KullĦadd_18.04.2021

Page 1

Il-Ħadd, 18 ta’ April, 2021

L-AKBAR PROĠETT BI KWALITAJIET ĦAJJIN TA’ POPLU Il-proġett tal-Marsa Junction, li wassal għal inqas traffiku, tniġġis, inċidenti u anke ħin fl-ivvjaġġar fl-aktar żona li tilqa’ traffiku fin-Nofsinhar tal-pajjiż, ġie inawgurat uffiċjalment din il-ġimgħa mill-Prim Ministru Robert Abela, li ddeskrivieh bħala riflessjoni tal-ambizzjoni, l-għaqal u l-perseveranza tal-poplu Malti. Rapport f’paġni 6 u 7

Ħarġa Nru 1,449

Prezz €1

MANUVRI TA’ DEPUTATI TAL-PN KONTRA OĦRAJN Rapport f’paġna 5

IN-NUMRI JGIDDBU ’L BUSUTTIL L-ISKUŻA TAL-EKS KAP NAZZJONALISTA SIMON BUSUTTIL LI SERQULU L-ELEZZJONI FL-2017 IĠIBUHA FIX-XEJN IL-FATTI Lejlet l-Elezzjoni Ġene­ra­­ li tal-2013, fil-perjodu li Simon Busuttil kien Viċi Kap tal-Partit Nazzjo­nalista, kienu ddaħħlu d-doppju ħaddiema ġodda mal-Gvern milli lejlet l-Elezzjo­ni Ġenerali tal2017. Iċ-ċifri, li joħorġu minn eżerċizzju tal-KullĦadd, igiddbu lil Busuttil meta din ilġimgħa argumenta li l-aħħar elezzjoni ġenera­li kienet misruqa mill-Partit Laburista b’abbuż ta’ poter, inkluż b’ingaġġ ta’ ħaddiema fis-Servizz Pubbliku. Intervistat fil-programm te­le­viżiv L-Erb­għa Fost il-Ġim­ għa, l-Eks Kap Nazzjonalista reġa’ sostna t-teżi tiegħu li l-Partit Laburista seraq l-Elezzjoni tal-2017 permezz ta’ żieda enormi fl-ispiża pubblika u l-għoti ta’ eluf ta’ impjiegi mal-Gvern. Bħal ħafna affarijiet li jgħid Dr Busuttil, ftit li xejn issib verità meta tħares lejn il-fatti.

Fil-kampanj­a għall-Elezzjoni tal-2013, bejn Diċembru 2012 u Marzu 2013, kien hemm żieda ta’ 509 persuni impjegati full-time mas-Settur Pubbliku jew żieda medja ta’ sitt persuni kull ġurnata fil-kampanja. Dak iż-żmien Busuttil kien inġieb apposta minn Brussell wara li l-Viċi Kap Tonio Borg ġie nnominat għal Kummissarju Ewropew. Imqabbel mal-perjodu ta’ Mejju 2017, ix-xahar tal-kam­ panja elettorali, sa Awwissu 2017, kien hemm żieda ta’ 324 ħaddiem full-time fis-Settur Pub­bliku. Dan fisser żieda medja ta’ tliet persuni kuljum jew nofs ir-rata ta’ meta Busuttil mexxa l-kampanja ta’ GonziPN. Analiżi tal-bdil fid-dejn talGvern fiż-żewġ perjodi wkoll jirredikolaw kull argument ta’ Busuttil.

IL-POPLU MALTI GĦANDU T-TIENI L-AKBAR ĠID FL-EWROPA

Tkompli f’paġna 4 Rapport f’paġna 3


02

18.04.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 18°C L-Inqas Temperatura: 12°C L-Indiċi UV: 7 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja testendi minn fuq il-Punent sa fuq iċ-Ċentru tal-Mediterran It-Temp: Pjuttost imsaħħab li jsir ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Punent Majjistru li jsir moderat għal ftit qawwi Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat L-Imbatt: Baxx mill-Grigal li jsir mil-Lvant It-Temperatura tal-Baħar: 16°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570

18°C UV 9

KUNTATT ĠENERALI

13°C

Il-Ħamis

19°C UV 9

14°C

20°C UV 7

Il-Ġimgħa

13°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

19°C UV 7

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1​ 182

13°C

19°C UV 9

12°C

19°C UV 9

12°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21234567 Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238018 Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera – 21444648 Herba Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara – 21443406 Tony’s Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Il-Gżira – 21332080 St. Andrew’s Pharmacy, Triq il-Qasam, Tal-Ibraġġ – 21371062 Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema – 21334635 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 Smiths (Pama) Pharmacy, Triq Valletta, Il-Mosta – 21417593 El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Il-Qawra – 21576308 St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid – 21665848 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k/m Vjal il-Kottoner, Il-Fgura – 21673811 Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka, Marsaskala – 27023322 St. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Ħal Għaxaq – 21808723 Chrysantemum Pharmacy, Triq San Nikola, Il-Qrendi – 21680828 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 21465411 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454247 Għawdex Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21551841 Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Ta’ Sannat – 21564447 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

18.04.2021

L-20% tal-popolazzjoni bl-inqas assi

Il-faxxa tan-nofs

L-aħjar ħamsa Lussemburgu Malta Belġju Ċipru Irlanda

€3,867 €8,889 €1,066 €1,030 €440

€171,057 €81,223 €78,205 €68,968 €58,196

L-akbar tliet ekonomiji Ġermanja Franza Italja

€108 €1,136 €1,000

€39,145 €47,003 €50,250

L-agħar ħamsa Estonja Polonja Kroazja Ungerija Latvja

€741 €1,782 €1,228 €574 €1

€22,320 €22,008 €20,555 €14,968 €9,596

LIVELL MEDJU TA’ ASSI NETTI (2017)

IL-MALTIN BIT-TIENI L-AKBAR ĠID Rapport maħruġ mill-aġenzija ta’ riċerka tal-Unjoni Ewropea, Eurofound, jindika li fl-2017 il-familji Maltin kellhom it-tieni l-akbar ġid meta wieħed jikkunsidra kemm dawn għandhom assi u jnaqqas id-djun. L-istudju, li hu bbażat fuq l-istħarriġ xjentifiku li jsir millBanek Ċentrali Ewropej, jixhed li fil-fatt bħala medja l-familji fil-faxxa tan-nofs f’pajjiżna għandhom assi netti ta’ iżjed minn €81,000 bħala medja. Dan hu d-doppju tal-livell li għandhom il-familji simili Ġermanizi u aktar minn darba u nofs tat-Taljani. Il-livell ta’ assi li għandha familja medja Mal­tija u Għawdxija huwa disa’ darbiet dak ta’ familja fil-Latvja. L-istudju juri wkoll li l-20% tal-popolazzjoni bl-inqas livell ta’ assi f’pajjiżna huma dawk fl-aħjar pożizzjoni fl-UE. Bħala medja dawn għandhom assi netti li jlaħħqu kważi €9,000, jew aktar mid-doppju tal-livell fil-pajjiż li hu t-tieni l-aħjar, il-Lussemburgu. Ta’ min jinno­ ta li l-istudju tal-Eurofound jindika li f’nofs il-pajjiżi l-assi netti tal-faxxa l-aktar fil-baxx ma jaqbżux l-€1,000, jew disa’ darbiet agħar mill-familji Maltin u Għawdxin l-aktar vulnerabbli. L-esperti Ewropej jinnotaw li “within-country wealth inequality in the EU is lowest in most of the eastern and southern European Member States: Poland, Slovakia, Slovenia, Lithuania, Greece, Malta, Italy and Croatia”. Dan ifisser li

pajjiżna għandu fost l-aħjar livell ta’ tqassim ta’ ġid fl-Ewropa. Dan filwaqt li l-istudju jinnota kif “people in central European countries and in Greece tend to be much poorer than people in Luxembourg, Cyprus, Belgium and Malta”. Malta tispikka bħala l-pajjiż fejn hemm l-inqas rata ta’ nies li għandhom djun iżjed milli għandhom assi. Fil-fatt, waqt li fl-Olanda hemm 10% tal-popolazzjoni f’din il-qagħda ferm imwiegħra, f’Malta dan il-proporzjoni hu ta’ 0.3%. Minbarra hekk, imqabbel mal-2010 u l-2013, kien hemm titjib qawwi f’Malta f’dan ir-rigward. Fattur ieħor li joħroġ minn dan l-istudju hu kemm hawn żgħażagħ lokali li huma sidien ta’ djarhom. Hi biss is-Slovakkja li għandha rata inqas ta’ dawk ta’ età bejn 16 u 34 li jikru r-residenza tagħhom. Mentri kważi 80% tal-familji Ġermaniżi fletà bejn is-16 u l-34 jikru r-residenza tagħhom, f’pajjiżna din ir-rata hi qrib il-15%, jew ħames darbiet inqas. Fl-aħħar ġimgħat numru ta’ rapporti wrew kif, minkejja l-pandemija, il-livell tal-assi tal-familji kompla jiżdied. Filfatt ir-rapport tal-Bank Ċentrali ta’ Malta indika li d-depożiti mal-banek tal-familji Maltin u Għawdxin żdiedu b’€1.2 biljun, jew 10% fuq sena qabel. Ma’ dan, l-ammont ta’ konvenji li saru għal xiri ta’ proprjetà fl-aħħar xhur kienu d-doppju tal-medja qabel il-pandemija.


04

18.04.2021

IL-FATTI KOLLHA LI JGIDDBUH Tkompli minn paġna 1 Fiż-żmien meta l-istess Busuttil kien Viċi Kap, sibna li dan żdied bi €307 miljun. B’kuntrast bejn it-tieni kwart tal-2017 u l-kwart ta’ wara, id-dejn nazzjonali mhux talli żdied, iżda naqas bi €23 miljun. Dan ukoll iġib fix-xejn l-argument fallaċi li kien hemm xi xiri ta’ voti permezz ta’ abbuż minn fondi pubbliċi, kif ittanta jpinġi din ilġimgħa l-favorit tal-establishment Nazzjonalista. Fil-fatt il-qagħda tal-finanzi pubbliċi mhux biss tjiebet fl-2017, iżda wkoll kienet l-unika darba fl-istorja ta’ pajjiżna li dan seħħ f’sena ta’ elezzjoni. Meta sar ir-referendum għad-dħul fl-Unjoni Ewropea, meta Dr Busuttil inzerta wkoll kien protagonista, id-defiċit nazzjonali kien sploda għal 9%, minn 5% fis-sena ta’ qabel. Fl-2004, sena oħra tal-Elezzjoni, id-defiċit kien ta’ 4.3% tal-ġid nazzjonali u sa sena wara Gvern Nazzjonalista kien naqqsu għal 2.8% permezz ta’ żidiet fittaxxi u miżuri ta’ awsterità. L-istess għall-Elezzjoni tal-2008, GonziPN kien għamel defiċit ta’ 4.1%, meta sa sena qabel kellu defiċit ta’ 2.1%. Fl-2009, f’nofs kriżi ekonomika u minkejja t-tbatija

Żieda fl-impjiegi mas-Settur Pubbliku

Bidla fid-dejn tal-Gvern

Diċembru 2012 sa Marzu 2013

Mejju 2017 sa Awwissu 2017

509 (jew 6 sitta kuljum)

324 (jew 3 kuljum)

L-aħħar kwart tal-2012 għall-ewwel kwart tal-2013

It-tieni kwart tal-2017 għat-tielet kwart tal-2017

+ €307 miljun

-€23 miljun

tal-familji u n-negozji, il-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi kien naqqas iddefiċit għal 3.2%, wara li rema l-wegħdi elettorali tiegħu stess u qata’ nifs il-Maltin b’piżijiet li wkoll kienu jiżdiedu kull xahar. L-istatistika turi b’mod ċar li taħt Gvernijiet Nazzjonalisti kien hemm ċiklu fejn kien ikun hemm awsterità ħlief fis-sena tal-elezzjoni, fejn kollox kien permess l-aqwa li tintrebaħ l-elezzjoni. Imbagħad sena wara jibda jiġi ssikkat iċ-ċinturin mill-ġdid. Dr Busuttil meta kien Vici Kap tal-PN fil-Gvern hekk ipprova jagħmel. Fil-fatt, filwaqt li d-defiċit fl-2011 kien 2.4% talġid nazzjonali, fl-2012 fit-tħejjija għallelezzjoni dan kiber għal 3.4%. Fl-aħħar tliet xhur qabel intilfet dik l-elezzjoni, taħt it-treġija ta’ Dr Simon Busuttil u diversi membri tax-Shadow Cabinet attwali ta’ Bernard Grech, il-piż tad-dejn nazzjonali

kien tela’ minn taħt 66% għal kważi 70%, tant li pajjiżna kien obbligat li jitpoġġa taħt il-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv millKummissjoni Ewropea. Minbarra hekk l-aġenziji ta’ kreditu kollha naqqsu r-rating ta’ pajjiżna u l-esperti tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) kienu sostnew li l-finanzi tal-pajjiż m’għadhomx sostenibbli. Bil-maqlub ta’ dan, fl-Elezzjoni tal-2017 il-Gvern Laburista kellu surplus ta’ 3.2% tal-ġid nazzjonali, b’żieda ta’ 0.9% fuq is-sena ta’ qabel u l-akbar surplus fl-istorja nazzjonali. Dan kollu juri kemm l-analiżi tat-telfa elettorali tal-2017 li għamel Simon Busuttil assolutament ma taqbilx mar-realtà taċ-ċifri uffiċjali vverifikati mill-Awditur Ġenerali, mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Eurostat.


05

18.04.2021

MANUVRI MINN DEPUTATI TAL-PN KONTRA OĦRAJN BEPPE FENECH ADAMI GĦADU JINSISTI LI MA JKOLLUX LIL ADRIAN DELIA FUQ ID-DISTRETT Meta jonqos ftit aktar minn sena għal tmiem il-leġiżlatura, bdew manuvri qawwija fil-Partit Nazzjonalista biex jiġu mminati deputati li mhumiex mill-fazzjoni tal-hekk imsejħin “blue heroes”, li titmexxa minn Jason Azzopardi u Karol Aquilina fuq quddiem nett. Qabelxejn hemm it-tentat­tiv minn Beppe Fenech Adami, li nies qribu qed jagħmluha ċara kemm internament kif ukoll filfergħat tal-Partit li ż-“żiemel” tagħhom assolutament ma jridx li fuq id-distrett tiegħu jkollu lill-Eks Kap tal-Partit, Adrian Delia. Ma’ dan hemm anke d-De­pu­ta­t Toni Bezzina, li jidher li qiegħed fuq l-istonku ta’ xi wħud ukoll. Fenech Adami jrid li elezzjo­ ni oħra mhux biss jitla’, iżda jitla’ b’saħħa ħalli ma jagħlaqx il-bieb għaċ-ċans li jerġa’ jkollu post prominenti fil-ġerarkija tal-Partit. Kanva­sers, li jaħdmu għal Fenech Adami, jafu li kemm-il darba Delia jitħalla jikkontesta t-Tmien Distrett, li jinkludi lil Birkirkara, dan jista’ jimmina ċ-ċansijiet kollha tagħhom. Għalhekk għaddejjin manuvri qliel f’dan is-sens kontra l-Eks Kap li tneħħa qabel il-waqt f’konġura tal-establishment Nazzjonalista f’Ottubru li għad­ da. Min-naħa l-oħra, wara li kien diġà bagħat sinjali li hu kandidat “approvat” fuq id-distrett ta’ Fenech Adami, Delia nhar il-Ġimgħa qal li fl-elezzjoni ġe­ nerali li jmiss mhux biss se jikkontesta t-Tmien Distrett, iżda wkoll distrett elettorali ieħor, li għadu mhux speċifikat. Hu kien ċar u qal li qed jagħmel dan anke jekk hemm min fil-Partit li ma jridux joħroġ. L-Eks Kap Nazzjonalista, li mhuwiex parti mix-Shadow Cabinet tal-Kap preżenti Bernard Grech, sostna li hemm nies li għadhom mażżra malPN. Delia kien qed jiġi intervis­

Mix-xellug: Beppe Fenech Adami, Adrian Delia u Toni Bezzina … protagonisti jew miri attwali fil-kunflitt intern Nazzjonalista li kompla jbaqbaq tat mill-ġurnalist t’esperjenza Reno Bugeja fuq programm online tal-Mediatoday ilbieraħtlula, meta tefa’ botti lejn dawk tal-fazzjoni ta’ Simon Bu­suttil li kemm-il darba qatgħulu saqajh fi żmien it-tmexxija tiegħu u finalment irnex­xielhom iqaċċ­ tuh minn Kap biex poġġew lil Grech floku. Sorsi fil-PN, li tkellmu malKullĦadd, qalu li Delia hu mħajjar li joħroġ fuq it-Tieni Distrett elettorali, li jinkludi l-Kottonera, Ħaż-Żabbar, ix-Xgħajra u parti mill-Fgura. Iżda d-diskussjoni interna qed iddur anke fuq jekk Delia għandux ikollu mqar distrett wieħed. Din il-gazzetta tista’ tiżvela li għaddej sforz biex kemm jista’ jkun l-Eks Kap sfiduċjat mill-establishment ma jkun fuq l-ebda distrett elettorali, sforz li internament qed iġib qasma kbira. Il-fazzjoni tal-“blue heroes” qed targumenta li Adrian Delia lanqas biss għandu jgħaddi mill-proċess ta’ due diligence, aħseb u ara kemm jitħalla jikkontesta. Min-naħa l-oħra, l-argument hu li l-predeċessur ta’ Bernard Grech kien diġà għadda minn dan il-pro­ċess meta reġa’ kkontesta għall-Kap tal-PN is-sena l-oħra.

Ta’ Fenech Adami qed jaraw li b’Delia ċ-ċansijiet taż-“żiemel” tagħhom se jonqsu fuq it-Tmien Distrett. Fenech Adami mhux biss irid li jitla’ fl-elezzjoni, iżda jitla’ b’saħħa

Fil-programm tal-Ġimgħa Delia wkoll ġie mistoqsi dwar il-lobby groups, bħal Repubblika u Occupy Justice, li issa reġgħu daħlu fil-PN biex jiddettaw u jinfluwenzaw l-aġenda tal-Oppożizzjoni. Hu elabora iżjed ma’ dak li kien qed jgħid u qal li dawn u d-Deputati li jkunu magħhom, bħal Jason Azzopardi u Karol Aquilina fost oħrajn, ma riduhx anki meta rifes għall-ewwel darba l-għatba tad-Dar Ċentrali. “Kellek nies bħal tar-Repubblika u l-Occupy Justice li ma ridux jafu affari miegħek,” staqsa l-preżentatur. “Ċertament, mhux hawn min jgħid, dak huwa fatt. Kien hemm min minn day one, anzi qabel ma tlajt, li ma kienx kuntent bil-preżenza tiegħi fil-PN,” insista Delia.

Fuq l-istess tema, qal li Manuel Delia, ieħor tar-Repubblika u l-Occupy Justice, li jikteb il-bloggs biex jgħid x’għandu jagħmel il-Kap Nazzjonalista, huwa giddieb. Hu saħaq ukoll li David Casa u David Thake ma kellhomx provi x’jissostanzjaw meta ġie allegat li hu ħa xi flus mingħand l-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia biex tiġi mminata l-kampanja elettorali tal-istess Casa. Delia ma qagħadx lura milli jibgħat botti fini lit-tmexxija attwali Nazzjona­lista u jgħid li l-aħħar żewġ sondaġġi wrew kif il-PN baqa’ fl-istess ilma meta kien hemm hu, anke jekk skuża ewle­nija għall-konġura kontrih kienet dik li l-Partit mhux inaqqas id-distakk mal-Partit Laburista. Jirriżulta li aktar ma jgħad-

di ż-żmien, din il-battalja aktar tista’ tiħrax b’sorsi mid-Dar Ċentrali jgħidu lill-KullĦadd li ma jeskludux li jkun hemm attakk ieħor ikkordinat kontra Delia, simili għal dak qabel tneħħa minn Kap. Mill-istess tagħrif, jidher li, mhux Delia biss l-uniku depu­ tat li bħalissa jinsab fil-mira. Bħalu wkoll hemm Toni Bezzina li l-fatt li, fl-aħħar jiem, issejjaħ mill-Pulizija biex jiġi interrogat dwar każi li seħħew diversi snin ilu, niżel għasel ukoll ma’ ċerti individwi mill-klikka li poġġiet lil Grech Kap ftit tax-xhur ilu. L-istess sorsi sostnew li huma nies fil-Partit stess wara manuvri biex pubblikament ikun hemm pressjoni fuq Bezzina bil-għan li ma jkollux ħajja twila politika u qed jużaw l-iskandlu tal-ħaddiema talGvern li kienu tqabbdu jagħmlu xogħlijiet fil-Każin Nazzjonalista taż-Żurrieq fl-2012 biex ideffsu subgħajhom fil-ġerħa li reġgħet tqanqlet din il-ġimgħa. Dan qed isir mhux għax Bezzina hu wieħed li jagħtihom xi inkwiet, iżda għax il-popolarità tiegħu fil-Ħames Distrett, minn fejn jiġi elett u li jinkludi wkoll iż-Żurrieq, tfisser inqas ċans għal dawk qrib l-establishment li jiġu eletti f’elezzjoni oħra. Fost dawk li kkontes­taw dan l-istess distrett fl-aħħar elezzjoni kien hemm Norman Vella, magħruf li hu biċċa waħda ma’ Manuel Delia u l-fazzjoni talestablish­ment Nazzjonalista.


06

18.04.2021

L-AKBAR PROĠETT MIBNI FUQ KWALITAJIET ĦAJJIN TAL-POPLU L-akbar proġett infrastrutturali li qatt ra pajjiżna, il-Marsa Junction, b’investiment ta’ €70 miljun, ġie inawgurat uffiċjalment nhar il-Ħamis li għadda wara li saru l-aħħar irtokki u tisbiħ fl-ambjent tiegħu. Is-seba’ flyovers, li eliminaw kull waqfien f’din l-aktar intersection traffikuża, ilhom minn nofs Novembru li għadda jintużaw kollha f’daqqa u fid-direzzjoni­ jiet proprji tagħhom. Dawn qed iwasslu biex jitnaqqsu drastikament il-ħin tal-ivvjaġġar, il-possibbiltà ta’ inċidenti, it-traffiku u allura wkoll kull tniġġis fl-arja li kien ikkawżat qabel minn madwar 100,000 vettura li jgħaddu minnha ta’ kuljum. Il-Prim Ministru Robert Abela (lemin), li flimkien mal-Ministr­u għat-Tras­port, l-Infrastruttura u l-Proġetti Ka­pitali Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, inawgura l-proġett tal-Marsa Junction tlett ijiem ilu, tenna li dan il-proġett jirrifletti tliet kwalitajiet ħajjin tal-poplu Malti: l-ambizzjoni, l-għaqal, u l-perseveranza. “Din l-ambizzjoni li għandna bħala gvern tirrifletti dik tal-poplu Malti. Poplu li ma jikkuntentax bil-medjokrità jew is-soluzzjonijiet tal-bieraħ u li proprju fdana biex inwettqu proġetti bħal dawn, biex mhux biss infasslu l-futur iżda biex

nibnuh illum,” qal il-Prim Ministru, waqt li enfasizza l-għaqal fil-mod ta’ kif qed ninvestu flusna u l-flus li jirnexxilna niksbu anke frott is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. “Meta ngħaddu mill-pandemija d-dinja se ssib Malta lesta għall-kompetizzjoni globali. Għax ma waqafniex nistennew l-għawġ jgħaddi, iżda, rajna kif sfida nbiddluha f’opportunità,” tenna Dr Abela. Il-Ministru Borg (fuq) qal li permezz ta’ dan ilproġett tajna ċ-ċavetta lin-naħa t’isfel tal-pajjiż, kuritur mill-iżjed importanti għall-għexieren t’eluf ta’ nies li jivvjaġġaw minn din iż-żona permezz ta’ dan l-intervent li twettaq fi żmien tliet snin skont il-baġit u ż-żmien ippjanat. Is-Segretarju Parlamentari Zrinzo Azzopardi (lemin) stqarr li l-proġett tal-Marsa Junction kellu €52 miljun b’fondi Ewropej allokati għalih, parti sostanzjali minnhom mill-Connecting Europe Facility u parti oħra mill-Fond ta’ Koeżjoni. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta Frede­rick

Azzopardi (lemin) saħaq li l-Marsa Junction Project hu xhieda ħajja tal-valuri ewlenin tal-ħidma infrastrutturali ta’ Infrastructure Malta: il-kwa­lità, l-effiċjenza, is-sigurez­za u s-sostenibbilità. “Bit-tneħħija tat-traffic lights tal-Addolorata, naqqasna t-tniġġis mill-karozzi bejn 50 u 70%, li jfisser arja aktar nadifa għall-familji fil-Marsa u f’Raħal Ġdid. Il-ħidma tagħna se tkompli f’din id-direzzjoni,” stqarr l-Inġi­ nier Azzopardi. Il-proġett ukoll joffri infrastruttura xierqa u komda lil min jagħżel li jivvjaġġa b’mezzi alternattivi, primarjament bit-trasport pubbliku, fejn inħoloq parkeġġ għall-park and ride biswit iċ-Ċimiterju tal-Addolorata, u għall-użu tar-roti b’underpass u karreġġjata maqtugħa mit-triq, flimkien ma’ żewġ pontijiet pedonali. Minbarra hekk tħawlu 18,000 siġra u arbuxell madwar il-flyovers. Ta’ min ifakkar li, fil-leġiżlatura 1996-1998, Gvern ieħor Laburista kien elimina r-roundabout fl-istess akk­wa­­ti tal-Addolorata u ħoloq sistema ta’ traffic lights biex tnaqqsu l-problemi ta’ konġestjoni li kienu jiddominaw dak iż-żmien.

1984

2018


2019

2020

Ritratti ta’ DOI - OMAR CAMILLERI, CLODAGH O’NEILL U CLIFTON FENECH

18.04.2021

07


08

18.04.2021

PASS STORIKU U BŻONJUŻ Bi 63 vot favur u 2 kontra, il-Parlament approva l-abbozz ta’ liġi numru 119, li emenda l-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-Att dwar l-Elezzjoni Ġenerali, sabiex ikollna rappreżentanza aktar ugwali bejn in-nisa u l-irġiel fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Din il-liġi se tippermetti li wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss, ikun hemm massimu ta’ 12-il siġġu addizzjonali għas-sess l-inqas rappreżentat li jkun kiseb inqas minn 40% tas-siġġijiet Parlamentari. Il-Kostituzzjoni diġà għandha mekkaniżmu korrettiv marbut mal-maġġoranza, iżda dak li kien approvat mill-Parlament hu mekkaniżmu ieħor, din id-darba marbut mal-ġeneru, jiġifieri l-irġiel u n-nisa: ‘Gender Corrective Mechanism’. Għal dan il-għan iltqajna ma’ Dr JONATHAN ATTARD, membru tal-kumitat ta’ ħidma li fassal din il-liġi storika, biex nifhmu aħjar dan l-iżvilupp li tant kien meħtieġ. Kif se jkun qiegħed jaħdem dan il-mekkaniżmu? Wieħed irid jitlaq mill-punt li dan il-mekkaniżmu mhuwiex assolut u għalhekk mhux dejjem jiskatta. Il-mekkaniżmu jiskatta meta wieħed mis-sessi jkollu rappreżentanza ta’ anqas minn 40% fil-Parlament. Wara li jintemm il-proċess elettorali kif nafuh illum, inkluż jekk ikun il-każ il-by-elections ta’ dawk il-kandidati li jkunu telgħu minn żewġ distretti, il-Kummissjoni tikkalkula l-perċentwali tan-nisa u rġiel fil-Parlament. Jekk wieħed jieħu bħala eżempju l-aħħar Elezzjoni Ġenerali, in-numru ta’ nisa eletti fil-Parlament kienu disgħa (9). Dan ifisser li l-perċentwali ta’ nisa fil-Parlament kien ta’ 13.43%. Jekk kellhom jiżdiedu s-siġġijiet biex nersqu għal kważi 40%, l-ammont ta’ siġġijiet addizzjonali kellhom ikunu 28. Iżda peress li l-emendi Kostituzzjonali proposti jipprovdu għal massimu ta’ 12-il siġġu addizzjonali, allura dak it-28 jinżel għal 12. Dawk it-12-il siġġu mbagħad jinqasmu b’mod ugwali bejn il-partiti, kemm-il darba jkunu eletti żewġ partiti politiċi fil-Parlament. Ir-raġuni għala jinqasmu b’mod ugwali huwa l-fatt li d-differenzi fis-siġġijiet bejn ilGvern u l-Oppożizzjoni tkun diġà ġiet stabbilita bil-Mekkaniżmu Korrettiv tal-Maġġoranza u mhijiex l-intenzjoni tal-Mekkaniżmu Korrettiv tal-Ġeneru li jiddisturba dik id-differenza. Kif se jkunu eletti n-nisa biex jimlew it-12-il siġġu addizzjonali? Il-liġi tipprovdi tliet sistemi ta’ kif ikunu eletti l-kandidati biex jimlew it12-il siġġu addizzjonali. L-ewwel sistema se tkun qed tikklassifika f’ordni dawk il-kandidati tas-sess l-inqas rappreżentat li jkunu baqgħu sal-aħħar count fil-proċess elettorali u spiċċaw b’pakkett ta’ voti tagħhom. Din hija sistema identika għal dak li jiġri fis-sistema tarripeskaġġ li titħaddem fil-Mekkanimżu Korrettiv tal-Maġġoranza. It-tieni sistema tiskatta jekk l-ewwel sistema ma tkunx biżżejjed. Din id-darba se jkunu klassifikati l-kandidati kollha tas-sess l-inqas rappreżentat abbażi tal-voti li jkunu ġabu fl-aħħar għadd qabel ikunu ġew eliminati però fi proporzjon mal-kwota tad-distrett li jkunu kkontestaw. Din hija sistema ġdida li se twassal għal riżultat matematikament aktar ġust għaliex telimina d-differenzi bejn id-distretti. Il-kandidati li jkollhom l-akbar perċentwali jiġu co-opted fil-Parlament biex jimtlew is-siġġijiet

addizzjonali. Fl-eventwalità li jkun hemm aktar siġġijiet addizzjonali x’jimtlew issir co-option kif nafuha llum, bl-unika differenza tkun li l-persuna trid tkun tas-sess l-inqas rappreżentat. Għaliex 12-il siġġu? 12-il siġġu għax l-intenzjoni kienet li jkun hemm siġġu addizzjonali fuq kull distrett. Madankollu, kif nafu n-numru aħħari ta’ Membri tal-Kamra jrid ikun bil-fard u peress li fil-Mekkaniżmu propost in-numru ta’ siġġijiet iridu jinqasmu b’mod ugwali bejn il-partiti, minn 13 kellu jinżel għal 12, li huwa numru biż-żewġ. Għaliex dan il-mekkaniżmu jiffunzjona biss kemm-il darba jkun hemm żewġ partiti fil-Parlament? Il-mekkaniżmu magħruf bħala l-‘Majority Corrective Mechanism’ li ilu jiġi applikat fil-qafas tal-PR-STV għal għexieren ta’ snin, jirrifletti xenarju ta’ żewġ partiti politiċi. F’xenarju futur fejn ikollna t-tielet partit li jeleġġi kandidat/i mingħajr għajnuna u li tali kandidat/i jkollhom siġġu fil-Parlament, dan il-mekkaniżmu ma japplikax. Il-Kumitat Tekniku kkunsidra dan ix-xenarju fit-tul u kkonkluda li l-‘Gender Corrective Mechanism’ propost għandu japplika f’ċirkustanzi ugwali tal-‘Majority Corrective Mechanism’, ċoè f’xenarju ta’ żewġ partiti politiċi. Għaldaqstant, jekk ikollok it-tielet

partit li jirbaħ siġġijiet fil-Parlament b’mod indipendenti, ikun hemm bżonn jiġu kkunsidrati emendi Kostituzzjonali ġodda biex jilqgħu għal din il-possibbiltà, kemm fit-termini tal-‘Majority Corrective Mechanism’, kif ukoll dawk tal-‘Gender Corrective Mechanism’ hawn propost. Kostituzzjonalment kemm hu possibbli li jkun allegat li din hija proposta li tiddiskrimina favur sess jew kontra l-irġiel? Qabelxejn wieħed irid jitlaq millpunt li dawn huma miżuri pożittivi li huma neċessarji u raġonevoli f’soċjetà demokratika biex tkun assigurata l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fil-politika. It-tieni punt hu li l-mekkaniżmu korrettiv tal-ġeneru huwa pjuttost innovattiv għaliex jista’ jkun applikat favur in-nisa u anke favur l-irġiel jekk kemm-il darba r-rappreżentanza talirġiel fil-Parlament tinżel taħt l-40%. Apparti minn dan, wieħed irid ukoll isemmi li dan il-mekkaniżmu għandu skandenza ta’ 20 sena, dik magħrufa bħala sunset clause, fejn 20 sena oħra jekk il-leġiżlatur ta’ dak iż-żmien ma jħossx il-ħtieġa li jġedded dan il-mekkaniżmu, dan jispiċċa b’mod awtomatiku. Finalment, b’mod prattiku wieħed jinnota li dan il-mekkaniżmu mhu se jtellef l-ebda opportunità li jgawdu minnha llum kwalunkwe raġel jew mara biex isibu posthom fil-Parla-

ment. L-abbozz ta’ liġi jirrifletti wkoll il-progress li għadda minnu pajjiżna f’dak li għandu x’jaqsam anke ma’ drittijiet ċivili u jipprovdi li persuna Gender ‘X’ se tibbenefika minn dan il-mekkaniżmu għax kemm jekk tkun eletta kif ukoll jekk ma tkunx, se tkun komputata (u mhux indentifikata) mas-sess l-inqas rappreżentat u dan abbażi tal-prinċipju li persuni identifikati bħala newtrali (Gender X) huma inqas rappreżentati. Din il-liġi se twassal biex ikunu megħluba l-ostakli kulturali u strutturali li frustraw u qatgħu qalb in-nisa milli jidħlu għall-impenn politiku, b’tali mod li fi kważi tliet kwarti ta’ seklu, pajjiżna ra biss 27 mara jiġu eletti fil-Parlament Malti. Wara l-Elezzjoni Ġenerali li ġejja, se naraw kif pajjiżna anke f’dan is-settur se jkun qiegħed jagħmel dik il-qabża ta’ kwalità, l-istess kif għamel f’diversi oqsma oħrajn inklużi d-drittijiet ċivili. Għal darb’oħra assistejna għall-Partit Laburista li mill-Gvern iwettaq dak li jwiegħed u fuq kollox għal darba oħra fuq in-naħa t-tajba tal-istorja. Wara kollox, l-istorja ta’ pajjiżna turina li dejjem kien il-Partit Laburista li għamel riformi favur in-nisa u dejjem ra biex ikun hemm l-ugwaljanza bejn is-sessi. Kien il-Partit Laburista li ta d-dritt tal-vot lill-mara, ta ħlas lin-nisa daqs l-irġiel għal xogħol ugwali, u ħatar l-ewwel ministru, l-ewwel speaker u anki l-ewwel President tar-Repubblika mara.


09

18.04.2021

LEJN IL-LISTA ĦADRA BRITTANIKA Waqt li, bħala tnejn mill-aktar avvanzati fil-programm ta’ tilqim, Malta u r-Renju Unit komplew inaqqsu r-restrizzjonijiet lokali marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, waqt li t-tnejn qed jimmiraw li l-vjaġġi bejn iż-żewġ pajjiżi jerġa’ jibda filġimgħat li ġejjin, għalina bħala l-akbar suq tradizzjonali fit-turiżmu u għall-Brittaniċi bħala waħda mid-destinazzjonijiet favoriti u, din id-darba, anke siguri. Fil-fatt, waqt li fis-17 ta’ Mejju r-Renju Unit mistenni jibda jippermetti l-ivvjaġġar internazzjonali, pajjiżna mistenni jkun minn tal-ewwel li jissemma fil-lista l-ħadra ta’ numru żgħir ta’ pajjiżi rakkomandati biex isiru vjaġġi lejhom u li l-Prim Ministru Boris Johnson għandu jħabbar dalwaqt. Bħalissa r-Renju Unit japplika regoli stretti għal min ikun irid jidħol għandu minn barra, b’għa­ xart ijiem ta’ kwarantina u żewġ swab tests fl-istess perjodu, waqt li dawk li fl-aħħar għaxart ijiem ikunu f’pajjiż fil-lista l-ħamra jridu joqogħdu kwarantina f’lukanda approvata mill-gvern bi spejjeż tagħhom. Kemm-il darba Malta tiddaħħal fil-lista l-ħadra tar-Renju Unit ifisser li t-turisti li jivvjaġġaw lejn Malta u jirritornaw lura lejn pajjiżhom, mhumiex obbligati li joqogħdu fi kwarantina jew iżolati. Minflok jirrikjedu biss li jagħmlu test f’inqas minn 72 siegħa qabel jitilqu lura pajjiżhom u tnejn oħra fit-tieni u t-tmien jum wara r-ritorn. Il-ftuħ tal-istaġun turistiku Malti ppjanat għall-1 ta’ Ġunju hu kruċja-

li hekk kif bħala pajjiż, li jiddependi fuq it-turiżmu, konna fost l-agħar li ntlaqtu fil-pandemija, anke jekk kampajna tajjeb bis-saħħa tal-miżuri introdotti mill-Istat. Hu wkoll ta’ kuraġġ li fir-Renju Unit, minn fejn tradizzjonalment jiġu l-akbar għadd ta’ vjaġġaturi għall-vaganzi tagħhom, Malta tibqa’ ma’ dawk irrakkomandati għal safar sigur, grazzi għall-programm ta’ tilqim li hu l-aktar wieħed b’saħħtu fl-Unjoni Ewropea kollha. Din il-ġimgħa, il-Ministru għatTuriżmu Clayton Bartolo ħabbar li pajjiżna u r-Renju Unit għaddejjin b’taħditiet bilaterali fuq ċertifikat diġitali tal-vaċċin bejn iż-żewġ na­ ħat, tant li l-Aġenzija Maltija għatTek­noloġija tal-Informatika (MITA), flimkien mal-awtoritajie­t tas-saħħa, diġà għaddejja bil-proċess għal dan l-iżvilupp li għandu jsaħħaħ il-pożizzjoni Maltija. Kif imħabbar, l-hekk imsejjaħ ċertifikat tal-vaċċin għandu jinkludi barcode li jippermetti lill-kom­ pjuters jaqraw informazzjoni dwar jekk persuna ħaditx l-ewwel jew anke t-tieni doża tal-vaċċin. Il-ftehim bilaterali bejn Malta u r-Renju Unit rigward iċ-ċertifikat diġitali tal-vaċċin se jkun dirett mar-Renju Unit, iżda jista’ japplika għal pajjiżi oħrajn li lesti jidħlu fi ftehim simili. Din il-ġimgħa wkoll, il-linja tal-ajru MaltaAir, sussidjarja tar-Ryanair, ħabbret ħames rotot ġodda lejn l-Italja u l-Greċja li se jkunu qegħdin joperaw minn Malta. Id-destinazzjonijiet huma Brindisi, Cagliari,

Genova u Trapani fl-Italja u Chania fil-Greċja. Il-Kap Eżekuttiv ta’ MaltaAir David O’Brien qal li, hekk kif il-programm ta’ tilqim Malti qed jissokta ġmielu, it-traffiku tal-ajru mistenni jiżdied u hu ta’ sodisfazzjon li jitħabbru dawn il-ħames rotot ġodda bħala parti mill-ikbar skeda tas-sajf li qatt kellha din il-linja tal-ajru f’pajjiżna. “Bħala gżira fil-qalba tal-Mediterran, hu kruċjali għalina li nkomplu nsaħħu l-konnettività tal-ajru. Li d-dinja tat-turiżmu waqfet ħesrem u ġiet affettwata b’mod negattiv minħabba l-COVID-19 hu fatt magħruf. Madankollu, Malta bdiet timxi fit-triq ta’ rkupru b’pakketti finanzjarji mmirati lejn turisti barranin u s-settur tal-ospitalità lokali,” qal il-Ministru Bartolo. Fil-fatt, Malta qed toffri pakketti b’valur ta’ €6.5 miljun għal turisti li jivvjaġġaw għal rashom u jibbukkjaw dirett f’lukandi Maltin ta’ tliet stilel ’il fuq u separatament għall-aġenti tal-ivvjaġġar li jħajru turisti jiġu fostna. Il-Ġimgħa l-Gvern ukoll ħabbar żewġ skemi oħra biex jgħin lis-settur tal-ospitalità, din id-darba mmirati lejn guesthouses, boutique hotels, lukandi ta’ żewġ stilel, hostels u l-qasam tal-konferenzi lokali, flimkien mal-promozzjoni tagħhom. Il-baġit allokat għal dawn l-iskemi hu ta’ €5.5 miljun.


10

18.04.2021

L-SMEs LOKALI JINSABU FL-AĦJAR QAGĦDA FL-UE Minkejja d-diffikultajiet ekonomi­ċi kollha li ġabet il-pandemija fl-2020, il-kumpaniji żgħar u medji Maltin sabu ruħhom f’qagħda li kienet prattikament id-doppju aħjar mill-bqija fl-Ewropa, mhux l-inqas bis-saħħa tal-għajnuniet varji li tnedew mill-Gvern Laburista f’għadd ta’ fażijiet fit-13-il xahar li għaddew.

Stħarriġ tal-Kum­mis­sjoni Ewropea dwar il-finanzjament tal-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) wera li li 59% minnhom f’pajjiżna ma kellhom bżonn l-ebda self mill-banek. Bil-maqlub, fl-Unjoni Ewropea żewġ terzi tal-intrapriżi simili kellhom bżonn jirrikorru għal sostenn finanzjarju mill-banek. Iżjed minn hekk

l-intrapriżi lokali wkoll ħadu 4% inqas self milli kienu ħadu fl-2019 (minn 16% għal 12%), bil-maqlub ta’ dawk Ewropej fejn b’mod ġenerali s-self żdied bi 3% is-sena l-oħra meta mqabbel mas-sena ta’ qabel (minn 15% għal 18%). Dan filwaqt li ftit aktar minn nofs l-intrapriżi Maltin fl-istħarriġ qalu li m’applikawx għal servizzi oħrajn relatati mal-banek, bħal linji ta’ kreditu, overdrafts bankarji jew kards tal-kreditu, peress li kellhom biżżejjed fondi interni. L-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-aċċess tal-intrapriżi għall-fondi, magħruf bħala SAFE, sar bejn Settembru u Ottubru tas-sena li għaddiet, b’koperazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew. Ir-riżultati, li aktarx ikomplu jitjiebu għal pajjiżna fix-xhur ta’ wara, juru li l-għajnuniet li ngħataw lin-negozji millGvern, inkluż biex jgħin fil-likwidità tagħhom, kienu sinifikanti u kruċjali biex illum ninsabu f’qagħda ħafna aħjar minn ta’ stati membri oħrajn. Fost oħrajn, is-sena li għaddiet il-Gvern ħabbar differimenti tat-taxxi u tal-kontijiet tan-negozji u kumpaniji biex dawn ikollhom aktar flus f’likwidità. Ix-xahar li għadda, il-miżura tad-differiment tat-taxxi reġgħet ġiet estiża mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana sal-aħħar tas-sena. L-istħarriġ SAFE jħares ukoll lejn id-dipendenza tal-intrapriżi żgħar u medji fuq forom differenti ta’ finanzjament, waqt li jipprovdi tqabbil interessanti bejn ix-xejriet f’Malta u fl-UE kollha kemm hi. Pereżempju, inqas intrapriżi żgħar u medji f’Malta rrikorrew għal linji ta’ kreditu u overdrafts is-sena l-oħra. Filfatt, fl-2019 kien hemm nofs il-kumpaniji li għamlu dan u s-sena l-oħra dan niżel għal 41%. Sadanittant, ir-rapport ann­ wa­­li tal-Bank Ċentrali jbassar li l-ekonomija Maltija din is-sena se tikber b’5%. Fil-preżentazzjoni tar-rapport, il-Gvernatur il-Prof. Ed­ward Scicluna kkonferma dak irrapportat minna l-Ħadd li għadda, li l-pandemija ġabet daqqa ekonomika ferm akbar mill-kriżi finanzjarja li laqtitna fl-2008. Intqal ukoll li d-dejn nazzjo­ nali se jibqa’ kkontrollat u taħt is-60% tal-PDG, filwaqt li, fiddawl li żdiedu d-depożiti malbanek bi €300 miljun, hu mistenni li din is-sena l-kumpa­niji se jinvestu aktar ukoll.


18.04.2021

11

ĊITTADINA TA’ 2,000 SENA ILU Skeletru ta’ mara, li nstab f’sit arkeoloġiku lokali tmien snin ilu, ingħata l-laħam b’mod virtwali biex jagħti impressjoni dwar kif setgħet kienet tidher din il-persuna minn wiċċha. Hu maħsub li l-mara kellha bejn 18 u 24 sena u għexet mal2,000 sena ilu, skont l-oġġetti li nstabet imdawra bihom. Nhar l-Erbgħa li ġej, fis-6.30 ta’ filgħaxija, Heritage Malta se xxandar fuq Facebook taħdita li ssegwi l-vjaġġ, mis-

sit sal-laboratorju, tal-kranju li nstab fil-Katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat u l-proċess sħiħ biex saret din ir-rikostruzzjoni virtwali tal-wiċċ. It-taħdita bl-Ingliż jew is-sottotitli bl-Ingliż jidħlu fuq id-diversi tekniki li ntużaw biex jiġu mifhuma d-drawwiet tad-dfin ta’ sekli ilu, kif ukoll fuq l-istudji li saru biex seta’ jinħoloq profil bijoloġiku tal-persuna midfuna skont l-għadam li nstab.


12

18.04.2021

LEJN UGWALJANZA STORIKA

ROSIANNE CUTAJAR Membru Parlamentari

Is-sitwazzjoni ta’ żbilanċ fir-rappreżentanza tal-ġeneru fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, il-Parlament Malti, la hi waħda sostenibbli u lanqas ma hi waħda li hi aċċettabbli f’demokrazija moderna. Fi kważi tliet kwarti ta’ seklu, pajjiżna ra biss 27 mara jiġu eletti fil-Parlament Malti. Din hi kwistjoni li Malta ma tistax tibqa’ titfagħha iżjed taħt it-tapit. L-abbozz ta’ liġi li jien ressaqt u li kien approvat fil-Parlament huwa intiż biex jindirizza s-sitwazzjoni preżenti. Bħalissa, il-ġeneru li jkopri fi ħdanu aktar minn nofs il-popolazzjoni Maltija, f’dal-każ in-nisa, għandu biss wieħed minn kull seba’ siġġijiet fil-Parlament. Dawn huma fatti li juruna mhux biss li għadna ’l bogħod minn ugwaljanza reali għas-soċjetà tagħna, iżda li din l-ugwaljanza sa issa baqgħet ma ġietx waħedha u sa issa wkoll m’għandi xejn x’jindikali li din il-qabża tista’ sseħħ mingħajr miżuri proattivi minnaħa tal-Gvern tal-ġurnata. Hu għalhekk li kien meħtieġ jitressaq abbozz lejn bilanċ aħjar fir-rappreżentanza tal-ġeneru fil-Parlament Malti. Din hi riforma li l-għan tagħha jmur ferm lil hinn min-numri. Minbarra rappreżentanza aktar ekwa, il-mira hi li nixprunaw il-kunfidenza meħtieġa biex aktar nisa jersqu lejn ilħajja pubblika u jressqu l-ideat u l-viżjoni tagħhom fl-ogħla livell eżekuttiv ta’ pajjiżna — il-Kamra tar-Rappreżentanti. L-abbozz ta’ liġi approvat mill-Parlament jipprovdi mekkaniżmu li jiskatta biss jekk, f’elezzjoni ġenerali li minnha jkunu eletti membri parlamentari biss minn żewġ partiti, jirriżulta li l-ġeneru inqas rappreżentat fil-Kamra jkollu inqas minn 40% ta’ dawk eletti. Jekk iseħħ dan ix-xenarju, allura s-siġġijiet fil-Parlament jiżdiedu b’mhux aktar minn 12il siġġu, diviżi b’mod bilanċjat fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra, li jkunu okkupati minn membri

tas-sess inqas rappreżentat. Importanti li ngħid li din il-proposta la tintroduċi kwoti u lanqas tippremja lil dawk il-kandidati li ma jkunux kisbu l-fiduċja tal-elettorat. Il-mekkaniżmu li ħdimna fuqu hu wieħed korrettiv li jfittex aktar bilanċ filwaqt li jirrispetta l-prinċipji fundamentali tad-demokrazija b’mod sħiħ. Permezz ta’ dan il-mekkaniżmu, jiġu eletti dawk il-kandidati mis-sess inqas rappreżentat li jkun imisshom skont l-akbar numru ta’ voti mid-distretti tagħhom kif diġà tistipula s-sistema preżenti — jiġifieri d-deċiżjoni tal-elettorat tibqa’ suprema. Irridu nifhmu li l-iżbilanċ ta’ bħalissa, fejn aktar minn nofs il-popolazzjoni ta’ Malta mhix rappreżentata b’mod xieraq, mhux qed ibatu minnu n-nisa biss. Qed tbati minnu soċjetà sħiħa li, minħabba fost l-oħrajn mentalità ta’ preġudizzju u sterjotipi fuq l-abbiltajiet tan-nisa u sehemhom fil-politika, għadha ferm ’il bogħod milli jkollha s-saħħa tal-ideat, tal-politika, tal-viżjoni u l-espe-

rjenza li jġibu magħhom in-nisa fil-livell ta’ Parlament. Ir-riċerka f’dan il-qasam qed turi b’mod konsistenti li fejn dawk il-portafolli li tradizzjonalment ingħataw lillirġiel jibdew jingħataw lin-nisa, il-miżuri ta’ politika li dawn jieħdu jkunu aktar inklussivi u spiss usa’ fil-mod kif iqisu l-ħtiġijiet tas-soċjetà u l-pajjiż. Irrid però nisħaq ukoll li din mhijiex xi ġlieda ta’ nisa kontra rġiel. Sħabi l-irġiel kienu strumentali biex approvajna dan l-abbozz ta’ liġi u se jkunu strumentali biex inħaddmu u nispjegaw din ir-riforma. Huma wkoll jagħrfu kemm il-futur tagħna jista’ jkun aktar effettiv u b’saħħtu b’iktar nisa mal-mejda tad-deċiżjonijiet. Iva, l-irġiel ukoll jistgħu jkunu vittmi tal-patrijarka. U għalhekk din hi proposta meħtieġa għalihom ukoll. Il-prinċipju ta’ ekwità, li jinsab fil-qalba ta’ din ir-riforma, ifisser li aħna bħala Gvern qed inkunu proattivi biex nagħtu aktar għajnuna lil min l-aktar li jkollu bżonnha f’dan il-mument.

Il-prinċipju ta’ ekwità, li jinsab filqalba ta’ din ir-riforma, ifisser li aħna bħala Gvern qed inkunu proattivi biex nagħtu aktar għajnuna lil min l-aktar li jkollu bżonnha f’dan il-mument

Bħalissa, il-ġeneru sotto-rappreżentat fil-Kamra tal-Parlament huma n-nisa. Iżda għada pitgħada jistgħu jkunu l-irġiel. F’dak il-każ ukoll, il-mekkaniżmu li fassalna se jkun qed jgħin lilhom direttament. Iżda hemm distinzjoni importanti li rridu nagħmlu hawnhekk: billi n-nisa huma l-ġeneru inqas rappreżentat bħalissa, dan ma jfissirx li huma “dgħajfa” jew “jeħtieġu min iżommilhom idejhom”. Xejn minn dan. Anzi, din ir-riforma se tkun qed tindirizza mentalità magħġuna fl-istruttura u l-kultura tas-sehem politiku f’artna li, b’mod indirett jew dirett, fixklet lill-mara milli tagħti l-potenzjal sħiħ tagħha fl-ogħla livelli ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tan-nazzjon Malti. Hawn irrid ngħid li għal darb’oħra qed tkun amministrazzjoni Laburista li toħroġ il-qawwa riformista tal-poplu tagħna li dejjem għaraf ilbidliet meħtieġa f’waqthom x’inhuma. Kien Gvern Laburista li emanċipa lill-mara permezz tal-vot, kif ukoll id-dritt li tikkontesta għall-elezzjonijiet, daħħal il-welfare state u ta lill-ħaddiema d-dinjità li tixirqilhom, naqqas l-età taddritt tal-vot għal darba tnejn, u wessa’ d-drittijiet ċivili għal kulħadd. Din ir-riforma hi deċiżjoni storika oħra li tfakkarna kemm f’politiċi bħal Agatha Barbara li kienet l-ewwel mara eletta fil-Parlament Malti u l-ewwel President tar-Repubblika mara, kif ukoll f’dawk

id-deċiżjonijiet li kienu deċiżivi għas-sehem tan-nisa fis-soċjetà tagħna. Fost dawn insemmi ċ-childcare b’xejn lil kulħadd. Din kienet miżura li setgħet isseħħ għax il-Ministru ta’ qabli, Helena Dalli, għarfet il-kontribut ewlieni u spiss uniku li tista’ tagħti l-mara meta l-kundizzjonijiet ta’ ħajjitha jippermettulha tidħol fid-dinja tax-xogħol. Sa qabel ma tela’ l-Partit Laburista fil-Gvern, dan il-potenzjal kien qiegħed jinħela. Permezz ta’ din ir-riforma, qegħdin nipproponu wkoll li l-Kummissjoni Elettorali tkun issa magħmula minn nisa u irġiel b’mod bilanċjat. Il-bilanċ fil-ġeneru fil-Kummissjoni Elettorali se jiżgura li jsiru miżuri u sistemi aktar moderni u effettivi f’dan il-livell ukoll. Iva, nafu li f’dinja ideali, il-ħtieġa għal mekkaniżmu korrettiv bħal dan ma tkunx hemm. U għal din ir-raġuni, qed nipproponu skadenza ta’ 20 sena għal dan il-mekkaniżmu, jiġifieri li fl-2041 jispiċċa b’mod awtomatiku. Sadanittant, jiena nittama li l-effett ta’ aktar kunfidenza u aktar sehem tan-nisa fil-ħajja pubblika li qed nantiċipaw li jkollu dan il-mekkaniżmu, ikunu sa dak iż-żmien wasslu għal sitwazzjoni fejn ikun diġà inħoloq aktar bilanċ. B’hekk wieħed jittama li l-mekkaniżmu li neħtieġu illum, għada ma jkunx fadal ħtieġa għalih. Iżda biex naslu hemm, irridu nibdew illum. Ilħin għal qabża konkreta lejn aktar ugwaljanza huwa proprju issa.


13

18.04.2021

IL-KURAĠĠ LI NBIDDLU U NINBIDLU

RAMONA ATTARD President, Partit Laburista

Il-Partit Laburista jibqa’ jissaħħaħ sakemm jibqa’ jeżisti fi ħdanu l-kuraġġ li jinbidel u jbiddel. Din kienet sena kruċjali sabiex il-Moviment mibni madwar il-Partit Laburista mhux biss juri serjetà fit-tmexxija b’tiġdid fi ħdanu stess iżda jieħdu deċiżjonijiet biex fil-pajjiz ikomplu għaddejin riformi tant meħtieġa. F’din il-ġimgħa għadda mill-Parlament Abbozz numru 119 li joħloq mekkaniżmu biex f’każ, kif probabilment ser jiġri fl-elezzjoni li ġejja, ikun jeżisti sess sotto-rappreżentat fil-Parlament, il-mekkaniżmu t’aġġustament jalloka siġġijiet lil dak is-sess sotto-rappreżentat sakemm jintlaħaq sa massimu ta’ 40% tas-siġġijiet kollha tal-Parlament.

Kif ġara f’bidliet oħra, anke din il-bidla ġiet affaċċjata b’oppożizzjoni. Minn ċerti nies li jressqu dubji ġenwini, iżda minn oħrajn ukoll li jopponu kull bidla fil-pajjiż biex iżommu lil dan il-pajjiż maqbud fil-passat. Jinbidlu l-messaġġi kontra l-bidla, iżda l-uċuħ kontriha jibqgħu l-istess. Din il-liġi ser twassal biex dak li ma sarx tul dawn is-snin kollha li ilhom isiru l-elzzjonijiet, iseħħ f’din l-elezzjoni. Għall-ewwel darba jkollna Parlament rappreżentattiv tas-sessi. Ma smajtx proposti alternattivi mingħand min oppona din il-liġi biex jintlaħaq l-istess għan fl-elezzjoni li jmiss. Għalhekk, ir-responsabbiltà ta’ dan il-Gvern biex ikun kuraġġuż u jieħu d-deċiżjonijiet hi kbira. Deċiżjoni li ttieħdet mhux b’sorpriża għax din il-proposta kienet imniżżla fil-manifest elettorali tal-aħħar elezzjoni ġenerali. F’dan il-pajjiz konna mdorrijin li l-manifest elettorali jkun dokument li jiġi żvelat lejlet elezzjoni ġenerali b’ħafna ċerimonji, iżda wara l-elezzjoni ma jissemma qatt u jibqgħu biss wegħdi fiergħa. B’differenza Partit Labursita fil-Gvern għolla l-istandards u mhux biss mal-Partit Laburista. Il-poplu moħħu mistrieħ li jekk ser jirbaħ l-elezzjoni ġenerali ser jimplimenta l-man-

ifest, iżda jaf ukolll li ta’ kull sena l-Gvern ser ikun kontabbli fuq dak l-istess manifest. Kontabilità anke fuq il-Baġit stess li jitħabbar mill-Ministru għall-Finanzi kull sena u li l-Gvern jagħti rendikont tiegħu b’rapport annwali, bil-persentaġġ ta’ miżuri implimentati, kif ukoll spjega ta’ dawk il-miżuri li jkunu waqgħu lura fl-implimentazzjoni. Din hi riforma oħra li wettaq il-Partit Laburista, dik ta’ kontabilità. Waħda mill-wegħdi prinċipali tal-manifest elettorali tal-2017 kienet il-proposta li jsiru t-toroq kollha tal-pajjiż. Kull jum li jgħaddi, qed jinbidel il-wiċċ infrastrutturali ta’ pajjiżna. Din il-ġimgħa, l-inawgurazzjoni tas-seba’ flyovers fil-Marsa bi spiża ta’ €70 miljun, fissret li Gvern Laburista lesta l-akbar proġett infrastrutturali fil-pajjiż. Ir-riforma infrastrutturali hi riforma oħra li ser tibqa’ imniżżla storikament bħala waħda mill-akbar suċċessi ta’ Partit Laburista fil-Gvern. Riforma infrastrutturali li setgħet tibqa’ sseħħ minħabba riforma oħra li wettaq il-Gvern – dik ekonomika. Permezz tar-riforma ekonomika, ilGvern biddel iċ-ċiklu ekonomiku li konna mdorrijin bih – dak li jdaħħal it-taxxi biex issaħħaħ l-ekonomija.

B’differenza, dan il-Gvern naqqas it-taxxi, u ma daħħalx taxxi ġodda. B’hekk seħħ tkabbir ekonomiku bla preċedent u nbniet ekonomija reżiljenti anke għall-istress ekonomiku li ġabet il-pandemija. F’dawn iż-żminijiet ir-riforma ekonomika wasslet biex jiġu sostnuti l-impjiegi permezz ta’ wage supplements u miżuri oħrajn. Kull meta f’dan il-pajjiż ġie elett Partit Laburista fil-Gvern, dejjem seħħew riformi soċjali kbar. Ir-riformi tal-pensjonijiet, li taħt dan il-Gvern komplew jissaħħu. Ir-riforma tas-servizzi soċjali li wasslet biex illum perusni b’diżabilità severa jkollhom jaqilgħu ekwivalenti ta’ minimum wage, iċ-children’s allowance li komplew jiżdiedu u l-in-work benefits li flimkien maċ-child care centres stimulaw il-parteċipazzjoni femminili fid-dinja tax-xogħol. Il-fatt li aktar nisa daħlu jaħdmu, fisser li l-ekonomija tal-pajjiż issaħħet u saret possibbli r-riforma ekonomika. Għalhekk, ilpajjiż seta’ jissaħħaħ permezz ta’ katina ta’ riformi. Dawn ir-riformi iżda seħħew mhux a skapitu li jkomplu għaddejjin ir-riformi ċivili u anke f’din l-aħħar sena, taħt il-Prim Ministru Robert Abela, seħħet emenda fil-liġi tad-divorzju li ser tnaqqas iż-żmien ta’ stennija biex koppja tieħu d-divorzju. L-għatx għall-bidla ma jiqafx

anke fil-qasam ċivili minkejja li ninsabu fuq quddiem nett fid-dinja f’dak li jirrigwarda riformi ċivili. Fiż-żmien li ġej il-Partit Laburista m’għandu qatt jegħja jbiddel. Irridu nkomplu nintensifikaw ir-riforma ambjentali, filwaqt li jkomplu għaddejjin il-proġetti infrastrutturali. Irridu nkomplu nbiddlu u nsaħħu l-ekonomija ta’ pajjiżna biex taffaċċja l-isfidi li ġejjin. Irridu nkomplu nitkellmu fuq dawk il-minoritajiet li jaffaċċjaw tbatijiet fil-kwiet ta’ djarhom . Din is-sena hija sena importanti, għall-pajjiż u anke fi ħdan il-Partit Laburista li taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela saru bidliet importanti li permezz tagħhom iġeddidna u ssaħħaħna. Il-Partit Laburista qatt mhu ser jiskot quddiem ilbżonn tal-bidla. Dan il-kuraġġ ser iwassalna biex minn hawn u sena oħra immorru quddiem il-poplu bir-riżultati ta’ bidliet kbar li seħħew, bit-track-rekord ta’ manifest imwettaq u manifest ieħor li ser jiġi propost u jekk ningħataw il-fiduċja jitwettaq, u b’kandidatura b’saħħitha li tirrappreżenta l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi għal din l-ewwel elezzjoni li fiha ser jivvotaw aktar nies permezz tal-Vot 16 u li permezz tagħha għall-ewwel darba ser ikollna Parlament aktar ugwali.

TISĦIĦ TAL-GVERNIJIET LOKALI PERMEZZ TA’ GOVERNANZA TAJBA

JOSÉ HERRERA Ministru

Meta fl-1993 ġew introdotti għall-ewwel darba l-gvernijiet lokali, dan sar aktar bħala eżerċizzju ta’ introduzzjoni ta’ forom ta’ gvern sabiex nissodisfaw l-obbligi tal-UE li kienu qed jiġu xprunati mill-applikazzjoni sabiex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea. Illum hekk kif nersqu lejn 30 sena ta’ gvernijiet lokali, inħar-

su lura lejn dan l-esperiment fi sforz sabiex inkomplu nsaħħu l-istrutturi. Huwa f’dan l-ispirtu li nedejt reviżjoni tal-politika maħsuba sabiex tipprovdi 10 prinċipji/pilastri ta’ gwida li ser iwasslu għal direzzjoni ġenerali f’oqsma li jressqu lill-gvernijiet lokali eqreb lejn il-komunitajiet tagħna. Wieħed minn dawn il-prinċipji huwa l-governanza tajba, sabiex il-gvernijiet lokali jkunu jistgħu jtejbu l-kwalità tas-servizz provdut. Biex irawmu l-fiduċja u l-parteċipazzjoni fost il-komunità, il-gvernijiet lokali għandhom joperaw b’mod trasparenti, malajr u mingħajr preġudizzju. Mhux biss għandna nibbażaw il-governanza tajba fuq il-prinċipji fundamentali ta’ rappreżentanza ġusta, is-saltna tad-dritt, l-imġiba etika u r-responsabbiltà; governanza tajba timplika wkoll mmaniġġ-

jar ta’ finanzjar sod u sostenibbli, operat trasparenti u miftuħ; l-abbiltà li jipprovdu rispons effettiv u effiċjenti, filwaqt li jiġi msaħħaħ is-sens ċiviku. Livelli għoljin ta’ prestazzjoni jistgħu jinkisbu biss jekk ninvestu f’kompetenza u kapaċità u niżviluppaw strutturi li huma innovattivi u miftuħa għall-bidla. Governanza tajba tirrikjedi wkoll li nifhmu d-differenza bejn ir-responsabbiltajiet tat-tfassil tal-politika tal-gvernijiet lokali u d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-istruttura eżekuttiva. Hekk kif immexxu biex ikollna aktar awtonomija, irridu naċċettaw ukoll li dan iġib miegħu responsabbiltà akbar li tista’ tiġi pprovduta biss permezz ta’ governanza tajba. L-awtonomija fiskali tista’ tiġi żviluppata biss fl-istess qafas li jirregola l-infiq pubbliku. Biex niksbu r-riżultati mix-

tieqa, għandna bżonn nikkonvertu l-prinċipju tas-sussidjarjetà f’sett ta’ regoli bejn il-gvern ċentrali u l-gvern lokali. Regoli li jipprovdu fehim ċar tal-oqsma fejn is-sussidjarjetà hija responsabbiltà esklussiva tal-gvern lokali u oqsma oħra fejn is-sussidjarjetà hija ta’ natura parteċipattiva. Il-prinċipju ta’ governanza tajba mhux biss hija r-responsabbiltà tal-gvern lokali u l-uffiċjali tiegħu iżda wkoll tad-dipartimenti tal-gvern ċentrali u l-entitajiet tagħhom. Il-parteċipazzjoni m’għandhiex tkun biss lip service. Il-vuċi tal-gvern lokali hija l-vuċi tal-komunità. Għalhekk, permezz ta’ regoli ċari bħal dawn biss tista’ titħaddem governanza tajba. Dan ma jiġix mingħajr sfidi kbar. Id-daqs żgħir tan-nazzjon tagħna u d-daqsijiet saħansitra iżgħar tal-gvernijiet lokali tagħna jip-

preżentaw ostakli. Li sempliċement jiżdiedu r-riżorsi mhux se jkun sostenibbli, iżda għandna bżonn ninvestu wkoll fl-għarfien u fit-teknoloġija. Il-gvernijiet reġjonali u lokali huma ċ-ċavetta biex tiġi żviluppata l-viżjoni li tassew tindirizza l-aspirazzjonijiet u l-aspettattivi tal-komunitajiet tagħna. Filwaqt li nirringrazzja lis-Sindki u l-Kunsilliera kollha ta’ Malta u Għawdex għax-xogħol siewi tagħhom fil-komunitajiet tagħna, nisħaq fuq l-importanza li naħdmu fuq dan il-pjan u viżjoni li ser iwassal sabiex tiġi ppreservata l-identità kulturali tal-komunitajiet tagħna, filwaqt li twassal biex trawwem l-inklużjoni soċjali sabiex is-suċċess ekonomiku li din il-gżira gawdiet matul is-snin li għaddew jista’ jiġi kkonvertit fil-benesseri mtejba tas-soċjetà tagħna.


14

18.04.2021

TINGĦATA L-AĦĦAR TISLIMA

Ir-Renju Unit ta l-aħħar tislima lill-Prinċep Filippu, Duka ta’ Edinburgh, ilbieraħ waranofsinhar f’funeral sempliċi, imma sinifikanti, li sar fil-Kappella ta’ San Ġorġ fil-Kastell ta’ Windsor fin-Nofsinhar tal-Ingilterra. Il-Prinċep Filippu miet nhar il-Ġimgħa 9 ta’ April fl-għomor ta’ 99 sena u kien mistenni jiċċelebra l-100 sena tiegħu fl-10 ta’ Ġunju li ġej. Fl-aħħar jiem it-tebut tiegħu nżamm fil-kappella privata tal-Kastell Windsor u fil-11:00 tal-bieraħ filgħodu ċċaqlaq għas-sala prinċipali tar-residenza rjali fejn il-Prinċep ukoll kien qed joqgħod fl-aħħar żminijiet, inkluż tul il-pandemija. It-tebut wara nġarr f’Land Rover partikolari, li ġiet iddisinjata mid-Duka nnifsu, waqt li membri tal-familja rjali mxew wara l-hearse sal-Kappella fejn sar il-funeral. Dettalji personali għaċ-ċerimonja wkoll kienu tħejjew mill-Prinċep Filippu. Mas-730 membru tal-forzi armati Brittaniċi ħadu sehem fil-funeral irjali. Għall-funeral, li beda għall-ħabta tas-2:30 (ħin lokali), attendew mhux aktar minn 30 persuna fosthom qrabatu, immexxijin mir-Reġi-


18.04.2021

15

A LID-DUKA TA’ EDINBURGH

na, li lkoll żammew id-distanza skont il-protokolli adottati fir-Renju Unit bħalissa. Ir-restrizzjonijiet wasslu biex anke l-Prim Ministru Boris Johnson ma setax jattendi għaċ-ċerimonja. Il-quddiesa tmexxiet mill-Arċisqof ta’ Canterbury Justin Welby. Ritratt personali tar-Reġina u d-Duka jgawdu l-kampanja u t-temp sabiħ f’Coyles of Muick, fl-Iskozja, tmien snin ilu, ġie wkoll ippubblikat mill-Palazz ta’ Buckingham bħala tifkira tal-memorja tal-persunaġġ li akkumpanja lir-Reġina għall-aħħar 73 sena fil-ħajja tagħhom miżżewġa, fosthom 68 sena fuq it-tron. Id-Duka kien familjari wkoll ma’ pajjiżna fejn mhux biss kien stazzjonat matul is-servizz militari tiegħu mal-Qawwa Navali Brittanika, iżda wkoll għex mar-Reġina Eliżabetta II, dak iż-żmien Prinċipessa, f’Villa Gwardamanġa, l-Imsida, sakemm ġiet inkurunata wara l-mewt ħesrem ta’ missierha Re Ġorġ VI fl-1952. F’pajjiżna lbieraħ il-Fondazzjoni Wirt Artna u l-Awtorità Maltija tatTuriżmu organizzaw sparatura speċjali mill-kanuni fil-Barrakka ta’ Fuq b’tislima lid-Duka ta’ Edinburgh.


16

18.04.2021

REGOLAMENTAZZJONI AĦJAR TAL-PROFESSJONI LEGALI

EDWARD ZAMMIT LEWIS Ministru

Fis-sena 2008, il-Kamra tal-Avukati kienet ħarġet dokument sabiex tqajjem dibattitu dwar regolamentazzjoni aħjar tal-Professjoni Legali. Il-PN fil-Gvern ftit xhur qabel l-Elezzjoni Ġenerali tas-sena 2013 ressaq abbozz ta’ liġi f ’dan ir-rigward li ovvjament ma laħaqx sar liġi għaliex dik il-leġiżlatura kienet intemmet. Tipika riċetta PN filGvern sabiex ma jsir xejn u nagħtu l-impressjoni li ridna nagħmlu xi ħaġa. Jiena naħdem differenti, 14-il xahar wara li nħtart Ministru, fost oħrajn, re-

sponsabbli mill-Ġustizzja jiena wassalt abbozz f ’liġi. Nhar l-Erbgħa li għadda kien hemm il-vot fil-Parlament favur l-Abbozz 181. Jiena ngħożż ħafna l-professjoni legali, wara kollox jien Avukat, ħdimt snin twal fil-qrati tal-ġustizzja tagħna. Nemmen li din hija professjoni importanti u kemm l-Avukati b’mod ġenerali kif ukoll il-qrati tagħna jwettqu ħafna ġid f ’pajjiżna. Din il-liġi fiha diversi aspetti importanti, mhux biss sabiex tirregola aħjar din il-professjoni, imma wara kollox sabiex tħares l-interessi taċ-ċittadini tagħna. Dan hu bilanċ importanti li jinżamm f ’dan l-abbozz. Reġistru

bilanċ bejn rappreżentanza tal-Avukati u interessi oħra li huma importanti fir-regolamentazzjoni tagħhom. Dan ir-reġistru ser ikun hemm fih l-Avukati kollha f ’pajjiżna li għandhom warrant biex jeżerċitaw il-professjoni tagħhom. Dan hu importanti għaliex sal-lum dan ma jeżistix u li hawn hija biss lista ta’ min iħallas is-sħubija tal-Kamra tal-Avukati. Hekk iċ-ċittadin ikun jista’ jivverifika li dik il-persuna li hu mar jitlob xi servizz legali mingħandha għandha liċenzja. Sabiex persuna li ggradwat fis-settur tieħu l-warrant isir eżami minn żewġ Imħallfin li jgħaddu l-assessment tagħhom lil dan il-Kumitat. Hekk hemm checks and balances sabiex ma jsirux abbużi u l-warrant ta’ persuna ma jiddependix minn xi diskrezzjoni kapriċċuża ta’ persuna jew oħra. Dik hija s-serjetà!

Għall-ewwel darba fl-istorja ser ikun hemm reġistru miżmum minn Kumitat maħtur apposta permezz ta’ din il-liġi bħala sotto-kumitat tal-Kummissjoni Għall-Amministrazzjoni tal-Ġustiz- Ditta Legali zja. Dan il-Kumitat huwa ’l bogħod mill-Gvern u joħloq Fil-liġi l-ġdida hemm regoli

dwar punt importanti: id-ditta legali, (grupp t’Avukati li jaħdmu flimkien). Ditta legali mhix grupp t’avukati li jaqsmu biss fiżikament uffiċċju, hija ferm aktar minn hekk. Issa hemm regoli ċari ta’ kif tiġi rreġistrata ditta legali f ’dan ir-reġistru u fejn ċittadin jista’ jiċċekkja d-dettalji kollha dwar l-istess ditta. Hekk persuna tista’ tara li fil-kawża tagħha m’hemmx avukati b’kunflitt t’interess. Hekk din illiġi tkun qiegħda twieġeb għal żviluppi ġodda f ’din il-professjoni fejn l-avukati m’għadhomx biss dawk li jmorru jaħdmu l-Qorti jew jaħdmu waħedhom, iżda fejn jeżistu bosta ditti legali b’għexierien t’avukati. Dixxiplina Hawnhekk tjieb ukoll il-qafas tad-dixxiplina. Il-professjoni legali kibret bil-bosta, partikolarment fl-aħħar 20 sena u għalhekk hemm bżonn li dawk il-ftit li jħammġu l-professjoni bl-aġir tagħhom titteħed azzjoni spedita dwar-

hom, mhux mill-Gvern iżda minn strutturi apposta li nsibu f ’din il-liġi. Din il-liġi tipprovdi dan u anke l-obbligi tal-Avukati fejn tidħol il-ġlieda ta’ pajjiżna kontra l-kriminalità organizzata u l-ħasil tal-flus, sabiex Malta tibqa’ meqjusa bħala ġurisdizzjoni serja. Deċiżjonijiet mhux Letarġija B’dak li sar f ’dan il-kamp smajt, attwajt u finalment temmejt letarġija ta’ mill-anqas 13-il sena. Huwa ħasra li l-Oppożizzjoni ivvotat kontra abbozz daqstant importanti li hija ma daħlitx fi kwart ta’ seklu fil-Gvern. Nirringrazzja lill-Kamra tal-Avukati għax-xogħol tagħha sabiex dan l-abbozz sar liġi, ma qbilniex f ’kollox, però xorta waħda tul il-proċess kollu l-Kamra tat kontribut sinifikanti. Fil-liġi ngħata status ukoll formali lill-Kamra tal-Avukati. Ejjew nibqgħu naħdmu flimkien għall-ġustizzja aktar aċċessibli u effiċjenti f ’pajjiżna. Flimkien naslu!

QRIB IN-NIES TASSEW

STEFAN ZRINZO AZZOPARDI

Segretarju Parlamentari

Minkejja li ninsabu fi żmien ta’ sfida li fih tħarbtet il-ħajja ta’ miljuni ta’ nies madwar id-dinja, ridna li bħala Gvern nkunu tassew qrib in-nies bid-deċiżjonijiet li nieħdu f’dan iż-żmien diffiċli. Wara 13-il xahar niffaċċjaw diffikultajiet li ġabet magħha l-pandemija nistgħu tassew inħarsu b’kuraġġ lejn żmien aħjar fejn ħajjitna tibda ġejja lura għal xi forma ġdida ta’ normalità. Konna mill-bidu nett qrib

in-nies billi sa mill-bidu tas-sena l-oħra, l-awtoritajiet tas-saħħa kienu diġà qed jippreparaw għal kull eventwalità. Intefqu miljuni ta’ ewro f’apparat mediku fosthom għadd kbir ta’ ventilators, ilbies protettiv u fix-xiri ta’ eluf kbar ta’ testing kits. B’hekk stajna nipproteġu lill-popolazzjoni tagħna bl-aħjar mod possibbli. Vaċċini aktar milli kellna bżonn

il-piż finanzjarju. Illum ninsabu fuq quddiem nett fl-Ewropa u anke fid-dinja fit-twettiq tal-programm tat-tilqim. B’riżultat ta’ dan, in-numru ta’ infezzjonijiet ġodda qed jonqos drastikament. Id-dħul ta’ persuni morda fl-isptarijiet u fit-taqsima tal-kura intensiva issa huwa mill-aktar baxx. In-numru tal-imwiet, l-aktar fost l-anzjani tagħna qiegħed jonqos ukoll. B’hekk stajna nibdew innaqqsu l-miżuri li kellhom jittieħdu mill-awtoritajiet tas-saħħa. It-tfal reġgħu bdew imorru l-iskola, reġgħu nfetħu l-knejjes, erġajna bdejna nżuru lill-anzjani tagħna fid-djar tal-anzjani filwaqt li fl-isptarijiet tagħna qed jerġgħu jibdew isiru operazzjonijiet li kienu ġew posposti. Għaldaqstant, għandna nibqgħu nobdu d-direttivi tas-saħħa ħalli fil-ġimgħat li ġejjin inkunu f’pożizzjoni li jiġu rilaxxati aktar miżuri u nkunu tassew resqin lejn in-normalità.

Aktar tard, il-Gvern permezz tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, insista mal-Unjoni Ewropea li għandu jkun hemm sistema waħda ta’ xiri tal-vaċċin għall-kontra l-COVID-19 ħalli l-vaċċin jasal għand kulħadd u jitqassam b’mod ġust mal-Istati Membri kollha. Bl-għaqal tal-Gvern Malti rnexxielna nakkwistaw dożi tal-vaċċin ferm aktar minn dak meħtieġ għall-popolazzjoni kollha tagħna għax flaħna għal dan Nipproteġu s-saħħa u

l-għajxien Għax bqajna qrib in-nies anke f’pandemija dejjem sostnejna li rridu naħdmu wkoll biex nissalvagwardjaw l-għajxien tal-popolazzjoni tagħna. Mill-ewwel urejna solidarjetà sħiħa ma’ kull min intlaqat ħażin minn dawn il-miżuri u komplejna bis-sostenn tagħna sal-ġurnata tal-lum. Se nibqgħu solidali ma’ dawk l-aktar milquta sakemm ikun hemm bżonn. L-għan ewlieni wara l-infiq ta’ miljuni kbar ta’ ewro fis-sostenn finanzjarju għall-ekonomija ta’ pajjiżna wassal biex eluf ta’ azjendi Maltin u Għawdxin irnexxielhom iżommu fil-wiċċ u b’hekk irnexxielna nsalvaw madwar mitt elf impjieg. Sostnejna direttament lill-ħaddiema permezz talwage supplements, permezz tal-moratorji fuq is-self li għandhom mal-banek filwaqt li dawk l-aktar fil-bżonn sostnejniehom ukoll permezz ta’ żidiet fil-pensjonijiet u

fil-benefiċċji soċjali permezz tal-miżuri ta’ l-aħħar Baġit. Għax pajjiżna kien jiflaħ, sforz l-għaqal tat-tmexxija fil-finanzi tal-pajjiż fl-aħħar tmien snin, minflok awsterità u taxxi ġodda kif qed jagħmlu pajjiżi oħra, tajna sostenn finanzjarju lil kull min kellu bżonn. Għax ħdimna bilgħaqal l-aġenziji ta’ kreditu internazzjonali kollha qed jaqblu li Malta din is-sena u s-sena d-dieħla ħa jkollha l-akbar tkabbir fl-ekonomija tagħha fost l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea. It-13-il xahar li għaddew taw prova kif Gvern għandu jkun tassew qrib in-nies. Kellna l-polz tal-poplu f’idejna u għarafna x’inhuma l-weġgħat tal-poplu tagħna f’dan il-mument kruċjali filħajja ta’ kull wieħed u waħda minna. Għax konna bil-għaqal f’dawn l-aħħar 13-il xahar, issa b’kuraġġ inħarsu ’l quddiem għal żminijiet aħjar, fejn inħallu l-pandemija warajna u nerġgħu naqbdu t-triq ’il quddiem, it-triq tas-suċċess.


17

18.04.2021

IL-ĦIDMA TISSOKTA B’ĦEĠĠA U B’INTEGRITÀ

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Il-ġimgħa li għaddiet ġew ippubblikati żewġ sondaġġi politiċi fuq il-gazzetti li prattikament kienu viċin xulxin. Naturalment sondaġġ huwa biss ritratt approssimattiv tal-ġurnata u qatt ma jista’ jittieħed vanġelu jew bħala xi serħan tal-moħħ. Is-sondaġġ ta’ vera jkun dakinhar tal-votazzjoni fl-Elezzjoni Ġenerali bejn ilvotant u l-polza tal-vot. Madanakollu, l-ewforja min-naħa tal-PN hi biss spin biex irattbu l-impatt tar-riżultat veritier ta’ dan l-istħarriġ. Issemma li l-PN naqqas 10,000 vot minn Jannar ’l hawn. Saħansitra, kien hemm min kien avventuruż aktar minn hekk u ntqal li l-PN naqqas id-distakk bin-nofs f’temp ta’ ftit xhur, minn mindu laħaq Bernard Grech bħala Kap. Dan hu kollu diskors ’il bogħod mill-verità li tirriżulta mill-konklużjonijiet tas-sondaġġi. U min minnaħa tal-Oppożizzjoni hu sinċier u ma jridx jinganna lil niesu stess u ma jaħbix rasu fir-ramel, il-konklużjonijiet veritiera rrikonoxxiehom, fosthom Roseyln Borg Knight. Ċar u tond qaltilhom li dawn in-numri mhumiex ta’ ferħ għall-PN u mhumiex jattiraw votanti ġodda. U għandha raġun. Analiżi serja ta’ sondaġġ politiku titlob li riżultat ta’ sondaġġ tqabblu mhux ma’ ta’ sondaġġ ieħor imma mar-riżultat tal-aħħar Elezzjoni Ġenerali. Fis-sondaġġ ta’ Dr. Vincent Marmara jirriżulta lil PL igawdi vantaġġ ta’ 32,000 vot fuq l-Oppożizzjoni. Niftakkru li fl-Elezzjoni Ġenerali tal2017 il-PL ġab 40,000 vot aktar mill-PN. Madanakollu, irridu niftakru li l-PN kien f’alleanza mal-PD u fformaw l-Alleanza Nazzjonali u allura meta żżid il-5,000 vot li ġab il-PD, id-distakk għall-PL niżel għal 35,000. Allura mingħajr ma jkollok bżonn xi rocket science, tinduna li l-pendlu qajla ċċaqlaq

mill-elezzjoni li għaddiet ’l hawn. L-PN irnexxielhom iżommu l-voti tal-PD magħhom, voti li qatt ma kienu jappartjenu lill-PL wara kollox. Il-kejl serju u xjentifiku hekk għandu jsir. U dan nafuh ilkoll. U l-Oppożizzjoni tafu wkoll. Bħalma ddikjara l-Eks Kap tal-PN Adrian Delia, li jekk il-PN qed iħoss li sena qabel elezzjoni ġenerali, huwa ferħan li qiegħed fi żvantaġġ ta’ 32,000 vot minn malPL, allura il-PN għandu problema kbira ta’ partit in denial. Imma lil hinn min-numri u s-sondaġġi nistgħu nikkonkludu faċilment għaliex il-poplu jħossu komdu li jibqa’ jagħti fiduċja lill-PL. Hemm il-fatt li qalja hemm alternattiva. IlPN baqa’ ma tgħallimx. Biddlu Kap wara ieħor u baqa’ l-partit li jħoss dak id-don tal-infallibilità, id-dritt divin li jiggverna hu u jiddetta l-aġenda hu. Is-saltna tad-dritt tgħodd biss għall-PL u donnu ma tgħoddx għall-PN. Anzi meta ffaċċjat b’allegazzjonijiet fuq membri parlamentari Nazzjonalisti, il-Kap tal-Oppożizzjoni joħroġ jgħid li konvint li qed jiġu targeted għax qegħdin f’lejlet l-elezzjoni. Agħar minn hekk il-PN

tad-dawl u l-ilma u l-prezzijiet tal-fuel bħalma għamel Gvern Nazzjonalista fi kriżi finanzjarja li hi sifja kkomparata malkriżi tal-pandemija li qed niffaċċjaw bħalissa. Gvern Laburista ma ħalliex lill-poplu jgħum waħdu. Wieżnu u tah l-għajnuna li sa issa swiet mal-biljun ewro. Imma dan mhux kollox. Għalkemm f’pandemija, xorta baqa’ jżid il-pensjonijiet, l-istipendji, introduċa servizzi soċjali ġodda, kompla bi proġetti tal-housing soċjali, kompla bi proġetti kapitali u infrastrutturali. Gvern Laburista ma qagħadx ċass quddiem il-bżonn ta’ tiġdid, tibdil u introduzzjoni ta’ riformi ġodda. Il-Partit Laburista huwa l-partit umli biżżejjed u xejn supperv li fejn għamel żbalji jammettihom u jiskuża ruħu imma aktar minn hekk jieħu azzjoni fuqhom u jkun xprun għall-Gvern sabiex ikun minn ta’ quddiem biex jagħti proposti għal riformi li biex jittieħdu trid kuraġġ. Saru riformi biex iħarsu l-governanza tajba u s-saltna tad-dritt li fi żmien Gvern Nazzjonalista lanqas kienu joħolmu li jitilqu minn idhom. Li tiskuża ruħek hu faċli, li tieħu azzjoni u timplimenta l-bidliet huwa li jgħodd. PN fil-gvern dejjem tefa’ r-riformi u l-bidliet ’l isfel fl-aġenda u jaħbihom taħt it-tapit Il-Partit Laburista hu għax beża’ għall-istatus l-unika forza politika bi quo. Saħansitra, is-saltna tad-dritt għall-Oppożizzkredenzjali ta’ tiġdid, joni hija à la carte, tgħodd riformista u liberali biss għall-PL. Il-Partit Laburista stqarrew li lesti jilqgħu lill-eks huwa l-unika forza politika bi Nazzjonalisti lura basta jkunu kredenzjali ta’ tiġdid, riformisriabilitati, jiġifieri fi ftit kliem ta u liberali. Il-PL qatt ma beża’ jindmu u jgħidu li huma kienu milli jixpruna l-bidla u fil-gvern fl-ħażin u jitolbu skuża. U l-is- qed imexxi ’l quddiem bidliet li baħ waħda ta’ din il-ġimgħa kull gvern ieħor preċedenti qaħareġ biha l-Eks Kap tal-PN għad lura li jieħu, bħar-riforSimon Busuttil meta tant ma proposta fil-kirjiet ta’ qabel ma niżlitlux it-telfa elettora- l-1995, ir-riforma dwar l-użu li tal-2017, li wara erba’ snin responsabbli mill-kannabis u xorta ma jħossx li l-poplu ma r-riforma storika li ser twasemmnux u ma jafdahx, tant sal għal rappreżentanza iktar li jipproponi li jsir studju ak- ugwali bejn l-irġiel u n-nisa kademiku fuq dan ir-riżultat fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. skont hu bizzarr. Bħal dak li Għax għeżież qarrejja, żgur li qallu skont Busuttil l-elettorat naqblu li jekk ma jkunx Gvern jixraqlu li jiġi studjat ħa naraw Laburista li jwettaq riformi x’livell ta’ mazzun, baħnan u kuraġġużi bħal dawn, min irid bluha għandu l-poplu. ikun? Imma l-fiduċja tal-poplu ma Għaldaqstant, inkomplu tiqafx biss għax m’hemmx al- bil-ħidma tagħna mmexxiternattiva. Anzi. Tmur ħafna ja mill-Prim Ministru u Mex­ lil hinn minn hekk. Il-poplu xej Dr Robert Abela, b’umiltà, jaf li fi żminijiet iebsa Gvern b’imħabba, b’integrità, b’ħeġġa Laburista ma baqax ċass, jew u b’onestà. Inkomplu nkattqagħad idur mal-iskużi jew ru l-ġid u ntejbu l-kwalità talsaħansittra għamel miżuri ħajja tan-nies. Il-poplu dak li t’awsterità, żied il-kontijiet jrid. Il-poplu dak li jixraqlu.

Ma kinitx tgħanniqa ta’ Bernie l-Ħadd li għadda, għax tfottejt. Mela dal-imniefaħ li jippoża ta’ Grieg il-Ħadd li għadda qal li l-PeNe dejjem offra direzzjoni li tgħannaq lill-bniedem. Kif smajtu kont se nifga fl-ożbreċ towst li kont qed niekol. Ara ‘qq Kajjin kemm hu giddieb! Biex tgħannaq lill-poplu trid tkun tħobbu, mela tgħid li tistħi li int Malti jew! Għamilt Ħadd imqaddes indannat fuqha din. Naħseb lill-mara qallejtilha kulma għandha, għax meta nkun hekk warrabli min-nofs lili. It-Tnejn filgħodu ċempilt lil sieħbi u għedtlu biex jikteb xi ħaġa u jtellagħha Fejsbuk, għax għamilt lejl nhewden fuq kemm għandu wiċċu kulur iċ-ċikkulata dan Grech. Issa jew biex jeħles minni jew ma nafx, qalli: “Ikteb biċċa int! Pensjonant x’għandek x’tagħmel”. Veru l-mara minn sbieħ Alla tara x’se taqla’ u tivvinta u ħalqha jieqaf biss meta tkun qed tmeċlaq fil-minestra, imma sfida dejjem ħadtha jien u għażilt li nikteb lill-Editur hawn. Ħa ngħidlek jien mela, Sur Editur! Biex tgħannaq lill-bniedem trid tkun tħobbu. Jien qatt ma naf li għannaqt lil xi ħadd li ma nniżżlux. Anzi noqgħod seba’ piedi ’l bogħod minnu jekk jista’ jkun. Kif qagħad seba’ piedi ’l bogħod mill-formoli tat-taxxa dan Bernie stess, għax ma mliehomx. U kif għamel l-għaref l-ieħor Jason Azzopardi l-‘God’s gift to Malta’ wkoll. Kollha qagħdu ’l bogħod milli jħallsu t-taxxa dawn. Għax aljenaw moħħhom qalu. Isss kemm aħna sbieħ! Jason taf x’għannaq, Sur Editur? L-irħama tal-qabar ta’ Kristu, meta lil martu qalilha li se jmur tieġ Tel Aviv u ried imur taparsi waħdu biex ikun jista’ jagħmel lejl fuq il-qabar. Jien kont mort Ġerusalemm, imma qanna tidħol fi kju ma jispiċċa qatt, tinżel għarkupptejk u wara ħames sekondi jħaffuk biex toħroġ ħa jidħol ħaddieħor. X’lejl fuq il-qabar, il-madre jew? Taf kemm jgħannqu l-bniedem Bernie? Tant jgħannqu li b’għira liema bħalha anki din tal-vaċċin daħħal il-politika fiha u li kien għalih għadna ma bdejniex inlaqqmu n-nies. Daqshekk iħobbu lill-proxxmu dan. Ġej jgħid li l-Partit Nazzjonalista dejjem offra direzzjoni li tgħannaq lill-bniedem u li tħares lis-soċjetà! Taf meta għannqu l-bniedem il-Partit li wiret Bernie? Meta naqqas iċ-Children’s Allowance. Vera għannaqhom lill-familji Maltin u Għawdxin meta għamel hekk. Taf meta għannqu l-bniedem? Meta qagħad gallarija u astjena fejn jidħlu drittijiet ċivili. U taf x’jgħannqu dawn? Il-poter. Li jkollhom il-poter akkost ta’ kollox. Għax jaħsbu li huma biss għandhom id-dritt li jkunu fil-gvern. X’wiċċ ta’ towst għandhom. Jekk le, allura jkissru u jfarrku. Daqshekk iħobbuha s-soċjetà dawn. Daqshekk jgħannquh lill-poplu dawn. U ħalluna! Biex jibda jidra jgħannaq lill-bniedem taf minn min irid jibda jgħannaq dan Bernie? Ara jgħannaqx lil Simon Busuttil! Jew lil Jason Azzopardi! Jew lil Beppe u Karol! U żgur li ma jgħannaqhomx lil dawn. Lanqas iħalluh jisgħol jekk ma jgħidulux huma! Sur Editur, ili nsegwi l-politika mindu waqgħetli żokorti. Qatt ma naf li l-PeNe għannaqhom lill-Maltin. Dejjem kontra pajjiżu ħadem dan il-partit. U għadu hekk sal-lum. Ħmar taqtagħlu denbu, ħmar jibqa’. Bħalma baqgħet tmeċlaq marti meta tiekol, għalxejn biddilt il-pożati, għax tmeċlaq kienet u qanna tmeċlaq baqgħet. Bħal Bernie. Mhux għax imeċlaq qed ngħid … imma kollu paġni ġodda, direzzjoni ġdida mbagħad kollox jibqa’ fejn ikun. Jien ma ninsiex lanqas kif konna ngħixu taħt il-Partit Nazzjonalista ta! Illum tieħu gost tgħix f’dan il-pajjiż. Issa ħalliha li minħabba dil-madre ta’ pandemija aktar qed insib ruħi magħluq bejn erba’ ħitan mal-qrid u t-tgergir ta’ marti, imma nsomma. Sur Editur, għal-lum daqshekk, inkompli d-dieħla!


18

18.04.2021

IL-POPOLARITÀ TAT-TATTWAĠĠI It-tattwaġġi huma forom ta’ arti fuq il-ġisem imħaddmin minn diversi kulturi differenti dinjin. Kif oriġinaw u kif evolvew dawn il-prattiċi tul iż-żminijiet? Apparti minn hekk kif sirna nħarsu lejhom illum fis-soċjetà li qed ngħixu? Nafu li t-tattwaġġi jmorru lura għal eluf ta’ snin. Fil-fatt minn stħarriġ li sar instab li din l-arti tant hi antika li nstabet ukoll fuq ġilda mummifikata. L-eqdem traċċa ta’ tattwaġġi umani tmur lura għal bejn is-sena 3370 u 3100 qabel Kristu. Dan l-artiklu tħajjart niktbu wara li ltqajt ma’ ħabib STEVE minn Ħal Balzan, li għandu bosta tattwaġġi. Beda jagħmilhom ta’ 18 u fletà ta’ 46 sena għadu għaddej. S’issa ħallas €17,000. Minn CHARLES B. SPITERI F’Settembru tal-1991 kien instab Otzi l-Iceman. Il-laqam tiegħu ngħatalu peress li nstab fl-Alpi Otzal. Ġismu ġie mummifikat u ppriservat b’mod naturali u hu l-eqdem mumja umana fl-Ewropa. It-tattwaġġi li nstabu fuqu jammontaw għal 61 u huma mferrxin f’diversi postijiet ta’ ġismu, l-aktar fuq saqajh. Mill-eżamijiet li saru jidher li għat-tpinġijiet u l-iskrizzjonijiet intużaw in-nugrufun u l-irmied. Waqt li Otzi jaf jitqies bħala l-ewwel xhieda tat-tattwaġġi fuq l-umani, hemm storja twila u rikka fuq dan is-suġġett, għax insibu 49 post ieħor fid-dinja, fejn hemm mumji ttattwati u jonqos xi jkun misjub. Fost dawn il-pajjiżi nsibu lill-Alaska, il-Mongolja, Greenland, l-Eġittu, iċ-Ċina, is-Sudan, ir-Russja u l-Filippini. Dawn is-sejbiet jorbtu perjodi differenti ta’ żmien fl-istorja. Uħud imorru lura sal-2100 qabel Kristu. Hekk kif l-ewwel tattwaġġi jmorru għall-eqdem ċivilizzazzjonijiet, ir-raġunijiet wara dawk li qed isiru fiż-żminijiet tal-lum jaf għandhom teoriji differenti. Dawn jirriflettu l-pajjiż li jkun u l-kulturi taċ-ċivilizzazzjonijiet infushom. Ejjew nagħtu titwila lejhom. Fiċ-Ċina u fl-Asja F’xi ċimiterji fil-Punent taċ-Ċina, fil-provinċja ta’ Xinjiang instabu numru ta’ mumji bit-tattwaġġi fuq il-ġilda tagħhom. L-eqdem huma klassifikati bħala tas-sena 2100 qabel Kristu u oħrajn, li naturalment iżgħar, li għexu għall-ħabta tal-550 sena qabel Kristu. Madankollu nstab x’juri li fl-antik nett, fil-prattiċi Ċiniżi, it-tattwaġġ kien meqjus bħala att barbaru u kien stigmatizzat għall-aħħar. Forsi r-raġuni wara dan tinsab fil-letteratura antika Ċiniża li tirriferi għall-eroj u

għall-ħallelin bħala li kienu ttattwati. Hu maħsub ukoll li f’dawk iż-żminijiet, min jinstab ħati ta’ qtil kienu jagħmlulu tattwaġġ fuq wiċċu. Dan kien isir biex in-nies li jiltaqgħu ma’ kriminal jindunaw mill-ewwel li ma jkunx ta’ min jafdah. Fl-Eġittu Hawnhekk ukoll instabu mumji ttattwati minn żminijiet imbiegħda, li jingħad li jmorru lura għal mill-inqas is-sena 2000 qabel Kristu. Fl-Eġittu hemm teoriji li t-tattwaġġi misjuba fuq il-mumji saru għal raġunijiet dekorattivi. Stħarriġ li għamel Daniel Fouquet jindika li fl-Eġittu tal-antik, it-tattwaġġi setgħu saru bħala kura medika. L-istudju tiegħu fuq numru ta’ ċikatriċi li nstabu fuq ilġisem mummifikat ta’ Hathor, il-qassis mara, iwassluh jemmen li setgħu saru għall-kura ta’ peritonite pelvika. Sejba oħra interessanti fuq it-tattwaġġ fl-Eġittu antik, tidher li kienet, li din il-prattika kienet issir biss fuq nisa rqaq. It-teorija hi appoġġjata mill-fatt li m’hemmx evidenza, fiżika jew artistika, li t-tattwaġġ kien isir fuq l-irġiel. Madankollu din il-prattika ħadet xejra oħra tul il-perjodu Meroitiku, jiġifieri bejn it-300 sena qabel Kristu u l-400 sena wara Kristu, meta rġiel Nubjani bdew jagħmlu t-tattwaġġ. Is-Samoa It-tattwaġġ fis-Samoa fforma parti mit-tradizzjonijiet kulturali tal-pajjiż sa minn eluf ta’ snin ilu u jifforma parti integrali mill-kultura soċjali. Hu maħsub ukoll li l-kelma Ingliża tal-lum “tattoo” oriġinat mill-kelma Samoana “tatau”. It-teknika u l-għodda użata għal din il-prattika tradizzjonali qajla nbidlu tul iż-żminijiet u s-sengħa ġiet mgħallma u għaddiet minn ġenerazzjoni għal oħra.

L-għodda biex isiru t-tattwaġġi ssir bl-idejn, mill-qoxra tal-fekruna u s-snien taċ-ċingjal u biex isir tattwaġġ tradizzjonali, jinħtieġu ġimgħat sħaħ. Ġeneralment iċ-ċeremonji tat-tattwaġġ isiru biex jimmarkaw il-ħatra ta’ kap ġdid li jkun se jieħu t-tmexxija tas-soċjetà. Ladarba lest, it-tattwaġġ jirrappreżenta u jiċċelebra d-dedikazzjoni għall-kultura u r-reżistenza. Dawn it-tip ta’ tattwaġġi huma ta’ uġigħ kbir għal min jirċevihom u l-proċedura fiha riskju kbir ta’ infezzjoni. Sfortunatament, min ma jkunx kapaċi jsofri l-uġigħ, ikun immarkat b’marka tal-mistħija li ma tmur qatt minn fuq il-ġilda.

baqgħet għaddejja sas-seklu disgħa. Anki l-ilsiera kienu jiġu mmarkati b’tattwaġġ u dan biex juru li kienu ħallsu t-taxxi dovuti. Stili popolari maż-żmien

tal-ispettaklu. Kienet taħdem ma’ żewġha u wkoll kienu ttattwati mill-istess artist tat-tattwaġġ li pinġa fuq John O’Reilly. Il-koppja De Burgh kienu popolari immens fil-wirjiet li taw fil-pajjiżi Ewropej. Bdew jidhru f’Berlin, fil-Ġermanja fl-1891 u komplew jidhru f’pajjiżi Ewropej. Id-disinji tagħhom kien fihom ħafna konnotazzjonijiet reliġjużi, fosthom rabtiet mal-Aħħar Ċena u l-Kalvarju.

Sa nofs is-seklu 20, it-tattwaġġi la kienu komuni u lanqas aċċettati soċjalment. Kienu riservati għal parti żgħira mill-popolazzjoni, l-aktar għal dawk fl-industrija tal-ispettaklu. U l-persuni li bdew jittattwaw ġisimhom It-tattwaġġi fis-seklu 20 kollu, bdew isiru attrazzjoni popolari ma’ oħrajn. F’dan is-seklu l-istili tat-tattwaġġi nbidel u evolva. Nagħtu Tattwaġġi għall-ispettaklu titwila lejn il-kultura tal-Punent f’dawn l-aħħar 100 Wieħed mill-aktar nies famużi sena. Fil-bidu tas-seklu 20, ttattwati sa mis-snin 1800 il-maġġoranza tat-tattwaġġi Il-Greċja u Ruma tal-Qedem kien John O’Reilly. It-tpinġi- kienu fuq nies taċ-ċirklu u ja kompluta u elaborata fuq baħrin. Kienu jintużaw biex Tifkiriet miktubin jagħtu ġismu, għamlitu persunaġġ jirrakkuntaw xi storja perxhieda li t-tattwaġġ fil-Greċja famuż fil-mużewijiet li joffru sonali, kif ukoll il-professjoni. kien diġà jsir fil-ħames seklu s-sensazzjonaliżmu, kif ukoll Pereżempju kienet komuni qabel Kristu. Matul dik l-era, fiċ-ċirklu, fejn it-tattwaġġi għal baħri li jkollu tattwaġġ kemm fil-Greċja kif ukoll f’Ru- li kellu ġibdu lejh udjenza li ta’ ankra. ma, it-tattwaġġ kien jintuża kienet tibqa’ skantata. Fil-komunità tal-baħrin, l-aktar fuq l-irmixk tas-soċJohn O’Reilly kien magħruf it-tattwaġġ sar qisu ċerimonjetà. Kriminali, priġunieri bħala l-‘Irlandiż Ittattwat’ ja ta’ inizjazzjoni biex ikunu tal-gwerra u skjavi kienu u kellu varjetà ta’ tattwaġġi milqugħin abbord. Minn jkunu mmarkati b’tattwaġġ kumplikati u dettaljati. L-ew- hemm, it-tradizzjoni kompliet biex juru x’kienu. wel darba li ġibed l-attenz- tinfirex għal skop aktar pratEżempju mill-aqwa tal- joni ta’ gazzetta kien fit-22 ta’ tiku. Bosta tattwaġġi bdew użu tat-tattwaġġ mill-Grie- Frar, 1887, meta d-Daily Eagle isiru għal skopijiet ta’ identigi u l-Ateni tal-qedem kien li ta’ Brooklyn irreklamatu għal fikazzjoni f’każ li baħri jaqa’ jpinġu l-kokki fuq in-nies ta’ logħba boxing u kitbet li t-tat- l-baħar jew jegħreq. Samos, meta jirbħulhom f’xi twaġġi tiegħu huma terribbli In-nies tal-baħar kienu battalja. u jirriflettu prattiċi barbari. draw jagħmlu tattwaġġ Ħaġa oħra li nsibu hi li f’RuMara li tissemma wkoll fil-portijiet differenti li jżuru. ma antika, suldati u manifat- għat-tattwaġġi li kellha, hi Bdew jidhru tattwaġġi b’tifsituri tal-armi kien ikollhom Emma de Burgh li tard fis- ra. Fekruna tal-baħar tfisser it-tattwaġġ. Din il-prattika snin 1880 kienet fl-industrija li l-baħri qasam l-ekwatur; u ħuttafa, tissimbolizza li l-baħri jkun għamel vjaġġ ta’ 5,000 mil. Fis-snin tal-1920 bdew isiru t-tattwaġġi kożmetiċi fost in-nisa. Ħafna kienu jagħmlu t-tattwaġġi fuq wiċċhom, peress li l-makeup kien jiswa Hekk kif l-ewwel tattwaġġi bosta flus. Tattwaġġi komuni jmorru għall-eqdem ċivilizzazzjonijiet, kienu jinkludu l-eyebrows u l-lip liner. Id-disinji tat-tattir-raġunijiet wara dawk li qed isiru waġġ tradizzjonali kien għadu mhux komuni fis-soċjetà fiż-żminijiet tal-lum jaf għandhom u tqies bħala mhux aċċettabteoriji differenti bli soċjalment. Nisa li għam-


19

18.04.2021

Tattwaġġ tal-Madonna fuq ras Steve

Il-kurċifissjoni fuq wara ta’ ras Steve lu t-tattwaġġ dak iż-żmien, kienu jagħmluh fejn ma jidhirx. Meta fis-snin tal-1930 dehru n-numri tas-servizzi soċjali, kulħadd intalab jimmemorizza n-numri personali. Għalhekk, bosta għamlu tattwaġġ tan-numri fuq ġisimhom biex ikunu dejjem fuqhom. Madankollu, sa dak iż-żmien it-tattwaġġ kien għadu mhux aċċettat soċjalment, u min ittattwa n-numri fuqu nnifsu, aktar għamel dan bi ħtieġa milli b’xewqa. Fl-istess snin, it-teoriji fost is-soċjetà, rabtet it-tattwaġġi max-xewqat sesswali ripressivi. Albert Parry ħareġ ktieb, isostni li l-proċess kollu għat-tattwaġġ kien essenzjalment sesswali. B’letteratura bħal din, it-tattwaġġ baqa’ mħares bl-ikrah mis-soċjetà. Fis-snin 40, deher stil ieħor ta’ tattwaġġ, magħruf bħala Sailor Jerry, maħluq minn Norman Keith Collins. Hu żied il-kulur lit-tattwaġġ billi ħoloq il-pigmenti tiegħu stess u żiedhom fid-disinji li beda juża. Il-mudelli klassiċi ta’ dan id-deċennju juri disinji qawwijin b’bosta lwien. Tematikament, it-tattwaġġi tas-snin 40 kienu jduru mat-temi nawtiċi u militari. Kien hemm ukoll żieda fit-tattwaġġi patrijottiċi, minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija. Il-gwerra rat ukoll żieda ta’ nisa fl-impjiegi u żieda fin-nisa li bdew jagħmlu tattwaġġ.

B’hekk, l-aċċettazzjoni bdiet tiżdied u għalkemm ħarġet linka dekorattiva, ħafna kienu u għadhom jippreferu l-istil klassiku ta’ Sailor Jerry. F’nofs is-seklu l-ieħor, it-tattwaġġi ngħataw dehra ta’ maskulinità. Saru moderni l-aktar fost is-subien imqarqċin għalkemm xorta kien għad hemm stigma soċjali. It-tattwaġġi baqgħu assoċjati mal-kriminali u l-ġellidin. Fl-istess żmien beda jikseb popolarità t-tattwaġġ fuq is-sider. Il-bidu tal-Epatite

tal-mewt fuq salib maqlub ra għat-tattwaġġ kompliet tal-għadam, speċjalment fost miċ-ċelebritajiet. Tattwaġġ is-sewwieqa tal-muturi. mill-aktar popolari ta’ dawn is-snin kien dak fuq Pamela 10 snin wara Anderson li kellha tattwaġġ ta’ barbed wire mad-dawra Is-snin 70 iffjorixxew għat-tat- ta’ driegħha. Disinji popolari twaġġi. Ma baqgħux jitqiesu oħra fl-istess żmien kienu jingħan-nies baxxi tas-soċjetà, kludu dawk tribali, ittri Ċiniżi u beda jagħmilhom kull min u dawk tax-xemx. xtaq. L-aktar li kienu popolari kienu s-simboli u messaġġi Fis-seklu 21 tal-paċi. Fl-istess perjodu kien Sa mill-bidu ta’ dan is-seklu hemm stil ġdid ta’ disin- ġdid dehru tattwaġġi ġodji sbieħ li kisbu popolarità da, fin-naħa t’isfel tas-sinsla immensa. Minn hawn bdew tad-dahar. Dawn kienu l-akjidhru żgħażagħ b’idejhom it- tar popolari man-nisa. Bdew tattwati kollha kemm huma u jidhru tpinġijiet ta’ friefet u anki oħrajn li ksew sidirhom. s-simboli Ċiniżi tal-Yin-Yang. Iċ-ċelebritajiet komIs-snin 80 plew jagħtu spinta lit-tattwaġġi fost l-‘imqarbin’, hekk F’dawn l-10 snin qisu sar irvell, kif bosta individwi bdew jittatgħax it-tattwaġġi bdew ikunu twaw fuqhom lill-istilel tal-isakbar fil-qies u b’aktar kulu- pettaklu favoriti magħhom. ri qawwijin. Id-disinji Ċeltiċi Kantanta mill-aktar popolari u l-ward kienu l-aktar temi u ttattwata fuq bosta, kienet prominenti. Ix-xena mużikali Rihanna. għenet ukoll fit-tifrix tal-industrija tat-tattwaġġ, b’mod L-aħħar moda partikulari r-rock and roll. Numru ta’ persuni bdew L-aħħar moda li nsibu jagħmlu t-tattwaġġ tal-grupp għat-tattwaġġi fis-snin ta’ favorit tagħhom u b’hekk jis- wara l-2010 huma dawk ċketa’ jingħad li f’dawn is-snin jknin; fuq is-swaba’ jew wara 80, is-soċjetà aċċettat dawn l-widnejn. Dawn id-disinid-disinji fuq il-ġisem. B’hekk, ji jvarjaw immens u huma aktar persuni ‘regolari’ kreattivi. Fost l-aktar tatjagħmlu tattwaġġ. twaġġi popolari minn din il-kwalità rajna l-mustaċċi, irTaħlita ta’ disinji rix u d-disinji tribali.

Jingħad li fis-snin 60, ilħwienet tat-tattwaġġi fi New York ingħataw il-ħtija għat-tixrid tal-epatite. Waqt li dan seta’ kien u seta’ ma kienx ir-raġuni għall-marda, il-verità hi li nħolqot stigma fuq l-industrija tat-tattwaġġ u numru sew ta’ nies iddeċidew li ma jagħmlu ebda tpinġija fuq ġisimhom. Madankollu, fl-istess snin kien hemm żieda ta’ idoli tal-midja li xorta għamlu tattwaġġ fuqhom, bħall-mużiċist Janis Joplin. Dawn iċ-ċelebritajiet ħadu s-servizz ta’ Lyle Tuttle, wieħed mill-aqwa artisti tat-tattwaġġ u magħruf sew f’dak iż-żmien. Minħabba l-gwerra tal-Vjetnam, it-tattwaġġi patrijottiċi naqqsu l-popolarità tagħhom u minflokhom daħal it-tattwaġġ klassiku tar-ras Fis-snin

90,

l-imbuttatu- L-għodda użata

Mhux biss il-perċezzjonijiet u d-disinji popolari nbidlu maż-żminijiet, iżda anki l-għodda u l-linka użata għat-tattwaġġi. Fl-antik u qabel ma niġu għall-għodda tal-lum, kienu jintużaw bosta materjali differenti biex issir l-għodda meħtieġa. Fil-qedem, fil-Polinesja, biex isir tattwaġġ, kien ikun hemm il-ħtieġa ta’ tnejn minnies. L-għodda kienet tikkonsisti fi skarpell sempliċi u martell. L-artisti kienu jagħmlu serje ta’ qatgħat irqaq fil-laħam. Imbagħad kienet tissammar il-linka direttament fil-ġilda, biex jimtlew il-qatgħat. Dan il-metodu hu magħruf baħal Stick and Poke. Tekniċi simili jintużaw mill-komunitajiet tribali, fejn il-kultura tat-tattwaġġ tirrifletti l-passi ’l quddiem filħajja. Hu maħsub li l-Eġizzjani tal-qedem kienu jagħmlu użu minn labar magħmulin mill-bronż. Dawn il-labar kienu jkunu f’qisien differenti, biex jinħolqu kemm id-disinji bażiċi u dawk dettaljati u kumplikati. Għall-ewwel tattwaġġi kienet tintuża linka magħmula fid-djar. Kien isir użu mill-irmied u n-nugrufun, imħalltin maż-żejt jew ħalib tas-sider. It-tattwaġġi tradizzjonali tas-Samoa kienu jsiru minn żerriegħa żejtnija li tikber fis-siġar tropikali (candlenut) li jitqiegħdu fuq in-nar. Minnhom jinġabar in-nugrufun u jitħallat maz-zokkor u l-ilma. Illum il-ġurnata Il-pistoli użati llum għat-tattwaġġi ġejjin minn dawk li jafu l-bidu tagħhom fl-1891 u l-ewwel magna elettrika għall-istess skop kisbet id-drittijiet esklussivi għall-inventur Samuel O’Reilly. Id-disinn kien ibbażat fuq verżjoni modifikata ta’ pinna elettrika, li kien ħareġ biha Thomas Edison. Bil-wasla tal-magna elettrika għat-tattwaġġ, id-dinja esperjenzat popolarità dejjem akbar ta’ tattwaġġi. Il-linka użata fihom bdiet tkun magħmula minn sorsi ġeoloġiċi u minerali. Il-linka sewda bdiet issir mill-ossidu tal-ħadid u l-karbonju, waqt li s-cinnabar għal linka ħamra. Għal ilwien li jvarjaw fl-oranġjo, aħmar u isfar bdew jintużaw taħlitiet ta’ cadmium. Kif għedna, l-aċċettazzjoni tat-tattwaġġi fil-Punent damet sew biex qabdet l-art u saret popolari, tant li l-aktar li ħarġu fid-dieher kien f’dawn l-aħħar 50 sena. F’ċivilizzazzjonijiet qodma nsibu li kontra l-idea tal-lum, fejn it-tattwaġġ hu xi ħaġa kożmetika, fl-antik kien ikollhom rabtiet ma’ fejqan mediku.


20

18.04.2021

REBECCA PARIS DAQET KULL TIP TA’ ĦAJJA U LLUM TAĦDEM BISS GĦALL-MULEJ Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Fil-ħajja l-bniedem jgħaddi minn ħafna episodji u ġrajjiet kemm sbieħ u anke koroh. Mill-ikrah jaf persuna titgħallem tkun aħjar u ma tirrepetix ruħha fit-triq il-ħażina. Iżda mhux kulħadd fl-istess keffa u mhux kulħadd huwa determinat u konxju minn dan. Dan l-aħħar sirt naf b’persuna tampari fl-età li ħajjitha tista’ tgħid rat minn kollox. Iżda dan l-aħħar telqet kollox u llum il-ġurnata qed taħdem biss għall-Mulej. Qed nirreferi għal Rebecca Paris. Għandha 41 sena, u tgħix Ħaż-Żabbar. Bħalissa taħdem bħala mara tad-dar, u tħobb ħafna l-kant u d-drama. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna ambizzjuża u kemxejn kurjuża. Hija wkoll persuna li tkun taf fejn tinsab magħha, li tħoss se tgħidulek u fuq kollox hija persuna sinċiera. Hija wkoll xi ftit impulsiva żżejjed u xi ftit nervuża, però ċajtiera ħafna u tħobb tidħak ukoll. Kienet tiġi taqa’ u tqum: Ma kinitx tagħti kas kif jaħsibha Alla Rebecca tistqarr li kienet persuna atea, u matul ħajjitha sseparat miż-żwieġ marraġel u bdiet tqatta’ ħafna ħin ma’ nies fil-komunità gay u eventwalment għoġbitha l-kumpanija tagħhom. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar dwar dawn il-fatti ta’ ħajjitha. “Kont miżżewġa għal 17-il sena, fil-fatt iżżewwiġt żgħira ħafna u bħal ħafna sfortunatament ma rnexxiex. Kont niffrekwenta gruppi tal-gays u s-soltu bħala persuna avventuruża, bdejt nesperimenta xi daqsxejn wkoll. Ħassejtni komda dak iżżmien u anke relazzjoni fit-tul kelli ma’ persuna tal-istess sess. Dak iż-żmien kont atea u ma kontx nagħti kas fuq kif jaħsibha Alla u xi tgħid il-kelma tiegħu dwar l-omosesswalità. Qatt ma tajt kas dawn l-affarijiet. Kont niġi naqa’ u nqum jekk teżistix ġenna jew infern. Kont inħobb il-parties, xalar, bars u dak kollu li jġib miegħu. Qisni domt erba’ snin f’din il-ħajja b’kollox,” bdiet tgħidli dwar ħajjitha

fid-dettall. Illum il-ġurnata Rebecca lanqas trid tħares lura lejn dik il-ħajja ta’ xalar, u lanqas lejn ix-xorb. Magħha ddiskutejt ukoll, allura min igawdi b’dan il-mod ikun qed jagħmel ħażin fl-opinjoni tagħha. “Illum li kelli inkontru ħaj ma’ Sidi tas-sema, naf il-verità kollha, u kif jgħidu bl-Ingliż “I belong to Him”. Illum il-ġurnata ma rridx naf b’dik il-ħajja. Min iħoss li dik ħajtu, jagħmel hu. Jiena ma nimponi l-ideat tiegħi fuq ħadd. Il-verità hi li dik il-ħajja ma twasslek imkien ħlief għal taħwid u dipressjoni u tħossok vojt minn ġewwa. Mhux hekk biss, għax tista’ tiġi vvizzjat għal ċerti affarijiet li tista’ twasslek għal rovina totali,” stqarret miegħi.

meta ltaqgħet Miegħu jiġifieri m’Alla. Litteralment, ġurnata fost l-oħrajn filli raqdet atea u filli qamet tistaqsi fuq Alla. B’kurżità fuqi ridt inkun naf kif ġara eżatt dan kollu u x’ħasset eżatt. “Niftakar jien kont niġi attakkata mix-xitan, speċjalment fil-ħolm li jissejħu ħolm dijamoniċi u anke esperjenzi strambi ta’ sleeping paralysis kont nesperjenza. Darba fost l-oħrajn kont rieqda u bdejt is-soltu b’dan il-ħolm veru stramb u talbiża’. Beda jiġri warajja x-xitan u bdejt nipprova naħrab u bdejt nibki ħafna, ngħajjat u ngħidlu li xbajt sejra hekk, li għejjejt u biex iħallini. Jien kont qed narani rieqda, imma l-ispirtu tiegħi kien barra minn ġismi. F’daqqa waħda x-xitan qabadni u Telqet mill-ħajja sabbatni mal-art, f ’ħin ieħor omosesswali meta inħoss idejn b’saħħithom ltaqgħet m’Alla ħafna u jgħollini ’l fuq u b’leħen awtoritarju b’saħħtu Maż-żmien Rebecca kellha qalli ‘Rebecca qum’. F’dan ilbidla li saret fiha. Fil-fatt, ħin qed narani ħdejn is-sodtelqet mill-ħajja omosesswali da wiefqa u f ’daqqa ġismi

jqum u jiġi parallel miegħi bil-wieqfa.” Kompliet tgħidli li staqsitu min hu, u tisma l-kliem ‘Jien Hu’. “Dak il-ħin il-kliem ‘Jien Hu’ ma tajtx kashom għax ma kontx naf min hu. Ngħidlek is-sew ħsibtha n-nanna għax nannti mejta u ġieli ħlomt biha. Qabadni ngħas qawwi u rġajt irqadt. Filgħodu tlabt għall-bibbja u bdejt inqalleb u sibt il-‘Jien Hu’ huwa Alla. Minn hemm ħajti ma baqgħetx l-istess,” stqarret miegħi Rebecca. Mistoqsija issa li m’għadhiex tiffrekwenta l-ħajja ta’ omosesswali, kif qed tħares lejn l-omosesswalità llum il-ġurnata, Rebecca dlonk weġbitni: “Meta kelli l-inkontru ħaj, kont għadni niffrekwenta tfajla li kont ngħidilha eżatt x’inhu jiġrili u veru kienet tagħtini sapport, u kont għedtilha li rrid nagħti ħajti lill-Mulej u rrid nimxi fuq x’hemm fil-bibbja. Għall-ewwel inħasdet u staqsietni jekk konniex ser inħassru. Kont

onesta magħha u għedtilha li ser nagħżel lil Alla u niftakar kienet qaltli dan il-kliem: ‘Għal Alla nċedik, aqwa minnu mhux ser issib żgur. Jien ser nissapportjak. Bkejna u kien mument veru li ngħożż, u ftit wara tgħammidt mill-ispirtu santu u ħajti nbidlet litteralment middlam għad-dawl.” Kompliet tgħidli: “Ħbieb fil-gay life ftit fadalli, mhux għax tlaqthom jien, imma għax warrbuni. Però l-ftit li fadal ngħożżhom għax inzertaw l-erbgħa li veru ħabbejt u huma umli tassew. Fehmuni u għandi sapport enormi mingħandhom f ’din il-mixja. Jien ma nħarisx lejhom b’mod ħażin għax kulħadd għandu dritt jgħix kif irid. Il-verità kulħadd jafha kif Alla jħares lejn l-omosesswalità. Dik ma nidħolx fiha jien, però l-kelma t’Alla ma tinbidel għall-ebda gost u ġibdiet ta’ ħadd. Alla lil kulħadd iħobb, però jobgħod id-dnub, imma jien nibqa’ nirrispetta d-deċiżjoni


21

18.04.2021

tal-individwu. M’iniex ser inħares lejh differenti issa għax jien qed nimxi fit-triq tal-kelma tiegħu,” stqarret miegħi Rebecca. Kif tgħammdet kollox tfejjaq u kollox waqaf Kompliet tgħidli wkoll li maż-żmien qabditha dipressjoni, kienet suwiċidali u anke bdiet tieħu l-pilloli. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora aktar. “Kont ili b’dipressjoni u kont suwiċidali wkoll. Kont inbati minn problemi ta’ identità peress li fit-tfulija għaddejt minn esperjenzi kemxejn diffiċli. Kif tgħammidt, kollox tfejjaq u kollox waqaf, kemm sigaretti, kemm xorb u anki affarijiet oħra u rrealizzajt li d-dipressjoni ma kinetx dipressjoni, imma kont ipposeduta minn spirti ħżiena.” Peress li fil-bidu stqarret miegħi li ma taħdimx, bla ma ridt staqsejtha kif jirnexxilha ssostni ħajjitha u tat-tifel tagħha. “Bħalissa m’iniex naħdem, anzi naħdem biss għall-Mulej. Ngħid x’għamel miegħi Alla u nuri ’l kulħadd kemm veru teżisti tama meta tagħti ħajtek lilu,” sostniet miegħi. Rebecca hija wkoll attriċi li kienet tinterpreta xi partijiet fi drama lokali. Kif qaltli hi stess kienet laħqet ċertu stat f ’ħajjitha meta ħassitha laħqet il-quċċata, però fl-istess waqt ma kienx ikollha l-veru kuntentizza f ’ħajjitha. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora. “Fil-karriera tad-drama tilħaq ċerta pożizzjoni veru, però xorta kont inħoss li għandi xi ħaġa nieqsa f ’ħajti. Il-karriera tassew tagħtik ċerta stabbiltà u fama u dak kollu li ġġib magħha, però qatt ma kienet prijorità f ’ħajti. It-tifel tiegħi huwa l-prijorità u qablu issa hemm Alla u l-mixja. Hu l-ewwel u qabel

kollox. Kif tagħmel ’l Alla prijorità, inti tiġi prijorità għal Alla, u jbierkek b’iktar milli titolbu.” Esperjenza li ma tinsa qatt u l-aqwa deċiżjoni li għamlet f ’ħajjitha Maż-żmien Rebecca riedet titgħammed, u fil-fatt qabbdet lil Phyllissienne Brincat sabiex tgħammidha fil-Bajja ta’ San Ġorġ proprju nhar it-22 ta’ April 2020. “Kif urejt ix-xewqa li nitgħammed, kont tkellimt ma’ Phyllisianne Brincat għax apparti li hija evanġelista hija ħabiba tiegħi u kont nismagħha titkellem fuq Alla spiss. Kont urejtha x-xewqa li ridt nitgħammed u aċċettat mill-ew-

wel! Kont għażilt il-bajja ta’ San Ġorġ u dakinhar li ġejna biex ninżlu l-baħar, apparti li kien friżat kien invażat bilbram. Għall-ewwel inħsadt għax nibża’ minnhom, imma niftakar li qabel tgħammidt kont qrajt Salm 91 fejn hemm żewġ vrus li baqgħu ttimbrati f’moħħi: Vers 11 - ‘għax hu jqabbad ’l-anġli jieħdu ħsiebek biex iħarsuk fit-triqat kollha tiegħek’ u Vers 12 ‘huma jerfgħuk fuq idejhom, li ma taħbatx riġlejk ma’ xi ġebla’. Niftakarni għedt la din qalha Alla, lili mhux ser iweġġgħuni, u nżilt bil-bram invażat idur miegħi u tgħammidt bla biża’. Hemmhekk fejn mitt fi Kristu u rxuxtajt ma’ Kristu u ġejt imwielda

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

mill-ġdid bl-Ispirtu s-Santu, bħalma kien tgħammed Sidi Ġesù fil-Ġordan. Esperjenza li ma ninsa qatt u l-aqwa deċiżjoni li qatt għamilt f’ħajti li ma nimmaġinanix immur lura mill-att li ffirmajt mal-Ħallieq.” Qabel ma mort għal din l-intervista, kont naf ukoll li fuq Facebook, Rebecca tħobb taqsam messaġġi u pariri siewja għal ħaddieħor. “Inħobb ngħid it-testimonjanza tiegħi, anke fuq Facebook inħobb nikteb skritturi mill-bibbja u forsi nirrakkonta xi ħaġa mil-passat tiegħi għax nemmen b’saħħa li bil-passat tiegħi nista’ nagħti futur lil ħaddieħor. Alla għalija jfisser kollox – missieri li nkellmu l-ħin kollu qisni qed

nitkellem ma’ xi ħadd ħdejja u jweġibni. Alla huwa dak li għalija telaq kollox minn idu u salvani. Inħobbu iktar minn kollox u minn kulħadd.” Fl-aħħar ta’ din l-intervista, Rebecca xtaqet tħalli messaġġ lill-qarrejja kollha ta’ din il-gazzetta. “Messaġġ li nixtieq nagħti huwa li min veru jrid jara wiċċ il-Ħallieq irid jitgħammed mill-ġdid fl-Ispirtu, il-kelma t’Alla hija ċarissima. Aħna nsalvaw mhux bl-opri li nagħmlu, imma billi nitwieldu millġdid mill-Ispirtu. Fittxu nies li jispjegaw il-bibbja sew, u oqogħdu fuq il-kelma t’Alla, mhux xi jgħid il-bniedem. Alla huwa relazzjoni mhux reliġjon. Pawlu Kristjaneżmu ġab Malta,” temmet tgħid.


22

18.04.2021

L-EWWEL FESTI TAR-REBBIEGĦA …

GĦADDA SAN GIRGOR U JMISS SAN PUBLJU Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

FESTA ANTIKA TA’ SAN GIRGOR, IŻ-ŻEJTUN

Tlett ijiem wara l-Għid, tiġi ċċelebrata l-festa tradizzjonali ta’ San Girgor. Dan mhux il-jum proprju tal-festa liturġika ta’ dan il-qaddis, għax dik tiġi ċċelebrata fit-3 ta’ Settembru. Fl-antik, iċ-ċelebrazzjoni ta’ din il-festa kienet issir mod ieħor. Sa madwar 70 sena ilu kienet issir purċissjoni mill-Katidral tal-Imdina għall-Knisja ta’ San Girgor fiż-Żejtun. Kienu jieħdu sehem fiha l-parroċċi ta’ Malta bil-fratellanzi tagħhom kollha. Probabbilment dawn kienu jkunu l-attrazzjoni ewlenija, l-aktar minħabba l-ammont kbir ta’ stendardi kkuluriti li kienu jisfilaw fil-pellegrinaġġ. Eluf ta’ nies kienu jinġabru għal dan il-pellegrinaġġ li għalih kienu jieħdu sehem il-kleru kollu u l-fratellanzi kollha ta’ Malta. Mas-sebħ fl-Imdina kien jiġi sparat tir u minn hemm kienu jitilqu l-Monsinjuri bil-mixi. Kienu jaslu l-ewwel sal-Marsa u mbagħad Ħal Tarxien. Fl-istess ħin, mill-parroċċi kollha ta’ Malta, kienu jitilqu l-kleru, il-qassisin u l-patrijiet – kollha bl-ilbies u bl-istendardi partikolari tagħhom. Wara li nbniet il-knisja parrokkjali li hemm illum, kif kienu jaslu quddiemha, il-fratellanzi kienu jbaxxu l-istendardi u kienet teżisti d-drawwa biex wieħed jara min kien kapaċi jniżżel

l-istendard ’l isfel l-aktar. Aktarx dawn kien ikollhom xi tfajla qed tinnutahom fil-folla li mbagħad kienu jħajruha biex tiżżewwiġhom. Hemmhekk kienu jkantaw l-antifona ta’ Santa Katerina u mbagħad kienu jibqgħu sejrin sal-Knisja ta’ San Girgor biex jagħmlu l-quddiesa – dik li għadha ssir sal-lum. Oriġinarjament din il-purċissjoni kienet issir fit-12 ta’ Marzu li kienet il-ġurnata tal-festa ta’ San Girgor Papa. Imma dan kien jaħbat waqt ir-Randan, żmien ta’ penitenza kbira f ’dawk iż-żminijiet u naturalment ix-xalar ma kienx hemm postu. Kien għalhekk illi d-data tal-purċissjoni tressqet għall-ewwel Erbgħa ta’ wara l-Għid. Fis-sena 1622 il-purċissjoni kellha tiġi trasferita peress li kien inqala’ xi inkwiet minħabba l-preċedenza tal-parroċċi waqt il-purċissjoni. Aktar tard fl-1926, l-Isqof Mawru Caruana beda jinnota li dak li kien beda bħala pellegrinaġġ ta’ talb, in-nies kienet biddlitu f ’xalata ħdejn ilbaħar. Għalhekk iddeċieda li jqassar u jissimplifika din il-purċissjoni u ordna li ma kellhomx jibqgħu jieħdu sehem il-parroċċi kollha. Setgħu jipparteċipaw biss l-Isqof, il-Monsinjuri u l-Fratellanza ta’ San Ġużepp tar-Rabat li kienet l-ewwel fratellanza ta’ Malta. Barra minn hekk,

IL-FESTA TA’ SAN GIRGOR ILLUM

it-triq tal-purċissjoni kellha tibda minn Ħal Tarxien. Kienet festa mill-ikbar, l-akbar festa ta’ Malta. Tant kienet ikkunsidrata din il-festa f ’dawk iż-żminijiet, illi fil-kitba taż-żwieġ, l-għarus kien iwiegħed lill-għarusa li kien ser jeħodha għall-festa ta’ San Girgor u għal dik tal-Imnarja. Barra minn hekk, fl-inħawi taż-Żejtun matul it-triq li minnha kienet tgħaddi l-purċissjoni, inbnew numru ta’ palazzi u djar mill-isbaħ mis-sinjuri ta’ dak iż-żmien biex dawn ikunu jistgħu jgawdu din il-festa tradizzjonali. Wara l-funzjoni reliġjuża fil-knisja, in-nies kienet terħilha bi ħġarha lejn Mar-

saxlokk, jew ir-Ramla ta’ San Tumas. Hawn kienu jqattgħu l-bqija tal-ġurnata jilagħbu l-karti jew it-tombla u oħrajn jgħannu sa ma jinħanqu. Għalkemm ħafna inqas minn qabel, f ’San Girgor, din il-ġita ħdejn il-baħar, uħud baqgħu jagħmluha fi żmienna wkoll. Fl-1575 il-Viżitatur Appostoliku Monsinjur Pietru Dusina żar iż-Żejtun u staqsa lin-nies tal-post meta u għaliex bdiet din il-purċissjoni. L-anzjani Żwieten qalulu li din kienet ilha teżisti s-snin. Dwar għal xiex kienet issir, min sostna li darba kien hemm maltempata kbira u peress li ma saritx ħsara fin-naħat taż-Żejtun, saret din il-wegħda waqt li oħra-

jn qalu li dak iż-żmien flotta Torka li kienet ġejja tattakka lil Malta, ġiet meqruda proprju permezz ta’ din il-maltempata u allura bdiet issir din il-purċissjoni bħala ringrazzjament. Diversi minn dawn it-teoriji nsibuhom miktubin f ’numru ta’ kotba. Il-Patri Dumnikan Dun Mikiel Fsadni rnexxielu jiskopri meta bdiet din il-purċissjoni u għaliex. Sab din l-informazzjoni waqt li kien qiegħed jagħmel riċerka f ’xi dokumenti tal-Kurja. Fil-fatt din il-purċissjoni votiva kien ordnaha l-Isqof Cubelles fl-1543 (ftit snin qabel l-Assedju l-Kbir) bħala talba lil Alla biex issaltan il-paċi fost in-nazzjonijiet Ewropej fi żmien ta’ periklu kbir. Dak

Minbarra hekk, fl-inħawi taż-Żejtun matul it-triq li minnha kienet tgħaddi l-purċissjoni, inbnew numru ta’ palazzi u djar mill-isbaħ mis-sinjuri ta’ dak iż-żmien biex dawn ikunu jistgħu jgawdu din il-festa tradizzjonali


23

08.11.2020 18.04.2021

SKEDA ONE Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy Pjazza

19:15 Xanna 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:35 Liquorish 22:45 Stejjer wara t-Tmienja 23:30 ONE News 23:45 Liqourish Daytime

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News

12:35 12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 17:05

Ftit Ħin għal saħħtek Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Country Jamboree Ħabrikt

17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 Xanna 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:30 Follow Up 21:30 Music Legends 22:00 Distintivi 23:00 Ħabrikt 23:30 One News

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30 12:40

12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Liquorish Daytime 15:45 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Duurella 16:45 Pink Panther 17:30 Fish On 18:30 Pjazza

19:15 Xanna ERBGĦA 19:20 ONE 21-04 Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 PrimeTime 20:35 The Local Traveller 21:00 Division 7 22:35 Country Jamboree 23:05 Ieqaf 20 minuta 23:30 ONE News

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:45 Pjazza 09:35 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News

12:35 12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 17:00

Ftit Ħin għal saħħtek Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Il-Kostruzzjoni

17:40 Teżori 17:50 Mhux kemm taf 18:30 Pjazza 19:15 Xanna 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 Twenty ONE 21:00 Ilsien in-Nisa 22:40 Fish On 23:30 ONE News

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso PRESS CONFERENCE:

13:15 13:20 15:30 15:35 16:05 16:15 16:30 16:45 17:00

COVID 19 ONE News Kalamita ONE News Kalamita Liquorish Daytime Telebejgħ Telebejgħ Prime Time Preview Duurella

ĠIMGĦA 17:30 Indhouse 23-04 18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 L-Awla 22:00 Kick Off 23:30 ONE News 23:45 Liquorish Daytime

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:45 Kick Off

10:57 11:53 12:30 12:35 15:30 15:35 17:30

Indhouse Telebejgħ ONE News Maratona Missjoni ONE News Maratona Missjoni Il-Kelma

18:05 18:45 19:22 19:30 20:05 20:35 23:30

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55

12:30 12:35 15:30 15:35 17:30 19:15 19:30

ONE News Maratona Missjoni ONE News Maratona Missjoni L-Argument ONE Sport & Temp ONE News

20:10 Ieqaf 20 25-04 Minuta 20:35 Attività Politika 21:30 Maratona Missjoni 23:30 ONE News

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

TLIETA 20-04

FESTA TA’ SAN PUBLJU, IL-FURJANA

iż-żmien wegħdi ta’ pellegrinaġġi kienu komuni ħafna mal-Ewropa kollha. Illum fil-purċissjoni għadhom jieħdu sehem biss l-Arċisqof, numru ta’ Monsinjuri, ftit seminaristi u l-Fratellanza ta’ San Ġużepp tar-Rabat. Mil-Lvant għaċ-ċentru ta’ gżiritna fejn insibu l-Parroċċa tal-Furjana ddedikata lil San Publju Martri, l-ewwel Isqof ta’ Malta. Għalkemm il-festa liturġika ta’ San Publju tiġi ċċelebrata fit-22 ta’ Jannar, il-festa parrokkjali, interna u esterna ssir filBelt Vilhena żewġ Ħdud wara l-Għid Imqaddes u b’hekk tiftaħ l-istaġun tal-festi Maltin. Il-ġrajja ta’ Publju hija minsuġa mal-istorja tat-twemmin tal-poplu tagħna u hija dokumentata b’referenza fil-Bibbja. “F’dawk l-inħawi kien hemm l-oqsma tal-prinċep tal-gżira, li kien jismu Publju. Dan laqagħna u bil-qalb kollha żammna għandu tlitt ijiem. Missier Publju nzerta mixħut, marid bid-deni u d-disenterija. Pawlu daħal ħdejh, għamel talba, qiegħed idejh fuqu u fejqu. Wara dan bdew ukoll jersqu għandu l-morda l-oħra tal-gżira, u hu fejjaqhom. Tawna wkoll minn kull xorta ta’ ġid, meta ġejna biex nitilqu, għabbew fuq il-ġifen kulma konna neħtieġu.” Atti 28: 7-10

San Publju twieled f ’Malta minn ġenituri nobbli Maltin (kien l-ewwel wild tagħhom). Missieru kien wieħed millaqwa sinjuri ta’ Malta tant li kien gvernatur u kellu bosta oqsma. Id-dar urbana tagħhom kienet fl-Imdina fejn illum hemm il-Knisja Katidrali. Il-villa tagħhom kienet tinsab fejn illum hemm il-Knisja ta’ San Pawl Milqi f ’Burmarrad. Studja f ’ħafna oqsma u f ’posijiet differenti fosthom f ’Ateni u Marsala, Sqallija. Wara missieru laħaq ta’ età żgħira Prinċep ta’ Malta. Fis-sena 60 A.D. laqa’ lil San Pawl u lill-ekwipaġġ wara n-nawfraġju u żammhom għandu bil-qalb għal tlett ijiem. Mill-Atti tal-Appostli, kapitlu 28, nafu li San Pawl fejjaq lil missier Publju mid-deni u diżenterija. Wara dan l-avveniment Publju kkonverta u sar Nisrani u miegħu tgħammdu għadd ta’ Maltin. Għalkemm sfortunatament din is-sena minħabba l-miżuri ta’ prevenzjoni kontra t-tixrid tal-pandemija tal-COVID-19, la l-pellegrinaġġ u lanqas il-festa esterna ta’ San Publju mhuma se jsiru, nieħu l-okkażjoni biex nawgura liż-Żwieten u lill-Furjanizi li jekk Alla jrid is-sena d-dieħla San Girgor u San Publju jippermettulhom li jorganizzawlhom festa xierqa li tpatti għan-nuqqas ta’ dawn l-aħħar sentejn.

TNEJN 19-04

12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:45 09:35 10:00 12:30 12:40

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

ĦAMIS 22-04

SIBT 24-04

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Telebejgħ

Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 minuta Maratona Missjoni ONE News

ĦADD


24

18.04.2021

reċensjoni tal-ktieb

ELENA Elena twieldet f’familja fqira. Missierha kien għażżien tal-prima klassi. Dan il-fatt influwenza mhux ftit it-trobbija tagħha… Ommha kellha toħroġ issefter, imma n-nuqqas ta’ flus u l-fatt li tara lil uliedha mhux qed ikunu komdi bħal ta’ ħaddieħor ġegħelha tidħol f’xibka li ma setgħet toħroġ minnha b’xejn… Fi tfulitha Elena għaddiet minn bosta affarijiet li influwenzawha tul ħajjitha: il-mewt tan-nannu u l-flus li ħallielha; il-ħbiberija ma’ refuġjat; id-dnub li kienet tistħi tqerr; il-pika li ma spiċċat qatt ma’ Mandy, pika li bdiet fil-klassi imma baqgħet għaddejja l-aktar meta omm Mandy anke serqet lil missier Elena; l-ewwel bewsa fl-età tenera ta’ ħames snin mingħand Justin… Fiż-żgħożija reġa’ daħal Justin f’ħajjitha. Dan żied il‑problemi mhux ħażin ma’ li kellha. Hamza r-refuġjat xtaqha wkoll… Elena kienet offruta biex tidħol fil-politika. Ħajja li ma setgħetx taħrab l-aktar meta r-raġel il-ġdid t’ommha kien il-mexxej ta’ partit politiku. Fejn twassalha l-ħajja politika?

Mistoqsija: Meta kibret il-pika ma’ Mandy? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ELENA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 25 ta’ April. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb PATATINU - IL-ĦMAR TAR-REMISSA hija:

A. CUTAJAR - ATTARD

05 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm kien l-ammont ta’ investiment tal-akbar proġett infrastrutturali tal-Marsa Junction?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

18.04.2021

IL-ĦOLMA AMERIKANA TAL-BLACK WIDOW NORVEĠIŻA BELLE GUNNESS SABITHA PERMEZZ TA’ FRODI U QTIL Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

IL-PROPRJETÀ TA’ GUNNESS F’LAPORTE Belle Gunness riedet il-ħolma Amerikana; dik li tmur l-Amerka ta’ Fuq u ssib ħajja aħjar. Gunness kisbet din il-ħolma b’differenza – dik li kienet tiżżewweġ l-irġiel, ikollha t-tfal u wara teħles minnhom biex tiġbor is-somma tal-polza tal-assigurazzjoni. Min kienet Belle Gunness? Brynhild Paulsdatter Storset (Belle Gunness) twieldet f’Selbu fin-Norveġja fil-11 ta’ Novembru tal-1859. Hi marret tgħix l-Amerka ta’ Fuq fl-1881 biex issib xorti aħjar u biex taħrab mill-faqar li kienet tgħix fih f’Selbu. Il-ġrajjiet li għaddiet minnhom din il-mara jġiegħlu lil dak li jkun jaħseb kemm kellha xortiha ħażina għax kull proprjetà li kellha kienet tisfaxxa binnirien u n-nies li kienu jkunu qribha kienu jmutu kollha. Iżda n-nies ma kinux jafu x’verament kienet Belle Gunness, il-kilba għall-flus li kellha u x’kienet lesta tagħmel biex iġġib il-flus minn fuq dawk ta’ madwarha. Fil-verità, Gunness kienet waħda fost id-dawk in-nisa li bdew jiġu msejħa bħala ‘Black Widows’ u b’kollox qatlet madwar 40 persuna, fejn fosthom kienu l-irġiel li kellha u l-ulied li kellha minnhom u anke l-ulied tar-rispett. Apparti l-laqam ta’ ‘Black Widow,’ Gunness kienet magħrufa wkoll bħala ‘Hell’s Belle’ u ‘Lady Bluebeard.’ Kif beda l-qtil? Il-kilba għall-flus ta’ Gunness bdiet ftit wara li żżewġet lil Mads Sorenson fl1893. Flimkien, huma fetħu ħanut talmerċa. Il-koppja kellhom erbat itfal: Caroline, Axel, Myrtle u Lucy. Apparti t-tfal bijoloġiċi tagħhom, huma kienu jieħdu ħsieb tifla jisimha Jennie Olsen. L-istorja bdiet bil-ħruq tal-ħanut u bil-mewt ta’ tnejn minn uliedha b’infjammazzjoni fl-imsaren. Tajjeb ngħidu li s-sintomi ta’ infjammazzjoni fl-imsaren huma simili għal tal-ivvalenar bl-istriknina, bħal ngħidu aħna, uġigħ kbir fis-sider. Jidher imma li dan id-dettall ħarab lill-kulunell li ħa ħsieb il-każ u Gunness irnexxielha tiġbor ilflus tal-polza tal-assigurazzjoni.

Fl-1900, ir-raġel tagħha miet eżatt fil-ġurnata li ż-żewġ poloz tal-assigurazzjoni li kellu fuq ħajtu laħqu l-istess rata ta’ xulxin. Dan kien ifisser li Gunness ġabret l-istess somma darbtejn minn fuq il-mewt ta’ żewġha. L-ewwel tabib li eżamina l-katavru ta’ Mads qal li l-mejjet ġie vvalenat bl-istriknina. Minkejja din l-istqarrija, it-tabib tal-familja Gunness qal li Mads miet b’attakk tal-qalb u kienet din l-istqarrija li ġiet emmnuta. Bil-flus li ġabret, Gunness qabdet it-tfal u marru jgħixu f’LaPorte f’Indiana. Fl-1901, Gunness xtrat biċċa art b’razzett fi-tarf tat-Triq McClung. Minkejja li Gunness kien għad fadlilha l-flus, hi xorta riedet takkwista aktar u aktar flus. Ftit wara li xtrat l-art u r-razzett, dan tal-aħħar sfaxxa fix-xejn bin-nirien u Gunness reġgħet ġabret somma flus mill-polza tal-assigurazzjoni. Fl-1 ta’ April tal-1902, Gunness iżżewġet lil Peter Gunness, biċċier lokali li kien armel. Peter Gunness kellu żewġt ibniet miż-żwieġ minn mal-ewwel mara u ħadhom jgħixu miegħu ma’ Belle Gunness. Ftit wara li żżewġu, waħda minn ulied Peter Gunness mietet minn ċirkostanzi misterjużi. Xħin Peter Gunness ra hekk, hu bagħat lit-tifla l-kbira tgħix mal-qraba tiegħu. Kienet tkun deċiżjoni għaqlija li kieku hu wkoll telaq jgħix ma’ qrabatu għax f’Diċembru tal-1902 miet hekk kif il-magna li tqatta’ l-laħam waqgħet minn fuq xkaffa fil-kċina u ġiet fuq rasu. Iżda l-verżjoni ta’ x’ġara dakinhar minn Jennie, it-tifla li kienet tieħu ħsieb Belle Gunness, kienet differenti hekk kif l-iskola bdiet tgħid li ommha qatlet lil missierha b’magna li tqatta’ l-laħam. Din id-darba, il-kulunell innota s-sintomi tal-ivvalenar bl-istriknina u ordna li ssir inkjesta. Minkejja s-suspetti, ma nstabet l-ebda evidenza konkreta u Gunness damet tirreċta u tibki t-telfa ta’ żewġha li spiċċat ikkonvinċietu. Iddmugħ malajr nixef hekk kif marret tiġbor il-flus tal-polza tal-assigurazzjoni ta’ żewġha. Sitt xhur wara mewtu, Gunness welldet it-tifel tagħhom, Philip. Issa li Gunness ma kellhiex lil żewġha

magħha, hi bdiet tirreklama fil-gazzetti fejn bdiet tfittex irġiel tat-tajjeb biex imorru għandha fir-razzett. Jidher li ħafna rġiel marru f’LaPorte iżda ma dehrux aktar wara ż-żjara tagħhom. Flittri kienet tiktbilhom biex jieħdu l-flus magħhom u biex ma jgħidu lil ħadd li kienu sejrin għandha. Dawn l-irġiel li kienu jżuruha kienu jiddepożitaw ‘ishma’ fil-kont tal-bank ta’ Gunness u wara li kienu jsiru t-tranżazzjonijiet, Gunness kienet titfgħalhom il-valenu fl-ikel u tagħtihom daqqa fuq rashom bil-magna li tqatta’ l-laħam. Fis-sigħat bikrin tat-28 ta’ April tal1908, id-dar ta’ Gunness inqerdet minnirien u l-awtoritajiet sabu lit-tliet uliedha mejtin. Fil-kantina sabu wkoll katavru ta’ mara bla ras, li ħasbu li kien ta’ Belle Gunness. Ħu wieħed mill-irġiel li mar għand Gunness qal lill-pulizija li Gunness qatlet lil ħuh u ssikkahom biex ifittxu l-proprjetà tagħha. Waqt it-tfittxija, il-pulizija sabu minn tal-inqas 11-il xkora bi fdalijiet umani, u fi xkora minnhom kien hemm ras Andrew, irraġel li ġie rrappurtat nieqes minn ħuh. Kien diffiċli għall-pulizija biex jagħrfu min kienu l-vittmi iżda kienu ċerti li fosthom kien hemm it-tifla li kienet tieħu ħsiebha Gunness, Jennie Olsen, li kienet ilha nieqsa mill-1906. Il-pulizija provaw jidentifikaw il-katavru bla ras li kien hemm fil-kantina għax bdew jibżgħu li jekk dak ma kienx ta’ Gunness, dak kien ifisser li hi kienet għad-

ha ħajja u setgħet tkompli tinganna linnies u toqtolhom għall-flus. Waqt l-awtopsja rriżulta li t-tfal kellhom il-valenu fl-istonku u dan wera li huma kienu diġà mejtin xħin id-dar ħadet in-nar. Tkompli l-investigazzjoni Il-pulizija sabu lil Ray Lamphere, raġel li kien jgħin lil Gunness tieħu ħsieb irrazzett u huwa mifhum li dawn it-tnejn kienu namrati. Lamphere qal li ra d-duħħan ħiereġ mid-dar u ma rrappurtax għax beża’ li jeħel hu. Minkejja dan, Lamphere weħel 21 sena ħabs talli ta n-nar lid-dar. Wara sena l-ħabs, Lamphere marad bit-tuberkolożi u stqarr ma’ patri li hu ra lil Gunness toqtol lil Andrew, wieħed mill-irġiel li wieġeb is-sejħa tagħha mill-avviżi. Lamphere qal li beda jhedded lil Gunness u jitlobha l-flus biex ma jikxifhiex iżda din mhux talli ma tatux flus imma talli keċċietu minn xogħlu. Lamphere saħaq li ftit ġranet wara mar fid-dar biex iġib ħwejġu u Gunness akkużatu li daħlilha fil-proprjetà tagħha mingħajr permess. Qal ukoll li ftit ġranet qabel ma d-dar ingħatat in-nar, hu kien mar ma’ Gunness f’Chicago biex isibu fattiga u li kien ċert li l-katavru li nstab fil-kantina kien tagħha u mhux ta’ Gunness. Minkejja l-investigazzjonijiet li saru, ħadd ma jaf x’sar minn Belle Gunness sal-ġurnata tal-lum.


26

18.04.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

18.04.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 377

L. CASSAR - ĦAL LUQA

MIMDUDIN: 7,16. 1. Kompli l-qawl: 9. Meta s-sħana 10. tagħmel bina, in-nagħġa 12. tagħtina .......... (5) 4. Il-plural ta’ tajra (4) 16.

Bi 3 NUMRI 988 048 989 250 304 B’4 NUMRI 305 0321 319 0612 591 0695 611 0907 613 1216 738 1526 866 2035 870 2039 919 2190

2336 2338 2463 2619 2921 2990 3122 3246 4184 5182 5643 6223 6396

6460 6640 6892 6931 7680 7982 8972 8975 9021 9165 9340 9393

Laqgħat ta’ talb (5) Kustilja Ingliża (3) Tajbin ferm fil-brodu (6) Minn fejn jaqbdu l-għasafar (6) Ara 7

18,21W. Irregala (5) 19. Ara 8 20. Iħossu Ingliż (5) 21. Ara 11 23. Temp? (4) 24. Maqrut tilef siequ (5)

WEQFIN: 6. Kap? (3) 1. Jagħmlu 8,19. Tmur minn post l-pjanti (6) għal ieħor (12) 15. 2,22. Jieħu ħsieb 11,21M. Vjaġġar (5) il-kotba (6) 12,17. Tara lilek 17. 3. Nofs tond (3) innifsek fihom (5) 21. 5. M’hemmx bżonn13. Isem (3) 22. tgħidlu (3) 14. Hawn min bi

żball jikteb beżlaq hekk! (6) Tirkbu l-ajruplan (6) Ara 12 wieqfa Ara 18 Ara 2

B’5 NUMRI 56113 440514 04082 58002 633019 14419 67987 736553 17260 68697 984369 18909 79708 25372 96198 B’7 NUMRI 30754 98147 2432651 SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA 32456 8034837 WEQFIN: 39537 B’6 NUMRI 9031362 MIMDUDIN: 1.Dinja, 4.Dras, 7,23.Dsatax, 9,15. 1.Drammi, 2,3.Nevada, 5.RIU, 6.Sfa, 43626 013538 8.Skomunika, 11,13.Jisma, 12,22. 46659 062904 Bi 8 NUMRI Avventura, 10.Akkuża, 12.Jismen, Jurta, 14.Naddaf, 17.Dar, 21.Ora 51520 322246 03695614 16,18.Idumu, 19.Ann, 20.Baned, 54041 354681 17022569 21.Orr, 24.Aħfra


28

18.04.2021

RIABILITAZZJONI, RIFORMA U TIĠDID Editorjal

Dawk li baqgħu l-iżjed bid-dnub ma’ djulhom u mank ippruvaw jibdlu għemilhom, ma jistgħu qatt jeżerċitaw xi forma ta’ skrutinju u tiġdid kif għamel, u għadu jagħmel, il-Partit Laburista minn ħdanu stess u iżjed importanti fuq livell nazzjonali

Kieku xi ħadd qatt ħa bis-serjetà d-drabi fejn saret enfasi favur eżerċizzju ta’ qawmien mill-ġdid jew riabilitazzjoni fil-Partit Nazzjonalista u stenna li dawn jitwettqu, ilu li miet bil-piena. Dan anke jekk, għall-fini tal-argument, ma noqogħdux nidħlu fid-dettall tad-drabi li mis-siġġu tal-poter iddikjaraw li se jinżlu widnejhom mal-art biex jisimgħu x’qed jgħidilhom il-poplu u, minflok, bl-arroganza galore tagħhom, spiċċaw flaħħar waħħlu fl-elettorat li ma fehem assolutament xejn. L-aħħar tmien snin fl-Oppo­ żizzjoni wkoll kienu biżżejjed biex tal-PN ġenġlu din l-istess diska u għalkemm għawġu l-fiżjonomija strutturali u ttantaw jibdlu l-arma u anke l-isem, qatt ma kellhom il-kuraġġ jinfatmu mill-ħażin kollu tal-imgħoddi jew jittantaw jinbidlu tassew. Tant kemm huma ġenwini fi kliemhom u iżjed f’azzjonithom! L-istorja turina li l-PN baqa’ ddominat mill-istess karatt­ ri fix-xirka li ġiet irriġettata

mill-poplu għal darba wara l-oħra mill-2013 lil hawn. Għaldaqstant ma tista’ tlum lill-ebda eks Nazzjonalist li jħossu offiż meta llum jintalab minn din il-klikka biex jirriabi­lita ruħu ħalli jkun jista’ jerġa’ jiġi aċċettat lura fil-Partit. Aktar u aktar meta l-membri ta’ din l-istess klikka kienu r-raġuni prinċipali – jew għall-inqas parti essenzjali minnha – għal xiex eks Nazzjonalisti sellmu d-Dar Ċentrali, li kienu jqisu darhom, u dabbru rashom żmien ilu. F’erba’ snin u b’rapport tat-telfa kkummissjonat minnhom stess fejn ġiet enfasizzata l-ħtieġa li l-Partit jibdel it-triq, Simon Busuttil kien l-ewwel wieħed li ħalla kollox kif kien. Anzi, agħar minn hekk, żied il-veloċità fl-istess triq ħażina ta’ GonziPN. Meta almenu sar tentattiv mis-suċċessur tiegħu biex jit­ rażżnu dawk l-irjus li kienu jaħsbu u jemmnu li huma akbar mill-Partit jew il-Partit hu biss huma, spiċċa biex daru għalih u tilef rasu hu qabel il-waqt.

Minfloku tpoġġa min seta’ jiġi kkontrollat iżjed mil-lejl sannhar. L-istess foloz, li jipprietkaw il-governanza tajba u ħakmu lill-Partit taħt difrejhom fl-akbar konġura antidemokratika li qatt rajna, bħas-soltu qed jippretendu l-purezza mingħand ħaddieħor, waqt li l-prietki tagħhom jgħoddu għal kulħadd apparti għalihom stess. Minn fost kulħadd, fil-verità, huma li baqgħu l-iżjed biddnub ma’ djulhom. Kienu wkoll l-inqas li mank ippruvaw jibdlu għemilhom. Għaldaqstant ma jistgħu qatt jeżerċitaw xi forma ta’ skrutinju u tiġdid kif għamel, u għadu jagħmel, il-Partit Laburista minn ħdanu stess u iżjed importanti fuq livel­l nazzjonali. Kif qalet il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard din il-ġimgħa waqt il-konferenza stampa dwar il-liġi storika għal rappreżentazzjoni ugwali fl-ogħla istituzzjoni fil-pajjiż, il-Partit Laburista hu l-uniku forza politika bi kredenzjali ta’ tiġdid, ta’ riforma u liberali …

il-valuri li jsawru u jiddefinixxu lill-Partit Laburista. Hi qalet kif ir-res­pon­sabbiltà fuq il-Partit Labu­rista, li hu fdat bit-tmex­ xija tal-pajjiż, hi akbar u hu d-dover tiegħu, bħala Partit, u tat-tmexxija tiegħu li jkomplu jħarsu ’l quddiem lejn il-bidliet. Storikament hu mnaqqax kif l-akbar riformi f’dan il-pajjiż għaddew meta kien hemm il-Partit Laburista fil-Gvern. Din hi d-differenza li minn dejjem iddistingwiet liż-żewġ partiti ewlenin f’pajjiżna u llum hi ferm aktar enfasizzata minn qatt qabel. Il-fatt li, wara tmien snin fl-Oppożizzjoni, baqgħu ma tgħallmu xejn u l-Kap Nazzjo­ nalista (u jew min qed imex­ xih) tiġih naturali li jittimbra lil dawk kollha li abbandu­naw lill-Partit bħala l-għerq ta’ kull ħażen u dawk li baqgħu jerdgħu fih bħala l-essenza tat-tajjeb, allura jixhed biss li l-problemi tal-PN huma fondi ħafna. Kif fil-fatt konna diġà nafu u li kapaċi jarah u jifhmu kull min mhux affettwat minn xi tip ta’ loppju.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.