KullĦadd_17.01.2021

Page 1

Rapport f’paġna 9

IN-NISA L-AKTAR LI MXEW

Ħarġa Nru 1,436

Prezz €1

Ritratt: GARETH DEGIORGIO

Il-Ħadd, 17 ta’ Jannar, 2021

GRUPP TA’ STRATEĠIJA GĦAL WARA L-COVID-19

Titjib qawwi fis-sitwazzjoni ekonomika tal-mara Maltija fl-aħħar tmien snin, grazzi għall-politika femminista imbottata minn Gvernijiet Laburisti … baqgħet tistona biss ir-rappreżentenza fl-ogħla istituzzjoni li se tiġi rratifikata bil-liġi storika mressqa! Waqt li din il-ġimgħa tres­ saq l-abbozz ta’ liġi li għandu l-għan li jżid ir-rappreżentanza femminili fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, il-Parlament, bżonn li ilu jinħass, analiżi tal-KullĦadd tixhed kif dan baqa’ l-uniku settur fis-soċjetà fejn il-mara għadha ma rreġistratx passi sinifikanti s’issa. Mill-bqija, ġew innotati kisbiet kbar u titjib qawwi għan-nisa Maltin u Għawdxin mill-2013 lil hawn, minn mindu s-sess femminili mexa b’passi akbar u aktar mgħaġġlin minn żminijiet oħrajn, anke iżjed mill-irġiel, grazzi għall-politika femminista ta’ Gvernijiet Laburisti. Ma jistax ikun mod ieħor, ġejja minn Partit, li fil-100 sena tiegħu ħoloq rivoluzzjonijiet sħaħ favur il-mara Maltija u għall-ewwel darba kiteb paġni sħaħ fl-istorja tal-pajjiż, anke wara li, fost oħrajn, assenja r-rwol ta’ Kap ta’ Stat lill-uniċi żewġ nisa s’issa. Din il-gazzetta analizzat oqsma u ċifri li jixhdu din il-mixja femminista bla preċedent flaħħar snin. L-aqwa progress inkiseb fil-qasam tax-xogħol, b’mod partikolari grazzi għall-miżuri taċ-childcare b’xejn u t-tapering tal-benefiċċji. Dan wassal biex, fl-2018, għall-ewwel darba n-nisa lokali ta’ bejn il-25 u d-49 sena beda jkollhom rata ta’ impjiegi aqwa mill-medja Ewropea, 75% kontra 74%. Fl-2012, din l-istess faxxa ta’ etajiet kienet qed tirreġistra rata ta’ 10% inqas mill-medja

NISA F’IMPJIEG* 2018 Malta – 75% UE – 74% 2012 Malta – 61% UE – 71% NISA B’EDUKAZZJONI TERZJARJA** Malta – 46% UE – 46% NISA F’RISKJU TA’ FAQAR/ESKLUŻJONI SOĊJALI*** 2013 – 25.5% 2017 – 20.2% *bejn il-25 u d-49 sena **ċifri tal-2017 ***mhux meqjusa ż-żieda fil-popolazzjoni

Ewropea. Dak iż-żmien, waqt li 71% tan-nisa Ewropej kellhom impjieg, f’Malta r-rata kienet ta’ 61% tan-nisa f’dawk l-etajiet. Dan ifisser li d-distakk enormi, li ħafna kienu qed jantiċipaw li kellu jdum deċennji biex jispiċċa, minflok ġie eliminat kompletament f’leġiżlatura waħda. Tkompli f’paġna 3

SENA FID-DJARJU TAL-PRIM MINISTRU

Ara rapport minn paġni 4 sa 7


02

17.01.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 13°C L-Inqas Temperatura: 7°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa minn fuq il-Baħar Tirren li qed testendi fuq iċ-ċentru tal-Mediterran ser tersaq lejn in-Nofsinhar. It-Temp: Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita iżolati Ir-Riħ: Moderat mill-Majjistral it-Tramuntana li jdur qawwi mill-Punent Il-Viżibilità: Tajba minbarra fix-xita Il-Baħar: Moderat li jsir qawwi L-Imbatt: Baxx mill-Punent Majjistru li jsir mill-Grigal It-Temperatura tal-Baħar: 17°C

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570

KUNTATT ĠENERALI KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

14°C UV 3

9°C

Il-Ħamis

13°C UV 3

10°C

Il-Ġimgħa

15°C UV 3

11°C

Is-Sibt

INDIRIZZ POSTALI 16°C UV 2

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1​ 182

11°C

16°C UV 3

11°C

17°C UV 3

11°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21234567 Lister Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21245627 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697 Brown’s Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488884 Regional Pharmacy, Triq E. H. Furse, L-Imsida – 21312449 J.V.’s Pharmacy, Wied is-Swieqi, Is-Swieqi – 21371062 Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema – 21334635 Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali, Ħ’Attard – 21434137 St. Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, Il-Mosta – 21433833 Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, Il-Qawra – 21580881 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien – 21802986 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 St. Elias Pharmacy Triq San Elija, Ix-Xgħajra – 21660300 St. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Iż-Żejtun – 21678039 Remedies Pharmacy, 5, Triq Santa Katerina, L-Imqabba – 21641133 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Is-Siġġiewi – 21462957 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat – 21557819 St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Il-Qala – 21555348 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

17.01.2021

ĦALFA STORIKA LABURISTA Tkompli minn paġna 1 Minbarra hekk, f’din il-leġiżlatura l-pożizzjoni femminili fil-postijiet tax-xogħol ukoll tjiebet radikalment. Fl-2018 ukoll nisa Maltin laħqu l-medja Ewropea ta’ dawk li jokkupaw kariga ta’ natura eżekuttiva u dan għall-ewwel darba fl-istorja. In-nisa f’pajjiżna issa qed jokkupaw terz tal-impjiegi kollha f’pożizzjonijiet professjonali u/jew maniġerjali. Ġie nnotat ukoll li, waqt li l-ammont ta’ nisa Maltin u Għawdxin li jaħdmu żdied b’aktar minn 60% mill-2012 lil hawn, in-nisa f’pożizzjonijiet professjonali u/jew maniġerjali żdiedu b’75%. Dan ifisser li ż-żieda fil-pożizzjonijiet professjonali u maniġerjali ma kinitx dovuta biss għal nisa żgħażagħ li daħlu fid-dinja tax-xogħol wara li spiċċaw l-istudji tagħhom, imma kien hemm element qawwi ta’ nisa li mxew fil-karriera. Dan joħroġ ukoll mill-fatt li bejn l-2012 u l-2020 il-paga medja tan-nisa f’pajjiżna żdiedet minn €14,000 għal kważi €18,000, żieda perċentwali li kienet erba’ darbiet akbar ir-rata tal-inflazzjoni jew id-doppju tat-titjib medju qabel l-2012. Jekk fl-2013 kellna l-ogħla rata ta’ nisa f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali (25.5%) fl-istorja riċenti ta’ pajjiżna, sal-2017 ksibna l-inqas rata (20.2%) f’dan ir-rigward. Terġa’ fl-2018 ksibna l-inqas rata ta’ nisa f’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali severa (3.4%), rata li kienet tlaħħaq l-10.3% ħames snin qabel, biex minn rata ogħla mill-medja Ewropea issa għandna rata li hi n-nofs ta’ dak irreġistrat fil-bqija tal-istati membri. Fil-każ ta’ ġenituri singli

dipendenti fuq il-benefiċċju tal-assistenza soċjali, ir-rata tnaqqset bin-nofs fi tmien snin. Filwaqt li fl-2012 kien hawn 75% tas-single parents li kienu jiddependu fuq din l-assistenza mill-Gvern, illum huma 33% li jiddependu minn din l-għajnuna. Il-prospetti ekonomiċi għan-nisa Maltin u Għawdxin jibqgħu pożittivi ħafna, tant li mill-analiżi tagħna joħroġ li s-suċċess akkademiku tagħhom qed ikompli jitqawwa. Għall-ewwel darba fl-istorja, fl-2019, in-nisa Maltin laħqu l-medja Ewropea ta’ dawk li għandhom edukazzjoni terzjarja, jiġifieri kważi 46%. Avolja l-perċezzjoni tindika mod ieħor, l-istorja hi differenti fil-każ tas-sess maskili, li ninsabu 3% taħt il-medja Ewropea ta’ 35%. F’pajjiżna fl-aħħar snin l-ammont ta’ nisa b’livell ta’ edukazzjoni terzjarja rdoppja u żdied b’rata d-doppju ta’ dik osservata qabel l-2013. Fis-snin li għaddew, Gvern Laburista wkoll wettaq bidla kbira fejn inkiseb bilanċ bejn ilġeneri fis-sistema ġudizzjarja Maltija u dan ukoll għall-ewwel darba fl-istorja. Waqt li pajjiżna laħaq dawn il-livelli importanti u nistgħu nkunu mexxejja fl-Ewropa fejn jidħol il-qasam tax-xogħol u l-edukazzjoni, fil-każ tar-rappreżentanza tan-nisa fil-Parlament, iżda, bqajna lura u, l-uniku pajjiż fl-Ewropa li għandu rata agħar minn tagħna hu l-Ungerija. Il-medja tar-rappreżentanza fil-Parlament fost il-pajjiżi Ewropej hi tliet darbiet akbar dik ta’ pajjiżna. Meta wieħed jiffoka fuq il-pajjiżi Skandinavi r-rata ta’ rappreżentanza

femminili hi erba’ darbiet dik f’Malta. Fl-Iżvezja waħedha r-rata hi ħames darbiet dik tagħna. Globalment is-sitwazzjoni hi agħar u waqt li Malta tinsab mal-aqwa 10 pajjiżi fiż-Żona Ewro fejn jidħol ġid nazzjonali ras għal ras, meta niġu għall-proporzjon tal-Parlament tagħna b’kompożizzjoni femminili ninsabu fil-146 post fid-dinja, fl-istess post mal-Burkina Faso, skont statistika miġbura mill-aġenzija talĠnus Magħquda UN Women. Dan jistona bil-kbir mal-kisbiet kbar fil-qasam ekonomiku, soċjali u edukattiv li seħħew fl-aħħar snin. Għaldaqstant, hu ċar li hemm bżonn azzjoni qawwija ħalli dan id-distakk jiġi eliminat, qabelxejn ma’ pajjiżi Ewropej, l-istess kif ġara fil-qasam tax-xogħol. Bħala l-moviment li daħħal il-vot għan-nisa, li kellu l-ewwel membru femminili fil-Parlament, ħatar l-ewwel ministru mara, appunta l-ewwel speaker mara u ta lil Malta l-ewwel President tar-Repubblika mara, hu xieraq li jkun Gvern Laburista li jwassal biex ir-rata ta’ nisa fl-ogħla istituzzjoni nazzjonali tilħaq u anke tisboq dik Ewropea. Meta nhar it-Tnejn bdiet id-diskussjoni fuq it-tieni qari tal-abbozz ta’ liġi storiku biex ikun hemm rappreżentanza ugwali tas-sessi fil-Parlament minn wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss, il-Prim Ministru Robert Abela stqarr li dan hu l-Gvern li tassew jemmen fl-ugwaljanza. “Din il-liġi tikkumplimenta l-ħidma estensiva minn amministrazzjonijiet preċedenti Laburisti matul is-snin favur l-ugwaljanza f’pajjiżna. M’hemmx dubju li dan il-Gvern jista’

verament jitħaddet u jkun kburi li għandu għal qalbu lin-nisa. Li l-mara hi eżempju prim tat-tmexxija. In-nisa huma sinonimi ma’ tmexxija tajba u ta’ kwalità,” tenna Dr Abela, li din il-ġimgħa fakkar l-ewwel sena tat-tmexxija tiegħu, li segwiet sitt snin ta’ ħidma wkoll sfiqa fuq din il-linja mill-predeċessur tiegħu Joseph Muscat. Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) ukoll laqgħet dan l-iżvilupp Parlamentari.

Stqarrija tagħha nhar it-Tlieta qalet li l-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Kostituzzjoni ta’ Malta u Diversi Liġijiet (Emenda) se “jemenda l-Kostituzzjoni ta’ Malta biex jintroduċi miżuri pożittivi neċessarji u raġonevoli f’soċjetà demokratika biex tiżgura l-ugwaljanza de facto bejn in-nisa u l-irġiel fil-politika u wkoll emendi fl-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali biex jiżdied in-numru ta’ kummissjonarji elettorali u jiżgura rappreżentanza ugwali bejn is-sessi.”


04

17.01.2021

13/01/2020 Robert Abela jieħu l-ġurament bħala Prim Ministru ta’ Malta. Flewwel diskors tiegħu jwiegħed l-għaqda, waqt li jisħaq fuq is-serħan talmoħħ u l-istabbiltà.

15/01/2020 Il-Prim Ministru jifforma l-Kabinett tiegħu, b’demm ġdid u enerġija ġdida. Kabinett b’talent żagħżugħ u b’aktar rappreżentanza ta’ nisa. Minbarra hekk, iħabbar li se jinħoloq kumitat tal-Kabinett iffokat fuq il-governanza.

18/01/2020 Il-Prim Ministru jagħmel l-ewwel impenn tiegħu fil-gżira Għawdxija fejn iltaqa’ wkoll mal-Kamra tan-Negozju Għawdxija.

21/01/2020 L-ewwel proposti għattibdil fil-metodu ta’ kif jinħatar Kummissarju tal-Pulizija, li se jwasslu għal emendi fil-liġi biex Kummissarju jinħatar wara sejħa pubblika.

28/01/2020 Il-Prim Ministru jiltaqa’ mal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel u mal-President talParlament Ewropew David Sassoli.

02/02/2020

23/05/2020

Il-Prim Ministru jattendi s-summit 26/06/2020 tal-Friends of Jidħol avviż legali Cohesion li jemenda l-ordni ta’ Standard Nazzjonali dwar fil-Portugall il-Leave tal-IVF, taħt l-Att fejn 17-il stat dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet membru Industrijali. tal-Unjoni Ewropea Permezz tiegħu, jaqblu li individwi jew koppji li jżommu front jirrikorru għall-IVF se jkunu magħqud, intitolati għal 60 siegħa waqt li Malta leave bi ħlas sħiħ. enfasizzat fuq il-punt tal-immigrazzjoni mit-Tramuntana tal-Afrika.

Il-Prim Ministru jiltaqa’ għall-ewwel darba malPresident tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen.

28/05/2020 Akkumpanjat mill-Ministri Evarist Bartolo u Byron Camilleri, il-Prim Ministru jagħmel żjara uffiċjali filLibja fejn ġie ffirmat ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi biex jiġu stabbiliti żewġ ċentri kontra l-migrazzjoni illegali.

24/03/2020 20/02/2020 Robert Abela jattendi summit speċjali tal-Kunsill Ewropew fejn ġie diskuss il-pakkett finanzjajru għallperjodu 2021-2027.

Jitħabbar pakkett aġġornat ta’ għajnuniet kif maqbul mal-imsieħba soċjali kollha fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.

01/04/2020 11/03/2020 Il-Gvern iħabbar l-ewwel miżuri għall-pubbliku biex tiġi miġġielda l-pandemija tal-COVID-19, fosthom bi kwarantina mandatorja, wara li erbat ijiem qabel ġie rreġistrat l-ewwel każ pożittiv f’pajjiżna.

14/03/2020 Il-Gvern iħabbar l-ewwel miżuri msejsa biex jiġu ssalvagwardjati l-ekonomija, in-negozji u l-impjiegi tal-ħaddiema li ntlaqtu l-agħar millpandemija.

18/03/2020 29/01/2020

L-aġenzija Ġermaniża Creditreform Rating tikkonferma li pajjiżna hu stabbli u tikklassifikah bħala A+.

L-akbar għajnuna mħabbra sa dakinhar f’pakkett li jaqbeż ukoll l-aspettattiva tal-Kunsill Ewropew. Waqt li l-Kunsill Ewropew irrakkomanda li l-istati membri għandhom jużaw mill-inqas 1% tal-ġid nazzjonali għal dan il-għan, f’Malta, il-Prim Ministru jħabbar pakket, li jlaħħaq il-€1.8 biljun, iżjed minn dak irrakkomandat minn Brussell.

Il-Parlament japprova l-metodu l-ġdid għallħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija, b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja. Għall-ewwel darba flistorja, dan ir-rwol kruċjali se jimtela b’sejħa pubblika u bi proċess ta’ skrutinju mill-Kumitat tal-Ħatriet Pubbliċi fil-Parlament.

17/04/2020 Il-Prim Ministru jmur minn jeddu għand il-Kummissarju talPulizija għal kwalunkwe investigazzjoni xierqa fir-rigward tal-akkużi serji ta’ qtil volontarju ta’ immigranti kontra l-membri tal-Patrol Boat P52 tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Brigadier Jeffrey Curmi u hu nnifsu.

13/05/2020 Ippubblikati l-proposti għar-riforma fil-qasam talġudikatura, li ntbagħtu lillKummissjoni Venezja u li ġew imfissra bħala pakkett ta’ riformi storiċi, li qatt ma twettqu qabel.

30/05/2020 Ippubblikata l-Inkjesta Maġisterjali u ġġib fix-xejn l-allegazzjonijiet ta’ qtil volontarju tal-immigranti li kienet imressqa millgħaqda Repubblika bil-firma tal-kelliem tal-Oppożizzjoni għallĠustizzja Jason Azzopardi.

05/06/2020 Il-Prim Ministru jħabbar l-għotja ta’ €1.5 miljun mill-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali biex il-Caritas tinvesti f’binja ġdida fil-Blata l-Bajda.

08/06/2020 Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-Ministri Edward Scicluna u Silvio Schembri, iħabbar pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ €900 miljun.

16/06/2020 Il-Gvern bi ftehim biex Malta tkun minn tal-ewwel li jkollha garanzija ta’ vaċċin għall-popolazzjoni kollha kontra l-COVID-19.

19/06/2020 Il-Kummissjoni Venezja tilqa’ b’mod pożittiv prattikament ir-riformi kollha tal-Gvern favur ittisħiħ tas-saltna tad-dritt.


05

17.01.2021

SENA FID-DJARJU TAL-PRIM MINISTRU

MIGRAZZJONI Il-Prim Ministru żar Tripli, fil-Libja, akkumpanjat mill-Ministri għall-Intern u għallAffarijiet Barranin, fit-28 ta’ Mejju fejn kellu taħditiet mal-Prim Ministru tal-Gvern Libjan ta’ Għaqda Nazzjonali, Fayez al-Sarraj, u uffiċjali oħrajn dwar l-immigrazzjoni irregolari. Fl-istess ħin, Malta tenniet it-talba tagħha lill-Unjoni Ewropea għal soluzzjoni sensibbli biex il-piż tal-immigrazzjoni jinqasam bejn l-istati membri kollha.

Sa mill-ewwel ġurnata li ntagħżel biex imexxi lill-akbar forza politika lokali f’elezzjoni interna u sussegwentement maħtur Prim Ministru nhar it-13 ta’ Jannar 2020, Robert Abela ffaċċja din l-aħħar sena b’determinazzjoni li jkompli jtejjeb l-għajxien tal-familji u n-negozji Maltin. Irnexxielu, avolja kien kostrett jiffaċċja magħmudija tan-nar, waqt li pajjiżna bħall-bqija tad-dinja, iffaċċja l-agħar ċirkostanzi mit-Tieni Gwerra Dinjija lil hawn. Waqt li f’pajjiżna l-pandemija tal-COVID-19 wasslet għal daqqa kbira fuq l-ekonomija, li sal-2019 kienet miexja b’wieħed mill-aħjar ritmi fid-dinja, ħolqot problemi devastanti f’għadd ta’ pajjiżi oħrajn. Minkejja dan il-bidu mhux mistenni, il-Gvern ta’ Robert Abela għeleb l-isfidi tal-pandemija COVID-19 u mexxa lill-pajjiż u lill-poplu bl-aħjar mod possibbli fiċ-ċirkostanzi biex idderieġa l-vapur Sa minn qabel feġġ l-ewwel każ pożittiv fostna, Malta kienet diġà u daħħlu fil-port sigur. Sena wara, id-determinazzjoni tal-Prim Ministru għall-ġejjieni hi ħejjiet għall-imxija bl-investiment f’tagħmir ċara: “Irridu nħarsu lejn prosperità ġdida u sostenibbli għal pajjiżna u għall-poplu speċjalizzat għall-kura u swali apposta li jkunu jistgħu tagħna.” jakkomodaw pazjenti infettati, li jkollhom bżonn iżjed F’din il-ħarġa, ġbarna l-aktar dati importanti f’din l-aħħar sena (ara wkoll attenzjoni, fl-Isptar Mater Dei u postijiet oħrajn. Minbarra paġni 6 u 7) mill-ħatra tal-Prim Ministru u l-kisbiet il-kbar tal-amministrazzjoni hekk, sar investiment fuq sistema ta’ telemedicine biex it-tobba tiegħu, inklużi dawk bla preċedent. Mill-ġimgħa d-dieħla nidħlu f’aktar dettall, jkunu jistgħu jsegwu lill-pazjenti pożittivi li jkunu fuq kwarantina fi djarhom stess. Sadanittant, il-Gvern assista lil aktar minn 1,600 ċittadin xahar b’xahar. Ritratt: GARETH DEGIORGIO

li xtaqu jiġu ripatrijati f’pajjiżna minn diversi naħat tad-dinja. Mindu faqqgħet l-imxija, bl-ewwel każ f’pajjiżna jkun fil-bidu ta’ Marzu, il-Gvern alloka wkoll kull finanzjament possibbli biex ikun ta’ spalla għal negozji li ntlaqtu l-agħar b’riżultat tar-restrizzjonijiet meħtieġa mill-awtoritajiet tas-saħħa. Fost l-għadd kbir ta’ miżuri li ġew introdotti, tispikka l-aktar il-Wage Supplement li allokat b’madwar €440 miljun lil negozji biex ma jkeċċux ħaddiema u b’hekk ikunu jistgħu jibqgħu joħorġulhom il-pagi, anke meta kienu magħluqin għallklijenti. Il-miżura wasslet biex ġew salvati mal-100,000 impjieg fl-ewwel ħarġa tagħha u ġimgħa ilu żvelajna kif it-tieni ħarġa se tkun qed tgħin lil madwar 81,000 ħaddiem fl-ewwel xhur tal-2021. B’investiment ta’ €31 miljun addizzjonali, l-iskejjel kollha setgħu jiftħu b’suċċess kontra pajjiżi oħrajn.

HOUSING

BAĠIT EWROPEW Fil-21 ta’ Lulju tħabbret l-aktar kisba sinifikanti fir-relazzjoni ta’ Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea b’negozjati fejn ġie allokat lilna pakkett ta’ €2.27 biljun. Minkejja li ċ-ċirkostanzi kienu jindikaw differenti u jesponu xenarju kompletament l-oppost, Malta rnexxielha tikseb l-akbar pakkett fil-baġit Ewropew mindu sseħibna fl-2004. Dan kien ukoll id-doppju ta’ dak li kien irnexxielu jikseb Gvern Nazzjonalista seba’ snin qabel. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Prim Ministru aċċenna li ċ-ċifra ma tinkludix kull self li li jista’ jkun hemm. Minbarra hekk, ħabbar li 10% mis-somma se jkunu ddedikati kompletament għal Għawdex.

L-anzjani, li reġgħu gawdew bil-kbir fl-aħħar sena, jibqgħu għal qalb il-Prim Ministru bil-fatti

LEAVE LILL-ĦADDIEMA

Wara li ngħatat ġurnata oħra ta’ leave mħallas fl-2020, f’Diċembru l-Kabinett tal-Ministri approva bidla fil-Liġi tal-Festi Nazzjonali u Festi Pubbliċi Oħrajn biex formalment jitniżżel fiha d-dritt tal-ħaddiem għal ġurnata leave li tiżdied ma’ kull festa pubblika jew nazzjonali li tiġi fi tmiem il-ġimgħa. B’hekk, ġiet implimentata b’mod sħiħ il-wegħda fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista. B’riżultat tad-deċiżjoni ta’ Gvern Nazzjonalista, immexxi minn Lawrence Gonzi, lura għall-2005, kull ħaddiem kien insteraq 50 festa sa ma reġgħu bdew jintraddu lura minn Gvern Laburista fl2017.

Imnedija skema (Home Deposit Scheme) biex tgħin lil dawk li se jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom, imma m’għandhomx l-assi meħtieġa biex joħorġu l-ewwel 10% mal-konvenju, anke jekk jikkwalifikaw biex jissellfu mill-banek kummerċjali. Minn din il-miżura diġà ggwadanjaw aktar minn 200 persuna żagħżugħa bejn individwi u koppji.

PENSJONANTI Aktar minn 92,000 pensjonant jiffurmaw l-aktar faxxa li qed tkompli tiġi indirizzata mill-Gvern sena wara l-oħra. Matul l-2020 ingħatat it-tielet żieda biex kull pensjonant ra żieda ta’ €7.68 fil-ġimgħa, minbarra żidiet għall-għoli tal-ħajja. Mill-2013 ’l hawn, il-Gvern Laburista se jkun ta żieda ta’ €28 fil-ġimgħa lil kull pensjonant, inkluż €5 żieda li ngħatat millbidu ta’ din is-sena. Għall-2021, il-Gvern alloka l-akbar nefqa soċjali li qatt ingħatat – €1.92 biljun – li wkoll teskludi l-ispiża fil-qasam tas-saħħa u l-edukazzjoni. Bis-saħħa ta’ ħidma fuq din il-linja, mill-2013 kien hemm mal-5,000 persuna li tbiegħdu mill-faqar.


06

17.01.2021

Ritratti: GARETH DEGIORGIO

AMBJENT F’Diċembru tħabbret l-istrateġija nazzjonali għall-10 snin li ġejjin fl-immaniġġjar tal-iskart, b’miri ambizzjużi li jwasslu sal-2030. Minbarra s-separazzjoni mandatorja tal-iskart, se tiddaħħal ukoll borża li fiha jintremew biss il-karti użati. Se jkun hemm aktar infurzar billi l-borża tal-iskart tkun trasparenti. Dan isegwi wkoll fuq il-proċess, li beda tliet xhur qabel, biex jinbena impjant ġdid tal-ogħla kwalità u jieħu post l-inċineratur tal-Marsa. B’investiment ta’ €50 miljun, dan l-impjant jittratta skart kliniku. Kif imħabbar fil-Baġit għal din is-sena, mill-1 ta’ Jannar li għadda twaqqfet l-importazzjoni ta’ plastik, li jintuża darba biss, bħal basktijiet tal-plastik, pożati, straws, platti, cotton buds, u kontenituri tal-ikel. Pajjiżna hu fost l-ewwel pajjiżi fid-dinja li pprojbixxew dan it-tip ta’ plastik. Mill-1 ta’ Jannar 2022 se jiġi pprojbit ukoll il-bejgħ tal-istess materjali. B’investiment ta’ €500,000 inħoloq l-ewwel ġnien vertikali fil-Marsa-Ħamrun Bypass, bi proġetti simili jsegwu f’postijiet oħra.

ĊITTADINANZA Hekk kif ġie eżawrit il-Programm preċedenti ta’ Investiment Individwali (IIP), li bis-saħħa ta’ miljuni mġemmgħin minnu ġew iffinanzjati proġetti soċjali u karitattivi, tnediet Regolamentazzjoni ta’ Residenza ġdida li se tkompli tipprovdi opportunità ta’ investiment dirett barrani. Inħolqot aġenzija ġdida bl-isem ta’ Komunità Malta, li se tamministra l-mezzi legali li jwasslu għall-kisba taċ-ċittadinanza Maltija, li huma naturalizzazzjoni b’residenza fit-tul, permezz ta’ servizz eċċezzjonali bil-mertu u b’investiment f’pajjiżna.

Fl-aħħar sena, Robert Abela ma tilef xejn mill-umiltà tiegħu u ħadem qatigħ biex itejjeb l-għajxien ta’ kull ċittadin Malti u Għawdxi

RIFORMI KOSTITUZZJONALI U ISTITUZZJONALI Fl-ewwel sitt xhur tal-2020, Malta esperjenzat riformi storiċi li twettqu mill-Gvern fil-ġudikatura, favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt u INFRASTRUTTURA l-governanza t-tajba. L-iżviluppi jkopru Jitlestew is-seba’ flyovers tal-Marsa Junction aktar minn 85% tar-rakkomandazzjonijiet Project u għall-ewwel darba fl-14 ta’ Novembru UGWALJANZA li għamlet il-Kummissjoni Venezja u li kienet bdew jintużaw kollha f’daqqa. Fl-istess perjodu minn tal-ewwel li faħħrithom. Bir-riformi Il-Parlament beda tlesta wkoll il-proġett tal-mini ta’ Santa Luċija l-ġodda, il-President ingħata l-poter li jagħżel d-diskussjoni tat-tieni qari biex ikompli jiffaċilita r-rotot minn u hu l-membri fil-ġudikatura biex jitneħħa tal-liġi storika biex ikun hemm lejn in-Nofsinhar tal-pajjiż. kull intervent politiku. L-għażla tkun trid issir minn tliet membri rappreżentanza ugwali tas-sessi filnnominati mill-Kumitat għall-Ħatriet tal-Ġudikatura wara sejħa Parlament minn wara l-elezzjoni ġenerali pubblika. Il-President innifsu se jkun qed jinħatar biż-żewġ terzi li jmiss. Il-Prim Ministru jisħaq fuq kif din tal-Parlament, waqt li l-ħatra ta’ kummissjonijiet indipendenti il-liġi tikkumplimenta l-ħidma estensiva DIVORZJU mhux se jibqgħu jinħatru mill-Prim Ministru, iżda mill-Kabinett. minn Gvernijiet preċedenti Laburisti matul Wara li l-Kabinett L-Ombudsman, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja is-snin li kienu huma li eleġġew l-ewwel mara approva l-abbozz ta’ liġi, Pubblika u l-Awditur Ġenerali se jkunu jistgħu jirrapportaw fil-Parlament, l-ewwel Speaker u l-ewwel fid-9 ta’ Diċembru tressqu każi ta’ korruzzjoni direttament lill-Avukat Ġenerali. President tar-Repubblika. emendi fil-Parlament għal-Liġi F’konferenza stampa nhar id-19 ta’ Ġunju, il-Prim Ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ attwali tad-Divorzju, introdotta 10 Ministru qal li dawn ir-riformi waslu wara parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika snin ilu, biex b’hekk jonqos iż-żmien konsultazzjoni mal-President ta’ Malta, ġew diskussi diversi drabi, iżda li koppja separata tistenna biex l-Oppożizzjoni u rappreżentanti xejn konkret ma żviluppa tapplika għad-divorzju. It-tibdil tas-soċjetà ċivili. sal-lum. se jneħħi kull xkiel legali biex jindirizza aħjar ir-realtajiet li qed jgħixu l-familji lokali.


07

17.01.2021

11/08/2020

06/07/2020 Il-Prim Ministru jilħaq ftehim ma’ numru ta’ pajjiżi Ewropej biex jiġu rilokati 234 immigrant minn Malta.

07/07/2020 Il-Kummissjoni Ewropea tfaħħar ir-rispons ekonomiku ta’ Malta.

07/07/2020 Ir-Rappreżentat Għoli tal-Politika Barranija u s-Sigurtà tal-Unjoni Ewropea, Josep Borrell, jasal Malta biex jiddiskuti l-kwistjoni tal-Libja u l-immigrazzjoni.

Il-Kabinett f’laqgħa storika mal-Kamra tal-Kummerċ. Il-Prim Ministru jgħid li “llum għandna esperjenza biżżejjed biex nipproponu flimkien mudell ekonomiku ġdid ibbażat fuq prinċipji li madwarhom irridu nibnu l-mudell ekonomiku ġdid: Kwalità ta’ ħajja aħjar.” Din kienet ibbażata fuq ħames punti ta’ prinċipju: governanza tajba; tkabbir ekonomiku għal kwalità ta’ ħajja aħjar; edukazzjoni għal ekonomija b’saħħitha fittul; titjib fl-infrastruttura ta’ Malta; carbon neutral sal-2050 b’miri intermedjarji kull 10 snin.

11/09/2020 07/07/2020 Fitch Ratings ikkonfermat mill-ġdid l-istabilità ta’ pajjiżna bil-klassifikazzjoni ‘A’.

14/07/2020 Il-President talKummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen tibgħat ittra ta’ tifħir lillPrim Ministru Malti dwar ir-riformi li l-Gvern qed iwettaq biex isaħħaħ is-saltna tad-dritt u l-governanza tajba filpajjiż.

21/07/2020 Il-Prim Ministru jħabbar kif Malta se tkun qed tgawdi mill-akbar pakkett li qatt irċeviet fl-allokazzjonijiet mill-baġit Ewropew għas-seba’ snin li ġejjin. L-allokazzjoni ta’ €2.25 biljun, li ma tinkludix kull self ieħor li jista’ jsir, hi d-doppju ta’ dak li kien kiseb Gvern Nazzjonalista fl-2013.

25/07/2020 L-aġenzija ta’ kreditu DBRS Morningstar tikkonferma rating ‘A’ (high) għal Malta.

Robert Abela preżenti għal Summit tal-Med 7 fejn tenna li l-pożizzjoni ta’ Malta hi waħda soda fuq il-kwistjoni talimmigrazzjoni. Huwa saħaq li għandha tinstab soluzzjoni konkreta u ħolistika biex pajjiżna ma jibqax jitgħabba b’piż fuqu akbar milli jiflaħ.

15/09/2020 Il-Kabinett tal-Ministri jiltaqa’ fil-Gozo Innovation Hub fix-Xewkija, Għawdex. Il-Prim Ministru jisħaq li “l-viżjoni ​​​ ta’ dan il-Gvern hi li Għawdex ikun mutur ewlieni ta’ tkabbir ekonomiku talpajjiż bla ma jitlef millkaratteristiċi li jagħmluh partikolari u sabiħ”.

19/10/2020 Minkejja il-pandemija, kien ippreżentat Baġit b’ruħ soċjali li se jkompli jtejjeb ilkwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi. Baġit mingħajr taxxi. Dan kien l-aqwa Baġit flistorja ta’ pajjiżna.

07/11/2020 Jitħabbar li, kieku ma kienx għar-relazzjoni tajba malawtoritajiet Libjani, Malta kienet tħabbat wiċċha mal-wasla ta’ iżjed minn 8,000 immigrant din issena. L-awtoritajiet Libjani waħedhom irnexxielhom iwaqqfu dgħajjes b’madwar 6,000 immigrant fuqhom fi triqthom lejn xtutna.

14/11/2020 Għall-ewwel darba, isseba’ flyovers fl-akbar proġett infrastrutturali li qatt sar fit-toroq ta’ pajjiżna, il-Marsa Junction, bdew jintużaw kollha f’daqqa biex taw ilpotenzjal sħiħ tagħhom tul ir-rotta ewlenija lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta.

26/12/2020 Bis-saħħa tattħejjija bikrija mill-Gvern filbidu tal-2020, waslu f’Malta l-ewwel 10,000 doża talvaċċin kontra l-COVID-19, dawk talkumpanija Pfizer/ BioNTech.

10/11/2020 Il-Gvern jagħti €5 miljun mill-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali biex ikunu jistgħu jinxtraw 20 appartament f’Londra minn Puttinu Cares b’risq pazjenti fil-bżonn ta’ kura speċjalizzata fil-kapitali Ingliża. Minbarra dawn il-flus, il-Gvern intrabat li jagħti €2.5 miljun oħra fuq medda ta’ 15-il sena u aktar għajnuna lillpazjenti. Il-Prim Ministru fisser is-sodisfazzjon tiegħu għal dan il-ftehim u appella biex bħala poplu nibqgħu solidali u nwieżnu lil xulxin f ’mumenti ta’ diffikultà, l-istess kif qed jiġri bħalissa fiż-żmien talpandemija.

15/01/2021 Waqt business breakfast bit-tema “Lejn Prosperità Ġdida”, Robert Abela jispjega li fis-sena talpandemija, il-Malta Enterprise approvat 38 proġett ġdid ta’ investiment barrani, proġetti li jiswew €77 miljun u li se jiġġeneraw kważi 900 impjieg. Minbarra hekk, kellna wkoll 27 proġett ġdid ta’ investituri barranin li diġà joperaw f’pajjiżna, 119-il proġett ta’ negozji lokali li jridu jespandu u sitt proġetti minn investituri lokali ġodda. Dawn il-190 proġett, 10% ta’ kumpaniji ġodda, se joħolqu aktar minn 1,900 impjieg u jinvestu €140 miljun f’nofs pandemija.

14/12/2020 Iffirmat ftehim mat-tliet kumpaniji tat-telekomunikazzjoni dwar it-tieni fibre optic cable għall-gżira Għawdxija, b’investiment ta’ €4 miljun.

17/01/2021 Tissokta l-ħidma taħt it-tmexxija tal-Mexxej tal-Partit Laburista u Prim Ministru Robert Abela …


08

17.01.2021

GRECH “KANNA LI BELLGĦULNA” TA’ DELIA JOGĦRKU IDEJHOM BIŻ-“ŻELQIET” LI QED JAGĦTU LILL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI L-PARIRI TAL-ESTABLISHMENT NAZZJONALISTA, INKLUŻ WARA LI L-KRITIKA TA’ DIN IL-ĠIMGĦA GĦAD-DEĊIŻJONI TA’ DR GULIA LI JIRRIŻENJA MILL-PARLAMENT QANQLET IL-MEMORJA TA’ X’GĦAMEL IL-PN FL-2017 Partitarji Nazzjonalisti, li tnaffru bil-manuvri li wasslu biex il-Kap attwali tagħhom jieħu t-tmexxija f’idejh, jemmnu li meta Bernard Grech fl-aħħar jiem lissen li jrid jinsa l-passat, kien qed jagħmel dan biss għax, binnuqqas ta’ esperjenza tiegħu u ta’ dawk li qed jagħtuh il-pariri, m’għandux idea x’kien jiġri mill-Partit filGvern u fl-Oppożizzjoni. Għaldaqstant, qed jispiċċa jiżloq fin-niexef, bħalma ġralu proprju din il-ġimgħa meta tkaża bil-ħatra u r-riżenja immedjata fil-Parlament minn Gavin Gulia għan-naħa tal-Gvern. “Kienu qalulna li bih (b’Bernard Grech) it-triq kienet biss ’il fuq … seta’ biss jikseb punti politiċi importanti biex innaqqsu d-distakk (elettorali). Minflok, skoprejna, bi spejjeż tagħna, li hemm baħar jaqsam mill-kanna li bellgħulna,” stqarr partitarju tesserat għal għomru fil-PN f’kummenti lil din il-gazzetta. Nhar l-Erbgħa, l-Oppożizzjoni, appoġġjata mill-għaqda Nazzjonalista Repubblika, ħaditha qatta’ bla ħabel kontra proċess parlamentari li tliet snin ilu wkoll intuża mill-PN stess biex Delia daħal fil-Parlament mingħajr ma kkontesta elezzjoni ġenerali. Artiklu 22 fl-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali jisħaq li “jekk jitbattal post li jkun imtela skont din it-Taqsima ta’ dawn ir-Regolamenti jew skont is-subartikolu (1) tal-Artiklu 54 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, jew jekk wara li jitbattal post ma jiġi mressaq bi dritt ebda kandidat, jew jekk wara li jiġu eżaminati l-poloz tal-Membru li jkollu post battal, ma jiġi elett ebda kandidat, il-post jimtela bl-għażla tal-Membri tal-Kamra ta’ wieħed li jkollu l-kwalifiċi meħtieġa biex isir membru tal-Kamra. Meta jiġi biex jimtela l-post ta’ membru bl-għażla, għandhom

jitqiesu li kemm jista’ jkun, ikun hemm l-istess interessi u fehmiet li kien jidher għalihom u li kellu dan il-membru illi postu jkun tbattal.” Minkejja dan, Repubblika u sussegwentement l-Oppożizzjoni din il-ġimgħa ħarġu jwerżqu li dan hu biss tgħawwiġ tad-demokrazija. It-tnejn tkażaw bil-fatt li Dr Gulia rriżenja mill-Parlament wara elezzjoni każwali li saret biex jimtela s-siġġu battal fuq is-Seba’ Distrett tal-Professur Edward Scicluna, li mill-bidu tas-sena beda jservi bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali. Dr Gulia saħaq li l-Prim Ministru talbu biex ikompli jaħdem fis-settur turistiku bħala Ċermen tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u jmexxi ’l quddiem l-istrateġija ta’ rkupru fit-turiżmu, qasam li ntlaqat b’mod qawwi mill-pandemija tal-COVID-19. Għal dan l-att ta’ servizz minn Dr Gulia, l-Oppożizzjoni ħarġet kontra u l-Kap tal-Oppożizzjoni nfexx jattakka lill-Prim Ministru u jgħajru b’disprezz. Issa postu se jkun qed jieħdu Oliver Scicluna kif tħabbar wara l-approvazzjoni tal-Eżekuttiv Laburista nhar il-Ġimgħa. Scicluna, li ggradwa b’degree fil-kors taż-Żgħażagħ u l-Istudji fil-Komunità mill-Università ta’ Malta, kif ukoll b’Mas-

ters fil-Business Administration, issa se jiġi co-opted fil-Parlament u mistenni jieħu l-ġurament għada. Sa ftit tal-jiem qabel seħħ dan kollu, il-Kap tal-Oppożizzjoni kien diġà għamilha fatta li se jakkwista xi ħaġa mill-elezzjoni każwali. Fil-fatt stieden lil Charles Azzopardi, wieħed mill-kontestanti fl-elezzjoni każwali ta’ nhar it-Tlieta li għadda, biex jekk jiġi elett f’isem il-Partit Laburista, imur ipoġġi miegħu fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni. Minkejja t-tħambiq tiegħu, Grech nesa jsemmi l-fatt li hu spiċċa fil-Parlament permezz ta’ co-option wara li d-Deputat Ivan Bartolo ċedielu s-siġġu. Bartolo kien wieħed minn dawk li kien ilu jaħdem biex jitqaċċat Delia, tant li sena qabel dan tneħħa, mar jiġbor il-firem u jippreżenta petizzjoni kontrih, waqt li fil-battalja qalila għall-ħatra ta’ Kap Nazzjonalista fis-sajf li għadda, mar fuq programmi jitkellem favur Grech. L-Oppożizzjoni nsiet ukoll issemmi kif f’din il-leġiżlatura stess, wieħed mid-deputati tagħha għamel ftit minuti fil-Kamra wara li ġie elett f’elezzjoni każwali, inċidentalment fuq is-Seba’ Distrett ukoll. Meta Jean Pierre Debono ċeda postu fil-Parlament tliet snin ilu, Delia xorta ma setax jintgħażel awtomatikament biex jidħol fil-Parlament bħala l-Kap il-ġdid tal-Partit u tal-Oppożizzjoni, peress li ma kienx elett b’elezzjoni każwali. Għaldaqstant, f’dak l-istadju kienet meħtieġa ssir elezzjoni każwali biex jinħatar xi ħadd floku mil-lista tal-kandidati li kkontestaw l-istess distrett ta’ Debono. Meta, imbagħad, ġie elett Dr Peter Micallef u ħa l-ġurament ta’ Deputat Parlamentari fit-3 t’Ottubru tal-2017, ċeda s-siġġu mill-ewwel biex finalment tkun tista’ ssir il-co-option meħtieġa ta’ Delia. Dakinhar il-membri tal-Oppożizzjoni qrib il-Kap il-ġdid tgħidx kemm ħabbtu fuq il-bankijiet tal-Parlament. Min-naħa tagħha, l-għaqda Nazzjo­nalista Repubblika, li wkoll attakkat lill-Gvern għad-deċiżjoni leġittima ta’ Dr Gulia, kienet għadha kemm ipproponiet lill-Parlament dakinhar stess li maġġoranza fil-Parlament tkun tista’ ddaħħal persuna minn barra biex issir Prim Ministru, mingħajr ma tikkontesta elezzjoni. “Qatt ma kont minn ta’ (l-Eks Kap Adrian) Delia, imma wara dak li għaddewh minnu bdejt nara l-affarijiet differenti u llum nemmen kemm stajt kont iblah qabel,” kompla jispjega l-partitarju Nazzjonalista dwar l-għexieren ta’ snin li ta lill-Partit b’mod volontarju, partikolarment fi żmien it-tmexxija ta’ Eddie Fenech Adami. “Jiddispjaċini iżjed li dawn kienu l-istess nies li ġabuna f’din is-sitwazzjoni.” Meta magħfus biex jitkellem dwar is-sitwazzjoni attwali bit-tmexxija ta’ Grech, l-istess sors ma ddejjaqx juri d-dispjaċir tiegħu. “Jekk tinsa wkoll il-kwistjoni gravi tat-taxxa (mhux imħallsa mill-Kap), illum qed niżolqu waħda wara l-oħra, qisu twelidna lbieraħ u nsejna x’għamilna aħna stess. Qed noqogħdu fuq il-pariri ta’ erba’ pċielaq, li jippretendu li jafu kollox, u qed idaħħluna regolarment fil-ħajt. Dan mhux il-Partit li naf jien u li trabbejt fih.” Sorsi oħrajn fil-PN, li tkellmu malKullĦadd, qalu li l-uniċi li llum qed jogħrku idejhom b’dawn iċ-ċuċati huma l-partitarji tal-Eks Kap u Deputat Nazzjonalista Delia.


09

17.01.2021

JITWAQQAF GRUPP BIEX IĦEJJI STRATEĠIJA GĦAL WARA L-COVID Il-Prim Ministru jħabbar li sal-aħħar ta’ Jannar se jkunu tlaqqmu mal-25,000 persuna f’pajjiżna … il-mira oriġinali kienet ta’ 16,000 Permezz tal-Ministeru għar-Riċerka, l-Innovazzjo­ ni u l-Kordinazzjoni għall-Istrateġija Għal Wara l-COVID-19, il-Gvern ħatar grupp ċentrali li se jieħu ħsieb jikkordina l-ħidma għall-istrateġija nazzjonali kif tispiċċa l-pandemija. Il-grupp, li se se jkollu l-faċilità li jinkariga esperti tekniċi fl-oqsma li jidhirlu xierqa biex jassistuh f’dan l-inkarigu, se jkun immexxi mill-Professur Simone Borg bħala Chairperson. Magħha jingħaqdu Joyce Dimech, Mario Galea, Godwin Mifsud, James Pearsall, il-Professur Gordon Sammut, Clive Tonna u Paul Zahra. Waqt li rringrazzjahom talli aċċettaw li jidħlu għal dan l-inkarigu u responsabbiltà kbira, il-Mi­ nistru Owen Bonnici tenna li l-grupp hu magħmul minn nies b’kompetenzi wiesgħa. Il-grupp se jkun iggwidat mill-prinċipji ta’ soste­

nibbiltà u ħarsien fit-tul, il-massimizzar tal-fatturi li jagħtu vantaġġi kompetittivi lil pajjiżna, it-tisħiħ tar-reżiljenza u, fuq kollox, it-tkabbir tal-koeżjoni u l-ġustizzja soċjali. Huma ngħataw direzzjoni biex jippreżentaw strateġija sa mhux iktar tard minn tmiem it-tieni kwart ta’ din is-sena. Kif bdiet tiżviluppa l-pandemija, il-Gvern aġixxa b’mod spedit u deċiżiv biex, waqt li jħares is-saħħa tan-nies, jissalvagwardja wkoll l-ekonomija Maltija. Waqt li kien qed jiġi intervistat fil-programm ta’ TVM, Insights, nhar il-Ġimgħa li għadda, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li se jiżdied ir-ritmu tad-dożi u sa tmiem dan ix-xahar mal-25,000 persuna f’pajjiżna se jkunu ngħataw it-tilqima tagħhom. Dan hu 9,000 tilqima aktar mill-mira oriġinali ta’ 16,000.


10

17.01.2021

IPPUBBLIKAT KTIEB TA’ TIFEL BL-AWTIŻMU IL-MINISTRU CARUANA: IMPORTANTI EDUKAZZJONI INKLUSSIVA B’SERVIZZI LI JKUNU TASSEW ADDATTATI GĦAL KULL KAŻ PARTIKOLARI “Aħna konna mill-ewwel pajjiżi li għamilna liġi speċifika fuq l-awtiżmu, għandna l-Kunsill dwar l-Awtiżmu mmexxi minn persuna filfirxa wiesgħa tal-awtiżmu u qed tinkiteb ukoll l-istrateġija nazzjonali biex ikollna pjan ħolistiku wkoll għat-tfal u għall-persuni bl-awtiżmu. Il-fulkru ta’ kollox hu l-empowerment,” saħqet il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana, waqt li nediet il-ktieb Il-Mawra Tiegħi fl-Ispazju ta’ Beppe Caruana, tifel ta’ disa’ snin li jbati bl-awtiżmu. F’messaġġ lill-Ministru u fil-preżenza tal-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca, President tal-Malta Trust Foundation, it-tfajjel qal li jrid li kulħadd jemmen f’persuni bħalu u li kulħadd jirrikonoxxi l-abbiltajiet tiegħu u ta’ persuni bħalu u li ma jkunux distratti mid-diżabbiltà tagħhom. Il-Mawra Tiegħi fl-Ispazju hi pubblikazzjoni li tirrakkonta l-esperjenza ta’ Beppe bħala tifel li għaddej kuljum u b’mod kontinwu mill-isfidi li jippreżentaw quddiemu bħala persuna li qiegħed fuq il-firxa wiesgħa tal-awtiżmu. Il-Ministru qalet li din hi prova ċara u tanġibbli ta’ kemm hu importanti li jkollna edukazzjoni inklussiva b’servizzi li jkunu tassew addattati għal kull każ partikolari, għax kull tifel u tifla għandhom abbiltajiet differenti u allura tassew irridu nagħtu dawn l-opportunitajiet. Hi qalet li qed naraw kif dan l-eżerċizzju, din il-pubblikazzjoni li saret, turi li hemm potenzjal li rridu nidentifikawh, irridu naħdmu fuqu u fuq kollox irridu nagħtu l-opportunità. Dr Caruana rringrazzjat lil dawk kollha li kienu involuti f’din il-pubblikazzjoni u qalet li dan l-eżerċizzju hu tassew wieħed li minnu rridu nitgħallmu ħafna. Huwa importanti li aħna ma narawx id-dinja tagħna, imma npoġġu lill-persuna fiċ-ċentru u nkunu aħna li nifhmu. Il-President Emeritus u President tal-Malta Trust

Is-Segretarju Parlamentari Grima mdawwar ma’ Palazz Falson minn Caroline Tonna, il-kuratriċi tal-mużew

Foundation qalet li l-ktieb ta’ Beppe huwa eżempju ċar tal-kapaċitajiet kbar ta’ dawn it-tfal, u jgħin biex titkisser l-istigma li hemm madwar id-diżabbiltà. Hija rringrazzjat ukoll lill-imsieħba u l-entitajiet kollha li ngħaqdu flimkien biex jappoġġjaw il-proġett E3 tal-Fondazzjoni. Waqt it-tnedija tal-ktieb sar kollegament ukoll mal-iskola ta’ Beppe, li matulu studenti li jinsabu fil-klassi tiegħu għaddewlu messaġġi għal din l-okkażjoni, imma b’mod partikolari messaġġi li wrew kemm hemm għaqda bejn l-istudenti. Il-Ministru Caruana tkellmet mat-tfal u qaltilhom li dan hu eżempju tajjeb ta’ inklużjoni u ta’ kif tfal b’abbiltajiet differenti jaqsmu l-esperjenzi tagħhom flimkien u jikbru flimkien. Omm it-tifel, Olivia Galea Seychell, qalet li Beppe ried juri lil kulħadd li “mhuwiex stupidu” meta staqsietu jekk kienx ċert li jrid ikun preżenti fiżikament għat-tnedija tal-ktieb. Hi tat ħarsa wkoll lejn il-ħsieb wara l-ktieb u l-mixja tagħha ma’ Beppe, kemm fil-ħajja ta’ kuljum kif ukoll fil-ħidma li saret biex jitlesta dan il-ktieb. Bi stampi li saru minn Nasrin Dardouri, il-ktieb se jkun għall-bejgħ din il-ġimgħa u se jitqassam ukoll lill-istudenti tal-Ħames Sena mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, li kellhom sehem importanti ferm fil-pubblikazzjoni tal-ktieb.

ESTIŻ FOND TA’ EMERĠENZA LILL-GĦAQDIET VOLONTARJI L-imxija tal-COVID-19 f’pajjiżna ħolqot sitwazzjonijiet eċċezzjonali għall-għaqdiet volontarji biex ikomplu joperaw. Għal dan il-għan, is-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ħabbar li l-fond ta’ emerġenza għall-għaqdiet volontarji qed jiġi estiż u se jkun jammonta għal €150,000. Dan tħabbar din il-ġimgħa f’Palazzo Falson, fl-Imdina, li hu mmexxi mill-għaqda volontarja Fondazzjoni Patrimonju Malti. Din l-għaqda tieħu ħsieb li xxerred informazzjoni u toħloq kuxjenza fuq il-wirt storiku ta’ pajjiżna kemm fost il-Maltin kif ukoll mal-barranin li jżuruna. Waqt li rringrazzja lill-voluntieri u tenna li x-xogħol tagħhom hu indispensabbli fis-soċjetà, is-Segretarju Parlamentati saħaq li fl-ewwel fażi ta’ dan il-fond kien hemm iżjed minn 125 għaqda volontarja li bbenefikaw minnu. “Permezz ta’ din l-għajnuna qed nuru kemm ilGvern għandu għal qalbu

l-volontarjat, anke f’mumenti li dan il-pajjiż għaddej minn numru ta’ sfidi. Minn qalbi, u f’isem il-Maltin u l-Għawdxin kollha, nirringrazzjahom ta’ dan ilġest sabiħ. Hu f’mumenti bħal dawn li tispikka ferm l-għaqda nazzjonali u l-ġenerożità li magħruf għalihom dan il-poplu,” temm jgħid Grima. Il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat Mauro Pace Parascandalo saħaq li għal darb’oħra s-settur tal-volontarjat wera li meta jkun meħtieġ iqum għall-okkażjoni u jwettaq bl-aħjar mod, kif ukoll b’mod innovattiv, il-ħidma tiegħu fil-komunità. Biss l-istess settur irridu li jkun sostnut, kif inhu l-għan ta’ dawn il-fondi, biex ikun fl-aħjar pożizzjoni li jkompli jkun ta’ servizz fl-oqsma diversi li jopera fihom. Il-Kuratriċi tal-Mużew f’Palazzo Falson, Caroline Tonna, qalet li grazzi għal dan il-fond, il-Fondazzjoni Patrimonju Malti setgħet tkompli bit-tmexxija ta’ dawn l-aspetti differenti

tal-wirt kulturali Malti. Hi spjegat kif il-Fondazzjoni torganizza diversi esibizzjonijiet ta’ kwalità għolja fuq kollezzjonijiet ta’ oġġetti li jixhdu l-kultura Maltija, pubblikazzjonijiet li jagħmlu ġieħ lill-patrimonju Malti u t-tmexxija ta’ Palazzo Falson, waħda mill-eqdem binjiet f’Malta. Il-palazz, li hu rikk fl-arkitettura, b’xi partijiet imorru lura għal 800 sena, kien baqa’ jintuża bħala dar privata sal-1962 mill-Kaptan Olof Gollcher, li wkoll ħalla diversi kollezzjonijiet tiegħu fiha bħala wirt nazzjonali biex jitgawda mill-Maltin u mill-barranin li jżuruna. Applikazzjonijiet għallfond ta’ emerġenza, amministrat mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzajoni u l-Għaqdiet Volontarji, jistgħu jimtlew online fuq vofunding.org.mt u aktar informazzjoni tinstab fil-paġna ufficjali ta’ Facebook (Malta Council Voluntary Sector) u s-sit uffiċjali maltacvs.org.


11

17.01.2021

INAWGURATI L-EWWEL REMOTE WORKSPACES GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU L-ewwel Remote Workspace attrezzat biex jakkomoda ħaddiema tas-Servizz Pubbliku biex jaħdmu ’l bogħod millpost tax-xogħol tagħhom u eqreb lejn djarhom infetaħ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar nhar l-Erbgħa li għadda. L-ewwel spazju li nfetaħ kien dak li jinsab f ’Santa Venera u li se jkun miftuħ għall-impjegati fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli. Dan flimkien ma’ spazji fil-hubs ta’ servizz.gov f ’Birkirkara u Ħal Qormi, kif ukoll fl-Uffiċċju Ċentrali ta’ servizz.gov fil-Mosta, li se jkunu miftuħa għall-ħaddiema kollha tasServizz Pubbliku. Is-Sur Cutajar qal li dawn huma l-ewwel remote workspaces li qed jiġu varati fisServizz Pubbliku, iżda żgur mhux se jkunu tal-aħħar. Dawn l-ispazji mhumiex biss konvenjenti u komdi, imma huma wkoll attrezzati blaqwa teknoloġija u sempliċi biex tibbukkja l-ispazji fihom. Il-Kap tas-Servizz Pubbliku qal li dan kollu hu parti minn strateġija usa’ tas-Servizz Pubbliku li tidħol fis-seħħ fl-2022 – strateġija li fiha l-impjegati tas-Servizz Pubbliku huma pilastru ewlieni flimkien mat-teknoloġija u l-livell tas-servizz mogħti. IsSur Cutajar qal li hu konvint li fir-riżorsi umani, dawn il-prattiċi ġodda se jagħmlu wkoll lis-Servizz Pubbliku ferm aktar kompetittiv. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni qal li dawn ir-remote workspaces huma riżultat ta’ studji, proġett pilota u esperjenzi li bdew qabel ma faqqgħet il-pan-

demija tal-Coronavirus u li fuqhom issawret l-istrateġija għall-quddiem. Hu spjega kif fil-pandemija, is-Servizz Pubbliku baqa’ l-uniku magna tiffunzjona fil-pajjiż u rnexxielu jdawwar ċirkostanzi diffiċli f ’opportunitajiet filwaqt li għamel użu mill-esperjenza miksuba ta’ teleworking biex imur għall-kunċett modern ta’ remote working li joffri bilanċi ġodda bejn il-familja u x-xogħol. Telework ifisser li individwi jaħdmu mid-dar, waqt li permezz ta’ remote working persuna taħdem minn fejn trid u mhux neċessarjament mid-dar, filwaqt li dan ilkunċett japplika wkoll għal dipartimenti sħaħ. Is-Sur Cutajar qal li dan ma setax isir kieku s-Servizz Pubbliku ma kellux il-kuraġġ li fis-snin li għaddew jinvesti €150 miljun fit-teknoloġija, li bihom rama lill-uffiċjali b’laptops u apparat plug and play li żiedu bil-kbir il-flessibilità. Permezz talanaliżi ta’ dak li seħħ tul l-ewwel fażi tal-pandemija, is-Servizz Pubbliku sab li din il-flessibilità wasslet biex minn djarhom il-ħaddiema esperjenzaw żieda fil-motivazzjoni tagħhom. Kien hemm effetti pożittivi fuq it-traffiku, l-ambjent, l-impjegati rebħu l-ħin u żdiedet il-produttività. “Hu obbligu li dawn l-effetti nikkonservawhom u nsaħħuhom, għax is-Servizz Pubbliku għandu obbligi ċari lejn is-soċjetà,” qal isSur Cutajar, waqt li ħabbar li s-Servizz Pubbliku qed jaħdem fuq it-tfassil ta’ policy ġdida li tirregola r-remote working u tindirizza għadd ta’ aspetti. Dan kollu biex is-

L-istudji li wettaqna wrew biċ-ċar li strati ta’ ħaddiema wrew ix-xewqa li jibqgħu jaħdmu remotament, imma mhux neċessarjament mid-dar, għax xorta jippreferu li joħorġu mid-dar. Sal-aħħar ta’ din is-sena se jkollna mal-15-il Remote Workspace jiffunzjonaw - Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar

servizz jibqa’ dejjem mogħti bl-aqwa livelli ta’ eċċellenza. Tħabbar li se jsir taħriġ speċifiku mill-Istitut għasServizzi Pubbliċi għall-ħaddiema kollha li se jaħdmu b’mod remot kif ukoll lill-maniġment. Fl-inawgurazzjoni tal-ewwel Remote Workspace tkellem ukoll is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli, Anthony Gatt, li qal li l-ministeru wkoll qed jaħdem fuq proġett pilota ta’ efiling system. Dan il-proġett għandu dejjem jieħu lis-Servizz Pubbliku iżjed lejn il-proġett ferm akbar tal-paperless office u l-proġett l-ieħor ta’ diġitalizzazzjoni tal-fleet management system.


12

17.01.2021

UGWALJANZA FIL-PARLAMENT

DR. CHERYL AZZOPARDI

Għaddew kważi 74 sena minn mindu f’Malta n-nisa ngħataw id-dritt tal-vot. Sal-lum il-ġurnata, 13% biss tal-Membri Parlamentari tagħna huma nisa. Wieħed forsi kien jistenna li wara dawn is-snin kollha s-soċjetà tagħna kellha tikseb il-bilanċ soċjali u rappreżentanza ugwali fil-livelli kollha. Madanakollu, jekk inħarsu lejn l-isfidi soċjali li n-nisa għadhom jesperjenzaw ta’ kuljum, kemm fil-ħajja soċjali kif ukoll fuq il-post tax-xogħol, huwa evidenti li għad fadal ħafna x’isir sabiex l-ugwaljanza bejn is-sessi tintlaħaq fil-prattika. Din ir-realtà għandha tbeżża’ lil kulħadd u dan għaliex il-parteċipazzjoni talmara fil-politika u fit-teħid tad-deċiżjonijiet, hija essenzjali għall-avvanz soċjali. L-abbozz ta’ liġi numru 119, li tressaq minn Onor. Rosianne Cutajar, Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet Ċivili u r-Riformi, u li bħal issa qed jiġi diskuss fil-Parlament, huwa maħsub sabiex jestabbilixxi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-politika permezz ta’ azzjoni pożittiva.

Dan huwa pass importanti lejn il-promozzjoni tan-nisa fl-isfera politika u se jagħti spinta tant meħtieġa sabiex nersqu pass eqreb lejn il-ġlieda kontra l-esklużjoni inġusta tal-mara f’dan il-qasam. L-għan prinċipali ta’ dan il-proċess hu li tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn is-sessi, sabiex jikkumpensa għall-iżvantaġġi soċjali u kulturali li l-mara sfat vittma tagħhom għal ħafna snin. L-abbozz jipprovdi mekkaniżmu korrettiv fejn jekk fl-elezzjoni ġenerali, wieħed mis-sessi jkollu rappreżentanza ta’ inqas minn 40% fil-Parlament, għandha tiskatta azzjoni pożittiva sabiex tikkumpensa għal dan l-iżbilanċ. Fil-prattika, jekk il-persentaġġ ta’ nisa eletti fil-Parlament ikun anqas minn 40%, dan il-persentaġġ għandu jintlaħaq billi flimkien man-numru ta’ Membri Parlamentari eletti, jiżdiedu b’mod ugwali bejn il-partit b’maġġoranza u l-partit b’minoranza, kandidati tas-sess femminili. L-abbozz jipprovdi wkoll salvagwardji fil-każ illi dan il-proċess xorta waħda ma jkunx biżżejjed biex tintlaħaq il-maġġoranza neċessarja fosthom permezz tal-cooption. Fil-każ ta’ persuni li fid-dokumentazzjoni uffiċjali tagħhom huma identifikati bħala newtrali fir-rigward tal-ġeneru, l-abbozz jipprovdi li dawn, għandhom jingħaddu mas-sess l-inqas rappreżentat. Huwa importanti li l-abbozz ma jagħmilx referenza għassess femminili, iżda jirreferi għas-sess l-inqas rappreżentat. Għaldaqstant, il-leġiżla-

tur qed jirrispetta n-newtralità tal-ġeneru u qed japplika wkoll il-kunċett tal-universalità tal-Liġi. Dan hu prinċipju importanti, li jwassal għal integrazzjoni u ugwaljanza kompleta. Barra minn hekk, għalkemm huwa minnu li llum is-sess femminili huwa s-sess l-inqas rappreżentat, f’każ li eventwalment il-bilanċ ikun favur il-mara, dan il-mekkaniżmu jintuża sabiex 40% tal-Membri Parlamentari jkunu irġiel. L-abbozz jipprospetta li din l-azzjoni pożittiva ser tibqa’ fis-seħħ għal 20 sena. Kif jgħaddi dan it-terminu, it-tħaddim ta’ dan il-mekkaniżmu jieqaf. Għaldaqstant, hu importanti li dan il-pass lejn ugwaljanza vera ma jkunx ifisser li għandna nieqfu hawn. Irridu naħdmu u nkomplu noħolqu inizjattivi kemm legali kif ukoll soċjali li jimmotivaw u jsaħħu lill-mara, u li jkissru l-assunzjonijiet, l-isterjotipi u l-preġudizzji kontra

tagħha. Dan il-pass leġiżlattiv għandu jkun iċċelebrat minn kull femminista. Huwa pass fid-direzzjoni t-tajba u dan wara li tul is-snin, is-soċjetà xekklet lill-mara milli tieħu dak li hu tagħha. Però, din l-inizjattiva leġiżlattiva mhix it-tweġiba ta’ kull sfida iżda hija bidu neċessarju sabiex is-soċjetà tagħna tagħraf il-potenzjal talmara, potenzjal li kien hemm mill-bidu nett. Fuq kollox, irridu nifhmu li din l-inizjattiva mhux qed tittieħed għax in-nisa huma b’xi mod inferuri però din qed issir sabiex in-nisa jieħdu dak li hu dritt tagħhom. Is-soċjetà naqset lill-mara għal ħafna snin, dan l-abbozz u pass rimedjali. Fuq kollox dan il-pass għandu wkoll jgħin sabiex in-nisa stess ikunu l-katalisti ta’ din il-bidla. Dan il-proċess ser iħalli frott pożittiv diment illi n-nisa jingħataw opportunitajiet sabiex jawtonomizzaw lilhom infushom u jirrikon-

oxxu l-potenzjal tagħhom. Huwa importanti li fl-istess waqt, il-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika, tkompli għaddejja u tingħata aktar importanza. Is-soċjetà tagħna trid tifhem illi inizjattivi leġiżlattivi u politiċi favur it-trattament ugwali, fil-prattika jistgħu isarrfu f’ugwaljanza biss jekk l-isfidi li taffaċċja l-mara jiġu indirizzati b’forza u b’kontinwità. Għall-mara fis-soċjetà Maltija, sal-lum it-triq sabiex hi tipparteċipa fil-ħajja pubblika u politika kienet waħda twila, imserrpa u diffiċli ħafna. Dan l-att qed jindirizza l-problema prinċipali li ilha xxekkel lin-nisa għal ħafna snin: il-kunċett ta’ role model. Għax kif tista’ tifla, tfajla jew mara taspira li jkollha kariga f’pożizzjoni għolja ta’ tmexxija jekk qatt ma tara mara tokkupa din il-pożizzjoni?


13

17.01.2021

LEJN KWALITÀ TA’ ĦAJJA AĦJAR

JULIA FARRUGIA PORTELLI Ministru

Għadna kemm qbiżna l-ewwel nofs tal-ewwel xahar ta’ sena ġdida. Jannar ta’ kull sena ma jkunx ifisser biss il-bidu ta’ sena ġdida. Ikun ifisser ukoll il-bidu tal-implimentazzjoni tal-miżuri, f’kull xorta tagħhom, li jkunu ġew elenkati fil-baġit talpajjiż għas-sena inkwistjoni. U s-sena 2021, anke jekk għadha dominata mir-riperkussjonijiet tal-pandemija COVID-19, mhix eċċezzjoni. Jannar 2021 qed jara

l-implimentazzjoni gradwali ta’ miżuri li se jkomplu jikkonsolidaw u jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi. Ma tkunx qed tgħix f’Malta jew Għawdex jekk ma tirrikonoxxix il-progress li rreġistra l-poplu tul dawn l-aħħar seba’ snin. Daqstant ieħor jekk ma tirrikonoxxix li s-sena li għaddiet offriet sfidi kbar lil ħajjitna mid-diversi angoli tagħha. Sfidi li setgħu, kif għamlu tista’ tgħid madwar l-Ewropa kollha, insemmi l-Ewropa biex nieqaf mal-kontinent li lilu nappartjenu, baxxew il-livell ta’ għajxien tagħna. Imma, għax fissnin preċedenti ma ħsibniex biss għal dak il-ħin imma ħsibna wkoll għal li nistgħu niġu bżonn, il-pajjiż kien b’saħħtu biżżejjed biex jikkonsolida l-livell ta’ għajxien li konna għaddejjin bih. L-esperjenza tal-wage supplement titkellem waħedha. Salvajna, u għadna nsalvaw, eluf ta’ impjiegi. Li ma kienx għal din il-miżura, l-azjendi,

l-intrapriżi li jipprovdu dawn l-impjiegi kien ikollhom jagħlqu l-bibien. L-eluf ta’ impjiegi jfissru eluf ta’ familji. Eluf ta’ familji jfissru poplu. Ifissru nazzjon. Imma mhux biss sar u qiegħed jitkompla dan il-konsolidament, imma qegħdin intejbu fuqu. Qegħdin insaħħu l-kwalità tal-ħajja. Il-bidu ta’ sena ġdida qiegħed jara lil eluf ta’ pensjonanti tagħna jingħataw żidiet fil-pensjonijiet tagħhom. Żidiet kontinwi. Sena wara sena. Bilkemm temmen li sas-sena 2013 il-pensjonanti tagħna l-kelma ŻIEDA kienet xi ħaġa remota għalihom. Mhux hekk illum. Illum il-pensjonanti tagħna mhux biss qegħdin jingħataw kull żieda li jħabbar il-Gvern imma qegħdin jesperjenzaw ukoll inqas spejjeż fejn tidħol kura ta’ saħħithom. Huwa naturali li l-anzjanità ġġib magħha wkoll il-bżonn ta’ aktar sostenn għas-saħħa. Sostenn ħafna drabi li jkun jirrifletti kura medika, mediċini. Mhux kull mediċina tingħata

b’xejn mill-Gvern. Imma hemm żewġ affarijiet li ma jista’ jmerihom ħadd, xieref kemm ikun xieref l-għammad politiku tiegħu. In-numru ta’ mediċini fil-formularju tal-Gvern, il-mediċini li jingħataw b’xejn, qiegħed jikber b’mod regolari. Imma mhux biss. Għax inutli li jkollok formularju jekk imbagħad ma jkollokx disponibbli l-mediċini li jiffurmawh. Jista’ xi ħadd jinsa’ r-reazzjoni spissa min-naħa tal-ispiżjar: Skużani, dawn il-mediċini jinsabu out of stock u ma nafux meta se jkollna. Sitwazzjoni li ma kinetx tkun ta’ fula f’qargħa. In-nuqqas ta’ mediċini kien l-ordni tal-ġurnata. Il-pensjonant ma kien ikollu ebda għażla oħra ħlief li jixtri u jħallas minn butu għal dak li suppost kien intitolat għalih. Iħallas minn pensjoni li ma kinetx adekwata għal spejjeż regolari bħal dawn. Ikolli nfakkar li sa qabel is-sena 2013, qabel il-wasla ta’ Gvern Laburista, ir-reazzjoni għal sitwazzjoni tal-biki bħal

din kienet: Għaliex dan l-għaġeb kollu fuq nuqqas ta’ mediċini, anke tal-grocer mhux l-ewwel darba li ma jkollux piżelli! Il-pensjonanti tagħna llum qegħdin jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar. Illum għandhom dħul finanzjarju akbar, inqas spejjeż f’mediċini għax ebda mediċina ma tkun out of stock. L-ispazju ma jippermettilix għax kieku nista’ nimraħ aktar fil-ħemel ta’ miżuri oħrajn li ġew introdotti fil-passat riċenti u li qegħdin ikunu introdotti issa, bħat-trasport pubbliku, li wkoll qegħdin irendu kwalità ta’ ħajja aħjar għall-pensjonanti tagħna. Miżuri li ma jaħsbux biss fil-pensjonanti, imma jaħsbu għal kull strata tal-popolazzjoni Maltija u Għawdxija. Kwalità ta’ ħajja aħjar tfisser ukoll ambjent aħjar. Tfisser ukoll aktar spazji miftuħa għattfal u għall-familji tagħna. Dan il-Ministeru se jkun qed jaħdem biex fix-xhur li ġejjin issir ħidma fi ħdan il-Gvern biex naraw li dan kollu jitwettaq.

POLITIKU, DUBLETT JEW QALZIET?

JEAN CLAUDE MICALLEF Membru Parlamentari

“Għajb għalina jekk nistmaw lill-mara daqs xi tonna għat-trobbija jew xi summiena fil-kaċċa. Dawk bil-kwoti u jkun ta’ diżunur jekk dan l-abbozz jittieħed biss f’dak il-kuntest u wieħed jonqos milli jara li għandna defiċit soċjali u rappreżentattiv li kwalunkwe paroli biex il-mara tidħol fil-politika ħalla ftit jew xejn, frott.” Hekk bdejt id-diskors parlamentari tiegħi dwar l-abbozz lejn mekkaniżmu korrettiv li se jnaqqas id-diskrepanza bejn is-sessi fil-Parlament, għaliex dik hi l-verità. Għalhekk inqis dan l-abbozz bħala l-ewwel eżempju kostituzzjonali li l-mara verament postha fil-politika u kif nafu waqt li l-kelma tqanqal, l-eżempju jkaxkar. Però, ejjew ma naħsbux li għax se nkunu qed inżidu 10 jew

12-il mara iktar mad-deputati jfisser li sibna s-soluzzjoni. Anzi nħeġġeġ biex dan l-istess mekkaniżmu jkollu perjodu ta’ skadenza għaliex naqbel li filwaqt li hemm bżonn li jsir inkoraġġiment fattwali biex in-nisa jsibu posthom fl-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna – nirribatti dejjem il-kunċett li l-kwantità tiġi qabel il-kwalità. Ma rridux inħossuna komdi nistrieħu fuq mekkaniżmi korrettivi u ma nimpenjawx ruħna biex nuqqasijiet fil-mentalità jiġu indirizzati u kkorreġuti fis-soċjetà Maltija. Fih innifsu dan l-abbozz ifisser li l-politiċi ta’ qabilna ma kinux kapaċi jiggwidaw lill-poplu li jirrappreżentaw li l-mara hi differenti mir-raġel imma mhix inferjuri fejn jidħlu ħiliet politiċi. Bħala pajjiż demokratiku jfisser li noħolqu livell ġust mibni fuq ugwaljanza imma ma jfissirx li rridu nersqu lejn tfassil mibni fuq ekwità. Ħafna jħawdu dawn it-termini però għall-benefiċċju ta’ kulħadd dan huwa abbozz li hu bbażat fuq ekwità hekk kif il-kejl qed jiġi bbażat fuq proporzjon ta’ ġeneru. Però, se nagħmlu l-istess fejn tidħol razza, orjentazzjoni sesswali jew età? Nemmen li jkun żball jekk nieħdu dik id-direzzjoni hekk kif id-demokrazija tagħna hi bbażata fuq rappreżentanza li tirrifletti x-xewqa

tal-maġġoranza b’opportunitajiet ugwali għal kull ċittadin f’pajjiżna. Waqt li nemmen li kulħadd għandu jkollu opportunitajiet indaqs ma jfissirx li kulħadd huwa l-istess. Id-diversità hi sana proprju għax aħna differenti u dan il-parlament għandu jirrifletti s-soċjetà hemm barra fil-membri tiegħu. M’iniex fil-politika għax jien raġel jew għaliex kellu grazzja miegħi il-Prim Ministru u rregalali siġġu parlamentari. Imma għaliex eleġġewni f’isimhom iż-Żejtun, Marsaxlokk, Marsaskala u Ħal Għaxaq. U qabel ma preferew lili, preferew lil Helena Dalli. Ma preferwhiex għax hi mara minn raġel imma għaliex dak li proġettat quddiem l-elettorat identifikaw ruħhom miegħu l-eletturi u raw li kapaċi twassal għall-aspirazzjonijiet tagħhom, aktar minn ħaddieħor. Il-politika ssir mill-politiku għall-irġiel u n-nisa u mhux minn xi sess għal xi sess. Titwelidx mara jew raġel u tagħżilx li tistudja l-politika jew tara kif ittejjeb il-ħiliet neċessarji biex tagħmilha fl-arena politika - il-fatt jibqa’ li politiku titwieled u hi irrelevanti intix jew tħossokx raġel jew mara. Permezz ta’ dan l-abbozz jidher ċar li se nagħmlu l-ħajja iktar faċli biex aktar nisa jsibu posthom fil-Parlament. Biss ir-

ridu naraw li l-modus operandi u l-ambjent Parlamentari jkun akkoljenti u ġust biex fl-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna jkollna l-imprem ħiliet li jiddistingwuna u mhux biss id-dehriet. Nibqa’ nsostni fuq l-ewwel diskors li għamilt sena ilu fil-Parlament fejn kull MP għandu bżonn iktar riżorsi umani u anke finanzjarji. B’hekk jitjieb il-livell ta’ ħidmietna u anke nattiraw aktar individwi ta’ suċċess irrelevanti mill-ġeneru tagħhom. Membru Parlamentari effettiv għandu jkollu l-għodod u r-remunerazzjoni denja għas-sagrifiċċji, l-impenn u l-preġju li ġġorr magħha din il-kariga. Jiena nawgura li aktar nisa jsibu posthom fil-politika bħalma ħafna nisa għamluha f’setturi varji fid-dinja tax-xogħol, fil-ġudikatura u fl-isport. Nirrikonoxxi li għad fadal diskrepanzi li ma jagħmlulniex ġid f’dawn l-oqsma u għalhekk nilqa’ dan l-inkoraġġiment minn dan il-Gvern biex il-mara ssib postha fl-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna. Nemmen f’perspettivi varji u kuntrastanti li jwassluna għal tfassil ta’ liġijiet li jissalvagwardjaw firxa aktar wiesgħa. Kull mara għandha kontribut x’tista’ tagħti u kull mara għandha tkun hi li tagħżel kif billi ma noħolqux barrieri li jtappnu l-kobor tagħha. Il-Mara, postha mhuwiex fil-kċina jew biex tagħmel

il-faċendi tad-dar. Mara postha m’għandux ikun iddettat mis-soċjetà li trid trabbi familja jew tiżżewweġ. Mara li le ma toħroġx taħdem għall-kapriċċi kif kien hemm min insultaha. Dejjem sakemm ma tiddeċidix hi. Kull Mara għandha dritt tiddeċiedi hi kif trid tgħix u x’sodisfazzjon trid f’ħajjitha, f’soċjetà li ma toħloqx sitwazzjonijiet ta’ two weights u two measures. Irrid nara l-Mara, li tidħol fl-arena politika mhux biex timita raġel imma biex tkun hi nnifisha. Kien hawn żmien li ħafna raw stramb li l-mara għandha tingħata opportunità tivvota. Żmien ieħor kellek soċjetajiet fejn raw stramb li mara ssir finanzjarjament indipendenti. Illum għad hawn min iħossu stramb b’mara fil-politika. L-istramberija f’dan it-tip ta’ ħsieb hu li l-uniku ġeneru li ta ħajja lil kull politiku għad għandek min jarah inferjuri biex nafdawh b’deċiżjonijiet f’ħajjitna. Huwa aktar minn xieraq li biex intaffu n-nuqqas ta’ bilanċ ġej minn ġenerazzjoni wara oħra lejn il-mara nwelldu din l-opportunità li fi ftit żmien ieħor, nawgura li ma jkollhiex għalfejn nitkellem fuq l-importanza tal-mara fil-politika imma li l-Maltin u l-Għawdxin juru lill-bqija tad-dinja li l-politika ma ssirx x’tilbes ma qaddek imma x’għandek f’moħħok u f’qalbek.


14

17.01.2021

IL-PROĠETT TAL-GĦERI JINDIRIZZA PROBLEMA A Biex tikkonsolida l-benefiċċji tal-proġett tagħha fi Triq l-Għeriexem fir-Rabat, Infrastructure Malta assigurat li jittaffew id-diffikultajiet ta’ għargħar li ilhom jeżistu f’din iż-żona. It-triq qed tinbena mill-qiegħ biex jiġu salvati wkoll residenzi fiż-żona li sofrew ħsarat strutturali, minħabba l-isfrondar tagħha. Għal dan il-għan Infrastructure Malta qed issaħħaħ ukoll parti mis-sistema ta’ ġbir tal-ilma tax-xita taħt l-art bejn Vjal il-Ħaddiem, Triq Tat-Tabija, Triq Għeriexem u Triq Għajn Qajjet (Mtarfa Bypass). Ilproġett, li miexi ġmielu u jinsab qrib il-fażi finali tiegħu, inkluda l-bini ta’ storm water culverts li se jkunu qed jindirizzaw il-problema talgħargħar darba għal dejjem. Permezz ta’ dan l-aġġornament separat, l-aġenzija qed tqiegħed medda ta’ nofs kilometru ta’ pipeline ġdid b’wisa’ ta’ metru, minflok kanal eqdem, filwaqt li ttejbet l-effiċjenza ta’ wħud mill-ġbir eżistenti. Din is-sistema se tikkumplimenta s-sistema l-ġdida tal-ilma tax-xita li tif-

forma parti mill-proġett tal-belvedere ta’ Għer minn bosta toroq għall-widien u l-kanali tal-ilm Waqt li kien qiegħed iżur il-proġett di għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti K dwar l-importanza ta’ dawn ix-xogħlijiet li bost daqshekk fil-għajn minħabba li ma jkunux fuq pali, iżda li jfissru ħafna għall-kwalità tal-ħajja “B’kuraġġ indirizzajna problema li tħalliet twil u li ħadd ma ried jaffaċċjaha. Għalina, is bel kull interess ieħor. Bħal dejjem ninsabu k li jkollna proġett infrastrutturali ieħor tal-ogħ xieraq lir-residenti t’hawnhekk”, qal il-Minist frastructure Malta. Hu qal li proġetti bħal daw għall-ħidma tal-impjegati li jaħdmu manwalm jonisti.


15

17.01.2021

IEXEM ANTIKA

riexem biex l-ilma jgħaddi ma naturali fil-qrib. in il-ġimgħa, il-Ministru Kapitali Ian Borg tkellem ta drabi ma jkunux jagħtu q il-wiċċ ta’ xi triq prinċia tar-residenti tal-inħawi. t taħt it-tapit għal żmien s-sigurtà tan-nies tiġi qakommessi biex naċċertaw ħla kwalità u li jingħata kif tru, waqt li faħħar lil Inwn huma possibbli grazzi ment kif ukoll tal-profess-

L-INKLUŻJONI LOKALI LAĦQET IL-QUĊĊATA?

MARIAH MELI

Tul is-snin tpoġġew fis-seħħ diversi prattiċi sabiex neliminaw l-ostakli differenti li jiltaqgħu magħhom individwi b’diżabilità iżda xorta waħda għad fadal xi jsir. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tindirizza l-ostakli fis-soċjetà bħala fatturi fl-ambjent ta’ persuna li, minħabba l-assenza jew il-preżenza tal-ostakli, jillimitaw il-funzjoni u joħolqu diżabilità. Is-sena l-oħra rajna eżempju ta’ prattika ta’ inklużjoni fis-settur edukattiv, dak tal-Università, li huwa pass ’il quddiem fis-soċjetà tagħna filwaqt li istituzzjonijiet oħra fl-istess qasam, bħas-sixth forms għandhom isegwu. Il-Fondazzjoni Marigold iffinanzjat proġett biex tiġi provduta kamra għall-istudenti bl-awtiżmu li tinkludi tagħmir sensorjali biex b’hekk ikun hemm ambjent kalm. Kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex insibu diversi ċentri ta’ riżorsi li joffru servizzi ta’ appoġġ kif ukoll għajnuna għall-familji tal-individwi li

hija fundamentali wkoll. Tfal li ma jistgħux jiġu servuti b’mod adegwat fi skejjel regolari jibbenefikaw aktar meta jattendu ċentri bħal dawn milli meta jkunu fl-iskejjel mainstream għaliex jaqdu iktar il-ħtiġijiet tagħhom. It-tfal li jgħixu bl-awtiżmu u diffikultajiet oħra ta’ tagħlim bħall-ADHD, jikkomunikaw aħjar mal-annimali domestiċi aktar milli man-nies peress li spiss jiddependu fuq komunikazzjoni mhux verbali. Riċerkatriċi Amerikana Julia Thompson ippubblikat studji li wrew li tfal li jinteraġixxu mal-klieb ikollhom burdati aħjar u jkunu aktar konxji tal-ambjent tagħhom. Sal-lum għad għandna dan in-nuqqas fl-istituzzjonijiet edukattivi mainstream tagħna għaliex ma nsibux aċċess t’annimali bħal klieb fl-iskejjel. Il-klieb jgħinu lill-istudenti bi bżonnijiet speċjali f’diversi oqsma mhux dawk akkademiċi biss. Fosthom insibu li jservu bħala rimedju sabiex dawn l-individwi jħossu inqas il-frustrazzjoni li d-diżabilità tagħhom toħolqilhom u jakkwistaw il-ħiliet tal-ħajja. Magħhom insibu l-empatija, il-komunikazzjoni tagħhom, itaffu l-istress u benefiċċji oħrajn. Għandna nagħtu importanza lil dan il-fattur għaliex iservi ta’ pass ’il quddiem għal aktar inklużjoni fis-sistema edukattiva tagħna. Fis-settur tal-isport insibu li l-fondazzjoni Olimpika Speċjali tilħaq lill-individwi b’diżabilità billi toffrilhom taħriġ u inkoraġġiment sabiex jitgħallmu u jgawdu

mill-parteċipazzjoni tagħhom kemm fuq livell individwali kif ukoll bħala tim. Dawn l-individwi jibbenefikaw mill-iżvilupp fiżiku u psikoloġiku permezz ta’ ambjent ugwali li jippromwovi rispett u aċċettazzjoni reċiproka. Permezz ta’ dan il-programm, dawn l-atleti jiksbu aktar kunfidenza fihom infushom u jtejbu kemm il-ħiliet soċjali kif ukoll dawk tal-komunikazzjoni. Min-naħa l-oħra, hija weġgħa li minkejja l-għandna l-għarfien kollu meħtieġ biex inwettqu soċjetà inklussiva, għadna nsibu individwi li jinjoraw dan il-prinċipju. Każ partikolari li ltqajt miegħu dan l-aħħar huwa ta’ żagħżugħ li juri ħiliet tajbin ħafna fil-futbol li ma kienx biss eskluż iżda wkoll imkeċċi mit-tim meta l-kowċ sar mgħarraf mill-ġenituri bid-diżabilità tiegħu. Ir-raġuni li ngħatat lill-ġenituri millkowċ kienet li l-plejer mhux se jkun jista’ jifhem ir-regoli bħall-oħrajn. Din l-azzjoni hija inaċċettabbli fil-fehma tiegħi u għandna dejjem niżguraw li r-riżorsi meħtieġa jiġu użati sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta’ dawn l-individwi. B’appoġġ lill-individwi kif ukoll lill-familji tagħhom fuq livell finanzjarju u morali, il-persuni b’diżabilità jilħqu kwalità ta’ ħajja aħjar. Is-soċjetà tagħna trid teduka wkoll fuq il-lingwa użata biex inkunu sensittivi. Kliem bħal handicap m’għadux aċċettabbli fl-ebda ċirkostanza. M’għandna qatt inċekknu l-ħolm ta’ dawn in-nies. Minflok, irridu niżguraw li l-ħtiġijiet tagħhom jintlaħqu b’mod ugwali.


16

17.01.2021

INĦARSU ’L QUDDIEM B’OTTIMIŻMU U B’KURAĠĠ

JOSÉ HERRERA Ministru

Proprju fil-bidu tal-2020, wara perjodu ta’ tensjoni politika, pajjiżna ra l-ħatra ta’ Robert Abela bħala Mexxej tal-Partit Laburista u effettivament Prim Ministru ta’ Malta. Karigi li sa mill-ewwel Robert Abela wera li kien lest jidħol għalihom b’entużjażjmu, enerġija u determinazzjoni. Il-poplu jagħraf li Gvern Laburista jfisser ħolqien talġid u xogħol bla preċedent,

investiment b’saħħtu fl-infrastruttura ta’ pajjiżna, finanzi u ekonomija robusti, sens soċjali akbar u l-lista tkompli. Id-determinazzjoni ta’ Robert Abela kienet waħda ċara: dik li nkomplu dan is-suċċess f ’kuntest sostenibbli. Wara ftit ġimgħat ilkoll nafu li faqqgħet pandemija li bidlet il-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna. Il-COVID-19 laqtet u bidlet il-ħajja soċjali tagħna. Ilkoll għarafna ħafna aktar kemm is-saħħa tagħna hija essenzjali u dan apparti li apprezzajna b’mod aktar reali kemm il-ġid maħluq kien bżonjuż u neċessarju. Fix-xhur li għaddew urejna kemm dan il-poplu Malti u Għawdxi huwa wieħed reżiljenti u determinat. F’pandemija li kissret ekonomiji kbar inklużi dawk Ewropej, f ’pajjiżna implimentajna l-akbar baġit fl-istorja ta’ pajjiżna, ħadna l-aktar ammont ta’ miżuri biex ma jiżdiedx il-qgħad, saħħaħna

l-miżuri soċjali, komplejna bl-investiment bla preċedent f ’kuntest infrastrutturali però fuq kollox, għamilna dan mhux billi dorna fuq il-poplu u ħadnielu aktar imma billi nissilna aktar fiduċja. Dan huwa frott l-għaqal ta’ Prim Ministru li għaraf u mexxa ’l quddiem biex tul dawn l-aħħar xhur ittieħdu l-aqwa deċiżjonijiet, fl-aħjar ħin u bl-aktar mod responsabbli. Ma jfissirx li biex adattajna ma doqniex il-qrusija tal-effetti tal-pandemija. Huwa żmien diffiċli fejn għal ċerti setturi kull ġurnata tfisser diffikultajiet partikolari. Quddiem dan kollu u f ’dan il-kuntest, it-tama tibqa’ l-akbar arma b’saħħitha. Dak li wettaqna flimkien fl-aħħar xhur ser ifisser futur aqwa għalina bħala poplu wieħed. Illum li issa l-vaċċin m’għadhux xi ħaġa ’l bogħod, għandu jimliena b’kuraġġ u determinazzjoni biex inħarsu għaż-

żmien li ġej b’ottimiżmu. Li nkunu għaqlin f ’dak kollu li nagħmlu u naġixxu jfisser li fiż-żmien li ġej għandna nibqgħu kawti u b’hekk inkomplu kif qegħdin nagħmlu niksbu riżultati pożittivi fl-aspetti marbuta mas-saħħa pubblika. L-għaqal u l-kuraġġ ser iwassalna biex iva nerġgħu mhux biss nirkupraw imma nkunu f ’pożizzjoni soda li nirriġeneraw lilna nfusna f ’realtà li terġa’ tixpruna ’l quddiem l-aspetti soċjali u ekonomiċi. Bħala Gvern determinati li noffru l-poplu l-aqwa pjan għall-ġejjieni tagħna. Pjan li huwa meqjus iżda ambizzjuż, inizjattivi u miżuri li kulħadd iħossu parteċipi fil-kisba lura tan-normalità, impenn li s-saħħa tibqa’ l-prijorità tagħna hekk kif nagħrfu li rridu nagħtu stimolu ekonomiku b’saħħtu biex nassiguraw għajxien denju lill-familji tagħna. Ilkoll kemm aħna nagħrfu li l-pandemija kienet, għadha

u ser tibqa’ sfida quddiemna. L-ottimiżmu u l-kuraġġ ta’ poplu magħqud ser iwassluna biex negħlbu din l-isfida flimkien u b’hekk naħsdu l-opportunitajiet li hemm għalina lkoll. Dan mhux żmien li nħallu lil min lest jiżra’ d-dubji jaħsad fostna sens ta’ negattività, dan mhux żmien li nħallu lil min għandu interess li jagħmel il-bsaten fir-roti jwaqqafna milli naslu fittriq tan-normalità, fuq kollox dan mhux żmien li nħallu lil min akkost ta’ kollox irid issiġġu tal-poter iwaqqafna milli nkomplu mmexxu favur il-ħolqien tal-ġid u x-xogħol għall-familji tagħna. It-tama li pajjiżna jerġa’ jaqbad it-triq tan-normalità fl-inqas żmien possibbli tibqa’ hemm sakemm aħna nibqgħu magħqudin wara dan il-Gvern Laburista bi tmexxija ta’ Robert Abela fejn flimkien nibqgħu nħarsu ’l quddiem b’ottimiżmu u b’kuraġġ.

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ U N-NISA FIL-POLITIKA

KIMBERLY BORG

Iż-żgħażagħ u n-nisa huma verament protagonisti u mhux spettaturi fil-Partit Laburista. Dan għaliex dan il-Partit jirrikonoxxi l-potenzjal tagħhom. Fl-2018, waqt il-konferenza ġenerali tal-Partit Laburista kienet approvata emenda biex l-età tat-tesserament tinżel minn 16-il sena għal 14-il sena. Għal dan il-għan, il-Forum Żgħażagħ Laburisti nieda l-kampanja Ġenerazzjoni 16. Parteċipanti fi ħdan il-Ġenerazzjoni 16 kien hemm bosta żgħażagħ li llum il-ġur-

nata ġew eletti fil-Kunsilli Lokali. Fosthom kien hemm l-iżgħar kandidat li qatt ġie elett f’Kunsill Lokali meta kellu inqas minn 18-il sena, Carlos Zarb. Fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali permezz tal-kampanja tal-Forum Żgħażagħ Laburisti Start ġew eletti 36% żgħażagħ mit-total ta’ kunsilliera eletti. Fost dawn ġew eletti 16-il Sindku u 16-il Viċi Sindku li huma żgħażagħ. Fl-Eżekuttiv preżenti tal-Forum Żgħażagħ Laburisti hemm żewġ parteċipanti tal-Ġenerazzjoni 16, turija ċara ta’ kemm dan il-Partit jemmen fiż-żgħażagħ u l-kontribut li jistgħu jagħtu. Il-Forum Żgħażagħ Laburisti jagħti spazju liż-żgħażagħ sabiex jesprimu l-ideat tagħhom u opportunitajiet sabiex jibdew jieħdu l-ewwel passi fil-politika. Kien Gvern Laburista li ressaq ’il quddiem u implimenta l-liġi tal-Vot 16. Liġi li turi fiduċja fina ż-żgħażagħ li kapaċi nkunu protagonisti fl-għażla importanti ta’ min imexxi lil pajjiżna. Barra minn hekk, din il-liġi toffri

opportunità lilna ż-żgħażagħ sabiex inkunu nistgħu nuru l-fehma tagħna fuq diversi suġġetti li jista’ jkollhom impatt qawwi fuq ġenerazzjonijiet futuri. Fost dawn is-suġġetti hemm it-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli u anki l-immaniġġjar taliskart. Fil-kabinett tal-Prim Ministru Robert Abela, iżżgħażagħ huma parti integrali mill-portafoll tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja. Barra minn hekk, preżentament għandna l-aktar kabinett bl-element ta’ żgħażagħ u bl-aktar parteċipazzjoni femminili: messaġġ b’saħħtu ta’ fiduċja fiż-żgħażagħ u fin-nisa u ta’ inkoraġġiment sabiex kemm iż-żgħażagħ kif ukoll in-nisa jkunu protagonisti fil-politika f’pajjiżna. Meta fl-2017, il-Partit Laburita rebaħ l-elezzjoni ġenerali b’distakk storiku ra li kien hemm nuqqas ta’ parteċipazzjoni femminili. Waqt konferenza ġenerali straordinarja ġiet imnedja l-inizjattiva LEAD. Dan bil-għan

li tħeġġeġ iżjed nisa u tfajliet sabiex jikkontribbwixu fil-politika. LEAD mhuwiex biss programm iżda viżjoni sabiex il-mara Maltija u Għawdxija tieħu l-post li verament jixirqilha fis-soċjetà, dik fit-teħid tad-deċizjonijiet. Din l-inizjattiva kienet ta’ suċċess fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, hekk kif madwar 80% tal-parteċipanti li kkontestaw ġew eletti. Din l-inizjattiva għandha l-għan li tkompli żżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika. Apparti dan, din is-sena ġiet maħtura Ramona Attard bħala l-ewwel President mara tal-Partit Laburista. Madankollu, il-ħidma talGvern ma naqsitx. Dan hekk kif din il-ġimgħa ġie preżentat it-tieni qari għall-abbozz tal-liġi storiku sabiex ikollna rapreżentanza parlamentari iktar ugwali. Meta nħarsu lura naraw li iktar minn 70 sena ilu l-mara ngħatat iddritt tal-vot. Minkejja li n-nisa għamlu diversi avvanzi fis-soċjetà meta tara r-rappreżentanza femminili fitteħid tad-deċiżjonijiet dan

baqa’ wieħed baxx ħafna. Filfatt, preżentament għandna biss 13% tad-deputati li huma nisa. Statistika tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-sessi tpoġġi lil Malta mal-aħħar pajjiżi fejn tidħol ir-rappreżentanza ekwa tażżewġ sessi. Din l-istatistika turi wkoll li 11-il Membru Stat implimenta miżuri sabiex tiżdied ir-rappreżentanza tal-mara fil-Parlament u li din kienet ta’ suċċess hekk kif dawn il-pajjiżi raw aktar nisa jiġu eletti. Għalhekk din hija miżura pożittiva li se tindirizza d-defiċit demokratiku. Bħala żagħżugħa, kburija li nagħmel parti minn dan il-Partit li jemmen u jagħraf is-sehem u l-potenzjal tażżgħażagħ u n-nisa fl-isfera politika. Inħeġġeġ lil dawk iż-żgħażagħ u n-nisa li tinteressahom il-politika sabiex jingħaqdu kemm f ’LEAD kif ukoll fil-Forum Żgħażagħ Laburisti sabiex huma wkoll ikunu protagonisti u jikkontribwixxu kemm għall-Partit Laburista kif ukoll għal pajjiżna.


17

17.01.2021

KUNSILLI LOKALI AKTAR B’ SAĦĦITHOM IT-TMIEN PARTI

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsilliera PL

Ħmistax ilu rajna kif il-Viżjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali qed tiffoka fuq il-kwalità tal-ħajja tar-resident kif ukoll aktar fiduċja fil-Kunsill, jekk implimentata b’mod tajjeb. Illum se nagħtu ħarsa lejn l-aspett politiku u kif is-sezzjoni fi ħdan il-Partit Laburista, tista’ tkun aktar attrezzata biex toffri servizz superjuri lill-kunsillieri tagħha, fl-isfond tal-proġett tal-istess Partit 100 Idea. Ir-responsabbiltà primarja tas-Sezz­ joni Kunsillieri għandha tkun li tattira l-aħjar individwi, bl-akbar ħiliet possibbli, bl-livell ta’ edukazzjoni għoli u b’kapaċitajiet naturali ta’ tmexxija, komunikattivi li jaspiraw fiduċja u serjetà fl-elettorat ġenerali. Biex jintlaħaq dan l-għan, il-Partit għandu jkollu programmi mmirati li jaspiraw individwi ta’ talent u kapaċitajiet mill-aqwa biex jipparteċipaw fl-ikbar eżerċizzju demokratiku f’pajjiżna b’aspirazzjoni li jistgħu jikkontribwixxu lejn żvilupp lokali mixtieq mir-residenti tagħna. Sehemha għandu jinkludi t-tfassil ta’ kodiċi ta’ standards fil-ħidma tal-amministrazzjoni pubblika lokali biex tassigura li l-membri tagħha jkunu xempju ta’ governanza tajba, tras­parenti u kredibbli. Għandu jiġi assigurat li l-isforzi li qed isiru mill-Partit Laburista fejn tidħol ugwaljanza u sehem tal-mara fil-politika għandhom ikunu riflessi fil-parteċipazzjoni u fir-rappreżentanza tal-membri eletti mill-Partit Laburista fil-Gvern lokali. L-isforzi mill-Partit Laburista f’dan is-settur jidhru biċ-ċar b’9 minn 11-il mara bħala Sindki eletti li llum imexxu l-Kunsill tagħhom. Iktar sforzi huma neċessarji biex jikber ir-rwol tal-mara fil-governanza lokali. Dan l-approċċ xieraq u dovut għandu jiġi assigurat f’livelli oħra ta’ ugwaljanza. Il-partit Laburista għandu jittratta u jippromwovi individwi għall-ħidma fi ħdan governanza lokali biex jinkludi individwi minn kull faxxa tas-soċjetà mingħajr ebda diskriminazzjoni ta’ sess, reliġjon, għamla fiżika, kultura u kulur tal-ġilda. Għaddew 100 sena, il-Partit Laburista, li twaqqaf mill-ħaddiem għas-servizz taż-żgħir u mill-ħaddiem għall-poplu, kiseb avvanzi kbar f’kull kamp politiku, ekonomiku u soċjali sforz l-involviment ta’ bosta. Bħal kull organizzazzjoni u partit politiku, il-Partit Laburista jrid jassigura li jibqa’ jiġġedded kuljum. Dan

jista’ jagħmlu biss bl-involviment ta’ l-ikbar ammont ta’ individwi possibbli ġejjin mill-ikbar firxa ta’ sfond kulturali u soċjali possibbli fi ħdan strutturi amministrattivi u governattivi. Il-Kunsilli huma xempju ta’ dan u l-Partit Laburista għandu jkollu l-ikbar rispett lil eluf ta’ individwi li jagħtu l-enerġija tagħhom għall-governanza lokali. Dawn in-nies mhumiex biss il-membri eletti. Huma impjegati tal-Kunsilli, għaq­diet mhux governativi, komunitajiet u residenti individwali li bla ħlas, favuri jew gwadann personali jagħżlu li jipparteċipaw f’diversi inizjattivi biex flimkien mal-Kunsilli jagħtu sehemhom fl-iżvilupp u t-tisħiħ tal-komunitajiet tagħhom. Il-Partit Laburista għandu jkun fuq quddiem biex jagħti l-appoġġ, ir-rwol li dejjem qed jikber tal-Gvern lokali, lill-kunsilli u r-rappreżentanza taghhom. Għandu jinkoraġġixxi l-użu innovattiv ta’ modi ta’ finanzjament biex jiġi faċilitat l-aċċess flessibbli, trasparenti u l-valur miżjud għal riżorsi fuq livell lokali. Fil-kuntest ta’ proċess ta’ deċentralizzazzjoni dan jista’ jinkludi performance-based grants għas-servizz pubbliku bbażat fuq assessjar annwali tal-ħidma istituzzjonali tal-Kunsilli. Waqt li l-importanza tal-immaniġġjar lokali awtonomu hi element fundamentali għall-ħidma b’suċċess, hemm bżonn ta’ sforz kollettiv biex jittejjeb il-qafas legali kontrattwali speċjalment fejn jidħlu servizzi pubbliċi nazzjonali bħalma hi l-indafa pubblika, il-ġbir taliskart, is-saħħa u l-edukazzjoni, is-sanità, l-agrikoltura u saħansitra l-proċess ta’ deċentralizzazzjoni nnifsu. Għandu jsir investiment biex jissaħħu strutturi t’amministrazzjoni. Dan jista’ jsir b’kontribut ma’ diversi aġenziji u awtoritajiet governattivi li jgawdu minn riżorsi aħjar u esperjenza ikbar fl-amministrazzjoni pubblika. Għandu jittejjeb il-proċess ta’ tfassil ta’ estimi finanzjarji ta’ ħidma annwali bi proċess li jinvolvi l-istakeholders lokali fejn jistgħu jiġu diskussi prijoritajiet tal-lokalità. It-tfassil finali għandu jsir b’superviżjoni u l-assistenza tal-Ministeru għall-Finanzi biex iservi ta’ gwida edukattiva u professjonali. B’ħidma konġunta mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, il-Gvern għandu jagħti attenzjoni speċjali fejn jidħol kordinament ta’ politika mfassla fuq firxa nazzjonali b’implimentazzjonii fuq livell lokali. Il-koperazzjoni deċentralizzata bejn il-Gvern ċentrali u dak lokali jista’ jħalli valur miżjud fuq l-effetti ta’ implimentazzjoni meta jkun assigurat li t-taħriġ ikun wieħed kontinwu. Is-sezzjoni Kunsilli fi ħdan il-Partit Laburista għandha tagħti spazju politiku bejn il-faxex kollha fi ħdan il-partit biex isiru skambji ta’ esperjenzi kif ukoll ta’ eżempji ta’ prattiċi tajbin minn livelli differenti ta’ tmexxija biex jiġu stabbiliti relazzjonijiet aħjar bejn fergħat u sezzjonijiet varji fi ħdan il-partit li jiffurmaw parti mill-amministrazzjoni tal-Gvern.

Mid -Dj arju t a’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 7 ta’ Jannar Kienet l-hena tiegħi nsegwi programmi ta’ diskussjoni, għax dejjem konna niġru bihom. Imma llum le, man! Illum aktar qegħdin jiġru bina huma. Dil-fehma komplejt insaħħaħha llum, wara li ssaportejt nara l-programm Xtra. Fil-bidu ħadt gost li kien se jkun hemm Claudio Grech, għax dak wieħed mill-istilel tagħna, imma finalment ħriġt diżappuntat. Mhux tort ta’ Claudio, imma għax kif dejjem ngħid jien, minn meta Robert Abela sar Prim Ministru, l-esperti barranin saru jitkellmu dwar Malta b’mod aktar favorevoli. Tant li l-Forum Ekonomiku Dinji poġġa lil Malta fl-ewwel post fil-mod kif imexxi l-finanzi talpajjiż. Minn tant pajjiżi possibbli m’hawn ħadd aħjar minna! Possibbli aħna aqwa mill-Amerka, mill-Ġermanja, aqwa minn Franza, eċċ... eċċ...! Il-Ġimgħa, 8 ta’ Jannar Fl-aħħar aħbar tajba, man! Se tonqsilhom il-maġġoranza fil-Parlament jekk nhar it-Tlieta jkun Charles Azzopardi li jirbaħ is-siġġu battal minn Edward Scicluna. Ma jistax ikun mod ieħor ladarba issa dan sar membru għal għomru tal-partit darba glorjuż tagħna. Għal għomru tfisser għal għomru, u suppost ma jerġax jibdielu. Anzi suppost tfisser li hu rabat lilu nnifsu li ma jistax jerġa’ jibdielu. Insomma man, ma tistax tgħid. Id-deputat tagħna David Thake tgħidx kemm kien ħadha kontra l-Eks Kap Adrian (mhux Manuel) Delia, imma meta ġie għassi u n-no, ma ddejjaq xejn jikkontesta. Insomma man, iġri jasal it-Tlieta biex naraw biex ħiereġ Charles Azzopardi, ovvjament jekk dejjem ikun hu li joħroġ rebbieħ. Is-Sibt, 9 ta’ Jannar Ma naqtgħux qalbna, nies, għax nissaħħu qegħdin u sal-elezzjoni li jmiss inkunu b’saħħitna biżżejjed biex nagħ­ tuhom tkaxkira. Għandna 70 kandidat ġdid għall-elezzjoni li ġejja, insomma mhux kollha ġodda, għax ħafna minnhom kienu diġà ħarġu u mbagħad ma ħarġux għax baqgħu l-art. U hemm ukoll numru ta’ Sindki minn tagħna li se jippruvaw jiksbu siġġu fil-Parlament. Huma x’inhuma, u kienu x’kienu, jibqa’ l-fatt li qegħdin nissaħħu, xejn iżjed u xejn inqas. Ħalliha li skont sieħbi tal-Istamperija, dawn kollha ħmerijiet għax l-għażla tan-nies saret tkun bejn kap u kap, u sa issa, skont hu, Bernard Grech għadu lanqas biss beda ħdejn Robert Abela. Imma dak kontra tiegħi, jaqta’ qalbu, mhux bħali dejjem nagħmel kuraġġ lili nnifsi, għalkemm kif jgħid il-Malti, min jgħix bit-tama jmut bil-piena. Il-Ħadd, 10 ta’ Jannar Qiegħed tara man, kif qegħdin nirkup­ raw! Skont l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika tal-Maltatoday, il-Kap issa mhux ġdid tagħna, Bernard Grech żied il-popolarità tiegħu b’5%. U dan kollu f’xahar wieħed,

man! Għall-elezzjoni ġenerali fadal, u nilħqu nirkupraw sew. Jekk nirkupraw 5% kull xahar, ir-rebħa tagħna żgur li tkun. Iġri tgħaddi din l-imniefaħ ta’ pandemija u joqgħod naqra t-temp ħalli kull nhar ta’ Ħadd jibda jkollna attività politika. Jien dawk inħobbhom wisq u ma nitlifx waħda. U kull nhar ta’ Ħadd nagħmel aktar kuraġġ anke jekk ikunu dejjem l-istess nies li nattendu għalihom. Jekk xejn juru l-għaqda li għandna fil-partit għax anke d-deputati u l-kandidati jattendu. U issa, b’iżjed kandidati nibdew nimlewhom żgur il-kmamar fil-każini tagħna. It-Tnejn, 11 ta’ Jannar Bħal Adrian (mhux Manuel) Delia qiegħed jagħmel il-Kap issa mhux ġdid Bernard Grech. Qiegħed jaħtaf kull opportunità biex jidher fuq l-istazzjon tagħna ħalli jkompli jwassal il-messaġġ tal-partit darba glorjuż tagħna. Ngħid is-sewwa llejla ħadt gost ħafna nisimgħu għax milli jidher, l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika għamlu kuntent sewwa. Fuq kollox birraġun għax mhix ċajta li aħna nżidu 5% u huma jnaqqsu 5%. U għada nittamaw li anke niżdiedu fil-Parlament għax jekk ikun Charles Azzopardi li jieħu post Scicluna, dak mill-ewwel jaqleb magħna għax issa sar membru għal għomru tal-partit. Insomma, fit-triq it-tajba mexjin. Kif jgħid il-Malti, ir-rota xi darba ddur. It-Tlieta, 12 ta’ Jannar Ittamajna bil-kbir kieku imma f’wiċċna baqa’ għax Charles Azzopardi, membru għal għomru fil-partit darba glorjuż tagħna, ma rnexxilux jakkwista s-siġġu u fejn konna bqajna. Insomma, mhux għax kienet se tagħmel differenza kbira, imma jaħasra għall-moral, xi ftit jew wisq, kien jiswa. Issa nispera li Bernard Grech jiddeċiedi dwar ix-shadow cabinet, għax skont sieħbi tal-Istamperija kien qiegħed jistenna l-eżitu tal-elezzjoni każwali tallum, għax lil Charles Azzopardi wegħdu portafoll importanti, għalkemm lili din ma tantx niżlitli. Aktar ngħid li ma ħatarx ix-shadow cabinet għax kif qal hu stess, mhux kapaċi jagħmel aktar minn ħaġa waħda fl-istess ħin! L-Erbgħa, 13 ta’ Jannar Domt nhewden fuq dak li qalli sieħbi tal-Istamperija li fil-fehma tiegħu, illum kellna prova oħra kemm Robert Abela huwa mexxej b’saħħtu, kif ukoll kemm il-Partit Laburista huwa partit magħqud, mhux bħall-partit darba glorjuż tagħna. Gavin Gulia ma ddejjaq xejn jirriżenja mill-Parlament wara li ħa l-ġurament bħala deputat, sempliċement għax ilPrim Ministru talbu biex ikompli jmexxi l-Awtorità tat-Turiżmu. Finalment bdejt nifhem li hekk għandu jkun mexxej ta’ partit, iwassal għal koperazzjoni sħiħa mill-membri tiegħu biex ikun jista’ jwettaq il-programm tiegħu. Bilkemm stajt norqod għax daħħaltha f’moħħi li l-Kap issa mhux ġdid tagħna, Bernard Grech, ma jidher li għandu xejn minn dawn il-kwalitajiet.


18

17.01.2021

XJATEN, MOSTRI U IĦIRSA FIT-TWEMMIN MALTI Bħal f’kollox, fid-dinja nsibu l-oppost tal-oġġett. Għalhekk għandna l-ilwien abjad u iswed, it-twil u l-qasir, l-irqiq u l-oħxon, it-tajjeb u l-ħażin. Dawn tal-aħħar huma l-opposti li se nittrattaw illum ma’ Martin Morana, folklorista. Hu jwasslilna tagħrif li jurina li l-bniedem minn dejjem kien jemmen li f’ħajtu hemm l-allat u spirti tajbin li jgħinuh fil-bżonnijiet tiegħu, kif ukoll oħrajn li qegħdin hemm, lesti biex jagħmlu l-ħażen u l-ħsara. Bosta jemmnu li l-ħajja ma tiddependix biss fuq dak li wieħed jagħmel hu minn jeddu, iżda hi kkontrollata skont kemm jinterferixxu dawn l-ispirti. Dawn il-ħsibijiet kienu u għadhom imtambrin tista’ tgħid f’bosta kulturi madwar id-dinja kollha. Minn CHARLES B. SPITERI Martin, kif nistgħu ngħidu li bdejna bit-twemmin tal-allat fostna? Daqs 800 sena qabel Kristu, il-Feniċi li ġew Malta ġabu magħhom l-allat tagħhom kif ukoll dawk Eġizzjani, għax dawn kienu jemmnu fihom ukoll. Xi wħud minn dawn l-allat kienu twajbin u jagħmlu l-ġid, waqt li oħrajn kienu ta’ ħażen kbir u dejjem lesti li jagħmlu d-deni. Fis-sebgħinijiet kien instab amulett tal-bronż f ’qabar tal-Virtù r-Rabat, li fih kellu talba miktuba fuq papiru. Irras tal-amulett kien iddisinjat bil-wiċċ ta’ Ħorus, wieħed mill-allat Eġizzjani, dak li jħares lill-mejtin mid-deni. It-talba nkitbet f ’isem Isis, l-alla twajba, biex tipproteġi ’l sid l-amulett mill-ispirti ħżiena li seta’ jiltaqa’ magħhom wara mewtu. Kemm nistgħu ngħidu li l-ewwel Maltin inġarrew minn dan it-twemmin tal-Feniċi, li kienu waslu fuq xtutna, u ma’ xiex wasalna nxebbhu lix-xitan? Fit-twemmin Nisrani, ilMaltin minn dejjem kienu jemmnu li ħajjithom setgħet tkun mhedda mill-ispirti ħżiena, iżda l-aktar mix-xitan li kien ħadha kontra Alla u li issa qiegħed fl-infern iqalleb il-ġmamar tan-nar bil-furkettun f ’idu, waqt li jippjana kif ser ikaxkar kemm jista’ bnedmin lejn l-infern wara mewthom. Il-Maltin, Insara fidili sa ruħ ommhom, kienu mgħallmin li għandhom iżommu ’l bogħod mill-ħażen u l-ħsara fiżika u spiritwali li dan ilPrinċep tad-Dlamijiet seta’ jagħmel. Meta xi ħaġa tmur

żmerċ ngħidu, ‘deffes denbu x-xitan’. Dan l-għadu jew ‘avversarju’ ta’ Alla (għax l-isem ‘xitan’ bl-Għarbi u bl-Ebrajk ifisser hekk), tajnieh bosta xebh, kemm ta’ bniedem ikrah, kif ukoll ta’ xi annimal jekk mhux ukoll ta’ mostru.

Għaliex taħseb li l-Maltin ma jirreferux għax-xitan b’ismu, iżda tista’ tgħid dejjem b’xi titlu ieħor assoċjat miegħu?

Hu x’inhu ismu, tant il-Maltin jibżgħu minn dan l-ispirtu ta’ Ngħid sew li lix-xitan qawwa ħażina li lanqas b’isinsibuh anki fit-Testment mu ma jieħdu gost isemmuh. il-Ġdid u hu mogħti isem Għaldaqstant ħolqulu laqmipartikulari? jiet, fosthom ‘Dak ta’ denbu twil’, ‘Ta’ taħt San Mikiel’, ‘Ta’ Fit-Testment il-Ġdid naqraw barra minn hawn’, ‘Karfusu’, li x-xitan kien ittanta lil Kris- u oħrajn. tu, fid-deżert (tou satana, Mk. 1.12-13). Hemm ukoll ep- Iżda barra dawn isodju ieħor fil-ħajja ta’ Kris- il-laqmijiet, sa minn tu fejn dan eżorċita x-xitan żminijiet imbiegħda, minn bniedem li kien ippos- kellna vvintati oħrajn li sedut. (Lk. 11., 20-22). Meta n-nies ta’ diversi pajjiżi l-Bibbja nqalbet għall-Grieg, attribwixxewhom l-isem tax-xitan kien trad- lill-ħażen, li naturalment ott bħala diabolos. Ix-xitan hu rappreżentat mix-Xitan. kellu isem ieħor apparti dan, Illum, dawn il-laqmijiet Luċifru, li kien imsemmi qajla għadna nisimgħu fil-Bibbja bħala dak l-anġ- bihom. Tista’ tagħtina xi lu li ssuppervja kontra Alla. ħjiel jew tagħrif fuqhom? Intant il-Maltin żammew l-aktar mal-isem Semitiku, Mela le. Ħa nsemmilek numli ġej mill-Għarbi, għax anki ru minn dawn l-ismijiet u fi żmien meta l-Maltin kienu laqmijiet oħrajn li l-Maltin Musulmani, ix-xitan jissem- taw lix-xitan. Nibda: ma kemm-il darba fil-Quran. • BLIS: Isem ieħor għax-xi-

tan. Fil-Lexicon ta’ Mikiel Anton Vassalli, insibu hekk, ‘[…] diabolus, diavolo. Għandek ras ta’ Blis’- ras ta’ xitan; sei ostinatissimo’. Erin Serracino Inglott jgħid hekk, ‘[…] Blis (pl. Iblies). Id-dimonju. Kelma li ġejja mill-Għarbi iblis jew eblis. • BERBUX jew BREJBEX (diminuttiv). Fil-Lexicon, Vassalli jikteb hekk: ‘[…] pl. briebex. diavolo che tenta. Tentatore.’ Erin Serracino Inglott jgħid hekk: .’[…] Minn Berbuxu, wieħed li jberbex (ħawwadi), Luċifru, Belżebù, u Tal-Infern’. • FERGĦUN: Xitan żgħir, mingħul. Appellativ għal xi tifel imqareb. Bniedem li hu ta’ karattru qalil u midgħi. Oriġ. Għarb. farawun, li biżżmien bdiet tfisser ukoll prinċep ħażin u tirann. Mikiel Anton Vassalli jittraduċi din il-kelma bħala, diavoluccio. • GRENG jew GRENĠ: Isem li sibtu fid-Damma, ta’ Agius de Soldanis (ċ. 1750 – 1767). Dan jgħid biss, demonio. La E. Serracino Inglott u lanqas J. Aquilina. ma jagħtuha din il-kelma. Ippruvajt inqalleb

Fit-twemmin Nisrani, il-Maltin minn dejjem kienu jemmnu li ħajjithom setgħet tkun mhedda mill-ispirti ħżiena, iżda l-aktar mix-xitan li kien ħadha kontra Alla u li issa qiegħed fl-infern iqalleb il-ġmamar tan-nar bil-furkettun f’idu, waqt li jippjana kif ser ikaxkar kemm jista’ bnedmin lejn l-infern wara mewthom

fid-dizzjunarju Taljan u Sqalli għat-tifsira etimoloġika, biss ma sibt xejn. L-iktar li stajt inqarreb bi ftit fantasija, hi l-kelma grenza, li tfisser ġilda mkemmxa sew – forsi b’dan wieħed qiegħed iqabbel lix-xitan ma’ xi ħadd xiħ u b’ġilda mkemmxa. • KARFUSU: Skont Agius dan Soldanis, dan kien ukoll wieħed minn ħafna appellativi mogħtija lix-xitan. Kien hemm logħba li t-tfal kienu jsejħulha b’dan l-isem. Sqal. chifarusu. corto e gobbo. L-istess hawn qed naraw karatteristiċi ta’ kruha mogħtija lix-xitan. Ara: KARFUSU u TKARFAS. Kemm setgħet ħadmet il-fantasija u forsi l-mitoloġija biex kompliet tinħoloq is-sura li biha nħarsu lejn kull ħażen mistħajjel? Sforz il-biża’ u l-fantasija ta’ moħħu il-bniedem emmen f’għajdut strambi u tgħabba b’ħafna superstizzjonijiet dwar diversi kreaturi sopranaturali oħrajn. Kull saram li l-bniedem jiltaqa’ miegħu pprova jispjegah billi jwaħħal fl-ispirti ħżiena. B’hekk għal ċerti episodji u fenomeni naturali tal-ħajja l-bniedem ħoloq kreaturi ta’ qawwa kbira u li kienu intenzjonati li jagħmlu d-deni lill-umanità. Kien b’dan il-mod li nħoloq ċertu twemmin mitoloġiku li bih wieħed seta’ jasal biex jifhem kulma jseħħ b’mod loġiku. Iżda nsibu xi ismijiet, b’relazzjoni max-Xitan, li ħarġu bihom il-Maltin, jew li kienu jemmnu fihom? Dażgur u nista’ nagħtik lista


19

17.01.2021 ta’ ismijiet ta’ dawn il-kreaturi. Kif tara l-informazzjoni li se nagħtik se nżommha fil-qosor kemm jista’ jkun. Għal min irid jaqra aktar dwar xi wħud minn dawn il-karattri jista’ jfittex fil-paġni tal-website, kliem u storja. com fis-sezzjoni tal-Enċiklopedija. Pereżempju kien hemm l-GĦUL. Fil-folklor, l-għul hu x’aktarx raġel goff, bħal ġorf, li minn bniedem kien jinbidel f’serp. Agius de Soldanis fid-Damma (ċ. 1750 – 1767) jittraduċi din il-kelma għat-Taljan bħala serpe jew serpente. Il-folklorista, Patri Manwel Magri jgħid li l-għul kien isem ieħor għas-serp li, skont kif kien jisma’ lix-xjuħ jgħidu, kien jgħix fl-imsaġar. Intant, fil-folklor Għarbi, l-għul hu raġel li jbeżża’ u li jgħix waħdu fid-deżert jew fil-postijiet tad-dfin. Fl-istorja Il-Għul u Dagħbub naqraw li fil-Palestina, il-għul hu deskritt bħala ‘ġorf li jiekol lin-nies’. Minn dan il-karattru tal-folklor Għarbi joħroġ dak l-ispirtu li bl-Ingliż jissejjaħ ghoul. Dan jista’ jirriferi għal diversi tipi ta’ spirti.

Kien hawn min jemmen li kienet ir-ruħ biss li tkun qiegħda tiġġerra, waqt li fiżikament, it-tifel jibqa’ rieqed fis-sodda. Biex wieħed kien jeħles minn din is-saħta kien ikollu bżonn li matul il-lejl jgħodd it-toqob kollha tal-għarbiel. Nassumi li dan kollu kien jingħad b’nofs ċajta kienet tgħix fil-bir, u lit-tfal kienu jbeżżgħuhom li jekk jixirfu rashom fuq il-ħerża tal-bir, il-belliegħa kienet tiblagħhom. Il-belliegħa tista’ tkun ukoll għar li jibla’ lin-nies. Skont ħrafa Maltija, il-belliegħa belgħet lis-seba’ tfajliet sbieħ ta’ Selika.

Martin, għalkemm nistħajlu li x-Xitan hu raġel, hemm xi referenza għalih, jew dak li nbeżżgħu bih, li hu tas-sess femminili?

Irriferejna għall-aħħar żewġ ‘personaġġi’ bħala messaġġiera tal-ħażen, u donnu li l-antenati kienu jridu jsawru f ’uliedhom il-biża’ għal dak kollu li għalihom kien ħażin. Tħoss li b’hekk stajna nissilna biża’ żejjed f ’uliedna? Pereżempju jien niftakar ibeżżgħuni bil-babaw. X’kien dan l-imbierek persunaġġ?

Żgur li hemm tnejn. Dawn huma: IN–NANNA GĦULA u l-BELLIEGĦA. Fir-rigward tan-Nanna Għula, Ġan Franġisk Abela jirreferi għaliha bħala dik il-mara xiħa għakka u kerha immens li kienet tgħix fil-‘Casale del Serpente’. Fil-każ tal-Belliegħa nsemmu li dan kien l-isem ta’ mostru-mara ħażina, li kienu jbeżżgħu lit-tfal biha. Il-belliegħa suppost li

Il-BABAW/BAWBAW kien karattru immaġinarju li kienu jbeżżgħu lit-tfal bih. Kont tisma’ lil min jgħid: ‘Ara ġej il-babaw’. Anki fl-Italja u fi Franza kienu jbeżżgħu lit-tfal bil-bau bau. Fil-fatt, bit-Taljan jgħidu, “se non la smetti chiamo il Babau!” (jekk ma tiskotx, insejjaħ lill-Babaw). Ukoll f ’Venezja lit-tfal kienu jħobbu jgħidulhom, ‘Se non stai bravo viene il Babau e ti porta via’ (jekk

ma toqgħodx sew/bravu, jiġi l-Babaw u jkaxkrek miegħu. Fil-Karnival ta’ din il-belt, il-karattru tal-Bau Bau hu rrappreżentat minn bniedem liebes maskra bajda u daqna magħmula mill-bizzilla sewda mdendla magħha. Din il-maskra tissejjaħ La Bauta. Agius de Soldanis (ċ. 1750 –1767) jgħid li fi żmienu t-tfal ukoll kienu jbeżżgħu lil xulxin bil-babaw. Imbagħad insibu wkoll min isemmi l-Gawgaw, li l-aktar li kien assoċjat kien fi żmien il-Milied. X’jirriżulta fuq dan l-imbierek mostru? Il-GAWGAW/KAWKAW: Fl-antik, bosta kienu jemmnu li dawk it-trabi li jitwieldu f’nofsillejl tal-Milied kienu jsiru Gawgaw: mostru li jbeżża’. Skont it-tradizzjoni nsibu miktub li Kristu ma jiħux gost li t-trabi jitwieldu fil-ħin li twieled Hu. Skont is-superstizzjonijiet, dawn it-tfal kienu jkunu ‘ikkastigati’, billi kienu mġegħlin jiġġerrew fil-beraħ waqt li jkaxkru xatba warajhom sal-Paternoster ta’ filgħodu. Kien hawn min jemmen li kienet ir-ruħ biss li tkun

tin. Ħorus kien irrappreżentat fl-ikonografija bħala seqer, li allura hu wkoll sinonimu ma’ xi ħadd li josserva ħafna (qabbel mal-verb ħares). Għaldaqstant id-deskrizzjoni ddur ċirku, għaliex il-Ħares hu dak l-ispirtu li jara kollox. Mhux biss; il-Ħares jista’ jkun ukoll dak li jħarisna mill-ħażen. Intant, bl-Għarbi, ħares tfisser ukoll ‘għassies’. L-IMLEJKA: Kelma li ġejja mill-Għarbi. malika li tfisser ‘reġina’, jew malik li hu r-re. Għaldaqstant l-‘imlejka’ hi t-tifla tagħhom. L-Imlejka fil-folklor Malti ġieli kienet imqabbla mal-mara tal-Gawgaw. Anton F. Attard jgħid li din kienet waħda mill-allat Feniċi. L-Imlejka setgħet tieħu sura ta’ mara xiħa li kienet iżżur id-djar tan-nies fix-xahar ta’ Diċembru. Biss, skont Attard, l-Imlejka kienet tista’ ġġib kemm ir-risq tajjeb kif ukoll id-deni, u biex iġġib irrisq din kienet trid ixxomm irriħa tal-ikel qed jissajjar!

qiegħda tiġġerra, waqt li fiżikament, it-tifel jibqa’ rieqed fis-sodda. Biex wieħed kien jeħles minn din is-saħta kien ikollu bżonn li matul il-lejl jgħodd it-toqob kollha tal-għarbiel. Nassumi li dan kollu kien jingħad b’nofs ċajta. Jista’ jkun li l-isem Gawgaw ġej mit-Taljan u li bilMalti ngħidulu wkoll il-Babaw. Agius. de Soldanis fid-Damma jgħidlu, kawkaw, waqt li Mik- Finalment niġu iel Anton Vassalli jgħidlu Gew- għas-Sarangu, li għalkemm gew. mhux xitan, hu marbut mal-ħażen, li hu Martin, insibu wkoll rrappreżentat mix-Xitan. lill-Ħares u l-Imlejka li X’kien dan? għalkemm jissemmew bħala xi ħaġa tal-biża’, madankollu Is-SARANGU hu tip ta’ fatat, kienu jistgħu jservu ta’ ġid. ħares jew mostru li jbeżża’. SaTaqbel ma’ dan il-fatt? rangu hu karattru folkloristiku li jidher bħala raġel twil bi Il-ĦARES: Kemm għad hawn xkora fuq spalltu, dejjem lest min jemmen fil-ħares? Ruħ, biex jaħtaf lit-tfal u jeħodhom fatat, jew immaġini ta’ spirtu miegħu. li jista’ jidher, jinħass jew jinDari, f’Għawdex, it-tfal stema’ min-nies. Il-ħares jis- kienu jitrabbew jibżgħu minn ta’ jkun dik ir-ruħ ta’ xi ħadd dan il-mostru li jiġġerra fit-tomill-qraba mejta jew inkella roq, u għalhekk huma ma essru li hu marbut ma’ binja kellhomx jilagħbu barra d-dar jew post partikulari. għax jekk is-Sarangu jinzerta Fil-fehma tiegħi, l-eti- għaddej minn hemm, jiġbormoloġija ta’ din il-kelma hom u jeħodhom miegħu. għandha x’taqsam ma’ Ħorus, Ngħidu, ‘twil daqs sarangu’. li fil-mitoloġija Eġizzjana kien Sqal. Sarancuni – xi ħadd li hu l-alla li kien jieħu ħsieb il-mej- xaħħieħ bil-bosta.


20

17.01.2021

GABRIEL FARRUGIA IFFISSAT FL-ARMAR TAL-KNEJJES U DEJJEM JIPPROVA JAGĦMEL DAK LI JARAW GĦAJNEJH Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Ħafna drabi, il-bniedem ifittex li jesplora aktar f’ħajtu u jimmira li jirnexxilu aktar. Dan l-aħħar sirt naf b’żagħżugħ li l-arti taffaxxinah immens, u dejjem jipprova jagħmel dak li jaraw għajnejh. Jaffaxxinah ħafna wkoll l-armar tal-knejjes u jemmen li l-artist veru huwa dak li joħloq hu u mhux li jimita. Qed nirreferi għall-artist Gabriel Farrugia. Għandu 20 sena, minn Ħal Tarxien u hu żagħżugħ b’interess kbir fl-arti. Huwa student bħal ħafna oħrajn li jsegwi l-kors tas-Soċjoloġija ġewwa l-Università ta’ Malta. Ħafna żgħażagħ tamparu jkollhom xi xogħol part-time, iżda huwa jqis l-arti bħala x-xogħol fulltime tiegħu għaliex minn xħin jiftaħ għajnejh sa ma jorqod ħsiebu jkun ħafna mid-drabi fuq xi biċċa xogħol li jkun qed jaħdem jew fuq biċċiet tal-arti futuri li jkun ikkumissjonat biex jaħdem. Bħal żgħażagħ oħra, jinteressa ruħu f’dak kollu li jiġri madwaru. Jista’ jgħid li għandu ħbieb minn kull qasam tal-ħajja, kemm dawk artisti bħalu, kif ukoll oħrajn li għalkemm l-arti li jagħmel ma jifhmux fiha jew anke ma tantx tinteressahom, japprezzaw dak li jagħmel. Illum ftit għadek issib żgħażagħ li tinteressahom l-arti u l-manifattura tagħha speċjalment dik tal-festi u knejjes, għalkemm wieħed ma jridx jinsa l-ammont kbir ta’ żgħażagħ li jipparteċipaw u jarmaw l-armar tal-festi, ftit huma ż-żgħażagħ li huma artisti. Gabriel huwa wieħed minnhom li rnexxielu joħloq niċċa t’arti differenti u unika fl-età żgħira tiegħu. L-imħabba tiegħu għall-arti dejjem baqgħet tikber miegħu sal-punt li llum il-ġurnata fl-età ta’ 20 sena rnexxielu jistabbilixxi ruħu bħala artist. Għalkemm huwa student tas-Soċjoloġija fl-Università ta’ Malta, jemmen li fil-ħajja mhux l-iskola biss tgħodd, iżda affarjiet u interessi oħra jagħmlu l-bniedem komplut. L-imħabba lejn il-kult u l-arti sagra minn dejjem iħoss li kienet fih għaliex ta’ età żgħira kien involut sew fl-armar u f’dak kollu li għandu x’jaqsam fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien. “Hawn ngħid grazzi lill-ġenituri u lill-familjari tiegħi li dejjem ħeġġewni u ressquni lejn dawn l-affarji-

et. Kbirt iktar u dan l-interess kompla jikber tant li t’età żgħira kelli l-ewwel minjatura ta’ knisja fejn fiha kont nipprova naħdem u nagħmel l-armar bħalma nara fil-knejjes ta’ vera. Nista’ ngħid li qatt ma tgħallimt arti l-iskola, imma dejjem bqajt nipprova u nesperimenta waħdi. Nemmen li artist titwieled, mhux issir, iżda kull esperjenza ta’ dak li tagħmel tgħallmek għall-oġġett ta’ warajha. Ta’ 15-il sena, bdejt nibni l-mudell tal-knisja li għandi llum u dan ħeġġiġni biex naħdem l-armar għalih ħalli jkolli s-sodisfazzjon li mhux biss armajt, imma wkoll ħdimt l-affarijiet jien. B’hekk ħadt interess f’ħafna mediums differenti tal-arti fosthom fit-tafal, disinn u fost l-iktar għal qalbi dawn l-aħħar snin il-metall,” beda jgħidli Gabriel. Ta’ min jgħid li minn età żgħira, Gabriel kien affaxxinat fl-arti u dejjem kien jipprova jagħmel dak li jaraw għajnejh. “Minn dejjem affaxxinani l-fatt kif ta’ qabilna bil-ftit għodod li kellhom u n-nuqqas ta’ teknoloġija li għandna llum, irnexxielhom jibnu tempji maestużi għall-qima tat-twemmin tagħhom. L-arkitettura tal-knejjes, il-pittura, l-armar, il-mużika u tant affarijiet oħra dejjem issorprendewni. Meta kont iżgħar, tista’ tgħid meta kont tifel kont midħla sewwa tal-Knisja Par-

rokkjali ta’ Ħal Tarxien, il-knisja fejn tgħammidt u kont involut sewwa. Meta kbirt naqra oħra kont immur ngħin fl-armar ta’ din l-istess knisja. Narma u mmiss dawn l-affarjiet artistiċi tħajjart inkabbar l-interess lejn kif inħadmu dawn l-afffarijiet, in-nies u l-imħuħ li kien hemm warajhom. Allura meta kont nirritorna lura d-dar kont nibqa’ naħseb kif nista’ nagħmel xi ħaġa simili,” beda jispjegali Gabriel. Kompla jgħidli li kellu l-ewwel minjatura ta’ knisja artal sempliċi fejn fuqu kien jarma u jagħmel bħalma kienu jagħmlu fil-knisja. “Kont immur naqbad xi biċċa tafal jew iktar qabel plastisin ta’ tifel żgħir u nipprova nimmudella xi ħaġa jien jew xi disinn jew xi prospettiva bi ftit injam bl-għajnuna tal-ġenituri. Sa dak iż-żmien kien biss logħob. Nistqarr li ż-żmien li kont bdejt dan id-delizzju kien kważi qed imut. Rari kont għadek issib armar f’minjatura għaliex qabel kien isir ħafna xogħol taċ-ċomb bħal gandlieri u affarjiet oħra li dawn minħabba istruzzjonijiet Ewropej kontra l-użu u l-manifattura taċċomb kellhom jinqatgħu. Dan l-interess iżda kompla jikber miegħi u mal-milja taż-żmien dejjem bqajt infittex u nitgħallem fuq artisti kbar bħal Abraham Gatt, Emanuele Buhagiar, Nikola Zammit u disinjaturi

Maltin oħrajn li sawru dawn l-affarjiet u paramenti artistiċi,” spjegali b’tant interess fuqu. Jaffaxxinah ħafna l-armar tal-knejjes Bis-saħħa tal-ġenituri tiegħu, kien ukoll involut fil-knejjes u l-armar tagħhom u eventwalment meta kiber kien imur jgħin fl-armar tal-knisja. Id-dettalji tant sbieħ tal-armar ħajruh irid ikun jaf kif jinħadmu. B’hekk nibet ċertu interess fih. Kien imur id-dar u jipprova joħloq dak li jkun ra, imma fiċ-ċokon. Fil-fatt ta’ 15-il sena beda jibni l-mudell tal-knisja li għandu llum. Fatt interessanti huwa li dejjem tgħallem u prova waħdu mill-iżbalji tiegħu stess. “Kif għedt qabel ta’ età żgħira kont dejjem nipprova nimita dak li nara fil-knejjes ta’ veru. Ta’ 15-il sena bdejt nibni l-mudell tal-knisja li għandi llum. Meta nidħol ġo knisja jew ġieli anke waqt l-quddiesa, kont dejjem u għadni sal-lum noqgħod inħares lejn l-affarjiet, lejn l-armar u anke l-binja tal-knisja. Bdejt billi ppjanajt sewwa u pinġejt disinn ta’ kif ġejja l-pjanta. Imbagħad bdejt nibni bil-mod. Mastrudaxxa anzjan minn Ħal Tarxien kien qatagħli l-injam il-kbir. Illum m’għadux magħna u minn hawn insellem il-memorja

tiegħu Pawlu Agius. Wara li lestejt il-binja kelli bżonn iktar armar u għalkemm kont nixtri xi ftit armar ukoll għax dan ma tistax tkun kapaċi tagħmel kollox inti, bdejt nipprova naħdem ftit jien ukoll. B’esperiment pruvajt naqbad biċċa metal u nagħfas fiha disinn. Ix-xogħol għoġobni u tħajjart li nkompli nesperimenta. Dejjem qabel inħożż id-disinn li nkun ser nagħmel u nipprova naħdmu. Bla dubju x-xogħol tal-bidu m’għandux x’jaqsam ma’ dak li qed nagħmel issa għaliex iż-żmien u l-esperjenza jgħallmuk u jmexxuk ’il quddiem. Int u taħdem ukoll tiżviluppa u tiskopri metodi oħra, kif tista’ taħdem aħjar b’iktar faċilità u metodi oħra biex ix-xogħol joħroġ aħjar. Għalija kienet iktar difficli għaliex dak li nagħmel fil-metall f’minjatura m’hawn ħadd li jaħdmu u għalkemm qisni skoprejt u ħloqt niċċa ġdida, magħha din ġabet l-isfida li kelli nitgħallem u niskopri waħdi għaliex ma kelli lil ħadd min jurini,” spjegali tajjeb Gabriel. Illum ta’ 20 sena daħal l-iskola tal-arti – Malta School of Art, u żgur mhux forsi din l-iskola qed tgħinu jiżviluppa t-talenti tiegħu. “Tgħinni ħafna għaliex kif jgħidu, dak li titgħallem qatt mhuwa telf. Nistqarr li l-iskola tal-arti laqqgħatni ma’ nies ġodda u fi ftit żmien anke tgħallimt modi ġodda ta’ arti u stili ġodda wkoll. L-iskola tal-arti nitgħallem il-mudellatura u l-iskultura fit-tafal u mediums simili li qabel ġieli kont ħdimt bihom, iżda titgħallem teknikalitajiet ġodda. Fl-iskola tal-arti wkoll ġejt espost għal stili differenti fosthom dak modern u kontemporanju. Sfortunatament fejn titħarreġ fid-disinn m’hawnx, allura dak trid tikber fih waħdek, dejjem tosserva t-tajjeb li għamlu ta’ qabilna u tispira ruħek minnhom biex toħloq l-arti tiegħek. Nistqarr li nħossni differenti peress li mdorri iktar fl-istil barokk u klassiku, iżda nemmen li meta l-arti tkun magħmula bis-sens, anke dik komtemporanja tkun sabiħa u biha tesprimi ħafna ruħek,” stqarr miegħi Gabriel. Kompla jgħidli li nies kbar bħal Abraham Gatt, Emanuele Buhagiar, Nikola Zammit u disinjaturi oħrajn jaffaxxinawh u jispirawh fix-xogħol tiegħu. “Ħafna mid-drabi peress li jien


21

17.01.2021 nagħmel xogħol f’minjatura fejn jidħlu ventartali, karti Gloria, leġiji, missalli, labtijiet, sopraporti girandole u affarjiet oħra li fil-knisja ta’ veru jkunu maħdumin fil-fidda, jien inħares u nosserva sew biex inkun nista naħdem bħalhom f’minjatura. Dan ma jfissirx iżda li nagħmel repliki tax-xogħol eżistenti li nsibu fil-knejjes. Għalkemm ġieli ħdimt repliki, veru ftit huma l-każi fejn għamilt dan għaliex nemmen li hija iktar ta’ preġju li min ordna l-artifatt ikollu xi ħaġa unika u oriġinali li bħala la hawn u lanqas se jkun hawn fl-ebda knisja kemm dik reali u wisq inqas f’minjatura. Ħafna mid-drabi x-xogħol li naħdem ikun ordnat u nista’ ngħid li għall-grazzja t’Alla x-xogħol dejjem jiżdied. Dan ukoll minħabba r-raġuni li dak li nagħmel huwa uniku u m’hawnx min jaħdmu. Tieħu gost tara nies delettanti tal-minjaturi tal-knejjes li jiġu għandi biex jordnawli x-xogħol għaliex dak ifisser li dak li nagħmel huwa ta’ livell, apprezzat u mfittex. Ovvjament, ma jonqosx li naħdem xi xogħol għall-minjatura tiegħi li nistqarr ftit ikun iċ-ċans minħabba li nispiċċa naħdem affarjiet li jkunu ordnati għal ħaddieħor,” kompla jiżvela miegħi. L-artist veru huwa li joħloq hu u mhux li jimita Qabel ma mort għal din l-intervista kont naf ukoll li xogħol bħal tiegħu huwa uniku għarraġuni li m’hawnx min jaħdmu ħafna. Fil-fatt, konxja mill-fatt ukoll li kull biċċa xogħol tiegħu tkun oriġinali fis-sens li fl-ebda knisja la reali u lanqas minjatura ma jkun hawn l-istess. B’hekk ridt inkun naf minn fejn jiġuh l-ideat oriġinali tiegħu għal kull disinn li joħloq. “Tispira ruħek minn diversi artisti u disinjaturi li ħadmu ħafna xogħol tal-arti ta’ livell għoli. Meta insiefer u nidħol f’mużewijiet li jesibixxu arti ekleżjastika nieħu ħafna ritratti għall-ideat u anke meta nkun f’xi knisja Malta. Ideat bilfors tieħu għaliex dawn jgħinuk tiskopri metodi ġodda u ideat ġodda u kbar. Meta nkun barra minn Malta ninnota wkoll kemm huwa differenti it-tip ta’ armar li għandna aħna fil-knejjes tagħna kkumparat ma’ dak ta’ barra. Filwaqt li barra minn Malta, fosthom insemmi Ruma fejn hemmhekk insibu l-epitomija tal-arti li wieħed jista jara, ninnota li jkun hemm biss apparat wieħed tal-festa b’gandlieri tal-fidda sbieħ u xi ventartal tal-fidda, u ieħor għal kuljum u l-istorja tieqaf hemm, Malta nsibu knejjes fejn kull festa jkollha apparat t’armar differenti għaliha għall-knisja kollha. Hemm nikkonferma kemm il-knejjes tagħna huma tassew rikki f’dik li hija arti. Anke l-istil ta’ dak li nsibu barra minn Malta huwa differenti

għal dak li mdorrijin bih hawn. Iżda xorta tispira ruħek minn xogħol ta’ tant artisti kbar fosthom dawk li semmejt iktar ’il fuq. Qatt mhu se nkun huma u f’ċertu sens lanqas irrid li nkun. Inutli jien nagħmel ventartal pereżempju bħalma kien jagħmel Abraham Gatt għaliex nistax naqbad u nagħmel replika tiegħu mill-ewwel u ma niddisinja xejn. L-artist veru huwa li joħloq hu u mhux li jimita! Ħaġa li jekk ma toqgħodx attent jien stess l-ewwel wieħed kemm-il darba ninqabad fiha. Nemmen li l-artist veru hu dak li jaqbad dak kollu li ġie qablu, jistudjah sew imbagħad jagħmel xi ħaġa li tkun differenti u oriġinali bil-ħsibijiet tiegħu ispirata minn dawk ta’ qablu u konformi ma’ dak li aħna mdorrijin naraw. Dak hu li nipprova nagħmel jien bil-limitazzjonijiet kollha tiegħi,” spjegali sew Gabriel. Mistoqsi x’tip ta’ materjal juża sabiex jaħdem il-minjaturi tiegħu, Gabriel weġibni: “Nuża diversi tipi ta’ materjali fosthom tafal, injam, ġibs u induratura, iżda naħseb l-iktar li għamilt suċċess fih kien il-metall għaliex huwa xogħol uniku. Bla dubju, ilpunt tat-tluq ikun disinn tajjeb mhux iffullat li ma tifhem xejn. Għaliex hawn wieħed irid iżomm f’moħħu li xogħli huwa f’minjatura u għalhekk irrid noqgħod iktar attent biex id-disinn ikun wieħed spjegat u pulit mingħajr geġwiġiji żejda u affarjiet li jtelfu milli jitgawda d-disinn. Għalkemm xogħli s’issa ma jinsabx fil-knejjes veru, imma xorta jinsab f’minjaturi tal-knejjes veru u għalhekk xorta rrid nirrispetta l-idea ta’ knisja u r-rispett li l-armar u t-tiżjin mhuwiex il-punt ta’ attenzjoni prinċipali tal-knisja, iżda qiegħed hemm biss biex iżejjen fil-każ tiegħi l-mudell tal-knisja. L-iktar li niġi mqabbad naħdem huma affarjiet fil-metall għaliex huwa xogħol uniku li nagħmel jien, biss għal kuntrarju ta’ xogħol ieħor li jagħmlu diversi artisti oħra fejn jidħlu statwi u affarjiet relatati li b’xorti tajba nsibu numru ta’ artisti li jagħmlu xogħol ta’ dak it-tip. Il-gost tiegħi hu meta ġieli mmur nara xi mudell ta’ knisja ta’ xi ħadd u nara xogħli armat b’għożża u apprezzat għaliex hemm nieħu sodisfazjon għaliex ngħid sinjal li dak li ħloqt jien intgħoġob u jinsab indukrat b’għożża minn dawk li ordnawh.” Bl-arti tiegħu jipprova jagħti kontribut fil-qasam artistiku Malti Ridt inkun naf, apparti bħala passatemp, jekk qatt jikkunsidrax li jieħu l-arti bħala x-xogħol prinċipali tiegħu. “Kieku l-introjtu finanzjarju jirrendi biżżejjed bla dubju mmur full-time fuq dan ix-xogħol,

iżda dan ma jippermettix. Nemmen ukoll li jekk l-arti tagħmilha biss għall-flus ma tibqax arti mill-qalb. B’hekk komplejt bl-istudji tiegħi fl-Università ta’ Malta, ħalli ’l quddiem jekk Alla jrid insib xogħol li jkun għal qalbi wkoll u l-arti li nagħmel tkun hemm bħala delizzju li nħobb u anke għaliex le naqla xi ħaġa minnha wkoll. Personalment ma nħobbx naċċetta ħafna xogħol għaliex tispiċċa taħdem bl-għaġla u magħfus biż-żmien. Ir-riżultat ikun li x-xogħol ma joħroġx ta’ livell kif mixtieq għaliex nemmen li aħjar nagħmel biċċa xogħol waħda u ta’ livell, milli nagħmel 10 affarjiet u x-xogħol ma jkunx tal-livell mixtieq. Wieħed irid iżomm f’moħħu li dan huwa xogħol bl-idejn fejn jien nagħmel ix-xogħol mill-bidu sal-aħħar waħdi, mill-punt tattluq, id-disinn sa meta x-xogħol li jinkludi proċess rigoruż u ta’ dettall fin, ikun lest. Ħafna studenti tal-età tiegħi jfittxu li jagħmlu xi part-time job li ħafna drabi ma tantx ikun jinteressahom u jmorru biss għall-flus. Jien b’wiċċi minn qudiem ngħid li għandi l-arti li kultant inħoss

li mhix part-time job biss, imma kważi kważi full-time, għaliex prattikament ħafna mill-ħin tal-ġurnata tiegħi nkun naħseb jew fuq xi disinn jew fuq xi biċċa mużika li nkun qed naħdem jew ser naħdem fuqha għaliex barra dan l-interess tal-arti jien ukoll nikkomponi xi mużika li tindaqq fil-knejjes fosthom dik ta’ Santu Wistin tal-Belt Valletta fejn tagħha jien direttur mużikali. Nixtieq li xi darba ovvjament nasal li l-arti tkun il-ħobża tal-għajxien tiegħi, iżda dak iżżmien għaliex le forsi għad jasal ukoll. Nemmen li l-isbaħ xogħol li jista’ jkollok hu li l-passatemp li dejjem għoġbok ikun l-għajxien tiegħek, iżda dan sfortunatament mhux dejjem jista’ jkun possibbli.” Fl-aħħar nett Gabriel għadda messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Il-messaġġ tiegħi l-ewwel nett li nirringrazzja lilek ta’ din l-intervista u l-interess li wrejtu f’xogħli. Nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li xi darba jew għad naħdmilhom xi artifatt għall-minjatura tagħhom u ta’ dan ngħidilhom grazzi tal-fiduċja kontinwa f’dak li nagħmel u fl-arti li noħloq.

F’dawn l-aħħar snin qegħdin naraw żieda ta’ delettanti ta’ dawn l-affarjiet. Illum il-ġurnata kkumparat ma’ qabel, in-nies saru jfittxu l-għajn għad-dettall u l-finezza, iktar milli d-dilettantiżmu li konna mdorrijin bih. Dan jimlieni b’kuraġġ biex inkompli naħdem xogħol ta’ livell għoli u serjetà. Nixtieq biss iżda, li l-idea żbaljata li dan id-delizzju jitqies bħala logħob tinqata’. Nies bħali li naħdmu u dejjem nistudjaw kif nistgħu ntejbu l-arti tagħna, ma nipproduċux affarijiet tal-logħob, iżda affarjiet tal-arti li għandhom ikun apprezzati kif nemmen li minn ħafna huma diġà. Fl-aħħar u mhux l-inqas inħossni kburi li f’din l-età żagħżugħa diġà rnexxieli nibni isem tajjeb u nkompli nikber bħala artist, kif dejjem xtaqt minn età żgħira. Nieħu gost li bl-arti tiegħi nagħti kontribut fil-qasam artistiku Malti. Il-ħolma tiegħi hija li l-arti tiegħi tibqa’ ħajja u apprezzata, anke meta jgħaddi ż-żmien u tibqa’ tiġi mfittxija minn kull min japprezza dawn l-affarijiet,” temm jgħidli Gabriel.


22

17.01.2021

WASALNA BIEX INWETTQU L-WEGĦDI ELETTORALI KOLLHA Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Din is-sena li għadna kif ħriġna minnha kienet iddominata mill-pandemija tal-COVID-19 u forsi ninsew jew ma nintebħux biżżejjed bil-ħidmiet kbar li qed iwettaq kontinwament Gvern Laburista. Tkellimt mal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, Edward Zammit Lewis dwar il-ħidma kontinwa li għaddejja mill-Ministeru li jmexxi. Dan l-aħħar smajna bl-aħbar li ġew duplikati l-ammont tal-Avukati tat-Tfal. Xi jfisser dan u għaliex huwa daqstant importanti? Dan ifisser li l-Avukati tatTfal żdiedu għa seba’ avukati minn tlieta. Għamilna dan għaliex id-dritt ta’ rappreżentanza huwa dritt ta’ kulħadd partikolarment tattfal. Fil-liġi ngħidu li l-ben essere tat-tfal, jew aħjar fl-aqwa interess tal-minuri, dejjem għandu jkun imħares u dan hu dak li l-Avukati tatTfal iridu jaċċertaw. Matul it-terminu tiegħi ħdimt u nibqa’ naħdem sabiex naċċerta li d-Drittijiet tatTfal jiġu mħarsa, għaliex bħalma għandek l-anzjani li huma vulnerabbli, l-istess ittfal. X’qed isir fil-qasam tal-ġustizzja u x’tifhem meta tgħid li qed tara li l-ġustizzja tkun aċċessibbli għal kulħadd? Preżentement saru diversi bidliet kbar fil-qasam tal-ġustizzja, kemm f ’dawk li huma proċessi leġiżlattivi kif ukoll ġudikatura. Ħdimna biex naraw li l-proċessi kemm fil-kamp kriminali kif ukoll fil-kamp ċivili jkunu aktar spediti, ħloqna sistema fejn it-teknoloġija qiegħda tintuża sabiex tassisti lill-partijiet biex ikollhom aċċess għall-ġustizzja b’mod spedit u ħolistiku. Intenni wkoll li għamilna investimenti bla preċedent fis-settur tal-ġustizzja, partikolarment fis-sistemi tal-Qorti inkluż investiment ta’ kważi €5 miljun sabiex nestendu l-binja tal-Qorti permezz ta’ restawr ta’ bini abbandunat biswit il-Qorti, ġewwa Triq id-Dejqa, il-Belt Valletta.

Miżura oħra li daħħalna fis-seħħ matul l-ewwel sena tal-Amministrazzjoni Robert Abela, kienet miżura li biha saħħaħna l-Uffiċċju tal-Għajnuna Legali. Dan l-Uffiċċju ngħata aktar riżorsi, fosthom binja rrestawrata ġewwa l-Belt Valletta, aktar avukati li jassistu liċ-ċittadin,u aktar mezzi finanzjari. Għamilna dan sabiex ikollhom l-għodda li hemm bżonn biex joperaw mingħajr ebda impediment u jassistu lil kull min jirrikorri għall-għajnuna bl-aktar mod sħiħ. Permezz ta’ dan kollu qegħdin intejbu l-aċċess għall-ġustizzja għaliex qed nieħdu miżuri konkretti biex il-poplu Malti u Għawdxi ma jkomplix ikun suġġett għal dewmien fil-Qrati tagħna. Il-ġustizzja għandha tkun imparzjali, iżda għandha tingħata fl-iqsar żmien. B’hekk nemmen li, iva, qegħdin intejbu s-sistema sabiex ikollna ġustizzja li tkun aktar aċċessibbli. Inti bħala Ministru f ’dawn il-jiem żort ukoll l-Uffiċċju tad-Direttorat: Strategy Support, fejn flimkien mad-Direttur Davida Flores

sħaqt fuq l-importanza tar-rwol ta’ dan l-Uffiċċju li huwa ffukat fuq l-implimentazzjoni tal-Protezzjoni tad-Data u tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. X’inhi l-importanza tiegħu?

irrid ikun applikat kemm mill-individwi kif ukoll minn entitajiet u intrapriżi. Apparti minn dan kollu d-Direttorat ħa jkollu r-rwol li jimplimenta l-Whistleblower’s Protection Act skont id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea li trid tiġi trasposta bl-aktar Id-Direttorat Strategy Sup- mod sħiħ. port, jaqdi numru ta’ funzjonijiet, l-aktar marbuta X’hemm ippjanat fuq skala mat-temi tal-ġustizzja u nazzjonali/lokali fi ħdan l-governanza tajba. Il-ħid- il-Ministeru tiegħek għal ma tad-Direttorat hija ffu- din is-sena, li minnu jgawdi kata fuq l-implimentazzjoni l-poplu Malti? tal-Protezzjoni tad-Data u tal-Att dwar il-Libertà tal-In- Matul din is-sena jien komformazzjoni. F’dan il-kunt- mess li nara li nagħlqu est id-Direttorat jiggwida r-riformi li huma rikjesti lill-amministrazzjoni pubb- mill-Kummissjoni Venezja, lika, inklużi Ministeri oħra, flimkien mal-fatt li nkomdipartimenti u entitajiet, plu bil-ħidma tagħna favur fil-qasam tal-privatezza u il-Konvenzjoni Kostituzzl-protezzjoni tad-data tal-in- jonali. Inkompli ngħid, li dividwi kollha. B’dan il-mod fost il-prijoritajiet li għandi, ir-responsabbiltà tad-Di- ninsab iffukat biex inkompli rettorat hija li l-Gvern ikun ntejjeb l-effiċjenza fil-Qrati mgħarraf u mħarreġ sabiex tagħna. Mod li bih ħa ntejbu id-dritt fundamentali tal-pri- l-effiċjenza, ħa jkun permezz vatezza jkun salvagwardjat. ta’ aktar diġitilizzazzjoni Waħda mill-ħidmiet fl-awli tagħna. Dawn l-awprinċipali tad-Direttorat li għandhom ikunu kollha kienet id-dħul tar-Regol- mgħammra b’apparat biex ament Ġenerali Ewropew ikun hemm video conference għall-Protezzjoni tad-Data li jiffaċilta l-proċess ġaladar(GDPR). Liema regolament ba wieħed ma jkollux ikun

preżenti fl-awla biex jixhed. Apparti minn hekk, matul din is-sena ħa nkompli nieħu miżuri favur il-poplu, partikolarment dawk vulnerabbli, sabiex nissalvagwardjaw lil kulħadd imma b’mod partikolari liż-żgħir. Ħa nagħmel dan permezz ta’ kampanji relatati mat-tfal, u restorative justice, flimkien ma’ emendi leġiżlattivi oħra f ’dak li għandu x’jaqsam il-proċess ġuridiku, inkluż l-appelli li spiss inkunu problematiċi għal partijiet li għandhom kawża pendente lite fil-Qorti. Minn dak li kien imwiegħed fil-manifest elettorali tal-2017 fiex ninsabu mill-att Ministerjali li inti tmexxi? Kburi ngħid li bħala Ministeru aħna wasalna biex kważi inwettqu l-wegħdiet elettorali kollha. Dan ladarba ninkludi l-Liġi dwar il-Kwoti tal-Ġeneru u l-Abbozzi tal-Kummissjoni Venezja. Mhux talli għamilna dak li wegħedna, talli għamilna ħafna aktar minn hekk. Għamilna riformi leġiżlattivi oħra u komplejna ninvestu fil-qasam tal-ġustizzja sa-


17.01.2021 08.11.2020

23

SKEDA ONE 07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:40

Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy Pjazza

19:15 19:30 20:10 20:30 21:15 22:15 22:50 23:30 23:47

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:30 18:30

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Follow Up Dak li Jgħodd Pjazza

19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Gladiator 22:00 Distintivi 23:00 Ondroad 23:30 ONE News 23:49 Kalamita

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:40

12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Duurella 16:45 Pink Panther 17:30 #Pajjiżi 18:30 Pjazza

ERBGĦA 19:15 ONE 20-01 Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 PrimeTime 20:30 The Local Traveller 21:00 Division 7 22:30 Reboot 23:30 ONE News 23:47 Kalamita

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00 17:35

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Popcorn Ħabrikt - Reel 8

18:00 18:30 19:15 19:30 20:10 20:30 21:05 22:40 23:30 23:45

12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:15 17:30

Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Twenty One Teżori Indhouse

18:30 Pjazza 22-01 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Kick OFF 21:45 Country Jamboree 22:30 Gladiator 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:45 Twenty One 10:15 #Pajjiżi 10:50 Ieqaf 20 Minuta

11:10 11:50 12:30 12:40 13:10 13:50 14:45 15:30 15:35 16:30

Indhouse Telebejgħ ONE News Żona Sport Country Jamboree Reboot The Local Traveller ONE News Dak li jgħodd Flimkien ma’ Nancy

17:30 18:00 18:40 19:15 19:30 20:10 20:30 23:30 23:45

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55 12:30

12:35 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Arani Issa Ikompli 15:50 Durella 16:15 Gladiator 17:30 L-Argument 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News

TLIETA 19-01

ĦAMIS 21-01

biex ikollna sistema tal-ġustizzja li hija aktar aċċessibbli. Dan kollu jirrifletti r-rieda ta’ dan il-Gvern u l-ħidma bla waqfien tul is-snin, partikolarment din is-sena. Kienet sena deċiżiva fil-qasam tal-ġustizzja u anke l-ugwaljanza. Nemmen li s-sena 2020 kienet sena li se tibqà tisemma ladarba għamilna tibdil u riformi bla preċedent, u mhux biss, għamilna dan f ’sena ta’ pandemija globali. Bdejna l-leġiżlatura tagħna bl-liġi taż-żwieġ tal-istess sess, komplejna bil-liġijiet li saħħew il-Kostituzzjoni u l-istituzzjonijiet tagħna – fosthom l-Avukat Ġenerali, stabbilixxejna l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, biddilna l-proċessi tal-ġudikanti f ’dak li għandu x’jaqsam il-ħatra, it-tneħħija u d-dixxiplina, fost ħafna ligijiet oħra. Temmen li pajjiżna ser iżomm ir-ritmu b’saħħtu li konna qbadna qabel bdiet il-pandemija, ladarba jgħaddi dan iż-żmien xejn pjaċevoli minn fuqna? Kif qed nippreparaw għall-futur ta’ pajjiżna?

Filwaqt li fuq il-livell ministerjali, il-Ministeru li jien inkarigat minnu ħa l-miżuri preventivi kollha li ġew issuġġeriti mis-supretendent tas-saħħa, ix-xogħol baqa’ għaddej. Minkejja li biddilna l-mod kif nagħmlu l-affarijiet, wasalna jew qed naslu fejn hemm bżonn. Din il-pandemija għenitna nifhmu u nagħrfu t-tajjeb tat-teknoloġija, l-aktar il-fatt li wieħed jista’ jkun f ’post mingħajr ma jkun hemm fiżikament. Kellna ċ-ċans li nużaw dan iż-żmien biex nagħrblu sewwa dak li huwa veru importanti kemm fuq livell personali kif ukoll bħala Nazzjon. Dan għenna biex nevalwaw x’nistgħu nagħmlu aħjar. Fuq livell nazzjonali nemmen li bħala pajjiz ser ngħaddu minn dan iż-żmien diffiċli u niġu lura aktar b’saħħitna, dan iż-żmien għen biex bħala nazzjon nirriflettu aktar u niżnu fuq aspetti differenti filħajja, fl-isferi kollha tagħha. Għalhekk, iva nemmen li dan iż-żmien qed jgħaqqadna iktar bħala poplu u fl-aħħar mill-aħħar nirkupraw minnu u nilħqu livell aħjar minn dawk li diġà lħaqna.

TNEJN ONE Sports & Temp 18-01 ONE News Prime Time Reboot Follow Up Stejjer wara t-Tmienja Music Legends ONE News Kalamita

12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

08:30 08:45 09:30 10:00 12:30

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:40

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

SIBT 23-01

ONE News ONE News Duurella Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Telebejgħ ONE News

Mhux kemm taf Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Prime Time Twenty One Ilsien in-Nisa Ondroad ONE News Night Transmission

ĠIMGĦA

Il-Kelma Pink Panther Ondroad ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani issa ONE News Night Transmission

ĦADD 20:10 Ieqaf 20 24-01 Minuta 20:30 Attività Politika 21:15 Mija 22:30 Distintivi 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission


24

17.01.2021

reċensjoni tal-ktieb

ĠISKU ĦBIEB ĠODDA Il-jiem fir-razzett ta’ Pawlu jkomplu għaddejjin. Il-bżulija tal-bidwi flimkien ma’ dik ta’ ibnu Ġużeppi kompliet tkabbar iċ-ċirku ta’ ħbieb ta’ Ġisku li issa sar ħmar imfarfar. Issa kien qed iħossu kuntent firrazzett imma aktar ma beda għaddej iż-żmien aktar beda jinduna li diffiċli ħafna li jagħmel ħbieb ma’ kulħadd. Għaliex Reggie, il-kelb il-ġdid ta’ Mattew, kellu tliet saqajn u mhux erbgħa? Tgħid Ġisku kien se jkun kapaċi li jogħla ’l fuq mill-ġudizzji li ffurmaw l-annimali tar-razzett fuq Reggie u jagħmel ħabib ġdid?

It-tellieqa tal-Imnarja waslet ukoll. Tgħid din id-darba se jirbaħ it-tellieqa tal-ħmir? Kieku hu pprepara sew għaliha imma Brillu kien se jieħu sehem ukoll. U min kienet dik il-ħmara ta’ wiċċha ħelu li ra fil-gżira ta’ Għawdex? Kienet diffiċli li jinsa dak li ħass f’qalbu meta raha. Ġisku aċċetta dak kollu li l-ħajja offrietlu. Tgħallem minn kull esperjenza. Tbissem meta seta’. U ma ħalla l-ebda mument ibaxxilu rasu, imma ħares dejjem ’il quddiem. Għaraf li l-ħajja tkun ħafna isbaħ jekk jgħix il-mument.

Silta mill-ktieb Pass wara pass, kull wieħed meqjus u mingħajr ebda għaġla. Rasu, li iktar iva milli le xi darba kellha ħarsa ta’ kburija, issa kienet baxxa. Għajnejh, nofshom magħluqa, kellhom diqa fonda bla qiegħ. Maġenbu, miexi miegħu b’pass meqjus skont kemm seta’ jimxi hu, kien hemm Mattew, iżomm tarf ta’ ċinga li kienet imdawra ma’ għonqu. Anqas kellu saħħa jiġbidha. Il-ħoss ritmiku tal-ixkupilji fuq dahar Xaruwn u Ġisku waqaf. Nenu u Ġużeppi għollew rashom u ħarsu lejn Mattew u l-kelb tal-għassa li kellu miegħu. Kellu biss tliet saqajn. Waħda mis-saqajn ta’ quddiem kienet nieqsa. Qalb u moħħ Ġisku taru lura lejn dakinhar li sab ruħu l-ewwel darba fil-bitħa tar-razzett. Kien hemm l-istess skiet perfett. Imma din id-darba d-dubbien ma sabx ruħu f’widnejn Ġisku. Tgħid marru jduru f’widnejn il-kelb bi tliet saqajn? Mezz wieħed kien hemm biex ikun jaf. Malli Ġużeppi u Nenu mxew lejn Mattew u l-kelb li kellu miegħu, hu mexa warajhom. Anke Xaruwn għamel l-istess. “Dan huwa Sir Reginaldo, il-kelb ġdid tiegħi,” qal

Mattew hekk kif resqu lejh. “Kont ma’ missieri għand it-tabiba tal-annimali u rajtu hemm waħdu, miskin. Qaltli li xi ħadd sabu barra b’saqajh ta’ quddiem fi stat ħażin ħafna u ħadu għandha. Kellha tneħħi waħda minnhom permezz ta’ operazzjoni. Imma billi ma kellux microchip ma jafux ta’ min hu. Ħadt grazzja miegħu u ridt li jkun tiegħi. Missieri mill-ewwel qalli iva u t-tabiba aċċettat mill-ewwel. Issa qiegħed hawn. Nittama li jidra lilna u aħna nidraw lilu kif inhu.” Kien Nenu l-ewwel li tbaxxa ’l quddiem biex jipprova jmelles ras Sir Reginaldo, imma dan donnu beża’ għax deher imriegħex. Nenu ma qatax qalbu għax niżel kokka quddiemu u baqa’ jersaq lejh sakemm idejh kienet qed tmelles ras il-kelb, li min-naħa tiegħu, meta ħass l-imħabba ħierġa minn idejn ix-xwejjaħ, donnu kkalma u deher li qed jieħu pjaċir. “Miskejn, x’ħasra!” qal Nenu b’leħen imnikket. “Dunnu kien maħquwr don biex deher beżgħon deqshekk minni.” “Minni beża’ wkoll, Nen,” qal Mattew. “Saħan-

sitra beda jingħi. Imnalla kkalmatu t-tabiba u żammitu sakemm ersaqt lejh. Malli ħass idi, ipprova jigdimni wkoll, imma mbagħad ikkalma. U issa qiegħed hawn miegħi, imma kull jumejn irrid nieħdu l-klinika biex it-tabiba tara li qiegħed jirkupra fis-saħħa.” “Hawnhekk qiegħed f’idejn tajba,” qal Ġużeppi filwaqt li niżel kokka ħdejn il-kelb.

Mistoqsija: X’jismu l-kelb ta’ Mattew? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ĠISKU ĦBIEB ĠODDA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 24 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tat-3 KOTBA MIS-SENSIELA IL-ĦREJJEF MAĠIĊI hija:

A.PACE - QAWRA

02 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Liema kienet l-ewwel lokalità li fiha nfetaħ l-ewwel spazju ta’ REMOTE WORKSPACE?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

17.01.2021

PETER WILLIAM SUTCLIFFE – IL-YORKSHIRE RIPPER

KIEN JATTAKKA LIN-NISA VULNERABBLI BILLEJL... IT-TIELET PARTI

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Fl-1 ta’ Ottubru tal-1977, Sutcliffe qatel lil Jean Jordan, mara tax-xogħol minn Manchester. Il-ġisem bla ħajja tagħha nstab tmint ijiem minn Bruce Jones waqt li kien qiegħed ifittex għall-briks qrib is-Southern Cemetery f’Manchester. Il-pulizija sabu karta ta’ ħames liri fil-basket tal-vittma u l-pulizija saru jafu li din ħarġet mill-Midland Bank f’Shipley u f’Bingley. Fi tliet xhur, il-pulizija intervistaw 5,000 raġel li seta’ qala’ l-karta tal-flus mal-paga, u fosthom kien hemm Peter Sutcliffe. Sutcliffe qal li dakinhar tal-qtil huwa kien qiegħed f’festin ma’ tal-familja u emmnuh. Filfatt, ’il quddiem meta jinqabad, Sutcliffe jammetti li ftakar fil-ħames liri u reġa’ mar fuq il-post tad-delitt biex ifittixha. Saħaq li ma setax isibha u b’hekk ċaqlaq il-katavru tal-vittma u kompla jisfigurah. Fl-14 ta’ Diċembru, Sutcliffe attakka lil Marilyn Moore, mara tax-xogħol minn Leeds. Moore rnexxielha ssalva u rnexxielha wkoll tiddeskrivi r-raġel li attakkaha u l-karozza li kellu, liema karozza kienet tidher ħafna fir-red light districts. Fil-post fejn sfat attakkata sabu wkoll l-istess marki tar-roti li nstabu fuq xeni oħrajn tad-delitti. Hekk kif Moore ddeskriviet ir-raġel, il-pulizija nnutawh li kien jixbah lil Sutcliffe u b’hekk kien ġie intervistat fuq il-każ iżda ma ġara xejn. F’Jannar tal-1978, il-pulizija waqfu jfittxu għand min setgħet kienet il-karta tal-ħames liri. Matul l-istess xahar, Sutcliffe qatel lil Yvonne Pear-

son, prostituta ta’ 21 sena minn Bradford. Hu qatilha b’daqqiet ta’ martell u qabeż ukoll fuq sidirha. Wara ħeba l-katavru tagħha fuq sufan abbandunat qrib Lumb Lane. Għaxart ijiem wara, Sutcliffe qatel lil Helen Rytka, prostituta ta’ 18-il sena minn Huddersfield. Rytka qalgħet ħames daqqiet f’rasha u taha diversi daqqiet b’arma bil-ponta f’sidirha. Il-ġisem bla ħajja tagħha nstab tlett ijiem wara taħt l-arkati tal-linji tal-ferrovija qrib il-Garrards timber-yard. Fis-16 ta’ Mejju tal-istess sena, Sutcliffe qatel lil Vera Millward fil-parkeġġ tal-Manchester Royal Infirmary. Kważi sena wara, fl-4 ta’ April tal1979, Sutcliffe qatel lil Josephine Whitaker, tfajla ta’ 19-il sena li kienet taħdem bħala segretarja. Hi sfat attakkata waqt li kienet miexja lura lejn id-dar f’Savile Park Moor f’Halifax. Tape u ittri Wara dan il-qtil, il-pulizija rċevew messaġġ fuq tape fejn ir-raġel li beda jitkellem beda jgħaddi ż-żmien bil-pulizija u beda jgħid li huwa kien il-Yorkshire Ripper. Mill-aċċent tar-raġel, il-pulizija qalu li kien ġej minn

AKTAR VITTMI LI NQATLU

Castletown, akkwata li tinsab f’Sunderland f’Tyne and Wear. Minn hawn tnieda proġett mill-pulizija fejn beda jixxandar dan it-tape biex forsi xi ħadd jagħraf il-vuċi tar-raġel li kien qed jgħid li huwa l-Yorkshire Ripper. Apparti dan it-tape, il-pulizija rċevew diversi ittri mingħand ‘il-Yorkshire Ripper’ u bdew jinnutaw li ċerti frażijiet li uża kienu meħudin mill-ittri ta’ Jack the Ripper u fil-fatt beda jiffirma bħala ‘Jack the Ripper.’ L-investigazzjoni biex jinqabad dan ir-raġel baqgħet għaddejja xhur iżda ma wasslet imkien u l-pulizija bdew jemmnu li t-tape u l-ittri kienu foloz u saru minn xi ħaddieħor u mhux mill-Yorkshire Ripper. Fil-fatt, ħafna nies irrabjaw għax il-pulizija kienu medhijin bit-tape u l-ittri filwaqt li l-qattiel kienu għadu jiġri mas-saqajn. Il-qiegħa kompliet tisħon hekk kif fl-1 ta’ Settembru tal-istess sena nqatlet Barbara Leach, studenta fi Bradford University. Il-katavru

tagħha tpoġġa taħt briks qrib l-università li kienet tattendi. Il-qtil ta’ din l-istudenta reġa’ qajjem għagħa kbir fost iċ-ċittadini għax din ukoll ma kinitx mara tax-xogħol, minkejja li l-pulizija provaw ipinġu l-qattiel bħala wieħed li joqtol il-prostituti biss. Minkejja xi traċċi forensiċi u l-fatt li kien fuq il-lista tas-suspettati, Sutcliffe ġie interrogat u rilaxxat. B’kollox, Sutcliffe ġie interrogat disa’ darbiet mill-pulizija u xorta waħda ma ħasbux li hu kien wara d-delitti. F’April tal-1980, Sutcliffe ġie arrestat għax kien qiegħed isuq xurban. Waqt li kien qiegħed jistenna biex jitla’ għall-ġuri, hu laħaq qatel żewġ nisa oħrajn. Il-Yorkshire Ripper qatel lil Maruguerite Walls ta’ 47 sena fl-20 ta’ Awwissu tal-1980. Fis-17 ta’ Novembru tal-istess sena qatel ukoll lil studenta oħra, Jacqueline Hill ta’ 20 sena. Apparti dawn iż-żewġ delitti, Sutcliffe attakka tliet nisa oħra iżda ma rnexxilux joqtolhom.

GEORGE OLDFIELD FLIMKIEN MAL-PULIZIJA JINVESTIGAW L-ITTRI KIF UKOLL IT-TAPE

Tkompli l-ġimgħa d-dieħla


26

17.01.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

17.01.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 364

M.AZZOPARDI - MOSTA

Bi 3 NUMRI 064 101 147 268 288 308 844 898 983 997 B’4 NUMRI

0622 1344 2094 2172 2215 2248 2510 2548 2673 2880 3000 4595 4600

4610 5002 5146 5306 5530 5669 5987 6100 6551 6671 6815 6848 7098

7197 7894 8111 8490 8862 9141 9898 9984 B’5 NUMRI 00838 02261 05203

13202 18000 20585 24447 25291 29585 29910 31994 52744 55052 61567 73090 77573

83027 85426 86985 88394 89501 97261 97274 98466 B’6 NUMRI 399071 506994 954593

955307 B’7 NUMRI 0694248 3772307 7994921 8288653 Bi 8 NUMRI 62252591 75237867 84396431 92654266

MIMDUDIN: 1. Nieklu fuqha (5) 4. Kompli l-qawl: F’Jannar u ...... l-ixkubetta ħalliha d-dar (4) 7,23. Żraben (6)

9. 10. 12. 16,18.

WEQFIN: 1. It-tissues ħadulu postu daż-żmien (6) 2,5. Jieħu gost (6) 3,22. Xela (6) 5. Ara 2

6. Ronnie Agius Lagana (1,1,1) 8. Deċiż? (9) 11,21M. Isem (5) 12,19. Ilwiet? (5) 13,17. Isem (6) 14. Feġġet f’wiċċ

Tistaqsi x’modi 18. jintużaw? (3) 19. Wieħed li 20. jillixxja l-ħitan? (6) 21. Jintuża 23. mal-ikel (6) 24. Isem (5) 15 17. 21. 22.

Ara 16 Ara 12 wieqfa Tobdix! (5) Ara 11 Ara 7 Tixħet (5)

il-ħamrija (6) Żomm! (6) Ara 13 Royal Malta Artillery (1,1,1) Ara 3

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Deheb, 4.Vara, 7,17.Abate, 9,18. Madum, 10.Ravjul, 12.Atturi, 19.Raw, 20.Ħabib,24.Intir

WEQFIN: 1.Damask, 2,21M. Hedded, 3,16.Barkat, 5,11.Ajjut, 6.All, 8.Barumbari, 12,23.Attard, 13.Tua, 14.Irbatt, 15.Dwawar, 21.DMT, 22.Dar


28

17.01.2021

IS-SENA TAT-TMEXXIJA Editorjal

L-ewwel sena ta’ tmexxija ta’ Robert Abela – forsi wkoll għax ma kinitx “normali” – tixhed kemm il-pajjiż għandu ġejjieni sabiħ taħt Mexxej sod u determinat favur it-tkattir u t-tqassim tal-ġid nazzjonali

Xi ħadd din il-ġimgħa ssuġġerixxa li Robert Abela kien ikollu dubji serji jikkontestax għall-elezzjoni ta’ ħatra ta’ Mexxej tal-Partit Laburista u eventwalment Prim Ministru tal-pajjiż, li kieku kien jaf minn qabel li kien hemm pandemija dinjija tistennieh wara l-kantuniera. Fil-verità, kif iddikjara wkoll id-Deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-Partit Daniel Micallef din ilġimgħa, il-mumenti deċiżivi, li kkaratterizzaw din l-ewwel sena ta’ Dr Robert Abela fit-tmexxija, urew daqslikieku kien dejjem hemmhekk. Konxji li min ipprova jpinġi lill-Mexxej Laburista dgħajjef jew beżgħan quddiem sfidi kbar nazzjonali, li dejjem jeħtieġu l-akbar kawtela u għaqal, ma kienx qed ikejjel ħażin lill-persuna tal-Mexxej Laburista. Dan anke fis-sitwazzjoni li jinsab fiha pajjiżna llum, meta mqabbla ma’ dik ta’ stati membri oħrajn fl-Unjoni Ewropea jew ma’ ta’ oħrajn imferrxin madwar id-dinja kollha, wara l-isfidi li ġew iffaċċjati fl-aħħar xhur. Anzi, tant kemm kejjel taj­­

jeb lil Dr Abela u jaf minn liema għadma iebsa hu magħmul, li qed jagħmel ħiltu biex jipprova jdgħajfu b’kull mezz. Sfortuna­ tament, l-istess tattika hi mmirata wkoll lejn il-pajjiż inġenerali u din mhix il-perċezzjoni jew ix-xewqa ta’ xi individwu waħdu. Għal raġunijiet li nafuhom wisq tajjeb, min irid ixerred dawn it-tip ta’ messaġġi malpajjiż kollu jippreferi li, aħjar jidher li hu maqtugħ mir-realtà, basta jittanta jpinġi l-akbar maltempata bi ftit sħab li hemm f’sema ikħal. Jippreferi jkun biss strument ieħor stunat f’orkestra li llum ħadd m’għadu interessat li jisma’, basta jinstema’ daqsxejn ta’ ħoss ikrah mal-pajjiż. Din hi l-unika missjoni ta’ dawn l-ilpup, li jippretendu li ma jingħarfux, sempliċiment għax jilbsu tan-nagħaġ. Xogħolhom jibqa’ dak li jagħmlu l-ħsara u jkesksu l-mibegħda ladarba jibqgħu jħufu ma’ saqajn is-soċjetà, li skreditathom diversi drabi. Minkejja dan, konvinti li l-maġġoranza tal-poplu tista’ biss tirrikonoxxi li, mill-ħatra

tiegħu f’nofs Jannar tas-sena l-oħra, Dr Abela mexxiena taj­ jeb ħafna fiċ-ċirkostanzi kollha straordinarji li l-ebda mexxej ieħor ma kien għadu ffaċċja preċedentement. Għalkemm dawn l-istess ċirkostanzi straordinarji sforzaw lill-Prim Ministru biex jimxi fuq pjan ferm differenti minn dak li kellu mħejji għal Malta, il-poplu llum hu ferm rikonoxxenti għallmod kif, taħt il-gwida tiegħu, ġiet indokrata l-ħajja Maltija. Kif kienu ttrattati s-saħħa inġenerali ta’ ġensna, l-għajxien tal-familji, l-impjiegi, il-posti­­jiet tax-xogħol, in-negozji ta’ kull daqs, l-edukazzjoni ta’ wliedna u l-finanzi nazzjonali, fost ħafna oħrajn. Minbarra hekk, iżda, issoktat ħidma oħra straordinarja fil-pajjiż, anke b’ritmu aktar qawwi, kif ġie spjegat din ilġimgħa. Iċ-Chairperson tal-Forum “Ilkoll Indaqs” tal-Partit Laburista, Rebecca Buttigieg, ġustament iddeskriviet l-ewwel 12-il xahar ta’ Abela fit-tmun talpajjiż u tal-Partit bħala deċiżivi u impenjattivi, ikkaratterizzati

minn sensiela ta’ deċiżjonijiet li ttieħdu b’impenn favur kwali­­ tà ta’ ħajja aħjar għall-Maltin u l-Għawdxin kollha. Minkejja sfidi globali u gambetti lokali, ilGvern, immexxi minn Dr Abela, wettaq kisbiet u riformi f’oqsma kruċjali, fl-istess ħin li fassal oħrajn imsejsa fuq ħames pilastri fundamentali. Naqblu perfettament li l-ewwel sena ta’ tmexxija ta’ Robert Abela – forsi wkoll għax ma kinitx “normali” – tixhed kemm ilpajjiż għandu ġejjieni sabiħ taħt Mexxej sod u determinat favur it-tkattir u t-tqassim tal-ġid nazzjonali. Wieħed li kapaċi jbaħħar tajjeb ħafna anke meta l-baħar juri r-ras iebsa tiegħu. Meta ’l quddiem issir analiżi analitika ta’ dan iż-żmien partikolari, din mhux biss tisħet lil dawk fostna li għandhom kull intenzjoni li jkissru kull żvilupp u progress fl-għaj­­xien­ tal-maġġoranza, imma tixgħed kif id-deċiżjonijiet għaqlin li ttieħdu f’din l-aħħar sena jkomplu jagħmluna kburin. Grazzi għall-Partit Laburista, esperjenzajna dan kollu.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.