Kullhadd_16.04.2017

Page 1

TILFU L-IMĦATRA

Ħarġa Nru 1,240 Prezz €1

BUSUTTIL JIPPROVA JGĦAQQAD BL-ATTAKK • IR-REAZZJONI GĦALL-GRUPP PARLAMENTARI MAQSUM • EFFETT TAL-ISKANDLI LÖWENBRÄU, L-INVOICES U L-KONFUŻJONI KOALIZZJONI

Meta għada l-Partit Laburista jibda jlaqqa’ l-konferenza ġenerali annwali tiegħu bit-tema “Malta ’l Quddiem għal Iktar Suċċess” l-enfasi mhux biss se tkun dwar il-bidla li għamel pajjiżna flaħħar erba’ snin iżda wkoll fuq l-isfidi li għad iridu jingħelbu. Tant li, kif spjega l-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef, mistennija tingħata attenzjoni partikolari lis-settur tal-kera f ’konferenza nhar l-Erbgħa li mistennija tinvolvi mhux biss lid-delegati, iżda wkoll lill-persuni fis-settur. Se tkun ukoll konferenza li tapprova bidliet fl-istatut li jneħħu kull xkiel tekniku li seta’ kien hemm biex il-Partit Laburista jkun konformi mal-liġi talfinanzjament tal-partiti. “L-emendi meħtieġa diġà kienu diskussi u issa t-Tlieta jkunu approvati f ’sessjoni plenarja. Aħna morna nirreġistraw immedjatament kif daħlet il-liġi, qabel il-Partit Nazzjonalista,” fakkar Micallef mal-KullĦadd.

• SE JITLAQ B’SENSIELA TA’ ATTAKKI VVINTANTI F’mument fejn jinsabu taħt pressjoni bla preċedent, l-istrateġisti tal-Partit Nazzjonalista qablu li fil-jiem li ġejjin għandu jinfetaħ attakk bla skrupli fuq esponenti tal-Gvern bit-tama li l-firda interna li reġgħet kibret fl-aħħar jiem tikkalma xi ftit. Il-Kap tal-Oppożizzjoni jrid jipprova jgħaqqad il-grupp b’attakk fuq il-Gvern biex meta u fejn isib l-oppożizzjoni interna, li qed tkun sikwit, ikun jista’ jirrikatta lid-deputati, li bl-aġir tagħhom ikunu qed ipaxxu lill-Gvern u l-għemil tal-membri tiegħu li skont dak ivvintat minn Busuttil, huwa aġir skandaluż. Għal darb’oħra, ċentrali f’din l-istrateġija se jkun hemm Daphne Caruana Galizia li malewwel kitbiet minn dak ippjanat diġà dabbret żewġ libelli, wieħed miċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru u ieħor mill-Ministru Konrad Mizzi.

Ara paġni 10 u 11

Tkompli f’paġna 9

MILJUNI TA’ EWRO LI NBIDLU F’ĦAJJA • PAZJENTI KKURATI F’MALTA MINFLOK F’LONDRA • ĦAMES INTERVENTI RARI FIL-MOĦĦ MILL-BIDU TAS-SENA • RAKKONT TA’ MARA JIXHED IL-BIDLIET F’MATER DEI Josephine Camilleri daħlet l-emerġenza tal-Isptar Mater Dei wara li nqatgħatilha vina minn rasha. Qalulha li kien hemm bżonn intervent perikoluż u jdum erba’ sigħat. Naturalment, ma kellhiex għażla għajr li tidħol għalih u llum, xahrejn wara, tħares lura b’sodisfazzjon għax għaddietu b’suċċess u b’inqas skariġġ milli kien isir fl-imgħoddi. Fil-fatt dawk li kienu jgħaddu minn problema simili sas-sena li għaddiet, madwar 15 kull sena, kienu jintbagħtu għall-kura f’Londra. Illum, riżultat ta’ investiment fl-isptar pubbliku ta’ pajjiżna u l-ħila tal-professjonisti, dan jista’ jsir f’Malta. F’paġna ħamsa tkellimna dwar dan ma’ Josephine u żewġha, ma’ konsulent mediku u mal-Ministru għas-Saħħa. Ara paġna 5

paġna 4

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 16 ta’ April, 2017


02

16.04.2017

kullhadd.com

Editur ALEANDER BALZAN

L-Ogħla Temperatura: 21°C L-Inqas Temperatura: 14°C L-Indiċi UV: 6 Is-Sitwazzjoni ġenerali: Arja ta’ pressjoni baxxa fuq il-Baħar Adrijatiku u n-Nofsinhar tal-Italja ser testendi fuq iċ-ċentru talMediterran lejn in-Nofsinhar tat-Tuneżija, iżda iktar tard arja ta’ pressjoni għolja ser tersaq fuq il-Gżejjer Maltin. Temp: Imsaħħab b’ċans ta’ xi ħalbiet tax-xita iżolati iktar tard. Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Punent il-Lbiċ li jsir millMajjistral u jiżdied għal ftit qawwi għal qawwi. Il-Viżibbiltà: Ġeneralment tajba. Il-Baħar: Ħafif li jsir moderat għal qawwi. L-Imbatt: Ftit li xejn. It-Temperatura tal-Baħar: 16°C

email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572

Disinn tal-Paġni LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571

Kuntatt Ġenerali KullĦadd

It-Tnejn

email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Indirizz Postali KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

20°C

UV 8

14°C

Il-Ħamis

20°C

UV 7

13°C

20°C

Il-Ġimgħa

UV 7

12°C

Is-Sibt

Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

17°C

UV 8

9°C

18°C

UV 8

13°C

18°C

UV 8

13°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Il-Belt Valletta – 21244813 Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238018 St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625 Marrit Pharmacy, Triq l-1 ta’ Mejju, Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488613 Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigird, Ta’ Xbiex – 21341649 Numri Importanti St. Andrew’s Pharmacy, Triq il-Qasam, Tal-Ibraġġ – 21376153 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​ Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira, Tas-Sliema – 21332243 112​ St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 21414051 Rotunda Pharmacy, 7, Triq il-Kungress Ewkaristiku, Il-Mosta – 21411197 Il-Pulizija ta’ Malta Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523462 2122 4001-9​ Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija – 21890111 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ​ Hompesch Pharmacy, 207/2011, Triq Hompesch, Il-Fgura – 21807503 2393 0000 Martin’s Pharmacy, 182, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa – 21651031 Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Ħal Kirkop – 21641328 Il-Gwardjani Lokali ​2132 0202 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479

Stampat Progress Press

L-Isptar ta’ Malta 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex ​2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza ​ 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku ​1182

Għawdex Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat – 21563233 Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Abela, L-Għarb – 27888128 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.


03

16.04.2017

kullhadd.com

TONIO BORG JGĦID LI S-SAĦĦA MA TISTAX TIBQA’ B’XEJN • SIMON BUSUTTIL JAĦTRU BIEX JAGĦTIH IL-PARIRI • IL-POLITIKA TAL-GVERN PREŻENTI TOTALMENT DIFFERENTI

Id-diskors ta’ Tonio Borg mal-Politico Tonio Borg, eks Kummissarju Ewropew li l-Kap tal-Oppożizzjoni reġa’ daħlu fil-qalba tal-Partit Nazzjonalista, għamel dikjarazzjoni ċara li jrid jasal iż-żmien li f ’Malta s-servizzi tas-saħħa jsiru bi ħlas. Din id-dikjarazzjoni Tonio Borg għamilha mal-ġurnal ewropew The Politico li rrapporta b’mod estensiv dwar il-qasam tas-saħħa f ’pajjiżna u l-isfida tal-obeżità. Il-Politico jgħid li ż-żewġ parti-

ti politiċi f ’Malta qagħdu lura milli jdaħħlu ħlas għas-saħħa għax il-prezz politiku jista’ jkun kbir. Dan, jgħid Tonio Borg, jaf irid jinbidel. “Kollox b’xejn f ’Malta,” kien ikkwotat jgħid Tonio Borg li żied kif dan ma jistax jibqa’ hekk. “Jasal iż-żmien meta xi ħadd irid idaħħal tariffi (għal servizzi tas-saħħa) f ’Malta,” qal l-eks Kummissarju Tonio Borg li Busuttil qed jużah bħala wieħed mill-konsulenti ew-

lenin tiegħu mhux biss fuq issaħħa iżda wkoll fuq suġġetti oħra fosthom il-finanzjament tal-partiti. Is-sehem ta’ Tonio Borg fuq il-qasam tas-saħħa huwa riżultat tal-fatt li kien Kummissarju Ewropew responsabbli mis-settur. Din mhix l-ewwel darba li l-Partit Nazzjonalista lagħab bl-idea ta’ saħħa b’xejn. Referenza għal dan saret f ’diversi rapporti. U qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, il-Kap tal-Oppożizzjoni tal-

lum, kien ippropona li min ma jsibx mediċini fl-ispiżeriji tal-gvern (POYC) imur jixtrihom u l-Gvern jirrifondi biss dak li jiswa lilu. Dan kien ifisser li ċ-ċittadin kien jispiċċa joħroġ iktar u għalhekk ikun qed iħallas parti sostanzjali mill-mediċini tiegħu. Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien għamilha ċara li għalih din ma kinetx proposta aċċettabbli u minflok Gvern ġdid solva l-problema tal-out of stock. Bl-istess mod qed jindirizza

s-sostenibbiltà fil-qasam tassaħħa. Bi sħubija mal-privat, mal-Vitals Health Care Group, il-Gvern qed jagħti ħajja ġdida lill-Isptar ta’ San Luqa u ta’ Għawdex, kif ukoll Karin Grech. Dan se jsir b’investiment miljunarju mill-privat filwaqt li l-pazjent Malti se jibqa’ jieħu servizz ta’ saħħa b’xejn tal-ogħla kwalità. Dan sabiex għall-ewwel darba l-Gvern se jkun qed jisfrutta bil-kbir itturiżmu mediku b’mod li minnu jgawdi l-pazjent Malti.

ŻIEDA FL-ISTUDENTI TAL-MEDIĊINA Fl-aħħar sitt snin l-istudenti tal-mediċina fl-Università ta’ Malta żdiedu b’mod konsiderevoli. Ta kontribut kbir ukoll lejn din iż-żieda l-ammont ta’ studenti barranin. F’din is-sena skolastika hemm 808 studenti tal-mediċina meta fis-sena skolastika 2010/2011 kien hemm 488 student. Sitt snin ilu kien hemm 25 student tal-mediċina flUniversità ta’ Malta li kienu ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Illum hemm 154.

Filwaqt li sitt snin ilu kien hemm 44 student barra l-Unjoni Ewropea, is-sena li għaddiet u din is-sena kien hemm 86. L-istudenti Maltin żdiedu minn 419 għal 568. Dawn in-numri juru li pajjiżna jista’ jkun suq importanti għalledukazzjoni medika u għalhekk kienet importanti l-miġja taliskola medika ta’ Barts li l-bini tagħha f ’Għawdex beda u li iktar tard din is-sena mistennija tilqa’ l-ewwel studenti tagħha.


04

16.04.2017

kullhadd.com

IMĦATRA MA TAFX KEMM ŻDIEDU! • IS-SETTUR TAL-MANIFATTURA JŻID L-IMPJEGATI BIL-MIJIET • KIENET SARET IMĦATRA LI S-SETTUR KIEN SE JISPIĊĊA Kitba ta’ ALEANDER BALZAN Bejn is-sena 2014 u s-sena 2016 kienu mijiet il-ħaddiema li żdiedu fil-qasam tal-maniDan għax issa fattura. Settur li fi żmien amqed jieħdu l-ħajja ministrazzjoni preċedenti kien intqal li xi darba kellu jispiċċa. l-proġetti li bdew Tant li tibqa’ magħrufa u ċara ikunu diskussi f ’moħħ ħafna d-dikjarazzjoni tal-eks Ministru Austin Gatt li fil-bidu meta mijiet ta’ impjegati kienu qed jitkeċċew mix-xogħol kien tal-amministrazzjoni qal li lest jagħmel imħatra li fi ftit snin dan is-settur kien se jispiċċa darba għal dejjem. Saħansitra quddiem il-kumitat għall-affarijiet soċjali kien qal fl-2005 li “manufacturing industry has to go.” jkun ferm iktar minn hekk. Iżda, amministrazzjoni ġdiL-ammont ta’ investiment da tat imbuttatura enormi lil għas-sena 2015 jiġi stabbilit dan is-settur b’għajnuniet qamatul din is-sena, wara li lwwija mill-Malta Enterprise Filwaqt li bejn l-2014 u il-ħaddiema fis-settur tal-man- Malta Enterprise tirċievi rendli saħansitra għad irridu nib- u mhux inkluż fiċ-ċifri li qed Awwissu 2016 żdiedu b’537 ifattura, imkejjen viċin l-in- ikont ta’ investiment li jkun ġie dew naraw il-frott tagħhom nippubblikaw. dustrija spjegaw li ma’ dawn ddikjarat min-negozji rispetwieħed irid iżid dawk li se tivi fit-tax return tas-sena jaħdmu fil-fabbrika ta’ Crane 2016. Bl-istess mod, l-invesCurrency, dawk li se timpjega timent li sar fis-sena 2016 jiġi d-De La Rue fil-faċilità l-ġdi- stabbilit matul is-sena 2018. da u dawk li se jidħlu fl-esten- Għalkemm l-indikazzjonijiet sjoni tal-fabbrika Playmobil. ċari huma li ċ-ċifri se jkunu Tliet proġetti kbar, għalkemm ferm ikbar minn tal-2014 anke mhux l-uniċi. Dettalji li ta għax l-għajnuniet mill-Malta l-Ministru għall-Ekonomi- Enterprise għas-settur kienu ja Chris Cardona wrew kif ikbar milli fl-2014. l-ammont ta’ investiment li Dan għax issa qed jieħdu sar matul is-sena 2014 min-ne- l-ħajja l-proġetti li bdew ikunu gozji fis-settur tal-manifattura diskussi fil-bidu tal-amminiskien ta’ €72 miljun. Din il-fig- trazzjoni. Fil-fatt l-għajnuniet ura hija bbażata fuq investi- żdiedu minn €2.6 miljun flment li ġie verifikat minn tax 2014, għal €6.2miljun fl-2015, returns li rċeviet il-Malta En- għal €12.7 miljun fl-2016. Dan terprise u minn rendikont ta’ għax b’ekonomija b’saħħitha investiment li diġà twettaq u l-Gvern seta’ jinċentiva iktar li fuqhom il-Malta Enterprise l-investiment tant li minkejja tat għajnuna. Dan l-ammont li żied dawn it-tip ta’ għajnunijeskludi investiment ieħor et is-sena li għaddiet irreġistra magħmul min-negozji li ma surplus fil-baġit tiegħu. talbu l-ebda għajnuna lill-Mal- Illum l-impjiegi fil-manifattura ta Enterprise u għalhekk jista’ jlaħħqu l-20,917.


05

16.04.2017

kullhadd.com

MINN LONDRA GĦAL MATER DEI • INTERVENT RARI BEDA JSIR F’PAJJIŻNA • FIL-PRONT U B’INQAS SKARIĠĠ GĦAX SAR L-INVESTIMENT Investiment li sar fl-aħħar xhur fl-Isptar Mater Dei u l-ħiliet millaqwa tal-konsulenti f ’dan l-isptar waslu biex mara mill-Fgura ngħatat il-ħajja mill-ġdid. Fi Frar li għadda, Josephine Camilleri, flimkien ma’ żewġha, marru l-Emerġenza ta’ Mater Dei minħabba li Josephine kellha uġigħ kbir f ’rasha. “Ma stajtx nissaporti, qatt ma ħassejt dak l-uġigħ qabel. Uġigħ agħar minn tal-ħlas, bdejt inwerżaq bl-uġigħ,” qalet il-mara li l-mod kif tkellmet dwar dak li għaddiet minnu wera li ma kienx faċli. Wara li sarilha CtScan sar magħruf li kellha emorraġija f ’rasha, inqatgħatilha vina minn rasha, kif inhi aktar magħrufa. “Ġie t-tabib u kellimna dwar il-kundizzjoni tal-mara, qalilna li jista’ jagħmel l-intervent dak il-ħin, iżda li hi proċedura riskjuża, min-naħa l-oħra jekk ma jsir xejn, hemm possibbiltà kbira li tmut,” qal Camilleri dwar wieħed mill-agħar mument ta’ ħajtu. Kienet il-pazjenta stess li ffirmat biex l-intervent ikun jista’ jsir. F’kummenti li ta lill-gazzetta Kullħadd, il-konsulent u Neuro Radiologist, Dr Reuben Grech iddeskriva l-intervent li sar fuq is-Josephine Camilleri bħala wieħed ta’ suċċess kbir. “Dan kollu ma kienx ikun possibbli mingħajr l-investiment li sar flaħħar snin fil-Bi-plane Angio Suite. Kien proprju f ’din il-magna li għamilna dan l-intervent,” qal Grech. Il-konsulent Grech spjega li sas-sena l-oħra, każijiet bħal ta’ Josephine Camilleri kienu jintbagħtu Londra. “Ovvjament apparti li l-intervent idum aktar ma jsir, kien hemm ukoll element ta’ loġistika, fejn fosthom ħafna pazjenti kien ikollhom jiġu trasferiti bl-air ambulance,” spjega Dr Grech. Josephine Camilleri hija waħda mill-ftit pazjenti li s’issa sarilhom dan l-intervent f ’pajjiżna. Fil-fatt minn meta sar possibbli li l-anurysem coiling isir f ’pajjiżna mill-ewwel ta’ Jannar ta’ din is-sena saru b’kollox ħamsa. “Qalulha li perikoluża. Perikoluża ħafna. Tista’ tibqa’ hawn u tista’ tmur għand il-Bambin,” irrakkonta żewġha. “Erba’ sigħat damet l-operazzjoni,” kompliet tirrakkonta l-mara bir-raġel jitkellem dwar kemm fl-isptar ħassewhom siguri bil-mod kif kienu qed jaġixxu l-professjonisti. “Mis-siegħa u nofs sal-ħamsa u nofs. Erba’ sigħat bl-eżatt. Kien jaf sew x’qed jgħid u kemm se jdum,” qal ir-raġel bilmara żżid “tajbin, tajbin.” F’kummenti li ta l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li huwa kburi bit-tim ta’ profess-

Il-Ministru Fearne waqt żjara għand il-familja li gawdiet minn dan l-investiment

Il-konsulent Gauci bl-apparat il-ġdid fl-isfond jonisti dedikati li jaħdmu fl-isptar tagħna. “Bil-ħila u l-kapaċitajiet ta’ dawn il-professjonisti, illum nistgħu nirrakontaw stejjer bħal tas-Sinjura Camilleri,” qal il-Ministru Fearne. Huwa saħaq ukoll fuq l-importanza fl-investiment. “Ma bżajniex ninvestu, illum fid-Dipartiment tal-Medical Imaging biss, fejn saret din l-operazzjoni mhux biss għandna l-Bi-plane Angio Suite, iżda wkoll MRI ġdida, Cardiac MRI, u CT scanner. Dawn kollha swew il-miljuni, iżda fissru wkoll ħajja ġdida u anqas skariġġ għall-pazjenti li kien ikollhom jingħataw trattamenti barra l-pajjiż,” qal il-Min-

istru Fearne. Il-Bi-plane Angio Suite, li ġiet inawgurata f ’Ġunju li għadda huwa investiment ta’ €1.9 miljun ewro. Fl-2016 biss fid-Dipartiment tal-Medical Imaging sar investiment ta’ €4 miljun. “Dawn l-investimenti ħallew ilfrott mixtieq, sal-lum eżempju saru 712 Cardiac CT, filwaqt li saru 325 Cardiac MRI. Intervent kirurġiku ieħor li beda jsir f ’pajjiżna dawn l-aħħar sentejn u nofs huwa t-Transjugular intrahepatic partosyntehtic shunt, TIPS, fil-qasir. Din huwa intervent delikat ħafna fil-fwied, u l-pazjenti qabel konna nibagħtuhom l-Italja biex isir. S’is-

sa kien hawn sitt pazjenti li dan l-intervent sarilhom f ’pajjiżna,” qal il-Ministru Fearne. Dr Reuben Grech tkellem ukoll dwar intervent ieħor li qiegħed isir f ’Mater Dei fuq persuni li jkunu għadhom kemm sofrew stroke. L-istroke jew kif inhi magħrufa f ’termini mediċi, cerebrovascular accident, hija kundizzjoni li taħsad il-ħajja ta’ diversi persuni f ’pajjiżna. Permezz ta’ din it-teknoloġija ġdida, in-Neuro Radilogists jistgħu jaċċessaw ilclot mill-arterja u jiġbudha waqt li l-pazjent ikun taħt il-loppju. Minn meta beda jkun provdut dan l-intervent f ’pajjiżna, li jis-

ta’ jsir biss jekk pazjent jintlaħaq fl-ewwel ftit sigħat minn meta jagħtih stroke, saru 40. Intant Josephine qalet li tħoss li fi Frar li għadda sar miraklu fuqha. “Jien dħalt b’uġigħ kbir ma kontx naf x’kien qed jiġri madwari u wara ħmistax l-isptar ħriġt nimxi fuq saqajja. Qatt ma nista’ nirringrazzja biżżejjed lit-tobba u lill-infermiera u dawk kollha li permezz tagħhom din l-operazzjoni setgħet issir,” qalet Josephine li fissret kif għamlet madwar 15-il jum l-isptar. “Il-Bambin riedni ngawdiha aktar,” qal Camilleri filwaqt li għannaq lil martu.

Dawn l-investimenti ħallew il-frott mixtieq, sal-lum eżempju saru 712 Cardiac CT, filwaqt li saru 325 Cardiac MRI


06

16.04.2017

kullhadd.com

INQAS ABBUŻ FL-ISTAĠUN TAL-KAĊĊA • L-FKNK SE TLAQQA’ L-MEMBRI TAGĦHA WARA STUDJI XJENTIFIĊI DWAR IL-KAĊĊA GĦALL-GAMIEMA L-istaġun tal-kaċċa għas-summien li għalaq proprju nhar ilĠimgħa l-Kbira kien pjuttost wieħed fqir, fejn l-ammont ta’ summien maqbud kien ilaħħaq biss il-130, dan hekk kif il-kaċċaturi kienu obbligati li javżaw il-Wild Birds Regulation Unit – WBRU għal kull għasfur maqbud. Il-Kap tal-WBRU Sergei Golovkin qal li fl-ewwel nofs tal-istaġun bilkemm deher summien filwaqt li dan beda jidher xi ftit iżjed matul l-aħħar ġimgħa tal-istaġun. Apparti n-nuqqas ta’ summien li ġie lejn pajjiżna matul l-aħħar ġimgħat, fatt ieħor li wassal biex inqabad ftit summien kien li l-ammont ta’ kaċċaturi li fil-verità ħarġu għall-kaċċa kien ftit ukoll hekk kif mis-6,553 liċenzja speċjali li nħarġu kienu madwar 1,000 kaċċatur biss li ħarġu jikkaċċjaw għas-summiena. Dan konsegwenza tan-nuqqas ta’ interess min-naħa tal-kaċċaturi għaliex din is-sena ma setgħux jikkaċċjaw għall-gamiema minħabba moratorium li kienet proponiet l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti s-sena li għaddiet. Dan il-moratorium kien ġie

impost fid-dawl tal-qagħda vulnerabbli tal-gamiema fl-Ewropa fejn bħalissa qed isiru studji speċjali fuq il-migrazzjoni ta’ din it-tajra biex eventwalment minn dawn l-istudji jkun magħruf il-futur tal-kaċċa tal-gamiema fir-rebbiegħa. Dawn l-istudji qed isiru fuq livell Ewropew fejn skond Golovkin il-Gvern Malti qed jagħti s-sehem sħiħ tiegħu filwaqt li qed iħeġġeġ pajjiżi oħra sabiex jagħmlu dan.

Fid-dawl ta’ dan il-Kap Eżekuttiv tal-FKNK Lino Farrugia qal li fil-jiem li ġejjin il-Federazzjoni ser tkun qed tlaqqa’ l-membri tagħha sabiex itarrafhom dwar il-progress ta’ dawn l-istudji u kif ukoll tipproponi l-ftuħ talistaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa għall-gamiema mill-ġdid. Dan fuq materja xjentifika u fattwali. Il-Kap ta’ WBRU qal ukoll li l-għadd ta’ illegalitajiet irrappurtati f ’dan l-istaġun kien ta’ 13-

il tajra feruta li huwa meqjus bħala ammont baxx ħafna meta mqabbel ma’ staġuni ta’ snin preċedenti, fejn normalment l-illegalitajiet irrappurtati kienu jlaħħqu l-mijiet. Fuq wieħed minn dawn il-każijiet hemm persuna li qed tiġi investigata u mistennija titressaq il-Qorti fiżżmien li ġej. Golovkin jinnota wkoll il-progress kbir u drastiku li kien hemm min-naħa tal-komunità

tal-kaċċaturi f ’dawn l-aħħar snin fir-rigward ta’ illegalitajiet, fejn l-għaqdiet tal-kaċċaturi qed jikkoperaw bis-sħiħ biex jonqsu dawn l-illegalitajiet, dan anke fid-dawl li l-pieni fuq kaċċa illegali ħraxu bil-bosta. Il-Kap Eżekuttiv tal-FKNK qal ukoll li waħda mir-raġunijiet li ma tantx inqabad summien kien minħabba l-ftuħ kmieni ta’ dan l-istaġun, fejn l-FKNK kienet proponiet li dan jinfetaħ mill-10 ta’ April sal-aħħar ta’ April. Min-naħa l-oħra Nicholas Barbara għall-Birdlife Malta qal li f ’dan l-istaġun ġew irrappurtati għadd ta’ illegalitajiet ikbar minn tal-aħħar sentejn fejn huwa qal li nstabu madwar 15-il tajra protetta feruta madwar il-kampanja. Rigward il-moratorium fuq il-kaċċa għall-gamiema, Barbara qal lill-ispeċi tal-gamiema qiegħda mhedda u għalhekk il-kaċċa għall-gamiema fir-rebbiegħa ma tistax terġa’ tiftaħ. Minkejja li rrikonoxxa l-fatt li f ’dawn l-aħħar snin żdiedet il-ħidma fost il-kaċċaturi biex jonqsu l-illegalitajiet, huwa qal li Birdlife Malta tixtieq tara iżjed kundanni min-naħa tal-għaqdiet tal-kaċċaturi fir-rigward ta’ kaċċa illegali.


07

16.04.2017

kullhadd.com

L-IKBAR MAFKAR DWAR L-IKBAR BIDLA • INSTALLAZZJONI LI SE TIMMARKA S-60 SENA TA’ ELETTRIKU F’MALTA • SIMBOLU TAL-BIDLA KBIRA LI GĦAMEL PAJJIŻNA FIL-QASAM TAL-ENERĠIJA

Ħaddiema tal-Enemalta joħorġu waħda mit-turbini tal-Marsa Power Station sabiex tittieħed fil-post u titpoġġa f ’parti mill-mafkar MMXVII

Ħaddiema ta’ Enemalta plc. waqt l-armar tal-partijiet differenti tal-mafkar Lest biex ikun inawgurat ilmafkar MMXVII, l-akbar installazzjoni artistika permanenti f ’Malta, b’tifkira ta’ aktar minn 60 sena ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku fil-Marsa. L-installazzjoni għolja tliet sulari ser tagħti tislima lill-ħaddiema li bnew, ħaddmu, rranġaw u żammew fi stat tajjeb it-turbini u l-boilers ta’ dan l-istazzjon sa mill-1953. Fl-istess waqt, il-mafkar huwa wkoll simbolu tal-iżvilupp tal-qasam tal-enerġija f ’Malta, hekk kif fi ftit ġimgħat l-Enemalta ser tkun qed ittemm darba għal dejjem l-użu talheavy fuel oil (HFO) fil-ġenerazzjoni tal-elettriku biex minflok tadotta taħlita ġdida ta’ sorsi ta’ enerġija bbażata fuq impjanti b’emissjonijiet baxxi jaħdmu bil-gass naturali, il-Malta-Italy Interconnector u sorsi ta’ enerġija li tiġġedded. Bħala parti minn dan l-iżvilupp, ftit tal-ġimgħat ilu Enemalta plc. qatgħet għalkollox il-Marsa Power Station mis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku tal-pajjiż, biex tiżżarma u twitti t-triq għar-riġenerazzjoni ta’ din il-parti tal-Port il-Kbir fil-Marsa. Fl-2016, hekk kif beda jirranka x-xogħol ta’ żarmar tal-Marsa Power Station, Enemalta plc. stiednet lill-istuden-

ti tal-Istitut għall-Arti Kreattiva biex iżuru l-istazzjon tal-Marsa u joħolqu installazzjoni artistika bl-użu ta’ diversi biċċiet tal-apparat li jinsab fl-istess stazzjon. Taħt il-gwida tal-għalliema tagħhom u bl-appoġġ tekniku tal-periti, l-inġiniera u t-tekniċi tal-Enemalta, madwar 25 student biddlu l-istazzjon fi spazju ta’ kreattività u arti. L-istudenti ħejjew għadd ta’ disinji differenti u ppreżentawhom lil bord ta’ ġurija magħmul minn impjegati talEnemalta, fosthom ħaddiema tal-istess power station, artist rinomat fil-qasam tal-iskultura bil-metall u s-Sindku tal-Marsa. Tim ta’ studenti, għalliema u impjegati tal-Enemalta komplew jelaboraw id-disinji magħżula waqt li ħejjew l-elementi kollha li jiffurmaw parti minn dan ix-xogħol artistiku. F’dawn l-aħħar ġimgħat, impjegati tal-Enemalta bdew jarmaw l-installazzjoni fuq il-post maġenb iċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-Elettriku Marsa North, fi Triq Belt il-Ħażna. L-Enemalta għadha kif bniet dan iċ-ċentru biex jieħu post il-ħolqa ewlenija tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku li tinsab fil-Marsa Power Station stess. Studenti oħrajn mill-Istitut tal-Arti Kreattiva wkoll qed jieħdu sehem f ’dan il-proġett.

Studenti tad-disinn 3D għenu lil dawk tal-arti biex ħejjew il-pjanti u d-dehriet virtwali tal-proposti tagħhom waqt li studenti tal-media ddokumentaw din il-ħidma permezz ta’ ritratti u filmati. Studenti tal-arti performattiva ħejjew koreografija li ser tiġi ppreżentata waqt l-inawgurazzjoni ta’ din l-istruttura, nhar il-Ħamis, 20 ta’ April. L-Inġinier Fredrick Azzopardi, iċ-Ċermen Eżekuttiv ta’ Enemalta plc., spjega li

dan il-proġett artistiku jfakkar mument storiku fl-istorja tal-Enemalta u tas-settur tal-enerġija f ’Malta. “Bħala kumpanija, ftit tassnin ilu ntrabatna li malli jkollha biżżejjed kapaċità alternattiva permezz tal-impjanti ġodda jaħdmu bil-gass naturali f ’Delimara, il-Marsa Power Station ma tibqax cold standby għall-użu f ’xi emerġenza iżda tiżżarma darba għal dejjem. Din il-mira qed tintlaħaq fl-2017, fl-

40 anniversarju mit-twaqqif tal-Enemalta. Dan il-mafkar huwa simbolu ta’ dan l-iżvilupp importanti, żvilupp li qed iwassal għal ambjent aħjar b’arja aktar nadifa, għal aktar sigurtà, flessibilità u effiċċjenza fil-provvista tal-elettriku għall-klijenti tagħna, għal tariffi raġjonevoli u stabbli u għat-twaqqif ta’ settur tal-enerġija sostenibbli li jwieżen u jenerġizza l-iżvilupp ekonomiku f ’pajjiżna, minflok jimmażrah.”


08

16.04.2017

kullhadd.com

IN-NIES MITLUBA JGĦIDU TAGĦHOM DWAR BIRŻEBBUĠA

Fetħet il-konsultazzjoni pubblika dwar il-Pjan għar-Riġenerazzjoni ta’ Birżebbuġa. Kien fil-baġit għal din is-sena li l-Gvern ħabbar li se jitfassal dan il-pjan għal-lokalità li tul is-snin kibret kemm fir-residenti u kemm fl-isfidi. Iżda, minkejja dan ftit li xejn ingħatat attenzjoni. Anke jekk fl-istess ħin li l-post kiber kien qed jitgħabba b’piżijiet tal-effetti kkawżati mill-mod kif tħalla jiġi żviluppat il-Port Ħieles fost oħrajn. L-iskop tal-Pjan ta’ Riġenerazzjoni ta’ Birżebbuġa huwa

dak li jitfassal pjan sħiħ li għandu jibda billi jittieħed rendikont ta’ dak li huwa meħtieġ għal din il-lokalità filwaqt li jkunu ppjanati inizjattivi u proġetti biex f ’Birżebbuġa jitwettqu proġetti ta’ tisbiħ, jittieħdu inizjattivi biex joffru servizzi ġodda u jitwettqu numru ta’ inizjattivi b’risq ir-residenti u l-komunità tal-lokalità. Il-lokalità ta’ Birżebbuġa għandha diversi ħtiġijiet infrastrutturali kemm fiż-żoni residenzjali kif ukoll fiż-żoni viċin il-baħar.

Il-pjan se jkun qed isir wara li l-Gvern diġà wettaq żewġ proġetti importanti għall-benefiċċju ta’ dan il-lokal, il-pitch tal-futbol kif ukoll il-pixxina. Żewġ proġetti li bagħtu sinjal ċar li l-Gvern huwa kommess li jwettaq bidla f ’din il-lokalità. Wieħed irid isemmi wkoll il-pjani tal-Gvern li t-tankijiet ta’ ħażna ta’ fjuwil fil-qalba tar-residenti ta’ Birżebbuġa se jkunu qed jiżżarmaw u jitneħħew, kif ukoll l-impjant li

fih kienu jimtlew iċ-ċilindri tal-gass li wkoll se jiżżarma. Il-proċess li se jwassal għall-Pjan ta’ Riġenerazzjoni huwa inizjattiva interministerjali bejn il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura u l-Ministeru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Fil-preżent inbeda proċess ta’ konsultazzjoni permezz ta’ laqgħat mal-għaqdiet volontarji ta’ Birżebbuġa li għandhom jiġu segwiti b’laqgħat

mal-komunità kummerċjali u anke mar-residenti. Il-proċess ta’ konsultazzjoni ġie fdat f ’idejn il-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir li llum għandha esperjenza mill-aktar vasta fil-qasam ta’ proġetti ta’ rigenerazzjoni. L-esperjenza li din il-Korporazzjoni kisbet u qed tikseb fi proġetti ta’ riġenerazzjoni li qed jitwettqu fil-Belt Valletta hija esperjenza li għandha tintuża f ’inizjattivi ta’ riġenerazzjoni li hemm il-ħtieġa li titwettaq f ’żoni u reġjuni oħra f ’pajjiżna. F’kumment li ta Stefan Zrinzo Azzopardi, Chairman tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir qal li “dan il-proċess ta’ riġenerazzjoni f ’Birżebbuġa jeħtieġ li jkun proċess li jinvolvi aktar lin-nies u ma jkunx biss proċess ta’ riġenerazzjoni f ’sens ta’ infrastruttura biss. Jeħtieg li jkun proċess li jwassal biex il-ħtiġijiet kollha tal-lokal jiġu indirizzati. Irid ikun pjan ta’ riġenerazzjoni maħsub għan-nies.” Fil-fatt il-proċess ta’ riġenerazzjoni se jinkludi wkoll diversi aspetti biex il-Gvern ikollu viżjoni ċara dwar dawk l-inizjattivi li jeħtieġ li jitwettqu fiż-żmien li ġej biex anke jitjiebu s-servizzi pubbliċi li jkunu offruti f ’din il-lokalità. Projects Plus min-naħa tal-Ministeru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru se tkun qed tieħu ħsieb numru ta’ proġetti li se jkunu ta’ benefiċċju kbir għal dan il-lokal. Dawn il-proġetti se jkomplu mal-kullana ta’ proġetti li diġà qegħdin jitwettqu f ’Marsaxlokk. Wieħed jista’ jgħid tiegħu fuq is-sit socialdialogue.gov.mt


09

16.04.2017

kullhadd.com

DIN IS-SENA SIMON BUSUTTIL MA JISTAX JIEĦU R-RUĦ Tkompli minn paġna 1 Minkejja dan, l-istrateġisti talPN qalu li għandhom jibqgħu għaddejin bil-pjan tagħhom għaliex b’mod jew ieħor trid tinbidel ix-xejra ta’ din is-sena wara li fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena l-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, kellu jaffaċċja kriżi wara oħra. L-ewwel l-iskandlu tal-Löwenbräu, imbagħad dak tad-donazzjonijiet u l-invoices foloz u issa l-firda kbira minħabba l-mod kif ftiehem minn wara l-grupp parlamentari u esponenti tal-Partit Nazzjonalista dwar l-għaqda mal-Partit Demokratiku ta’ Marlene Farrugia. Saħansitra Farrugia u uffiċjali oħra tal-Partit Demokratiku ħabbru parti mill-ftehim mingħajr ma kienu jafu dwaru l-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista. Fosthom dak li l-kandidati talPD se jkunu fuq l-istess lista tal-PN u se jkunu fuq l-istess manifest. Dwar dan għandu oppożizzjoni kbira minn kandidati filħames distrett, fosthom Toni Bezzina u Herman Schiavone. Iżda, mhux biss. Tant li l-Ħamis one.com.mt żvela kif il-grupp parlamen-

L-ewwel l-iskandlu talLöwenbräu, imbagħad dak taddonazzjonijiet u l-invoices foloz u issa l-firda kbira minħabba l-mod kif ftiehem minn wara l-grupp parlamentari tari tal-Partit Nazzjonalista li ltaqa’ l-Erbgħa filgħaxija kien maqsum. Matulu spikka wkoll is-silenzju tal-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario Demarco. Claudio Grech u Marthese Portelli kienu fil-bini tal-Parlament fejn kienet qed issir il-laqgħa tal-grupp iżda għal xi raġuni ma daħlux għallaqgħa. Fost deputati li m’attendewx kien hemm ukoll min

ŻEWĠ LIBELLI LIL DCG Qlajjiet ġodda ta’ Daphne Caruana Galizia kienu mwieġba fil-pront bl-aħbar li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi se jibdew kawżi ta’ libell meta nhar it-Tnejn terġa’ tiftaħ il-Qorti. Caruana Galiza allegat li somom kbar ta’ flus għaddew f ’kontijiet bankarji marbuta mal-kumpaniji ta’ Schembri u Mizzi. Xi ħaġa li ċaħdu t-tnejn li huma meta qalu li se jitolbu li l-libelli jinstemgħu b’urġenza. Fi stqarrija, Keith Schembri fisser dak li kitbet Caruana Galizia bħala “allegazzjonijiet fabbrikati” li qed terġa’ tagħmel fil-konfront tiegħu. “Jekk hija tant ċerta minn dak li qed tgħid għandha hi stess taqbel mal-urġenza biex il-provi ta’ dak li qed tgħid tkun tista’ tressaqhom malajr fil-Qorti. Min jagħmel allegazzjonijiet għandu d-dmir jissostanzjahom,” qal Schembri. Schembri nnota kif it-taħwid intern fil-Partit Nazzjonalista se jiftaħ staġun ta’ gideb u aħbarijiet foloz. “Determinat li ma nħallix iktar gideb u fabbrikar ta’ stejjer fuqi,” qal Schembri. Caruana Galizia allegat ukoll li f ’Settembru 2015 Konrad Mizzi mar fl-uffiċċju ta’ Pilatus Bank f ’Ta’ Xbiex. “Dawn l-allegazzjonijiet huma foloz,” intqal fi stqarrija ta’ Mizzi bi spjegazzjoni skjetta. “Ebda somma flus qatt m’għaddiet lil Hearnville Inc. Fil-fatt, Hearnville Inc qatt ma kellha kont bankarju,” kompla jkun spjegat fl-istqarrija ta’ Mizzi. “Daphne Caruana Galizia qed tigdeb sfaċċatament,” kompla jingħad. L-istqarrija għamlet ukoll referenza lejn kif waħda mill-ikbar kumpaniji ta’ awditjar fid-dinja, Crowe Horwath, għamlet audit tal-kumpanija ta’ Mizzi u t-trust fi New Zealand u din ikkonfermat dak li kien qal hu fosthom li l-istruttura li kien għamel kienet maħsuba biss bħala trust tal-familja u li ma kien hemm ebda kontijiet bankarji bħala parti mit-trust jew il-kumpanija.

qal li mhux lest jieħu sehem f ’laqgħa dwar suġġett fejn kollox kien deċiż minn wara daharhom. Fost dawk li tkellmu kontra l-ftehim kif imħabbar minn Marlene Farrugia kien hemm deputati Nazzjonalisti ta’ esperjenza bħall-eks Ministri Tonio Fenech, Carm Mifsud

Bonnici, Ċensu Galea u Paula Mifsud Bonnici. Erba’ deputati bi tradizzjoni twila fil-Partit Nazzjonalista u li fil-grupp parlamentari tkellmu dwar is-saħħa u l-unur tal-partit li jagħmlu parti minnu. Min-naħa l-oħra tkellmu favur il-proposta tal-kap kif diġà mħabbra minn Marlene

Farrugia, Robert Arrigo u David Agius. Robert Arrigo kien fost dawk li l-iktar qalu li l-kap għandu jkun appoġġjat. U filwaqt li kien għaddej dan kollu, il-Viċi Kap Mario De Marco baqa’ fommu mitbuq. Biex il-kap ma setax iserraħ fuq l-appoġġ tan-numru tnejn fil-Partit Nazzjonalista.


10

16.04.2017

kullhadd.com

IL-ĠIMGĦA TAL-KONFERENZA • DANIEL MICALLEF JITKELLEM DWAR L-GĦANIJIET TAL-KONFERENZA ĠENERALI • SPAZJU GĦAD-DELEGATI TAL-PARTIT LABURISTA U GĦAS-SOĊJETÀ Kitba ta’ li s-suċċess tal-Gvern huwa ALEANDER BALZAN bbażat fuq il-Manifest Elettorali li kien approvat mill-istess konGħal Daniel Micallef, il-Pres- ferenza fl-2013. Tiffoka wkoll ident tal-Partit Laburista, il- fuq il-bidliet li kellna f ’dawn ġimgħa li tibda għada hija fost l-erba’ snin. Però iktar minn l-iktar impenjattivi. Il-Partit La- hekk, inħarsu lejn l-aħħar erba’ burista jibda jlaqqa’ l-ogħla or- snin bħala l-pedament għal li ganu tiegħu, il-konferenza ġen- ġej. Pedament mil-lat ekonoerali, u l-programm għall-jiem li miku, finanzjarju u soċjali fejn ġejjin huwa wieħed ambizzjuż. fadal affarijiet xi jsiru. Wieħed Bit-tema “Malta ’l quddiem issa jista’ jħares ’il quddiem biex għal iktar suċċess” din il-kon- Malta tagħmel iktar suċċess,” ferenza ġenerali se tkun waħda qal Micallef. Dan qed isir f ’mument fejn ta’ partit li għandu l-grinta li jkompli jġib il-bidliet f ’dan il- il-Partit Laburista diġà beda pajjiż. F’kummenti mal-gazzetta jaħseb u jħabbat l-ideat dwar KullĦadd Micallef jagħmilha il-manifest elettorali għall-elezċara li d-diskussjoni mhix waħ- zjoni ġenerali li jmiss. Manifest li jista’ jkun wieħed b’saħħtu da li tħares lura. “Il-mozzjoni li għandna qud- iktar minn dak għall-elezzjoni li diemna tirrikonoxxi s-suċċess għaddiet. “Il-Partit Laburista fil-gvern li ġab il-Gvern. Ma ninsewx irranġa diversi setturi. Qegħidhom f ’posthom u dawwar ir-rotta. Issa l-pajjiż jista’ jibni programm iktar b’saħħtu. Nistgħu nippjanaw affarijiet li permezz tagħhom inkunu iktar ambizzjużi,” qal Micallef li fissM’hemm ebda er kif il-konsultazzjoni mal-imkwistjoni. sieħba soċjali hi kontinwa. “Huwa proċess kontinwu u li Il-kwistjoni qed jgħaġġel iktar meta dħalna ħoloqha l-Partit fir-raba’ sena tal-leġiżlatura. Jekk il-manifest elettorali kien intqal Nazzjonalista li huwa Alice in Wonderland jew gimmick tal-millennju, il-manigħax ried fest se jaqla’ iktar aġġettivi kkukwistjoni meta luriti għax fih se noħolmu iktar. Imma kif għamilna din l-aħħar nqabad li qed darba se nuru li dan huwa jieħu l-flus ħolm fattibbli,” qal il-President tal-Partit Laburista li fi kliemu mhux dikjarati jirrenja s-sens ta’ ottimiżmu.

mingħand ħaddieħor

ta mhumiex konxji tal-isfidi li jeżistu. Tant li tema ewlenija filġimgħa tal-konferenza se tkun l-isfida tal-kera. Micallef jispjega għaliex: “Kellna għażla. Stajna għażilna settur fejn m’hemmx sfidi jew fejn ksiba suċċessi biss. Però ridna tema li għandha impatt soċjali u li fiha x’tiddiskuti anke jekk diffiċli. Huwa qasam fejn il-Gvern diġà għamel, billi rdoppja s-sussidju tal-krijiet, iżda m’hemmx fejn isir iktar. Kellna diskussjoni interna dwar din. Kien hemm min qal ‘din mhix kwistjoni antikaptika.’ Iva, imma rridu naħdmu biex nindirizzawha.” Micallef qal li se jkun mistieden Realiżmu wkoll min għandu x’jaqsam mas-setIs-sens ta’ ottimiżmu ma jfis- tur. “Dawk li jgħixu fil-kera. sirx li hu jew il-Partit Laburis- Din mhix biss ir-realtà tal-hous-

ing soċjali imma s-settur tal-kera fl-iktar sens wiesa’ tiegħu. Fejn għandek nies li mhumiex qegħdin fil-faqar jew ma jaħdmux. Hemm min għandu paga tajba u l-kirja ra tiżdied minn €500 fix-xahar għal €800 fix-xahar. Għandna suq li ssaħħaħ ħafna kawża ta’ ekonomija li qed tikber. Mhix xi ħaġa negattiva fiha nfisha imma huwa suċċess li ħalla vittmi wkoll u dawk ir-realtajiet iridu jkunu indirizzati. Hija sfida li forsi tajjeb li jkollna. Għax il-problema li jkollok proprjetà fuq is-suq u ħadd ma jrid jikriha iktar kerha,” żied Micallef. Tenna li l-Partit Laburista se jħares lejn l-aspett minn diversi aspetti, għalkemm fi kliemu: “Dawk vulnerabbli jieħdu pri-

jorità.” Is-sehem tal-pubbliku jfisser li se tkun konferenza ġenerali fejn il-Partit Laburista jaġixxi ta’ wieħed miftuħ. Partit li mhux magħluq fih innifsu. Hawn dlonk il-mistoqsija. Se terġa’ tkun konferenza ta’ moviment u ta’ partit li qed jilqa’ nies ġodda? Tweġiba skjetta minn Daniel Micallef: “Wieħed m’għandux għalfejn jistenna l-konferenza biex jara li dan il-momentum inżamm. Il-Prim Ministru għamel appell li l-bibien tal-Partit Laburista huma miftuħin beraħ. Hemm persuni li jafuhom innies u għalhekk meta jagħmlu ħsibijiet pubbliċi jkunu nnotati imma hemm ħafna nies li b’mod silenzjuż qed jagħżlu lill-Partit Laburista. Dan nattribwih għal


11

16.04.2017

kullhadd.com

minn fejn telaq il-PL u fejn qiegħed illum. Qabel l-elezzjoni li għaddiet, il-Partit Laburista kien iffaċċjat b’diversi akkużi bħal li jiġġammja l-ekonomija u jżid il-qgħad u kellek nies li jgħidulek kif qegħdin nafu u kif se nkunu ma nafux. Illum jafu kif qegħdin taħt gvern ġdid u dak jikkonviniċihom jagħmlu l-pass.” Iżda, il-moviment huwa possibbli wkoll grazzi għal dawk li huma attivisti kbar tal-Partit Laburista. Staqsejt x’inhu l-animu fost id-delegati tal-Partit Laburista. “Id-delegati tal-Partit Laburista jien ikolli rapporti regolari magħhom u ftit ilu kellna l-laqgħat ġenerali tal-lokalitajiet. Il-ħsus ġenerali huma li dan ilGvern qed jagħmel ġid kbir lillpajjiż. Il-messaġġ li nieħu hu li għandna biex inkunu kburin. Għax dak li qabel konna nitkellmu u noħolmu dwaru u nimbottaw biex isir u qatt ma sar, illum huwa realtà. Il-konferenza ġenerali u l-attivisti tal-partit għandhom mertu għal dawk

il-miżuri li ddaħlu,” qal Micallef mod kif taġixxi l-oppożizzjoni, kif daħlet il-liġi, qabel il-Partit li semma lista’ twila ta’ miżuri u negattiva u trid takkuża fuq kol- Nazzjonalista. Issa ħaddieħor irid jgħid li l-Partit Laburista lox,” qal Micallef. inizjattivi li ħa l-Gvern. Din se tkun ukoll il-konferenza li tagħlaq darba għal dejjRealtà ta’ partit fil-Gvern em il-kwistjoni dwar ir-reġisIżda, kemm kien diffiċli li l-Par- trazzjoni tal-Partit Laburista Elettorali. tit Laburista jadatta għall-Gvern. mal-Kummissjoni “Meta partit ikun ilu 25 sena Il-kelma kwistjoni joġġezzjona Hemm persuni fl-oppożizzjoni ikun qed jaħseb għaliha. “M’hemm ebda kwistjoni. li jafuhom bħala oppożizzjoni. Hija realtà ġdida. Jien qatt ma kont naf Il-kwistjoni ħoloqha l-Parin-nies u il-Partit Laburista fil-gvern għax tit Nazzjonalista għax ried fis-96 kelli 10 snin. Illum hemm kwistjoni meta nqabad li qed għalhekk Gvern li int taf,” irrakkonta Mi- jieħu l-flus mhux dikjarati mingħand ħaddieħor. Aħna meta jagħmlu callef. “It-tranżizzjoni mill-oppożizz- ktibna lill-Kummissjoni Eletto- ħsibijiet pubbliċi joni tal-Gvern tieħu ftit żmien. rali u għednielha li dak li kien Però nenfasizza li trid titgħallem hemm pendenti b’rabta mal- jkunu nnotati li l-Partit Laburista m’għadux istatut konna se nindirizzawh imma hemm fl-oppożizzjoni, iżda ma tidrax f ’din il-konferenza ġenerali anil-Gvern. Din nisħaq fuqha. nwali, għax dak kien imiss. Ma ħafna nies li Huwa perikoluż li tidra l-Gvern kellniex risposta lura li ma sta- b’mod silenzjuż u taħseb li qiegħed hemm għal jniex nagħmlu dan jew li kellna dejjem. Huwa perjodu ta’ fi- nagħmlu dan qabel. L-emendi qed jagħżlu duċja misluf min-nies u dik trid meħtieġa diġà kienu diskussi taħdem għaliha kuljum u kull u issa t-Tlieta jkunu approvati lill-Partit ma rridu nħarsu lejn l-oppożizz- f ’sessjoni plenarja. Però assolu- Laburista joni li tant kienet drat il-Gvern tament kienet bużżieqa tal-Parli għadha taħseb li għadha fil- tit Nazzjonalista. Aħna morna immedjatament Gvern. U dan joħroġ ċar bil- nirreġistraw

ma jeżistix. Forsi dik hi x-xewqa tiegħu. Imma mhux ir-realtà,” tenna l-President tal-Partit Laburista li fakkar kif il-Partit Laburista jippubblika l-kontijiet tiegħu. “Nirreferih għad-dibattitu dwar il-finanzjament u jekk ma jifhimx nirreferih għall-Partit Nazzjonalista li nqabad b’sistema li ssejħet skandlu Pagi PN.” “Le ma nifhimhiex. Qabel l-2013 qatt ma smajna li l-PN kellu diffikultajiet finanzjarji. Mill-għada tal-elezzjoni qamet din il-kwistjoni u jissemmew ċifri ta’ miljuni kbar. Wieħed jistaqsi kif din il-problema feġġet l-għada tal-elezzjoni ġenerali. Kien hemm xi vit li ngħalaq minn xi mkien? Rajna ħaddiema ma jitħallsux. Rajna ħaddiema jitkeċċew. Naħseb li l-mod kif jaħdem il-PN jirrifletti kif kien imexxi l-Gvern. Għaqal ta’ xejn u nuqqas ta’ trasparenza,” temm jgħid Micallef filwaqt li kompla jħejji għal waħda mill-iktar ġimgħat impenjattivi u importanti għall-Partit Laburista.


12

16.04.2017

kullhadd.com

MINN ĠIRJA GĦALL-GOST SA PROĠETTI TA’ MILJUNI L-Onorevoli Chris Agius - Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni u Sport li tant qed jaħdem għall-akbar ġid tal-isport f’pajjiżna, u li kemm ilu Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport irnexxielu jixpru-

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport? Naħseb li r-realtà li konna ngħixu fiha qabel hija ferm differenti minn dik tal-lum. Kien hawn inqas karozzi fit-toroq allura dak iż-żmien il-ġenituri kienu jippermetulna li noqogħdu nilagħbu barra. Ma nistax ma niftakarx il-logħob tal-ballun fit-toroq li tant kienu jkunu sbieħ. Bla dubju li fil-Kottonera żewġ tipi ta’ sport li huma għal qalb kulħadd huma l-futbol u r-regatta. Sa minn età żgħira kelli seħer kbir għall-futbol tant li kont nara liz-ziju l-grawnd peress li kien jilgħab ma’ Bormla. Dak iż-żmien ma konniex infallu logħba ta’ Bormla. Illum il-ġurnata sirt inħobb l-isport kollu u ninsab f ’pożizzjoni ferm għal qalbi fejn nista’ nikkontribwixxi għal dak li verament inħobb. Il-fatt li kif għedt int tħobb l-isport jgħin ħafna sabiex tifhem kif sportiv jgħaddi minn sagrifiċċji kbar sabiex iwettaq il-ħolm tiegħu. Apparti l-imħabba lejn l-isport jien kont involut direttament f ’dan il-qasam peress li kont plejer tal-futbol u għam-

ilt xi żmien bħala amministratur ta’ klabb. Għalhekk tista’ tgħid li naf sew x’iħossu kemm l-atleti kif ukoll dawk li jamministraw il-klabbs. Naf ukoll x’iħossu l-partitarji peress li jien ukoll kelli t-timijiet favoriti tiegħi.

Id-dilettanti tal-karozzi jgħidulek li ilhom jistennew sabiex jinbena post għalihom u konvint li għandhom raġun għax ilhom jistennew kważi 50 sena

na diversi istituzzjonijiet sportivi lokali għas-suċċess hekk kif jaħdem id f’id magħhom, waqt li dejjem ikun lest biex jisma’ x-xewqat u t-talbiet tagħhom. Tkellimna miegħu dwar is-settur u r-rabta tiegħu mal-isport.

Għalhekk nista’ nifhem kulħadd però mhux dejjem b’mod globali kull ħaġa li faċli. Aħna nallokaw ċertu baġit għandha x’taqsam mad-dinja għall-isport li mhux daqshekk tal-isport. kbir. It-talbiet huma kbar u Int ma bdejtx il-leġiżlatura ż-żidiet f ’dixxiplini sportivi mill-bidu bħala Segretarju żdiedu wkoll u sfortunatament mhux faċli tissodisfa Parlamentari għall-Isport t-talbiet ta’ kulħadd. peress li ħadt post Nemmen li bnejt relazzjoni l-Onorevoli Stefan tajba mal-għaqdiet sportivi. Buontempo. Sibt xi Jien nisma’ ħafna t-talbiet diffikultà waqt din tagħhom u nipprova naġixxi it-transizzjoni? kemm nista’ sabiex nara dan Biex inkun onest miegħek il-qasam dejjem jimxi ’l qudma sibt l-ebda diffikultà anzi diem. komplejt fuq it-tajjeb li ħalla Bosta jgħidu li b’dan ix-xogl-kollega tiegħi. Ovvjament ħol kollu li qed jiżdied, wieħed kulħadd għandu l-istil tiegħu jista’ jikkonsidra li jkollna u f ’dawn it-tliet snin, jien ip- Ministeru għall-Isport. pruvajt nintegra l-ħsibijiet u Napprezza ħafna dan l-għal-imħabba tiegħi lejn l-isport jdut għax nafu kemm l-isport biex inkompli niżviluppa huwa popolari mhux biss f ’pajjiżna iżda anke barra kemm nista’ dan il-qasam. Min-naħa l-oħra min jaħseb minn xtutna. Jien anzi ngħid li l-isport huwa qasam faċli li l-isport jistħoqqlu baġit ikżgur għandu idea ħażina. Kif bar aktar mli ministeru. Int taf int ħafna nies li jmexxu tgħidli li l-Gvern ikollu l-prifil-qasam sportiv jagħmlu joritajiet tiegħu u wara kollox dan b’mod volontarju u għal- tajjeb li jkun hekk minħabba hekk dejjem jiddependu minn li hemm oqsma ferm impordik l-għajnuna li l-Gvern tanti għall-pajjiż, bħall-edujew entità privata jipprovaw kazzjoni, is-saħħa u s-sigurtà jagħtuhom. soċjali. Kull assoċjazzjoni jkollFl-opinjoni tiegħi għalhekk ha d-diffikultajiet tagħha. irridu nfittxu opportunitajiet Wieħed jipprova jissodisfa lil ġodda kif inkabbru l-baġit

għall-isport. Jekk naraw x’qed jiġri barra minn pajjiżna, insemmi lill-Ingilterra li wkoll kellhom suċċess fil-logħob Olimpiku. L-awtoritajiet Ingliżi jingħataw għajnuna mil-lotteriji nazzjonali. B’xorti ħażina, il-lotteriji f ’pajjiżna huma privati u għalhekk irridu nsibu metodi oħra sabiex l-isport jingħata l-għajnuna finanzjarja meħtieġa. Ilha tissemma ħafna l-idea ta’ pixxina indoor. Hemm xi żviluppi f ’dan ir-rigward? Iva hemm il-ħsieb li tinbena pixxina indoor u s-sit li ntgħażel huwa proprju fil-Kottonera. Fil-fatt intgħażlet din iż-żona għax konna qegħdin naħdmu biex inġibu fondi Ewropej b’rabta ma’ lokalitajiet li għandhom problemi soċjali. Apparti minn hekk fil-Kottonera nsibu l-Kumpless Sportiv. Meta tkellimna mal-periti rigward dan il-proġett, dawn qalulna li ż-żona tissodisfa l-bżonnijiet u t-talbiet kollha. Il-pjanti kollha ġew approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar u fil-ġranet li ġejjin


13

16.04.2017

kullhadd.com

se nkunu qegħdin norganizzaw konferenza stampa sabiex invaraw dan il-proġett ferm ambizzjuż. Bla dubju li ser ikun proġett mill-isbaħ bix-xogħlijiet li għandhom jibdew f ’nofs din is-sena. Sar magħruf ukoll li l-korsa taż-żwiemel fil-Marsa ser tingħata dehra ġdida u se jkun qed isir xogħol intensiv fuqha. Nista’ ngħid li għamilt diversi snin nattendi regolarment it-tiġrijiet fil-Marsa kull nhar ta’ Ħadd minħabba li xi membri minn tal-familja tiegħi kellhom iż-żwiemel tagħhom. Illum il-ġurnata meta jkun hemm bżonn li nattendi għal xi avveniment nagħmel dan bil-qalb kollha. Minn dak iż-żmien meta kont nattendi regolarment sal-lum stajt ninnota li l-bidliet li saru fil-korsa tal-Marsa kienu verament ftit. Jien kelli ċ-ċans ukoll nattendi għal xi tiġrijiet barra minn pajjiżna u għalhekk nemmen li l-korsa tagħna, la darba tingħata dehra ġdida, tista’ tkun waħda mill-aqwa fil-Mediterran. Nemmen dan għax il-Marsa huwa ideali ferm bħala post għat-tiġrijiet taż-żwiemel filwaqt li ġeografikament ninsabu f ’nofs il-Baħar Mediterran bejn l-Ewropa u l-Afrika. Il-klima tagħna tgħin ħafna tant li nistgħu nattiraw aktar ġerrejja minn barra u dan jista’ jagħti daqqa t’id fitturiżmu. Meta jien ħriġt bl-idea fil-Parlament mal-ewwel sibt l-appoġġ tal-Prim Ministru u l-kabinett sabiex dan ilproġett inressquh ’il quddiem. Sibna persuna li wriet l-interess li tinvesti s-somma ta’ 18-il miljun ewro sabiex din il-korsa li għandna preżentament fil-Marsa ssir l-aqwa waħda li għandna fil-Mediterran. Korsa oħra mixtieqa hija dik tal-karozzi. Xi żviluppi hemm? Eżatt kif lħaqt Segretarju Parlamentari għall-Isport madwar tliet snin ilu, waqqafna kumitat ta’ nies li ġejjin mill-qasam tal-karozzi sabiex nagħmlu studju dwar x’jista’ jsir f ’pajjiżna f ’dan issuġġett. Dan il-kumitat ħareġ b’rapport ferm interessanti u fuqu aħna ħriġna sejħa internazzjonali. Kellna ħames offerti ferm interessanti li ġew studjati bir-reqqa minn dawk kollha involuti sabiex ukoll jintgħażel sit partikolari fejn possibilment tinbena din il-korsa tal-karozzi. Madankollu qabel ma noħorġu l-affarijiet b’mod uffiċjali qed inkunu kawti ħafna u nistudjaw kollox tant li m’għandux ikun hemm problemi la mal-ambjentalisti u wisq anqas bħala permessi. Id-dilettanti tal-karozzi

Il-baġit tal-isport hu li hu, it-talbiet jibqgħu dejjem jiżdiedu għalkemm jien nemmen li wieħed jista’ jagħmel ħafna iktar b’inqas, billi jkun bilgħaqal u dixxiplinat u l-flus jieħu ħsiebhom qishom flusu

jgħidulek li ilhom jistennew sabiex jinbena post għalihom u konvint li għandhom raġun għax ilhom jistennew kważi 50 sena. Minkejja kollox, kuntent li f ’dawn l-aħħar tliet snin mexxejna l-affarijiet mhux ħażin għalkemm meta tkun lesta l-korsa nistgħu ngħidu li nkunu kuntenti. Min-naħa l-oħra fil-manifest elettorali, aħna għedna li kellu jsir studju biex issir korsa talkarozzi. Qatt m’għedna li ser tinbena iżda nemmen li mhux talli lħaqna l-objettivi tagħna talli l-pjanijiet qegħdin fi stadju avvanzat. Kumbinazzjoni ftit talġranet ilu, irċevejt email mill-Malta Motorsport Federation fejn jidher li hemm xi kwistjoni dwar dan is-suġġett. Iva fil-fatt din l-assoċjazzjoni għamlu konferenza stampa quddiem Kastilja fejn huma qed jagħtu r-raġuni li ddejqu jistennew u jien nifhimhom għax li tistenna kważi 50 sena mhux ċajta. Huma qed jgħidu li kien hemm xi ftit tad-dewmien f ’dan ir-rigward skont ma ntqal fil-manifest elettorali u nħoss li hawnhekk mhumiex daqshekk korretti minħabba li kif għedtlek il-pjan kien li jsir studju mhux li tibda tinbena l-korsa mal-ewwel. Anzi aħna, kif diġà għedtlek nħoss li morna iktar ’il quddiem fil-wegħda tagħna. U jekk insemmilek l-isport tal-isparar fejn waslu l-pjanijiet sabiex tinbena shooting range f ’pajjiżna?

jħa għall-proposti sabiex sit fil-limiti tal-Mosta magħrufa bħala l-Biżbiżija jingħata lill-kumpanija privata u eventwalment tinbena shooting range ta’ livell internazzjonali. Kulħadd jaf x’kien ġara dakinhar u kemm qamu rwiefen u għalhekk ridna nkunu kawti qabel ma noħorġu l-affarijiet uffiċjali dwar il-korsa talkarozzi. Rigward din il-faċilità tal-isparar hemm ħafna raġunijiet li huma xi ftit delikati. L-ewwel nett irid ikun post li ma jkunx viċin il-bini residenzjali. Fl-istess ħin l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet sett ta’ linji gwida li wieħed irid isegwi. Finalment nista’ nħabbar li nstab sit fl-inħawi Ta’ Kandja u ser inkunu qegħdin noħorġu sejħa sabiex dan il-bini ta’ faċilità għall-isparar ikun jista’ finalment jibda. L-għan tagħna huwa li f ’dan il-post inkunu qed nolqtu kull dixxiplina li għandha x’taqsam mal-isparar. Nitkellmu dwar l-operat ta’ Sport Malta. Żgur li din l-organizzazzjoni għamlet avvanzi kbar f ’dawn l-aħħar snin tant li kien hemm ukoll għotja rekord mill-Kumitat Olimpiku Malti. X’tikkummenta dwar dan l-operat? Jekk immorru lura fiż-żmien stajt ninnota li meta ħadna r-riedni tas-sitwazzjoni f ’idejna sibna Kunsill Malti għall-Isport mifni bid-dejn u mgħobbi b’ħafna pagi esaġerati tant li l-operat tiegħu kważi ma baqax sostenibbli. Għalhekk ħadna deċiżjoni li prattikament insalvaw il-vapur. Grazzi wkoll għat-tmexxija tas-CEO ta’ Sport Malta is-Sur Mark Cutajar ħadna ħsieb li l-vapur ma jegħriqx. Kulħadd għamel is-sagrifiċċji tiegħu u għandi l-pjaċir ngħid li s-sitwazzjoni finanzjarja tjiebet ferm. Illum il-ġurnata hemm sinerġija kbira bejn is-Segretarjat Parlamentari u Sport Malta għax qed naħdmu id f ’id għall-ġid tal-isport f ’pajjiżna. Dan jistgħu jindunaw bih l-isportivi kollha. Il-baġit tal-isport hu li hu, it-talbiet jibqgħu dejjem jiżdiedu għalkemm jien nemmen li wieħed jista’ jagħmel ħafna iktar b’inqas, billi jkun bilgħaqal u dixxiplinat u l-flus jieħu ħsiebhom qishom flusu u rnexxielna ndaħħlu l-mentalità tal-imħabba lejn il-post tax-xogħol.

M’hemmx dubju li saru avvanzi kbar fis-Segretarjat Parlamentari tiegħek u anke fi Sport Malta. B’xorti ħażina kien hemm Madankollu, ma jallarmakx perjodu ta’ sentejn fejn kollox il-fatt li l-obeżità f ’pajjiżna waqaf zopptu minħabba każ kompliet tiżdied? partikolari. Il-Gvern kien ħareġ se- Ir-rata ta’ obeżità f ’pajjiżna

hija problema kbira ħafna. Anke l-Ministru għas-Saħħa, l-Onorevoli Chris Fearne ukoll semmieha tant li qiegħda fuq quddiem fl-aġenda li trid tiġi mwettqa. Lili tinkwetani l-aktar għax minkejja l-isforzi kollha li qed isiru xorta bqajna l-iktar pajjiż fl-Ewropa b’rata ta’ obeżità għolja. Nerġa’ ngħid però li l-investiment fl-isport huwa importanti u inutli ngħidu li rridu aktar parteċipazzjoni tan-nies fl-attività fiżika jekk b’xi mod ma nħajruhomx jibdew jieħdu sehem fl-isport. Riċentament Sport Malta nediet programm imsejjaħ MOVE 360 fejn f ’esperiment pilota ġbarna xi tfal mill-Kulleġġ Santa Margerita fil-Kottonera u bdejna neħduhom sal-kumpless sportiv wara l-ħin tal-iskola. Dawn wara li jagħmlu x-xogħol tad-dar kien qed ikollhom lezzjonijiet interessanti mill-istudenti tal-ITS dwar kif għandek tagħmel lunch tajjeb għas-saħħa u li jiswa ftit flus. Kellna wkoll l-assistenza talHealth Promotion Unit fejn kellna tobba u persuni ġejjin mill-qasam tas-saħħa li bdew jiċċekkjaw snien it-tfal u fl-istess ħin jiżnuhom sabiex fl-aħħar jispiċċaw b’attività fiżika. Dan il-proġett dam għaddej sitt xhur u ħriġna b’riżultati li taw stampa ċara kemm li persuna tiċċaqlaq u tipprattika xi tip ta’ attività huwa ta’ benefiċċju għax ċerti tfal naqsu mill-piż tagħhom. Għalhekk naħseb li wasal iżżmien sabiex noffru dawn it-tip ta’ attivitajiet biex innaqqsu din il-problema tant kbira għall-pajjiżna. Kull sena f ’Settembru Sport Malta flimkien mal-pajjiżi kollha Ewropej, torganizza MoveWeek fejn isiru xi attivitajiet fiżiċi għall-poplu inġenerali. Madankollu b’xorti ħażina xorta għadna fuq quddiem f ’din l-istatistika ta’ ħxuna żejda f ’pajjiżna. Fl-aħħar nett nixtieqek tgħaddi messaġġ lil dawk il-ġenituri tat-tfal li xi kultant isostnu li l-iskola hija aktar importanti mill-isport. L-isport huwa mezz kif wieħed jitgħallem jagħmilha ma’ ħaddieħor u fl-istess ħin jagħti ċertu sens ta’ dixxiplina. Lil dawn il-ġenituri ngħidilhom li l-istatistika turina li dawk it-tfal li jilagħbu f ’xi sport partikolari u jistudjaw iġibu marki ferm tajbin fl-eżamijiet. Huwa importanti li sa minn età żgħira t-tfal filwaqt li jagħtu l-importanza meħtieġa lil-lat akkademiku jipprattikaw ukoll xi sport partikolari. Is-suċċess li kellha l-Iskola Nazzjonali tal-Isport tixhed dan kollu. Allura ejja nħajru aktar tfal jieħdu sehem attiv f ’xi sport ħalli jkollna soċjetà aktar b’saħħitha kemm fiżikament kif ukoll intelletwalment.


14

16.04.2017

Mill-attakk ta’ Charlie Hebdo fi Franza reġgħet infetħet il-ġerħa ta’ terrur li d-dinja kienet ilha ma tħoss minn wara l-attakki fuq it-Twin Towers tal-2001. Għalkemm ilġerħa tagħha qatt ma kienet għalqet madankollu moħħ il-bniedem kien qabad jinsa s-sogħba li jħalli fuq l-umanità attakk ta’ dan it-tip. Mhux għax ma kienx hemm oħrajn, fosthom f ’Londra u Madrid, iżda donnu minn Pariġi reġgħet bdiet katina t’attakki terroristiċi bil-għan li jitterrorizzaw id-dinja globalment. Għalkemm fil-verità d-dinja xorta baqgħet miexja u ftit kienu l-attakki li rnexxielhom iwaqqfu partijiet minn pajjiżi milli jiffunzjonaw għal xi ġranet, it-terroristi fid-dinja tal-lum xorta qed jiksbu l-importanza meħtieġa biex jiksbu ċertu kontroll fuq s-soċjetajiet f ’pajjiżi madwar id-dinja. Dan ukoll meta tqis il-fatt li permezz tal-manuvri terroristiċi tagħhom qed jiddeterminaw ukoll l-aġenda politika ta’ bosta nazzjonijiet. F’din ix-xena l-Istat Iżlamiku kif ukoll il-gwerer fis-Sirja, bitterrur tagħhom qegħdin ikomplu jsaħħnu l-qiegħa biex kull ma jmur il-konfrontazzjonijiet jiħraxu. Mill-virtwali għad-dmija fit-triq L-attakki virtwali tal-Istat Iżlamiku kienu fundamentali biex jinbet u jinbena fuqu l-pjan tal-istess stat. Dan għaliex biex seta’ jibda l-pjan tiegħu l-grupp kellu bżonn isib mod kif isieħeb miegħu estremisti minn madwar id-dinja. Dawn l-attakki

Naħseb li bħala mudell diġà wrejna li fejn wieħed ikollu r-rieda politika u fejn wieħed ikollu viżjoni ċara li ma tistax tifred is-sigurtà u l-paċi talMediterran minn dik tal-Ewropa, bil-persważjoni u sintendi b’ħafna paċenzja tista’ tagħmel differenza

kullhadd.com

saru primarjament permezz ta’ fil- is-sena seħħew għadd t’attakki oħra mati li jbeżżgħu u jissensazzjonal- ta’ dan it-tip, fosthom dawk tas-16 izzaw lil min jarahom. Għalkemm u l-21 ta’ Frar li b’kollox ħallew 25 dawn l-attakki ma kinux b’xi użu persuna mejta u l-attakk tal-20 ta’ ta’ bomba jew armi oħrajn, l-infil- Marzu li ħasad il-ħajja ta’ 23 ruħ. trazzjoni ta’ videos fis-siti soċjali Il-bombi suwiċida wkoll jibqgħu fuq l-internet kienu pedina impor- mezz mill-aktar popolari. Dan anke tanti fl-istrateġija tal-Istat Iżlamiku. minħabba l-fatt li l-Istat Iżlamiku Dan hekk kif kien l-ewwel attentat għandu anke skejjel fejn iħarreġ li jħajjar estremisti madwar id-dinja lit-tfal kif iwettqu dat-tip t’attakli jissieħbu magħhom. Madankollu, ki. Eżempji t’attakki ta’ dan it-tip xi ħaġa li żgur ma kinitx prevista insibu dik ta’ ġewwa s-Sehwan kien li permezz ta’ dawn il-videos ġewwa l-Pakistan tas-16 l-Istat Iżlamiku rnexxielu jirbaħ ta’ Frar u dawk tas-6 is-simpatija ta’ żgħażagħ ribellużi li ta’ Marzu telqu minn pajjiżhom għax ħasbu li dan il-grupp kien se joffrilhom xi sens t’avventura. Madankollu li għamel il-kampanja onlajn ta’ suċċess kien il-fatt li meta ma swewx biex tintrebaħ is-simpatija, ħadmu biex jiżirgħu l-biża’. Dan fil-waqt li dawn l-istess filmati bdew jintwerew fuq it-televixin u l-aħbarijiet Stephen Calleya u b’hekk irnexxielhom jinfirxu iktar, lil hinn mis-siti soċjali fuq l-internet. Madankollu hawn bosta li jaħsbu li l-mod ta’ kif inbidel il-ħsieb tal-filmati u l-propoganda f ’dawn is-sentejn turi kif l-Istat Iżlamiku fil-verità mhux qed jirnexxi. Dan għaliex fil-bidu l-filmati kienu indirizzati primarjament biex inisslu biża’ f ’pajjiżi l-bogħod minn arthom. Madankollu l-filmati issa donnhom għandhom messaġġ pjuttost differenti, wieħed li juri l-kobor tal-estremiżmu Musulman. Dan jista’ jkun minħabba l-fatt li l-estremisti qed iħossu l-effetti tal-attakki fuqhom mill-Gvern Sirjan, dak Russu u r-ribelli tal-post. Madankollu l-filmati dejjem kellhom żewġ appelli prinċipali, dak biex in-nies jingħaqdu magħhom jew inkella jkollhom ibaxxu rashom quddiem il-qilla talIstat li se twassal biex “ixxarrab l-Ewropa kollha bid-dmija.”

trid imbagħad dak li jkun jagħmel xelta editorjali li jiffoka fuq attakki li l-ewwel nett ikunu aktar ġeografikament qrib ta’ fejn tkun inti u ġeneralment jew fl-Ewropa, jew fl-Istati Uniti, fid-dinja tal-Punent kif ko n -

Meta wieħ l-attakki ma dawk pa, wieħed jinnot jiġu mwet-

ĠERĦA LI MA T MHUX INLAĦĦ

Varjazzjoni fl-attakki Meta tħares lejn l-attakki li saru f ’pajjiżi Ewropej u dawk tan-naħa ta’ Fuq l-attakki varjaw fil-mod ta’ kif bdew jiġu mwettqa. Jekk tħares lejn l-attakki li jsiru f ’pajjiżi talLvant, l-attakki f ’pajjiżi bħall-Eġittu u Afganistan baqgħu jiġu mwettqa bl-istess mod. L-attakki li saru f ’dawn il-pajjiżi tul din is-sena tinduna li bosta ġew imwettqa permezz ta’ bombi fit-toroq u bombi suwiċida. Meta tħares lejn l-attakk bil-bombi fit-triq nhar is-26 ta’ Frar, li qatlu sitt persuni fosthom ġurnalista prominenti Shifa Gardi ġewwa Mosul fl-Iraq, ma tistax ma tqabblux mal-attakki bl-istess mod ta’ nhar l-10 ta’ Marzu ġewwa Arish fl-Eġittu li ħallew żewġ pulizija mejta u erbgħa oħra midruba. Mod ieħor popolari f ’dawn il-pajjiżi hu permezz ta’ karozza bomba. Attakk ta’ dan it-tip kien dak f ’Baghdad flIraq ta’ nhar is-sittax ta’ Frar li ħalla 59 persuna mejta filwaqt li 60 oħra tħallew midruba. Dan il-mezz huwa popolari ħafna f ’din il-belt fejn din

ġeww a Aleppo fis-Sirja. L-attakk fil-Pakistan kien wieħed mill-ikbar tal-Istat Iżlamiku fejn ħalla 88 persuna mejta u darab 250 persuna oħra. Tkellimna mad-Direttur tal-Akkademja Mediterranja tal-Istudji Diplomatiċi, il-Professur Stephen Calleya li tkellem fuq il-fatt li dawn it-tip t’attakki għalkemm huma kbar ma nisimgħux daqshekk fuqhom. “Illum tant qed isiru attakki li l-mezzi tal-midja qed ikollhom diffikultà biex, biex ngħid hekk, ilaħħqu mal-ġrajjiet li jkunu għaddejjin. Sintendi mingħajr ma

n a nsejħulha, id-dinja żviluppata. It-tieni nett li għandhom relazzjonijiet millqrib, fejn ikunu qed isiru dawn l-attakki mal-pajjiż li inti tkun ġej minnu.

huwa wieħed ferenti minn daw Lvant. Wieħed m


15

16.04.2017

kullhadd.com

ħed iqabbel dawn k li saru fl-Ewrota li l-mod ta’ kif tqa l-attakki

pjanati kien dak ta’ 2015 f ’Pariġi li kien ukoll l-ewwel wieħed millIstat Iżlamiku f ’pajjiżi Ewropej. L-ippjanar tal-attakk sar permezz ta’ komunikazzjoni sħiħa mal-mexxejja estremisti tal-Istat lil h i n n

f ’Pariġi. Irnexxielu joħloq fin-nies sens ta’ insikurezza u biża’ li attakk seta’ jseħħ fi kwalunkwe post f ’kull ħin. Stephen Calleya tkellem fuq il-possibilità li jkollok attakki kkordinati. Hu qal, “Forsi hemm xi ħadd ukoll qed jagħmel kordinazzjoni, mhux bniedem wieħed imma bħal meta nsemmu moviment terroristiku u jkun qed iħajjar u nafu li hekk qed isir, ikun qed iħajjar nies biex dat-tip t’attakki jiġu segwiti.” F’din is-sena wieħed jista’ jħares lejn l-attakk fi Stokkolma fejn persuna s a q e t trakk għal fuq

għandek ħafna nies li qed jikkupjaw, fis-sens li qed isibu l-okkażjoni li jaħsdu lin-nies meta jaħsbu li jkun hemm mument li jistgħu jagħmluh.” Dat-tip t’attakki rajniehom anke ġewwa Istanbul fejn persuna waħedha attakkat permezz ta’ sparaturi ġewwa diskoteka waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejlet l-ewwel tas-sena. Madankollu, kif spjega Calleya l-għan tat-terroristi hu li binnuqqas ta’ previdibbiltà tagħhom jirnexxilhom inisslu fin-nies ċertu biża’ li twaqqaf ħajjet in-nies. Fi kliemu, “M’hemm ebda dubju li qed ngħixu f ’mument ta’ tensjoni qawwija. Mument ta’ tensjoni qawwija għax dak li jkun, irid jew ma jridx, jara li dawn it-tip t’attakki qed juru li jistgħu isiru meta jridu, fejn iridu u kif iridu u ħlief il-fatt li bniedem ibiddel ħajtu u ma jkunx daqshekk ħabrieki, ħabrieki fis-sens li jmur għall-avvenimenti, joħroġ, imur anke għall-quddiesa, imur jivvjaġġa, jipparteċipa f ’ħafna attivitajiet. Jekk hemm bniedem li mhux lest li ma jagħmilx dawn l-affarijiet, sintendi naħseb m’hawn ħadd li hu lest li ma jagħmilhomx, ftit hemm li tista’ tagħmel f ’mument bħal dan. Qed naraw tensjoni kbira madwar id-dinja u l-indikazzjonijiet huma li dawn it-tip t’attakki se jkomplu.”

da li jagħmel limited military action.” Malta f ’dan kollu

Għalkemm dejjem deher li f ’pajjiżna fl-ebda punt ma kellna riskju għoli ħafna t’attakk, xorta waħda rajna żieda fis-sigurtà f ’pajjiżTerroriżmu min-nazz- na. Dan speċjalment meta wieħed iħares lejn is-Summit fuq l-immijonijiet grazzjoni fejn anke kellna għajnuna Dan l-aħħar rajna mhux mill-armata Ġermaniża biex pajjiżbiss attakki mill-Istat Iżla- na ikun wieħed sigur u jkun jista’ miku iżda wkoll attakki li jilqa’ lill-kapijiet ta’ bosta pajjiżi nazzjonijiet qed jagħmlu f ’post wieħed. Għalkemm din fuq persuni innoċenti. il-kobba mħabbla ma tidhirx li ser Eżempju ċar ta’ dan huwa tinħall malajr pajjiżna xorta waħda l-attakk li s-Sirja għamlet qiegħed ikun kruċjali biex tinstab bl-użu ta’ kimiċi. Wara soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni dan l-attakk il-President kemm jista’ jkun malajr. Calleya Kitba ta’ COLIN DEGUARA Trump ordna attakk fuq il- saħaq kif, “Malta bħalma dejjem bażi Sirjana minn fejn beda għamlet mill-Indipendenza ’l hawn, l-attakk kimikali. L-attakk imma jekk niffukaw fuq il-mument qajjem bidu ta’ kunflitt bejn t’issa fil-Presidenza tagħna tal-KunPutin u Trump. Dan wassal sill tal-Unjoni Ewropeja, qed tkun biex Putin iwiddeb lil Trump ta’ mudell u qed tagħti anke widen li jekk jattakka lir-reġim t’As- għall-kwistjonijiet kollha li għandsad se jkun qed jaffaċċja kon- na madwarna. Qed ngħinu ħafna fil-laqgħat li qed ikollna mal-mexxsegwenzi negattivi. Calleya qal, “Ħadd ma stenna li ejja kollha tal-Ewropa biex huma se nerġgħu naraw xeni bħal dawk jagħtu kas aktar il-problemi li hawn li rajna, nies jiġu maqtula bl-użu madwarna u kemm jista’ jkun anke tal-gass, nies innoċenti. Bilfors li jindaħlu bid-diplomazija u l-għadat-tip t’attakk wieħed isejjaħlu jnuna ekonomika biex jippruvaw attakk terroristiku għaliex anke fi jibdew jagħmlu bidla fis-sitwazzgwerra għandu jkun hemm ċertu joni ta’ madwarna. Rajna ħafna linji li wieħed ma jgħaddix minn laqgħat diġà fl-ewwel ftit xhur fuqhom. Fis-sens li nies innoċenti tal-Presidenza tagħna tal-Unjoni s t a b - ma jiġux attakkati u ma jridux jiġu Ewropeja, kemm dawk li saru hawn biliment attakkati deliberatament, jiġifieri Malta kif ukoll dawk fi Brussell, tax-xiri u attakkati u ma jkunx hemm l-ebda fejn il-mexxejja tal-Ewropa diġà taw widen tal-messaġġ ta’ Malta ħalla erba’ dubju li dawn kienu fil-mira.” persuni mejta. Stephen Calleya tkellem ukoll fuq kemm fuq il-kwistjoni tal-Lvant Dan l-attakk jix- il-fatt li kienu biss erba’ pajjiżi li Nofsani, tal-gwerer differenti li bah ħafna lil dawk ma qablux mal-azzjoni li ħa l-Pres- hawn madwarna, speċjalment anke li saru ġewwa Nizza fi ident Trump. Hu stqarr, “Id-dinja fis-sitwazzjoni li għandna ġewwa Franza nhar l-14 ta’ Lul- kollha ħlief erba’ pajjiżi, ir-Russja, l-Libja u sintendi anke meta nsemju 2016 li kien ħalla 86 per- is-Sirja nnifisha, l-Iran u anke jekk mu s-sintomi ta’ dan il-kunflitti, suna mejta, u dak ġewwa Berlin m’iniex sejjer żball il-Korea ta’ is-sintomu tat-terroriżmu, is-sintotad-19 ta’ Diċembru 2016 li kien Fuq, naħseb kulħadd laqa’ pożit- mu tat-traffikar ta’ nies, ta’ refuġjaħalla 12-il persuna mejta. tivament ir-reazzjoni ta’ Donald ti u ta’ nies li qed jitilfu ħajjithom. Calleya qal ukoll li hemm possi- Trump u l-Istati Uniti fis-sens li Naħseb li bħala mudell diġà wrejna bilità oħra li qed tkompli taġevola ħadd ma jrid eskalazzjoni tal-gwer- li fejn wieħed ikollu r-rieda politika m i l l - E w r o p a . lit-terroristi tal-Istat Iżlamiku. Cal- ra kontra s-Sirja. Iżda fl-istess ħin u fejn wieħed ikollu viżjoni ċara li L-attakk ħoloq l-ef- leya saħaq li, “Meta tara dan it-tip meta wieħed jara dat-tip ta’ xeni ma tistax tifred is-sigurtà u l-paċi fett mixtieq minħabba l-mod t’attakki tgħid li jista’ jkun li hemm bilfors jieħu ċertu azzjoni, imb- tal-Mediterran minn dik tal-Ewrota’ kif twettaq. Dan għaliex il-fatt xi copycat, li bniedem jara attakk u għad wieħed jista’ jagħmel dibattitu pa, bil-persważjoni u sintendi li f ’temp ta’ ftit sekondi seħħew jikkupjah. Nafu li sar attakk ġewwa fuq liema tip t’azzjoni. Pereżempju b’ħafna paċenzja tista’ tagħmel difbosta attakki seperati kkonċentrati Londra ftit ġimgħat ilu u għalhekk f ’dan il-każ Donald Trump iddeċie- ferenza.”

TINGĦALAQX U ĦQU MAGĦHA

pjuttost difwk tal-pajjiżi talmill-iktar attakki

Mument ta’ tensjoni qawwija għax dak li jkun, irid jew ma jridx, jara li dawn it-tip t’attakki qed juru li jistgħu jsiru meta jridu, fejn iridu u kif iridu



17

16.04.2017

kullhadd.com

ŻEWĠ KARATTRI, ŻEWĠ BAGALJI, DESTIN MHUX MAGĦRUF • L-AWTUR CLIVE PISCOPO DWAR ID-DRAMM IL-ĠDID FEJN JEĦODNA R-RIĦ U L-VJAĠĠ TAL-ISTORJA MILL-PINNA GĦALL-PALK

Id-dramm il-ġdid tiegħek se jlaqqagħna ma’ żewġt aħwa b’passat kemxejn kurjuż u l-bagalji huma simbolu b’saħħtu fl-istorja. X’tista’ tistenna l-udjenza?

Ma hemm ebda kors li jħarrġek biex issir drammaturgu, u nafu li fil-fatt int bdejt triqtek fuq il-palk bħala attur. F’liema punt tal-karriera tiegħek għidt: “Iva, lest nikteb dramm jiena stess”?

Vjaġġ interessanti mmens! Dawn iż-żewġt aħwa ilhom jivvjaġġaw għal dawn l-aħħar 18-il sena. Ħadd ma jaf isimhom. Ħadd ma jaf minn fejn ġejjin jew x’ġejjin jagħmlu Malta. U kif innutajt tajjeb ħafna inti, ħadd ma jaf x’hemm f ’dawk iż-żewġ bagalji! Allura tista’ timmaġina: L-udjenza ġejja tara dan id-dramm b’dawn il-mistoqsijiet kollha. Rollercoaster ta’ vera! Mingħajr ma nikxef ħafna, ngħid lill-qarrejja tagħkom li t-tweġibiet se nibdew nagħtuhom mill-ewwel xena! U se jkunu sorpriżi u sorpriżi ħafna! Fuq id-dramm ngħid biss li hemm mumenti komiċi u hemm mumenti sbieħ immens li jdaħħku u jemozzjonaw lilna kull darba li nagħmluhom. Aħseb u ara ’l-udjenza!

Il-kitba u t-teatru qisni bdejthom fl-istess żmien. Għalkemm tħarriġt kemm lokalment kif ukoll l-Ingilterra, l-ikbar lezzjonijiet li ħadt f ’din l-industrija kienu l-esperjenzi nfushom. Meta bdejt nirreċta bdejt b’partijiet żgħar imma jien dejjem kelli l-mentalità li mhux kemm hi kbira l-parti li jgħodd, jew f ’liema teatru se taħdem, imma li tagħti l-massimu tiegħek f ’dak li qed tagħmel. Hekk biss tista’ tikber u ssir aħjar. Imbagħad dejjem tmur għal sfidi ġodda. Jien inħobb nagħżel sfidi li jbeżżgħuni. Hekk biss nista’ nikteb bħala artist.

Dan mhux l-ewwel dramm li ktibt u pproduċejt, u forsi hija xi ħaġa naturali li parti minnek jew minn persuni viċin tiegħek (dehra jew karatteristiċi) joħorġu mill-pinna. F’dak li se naraw fuq il-palk, kemm minnu ħareġ mill-passat, preżent, jew persuni viċin ħafna ta’ Clive Piscopo? Din l-istorja hija riżultat ta’ esperjenza ċkejkna li ġratli l-Italja. Kont ma’ tlett iħbieb fuq ferrovija wara ġurnata vjaġġar. Jien u nħares barra mit-tieqa lejn in-nies li kien hemm fl-istazzjon jistennew biex jitilgħu, nara tnejn min-nies: wieħed ta’ xi 30 sena u l-ieħor ta’ xi 18. It-tnejn lebsin suit u b’bagalja kull wieħed. Biex ngħaddi l-ħin, pruvajt nimmaġina kif kienet tkun l-istorja ta’ dawn it-tnejn ta’ quddiemi kieku kelli ngħidha jien. F’kemm ilni ngħidlek, ilmistoqsijiet bdew ġejjin waħidhom: Min kienu dawn it-tnejn? Minn fejn kienu ġejjin? Fejn kienu sejrin? U fuq kollox x’kellhom filbagalji tagħhom. Meta mbagħad bdejt nikteb, l-unika ħaġa kienet li niffoka biex ngħid l-aqwa storja possibbli. Huwa biss wara, li forsi tibda tinduna kemm l-emozzjonijiet u esperjenzi personali jinfluwenzawk inkonxjament.

Naħseb wieħed mill-iktar mumenti ta’ sodisfazzjon huwa meta tara l-karattri li twieldu mill-pinna tiegħek jieħdu l-ħajja fuq il-palk. Dejjem ħriġt sodisfatt blinterpretazzjoni tal-atturi? Ġieli kien hemm karattru li ma ħariġx kif xtaqt? Hija esperjenza sabiħa u stramba fl-istess ħin. Filli tisma’ l-karattri f ’moħħok għal madwar sentejn u filli tarahom jieħdu l-laħam quddiemek. Biex tkun sodisfatt, importanti ħafna li tagħżel atturi li ġenwinament lesti li jaħdmu miegħek bl-iskop li noħolqu l-aħjar prodott. Fix-xogħlijiet tiegħi, ta’ spiss niddiskuti mal-atturi tiegħi, imma daqstant ieħor nirrispetta l-libertà u l-kreattività tagħhom. F’FEJN JEĦODNA R-RIĦ fdajt ix-xogħol tiegħi f ’idejn Lee-N Abela, direttriċi u attriċi bravissima. Li l-kittieb, id-direttur, u l-atturi jieħdu gost jaħdmu flimkien biex iwasslu storja hi, l-aqwa riċetta. Għażla iebsa. Tista’ tagħmel ħaġa waħda biss minn issa ’l quddiem fil-karriera tiegħek, liem tagħżel, ilkitba jew ir-reċtar? Nirreċta. Hi esperjenza li tgħixha ma’ ħaddieħor. Il-kitba iktar solitarja. Id-Dramm se jittella’ f ’ St.James Cavalier mill-Ġimgħa 21 ta’ April sal-Ħadd, 30 ta’ April.

Iddeskrivili l-kast fi tliet kelmiet. Imġienen. Dedikati. Enerġetiċi.

Iddeskrivili l-istorja ta’ Fejn Jeħodna r-Riħ fi 3 kelmiet. Ġirja. Qawwija. Kommoventi.

X’elementi tipprova żżomm f ’moħħok int u tikteb dramm? Li nagħti l-aqwa esperjenza lill-pubbliku li ġej jarana. Ħafna drabi nikteb xogħol li jien stess nixtieq nara fuq il-palk. Ngħid għalija, jien inħobb stejjer li jdaħħquk u fl-istess ħin isammruk. Stejjer li jżommuni mwaħħal mas-siġġu u rrid iktar. Qed naħdem biex din l-esperjenza nittrażmettiha lin-nies.


18

16.04.2017

1

MADWAR kullhadd.com

L-ISTATI UNITI

FIL-QOSOR

1

APPLE B’PERMESS GĦALL-KAROZZI

F’Kalifornja, fl-Istati Uniti, il-kumpanija Apple kisbet ilpermessi biex tibda l-ittestjar ta’ karozzi li jsuqu waħedhom. Il-permess, maħruġ mid-Dipartiment tal-Vetturi f ’Kalifornja jippermetti lill-kumpanija tibda l-ittestjar fuq tliet vetturi ibridi (hybrid) b’sitt sewwieqa lesti biex jieħdu lura l-kontroll skont il-ħtieġa. Apple dejjem żammet mistura l-intenzjonijiet tagħha f ’dan il-qasam. Biex issa daħlet f ’kompetizzjoni ma’ 29 kumpanija oħra li f ’Kalifornja rċivew il-permess biex iwettqu testijiet. Dan ma jfissirx li neċessarjament il-kumpanija għandha l-għan li tiżviluppa u tibni l-karozzi, imma forsi taħdem fuq software jew apparat assoċjat ma’ din it-teknoloġija. Uħud mill-kumpaniji jsostnu li l-ewwel karozzi ta’ dan it-tip se jkunu preżentati fl-2020, għalkemm bosta esperti jbassru li għad fadal ferm iżjed.

2

L-ITALJA

3

IT-TURKIJA

IL-PAPA: MISTĦIJA GĦALL-KNISJA U L-UMANITÀ Papa Franġisku ma qagħadx lura fi kliemu, u f ’ċerimonja talĠimgħa l-Kbira talab il-maħfra t’Alla għall-ħsara li membri ordnati tal-Knisja għamlu lill-istess Knisja. Talab maħfra għax-xeni tal-misħija ta’ kuljum: ta’ pesuni midruba kuljum f ’xeni ta’ bliet ibbumbardjati, immigranti jegħrqu, u nies ippersegwitati minħabba l-kulur tal-ġilda, l-etniċità jew l-istat soċjali tagħhom. Dan fil-Via Crucis fil-Kolossew f ’Ruma li għalih attendew mal-20,000 persuna, f ’sigurtà stretta wara l-attakki terroristiċi fl-aħħar żminijiet. Din it-talba bit-temi tal-mistħija u t-tama waslet wara ċerimonja ta’ madwar sagħtejn. Il-Papa esprima t-tama li minkejja dak li jidher hu t-telfa tiegħu, il-ġid u s-sewwa fl-aħħar nett jittrijonfaw.

REFERENDUM STORIKU L-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika fit-Turkija mmarka tellieqa missielta bejn l-‘Iva’ u l-‘Le’ f ’referendum illum li jista’ jwassal biex il-President Recep Tayyip Erdogan jikseb poteri ikbar fit-tmexxija tal-pajjiż. Vot Iva mistenni jagħti iktar saħħa lil Erdogan, li wara l-elezzjoni tal-2019 (u t-tmiem talkariga ta’ Prim Ministru) jieħu r-responsabbiltà ta’ bosta mid-deċiżjonijiet, fosthom il-baġit u l-ħatra ta’ ġudikanti. Dan anke b’tisħiħ fl-ekonomija, u t-tama ta’ rikonċiljazzjoni nazzjonali u relazzjoni aħjar mal-UE. Vot Le ma tantx hu mistenni li jġib differenzi, għalkemm hu mbassar li jkompli l-inċertezzi u l-possibiltà ta’ ġlied. Dan minbarra li l-lira u l-ekonomija Torka jkomplu jbatu. Kollox ma’ kollox hemm min jittama f ’rebħa żgħira għal-Le, bit-tama li Erdogan jaċċetta t-telfa u jaħdem biex jinkiseb lura l-bilanċ bejn il-Parlament u l-President. Possibiltà li però mhux mistennija sseħħ.


R ID-DINJA

19

16.04.2017

kullhadd.com

6

IL-KOREA TA’ FUQ

5 2

3

4

6

PARATA BIL-MISSILI

Wirja ta’ poter militari fil-Korea ta’ Fuq, hekk kif f ’parata fi Pyongyang is-Sibt kienu esebiti missili ballistiċi. Parata li fiha l-mexxej Korean Kim Jong Un deher sodisfatt bil-wirja sofistikata u impressjonanti ta’ pajjiżu. Il-messaġġ aħħari kien li l-Korea ta’ Fuq lesta tirritalja għal kull attakk li jseħħ fil-konfront tagħha. Il-parata, li fiha Kim Jong Un ma indirizzax lil dawk preżenti, issir kull sena biex tfakkar it-twelid ta’ Kim Il Sung, l-ewwel mexxej tal-Korea ta’ Fuq, u n-nannu tal-mexxej preżenti. Dan kollu seħħ f ’tensjonijiet internazzjonali dejjem tilgħin, bil-Korea ta’ Fuq xejn kuntenta b’Forzi Amerikani fiż-żona.

5 4

IR-RUSSJA

L-AFGANISTAN

BARRA MILL-EUROVISION IL-BOMBA MOAB TOQTOL 94 RUĦ

Mill-inqas 90 ġellied u erba’ kmandanti tal-Istat Iżlamiku nqatlu fl-attakk Amerikan fid-distrett Archin, fl-Afganistan. Sostna dan uffiċjal Afgan is-Sibt filgħodu, b’reazzjoni għall-attakk li seħħ il-Ħamis filgħaxija permezz tal-ikbar bomba mhux nukleari li teżisti, magħrufa bħala MOAB – Massive Ordinance Air Blast Bomb. Bomba itwal minn disa’ metri u b’piż ta’ madwar 10 tunnellati. Matul il-jum tas-Sibt komplew it-tfittxijiet għal iżjed iġsma bla ħajja. Intant fi stqarrija l-Ġimgħa, l-Istat Iżlamiku qal li l-ebda mill-ġellieda tiegħu ma mietu jew indarbu. Min-naħa tiegħu l-President Amerikan Donald Trump faħħar il-militar Amerikan: “Jekk tħares lejn dak li ġara fl-aħħar tmien ġimgħat u tqabblu ma’ dak li verament ġara fl-aħħar tmien snin, tinnota differenza tremenda.”

Ir-Russja mhux se tieħu sehem fil-Eurovision ta’ din is-sena. Wara li awtoritajiet Ukreni ħarġu mandat biex ilkantanta Russa ma titħalliex tidħol fl-Ukrajna, il-European Broadcasting Union offriet żewġ alternattivi – jiġifieri li r-Russja tipparteċipa permezz ta’ trażmissjoni bis-satellita, jew tinbidel il-kantanta għal waħda li setgħet tivvjaġġa lejn l-Ukrajna. Iż-żewġ proposti ġew miċħuda minn Channel One firRussja, li ħabbru li lanqas ma kienu se jxandru l-Eurovision Song Contest 2017. Dan il-mandat kontra l-kantanta Yulia Samoylova ħareġ minħabba wirja tagħha fil-Krimea fl-2015. Din hi l-ewwel darba li l-pajjiż organizzatur waqqaf kompetitur ta’ pajjiż ieħor milli jidħol fil-pajjiż, u bosta akkużaw lill-Ukrajna li qed tippolitiċizza l-kompetizzjoni.


20

16.04.2017

kullhadd.com

PAJJIŻNA MHUX ESPERIMENT CATHERINE

FENECH Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL

Skont il-kostituzzjoni chairman jiġi maħtur mill-President tar-Repubblika, fuq parir tal-Prim Ministru wara konsultazzjoni mal-Kap tal-Oppożizzjoni. Imma għall-PN din tgħodd biss għal meta jkunu fil-gvern huma. Tant kemm huma ossessjonati bil-poter u bid-dritt divin li jmexxu li issa fl-Oppożizzjoni jesiġu li jaħtru l-istituzzjonijiet huma. Għax fejn ma jogħġobhomx jipprotestaw, fejn ma tiġihomx żewġ jaraw kif se jħassru. Issa l-Kummissjoni Elettorali m’għadhiex tinħatar sew qalu. Meta kienet tinħatar il-Kummissjoni Elettorali fi żmienhom qatt m’attakkaw din l-istituzzjoni u sejħulha biased. L-istess iridu jiddettaw għal kull awtorità indipendenti oħra inkluż l-Awtorità tax-Xandir. Iridu jaħtru lil min jidhrilhom huma, kull kejk iridu jaqsmuh u jduquh huma l-ewwel. Draw ikunu minn fuq u privileġġjati qed ngħid. Għax din oħra tal-kriminalità. Dejjem l-istess diska mġenġla tat-tmeninijiet. Bi gvern Laburista jkun hawn id-dlam, il-biża, il-kriminalità mbierek Alla tgħolli rasha taħt il-Labour biss. Avolja kont għadni tifla żgħira niftakar li fil-bidu tas-snin 90 kien hawn tħassib li l-kriminalità partikolarment serq u każi tad-droga bdew jiżdiedu b’mod allarmanti. Meta l-Prim Ministru ta’ dak iż-

żmien kienu jsaqsuh x’qed jikkawża din il-mewġa ta’ kriminalità, kien iweġibhom billi jgħid li dan qed jiġri mhux tort tal-Gvern imma għaliex ‘’il-poplu qed jitlef il-morali.’’ Għal PN, taħt Gvern Nazzjonalista l-kriminalità sseħħ għax tlifna l-morali, taħt Gvern Laburista l-kriminalità sseħħ tort tiegħu. Partit b’saħħtu, b’viżjoni, kredibbli u stabbli ma jiħux deċiżjonijiet minn wara l-Eżekuttiv u d-delegati tiegħu, minn wara d-deputati, il-kandidati, l-attivisti u l-membri tiegħu. Kwistjoni hekk serja ta’ koalizzjoni ma’ partit ieħor ma toħroġx fil-pubbliku u saħansittra jiġu ppublikati it-termini u l-kundizzjonijiet fuq il-mezzi tax-xandir qabel ma jiġu kkonsultati l-uffiċjali tal-partit. Aħseb u ara kemm jista’ jitqies partit serju l-PN meta l-kandidati tiegħu ħassewhom irrabjati għaliex saru jafu b’dan kollu minn fuq il-midja soċjali u minn fuq il-ġurnali. U bir-raġun jirrabjaw hekk kif waħda mill-kapijiet tal-koalizzjoni pubblikament irrelegat lill-kap l-ieħor bħala student tagħha. Jirrabbjaw ukoll għall-fatt li l-kandidati jridu jgħaddu mill-iskrutinju u l-approvazzjoni tal-bord rispettiv imma hemm min għandu l-barka tal-kapo u jiġi approvat bla ebda skrutinju. It-trasparenza u l-ġustizzja tassew jeċċellaw fi ħdan ilPN. Dawn jiddiskriminaw fost il-membri ta’ darhom stess aħseb u ara x’jagħmlu minn fost il-poplu jekk ikunu jerġgħu fil-poter. Il-PL awgura lill-PN li issa għandu żewġ kapijiet. Jidher li l-PN se jkollu aktar kapijiet milli indjani. Wara li dan il-Gvern qajjem lil dan il-pajjiż mill-koma u refgħu minn xagħru, ma tistax tħalli lil min qed joffri

lill-pajjiż, futur inċert ibbażat fuq esperiment. Qatt mhu ż-żmien li pajjiż tesperimenta bih. Il-koalizzjoni offruta mill-Oppożizzjoni ġiet deskritta bħala esperiment. Lesti intom li tesperimentaw bl-istabilità ta’ ħajjitkom, bil-futur tagħkom, tal-familji tagħkom, ta’ wliedkom, ta’ l-anzjani tagħkom? Dan li ġie ddikjarat minn din il-koalizzjoni: “Agħtu ċans lil dan l-esperiment.” Mela pajjiżna u ħajjitna huma xi laboratorju? Żelqa waħda u pajjiżna jerġa’ jaqbad ir-rotta l-ħażina. Ilpajjiż gawda minn tmexxija stabbli u ta’ kredibilità. Ikun tassew dnub li l-pajjiż jerġa’ jitpoġġa f ’biża’ ta’ instabbiltà politika li twassal għall-kollass ekonomiku u nixfa filħolqien ta’ opportunitajiet ta’ investiment u xogħol, b’detriment għal żieda fil-qgħad fost iż-żgħażagħ tagħna. Imbagħad fuq kollox, kif tista’ tafda partit hekk kif jippontifika fuq il-governanza tajba u t-trasparenza u mbagħad minn fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni stess qed jaħdem skemi ta’ kif idur mal-liġijiet tal-pajjiż? Kif tista’ tafda l-finanzi tal-pajjiz f ’idejn partit li tefa’ lilu nnifsu f ’qiegħ ta’ baħar ta’ djun u avolja ra kif għamel biex dar u kiser il-ligi tal-finanzjament tal-partiti xorta ma qalax ilmażżra minn ma’għonqu u għadu mgħerreq bid-dejn? Lanqas kien kapaċi jirranġa u jimmaniġġja daru, aħseb u ara l-pajjiż. Għandhom bżonn jieħdu kors fil-Muscatonomics forsi jibdew jieħdu ftit ruħ. U għalhekk għeżież qarrejja, għiduli ftit kif qatt jista’ partit, li meta kien filgvern lanqas qatt ma pproduċa uqija profitt, jifhem u saħansitra jagħmel surplus? Dan kien il-partit li fil-gvern kien jiftaħar li jħalli l-prez-

Qatt mhu ż-żmien li pajjiż tesperimenta bih. Il-koalizzjoni offruta mill-Oppożizzjoni ġiet deskritta bħala esperiment. Lesti intom li tesperimentaw bl-istabilità ta’ ħajjitkom, bilfutur tagħkom, tal-familji tagħkom, ta’ wliedkom, tal-anzjani tagħkom?

zijiet jogħlew u bla mistħija ta’ xejn jipproklama li lesti li jagħmlu d-dejn u mbagħad jitħallas minn uliedna u wlied uliedna. Din responsabbiltà. Dak għaqal. Il-PL huwa partit magħqud, partit wieħed, mexxej wieħed, moviment wieħed. Dan biss jista jiggarantixxi stabilità u kredibilità. Għall-kwistjonijiet li ħoloq ħaddieħor, dan il-gvern biss bil-kredibilità u l-istabilità li qed joffri jista’ jsolvihom. Ħaddiehor ftit xhur qabel l-elezzjoni ġenerali lanqas hu kapaci jippreżenta lilu nniffsu bħala gvern wieħed alternattiv u daħal f ’koalizzjoni minn wara dahar l-uffiċjali tal-partit stess biex forsi jinġabar. Il-PL jilqa’ b’bibien miftuħin

lil min b’rieda tajba jrid jersaq lejn dan il-moviment anki b’fehmiet politiċi differenti u anki iva, għall-ewwel darba sabiex f ’partit wieħed, b’mexxej wieħed inkomplu fit-triq li qed tagħmel lil Malta, lil Għawdex u lil poplu tagħhom suċċess. Għalhekk b’ħeġġa qed nerġa’ nitfa’ n-nomina tiegħi sabiex nerġa’ nservi bħala Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali talPL u b’umiltà nfittex il-fiduċja ta’ sħabi d-delegati. Dan hu l-partit li l-għażiża ommi, il-Bambin jagħtiha l-glorja tal-ġenna, kienet dejjem tgħallimni biex dejjem inħobb u nħaddan l-ideali soċjal-demokratiċi tiegħu, għax huwa biss il-PL li jimpurtah miż-żgħir, il-PL biss irid ikun biex joħloq u jsaħħaħ il-middle class, il-PL biss jimpurtah mill-familji, mill-ulied u mill-anzjani, mill-edukazzjoni u mis-saħħa tagħhom. Il-PL jimpurtah li jkollok il-mezzi sabiex tipprovdi l-platt fuq il-mejda u jara li mill-ġid li jinħoloq fil-pajjiż dan jitqassam b’mod ġust fejn dawk li għandhom bżonn l-aktar, huma dawk li jgawdu l-aktar. Il-PL rawwem fija s-sens tal-ġustizzja soċjali u navvanza kemm navvanza fil-karriera, it-twemmin Laburista għallimni li ma nara ’l ħadd qatt dubbien u ma ninsa qatt minn fejn bdejt u bint minn jien, bint il-ħaddiema, li dejjem kielu biċċa ħobż bis-saħħa ta’ xogħol iebes u onest. Jien lesta li nkompli naħdem f ’dan il-moviment ħalli dawn l-ideali jkomplu jitħaddmu hekk kif dan il-poplu wera fiduċja f ’dan il-partit fil-gvern u persważa li se jerġa’ jagħmel l-istess bi ħġaru fix-xhur li ġejjin meta tiġi s-siegħa tal-prova. Nawgura lill-qarrejja ġentili tal-gazzetta Kullħadd, l-Għid it-Tajjeb.


21

16.04.2017

kullhadd.com

X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI

10.04 Tħabbar li matul l-2015 l-investiment f’Malta żdied b’aktar minn 21%.

11.04 Tħabbar li matul l-2015 madwar 200 persuna b’diżabilità bbenefikaw mill-fond tas-Service Allocation Committee li joffri servizzi għall-persuni b’diżabilità fil-komunità.

12.04 Ġiet iffissata d-data ta’ meta għandu jibda x-xogħol fuq il-Proġett tal-Kappara.

13.04 Tħabbar li Malta għamlet biljun ewro f’kapital minn meta tnieda l-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment fi Frar tal-2014.

14.04 Infetħet uffiċjalment outdoor play area f’Disneyland Ward tal-Isptar Mater Dei.

15.04 Ġie deċiż li jitneħħew mit-toroq Maltin 190 billboard illegali.

16.04 Sa din id-data kienu tħallsu lura kważi 6 miljun ewro lil 32,462 persuna, li l-Gvern tal-PN kien serqilhom, bħala taxxa fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi.

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist

Il-Ħamis, 6 ta’ April Isa fl-aħħar, forsi ma tafx kif inserraħ xi ftit moħħi. Għax din tas-salarji ta’ Thake u St John imħallsa mill-grupp db u l-pubblikazzjoni tal-invoices, qiegħda tagħtini f ’għajni wisq. Imma issa naħseb li sibna mod kif noħorġu minnha. Mhux għax kelli xi dubju, għax jien ċert mill-intelliġenza ta’ Simon tagħna. Min hu intelliġenti daqsu?! Issa nini tinvestiga l-Kummissjoni Elettorali biex tkun taf jekk l-eluf li tħallsu kinux verament riklami jew le. Fuq kollox dik affari tagħna, insomma, kummerċjali u mhumiex ħadd ma jista’ jindaħlilna x’nagħmlu. Il-Ġimgħa, 7 ta’ April Ma kienx mument li mort għand Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna. Ma kellux nies u qalli li għandna kandidat li jista’ jkun suċċessur ta’ Simon tagħna. Staqsejtu min hu u weġibni kandidata li kunjomha huwa Muscat Fenech Adami. L-isem daqqli kieku, imma jien lanqas biss jgħaddili minn moħħi li għandna bżonn suċċessur għal Simon tagħna. Simon għadu jibda u għandu ħafna u ħafna x’jagħti lil pajjiżna. Għandu pjani għalkollox. Fi ftit xhur oħra Simon tagħna jkun Kastilja u nibdew ingawdu bil-kbir mill-għerf tiegħu. Viva Simon, Viva Simon, ħej! Is-Sibt, 8 ta’ April Bravu wisq ir-raġel, man! Veru bravu! Tant hu bravu li kapaċi jbassar xi jkun se jiġri. Qalilna ftit tal-jiem ilu li l-inkjesta ta’ Għawdex kienet se tkun whitewash. U hekk hu! Anke l-partit tagħna qabel miegħu u ħareġ jgħid li din l-inkjesta irriżultat f ’whitewash. Mhux faċli tbassar xi jkun se jiġri, imma għal Simon tagħna xejn mhu diffiċli. U t-tbassir li jagħmel kollu jsir realtà. Waħda biss maritlu żmerċ, dik li jekk jitla’ Joseph Muscat ikollna bżonn bailout mill-Unjoni Ewropea. Il-Ħadd, 9 ta’ April Dan it-taħwid ta’ koalizzjoni malPartit Demokratiku ta’ Marlene Farrugia ma nistax nifhmu. X’se tagħmel din, se tingħaqad jew mhix se tingħaqad?! Jien kont qed nistennieha tagħmilha ċara li hija trid tkun l-id il-leminija ta’ Simon tagħna. U mela qegħdin jgħidu, jekk fhimt sew, li jridu jkunu magħna biex ma jħalluniex

nagħmlu li rridu meta nkunu filgvern! Naħseb li qed nifhem ħażin għax Simon tagħna mhux miċ-ċwieċ u jaf x’inhu jagħmel. Tant jaf x’inhu jagħmel li fuq din il-biċċa lanqas biss kellu għalfejn joqgħod jikxef għajnu mad-deputati. It-Tnejn, 10 ta’ April Jien m’inix għaref daqs Simon tagħna, imma bsart li Beppe ma kienx se jieħu gost jara lil Marlene tiġi magħna. U mhux waħdu. Bħalu hemm ohrajn, fosthom Mario, Claudio, Jason u min jaf min aktar. Dawn mhumiex jieħdu gost għax għadhom ma rrealizzawx kemm se nkunu b’saħħitna fl-elezzjoni li ġejja b’Marlene fuq in-naħa tallemin ta’ Simon tagħna u Salvu Mallia fuq in-naħa tax-xellug. U ma nafx għalfejn qegħdin jippretendu li Simon joqgħod jgħidilhom kollox. Mela m’għandhomx fiduċja fil-kapaċitajiet tiegħu, jew!? It-Tlieta, 11 ta’ April Min hu dan iċ-ċuċ ta’ deputat minn tagħna li mar ipaċpaċ fil-vojt kontra Simon tagħna fil-Malta Independent!? Dal-beżżiegħ, għax ma kixifx ismu, mar jgħid li Simon tagħna jgħid mod u jagħmel iehor. Jien ma nafx minn fejn ġabha din, għax Simon tagħna żgur mhux ta’ hekk. Anzi jien lil Simon nipparagunah ma’ Eddie l-kbir għall-konsistenza u l-għerf tiegħu. M’għandix dubju li dan wieħed minn dawk li dik tal-Bidnija kienet qaltilna li qegħdin jaħdmu biex nitilfu l-elezzjoni u mbagħad ikeċċu lil Simon. Imma, nini, nini jirnexxilhom! L-Erbgħa, 12 ta’ April Nispera li mhix xi konfoffa kontra Simon tagħna din li deputati beżżiegħa jmorru jagħtu kummenti lill-ġurnalisti bla ma jgħidu min huma. Sewwa kienet qalet dik tal-Bidnija li għandna deputati li ma jridux li nirbħu l-elezzjoni li ġejja biex ineħħu lil Simon u minfloku ilaħħqu lil xi ħaddieħor. Imissha ilha li qaltilna min huma għax kieku Simon tagħna ma kienx ikollu għalfejn joqgħod jinkwieta, saħansitra anke fil-vaganzi tal-Għid. Ma ħaqqux hekk miskin, wara dak ix-xogħol kollu li qed jagħmel biex jeqred ilkorruzzjoni bl-għeruq u x-xniexel kif darba kien qalilna li se jagħmel il-kbir Eddie!


22

16.04.2017

kullhadd.com

IL-PRESIDENZA MALTIJA FIL-FUTUR TAL-EWROPA MIRIAM

DALLI MEP

60 sena ilu, l-Ewropej ħalfu li kien spiċċa ż-żmien tal-kunflitti u t-tixrid ta’ demm li kkaratterizza lil dan ir-reġjun sa dakinhar. Dan kien iż-żmien fejn il-pajjiżi Ewropej kienu għadhom ħerġin mit-tieni gwerra dinjija bil-konsegwenzi koroh li din ġabet magħha. Il-viżjoni tagħhom kienet ta’ Ewropa ta’ paċi u kooperazzjoni. Mit-tifrik tat-tieni gwerra dinjija twieldet l-Unjoni Ewropea. Il-proġett irnexxa, u l-kontinent ra l-itwal perjodu ta’ paċi fl-istorja tiegħu. Iżda hekk kif it-theddid ta’ gwerer naqsu, ir-relevanza tal-Unjoni Ewropea bdiet tmajna xi ftit fil-perċezzjoni ta’ wħud u beda jqajjem rasu l-ewroxettiċiżmu. Bla dubju, ir-referendum

dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea kien sinjal ieħor li għamilha ċara li l-futur tal-Unjoni Ewropea mhuwiex neċessarjament garantit daqskemm kien maħsub sa ftit snin ilu. Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ġiet waqt li l-Unjoni Ewropea sabet ruħha f ’salib it-toroq, u dan ma jiċħdu ħadd. Il-Presidenza Maltija ġiet f ’mument fejn f ’moħħ ħafna nies l-Unjoni Ewropea hija biss l-istituzzjonijiet remoti. Fir-realtà l-Unjoni Ewropea għandha tkun il-qalba tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jagħmlu differenza fil-ħajja taċ-ċittadini fl-ibliet u l-irħula tal-Istati Membri kollha kemm huma. Biex nassiguraw il-futur tal-Unjoni Ewropea, għandna bżonn politika li tagħraf u tindirizza l-isfidi u t-tħassib taċ-ċittadini tagħha u toħroġ b’soluzzjonijiet Ewropej ghal dawn l-isfidi. Dan huwa r-realiżmu li għandna bżonn f ’dan il-mument. Nemmen li din ir-realtà l-Presidenza Maltija fehmitha u qed taħdem fuqha

bil-fatti. Malta, l-iżgħar pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, qed tibgħat messaġġ ċar lill-mexxejja kollha li l-Unjoni Ewropea jeħtieġ li titkellem il-lingwa tannies, jeħtieg li timbotta aktar l-aġenda soċjali, li taħdem favur riformi soċjali li minnhom igawdu l-ħaddiema, iż-żgħażagħ, l-anzjani u t-tfal. Malta tifhem il-bżonn li naċċertaw futur ta’ paċi u ta’ prosperità, iżda wkoll ta’ sostenibilità, ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar u ambjent b’saħħtu. Aktar minn qatt qabel neħtieġu Ewropa li tpoġġi liżżgħażagħ fiċ-ċentru tagħha u toffrilhom l-ispazju biex jimxu ’l quddiem u jipparteċipaw. Ewropa li toffri serħan il-moħħ liċ-ċittadini u li tkun proattiva u mhux reattiva biss għat-tħassib taċ-ċittadini, anke fuq temi delikati bħall-immigrazzjoni rregolari u s-sigurtà fost oħrajn. Ewropa fejn l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà ma jkunux imwarrba u jingħataw l-opportunità li jirnexxu. Kulħadd jaqbel li s-sistema ta’ presidenza ta’ sitt xhur għal kull stat membru kien mod ta’

kif pajjiż jinfluwenza l-aġenda Ewropea. U f ’dan il-mument ta’ sfidi, il-Gvern Malti kien għaqli biżżejjed biex jagħraf li l-Presidenza Maltija kienet opportunità unika biex nagħmlu l-Ewropa rilevanti għar-realtajiet tal-lum. Il-messaġġ hu wieħed ċar: din il-politika ta’ tiġdid imbuttata mill-Presidenza Maltija m’għandhiex tispiċċa wara

Aktar minn qatt qabel neħtieġu Ewropa li tpoġġi liż-żgħażagħ fiċ-ċentru tagħha

dawn is-sitt xhur. Jekk irridu Ewropa tan-nies, l-Istati Membri jridu jingħaqdu u jkollhom viżjoni komuni għall-futur tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk hemm bżonn li l-mexxejja Ewropej ikomplu jgħarfu l-isfidi li hemm quddiemna u jpoġġu l-interess taċ-ċittadini fil-qalba tal-politika Ewropea. Id-destin ried li f ’mument daqstant delikat għall-Unjoni Ewropea, ikun l-iżgħar Stat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Kburija ngħid li f ’mument bħal dan il-Maltin qamu għall-okkażjoni u offrew direzzjoni lill-bqija tal-Ewropa. L-MEP Miriam Dalli se tkun qed torganizza diskussjoni fuq dan is-suġġett nhar l-Erbgħa li ġej, 19 ta’ April 2017, ġewwa l-lukanda Le Meridien San Ġiljan. Ir-reġistrazzjoni tad-diskussjoni The Role of the Maltese Presidency in the Future of the EU tibda fid-9.30am. Id-diskors tal-ftuħ jingħata millPrim Ministru Joseph Muscat. Kulħadd mistieden jattendi. Ċemplu 21463241 għal aktar informazzjoni.

DRITT LI TTEMM ĦAJTEK B’DINJITÀ? NAOMI

CACHIA

Koordinatur

POLITIKU FŻL

Titlu dirett u li forsi jġiegħel lil xi wħud iħossuhom skomdi, iżda dan kien l-isem tad-dibattitu mtella’ mill-Forum Żgħażagħ Laburisti din ilġimgħa fejn ġiet diskussa l-ewtanasja u d-diversi implikazzjonijiet etiċi, morali, mediċi u legali li din iġġib magħha. Nistqarr magħkom il-qarrejja li din ma kinitx diskussjoni li ħlomna biha mil-lum għal għada; iżda ilha fuq l-aġenda tagħna. Mhu faċli xejn li tiddiskuti suġġett daqshekk kontroversjali u diviżiv, u hija iktar diffiċli biex tieħu pożizzjoni dwar is-suġġett. Iżda nemmen bis-sħiħ li ma nistgħux nitfgħu ċerta kwistjonijiet taħt ittapit sempliċiment għax huma meqjusa ta’ tabù fis-soċjetà. Inħoss li, speċjalment bħala għaqda politika taż-żgħażagħ, għandna r-responsabbiltà li nniedu dibattitu; għandna dmir li nużaw il-pjattaforma

li għandna, u l-udjenza li nistgħu nilħqu biex nedukaw u nistrutturaw djalogu inklussiv. Huwa veru li l-ewtanasja ġiet diskussa diversi drabi f ’dawn l-aħħar xhur fuq skala żgħira, imma ma naħsibx li sar biżżejjed biex jiġu spjegati l-implikazzjonjiet bl-iktar mod sempliċi u mingħajr sensazzjonaliżmu. Għad-diskussjoni ta’ nhar l-Erbgħa ġew mistiedna Emmanuel Agius, rappreżentant tal-Kurja, Joshua Chetcuti li tkellem mil-lat mediku, u Joe Magro u Charlie Agius li tkellmu mill-esperjenza tagħhom rigward ix-xewqa tagħhom li tiġi introdotta l-ewtanasja f ’pajjiżna. Min-naħa tiegħi, kelli ċ-ċans nfiehem il-pożizzjoni tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, fejn spjegajt, b’referenza għas-Sur Magro u s-Sur Agius, li rridu nisimgħu u nifhmu lil min għalihom, dan ma kienx biss dibattitu fost ħafna, imma hija realtà li qed jiffaċċjaw ta’ kuljum. Il-punt tat-tluq tal-FŻL kienet il-karba ta’ dawn l-individwi, li għalkemm f ’minoranza assoluta fostna, il-vuċi tagħhom nqisha bħala l-iktar importanti. L-ebda individwu jew entità oħra ma tista’ twassal il-messaġġ b’mod daqshekk effettiv. Joe Magro u Charlie Agius

tkellmu dwar kif ser jibqgħu jiġġieldu u jgħixu ħajjithom kemm jistgħu, iżda jafu li ser jasal jum fejn, minħabba l-kundizzjoni tagħhom, ser jispiċċaw totalment dipendenti fuq ħaddieħor, fejn ma jifdal xejn mill-awtonomija tagħhom. L-FŻL għażlet li turi s-sapport tagħha lejn dawn il-persuni, u tiġġieled il-ġlieda tagħhom, magħhom. Dan minkejja li mhux faċli li tieħu din il-pożizzjoni pubblikament. Dan għandu jsir bl-ikbar kawtela u f ’każijiet limitati, fejn ikun hemm konferma u analiżi medika tal-istat deġenerattiv tal-pazjent, li jkun wieħed irriversibbli. L-FŻL dejjem iġġieldet għall-għażla u l-libertà tal-individwu; minn dejjem konna konsistenti f ’dan ir-rigward. Hija din ir-raġuni għalfejn inħossni komda bil-pożizzjoni li ħadna. Jekk hawn imqar persuna waħda f ’pajjiżna, li tixtieq din l-għażla, mela għandna nirrikonoxxuha, u nagħmlu mill-aħjar biex nifhmu s-sitwazzjoni tagħha. Tweġġagħni ħafna meta nisma’ persuni li jgħidu li jridu jsiefru biex ifittxu l-ewtanasja; mhux talli f ’pajjiżhom ma

jistgħux imutu bid-dinjità kif jixtiequ, imdawrin bil-familjari u l-maħbubin tagħhom, talli jkollhom imorru l-Iżvizzera, pajjiż barrani u aljen. Agħar minn hekk, alternattiva oħra li jifdlilhom tkun li jibqgħu f ’pajjizna, iżda jieħdu r-riedni f ’idejhom. Is-suwiċidju hija realtà skomda għalina biex nisimgħu jew nitkellmu dwarha. Imma tibqa’ realtà.

Din mhix kwistjoni t’egoiżmu; bniedem mingħajr libertà u dinjità ma jifdallu xejn

Ma nemminx li nistgħu inkejlu l-ħajja bin-numru ta’ snin li ngħixu biss, iżda wkoll bil-kwalità ta’ ħajja li ngħixu. Sfortunatament, il-kwalità ta’ ħajja mhux dejjem nistgħu ntejbuha kif irridu aħna. Il-punt ċentrali tibqa’ d-dinjità tal-pazjent, u li kemm jista’ jkun tiġi rrispettata totalment ix-xewqa tiegħu. L-introduzzjoni tal-living will, b’mod speċjali, għandha tiġi kkunsidrata bis-serjetà biex nassiguraw li x-xewqa u l-libertà tal-pazjent tibqa’ mħarsa, permezz tal-kunsens li jkun ta minn qabel għal każijiet meta dan jasal fi stat fejn ma jkunx jistà jieħu deċiżjonijiet mediċi għalih innifsu. Din mhix kwistjoni t’egoiżmu; bniedem mingħajr libertà u dinjità ma jifdallu xejn. Meta taqta’ linja waħda, fejn tkun qed teskludi kull possibbiltà ta’ djalogu, jew t’għażla, tkun qed teskludi ukoll kull tama għal min iħoss li qed jgħix ħajja mingħajr sens ta’ dinjità, u hemmhekk tkun qed issir ħafna iktar ħsara milli ġid. Kull pazjent għandu jkollu l-libertà tal-għażla individwali tiegħu, u l-possibbiltà li jgħix ħajja awtonoma mingħajr il-biża’ ta’ x’ser iġib miegħu l-futur.



24

16.04.2017

kullhadd.com

“OMM” ĦAFNA MUDELLI Kitba ta’ titfa’ post fuq l-internet għal RAMONA PORTELLI xi sejħa gdida. “Iva niftakar kont nagħmel avviż żgħir Ix-xena tal-immudellar fil-gazzetta u numru tat-telef ’Malta qed tikber ġmielha. fown tad-dar. Illum il-gurnata Il-mudelli dejjem jiżdiedu, kważi lanqas it-telefown tadbħalma qed jiżdied l-interess dar ma għadu jeżisti, għax fil-moda li tevolvi maż-żmini- kulħadd bil-mobile, u l-ħajja jiet u anke l-opportunitajiet peress li saret aktar mgħaġġli dejjem ifaqqsu għal min la, il-mobile sar xi ħaġa li dak tinteressah din il-linja. Waħ- li jkun jinqeda ħafna aktar da mill-aqwa organizzatu- malajr. Il-Facebook sar l-akri f ’Malta f ’din ix-xena hija tar mezz effettiv speċjalment bla dubju Sue Rossi, li ftit fix-xogħol tagħna. Kif ittella’ ġimgħat ilu kienet proprju xi ħaġa tista’ tgħid jarawha qed tiċċelebra għeluq it-30 numru kbir ta’ nies u malasena mit-twaqqif tal-kump- jr tkun qed tagħmel l-avviż tiegħek li jkun meħtieġ,”sostanija tagħha tal-immudellar. Fil-fatt kelli l-unur li nattendi niet miegħi. Kompliet tgħidli li meta għall-festin li organizzat għal lejn il-vetrina din l-okkażjoni. Dakinhar tħares intwerew filmati tal-passat li tal-uffiċċju u tara kollox orjmorru lura ’l fuq minn 20 ganizzat bid-dati tħoss sosena fejn stajna naraw sfilati disfazzjon kbir, u xi kultant jiġi xi ħadd li jkun immudella tal-moda ta’ dak iż-żmien. Sue għandha 51 sena, im- f ’dak iż-żmien u tibda turih wielda l-Ħamrun u toqgħod il-kollezzjoni kollha li għandSan Ġiljan. L-irwol tagħha ha. “Dik hija xi ħaġa li bqahuwa dak ta’ organizzatriċi ta’ jt inżomm bħala memorja diversi sfilati, tgħallem tfajliet tal-attivitajiet kollha li għamu ġuvintur fix-xena tal-im- ilt tul dawn is-snin. Hija ħaġa mudellar, kif ukoll tipproduċi sabiħa li tħalli memorji u jekk programmi televiżivi dwar mhux għalik, għal ta’ warajk”. moda, sbuħija u saħħa u tieħu Ma’ Sue ddiskutejt jekk ħsieb diversi kampanji bħala mudella Maltija tridx bilfors promozzjoni apparti li hija issiefer barra minn Malta lliċenzjata minn Miss World biex ikollha karriera fl-imJersey Ltd. mudellar, jew tistax faċilment Tiddeskrivi lilha nnifisha taqbad din il-linja professbħala bniedma ferriħija, jonalment f ’Malta stess. Filtħobb tieħu pjaċir fejn tmur, fatt Sue weġbitni, “Aħna nafu u tieħu gost tferraħ lil ta’ li ngħixu f ’pajjiż żgħir u limmadwarha waqt li tkun ċerta itat ħafna f ’dak li nagħmlu. li dak li jkun magħha jħossu Meta tfajla jew ġuvni jkunu komdu. Bniedma li taddatta qed juru interess, jippruvaw ruħha għal kull sitwazzjoni, jattendu diversi provi bartipprova ma tkunx imdejqa u ra minn Malta. Xorta mhux taprezza l-ħajja. ser tkun faċli għax int tkun wieħed jew waħda minn Ideat ġodda sabiex numru kbir, imma dejjem taddatta għal kull sena qed tittanta xortik, u ladarba tiġik tajba inti tibqa’ għadSue ilha 30 sena tgħallem dak dejja. Nixtieq ukoll insemmi li ftit aktar minn 30 sena ilu wieħed mill-mudelli li ppromtgħallmet hi stess meta mar- wovejna, David Camenzuli, li ret tistudja f ’Nottingham kien ukoll tela’ f ’Mr World u ma’ Model Nouveau. Nat- kkompeta, u baqa’ sejjer tajjuralment matul dan il-vjaġġ eb b’photoshoots għal dawn dejjem imxiet fuq ideat ġod- l-aħħar snin. Jissejjaħ ukoll da u innovattivi. Ridt inkun bħala mudell internazzjonali naf x’kambjament tinnota li għamel suċċess enormi. fl-immudellar ta’ 30 sena ilu Hemm diversi tfajliet għall-immudellar tal-lum. li għamlu suċċess barra “Bħal kull ħaġa oħra, iż- minn Malta bħal Tifżmien jinbidel u kif għedna, fany Pisani. Tfajliet sena wara sena, anke l-moda oħra anke għamlu tinbidel u hekk ġara f ’dan suċċess f ’konkorsi is-settur. Kien hemm kam- internazzjonali, kif bjament enormi u f ’qasir rajna wkoll dan żmien trid dejjem tkun aler- l-aħħar, allura ta għal kull tibdil biex tibqa’ għalkemm aħna aġġornata u tgħaddih lil ħad- pajjiż żgħir xorta dieħor,” spjegatli Sue. jkollna opportuLejn l-aħħar tas-snin 80 kien nitajiet li nkunu hawn interess qawwi fl-im- ma’ pajjiżi mudellar. Dak iż-żmien ma kbar,” saħqet kellniex midja soċjali u kull Sue. sejħa għal xi mudelli ġodda Qabel ma kienet tkun permezz tal-gaz- mort għal zetti. Ridt inkun naf jekk din l-intervtħossx xi differenza f ’dan ista kont naf ir-rigward, hekk kif snin ilu ukoll li Sue riedet iggib avviż permezz hija persuna tal-gazzetta u llum faċilment konxja ħaf-

na mill-ikel li tiekol. Fil-fatt toqgħod lura ħafna minn ċertu ikel u xorb. “Inħobb niekol healthy u noqgħod attenta. L-ewwel nett huwa tajjeb li tibża’ għal saħħtek. Huwa ħażin li tiekol żejjed. Allura għandek dejjem tibbilanċja. Tajjeb li tipprepara l-ikel tiegħek kuljum u tipprova dak li ser tiekol tieklu sew. Xorta waħda nieħu ħelu, jekk mhux kuljum, kważi. Importanti li tixrob ħafna ilma u tnaqqas il-kafé mal-ġurnata. Bħala alkaħol jien ma tantx jien dilettanta, imma tazza nbid bajda nħobb neħodha darbtejn fil-ġimgħa. Il-balanċ huwa tajjeb f ’kollox,” saħqet miegħi konvinta minn dak li qed tgħid. Bla dubju l-ikbar sodisfazzjon tagħha huwa li fil-bidu li tmur għandha biex titgħallem timmudella, il-persuna ġeneralment tkun mistħija u maż-żmien tevolvi f ’waħda b’personalità sħiħa u bla mistħija. “L-ikbar rigal għalija hu meta nara tfajla li meta daħlet l-ewwel darba għandi kienet veru mistħija, u wara ftit ġimgħat tattendi l-kors trabbi l-kunfidenza. Fil-fatt spiss niltaqa’ ma’ tfajliet li jgħiduli ‘Tiftakar kemm kont nistħi?’ u ovvjament ikunu rabbew kunfidenza kbira u ma jibqgħux b’dak is-self esteem baxx.” Episodji sbieħ u anke koroh bħal kull persuna oħra Bħal kull persuna o ħ r a

Dejjem nipprova ngħolli l-livell u noqgħod attenta li l-istandard ma jinżel qatt. Dik hija xi ħaga li noqgħod attenta ħafna għaliha

tad-demm u l-laħam, Sue kellha ħafna episodji sbieħ u ta’ suċċess, u naturalment bħal kull persuna oħra kellha xi episodji inqas sbieħ. Fost oħrajn ta’ min isemmi li tilfet lil ommha preċiżament jumejn wara li kellha t-tieni wild. Minbarra li ħoloq tfixkil kbir morali, ġabilha wkoll tfixkil fil-karriera tagħha fuq kif setgħet tkompli miexja f u q

ir-rubini biex ngħid hekk. Ġara li sabet l-għajnuna tal-papà tagħha u li hu stess kien bastun għaliha matul il-karriera tagħha. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora aktar dwar dan il-fatt: “Kulħadd jgħaddi minn terrimoti filħajja. Kieku l-ħajja perfetta xorta ngergru. Xi kultant ma tkunx qed tippjanahom jew tistenniehom li ser jgħaddu minn fuqek. Meta kelli lil Valentina, li tiġi l-kbira, kont għamilt ħafna pjanijiet biex inkompli l-karriera tiegħi għax dak iż-żmien li twieldet Valentina kienet teħodli ħsiebha l-mamà. Ftit gimgħat wara, ergajt ħrigt pregnant bit-tieni u kienu gejjin viċin u f ’daqqa. Inzerta li t-tifel twieled biss ta’ 22 gimgħa u wara jumejn il-mamà telqitli wkoll, u ovvjament kelli mumenti ta’ paniku kbir. Lanqas kont naf fejn ser nagħti rasi, meta tispiċċa kważi waħdek b’żewgt itrabi miegħek. Il-karriera kienet wisq għal qalbi li ma stajtx nitlaqha lanqas, u b’hekk il-papà tiegħi ġie joqgħod miegħi u nista’ ngħid li kienet xi ħaga li lili reġgħet tatni l-ħajja, għax sibt dak kollu li stajt nistaqsi għalih,” tbissmet tgħidli. Dawwart id-diskors dwar il-kumpanija tal-immudellar tagħha – Modelle International. Fil-fatt irreferiet għaliha bħala t-tarbija tagħha. “Dejjem nipprova ngħolli l-livell u noqgħod attenta li l-istandard ma jinżel qatt. Dik hija xi ħaga li noqgħod attenta ħafna għaliha. Nieħu pjaċir meta jkolli xi ħaġa ġdida u jirnexxili nagħmilha. Bħala pjanijiet godda ma tantx hemm, imma nibża’ għal dak li għamilt u nibqa’ nagħmlu.” Finalment Sue saħqet dwar il-fatt li dejjem tinkoraġġixxi tfajliet u ġuvintur biex jidħlu f ’dan il-qasam. “Verament jgħinek mhux biss biex timxi fuq il-catwalk, imma anke bħala personalità u għalik innifsek, biex tkun taf aktar tmur man-nies, titgħallem u tikber fl-istess ħin”, temmet tgħidli Sue.


25

16.04.2017

kullhadd.com

reċensjoni tal-

KTIEB

WERAQ TAL-FIDDA Ħafna ljieli twal ilu kien jiddi qamar kwinta fuq għolja mimlija frott, iżda wara ftit biddel il-forma. U l-bebbuxu kellu jġorr daru fuq dahru ... Ramon mar l-iskola bil-

papoċċ tal-kangarù. Tgħid qrah il-ktieb speċjali? Tikketta għejiet ittir, imbagħad iltaqgħet ma’ Tikek li ġarritha fuq daharha u flimkien taru f ’post fejn setgħu jieklu dud

kemm iridu ... Min kienet it-tifla ta’ ġolmera, tidħak u xxejjer fl-istess ħin? Tina, is-saħħara tat-tbissima, kellha biċċa inkwiet u ma setgħetx ittir ... Anke n-nanna Betta u z-zija Tess kienu inkwetati. Għaliex? Marina kienet tistenna l-vaganzi tas-sajf fuq ix-xwiek. Min jaf libsitx kappell f ’rasha biex tilqa’ mir-raġġi tax-xemx? Hemm bosta forom. Tgħinuha tagħżel wieħed? Rita Saliba hija l-awtriċi ta’ żewġ kotba oħra fis-sensiela “Il-Ktieb Dejjem Ħabib”, serje ta’ kotba għat-tfal minn Horizons. Dawn huma InNaffar li Xtaq Itir u Il-Buffu l-Mistħi.

IL-BUFFU MISTĦI Il-povru Buffu taċ-ċirklu kien jistħi wisq. Kien jittawwal imbeżża’ minn wara l-purtiera ... imma xħin jasal il-waqt li joħroġ quddiem l-udjenza, kien jaqbdu paniku kbir! Kemm xtaq li n-nies iċapċpulu u jgħajtulu “Bravu!” Min kien se jgħinu

jirbaħ il-mistħija? Dan hu t-tieni ktieb ta’ Rita Saliba maħruġ mill-Horizons fis-sensiela ta’ kotba għat-tfal ‘Il-Ktieb Dejjem Ħabib’. Bħal dak ta’ qablu, In-Naffar li Xtaq Itir, għandu illustrazzjionijiet mill-isbaħ ta’ Naomi Gatt, kif ukoll traduzzjoni għall-Ingliż

minn Victor Fenech, l-editur ġenerali ta’ din is-sensiela. Il-paġni tan-nofs tal-ktieb jinkludu tagħrif interessanti dwar il-mużika, u dan isaħħaħ il-ktieb bħala mezz edukattiv u divertenti sew għat-tfal u għal min baqa’ jħobb l-istejjer tat-tfal.

Mistoqsija: X’jisimha s-saħħara tat-tbissima?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: WERAQ TAL-FIDDA u IL-BUFFU L-MISTĦI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 23 ta’ April. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb GRASSHOPPER huwa: R.BORG - Santa Venera

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

05

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Mistoqsija: Semmi personaġġ li intervistajna llum. It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:

Indirizz:


26

16.04.2017

kullhadd.com

AVVIŻI KLASSIFIKATI AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ

AVVIŻI KULTURALI

Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ mal-ħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għall-ilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www. expresswatchrepairs.com jew irrikorru 110, Triq ilKungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235.

L-edizzioni ta’ din is-sena tan-Nadur Song Festival ser issir nhar is-Sibt 29 t’ April 2017, fis-7.30pm, ġewwa t-Teatru M.B.C. inNadur. Dan il-festival qed jiġi organizzat mill-Għaqda Teatrali Mnarja fi ħdan isSoċjetà Filarmonika Mnarja u bil-kollaborazzjoni talKunsill Lokali tan-Nadur. L-applikazzjonijiet sabiex tipparteċipa jistgħu jiġu rikjesti permezz t’email u jagħlqu nhar l-Erbgħa 12 t’April 2017. Għal aktar informazzjoni kkuntattjana fuq l-email ghaqdateatralimnarja@ gmail.com jew fittixna fuq Facebook.

XOGĦOL U MANUTENZJONI Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, katusi u gypsum boards ċempel 7928 5444. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason bin-numru 2143 2352 jew 9947 7167. PROPJETÀ GĦALL-BEJGĦ Tliet għelieqi għall-bejgħ fl-akkwati tas-Sanab, ilMunxar, Għawdex. Għalqa nru.1 - 7 sigħan Għalqa nru.2 - 2 sigħan Għalqa nru.3 - nofs tomna Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 21557059. AVVIŻI OĦRAJN Nixtru fajjenza, arloġġi, figurini, muniti, midalji u kull ħaġa oħra tad- Dar. Ċemplu fuq 9922 3541. Pożizzjoni tax-xogħol: waiter / waitress. Ħtiġijiet tax-xogħol: full-time jew part-time. Jitkellmu fluwenti bl-Ingliż u kapaċi jaħdmu b’shift. Biex japplika wieħed jista’ jibgħat c.v bl-email lil careers@ozogroup.com jew bil-posta lil OzoGroup Head Office, No6, Triq l-Iskultur, Ħal Qormi.

Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju talImqabba, ser jorganizza Gathering kbir nhar il-Ħadd 23 t’ April 2017, bl-isem “The Sunday Afternoon 2 Months to Go Gathering”, ġewwa l-bini tal-Każin tasSoċjeta’, li jinsab fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba mill11:00am il-quddiem. Din l-attivita’ hija wahda minn serje ta’ Gatherings brijużi kull xahar bi preparazzjoni għall-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2017 li ser tiġi ċċelebrata nhar il-Ħadd 18 ta’ Gunju. Waqt dan ilGathering ser ikun hemm divertiment mużikali millaqwa provdut. Kulħadd huwa mistieden jattendi f ’atmosfera festiva u brijuża mill-isbaħ ta’ Festa. Dhul huwa mingħajr hlas. Aktar dettalji fuq 79853044 u aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċċjali tas-Soċjeta’ www.talgilju. com. Is-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan l-istess Soċjetà għadha kemm ħarġet edizzjoni speċjali tal-ktieb “Il-Fjur”. Il-50 edizzjoni tinkludi diversi artikli ta’ interess ġenerali, informazzjoni dwar l-operat tas-Soċjetà u l-fergħat fi ħdanha, u kif ukoll diversi artikli oħrajn li jnisslu nostalġija mill-bidu tat-twaqqif tas-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju, kif ukoll dwar il-programm t’attivitajiet li hemm imħejji mis-Soċjetà li jwasslu salFesta tal-Madonna tal-Ġilju ċċelebrata fl-Imqabba bejn il-11 u s-17 ta’ Ġunju 2017. Dawk kollha li jixtiequ jakkwistaw kopja tiegħu mingħajr ħlas għandhom jibgħatu sms bid-dettalji fuq 79853044.


27

16.04.2017

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

R. ZAMMIT - Żabbar

TISLIBA 170 Mimdudin:

Bi 3 Numri 010 033 286 372 384 602 647 825 851 944 970 B’ 4 Numri 0299 0325 0373 0573 0624

0937 1327 1447 1664 1870 2158 2208 2250 2630 2720 3003 3023 3035 3046 3397 3470 3696 3907 3955 4400 4470

4597 5442 5453 5590 5927 7093 7445 7578 7655 7751 8640 9072 9120 9949 B’ 5 Numri 04088 20228 23987 28763

43307 47223 48052 52510 56813 60317 61508 66085 70167 74192 81832 91718 B’ 6 Numri 052917 062733 183143 201706 708501 743078

B’ 7 Numri 0325657 1863961 2303200 3067738 3720356

5388571 7700492

IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

1. 4. 7. 9,17. 10,21W. 12. 16. 18,19. 19. 20. 21. 23. 24.

Nobbli (5) Irid jitħallas (4) Malta mqassra? (2) Idur ma’ kull riħ (6) Tagħlaq it-triq (9) Mard ikrah ferm (6) Ara 5 Kunjom (5) Ara 18 Joħroġ l-ilma minnha (5) Brian Ragonese Tabone (1,1,1) Ara 3 Kunjom (5)

Weqfin: 1. 2,12W. 3,23. 5,16. 6. 8. 11,13. 12. 3. 14. 15. 17. 21. 22.

Tkun fuq il-knisja (6) Niċċajtaw? (5) Aktar minn muntun wieħed (7) Parti mil-ġisem (6) ..... & Jerry (3) Kompli l-qawl: Biex ......... trid tkun pur (9) Dgħajsa? (5) Ara 2 Ara 11 Ixerred l-ilma? (6) Saċerdot (6) Ara 9 Ara 10 Tlieta Taljani (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:

Weqfin:

2,12W. Rotta, 1.Kerha, 4.Kera, 7,21M.Skuża, 1.Kmieni, 5,6.Erġajt, 8.Korriment, 9,16.Intima, 10.Poġġut, 12.Terrur, 3.ASP, 18.UI, 20.Stmat, 23.Iben, 24.Tebba’ 11,13.Ferut, 14.Rattab, 15.Ikkura, 17,19.Mużajk, 21.Uri, 22.Ave


28

16.04.2017

kullhadd.com

DELIVERING FIRSTS EDITORJAL

Il-manifestazzjoni tal-1 ta’ Mejju fil-Belt Valletta għandha tkun l-ewwel okkażjoni biex nuru li aħna kburin b’dak li qed jikseb pajjiżna

Mhix l-ewwel darba li fleditorjal semmejna miżuri li ttieħdu fl-aħħar erba’ snin u li mmarkajniehom għaliex spikkaw bħala tal-ewwel. Miżuri li f’pajjiżna saru għallewwel darba u f’ċerti każi poġġewna fost tal-ewwel fl-Ewropa. Dawn it-tip ta’ inizjattivi donnhom ma jieqfu xejn. Għalhekk tassew kien għaqli l-messaġġ tal-Gvern fl-aħħar jiem meta f’konferenza talaħbarijiet wara oħra deher l-islowgan Delivering Firsts. Is-sabiħ hu li dan hu iktar minn slowgan u għalkemm dawk imħabbra fl-aħħar jiem forsi ma jiġbdux l-għajn talmiżuri l-kbar bħaċ-child care b’xejn u r-roħs fil-kontijiet talenerġija, ilkoll kienu aħbarijiet pożittivi. Pożittivi għax jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies. Pożittivi għax ifissru xi ħaġa konkreta għal dawk li għada filgħodu, jew saħansitra llum, ikunu ħarġu mid-dar biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom. Żgur tagħmel differenza filħajja tan-nies, speċjalment pazjenti tal-isptar, l-aħbar li l-mikrobu tal-MRSA fl-isptar ġenerali tagħna naqas b’90%. Għall-ewwel darba nkiseb dan ir-riżultat pożittiv li f’ċerti każi saħansitra jista’ jfisser ħajja u

mhux sempliċi persentaġġ. Riżultat bħal dan jinkiseb grazzi għat-tmexxija għaqlija u l-koperazzjoni ta’ kulħadd. Totalment differenti huwa dak li kien imħabbar b’rabta man-negozji. Miżura li ttieħdet għall-ewwel darba u se tara dawk li kienu 23 spezzjoni għand negozji żgħar isiru spezzjoni waħda. Inqas spejjeż għall-Gvern, inqas burokrazija għall-ħwienet, iżda l-istess livell ta’ serjetà li kien hemm qabel. Pass ieħor li ttieħed għallewwel darba hu dak li permezz ta’ ċirkolari maħruġa għallimpjegati kollha tas-Servizz Pubbliku kienet indirizzata d-diskriminazzjoni li kien hemm qabel bejn l-uffiċjali pubbliċi u dawk ġejjin minn barra s-Servizz Pubbliku b’kuntratt definit. Bit-tneħħija ta’ din id-diskriminazzjoni, issa l-uffiċjali pubbliċi saru ugwali għall-ħaddiema fissetturi l-oħra li għandhom probation statutorja. Is-sistema sal-lum kienet li bejn wieħed u ieħor kull ħames snin, isir proċess li bih ħaddiema b’kuntratt definit jinqalbu fuq impjieg indefinit. Dan mhux se jkun aktar il-każ għax dawn se jsiru tal-post b’mod awtomatiku.

Miżura kruċjali għall-istabbiltà kemm tal-impjiegi kif ukoll tal-impjegati. U filwaqt li fil-miżuri li ddaħlu għall-ewwel darba ma kinux injorati d-drittijiet tal-ħaddiema baqgħu jfaqqsu dawk l-inizjattivi maħsuba biex jistimulaw l-ekonomija. Property Malta hija entità oħra ta’ sħubija bejn il-Gvern u l-privat li nħolqot biex tippromwovi lil Malta bħala destinazzjoni għal nies ta’ talent u kwalità li f’pajjiżna jfittxu wkoll ċertu lussu. Imfassla fuq proġetti oħra li saru f’oqsma oħra, din l-entità għandha l-għan li tippromwovi lil pajjiżna lil hinn minn xtutna. Fl-aħħar jiem saret l-ewwel laqgħa tagħha. U daqstant ieħor kien ta’ sodisfazzjon iddaqq tal-qanpiena meta fuq il-Borża ta’ Malta ngħaqdu żewġ kumpaniji skont prospett maħsub għal negozji żgħar u medji. Miżuri oħra li se jolqtu s-saħħa tan-nies huma dawk imħabbra b’rabta mal-enerġija alternattiva. Għall-ewwel darba l-Korporazzjoni talIlma ngħaqdet mal-privat biex dan juża l-ispazju tagħha għall-proġetti ta’ enerġija alternattiva. Dan ifisser iktar impjiegi f’dan is-settur li

joħloq dawk magħrufa bħala green jobs, pajjiż li jilħaq ilmiri ambjentali tiegħu u fuq kollox inqas tniġġis fl-arja biex il-poplu Malti jkompli jgawdi minn arja iktar nadifa. Semmejna ftit mill-miżuri li ttieħdu għall-ewwel darba minn Gvern fl-aħħar jiem jew li issa qed ingawdu l-frott tagħhom. Gvern li fir-raba’ sena tiegħu għad għandu l-istess determinazzjoni li jbiddel pajjiż li kellu fl-ewwel ġimgħa tiegħu. Anzi, Gvern li issa li qed jaqta’ l-frott tal-miżuri li ħa fl-ewwel snin tiegħu donnu għandu l-għatx biex jikseb iktar. U l-indikazzjonijiet huma ċari. Dan il-Gvern għandu l-ħeġġa u l-enerġija li jagħmel iktar suċċess u jibqa’ jmexxina ’l quddiem. Però biex jagħmel dan il-Gvern għandu bżonn l-appoġġ. M’għandniex xi ngħidu, f’dan il-każ l-iktar appoġġ li jgħodd hu dak elettorali. Iżda, m’għandniex għalfejn nistennew daqshekk biex nuru li aħna kuntenti biddirezzjoni li qabad pajjiżna. Ilmanifestazzjoni tal-1 ta’ Mejju fil-Belt Valletta għandha tkun l-ewwel okkażjoni biex nuru li aħna kburin b’dak li qed jikseb pajjiżna u bit-tmexxija tiegħu.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.