertu ta’ id-dinja fl-1 ta’ Settembru 1994, ħuh, li permezz ta’ interventi ċertament kburi biżżejjed filma’ uffiċjali għolja Ġermaniżi fond ta’ qalbu li bħala saċerdot preżenti f ’Pariġi, irnexxielu jiksiblu l-ħelsien fil-5 ta’ Awwissu 1942. Sakemm il-gwerra ġiet fi tmiemha, Dun Jean għammar f ’monasteru u mhux f ’dar niesu, sabiex bl-ebda mod ma jkun ta’ theddida għalihom. Iżżewġ saċerdoti arrestati miegħu s-sena ta’ qabel, jiġifieri Origer u Esch ma messithomx l-istess xorti, għax ingħaddu huma wkoll ma’ tant eluf oħra li nqerdu f ’Dachau. Ma’ tmiem it-Tieni Gwerra, Bernard kien pront maħtur editur tal-ġurnal imsemmi aktar ’il fuq Luxemburger Wort, fejn ħa ħsieb jippubblika bħalma rajna t-tifkiriet tiegħu f ’Dachau. Ħaddan dan l-uffiċċju sas-sena 1958, waqt li l-bejn l-1947 u l-1970 qeda ta’ president tal-OCIC. Maħtur kanonku onorarju tal-kapitlu ta’ Lussemburgu, matul is-snin kien maħtur ukoll bħala uffiċċjal tal-Ordni tal-Couronne de Chêne u kavallier tal-Ordni tal-Mertu mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, kavallier tal-Ordni ta’ Leopoldu mir-Renju tal-Belġju u ddekorat bl-Ordni tal-iStella della Solidarietà mir-Repubblika tal-Italja. Attiv sakemm saħħtu ppermettietlu permezz tal-kitba fil-ġurnal li dderieġa għal tant snin, il-Papa San Pawlu VI ħatru prelat domestiku tiegħu. Membru tal-kummissjoni papali għall-films, ir-radju u t-televixin; matul il-Konċilju Vatikan II kien membru talgrupp ta’ ħidma fuq l-istampa, xandir radjufoniku u televiżiv imwaqqfa matulu mis-Santa Sede u aktar tard president tal-Kummissjoni għall-Knisja Ppersegwitata fi ħdan il-Konferenza Internazzjonali ta’ Organizzazzjonijiet Kattoliċi.
ċaħad, akkost tal-istess ħajtu, l-irwol offrut lilu ta’ Ġuda għal dik l-istess Knisja li huwa fittex li jħaddan u jaqdi sal-aħħar.
24
15.09.2019
kullhadd.com
INFERMIER LI JIRRISKJA ĦAJTU GĦALL-PAZJENTI ANKE FIL-GWERER Kitba ta’ id-dinja.” Fil-fatt, Jesmond imur oltre RAMONA PORTELLI ħafna mix-xogħol ta’ kuljum Fid-dinja hawn min hu mejjet tiegħu. Dan għaliex matul il-karfis-sakra u hawn min hu mejjet riera tiegħu bħala infermier żar għall-qatra. Min jista’ jixxala għan- pajjiżi fejn kellhom il-gwerra u du jaħseb f ’ħaddieħor u almenu hemmhekk prattika l-professjoni jgawdi ma’ min għandu. Fil-fatt, ħafna persuni jagħmlu dan fis-skiet ta’ ħajjithom. Dan l-aħħar sirt naf b’infermier Bdew niżlin qishom li fis-skiet ta’ ħajtu mhux biss jagħweraq qed jaqgħu ti s-servizzi tiegħu f ’pajjiżna, iżda wkoll kultant żmien jirriskja ħajtu mis-siġar. Meta waqa’ u jmur f ’pajjiżi fejn hemm il-gwl-ewwel wieħed erer u jgħin pazjenti b’mod volontarju. Qed nirreferi għal Jesmond quddiemi ħsibtu kellu Micallef. Għandu 54 sena, miżżewweġ, joħass ħażin biss, iżda qgħod il-Fgura u missier ta’ żewġt indunajt bl-ammont ibniet. Jaħdem bħala infermier u stazzjonat fil-Klinika tal-Gvern ta’ ta’ demm nieżel u Raħal Ġdid fejn huwa responsabaktar u aktar meta bli mill-ambulanza ta’ dak id-distrett stess. komplew jaqgħu għal Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala permejta aktar nies, u suna sempliċi, u xejn aħjar minn ħaddieħor. Xogħlu ta’ infermier hemm tirrealizza li jagħtih sodisfazzjon kbir, u meta jgħin lil ħaddieħor iħossu komtkun aktar f’periklu plut. għax ma tkunx taf fejn Jesmond ilu jaħdem bħala infermier għal 30 sena sħaħ. Kiseb esjinsab l-għadu perjenza vasta u x-xogħol jagħmlu għal qalbu. Mistoqsi x’ħajru jiffoka fuq din il-professjoni, weġibni, “L-ewwel u qabel kollox jien tiegħu ma’ persuni fil-bżonn. Fill-uniku infermier fil-familja. Dr fatt, dan huwa xogħol volontarju Vincent Moran huwa l-ispirazz- li għażel li jagħmel. Isostni li akjoni tiegħi. Kien assistieni meta tar ma jagħmel ġid aktar ikun irid kont twelidt f ’dar f ’Raħal Ġdid. jagħmel, fejn ilaqqgħu ma’ diversi Maż-żmien ispirani biex naħdem persuni minn diversi okkażjonijiet. fis-settur tas-saħħa, u sal-lum ma “Waqt il-gwerra fil-Libja li damet għandi l-ebda rimors. Minbarra għaddejja madwar sena u disa’ hu, il-ġenituri tiegħi wkoll kienu xhur, kont tlajt ma’ grupp ta’ tobta’ inspirazzjoni. Barra minn hekk ba, u infermiera Franċiżi. Jien biss staqsihx kif jirnexxilu jsalva waqt il-mara tiegħi tifhem dak kollu li kont Malti flimkien ma’ xi oħra- li jkun hemm, u anke ma’ liema nagħmel għal ħaddieħor u ttini jn mill-Protezzjoni Ċivili. Xogħli tip ta’ riskji ġieli ltaqa’. “Il-bżonn s-sapport kollu,” beda jgħidli. kien li nevitaw li tinfirex l-Ebo- iżommok hemm u anke s-sejħa la fl-Afrika u infezzjonijet oħra ġġiegħlek tmur tgħin. Huwa fl-obbħall-HIV, l-AIDS u l-Hepatitis.” bligu tiegħi li ngħin f ’każijiet hekk. L-agħar sitwazzjoni hija li persuna tneħħi ħajjitha Kulħadd jisparixxi f ’sitwazzjonijiet Imur volontarjat u l-ispejjeż hekk fejn jitħallew ħafna problemi. L-akbar sodisfazzjon għalih huwa kollha għalih F’mumenti bħal dawn nagħmel li josserva d-differenza f ’ħadl-almu tiegħi, norqod mill-inqas dieħor, irrilevanti mir-reliġjonijiet, Mhux hekk biss, imma meta jmur mhux aktar minn ħames sigħat kulur tal-ġilda, kultura jew gender jgħin bħala infermier fil-gwer- f ’ġurnata. Ġieli nistaqsi lili nnifdifferenti. Fi kliemu stess l-agħar er, Jesmond ikkonferma miegħi si xi nkun qed nagħmel hemm. sitwazzjoni kerha hija li persuna li l-ispejjeż ikunu kollha għalih Mhux l-ewwel darba li bkejt waħtneħħi ħajjitha. “Il-ħajja hija prez- inkluż it-titjiriet, bħalma kienet di wkoll ’il bogħod mill-familja zjuża ħafna u ma naċċettax xenarji l-aħħar waħda li mar f ’Marzu li tiegħi. Episodju pjuttost perikoluż bħal dawn f ’wiċċ din id-dinja.” għadda fil-Libja. li ġrali kien meta mort biex insalva Mistoqsi x’sodisfazzjon personali Minbarra li jgħin fil-gwer- pazjent kważi qed imut, u x-xufier jtih ix-xogħol ta’ infermier, Jes- ra tal-Libja, Jesmond mar ukoll tal-ambulanza induna li l-ġurnamond stqarr miegħi li ma jistax fil-gwerra tal-Kosovo, il-Mozam- ta ta’ qabel kien qatel lil ħuh. Ma jiddeskrivi s-sodisfazzjon li jieħu. bique, it-Tanzanija, l-Eġittu u kontx indunajt bl-affari u kemm “Li nagħmel differenza qawwija Tuneż. kont ta’ riskju b’pazjent armat u fuq ħajjet ħaddieħor, li nnaqqas Jesmond mingħajr daqq ta’ trom- x-xufier tal-ambulanza,” irrakkonjew inneħħi l-uġigħ fuq ħaddieħor bi jħobb jgħin lill-batut, u tali Jesmond. huwa sodisfaċenti ħafna. Li nsal- jagħmel volontarjat fejn hemm Rakkont ieħor li qasam miegħi va ħajjet in-nies huwa ferm aktar il-gwerer. Ċerta li jkun ta’ riskju Jesmond u li baqa’ jberren sodisfaċenti, aktar u aktar madwar għalih, u b’hekk ma stajtx ma ni- f ’moħħu kienet meta gelgul ta’
persuni bdew jaqgħu minn għoli għal mejta quddiemu. “Bdew niżlin qishom weraq qed jaqgħu mis-siġar. Meta waqa’ l-ewwel wieħed quddiemi ħsibtu kellu ħass ħażin biss, iżda indunajt bl-ammont ta’ demm nieżel u aktar u aktar meta komplew jaqgħu għal mejta aktar nies, u hemm tirrealizza li tkun aktar f ’periklu għax ma tkunx taf fejn jinsab l-għadu.” Hawn nuqqas ta’ infermiera f ’pajjiżna Xtaqt inkun naf minn dak li jinnota llum f ’pajjiżna, jekk hawnx nuqqas ta’ infermiera u forsi dedikazzjoni wkoll. Fil-fatt, stqarr miegħi li fl-opinjoni tiegħu hawn nuqqas ta’ infermiera f ’pajjiżna minħabba li hawn opportunitajiet attraenti oħra. “Naf li l-Gvern qed jaħdem fuq din il-ħaġa sabiex jattira aktar żgħażagħ biex jidħlu fis-setter tas-saħħa, anke b’pakketti attraenti.”
Fl-aħħar nett, tlabtu jgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Nixtieq li n-nies jittolleraw lil xulxin aktar u jgħinu aktar mingħajr ma jippretendu xejn lura. Ibqgħu fuq kliemi li l-akkwist lura huwa inspjegabbli. Nixtieq ukoll li l-pubbliku japprezza aktar il-ħidma tas-sistema tas-saħħa madwar Malta li hija bla ħlas għal kulħadd, u li jekk ma tkunx tista’ sseħħ f ’Malta, il-Gvern jibgħat lill-pazjenti barra minn xtutna għal operazzjonijiet u trattamenti oħra. Nixtieq niġbed l-attenzjoni wkoll li fl-Afrika, pajjiż tat-tielet dinja, in-nies iħallsu biex jaraw tabib fi sptar tal-gvern. Dan nista’ nixhdu jien stess li rajt b’għajnejja, fejn anke kien hemm każijiet fejn offrejt is-servizzi tiegħi b’xejn u anke ħallast lil xi pazjenti li ma affordjawx iħallsu. Għalihom il-ftit ifisser ħafna. B’hekk ejjew ilkoll flimkien innaqqsu t-tgergir u napprezzaw aktar is-servizzi tas-saħħa f ’pajjiżna,” temm jgħid Jesmond.
25
15.09.2019
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
AMINA L-awtriċi Antoinette Borg TĦOBB il-matematika. Iva, apposta miktuba ittri kbar, għax tħobbha ħafna ħafna. Togħxa fin-numri għax, fi kliemha, fejn hemm in-numri hemm is-soluzzjonijiet. U għalhekk kull darba li tisma’ lil xi ħadd jgħid kemm jobgħod il-matematika, qalbha tixxellef xi ftit. Kif, tistaqsi lilha nnifisha, ma jarawx kemm il-ġmiel tan-natura hu kollu msejjes madwar il-matematika? Il-mużika, l-arti, il-poeżija, il-proża – kollu matematika – dejjem tkun trid tweġibhom hekk meta tara linnies jippanikkjaw malli jaraw erba’ numri. U proprju dan li wassal lil Borg tikteb ir-rumanz ġdid tagħha Amina. Amina hija tifla ta’ 12-il sena, ġenju tal-matematika. Tgħix f ’dinja ta’ forom, regoli, dijagrammi. Tara l-ħajja kollha bħala sensiela ta’ numri. Jekk tkun bilwieqfa maġenbha, f ’moħħha tkun qed tikkalkula kemm metri u ċentimetri preċiż qiegħed ’il bogħod minnha. Jekk tiftiehmu biex tiltaqgħu filgħaxija, tgħidlek bl-eżatt kemm sigħat,
minuti u sekondi fadal għall-ħin miftiehem. Amina tattendi l-iskola St Joseph, Tas-Sliema, u hekk kif jiftaħ ir-rumanz hi tirbaħ post prestiġjuż fl-ewwel kamp nazzjonali tal-matematika. Kamp live-in ta’ sitt ġimgħat, għall-ġenji tal-matematika biss. Ġenna tal-art għaliha: sitt ġimgħat malaqwa għalliema tal-matematika mill-universitajiet ta’ Malta u ta’ Oxford. Min-naħa l-oħra, fil-ħajja ta’ kuljum ’il barra mill-klassi, ilħajja għal Amina mhijiex faċli. Il-ġenji l-oħra fil-kamp mhux li ppruvaw wisq jagħmlu ħbieb magħha. Tgħid għax hi stess għadha qed tissielet magħha nnifisha dwar l-identità tagħha? Tgħid għax tgħix f ’orfanotrofju fejn is-sorijiet huma prattikament il-ġenituri tagħha? Għax il-vjaġġ ta’ ħajjitha s’issa taha sens qawwi ta’ x’inhu tajjeb u ġust, u x’inhu ħażin? Iżda kif jibdew jgħaddu l-jiem fil-kamp, jibda joħroġ ċar li f ’dan il-kamp hemm misteru ferm ikbar minn kwalsiasi somma tal-matematika. U Amina ssib ruħha f ’nofs avventura li se twassalha sat-Torri l-Aħmar
il-Mellieħa. U minn hemm jibda rakkont li hu l-istorja inkredibbli ta’ tifla determinata. Amina qisha taqbeż ’il barra mill-paġni talktieb u ssir tifla reali. Anki meta tirrabja u tiżbroffa, inħobbuha lil Amina għax il-mistoqsijiet, id-dubji, il-konfużjoni u l-inċertezzi tagħha huma l-istess bħal tagħna. “Ah,” tgħid Antoinette Borg. “Qed tara! Għalhekk il-ħajja hi
bħall-matematika.” Borg tispjega kif fil-matematika, kemm-il darba jkollok taffaċċja problema diffiċli li tidher impossibbli. Imma li meta taħdem fuqha, tiġġieled u timpika magħha – sa ma tkun kważi wasalt se taqta’ qalbek minnha – jikklikkja xi ħaġa f ’moħħok u titfaċċa s-soluzzjoni. Dik is-soluzzjoni li kienet tant tidher imbiegħda jekk mhux impossibbli, issa tidher ċara daqs
il-kristall f ’moħħok. “Hija sensazzjoni inkredibbli,” tkompli tgħid. “U abbli, bl-istess ammont ta’ sforz u konċentrazzjoni, anki t-tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-ħajja jafu jistgħu jissolvew.” Amina huwa ktieb immirat għal tfal minn 11-il sena ’l fuq. Imma fil-verità, Amina hu ktieb għall-familja kollha. Ifakkarna fil-bestseller Ingliż A Curious Incident of the Dog in the Nighttime u fil-film A Beautiful Mind. Mhix storja dwar il-matematika, imma rakkont li fil-qalba tiegħu għandu l-matematika, u anki jekk aħna ma niġġennux għan-numri, Amina se tisraqilna qalbna. Dan hu t-tieni rumanz ta’ Borg għat-tfal. L-ewwel wieħed – Fittixni, rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb – kien sar sensazzjoni fid-dinja tal-letteratura għat-tfal, tant li l-aktar awtur maħbub Malti, Trevor Żahra, sejjaħlu “nifs ta’ arja safja”. Borg kitbet ukoll rumanz għall-adolexxenti, (Ri)ġenerazzjoni, li rebaħ il-Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Aġenzija Żgħażagħ. Fl-2018, Borg rebħet il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti, mogħti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt is-serata ta’ premjazzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Amina jinsab għall-bejgħ millħwienet tal-kotba kollha jew online minn merlinpublishers.com
Mistoqsija: Fiex hija ġenju Amina? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu il-ktieb ta’ AMINA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 22 ta’ Settembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-kotba SELINA huwa: REUBEN CUTAJAR - IL-MOSTA
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
02
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm-il mediċina hemm fuq il-Formularji biex jintużaw għall-kura tal-kanċer?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
26
15.09.2019
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
15.09.2019
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 294
A. GARAS - ĦAMRUN
Bi 3 Numri 034 167 223 254 286 349 373 433 450 504
548 568 636 639 665 666 688 748 769 777 868 943
970 B’4 Numri 0952 1284 1387 1533 2050 2342 2608 2773
4172 4296 4412 5264 5334 6316 6797 6825 7482 7664 8547 8713
9267 9317 B’5 Numri 06512 14742 14839 18256 32842 43302 45260
48118 53306 61622 63578 65949 74570 82494 97150 B’6 Numri
137760 341457 847608 916152 B’7 Numri 4888596 9382714
1. 4. 7,23. 9,11. 10. 12. 16,18. 18. 19. 20.
Mimdudin: Ikunu fl-ilbiesi (5) Kamra (4) Jagħti l-ilma lix-xtieli (6) Tost (5) Żibel? (6) Ġieli nirreferu għal mejjet hekk (6) Aktarx ta’ berqa! (5) Ara 16 Ħares (3) Iżomm il-ħin bl-Ingliż (5)
21. 23. 24.
Wieħed Taljan (3) Ara 7 Irregalawhom (5)
1. 2,22. 3,5. 5. 6,17. 8.
Weqfin: Reċipjenti li jintużaw għall-ħasil tal-art (6) Intambar? (6) Belt (6) Ara 3 Tagħtiha importanza (6) Il-Knisja
Kattolika għandha sebgħa bħalu (9) 11. Ara 9 12,21W. Mhix kiesħa (5) 13,24. Jgħadduhom bil-magna (8) 14. Tixħtuh fiż-żibel (6) 15. Hawn fis-salvaġġ minnhom (6) 17. Ara 6 21. Ara 12 wieqfa 22. Ara 2
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Qabel, 4.Ħdud, 7,9.Ellul, 10.Wasalt, 12.Pulptu, 16.Top, 18.Le, 19.Ras, 20.Addis, 21.LEN, 24.Arana
Weqfin: 1.Qaliet, 2,21W. Ballut, 3,11. Lewlu, 5,12W. Drapp, 6,23.Dutturi, 8.Lampedusa, 13.LLD, 14.Ursola, 15.Assuma, 17.Ole, 22.Nar
28
15.09.2019
kullhadd.com
“KIEKU MA KINITX DIN L-ISKEMA, KONT NISPIĊĊA MSAKKRA F’DARI” • 700 FAMILJA TIBBENEFIKA MILL-ISKEMA GĦAL PERSUNI B’DIŻABILITÀ LI TOFFRI L-AWTORITÀ TAD-DJAR
Fl-aħħar sitt snin, kienu 700 l-familji li bbenefikaw minn skema li toffri l-Awtorità tadDjar għal Persuni b’Diżabilità. Dan b’investiment ta’ aktar minn €2.5 miljun li wassal biex dawn il-familji jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fi djarhom, hekk kif din l-iskema toffri għotja lil persuni b’diżabilità jew anzjani b’diffikultajiet ta’ mobbiltà biex ikunu jistgħu jagħmlu xogħlijiet fid-djar tagħhom biex jagħmluhom aċċessibbli skont il-bżonnijiet tagħhom. Skema li qiegħda tagħmel differenza fil-ħajja ta’ mijiet ta’ familji u individwi li ta’ kull sena qegħdin japplikaw għal din l-iskema biex ikunu jistgħu jwettqu xogħlijiet li fost oħrajn jinkludu l-installazzjoni ta’ stair-lift u lift, installazzjoni ta’ banju jew walk-in showers, installazzjoni ta’ intercoms u tibdil fil-wiċċ tal-kċina f ’għoli konvenjenti. L-iskema għal persuni b’diżabilità qiegħda twassal ukoll biex anzjani li kienu se jkunu kostretti joħorġu middar fejn kienu qegħdin jgħixu minħabba nuqqas ta’ aċċessibbiltà, jibqgħu jgħixu fi djarhom mal-għeżież tagħhom fil-komunità li jkunu integraw fiha.
B’uħud mill-benefiċjarji huma ukoll persuni li minkejja li ma tweldux b’diżabilità, minħabba ċirkostanzi differenti f ’ħajjithom, illum qegħdin jesperjenzaw diżabilità u għalhekk permezz ta’ din l-iskema qiegħed ikun possibbli għalihom li jibqgħu jgħixu f ’darhom. Dan il-ġurnal tkellem ma’ Carmela Spiteri, mara ta’ 66 sena li bbenefikat minn din l-iskema. Hija stqarret li din l-iskema għamlet differenza kbira f ’ħajjitha. “Kieku ma kienx għal din l-iskema kieku kont nispiċċa msakkra ġewwa. Grazzi għall-istairlift, li stajt nagħmel biss għaliex ibbenefikajt minn din l-iskema, nistà ninżel u nitla’ t-taraġ tad-dar tiegħi. Il-Perit tal-Awtorità tadDjar kien ta’ għajnuna għalija u gwidani kif se nagħmel ix-xogħlijiet.” Dan hekk kif l-iskema għal Persuni b’Diżabilità mhux qiegħda toffri biss l-għotja, iżda qiegħda toffri wkoll is-servizz ta’ Occupational Therapist li jwettaq spezzjoni fir-residenza biex jiċċertifika l-bżonnijiet ta’ kull individwu. Spezzjoni li tkun segwita minn dik ta’ Perit tal-Awtorità tad-
Meta niltaqgħu ma’ realtajiet bħal ta’ Carmela nagħmlu kulma nistgħu biex nindirizzaw l-isfidi u ntejbu s-sitwazzjoni tagħhom
Djar li min-naħa tiegħu joffri għajnuna teknika lill-applikant dwar ix-xogħlijiet li jkunu meħtieġa jsiru biex jagħmlu r-residenza tagħhom residenza aċċessibbli. Bl-ammont ta’ għotja li l-applikanti jingħataw taħt din l-iskema jiddependi fuq id-dħul tal-individwi li ma jridx jeċċedi l-€35,605. Dan filwaqt li applikant li għandu diżabilità jrid ikollu l-karta tal-identità speċjali maħruġa mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità filwaqt li anzjan b’diffikultajiet ta’ mobbiltà jkun mitlub li jipprovdi dokument offrut mill-istess Awtorità li jrid jimtela mit-tabib. Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes qal li l-għan
tiegħu hu li jaħdem għal politika li ttejjeb il-ħajja ta’ kuljum għal nies bħal Carmela. “Meta niltaqgħu ma’ realtajiet bħal ta’ Carmela nagħmlu kulma nistgħu biex nindirizzaw l-isfidi u ntejbu s-sitwazzjoni tagħhom. Dan għax nemmen li d-dar dejjem tibqa’ l-aktar post li fih għandek tħossok sigur u komdu. Għalhekk nifhem kemm hu essenzjali li nkomplu naħdmu bla waqfien għal politika li tagħmel differenza fil-ħajja ta’ kuljum tan-nies.” Skema li minkejja li qiegħda tħalli l-frott mixtieq, se tiġi msaħħa. Dan wara li l-iffirmar ta’ memorandum of understanding wassal għal aktar kollaborazzjoni bejn l-Awtorità tad-Djar u l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni
b’Diżabilità. Fil-fatt, din l-iskema qiegħda tiġi reveduta mill-Awtorità flimkien mal-Kummissjoni bil-għan li tindirizza aktar il-bżonnijiet tal-ġurnata ta’ dawn il-familji. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid McKay sostna ma’ dan il-ġurnal li din l-iskema hija eżempju ċar kif il-ħidma tal-Awtorità ma tibdiex u tispiċċa mal-akkomodazzjoni soċjali iżda toffri wkoll numru ta’ servizzi u skemi oħra li qegħdin jagħmlu differenza filħajja ta’ individwi bi bżonnijiet differenti. “Permezz tal-kollaborazzjoni mal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità qegħdin naraw li mhux biss kull skema ġdida tkun tirrifletti l-bżonnijiet u d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, iżda wkoll l-iskemi li diġà noffru. Huwa proprju għalhekk li qegħdin nirrevedu din l-iskema, bil-għan li tagħmel differenza akbar filħajja tal-benefiċjarji.” Huwa tenna l-impenn tal-Awtorità li tkompli tinvesti f ’aktar skemi u ssaħħaħ dawk eżistenti biex tassigura li jibqgħu rilevanti u jirriflettu l-bżonnijiet tas-soċjetà tal-lum.