KullHadd_17.11.2019

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd 17 ta’ Novembru, 2019

Ħarġa Nru 1,375

Prezz €1

REĠGĦU INJORAWH

+700%

Żieda kbira fl-investiment teknoloġiku fl-edukazzjoni mill-2012 Ara paġna 9

• Deputati tal-PN insistew li ma jimxux ma’ Delia minkejja li xtaq hekk Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, għamel l-aħħar sforz ilbieraħ filgħodu biex il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista jmur miegħu bħala grupp magħqud għall-protesta li organizzaw l-organizzazzjonijiet ta’ Manuel Delia. Iżda, ma rnexxilux u wara jumejn jirreklama l-protesta fuq il-mezzi tax-xandir tiegħu u fost l-attivisti, kien hemm qbil li tinġieb l-iskuża li l-grupp tal-PN ma mexiex flimkien biex il-protesta ma tkunx politiċizzata. Iżda, dan kien ifisser li l-fazzjoni ta’ Simon Busuttil reġgħet injorat lil Adrian Delia, b’Simon Busuttil innifsu lanqas biss attenda għal-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-bieraħ li damet kważi ġurnata. Fil-ħarġa tal-lum niżvelaw ukoll il-kundizzjoni li poġġa Simon Busuttil fuq Delia biex jiffirma l-mozzjoni miegħu. Ara paġna 5

ĊERTIFIKAT GĦAD-DUE DILIGENCE TAL-IIP • Analiżi dettaljata tar-rapport tar-regolatur tal-IIP iġġib fix-xejn qerq tal-PN Ara paġna 11

GĦANDI DRITT GĦALL-FAMILJA - l-esperjenza ta’ persuna trans

Ara paġni 6 u 7


02

17.11.2019

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 19°C L-Inqas Temperatura: 16°C L-Indiċi UV: 3 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja ser testendi minn fuq l-Atlantiku sa fuq iċ-Ċentru tal-Mediterran. It-Temp: Sabiħ li jsir ftit imsaħħab u bil-ħalbiet tax-xita iżolati aktar tard Ir-Riħ: Moderat mil-Lbiċ li jdur mill-Punent Majjistru Il-Viżibilità: Ġeneralment tajba Il-Baħar: Qawwi li jsir moderat L-Imbatt: Baxx mix-Xlokk li jsir baxx għal moderat It-Temperatura tal-Baħar: 22°C

Editur ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

19°C

Indirizz Postali KullĦadd

UV 3

14°C

Il-Ħamis

20°C

UV 3

14°C

20°C

Il-Ġimgħa

UV 2

13°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd

20°C

UV 3

14°C

20°C

UV 3

15°C

21°C

UV 2

15°C

kullhadd.com

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

Regent Pharmacy, 70, Triq Merkanti, Il-Belt Valletta – 21245135 San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Il-Marsa – 21221118 St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 21443045 Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara – 21441513 St. Luke’s Pharmacy, Triq San Luqa, Tal-Pietà – 21241293 Mensija Pharmacy, 92-94, Triq il-Mensija, San Ġwann – 21373275 Stella Maris Pharmacy, 34, Triq Millner, Tas-Sliema – 21335217 St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 21414051 Pillbox Pharmacy, 63, Triq il-Bjad, In-Naxxar – 21417406 Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 21571764 Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid – 21696893 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 21824720 Bellavista Pharmacy, 88 Triq il-Hortan, Marsaskala – 21633788 Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillan c/w Triq William Baker, Il-Gudja – 21696422 Pasteur Pharmacy, Triq it-Tellerit, Ħal Safi – 21689944 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 Anici Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, L-Imtarfa – 21452833 Għawdex

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat – 21563233 Tony’s Pharmacy, “Egret Court”, Triq il-Wied, Marsalforn – 21563617

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182


03

17.11.2019

kullhadd.com

IL-PONT TA’ VJAL L-AVJAZZJONI L-EWWEL LI SE JIŻŻANŻAN …WARAJH TAL-BLATA L-BAJDA U HEMM SEBGĦA OĦRA PPJANATI It-titjib li qed tagħmel Infrastructure Malta fl-infrastruttura għal min juża mezzi alternattivi biex jivvjaġġa jinkludi l-bini ta’ pontijiet biex min iħobb jimxi jew isuq ir-rota jsibha aktar faċli biex jaqsam toroq arterjali u mingħajr periklu. Fil-fatt, l-aġenzija diġà għandha ppjanati disgħa minn dawn l-istrutturi u tnejn minnhom li qed jinbnew bħalissa mistennija jkunu f ’posthom fi Vjal l-Avjazzjoni u l-Blata l-Bajda fi ftit xhur oħra. L-ewwel pont li se jkun lest huwa dak ta’ Vjal l-Avjazzjoni biex jipprovdi aċċess aktar sigur għal dawk li jivvjaġġaw minn u lejn diversi lokalitajiet madwar il-Gudja, kemm jekk bil-mixi jew bir-rota kif ukoll għal dawk li jużaw it-trasport pubbliku, fosthom dawk li jkunu sejrin lejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS). Dan il-pont ta’ 34 metru ser jinkludi żewġ strutturi għoljin ta’ seba’ metri fil-ġnub tat-triq, li fihom jinkludu rampi fit-tond (helical ramp) li jibqgħu jduru ’l fuq sakemm jaslu għall-pjattaforma tal-pont innifsu. Minbarra r-rampi għar-roti u l-mixi, se jkun hemm ukoll żewġ lifts biex il-pont ikun aċċessibbli għal kulħadd. Bħalissa fuq iż-żewġ naħat tattriq qegħdin isiru l-pedamenti tal-istrutturi bir-rampi li se jwieżnu l-pont. Waqt li f ’Venezja, l-Italja, qed tinbena l-bqija

tal-istruttura li se tkun kollha tal-ħadid inkluża l-gverta. Pont ieħor li se jkollu forma għat-tond, bħalissa qed ikun manifatturat fil-Mediterranean Maritime Hub, fil-Marsa fejn kienet il-Malta Shipbuilding. Meta jitlesta, dan imbagħad se jinġarr f ’ħames partijiet li jingħaqdu fil-post fejn se jinbena, jiġifieri fuq Triq San Ġorġ Preca, biswit il-kwartieri tal-MUSEUM. Din l-istruttura ser tgħaqqad Triq il-Kbira San Ġużepp fiil-Ħamrun ma’ Spencer Hill u l-inħawi tal-Menqa fil-Marsa, kif ukoll it-terminals tal-vapuri tal-passiġġieri u l-park and ride tal-Furjana. B’hekk, se jinħoloq mod aktar sigur biex taqsam minn naħa għal oħra ta’ din ittriq arterjali u jitneħħa l-bżonn tal-pelican lights li hemm bħalissa. Għaldaqstant, se jitjieb ukoll l-aċċess għall-waqfiet tal-karozzi tal-linja li hemm fuq kull naħa, u li jintużaw ħafna minn dawk li jivvjaġġaw minn u lejn in-Nofsinhar tal-pajjiż. Pont simili se jsir ukoll fi Triq Dom Mintoff, li kienet magħrufa bħala t-Telgħa ta’ Kordin, biex jiffaċilita l-aċċessibilità bejn Kordin, il-Kampus tal-MCAST u Raħal Ġdid, waqt li l-Marsa Junction Project jinkludi l-bini ta’ tliet pontijiet oħra għall-mixi u r-roti. Bħala parti mill-pjanijiet tal-iMsida Creek Project, Infrastructure Malta se tibni wkoll żewġ

Partijiet mill-pont ta’ Blata l-Bajda li qed jinħadem il-Mediterranean Hub.

pontijiet flok il-pelican crossings li hemm bħalissa u li se jkunu aċċessibbli għal kulħadd biex jaqsam it-triq. Pont ieħor huwa ppjanat li jsir fil-Marsa-Ħamrun Bypass, biex jiffaċilita l-aċċess bejn il-Marsa u Ħal Qormi. Dwar dan kollu, il-Ministru responsabbli mill-Infrastruttura Dr Ian Borg qal: “Il-pjan tagħna għall-infrastruttura tat-toroq u għas-settur tat-trasport huwa wieħed ħolistiku. Qed naħdmu b’diversi soluzzjonijiet, minn dawk li jħarsu lejn l-immedjat sa dawk li jħarsu fit-tul. Fl-istess waqt, fil-proġetti kemm jista’ jkun qed ninkorporaw diversi faċilitajiet differenti għal mezzi alternattivi, fosthom bankini, korsiji għaċ-ċikliżmu u l-pontijiet pedonali. Impenjati

Disinn ta’ kif ġej il-pont tal-Avjazzjoni

li nkomplu nippjanaw, naħdmu u nwettqu proġetti ħolistiċi għall-ġid komuni, favur settur aktar sostenibbli u aktar sigurtà għall-utenti tat-toroq kollha,

mill-kbir nett saż-żgħir nett. Il-viżjoni tagħna għal pajjiżna hija viżjoni għal kulħadd u determinati li nkomplu nimplimentawha.”


04

17.11.2019

kullhadd.com

36 MINORENNI L-ĦABS FI TLIET SNIN Din is-sena diġà kien hemm 19–il minorenni li ntbagħtu fis-sezzjoni tal-ħabs għall-persuni taħt it-18–il sena magħrufa bħala l-YOURS. Dan ifisser li l-ammont ta’ sentenzi ta’ dan it-tip din is-sena qabeż dak tas-sentejn li għaddew magħduda flimkien. Fil-fatt, fl-2017 kien hemm erba’ minorenni li ntbagħtu l-ħabs u s-sena li għaddiet 13. Mit-total ta’ 36, 8 kienu tfajliet u l-bqija kollha ġuvintur. Filwaqt li l-pajjiż għandu l-YOURS, sezzjoni maħsuba apposta għall-persuni ta’ dawn l-etajiet li jingħataw sentenza priġunerija, hemm diversi miżuri li jittieħdu bil-għan li jkun evitat li żgħażagħ f ’dawn l-etajiet jispiċċaw il-ħabs. Fost oħrajn fl-aħħar snin il-Gvern żied l-età tar-responsabbiltà kriminali għal 14–ilsena. Sa ftit snin ilu kienet inqas minn hekk u saħansitra kienet tinżel sa’ 9 snin. Hemm ukoll id-dritt illi l-minorenni jgħaddi proċess quddiem il-Qorti tal-Minorenni, u t-tnaqqis fil-piena fil-każ ta’ età żgħira. Dan it-tnaqqis jista’ jfisser li sentenza tinbidel f ’ordni ta’ probation jew sentenza sospiza għall-akkużat. Fil-Parlament il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici, qal lid-Deputat Godfrey Farrugia: “Tista’ tgħid kull biċċa għodda legali li hija orjentata lejn ir-riforma tal-ħati aktar milli lejn il-kastig, bħalma hu l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Drogi (Trattament mhux Prigunerija - Kap 537). Isservi l-iskop illi l-minorenni aktar milli jiġi kkastigat jiġi riformat. Dan għandu jkun ukoll l-għan ewlieni tas-sistema tal-ġustizzja penali għax huwa ċar illi hija r-riforma tal-ħati biss li tnaqqas il-piż fuq dik is-sistema.”

hemm diversi miżuri li jittieħdu bil-għan li jkun evitat li żgħażagħ f’dawn l-etajiet jispiċċaw il-ħabs


05

17.11.2019

kullhadd.com

BUSUTTIL B’KUNDIZZJONI BIEX JIFFIRMA L-MOZZJONI • GĦAX ADRIAN DELIA MA LAQAGĦHIEX, L-EKS KAP TAL-OPPOŻIZZJONI MA FFIRMAX • CLAUDIO GRECH INGĦAQAD MA’ DAWK LI APPOĠĠJAW LIL SIMON BUSUTTIL • SIMON BUSUTTIL GĦAŻEL LI MA JWEĠIBX ID-DOMANDI L-Eks Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, poġġa kundizzjoni fuq Adrian Delia biex jiffirma miegħu l-mozzjoni kontra ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru. Kundizzjoni li Adrian Delia ma setax jilqagħha għax kien diġà ċeda wisq u b’riżultat ta’ hekk Simon Busuttil għażel li ma jiffirmax il-mozzjoni li saret primarjament fuq talba u insistenza tiegħu. Kienet il-Maltatoday li fl-aħħar sigħat żvelat li Busuttil irrifjuta li jpoġġi ismu ħdejn ta’ Adrian Delia. Issa din il-gazzetta tista’ tikkonferma li kien hemm mument fejn Simon Busuttil deher interessat jiffirma l-mozzjoni iżda dan għamlu biex jipprova jorbot lil Adrian Delia u jġiegħlu jerġa’ jagħmlu kelliem ta’ governanza tajba. Simon Busuttil kien sospiż mill-Partit Nazzjonalista u tneħħa minn kelliem ta’ governanza tajba wara li l-konklużjonijiet ta’ Egrant kienu ppubblikati b’mod sħiħ. Il-konklużjonijiet juru li dak li Busuttil bena fuqu kampanja elettorali ma kien xejn għajr frame politiku. Dakinhar Simon Busuttil kien sospiż mill-Partit Nazzjonalista u mneħħi wkoll minn

kelliem tal-governanza t-tajba. Għalkemm Delia kien imġiegħel jagħmel pass lura bil-membri tal-Partit Nazzjonalista joħorġu b’kampanja “not in my name”. Iżda, Busuttil ma reġax sar kelliem tal-governanza u l-kundizzjoni li poġġa din ilġimgħa biex jiffirma l-mozzjoni kienet dik li Delia jerġa’ jagħtih

id-dekasteru li kellu qabel. Iżda, Delia ma riedx iċedi din ukoll. Busuttil poġġa din il-kundizzjoni wara li kien ċar li l-mozzjoni ma kinetx se ġġib il-firma tal-grupp parlamentari kollu. Dan għax kien hemm deputati parlamentari li lanqas biss kienu qed jaqblu li l-mozzjoni ssir. Hawn Delia propo-

na l-kompromess li jiffirmaw hu, Simon Busuttil u Jason Azzopardi. Iżda, Busuttil ried jagħmel dan b’kundizzjoni u għalhekk baqgħu ma ftehmux. Fost dawk li appoġġjaw it-talba ta’ Simon Busuttil kien hemm id-Deputat Nazzjonalista, Claudio Grech, li għalkemm iżomm pass lura fil-ġlidiet

tal-fazzjoni fil-PN jgħidulek kif mhux xi wieħed mill-ikbar kollaboraturi ta’ Adrian Delia. Il-laqgħa ta’ nhar l-Erbgħa ssejħet fuq insistenza ta’ Simon Busuttil li donnu ried jerġa’ jieħu kontroll tal-Grupp Parlamentari u kien hemm ħafna mill-fazzjoni tiegħu li wrew li lesti jgħinuh jerġa’ jagħmel dan.

Il-Partit Laburista qed jilqa’ l-offerti għall-management tal-bar li jifforma parti mit-Teatru Rialto, fi Pjazza Paolino Vassallo Bormla. Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq 20901601. Tistgħu wkoll tibagħtu email fuq info@partitlaburista.org jew iżżuru ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun.

OFFERTA GĦALL-KIRI TAL-BAR Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista ta’ Ħaż Żabbar jixtieq javża li qiegħed jilqa’ l-offerti għat-tħaddim tal-bar tal-istess lokal. Dawk kollha interessati għandhom jiġbru l-applikazzjonijiet bejn nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru bejn is-6pm u s-7pm, il-Ħadd 24 ta’ Novembru bejn l-10am u 12pm, u t-Tlieta 26 ta’ Novembru bejn is-6pm u s-7pm. L-offerti jinfetħu nhar ilĦamis 28 ta’ Novembru bejn il-5pm u s-7pm. Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta anke l-aktar waħda vantaġġuża.

OFFERTA GĦALL-KIRI TAL-BAR Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista tax-Xgħajra jixtieq javża li qiegħed jilqa’ l-offerti ssiġillati f’envelope għat-tħaddim tal-bar tal-istess lokal. Dawk kollha interessati għandhom jiġbru kopja tal-kuntratt mingħand is-Segretarju Eman Zerafa - 99459035. L-offerti għandhom jiġu ppreżentati lill-istess Segretarju bejn il-Ħamis 21 ta’ Novembru sal-Ħamis 28 ta’ Novembru. Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta anke l-aktar waħda vantaġġuża.


06

17.11.2019

kullhadd.com

GĦANDI DRITT TA’ FAMILJA, IRRID INKUN KUNTENTA AMANDA COSSAI, IL-MARA LI TIFTAĦ QALBHA U TFAĦĦAR IS-SERJETÀ TAL-KLINIKA TAT-TRANSGENDER FL-IMTARFA Meta kont inħares lejn il-mera kont nobgħod dak li nara, iżda maż-żmien irrealizzajt li rrid u għandi nagħmel xi ħaġa għax jien kont mara. Hekk qaltilna Amanda Cossai żagħżugħa ta’ 27 sena, li twieldet raġel iżda li qatt ma ħassitha maskili. Amanda hija mara żagħżugħa mimlija enerġija u llum qiegħda fl-aħħar fażi tal-istudji tagħha biex finalment tiggradwa bħala għalliema. “Qiegħda nistudja biex insir għalliema u meta għamilt il-work phase mal-istudenti mill-ewwel għedtilhom li jiena trans. Laqgħuni u rajt ir-rispett mingħandhom,” qalet lil dan il-ġurnal Amanda. “Persuni trans huma assoċjati mad-dinja tal-moda, iżda naħseb li wasal iż-żmien li anke fuq dan l-aspett nibdew nitkellmu dwar il-ħiliet differenti li għandna. Kien għalhekk li ħarist ’il quddiem lejn karriera li togħġobni u nħares ’il quddiem biex nibda ngħallem,” żiedet tgħid Amanda. Tirrakkonta li ħajjitha sa minn età żgħira ma kinitx waħda faċli. Bil-ġenituri tagħha separati, l-omm tgħix Malta u l-missier f ’pajjiż ieħor kienet tħoss ċertu nuqqas. Sa minn meta kellha ħames snin kienet tħossha li hija

differenti minn subien oħrajn filwaqt li kienet tħoss li dejjem kellha affinità bħal ħbiberija akbar mal-bniet milli mas-subien. “L-iskola fejn kont nattendi kienet subien biss,” qalet Amanda hekk kif żiedet tgħid li

Dak iż-żmien il-mezzi tax-xandir kienu jpinġu persuna transgender bħala xi ħaġa negattiva. “Jien kont naraha wisq estrema li tkun trans u allura kont ngħid li jien ma jistax ikun li jien hekk.” Amanda baqgħet tgħix din is-sit-

Meta lħaqt dan il-punt sirt ossessjonata. Ridt inkun naf aktar, ridt nisma’ aktar esperjenzi ta’ nies oħrajn, ridt aktar informazzjoni, iżda kien diffiċli li nsib kemm risposti u anke għajnuna kienet tistaqsi lilha nnifisha jekk hix suppost tħossha bħalhom.” “Dak iż-żmien ma kontx naf li jeżistu l-persuni transgender,” qalet Amanda. Lill-ġenituri tagħha qatt ma qaltilhom b’xejn iżda meta kellha 15–il sena skopriet li jeżistu persuni trans. Kull meta kienet tiltaqa’ ma’ dan is-suġġett dejjem kienet tqum il-mistoqsija jekk fil-verità hi kinitx trans ukoll.

wazzjoni sakemm fl-età ta’ 19–il sena, fi żmien il-Milied, kienet qed tara t-televixin u kien hemm numru ta’ persuni transgender li kienu qegħdin jaqsmu l-esperjenza tagħhom. “Kien f ’dan il-ħin li rrealizzajt li jiena hekk,” qalet Amanda filwaqt li żiedet tgħid li żmien il-Milied qatt ma kien xi żmien sabiħ għaliha, filwaqt li meta ġiet wiċċ imb wiċċ mar-realtà, żmien il-festi sar aktar diffiċ-

li għaliha. Amanda qalet: “Meta realizzajt li jien trans kont diġà naf li se tkun diffiċli għalija, iżda tal-inqas kelli risposta għax kont inħossni differenti.” “Meta wasalt f ’dan il-punt sirt ossessjonata. Ridt inkun naf aktar, ridt nisma’ aktar esperjenzi ta’ nies oħrajn, ridt aktar informazzjoni, iżda kien diffiċli li nsib kemm risposti u anke għajnuna. Mill-familja ma kellix appoġġ. Dejjem kien hemm rispett reċiproku iżda ma kellix kuraġġ ngħid lil ħadd minnhom u domt madwar sena biex għidt lill-ommi. Ommi ma ħadithiex tajjeb din l-aħbar u lanqas ma setgħet tifhem din il-ħaġa,” żiedet tgħid Amanda. “Sfortunatament m’hawnx għarfien biżżejjed fuq dan il-qasam tat-transgender u f ’għajnejn il-poplu aħna parti mill-LGBTIQ, imma le aħna m’aħniex l-istess. Aħna differenti,” issostni Amanda. Żiedet tgħid li llum iż-żgħar bħal donnhom jafu aktar milladulti. F’Malta għamilna progress kbir speċjalment bil-liġijiet, iżda għad hemm bżonn isiru avvanzi kbar fuq l-għarfien. “Qatt ma kelli problema mmur f ’ħanut u rrifjutaw li jaqduni iżda bħala mara jien ukoll qed insib ostakli.

Anke ċertu ħars meta kont bdejt it-tranżizzjoni,” żiedet tgħid Amanda. Fil-mument li rrealizzat li hija trans kienet inqatgħet għaliha waħedha. “Kont qed nikkontempla suwiċidju. Kont inqtajt għalija u ma xtaqtx lanqas noħroġ mal-ħbieb. Il-ħbieb tiegħi kienu fil-maġġoranza subien u ma naħsibx li kienu indunaw li jiena ma kontx inħossni kuntenta. Kont insib ħafna skużi u kont inqtajt min ta’ madwari. Ma ridt lil ħadd jarani u ma kelli l-ebda forma ta’ appoġġ,” irrakkuntat Amanda. F’April 2017 fl-età ta’ 25 sena bdiet it-tranżizzjoni. Tirrakkonta kif ġriet għand it-tobba, għand l-endocrinologist, fost l-oħrajn, fil-privat. “Kont immur għand it-tobba u ninduna li ma kinux jafu s-suġġett u ma kontx inħossni sigura.” Amanda spjegat li fl-aħħar kien irnexxielha ssib tabib fil-privat li miegħu kienet tħoss li hija sigura għax kien jaf is-suġġett u jifhem fil-mediċina. “Ħadt pjaċir akbar meta sibt li t-tabib kien wieħed mit-tobba li beda jservi fil-Gender Clinic li nfetħet mill-Gvern madwar sena ilu apposta għal persuni trans bħali,” qalet Aman-


07

17.11.2019

kullhadd.com

da. Bdiet tattendi l-gender clinic f ’April 2019. Spjegat kemm kien għaqli l-fatt li tinfetaħ il-gender clinic fost l-oħrajn minħabba li l-ispejjeż huma enormi. “Kont ħassejt il-ħtieġa ta’ għajnuna ta’ psikologi wkoll,” qalet Amanda, “u għamilt użu mis-servizzi li jeżistu fosthom servizzi ta’ psikjatri. Hemm sitwazzjonijiet, bħal meta kont qed nikkontempla li nagħmel suwiċidju fejn l-aħjar huwa li tfittex l-għajnuna. Din it-tip ta’ għajnuna jekk tfittixha ssibha fil-Gender Clinic.” Faħħret bil-bosta lill-professjonisti tal-Gender Clinic. “Iżda hemm bżonn li jkun hemm aktar informazzjoni fil-pubbliku dwarha għax m’hemmx daqstant għarfien disponibbli dwarha,” qalet Amanda. Żiedet titkellem dwar sfidi oħrajn li jaffaċċjaw nies trans bħalha. Tkellmet dwar id-diffikultajiet li jeżistu biex jippriservaw il-materjal ġenetiku. “Jien nixtieq ikolli lil uliedi,” qalet Amanda, “imma jien għandi sfida kbira għax jien ma nistax inġorr it-tarbija imma jrid iġorrhieli ħaddieħor – surrogate,” sostniet Amanda. “Dawn huma l-isfidi li rridu nibdew nitkellmu fuqhom minn issa. Għandi dritt ikolli familja, għandi dritt nifraħ u għandi dritt inkun kuntenta,” qalet Amanda hekk kif b’għajnejha jleqqu qalet li kellu jgħaddi għaliha l-boyfriend tagħha. Żiedet li llum il-familja tagħha aċċettawha u għandha l-appoġġ kollu tagħhom. Dwar il-Gender Clinic li f ’Novembru qed tiċċelebra l-ewwel sena mill-ftuħ tagħha l-ġurnal tkellem ma’ Dr Claire Axiak, Konsulenta fil-qasam u li taħdem

ukoll fil-Gender Clinic. Dr Axiak qalet li “l-klijenti li jiġu rriferuti lil Gender Wellbeing Clinic mittabib tal-familja, social worker

Aħna Gvern li nemmnu li s-servizzi tas-saħħa għandhom ikunu aċċessibbli għal kulħadd fis-soċjetà. Din kienet l-ewwel klinika f’pajjiżna li tara l-ħtiġijiet mediċi uniċi ta’ persuni transgender f’pajjiżna

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt żjara li għamel fil-Klinika tat-Transgender aktar kmieni din is-sena

ta’ saħħa mentali u jixtieq jittrattahom, dan jiġi riferut lili,” qalet Dr Axiak. Żiedet tgħid li “importanti ngħidu li dak li jissejjaħ bħala gender dysphoria jew gender identity disorder ma jitqiesx bħala marda psikjatrika iżda jista’ jkollok magħhom problemi ta’ saħħa mentali l-iktar minħabba l-istigjew psikologu, jiġu intervistati ma u preġudizzju soċjali. Eżempminn nurse speċjalizzata. L-in- ji ta’ dawn il-problemi huma antervista hija waħda formulata sjetajiet, dipressjoni, ħsibijiet ta’ minn qabel jiġifieri tintuża l-istess intervista ma’ kulħadd b’mistoqsijiet dettaljati.” It-tweġibiet jagħtu lin-nurse stampa ċara dwar il-bżonnijiet speċifiċi tal-individwu qalet Dr Claire Axiaq filwaqt li żiedet tgħid li r-risposti jagħtu stampa aħjar fejn u lil min għandha tiġi riferuta l-persuna mal-bqija tattim multidixxiplinarju. “Jekk il-klijent ikollu problemi

L-AWTORITÀ TAL-IPPJANAR Espressjoni ta’ interess fil-kariga ta’ Chairperson Eżekuttiv Il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, qed ifittex li jappunta Chairperson Eżekuttiv fl-Awtorità tal-Ippjanar, skont Artiklu 37(1) tal-Att dwar l-Iżvilupp tal-Ippjanar – Kap 552 tal-Liġijiet ta’ Malta. Il-pakkett ta’ salarju offrut għal din il-ħatra, huwa wieħed li jirrifletti l-livell ta’ responsabbiltà fdata f’idejn min jinħatar. Il-ħatra hija għal perjodu ta’ tliet snin, bil-possibilità ta’ ħatra għal perjodi oħra ta’ tliet snin–il waħda. Persuni interessati f’din il-kariga għandhom jissottomettu résumé li fih jikkwotaw dan l-avviż, billi jinkludu Curriculum Vitae dettaljat u kwalunkwe kwalifika rilevanti, flimkien ma’ ċeritifikat ta’ kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorità kompetenti oħra, li m’għandux ikun datat aktar kmieni minn xahar qabel id-data tas-sottomissjoni. Ir-résumé għandu jkun mibgħut qabel nofsinhar tal-Ġimgħa 22 ta’ Novembru, 2019, lis-Segretarju Permanenti, Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, Block B, Triq Francesco Buonamici, il-Furjana. Wara li jintlaqgħu s-sottomissjonijiet, is-Segretarju Permanenti se jkun qed jinnotifika lill-persuni interessati, jekk l-interess muri fil-kariga jkunx se jkompli jiġi segwit jew le. Dan il-proċess jinkludi ħatra diretta hekk kif provdut fil-liġi.

self harm, suwiċidju kif ukoll abbuż minn sustanzi, inkluż alkoħol u drogi. Ħsibijiet ta’ self harm huma sfortunatament komuni minħabba nuqqas ta’ aċċettazzjoni mis-soċjetà u minħabba li l-individwu jista’ għalhekk ikollu self-esteem baxx u nuqqas ta’ aċċettazzjoni tiegħu nnifsu.” Dr Claire Axiak sostniet li “huma dawn il-problemi li nittratta bħala psikjatra u mhux sempliċiment għax klijent huwa

trans. Fil-fatt, hawn min hu trans u ma jiġix riferut lili. Il-kura tinkludi ħafna drabi psikoterapija iżda xi minn daqqiet ikun hemm bżonn ukoll mediċini.” F’dawn il-ġranet il-Klinika tat-Transgender fl-Imtarfa se tkun għalqet sena minn meta nfetħet u għal din l-okkażjoni tlabna wkoll il-kummenti tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. “Aħna Gvern li nemmnu li s-servizzi tas-saħħa għandhom ikunu aċċessibbli għal kulħadd fis-soċjetà. Din kienet l-ewwel klinika f ’pajjiżna li tara l-ħtiġijiet mediċi uniċi ta’ persuni transgender f ’pajjiżna. Huwa pass ieħor konkret wara li fis-sena 2018 nedejna l-politika għal servizzi tas-saħħa għal persuni transgender. Tul din is-sena li ilha miftuħa l-klinika ġew riferuti madwar 120 persuna,” qal id-Deputat Prim Ministru. Fil-klinika tat-transgender persuni trans jingħataw kura minn tim kliniku multidixxiplinarju magħmul minn l-ispeċjalizzazzjonijiet tal-endokrinoloġija, uroloġija, ġinekoloġija, kirurġija plastika, psikjatrija, psikologi, ħaddiema soċjali, terapisti tal-familja, patoloġisti tad-diskors u l-lingwa, u infermiera.


08

17.11.2019

kullhadd.com

SAN VINĊENŻ IFERRAĦ LILL-ANZJANI

Waqt il-ftuħ tal-open weekend f ’San Vinċenz de Paul, is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis ħabbar li ta’ kull sena San Vinċenz se jkollu festa fit-28 ta’ Settembru, festa li tixraq għall-anzjani residenti, għall-qraba, u għall-viżitaturi kollha. Hu spjega li l-festa ta’ San Vinċenz hija inizjattiva mibnija fuq il-politika tal-anzjanità attiva li tħares lejn il-bniedem b’mod komplut, illi mhux biss ikun aċċertat il-livell tal-ikel li jisserva u l-aspett ambjentali, imma li l-kwalità tal-ħajja ta’ kull individwu tittejjeb biex nieħdu ħsieb l-aspett kulturali u spiritwali. Qal li dan il-villaġġ ġerontologu li qed nibnu flimkien issa se jkollu l-festa tiegħu ta’ San Vinċenz u din l-istatwa sabiħa se tkun qed tissimbolizza x-xbieha ta’ San Vinċenz, qaddis li kien saċerdot sinjur Franċiż li telaq kollox biex jgħin lill-fqar, ibbażat fuq l-imħabba mingħajr diskriminazzjoni u lejn kull persuna umana. Id-Deputat Direttur ta’ San Vincenz Karen Muscat qalet li l-open weekend hija festa mimlija attivitajiet għall-familja kollha, biex it-tfal, l-adulti, u l-anzjani jifirħu flimkien u jgawdu lil xulxin kif xieraq. Qalet li l-festa ta’ kull sena tixbah lil kull festa f ’belt jew raħal bit-tiżjin mill-kumitat tal-festi f ’San Vinċenz de Paul, bl-ikel kif servut fil-festi, baned, u attivitajiet li jpaxxu lil kull min jattendi. L-istatwa l-ġdida ta’ San Vinċenz de Paul ġiet maħduma mill-artist Malti Shawn Saliba.


09

17.11.2019

kullhadd.com

L-INVESTIMENT TEKNOLOĠIKU FL-EDUKAZZJONI ŻDIED B’700% Mill-bidla fil-Gvern l-investiment teknoloġiku fl-iskejjel madwar il-pajjiż ra qabża enormi. Tant li filwaqt li fl-2013 kienu jintefqu madwar €2,500,000 fis-sena, is-sena d-dieħla n-nefqa mistennija titla’ għal €17,500,000. Dan f ’investiment mingħajr preċedent hekk kif il-Gvern mhux biss qiegħed jara li jinbnew skejjel ġodda, iżda li l-iskejjel kollha madwar il-pajjiż ikunu attrezzati bl-aqwa mod inkluż f ’dik li hi infrastruttura moderna li tolqot id-diversi aspetti tattagħlim. M’hemmx dubju li tispikka fuq kollox l-iskema tal-One Tablet Per Child li telqet b’saħħa fl-2016 meta dehret l-ewwel qabża sostanzjali fin-nefqa fl-investiment teknoloġiku. Iżda, hemm għadd kbir ta’ inizjattivi oħra maħsuba li se jaraw lillGvern jonfoq iktar minn qatt qabel f ’dan is-settur tul is-sena d-dieħla. Wara l-introduzzjoni tal-One Tablet per Child mir-raba’ sas-sitt sena tal-primarja fl-aħħar tliet snin, ilGvern beħsiebu jgħaddi għat-tieni fażi ta’ dan il-proġett, fejn is-sena d-dieħla ser jitwettaq proġett pilota fi skejjel medji. Dan il-proġett

Iżda, il-viżjoni teknoloġika fis-settur edukattiv tmur lil hinn minn hekk

pilota għandu jwassal biex isir rapport b’rakkomandazzjonijiet dwar il-possibilità li jkun estiż l-użu tat-teknoloġija fl-iskejjel, bħala għodda li tgħin fit-tagħlim, għall-istudenti fl-iskejjel medji wkoll. U biex dawn ittip ta’ proġetti jkunu effettivi hemm ħtieġa wkoll li jissaħħaħ l-internet fl-iskejjel fejn b’investiment ta’ €5.2 miljun mifrux fuq ħames snin se jsir xogħol li se jtejjeb l-internet fl-iskejjel tal-Istat kollha. B’hekk l-esperjenza tal-istudenti u l-edukaturi tkun waħda iktar effettiva u ta’ sodisfazzjon. Dan anke għax filwaqt li r-rapport tal-Awditur Ġenerali kellu kliem ta’ tifħir għall-iskema tat-tablets lill-istudenti huwa fatt ukoll li f ’ħafna skejjel hemm bżonn infrastruttura iktar robusta li takkumpanja l-proġett. Iżda, il-viżjoni teknoloġika fis-settur edukattiv tmur lil hinn minn hekk. Fost oħrajn Malta kienet l-ewwel pajjiż li għamel użu minn blockchain fl-edukazzjoni fejn ċertifikati maħruġa mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, mill-MCAST, millITS, mill-NCFH u mill-Istitut għall-Edukazzjoni, saru disponibbli permezz ta’ din it-teknoloġija sigura u aċċessibbli. Għas-sena d-dieħla, din it-teknoloġija se tiġi estiża biex tkopri iktar istituzzjonijiet fosthom l-Università ta’ Malta.



11

17.11.2019

kullhadd.com

ĊERTIFIKAT GĦAD-DUE DILIGENCE TAL-IIP • RAPPORT TAR-REGOLATUR TAL-IIP IĠIB FIX-XEJN L-ALLEGAZZJONIJIET TAL-PN • DIKJARAZZJONIJIET ĊARI U STUDJATI LI JURU S-SERJETÀ TAL-PROGRAMM MALTI Rapport tar-regolatur tal-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment ippubblikat b’mod sħiħ mill-Gvern, fl-aħħar jiem, mhux biss jikkonferma li ma jkun hemm ebda ndħil politiku fil-proċess tal-applikazzjonijiet, iżda wera wkoll il-proċess ta’ skrutinju li jgħaddi minnu kull min irid isir ċittadin Malti permezz ta’ dan il-programm. Programm li jitlob mhux biss ħlas dirett, iżda wkoll investiment u xiri jew kiri ta’ proprjetà f ’Malta ta’ ċertu valur fost oħrajn. Dan ir-rapport intalab wara li rappreżentanti tal-kumpanija Chetcuti Cauchi Advocates dehru fil-filmat ta’ stazzjon Franċiż fejn ftaħru b’kuntatti li suppost għandhom ma’ numru ta’ politiċi. Mal-istazzjon Franċiż Manuel Delia (li għal snin twal kien l-id il-leminija tal-Eks Ministru Austin Gatt) ħadem fuq programm dwar il-programm ta’ ċittadinanza Malti. Iffilmjati b’mod ‘undercover’, ir-rappreżentanti ta’ din id-ditta

legali dehru jiftaħru b’rabtiet li għandhom ma’ politiċi tal-Gvern u għamlu dikjarazzjonijiet li setgħu tefgħu dawl ikrah fuq il-Prim Ministru, il-Ministru għall-Ġustizzja u s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment. Saħansitra r-regolatur wera kif dawn il-politiċi spiċċaw il-vittmi ta’ dikjarazzjonijiet foloz u li għamlulhom il-ħsara minn min deher li ried jipprova jimpressjona. L-aġenzija responsabbli mill-programm issospendiet b’mod immedjat lil din id-ditta legali milli tkun aġent tal-programm. Iżda, intalab ukoll rapport tar-regolatur li f ’att ta’ trasparenza kien ukoll ippubblikat b’mod sħiħ. Minnu joħorġu konklużjonijiet ċari li jġibu fix-xejn dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia u d-Deputat Karol Aquilina fost oħrajn. Primarjament ir-rapport hu prova ta’ due diligence rigoruż. Fost oħrajn jikkonkludi li:

1

Mhuwiex minnu li l-kumpanija li dehret fil-filmat tal-istazzjon Franċiż hija l-iktar waħda li kellha rata ta’ suċċess mill-aġenti kollha tal-IIP hekk kif qalu dawk li ħarġu jattakkaw lill-Gvern minnufih. Saħansitra ntqal li 100% tal-applikazzjonijiet kienu approvati. Xi ħaġa li ebda kumpanija ma kellha. Ir-regolatur kien skjett: “Huwa ċar li din id-dikjarazzjoni hija falza.” B’rata ta’ 16% tal-applikazzjonijiet mhux approvati, il-kumpanija Chetcuti Cauchi Advocates hija r-raba’ waħda fil-lista ta’ dawk l-aġenti li kellhom l-iktar applikazzjonijiet approvati.

2

Konklużjoni oħra li jagħmel ir-regolatur hi dik li mhu veru xejn li Chetcuti Cauchi Advocates ingħataw xi trattament preferenzjali kif akkużaw tal-PN. Saħansitra kien hemm talbiet li ma ntlaqgħux fosthom meta kien hemm talba lill-awtorità kompetenti biex applikazzjoni titħaffef u din ma ntlaqgħetx. Minbarra hekk kull meta seta’ kien hemm xi dokumentazzjoni nieqsa ntalbu jippreżentawha u ħadd ma bexxaq imqar għajn waħda. Kif wara kollox għandu jkun.

6 7

Ir-regolatur jinnota li saħansitra f ’każi fejn l-applikant ma deherx li għandu kwistjonijiet ta’ kondotta, iżda d-dokumentazzjoni kienet waħda fqira, l-applikazzjoni xorta waħda ġiet irrifjutata. Il-kumpanija Chetcuti Cauchi qatt ma ppreżentat applikazzjoni ta’ xi ħadd b’rekord kriminali għall-kuntrarju tal-impressjoni li provat tingħata fir-rapportaġġ tal-istazzjon Franċiż u l-allegazzjonijiet tal-kelliema tal-Partit Nazzjonalista.

8

Il-Ministru responsabbli dejjem ħa r-rakkomandazzjoni tal-aġenzija. Ma kien hemm ebda istanza, la ma’ din il-kumpanija u lanqas m’oħrajn, fejn is-suġġeriment tal-aġenzija nbidel.

L-aġenzija dejjem wettqet due diligence b’serjetà kemm fuq l-applikant jew applikanta ewlenin, kemm fuq ir-raġel jew il-mara kif ukoll fuq dipendenti. Saħansitra r-regolatur jgħid li jekk seta’ kien hemm każi fejn l-applikazzjoni ssir fuq xi ħadd mid-dipendenti bilgħan li jekk hemm bozoz ħomor ma jixegħlux dan ikun sar għalxejn għaliex l-iskrutinju huwa wieħed rigoruż u dettaljat fuq kulħadd.

Ir-regolatur jgħid li mill-esperjenza u mill-analiżi tal-applikazzjonijiet ta’ Chetcuti Cauchi Advocates l-idea li aġent jista’ jiltaqa’ mal-Ministru biex jitolbu jerġa’ janalizza applikazzjoni li tkun ġiet rifjutata hija implawsibbli. Fost oħrajn dan għax l-aġenti ma jkunux jafu fiex tkun waslet applikazzjoni, blaġent jiddaħħal meta deċiżjoni finali tkun ittieħdet.

Il-konklużjoni tar-rapport hi ċara kristall. Li dak li jissemma f ’interview tal-istazzjon Franċiż ma jirriżultax li sar. La kien hemm applikazzjonijiet b’rekord kriminali minn din il-kumpanija, la kien hemm ċirkostanzi fejn din id-ditta ressqet applikazzjoni iktar minn darba u wisq inqas kien hemm xi pressjoni fuq xi Ministru jew l-aġenzija biex ikun hemm konklużjoni favorevoli.

3 L-allegazzjonijiet ta’ deputati tal-PN bħal Karol Aquilina sfumaw fix-xejn

5

Ir-regolatur qal li l-proċess tal-IIP jinvolvi diversi stakeholders u għalhekk ikun diffiċli ħafna biex isiru xi bidliet (mill-Ministru jew xi aġenzija) fil-proċess li ma tkunx innotata. Ir-regolatur isemmi numru ta’ professjonisti li jaraw id-dokumentazzjoni u kumpaniji indipendenti li m’għandhom ebda interess ibagħbsu xi riżultati jagħmlu rapporti separati. “Eventwalment, l-informazzjoni relatata kollha hija ċċekjata mill-uffiċċju tar-regolatur,” kompla jgħid ir-regolatur.

4

9


12

17.11.2019

kullhadd.com

IL-KOMUNITÀ MAGĦQUDA TAL-KURSARI F’PAJJIŻNA Il-kursara ta’ Malta minn dejjem taw daqqa t’id tajba lill-Ordni ta’ San Ġwann, għalkemm qajla kellu bżonn jitlob l-għajnuna tagħhom. Ħadmu wkoll kemm biex igawdu huma finanzjarjament kif ukoll iħallsu s-sehem tagħhom lill-Ordni minn dak li ‘jaħtfu’ minn fuq bastimenti tal-għaLiam, jekk l-Ordni ma tantx kellu bżonn tal-kursari, x’kien li dawn dejjem tkattru fi żmienu? Charles, tinsiex li l-kors beda qabel il-wasla tal-Kavallieri u pajjiżna serva bħala post ta’ taħriġ għallbaħrin, għall-uffiċjali u l-Kavallieri żgħażagħ li kienu lesti jimmilitaw fil-qasam marittimu. Mill-punto di vista militari, l-iskwadri talGaleri u s-Ship of the Line kienu adegwati għall-ħtiġiet tal-kunvent. Iżda kien hemm raġuni oħra għaliex il-kursari kienu marbutin mal-Ordni u mal-gżira nnifisha; il-fattur ekonomiku. Jiġifieri ħafna kaptani pirati ma kinux Maltin, għalkemm kienu jaħdmu minn hawn, hux hekk? Hekk hu. Fil-fatt, kellna lill-familja Segond, li kellha l-kirja tal-Vilhena foundation shipping għal kważi nofs seklu, li ppermettiet lill-kursari jużaw il-faċilitajiet tagħha. Is-Segonds kienu minn Provenza, li barra milli jikru l-proprjetajiet biex jitmejlu l-bastimenti għat-tin-

du. Fil-kitba fuq il-Komunità tal-Kursari nsibu lil Maurizio Farrugia, baħri minn Ħal Qormi li jistqarr li għandu 30 sena, xogħlu jġorr il-ġebel u jagħmel xogħol ta’ burdnar ma’ bniedem ‘annimal’ u flimkien ma’ oħrajn isib ruħu jivvjaġġa u anki jagħmel il-professjoni ta’ kursar. Allura

dif u biex tissewwielhom xi ħsara, kienu jorbtu l-ħbula u jaħżnu l-bastimenti. Kienu eżempju millaqwa tar-rabta mal-pirati mifruxin mal-port, anki fis-settur privat. Din il-familja kellha wkoll l-ikbar tarzna privata fil-port u Carlo, wieħed minn ulied Pietru, li kien is-sid, kien ilu snin jaħdem bħala skrivan mal-flotta tal-kursari. Serva mal-Kaptani Guglielmo Lorenzi, Giuseppe Estaden u ma’ Giovanni Gera. Meta Carlo kien ikun imsiefer, il-kumplament tal-familja kienu jħajru lil kursari u merkanti oħra biex jagħmlu użu mill-faċilitajiet tagħhom, bħal jikrulhom pontoons u jbigħulhom il-qatran u ż-żebgħa. Kellhom ukoll imħażen fejn kienu jżommu oġġetti maqbuda. Kellhom dak kollu meħtieġ biex iħajru lil kull kursar. Naturalment, l-Ordni kien jaf b’dan kollu. Allura ppermettieh? Kien l-Ordni nnifsu li pprovdielhom l-ispazji li kellhom u kien jaf sew li negozji simili kienu qed jgħinu lill-flotta tal-kursari u

kif kienu jitħarrġu dawn in-nies? Liam Gauci, studjuż f’dan is-suġġett u kuratur tal-Mużew Marittimu, jagħtina aktar dawl fuq is-snin tal1700.

Anzi, hemm xhieda li turi li dawn il-familji kienu komunità waħda u tant kienu jirrispettaw lil xulxin, fi żmien ta’ ħtieġa, speċjalment fil-qrati, li kienu jidhru għal xulxin lill-kursari nfushom fl-aqwa forma, waqt li kienu qed jipprovdu xogħol siewi kemm fl-art, kif ukoll fuq il-baħar. U ma ninsewx li anki jekk il-faċilitajiet tal-Ordni setgħu f ’xi waqt ma kinux effiċjenti, dejjem kien hemm individwi privati li setgħu joffru ħidmiethom.

dawn l-armamenti spiċċaw ukoll abbord bastimenti privati tal-kursari. Jiġifieri x’kienet ir-raġuni li l-Ordni kien jarma l-bastimenti tal-kursari?

Naturalment biex jibqgħu taħt iż-żamma tiegħu u jgħallmu n-nies Jiġifieri f ’din il-familja Segond, il-kursari kellhom dak għat-taqbid. Għalhekk l-Ordni kien jibgħat fuq il-bastimenti talkollu li jixtiequ? kursara mill-iċken baħri sa reġiMhux biss, iżda l-kursara kien menti sħaħ tal-art, anki Kavallieri, ikolllhom bżonn ta’ servizz ieħor. biex jiksbu l-esperjenza tal-ħajja Dan kien tal-ispeċjalisti u bennejja fuq il-baħar, għax it-tħaddim u tal-bastimenti li jispezzjonaw kull t-tmexxija bejn il-bastimenti talbastiment qabel ma jitlaq għall- kursara u dawk tal-Ordni kienu kors. Din l-ispezzjoni kienet simili ferm. meħtieġa biex kulħadd jaċċerta Insibu li kemm Romegas (Fra ruħu mis-sigurtà tal-bastiment. Mathurin Lescaut) u l-Gran MasTerġa’ ħafna mill-esperti mqabb- tru futur Jean de Valette, kienu da mill-kaptani tal-piraterija kienu ramaw galeri privati u servew jkunu mastri fil-bini tal-bastimen- abbord bħala kaptani tal-kursari. ti, li jagħtuhom pariri għaqlin. Fis-sekli ta’ qabel insibu li pratWieħed mill-aktar bennejja tika simili kienet ferm komuni u tal-bastimenti magħrufin, li kien rrendiet profitti kbar lil dawk li jitqabbad għall-ispezzjonijiet kien setgħu jħallsu minn bwiethom Giuseppe Maurin, li kien jaħdem biex jarmaw u jfornu bastimenti. mal-Ordni ta’ San Ġwann bħala Iżda sas-seklu 18, in-numru ta’ kap bennej tal-bastimenti fl-arse- Kavallieri li kienu kaptani ta’ basnal navali. Kien ħallaslu l-Ordni timenti privati armati għall-kors għall-istudju tiegħu fit-tarznari naqas. Kien iktar faċli li ssib KaFranċiżi. Kien imdaħħal ukoll vallieri li jinvestu fi vjaġġi riskjużi fil-kors, iżda x-xogħol primarju għall-ħtif tal-priża. tiegħu kien l-ispezzjonar. Tnejn Dan il-fenomenu baqa’ għaddej min-nies imsemmijin ukoll kienu ġmielu, tant li nsibu li l-Kappillan Antonio Drago u Giuseppe Vella. konventwali Fra Giuseppe Giarratana investa flus fil-galeotta Kien faċli għall-kursara li tal-Kaptan Lorenzo Stafrag. L-istjiksbu l-armi li jeħtieġu? ess għamel Fra Giovanni Battista Manuel, mil-Lingwa Taljana, li inBla dubju, għax l-Ordni kellu ħaż- vesta 300 skud fil-vjaġġ tal-Kapna kbira ferm minnhom fl-armer- tan Benedetto Valentini. Ngħid ija, fil-Belt Valletta, u kienu tal- ukoll li sa tard fis-seklu 18, Kaaqwa kwalità. Kellu din il-ħażna, vallieri kienu għadhom jingħaqdu biex f ’każ ta’ assedju fuq pajjiżna mal-ekwipaġġ tal-bastimenti taljkollu kulma jeħtieġ. Ħafna minn kursara.

minn CHARLES B. SPITERI Iżda nsibu xi atti li twettqu? Dażgur. Pereżempju fis-26 ta’ Marzu 1795 il-Kaptan Giorgio Mitrovich salpa mill-Port ta’ Marsamxett fuq cherlenghicco. Miegħu kellu lill-Kavallier Fra De Gras Preville u De Morard. Iċ-cherlenghicco ġie lura Malta fis-6 ta’ Ġunju, 1795. Daħal Marsamxett fl-10 ta’ filgħodu b’qabda tajba ferm ta’ tabakk, musulina, ħarir u flejjes. L-investituri taċ-cherlenghicco ferħu, iżda l-qabda kienet imtappna minħabba l-mewt ta’ De Morard, li ntlaqat minn tir ta’ pistola sparat minn Tork. Ftit jiem wara, fis-26 ta’ Ġunju, iċ-cherlenghicco kien lest biex isalpa mill-ġdid, din id-darba taħt il-kmand tal-Kaptan Giacomo Mitrovich, bin il-Kaptan Giorgio u l-Kavallier Preville. Miegħu ħarġet galeotta, kapitanata mill-Kaptan Giuseppe, tifel ieħor ta’ Giorgio, li miegħu kellu lill-Kavallier Valline. Iż-żewġ bastimenti irritornaw Malta f ’żewġ okkażjonijiet u magħhom ġabu numru ta’ rigali. Fl-ewwel darba ddaħħlu 22 skjav u fit-tieni darba 23, kif ukoll bastiment Tork mgħobbi bil-qamħ, lewż, ħut mielaħ u erba di tingere. Barra minn hekk illiberaw ħames Sqallin, tlieta minnhom nisa. F’okkażjoni oħra lliberaw skjav Malti. Iżda n-numru tal-kursara Maltin kien qawwi? Fis-seklu 18 pereżempju, insibu li l-popolazzjoni Maltija kienet ta’ madwar 20,000 ruħ, bl-aktar minnhom jgħixu fil-Belt Valletta. Hi ħaġa naturali li numru sew ta’ Maltin kienu baħrin. Insibu li dawn, l-aktar li kienu joqogħdu kienu fil-Belt Valletta, l-Isla, Bormla, il-Birgu u l-Furjana rispettivament. Il-kursari millBelt kienu jammontaw għal 324, mill-Furjana 69, minn Bormla 132, mill-Birgu 125, u mill-Isla 313. Madankollu jidher stramb kif l-Isla, b’popolazzjoni ta’ madwar 4,300 abitant, kellha rappreżentanza ta’ nies tal-baħar kważi daqs


13

17.11.2019

kullhadd.com

il-Belt Valletta, waqt li Bormla, lokal importanti ferm u b’popolazzjoni li tlaħħaq id-doppju ta’ dik tal-Isla, kellha biss 171 baħri reġistrat. U xi ngħidu għall-baħrin Għawdxin?

Ħafna mill-kursari barranin spiċċaw jgħixu f ’Malta u żżewġu xbejbiet Maltin biex kellhom familja. Kien hemm oħrajn bħal fil-każ tal-Kaptan Giuseppe Estaden minn Majorca, li żżewweġ f ’Malta u wara mewtu, martu baqgħet tgħix f ’Malta. Familji oħra bħal Di Natale, Cardona, Preziosi u Mitrovich, kollha stabbilixxew ruħhom f ’Malta. U wieħed jista’ faċilment jistqarr li familji bħal Preziosi u Mitrovich ħolqu dinastiji fostna permezz tan-negozju tal-kursara.

Fis-seklu 18, f ’Għawdex kien hemm popolazzjoni ta’ madwar 24,000 ruħ. Nafu li minnhom, reġistrati bħala baħrin kien hemm 31 persuna. 12 kienu mir-Rabat, 7 min-Nadur; 5 mis-Sannat, 2 millGħarb u 1 mix-Xagħra. Il-kumplament, 4, ma nafux mnejn Bejniethom, il-kaptani kienu kienu, peress li kienu jniżżlu biss jinġiebu, jew jgħiru għal li kienu Għawdxin. Matul il-kors, xulxin? dawn l-irġiel kienu jgħixu f ’Malta. Hemm xhieda li turi li dawn il-familji kienu komunità waħda Bħala kursara barranin, u tant kienu jirrispettaw lil xulxin, għandna idea mnejn kienu fi żmien ta’ ħtieġa, speċjalment jiġu? fil-qrati, li kienu jidhru għal xulxKien hawn numru qawwi ta’ in. Wieħed isib bosta petizzjonijikursara barranin. L-Isla kien l-aktar lokal kożmopolitan mill-ib- et iffirmati minn gruppi ta’ kapliet l-oħra madwar il-port. U tani biex jeħduha favur kaptan apparti mill-baħrin barranin li fil-bżonn. Il-Kaptan Leopoldo kienu jgħixu Malta, kienu jiġu Desira, il-Kaptan Simone Cavasoħrajn minn pajjiżi ’l bogħod sao, il-Kaptan Giorgio Mitrovich, bħall-Iżvezja, id-Danimarka, il-Kaptan Gaetano Cumbo u ir-Russja, l-Ingilterra u Kostan- l-Kaptan Giuseppe Franceschi, tinopli, għalkemm l-aktar li kien intervenew favur il-Kaptan Gughawn, kienu jiġu mill-Mediter- lielmo Lorenzi f ’kawża li kellu ran. Ħafna ġew mill-Italja, Span- kontra baħri li rvella. Pereżempju anki l-fatt li l-Kapja, Franza, il-Greċja u l-Kosta tan Domenico Nostro, kursar tad-Dalmazja. Gżira ewlenija oħra li kkon- minn Messina, li jgħix l-Isla, tribwiet bil-kbir għall-kors kienet ħallas bi ftit flus għall-mapep Korsika. Insibu kaptani mill- tan-navigazzjoni lill-Kaptan Estaaqwa, bħall-Kaptan Giacomo Di den, għall-kampanji tal-1779, juri Natale, il-Kaptan Francesco Di kif il-komunità tal-kursara kienet Natale u l-Kaptan Guglielmo Lo- taħdem fi spirtu wieħed. Għax renzi. Terġa’ Korsika spiċċat biex il-baħħara qajla jagħtu l-inforfinalment saret id-dar ta’ ħafna mazzjoni u l-għarfien li jkollhom kaptani li spiċċaw eżiljati jew ħar- lil xulxin, aħseb u ara l-mapep. U bu minn Malta wara li l-Gvern Re- għalhekk dan l-atteġġjament juri l-livell ta’ ħbiberija intima bejn pubblikan Franċiż ċeda fl-1800. il-kaptani ta’ dak iż-żmien. U kif infilsaw irwieħhom Liam, dak kien għal dak li fostna?

jirrigwarda l-ħidma fuq il-baħar. Fuq l-art l-istess?

aktar informazzjoni fuq iż-żwieġ diffiċli. F’nofs is-snin 1790, il-Kaptan tagħhom. Orsini jgħidilha li ġibdulu l-attenzjoni li hi kienet qed Stefano Raffaelli wkoll sab ruħu Iva, għax pereżempju nsibu li titkellem kontrih, għax emmnet li f ’dan l-inkwiet. Iżda hu kien l-Kaptan Giuseppe Estaden kien żamm il-flus għalih innifsu. magħruf minn sħabu bħala brikmiżżewweġ lil Maria, u kellhom kun. Il-Kaptan Gaetano Cumbo tlett itfal. Il-parrinu ta’ tifel minn- In-nisa kien ikollhom sehem stqarr li f ’numru ta’ okkażjonijiet hom – Joannes, kien il-kursar vet- fil-komunità tal-kursara ra lil Raffaelli jitlob żewġ skudi lil eran Simone Cavasso, li f ’dak iż- Maltin? xi persuni. żmien kien attiv ferm, u li wliedu Darba, Lorenzo Galea mill-Belt wkoll kienu jikkmandaw u jmexxu Uħud minnhom iva u kien hemm u Raffaelli ltaqgħu l-Belt Valletta. oħrajn li investew fir-riskji tal-kur- Il-kaptan xamm li seta’ jobormu. l-bastimenti tal-kors. Bħal dan il-każ għandna bosta. sari. Maria, mart il-Kaptan Gi- Allura ressaq lil Galea f ’ġenb Insibu li fl-1769, il-Kaptan An- useppe Estaden, kienet l-ikbar in- tat-triq u qallu li raġel twil iswed drea Preziosi qagħad parrinu għal vestitura fir-riskji ta’ żewġha, waqt aċċertah li fil-ġnien ta’ Galea bint il-Kaptan Leopoldo Desira. li mara oħra, Orsola Monier, ukoll hemm teżor. Lorenzo Galea beinvestiet fil-bastiment tal-kursari lagħha. Mhux biss emmen l-istorja, talli qabel li jħallas lill-kursar, ta’ Estaden. X’nafu fuq il-familji jekk dan jurih fejn kien it-teżor. tal-kursara? Lejla waħda, għal xi t-3 ta’ filKien faċli li l-kursara jsibu għodu Raffaelli mar fil-ġnien ta’ Rigward il-kaptani nafu li hemm investituri? Galea u bdew iħaffru. Raffaelli bosta ħjiel fuq ħajjithom fid-dar. Ħafna kellhom lil marthom u Le, mhux daqshekk. Kultant, ħeba skoss affarijiet fil-ħamrija, lis-sieħba fl-istess dar, jew fil- il-kaptani kienu jagħmlu minn biex aktar iwemmen lil Galea. kollox biex jiksbu l-kapital. Insi- Wara xi jiem Galea ta somma pajjiż li twieldu fih. Fejn jidħlu l-baħrin, qajla għand- bu li fl-1787 il-prokuratur Saverio flus lil Raffaelli, li baqa’ ‘jiżragħna ħjiel u diffiċli nirrikostruwixxu Castiglione u l-Kaptan Antonio lu’ l-ħjiel fil-ħamrija. Finalment, l-ħajja miżżewġa tagħhom. Kul- Sammut kienu qed isibuha iebsa il-kaptan brikkun difen biċċa karbiex jakkwistaw l-aħħar 100 skud ta bil-kliem: “Hawn taħt jinsab itma għandna huma xi ittri. Insibu dik ta’ Michele Orsini ħalli jarmaw il-galjotta tal-Kaptan teżor.” Galea tatu rasu, ħaffer salmill-Belt Valletta, li kien kursar Sammut. Ħaġa bħal din kienet blat u ma sab xejn. Induna li kien magħruf u li kien jinstab f ’kull timpedih milli joħroġ mill-port milgħub. Meta mar biex jikkonbattalja. Fl-1787, meta kien iservi biex ikabbar l-investiment tiegħu. fronta lil Raffaelli, ma sabu mkien. lill-Kaptan Cavasso, inqabad skjav Madankollu, Sammut irnexxielu Kien diġà telaq għall-kors bil-flus u ntbagħat fit-Tuneżija. L-ittra li joħroġ, iżda oħrajn sabuha aktar li akkwista minn fuq Galea. nstabet kienet indirizzata lil martu Fortunata. Tibda billi tirreferi għall-ftit affarijiet li kellu fid-dar f ’Malta. JikOFFERTA teb lil martu fuq drapp għal saqqu GĦALL-KIRI TAL-BAR ġdid u oġġetti oħra mondani. Imbagħad jistaqsu fuq binhom u Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista ta’ Santa Luċija, jixtieq javża jħeġġu jistudja u jitgħallem jikteb li qiegħed jilqa’ l-offerti għat-tħaddim tal-bar tal-istess Ċentru u jaqra. Ikompli jisħaqlu biex jif’isem il-Kumitat tal-Partit Laburista ta’ Santa Luċija. rrispetta lil ommu. Lil martu jsemmilha li għandu Offerti ssiġillati f’envelope jiġu milqugħa mis-Segretarju bejn iljitħallas sew mix-xogħol li wettaq 11 ta’ Novembru, 2019 sal-21 ta’ Novembru, 2019 f’12.00Pm qabel inqabad ilsir. Jassiguraha Kopja tal-kuntratt mingħand is-Segretarju Joe Bonello - 99861215 li sehmu se jkun ta’ 250 skud, li jew il-Kaxxiera Ann Cutajar - 99496699. bihom jistgħu jirhanu l-ħelsien tiegħu. Iħeġġeġ lil martu titlob Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta anke l-aktar għalih biex jeħles u jiġi lura. waħda vantaġġjuża. Fl-aħħar parti tal-ittra niksbu


14

17.11.2019

BEJN BAĦREJ kullhadd.com

Kemm jekk il-ħajja timitax l-arti u kemm jekk l-arti timitax il-ħajja, huwa stat ta’ fatt li l-ispirazzjoni kreattiva kapaċi titnissel mill-ikbar kif ukoll mil De Battista, artist lokali b’xogħol imnebbaħ b’affarijiet li għalkemm aħna mdawrin bihom u mdorrijin narawhom, jingħataw xeħta ġidda mill-g l-esperjenza tiegħu bħala artist, iżda b’ħarsa partikolari lejn l-ewwel esibizzjoni tiegħu waħdu bl-isem ta’ Scialta, li fetħet fis-26 ta’ Ottubru u l sas-6 ta’ Diċembru. B’mod ġenerali, minn fejn ġiet l-imħabba tiegħek għall-arti? L-imħabba għall-arti tista’ tgħid kienet bdiet ta’ età żgħira: filwaqt li ħuti kienu medhijin jaraw it-televixin, jien kont immur xi mkien noqgħod inpenġi, u minn hemm ommi u missieri bdew jindunaw li kelli talent artistiku. Din l-imħabba kif żviluppajtha akkademikament? L-ewwel kors tal-arti li ħadt kien wieħed bażiku tas-sajf ġewwa Palazzo de la Salle, il-Belt. F’affarijiet akkademiċi tal-iskola qatt ma kont tajjeb, ngħidu aħna l-matematika u suġġetti f ’dik il-linja; anki meta konna niktbu l-komponimenti, aktar kont nispiċċa nesprimi dak li rrid ngħid bit-tpenġija minflok il-kliem! Ma kontx għaddejt għall-Junior Lyceum u mort is-se-

kondarja Birkirkara, però kien dak iż-żmien li ħarġu applikazzjonijiet għal min jixtieq imur ġo skola tas-snajja’. Avolja l-marki tiegħi ma kinux minn tal-aħjar, għamilt sentejn naħdem u nistinka għalihom biex ngħaddi għal dik li kienet l-iskola tas-snajja’ tat-Tarġa Gap, fejn qattajt sentejn. Kienet dinja oħra hemmhekk: il-Mosta, qalb l-għelieqi, u arti biss. Għallimni wkoll minn Twanny Darmanin, li issa huwa l-kuratur ta’ din il-wirja. Hemm mod partikolari ta’ kif taħdem inti bħala artist? Ma ngħidx illi għandi proċess wieħed, għaliex ħafna mix-xogħlijiet tiegħi jinvolvu diversi midja. Kieku kont niffoka biss fuq, pereżempju, l-akrilika, faċilment nista’ nispjega l-proċess artistiku, imma minħabba li nuża materjali differenti il-proċess ivarja ħafna. Scialta hija l-ewwel wirja tiegħek bħala artist indipendenti: kif beda dan il-proġett u l-ħsieb warajh? Meta kont żgħir kont dejjem inkun fuq id-dgħajjes ma’ missieri: kien elektrixin, u għalkemm kien jipprova jgħallimni s-sengħa tiegħu dejjem kont nispiċċa nħażżeż fuq xi dgħajsa. Għaldaqstant, hemm ħafna snapshots minn dan iż-żmien li baqgħu f ’moħħi, bħal kaxex sħaħ ta’ ħut, sajjieda deħlin u ħerġin, u l-ħbula. Fl-2007 kien sar proġett kompetittiv bejn Malta u Sciacca ġewwa Sqallija, li permezz tiegħu rnexxieli nirbaħ borża ta’ studju ta’ xahar. Inzerta li Sciacca huwa post simili ħafna ta’ Marsaxlokk. Infatti, dak huwa l-ħsieb wara t-titlu: taħlita ta’ Sciacca u Malta. Il-kelma “Scialta” tfakkrek ukoll fil-kelma “scelta” bit-Taljan li jfisser għażla jew selezzjoni, u deherli li dan kien l-isem ideali għal din il-wirja peress li jikkonsisti f ’xogħol mibdi fl-2007 ġo Sqallija kif ukoll ħafna xogħol riċenti li komplejt ngħaqqad miegħu lura Malta. Minbarra tfulitek, x’inhuma l-ispirazzjonijiet wara l-wirja? Naħseb li l-akbar ispirazzjoni mbagħad tkun il-baħar: jien stess ngħix San Pawl ilBaħar, Malta mdawra biha, kull fejn tħares issibha hemm. Dan is-suġġett qisu minn dejjem kien ġo fija għax trabbejt bih. Apparti minn hekk, meta tibda tidħol ftit aktar fid-dettall dwar il-ħut, tintebaħ bi ħlejjaq li mhux is-soltu tarahom: dak ukoll narah interessanti. Ispirajt ruħi wkoll mill-anatomija tal-ħuta, int u tneżżagħha mil-laħam u mill-ġilda u tara kemm huma affaxxinanti l-binja u l-iskeletru tagħha. Il-baħar huwa tema rikurrenti fil-produzzjoni artistika Maltija. X’taħseb li huma l-elementi ta’ din il-wirja li jiddistingwuha minn oħrajn? Jien nemmen illi artist fuq kollox għandu jkollu identità, li kif tara biċċa xogħol tidentifikaha mat-tali artist. L-artist jaqbad tema u jkompli jevolviha tul medda ta’ żmien, u tifforma parti mill-identità tiegħu. Pereżempju Victor Pasmore jew Gabriel Caruana: ix-xogħol tagħhom kollu għandu sens qawwi ta’ identità. Ma jfissirx li, jekk nibqa’ ħaj 20

sena oħra, se tibqa’ tara l-istess stil ta’ ħut li qed n hekk f ’din il-wirja, però taf tara ħut aktar astra L-idea hemm qiegħda, imma b’interpretazzjoni kull darba. Għalkemm ħuta bħall-gamblu qed ne kemm-il darba, in-nies iridu jaraw inti xi tkun ħl din is-sempliċi ħlejqa. L-arti fl-aħħar mill-aħħar de ġejja minn xi mkien.

Hemm raġuni konxja wara l-materjali li ntuża fil-biċċiet tal-arti ta’ dan il-proġett?

Bħalissa qed ngħixu f ’dinja favur l-ambjent: hij li l-ħin kollu qed nisimgħu biha, u hawnhekk xta sal messaġġ li l-arti mhux biss tpinġija fuq tila. H pereżempju, għandi installazzjoni ta’ kaxex tal-ħax thom f ’kaxex tal-ħut, li mbagħad ksejthom bil-kart fuqhom. Huwa wkoll żmien li rridu noħorġu minn kwadru: miljuni ta’ artisti jesibixxu fuq tila, imm jibqax l-uniku mezz tiegħek. Fl-esibizzjoni għandi li ħolqt jiena bil-fildiferru, ċeramika li għamilt jie diversi affarijiet li sibt u għaqqadt.

Tgħid li din il-wirja hija tentattiva sperimenta

Indubjament hemm element kbir ta’ sperimenta fiha, u anki ssib ċerti materjali li jimponu sfida sp meta tiġi biex timmanipulahom. Illum l-artist, għ sempliċement isib tyre barra u jibda jpinġi fuqu: mah f ’arti, u jiġbed aktar l-għajn. Barra minn hek messaġġ, li oġġett li jkun mormi ma jfissirx li ntilifl jekk nara xi ħaġa mal-art li togħġobni, niġborha nagħtiha valur mill-ġdid.

Kif taħseb li din il-wirja tista’ tolqot u tappella udjenza Maltija?

Naħseb tappella għall-udjenza Maltija għaliex daqshekk astratta: għalkemm ix-xogħol huwa tasse astratt, xorta waħda jinftiehem. Hawnhekk l-artis semmejt, qabad suġġett u evolvieh u sfruttah. Ku hawnhekk għandu indikazzjoni ta’ minn fejn tla sejjer.

Minbarra t-temi li semmejt, x’inhuma xi affar oħrajn li jispirawk fix-xogħol tiegħek?

Jiena nħobb inżur ħafna Sqallija: hemm relazzjoni m klima simili, u anki fejn tidħol l-arti hemm diversi nużawhom aħna stess bħal fiċ-ċeramika. Is-sena l-o ġo post jismu Gibellina, villeġġjatura li fiha sar ter 1968 u ħarbat kollox. Illum ħolqu installazzjoni e dan il-post, u fiha nsib li għandu ċertu element ta’ ità, xi ħaġa li ispiratni tant li meta ġejt lura ħloqt midja mħallta dwar dan il-post. Mhux ħa nfittex i il-pajsaġġ għax ma narahomx parti mill-identità ti preferi naqbad suġġett li nidentifika ruħi miegħu, fejn jista’ jwassalni. L-istess bħall-gruppi mużikali, identità mużikali li jibqgħu magħha u jiżviluppawh

Hemm ħafna forom differenti tal-arti, iżda għ iddur lejn l-arti viżiva bħala mezz ta’ espressjo X’vantaġġi fiha?

Biex nieħu l-eżempju tal-mużika, kultant insibha d


JN

15

17.11.2019

kullhadd.com

Kitba ta’ KURT GABRIEL MELI

ll-iċken ħwejjeġ mir-rutina ta’ kuljum. Fost oħrajn insibu lil Stiefnu għajn kreattiva tiegħu. Hawnhekk, Stiefnu jitkellem magħna dwar li se tkun qiegħda tintwera ġewwa ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

nuri hawnatt minnu. differenti esibixxiha loqt minn ejjem tkun

aw

ja xi ħaġa aqt inwasHawnhekk, xix li qlibti u npinġi n dak li hu ma dak ma anki karta en stess, u

ali?

azzjoni ġo peċjalment ħalija, jista’ jittrasforkk, hemm flu l-valur; a, u nerġa’

a għall-

x mhijiex ew wieħed st, bħalma ull min jiġi aqt u fejn

rijiet

ma’ Malta, i tekniki li oħra mort rremot flenormi ġo spiritwalt relief ta’ il-fjuri jew iegħi: nip, u nara sa li joħolqu ha.

ħaliex oni?

diffiċli nif-

hem x’kellha f ’moħħha dik il-band partikolari. Fl-arti viżiva naħseb li jaf tkun aktar faċli: jekk qiegħed turi pittura li tirrifletti d-dwejjaq, mal-ewwel tifhem li qed tirrifletti d-dwejjaq. Darba xi ħadd qalli li l-astratt mhuwiex verament astratt jekk, pereżempju, ikollu xejra qawwija ta’ nervożità jew ikun miżgħud bl-ilwien: jekk pittura tikkonsisti minn ħafna kuluri vibranti, aktar milli xogħol astratt tista’ tqisha bħala riflessjoni tal-mumenti ferriħin tal-artist. Xi kultant l-arti viżiva mhix faċli, imma naħseb li xorta hija aċċessibbli. Għalik x’inhi l-aktar importanti - it-teknika jew il-messaġġ? It-teknika hija importanti, u naħseb li hija waħda mill-affarijiet li jgħollu l-valur tal-arti. Il-messaġġ huwa importanti wkoll. Ġieli jista’ jagħti l-każ li lanqas ikun hemm messaġġ speċifiku, però xorta waħda jinvolvi żvilupp ta’ xogħol li jagħmel sens. Jekk wieħed ikun artist ribelluż, jaf li t-teknika ma tkunx tajba daqs ta’ ħaddieħor, imma xorta jkollok messaġġ qawwi. Saħansitra tista’ taqbad marker u tħarbex xi taħżiża b’intenzjoni politika: hemmhekk diġà l-messaġġ qed jasal, avolja m’hemmx xi teknika kbira. L-arti hija vasta ħafna: tista’ tmur ġo mużew u tara xogħol b’teknika u b’messaġġ b’saħħithom, u tista’ ssib artist li forsi mhux l-aħjar teknikament imma xorta waħda jwassal dak li jixtieq. Biss naħseb li għandha x’taqsam mal-ħin ukoll, speċjalment rigward it-teknika nnifisha għaliex hija xi ħaġa li taraha tiżviluppa biż-żmien. Xi pjanijiet għandek għall-ġejjieni għall-iżvilupp tiegħek bħala artist? Proprju dan ix-xahar se nkun qed inżur fiera ġewwa Düsseldorf fejn hemm eluf ta’ galleriji, u verament nixtieq noħroġ xi ħaġa minn dik l-esperjenza. Sadanittant qed naħdem fuq wirja oħra, li skont ix-xogħol nixtieq nesibixxiha s-sena d-dieħla jew ta’ wara. Nixtieq inkompli nesibixxi x-xogħol tiegħi, kif ukoll nibqa’ naħdem u nxandar xogħli online. L-artist bħall-atleta: li ma jistax isir atleta tajjeb jekk joqgħod id-dar fuq is-sufan jara filmati ta’ atleti oħrajn fuq it-televixin. Irid jiekol tajjeb, jitħarreġ, u jkun konsistenti – l-istess għall-artist. Wara din il-wirja għalhekk beħsiebni nkompli niżviluppa dan is-suġġett li għażilt, u x-xogħol f ’din il-linja mhux se jieqaf hawn. Dan hu l-mod kif tespandi u tikber, billi tibqa’ tipproduċi. Dak li tagħmel mhux neċessarjament se jogħġbok, saħansitra għandi ħafna xogħlijiet li ħallejthom l-istudio. Trid tkun onest u selettiv, u tkun kapaċi tagħraf jekk f ’waħda nqast aktar minn oħra. Anki f ’logħba futbol – tixxuttja 20 darba fil-lasta imma mhux kollha tiskurjahom. Hemm xi affarijiet oħrajn li tixtieq tesperimenta bihom? Bla dubju nixtieq nimraħ aktar fl-għażliet tal-materjal. Kritika li rċivejt hija li m’għandix niżbogħ il-kartun imma nħallih kif inhu, filwaqt li hemm min jgħidli kemm hu sabiħ u mnalla ma ħallejtux kartun. Trid tkun analitiku fl-opinjonijiet li tirċievi. Ħa nkunu qed norganizzaw laqgħa mal-artist: ma nixtiqx illi n-nies jgħiduli prosit biss, għaliex filwaqt li sabiħ, jien nixtieq noħloq djalogu man-nies u nara x’jaħsbu. Ninteressa ruħi meta ħaddieħor jinteressa ruħu, u naħseb li hija ta’ għajnuna għall-artist ukoll.

Indubjament hemm element kbir ta’ sperimentazzjoni ġo fiha, u anki ssib ċerti materjali li jimponu sfida speċjalment meta tiġi biex timmanipulahom. Illum l-artist, għalija, jista’ sempliċement isib tyre barra u jibda jpinġi fuqu: jittrasformah f’arti, u jiġbed aktar l-għajn


16

17.11.2019

kullhadd.com

IL-LIVELL LI JMISS FL-IMPJIEGI

Miriam Dalli Membru Parlamentari Ewropew

Matul il-kampanja għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, għażilt it-tema ta’ Malta, il-livell li jmiss. Dan għamiltu għax nemmen f ’dak li għamilna sa issa u fejn irridu mmorru. Il-gżejjer Maltin jinsabu fiċ-ċentru tal-attenzjoni fejn jidħol l-investiment, kif jixhed is-suċċess ekonomiku li rajna tul dawn l-aħħar snin. Dan issuċċess nistgħu nattribwixxuh lil diversi fatturi, ewlenija fosthom il-viżjoni ta’ dan il-Gvern għal Malta u Għawdex. Dan issuċċess jeħtieġ ikun kemm sostnut kif ukoll aġġornat mad-direzzjoni ekonomika globali. It-tema “il-livell li jmiss” tfisser affarijiet differenti, għal

persuni differenti bi prinċipju wieħed komuni: l-aspirazzjoni li nimxu ’l quddiem. Fost dawn hemm is-settur tal-impjiegi li jiddependi fuq it-tkabbir ekonomiku u l-avvanzi madwarna. Stħarriġ riċenti minn Ernst & Young juri li, fost oħrajn, Malta hija attraenti minħabba ż-żieda fil-potenzjali tal-produttività fi ħdan il-kumpaniji. Iżda fl-istess ħin, l-ikbar sfida hi li min iħaddem mhux isib nies imħarrġa biżżejjed. Tant hu hekk li 65% tal-investituri qalu li n-nuqqas ta’ nies imħarrġa qiegħed iżommhom lura milli jkabbru l-operat tagħhom f ’Malta. Il-viżjoni tiegħi għal-livell li jmiss fl-ekonomija u l-impjiegi hija waħda li ssostni industriji eżistenti u tiffoka fuq industriji ġodda bħalma qed nagħmlu fil-blockchain, l-intelliġenza artifiċjali u l-kannabis mediċinali. Ma nqisx it-teknoloġija bħala settur individwali li jimxi għal rasu. Anzi, pjuttost hija għodda li trid tintuża f ’kull qasam biex iċ-ċittadini jgawdu mill-aħjar riżultati possibbli f ’kull settur: fit-trasport, fis-saħħa, fl-edukazzjoni, fil-manifattura, fl-ambjent… u l-lista tkompli. Il-kompetizzjoni barra minn

xtutna hija waħda aggressiva, u jekk hemm riżorsa li aħna l-Maltin storikament nafu nħaddmu sew, hija r-riżorsa umana. Nafu li l-aktar li mistennija jkollhom impatt fuq in-negozju fil-futur qrib huma l-avvanzi fid-dinja tal-computing, l-Internet of Things u process automation – jiġifieri l-użu ta’ teknoloġija biex isiru ċertu proċessi. Ladarba nafu lejn fejn sejra d-dinja ta’ għada, għandna parti kbira mill-għodda neċessarja biex nipproġettaw irwieħna bħala pajjiż li jattira l-investiment barrani. Is-suċċess ekonomiku miksub tul dawn l-aħħar snin huwa xhieda talfatt li pajjiżna qieħed fi triq tajba. Meta investituri barranin jaraw lilhom infushom f ’Malta fil-pjanijiet tagħhom, nistgħu nqisuh bħala vot ta’ fiduċja. Imma ma rridux nistrieħu hemm. Għall-kuntrarju, irridu nistinkaw dejjem aktar biex insostnu dan is-suċċess u nibqgħu fuq quddiem fil-lista ta’ pajjiżi minn fejn l-impreditur internazzjonali jixtieq jopera. Importanti li nrawmu ħaddiema esperti f ’dawn l-industriji. Is-sistema edukattiva f ’Malta trid tirrifletti r-realtaji-

et tal-postijiet tax-xogħol. Biex investitur barrani jaqbillu jiġi hawn Malta, irid isib il-ħaddiema. Mill-banda l-oħra, dawn il-ħaddiema jrid ikollhom xogħol ta’ kwalità, u pagi li jirriflettu l-produttività tal-ħaddiem. Dan ma jgħoddx biss għal min għadu qed jistudja iżda wkoll għall-ħaddiema diġà fis-suq tax-xogħol. Irid ikun hemm upskilling u reskilling fejn il-ħaddiema jingħataw ittaħriġ neċessarju biex huma wkoll ikunu kapaċi jaħdmu f ’dawn l-oqsma, mhux biss ġodda imma setturi li qed jevolvu. B’hekk, ħadd ma jaqta’ lura. Huwa importanti li n-negozji jinvestu kontinwament fit-talenti ta’ min ilu snin impjegat. Dan il-Gvern telaq minn problema ta’ qgħad għal sitwazzjoni fejn illum għandna sfida ta’ nuqqas ta’ ħaddiema. Irridu naħdmu aktar biex niżguraw li ħaddiema Maltin għandhom il-ħiliet neċessarji u l-pagi adattati li jgħinhom isibu xogħol ta’ kwalità, f ’pajjiżna stess. Irridu niżguraw li pajjiżna jibqa’ jattira l-investiment u li s-suċċess ekonomiku li esperjenzajna tul dawn l-aħħar snin ikun sostnut.

It-tema “il-livell li jmiss” tfisser affarijiet differenti, għal persuni differenti bi prinċipju wieħed komuni: l-aspirazzjoni li nimxu ’l quddiem. Fost dawn hemm is-settur tal-impjiegi li jiddependi fuq it-tkabbir ekonomiku u l-avvanzi madwarna

LE GĦAL DISKORS TA’ MIBEGĦDA

Michael Farrugia Ministru

Is-sena li għaddiet kont iddelegajt lil wieħed mill-istaff tiegħi sabiex jibda jibni l-proġett ta’ kliem ta’ mibegħda u reati ta’ mibegħda. F’Malta diġà għandna l-liġi li tisħaq kontra l-kliem ta’ mibegħda u reati ta’ mibegħda. Infatti, il-liġi ddaħħlet fil-kodiċi kriminali fl-2002, u ġiet emendata perjodikament biex tinkludi kategoriji differenti. Però, ma kienx għad kellna unit apposta li jservi ta’ għajnuna għall-vittmi ta’ kliem ta’ mibegħda u reati ta’ mibegħda. Dan il-unit ma

ġiex imfassal fuq avvenimenti li ġraw riċenti, iżda kien ilu pjanat bir-reqqa. Ġie mfassal fuq studji li saru kemm lokalment u anke barra minn xtutna. Il-proġett ġie approvat għall-finanzjament mill-Kummissjoni Ewropea f ’Marzu ta’ din is-sena, u minn hemm il-Ministeru tiegħi telaq bil-ħidma sabiex tiġi identifikata l-binja u jsiru l-preparamenti neċessarji ta’ manuntenzjoni. Ħarġu wkoll sejħiet għal applikazzjonijiet sabiex jiġu impjegati l-professjonisti meħtieġa għal dan il-Unit speċjalizzat. Issa wasalna fl-aħħar stadji ta’ dan il-proċess u hu maħsub li l-Unit jibda jopera fit-totalità tiegħu filjiem li ġejjin. Fil-jiem li ġejjin, ser tibda wkoll kampanja ta’ informazzjoni dwar dak li jikkonsisti kliem ta’ mibegħda u reati ta’ mibegħda f ’pajjiżna. Din il-kampanja hija meħtieġa għaliex smajt diversi kunċetti żbaljati dwar dak li hu meqjus bħala diskors ta’ mibegħda. Il-kunċett tal-libertà tal-espressjoni hu differen-

ti minn diskors ta’ mibegħda. Wieħed għandu d-dritt li ma jaqbilx ma’ xi ħaġa jew ma’ xi ħadd, u dan huwa stipulat fil-libertà tal-espressjoni u huwa salvagwardjat mill-kostituzzjoni ta’ Malta. Iżda, jekk jingħad diskors bħal: “Dawn il-persuni għandhom jinħarqu ħajjin, jiġu maqtula jew stuprati bla ħniena,” dan mhux ikkunsidrat bħala libertà tal-espressjoni, imma huwa diskors ta’ mibegħda u qed jinstiga vjolenza u mibegħda. Ħafna jaħsbu li l-vittmi ta’ kliem ta’ mibegħda huma barranin, iżda r-riċerka li saret turi li din hija perċezzjoni żbaljata. Fil-fatt, mir-riċerka nstab li l-maġġoranza tal-vittmi huma Maltin. Il-vittmi ta’ kliem ta’ mibegħda u reati ta’ mibegħda jkollhom affett psikoloġiku li jħalli effett ħażin fuqhom, u jxekkilhom milli jgħixu ħajja inklussiva u normali. Ta’ min jikkjarifika li dan il-unit qiegħed biex jassisti l-vittma mhux biex isiru rapporti. Rapporti jibqgħu jsiru għand il-Pulizija u jsiru mill-vit-

tma sakemm dak li jintqal ma tolqotx komunità sħiħa. Uħud mill-vittmi għandhom it-tendenza li jfittxu għajnuna psikoloġika mingħajr ma jagħżlu li jirrappurtaw lill-Pulizija. L-ebda professjonist minn dan il-Unit mhu ser iġiegħel xi ħadd jagħmel rapport jekk huma ma jkunux iridu, imma jekk jaċċettaw jingħataw il-gwida neċessarja. Il-Victims Support Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija huwa wieħed mill-imsieħba ewlenin ta’ dan ilproġett u ser ikun qed jiffaċilita l-konnessjoni mal-Pulizija jekk ikun meħtieġ. Jekk vittma minbarra li tingħata l-għajnuna psikologika, tiddeċiedi li tirrapporta l-abbuż lill-Pulizija, din il-vittma ser tingħata wkoll għajnuna legali u ser tkun irrappreżentata minn avukati li jagħmlu parti mill-Unit bħala parte civile. Kull persuna tista’ tgħid dak li għandha tgħid mingħajr ilbżonn li toffendi lil ħaddieħor u mingħajr ma tinstiga mibegħda u vjolenza lejn individwi u minoranzi oħra.

Ħafna jaħsbu li l-vittmi ta’ kliem ta’ mibegħda huma barranin, iżda r-riċerka li saret turi li din hija perċezzjoni żbaljata. Fil-fatt, mir-riċerka nstab li l-maġġoranza tal-vittmi huma Maltin


17

17.11.2019

kullhadd.com

EKONOMIJA TAL-FUTUR Silvio Schembri Segretarju Parlamentari

Id-dinja tax-xogħol qiegħda kulma jmur tinbidel u tadatta għall-futur tant li dan jista’ jkun innutat fit-talbiet li ta’ spiss inressqu ’l quddiem nies mill-industrija fl-istess waqt li l-istituzzjonijiet edukattivi qed jidentifikaw modi dwar kif ikunu f ’pożizzjoni aħjar li jħarrġu persuni għal karrieri ġodda li ironikament inkunu għadna lanqas rajna bħalhom. L-avvanzi teknoloġiċi u d-dinamika li ġġib magħha l-ekonomija diġitali juru biċ-ċar li dan huwa l-mument ideali sabiex nevalwaw il-bżonnijiet kurrenti u tal-futur tas-suq tax-xogħol. Irridu mmorru lil hinn mill-mudell tradizzjonali, dak li wieħed ikollu kwalifiċi li jillimitawh għal karriera waħda u għandna naraw li nespanduhom għal opportunitajiet u karriera oħra. Dan fi sfond li anke l-aħħar stħarriġ li qed isir fuq livell nazzjonali b’rabta ma’ ħiliet jirrifletti li

ħiliet imfitxxija għal karigi u rwoli se jinbidlu bi 42%. Statistika li turi biċ-ċar il-bidla li se tkun qed tesperjenza l-industrija tax-xogħol u kif wieħed jidentifika lilu nnifsu mal-opportunitajiet li jikkumplimentaw il-ħiliet u l-esperjenzi tal-individwu. Hija importanti iżjed minn qabel li l-ħaddiema għandhom ta’ sikwit jaġġornaw il-ħiliet tagħhom biex anke huma jibqgħu rilevanti fl-istess waqt li jespandu u jiftħu triqat ġodda għall-karrieri tagħhom. Min iħaddem ukoll irid jidentifika modi ġodda meta jiġi għall-proċess ta’ reklutaġġ u żvillupp u dan biex jirrispondi u jilqa’ aħjar għal dak li qed iġib miegħu is-suq tax-xogħol. Fl-istess waqt skejjel u universitajiet għandhom jilqgħu għall-aġġornamenti ta’ programmi u kurrikulum b’mod ħolistiku. Dan id-dinamiżmu qed iġib miegħu il-bżonn ta’ indikaturi ta’ ħiliet iktar preċiżi li jsostnu ekosistema ta’ tagħlim effettiv u xogħol. Kien f ’Marzu ta’ din is-sena li bħala Segretarjat nedejna l-istrateġija Nazzjonali eSkills għal bejn l-2019 u l-2021. Strateġija li poġġiet lil Malta fost l-ewwel pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li jkollhom strateġija nazzjonali għallħiliet diġitali. Kien l-ewwel pass importanti sabiex titkabbar iżjed l-importanza li nsaħħu u nixprunaw il-ħiliet diġitali li qed ikunu mfittxija mis-suq. Tajjeb jingħad

li dak li qed nesperjenzaw huwa fużjoni ta’ professjonijiet u xogħlijiet attwali li qegħdin jilqgħu u jadattaw għad-dinja diġitali bħal pereżempju accountant li jkun intiż b’ħiliet diġitali u l-istess każ ta’ avukat li jkun intiż fl-aspett teknoloġiku. Irid jingħad li din mhix biss sfida għal pajjiżna iżda wkoll fuq livell Ewropew tant li waħda mill-prijoritajiet tal-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-politika diġitali hija li ssaħħaħ ilħiliet diġitali fuq livell Ewropew. Bħalma qed inkunu fuq quddiem fil-qasam diġitali nemmen li nistgħu nkunu fuq quddiem nett sabiex nindirizzaw b’mod ħolistiku dan il-qasam. Fil-qasam tal-Gaming waqqafna l-European Gaming Institute of Malta, EGIM, b’ħidma bejn l-MCAST u l-Awtorità Maltija għal-Logħob li mit-twaqqif tagħha ’l hawn rat mas-60 student isegwu l-istudji tagħhom. Irid jingħad li minn stħarriġ li sar wera kif fl-industrija hemm mas-700 opportunità ta’ xogħol. Għaldaqstant EGIM huwa proġett suċċess li jista’ jservi ta’ eżempju ewlieni biex nindirizzaw sfidi oħra għaliex jibni pont bejn il-ħtiġijiet tal-industrija u istituzzjonijiet edukattivi. Aktar kmieni din is-sena nedejna l-viżjoni għall-qasam tal-Esports u Video Game Development li fiċ-ċentru tagħha hemm l-edukazzjoni. Kien f ’Settembru ta’ din

is-sena li inawgurajt l-Istitut għalLogħob Diġitali fl-Università ta’ Malta u hawn nistqarr li kien ta’ pjaċir nisma’ l-messaġġ mill-istituzzjonijiet edukattivi li qed jifhmu l-viżjoni tagħna u fejn bħala Gvern irridu nieħdu l-ekonomija diġitali tant li għaddejjin sforzi sabiex il-programmi offruti jilħqu livell ta’ Masters u saħansitra Dottorat. Ftit jiem biss wara li l-Università ta’ Malta u Gaming Malta ffirmaw ftehim li permezz tiegħu studenti fl-Intelliġenza Artifiċjali se jingħataw ċertifikat ta’ programm li jitħarrġu fih tul l-istudji tagħhom u li huwa mfittex sew mill-industrija. Fil-fatt, mal50 student tal-Università ta’ Malta se jiksbu ċ-ċertifikazzjoni Unity, programm tal-iżvilupp tal-logħob diġitali. Kollox huma amalgamat flimkien. Kull qasam fis-settur diġitali huwa ħolqa minn katina sħiħa; settur jaffettwa lil ieħor. Bħala Gvern intennu l-appoġġ assolut li nappoġġjaw il-korsijiet offruti f ’teknoloġiji diġitali. Dan kien evidenti fil-konsistenza tagħna fil-fondi allokati għall-investiment u iżjed riżorsi għaliex huwa fl-aqwa interess tagħna li l-istudenti jkollhom l-aqwa programmi edukattivi sabiex jiżviluppaw it-talenti u l-kompetenzi tagħhom fl-oqsma marbuta fit-teknoloġiji diġitali u dixxiplini oħra relatati. Dan se jkun fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna tul l-2020.

Għaldaqstant ninkoraġġixxi żgħażagħ u tfal sabiex jinteressaw iżjed ruħhom fit-tagħlim ta’ ħiliet ġodda li jrendulhom karrieri sodisfaċenti. Spiċċa ż-żmien li wieħed jitgħallem ħiliet li se jservuh għal ħajtu kollha fid-dinja tax-xogħol. Iż-żgħażagħ iridu jkunu preparati biex jitgħallmu iżjed, flessibbli u li jadattaw għall-bidliet. Għaldaqstant ninkoraġġixxi wkoll lill-ġenituri bħali sabiex bl-aktar mod interattiv inqarrbu t-tfal lejn l-aspett diġitali kif ukoll lejn suġġetti marbuta max-xjenza. Pass importanti li jservi ta’ bażi kruċjali biex jibnu l-karriera futura tagħhom. L-edukazzjoni mhix lussu li wieħed jista’ jieħu jew iħalli kif irid, iżda hija kruċjali għalina bħala nazzjon li jiddependi fuq ir-riżorsi umani tiegħu, għodda essenzjali għall-ġenerazzjonijiet tal-lum u t’għada.

Hija importanti iżjed minn qabel li l-ħaddiema għandhom ta’ sikwit jaġġornaw il-ħiliet tagħhom biex anke huma jibqgħu rilevanti fl-istess waqt li jespandu u jiftħu triqat ġodda għall-karrieri tagħhom

GĦALIKOM, L-ATTIVISTI

Naomi Cachia President tal-FŻL

M’iniex xi persuna li nħobb nagħmel idoli mill-politiċi, mhux għax ma nemminx fihom iżda nemmen wisq iżjed li n-nies li jsawru dan il-partit, jew kwalunkwe partit wara kollox, jiġu u jmorru. Uħud iħallu legat b’saħħtu, oħrajn forsi jiżbaljaw jew l-azzjonijiet tagħhom jiġu miżinterpretati. Li għandha tirrenja, dejjem u f ’kollox, hija l-lealtà assoluta

lejn dak li jagħmilna dak li aħna, il-prinċipji li jsawruna u li għandhom jibqgħu jiggwidawna. Madanakollu, inħaddan ammirazzjoni kbira, mhux lejn individwi iżda lejn grupp kollettiv ta’ nies li għalkemm mhumiex ilwiċċ familjari tal-politiċi Laburisti, huma bl-istess mod kruċjali biex nibqgħu mixjin ’il quddiem: l-attivisti tal-partit. L-esperjenza tiegħi nimmilita filfergħa taż-żgħażagħ tal-Partit għal dawn l-aħħar 7 snin għallmitni napprezza b’mod dirett is-sigħat ta’ ħidma volontarja li jikkostitwixxu l-qalb tħabbat tal-Partit Laburista, il-mijiet ta’ attivisti li jagħtu saħħithom biex jaraw li dan il-Partit jibqa’ jikber, jibqa’ jilqa’ iżjed nies fi ħdanu, ikun finanzjarjament b’saħħtu u fuq kollox, ħaj u rilevanti. Intom, l-attivisti, jixirqilkom l-aħjar. Jixirqilkom partit li hu miftuħ għall-ideat, għall-kritika, għat-tiġ-

did. Nemmen li l-Partit Laburista huwa mmexxi min-nies li dan kollu jagħrfuh, jirrikonoxxuh u jgħixuh. Bħalissa dħalna f ’perjodu, bejn l-elezzjonijiet Ewropej u lokali li wieħed jista’ jqishom midterms, u t-test ġenerali li jmiss, li ser jkun kruċjali għalina bħala Partit. Ninsabu f ’sitwazzjoni unika fejn l-appoġġ storiku li kiseb il-Partit Laburista fl-aħħar elezzjonijiet ifisser li nħoloq piż liema bħalu fuq l-amministrazzjoni Laburista. L-aspettattivi tal-elettorat huma ġustament għoljin, l-isfidi huma kbar, l-Oppożizzjoni hija dgħajfa u t-tentattivi ta’ wħud li jxekklu ħidmietna akkost ta’ kollox ser jiħraxu. Din il-formula tfisser li l-ballun jinsab f ’saqajna; tal-Oppożizzjoni mhux jifthiemu fuq x’tattiċi għandhom jużaw imma rridu noqogħdu attenti li ma naljenawx ruħna u nagħmlu xi awto-gowl! Hawnhekk fejn l-irwol tal-attivis-

ti jieħu xejra differenti. Ħadt pjaċir fl-aħħar ġimgħat nattendi numru ta’ laqgħat politiċi fiċ-Ċentri Laburisti tal-lokalitajiet tagħna. Dawn il-laqgħat dejjem iservu ta’ eżerċizzju importanti fejn l-amministrazzjoni tal-Partit tiġi kkonfrontata direttament fuq numru ta’ kwistjonijiet. L-isfida tagħna internament hi li nżommu dan il-kuntatt u nġedduh minn żmien għal ieħor, minn ġenerazzjoni għal oħra. Min-naħa l-oħra, l-isfida esterna tagħna hi li nsibu soluzzjonijiet għall-problemi kkawżati mir-realtajiet li qed ngħixu, b’tali mod li nibqgħu leali lejn il-prinċipji tagħna filwaqt li napplikawhom fil-kuntest modern li qed ngħixu fih. Mhu l-ebda sigriet li l-ikbar sfidi tagħna huma l-ħarsien tal-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli, it-trasport u ż-żieda allarmanti ta’ vetturi privati fit-toroq tagħna, u l-isfidi kollha li ġġib magħha popolazzjoni li qed tik-

ber. Maż-żmien tgħallimt li l-isfidi rridu nikkonfrontawhom, u mhux inħarsu n-naħa l-oħra. Bħalissa flimkien ma’ sħabi fil-Forum Żgħażagħ Laburisti, qed inħejju kampanja li ser tkun qed tagħmel proprju dan u fix-xhur li ġejjin ser inkun qed nitlob il-kontribut tagħkom, l-attivisti tal-Partit, sabiex ningħaqdu u nkomplu nisimgħu dak li għandkom xi tgħidu. Nixtieq li l-100 sena mit-twaqqif tal-Partit Laburista tkun waħda mill-iżjed kruċjali għat-tiġdid tiegħu. Dan huwa ż-żmien fejn għandna nsemmgħu leħinna iżjed minn qatt qabel, mhux lejlet l-elezzjoni. L-awtokritika, ladarba tkun ġenwina, hija l-aqwa arma li tista’ tkompli ssaħħaħna. Ir-rieda li nisimgħu, naddattaw u nimxu ’l quddiem flimkien hija l-formola li ser tibqa’ ġġibilna riżultati sbieħ, għalina u għal pajjiżna.


18

17.11.2019

kullhadd.com

ID-DENI TA’ WARA L-BAĠIT

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 7 ta’ Novembru jibżax minn Joseph Muscat u minn sħabu. Għamilha Ma nafx x’ġara din il-ġimgħa, ċara li Joseph Muscat jibża’ man! Mhux lakemm tobsor minnu u ma jridx li jkun taħt li fi ftit jiem kien se jkoll- il-lenti tiegħu. Imma jrid u na ma nafx kemm senten- ma jridx, Joseph Muscat se zi kontra l-Gvern. U dan jibqa’ jsib lil Adrian Delia minkejja li skont Vicki Ann jiddefendi lilna ċ-ċittadini Cremona, 60% tal-imħall- twajbin u onesti. Le, le, Dr fin u tal-maġistrati, kienu Muscat, neħħiha minn rasek ħaġa waħda mal-Partit La- li se tkompli għaddej romblu burista. Insomma, mhux minn fuq kulħadd, għax ilgħax jien daqshekk kuntent Kap tagħna Adrian Delia se b’dawn is-sentenzi, speċjal- jkompli jkun it-tarka tagħna ment dawk favur l-għaqda ċ-ċittadini twajbin u onesti. “Repubblika”. Għax din l-għaqda hija ta’ Manwel De- Il-Ħadd, 10 ta’ Novembru lia u mhux ta’ Adrian Delia. U miegħu, Manuel Delia Għoġbitni li l-Ħadd filgħogħandu lil Simon Busuttil u du mmur nieħu flixkun birlil Jason Azzopardi li huma ra ma’ sieħbi tal-Istamperikontra Adrian Delia. Allura ja, għax wara t-tieni flixkun s-sentenzi favur “Repubb- birra li jieħu, tkun faċli ħaflika” huma wkoll sentenzi na li neħodlu minn moħħu. Illum id-diskors waqa’ fuq kontra Adrian Delia. l-intervista li l-bravu ġurIl-Ġimgħa, 8 ta’ Novembru nalista tagħna, Joe Mikallef, (bil-k u mhux biċ-ċ) għamel Ma nistax neħodha kontra lis-Segretarju Ġenerali Clyde dak ir-rapport maħruġ minn Pule. Tgħidx kemm għamillu ma nafx min li jgħid li l-Maltin mistoqsijiet li jimbarazzawh, joħorġu jieklu fir-restoran- imma Clyde bravu u għaraf ti aktar mill-Franċiżi, ak- iwieġeb kull mistoqsija. Idtar mill-Ġermaniżi, aktar dejjaqt biss meta wieġeb li mill-Ingliżi, aktar mit-Taljani. jekk nitkellmu vuċi waħda, Insomma aktar mill-Ewropej il-poplu jkun lest jisma’ u kollha minbarra l-Ispanjo- jerġa’ jħares lejna. Meta lil li. Li kieku kien xi rapport sieħbi tal-Istamperija staqsetal-Unjoni Ewropea kont jtu dwarha, qalli li ta’ Simon ngħid li xi mkien indaħal dak Busuttil u Jason Azzopardi Juncker, sieħeb Joseph Mus- aktar moħħhom biex ifaħħcat u li lilna ma jġibna xejn. ru lil Manwel Delia milli lil Imma apparti li dan ir-rap- Adrian Delia. port żgur mhux miktub jew influwenzat minn Juncker, It-Tnejn, 11 ta’ Novembru hemm raġuni oħra għaliex ma nistax neħodha kontra Beda sew il-maltemp, man! tiegħu. Għax anke jien għan- Illum kienet waħda minn di par għajnejn f ’wiċċi u kull dawk il-ġranet li ma tħameta mmur sal-Belt, dejjem jrekx tixref mill-bieb ’il barnara r-restoranti kollha mim- ra. Ngħid għalija, din li jkolli noqgħod ġewwa, lili tagħtilijin daqs bajda. ni ġewwa għax jien l-għaxIs-Sibt, 9 ta’ Novembru qa tiegħi inħuf ’l hemm u ’l hawn, nitkellem ma’ dak Kemm ħadt gost dalgħodu u mal-oħra, biex nitkixxef nisma’ lil Adrian Delia, il-Kap dwar kif qegħdin jaħsbuha tal-partit darba glorjuż tagħ- dwar il-partit darba glorjuż na! Jimliek bil-kuraġġ, man! tagħna. Mhux biss imma. U aktar ma jgħaddi żmien, Nieħu gost inwassal il-mesaktar qiegħed irabbi qoxra u saġġ tal-partit tagħna, għax aktar qiegħed juri kemm ma kif qalilna Clyde Puli lbieraħ,

il-poplu qiegħed jismagħna u jifhimna, għalkemm ma nafx kemm hu minnu li qiegħed jifhimna, għax kultant nibża’ li dak li ngħidulu, minn widna jidħol, u mill-oħra joħroġ! It-Tlieta, 12 ta’ Novembru Ġurnata oħra kollha maltemp. Anzi llum agħar mill-bieraħ. M’hemmx x’tagħmel, kelli nerġa’ nagħmel ġurnata maqful ġewwa. Ma setax jonqos li qgħadt insegwi s-seduta tal-Parlament. Ma ħadtx gost bħas-soltu għax waqt l-aġġornament għamel diskors Simon Busuttil, diskors li ngħid is-sewwa, ma għoġobni xejn. Ma għoġobnix mhux għax attakka lil Joseph Muscat, imma għax reġa’ wera bl-aktar mod ċar li mhux jiġbed l-istess ħabel tal-Kap Adrian Delia u Clyde Puli. Tant li se jmur jipprotesta ma’ Manuel Delia li kulħadd jaf li xejn ma jara għajn m’għajn ma’ Adrian Delia. Ara jien mhux se mmur għax qatt ma nappoġġja lil min jagħmel ħsara lill-partit darba glorjuż tagħna. L-Erbgħa, 13 ta’ Novembru Le, le, man, ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk. Skont sieħbi tal-Istamperija, il-mozzjoni li ressaqna fil-konfront ta’ Keith Schembri, mhi xejn għajr sinjal ta’ dgħufija minnaħa tal-Kap tagħna Adrian Delia li spiċċa biex għamel dak li riduh jagħmel Simon Busuttil, Jason Azzopardi u, fuq quddiem nett, Manuel Delia. Il-ħmerija hi li xorta mhux se jikkuntentahom u allura jagħlqu ħalqhom. Anzi aktar ma jċedilhom, aktar se jagħmlu arja fil-ġlieda biex ineħħuh minn Kap ta’ dan il-partit darba glorjuż tagħna. Ma nafx, imma jien qiegħed narana resqin għall-qasma b’Manuel Delia Kap ta’ partit ġdid li jkollu l-appoġġ ta’ Simon Busuttil, Jason Azzopardi u l-bella kumpanija.

Catherine Fenech Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL

Wara kull baġit, l-Oppożizzjoni u l-alleati ta’ parti mill-Oppożizzjoni taqbadhom ferneżija sabiex imewtu l-impatt tajjeb li se jħalli l-baġit fuq il-poplu. Jibdew jerġgħu jqajmu l-irwiefen fuq allegazzjonijiet li ilna nisimgħu sitt snin sħaħ u li fuqhom jew hemm inkjesti għaddejjin jew saħansitra dawn l-istess allegazzjonijiet ġew miċħuda mill-qrati u f ’inkjesti maġisterjali. Qatt ma ninsew l-allegazzjoni infami tal-Egrant fuq il-Prim Ministru u l-familja tiegħu. U x’ma weħilx ma rashom tul dawn l-aħħar ġimgħat u ġranet? Nibdew miċ-Ċittadinanza b’Investiment. Marru jiskonġraw barra minn Malta mhux darba u tnejn, issa saħansitra kesksu ġurnalisti Franċiżi biex jagħmlu investigazzjoni fuq dan l-investiment. U ħarġu jgħajtu skandlu, skandlu. U talbu għar-riżenji minnufih u għajtu sallbu, sallbu. Il-Gvern li m’għandux x’jaħbi, talab lir-regolatur biex jinvestiga. U issa li ħareġ ir-rapport tar-regolatur u ma sab xejn irregolari min-naħa tal-Gvern, xejn skandaluż u xejn korrott, l-Oppożizzjoni ta’ oppożizzjoni qarsa li hi u li meta ma tirbaħx tipprova tħassar, xorta trid tibqa’ tħambaq li dan l-investiment taċ-ċittadinanza għandu jieqaf. U dażgur li jriduh jieqaf. Għax jafu li minn dan l-investiment deħlin il-miljuni kbar, miljuni li huma ’l fuq mis-surplus li qed jirnexxilna nagħmlu. Jiġifieri qed nagħmlu surplus fuq surplus u bil-flus li ġejjin miċ-Ċittadinanza b’Investiment qed jitwettqu proġetti kapitali, qed inqassmu servizzi u ġid lill-poplu, liema servizzi qas biss kienu jgħaddu qatt mill-garigori tal-moħħ midjun tal-PN. Bil-qligħ miċ-Ċittadinanza b’Investiment, il-Gvern qed jinvesti fl-akbar proġett ta’ social housing mingħajr ma jagħmel ċenteżmu dejn, anzi mhux talli hekk talli l-Gvern qed iħallas id-dejn li ħallew bil-qalb gvernijiet Nazzjonalisti imma qed ifaddal ukoll għal għada, għall-futur, sabiex uliedna jkollhom pajjiż lest li jaffaċċja l-isfidi ekonomiċi u soċjali li jista’ joffri l-ġejjieni. X’ma joħorġux qatta’ bla ħabel kontra

dan l-investiment l-Oppożizzjoni. Weħel ma rashom il-proġett tal-flyovers tal-Marsa. L-ewwel kienu jgħidulna li dan il-proġett ħasbuh huma u li se jsir bis-saħħa tagħhom. Imbagħad dawru d-diska u qalulna li se jsir dan il-proġett biex jakkomoda lill-kumpless tal-ONE. Issa għax qed jarawh isir u qed isir bi preċiżjoni u qed jitħaffef ix-xogħol, ġie l-Onorevoli Bezzina u qallilna li l-flyover il-lesta fiha t-tumbati u l-iskossi. Jiena m’iniex perit però nista’ nissoponi li ġaladarba din il-flyover hija intenzjonata sabiex tkun niżla filwaqt li għalissa qed nużawha bħala telgħa, allura hu ovvju li t-triq tkun iddisinjata sabiex fin-niżla jkollha asfalt magħmul b’tali mod li t-tyres tal-vetturi jibbrejkjaw. Jien għaddejt diversi drabi minn fuqha u għal dnubieti poġġejt ilsieni bejn snieni kif issuġġerixxa l-Onor. Bezzina. Ilsieni hemm għadu sħiħ u intatt. Imbagħad għax tat-tumbati ma rnexxitx irrikorrew għal dak li jafu jagħmlu l-aktar, ibeżżgħu, jitfgħu d-dubju anki jekk lesti li jħarrfu. Qalulna li l-flyover qed tiġġarraf. L-għeneb qares qed iqabbadhom ħruq ta’ stonku liema bħalu. Gvern Laburista ma jiħux lezzjonijiet fuq l-infrastruttura u l-bini ta’ toroq f ’pajjiżna minn nies li fi żmienhom sewwew pont u lestewh tmien xhur wara d-deadline u b’riħa tinten miegħu ta’ kunflitt ta’ interess u spiża ogħla milli stmat bħal dak ta’ Manuel Dimech. Ma jiħux lezzjonijiet mingħand min ħa pariri minn esperti Ġermaniżi u flok wessgħu t-toroq, dejquhom biex jevitaw l-inċidenti u l-overspeeding qalu. Ma jiħux lezzjonijiet mingħand min jagħmel it-toroq u bypasses ġodda u mbagħad wara l-inawgurazzjoni jisfrondaw bħall-bypass ta’ San Pawl il-Baħar. Ma jiħux lezzjonijiet mingħand min jagħmel triq u tiġi tiswa ferm u ferm ogħla minn kemm stmat bħal junction li tieħdok mir-roundabout ta’ Ħal Luqa lejn l-ajruport. Gvern Laburista ma jiħux lezzjonijiet mingħand min bena sptar bi spiża doppja ta’ li kien stmat, damu għexieren ta’ snin biex lestewh u dan l-istate of the art sabulu konkos inferjuri u perikoluż. Ma jieħux lezzjonijiet mingħand min dam iwiegħed il-junction tal-Kappara is-snin, dejjem jipposponu, qatt ma kellhom il-ħeġġa u l-moralità li jieħdu deċizjoni li jagħmluha u kienu kuntenti li jħalluha christmas tree ad eternum kollha dwal jixegħlu. Gvern Laburista ma jiħux lezzjonijiet mingħand min wegħedna li żmien il-bużullotti għadda u ħallielna wirt ta’ sistema ta’ trasport pubbliku bażwija u kaotika.


19

17.11.2019

kullhadd.com

GVERN LI JIMPURTAH Editorjal

Il-Ministeru għal Għawdex għamel arranġamenti ma’ lukandi, biex dawk li ma kellhomx akkomodazzjoni jkollhom fejn iqattgħu l-lejl u ġiet ippubblikata lista ta’ lukandi li saru l-arranġamenti magħhom

Dan il-Gvern mill-bidu wera - mhux bil-kliem biss imma wkoll bil-fatti – li huwa Gvern li jimpurtah. Gvern li mhux biss ħadem biex isaħħaħ il-pedamenti li jistrieħ fuqhom il-pajjiż, imma kompla jibni biex illum ninsabu fuq quddiem nett f ’diversi setturi importanti mhux biss għal Malta u Għawdex, imma wkoll għall-poplu li jgħix f ’dawn il-gżejjer. Imma mhux biss. Dan hu Gvern li ma jaħdimx biss għall-massa tal-poplu, għall-bżonnijiet wiesgħa li jolqtu setturi sħaħ, imma jidħol fil-bżonnijiet – anki jekk waħdiet – ta’ dawk li għandhom sitwazzjonijiet differenti minn oħrajn. Mhux l-ewwel darba li rajnieh iwieġeb fl-aħħar snin għal sitwazzjonijiet fejn forsi ma kellu ebda obbligu jidħol fihom u ħaddieħor mhux darba u tnejn ġie jaqa’ u jqum. Xi xhur ilu saħansitra intervejna biex jinġiebu Malta tfal li nqabdu barra minn pajjiżna

għax kienu vittmi ta’ xi ħaġa li marret ħażin fl-arranġamenti kummerċjali li kellhom. Iżda, ejja nħarsu lejn dak li ġara f ’dawn l-aħħar jiem. Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa kellna temp xitwi għall-aħħar. Maltemp, xita u riħ qawwi li laħaq forza 8 f ’diversi nħawi tal-Gżejjer Maltin. Għal dawk li jaħdmu Malta u joqogħdu Malta stess, forsi għaddew minn diffikultà sakemm waslu fil-post tax-xogħol tagħhom u lura lejn id-dar. L-istess l-istudenti Maltin. Imma għal dawk l-Għawdxin li jaħdmu Malta u joqogħdu Għawdex, id-diffikultà ma kinetx daqshekk sempliċi. Speċjalment wara s-sospensjoni tal-vapuri tal-Gozo Channel wara deċizjoni li ttieħdet minħabba li l-kundizzjoni talbaħar fil-fliegu baqgħet sejra għall-agħar. U hawn bdiet l-inċertezza ta’ x’se jiġri minnhom l-Għawdxin li riedu jaqsmu l-fliegu, imma minħabba li l-Gozo Channel kienet kostretta

twaqqaf is-servizz tal-vapuri, ma setgħux. Ninsabu ċerti, anki mill-istorja tal-passat, li, li kieku kien gvern ieħor ma tantx kien iħabbel moħħu. Imma mhux dan il-Gvern. Mal-ewwel daħal fil-ħwejjeġ ta’ dawn l-Għawdxin u fehem is-sitwazzjoni tagħhom. Mirakli ma jsirux. Imma tal-anqas, il-Gvern ra kif għamel biex itaffi d-diffikultà li sabu ruħhom fiha dawk l-Għawdxin li nqabdu Malta. Mal-ewwel waslet għajnuna. Il-Ministeru għal Għawdex għamel arranġamenti ma’ lukandi, biex dawk li ma kellhomx akkomodazzjoni jkollhom fejn iqattgħu l-lejl u ġiet ippubblikata lista ta’ lukandi li saru l-arranġamenti magħhom. Sar avviż ukoll li tfassal mekkaniżmu biex il-ħaddiema Għawdxin li raqdu f ’xi lukanda jew f ’guest house ipproponuti mill-Ministeru, jingħataw kumpens għall-ispejjeż konnessi mal-akkomodazzjoni. Mhux biss. Il-Ministeru għas-Saħħa ħallas lejl f ’lukan-

da għall-pazjenti Għawdxin li kellhom appuntament l-isptar, ħlas li kopra lill-pazjent u persuna oħra u kolazzjon. Dan kollu huwa prova kemm dan il-Gvern huwa gvern li jimpurtah. Għax dan mhuwiex każ iżolat. Jekk wieħed iħares lejn baġit wara ieħor li ressaq dan il-Gvern isib għadd kbir ta’ inizjattivi maħsuba għal dawk li għandhom bżonn il-wens anke jek mhumiex xi gruppi kbar. Rajna pereżempju fl-aħħar baġit allowances ogħla għar-romol li jaħdmu u għandhom l-ulied u għajnuna għal nies li jbatu minn ċerti kundizzjonijiet. Jistgħu ma jkunux eluf kbar dawk affettwati, iżda l-Gvern ħaseb fihom għax jimpurtah. L-istess l-għotja għal xiri ta’ apparat speċjali għal persuni b’diżabilità u l-assistenza għal diżabbilità għal persuni neqsin missmigħ jew li ma jitkellmux. Ma’ dawn nistgħu nagħtu ħemel ta’ inizjattivi oħra li huma xhieda ta’ ħaġa waħda: Gvern li jimpurtah.


20

17.11.2019

kullhadd.com

SIEFER IN-NORVEĠJA GĦAL ĠIMGĦA SĦIĦA B’€50 RIED JURI LIL KULĦADD KEMM LI S-SAFAR M’GĦADUX XI ĦAĠA ESKLUSSIVA GĦAS-SINJURI BISS, KIF UKOLL KEMM HAWN ĦELA TA’ IKEL MADWAR ID-DINJA Għandu 23 sena u trabba Kitba ta’ RAMONA PORTELLI f ’Tas-Sliema. Riċentement iggradwa b’Master’s degree fl-enŻmien ilu ħafna, is-safar kien trepreneurship mill-Università jitqies bħala lussu u kienu jsief- ta’ Malta u qed jipprova ma jiħux ru biss dawk in-nies biex ngħid xogħol full-time għalissa sabiex hekk sinjuri u li jaffordjaw va- igawdi l-ħajja. Xorta jagħmel ħafganza f ’xi pajjiż ieħor. Illum na affarijiet freelance biex jaqla’ il-ġurnata hawn min jaffordja lira żejda, ħalli jkollu biex iżomm jsiefer kull xahar, anzi tkun es- l-istil ta’ ħajja li jħobb. Bħala passenzjali li taqta’ minn pajjiżek, satempi jħobb kull tip ta’ sport meta l-ħin u ż-żmien jippermettu estrem, speċjalment climbing, naturalment. scuba diving, kayaking, trekking Dan l-aħħar sirt naf b’żagħżugħ u camping. Meta ma jkunx qed li għandu għal qalbu ħafna s-sa- jagħmel dawn l-affarjiet, ikun far, u dan l-aħħar għamel sfida attiv ħafna fl-iscouts ta’ Tas-Sliepersonali li jmur iqatta’ ġimgħa ma, li ilu magħhom 18-il sena. sħiħa n-Norveġja b’total ta’ €50 Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala biss. F’moħħu kellu żewġ skop- bniedem spontanju li jaqbeż fuq ijiet bis-sens. Wieħed ried juri lil kull opportunità tajba li jsib. Sħakulħadd li s-safar m’għadux xi bu jiddeskrivuh bħala miġnun, u ħaġa esklussiva għas-sinjuri biss kif stqarr miegħi stess onestau min-naħa l-oħra kemm hawn ment jaqbel magħhom għax ma ħela ta’ ikel madwar id-dinja. tantx jikkonforma man-normi Qed nirreferi għal Matt Cassar. tas-soċjetà. “Jien ngħix ħajti bil-

għan li nieħu gost, u kif ukoll ngħin lil dawk ta’ madwari jkunu kuntenti. Infittex ħafna l-adrenalina u avventuri ġodda biex inżomm ħajti eċitanti. In-nies ukoll huma importanti ħafna għalija, kemm il-familja, it-tfajla, u l-ħbieb, u kif ukoll stranġieri li nqishom bħala ħbieb li għadni ma ltqajtx magħhom,” beda jgħidli dwaru Matt. Ta’ min jgħid li Matt ilu li daħal fid-dinja tas-safar grazzi għall-ġenituri tiegħu, li ta’ spiss kienu jaqtgħu r-rutina tal-iskola tiegħu u jsifruh. Illum il-ġurnata jsiefer għal ħafna raġunijiet varji. “Avolja nħobb ħafna lil Malta, il-verità hi li pajjiżna żgħir u hemm ħafna affarijiet li m’għandniex hawn. Jien dejjem infittex esperjenzi ġodda, u li nkun f ’ambjent ġdid b’kultura differenti hija l-isbaħ ħaġa għalija. Insiefer ukoll biex nagħmel

attivitajiet bħal snowboarding, trekking, u affarijiet oħra li ma nistax nagħmel hawn.” S’issa Matt żar 64 pajjiż, 4 kontinenti u kiteb 48 blog dwar is-safar. Minn informazzjoni li ksibt mingħandu stess, sirt naf li normalment iħobb iżomm bilanċ meta jsiefer. “Is-soltu ma nsifirx waħdi għax kif diġà għedt il-ħbieb, il-familja, u t-tfajla huma importanti ħafna għalija, u għalhekk nippreferi nsiefer ma’ ħaddieħor li naf u għandu l-istess mentalità tiegħi. Għal vaganzi qosra jiġifieri inqas minn ġimgħa, nippreferi nitla ma’ sħabi, imma għal vjaġġi itwal naħseb li naqbel l-aktar ma’ Elisa, it-tfajla tiegħi.” Kellu jagħmel ir-riċerki fuq kif jista’ jiffranka l-flus Dan l-aħħar, Matt irnexxielu jmur in-Norveġja għal ġimgħa sħiħa b’€50 biss, inkluż il-vjaġġi u l-akkomodazzjoni. B’kurżità fuqi ridt inkun naf kif inrexxielu jagħmel safra bħal din bi prezz tant baxx u redikolu. “Din kienet l-ewwel sfida ta’ dan it-tip, imma użajt naqra moħħi u għamilt sagrifiċċju bin-nuqqas ta’ kumdità. Bdejt billi sibt titjiriet irħas, imbagħad bdejt nikkuntattja nies minn fuq servizzi differenti online bħala Couchsurfing u gruppi fuq Facebook. Meta sibt post fejn noqgħod, imbagħad kelli nagħmel ir-riċerki fuq kif nista’ niffranka l-flus, nara fejn nista’ nsib ikel irħis, mezzi ta’ trasport, u affarijiet hekk. Kont lest ukoll insib l-ikel tiegħi b’mezzi mhux konvenzjonali bħal niġbor l-ikel li kienu ser jarmu supermarkets kbar. Bħala attivitajiet hemm ħafna affarijiet li m’għandhomx bżonn flus, bħal hiking fil-muntanji u l-logħba tal-Geocaching li hija treasure hunt internazzjonali,” żvela miegħi Matt. Mistoqsi għaliex għażel in-Norveġja u mhux xi pajjiż ieħor, Matt weġibni: “Għażilt in-Norveġja għal żewġ raġunijiet. L-ewwel għax il-pajjiż jitqies bħala wieħed minn dawk bl-ogħla standard of living u allura l-isfida tkun aktar diffiċli. It-tieni fattur hu li n-Norveġja hija post sigur, mingħajr ħafna kriminalità, u

b’liġijiet li jħallu n-nies jikkampjaw fejn iridu. Konxja mill-fatt li ħafna persuni ma jsifrux għax jafu li safra fiha ħafna spejjeż, staqsejt lil Matt li peress li għadda minn din l-esperjenza b’baġit veru irħis, jekk għandux xi messaġġ għal dawn il-persuni. “Dawn it-tip ta’ nies huma r-raġuni għaliex għamilt din l-isfida. Irrid ngħaddi l-messaġġ li s-safar hu wieħed mill-isbaħ esperjenzi li wieħed jista’ jkollu. Irrid ngħid ukoll li allavolja l-affarjiet li għamilt jien mhumiex għal kulħadd, is-safar m’għandux jiswa ħafna flus, speċjalment f ’pajjiżi rħas.” B’kurżità fuqi ridt inkun naf kemm kien faċli li jsib titjira tant irħisa fil-prezz. “Ħafna linji tal-ajru joffru dawn il-prezzijiet. Trid tistenna u tkun flessibbli bid-dati biex tieħu l-aħjar deal. Żammejt il-prezz baxx billi ħadt biss backpack żgħir miegħi u mhux bagalja sħiħa.” Jikteb l-avventuri tiegħu fuq Matt Ventures – Travel and Adventure Blog Matt huwa wkoll bloger tal-blogg tiegħu stess Matt Ventures – Travel and Adventure Blog. Beda jikteb blog personali dwar is-safar madwar erba snin ilu, imma kien fil-bidu ta din is-sena li beda Matt Ventures biex jaqsam l-esperjenzi tiegħu mal-pubbliku u jipprova jkun ta’ ispirazzjoni biex in-nies joħolqu l-avventuri tagħhom. Qlibt id-diskors dwar is-sistema ta’ couchsurfing li uża matul il-vaganza tiegħu għall-akkomodazzjoni tiegħu. “Mis-sebat tijiem li kont in-Norveġja jumejn biss użajt is-sistema ta’ couchsurfing. Kont aktar fortunant b’użu ta’ gruppi tal-Facebook, kif ukoll nitkellem man-nies fittriq meta kont hemm,” stqarr miegħi. Peress li kont naf ukoll li matul il-vaganza tiegħu darba minnhom raqad f ’kamp, interessajt ruħi li nkun naf aktar dwar din l-avventura. “Fil-fatt ma tellajtx kamp, dak il-lejl irqadt barra u għamilt il-kenn mill-affarijiet li sibt madwari. Ma nibżax minn dawn it-tip ta’ affarijiet għax im-


21

17.11.2019

kullhadd.com

dorri nkun fil-kampanja. Fil-fatt inħossni pjuttost aktar komdu fost is-siġar.” Matt huwa t-tip ta’ persuna li ma jħobb jippjana xejn. Allura bejni u bejn ruħi staqsejt kif meta qata’ l-biljetti biex imur in-Norveġja, possibbli li ma kien pjana assolutament xejn. “M’għamiltx pjan per se, għamilt ħafna riċerka u kont naf ħafna dwar il-post qabel ma tlajt. L-uniku pjan li kelli kien ta’ fejn kont ser norqod għall-ewwel erbat iljieli. Apparti minn hekk ridt nibqa’ flessibbli ħalli nkun nista’ nagħmel dak li jkolli aptit fil-mument u ma jkollix irbit.” Fil-bidu ta’ din l-intervista, Matt kien għarrafni li parti mill€50, kienu €35 minnhom titjiriet, allura kien jiġi li fadallu biss €15 sabiex jonfoq. B’hekk ridt inkun naf kif irnexxielu jiekol u jqassam il-ġranet tiegħu f ’ġimgħa sħiħa, u jekk hux filfaqar jew fil-lussu xorta waħda. “Il-baġit ta’ €15 fil-fatt infaqtu kollu f ’daqqa fl-ewwel lejl għax ħriġt niekol f ’restorant mal-

mara li kienet qiegħda żżommni għandha. Ġbart ħafna ikel b’xejn, ġbart il-faqqiegħ mill-foresta, kif ukoll għamilt ikla sħiħa minn dak li kienu ser jarmu s-supermarkets. Naħseb b’dak u bl-ikel li tawni n-nies li kont qed noqgħod magħhom kilt aktar mis-soltu. Nista’ ngħid li ma kontx qed ngħix f ’lussu, imma xorta kelli ċerta kumdità li noqgħod ma’ nies dħulin u interessanti. Minħabba dawn in-nies, li issa saru ħbieb, naħseb li ħadt aktar gost milli kieku kont ġo lukanda ta’ ħames stilel,” żvela miegħi. Iddobba postijiet differenti fejn jorqod u anke ikel li jkun ser jintrema mis-supermarkets Naf ukoll li fl-ebda ġurnata tal-vaganza Matt qatt ma ttallab xejn. Il-fatt li tela’ b’baġit żgħir ħafna ried ikun ċert li xorta ma jkunx ta’ piż fuq is-soċjetà jew in-nies. Għalhekk iffoka li jieħu l-affarjiet li kienu ser jintremew.

Fil-fatt kien jiddobba ħafna ikel li jkun ser jiġi mormi mis-supermarkets. Min jaf kemm hawn nies li qed jiddardru bħalissa, u lanqas biss tgħaddilhom mill-kantuniera ta’ moħħhom li jagħmlu hekk! “Jien bniedem li nħobb nitkellem man-nies, allura kulma kelli nagħmel, nidħol u nitkellem mal-maniġer li mbagħad jew qalli ma jistax jgħinni, jew inkella jsibli l-ikel li kien għadu tajjeb. Qed nirreferi għal ikel li jkun ser jintrema minħabba d-data jew inkella fil-każ ta’ frott minħabba xi tbenġil. Dawn l-affarjiet sfortunatament ma jistgħux jingħataw lill-pubbliku, imma sibt nies lesti biex jarmu dan l-ikel issiġillat f ’kontenituri nodfa. Għal min jitqażżeż irrid ngħid li probabbli anke huma ġieli jieklu ikel li għadda d-data tal-konsum jekk baqa’ jinxtamm tajjeb u ma kienx immuffat,” tbissem jgħidli. Minbarra dan kollu, kont naf ukoll li Matt għal xi darbtejn kien ġabar xi fliexken vojta, fejn

mar bihom ġo supermarket u tawh xi flus għalihom, għal total li ammonta madwar €8. Tellajt total ta’ €8 mill-fliexken vojta. Dawk użajt €5 minnhom biex nixtri ikla minn applikazzjoni jisimha Too Good to Go, li fuqha ssib ikel żejjed tar-restoranti bi prezzijiet baxxi li wkoll ikunu għar-rimi. It-€3 l-oħra l-anqas kelli bżonnhom u filfatt użajthom fl-aħħar ftit sigħat biex nixtri burger biex ma jkunux mitlufin,” spjegali Matt. Fl-aħħar ta’ din l-intervista, Matt għadda messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Is-safar m’għadux xi ħaġa esklussiva, li hi biss għal min għandu ħafna flus, imma fil-verità kulħadd jista’ jsiefer u jiggwadanja minn din it -tip ta’ esperjenza. Hawn min jgħid li l-ħajja qisha ktieb u min ma jsifirx jaqra biss l-ewwel paġna. Importanti li niftħu moħħna għal kulturi differenti u napprezzaw kemm għandna sbuħija f ’din id-dinja u t-tjubija tan-nies. Fuq messaġġ aktar serju ridt nuri kemm għandna

Jien dejjem infittex esperjenzi ġodda, u li nkun f’ambjent ġdid b’kultura differenti hija l-isbaħ ħaġa għalija. Insiefer ukoll biex nagħmel attivitajiet bħal snowboarding, trekking, u affarijiet oħra li ma nistax nagħmel hawn

ħela ta’ ikel u li kieku jista’ jintuża għal kawżi tajbin. Għandna wkoll inkunu attivi fil-konservazzjoni tal-ambjent permezz tal-għażliet li nagħmlu kuljum,” temm jgħid.


22

17.11.2019

kullhadd.com

MINN PRIM MINISTRU GĦAL ABBATI BENEDITTIN Mhux darba u tnejn fl-istorja nies li ħaddnu pożizzjonijiet għolja fis-soċjetà ħallew kollox biex iwieġbu għas-sejħa tagħhom. Lou Tseng-Tsiang kien wieħed minnhom. It-tieni Prim Ministru tar-Repubblika taċ-Ċina, maż-żmien għażel li jingħaqad mal-irħieb Benedettini. Din hija l-ġrajja tiegħu fil-qosor. Lou Tseng-Tsiang Iben katekista Protestant impenjat fil-provinċja ta’ Shanghai, Lou Tseng-Tsiang, xi drabi mniżżel Lu Zhengxiang, twieled fil-provinċja ta’ Zhejiang filLvant taċ-Ċina nhar it-12 ta’ Ġunju 1871 u sakemm kellu 13–il sena, kiseb l-edukazzjoni tiegħu b’mod privat fiddar tal-ġenituri tiegħu stess. Wara li ffrekwenta l-École des Langues Étrangères f ’Shang-

hai, fejn speċjalizza fil-Franċiż, issokta għaddej b’aktar studji lingwistiċi fi skola dipendenti mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin immirata għall-interpreti. Mibgħut San Pietruburgu fir-Russja appuntu bħala interpretu fl-1893, kemm dam hemm tgħallem ir-Russu u mħeġġeġ jissokta għaddej bit-tagħlim tiegħu mill-Ambaxxatur Ċiniż, Xu Jingcheng, issokta jiffamiljarizza ruħu dejjem aktar fiż-żewġ lingwi. Fit-12 ta’ Frar 1899, dejjem f ’San Pietruburgu, iżżewweġ lil Berthe Bovy, Belġjana ta’ twemmin Kattoliku. Dan iż-żwieġ, li minnu tfal ma tnisslux, kien oġġezzjonat bil-kbir min-naħa tas-superjuri ta’ Lou minħabba l-fatt li ċ-Ċina dik il-ħabta kienet għaddejja mill-perjodu mdemmi li l-istorja tfakkar bħala “r-Ribelljoni Boxer”, li matulha, sewwasew

Dan iż-żwieġ, li minnu tfal ma tnisslux, kien oġġezzjonat bil-kbir min-naħa tas-superjuri ta’ Lou minħabba l-fatt li ċ-Ċina dik il-ħabta kienet għaddejja mill-perjodu mdemmi li l-istorja tfakkar bħala “r-Ribelljoni Boxer” bejn l-1899 u l-1901, ċarċru demmhom eluf ta’ Nsara u barranin madwar il-pajjiż kollu, fl-aħħar żminijiet tad-dinastija Qing. Ir-ribelljoni kellha fil-mira tagħha l-barranin, li minnhom riedu “jippurifikaw” iċ-Ċina. Mingħajr ma noqogħdu nidħlu f ’ħafna dettalji, tajjeb insemmu li fost dawk li kienu fil-mira ta’ dawn l-attakki kien hemm reliġjuż Taljan li kellu jtemm l-aħħar

ġranet tiegħu f ’Malta, Mons. Pio Vidi OFM., Veroniż, Vigarju Appostoliku Koadjatur tax-Shensi, liema provinċja sfat mhedda u eventwalment attakkata mill-Boxers. L-ikbar attakk imħejji minnhom, li matulu kellhom l-intenzjoni jagħmlu ħerba minn kollox u minn kulħadd fid-distrett, b’xorti tajba sfaxxalhom sforz ta’ xita qawwija li ħabtet għal għarrieda u li matulha laħqu waslu għad-difiża tal-lok it-truppi imperjali. Quddiem din ir-realtà, saħħet Mons. Vidi marret hekk lura li meħud għall-kura f ’Hong Kong, ġie ssuġġerit jirritorna pajjiżu. Lanqas x’jilbes ma kellu, hekk li Mons. Francesco Fogolla, Vigarju Koadjatur tax-Shensi tat-Tramuntana, tah suttana minn tiegħu li llum hija miżmuma b’relikwa fil-knisja ta’ Sidtna Marija ta’ Ġesù tal-Patrijiet Franġiskani Minuri fil-Belt Valletta wara li Fogolla ġarrab il-martirju fid-9 ta’ Lulju 1900 u kien ikkanonizzat mill-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1 ta’ Ottubru tas-sena 2000. 37 sena ta’ ħidma missjunarja wasslu lil Vidi biex jieqaf Malta sforz tal-qagħda ta’ saħħtu u baqa’ hawn sakemm miet fit-28 ta’ Awwissu 1906 fil-kunvent tas-Sacro Cuor f ’Tas-Sliema. Ministru għall-Affarijiet Barranin u Prim Ministru Ir-Ribelljoni Boxer ħalliet ukoll fost il-vittmi tagħha lill-Ambaxxatur Jingcheng, li kien Kattoliku, il-bniedem gwida għal Lou fiż-żgħożija tiegħu li wasslitu biex jitlef il-fiduċja tiegħu fid-dinastija Qing. Il-mewt tiegħu wittiet it-triq liż-żagħżugħ biex iservi ta’ delegat fl-ewwel u fit-tieni konferenzi favur il-paċi li saru f ’The Hague fl-1899 u fl-1907. Mhux biss, imma eventwalment kien maħtur Ministru għall-Belġju u Ambaxxatur għar-Russja, liema pożizzjonijiet kienu okkupati qabel minn Jingcheng, li Lou kien jirreferi għalih bħala “t-tieni missier” tiegħu.

Meta faqqgħet ir-Rivoluzzjoni Ċiniża tal-1911, kontra l-parir tal-ambaxxaturi sħabu, Lou assuma r-responsabbiltà li jibgħat jgħarraf Beijing permezz ta’ telegramma li ma setax ikun hemm tama għal assistenza min-naħa tal-Gran Poteri. Mal-proklamazzjoni tar-Repubblika Ċiniża fl-1912, issieħeb mal-Partit Kuomintang ċioè Nazzjonalista ta’ Sun Yat-Sen, magħdud illum bħala “Missier in-Nazzjon Ċiniż” u kien dlonk appuntat bħala l-ewwel Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika taċ-Ċina matul il-gvern proviżorju tal-President Yuan Shikai, liema uffiċċju okkupa bejn Marzu u Settembru ta’ dik l-istess sena. Apparti hekk, bejn Awwissu u Settembru serva wkoll bħala Prim Ministru, iżda n-nuqqas ta’ esperjenza politika tiegħu, li wriet fih nuqqas ta’ ingranaġġ sforz tal-ġentilezza tiegħu, wasslitu biex jirriżenja fuq bażi ta’ raġunijiet ta’ saħħa. Lura fil-kabinett bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin bejn Novembru 1912 u Settembru tas-sena ta’ wara, matul dan il-perjodu seħħlu jabolixxi l-burokrazija kkumplikata preżenti dik il-ħabta fi ħdan il-kummissjonijiet imperjali, waqt li għar-rekluti ġodda fi ħdan il-ministeru, talab għarfien ta’ kwalunkwe lingwa u istitwixxa eżamijiet għad-dħul fuq sistemi moderni. Peress li sadanittant fittex li bl-ebda mod ma jaffilja ruħu ma’ partit jew ieħor, dan l-ispeċi ta’ iżolament politiku tiegħu wasslu biex jirriżenja, ma’ liema pass seħħlu jsir wieħed mill-fundaturi tas-Soċjetà Ċiniża tal-Liġi Internazzjonali. Segretarju tal-Istat bejn it-22 ta’ Diċembru 1915 u t-22 ta’ Marzu 1916, qeda ta’ Ministru għall-Affarijiet Barranin għat-tielet darba bejn is-27 ta’ Jannar 1915 u s-17 ta’ Mejju 1916 fi ħdan il-Gvern tat-“Tramuntana” f ’Beijing. Matul dan il-perjodu daħal f ’negozjati diffiċli mal-Ġappun u mar-Russja. Għar-raba’ darba, serva f ’dan l-inkarigu mit-30 ta’ Novembru 1917 sat-13 ta’ Awwissu 1920, f ’liema fażi mexxa d-delegazzjoni Ċiniża fil-Konferenza għall-Paċi li saret f ’Pariġi bejn Novembru 1918 u Diċembru tas-sena ta’ wara. In-nuqqas ta’ ftehim iżda dwar l-artiklu 156 tat-Trattat tal-Versailles dwar il-peniżola ta’ Shandong, li ġiet mgħoddija lill-Ġappun minflok liċ-Ċina bħalma kien miftiehem


23

17.11.2019

kullhadd.com

qabel, wasslet liċ-Ċina biex tkun iniżżlu l-ismijiet ta’ dawk li kienu il-pajjiż waħdan mill-parteċi- jattendu iżda ma ħadu l-ebda tip panti tal-konferenza biex ma tif- ta’ azzjoni fil-konfront tagħhom. F’Awwissu tal-1946, il-Pafirmax it-trattat imsemmi. pa Piju XII ħatar lil Dom Pierre-Célestin abbati titulaJidħol Benedittin ri tal-Abbazija ta’ San Pietru Bejn l-1922 u l-1927, Lou f ’Ghent. Xewqtu iżda kienet dik rrappreżenta liċ-Ċina bħala min- li jerġa’ lura pajjiżu fil-kwalità istru plenipotenzjarju fi ħdan La ta’ missjunarju, biex hekk iwetSociété des Nations f ’Ġinevra, taq l-istruzzjonijiet mogħtija lilu l-Iżvizzera. Il-mewt ta’ martu minn Jingcheng tant snin qabel, fis-16 ta’ April 1927, wasslitu iżda t-tfaqqigħ ta’ gwerra ċivili biex mhux biss jirtira mill-ħajja fiċ-Ċina ħassritlu l-pjanijiet kollattiva, imma wkoll biex iħaddan ha. Miet fl-abbazija msemmija ħajja monastika fi ħdan l-Ordni fil-15 ta’ Jannar 1949 u ndifen Benedittin. Imħeġġeġ sa minn liebes l-abitu reliġjuż tiegħu. żgħożitu sabiex iħaddan il-fi- Dan il-bniedem l-istorja tħares di Kattolika milll-Ambaxxatur lejh illum bħala bniedem li emJingcheng u megħjun f ’dan il- men fl-ideal uman aktar milli pass minn martu Berthe, Lou bħala politiku jew skular. Iżtgħammed fi ħdan il-Knisja Kat- żwieġ tiegħu kien vokazzjoni tolika fl-1911 u daħal fl-Ordni fih innifsu, lil hinn mill-konfini bħala postulant fl-4 ta’ Ottubru nazzjonali, razzjali u reliġjużi 1927 fil-monasteru ta’ Sint-An- taż-żmien u għalih sew hu u sew dries fi Bruges fil-Belġju, fejn martu sabu l-ostakli tas-superjuassuma l-isem reliġjuż ta’ Dom ri tagħhom u tal-istess nieshom. Pierre-Célestin. Ordnat saċer- Segwit minn sejħa aktar profondot fid-29 ta’ Ġunju 1935, mat- da li minnha nsiltet tfittxija konul it-Tieni Gwerra Dinjija tella’ tinwa għall-għaqda, paċi, fidi u diversi konferenzi dwar il-Lvant mħabba, il-qabar sempliċi ta’ dak Imbiegħed li matulhom ippro- li seħħlu jsir l-ewwel abbati Ċiniż pagandizza l-isforz tal-gwerra fl-istorja tal-Ordni Benedittin, Ċiniża kontra l-Ġappun. Aġen- fiċ-ċimiterju tal-abbazija ta’ San ti sigrieti Ġermaniżi ħadu ħsieb Pietru, iservi llum ta’ xhieda aw-

Dan il-bniedem l-istorja tħares lejh illum bħala bniedem li emmen fl-ideal uman aktar milli bħala politiku jew skular. Iż-żwieġ tiegħu kien vokazzjoni fih innifsu, lil hinn mill-konfini nazzjonali, razzjali u reliġjużi taż-żmien u għalih sew hu u sew martu sabu l-ostakli tas-superjuri tagħhom u tal-istess nieshom tentika ta’ bniedem li ħabb ’l artu u għaliha xtaq u fittex dejjem, paċi u ġid. Fost il-kitbiet li ħalla, insemmu biss l-awtobijografija tiegħu bil-Franċiż Souvenirs et Pensées li dehret fl-1945 u li fiha seħħlu jinseġ it-tifkiriet tiegħu rigward il-karriera diplomatika u politika tiegħu u l-vokazzjoni reliġjuża sussegwenti li fiha l-Kristjaneżmu jidher bħala t-twettiq tat-tradizzjoni Konfuċjana għall-“paċifikazzjoni tal-univers”. Dan ix-xogħol kien aktar tard tradott f ’lingwi diversi fosthom bl-Ingliż u bid-Daniż.


24

17.11.2019

kullhadd.com

IT-TRIQ GĦAS-SUĊĊESS Kitba ta’ MARY CHETCUTI

Fid-dinja tal-lum biex tirnexxi politikament jaqbillek tidħol membru fil-Parlament. Iżda mijiet ta’ snin ilu l-affarijiet kienu differenti ħafna u żgur li lanqas qatt ma tobsor mnejn kienet tibda t-triq għas-suċċess ta’ bniedem ambizzjuż li kien irid jagħmel parti minn dak il-grupp żgħir iżda influwenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Ħa nieħu eżempju bl-Ingilterra tas-seklu 16 fi żmien ir-renju tar-Re Enriku VIII fejn il-Parla-

ment lanqas kien jiġi kkalkulat għax il-logħba politika kienet tintlagħab fil-kurituri tal-palazz mill-kortiġjani tiegħu. Sabiex wieħed jilħaq kortiġjan ma kienx biżżejjed li jkun membru ta’ familja nobbli. Ried l-ewwel jiġi rakkomandat minn persuna li diġà tkun fil-qorti tar-re, imbagħad jiġi maħtur kortiġjan miċ-ċambellan irjali. Minn hemm ’il quddiem wieħed kien jagħmel ħiltu sabiex jingħoġob mal-aktar klikka

b’saħħitha ħalli jingħata xi ħaġa x’jagħmel u forsi jiġbed l-attenzjoni tar-re. Kien jiġri li jekk ir-Re Enriku VIII jinnota kortiġjan li jobdi u jagħmel dmiru sew filwaqt li jkun leali u affidabbli, hu kien jitkixxef dwaru minn sorsi tal-qalba u jekk kien jogħġbu dak li jisma’ fuqu kien jagħżlu bħala membru tal-Privy Chamber. Min kien jasal sa din il-kariga kien jista’ jgħid li diġà għandu Privy Chamber irjali? Ma kienet sieq waħda fit-triq għal suċċess xejn għajr il-kamra tas-sodda jew garantit. Imma x’kienet din il- saħansitra l-kmamar privati fejn ir-re kien jorqod, jagħmel il-bżonnijiet tiegħu, jinħasel kif ukoll jirrilassa jaqra xi ktieb ’il bogħod mir-responsabbiltajiet tal-istat. Sabiex jagħmel dawn l-affarijiet li semmejt, ir-Re Enriku VIII kien jeħtieġlu jkollu madwaru kortiġjani, sintendi rġiel, li jagħmlu xogħol ta’ qaddejja u jeħdulu ħsieb ta’ kollox huma. Kellu l-qaddej li jlibbsu u jneżżgħu, il-qaddej li jgħinu jinħasel meta r-re jiddeċiedi li jinħasel. Kellu l-qaddej li jlestilu l-kolazzjon ta’ filgħodu filwaqt li jara li dejjem ikollu xorb u ikel lest għal meta jkun irid jilqa’ lil xi ħadd fil-privatezza ta’ kamartu. Ir-Re Enriku VIII kellu grupp ta’ qaddejja mdaqqas mhux ħażin fil-Privy Chamber tiegħu. Iżda l-ħolma ta’ kull kortiġjan kienet li jinħatar Groom of the King’s Close Stool jew fi kliemna l-qaddej li jassisti lir-re meta jeħtieġlu jipporga. Kien jissejjaħ il-qaddej tal-banketta għax fil-fatt ir-re kien ipoġġi fuq speċi ta’ banketta b’toqba mdaqqsa f ’nofsha u ttapezzata bi drapp lussuż li jgħatti l-awrinar ġo fiha u r-re ma jħossx l-ebusija tal-injam waqt li jserraħ imsarnu. Xogħol il-qaddej tal-banketta kien li jgħin lir-re jniżżel u jtella’ l-qalziet jekk dan jitolbu jgħinu u joqgħod ħdejh sakemm ilesti. Peress li r-Re Enriku VIII kien raġel magħmul goff, il-qaddej kien ikun lest bi friskatur ilma, sapun u xugaman ħalli jaħsillu l-warrani sew qabel jerġa’ jlibbsu l-qalziet. Min jaf x’taqleb għajnejk inti u taqra! Għalkemm tista’ tinstema’ bħala l-aktar ħaġa umiljanti li kortiġjan kien jispiċċa jagħmel għandek tkun taf li kull min kien f ’din il-ħatra sar l-aktar bniedem għani u influwenti tul id-dinastija Tudor u d-dinastiji li ġew warajhom. Ħatra daqstant intima kienet titlob persuna daqstant ta’ fiduċja

Għalkemm tista’ tinstema’ bħala l-aktar ħaġa umiljanti li kortiġjan kien jispiċċa jagħmel għandek tkun taf li kull min kien f’dil-ħatra sar l-aktar bniedem għani u influwenti tul id-dinastija biex ir-re jħossu komdu jiddiskuti affarijiet personali waqt li jagħmel xogħlu. Tant kien igawdi l-fiduċja tar-re li l-Groom of the Stool (fil-qosor) kien jingħata l-kmand tal-qaddejja tal-Privy Chamber f ’idejh. Aktar minn hekk, il-qaddej tal-banketta kien jingħata r-responsabbiltà tal-privy purse jiġifieri teżorier personali tar-re. Kien jiddeċiedi wkoll min għandu jingħata aċċess għall-kmamar privati tar-re. Kien dak li llum ngħidulu segretarju privat fuq livell kemxejn aktar personali mil-lum. Il-ħatra ta’ Groom of the Stool bdieha r-Re Enriku VII fis-Seklu 15 (missier Enriku VIII), u damet sa ma r-Re Edwardu VII abolixxiha fl-1901. Sir William Compton, Sir Henri Norris, Sir Thomas Heneage u Sir Anthony Denny saru l-aktar aristokratiċi għonja u influwenti fl-Ingilterra tar-Re Enriku VIII għax kollha messithom ix-xorta li fil-veru sens tal-kelma jimsħu l-warrani tar-re. Irrid ngħid, però, li Sir Henry Norris spiċċa fuq il-forka mhux għax ma għamilx dmiru sew bħala Groom of the Stool imma għax allegatament ikkonfoffa ma’ mart ir-re, Anne Boleyn, minn wara dahru. Kuntrarju għal Sir Henry Norris, wieħed mill-qaddejja tal-banketta tar-Re Ġorġ III jismu John Stuart tant kien igawdi l-fiduċja tar-re li wasal biex ħatru Prim Ministru tar-Renju Unit.


25

17.11.2019

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

PASKAL U T-TELLIEQA GĦALL-BAJD TAL-GĦID L-aħbar ġriet ma’ kullimkien! “Il-fekruna rebħet lill-fenek f ’tiġrija inkredibbli! Rebħet il-fekruna!” Paskal, il-fenek tal-Għid, stenbaħ b’din l-aħbar. Ma jistax ikun! Il-fenek li tilef it-tiġrija kien kuġinuh, biex tgħaxxaq! “Le ta. Hemm bżonn insalva l-unur tal-kuġin!” qal. U għalhekk Paskal ħareġ bi sfida – u l-fekruna aċċettat. “B’kundizzjoni waħda però. Peress li jien inġorr dari fuq dahri, int trid iġġorr bajda taċ-ċikkulata t-tellieqa kollha!” qaltlu l-fekruna. “U ajma x’vavata!” qalilha Paskal. Dan il-ġenn ta’ Paskal, li mhux kapaċi

jiżen sew qabel jitlaq jiġri, jispiċċa jkun ir-raġuni għat-telfa tiegħu, f ’din l-istorja li tinterpreta mill-ġdid il-ħrafa antika ta’ Esopu, u naqraw kif min jaħdem bil-mod u bil-galbu, fl-aħħar jispiċċa rebbieħ. L-avvventura ta’ Paskal f ’dan il-ktieb hija perfetta biex flimkien mat-tfal niddiskutu l-ġenn tas-soċjetà tagħna għall-gratifikazzjoni immedjata. Il-moral tal-istorja hu wieħed sottili, u t-tfal se jidħqu bil-kummiedji ta’ Paskal waqt it-tellieqa, sa ma jirrealizzaw li l-perseveranza u l-paċenzja tal-fekruna fl-aħħar twassalha fejn riedet. Paskal u t-tellieqa għall-bajd tal-Għid, mimli bajd taċ-ċikkulata u tellieqa ferrieħa, jo-

qgħod pinġut għal dan il-perjodu li jwassal għall-Għid. Kitba tal-awtur Franċiż Pascal Brissy b’illustrazzjonijiet ta’ Léa Fabre, l-istorja ġiet addattata għall-Malti minn Clare Azzopardi. Il-ktieb jaħdem tajjeb ma’ tfal ta’ etajiet differenti, ideali biex jinqara lit-tfal meta jkunu għadhom ċkejknin u, meta jikbru ftit, minn 7 snin ’il fuq biex jaqrawh it-tfal stess u jħossuhom kburin li qed jaqraw stejjer bil-Malti. Huwa ktieb ideali għall-ġenituri u għall-għalliema biex jiddiskutu mat-tfal il-virtù tal-paċenzja u l-perseveranza – kunċett li jaf ikun tqil għat-tfal biex jifhmu.

META MMUR GĦAND SIEĦBI CARLOS

Din storja rrakkuntata minn tifel li għandu ħabib tiegħu jismu Carlos u ħuh jismu Will. Iħobb imur id-dar ta’ Carlos għax hemm jista’ jilgħab bil-ġugarelli tas-suldati u ħadd ma jgħidlu xejn jekk iħallihom jiġru fejn ġie ġie. Id-dar ma jistax jagħmel hekk, għax inkella ħuh jista’ jaqa’ fihom. U hemm tibda din l-istorja emozzjonanti ta’ tifel li jgħix ma’ ħuh: ħuh li m’għandux bżonn torċ biex jaqra billejl; li għandu kelb Labrador għalih waħdu; li jaf jgħodd kull tarġa meta jkun nieżel xi mkien; li għandu memorja perfetta u li jaf jirrakkonta stejjer sbieħ. Huwa l-qarrej ta’ din l-istorja li jrid jinduna li Will, fil-fatt, huwa nieqes mid-dawl. It-tifel li qed jirrakkonta qatt ma jagħmel referenza espliċita għal hekk – anzi, qisu lanqas qed jagħti kas, u għalih in-nuqqas

ta’ dawl ta’ ħuh u kif dan ħuh juża s-sensi l-oħra tas-smigħ, tax-xamm u jmiss, huma vantaġġ. “Kemm hu xxurtjat ħija,” jgħid ħin minnhom. Meta mmur għand sieħbi Carlos huwa picture book, li għal darb’oħra fl-istorja tal-Merlin Publishers, jesplora territorji ġodda fid-dinja tal-ktieb Malti. “Huwa parti mill-ethos tagħna li nippruvaw inkissru l-barrieri ta’ bejnietna u nħarsu lil hinn mill-isterjotipi. Kull tifel u tifla għandhom ikollhom il-possibbiltà li jiskopru xi traċċi tagħhom infushom fil-kotba, anki kotba popolari għandhom din l-urġenza li jirrappreżentaw lil kulħadd,” qal ir-rappreżentant tal-Merlin Chris Gruppetta. Il-ħsieb wara l-ktieb hu li jirrappreżenta n-nuqqas ta’ dawl b’mod pożittiv, kemm għall-familji li qed jgħixu ma’ din ir-realtà

kif ukoll għall-qarrejja ċkejknin biex iħarsu lejn l-inklużjoni bħala proċess pożittiv u ta’ għajnuna. Għall-Merlin Publishers, il-kotba huma għodda ideali biex tistimola l-konverżazzjoni mat-tfal dwar nies b’diżabbiltajiet. Meta mmur għand sieħbi Carlos juri lit-tfal ukoll l-importanza li tkun ottimist u rikonoxxenti għall-affarijiet kollha li għandna u li forsi fil-ħajja ta’ kuljum bilkemm nagħtu kashom. Stejjer hekk jgħinuhom biex iqiegħdu l-problemi li jista’ jkollhom, f ’perspettiva usa’. “Ridna nintroduċu l-inklużjoni lil hinn mill-buzzwords u f ’kuntest reali, biex – nittamaw – il-ġenerazzjonijiet il-ġodda jikbru ftit iżjed miftuħin minna għal nozzjonijiet ta’ kif nistgħu ntejbu d-dinja ta’ madwarna u nġibu ruħna mal-proxxmu,” qal Gruppetta.

Mistoqsija: Xi jrid jiskopri l-qarrej fil-ktieb Meta mmur għand sieħbi Carlos? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-kotba PASKAL U META MMUR GĦAND SIEĦBI CARLOS. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb PIETRU huwa: D. BALDACCHINO - MOSTA

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

01

TIRBAĦ €100

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Minn total ta’ 36 li ntbagħtu l-ħabs kemm kienu ġuvintur minorenni?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:

Rebbieħ: N. BONNICI - ĦAL SAFI


26

17.11.2019

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

17.11.2019

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 303

M. CARUANA - IN-NAXXAR

Bi 3 Numri B’4 Numri 0169 270 0396 303 0672 335 0689 375 0723 474 0731 487 1443 540 2210 547 2276 685 2313 688 2576 880 2674 924

3156 4296 4799 5315 6224 6390 7066 7458 7680 8219 8638 8756 8913

8996 9024 9242 B’5 Numri 00535 06348 08013 09145 09638 11748 12901 16628

17011 18030 19769 29297 30121 31369 33001 38093 40994 46054 47057 48194 51555

53627 76699 76802 77062 79314 86889 92030

748879 773150 959097 973549 Bi 8 Numri 28571442 64984283

B’6 Numri B’9 Numri 005771 114453529 142604 420918541 183440 215997

1. 4. 7,19. 9,22. 10. 12.

Mimdudin: Kompli l-qawl: ............ tal-għeneb, xahar tar-riħ isfel, l-għassara jitolbu għalih (5) Jintuża ħafna fil-ħjata (4) Bla missier u/ jew omm (5) Intebaħ (6) Issibhom anki l-qorti (6) Bejgħ (6)

16. Frida tilfet l-ewwel tnejn (3) 18,21W. L-età tiegħi (5) 19. Ara 7 20. Mhux bħas-soltu (5) 21. Ara 3 23. Ara 11 24. Ma ħallejtx maħlul (5) Weqfin: 1. Vapuri? (6) 2,17. Beżża’? (6)

3,21M. 5,6. 6. 8. 11,23. 12. 13. 14. 15. 17. 21. 22.

Strett? (6) Qagħad (6) Ara 5 Għandu lukanda (9) Mhux pubbliku (6) Intelliġenza Artifiċjali (1,1) WSC bil-Malti (1,1,1) Ta fastidju (6) Ma ħallejtx vojt (6) Ara 2 Ara 18 Ara 9

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Tiben, 4.Ġorġ, 7,11.Arka, 9,18. Irħam, 10.Destin, 12.Malinn, 19.Ike, 20.Tnejn, 23.Sant, 24.Illum

Weqfin: 1.Tmissu, 2,22.Baħrin, 3,16.Nadura, 5.Ort, 6,21M. Ġinġer, 8.Reġimenti, 12.Ma, 13,21W. Lanġas, 14.Ninżel, 15.Sellum, 17.Rue


28

17.11.2019

kullhadd.com

KUNDANNA U AKKUŻA ĠDIDA

TUNNELLATI TA’ CO2 IFFRANKATI MILL-ARJA B’INVESTIMENT FIĊ-ĊNL Bl-installazzjoni ta’ 320 pannella fuq il-bejt taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Partit Laburista qiegħed jagħti l-kontribut tiegħu favur enerġija rinovabbli u ambjent iktar nadif. Fi kliem il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Randolph De Battista, il-Partit Laburista jrid imexxi bl-eżempju fejn mhux biss jitkellem dwar dak li jrid isir iżda jibda jwettaq hu dak li jemmen fih. “Nemmen li meta nieħdu inizjattivi mill-Gvern, il-partit irid ikun qed imexxihom ’il quddiem hu wkoll. F’dan ilkaż poġġejna fil-prattika l-ideat tagħna favur l-użu ta’ enerġija iktar rinovabbli u iktar nadifa biex illum il-bjut tal-binja li naħdmu minnha huma post minn fejn nipproduċu enerġija rinovabbli,” qal De Battista li fakkar kif dan mhux l-ewwel każ fejn il-Partit Laburista jmur mill-kliem għall-fatti, saħansitra qabel il-Gvern. “L-istess għamilna bil-festi pubbliċi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa. Aħna

ilna li tajniehom lill-ħaddiema tagħna b’mod sħiħ minn meta l-Gvern reġa’ għamel il-wegħda li ftit ftit jirritornahom lura. Għax jekk emminna fiha biex nipproponuha rridu nwettquha wkoll,” kompla jispjega l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista. Bl-installazzjoni ta’ 320 pannnella se jkunu ġġenerati 394 Kwh ta’ enerġija kuljum u iktar minn tmien tunnellati u nofs ta’ CO2 se jkunu frankati kull sena. Dan il-proġett huwa wkoll wieħed minn sensiela li jridu jagħmlu l-operat tal-partit iktar sostenibbli fit-tul. “Meta fit-13 ta’ Diċembru nerġgħu nitolbu l-għajnuna finanzjarja tan-nies, in-nies jafu li qed jgħinuna biex ninvestu fit-tul. Mhux biss jgħinuna biex nagħmlu kampanji ta’ suċċess bħalma kellna din is-sena, iżda biex inwettqu bidliet li l-partit se jieħu l-ikbar frott tagħhom fis-snin li ġejjin u lil ta’ warajna nħallulhom partit iktar b’saħħtu milli sibnieh aħna,” temm jgħid De Battista.

9 rġiel intbagħtu l-ħabs minħabba l-użu ta’ dokumenti foloz u hekk kif kien dieħel Kordin wieħed minnhom instabulu wkoll droga u 13–il mobile. Irraġel li fuqu nstabet din is-sejba hu Rabu Ahmid ta’ 34 sena mit-Togo. Id-droga ġiet immarkata mill-iscanners malli l-affarijiet ta’ Ahmid għaddew minnhom. L-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi infurmat lill-Pulizija b’din is-sejba għal aktar investigazzjonijiet. Mhux eskluż li Rabu Ahmid huwa relatat ma’ aktar attivitajiet kriminali. Intant, Ahmid flimkien ma’ 8 irġiel barranin oħra ngħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs wara li ppruvaw iħallu Malta b’passaport falz. L-irġiel huma mis-Sudan, mill-Kosta tal-Avorju, mill-Guinea, mit-Togo u mill-Georgia. L-etajiet tagħhom ivarjaw minn 16 sa 35 sena. Minnhom, 6 irġiel ippruvaw jaqbdu titjira lejn Pariġi, b’passaporti u dokumenti tar-residenza tal-Italja ffalsifikati. Żewġt irġiel ġew arrestati wara li qabdu l-katamaran lejn Sqallija u persuna oħra ġiet arrestata wara li ppruvat titlaq minn Malta lejn l-Ingilterra. Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech huma wieġbu ħatja għall-akkużi fil-konfront tagħhom.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.