KullHadd_16.07.2017

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 16 ta’ Lulju, 2017

Ħarġa Nru 1,253 Prezz €1

FEARNE ELETT DEPUTAT MEXXEJ Il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, kien elett bħala Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet talParlament. Fit-tieni rawnd ta’ elezzjoni, wara li fl-ewwel wieħed ħadd ma ġab 50%+1 tal-voti, Fearne kiseb 367 vot. Dan filwaqt li l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna kiseb 348 vot. Iżżewġ kontestanti vvutaw ilbieraħ filgħodu flimkien mal-Mexxej Laburista, Joseph Muscat, f ’elezzjoni li matulha vvutaw 715-il delegat mis-756 eliġibbli. It-tielet kontestanta f ’din ittellieqa kienet Helena Dalli li nhar il-Ġimgħa kisbet 199 vot u għalhekk kienet eliminata. F’dik l-elezzjoni l-Ministru Chris Fearne kiseb 296 vot filwaqt li l-Ministru Edward Scicluna kiseb 249 vot. Biex kien għalhekk li lbieraħ sar irrawnd finali bejniethom.

ESKLUSSIVA

L-AĦĦAR MOSSA ĠIETU FIX-XEJN IL-PJAN TA’ SIMON BUSUTTIL LI JERĠA’ JIKKONTESTA MA SABX L-APPOĠĠ TAL-KUNSILLIERI U TĦARBAT FTIT SIGĦAT WARA LI BEDA JITĦADDEM

KRIŻI FINANZI PN: JONFĦU L-ASSI B’AKTAR MINN 10 MILJUN EWRO BIEX ISERRĦU MOĦĦ IL-PARTITARJI pġ 10 u 11

GĦAŻEL IL-MUŻIKA MINFLOK L-AWLA TAL-QORTI Nitkellmu ma’ Armin Van Buuren

pġ 14 u 15


02

16.07.2017

kullhadd.com

Editur ALEANDER BALZAN

L-Ogħla Temperatura: 31°C L-Inqas Temperatura: 23°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni baxxa testendi mit-Turkija lejn il-Punent tal-Mediterran Temp: Ftit imsaħħab li jsir pjuttost imsaħħab u bil-possibilta’ ta’ xi ħalba xita Ir-Riħ: Ħafif mill-Majjistral it-Tramuntana li jsir ħafif għal moderat mill-Grigal Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Moderat L-Imbatt: Baxx mill-Punent Majjistru It-Temperatura tal-Baħar: 27°C

email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572

Disinn tal-Paġni LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571

Kuntatt Ġenerali KullĦadd

It-Tnejn

email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Indirizz Postali KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

32°C

UV 9

22°C

Il-Ħamis

32°C

UV 9

20°C

32°C

Il-Ġimgħa

UV 9

21°C

Is-Sibt

Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

32°C

UV 9

21°C

32°C

UV 9

22°C

34°C

UV 9

25°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, il-Belt Valletta – 21238355 San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, il-Marsa – 21221118 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi – 21487162 Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara – 21441513 Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta’ Xbiex, l-Imsida – 21331732 Numri Importanti Melita Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan – 21378657 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​ Chemimart Pharmacy . 4,5,6, il-Piazzetta, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21338369 112​ Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan – 21444065 Brown’s Chemists, Triq San Pawl, in-Naxxar – 21417652 Il-Pulizija ta’ Malta Promenade Pharmacy, Triq il-Korp tal-Pijunieri, Buġibba – 27441160 2122 4001-9​ Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21693412 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, il-Birgu – 21807529 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ​ St. Anne Pharmacy, Triq il-Qaliet, Marsaskala – 21637615 2393 0000 Triq il-Kappillam c/w Triq William Baker, il-Gudja – 21696422 Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, iż-Żurrieq – 21647391 Il-Gwardjani Lokali ​2132 0202 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447

Stampat Progress Press

L-Isptar ta’ Malta 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex ​2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza ​ 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku ​1182

Għawdex Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, il-Fontana – 21566979 St. John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, ix-Xewkija – 21563052 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.


03

16.07.2017

kullhadd.com

B’MUSCAT 21 IMPJIEG FULL TIME ĠDID KULJUM +30,151 IMPJIEG FULL TIME

+26,477 FIS-SETTUR PRIVAT

Mill-bidla fl-amministrazzjoni tal-pajjiż f ’Marzu 2013 sa Jannar li għadda nħolqu 30,151 impjieg full time. Tikkonferma dan analiżi talistatistika tal-impjiegi li saret mill-gazzetta KullĦadd. Dan meta matul ħames snin tal-amministrazzjoni preċedenti t-tkabbir kien ta’ 11,250 impjieg full-time. Fil-fatt, f ’Jannar 2017 innumru ta’ nies jaħdmu fulltime tela’ għal 185,563. B’hekk f ’erba’ snin l-impjiegi żdiedu b’aktar milli żdiedu fit-tliet legiżlaturi ta’ qabel. Taħt din l-amministrazzjoni kull jum żdiedu 21 impjieg full-time. Din hija tliet darbiet ir-rata ta’ ħolqien ta’ xogħol osservata matul l-amministrazzjoni precedenti. Kienu s-servizzi privati li wrew l-akbar tkabbir. Tispikka żieda ta’ 5,200 impjieg fisservizzi amministrattivi, 3,400 fis-servizzi tekniċi u professjonali, 1,900 fis-servizzi finanzjarji u żieda ta’ 1,600

full-timer fl-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Kien hemm ukoll tkabbir ta’ 2,500 impjieg fis-settur tal-bejgħ, 1,900 impjieg fillukandi u ristoranti u tkabbir ta’ 4,000 impjieg mas-settur tal-gaming u servizzi oħra. L-impjiegi fis-settur privat żdiedu wkoll b’500 filmanifattura u 1,200 filkostruzzjoni, żewg setturi li tul l-amministrazzjoni preċedenti fihom intilfu eluf ta’ postijiet tax-xogħol. Kien hemm ukoll tkabbir spettakolari fissettur privat tas-saħħa u taledukazzjoni, b’żieda ta’ 2,500 impjieg full-time. Mill-bidu tal-amministrazzjoni kien hemm żieda ta’ 26,477 persuna full-time mas-settur privat. Li jfisser li disgħa minn kull għaxar impjieg ġdid inħolqu fis-settur privat. Dan imur għalkollox kontra l-istqarrijiet tal-Oppożizzjoni li t-titjib fil-qasam tal-impjiegi gej mis-settur pubbliku. L-impjiegi fis-settur pubbliku

illum huma 24.3% tal-impjiegi kollha full-time, meta fi tmiem l-amministrazzjoni preċedenti dawn kienu 27%. Dan ifisser li d-dipendenza fuq is-settur pubbliku naqset u mhux żdiedet. Fl-istess ħin, il-Gvern ma naqasx li jżid ir-riżorsi f ’setturi importanti fisservizz pubbliku. Fost l-oħrajn, kumparat malbidu tal-amministrazzjoni, illum hemm 1,200 persuna aktar taħdem fis-saħħa u fledukazzjoni pubblika. Fost l-aktar li gawdew mit-titjib fis-suq tax-xogħol kien hemm l-Għawdxin fejn kien hemm żieda ta’ kważi 1,600 impjieg full-time. Dan it-tkabbir huwa diġà d-doppju tażżieda li kien hemm f ’din ilgżira matul il-ħames snin talamministrazzjoni precedenti. Dawn ir-riżultati jikkonfermaw kemm ittkabbir ekonomiku b’saħħtu qed ifisser titjib għall-familji f ’pajjiżna.


04

16.07.2017

IL-MARA BIL-PJAN GĦAL IKTAR NISA

kullhadd.com

• MIRIAM DALLI TISPJEGA L-ĦSIEB WARA L-PROGRAMM LEAD • SFIDA LI GĦANDHA TINBIDEL F’OPPORTUNITAJIET Kitba ta’ u sens ta’ tmexxija. Għalhekk ALEANDER BALZAN inħoloq LEAD. Proġett imniedi mill-Partit Laburista flMiriam Dalli ilha fix-xena aħħar jiem biex minn Settempolitika għal ħafna snin. Minn bru 2017 għal Settembru attivista żagħżugħa, għal 2027 il-Partit Laburista jżid ġurnalista stabbilita u Kap b’mod qawwi l-parteċipazztal-Aħbarijiet sakemm wara joni tan-nisa fi ħdanu. Maqsum fuq erba’ fażijiet, saret Membru Parlamentari l-għan aħħari tal-Programm Ewropew ta’ suċċess. Min jaf kemm tfajliet es- hu li sal-elezzjoni ġenerali talprimew ix-xewqa li jimxu fuq 2027 nofs il-kandidati jkunu il-passi tagħha u filwaqt li xi nisa. Iżda biex naslu għal din ftit ikun irnexxielhom jaslu jew jersqu qrib, ħafna oħrajn il-mira ambizzjuża l-Partit Lajkunu ltaqgħu ma’ ntoppi li burista qed jimmira li sal-elezma jħalluhomx jagħmlu dan. zjoni tal-Parlament Ewropew Ħafna drabi huma ntoppi li u tal-Kunsilli Lokali, fl-2019, jistgħu jingħelbu. Iżda, biex ikun hemm 40% u 35% jingħelbu hemm bżonn rieda tal-kandidati nisa, rispettiva-

ment. Fl-elezzjoni ġenerali li jmiss il-Partit Laburista qed jimmira għal minimu ta’ 35% kandidatura femminili. Filwaqt li għall-elezzjonijiet ta’ wara tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali, il-Partit Laburista jixtieq jara 50% u 40% tal-kandidati jkunu nisa, rispettivament. Biex evenwalment tintlaħaq il-mira finali ta’ nofs bin-nofs fl-2027. Il-pjan huwa parti mill-viżjoni tal-Mexxej Laburista, Joseph Muscat, u l-implimentazzjoni tiegħu hi fdata f ’idejn l-istess Miriam Dalli. Mal-gazzetta KullĦadd

Miriam Dalli tirrikonoxxi li dan huwa pjan mill-iktar ambizzjuż. Iżda, titkellem dwaru b’sens ta’ entużjażmu. “Dan huwa pjan studjat li għandu mira finali ambizzjuża. Nemmen li dan il-pjan se jirnexxi għaliex mhix kwistjoni ta’ miri biss, imma għandna pjan sħiħ ta’ kif se naslu għal dawk il-miri. Il-ħsieb ewlieni tal-pjan huwa li nħajru aktar nisa u tfajliet jersqu lejn il-politika, ntuhom l-opportunità u niggwidawhom biex joħorgu għall-elezzjoni mal-Partit Laburista u jkunu suċċess f ’dak li jagħmlu,” saħqet Dalli. Biex dan isir, il-Partit Laburista se jagħżel madwar 48 mara fuq medda ta’ erba’ snin u jimplimenta l-Programm Lead li se juża’ sitt metodi prinċipali. Il-parteċipanti femminili se jingħataw servizz ta’ mentoring, se japplikaw dak mgħallem f ’esperjenzi tanġibbli, jitfasslilhom programm ta’ żvilupp u jingħataw l-opportunitajiet fuq il-mezzi tax-xandir. Dan filwaqt li titnieda kampanja nazzjonali u jkunu organizzati avvenimenti ta’ networking. “Irridu li l-persuni magħżula jkunu jafu eżatt xi tfisser il-politika, kif jistgħu jikkontribwixxu u anke jekk din il-linja fil-fatt tgħoddx għalihom jew le. Naf li għandna ħafna tfajliet u nisa li huma kapaċi u li ma nistgħux inkomplu nitiflu t-talenti tagħhom.

Illum u wara l-elezzjoni ġenerali jkolli nammetti li kont żbaljata. Jekk m’aħna se nagħmlu xejn, il-bidla mhux se titwettaq

Ir-realtà hi li rridu nattiraw lil dawn it-tfajliet u nisa lejn il-politika minn issa u mhux meta nkunu ftit xhur jew ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni biss,” żiedet Dalli. Nargumenta ma’ Dalli xi jwassalha taħseb li n-nisa li se jidħlu għall-programm se jibqgħu involuti fil-mumenti li f ’ħajjithom ġejjin biex jagħmlu deċiżjonijiet importanti. Il-karriera, jew il-familja, fost oħrajn. “Nista’ nitkellem mill-esperjenza personali tiegħi. Involvejt ruħi fil-politika minn età żgħira, sirt inħobb il-politika, ix-xogħol li nagħmel, il-fatt li żżomm kuntatt man-nies, li nipprova nagħmel l-almu kollu tiegħi biex ngħin fejn nista’. Kelli mumenti f ’ħajti fejn ħadt deċiżjonijiet importanti, meta gradwajt, meta sibt xogħol ieħor, meta żżewwigt u kelli t-tfal. Ċerti affarijiet inbidlu imma l-fatt li nħobb il-politika baqa’ kostanti. Nemmen li m’iniex l-unika waħda. Bħali hawn ħafna oħrajn. Naħseb jekk niftħu l-bibien tagħna bħala partit lil tfajliet u nisa interessati anke sa minn età żgħira, inkunu qed nagħtu opportunità lil nisa li għalihom din tista’ tkun sejħa, tista’ tkun karriera,” qalet Dalli li fissret kif meta jkun hemm imħabba lejn il-politika din tibqa’ hemm. L-ewwel sejħa għal parteċipanti se tiftaħ f ’Settembru, u l-unika ħaġa mitluba hi li l-parteċipanti jikkommettu ruħhom li joħorġu għall-elezzjoni ġenerali mal-Partit Laburista. Miriam Dalli spjegat ukoll kif se toħroġ sejħa oħra għal persuni interessati li jkunu parti mill-proġett bħala mentors u parti mill-bord tal-għażla biex jagħtu t-taħriġ. Dawn il-mentors ikunu meħtieġa jippreżentaw rapport kull tlett xhur tul is-sena taħriġ. Madanakollu, Dalli saħqet ukoll li din hija inizjattiva inklussiva u għalhekk il-Partit Laburista se jkun qed joffri faċilitajiet ta’ child care matul il-programm u waqt kampanji elettorali u attivitajiet marbuta mal-mandat politiku. L-istat irid jibdel ukoll Iżda, dan waħdu żgur mhux se jkun biżżejjed u Dalli taqbel li hemm miżuri li jridu jittieħdu mill-gvern bil-għan li jgħinu din is-sitwazzjoni tinbidel. “Dan il-pjan ma jistax ikun


05

16.07.2017

kullhadd.com

se jkun biżżejjed u Dalli taqbel li hemm miżuri li jridu jittieħdu mill-gvern bil-għan li jgħinu din is-sitwazzjoni tinbidel. “Dan il-pjan ma jistax ikun suċċess jekk ma jkunx hemm imbuttatura biex jinbidlu l-affarijiet anke fuq livell nazzjonali. LEAD se jkun qiegħed iressaq il-proposti tiegħu fuq dan l-aspett ukoll. Hemm bżonn ta’ Parlament li jiltaqa’ f ’ħinijiet li huma family friendly. Parlament li jipprovdi child care services għad-deputati. Din mhijiex xi ħaġa li jgawdu minnha biss in-nisa, imma hija xi ħaġa li jgawdi minnha kull ġenitur. Nemmen fuq kollox li għandna bżonn miżuri pożittivi temporanji biex naċċertaw rappreżentanza xierqa tan-nisa fil-Parlament,” tgħid Dalli li rat il-ħsieb tagħha jevolvi mal-mod kif bdiet tara jiġru l-affarijiet. “Sa qabel l-elezzjoni ġenerali kont naħseb li m’għandniex bżonn il-kwoti pereżempju. Dejjem bżajt li miżura bħal din tista’ tagħti l-impressjoni li n-nisa qegħdin hemm biss għaliex huma nisa u mhux għax neċessarjament huma kapaċi. Illum u wara l-elezzjoni ġenerali jkolli nammetti li kont żbaljata. Jekk m’aħna se nagħmlu xejn, il-bidla mhux se titwettaq. L-affarijiet mhux se jiġru waħedhom għall-anqas żgur mhux fissnin li ġejjin. Huwa l-obbligu u r-responsabbiltà tagħna li nimbuttaw il-bidla ’l quddiem,” sostniet Dalli. Imbagħad hemm l-isfida li l-politika nnifisha mhix tattira dejjem l-aqwa nies. Hemm nies tajbin, iżda hemm ukoll nies ta’ ħila li meta avviċinati baqgħu barra. Nargumenta ma’ Dalli li hemm nisa tal-karriera li huma nisa li filwaqt li joffru kollox għall-uffiċċju legali jew in-negozju tagħhom,

is-sala tal-għadd tal-voti qatt ma jimmaġinaw li jersqu lejha. “Hemm ħafna nisa li ħassew għal żmien twil li l-politika hija dominata mill-irġiel, li l-attivitajiet tal-politika jsiru f ’ħinijiet li huma diffiċli għan-nisa, li ftit politiċi jifhmu s-sagrifiċċju li trid tagħmel meta jkollok it-tfal, jew l-isforz li jkollok tagħmel biex il-vuċi tiegħek tinstema’ b’saħħitha daqs l-irġiel. Aktar mhu se jkollna nisa fil-politika, aktar se nattiraw nisa. Aktar ma jkollna role models, aktar tfajliet u nisa jitħajru jersqu lejn il-politika. Aktar nisa fil-politika kapaċi jbiddlu l-mod kif issir il-politika. Hija din il-bidla li għandna bżonn,” twieġeb b’konvinzjoni Dalli. Konvinzjoni li tagħmel l-isfida kbira li għandu quddiemu dan ilproġett bħala waħda li tidher ferm iktar faċli. Argument li jqum spiss hu dak li f ’soċjetà fejn hawn iktar nisa żgur li kien ikun hemm rappreżentanza ta’ iktar nisa. Dan xejn mhu argument li jinżel tajjeb ma’ Dalli. “U kieku aktar irgiel jivvutaw għan-nisa ma jkollniex aktar nisa fil-Parlament ukoll,” twieġeb b’mod skjett ħafna. Kompliet itenni li bħala mara ma titlobx il-voti tan-nisa biss. “L-istess kif ma nippretendix li n-nisa jivvutawli sempliċiment għaliex jiena mara. Innies jivvutaw għal kandidati li jemmnu li huma kapaċi, għal kandidati li jafu, għal kandidati li jaħdmu magħhom, jgħinuhom u jifmuhom. Huma dawn it-tip ta’ kandidati li se nagħżlu u nkunu qed inressqu ’l quddiem,” żiedet Dalli biex marret lura għallproġett. Iżda, għaliex dan l-intrigu għal Dalli meta l-karriera tagħha miexja ’l quddiem u qed tagħmel biċċa xogħol tajba li żżommha ħafna ħin bar-

ra l-pajjiż. “Jekk jien irnexxejt, ma jfissirx li ma rridx nagħti opportunità lil ħaddieħor jirnexxi. Bħali hemm ħafna persuni oħra li ma rnexxilhomx. Mhux għax mhumiex kapaċi, imma għal xi raġuni jew oħra li forsi żammithom ’il bogħod. Jiena llum qiegħda fil-politika u nemmen li huwa d-dover tiegħi li nattira aktar nisa lejn il-politika. Irrid li tinqata’ l-mentalità li aħna n-nisa mhux lesti noffru opportunità lil xulxin. Jien irrid nara aktar

nisa jersqu ’l quddiem u jimxu ’l quddiem għaliex huma kapaċi. M’aħna nagħmlu l-ebda pjaċir lin-nisa u t-tfajliet. Qegħdin sempliċiment naħdmu biex naċċertaw rappreżentanza ugwali ħalli verament naslu f ’sitwazzjoni fejn ikollna bilanċ kif suppost. Jekk nilħqu dan il-bilanċ, il-pjaċir li se nagħmlu se jkun lis-soċjetà kollha kemm hi u mhux lin-nisa,” qalet Dalli li meta mitluba tgħid f ’sentenza waħda għal min hu dan il-programm wieġbet hekk: “Dik il-mara li

U kieku aktar irġiel jivvutaw għan-nisa ma jkollniex aktar nisa fil-Parlament ukoll

għaliha l-ostakoli mhumiex problema imma opportunità li trid tesplora u tidħol għaliha b’suċċess.”


06

16.07.2017

kullhadd.com

KUMPANIJA PUBBLIKA GĦALL-PROĠETT TAL-PIPELINE BEJN MALTA U ĠELA • IS-SENA D-DIEĦLA JIBDEW L-ISTUDJI AMBJENTALI U TEKNIĊI • APPLIKAZZJONI GĦALL-FONDI EWROPEJ Għaddejjin pjanijiet biex titwaqqaf kumpanija pubblika għat-twettiq tal-proġett tal-pipeline tal-gass u iktar tard biex tieħu ħsieb u tmexxi l-operat tal-infrastruttura meta tiġi kkumissjonata. Kien il-Ministru Joe Mizzi li ta dawn id-dettalji filwaqt li qal li “huwa mistenni li l-proġett idum seba’ snin biex jitwettaq.” Il-proġett tal-pipeline talgass huwa meqjus bħala wieħed importanti ħafna għaliex pajjiżna jingħaqad mal-Ewropa għall-provvista ta’ sors importanti ħafna tal-enerġija. Iktar minn hekk ladarba l-pipeline tal-gass ikun lest minn pajjiżna jkun jista’ jitlaq darba għal dejjem it-tanker tal-LNG mill-port ta’ Marsaxlokk. Dan il-pipeline ilu jkun imwiegħed bosta snin iżda kien biss fl-aħħar truttura neċessarja u ġiet idleġiżlatura li ngħata imbut- heavy fuel oil, l-iktar żejt tal-arja fil-pajjiż. Fost xogħol li diġà sar insi- dentifikata r-rotta bejn Malta tatura ’l quddiem bħala par- li jniġġes, qlibna għall-gass ti mill-pjan tal-gvern li mill- li tejjeb bil-kbir il-kwalità bu d-disinn bażiku tal-infras- u Sqallija u s-siti fejn se jit-

poġġew it-terminal stations ġewwa Gela u Delimara, il-postijiet minn fejn se jibda u jispiċċa dan il-pipeline. Iktar minn hekk f ’Mejju ġie ffirmat ftehim bejn ilGvern ta’ Malta u r-Reġjun ta’ Sqallija fuq livell tekniku għall-kollaborazzjoni sħiħa bejn Malta u r-Reġjun Sqalli – b’koordinament ma’ Ruma. Dan is-sajf se jinbeda l-proċess tal-permessi ambjentali ġewwa Malta kif ukoll ġewwa l-Italja bis-sottomissjoni tal-Project Description Statement u Scoping Report lill-awtoritajiet rispettivi. Is-sena li ġejja se jibdew isiru l-istudji dettaljati ambjentali (EIA) kif ukoll tekniċi u dawn jinkludu wkoll marine survey tar-rotta kollha tal-baħar b’tul ta’ madwar 152km. Il-Gvern mistenni japplika għall-fondi Ewropej għal dawn l-istudji li ħa jkunu jiswew madwar 8 miljun ewro.


07

16.07.2017

kullhadd.com

IĊ-ĊUMNIJA GĦALL-KONSULTAZZJONI • L-ERA TIKKONSULTA DWAR IŻ-ŻARMAR TA’ DELIMARA 1 M’għandniex dubju li ħadd mhu se jgħid le għall-proġett aħħari, iżda, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi hija marbuta li tikkonsulta fuq iż-żarmar tal-impjanat ta’ Delimara 1 u dan il-proċess għaddej bħalissa. Dik kienet il-power station li taħdem bil-heavy fuel oil u li kemm ilu inawgurat l-impjant tal-gass m’għadhiex tintuża. Wara proċess ta’ konsultazzjoni li jinsab miftuħ sal-24 ta’ Lulju imbagħad issir laqgħa pubblika għar-residenti tal-akwati u l-pubbliku ġenerali. Wara l-laqgħa biex ingħata l-permess għat-tanker tal-LNG fl-aħħar xhur, din tkun it-tieni laqgħa pubblika ta’ din l-importanza li jkollha l-ERA. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jiġbor it-tagħrif dwar l-applikazzjoni li hemm quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar mill-Enemalta kemm mill-uffiċċji tal-ERA jew inkella mill-Kunsilli Lokali ta’ Birżebbuġa, Marsaxlokk u ż-Żejtun. Ladarba jgħaddi dan il-proċess u jinħarġu l-permessi meħtieġa l-Enemalta tkun tista’ tkompli b’parti oħra talpjan tagħha biex tibdel is-settur tal-enerġija f ’pajjiżna. L-għan tal-Enemalta hu li

żżarma ċ-ċumnija tal-power station Delimara 1 dan is-sajf. Din iċ-ċumnija ta’ 150 metru, l-itwal struttura fil-gżejjer Maltin, ser titwaqqa’ permezz ta’ apparat li se jkun inġieb Malta apposta, sabiex jiġu

mħarsa l-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku l-oħra li hemm qrib tagħha. Il-kuntratturi Taljani speċjalizzati fit-twaqqigħ ta’ dawn it-tip ta’ strutturi ntgħażlu f ’Diċembru li għadda wara sejħa għall-of-

ferti internazzjonali. Il-ħidma biex l-eqdem power station ta’ Delimara, li bdiet topera fl-1992, tintefa’ u tiżżarma bdiet fl-ewwel parti ta’ din is-sena meta f ’pajjiżna wasal it-tanker tal-gass. Fil-fatt, dan

l-impjant intefa fl-24 t’April li għadda, l-aħħar ġurnata li Malta użat il-heavy fuel oil sabiex tiġġenera l-elettriku. Fl-istess waqt, inġiniera u periti tal-Enemalta kienu qed jaħdmu mal-kuntratturi magħżula, u mal-awtoritajiet konċernati sabiex ilestu l-pjanijiet dettaljati dwar iż-żarmar tal-impjant Delimara 1. Dan jinkludi żewġ boilers li jissaħħnu bil-heavy fuel oil (HFO), żewġ turbini tal-fwar ta’ 60 MW-il waħda, flimkien maċ-ċumnija t-twila u għadd ta’ apparat ieħor. Iċ-ċumnija tikkonsisti fi struttura tonda tal-konkos għolja aktar minn 50 sular, b’dijametru ta’ 12-il metru. Il-ħitan tal-konkos għandhom ħxuna ta’ aktar minn żewġ metri filqiegħ, li jonqsu għal 60 ċentimetru fil-quċċata. Fost oħrajn f ’din l-istruttura hemm żewġ pajpijiet tal-ħadid b’wisgħa ta’ 2.3 metri li minnhom kien jgħaddi d-duħħan ġej millħarqa taż-żejt fil-boilers. Il-materjali kollha, fosthom metalli u skart tal-bini, ser jinħarġu mis-sit u jiġu pproċessati b’mod sostenibbli. Fejn ikun possibbli dawn il-materjali se jiġu riċiklati.


08

16.07.2017

kullhadd.com

GĦAWDEX JINŻEL GĦASEL MAL-ISTUDENTI TAL-MEDIĊINA • STUDENTI BARRANINJITKELLMU FUQ L-ESPERJENZA SABIĦA FL-ISPTAR • JAWGURA TAJJEB GĦALL-ISKOLA MEDIKA Kitba ta’ RYAN VELLA Studenti tal-mediċina kellhom kummenti pożittivi għall-isptar ġenerali ta’ Għawdex wara li attendew għal esperjenza ta’ ftit ġimgħat bħala parti mill-istudji tagħhom f ’universitajiet barra l-pajjiż. Bl-iskola medika ta’ Barts tibda l-korsijiet tagħha f ’Għawdex fi ftit xhur, kliem dawn l-istudenti għall-isptar ta’ Għawdex iħeġġeġ it-tobba fl-isptar ġenerali ta’ Għawdex li maż-żmien se jibda jilqa’ iktar studenti. Xi ħaġa li se ssir iktar possibbli wara l-investiment li qed isir minn Vitals Global Healthcare. “Bħala sptar kompatt, l-isptar joffri l-esperjenza ta’ immaniġġjar b’mod sħiħ tal-kura tal-pazjenti. Student jista’ jsegwi pazjent mill-mument li daħal flisptar, sakemm ikun ħa l-kura fl-isptar u jerġa’ jintbagħat lura fil-komunità,” qal il-konsulent mediku bi speċjalizzazzjoni fuq l-akkademja, Robert Sciberras. Minkejja d-daqs tiegħu l-isptar ġenerali ta’ Għawdex joffri taħlita ta’ speċjalitajiet u servizzi. “Ix-xena akkademika fl-isptar hija vibranti ħafna,” qal Farrugia li tkellem dwar kif hemm rabtiet bejn istituzzjonijiet f ’Malta u lil hinn fejn l-istudenti u anke l-ħaddiema jipparteċipaw permezz ta’ web

streaming u teleconferencing. “Dan kollu jawgura tajjeb għall-istudenti ta’ Barts and the London School of Medicine li ġejjin f ’Settembru u se naħdmu kemm nifilħu biex nagħmlu l-esperjenza fl-isptar ġenerali ta’ Għawdex pożittiva kemm nistgħu,” qal Farrugia. U jidher li dak li qed jgħid m’għandux jitpoġġa f ’dubju jekk nieħdu l-esperjenzi tal-istudenti li kienu Malta fl-aħħar xahar. Fosthom Chamanjeet Jassal u Katharine Westley li proprju ġejjin mill-iskola ta’ Barts. “Kienet esperjenza

mill-isbaħ. Ingħatajna merħba sabiħa fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn Dr. Sciberras u t-tim tiegħu għamlu minn kollox biex nieħdu l-aħjar minn din il-esperjenza,” spjegaw iż-żewġ studenti interessati li jispeċjalizzaw fir-radjoloġija u l-psikjatrija fost oħrajn. “Minbarra l-esperjenza edukattiva mill-aqwa li ħadna fl-isptar konna ffortunati li għexna f ’dar fiċ-ċentru tar-Rabat li tatna ċans induru kull rokna f ’Għawdex,” żiedu jgħidu ż-żewġ studenti. Esperjenza f ’Għawdex ukoll

għall-istudent Harriet Buckley mill-Università ta’ Manchester. “Sibt l-isptar ġenerali ta’ Għawdex bħala post millaqwa biex taħdem fih. Il-livelli ta’ kura huwa eċċellenti u t-tagħlim li esperjenzajna kien fantastiku,” qal Buckley li wkoll ma naqasx milli jikkummenta dwar is-sbuħija tal-gżira Għawdxija. “Nirrakkomanda l-isptar ġenerali ta’ Għawdex lil studenti oħra u nittama li anke jien nerġa’ niġi fuq din il-gżira ma ndumx,” qal Buckley. Jason Whittle huwa student ieħor li jsegwi l-kors fl-istess università. “Ġegħluni nħossni

parti mit-tim mill-ewwel,” qal Whittle li nnota kemm għoġbu l-fatt li t-tobba kważi jafu lil kull pazjent jew tal-inqas xi ħadd jiġi minnu. “It-tagħlim li ngħatajt kien tal-ogħla livell, kemm minn tobba junior kif ukoll mill-konsulenti. Kelli opportunità li nżur il-hyperbaric unit u nifhem l-importanza ta’ kif wieħed jittratta l-kumplikazzjonijiet marbuta mal-għadis, xi ħaġa li mhux komuni fin-naħa ta’ fuq tal-Ingilterra,” kompla jgħid l-istudent li ddikjara li ma kien jiddejaq xejn li kieku l-kors mediku kollu tiegħu għamlu fil-gżira Għawdxija.


09

16.07.2017

kullhadd.com

LGBTI LABOUR TINBIDEL F’EQUALITY LABOUR F’dawn l-aħħar ġimgħat l-organizzazzjoni fi ħdan il-Partit Laburista mwaqqfa snin ilu, LGBTI Labour, għaddiet minn proċess ta’ tiġdid intern biex illum din saret tissejjaħ Equality Labour. L-organizzazzjoni hija mmexxija minn Clayton Cutajar u hi magħmula minn għadd ta’ membri Maltin u oħrajn barranin. Equality Labour hija organizzazzjoni kif ukoll grupp ta’ diskussjoni u pressjoni li tirrappreżenta lill-individwi kollha, fi ħdan il-Partit Laburista u ’l barra minnu, irrispettivament mill-ġeneru jew min-nuqqas tiegħu, mill-orjentazzjoni sesswali, mill-klassi soċjali u minn timbri oħra imposti fuq kull wieħed u waħda minna permezz tas-soċjetà li ngħixu fiha. “Il-mira tal-organizzazzjoni hi dik li taħdem sabiex ikollna soċjetà ak-

tar ugwali fejn kull persuna tkun tista’ tilħaq l-milja tal-miri tagħha fil-ħajja u tkun trattata indaqs f ’għajnejn il-liġi u f ’għajnejn is-soċjetà,” qal Cutajar. Equality Labour temmen f ’soċjetà fejn iċ-ċittadini ma jiġux iġġudikati abbażi tal-orjentazzjoni sesswali jew tal-ġeneru tagħhom, imma fuq il-ħiliet, l-kapaċitajiet u l-kompetenzi tagħhom. “Prinċipju li fl-ahhar mill-aħħar jikkumplimenta il-kostituzzjoni ta’ Malta fejn tgħid li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali, fost karatteristiċi oħra,” kompla jispjega Cutajar. Cutajar qal li Equality Labour tilqa’ l-emendi li seħħew mill-Gvern preżenti fil-Liġi taż-Żwieġ: “Dan hu pass ieħor lejn l-ugwaljanza biex f ’pajjiżna jkollna soċjetà aktar miftuħa mingħa-

jr preġudizzji lejn xi settur jew ieħor. Equality Labour tagħraf u tirrispetta li ż-żewġ elementi li taw l-akbar kontribuzzjoni għall-bidla fil-mentalità f ’Malta kienu l-promozzjoni b’saħħitha tal-organizzazzjonijiet LGBTIQ u l-impenn li ħa Gvern Laburista biex jindirizza l-omofobija u t-transofobija. L-organizzazzjoni beħsiebha tissielet għad-diversità, taħdem biex tkompli ssir differenza u sservi ta’ ispirazzjoni għal ħaddieħor,” kompla jispjega Cutajar. Fil-qasam tal-ugwaljanza bejn il-ġeneru, Equality Labour tirrikonoxxi wkoll u tilqa’ l-fatt li permezz ta’ din il-proposta l-Gvern immodernizza aspetti tal-liġi taż-żwieġ li sal-lum għadhom tradizzjonali u li jnaqqru mit-tali ugwaljazna.


10

16.07.2017

kullhadd.com

JISPLODU L-VALUR TAL-BINI BIEX ISERRĦU MOĦĦ IL-PARTITARJI • JGĦIDU LI GĦANDHOM B’€25 MILJUN META GĦANDHOM BI €13.9 MILJUN

Quddiem kriżi finanzjarja mingħajr preċedent l-establishment tal-Partit Nazzjonalista għamel sforz biex juri lill-partitarji li minkejja li żdiedu d-djun il-partit għandu biżżejjed assi biex jagħmlu tajjeb għal dak li jista’ jinqala’. Fi kliem ieħor biex iwassal il-messaġġ li jekk hemm bżonn iktar x’jinbiegħ dan ikun jista’ jsir fiż-żmien li ġej għax hemm minn fejn. Biex għamel dan ma’ The Malta Independent il-Partit Nazzjonalista qal li għandu assi li jlaħħqu l-valur ta’ €25 miljun, iżda l-kontijiet ippreżentati quddiem il-Kummissjoni Elettorali stess juru mod ieħor. Fil-fatt jirriżulta li l-binjiet li għandu l-Partit Nazzjonalista jiswew kważi €13.9 miljun. Dan huwa kwazi n-nofs tal-figura ta’ aktar minn €25 miljun li l-establishment Nazzjonalista qiegħed jipprova jxerred mal-midja. Fil-fatt bir-rata ta’ telf li kellu l-Partit Nazzjonalista, u speċjalment il-Medialink, l-assi tal-Partit ftit li xejn joffru sostenn fit-tul. Fil-fatt fl2015 u fl-2016 il-Partit tilef €4.1 miljun, jew kważi kwart tal-valur tal-binjiet kollha li għandu. Kien biss grazzi ta’ self akbar, li l-Partit ma kienx kostrett ibigħ aktar każini. Quddiem dan kollu issa nħoloq ukoll kunflitt dwar l-istrateġija ’l quddiem. Chris Said qed jagħmilha ċara li dak li għamlu l-President tal-Eżekuttiv Ann Fenech, it-teżorier Alex Perici Calascione u l-Kap Simon Busuttil meta

biegħu l-każini ma jaqbilx miegħu u saħansitra għamilha ċara li kien hemm konvenju ta’ każin li ma ffirmax għax hu ma jaqbilx li jinbiegħu l-każini li tant ikunu ħadmu għalihom l-attivisti. Fil-fatt il-każini jissemmew ukoll fir-rapport tat-telfa tal-2013, rapport li kien qal li l-każini għandhom isiru ċentri iktar attivi għaliex kien hemm bżonnhom għall-Partit Nazzjonalista. Iżda minflok, it-tmexxija imbarkat fuq proġett li tbigħhom. Kienet din il-gazzetta li flaħħar ġimgħat żvelat b’analiżi dettaljata s-sitwazzjoni mwiegħra li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista. U minn mindu kienet ippubblikata din l-analiżi din saret sors ieħor ta’ kunflitt u inkwiet fil-Partit Nazzjonalista. Fost oħrajn irriżulta kif is-sena li għaddiet il-Partit Nazzjonalista għamel telf ta’ €1.6 miljun, jew saħansitra aktar mid-dħul totali. Jiġifieri filwaqt li l-Partit daħħal €1.4 miljun, nefaq mat-€3 miljun. Fl-2015 it-telf tal-Partit kien laħħaq €2.5 miljun. Ta’ Chris Said qed jattakkaw ukoll lil Rosette Thake, li Simon Busuttil kien daħħal bħala Segretarja Ġenerali biex lil Said kien reġa’ bagħtu Għawdex għax rah bħala theddida. Ta’ Said qed jgħidu li wara l-isforzi li saru fis-sentejn ta’ tmexxija ta’ Chris Said l-amministrazzjoni addottat politika ta’ money no problem u llum is-sitwazzjoni marret għall-agħar.


11

16.07.2017

kullhadd.com

IL-KAP FALLIELU L-AĦĦAR SFORZ • WARA L-MOSSA TAL-QORTI, TELEFONATI MAL-KUNSILLIERI MARRU ĦAŻIN • BDIET TISĦON IL-QIEGĦA FOST IL-KONTESTANTI

Alex Perici Calascione

David Thake

Adrian Delia

Claudio Grech

Chris Said Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, kellu pjan biex iħabbar li se jerġa’ jitfa’ n-nomina tiegħu għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Iżda, dan il-pjan sfumalu fix-xejn fi ftit sigħat minn xħin sar magħruf. Dan hu tagħrif ikkonfermat mill-istess imkejjen fil-Partit Nazzjonalista li fl-aħħar xhur kienu provati korretti għal darba wara l-oħra. Il-pjan kien ibbażat fuq li Simon Busuttil jipprova jerġa’ jqajjem il-kwistjoni tal-Panama fil-Qorti. Dan bit-tama li jkollu grampun ma’ xiex iqabbad il-kandidatura tiegħu. Filġimgħat li għaddew, Simon Busuttil qal lill-Membri Parlamentari Nazzjonalisti li huwa jikkontesta biss jekk joħroġ ir-rapport tal-inkjesta tal-Egrant u jinstab xi ħaġa kontra l-Prim Ministru. Però r-reazzjoni ta’ ħafna deputati kienet li ħadd mhuwa jemmen dik l-istorja. Bin-nominazzjonijiet għall-ħatra ta’ Kap jiftħu għada, beda jsir ċar għal Simon Busuttil li lanqas din it-tama żgħira ma kien se jkollu. Għalhekk huwa ftiehem minn wara dahar kulħadd ma’ Jason Azzopardi biex imorru l-Qorti biex jippruvaw jerġgħu jqajmu l-każ kontra ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi billi talbu investigazzjoni dwar affarijiet li fuqhom diġà qed issir inkjesta. Esperti legali qed jgħidu li t-talba miktuba minn Azzopardi hija bla bażi u dgħajfa ħafna. L-idea kienet li permezz ta’ din il-mossa jitqajjem entużjażmu għal Simon Busuttil u jkun hemm mewġa biex hu jerġa’ joħroġ għal din l-elezzjoni. Jason Azzopardi aċċetta li jieħu sehem bil-kundizzjoni li wara jkun appoġġjat għal Viċi Kap

tal-Partit Nazzjonalista. Iżda l-affarijiet ma marrux kif Simon Busuttil kien qed jistenna. Kif in-nies qrib ħafna tiegħu bdew iduru kunsilliera Nazzjonalisti permezz ta’ telefonati biex jgħidulhom li issa l-ħin biex jikkonvinċu lil Busuttil jibqa’, kellhom reazzjoni li ma kinux qed jistennew. Dan għax numru mhux żgħir minn dawn il-kunsilliera wieġbu li huma diġà kommessi ma’ kandidati oħra u li issa mhux se jaqgħu għaċ-ċajt. Kien hemm min qal li dawn it-tentattivi ta’ logħob bil-Qrati ma tantx jimpressjonaw. Il-KullĦadd tista’ tiżvela li Simon Busuttil ukoll ċempel personali lil xi nies iżda xejn ma għenu

In-nies ta’ Delia qed jgħidu li id ta’ persuna qrib ħafna ta’ Said, u li taħdem id-Dar Ċentrali kienet wara din l-istorja. Huma qed jgħidu li anki fuq Said hemm xi tgħid. Il-qiegħa se tisħon

l-fatt li l-popolarità tiegħu malgħeruq tal-Partit Nazzjonalista ħadet daqqa ta’ ħarta din il-ġimgħa wara l-kwistjoni ta’ żwieġ indaqs. Iffaċċjat b’ din ir-reazzjoni, Simon Busuttil induna li kien qed jissogra li jekk joħroġ saħansitra jitlef it-tellieqa għal kap. Għalhekk, għamel irtirata f ’battalja li bilkemm kienet bdiet. L-isfidanti għal Kap għalhekk se jkunu Adrian Delia u Chris Said. Il-kandidaturi l-oħra ta’ Alex Perici Calascione u David Thake, li t-tnejn mistennija jikkonfermaw, huma meqjusa li jsiru sempliċiment biex dawn il-persuni jakkwistaw profil u min jilħaq Kap ma jkunx jista’ jwarrabhom kif ġieb u laħaq. Claudio Grech għadu jtella’ u jniżżel, iżda l-aħħar li qal lin-nies tiegħu kien li filwaqt li hu fiduċjuż li jista’ jirbaħ il-vot tat-tesserati, jibża’ li l-establishment jerġa’ jaħdem kontrih biex ma jgħaddix mill-Kunsill Ġenerali. Minkejja dan fl-aħħar ġimgħat ma qatax milli jikkampanja jkellem id-deputati u l-kunsillieri u għalhekk Claudio Grech m’għandux ikun eskluż mit-tellieqa bid-deċiżjoni tittieħed fis-sigħat li ġejjin. L-avukat Adrian Delia għandu l-appoġġ ta’ ħafna nies tal-establishment u huwa favorit li jirbaħ. Fost dawk li qed jikkampanjaw għalih bl-aħrax hemm id-deputat segretarju ġenerali Jean Pierre Debono li għandu għeruq fil-fond ħafna fost il-kunsillieri. Delia għamel ħafna laqgħat ma’ Membri Parlamentari u Kunsillieri u internament qed ikun kritiku ta’ Busuttil biex joħloq perċezzjoni ta’ distanza minn miegħu peress li issa Simon Busuttil hu kkunsidrat minn bosta bħala piż,

liability. Imkejjen fid-Dar Ċentrali qalu li s-sorpriża vera hija kif Simon Busuttil kisirha għalkollox ma’ Chris Said. Busuttil qed jindika li Said ma mexiex korrettament miegħu meta kien Segretarju Ġenerali, b’Said jirreaġixxi li hu kien għamel id-dirty work kollu, saħansitra keċċa lill-ħaddiema, u bħala grazzi kellu jitlaq wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew biex Simon Busuttil daħħal lil Rosette Thake, li qatt ma qabdet art għaliex ma kellhiex għeruq fil-Partit Nazzjonalista.

Sadattant, bdew id-daqqiet taħt iċ-ċintorin bejn iż-żewġ kampanji. L-ewwel waħda kienet l-istorja ta’ eks goalkeeper ta’ Birkirkara FC li qed jisfida rapport li Adrian Delia għamel fil-konfront tiegħu dwar korruzzjoni. Saħansitra qal li se jieħu passi legali għax dawn l-akkużi foloz irrovinawlu l-karriera u ħajtu. In-nies ta’ Delia qed jgħidu li id ta’ persuna qrib ħafna ta’ Said, u li taħdem id-Dar Ċentrali kienet wara din l-istorja. Huma qed jgħidu li anki fuq Said hemm xi tgħid. Il-qiegħa se tisħon.


12

16.07.2017

kullhadd.com

XOGĦOL FUQ 39 SIT STORIKU • L-2016 REĠGĦET KIENET SENA FEJN IL-WIRT STORIKU NGĦATA PRIJORITÀ Kien hemm 39 sit storiku li s-sena li għaddiet kien għaddej restawr fuqhom u filwaqt li f ’numru tajjeb minnhom ir-restawr tlesta, f ’każi oħra x-xogħol għadu għaddej. Huma ċerti proġetti kbar u ta’ importanza nazzjonali fejn ix-xogħol ma tlestiex f ’sena waħda filwaqt li f ’każi fejn il-proġett jew ilpost jew ix-xogħol hu iżgħar, ix-xogħol inbeda u tlesta s-sena li għaddiet stess. Dan it-tagħrif tah il-Ministru Owen Bonnici meta fil-Parlament kien qed iwieġeb domanda parlamentari

tad-deputat Etienne Grech. Il-Ministru Bonnici spjega li ntefqet is-somma totali ta’ €5,628,843.41 f ’restawr ta’ postijiet storici. Minn dawn kien hemm €1,801,299.38 bħala fondi Ewropej u €2,945,683.03 ntefqu mill-Fondi Nazzjonali. Naturalment dan hu investiment li se jkun qed jiżdied b’mod sostanzjali ħafna meta jibdew jitlestew ix-xogħlijiet u jsiru ħlasijiet fuq proġetti kbar li għadhom għaddejjin bħal ta’ MUŻA fost oħrajn, fejn il-Berġa tal-Italja se tin-

bidel fil-mużew nazzjonali tal-arti. Fost l-iktar proġetti importanti u li spikkaw hemm ukoll dak fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni fejn sar xogħol ta’ konservazzjoni u restawr li jinkludi xogħol ta’ tibdil tas-saqaf, xogħlijiet ta’ dawl u xogħol mekkaniku, restawr fuq il-faċċatta ta’ barra u t-tħaddim ta’ teknoloġija moderna bil-għan li l-klima fil-post tinżamm aħjar u jkun preservat aħjar dan il-wirt li jmur lura bosta snin. Hemm ukoll ix-xogħol li qed isir fuq is-sit tal-Café Premiere

Ix-xogħol lest fuq il-Casino Notabile fl-Imdina

Avvanzat ukoll ir-restawr fuq il-faċċata ta’ Palazzo Ferreira Waħda mis-swali fil-Berġa tal-Italja fejn għaddej xogħol kbir

Is-swar tal-Furjana wkoll qed jingħataw l-attenzjoni li tixraq

fejn qed jinbidel b’mod totali biex jitgawda mill-pubbliku, issa li se jintuża mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u se jagħti aċċess aħjar għall-Bibljoteka Nazzjonali. Għaddej ukoll xogħol fuq il-faċċata ta’ Palazzo Ferreira, fil-Belt Valletta, u l-faċċatta tal-Konkatidral ta’ San Ġwann fost ħafna proġetti oħra fil-Belt Valletta. Spikkaw ukoll in-numru ta’ proġetti madwar il-pajjiż fuq niċeċ u kappelli li jżommu ħajjin postijiet storiċi u bi tradizzjoni fil-qalba tal-irħula.


13

16.07.2017

kullhadd.com

MILL-KIRURĠIJA GĦALL-FOTOGRAFIJA

Kitba ta’ jirriflettu t-temi u l-ħsibijiet RACHEL POWELL tal-kitba.” “Clifford huwa ħassieb. Il-fotografija hija arti parti- Wara l-ħidma twila flimkien kolari mmens. Hi ħafna aktar waqt Linji Sfużi, ħassejt li milli sempliċiment tieħu ri- l-idea li kelli f ’moħħi għalltratt. Tgħinek tieqaf, tosser- proġett ma kinitx tkun komva, taħseb u tifhem. Għal pluta mingħajr il-kitba, parDavid Grima żagħżugħ ta’ 21 tikolarment il-kitba bil-Malti. sena, student fir-raba’ sena Il-mod kif Clifford kapaċi tal-kors tal-Mediċina, il-fo- jesprimi ħsibijiet fi kliem tiktografija tagħtih il-possibilità kumplimenta ħafna x-xogħlili juża kif irid, kemm b’mod jiet f ’Arbanġ. Inħoss li hemm astratt u kemm b’mod iktar ċerta armonija fil-ħidma tagħna flimkien, diżordni ta’ tnejn viċin ir-realtà li ngħixu fiha. Huwa beda jesplora din l-ar- li tingħaqad flimkien biex issir ti minn meta kien fis-sekond- ħaġa waħda f ’armonija fiha arja. “Ħassejt li kelli certu nnifisha.” Mistoqsi għaliex l-esibizzvojt meta niġi biex nesprimi ruħi; inħoss li ċertu ħsibijiet joni ssemmiet Arbanġ Grima nista’ nesprimihom bir-ritrat- jispjega kif il-premissa talti ħafna aktar milli jien kapaċi proġett titlaq minn imħabbil-kliem jew b’modi oħra.” ba personali lejn is-siġar u Grima jgħid li għandu inter- l-importanza u s-sbuħija essi varji li jinkludu l-bijoloġi- tagħhom. “Arbanġ, nħolqot ja, il-kimika u l-fiżika, l-ispaz- mill-kelma arbor, Latin għal ju, il-baħar u l-art. Jiddeskrivi siġra, u angeîon mill-Grieg lilu nnifsu bħala idealist u tfisser reċipjent/kontenitur. xi ftit ċiniku b’mumenti ta’ F’Arbanġ is-siġar qed iservu mezz biex tinftiehem l-imnikiliżmu. “Kienet kontinwazzjoni portanza tan-natura u tarnaturali li fl-arti ngħaqqad rwol tagħna fiċ-ċiklu tal-ħajja. ix-xogħol professjonali u ne- Ix-xogħlijiet huma imsejsa splora dimensjonijiet ġodda f ’kuntest lokali u Malti u minħabba l-ħin li ngħaddi għalhekk tiżdied it-tikka fuq mgħaddas fihom. L-arti u il-g. x-xjenza għandhom dejjem L-esibizzjoni ffurmat ruħha ikunu mżewġin. Fil-fatt naraw tul dawn l-aħħar sentejn, li ħafna xogħlijiet fix-xjenza però l-pedamenti tqiegħdu huma arti fihom innifishom iżjed qabel. “Kienet prou bl-istess mod, ħafna xogħli- gressjoni naturali li ngħaqqad jiet tal-arti huma dipendenti dak li qed nistudja ma’ dak li jew influwenzati mix-xjenza.” naf nesprimi ruħi bih. Kien Din mhix l-ewwel darba li waqt ġimgħa ta’ tagħlim dwar Grima qed jesibixxi x-xogħol il-kirurġija li verament bditiegħu. Infatti kien esibixxa et tinbena l-idea. In-Natura, ammont ta’ ritratti fil-proġett il-Prostituzzjoni tal-Ambjent bl-isem ta’ Linji Sfużi li twet- u l-Politika Maltija wkoll kelltaq flimkien mal-kittieba Clif- hom rwol importanti fl-oriġiford Jo Zahra u Ancel Cefai ni tal-esibizzjoni.” u l-koordinatur James Spiteri. Għal min forsi mhux midħla Il-proġett kien jittratta dwar tal-arti u l-fotografija l-ewwTas-Sliema, fejn ġew osserva- el ħaġa li tiġih f ’moħħu kif ti l-karattri ta’ nies li jiltaqgħu jara l-esibizzjoni hija s-sistef ’dan il-post f ’kuntesti differ- ma tan-nervituri jew forenti. “Bdejna minn street pho- si l-għeruq ta’ xi pjanti jew tography, inkitbu stejjer fittizji siġar li jagħtu idea ta’ netispirati mill-karattri u r-ritrat- work. It-tema tax-xogħlijiet ti, u wara din il-fażi, kom- hija waħda li tirrifletti x-xebh plew inħolqu aktar ritratti li f ’dak kollu li jeżisti, kemm

dak li hu animat u dak li mhux ħaj għax flaħħar millaħħar kollox huwa magħmul mill-istess molekuli. Ilproġett għandu wkoll tema ambjentali, irridu dejjem nimxu mhux biss lejn żvilupp sostennibbli iżda wkoll lejn għajxien sostenibbli. F’Linji Sfużi l-proċess kreattiv beda minn osservazzjoni diretta tal-post u l-umani li jiltaqgħu fih. Arbanġ bdiet minn osservazzjoni tal-ambjent ta’ pajjiżna u r-rwol tagħna l-umani fil-bidliet li qed taffaċċja l-pjaneta tagħna. Kompliet timraħ fuq is-sinerġija bejn l-animat u l-inanimat u l-importanza tat-tnejn għal xulxin. Iżda din l-esibizzjoni donnha fiha laqta ekoloġika. L-artist għandu messaġġ li jrid iwassal. “Il-pjaneta li ngħixu fuqha tmantnina

u tipprovdilna dak kollu li għandna bżonn. U tagħmel l-istess għal biljuni ta’ organiżmi oħra. Pjaneta nnifisha hi sistema kompluta u indipendenti, b’numru kbir ta’ ċikli differenti li jagħtuha l-kapaċità li tbiddel, tifforma, tirriġenera u tgħajjex. Kull azzjoni għandha l-konsegwenzi tagħha - madwarna qed naraw ammont kbir ta’ abbużi u stuprar tal-ambjent għal raġunijiet ulterjuri - u dawn kollha qed iħallu impatt fuq id-dinja li tagħtina l-ħajja. Fi żmien ta’ avvanz

kbir ta’ edukazzjoni u informazzjoni, xorta waħda għadna nagħmlu żbalji u ma nitgħallmux minnhom, frott l-għażż, ilflus, il-kumdità.” Dan il-proġett hu megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti – Malta Arts Fund - u huwa parti mill-programm staġjonali ta’ Spazju Kreattiv. Bla dubju Grima jgħid li mingħajr dan is-sapport ma kienx ikun possibbli li tittella’ din l-esibizzjoni; u għalhekk jemmen li fondi bħal dawn huma importantissimi għas-settur tal-arti f ’Malta, speċjalment meta tikkunsidra ċ-ċokon tagħna u invarjabbilment iċċokon ta’ riżorsi. L-esibizzjoni qed issir fi Spazju Kreattiv ġewwa l-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt Valletta, fl-ispazji ta’ fuq. Miftuħa kuljum sat-13 t’Awwissu mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9am u s-1pm; is-Sibt u l-Ħadd bejn l-10am u s-1pm.


14

16.07.2017

kullhadd.com

AVUKAT LI ĦALLA L-LIĠI U SAR WIEĦED MILL-AQWA DJS MONDJALI TA’ KULL ŻMIEN Armin van Buuren - avukat iżda iktar milli għal-liġi huwa magħruf u kkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa DJs fiddinja ta’ kull żmien tant li għal ħames snin konsekuttivi ġie vvutat bħala l-aqwa DJ mill-Magazine popolari DJ Mag. Id-diski tiegħu venvnu d-diskoteki madwar id-dinja kollha fosthom dawk f’Malta b’eluf kbar ta’ żgħażagħ jiżfnu mar-ritmu tal-mużika tiegħu. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-mużika? Kollox beda meta kont nara lil missieri jesperimenta bil-mużika u jien ta’ tifel li kont bdejt nipprova nimitah. Għadda ż-żmien u meta tfarfart ftit bdejt nipprova nagħmel il-mużika tiegħi jien stess. Meta kelli 10 snin, ommi rebħet kompjuter u dan għeni biex nibda nisma’ xi mużika differenti minn tas-soltu. Dak iż-żmien ukoll ic-CDs ma kinux jeżistu allura kont noqgħod indoqq il-cassettes u fejn nista’ nipprova nħallat il-mużika kif naf. Niftakar li kienet is-sena 1990, dak iż-żmien kelli 14-il sena u wara ħafna tentattivi rnexxieli nipproduċi l-ewwel biċċa mużikali tiegħi. Is-sodisfazzjon li ħassejt kien enormi u dan kollu seħħ għax qatt ma qtajt qalbi u bqajt nirsisti sa ma lħaqt l-objettiv tiegħi. Kien hemm mument fejn imbagħad kelli nikkonċentra aktar fuq l-istudji tiegħi ta’ avukat u ħames snin wara gradwajt mill-Università ta’ pajjiżi. Kien imbagħad f ’dak iż-żmien illi rnexxieli nibda ndoqq fi klabb partikolari bħala DJ hekk kif kont immur darbtejn fil-ġimgħa. Kont nagħmel sitt sigħat u aktar ndoqq dak li bl-Ingliż isejħulu multiplesets fejn hawnhekk toħroġ il-kapaċità tiegħek illi tħallat il-mużika. Bla dubju illi l-iktar mument ili niftakar kien fl-1999 meta kelli 23 sena u ltqajt mal-mużiċist famuż Dave Lewis. Hu kien introduċini bħala DJ f ’żewġ pajjiżi ferm famużi għall-mużika kummerċjali jiġifieri l-Ingilterra u l-Istati Uniti. Aktar ’il quddiem kelli x-xorti wkoll illi niltaqa’ ma’ Ben Liebrand illi għeni mhux ftit sabiex nib-

da nipproduċi u nħallat mużika kummerċjali. Minn hemm tista’ tgħid illi qatt ma ħarist lura u bqajt indoqq f ’diversi klabbs madwar l-Ewropa bl-entużjażmu li dejjem inħobb nuri. Inti gradwat ukoll bħala avukat. Kellek iċ-ċans tipprattika l-liġi bħala xogħol. X’ġiegħlek tabbanduna dan ix-xogħol u tintefa’ fuq il-mużika? Iktar milli abbandunajt il-karriera ta’ avukat ngħidlek illi dan ġara kollox b’kumbinazzjoni. Filfatt wara illi ġieni ċans indoqq fi klabbs Ewropej bħal qisni kelli nwaqqaf ftit il-kors tal-liġi. Eventwalment komplejtu mal-bidu tal-millenju l-ġdid. Iż-żmien illi qattajt fl-università tgħallimt ħafna affarijiet illi se nġorrhom miegħi tul ħajti. Imma fl-aħħar mill-aħħar kelli nagħmel għażla. U ħarsti marret lejn il-mużika li tant inħobb tant illi komplejt il-karriera ta’ deejay. Illum il-ġurnata ma jiddispjaċinix illi għamilt dan il-pass. X’taħseb dwar ix-xena tal-mużika f ’pajjiżna partikolarment id-deejays lokali? Nista’ ngħid illi f ’Malta hawn ħafna talenti mużikali u deejays ferm bravi u kapaċi. Din hija s-seba’ darba illi ġejt indoqq f ’pajjiżkom u nista’ ngħid illi dejjem kont għal qalbi nagħmel kollaborazzjoni ma’ artisti Maltin. Meta niġi Malta jkolli motivazzjoni kbira, inkun ħafna għal qalbi għax naf illi l-folla ta’ nies illi jkolli quddiemi apparti illi tipparteċipa, tiġi b’ħerqa kbira għall-wirja tiegħi. Għadni niftakar l-ewwel drabi illi ġejt hawnhekk u kemm in-nies laqgħuni b’ħeġġa kbira. Dawn komplew jagħtuni kuraġġ u kull darba illi niġi hawn, naf illi ser immur tajjeb mas-segwaċi

tiegħi. F’dan il-kas ma nistgħux ma nsemmux lil Tenishia. Nafu illi issa Joven Grech biss għadu jdoqq. Iva naf u hija ħasra illi baqa’ biss Joven peress li Cyprian Cassar ma baqax jifforma parti minn Tenishia. Fuq Joven nista’ ngħid affarijiet sbieħ biss. Huwa deejay mill-aqwa fejn għandu ħabta kif iqajjem il-folla quddiemu. Għandu talenti kbar u din hija waħda mir-raġunijiet għalfejn huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa artisti li hawn Malta. Ma’ Tenishia anke fil-passat kelli ċ-ċans nikkolabora diversi drabi u m’hemmx dubju illi minn dejjem kienu professjonali f ’xogħolhom. Xi nies jassoċjaw il-parties mad-drogi. X’taħseb dwar dan kollu? Jien personali ma nafx għalfejn ċerti nies jirrelataw dawn il-parties mad-drogi. Jien ma nużax droga biex nagħmel xogħli u sinċerament m’għandix għalfejn. B’xorti ħażina ssib xi żgħażagħ illi biex ‘jieħdu pjaċir’ jieħdu xi sustanzi projbiti. Fil-fehma tiegħi dan kollu huwa ridikolu għax biex tieħu pjaċir m’hemmx bżonn tieħu d-droga. L-aħħar messaġġ tiegħek lil dawk iżżgħażagħ illi għandhom ix-xewqa li jaqbdu l-karriera ta’ deejay. Liż-żgħażagħ ngħidilhom biex jibdew jesperimentaw minn issa. Illum hawn ħafna programmi tal-kompjuter illi jgħinuk tipproduċi mużika ta’ kwalità. Qatt taqtgħu qalbkom, ibqgħu iġru wara l-ħolma tagħkom u tirnexxu.


15

16.07.2017

kullhadd.com

ARMIN VAN BUUREN BIJOGRAFIJA

Liż-żgħażagħ ngħidilhom biex jibdew jesperimentaw minn issa. Illum hawn ħafna programmi tal-kompjuter illi jgħinuk tipproduċi mużika ta’ kwalità. Qatt taqtgħu qalbkom, ibqgħu iġru wara l-ħolma tagħkom u tirnexxu

Armin van Buuren twieled fil-belt Olandiża ta’ Leiden f’Jum il-Milied ta’ 41 sena ilu (25 ta’ Diċembru 1976) u huwa isem sinonimu mal-mużika kummerċjali. Għal dawn l-aħħar snin ħadem mill-qrib fix-xena mużikali bħala deejay, recordproducer u remixer. Magħruf għal diversi stili mużikali bħal Uplifting trance, trance, progressive trance, house; progressive house u electro house. Diski bħal Shivers, Imagine, Rush Hour u Going Strong huma sinonimi ma’ Van Buuren u mad-diskoteki madwar id-dinja. Ġie influwenzat minn missieru li kellu għal qalbu l-mużika u meta kellu 10 snin, ommu kienet rebħet kompjuter f’lotterija u minn hemm skopra l-kobor tat-teknoloġija. Beda jħallat mużika bil-cassettes ta’ dak iżżmien u jsemma’ x-xogħol tiegħu lil sħabu tal-iskola. U kien hawn illi beda jinteressa ruħu f’dan il-qasam mużikali tant illi beda jikkollabora ma’ deejays oħra famużi u beda joħroġ CDs bil-mużika mħallta tiegħu. Fatt kurjuż huwa illi Van Buuren studja sabiex isir avukat. Huwa beda l-kors ta’ 19–il sena iżda meta ġietu l-opportunità mar idoqq fi klabbs Ingliżi u Amerikani. Eventwalment huwa gradwa fil-kors tal-liġi però kien bejn ħaltejn x’għandu jagħmel f’ħajtu. Jagħżel ix-xogħol ilġdid tiegħu fil-qasam legali jew inkella jkompli l-karriera ta’ deejay? L-għażla xejn ma kienet faċli għall-personalità Olandiża sakemm fl-aħħar iddeċieda illi jkompli jiżviluppa fil-qasam mużikali. Ilu mis-sena 2001 jippreżenta programm fuq ir-radju bl-isem ta’ A State of Trance li jisimgħuh ‘il fuq minn 37 miljun persuna minn 84 pajjiż differenti. Skont esperti fil-qasam tal-mużika Trance, “dan il-programm fuq ir-radju kompla jżidlu l-popolarità u kabbarlu l-interess fil-mużika Trance li eventwalment xandarha madwar id-dinja bl-istil uniku tiegħu.” Dan il-programm kien wieħed mill-aktar segwiti u fis-sena 2011 iċċelebra l-500 xandira tiegħu hekk kif żar ħames pajjiżi madwar id-dinja bi programmi diretti quddiem eluf ta’ spettaturi. Dakinhar is-segwaċi ta’ dan il-programm kellhom iċ-ċans illi jagħżlu l-artisti li kellhom idoqqu f’dan il-kunċert speċjali; xhieda ta’ kemm Van Buuren jagħti importanza kbira lis-semmiegħa tiegħu. M’hemmx għalfejn ngħidu li Van Buuren rebaħ numru kbir ta’ unuri fil-karriera tiegħu. Huwa ġie vvutat bħala l-aqwa deejay ħames darbiet mir-rivista Ingliża DJ Mag u spiċċa r-raba’ deejay madwar id-dinja f’dawn l-aħħar sentejn. Fl-2014, l-artist Olandiż ġie nnominat għal Grammy Award for Best Dance Recording wara li ħareġ id-diska tiegħu This is What it Feels Like. Kien ukoll kapaċi joħloq rekord fl-Istati Uniti hekk kif id-diski tiegħu daħlu għal 21 darba flaqwa 10 tal-klassifiċi Amerikani. Għalkemm hu għandu għal qalbu l-mużika Trance, Van Buuren ma jibżax jesperimenta b’ġeneri oħra ta’ diski bħal Electro fost l-oħrajn. U huwa għalhekk illi jqis ruħu bħala deejay versatili illi jimxi kemm jista’ maż-żminijiet. Armin Van Buuren ingħaqad fis-sagrament taż-żwieġ ma’ Erika Van Thiel fit-18 ta’ Settembru 2009 u għandhom żewġt itfal Fenna ta’ sitt snin u Remy ta’ erba’ snin.


16

16.07.2017

1

MADWAR kullhadd.com

L-AMERKA

FIL-QOSOR

3 1u2

TISTA’ TBIDDEL FEHMITHA

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ta x’jifhem li l-Amerka tista’ tbiddel il-pożizzjoni li ħadet meta rtirat ilftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima. Fi tmiem laqgħa li kellhom il-President Amerikan u l-President Franċiż f ’Pariġi, dan tal-aħħar qal li kulħadd jaf x’inhuma d-differenzi dwar is-suġġett, u m’elaborax dwar x’tista’ tkun il-bidla fil-pożizzjoni tal-Istati Uniti. Uffiċjali qrib il-President Franċiż qalu li Emmanuel Macron jemmen li Trump m’għandux jiġi iżolat, anzi jrid li jibni relazzjoni mal-President Amerikan biex jaħdmu id f ’id fuq il-kwistjoni tas-sigurtà. B’dan kollu fl-isfond, il-President Franċiż Emmanuel Macron xorta sostna li pajjiżu se jibqa’ kommess li jmexxi ’l quddiem il-ftehim dwar it-tibdil fil-klima.

2

L-AMERKA

3

L-INGILTERRA

IKKONFERMATA LAQGĦA BEJN TRUMP U RUSSA

Iben il-kbir tal-President Amerikan Donald Trump iltaqa’ m’avukatessa Russa, jiem wara li missieru rebaħ innominazzjoni Repubblikana qabel l-elezzjoni Presidenzjali. Mal-gazzetta The New York Times, Donald Trump Junior ammetta li fi Trump Towers, fi New York, iltaqa’ ma’ Natalia Veselnitskaya biex jikseb informazzjoni li setgħet ittappan irreputazzjoni tar-rivali Hilary Clinton. Madankollu iben il-President tal-Istati Uniti saħaq li fillaqgħa li kellu mar-Russa ma nqasmet l-ebda informazzjoni importanti. Jirriżulta li f ’din il-laqgħa kien hemm preżenti wkoll dak li spiċċa kien qed imexxi l-kampanja elettorali ta’ Trump. L-FBI u l-Kungress Amerikan qed jinvestigaw jekk membri mit-tim tal-kampanja ta’ Trump kellhomx kuntatti ma’ uffiċjali tal-Kremlin bil-possibilità li l-Gvern Russu intervjena fl-elezzjoni Amerikana. Sa issa din kienet l-ewwel konferma li saret laqgħa privata bejn ċittadina Russa u membru minn ta’ ġewwa ta’ Donald Trump.

MAY TISTQARR L-EMOZZJONIJIET TAGĦHA

Il-Prim Ministru tal-Ingilterra Theresa May saħqet f ’intervista li “qabżitilha demgħa” meta saret taf mingħand ir-raġel tagħha Philip li l-Partit Konservattiv kien tilef il-maġġoranza filParlament Ingliż, wara l-elezzjoni li saret f ’Ġunju li għadda. Żiedet tgħid li ma kellhiex qalb tara il-proċess tal-elezzjoni fuq il-mezzi tax-xandir għax hija superstizzjuża. May kienet sejħet elezzjoni sabiex ikollha pożizzjoni aktar b’saħħitha fin-negozjati ta’ Brexit. Madanakollu, hija kellha ddur fuq il-mexxejja tal-Partit tal-Irlanda ta’ Fuq sabiex tikseb ilmaġġoranza li kellha bżonn. Fi kliemha, il-Prim Ministru Ingliż temmen li ma ħaditx deċiżjoni żbaljata li sejħet elezzjoni bikrija, għax huwa dak li kien hemm bżonn li jsir.


R ID-DINJA

17

16.07.2017

kullhadd.com

6

L-IRAQ

4 5

6

MOSUL LIBERATA MINN IDEJN L-ISTAT IŻLAMIKU

It-truppi Iraqqini avvanzaw fl-aħħar ftit irqajja ta’ postijiet fejn kien għad hemm militanti tal-Istat Iżlamiku f ’Mosul. Aktar kmieni din il-ġimgħa l-Prim Ministru tal-Iraq Haider al-Abadi kien f ’Mosul fejn iċċelebra l-liberazzjoni ta’ Mosul minn idejn l-Istat Iżlamiku. Din il-belt kienet ilha disa’ xhur fil-qalba tal-ġlied bejn ilforzi Iraqqini u l-militanti fundamentalisti. Tliet snin ilu f ’Mosul il-mexxej tal-Istat Iżlamiku Abu Bakr al-Baghdadi kien għamel preżenza rari f ’Moskea iżda fl-aħħar xhur it-truppi Iraqqini wettqu offensiva militari li permezz tagħha kważi rebħet din il-belt għalkollox. Intant filmat li deher fuq l-internet qajjem tħassib fost ittrattament tal-priġunieri tal-gwerra. Dan hekk kif il-filmat li qed jiġi investigat mill-armata Iraqqina wera militant tal-Istat Iżlamiku jiġi aggredit u mwaddab mill-għoli qabel ma mbagħad ngħataw tiri b’arma tan-nar fid-direzzjoni tal-istess militant.

5 4

IT-TURKIJA

IL-ĠERMANJA

ERDOGAN: “TAĦLIX ĦIN PAJJIŻI”

ARRESTATI FUQ SERQA KBIRA

Numru ta’ persuni kienu arrestati wara li l-pulizija Ġermaniża wettqet numru ta’ rejds b’reazzjoni għal serqa minn mużew li fiha ttieħdet munita kbira tad-deheb. Il-ħallelin huma suspettati li daħlu fil-mużew b’sellum u użaw karretta biex ħarġu l-munita wiesgħa 53 ċentimetru. Il-munita Kanadiża bl-isem Big Maple Leaf hija magħmula minn 100 kilogramma deheb, b’valur ta’ aktar minn erba’ miljun dollaru Amerikan.

Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan akkuża lill-Unjoni Ewropea li qed taħli l-ħin lit-Turkija, u qal li jkun aħjar jekk taqbad u tgħid li l-pajjiż ma jistax ikun aċċettat bħala membru sħiħ. Dan filwaqt li tenna li t-Turkija huwa pajjiż b’saħħtu biex iqum fuq saqajh. Huwa ċaħad li arresta mal-150 ġurnalist, u sostna li fil-ħabs hemm biss żewġ ġurnalisti. Minkejja dan, it-Turkija qed iżżomm arrestati lid-Direttur tal-Amnesty International flimkien ma’ disa’ persuni oħra. Dawn l-għaxar persuni huma akkużati li huma membri ta’ gruppi terroristiċi. L-arresti qanqlu sens ta’ biża’ li taħt il-President Erdogan qed tkun imxekkla l-espressjoni ħielsa.


18

16.07.2017

kullhadd.com

ĦAFI PAĊI KULURI Ħsieb ftit kreattiv, astratt iżda pożittiv

Kitba ta’ wa Maltija fuq livell kummerRACHEL POWELL ċjali ħajjarhom jibdew jiktbu bil-Malti. Riedu joħorġu diski Wara s-suċċess miksub bid-dis- bil-lingwa Maltija, b’mużika ki Sempliċità, Dak li int u Xemx friska u kontemporanja. u Xita, il-grupp Malti The “L-idea ta’ Ħafi Paċi Kuluri hi Travellers qed jirrekordja l-ew- li terġa’ ddaħħal il-mużika ta’ wel album tiegħu, bl-ewwel The Travellers fix-xena mużidiska mnedija Ħafi Paċi Kuluri. kali, waqt li fl-istess ħin tibda F’din id-diska hemm rifless- tintroduċi bil-mod il-ħoss li joni tal-ħsejjes ġodda li l-grupp qed jevovli maż-żmien, li flesperimenta bihom fl-istess aħħar ser iwassal għall-ewwel album. B’hekk inżammet album tagħna,” spjega Clayton il-melodija tal-brass, li wieħed Bonello li jdoqq il-bass guitar. jista’ jideskrivi bħala l-firma Il-kliem ‘Ħafi’, ‘Paċi,’ u ‘Kuluri’ tagħhom, iżda din evolviet lejn ġew magħżula bi ħsieb preċiż. ħoss aktar illustrat. Il-lirika tad-diska hija pjuttost The Travellers ġie iffurmat astratta però l-messaġġ finali madwar erba’ snin ilu. Ħafna huwa ta’ pożittività, imħabmill-membri tal-grupp kienu ba u unità. “Meta jisimgħu diġà jafu lil xulxin u saħansi- d-diska, irridu lin-nies t’hemm tra kienu jattendu l-istess sko- barra jħossu dak is-sens ta’ la. L-ewwel membri li ffur- kuntentizza u ferħ. Għalhekk maw il-grupp kienu Joseph, ridna li d-diska tinstema’ friska Chris, Clayton u Sylvano, An- u ferriħija biex twassal dak isdrew u Michael ftit iktar tard. sens. Aħna sempliċiment irriGħalkemm oriġinarjament du lin-nies jiżfnu u jitbissmu.” il-grupp beda jikteb bl-Ingliż, Il-lirika mhux biss tista’ twasil-fatt li hawn nuqqas ta’ ling- sal messaġġ biha iżda twassal

emozzjonijiet. Huwa dan li riedu jagħmlu dawn iż-żgħażagħ: joħolqu immaġini f ’moħħ issemmiegħ u b’hekk ikun jista’ jirrelata mal-emozzjonijiet li d-diska tkun tixtieq twassal. Din hija teknika komuni f ’kantawturi inġenerali, iżda it-Taljani pjuttost jeċċellaw fiha. Din id-diska hija l-ewwel minn ħames siltiet li l-grupp ikkompona. Meta mistoqsijin għaliex għażlu lilha l-grupp qal: “Ridna l-ewwelnett inżommu l-identità tal-band, waqt li fl-istess ħin nuru kif il- ħoss tal-band ser jibda jevolvi. Ilħoss tal-brass sar sinonimu ma’ The Travellers u allura kemm f ’din id-diska u anke fl-album li ġej ser nippruvaw nisfruttaw kemm nistgħu biex noħolqu ħoss attwali għal dawn iż-żmenijet u fl-istess ħin, uniku fix-xena mużikali dinjija.” Il-filmat tad-diska juri sitt sorijiet libsin tonaka b’kuluri jgħajtu, jiżfnu waqt li jagħm-

lu l-faċendi. Il-ħsieb pjuttost oriġinali kien li joħorġu b’kunċett fejn juru li kulħadd kapaċi jkun kuntent bl-iktar affarijiet sempliċi fil-ħajja ta’ kuljum, u li l-kuntentizza m’għandhiex prezz warajha. L-idea ħarġet wara diskussjonijiet twal bejn il-membri talband u l-producers tal-vidjow. “Ridna xi ħaġa li toħloq kuntrast bejn tradizzjonali u modern, u ridna xi ħaġa li twassal sens ta’ pożittività. Ix-xogħol kollu li sar, sar bl-akbar rispett għall-post li konna qed naħdmu fih, u nixtieq nieħu l-okkażjoni li nirringrazzja lill-patrijiet Agostinjani għall-għajnuna tagħhom.” Infatti x-xeni tal-vidjow huma meħudin kollha ġo kunvent tal-patrijiet tal-Agostinjani ġewwa r-Rabat, Malta u juru s-sbuħija storika u arkitettonika tal-post. “Għalkem aħna bħala band naħdmu ħafna, u nippruvaw nagħmlu kollox fl-ogħla livell possibbli, fl-aħħar mill-aħħar

il-proġetti tagħna dejjem kienu ta’ suċċess għax il-pubbliku dejjem għoġbu jsegwi dak li aħna kellna x’noffru. Minn Jannar tal-2016 s’issa qatt ma waqaf is-sapport, kemm meta ħrigna xi single, iżda anke meta jkollna l-okkażjoni li niltaqgħu mal-pubbliku f ’avvenimenti live. Onestament nemmnu li għandna l-aqwa fans li band qatt jista’ jkollha, u ta’ dan inħossuna fortunati ħafna u obbligati li dejjem nagħmlu aħjar.” Huma jiddeskrivu l-esperjenza tagħhom fl-Isle of MTV bħala waħda sabiħa mmens, li mhux se jinsewha malajr. Il-grupp ser ikun qed idoqq f ’diversi avvenimenti pubbliċi matul dan is-Sajf u fihom wieħed se jkun jista’ jisma’ Ħafi Paċi Kuluri live. Fl-istess ħin qegħdin ifasslu pjan għas-sena d-dieħla fejn qed jimmiraw li tkun l-aqwa sena ta’ The Travellers s’issa. Bla ebda dubju fadal ħafna iktar x’nisimgħu mingħandhom!


19

16.07.2017

kullhadd.com

SINGAPORE LORNA

VASSALLO Opinjonista

Singapore huwa pajjiż żgħir fl-Asja li ilu mmexxi mill-People’s Action Party (PAP) sa mill-1959 (58 sena). Kellu biss tliet mexxejja/PM. Sa mill-2004 it-tmexxija għaddiet għand Lee Hsien Loong (l-iben il-kbir tal-ewwel PM Lee Kuan Yew). Illum Singapore għandu popolazzjoni ta’ 5,781,728. Ilqgħad huwa ta‘ 2.1% u kien 1.9% fl-2015. L-inqas paga medja, pereżempju ħassiel/a, hija ta’ €1,100 fix-xahar. Bidwi jew sajjied jaqilgħu €1,800 fix-xahar. Il-prodott gross domestiku ras għal ras ibbażat fuq id-daqs tal-popolazzjoni fl-2016 kien ir-raba’ fid-dinja, wara l-Qatar, il-Lussemburgu u l-Macao. Sa mill-1999, il-Moody’s tat rata ta’ gradar tal-kreditu ta’ Aaa stabbli – li hija l-ogħla grad li jista’ jintlaħaq minn ekonomija. Singapore huwa repubblika parlamentari b’kamra waħda ta’ 101 siġġu. 89 eletti direttament, 9 nominati mill-President, u sa 9 eletti minn partiti parlamentari tal-oppożizzjoni sabiex jassikuraw diversità parlamentari (illum hemm biss 3). Dan ifisser li l-gvern Singaporjan jgħin partiti tal-oppożizzjoni jidħlu fil-Parlament bla ma jkunu eletti. Apparti li mudell parlamentari bħal dan jista’ wkoll joffri mod kif nisa Maltin jistgħu jipparteċipaw fil-Parlament, sistema bħal din hija wkoll xhieda ta’ dominanza politika ferm qawwija tal-PAP. Fl-elezzjoni tal-2015 il-PAP kiseb 69.9% tal-voti (83 siġġu). Il-Partit tal-Ħaddiema (WP) 12.5% (6 siġġijiet) u ż-żewġ partiti l-oħra 17.6%. Għalkemm il-gvern ta’ Singapore jiġi kkritikat minn istituzzjonijiet internazzjonali bħala stat dittatorjali, il-ġid f ’dan l-istat huwa mifrux fuq il-popolazzjoni kollha li hija, mill-iktar sinjuri tad-dinja. Min-naħa l-oħra ħadd ma jlum lill-popolazzjoni ta’ Singapore li taċċerta ruħha li l-istess gvern jibqa’ fil-poter, frott ta’ riżultat qawwi ekonomiku wara l-ieħor. Malta kemm-il darba ġiet imqabbla ma’ Singapore. Iżda fejn qegħdin f ’paragun ma’ dan il-pajjiż l-ekonomija u r-riżultat elettorali tagħna? Dak li qed jiġri f ’pajjiżna jista’ jkun sintomu ta’ ġejjieni promettenti daqs Singapore? Ir-riżultati elettorali miksubin fl-aħħar elezzjoni ġenerali millPL qed juru li Gvern Laburis-

ta qed jibqa’ jkabbar l-appoġġ. Agħar minn hekk, il-PN fl-oppożizzjoni qiegħed jiċkien. Fl2013 il-PN kiseb 43.3% tal-vot u fl-2017 kiseb biss 42.1%. Jekk innaqqsu l-1.6% tal-Partit Demokratiku, il-persentaġġ jaqa’ għal 40.5%. Fil-fehma tiegħi l-pożizzjoni tal-PN diġà m’għadhiex sostenibbli. Iktar votanti qed jafdaw jew jaqblilhom li jitla’ Gvern Laburista, filwaqt li l-PN spiċċa midjun. Dan wassal ukoll għall-għeluq ta’ każini u għat-tkeċċija ta’ ħaddiema. Għalhekk, filwaqt li l-prospetti li l-PN jerġa’ jitla’ fil-gvern dejjem jitbiegħdu, anqas u anqas nies jaqblilhom jogħġbuh biex jieħdu xi ħaġa minnu. Il-PN daħal f ’ċirku vizzjuż. Il-PL daħal f ’ċirku virtwuż. Kiseb dominanza assoluta dejjiema li mhux faċli tegħlibha. Dan li kieku l-PN kellu strateġija elettorali perfetta. Aħseb u ara bi strateġija li ilha ma taħdem żewġ elezzjonijiet. B’hekk Gvern Laburista Malti wkoll qed jinbidel fi gvern invinċibbli elettoralment. Dan jagħmel lill-PN tal-lum l-ikbar partit fl-oppożizzjoni imma qajla gvern prospettiv. Jekk id-dominanza politika hix demokratika huwa dibattibbli. Gvern laburista futur jista‘ jsir inqas demokratiku. Imma min ser jgħaddilu minn moħħu jibdel gvern li qed itejjeb l-ekonomija ta’ pajjiżu, jgħolli l-pagi u jwessa’ d-drittijiet? Ekonomikament Malta u Singapore ftit li xejn għandhom x’jaqsmu. Biss biss 16.3% tal-popolazzjoni Maltija kienet meqjusa li qiegħda taħt il-linja tal-faqar fl-2015, mentri din iċ-ċifra lanqas biss toħroġ f ’Singapore. Il-paga minima tagħna hija ta’ €700. L-iggradar ta’ kreditu tal-Moody’s ta’ Malta kien ta’ A3 (stabbli) – sitt gradi taħt dak ta’ Singapore. Però jekk wieħed iqabbel Malta sal-2013 u dik ta’ wara, id-destin taż-żewġ partiti huwa miktub fuq il-ħajt. Għexieren ta’ snin bl-istess gvern? Jien ngħid, possibbli. Il-kbir għadu ġej? Jien ngħid, probabbli.

Ir-riżultati elettorali miksubin fl-aħħar elezzjoni ġenerali mill-PL qed juru li Gvern Laburista qed jibqa’ jkabbar l-appoġġ

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist

Il-Ħamis, 6 ta’ Lulju Ma nafx hux qed niffissa, imma kultant qed nemmen li t-talb tiegħi qiegħed jasal u eventwalment Simon (s’issa) tagħna jasal biex jibdel fehmtu u jibqa’ kap tal-partit glorjuż tagħna. Il-mod kif qed jieħu sehem fid-diskussjonijiet fil-Parlament, għalija huwa sinjal ta’ inkoraġġiment kbir. Mhux biss, donnu li issa rpilja sew u qed jieħu sehem anke f ’aktar attivitajiet. Skont Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, hekk għandu jkun għax mhux sewwa li kaptan jabbanduna vapur li jkun qed jegħreq. Il-Ġimgħa, 7 ta’ Lulju Xi sħana qiegħda tagħmel, man! Ma niflaħhiex iżjed. Għandek tgħid vera bravu dak Simon (s’issa) tagħna! Imnalla ġietu l-idea li minflok naħtru kap malajr kemm jista’ jkun, inħallu sa Settembru, għax mur ara kemm kienu jisħnu aktar l-irjus f ’din is-sħana kollha. Għax skont sħabi fl-istamperija, għaddejja battalja sew bejn dawk li diġà qalu li se jikkontestaw. Speċjalment dak Adrian Delia li ma nafx minn fejn tfaċċa għax milli jidher ħadha bi kbira wisq li ħarġet kontrih dik tal-Bidnija! Is-Sibt, 8 ta’ Lulju Issa qiegħed niddejjaq nisma’ jew naqra ta’ kuljum jgħidu x’inhu u x’mhuwiex il-partit glorjuż Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista għadu dak li kien fi żmien missieri li lili semmini Nazju għax il-kappillan, li kien Nazzjonalist aktar minn missieri, ma ħalliehx isemmini Nazzjonalist. Ma nbidel xejn, man! Hemm bżonn li tinqata’ din għax jien qed inħoss li dawn qegħdin jixħtu d-dubju biex jagħmlu ħsara lil Simon (s’issa) tagħna, qisu Simon għamel xi tibdil kbir f ’dawn l-aħħar ħames snin. Il-Ħadd, 9 ta’ Lulju X’ma nifraħx, ma nifraħx, man! Sewwa qed inħoss li t-talb tiegħi qiegħed jinstema’ u li Simon (s’issa) tagħna jista’ jibqa’ kap. Skont rap-

port fil-gazzetta Illum jekk il-maġistrat li qiegħed jagħmel l-inkjesta dwar l-Egrant jgħid li Simon (s’issa) tagħna kellu raġun f ’dak li allega, allura huwa jibqa’ kap. U hekk għandu jkun. Nispera li l-maġistrat ma jdumx aktar minn Settembru biex jgħidilna x’sab u x’ma sabx, u mbagħad joħroġ ir-rapport wara li Simon (s’issa) tagħna, ikun telaqna. It-Tnejn, 10 ta’ Lulju X’ħasra hux li Tonio Fenech telaqna hekk, ħabta u sabta! Jien naħseb li kien ikun suċċessur denju ta’ Simon (s’issa) tagħna bħala kap tal-partit. Jien minn dejjem kien jogħġobni, u bir-raġun. Kont narah bniedem kapaċi u llum kelli konferma mill-Qorti għax Tonio Fenech rebaħ kontra Joseph Muscat, kontra Stefan Zrinzo Azzopardi, u kontra Glenn Bedingfield. Rebħilhom it-tlieta kollha f ’daqqa, man, mhix ċajta! Imma issa m’hemmx x’tagħmel. La tlifnieh, tlifnieh darba għal dejjem. It-Tlieta, 11 ta’ Lulju Iġri tgħaddi din l-imniefaħ liġi tażżwieġ bejn koppji tal-istess sess. Nittama li malli tgħaddi, il-Parlament ikun aġġornat għall-vaganzi tas-sajf biex imbagħad, sakemm jerġa’ jiltaqa’, ikun intnesa kollox darba għal dejjem. Nispera li ma jibqgħux jinkwetaw lil Simon (s’issa) tagħna fuq din il-liġi għax issa anke tfaċċa Josie Muscat jipprotesta. Imnalla ma telax għax kieku min jaf kemm aktar inkwiet kien jaqla’. L-Erbgħa, 12 ta’ Lulju Kemm ħasbu baħnan lil Simon (s’issa) tagħna dan Joseph Muscat! Tarax ħej, ried li kull deputat jiddikjara l-vot fuq il-liġi taż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess. Kulma ried Joseph Muscat kien li tinkixef il-firda kbira li għandna fil-partit tagħna, imma Simon (s’issa) tagħna malajr beżaqlu fis-sunnara u qallu nini, nini tifridna. Hekk mill-Parlament ħriġna nidhru magħqudin, u apparti Edwin Vassallo ħriġna nkantaw “għax għandna lil Simon magħna, aħna magħuqdin.”


20

16.07.2017

kullhadd.com

XI RRID INKUN U X’MA RRIDX INKUN FIL-PARLAMENT GLENN

BEDINGFIELD

Membru Parlamentari

Għalkemm m’iniex wiċċ ġdid fil-politika, għall-ewwel darba qed inservi fil-Parlament wara li kont elett f ’elezzjoni każwali. Kont ilni mal-25 sena fil-PL u servejt f ’diversi karigi. Iżda li tkun Membru Parlamentari f ’isem il-PL huwa mhux biss unur personali iżda wkoll privileġġ li tkun intgħażilt minn nies biex tirrappreżentahom. Għaldaqstant, fix-xogħol Parlamentari tiegħi nirrifletti l-aspirazzjonijiet tan-nies. Huwa ċar daqs il-kristall illum aktar minn qatt qabel x’inhuma l-aspirazzjonijiet tan-nies. Fl-aħħar elezzjoni il-Maltin urew li l-aspirazzjonijiet tagħhom iduru ma’ għajxien aħjar ekonomiku u soċjetà aktar miftuħa u li ma tħalli lil ħadd fil-periferija tagħha. Din

waħedha tpoġġi aġenda għal dal-Parlament u jien bħala membru tiegħu għandi d-dover li nsegwi fuq dak li vvota għalih l-elettorat. B’hekk jien se nkun qed naħdem biex il-pajjiż imur aħjar milli diġà hu sejjer u naħdem biex is-soċjetà tkun aktar miftuħa u bla preġudizzji bla sens. Aħna urejna mill-ewwel li rridu li kulħadd ikun ugwali. L-ewwel liġi li approvajna se tkompli ġġib l-ugwaljanza fiż-żwieġ bejn ilmara u r-raġel u tagħti wkoll id-dritt taż-żwieġ lil koppji tal-istess sess. Għaliex is-saħħa ta’ soċjetà tiġi mill-inklużjoni u l-użu tal-ħiliet ta’ kulħadd wara li l-istess soċjetà tkun offriet u tat opportunitajiet lil kulħadd b’mod ugwali. Dak li tfisser Malta Tagħna Lkoll, għajta li għadha tgħodd u tibqa’ valida għal dejjem. Biex tirbaħ elezzjoni hija t-tieni l-iktar ħaġa iebsa fil-politika; l-iktar ħaġa diffiċli hija dak li jiġi wara l-elezzjoni, jiġifieri t-tmexxija tal-pajjiż. Il-kredenzjali tal-Partit Laburista jeċċellaw fit-tnejn li huma. Għal darbtejn fuq

xulxin kien hemm l-ikbar Membru Parlamentari? Ma distakk bejn iż-żewġ partiti rridx inkun negattiv għax fl-istorja riċenti ta’ pajjiżna għandna bizzejjed min hu u fit-tieni elezzjoni d-distakk kiber. Fit-tmexxija tal-pajjiż wieħed biżżejjed iqabbel Aħna urejna l-ewwel legiżlatura Laburista mal-aħħar legiżlatura tal- mill-ewwel PN u d-differenza toħroġ weħidha. L-istabbiltà li nkis- li rridu li bet u l-fiduċja li kapaċi nkunu kulħadd fost l-aqwa fl-Ewropa u kif dawn iż-żewġ raġunijiet ikun ugwali biss taw nifs lill-ekonomija u għalhekk u sussegwentament elevaw l-għajxien tal-poplu kollu. l-ewwel liġi li X’differenza mill-ħames snin approvajna ta’ qabel. Il-politika kienet ħadet ġġib il-fama f ’pajjizna li twiegħed imma ma twettaqx. Tagħmel l-ugwaljanza programm elettorali ilellex fiż-żwieġ bejn li jwiegħed is-sema fl-art imbagħad jinġiebu skużi il-mara u biex l-istess programm ma r-raġel u tagħti jitwettaqx. Jekk irrid nirrifletti lin-nies wkoll id-dritt li eleġġewni rrid inkun sinċi- taż-żwieġ lil er u nsegwi l-verità u naħdem għaliha. Bħalma rrid naħdem koppji talbiex f ’pajjiżna jkompli jiżdied ix-xogħol, jinqered il-faqar u istess sess jisbieħ l-ambjent fejn ngħixu. X’ma rridx nagħmel bħala

hekk. Ma rridx nikkritika biss u nipprova nieħu vantaġġ. Ma rridx inkun dak li jitfa’ l-ġebla u jaħbi idu u nparla bla ma jkolli provi f ’idi basta nitfa’ t-tajn. Il-poplu reġa’ wera b’saħħa aktar minn qatt qabel li jrid jgħix fit-trankwillità u mhux f ’baħar ta’ inkwiet, gideb u qerq. L-elettorat ma belax il-lixka tal-governanza u għandhom raġun. Għaliex kieku dan ilgvern ma kienx gvern tajjeb – minn fejn ġej dan il-ġid kollu? Il-poplu Malti ma jridx politiċi negattivi, iżda jrid politiċi bi pjan – mhux ta’ b’xejn li għandna l-ogħla livell ta’ ottimiżmu ta’ kull żmien għal-lum u għaż-żmien li ġej. Minkejja li rbaħna elezzjoni aħna komplejna niġġeddu u nissaħħu u fil-konferenza li laqqajna fil-jiem li għaddew, urejna li se nkomplu nissaħħu billi nżidu l-parteċipazzjoni ta’ żgħażagħ u nisa fil-politika li sal-lum qed joqogħdu lura. Għalhekk bil-maġġoranza kbira tal-poplu warajna inħarsu ’l quddiem biex nagħtu lil Malta l-aqwa gvern fl-aqwa żmien.

NEGĦLBU L-ASSENTEIŻMU FL-ISKEJJEL STEFAN

ZRINZO AZZOPARDI

Membru Parlamentari

Is-suċċess fil-qasam tal-edukazzjoni huwa mezz biex aktar jirnexxu. Nemmen bis-sħiħ li t-tagħlim huwa ċ-ċavetta għall-futur ta’ wliedna. Fil-fatt, il-progress ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna huwa marbut intrinsikament mas-suċċessi miksuba fil-qasam edukattiv. Matul is-snin, saru investimenti kbar u avvanzi kbar f ’dan il-qasam. Minkejja dan, hemm aspetti li nemmen li jeħtieg li nagħmlu aktar dwarhom. Għandna realtà li jeħtieġ li nkomplu nindirizzaw b’aktar determinazzjoni. Ir-realtà tal-assenteiżmu, jiġifieri meta t-tfal ma jmorrux l-iskola jeħtieġ li nibqgħu nagħtuha l-attenzjoni li teħtieġ. Naturalment, biex uliedna jiksbu l-ħiliet li ser jgħinuhom għall-futur tagħhom, jeħtieġ li noffru l-aħjar skejjel iżda importanti li t-tfal imorru l-iskola. Sfortunatament, għandna

numru ta’ tfal li għal xi raġuni jew oħra ma jattendux l-iskola b’mod regolari. Dan huwa fenomenu li ilu magħna, speċjalment meta l-kultura tal-iskola ma kinitx għadha mifruxa daqs illum. Għal bosta snin, l-aktar għodda li kienet użata biex jiġi miġġieled dan il-fenomenu kienet il-famuża ċitazzjoni. Iżda bħal f ’ħafna oqsma oħra, li wieħed isawwat mingħajr ma jifhem sew x’inhu l-għerq tal-problema, ma jagħmel xejn ħlief ikabbar l-istess problema. Tweġiba għal mistoqsija parlamentari li għamilt lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo, turi li fis-snin skolastiċi mill-2013 sal-2016 kellna 4,039 ġenitur li ġew akkużati li naqsu milli jibagħtu lil uliedhom l-iskola. Fl-20132014 kien hemm 1,599 ġenitur, fl-2014-2015 kien hemm 1,294 u fl-2015-2016 kien hemm 1,146. Kull każ jista’ jkollu raġuni partikolari, jeħtieġ attenzjoni forsi individwali. Huwa ċar li hemm bżonn li dawn in-numri, li fl-aħħar snin naqsu, ma nistgħux ninsewhom. Hemm diversi fatturi li jwasslu għal din ir-realtà fosthom problemi ta’ natura soċjali u sitwazzjonijiet diffiċli oħra li qed iwasslu biex it-tfal jitilfu milli jattendu

l-iskola u jitilfu mit-tagħlim. Fl-aħħar snin, id-Dipartiment għall-Edukazzjoni beda jaħdem fuq sensiela ta’ inizjattivi biex iwieġeb għal din ir-realtà. Mhuwiex jillimita ruħu għall-akkużi lill-ġenituri, iżda jieħu passi konkreti sabiex jiskopri l-għerq tal-problema u jgħin lill-familji li jinsabu f ’diffikultà, sabiex l-ulied jiksbu l-edukazzjoni li tixraqilhom. Fl-istess tweġiba, il-Ministru Bartolo elenka numru ta’ miżuri li ttieħdu sabiex jonqos dan il-fenomenu. Ta’ min jinnota li dawn il-miżuri jinkludu interventi ta’ natura soċjali grazzi għall-ħidma tad-diversi social workers li jaħdmu fil-kulleġġi madwar Malta u Għawdex. Fil-fatt jidher li l-iskejjel iżommu għajnejhom fuq l-istudenti li l-aktar għandhom riskju li ma jattendux għall-iskola. Fosthom permezz ta’ sessjonijiet mas-social workers, fejn dawn isegwu lill-istudenti u l-familji tagħhom, anke b’kollaborazzjoni bejn id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u l-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali. Fil-fatt qed isiru wkoll interventi bikrija fost dawk it-tfal li ma jattendux l-iskola regolarment. Barra minn hekk, ġiet introdotta sistema tal-Alternative Learning Programme b’riżq it-tfal

tal-Form 5 li jew huma batuti akkademikament, jew inkella jfallu ħafna jew saħansitra ma jmorrux skola. U ma’ dan kollu, ma rridux ninsew is-servizz kontinwu tal-professjonisti kollha fi ħdan is-servizzi edukattivi psiko-soċjali li jsegwu lill-istudenti skont il-każ. Fl-aħħar snin iddaħħlet sistema li permezz tagħha, jiġu analizzati ċ-ċertifikati mediċi

B’dak li twettaq digà nkisbu riżultati tajba iżda jeħtieġ li din ir-realtà nibqgħu nindirizzawha b’impenn akbar

ta’ kull student permezz ta’ monitoraġġ regolari tagħhom. Data oħra li tiġi analizzata hija l-qagħda familjari ta’ kull student bejn it-tliet u l-għaxar snin sabiex tidħol fis-seħħ miżura li tħabbret fl-aħħar baġit. Permezz ta’ din il-miżura, ilgvern impenja ruħu li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ 700 student sal-aħħar ta’ din is-sena. Din il-miżura qed tara wkoll li l-bżonnijiet ta’ kull student jibdew jiġu indirizzati b’mod iffukat, speċifiku u ħolistiku. Dawn l-inizjattivi u servizzi juru kif is-servizzi fil-kamp tal-edukazzjoni tagħna ma joqogħdux idhom fuq żaqqhom meta ffaċċjati b’sitwazzjonijiet ta’ tfal li ma jmorrux l-iskola b’mod regolari. Fuq kollox, nistgħu naraw l-impenn talgvern li jiżgura li dawn it-tfal igawdu minn firxa wiesgħa ta’ servizzi sabiex tiġi attakkata l-kawża ta’ din il-problema. Nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lil dawn il-professjonisti tax-xogħol tagħhom sabiex jiżguraw li l-istudenti kollha fl-iskejjel tagħna jgawdu mill-istess opportunitajiet ta’ tagħlim sabiex jibnu futur sabiħ għalihom u għal familthom. B’dak li twettaq diġà nkisbu riżultati tajba iżda jeħtieġ li din ir-realtà nibqgħu nindirizzawha b’impenn akbar.


21

16.07.2017

kullhadd.com

NIKOLA TESLA: IL-ĠENJU LI XEGĦEL ID-DINJA

L-inventur Serb-Amerikan Nikola Tesla kif interpretat minn Miro Besic f ’xena tal-film Fragments from Olympus: A Vision of Nikola Tesla (2013).

MARY ISTORJA CHETCUTI MILL-

Fid-9 ta’ Lulju 1856 l-umanità ngħatat rigal kbir bit-twelid ta’ Nikola Tesla, il-bniedem ġenju li vvinta l-enerġija elettrika u l-ġenerazzjoni tagħha kif nafuha u nużawha llum madwar id-dinja kollha. Nikola Tesla, bin Milutin qassis Serb Ortodoss u Djuka Mandic mara tad-dar imnissla minn familja ta’ inventuri, trabba fi Smiljan, raħal fir-reġjun tal-Kroazja, taħt il-ħakma tal-Imperu Awstro-Ungeriż. Ħu Nikola kien meqjuż bħala l-ġenju tal-familja u kien għalhekk li missieru Milutin ried li ċ-ċkejken Nikola isegwi karriera reliġjuża. Sfortunatament, fi tfulitu Tesla ġarrab it-telfa ta’ ħuh wara waqgħa minn fuq żiemel tal-familja; traġedja li tefgħet lill-ġenituri ta’ Nikola f ’luttu għal għomorhom u kull ħaġa li jirnexxi fiha hu kienet tfakkarhom aktar fl-iben li tilfu. Din is-sitwazzjoni ħolqot atmosfera tqila għat-tfajjel Nikola li kompliet naqqset mill-kunfidenza fil-karattru ta’ bniedem diġà mistħi għalkemm mhux inqas intelliġenti minn ħuh. Forsi kien għal din ir-raġuni wkoll il-fatt li kienu jgħaddu viżjonijiet sħaħ minn quddiem għajnejn Nikola ta’ xi ħaġa

li jkun ra jew esperjenza; viżjonijiet li kien jagħmel ġranet sħaħ biex jirnexxielu jeliminahom minn moħħu. Ma kinux alluċinazzjonijiet u lanqas fantasiji u aktar minn hekk, ’il quddiem f ’ħajtu dawn il-viżjonijiet għenuh jara, jipperfezzjona u jiddisinja f ’moħħu l-akbar invenzjonijiet ta’ ħajtu sa minn qabel ħarbixhom fuq karta. L-ewwel studji bdiehom f ’Karlstadt u wara għadda għall-Istitut Politekniku ta’ Graz, fl-Awstrija mnejn ikkwalifika għall-Università ta’ Praga. Għall-kuntrarju ta’ dak li ried missieru, Nikola kien affaxxinat fuq l-elettriku u kompla jitħarreġ fix-xjenza, inġinerija elettrika u matematika. Fl-1881, Nikola beda jaħdem bħala inġinier elettriku ma’ kumpanija tat-telefonija f ’Budapest, l-Ungerija. Fl-awtobijografija tiegħu, Nikola Tesla jirrakkonta kif jum minnhom waqt li kien qed jippassiġġa ma’ ħabib tiegħu fi ġnien pubbliku, ra bħal leħħa ta’ berqa quddiem għajnejh fl-istess waqt li ġietu f ’moħħu s-soluzzjoni li kien ilu jfittex biex jibni mutur ta’ induzzjoni għall-ġenerazzjoni elettrika (induction motor). Bla ma

ħasibha darbtejn sab zokk niexef u beda jħarbex bih fil-ħamrija biex jispjega lil dalħabib il-prinċipji ta’ mutur ta’ induzzjoni. Mhux żgur basar sieħbu dakinhar, li hu kien l-ewwel wieħed li qed jesperjenza waħda mil-akbar invenzjonijiet li ħoloq il-bniedem f ’kull żmien - l-inġinerija li tiġġenera enerġija elettrika li rrivoluzzjonat, xegħlet u mmodernizzat id-dinja. Ftit taż-żmien wara, Tesla rrisponda għal sejħa ta’ mpjieg mal-kumpanija Continental Edison ġewwa Pariġi fejn kien jiddisinja dynamos – magni li jikkonvertu enerġija mekkanika f ’enerġija elettrika bit-tidwir ta’ kojl f ’kamp manjetiku. Kemm dam Franza, sab il-ħin biex jibni għall-ewwel darba mutur ta’ induzzjoni sperimentali li malli ppruvah ħadem perfettament. Madankollu, Nikola Tesla ma seta’ jsib l-ebda kumpanija Ewropea interessata fl-iskoperta futuristika tiegħu. Il-ħolma ta’ Tesla saret realtà meta l-inventur Amerikan Thomas Edison offrielu xogħol fl-Istati Uniti tal-Amerika wara rakkomandazzjoni li saret favuru mill-inventur Charles Batchelor, li kiteb minn Franza lillħabib antik tiegħu Edison u stqarr miegħu li: “Naf żewġ persuni li huma kbar, wieħed huwa inti (għal Edison) u l-ieħor huwa dan iż-żagħżugħ li qed nibgħatlek (għal Tesla).” Fl-1884, Nikola Tesla rifes għall-ewwel darba fuq il-konti-

nent Amerikan bit-tama wkoll li xi darba jkollu l-opportunità jiġbed enerġija elettrika mill-kaskata turbolenti ta’ Niagara; xi ħaġa li kien joħlomha sa minn tfulitu u rnexxielu jwettaqha b’suċċess f ’Novembru tal-1896 meta għall-ewwel darba fl-istorja nxtegħlet il-belt ta’ Buffalo b’sempliċi għafsa ta’ buttuna biex ġeneraturi enormi ħadu l-enerġija mill-kurrent qawwi tal-ilma u kkonvertewh f ’elettriku. Għalkemm Tesla wettaq titjib kbir fuq id-disinn ta’ dynamos Edison, beda jkollu nuqqas ta’ qbil ma’ Thomas Edison innifsu dwar ilkunċett ta’ kurrent dirett iġġenerat fl-ewwel impjant tad-dawl Edison. Skont Tesla din kienet sistema ineffiċjenti li teħtieġ binja ta’ impjant kull tliet kilometri sabiex twassal l-elettriku fil-bogħod. Tesla kompla jargumenta li l-futur kien jinsab fil-ġenerazzjoni ta’ kurrent alternattiv li jitwassal ’il quddiem u lura għal distanzi twal permezz ta’ linji jew wajers tal-elettriku minn ġewwa impjant wieħed biss. George Westinghouse proprjetarju ta’ impjanti tad-dawl rivali ra l-potenzjal enormi fl-invenzjoni ta’ Tesla u xtara d-drittijiet għal din l-iskoperta rivoluzzjonarja li rriżultat f ’suċċess internazzjonali. Dan kollu wassal għal battalja legali sensazzjonali li baqgħet tissemma bħala l-Gwerra tal-Kurrenti, li ġiet fi tmiemha fl-1892 b’telfa devastanti għal

Thomas Edison fil-qasam tal-ġenerazzjoni elettrika. Iżda Nikola Tesla ma għamilx suċċess fil-qasam tal-elettriku biss. Tul il-karriera twila tiegħu kiseb madwar 700 liċenzja għal invenzjonijiet f ’oqsma li fi żmienu kienu meqjusa kważi fantaxjenza bħar-remote control, li eventwalment intuża għal skopijiet militari, u l-komunikazzjoni bla wajer (wireless comunication). Bħalma diġà għedt, Tesla kien viżjunarju kbir birraġunar tiegħu li l-bniedem għad jieħu l-enerġija mix-xemx u mill-baħar filwaqt li kien jemmen li d-dinja tagħna għad tikkomunika ma’ dinjiet oħra permezz ta’ satelliti. Jingħad li storja li ma tantx hi magħrufa fil-ħajja ta’ Tesla hija l-battalja twila li kellu mal-inventur Taljan Guglielmo Marconi dwar min minnhom kien missier it-teknoloġija tar-radju. Fl-1943 il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti tal-Amerika qatgħetha li Marconi bena l-invenzjoni tiegħu fuq studji u prinċipji li Nikola Tesla kien ippreżenta qablu fil-Franklin Institute ta’ Philadelphia lura fl-1893 u għaldaqstant Tesla biss seta’ verament jitqies bħala l-pijunier ewlieni tat-teknoloġija tar-radju. Ironikament, Nikola Tesla ma laħaqx feraħ bir-rikonoxximent ġdid mogħti lilu mill-Qorti Amerikana għax miet fqir fis-7 ta’ Jannar 1943; sitt xhur qabel dal-verdett storiku.


22

16.07.2017

kullhadd.com

Ritratt: MARCO BRUSCO

X’HEMM WARA D-DAQNA?

Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Matul l-istorja, l-attitudnijiet soċjali lejn id-daqna varjaw skont diversi fatturi, fosthom tradizzjonijiet kulturali u reliġjużi. Hemm reliġjonijiet li jqisu d-daqna kbira bħala parti mid-dogma tagħhom. Kulturi oħrajn fejn id-daqna mhux xi ħaġa uffiċjali, jaraw id-daqna bħala virtujiet ta’ għerf, saħħa u statut soċjali għoli. Madanakollu fil-pajjiżi fejn id-daqna mhux konnessa mal-ebda kultura, din titqies bħala xi ħaġa ta’ iġjene fqira jew xeħta salvaġġa. Dan l-aħħar sirna naraw ħafna ġuvintur u rġiel li qed itawlu d-daqna, aktarx bħala moda. Għal din l-intervista proprju sirt naf persuna li dan l-aħħar tawwal id-daqna tiegħu u qed jieħu ħsieb ukoll ilaqqa’ rġiel oħrajn bħalu. Qed nirreferi għal Tonio Axisa. Għandu 26 sena, u fix-xogħol tiegħu huwa responsabbli minn ċentru ta’ taħriġ għal nies vulnerabli li qed ifittxu x-xogħol. Il-passatemp tiegħu ta’ bħalissa, għalkemm xi kultant stressanti, huwa l-istudju tal-Masters li qed fl-Ingilterra. Iqis lilu nnifsu bħala persuna kalma u li jħobb jisma’ ħafna, u persuna b’vuċi għal persuni vulnerabli. Mistoqsi x’ħajru eżatt li jibda jtawwal id-daqna, Tonio weġibni: “Fis-sena 2014 kont fuq taħriġ barra minn Malta u ma kontx qaxxart il-leħja għal xi ġimgħa. Ġejt lura u għoġob-

ni l-fatt li ma tridx toqgħod tqaxxar kull filgħodu. Bħalissa twila xi 18-il ċentimetru. Il-fatt li jien mhux persuna li nimxi mal-massa jtini sodisfazzjon,” spjegali Tonio filwaqt li nfurmani li d-daqna tibda titkejjel minn mat-tarf tax-xoffa t’isfel. B’kurżita fuqi ridt inkun naf jekk fil-ġranet tas-Sajf iddejqux id-daqna. Fil-fatt ikkonfermali li ma ddejqux. “Il-parir tiegħi lil xi ħadd li jrid ikabbar id-daqna hu li jibda madwar Settembru, ħalli meta jasal is-Sajf ta’ wara, d-daqna ma tkunx għadha tniggeż speċjalment fis-sħana.” Staqsejtu wkoll jekk jimmaġinahx ineħħiha d-daqna wara li jkun tawwalha dawn issnin kollha. “Dan l-aħħar kont waqt intervista fuq ir-radju u l-preżentatur għamilli sfida jekk xi ħadd joffrili somma flus għal għan nobbli nqaxxar id-daqna. Is-somma trid tkun sostanzjali, u iva nqaxxarha jekk naf li qed ngħin persuni żvantaġġjati.” Ħafna jħarsu lejn id-daqna bħala xogħol u intrigu żejjed u forsi wkoll bħala xagħar żejjed fuq il-wiċċ. Ridt inkun naf il-perspettiva ta’ Tonio rigward dan il-fatt. “Paċenzja hija l-virtu biex tkabbar daqna. Kulħadd juża l-ħin tiegħu kif jaħseb li hu l-aħjar. Hawn min juża l-ħin itawwal xagħru, hawn min ipejjep xi sigarett, jien nuża l-ħin biex nieħu ħsieb id-daqna.”

Peress li Tonio ilu jkabbar id-daqna għal dawn l-aħħar kważi tlett snin, ridt inkun naf b’liema mod irid jieħu ħsiebha ta’ spiss. Filfatt spjegali li importanti li wieħed jinvesti ħin kuljum biex jieħu ħsieb id-daqna. “Parir li dejjem nagħti hu li wieħed jinvesti f ’barbier u jżuru skond il-ħtieġa tiegħu. Mhux kull daqna teħtieġ l-istess ħin. Jien personalment inmur għand il-barbier medja ta’ darbtejn f ’xahar”. Miegħu ddiskutejt ukoll ittip ta’ trattamenti u kura li jeħtieġ għal daqna b’saħħitha, pulita u sabiħa. Filfatt spjegali li importanti li wieħed jaħsel kuljum id-daqna speċjalment filgħaxija biex jitneħħa ż-żejt jew prodotti oħra li jkunu ġew applikati. “Hawn prodotti speċifiċi għad-daqna, prodotti apposta għaliha u mhux prodotti tax-xagħar. Hawn bosta għodda bħal brush apposta għad-daqna. Parir importanti li nagħti hu li wieħed għandu jikkonsulta mal-barbier tiegħu u mhux jaqbad u jixtri prodotti minn fejn jiġi”. Rigward spejjes sabiex iżomm daqna pulita, Tonio fissirli li jekk persuna jkollha passjoni ma toqghodx tqis l-ispejjes. “Importanti wieħed li ma jinvestix biss prodotti irħas, imma prodotti ta’ kwalita”. Ta’ min jgħid li f ’April 2017, Tonio kien attenda għal kompetizzjoni tad-daqna f ’Cosenza, Italja. Filfatt żvela miegħi

li minn dejjem xtaq jara x’qed jiġri barra minn xtutna. “Inħoss li fuq din il-gżira wieħed hu limitat, aħna parti minn kontinent. Kont qed nara fuq il-mezzi soċjali u rajt din l-attività. Qtajt passaġġ għal Sqallija, qsamt bil-vapur lejn l-Italja u permezz tal-ferrovija wasalt Cosenza. B’sorprisa hemm sibt merħba kbira. Għall-ewwel ħafna mit-Taljani qagħdu lura milli jitkellmu, probabbli minħabba l-lingwa, biss meta semgħu li naf xi ħaġa bil-lingwa Taljana kulħadd beda javviċinani u jistaqsi. Il-kompetizzjoni kienet maqsuma fi tnejn, taħt ’il 35 u fuq ’il 35. Il-parteċipanti kollha kienu Taljani. Ġejt ir-raba’ mill-kategorija 35, biss inħoss li rbaħt xorta għax għamilt networking tajjeb.” Proprju minn din il-kompetizzjoni sar jaf persuni oħra bħalu dilettanti li jħobbu d-daqna u li fuq kollox ikabbruha, u b’hekk żied in-network tiegħu. Fil-fatt flimkien mal-barbier tiegħu Antonio Camilleri attenda għal Barber Match f ’Ruma. Din id-darba l-kompetizzjoni kienet għall-barbiera mhux għall-persuni bid-daqna. Biss biex barbier jikkompeti jkollu bżonn lin-nies bid-daqna. “Dak kien l-irwol tiegħi. Kien hemm mal-180 barbier f ’kategorija differenti. Kienet kompetizzjoni fuq skala akbar minn ta’ Cosenza. Biss hawn kompla

jiżdied in-networking.” Eventwalment lura Malta, ried joħloq xi ħaġa lokali, u b’hekk ġietu l-idea li joħloq paġna fuq facebook jisimha Beard-O, li llum tlaħħaq l-2,600 membru fiha. L-għan prinċipali tal-paġna hija li jagħtu sapport lill-persuni li għandhom id-daqna, kif ukoll lil dawk li qed jitħajru jkabbru d-daqna: “Aktar iffukat fuq l-esperjenza tiegħi personali u naqsam dak li naf ma’ ħaddieħor. Dan l-aħħar ukoll bdejt inħares lejn l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet li jinkludu persuni bid-daqna u dawk li għandhom passjoni għad-daqna.” Ġibna d-diskors dwar l-irġiel Maltin u jekk jidhrux li saru aktar vanitużi. Fil-fatt minn dak li jinnota Tonio qalli li l-irġiel Maltin qed jinvestu aktar ħin jieħdu ħsieb il-persuna tagħhom, kemm estetikament u kemm fiżikament. Din hi ħaġa pożittiva. Meta staqsejtu kif illum stess huwa jħares lejn raġel mingħajr daqna, minnufih weġibni: “Hija s-soċjetà li toħloq id-differenzi u l-kategoriji fin-nies. F’għajnejja, kulħadd hu ugwali,” sostna sinċerament miegħi. Ta’ min jgħid li riċentament organizza wkoll avveniment sabiex ilaqqa’ rġiel Maltin bid-daqna flimkien mal-familjari tagħhom waqt attività. Filfatt kien ilu jtella’ u jniżżel fuq Tkompli f ’paġna 23 >>


23

16.07.2017

kullhadd.com

il-pass li jmiss wara li ħoloq il-paġna fuq Facebook. “Biss qabel dan xtaqt nara kemm hawn interess għal attivitajiet immirati għal persuni bid-daqna. Ma xtaqtx li nibda b’kompetizzjoni. Xtaqtha li tkun xi ħaġa aktar rilassanti. Bdejt naħdem fuq l-attività għal xi Frar. Kif bdejt immur għand

kumpaniji jew nies bl-idea li kelli, bqajt mistagħġeb kemm sibt sapport. Dan għaliex kien kunċett ġdid, attività innovattiva. Ħabbart l-attività eżattament xahrejn qabel. F’dawn ix-xahrejn bdew jiġu żviluppati bosta ideat dwar l-attività. L-interess tan-nies beda jiżdied fuq l-attività.

Dan għamilli aktar kuraġġ. Xtaqt nagħti l-attività tema soċjali, peress ukoll li jien ġej minn dan is-settur. Avviċinajt lin-National Cancer Platform u stidinthom biex ikunu parti mill-attività. Għamilt tliet car stickers b’tema fuq id-daqna bil-Malti. Il-qligħ tal-bejgħ ta’ dawn l-istickers ġew mogħti-

ja lil din l-Assoċjazzjoni. Dakinhar iltqajna madwar 40 persuna bid-daqna, apparti l-familjari u l-ħbieb tagħhom. Din il-parteċipazzjoni għamlitli kuraġġ biex nimxi aktar ’il quddiem u nibda noħlom fuq xi ħaġa oħra għal din is-sena,” stqarr miegħi Tonio. Fl-aħħarnett Tonio stqarr

miegħi li l-ħajja qasira wisq biex wieħed joqgħod jaħseb biex jagħmel dak li għandu. “Jekk dejjem xtaqt li tkabbar id-daqna għamel il-pass meta tħossok li int lest. Importanti li jekk tiddeċiedi, kun lest li ttiha l-attenzjoni meħtieġa. Id-daqna mhux moda, imma stil,” temm jgħid Tonio.


24

16.07.2017

kullhadd.com

QASSIS NOMADU “TA’ QALB ĦELWA U UMLI” Kitba ta’ vista pastorali jew inkella meta EMAN BONNICI jinqala’ xi każ gravi li jispiċċa jasal għandu. Għal bosta, l-istorIl-figura li tiġina f ’moħħna ta’ ja ma ħalliet l-ebda spazju, u li qassis fil-ġurnata tal-lum hija dik kieku mhux għax isimhom għata’ raġel kolt, edukat, istruwit du jidher imħażżeż f ’xi reġistru akkademikament, ta’ manjieri u qadim jew inkella fuq xi lapida mġiba kalma, miftuħ għad-din- f ’xi ċimiterju antik, il-memorja ja tal-preżent, u li fuq kollox tagħhom tkun sa issa ntnesiiżomm ruħu pulit u nadif. Imma et għalkollox. Oħrajn urew li lura fiż-żmien, meta qassisin minkejja l-limitazzjoni tagħhom kien hawn bosta aktar u l-faqar fil-ħiliet akkademiċi, kienu nies kien għadu jinxtamm fl-arja, mogħtija ġenwinament għas-seil-figura tas-saċerdot f ’tant irħu- jħa vokazzjonali tagħhom; fost la kienet waħda li ġġiblek aktarx dawn jiġina żgur f ’moħħna ħniena, b’suttana minn sewda San Ġwann Marija Vianney, ilħadra biż-żmien u l-kallu; żar- magħruf kurat t’Ars, li minkejja bun imqaddem xi ftit jew wisq li kien bniedem ta’ ftit skola, goff; kappell li tilef surtu, u fil- illum huwa magħdud bħala ħin tal-quddies, liebes paramenti l-patrun tal-kappillani tad-dinja sagri mkagħbra kollha tbajja’ u kollha; inkella San Ġużepp ta’ rqim. Ir-ritratt tal-personaġġ tal- Cupertino, Franġiskan Konlum jitkellem waħdu: għalkemm ventwal li edifika lil kulħadd fisfih qed naraw proprju xbieha sempliċità u t-tjubija tiegħu u li ta’ qassis, id-dehra tiegħu hija moħħu ma kien jerfa’ xejn fejn waħda li pjuttost iġġiblek tbis- tidħol akkademika. sima, donnha dik ta’ karattru Imwieled Cinquecerri f ’Reggio mill-muntanji, bħalma konna Emilia fl-Italja, fl-1865, il-permdorrijin naraw fis-sensiela sonaġġ tal-lum studja ġewwa tal-cartoons ta’ Heidi jew ta’ Marola, imma wara tliet snin Remi, b’suttana qadima u kappell ħalla l-istudji u mar minflok jimaħmuġ, iserraħ fuq għasluġ u rgħa n-ngħaġ ta’ tfajla li kien xeb’pipa twila twila li donnha ma ħet għajnejh fuqha. Mal-mewt tispiċċa qatt. Bħal tant saċer- ta’ missieru erħielha lejn La doti li ħadmu f ’żoni mbiegħda Spezia bit-tama li jikseb impjieg, ilu issa s-snin, huwa wkoll daħal fejn beda jġorr tagħbijiet tqal li fil-lista twila ta’ dawk minsijin. jbażwruk fl-imħażen navali għal Għażilt minnhom kollha prop- ftit soldi. Finalment, ta’ 28 sena, ju lilu, biex permezz tiegħu, issokta għaddej bl-istudji tiegħu infakkru tant saċerdoti minn fi triqtu lejn is-saċerdozju. Ordmadwar id-dinja, li fis-silenzju nat fl-1893, dlonk, mingħajr u bosta drabi fit-tiġrib - li għar- ma wettaq l-eżamijiet finali u fu jaffaċċjaw mingħajr ma juru bla ma ħadd assenjah, intefa’ lill-oħrajn - issuktaw għaddejjin għall-ħidma pastorali f ’Beleo dejjem bil-ħidmiet tagħhom bħala kappillan. U hemm baqa’ u mexxew tant parroċċi minn għall-kumplament ta’ ħajtu, seklu għal ieħor; nies li bosta mingħajr ħadd qatt ma waqqfu drabi l-parruċċani ħadu b’fatta, jew fettillu jikkoreġih jew jagħtih daqslikieku kienu dejjem hemm, xi tip ta’ parir. F’Beleo, li jinsab qishom biċċa ornament qadim ftit ’il barra minn Casina, lanqas mill-knisja nnifisha, u li forsi dak dar ma kellu, u għammar dejjiż-żmien ftit apprezzaw, u li llum em wara daqsxejn ta’ paravenaktarx insiethom għalkollox jew tu fl-apside wara l-artal maġġur qiegħda, forsi grazzi għal xi tal-knisja Medjevali tar-raħal. studji u riċerki li jsiru matul is- Min kien jafu kien dlonk jinnota snin, tagħraf aktar ix-xogħol u li ħabib tal-ilma ma kienx; is-sutt-tbatijiet li minnhom għaddew tana kienet inkallata; il-ħwejjeġ il-kappillani l-antiki tagħhom. ta’ taħt kienu mraqqa’ għal min jaf kemm-il darba u kkunsmaDun Ferdinando Simonelli ti bl-użu u ż-żmien; biex jaqra, juża daqsxejn ta’ nuċċali b’lentiDawn il-qassisin imsejħa jiet żgħar żgħar; u biex jgħaddi “tal-kampanja”, kienu jkunu l-ħin, pipa twila 80 ċentimetru fil-parti l-kbira tagħhom, dawk li kien jeħtiġilha l-għajnuna ta’ l-istudenti li fis-seminarju ftit par idejn oħra biex titkebbes. li xejn ikunu bbrillaw, u li ma’ Għall-għajxien, kien jirċievi tmiem ir-raba’ sena ta’ studju naqra ta’ offerta għall-quddies teoloġiku, kienu jkunu ordnati ta’ nhar ta’ Ħadd u b’daqsxejn mill-ordinarju rispettiv tagħhom ta’ qbiela ta’ xi għelieqi proprjetà u mibgħuta fl-aktar parroċċi tal-Knisja jgħinuh minn sena ta’ periferiji remoti, fejn kienu għal oħra. Imma minkejja li ħaaktarx jgħaddu l-kumplament jtu kienet hekk miżera, qatt ma ta’ ħajjithom, u li biex jgħixu, lmenta. Kien idur dar dar, jiġbor kienet bosta drabi tagħmel dik ix-xi ħaġa li setgħet isservih tajjeb għalihom in-nies, għax għall-borma, biss dan ma kienx benefiċċju ma kellhomx u ħid- jagħmlu b’jedd, imma proprju ma oħra biex minnha jaqilgħu b’insistenza tal-istess parruċċani daqsxejn tal-għajxien ma kell- bdiewa tiegħu li kienu jafu li jekk homx fejn iwettqu. Kienu għal- ma jaħsbulux huma, x’jiekol ma hekk nies meqjusa xi ftit jew kienx ser ikollu. wisq “inutli” f ’għajnejn l-istIl-knisja kienet mitluqa, mimess superjuri tagħhom, li kienu lija kunsenturi, bis-saqaf iqattar. qegħdin hemm sempliċiment Għalhekk darba fost l-oħrajn, biex jimlew ċertu vojt, u li l-is- it-twajjeb kappillan iddeċieda li qof kien jiftakar fihom waqt xi jirrestawraha. Għall-fondi, wet-

Dun Ferdinando Simonelli taq xi riċerki fir-reġistri parrokkjali u skont hu sab, li l-parroċċa kellha jedd fuq razzett tal-madwar, riċerka li skont il-vigarju ġenerali, twettqet minn storiku tad-daħq, jekk mhux agħar. U għalkemm forsi dan il-kumment min-naħa tal-vigarju jinstema’ xi ftit jew wisq goff, ma marx żmerċ b’li qal, għax miskin Dun Ferdinando, mhux biss ma qatax, imma bl-inkwiet li qajjem - għax il-każ spiċċa l-qorti - instab li mhux biss ir-razzett ma kienx jgħajjat lill-Knisja, imma saħansitra li l-biċċtejn ħabel art li l-Knisja kien mingħaliha kienu tagħha u li l-kappillan kien allura jikri, fir-realtà ma kienu xejn! Xi ħadd qabbel lill-kappillan ma’ San Franġisk, li rrestawra l-knisja ta’ San Damjan, imma jekk il-Qaddis Serafiku f ’Assisi kien kapaċi fejn jidħol ir-restawr, il-kappillan Simonelli jidher li, almenu sa issa, ma kienx! Darb’oħra, peress li l-knisja kienet fqira u mneżża’ minn kollox, iddeċieda li jixtri - naturalment bid-dejn - xi paramenti sagri ġodda. Imma minn fejn iħallas Dun Ferdinando ma kellux, u min biegħ baqa’ b’xejn! Meta mbagħad faqqgħet il-Gwerra l-Kbira, il-kappillan inġabar bil-lieva u kien assenjat fuq tren jassisti l-feruti. Madankollu meta kien ifettillu, kien jitlaq mingħajr ma javża lil ħadd u iżjed u iżjed jikseb permess mingħand is-superjuri tiegħu, u jmur lura l-parroċċa għal kemm żmien jidhirlu hu. Din l-attitudni ħabtet ser iġġibu fi nkwiet serju, li ma kienx għall-kappillan militari, Dun Domenico Alboni,

li qabeż għalih. Imma mbagħad, meta l-gwerra ġiet fi tmiemha, il-kappillan irnexxielu jwettaq il-proġett li kien ilu tant jidwi f ’moħħu: ir-restawr tal-knisja u s-somma ta’ 18,000 lira Taljani ħa ħsieb iħallasha minn butu. Minn fejn ġab il-flus, ma nafux, biss irridu nżommu f ’moħħna li tmiem il-perjodu belliku ġab miegħu kriżi finanzjarja kbira fl-Italja u t-tali somma fir-realtà ma kienet tiswa proprju xejn. Finalment allura, il-kappillan seħħlu, bħall-Qaddis Serafiku, jirrestawra huwa wkoll il-knisja tiegħu. Fis-snin li segwew, Simonelli ssokta jqaddes impekkabbilment il-quddiesa tal-Ħadd. Fost ix-xogħol ma kienx isir quddies, għax il-knisja kienet remota biex tintlaħaq, għalhekk il-ġranet kien jgħaddiehom idur ’l hemm u ’l hawn, daqqa jorqod barra u oħra għand xi bdiewa, li erħielu jirrakkuntalhom stejjer li bla dubju kien jaqla’ minn żniedu, l-aktar meta kien jgħid li kellu l-fakultà li jqaddes birrit Orjentali jew li kien direttur tat-Terz’Ordni Dumnikan, meta fir-realtà, ġaladarba ma kienx qagħad għall-eżamijiet, lanqas ma kellu fakultà biex jipprietka jew iqarar! Il-barkiet tiegħu kienu xi ħaġa popolari: erħilhom il-bdiewa jersqu lejh biex ibierek l-uċuh tagħhom kontra l-insetti jew xi annimal ieħor li minn żmien għal żmien kien ifettillu jagħmel ħerba mill-prodotti tagħhom. Arah għalhekk ibierek u jamar lill-insetti biex iħallu r-raba’ u jmorru jintefgħu minflok f ’xi

mkien ieħor jew inkella fl-ilmijiet tat-Tassobbio li għalihom qabbel saħansitra waħda bil-Latin: “Ite rughe in Tassobium”! Dawk kollha li xi darba jew oħra żammuh għandhom id-dar għal lejl, kienu jibqa’ milquta mill-ħin twil ta’ talb li kien jgħaddi qabel ma jidħol jorqod f ’riġlejn Kurċifiss kbir li kien dejjem iġorr miegħu u li flimkien ma’ xi biċċa ħobż mogħtija lilu, kienu l-beni waħdana tiegħu fuq din l-art. U meta xi ħadd kien jgħid li qed jisma’ ħsejjes strambi f ’xi kamra u jibgħat għalih biex iberikha, kien isibu rieqed fiha qisu Bambin mingħajr ebda ħjiel ta’ biża’ jew nuqqas ta’ rqad. Għax kif kien jgħid hu, bil-Kurċifiss li kien iġorr miegħu, ma kellu l-ebda biża’ mid-dimonju! Jingħad ukoll li meta darba l-Isqof ta’ Reggio Emilia, Mons. Eduardo Brettoni, żar il-parroċċa tiegħu għall-vista pastorali, il-kappillan offrielu daqsxejn inbid f ’tazza li t-trasparenza ma kinitx taf x’inhi aktar. L-isqof, li kien ġej minn ambjent nadif u ordnat minn daru, baqa’ jħares iċċassat lejn id-dik it-tazza miġjuba quddiemu. Meta ra hekk, il-kappillan qallu: “Ixrob, Eċċellenza. Dan inbid tajjeb u fin. Għasartu jiena stess b’riġlejja u ffiltrajtu bil-qmis tiegħi”. Ma nafux l-isqof xorobx l-inbid, imma minkejja li dan il-qassis matul iżżmien żgur li ħassbu xi ftit jew wisq bil-metodi tiegħu, żgur li ma naqasx jagħraf fih is-sentimenti ġenwini u ta’ tjieba tiegħu. Imħatteb biż-żmien, Simonelli ssokta dejjem għaddej bil-mixi tiegħu. Għalih il-karozzi kienu xi ħaġa ta’ żmien li ma kienx tiegħu u anki jekk għajjien, ma kienx ifittex li jwaqqaf lil xi ħadd biex jaqtgħu biċċa. Sforz tal-qagħda ta’ saħħtu, inkwetat għalih, l-isqof talab lill-Prof. Pasquale Marconi biex jieħdu ħsieb idaħħlu fl-isptar tiegħu. Marconi kien tabib rispettat ħafna, li taha għall-politika fi ħdan il-Partit Kristjan Demokratiku u serva bħala sindku ta’ Castelnovo ne’ Monti u aktar tard ta’ Vetto d’Enza. Hemm, fit-22 ta’ Ġunju 1941, it-twajjeb Dun Ferdinando, bniedem “ta’ qalb ħelwa u umli” [Mt:11:29] fi kliem l-istess Sinjur Ġesù Kristu, għaddha għall-ħajja aħjar, kif ħabbar dakinhar stess lis-sorijiet tal-isptar li daru bih fl-aħħar żmien. Miet mgħannaq mal-Kurċifiss li kien tant iħobb, u li kien miżmum hekk b’saħħa minnu, li s-sorijiet kellhom jużaw il-forza biex ineħħuhulu minn idejh fil-ħin tal-kefen. Bħal tant saċerdoti oħra, Dun Ferdinando llum huwa minsi. Aħna qegħdin infakkruh, u bis-saħħa ta’ dan, qegħdin ukoll infakkru miegħu lil tant u tant saċerdoti oħrajn, li bħalu li ż-żmien għaddha minn fuqhom u nessiehom u li forsi lanqas daqsxejn ta’ plakka m’għad fadal b’tifkira tagħhom fuq l-oqbra li fihom jistrieħu, kif nittamaw, fis-sliem.


25

16.07.2017

kullhadd.com

reċensjoni tal-

KTIEB

ĦSIEBU JSUQU SILTA MILL-KTIEB

“Trabbejt fil-Furjana, fejn twelidt u l-ewwel fit-tarf t’isfel ta’ Triq San Tumas, kantuniera ma’ Triq Antonio Agius, u mbagħad fid-dar 8 Pjazza San Kalċidonju, f ’Balzunetta, fin-naħa ta’ Fuq tal-Furjana. “Kelli tfulija hienja ħafna, imqassma bejn il-kenn tad-dar, il-logħob fit-triq, u l-attendenza fil-Mużew, li ma kont infallih qatt u li bqajt imsieħeb fih sa ma dħalt is-Seminarju Maġġuri biex nibda l-istudji għal saċerdot. Il-logħob kien sempliċi u ferrieħi: il-boċċi, in-noli, id-daqqa karta, id-daqqa xejn, il-ħarba, u fuq kollox il-logħob tal-futbol. Konna nixtru ballun taċ-ċarruta, ta’ sold, li malajr kien jiċċarrtilna u jinfetaħ, u mbagħad nixtru ieħor. Kellna blalen aħjar ’il quddiem. “Fi tfuliti kelli żewġ ħolmiet ewlenin: li nsir qassis u li nsir poeta.” Friggieri jfaħħar is-sistema tar-Rediffusion: “Il-prinċipju kien Ingliż u tajjeb, imħaddem professjonalment: id-divertiment u t-tagħlim mhumiex l-istess iżda għandhom imorru flimkien.” (OFIX 2) “L-ewwel impressjonijiet tiegħi tar-Rediffusion ħadthom minn kmieni u kienu impressjonijiet mill-aqwa, u hekk baqgħu dejjem sakemm baqa’ r-Re-

diffusion. Għalija u għal ħuti fid-dar tagħna fil-Furjana, dak is-sett tar-Rediffusion kien skola mill-aħjar ta’ tagħlim, divertiment, u trawwim ta’ sentimenti sbieħ. Il-programmi kollha kellhom, ftit jew wisq, kontenut edukattiv u informattiv, u kienu magħmulin b’serjetà kbira li tidher. Bħala tfal konna nitgħallmu b’xandiriet li setgħu jsegwuhom iż-żgħar daqskemm il-kbar, imfissrin b’Malti tajjeb, imxerrdin tul medda wiesgħa ta’ suġġetti. L-aspett informattiv kien ifisser li min ma riedx, seta’ jgħaddi mingħajr il-qari tal-gazzetti.” “Qisu lbieraħ meta għodwa waħda ommi, Alla jaħfrilha, qabbditni nbajjad il-kamra tal-ikel fejn, f ’tieqa li tagħti għall-kamra tal-banju, kellna s-sett tar-Rediffusion, dejjem imfarfar, dejjem b’żewġ fjuriet ‘li ma jinxfux’ maqtugħin millġnien tal-Mall. Kont qiegħed nipprova nobdi d-direttivi ta’ ommi bħala bajjad, ħerqan li ma nbajjadx l-art ukoll u ma nimteliex ma’ kull qabda tal-pinzell goff. Ir-Rediffusion inzerta ħdejja waqt li kont fuq mejda u siġġu biex inlaħħaq mas-saqaf. Ħin bla waqt indaqqet silta mużikali mill-isbaħ li qatt ma kont smajt qabel. Waqaft imsaħħar u qabditni kurżità kbira nkun naf x’kienet. Dik il-ħabta

kelli daqsxejn ta’ tejprikorder li fuqu kont nirrekordja s-siltiet klassiċi u xi kanzunetti. Bqajt sakemm staqsejt u sirt naf li kienet il-ftuħ tas-Swan Lake. F’qagħda simili, bi stagħġib kbir, darba oħra skoprejt il-Carmina Burana ta’ Karl Orff. X’dinja wiesgħa fetħilna flgħeluq ta’ Balzunetta x-xandir ta’ tfulitna!” “Mingħand Charles Arrigo, ta’ semmiegħ-tifel ta’ ftit snin li kont, tgħallimt kif għandhom jinqraw ir-rumanzi bl-ilsien sabiħ ta’ Malta. Bosta rakkonti, għad li kont qrajthom qabel u kelli kopja tagħhom diġà fi tfuliti, kont insib l-għaxqa tiegħi nismagħhom jinqraw minnu u jieħdu s-saħħa kollha li tiġi biss minn qari professjonali.” “Ma nistax ninsa l-programm tal-Ħadd filgħodu dwar il-folklor Malti, għall-ħabta tat-tmienja. Ġuże Cassar Pullicino kien jintroduċi aspett tal-folklor u mbagħad kienet tibda taqsima sħiħa ta’ għannejja, waqt li aħna t-tfal, wara li nkunu wasalna diġà mill-quddiesa, imwaħħmin biex nieklu, inxommu l-mazzita ta’ darba biss fil-ġimgħa lesta biex tittiekel mal-mejda fl-isfond tal-għannejja jkantaw u l-kitarristi tagħhom.” “L-istudju kont inħobbu minn meta kont tifel. Kont naqra ħafna. Fid-dar missieri kellu librerija żgħira ta’ volumi sħaħ ta’ letteratura dinjija maqluba

għall-Ingliż, u kont dejjem inqalleb fihom. Sa mill-bidu qrajt il-kotba Maltin importanti kollha.” “Il-ħtieġa li nikteb ħassejtha waħdi meta kont għadni tifel fl-iskola primarja tal-Gvern fil-Furjana. Darba missieri xtaqni niltaqa’ ma’ Ninu Cremona u ma’ John C. Friggieri, li t-tnejn għamluli ħafna l-qalb biex nissokta. Ħafna mill-ħin

tal-iskola primarja kont ngħaddih nikteb il-poeżiji u dan swieli biex tlift ħafna lezzjonijiet, iżda meta dħalt is-Seminarju Maġġuri fl-1964 fhimt li ma stajtx nibqa’ nagħmel hekk, għad li kemm-il darba, anki waqt il-lezzjonijiet tal-Università, u darba minnhom waqt eżami finali, ktibt xi poeżiji wkoll.” “Fi tmiem is-snin 50 kont diġà nikteb xi ħaġa bil-Malti.”

Mistoqsija: Lil min kien jisma’ l-Ħadd filgħodu? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ĦSIEBU JSUQU. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 23 ta’ Lulju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-kotba PIETRU PITRAVU u MAMÀ, ALLURA DIN IMĦABBA? huwa: J.DEBONO - San Ġwann

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

03

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Min kienu l-kadidati għall-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:

Indirizz:


26

16.07.2017

kullhadd.com

BIL-PASSAT TAGĦNA NIMXU ARGUS INSURANCE TAPPOĠĠJA ’L-ALIVE GĦALL-ĠEJJIENI TAGĦNA IL-FONDAZZJONI WIRT ARTNA U L-BANK OF VALLETTA JESTENDU L-KOLLABORAZZJONI TA’ BEJNIETHOM

Il-Bank of Valletta estenda l-ftehim ta’ kollaborazzjoni tiegħu mal-Fondazzjoni Wirt Artna (FWA), il-fondazzjoni tal-patrimonju kulturali li l-għan prinċipali tagħha huwa li toħloq sensibilizzazzjoni u tinkoraġġixxi fehim aħjar talwirt kulturali ta’ Malta. Charles Azzopardi, Kap talPR u l-Marketing fil-Bank of Valletta ltaqa’ ma’ Mario Farrugia, il-President tal-Fondazzjoni Wirt Artna, f ’Notre Dame Gate (magħruf bħala Bieb is-Sultan) f ’Ħaż-Żabbar, l-Uffiċċju Prinċipali tal-Fondazzjoni u wieħed mis-siti tal-Fondazzjoni. “Din is-sena qed jitfakkar l-10 anniversarju minn meta l-BOV u l-FWA għall-ewwel darba

daħlu f ’din is-sħubija korporattiva. Matul dan id-deċennju, diversi siti ewlenin, bħal Forti Rinella u l-Malta at War Museum ġew trasformati minn stat ta’ negliġenza għal attrazzjonijiet turistiċi u storiċi ewlenin fil-gżejjer Maltin,” spjega Charles Azzopardi. “IlBank jikkondividi l-filosofija tal-Fondazzjoni li l-ħolqien ta’ sensibilizzazzjoni huwa tal-inqas importanti daqs il-passi li jittieħdu biex jiġi kkonservat il-passat, bħalma jidher evidenti permezz tal-programm Hands-on-Heritage u l-isforz tal-Fondazzjoni biex tilħaq aktar nies permezz tas-siti tagħha kif ukoll permezz tal-mezzi tal-midja soċjali tagħha.” “Il-Fondazzjoni Wirt Artna

Offerta għall-kiri tal-bar Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista ta’ Ħad-Dingli jixtieq javża li qiegħed jilqa’ l-offerti għall-kiri tal-bar tal-istess lokal bejn il-Ħadd 2 ta’ Lulju u l-Erbgħa 12 ta’ Lulju 2017. L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru millkażin tal-Partit Laburista mil-lum il-Ħadd 2 ta’ Lulju sa nhar l-Erbgħa 12 ta’ Lulju 2017 bejn il-5:00pm u s-7:00pm. Għal aktar informazzjoni kkuntattjaw lis-Segretarja tal-Kumitat fuq 99190095. L-offerti, flimkien ma’ kopja riċenti tal-kondotta tal-pulizija (tal-applikant), għandhom jimtlew kif indikat, u jintefgħu ssiġillati fil-kaxxa tal-kwotazzjonijiet flistess każin sa mhux aktar tard mill-Erbgħa 12 ta’ Lulju 2017 fis-7:00pm. Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta anke l-aktar waħda vantaġġjuża.

Offerta għall-kiri tal-bar

Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista ta’ Ħal Balzan jixtieq javża li qiegħed jilqa’ l-offerti għall-kiri tal-bar tal-istess lokal sa nhar it-Tlieta 25 ta’ Lulju sas-6.00 ta’ filgħaxija. Dawk interessati jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet flimkien ma’ kopja tal-kundizzjonijiet mingħand xi membru tal-kumitat jew billi jċemplu lit-teżoriera fuq 99895304. Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta anke l-aktar waħda vantaġġjuża.

Il-kumpanija Argus Insurance Agencies Limited dan l-aħħar organizzat maratona tar-roti mir-Rabat saż-Żurrieq b’risq il-Fondazzjoni Alive, bil-għan li tiġbor fondi għar-riċerka dwar it-trattament tal-kanċer. L-impjegati kollha ħadu sehem fl-attività, b’uħud qadfu bir-roti u oħrajn iġġogjaw biex għamlu d-distanza ta’ 14-il kilometru. L-impjegati kienu mmexxija minn Max Borg Bonello, impjegat li ngħaqad ma’ Argus dan l-aħħar u li qed jieħu sehem fl-Alive Cycle Challenge. Is-7 day Challenge, li ser tintemm proprju llum, tinkludi 46 parteċipant li qed jaqdfu minn Kopenħagen fid-Danimarka sa Varsavja fil-Polonja, fuq medda ta’ madwar 1,200 kilometru. Bħala turija ta’ appoġġ tiddependi fuq il-ġenerożità għall-parteċipazzjoni ta’ Borg tal-benefatturi biex twettaq il-missjoni tagħha u tkompli taħdem għall-preservazzjoni ta’ siti u artefatti storiċi,” qal is-Sur Farrugia. “L-appoġġ talBank of Valletta matul is-snin ippermettielna nlestu numru ta’ proġetti kif ukoll nippjanaw għall-proġetti li jmiss bħat-tlestija tar-restawr tal-Batterija tal-Mistra fil-Mellieħa, il-ftuħ tal-kumpless tal-mini ta’ taħt l-art mhux komplut ta’ żmien il-gwerra taħt il-Belt Valletta, it-tlestija tal-Proġett War H.Q. fil-Belt Valletta, il-ftuħ tal-Mużew il-ġdid tal-Batterija tas-Salut fi Pjazza Kastilja filBelt Valletta u r-rikostruzzjoni tal-parti mekkanika tal-Forti Rinella fil-Kalkara.” AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ

XOGĦOL U MANUTENZJONI

Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ mal-ħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għall-ilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www. expresswatchrepairs.com jew irrikorru 110, Triq ilKungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235. Għandna għamara antika bħal kamra tas-sodda, salott, kamra tal-pranzu, fajjenza u aċċessorji tad-dar. Ċempel fuq 99151939

Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, katusi u gypsum boards ċempel 7928 5444. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq in-numru 2143 2352 jew 9947 7167. AVVIŻI OĦRAJN Ozosecurity teħtieġ innies biex jaħdmu fi ħdan il-kumpanija tagħhom. Il-kandidati magħżula għandhom ikunu fluwenti bl-Ingliż, kapaċi jaħdmu fuq bażi ta’ shift. Biex japplika wieħed għandu jibgħat c.v. dettaljata lil careers@ozogoup. com jew bil-posta lil Nru 6, Triq L-iskultur, Ħal Qormi. AVVIŻI KULTURALI Fl-okkażjoni tal-Festa Titulari ta’ Kristu Re li ser tiġi ċċelebrata ġewwa Raħal

Bonello fl-Alive Cycle Challenge, Argus ipprovdiet sigħat ta’ xogħol flessibbli u tat ukoll ġranet frank biex hu jkun jista’ jkompli bil-programm ta’ taħriġ tiegħu. Il-kumpanija ddedikat il-fondi miġbura b’risq il-Fondazzjoni Alive, u ħeġġet lill-impjegati tagħha biex jikkontribwixxu għal din il-kawża. Grupp ta’ impjegati, fosthom il-Kap Eżekuttiv Dr Vanessa Borg, attendew għad-dinner organizzat mill-Fondazzjoni. Aktar tagħrif dwar l-Alive Charity Foundation minn http://alivecharity.com/2017. Wieħed jista’ jagħti donazzjoni b’risq ir-riċerka dwar it-trattament tal-kanċer. Għal aktar tagħrif dwar Argus Insurance Agencies Limited u l-prodotti tal-assigurazzjoni tagħhom, żur is-sit: https://www.argus.com.mt.

Ġdid, il-Banda Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ġiet mistiedna tagħti s-servizz mużikali tagħha nhar it-Tlieta 25 ta’ Lulju 2017. Is-servizz jibda fit-8.00pm permezz ta’ marċ brijuż madwar it-toroq ta’ Raħal Ġdid li l-qofol tiegħu jintlaħaq ġewwa l-Pjazza fl-10:30pm. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tasSoċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com. Il-Kummissjoni Nisa fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser torganizza attività soċjali għall-kulħadd nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Lulju 2017, ġewwa Ġnien il-Ġibjun, iż-Żurrieq fis-6:00pm. Waqt din l-attività ser jiġi servut varjetà t’ikel Malti fosthom ftira u ser ikun hemm ukoll il-logħob tat-tombla. Ser ikun hemm trasport provdut li jitlaq mill-Pjazza tal-Imqabba, quddiem il-Każin tas-Soċjetà. Bookings isiru fuq 79539542 u aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.


27

16.07.2017

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

D.SANT - Il-Mellieħa

TISLIBA 183

Bi 3 Numri 027 144 190 243 423 462 470 472 488 490 693 694 859 B’4 Numri 0020 0436 0498

1300 1597 1903 2013 2378 2458 2936 3266 3349 3427 3679 3716 4214 4648 4658 4927 5045 7035 7213 7236 7403

7468 7621 7835 8013 8799 8891 9000 9391 9406 9519 9523 9727 9793 9872 B’5 Numri 00611 01784 04025 13219

22382 27119 30096 36086 41826 46485 54397 67494 71683 77294 77995 79506 83178 87252 87373 88712 89300 96907 96949

B’6 Numri 107788 151923 264947 469569 470167

567198 580340 683134 879419 932930

IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

Mimdudin:

Weqfin:

1. Kompli l-qawl: Bil-kelma t-tajba sal- far joħroġ mit-......... (5) 4. Reat kriminali (4) 7. Royal Navy (1,1) 9. Isem (3) 10. Traqqad il-karozza fih (6) 12. Mhux ġdida (6) 16. Parti minn ġismi (3) 18. L-Avukat Ġenerali (1,1) 19. Xorb alkoħoliku (3) 20. Iżommu s-saqaf (5) 21. Ara 11 23. Lulju bl-Ingliż (4) 24. Ta’ veru! (5)

1. Tippermetti (6) 2,17. Ċaqlaq? (6) 3,15. Jistgħu jkunu sħan (9) 5. Żmien (3) 6. Quinton Ray Xuereb (1,1,1) 8. Jidderieġi dan? (9) 11,21M. Itir fis-sema? (5) 12. Żewġ vokali (1,1) 13. Telaq bl-ajru (3) 14. Ħuta mqadda (6) 15. Ara 3 17. Ara 2 21. Dalwaqt! (3) 22. Indirizz tal-internet – Uniform Resource Locator (1,1,1)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:

Weqfin:

1,12W, 22. Sellimtlek, 4.Mazz, 9.Ara, 10.Mazzun, 12.Midfun, 16,23.Irtokki, 19.Iva, 20.Ħanek, 21.Fil, 24.Ittra

1.Staqsi, 2.Lia, 3.I am, 5,7.Azzar, 6,15.Zunnarija, 8,18.Raffineriji, 11,13.Gidja, 14.Nikket, 17.RAI, 21.Frank Attard Oliva (1,1,1)


28

16.07.2017

kullhadd.com

L-INDAFA PIŻ TA’ KULĦADD EDITORJAL

U jekk nibqgħu ma nifhmux dan il-Gvern għandu jikkunsidra bisserjetà li jżid ilmulti għal dawk li jinqabdu jħammġu fil-pajjiż.

Ninsabu fl-aqwa tas-sajf. Allura fl-aqwa tat-turiżmu b’eluf ta’ turisti jterrqu t-toroq tagħna ta’ kuljum. Ninsabu wkoll fl-aqwa tal-istaġun tal-festi. U nistgħu ngħidu li ninsabu wkoll fl-aktar jiem li l-indafa fil-pajjiż tieħu l-akbar daqqa ta’ ħarta matul is-sena. Ir-raġunijiet huma ovvji. Jittiekel aktar fast food, aktar pizez, aktar ġelati. Jinbiegħu aktar soft drinks b’għadd ta’ containers jispiċċaw fuq il-bankini, fit-toroq, u fil-bajjiet tagħna. Ma rridux inkunu negattivi u npoġġu lil kulħadd f ’keffa waħda. Anzi m’għandna l-ebda dubju li llum hawn ħafna aktar nies li huma konxji dwar il-ħtieġa tal-indafa f ’pajjiżna, mhux biss minħabba t-turiżmu, imma wkoll biex l-ambjent li ngħixu fih aħna lkoll ikun aħjar. Għax tajjeb li jingħad li l-ambjent mhuwiex biss il-kampanja, l-għasafar, il-baħar, eċċetra, eċċetra. Imma ħadd ma jista’ jiċħad li għad hawn numru ta’ nies – li mhuwiex wieħed żgħir – li għadhom mhumiex jagħrfu li huma wkoll għandhom ikunu responsabbli biex pajjiżna jinżamm nadif kemm jista’ jkun. Sal-aħħar jiem erġajna rajna ritratti fuq il-midja soċjali ta’

postijiet fil-kampanja b’saqqijiet u skart goff ieħor mormi. Dan minkejja s-servizz offrut għall-ġbir ta’ skart goff minn kull lokalità madwar ilpajjiż. Għadna ma nistgħux nifhmu kif hawn min jippreferi l-iskariġġ ta’ sewqan għal xi post imwarrab jirriskja xi multa minflok jagħmel biss telefonata u jikkordina mal-Kunsill Lokali jew saħansitra jikkordina ma’ xi wieħed miċ-ċentri tal-iskart goff li l-Wasteserv għandha madwar il-pajjiż. Ċertament li min-naħa talGvern, kif ukoll min-naħa tal-kunsilli lokali, f ’dawn l-aħħar snin, ittieħdu diversi miżuri u inizjattivi bit-tama li l-indafa f ’pajjiżna tilħaq livelli aktar għoljin. Imma jibqa’ dejjem xi jsir. Għalhekk il-Gvern preżenti jidher li mhux se jibqa’ b’idu fuq żaqqu jgħid li dak li seta’ jsir sar, u naċċettaw li m’hemmx x’tagħmel iżjed bliskuża li ċerti nies ma jitgħallmu qatt. Rajna fl-aħħar jiem bosta inizjattivi ta’ tindif fl-irħula madwar Malta u Għawdex mid-Direttorat tat-Tindif u ta’ dan nagħtu ħajr, għalkemm wieħed issa jrid joqgħod attent li ma jintbagħatx il-messaġġ li hawn min jista’ jħammeġ kemm irid għax imbagħad hemm l-awtoritajiet jagħmlu

tajjeb. Għax kollox jieħu l-ħin u kollox għandu prezz. Ninnotaw li l-indafa ngħatat ukoll importanza fil-manifest elettorali fejn kien imwiegħed it-twaqqif ta’ aġenzija proprju dwar it-tindif. Għadhom għaddew biss ftit ġimgħat minn meta l-Partit Laburista rebaħ l-aħħar elezzjoni ġenerali, iżda l-ħidma biex tkun stabbilita din l-aġenzija diġà bdiet bit-tama li fi żmien mhux ’il bogħod narawha ssir realtà u tibda twettaq ħidma li hija meħtieġa. Anke ħafna mill-kunsilli lokali jagħtu importanza ewlenija lill-indafa, jew forsi aħjar ngħidu lit-tindif. F’ħafna lokalitajiet niltaqgħu ma’ avviżi spissi li jfakkruna fir-responsabbiltà li nżommu l-indafa. Imma, kif għedna diġà, kultant l-appelli jaqgħu fuq widnejn torox. Ma nkunu qegħdin ngħidu xejn ġdid meta ngħidu li għad hawn nies jarmu mal-art minkejja li jkunu biss ftit metri bogħod minn bins li jipprovdu l-kunsilli. Ma nkunu qegħdin ngħidu xejn ġdid meta ngħidu li għad hawn nies li ma jiddejqu xejn iħallu lill-klieb tagħhom iħammġu fuq il-bankina u jibqgħu għaddejjin, qisu ma ġara xejn, anke jekk quddiem għajnejhom ikun hemm avviż li jgħidilhom li huwa llegali li tħalli l-ħmieġ

tal-kelb warajk. Hemm kunsilli li għal xi raġuni jew oħra, ma jlaħħqux biżżejjed mat-tindif. Il-Gvern huwa konxju ta’ dan u se jkun spalla ma’ spalla ma’ dawn il-kunsilli lokali biex jgħinhom iżommu l-lokalità tagħhom nadifa kemm jista’ jkun. Ma nistgħux ma ngħaddux ukoll kelma ta’ tifħir lill-ħaddiema tad-Direttorat tat-Tindif li ħafna minnhom jaqdu dmirhom sew. Imma isir xi jsir min-naħa tal-awtoritajiet, min-naħa talGvern u min-naħa tal-kunsilli lokali, biex naslu li l-bliet u l-irħula tagħna jkunu xempju tal-indafa, irid ikun hemm il-koperazzjoni ta’ kulħadd. Ta’ kull wieħed u waħda minna. Ir-responsabbiltà tal-indafa filpajjiż taqa’ fuq spallejna lkoll. U jekk nibqgħu ma nifhmux dan il-Gvern għandu jikkunsidra bis-serjetà li jżid il-multi għal dawk li jinqabdu jħammġu fil-pajjiż. Jogħlew kemm hemm bżonn biex wieħed ikollu jaħsibha iktar minn darbtejn qabel iħammeġ pajjiżu daqslikieku mhux tiegħu. Ma’ dan imbagħad wieħed irid iżid l-infurzar għax hawn ukoll dan jinħass li għadu nieqes. Pajjiż l-aqwa fl-Ewropa f ’bosta oqsma għandu jkun nadif ukoll.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.