KullĦadd_17.01.2016

Page 1

Intervista ma’ L-ISPEAKER DWAR IL-BŻONN TAL-AWTONOMIJA

www.kullħadd.com Il-Ħadd, 17 ta’ Jannar, 2016

Ħarġa Nru 1,175 Prezz €1

Ara paġna 7

IRID JAQLA’ MINNHA L-eks-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech irid ibigħ għal kważi €8,000 l-karozza li tliet snin ilu xtara b’inqas minn €2,000 mingħand il-Gvern. Dan skont avviż li tpoġġa fuq sit lokali, u li tneħħa iktar kmieni din il-ġimgħa, meta fil-Parlament ġie żvelat li Fenech kien ħallas ammont miżeru għal din il-vettura. Il-karozza ta’ Fenech hija Honda CRV tal-2004 u oriġinarjament kienet inxtrat mill-Ministeru tal-Finanzi għal €25,000 biex Fenech jużaha bħala t-tieni karozza tiegħu. Iżda jumejn qabel spiċċa minn ministru, Fenech xtara din il-vettura għalih personali għas-somma ta’ €1,908. Minkejja li fissuq il-valur ta’ din il-vettura huwa ferm ogħla, Fenech baqa’ jiddefendi dan l-akkwist mal-midja. Issa qed jirriżulta li Fenech ried ibigħ din il-vettura għal kważi €5,900 iktar milli xtraha. Paġna 2

L-AWTOPSJA SE SSIR GĦADA

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ waranofsinhar, l-Assistent Kummissarju Silvio Valletta spjega li l-Pulizija għadha qiegħda tinvestiga l-isplużjoni f ’karozza li ħalliet lis-sewwieq mejjet f ’Wied il-Għajn aktar kmieni dakinhar. Valletta sostna li l-Pulizija rċeviet rapport ta’ ħruq ta’ karozza lejn id-9.00am. Meta waslu fuq il-post huma sabu li kien hemm persuna mejta maqbuda fil-vettura. Sal-bieraħ, l-investigazzjoni kienet aċċertat biss li l-vittma kienet ta’ ġeneru maskili hekk kif l-identità tiegħu ma kinitx għadha ġiet ikkonfermata. L-Assistent Kummissarju Valletta spjega wkoll li bħalissa għaddejjin eżamijiet forensiċi bl-ewwel indikazzjoni juru li l-karozza ħadet in-nar permezz ta’ splussiv li kien ġewwa l-istess vettura. Huwa sostna wkoll li bħalissa għaddejja inkjesta maġisterjali li se jieħdu sehem fiha diversi esperti biex jgħinu f ’din l-investigazzjoni. Il-Pulizija ma kinux għadhom f ’pożizzjoni li jikkonfermaw jekk il-persuna mititx b’kawża tal-isplużjoni jew bil-ħruq li rriżulta minnha. Dawn id-dettalji mistennijin li jiġu stabbiliti permezz tal-awtopsja fuq il-katavru li se ssir għada. Mill-indikazzjonijiet inizjali tal-identità tal-vittma jidher li l-persuna għandha rabtiet ma’ każijiet il-Qorti mat-traffikar tad-droga, kif ukoll tas-sigaretti tal-kuntrabandu.

ATTENTATI TA’ SUWIĊIDJI FIL-LOCK-UP…

RATA OGĦLA TAĦT GVERN PREĊEDENTI

Mill-2010 kien hemm sittax-il każ ta’ attentati ta’ suwiċidju jew self-harm fil-lock-up tal-Pulizija. Għaxra minnhom seħħew qabel l-2013. Dan qalu l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali lbieraħ, wara li l-Oppożizzjoni baqgħet tippolitiċizza dawn it-traġedji umani. Il-Ministeru saħaq li b’dan l-atteġġjament l-Oppożizzjoni kompliet taqa’ fil-baxx u tilfet kull sens ta’ bilanċ u etika. Beppe Fenech Adami, li jinsab fuq quddiem nett f ’dawn l-attakki, kien Assistent Parlamentari fil-Ministeru talIntern qabel l-2013, meta f ’sentejn biss kien hemm għaxar każijiet ta’ attentat ta’ suwiċidju jew self-harm. Dan ifisser li fl-aħħar sentejn ta’ Gvern Nazzjonalista r-rata ta’ dawn l-attentati kienet ogħla minn dik tal-ewwel tliet snin tal-Gvern preżenti.


02 17|01|2016

kullħadd.com

LOKALI

TONIO FENECH IRID IBIGĦ €7,800 L-KAROZZA LI XTARA B’€1,908 Kitba ta’ ALEANDER BALZAN L-eks Ministru tal-Finanzi, Tonio Fenech, irid ibigħ għal kważi tmien t’elef ewro l-karozza li tliet snin ilu xtara b’inqas minn elfejn ewro. Il-karozza hija Honda CRV tal-elfejn u erbgha u originarjament inxtrat millMinisteru tal-Finanzi għal ħamsa u għoxrin elf ewro. Dan biex Tonio Fenech jużaha bħala t-tieni karozza tiegħu. Jumejn qabel spiċċa minn Ministru, il-karozza Tonio Fenech għamilha tiegħu billi ħallas tagħha elf disa’ mija u tmien ewro biss. Dan hu prezz li Fenech iddefenda. Iżda illum nistgħu niżvelaw li sa ftit tal-jiem ilu l-eks Ministru kien qed jitlob sebat elef u tmien mitt ewro għal din il-karozza. L-avviż jitneħħa millinternet wara li jsir magħruf l-akkwist li għamel Fenech Fil-fatt sa nhar it-Tlieta, dakinhar li ħarġet l-aħbar dwar l-aħħar kontroversja taleks ministru, il-karozza kienet qiegħda fuq Malta Park, sit fejn wieħed ibigħ l-oġġetti tiegħu. Taħt l-isem tal-bejjiegħ

Il-karozza ta’ Tonio Fenech fuq Malta Park CFEN (il-kont ta’ maltapark ta’ mart l-eks Ministru li jisimha Claudine Fenech) kien hemm ir-ritratt tal-karozza, bin-number plate jikkonferma li l-vettura hija l-istess waħda li xtara lejliet l-elezzjoni. Intqal li l-Honda għandha biss sid wieħed u tinsab f ’kundizzjoni tajba ħafna. Saħansitra hemm miktub li għandha biss tmienja u erbghin elf mil. Dan ifisser li l-karozza li fl2013 Tonio Fenech xtara għal €1,908, issa l-valur tagħha l-eks ministru żiedu bi kważi €5,900. Fl-aħħar jiem, One News żvela li skont il-prezz

tal-ktieb tal-assigurazzjoni l-karozza għandha valur ta’ sebat elef u tmien mitt ewro. Sa meta Tonio Fenech xtraha l-karozza fl-elfejn u tlettax mingħand il-Ministeru, fuq il-ktieb tal-assigurazzjoni din kienet tlaħħaq l-għaxart t’elef ewro. Minkejja li qed jitlob iktar minn kemm xtraha, l-eks Ministru għadu sal-lum jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu. Saħansitra ma’ One News mhux biss iddefenda l-ġurnata li għażel li jixtri l-karozza, sigħat qabel il-poplu mar jivvota, iżda ddefenda il-prezz li qal li mhux wieħed redikolu.

Il-karozza sparixxiet minn Malta Park wara li sar magħruf l-akkwist ta’ Tonio Fenech Fuq kollox Tonio Fenech qal li mexa onest, li kien integru flaġir tiegħu u li m’għandu xejn fuq il-kuxjenza. Iżda, jirriżulta li ftit tassigħat wara li l-‘bargain’ ta’ Tonio Fenech sar magħruf pubblikament il-karozza tneħħiet minn fuq Malta Park. Tant li jekk wieħed jerġa’ jfittixha llum skont in-numru ta’ referenza oriġinali ma jsibiex. Busuttil jiddefendieh Din tal-karozza, li ħadha miegħu d-dar ladarba spiċċa minn ministru, ma kinitx

l-uniku deċiżjoni li ħa fis-sigħat ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali. Approva wkoll ‘direct’ order ta’ madwar erba mitt elf ewro għal kumpanija tal-assigurazzjoni u dan hu dokumentat f ’rapport tal-Awditur Ġenerali. Tonio Fenech, illum shadow minister tal-Affarijiet Barranin, qed isib l-appoġġ tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Fil-fatt, Simon Busuttil wiegħdu li jekk tintrebaħ l-elezzjoni ġenerali mill-Partit Nazzjonalista, jerġa’ jaħtru bħala ministru. Tant qed jiddefendih li malġurnalisti ta’ ONE NEWS Simon Busuttil qal biss “Iddaħħakx nies bik.”

L-ISKEMA TAS-SABBATICAL...

S’ISSA DIĠÀ SAR INVESTIMENT TA’ €625,000 il-ħiliet tal-edukaturi biex dawn ikunu jistgħu joffru esperjenza edukattiva aħjar u aktar moderna. “It-taħriġ huwa kruċjali biex il-kwalità fittagħlim li jsir tkun waħda li tuża għodod moderni u stimulanti għat-tfal tagħna,” qal il-Ministru Bartolo.

GLEN FALZON glen@kullhadd.com

Minn informazzjoni li għandha f ’idejha din il-gazzetta jirriżulta li s’issa diġà bbenefikaw 14il persuna mill-iskema tassabbatical fejn il-Gvern iħallas lill-edukaturi xorta waħda tax-xogħol tagħhom meta dawn jieqfu għal perjodu biex jistudjaw. Fil-fatt, sal-lum, dawn il-persuni diġà ngħataw leave għal studju bi ħlas għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena skolastika, liema investiment huwa maħsub li se jlaħħaq issomma ta’ madwar €350,000. Apparti minn hekk, huwa stmat li n-nefqa fuq l-impjieg ta’ ‘replacement’ bħal pereżempju is-‘Supply Teachers’ matul ilperjodu tal-leave għall-istudju se tkun qed tlaħħaq madwar €275,000 b’investiment totali ta’ €625,000 inkluż ħlasijet ta’ ‘bonuses’, dan minbarra ħlasijiet li jista’ jkun hemm minħabba xi aġġustamenti għall-għoli talħajja. 12-il Master u 2 Dottorati Is-sabbaticals fil-Master’s ingħataw lil 12-il persuna li jinkludu 4 persuni fil-Bżonnijiet Speċjali fit-Tagħlim, 3 oħra f ’Educational Leadership,

“It-talbiet mistennija jiżdiedu gradwalment” – Kevin Bonello MUT

Il-Ministeru għamel mekkaniżmu tajjeb u l-affarijiet qed joperaw b’mod pjuttost effiċjenti KEVIN BONELLO, MUT 3 oħra fil-Kreattività u l-Innovazzjoni u 2 persuni oħra fil-Counselling. Filwaqt li d-Dottorati ngħataw lill-persuna fil-qasam tal-Edukazzjoni u persuna oħra f ’dak tal-Mużika. Ta’ min wieħed isemmi wkoll li din l-iskema ma kinitx miftuħa biss għall-għalliema iżda għallpożizzjonijiet edukattiva oħrajn bħal Uffiċjali Edukattivi, Assistenti Kapijiet u Kapijiet

ta’ Skola kif ukoll Kindergarten Assistants u Learning Support Assistants. “It-taħriġ huwa kruċjali” – ilMinistru Bartolo F’kumment li ta l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo dwar dan l-investiment, huwa sostna li din l-iskema għandha l-ħsieb li ttejjeb

Fid-dawl ta’ dan kollu, din ilgazzetta tkellmet mal-President tal-Unjin tal-Għalliema Kevin Bonello fejn sostna li din hi skema importantissima li l-MUT ilha snin tgħid kemm hi vitali. Dan għaliex tagħti opportunità lill-edukaturi tagħna sa biex jitħarrġu aħjar u jġibu għerf u tagħlim minn barra xtutna. “Għall-gżira żgħira bħal Malta dan hu ferm importanti għax fid-dinja tal-lum l-ebda pajjiż ma jista’ jikkompeti ekonomikament jekk ma jwessax l-orizzont tiegħu, u l-ebda orizzont ma jistgħu jitwessgħu jekk mhux permezz tal-edukazzjoni ħolistika,” fisser Bonello. Mistoqsi jekk din l-iskema għandhiex tibqa’ ssir, ilPresident tal-MUT sostna

li din l-iskema hi vitali għal pajjiżna u hi investiment fittul. “Jekk titwaqqaf mhux biss innkunu qegħdin innaqqsu l-opportunitajiet ta’ taħriġ imma agħar minn hekk, inkunu qed naqtgħu xmara ta’ għerf li għal pajjiżna tista’ tkun determinanti. L-MUT tant temmen fiha din l-iskema li għamlet talba formali lill-Gvern biex jestendiha lilledukaturi fi skejjel tal-Knisja u privati li wara kollox jgħallmu wkoll eluf ta’ tfal li jixirqilhom l-aħjar,” spjega l-President talMUT. Fl-aħħarnett, huwa żied jgħid li r-rispons li kellha l-MUT mill-membri tagħha fuq din l-iskema kien pożittiv ferm. “IlMinisteru għamel mekkaniżmu tajjeb u l-affarijiet qed joperaw b’mod pjuttost effiċjenti. Tant qed tkun ta’ ġid din l-iskema li t-talbiet huma mistennija li gradwalment jibdew jiżdiedu u qed ikollna talba minn diversi membri fl-iskejjel li mhumiex tal-istat. L-edukaturi li bbenefikaw minn din l-iskema s’issa daħlu f ’diversi korsijiet ta’ studju, ħafna minnhom studji li hawn nuqqas tagħhom f ’Malta u li fil-futur żgur se jservu sabiex jgħinu fil-formazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin, temm jgħid b’ottimiżmu Bonello.


LOKALI

kullħadd.com

17|01|2016 03

IMNEDIJA L-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA DWAR IS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ LIAM GAUCI liam@kullhadd.com

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ fil-bini talOccupational Health and Safety Authority (OHSA), il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet talKonsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli nediet konsultazzjoni pubblika dwar titjib fil-qasam tas-saħħa u sigurtà f ’pajjiżna, inkluż dik waqt attivitajiet pubbliċi. Il-bażi ta’ din ilkonsultazzjoni se jkun rapport ippreparat minn Dr Mark Gauci, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post taxXogħol. Il-ħsieb warajh huwa li tissaħħaħ il-protezzjoni tassaħħa u s-sigurtà ta’ membri tal-pubbliku waqt attivitajiet pubbliċi. L-għan tiegħu huwa li jsir studju biex, fost affarijiet oħra, janalizza l-qafas legali li jirregola l-organizzar ta’ attivitajiet pubbliċi, u biex jagħmel rakkomandazzjonijiet fejn tinħass il-ħtieġa. Konsultazzjoni wiesgħa Il-Ministru Dalli fissret ilbżonn li jsir dan ir-rapport inħass b’mod partikolari wara l-inċidenti li seħħew fix-xhur li għaddew fejn dehru b’mod ċar nuqqasijiet regolatorji kbar li kienu ilhom jakkumulaw għal snin twal. Għaldaqstant, fl-analiżi ta’ Dr Gauci ġew identifikati numru ta’ rakkomandazzjonijiet li jindirizzaw in-nuqqasijiet li kien hemm f ’dan ir-rigward. Dr Dalli qalet li wara li tlesta r-rapport, kien deċiż li jinħatar grupp ta’ ħidma bissehem ta’ membri mill-Korp tal-Pulizija u mill-Protezzjoni Ċivili fost oħrajn bil-għan li jevalwa s-suġġerimenti u r-reazzjonijiet li se jidħlu millkonsultazzjoni pubblika. Il-Ministru Dalli qalet li l-Gvern huwa miftuħ għaddiskussjoni, u deċiżjoni f ’dan ir-rigward għandha tittieħed wara li jkunu evalwati l-pariri

Ritratt: ALAN SALIBA

Il-Gvern huwa determinat li jagħmel dak kollu li hemm bżonn biex inċidenti bħal dawk li rajna s-sena l-oħra ma jerġgħux iseħħu

tal-esperti u tal-istakeholders involuti. Madankollu, hija enfasizzat il-fatt illi l-Gvern huwa determinat li jagħmel dak kollu li hemm bżonn biex inċidenti bħal dawk li rajna s-sena l-oħra ma jerġgħux iseħħu. Fost ir-riformi li l-Gvern qiegħed jikkunsidra li jagħmel f ’dan is-settur huwa dik li joħloq awtorità ġdida li tiġbor diversi responsabbilitajiet relatati mas-saħħa u s-sigurtà li bħalissa jaqgħu taħt entitajiet differenti. Ir-riformi li se joħorġu minn dawn ilkonsultazzjonijiet pubbliċi se jimxu mal-linji gwida u liġijiet imfasslin mill-Unjoni Ewropea u l-International Labour Organization. Bżonn ta’ tibdil fil-liġijiet Min-naħa tiegħu, Dr Mark Gauci semma’ kif in-nuqqas ta’ qafas legali ffukat fuq il-

ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-pubbliku wassal biex, sal-lum, għad baqa’ fis-seħħ ħafna regolamenti li huma konfliġġenti jew li jmorru kontra provvedimenti li qegħdin f ’liġijiet aktar moderni, u rwoli doppji b’responsabbiltajiet simili. Fejn jidħol dan il-każ talewwel huwa semma l-eżempju ta’ regolamenti li għadhom jimponu l-użu tal-asbestos bħala miżuri kontra n-nirien. Dwar dan huwa, semma li b’mod ġenerali qiegħed jinħass ħafna n-nuqqas ta’ liġi li tipproteġi kontra n-nirien fejn f ’dan ir-rigward ma jeżistix qafas legali sod, bħal Fire Safety Act, li huwa neċessarju biex entità tingħata tali responsabbiltà. Dr Gauci saħaq fuq il-ħtieġa ta’ aktar awtoregolazzjoni, b’mod partikolari minħabba l-firxa wiesgħa ta’ attivitajiet li jridu jkunu kontrollati

mingħajr ma tinħoloq burokrazija żejda. Semma kif jeżistu oqsma fejn dan diġà qed isir, pereżempju, fil-manifattura tan-nar, iżda hemm ħafna oqsma oħra fejn din l-awtoregolazzjoni ma teżistix, ġeneralment peress li l-organizzaturi f ’dawn l-oqsma għadhom joperaw individwalment. Dan il-proċess ta’ awtoregolazzjoni jgħin fliżvilupp ta’ kodiċi ta’ prattika,

u jnaqqas il-ħtieġa ta’ regolamentazzjoni riġida. Dr Gauci qal li l-proċess kif inhu bħalissa huwa nieqes minn trasparenza u ekwità fl-applikazzjoni tiegħu. Sostna li dan ikun evitat billi l-funzjoni talħarsien tas-saħħa tal-pubbliku tingħata lil entità waħda, li tkun responsabbli biex tiddetermina l-kundizzjonijiet applikabbli skont in-natura tal-attività, il-ħtiġijiet legali li jrid ikun hemm fis-seħħ, iddeterminazzjoni tal-kriterji għar-reġistrazzjoni talkompetenza u ħtiġijiet oħra relatati. Ir-rapport ta’ Dr Gauci jista’ jitniżżel mis-sit w w w. s o c i a l d i a l o g u e . gov.mt jew mis-sit www. konsultazzjoni.gov.mt Din il-konsultazzjoni pubblika tagħlaq fit-13 ta’ Frar 2016. Kull min jrid jipparteċipa f ’dan il-proċess ta’ konsultazzjoni jista’ jagħmel dan billi jibgħat email lil onlineconsulations. msdc@gov.mt jew bil-posta lil Ms Davida Flores, Director hStrategy and Support, 280, Level 3, Republic Street Valletta.

IR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PRINĊIPALI F’DAN ID-DOKUMENT JINDIRIZZAW DAWN IL-ĦTIĠIJIET:

(i) li tkun imwaqqfa entità regolatorja li tassumi r-responsabbiltà għall-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà talpubbliku u li tingħata poteri eżekuttivi. Din l- entità għandha tkun megħjuna minn Advisory Group (li l-kompożizzjoni tiegħu tvarja skont l-attività li qed tkun regolata). (ii) li qabel jinħareġ permess ikun assigurat li sar eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tar-riskju, u li kienu kkunsidrati ċerti ħtiġijiet minimi, skont kif elenkat fid-dokument. (iii) li tkun assigurata l-kompetenza ta’ min qed jiddetermina r-riskju u l-miżuri li jkunu jridu jittieħdu. (iv) li jkun promoss awtoregolazzjoni.

u

faċilitat

il-proċess

ta’

(v) li fl-istess ħin, jiġi żviluppat il-qafas legali li jipprovdi għas-sigurtà kontra n-nirien u fil-każ ta’ emerġenzi oħra.


04 17|01|2016

kullħadd.com

LOKALI

IL-PROĠETT NAZZJONALI GĦAT-TAFFIJA TAL-GĦARGĦAR

JITLESTA MINKEJJA L-ISFIDI Ix-xogħol ta’ tħaffir ta’ mini taħt l-art u infrastrutturi oħrajn fuq il-komponenti kollha tal-Proġett Nazzjonali għat-Taffija tal-Għargħar tlesta. Dan il-proġett, parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, għandu l-iskop li jgħin fit-taffija talgħargħar f ’diversi lokalitajiet bħal Birkirkara, Ħal Lija, L-Imsida, Ħal Balzan, Ħ’Attard, Iklin, Gżira, Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi u l-Marsa. Permezz tiegħu, se jkunu qegħdin jiġu affettwati b’mod pożittiv kważi 17,000 persuna direttament u aktar minn 213,000 persuna indirettament. Madwar 4,500 proprjetà se jibbenefikaw ukoll minn dan ilproġett. Barra li se jgħin fit-taffija tal-għargħar, huwa mistenni wkoll li l-ilma tax-xita jiġi mmaniġġjat aħjar biex kemm jista’ jkun, jintuża bħala riżors. Il-gazzetta KullĦadd tkellmet mal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura biex tifhem aħjar xi sfidi offra dan il-proġett u xi pjanijiet oħra għandu l-gvern biex tittaffa l-problema tal-għargħar f ’pajjiżna. Sfidi Huwa fatt magħruf illi dan ilproġett ma tlestiex fiż-żmien illi kien mħabbar oriġinarjament millAmministrazzjoni preċedenti.

Mistoqsija għalfejn dan kien ilkaż, kelliema għall-Ministeru għatTrasport u l-Infrastruttura spjegat illi d-data tat-tlestija ttardjat minħabba għadd ta’ raġunjijiet. Fost dawn kien hemm il-fatt li meta nbidel il-Gvern fl-2013, ħafna mix-xogħol kien għadu lanqas biss beda. Barra minn hekk, kien hemm diffikultajiet li nstabu fosthom xelters ta’ żmien il-Gwerra, li waqqfu x-xogħol minħabba l-istudji li jkunu jridu jsiru minn entitajiet oħrajn, fosthom arkeoloġisti, bilkonsegwenza li kellu jsir re-aligment ta’ xi mini, kif ukoll problemi ta’ nixxigħat ta’ drenaġġ u katusi mkissrin u sistemi tal-ilma antiki,

bħal katusi msaddin, li kellhom jinbidlu.

il-proġett ma setax jiffunzjona f ’dak l-istat. Hija spjegat ukoll li barra din l-isfida kien hemm partijiet mill-proġett fejn inħass li kellhom jittawwlu l-mini - minħabba li l-klima tal-pajjiż qed tinbidel ħafna u allura, fl-eventwalità ta’ bżonn, il-proġett ikun jaħseb għal dan. F’dan ir-rigward, hija saħqet illi saru diversi konsultazzjonijiet, kemm ma’ periti, ma’ inġiniera, kuntratturi u ġew anke involuti l-Kunsilli Lokali biex jinżammu informati. Fl-aħħar, il-kelliema tenniet ukoll li x-xogħol ittawwal ukoll minħabba li ħafna minnu, fejn ikun involut l-istorbju, kellu jsir bil-lejl speċjalment f ’żoni residenzjali u dan ma kinx ikkalkulat meta ġiet ippjanata s-suppost data ta’ tlestija.

Bdil fil-pjanijiet

Studju ulterjuri

Każ partikolari huwa dak li ġara f ’Ħal Lija. Hawnhekk, proprju fittriq ta’ bejn ir-roundabout il-kbira u ċ-ċimiterju, l-ilma tad-drenaġġ beda dieħel fil-mini li kienu qed jinbnew biex jiġbru l-ilma tax-xita. Il-kelliema għall-Ministeru għatTrasport u l-Infrastruttura saħqet li, din il-problema ta’ drenaġġ qatt ma ġiet indirizzata qabel u kien ikun irresponsabbli għal dan il-Gvern kieku ma ħax il-miżuri immedjati biex jindirizza l-problema hekk kif

F’kummenti li ta lil din il-gazzetta, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi spjega li l-proġett mhux se jsolvi l-problemi kollha tal-għargħar fil-pajjiż, għaliex mhux il-lokalitajiet kollha f ’Malta ġew inklużi fih. Madankollu, fiż-żmien li ġej, il-Gvern se jkun qiegħed jistudja l-effetti fuq inħawi oħrajn li ma kinux inklużi filproġett u jara kif jista’ jimplimenta xogħlijiet addizjonali biex anke hawn tittaffa l-problema tal-għargħar.


LOKALI

kullħadd.com

17|01|2016 05

THROTTLING TAL-INTERNET SE JKUN ILLEGALI MINN APRIL Il-ġimgħa l-oħra pajjiżna ra l-bidu ta’ era ġdida għal min huwa dilettant tal-films, serje televiżivi u dokumentarji hekk kif Malta ngħatat aċċess għas-servizzi offruti minn Netflix. Kienu bosta li raw dan isservizz ta’ streaming bħala alternattiva interessanti għal dawk offruti minn operaturi lokali. Madankollu, f ’bosta każijiet, dawn l-istess operaturi lokali għandhom friegħi tal-kumpanija tagħhom li jipprovdu wkoll l-aċċess għall-internet, li huwa essenzjali biex klijenti jkunu jistgħu jużaw servizzi ta’ streaming bħal Netflix. Dan ir-rwol doppju wassal lil xi wħud biex jistaqsu jekk dawn il-kumpaniji humiex se jużaw il-pożizzjoni tagħhom biex ixekklu l-operat ta’ Netflix permezz ta’ prattika magħrufa bħala throttling, fejn ISP (internet service provider) jnaqqas il-veloċità tal-internet għal raġunijiet mhux speċifikati. B’hekk huma jkunu jistgħu jtellfu lill-kompetitur il-ġdid u jżommu l-pożizzjoni ta’ saħħa li għandhom fis-suq Malti. Klawsoli vagi Waħda mill-aktar affarijiet li inkwetat lil bosta Maltin kien il-fatt li l-kuntratti ta’ numru ta’ ISPs lokali jitolbu lill-klijenti tagħhom li jaċċettaw it-termini ta’ klawsoli li jagħtu lill-kumpanija d-dritt li tnaqqas il-velocità tal-internet f ’xi ċirkustanzi. Bosta nies innutaw li dawn il-klawsoli huma vagi mhux ħażin, fejn issir biss referenza għal sitwazzjonijiet fejn kumpanija jkollha dritt li tagħti prijorità lil ċertu tip ta’ traffiku f ’każ li l-infrastruttura tagħha tkun qiegħda tbati biex tlaħħaq. Madankollu, ħafna drabi ma jkunx ċar x’inhu l-ammont ta’ traffiku li jkunu qegħdin jirreferu għalih u liema minnu huwa prijorità

hom ikunu trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati. L-operaturi ma jistgħux jieħdu dawn il-miżuri għal gwadann kummerċjali,” qaltilna l-kelliema tal-MCA. X’rimedji jista’ jfittex il-klijent?

għall-kumpanija. In-newtralità tal-internet Dwar din il-kwistjoni, ilgazzetta KullĦadd tkellmet mal-Awtorità ta’ Malta Dwar il-Komunikazzjoni (MCA) biex tifhem aħjar jekk klawsoli ta’ din ix-xorta humiex legali f ’pajjiżna u xi drittijiet għandhom klijenti lokali biex jiddefendu ruħhom f ’każ li jħossu li mhumiex qegħdin jingħataw servizz xieraq. Fir-rigward tal-mod vag kif jitpoġġa l-kliem f ’dawn il-klawsoli, kelliema għallMCA qaltilna li f ’Ottubru tal2015 il-Parlament Ewropew ivvota favur ir-regoli għan-newtralità tal-internet. Dawn ir-regolamenti, li ser jibdew japplikaw mit-30 ta’ April 2016, jistabbilixxu l-prinċipju ta’ newtralità tal-internet; jiġifieri li ma jsir l-ebda imblukkar jew trażżin ta’ kontenut online, applikazzjonijiet u servizzi. “Dan ifisser li kull utent għandu d-dritt li jaċċessa kontenut u servizzi fuq l-internet, bħal Netflix, bi kwalità għolja. Mid-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti, imblukkar u

throttling se jkun illegali fl-Unjoni Ewropea. Biex nagħtu eżempju, bħalissa, f ’numru ta’ pajjiżi fl-Ewropa (mhux f ’Malta), fornituri ta’ servizzi elettroniċi mobbli jimblukkaw Skype, Facetime u servizzi simili, jew inkella jagħtu aċċess għal dawn b’pagament. Dawn il-prattiki se jsiru illegali,” spjegatilna l-kelliema tal-MCA. Taħt dawn ir-regolamenti l-ġodda, l-ISPs se jkollhom jinfurmaw lill-abbonati tagħhom, b’mod ċar u li jinftiehem, b’informazzjoni dwar is-servizz u l-veloċitajiet mistennija f ’kull żona ta’ Malta, u x’jiġri jekk il-livell ta’ servizz mistenni ma jintlaħaqx. Isiru aċċertamenti regolari Mistoqsija jekk l-MCA tagħmilx xi tip ta’ aċċertamenti b’mod spontanju biex tara li ma jsirx throttling mingħajr ġustifikazzjoni min-naħa tal-ISPs, il-kelliema saħqet li l-Awtorità tagħmel monitoraġġ regolari biex taċċerta li l-obbligi regolatorji eżistenti huma osservati mill-operaturi. Dan isir fl-isfond tal-poteri li tagħti l-legiżlazzjoni preżen-

ti. Wieħed minn dawn l-obbligi regolatorji huwa li l-operaturi għandhom jissottomettu informazzjoni lill-MCA dwar il-kwalità ta’ servizzi tal-internet. Hija spjegat wkoll li r-regolamenti Ewropej imsemmija qabel se jintroduċu miżuri ġodda biex in-newtralità tal-internet tiġi mħarsa b’mod aktar effettiv. Fil-fatt, il-kummissjoni Ewropea qiegħda tfassal, flimkien mal-awtoritajiet regolatorji ta’ kull pajjiż, il-linji gwida ta’ kif dan it-tip ta’ monitoraġġ ġdid għandu jsir. L-MCA qiegħda tipparteċipa b’mod attiv f ’dan il-proċess. Bid-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti ma jista’ jsir l-ebda imblukkar jew trażżin ta’ kontenut online, applikazzjonijiet u servizzi. Però, f ’ċertu ċirkustanzi speċifiċi, li jinkludu obbligi legali nazzjonali u ħtiġijiet ta’ natura teknika biex jissalvagwardjaw l-integrità u s-sigurtà tan-network, l-operatur jista’ jieħu miżuri raġonevoli fir-rigward ta’ ġestjoni tat-traffiku. “Sabiex jitqiesu raġonevoli, dawn il-miżuri għand-

Fl-aħħar staqsejna lill-MCA x’jista’ jagħmel klijent jekk ikollu suspett li l-ISP tiegħu jkun qiegħed jagħmel xi forma ta’ throttling mingħajr ġustifikazzjoni. F’każ bħal dan il-kelliema għall-Awtorità spjegat li klijent għandu l-ewwel iressaq l-ilment tiegħu għand l-ISP ikkonċernat. Jekk il-klijent ma jkunx sodisfatt bir-rimedju mogħti lilu millISP ikun jista’ jressaq l-ilment tiegħu għand l-MCA. L-MCA hija responsabbli biex tinvestiga l-każ sabiex tiddetermina jekk l-aġir tal-ISP jikkostitwixxix ksur tar-regolament li tamministra hi. Jekk l-investigazzjoni tal-MCA tikkonkludi li kien hemm ksur ta’ dawn ir-regolamenti, l-MCA tkun tista’ tieħu azzjonijiet regolatorji kontra l-ISP ikkonċernat u saħansitra timponi multi amministrattivi. Filwaqt li l-MCA tipprova tassisti lill-klijenti li jkunu ressqu l-ilment billi tipprova ssib soluzzjoni amikevoli bejn il-partijiet, f ’każ li dan ma jseħħx, il-klijenti jkunu jistgħu jfittxu lill-ISP għand it-Tribunal tal-Konsumatur jekk jidhrilhom li għandhom dritt għal kumpens. Dan it-Tribunal għandu s-setgħa li jiddetermina kwistjonijiet ta’ tilwim bejn il-klijenti u n-negozjanti. Attwalment, fil-liġijiet amministrati mill-MCA, m’hemmx dispożizzjonijiet speċifiċi partikolari dwar it-throttling. Però, ir-regolament il-ġdid imsemmi qabel ser jintroduċi aktar poteri u obbligi speċifiċi dwar it-throttling kif spjegat qabel.


06 17|01|2016

kullħadd.com

LOKALI

SE TKUN INAWGURATA L-EWWEL DAR RESIDENZJALI GĦAL PERSUNI B’DIŻABBILTÀ F’GĦAWDEX

tal-Gvern. Dan il-proġett issa beda jitħaddem millMalta Post u bdew l-intervisti u r-reklutaġġ għal persuni b’diżabbiltà f ’Għawdex.

GLEN FALZON glen@kullhadd.com

Minn informazzjoni li għandha f ’idejha din ilgazzetta jirriżulta li ftit jiem oħra se tkun inawgurata l-ewwel dar residenzjali għall-persuni b’diżabbiltà f ’Għawdex. Din id-dar residenzjali mistennija tkun waħda mill-għaxart idjar li filbaġit għal din is-sena l-Gvern impenja ruħu li jagħmel u, fil-fatt, din il-gazzetta tista’ tiżvela wkoll li x-xogħol fuq din id-dar residenzjali huwa lest. Għall-ewwel darba f ’Għawdex ukoll se tibda topera l-Aġenzija Sapport li hija l-aġenzija nazzjonali li toffri servizzi għal persuni b’diżabbiltà. Fil-fatt, minn hawn u ftit ieħor, l-istess Aġenzija Sapport se tibda topera programm ta’ taħriġ biex persuni b’diżabbiltà jkollhom ħajja iktar indipendenti u ta’ kwalità. Il-learning f ’Għajnsielem

hub

Intant, fil-learning hub ta’ Għajnsielem diġà beda jopera front desk office ta’ din l-aġenzija fejn l-Għawdxin jistgħu jirrikorru għas-servizzi offruti minn din l-aġenzija. Is-sena l-oħra wkoll, isSegretarju Parlamentari għal Persuni d’Diżabbiltà u l-Anzjanità Attiva Justyne Caruana fetħet ukoll uffiċċju

Pjani biex il-learning hub jiġi estiż

Parti mix-xogħlijiet li saru fuq din id-dar residenzjali f ’Għawdex f ’Għawdex tal-Kummissjoni Nazzjonali tal-Persuni b’Diżabbiltà għax temmen li kull servizz li jeżisti f ’pajjiżna għandu jkun offrut kemm f ’Malta kif ukoll f ’Għawdex. Hija qalet li “dan huwa proġett mhux biss bżonjuż għal persuni b’diżabbiltà f ’Għawdex, imma wkoll huwa proġett immirat biex naħdmu fuq il-ħiliet ta’ dawn il-persuni.” Fil-fatt, f ’dan il-proġett uniku, mhux biss fil-gżira Għawdxija imma wkoll fuq bażi nazzjonali, qed isir programm ħolistiku ta’ taħriġ tant li taħt saqaf wieħed hemm tliet entitajiet ewlenin f ’pajjiżna li se jkunu qed joperaw programm għallpersuni b’diżabbiltà.

Aktar xogħol u taħriġ għal persuni b’diżabbiltà Minħabba l-fatt li, fejn tidħol id-dinja diġitali, il-persuni b’diżabbiltà qegħdin fi żvantaġġ, wara li sar proġett pilota mill-istess Segretarjat Parlamentari fit-taħriġ tatteknoloġija tal-informatika għal persuni neqsin mis-smigħ f ’Għawdex u għall-klijenti taċ-ċentri ta’ matul il-jum f ’Malta, issa f ’dan il-learning hub se jkun hemm l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni li se tkun qed toffri taħrig lil persuni b’diżabbiltà, lillfamilji tagħhom u anke lill-pubbliku inġenerali fitteknoloġija tal-informatika.

Aktar ’il quddiem ukoll se jkun qed jitħaddem proġett ta’ teknoloġija u apparat assistiv, mhux biss biex itejjeb il-ħiliet, imma wkoll jippermetti ħajja aktar indipendenti. Apparti minn hekk, ilKorporazzjoni għall-Impjiegi u Taħriġ li, għalkemm diġà għandha uffiċċju filgżira Għawdxija, għallewwel darba se tkun qed topera l-programm ta’ xogħol u taħriġ għal persuni b’diżabbiltà li beda jitħaddem ftit tax-xhur ilu f ’Malta. Dan biex jikkumplimenta xogħol ieħor dwar impenn li ttieħed fil-Baġit 2016 tal-ħolqien ta’ tmenin impjieg għal dawn il-persuni f ’Għawdex li jikkonsisti f ’dokumentazzjoni

Mitluba tikkummenta fuq dan il-proġett tal-learning hub f ’Għajnsielem, is-Segretarju Parlamentari Caruana sostniet li hija diġà antiċipat li hemm pjani li dan il-proġett jiġi estiż peress li diġà hemm entitajiet oħra li jridu jiġu joperaw minn hemm. Fil-fatt, hija kkonfermat li l-Ispecial Olympics Gozo, li twaqqfet ftit ġimgħat ilu, se tkun ibbażata fl-istess kumpless. “Din hija ħolma oħra li saret realtà għax fl-aħħar din l-organizzazzjoni, li tant tagħmel ġid lil persuni b’diżabbiltà intellettwali u li tant tikseb suċċessi għal pajjiżna permezz talatleti eċċezzjonali tagħha, se tibda topera f ’Għawdex u fi ftit ġranet diġà kellha numru sostanzjali ta’ applikazzjonijiet,” fissret is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabbiltà u l-Anzjanità Attiva. Dawn l-inizjattivi kollha qed jikkonfermaw li dan huwa Gvern li wiegħed soċjetà ġusta u ċertament dan qed jitwettaq bil-ħidma bla waqfien fuq proġetti ġodda u innovativi b’risq il-persuni b’diżabbiltà u l-anzjani ta’ Malta u Għawdex.

PROMINENZA FIL-MIDJA INTERNAZZJONALI BL-INAWGURAZZJONI TAL-AUTOCLAVE Minħabba l-fatt li aktar kmieni din il-ġimgħa ġie inawgurat proġett ieħor tal-Waste Serv fil-Marsa, magħruf aħjar bħala l-Autoclave, li hu l-ewwel wieħed ta’ din ix-xorta f ’pajjiżna u li sewa madwar €12-il miljun, b’85% minnu ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, pajjiżna ngħata prominenza kbira fil-midja internazzjonali fosthom millportal ta’ fama internazzjonali bl-isem ta’ Bioenergy Insight kif ukoll f’portal ieħor Brażiljan bl-isem Biomass World. Permezz ta’ dan il-proġett se titnaqqas id-dipendenza fuq l-inċineratur tal-Marsa u b’hekk il-proċess jibqa’ għaddej bla waqfien. L-Autoclave se jittratta l-fdalijiet tal-annimali li jkunu ġejjin mill-biċċerija talGvern u minn diversi biċċeriji oħra privati li jammontaw għal 6,000 tunellata fissena, li madwar 307 tunellati minnhom jiġġeneraw minn Għawdex. Il-proġett flimpjant tal-Waste Serv

Il-portal ta’ fama internazzjonali Bioenergy Insight jagħti prominenza lill-proġett tal-Autoclave fil-Marsa se jwassal ukoll biex jitnaqqsu l-irwejjaħ u t-tniġġis, ikun hemm inqas konsum ta’ enerġija u fjuwil, tonqos l-ispiża tal-inċineratur u, barra minn hekk, se jkollu effett pożittiv fuq it-tibdil fil-klima.

Proġett li tlesta fi żmien rekord Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat qal li, wara l-inawgurazzjoni tax-xahar li għadda, tal-

Waste Transfer and Materials Recovery Facility f ’Għawdex, issa għandna proġett ieħor imwettaq fi żmien rekord ta’ nofs iż-żmien stipulat. Il-Ministru Brincat spjega li sal-lum kien jiġri li, meta jieqaf l-inċineratur minħabba manutenzjoni jew ħsarat, il-proċess kollu tal-inċinerazzjoni jkollu jitwaqqaf u l-karkassi kollha kien ikollhom jinħażnu filfriża sakemm l-inċineratur jerġa’ jibda jopera. Issa, blAutoclave x-xogħol se jkun jista’ jibqa’ għaddej mingħajr il-ħtieġa li jiġu ffriżati l-fdalijiet tal-annimali. Min-naħa tiegħu, isSegretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-UE 2017 u l-Fondi tal-UE Ian Borg spjega li dan il-proġett ikkwalifika taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali b’allokazzjoni li tammonta għal kważi €12-il miljun. Dan l-investiment li fih jinvolvi l-kostruzzjoni talimpjant tat-trattament li sar bil-ħsieb li jiġi mmaniġġjat

aħjar l-iskart mill-annimali. Pass importanti Fl-indirizz tiegħu, iċChairman tal-Waste Serv David Borg qal li dan huwa pass importanti ħafna għallkumpanija fil-ħidma tagħha biex ittejjeb u timmodernizza l-infrastruttura għallimmanġjar tal-iskart f ’pajjiżna. Il-Kap Eżekuttiv tal-Waste Serv Tonio Montebello spjega li dan l-impjant se jwassal biex, permezz talestrazzjoni tax-xaħam talannimali, jiġi ġġenerat fjuwil li bih jitħaddem l-inċineratur. L-impjant se jippermetti wkoll it-trattament ta’ prodotti tal-ikel skadut li se jiġi pproċessat qabel ma’ jintbagħat lejn l-impjant tar-riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin għal aktar trattament flimpjant tat-trattament bijoloġiku mekkaniku biex jinkisbu aktar riżorsi li jinkludu l-ġenerazzjoni talenerġija.


LOKALI

kullħadd.com

17|01|2016 07

“GĦALIJA L-IKTAR BIDLA IMPORTANTI SE TKUN DIK KONNESSA MAT-TRASPARENZA” Anġlu Farrugia, President tal-Kamra

RITIANNE AGIUS ritianne@kullhadd.com Bħalissa l-Parlament qiegħed jiddiskuti abbozz ta’ liġi li mistenni jagħti iktar awtonomija lil din l-istituzzjoni. Dwar il-bidliet importanti li dan l-Att se jġib miegħu, tkellimna mal-President tal-Kamra Anġlu Farrugia. Fost oħrajn l-Onorevoli Farrugia esprima t-tama li iktar awtonomija tissarraf f ’inqas burokrazija, u spjega kif, fil-fehma tiegħu, l-iktar bidla importanti se tkun dik li tirrigwarda t-trasparenza. Aktar rispett lejn isseparazzjoni tal-poteri; ilprinċipju bażiku ta’ kull demokrazija Mistoqsi għalfejn din ilbidla hija neċessarja għallParlament u, b’estensjoni ta’ hekk, għad-demokrazija, Dr Farrugia spjega li għal din l-istituzzjoni l-liġi dwar isServizz Parlamentari se tfisser primarjament awtonomija amministrattiva mill-Eżekuttiv. “Dan huwa l-għan prinċipali ta’ din il-liġi li fih innifsu se jippermetti lil din l-istituzzjoni ssaħħaħ l-appoġġ li jingħataw il-membri sabiex il-funzjoni primarja ta’ kull Parlament Nazzjonali li jiskrutinja x-xogħol tal-Eżekuttiv tkun tista’ titwettaq b’aktar effiċjenza u b’aktar rispett lejn il-prinċipju bażiku ta’ kull demokrazija, jiġifieri dak tasseparazzjoni tal-poteri,” jisħaq Farrugia. Filwaqt li jesprimi t-tama li dan l-istess appoġġ jissarraf f ’kontribut aħjar mill-membri f ’din l-ogħla istituzzjoni talpajjiż, jgħid li dan għandu jgħin ukoll għal leġiżlazzjoni aħjar. Dan għax bis-saħħa ta’ interventi aktar studjati, partikolarment fi stadju tatTieni Qari, min ikun qed jippilota l-liġi jkollu sors ieħor li fuqu jista’ jibbaża l-emendi li jiġu ppreparati ħalli l-istess leġiżlazzjoni tiġi mirquma fi stadju ta’ kumitat. Appoġġ li jissarraf f ’kontribut aħjar, anke f ’interventi barra minn Malta Iżid jgħid li t-titjib fl-appoġġ lill-membri għandu jissarraf f ’kontribut aħjar kemm filparteċipazzjoni tagħhom filkumitati permanenti tal-Kamra li jkopru diversi oqsma, kif ukoll f ’fora interparlamentari. “Fil-fatt, dan it-titjib rajtu jseħħ fil-prattika wara l-ingaġġ ta’ numru ta’ research analysts li ġew addetti maddelegazzjonijiet parlamentari sabiex jippreparaw kemm

Dan kollu qed isir bl-iskop li jkollna ċittadin aktar infurmat u allura kapaċi jikkontribwixxi aħjar filproċess leġiżlattiv billi jsemma’ leħnu

briefs kif ukoll biex jgħinu lillmembri, li min-naħa tagħhom jippreparaw l-interventi meta jkunu qed jirrappreżentaw lillParlament Malti barra minn Malta.” Isostni li dan issarraf f ’parteċipazzjoni aktar attiva u relevanti għall-ġrajjiet kurrenti li jaffettwaw direttament lil Malta. “Bħalissa qed niftakar kemm kien importanti dan is-sapport biex oġġezzjonajna b’suċċess għal pożizzjoni li kienet se tittieħed dwar operazzjonijiet ta’ salvataġġ filMediterran waqt l-aħħar laqgħa tal-Ispeakers tal-Parlamenti Nazzjonali tal-Membri Stati tal-Unjoni Ewropea.” Farrugia jagħmel referenza wkoll għar-riċerka li ssir u li permezz tagħha jistgħu jiġu utilizzati dawn iż-żjajjar għallbenefiċċju tal-istituzzjoni u d-demokrazija. F’dan irrigward isemmi meta, fi triqtu lejn laqgħa tal-Ispeakers tal-Commonwealth fi New Zealand, kien żar il-Parlament ta’ New South Wales flAwstralja, fejn ġie mistħarreġ kif dawn japplikaw filprattika s-sistema proċedurali parlamentari li tagħti dritt liċ-ċittadin għal tweġiba meta dan iħoss ruħu inġurjat b’dak li jkun intqal waqt dibattitu parlamentari. “Din hija proposta li tkellimt dwarha diversi drabi għax nemmen li tista’ tiġi implimentata fil-kuntest lokali b’tali mod li, mingħajr ma xxekkel il-protezzjoni li llum membru parlametnari jgawdi biex ikun jista’ jitkellem flinteress tal-poplu Malti,

tkompli tgħolli l-livell taddemokrazija parlamentari,” isostni Farrugia. Tisħiħ tat-trasparenza fixxogħol parlamentari Dr Farrugia jispjega li din il-liġi se tkun qed tiffaċilita wkoll it-tisħiħ tat-trasparenza f ’dak li jirrigwarda x-xogħol parlamentari. Dan għax se tipprovdi għal emendi fil-liġi dwar ix-Xandir li jippermetti l-ħruġ ta’ liċenza ta’ xandir televiż lill-Ispeaker tal-Kamra, sabiex iċ-ċittadin ikompli jsir iktar konxju tax-xogħol li jkun qed jagħmel id-deputat li jkun eleġġa biex jirrappreżentah filParlament. Jgħid li minn sondaġġ li sar dan l-aħħar jidher li l-poplu jfittex aktar il-mezz televiżiv milli dak tal-internet sabiex jinforma ruħu. Għaldaqstant, filwaqt li t-trażmissjonijiet online b’mod dirett kif ukoll on demand se jibqgħu jsiru, tali liċenzja se tagħti l-possibbiltà lill-Uffiċċju tal-Ispeaker biex, apparti x-xandiriet talproċedimenti parlamentari, ikun jista’ jibda jtella’ u jxandar programmi ta’ informazzjoni dwar il-vantaġġi u l-valuri taddemokrazija parlamentari. “Dan kollu qed isir bl-iskop li jkollna ċittadin aktar infurmat u allura kapaċi jikkontribwixxi aħjar fil-proċess leġiżlattiv billi jsemma’ leħnu u jagħti l-veduti tiegħu kemm permezz ta’ kuntatt personali mal-istess membri parlamentari kif ukoll tramite l-parteċipazzjoni f ’konsultazzjonijiet pubbliċi.” Farrugia jsostni li dan huwa

żvilupp importanti li għandu jgħin fit-tisħiħ tad-demokrazija parlamentari diretta. Iktar awtonomija li twassal għal inqas burokrazija Mistqosi dwar in-nuqqasijiet eżistenti attwalment filParlament, Dr Farrugia jesprimi t-tama li l-awtonomija amministrattiva tissarraf f ’inqas burokrazija fil-mod kif jiġu allokati r-riżorsi lillistituzzjoni. “Dan għandu jagħtina l-fakultà li nindirizzaw ċertu eżiġenzi b’mod iktar effikaċi u spedjenti biex ikollna Parlament li jindirizza l-aspettattivi tal-membri parlamentari u tal-poplu tagħna fil-ġurnata tal-lum.” Jispjega li huwa importanti li jekk, pereżempju, ikun hemm bżonn li jiġu allokati riżorsi finanzjarji, ta’ riċerka jew ta’ loġistika, biex tissaħħaħ ilħidma parlamentari f ’qasam partikolari jew biex jingħata appoġġ lil xi inizjattiva, ilParlament għandu jkollu aktar faċilità biex tali proġetti jiġu implimentati mingħajr dewmien u fl-iqsar żmien possibbli. “Nifhem li aktar ma nagħtu servizzi u nżidu t-trasparenza, aktar ngħollu dawn l-aspettattivi, imma nifhem ukoll li biex nibqgħu relevanti fil-ħajja tal-lum, hemm bżonn li niffaċċjaw dawn l-isfidi,” itenni Farrugia. Bidla fil-perċezzjoni li l-poplu għandu talParlament Mistoqsi dwar l-iktar bidliet importanti, Dr Farrugia jgħid li, fil-fehma tiegħu, l-aktar bidla importanti se tkun dik konnessa mat-trasparenza. “Insemmi l-istazzjon televiżiv tal-Parlament li daħħal lillParlament fid-djar tan-nies u nittama li wara din il-liġi nkunu aktar proattivi u kreattivi billi

ntellgħu programmi li jagħtu informazzjoni ġenerali dwar ilParlament kif ukoll programmi ta’ diskussjonijiet fuq aspetti partikolari u kurrenti.” Dwar il-punt tat-trasparenza jisħaq li l-Uffiċċju tiegħu ma qagħadx jistenna din illiġi. Apparti l-istazzjoni televiżiv parlametnari hemm pubblikazzjonijiet li qed jinħarġu fuq bażi regolari u li qed jipprovdu f ’ċertu dettal dak kollu li jkun qed iseħħ filParlament. “Insemmi l-attivitajiet li qed jittellgħu min numru ta’ organizzazzjonijiet f ’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tiegħi u li qed jinżammu flistess binja tal-Parlament; u fl-aħħar nett insemmi l-esibizzjonijiet li qed jittellgħu ukoll fil-binja, li permezz tagħhom qed niftħu l-binja li tilqa’ r-rappreżentanti eletti tal-poplu lill-istess poplu.” Finalment din il-liġi għandha ġġib ukoll bidla fil-perċezzjoni li l-poplu għandu ta’ din l-istituzzjoni. “Nemmen li d-diversi punti msemmija f ’dawn it-tweġibiet għandhom jikkontribwixxu biex iċċittadin japprezza l-isforzi li qed isiru biex il-Parlament jinfetaħ dejjem aktar u biex iddistanza li kultant tista’ tinħass li teżisti bejn l-istituzzjoni u l-poplu dejjem tiċkien.” MP għandu jkollu l-fakultà li jagħżel jaħdimx full-time jew part-time Mistoqsi jekk jaqbilx malappelli li saru biex tibda d-diskussjoni dwar ilpossibbiltà li MPs jaħdmu full-time, Dr Farrugia jgħid li personalment ma jistax jitkellem kontra li membru parlamentari jaħdem fulltime għax huwa għażel li jkun Speaker full-time. “Ma naħsibx li kieku għamilt għażla mod ieħor kont se nkun f ’pożizzjoni li nimplimenta l-inizjattivi kollha li tnedew mindu dħalt fil-kariga,” jgħid Farrugia. “Madankollu, nagħraf il-vantaġġi kif ukoll l-iżvantaġġi taż-żewġ sistemi u allura ntendi li nitkellem favur sistema hybrid fejn membru jkollu l-fakultà li jagħżel.” Jispjega li r-raġuni hija li jista’ jkollna sitwazzjonijiet fejn jintilfu mħuħ tajba li jkunu jistgħu jissagrifikaw parti biss minn ħinhom għall-ġid tal-poplu. Min-naħa l-oħra jgħid li huwa evidenti l-valur li membru jagħżel li jkun fulltime għax huwa ra b’għajnejh ċertu membri li, għalkemm huma meqjusa bħala part-time, qed jagħtu tant kontribut li saħansitra qed jissagrifikaw ilftit ħin li jistgħu jqattgħu malfamilji tagħhom.


08 17|01|2016

kullħadd.com

LOKALI

INVESTIMENT TA’ €130,000 F’APPARAT TAL-GĦAJNEJN FIĊ-ĊENTRI TAS-SAĦĦA Fl-aħħar sentejn sar investiment qawwi fiċ-ċentri tassaħħa mxerrda ma’ Malta u Għawdex, fost oħrajn investiment f ’tagħmir mediku. Apparti X-rays diġitali, li qegħdin ifissru li l-pazjent Malti jingħata l-aqwa servizz fiċ-ċentru tas-saħħa mingħajr il-bżonn li jersaq lejn l-Isptar Mater Dei, sar investiment ukoll f ’apparat tal-oftamo-

loġija (għajnejn). Matul is-sena li għaddiet inxtraw tliet visual field analysers, tliet slit lamps u fundus camera. Il-visual field analysers huma apparat sofistikat li jintuża għad-djanjożi u mmaniġġjar tal-glawkoma. Huwa apparat sofistikat li bih l-ispeċjalista jkun jista’ jagħmel djanjożi aktar korretta u jkun jista’ jsegwi l-progressjoni tal-kundizzjoni aktar bir-reqqa. L-islit lamp u l-fundus camera huma apparat ieħor tal-ogħla livell li jintużaw biex jiġu ċċekkjati l-għajnejn. “Gvern Laburista reġa’ ta skop liċ-ċentri tas-saħħa, li f ’ħafna każijiet kien ilhom ma jaraw investiment qawwi s-snin,” qal is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne meta mitlub jikkumenta dwar dan l-investiment. “Dan it-tagħmir fil-kliniki tal-oftamoloġija jfisser investiment ta’ madwar €130,000, u dan f ’settur wieħed partikolari. Iżda, aktar minn hekk, dan it-tagħmir ifisser ukoll li l-pazjent qiegħed jinqeda f ’ħin iqsar u fil-komunità, mingħajr il-bżonn li jmur l-Isptar Mater Dei għal ċertu testijiet,” qal Fearne. Fearne qal ukoll li fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta saru anke numru ta’ operazzjonijiet. “Fit-teatru tal-operazzjonijiet tal-Mosta anke saru kważi 2,000 operazzjoni matul din is-sena. Operazzjonijiet li tnaqqsu minn fuq l-operazzjonijiet f ’Mater Dei. Kien grazzi anke għal dan iċ-ċentru li rnexxielna nilħqu r-rekord ta’ 60,000 operazzjonijiet fl-isptarijiet pubbliċi f ’pajjiżna,” qal Fearne.

ŻEWĠ GWARDJANI MIDRUBA Wara li kmieni lbieraħ filgħodu żewġ gwardjani lokali sfaw midruba waqt il-qadi ta’ dmirijiethom fil-Gżira, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo qal li għamel kuntatt mal-gwardjani sabiex jaċċerta ruħu mill-kundizzjoni tagħhom. Fortunatament, il-kundizzjoni tagħhom mhijiex gravi, tant li t-tnejn intbagħtu d-dar għall-mistrieħ. Filwaqt li awguralhom fejqan ta’ malajr, is-Segretarju Parlamentari Buontempo faħħar il-ħidma u d-dedikazzjoni tal-gwardjani lokali li qegħdin jikkontribwixxu bissħiħ biex ir-riforma fl-infurzar lokali tkun ta’ suċċess u ssarraf f ’servizz professjonali għall-poplu Malti u Għawdxi.


LOKALI

kullħadd.com

17|01|2016 09

INVESTIMENT TA’ €80 MILJUN F’ĊENTRI TAD-DISTRIBUZZJONI ĠODDA Enemalta plc qegħda tinvesti f ’ċentru tad-distribuzzjoni tal-elettriku 33kV ġdid flImrieħel, biex tkompli ttejjeb il-flessibilità u s-sigurtà talprovvista lill-klijenti tagħha fl-inħawi ta’ Birkirkara, Santa Venera u l-Imrieħel. Iċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-Imrieħel, li jinsab fiżŻona Industrijali, ser iżid l-infrastruttura tal-elettriku fl-inħawi biex is-sistema tad-distribuzzjoni jkollha l-flessibilità meħtieġa biex tibqa’ tipprovdi s-servizz lill-klijenti residenzjali u kummerċjali f ’każ ta’ xi ħsarat jew emerġenza. Il-Kumpanija qed tilqa’ offerti għall-kuntratt tal-kostruzzjoni u t-tlestija tal-bini taċ-Ċentru, li ser ikun fih transformers, 33kV u 11kV switchgear u tagħmir ieħor ta’ protezzjoni

u kontroll. Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni mistennija jibdew aktar tard din is-sena. Proġett estensiv

Dan l-iżvilupp huwa l-ħames ċentru tad-distribuzzjoni ġdid li Enemalta ser iżżid massistema tad-distribuzzjoni talelettriku sal-aħħar tal-2017. Tliet ċentri tad-distribuzzjoni oħrajn f ’Manoel Island, ilMarsa u x-Xewkija waslu fl-aħħar tħejjijiet biex ikunu jistgħu jinxtegħlu din is-sena. Iċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni ta’ St Andrew’s inxtegħel u bħalissa jinsab fl-aħħar testijiet qabel ma jiġi kkummissjonat għal kollox. Dawn iċ-Ċentri ġodda jiffurmaw parti minn proġett estensiv ta’ tisħiħ fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku,

investiment ta’ €80 miljun fuq tliet snin, biex titjieb is-sigurtà tal-provvista waqt li tinkiseb il-kapaċità meħtieġa biex tilqa’ għaż-żieda fid-domanda għallelettriku f ’Malta. L-għan ewlieni tal-proġett hu

li titjieb il-kwalità tas-servizz lill-klijenti kollha f ’Malta u Għawdex billi jonqos ilqtugħ fil-provvista waqt li jkun hemm il-flessibilità kollha meħtieġa biex meta jkun hemm diffikultajiet, bħal

ħsarat naturali, aċċidentali jew minħabba l-maltemp, Enemalta tkun tista’ tieħu azzjoni b’aktar ħeffa u treġġa’ l-provvista lura għan-normal fl-inqas ħin possibbli. Bħala parti minn dan ilproġett, iċ-Ċentru tadDistribuzzjoni ta’ Santa Venera, li jwassal l-elettriku fl-inħawi tal-Imrieħel, Santa Venera u Ħal Qormi, qed jiġi msaħħaħ u mkabbar b’apparat aktar effiċjenti wkoll. Xogħol simili għaddej fiċ-Ċentru tadDistribuzzjoni tal-Mellieħa, fejn ħafna mill-apparat qed jinbidel ukoll. Għaddejjin ukoll ħidmiet oħrajn, fosthom ittqegħid ta’ high voltage cables biex jiżdiedu l-konnessjonijiet bejn ħoloq differenti tassistema tad-distribuzzjoni u l-installazzjoni ta’ tagħmir ta’ automation.

“IR-RIPERKUSSJONIJIET TAS-SENTENZA HUMA ENORMI” Din il-ġimgħa l-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem qatgħet każ favur Malti li lmenta li d-drittijiet fundamentali tiegħu kien ġew miksura meta saritlu interrogazzjoni mingħajr l-assistenza ta’ avukat. Il-każ tiegħu jmur lura għall-2003. Iddritt għall-assistenza legali daħal fis-seħħ biss fl-2010, meta l-Partit Laburista, dak iż-żmien flOppożizzjoni, ippreżenta mozzjoni fil-Parlament. Franco Debono, dak iż-żmien Deputat Nazzjonalista, kien ilu jisħaq fuq il-bżonn li jiġi implimentat dan id-dritt, li kien ilu li ġie approvat fil-Parlament mill-2002 iżda qatt ma ġie attwat. F’kummenti li ta lil din il-gazzetta, Debono, li

kien wieħed mill-avukati li rrappreżenta lil Borg quddiem il-Qorti Ewropea, qal li fl-2002 Malta diġa’ kienet qegħda lura meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra, u fil-fatt kienet l-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea mingħajr dan id-dritt. Wieħed allura jista’ jimmaġina kemm waqgħet iktar lura meta dan id-dritt baqa’ ma ġiex implimentat tmien snin wara, u kemm każijiet infetħu u ntemmu matul dan il-perjodu. Issa jidher li dawn il-każijiet kollha, fejn l-individwu ma kellux assistenza legali waqt l-interrogazzjoni, jistgħu jiġu kkontestati. Mistoqsi dwar dan, Debono jikkonferma. “Ir-riperkussjonijiet tas-sentenza ta’ Mario

Dr Franco Debono

Borg huma enormi, kemm bħala danni, fejn potenzjalment kull stqarrija meħuda qabel is-sena 2010 tesponi lill-awtoritajiet għal danni, kif ukoll konsegwenzi fuq l-andament u l-eżitu ta’ kawżi kriminali, fejn persuni diġa’ ġew liberati minn akkużi minħabba dawn in-nuqqasijiet,” jispjega Debono. Debono itemm jgħid li llum din il-liġi tal-assistenza legali ġiet imsaħħa meta fix-xhur li għaddew ilMinistru għall-Ġustizzja Owen Bonnici daħħal irrule of disclosure; xi ħaġa li Debono wkoll kien talab li ssir fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista, iżda kienet tħalliet fuq l-ixkaffa.

€134 MILJUN FI TLIET SNIN...

POLITIKA BIEX MALTA TIBQA KOMPETITTIVÀ FIS-SETTUR TAL-FILMS Waqt li lbieraħ kien qed iniedi l-ewwel politika għall-films f ’pajjiżna, ilMinistru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis spjega kif matul l-2015 l-industrija tal-films iġġenerat €100 miljun għall-ekonomija; żieda ta’ €71 miljun fuq is-sena preċedenti. Fl-aħħar tliet snin din l-industrija kkontribwixxiet madwar €134 miljun direttament fl-ekonomija ta’ pajjiżna. Rigward id-deċiżjoni li Malta jkollha politika għall-films, il-Ministru spjega li matul l-aħħar sentejn l-industrija talfilms f ’Malta ħadet dimensjoni ġdida u dan is-settur huwa kontributur ieħor importanti għat-tkabbir ekonomiku ta’ Malta. Għalhekk huwa kruċjali li jinżamm dan il-momentum li b’viżjoni u bl-implimentazzjoni ta’ strateġija fit-tul jiġi żgurat li Malta tibqa’ kompetittivà u tibni fuq is-suċċessi inkoraġġanti li diġà kisbet s’issa, żied jgħid il-Ministru għat-Turiżmu. Il-Ministru saħaq li l-potenzjal ta’ dan is-settur kull ma jmur qiegħed dejjem ikun aktar evidenti. Din il-politika se tkun qed tistabbilixxi l-viżjoni u, blistrateġija għall-ħames snin li ġejjin, se timmassimizza l-potenzjal tal-industrija tal-films kemm f ’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Din il-politika se sservi u

twassal biex Malta tistabbilixxi isimha fuq il-mappa internazzjonali bħala destinazzjoni unika tal-films, kompla jgħid il-Ministru. Għal dan il-għan il-Ministeru għatTuriżmu ħa l-inizjattiva u f ’Marzu li għadda ħatar kumitat konsultattiv iffurmat minn partijiet interessati talindustrija tal-films li ħadem b’mod kollettiv biex titfassal l-ewwel politika ffukata fuq l-industrija tal-films. Matul il-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika dan il-kumitat irċieva numru ta’ suġġerimenti dwar l-abbozz imħejji

li permezz tiegħu seta’ ġie ffinalizzat l-aħħar dokument. Minħabba l-potenzjal tas-settur, din l-ewwel politika nazzjonali tal-films ġiet imfassla fuq numru ta’ parametri li huma meqjusa importanti fi ħdan l-industrija bħall-infrastruttura talindustrija, inċentivi finanzjarji, l-industrija indiġena, il-qasam taxxogħol, l-edukazzjoni, l-iżvilupp tal-ħiliet u ‘screen tourism’, sostna l-Ministru. Huwa saħaq li din l-industrija tirrikonoxxi li dawn huma pilastri importanti li jiffurmaw l-għeruq

għal direzzjoni ġdida u distinta għallindustrija tal-films lokali. Dan id-dokument ta’ politika huwa r-riżultat ta’ ħidma bla heda tal-kunsill konsultattiv, li tinvolvi r-rispons talpartijiet interessati ewlenin u l-pubbliku inġenerali, matul l-aħħar xhur. IlMinistru għat-Turiżmu b’sodisfazzjon qal li permezz ta’ dan id-dokument għandhom jintlaħqu l-għanijiet li ġew stabbiliti fejn din il-politika ġġedded l-impenn ta’ dan il-Gvern biex din l-industrija tal-films tibqa’ sostenibbli. Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis irringrazzja lillmembri tal-kunsill konsultattiv taxxogħol siewi li wettaq fit-tfassil ta’ din il-politika li ġie mmexxi millMinisteru għat-Turiżmu, bl-għajnuna tal-Kummissjoni tal-Films u entitajiet oħra fosthom l-Università ta’ Malta, il-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST), il-Kamra talKummerċ u anke dik ta’ Għawdex, il-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ (ETC), l-Assoċjazzjoni Awdjoviżiva f ’Malta (MAVA), ix-Xandir Pubbliku (PBS), l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), Malta Enterprise kif ukoll ilKunsill Malti għall-Arti flimkien ma’ rappreżentanti tal-industrija.


10 17|01|2016

kullħadd.com

OPINJONI

IL-VERDETT TAL-KNISJA…WARA 9 SNIN

Sens Komun

Għalkemm jien qatt m’emmint b’dawn il-fenomeni, m’iniex se noqgħod nidħak b’min kien jew għadu jemmen.

Isma’ bilfors u emmen jekk trid, jgħid il-Malti. Hekk ġralna fil-każ ta’ Anġelik Caruana, li ilu snin sħaħ isostni li qed jara lill-Madonna u lil Ġesù. Kieku ridna nevitaw li nisimgħu lil Caruana lanqas stajna, għax meta tiġi s-siegħa konna nsibuh ma’ wiċċna l-ħin kollu. Daqqa għax il-midja ma kien ikollha xejn aħjar xi xxandar, inkella għax Caruana jkun qal xi ħaġa mhux tas-soltu. Naħseb li l-maġġoranza tannies m’emmnux b’dawn il-viżjonijiet, iktar u iktar meta bdew ħerġin diversi fatti li tefgħu dubju fuq dawn l-allegati manifestazzjonijiet sopranaturali. Madankollu, kien hemm ħafna li baqgħu jemmnu fihom, u oħrajn li ġew f ’dubju jekk għandhomx jemmnuhom jew le. F’dan kollu l-Knisja dejjem baqgħet pass lura u qalet li qed tevalwa l-każ. Issa, finalment, waslet il-konklużjoni. Il-ġimgħa li għaddiet il-Knisja qaltilna li l-allegati dehriet f ’Borġ in-Nadur “mhumiex ġejjin minn Alla u għalhekk m’għandhomx oriġini sopranaturali”. Nistqarr li din il-frażi ħawditni xi ftit. Forsi għax jien bniedem sempliċi, u fit-teoloġija m’iniex espert. Nifhem li l-Knisja tiddikjara li dawn il-fenomeni mhumiex ġejjin minn Alla, ġaladarba temmen li qed titkellem f ’ismu. Imma kif tista’ tiddikjara li mhumiex sopranaturali sempliċiment għax mhux ġejjin minn Alla? L-ispirti ħżiena, sa fejn naf jien, mhumiex ġejjin minn

Alla. Allura dawn mhux sopranaturali wkoll? Jew issa l-Knisja m’għadhiex temmen fihom? Hawn m’iniex qed ninsinwa li Caruana dehrulu xi spirti tajbin jew ħżiena, iżda qiegħed sempliċiment nagħmel osservazzjoni ta’ dan l-argument. Jien qatt m’emmint li lil Caruana deherlu xi ħadd, u jiddispaċini għal dawk in-nies li ġew mgħoddija passata żmien, forsi għax kienu ddisprati u kellhom bżonn isibu l-faraġ xi mkien. Jiddispjaċini wkoll għal ulied Caruana li, minħabba l-krudeltà ta’ ċertu nies, jaf ikollhom jgħaddu minn żmien diffiċli.

Għalkemm jien qatt m’emmint b’dawn il-fenomeni, m’iniex se noqgħod nidħak b’min kien jew għadu jemmen. Sa minn età żgħira ħafna minna niġu mgħallma biex nemmnu b’għajnejna magħluqa fi spirtu li qatt ma rajna u li m’hemm l-ebda evidenza li jeżisti; dik li aħna nsejħulha fidi. Niġu mgħallma biex nemmnu f ’Alla u fix-Xitan, fl-anġli u fil-mirakli. Jekk naslu biex nemmnu li hemm dinja oħra madwarna li aħna parteċipi fiha imma ma nistgħux narawha, allura hija naturali li naslu biex nemmnu wkoll f ’fenomeni oħra bħal dawk ta’ Borġ in-Nadur.

Huwa tajjeb li l-Knisja tuża l-kawtela qabel ma tgħaddi verdett bħal dak tal-ġimgħa l-oħra, imma ma nistax ma nitħassibx dwar iż-żmien esaġerat li l-Knisja ħadet biex tasal għall-konklużjoni tagħha. Caruana allega li kellu l-ewwel dehra f ’Diċembru tal-2006. Dan ifisser li l-Knisja damet disa’ snin biex tiddeċiedi jekk Caruana kienx qed jgħaddi n-nies minn għajn il-labra jew le. M’għandi l-ebda dubju dwar l-integrità u l-professjonalità ta’ dawk li investigaw dan il-każ, iżda ma nistax ma nistaqsix għalfejn din l-investigazzjoni ma tlestietx qabel.

F’DARI REĠGĦET DAĦLET IL-BARKA!

Fr Mario Attard OFM Cap

Għax meta nagħtu, aħna naqilgħu. Għax meta naħfru, aħna nkunu maħfura. Għax meta mmutu, inqumu għall-ħajja ta’ dejjem.

Meta kont żgħir, boċċu boċċu, sħabi kienu jinbxuni: “Hawn ferħan!” Dak iżżmien tgħidx kemm kont nieħu għalija! Għax, dak iżżmien kont naħseb li, li nkun ferħan, ifisser li nkun iblah! Kuntrarju għal dak iżżmien, illum għandi kollox. M’hemmx oġġett li ridtu u ma xtrajtux! Karozzi għandi għal waħda, tnejn, tlieta. Kollha tad-ditta eh! Għax jien, meta nixtri xi ħaġa, jew nixtriha sewwa inkella ma nixtriha xejn! L-affarijiet tadditta jinżluli għasel! Hekk għallimni missieri! Imbagħad ġejt għaż-żwieġ, u lil sħabi ridt nurihom li miegħi ċajt m’hemmx. Għażilt b’marti l-aktar mara faqgħa li kien hemm firraħal. Kulħadd kien jgħir għalija meta kienu jarawni għaddej nitkessaħ magħha. U jien, biex nurihom li bħali m’hawnx u, ibqgħu ċerti, li lanqas qatt ikun hawn, ħadtha bl-għeruq u x-xniexel. Lit-tfajla tajtha minn kollox: flus, safar u, m’għandnix xi ngħidu, xi naqra tattaħwid ukoll. U llum mhux kulħadd hekk jagħmel x’kull waħda? Iżżewwiġna u

kellna żewġ ulied. L-istess, tajthom minn kollox. Mhux biss ma ridthomx ikunu inqas mit-tfal l-oħra, imma ridthom l-aqwa, l-aħjar, anzi aqwa mill-aħjar! Minkejja daqshekk flus f ’idejja, ħadt l-isbaħ mara tar-raħal, u għandi żewġt itfal li ma tpinġihomx, xorta waħda f ’qalbi kien hemm vojt kbir. Ħsibt li r-raġuni forsi setgħet kienet li mara waħda mhux biżżejjed għalija, għalhekk mhux l-ewwel darba li mort ma’ xi mara oħra; la money no problem kelli fejn inħallas u nieħu ta’ dak li nħallas. Ma’ marti l-istorja ma tantx kienet sejra sewwa; dejjem bil-ġlied. Ma nafx kemm-il darba konna wasalna fixxifer li nisseparaw. Ħsibnieha wkoll biex niddivorzjaw. Sakemm darba, għajjien b’din il-ħajja, kont se nagħmel biċċa tinkiteb. Kont se noħroġ filgħodu bħassoltu u nagħmel xi ħmerija. Xejn xejn intemm id-dwejjaq kbar li kelli fija. Qomt. Inħsilt. Ilbist. U tlaqt ’il barra a la ħanżira! Mingħajr lanqas biss m’għedtilhom: “Bonġu ħnieżer!” Qbadt ilkarozza li mmur biha għax-

xogħol u ġbidt għall-irdum. Imma, jiena u sejjer, għaddejt minn ħdejn kappella ħelwa u ċkejkna fil-kampanja. Ma nafx għaliex, imma inzertat miftuħa. Għalhekk waqqaft il-karozza. Inżilt. Dħalt. U poġġejt bilqiegħda. Fuq is-siġġu kien hemm ktieb tal-kant minn dawk li kont insib fuq il-bank talknisja meta, tant snin ilu, kont immur kull nhar ta’ Ħadd għall-quddiesa. Ovvjament, biex lil ommi nagħlqilha ħalqha. Daqskemm kienet tiffittani biex immur! Bilfixla u l-uġigħ ta’ qalb li kelli mhux biss ftaħtu bil-għaġla imma ftaħtu minn wara minflok minn quddiem! Ma nafx. Forsi b’kumbinazzjoni. Imma ġiet quddiem għajnejja talba li tgħidx kemm kont nieħu gost nitlobha meta kont żgħir. Mulej agħmilni strument talpaċi tiegħek. Fejn hemm ilmibegħda, ħallini nħeġġeġ limħabba; fejn hemm il-ħtija, ħallini nferrex il-maħfra; fejn hemm id-dubju, ħallini ndaħħal il-fidi; fejn hemm ilqtigħ il-qalb, ħallini nqawwi t-tama; fejn hemm id-dlam, ħallini nkebbes id-dawl;

fejn hemm in-niket, ħallini nxerred il-ferħ. La tħallix li iżjed infittex li nkun imfarraġ milli nfarraġ jien; la tħallix li iżjed jifhimni ħaddieħor milli nifhem lil ħaddiehor jien; la tħallix li iżjed inkun maħbub milli nħobb jien. Għax meta nagħtu, aħna naqilgħu. Għax meta naħfru, aħna nkunu maħfura. Għax meta mmutu, inqumu għallħajja ta’ dejjem. Xħin qrajtha, minn għajnejja bdiet nieżla xmara dmugħ. U le! Kemm jien iblah! Issa mbilli ħa nagħtiha għal isfel, x’se nsolvi f ’ħajti b’daqshekk? L-iżjed li nista’ nasal hu li mmut imdejjaq! U mhux aħjar nitħeġġeġ flimħabba, inferrex il-maħfra, indaħħal il-fidi, inqawwi t-tama, inkebbes id-dawl, inxerred il-ferħ, infarraġ lil ħaddieħor, li nifhem lil ħaddieħor, inħobb? Il-vera ferħ tiegħi mhux b’hekk se nsibu? Meta nagħti u naħfer? Minn dakinhar ’l hawn qerrejt qrara tajba. Qed immur għall-quddiesa talĦadd, u nitlob kuljum ma’ marti u wliedi. Qed ngħin lill-batut. U f ’dari reġgħet daħlet il-barka!


OPINJONI

kullħadd.com

17|01|2016 11

IL-PRESIDENZA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-UE

X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI 11 ta’ Jannar Tħabbar li, skont studju xjentifiku tal-Kummissjoni Ewropea, 81% talMaltin qalu li matul l-2014 il-qagħda finanzjarja tagħhom tjiebet

GLENN MICALLEF Uffiċjal Internazzjonali FŻL

Personalment, l-Unjoni Ewropea u l-proġett Ewropew huma suġġetti għal qalbi immens. Għaldaqstant, ħassejt li bħala uffiċjal internazzjonali tal-Forum Żgħażagħ Laburisti għandi niffoka dan l-artiklu fuq il-presidenza tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni u x’naħseb fuq is-suġġett. Nemmen li issa li qegħdin sena biss ’il bogħod minn din il-presidenza għandu jkun hemm diskussjoni fuq livell nazzjonali dwar is-suġġett biex in-nies jifhmu din xi tfisser u x’inhuma l-implikazzjonijiet tagħha. Il-presidenza tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea

Nittama li fl-isfera ta’ attiviżmu politiku taż-żgħażagħ, din ilsena li għadna kemm bdejna ġġib magħha iktar opportunitajiet ta’ tagħlim u iktar diskussjonijiet bilanċjati

“L-Unjoni Ewropea qiegħda fi stat ħażin.” Dan kien il-kliem tal-Kap tal-Kummissjoni Ewropea meta fl-indirizz tiegħu lill-Parlament Ewropew ġie mitlub jiddiskrivi l-istat li qiegħda fih l-Unjoni. Saħaq ukoll li l-kriżijiet tal-immigrazzjoni, tat-terroriżmu u oħrajn wasslu lil dan il-proġett f ’xifer ta’ rdum li jista’ potenzjalment iwassal għat-tmiem tiegħu. Jekk wieħed iħares ’il quddiem jinnota li l-2017 ser tkun sena importanti ħafna għall-Unjoni Ewropea, li timmarka ħamsin sena minn meta l-mexxejja ta’ sitt pajjiżi ffirmaw it-Trattat ta’ Ruma – trattat li permezz tiegħu ġiet imsejsa l-Unjoni Ewropea li kellha l-għan li tippromovi l-paċi, l-istabbiltà u l-prosperità ekonomika. Din ser taħbat ukoll mal-presidenza ta’ Malta fil-Kunsill tal-Ministri – presidenza li ġejja fi żmien kruċjali. Dan għax mistennija li ssib fuq il-mejda tad-diskussjoni tal-Unjoni numru ta’ kwistjonijiet jaħarqu bħal dik tar-Renju Unit u t-terroriżmu. B’mod prattiku, din il-presidenza se tfisser li Malta se tkun qed tmexxi d-diskussjonijiet u preparamenti għad-diskussjonijiet tal-laqgħat tal-ministri tal-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni. Tfisser ukoll li se tkun qed tiddetermina dak li għandu jiġi diskuss u tinnegozja ligijiet mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni. Jekk wieħed irid jispjega dan b’mod aktar sempliċi, jista’ jgħid allura li il-presidenza se tkun għal Malta pjattaforma li tagħtina vuċi aktar fuq livell Ewropew. Se tkun ukoll opportunità għall-ministri

Maltin biex jitkellmu f ’isem il-ministri tal-pajjiżi l-oħra kollha u għalhekk importanti li nkunu ppreparati biex, bħalma għamilna drabi oħra, fosthom fil-Valletta Summit dwar l-immigrazzjoni, inkunu nistgħu nqumu għall-okkażjoni u nagħmlu ġieħ lil pajjiżna. Bħala Forum Żgħażagħ Laburisti ninnutaw b’sodisfazzjon li din il-presidenza u l-preparamenti tagħha qed jiġu kkordinati mill-izgħar membru elett fil-Parlament nazzjonali. Dan juri bl-iktar mod ċar il-fiduċja li hemm min-naħa ta’ dan il-Gvern fiż-żgħażagħ u l-kapaċitajiet tagħhom li jagħmlu biċċa xogħol tajba. Nemmnu wkoll li din il-presidenza għandha sservi ta’ opportunità li tgħaqqad lill-Maltin, speċjalment lill-politiċi tagħna, f ’ħidma biex flimkien nagħmlu ġieħ lil pajjiżna u nressqu l-prijoritajiet tagħna quddiem l-Unjoni Ewropea li bħalissa qiegħda fi kriżi politika. Bla ma nkun ottimist iżżejjed, b’konvinzjoni ngħid li bħala pajjiż għandna ħafna x’noffru fuq livell Ewropew biex intejbu mhux biss il-ħajja taċ-ċittadini Maltin iżda tal-Ewropej kollha. L-Unjoni tan-nies? Għal Malta din tista’ sservi ta’ opportunità oħra biex in-nies jifhmu aktar l-Unjoni Ewropea kif taħdem. Konvint li l-problemi l-kbar li għandu quddiemu l-proġett Ewropew huma parzjalment ikkawżati mill-fatt li l-Unjoni Ewropea mhix viċin in-nies u li dawn tal-aħħar ma jifhmux kif eżattament taħdem l-Unjoni Ewropea. Jarawha bħala xi ħaġa li qiegħda ’l bogħod minnhom fi Brussell u ma jafux eżatt x’tagħmel, kif u għaliex. Dan sostnewh ħafna min-nies li ħadmu fl-Unjoni Ewropea u mhux xi fenomenu ġdid. Fil-fatt, wieħed jista’ jgħid li dan kien wieħed mill-fatturi li wassal għal xejriet ewroxettiċi madwar ħafna pajjiżi Ewropej. Nemmen bis-sħiħ li bħala pajjiż għandna ninvestu biex nispjegaw lill-poplu xi tfisser l-Unjoni Ewropea, il-presidenza u x’inhuma l-mekkaniżmi tagħha. Dan hu importanti biex in-nies fit-triq jifhmu l-impatt ta’ dak li jkun qed jiġi diskuss fi Brussell u kif dan jaffettwa l-ħajja tagħhom ta’ kuljum.

12 ta’ Jannar

Tħabbar li, skont studju xjentifiku tal-Kummissjoni Ewropea, 73% talMaltin qalu li l-ekonomija sejra tajjeb

13 ta’ Jannar

Michael Cassar ġie maħtur bħala Kummissarju tal-Pulizija ġdid

14 ta’ Jannar

Ġie deċiż li pazjent li jiddaħħal l-Isptar Monte Carmeli jibda jarah speċjalista fi żmien 24 siegħa

15 ta’ Jannar L-agenzija tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, irrappurtat li Malta kellha t-tielet l-inqas rata ta’ qgħad mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea

16 ta’ Jannar

Tħabbar li fl-ewwel sena ta’ Gvern Laburista raħsu aktar minn 40 mediċina, f ’ċerti każi r-roħs laħaq il-65%

17 ta’ Jannar

F’Għawdex sar tisbiħ u tindif talWied ta’ Marsalforn


12 17|01|2016

kullħadd.ċom

OPINJONI

L-EBDA IRREGOLARITÀ FL-AĠIR TAS-SINDKU LABURISTA MARIO CALLEJA

Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL

Il-Partit Nazzjonalista, b’mod partikolari l-Kap tiegħu, Simon Busuttil, li kien għalih, bħalissa, la għandna deputati parlametari Laburisti, la għandna kapijiet eżekuttivi, la għandna konsulenti u issa lanqas sindki. Dan għax kull tibna li jsib ma xiex jaqbad, għandu jew m’għandux raġun, jitlob ir-riżenja ta’ xi ħadd. Naħseb li sa ftit tal-jiem oħra jibda anke jitlob ir-riżenja ta’ xi fattiga għax tkun ħalliet xi sufa hi u tiknes, u qed ngħid dan b’rispett sħiħ lejn ix-xogħol ta’ nies bħal dawn. L-aħħar minn sensiela ta’ attakki u akkużi simili saru fil-konfront tal-ħbieb tiegħi, is-Sindku ta’ Wied il-Għajn Mario Calleja u s-Segretarju Parlamentari Ian Borg. Nibdew bil-każ ta’ Mario. Ilkaż ta’ Mario ġie mistħarreġ mill-Bord tal-Governanza Lokali li kkonkluda li ma sab xejn ħażin fl-għemil u l-aġir tasSindku Calleja meta dan aċċetta finanzjament mill-iżviluppaturi tal-Unversità Amerikana f ’Malta fil-ponta taż-Żonqor għall-bini ta’ uffiċċju amministrattiv ġdid għall-Kunsill Lokali. Kunsill li ilu sa mill-bidu tiegħu bla uffiċċju aċċessibbli u uffiċċju li jilqa’ b’mod adegwat lil dawk li jiġu bżonn is-servizzi tal-istess Kunsill. L-allegazzjonijiet li għamlu l-midja tal-Partit Nazzjonalista fil-konfront ta’ Mario Calleja nstab li huma infondati u bla ebda bażi għal fini ta’ korruzzjoni u dan għax l-istess Sindku kien aċċetta li Sadeen Group jibnu l-uffiċini ġodda tal-Kunsill. Ġie allegat li dan allura ma kienx f ’pożizzjoni li jiddefendi l-interessi tal-lokal u l-ambejnt ta’ madwaru għax qisu dan issa għandu jdejh marbutin minħabba li se jdaħħal xi flus. Bużżieqa mifqugħa

Mhux ta’ b’xejn li l-aħbarijiet tagħhom huma l-inqas segwiti u l-ġurnali tagħhom l-inqas moqrija u ċirkulati!

Kif għedt aktar qabel, il-Bord tal-Governanza Lokali ma sab l-ebda ħtija fl-aġir tas-Sindku, u l-Partit Nazzjonalista spiċċa b’bużżieqa oħra mifqugħa f ’wiċċu għax xejn mit-tajn li qed jitfa’ bl-addoċċ fuq diversi persuni qrib il-Partit Laburista mhu jeħel magħhom. Xi ħaġa oħra li ħareġ minn dan il-proċess ta’ investigazzjoni kien il-mod li bih il-Kunsill kien infurmat il-ħin kollu b’dak li kien għaddej, fejn saħansitra ġew esibiti dokumenti fejn il-Kunsll ġie mistieden għal numru ta’ laqgħat apposta dwar dan. Pereżempju, għal laqgħa minnhom kienu mistiedna l-kunsilliera kollha tal-Kunsill ta’ Wied il-Għajn, inkluż ilkunsilliera Nazzjonalisti u allura anke dawn kienu jafu x’qed jiġi diskuss. Stramba ħafna li mbagħad l-istess partit li jirrappreżentaw ħareġ iħammeġġ lis-Sindku u akkużah ukoll li qed jaħbi tagħrif minn

sħabu l-kunsilliera. Iktar minn hekk, il-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn, f ’seduta li kellu apposta fis16 ta’ Novembru 2015, ħa pożizzjoni ċara favur il-bini talUniversità billi s-Sindku kien reġa’ fakkar u informa dak li kien qed jigi diskuss, anke dwar il-bini ta’ uffiċċju ġdid u ħadd mill-kunsilliera preżenti ma oġġezzjona. Irrid ngħid li għal dik il-laqgħa kienu attendew tmienja mid-disa’ kunsilliera u, minkejja li wieħed minnhom kien skużat, dan xorta waħda kien qed isegwi dak li kien għaddej. Dan joħroġ mixxhieda li ta taħt ġurament quddiem il-bord is-Segretarju Eżekuttiv tal-istess Kunsill. Dettalji Għalfejn qed nagħti dawn iddettalji? Qed nagħmel dan għax ma jistax ikun li f ’pajjiżna nies li qed jaspiraw, jew nasal biex ngħid joħolmu, li jmexxu pajjiżna jiġu jaqgħu u jqumu mill-ħsara li jistgħu jagħmlu lil ħaddieħor, basta mingħalihom jiskurjaw punti politiċi. Qajla mbagħad jindunaw li l-istess aġir tagħhom qed iwassal biex huma stess ikissru l-kredibbiltà tagħhom infushom. Qajla wkoll jindunaw li atteġġjament simili mhux talli ma jkissirx lil dawk involuti imma jsaħħaħhom iktar għax, ladarba joħroġ ir-

riżultat tal-investigazzjoni u ma jinstabux ħatja tal-ebda aġir irregolari jew kontra l-liġi, joskura ruħu biss min l-interess ewlieni tiegħu kien li jitfa’ t-tajn u jħammeġ. L-istess ġara fil-każ tasSegretarju Parlamentari Ian Borg. Minkejja l-ħafna akkużi fil-konfront tiegħu u talbiet persistenti biex jirriżenja, ilKummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni ma sabitux ħati. Ir-rapport dettaljat juri b’mod evidenti li l-permess għal dar residenzjali tas-Segretarju Parlamentari ħareġ b’mod legali u bla ma ħadd mill-membri talBord tal-MEPA rċieva xi tip ta’ pressjoni, tant li lanqas biss kienu jafu li l-permess huwa ta’ Ian Borg. Issa rridu ngħidu li din ilKummissjoni hija ffurmata minn tliet persuni independenti u rispettati, fosthom maġistrat magħżul mill-Kap talOppożizzjoni stess u, minkejja dan, wara r-rapport il-Partit Nazzjonalista ra kif għamel biex jipprova jdawwar iddiskors u l-interpretazzjoni tal-istess Kummissjoni u dan għas-sempliċi raġuni li din ikkonkludiet li Ian Borg ma uża l-ebda poter ta’ kariga biex b’xi mod jinfluwenza d-deċiżjoni tal-Bord tal-MEPA. Saħansitra kien hemm min ipprova jgiddeb l-istess rapport.

Dan ir-rapport ħareġ wara xhur sħaħ ta’ spekulazzjoni, allegazzjonijiet u akkużi filkonfront ta’ Ian Borg, liema rapport, bħal fil-każ ta’ Mario Calleja, xejjen u ġab fix-xejn l-istess allegazzjonijiet u akkużi. Stejjer L-iskop ewlieni ta’ xhur ta’ stejjer fil-midja tal-Partit Nazzjonalista, primarjament Il-Mument, kif Ian Borg kiser irregolametni, uża l-poter tiegħu biex jagħmel pressjoni u anke kiser tista’ tgħid kull kodiċi ta’ etika, kien li ssir ħsara lirreputazzjoni tiegħu. Donnhom dawn in-Nazzjonalisti ma jifilħux li jaraw persuna taħdem għall-ġid ta’ pajjiżna. Dan bir-raġun, għax flewwel sentejn ta’ ħidma ta’ Ian Borg fuq il-fondi Ewropej, l-assorbiment tal-istess fondi kien jiżboq dak li rnexxielhom jassorbu n-Nazzjonalisti flaħħar seba’ snin tat-tmexxija tagħhom. Allura ż-żaqq tuġa’, l-imsaren igorru, u d-dardir iġiegħlek tneħħi dak li tkun kilt il-ġurnata ta’ qabel. Dan minkejja li dak li jinkiteb filġurnali Nazzjonalisti jkun jinten ferm iktar minn dak li joħroġ mill-musrana. Mhux ta’ b’xejn li l-aħbarijiet tagħhom huma l-inqas segwiti u l-ġurnali tagħhom l-inqas moqrija u ċirkulati!


EDITORJAL

kullħadd.com

17|01|2016 13

www.kullħadd.com agħmel kuntatt magħna

INDIRIZZ POSTALI

ĠURNALISTI

KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717

Ritianne Agius ritianne@kullhadd.com Liam Gauci liam@kullhadd.com Glen Falzon glen@kullhadd.com

SALES U DISTRIBUZZJONI 2090 1410 2090 1413

Alan Saliba

sales@kullhadd.com

2090 1520

Leanne Grech

editorial@kullhadd.com

2090 1411

IMPAĠNAR U DISINN

BEJN ĊESRI U KRISTU Ma jidhriliniex li Ċesri u Kristu qatt ma ltaqgħu. Iżda, skont ilVanġelu ta’ San Mark, kien Kristu li semma lil Ċesri u mhux bil-kuntrarju. Minn dakinhar ’l hawn, kull meta nqala’ xi intopp bejn xi re jew papa, stat jew knisja, isem Ċesri u dak ta’ Kristu dejjem iżżeffnu fin-nofs. Aħna konvinti li la wieħed u lanqas l-ieħor qatt ma għaddielhom minn moħħhom li ser jissemmew daqshekk, ħafna drabi anke fil-batal. Iżda jibqa’ l-fatt li dejjem kien prinċipju importanti li, kemm il-Knisja kif ukoll l-Istat, fl-ewwel lok ma jsirux ħaġa waħda u fit-tieni kemm jista’ jkun ma jidħlux f ’saqajn xulxin. Dan ma jfissirx li l-Knisja trid tagħlaq ħalqha kull fejn tilmaħ inġustizzja; anke jekk, meta tagħmel hekk, jista’ jkun li tkun qiegħda tirfes fil-kamp li mhux neċċessarjament huwa spiritwali. F’dan issens, l-Isqof Oscar Romero mhux biss huwa punt ta’ referenza għall-Kattoliċi iżda anke għal dawk li mhumiex. Huwa dmir tal-Knisja li, bħal kull organizzazzjoni oħra li tfittex is-sewwa, ma tiddejjaqx titkellem fejn ikun hemm bżonn. L-enfasi qiegħda fuq il-kliem ‘fejn ikun hemm bżonn’, li hija għalkollox differenti minn ‘bla bżonn’. Il-‘bla bżonn’ iġib miegħu konsegwenzi li tassew ikunu bla bżonn għal kulħadd. Bħal ħafna pajjiżi oħrajn, fost l-aktar evidenti Spanja, pajjiżna kellu daqsxejn ta’ togħma morra; frott tilwim bejn il-Knisja u wħud millpartiti politiċi. Fl-Istorja ta’ pajjiżna kien hemm partiti politiċi, fosthom ilPartit Laburista, li daqu għal darba darbtejn l-interdett tal-Knisja. Il-kwistjonijiet li waslu għalihom ma kinux intrinsikament spiritwali iżda politiċi u ideoloġiċi . Mingħajr ma nerġgħu nirxuxtaw l-ispettri koroh ta’ dakinhar, ma nistgħux ma ngħidux li dan id-dwell ta’ forza ħalla tgħattina u għafsa fil-memorja kollettiva tal-Maltin, anke f ’dawk li dak iż-żmien ma

jiftakruhx. Inutli noqogħdu ngħidu li dak iż-żmien m’għandniex nibqgħu insemmuh għax, kull meta jkun hemm xi differenzi inutli bejn il-Knisja u l-Istat, ilmemorja tagħna dwar dak iżżmien bilfors terġa’ titqanqal. Wara kollox, l-Istorja qiegħda hemm biex tgħallimna li kemm il-Knisja u kif ukoll il-partiti ma jaqgħux fl-istess żball. Inkunu boloh li ngħaddsu rasna fir-ramel bħan-nagħma u ninsew x’tgħallimna l-Istorja. F’pajjiż bħal Malta, fejn imkien aktar fl-Ewropa ma hemm politika daqstant partiġġjana, dawk li jsegwu partit u mhux ieħor, kull meta jilmħu lill-Knisja lokali tqajjem il-pinen – pereżempju b’battuti unikament politiċi u li ma fihom xejn ta’ tagħlim morali tal-Knisja – ser ikun hemm mhux biss min huwa sensittiv, iżda anke dawk li jaqgħu fl-iżball tar-reazzjoni eċċessiva. Min jagħmel l-iżball ħażin, iżda min jipprovokah mhux anqas. Aħna ma rridux naraw lillKnisja titlef mill-preżenza tagħha fis-soċjetà Maltija minħabba aġir li jiġi interpretat li huwa imnissel mhux milħidma pastorali tagħha iżda pjuttost minn sentimenti poltiċi li lanqas għandna kontroll fuqhom. Il-mexxejja tal-Knisja li huma moderni fi knisja li qed tagħmel minn kollox biex tkun moderna, ma għandhomx ikunu huma li jitfgħu l-minutieri tal-arloġġ tal-Istorja lura. Apparti minn dan, il-mexxejja tal-Knisja kultant donnhom ma jirrealizzawx li s-soċejtà nbidlet u ma għadhiex dik tas-sittinijiet. Il-fidili ma

għadhomx daqshekk fidili u jaċċettaw kollox b’għajnejhom magħluqa. Tajjeb jew ħażin, anke jekk hawn min ma jridx jisma’ dwarhom, illum ma għadniex ngħixu fit-tletinijiet u

s-sittinijiet. Anke forom ġodda ta’ interdett ma għadhomx jagħmlu sens. Min-naħa l-oħra, aħna xejn ma naqblu ma reazzjonijiet eċċessivi kull meta ma naqblux mal-Knisja. Jekk ilKnisja trid tilgħab il-logħba politika partiġġjana, ejjew inħallu l-opinjoni pubblika tiġġudikaha. Illum il-poplu m’għandux bżonn ikun mitmugħ blimgħarfa. Illum l-opinjoni pubblika tant hija infurmata li tagħraf dik il-linja li tifred lil Ċesri minn Kristu. Ejjew minn vittmi ma nidhrux li aħna l-aggressuri meta ma jkunx il-każ.


14 17|01|2016

kullħadd.com

ITTRI

SEMMA’ LEĦNEK Ibagħtilna ittra biex nippubblikawha fil-gazzetta KullĦadd. Preferibbilment l-ittri jkunu miktuba bil-kompjuter. INDIRIZZ POSTALI KullĦadd Ittri, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, Ħamrun ĦMR 1717. INDIRIZZ ELETRONIKU editorial@kullhadd.com. Annotaw l-email billi fis-suġġett tiktbu li hija ittra.

KELLU JGĦID MIN QATEL LIL KAREN GRECH Sur Editur, Kien ferm interessanti l-artiklu ‘Kelli Problemi Kbar ma’ Ministri tal-Intern’ li ġie ppubblikat f ’din il-gazzetta talĦadd 3 ta’ Jannar 2016. Fejn l-espert forensiku Anthony Abela Medici stqarr li kien sab diversi problemi ma’ wiċċu meta kien qed jinvestiga l-każ tal-qtil ta’ Karen Grech taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti. Ħafna għadhom jiftakru meta l-eks-Kap tal-PN Eddie Fenech Adami waqt mass meeting stqarr b’qawwa kbira li meta jkun fil-Gvern jgħidilna min kien qatel lil Karen Grech. Però, sakemm Eddie Fenech Adami dam Prim Ministru qatt ma żamm din il-wegħda. Avolja għal diversi drabi esponenti Laburisti kienu jistaqsu lill-eks-Kap tal-PN meta ser jgħid lill-poplu min kien qatel lil Karen Grech. Is-sens komun jgħidli li l-eks-Kap tal-PN għamel din id-dikjarazzjoni meta kien Kap tal-Oppożizzjoni għal ftit propaganda falza u qarrieqa u, jekk dan hu l-każ, l-irresponsabbiltà grassa taleks-Kap Nazzjonalista. Wara li Eddie Fenech Adami sar Prim Ministru verament seta’ kellu ħjiel min qatel lil Karen Grech, iżda għallinteressi politiċi tal-partit tiegħu ma kienx fl-interess li jżomm il-wegħda li kien għamel lill-poplu. Il-qtil ta’ Karen Grech kien konsegwenza ta’ strajk mittobba tal-Gvern dwar dawk

l-istudenti li jkunu għadhom kif laħqu tobba. Il-Gvern Laburista ġustament ried li dawn tal-anqas jagħtu sentejn servizz lill-poplu. Dan wara li l-poplu kien qed jissussidja permezz tat-taxxi t-tagħlim biex huma jilħqu tobba. Din il-problema kien ukoll ħabbat wiċċu magħha l-Gvern Nazzjonalista ta’ George Borg Olivier, fejn il-Gvern tal-PN kien ħa pożizzjoni bil-maqlub ta’ meta kien fl-Oppożizzjoni. Dan il-fatt juri ċar kemm ilPN hu partit pinnur u kemm l-aqwa arma politika tanNazzjonalisti hi l-ipokresija. Nhar it-3 ta’ Diċembru 1965,

il-Prim Ministru George Borg Olivier qal: “Nipprova nġib it-tobba minn kullimkien, jiġifieri minn barra u minn kull fejn insib.” Il-Prim Ministru Dom Mintoff hekk għamel meta kien iffaċċjat bi strajk mittobba iżda, għax għamel dak li kien qal li ser jagħmel ilPrim Ministru Nazzjonalista, il-PN fl-Oppożizzjoni ħadha qatta bla ħabel kontra l-Gvern Laburista! Fl-istess diskors il-Prim Ministru George Borg Olivier qal ukoll: “It-tobba taw skandlu u eżempju ħażin lill-pajjiż u abbużaw mill-

pożizzjoni tagħhom. Il-Gvern lest jieħu passi dixxiplinarji li jekk jista’ jkun iwasslu għattkeċċija mis-servizz.” Għalkemm it-tobba bl-istrajk li għamlu taħt Gvern Laburista taw ukoll skandlu u eżempju ħażin lill-pajjiż u abbużaw millpożizzjoni tagħhom, il-PN flOppożizzjoni mhux talli ma tax l-appoġġ tiegħu lill-Gvern Laburista kif kienet għamlet l-Oppożizzjoni Laburista meta t-tobba strajkjaw taħt Gvern Nazzjonalista, talli l-PN kien b’ruħu u b’ġismu favur l-istrjak tat-tobba, li saħansitra għamlu bojkott soċjali kontra dawk ittobba li taw servizz lill-poplu fl-isptarijiet. Anke meta l-Prim Ministru Dom Mintoff ħa passi dixxiplinarji li wasslu għattkeċċija mis-servizz, kif kien stqarr li lest jagħmel Borg Olivier, il-PN fl-Oppożizzjoni għamel kanpanja ħarxa kontra l-Gvern Laburista u fl-istess ħin għamel kampanja qawwija favur l-istrajk tat-tobba. Barra Karen Grech setgħu faċilment inqatlu aktar membri tal-istess familja. Seta’ nqatel ukoll it-Tabib Paul Chetcuti Caruana li wkoll irċieva pakkett/bomba simili. Kif ukoll setgħu nqatlu diversi ħaddiema fl-uffiċċji tal-Posta fejn kien hemm dawn ilpakketti bombi. Dan juri kemm verament dawn l-atti kriminali kienu oxxeni.

NEWTRALITÀ KUMMERĊJALI?

Sur Editur,

Id-duttrina ekonomika li studjajt u nammira hi dik li tfisser l-aħjar mod kif jiġu mmexxija l-affarijiet talIstat, billi l-Istat jagħmel dawk l-eżerċizzji u jieħu dawk l-inizjattivi li l-privat jew l-individwu ma jkunx irid jew jista’ jieħu, u dan b’newtralità kummerċjali. Dan ġie f ’moħħi meta rajt ir-reklami li d-Dipartiment tal-Kummerċ u għadd ta’ entitajiet oħra jħallsu biex jidhru fil-ġurnali biex jirriklamaw il-posti b’xogħol ta’ artiġġjanat li jintramaw fi pjazza La ĦADDIEM Valette. REPUBBLIKAN, Mill-banda l-oħra, talRAĦAL ĠDID monti qishom iż-żingari fl-Ewropa mbuttati ’l hawn u ’l hemm. Personalment ma tantx għadni mmur il-monti; mhux għax ġie spustjat iżda għax ilprezzijiet m’għadhomx wisq kompetittivi. Millbanda l-oħra, meta tkellimt ma’ xi tnejn li għandhom il-posta, ġietni ftit simpatija għalihom għax huma nies bil-familja. Ngħid jien, ladarba l-Belt u l-Furjana mhumiex neqsin mill-ġonna, min jaf kieku l-ispazju fil-Foss taħt Bieb il-Belt minflok isir ġnien ieħor jingħata biex nofsu jintrama bil-monti u bi ftit tisbiħ. Hekk ikun qed jiġi onorat il-prinċipju li tal-monti ma jikkompetux mal-ħwienet li biex joperaw krew proprjetà, filwaqt li xorta jkunu viċin il-kapitali. J. BONETT BALZAN, IL-BALLUTA


TA’ BARRA

kullħadd.com

17|01|2016 15

FIDUĊJUŻ GĦALL-ĠEJJIENI

LIAM GAUCI liam@kullhadd.com Nhar it-Tlieta li għadda, ilPresident tal-Istati Uniti Barack Obama għamel ittmien u l-aħħar State of the Union Address tiegħu quddiem sessjoni konġunta talKungress u s-Senat Amerikan. Fih huwa ta ħarsa lura lejn ilkisbiet tal-presidenza tiegħu, elenka il-prijoritajiet tul din issena li ġejja u qasam il-viżjoni li għandu għall-pajjiż fi żmien is-suċċessuri tiegħu. Sena ta’ riformi F’diskors li fih deher rilassat u ottimista, Obama beda billi rringrazzja lill-Ispeaker Repubblikan il-ġdid talKungress Paul Ryan għallattitudni kostruttiva tiegħu lejn l-aħħar tal-2015. F’dan il-perjodu l-Kungress għadda baġit ġdid u kkopera mal-White House biex jiġu approvati riformi fit-tassazzjoni li bbenefikaw minnhom familji bi dħul baxx. Għaldaqstant, huwa ttama li l-ħidma fl-2016 issir fuq nota simili fejn jidħlu prijoritajiet li hemm qbil dwarhom fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra, fosthom riformi fis-sistema tal-ġustizzja u l-ġlieda kontra l-abbuż tad-droga. Huwa wiegħed ukoll li se juża l-aħħar sena tiegħu biex jimbotta riformi f ’setturi aktar kontroversjali bħallimmigrazzjoni, il-kontroll tal-armi u ż-żieda tal-paga

minima. Il-President Amerikan sostna li ż-żminijiet tagħna qegħdin jaraw bidliet kbar. Huwa ħeġġeġ lill-Amerikani biex ma jibżgħux minn dawn il-bidliet għax huma inevitabbli. Minflok, huwa sostna li ċ-ċittadini ta’ pajjiżu għandhom jaraw din l-isfida bħala opportunità biex jimxu ’l quddiem. Dan kien, fil-fehma tiegħu, l-ispirtu li bih pajjiżu ħareġ mir-riċessjoni tal-2008. Ġustizzja soċjali, saħħa u enerġija Obama uża d-diskors tiegħu biex jelenka diversi prijoritaiet li jħoss li għandhom jiġu indirizzati fis-snin li ġejjin, filwaqt li ta rendikont talkisbiet li seħħew tul il-mandat elettorali tiegħu. Fil-ġejjieni, huwa qal li hemm bżonn li s-settur privat jiġi megħjun permezz ta’ ħidma konkreta biex titnaqqas il-burokrazija. Madankollu, huwa qal li l-Amerika ma tistax tissaħħaħ jekk ikunu biss il-banek u l-korporazzjonijiet li jimlew buthom. Għaldaqstant, huwa wiegħed li se jkompli jimbotta miżuri li jsaħħu l-pagi talħaddiema u jnaqqsu l-evażjoni fiskali min-naħa ta’ kumpaniji kbar. Fejn tidħol is-saħħa, huwa ħabbar li talab lillViċi President Joe Biden biex imexxi inizjattiva li se tagħti spinta kbira lill-ġlieda kontra l-kanċer. Biden kellu esperjenza diretta tal-effetti kiefra ta’ din il-marda hekk

kif is-sena l-oħra ġarrab ittelfa tat-tifel tiegħu Beau, illi miet b’konsegwenza ta’ kanċer f ’moħħu fl-età ta’ 46 sena. Obama kkumpara l-isfida biex tinqered din il-marda ma’ dik biex pajjiżu wassal in-nies sal-Qamar f ’termini ta’ importanza u sostna li hemm potenzjal kbir biex din tiġi megħluba jekk l-esperti jingħataw ir-riżorsi li għandhom bżonn. Fir-rigward tal-ambjent, huwa ħeġġeġ lil pajjiżu biex jibqa’ jfittex soluzzjonijiet biex iżid l-użu tal-enerġija alternattiva ħalli jiġi miġġieled it-tibdil filklima. Huwa sostna wkoll li l-investimenti kbar li saru f ’dan is-settur fil-bidu tal-mandat tiegħu qegħdin iħallu l-frott hekk kif il-produzzjoni talenerġija nadifa qed issir dejjem aktar irħisa meta kkumparata ma’ sorsi aktar tradizzjonali. Politika barranija Il-President Amerikan ħeġġeġ lin-nies biex jinjoraw lil min qiegħed jgħid li l-Istati Uniti qiegħda f ’deklin mil-lat militari. Fil-fatt, huwa fakkar li l-baġit għad-difiża tal-Istati Uniti huwa daqs dak tat-tmien pajjiżi ta’ warajha f ’daqqa. Għaldaqstant, l-akbar theddida barranija għal pajjiżu mhix ġejja minn sorsi militari imma mit-tidjif ta’ stati falluti li l-kollass tagħhom qiegħed joħloq l-instabbiltà fuq livell internazzjonali. Din, fil-fehma ta’ Obama, hija xhieda ċara tal-fatt li s-sistema politika internazzjonali li nħolqot wara

t-Tieni Gwerra Dinjija trid tiġi adattata għar-realtajiet tal-lum. Fost il-prijoritajiet li elenka f ’dan ir-rigward hemm ilġlieda kontra t-terroriżmu. Madankollu, huwa sostna li gruppi bħall-Istat Iżlamiku m’għandhomx jitħallew ibellgħu l-gidba li għandhom is-saħħa li jheddu l-eżistenza ta’ pajjiżi bħall-Istati Uniti. Minkejja dan kollu, il-fatt li ma jagħtux valur lill-ħajja umana tagħmilha prijorità għallAmerika u l-alleati tagħha li jeqirdu gruppi terroristiċi li, skont Obama, qed jivvelenaw l-imħuħ b’ideat estremisti. Huwa, però, sostna li l-Istati Uniti ma tistax tibqa’ tkun il-pulizija tad-dinja, fejn tibbumbardja u tinvadi lil kull min jhedded il-valur tal-libertà u d-demokrazija. Għaldaqstant, Obama kkonferma li tul l-aħħar fażi tal-presidenza tiegħu huwa se jkompli jimbotta sforz diplomatiku li jinvolvi l-gvernijiet u l-komunitajiet lokali biex jgħinhom isolvu l-problemi ta’ pajjiżhom. Rispett u tolleranza Obama ddedika parti middiskors tiegħu biex jitlob linnies biex, minkejja ż-żieda fl-estremiżmu reliġjuż, ma jaċċettawx ideat li jiddiskriminaw kontra xi tip ta’ razza jew fidi. Huwa sostna li l-Istati Uniti hija rrispettata fuq livell internazzjonali minħabba l-mod kif dejjem laqgħet iddiversità. B’referenza ċara għal Donald

Trump, kandidat Repubblikan għall-elezzjoni presidenzjali ta’ din is-sena li kemm-il darba kien l-awtur ta’ diskorsi kontroversjali fil-konfront tarreliġjon Iżlamika, Obama qal li meta xi ħadd jattakka fidi jew oħra ma jkun qed jagħmel xejn biex iżid is-sigurtà fil-pajjiż. Dan il-punt wasslu għal appell li fih esprima l-fehma li, biex l-Istati Uniti tissaħħaħ, kulħadd irid jaħdem flimkien. Huwa qal li l-Amerika hija pajjiż kbir u wieħed ma jistenniex li kulħadd jaqbel fuq kollox. Però, irid ikun hemm relazzjoni bbażata fuq ir-rispett reċiproku bejn ilpolitiċi. F’dan ir-rigward Obama żvela li wieħed mill-ftit dispjaċiri tal-presidenza tiegħu huwa li l-animosità żdiedet bejn ilpartiti; fatt li wassal għal nuqqas ta’ koperazzjoni f ’mumenti kruċjali. Madankollu, huwa sostna li hemm ħafna politiċi li jridu jaraw bidla f ’dan irrigward imma qegħdin jibżgħu minħabba l-oppożizzjoni li jistgħu jiffaċjaw fi ħdan ilpartit tagħhom stess. Għaldaqstant, il-President Amerikan sostna li hemm bżonn ta’ bidla fil-proċess politiku li jwitti t-triq għal mod ġdid kif il-partiti jiffunzjonaw. Hawnhekk huwa appella liċċittadini biex jużaw il-vot tagħhom biex iħeġġu lillpolitiċi jagħmlu din il-bidla. Obama temm jgħid li huwa ottimist dwar il-futur tal-Istati Uniti u li għandu fiduċja li kulħadd se jagħti sehmu biex dan il-pajjiż ikompli jissaħħaħ.


16 17|01|2016

1

kullħadd.com

TA’ BARRA

MINN MADWA

KAŻ ĠDID

3

2 Il-Gvern ta’ Sierra Leone kkonferma każ ġdid ta’ mewt b’konsegwenza tal-infezzjoni mill-virus tal-Ebola nhar ilĦamis li għadda. Din l-aħbar waslet bħala sorpriża għal diversi għaqdiet internazzjonali, speċjalment għall-World Health Organization, li kienet ħabbret li l-Punent tal-Afrika kien ħieles minn din il-marda qerrieda ftit sigħat biss qabel l-istqarrija tal-Gvern. Ir-raġuni wara l-mewt ta’ din il-persuni kienet aċċertat minn grupp ta’ esperti Brittaniċi li eżaminawh aktar kmieni din ilġimgħa. L-aħbar ġiegħlet lill-istrutturi mediċi ta’ dan il-pajjiż biex jibdew tfittxijiet intensivi għal kull min seta’ ġie f ’kuntatt mal-vittma fl-aħħar jiem. Huwa miet fid-distrett ta’ Tonkili wara vjaġġ li għamel mir-reġjun ta’ Kambia li jinsab qrib ilfruntiera mal-Guinea.

2

1

KONSEGWENZI SERJI

3 Persuna sofriet ħsarat ċelebrali u ħamsa oħra jinsabu f ’kundizzjoni serja wara kumplikazzjonijiet li seħħew konsegwenza ta’ provi kliniċi li saru fi Franza. Il-mediċina li kkawżat dawn il-kumplikazzjonijiet għadha ma ġietx identifikata, però rapporti li dehru fil-midja internazzjonali indikaw li tista’ tkun painkiller abbażi tal-kannabis. Qiegħed jiġi spekulat li dawn it-testijiet kienu għadhom flewwel fażi tagħhom, jiġifieri dik li matulha jiġi vverifikat kif il-gisem jirreaġixxi għal dożi differenti tal-mediċina. It-testijiet seħħew fi klinika speċjalizzata li nhar it-Tnejn daħħlet lill-aktar pazjent gravi fi sptar fil-belt ta’ Rennes. Sa nhar il-Ħamis, il-ħames voluntiera l-oħra ntbagħtu l-isptar ukoll bl-amministraturi tal-klinika jiddeċiedu li jissospendu t-testijiet sakemm jiġu ċċarati r-raġunijiet wara dawn ilkumplikazzjonijiet.

FTEHIM FI FRAR? Skont rapporti li dehru fil-midja internazzjonali, jidher li n-negozjati attwali bejn il-Gvern tar-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea biex ikun hemm riformi fir-regolamenti Ewropej li jakkomodaw it-talbiet ta’ din tal-ewwel jistgħu jintemmu lejn nofs ixxahar id-dieħel. Il-Prim Ministru Brittaniku David Cameron qiegħed jimbotta għall-implimentazzjoni ta’ diversi riformi li jagħtu saħħa akbar lill-parlamenti nazzjonali f ’diversi setturi. Dan qiegħed isir hekk kif pajjiżu jinsab fi triqtu lejn referendum dwar is-sħubija tiegħu fl-Unjoni u li jista’ jsir din issena stess jekk in-negozjati jintemmu fi żmien raġjonevoli. F’każ li n-negozjati jfallu, Cameron diġà ta x’jifhem li huwa lest li jappoġġa kampanja favur il-ħruġ ta’ pajjiżu mill-Unjoni Ewropea.


TA’ BARRA

kullħadd.com

AR ID-DINJA

3

5

17|01|2016 17

IL-MOĦĦ WARA L-ATTAKK

4 5

6

L-awtoritajiet Indoneżjani identifkaw lil Bahrun Naim bħala l-moħħ wara l-attakki terroristiċi kkordinati li seħħew f ’diversi żoni fil-kapitali ta’ dan il-pajjiż nhar il-Ħamis li għadda. Jidher li Naim sa ftit snin ilu kien negozjant żgħir fil-Belt ta’ Solo. Fl-2011 huwa kien spiċċa arrestat meta nstab ħati ta’ traffikar tal-armi, però dak iż-żmien l-awtoritajiet ma kellhomx biżżejjed provi biex jakkużawh b’rabtiet ma’ gruppi terroristiċi. Meta ħareġ mill-ħabs tliet snin wara, huwa mar is-Sirja biex jingħaqad mal-Istat Iżlamiku. Kien bl-għajnuna tagħhom li kkordina l-attakk ta’ din il-ġimgħa li ħalla seba’ persuni mejta u li ħamsa minnhom kienu militanti ta’ dan ilgrupp terroristiku.

6

4

KRIŻI UMANITARJA

TĦASSIB DWAR IL-POLONJA Il-Kummissjoni Ewropea infurmat lill-Gvern talPolonja li fetħet investigazzjoni fil-konfront tiegħu hekk kif kien determinat li ttieħdu deċiżjonijiet li jistgħu jheddu d-demokrazija fil-pajjiż. Fost dawn id-deċiżjonijiet kontroversjali kien hemm dik li jagħti l-poter lill-Ministru għat-Teżor li jinnomina l-membri tal-bordijiet superviżorji u maniġerjali tax-xandir pubbliku. Il-Gvern il-ġdid għażel ukoll li jinjora deċiżjoni tat-Tribunal Kostituzzjonali li sostna li, il-mod kif l-amministrazzjoni preżenti qassret it-termini talPresident u Viċi President tal-istess Tribunal, kien imur kontra l-liġijiet tal-pajjiż. L-istess Tribunal poġġa wkoll fid-dubju l-mod kif il-Gvern innomina ħames imħallfin ġodda biex jagħmlu parti minn din l-istituzzjoni meta kellu biss id-dritt li jinnomina tnejn.

Diversi kunsinni ta’ ikel u ilma tal-International Committee of the Red Cross irnexxielhom jilħqu Madaya, Kefraya u al-Foua; irħula li jinsabu fit-Tramuntana tas-Sirja. Dawn illokalitajiet kienu prominenti fl-aħbarijiet internazzjonali minħabba l-kriżi umanitarja li esperjenzaw b’konsegwenza tal-gwerra ċivili f ’dan il-pajjiż. Din il-kriżi tefgħet id-dawl fuq ir-realtà tal-imblokki li qegħdin iseħħu madwar is-Sirja, speċjalment min-naħa talGvern, illi qed jipprova jiżola l-villaġġi biex iġiegħel lir-ribelli jċedu. Madankollu, kif bosta drabi jiġri fil-gwerer ċivili, ilvittmi ewlenin qegħdin ikunu n-nies innoċenti li qed jinqabdu f ’nofs dan il-konflitt. Hija t-tama tan-negozjaturi internazzjonali li l-Gvern u r-ribelli jiltaqgħu fil-25 ta’ Jannar biex iż-żewġ naħat jaslu għal ftehim ta’ waqfien mill-ġlied. Però, dawn tal-aħħar sostnew li mhumiex lesti li jitkellmu mal-Gvern qabel ma jintemmu dawn l-imblokki.


18 17|01|2016

kullħadd.com

KURŻITAJIET

KALEJDOSKOPJU

SALVATAĠĠ FIL-MILIED Fatti miġbura minn

CHARLES B.

SPITERI

ĠRAW BĦAL-LUM

1917: 1929: 1929: 1945: 1945: 1946: 1950: 1961: 1973: 1977: 1979: 1981: 1983: 1991: 1991: 1995: 1998: 2002: 2010: 2010: 2013: 2015:

L-Istati Uniti tal-Amerika tħallas $25 miljun lid-Danimarka għall-Gżejjer Virgin. Popeye the Sailor Man, karattru tal-komiks maħluq minn E.C. Segar, jidher għall-ewwel darba fil-komik Thimble Theatre. Inayatullah Khan, re tal-Emirati tal-Afganistan, jabdika t-tron wara tlett ijiem biss. Il-forsi Sovjetiċi jieħdu taħt idejhom il-belt Pollakka ta’ Warsaw li kważi nqerdet totalment. In-Nażi jibdew jevakwaw il-kamp ta’ konċentrament f ’Auschwitz hekk kif jibdew jersqu s-Sovjetiċi. Issir l-ewwel sessjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan- Nazzjonijiet Uniti. The Great Brink’s Robbery. Ħdax-il ħalliel jisirqu aktar minn żewġ miljun dollaru minn karozza armata f ’Boston, f ’ħin preċiż u koreografat. Patrice Lumumba, li kien il-Prim Ministru tal-Kongo, jinqatel f ’ċirkustanzi li jissuġġerixxu li filqtil kien hemm l-appoġġ u l-kompliċità tal-gvernijiet tal-Belġju u tal-Istati Uniti. Il-kostituzzjoni l-ġdida tal-Filippini taħtar lil Marcos bħala president għal għomru. Gary Gilmor, il-qattiel mibgħut il-ħabs, jinqatel minn skwadra armata bl-armi tan-nar fil-ħabs statali ta’ Utah, Salt Lake City. Dan hu l-ewwel qtil mindu reġgħet kienet introdotta l-piena kapitali. Ix-Xa Mohammed Reza Pahlavi jaħrab mill-Iran. Ferdinand Marcos, il-President tal-Filippini, iwarrab il-liġi marzjali li kien introduċieha tmien snin u ħames xhur qabel. In-Niġerja tkeċċi żewġ miljun barrani illegali, l-aktar mill-Ghana. Il-Gwerra tal-Golf. Operation Desert Storm tfaqqa’ kmieni filgħodu. L-Iraqini jisparaw tmien missili Scud fuq Iżrael biex jippruvaw jipprovokaw ritaljazzjoni Iżraeljana. Wara l-mewt ta’ Olav V, ibnu Harald V isir ir-Re tan- Norveġja. Terremot f ’Kobe, il-Ġappun joqtol 5,372 persuna. Ifaqqa’ l-iskandlu ta’ Monica Lewinsky. Ikun Matt Drudge li jitfa’ l-istorja fuq is-sit elettroniku tiegħu. Jiżbroffa vulkan fuq il-Muntanja Nyiragongo fir- Repubblika Demokratika tal-Kongo. 400,000 ruħ jispiċċaw bla dar. Jibdew l-irvellijiet bejn gruppi Nsara u Musulmani f ’Jos, in-Niġerja, fejn 200 persuna jitilfu ħajjithom. Ali Hassan al-Majid, li kien ministru Iraqin, magħruf ukoll bħala Chemical Ali, jiġi ssentenzjat għall-mewt wara l-attakk b’gass velenuż, f ’Halabja. Fl-isforzi biex ma jibqax iħares lejn il-qawwa nukleari, il-Ġappun iħabbar pjani li jibni l-akbar offshore wind farm fil-prefettura ta’ Fukushima, qrib l-impjant tal-qawwa nukleari. Barak Obama, bħala President tal-Istati Uniti, jistqarr li lest jivvota kontra s-sanzjonijiet addizzjonali mressqa mill-kungress kontra l-Iran.

Dan ir-ritratt drammatiku juri l-mument li ħelikopter tassalvataġġ lemaħ tnejn min-nies li nqabdu fuq il-muntanja Ben Nevis f ’Jum il-Milied. Ir-ritratt juri r-raġġ ta’ dawl mixħut mis-sema lejn fejn kienu l-maqbudin, biex innies tas-salvataġġ ikunu jistgħu jitilgħu jagħtuhom l-għajnuna. Il-voluntiera mittim tas-salvataġġ talmuntanja Lochaber issejħu waranofsinhar meta l-koppja sabet ruħha f ’diffikultà fuq il-muntanja, 4,000 pied ’il fuq

mill-art. Il-fotografu Steven Ingle, li kien alloġġat qrib il-Muntanji Gampian, sema’ l-ħelikopter tas-salvataġġ għaddej minn fuqu, ħareġ jiġri bil-kamera f ’idu u ġibed ir-ritratt ta’ tama taż-żewġ mitlufin. Peress li, minħabba r-riħ, il-ħelikopter ma setax itella’ lill-koppja minn fejn kienu, il-membri tas-salvataġġ filħelikopter tniżżlu bil-ħbula ħdejn il-koppja biex iwettqu ħidmiethom. Fortunatament, it-tim

irnexxielu jwassal lill-koppja f ’qiegħ il-muntanja fejn intlaqgħu b’kikkra te sħuna u gallettini. Iżda l-opinjoni tannies kienet diversa. Waqt li lkoll qablu li t-tim tas-salvataġġ wera qlubija kbira, kien hemm min għajjar lill-koppja ‘idjoti’ biex telgħu fuq il-muntanja f ’maltemp bħal dak. Oħrajn qalu li mhux sew li, biex din il-koppja webbset rasha u telgħet fejn telgħet, in-nies tassalvataġġ kellhom iħallu lillfamilji tagħhom u jmorru biex isalvawhom.

ĊELLULARI TA’ 800 SENA ILU… ĦAJJA AKTAR AVANZATA MINN TAGĦNA?

Stqarrijiet biżarri li jsostnu li l-arkeologi sabu ċellulari ta’ 800 sena ilu, qajmu furur fost in-nies. L-oġġett, allegatament misjub fl-Awstrija, hu maħsub li hu mudell tat-tafal ta’ ċellulari b’disinji minflok numru fuq il-buttuni. In-nuqqas ta’ informazzjoni fuq it-tħaffir, u x-xebh enormi ma’ ċellulari tad-ditta Nokia, wasslu lin-nies biex jiskantaw. Iżda jibqgħu il-‘kaċċaturi’ tal-UFO’s li qed joħorġu bi stqarrijiet u jgħidu li dan hu

xhieda li xi darba l-aljeni żaru d-dinja. Sit fuq il-You Tube jsostni li l-artefatt għandu stil ta’ kitba Sumerjana, magħrufa wkoll bħala cuneiform li, skont il-gazzetta Express, kienet teżisti għal bosta eluf ta’ snin. Sit elettroniku rrapporta hekk: “Skont rapporti, waqt skavar arkeoloġiku f ’Fuschl am See, f ’Salsburgu, l-Awstrija, irriċerkaturi skavaw artefatt tas-seklu tlettax b’kitba cuneiform li b’mod stramb jixbah ċellulari.

Dan it-tip ta’ kitba hi tipika għal dik li tinsab fl-Iran u l-Iraq tal-lum (li fl-antik kienet il-Mesopotamja). Iżda ħadd ma jaf jew jista’ jifhem kif dan l-apparat spiċċa flAwstrija.” Skont l-Inquisitr, l-arkeologi jippruvaw jaħbu dawn issejbiet. Madankollu, Scott Waring, editur ta’ UFO Sighting Daily, hu konvint li din is-sejba hi xhieda biżżejjed li l-aljeni żaru liċċivilizzazzjonijiet antiki fuq id-dinja.


KUN AF

kullħadd.com

17|01|2016 19

KUN AF

IL-BEJGĦ FIT-TOROQ ŻMIEN ILU Kurżitajiet minn hawn u minn hemm Kitba ta’

SAVIOUR

MAMO

Il-memorja toħodni fil-ħamsinijiet, ftit snin wara li spiċċat il-gwerra. Il-ħajja kienet differenti ħafna minn dik tallum. Il-mara tad-dar ma kinitx toħroġ mid-dar ħlief għall-quddies jew xi funzjoni importanti fil-knisja. Il-ħtiġijiet tad-dar kont issib tixtrihom minn wara l-bieb mingħand il-bejjiegħa tat-toroq. Kull bejjiegħ kien ikollu l-għajta distinta tiegħu kif ukoll il-ħin u l-ġurnata partikolari li jmissu jiġi. Kienu jibdew minn filgħodu kmieni jduru r-raħal u jdumu sa tard filgħaxija. L-iktar li kont tara kienu nisa li jiġu minn barra r-raħal bilmixi jew rikbin fuq xi karettun miġbud minn ħmara. Xi wħud kienu jgħabbu l-prodott fuq xi pushchair antika. Il-ħalib kien jinbiegħ lill-konsumatur maħlub sħun dak il-ħin millmogħża. Dak iż-żmien ħadd ma kellu friġġ, għalhekk ilbejjiegħ tal-ħalib kien jiġi filgħodu u filgħaxija bil-merħla tan-nagħaġ u l-mogħoż. Meta l-ħalib ma kienx jinxtorob dak il-ħin, biex jinżamm frisk kien jitniżżel f ’qoffa bil-ħabel ġol-bir. Il-prodotti tal-ħalib, bħall-irkotta u l-ġbejniet tal-ilma kienu jinġarru fil-qwieleb apposta fi bramel taż-żingu. Ma kinitx teżisti iġjene jew regoli tas-saħħa. Dak iżżmien mard bħad-deni rqiq u mard fl-imsaren kien komuni. Kienet ħarġet ordni li l-ħalib kellu jitgħalla qabel jiġi kkunsmat. Kull nhar ta’ Ħadd, kien jiġi vann ibigħ il-blokki tassilġ. Kull blokka kienet tkun twila jarda b’9 pulzieri kwadru. B’sikspenz (sixpence) kont tixtri biċċa silġ ta’ pied tul. Biex is-silġa ma ddubx kienu

jgħattuha bi xkora u jpoġġuha f ’banju taż-żingu. Din kienet l-ewwel forma ta’ friġġ. It-tiġieġ u l-fniek kienu jinġarru f ’gallinari żgħar fuq xi karettun. Dawn kienu jinqatlu u jitqaxxru quddiem ix-xerrej wara li l-bejjiegħ ikun tħallas. Ħut immellaħ, zalzett tal-Malti, kappar, żebbuġ, bżar, fażola mgħollija u kull xorta ta’ insalata kienu jaqsmulek qalbek bir-riħa tfuħ. Kollox ġenwin u frisk. Il-bejjiegħ tal-ħut kien jiġi kważi kuljum, speċjalment ilĠimgħa, għax bħala drawwa reliġjuża ma kienx obbligu li wieħed jiekol il-laħam f ’din il-ġurnata. Fl-Ewwel tas-Sena kienet id-drawwa li wieħed jiekol il-ħut għal ‘risq tajjeb’ għas-sena l-ġdida. Fix-xitwa l-ħut kien ikun skars minħabba l-maltemp. Il-melħ kien jinbiegħ bil-kwantità, speċalment qabel l-ewwel xita. Ħafna mill-ikel kien jiġi ppriservat fil-melħ. Il-ħobż Malti U xi ngħidu għall-ħobz ta’ dari? Minħabba li l-fran kienu jitkebbsu bil-ħatab, il-ħobża Maltija kien ikollha togħma partikulari. Il-ħobż kien jasal kuljum sħun fuq karettun speċjali. Dawn il-bejjiegħa kienu jiġu l-iktar minn Ħal Qormi. Fuq dan il-karettun kienet tintrama speċi ta’ kaxxa kbira tal-injam, miżbugħa safra, u tinfetaħ b’żewġ bibien fuq wara. Il-ħobż kien ikun stivat fuq xkaffi apposta u l-bejjiegħ kien ikollu virga tal-ħadid forma ta’ ganċ biex iġib il-ħobż minn fuq l-ixkaffi. Il-ħobż kien jintiżen u jekk ma

jilħaqx il-piż iżid ukoll biċċa ġonta. Fis-sajf, il-bejgħ talfrott kien ikun fl-aqwa tiegħu. It-tut kien jitpoġġa fi qfif talqasab magħmulin tawwalin u dojjoq. Dan il-frott kien jitgħatta bil-weraq tad-dwieli minħabba l-insetti. Il-bajtar tax-xewk kien jitpoġġa f ’banju kbir taż-żingu mimli bl-ilma minħabba x-xewk. Il-mara tad-dar kienet toħroġ bil-platt u l-bejjiegħ kien iqaxxar il-bajtar waħda waħda u b’sold jimlielek il-platt. Ir-rizzi kien jinbiegħ bir-rimi, speċjalment fis-sajf meta jkun baħar ċar. Dak iż-żmien irrizzi kont issibu b’abbundanza. Il-bejjiegħ kien jiġi b’karet-

tun żgħir apposta u fuq kien ikollu kannestru kbir tal-qasab mimli bir-rizzi. Mal-ġenb tal-kannestru kien ikollu biċċa njama biex fuqha jaqsam irrizzi fi tnejn b’sikkina kbira. Ma dan il-bejjiegħ sikwit kont tara xi tifel żbandut u ħafi jbigħ l-imħar jew xi gandoffli. Żdiedu t-trakkijiet u l-vannijiet Id-drapp tal-ħwejjeġ kien ukoll jinbiegħ fit-triq. Ilbejjiegħ kien iġorr xi ħames jew sitt pezez ta’ drapp differenti fuq spalltu megħjun minn injama twila li kienet isservih ta’ qies ta’ jarda. Ħafna minn

dawn il-bejjiegħa tat-toroq ilĦadd kienu jsibu posthom ħdejn iz-zuntier tal-knisja fejn kienu jarmaw suq żgħir fejn kienet ukoll tiddomina r-riħa tfuħ tal-imqaret u tal-pastizzi. Ftit ftit bdew jiżdiedu t-trakkijiet u l-vannijiet. Dawn bdew jieħdu post il-bhejjem fit-toroq. Ħafna trakkijiet bdew jintramaw bil-kaxxi tal-ħaxix, bil-ħut jew bil-ħobż. Bdew ukoll jiżdiedu l-ħwienet. Il-bejgħ fit-toroq Maltin beda jonqos sakemm illum kważi ma għadek tara lil ħadd. Illum, ilftuħ tas-supermarkets ukoll qed itellef mill-bejgħ tal-ħwienet li maż-żmien ukoll għad jispiċċaw.


20 17|01|2016

kullħadd.com

MILL-ISTORJA

IT-TABIB LI DAĦAL FIŻ-ŻARBUN TAR-RE

MILL-ISTORJA

Xena mill-film A Royal Affair, li interpreta dan il-perjodu mill-istorja tal-familja rjali Daniża

Carolina Matilda twieldet tliet xhur wara li miet missierha, il-Prinċep ta’ Wales. It-tfulija tagħha kienet sempliċi, feliċi imma dixxiplinata. Fl-1764, ħuha, ir-Re Ġorġ III tal-Gran Brittanja, innegozja ż-żwieġ tagħha mal-familja rjali tadDanimarka. Fl-età ta’ 15-il sena, Carolina Matilda ħalliet familtha u pajjiżha biex tiżżewweġ lil kuġinuha, ir-Re Christian VII. Kienet anzjuża u beżagħna għax ma kinitx taf x’tip ta’ raġel kienet se tiżżewweġ; ħadd u xejn ma seta’ jippreparaha għal dak li sabet jistennieha. Christian twieled fl-1749 u sentejn wara tilef lil ommu Louise. Missieru, ir-Re Federiku V, iżżewweġ għat-tieni darba lid-Dukessa Juliane Marie ta’ Brunswick-Wolfenbuttel; żwieġ li ma niżilx tajjeb malpoplu Daniż għall-fatt li seħħ kmieni wisq wara l-mewt talmaħbuba Louise. Min hawn ’il quddiem iċ-ċkejken Christian tqiegħed taħt il-governanza brutali tal-Konti Reventlow, li tterrorizza lit-tifel, abbużah fiżikament u esponieh għal ambjenti immorali u żienja. Ir-riżultat kien li, ta’ 17-il sena, Christian kien żagħżugħ ossessjonat bis-sess, iqatta’ ljieli ma’ sħabu jduru l-briedel u dejjem fil-kumpanija talprostituti. Madankollu, iżżagħżugħ kien maħkum minn paranojja kbira, inċertezza u anke mumenti mitluf jiċċassa u ma jafx fejn hu wara perjodi ta’ xalar sfrenat.

Kitba ta’

MARY

CHETCUTI Żwieġ infeliċi Iż-żwieġ bejn ir-Re Christian u Carolina Matilda sar fit-8 ta’ Novembru 1766. Fl-ewwel lejl taż-żwieġ ir-Re ma ried bl-ebda mod jikkonsma l-unjoni ta’ bejniethom għax Carolina ma għoġbitux. Wara li l-konsulenti tiegħu spjegawlu bil-paċenzja kollha li l-att sesswali ried bilfors iseħħ sabiex jivvalida s-suċċessjoni għat-tron talulied li jiġu, Christian aċċetta. Carolina Matilde, tfajla attraenti u vivaċi, sabet ruħha tgħix f ’ambjent ostili, imwarrba, umiljata kontinwament minn żewġha u mogħtija l-ġenb minnies tiegħu. L-unika persuna li ġietha ħniena minnha u offritilha ħbiberija sinċiera kienet id-damiġella tagħha, ilKontessa Louise von Plessen. Fl-1768, Carolina Matilda tat lil żewġha u lid-Danimarka tarbija tifel li ssemma’ Federiku. Il-paternità ma bidlet xejn fi Christian, li sadanittant kien mitluf wara Katerina, prostituta popolari Daniża, u flimkien magħha u ma sħabu kien iqatta’ ljieli ta’ tbaħrid u sokor fejn kemm-il darba spiċċaw jiġġerrew mat-toroq ta’ Copenhagen jiksru l-paċi pubblika u jgaraw ġebel lejn it-twieqi tan-nies. Fl-istess sena, Christian iddeċċieda li jagħmel vjaġġ ta’ pjaċir madwar l-Ewropa. L-ewwel waqfa tiegħu kienet Altona, belt Ġermaniża fil-punent ta’ Amburgu, taħt ħakma Daniża. F’din il-belt

Christian ħassu ma jiflaħx u ssejjaħ wieħed mill-aqwa tobba Ġermaniżi tal-isptar pubbliku – Johann Friedrich Struensee. Minn hawnhekk nibdet ħbiberija bejn ir-Re u t-tabib, tant li Christian talbu jkompli l-vjaġġ miegħu u hekk sar. Struensee qatta’ tmien xhur idur mal-Ewropa fil-kumpanija tar-Re tad-Danimarka, jiddiskutu bejniethom illetteratura, filosofija u arti, u akkumpanjah ukoll fil-ħarġiet għax-xorb u n-nisa. It-tabib, li matul dan iż-żmien innota l-għaġir xejn normali ta’ Christian, għenu jikkontrolla mġibtu u kkonvinċieh ma jidhirx fil-pubbliku meta ma jħossux f ’sikktu. Il-vjaġġ kien suċċess u, mar-ritorn tiegħu lejn id-Danimarka, Christian ried li Johann Struensee jsir it-tabib personali tiegħu. Millbanda l-oħra, Struensee kellu rakkomandazzjoni b’saħħitha għal din il-ħatra minghand ħabib Daniż, il-Konti Ranzau. Ranzau u sieħbu Enevold Brandt kienu qed jittamaw li bissaħħa tat-tabib ħabib tagħhom setgħu jirbħu lura l-fiduċja tarRe u l-kortiġġjani tiegħu. Fiduċja għamja fit-tabib Christian rabba fiduċja għamja fit-tabib tiegħu u beda jafda u jiftaħ qalbu miegħu dwar kollox. Min-naħa tiegħu, Struensee beda jintroduċih mal-ideoloġija ġdida liberali u demokratika tal-filosfi Franċiżi Voltaire u Rousseau. F’Mejju tal-1769, Struensee nħatar Kunsillier talIstat u, fuq pariri tiegħu, ir-Re Christian wettaq riformi kbar fosthom il-libertà tal-istampa, limitazzjoni tal-piena tal-mewt, it-tneħħija tat-tortura, riformi fl-isptarijiet tal-istat, taxxi fuq logħob tal-azzard, liġijiet biex titnaqqas il-korruzzjoni istituzzjonalizzata, jintemm ilkummerċ tal-iskjavi u riformi oħrajn li rrevoluzzjonaw stat

li kien għadu mgħaddas filMedjuevu. Fuq livell personali, Johann Struensee kkonvinċa lirRe biex jittratta lil martu, Carolina Matilda, aħjar. Meta faqqgħet imxija tal-ġidri filbelt ta’ Copenhagen, il-Prinċep Federiku marad ukoll. Carolina Matilda kienet iddisprata li binha ma kienx se jeħlisha minn ħalq il-mewt peress li ma kienet teżisti l-ebda kura għal din ilmarda qerrieda. Meta finalment Struensee ipperswadieha biex tħallih jamministra tilqima sperimentali li kien ivvinta hu, it-tifel fieq u Carolina Matilda bdiet tħares lejn it-tabib b’rispett li qabel ma kellhiex. Madankollu, Johann Struensee kellu għadu li ma seta’ jirbħu b’xejn. Il-Kanċillier Bernstoff, aristokratiku u politiku antikwat, ma bdew jogħġbuh xejn ir-riformi li seħħew grazzi għall-influwenza li kellu t-tabib Ġermaniż fuq ir-Re. Kien hawnhekk li Christian keċċa lil Bernstoff filwaqt li ta aktar poter lil Struensee. Sal-1770, saħħet Christian tant marret għall-agħar li beda jinqafel f ’kamartu għal ġranet sħaħ. Johann Struensee ħataf din l-okkażjoni biex xolja l-Kunsill tal-Istat u ħatar lilu nnifsu ministru tal-Kabinett b’poter assolut fuq Kunsill tal-Istat ġdid. Dan kollu seta’ jseħħ permezz ta’ liġi li kien għadda r-Re stess. Struensee, mexxa b’id talħadid u għadda ’l fuq minn elf liġi ta’ riforma li riedu jiġu obduti mingħajr mistoqsijiet. Warrab lin-nobbli minn ħatriet ta’ tmexxija u ħatar li min deherlu hu. Enevold Brandt, baqa’ maġenbu anke jekk ma kienx qed jaqbel miegħu f ’kollox. Il-poplu Daniż beda jiddejjaq b’din is-sitwazzjoni u l-libertà ġdida tal-istampa tatu opportunità biex iniggeż littabib Ġermaniż permezz ta’ karikaturi stampati fuq fuljetti.

Dubji fuq il-paternità It-twelid tat-tieni tarbija ta’ Carolina Matilda fis-7 ta’ Lulju 1771 qajjem rabja u mistoqsijiet serji ta’ paternità. Kulħadd kien jaf bil-ħbiberija intima li nibtet bejn Carolina u t-tabib; għaldaqstant kulħadd ikkonkluda li t-tarbija Louisa Augusta kienet bint illeġittima ta’ Johann Struensee għax ir-Re, bl-istat mentali li kien jinsab fih, ma kellu x’jaqsam xejn mal-konċepiment tagħha. Ir-Reġina Omm, Juliane Marie, ma kinitx sa toqgħod għal dan l-iskandlu u iktar seksik. Kellha biżżejjed alleati, fosthom il-Konti Ranzau li darba kien ħabib tat-tabib, biex bejn is-16 u s-17 ta’ Jannar 1772 ordnat l-arrest ta’ Johann Struensee, Enevold Brandt, Carolina Matilda u ruxxmata persuni leali lejhom. Struensee u Brandt ġew akkużati b’atti ta’ tradiment kontra l-Kuruna Daniża. Ir-Reġina Omm sfurzat id binha tarrispett, Christian, biex jiffirma l-kundanni tagħhom; Johann Struensee u Enevold Brandt ingħataw il-mewt fl-istess jum. F’April ta’ wara, iż-żwieġ tarRe Christian ġie xolt b’divorzju, filwaqt li martu Carolina Matilda ġiet eżiljata fi Franza fejn mietet b’deni qawwi fletà ta’ 23 sena, mingħajr qatt ma reġgħet rat lil uliedha. Ir-Re Christian twarrab filġenb u rrenjat ir-Reġina Omm sakemm, fl-1784, ibnu Federiku kellu l-età biex jieħu t-tmexxija f ’idejh. Meta ġie nkurunat re tad-Danimarka fl-1808, Federiku reġa’ daħħal ħafna mir-riformi li kien għamel Johann Struensee. Ir-Re Federiku VI wettaq l-ikbar riforma f ’pajjiżu meta temm darba għal dejjem issistema antikwata ta’ serviliżmu (serfdom) fis-settur tal-biedja; riforma li ma laħaqx għamel itTabib Johann Struensee.


RIĊETTI

kullħadd.com

RICETTI

BNINI

17|01|2016 21

IL-BENNA TAL-LARINĠ MALTI Jannar huwa x-xahar fejn fil-ġonna Maltin naraw siġar tal-larinġ bil-friegħi tqal miżgħudin bil-frott. F’ħafna mid-djar tagħna wkoll insibu xi siġra tal-larinġ u bħalissa jkollna abbundanza ta’ dan il-frott bnin, għalhekk ħsibt li l-ingredjent prinċipali fir-riċetti tal-lum ikun il-larinġ.

ROSS BIL-LARINĠ U L-GAMBLI Għal 4 persuni Ingredjenti: • • • • • • • • • •

400g ross long grain Meraq ta’ 3-4 larinġiet 200g gambli, imqaxxrin Basla, imqattgħa rqiq 150ml inbid abjad 40ml żejt taż-żebbuġa 50g ġobon Parmiġġan, maħkuk Litru stokk tal-ħaxix, jaħraq Mgħarfa butir Bżar mitħun frisk

Metodu: 1. Saħħan iż-żejt taż-żebbuġa f ’taġen kbir u fond, jew kazzola baxxa, fuq

nar moderat. Qalli l-basla sakemm issir trasparenti, imbagħad żid ir-ross u ħawwad għal żewġ minuti. Żid l-inbid u ħawwad sakemm jevapora, imbagħad żid il-meraq tallarinġ u kompli ħawwad sakemm jinxtorob ukoll. 2. Żid kuċċarun stokk u ħawwad sakemm jinxtorob; kompli żid ftit ftit l-istokk b’dan il-mod sakemm ir-ross ikun kważi sar; madwar 15-il minuta. 3. Żid il-gambli u aktar stokk skont ilbżonn u kompli sajjar sakemm ir-ross isir sew. 4. Neħħi t-taġen minn fuq in-nar u żid il-butir u l-ġobon Parmiġġan u ħawwad sew sakemm jinħallu. 5. Servi fil-pront bi ftit flieli jew roti tallarinġ biex iżżejjen il-platt.

FLETT TAL-MAJJAL BIL-LARINĠ U L-ĠINĠER Għal 4 persuni Ingredjenti: • 1kg flett tal-majjal, imnaddaf • Roti tal-larinġ imqaxxar, biex isservi Għall-immarinar: • Meraq ta’ 2-3 larinġiet • Qoxra maħkuka ta’ larinġa • 2 mgħaref ħall tas-sidru (cider vinegar) • 2 mgħaref għasel • Mgħarfa ġinġer frisk, maħkuk Għaz-zalza: • 2 mgħaref marmellata tal-larinġ • Mgħarfa ġinġer frisk, maħkuk • 2 mgħaref soy sauce • Mgħarfa mustarda Dijon Metodu: 1. Ħallat l-ingredjenti tal-immarinar f ’dixx tal-ħgieġ. Dawwar il-flett tal-majjal sakemm jinkesa u ħallih jimmarina għal millinqas siegħa f ’temperatura tal-kamra; jew tista’

tippreparah il-lejl ta’ qabel u tħallih fil-friġġ tul il-lejl. 2. Poġġi l-ingredjenti taz-zalza f ’kazzola żgħira, ħalli t-taħlita tiftaħ tagħli mbagħad baxxi n-nar u ħalliha ttektek għal ftit minuti sakemm issir qisha xropp. 3. Saħħan il-forn għal temperatura ta’ 200°C. Saħħan grilja fuq nar moderat u xawwat il-flett tal-majjal dawramejt sakemm jieħu l-kulur minn kullimkien. 4. Poġġi terz taz-zalza f ’bieqja żgħira u biha idlek il-flett dawramejt. Il-kumplament taz-zalza żommha għas-sħana. Poġġi l-flett f ’dixx u kompli sajru fil-forn għal 20-30 minuta, jew sakemm isir sewwa minn ġewwa mingħajr ma tħallih jixxotta. F’nofs sajran dawwar il-flett biex isir minn kull naħa. 5. Oħroġ il-flett mill-forn, għattih b’biċċa foil u ħallih joqgħod għal 10 minuti. 6. Qatta’ l-flett f ’roti ta’ madwar 1ċm ħxuna, ferra’ z-zalza li tkun warrabt fil-wiċċ u servih bil-larinġ mal-ġenb.

CHEESECAKE BIL-LARINĠ KARAMELLIZZAT Ingredjenti: Għall-bażi: • 150g gallettini digestive, imfarrkin fin • 75g butir, imdewweb Għall-mili: • 50g butir, temperatura tal-kamra • 150g zokkor fin (caster sugar) • 450g ġobon artab (cream cheese) • 25g dqiq • Qoxra maħkuka fin ta’ 2 larinġiet • Meraq ta’ larinġa • 3 bajdiet, l-isfar u l-abjad mifrudin • 150ml krema doppja Għall-larinġ karamellizzat: • 6 larinġiet • 2 mgħaref liqueur tal-larinġ • 200g zokkor • 150ml ilma Metodu: 1. Iksi landa ta’ 23ċm, bil-qiegħ jinqala’, bil-kartforn. Saħħan il-forn għal temperatura ta’ 170°C.

2. F’bieqja ħallat flimkien il-gallettini mal-butir imdewweb u ifrex it-taħlita fil-qiegħ tal-landa ppreparata. Agħfas it-taħlita b’wara ta’ mgħarfa biex ikollok għoli wieħed mal-qiegħ tal-landa kollu. Poġġi l-landa fil-friġġ sakemm tipprepara t-taħlita tal-mili. 3. F’bieqja poġġi l-butir, iz-zokkor, il-ġobon artab, id-dqiq, il-meraq u l-qoxra maħkuka tal-larinġ, u l-isfra tal-bajd, u ħabbat b’ħabbata tal-elettriku sakemm ikollok taħlita lixxa. F’bieqja oħra ħabbat il-krema doppja, imbagħad daħħalha bil-mod fit-taħlita tal-ġobon. Ħabbat l-abjad tal-bajd sakemm jitla’ xkuma u daħħlu wkoll bil-mod fit-taħlita tal-ġobon. Ferra’ t-taħlita fuq il-gallettini fil-landa u llixxa l-wiċċ. 4. Aħmi għal bejn siegħa u siegħa u nofs, jew sakemm tara li l-wiċċ għaqad. Itfi l-forn u ħalli ċ-cheescake ġewwa bil-bieba mbexxqa għal siegħa oħra sakemm jibred. Dawwar sikkina mad-dawra tal-landa minn ġewwa u oħroġ iċ-cheescake biex ikompli jibred fuq gradilja. 5. Sadanittant ipprepara l-flieli tal-larinġ ikkaramellizzat. Qaxxar il-larinġ billi tpoġġi l-larinġa wieqfa fuq platt u b’sikkina l-ewwel aqta’ l-biċċiet ta’ fuq u ta’ taħt, imbagħad qaxxar bis-sikkina stess mal-kurvaturi tal-larinġa minn fuq għal isfel sakemm iddur id-dawra kollha. Qattagħha flieli bis-sikkina, poġġihom fuq platt u roxxhom bil-liqueur. 6. F’kazzola bil-qiegħ oħxon ferra’ l-ilma u żid iz-zokkor. Poġġi l-kazzola fuq nar moderat sakemm iz-zokkor jinħall, imbagħad għolli ftit in-nar u dawwar it-taħlita fil-kazzola sakemm issir ta’ lewn kannella dehbi, neħħi l-kazzola minn fuq in-nar u ferra’ t-taħlita fuq il-flieli tal-larinġ. 7. Qatta’ ċ-cheesecake f ’porzjonijiet u servihom mal-larinġ ikkaramellizzat.


22 17|01|2016

kullħadd.com

MADWARNA

TIFTAĦ IL-BIBIEN TAGĦHA L-KLINIKA TAL-MEDIĊINA TRADIZZJONALI ĊINIŻA TAL-UNIVERSITÀ L-agupuntura hija waħda mill-metodi użati għas-serħan mill-uġigħ. Din tista’ tintuża waħidha jew flimkien ma’ metodi oħra ta’ trattament, għalkemm din ġiet użata wkoll biex tfejjaq għażla wiesgħa ta’ kundizzjonijiet oħra bħal dardir/rimettar imqanqal mill-kimoterapija, dardir/ rimettar wara operazzjoni, kif ukoll uġigħ ta’ ras idjopatiku. B’mod ġenerali, l-agupuntura hija bla periklu u m’għandhiex effetti sekondarji meta ssir minn professjonist imħarreġ apposta. L-Università ta’ Malta bdiet kors ta’ studju biex tħarreġ professjonisti tassaħħa fit-teknika b’mod professjonali u tgħinhom biex jiksbu l-istandards ta’ prattika għoljin rikjesti millOrganizzazzjoni Dinjija tasSaħħa. Il-kors tal-Università ta’ Malta huwa mmexxi u mgħallem b’kollaborazzjoni mal-Università tal-Mediċina Tradizzjonali Ċiniża ta’ Shanghai (Shanghai University of Traditional Chinese Medicine), li hija ċentru ta’ eċċellenza fiċ-Ċina u waħda mill-ewwel erba’ kulleġġi li jgħallmu t-TCM fiċ-Ċina. Flimkien mal-kors teoretiku, l-Università waqqfet klinika

tal-mediċina tradizzjonali Ċiniża mgħammra b’tobba ta’ professjonalità għolja millUniversità ta’ Shanghai. Dawn qegħdin Malta biex b’mod speċifiku jimmaniġġjaw ilklinika ddedikata fl-Università,

li tinsab fi Triq l-Imħallef Paolo Debono, l-Imsida, (ħdejn l-entratura l-qadima talUniversità). Għażliet ta’ trattamenti jiġu diskussi mal-pazjent wara konsulta ddettaljata

mogħtija għal ħlas nominali. L-appuntamenti jistgħu jsiru direttament mal-klinika billi ċċempel 2340 3988 jew tibgħat email lil tcm@um.edu. mt, wara referenza formali. Għal aktar informazzjoni żur

is-sit http://www.um.edu. mt/tcm/tcmclinic. Is-servizzi huma skedati kuljum mitTnejn sal-Ġimgħa bejn id9.00am u 12.00pm, u s-1.00pm u l-4.00pm. Kull sessjoni malpazjent tieħu madwar siegħa.

IL-FERGĦA TA’ GĦAWDEX HIJA L-FERGĦA TAS-SENA TAL-BOV Il-fergħa tal-Bank of Valletta ta’ Għawdex ġiet magħżula bħala l-Fergħa tas-Sena għassena finanzjarja 2014/2015. Il-Fergħa tas-Sena tal-BOV tiġi magħżula minn panel ta’ impjegati minn irwoli diversi filbank u n-nominazzjonijiet kollha jiġu evalwati. L-impjegati tal-fergħa tal-BOV f ’Għawdex saru jafu li rebħu dan l-unur permezz ta’ żjara sorpriża minn Peter Perotti, Chief Personal Banking Officer fi ħdan il-Bank of Valletta. IsSur Perotti kien akkumpanjat minn Geoffrey Ghigo u Maria Scicluna mir-Retail Banking Unit tal-bank.

Huwa u jifraħ lill-impjegati tal-kisba tagħhom, is-Sur Perotti qal: “Nieħu din l-opportunità biex nifraħ lil kull membru li jagħmel parti minn dan it-tim. Dan il-premju huwa r-riżultat tal-ħidma bieżla tagħkom, kemm fuq livell individwali, kif ukoll fil-kollettiv. Permezz ta’ dan ksibtu u qbiżtu dak li kien mistenni minnkom, filwaqt li offrejtu servizz eċċellenti lill-klijenti tagħna.” Is-Sur Perotti għalaq billi rringrazzja wkoll lis-37 fergħa l-oħra li jagħmlu parti minnetwork tal-bank għall-impenn u x-xogħol siewi tagħhom.


MADWARNA

kullħadd.com

17|01|2016 23

FESTA LITURĠIKA TA’ SAN SEBASTJAN

Bħalma jsir kull sena f ’Ħal Qormi, il-parroċċa Bastjaniża tiċċelebra bil-kbir il-festa liturġika ta’ San Sebastjan fl-20 ta’ Jannar, li din s-sena se jkun

nhar l-Erbgħa li ġej. L-erba’ għaqdiet, organizzaturi ewlenin tal-festa ta’ San Sebatjan: is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda

San Sebastjan, l-Għaqda tanNar, il-Grupp tal-Armar u Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi, jieħdu ħsieb biex jorganizzaw festeġġjamenti ad unur il-protettur tal-Belt Pinto, flimkien ma’ Radju Bastjaniżi li jieħdu ħsieb iwasslu trażmissjoni diretta lis-semmiegħa fid-djar għal dawk li ma jistgħux jingħaqdu magħhom. Iċ-ċelebrazzjonijiet għallfesta liturġika ta’ din is-sena, bdew nhar il-Ġimgħa li għadda b’mixegħla mat-toroq tal-parroċċa, waqt li ttellgħet serata ta’ mużika mill-Pinto Brass Band fil-Każin talBanda Pinto bis-sehem ta’ diversi kantanti lokali. Ilbieraħ is-Sibt saret żjara lill-anzjani Qriema li jinsabu rikoverati fir-Residenza San Vinċenz De Paule, waqt li filgħaxija ttella’ kunċert mis-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan bis-sehem talakkademja mużikali. Intant, iċ-ċelebrazzjonijiet

għall-festa liturġika jkomplu llum, b’quddiesa fil-11.00am, fil-knisja parrokkjali tasSalvatur f ’Ħal Lija, u wara ssir l-ikla tal-festa organizzata mill-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi. Il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet, jintlaħaq nhar it-Tlieta 19, u l-Erbgħa 20 ta’ Jannar. It-Tlieta, fis-6.15pm, issir transulazzjoni solenni bir-relikwa ta’ San Sebastjan fil-knisja parrokkjali. Fis-6.30pm ssir quddiesa solenni kkonċelebrata millW.R. il-Mons. Joe Galea Curmi, Vigarju Ġenerali tadDjoċesi ta’ Malta, flimkien mal-Kappillan tal-parroċċa Dun Joe Buhagiar u l-kleru. L-attività tkompli fit-8.30pm fil-każin tal-Banda Pinto, bi green gathering għall-partitarji Bastjaniżi, bis-sehem ta’ Tikka Banda. Id-dilettanti tal-festi huma kollha mistiedna għal din is-serata li se toffri spettaklu brijuż ta’ marċi popolari ħafna ma’ din il-festa. L-għada l-Erbgħa jintlaħaq il-

qofol taċ-ċelebrazzjonijiet,filjum liturġiku, fejn fit-8.00am u f ’12.00pm l-Għaqda tan-Nar tagħti sehemha bi ħruq ta’ murtali u murtaletti. F’12.00pm issir l-ikla tradizzjonali tal-festa fil-każin Pinto. Fis-6.30pm, tiġi kkonċelebrata quddiesa pontifikali u solenni mill-E.T. Mons. Pawlu Cremona, Arċisqof Emeritu ta’ Malta, flimkien mal-Kappillan u l-kleru tal-parroċċa. L-istess E.T. Mons. Pawlu Cremona jinseġ il-paniġierku. Fit8.15pm isir ħruq ta’ murtali, murtali tal-beraq, murtali talkulur, sfejjer, blalen u kaxxa infernali. Fil-8.30pm, il-Banda Pinto tibda marċ brijuż mattoroq tal-parroċċa, li jintemm quddiem il-każin. Iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi se jiġu trażmessi kollha fuq RadjuBastjaniziFM, bi frekwenza 95.0FM u fuq www.bastjanizifm.com. Il-kor u l-orkestra se jkunu taħt iddirezzjoni tal-Mro Herman Farrugia Frantz.

JITĦABBAR IL-KONSORZJU B’INTERESS FIL-PROĠETT FIL-BAJJA TA’ SAN ĠORĠ Ftit tal-ħin ilu Projects Malta ħabbret li rċeviet sottomissjoni b’rabta mas-sejħa għall-offerti għall-binja li bħalissa tospita l-Istitut tal-Istudji Turistiċi filBajja ta’ San Ġorġ, f ’San Ġiljan u l-art fil-qrib. Dan wara li l-Gvern separatament diġà ħabbar li se jkun qiegħed jinvesti f ’faċilitajiet ġodda fuq livell dinji għall-Istitut tal-Istudji Turistiċi fi Smart City. Fil-preżenza tal-pubbliku, Projects Malta Ltd fetħet is-sottomissjoni li daħlet tul dan il-proċess li tnieda f ’Novembru li għadda. Il-Gvern se jkun qiegħed jagħti konċessjoni lill-aktar proponent li jilħaq il-kriterji stabbiliti f ’dan il-proċess biex jiddisinja, jibni u jopera taħlita ta’ turiżmu

u divertiment. Fis-sejħa Projects Malta kienet ħabbret li dan il-proġett hu mmirat esklussivament biex jinħoloq landmark development li jtejjeb il-prodott turistiku u ta’ negozju f ’Malta bil-mira ewlenija tkun li jinħolqu niċeċ ġodda ta’ turiżmu fil-pajjiż. Is-sejħa titlob b’mod speċifiku li l-proġett jinkludi fih lukanda f ’livell ta’ ħames stilel jew aktar u li tkun topera taħt brand ta’ lukandi rikonoxxuta internazzjonalment u li tkun mifruxa madwar id-dinja. Il-proġett irid jinkludi wkoll faċilitajiet ta’ divertiment u rikreazzjoni, numru ta’ units residenzjali kif ukoll ħwienet tal-ikel u oħrajn kummerċjali. It-tip ta’ ħwienet iridu jkunu

mmirati u jirriflettu t-tip ta’ klijentela li wieħed jistenna f ’lukanda ta’ dan it-tip kif ukoll il-klijenti li se jattiraw dawn in-niċeċ ġodda ta’ turiżmu li se jinħolqu. B’kollox, tliet kumpaniji ġabru d-dokument uffiċjali ta’ din is-sejħa u konsorzju wieħed tefa’ s-sottomissjoni. L-isem tal-konsorzju hu: SD Holdings Ltd, Seabank Hotel and Catering Ltd and Seaport Franchising Ltd. Il-proċess li jmiss hu li l-Kumitat tal-Evalwazzjoni jgħarbel is-sottomissjoni li rċeviet Projects Malta u wara jitħabbar jekk laħqitx il-kriterji stabbiliti fil-proċess.

6PM JAKKWISTAW LIL emCare360 6PM plc, waħda mill-kumpaniji ewlenin fis-suq tas-soluzzjonijiet tal-informatika, xtrat l-ishma residwi fil-fornitur tal-kura elettronika u mobbli, emCare360 Limited, mingħand CareMalta Group Limited. Permezz ta’ dan, emCare360 saret sussidjarja sħiħa ta’ 6PM Holdings. F’kummenti li ta dwar din l-akkwiżizzjoni, il-Kap Eżekuttiv ta’ 6PM, Ivan Bartolo, qal li “dan l-akkwist kien il-pass loġiku li jmiss fil-pjan ta’ tkabbir strateġiku ta’ 6PM. emCare hija kumpanija tat-teknoloġija tal-kura tas-saħħa u kien jagħmel sens li niksbu l-50% tal-ishma li kienu fil-pussess ta’ CareMalta.” Is-Sur Bartolo żied jgħid: “Wara dan l-akkwist, emCare ser tkompli toffri s-servizzi tagħha f ’Malta kemm lill-konsumaturi kif ukoll lis-setturi tan-negozju, li huma primarjament

utenti ta’ Telecare u ta’ CareMalta. Barra minn hekk, 6PM issa ser ikollha t-tielet linja ta’ prodotti peress li l-prodotti ta’ emCare se jiġu kkummerċjalizzati fir-Renju Unit taħt id-ditta 6PM. Permezz tal-akkwist ta’ din il-kumpanija, 6PM se tkompli ttejjeb l-attenzjoni tagħha fuq is-soluzzjonijiet tal-kura tas-saħħa bħala parti mill-missjoni tagħha li tirrivoluzzjona s-suq tassaħħa fis-seklu wieħed u għoxrin.” emCare360 tipprovdi kura elettronika u mobbli lill-individwi, u toffrilhom indipendenza u serħan il-moħħ, filwaqt li toffri responsabbiltà, effiċjenza u viżibbiltà lill-organizzazzjonijiet permezz tas-soluzzjonijiet tagħha. Is-servizzi u l-prodotti kollha huma integrati ma’ repożitorju ċentrali li permezz tiegħu emCare360 tkun tista’ timmaniġġja r-rekord mediku elettroniku (EMR) għal u f ’isem

il-klijenti tagħha. emCare360 kienet responsabbli għas-servizz tat-Telecare f ’Malta f ’kollaborazzjoni ma’ GO plc sa minn April 2013, fejn toffri dan isservizz lil ftit inqas minn 10,000 unità domestika. emCare360 kienet ukoll strumentali fit-tnedija tas-servizz Telecareplus li introduċa l-possibbiltà li jiġu konnessi numru ta’ sensuri masservizz. Flimkien mas-servizz Telecare, emCare360 introduċiet ukoll servizz tal-monitoraġġ tas-sinjali vitali u dan qed jiġi implimentat u adottat mill-fornituri tal-kura tas-saħħa f ’Malta, l-Italja u r-Renju Unit. emCare360 nediet ukoll servizz mobbli li huwa l-evoluzzjoni naturali tas-servizz tradizzjonali tat-Telecare. Bil-portafoll tagħha, emCare ma tissostitwix l-element uman tal-kura iżda tikkumplimentah permezz tat-teknoloġija tagħha.


24 17|01|2016

kullħadd.com

MADWARNA

IS-SUR EDGAR PRECA JNIEDI L-FESTA TAĊ-ĊITRU B’RISQ MCCF

Nhar il-Ġimgħa, fil-Palazz ta’ Sant’Anton, is-Sur Edgar Preca flimkien mas-Sur John Camilleri, Chairperson tal-Bord tal-Amministraturi ta’ The Malta Community Chest Fund, nedew Festa taċ-Ċitru 2016, b’risq il-Malta Community Chest Fund. Il-Festa taċ-Ċitru se ssir illum, mid-9.00am ’il quddiem, fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Wara l-konferenza tal-aħbarijiet, is-Sur Preca ngħaqad ma’ grupp ta’ tfal mill-iskola primarja ta’ Ħal Qormi San Bastjan, biex flimkien jaqtgħu l-larinġ mis-siġar tal-Palazz ta’ Sant’Anton. F’diskors qasir lit-tfal u lil dawk preżenti, is-Sur Edgar Preca stqarr li m’hemm xejn isbaħ milli ngħinu lil ħaddieħor, u qal lit-tfal biex iħaddnu dan il-valur anke mill-iskola stess billi jgħinu lil sħabhom fil-bżonn.

Is-Sur Preca ddeskriva l-Festa taċ-Ċitru bħala attività għall-familja kollha u fakkar lit-tfal fuq l-importanza tal-vitamina Ċ fid-dieta tagħhom. Waqt il-Festa taċ-Ċitru se jinbiegħ ikel tradizzjonali Malti u ħelu mill-kċina tal-Palazz, u larinġ frisk magħsur. Minbarra attività fil-bitħa tal-Palazz se jsiru wkoll tours tal-Palazz, u se jkun hemm divertiment għat-tfal fil-Kitchen Garden. Se jkun hemm ukoll għadd ta’ posti jbigħu prodotti ta’ artiġġjanat Malti, filwaqt li se jkun hemm għall-bejgħ ukoll il-ktieb Tisjir mill-Qalb u l-ktieb Għażiża 2014 ta’ Federica Falzon, li l-qligħ kollu minnu se jmur għall-Malta Community Chest Fund. Il-Festa taċ-Ċitru hija sponsorjata mill-kumpanija GO. Kurt Camilleri, il-Kap Eżekuttiv ta’ GO, qal:

TAĦDITA MINN DIN L-ART ĦELWA

Din l-Art Ħelwa jħabbru li t-taħdita Malta’s Heritage Trees – Amazing Plant Monuments ser issir nhar il-Ħamis 21 ta’ Jannar 2016 minflok nhar il-Ħamis 14 ta’ Jannar. Il-kelliem, Dr Joseph Buhagiar, hu għalliem tal-Bijoloġija fl-Università ta’ Malta, kif ukoll Direttur tal-Ġnien Botaniku tal-Argotti . Fl1982 huwa ggradwa B.Ed (Hons) u kompla l-istudji tiegħu b’B.Phil mill-Università ta’ Malta u Ph.D mill-Università ta’ Nottingham. Dr Buhagiar ser jitkellem dwar sigar kemm

endemiċi kif ukoll eżotiċi, bosta minnhom antiki minn żmien qabel il-Kavallieri tal-Ordni u dwar siġar li huma marbuta mat-tradizzjoni u ħrejjef antiki Maltin. It-taħdita ssir f ’Din l-Art Ħelwa, 133, Triq Melita, il-Belt Valletta. Dħul b’xejn, iżda jiġu apprezzati donazzjonijiet lil Din l-Art Ħelwa. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www. dinlarthelwa.org info@dinlarthelwa.org jew ċemplu 21225952.

‘‘Għal darb’oħra GO qed toffri l-appoġġ tagħha lill-Festa taċ-Ċitru bħala parti mill-impenn tagħha lill-Malta Community Chest Fund (MCCF). Minbarra li toffri għajnuna finanzjarja konsiderevoli, GO tipprovdi lill-Fond bil-ħtiġijiet kollha tal-komunikazzjoni, fosthom għal waqt il-maratona annwali ta’ L-Istrina. Illum il-familji li jżuru Sant’Anton se jkunu jistgħu jżuru l-posta ta’ GO fejn se jkun hemm divertiment mużikali u smoothies tal-larinġ frisk li se jinbiegħu b’donazzjoni ta’ €2 b’risq il-MCCF.’’ Id-dħul għall-Festa taċ-Ċitru huwa bla ħlas, u l-introjtu mill-bejgħ tal-prodotti se jsir b’risq il-Malta Community Chest Fund. Għal aktar tagħrif dwar il-Festa taċ-Ċitru u l-MCCF żur is-sit elettroniku press.mccf@gov.mt

IKKUNDANNAT VANDALIŻMU FIL-ĠARDINA TAL-PAĊI FIL-MOSTA

Il-Ministeru għall-Familja u Solidarejta Soċjali, iċ-Ċentru LEAP tal-Qawra u l-Kunsill Lokali tal-Mosta qed jingħaqdu biex jikkundannaw il-vandaliżmu li sar fil-Ġardina talPaċi li ġiet inawgurata nhar l-14 ta’ Settembru 2015. Matul il-ġranet li għaddew persuna jew persuni mhux magħrufa kissru l-plakka tal-Ġardina tal-Paċi u serqu s-siġar li ġew imħawla fl-istess ġardina minn grupp ta’ żgħażagħ. Din il-ġardina, li qabel kienet miżbla ġiet rinovata permezz ta’ fondi li l-Kunsill Lokali tal-Mosta ġab mill-Ministeru għal-Ambjent. Wara dan ilproċess, l-istess Kunsill Lokali ħadem maċ-Ċentru LEAP tal-Qawra biex jiġu mħawla 30 siġra taż-żebbuġ. Permezz

ta’ din l-inizjattiva twassal messaġġ pożittiv fuq l-importanza tal-paċi fil-komunità. L-att vandalu li sar qed jikkuntrasta mal-azzjoni pożittiva li l-ministeri, iċ-Ċentru LEAP tal-Qawra, il-Kunsill Lokali tal-Mosta u ż-żgħażagħ ħadu biex isebbħu l-ambjent filwaqt li jħallu wirt ta’ monument ħaj f ’post pubbliku. Dan huwa kundannabbli. Iċ-Ċentru LEAP tal-Qawra u l-Kunsill Lokali qed joħorġu appell biex il-persuna jew persuni li serqu dawn issiġar jirritornawhom lill-Kunsill Lokali tal-Mosta. Appella wkoll biex kull min għandu xi informazzjoni dwar dan l-att vandalu jagħmel kuntatt mal-Pulizija malajr kemm jista’ jkun.


MADWARNA

kullħadd.com

17|01|2016 25

“L-ISFIDI EWROPEJ SE JAFFETTWAW LIL MALTA FL-2016” Il-futur ta’ Malta fl-2016 jiddependi ħafna mill-mod kif l-Ewropa tiffaċċja l-isfidi dwar l-immigrazzjoni, it-terroriżmu, l-andament taż-Żona Ewro u n-negozjati mar-Renju Unit li se jwasslu għal referendum dwar is-sħubija ta’ dan il-pajjiż fl-Unjoni. Malta ilha żmien twil tagħmel kummerċ mar-Renju Unit u jekk dan il-pajjiż joħroġ barra mill-UE, Malta se tħossha. Dan qalu Alfred Sant fil-programm televiżiv Malta u L-Unjoni Ewropea. Dr Sant qal lill-ġurnalista Bryony Bartolo li l-avvenimenti u d-deċiżjonijiet li se tieħu l-Ewropa fix-xhur li ġejjin se jaffettwaw direttament lil Malta u lil Għawdex. Dr Sant qal li, sfortunatament, iffaċċjata b’dawn il-kriżijiet, l-Ewropa mhux qed tibqa’ magħquda u l-Istati Membri individwali qed jieħdu pożizzjonijiet differenti minn dawk tal-UE. Huwa inkwetanti li partiti estremi, kemm tax-xellug u kemm tal-lemin estrem, qed jiksbu r-riżultati fl-elezzjonijiet. Hekk ġara fi Spanja u fi Franza. Dr Sant qal li l-Ewropa għad trid issib qbil rigward il-politika u t-tqassim ta’ eluf ta’ immigranti li qed jaslu mill-Afrika ta’ Fuq u mil-Lvant Nofsani. Iż-Żona Ewro għad trid tara r-riżultat mixtieq. Il-qgħad, speċjalment taż-żgħażagħ, għadu għoli ħafna minkejja li l-affarijiet tjiebu.

Dr Sant qal li, minkejja dan kollu, l-ekonomija ta’ Malta sejra tajjeb u se tibqa’ fuq din il-linja għas-sentejn li ġejjin. Dr Sant semma kif żewġ setturi importanti għall-ekonomija Maltija – it-turiżmu u s-servizzi finanzjarji – baqgħu jissaħħu. Il-politika ta’ one-size-fits all fuq it-tassazzjoni mhux se tolqot tajjeb lis-settur tas-servizzi finanzjarji f ’pajjiżna li tant kiber u kiseb suċċess matul is-snin. Huwa importanti li l-Gvern Malti, l-Oppożizzjoni u l-membri parlamentari Ewropej kollha jibqgħu jiddefendu s-sistema ta’ tassazzjoni ta’ Malta, għax hija mfassla apposta għaċ-ċirkostanzi speċjali ta’ pajjiżna. “Għalkemm għandna nkunu favur it-trasparenza fil-politika ta’ tassazzjoni, għandna nibqgħu niddefendu l-interessi nazzjonali tagħna,” qal Dr Sant meta rrefera għall-vot li ttieħed riċentement fil-Parlament Ewropew u li fih is-sitt Ewroparlamentari Maltin ivvutaw kontra. Il-vot kien dwar il-proposta li wjkun hemm armonizzazzjoni fit-taxxi bejn il-pajjiżi tal-UE kollha. Mistoqsi dwar l-effetti negattivi tar-regoli tal-UE fuq l-agrikoltura u s-sajd Malti, Dr Sant fakkar li n-numru ta’ sajjieda u bdiewa tal-Gżejjer Maltin naqas bin-nofs. “Bidwi Ewropew normalment jaħdem 53 ettaru ta’ art, filwaqt li f ’Malta u Għawdex bidwi jaħdem med-

ja ta’ ettaru ta’ art. Minn dejjem kien ovvju li r-regoli tal-UE kienu se jaffettwaw ħażin lill-bdiewa u s-sajjieda Maltin. Li rridu nagħmlu issa huwa li naraw x’inhi l-aħjar ħidma fiċ-ċirkustanzi preżenti, sakemm forsi l-Unjoni Ewropea tbiddel ir-regoli iebsa tagħha għall-istati membri ż-żgħar. Dan ma tantx jidher li se jseħħ malajr,” qal Dr Sant. Dr Sant qal ukoll li, minkejja l-progress li rreġistra Għawdex fl-aħħar sentejn, il-gżira Għawdxija teħtieġ trattament speċjali meta jiġu biex ikunu applikati r-regoli tal-UE għall-kompetizzjoni. L-insularità doppja ta’ Għawdex trid tkun bilanċjata b’attività ekonomika ġdida, titjib fis-sistemi tal-IT u konnessjonijiet bil-baħar. “Dawn l-affarijiet huma importanti biex jibbilanċjaw ir-regoli one-size-fits-all li jagħmlu l-ħsara lil Għawdex. Irridu naħdmu biex l-Unjoni Ewropea tagħti trattament speċjali lil Għawdex. Il-Gvern qed jagħmel sew li jieħu inizjattivi ġodda favur investiment speċjali f ’Għawdex, bħal dak tas-settur tas-saħħa. Inizjattivi bħal dawn, irrispettivament mir-regoli tal-UE, joħolqu x-xogħol għaż-żgħażagħ,” qal Dr Sant. Tista’ ssegwi l-programm fuq il-ħolqa : https://www. youtube.com/watch?v=kYz21cm7DP8

MEĦTIEĠA MIŻURI AMBIZZJUŻI BIEX IŻ-ŻGĦAŻAGĦ IKOLLHOM SIGURTÀ AKBAR FUQ IX-XOGĦOL Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli appellat lill-Kummissjoni Ewropea biex tindirizza b’mod immedjat l-inċertezza u d-diskrepanzi fil-pagi li jeżistu fost ħaddiema żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea. Dr Dalli ressqet din il-kwistjoni f ’mistoqsija parlamentari fejn irreferiet għal rapport maħrug mill-OECD li kkonkluda li aktar minn nofs l-impjiegi fl-34 pajjiż membru tagħha kienu impjiegi mhux stabbli. 21 minn dawn ilpajjiżi huma stati membri tal-Unjoni Ewropea. Rapport ieħor maħrug mill-Organizzazzjoni internazzjonali tax-xogħol, l-ILO, juri li globalment madwar 25% tal-ħaddiema biss għandhom impjieg permanenti. Sitwazzjoni li qed twassal biex jiżdiedu l-inugwaljanzi minħabba nuqqas ta’ sigurtà fuq il-post tax-xogħol. “Dawn ir-rapporti qed juru żieda inkwetanti fl-inugwaljanzi li diskrepanzi fil-pagi u l-insigurtà fuq il-post tax-xogħol qed iġibu magħhom u, sfortunatament, l-aktar milquta huma ż-żgħażagħ. 49% taż-

żgħażagħ għandhom kuntratti tax-xogħol temporanji meta kkumparat ma’ 11% fost dawk akbar fl-età. Din hija kwistjoni li rridu nindirizzaw,” qalet Miriam Dalli. Quddiem din ir-realtà, l-MEP Miriam Dalli, filwaqt li rrikonoxxiet l-impatt pożittiv tal-Garanzija għażŻgħażagħ, talbet lill-Kummissjoni Ewropea biex toħrog b’forom aktar intensivi ta’ taħrig. Il-Kumissarju Marianne Thyssen, li hija responsabbli għall-impjiegi, irreferiet għal New Skills Agenda li se titnieda fl-2016. Aġenda li għandha tiffoka fuq ir-rilevanza tal-abbiltajiet fid-dinja tax-xogħol. Inizjattivi oħra jinkludu l-European Alliance for Apprenticeships u l-European Pact for Youth, li hija inizjattiva mmexxija mill-industrija bil-ħsieb li tippromovi partnerships bejn il-qasam tan-negozju u l-edukazzjoni. Fit-tweġiba għall-mistoqsija ta’ Miriam Dalli dwar il-fatt li ż-żgħażagħ qed iġorru l-piż tal-awsterità, il-Kummissjoni Ewropea qalet li se tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jużaw għodod finanzjarji inno-

vativi, inkluż il-European Fund for Strategic Investment li jista’ jappoġġja investimenti u riformi strutturali li huma kruċjali biex joħolqu l-impjiegi u jaċċertaw li n-nies ikollhom l-abbiltajiet neċċessarji. Dr Miriam Dalli enfasizzat li hemm bżonn li kemm il-Kummissjoni Ewropea kif ukoll l-Istati Membri jagħmlu ferm aktar minn hekk. “Nuqqas ta’ sigurtà fuq ix-xogħol u diskrepanzi fis-salarji li jirċievu ż-żgħażagħ iridu jkunu indirizzati. Hemm bżonn ta’ politika ambizzjuża, anke fuq livell Ewropew. Għandna gradwati li jispiċċaw f ’impjiegi li ma jkollhom xejn x’jaqsmu ma dak li studjaw. Hemm bżonn li niggwidaw liż-żgħażagħ biex iqabblu l-ħiliet tagħhom mad-domandi tas-suq tax-xoghol biex ikollhom impjiegi li joffrulhom stabbilità. Dan ix-xogħol irid ikun kumplimentat b’miżuri li jippromovu l-ħolqien ta’ impjiegi u mhux bil-miżuri ta’ awsterità li qed iwaqqfu l-Ewropa,” ikkonkludiet Miriam Dalli.

“IL-DRITTIJIETTAL-KONSUMATURIUN-NEGOZJIŻ-ŻGĦAR GĦANDHOM IKUNU MĦARSA FL-AMBJENT DIĠITALI”

L-Ewroparlamentari Marlene Mizzi ħeġġet lillKummissjoni Ewropea biex tissalvagwardja aħjar iddrittijiet tal-konsumaturi u n-negozji ż-żgħar meta jixtru jew, aktar, meta jespandu l-bejgħ tagħhom online fil-proposti godda tal-Kummissjoni li jkopru oqsma tal-copyright, portabbiltà tas-servizzi tal-internet u r-regoli fuq kuntratti diġitali. Fid-9 ta’ Diċembru l-Kummissjoni adottat żewġ proposti bħala parti mill-istrateġija tagħha għas-suq uniku diġitali biex tindirizza l-ostakli ewlenin għallkummerċ elettroniku transkonfinali fl-UE. Il-proposti għandhom l-għan li jegħlbu l-frammentazzjoni legali fil-qasam tal-liġi kuntrattwali tal-konsumatur li tirriżulta fi spejjeż għolja għan-negozji, speċjalment għal SMEs, u kif ukoll il-fiduċja baxxa tal-konsumatur meta jixtri bl-internet minn pajjiż ieħor. Waqt l-ewwel skambju ta’ ideat mas-Sinjura Věra Jourová, il-Kummissarju responsabbli mill-Ġustizzja, Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Kumitat tas-Suq Intern fil-Parlament Ewropew, is-Sinjura Mizzi qalet: “Kollox ma’ kollox, il-pakkett ippreżentat mill-Kummissjoni huwa pass sinifikanti ’l quddiem,

iżda għad baqa’ ħafna xi jsir. L-E-commerce qed jikber b’veloċità kbira, imma l-potenzjal sħiħ tiegħu għadu mhux sfruttat, kemm min-negozji kif ukoll mill-konsumaturi. Għandna bżonn ta’ qafas legali xieraq għall-era diġitali biex tipproteġi l-konsumaturi billi ma naggravawx u lanqas ma nżidu regoli għallSMEs. Il-Membru Parlamentari Ewropew Marlene Mizzi tinsab imħassba li l-proposti l-ġodda tal-Kummissjoni jittrattaw ix-xiri offline u online b’mod differenti. “It-titjib tal-protezzjoni tal-konsumatur, kemm għal prodotti diġitali kif ukoll ghal dawk tanġibbli, huwa importanti għall-kummerċ elettroniku li qieghed ikompli jikber. Inkwetata li l-approċċ tal-Kummissjoni, li wieħed jittratta x-xiri offline u dak online b’mod differenti, se jwassal għal aktar konfużjoni u kumplessità hekk kif ser jirdoppja r-regoli Ewropej u nazzjonali fl-istess oqsma u anke jitbaxxew l-istandards għall-konsumatur. Mizzi kkritikat ukoll il-fatt li l-proposta fuq il-kontenut diġitali tibqa’ siekta meta niġu għad-dritt tal-irtirar. “Meta inti tħallas għal xiri ta’ film jew kanzunetta online, din għandha taħdem immedjatament, imma jekk

dan ma jkunx il-każ, inti għandek tkun kapaċi tikseb flusek lura. Il-proposta tal-Kummissjoni mhix ċara fuq kemm ħin il-konsumatur għandu sabiex jirtira xiri online jew meta l-kontenut jiġi definit bħala kkunsmat, eċċ.” Mizzi talbet lill-Kummissjoni biex tiċċara dawn il-mistoqsijiet essenzjali fil-proposti ġodda. Matul l-istess sessjoni, Marlene Mizzi, flimkien malProfessur Mario Monti, eks-Kummissarju u eks-Prim Ministru Taljan, iddiskutiet l-istrateġija l-ġdida tas-Suq Uniku proposta riċentement mill-Kummissjoni fejn Mizzi kienet maħtura bħala l-Kelliema għall-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D). L-Ewroparlamentari Mizzi tenniet li l-istrateġija ma tindirizzax b’mod adegwat id-dimensjonijiet soċjali tas-Suq Uniku. “Il-kunflitt li qed jikber bejn l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet ekonomiċi u l-iżvilupp tal-kompetizzjoni inġusta ma jistax jiġi injorat; daqskemm ma tistax tiġi injorata d-dimensjoni soċjali tas-suq. Fis-sitwazzjoni ostili attwali fl-Ewropa, hemm bżonn, b’mod kritiku, ekonomija soċjali kompetittiva tas-suq li taħdem għaċċittadini u mhux bil-kontra.”


26 17|01|2016

kullħadd.com

PERSONALITÀ

TWIELDET TIFEL, IMMA LLUM SARET TIFLA RAMONA

PORTELLI TINTERVISTA LIL

GABRIELLE BORG CASSAR

Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com

Email: ramonaportelli@hotmail.com

F’April li għadda f ’Malta tnediet l-organizzazzjoni nongovernattiva (NGO)Gender Liberation li hija organizzazzjoni f ’forma ta’ kommunità li tagħti aktar saħħa lid-diversità tal-ġeneru. Kull individwu għandu dritt li jesprimi u jidentifika ruħu kif iħossu komdu. Fil-fatt, din l-NGO taħdem biex twassal l-informazzjoni ta’ xi jfisser li tkun transgender, kif ukoll taħdem biex tlaqqa’ lil dawk li huma transgender biex ikunu jistgħu jbiddlu s-sitwazzjoni tagħhom għall-aħjar. Dwar dan u aktar tkellimt ma’ Gabrielle Borg Cassar li hija mara transgender, kif ukoll outreach officer fi ħdan l-NGO Gender Liberation, fejn titkellem man-nies u titkellem fuq l-esperjenzi tagħha bħala mara transgender. n-nanna h u m a l-aktar nies li jgħinuni. Hemm xi nies f ’familti li għadhom ma aċċettawnix, imma m’hemmx x’tagħmel,” weġbitni Gabrielle. B’kurżità u għall-benefiċċju tal-qarrejja wkoll, staqsejtha minn liema proċess kellha tgħaddi meta persuna bħala tibdel il-ġeneru. “Ma nistax nitkellem għal kulħadd għax kull persuna li tibdel il-ġeneru tgħaddi minn esperjenzi differenti. Personalment, fil-bidu bdejt sempliċiment nilbes ħwejjeġ tan-nisa u nagħmel il-make-up biss. Imbagħad tkellimt mat-tobba u bdejt il-hormone treatment. Dawn il-hormones ikunu pilloli li nieħu biex ġismi jkollu aktar forma ta’ mara u wkoll jgħinu biex tibda taħseb u tirraġuna aktar bħal mara. Għalkemm dawn il-hormones jiswew ħafna flus, huma kruċjali għal persuna transgendered biex tkun tista’ tgħix komda fil-ġeneru li tħoss li hi,” spjegatli Gabrielle. Għalkemm Malta m’hawnx problemi serji, xorta għadna lura

Gabrielle toqgħod Ħal Tarxien, għandha sbatax-il sena u għadha kif għamlet l-eżamijiet tal-A Levels. Tħobb ħafna tpinġi u tixtieq tkompli tistudja fuq din il-linja. Mhux hekk biss, iżda tħobb tipi oħra ta’ arti bħaż-żfin, drama u kant. Tħoss li tmur tajjeb man-nies u kulħadd jgħidilha li tgħid ħafna. “Nieħu gost noħroġ u niltaqa’ ma’ sħabi. Verament nieħu pjaċir immur shopping, speċjalment għallħwejjeġ u l-make-up,” bdiet tgħidli dwarha. Oriġinarjament, Gabrielle twieldet tifel, imma dejjem ħasset li hija tifla. Fil-fatt, bidlet il-ġeneru madwar sena u nofs ilu, jiġifieri meta kellha ħmistax-il sena. B’hekk xtaqt inkun naf aktar dwar iż-żmien meta ħadet din id-deċiżjoni ta’ bidla f ’ħajjitha. “Dejjem kienf ’moħħi l-fatt li jiena mara. Qatt ma kien hemm mument li ħassejtni differenti.

Meta dħalt il-Junior College għamilt grupp ta’ ħbieb sewwa u ħassejtni li, jiġri x’jiġri, dejjem se jkunu hemm għalija. Meta għedtilhom bix-xewqa tiegħi, kollha ferħu u tawni ħafna sapport. Naħseb il-vjaġġ kont ilni għaddejja minnu min meta twelidt, sakemm fl-aħħar wasalt f ’punt fejn nista’ ngħid li jien kuntenta b’min jien,” bdiet tispjegali. Kienet toħlom u tilgħab ta’ prinċipessa Tkellimt ma’ Gabrielle dwar dawk il-mumenti meta kienet iżgħar meta kienet għadha tifel u tattendi l-iskola, u dwar kif kienet taġixxi ħdejn tfal oħra. Ikkonfermatli li meta kienet iżgħar ma kienx hemm problemi, għax kienet dejjem tqatta’ l-ħin mal-bniet u qatt ma rat li qed tagħmel xi ħaġa ħażina billi tkun femminili għax ħadd qatt ma

qal kontriha. “Minn meta kont żgħira dejjem kont vera femminili. Dejjem nilgħab bilpupi u bil-make-up ta’ ommi. Il-ħbieb li kelli kienu kollha bniet. Kont dejjem nixtieq li kont prinċipessa jew mermaid, u kont noqgħod indur iddar inkanta bid-dbielet talballerina. Imbagħad, meta bdejt nikber, u speċjalment meta dħalt is-sekondarja, ħajti saret verament diffiċli,” spjegali Gabrille. Xtaqt inkun naf dwar kif il-familjari u n-nies ta’ madwarha llum il-ġurnata jħarsu lejn id-deċiżjoni finali li ħadet Gabrielle, li filli kienu jafuha bħala tifel u f ’daqqa waħda bdew jarawha bħala tfajla. “Naħseb li, sa ċertu punt, dejjem bħala tifla kienu jarawni. Għalkemm meta għedt lil ommi li jiena nħossni mara kienet naqra diffiċli, imma wara ftit aċċettat il-fatt u sa din il-ġurnata ommi u

Illum il-ġurnata Gabrielle hija tfajla bħal tfajliet oħra; tħobb tilbes ilbiesi u aċċessorji kif tħobb kważi kull tfajla oħra. Staqsejtha jekk taħsibx li f ’Malta għadx hawn tabù fuq dan. “Jiena nħossni tfajla normali, allura meta xi kultant nisma’ n-nies jgħidu kontrija jew jgħidu li jiena raġel veru nweġġa’. Għalkemm hawn Malta m’għandniex problemi serji bħal vjolenza u qtil fuq nies transgender, xorta għadna lura. Ġieli nitkellem ma’ nies li lanqas jagħrfu d-differenza bejn persuna transgender u gay. Mhux it-tort tagħhom, għax is-suġġett dwar persuni bħali għadu tabù. Forsi aktar ’il quddiem il-ħajja ta’ nies bħali tkun aktar faċli,” fissritli b’ċertu tama Gabrielle. Magħha tkellimt ukoll dwar relazzjonijiet – jekk issibx diffikultajiet. Sostniet li għaliha r-relazzjonijiet ikunu aktar diffiċli. “Fl-aħħar minn

l-aħħar jiddependi mill-persuna. Ġieli kont ma’ rġiel li ma tagħmlilhomx differenza li jiena mara transgender, imma xorta ħafna minnhom jistħu jidhru miegħi jew jintroduċuni ma’ sħabhom peress li jibżgħu x’se jgħidu n-nies,” sostniet Gabrielle. Dalwaqt ser tgħix bħala mara minn ġewwa u minn barra Tkellimt magħha dwar ilfutur tagħha issa li wettqet dak li minn ċkunitha kien ilu jberren f ’moħħha. Gabrielle qed tħares lejn il-futur b’mod pożittiv għax issa taf li, jiġri x’jiġri, hija kuntenta biha nfisha. “Ftit snin oħra nagħmel l-operazzjoni kruċjali li tissejjaħ sexual reassignment surgery u nkun nista’ ngħix ħajti kif dejjem xtaqt bħala mara minn ġewwa u minn barra,” saħqet Gabrielle. Ta’ min jgħid li qabel ma bidlet isimha għal Gabrielle, meta kienet tifel kien jisimha Gabriel – l-isem li tatha ommha fit-twelid. “L-isem Gabrielle ma nħossux isem ġdid għax minn meta kont żgħira kulħadd Gabrielle kien jirreferi għalija.” Fl-aħħar nett staqsejt lil Gabrielle x’possibbiltajiet u avvanzi tixtieq tara li jsiru hawn Malta f ’dak li jirrigwarda l-ġeneru. “Jiena nixtieq li naslu f ’punt fejn ma nibqgħux narawha bħala xi ħaġa kbira jew xi ħaġa li għandna nħarsu lejha bl-ikrah meta xi ħadd ikun transgender. Persuna għandha tħossha komda li tgħix b’liema ġeneru tixtieq. Xtaqt ngħid ukoll li persuni bħali jkollhom ħajjithom aktar diffiċli minn nies cisgendered (nies li twieldu fil-ġeneru li jħossuhom li huma), imma flistess ħin aħna nies normali eżatt bħal kulħadd. Ħafna nies għandhom ideat żbaljati ta’ x’jiġifieri tkun trans u nixtieq li kulħadd iżomm din f ’moħħu,” temmet tgħidli Gabrielle.


SKEDA

kullħadd.com

17|01|2016 27

103

102 07.00 Aħbarijiet 08.00 The Client (R) 08.45 Telebejgħ 09.30 Konvenzjoni Ġenerali 12.00 Distinti (R) 12.45 Telebejgħ 13.00 Intriċċi (R) 14.00 Aħbarijiet 14.05 Telebejgħ 15.20 Iswed fuq l-Abjad (R) 16.25 Mill-Familja Rjali 16.40 Wheelspin (R) 17.30 Flusek (R) 18.00 Aħbarijiet 18.05 What’s for Dinner 18.45 Newsfeed 19.30 Aħbarijiet 19.50 Newsfeed 20.30 Becky 21.30 Aħbarijiet 21.35 Replay 23.15 Aħbarijiet

06.10 Pink Panther 06.50 Flimkien ma’ Nancy 07.50 Sejjaħtli Helpline 08.30 Paperscan 10.00 Aroma Kitchen 11.05 Karriera 11.30 Cibus 12.30 Aħbarijiet 12.40 Telebejgħ 13.00 In D House 14.00 Arani Issa 16.45 Attività Politika PL 17.30 Aħbarijiet 17.35 Telebejgħ 17.50 L-Argument 19.30 Aħbarijiet 20.10 Ieqaf 20 Minuta 20.35 Andrew & Sue 21.35 On D Road 22.15 Il-Patt 23.30 Aħbarijiet

151 06.00 Lena 06.30 Cultura Memex 06.55 Heartland 07.40 Il Giorno del Diploma 08.20 Viaggi da Record 08.45 Il Nostro Amico Charly 09.30 I Nostri Amici Annimali 10.15 Cronache Animali 11.00 Mezzogiorno in Famiglia 13.00 TG2 Giorno 13.30 TG2 Motori 13.45 Quelli Che Aspettano 15.30 Quelli Che il Calcio 17.05 TG2 L.I.S. 17.08 Meteo 2 17.10 90° Minuto Zona Mista 19.35 Squadra Speciale Cobra 20.30 TG2 20.30 21.00 N.C.I.S. 22.40 La Domenica Sportiva

162 06.00 Media Shopping 06.57 Anica Flash 07.00 Find My Family Australia 07.53 Media Shopping 08.10 Downton Abbey 10.05 Il Matrimonio Piu’ Bello 12.10 Ragazze Nel Pallone Lotta Finale 14.00 The Originals I 15.40 Gossip Girl 17.20 Un Amore Da Vicino 19.20 Grey’s Anatomy 21.10 Matrimonio Impossibile 23.15 Semplicemente Irresistibile

372 06.00 Chopped 07.00 Amazing Wedding Cakes 08.00 The Kitchen 10.00 Chopped 11.00 Guy’s Big Bite 12.00 Diners Drive-Ins and Dives 16.00 Siba’s Table 17.00 Dinner at Tiffani’s 18.00 Rev Run’s Sunday Suppers 19.00 All-Star Academy 20.00 Australian Food Adventures with Matt Moran 21.00 The Freshman Class 22.00 Diners Drive-Ins and Dives 23.00 Rev Run’s Sunday Suppers

405 06.00 Call of the Wildman 06.25 Bondi Vet 07.15 Africa’s Trees of Life 08.10 The Dog Rescuers 09.05 Dr. Jeff. Rocky Mountain Vet 10.00 River Monsters 10.55 Snake Sheila 11.50 Bahama Blue 12.45 Wild Iberia 13.40 North America 14.35 Deadly Islands 15.30 Wildest Africa 16.25 Wild Things With Dominic Monaghan 17.20 Dr. Jeff. Rocky Mountain Vet 18.15 Africa’s Trees of Life 19.10 The Dog Rescuers 20.05 River Monsters 21.00 Dr. Jeff. Rocky Mountain Vet 21.55 Snake Sheila 22.50 Gator Boys

101 06.00 Aħbarijiet 07.30 Qalb in-Nies 08.00 Paq Paq on Test 08.15 Madwarna 08.45 Ħadt l-Aħbar 10.00 New Rooms 10.30 Malta u lil Hinn Minnha 12.00 Aħbarijiet 12.10 Ħadd Għalik 15.00 Ħbieb u Għedewwa 18.00 Aħbarijiet 18.15 Għawdex Illum 18.45 L-Irkant 19.15 Pellikola 20.00 Aħbarijiet 20.50 X-Factor 23.00 Aħbarijiet 23.15 Smack Down WWE

152 07.15 Zorro 08.00 Film: Cronaca Familare 09.50 La Quarta Età 10.30 Speciale Community Le Storie 11.10 Tgr 12.25 Il Posto Giusto 13.14 La Rivoluzione Sulle Ruote L’Italia 14.00 Tg Regione 14.15 Tg3 14.30 In 1/2 Ora 15.00 Tg3 Lis 15.05 Kilimangiaro 15.45 Camila Raznovich Conduce Kilimangiaro 19.00 Tg3 20.00 Blob 20.10 Che Tempo Che Fa 21.45 Presa Diretta – Il Caso Xylella 23.30 Tg3 23.40 Tg Regione 23.45 Gazebo

300 06.00 Teletubbies 06.25 Green Balloon Club 06.50 Nina and the Neurons: In the Lab 07.05 Nuzzle and Scratch: Frock and Roll 07.45 Doctors 09.45 EastEnders 11.45 The Weakest Link 12.30 Doctor Who 13.20 Last of the Summer Wine 14.20 The Weakest Link 15.05 Doctor Who 15.50 Daddy Daycare 16.40 Tough Guy Or Chicken? 17.30 Pride and Prejudice 20.05 Call the Midwife 21.00 Prey 21.50 DCI Banks 22.35 Spooks

400 06.00 How Do They Do It? 06.25 Misfit Garage 07.15 Fast N’ Loud 08.10 MythBusters 09.05 Engine Addict With Jimmy de Ville 09.55 Rise of the Machines 11.40 Storage Hunters 12.35 Property Wars 13.30 Auction Kings 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Extreme Car Hoarders 16.15 Engine Addict With Jimmy de Ville 17.10 Wheeler Dealers 18.05 Fast N’ Loud 19.00 What on Earth? 20.00 Naked and Afraid 21.00 Gold Divers. The Quest 22.00 Flight 370 23.00 Big Fish Man

452 07.30 PAW Patrol 07.55 Winx Club 08.50 The Fairly OddParents 09.40 Sanjay and Craig 10.25 Kung Fu Panda 11.20 Victorious 12.10 Sam & Cat 12.30 Victorious 12.55 Big Time Rush 13.20 Marvin Marvin 13.45 SpongeBob SquarePants 14.35 The Penguins of Madagascar 15.15 The Fairly OddParents 15.55 iCarly 16.20 Big Time Rush 16.45 Victorious 17.10 iCarly 17.35 SpongeBob SquarePants 18.00 Teenage Mutant Ninja Turtles 18.25 The Penguins of Madagascar 18.50 Henry Danger 19.15 The Thundermans

153 07.35 Tg4 Night News 07.55 Media Shopping 08.25 Due Per Tre – Virus Bugiardus 08.57 Confessione Reporter 10.00 Santa Messa 10.50 Le Storie Di Viaggio A… 11.30 TG4 Telegiornale 12.00 Il Comandante Florent 13.52 Donnavventura 14.50 Suor Therese 17.00 Mannaja 1 18.51 Anteprima TG4 18.55 TG4 Telegiornale 19.30 TG4 Telegiornale – Dentro La Notizia 19.50 Tempesta D’amore 21.15 Chissà Perchè Capitano Tutte a Me 23.25 I Bellissimi Di R4 23.27 Il Ritorno Del Monnezza

306 06.00 Pop Innovators: Lauren Conrad 07.00 I Am Cait 11.00 E! News 12.00 Dash Dolls 14.00 Keeping Up With the Kardashians 18.00 E! News 19.00 Keeping Up With the Kardashians 20.00 House of DVF 21.00 Fashion Police 22.00 Botched

403 06.00 Toddlers & Tiaras 07.40 Cake Boss 08.10 Best Of Buddy’s 09.30 Little People Big World 12.15 Our Little Family 13.10 Little PeopleBig World 14.05 The Autistic Gardener 15.00 My Big Fat Fabulous Life 15.55 Obsessive Compulsive Cleaners 16.50 Belief 17.45 Say Yes to the Dress 20.05 Bride by Design 21.00 Belief 21.55 My Giant Life 22.50 An Hour to Save Your Life 23.45 What Have I Got

600 06.30 FIS World Championship Ski- Flying 07.45 IBU World Cup Biathlon 08.15 Wintersports Today 09.15 FIS World Cup Alpine Skiing 10.30 IBU World Cup Biathlon 12.30 FIS World Cup Alpine Skiing 13.30 FIS World Championship Ski- Flying 16.15 IBU World Cup Biathlon 17.15 Wintersports Today 18.15 FIS World Championship Ski- Flying 19.00 Masters Snooker 23.00 Dakar Rally 23.30 FEI World Cup Equestrian

104 07.00 Aħbarijiet 08.30 Paq Paq On Test 08.40 Kelma għall-Ħajja 09.00 Quddiesa tal-Ħadd 09.45 Vatican Magazine 10.15 Qalb in-Nies 10.45 Dot Eu 11.00 MEA 11.30 Awtokura 12.00 New Rooms 12.30 Venere 13.00 Paq Paq Lifestyles 13.30 Gadgets 14.00 Malta u lil Hinn Minnha 15.30 Tertuqa 16.00 Luxdesign 17.00 Valletta 17.30 Madwarna 18.00 Animal Diaries 19.00 Għawdex Illum 19.30 Dwarna 20.30 Aħbarijiet għal persuni b’nuqqas ta’ smigħ

154 06.00 Prima Pagina 07.55 Traffico 09.10 Le Frontiere Dello Spirito 09.50 Bella Più Di Prima 11.00 Le Storie di Melaverde 12.00 Melaverde 13.40 L’Arca di Noè 14.00 Domenica Live 18.45 Il Segreto 19.57 Prima Pagina TG5 20.40 Paperissima Sprint 21.10 Riassunto il Segreto 21.11 Il Segreto 23.30 X-Style

307 07.15 Hawaii Life 07.40 Giada at Home 08.30 Healthy Appetite With Ellie Krieger 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Desperate Landscapes 12.00 Junk Gypsies 12.50 Cousins on Call 13.15 Kitchen Cousins 13.45 Giada’s Weekend Getaways 14.35 Restoration SOS Buffalo 15.25 Fixer Upper 16.15 Rehab Addict 17.05 Extreme Homes 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Caribbean Life 20.35 Rehab Addict 21.00 Extreme Homes 21.55 America’s Most Desperate Kitchens 22.45 Caribbean Life

412 06.00 Teleshopping 09.00 Pawn Stars 19.00 Swamp People 20.00 The Curse of Oak Island 21.00 Ancient Aliens 22.00 Storage Wars 23.00 Pawn Stars

150 06.00 Da Da Da Musica E Cinema 06.30 Unomattina in Famiglia 09.45 Dreams Road 2015 Svizzera 10.30 A Sua Immagine 10.55 Santa Messa 11.50 A Sua Immagine 12.00 Recita Angelus 12.10 A Sua Immagine 12.20 Linea Verde Latte 13.30 Telegiornale 14.00 L’Arena 15.50 Roma: Visita di Papa Francesco 17.20 Domenica In 18.45 L’Eredità 20.00 Telegiornale 20.35 Flavio Insinna Conduce Affari Tuoi 21.25 Riassunto 21.30 Tutto Può Succedere 23.30 Tg1 60 Secondi 23.35 Speciale Tg1

155 06.50 Hannah Montana 07.10 Il Cucciolo di Scooby 07.31 Titti E Silvestro 07.45 I Flinstones 08.35 L’Impero dei Lupin 10.20 Teste di Cocco 12.25 Studio Aperto 13.00 Sport Mediaset XXL 13.55 Sheena – Regina Della Gungla 16.15 Il Mistero Della Pietra 18.10 Camera Cafè 18.30 Studio Aperto 19.00 Camera Cafè 19.20 10.000 A.C. 21.25 L’Alba del Pianeta delle Scimmie 23.35 Blu Profondo

410 06.00 House Hunters International 08.00 Salvage Dawgs 09.00 The Vanilla Ice Project 10.00 Time Traveling With Brian Unger 11.00 Building Alaska 13.00 Man Caves 14.00 The Vanilla Ice Project 15.00 Shed & Buried 16.00 Salvage Dawgs 17.00 Travel Testers 18.00 House Hunters International 19.00 Epic Attractions 20.00 Mysteries at the Monument 21.00 Mysteries at the Museum 22.00 Extreme Survival Bunkers 23.00 Time Traveling With Brian Unger

312 07.40 Mannequin 09.10 Grayeagle 10.55 P.U.N.K.S. 12.30 Teen Witch 14.00 True Heart 15.30 Nobody’s Fool 17.15 Guns of the Magnificent Seven 19.00 Stand by Me 20.30 Suspect Zero 22.10 Stand by Me S


28 17|01|2016

kullħadd.com MIĊ-

ĊINEMA

ĊINEMA

CARMEL BONNICI L-AQWA GĦAXAR FILMS FID-DĦUL TAL-FLUS MIS-17 TA’ DIĊEMBRU 2014 - 16 TA’ DIĊEMBRU 2015 RAPPORT TA’

1 2. 3. 4. 5 6 7. 8. 9 10

SPECTRE FAST AND FURIOUS 7 MINIONS (3D) FIFTY SHADES OF GREY JURASSIC WORLD THE AVENGERS (3D) NIGHT AT THE MUSEUM CINDERELLA INSIDE OUT (3D) TAKEN 3

*

għadu jintwera

12A 12A U 18 12A 12A PG U U 12A

*10 ġimgħat 10 ġimgħat 13-il ġimgħa 9 ġimgħat 8 gimgħat 8 ġimgħat 12-il ġimgħa 10 ġimgħat 14-il ġimgħa 10 ġimgħat

L-AQWA TNAX-IL FILM SKONT IL-KRITIĊI LOKALI MAĦRUĠA MINN KRS RELEASING FL-2015 L. 2. 3. 4. 5. 6 7 8 9

10 Informazzjoni: KRS Releasing

*

MAD MAX: FURY ROAD STAR WARS, EPISODE VII AMERICAN SNIPER BRIDGE OF SPIE INSIDE OUT THE THEORY OF EVERYTHING HE MARTIAN SPECTRE FAR FROM THE MADDING CROWD / KINGSMAN – THE SECRET SERVICE MR. TURNER / CINDERELLA

15 12A 12 12A U 12A 12A 12A 12A 12 12 U

7 ġimgħat *4 ġimgħat 9 ġimgħat *7 ġimgħat 14-il ġimgħa 6 ġimgħat 11-il ġimgħa *10 ġimgħat 3 ġimgħat 13-il ġimgħa 2 ġimgħat 10 ġimgħat

għadhom jintwerew

CREED

SODISFAĊENTI

IS-SAGA TA’ ROCKY TIEĦU XEJRA OĦRA Atturi Ewlenin: Michael B. Jordan, Sylvester Stallone, Tessa Thompson, Phylicia Rashad, Anthony Bellew Direttur: Ryan Coogler Ħin: 133 min. Distributur: Warner Bros/MGM Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. 12A Erbgħin sena ilu ħareġ il-film Rocky li poġġa lill-protagonist tiegħu, Sylvester Stallone, fittriq tal-fama, rebaħ 3 Oscars u kien l-aktar wieħed li daħħal flus fl-1976. Is-suċċess ta’ dan ix-xogħol welled sitt sequels oħra u jidher ovvju li Stallone ma jridx iħalli lil dan il-karattru jistrieħ fil-paċi. Flaħħar, fl-età ta’ 69, sena dan l-attur irrealizza l-limiti tiegħu u fi Creed ħalla l-glorja tgħaddi għand ħaddieħor, ħafna aktar żagħżugħ. Adonis Johnson (Jordan), ġuvni rrabjat u mingħajr direzzjoni, li anke għadda xi żmien fil-ħabs meta kien adoloxxenti, qatt ma kien jaf lil missieru, Apollo Creed, il-kampjun tad-dinja talkategorija heavywieght ta’ ħafna snin qabel, li miet meta hu kien għadu ma twelidx, wara ġlieda ma’ boxer Russu (Rocky IV). It-talent tal-boxing jinsab fih u dan qed iħossu, però jrid lil xi ħadd li kapaċi jmexxih fid-direzzjoni t-tajba. Għalhekk, minn California jmur Philadelphia biex ifittex

lil Rocky Balboa (Stallone), l-avversarju prim ta’ missieru li wara sar l-akbar ħabib tiegħu, biex iħarrġu f ’dan l-isport aħrax. Rocky ilu maqtugħ minn din il-logħba, jaf minn liema tbatija għadda, iżda meta quddiemu jara kompetitur b’tant entużjażmu, b’rispett kbir għall-memorja ta’ Apollo, jaċċetta li jħarrġu. L-impenn taż-żagħżugħ iwasslu biex jilqa’ sfida għat-titlu mondjali biex jiffaċċja lill-kampjun minn Liverpool, Pretty Ricky Conlan (Bellew), issa bl-isem ta’ Adonis Creed. L-ispirtu u l-atmosfera ta’ Creed li għandu xeħta oldfashioned, f ’diversi mumenti jixbah lil dak oriġinali, Rocky, fosthom il-ġiri mat-triqat ta’ Philadelphia għat-taħriġ, laqtiet romantiċi teneri u xi żjara fiċċimiterju fejn hemm midfuna Adrian, il-mara ta’ Rocky. It-tema oriġinali ta’ Bill Conti, Gonna Fly Now tinstema’ wkoll f ’xi waqtiet fl-isfond, b’mod varjat. Sylvester Stallone din id-darba jżomm profil aktar

baxx, jidher aktar vulnerabbli u għajjien biex tassew, u b’raġun, juri l-età li għandu. Il-boxer professjonista Ingliż, Anthony Bellew, hu tliet darbiet rebbieħ tal-ABA Heavyweight Championship. Creed għandu jissodisfa lill-

isportivi kollha u lil dawk li jammiraw lil min għandu fuqu rieda u determinazzjoni li jirnexxi fil-ħajja. Il-film hu ddedikat għall-memorja ta’ Robert Chartoff, wieħed millprodutturi sa mill-bidu nett, li ħalla din id-dinja fl-2015.


ĊINEMA

kullħadd.com

17|01|2016 29

THE HATEFUL EIGHT

WESTERN BRUTALI

TMINT IRĠIEL IDDISPRATI JINFEXXU F’XULXIN Atturi Ewlenin: Samoel L. Jackson, Kurt Russell, Jennifer Jason Leigħ, Walton Goggins, Michael Madsen, Tim Roth, Damian Bechir, Bruce Dern. Channing Tatum Direttur: Quentin Tarantino Distributur: Entertainment Films Maħruġ minn KRS Releasing Il-westerns interament ambjentati f ’pajsaġġ xitwi, ta’ kesħa li xxoqq l-għadam, f ’territorju mimli silġ, huma ftit ferm. Mill-ewwel qed jiguni f ’moħħi tlieta: Day Of The Outlaw (1959). McCabe And Mrs Miller (1971) u l-ispagetti western Il Grande Silenzio (The Grand Silence) (1968), xogħol li ma tantx iċċirkola. Wara l-western Django Unchained, id-direttur u kittieb Quentin Tarantino,reġa’ medd idejh għal western ieħor, The Hateful Eight, li jseħħ kollu kemm hu f ’art miksija silġ. Ma nistax ngħid li The Hateful Eight hu xi xogħol oriġinali, għax il-kast kważi kollu kemm hu diġà ħadmu darba jew aktar ma’ dan iddirettur, u ċerti sekwenzi jfakkru f ’xogħlijiet tal-passat ta’ Tarantino stess. Samuel L. Jackson, b’dik

Ħin: 168 min. Ċert. 18.

l-arja żejda fuqu, ifakkar filparti tiegħu ta’ Pulp Fiction (1994); il-vjolenza li tinqala’ fil-post fejn jiefqu l-karozzelli biex jistrieħu tixbah lil dik li seħħet fil-maħżen ta’ Reservoir Dogs (1991), u r-rimarki kontra dawk ta’ ġilda skura huma simili għal dawk talMori (Għarab) u l-Isqallin fi True Romance (1993), film miktub biss minn dan iddirettur. Bħalma għamel f ’Inglourious Basterds, Tarantino qasam The Hateful Eight f ’sitt kapitli. Flewwel episodju, Last Stage To Red Rock, ma’ nkun qed niżvela xejn billi ngħid li l-karozzella qatt ma tasal f ’din il-belt. Fit-tielet episodju, Minnie’s Haberdashery, ilpost fejn jieqfu jistrieħu l-vjaġġaturi hu l-itwal wieħed bil-maġġoranza tal-film isseħħ hemm ġew. It-tmien vjaġġaturi jimbarraw il-bieb

u jissakkru ġewwa minħabba li barra laqtet maltempata talbiża’, bis-silġ u tvenvin qawwi tar-riħ. Ir-raba’ kapitlu, The Four Passengers jiżviluppa fi flasback dwar x’ġara dakinhar stess filgħodu fil-post ta’ Minnie. Xi ftit snin wara l-Gwerra Ċivili Amerikana, karozzella (stagecoach) tgħaddi sparata fuq territorju mimli silġ ta’ Wyoming.Fuqha hemm John Ruth (Russell), merċenarju li jaqbad il-kriminali għall-flus, u mmanettjata miegħu hemm Daisy Domergue (Leigh), priġuniera li se tkun il-mira ta’ ħafna daqqiet matul l-andament. Fi triqthom lejn il-belt ta’ Red Rock jiltaqgħu ma’ żewġ stranġieri, il-Maġġur Marquis Warren (Jackson), suldat iswed li wkoll qed jagħmilha ta’ merċenarju, u Chris Mannix (Goggins) li jsostni li hu x-xerif ta’ Red Rock. Meta taħkimhom maltempata qawwija, jintilfu u jkollhom jieqfu fil-post tal-mistrieħ Minnie’s Haberdashery. Hemm ġew jinsabu erba’ stranġieri li mhux ta’ min jafdahom. Id-diskors jibda ġej bħaċ-ċirasa, l-insulti jiżdiedu,

il-qiegħa tisħon waħda sewwa u se tissarraf fi vjolenza brutali. The Hateful Eight, li jiżviluppa bil-pawsa iżda b’mod brillanti u li ma tistenniehx, kellu l-ġenesi tiegħu aktar minn sena qabel bħala qari ta’ rakkont f ’teatru ta’ elf u sitt mitt ruħ, bil-qligħ imur għallkarità. Mhux biss Tarantino

THE DANISH GIRL

reġa’ wera t-timbru tiegħu b’manjiera eżileranti, iżda rnexxielu jikkonvinċi lillkompożitur favorit tiegħu (u ta’ miljuni kbar), Ennio Morricone ta’ 87 sena, biex jikkomponilu l-mużika kollha ta’ din il-produzzjoni. Minkejja vjolenza qawwija, fil sottili ta’ umoriżmu jinħass jirrenja matulu kollu.

MELODRAMMATIKU

L-EWWEL TRANSGENDER LI ĦAREĠ FL-APERT

Storja tassew rimarkabbli, Atturi Ewlenin: Eddie Redmayne, Alicia Vikander, Ben spinta u qawwija għal żmienha Whishaw, Sebastian Koch, Amber Heard, Matthias hi dik fuq il-ħajja tal-pitturi Schoenaerts Daniżi, Einar u Gerda Wegener. Direttur: Tom Hooper Ħin: 119 min. The Danish Girl jirrakkonta, Distributur: Universal forsi mhux b’mod fidil u Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. 15 eżatt, minn xiex għadda Einar (Redmayne) li, għalkemm hu ta’ natura maskili, fis-subkonxju tiegħu beda jħossu ħafna aktar komdu bħala mara. Meta espona din il-ħaġa f ’soċjetà ta’ morali tradizzjonali u stretta, l-irwiefen tal-infern qamu kontrih. F’Copenhagen fl-1926, il-pittur Einar Wegener, li hu miżżewweġ lil Gerda (Vikander), kiseb fama għallkwadri tiegħu ta’ xenarju rurali pittoresk. Gerda, inqas popolari minnu, sikwit tpitter uċuħ ta’ nies prominenti, waqt li t-tnejn li huma jinsabu ferħana fl-unjoni tagħhom. Il-bidla radikali fl-identità ta’ Einar isseħħ meta Gerda, biex tlaħħaq tlesti ritratt fil-ħin, titolbu jimmudella billi jilbes libsa ta’ mara. F’din l-esperjenza tant iħossu komdu u trankwill li jibda jgħix ħajtu bħala mara, bl-isem ta’ Lili Elbe, il-mara li ppoża għaliha. Meta f ’pajjiżu pprova jfittex soluzzjoni medika u kirurġika, it-tobba warrbuh u

anke stmerrewh, waqt li fittoroq qala’ insulti u anke swat. Huma jemigraw għal Pariġi fejn l-atmosfera hi aktar libera u laxka, jibqa’ jgħix u jilbes ta’ mara waqt li Gerda tkabbar il-karriera tagħha. Sadanittant, hi tibqa’ fidila lejh u turih solidarjetà, kif ukoll tissapportjah f ’kollox Issa wasal iż-żmien li jagħmel

operazzjonijiet serji, minn talbidu tax-xorta tagħhom. The Danish Woman jittratta storja romantika mod ieħor, b’andament ġentili u mużika tassew sentimentali mimlija ħlewwa żejda. Ir-rebbieħ tal-Oscar tas-sena l-oħra, Eddie Redmayne, jagħti interpretazzjoni sottomessa bil-kbir.

L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn is-06.01.2016 u l-10.01.2016

1. 2. 3. 4. 5.

Star Wars: Episode VII – The Force Awakens Daddy’s Home In The Heart Of The Sea Joy The Good Dinosaur

KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA

Mistoqsija għal din il-ġimgħa: Il-film Creed minn liema serje ta’ films jagħmel parti? Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: M. AZZOPARDI - is-Siġġiewi


30 17|01|2016

kullħadd.com

AVVIŻI KLASSIFIKATI ­­­­PR­OPRJETÀ

Għall-kiri: House of character f ’Ħaż-Żebbuġ li tikkonisti fi kċina, kamra tal-banju, żewġ kmamar tas-sodda, spare toilet bix-shower u washroom mal-bejt. Ċempel 9949 7113. TANAYA’S Dev. Ltd: Għażla kbira ta’ appartamenti f ’kull żona ta’ Malta. Jinbiegħu mingħajr depożitu u nħallsulek il-kuntratt. Offerta speċjali. Għal aktar dettalji ċempel 9992 4999. Mingħajr aġenti jekk jogħġbok. SERVIZZI Investigazzjoni Privata: Żwiġijiet, għerusija u relazzjonijiet oħra, DNA forensic tests, tfal maħtufin minn Malta, każijiet ċivili, każijiet oħra fil-qorti, problemi f ’kumpaniji jew negozju. Nagħmlu xhieda fil-Qorti. Naħdmu f ’Malta u anke barra. Għal appuntament ċemplu 7959 0000. email: info@ privateinvestigationmalta.com Korsijiet f ’Livell Ordinarju f ’diversi suġġetti bħallMatematika,  Ingliż, Malti, Franċiż, Fiżika u oħrajn. Noffru wkoll korsijiet talECDL. Prezz €35 kull module. Noffru wkoll korsijiet bażiċi fil-kompjuter, €50. Ċempel 2166 2241 jew 7766 2241 jew żur is-sit elettroniku www.tudorinstitute.com Tewmi Group għal lezzjonijiet tal-karozzi kemm manual u kif ukoll automatic. Cab service u karozzi għall-kiri bi prezzijiet raġonevoli. Żur is-sit www. tewmi.com jew ċempel 9942 2422. Lezzjonijiet taż-żfin fuq stil ballroom jew Latin-Amerikan.

Lezzjonijiet taż-żfin għallbeginners u kompetizzjonijiet minn Imperial Qualified Dance Teacher (ISTD) Ibgħat SMS fuq 7925 3015 jew ċempel 2138 6818 sa 12.00pm.

żur is-sit: www. expresswatchrepairs.com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, il-Mosta. Ċempel 2141 7235.

Care and Cure Group Ltd: infermiera mħarrġa, caring assistants, nannies, nies imħarrġin biex iżommu kumpanija, għajnuna fid-djar u night sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna wkoll għallkiri: wheelchairs, hoists, commodes, walking frames u hospital beds. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq dawn in-numri: 2137 6946/9947 0178.

XOGĦOL TA’ MANUTENZJONI

AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ Kanapè – sufan tal-injam antik, prezz €375. Xkaffa lewn il-kewba b’qies ta’ 4 piedi bi 3 piedi wisa’, prezz €145. Ċempel 9968 9100. Sett ta’ 11-il vara tal-Ġimgħa l-Kbira; qies ta’ 8 pulzieri. Kompluti bil-bradelli, dawl, ħadid, misteri u fjuri. Jinbiegħu kollha f ’daqqa. Ċempel 9915 1939 jew 2182 0575. Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għallilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ clock. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni

Installazzjoni u tiswija ta’ aerials tat-televiżjoni. Offerti vantaġġjużi fuq sistemi tassatellita u fuq l-android TV boxes. Għal aktar infromazzjoni ċempel 2148 6211. Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, dawl u ilma. Ċempel fuq 7928 5444. Tiswija u installazzjoni ta’ estensjonijiet tat-telefowns għal kull tip ta’ linji fissi. Ċempel fuq 7993 0419. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq in-numru 2143 2352 jew 9947 7167. Jason Gatt għal kull xogħol ta’ tibjid u tikħil, kisi normali, fuq il-fil, fuq xogħol antik u bilpont, kisi bil-ġibs u graffiato. Kiri ta’ cherry picker (tower ladder). Ċempel fuq 9945 4235 jew 2180 5811. WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol ta’ waterproof membrane, damp proofing u rubberised paint. 25 sena esperjenza. Stimi b’xejn u prezz moderat. Ċempel 2148 8972, 2143 8326, 9944 5527 jew 7981 2784 jew żur is-sit www.wpmalta.com Għal kull tip ta’ xogħol fuq faċċata, bjut, appoġġi,

gallarijiet, eċċ. Membrane jew liquid membrane. Mela pproteġi l-proprjetà tiegħek mill-ilma tax-xita u ċempel issa għal stima b’xejn bin-numru 7905 8883 jew idħol fuq is-sit www. darrendoitall.com Il-bejt tiegħek jagħmel l-ilma? Għandek problema ta’ moffa? Kenda Ltd issolvilek ilproblema. Nispeċjalizzaw fuq xogħol ta’ waterproofing u membrane b’10 snin garanzija. Xogħol professjonali blaqwa materjal ISO pool. Għal stima bla obbligu ċemplu 7972 9967 jew żur is-sit www. kendawaterproofing.com AVVIŻI OĦRA Paul & Waters – The Perfumery. Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, oriġinali u blorħos prezzijiet f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul & Waters – The Perfumery. Il-ħwienet tagħna tal-Fgura, il-Mosta, Ħal Qormi u Raħal Ġdid ikunu miftuħin kuljum mid-9.00 san12.30 u mill-16.00 sas-19.00. Paul & Waters Free Delivery Service. Ċempel 2766 3361. MUSIC LINK Issibilna kull tip ta’ strumenti mużikali, fosthom drums kemm akustiċi u elettriċi, cymbals, percussion, pjanijiet diġitali, baby grand pianos, sound mixers u sound cards. Apparat ta’ DJ sound systems, kitarri klassiċi u akustiċi, bass guitars, strumenti tar-ram, wood winds, vjolini, spare parts u aċċessorji oħra. Issib ukoll kotba tal-mużika tat-tagħlim. Mur Music Link, 262, Triq Fleur-de-Lys, B’Kara. Ċempel 2148 2796. AGR AUTO JAPANESE Parts għall-karozzi: Inbigħu kull tip ta’ parts ta’ karozzi Ġappuniżi u Koreani, fosthom

KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU

ISEM, KUNJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ

AVVIŻI

Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: alex@ agrautoparts.com Nigret Night Club and Restaurant, Labour Ave, irRabat, Malta. Naċċettaw riservazzjonijiet għal coffee mornings, lunches u dinner dances u kull okkażjoni oħra. Miftuħin fil-weekends, lejla Maltija b’differenza kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt mużika għal kulħadd ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. Naċċettaw riservazzjonijiet għal kull okkażjoni. Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www.nigretnightclub.com jew www.nigretnc.com Talba lill-Ispirtu s-Santu “Int li ssolvi l-problemi kollha, dawwal it-toroq kollha tiegħi biex nikseb dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don divin biex naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mument ta’ ħajti tkun maġenbi. F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma mill-ġdid li qatt ma ninfired minnek, anke quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek fil-glorja ta’ dejjem. Grazzi għall-ħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni.” Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem it-talba tkun maqlugħa, anke jekk għall-bidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata mill-ewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet.

Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa

€5 €10 €15 €30 €56 €93

ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL: Sound Vision Print Ltd, KullĦadd, Avviżi Klassifikati, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun ĦMR 1717.


AVVIŻI

kullħadd.com

AVVIŻI PARTIT LABURISTA Buffet dinner dance mtella’ mill-Għaqda Veterani Laburisti, is-Sibt 30 ta’ Jannar 2015 fis-San Antonio Hotel & Spa, ilQawra, bejn is-7.00pm u l-11.30pm. Biljetti miċ-Ċentru Laburista l-Ħamrun, jew ċemplu lil Veronica fuq 9946 8416, Connie fuq 7920 1576, jew Arthur fuq 9811 2615. Prezz għall-kbar huwa €24; u għal tfal bejn is-6 u t-12-il sena huwa €12. Aħsbu kmieni għall-biljetti għax il- postijiet huma limitati, l-Għaqda Veterani Laburisti tirringrazzjakom bil-quddiem. Aħsbu kmieni għall-bijetti.

AVVIŻI ĠENERALI Festa ta’ Ġenerożità għad-Dar tal-Providenza Il-parroċċa taż-Żurrieq ġabret €10,100 għall-Festa ta’ Ġenerożità organizzata minn RTK 4 Charity fl-1 ta’ Jannar għad-Dar tal-Providenza. Is-somma nġabret minn għadd ta’ attitivitajiet li saru, anke mill-abbatini, matul ixxahar ta’ Diċembru. Sena wara sena, il-komunità parrokkjali taż-Żurrieq tieħu sehem bi ħġarha fl-attivitajiet li jsiru biex jinġabru flus għad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi. Hija l-użanza għal bosta parroċċi f ’Malta u Għawdex li fil-quddies kollu ta’ lejlet u l-Ewwel tas-Sena ssir ġabra speċjali b’risq idDar tal-Providenza b’turijia ta’ solidarjetà tal-komunità Nisranija mar-residenti tas-Siġġiewi. Il-flus miġbura jiġu ppreżentati waqt il-Festa ta’ Ġenerożità. Ikla bejn il-ħbieb L-Għaqda Armar Santa Marija tal-Imqabba qed torganizza ikla bejn il-ħbieb nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Jannar, fit-8.00pm, f ’Palazz Santa Marija, l-Imqabba. Mill-menù tista’ tagħżel bejn majjal u tiġieġ. Tiġi servuta wkoll deżerta. Għarriservazzjonijiet avviċina lill-membri tal-istess Għaqda. al aktar informazzjoni żur is-sit www.santamarija.com jew www.facebook.com/santamarija Lezzjonijiet taz-zumba fl-Imqabba Il-Kummissjoni Nisa fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser torganizza lezzjonijiet tazzumba kull nhar ta’ Sibt fit-3.00pm fil-każin tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju li jinsab fil-pjazza ewlenija tal-Imqabba. L-ewwel sessjoni se ssir nhar is-Sibt 30 ta’ Jannar 2016. Il-lezzjonijiet se jingħataw minn instructor professjonali. Riservazzjonijiet isiru fuq 9927 5037 jew 7953 9542, u aktar informazzjoni tinsab fuq is-sit elettroniku tasSoċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com

Wine and pizza karaoke mis-sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju, l-Imqabba Is-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser torganizza wine and pizza karaoke nhar is-Sibt 30 ta’ Jannar 2016 fil-każin tas-Soċjetà li jinsab fil-pjazza ewlenija tal-Imqabba fit-8.00pm. Kulħadd huwa mħeġġeġ biex jattendi f ’atmosfera ferriħija. Iddivertiment se jkun karaoke bis-sehem ta’ dawk preżenti. Riservazzjonijiet isiru fuq 9992 0684 u aktar informazzjoni tinsab fuq is-sit elettroniku tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com

Buffet breakfast mill-Kummissjoni Nisa Madonna tal-Ġilju, l-Imqabba Il-Kummissjoni Nisa fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba se torganizza buffet breakfast nhar ilĦamis 11 ta’ Frar 2016 f ’San Antonio Hotel & Spa, ilQawra. Waqt din l-attività se jkun servut varjetà ta’ ikel u l-attività hija miftuħa għal kulħadd. Trasport se jkun provdut u jitlaq mill-pjazza ewlenija tal-Imqabba, quddiem il-każin tas-Soċjetà, fid-9.00am. Riservazzjonijiet isiru fuq 7953 9542 jew 9927 5037 u aktar informazzjoni tinsab fuq is-sit elettroniku tasSoċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com

17|01|2016 31


32 17|01|2016

kullħadd.com

TEMP GĦAL-LUM

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

12°C

14°C

14°C

08°C

09°C

08°C

03

03

03

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

15°C

18°C

15°C

10°C

12°C

10°C

03

03

03

ALMANAKK

RITRATT MILL-ANTIK

L-OGĦLA TEMPERATURA: 11°C L-INQAS TEMPERATURA: 07°C INDIĊI UV: 02 SITWAZZJONI ĠENERALI: Arja ta’ pressjoni baxxa li qed testendi minn fuq il-Baħar Jonju sa fuq iċ-Ċentru talMediterran riesqa bil-mod lejn il-Lvant. TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita li jistgħu jkunu bil-maltempati birragħad u bis-silġ, li jsir ftit imsaħħab f ’xi waqtiet

UV

Ritratt: Bay Retro

VIŻIBBILTÀ: Tajba minbarra fix-xita RIĦ: Qawwi ħafna mill-Majjistral li jilħaq qawwa ta’ riefnu f ’xi waqtiet BAĦAR: Qawwi ħafna IMBATT: Baxx għal moderat mill-Punent Majjistru TEMPERATURA TAL-BAĦAR: 18°C

UV

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Il-Viceroy Cinema f ’Raħal Ġdid lura għas-snin sittin

DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA

Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, il-Belt Valletta Trinity Pharmacy, 32 Triq il-Marsa, il-Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi Marrit Pharmacy, Triq l-1 ta’ Mejju, Fleur-de-Lys, Birkirkara Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigird, Ta’ Xbiex Spiżerija Merħa, Shop 2, Triq Lapsi, Ta’ Giorni, San Ġiljan Chemimart Pharmacy, 4,5,6, il-Piazzetta, Triq it-Torri, Tas-Sliema St Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri. Ħ’Attard Sta Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, il-Mosta St Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, il-Birgu Felice Pharmacy, 95, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it-Torri, il-Gudja Kirkop Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Ħal Kirkop Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli 18.01.2000 Impatt tal-meteorita Tagish Lake mad-dinja

Għawdex Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, ir-Rabat, Għawdex Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, in-Nadur, Għawdex Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.

NUMRI REBBIEĦA LOTTU

37 30 90 42 04 75 48 60

SUPER 5

36 31 04 05 24

GRAND LOTTERY

02 06 02 03 05 01 07

21.01.1899 Il-kumpanija Opel timmanifattura l-ewwel karozza


KOMPETIZZJONI KTIEB

kullħadd.com

17|01|2016 33

KOMPETIZZJONI KTIEB L-ISTEJJER U L-MITI TAL-AVUKAT HERBERT GANADO Id-dar tal-kotba Horizons tkompli tipproponi iktar pubblikazzjonijiet għallpubbliku li jħobb il-Melitensia. Din id-darba qed ikun ippubblikat it-tielet volum mis-sensiela Bejn Storja u Miti. Wara l-volumi dwar Duminku Mintoff u Monsinjur Victor Grech, Sergio Grech qed jeditja volum dwar l-Avukat Herbert Ganado; persunaġġ magħruf għall-erba’ volumi Rajt Malta Tinbidel. L-istorja ta’ dan il-ktieb bdiet nhar il-25 ta’ April 2005 meta Poeżijaplus organizzat konferenza li għarblet l-impatt ta’ Herbert Ganado fil-pajjiż. F’dik il-konferenza, li kienet ippreseduta mill-Professur Henry J. Frendo, ħadu sehem diversi kelliema: Carmelo Abela, Carmel Cassar, Sergio Grech, Maria Grech Ganado, Paul Saliba, Piju Spiteri u Martin Vella. Żewġ preżentazzjonijiet partikulari kienu qajmu reazzjonijiet qawwija waqt il-konferenza u wara; sa intervent minnhom kien ukoll irrappurtat f ’gazzetta lokali tal-Ħadd bl-Ingliż. Dik il-konferenza ħalliet togħma tajba u fuq kollox xogħol validu li kien ikun ħasra li ma jiġix mitbugħ. Fil-fatt, l-awturi, minħabba li għadda ftit żmien, reġgħu raw u flew ix-xogħol tagħhom u għamlu l-aġġornamenti li ħassew li hemm bżonn. F’diskussjoni mal-pubblikaturi, ħarġet l-idea li l-lista tal-kittieba tiżdied u dan fisser li stajna noffru iktar perspettivi dwar Herbert Ganado li l-konferenza kienet qabżet minħabba żmien u ħin. Uħud minn dawn il-perspettivi huma friski għalkollox, anke f ’sintonija ma’ studji internazzjonali fil-qasam talIstorja. Il-lista l-ġdida tinkludi lil Dr Tonio Borg, Noel D’Anastas, l-Ispeaker Emeritu Anton Tabone, Max Farrugia, Emily Barbaro Sant, il-Professur Oliver Friggieri, Dr Simon Mercieca, Giorgio Peresso, l-Imħallef irtirat Giovanni Bonello, Monsinjur Charles G. Vella u Dr Charles Xuereb. L-avversarji ta’ Ganado kkritikawh bl-aħrax għall-artiklu Dħalna Madrid li hu ppubblika f ’Leħen is-Sewwa fl-aqwa tal-Gwerra Spanjola. Imma ħajtu kienet iktar imlewna minn hekk. F’ittra li Walter Żahra – Żejtuni u sostenitur qawwi tat-Tabib Pawlu Boffa u wara membru attiv fil-Partit tal-Ħaddiema Nsara ta’ Toni Pellegrini – f ’Lulju tal-1960 kiteb dwar l-Avukat Herbert Ganado lil International Federation of Christian Trade Unions fejn sostna li Ganado, qabel it-Tieni Gwerra, kien membru ma’ dik il-fazzjoni fil-Partit Nazzjonalista li kienu favur li Malta ssir parti mill-Italja. Ikompli li kien ammiratur ta’ Benito Mussolini u fi żmien il-gwerra kien internat l-Uganda. Dawn it-tendenzi, skont Żahra, kienu spiċċaw għalkollox f ’Herbert tal-1960, u dik il-ħabta Ganado kien jemmen li Malta kellha tibqa’ fil-Commonwealth Ingliż. Fl-ittra msemmija Żahra jiddubita kemm Ganado seta’ jkun mexxej nazzjonali. Dan il-ktieb jistħarreġ bosta punti u mistoqsijiet li jqajjem Walter Żahra fl-ittra msemmija hawn fuq u jiddiskuti iktar punti dwar il-ħajja pubblika talAvukat Herbert Ganado; ir-raġel li ra Malta tinbidel.

SILTA MILL-KTIEB L-istorja ta’ dan il-ktieb bdiet nhar il-25 ta’ April 2005 meta Poeżijaplus organizzat konferenza li għarblet l-impatt ta’ Herbert Ganado filpajjiż. F’dik il-konferenza, li kienet ippreseduta mill-Professur Henry J. Frendo, ħadu sehem diversi kelliema: Carmelo Abela, Carmel Cassar, Sergio Grech, Maria Grech Ganado, Paul

Saliba, Pio Spiteri u Martin Vella. Il-konferenza kienet sabet l-appoġġ tat-Teatru Manoel u l-Ministeru talEdukazzjoni. Education 22 u Campus FM kienu xandru l-konferenza. Żewġ preżentazzjonijiet ġartikulari kienu qajmu reazzjonijiet qawwija waqt il-konferenza u wara, u sa intervent minnhom kien ġie rrappurtat minn

Noel Grima fil-Malta Independent. Irid ikun reġistrat il-punt li l-attendenza għall-konferenza kienet tajba ħafna u, fil-bitħa tat-Teatru Manoel fejn saret l-attività, ma kienx hemm post fejn toqgħod labra. Dik il-konferenza ħalliet togħma tajba u fuq kollox xogħol validu li kien ikun ħasra li ma jiġix mitbugħ. Fil-

fatt l-awturi, minħabba li għadda ftit żmien, reġgħu raw u flew ix-xogħol tagħhom u għamlu l-aġġornamenti li ħassew li hemm bżonn. F’diskussjoni mal-pubblikaturi, ħarġet l-idea li l-lista ta’ kittieba tiżdied u dan fisser li stajna noffru iktar perspettivi dwar Herbert Ganado li l-konferenza kienet qabżet minħabba żmien u ħin.

Mistoqsija: Dwar xiex xeħtet dubju l-ittra ta’ Walter Żahra?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ĊNL, Triq Mile End, il-Ħamrun, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Herbert Ganado: Bejn Storja u Miti ġentilment ipprovdut minn HORIZONS Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 24 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun billi jippreżentaw il-karta tal-identità mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, eskluż festi pubbliċi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb L-Eku tas-Sirena huwa: H.HILI - Żebbuġ


34 17|01|2016

kullħadd.com

LOGĦOB

TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri 140 170 237 257 359 395 426 464 497 780 888 896 B’4 Numri 0000 0060 0737 0820 1118 1564 3328 3769 3782 4104 4405 4691 4907 5169

5688 5747 6323 6606 6608 6881 6883 7156 7241 7481 7847 7888 8844 8860 8898 8982 9051 9301 9361 9464 9504 9688

14787 17047 19047 21576 29991 38794 40517 43079 44743 52685 58737 60649 66220 66794 74575 94736

B’6 Numri 088111 131224 178921 185034 330408 385657 471011 665101 686649 781721 786972 804467

IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADA

B’5 Numri 04026 07590 07600 07675 08866 09013

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħata lil: KOMPETIZZJONI WELLA KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz:

Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: J. MIFSUD – il-Ħamrun

KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA ]

5

Ġemma’ sitt kupuni u ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz: Nru tal-kartà tal-identità:

Nru tat-telefown:


LOGĦOB

17|01|2016 35

kullħadd.com

IRBAĦ €25 FI FLUS

106

Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.

TISLIBA Mimdudin: 1. 4. 7,17. 9,24. 10. 12. 16,19. 18. 19. 20. 21. 23. 24.

Kompli l-qawl: ..... sena, egħref mitt sena (5) Jintlibsu flok l-ingra- vati (4) Inkattar (5) Patrijott Taljan bla sieq! (8) Ġensek (6) Jistgħu jkunu ta’ appartamenti (6) Jirduppjali l-paga! (6) Reverse Osmosis (1,1) Ara 16 Ma baqax f ’sikktu (5) Fabio Dalli Sillato (1,1,1) Ara 6 Ara 9

Weqfin: 1. 2,3. 3. 5,11. 6,23. 8. 11. 12,22. 13. 14. 15. 17. 21. 22.

Xewqat sbieħ (6) L-irġiel tal-baqar (6) Ara 2 Jitla’ fuq il-ġilda? (5) Timxi bil-mod ħafna (7) Nirranġa l-ħażin (9) Ara 5 Gendus selvaġġ bl-Ingliż (5) Siegħa Taljana (3) Din tal-pantomima (2-4) Ma jgħaddix likwidu minnu (6) Ara 7 Qabeż ix-xifer (3) Ara 12

SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin: 1.Akbar, 4.Benz, 7,9.Aħmar, 10.Kartun, 12.Nasser, 16,19. Iċċara, 18.Pa, 20.Ħarat, 21.Kop, 24.Użata

Weqfin: 1.Armati, 2,11.Barka, 3,23. Rakkont, 5,14.Entratura, 6,15.Zunnarija, 8.Ħassartlu, 12.NC, 13,22.Spapen, 17.CEO, 21.Kok

QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Żewġ kantanti tal-istess era, wieħed Amerikan u l-ieħor Brittaniku. Wieħed mill-kantanti ħalliena matul il-ġimgħa li għaddiet. Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown:

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u tibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: Ibagħtu l-paġna ta’ din il-logħba tal-31 ta’ Jannar flimkien mallogos tal-ħarġiet tat-3, 10, 17, 24 ta’ Jannar.

RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA

Geoffrey Zakarian

Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: R. DELIZIO – Ħal Safi L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.

Bobby Flay


36 17|01|2016

kullħadd.com

SPORTS

SRI CHINMOY ONENESS-HOME PEACE RUN IŻŻUR L-ISKEJJEL MALTIN Grupp ta’ atleti minn partijiet diversi tad-dinja jinsabu f ’pajjiżna biex jippromwovu l-paċi, f ’dik li tissejjaħ is-Sri Chinmoy Oneness-Home Peace Run. Iż-żjarat fl-iskejjel huma mifruxa fuq tliet ijiem. Illum laqa’ lil dawn l-atleti s-Segretarju għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius flimkien mal-istudenti tal-Iskola Medja ta’ Bormla fi ħdan ilKulleġġ Santa Margerita. IsSegretarju Parlamentari, waqt l-indirizz tiegħu, qal li Malta għandha sservi ta’ eżempju għall-pajjiżi oħra, mhux biss fl-ambitu tal-paċi, imma anki tal-ospitalità li l-Maltin joffru. Huwa rringrazzja lill-għalliema u lill-istaff taliskola li joffru lill-istudenti għodda u ambjent sabiex

l-istudenti jgħixu fil-paċi u jippreparawhom biex itejbu l-ħajja tagħhom. L-għan prinċipali ta’ dawn iżżjarat li qed isiru f ’aktar minn mitt pajjiż madwar id-dinja huwa li jinxtered messaġġ favur il-paċi u t-tolleranza, b’rispett sħiħ lejn id-diversità. L-organizzaturi jagħmlu enfasi qawwija fuq il-fatt li, minkejja d-differenzi tagħna, inkluż dawk reliġjużi, ilbnedmin xorta waħda jistgħu jgħixu f ’armonija flimkien f ’soċjetà aktar magħquda. Din l-attività kompliet flIskola Medja ta’ Ħal-Tarxien tal-Kulleġġ San Tumas More, l-Iskejjel Primarji ta’ ĦalGħaxaq fi ħdan il-Kulleġġ San Benedettu, dik ta’ Ħal Luqa fi ħdan il-Kulleġġ Sant’Injazju, u spiċċat fl-Iskejjel Primarji ta’ Raħal Ġdid tal-Kulleġġ

San Ġorġ Preca. It-Tlieta filgħodu, l-atleti ta’ Sri Chinmoy OnenessHome Peace Run żaru l-Iskola Sekondarja ta’ Santa Venera tal-Kulleġġ Santa Tereża, l-Iskola Primarja ta’ Ħ’Attard, u l-Iskola Medja tan-Naxxar tal-Kulleġġ San Nikola, l-Iskola Primarja ta’ San Ġwann tal-Kulleġġ Santa Klara, u tispiċċa flIskola Nazzjonali tal-Isport f ’Pembroke. Fl-aħħar stadju, l-Erbgħa filgħodu, l-atleti jerħula lejn il-gżira Għawdxija fejn iżuru l-Kulleġġ ta’ Għawdex, fosthom l-iskejjel primarji tan-Nadur, Għajnsielem u x-Xewkija, u l-Iskola Sekondarja tar-Rabat. L-attività tiġi fi tmiemha bi programm qasir f ’Wied ilLunzjata f ’Ta’ Kerċem.

GALEA JIRBAĦ FL-AUTOCROSS U GAUCI JIRBAĦ L-ENDURO F’GĦAWDEX Illum il-Ħadd 17 ta’ Jannar 2016 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi tkompli bl-attivitajiet tagħha din id-darba fil-Kumpless Sportivi f ’Ta’Qali bilMuturi Motocross u Karozzi Autocross. L-Autocross ser ikunu qed jikkompetu fis-sitt programm mill-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2015/2016. Il-programm jibda fl-10:30am. Wara l-maltemp li għamel flaħħar attività speċjali ta’ qabel il-Milied fejn kien ippjanat li ssiru Autocross Rides li ġew imħassra minħabba x-xita kontinwa li għamlet. Minkejja dan il-Kumitat iddeċieda li jerġa’ jagħmel tentattiv ieħor waqt l-attività tal-lum il-Ħadd 17 ta’ Jannar fejn ser ikun hemm ħin biex wieħed jista’ jirkeb bħala passiġġier ma’ xi sewwieq tal-Autocross fejn ikun jista’ jdur ftit dawriet mal-korsa biex jesperjenza ftit min dak li jgħaddi minnu is-sewwieq. L-Assoċjazzjoni tgħid li dawn ir-rikbiet diġà saru fi snin oħra u qed jerġgħu jsiru biex spettatur jirkeb f ’karozzza tal-Autocross madwar il-korsa li ħa jinstaqu minn sewwieqa ta’ esperjenza u fuq regoli stretti matul dawn ir-rikbiet. Intant, nhar is-Sibt li għadda l-Assoċjazzjoni organizzat ilfinali A u B u dik Autocross Standard li fuq l-istaring line, fit-3:00pm rajna s-sewwieqa ta’ din il-Klassi li kienu Karl Scicluna fuq Peugeot 206, Johann Vella fuq Opel Nova, Melvin Buttigieg fuq Citroen AX, Traydon Bailey fuq Ford Ka u Ian Fenech fuq Citroen AX. Mat-tluq ta’ din il-finali assistejna inċident

Christian Galea fuq Fiat Ritmo bejn Scicluna u Bailey fejn twaqfet it-tiġrija. Qabel ittieni start iż-żewġ sewwieqa li ħolqu l-inċident ġew imwissija b’twissija kull wieħed millKumitat Autocross. Mat-tluq rajna lil Vella jisraq l-ewwel pożizzjoni wara ħarġa tajba segwit minn Buttigieg u Scicluna. Matul din il-finali ma kellna l-ebda tibdil bir-riżultat finali jispiċċa Vella rebbieħ segwit viċin minn Buttgieg u Scicluna. Fir-raba’ u l-ħames post spiċċaw Bailey u Fenech rispettivament. Fil-Finali Klassi B rajna Start Line kompost minn Matthew Borg fuq Vauxhall Nova, Jonathan Camilleri fuq Opel Corsa, Karl Micallef, Ryan Scicluna u Christian Apap ittlieta fuq Ford Fiesta u Joseph Micallef fuq Opel Corsa. Mat-tluq rajna ħarġa tajba min J. Micallef u Camilleri b’J. Micallef jieħu t-tmun tattiġrija segwit minn Camilleri u Borg. L-attenzzjoni millewwel marret fuq it-tieni u t-tielet meta Borg beda jagħmel pressjoni fuq Camilleri sakemm fis-sitt dawra Borg sab l-opportunità

biex avvanza post il-quddiem. Il-finali spiċċat b’Joseph Micallef jirbaħ quddiem Borg u Camilleri rispettivament. Firraba’ post daħal Karl Micallef filwaqt li fil-ħames post spiċċa Scicluna. Fil-Finali Klassi A rajna linja tat-tluq komposta min Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo, Patrick Cassar u Malcom Borg it-tnejn fuq Opel Corsa, Ivan Birmingham fuq Suzuki Swift, Jurgen Mallia fuq Honda Civic u Josef Grech fuq Ford Fiesta. Mat-tluq ta’ din il-finali rajna l-Galea flimkien ma’ Borg jagħmlu ħruġ tajjeb ħafna tant li ħadu t-tmun talfinali b’Galea fuq quddiem segwit min Borg u Cassar li dan tal-aħħar mill-ewwel beda jipprova jsib kull spazju biex jista’ javvanza sakemm fis-sitt dawra Cassar issupera lil Borg bir-riżultat li l-finali spiċċat b’Galea rebbieħ għal darb’oħra segwit minn Cassar u Borg rispettivament. Firraba’ post spiċċa Birmingham filwaqt li Mallia u Grech irtiraw mit-tiġrija. Intant, nhar il-Ħadd filgħodu l-Assoċjazzjoni kienet

impenjata f ’Għawdex fejn f ’Ħondoq ir-Rummien filQala l-ASMK organizzat ittielet attività Enduro. Għal din l-attività rreġistraw 32 kompetitur maqsuma fi tliet klassijiet, dik A bil-muturi żgħar b’ċilindrata taħt il-250cc, klassi B għall-muturi ikbar minn 250cc żilindrata u klassi C jaqgħu fiha l-muturi kollha Trials. Fi Klassi A rajna lill Andrea Scicluna u Nigel Anastasi it-tnejn fuq muturi KTM jiddominaw din il-klassi b’Anastasi jkun l-aħjar kompetitur fl-ewwel Heat tiegħu b’ħin ta 4 minuti 17.38 sekondi u Scicluna għamel ħin tajjeb ħafna ta 4 minuti 8.26 sekondi biex spiċċa rebaħ din il-klassi segwit minn Anastasi fit-tielet post spiċċa Roger Grima fuq mutur Yamaha b’ħin ta’ 4 minuti 27.58 sekondi filwaqt li r-raba’ post spiċċa Daniel Caruana fuq mutur Honda b’ħin ta’ 4 minuti 50.93 sekondi. Fi Klassi B rajna lill Matthew Gauci fuq Sherco jkompli jiddomina l-Enduro f ’Malta b’ħinjiet fenominali fejn il-

kapaċità li għandu diffiċli wieħed imur taħt il-ħin tiegħu. Gauci irreġistra l-aħjar ħin tiegħu fl-ewwel heat u kompla jtejjeb il-ħin tiegħu fit-tieni heat b’dak ta’ 3 minuti 22.58 sekondi. Gauci kien segwit mill-aħwa Scicluna Joseph u Ian it-tnejn fuq Muturi KTM b’Joseph jispiċċa fit-tieni post bl-aħjar ħin tiegħu ta’ 3 minuti 35.55 sekondi filwaqt li Ian spicca fit-tielet post b’ħin ta’ 3 minuti 41.75 sekondi. Fir-raba’ post spiċċa John Attard fuq mutur KTM b’ħin ta’ 3 minuti 44 sekonda. Fi Klassi C fil-muturi kollha Trials rajna liż-żewġ sewwieqa Għawdxin jiddominaw din il-klassi b’Renato Mizzi fuq mutur Beta jirbaħ il-klassi b’ħin ta’ 4 minuti 23.06 sekondi. Mizzi kien dejjem segwit min Josmar Mizzi fuq mutur Gas Gas b’ħin ta 8 minuti 25.04 sekondi. Il-ġurnata inġenerali għattielet darba ntrebħet minn Matthew Gauci bl-aħjar ħin ta’ 3 minuti 22.58 sekondi. Ir-runner-up tiegħu Joseph Scicluna fuq KTM irreġistra ħin ta 3 minuti 35.55 sekondi. L-Assoċjazzjoni tixtieq tirringrazzja lill-Kunsill Lokali tal-Qala, Transport Malta, il-Ministru għal Għawdex, ilPulizja f ’Għawdex u l-Gozo Sports Board li dejjem insibu l-għajnuna minn għandhom kull meta jkollna bżonn. Iktar informazzjoni wieħed jista’ jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www. asmk.org.mt jew fil-paġni ta’ Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista’ jagħmel kuntatt bl-email info@asmk.org.mt.


LOKALI

kullħadd.com

17|01|2016 37 PEMBROKE DEĊIŻIVI FIT-TIENI TAQSIMA

PREMIER LEAGUE MALTI 2 0

VALLETTA TARXIEN R.

Ritratti: STEPHEN GATT

PEMBROKE A. NAXXAR L.

Ismael Grech (N), Ariel Laudisi (P) u Andrew Scicluna (N)

1 1

Fl-ewwel logħba li kien hemm ilbieraħ fil-Kampjonat Malti li ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium, it-tim ta’ Pembroke għeleb littim ta’ Naxxar bl-iskor ta’ 2-0. Kienu proprju Naxxar li ħolqu l-ewwel azzjoni tal-logħba meta fis-16-il minuta Duane Bonnici qassam lejn Demba Toure imma l-gowler ta’ Pembroke Mario Muscat antiċipa mill-ewwel u salva tajjeb. Naxxar reġa’ kellhom azzjoni oħra fit-32 minuta meta minn corner dirett u insidjuż, li kien mogħti minn Darren Falzon, il-ballun kien salvat tajjeb, għal darb’oħra, minn Muscat li tefa’ l-ballun f ’corner ieħor. Minkejja li kważi għamlu taqsima fejn ma tantx spikkaw, kienu proprju Pembroke li qabel ma ntemmet l-ewwel taqsima kienu se jmorru fil-vantaġġ. Dan hekk kif, fil-45 minuta, corner mogħti minn Mano Micallef, reġa’ kien strumentali l-gowler ta’ Pembroke Muscat li mblokka tajjeb id-daqqa ta’ ras ta’ Gustavo Villalobos biex b’hekk l-ewwel taqsima ntemmet f ’parità ta’ 0-0. Fittieni taqsima, Pembroke kienu tim differenti tant li l-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima waslet minnhom hekk kif il-ballun wasal għand Ariel Laudisi iżda x-xutt ta’ dan spiċċa barra mil-lasti ta’ Pembroke wara cross tajjeb ta’ Alex Cini. Fid-59 minuta jasal l-ewwel gowl talpartita hekk kif minn cross ta’ Laudisi kien Mano Micallef li b’daqqa ta’ ras mill-qrib tefa’ l-ballun fix-xibka wara l-gowler ta’ Naxxar. Għal dan il-gowl, Naxxar ftit li xejn heddew il-lasti ta’ Pembroke iżda setgħu ġabu d-draw proprju fid-90 minuta. Kien cross tajjeb ta’ Alvaro Hungaria lejn Demba Toure iżda pront reġa’ kien Muscat li antiċipa l-ballun. Fil-ħin miżjud tal-partita, proprju fit-92 minuta, Pembroke ssiġillaw ir-rebħa hekk kif Gustavo Villalobos approfitta minn indeċiżjoni tal-gowler ta’ Naxxar u tefa’ l-ballun f ’lasti vojta mingħajr problemi. Referee – Fyodor Zammit VALLETTA MIŻMUMA MINN TARXIEN

Kyle O’Brian (P) u Hungria Rosero Alvaro Javier (N)

Fit-tieni logħba li kien hemm ilbieraħ fil-Victor Tedesco Stadium, it-tim ta’ Valletta kien miżmum minn dak ta’ Tarxien Rainbows bil-logħba tispiċċa f ’parità ta’ 1-1. Kienu proprju Valletta li ħolqu l-ewwel azzjoni fl-10 minuta minn free-kick li kien mogħti minn Jhonnattan, kien salvat tajjeb mill-gowler ta’ Tarxien Andrea Cassar. Tarxien iwieġbu ftit wara, preċiżament fit-13-il minuta, b’azzjoni bejn Ebiabowei Baker u Luke Montebello b’dan tal-aħħar jixxuttja l-ballun ftit barra. Fit-18-il minuta wasal l-ewwel gowl tal-partita minn Tarxien meta Alex Da Paixao Alves temm azzjoni personali b’xutt minn tarf il-kaxxa li l-gowler Belti Nicky Vella pprova jsalva imma l-ballun xorta waħda spiċċa fix-xibka. Fil-25 minuta kien hemm azzjoni oħra tajba ta’ Tarxien meta Baker qassam lil Montebello b’dan tal-aħħar ipprova jqabbeż il-ballun minn qagħda tajba iżda spiċċa għoli. Tarxien komplew jippressaw fit-30 minuta meta x-xutt ta’ Ayrton Azzopardi kien salvat mill-gowler Vella. Irrisposta deċiżiva ta’ Valletta waslet fil-35 minuta meta dawn kisbu l-gowl tal-parità. Cross tajjeb ta’ Uchenna Calistus fejn pront filkaxxa kien hemm l-attakkant prolifiku ta’ Valletta Federico Matias Falcone li bir-ras għeleb Cassar. B’hekk dawn iż-żewġ timijiet daħlu jistrieħu f ’parità ta’ 1-1. Fit-tieni taqsima Tarxien ħarġu mill-ewwel fuq jiksbu l-gowl tal-vantaġġ tant li fit-52 minuta huma ħasbu li marru minn fuq permezz ta’ Montebello iżda l-gowl tħassar milluffiċjali tal-logħba minħabba pożizzjoni ta’ offside tal-istess plejer. Azzjoni oħra fit-68 minuta ta’ Tarxien wara xutt tajjeb minn Oliveira Santos li kien salvat tajjeb mill-gowler Vella. Fit-72 minuta Valletta rreaġixxew meta mill-cross ta’ Romao, id-daqqa ta’ ras tal-attakkant Falcone għaddiet ftit barra mil-lasti ta’ Tarxien. L-aħħar azzjoni talpartita waslet fid-79 minuta meta reġgħu kienu Valletta permezz ta’ Jhonnattan li xxuttja dgħajjef minn qagħda xi ftit angolata biex l-azzjoni sfumat.

Joao Pedro Oliveria Santos (R) u Pirecles Romeu (V)

Jonathon Caruana (V) u Ayrton Azzopardi (T)

IL-PREMIER LEAGUE MALTI

Referee – Trustan Farrugia Cann

KLASSIFIKA

Valletta Hibernians Birkirkara Tarxien R. Floriana Balzan Mosta Sliema W. Pembroke A. Qormi Naxxar Lions St. Andrews

L R D T F K +/- Pti 18 13 2 3 39 18 +21 41 17 11 4 2 39 20 +19 37 17 10 5 2 36 16 +20 35 18 9 5 4 32 15 +17 32 17 10 2 5 29 19 +10 32 17 9 3 5 28 20 +8 30 17 7 4 6 25 23 +2 25 17 7 3 7 28 26 +2 24 18 6 3 9 25 29 -4 21 17 2 3 12 17 29 -12 9 18 2 2 14 15 51 -36 8 17 0 0 17 8 55 -47 0

LOGĦOB GĦAL-LUM

Stadium Nazzjonali Ta’ Qali Mosta v Hibernians Sliema W. v Floriana

14.00 16.00


38 17|01|2016

kullħadd.com

PREMIER LEAGUE

RIŻULTATI TAL-BIERAĦ

CHELSEA V EVERTON

Fil-logħba spettakolari li kien hemm ilbieraħ, kien proprju John Terry li salva lil Chelsea meta l-gowl tiegħu fit-98 minuta evita telfa oħra għal Chelsea kontra Everton bl-iskor finali jkun dak ta’ 3-3. Wara li l-ewwel taqsima kienet kemxejn fjakka, it-tieni taqsima ħadet ħajja tant li s-sitt gowls kollha ġew skurjati fiha. Everton marru f ’vantaġġ ta’ żewġ gowls minn own-goal ta’ Terry u xutt mill-isbaħ ta’ Kevin Mirallas. Chelsea skurjaw tnejn f ’ħakka tajn bl-iskorers ikunu Diego Costa u Cesc Fabregas iżda fid-90 minuta Funes Mori deher li skurja l-gowl tar-rebħa għal Everton. Iżda ma kellux ikun hekk hekk Terry, li kien f ’pożizzjoni ċara ta’ offside, tefa’ l-ballun ġewwa b’daqqa ta’ ras. MAN. CITY V CRYSTAL PALACE Manchester City komplew jirbħu hekk kif ilbieraħ huma għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta’ 4-0. Kienu proprju s-City, li kontra x-xejra tal-logħba, fetħu l-iskor fit-22 minuta meta x-xutt tal-internazzjonali Ingliż Fabian Delph qarraq bil-gowler tal-Palace Wayne Hennessy u l-ballun għadda minn taħtu u spiċċa fix-xibka. Ftit qabel ma ntemmet l-ewwel taqsima s-City irduppjaw u din id-darba kien l-attakkant

Tottenham v Bournemouth v Chelsea v Manchester City v Newcastle Utd v Southampton v Aston Villa v

Liverpool Stoke City

Swansea

Manchester City jiċċelebraw wieħed mill-gowls tagħhom prolifiku tagħhom Sergio Aguero li b’xutt tajjeb għeleb lil Hennessy. Aguero reġa’ skurja ieħor fit-tieni taqsima wara azzjoni tajba li involviet xejn inqas minn tliet plejers oħra. Is-City issiġillaw ir-rebħa b’gowl ieħor din id-darba mill-plejer David Silva. LIVERPOOL V MAN. UNITED Fil-logħba tal-ġimgħa li hemm illum fil-Kampjonat Ingliż, ir-rivali eterni ta’ Liverpool u Manchester United se jkunu qed jiltaqgħu f ’Anfield hekk kif iż-żewġ timijiet għandhom bżonn rebħa jekk iridu li jkomplu jisfidaw għal mal-eww-

LOGĦOB GĦAL-LUM v Palermo 12.30 v Lazio 15.00 v Sampdoria 15.00 v Empoli 15.00 v Verona 15.00 v Juventus 15.00 v Fiorentina 20.45

el erbgħa. Bħala statistika, minn mindu Louis van Gaal beda jmexxi lill-United, huma rnexxilhom jegħlbu lil-Liverpool flaħħar tliet konfronti. Madankollu, dawn irnexxielhom jirbħu biss logħba mill-aħħar tmienja. Minnaħa tagħhom, għal-Liverpool jista’ jiddebutta d-difensur ġdid Steven Caulker wara li ngħaqad magħhom b’self mingħand QPR. Liverpool se jkunu mingħajr bosta plejers fosthom Martin Skretel u Philippe Coutinho li kollha jinsabu indisposti minħabba injury filwaqt li għall-United, kemm Bastian Schweinsteiger kif ukoll Michael Carrick, fost oħrajn, se jitilfu dan il-konfront.

9 8 8 7 7 7 7 6 7 6 5 4 3 0

3 5 3 5 4 4 3 5 1 3 4 3 5 8

7 6 8 7 8 9 9 8 11 10 10 12 11 11

* Il-pożizjonijiet ivarjaw minħabba li r-riżultat inħareġ wara li morna għall-istampar.

v Manchester Utd v Arsenal

15.05 17.15

v Watford

21.00

24 25 23 25 26 21 18 28 20 19 19 20 17 12

23 23 27 21 25 24 27 30 25 29 26 41 34 31

30 29 27 26 25 25 24 22 22 21 19 15 14 8

Tim

L

Leicester City 22 Manchester City 22 Arsenal 21 Tottenham Hotspur 22 West Ham United 22 Manchester United 21 Stoke City 21 Crystal Palace 22 Liverpool 21 Southampton 22 Everton 22 Watford 21 West Brom 22 Chelsea 22 Bournemouth 22 Norwich City 22 Newcastle United 22 Swansea City 21 Sunderland 22 Aston Villa 22

R D T

F

K

P

12 13 13 10 9 9 9 9 8 8 6 8 7 6 6 6 5 4 5 2

39 43 37 38 34 27 24 23 25 31 39 25 22 31 26 24 24 19 27 18

26 21 21 18 26 20 22 24 27 24 32 24 30 34 37 38 39 30 45 38

43 43 43 39 35 34 32 31 31 30 29 29 27 25 24 23 21 19 18 12

8 4 4 9 8 7 5 4 7 6 11 5 6 7 6 5 6 7 3 6

2 5 4 3 5 5 7 9 6 8 5 8 9 9 10 11 11 10 14 14

ROMA V HELLAS VERONA

PUNTI OĦRA

It-tfittxija għall-ewwel rebħa għal Verona tissokta llum hekk kif se jkunu qed jilagħbu kontra Roma barra minn darhom b’dan it-tim tal-aħħar se jkun qed jilqa’ lura lill-eks kowċ taghħom Luciano Spalletti. Matul dawn l-aħħar xhur ma kienet xejn faċli għal dawk kollha assoċjati ma’ Roma hekk kif bdiet tinħass ċerta spekulazzjoni qawwija fuq il-futur ta’ Rudi Garcia li ġiet fi tmiemha din ilġimgħa. Min-naħa ta’ Verona, iċ-ċansijiet li dawn jakkwistaw l-ewwel rebħa, ħadu daqqa ta’ ħarta oħra hekk kif Luca Toni u Romulo se jkunu indisposti minħabba li t-tnejn li huma jinsabu indisposti minħabba xi injuries li sofrew.

KLOPP ‘IRRIFJUTA’ LILL-MANCHESTER UNITED

UDINESE V JUVENTUS

Juventus se jkunu qed ifittxu li jirbħu l-10 logħba konsekuttiva tagħhom hekk kif din id-darba huma se jkunu qed jilagħbu barra minn darhom KLASSIFIKA kontra t-tim ta’ Udinese. It-tim ta’ Max Allegri L R D T F K P rnexxielhom jirkupraw tajjeb mill-bidu ferm laxk li kellhom dan l-istaġun u issa jinsabu viċin ħafna 19 12 5 2 38 15 41* l-quċċata tal-klassifika tal-Kampjonat Taljan. 20 12 4 4 25 13 40 Huwa proprju għalhekk li mhux se tkun faċli għal Udinese, minkejja li mill-aħħar 3 logħbiet li lagħbu, 19 12 3 4 33 15 39 huma rnexxielhom jirbħu tnejn minnhom. Udinese 19 12 2 5 37 19 38 jinsabu f ’pożizzjoni komda fil-klassifika iżda xorta 19 9 7 3 36 22 34 waħda diġà rreġistraw disa’ telfiet dan l-istaġun fl18 8 7 3 23 17 31* ewwel nofs ta’ dan l-istaġun. 19 19 19 19 19 20 19 19 19 19 19 19 19 19

4-1 3-0 3-3 4-0 2-1 3-0 1-1

KLASSIFIKA

Atalanta v Inter 1 - 1 Torino v Frosinone 4 - 2 Napoli v Sassuolo Tard

Napoli* Internazionale Juventus Fiorentina Roma Sassuolo* Empoli Milan Lazio Chievo Torino Atalanta Udinese Sampdoria Bologna Palermo Genoa Frosinone Carpi Hellas Verona

LOGĦOB GĦAL GĦADA

RIŻULTATI TAL-BIERAĦ

Tim

Sunderland Norwich City Everton Crystal Palace West Ham Utd West Brom Leicester City

LOGĦOB GĦAL-LUM

SERIE A

Genoa Bologna Carpi Chievo Roma Udinese Milan

SPORTS

MILAN V FIORENTINA Wara rebħa iebsa kontra Carpi fil-Coppa Italia, it-tim ta’ Milan se jkunu qed jittamaw li jkomplu jsaħħu l-momentum b’rebħa kontra Fiorentina f ’darhom illejla. Sinisa Mihajlovic, li bħalissa jinsab pressjoni huwa wkoll minħabba n-nuqqas ta’ riżultati pożittivi, jista’ jkun li ħelisha ħafif għal ftit wara li t-tim tiegħu rnexxielu jevita telfa fl-aħħar logħba kontra Roma iżda dan ma jfissirx li l-futur tiegħu m’għadux inċert. Sadanittant, telfa ta’ 3-1 kontra Lazio, poġġiet lit-tim ta’ Fiorentina fir-raba’ post iżda xejn għadu mitluf għall-Vjola hekk kif dan l-istaġun kien wieħed ferm pożittiv għalihom u għad fadal logħob biex dan it-tim jaċċerta postu mal-ewwel tlieta.

Il-kowċ preżenti tal-lum, il-Ġermaniż Jurgen Klopp, żvela li Sir Ales Ferguson kien talbu biex jieħu t-tmun tat-tim ta’ Manchester United iżda rrifjuta li jagħmel dan minħabba li ħass li ż-żmien ma kienx opportun għalih biex jitlaq lil Borussia Dortmund. Dan il-kowċ Ġermaniż, li ħa post Brendan Rodgers fit-tmexxija ta’ Liverpool f ’Ottubru, kien resaq lejh l-istess Ferguson f ’April tal2013 meta dan tal-aħħar kien wasal fit-tmiem tal-karriera tiegħu wara 27 sena mal-United. Madankollu, Klopp ma riedx jiċċaqlaq hekk kif kien diġà beda jippjana għall-istaġun ta’ wara mat-tim Ġermaniż u għalhekk ma setax jitlaq nofs leħja, sakemm il-United għażlu li jappuntaw lil David Moyes. “CHELSEA GĦADHOM RELEGATI”

FIL-PERIKLU

LI

JIĠU

Guus Hiddink wissa lill-plejers tiegħu ta’ Chelsea li r-relegazzjoni xorta waħda se tibqa’ possibbiltà jekk ma jirnexxilhomx itejbu l-prestazzjonijiet tagħhom fil-Kampjonat Ingliż. F’nofs din ilġimgħa li għaddiet, Chelsea kienu miżmuma f ’darhom kontra West Brom meta fl-aħħar sekondi tal-logħba, Jason McClean sab ix-xibka, liema riżultat iħalli lil dan it-tim minn Londra erba’ postijiet u sitt punti ‘l bogħod miż-żona tar-relegazzjoni. Kien għalhekk li Hiddink appella lill-plejers tiegħu biex ma jagħmlu xejn fatta hekk kif dan l-istaġun, s’issa, kien wieħed diżastruż għalihom. Ta’ min wieħed ifakkar li Hiddink kien ħa post Jose Mourinho s-sena l-oħra, wara li dan tal-aħħar jidher li kien tilef il-kontroll ta’ xi plejers, minkejja li bħalissa huma ċ-champions renjanti tal-Premier League. CHARLIE AUSTIN JINGĦAQAD MA’ SOUTHAMPTON Ilbieraħ wara nofsinhar, it-tim Ingliż ta’ Southampton iffirmaw lillattakkant Ingliż ta’ QPR Charlie Austin għas-somma ta’ madwar £4 miljuni. Dan l-attakkant ta’ 26 sena ffirma kuntratt ta’ erba’ snin u nofs wara li għadda mit-testijiet mediċi kollha u laħaq ftehim mal-istess tim fuq il-kundizzjonijiet personali tiegħu. Għal ħafna, dan it-trasferiment kien mistenni, hekk ix-xahar li għadda l-kowċ ta’ dan it-tim Ronald Koeman kien sostna li l-injuries persistenti ta’ Jay Rodriguez jistgħu jwasslu biex jiffirmaw attakkant ieħor kif fil-fatt ġara. Austin, li fl-istaġun li għadda kien qed jilgħab ma’ QPR fil-Kampjonat Ingliż, kien skorja tmintax-il gowl iżda dawn xorta waħda ma kinux biżżejjed għall-QPR.


FORMULA 1

kullħadd.com

17|01|2016 39

ANALIŻI TA’ LIAM GAUCI

LIL HINN MIĊ-ĊIRKWIT Fil-jiem li għaddew reġgħet telgħet fil-prominenza il-kwistjoni talispejjeż marbutin mal-iżvilupp u l-forniment tal-magni hekk kif ilPresident tal-FIA Jean Todt u l-kap tal-FOM Bernie Ecclestone qegħdin jippressaw lill-manifatturi biex joħorġu soluzzjoni li jindirizzaw ilkriżi finanzjarja li qed jesperjenzaw it-timijiet. Lejn ftehim ġdid Fil-fatt, nhar il-Ġimgħa li għadda kienet l-iskadenza għall-manifatturi biex iressqu proposti konkreti f ’dan ir-rigward bit-tama li jkunu kkontrollati l-ispejjeż għat-timijiet illi raw il-prezz tal-magni jirdoppja minn meta ġew introdotti l-magni ibridi. X’kienu l-proposti li tressqu f ’dan ir-rigward għadu mhuwiex magħruf. Madankollu, Todt sostna illi d-dokumenti li ġew ippreżentati lilu mill-manifatturi jindikaw illi qegħdin japprezzaw il-bżonn urġenti ta’ riforma. Dan kien kuntrast malattitudni li wrew fix-xhur li għaddew fejn irreżistew kull proposta li setgħet iġġegħlhom ibigħu l-magni tagħhom bi prezzijiet raġjonevoli littimijiet klijenti. Din il-bidla fl-attitudni ma waslitx b’kumbinazzjoni hekk kif Todt u Ecclestone heddew lill-manifatturi li huma lesti li jiftħu l-bieb għal fornituri indipendenti li joffru magni orħos jekk dawk attwali ma jaslux għal kompromess. Minkejja dak li sostna l-kap talFIA, sa din il-ġimgħa stess kien għad hemm sinjali ċari ta’ ostilità lejn il-pjani tiegħu. B’mod partikolari min-naħa tal-President tal-Ferrari Sergio Marchionne li nhar it-Tnejn li għadda qal lill-midja li, jekk Todt u Ecclestone jridu li l-prezzijiet talmagni jonqsu, għandhom iħallsu huma għad-differenza li qed jitolbu. Il-proposti tat-timijiet mistennijin li jiġu diskussi fil-laqgħa tal-Is0trategy Group li se ssir għada bl-għan li jiġu rratifikati mill-F1 Commission nhar it-Tlieta. S’issa huwa ppjanat illi r-riformi maqbula jidħlu fis-seħħ fl2017. F’każ illi, għal xi raġuni, ma jintlaħaqx il-qbil meħtieġ, Todt u Ecclestone jistgħu jeżerċitaw ilpoter li ngħata lilhom f ’Diċembru li għadda biex jimplimentaw ir-riformi li jħossu li hemm bżonn. Tliet sekondi biss? F’aħbar oħra relatat mal-iżviluppi tekniċi li mistennijin li jidħlu fisseħħ fl-2017, Paul Hembery, il-kap tas-sezzjoni tal-motorsport talPirelli, tefa’ xi ftit tal-ilma kiesaħ fuq l-entużjażmu li kien hemm għal bidliet radikali mil-lat ajrudinamiku. Il-pjan oriġinali li kien maqbul is-sena l-oħra kien dak li jsiru bidliet li jagħtu lill-vetturi dehra aktar aggressiva u

li jagħmlu madwar ħames sekondi aktar veloċi minn dawk tal-2015. Madankollu, Hembery sostna li mittestijiet li saru s’issa jidher li dan mhux se jkun possibbli bir-roti li qegħdin joffru l-Pirelli bħalissa. Ir-roti attwali kienu ddisinjati biex jifilħu għal ċertu ammont ta’ strapazz fil-kurvi u l-livell ta’ degradazzjoni tagħhom huwa kkalkulat biex ittimijiet jagħmlu, tal-inqas, żewġ waqfiet f ’kull tellieqa. Hembery sostna li, biex ir-roti jifilħu għall-istrapazz li ġġib magħha din iż-żieda fil-veloċità, il-Pirelli jridu joffru tip ta’ rota ferm aktar reżistenti u b’livell ta’ pressjoni li jkun ta’ madwar 50% aktar minn dak attwali. Minħabba f ’hekk, hemm ċans tajjeb li dawn ir-roti jkollhom anqas qabda u b’konsegwenza, anqas veloċi. Għaldaqstant, bil-kalkoli attwali, il-Pirelli qegħdin jistennew illi fl2017 il-vetturi jkunu tliet, u mhux ħames, sekondi aktar veloċi minn dawk attwali. Madankollu, Hembery ma eskludiex li l-evoluzzjoni naturali tat-teknoloġija xorta waħda twassal għaż-żieda mixtieqa. 25% aktar ħoss Sadanittant, Pat Symonds, ic-Chief Technical Officer tal-Williams, tkellem ftit dwar bidliet fil-magni li se jsiru fl-2016. B’mod partikolari huwa rrefera għall-miżuri li se jittieħdu biex jiżdied il-ħoss li jagħmlu wara l-kritika li saret f ’dan ir-rigward mill2014 ‘l hawn bl-introduzzjoni talmagni ibridi. B’riżultat ta’ bidliet li saru firregolamenti li għandhom x’jaqsmu mas-sistema tal-exhaust tal-vetturi. Fl-2016 għandna naraw iż-żieda ta’ pajp ieħor ħiereġ min-naħa ta’ wara tal-vetturi hekk kif se tiżdied wastegate flimkien mat-tailpipe attwali.

Skont Symonds, l-ewwel testijiet li saru fuq il-magni l-ġodda indikaw li din il-bidla tista’ twassal għal żieda filħoss ta’ madwar 25%. Huwa sostna li mhux biss il-kwantità ta’ ħoss se tiżdied, imma anki l-kwalità, fejn ippreveda li jinstemgħu aktar ħsejjes tipikament assoċjati ma’ magni turbo. Madankollu, it-tekniku espert talWilliams qal li wieħed irid jistenna sat-testijiet ta’ fuq it-traċċat biex jifhem aħjar jekk din il-previżjoni hijiex se ssir realtà. Pass ieħor ‘il quddiem Permezz ta’ kumment fuq itTwitter account tagħhom, il-Manor ikkonfermaw illi x-chassis tal-vettura tagħhom għal dan l-istaġun għaddiet mill-crash test tal-FIA. Għaldaqstant, huma ngħaqdu mal-HaasF1 hekk kif għelbu l-aħħar ostaklu tekniku tagħhom fi triqithom lejn it-testijiet ta’ Barċellona ta’ Marzu li ġej. Minkejja li għal timijiet oħrajn, dan jaf ma jkunx aħbar kbir, għallManor kien ta’ ċertu relevanza meta wieħed jiftakar il-problemi kbar li kellhom bħal dan iż-żmien sena meta t-tim minn Banbury kien f ’xifer ilfalliment. B’riżultat ta’ dawn il-problemi finanzjarji, huma kellhom jipparteċipaw fil-kampjonat b’chassis tal-istaġun preċedenti b’modifikazzjonijiet minimi li jagħmluh aċċettabbli mil-lat regolatorju. Madankollu s-sitwazzjoni tidher li se tkun differenti mhux ħażin fl-2016 hekk kif din il-ġimgħa kkonfermaw li rnexxielhom jimpjegaw l-eks disinjatur tal-Ferrari Nikolas Tombazis. Barra minn hekk, il-Manor se jkollhom aċċess għal power unit tal-Mercedes, flimkien ma’ diversi parts forniti mill-Williams.

Ħaġa li ma ġietx ikkonfermata hija l-għażla tas-sewwieqa fejn il-Manor huwa l-unika tim li għadu ma ħabbar xejn f ’dan ir-rigward. S’issa qegħdin jissemmew diversi sewwieqa fosthom il-possibbiltà li jiġi kkonfermat Will Stevens, jew li jingħaqdu magħhom Pascal Wehrlein u Rio Haryanto. L-ebda ftehim fl-2016 Tim ieħor li saħħaħ il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fl-aħħar xhur kien il-Force India li din is-sena jidher li mhux se jerġgħu jesperjenza l-problemi li kellu l-istaġun li għadda. Madankollu, iċ-Chief Operating Officer tagħhom Otmar Szafnauer ikkonferma li l-ftehim mistenni malAston Martin mhuwiex se jsir realtà fl-2016. Huwa spjega li kien unur kbir għat-tim Indjan li attira l-interess ta’ kumpanija prestiġjuża bħal Aston Martin. Però, huwa żvela li l-kumpanija Brittanika għaddejja b’diversi riformi fl-istateġija tagħha li probabbilment se jżommuha milli tikkommetti ruħha għal proġett kbir daqs dak li jinvolvi l-Formula 1. Minkejja dan il-fatt, Szafnaeur sostna li għad hemm ċans li ż-żewġ naħat għadhom f ’kuntatt ma’ xulxin u għad hemm ċans tajjeb li jaslu għal ftehim. Mhuwiex ċar x’forma kien se jieħu l-involviment tal-Aston Martin. L-ispekulazzjoni tal-midja kienet illi l-Force India jaddottaw isem il-kumpanija awtomobilistika Brittanika biex din tal-aħħar tuża l-Formula 1 bl-għan li ssaħħaħ ilpreżenza tad-ditta tagħha fuq livell internazzjonali. B’mod konkret, it-tim Indjan kien se jibqa’ essenzjalment l-istess ħlief li jkollu aċċess għal aktar fondi bissaħħa tal-appoġġ finanzjarju ta’ Aston Martin.


40 17|01|2016

kullħadd.com

LOKALI

VIŻJONI LI TMUR LIL HINN MINN XTUTNA

Miriam Dalli Membru fil-Parlament Ewropew

Għandna pajjiż ekonomikament b’saħħtu

Kull pajjiż jeħtieġ gvern b’viżjoni. Meta din il-viżjoni ma tkunx hemm iċ-ċittadini iħoss sens ta’ nuqqas ta’ inkoraġġiment filwaqt li min iħares minn barra ftit li xejn ikollu fiduċja bil-konsegwenzi kollha li dan ikollu fuq l-investiment li jattira lejh pajjiż. Illum pajjiżna jinsab f ’sitwazzjoni ferm differenti milli kien fiha sentejn u nofs ilu. Għandna gvern li għandu viżjoni li jagħmel lil pajjiżna l-aqwa fl-Unjoni Ewropea u bil-politika li qiegħed imexxi qiegħed jirnexxilu. Għandna pajjiż ekonomikament b’saħħtu. Xi ħaġa li lanqas l-Oppożizzjoni ma tista’ tinnega anke jekk tagħmel minn kollox biex tipprova tieħu l-krettu ta’ dan kollu. Sentejn u nofs ilu konna f ’sitwazzjoni fejn l-opportunitajiet u l-potenzjal li stajna ngawdu minnhom, ma konniex qed nisfruttawhom bl-aħjar mod. Il-Partit Nazzjonalista kellu mentalità ta’ inferjorità li sfortunatament għadna naraw sal-lum il-ġurnata. Mill-gvern kien spiċċa jissottovaluta dak kollu li seta’ joffri pajjiżna fuq livell internazzjonali. Kellna Gvern li kien beda jara lill-Malta biss mil-lenti taċċokon fiżiku tagħha, gvern li kien iħares lejn pajjizna mill-

limitazzjonijiet tiegħu aktar milli għall-potenzjal kbir li għandna. F’dan l-isfond Malta riedet politika determinata, politika ambizzjuża fejn min imexxi jkollu l-entużjażmu li jbiddel l-affarijiet għaliex jemmen li nistgħu nagħmlu xi ħaġa ħafna aħjar. Dak kien li vvutaw għalih in-nies fl-2013 u dak hu li rridu nibqgħu naħdmu għalih fix-xhur u s-snin li ġejjin. Il-mument li mmorru lura minn dik it-tip ta’ politika nkunu qed nonqsu lilna nfusna u lill-ġenerazzjonijiet futuri tagħna. Jien nemmen li kull wieħed u waħda minna kapaċi jagħmel ferm aktar, kapaċi jilħaq xi ħaġa aħjar, kapaċi joffri aħjar lill-familja tiegħu u lil uliedu. Imma biex nagħmlu dan irridu ninqatgħu mill-mentalità fejn naħsbu li l-affarijiet jiġu waħedhom, fejn naħsbu li m’hemmx għalfejn nagħmlu sforz biex inbiddlu l-affarijiet. Dan japplika fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna imma japplika wkoll fuq livell ta’ gvern. Li toħlom li kapaċi tibdel l-affarijiet għall-aħjar huwa dak li jgħinek twettaq l-affarijiet. Il-qasam ewlieni li jikristallizza dan kollu huwa dak talenerġija. Gvern Nazzjonalista qatt ma kellu l-entużjażmu jbiddel l-affarijiet. Kien

komdu bl-istatus quo. IlGvern Laburista, min-naħa l-oħra, dejjem emmen li l-affarijiet jistgħu isiru aħjar, dejjem emmen li jista’ jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, li jista’ jsib min jinvesti f ’kumpanija li ħadd ieħor ried ibigħ għal 1c. Illum għandna kumpanija li qed tħares biex tinvesti filqasam tal-enerġija rinovabbli barra minn xtutna. Permezz tal-proġett kummerċjali ġdid ta’ windfarm maħsub għallMontenegro u li qed tinvesti fih l-Enemalta flimkien max-Shanghai Electric Power pajjiżna qiegħed iħares lejn parteċipazzjoni internazzjonali fil-qasam talenerġija. Il-proġett smajna aktar dwaru din il-ġimgħa waqt iż-żjara tal-Prim Ministru fil-Monetenegro. Il-Prim Ministru spjega kif dan l-ewwel investiment internazzjonali ta’ Malta fi snin twal se jipprovdi 3% tal-enerġija rinnovabbli għall-Montenegro. L-investiment fil-windfarm minn Malta għandu valur doppju. Filwaqt li huwa diffiċli għal pajjiż ġeografikament żgħir bħal Malta li jagħmel proġett ta’ windfarms filkonfini tiegħu huwa pożittiv ħafna li meta ġejna biex nagħżlu l-investiment barrani li kellu jmur għalih pajjiżna

għażilna propju il-qasam talenerġija rinovabbli permezz tar-riħ. B’dan il-mod, pajjiżna wera li huwa wkoll konxju mill-fatt li l-isfidi tal-klima huma sfidi li jmorru lil hinn mill-fruntieri ta’ pajjiż jew ilfruntieri tal-Unjoni Ewropeja. Apparti l-fatt li investiment bħal dan huwa rikonoxximent tal-fatt li hemm potenzjal kbir f ’investiment fl-enerġija nadifa, inkluż potenzjal ekonomiku. Inħares ‘il quddiem biex nara id-dħul minn dan l-investiment jiġi investit lura fil-qasam tal-enerġija f ’pajjiżna biex insaħħu l-effiċjenza u nagħtu mbuttatura ‘l quddiem lillsorsi aktar nodfa ta’ enerġija f ’pajjiżna. Dan il-proġett, u nittama, oħrajn simili warajh, flimkien mal-impenn fil-qasam tat-turiżmu mediku, l-kompetizzjoni fledukazzjoni terzjarja, viżjoni għat-turiżmu ta’ kwalità u r-riġenerazzjoni tal-qasam marittimu juru li Malta kapaċi tħares lil hinn minn setturi ekonomiċi tradizzjonali biex verament tibqa’ għaddejja birritmu ekonomiku li għaddejja bih bħalissa. Huwa biss jekk nemmnu filħiliet tagħna u billi naspiraw għall-ogħla livelli li Malta tista’ tibqa’ tkun id-dar ta’ soċjetà ġusta u għajxien aħjar.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.