www.kullhadd.com Il-Ħadd, 18 ta’ Ġunju, 2017
Ħarġa Nru 1,249 Prezz €1
#KRIŻIPN
GĦADHOM JILAGĦBU BIR-REGOLI
IĊ-ĊAQNU L-QORTI FUQ IL-KAŻ TAT-TIGRA Charles Polidano magħruf bħala ċ-Ċaqnu se jitressaq il-Qorti b’rabta ma’ każ li jmur lura sentejn meta tigra attakkat tifel fiżżoo ta’ Montekristo. Miegħu se jitressqu wkoll żewġ ħaddiema. Ara paġna 12
• L-EŻEKUTTIV TAL-PN GĦADU MA FASSALX IR-REGOLI GĦAT-TELLIEQA TA’ KAP
• DAK LI QED JGĦID BUSUTTIL MHUX AWTOMATIKU • BIŻIBILJU KUMMENTI - KONFERMA TAL-FIRDIET LI ILHOM JEŻISTU Fil-5 ta’ Ġunju Simon Busuttil qal li kien se jlaqqa’ l-eżekuttiv tal-Partit biex ifassal id-dati għall-elezzjoni ta’ kap. Iżda, sallum mhux biss id-dati mhumiex stabbiliti iżda lanqas ir-regoli li fuqhom se ssir din l-elezzjoni. Filwaqt li Simon Busuttil iddikjara pubblikament għal iktar minn darba li l-Kunsill Ġenerali se jniżżel il-kandidati għal tnejn imbagħad jivvutaw it-tesserati, din hi xi ħaġa li ma tirriżultax mill-istatut. L-istatut jgħid li t-tesserati jivvutaw għallkap u l-viċi kapijiet iżda ma jgħidx dak li qal Simon Busuttil. Dak li qal Simon Busuttil, għax iridu l-establishment, mistenni jkun imfassal u mbuttat fil-jiem li ġejjin f ’laqgħa tal-eżekuttiv. Il-vot fil-Kunsill Ġenerali, l-establishment iridu biex jipprova jassigura li għall-ġirja finali jkun hemm biss il-kandidati li jrid hu. Intant, fl-aħħar jiem spikkaw il-kummenti u l-battibekki li komplew juru n-nuqqas ta’ qbil fil-Partit Nazzjonalista fejn l-inkwiet li konna ilna nirrapportaw dwaru issa ħareġ fil-beraħ.
L-IKBAR ŻIEDA FL-IMPJIEGI FL-ISTORJA
Ara paġni 8, 6 u 7
Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena kien hemm tkabbir rekord fl-impjiegi, tant li r-rata tal-impjiegi għal pajjiżna kienet l-ikbar waħda kemm ilha tinġabar l-istatistika. Fost is-setturi li rreġistraw tkabbir qawwi kien hemm is-servizzi finanzjarji u tal-gaming li skont l-Oppożizzjoni kienu qed imajnaw u jaħsbu biex iżarmaw. Ara paġna 3
IL-PL JIĠĠEDDED B’SERENITÀ • DEPUTAT MEXXEJ ĠDID FL-14/15 TA’ LULJU
Anke jekk frisk minn rebħa elettorali oħra b’maġġoranza b’saħħitha ta’ iktar minn 35,000 vot, il-Partit Laburista se jkun qed ikompli jiġġeded mill-gvern. Fl-14 ta’ Lulju d-delegati tal-Partit Laburista se jivvutaw biex minn fost il-grupp parlamentari jaħtru Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament li jservi wkoll bħala Deputat Prim Ministru. L-elezzjoni
tmur għat-tieni rawnd jekk kemm–il darba ħadd mill-kandidati ma jikseb 50% tal-voti u wieħed fl-ewwel rawnd u f ’dak il-każ il-vot isir fil-15 ta’ Lulju. Se jkunu qed jiftħu wkoll in-nomini għallmembri tal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista. Ara paġni 4 u 5
02
18.06.2017
kullhadd.com
Editur ALEANDER BALZAN
L-Ogħla Temperatura: 29°C L-Inqas Temperatura: 22°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja ser testendi minn fuq it-Tramuntana tal-Ewropa sa fuq il-Libja. Temp: Il-biċċa l-kbira xemxi Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi mill-Grigal Il-Viżibbiltà: Tajba. Il-Baħar: Moderat li jsir moderat għal qawwi. L-Imbatt: Ftit li xejn li jsir baxx mill-Punent Majjistru It-Temperatura tal-Baħar: 23°C
email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572
Disinn tal-Paġni LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571
Kuntatt Ġenerali KullĦadd
It-Tnejn
email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Indirizz Postali KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
28°C
UV 9
20°C
Il-Ħamis
28°C
UV 9
20°C
28°C
Il-Ġimgħa
UV 9
19°C
Is-Sibt
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
28°C
UV 9
20°C
29°C
UV 9
21°C
29°C
UV 9
21°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Floriana Dispensary,29, Triq Vincenzo Dimech, Il-Furjana – 21233034 Cosmed Pharmacy, Soccors, 7 Triq il-Franġiskani fi Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21225991 Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera – 21444648 St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara – 21492151 D’Argen’s Pharmacy, 330, Triq D’Argens, Il-Gżira – 21330817 Numri Importanti San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke – 21378485 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza Remedies Pharmacy (Ex Rudolph Pharmacy), 133, Triq Rudolfu, Tas-Sliema – 21344722 112 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 Sta. Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Il-Mosta – 21416426 Il-Pulizija ta’ Malta El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Il-Qawra – 21576308 2122 4001-9 Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid – 21696893 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili St. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbelika, Ħaż-Żabbar – 21663750 2393 0000 St. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Ħal Għaxaq – 21808723 Kristianne Pharmacy, Triq ic-Cavi, L-Imqabba – 21683048 Il-Gwardjani Lokali 2132 0202 The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzoppardi, Is-Siġġiewi – 21461681 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat Malta – 21454274
Stampat Progress Press
L-Isptar ta’ Malta 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex 2156 1600
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza 5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku 1182
Għawdex Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21566170 Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Ix-Xagħra – 27551140 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
03
18.06.2017
kullhadd.com
L-AKBAR ŻIEDA FL-IMPJIEGI FL-ISTORJA • ŻIEDA QAWWIJA FL-OQSMA LI DWARHOM BEŻŻA’ SIMON BUSUTTIL Fl-ewwel kwart ta’ din is-sena pajjiżna rreġistra l-ogħla rata ta’ tkabbir fl-impjiegi fl-istorja. Li kienet ukoll l-ogħla rata ta’ tkabbir fl-impjiegi fl-Unjoni Ewropea fl-ewwel kwart ta’ din is-sena. Kienet il-Eurostat li kkonfermat dan meta pajjiżna kellu tkabbir ta’ 6% fl-impjiegi fuq is-sena ta’ qabel. Dan jikkonfermah riżultat simili miksub ġimgħa ilu fejn tidħol ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku. Ta’ min ifakkar li fil-ħames snin tal-amministrazzjoni preċedenti, bħala medja, l-impjiegi żdiedu b’1.9%, jew b’anqas minn terz tar-rata preżenti. Fil-fatt it-tkabbir osservat fl-ewwel kwart tal-2017 huwa l-ogħla rata ta’ tkabbir fl-impjiegi li qatt ġie osservat mill-Eurostat f ’pajjiżna. Ir-rekord ta’ qabel kien żieda ta’ 5.6% li kienet seħħet fit-tieni kwart tal-2014. Qabel il-bidla fil-Gvern fl-2013, ir-rata rekord ta’ żieda fl-impjiegi f ’pajjiżna kienet ta’ 3.1%, jew kważi nofs ir-riżultat miksub fl-ewwel kwart tal-2017. Bħala medja fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel kwart tal-2017 it-tkabbir fl-impjiegi kien ilaħħaq 1.4%. Dan huwa erba’ darbiet anqas mir-rata ta’ tkabbir li kien hawn f ’pajjiżna. Iż-żieda rekord fl-impjiegi li seħħet f ’pajjiżna fl-ewwel kwart tal-2017 l-aktar li nħasset kien fil-qasam tasservizzi. Filwaqt li skont l-Oppożizzjoni dan il-qasam kien qed jippakkja l-bagalji biex jitlaq mill-pajjiż, l-istatistika tal-Eurostat turi stampa
totalment differenti. Fil-qasam tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni kien hemm żieda ta’ 11.5%. F’dak tar-real estate kien hemm tkabbir ta’ 15.9% fl-impjiegi meta mqabbel ma’ sena qabel. Kien hemm żieda ta’ 9.1% fejn jidħol il-qasam tas-servizzi professjonali u tekniċi. Fil-qasam tal-gaming, li tant kienet tbeżża’ fuqu l-Oppożizzjoni fl-ewwel kwart tal-2017 kien hemm żieda ta’ 12.5% fl-impjiegi. Ta’ min ifakkar li fl-ewwel kwart tal-2013 meta l-Oppożizzjoni kienet fil-Gvern, f ’dan is-settur iż-żieda fl-impjiegi kienet ta’ 2.2% biss. Rata ferm baxxa li pajjiżna qatt ma reġa’ esperjenza fl-erba’ snin ta’ wara. Fejn jidħol is-settur finanzjarju fl-ewwel kwart tal-2012 iż-żieda fl-impjiegi kienet ta’ 1.3% biss. B’kuntrast fl-ewwel kwart tal-2017 f ’dan is-settur, li skont l-Oppożizzjoni kien fix-xifer tal-irdum, kien hemm żieda fl-impjiegi ta’ 3.9%. Għal darb’oħra statistika uffiċjali kkonfermata mill-aġenzija tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, qed tindika kemm il-kampanja elettorali tal-Oppożizzjoni kienet għalkollox qarrieqa. Minkejja n-negattività tal-Oppożizzjoni, in-negozji f ’pajjiżna mhux talli naqqsu r-ritmu imma talli wrew aktar fiduċja billi żiedu l-impjiegi bl-akbar rata osservata fl-istorja ta’ pajjiżna. Hu mistenni li fix-xhur li ġejjin permezz tat-twettiq tal-manifest elettorali, dan ir-ritmu ekonomiku se jkompli jirranka għall-benefiċċju tal-familji u n-negozji.
2012 [Q4]
2017 [Q1]
ŻIEDA FL-IMPJIEGI
2.8
6.0
Agrikoltura u Sajd
2.5
4.4
Industrija (mingħajr kostruzzjoni)
-2.7
1.9
Manifattura
-2.4
1.7
Kostruzzjoni
-0.6
5.9
Bejgħ u xiri, trasport, akkomodazzjoni, servizzi marbuta mal-ikel
4.2
5.0
Informazzjoni u komunikazzjoni
8.3
11.5
Attivitajiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni
0.3
3.9
Attivitajiet fil-bejgħ tal-proprjetà
3.6
15.9
Attivitajiet professjonali, xejntifiċi, tekniċi u amministrattivi
5.8
9.1
Ammistrazzjoni pubblika, difiża, edukazzjoni, ħidma soċjali u saħħa
3.0
5.2
Arti, divertiment u organizzazzjonijiet oħra
7.7
12.5
04
18.06.2017
kullhadd.com
DEPUTAT MEXXEJ LABURISTA ĠDID F’NOFS LULJU • IL-PL JIBQA’ JIĠĠEDDED MILL-GVERN • IT-TLIETA JINGĦAQAD IL-GRUPP PARLAMENTARI
Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista mistenni jinħatar f ’nofs Lulju. Fil-fatt l-elezzjoni se ssir nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Lulju. F’każ li jkun hemm aktar minn kandidat wieħed u ħadd minnhom ma jaqbeż il50% tal-voti, l-għada ssir elez-
zjoni bejn iż-żewġ kandidati li jkunu ġabu l-aktar voti. Il-post ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament kien vakat wara d-deċiżjoni ta’ Louis Grech li ma jikkontestax l-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju u b’hekk awtomatikament irriżenja wkoll minn
deputat. Għal din il-kariga jistgħu jikkontestaw membri tal-Grupp Parlamentari, anke dawk li se jkunu eletti permezz tal-elezzjonijiet każwali . Fil-fatt, il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista se tistenna sa nhar it-Tlieta 20
ta’ Ġunju qabel tibda tilqa’ n-nominazzjonijiet proprju minħabba li f ’dik il-ġurnata se jsiru l-elezzjonijiet każwali fid-distretti ċeduti minn deputati Laburista li kienu eletti minn żewġ distretti. In-nominazzjonijiet se jintlaqgħu fil-jumejn ta’ wara, jiġifieri
l-Erbgħa u l-Ħamis, 21 u 22 ta’ Ġunju. F’dawn il-jumejn, il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista se tkun qiegħda tilqa’ wkoll nomini għall-amministrazzjoni tal-Partit Laburista. L-elezzjoni għall-amministrazzjoni tal-partit kienet ġiet posposta aktar kmieni din is-sena, wara li kien hemm qbil li ma jkunx hemm tibdil fl-amministrazzjoni qabel l-elezzjoni ġenerali. Kien hemm qbil ukoll li l-ħatra tal-amministrazzjoni ssir immedjatament wara l-elezzjoni ġenerali. Fit-13 ta’ Lulju se titlaqqa’ sessjoni plenarja tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista li se tkun qiegħda tiddiskuti r-riżultat tal-elezzjoni ġenerali. L-għada, minbarra l-elezzjoni ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, u għall-amministrazzjoni tal-partit, id-delegati se jkunu qegħdin jintalbu jikkonfermaw lil Joseph Muscat bħala Mexxej. Il-President tal-Partit Laburista, Daniel Micallef, spjega kif il-proċess li jirregola l-elezzjonijiet joħroġ mill-Istatut tal-Partit. “L-istatut jispeċifika l-parametri għall-elezzjoni ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, li f ’dan ilkaż hija kariga li kien mħabbar minn qabel li hemm vakanza fiha wara li okkupaha b’tant
05
18.06.2017
kullhadd.com
suċċess Louis Grech fis-snin li għaddew. Fl-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit ġie deċiż li nimxu b’din il-proċedura fiddawl tal-elezzjonijiet każwali b’tali mod li l-kompożizzjoni tal-Grupp Parlamentari tkun kompleta fil-mument li fih jiftħu n-nomini għal tali karigi,” qal Micallef. Minn naħa l-oħra l-istess Eżekuttiv kien approva li l-elezzjonijiet tal-Aministrazzjoni li kienu skedati li jsiru f ’April kif provdut fl-istatut wara terminu ta’ sentejn, kif inhi l-prassi meta l-Partit ikun sena jew inqas qabel Elezzjoni Ġenerali, ġew posposti għal wara l-istess elezzjoni ġenerali u għalhekk issir elezzjoni għall-karigi ta’ President, Viċi President, Segretarju Organizzattiv u Segretarju Internazzjonli. “Bl-istess mod, l-Istatut jispeċifika wkoll il-ħtieġa ta’ konferma fil-Mexxej tal-Partit u fid-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit fejn il-Konferenza Ġenerali tivvota b’mod sigriet għall-konferma tagħhom,” kompla jispjega Micallef. Mistoqsi dwar it-tieni rawnd tal-elezzjonijiet u kif jista’ jiġi l-bżonn tiegħu, Micallef fakkar kif “l-istatut tal-Partit jispeċifika li l-kontestant li jakkwista l-maġġoranza assoluta ta’ 50% + 1 tal-voti validi mixħuta jiġi dikjarat elett, u jekk dan ma jseħħx fl-ewwel votazzjoni, issir votazzjoni oħra fejn jieħdu sehem biss iż-żewġ kontestanti li jkunu ġabu l-akbar numru ta’ voti fl-ewwel votazzjoni.” “Fil-każ illi jkun hemm nominazzjoni waħda biss, din titressaq għal konferma quddiem il-Konferenza Ġenerali u ssir b’vot sigriet. Din il-konferma jeħtieġ li jkollha l-appoġġ ta’ 50% + 1 tal-voti validi mixħuta,” kompla jispjega. Iżda, s-sabiħ f ’dan kollu hu li l-Partit Laburista qed jiġġeded mill-gvern. “Kruċjali li partit jibqa’ jiġġedded, jibqa’ jagħraf fejn jista’ jtejjeb, jibqa’ aġġornat maż-żminijiet, u aktar minn hekk li jibqa’ jkun kalamita għall-element politiku żagħżugħ b’tali mod li l-istrutturi jistgħu dejjem jiġġeddu b’ideat u enerġija ġdida. Din hija xi ħaġa li nemmen li qed jirnexxilna nagħmlu, xi ħaġa li rarament għamilha Partit meta kien fil-Gvern, u naħseb li hija importanti ħafna u tawgura b’mod pożittiv għal futur ta’ dan il-Moviment,” tenna l-President tal-Partit Laburista. Qal li s-sinjali wieħed jarahom mill-bidu. U biex isaħħaħ l-argument żied: “jekk inħarsu lejn il-kompożizzjoni tal-Kabinet tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari, wieħed malajar jinnota l-fiduċja kbira li ta l-Prim Ministru liż-żgħażagħ. Kuntent ħafna nara numru ta’ nies li dħalna tfal flimkien f ’dan il-Partit, u llum qegħdin fil-Grupp Parlamentari.” Għax il-mument fejn il-Partit Laburista jieqaf jaħdem jew jiġġedded ikun il-mument li
fih jaqbad in-niżla. “Kuntent ħafna b’dak li kiseb pajjiżna fl-aħħar erba’ snin, u nemmen li bil-programm elettorali li ressaqna quddiem il-poplu li ngħata l-fiduċja, programm aktar ambizzjuż minn ta’ qablu, il-ħames snin li ġejjin ħa jkunu aħjar mill-erba’ li għaddew. Importanti li bħala Partit nibqgħu anke nġeddu l-politika tagħna, nibqgħu anke kritiċi tagħna nfusna u tal-Gvern b’mod kostruttiv, b’tali mod li nħallu l-enerġija u l-viżjoni tagħna għal dan il-pajjiż tmexxina ’l quddiem għal dak li aħna ċerti ser ikun l-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna,” qal Daniel Micallef. Elezzjonijiet każwali nhar it-Tlieta Intant l-elezzjonijiet każwali se jsiru nhar it-Tlieta mit-tmienja ta’ filgħodu ’l quddiem. Il-membri tal-eżekuttiv iddeċidew li l-Ministru Helena Dalli ċċedi t-tieni distrett. F’dan id-distrett kienu kkontestaw ukoll Glenn Bedingfield jew Stefan Buontempo jew Mark Causon li issa jistgħu japplikaw biex jieħdu sehem f ’din l-elezzjoni każwali. Dalli u l-Ministru Chris Fearne ser iżommu it-tielet distrett. B’Fearne ser jċedi ir-raba’ distrett. Eliġibbli għal din l-elezzjoni każwali f ’dan id-distrett hemm Stefan Buontempo, Joe Cilia, Andy Ellul, Etienne Grech, Dominic Grima u Rita Sammut . Il-Prim Ministru Joseph Muscat se jżomm it-tieni distrett u jċedi l-ħames distrett. Fil-ħames distrett se jiġi elett kandidat minn fost, Glenn Bendingfield, Luciano Busuttil, Roderick Cachia, Mario Calleja, Joseph Cutajar, Joseph Farrugia, Edric Micallef, Sebastian Muscat, Rita Sammut, Carlo Stivala u Stefan Zrinzo Azzopardi. Ġie deċiż li s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri se jżomm is-seba’ distrett, u jċedi s-sitt distrett. Minn dan id-distrett għandu jiġu elett xi ħadd bejn Rosianne Cutajar u Gavin Gulia. Is-seba’ distrett se jinżamm ukoll mill-Ministru Edward Scicluna wara li l-eżekuttiv iddeċieda li Scicluna jċedi t-tmien distrett. Eliġibbli biex jitla’ minn dan id-distrett hemm Ian Castaldi Paris, Rosianne Cuatajar, Rachel Tua jew Edward Zammit Lewis. Il-Ministru Michael Falzon se jżomm l-għaxar distrett u se jċedi d-disa’ distrett. Fit-tellieqa għal siġġu f ’dan id-distrett hemm Conrad Borg Manch, Manuel Mallia, Sigmund Mifsud, Nikita Zammit Alamango u Edward Zammit Lewis. Il-Ministru Evarist Bartolo se jżomm l-għaxar distrett u jċedi t-tnax-il distrett. Fit-tnax-il distrett kienu kkontestaw ukoll Joseph Matthew Attard, Clayton Bartolo, Alfred Grima, Franco Mercieca, Deborah Schembri, Kenneth Spiteri u Fleur Vella.
HELENA DALLI
Se ċċedi t-tieni distrett
KANDIDATI BIĊ-ĊANS LI JIĠU ELETTI: Glenn Stefan Mark Bedingfield Buontempo Causon
CHRIS FEARNE
Se jċedi r-raba’ distrett
KANDIDATI BIĊ-ĊANS LI JIĠU ELETTI: Andy Joe Stefan Ellul Cilia Buontempo Rita Dominic Etienne Sammut Grima Grech
JOSEPH MUSCAT
Se jċedi l-ħames distrett
KANDIDATI BIĊ-ĊANS LI JIĠU ELETTI: Roderick Luciano Glenn Cachia Busuttil Bedingfield Joe Joseph Mario Farrugia Cutajar Calleja Rita Sammut
Edric Micallef
Sebastian Muscat
Carlo Stivala
Stefan Zrinzo Azzopardi
SILVIO SCHEMBRI
Se jċedi s-sitt distrett
KANDIDATI BIĊ-ĊANS LI JIĠU ELETTI: Gavin Rosianne Cutajar Gulia
EDWARD SCICLUNA
Se jċedi t- tmien distrett
KANDIDATI BIĊ-ĊANS LI JIĠU ELETTI: Ian Rosianne Castaldi Paris Cutajar Edward Rachel Zammit Lewis Tua
MICHAEL FALZON
Se jċedi d-disa’ distrett
KANDIDATI BIĊ-ĊANS LI JIĠU ELETTI: Manuel Sigmund Conrad Mallia Mifsud Borg Manché Nikita Edward Zammit Alamango Zammit Lewis
EVARIST BARTOLO
Se jċedi t-tnax -il distrett
KANDIDATI BIĊ-ĊANS LI JIĠU ELETTI: Alfred Joseph Matthew Clayton Grima Bartolo Attard Fleur Deborah Franco Vella Schembri Mercieca
06
18.06.2017
kullhadd.com
UĠIGĦ TA’ ŻAQQ LI TANA RAĠUN • ĠIMGĦA TA’ DIKJARAZZJONIJIET LI KOMPLEW JURU L-KRIŻI PN • KOLLOX WIEQAF SAKEMM L-ESTABLISHMENT JIMMANUVRA
Tonio Fenech
Philip Mifsud
Paul Borg Olivier
Therese Comodini Cachia
Salvu Mallia
Telfa elettorali f ’partit politiku dejjem twassal għal xi ftit ta’ inċertezza u dak li ħafna jkunu ilhom iżommuh fuq l-istonku żmien, isibu l-okkażjoni biex joħorġuh. Bl-iskuża li dak li jkunu qed jgħidu huwa importanti għat-tiġdid tal-partit jew biex jgħinu fl-analiżi, dak li ma jkunux sabu l-kuraġġ jgħidu, għax beżgħu jidhru li b’xi mod qed itellfu l-ħidma biex il-partit ikun fil-gvern, issa jingħad. Ir-raġunament ikun li bħalissa ftit li xejn hemm iktar x’jintilef. U dak li qed jgħidu l-esponenti Nazzjonalisti qed jagħtina raġun kemm fl-analiżi li għamilna fl-aħħar ġimgħat kif ukoll f ’dak li konna qed niżvelaw mill-intern tal-Partit Nazzjonalista. Minn nuqqas ta’ prinċipji għal deċiżjonijiet li ħolqu rabja. Hemm varjetà ta’ kwistjonijiet li juru li fil-Partit Nazzjonalista l-affarijiet ilhom mhux ward u żahar. Xi prinċipji huma? Simon Busuttil għamel il-prinċipji bħala l-messaġġ ewlieni tal-kampanja tiegħu. Ma damx ma esponieh ilPrim Ministru li prinċipji ma tantx kellu u fil-kampanja
dwar dan ta eżempju wieħed wara l-ieħor. Iżda, fl-aħħar jiem kien Tonio Fenech, eks Ministru Nazzjonalista, li espona kemm Simon Busuttil ma kellux prinċipji. F’The Malta Independent Fenech tkellem dwar il-valuri li fi kliemu tilef il-Partit Nazzjonalista. L-artiklu semmieh “What does the Nationalist Party stand for?” Għaliex qiegħed hemm il-Partit Nazzjonalista u fl-ewwel paragrafu wieġeb li l-unika risposta li jista’ jgħid hi: “Ma nafx.” Hawn irrefera għal kif it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista tilfet il-kunfidenza li tirbaħ l-elezzjoni fuq il-valuri tal-Partit Nazzjonalista: “Ma kellhiex il-paċenzja li tibni, minflok fittxet rebħiet ta’ malajr,” sostna Tonio Fenech fl-artiklu tiegħu. Qal li l-Partit Nazzjonalista żamm l-arma, il-bandiera u l-innu biex ma jaljenax il-votant tradizzjonali, iżda imbagħad għamel deċiżjoni konxja biex jidher iktar liberali. Settur fejn skont Fenech qatt ma jista’ jlaħħaq mal-Partit Laburista. “Diffiċli ngħodd kemm Nazzjonalisti esprimew l-uġigħ u l-konfużjoni li bħalha partit ma konna qegħdin inħaddnu
Frank l-ebda twemmin,” li għall-partit Psaila qal Fenech. Żied kien iktar imjgħid li hemm min portanti li jkollu jgħid li l-PN m’għadux kandidat li jgħid li ma id-dar tiegħu u li r-ruħ in- jemmen f ’xejn u jġib 115–il biegħet għal voti li ma nkis- vot milli jkollu kandidat li bux xorta waħda. fl-elezzjoni ta’ qabel ġab ikHawn Tonio Fenech appella tar minn 8,000 vot. Kien Tolill-kunsillieri tal-Partit Naz- nio Fenech innifsu li fl-2013 zjonalista biex jagħtu lura kiseb iktar minn 8,000 vot. l-pajjiż lill-votanti tagħhom. Eks deputat ieħor, Philip “Jien mhux se nibqa’ memb- Mifsud, ukoll ma tantx kellu ru ta’ partit liberali anke jekk kliem ħelu għal Salvu Mallia. jilbes ta’ Partit NazzjonalisMeta kiteb fit-Times of Malta,” kiteb Fenech fejn kom- ta Philip Mifsud qal li kienu pla juri l-qasmiet tal-Partit ħafna ċ-ċirkostanzi fejn SiNazzjonalista. mon Busuttil kien problema, “liability”, għall-Partit NazzSalvu Mallia eżempju jonalista. klassiku Fost id-deċiżjonijiet li semma kien hemm kif Salvu MalKtibna kemm –il darba lia kien approvat mingħajr kemm Salvu Mallia kien m’għadda minn kumitat ta’ għażla ta’ Simon Busuttil skrutinju li ħoloq hu stess mill-bidu sal-aħħar. Riedu biex jevalwa lill-kandidati. hu u saħansitra approvah hu. Jgħid ukoll kif kienet probKienet din il-gazzetta li lema wkoll il-koalizzjoni li żvelat għall-ewwel darba kif għabba biha lill-Partit Nazkumitat li waqqaf Simon zjonalista Simon Busuttil. Busuttil biex jiskrutiniz- Biex il-Partit Nazzjonalista za l-kandidati kien injorat spiċċa b’siġġu inqas fil-Parmill-Kap innifsu. Saħansitra lament. b’mod esklussiv ippubblikaIżda Mifsud ma semmiex jna kummenti tal-eks Min- dan biss. Qal li Simon Busuttil għanistru Joe Borg li jmexxi dan il-kumitat tal-għażla tal-kan- du jitlaq. Tal-inqas għall-partit. Qal dan l-eks deputat didati. F’referenza ċara għal Salvu Philip Mifsud f ’artiklu fitMallia, Tonio Fenech kiteb Times of Malta.
Philip Mifsud kiteb kif l-għażla għall-Partit Nazzjonalista hi jekk jibqax iħaffer jew fl-aħħar jiddeċiedi li jibda jibni. “Busuttil għandu jitlaq għal mija u wieħed raġunijiet,” kiteb Philip Mifsud li mbagħad beda jsemmi wħud minnhom. L-eks deputat Nazzjonalista kiteb kif tul l-aħħar erba’ snin inbniet perċezzjoni li Busuttil ma jistax ikun elett bħala Prim Ministru. Philip Mifsud qal li jekk flaħħar snin Simon Busuttil għamel l-aħjar li seta’, ifisser li l-fatt li ma wasalx huwa raġuni oħra għaliex għandu jitlaq, filwaqt li fakkar kif ħafna drabi fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika spiċċa inqas popolari mill-partit tiegħu stess. Imbagħad, qal Mifsud, il-kampanja elettorali kompliet tesponi lil Busuttil anke għax il-Partit Nazzjonalista nqabad fuq sieq waħda. U nnota kif filwaqt li Busuttil kien qed jgħid li jrid jiġġieled l-elezzjoni fuq prinċipji, sar magħruf li l-partit tiegħu kien qed jieħu flus illegali mingħand negozjant ewlieni. Tkompli f ’paġna 7 >>
07
18.06.2017
kullhadd.com
Tkompli minn paġna 6 fil-Parlament. Għax hu rival ewlieni tiegħu fuq id-distrett. Biex daħlu biċ-ċans lil Philip Mifsud qal li m’hem- George Pullicino u xi ftit mx lok għal musical chairs lil Francis Zammit Difil-Partit Nazzjonalista. mech, il-membri tal-eżekut“Busuttil għandu jitlaq għax tiv tal-Partit Nazzjonalista il-Partit Nazzjonalista għan- eliminaw għal kollox iċ-ċans du bżonn ideat ġodda,” qal li jkun elett Ivan Bartolo, Philip Mifsud. l-imprenditur li kkontesta “Il-PN għandu bżonn xi għall-ewwel darba. ħadd li n-nies jarawh li jisTant ħa għalih li kiteb fuq ta’ jkun elett,” kiteb Phil- facebook li għalih il-politika ip Mifsud b’referenza ċara daqshekk. għall-kariga ta’ Prim Minis“Il-karriera qasira tiegħi tru. fil-politika intemmet illum. L-eżekuttiv tal-PN iddeċieElezzjonijiet każwali da li jżomm magħluq id-dibl-inkwiet sa’ distrett. Nirringrazzja lil dawk kollha li emmnu f ’xi U daqslikieku ma kellux wisq ħaġa ġdida u f ’ideat pożitproblemi, il-Partit Nazz- tivi u progressivi. Il-politijonalsita anke dwar l-elez- ka m’għadhiex fuq ir-radar zjonijiet każwali kellu kun- tiegħi,” kiteb Bartolo fuq flitti interni. Għal darb’oħra il-profil tiegħu. reġgħet kienet il-midja tagħMin-naħa l-oħra din kienet na li żvelat dan. Ftit sigħat deċiżjoni li tant dejqet lil qabel iltaqa’ l-eżekuttiv Robert Arrigo li ħass li kelit-Tnejn filgħaxija one.com.mt lu jagħmel il-ħsibijiet tiegħu żvela li Beppe Fenech Adami pubbliċi anke jekk id-detkien qed iċempel kunsillieri talji tal-laqgħa tal-eżekuttiv jagħmel pressjoni biex ma tal-partit ma joħorġux detjċedix it-tmien distrett elet- talji minnha sakemm mhux torali u minflok iċedi s-seba’ għax ikun hemm xi leak kif u fl-aħħar mill-aħħar tiegħu kien hemm bosta riċentamgħaddiet. Iżda, d-dwejjaq ent. wara d-deċiżjoni kien mi“B’55 vot kontra 22 l-eżefrux. kuttiv iddeċieda mod ieħor. Id-deputat Nazzjonalista, Iddeċieda li nċedi s-siġġu Robert Arrigo, ma riedx iċe- tal-għaxar distrett,” qal Arridi l-għaxar distrett elettorali go mal-Maltatoday. kif imbagħad iddeċieda li Intant, id-deċiżjoni li għandu jagħmel l-eżekuttiv Fenech Adami jċedi s-seba’ tal-Partit Nazzjonalista. distrett elettorali u Simon Ix-xewqa tiegħu għamilha Busuttil il-ħdax minflok itċara fl-eżekuttiv tal-partit tnax, fissret li tilef kull ċans u għalkemm issa qed jgħid David Thake. Anke David pubblikament li ma riedx Agius ċeda l-ħdax biex din iċedi l-għaxar distrett għax id-deċiżjoni fissret li fuq dan fuqu ġab iktar voti, l-imkejj- id-distrett hemm żewġ siġġien tagħna fl-istamperija sost- jiet vojta. new li ma riedx jagħti ċans lil Thake ħassu urtat u George Pullicino jidħol lura għall-kumment ta’ xi ħadd fuq Facebook li qallu biex issa jerġa’ jibda l-programm it-tweġiba kienet ċara. Wara dawn id-deċiżjonijiet Frank Psaila qal “bħalkom ċerti deċiżjonijiet jirrabjawni.” “Bħalkom nissuspetta li U dak li mhux kulħadd qed ipoġġi l-interess tal-partit qabel dak qed jgħidu personali anke f ’mument l-esponenti diffiċli, imma kruċjali bħal dan.” Nazzjonalisti Psaila kompla jikteb iktar qed jagħtina f ’konferma oħra kif ma’ kull jum li jgħaddi qed jiżdied raġun kemm l-inkwiet fil-Partit Nazzjonalista. fl-analiżi li Iżda, l-eks Segretarju Ġengħamilna erali Paul Borg Olivier kiteb fuq Facebook u kkritika lil fl-aħħar dawk li kienu qed jagħmlu ġimgħat kif dan l-għaġeb. Qal li din hi sistema li ilha taħdem snin u ukoll f’dak li bħal donnu ried jagħti l-imkonna qed pressjoni li ma setax jifhem għaliex dan il-plejtu kollu. niżvelaw Żgur ma qabilx ma’ Frank Psaila għax hu jemmen li mill-intern d-deċiżjonijiet ittieħdu fl-intal-Partit teress tal-partit. U forsi waħda mill-iktar sorNazzjonalista priżi kienet li anke Therese Comodini Cachia tefgħet dawk iż-żewġ battuti fil-pubbliku. Qalet li ftit li xejn kell-
ha x’taqsam mal-manifest elettorali li kien ippubblikat tard, anke jekk kulħadd jaf li kitbitu hi u kritikat il-fatt li Membri tal-Parlament Ewropew inħatru shadow ministers. Hi għall-edukazzjoni u Roberta Metsola għall-affarijiet barranin. Comodini Cachia kkonfermat dak li konna ilna nirrapportaw dwaru li fil-Partit Nazzjonalista kien hemm rabja għal din id-deċiżjoni. Rabja li kienet riżultat ta’ żewġ fatturi; l-ewwel li Busuttil wera nuqqas ta’ fiduċja fil-grupp tiegħu u t-tieni għax dawn is-suppost shadow ministers ftit li xejn setgħu jkunu effettivi. “Ma stajniex nagħtu dik il-punch,” qalet issa Comodini Cachia. Il-kandidati għat-tmexxija F’dan kollu ma jonqsux il-fazzjonijiet li qed jiġbdu f ’direzzjonijiet differenti b’rabta mal-elezzjoni talKap. Ġimagħtejn wara t-telfa elettorali sa issa ma kien hemm ħadd li uffiċjalment iddikjara l-intenzjoni tiegħu li jikkontesta l-elezzjoni ġenerali. Dan hu xhieda ta’ kemm xejn mhu ċar fil-Partit Nazzjonalista. Fil-ħarġa tal-Ħadd li għadda żvelajna kif kienet għaddeja kampanja biex Simon Busuttil jibdel il-ħsieb u jibqa’ kap tal-partit. Iżda, fl-istess ħin kienu għaddejin ukoll b’kampanja dawk li ma riduhx jibqa’ u saħansitra jidher li din kellha l-effett mixtieq għax fl-aħħar jiem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista għamel dikjarazzjoni ċara li kien se jżomm mal-kelma li ma jerġax jikkontesta. Dan ħalla qisu erba’ fazzjonijiet li bħalissa qed jiġbdu f ’direzzjonijiet differenti. Dik tal-establishment li għadha ma qatgħetx qalbha li tikkonvinċi lil Roberta Metsola tikkontesta, dik ta’ Claudio Grech, moderat li mal-establishment tal-Partit mhu benvist xejn u Chris Said l-iktar wieħed li fiċ-ċrieki tal-Partit Nazzjonalista għamilha ċara li dan huwa l-mument biex hu jsir Kap. Imbagħad hemm dawk li jappoġġjaw lil Beppe Fenech Adami, li min-naħa tiegħu għadu jqis kollox fid-dawl li kien parti mit-tmexxija tal-partit fil-mument li kiseb din it-tieni telfa umiljanti. Iżda, kunjom Fenech Adami għadu b’saħħtu fil-Partit Nazzjon alista u mhu qed ikun eskluż xejn. Li hu żgur hu li dan hu l-mument tal-istudju, bħal meta f ’logħba futbol iżżewġ timijiet jibdew jibżgħu jagħmlu l-ewwel pass fl-ewwel mumenti tal-logħba. Iżda, f ’xi ħin xi ħadd se jitfa’ ismu u minn hemm ’il quddiem mistennija battalja qalila, li żgur mhux se tkun waħda ta’ bejn il-ħbieb.
il-Facebook bħall dejjem lok ta’ żvog ta’ dwejjaq
08
18.06.2017
kullhadd.com
BUSUTTIL JIDDETTA R-REGOLI LI GĦADHOM MHUX MAQBULA • L-ESTABLISHMENT FIL-KONTROLL TAL-PROĊESS GĦALL-ĦATRA TA’ KAP • MA JEŻISTUX IT-23,000 ELIĠIBBLI LI SEMMA SIMON BUSUTTIL Il-Partit Nazzjonalista għad irid jiftiehem ir-regoli li bihom l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, qed jgħid li se ssir l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit. Għax dawn ma jirriżultawx mill-istatut tal-istess partit. B’hekk, spjegaw sorsi fil-Partit Nazzjonalista, waħda mill-ewwel affarijiet li jrid jagħmel l-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista hi li jara li jimplimenta l-ħsieb li qabel it-tesserati tal-Partit jivvotaw, il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista jniżżel il-kandidati għal tnejn kif ilu jgħid li se jiġri Simon Busuttil. “Din mhix ċara u ħafna ma jistgħux jifhmu kif Busuttil qed jagħmilha bħala fatt meta għal din għad hemm bżonn l-approvazzjoni tal-istrutturi tal-partit. Forsi jkun hemm min
irid li jagħżlu t-tesserati mill-bidu salaħħar,” qalu s-sorsi tagħna fid-Dar Ċentrali li nnotaw kif l-establishment se jipprova jħalli barra mill-ewwel stadju kandidati li mhumiex favoriti miegħu bħad-deputat Claudio Grech. Deputat li lmenta li l-istess establishment ried iħallih barra mill-Parlament. L-istatut tal-Partit jgħid li l-Konvenzjoni Ġenerali li tagħha huma membri t-tessertati tal-partit teleġġi lill-Kap u lill-Viċi Kapijiet u li dan għandha tagħmlu fl-ewwel tliet xhur tal-leġiżlatura. B’hekk it-terminu li semma Simon Busuttil li jrid jieħu sa Settembru biex ikun hemm Kap ġdid se jkun qed jiġġebbed kemm jista’ jkun. Meta Simon Busuttil kien ħabbar li mhux se jerġa’ jikkontesta għall-Kap kien qal li se jlaqqa’ l-kumitat eżekuttiv biex ifassal id-dettalji u t-termini tal-elezzjoni. Iżda, minn dakinhar għaddew iktar minn 12–il jum u dawn id-dettalji għadhom ma tfaslux. Xhieda oħra li fil-Partit Nazzjonalista mhux kollox ward u żahar. Tant anke fuq
l-eliġibbiltà tat-tesserati li għandhom jivvotaw hemm kwistjoni. L-istatut jgħid li “Dawk eliġibbli biex jipparteċipaw f ’dawn l-elezzjonijiet iridu jkunu ilhom tal-inqas sentejn tesserati fil-Partit Nazzjonalista minn qabel id-data tal-elezzjonijiet. Għal ħafna fid-Dar Ċentrali din hi ċara. Dawk li jridu jivvotaw għal Kap f ’Settembru tal-2017 iridu jkunu ilhom membri mingħajr interuzzjonijiet minn Settembru 2015. Iżda, oħrajn qed jgħidu li tesserat preżenti jrid ikun imħallas għal sentejn b’kollox tul is-snin. Xi ħaġa oħra mhix ċara u jrid jaqtgħalha rasha l-kumitat eżekuttiv. Li hu żgur, qalu l-imkejjen tagħna, li m’hemmx it-23,000 membru li semma Simon Busuttil.
B’hekk it-terminu li semma Simon Busuttil li jrid jieħu sa Settembru biex ikun hemm Kap ġdid se jkun qed jiġġebbed kemm jista’ jkun
09
18.06.2017
kullhadd.com
GĦADA FI BRUSSELL SE JIBDEW IN-NEGOZJATI BREXIT Kitba ta’ KELLY PEPLOW Fil-jiem li ġejjin Malta se tkun qed tiċċelebra t-tmiem ta’ Presidenza tal-Kunsill Ewropew li ħalliet il-frott u tefgħet lil Malta f ’qagħda strateġika eċċellenti f ’għajnejn il-poteri Ewropej u fl-istess ħin Stat Membru ieħor se jibda jagħlaq il-kapitlu tiegħu mal-Unjoni Ewropea. Dan xahrejn biss wara li l-Mexxeja Ewropej iffirmaw id-Dikjarazzjoni ta’ Ruma li fost oħrajn se twiegħed Ewropa soċjali u sigura liċ-ċittadini. Dikjarazzjoni li kienet iffirmata minn 27 mexxej, u mhux 28. Għaliex il-pinna Ingliża ma kinitx inkluża. Forsi turija li l-Unjoni Ewropea diġà qed tqis lir-Renju Unit bħala eks membru. Issa nistgħu ngħidu li l-mument tal-prova għall-Unjoni Ewropea wasal. Ftit inqas minn sena wara li l-poplu Brittaniku għajjat ‘LEAVE’, għada t-Tnejn se jibdew in-negozjati formali dwar Brexit. In-negozjati, li se jitmexxew mill-Kummissjoni Ewropea, se jsiru skont kif l-Unjoni Ewropea taħseb li jkun l-aħjar għall-Istati Membri u għaċ-ċittadini, bir-relazzjoni aħħarija bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea tkun diskussa iktar tard tul il-proċess Brexit. Dan minkejja li d-Dipartiment għall-Ħruġ mill-U.E. fir-Renju Unit stess qal li dawn għandhom ikunu diskussi fl-istess perjodu, kif fil-fatt qalu fl-ittra tal-Prim Ministru Theresa May li intbagħtet lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-aħħar ta’ Marzu li għadda. Il-Kummissjoni Ewropea qalet li proċeduri ta’ separazzjoni formali, drittijiet taċ-ċittadini fosthom dawk barranin li jgħixu l-Ingilterra, il-fruntieri Irlandiżi, u l-obbligi finanzjarji tar-Renju Unit huma l-ewwel fuq l-aġenda. Temi li l-Unjoni Ewropea ilha tinsisti fuqhom sa mir-riżultat ta’ Ġunju li għadda. Madanakollu, l-Unjoni temmen li r-Renju Unit jifhem u se jikkopera ma’ din ix-xewqa. Għada t-Tnejn se jkun l-uniku jum allokat għal dawn id-diskussjonijiet għal din il-ġimgħa, bil-laqgħat ikomplu tul is-sajf kollu. Bl-Unjoni Ewropea turi x-xewqa li kull ġimgħa tkun indirizzata tema differenti u l-ippreżentar tad-dokumenti kollha meħtieġa. Il-Kunsill Ewropew imbagħad se jiddeċiedi b’mod unanimu jekk id-diskussjoniji-
et imxewx b’mod sodisfaċenti biżżejjed sabiex jgħaddu għal temi oħra, bl-ewwel pass ikun l-iffirmar tad-direttivi tan-negozjati mill-Ministri Ewropej, li se jsir għada wkoll. Wara l-iffirmar, in-negozjatur Barnier għandu ċans minn Diċembru li ġej sar-Rebbiegħa tal-2018 biex jinnegozja fethim dwar kummerċ bejn iżżewġ partiti wara li l-proċess Brexit jintemm għalkollox. Intant il-Partit Laburista Ingliż qed jopponi għalkollox l-attitudni tal-Gvern lejn il-bidu tan-negozjati. Tant li x-Shadow Minister għal Brexit, Sir Keir Starmer iddeskriva l-attitudni tal-Gvern Ingliż dwar Brexit bħala ‘belligerent and reckless’. Qal li l-Gvern ma jistax jibqa’ bil-fehma li ebda ftehim hu aħjar minn ftehim ħażin għar-Renju Unit għaliex dan żgur mhux se jkun għażla. Qal li l-Partit Laburista qed ifittex biex jiltaqa’ b’mod regolari mad-Dipartiment ta’ Brexit, biex ikun lest li jieħu r-riedni f ’idejh jekk il-Gvern ta’ Theresa May iċedi. Iżda jidher li mhux se jkun il-każ. May jidher li lesta tibqa’ tiġġieled din il-battalja politika li tefgħet fuq pajjiżha hi stess wara riżultat hekk imsejjaħ diżastruż tal-elezzjoni ġenerali tat-8 ta’ Ġunju. Elezzjoni li għalkemm iggarantiet li se tibqa’ Prim Ministru, kellha bilfors tidħol f ’koalizzjoni mal-Partit tal-Unjonisti Demokratiċi Irlandiż. Il-Kap tad-DUP Arlene Fos-
ter qalet li l-partit se jimxi id f ’id mal-programm leġiżlattiv ta’ May anke dwar id-deċiżjoni Brexit. Programm li se jkun l-aħħar test ta’ May f ’Westminster. Intant May beħsiebha żżur Brussell bejn it-22 u t-23 ta’ Ġunju għal Summit fi Brussell dwar Brexit. Foster qalet li l-koalizzjoni filGvern trid taħdem għal Brexit li twassal il-ġid għand kulħadd - għal Brexit sensibbli. Dan minkejja li ammettiet li sa issa id-diskussjonijiet tal-koalizzjoni ma messewx temi soċjali li jolqtu liċ-ċittadin Ewropew b’mod dirett. Xi ħaġa li forsi wieħed jistenna, meta jqis li d-DUP huwa magħruf
għas-sentimenti konservattivi għall-aħħar fejn jidħol żwieġ bejn persuni gay. Il-Ministru għall-Finanzi Ingliż, Philip Hammond, qal li r-Renju Unit għandu jipprijoritizza s-salvagwardja tax-xogħlijiet u t-tkabbir ekonomiku fl-Istat. Dan biex il-prosperità tibqa’ garanzija għaċ-ċittadini wara l-ħruġ fl-2019. Iżda ebda ftehim ma jista’ jintlaħaq qabel ma tkun diskussa r-relazzjoni bejn iż-żewġ partijiet wara l-2019. Tant hu hekk li l-mexxejja Ewropej ma ħallewx lin-negozjatur Michel Barnier biex jitkellem dwar negozju bejn iż-żewġ partijiet fil-futur, anke
wara li Theresa May wissiet li se taddatta stil iktar konsultattiv għal Brexit. Xejn mhu se jkun iffinalizzat sakemm ma jkunu diskussi t-temi kollha marbuta ma’ Brexit, tgħid il-Kummissjoni Ewropea. U fuq kollox trid titneħħa l-biża’ minn qalb iċ-ċittadini dwar kif dan kollu se jimpatta lilhom, lil uliedhom u lil pajjiżhom. Il-Famuż Artiklu 50 tat-Trattat ta’ Liżbona jgħid biċ-ċar li hemm sentejn ċans biss biex il-proċess ta’ ħruġ mir-Renju Unit jintemm. B’hekk, Marzu 2019 se tibqa’ d-data fejn l-Unjoni Ewropea, minn 28, uffiċjalment issir 27.
10
18.06.2017
kullhadd.com
PAĠNI ĠODDA FIL-KTIEB MALTI Għexieren ta’ kotba qed ikunu analizzati għallPremju Nazzjonali tal-Ktieb qabel ikun deċiż jekk jagħmluhiex għall-fażi finali. Responsabbli minn dan il-proċess hemm il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Tkellimna ma’ Mark Camilleri, ilPresident ta’ dan il-Kunsill. Mhux biss dwar
il-premju iżda wkoll dwar x’qed toffri l-letteratura Maltija, x’inhu l-livell u xi rwol qed jieħu fissoċjetà l-awtur Malti. Bħal dejjem Camilleri kien ċar u dirett fit-tweġibiet tiegħu.
Għal darb’oħra se jsir il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. X’inhu l-għan tiegħu? Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb huwa avveniment annwali u huwa l-iktar avveniment improtanti li jagħti rikonoxximent lill-kittieba lokali. Dan il-premju huwa importanti biex niċċelebraw il-kittieba u l-aħjar kotba li jiġu ppublikati lokalment, u permezz tar-rikonoxximent tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, dawn l-awturi u l-kotba tagħhom isiru iktar popolari fis-soċjeta tagħna. X’tip ta’ kotba tfittxu u liema jikkwalifikaw għalih? Prattikament il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb huwa maqsum fit-tnejn u kull min ippubblika lokalment jista’ jipparteċipa irrispettivament minn nazzjonalità. Ktieb lokali nifhmu bih ktieb li għandu ISBN mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u din hija l-marka li l-ktieb ġie ppubblikat f ’Malta għax l-ISBN jitqassam dejjem u esklussivament mill-aġenzija tal-pajjiż partikolari u kull pajjiż għandu l-aġenzija tiegħu. Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb imbagħad jinqasam fi tnejn: Terramaxka li huwa l-premju tal-kotba għat-tfal u li jiġi imħabbar qabel ilftuħ tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, u imbagħad hemm il-premju tal-kategoriji kollha l-oħra ta’ kotba immirati għall-adulti, liema ċerimonja ta’ dan il-premju issir fil-Berġa ta’ Kastilja taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru. Il-premju jingħata dejjem jew irid jintlaħaq ċertu livell?
imma proċess ta’ aġġudika- qed ikun hawn ħafna kittieba zzjoni ta’ ħafna kotba dejj- ġodda li qed jilħqu l-livell ta’ em huwa suġġett għall-ħafna dawn il-kittieba kbar. Żvillupp aspetti relattivi bħall-iskejjel tal-ħsieb li jippartjenu minnhom l-aġġudikanti u l-kwalità tal-kotba infushom meta tiġborhom kollha flimkien u tikkumparahom. Il-Kunsill huwa kburi li qed jamministra l-proċess tal-aġġudikazzjoni Jekk dawn tal-premju b’rigorżità effiċjenti u reqqa kbira, u kburi ħafna in-nisa hux bix-xogħol li jsir minn dan il- ser ikissru att, anke bil-kwalità ta’ aġġut-tradizzjoni dikanti li jkollna.
Sodisfatt bil-livell li qed Jekk il-livell ma jintlaħaqx, jintlaħaq? il-premju ma jingħatax imma dik hija dejjem għad-diskrez- Iva u le. Meta nitkellmu fuq zjoni tal-aġġudikanti. Il-bord letteratura, jiġifieri rumanzi, tal-aġġudikanti jagħmel xog- poeżiji u stejjer qosra, qisu ħol intensiv ħafna u prattika- li għandna grupp ta’ kittieba ment il-bord tal-aġġudikanti li qed jeċċellaw tant li jiddisjiltaqa’ mill-inqas tliet dar- tingwu ruħhom sew minn biet għall-diskussjonijiet es- mal-bqija tal-kittieba l-oħra. tensivi ħafna. Il-proċess ta’ Hija xi ħaġa tajba li għandaġġudikazzjoni huwa arduż na numru ta’ kittieba li qed u mhuwiex faċli. Il-Kunsill jeċċellaw ħafna fil-prodott għandu ċerti kriterji definiti tagħhom. Imma l-problema hi, ta’ kif għandhom jitqassmu u hawnhekk fejn hu d-diżapl-punti tal-aġġudikazzjoni, punt u l-le tiegħi li mhux
fil-letteratura Maltija taddominanza tarraġel fil-kulleġġ tar-rebbieħa talpremju fl-oqsma tal-letteratura, wieħed għad irid jara
riċenti u interessanti hu li ħafna mill-kittieba ġodda tal-letteratura li qed joffru xogħol interessanti u ta’ min jagħti kasu huma kważi tista’ tgħid kollha nisa, bħal Leanne Ellul, Roberta Bajada, Lara Calleja, Antoinette Borg u Rita Saliba. Jekk dawn in-nisa hux ser ikissru t-tradizzjoni fil-letteratura Maltija tad-dominanza tar-raġel fil-kulleġġ tar-rebbieħa tal-premju fl-oqsma tal-letteratura, wieħed għad irid jara. Mill-banda l-oħra, fil-kategoriji tar-riċerka u l-istorjografija, qed ikollna livell għoli ta’ kotba minn ħafna kittieba differenti, iżda ġieli jinzertaw snin fejn ma jkollokx livell tajjeb. F’liema livell qiegħed issuq tal-pubblikazzjonijiet tal-kotba f ’pajjiżna. Donnu qed jiżdiedu l-kotba ppubblikati hawn Malta? L-ammont ta’ kotba li jiġu ppubblikati qed jiżdied b’xi ftit imma l-konsum tal-kotba f ’Malta qiegħed dejjem jikber. Il-problema serja li naraw
aħna hi li ħafna miż-żieda tal-konsum tal-kotba mhux qed tiġi mill-ħwienet tal-kotba iżda mix-xiri li jsir mill-internet. Il-fatt li fl-aħħar snin inbidlu liġijiet bħal taċċensura għen il-qasam talkitba u l-pubblikazzjonijiet f ’Malta? Jew ma biddel xejn? Il-bdil fil-liġijiet ta’ ċensura kien bla dubju l-aktar att leġiżlattiv importanti għad-dinja tal-letteratura fiż-żminijiet riċenti. Jekk toqgħod taħseb fuqha b’mod kritiku, tinduna li s-sistema ta’ ċensura fuq il-letteratura kienet għadha bl-istess prinċipji kolonjali ta’ meta daħlet il-liġi tal-istampa. F’Malta l-liġi tal-istampa tal1839 daħlet bil-kundizzjoni li ma tiġix kritikata r-reliġjon Kattolika u b’hekk ġie introdott il-libell. Maż-żmien ilkunċett tal-libell żvilluppa u nbidel iżda il-kunċetti bażiċi tal-liġijiet li jirregolaw il-pubblikazzjoni u l-arti baqgħu bl-istess ideoloġija u ħsieb
11
18.06.2017
kullhadd.com
tas-seklu 19: kollox huwa permess minbarra affarijiet kontra r-reliġjon u affarijiet li jistgħu jitqiesu oxxeni u immorali. Il-qabża leġiżlattiva f ’dan il-qasam li saret permezz tar-riformi li daħħal il-Labour, fl-amministrazzjoni preċedenti, kienet qabża kbira ħafna. Ilum, l-avversarji tagħna, jgħidulna li konna qed nesaġeraw u li konna qed niġġieldu għal xi ħaġa li llum tittieħed bħala ovvja, iżda ironikamanet dawn l-avversarji opponew ir-riformi tagħna u biex wasalna s’hawn kellna niġġieldu kontra aġenti kbar li opponewna bħall-Partit Nazzjonalista u l-Knisja, anke kontra elementi konservattivi fi ħdan il-Partit Laburista stess. U f ’soċjetà fejn m’hawnx kultura ta’ satira inċisiva, bħalma hi s-satira ta’ Charlie Hebdo, ma kienet faċli xejn li tikkonvinċi lill-Prim Ministru u l-kabinett tiegħu biex jiddikriminalizza l-vilifikazzjoni tar-reliġjon.
rnexxielna. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kemm qed ikun strumentali biex jgħin l-awtur Malti? Illum, il-Kunsill Nazzjonali talKtieb huwa strumentali ħafna biex jgħin lill-kittieba b’mod finanzjarju u dan qed nagħmluh b’diversi modi. Introduċejna skemi ta’ importanza kbira, il-ħlasijiet tal-jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights), nedejna l-Fond Malti tal-Ktieb, u nedejna l-kuntest tal-films qosra bbażati fuq novelli. Apparti dawn il-ħafna skemi u inizjattivi, il-kittieba qed jibbenefikaw minn bejgħ ikbar tal-kotba tagħhom fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara li dawwarna dan l-avveniment minn wieħed li kien qed imajna, għal avveniment ta’ suċċess kbir.
Kuntent b’kemm l-awtur Malti jieħu sehem fid-dibattitu fis-soċjetà Maltija. Kultant inħoss li Mhux ħafna imma l-kittieba li hu magħluq wisq fid-dinja jiġu esportati fl-Ewropa qed tiegħu u forsi s-soċjetà jiżdiedu. U issa mhux fl-Ewro- għandha bżonn leħnu iktar? pa biss. Qabel ma kienx hawn starteġija għall-esportazzjoni Il-problema mhijiex għax tal-kittieba Maltin, iżda illum l-awtur m’għandux kuntatt il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb mad-dinja ta’ barra jew għax għandu strateġija wiesgħa mhux qiegħed jikkomunika u effettiva ħafna u minħab- mad-dinja ta’ barra biżżejjed. ba l-Kunsill l-esportazzjoni Din hija kwistjoni ta’ perċeztal-kittieba barra minn Mal- zjoni. L-awturi li għandhom ta qed tiżdied b’mod rapidu. ideat skandalużi biex ngħidu Aħna tal-Kunsill inżuru fi- hekk huma fil-minoranza u eri internazzjonali tal-ktieb u ġeneralment dawn huma l-iknikkompetu ma’ mijiet u eluf tar awturi li jkollhom leħen li oħrajn biex nipprovaw nbigħu jwassal. Eżempju, Alex Vella u nippromwovu l-kittieba loka- Gera jafu ħafna nies bih u jafu li u l-kotba tagħhom. Sfortuna- fiex jemmen allavolja mhux biltament, aħna limitati bir-riżor- fors ikunu qraw il-kotba tiegħu. si, imma bil-ftit li għandna Ovjament jekk għandek kittieb qed nagħmlu passi kbar. Dan li ma aċċettax il-medalja tar-Rewieħed irid iżomm f ’moħħu pubblika, dan ser iqanqal iktar li s-suq tal-kotba huwa suq interess fih milli awtur ieħor li feroċi immens fejn għal kull m’għandux opinjonijiet konmin irid jixtri għandek mija li troversjali. Ġeneralment jista’ jridu jbigħu, imma aħna qed ji- jkollok min jabbuża minn din Kemm awturi Maltin qed jisfruttaw is-suq Ewropew?
is-sitwazzjoni għax imbagħad jista’ jkollok eżempju ta’ faxxist jew anti-semit li ħa jkun kontrovesjali u b’hekk popolari, imma ħa jxerred ir-razziżmu u l-mibegħda. Jien naħseb li filkamp letterarju Malti għandna taħlita ta’ awturi, opinjonijiet u politika, iżda l-kittieba li l-aktar iħallu impatt fuq is-soċjetà tagħhom huma l-awturi li jkollhom xogħol ta’ kwalità għolja
tant li jirrappreżentaw il-kuxjenza, l-ideoloġija u l-istat storiku taż-żminijiet tagħhom, u Alex Vella Gera għalhekk ukoll huwa popolari mhux biss għax għandu opinjonijiet kontroversjali. Probabbli, ir-rumanz ta’ Vella Gera, Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi, li rebaħ ukoll il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, huwa wieħed mill-ikbar rumanzi bilMalti li qatt inkiteb.
Kellna niġġieldu kontra aġenti kbar li opponewna bħall-Partit Nazzjonalista u l-Knisja, anke kontra elementi konservattivi fi ħdan il-Partit Laburista stess
12
18.06.2017
kullhadd.com
POLIDANO B’ERBA’ AKKUŻI B’RABTA MAL-KAŻ TAT-TIGRA Il-pulizija għalqet l-istħarriġ tagħha b’rabta ma’ każ li jmur lura għal Novembru tal-2015 meta tigra attakkat tifel ta’ tliet snin fil-kumpless Montekristo. B’rabta ma’ dan il-każ se jkun qed jitressaq il-qorti, f ’Lulju, Charles Polidano, magħruf bħala ċ-Ċaqnu. Polidano huwa s-sid ta’ dan il-kumpless. Jirriżulta li Polidano se jkun qed jiffaċċja erba’ akkużi meta jidher quddiem il-Maġistrat dwar dak li ġara fil-jum tal-Ħadd 28 ta’ Novembru ta’ sentejn ilu. Imkejjen viċin id-depot spjegaw li l-ewwel akkuża se tkun li rabba annimali agressivi li jistgħu joħolqu periklu għas-sigurtà tal-bniedem u annimali li skont ir-regolamenti ma jistgħux jitrabbew. Se jkun akkużat ukoll li żamm stabbiliment żooloġiku mingħajr liċenzja u li huwa riċediv. L-imkejjen fid-depot qalu wkoll li akkuża oħra hi li bi traskuraġni kkaġuna ġrieħi gravi fuq il-persuna ta’ dan ittifel. Din hija l-akkuża li biha se jkunu mixlija wkoll iż-żewġ
ħaddiema tiegħu. Wieħed Malti u ieħor barrani. Dakinhar it-tmexxija taż-żoo li kien qed jopera mingħajr liċenzja kienet għalqet il-post u l-pulizija bdiet bl-istħarriġ minnufih. It-tifel kien sofra ġriehi gravi f ’wiċċu u kien rapportat li kellu bżonn plas-
tic surgery. It-tifel kien ma’ qarib tiegħu fil-ħin tal-inċident u weġġa’ għaliex it-tigra qabditu u ġibditu lejha bħal meta wieħed idur ma’ xi ħadd qisu qed jgħannqu. Impjegat taż-żoo kien beda jagħti lit-tigra sakemm telqet lit-tifel.
Dakinhar il-Kap Eżekuttiv tal-Kumpless u l-avukat ta’ Polidano kien qal li dak li ġara kien li t-tifel kien resaq lejn it-tigra u din laqtitu b’difrejha f ’wiċċu. Skont hu t-tigra ma kinetx attakkat lit-tifel imma provat tilgħab miegħu u kien wiegħed li se tittieħed azzjoni.
Saħansitra dwar dak il-każ kien ikkummenta l-gvern li permezz ta’ stqarrija kien qal li kien qed jieħu l-każ bl-ikbar serjetà u kien appella lill-pulizija biex tinvestiga bl-ikbar serjetà u tieħu l-passi kontra kull min għandu xi forma ta’ responsabbiltà.
13
18.06.2017
kullhadd.com
30 SENA TA’ SKAMBJI ERASMUS • BIL-PLUS IKTAR OPPORTUNITAJIET GĦALL-ĠEJJIENI L-Unjoni Ewropea ċċelebrat it-30 anniversarju tal-programm Erasmus. Biex tfakkar l-okkażjoni, il-Kummissjoni Ewropea nediet ukoll applikazzjoni mobbli ġdida ta’ Erasmus+. Maħsuba għall-istudenti, għall-istudenti vokazzjonali u għall-parteċipanti fi skambji taż-żgħażagħ, din l-app se tiffaċilita l-esperjenza taż-żgħażagħ f ’Erasmus+. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal: “Kull ewro li ninvestu f ’Erasmus+ huwa investiment fil-futur — fil-futur taż-żgħażagħ u tal-idea Ewropea tagħna. Ma nistax nimmaġina min l-aktar jistħoqqlu dan l-investiment tagħna jekk mhux dawn il-mexxejja ta’ għada. Filwaqt li qed niċċelebraw il-parteċipazzjoni tad-disa’ miljun persuna, irridu niżguraw li nkunu disa’ darbiet aktar ambizzjużi fir-rigward tal-futur tal-programm Erasmus+.” Tibor Navracsics, il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u l-Isport, qal: “Hekk kif kull skambju ta’ Erasmus+ iwassal għal esperjenza tal-ħajja li - kemm b’mod professjonali kif ukoll personali - 30 sena ta’ mobilità u ta’ kooperazzjoni taw lill-Ewropa ġenerazzjoni b’moħħ miftuħ u intraprenditorjali ta’ disa’ miljun persuna li llum qed isawru l-futur tas-soċjetà tagħna. Permezz ta’ Erasmus+, l-app il-ġdida se tqarreb liż-żgħażagħ mid-dinja kollha lejn l-Ewropa.” Għall-programm li se jappoġġja aktar minn erba’ miljun persuna biex jistudjaw, jitħarrġu u jagħmlu volontarjat barra mill-pajjiż bejn l-2014 u l-2020, l-App Mobbli ta’ Erasmus+ tirrappreżenta titjib importanti. Din se tiggwida lill-istudenti, lill-istudenti vokazzjonali u liż-żgħażagħ matul l-esperjenza tagħhom f ’Erasmus+. Din
missjoni Ewropea — inkluż dawk li kkontribwew għallħolqien tal-Programm Erasmus oriġinali. Sfond
Mit-tnedija tiegħu fl-1987 — bil-parteċipazzjoni ta’ 11-il pajjiż u 3,200 student — Erasmus ta lil disa’ miljun persuna l-possibbiltà li jistudjaw, jitħarrġu, jagħmlu volontarjat jew jiksbu esperjenza professjonali barra mill-pajjiż. l-app se tgħin sabiex il-programm ikun aktar inklużiv u aktar aċċessibbli għal kulħadd. Il-Kummissjoni hija impenjata bis-sħiħ li tibni l-futur ta’ Erasmus+ lil hinn mill-2020 flimkien mal-ġenerazzjoni ta’ Erasmus+ biex issaħħaħ il-programm u tiżgura li dan jilħaq firxa usa’ ta’ żgħażagħ. L-App Mobbli ta’ Erasmus+ se tippermetti lill-parteċipanti li: Faċilment jimmoniterjaw il-progress tagħhom fid-diversi passi amministrattivi kemm qabel, matul u wara s-soġġorn tagħhom barra mill-pajjiż. Permezz tal-app, l-istudenti se jkunu jistgħu wkoll jaqblu u jiffirmaw onlajn il-ftehimiet relatati mal-istudju tagħhom kemm mal-universitajiet li jibagħtuhom kif ukoll dawk li jospitawhom. Jiskambjaw u jivvutaw is-suġġerimenti favoriti biex jgħinu lill-oħrajn biex jintegraw fil-komunità lokali; kif ukoll itejbu l-ħiliet lingwistiċi
tagħhom permezz ta’ link diretta għall-pjattaforma ta’ appoġġ Lingwistiku Onlajn ta’ Erasmus+, li toffri korsijiet onlajn u għajnuna interattiva diretta. L-ewwel verżjoni tal-app diġà hija disponibbli kemm għall-iOS kif ukoll għall-Android. Elementi ġodda u aġġornamenti kontinwi dalwaqt se jestenduha għal gruppi oħra ta’ parteċipanti ta’ Erasmus+ u se jiżguraw li l-app tkopri wkoll il-ħtiġijiet futuri tal-ġenerazzjoni ta’ Erasmus+. Mill-bidu tal-programm Erasmus oriġinali fl-1987, disa’ miljun persuna bbenefikaw minn skambju barra mill-
RUTH FRENDO – 37 SENA Ruth irrappreżentat lil Malta fi proġett talErasmus+ bejn diversi pajjiżi li ppromwova l-inklużjoni soċjali. Matul il-proġett, Ruth intervistat persuni li qed ifittxu ażil u refuġjati f’Malta u rnexxielha tibni rapport man-nies fuq livell personali permezz tal-istejjer tagħhom. Ruth tgħallmet ħafna mill-esperjenza tagħha, u bniet relazzjonijiet dejjiema ma’ kollegi madwar l-Ewropa. Ir-riċerka ta’ Ruth ġiet tradotta f’seba’ lingwi Ewropej, u ssarrfet fil-produzzjoni ta’ dokumentarju televiżiv.
pajjiż. Fiċ-ċelebrazzjonijiet li saru fl-aħħar jiem fi Strasburgu, il-Presidenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni taw premjazzjoni simbolika lid-“disa’ miljun parteċipant ta’ Erasmus+”, lil 33 rappreżentant tal-ġenerazzjoni ta’ Erasmus+, wieħed minn kull pajjiż Ewropew parteċipanti. Iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni kienet segwita minn dibattiti dwar il-futur tal-programm Erasmus+ lil hinn mill-2020, li involvew liż-żgħażagħ, lill-parteċipanti u lill-organizzazzjonijiet ta’ Erasmus+, lill-NGOs, lill-Membri tal-Parlament Ewropew, u lill-membri attwali u preċedenti tal-Kum-
Mit-tnedija tiegħu fl-1987 bil-parteċipazzjoni ta’ 11-il pajjiż u 3,200 student - Erasmus ta lil disa’ miljun persuna l-possibbiltà li jistudjaw, jitħarrġu, jagħmlu volontarjat jew jiksbu esperjenza professjonali barra mill-pajjiż. Il-Programm Erasmus+ ġie maħluq fl-2014, bl-integrazzjoni tal-inizjattivi kollha fl-oqsma tal-edukazzjoni, tat-taħriġ, taż-żgħażagħ u tal-isport, f ’qafas uniku tal-UE. Bħalissa hemm 33 pajjiż Ewropew parteċipanti fil-programm (it-28 Stat Membru tal-UE kif ukoll it-Turkija, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein)u f ’anqas minn tliet snin kien hemm aktar minn żewġ miljun persuna li bbenefikaw mill-esperjenza ta’ Erasmus+. Biex il-ġenerazzjoni ta’ Erasmus+ tiġi involuta fit-tiswir tal-futur tal-programm, il-Kummissjoni nediet punt ta’ inkontru online għall-ġenerazzjoni ta’ Erasmus+ Erasmus+ Generation Online Meeting Point. Dan is-sit joffri liż-żgħażagħ u lill-organizzazzjonijiet l-opportunità li jinvolvu ruħhom f ’dibattiti ma’ żgħażagħ, esperti tat-taħriġ u tal-edukazzjoni, jipproponu temi, jidentifikaw problemi u jippreżentaw soluzzjonijiet. L-app il-ġdida tikkomplimenta dawn l-isforzi.
14
18.06.2017
142
kullhadd.com
vittma mietu f’attakki terroristiċi s-sena li għaddiet
379
142
persuna oħra weġġgħu
Is-sena hemm d attakki attakki kien he fl-2015 k b’hekk k dawn l-a
R W E L
UR OP OL
Arrestati b’rabta ma’ terroriżmu
•
WA T I -S IS
016 SKON T IL NI FL-2 O J -E ZZ
1002
Għal sena oħra l-Unjoni Ewropea reġgħet kienet filmira ta’ numru ta’ attakki u theddid terroristiku minn militanti Iżlamiċi, kemm minn gruppi organizzati kif ukoll minn individwi. L-attakki fi Brussell, Nizza u Berlin li saru b’mod biex joqtlu n-nies bl-addoċċ u jweġġgħu kemm jista’ jkun, reġgħu urew il-ħsara li jistgħu jħallu l-militanti Iżlamiċi u l-effett li jridu jwasslu fuq ċittadini Ewropej. Ħsara li jipprovaw jiġġustifikawha billi b’mod selettiv jikkwotaw testi reliġjużi. Dawn it-tip ta’ militanti, li ħafna drabi jissejħu tal-Jihad, jistgħu jkunu kemm membri tal-Istat Iżlamiku (IS) jew inkella influwenzati mir-retorika u l-ideoloġija. Rapport annwali tal-Europol dwar issitwazzjoni tat-terroriżmu fl-Ewropa kkonfermat kif qed ikunu użati firxa kbira ta’ armi. Tant li rajna mill-isplussiv fi Brussell għal vetturi jinstaqu fuq innies f ’Nizza u Berlin. Jirriżulta li filwaqt li kien hemm attakki pjanati b’mod meqjus, oħrajn saru b’mod spontanju. Ta’ malajr. Dawk li huma membri tal-IS huma l-iktar li jħejju attakki kumplessi bil-
RI S T I
20%
ta’ dawk involuti fl-attakki huma nisa
40%
tal-attakki ffinanzjati mill-kriminalità
291
Fost daw għandho inqas
15
18.06.2017
kullhadd.com
li għaddiet kien dan l-ammont ta’ jew attentati ta’ terroristiċi. Fl-2014 emm 226 attakk u kien hemm 211 u komplew jonqsu attakki
ROPA
135
Persuna nqatlu minn movimenti Iżlamiċi
76
F
RA T A -MI T IL
għan li jolqtu l-ħafna fi ftit ħin u b’mod effettiv. Fil-mira normalment ikun hemm individwi jew gruppi li jirrappreżentaw valuri li jkunu meqjusa bħala mhux Iżlamiċi. Fil-mira kien hemm varjetà minn suldati u pulizija għal knejjes jew sinagogi. Ma naqsux li fil-midja jkun hemm attenzjoni partikolari speċjalment meta bħala parti mill-attakki jkunu ntlaqtu istituzzjonijiet internazzjonali bħal meta kienet attakkata Brussell, ilqalba tal-Unjoni Ewropea jew l-ajruport ta’ Zaventen, ajruport internazzjonali. It-terroristi jinkludu kemm barranin li jkunu vjaġġaw lejn il-pajjiż kif ukoll residenti li jkunu kibru fil-pajjiż li jkunu attakkaw. Ir-rapport tal-Europol juri kif l-Istat Iżlamiku mhux l-ewwel darba li sfrutta s-sitwazzjoni ta’ refuġjati li jkunu qed jaqsmu lejn l-Ewropa u juża wkoll immigranti li jkunu f ’pajjiż Ewropew, forsi mhux b’tant futur, biex ikabbar il-bażi tiegħu. Hemm involuti wkoll it-tfal u n-nisa. Intant, bin-numri l-gazzetta KullĦadd tħares lejn uħud mill-konklużjonijiet tar-rapport.
718
In-numru ta’ attakki li saru fir-Renju Unit. Li jfisser iktar minn nofs l-attakki
Minn dawk arrestati b’rabta matterroriżmu għandhom rabtiet ma’ gruppi militanti Iżlamiċi. Żieda qawwija mill-159 fl-2012. B’429 Franza rat l-ikbar numru minn dawn it-tip ta’ arresti.
RR TE
wk arrestati om 25 sena jew
580
In-numru ta’ persuni li tressqu f’xi qorti Ewropea b’rabta ma’ attakki terroristiċi. Numru li żdied mill-513 fl-2015 u l-444 fl-2016
28
Daqshekk kienet fi snin il-ħabs is-sentenza medja għal dawk li nstabu ħatja b’rabta ma’ terroriżmu fil-Greċja u l-Iżvezja
16
18.06.2017
kullhadd.com
IL-ĠUDO JIXPRUNAHA BIEX TKUN GLADJATUR F’KULL ASPETT TAL-ĦAJJA
Amber Bondin kantanta ewlenija f’pajjiżna, li aktarx ftit huma dawk li jafu li kien proprju l-ġudo li taha l-forza biex tikkumbatti l-problemi tal-ħajja kif ukoll karattru tassew sod biex taffaċċja u tegħleb kull ostaklu li tiltaqa’ miegħu fil-ħajja.
Amber Bondin twieldet Ħaż-Żabbar fis-26 ta’ Mejju 1991 u sentejn ilu kienet irrappreżentat lil Malta filEurovision Song Contest bil-kanzunetta Warrior. Amber, kif inhi wkoll magħrufa ma’ ħafna nies, kienet titħarreġ fid-dixxiplina tal-ġudo. Kienet tieħu dan l-isport b’serjetà kbira u kellha ħafna esperjenzi sbieħ. L-arti marzjali kienet għal qalbha ħafna tant li kienet tikkompeti b’mod professjonali. Amber ġejja minn ambjent familjari sportiv fejn il-ġudo b’mod speċjali huwa fuq fomm kull membru tal-familja tagħha, b’mod partikolari n-nannu tagħha li kien il-fundatur tal-ġudo f ’pajjiżna. Madankollu f ’età ferm żagħżugħa kellha inċident illi minħabba fih ma setgħetx tkompli titħarreġ f ’din id-dixxiplina. Kienu żminijiet xi ftit iebsin għal Amber li kellha x-xewqa sabiex tkompli tiżviluppa fil-ġudo iżda kollox kellu jieqaf ħesrem. Però bħalma jgħidu, Alla jagħlaqlek bieb u jiftaħlek Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-ġudo? Tista’ tgħid li l-ġudo jinsab fid-demm tal-familja tagħna. Fil-fatt, in-nannu tiegħi huwa l-fundatur tal-ġudo f ’Malta. Mingħajr ma trid meta tkun żgħira tiġi esposta għal dan l-isport. In-nannu wera x-xewqa li jien, flimkien mal-kuġini tiegħi nipprattikaw dan l-isport u jien ma ridtx niksirlu qalbu. Anke meta niltaqgħu flimkien bħala kuġini għand in-nanna, id-diskussjoni dejjem taqa’ fuq il-ġudo. Bdejt nitħarreġ fil-ġudo meta kelli seba’ snin u għamilt numru ta’ snin nipprattikah tant illi anke ġejt magħżula biex nikkompeti għal pajjiżi f ’avvenimenti internazzjonali. Kienet xi ħaġa li nibqa’
Importanti li ma taqta’ qalbek qatt fil-ħajja. Nemmen li dan huwa s-sigriet għas-suċċess finali
mija. U hekk ġara lil Amber illi skopriet talent ġdid, dak tal-kant. L-ewwel lezzjoni tal-kant tagħha bdiet ta’ età pjuttost kbira, dik ta’ 16-il sena mal-Maestro Brian Cefai. Dan kien il-bidu tas-suċċess tagħha li beda jevolvi aktar ma beda jgħaddi ż-żmien. Amber bdiet tieħu sehem f ’diversi programmi tatteleviżjoni u anke f ’xi kompetizzjonijiet tal-kant fosthom il-Konkors Kanzunetta Indipendenza li rnexxielha tirbaħ fis-sena 2010 kif ukoll il-Malta Hit Song Contest tas-sena 2011. Bdiet tipparteċipa wkoll fil-Festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa fejn rnexxielha wkoll takkumpanja lill-kantant Kurt Calleja bħala backing vocal fil-Eurovision tal-2012. Amber kantat ukoll mat-tenur Malti ta’ fama mondjali, Joseph Calleja, kif ukoll kellha ċ-ċans tmur it-Tanzanija biex tgħin lit-tfal fil-bżonn. Il-ġudo kif għenek biex jibnilek karattru sod? Il-ġudo jgħinek sabiex trabbi ħafna dixxiplina fuqek innifsek u jtik ħafna pożittività biex tgħix il-ħajja b’aktar enerġija u kuraġġ. Meta int ikollok id-dixxiplina u l-pożittività tista’ tgħid illi għandek żewġ karatteristiċi li jagħmlu persuna kompluta f ’ħajjitha. Il-ġudo tani wkoll ħafna kuraġġ biex kull għawġ li niltaqa’ miegħu jirnexxieli negħlbu u tani kunfidenza fija nnifsi. Nitkellmu issa fuq il-kant. Kif nibtet din l-imħabba?
ngħożżha ferm għax kull sportiv lokali dejjem għandu Minn dejjem kont inħobbu x-xewqa li jirrappreżenta lil l-kant. Niftakar illi meta kont pajjiżu. żgħira kont dejjem nipparteċi-
L-aqwa suċċess tagħha kif għedna kien meta rebħet ilFestival tal-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa fis-sena 2015 bid-diska Warrior illi mbagħad eventwalment ipparteċipat biha fl-Awstrija għalkemm ma kienx irnexxielha tikkwalifika mis-semifinali. Fil-fatt, l-isem Warrior għandu konnessjoni sportiva kbira ma’ Amber minħabba illi kienet tipprattika l-ġudo. Hi tqis din id-diska bħala parti minn ħajjitha fejn joħroġ il-messaġġ illi minkejja li tista’ tiltaqa’ ma’ ħafna problemi u għawġ fil-ħajja, bħala bniedem trid tkun kapaċi tqum u tiġġieled kontra l-kurrent. Għalhekk l-isem tad-diska huwa wkoll messaġġ ta’ tama għal min fil-ħajja jiltaqa’ ma’ ħafna ċirkostanzi li jistgħu jwaqqgħu l-moral. Però bħall-gwerrier int trid tiġġieled kontra l-mewġ sakemm toħroġ rebbieħ. Riċentament, Amber kellha l-unur li tkanta qabel il-kunċert ta’ Bruno Mars li sar f ’Birmingham, l-Ingilterra u dan kollu qed ikompli jiftħilha aktar opportunitajiet fil-futur.
pa f ’xi attivitajiet illi kienu jorganizzaw l-iskola fejn kont nattendi. Minkejja dan kollu, qatt ma tajt daqshekk importanza lillkant. Qisni dejjem kont nagħtih it-tieni post f ’ħajti għax l-ewwel post kien dejjem jieħdu l-ġudo. Madankollu meta kelli 16-il sena kelli inċident waqt li kont qed nieħu sehem f ’kompetizzjoni tal-ġudo. Niftakar illi kont ħadtha bi kbira u ħassejt illi kelli nieħu deċiżjoni f ’ħajti. Għalhekk bdejt nieħu dan l-isport bħala passatemp aktar milli nipprattikah b’mod kompetittiv. Kif jgħidu meta tneħħi l-element ta’ kompetizzjoni minn xi ħaġa, is-sodisfazzjon jitnaqqas ferm, għalhekk iddeċidejt illi ta’ 17-il sena nieħu l-ew-
wel lezzjoni tiegħi tal-kant u minn hemm tista’ tgħid li qatt ma ħarist lura. Niftakar illi madwar sentejn ilu, meta int ikkompetejt fil-Festival Kanzunetta Maltija għall-Ewropa bid-diska Warrior, kont għedt illi fil-ħajja meta int taqla’ ċertu daqqiet, jew taqa’ jew inkella terġa’ tqum. Il-ġudo lagħab parti importanti fl-isem u filmessaġġ tad-diska? Iva tista’ tgħid illi l-lirika kollha li hemm fid-diska ħadtha proprju mill-ġudo. Fil-fatt niftakar illi meta kont nitħarreġ f ’dan l-isport, l-għalliem kien jgħidilna li meta tilgħab kontra avversarju, jew iwaqqgħek
17
18.06.2017
kullhadd.com
Il-ġudo jgħinek sabiex trabbi ħafna dixxiplina fuqek innifsek u jtik ħafna pożittività biex tgħix il-ħajja b’aktar enerġija u kuraġġ mat-tapit u jirbaħlek jew inkella hu u jwaqqgħek ma ċċedix, anzi tiġġieled miegħek innifsek sa ma tispiċċa tirbaħlu. Għalhekk għandek żewġ għażliet - jew ħa tħalli lill-avversarju tiegħek jirbaħlek jew inkella ħa tagħmel l-almu tiegħek sabiex tirbaħ int il-kompetizzjoni. Dan ir-raġunament għeni ħafna sabiex ninterpreta l-kanzunetta Warrior kif ukoll biex niffaċċja l-ħajja b’aktar kuraġġ, minkejja kull xkiel illi nsib. Kellimni dwar l-esperjenza li kellek sentejn ilu fl-Awstrija fejn ħadt sehem fil-Eurovision Song Contest bid-diska Warrior... Nista’ ngħidlek illi kelli esperjenza eċċellenti fi Vjenna speċjalment meta kont qed nirrappreżenta lil pajjiżi. Jien minn dejjem kont inħobbu l-Eurovision u għalhekk vera kont ħadt gost meta ġejt magħżula biex nieħu sehem fih. Nemmen illi din l-esperjenza għenitni biex insir dak li jien illum u fl-istess ħin immaturatni ħafna. Permezz ta’ dan l-avveniment jinfetħulek ħafna iktar opportunitajiet fil-qasam tal-mużika u din hija xi ħaġa ferm sabiħa. Riċentament kellek iċċans ukoll tkanta qabel il-kunċert ta’ Bruno Mars fl-Ingilterra. X’kienu l-emozzjonijiet tiegħek
meta ġejt magħżula biex tieħu sehem f ’dan l-avveniment? Kienet esperjenza qasira imma sabiħa ferm illi ma ninsa qatt. Għall-bidu qisni ma ridtx nemmen li jien kont ser inkun hemmhekk. Fil-fatt qabel ma rfist il-palk prinċipali bqajt lanqas nista’ nemmen illi jien kont qed ngħix dawk il-mumenti ferm sbieħ. Tant hu hekk illi kieku kelli nerġa’ nagħmilha lanqas biss naħsibha darbtejn għax immur. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ tiegħek liż-żgħażagħ illi forsi għandhom nuqqas ta’ ħeġġa fil-ħajja u li għandhom bżonn ta’ ħafna kuraġġ. Jien dejjem nemmen illi ħajja waħda biss għandna. Issa jew tieħu kemm tista’ minnha jew inkella tħalli kollox jisfaxxa fix-xejn u toqgħod titħassar lilek innifsek. Jien persuna organizzata ħafna fil-ħin tiegħi u għalhekk kapaċi nlaħħaq mal-affarijiet kollha li tirrikjedi l-ġurnata. U għalhekk jien dejjem nipprova nagħmel kemm nista’ fil-ħajja għax fil-verità ħadd ma jaf meta ser tkun l-aħħar ġurnata tagħna f ’din id-dinja. Fl-aħħar mill-aħħar meta tikber u tħares lura lejn dak li ksibt f ’ħajtek, tgħid kemm kont kapaċi nagħmel affarijiet li tawni sodisfazzjon kbir. Dawn il-ħsibijiet jimlewk dejjem aktar b’kuraġġ għax int ma ħlejtx il-ħin tiegħek imma għamilt affarijiet illi għamluk ferħan. Il-messaġġ finali tiegħi huwa dan: “Ara x’jinteressak l-iktar fil-ħajja, aħseb f ’xi ħaġa li int tajjeb fiha u agħmel li tista’ u agħti l-almu tiegħek ħalli tieħu pjaċir u fl-istess ħin tirnexxi. Importanti li ma taqta’ qalbek qatt fil-ħajja. Nemmen illi dan huwa s-sigriet għassuċċess finali.”
18
18.06.2017
1
MADWAR kullhadd.com
L-ISTATI UNITI
FIL-QOSOR
3 1 2
TKOMPLI L-INVESTIGAZZJONI FUQ TRUMP Il-President Donald Trump ikkonferma li jinsab taħt investigazzjoni b’rabta mal-allegat indħil Russu fl-elezzjoni għal President tal-Istati Uniti. Dan minkejja li ġieli ddeskriva lill-istess investigazzjoni bħala witch hunt. Trump qed ikun investigat mill-Avukat Ġenerali Robert Mueller, l-istess persuna li, skont Trump, ordna r-riżenja taleks direttur tal-FBI James Comey.
2
KUBA
3
L-INGILTERRA
JINBIDEL FTEHIM LI KIEN GĦAMEL OBAMA Il-President Amerikan qal li se jirtira l-ftehim li għamel Barack Obama ma’ Kuba, ftehim li hu ddeskriva bħala “one sided”. Fl-istess ħin ikkonferma li se jkun qed jagħmel sanzjonijiet ħorox fuq l-ivvjaġġar u t-teħid ta’ fondi minn dan il-pajjiż. Trump qal li l-ftehim li fassal Obama huwa terribbli u mingħajr ebda sens, u li jrid li inqas turisti Amerikani iżuru Kuba. Turija ċara li Trump qed jipprova jħassar kull legat possibbli tal-amministrazzjoni Obama. Madanakollu, l-ambaxxata Amerikana f ’Havana se tibqa’ miftuħa biex xorta jkun hemm rabtiet dimplomatiċi bejn iżżewġ stati. Qed ikun irrapportat li Trump kien taħt pressjoni biex ma jħassarx kull relazzjoni mal-pajjiż għadu tiegħu fil-Gwerra l-Bierda. Il-midja f ’Kuba kienet pronta tgħid li dawn l-aħħar azzjonijiet tal-President kontroversjali fissru ħsara għarreputazzjoni tal-pajjiż, u li issa l-Istati Uniti se jkunu iżolati jekk jibqa’ jieħu deċiżjonijiet ta’ dan it-tip.
NIRIEN F’BLOKKA BINI
Wara t-traġedja f ’Manchester iktar kmieni dan ix-xahar, fl-Ingilterra qed tiddomina diqa kbira wara li minn tal-inqas 30 persuna tilfu ħajjithom f ’nirien kbar li ħakmu blokka ta’ 120 appartament f ’Londra, magħrufa bħala Grenfell Towers. Il-Kunsill ta’ Kensington u Chelsea f ’Londra qed joffri mal-44 akkomodazzjoni talemerġenza fid-dawl li dawk kollha li kienu jgħixu fi Grenfell Towers issa sfaw mingħajr saqaf fuq rashom. Mal-aħbar tan-nirien, deskritti bħala infern, diversi persuni fil-viċinanzi kienu pronti jixtru ikel, ħwejjeġ u neċessitajiet oħra għal dawk li sofrew l-impatt aħrax tan-nirien. Inkjesta pubblika li ordnat il-Prim Ministru Theresa May għadha għaddejja minħabba xi kontroversji marbuta ma’ kif inbeda u nfirex in-nar.
R ID-DINJA
19
18.06.2017
kullhadd.com
6
IL-ĠAPPUN
4 5
6
TFITTXIJA GĦAL BAĦĦARA
Għaddeja tfittixja għal seba’ baħħara tal-US Navy wara li l-bastiment tagħhom ħabat ma’ bastiment ieħor viċin ilĠappun. Tliet kompartamenti tal-USS Fitzgerald għerqu mal-impatt. Intant il-kmandant, Bryce Benson, kien evakwat malewwel u jinsab stabbli. Xi baħħara oħra qed jingħataw kura għal ġrieħi ħfief hekk kif fil-ħin tal-inċident kien hemm madwar 200 persuna abbord.
5 4
IS-SIRJA
IL-ĠERMANJA
ALLEGAZZJONIJIET LI MIET IL-MEXXEJ TAL-IS
IMUT IL-KANĊILLIER LI GĦAQQAD IL-ĠERMANJA Miet Helmut Kohl, il-kanċiller li wassal biex il-Ġermanja tingħaqad mill-ġdid u ħadem favur il-munita ewro. Kellu 87 sena. Il-midja Ġermaniża qed tgħid li Kohl miet fid-dar privata tiegħu f ’Ludwigshafen. Kohl se jibqa’ mnaqqax fl-istorja bħala l-kanċillier bl-ikbar mandat wara t-Tieni Gwerra dinjija. Hu mexxa l-pajjiż għal 16-il sena sħaħ, mill-1982-1998. Tul dawn is-16-il sena Kohl ħadem bla qies għall-għaqda bejn il-Ġermanja tal-Punent u dik tal-Lvant, wara li fl-1989, waqa’ l-famuż ħajt ta’ Berlin. Wara dan, kien imiss li jappoġġja li l-Ġermanja teqleb għall-użu tal-munita ewro biex tissaħħaħ il-komunità ekonomika Ewropea.
Il-Militar Russu qed jallega li qatel il-mexxej tal-Istat Iżlamiku f ’attakk mill-ajru. Il-midja internazzjonali qed tgħid li Abu Bakr al Baghdadi nqatel fit-28 ta’ Mejju li għadda flimkien ma’ kmandanti oħra. Iktar minn 300 suldat inqatlu f ’dawn l-attakki inkluż mexxejja wara li l-grupp estremist irtira mill-battalja f ’Raqqa, qal il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Russu. Minkejja li l-mewt ta’ Al Baghdadi għadha mhix ikkonfermata, qed timmarka akkwist militari eċċezzjonali għall-Istat Russu, li ilu attiv fil-gwerra tas-Sirja b’appoġġ għal Bashar al Assad mill-2015.
20
18.06.2017
kullhadd.com
MIL-LENTI TAL-FIRST TIME VOTERS Kitba ta’ JOSLYN SALIBA u MATTHEW CASSAR HILI Membri fl-FŻL
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist
Il-Ħamis, 8 ta’ Ġunju Kemm qbiżt bil-ferħ u kemm għorokt idejja xħin smajt l-aħbar li Siġġijiet Comodini Cachia bidlet id-deċizjoni tagħha fuq issiġġijiet. Mhux għax jien se nieħu xi ħaġa, anzi ħadd mhu se jieħu xejn, għax is-siġġu li għażlet wara li kienet għażlet is-siġġu l-ieħor, fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni se jkun. Imma fraħt fuq li fraħt għax ladarba Siġġijiet Comodini Cachia għalija kellha dritt tibdel id-deċizjoni tagħha, hekk ukoll għandu dritt jibdel id-deċiżjoni tiegħu Simon tagħna u jibqa’ kap tal-partit. Mhux biex nieħu xi ħaġa jien, imma għax dan il-pajjiż ma jistax jitlef is-servizzi ta’ bniedem daqshekk bravu u kapaċi, man! Il-Ġimgħa, 9 ta’ Ġunju Malajr insejtha t-tkaxkira li ħadna, man! Veru li ta’ kuljum qed jaqbiżli d-dmugħ, imma qed jaqbiżli d-dmugħ għax qiegħed ninduna kemm huwa rispettat Simon tagħna. Wara Robert Arrigo, li talab lil Simon tagħna biex jerġa’ jaħsibha u jibqa’ kap, qabżitli d-dmugħ Claudette Buttigieg li kitbet bl-iswed fuq l-abjad mhux biss li Simon tagħna ma jaħti xejn għat-tkaxira li ħadna, imma qalet ċar u tond li b]al Simon m’għandniex – u li ma tara lil ħadd jeħodlu postu. Ngħid għalija jien naqbel magħha mija fil-mija. It-tort huwa ta’ dik tal-Bidnija li baqgħet ma qaltilniex min kienu dawk li ħadmu biex nitilfu l-elezzjoni biex imbagħad itajru ras Simon. Is-Sibt, 10 ta’ Ġunju Għall-erwieħ! Daqshekk daqq ta’ ħornijiet għax issa ċċelebraw. Nispera li ma jibqgħux jobdu lil Joseph Muscat u jħallu l-bnadar imdendlin mal-gallariji għax inkella qatt ma ninsewha t-tkaxkira. Mhux jien, għax jien diġà nsejtha, anke jekk Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna jibqa’ jipprova jfakkarieli. U naħseb anke l-istamperija diġà nsewha għax diġà bdew jattakkawh lil Joseph Muscat. Jekk ilPrim Ministru ħaseb li se jagħlqilna ħalqna, qiegħed jgħarralu. Aktar u aktar jekk, kif qegħdin jgħidu, Simon tagħna se jibqa’ kap. Tgħid mhux se jħallih xi ħames snin kwiet?! Insieha man! Anke jekk ma jibqax kap, xorta waħda jibqa’ jiġri warajh, anke minn Brussell. B’xi mod ipattihielu. Il-Ħadd, 11 ta’ Ġunju Illum rasi kienet se tagħtini, man! Xħin qomt filgħodu, bdejt indur minn karma għal oħra, ma nafx x’naqbad nagħmel. Kont drajt kull nhar ta’ Ħadd immur niġri wara Simon tagħna. Miegħu dort tista’ tgħid Malta u Għawdex kollha u kull fejn konna mmorru dejjem bin-nies. U kulħadd kelma waħda: Kemm jaf xi jgħid dan ir-raġel. Issa ħallieha
li dejjem jirrepeti l-istess kliem kien, imma ħadd ma kien jinduna għax jien biss kont immur nisimgħu kull nhar ta’ Ħadd. Kellu bżonn jerġa’ jibdielu u jibqa’ kap u jerġa’ jibda jdur kull nhar ta’ Ħadd filgħodu. Imma sadanittant jien irrid nara x’se nagħmel għax mhux se noqgħod ġewwa kull nhar ta’ Ħadd. Min jaf kieku nibda nagħtiha għal-logħob tal-boċċi!? It-Tnejn, 12 ta’ Ġunju Kontra dak li kienet trid dik tal-Bidnija, Simon tagħna ddeċieda li jħalli barra lil David Thake. Sewwa jagħmel ma jibqax jagħti kasha, għax tort tagħha tlifnieha l-elezzjoni, ladarba baqgħet ma qaltilniex min kienu dawk li kienu qegħdin jeħduha kontra Simon tagħna. Kellu bżonn, jaħasra jitla’ Godfrey Farrugia, partner ta’ Marlene, forsi ma tafx kif dik ix-xena li rajna fis-sala tal-għadd talvoti nibdew narawha wkoll fil-Parlament. Jien tgħidx kemm ħadt gost narahom it-tnejn jgħajtu viva Malta u viva l-Oppożizzjoni. Ilveru kien fihom għaxqa. Fuq kollox jien qatt ma smajt lil ħadd jgħajjat viva l-Oppożizzjoni ħlief lil Marlene u lil Godfrey. Min jaf, forsi l-Bambin jibgħatilna sew! It-Tlieta, 13 ta’ Ġunju Dak Jacob Borg tat-Times daqs Ivan Camilleri bravu, u fuq kollox iħobbna lilna n-Nazzjonalisti, avolja huwa indipendenti. Ngħid għalija kompla jżidli mal-kuraġġ illum bl-istorja dwar il-corrupt practices li ħareġ biha Jason Azzopardi u issa komplietha Marlene Farrugia. Il-bużillis hu li eventwalment trid tkun il-Kummissjoni Elettorali li tiddeċiedi jekk tħassarx l-elezzjoni, u mmorru għal oħra. Ngħid għalija jien m’għandix fiduċja filKummissjoni Elettorali għax Simon tagħna wkoll m’għandux fiduċja fiha. Li kieku kellu fiduċja fiha ma kienx joqgħod imur il-Qorti biex iwaqqafha milli tinvestiga l-każ tad-DB, mhux hekk, man!? L-Erbgħa, 14 ta’ Ġunju Id-darba l-oħra għamlu erba’ snin, imma din id-darba lanqas erba’ xhur ma jagħmlu, man! Wara Jason Azzopardi u Marlene, issa anke lil Simon tagħna qegħdin dejjem jaslulu aktar rapporti ta’ corrupt practices. Halliha li jien ma nafx x’jiġifieri, imma Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna qalli li jekk jinstab li huwa veru, l-elezzjoni tkun ikkanċellata u ssir elezzjoni oħra. Kif qalli hekk tgħidx kemm tlaqt niġri ’l barra naqbeż u nogħla. Kellhom bżonn jaslu eluf ta’ rapporti mil-lum għal għada, biex meta terġa’ ssir l-elezzjoni, Simon tagħna jkun għadu l-kap u jkun huwa li jwassalna għal rebħa kbira. Viva Simon, Viva Simon, ħej, ħej! Kont ħsibt li qatt ma se nerġa’ ngħajjatha din l-għajta!
Daqs ħmistax ilu, bi dritt u b’dover tfajt il-vot tiegħi għall-ewwel darba b’għażla ta’ kontinwità u sostenibbiltà għal pajjiżi u l-ġenerazzjoni futura. Għalhekk jien għażilt li ma nkunx biss spettatriċi iżda wkoll protagonista permezz tal-vot. B’ċajta, lil ta’ madwari ngħidilhom li dakinhar għalija kien l-ikbar eżami li qatt għamilt f ’ħajti iżda kien ukoll l-ikbar rigal li qatt stajt nagħti lil dan il-Gvern, li tul dawn l-aħħar erba’ snin, jiena bħal żgħażagħ oħra stajt ingawdi minn bosta inizjattivi. Fosthom jien personalment ibbenefikajt mill-klassijiet tar-reviżjoni li kienu lok sabiex ikun hemm iktar kontinwità fil-qasam edukattiv. Għaldaqstant il-ħidma tkompli sabiex l-istudenti wara li jagħlqu s-16–il-sena jkomplu l-proċess akkademiku. Dan kollu qiegħed fuq l-aġenda tal-Ministru Bartolo li saħaq dan waqt iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni tal-Giovanni Curmi Higher Secondary. Dan il-Gvern żamm ukoll il-wedgħa li jsaħħaħ l-istipendji u jien ukoll ibbenefikajt minn din l-inizjattiva filwaqt li wħud minn sħabi bbenefikaw mill-garanzija għaż-żgħażagħ u ħafna minnhom illum qedgħin fuq il-lant tax-xogħol. Dan filwaqt li l-ammont ta’ dawk qiegħda naqas u l-ekonomija ġiet stabbli u qabdet tiffjorixi. Illum niftakar u nħares lejn il-manifest mill-ġdid b’ottimiżmu għax naf li ħaddieħor jista’ jmur aħjar b’inizjattivi li jien mhux se nibbenefika minnhom jew li ma lħaqtx. Fosthom insibu t-tneħħija tal-ħlasijiet fuq l-eżamijiet tal-MATSEC li personalment nemmen li l-flejjes li kienu jitħallsu kienu wisq speċjalment jekk ikun hemm bżonn ta’ repetizzjoni ta’ xi eżamijiet jew xi problemi soċjali. Nemmen li dan il-fatt kien jiskoraġġixxi lill-istudent milli jkompli fit-triq edukattiva apparti l-iskariġġ li dak li jkun irid joqgħod jiġri minn skola għal oħra. Fost inizjattivi oħra li ser ikunu fuq l-aġenda ta’ dan il-Gvern u li jħeġġu l-istudent jibqa’ jistudja nsibu l-aċċess għall-internet b’xejn għal sena lill-istudenti li jkomplu wara s-sekondarja, u study leave għal kull min qiegħed jistudja fil-livell ta’ Masters u PhD. Lil hinn minn dan kollu għalkemm kienet kampanja qasira kienet żgur waħda effettiva mimlija attivitajiet sabiex ic-ċittadin ikun mgħarraf iktar b’dak imwiegħed. Wara kull attività kien hemm numru ta’ volontiera f ’oqsma varji u b’sodisfazzjon nista’ ngħid li kont protogonista bil-kbir għaliex żgur kienet opportunità li tlaqqgħek ma’ bosta nies u sfidi ġodda. Tul din il-kampanja stajt nara wkoll
kuntrast bejn iż-żewġ partiti. Il-Partit li kuljum joħroġ b’messaġġi pożittivi ta’ x’għandu mħejji, imbagħad tara l-Partit l-ieħor li mingħalih ser jiggverna f ’koalizzjoni ta’ konfużjoni. Dan hekk kif f ’kull laqgħa ħafna drabi kienet tispika l-kelma korruzzjoni. Il-Partit Nazzjonalista għażel li jibni l-kampanja tiegħu fuq it-terminu tal-korruzzjoni u ma wassalx il-messaġġ politiku fosthom dak tal-manifest, jekk fuq kollox tista’ ssejjaħlu hekk, u dak li suppost kellu mħejji jekk dejjem kien jitla’ fil-gvern. Iżda n-nies fit-3 ta’ Ġunju taw risposta ta’ kontinwità u mhux ta’ negattività u għażlu l-aqwa żmien għal pajjiżna. L-effett tal-Koalizzjoni Il-Partit Nazzjonalista ħaseb illi bil-kampanja li kien qiegħed imexxi kif ukoll bil-Koalizzjoni tal-Konfużjoni seta’ jikseb lura dak is-siġġu li kien minn dejjem marbut miegħu. Proprjament marbut miegħu għaliex dawk li suppost evalwaw it-telfa elettorali tal-2013 u nbidlu sabiex ikun hemm xi xaqq ta’ tama, komplew jiffangaw għaliex m’ aċċettawx il-mandat tal-poplu wara snin jiggvernaw. U dan telgħalhom għal rashom. Iżda nsew illi Malta dejjem ramiet l-arroganza u l-firda. Normalment koalizzjoni sseħħ mill-Gvern sabiex isaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu. Iżda din id-darba t-tmexxija ta’ Simon Busuttil, u l-klikka li kienet parti mit-telfa storika tal-2013 u issa tal-2017, ippruvat tuża kull karta possibbli sabiex tieħu lura dak li ħasbet li hu tagħha ta’ bilfors. Ma ħasbux fuq il-veru effett tal-koalizzjoni u mal-persuna li nnegozzjaw. Persuna li l-karriera politika tagħha kienet biss passju minn partit għal ieħor. Iżda issa qed jidħol il-veru effett tal-koalizzjoni. Dan għaliex il-Partit Nazzjonalista diġà tilef siġġu ħabba li Dr. Marlene Farrugia giet eletta fil-Parlament, siġġu li ttieħed lill-Partit Nazzjonalista għaliex din tirrappreżenta lill-Partit Demokratiku, kif ukoll qiegħed fiċ-ċans li jitlef siġġu ieħor jekk fl-elezzjoni każwali jiġi elett Dr. Godfrey Farrugia mis-seba’ distrett. Dan iċ-ċans inħoloq wara li għaddiet il-kelma ta’ Beppe Fenech Adami fil-kwistjoni ta’ fejn kellu jċedi jekk hux is-seba’ distrett jew it-tmien distrett. Kwistjoni fejn membri fil-Partit Nazzjonalista pruvaw jintervjenu sabiex Fenech Adami jċedi t-tmien Distrett. B’hekk il-Partit Laburista, għalkemm diġà qiegħed fiċ-ċans, għandu jkun kapaċi jżomm il-vantaġġ ta’ disa’ siġġijiet fil-Parlament Malti. Maġġoranza ta’ siġġijiet kif jistħoqqlu wara li l-poplu għal darb’oħra wera fiduċja storika fil-Moviment Laburista mmexxi minn Joseph Muscat.
21
18.06.2017
kullhadd.com
IT-TMIEM TAT-TARIFFI TAR-ROAMING META TKUN IMSIEFER FL-UE SILVIO
SCHEMBRI Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni
Fil-15 ta’ Ġunju ntemmu t-tariffi tar-roaming għal kull min jivvjaġġa f ’pajjiżi fl-Unjoni Ewropeja (UE) u l-konsumaturi bdew jibbenefikaw minn tariffi ferm orħos daqslikieku qegħdin jużaw il-mowbajl f ’pajjiżhom. Din hija ċertament kisba kbira għaċ-ċittadini Ewropej kollha kif ukoll għal pajjiżna li tant ħadem sabiex dawn it-tariffi jispiċċaw darba għal dejjem. Permezz tal-ħidma tal-Presidenza Maltija, irnexxielna b’mod prattiku ntejbu l-konnettività diġitali bejn il-pajjiżi Ewropej permezz ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni diġitali orħos u aktar affordabbli għal kulħadd. Issa ċ-ċittadini Ewropej jistgħu jċemplu u jużaw il-mobajl tagħhom fejn iridu fl-Unjoni Ewropea mingħajr ma jeħlu tariffi addizzjonali. Għalija t-tmiem tat-tariffi tar-roaming ma jfissirx biss kontijiet tal-mobajl orħos iżda kommunikazzjoni aktar faċli bejn il-familji tagħna li llum jaħdmu f ’diversi pajjiżi Ewropej. It-tneħħija tat-tarriffi roaming ġew msejħa mill-Kummissjoni Ewropeja bħala bħala Roam Like at Home (RLAH). It-tneħħija tat-tariffi addizzjonali għal min iċempel, jibgħat SMS jew juża l-internet data hija waħda mis-suċċessi li laħqet l-UE. Fil-Presidenza Maltija ntlaħaq ftehim kruċjali dwar ir-rati li l-operatu-
ri jiċċarġjaw bejniethom, u li permezz ta’ dan il-ftehim, seta’ jkun possibbli li t-tariffi tar-roaming jiġu daqs dawk applikabbli lokalment, meta jsir użu mit-telefonija ċellulari lejn network ieħor. Il-proċess tar-roħs fil-prezzijiet tar-roaming min-naħa tal-UE ilu li beda mil-2007. Dak iż-żmien kien inħass li l-konsumatur qiegħed iħallas rati għoljin meta jagħmel użu tat-telefonija ċellulari minn pajjiżi fl-UE. B’hekk ġie deċiż biex is-servizzi tar-roaming jiġu rregolati u fil-fatt inħolqu tariffi massimi li l-operaturi setgħu jiċċarġjaw lill-klijenti tagħhom meta jagħmlu użu mis-servizzi tar-roaming f ’pajjiżi fl-UE. Din it-tariffa kienet imsejħa ‘Euro-tariff ’. Matul is-snin, dawn it-tariffi massimi bdew jorħsu ftit ftit sakemm inħass il-bżonn li jsir rivediment tar-regolamenti. Matul dawn l-aħħar snin kienu għaddejjin diversi diskussjonijiet u negozjar fuq livell Ewropew biex jintlaħaq ftehim ġdid dwar ir-roaming. F’dawn il-każijiet l-istituzzjoniijet Ewropej dejjem jieħdu inkonsiderazzjoni li kemm il-konsumaturi kif ukoll min qed joffri s-servizzi jiġu milħuqa b’mod pożittiv. L-RLAH tapplika kemm għal dawk l-abbonati li qegħdin fuq kuntratt kif ukoll fuq pre-paid. Min jipprovdilek is-servizz jista’ jiddeċiedi li ma japplikax l-RLAH biss f ’każijiet fejn int m’għandekx provi ta’ residenza jew relazzjoni stabbli li turi preżenza frekwenti jew sostanzjali fil-gżejjer Maltin. L-operatur tiegħek jista’ jitlob ċerta informazzjoni (eż. dokument ta’ identifikazzjoni, dikjarazzjoni ta’ min iħaddmek u/jew bord akkademiku eċċ.) qabel
jinħariġlek il-kuntratt jew wara li jkun għamel moniteraġġ tal-użu tiegħek tasservizzi, għal erba’ xhur konsekuttivi u jiddetermina li l-użu tas-servizz tar-roaming huwa akbar mill-użu tas-servizz domestiku. Jekk il-konsumatur jonqos milli jipprovdi biżżejjed evidenza, l-operatur jista’ jibda japplikalek ħlas addizzjonali. Ir-regolament dwar ir-roaming stabilixxa miżura ta` ‘Fair Use Policy’ li tista’ tkun implimentata mill-operaturi biex jipprevjenu użu abbużiv jew anomalu f ’pajjiżi tal-UE meta s-servizzi tar-roaming jintużaw għal iktar minn perjodu tal-ivvjaġġar. Huwa importanti li l-kon-
sumatur qabel isiefer ikun jaf fuq liema tariffa qiegħed lokalment u jiċċekkja jekk għandux xi limitu fuq l-użu tad-data għax jista` jkun ilkaż li t-tariffa tinkludi limitu fuq l-użu tad-data meta tuża s-servizz tal-internet minn pajjiżi fl-UE. L-operatur għandu dejjem jibgħat notifikazzjoni permezz ta’ SMS jew metodu ieħor meta wieħed jasal fid-destinazzjoni, b’informazzjoni personalizzata dwar it-tariffi applikabbli. Se tirċievi wkoll informazzjoni dwar numru fejn wieħed ikun jista’ jċempel b’xejn lill-operatur tiegħu biex jistaqsi għal iktar informazzjoni dwar is-servizzi tar-roaming.
Meta wieħed jikkunsidra li fil-pajjiżi tal-UE hemm varjetà kbira ta’ pakketti diversi u kuntratti għall-għażla tal-pubbliku, tapprezza il-fatt li l-UE stabbillixxiet miżuri biex tissalvagwardja l-prezzijiet domestiċi u jitnaqqas l-impatt fuq is-suq lokali filwaqt li tiggarantixxi lill-konsumaturi Maltin li jgawdu minn tariffi orħos meta jsiefru fl-UE. Aħna nħarsu ’l quddiem għall-ħidma akbar id f ’id mal-Kummissjoni Ewropea fejn inkomplu niffaċilitaw aktar il-ħajja taċ-ċittadini Ewropej, bil-għan li nsaħħu l-ekonomija diġitali u ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin fl-Unjoni Ewropea kollha.
22
18.06.2017
kullhadd.com
PRIJORITAJIET FIL-QASAM TAL-GVERN LOKALI GĦAS-SENTEJN LI ĠEJJIN
MARIO
FAVA President Sezzjoni Kunsilliera PL
Irrid nieħu din l-opportunità biex qabel xejn nirringrazzja lil Dr. Stefan Buontempo, illi mexxa s-Segretarjat responsabbli mill-Kunsilli Lokali tul dawn l-aħħar tliet snin. Ċertament li Stefan ta dak kollu li jaf sabiex mexxa ’l quddiem dan il-qasam. Fl-istess waqt, irrid nagħti merħba lis-Segretarju Parlametari, Silvio Parnis, eks sindku fil-lokal ta’ Raħal Ġdid, li issa se jkun qed imexxi dan is-settur. Bla dubju ta’ xejn, il-qasam tal-Gvern Lokali qed jiffaċċja sfidi li ilhom hemm is-snin, oħrajn li żviluppaw f ’dawn l-aħħar xhur u oħrajn li se nkunu qed niffaċċjawhom filġranet u l-ġimgħat li gejjin. M’ hemmx dubju li dawn se jkunu qed iwassluna biex nikkonfermaw u f ’ċerti każi nibdlu l-prijoritajiet tagħna. Swieq fil-Beraħ – Importanti li ssir laqgħa mal-Ministeru konċernat u li taħtu jaqgħu dawn is-swieq. Mhux iktar aċċettabbli li dawn is-sidien, jagħmlu tagħhom is-siti li fihom jarmaw u wara li jagħmlu użu mill-post, iħallu miżbla sħiħa warajhom b’konsegwenzi li l-Kunsill Lokali jkollu jagħmel tajjeb għall-ispejjeż meħtieġa biex isir it-tindif neċċessarju. Għal dan, il-Kunsill ma jingħata l-ebda allokazzjoni. Naf li hemm proposti f ’dan ir-rigward u issa rridu naraw li jiġu implimentati. Ma’ dawn iridu jidħlu wkoll il-permessi ta’ kiosks fil-festi tal-irħula u ħdejn postijiet ta’ divertiment oħrajn. Bl-istess mod, t-tali riforma trid tinkludi fiha ċertu drittijiet li dawn għandu jkollhom u
telimina l-burokrazija żejda li hemm u ambigwitajiet oħra li ma jagħmlux sens għaż-żminijiet tal-llum. Irridu ndaħħlu policy ġdida li tagħti linji ċari fejn jibdew u jispiċċaw id-drittijiet u l-obligi ta’ kull min ikun involut. Ġbir ta’ skart – Trid tiddaħħal iktar dixxiplina u għandu jkun hemm qafas legali li permezz tiegħu, gwardjani ta’ infurzar ikunu jistgħu iħarrku fuq ilpost lil dawk li jabbużaw millħin u l-ġurnata tal-ħruġ talborża s-sewda. Primarjament li ma jkunx hemm bżonn li persuna li tressaq rapport tispiċċa trid titlef ix-xogħol biex titla’ tixhed quddiem it-tribunal. Sidien ta’ Appartamenti short let – Din hija ġerha kardinali. Is-sidien tal-appartametni jiġu altament jitmejlu minn dak li jagħmlu l-klijenti tagħhom. Dan iwassal biex dawn iħallu miżbliet ħdejn l-appartamenti b’detriment għar-residenti l-oħra. Il-Kunsilli Lokali m’għandhomx aċċess għall-għarfien ta’ min huma dawn l-inkwilini u għaldaqstant, għandhom jinżammu responsabbli s-sidien tal-appartamenti. Anki hawn, imperattiv li ssir laqgħa mal-Ministeru konċernat sabiex jinbdew it-taħdidiet f ’dan il-kuntest ta’ leġislazzjoni u implimentazzjoni. Aġenzija LESA – Hawn irridu naħdmu minn issa sabiex inlaħħqu fil-ħin biex din tiġi trasformata f ’dipartiment magħluq tal-Gvern. L-aħħar kuntratt tal-privat jagħlaq f ’Jannar li ġej u rridu naraw li sa dak iż-żmien ikollna qafas u modulu ta’ kif se jaħdem dan id-dipartiment magħluq, anki jekk għal bidu bl-għajnuna tal-privat. Din prijorità. Toroq – Irridu naraw li jkun hemm kordinament sħiħ bejn TM u l-Kunsilli Lokali. Tul dawn l-aħħar xhur rajna titjib konsiderevoli f ’dan il-qasam u konvint li fis-snin li ġejjin se nkomplu nsaħħu din il-ħidma bejnietna. Nemmen li l-proġett
tat-toroq ġodda madwar ilpajjiż, irid isir b’konsultazzjoni u involviment kontinwu mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Allokazzjoni – Hu minnu li dan il-Gvern, tul l-erba’ snin li għaddew ta żidied bla preċedent imma xorta waħda mhux biżżejjed. Se nisimgħu bl-argument li issa l-Gvern se jagħmel it-toroq kollha u li l-flus li kienu jingħataw il-Kunsilli għat-toroq, se jibqgħu għand il-Kunsilli Lokali. L-argument ireġi meta t-toroq kollha jkunu lesti u filwaqt li huwa minnu li fl-ewwel fażijiet se jkun hemm kunsilli lokali li ser ikunu qed igawdu minn dan il-proġett, oħrajn se jkunu għadhom qed jagħmlu x-xogħol ta’ manutenzjoni xorta waħda. Riforma fir-Reġjuni – Huwa meħtieg li ssir rifoma fir-reġjuni dwar x’ rwol għandu jkollhom u r-responsabbiltajiet li jġorru. Ir-reġjuni twaqqfu minn Chris Said taħt Gvern Nazzjonalista fejn ingħataw l-irwol uniku li jmexxu s-sistema ta’ infurzar lokali. Meta ġiet imwaqqfa l-Aġenzija LESA, dan itteħdilhom u spiċċaw bla ebda funzjoni. Imwejjed u Siġġijiet – Qed nispiċċaw li kull persuna li għandha toqba ta’ ħanut, qed tiġi mogħtija ammont ferm ikbar f ’dawk li huma mwejjed u siġġijiet fuq il-bankini u t-toroq tagħna. Dan mhux biss qed iwassal għal imblokk ta’ bankini u passaġġi imma wkoll teħid ta’ għad ta’ spazji għallparkeġġ. Jidher ċar li la TM u lanqas il-PA mhuma qed jagħtu każ dak li jgħidu l-Kunsilli Lokali meta joġġezzjonaw jew le għal permessi simili. Irridu naraw li tibda diskussjoni bejnna, TM u l-PA sabiex nistabbilixxu kriterji ċari ta’ kif dawn il-permessi jingħataw. Biex nagħti eżempju, ħanut li għandu kċina li tesa’ ngħidu aħna 10 imwejjed, ma jistax jingħata permess biex ikollu 20 mejda. Eżempju ieħor hu li ma jistax
jingħata permess biex jittieħdu spazji ta’ parkeġġ f ’postjiet bhal Tas-Sliema fejn hemm problema kbira ta’ parkeġġ. Dipartiment tal-Gvern Lokali – Hemm bżonn riforma sħiħa fid-dipartiment. Minkejja li għandu numru ta’ nies fuq il-kotba tiegħu, huma biss ilftit li fil-verità jagħmlu xogħol relatat mad-dipartiment. Barra li hemm ħafna bit-telework, oħrajn qegħdin mislufin postijiet oħra. Hemm bżonn ristrutturar tajjeb fil-monitoring unit sabiex ikun jista’ jagħmel xogħlu sew. Dan imperattiv. Dipartimenti u Entijiet Governattivi – Huwa important li jkollna rapport b’saħħtu ma’ kull entità u dipartiment. Irridu naslu fi qbil magħhom li jiddedikaw persuna waħda fil-Ministeru tagħhom li tkun il-link mal-Kunsilli Lokali. Dan iwassal biex ngħidu aħna jekk irridu xi ħaġa mill-WSC, ikun hemm persuna waħda li magħha nitkellmu imbagħad hi jew hu jaraw li jwasslu l-ilment jew it-talba lill-kollegi tagħhom fil-korporazzjoni. Dan il-mudell qed jaħdem tajjeb hafna fi TM u għandna nimxu fuqu. Riforma u Emendi f ’ KAP 363 – M’ hemmx dubju li kulħadd jaqbel li dan l-att huwa skadut u hemm bżonn li jiġi modernizzat għaż-żminijiet tal-lum. Ċertu time frames, thresholds u artikli oħra, ma jirriflettux iż-żminijiet tal-llum. L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ser tkun qed tara li fiżżmien li gej tressaq emendi speċifiċi f ’ dan ir-rigward. Ftehim Kollettiv tal-ħaddiema kleriklai u l-pożizzjoni tas-Segretarju Eżekuttiv – bħala Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali aħna involuti fid-diskussjonijiet tal-ftehim ġdid kollettiv tal-ħaddiema klerikali. Għanda naraw li dan jiġi finalizzat u ffirmat fil-ġimgħat li ġejjin sabiex ikollna ħaddiema rashom mistrieħa li hemm Gvern li jisma’ x-xewqat tagħhom u anki
bħala konferma li dan huwa Gvern li jinteressah mit-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiem. Rigward is-Segretarji Eżekuttivi, nemmnu li ladarba il-Partit Laburista kien l-unika partit li ħaseb f ’dawn in-nies, issa rridu naraw kif nibdew niddiskutu qafas ġdid li fih dawn ikunu jistgħu joperaw. Anki hawn, hemm bżonn serħan ’il moħħ u stabilità fil-kariga tas-Segretarju Eżekuttiv. Kariga ta’ Sindku – Hawn irridu naraw kif nibdew diskussjoni serja u mifruxa dwar il-pożizzjoni tas-Sindku. Nemmnu li wasal iż-żmien li fuq prinċipju ta’ għażla tal-individwu u mhux b’mod tassattiv, is-Sindku jibda jkun full timer fil-Kunsill Lokali rispettiv tiegħu. Irridu nsibu modulu ta’ kif titħaddem sistema bħal din filwaqt li nirrikonoxxu wkoll bl-istess mod illi l-kunsilliera għandhom ikollhom sigħat speċjali ta’ leave fis-sena sabiex ikunu jistgħu jassistu u jattendu f ’laqgħat relatati max-xogħol tal-Kunsill. Mhux ġust li dawn iridu jieħdu l-leave minn tagħhom personali meta lanqas biss huma mħallsa għal ħin volontarju li jagħtu lil-lokalitajiet tagħhom. Ċertament li din hija lista twila u mhux faċli li wieħed jibda jaħdem fuq kollox f ’daqqa. Nemmen iżda li l-persuna li llum hija responsabbli mill-Kunsilli Lokali, għandha l-istamina, ir-rieda politika u fuq kollox l-impenn sabiex tmexxi ’l quddiem din l-aġenda. Il-fatt li l-Onorevoli Parnis huwa hu nnfisu eks Sindku, allura jista’ jifhem aħjar dan li qed ngħid. Jien konvint li flimkien nistgħu naslu sabiex intejbu b’mod sħiħ il-qasam talGvern Lokali. Min-naħa tiegħi naċċerta lill-Onorevoli Parnis li se jsibna warajh sabiex inwettqu dan il-ħolm tagħna flimkien u minn issa nirringrazzjah tal-ħeġġa li diġà beda juri biex imexxi l-affarijiet ’il quddiem.
23
18.06.2017
kullhadd.com
L-IKBAR TELFA TISTA’ TIRRIŻULTA FL-AKBAR REBĦA
jittrenjah b’kumbinazzjoni. “Ta’ 18-il sena, kont iddeċidejt li nonqos mill-piż u kont immur il-gym ma’ ħabib tiegħi. Minn età żgħira, dejjem kont nammira persuni b’saħħithom bħal wrestlers. Darba fettilli mmur nara kompetizzjoni tal-powerlifting u qisni ħassejtni komdu għax innies laqgħuni u b’hekk bdejt nitħarreġ fil-garaxx tal-ħabib tiegħi Cleaven,” beda jgħidli. Kompla jgħidli li fil-bidu, kellu xi ħbieb li ħajruh jittrenja. Fil-fatt qabel ma kienx iqis lilu nnifsu bħala sportiv, u qatt ma basar li ser isir iħobb l-isports. “Ħabib ieħor li għenni fit-taħriġ tal-powerlifting huwa Shawn Farrugia li huwa powerlifter tajjeb ħafna. It-taħriġ jikkonsisti fi prattikar tat-tliet refgħat madwar xi erba’ darbiet f ’ġimgħa u li tagħmel ċerti eżerċizzji li ssaħħaħ il-ġisem ħalli xħin tiġi biex terfa’ l-weights it-tqal għall-kompetizzjoni, il-ġisem ikun jiflaħ. Huwa importanti ħafna li tibni bażi soda ħalli ma tweġġax,” sostna miegħi. Kif għedt fil-bidu ta’ din l-intervista, l-ewwel darba li Andrew ikkompeta f ’kompetizzjoni ġie skwalifikat, proprju għax ma rnexxilux jerfa’ 85kg bench press. TlabIktar ma tikber, iktar tu jaqsam il-ħsibijiet tiegħu tissaħħaħ proprju minn dakinhar ’il Andrew ilu jittrenja u jitħar- quddiem. “Trenjajt iktar reġ fil-powerlifting mis-sena b’qawwa u determinazzjoni. 2014, u tista’ tgħid li beda F’dan l-isport trid iż-żmien, Xi kultant, il-bniedem jispiċċa jaqta’ qalbu mal-ewwel tentattiv. Hawn ikun qed jiżbalja, għax il-ħajja taf toffri aktar minn hekk jekk tibqa’ tipprova. Min-naħa l-oħra, issib xi oħrajn li minkejja dan kollu, jibqgħu jippruvaw sakemm jirnexxilhom jakkwistaw dak li jkollhom f ’moħħhom. Hekk ġralha l-personalità li intervistajt illum. Kien daħal f ’kompetizzjoni tal-powerlifting għall-ewwel darba u ġie skwalifikat. Madanakollu, baqa’ jittanta xortih u jirsisti, sakemm irnexxielu jagħmel l-ewwel pass sod tiegħu. Bħalissa qed jittrenja dejjem wara t-tmienja ta’ filgħaxija għax qed ikun impenjat ħafna bl-istudju u bix-xogħol. Qed nirreferi għal Andrew Zammit Soler. Għandu 23 sena, joqgħod Ħad Dingli, u bħala passatempi jħobb is-safar, jara l-films u jittrenja. Fi kliemu, il-powerlifting huwa sports li jirrikjedi saħħa, u li għandu tliet refgħat – squat, bench press u deadlift. Fih tliet attentati f ’kull refgħa, imbagħad l-iżjed weights li jerfa’, jgħaqqadhom flimkien u joħroġ it-total.
iktar ma jgħaddi żmien iktar titjieb u għall-kuntrarju ta’ sports ieħor, iktar ma tikber iktar tissaħħaħ. Tant hu hekk, li l-aqwa powerlifters fid-dinja kollha jkollhom fuq it-30 sena. Illum il-ġurnata, nagħmel madwar 105kg filbench, jiġifieri bil-mod ilmod għamilt kambjament.
Kollox ma kollox, Andrew qatt ma qata’ qalbu u baqa jittrenja. Filfatt dan l-aħħar kwalifika għall-Ewropej sabiex jirrapreżenta lil Malta fi Biella fl-Italja
Għalhekk ħadd m’għandu jaqta’ qalbu. Biħsiebni nibqa’ nżid bil-mod. Fil-fatt qatt ma weġġajt, għax dejjem nieħu l-ħin tiegħi,” spjegali Andrew. Kollox ma’ kollox, Andrew qatt ma qata’ qalbu u baqa’ jittrenja. Fil-fatt dan l-aħħar ikkwalifika għall-Ewropej sabiex jirrappreżenta lil Malta fi Biella fl-Italja. “Ma qtajtx qalbi, u kulħadd għandu jżomm f ’moħħu li l-ikbar telfa tista’ tirriżulta fl-akbar rebħa.” L-ewwel kompetizzjoni sarrfet u bniet fih determinazzjoni u umiltà. Fi Biella ser isiru l-kampjonati Ewropej fejn lifters minn madwar l-Ewropa ser jikkompetu. “Aħna sejrin kontinġent ta’ sitta minn Malta bija b’kollox proprju fis-27 ta’ April li gej. Għandna lifters tajbin ħafna, vera ħasra li ħadd ma jagħti kas dan l-isport. It-tir tagħna hu li mmorru tajjeb kemm nistgħu,” sostna miegħi. Jittrenja f ’kamra f ’għalqa Fatt kurjuż dwar Andrew huwa li ma jittrenjax f ’gyms moderni u attrezzati u lanqas iħallas memberships biex jittrenja. Dan għaliex jittrenja f ’kamra f ’għalqa. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar dwar dan il-fatt. “Jien inħobb ħafna s-sempliċità u nħossni komdu nittrenja l-għalqa waħdi. Għalija t-taħriġ huwa ħin ta’ meditazzjoni fejn in-
ħobb noqgħod għall-kwiet. Jien għandi l-apparat kollu li neħtieġ sabiex inkompli navvanża fl-isport tiegħi. M’hemmx għalfejn ikollok l-aqwa apparat biex tirnexxi fl-isport. Inħobb nittrenja kif kienu jittrenjaw l-antiki. Wieħed mill-eroj tiegħi huwa Joe Falzon li ltqajt miegħu diversi drabi fejn huwa kien strongman Malti popolari tal-passat,” sostna miegħi. Fil-fatt Andrew isostni li għalkemm ma jittrenjax f ’gym attrezzat u modern, xorta qed jasal fejn jixtieq bilmod il-mod. “M’għandekx għalfejn ikollok l-aqwa apparat biex tirnexxi fl-isports u fi kwalunke ħaġa. Kulma teħtieġ huwa paċenzja u twemmin fik innifsek. M’għandekx bżonn drogi u l-aqwa żarbun biex tkun aħjar. Jien niekol il-porridge u qatt ma ħadt xi forma ta’ drogi jew affarijiet simili. Il-messaġġ finali ta’ Andrew għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta kien dan. “F’kull aspett tal-ħajja m’għandek qatt taqta’ qalbek. Dejjem żomm f ’moħħok li minkejja n-negattività kollox possibbli. Minkejja li ġej mill-iżgħar pajjiż fl-Ewropa ma jfissirx li ma nistax nagħmel suċċess. Nixtieq nirringrazzja lilek u lill-qarrejja kollha, u fejn nista’ nkun ta’ għajnuna għal xi ħadd tiddejqux tavviċinawni. Viva Malta”, temm jgħidli Andrew.
24
18.06.2017
GWERRA QADDISA
MARY ISTORJA CHETCUTI MILL-
Sitwazzjoni politika diġà diffiċli fl-Ewropa lejn l-aħħar tas-seklu 11 kienet ittormentata b’invażjoni Musulmana dejjem tinfirex min-naħa t’isfel ta’ Spanja u Sqallija fl-istess waqt li ħafna min-nobbli Nsara Ewropej kienu kontinwament imqabbdin f ’xulxin ġo gwerer fewdali għall-ħtif ta’ aktar art u moħqrija tal-għaġeb fuq is-sudditi mirbuħa. Waqt dan kollu, Alexios I, imperatur Biżantin ta’ Kostantinopli kien ilu sa mill-1090 jappella lill-Vatikan għall-għajnuna militari biex ixejjen attentati kontinwi ta’ ħbit mitTorok Seljuq – Musulmani Sunniti li kellhom imperu mifrux mill-Persja (Iran) sa Anatolja fit-Turkija. Papa Urbanu II, inkwetat bil-progress Musulman fuq territorju Ewropew u mnikket bil-prinċpijiet tiegħu jimmassakraw lil xulxin, sab l-okkażjoni waqt il-Kunsill ta’ Clermont fi Franza biex nhar is-27 ta’ Novembru 1095 għamel sejħa li kull min: “għad-devozjoni biss, u mhux biex jakkwista unuri u flejjes, imur jeħles ilbelt imqaddsa ta’ Ġerusalemm minn idejn l-infidili, jingħata maħfra għal dnubietu kollha.”
Dakinhar Urbanu II sejjaħ lill-Insara sabiex jingħaqdu u jdawru l-enerġija tagħhom f ’direzzjoni unika; dik ta’ Kruċjata jew Gwerra Qaddisa kontra dak kollu li ma jirrappreżentax il-Kristjaneżmu. Barra minhekk kienet opportunità politika għall-Vatikan biex jerġa’ jġib il-Knisja Griega Ortodossa talLvant tagħraf lill-papa bħala kap tagħha. Eremita jismu Pietru minn Amiens fi Franza beda jferrex is-sejħa tal-papa minn raħal għal ieħor. Il-prietki tiegħu qajmu fervur ta’ devozzjoni fanatika qalb nies komuni, bdiewa u saħansitra kriminali li telqu lill-familji tagħhom biex imorru jeħilsu l-artijiet li bi dritt kellhom ikunu tal-Kristjani. Għal għonq it-triq biċċru u serqu komunitajiet sħaħ ta’ Lhud fl-Ewropa biex ħallsu l-passaġġ lejn il-Lvant Nofsani. F’April 1096 waslu Kostantinopli; hemmhekk ingħaqdu mal-armata ta’ nobbli Franċiż, Walter Boissy-sans-Avoir, qasmu l-kanal tal-Bosforus u ġew fuq art Musulmana fejn sabu l-armata tat-Torok Seljuq tistenniehom. Matul sitt xhur taqbid inqatlu l-Insara kollha għajr dawk il-ftit li ħarbu
lura lejn Kostantinopli f ’dak li baqa’ jissejjaħ bħala l-preludju tal-Kruċjati għall-Art Imqaddsa. Bejn l-1096 u l-1099 tmexxiet l-ewwel kruċjata ffurmata minn armati ta’ prinċpijiet, duki u nobbli Franċiżi, Belġjani, Taljani u Ġermaniżi fost oħrajn. Dil-kruċjata rebħet bliet strateġiċi minn idejn itTorok Seljuq bħal Niċaea u Antiokia fis-Sirja. Fl-1097 il-Konti Baldwin ta’ Boulogne mexxa l-armata tiegħu lejn l-Asja Minuri u wara ġlied qalil ħatfu taħt idejhom Tarsus u Mamistra biex minn hemm komplew bl-ispedizzjoni militari tagħhom sakemm waslu fil-belt Kristjana ta’ Edessa fejn bil-koperazzjoni tal-popolazzjoni Armena fl-1098 waqqfu l-ewwel Stat Kruċjat. Fil-15 ta’ Lulju 1099 it-truppi ta’ Godfroy ta’ Bouillon iċċirkondaw il-ħitan ta’ Ġerusalemm u wettqu wieħed mill-aktar attakki mdemmija u feroċi fl-istorja tagħha. Ix-xabla tal-kruċjati ħasdet il-ħajjiet ta’ rġiel, nisa u tfal Musulmani, Lhud u Nsara li kienu jgħixu ġirien ta’ xulxin f ’dil-belt. Il-prinċpijiet qasmu l-belt bejniethom filwaqt li għar-rebħa kbira li wettaq, Godfroy ta’ Bouillon ġie ddikjarat Difensur tal-Qabar ta’ Kristu u l-awtorità suprema ta’ Ġerusalemm. B’hekk infetħet it-triq għall-pellegrinaġġi lejn l-Art Imqaddsa. Il-perikli tul il-vjaġġ
qanqlu l-bżonn ta’ kenn u kura għall-pellegrini li jaslu morda jew korruti. Għaldaqstant tard fis-sena 1099 twaqqfet l-Ordni tal-Kavallieri Ospitalieri ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm (li eventwalment saru Kavallieri ta’ Malta). Fl-1119 twaqqfet l-Ordni tal-Kavallieri Fqar ta’ Kristu u t-Tempju ta’ Salamun komunement magħrufin bħala Kavallieri Templari li kienu jħarsu lill-Insara matul il-pellegrinaġġ; aktar tard fl-istorja dawn saru bankiera ewlenin fil-Lvant Nofsani u fl-Ewropa Medjoevali. Daż-żewġ ordnijiet però ma kinux l-uniċi tnejn. Il-qbid tal-bliet ta’ Akre, Ċesarea u Ġaffa ġab kummerċ bil-baħar bla waqfien bejn l-istati Taljani ta’ Venezja u Ġenova u negozjanti Musulmani fil-bejgħ ta’ ħwawar u inċens. In-nobbli ħassew ukoll il-bżonn li jagħmlu ftehim mal-kapijiet Musulmani ta’ rħula viċin sabiex ikollhom min jaħdimlhom l-għelieqi u joħdilhom ħsieb il-bhejjem. Il-gwerriera Nsara ntefgħu jgħixu l-ħajja komda ta’ sidien fewdali. B’danakollu it-tilwim politiku bejniethom fir-renju li ħolqu fuq l-Art Imqaddsa ma waqafx. Kollox baqa’ l-istess sakemm sultan Musulman ġdid, Salaħuddin, għaqqad armata enormi mill-Eġittu, Aleppo u Mosul fil-Mesopotamja (Iraq) u mexxieha lejn l-artijiet tal-kruċjati. Wara ġlied
kullhadd.com
feroċi, fl-4 ta’ Lulju 1187 għeleb lill-gwerriera Nsara fil-battalja ta’ Ħattin (Tramuntana tal-Palestina). Għexieren ta’ Kavallieri Templari u Ospitalieri ġew iġġustizzjati bi tpattijja għall-assalti u massakri li kienu spiss iwettqu fuq karavani Musulmani, filwaqt li oħrajn waqgħu lsiera jew ġew riskattati. Salaħuddin kompla jirbaħ belt wara l-oħra li kienu dominju strateġiku tal-kruċjati sakemm fit-2 ta’ Ottubru 1187 daħal trijonfanti fil-belt ta’ Ġerusalemm mingħajr ma xerred qatra waħda demm Nisrani ġo fiha. Ir-Reġina Sibilla ta’ Ġerusalemm flimkien mal-patrijarka tal-belt u nobbli gwerriera ċedew l-armi u tħallew jitilqu b’mod paċifiku filwaqt li fuq dil-belt reġgħet feġġet il-bandiera tal-ħakkiema Musulmani. Ma’ din l-aħbar diżastruża Papa Gregorju VIII sejjaħ għal gwerra qaddisa oħra u rrispondew bi ħġarhom ir-rejiet Rikardu tal-Ingilterra, Filippu ta’ Franza u Federiku I, l-Imperatur Kattoliku Ruman; qabel telqu imponew taxxa iebsa li għakkset lis-sudditi tagħhom biex tħallset il-kruċjata li għalkemm tathom lura Akre u Ġaffa ma rebbħithomx il-Belt Qaddisa. Ġerusalemm reġgħet waqgħet f ’idejn il-kruċjati fl-1229, madankollu tilfuha għall-aħħar darba fl-1244; id-disa’ u l-aħħar kruċjata tmexxiet bla suċċess bejn l-1271 u l-1272.
25
18.06.2017
kullhadd.com
reċensjoni tal-
KTIEB
SUQ GĦAX DALAM Il-konsulent li mar jara Harley Street, Londra, tah aħbar tajba: “Il-kliewi kollox sew u l-enżimi tal-fwied qegħdin fil-parametri aċċettabbli.” U l-aħbar ħażina? “Nissuġġerilek operazzjoni urġentement … biex tneħħi kemm jista’ jkun mit-tumur.” David Piscopo kellu rasu mimlija pjanijiet għall-futur, imma kien hemm problema waħda: kemm il-pulmun kien mimli bil-kanċer? Ħareġ, lanqas jaf kif, mill-klinika tal-konsulent bi ħsieb wieħed biss f ’moħħu: kif se jgħid lil Catherine, martu u l-unika mara li qatt ħabb, li kien qed imut? Catherine dak il-ħin kienet qed tistennieh Marble Arch, għajjiena wara ġurnata shopping tul Oxford Street. Kellha f ’moħħha eżatt x’se jgħidil-
ha żewġha. “Minn mument għall-ieħor se jitfaċċa mitTube, taparsi jinkorla meta jara kemm infaqt u xtrajt, imbagħad jgħinni nġorr il-basktijiet u mmorru nieklu xi ħaġa flimkien.” Imma David ma jasalx bit-Tube. Minflok, tisma’ t-tpaqpiq urġenti ta’ karozza li tieqaf proprju viċin Marble Arch. U minnha joħroġ David. David?! “Ejja irkeb, se nsuqu lura Malta b’dil-karozza l-ġdida. Issa nispjegalek kollox …” Isuq minn Londra għal Malta – ħolma li ried iwettaq qabel imut. Suq għax Dalam huwa rakkont ta’ vjaġġ, vjaġġ li jsir qisu funeral twil u tislima aħħarija. Iżda Pace sab il-vuċi biex dan ir-rakkont, għalkemm ta’ qsim
il-qalb, ma jkunx bikja waħda sħiħa. Minflok, l-awtur juża dożi qawwija ta’ umoriżmu anki f ’dawn iċ-ċirkostanzi li qed jiddeskrivi biex l-istorja ssir waħda li l-qarrej se jieħu gost jaqra, anki waqt li jemozzjona ruħu b’kif tiżvolġi. Dan il-ktieb huwa opportunità għall-qarrej biex jirrifletti dwar il-ġmiel tal-ħajja, dwar il-mumenti kollha fil-ħajja tagħna ta’ kuljum li bilkemm nagħtu kas u nħallu għaddejja qishom mitlufa, u l-ħin kollu li naħlu bil-ħmerijiet u l-argumenti futili. Suq għax Dalam huwa t-tieni rumanz ta’ Joe Pace, li jiftaħ ilktieb b’dedika/dikjarazzjoni ta’ mħabba lil martu, li “magħha u minħabba fiha nilħaq dak li qabel kien biss ħolm.”
is-sodda fejn kienet inxteħtet daharha lejh u marret tissakkar ġol-kamra tal-banju minuskola (f ’dil-kamra li kien kellu l-wiċċ jikri mingħajr ma kkonsultaha). Fl-aħħar qata’ qalbu li kienet se tkellmu b’rabja kbira ħataf il-mowbajl u l-kartiera u telaq ’il barra biex imur lura jġib dawk l-affarijiet li kienu għal qalbhom. Ma riedx iċaqlaq il-karozza minn fejn kienet ipparkjata u allura mar bit-Tube sal-lukanda minn fejn kien ħareġ filgħodu mimli tama biex imur għand
Croftly. Tiskanta kif ftit sigħat jafu jbiddlu kollox! It-tfajla (Russa? Bulgara? Serba? Min jaf!) li kien hemm fir-reception damet mal-għaxar minuti tipprova tifhem x’ried jagħmel: jitlaq kmieni mingħandhom wara li jiġbor ħwejġu.. Issa jew għax ma kinetx taf il-lingwa, jew għax għaddielha minn moħħha li jekk tilgħabha tal-belha kien se jdawwar fehmtu u jibqa’ għandhom, bdiet tirrepti l-istess ħames jew sitt sentenzi
SILTA MILL-KTIEB Fil-lukanda fejn kellhom il-laptop kellu jmur waħdu għax, malli daħlu fil-B&B li kien sab minn rajh, Catherine kienet intefgħet f ’sikta kbira li biha sakkritu barra, mhux mill-kamra tal-qamel li tawhom imma minn ħsibijietha. Ma rrispondietu xejn, la jekk jistaqsiha xi ħaġa u lanqas jekk jipprova jkellimha. Meta sa fl-aħħar tilef il-paċenzja, għolla wkoll ftit leħnu imma kien kollu ta’ xejn. Anzi, malli għamel hekk, qamet bla kliem minn fuq
li kien irnexxielha tgħaqqad flimkien bl-Ingliż ġo moħħha. Għalxejn talabha biex tgħid lil ta’ fuqha ħalli jitkellem magħhom. Fl-aħħar, qabżitlu u beda jgħajjat kemm jiflaħ ma’
dik il-ġbara li kienet qed taħlilu l-ħin. U oħroġ il-għaġeb, malajr tfaċċa dak ta’ fuqha ... u miegħu żewġt irġiel lebsin uniformi bit-tikketta ta’ kumpanija tas-sigurta fuq sidirhom.
Mistoqsija: Semmi protagonist mill-ktieb. Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: SUQ GĦAX DALAM. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 25 ta’ Ġunju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb JOHN F. KENNEDY huwa: D. VELLA - Attard
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
04
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
Liema distrett ċeda l-Ministru Chris Fearne? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:
Indirizz:
26
18.06.2017
kullhadd.com
IL-BOV BI FTEHIM HSBC JINTRODUĊI TA’ KOLLABORAZZJONI DEBIT U CREDIT CARDS MAL-FORUM MARITTIMU MALTI ĠODDA GĦAN-NEGOZJI
Il-Bank of Valletta u l-Forum Marittimu Malti (MMF) daħlu fi ftehim ta’ kollaborazzjoni li se jippermetti liż-żewġ entitajiet jorganizzaw flimkien avvenimenti u inizjattivi li huma ta’ interess reċiproku. Dan il-ftehim ġie ffirmat mis-Sur Kenneth Farrugia, Chief Business Development Officer (Investimenti) fil-Bank of Valletta u Dr Joe Borg, il-President tal-MMF u eks Kummissarju Ewropew. Matul laqgħa qasira ospitata fil-BOV Centre, Kenneth Farrugia qal: “Huwa evidenti li fuq perjodu ta’ żmien relattivament qasir, fil-fatt mit-twaqqif tiegħu fl-2015, l-MMF irnexxielu jlaqqa’ flimkien il-partijiet interessati ewlenin tal-industrija. Din hija kisba rakkomandabbli. Il-benefiċċju tal-koordinazzjoni tal-isforzi ta’ partijiet interessati differenti fl-industrija huwa ta’ importanza kbira għaliex jippermetti l-ġbir flimkien tar-riżorsi, l-għarfien u l-esperjenza għall-benefiċċju tal-aspetti diversi tal-industrija marittima.” Dr Borg irrikonoxxa t-tendenza tal-operaturi fl-industrija li jaħdmu f ’sajlos. “Madankol-
lu, bis-saħħa tal-bażi ta’ membri diversi tiegħu li tinkludi fost l-oħrajn operaturi fit-terminals tal-vapuri, tarzni, sidien ta’ vapuri u aġenti tat-tbaħħir, il-Forum Marittimu Malti llum jinsab f ’pożizzjoni tajba biex b’mod ħolistiku jidentifika r-rekwiżiti ta’ din l-industrija dinamika u jniedi inizjattivi bil-għan li jsostni t-tkabbir tas-setturi dinamiċi li jiffurmaw din l-industrija importanti għall-ekonomija ta’ Malta. L-utilizzazzjoni tal-interessi, tal-opinjonijiet u tal-aspirazzjonijiet varjati tal-partijiet interessati diversi ma kienx kompitu faċli imma huwa evidenti biċċar li hemm opinjonijiet konverġenti dwar l-importanza tal-ħidma u l-kollaborazzjoni flimkien fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw is-sostenibbiltà ta’ din l-industrija,” huwa spjega. F’dan ir-rigward, huwa semma wkoll il-fatt li l-Forum qed jibni preżenza internazzjonali għalih innifsu fl-industrija marittima. Fil-fatt, Malta għandha r-rappreżentanti tagħha fil-kunsill eżekuttiv tal-IMO, li hija l-ogħla organizzazzjoni marittima internazzjonali, kif ukoll fuq il-kunsill eżekuttiv tal-Comité
Maritime International, awtorità dinjija mexxejja dwar illiġi marittima. Meta tkellem dwar il-ftehim ta’ kollaborazzjoni, Kenneth Farrugia qal li l-involviment tal-Bank imur lil hinn mill-appoġġ finanzjarju li qed jestendi lill-MMF. “Fil-fatt, ilBank estenda wkoll ir-riżorsi speċjalizzati tiegħu fid-diversi sferi tan-negozju tal-Bank, bħall-finanzjament korporattiv, il-finanzjament tal-kummerċ kif ukoll dawk relatati mad-diversi servizzi bankarji elettroniċi pprovduti mill-Bank li se jkunu disponibbli b’mod dirett għall-Forum kif ukoll għall-membri tiegħu.” Huwa tenna li l-Bank ifittex li “juża dan il-ftehim ta’ kollaborazzjoni biex jestendi l-għarfien u l-esperjenza tar-riżorsi umani professjonali tiegħu lill-membri tal-Forum biex itejbu l-mod kif qed imexxu n-negozju tagħhom. Fil-proċess, l-MMF u l-Bank of Valletta se jkunu qed jiddiskutu wkoll modi kif jiddisinjaw u jiżviluppaw prodotti u servizzi personalizzati mfassla apposta biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-diversi operaturi fl-industrija marittima.”
AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ
Mosta. Ċempel 2141 7235.
kwalifikati u preferibbilment għandhom esperjenza f ’dan il-qasam. Jitkellmu bl-Ingliż u kondotta tal-pulizija nadifa. Issalarju jibda minn €5.00 - €6.00 is-siegħa skont l-esperjenza tax-xogħol tal-applikanti. Biex japplika wieħed jista’ jibgħat CV flimkien ma’ Covering Letter bl-email lil careers@ ozogroup.com jew bil-posta lillOzoGroup Head Office, No6, Triq l-Iskultur, Ħal Qormi.
Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għallilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. Ittiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, il-
XOGĦOL U MANUTENZJONI
Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, katusi u gypsum boards ċempel 7928 5444. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq Pożizzjoni tax-xogħol: in-numru 2143 2352 jew 9947 Public area cleaners/ room 7167. attendants/ kitchen porters. OzoMalta Ltd. jeħtieġu persuni AVVIŻI OĦRAJN biex jaħdmu fil- pożizzjonijiet ta’ public area cleaners, room Pożizzjoni tax-xogħol: attendants, u kitchen porters. Ozo Care qed ifittxu nies L-applikant jinħtieg li jkun għall-kariga ta’ live-in and fluwenti fl-Ingliż u jaħdem live-out carers. Ħtiġijiet tax- b’shift, fuq bażi full-time jew xogħol: full-time jew part- part-time. Biex japplika wieħed time. L-applikanti jridu jkunu jista’ jibgħat email fuq careers@
Dawk li jaħdmu fis-settur tan-negozju huma s-sinsla tal-ekonomija Maltija. HSBC Malta jirrikonoxxi l-kontribut tagħhom bħala l-mutur tal-ekonomija u għalhekk qed joffrilhom sett ġdid ta’ business cards. L-HSBC Business Debit u l-HSBC Business Credit cards ġodda joffru lin-negozji potenzjal ta’ xiri akbar, filwaqt li jipprovdulhom b’aktar opportunitajiet biex jiksbu rewards. Pereżempju, l-HSBC Business Credit card tippermetti lin-negozjant li jkollu l-kont bankarju f ’ismu li jkun jista’ jalloka limiti differenti ta’ kreditu lill-cardholders l-oħra fuq dak il-kont skont il-ħtiġijiet tan-negozju. Michel Cordina, il-Kap tal-Commercial Banking tal-HSBC Malta, qal: “HSBC Business Debit u Business Credit cards isolvu kwistjoni importanti għan-negozji hekk kif xi kultant dawn ikunu jeħtieġu ammont ta’ fondi
b’mod immedjat biex jiffinanzjaw it-tkabbir tagħhom. Il-cards huma maħsuba apposta biex jinkiseb mhux biss dan, iżda ukoll biex joffru possibiltajiet għal għadd ta’ faċilitajiet oħra tal-HSBC, fosthom li huma aċċettati madwar id-dinja kollha, jgħoddu bħala assigurazzjoni tal-ivvjaġġar, u jagħtuk punti fuq biljetti tal-ajru.” “Dawn il-cards ġodda huma ideali għal ħafna tipi u livelli differenti ta’ negozji minn imprendituri individwali u negozji żgħar sa kumpaniji mdaqqsa u kbar,” żied jgħid is-Sur Cordina. Il-cards huma faċli biex jintużaw kif ukoll huma mod ideali biex iżommu kont tal-ispejjeż ġurnata b’ġurnata, liema spejjeż jintefqu għal safar, lukandi u ristoranti, manutenzjoni tal-bini, provvisti u tagħmir għall-uffiċċju. L-HSBC Business Debit u Business Credit cards qed jissostitwixxu l-HSBC Debit u Credit Negozju cards.
ozogroup.com jew iċempel fuq sportiva, karozza tal-wiri eċċ. 22471472/34. Heavy vehicles u muturi huma milqugħa wkoll. Il-biljetti AVVIŻI KULTURALI jistgħu jinxtraw mill-isponsor ewlieni tagħna 88 Automotive Avviż importanti - L-attività Għaxaq. Id-dħul biex wieħed Żabbar Autofest mis-7 ta’ ikun jista’ jara l-wirja huwa Mejju ġiet posposta għas- b’xejn. 17 ta’ Ġunju. Ħinijiet: 6pm Barbecue fuq il-bejt talsal-11pm. Il-biljetti li diġà kienu nxtraw każin tal-Ġilju, l-Imqabba: Amministrattiv xorta waħda huma validi, Il-Kumitat filwaqt li biljetti oħra jistgħu fi ħdan is-Soċjetà Mużikali jinxtraw għall-prezz ta’ €5 li Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba huma donazzjoni għal Puttinu ser jorganizza BBQ fuq il-Bejt tal-Każin, fil-Pjazza ewlenija Cares. Wara s-suċċessi matul is-snin, tal-Imqabba, nhar is-Sibt 17 ta’ għas-6 sena konsekuttiva ser Ġunju 2017. Waqt din l-attività tittella’ Żabbar Autofest b’riżq ser jiġi servut varjetà ta’ ikel. Puttinu Cares. Nhar is-17 ta’ Bookings isiru fuq 79853044 u aktar informazzjoni tinkiseb Ġunju. Il-prezz għall-parteċipanti fuq is-sit elettroniku uffiċjali huwa ta €5. Dan l-autofest tas-Soċjetà Mużikali Madonna www.talgilju.com. m’għandux restrizzjonijiet tal-Ġilju fuq il-vetturi li jieħdu sehem. Kulħadd huwa mistieden Karozza tista’ tkun klassika, jattendi f ’atmosfera ferriħija.
27
18.06.2017
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
D. MALLIA - Bormla
TISLIBA 179
Bi 3 Numri 082 140 164 268 442 483 582 587 637 659 720 782 825 866 B’4 Numri 0422 0784
0827 1198 1199 1202 1551 1774 2026 2172 2515 2648 3443 4262 4441 4460 4591 4785 5045 5216 5224 5765 5777
6147 6358 6822 6914 6961 7211 7295 7483 7897 8215 8508 8597 8774 8828 8877 9551 9740 B’5 Numri 18758
23074 25670 27064 28192 43784 44154 44275 46514 48074 52210 57315 67034 68237 74014 79202 87083 87208 90075 92741
B’6 Numri 128738 344371 350561 370878 405728
542064 550998 748867 893652 961470
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
Mimdudin: 1. Kompli l-qawl: Bil- .......... biss ma nim lewx żaqqna (5) 4. Pajjiżi? (4) 7,21m. Naddaf l-art (5) 9. Ara 5 10. Għar (6) 12. Ir-raġel tat-tiġieġa (6) 16. Ara 3 18. Ara 2 19. Parti mil-ġisem (3) 20. Tista’ tkun tas-suf (5) 21. Ara 7 23. Isem (4) 24. Tad-dahar bla ras! (5)
Weqfin: 1. Xi ħaġa li sseħħ (6) 2,18. Isofri (5) 3,16,21w. Mifruxa mal-ġisem kollu (9) 5,9. Qishom avukati (6) 6,11. Stat Ingliż (5) 8. Jitwemmen (9) 11. Ara 6 12,22. Fl-antik Form 6 hekk kienet tissejjaħ (5) 13. Tfisser riservat għall- kaċċa? (1,1,1) 14. Tużahom fl-ikel għat-togħma (6) 15. Ħa bħala verità (6) 17. Michael Muscat Enriquez (1,1,1) 21. Ara 3 22. Ara 12
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:
Weqfin:
1.Baħar, 4.Bieb, 7,12W.Udit, 9,23.Inrabbi, 10.Barkun, 12.Inbill, 16.Att, 18.AM, 19.Età, 20.Bsart, 21,24. Insarraf
1.Bdiewa, 2,3.Ħarrub, 5,21W. Inkina, 6.Ben, 8.Danimarka, 11,22.Insib, 13,17.Bastun, 14.Lettur, 15.Kafkaf
28
18.06.2017
kullhadd.com
SFORZI GĦALXEJN EDITORJAL
Minkejja l-isforzi kollha li għamlu n-Nazzjonalisti, finalment marilhom kollox żmerċ
Il-kilba li n-Nazzjonalisti, taħt Simon Busuttil, kellhom għall-poter kienet konfermata ftit tal-jiem ilu mill-eks Ministru Nazzjonalista Tonio Fenech li bl-iswed fuq l-abjad qal li Simon Busuttil u l-klikka ta’ madwaru kien moħħhom biss biex jerġgħu lura filpoter malajr kemm jista’ jkun. Biex jilħqu dan il-għan, inNazzjonalisti, speċjalment matul din l-aħħar sena, waslu għal kollox. Ivvintaw. Gidbu. Tefgħu t-tajn fuq individwi. Bla ma qiesu xejn. Bla ma qiesu l-konsegwenzi li l-gideb tagħhom seta’ ġab fuq il-familji ta’ dawk fil-mira tagħhom. Mhux inqas fuq il-familja talPrim Ministru Joseph Muscat. Imma l-attakki tanNazzjonalisti kienu mmirati wkoll fuq l-istituzzjonijiet, fosthom l-Avukat Ġenerali. Imma agħar minn hekk, biex jippruvaw jilħqu l-għan tagħhom, jiġifieri dak li jiksbu lura l-poter fl-iqsar żmien possibbli, saħansitra ma ddejqu xejn jattakkaw lil pajjiżna. Ma ddejqu xejn jattakkaw lilna lkoll. Għax
meta jiġu jaqgħu u jqumu minn kollox għall-interessi partiġjani, u saħansitra jippruvaw jagħmlu ħsara lil pajjiżna, ma jkunu qegħdin jagħmlu xejn għajr li jattakkaw lil kull wieħed u waħda minna. Hekk ippruvaw jagħmlu bid-dibattitu dwar il-liġijiet f ’pajjiżna li instigaw filParlament Ewropew. L-iskop tagħhom kien li dan id-dibattitu jsir qabel l-elezzjoni, għax mingħalihom li l-istess dibattitu seta’ jagħtihom gwadann politiku, anke jekk kienu jafu li kien se jkun hemm Membri tal-Parlament Ewropew, minn fost il-grupp talPartit Popolari Ewropew li magħhom huma affiljati n-Nazzjonalisti, li kienu se jieħdu vantaġġ biex jattakkaw is-sistema tattassazzjoni f ’pajjiżna. Hekk fil-fatt sar fiddibattitu li eventwalment sar nhar l-Erbgħa ġewwa Strasburgu, minkejja li s-sistema f ’pajjiżna tgawdi l-approvazzjoni talKummissjoni Ewropea. Minkejja l-isforzi kollha
li għamlu n-Nazzjonalisti, finalment marilhom kollox żmerċ. Anke jekk David Casa u Roberta Metsola ma qagħdux lura milli jkomplu jippruvaw jattakkaw lil pajjiżna u jippruvaw ifixklu l-progress li nkiseb f ’dawn l-aħħar erba’ snin, u li m’għandna l-ebda dubju li jkompli jinkiseb fil-ġejjieni. L-ewwel u qabel kollox l-attendenza tal-Membri Parlamentari Ewropew għad-dibattitu, kienet tant fqira li ma tħalli l-ebda dubju li kważi l-Membri kollha tal-Parlament Ewropew linNazzjonalisti u lil dawk li għenuhom, qalulhom ċar u tond li dan kien dibattitu li ma kellux għalfejn isir. Marilhom kollox żmerċ għax kien hemm Membri Parlamentari Ewropej li qablu mal-Gvern Malti li la l-Parlament Ewropew, u lanqas ħadd, m’għandu jieħu xi deċiżjoni, jew saħansitra anke jifforma opinjoni fuq allegazzjonijiet bla ma jkun hemm fatti ppruvati. Fi ftit kliem, lin-Nazzjonalisti qalulhom: M’għandniex noqogħdu fuq il-gideb, m’għandniex noqogħdu fuq
it-tfigħ ta’ tajn li ivvintajtu intom u xi ġurnalisti li dejjem kienu hemm biex jaqdukom mill-koxxa. Marilhom kollox żmerċ minħabba l-wirja stupenda li tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Deher ċar mhux biss li kien ippreparat għal kollox, imma fuq kollox kien kunfidenti. U kien kunfidenti għas-sempliċi raġuni li ma kellu xejn x’jaħbi. Li m’għandu xejn x’jaħbi. Tant kienet wirja stupenda li saħansitra, minn fost sħab David Casa u Simon Busuttil, kien hemm min ma ddejjaq xejn li jagħmel bħalhom u jinfexx f ’attakk personali fuq il-Prim Ministru tagħna l-Maltin u l-Għawdxin. Imma kif qalet tajjeb ilMembru Parlamentari Laburista Marlene Mizzi, aħna pajjiż żgħir, imma nazzjoni kbir. Aħna mhu se nħallu lil ħadd jagħmilha tal-bully magħna. Jippruvaw jistgħu. Appoġġ min-Nazzjonalisti aktarx li jsibu. Imma bħala poplu Malti u Għawdxi, mhu se nħalluhom qatt, għax Malta tagħna lkoll.