ILU JRID JIĠI MALTA ĦAMES SNIN
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 15 ta’ Ottubru, 2017
Ħarġa Nru 1,266 Prezz €1
MIN B’MIJIET MIN B’ELUF • KULĦADD GAWDA MILL-BAĠIT GĦAS-SENA D-DIEĦLA
Il-Malta Football Association ma tantx kellha biċċa xogħol diffiċli biex tikkonvinċi lill-kowċ nazzjonali l-ġdid biex jiġi Malta. Fil-fatt, illum niżvelaw kif il-Belġjan Tom Saintfiet kien kiteb lill-MFA, minn tal-inqas ħames snin ilu, jgħid li jrid jiġi Malta u li għalih il-flus ma kinux importanti. Saħansitra kien lest jikkowċja tim tal-Premier basta jkollu xogħol fuq din l-art ħelwa. Ara paġna 7
DELIA B’KONT TA’ 48
Il-pendenzi li għandu mad-Dipartiment tat-Taxxa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, jlaħħqu l-kont tat-taxxa li jħallsu f’sena sħiħa 48 ħaddiem fuq paga medja. Tikkonferma dan analiżi li saret għall-gazzetta KullĦadd u li qed nippubblikaw lejlet li fil-Parlament Adrian Delia mistenni jagħmel diskors ieħor jistaqsi fejn hu s-surplus li għamel pajjiżna u jakkuża lill-Gvern li m’għandux pjan.
Is-sena d-dieħla kull familja se tkun qed iddaħħal mijiet ta’ ewro iktar bejn rifużjoni fit-taxxa u żidiet fil-pagi jew fil-pensjoni. Fl-istess ħin eluf oħra se jibbenefikaw minn eluf ta’ ewro iktar fil-but għax se
jgawdu minn xi waħda minn bosta inizjattivi, uħud goffi, li fih il-baġit. Eżempji konkreti ta’ kif il-baġit laqat il-familji Maltin jinstabu f’suppliment ta’ tmien paġni li qed nippubblikaw illum. Ara paġni 11-18
JISFIDAWH FIL-MIFTUĦ Ara paġni 3 u 5
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qed jaffaċċja sfida wara oħra minn deputati u uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista. Fil-ħarġa tal-lum niżvelaw kif l-azzjonijiet ta’ Robert Arrigo, Toni Bezzina u Therese Comodini Cachia mhuma xejn għajr oppożizzjoni diretta lill-Kap. Ma’ ras in-nies ta’ Adrian Delia jidher li se jeħel ukoll David Agius li mingħandu stennew iktar koperazzjoni. Fil-ħarġa tal-lum niżvelaw kif Arrigo u Bezzina ftiehmu fuq l-elezzjoni għall-Viċi Kap.
02
15.10.2017
kullhadd.com
Editur ALEANDER BALZAN
L-Ogħla Temperatura: 25°C L-Inqas Temperatura: 16°C L-Indiċi UV: 5 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ arja ta’ pressjoni għolja tiksi l-biċċa l-kbira tal-Ewropa. It-Temp: Xemxi. Ir-Riħ: Ħafif u varjabbli li jsir l-aktar mill-Majjistral. Il-Viżibilità: Tajba. Il-Baħar: Ħafif. L-Imbatt: Ftit li xejn. It-Temperatura tal-Baħar: 24°C
email: aleander.balzan@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572
Disinn tal-Paġni LEANNE ABELA GRECH tel: (+356) 2568 2571
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
Indirizz Postali KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
24°C UV 12
17°C
Il-Ħamis
24°C UV 12
18°C
Il-Ġimgħa
24°C UV 12
18°C
Is-Sibt
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
24°C UV 11
17°C
24°C UV 12
18°C
24°C UV 12
18°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD 20/21, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21246051 San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Il-Marsa – 21221118 St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625 Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara – 21441513 Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, L-Imsida – 21244366 Numri Importanti Spiżerija Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann – 213811776 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Tas-Sliema – 21313233 112 St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 21414051 Sta. Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Il-Mosta – 21416426 Il-Pulizija ta’ Malta Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523462 2122 4001-9 Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija – 21890111 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 21824720 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Hompesch Pharmacy, 207/2011, Triq Hompesch, Il-Fgura – 21807503 2393 0000 Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillan c/w Triq William Baker, Il-Gudja – 21696422 Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir-Republika, Iż-Żurrieq – 21680761 Il-Gwardjani Lokali 2132 0202 Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Franġisk Farrugia, Ħaż-Żebbuġ – 21462068 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat Malta – 21454274
Stampat Progress Press
L-Isptar ta’ Malta 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex 2156 1600
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza 5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku 1182
Għawdex Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat Għawdex – 21557819 St. John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, Ix-Xewkija Għawdex – 21563052 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – – 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
03
15.10.2017
kullhadd.com
BIL-KONT TA’ DELIA NĦALLSU ĦAMES LSAs • MA ĦALLASX DAK LI ĦALLSU 48 ĦADDIEM F’SENA Il-kont mad-Dipartiment tatTaxxa li għandu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, ilaħħaq il-ħlas ta’ taxxa ta’ 48 ħaddiem bil-paga medja f ’sena waħda. L-avukat Adrian Delia, li d-ditta legali tiegħu ħadet għexieren ta’ eluf ta’ ewro f ’konsulenzi fi żmien gvern Nazzjonalista, daħal fil-politika direttament fl-aħħar xhur. Minnufih bdew jitqajmu dubji dwar ilmod kif mexxa l-finanzi tiegħu. Mod xejn eżemplari għal min jaspira li jrid isir Prim Ministru. Jirriżulta li Adrian Delia għandu jagħti €51,924 f ’taxxi u magħhom akkumula multi u imgħax ta’ €34,859.
B’kollox dan jammonta għal kont ta’ €86,783. Skont il-Labour Force Survey, ħaddiem fuq il-paga medja għandu salarju ta’ ftit aktar minn €18,000. Dan il-ħaddiem iħallas madwar €1,815 f ’income tax fis-sena. Li jfisser li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jagħti lid-dipartiment tat-taxxa daqskemm din is-sena għandhom jagħtu flimkien 48 ħaddiem fuq il-paga medja. Dan jikkuntrasta bil-kbir mal-impressjoni li qed jipprova jagħti Adrian Delia li huwa viċin il-poplu u li jinteressah
minn dak li jaffettwa lil dawk fuq paga medja jew anqas. Kieku Adrian Delia jħallas ilkont tiegħu mad-dipartiment tat-taxxa, il-Gvern ikun jista’ jimpjega u jħallas il-paga bażika għal sena ta’ mill-anqas ħames Learning Support Assistants jew infermieri jew kuntistabbli. L-ammont dovut minn Delia huwa ugwali għal sentejn paga tal-Avukat Ġenerali jew ta’ Ambaxxatur. L-ammont ta’ taxxa dovuta minn Adrian Delia kien ikopri l-ispiża ta’ din is-sena li l-Gvern għamel f ’assistenza għall-foster carers ta’ tfal bi bżonnijiet speċjali. Inkella seta’ ntuża biex tkun iffinanzjata l-ispiża kollha fuq il-Crisis Intervention Team tal-Isptar Monte Carmeli. Kien ugwali wkoll għan-nefqa annwali tal-Gvern f ’assistenza lill-organizzazzjonijiet volontarji fil-qasam ambjentali. Ir-rendikont tat-taxxa ta’ Adrian Delia iwassal sal-31 t’Awwissu. Sakemm Delia ma ħallasx lura dak dovut, kif ma jidhirx li għamel, minn dakinhar kompla jitla’ l-imgħax u l-multi. Bl-ammont dovut minn Delia, kull ftit xhur l-imgħax u l-penali jiżdiedu b’eluf ta’ ewro. Filfatt kull tliet xhur li jibqa’ ma jħallasx, dan jiżdiedlu l-kont bi kważi daqskemm
iħallas taxxa f ’sena ħaddiem fuq il-paga medja. Intant analisti finanzjarji huma sorpriżi bl-ammont ta’ taxxa dovuta minn Delia. Dan għax fakkru li matul issnin, kemm-il darba ngħataw amnestiji għal dawk li ma ħallsux it-taxxa. Pereżempju fl-2011, il-Gvern ta’ dak iż-żmien kien nieda skema li fiha kien naqqas b’85% il-multi u l-imgħax fuq dawk li ma kinux ħallsu t-taxxa dovuta bejn l-1999 u l-2010. Però hemm argument ieħor li qed jitqajjem. Jista’ jkun li Adrian Delia ftit li xejn kellu l-ħsieb li jħallas din it-taxxa għax fi kliemu stess meta mistoqsi dwar is-suġġett aġixxa hekk għax ma kienx jaf li dieħel fil-politika. Fost dawk li enfasizzaw innuqqas ta’ eżempju ta’ Delia kien hemm il-kandidat Nazzjonalista għall-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet Kevin Cassar, konsulent tal-kirurġija kellu kliem iebes fil-konfront ta’ Adrian Delia fejn qajjem diversi mistoqsijiet dwar l-integrità tal-kap il-ġdid. F’artiklu msemmi “How the PN blew it” fakkar kif għalkemm il-kumitat maħtur sabiex jinvestiga l-bosta allegazzjonijiet fil-konfront ta’ Delia ma kellux biżejjed żmien biex jinvestiga l-allegazzjonijet kollha, dan xorta ssuġġerixxa lil Delia sabiex jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu. Cassar iddeskriva lil Delia bħala bniedem ġdid u mingħajr skrupli. Cassar qal ukoll li Delia għandu piż kbir imdendel miegħu. Fi kliemu Kevin Cassar sostna li issa l-pajjiż u l-Partit Nazzjonalista għandhom prob-
lema ġdida li jisimha Adrian Delia. Fl-artiklu tiegħu kien hemm referenza għal qagħda finanzjarja ta’ Delia. Cassar qal li apparti l-miljun Ewro f ’dejn li għandu Delia għandu wkoll eluf ta’ Ewro f ’arretrati mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni kif ukoll eluf oħra f ’penali. Cassar staqsa kif Delia jista jaspira li jmexxi l-finanzi tal-Partit Nazzjonalista u eventwalment tal-pajjiż jekk lanqas biss huwa kapaċi jamministra sew il-kontijiet bankarji tiegħu. Cassar kien iddeskriva wkoll lil Delia bħala theddida għad-demokrazija ta’ pajjiżna.
Cassar qal ukoll li Delia għandu piż kbir imdendel miegħu. Fi kliemu Kevin Cassar sostna li issa l-pajjiż u l-Partit Nazzjonalista għandhom problema ġdida li jisimha Adrian Delia
04
15.10.2017
kullhadd.com
IRID €90,000 GĦAL DAK LI SUPPOST GĦAMEL SNIN ILU • AKKUŻI ĊARI LIL PIERRE PORTELLI Pierre Portelli, li qed jimmira li jkun Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista jew inkella jkollu kariga għolja fit-tim ta’ Adrian Delia, qed ikun ikkritikat internament. Dan għax ħafna mill-affarijiet li qed jgħid li jrid iwettaq suppost diġà għamilhom 10 snin ilu. Bid-differenza li llum qed jitlob salarju li jqarreb id-€90,000. Pierre Portelli huwa ċert li se jsib postu fil-Partit Nazzjonalista b’salarju tajjeb, anke jekk ħafna qed jaraw is-somma mitluba bħala fenomenali għall-partit politiku. Però hu rriżenja mill-kariga li kellu ma’ The Malta Independent. Dan ifisser li għandu l-garanzija li jekk ma jkunx elett Segretarju Ġenerali Adrian Delia se jagħtih impjieg tajjeb l-istamperija. Fuq kollox Portelli ħadem bħala parti mit-tim tal-kampanja ta’ Adrian Delia u saħansitra ħejjielu ħafna mill-programm ta’ ħidma. Programm ta’ ħidma li anke hu qed jgħid li se jaħdem fuqu. Iżda, dawk li fl-istamperija waqgħetilhom żokorthom ma tantx huma impressjonati bid-diskors ta’ Pierre Portelli. Qed jgħidu li l-Partit Nazzjonalista ma messux qiegħed fis-sitwazzjoni tal-lum li kieku hu l-ewwel wieħed implimenta dak li wiegħed meta fl-2008 inħatar fl-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista bħala President tal-Kunsill Amministrattiv. Dakinhar kien fdat b’xogħol b’rabta mal-media.link u qabel kien elett għamel diversi wegħdi. Fost
oħrajn imkejjen fid-Dar Ċentrali rreferewna għal artiklu li Portelli kiteb fl-2008 meta kkampanja biex ikun elett f ’kariga fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Fost oħrajn kien tkellem dwar ir-riforma fil-midja tal-Partit Nazzjonalista, inkluż fl-aħbarijiet. Fl-artiklu The PN’s next project should be on a local level, Portelli semma numru ta’ punti li llum qed jirrepeti l-kamp ta’ Adrian Delia. Ilkritiċi ta’ Delia qed jgħidu li Portelli telaq dak il-proġett nofs triq għax kien qed jara li l-Partit Nazzjonalista seta’ deher li se jkollu triq diffiċli biex jirbaħ l-elezzjoni ġenerali u għalhekk irriżenja biex
kien mar fuq il-PBS jagħmel il-programm TVAM. B’hekk Portelli qed ikun deskritt bħala egoist li dejjem ra x’jaqbel lilu u li llum biex jidħol lura jagħmel dak li suppost għamel snin ilu talab €90,000. Skont imkejjen fil-PN dawn qed jaqsamhom bejn ir-rwol politiku u dak marbut mar-riforma tal-midja li hu qed jarah bħala proġett separat. Pierre Portelli qed jiddefendi ruħu billi jgħid li meta kellu jagħti daqqa t’id lill-Partit
Nazzjonalista taha u rrefera għall-istorja tal-Ħadd li għadda fit-Times meta qal li sa minn qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali kien determinat li jidħol lura fil-Partit Nazzjonalista. B’hekk inqabad li kellu diġà l-Partit Nazzjonalista
f ’moħħu meta qabel l-elezzjoni ġenerali kien qed jikteb regolarment dwar is-suppost whistleblower Russa li spiċċat parti integrali mill-kampanja tal-Partit Nazzjonalista. Filwaqt li dak iż-żmien kien jipprova jilgħabha tal-ġurnalist indipendenti, mat-Times of Malta tal-Ħadd filgħodu qal li sa minn qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet kien diġà determinat li jidħol lura fil-Partit Nazzjonalista. Portelli qal li qed jikkunsidra jikkontesta għall-elezzjoni ta’ segretarju ġenerali, iżda żied: “L-iktar importanti li jkolli rwol fil-Partit Nazzjonalista, xi ħaġa li ddeċidejt dwarha qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.” B’hekk Portelli nnifsu ammetta li f ’mument fejn kien qed imur anke jagħmel konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-Qorti b’rabta mal-gidba fuq il-Prim Ministru u familtu, kien diġà deċiż li jkun parti mill-Partit Nazzjonalista, li m’hemmx dubju riedu fil-gvern. Ma’ Daphne Caruana Galizia, Portelli kien wieħed minn dawk li ta l-iktar spazju lir-Russa li spiċċat telqet mill-pajjiż biex ma tixhedx f ’kawżi kontra tagħha.
05
15.10.2017
kullhadd.com
SFIDI MINN KULLIMKIEN • THERESE COMODINI CACHIA TWEBBES RASHA • ARRIGO U BEZZINA FTIEHMU FLIMKIEN Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qed ikun sfidat minn kullimkien. Filwaqt li hu u ta’ madwaru jinsabu medhijin jaħdmu l-iskemi ta’ kif se jsibu posthom fl-iktar karigi importanti tal-Partit Nazzjonalista, b’mod li Delia jibda jieħu xi ftit tal-kontroll, minn bnadi oħra tal-partit qed jibqa’ jkun hemm sfidi diretti li l-klikka ta’ Delia xejn mhi kuntenta biha. Imkejjen fil-Partit Nazzjonalista sostnew li hekk se jibqa’ jiġri speċjalment sakemm Adrian Delia se jibqa’ jibgħat il-messaġġi tiegħu ma’ nies bħal Pierre Portelli u Clyde Puli minflok jindirizza hu l-barri minn qrunu. L-iktar ħaġa li urtat lil dawk ta’ madwar Delia hija dik li Robert Arrigo u Toni Bezzina jidher li ftiehmu bejniethom kif kellhom jaħdmu n-nomina biex l-għażla tat-tesserati tkun bejnhom it-tnejn u jkun eliminat għalkollox iċ-ċans li jkun hemm kandidat ta’ Adrian Delia. Għal diversi jiem beda jidher li Robert Arrigo seta’ kien b’saħħtu iktar minn Clyde Puli, il-kandidat favorit ta’ Adrian Delia u hemm bdiet dieħla l-idea li javviċinaw lil Alex Perici Calascione u jpinġuh bħala l-kandidat tal-għaqda. Pjan li falla fid-dawl li Arrigo baqa’ jwebbes rasu. Puli kien fost l-iktar li taw appoġġ lil Delia u beda jkun ikkunsidrat li jekk jitlef ikun messaġġ ħażin għat-tmexxija ta’ Adrian Delia fl-ewwel passi tagħha. Għalhekk Puli qal li se jirtira b’sens ta’ lealtà. Iżda, il-verità kienet li ma’ Arrigo dirett ma riedx imur u fil-Partit Nazzjonalista beda jingħad li Arrigo se jtellaq waħdu. Iżda, meta kollox kien lest biex tibda titħejja l-istqarrija dwar il-kandidati, tfaċċa minn imkien Toni Bezzina li għalkemm kien hemm mumenti fejn iddikjara l-interess tiegħu qagħad kawt ħafna. Hawn Bezzina tefa’ n-nomina. Issa, Arrigo u Bezzina jtellqu bejniethom u Delia se jkollu Viċi Kap li żgur ma jridx. Puli infiska għax jemmen li f ’tellieqa bejn tlieta l-affarijiet setgħu dehru xi ftit differenti għax il-vot ta’ dawk li jippreferu kandidat li mhux mill-kamp ta’ Delia kien jinqasam.
n-numru tnejn tiegħu. Għalkemm dawk ta’ madwar Delia huma maqsumin fuq din għax hemm min l-idea li Edwin Vassallo jkun viċi kap ma tinżillux sal-gerżuma. TCC tibqa’ tgħafas Iżda, dawn mhumiex l-uniċi żewġ sfidi li ffaċċja l-kap fl-aħħar jiem. Therese Comodini Cachia sfidatu fuq il-mozzjoni li ressaq fil-Parlament b’rabta mal-mozzjoni li tagħti 100 siegħa leave lil min jgħaddi minn IVF. Saħansitra tkellmet pubblikament wara grupp Parlamentari jaħraq fejn sabet l-appoġġ ta’ deputati oħra. Qalet ukoll li trid free vote meta Adrian Delia kien diġà qal fil-grupp Parlamentari li ma jaħsibx li din hi kwistjoni ta’ free vote. “Sfida ikbar minn din diffiċli jkun hemm,” qalu l-imkejjen tagħna li fakkru kif fuq dan is-suġġett nies bħal Comodini Cachia qed isibu l-appoġġ ta’ Norman Vella. Il-kandidat Nazzjonalista li kien għamilha ċara li jekk Herman Schiavone jċedi s-siġġu tal-ħames distrett lil Delia, hu kien jitfa’ n-nomina għall-by election u jekk jirbaħ is-siġġu jżommu. U bħallikieku dan mhux biżżejjed, tkellem ukoll David Thake li issa għamel id-dikjarazzjoni ċara li Adrian Delia ma jixraqx lill-Partit Nazzjonalista u lill-pajjiż. Saħansitra żied li mhux lest jagħmel programmi tar-radju biex jikkonvinċi lin-nies jivvutaw lil Delia. Anke jekk Thake qed ikun attakkat b’rabta mat-telfa tal-Partit Nazzjonalista, ħafna jafu li kien referenza ewlenija għall-partitarji Nazzjonalisti u l-kap żgur mhux kuntent b’din is-sitwazzjoni. Fil-fatt waqt il-kampanja elettorali saħansitra kien iltaqa’ miegħu. U bħal Thake hemm Wayne Hewitt, il-kunsillier tal-PN bl-akbar ammont ta’ voti fil-Gżira li kompla jimmarka n-nuqqasijiet ta’ Delia fil-miftuħ. Diskors li ħafna jirrepetu fil-każini u saħansitra fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
Robert Arrigo
Toni Bezzina
David Agius
Therese Comodini Cachia
Norman Vella
Se jaħdmu kontra Agius Jgħidu li ġimgħa hi twila fil-politika u hekk ġralu David Agius. Filli kien il-favorit ta’ Delia ma’ Clyde Puli u filli se jitlef l-appoġġ tan-nies li appoġġjaw lil Adrian Delia. Dan wara li baqa’ ma ċediex għat-talba li jħalli lil Chris Said jikkontesta waħdu. Fil-bidu Delia kien qed jgħid li Said kellu jikkontesta l-kariga, iżda mbagħad, speċjalment wara l-istħarriġ tal-Maltatoday li wera li qed igawdi appoġġ, kien deċiż li għandu jsir sforz kbir biex Said jiddaħħal fit-tmexxija. Iżda, David Agius ma riedx jaf. Issa dawk ta’ madwar il-Kap qed jgħidu li la Agius ma kellux id-diċenza jikkopera f ’dan il-mument diffiċli, Adrian Delia m’għandux x’jambih bħala
Issa dawk ta’ madwar il-Kap qed jgħidu li la Agius ma kellux id-diċenza jikkopera f’dan il-mument diffiċli, Adrian Delia m’għandux x’jambih bħala n-numru tnejn tiegħu
David Thake
Wayne Hewitt
06
15.10.2017
kullhadd.com
2.6 MILJUN PERSUNA UŻAW IL-WI-FI B’XEJN • 400 HOT SPOT SAL-AĦĦAR TAS-SENA Il-Wi-Fi b’xejn ipprovdut mill-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni intuża minn 2.6 miljun persuna. Dan skont tagħrif tal-Awtorità Maltija
għall-Komunikazzjoni li ngħata fil-Parlament. Jirriżulta li kwart minn dawn huma barranin. Imħeġġa mill-użu b’saħħtu ta’ dan is-servizz, l-Awtorità
għandha l-għan li żżid in-numru ta’ hot spots madwar ilpajjiż għal 400 u dan sal-aħħar tas-sena. B’hekk pajjiżna jibqa’ fit-triq biex isir wieħed
mill-ewwel Wi-Fi states fl-Unjoni Ewropea. “L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (l-MCA) qed tikkontribwixxi b’ħidma diretta u matul l-2017 kompliet tikkollabora ma’ entitajiet oħra biex iżżid l-ammont ta’ WiFi hotspots b’xejn madwar Malta u Għawdex. Sa Lulju ta’ din is-sena, l-MCA kienet qed tħaddem mat-340 WiFi hotspot fosthom 40 ġodda in-
trodotti matul din is-sena. Sar ukoll rinovar fuq oħrajn eżistenti sabiex jingħata servizz dejjem aqwa lill-pubbliku. L-MCA qed taħdem sabiex f ’kull belt u raħal f ’Malta u f ’Għawdex ikun hemm tal-anqas erba’ WiFi hotspots b’xejn. Il-mira hi li dawn jitilgħu għal 400 sal-aħħar ta’ din is-sena,” intqal fi tweġiba parlamentari għad-domanda tad-deputat Silvio Grixti.
MALTA BI FTIT PSIKJATRI
Statistika tal-Unjoni Ewropea tgħid li pajjiżna għandu fost l-inqas psikajtri meta mqabbla malpopolazzjoni. Dan it-tagħrif kien ippubblikat fl-aħħar jiem fl-okkażjoni tal-Jum għasSaħħa Mentali. Il-kura tas-saħħa mentali hija speċjalizzazzjoni għaliha fil-qasam tal-mediċina u fl-Unjoni Ewropea jeżistu madwar 90,000 psikjatra. Hemm tmien pajjiżi li għandhom iktar minn 200 psikjatra għal kull miljun resident bilFinlandja, l-Iżvezja u l-Olanda għandhom l-iktar nies speċjalizzati fis-settur. Malta mbagħad hija fost dawk li għandhom inqas minn 150 psikjatra għal kull miljun resident bir-rata f’pajjiżna hija dik ta’ 95. Huma l-Polonja u l-Bulgarija li għandhom l-inqas. Id-diżordni mentali u fl-imġiba qatlu 183,500 persuna fl-Unjoni Ewropea fl-2014. Il-maġġoranza tagħhom, 87%, minħabba d-dimensja. In-nisa kienu jlaħħqu tnejn minn kull tlieta ta’ dawn l-imwiet.
KIRI TA’ BAR ĦAD-DINGLI
Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista ta’ Ħad-Dingli jixtieq javża li qiegħed jilqa’ l-offerti għall-kiri tal-bar tal-istess lokal bejn ilĦadd 8 ta’ Ottubru u l-Ħadd 22 ta’ Ottubru 2017 sas-7:00pm. L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru mill-kazin tal-Partit Laburista mill-Ħadd 8 ta’ Ottubru sal-Ħadd 22 ta’ Ottubru 2017 bejn il-5:00pm u s-7:00pm. Għal aktar informazzjoni kkuntattjaw lis-Segretarja tal-Kumitat fuq 99190095. L-offerti, flimkien ma’ kopja riċenti tal-kondotta tal-pulizija (tal-applikant), għandhom jimtlew kif indikat u jintefgħu ssiġillati fil-kaxxa talkwotazzjonijiet fl-istess każin sa mhux aktar tard mill-Ħadd 22 ta’ Ottubru 2017 fis-7:00pm. Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta anke l-aktar waħda vantaġġjuża.
07
SAINTFIET TKARRAB BIEX JIĠI MALTA 15.10.2017
kullhadd.com
• IL-KOWĊ TAT-TIM NAZZJONALI ILU BL-INTERESS F’PAJJIŻNA Il-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali Malti, Tom Saintfiet, ilu b’ħarstu fuq pajjiżna diversi snin u mkejjen mix-xena tal-futbol lokali qalulna li l-Belġjan kważi tkarrrab biex isib tim f ’pajjiżna. Minn korrispondenza li rat din ilgazzetta jirriżulta li fl-2012 Saintfiet qal li kien lest jiġi Malta u saħansitra kien qal li għalih il-flus mhumiex importanti. L-iktar importanti f ’dak l-istadju kien li jiġi pajjiżna. Fil-fatt, ħames snin ilu Staintfiet kien diġà kiteb lill-Malta Football Association u li kien lest jiġi Malta b’mod immedjat u dakinhar, peress li t-tim nazzjonali kellu kowċ lest, l-MFA dawret is-CV tiegħu mal-klabbs ewlenin tal-futbol Malti. Iżda donnu li dakinhar u lanqas fis-snin ta’ wara, ħadd ma kien interessat fih. Dakinhar kien qal li kien lest jieħu tim fil-Premier League u jipprova jżommu hemm. Għalkemm dan mhux xi kowċ b’CV ta’ barra minn hawn, kien hemm min fl-MFA li ma nsiehx u meta ġie biex jaħtar kowċ minflok Pietro Ghedin, beda jkun ikkunsidrat b’serjetà kbira. Il-fatt li kien hemm mumenti fejn bdew telgħin l-aspettattivi u ssemmew ismijiet magħrufa, ħadd
ma stenna li se jkun dan il-Belġjan u għalhekk ismu nissel diżappunt fost ħafna dilettanti tal-futbol Malti li argumentaw li ladarba l-MFA m’attiratx xi isem magħruf, setgħet marret għal kowċ Malti. Iżda, l-esperjenza ta’
dan il-kowċ ma’ timijiet minn bnadi differenti tad-dinja u timijiet żgħar u modesti, setgħet serviet ta’ raġuni għaliex l-MFA din id-darba tbiddel l-istrateġija. Anke x-xewqa li jmexxi l-plejers li jilbsu l-aħmar jew l-abjad kienet
ikkunsidrata bħala xi ħaġa pożittiva. Ta’ min jgħid li fiż-żmien li beda juri interess jiġi Malta kien suppost se jkun kowċ tan-Niġerja. Iżda, ma
sarx minħabba li intervent ta’ politiċi fi-Niġerja waslu għall-pressjoni biex il-kowċ ikun Niġerjan. Meta kien preżentat, il-Belġjan ta’ 44 sena qal li għandu ambizzjonijiet għat-tim nazzjonali u skont hu l-proġett huwa wieħed long term. Żvela li kien ilu sajf isegwi t-tim nazzjonali Malti u timijiet oħra Maltin. “Naħseb li l-futbol Malti qed jagħmel biċċa xogħol tajba f ’dawn l-aħħar snin,” qal il-kowċ ġdid fil-preżentazzjoni li ma żammx sigriet ix-xewqa li jiġi Malta, għalkemm m’għamilx referenza għal dak li qed niżvelaw aħna. Norman Darmanin Demajo, il-President tal-MFA b’għażla diretta tal-kowċ, qal li hemm bżonn xi ħadd li jidħol b’ruħu u b’ġismu għal din il-kariga. Il-Belġjan ikkowċja ħafna fl-Afrika fost oħrajn u kien magħżul ukoll biex imexxi n-Niġerja. Xi ħaġa li ma ġratx minħabba kwistjonijiet politiċi. Però, Darmanin Demajo jemmen li saret l-aħjar għażla anke għaliex għandu esperjenza kbira fost pajjiżi żgħar. L-ewwel logħba tiegħu se tkun kontra l-Estonja fit-12 ta’ Novembru f ’Malta.
08
15.10.2017
kullhadd.com
IS-SERVIZZ TAL-KAROZZI TAL-LINJA
Minn Charles B. Spiteri
Illum is-servizz tat-trasport pubbliku sar jintuża ferm iktar. Statistika wara oħra turi eluf iktar li t-trasport pubbliku sar l-għażla tagħhom. L-awtoritajiet qed jagħtu wkoll numru ta’ inċentivi. Iżda, mhux kulħadd kuntent. Anke jekk b’mod ġenerali hawn qbil li kien hawn titjib, hemm mistoqsijiet li jqumu minn żmien għal żmien. Tlabna jweġbuhom lil dawk responsabbli.
DANIEL GRECH
Direttur Kummerċjali tal-Malta Public Transport
SABRINA FARRUGIA
Marketing & Communications, Transport Malta
Jista’ l-passiġġier ikun jaf kemm-il persuna għandha titla’ bilwieqfa f ’karozza tal-linja? Bħalissa, f ’kull karozza hemm tabella b’xi sitt numri, iżda ħafna, jekk mhux kważi kulħadd, ma jafx kif tapplika fil-karozza rispettiva. Tista’ tispjegalna jekk jogħġbok? Il-karozzi tal-linja jiġu f ’mudelli u qisien differenti. Għalhekk fuq kull karozza tal-linja hemm indikat in-numru ta’ passiġġieri li tista’ tgħabbi. Innumru ta’ kemm jinġarru passiġġieri bilqiegħda u bilwieqfa jiġi determinat miċ-Ċertifikat ta’ Konformità li jinħareg mill-manifattur tal-karozzi tal-linja.
Dan iċ-ċertifikat jikkonferma li l-karozza tkun inbniet skont ir-regolamenti hekk kif stipulati mill-Unjoni Ewropea. B’mod regolari, Transport Malta tispezzjona l-karozzi tal-linja waqt is-servizz biex tassigura li ma jkunx hemm aktar passiġġieri minn dak stipulat.
Bil-liġi, kull karozza tal-linja għandha plakka fuq ġewwa fuq in-naħa ta’ quddiem ħdejn ix-xufier li turi kemm tiflaħ ittella’ nies kif ukoll wheelchairs l-istess karozza tal-linja. Il-plakka turi n-numru ta’ passiġġieri għal dik il-karozza li fiha tkun imwaħħla. Kull mudell ta’ karozza jiflaħ numru differenti ta’ nies. Hu għalhekk li kull plakka jkollha muri fuqha numri differenti.
Barra minn hekk, fit-taħriġ li jingħata minn għalliema speċjalizzati, ix-xufiera huma mgħallma kemm għandhom iħallu nies jitilgħu fuq il-karozza skont it-tip ta’ karozza u kif għandhom jagħtu informazzjoni adegwata lill-passiġġieri. Ix-xufiera li jsuqu bil-galbu u juru atteġġjament tajjeb malpassiġġieri jiġu mlaħħqa għal Advanced Drivers. Sar investiment fi driving simulator sabiex ix-xufiera jistgħu jitħarrġu aħjar.
Ġieli jkun irrappurtat (almenu sa ftit ilu) li karozza tal-linja titħaddem bi ħsara fis-sistema tal-arja kkundizzjonata tagħha u f ’dan il-każ, ittellgħu aktar minn 32 persuna bilwieqfa. Jista’ jiġri dan, meta suppost kien intqal li l-karozzi għandhom iħaddmu l-arja kkundizzjonata kuljum waqt is-servizz, sajf u xitwa? Il-karozzi tal-linja kollha huma mgħammra b’sistema ta’ arja kkundizzjonata u t-temperatura li biha dawn għandhom jitħaddmu hi stipulata fil-kuntratt tagħna mal-Gvern. Fil-fatt, waħda mill-affarijiet li l-Awtorità tfittex fl-ispezzjonijiet li jsiru fuq il-karozzi tal-linja hi kejl tat-temperatura. Il-karozzi tal-linja ma jintużawx għas-servizz jekk għandhom xi ħsara, inkluża ħsara fis-sistema tal-arja kkundizzjonata. Madanakollu, bħal f ’kull sistema oħra mekkanika u elettrika, jistgħu jinqal-
għu ħsarat waqt l-użu. B’hekk is-sistema tal-arja kkundizzjonata jista’ jinqalgħalha ħsara sakemm il-karozza tkun qiegħda fit-triq. Il-kumpanija għamlet investment sostanzjali f ’204 karozzi tal-linja ġodda li nxtraw f ’dawn l-aħħar sentejn. Dan hu l-akbar investiment li qatt sar fis-servizz tat-trasport pubbliku. Fost affarijiet oħra, dawn il-karozzi huma kollha mgħammra b’sistema tal-arja kkundizzjonata.
Għal xiex qed iservu s-CCTVs fuq il-karozzi? Għadhom isiru spezzjonijiet minn spetturi tat-trasport, l-aktar biex jaraw l-imġiba tal-passiġġieri; għax ġieli jkun hemm min għax irid, iħammeġ seats oħra billi jtella’ saqajh biż-żarbun fuqhom. Oħrajn, bla ma jħallsu, jokkupaw seat għat-tfal żgħar li jkollhom u jħallu nies anzjani bilwieqfa anki fis-seats suppost riservati għalihom. Kull karozza tal-linja li hawn fuq is-servizz hi mgħammra b’CCTV camera. F’każ ta’ bżonn, jitniżżel il-filmat sabiex ikunu jistgħu jsiru l-investigazzjonijiet neċessarji. Il-cameras tas-CCTV jintużaw biex wieħed ikun jista’ jistħarreġ każi fejn tkun kompromessa s-sigurtà tal-ħaddiema tal-kumpanija jew passiġġieri bħal f ’każ ta’ aggressjoni fuq xi xufier jew passiġġier, jew f ’xi inċidenti oħra.
09
15.10.2017
kullhadd.com
Kif jista’ jkun spjegat li anzjan juża s-servizz b’card li taħdem sew u meta jiġi biex jirritorna, is-sewwieq jinfurmah li ma fadallux flus fil-card u jġiegħlu jħallas €1.50 one way? Wieħed għandu dejjem jaċċerta ruħu li għandu flus biżżejjed fil-card biex jivvjaġġa. Fl-istess ħin, wieħed dejjem irid iħallas għas-servizz li qed juża. Jekk wieħed jiġi bżonn juża l-mobile, ma jkunx jista’ jċempel jekk m’għandux kreditu. L-istess il-karozza tal-linja. Il-Malta Public Transport toffri servizz awtomatiku ta’ emergency credit. Meta wieħed jispiċċa bla flus fil-card, xorta waħda jkun jista’ jivvjaġġa darba waħda. Il-flus ta’ dak il-vjaġġ jitnaqqsu awtomatikament mit-top up li jmiss. Il-klijent m’għandu jagħmel xejn biex jibbenefika minn dan il-servizz. Sfortunatament, minkejja l-informazzjoni li tingħata, xi klijenti jużaw
l-emergency credit u xorta jivvjaġġaw mingħajr ma jkollhom flus fil-card. Flaħħar, fl-eżempju li tajt int, jekk wieħed jirritorna d-dar f ’temp ta’ sagħtejn mill-ewwel vjaġġ, ma jerġax iħallas. Wieħed jista’ jkun jaf kemm għandu kreditu billi jċempel lill-Call Centre, minn fuq il-website jew b’sistema ta’ SMS. Mezz popolari li bih wieħed jista’ jkun jaf kemm għandu kreditu hu bl-app tal-ismartphones. Barra minn hekk, bl-app wieħed ikun jista’ jippjana l-vjaġġi tiegħu u jkun jaf fi xħin tkun ġejja kwalunkwe karozza tal-linja. Din l-app rebħet il-Best App Award 2016 mill-Malta Communications Authority.
Hawn numru sew ta’ tfal reġistrati u għalhekk għandhom il-card li qatt ma jużawha. Meta jilħqu ċerta età jintqalilhom li jridu jibdluha u jerġgħu jħallsu, qishom qatt ma ħallsu għaliha l-ġenituri tagħhom qabel. Hawn ukoll adulti, li jintqalilhom li l-card mhix taħdem tajjeb (forsi għax intlewiet xi ftit) u jġegħluhom jħallsu għal waħda ġdida. Kemm hu sew dan? Il-kumpanija għamlet perjodu twil fejn ma żammitx flus għar-reġistrazzjoni tattallinja cards ġodda. B’dan il-mod, mal-150,000 persuna rreġistrat għal tallinja card b’xejn. Fil-bidu tas-sena li għaddiet, il-kumpanija introduċiet ħlas ta’ ħames ewro biss għal meta wieħed jitlef il-card, jew ikollu jbiddel il-card minħabba ħsara jew inkella biex jaqleb għal card ġdida bħal fil-każ li qed issemmi meta wieħed jaqleb minn card tat-tfal għall-card tal-istudenti. Il-card tiswa l-flus biex tiġi prodotta. Il-ħames ewro hi sempliċi
charge nominali biex tkopri l-ispejjeż. In-numru ta’ passiġġiera li għandhom tallinja card qiegħed dejjem jiżdied. Filfatt mat-80% tal-passiġġieri jużaw tallinja card. It-tallinja card ġabet rivoluzzjoni filmod ta’ kif wieħed jixtri l-biljett u naqqset b’mod drastiku l-ħin li wieħed jieħu biex jirkeb fuq il-karozza. In-numru ta’ passiġġieri li jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku qed jiżdied ukoll. F’din is-sena n-numru ta’ passiġġieri li jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku żdied bi 12%.
Ma taħsibx li għax-xemx Maltija, dawn il-ħafna bus shelters moderni mhumiex tajbin biex tistkenn u tistenna fihom għal bosta ħin u għaliex b’dawn il-karozzi kollha li hawn tal-linja, (ferm aktar milli kien hawn fl-antik) għandek tmur f ’kull terminus, inkluż tal-Belt u toqgħod tistenna barra, anki jekk ikun hemm il-karozza vojta fl-istejġ li trid? Il-bus shelters eżistenti, li bħalissa jammontaw għal madwar 350, huma mibnija skont l-istandards u l-prattiċi internazzjonali li jieħdu in kunsiderazzjoni fost affarijiet oħra, is-sigurtà tal-persuni li jkunu qed jistennew fihom. Hu għalhekk li l-bus shelters jinbnew primarjament minn ħġieġ speċjali li għandu karatteristiċi bħal jimblokka 99% tar-raġġi UV; joffri 42%
dell mix-xemx u jnaqqas is-sħana b’36%. Riċentament Transport Malta ħarġet Request for Proposal ġdida li qiegħda fi stat avvanzat ta’ aġġudikazzjoni. Din l-RFP tirreferi għal bus shelters b’qisien differenti sabiex inkunu f ’pożizzjoni aħjar li nwaħħlu dawn l-istrutturi f ’aktar postijiet, fejn minħabba il-wisa’ tal-bankina, fil-preżent ma jippermettix.
Ix-xelters u l-faċilitajiet fil-vened huma r-responsabbiltà tal-Awtorità tat-Trasport mhux tal-Malta Public Transport li hi l-operatur tas-servizz tat-trasport pubbliku.
Il-Gvern qiegħed jinvesti biex jitjiebu x-xelters u l-vened speċjalment dak tal-Belt Valletta, fejn għaddej ix-xogħol bħala parti mill-proġett tad-daħla tal-Belt.
10
15.10.2017
MANIFEST DWAR ID-DĦUL TAL-KANNABIS F’MALTA Quddiem il-Parlament, ilbieraħ filgħodu, għadd t’għaqdiet ingħaqdu flimkien taħt il-kappa t’għaqda ġdida, imsejħa Releaf – li ħarġet manifest fuq il-legalizzazzjoni u r-regolar tal-Kannabis f ’Malta. Fost l-oħrajn, Releaf qed tipproponi li persuni minn 21 sena ’l fuq ikunu jistgħu jikkultivaw sa sitt pjanti tal-marijuana f ’darhom għall-użu personali tagħhom. Il-manifest jgħid ukoll li l-Gvern jista’ joħroġ għadd ta’ liċenzji, fosthom ta’ klabb soċjali biex min ma jistax ikabbar hu l-pjanti, jkun hemm min ikabbar il-pjanti f ’ismu, f ’post magħluq. Filwaqt li sostnew li diġà sar pass ’il quddiem mill-Gvern li ddikriminalizza l-użu tal-kannabis, fost oħrajn ipproponew li bħal fil-każ tal-alkoħol, persuna li tikkonsma l-kannabis m’għandhiex issuq taħt l-effett tagħha. Preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet, li fiha ġie misħuq li t-traffikar tad-droga għandu jibqa’ ppenalizzat bl-
aħrax, kien hemm it-tabib Andrew Agius li fl-aħħar sigħat sostna li twaqqaf milli jkompli jagħti tagħrif fuq l-użu tal-kannabis għal skop mediku. “Onestament naħseb li kont qed nistennieha għax it-tobba ma tantx ħadu pjaċir li qed nagħti dawn il-lectures mid-dehra u dehret qisu li qed nagħmel riklam tiegħi nnifsi,” qal Agius li żied li l-interess tiegħu huwa li l-pazjent jistrieħ
mill-uġigħ u li n-nies jitgħallmu aktar fuqha bħala mediċina u x’tista’ tagħmel, kif tista’ tgħinhom, it-tajjeb u l-ħażin. It-tabib saħaq fuq l-importanza li mediċini differenti magħmula b’mod regolat mill-kannabis għandhom ikunu aċċessibbli u jingħataw bi preskrizzjoni tat-tabib. Jgħid li f ’ċerti każi, biex pazjent jistrieħ mill-uġigħ bħalissa jkollu jipprova jġib din is-sus-
tanza b’mod illeċitu bir-riskju li dak li jikseb ma jkunx iċċertifikat li hu tajjeb għas-saħħa. “Jiena naħseb li hija importanti ovvjament għax pazjent li ilu jbati snin twal u għadu ma sabx rimedju għall-kundizzjoni tiegħu, u hemm ħafna kundizzjonijiet sfortunatament illi m’hemmx rimedju, jekk ma tintużax mediċina magħmula mill-cannabinoids, li dawn għandhom ikollhom
kullhadd.com
aċċess tal-mediċina b’mod regolata u mhux iridu jmorru għand drug dealer,” jargumenta Agius. Tenna li l-Awtorità tal-Mediċini wkoll kienet qed tikkunsidra bis-serjetà l-introduzzjoni ta’ mediċini ġejjin mill-kannabis għal skopijiet mediċi. Mediċini li jintużaw barra minn xtutna wkoll, hekk kif inhu magħruf il-benefiċċju li jistgħu joffru f ’ċerti każijiet.
AKKUŻAT LI PROVA JOQTOL PULIZIJA Daniel Muka, Albaniż ta’ 22 sena, tressaq il-Qorti akkużat b’attentat ta’ qtil fuq uffiċjal tal-pulizija. L-Albaniż huwa wkoll wieħed mis-suspettati b’rabta mas-serqa minn ħanut tal-ġojjellerija minn Tigné, Tas-Sliema, fil-5 ta’ Ottubru. L-inċident seħħ il-ħamis filgħaxija. Waqt ronda li kienet qed issir minn żewġ pulizija tar-Rapid Intervention Unit, il-pulizija għokrithom għajnejhom dwar żewġt irġiel suspettużi fi Triq il-Bajja, San Ġiljan. Kif kienu se jiġu arrestati, l-Albaniż ħareġ arma tan-nar u ppuntaha lejn iż-żewġ uffiċjali tal-pulizija, filwaqt li
pprova jagħfas il-grillu bosta drabi. Fortunatament ma ġew sparati ebda tiri. Iżda l-uffiċjali tal-pulizija ttieħdu fiċ-ċentru tas-saħħa fejn ingħataw kura għall-ġrieħi ħfief li ġarrbu u l-qatgħa li kellhom fuqhom. Mill-investigazzjonijiet tal-pulizija, jidher li fuq l-Albaniż instabet ukoll droga kokaina. L-Albaniż li qal li jgħix il-Gżira u huwa mingħajr impjieg, wieġeb mhux ħati tal-akkużi fil-konfront tiegħu. Il-Maġistrat Grazio Mercieca ordna li l-Albaniż jibqa’ arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Ritratt : MT
JINŻAMMU ARRESTATI WARA SEJBA TA’ 550KG DROGA Rudolph Said ta’ 35 sena mill-Fgura inżamm taħt arrest, wara li s-Sibt filgħodu tressaq il-qorti akkużat li assoċja ruħu ma’ persuni oħra bil-għan li jbigħ jew jittraffika d-droga. Dan hekk kif il-pulizija ressqet lilu flimkien ma’ żewġ Taljani b’rabta mal-ikbar sejba ta’ droga – 550 kilogramma kannabis – li l-pulizija qabdet fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa. F’dan il-każ, il-pulizija sabet 20 kilogramma ta’ pjanta kannabis fil-karozza ta’ Said, li kienet ipparkjata f ’parkeġġ San Ġiljan. Preżenti fl-awla tal-qorti kien hemm
il-familja u t-tfajla tiegħu, li kienet imbikkma hekk kif semgħet l-akkużi fil-konfront tiegħu. Viżibbilment anzjuż, Said li jaħdem bħala sales representative ma’ kumpanija lokali, wieġeb mhux ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu mill-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Kevin Pulis. Fid-difiża tagħhom l-avukati tiegħu – Mario Mifsud, Franco Debono u Roberto Montalto spjegaw kif l-akkużat qatt ma xiref difrejh mal-ġustizzja u għandu kondotta tajba. Il-Maġistrat Grazio Mercieca ma tax il-ħelsien mill-arrest, bl-akkużat
inżamm arrestat u ttieħed fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Inżammu arrestati wkoll iż-żewġ Taljani. Angelo Penna ta’ 60 sena minn Katanja li huwa mingħajr impjieg, kien sid it-trakkijiet li ġo fihom instabu mal-530 kilogramma raża tal-kannabis. Fit-trakkijiet instabu wkoll flus, li mill-investigazzjonijiet tal-pulizija rriżulta li jammontaw mal-200,000 ewro. Apparti li ġie akkużat bit-traffikar u importazzjoni tad-droga, kien akkużat ukoll b’atti ta’ ħasil ta’ flus
ġejjin minn attivitajiet illegali. L-istess akkużi saru fil-konfront tat-Taljan l-ieħor, Cristofaro Paratore ta’ 42 sena minn Katanja. It-Taljani fil-qorti kienu assistiti minn avukati ta’ għajnuna legali. Huma wieġbu mhux ħatja imma ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest. Il-Maġistrat Grazio Mercieca talab is-sekwestru tal-assi tat-tliet akkużati. Intant, One News irrapporta li l-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar iż-żewġt irġiel Sloveni li wkoll ġew arrestati b’rabta ma’ dan il-każ, li jidher li mhux se jitressqu l-qorti għalissa.
11
15.10.2017
kullhadd.com
SUPPLIMENT BAĠIT 2018
Assistenja għall-baġit li permezz tiegħu lin-negozji Maltin u Għawdxin qed inroddulhom lura l-fiduċja li fdawna biha… Qegħdin f’sitwazzjoni fejn nistgħu naħdmu mhux biss għal-lum iżda anke għal għada. Qegħdin Inlestu Malta għall-Futur.
12
15.10.2017
kullhadd.com
MIŻURI EWLENIN MILL-BAGALJA TAL-BAĠIT Il-Ministru tal-Finanzi jdum jaqra l-baġit iktar minn sagħtejn u l-miżuri li jsemmi huma mijiet. F’dawn iż-żewġ paġni l-gazzetta KullĦadd tiġbor uħud mill-inizjattivi ewlenin fil-baġit għas-sena d-dieħla. Miżuri li għalkemm jolqtu setturi differenti għandhom l-istess għan li jtejbu l-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Dak li kien baġit tal-ewwel f ’ħafna aspetti, fosthom għax bis-surplus u mingħajr ebda taxxi,
reġa’ kien baġit li ħalla l-pajjiż għaddej b’serenità. Spiċċa ż-żmien fejn baġit joħloq tensjoni bejn l-imsieħba soċjali. Ma jaqblux fuq kollox iva, iżda jafu li l-pajjiż se jibqa jimxi ’l quddiem u għalhekk id-diskussjoni ssir b’responsabbiltà. Fuq kollox id-diskussjoni tiffoka fuq x’ħa l-poplu u jekk hemm mistoqsija hija biss dik ta’ x’seta’ ħa iżjed.
Naqset it-taxxa għax il-pajjiż għandu ekonomija b’saħħitha
Titjib fil-qasam tas-saħħa
- Għall-ewwel darba għandna baġit bla taxxi u għall-ewwel darba wara elezzjoni ġenerali pajjiż li mhux se jidħol fl-excessive deficit procedure. - Għat-tieni sena konsekuttiva se jkollna surplus sal-aħħar tas-sena u pajjiżna qed jimmira biex idaħħal aktar milli joħroġ anke s-sena d-dieħla. - Din is-sitwazzjoni ekonomika wasslet biex b’dan il-baġit kull min jaqla’ anqas minn €60,000 jibbenefika minn tnaqqis ta’ taxxi, miżura li se tolqot 200,000 persuna. - Filwaqt li għall-azjendi żgħar u medji, ser titla’ l-VAT exempt threshold għall-ewwel €20,000.
- Ser ikomplu jorħsu l-mediċini. - Se tibda tingħata tilqima ġdida għat-tfal taħt il-ħames snin kontra mard bħal meningite u infezzjonijiet fid-demm. - Mater Dei se jkollu outpatients ġdid u ser jinħoloq aktar spazju biex tkompli tittaffa l-problema ta’ nuqqas ta’ sodod. - Ikompli x-xogħol biex ikun hemm ukoll parkeġġ ġdid f ’Mater Dei. - Kura Primarja: Se jibda x-xogħol fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Kirkop, filwaqt li diġà għaddej b’pass mgħaġġel il-proċess inizjali taċ-Ċentru l-ġdid ta’ Raħal Ġdid li se jservi ta’ Ċentru Reġjonali. - F’Għawdex ċentru tas-saħħa primarja ġdid kif ukoll ċentru ta’ riċerka medika. - Jissoktaw il-proġetti bis-sħubija mal-privat.
Investiment fl-istudenti
Ħajja aħjar
- Fuq perjodu ta’ sentejn se jitneħħew il-ħlasijiet kollha fuq l-eżamijiet tal-MATSEC. - Eżenzjoni mit-taxxa għal studenti taħt l-40 sena li qed jagħmlu Masters u PHDs. - Ser ikun estiż is-servizz tal-Klabb 3-16 għal 10 irħula oħra. - Ikompli jintuża l-blockchain fl-edukazzjoni. - Dan il-baġit tkellem dwar erba’ skejjel ġodda, fejn f ’uħud beda wkoll ix-xogħol, u aktar investiment f ’multi sensory rooms.
- Bil-baġit se jibdew jingħataw lura lill-ħaddiema ġranet ta’ festi pubbliċi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa. - Żdiedet għal darb’oħra l-paga minima, biex dawk fuq il-paga minima ħadu €5.75 fil-ġimgħa meta wieħed iqis iż-żidiet tal-COLA. - Għat-tielet sena konsekuttiva żdiedet il-pensjoni. - B’€10.5 miljuni ser jitħallsu ħaddiema li sofrew inġustizzji fl-imgħoddi. L-istess ħaddiema li bdew jitħallsu din is-sena u bdew jirċievu l-fondi fl-aħħar xhur. - Filwaqt li b’investiment ta’ €4.9 miljun il-Gvern ser jagħti wkoll ħlas ex-gratia lil min xtara vettura fl-2007. B’hekk tkun kważi twettqet għalkollox il-wegħda ma’ dawk li kienu nsterqu l-flus għall-vettura tagħhom.
13
15.10.2017
kullhadd.com
Familji b’dar diċenti
Investiment fl-infrastruttura
- Il-Gvern se jintervjeni biex jgħin direttament lil min ma jistax ilaħħaq bil-kirjiet iżda b’ġustizzja lejn sidien il-propjetà. - Ser jitwessgħu ukoll it-thresholds ta’ min jikkwalifika għal sussidju tal-kera, b’inċentivi ffukati għall-anzjani. - Ser ikunu estiżi s-social loans biex 300 persuna oħra jsiru sidien ta’ djarhom billi jingħataw għajnuna fid-depożitu fuq loans. - Filwaqt li se jsir investiment ta’ €16-il miljun fuq blokok ta’ appartamenti tal-Gvern li fihom jgħixu mal-2,350 resident fosthom 660 anzjan u 101 persuna b’diżabilità. - Se jkunu estiżi l-mizuri tal-first time buyers, tal-UCA’s – l-urban conservation areas, u l-inċentivi fuq ix-xiri ta’ propjetà f ’Għawdex, filwaqt li ser tigi introdotta tax cut għas-second-time buyers, jekk tinbiegħ l-ewwel propjetà għax dan il-Gvern jippromwovi l-mobbiltà soċjali.
- Se titwaqqaf Aġenzija għall-immaniġġjar tal-proġetti tat-toroq biex f ’seba’ snin isiru t-toroq kollha ta’ pajjiżna. - Is-sena d-dieħla se jsir studju biex jidħol it-trasport b’xejn ukoll għall-iskejjel indipendenti u tal-Knisja fis-sena skolastika li tibda mill-2018. - Filwaqt li t-trasport pubbliku b’xejn se jiġi estiż għaż-żgħażagħ kollha ta’ bejn is-16 u l-20 sena sa massimu ta’ €312. - It-trasport pubbliku bil-baħar ser jkun estiż ukoll. - U ser tingħata għotja sa’ massimu ta’ €400 fuq xiri ta’ muturi, scooters u roti assistiti b’mutur tal-elettriku filwaqt li jingħata refund sħiħ tal-VAT fuq xiri ta’ roti u roti elettrici.
Inizjattivi biex negħlbu l-isfida tal-ambjent
Appoġġ lill-familja
- Se jsir proġett ta’ aktar minn €150 miljun biex mill-iskart naħsdu l-enerġija. - Se titħawwel siġra għal kull tifel u tifla li jitwieldu. Dan ifisser li se jitħawlu mal-4,000 siġra fis-sena. - Se jiddaħħlu multi ogħla u jiżdied l-infurzar għal min jarmi l-iskart u jħammeġ postijiet pubbliċi.
- Inlestu għall-futur billi nagħtu aktar opportunijiet lill-familji Maltin u Għawdxin. - Ser tingħata għajnuna sa massimu ta’ €10,000 biex jiġu koperti spejjeż għall-adozzjoni ta’ tfal. - Ser tingħata żieda għal €100 fil-ġimgħa għall-ewwel darba fi 8 snin fil-foster care allowance. - Se jsir twessigħ u estensjoni tas-servizz tal-IVF. - L-inwork benefit, li jieħdu familji bi dħul baxx, se jogħla b’€100 għal kull wild. - Romol li jaħdmu ser jingħataw ukoll il-benefiċċju għall-mard. - Ser jinfetħu tlett idjar oħra għall-adulti b’diżabilità.
Niġbdu iktar investiment
Investiment fl-isport u l-kultura
- Se titwaqqaf Blockchain Hub biex il-Gvern ikompli jgħin startups li jaħdmu b’din it-teknoloġija. - Se jsir investiment fi Blockchain Lab ġewwa l-MITA u se jinbeda proċess biex bosta sevizzi tal-Gvern jibdew jaħdmu fuq it-teknoloġija tal-Blockchain. - L-assistenza tal-Micro Invest se togħla minn €30,000 għal €50,000 għal dawk l-intrapriżi bbażati Malta, filwaqt li għal dawk f ’Għawdex se tiżdied għal €70,000. Meta n-negozju jkollu maġġoranza ta’ ishma f ’isem nisa, u fil-każ li jkunu nisa self-employed, l-inċentiv mistenni jitla’ għal €70,000. Din l-iskema se tinfetaħ ukoll għal negozji li jimpjegaw mhux aktar minn 50 ruħ full-time. - F’Għawdex: Hub għar-riċerka u l-ICT fil-bini eżistenti tal-eks MDP u aktar spazji ta’ uffiċini fiż-żona industrijali tax-Xewkija. - Inizjattivi ta’ taħriġ biex titjieb il-kompetenza tal-industrija tal-farmaċewtika u s-sigurtà tal-mediċina. - Tiġdid tal-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment biex jiġi attirat aktar investiment u dħul addizzjonali akbar għall-pajjiż. Hemm ukoll l-Att taċ-Ċittadinanza bil-Mertu li diġà ddaħħlet biex jiġu rikonoxxuti talenti u mħuħ straordinarji għal pajjiżna.
- Shooting range ġdida li trid tkun lesta biex tintuża s-sena d-dieħla għall-kampjonat internazzjonali li se jospita pajjiżna. - L-ewwel fażi għall-indoor swimming pool fil-Kottonera. - Asfaltar tat-triq tal-Imtaħleb li tintuża għat-tlielaq tal-karozzi. - Kumpless sportiv ġdid fil-kumpless Maria Assunta: se jinkludi swali għas-snooker, handball, boċċi, table football u arti marzjali. - Se nkomplu bl-investiment mingħajr preċedent tal-Gvern għat-tkabbir tas-setturi tal-kultura u l-kreattività. - Investiment bla preċedent li jlaħħaq is-€60 miljun fis-setturi tal-kultura. B’mod partikolari enfasi biex ikun żgurat li Valletta 2018 toħroġ bl-unuri u b’suċċess bħala l-Kapitali Ewropea u tal-Kultura. Il-Fondazzjoni waħedha għandha baġit ta’ €8 miljun.
14
15.10.2017
kullhadd.com
L-EŻEM DIN IS SIBNA BISS X’N
Ta’ kull sena nippruvaw naqbdu numru ta’ miżuri tal-baġit u npoġġuhom f’realtà ta’ familji differenti. Hekk qed nerġgħu nagħmlu din is-sena. Iddifferenza minn snin oħra hi li l-ħajja ta’ dawn
il-familji mhux biss marret għall-aħjar, iżda m’hemm ebda servizz jew saħansitra kapriċċ li se jħallsu iktar għalih. Dan fid-dawl li pajjiżna esperjenza baġit storiku fejn ma kien hemm ebda taxxi ġodda jew żieda fittaxxi.
Mill-għexie ftit, u applika Maltin. Rajn u iktar minn ta’ din is-sen
FAMILJA BIL-PAGA MEDJA
PROFESSJONISTI ĠO
Ġurnata leave aktar: Jekk wieħed iħares lejn l-2018 u jassumi li f ’dan il-każ ħaddiem jaħdem ġimgħa ta’ ħamest ijiem mingħajr il-weekend hemm 251 ġurnata ta’ ħidma. Hemm ukoll 10 festi pubbliċi. Fl-2018 il-ħaddiema kienu se jitilfu erba’ festi pubbliċi. Biex tibda titwettaq il-wegħda li dawn jibdew jingħataw lura, se tingħata waħda. Din tigi ekwivalenti għal kważi €70 f ’paga għal ħaddiem fuq paga medja.
Ġurnata leave aktar: F’dan il-każ din tiġi ekwivalenti għa f ’paga.
Kumpens għall-għoli tal-ħajja: €91 fis-sena.
Eżenzjoni mit-taxxa għax għandhom Masters.
Tax refund: €50
First time buyers
Mela familja fejn it-tnejn jaħdmu u jaqilgħu l-paga medja ta’ €18,000, dawn ser ikollhom dhul aktar bejniethom ta’ €282. Dan barra ġurnata leave aktar kull wieħed (ekwivalenti għal perjodu imħallas ta’ €70 kull wieħed). Jekk din il-familja għandha tifel/tifla ta’ bejn 16 u 20 sena, dawn ser jieħdu trasport b’xejn li jiswa €300. Ser jiffrankaw nofs l-ispejjeż tas-SEC/ MATSEC jekk l-eżami se jagħmluh is-sena d-dieħla. Jekk se jixtru t-tieni dar issa se jgawdu minn roħs filboll sa €3,000.
Kumpens għall-għoli tal-ħajja: €91 fis-sena.
Mela koppja fejn hu nurse u hi accountant, bi dħul bejniethom ta’ madwar €44,000. It-tnejn se jiksbu Masters, u wara beħsiebhom jixtru l-ewwel dar tagħhom. Ser jiffrankaw f ’income tax aktar minn €6,000, filwaqt li jieħdu benefiċċju ta’ €5,250 mill-first time buyers scheme. Dan barra ġurnata leave aktar (ekwivalenti għal perjodu mħallas ta’ €85 kull wieħed).
Mill-iskema first time buyers ibbenefikat diġà 11,300 familja. Aktar minn 1,200 jiggradwaw fil-grad ta’ Masters kull sena.
MPJI TA’ S-SENA… NAGĦTU
eren ta’ inizjattivi li għandu l-baġit qbadna ajniehom f’realtà possibbli ħafna ta’ familji na kif se jgawdu persuni bi sfond differenti n hekk tajjeb li wieħed jinnota li l-benefiċċju na jingħaqad ma’ dawk tas-snin imgħoddija.
ODDA
al kważi €85
15
15.10.2017
kullhadd.com
IL-PENSJONANTI Kumpens għall-għoli tal-ħajja: €91 fis-sena. Żieda fil-pensjoni: €104. Jekk jaqilgħu aktar minn €13,000 f ’pensjoni, tnaqqis fit-taxxa ta’ €30. Jekk pensjonant għadu jaħdem jieħu wkoll it-tax refund, f ’każ li jaqla’ sa €20,000 f ’paga jieħu €68. Mela koppja pensjonanti miżżewġa li jgħixu fuq pensjoni ta’ €13,200 u fejn ir-raġel għadu jaħdem u jaqla’ €9,000, wara l-baġit ser ikollhom dħul aktar ta’ €293.
Jekk għandhom pensjoni tas-servizzi, dħul aktar ta’ €200. Jekk jaħdmu, jew żieda fil-pensjoni jekk kellhom xi bolol nieqsa, jew jekk jaħdmu self-employed u part-time rata mnaqqsa ta’ bolla
DAWK BIL-PAGA MINIMA Ġurnata leave aktar: Din tiġi ekwivalenti għal kważi €35 f ’paga. Żieda fil-paga minima u għoli tal-ħajja = €3+€1+€1.75 kull ġimgħa li tiġi €299 fis-sena. Tax refund ta’ €68. Jekk hu biss jaħdem u għandhom it-tfal, żieda fl-inwork benefit ta’ €100 kull wild. Mela familja fejn il-missier jaħdem bil-paga minima, u hemm żewġ ulied, permezz tal-baġit se jkun hemm dħul aktar ta’ €567. Dan barra ġurnata leave aktar (ekwivalenti għal perjodu mħallas ta’ €35). It-tfal tagħhom li qegħdin l-iskola ser jingħataw tablet b’xejn u jekk telgħu fi skola tal-Knisja anke t-trasport b’xejn mis-sena d-dieħla ekwivalenti għal madwar €500 oħra.
16
15.10.2017
kullhadd.com
“Din kienet xi ħaġa eċċezzjonali. Wieħed mhux jgħid biss li ma kienx hemm taxxi imma wieħed jieħu gost jara li fil-fatt il-baġit għandu surplus.” Tony Zahra, Malta Hotels & Restaurants Association
“Il-miżura li se tintroduċi ġurnata oħra leave s-sena d-dieħla hija waħda li tagħtina n-nifs li nkomplu ninnegozjaw biex jekk ikun hemm xi piżijiet fuq l-employers, ikun hemm miżuri li jikkumpensaw għal dawk il-piżijiet.” Joe Farrugia, Malta Employers’ Association
“Baġit li se jagħmel il-ħajja tal-istudenti Għawdxin aktar faċli.”
“Baġit li ma jagħtix lok għal kritika.” Sandro Chetcuti, Malta Developers Association
“Nilqgħu b’sodisfazzjon kull miżura li tinċentiva persuni li għandhom dipendenza fuq id-droga biex ifittxu l-għajnuna f’xi programm residenzjali.”
Gozo University Group
“Il-GWU tqis dan il-baġit bħala wieħed soċjalment ġust li se jgawdu minnu l-faxex kollha tas-soċjetà Maltija.”
Caritas
“Baġit pożittiv f’bosta aspetti li jirriflettu t-titjib ekonomiku li esperjenza l-pajjiż f’dawn l-aħħar xhur.” Kevin Bonello, Forum Unions Maltin
“Baġit pożittiv ħafna fejn tidħol il-konġestjoni tat-traffiku u r-roti fit-toroq.”
Josef Bugeja, GWU
“Sodisfatti li għal sena oħra pajjizna se jkun qed jerġa’ jirreġistra surplus u li d-dejn nazzjonali qed ikompli jonqos.” Gozo Business Chamber
“Baġit pożittiv ħafna fejn tidħol il-proprjetà.” Federation of Estate Agents
Bicycling Advocacy Group
“Il-baġit għas-sena d-dieħla kien wieħed pożittiv għax ma fihx taxxi ġodda.” Paul Abela, GRTU
17
15.10.2017
kullhadd.com
BDIET TITWETTAQ WEGĦDA IMPORTANTI MARBUTA MAT-TAXXA Bil-baġit għas-sena d-dieħla, bdiet titwettaq wegħda importanti ħafna tal-manifest elettorali ‘L-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna’ marbuta mat-taxxa. Dan għax mhux biss il-baġit ma kien fih ebda taxxa ġdida jew żieda fit-taxxi, iżda beda jimplimenta impenn li permezz tiegħu n-nies li jaħdmu jieħdu rifużjoni ta’ taxxa billi jirċievu ċekk id-dar. L-ewwel ċekk se jirċevuh is-sena d-dieħla. Fil-manifest elettorali tiegħu l-Partit Laburista kien wiegħed hekk: “Se nkomplu nnaqqsu t-taxxi billi b’mod gradwali nagħtu tax refund lil kull min jaħdem u jaqla’ sa €60,000. Madwar 190,000 tax payer se jgawdi minn tax refund ta’ bejn €200 u €340 għal kull persuna li taħdem fil-familja. Se noħolqu kunċett ġdid biex min jaqla’ l-anqas, jieħu l-ikbar refund.” Dan kollu bħala parti millpjan li tkompli tissaħħaħ ilmiddle class ġdida. U kif imwiegħed fil-manifest elettorali, din il-miżura bdiet dieħla b’mod gradwali, sakemm il-pajjiż ikun f ’sitwazzjoni li r-rifużjoni msemmija fil-manifest elettorali tingħata f ’sena waħda. Kien ċar sa mill-bidu nett li għall-ġid tal-pajjiż ma kienx ikun għaqli li din il-miżura tiddaħħal f ’darba iżda l-Gvern ma qagħadx jaħsibha biex jimplimentaha. Kif wiegħed b’mod gradwali. Dikjarazzjoni ċara ta’ kif kellha tkun implimentata din il-miżura kien għamilha l-Prim Ministru meta fil-kampanja elettorali nieda l-miżura. Lura f ’Mejju li għadda f ’konferenza tal-aħbarijiet fejn kien spjega l-pjan tal-Partit Laburista qal: “Hawn mhux qegħdin
Bħal dejjem il-Partit Laburista qed iżomm kelmtu kif imwiegħed, filwaqt li jaġixxi b’responsabbiltà
għal xi tiġrija tal-bonanza imma nwiegħdu proposti li jaffordja l-pajjiż. Il-pajjiż ma jkunx jaffordja bing bang mal-ewwel, imma fuq medda ta’ tlieta, erba’
snin, jasal ftit ftit għal din is-sistema.” Bħal dejjem il-Partit Laburista qed iżomm kelmtu kif imwiegħed, filwaqt li jaġixxi b’responsabbiltà.
Illum il-pajjiż għandu surplus u għandna ekonomija b’saħħitha għaliex jagħti kemm jiflaħ u jimplimenta l-bidliet b’mod li ma jagħtix xokkijiet lill-ekonomija
Maltija. Iżda, għal darb’oħra, sa mill-ewwel baġit il-Gvern aġixxa bil-mira li l-għan aħħari tal-impenn elettorali jintlaħaq mill-iktar fis.
18
15.10.2017
kullhadd.com
BAĠIT LI JINDIRIZZA L-FUTUR MIRIAM
DALLI MEP
Il-baġit għas-sena 2018 li tħabbar mill-Gvern Laburista din il-ġimgħa, huwa baġit li jindirizza l-ħtiġijiet tal-familji, pensjonanti u negozji. Kif kien imsemmi fil-manifest elettorali, pajjiżna qed jingħata l-impetus li jikkumplimenta t-tkabbir ekonomiku bla preċedent li esperjenzajna fl-aħħar erba’ snin. L-ewwel snin fil-Gvern ta’ Joseph Muscat kienu ffokati biex pajjiżna jibni pedament finanzjarju, soċjali u ekonomiku sod biex Malta tkun tista’ taħseb għall-futur. Ingħalaq kapitlu ta’ erba’ baġits fejn il-Gvern wettaq il-pjanijiet li kellu. U r-riżultat? Grazzi għad-deċiżjonijiet li ttieħdu
minn dan il-Gvern fil-mandat preċedenti, pajjiżna għamel passi enormi ’l quddiem. Dan kien l-ewwel baġit f ’35 sena fejn pajjiżna qiegħed jirreġistra surplus. Minn deficit ta’ kwazi €300 miljun fl-2012, is-sena l-oħra rreġistrajna surplus ta’ €100 miljun. Pajjiżna rreġistra wkoll l-ikbar żieda ta’ ħolqien ta’ impiegi fl-UE. Ir-rata ta’ qgħad hija l-inqas waħda li qatt giet irreġistrata f ’pajjiżna u minn kwazi 8,000 persuna qiegħda fl-2013, illum għandna inqas minn 2,500 ruħ. Għalija l-baġit 2018 kien il-pass li jmiss billi qed jippjana b’mod konkret li jkompli jwassal dawn is-suċċessi għand il-poplu. Il-konsumaturi, il-ħaddiema, l-istudenti u l-ġenituri se jkunu qed jibbenefikaw mill-proposti l-ġodda ta’ Gvern Laburista matul is-sena 2018. Probabbilment għall-ewwel darba f ’Malta, mhux se nkunu qed naraw taxxi ġodda, fuq iddħul u l-konsum. Il-ħaddiema baqgħu fiċ-ċentru tal-priorità
ta’ dan il-Gvern fejn huwa ppjanat li tiżdied ġurnata ta’ leave f ’sena fi żmien meta l-ħaddiema jixtiequ jgħaddu aktar ħin mal-familji tagħhom biex jibbilanċjaw ix-xogħol u l-ħin mal-familja. Ħaddiema li qegħdin bil-paga minima se jaraw ukoll żieda ta’ €3 f ’ġimgħa, apparti ż-żieda għall-għoli tal-ħajja. Il-pensjonanti wkoll ħa jibbenefikaw minn €2 iktar fil-ġimgħa. Il-familji Maltin ħa jsibu assistenza finanzjarja aħjar, trasport b’xejn għall-iskejjel tattfal u anke t-tneħħija tal-ħlas għall-eżamijiet tal-Matsec u Sec. Laqtuni b’mod partikulari l-proposti għas-settur tat-trasport. Waqt il-konferenza li kkommemorat il-100 jum ta’ ħidma ta’ dan il-Gvern, diġà rajna lil Joseph Muscat jagħti priorità kbira lill-emissjonijiet mill-karozzi u l-ħtieġa ta’ trasport aktar nadif. Kien għalhekk li l-proposti biex jinċentivaw x-xiri ta’ roti u karozzi elettriċi kif ukoll l-użu
b’xejn tat-trasport pubbliku għal żgħażagħ bejn 16 u 20 sena, ġew milqugħin tajjeb mill-pubbliku. Għandna baġit li għandu jgħinna nirreġistraw surplus
Il-konsumaturi, il-ħaddiema, l-istudenti u l-ġenituri se jkunu qed jibbenefikaw mill-proposti l-ġodda ta’ Gvern Laburista matul is-sena 2018
għat-tieni darba, li jindirizza l-housing, it-toroq, l-edukazzjoni - inkluż għal tfal b’diffikultajiet ta’ tagħlim, u l-ambjent fost l-oħrajn. Dawn il-proposti juru biċ-ċar li Gvern Laburista żamm għal darb’ohra l-bżonnijiet tal-Maltin fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu. Sfortunatament, ir-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, ibda mill-Kap, Adrian Delia, u l-kumplament tal-kelliema, hi li dan il-Gvern m’għandux pjan u direzzjoni. Kollha kemm huma qed jirrepetu l-istess sentenzi. Kont nistenna kritika kostruttiva min-naħa tal-Oppożizzjoni, imma minflok irrepeta dak li kien ippreparat lilu. Dan kien baġit li qiegħed jipprepara lil pajjiżna għall-futur, li qiegħed jindirizza mhux biss l-aspett finanzjarju tal-ħajja tan-nies imma anke l-kwalità tal-ħajja tal-familji. Nemmen li dan il-baġit għandu l-potenzjal li jkompli jsaħħah l-ekonomija Maltija u jinfluwenza l-ħajja ta’ kuljum tagħna l-Maltin għall-aħjar.
BAĠIT TAL-POPLU CATHERINE
FENECH Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL
Il-baġit ppreżentat it-Tnejn li għadda intlaqa’ tajjeb ħafna mill-poplu u mill-maġġoranza tal-unjins u l-korpi kostitwiti. Jista’ jissejjaħ bħala baġit ġeneruż, b’ruħ soċjali, baġit ta’ kontinwità. Apparti ż-żidiet u l-kumpens għall-għoli tal-ħajja li kulħadd dejjem jistenna li jkunu parti mill-baġit, insibu miżuri li jagħmlu lil dan il-baġit bħala wieħed straordinarju u bla preċedent. Dan huwa l-ewwel baġit li ma fih l-ebda taxxa ġdida u ma żied l-ebda taxxa eżistenti. Dan huwa baġit li ħabbar l-ewwel surplus wara 36 sena. Fid-diskors tiegħu, il-Ministru tal-Finanzi qal li wara l-konsolidament tal-ġid imiss li niffaċċjaw sfidi ġodda li bosta minnhom huma kkawżati bil-ġid stess fosthom l-infrastruttura, il-housing soċjali, il-ġenerazzjoni tal-enerġija nadifa u l-immaniġġjar tal-iskart. Fl-ewwel 100 jum ta’ din il-leġiżlatura kellna titjib minn Fitch, DBRS u Standard & Poor’s. Pajjiżna tela’ tliet pożizzjonijiet fil-Global Com-
petitiveness Index tal-World Economic Forum. Esperjenzajna l-aqwa żieda ta’ tkabbir ekonomiku fl-UE u l-aqwa żieda fil-ħolqien tal-impjiegi fl-UE. Fl-2012 id-dejn imqabbel mal-PDG kien joqrob is70%. Issa d-dejn nazzjonali pparagunat mal-PDG naqas għall-57.6%. Minn defiċit ta’ kważi €300 miljun fl-2012 dawwarna surplus ta’ ’l fuq minn €100 miljun fl-2016. It-tkabbir ekonomiku bħalissa huwa ta’ 6.3% filwaqt li l-infiq tas-settur privat żdied b’4.4%. U dan sar kollu mingħajr ebda miżura t’awsterità. Għall-kuntrarju, dan il-Gvern f ’baġit wara ieħor żied il-pagi, żied l-istipendji, żied il-pensjonijiet, żied il-paga minima, ta rifużjonijiet u eżenzjonijiet tattaxxa, żied il-lista ta’ mediċini b’xejn, raħħas il-mediċini fis-suq, introduċa benefiċċji bħall-inwork benefit, iċ-childcare b’xejn u t-tapering tal-benefiċċji soċjali sabiex jinċentiva lill-mara toħroġ taħdem, u issa qed naraw li hawn ammont kbir ta’ nisa li ħarġu jaħdmu u qed jikkontribwixxu għall-familja tagħhom u għat-tkattir tal-ġid nazzjonali. Insemmi l-allowances tal-carers, l-eżenzjoni mill-ħlas tattaxxa tal-boll għall-ewwel dar u issa wkoll għat-tieni dar. Għax dan il-Gvern konxju li l-ġid ħoloq problemi ġodda bħaż-żieda fil-kera, u għalhekk għamel miżuri sabiex itaffi l-piż tal-kerrej u tħabbret
it-tnedija ta’ whitepaper fuq ir-riforma tas-suq tal-kera. Dan hu baġit ta’ rikonċiljazzjoni u ta’ ġustizzja. 6,000 individwu ngħataw €10.5 miljun sabiex jibdew jissewwew l-inġustizzji magħhom fosthom ħlas b’lura ta’ overtime li sar snin u snin ilu. Dan huwa baġit tal-familja hekk kif ilGvern ta ġurnata leave żejda lill-ħaddiema kollha. Ingħatat żieda sostanzjali fl-allowance għall-foster care u kif ukoll se tibda tingħata għotja ta’ €10,000 lill-koppji li addottaw it-tfal sabiex itaffu mill-ispejjeż kbar li tinvolvi addozzjoni. Dan hu baġit taż-żgħażagħ u l-istudenti. Tal-linja b’xejn għaż-żgħażagħ bejn is-16 u l-20 sena, trasport b’xejn għall-istudenti li jattendu skejjel tal-Knisja u privati, l-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC b’xejn fi żmien sentejn u eżenzjoni mit-taxxa għal min jagħmel Masters u PhD. Dan huwa baġit li mess il-qlub. Il-bniedem mhux bil-flus biss jgħix imma wkoll bir-rispett u s-solidarjetà. Innotajt miżuri li jagħtu prijorità lis-saħħa u t-tisħiħ tal-familja, fosthom l-introduzzjoni tat-tilqim kontra l-meninġite, għajnuna finanzjarja lill-iltiema, l-installazzjoni ta’ lifts fil-blokkijiet tal-Gvern u b’mod partikolari t-tiġdid fil-liġi tal-IVF u fil-liġi kontra l-vjolenza domestika. Imma l-Kap tal-Oppożizzjoni xorta jinsisti li d-dejn qed jikber u fl-istess nifs jistaqsi
fejn hu s-surplus. Bid-dejn jikber ma tagħmilx surplus. Insomma, ma nistennewx aħjar minn Dr. Delia meta, bħala konsulent finanzjarju tiegħu, inkariga lil dak li qalilna li l-kontijiet ma jistgħux jorħsu u li rridu nidrawhom. Hekk kif il-ħlas tal-pagament ex-gratia għal minn irreġistra l-vettura ġdida tiegħu se jkompli, din id-darba għal tal-2007, għandna nżommu f ’moħħna illi li kien għal dan il-konsulent finanzjarju ta’ Dr. Delia dawn il-flus qatt ma jkunu marru lura għand ix-xerrej li ħariġhom bla bżonn, anzi kien
6,000 individwu ngħataw €10.5 miljun sabiex jibdew jissewwew l-inġustizzji magħhom, fosthom ħlas b’lura ta’ overtime li sar snin u snin ilu
iddeskriva din l-iskema bħala waħda korrotta. Min jaf ilKap tal-Oppożizzjoni jaqbilx mal-mod kif kien imexxi l-finanzi tal-pajjiż il-konsulent tiegħu? Tmexxija li wasslet lill-pajjiż sabiex fl-2012 jirreġistra defiċit ta’ €300 miljun? Min jaf jaħsibhiex bħalu dwar din l-iskema tat-taxxa mħallsa żejda fuq il-karozzi? Jaqbel miegħu li l-Enemalta kellha tinbiegħ għal €1? Ir-reazzjoni klassika tal-Oppożizzjoni għall-baġit kienet li dan kien baġit magħmul minn Gvern bla pjan u aktar minn hekk l-Oppożizzjoni ddikjaraw li lesti li jgħinu lil dan il-Gvern bla pjan. Tad-daħk hux? Dan il-Gvern żgur mhux se jieħu lezzjonijiet mingħand partit li l-uniku pjan finanzjarju li fassal biex jindirizza d-dejn fi ħdanu kien irċevuti foloz, ċedoli u rħama bil-maduma. U jekk dan il-ġid kollu li semmejt aktar ’il fuq f ’dan l-artiklu sar skont l-Oppożizzjoni minn Gvern bla pjan, mela kieku kellu pjan għiduli x’kien jagħmel? Dan huwa baġit li tassew qed iħejji għall-futur. Dan il-Gvern irid iħalli l-ġid lill-ġenerazzjoni li jmiss. Ħaddieħor ftaħar li se jħalli d-dejn u mbagħad iħallsuh uliedna u wlied uliedna. Dan huwa Gvern li tassew għaraf l-għaqal ta’ dan il-poplu u sarraf dan l-għaqal f ’xogħol u eventwalment ġid sabiex jitgawda mill-istess poplu Malti u Għawdxi u jibda jgħix l-aqwa żmien tiegħu.
19
15.10.2017
kullhadd.com
BAJJIET INAĊĊESSIBBLI LORNA
VASSALLO Opinjonista
Turiżmu sostenibbli jeħtieġ ideat friski u innovattivi. Kulħadd jaqbel li l-bajjiet u l-pixxini tagħna fis-sajf saru jkunu ffullati żżejjed. Wara ġimgħa xogħol, il-Malti l-anqas li jkun jixtieq huwa li jikkompeti mat-turist biex isib postu fuq bajjiet f ’pajjiżu stess. Postijiet turistiċi bħal Wied iż-Żurrieq, minkejja s-sbuħija tal-post, ukoll qed jinħanqu wisq bin-nies biex jiġu apprezzati. Il-prodott turistiku tagħna għandu jiġi diversifikat. Din is-sena żort il-Ġreċja, fosthom il-gżejjer ta’ Zakynthos u Kefalonia. B’differenza minn Malta ħafna bajjiet spettakulari ta’ dawn il-gżejjer huma inaċċessibbli bir-riġel. Għalhekk, it-turist jitlaq fuq dgħajsa, jitniżżel għal siegħa jgħum f ’bajja partikulari u jerġa’ jittella’. Wara jinżel fit-tieni bajja jew għar. Uħud mill-bajjiet ikunu baxxi u oħrajn ikunu fondi (fejn xi għawwiema jiġu offruti is-salvawomu biex jgħinhom jgħumu). Ma tintuża ebda infrastruttura partikulari. Mid-dgħajsa nżilna direttament ġo l-ilma sakemm wasalna fuq ix-xatt. Bħala ikel, l-għawwiema jew jixtru minn fuq id-dgħajsa li jkunu fuqha, jew inkella jkun hemm dgħajsa marbuta fl-istess bajja li tbigħ l-ikel u x-xorb. Malta din l-idea titħaddem biss ġewwa Kemmuna. Iżda għandna diversi bajjiet oħrajn ta’ sbuħija eċċezzjonali li mhux faċli tasal għalihom bir-riġel. Biex tmur hemm trid ħafna preparazzjoni (fosthom ikel) u ħin sabiex tfittex it-triq u timxiha. F’postijiet oħra l-aċċess jista’ jkun perikoluż. Oħrajn għandhom parkeġġ żgħir ħafna. Huwa sabiħ illi bajjiet bħal dawn jibqgħu inaċċessibbli. Imma tip ta’ żjarat minn dgħajjes (li mhux bilfors ikunu kbar ħafna) fejn l-għawwiema jinżlu għal ċertu ħin biss, u mhux ġurnata sħiħa, joffru ħafna vantaġġi. Joffru pakkett differenti lit-turist kif ukoll avventura lill-Maltin u jtaffu l-iffullar u l-problemi ta’ parkeġġ f ’bajjiet popolari. Joħolqu wkoll postijiet tax-xogħol ġodda. Għandhom jiġu kkonsultati esperti marittimi li jassiguraw li turiżmu bħal dan ma jkunx ta’ detriment ambjentali, ikun ristrett u n-numru ta’ vjaġġi jkunu regolati. Wieħed jista’ faċilment jaqsam il-kosta Maltija f ’għadd ta’ rotot u jinkludi postijiet bħal bajjiet
taħt il-Lippija (Mġarr), Fomm ir-Riħ, Miġra l-Ferħa u Ras id-Dawwara (Mtaħleb) fil-Punent; Imġiebaħ, Selmun, Slugs Bay, Marks and Duke’s Window u l-Għar tad-Dragonara (jew Coral Lagoon) il-Mellieħa; Ta’ Qassisu u Rdum il-Qammieħ in-naħa tad-Dahar tal-Mellieħa; it-Taqtiegħa, Xrobb l-Għaġin, il-Ħofra l-Kbira, Ras il-Fniek, il-Ħofra ż-Żgħira, Kalanka u Kalanka tal-Gidien kif ukoll il-Mara, Għar Ħasan u Wied il-Bassasa n-naħa t’isfel ta’ Malta u Għar Ħanex u l-Pixxina Naturali fin-naħat ta’ Għar Lapsi. Ġewwa Għawdex dawriet bħal dawn jistgħu jinkludu l-Ponta tar-Reqqa, Wied il-Għasri, il-Wied il-Mielaħ u l-Bajja ta’ Għajn Barrani. Il-ġita tal-aħħar diġà teżisti pereżempju, bilkajjikk, imma hi wisq ristretta għal nies aktar avventurużi. Apparti waqfiet għall-għawn ikunu jistgħu jintlaħqu wkoll attrazzjonijiet storiċi/naturali oħra bħal għerien, gżejjer, torrijiet tal-Kavallieri, fdalijiet ta’ żmien it-Tempji, il-Bronż jew il-Feniċi, u jiġi offrut sports ieħor bi ħlas bħal qbiż, għadis bil-maskra, għadis biċ-ċilindri u kayaking fost oħrajn. U għalkemm it-temp issa beda jiksaħ, ġiti bħal dawn m’għandhomx jiġu ristretti għas-sajf biss billi huma daqstant ieħor attraenti speċjalment b’ilbies apposta fix-xitwa meta l-baħar jippermetti. Għandna pajjiż li s-sbuħija tiegħu kapaċi tisboq dik ta’ kull parti oħra fid-dinja. Nammetti li anke fil-preparazzjoni ta’ dan l-artiklu skoprejt irkejjen talkosta tagħna li ma kontx naf bihom jew kemm huma sbieħ. L-inħawi kostali tagħna għandna napprezzawhom u nwiżnuhom b’ideat turistiċi sostenibbli. Fl-istess waqt bi kburija nuru l-ilmijiet u x-xtajtiet nodfa tagħna mhux biss għat-turisti imma wkoll għal dawk il-Maltin kollha li m’għandhomx dgħajsa biex igawduhom bl-inqas skariġġ possibbli.
Tip ta’ żjarat minn dgħajjes, (li mhux bilfors ikunu kbar ħafna) fejn l-għawwiema jinżlu għal ċertu ħin biss, u mhux ġurnata sħiħa, joffru ħafna vantaġġi
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist
Il-Ħamis, 5 ta’ Ottubru Sewwa bsart li tal-Labour se jaqbdu malfatt li nofs l-MPs tagħna lanqas biss indenjaw ruħhom ikunu preżenti għall-ġurament ta’ Adrian bħala Membru Parlamentari. Mhux huma biss, għax anke Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna tgħidx kif qabad miegħi dalgħodu. Insomma Ġorġ nista’ ngħid li sar Laburist akkanit għax xorta għadu jgħid favur tagħhom minkejja li qabel kien jgħid li kien dar minħabba Simon. Imma nħoss li Adrian għandu jagħmel xi ħaġa u jagħtihom lezzjoni lil dawk li mhumiex jirrispettaw id-deċizjoni tat-tesserati. Min daħħalha f ’moħħu li ma jirrispettax din id-deċizjoni m’għandux post fil-partit glorjuż tagħna. Il-Ġimgħa, 6 ta’ Ottubru Erġajna koppi, man! Ftit li xejn kienu l-MPs tagħna li attendew għaċ-ċerimonja tal-għoti tal-ġurament lil Adrian bħala Kap tal-Oppożizzjoni. Skont Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, Adrian wasal siegħa tard għaċ-ċerimonja, għax baqa’ sal-aħħar jitħabat jipprova jikkonvinċi lill-MPs biex jingħaqdu miegħu, imma baqa’ ma rnexxilux. Nies fl-istamperija l-istess ħaġa qaluli, imma xi ħadd qrib sewwa ta’ Adrian, qalli li dam għax ma setax isib il-maduma għal fuq il-pavru, u beda jaħseb li kien tilifha, imma finalment sabha. Is-Sibt, 7 ta’ Ottubru Illum tista’ tgħid li għaddejt il-ġurnata kollha l-istamperija għax jien moħħi dejjem biex nagħti sehmi fil-partit glorjuż tagħna, ikun min ikun il-kap. Jien kont nippreferi lil Alex milli lil Adrian, imma issa la għandna lil Adrian, jien miegħu b’ruħi u b’ġismi. Ma nistax ngħid li xejn ma kont sodisfatt, għax minn dak li rajt u smajt jidher li Adrian mhux biss minn Joseph Muscat ma jibżax, imma lanqas minn dawk fil-partit glorjuż tagħna li qegħdin jippruvaw jagħtuh il-gambetti, anke jekk għadu jibda. U skont dak li smajt fl-istamperija, Adrian ma jdumx ma jagħti lezzjoni lil kulħadd, u aktarx jibda b’Marlene, li suppost qiegħda f ’koalizzjoni mal-partit glorjuż tagħna. Il-Ħadd, 8 ta’ Ottubru Milli jidher huwa minnu dak li smajt ilbieraħ l-istamperija. Adrian qiegħed iħejji biex min ma jridx jimxi id f ’id miegħu, itajru mill-partit glorjuż tagħna. Hekk fhimtu tal-inqas meta dalgħodu fuq ir-radju qalilna li kulħadd għandu jżomm quddiem għajnejh li l-Partit Nazzjonalista huwa familja waħda u l-ebda persuna mhi aktar ’il fuq
mill-partit. Ovvjament ma kienx qiegħed jgħid għal Marlene għax dik daqqa fil-familja u daqqa mhix, imma hemm oħrajn li donnhom m’għadhomx kuntenti jiffurmaw parti mill-familja tagħna. Fost dawn, fuq quddiem nett, hemm Jason Azzopardi & co. It-Tnejn, 9 ta’ Ottubru Rajt man kif Adrian Delia ma jibżax minn Joseph Muscat! Mhux għax Simon kien jibża’ imma dan Adrian ma jiddejjaqx jgħid li ma jibżax minn Joseph Muscat. U biex juri kemm ma jibżax minnu, illum, immedjatament wara l-baġit u l-konferenza stampa ta’ Joseph Muscat, Adrian iffaċċja lill-ġurnalisti biex jgħidilhom li dan Joseph Muscat m’għandu l-ebda pjan. Ma beżax! Qallu ċar u tond li m’għandux pjan! U mela jiġu l-esperti ta’ Standard and Poors, ta’ Fitch, (ma nafx hux hekk jisimhom) u esperti oħra jfaħħru lil Joseph Muscat. Jien mhux lil dawn l-esperti nemmen. Jien lil Adrian nemmen. La qalilna li Joseph Muscat m’għandux pjan, hekk hu! It-Tlieta, 10 ta’ Ottubru Hawn aħna! Meta suppost kulħadd kien qiegħed ifaħħar lil Adrian għall-mod kif wieġeb dwar il-baġit, Comodini Cachia, ħaditha kontrih b’kummenti lit-Times. Kummenti bħal dawn idejquni mhux ftit u jidhirli li Adrian, li diġà qiegħed jurina li ma jibżax minn Joseph Muscat, għandu jurina wkoll li ma jibżax minn dawk fil-partit glorjuż tagħna li qegħdin jagħtuh il-gambetti. Ngħid għalija m’iniex konvint li ma jibżax minnhom, għax kieku jien kont minfloku, diġà bdejt nagħti l-eżempji. Kont nibda minn Marlene, li wara kollox mhijiex miegħu, anzi tgħid li Adrian mhux dehen li jmexxi lill-partit glorjuż tagħna. L-Erbgħa, 11 ta’ Ottubru Battalja ħarxa oħra tidher li ġejja. Edwin Vassallo u Robert Arrigo żgur li mhumiex se jibqgħu weħidhom fis-suppost tellieqa bejn il-ħbieb biex naħtru l-viċi kapijiet tal-partit glorjuż tagħna. Għadni ma nistax nifhem kif dak David Agius se jibqa’ jinsisti li jikkontesta u ma jagħmilx il-wisa’ għal Chris Said. Sa fejn naf jien, David Agius lil Adrian Delia appoġġja, imma issa ma jridx jieħu l-parir tiegħu u jċedi l-kariga lil Chris Said. Ngħid għalija, jien ftit li xejn nara sustanza kemm f ’David Agius u kemm f ’Edwin Vassallo, imma David rasu iebsa u lanqas minn Adrian ma jrid jisma’. Għandu jkun lil Jean Pierre Debono biss baqgħalna raġel fil-partit glorjuż tagħna.
20
15.10.2017
kullhadd.com
IL-MANIĠMENT FIL-FUTBOL
Kitba ta’ b’mod speċjali fit-tmexxija RAMONA PORTELLI tan-nursery. Fil-club iltqajt ma’ nies ġenwini li laqgħuni b’ideHuwa fatt magħruf li kull jhom miftuħin. Nista ngħid sport iżid il-livell ta’ saħħa u li huma t-tieni familja tiegħi. dixxiplina filwaqt li jżomm Diffiċli tikkwantifika l-ħin li il-bniedem ’il bogħod vizzji jkun hemm bżonn biex tgħin perikolużi. Hekk ukoll il-fut- fit-tmexxija tan-nursery, però bol. Ħsibt li nintervista indi- niddedika ħafna ħin naħdem vidwu li għalkemm mhux play- mid-dar, anke minħabba n-naer, huwa involut sew fil-futbol tura tax-xogħol li ġiet fdalokali xorta waħda permezz ta lili, fosthom it-tnedija ta’ tal-volontarjat li jagħmel. Qed website ġdida, organizzar ta’ nirreferi għal Larkin Bonnici. attivitajiet edukattivi, kif ukoll Għandu 24 sena u joqgħod korrispondenza ma’ sponil-Fgura. Jaħdem bħala Proj- sors preżenti u possibbilment ects Officer fi ħdan Ministe- dawk futuri. Madanakollu, ru lokali, kif ukoll bħala gym bosta minn sħabi fil-kumitat instructor mal-Inspire Foun- iqattgħu ħin twil il-grawnd dation. Huwa involut ukoll biex jieħdu ħsieb in-neċessifil-kumitat tal-club tal-futbol tajiet ta’ kuljum. Għal dawn tal-Fgura United. Bħalissa l-aħħar sentejn kont ukoll parqed jagħmel l-MBA (Masters ti mit-tim tekniku tan-nursery. in Business Administration) Bħal ħafna għaqdiet oħrajn, mal-Università ta’ Chester. membri tal-kumitat ikollhom Għalkemm il-ħin għall-pas- jaqdu iktar minn funzjoni satempi hu ftit limitat, iħobb waħda fi ħdan il-club biex inħafna l-isports u l-attività fiżi- aqqsu l-ispejjez ta’ kuljum,” ka. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħa- beda jgħidli Larkin. la bniedem leali, onest u rasu Il-futbol imqabbel iebsa. Beda jinteressah il-futbol man-negozju b’mod partikolari meta lejn l-aħħar tal-istudji tiegħu dde- Isostni li ħafna teoriji fin-nedika t-teżi tiegħu lejn l-operat gozju japplikaw għall-futbol. tan-nurseries f ’Malta. Minn Fil-fatt stqarr miegħi li iktar hemm ġietu l-ħajra li jin- ma jgħaddi ż-żmien, il-piżivolvi ruħu fl-għaqda tal-fut- jiet finanzjarji qed jiżdiedu bol tal-Fgura. Fil-fatt ilu flimkien mal-kompetizzjoni. involut fin-nursery tal-Fgu- Fl-istess ħin, in-nies li lesti ra għal dawn l-aħħar tliet jagħtu daqqa t’id b’mod volosnin. “Oriġinarjament bde- ntarju u ’l bogħod mill-familjt ninvolvi ruħi bħala fitness ja, qed jonqsu. “B’hekk kull coach fi ħdan in-nursery, klabb irid jimxi bil-għaqal iżda mbagħad komplejt nin- biex iżomm il-kompetittivivolvi ruħi fit-tmexxija tal-club tà tiegħu mingħajr ma jkiss-
er is-sostenibilità tiegħu. Pereżempju, fin-negozju importanti li żżomm il-ħaddiema tiegħek motivati għax huma s-sinsla tan-negozju. L-istess fil-futbol. Meta jkollok players u coaches li mhumiex motivati ser jiġi rifless fis-servizz lejn il-players u s-supporters. Fin-negozju hu importanti li jkollok l-aqwa relazzjoni mal-klijent. L-istess fil-futbol. Iktar ma tkun taf it-tfal u l-ġenituri tagħhom, iktar tiskopri l-ħtiġijiet tagħhom u b’hekk tkun tista’ tidentifika niċeċ li tista’ tindirizza. Importanti li tara wkoll x’qed jagħmlu ta’ madwarek, il-prezzijiet li qed joffru u l-livell fis-servizz li qed jagħtu. Dak li qed tagħmel aħjar mill-kompetituri tiegħek, ikkonsolidah. Probabbilment dak li ħaddieħor qed jagħmel aħjar minnek hu r-raġuni għalfejn mhux qed jirnexxilek titla’ livell fis-servizz provdut. Ta’ min jgħid li f ’Malta hawn it-tendenza li ż-żgħażagħ jieqfu jilagħbu l-futbol meta jispiċċaw l-iskola sekondarja. Però Larkin isostni li xorta hemm rwoli differenti lesti għalihom għal min jixtieq li jkompli. Stedintu jelabora aktar dwar dan l-argument. “Mill-esperjenzi passati, hemm xejra li ħafna tfal jibdew jieqfu mill-futbol mill-età ta’ 15-il sena ’l quddiem. Ħafna drabi dan isir għax ikunu għamlu eżami tal-kuxjenza u jifhmu li l-livell tekniku tagħhom mhux għoli biżżejjed biex jikkompetu f ’livelli ogħla. Hemmhekk fejn tfeġġ
Larkin jemmen li waqt li żagħżugħ ikun għaddej mill-istudji tiegħu, l-isport hu kruċjali biex iserraħ u jiffriska l-menti u jżid il-konċentrazzjoni l-opportunità. Irridu nibdew nħajru lil dawn iż-żgħażagħ, li posthom xorta għadu fil-futbol però fi rwoli differenti. Il-futbol tant kemm sar kumpless li l-logħba hi parti minnu. Pereżempju, dawn l-aħħar sentejn kelli grupp sabiħ ta’ żgħażagħ li ddeċidew li jkunu parti mill-coaching staff tagħna bħala volontiera. Uħud minnhom għamlu dan wara li ssuġġerejnielhom jużaw l-operat tagħna bħala ‘casestudy’ fis-suġġetti akkademiċi tagħhom, fosthom dak tas-Systems of Knowledge. Il-futbol illum il-ġurnata m’għadux jikkonsisti minn biss players li jinżlu jilagħbu fil-ground. Fil-futbol illum għandek bżonn diversi professjonisti fis-settur tekniku, amministraturi, referees, volontiera eċċ. Ma jfissirx għax bniedem
mhux ta’ livell tekniku ma jistax jikkontribwixxi fil-logħba tal-futbol. Immaġina l-futbol, speċjalment f ’Malta, mingħajr coaches jew amministraturi,” spjegali Larkin. Jinteressah l-aspett amministrattiv tal-futbol Larkin jgħoddhom fuq subajh kemm-il darba lagħab futbol. Fil-fatt kien għamel staġun u qatt ma mmira li ser ikun ta’ livell. Madanakollu, minn dejjem għoġbu l-aspett amministrattiv tal-futbol. “Sa minn mindu kont żgħir kont nieħu gost nilgħab logħob bħal Championship Manager u Football Manager, fejn fost l-oħrajn tkun mitlub li tbigħ il-players tiegħek għall-ogħla prezz possibbli, kif wkoll tixtri l-players li jkollok bżonn għallbażi tal-baġit provdut mid-diretturi.” Larkin jemmen li waqt li żagħżugħ ikun għaddej mill-istudji tiegħu, l-isport hu krucjali biex iserraħ u jiffriska l-menti u jżid il-konċentrazzjoni. “Sfida komuni għaż-żgħażagħ waqt jew kif jispiċċaw l-istudji tagħhom hi dik li ma jkollhomx esperjenza ta’ xogħol. Bħala klabb, iddeċidejna li għandha responsabbiltà morali li nattakkaw dan il-fenomenu billi ngħinu liż-żgħażagħ membri tagħna jkunu iktar kompetittivi. Dan għamilnieh billi organizzajna seminars fuq kif għandek tikteb CV, kif għandek iġġib ruħek waqt interview u anke stedinna career
21
15.10.2017
kullhadd.com
councellor. Barra minn hekk, dawk iż-żgħażagħ li jagħtu daqqa t’id fit-tmexxija tal-club jingħataw ittra ta’ referenza personalizzata. Affarjiet żgħar li però jistgħu jħallu effett pożittiv,” stqarr miegħi. Ta’ min iżid jgħid li kif sostna miegħi Larkin, l-ebda att ta’ karità, żgħir kemm hu żgħir, mhuwa moħli fil-ħajja. Bil-ħidma tal-volontarji, bħalma huwa involut Larkin fil-volontarjat, kapaċi jħallu impatt fuq il-ħajja ta’ dak li jkun li jibqa’ jġorru għal ħajtu kollha. “Fuq aspett iktar personali,
lil hinn mis-sabiħ li wieħed jagħti, il-volontarjat jagħtik ħafna lura wkoll. Il-klabb lili tani opportunità li napplika dak li tgħallimt fl-istudji tiegħi. B’hekk stajt niżviluppa l-ħiliet professjonali tiegħi u fl-istess ħin nagħmel kuntatti ġodda mal-industrija.” M’hemmx bżonn li wieħed jagħmel il-volontarjat ma’ min hu inqas ixxurtjat minnu biss. Fil-każ ta’ Larkin qed jagħmel volontarjat b’differenza. Kif sostna miegħi hu stess, l-iżvilupp tat-tfal hu l-legat ta’ xogħolhom. “Hekk kif jgħaddi
ż-żmien, nistgħu nħarsu f ’għajnejn it-tfal b’ċertu kburija għax nafu li ddedikajna ħafna ħin għall-iżvilupp tagħhom. Kif jgħidu, ħinek hu l-iktar ħaġa prezzjuża li tista’ tagħti lil
ħaddieħor għax ma tista’ ġġibu lura qatt”. Fl-aħħar nett, Larkin għadda messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Il-koperazzjoni hija sabiħa wisq. Anke b’sempliċi-
ment preżenza waqt xi attività, din timlina b’kuraġġ u b’determinazzjoni biex inkomplu nagħmlu dak li nħobbu: ngħinu lil ħaddieħor,” temm jgħid Larkin.
23
kullhadd.com
15.10.2017
TITLIFX KUNĊERT FUQ STIL ETNIKU NHAR IT-3 TA’ NOVEMBRU • L-MTA ĠĠIB F’MALTA 1,100 KANTANT... Li tospita 1,100 kantant hawn Malta mhix ċajta. Anzi, xi ħaġa bħal din teħtieġ tħejjijiet kbar. Fl-ewwel ġimgħa ta’ Novembru ġejjin hawn Malta 33 kor minn madwar id-dinja, b’mijiet ta’ parteċipanti li għandhom bejn l-10 snin u ’l fuq minn 90 sena. Dawn il-fatti minnhom infushom diġà jagħmlu l-okkażjoni li qed nitkellmu dwarha interessanti ħafna, iżda aktar minn hekk, se jħallu benefiċċji kbar għal pajjiżna kemm mil-lat kulturali, kif ukoll dak turistiku. Kif bosta mill-qarrejja diġà indunaw, qed nitkellmu fuq il-Festival Internazzjonali tal-Korijiet, jew kif inhu magħruf aħjar, il-Malta International Choir Festival, li huwa organizzat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Din is-sena, il-parteċipanti ġejjin minn diversi pajjiżi: il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċina, l-Estonja, il-Ġermanja, l-Italja, l-Indoneżja, l-Iżrael, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Renju Unit, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, ir-Russja, is-Slovenja, Spanja u l-Ungerija. Din hija t-23 edizzjoni tal-festival, u tul is-snin, sar wieħed mill-aktar avvenimenti popolari għal min jinteressa ruħu fil-mużika, jew min jixtieq jattendi serata divertenti u ta’ kwalità, li hi tajba għal kull età. Il-programm sħiħ huwa varjat. L-Erbgħa, 1 ta’ Novembru f ’Bieb il-Belt, tliet korijiet ikantaw kompożizzjonijet mir-repertorji tagħhom stess. IlĦamis, 2 ta’ Novembru ssir kompetizzjoni ta’ kant sagru fil-Knisja ta’ San Publiju, il-Furjana. Issir ukoll parata fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, fejn it-33 kor ikantaw kant tradizzjonali mir-reġjun tagħhom. Il-Ħamis isiru l-ewwel sessjonijiet ta’ ‘Singing and Praying for Peace’ fil-Konkatidral ta’ San Ġwann ġewwa l-Belt Valletta, fejn mexxejja minn reliġjonijiet differenti jingħaqdu mal-kant tal-korijiet u jitolbu flimkien għall-paċi. Il-Ġimgħa, 3 ta’ Novembru jibdew il-kompetizzjonijiet ta’ kant korali sekulari. Mill-ġdid isegwi l-kant f ’Bieb il-Belt u filgħaxija jintlaħaq il-qofol permezz ta’ kunċert li fih tindaqq mużika etnika korali f ’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Dan il-kunċert huwa rakkomandabbli għal min jixtieq iduq ftit mill-kulturi ta’ ħafna pajjiżi differenti permezz tal-kant, kostumi u movimenti kkordinati. Hija esperjenza unika kemm għat-tfal, li josservaw direttament l-użanzi ta’
kulturi diversi, kif ukoll għalladulti, li dejjem se jsibu xi ħaġa x’jitgħallmu. Is-Sibt, 4 ta’ Novembru se jikkompetu aktar korijiet. Jissokta l-kant fit-toroq tal-Belt Valletta tul il-jum, u jsiru numru ta’ workshops, fosthom mat-tfal. Filgħaxija jsir kunċert uniku li pajjiżna qatt ma ra bħalu. Se jipparteċipaw mużiċisti mill-Estonja bl-isem ta’ Arsis Handbell Ensemble, li jdoqqu flimkien sett ta’ qniepen, biex joħolqu melodija sinkronizzata b’mod perfett, tant li jiġġeneraw mużika sabiħa ħafna għall-widna. Barra minn hekk se jipparteċipaw ukoll il-Gentlemen Singers, grupp ta’ koristi rġiel mir-Repubblika Ċeka li jkantaw ftit minn kollox; minn siltiet klassiċi għal oħrajn ferm iktar moderni. Fi kliem Paul Bugeja, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), avvenimenti ta’ profil għoli bħal mhuma l-Malta International Choir Festival għandhom dimensjoni internazzjonali importanti ħafna, li tikkumplimenta ħidmet l-MTA fejn tidħol il-promozzjoni tal-gżejjer Maltin. Il-festival huwa wieħed minn sensiela ta’ avvenimenti li l-Awtorità torganizza tul is-sena kollha f ’Malta u f ’Għawdex. Huwa avveniment li jippromwovi kemm il-kultura kif ukoll l-importanza tal-wirt kulturali; żewġ kunċetti li huma parti min-nisġa ta’ valuri Maltin, u li għalhekk jidħlu kexxun f ’dik li hi ‘Brand Malta’. Enfasizza l-fatt li l-festival isir fl-istaġun tax-xitwa, speċifikament biex ikomplu jiżdiedu l-avvenimenti waqt żmien tas-sena
li tradizzjonalment kien kemxejn kwiet f ’dak li hu turiżmu. L-esperjenza li se joffru dawn il-korijiet waqt il-qofol tal-kunċerti nhar it-3 u l-4 ta’ Novembru f ’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi mhux ta’ min wieħed jitlifha. Għall-biljetti, tista’ żżur il-Booking Office f ’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, iċċempel +356 25595750 jew iżżur www.maltachoirfest.com.
24
15.10.2017
kullhadd.com
ĊELEBRAZZJONI FUQ ĦAMEST IJIEM
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa bla dubbju l-ikbar ċelebrazzjoni tal-Ktieb f ’Malta. Se jseħħ fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC) mit-8 sat-12 ta’ Novembru. Din is-sena l-programm fih ħafna aktar minn 50 attività u avvenimenti bi tnedijiet ta’ kotba u preżentazzjonijiet, konferenzi, taħditiet, drammi u attivitajiet oħra ta’ divertiment għat-tfal. L-attivitajiet huma mħejjija jew mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jew mill-parteċipanti fil-Festival, li tista’ tgħid jinkludu kull pubblikatur lokali, bosta bejjiegħa tal-kotba u NGOs, kif ukoll aġenziji pubbliċi involuti fl-industrija tal-ktieb. L-attivitajiet ewlenin ta’ din is-sena jinkludu konferenza Truth in Fiction and Non-fiction, li ser iseħħ fl-ewwel ġurnata tal-Festival u li fiha ser jieħdu sehem ħafna mill-mistednin tal-Festival ta’ din is-sena. Dawn huma l-kittieb lokali Alex Vella Gera, il-poeta u kittieba mill-Kuwajt Shahd Alshammari, l-awtur Franċiż Gilbert Sinoué u l-kittieba Britannika Ros Barber. Id-diskuss-
joni se tkun moderata minn Rosie Goldsmith, eks-ġurnalista tal-BBC u l-fundatriċi tal-European Literature Network. Goldsmith se tkun qed tmexxi ukoll attività importanti ta’ din is-sena – workshop dwar kitba ta’ reċensjonijiet letterarji u l-promozzjoni tal-kotba. Il-workshop, bit-titlu A Riveting Workshop, se jkun immexxi wkoll mill-ġurnalist Max Easterman u se jkun nhar il-Ħamis 9 ta’ Novembru f ’M.A. Grima Hall (MCC). Avveniment ewlieni li jseħħ kull sena u huwa mistenni ħafna mill-pubbliku huwa serata ddedikata lir-rebbieħ tal-Premju għal Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kitba tas-sena preċedenti, li fl-2016 ingħata lil Mario Azzopardi. Azzopardi ngħata l-premju għax-xogħol estensiv tiegħu fil-letteratura u t-teatru, mhux biss bħala artist, kittieb u direttur tat-teatru iżda wkoll bħala kritiku u persuna li għamlet ħafna biex tħeġġeġ lill-awturi Maltin biex iħallu warajhom temi parrokkjali u topiċi sabiex jesploraw temi li għandhom aktar rilevanza soċjali
ARENA
kull nhar ta’ Erbgħa fid-21.30 tippreżenta
RAMONA ATTARD
u attwali. F’din l-attività, li se ssir fis-Sala Sir Temi Zammit fit-8 ta’ filgħaxija, se jkun hemm qari ta’ siltiet tax-xogħol ta’ Azzopardi, diskussjoni u film qasir li juri intervista mal-personalità. Ċelebrità oħra fix-xena letterarja lokali se tkun l-attenzjoni ta’ attività mtellgħa minn Merlin Publishers. Trevor Żahra, wieħed mill-ismijiet l-aktar familjari fix-xena lokali, se jkun onorat b’avveniment iddedikat għall-kitba tiegħu u l-karriera tiegħu fl-okkażjoni tas-70 sena tiegħu. Se jkun hemm diskussjonijiet mal-awtur, iffirmar tal-ktieb u anke riċeviment wara l-attività fejn il-membri tal-pubbliku jistgħu jiltaqgħu mal-awtur magħruf. Il-Festival ser jinkludi wkoll bosta attivitajiet maħsuba għat-tfal u għall-familji. Bosta kittieba ta’ kotba għat-tfal se jkunu preżenti matul il-Festival kollu sabiex imexxu drammi, preżentazzjonijiet ta’ kotba ġodda għat-tfal u drammi divertenti ħafna għall-qarrejja ż-żgħar. Min jixtieq isir jaf iktar għandu jidħol fis-sit tal-Kunsill fuq www.ktieb. org u jniżżel il-programm direttament mis-sit.
25
15.10.2017
kullhadd.com
ŻIGUŻAJG REĠA’ MAGĦNA! Il-festival ŻiguŻajg kiber sew u llum sar ta’ importanza kbira fil-kalendarju tal-attivitajiet kulturali nazzjonali. Is-seba’ edizzjoni ta’ ŻiguŻajg se tkun qed tesebixxi ’l fuq minn 24 proġett b’għażla ta’ produzzjonijiet minn artisti Maltin kif ukoll dawk ta’ fama internazzjonali. Hekk kif qed noqorbu biex niċċelebraw il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura, il-belt kapitali tagħna se tkun qiegħda tilqa’ mijiet ta’ artisti minn 12-il pajjiż differenti. L-edizzjoni li jmiss tal-2017 hija wkoll mistennija li jkollha eluf ta’ parteċipanti, ħafna minnhom tfal u żgħażagħ li bl-entużjażmu tagħhom huma mistennija li jkomplu jagħmlu dan il-festival aktar uniku u speċjali. Grazzi wkoll għal Ministeru ta’ Għawdex, din is-sena l-Festival se jirritorna lura għall-gżira żgħira ta’
Għawdex bi produzzjonijiet mill-aqwa. ŻiguŻajg jibqa’ jkun dak il-festival fejn artisti żgħar jingħataw iċ-ċans li jesibixxu t-talenti tagħhom filwaqt li jtellgħu esibizzjonijiet eċċellenti għall-pubbliku. Din is-sena bis-saħħa ta’ artisti magħżula, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura se jiġi mniedi programm fejn tfal u żgħażagħ se jingħataw bażi li ser isservi biex dawn jistgħu jibqgħu jiżviluppaw it-talenti tagħhom fis-snin li ġejjin. Dan kollu huwa possibbli grazzi għall-fondi pubbliċi u l-ħidma kollha tat-tim professjonali ta’ ŻiguŻajg immexxi mid-Direttur Daniel Azzopardi kif ukoll dawk kollha involuti. Fost ix-xows ta’ din is-sena insibu ‘Aħna Aħna jew Maħnix’, dwar żewġt aħwa mikDin ir-reċta surin bejniethom, traġed- tat-tisjir... ja fil-familja, u d-delizzju b’żewġ atturi tixbah lil rikba fuq roller-coaster emozzjonali, b’doża ta’ umoriżmu, li tieħu lill-protagonisti tagħna fuq vjaġġ li matulu jiskopru aktar lilhom infushom u jifhmu aħjar il-ħolm ta’ xulxin. Ir-rappreżentazzjoni se ssir il-Ġimgħa 17 ta’ Novembru, it-Tnejn 20 ta’ Novembru, l-Erbgħa 22 ta’ Novembru u l-Ħadd 26 ta’ Novembru, dejjem fis-6.30pm. Ixxow hu aċċessibbli bis-siġġu tar-roti. Rappreżentazzjoni oħra ‘Il-Pjanist’ “The Pianist” hija wirja hija ċċentrata fuq, ġo, taħt u madwar wieħed mill-aktar strumenti mużikali manjifiċi li jeżistu: ilgrand piano. Jakkumpanja lil dan l-apparat eleganti hemm il-pjanist innifsu, kollu kalma u dinjità. Hu jkun tant moħħu biss biex jimpressjona lil kulħadd li, qabel ma
ONE WEEK kull nhar ta’ Ġimgħa fis-18.30 tippreżenta
JANICE BARTOLO
jirnexxilu jintebaħ, il-wirja tiegħu tinbidel minn kunċert ta’ livell għoli, kif hu kien jittama, f ’katastrofu spettakolarment divertenti li hu “The Pianist”. Biex jiġbor ftit ġieħu, li diffiċli ħafna biex jinġabar, il-pjanist juża ftit l-immaġinazzjoni tiegħu u joħroġ b’soluzzjonijiet assurdi u li jaqsmuk bid-daħk. F’“The Pianist” insibu taħlita ta’ buffunerija klassika u ċirku kontemporanju li joħolqu kummiedja gustuża dwar il-faxxinu tal-ħajja lussuża. ‘Tetris’ hija żifna minn kwartett tabilħaqq fiżiku u jesplora kif nistgħu nibnu rabtiet bejnietna, kif nibnu lingwaġġ privat biex nikkomunikaw, u mbagħad nistiednu lill-oħrajn biex jidħlu fid-dinja tagħna. Żifna li tagħti l-ħajja lir-raħal kollu, pinġuta għal tfal li ma għandhomx kwiet f ’ġisimhom,
dawk li jħobbu jixxabbtu, dawk li kapaċi jimmaġinaw anki dak li ma jistgħux jaraw. “Tetris” daret diversi pajjiżi Ewropej f ’dawn l-aħħar snin u kull darba ntlaqgħet b’entużjażmu kbir. ‘Soundplay’ hi esplorazzjoni permezz ta’ workshop ta’ ħsejjes, tonijiet, vibrazzjonijiet u storbju. Bl-użu ta’ diversi mezzi u strumenti, dan il-workshop joħloq spazju għal udjenza iżgħar fejn ikunu jistgħu josservaw u jesperimentaw permezz tal-mużika. Żgur li se jġiegħel liż-żgħar (kif ukoll lill-kbar) itektku saqajhom mal-art u jiċċaqilqu mar-ritmu tal-ħsejjes. Ixxow se jkun l-Erbgħa, 22 ta’ Novembru fl-4.30pm u fis-6.30pm. Għal aktar informazzjoni u biljetti għal kull xow ċemplu 21223200 jew żuru www. ziguzajg.org
26
15.10.2017
kullhadd.com
reċensjoni tal-
KTIEB
IL-KULUR TAL-LELLUX Kieku setgħet, Amber kienet terġa’ tistħajjel triq kollha fjuri tal-lellux. Kienet logħba bejnha u bejn il-mamà biex jaħarbu ftit mill-ħamba tal-fletts fejn kienu joqogħdu. Dakinhar li l-mamà qatgħet l-aħħar petala, Amber fehmet li żmien il-logħob kien spiċċa u li issa kienet għalkollox waħedha. Amber ma setgħetx tibqa’ toqgħod ma’ Rose tal-flett ta’ taħthom. Meta bdiet tgħix mal-familja taz-ziju Patrick xtaqet terġa’ taħrab lejn dik l-għalqa tal-lellux. Minflok, l-istħajjil ilaqqagħha ma’ Elizabeth li tkun għaddejja minn esperjenza simili… iżda xi snin qabel! Il-Kulur tal-Lellux qiegħed jiġi ppubblikat bl-għajnuna mogħtija mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, wara li rebaħ il-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ 2015.
SILTA MILL-KTIEB “Tini idek, Amber. Issa agħlaq għajnejk u stenna… Minn hawn u ftit ieħor se mmorru post sabiħ flimkien. Mhux se nisimgħu karozzi għaddejjin minn ħdejna… u l-art se ssir ratba. Imma trid tagħlaqhom sew għajnejk għax ma nitilqux! Hekk, tajjeb, u ibqa’ żommli idi. Qed tisma’ xi kwiet waqa’ f ’daqqa waħda? Qed tismagħhom l-għasafar? Brava! Xħin ngħidlek iftaħ għajnejk u għidli x’int tara. Mhux għalissa… Mat-tlieta tiegħu, niftħuhom it-tnejn flimkien trid? Mela wieħed…tnejn… tlieta!” F’dak il-kuritur tal-isptar għalaqthom kemm-il darba għajnejja. Xtaqt niftaħhom u ma narax dik il-bjuda, ma nxommx id-diżinfettant u l-vuċijiet ifesfsu kliem li ma ridtx nisimgħu. Xtaqt nerġa’ niftaħ għajnejja u nara l-mamà ġejja lejja, tgħidli li se ngħaddu minn xi passaġġ ġdid fejn
jikbru ħafna fjuri mal-ġenb tattriq. U flimkien nilbsu papoċċ komdu u ġinsijiet qodma u nerħulha nistħajlu li madwarna hemm biss il-ħsejjes tan-naħal jittajru minn fuq fjura għal oħra. Din il-logħba kienet ivvintatha l-mamà mindu kont żgħira ħafna. Kellha ħabta tivvinta l-logħob mix-xejn. Niftakar ilġurnata meta konna bdejnieha. Naħseb li kont għadni fil-klassi ta’ Miss Paris fit-tieni sena tal-primarja. Dakinhar kont għamiltilha xenata. Ma kontx ridt immur għax it-tfal talklassi kienu daruni u għajruni ħafna xorti. Il-kulur t’għajnejja ma kienx bħal tat-tfal l-oħra. Il-kulur t’għajnejn it-tfal l-oħra kien l-istess fiż-żewġ għajnejn. Iżda jien kelli għajn minnhom kannella u l-oħra… qatt ma stajt niddeskrivih il-kulur imma kien kulur ċar, qisu bejn isfar u aħdar. Kien hemm tifel, darba, kien baqa’ jiffissa f ’għajnejja
u qalli, “Il-qattusa tan-nanna għandha għajnejha t-tnejn bħal t’għajnejk ix-xellugija.” It-tfal tal-klassi damu żmien twil isejħuli ‘il-qattusa’. Imbagħad il-mamà kienet qaltli li kollox kien se jinbidel, basta nagħlaq għajnejja u nisma’ milli tgħidli hi. Qabditli idi u qaltli li konna se ngħaddu minn post mill-isbaħ. Basta nemminha. Obdejtha. U meta rġajt ftaħt għajnejja kollox kien differenti. Il-bini l-ikrah inbidel f ’għorof żgħar qalb l-għelieqi bil-ħitan tas-sejjieħ miksija lellux. U ma smajtx l-istorbju tat-trakkijiet iħottu quddiem il-ħwienet u l-ħornijiet tal-karozzi, li kont nisma’ s-soltu fi triqti lejn l-iskola. “Qed tisma’ kemm hawn għasafar?” kienet tgħidli. “Għidli, x’qed tisma’ aktar?” U jien kont ngħidilha li malkant tal-pitirossi kont inkun qed nisma’ serduq fil-bogħod u xi kelb jinbaħ.
Mistoqsija: Min kienet l-għalliema tat-tieni sena ta’ Amber? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IL-KULUR TAL-LELLUX. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 22 ta’ Ottubru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb DWETT GĦAL ŻEWĠ VJOLINI huwa: R. CARDONA - ŻEJTUN
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
01
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
Semmi waħda mill-miżuri b’rabta mal-anzjani It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:
Ir-Rebbieħ: M.VELLA - Tarxien Indirizz:
27
15.10.2017
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
A. CALAFATO - LIJA
TISLIBA 196 Mimdudin:
Bi 3 Numri 106 109 126 295 402 502 519 556 806 812 889 953 955 956 B’4 Numri 0509 0928
1169 1196 1839 1857 2508 2580 2698 2836 2881 3088 3486 4357 4515 5084 5986 6040 6096 6269 6364 6412 6922
7629 7869 8007 8265 8303 8551 8582 8919 8943 8958 9234 9267 9521 9560 9658 9719 9964 B’5 Numri 17716
19232 20636 22490 24890 25932 36827 41162 43136 48018 48931 55586 56597 59358 59806 59936 86066 86681 88087 99693
B’6 Numri 012216 088425 153939 199908 289926
587579 596659 691176 759683 950616
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
1,7. Tixrob mgħaġġel (7) 4. Kompli l-qawl: Bla ikel ....... u ikel bosta jmewwet ir-ruħ (4) 7. Ara 1 mimduda 9,11. Inqas tqil (5) 10. Itambar dan (6) 12. Żball? (6) 16,21w. Inġibuhom mill-UE (6) 18,24. Tal-Pepè (7) 19. Frott (3) 20. Sejħa għall-għajnuna (5) 21. Owen Neil Dalli (1,1,1) 23. Jixtieq (4) 24. Ara 18
Weqfin: 1. 2,17. 3,6. 5. 6. 8. 11. 12,22. 13. 14. 15. 17. 21. 22.
Bidu ta’ ħajja (6) 2000 (6) Wieħed li jaqra (6) Malta Union of Bankers (1,1,1) Ara 3 Ta’ ġewwa (9) Ara 9 Għamar (5) Frans Saliba Jaccarini (1,1,1) Jirreċtaw dawn (6) Rapporti? (6) Ara 2 Ara 16 Ara 12
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:
Weqfin:
1.Ħbieb, 4.Bieb, 7,21 mimduda. Idris, 9,18.Bolli, 10.Lumija, 12.Nibnik, 16.AKA, 20.Rokna, 23.Twal, 24.Issus
1.Ħabiba, 2,5.Iflini, 3,6.Bilbla, 8.Dumnikani, 11,22.Tista, 12,19.Narfa, 13,17.Blokki, 14.Krafes,15.Qasqas, 21.Rit
28
15.10.2017
kullhadd.com
INGAWDU LLUM U FIL-FUTUR EDITORJAL
Innotajna bi pjaċir kif iċ-ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul is-sena li għaddiet kien hemm tnaqqis ta’ madwar 35% fl-emissjonijiet tal-gassijiet fl-arja meta mqabbel mal-2015
Il-Gvern qed jitkellem dwar kif irid ilesti Malta għallFutur. Ladarba lesta l-bażi f ’bosta oqsma li sa ħames snin ilu kellhom bżonn taqliba ta’ taħt fuq, issa jista’ jibda jiffoka fuq il-Ġenerazzjoni Li Jmiss. Dan f ’bosta setturi u mhux biss dak ekonomiku fejn minn defiċit morna għal surplus. Jekk hemm settur li fl-aħħar snin għamel bidla enormi fejn litteralment morna middlam għad-dawl kien dak tal-enerġija. Ma tibdiex temmen li qed tisma’ sew meta joħroġ ilKap tal-Oppożizzjoni wara l-baġit u jgħid li dan il-Gvern m’għandu xejn pjanat għallqasam tal-enerġija. Insa li l-Oppożizzjoni m’għandhiex kredibbiltà dwar is-settur u anke l-fatt li l-baġit innifsu jitkellem ukoll dwar proġetti marbuta mal-enerġija, hawn għandna eżempju ċar ta’ kif illum bdejna ngawdu middeċiżjonijiet li ttieħdu flaħħar erba’ snin u li r-riżultat tagħhom se jħalli wkoll impatt fuq il-ġenerazzjoni li jmiss. Għadna settur li jkun għajb jekk ninsew fejn kien fl-2013. Dakinhar kellna Enemalta theddida għall-ekonomija
Maltija, provvista tal-elettriku li mhix b’saħħitha biżżejjed fejn il-qtugħ tad-dawl kien xi ħaġa regolari u konna nużaw l-iktar enerġija li tniġġes. Illum għandna sitwazzjoni differenti ferm. Innotajna bi pjaċir kif iċċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul issena li għaddiet kien hemm tnaqqis ta’ madwar 35% fl-emissjonijiet tal-gassijiet fl-arja meta mqabbel mal2015. Prova mill-iktar ċara ta’ kemm qed iħallu iktar frott il-proġetti tal-Gvern fl-aħħar snin f ’enerġija nadifa. Dan ifisser saħħa aħjar għal bosta persuni li jistgħu jieħdu nifs aħjar. Dan ifisser kwalità ta’ ħajja aħjar għal residenti li jgħixu fl-akkwati ta’ impjanti li kienu jniġġsu iktar. Jafu x’qed ngħidu speċjalment dawk li jsofru minn mard respiratorju. Mill-banda l-oħra, il-pajjiż kompla jżid il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi li jiġġeddu fl-aħħar erba’ snin. Tant li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jinnota li kienet irreġistrata żieda ta’ madwar 370%. Dan kien gvern li ma ntilifx f ’rapporti dwar ilġenerazzjoni tal-enerġija mir-
riħ u l-mewġ, iżda sfrutta l-ikbar potenzjal li kellu pajjiżna, ix-xemx. Forsi jkun hemm min jgħidlek li ma tridx wisq għerf biex tagħmel dan. Però jibqa’ l-fatt li mhux hekk kien qed isir fl-imgħoddi. Fl-imgħoddi ħlejna l-mijiet ta’ eluf ta’ ewro bħala pajjiż fi proġetti li dehru mhux fattibbli sa mill-bidu nett. Ninnotaw kif matul is-sena li għaddiet, ftit anqas minn 94% tal-enerġija rinovabbli kienet iġġenerata millpannelli fotovoltajċi. Riżultat ċar tal-biżibilju ta’ inizjattivi li ħa l-Gvern fl-aħħar snin bilgħan li jinċentiva liċ-ċittadin u l-privat jinvesti fil-pannelli solari. Inċentivi li laħqu l-miljuni ta’ ewro f ’investiment u li n-nies wieġbu għalihom b’entużjażmu. Setgħu jagħmlu dan ukoll għax il-qagħda ekonomika tagħhom hi ferm aħjar milli kienet qabel. Ninnotaw ukoll kif is-sena li għaddiet aktar min-nofs id-domanda għall-elettriku fil-pajjiż kienet moqdija millinterconnector. Nitkellmu dwar dan b’sodisfazzjon ukoll għaliex dan kien proġett ieħor li ħa l-ħajja grazzi għallGvern ta’ Joseph Muscat. Ma nikkontestawx il-fatt li
kien il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi li tkellem u ħaseb dwar l-interconnector. Iżda, meta tela’ Gvern Laburista interconnector ma kienx hemm. Lanqas megawatt wieħed ma kien ġej mill-interconnector u biex seta’ jsir dan kien għad iridu jinkisbu l-permessi. F’leġiżlatura waħda l-Gvern kiseb il-permessi u lesta l-proġett. Bħalma lesta power station ġdida li taħdem bilgass. Power station li skont l-Oppożizzjoni ma kellniex bżonnha. Iżda, l-NSO qal li fl-2016, il-ġenerazzjoni tal-elettriku f ’Malta laħqet żewġ miljun u mitejn elf megawatt kull siegħa. Prova ċara oħra ta’ kemm kien kienu żbaljati l-argumenti tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista. Dan kollu fl-istess ħin bdew jiżżarmaw l-impjanti l-antiki li jniġġsu u li l-Gvern qed jaħseb biex ikollna pipeline tal-gass u jibqa’ wkoll jinċentiva iktar sorsi ta’ enerġija alternattiva. Din hi waħda mill-bidliet il-kbar li għamel pajjiżna u li l-Ġenerazzjoni Li Jmiss tibqa’ tafulna mingħajr dubju għaliex hi ma jkollhiex għalfejn tibda mill-ewwel.