www.kullhadd.com Il-Ħadd 19 ta’ Jannar, 2020
Ħarġa Nru 1,384 Prezz €1
Il-Prim Ministru Robert Abela fost l-Għawdxin ilbieraħ fejn ingħata merħba mill-isbaħ. L-istedina issa hija għall-Maltin u l-Għawdxin kollha biex illum jiltaqgħu miegħu u jisimgħu l-messaġġ tiegħu f’Bormla.
BIDU B’SAĦĦTU Akkademiċi u opinjonisti ewlenin f’pajjiżna ddeskrivew b’mod pożittiv il-bidu ta’ Robert Abela bħala Prim Ministru u Mexxej talPartit Laburista. Maria Brown iddeskriviet bħala “proattivi” l-ewwel deċiżjonijiet ta’ Abela, l-opinjonista Joseph Herbert iddeskriva l-ħatra tal-Kabinett bħala xhieda “ta’ ppjanar fit-tul” u George Vital Zammit
qal li l-Prim Ministru wera “kuraġġ”. Il-Professur Andrew Azzopardi qal li Robert Abela daħħal “arja friska” u Ivan Grixti nnota s-sinjal ta’ “serjetà”. Fil-ħarġa tal-lum nanalizzaw ukoll il-punti tal-ewwel diskors bħala Mexxej tal-Partit Laburista u nippubblikaw sensiela ta’ ritratti minn din l-ewwel ġimgħa. Ara minn paġna 8 sa 15
ISQOF TA’ GĦAWDEX
TLIET ISMIJIET GĦAND IL-PAPA Ara paġna 7
KWAŻI 800 VAKANZA MHUX MIMLIJA FIS-SETTUR TAL-GAMING Ara paġna 6
02
19.01.2020
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 15°C L-Inqas Temperatura: 10°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja testendi għal fuq iċ-ċentru talMediterran It-Temp: Pjuttost imsaħħab li jsir ftit imsaħħab Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi mill-Majjistral li jsir ħafif u varjabbli Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat li jsir ħafif L-Imbatt: Baxx mill-Majjistral It-Temperatura tal-Baħar: 16°C
Editur ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR It-Tnejn
tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
15°C
UV 2
12°C
Il-Ħamis
Indirizz Postali KullĦadd
15°C
UV 2
12°C
15°C
Il-Ġimgħa
UV 3
11°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd
16°C
UV 3
11°C
15°C
UV 1
10°C
15°C
UV 2
10°C
kullhadd.com
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
Empire Pharmacy (Branch), 46, Triq Melita, Il-Belt Valletta – 21225785 The Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21227682 Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487020 St. Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant’Elena, Birkirkara – 27441913 Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, L-Imsida – 21244366 Spiżerija Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann – 213811776 Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334102 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442 Victory Pharmacy, 16, Pjazza il-Vitorja, In-Naxxar – 21412454 Euro Chemist, Triq il-Kurazza, Il-Qawra – 21581876 Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien – 21672757 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 21824720 Cilia’s Pharmacy, 303, Triq Ħaż-Żabbar, Il-Fgura – 21801962 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consigli, Iż-Żejtun – 21806009 Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir-Repubblika, Iż-Żurrieq – 21680761 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Imtarfa Pharmacy, 207 Triq San David, L-Imtarfa – 21451261 Għawdex
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat – 21557819 Gozo Chemists, Mġarr Road, Ix-Xewkija – 21557278
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
03
19.01.2020
kullhadd.com
F’MALTA PREZZ STABBLI FL-UE REĠA’ ŻDIED Fl-agħar xahar minħabba tensjonijiet internazzjonali, il-prezz taż-żejt reġa’ għola sostanzjalment tant li kien hemm mumenti li laħaq il-livell ta’ $69 il-barmil. B’kuntrast, f ’Lulju tal-2019 ilprezz taż-żejt kien naqas taħt il-livell ta’ $55 il-barmil. F’dan il-kuntest, madwar l-Unjoni Ewropea, il-prezz tal-petrol u d-diesel għollew fl-aħħar xahar, b’medja ta’ 2 ċenteżmi u 3.2 ċenteżmi rispettivament. B’kuntrast, f ’Malta l-prezzijiet baqgħu stabbli. Pajjiżna fil-fatt kien l-uniku pajjiż fejn dan seħħ. F’25 pajjiż ieħor kien hemm żieda jew fil-prezz tal-petrol jew f ’dak tad-diesel, jew saħansitra fit-tnejn li huma. It-tnaqqis irrapportat għar-Renju Unit jirrifletti tisħiħ fil-munita Ingliża kontra l-ewro, mhux roħs fil-prezz f ’termini tal-munita Ingliża (u allura ma nħassx mill-konsumaturi Ingliżi). It-tnaqqis fir-Rumanija kien dovut għal tnaqqis fit-taxxi fuq il-fuel, li sar minħabba taqlib politiku f ’dan il-pajjiż. Madwar l-UE x-xahar li għadda fisser piżijiet akbar fuq il-konsumaturi. L-agħar li marru kienu l-konsumaturi tad-diesel fil-Lussemburgu li raw żieda ta’ aktar minn 9 ċenteżmi. Fejn jidħol ilprezz tal-petrol, l-agħar li marru kienu l-konsumaturi fil-Latvja b’żieda ta’ kważi 7 ċenteżmi. F’seba’ pajjiżi tal-UE matul dan ix-xahar kien hemm żieda filprezz tal-petrol jew id-diesel ta’ kważi 5 ċenteżmi jew aktar. Din il-ġimgħa l-prezz tal-petrol
bħala medja madwar l-UE kien €1.44, jew 3 ċenteżmi aktar minn Malta. L-ogħla prezz tal-petrol kien €1.71 fl-Olanda, jew 30 ċenteżmu aktar minn pajjiżna. Fir-rigward tad-diesel, il-prezz flUE kien €1.38, jew 10 ċenteżmi aktar minn Malta. L-ogħla prezz tad-diesel jinstab €1.59 fl-Iżvezja, jew 31 ċenteżmu aktar minn pajjiżna. Il-konsumatur f ’pajjiżna ma gawdiex sempliċiment matul l-aħħar xahar grazzi għall-politika enerġetika tal-Gvern. Mill-ewwel xahar sħiħ taħt Gvern Laburista fl-2013 f ’Malta l-prezz tal-petrol u d-diesel naqas b’7% u 9% rispettivament. Fl-UE, it-tnaqqis fil-petrol kien simili (8%) filwaqt li dak fil-prezz tad-diesel (2%) kien ferm anqas minn dak f ’Malta. B’kuntrast, tul l-amministrazzjoni ta’ qabel il-bidla fil-Gvern, il-petrol kien għola b’36% u d-diesel b’35%. Dan meta li fl-UE tul l-istess żmien iż-żieda kienet ta’ 21% fil-petrol u ta’ 17% fid-diesel. Filwaqt li Gvern Laburista raħħas il-prezzijiet tal-fuel aktar milli naqsu fl-UE, il-Gvern ta’ qabel kien impona żieda kważi d-doppju ta’ dik fl-Ewropa. Dan juri biċ-ċar li l-politika fejn il-prezzijiet f ’pajjiżna joqogħdu jixxejru mal-prezz internazzjonali – jiġifieri l-politika li kien jipproponi Dr Simon Busuttil u li issa addottaha Dr Adrian Delia - kienet twassal għal instabbilità u piżijiet akbar għall-familji tagħna.
PETROL
DIESEL
Ir-Rumanija
-4.7
Ir-Rumanija
-4.1
Ir-Renju Unit
-0.8
Ir-Renju Unit
-0.6
Ċipru
-0.3
Malta
0.0
Malta
0.0
Il-Bulgarija
0.9
Is-Slovenja
0.2
L-Estonja
1.3
Il-Bulgarija
0.4
Il-Greċja
1.8
Il-Belġju
0.7
L-Italja
1.9
L-Estonja
1.3
Is-Slovakkja
2.0
Id-Danimarka
1.3
L-Awstrija
2.2
L-Awstrija
1.5
Ċipru
2.3
L-Italja
1.6
L-Ungerija
2.4
Is-Slovakkja
1.6
Ir-Repubblika Ċeka
3.0
Il-Kroazja
1.7
L-UE
3.2
Il-Polonja
1.9
Il-Belġju
3.3
L-UE
2.0
L-Irlanda
3.3
Spanja
2.3
Spanja
3.3
L-Ungerija
2.3
Il-Kroazja
3.3
L-Irlanda
2.5
Franza
3.4
Iż-Żona Ewro
2.7
Il-Litwanja
3.5
Ir-Repubblika Ċeka
2.7
Iż-Żona Ewro
3.8
Franza
2.8
Il-Polonja
3.8
L-Iżvezja
2.8
Il-Finlandja
4.3
Il-Ġermanja
2.9
L-Iżvezja
4.4
Il-Greċja
3.2
Is-Slovenja
4.5
Il-Finlandja
3.5
L-Olanda
5.3
Il-Litwanja
4.0
Il-Ġermanja
5.4
Il-Lussemburgu
4.6
Il-Latvja
6.4
L-Olanda
4.7
Id-Danimarka
6.7
Il-Portugall
6.4
Il-Portugall
7.1
Il-Latvja
6.6
Il-Lussemburgu
9.1
BIDLA FIL-PREZZ FL-AĦĦAR XAHAR € ĊENTEZMI
04
19.01.2020
kullhadd.com
MA NAFUX ID-DRITTIJIET TA’ META NIVVJAĠĠAW Huma biss 15% tal-Maltin li huma konxji tad-drittijiet talpassiġġieri li jkunu qed jivvjaġġaw bl-ajru. Dan joħroġ minn stħarriġ tal-Unjoni Ewrpopea dwar is-suġġett li juri li l-Maltin jafu inqas x’inhuma d-drittijiet meta mitluba jikkummentaw fuq il-ferroviji, it-trasport bil-kowċis jew bil-vapur. B’mod globali huma 66% tal-Ewropej li ma jafux id-drittijiet tagħhom u 62% talMaltin. L-iktar età li fiha ċ-ċittadini huma konxji tad-drittijiet tagħhom huma dawk ta’ bejn il-25 u l-34 sena u iktar ma jkun għoli l-livell ta’ edukazzjoni, iktar ikunu mgħarrfa. Fost oħrajn jirriżulta li ċ-ċittadini jilmentaw mid-disponibbiltà tal-informazzjoni. Skont l-istħarriġ, 43% taċ-ċittadini tal-UE li vvjaġġaw bl-ajru, bil-ferrovija fit-tul, bilkowċ jew bil-vapur fl-aħħar 12–il xahar (minn hawn ’il quddiem “il-vjaġġaturi”) jafu li l-UE implimentat drittijiet għall-passiġġieri. Il-Kummissarju għat-Trasport, Adina Vălean, stqarret: “L-Unjoni Ewropea hija l-uniku reġjun fid-dinja fejn iċ-ċittadini huma protetti b’sett sħiħ ta’ drittijiet tal-passiġġieri. Madanakollu, jeħtieġ li dawk id-drittijiet ikun hemm aktar għarfien dwarhom u fehim tagħhom, u jridu jiġi infurzati. Ir-regoli tagħna għandhom jipprovdu wkoll aktar ċertezza legali lill-passiġġieri u lill-industrija. Għalhekk, il-Kummissjoni pproponiet li timmodernizza d-drittijiet tal-passiġġieri bl-ajru u bil-ferrovija. Issa neħtieġu li l-Kunsill u l-Parla-
Il-perċentwal ta’ vjaġġaturi li jħossu li l-kumpaniji tat-trasport kienu infurmawhom tajjeb bid-drittijiet tagħhom sa minn qabel bdew il-vjaġġ, ivarja skont il-mezz ta’ trasport li użaw
ment Ewropew jilħqu ftehim fuqhom malajr sabiex jiżguraw li min jivvjaġġa fl-UE jkun effettivament protett.” Id-drittijiet tal-passiġġieri huma ddefiniti fil-livell talUE. Jiġu applikati mill-fornituri tat-trasport, u jiġu infurzati minn entitajiet nazzjonali. Minħabba d-differenzi minn prattika nazzjonali għal oħra, il-passiġġieri jistgħu jsibuha bi tqila jieħdu stampa ċara ta’ x’għandhom jagħmlu u fejn għandhom jirrikorru, aktar u aktar għax il-passiġġieri spiss jaqsmu fruntieri tal-UE huma
L-Unjoni Ewropea hija l-uniku reġjun fid-dinja fejn iċ-ċittadini huma protetti b’sett sħiħ ta’ drittijiet tal-passiġġieri. Madanakollu, jeħtieġ li dawk id-drittijiet ikun hemm aktar għarfien dwarhom u fehim tagħhom, u jridu jiġi infurzati
u jivvjaġġaw. Il-Kummissjoni diġà kattret l-isforzi biex id-drittijiet talpassiġġieri tagħmilhom iktar ċari, u biex tqajjem iktar kuxjenza dwarhom. Il-Kummissjoni għamlet dan permezz ta’ proposti leġiżlattivi għad-drittijiet tal-passiġġieri bl-ajru u bil-ferrovija, permezz ta’ linji gwida, u permezz ta’ komunikazzjoni regolari dwar ġurisprudenza rilevanti. Il-Kummissjoni varat ukoll kampanja ta’ sensibilizzazzjoni. Aktar riżultati mill-istħarriġ 32% minn dawk li wieġbu jafu bl-eżistenza tad-drittijiet talpassiġġieri fl-UE, għat-trasport bl-ajru, bil-ferrovija, bil-kowċ jew bil-vapur. Madanakollu, 14% biss jafu speċifikament bid-drittijiet tagħhom fejn jidħol l-ivvjaġġar bl-ajru, 8 % għat-trasport bil-ferrovija, 5 % għall-kowċ, u 3% għall-vapur. Dawk li wieġbu u li vvjaġġaw b’tal-anqas mezz wieħed minn dawk imsemmija iktar hemm probabbiltà li jkunu jafu bid-drittijiet tal-passiġġieri (43% vs 32%), għalkemm dan il-perċentwal għadu taħt il50%.
Il-perċentwal ta’ vjaġġaturi li jħossu li l-kumpaniji tat-trasport kienu infurmawhom tajjeb bid-drittijiet tagħhom sa minn qabel bdew il-vjaġġ, ivarja skont il-mezz ta’ trasport li użaw: 40% għall-passiġġieri bl-ajru, 29% għall-passiġġieri bil-vapur, 26% għall-passiġġieri bil-ferrovija u 26% għallpassiġġieri bil-kowċ. Rigward l-informazzjoni li waslet għand il-passiġġieri matul il-vjaġġ jew wara, il-perċentwali huma saħansitra iktar baxxi. Minn fost dawk li wieġbu, x’aktarx ikunu dawk li ħabbtu wiċċhom ma’ problemi huma u jivvjaġġaw bl-ajru, flok b’mezz ieħor, l-iktar li jilmentaw: ilmentaw 37% talpassiġġieri bl-ajru vs 26% tal-passiġġieri bil-kowċ, 24% tal-passiġġieri bil-ferrovija, u 18% tal-passiġġieri bil-vapur. Il-mezzi kollha flimkien: 26%. Fost dawk li wieġbu u li ġarrbu tfixkil fil-vjaġġ, iżda ma ressqux ilment uffiċjali (72%), l-iktar raġuni probabbli talli ma lmentawx kienet is-sensazzjoni li kienu se jilmentaw għalxejn (45%), u t-tieni raġuni kienet li l-ammont ta’ flus involut kien żgħir wisq (25%). Minn dawk li ġarrbu tfix-
kil fil-vjaġġ bl-ajru fl-aħħar 12–il xahar, 53% indikaw li l-linja tal-ajru offriet xi tip ta’ għajnuna (ikel u xorb, jew titjira alternattiva, rimborż, kumpens finanzjarju, alloġġ, eċċ...), irrispettivament jekk il-passiġġieri lmentawx jew le. 43% biss tal-passiġġieri bil-ferrovija li wieġbu, u 38% ta’ dawk li vvjaġġaw bil-kowċ jew bil-vapur, indikaw li l-kumpaniji tat-trasport offrewlhom għajnuna f ’każ ta’ tfixkil. 55% ta’ dawk li wieġbu u li lmentaw lill-kumpanija tattrasport dwar tfixkil tal-vjaġġ jgħidu li kienu sodisfatti bilmod kif l-ilment tagħhom ġie trattat, iżda 37% biss ta’ dawk li ġarrbu tfixkil esprimew ruħhom sodisfatti bil-mod kif il-kumpanija tat-trasport kienet infurmathom dwar il-proċeduri ta’ lment. Il-maġġoranza l-kbira (81%) ta’ dawk li f ’xi mument talbu assistenza għall-persuna b’diżabbiltà jew mobbiltà mnaqqsa (jiġifieri 8% minn dawk li wieġbu) iddikjaraw li baqgħu sodisfatti bir-risposta tal-kumpanija tat-trasport. Inqas persuni (60%) esprimew sodisfazzjon meta vvjaġġaw b’aktar minn mezz wieħed.
05
19.01.2020
kullhadd.com
L-MFSA TINVESTI BUGĦADDASA TITLEF €12–IL MILJUN ĦAJJITHA FI MĠARR IX-XINI F’TEKNOLOĠIJA
Għawdex inħasad bil-mewta traġika ta’ Christine Gauci, bugħaddasa ta’ 35 sena mir-Rabat Għawdex, li kienet ukoll suldat tal-Forzi Armati ta’ Malta. Gauci tilfet ħajjitha waqt li kienet qed togħdos fl-inħawi ta’ Mġarr ix-Xini ma’ persuna oħra. Il-Pulizija u anke l-Forzi Armati ta’ Malta kienu fuq il-post għall-ħabta tal-għaxra u nofs biex jagħtu l-għajnuna meħtieġa, iżda sfortunatament il-mara ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post. Fil-fatt dawk li taw l-ewwel ghajnuna qalu li sfortunatament ma rnexxilhomx isalvaw lill-mara anke jekk fil-passat salvaw ħafna persuni. Christine Gauci hija bint il-kandidata Laburista għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew li għaddiet, Mary Gauci, li ngħatat l-aħbar mill-Pulizija waqt li kienet it-Tokk tar-Rabat għall-attività politika tal-Prim
Ministru Robert Abela. Fuq il-midja soċjali bosta qraba, ħbieb u kollegi ta’ Christine Gauci esprimew diqa għal din it-traġedja. Gauci kienet deskritta bħala mara ta’ ħafna kwalitajiet, b’imħabba partikolari għall-muturi u l-mużika. Hija anke kienet tħarrġet mal-Armata Ingliża u saħansitra serviet fl-Afganistan fejn ingħatat midalja tas-servizz militari tagħha. Hija kienet taħdem ukoll fl-Explosive Ordanance Department. Hija kienet ukoll attiva wkoll fiċ-ċelebrazzjoni tal-festi ta’ San Ġorġ tar-Rabat Għawdex, fejn kienet ukoll bandista mas-Soċjetà Filarmonika La Stella. Fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook is-Soċjetà qalet li tinsab f ’luttu. Fuq il-midja soċjali wkoll, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Byron Camilleri, offra l-kondoljanzi tiegħu lill-qraba. Ma’ ONE News l-Ewroparlamentari u ħabiba tagħha, Josianne Cutajar qalet li tinsab bla kliem għal din l-aħbar traġika. “Lil Christine nafha bħala żagħżugħa Għawdxija, nafha wkoll mix-xogħol tagħha fl-Armata ta’ Malta. Tkellimna l-ewwel darba dwar każ, iżda eventwalment iltqajna waqt il-festa tan-Nadur u niftakar qisu lbieraħ, fil-marċ. Kellna diskussjoni li mill-ewwel, il-persuna
li kont inkellimha fuq it-telefown, sirna ħbieb faċilment,” qalet Cutajar. Intant, dwar dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Bridget Sultana li ħatret bosta esperti biex jgħinuha fl-investigazzjoni.
L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ħabbret investiment ta’ €12–il miljun f ’teknoloġija, li se jkompli jsaħħaħ is-servizz li din diġà toffri lis-settur finanzjarju u bankarju lokali. L-irwol tal-Awtorità huwa li tissorvelja l-entitajiet li fost l-oħrajn jispeċjalizzaw f ’servizzi bankarji jew ta’ assigurazzjoni, filwaqt li grazzi għal liġi ġdida li daħlet fisseħħ f ’Novembru li għadda, issa hija wkoll responsabbli minn setturi ġodda bħall-virtual financial assets u l-crypto assets. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Joseph Cuschieri spjega li dan l-investiment il-ġdid se jagħmel tajjeb biex l-Awtorità jkollha mezzi ferm iżjed effiċjenti u siguri biex iżommu l-informazzjoni. Huwa spjega: “Biex ovvjament aħna jkollna għodod sofistikati u moderni fit-teknoloġija. Sistemi ta’ kif nimmaniġġjaw l-informazzjoni, kif nimmaniġġjaw id-data biex ovvjament aħna nilħqu dak il-livell ta’ effiċjenza.” Is-Sur Cuschieri sostna li dan mhuwiex biss investiment fl-apparat teknoloġiku, iżda wkoll f ’madwar 400 impjegat tal-Awtorità. Numru li fiż-żmien li ġej mistenni jitla’ għal madwar 500. Huwa fisser: “Riċentement fil-laptops u fis-sistemi li ovvjament li investejna magħhom
għandek madwar miljun ewro. Il-ħaddiema jkunu iktar motivati. Il-ħaddiem meta jkollu iktar għodod sofistikati u moderni ovvjament ikun iktar produttiv u diġà qed naraw benefiċċji.” Żied ukoll li investiment bħal dan huwa pass eqreb lejn l-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan strateġiku tal-Awtorità. Is-Sur Cuschieri stqarr: “U allura l-Awtorità biex tkun tista’ twettaq il-pjan strateġiku tagħha trid tinvesti fit-teknoloġija, trid taġġorna l-policies tagħha u toħroġ iktar regolamentazzjoni li tkun iktar moderna. Tinvesti fil-ħaddiema, tinvesti fit-taħriġ. Naħseb hekk imbagħad l-Awtorità tkun qiegħda f ’pożizzjoni iktar b’saħħitha, iktar robusta.” Fost l-oħrajn l-MFSA se taħdem biex issaħħaħ il-ġlieda tagħha kontra l-ħasil tal-flus. Cuschieri qal li bħalissa, tim Malti ta’ 18–il professjonist qed jieħu taħriġ internazzjonali dwar dan. Is-Sur Cuschieri temm jgħid: “Apparti minn hekk ġibna tim minn barra, tim mill-Ingilterra li qed jaħdem magħna u ilu xhur. L-irwol tiegħu hu li jgħinna biex indaħħlu ċerta prattiċità iktar sofistikata u iktar moderna ta’ kif aħna nagħmlu s-sorveljanza f ’dak li għandu x’jaqsam mal-ħasil tal-flus.”
06
19.01.2020
kullhadd.com
TAL-GAMING BŻONN TA’ IKTAR NIES Il-problemi ewlenin biex isibu ħaddiema fis-settur tal-gaming
• IPPUBBLIKAT STĦARRIĠ DWAR ID-DIFFIKULTAJIET LI JSIBU • JGĦIDU LI GĦANDHOM BŻONN IKTAR NIES IMĦARRĠA Il-kumpaniji fis-settur tal-gaming irrappurtaw 781 pożizzjoni fi ħdanhom li ma kinux mimlija. Dan fl-aħħar stħarriġ dwar is-settur li llum jimpjega mas-6,000 ruħ u li għadu qed isibha ta’ sfida biex jimla l-pożizzjonijiet ta’ xogħol kollha li jinħolqu. Skont l-iktar stħarriġ riċenti tal-Malta Gaming Authority l-ikbar raġuni li twassal biex dawn il-vakanzi idumu biex jimtlew hija n-nuqqas ta’ esperjenza fis-settur, għalkemm mhix l-unika problema. Fost oħrajn hemm kumpaniji medji li jgħidu li qed isibu sfida għaliex kumpaniji ikbar iħallsu iktar u għalhekk ikunu huma li jieħdu l-ħaddiema fis-settur. L-istħarriġ jindika wkoll li s-sistema edukattiva jeħtieġ li tlaħħaq aħjar mad-domanda li qed tirriżulta mis-settur, b’mod li ħaddiema Maltin jibdew jieħdu wkoll il-post ta’ ħaddiema barranin. Fil-fatt huma 72% tal-ħaddiema fis-settur li mhumiex Maltin. L-ikbar oqsma fejn mhumiex jinstabu biżżejjed nies biex jaħdmu huma dawk marbuta mal-iżvilupp u t-tħaddim tal-logħob kif ukoll il-marketing. Nuqqas ukoll fl-aspetti teknoloġiċi. Din l-industrija kibret b’rata qawwija ħafna tul issnin. Fl-2017 iġġenerat €1.1 biljun ta’ valur miżjud u għalhekk saret it-tielet l-ikbar industrija filpajjiż. Ir-rapport ippubblikat fl-aħħar jiem jgħid: “L-analiżi tindika li hemm potenzjal sinifikanti għas-sistema edukattiva lokali biex tikkontribwixxi bil-għan li tkun indirizzata din il-problema.” Il-Malta Gaming Authority bdiet ukoll programm għall-istudenti bil-għan li jkun indirizzat il-mismatch li jeżisti. L-istudenti hekk ikunu jistgħu jipprattikaw il-ħiliet akkademiċi tagħhom u l-ħila vokazzjonali f ’settur tax-xogħol. Sa Novembru li għadda kien hemm 21 student li kienu magħżula skont dan il-programm u daħlu jaħdmu f ’seba’ kumpaniji differenti.
Skont l-iktar stħarriġ riċenti tal-Malta Gaming Authority l-ikbar raġuni li twassal biex dawn il-vakanzi jdumu biex jimtlew hija n-nuqqas ta’ esperjenza fis-settur, għalkemm mhix l-unika problema
07
19.01.2020
kullhadd.com
GĦAWDEX JISTENNA ISQOF ĠDID FI FTIT ĠIMGĦAT • QED ISIRU L-AĦĦAR KONSULTAZZJONIJIET Bi tliet ismijiet ta’ dawk li possibbilment jistgħu jkunu Isqof ta’ Għawdex mibgħuta lill-Vatikan, l-istennija hi biex fil-ġimgħat li ġejjin jitħabbar min se jkun l-Isqof il-ġdid ta’ din id-djoċesi, li għalkemm ċkejkna għandha tradizzjoni kattolika qawwija. Bħalissa huwa l-Isqof Mario Grech li għadu qed jamministra l-ħtiġijiet tad-djoċesi, iżda mkejjen viċin in-Nunzjatura kkonfermawlna li n-Nunzju bagħat il-Vatikan ittliet ismijiet li minnhom irid jintgħażel wieħed. Dan għaliex in-Nunzju Appostoliku, li bħalissa huwa Alessandro D’Errico, huwa obbligat li jibgħat tliet ismijiet lill-Vatikan fejn minnhom jintgħażel l-Isqof il-ġdid. Biex jagħmel dan ikun ikkonsulta mal-Isqof u persuni oħra li jkunu midħla tad-djoċesi. Ladarba jkunu ffinalizzati t-tliet ismijiet imbagħad issir konsultazzjoni dwarhom mal-Isqfijiet u anke ma’ persuni li huma qrib il-Knisja tal-pajjiż bil-għan li d-deċiżjoni li ssir tkun l-iktar waħda mgħarrfa u infurmata. Bħalissa l-proċess jinsab f ’dan l-istadju. L-Isqof Mario Grech ħabbar li kien se jieqaf minn Isqof ta’ Għawdex f ’Ottubru, wara li ngħata inkarigu importanti fis-Sinodu tal-Isqfijiet fil-Vatikan. Inkarigu li diġà beda. Fl-aħħar ġimgħat issemmew
diversi ismijiet, iżda dawn ma kinux ikkonfermati mill-istess sorsi li kkonfermaw li t-tliet ismijiet qegħdin għand il-Vatikan. Intant, mhux kull saċerdot jista’ jsir Isqof. Isqof ma jistax ikollu anqas minn 35 sena u jrid ikun ilu qassis minn tal-inqas ħames snin. Isqof irid ikollu wkoll rekwiżiti akkademiċi sodi u jkun mgħarraf u studja sew suġġetti li għandhom x’jaqsmu mal-moralità u d-duttrina tal-Knisja.
L-Isqof Mario Grech ħabbar li kien se jieqaf minn Isqof ta’ Għawdex f’Ottubru, wara li ngħata inkarigu importanti fis-Sinodu tal-Isqfijiet fil-Vatikan
08
L-EWWEL IMPRESSJONI 19.01.2020
Opinjonisti ewlenin f’pajjiżna ħadu impressjoni tajba ħafna tal-ewwel deċiżjonijiet li ħa l-Prim Ministru Robert Abela mill-mument li ħa f’idejh it-tmexxija tal-pajjiż.
kullhadd.com
Mal-gazzetta KullĦadd, taw il-verdett tagħhom fil-qosor għall-mistoqsijiet dwar x’impressjoni ħadu bl-ewwel deċiżjonijiet ta’ Robert Abela.
Ivan Grixti Akkademiku
Ta sinjal ċar li għażel membri li s’issa ma hemmx dell ikrah fuqhom. Sintendi, seta’ jagħmel dan għax bil-maġġoranza li għandu l-Partit Laburista, hemm fejn jagħżel u saħansitra kif ġara ċaqlaq ċerti ministeri. Għaraf jagħti spazju biex ċerti deputati li għandhom ċerti kompetenzi jkollhom irwol importanti fil-Kabinett. Bħala għalliem fl-Università ma nistax ma nesprimix il-ferħ tiegħi għal Clayton Bartolo li kien student tiegħi u bħala membru fl-istess professjoni, se jkun qed jassisti lill-kollega fl-akkademja, il-Professur Edward
Scicluna fil-finanzi. Nifraħ ukoll lil Silvio Schembri li hu wkoll kien student tiegħi u li issa ġie elevat għal Ministru responsabbli mill-ekonomija. Fi ftit ġranet li ilu Mexxej u Prim Ministru, Robert Abela wera li se jkun kapaċi li jesprimi umanità sħiħa, imma fl-istess ħin se jżomm iebes mal-Membri tal-Kabinett magħżula u min jiżgarra mhux se jiddejjaq joħroġlu karta ħamra. Tassew għandna bżonn is-serjetà, u Robert Abela dak li se jagħti lill-poplu Malti – is-serjetà fit-tmexxija tal-pajjiż.
Maria Brown
Akkademika
L-ewwel deċiżjonijiet ta’ Dr Abela kienu proattivi u sa ċertu punt kuraġġużi. Jidher ċar mill-fatt li biddel il-portafoll ta’ Ministri bħal dak tal-Onorevoli Evarist Bartolo – sinomimu mal-Edukazzjoni. Spikkaw ukoll il-fiduċja u l-investiment fiż-żgħażagħ tal-Grupp Parlamentari, għalhekk rajna backbenchers u junior
ministers b’karigi ta’ Ministri jew Segretarji Parlamentari. Ma naqsitx il-fiduċja fin-nisa – fil-preżent u fil-futur, hekk kif Dr Abela ddikjara waqt Dissett l-impenn tiegħu li jkompli l-ħidma tal-Gvern fuq mekkaniżmu korrettiv li jwieżen rappreżentanza tal-ġeneru fil-Parlament.
Joseph Herbert Opinjonista
L-ewwel deċiżjoni li tħabbret kienet li bħala Kap tas-Segretarjat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru ġie maħtur l-Ekonomista Clyde Caruana, sa dak il-ħin Ċermen Eżekuttiv ta’ JobsPlus u lettur fl-Università ta’ Malta. Għalija, din kienet indikazzjoni b’saħħitha li Robert Abela se jiddawwar minn nies li jistgħu jgħinuh biex jiżgura li l-pajjiż jibqa’ jilħaq is-suċċessi li drajna bihom fl-aħħar snin. Il-motto li għażel Robert Abela għall-kampanja tiegħu, Flimkien ’il Quddiem, kif ukoll l-użu frekwenti tal-kelma “kontinwità” setgħu jagħtu wieħed x’jaħseb li dan il-Prim Ministru kien se jkun qiegħed jagħmel ftit jew xejn tibdil minn dak preċedenti. Jekk xi ħadd kellu dan il-ħsieb, malajr tajru hekk kif tħabbar kif se jkun kompost il-Kabinett tal-Ministri l-ġdid. Osservazzjoni ġenerali fuq il-Kabinett hi l-ispirtu żagħżugħ li jindika ppjanar fil-tul u jawgura dinamiċità. Madanakollu, l-esperjenza ma ngħatatx bis-sieq u dekasteri kruċjali bħall-finanzi u s-saħħa baqgħu f ’idejn esperti u li taw riżultati eċċellenti. Sinjal ċar li r-ruħ soċjali hija importanti għal Robert Abela kienet l-elevazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali minn Segretarjat Parla-
mentari għal Ministeru. Dan jawgura tajjeb għall-ħidma li trid issir biex inkunu ċerti li l-ġid li qed jinħoloq jasal għand kulħadd. Fuq l-istess suġġett, se jkun interessanti li naraw xi pjan jew ideat għandu l-Prim Ministru l-ġdid biex jelimina ċ-cheap labour u jiżgura li l-istess xogħol jitħallas bl-istess mod kif wiegħed matul il-kampanja. Dan fid-dawl li fl-ewwel intervista televiżiva li kellu, iddikjara li mhux realistiku li għalissa jikkommetti li jiddaħħal ilkunċett tal-living wage għax ma jkunx sostenibbli. Suġġett ieħor li ssemma ħafna fil-kampanja kien l-ambjent. Hawnhekk erġajna rajna ż-żwieġ bejn l-ambjent u l-ippjanar u wieħed jittama li din id-deċiżjoni tati l-frott tant mixtieq mill-poplu kollu. Fl-aħħar nett, ma nistax ma nsemmix l-enfasi li trid tingħata lill-governanza tajba u kemm din hi kruċjali biex min-naħa nsewwu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna u mill-oħra, naspiraw li ngħixu fil-pajjiż li jixirqilna. Għal darb’oħra, fil-ħatra tal-Kabinett u t-tnedija ta’ Kumitat tal-Kabinett dwar il-Governanza, din il-kwistjoni ngħatat l-importanza mistħoqqa u nħares ’il quddiem biex nibdew naraw l-frott kif ukoll biex niżguraw li, fi kliem il-Prim Ministru stess li, “il-ġustizzja ssir ma’ kulħadd.”
09
19.01.2020
kullhadd.com
George Vital Zammit Akkademiku
L-impressjoni hija pożittiva. Il-Prim Ministru wera kuraġġ fil-ħatra ta’ Kabinett bl-iżgħar età medja, fejn qed jagħti responsabbiltà ikbar lil dawk li diġà servew, u oħrajn li kienu fil-backbench. Il-Kabinett huwa wkoll l-ikbar wieħed, bl-ispejjeż amministrattivi li dan iġib miegħu. Dan issa jrid jiġi ġustifikat b’riżultati li jridu jinkisbu. Il-vantaġġ ta’ Kabinett kbir huwa li l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jkunu iktar iffukati, u jibbenefikaw ukoll minn riżorsi iktar speċjalizzati. Dan ikun jeżiġi reklutaġġ akbar ta’ uffiċjali flimkien ma’ espe-
rti biex jintlaħaq dan il-għan. Il-Kabinett il-ġdid qed jagħti sfida ġdida lil dawk li diġà servew. Il-Prim Ministru, kuntarju għal dak li wieħed kien qed jistenna, ma marx għall-kontinwità. Iż-żmien għad jagħtih parir. Wieħed jistenna li dan huwa l-Kabinett li mbagħad iwassal għall-elezzjoni. Ministeri u Segretarji Parlamentari għall-oqsma bħall-akkomodazzjoni soċjali, l-ekonomija diġitali, il-volontarjat, id-drittijiet tat-tfal, il-governanza u r-riformi, u l-infurzar huma introduzzjonijiet ġodda li wieħed għandu jilqa’.
Andrew Azzopardi Akkademiku
Dak li qed jagħmel il-Prim Ministru Abela huwa arja friska. Huwa individwu simpatiku, kariżmatiku u b’personalità mirquma miż-żmien tiegħu bħala avukat. Għandu kariżma li tiġbdek li żgur intirtet mill-papà tiegħu u naħseb tgħallem xi ħaġa jew tnejn miż-żmien li missieru kien fil-politika. Bħal kull wild ikun irid jiżviluppa l-personalità u l-istil tiegħu, imma xi ftit affarijiet jiġru fid-demm. Żgur ħa minn missieru l-passjoni għall-isport, l-interess fil-ħaddiem u id-djalettika politika msensla fuq il-prinċipju tas-sew u tal-ġid komuni. Nittama li issa li beda jbexxaq it-tieqa ma jerġax jagħlaqha u jkompli jagħti aktar spazju għal aktar tibdil. Ma tistax tistenna mirakli f ’temp ta’ ġimgħa, imma kif jgħid il-Malti, il-ġurnata minn filgħodu turik. It-tibdil fil-Kabinett, l-inklużjoni ta’ ċerti nies ġodda, il-kalibrazzjoni tar-rwolijiet u d-deċiżjonijiet ibsin li qed jieħu l-Prim Ministru juru li mhux vera li jrid kontinwità għax hemm tibdil sostanzjali li diġà qed isir mill-mod kif mexxa ta’ qablu. Il-mod kif organizza l-Kabinett, in-nies kif ippustjahom u anke r-responsabilitajiet kif għamilhom jidher biċċar li għandu pjan, ċoè pjan li juri li huwa qed jaħdem bi stil differenti. Interessanti li daqsxejn Machiavelliżmu qiegħed hemm ukoll għax bil-mod il-mod qed jipprova jsib rwol biex dawk il-ftit li jew ma sarux Membri tal-Kabinett jew inkella
tneħħew iħossuhom li jistgħu jagħtu sehem. Qed nibda ninnota wkoll li qed jagħti x’jifhem li ħa jersaq lejn mudell iktar ibbilanċjat bejn dak ta’ teknokrazija imma b’allaċjament ma’ ideoloġija. Fil-fatt fil-kampanja tiegħu tkellem ħafna dwar il-bżonn li l-PL jmur lura lejn l-għeruq tiegħu u jagħti widen u jwieżen lil ħafna nies li għadhom fix-xifer tas-soċjetà biex jiġu mismugħa u megħjuna. Mhux hekk biss, imma ħa pożizzjoni ċara fuq l-azzjonjiet li jeħtieġu jsiru biex l-investigazzjonijiet ikomplu għaddejjin filkaż tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia kif ukoll il-każijiet l-oħra li jimplikaw lil xi politiċi u anke lill-membri tal-istaff tagħhom. Il-pożizzjoni irrevokabbli li ħa dwar l-abort u naħseb id-deċiżjoni li ma jintmissux it-tifkiriet mal-Monument tal-Assedju l-Kbir, simbolu għal min irid ifakkar il-qtil ta’ Daphne, hija ċara ħafna. Irriżenja l-Kummissarju tal-Pulizija. Tneħħew ukoll il-konsulenti u xi pampaluni oħra li ħatfu lil Kastilja u anke stabbilixxa l-Kummissjoni dwar il-governanza fi ħdan il-Kabinett. Dawn waħedhom mhumiex xi deċiżjonijiet li neċessarjament ħa jbiddlu r-rotta. Imma l-politika għandha ħafna bżonn ta’ perċezzjoni u simboliżmi wkoll biex il-poplu jifhem id-direzzjoni li se tittieħed. L-indikazzjonijiet huma tajbin imma rridu nistennew u naraw.
10
19.01.2020
kullhadd.com
GĦAWDEX FUQ QUDDIEM TAL-ĦSIBIJIET U L-PJANIJIET TIEGĦI
“Ftit ġimgħat ilu, tlabtuni xi ħaġa. Tinsiex ’l Għawdex. U tajtkom kelma li Għawdex se jkun fuq quddiem nett tal-ħsibijiet u l-pjanijiet tiegħi. Illum qiegħed hawn biex inżomm kelmti magħkom.” Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela ġewwa r-Rabat, Għawdex. Il-Prim Ministru saħaq kif din l-aħħar ġimgħa kienet waħda impenjattiva, ġimgħa fejn kienet tirrikjedi ċerti deċiżjonijiet. “Kien hemm deċiżjonijiet ibsin li riedu jittieħdu iżda ħadniehom... Ġimgħa fejn rajna ħafna fiduċja min-nies b’mod tanġibbli. Tapprezza l-imħabba u l-fiduċja.” Iżda l-aktar li spikkat kienet l-għaqda. “Nemmen fl-għaqda. Fi ftit sigħat wara t-tellieqa għal-leadership tal-Partit, mill-ewwel ingħaqadna filwaqt li ħaddieħor spiċċa tkisser. Ħriġna aktar b’saħħitna. Dan hu mertu tagħkom. Mertu ta’ kemm tħobbu lill-Partit, ta’ kemm għaraftu li aħna Partit wieħed, niġbdu ħabel wieħed.
Mhux ta’ b’xejn inħobbkom,” qal il-Prim Ministru. Robert Abela tkellem ukoll dwar il-ħatra tal-Kabinett li tant hu kburi biha. Sostna li hemm il-ħeġġa biex isir ix-xogħol, hemm il-kuraġġ biex isir il-ġid filwaqt li jittieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu. “Il-viżjoni tiegħi hi li nġibu l-istabbiltà. Ħdimna ħafna fl-ewwel ġimgħa imma rridu nħarsu ’l quddiem ħa nkomplu ntejbu l-ħajja tagħna. Irridu stabbiltà fin-negozji tagħna. Inkunu Partit, pajjiż u Gvern li nħallu n-negozji jaħdmu... Beħsiebni nibda mmur jien stess fil-komunità tal-businesses. Mhux qed nistennew li n-negozji jiġu għandna. Aħna ħa mmorru.” Il-Prim Ministru enfasizza li pajjiżna jista’ verament jibqa’ miexi ’l quddiem, partikolarment f ’Għawdex. Semma kif is-sena l-oħra kien hemm miljun u erba’ mitt elf passiġġier li qasmu l-fliegu bejn Malta u Għawdex u kif dawn huma figuri bla preċedent. Għall-infrastruttura, saħaq li sar ħafna xog-
ħol iżda fadal xi jsir. L-istess fl-iżvilupp sostenibbli. Robert Abela fisser kif għandna nibżgħu għall-ambjent filwaqt li l-iżvilupp sostenibbli jibqa’ miexi ’l quddiem b’mod intelliġenti. Fuq kollox, il-Prim Ministru assigura li jrid jara li l-ġid li jinħoloq, jitqassam ma’ kulħadd. “In-nies jgħixu bil-flus filbut u dak li rridu nassiguraw aħna. Aktar ġid jitqassam bejn kulħadd. Dik hija l-ambizzjoni tagħna. Din mhijiex xi ħaġa ta’ waħdi. Waħdi ma nasalx. Nitlobkom biex tkunu magħna. Ejjew ħalli din tkun il-proġett tagħna. Poplu Malti wieħed, proġett ta’ pajjiż magħqud. Għandna wisq sabiħ li jgħaqqadna biex inħallu l-ftit ikissirna. Għaddejna minn mumenti diffiċli. Imma ġej żmien sabiħ ukoll u diġà bdejnieh. Sakemm nibqgħu magħqudin u nħobbu lil xulxin. Ejja nibqgħu magħqudin. Kuraġġużi. Nemmnu fit-tama għal pajjiż aħjar. Flimkien nimxu ’l quddiem.
In-nies jgħixu bil-flus fil-but u dak li rridu nassiguraw aħna. Aktar ġid jitqassam bejn kulħadd. Dik hija l-ambizzjoni tagħna. Din mhijiex xi ħaġa ta’ waħdi. Waħdi ma nasalx. Nitlobkom biex tkunu magħna. Ejjew ħalli din tkun il-proġett tagħna. Poplu Malti wieħed, proġett ta’ pajjiż magħqud.
11
19.01.2020
kullhadd.com
• NANALIZZAW IL-KONTENUT U R-REAZZJONI GĦAD-DISKORS LI BIH ROBERT ABELA ASSUMA R-RESPONSABBILTÀ TA’ MEXXEJ TAL-PARTIT LABURISTA 12 ta’ Jannar 2020. Eluf ħonqu l-Padiljun Sportiv ta’ Kordin għall-aħħar jum tal-Kungress tal-Partit Laburista. Kungress li ra żewġ diskorsi mimlija emozzjonijiet. Dak ta’ Joseph Muscat li għamel l-aħħar diskors tiegħu bħala Prim Ministru u Mexxej Laburista u dak ta’ Robert Abela, li għamel id-diskors tiegħu bħala l-Mexxej Laburista
l-ġdid. L-emozzjonijiet ma naqsux ukoll fil-folla, li laqgħu b’ċapċip il-Mexxej Laburista l-ġdid, li mill-ewwel seraq il-qlub mhux biss ta’ dawk preżenti, imma wkoll tal-eluf l-oħra li segwew permezz tal-mezzi tax-xandir. Naraw x’kienu l-punti li tkellem dwarhom il-Mexxej il-ġdid.
EMOZZJONI
għal dan il-partit, għal dan il-pajjiż. Ejja ħa naħdmu flimkien.” Il-kelma “għaqda” kienet rikorrenti tista’ tgħid matul id-diskors kollu tiegħu.
Kif tħabbar isem Robert Abela li kien mistieden biex jagħti l-ewwel diskors tiegħu bħala l-Mexxej Laburista, mill-ewwel dehret il-kariżma tiegħu, li hu u tiela’ litteralment waqaf isellem u jieħu b’idejn mhux biss dawk kollha li kienu fi triqtu lejn il-podium, imma wkoll lil dawk kollha li f ’dak il-ħin seta’ jilħaq. L-ewwel kelma li lissen kienet li kien emozzjonat. U bir-raġun wara li ntgħażel biex ikun it-tmien Mexxej Laburista u eventwalment l-14–il Prim Ministru ta’ Malta. Emozzjoni wkoll meta bla tlaqliq qal lill-folla: “Aħna nħobbukom ħafna!” Aħna – martu Lydia u bintu Georgia.
PARTIT LABURISTA Il-Mexxej Laburista indirizza mill-ewwel lill-partitarji. Semma kif il-Partit Laburista għadda minn mument iebes, imma kien ċar fid-diskors tiegħu li l-Partit ma kien jaħti xejn. Aktar minn hekk. Il-mument iebes li għadda minnu l-Partit La-
burista u wkoll il-partitarji, ma kienx tort tal-partitarji – ċar ukoll li l-partitarji ma kellhomx tort, ma kienu jaħtu xejn. Anzi fid-diskors mirqum wera kif kienet il-maturità li wrew il-partitarji, flimkien mal-entużjażmu u wkoll ir-rispett lejn xulxin li ħareġ lill-Partit Laburista minn mument li seta’ faċilment farrak lill-Partit. Bil-maqlub li ġralu l-Partit Nazzjonalista, il-Partit Laburista ħareġ b’saħħa ta’ għaqda.
GĦAQDA Spikkat it-tema tal-għaqda. “Mil-lum, ħbieb tiegħi, ma rridx nisma’ iktar bin-nies ta’ Chris u bin-nies ta’ Robert. Aħna lkoll tfal tal-Partit.” Sentenza sinifikanti ħafna li ġiegħlet lill-folla enormi tqum bil-wieqfa u tinfexx f ’ċapċipa li għaqqdet flimkien lil dawk kollha preżenti. Il-Mexxej Laburista rringrazzja wkoll lill-Chris Fearne: “Grazzi Chris tażżmien li ħdimna flimkien, nassigurak li dan għadu biss il-bidu. Il-bidu ta’ ħafna aktar ħidma li rridu nagħmlu flimkien
ĦIDMA Robert Abela ħares lejn il-ħidma li trid tkompli titwettaq. Ħarsa ’l quddiem lejn ix-xogħol li jrid ikompli jsir flimkien ma’ Grupp Parlamentari magħqud. “Qed inħares ’il quddiem biex naħdem ma’ kull wieħed u waħda minnhom, u kollha kemm huma bil-kapaċitajiet tagħhom qegħdin tant jagħtuni serħan il-moħħ għal dan il-proġett li se nkomplu flimkien.” Ħidma permezz tal-għaqda u b’responsabbiltà. “Se niġbdu ħabel wieħed, aħna partit wieħed. Dan huwa dmir li kull wieħed u waħda minna għandna lejkom. Lejkom illi tajtuna l-fiduċja tagħkom – fiduċja biex niggvernaw.” “Li naħdmu flimkien ħalli ntejbu l-interessi tal-pajjiż, intejbu l-interessi tal-Għawdxin u tal-Maltin u nibqgħu mexjin ’il quddiem – inżommu lill-par-
tit rebbieħ ... kif kien f ’dawn l-aħħar għaxar elezzjonijiet. Rebbieħ, mhux biex nirbħu, biex nirbħu – biex nistgħu niggvernaw ħalli noħolqu l-ġid. Inkomplu noħolqu l-ġid. Aħna l-partit tal-ġid, il-partit tat-tajjeb, il-partit tassinċerità.”
100 SENA Din is-sena l-Partit Laburista jfakkar il100 sena mit-twaqqif tiegħu. Il-Partit Laburista twaqqaf uffiċjalment bl-isem ta’ La Camera del Lavoro, nhar il-15 ta’ Ottubru 1920. Fid-diskors tiegħu, il-Mexxej Laburista fakkar fis-sinifikat ta’ dan. “Avveniment li tant għandu għax jagħmilna kburin għax jeħodna lura għall-għeruq tagħna. L-għeruq li tant aħna konvinti minnhom, li tant nemmnu fihom, li tant ma nistgħux ninsewhom.” B’dikjarazzjoni dwar dawn l-għeruq, Robert Abela kompla: “Żgur li mhux se ninsa dawn l-għeruq tal-partit. Lillgħeruq li bis-saħħa tagħhom qegħdin hawn illum.”
12
19.01.2020
kullhadd.com
JOSEPH MUSCAT Ma setax jonqos li l-Mexxej Laburista jitkellem ukoll dwar l-Eks Mexxej Laburista Joseph Muscat, imma kienet ukoll sinifikanti l-għażla tal-kliem. Robert Abela qal li ma kienx se jitkellem dwar il-legat li se jħalli warajh Joseph Muscat. “Mhux se nitkellem dwar dan il-legat, għax titkellem dwar legat meta persuna tiġi nieqsa. Jien se nżomm il-proġett ta’ Joseph ħaj u b’saħħtu. Il-proġett tal-Moviment, li ġabilna għaxar rebħiet elettorali.” “Il-proġett ta’ partit miftuħ, miftuħ għal kulħadd ... li ma jħarisx lejn l-uċuħ, ma jħarisx lejn il-kulur, ma jħarisx lejn it-twemmin politiku, ma jħarisx lejn reliġjon, imma jħares biss lejn dak li jgħaqqdna ... aħna l-partit tal-għaqda.”
PRINĊIPJI Ħares ukoll lejn il-prinċipji tal-partit, fosthom l-opportunità ugwali, il-ġustizzja soċjali, l-ugwaljanza u l-għaqda nazzjonali. “Il-partit li jemmen li għandu jagħti opportunità ugwali lil kulħadd biex javvanza ’l quddiem, opportunitajiet indaqs ġej minn fejn ġej, int min int ... jekk hux ġej mill-faxxa t’isfel tas-soċjetà, jekk hux ġej mill-middle class, jekk hux ġej mill-business class, jekk inti student, jekk inti żagħżugħ, jekk inti pensjonant, opportunità indaqs fil-ħajja.” Huwa qal li dan huwa dak li jfisser il-Partit Laburista, dak li huwa l-Moviment immexxi mill-Partit Laburista. Dak li nemmnu fih fil-prinċipji tagħna. “Partit li kburi li huwa tant miftuħ li issa rridu nsibu wkoll il-bilanċ, il-bilanċ mal-għeruq tagħna. U dak se jkun is-sigriet li se jeħodna fix-xhur u s-snin li ġejjin ... li nżommu dan il-bilanċ tant importanti bejn partit miftuħ għal kulħadd, partit li jappella għal
kulħadd, partit li jibqa’ jikber u importanti li jibqa’ jikber, imma fl-istess ħin ma ninsewx lil dawk li dejjem kienu hemm għall-partit.” “Partit li jifhem li hemm ħafna min sofra inġustizzja u li għad hemm ħafna inġustizzji li għadhom ma ssewwewx. Dik hija l-ġustizzja li nemmnu fiha, li dawk l-inġustizzji jissewwew ... u jissewwew sofriehom min sofriehom, għax l-inġustizzja mhi tajba għal ħadd.” “Aħna partit tal-ġustizzja soċjali, partit tal-mobilità soċjali, partit tal-għaqda nazzjonali, partit tal-ugwaljanza ... dawk l-erba’ prinċipji li jien tant kburi li dejjem dorna għalihom kull meta kellna bżonn.” “U dejjem sibna dawk l-erba’ prinċipji li jiggwidawna, gwidawna f ’dawn l-aħħar ġimgħat, u għalhekk li llum il-bastiment reġa’ dritta ... ejja ħa nimxu ’l quddiem, ejja ħa naħdmu ’l quddiem, ejja ħa nuru kemm aħna partit magħqud u b’saħħtu. Kemm aħna pajjiż magħqud u b’saħħtu. Kemm aħna Maltin li nħobbu lil xulxin, k e m m
Aħna partit tal-ġustizzja soċjali, partit tal-mobilità soċjali, partit tal-għaqda nazzjonali, partit tal-ugwaljanza ... dawk l-erba’ prinċipji li jien tant kburi li dejjem dorna għalihom kull meta kellna bżonn
aħna Għawdxin li nħobbu lil xulxin. Kemm aħna poplu wieħed magħqud li jħobb lil xulxin.” Messaġġ qawwi li ntlaqa’ b’entużjażmu u ċapċip.
ĠUSTIZZJA SOĊJALI Robert Abela enfasizza fuq il-ġustizzja soċjali. Qal li huwa kburi li jifforma parti minn dan il-partit li jemmen fil-ġustizzja soċjali, fil-mobilità soċjali: “... li inti, twelidt f ’liema faxxa tas-soċjetà twelidt, għandek l-opportunità daqs kulħadd ieħor li titla’ ’l fuq, li tavvanza fil-ħajja. Kulħadd għandu l-aspirazzjonijiet tiegħu ... ejja naħdmu ħa nagħtu lin-nies dik l-aspirazzjoni li jkomplu jitilgħu ’l fuq.” “Li se nkunu l-partit, il-moviment li se nagħtuhom kull opportunità biex jilħqu l-aspirazzjoni tagħhom. Dak huwa li nemmnu fih. Partit, moviment li jħobb liż-żgħir, li jħobb lill-batut, li jħobb lill-fqir. Li ma nagħlqux għajnejna għat-tbatijiet ta’ ħaddieħor.” “Partit li nifirħu bis-suċċess, aħna m’aħniex il-partit tal-għira. Aħna l-partit tas-suċċess. Li nifirħu bis-suċċess tan-nies. U li l-għira m’għandhiex postha f ’dan il-partit. Għax nemmnu fit-tajjeb, nemmen fit-tajjeb ta’ kull wieħed u waħda minnkom. Nemmen li kollha kemm intom nies li kapaċi timxu ’l quddiem fil-ħajja.”
pajjiż fl-aħħar ġimgħat u ndirizza xi inċertezzi li setgħu nqalgħu. “Jien ngħidilhom li għada filgħodu se jkun jum is-serħan il-moħħ. Jum li fih se nkomplu naħdmu b’kontinwità.”
KONTINWITÀ U STABBILITÀ
“Kontinwità li dak it-tajjeb kollu li għamilna f ’dawn l-aħħar seba’ snin – u għamilna ħafna – ħafna għamilna tajjeb. Ejja nkunu kburin bit-tajjeb li għamilna f ’dawn l-aħħar seba’ snin. Perjodu qasir, meta tikkunsidra. U nikkumparahom ma’ x’għamel ħaddieħor f ’25 sena. Qbiżniehom b’ħafna, imma mhux biżżejjed, għadna nofs triq. Fadlilna ħafna u ħafna x’nagħmlu.” “Għada jum il-kontinwità. Il-kontinwità li ħa ndawruha fi stabbilità. Li ħa tittrasforma ruħha fi stabbilità ... Ejja nibqgħu bir-riċetta li ħadmet. Dik hija r-riċetta li nafu x’inhi li tatna tant suċċessi, ejja nibqgħu naħdmu biha.” Il-Mexxej Laburista semma l-istil ta’ tmexxija li jemmen biha. Irrefera għar-riċetta li ntużat fl-aħħar seba’ snin li ħadmet permezz tal-ideat tal-moviment. Riċetta li dawk kollha fil-moviment kienu parti minnha. Riċetta li tant ħadmet għall-ekonomija u tant kattret il-ġid. Robert Abela qal li din hija riċetta li ġabet pajjiż tant b’saħħtu ekonomikament. SERĦAN IL-MOĦĦ Qal li dan huwa l-istil ta’ Robert Abela tkellem dwar tmexxija li jemmen fih. is-sitwazzjoni li kien hawn fil- “Il-politika ta’ min-nies għan-
nies. Politika sempliċi, politika li tfasslu intom, politika li toħorġu intom bl-ideat.”
BIDLIET Il-Mexxej Laburista qal li mal-kontinwità hemm bżonn ukoll il-bidliet. “Bidliet li jien determinat li nagħmilhom. U dik hija l-kontinwità – li żżomm it-tajjeb u fejn hemm il-ħażin tirranġah. U aħna għandna l-umiltà biżżejjed li naċċettaw l-iżbalji li għamilna.” “Aħna ħdimna ħafna, u meta taħdem ħafna, żbalji tagħmel ukoll. Imma xorta waħda mhux se nagħlaq għajnejja għall-iżbalji. Mill-iżbalji tgħallimna. U l-iżbalji mhux se jerġgħu jiġu ripetuti. Dwar dan għandkom il-kelma tiegħi.”
SALTNA TAD-DRITT U GOVERNANZA TAJBA “Se naħdem flimkien ma’ sħabi fil-Grupp Parlamentari, flimkien magħkom, biex inkomplu nsaħħu s-Saltna tad-Dritt. Inkomplu nsaħħu l-Governanza Tajba. Determinat li nagħmlu għax nemmen li din hija t-triq it-tajba.” “It-triq it-tajba għalikom, ittriq it-tajba għan-nies, it-triq it-tajba għall-pajjiż.”
MANDAT TAL-POPLU Kien sod dwar il-mandat li ta l-poplu lill-Partit Laburista. Il-mandat li l-Partit Laburista jiggverna. “Kulħadd irid jifhem li l-Gvern
13
19.01.2020
kullhadd.com
għandu d-dover li jiggverna, li għandu l-mandat biex jiggverna, għandu d-dmir li jiggverna, nagħmlu l-bidliet fejn hemm bżonn li nagħmlu l-bidliet, imma tridu tħalluna niggvernaw ukoll. Għax dik hija x-xewqa tal-poplu – dik hija d-demokrazija.”
STIL TA’ TMEXXIJA Ħares ’il quddiem. Spjega x’inhi l-istil tat-tmexxija tiegħu. “Tmexxija miftuħa, tmexxija fejn nisma’ mingħand kulħadd. Tmexxija li mhux nieħu d-deċiżjonijiet waħdi, u niddeċiedi waħdi, imma li nisma’ l-opinjoni ta’ kulħadd – umbagħad tieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn. Imma tisma’ – tisma’ x’għandhom xi jgħidu n-nies. Tisma’ x’għandhom xi jgħidu sħabek fil-Kabinett. Nemmen ħafna fir-responsabbiltà li tinqasam b’mod kollettiv, bejn sħabna tal-Kabinett, sħabna tal-Grupp Parlamentari, għax b’hekk id-deċiżjonijiet jittieħdu b’mod tajjeb.
DIXXIPLINA “Nemmen ħafna fid-dixxiplina wkoll. Nemmen ħafna li f ’dan il-mument irid ikollna sens ta’ dixxiplina magħna nfusna, nemmen ħafna fuq id-dixxiplina li tagħmel fuqek innifsek. Hija meħtieġa f ’dan il-mument. Sakemm tibbilanċja dik id-dixxiplina u tkun ġust ma’ kulħadd. Bilanċ bejn li tkun dixxiplinat u li tkun ġust.”
“Dan mhux mument fejn għandna traġedji fil-pajjiż. Imma huwa mument sensittiv. U rridu nifhmu li huwa mument sensittiv. Mument li jeħtieġ il-ħsieb biex toħroġ minnu, jeħtieġ il-viżjoni, jeħtieġ li nkunu dixxiplinati ma’ xulxin, imma noħorġu minnu.” “U noħorġu minnu ħafna aktar qrib, ħafna aktar viċin milli qed jaħsbu. U se noħorġu aktar b’saħħitna minnu,” kompla l-Prim Ministru fost l-applaws tal-folla kbira quddiemu. Kliem sod għal dak li jeħtieġ il-pajjiż f ’dan il-mument, imma wkoll li jserraħ l-irjus. “Se nitmexxa minn dak li fil-kuxjenza tiegħi għandu mis-sewwa, mill-valuri tal-integrità, ta’ onestà, tal-korretezza, valuri li kollha kemm aħna għandna għaliex inkunu kburin bihom. Valuri li tant huma sinonimi mal-Partit Laburista. Li tant huma sinonomi, li tant jaqblu mal-għeruq tagħna. Ejja mmorru lura lejn dawk il-valuri, lejn dawk il-valuri sempliċi, prinċipji iżda li tant jagħmluk b’saħħtek.” “Prinċipji u valuri li tant huma rilevanti fil-mument tal-lum.”
ĦIDMA FLIMKIEN Fl-ewwel diskors tiegħu, il-Mexxej Laburista tkellem dwar il-ħidma li għandha ssir. Stqarr li din il-ħidma ma jistax jagħmilha waħdu. “Jekk (il-ħidma) nagħmilha waħdi, żgur li ma nasalx. Għandi bżonnkom. Bikom warajja
għandi kuraġġ kbir, viżjoni ċara ta’ fejn irridu mmorru, determinazzjoni b’saħħitha li nimxu ’l quddiem, għaliex nemmen fikom.” “Iva, nemmen li l-aqwa żmien mhux biss beda, imma se jkompli. L-aqwa żmien fadallu għaddej. U l-aqwa żmien għad irid jiġi.”
TRANKWILLITÀ Mhux biss kontinwità, imma kontinwità bi trankwillità. “Għada rridu nqumu bisserħan il-moħħ, bis-serħan il-moħħ li għandha l-business community, bis-serħan il-moħħ li għandu jkollhom il-ħaddiema, il-pensjonanti, l-istudenti tagħna, illi jgħixu l-ħajja ta’ kuljum, il-ħajja tax-xogħol, il-ħajja tal-familja – dan huwa dak li qed jitlob il-pajjiż.” “Ejja ħa nimxu ’l quddiem, ejja mmorru lura lejn fejn konna ftit tal-ġimgħat ilu u nimxu ’l quddiem u navvanzaw ’il quddiem. U dak li nwegħidkom, wegħda sempliċi, wegħda li naħdem kemm niflaħ biex nilħaq l-aspirazzjonijiet tagħkom. Biex intom tistgħu timxu ’l quddiem, biex ikollkom intom ukoll is-serħan il-moħħ.”
KOMUNITÀ TAN-NEGOZJU Il-Mexxej Laburista stqarr il-fiduċja li għandu fil-komunità tan-negozju u qalilhom biex jagħmlu kuraġġ. “Jien se nagħmel minn kollox biex lil-
Tmexxija miftuħa, tmexxija fejn nisma’ mingħand kulħadd. Tmexxija li mhux nieħu d-deċiżjonijiet waħdi, u niddeċiedi waħdi, imma li nisma’ l-opinjoni ta’ kulħadd – umbagħad tieħu d-deċiżjonijiet kom narakom li hemm tibqgħu tavvanbżonn zaw ’il quddiem, biex tibqgħu tagħmlu l-profitti tagħkom, biex tibqgħu tagħmlu l-proġetti tagħkom.” “Nitlobkom ħaġa waħda biss – aħsbu fil-ħaddiem. Aħsbu fil-ħaddiem kif diġà qed tagħmlu, imma kunu stakeholders magħna biex tiżguraw li l-ġid ma jeħilx fuq, imma jinżel ’l isfel. Jinżel ’l isfel ħa jilħaq lil kulħadd. Hemm inkunu ilħaqna l-mira ta’ fejn irridu naslu.” Kompla jsemmi l-kategoriji kollha tas-soċjetà u qal li jemmen fihom, għax kollha għandhom il-valur tagħhom – self-employed, pensjonanti, professjonisti, ħaddiema tal-id, iż-żgħir, il-batut, il-fqir.”
ŻGĦAŻAGĦ Qawwi l-messaġġ li għadda liżżgħażagħ: “Fiduċja partikolari għandi fiż-żgħażagħ. Grazzi li dejjem kontu miegħi, għax
dejjem emmint fikom. U llum irridkom tkunu protagonisti miegħi biex flimkien immexxu lil dan il-pajjiż ’il quddiem.”
IL-MUMENT TAL-AĦNA “Dan huwa l-mument tal-‘aħna’. Il-mument tal-‘aħna’ akbar mill-‘jiena’. U jiena tagħkom, għax tant urejtu rispett lejja ... li jien dan nirreċiprokah b’rispett, b’lealtà, b’dedikazzjoni, b’impenn flimkien mal-bqija tal-Grupp Parlamentari, mal-bqija tal-Kabinett, li iva, għandna entużjażmu, għandna kuraġġ biex naħdmu flimkien b’lealtà, b’impenn wieħed. Ejja ħalli flimkien inkomplu nsaħħu lill-partit, flimkien insaħħu lill-pajjiż, partit wieħed, pajjiż wieħed, poplu wieħed.” “Aħna lkoll ulied familja waħda.”
14
19.01.2020
kullhadd.com
IL-BIDU BIR-RITRATTI
Għaddiet biss ġimgħa mir-rebħa ta’ Robert Abela fl-elezzjoni għallMexxej tal-Partit Laburista, iżda kif jixhdu d-diversi ritratti fil-ħarġa tal-lum kienet ġimgħa mill-iktar impenjattiva.
Eluf ħonqu l-padiljun sportiv ta’ Kordin u rreaġixxew b’entużjażmu għall-ewwel diskors tiegħu bħala Mexxej tal-Partit Laburista.
Waħda mid-deċiżjonijiet li kellu jieħu l-Prim Ministru kienet il-ħatra ta’ Kabinett ġdid. Matul il-ġimgħa l-Prim Ministru mhux biss laqqa’ l-Kabinett, iżda anke l-Grupp Parlamentari tiegħu.
kullhadd.com
Fost għadd ta’ laqgħat u impenji bħala Prim Ministru, Robert Abela daħal ukoll għall-ewwel darba fl-uffiċċju tiegħu bħala Mexxej tal-Partit Laburista fiċĊentru Nazzjonali Laburista, il-Ħamrun. Hemm laqqa’ wkoll l-amministrazzjoni tal-Partit.
15
19.01.2020
16
19.01.2020
IL-PARTIT TAGĦNA Felix Busuttil
Dan l-aħħar xahar u nofs konna xhieda – xhieda ta’ ktieb mimli emozzjoni. Irrabjajna flimkien. Ħadna xokk flimkien. Bkejna flimkien. Konna fuq ix-xwiek flimkien. U ċċelebrajna flimkien. Ersaqna iktar qrib lejn il-Partit tagħna – dħalna f ’qoxortna, tgħallimna u konna lesti. Lesti għal tibdiliet straordinarji. Vuċi ġo qalbi u ġo moħħi kellmitni u rajt biss il-forza, il-persistenza, il-mekkaniżmu rikk u l-istorja tidwi tal-Partit Laburista. Il-Parit tagħna lkoll. Il-Partit mhux individwu. Il-Partit mhux dan jew dak ilPrim Ministru. Il-Partit ma jor-
botx qalbu ma’ Kabinett partikolari. Il-Partit Laburista jorbot qalbu mad-dixxiplina, mal-valuri u l-prinċipji, mal-imħabba prezzjuża li għandu għal Malta u għal Għawdex, għall-Maltin u l-Għawdxin kollha. Il-prijoritajiet tal-poplu huma l-prijoritarjiet tal-Partit. Il-poplu jrid li jara li kull min hu vulnerabbli jingħata l-protezzjoni. Hekk irid il-Partit. Għax aħna partit li ma jibżax mill-bidla. Imma saħansitra għandu d-dmir li jara bidla. Mhux bidla għall-partit biss, imma bidla b’raġunijiet validissimi u attwali għall-pajjiż u għall-poplu. Nafu li l-bidliet li saru fil-Partit mhux biżżejjed biex irebbħulna elezzjonijiet li jmiss. Imma jagħtuna d-dritt li niġu stmati. U meta l-poplu jisma dak li qegħdin ngħidu b’konvinzjoni, ir-rebħa fuq l-Oppożizzjoni tkun dejjem tagħna. L-Oppożizzjoni preżenti temmen fil-kontroll. Aħna nemmnu fil-ħelsien. In-Nazzjonalisti jemmnu fl-uniformità – aħna nemmnu fl-għażla. Waqt li l-oħrajn jemmnu fil-politiċi, aħna nemmnu fil-poplu. Dejjem konna nafu li meta
l-Partit Laburista kien lest jinbidel, il-Partit Laburista rebaħ – mhux elezzjoni waħda imma għaxra! Il-Partit tagħna ilu 100 sena mwaqqaf għax il-pijunieri, missirijietna u ommijietna emmnu fl-innovazzjoni, fit-tkabbir, fl-idejn u l-qalb miftuħa – kienu fil-pjazez, fit-toroq, fiddjar… fejn jgħix u jieħu n-nifs il-poplu. Il-Laburisti – intom, jien, aħna – għandna l-ewwel għal qalbna l-ġid ta’ kulħadd. Ilġid ta’ tarbija li għadha titwieled u li forsi ma setgħetx teżisti. Il-ġid tat-tfal tagħna li jeħtieġu kull protezzjoni u l-ikbar imħabba – l-aħjar edukazzjoni. Il-ġid taż-żgħażagħ tagħna. Li ntuhom l-aħjar opportunitajiet u l-importanza. Il-ġid ta’ familtna – li jkollha żmien siewi li tqatta’ flimkien. Li ma jkollhiex piżijiet żejda għax il-ħajja tqila kif inhi. Li fuq kull nannu u fuq kull nanna, kull anzjan ikun hemm tbissima ġenwina – serħan il-moħħ. Li ħadd ma jiġi iżolat – kull reliġjon, kull ġeneru, kull orjentazzjoni sesswali, kull kapaċità fiżika u mentali. Il-ġid tal-annimali u l-pets tagħna. Dawn ukoll ħaqqhom drittijiet u protezzjoni.
Il-ġid tal-pjaneta tagħna li qiegħda f ’mumenti ta’ emerġenza li tbeżża’. Jien mhux BISS ngħożż dan jew dak il-Ministru jew dan u dak il-Prim Ministru. Mhux biss! Għandi wkoll lealtà u passjoni assoluta għal dawk li bnew il-Partit. Però, imħabbti l-ewwel marbuta mal-bandiera ħamra u bajda u mbagħad marbuta ma’ qalbi u ma’ sidri l-emblema tattorċa. Il-lealtà assoluta lejn ilPartit Laburista. Aħna ma nemmnux l-ewwel fil-politiku imma fil-poplu. Dan hu l-vera kejl ta’ Gvern li għandu kompassjoni, empatija. Dan kien is-suċċess tagħna f ’passat stimulat minn statista kbir. Format ġdid. Timetable ġdida. Strateġija ġdida. Noffru soluzzjonijiet u mhux nilagħbu l-politika. Nirriformaw lilna għax qegħdin nirriformaw lil Malta. Aħna tal-Labour nitkellmu l-lingwa tal-poplu. Nitkellmu lingwa differenti għax qegħdin ngħixu f ’dinja differenti. Mingħajr qatt ma niċħdu l-valuri Soċjalisti, il-prinċipji ta’ Malta l-ewwel u qabel kollox
kullhadd.com
– u nibqgħu nagħtu r-rispett li kulħadd – għax aħna tal-Labour pożittivi u mhux negattivi – bieżla u mhux għażżiena – tal-wegħda u mhux tal-paroli – tal-għaqda u mhux tal-firda – tal-imħabba u mhux tal-mibegħda. Aħna magħqudin wara Mexxej ġdid – mhux biss għax nemmnu f ’Robert imma għax għandna f ’moħħna u f ’qalbna fortizza, kastell, sur li qatt ma jista’ jiġi mkisser. Aħna Labour. Aħna Soċjalisti. Aħna l-azzar. Aħna familja waħda taħt emblema waħda. Taħt xemx waħda. Taħt torċa waħda.
Ersaqna iktar qrib lejn il-partit tagħna – dħalna f’qoxortna, tgħallimna u konna lesti
KBURIN B’PAJJIŻNA Josianne Cutajar Membru Parlamentari Ewropew
Tkellimt ma’ diversi Maltin u Għawdxin din il-ġimgħa, u ma stajtx ma ninnutax sentiment komuni – sentiment ta’ ottimiżmu u entużjażmu għat-tkomplija ta’ ħidma minn Gvern Laburista, issa mmexxi minn Dr Robert Abela. Nammetti li dan is-sentiment kien kontaġjuż, għaliex anke jien ninsab ħerqana għad-direzzjoni li fiha ser ikun qed imexxina l-Prim Ministru u l-Kabinett ilġdid. Dan il-Gvern ingħata mandat qawwi fl-2017 u dak il-mandat ser ikompli jitwettaq taħt din it-tmexxija.
Il-messaġġ ta’ kontinwità li ħaddan Abela matul il-kampanja elettorali tiegħu rebaħ il-fiduċja tal-maġġoranza tal-membri u d-delegati Laburisti, f ’elezzjoni pożittiva li fiha vvutaw aktar minn 92% ta’ dawk eliġibbli. Kontinwità, fejn sar il-ġid u l-progress. L-istess kontinwità, però, ma tfissirx li ma jsirux ilbidliet fejn u meta jkun hemm bżonnhom. Jien konvinta li dan il-Gvern ser ikollu l-kuraġġ li t-tali bidliet iwettaqhom. Fil-fatt, il-bidliet diġà qed narawhom iseħħu. Din ilġimgħa, rajna l-ħolqien ta’ Kabinett, ta’ Ministri u Segretarji Parlamentari ġdid. Kabinett li jinkludi persuni b’kompetenza, esperjenza, u rieda biex pajjiżna jitmexxa ’l quddiem, fosthom deputati żgħażagħ u nisa. Huwa Kabinett b’responsabbiltajiet u dekasteri ġodda, li juru l-prijoritajiet tal-Prim Ministru għall-pajjiż. Mill-indikazzjonijiet bikrija li għandna s’issa, jidher ċar illi din l-amministrazzjoni se tkompli taħdem biex issaħħaħ il-governanza tajba u l-ġustizzja soċjali, tħares l-ambjent tagħna,
u ttejjeb il-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin. Issa l-waqt li dik il-ħidma u ħeġġa tiġi riflessa f ’isem Malta lil hinn minn xtutna. Minkejja r-rieda tajba talGvern, ilkoll nafu bl-attakki ħorox li saru fuq pajjiżna f ’livell Ewropew. Dan sar għal bosta raġunijiet, sfortunatament, anke minn Maltin stess li għamiethom l-ambizzjoni politika. Dawn in-nies ma jifhmux, jew ma jridux jifhmu, li isem Malta jfisser id-dinjità tagħna; ifisser l-istabbilità tal-familji u n-negozji tagħna; u fuq kollox, ifisser il-futur ta’ wliedna. Jien u sħabi tad-delegazzjoni Laburista ġewwa l-Parlament Ewropew dan nafuh. Nafu wkoll li meta jitkasbar isimna, ma jirbaħ ħadd ħlief dawk il-pajjiżi li ma jaqblilhomx meta stat żgħir bħal Malta jimxi ’l quddiem, u jilħaq il-qċaċet tal-kwalifiċi Ewropej. Dawn huma pajjiżi li jiggranfaw mal-argument tas-saltna tad-dritt biex jaslu għal dak li verament iridu, inkluż li jneħħu s-sistema ta’ tassazzjoni vantaġġuża tagħna.
Hu għalhekk li f ’xogħli fil-Parlament Ewropew, se nibqa’ ninsisti li pajjiżna jingħata trattament ġust u mingħajr preġudizzju. Dan diġà sħaqtu waqt id-dibattitu dwar ir-riżoluzzjoni fuq pajjiżna, għaliex kont u nibqa’ konvinta li riżoluzzjoni skorretta, partiġjana, u prematura, setgħet biss tagħmlilna l-ħsara. Għajb għal min mill-kollegi Maltin fil-Parlament Ewropew konxjament għażel li jaħdem biex dik ir-riżoluzzjoni tiġi addottata! Aħna nafu li pajjiżna mhuwiex dak li qed jiġi riklamat internazzjonalment. Pajjiżna mhuwiex bejta ta’ kriminalità u korruzzjoni, għax il-ġustizzja qed tilħaq lil kulħadd, bil-fatti. Pajjiżna mhuwiex immexxi minn Gvern dittatorjali, anzi, igawdi mill-fiduċja tal-maġġoranza assoluta tal-poplu. Pajjiżna hu mibni fuq issisien ta’ welfare state li jaħseb f ’kulħadd, li jemmen fis-solidarjetà u l-ġustizzja soċjali. Pajjiżna magħmul minn familji għaqlin, li jridu l-aqwa għal uliedhom. Pajjiżna hu mimli entużjażmu għall-futur.
Dak li ksibna – u għad irridu niksbu – bħala soċjetà, jagħmilna kburin. Hija din il-kburija li lili timmotivani biex ma nħalli lil ħadd ikasbarna. Għalhekk kommessa li nkompli nissoda isem pajjiżna; għaliex kburin bih, u kburin bi triqitna!
Dan il-Gvern ingħata mandat qawwi fl-2017 u dak il-mandat ser ikompli jitwettaq taħt din it-tmexxija
17
19.01.2020
kullhadd.com
SINJALI SBIEĦ Editorjal
Il-Kabinett li ħatar il-Prim Ministru Robert Abela iktar kmieni din il-ġimgħa qed jagħti sinjal b’saħħtu li dan hu Gvern li mhux biss qed iħares lejn is-sentejn u nofs li jmiss ta’ din il-leġiżlatura. Iżda, dan hu Gvern li għandu pjan għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Gvern li minkejja li għadda minn diffikultajiet jinsab b’saħħtu iktar minn qatt qabel biex bl-appoġġ
tan-nies iwettaq il-bidla. Kif qal il-Prim Ministru nnifsu, meta ħabbar il-Kabinett il-ġdid, bid-deċiżjonijiet li ħa ta sinjal ċar li dan il-Gvern jinsab f ’pożizzjoni mill-iktar b’saħħitha biex iħejji lil pajjiżna għall-isfidi tal-ġejjieni. Tul il-ġimgħat li għaddew, bħala kandidat għat-tmexxija tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru kkampanja fuq ilbżonn li pajjiżna jerġa’ jaqbad ir-ritmu li kellu sa Novembru li għadda. Fl-ewwel sigħat tiegħu fil-kariga ta sinjal b’saħħtu ħafna ta’ deċiżjonijiet fl-interess tal-istabbiltà, il-kontinwità. Iżda ma qagħadx lura lanqas li jenfasizza l-ħtieġa li nibdlu fejn meħtieġ. Dan it-twemmin kien rifless ukoll fid-deċiżjonijiet li ħa. L-għażla tal-Kap tas-Segretarjat tiegħu kienet waħda li xehdet l-istil li beħsiebu jadotta. Qalgħet it-tifħir ta’ bosta u dan għal
raġunijiet diversi. Kienet l-ewwel sinjal li Robert Abela tassew kien se jibni fuq it-tajjeb, iżda jadotta stil differenti fejn seta’ sar aħjar. Fl-ewwel jiem tiegħu, wara perjodu diffiċli u sensittiv, il-Prim Ministru reġa’ nissel it-tama u l-fiduċja fost in-nies. Biex kif qal hu stess ninsabu f ’pożizzjoni li l-prospetti sbieħ dwar pajjiżna mhux biss jintlaħqu iżda saħansitra jsir aħjar minnhom. L-għażliet li għamel il-Prim Ministru jagħtu wkoll serħan ilmoħħ lill-poplu Malti li f ’oqsma fejn diġà konna sejrin tajjeb se nibqgħu nimxu ’l quddiem. U fejn seta’ sar aħjar hemm l-intenzjoni ċara li dan isir. L-għażliet tal-Gvern ikabbru l-enfasi fuq l-akkomodazzjoni soċjali, il-ħarsien tal-konsumatur, id-djalogu soċjali u l-wirt nazzjonali. Kien hemm ukoll numru ta’ bidliet li l-Prim Ministru spjega l-ħsieb warajhom.
Il-Ġustizzja u l-Governanza kienu kkonsolidati f ’ministeru wieħed biex il-Gvern ikun f ’pożizzjoni li jissokta b’mod iktar effettiv ir-riformi f ’dan is-settur. Fl-Ambjent u l-Ippjanar ukoll saret bidla bil-għan li noħolqu l-bilanċ meħtieġ. Mhux bilanċ li faċli jintlaħaq, imma fl-ewwel deċiżjonijiet tiegħu l-Prim Ministru wera d-determinazzjoni li titwettaq il-bidla. Deċiżjoni tajba wkoll li l-Infurzar tal-Liġi ngħatat responsabbiltà ministerjali flimkien mal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Il-pajjiż tkellem ħafna fuq il-ħtieġa ta’ iktar dixxiplina tul l-aħħar snin. Wasal il-mument li mill-kliem ngħaddu għall-fatti hawn ukoll. Fuq kollox dan hu Kabinett li għandu l-għan jirriġenera lillGvern f ’nofs leġiżlatura. L-element żagħżugħ fil-Grupp Parlamentari daħal kollu fil-Kabinett
u ċerti bidliet fid-dekasteri żgur se jnisslu entużjażmu ġdid li minnu se jgawdu l-Maltin u l-Għawdxin li se jaraw il-Gvern ikompli jikseb ir-riżultati. It-tiġdid huwa dejjem importanti biex wieħed jissaħħaħ u jkompli fit-triq it-tajba li jkun qabad. Inqisu bħala pożittiv ukoll ilfatt li l-Prim Ministru ta responsabbiltajiet fil-Kabinett lit-tliet nisa li għandu fil-Grupp Parlamentari. Sinjal b’saħħtu li mhux biss se jitkellem fuq rappreżentanza usa’ ta’ nisa fil-Parlament iżda se jmexxi bl-eżempju. Kollox ma’ kollox il-pajjiż issa għandu t-tim tat-tmexxija lest. Lest biex jimplimenta programm ta’ Gvern ambizzjuż li se jkompli jbiddel wiċċ pajjiżna. Jgħidu l-ġurnata minn filgħodu turik u jekk l-ewwel ġimgħat nistgħu nqisuhom bħala l-ewwel ġurnata tal-Prim Ministru allura pajjiżna għandu żmien sabiħ ġej quddiemu.
18
19.01.2020
TRIQ ’IL QUDDIEM Miriam Dalli Membru Parlamentari Ewropew
Fl-istess ħin li l-Prim Ministru Robert Abela kien qed iħabbar il-Kabinett il-ġdid tiegħu, biddekasteri differenti, il-Parlament Ewropew kien qiegħed jivvota fuq riżoluzzjoni dwar il-Green Deal Ewropew. Għalfejn qed insemmi dawn iżżewġ fatti f ’daqqa? Bħala n-negozjatur f ’isem il-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi għal din ir-riżoluzzjoni, imxejt fuq il-viżjoni li nemmen fiha. Dik illi t-tkabbir ekonomiku jkun wieħed sostenibbli, li jirrispetta l-ambjent u jivvalorizza t-tisħiħ soċjali. Huma kliem sbieħ,
li jinstemgħu pożittivi iżda meta wieħed jiġi biex jimplimenta din il-viżjoni bil-fatti, jibdew jitfaċċaw l-ostakli. L-akbar ostaklu hija l-bidla fil-mentalità: il-ħtieġa ta’ mudell ekonomiku ġdid, ta’ politika u miżuri li jiffavorixxu s-sostenibbiltà f ’kull qasam. Dan huwa dak li nimbuttaw fil-Parlament Ewropew u dan huwa li rridu nibdew naraw ukoll f ’pajjiżna. Nemmen illi d-deċiżjoni li ttieħdet biex l-ambjent, l-ippjanar u t-tibdil fil-klima jingħaqdu f ’dekasteru wieħed kienet deċiżjoni tajba. Il-fatt li huwa Ekonomista l-Ministru Aaron Farrugia, li se jkun qed imexxi dan il-portafoll, ifisser li dan il-Gvern Laburista se jkun qiegħed iħares lejn l-ambjent minn aspetti differenti. Irridu nżommu f ’moħħna li l-art hija l-aktar riżorsa prezzjuża għalina l-Maltin u l-Għawdxin. Ejja ma nintilfux f ’livell ta’ politika kkumplikata, u miżuri li jdawru r-rota ekonomika, u ninsew l-aktar funzjonijiet bażiċi tagħna bħala bnedmin: li nieħdu nifs nadif, li jkollna fejn nimirħu, li jkollna fejn inserrħu għajnejna u l-menti
tagħna. Wasal iż-żmien li l-ġid nikkalkulawh skont il-kwalità tal-ħajja wkoll. Fis-snin li għaddew, Malta ħarset lejn setturi innovattivi li ħaddieħor żamm lura milli jikkunsidra, bħas-settur tal-kannabis mediċinali. Illum, dawn il-pajjiżi qed jimxu fuq il-passi tagħna u aħna rridu nibqgħu nkunu mexxejja f ’oqsma differenti, dejjem f ’rispett tal-aħjar prattiċi. Ċerta li l-Ministru Silvio Schembri se jkompli jibni fuq ilbażi li ħadem fuqha Dr Chris Cardona. Hemm aspett ieħor importanti li rridu naħdmu dwaru: dak dwar ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna u l-governanza tajba. Il-Ministri Evarist Bartolo u Edward Zammit Lewis se jkollhom xogħol importanti f ’dan ir-rigward. Jeħtieġ li naħdmu bil-kmiem imxammra favur il-governanza. Każijiet ta’ korruzzjoni jridu jiġu investigati u dwarhom tittieħed azzjoni fl-immedjat, b’mod ċar u trasparenti, bla ebda lok għal dubju jew inċertezzi. Dan il-partit fil-Gvern irnexxielu jimplimenta riformi f ’setturi varji, u b’hekk wera li kapaċi jwettaq bidliet, mhux biss
fejn jidħlu miżuri ekonomiċi iżda anke fit-tisħiħ tad-demokrazija. Tul is-snin li għaddew, wettaqna riformi li sa ftit ilu kienu biss teorija, bħas-separazzjoni tar-rwolijiet tal-Avukat Ġenerali, hekk kif propost mill-Kummissjoni Venezja. Jeħtieġ issa li dbabar suwed tal-passat ma jerġgħux jirrepetu ruħhom. Il-politika m’għandha tħalli ebda lok għal inċertezzi dwar nies li jmissu magħha. Prijorità oħra li l-Prim Ministru Abela jrid jagħti hija l-ġustizzja soċjali: kemm hu mqassam tajjeb il-ġid, kemm hemm aċċess ugwali għall-opportunitajiet u progress personali f ’kull aspett tal-ħajja tal-individwu. Irridu niftakru dejjem fl-għeruq ta’ dak li kien il-Moviment Laburista; għeruq simili ħafna għall-erba’ prinċipji kardinali li fuqhom hi mibnija l-idea tal-ġustizzja soċjali: l-ekwità, l-aċċess għall-opportunitajiet, il-parteċipazzjoni u d-drittijiet indaqs. Irridu nkomplu nindirizzaw sew il-problema tal-faqar f ’pajjżna. Filwaqt li hawn min qed jagħmel lira tajba, hawn min ukoll bilkemm għandu biex jgħajjex lil familtu. Hemm ukoll faxxa oħra, faxxa
kullhadd.com
ferm ikbar, li għalkemm mhix tbati l-ġuħ, ma tistax tgħid li tgħix fil-kumdità lanqas. Din hija r-realtà l-ġdida ta’ pajjiż li għamel ħafna progress, iżda li ħalla lil xi wħud warajh ukoll. Dħalna f ’perjodu ġdid, mimli sfidi, fejn it-tajjeb li sar jeħtieġ li jkompli jitwettaq, filwaqt li fejn bdejna nonqsu, jew inqasna, irridu nsibu soluzzjonijiet.
L-akbar ostaklu hija l-bidla fil-mentalità: il-ħtieġa ta’ mudell ekonomiku ġdid, ta’ politika u miżuri li jiffavorixxu s-sostenibbiltà f’kull qasam
MINN ISSA: FLIMKIEN ’IL QUDDIEM
Georvin Bugeja Segretarju Ġenerali FŻL
L-Elezzjoni għall-Mexxej tal-Partit Laburista issa għaddiet. Il-membri ddeċidew. Ftaħna l-100 sena mit-twaqqif tal-Partit Laburista b’Mexxej ġdid. Malta għandha Prim Ministru ġdid – Robert Abela. Minn issa ’l quddiem, se nimxu ’l quddiem – FLIMKIEN. Kelli l-opportunità li nsegwi din il-kampanja minn barra. Żammejt l-imparzjalità biex nirrispetta l-irwol li nokkupa, u fis-skiet ta’ dari għamilt l-għażla tiegħi. Emmint li d-deċiżjoni li kont se nieħu f ’din l-elezzjoni ma kellhiex tinfluwenza bl-ebda mod dik ta’ membri oħrajn. Nifraħ lill-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista għax-xogħol siewi li għamlet flim-
kien mal-uffiċjali li kienu involuti biex mexxew proċess elettorali tal-ogħla livell, b’serjetà u delikatezza liema bħalha. Se nibqgħu grati lejn ix-xogħol u s-sigħat kollha li wettaqtu, ’il bogħod mill-familji fiż-żmien ta’ festi. F’dawn l-aħħar jiem, wara l-ħatra tal-Mexxej il-ġdid, ħassejt enerġija ġdida fil-Partit Laburista u fil-pajjiż. Qiegħed jinħass l-entużjażmu għal bidu ġdid, imma fl-istess waqt b’sens ta’ kontinwità. IlPrim Ministru matul il-kampanja ressaq lilu nnifsu bħala l-kandidat tal-kontinwità li ma kienx se jiddejjaq ibiddel fejn kien ħażin u dak li hu tajjeb se jissaħħaħ. Dawk li forsi kellhom xi dubju mill-Partit Laburista, li jista’ jkun li kienu attivi għal xi żmien u li ma baqgħux għal raġuni jew oħra, reġgħu ħassew is-sejħa biex jinvolvu ruħhom u jkunu ta’ spalla biex dan il-Partit jissaħħaħ aktar minn qatt qabel fil-valuri u l-prinċipji politiċi tiegħu. Il-kungress tal-Partit Laburista kien xhieda ta’ dan. Kien ippersonifikat id-diskors li l-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef għalaq il-Konferenza Ġenerali Straordinarja bih – li minn din l-elezzjoni se jirbaħ biss il-Partit Laburista. Rajna lill-Membri
tal-Partit, irrispettivament lil min appoġġjaw, jingħaqdu biex ilkoll flimkien inħarsu lejn x’għandu x’joffri l-futur tal-Partit. Dan l-entużjażmu qiegħed jinħass ukoll minħabba l-element ta’ bidla li issa hawn fil-Partit Laburista. Għad-differenza ta’ dak li ġara fil-PN, dak li seta’ jkisser lill-Partit Laburista u dak kollu li bnejna flimkien f ’dawn l-aħħar 12–il sena, għaqqadna u minflok tlifna, komplejna nirbħu. L-isfida li għandu l-Mexxej ilġdid Robert Abela, għad-differenza ta’ Joseph Muscat u anke sa ċertu punt il-Kap tal-PN Adrian Delia, hi li m’għandux biżżejjed żmien biex jiffoka speċifikament fuq ir-riorganizzazzjoni tal-Partit Laburista bil-mod tiegħu sal-elezzjoni ġenerali li jmiss (li għandha ssir sentejn u nofs oħra) minħabba li jrid jiffoka wkoll fuq il-ħidma tal-Gvern, speċjalment ir-reputazzjoni tal-pajjiż li minħabba l-avvenimenti tal-aħħar ġimgħat setgħet ittapnet xi ftit, u jaħdem biex ikompli jiżdied ix-xogħol, l-ekonomija tkompli tikber bl-istess mod li kienet qiegħda tikber u kif drajna taħt Gvernijiet Laburisti, u jiżgura li fil-pajjiż il-fiduċja fil-ġustizzja tissaħħaħ. Madanakollu, minkejja din
l-isfida ewlenija jidher li l-Prim Ministru hu kommess li jagħmel il-bidliet kollha neċessarji biex jassigura li l-Partit Laburista jibqa’ d-dar naturali tal-Maltin u l-Għawdxin u fuq livell nazzjonali, jindirizza dak kollu li hemm bżonn. Għalhekk dan l-element ta’ tiġdid huwa importanti ħafna. Wieħed mill-akbar legati li ħalla Joseph Muscat kien li pprepara lill-Partit Laburista għall-futur – għal kull bidla ġenerazzjonali li rridu naffaċċjaw f ’dawn is-snin li ġejjin u jien ċert li Robert Abela se jkompli jibni fuq dan għaliex naf kemm għandu għal qalbu s-settur taż-żgħażagħ u kemm jemmen fina. Dan jidher biċ-ċar fl-għażla tal-Kabinett tiegħu fejn involva l-element żagħżugħ kollu. Kemm jien kburi li dawn il-persuni, kelli l-opportunità li nsir nafhom mill-Forum Żgħażagħ Laburisti, rajthom iservu fil-Kunsilli Lokali rispettivi tagħhom u llum qed iservu lil pajjiżna mill-Eżekuttiv – u minn hawnhekk nawguralhom il-ħidma t-tajba flimkien mal-kumplament tal-Kabinett il-ġdid u nsellem ukoll lil dawk li servew lill-pajjiż fis-snin li għaddew u ċert li se jkomplu jaħdmu biex jirrappreżentaw fl-aħjar mod il-kostitwenza tagħhom.
Dan hu s-sens ta’ tiġdid fil-Partit Laburista. Il-lealtà kollha tagħna lejn il-prinċipji politiċi, il-Partit Laburista, u l-Mexxej tiegħu se jkomplu jwasslu biex niksbu aktar kisbiet u nimxu ’l quddiem, ilkoll flimkien.
F’dawn l-aħħar jiem, wara l-ħatra tal-Mexxej il-ġdid, ħassejt enerġija ġdida fil-Partit Laburista u fil-pajjiż. Qiegħed jinħass l-entużjażmu għal bidu ġdid, imma fl-istess waqt b’sens ta’ kontinwità
19
19.01.2020
kullhadd.com
IL-PRIJORITAJIET TAL-PRIM MINISTRU L-ĠDID
Mid-Djarju ta’ Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 9 ta’ Jannar
tagħna. Kien bard wisq u ddeċidejt li noqgħod insegwi mid-dar. Tiskanta, man, ħames sigħat ta’ diskussjoni li ġġiblek għajnejk wara widnejk, kif kienet tgħid in-nanna Gerit! Fuq kollox aħna niġu naqgħu u nqumu mill-elezzjoni li qiegħda ssir illum għas-sostitut ta’ Joseph Muscat. Ikun min ikun, m’għandniex għalfejn noqogħdu niddiskutu dak li jagħmel u dak li ma jagħmilx. Minn għada stess nibdew nattakkawh billi ngħidu li kollox sejjer ħażin, mhux l-inqas l-ekonomija. U mela billi jiġu dawk ta’ Fitch u jagħtu lill-Gvern ċertifikat mill-aqwa.
Reġa’ man! Intervista oħra din id-darba ma’ Louise Tedesco fuq l-istazzjon tagħna. Afli tieħu gost tisimgħu jitkellem lill-Kap Adrian Delia, u jwieġeb il-mistoqsijiet diffiċli ħafna li bdiet tagħmillu Louise. Mhux biss. Dejjem juri li għandu viżjoni. Qisu profeta, man! Diġà jaf li kemm Robert Abela kif ukoll Chris Fearne, li wieħed minnhom se jilħaq minflok Joseph Muscat, mhu se joffru xejn ġdid. Anzi l-unika ħaġa ġdida li se jagħmlu hija li jikkuppjaw il-proposti tiegħu. Iċ-ċuċata hi li mbagħad jieħdu l-mertu huma u nispiċċaw biex jerġgħu jirbħulna, jekk Il-Ħadd, 12 ta’ Jannar mhux ukoll jagħtuna xi tkBiex mort iż-Żejtun biex axkira nobis oħra! nisma’ l-kelma tal-Kap tagħna Adrian Delia, kelli nirkeb Il-Ġimgħa, 10 ta’ erba’ karozzi, imma ma jimJannar purtax għax issa fl-aħħar L-APAN, l-għaqda tal-anz- tax-xahar il-Gvern jagħtini jani tal-partit tagħna, li ji- l-flus lura. L-aqwa li nkun ena llum membru tagħha, preżenti għal kull diskors mhux biss qiegħda torganiz- li jagħmel il-Kap tagħna. U za laqgħa għalina kull xahar, mhux lilu biss, tafux! Ħadt imma issa wkoll qiegħda gost ukoll nisma’ lil Joseph tgħid lill-Gvern x’għandu Grech, lill-anzjan Mario Gajagħmel, anke jekk il-Gvern lea, u fuq kollox lil Mario mhuwiex tagħna. Hija Demarco, li t-tlieta li huma tal-fehma li aħna l-anzjani appellaw lill-Prim Ministru m’aħniex se ninxtraw bil-ftit l-ġdid, Robert Abela, biex muniti li se niffrankaw billi ma jkunx bħal ta’ qablu, ma nħallsux għal tal-linja. jiġifieri bħal Joseph MusJien żgur li mhux se ninxtara cat. F’qalbi għedt: imqar ma anke jekk se nkun qiegħed jkunx bħal Joseph Muscat niffranka mhux ħażin, għax fir-riżultati elettorali, għax m’għandix kwiet id-dar u allura magħmula tagħna! kuljum irrid immur xi mkien biex ngħid kelma ma’ dak It-Tnejn, 13 ta’ Jannar jew mal-ieħor. Daqqa l-Istamperija. Daqqa mmur sa Illum tista’ tgħid li ġurnata Tas-Sliema, u ġej u sejjer nimmaġina għamilt! Bdeil-Belt. Ġieli anke darbte- jt nimmaġina li minflok lil jn mort. U jien kullimkien Robert Abela jieħu l-ġurb’tal-linja mmur. Se niffran- ament ta’ Prim Ministru, ka mhux ħażin, imma mhux kont qiegħed nara lill-Kap se ninxtara. Ma tarax! Mela tagħna Adrian Delia! Bdejien qatt nista’ nkun La- jt nimmaġinani hemm, fi Pjazza San Ġorġ, inħares ’il burist! fuq lejn il-gallarija tal-Palazz nistenna lil Adrian Delia Is-Sibt, 11 ta’ Jannar joħroġ isellmilna! Bdejt nimMa azzardajtx immur lejn maġinani miexi mill-Palal-Istamperija llejla biex ngħin zz għal Kastilja bil-maktur fil-ġbir tal-flus għall-midja tal-maduma f ’idi nkanta
“ejjew Nazzjonalisti, ejjew bil-bnadar magħkom, ejjew għax Alla magħna, ejjew għax nirbħu żgur”. Bdejt nimmaġinani dieħel Kastilja, kif kont nagħmel tul il25 sena li konna fil-gvern! Kollha xewqat sbieħ, kieku, imma fejn konna bqajna, għax fil-gvern huma kienu, u fil-gvern għadhom, u donnu li fil-gvern se jibqgħu! It-Tlieta, 14 ta’ Jannar Doppio piacere, man! Hekk inqisha l-ħatra tal-Eks Kap Simon Busuttil bħala segretarju ġenerali tal-partit tagħna fl-Ewropa, jiġifieri l-Partit Popolari Ewropew. Doppio piacere għax din il-ħatra hija unur għall-partit darba glorjuż tagħna, għalkemm l-unuri irridhom lokalment u mhux fl-Ewropa. Imma l-importanti l-pjaċir li għamlulna għax issa Simon se jkollu jirriżenja mill-Parlament u allura se neħiwlsu minnu u ma jibqax jipprova jagħti l-gambetti lill-Kap tagħna Adrian Delia li baqa’ ma riedx jerġa’ jaħtru kelliem għall-governanza tajba. Mhux ta’ b’xejn li l-Istamperija kulħadd beda jgħorok idejh u jaqbeż bilferħ! L-Erbgħa, 15 ta’ Jannar Ma kontx naf li bil-ħatra ta’ Simon Busuttil nistgħu nispiċċaw biex mit-taġen immorru għal ġon-nar. Hemm ċans kbir, skont dak li qiegħed jingħad fl-Istamperija, li postu jieħdu David Thake, li llum m’għadux jifforma parti mill-partit tagħna għax kien irriżenja wara li aħna konna għażilna lil Adrian Delia bħala kap tal-partit. Jien nibża’ li jekk jitla’ David Thake jew jgħid li huwa deputat indipendenti, jew jingħaqad ma’ Marlene u Godfrey Farrugia fil-Partit Demokratiku, jekk għadu jeżisti. B’hekk in-numru ta’ deputati tagħna fil-Parlament ikompli jonqos u nkomplu niġu globu!
Mario Fava President Sezzjoni Kunsillier PL
Kieku wieħed kellu jagħmel analiżi ta’ dak li rajna fl-aħħar jiem u d-deċiżjonijiet li ħa l-Prim Ministru l-ġdid, Dr Robert Abela, faċilment wieħed jista’ jiġbed numru ta’ konklużjonijiet. Però tajjeb qabel xejn nibda billi nirringrazzja lil Dr Chris Fearne tal-involviment tiegħu fit-tellieqa għat-tmexxija tal-Partit. Bla dubju ta’ xejn il-fatt li kien aktar minn kontestant wieħed li kkontribwixxa wassal biex kien hemm proċess demokratiku fejn dawk eliġibbli biex jivvutaw setgħu jagħmlu l-għażla ħielsa tagħhom. Dr Robert Abela ffokka il-kampanja tiegħu fuq l-għeruq tal-Partit li wara kollox kien l-element li kellu jivvotta f ’din l-elezzjoni, iffoka wkoll il-proposti tiegħu fuq l-element tal-ġustizzja soċjali dwar kif il-ġid li jinħoloq mill-andament ekonomiku b’saħħtu ta’ pajjiżna jitqassam bejn kulħadd. Ir-riżultat kien li Robert Abela rnexxielu jidħol fil-qlub mhux biss tat-tesserati imma wkoll tal-pubbliku inġenerali. Dan ħareġ bl-aktar mod ċar fl-ewwel dehra pubblika tiegħu fl-okkażjoni tal-ħatra. Dan jawgura tajjeb għaliex jidher li l-importanza li jinżamm kuntatt man-nies se tkun prijorità tal-Prim Ministru l-ġdid. Sa mill-ewwel diskors uffiċjali tal-Prim Ministru, wieħed jista’ jiġbed il-konklużjonijiet li semmejt aktar qabel. Dan għaliex il-Prim Ministru ikkommetta ruħu li ser jara li l-manifest elettorali li għandu l-maġġoranza ta’ aktar minn 40,000 ċittadin ser ikun qed jitwettaq fl-intier tiegħu tul is-sentejn u nofs li ġejjin. Dan ifisser li ser ikun hemm kontinwità fil-ħidma tal-Gvern. Element importanti ieħor li huwa tkellem dwaru kien l-importanza li mhux biss ikun hemm Partit Laburista magħqud, imma wkoll pajjiż li jkollu s-serħan il-moħħ, stabbiltà u paċi. Tenna l-wegħda tiegħu li l-Partit Laburista ser jibqa’ jkun il-bażi tal-Moviment li jwassal għall-akbar żewġ rebħiet elettorali mill-Indipendenza ’l hawn. Punt ieħor li ħareġ ċar mill-eww-
el diskors tal-Prim Ministru huwa l-impenn tal-Gvern li jara li joħloq ekonomija b’saħħitha li tkompli tiġġenera u toħloq postijiet ġodda ta’ xogħol u tkompli toħloq opportunitajiet għall-familji Maltin u Għawdxin. L-andament ekonomiku li qabad pajjiżna fl-aħħar seba’ snin kien il-bażi tas-suċċessi u l-miżuri li ddaħħlu f ’pajjiżna. Dawn il-miżuri wasslu biex kien hemm livell t’għajxien aħjar għall-familji Maltin u Għawdxin u bdiet tiġi indirizzata għall-ewwel darba l-problema ta’ faqar f ’ pajjiżna. Jidher li Dr Robert Abela għalih hija prijorità. Ma tistax titkellem fuq ekonomija b’saħħitha u ħolqien ta’ xogħol bla ma ssemmi l-ġustizzja soċjali, li hija l-bażi ta’ kull twemmin soċjalista. Dak kien element b’saħħtu ħafna fil-kampanja ta’ Robert Abela u jidher biċ-ċar li hemm rieda u impenn biex din il-ġustizzja soċjali tkompli tissaħħaħ u tilħaq il-faxex kollha tas-soċjetà. Id f ’id mal-ġustizzja soċjali imorru dawk il-persuni l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà. Anki hawn il-Prim Ministru indika li din hija waħda mill-prijoritajiet li ser ikun qed jaħdem fuqhom biex ħadd ma jibqa’ lura. Rajna tul dawn l-aħħar snin kif partikolarment il-persuni b’diżabbiltà ingħataw id-dinjità li tixirqilhom. Għaldaqstant, il-premessa li t-tkabbir ekonomiku ser iservi wkoll ta’ sostenn għall-ġustizzja soċjali u dawk vulnerabbli għandu jkompli jagħti tama lil dawk l-inqas fis-soċjetà. L-aħħar żewġ elementi li fl-opinjoni tiegħi kienu evidenti fid-diskors ta’ Robert Abela kienu; l-opportunitajiet indaqs u kif l-għira m’għandhiex twassal biex ixxejjen l-ispirtu ta’ familja li dejjem irrenjat fil-Partit Laburista. Fl-aħħar nett ma tistax ma ssemmix il-messaġġ li ta fil-ħatra tal-kabinett ilġdid fejn jidher bl-aktar mod ċar li dan huwa kabinett tal-preżent u tal-futur. Però dwar dan ikollna ċans nitkellmu fil-ġimgħat li ġejjin.
Ma tistax titkellem fuq ekonomija b’saħħitha u ħolqien ta’ xogħol bla ma ssemmi l-ġustizzja soċjali, li hija l-bażi ta’ kull twemmin soċjalista
20
19.01.2020
kullhadd.com
MILL-KAPTAN ZELALICH SAL-KAPTAN MITROVICH Il-qlubija tal-Maltin fi żmien il-kors kienet xi ħaġa tal-għaġeb. Mhux biss għall-qbid tal-oġġetti waqt xi ħidma tagħhom, iżda wkoll meta kienu jinqabdu u jittieħdu bħala skjavi mill-Ottomani. Eżempji ta’ dan insibu bosta u kellna wkoll numru ta’ kittieba tar-rumanzi li użaw xi persunaġġi minnhom biex sawru l-istejjer tagħhom. Illum erġajt iltqajt ma’ Liam Gauci, kuratur tal-Mużew Marittimu u tkellimna fuq żewġ kaptani oħra li taw sehem siewi għall-ekonomija Maltija. Minn CHARLES B. SPITERI
Liam, kif semmejt diġà numru ta’ Maltin daqu l-iskjavitù f ’artijiet oħra. Int li studjajt sew fuq il-kors, tista’ tirrakkuntalna aktar? Mela, insemmi lil Pietro de Giovanni Zelalich. Dan twieled f ’Kotor, fil-Montenegro għall-ħabta tal-1731. Kien uffiċjal fuq bastiment Ingliż armat biex jaħtaf il-merkanzija, li nqabad mill-Ottomani u ttieħed hu wkoll bħala skjav. L-Ottomani tefgħuh b’ħidma fuq il-Corona Ottomana. Fuq dan il-bastiment, is-Sultan kellu 71 skjav fil-ktajjen, fosthom numru ta’ kursara Maltin, li ftit snin qabel kienu nqabdu f ’Ċipru. Dawn l-iskjavi kkonvinċew lil Zelalich li Malta kienet l-aħjar post li jmorru fih, jekk jirnexxilhom jaħarbu. Zelalich għoġbitu l-idea u ħadha f ’idejh li jmexxi l-irvell. Kienet faċli biċċa xogħol bħal din? Ma tantx, għax nafu li kulma kellhom l-iskjavi kienu biss skieken, u bihom f ’idejhom ġrew għall-ekwipaġġ bl-għajta ta’ “Viva Marija”. Il-pjan mexa ħarir; il-bastiment inħataf u fi ftit sigħat, l-ikbar bastiment li kellha n-navy Ottomana kien f ’idejn l-iskjavi li rvellaw u beda jbaħħar lejn il-Punent tal-Mediterran. U ġew hawn Malta?
Kien filgħodu tas-6 ta’ Ottubru tal-1760 meta t-torrijiet kostali ta’ Malta taw is-sinjal li kien riesaq bastiment kbir sew. Ħafna kienu tal-fehma li kien bastiment tal-gwerra Brittaniku. Madanakollu, ma setgħu jintlemħu l-ebda bnadar jittajru. Il-bastiment waqaf quddiem il-Port il-Kbir u kienu sparati tiri in blank, bħalma jiġri wara d-daqq ta’ innu nazzjonali. Imbagħad, ittellgħet bandiera sewda li tbiddlet ma’ oħra bajda b’salib f ’nofsha. Ittellgħu wkoll bnadar Torok, li nbidlu b’oħrajn bojod. Mill-art, innies bdew jikkonfondu. Ma sar l-ebda attakk?
joni mal-bastiment stranġier. Fi żmien qasir, l-aħbar tar-rewwixta ġriet mal-iġfna u xterdet bħan-nar ma’ Malta kollha. Min jaf x’sensazzjoni nħolqot għal dan il-fatt. Kulħadd kien ferħan. L-iġfna eskortaw lill-bastiment fil-port, fejn in-nies feruti ddewwew mit-tobba tal-Ordni. In-nies inġabru biex jaraw, jifirħu u jgħajtu. Oħrajn inġabru fuq isswar. Pietro Zelalich, il-mexxej tar-rewwixta, sar il-bniedem popolari fuq fomm kulħadd. Hu, li ngħata l-patrunaġġ talGran Mastru, ta l-bastiment lill-Ordni u ma damx ma sar favorit mal-Gran Mastru nnifsu, tant li Pinto kkummissjonah bħala kaptan tal-ġifen maġisterjali f ’numru sew ta’ okkażjonijiet. U dan l-unur kien jingħata biss lill-irġiel kapaċi u fdati.
Le, għax fi ftit ħin reġgħu ġew sparati 74 tir u l-bastiment tefa’ l-ankra ’l bogħod mill-batteriji li kien hemm qrib il-Port il-Kbir. Il-Gran Mastru li kien ġa sejjaħ laqgħa mal-kunsill tal-gwerra, qatagħha li jibgħat erba’ iġfna tal-Ordni. Huma ħarġu millport f ’formazzjoni ta’ gwerra, Allura kif inħatar kaptan, sakemm saret il-komunikazz- dan Pietro Zelalich?
Ix-xogħol li wettaq ma kienx faċli u l-istatistika hi biżżejjed biex turi l-importanza u s-suċċess li gawda Zelalich bħala kursar Malt
Insibu li sal-1775 hu kien stabbilixxa ruħu sew fil-gżira. Kien meqjus bħala wieħed mill-aktar kursari importanti li jmexxi ħidmietu minn Malta. Iżda, għal petizzjoni ffirmata mill-kursari kollha ta’ dak il-perjodu, Zelalich ikkonferma li ma kienx kapaċi jaqra. Madanakollu, minħabba r-rispett li kien kiseb mill-Ordni u mill-kaptani ħbieb tiegħu, ingħata l-permess li jaħdem bħala kaptan. Fiż-żmien li għamel, wera li kien attiv ħafna f ’xogħlu. Jiġifieri, kif ngħidu, kollox mexielu ħarir? Ironikament, l-iskjav li mexxa l-irvell u li sab ruħu kaptan waqa’ hu stess vittma tal-ikbar irvell li seħħ abbord bastiment tal-kursari. Hu kellu jitgħallem a skapitu tiegħu, li l-baħħara Griegi Ortodossi ma kinux ilkoll il-vittmi li kienet tpinġihom Ruma. Kien ħa deċiżjoni ħażina immens li numru nieqes ta’ ekwipaġġ li kellu jimlieh b’baħrin Griegi. Iżda bil-karattru tenaċju u persistenti li kellu, ma damx ma rritorna fuq il-baħar u kompla jbaħħar bil-bandiera tal-Ordni għal mill-inqas 10 snin oħra. Insibu xi okkażjoni li bbrilla fiha? Irridu ngħidu li hu żgur baqa’ attiv sal-1796, meta kien jissostitwixxi lill-kaptan Calcedonio Xuereb. F’dik l-istess sena
Zelalich kien kaptan tal-galjott San Nicola e Santa Catarina, li fuqu kellu 31 raġel. Minn dan jirriżulta li Zelalich diġà kellu 65 sena. Tajjeb ngħidu li fiż-żmien li serva fuq il-baħar, hu qabad mill-inqas 348 skjav bil-ħila tiegħu biss u 181 oħra waqt li kien qed ibaħħar ma’ kursari oħra. Ix-xogħol li wettaq ma kienx faċli u l-istatistika hi biżżejjed biex turi l-importanza u s-suċċess li gawda Zelalich bħala kursar Malti. Bħala karattru, apparti milli kien bniedem persistenti, nafu xi ħaġa oħra? Nafu wkoll, għax għandna xhieda mir-rapporti tal-Inkwiżizzjoni. Hu kien tressaq quddiem il-Qorti tagħha akkużat b’dagħa u sodomija. Fil-fatt, Zelalich kien l-aħħar kaptan li ffaċċja proċeduri quddiem l-Inkwiżizzjoni. Il-kaptan kien rappurtat lit-tribunal minn kursar u martu. Kienu Angelo u Maria Lucia Calandri li ressqu l-akkużi. Ingħad li Zelalich kemm–il darba dagħa b’San Ġużepp, bil-Madonna u b’San Nicola, li lejh, l-istess Zelalich kien devot. Sa minn kmieni fl-1766, Zelalich kien diġà beda jsemmi l-bastimenti tiegħu San Nicola. Barra minn hekk, il-bastiment li kien qed imexxi meta kien akkużat bid-dagħa, ukoll kien jismu San Nicola. U bniedem li ttella’ jixhed semma wkoll li l-Kaptan kellu santa kbi-
21
19.01.2020
kullhadd.com
ra tal-istess qaddis fil-kabina tiegħu, tant kienet b’saħħitha d-devozzjoni li kellu lejh. Minkejja dan kollu, id-dagħa, l-aktar li kien indirizzat kien lejn dan il-qaddis. Iżda x’setgħet kienet ir-raġuni li jaqbad jidgħi? Jaf kien hemm bosta raġunijiet, iżda li jirriżulta hu li kien jitlef it-tempra malajr jekk ma jkollux suċċess fil-pjani li jkun wettaq f ’moħħu għal fuq il-baħar. Kien jinħafen minn rabja kbira wkoll meta ma jara ebda priża fuq l-orizzont. F’okkażjonijiet simili kien jhedded lil San Nikola pubblikament u jgħid li se jwarrab id-devozzjoni li kellu lejh. Xi wħud mill-ekwipaġġ sa rawh jaħtaf is-santa ta’ San Nikola, jarmiha fl-art u jsawwatha bil-bastun li kellu. Anki meta jiltaqa’ mal-maltemp, il-Kaptan kien jakkuża lil San Nikola quddiem l-ekwipaġġ. U għalkemm l-Inkwiżizzjoni setgħet ippruvat tbiddilha lil Zelalich għad-dagħa tiegħu, jirriżulta li kien akkużat bi krimini aktar skandalużi. Mela x’akkużi seta’ kellu aktar? Kien akkużat li pubblikament stqarr li l-Iżlam kien reliġjon aqwa. Quddiem in-nies għajjat: “imbierka t-Turkija”, “imbierka l-Liġi Torka”, “ħajja twila lil Mohammed, kieku ma kontx daqshekk kbir fl-età, kont nippreferi nikkonverti għallIżlam”. Il-fatt li ntqal minn kaptan talkursara li kien wieħed mill-aktar difensuri prominenti tal-fidi fuq il-baħar, dan kien kliem libelluż. Iżda lanqas dan ma kien l-agħar akkuża kontra Zelalich. Hu kien akkużat li fil-pubbliku wera l-affezzjoni tiegħu lejn baħri, billi biesu u misslu l-warrani. U dawn kienu ħwejjeġ komuni fuq il-bastiment ta’ Zelalich, tant li l-ekwipaġġ kollu kien jaf bil-ġibda li kellhom lejn xulxin. Għalhekk, il-kaptan kien akkużat b’sodomija. U naturalment, “dnubiet” hekk kienu fl-aqwa tagħhom, mhux hekk? Iva, dak iż-żmien l-omosesswalità kienet meqjusa bħala l-agħar mid-dnubiet sesswali. U x-xhieda fuq dan kollu kienet numeruża. Irridu nifhmu li fejn kien hemm nuqqas ta’ nisa mas-saqajn, dan it-tabù kien rampanti. Insibu bosta każi simili ta’ Maltin li waqgħu f ’din id-drawwa. L-istess ġara f ’navies Ewropej u t-terminu użat kien “dnub anormali”. Ħwejjeġ bħal dawn kienu punibbli bil-liġi?
ħafna minnhom ħadu x-xogħol ta’ fuq il-baħar bħal missierTeżisti evidenza li mhux kollha hom. kienu wliedu. Jista’ jkun li Elia seta’ Minn dak li jirriżulta mir-rekords tal-parroċċa Griega filkien ħu Giorgio, għax fil-fatt meta Belt Valletta, kellu l-ewwel iben kien impjegat fuq galjott fl-1791, Saverio fl-1769. Hu beda ħidmietu fis-snin Elia jiddikjara li hu iben Saverio 1770 u din tat profitti kbar lil Imbagħad beda jinMitrovich mill-Kotor familtu. volvi lil uliedu subien fil-kors. Giacomo Mitrovich ħareġ fuq il-baħar ma’ missieru fl-1792. Fir-Royal Navy, ekwipaġġ li qered totalment matul it-Tieni L-oħrajn: Matteo, Giuseppe, jwettaq krimini simili kien Gwerra Dinjija. Illum ma fadal Nicola u Elia Mitrovich, ilkoll ikkmandaw bastiment bejn jingħata l-mewt. Il-kursa- xejn minnu. l-1795 u l-1798. Iżda Zelalich għex l-era ri Maltin li akkużaw lil Zelalich aktarx li riedu jbeżbżuh u Franċiża fostna u laħaq ukoll mhux li jkollu l-istess sentenza l-ewwel snin tar-renju Brittan- Allura dawn kienu iku fostna. Tul ħajtu, Malta lkoll uliedu subien? tal-Ingliżi. L-ewwel xhud, Calandri, kien għaddiet minn tibdil enormi. uffiċjal abbord. Hu sempliċe- Kien ukoll wieħed mill-aħħar Teżisti evidenza li mhux kollment stqarr li “kull min jafu, eżempji ħajjin li wera kif il- ha kienu wliedu. Jista’ jkun jaf li kien sodomista. Pietro Mi- kors seta’ jibdel il-ħajja ta’ li Elia seta’ kien ħu Giorgio, callef, it-tabib abbord, xehed li bniedem. Kien skjav li sar kap- għax fil-fatt meta kien imp“l-ekwipaġġ kollu kien familjari tan. Hu, bħal numru ta’ nies jegat fuq galjott fl-1791, Elia bl-atteġġjament tal-kaptan lejn barranin qablu, ħabbew lil Mal- jiddikjara li hu iben Saverio Marco. Dan seta’ kien minħab- ta u għamluha darhom. Pietro Mitrovich mill-Kotor. Saverio ba r-rank li kellu Zelalich u Zelalich xehed inżul ix-xemx kien missier il-Kaptan Giorgio l-benefiċċji ekonomiċi li kellu tal-mod tal-ħajja antika u kien u għalhekk, Giorgio ma setax Zelalich. Kienet x’kienet ir- preżenti għat-tlugħ ta’ dik ġdi- ikun missieru, għax kien għadu żgħir wisq biex ikun missier raġuni, Zelalich qatt ma tressaq da. tifel li jikkmanda bastiment flquddiem l-Inkwiżizzjoni qabel 1791. Insibu lill-Kaptan Giorgio dakinhar. Mitrovich li kien ukoll X’wassal biex Kemm dam fostna Zelalich? minn Kotor bħal Zelalich. il-Kaptan Giorgio Mitrovich X’tista’ tgħidli fuqu? baqa’ jissemma sew Sal-10 ta’ Diċembru tal-1811. Dakinhar, Zelalich miet fl-Is- Dan kien attiv sew f ’Malta fostna? la. Kellu 80 sena u ndifen mill-aħħar tal-1760 sa tmiem mill-kappillan Grieg fil-knisja il-kors. Hu stabbilixxa ruħu Hu ma kienx ta’ Santa Marija tal-Assunzjoni fl-Isla, fejn iżżewweġ lil Anna l - i k t a r fil-Birgu. Il-qabar tiegħu, in- Marie u kellhom 11–il wild, li k a p t a n prom-
inenti. L-avventuri tiegħu kienu numerużi iżda mhux straordinarji. L-importanza u l-kontribuzzjoni li ta fl-ekonomija ta’ Malta permezz tal-ħidma tal-kursari, kienet li sawwar ġenerazzjoni ta’ kaptani. Ibnu Giacomo kien wieħed mill-eżempji. Hu kien dekorat b’medalja tad-deheb mill-Gran Mastru de Rohan fl1796, għar-rebħa li wettaq fuq galjott tal-Barbari. Iżda ismu u kunjomu huma sinonimi ma’ toroq Maltin, hux hekk? L-ismijiet tat-toroq Maltin mhumiex speċifikament għalih. Iżda bħala familja, dik tal-Kaptan Giorgio tat kontribuzzjoni oħra lill-istorja ta’ Malta. Hu kien in-nannu u l-parrinu tal-futur patrijott Malti Giorgio Mitrovich, li għalih issemmew it-toroq. Il-proneputi Giorgio twieled fl-1795, fl-aqwa tal-karriera militari ta’ nannuh. In-nannu miet l-Isla, fl-1 ta’ Lulju tal-1810, meta kellu kważi 80 sena. Wara s-servizz funebri fil-knisja parrokkjali tal-Isla, il-katavru tiegħu twassal bid-dgħajsa sax-xatt tal-kapitali fejn ingħata lill-kappillan Grieg għad-difna fil-knisja parrokkjali Kattolika ta’ Santa Marija ta’ Damasku fil-Belt Valletta.
Kulħadd kien ferħan. L-iġfna eskortaw lill-bastiment fil-port, fejn in-nies feruti ddewwew mit-tobba tal-Ordni. In-nies inġabru biex jaraw, jifirħu u jgħajtu. Oħrajn inġabru fuq is-swar
22
19.01.2020
kullhadd.com
Stejjer Qosra
MINN MARY CHETCUTI
VENDETTA! Ħabbatt bil-ponn fuq il-bieb qadim, għax Ġużu qatt ma kellu kurrent elettriku ġewwa aħseb u ara qanpiena mall-bieb. Stennejt ftit u meta kont se nerġa’ nagħti daqqtejn oħra bill-ponn, il-bieb tbexxaq u minn warajh, b’nofs wiċċu biss jidher, Ġużu laqagħni u qalli: “Xiż-żobb ġejt tagħmel hawn, mela ħrabtilhom?” Għidtlu: “Ġejt ħa nitkellmu.” Ġużu qisu pprova jerġa’ jagħlaq il-bieb imma jien kont pront u imbuttajt il-bieb ’il ġewwa bih b’kollox. Ġie dahru mal-ħajt u nfexx jidgħi għax qal li weġġajtu. Ġużu daqsi miż-żmien, imma l-eroina li jfaqqa’ fil-vina ħlietu. Għandu għajnejh dejjem imbexxqin u fil-ħofra u wiċċu mixrub u griż, tistħajlu katavru wieqaf. Qbadtu minn sidru u imbuttajtu biex ikompli dieħel ’il ġewwa fiżżewġ toqob ta’ kmamar qishom mintna li jgħix fihom, jogħrok minkbu, jidgħi u jaqlagħli b’dak ilħanżir missieri. “Fuqu ġejt inkellmek,” għedtlu. “Meta kont ġewwa inti ħliftli li taf fejn qiegħed u sakemm niġi biex noħroġ ħa ssibli fejn qed joqgħod ukoll. Qabel ma tgħidli kollox mhux ħa noħroġ minn hawn ġew, fhimt?” Ġużu refa’ pakkett tas-sigaretti mill-art u tefa’ sigarett bejn xufftejh. Ressaq il-pakkett lejja
imma rrifjutajt mhux għax ma xtaqtx wieħed, imma għax ir-rabja li kelli u l-għaġla li rrid nagħmel dak li ilu jberren f ’moħħi għal dawn l-aħħar 15–il sena li qattajt il-ħabs għal wiċċ ħaddieħor qatluli kull sens ta’ ħbiberija mal-umani. Ġużu pprotesta: “U ejja ras, kollox ħa ngħidlek. Ma tarax mhux sa naħraha miegħek wara li salvajtli ġildi hemm ġew... imma agħtini xi ħaġa tal-battikata, ras.” Jiena kont diġà bsart biex ħa joħroġ Ġużu u bħala risposta ħriġtlu idi mill-
ħajtu ma tispiċċa qatt u għalhekk sieħbi kellu fejn jimraħ sew biex sabli fejn sparixxa missieri. Jiena qgħadt attent nisma’, nixtarr u nġedded il-memorji ta’ dak li ma nista’ ninsa qatt. ***
Meta kelli 12–il sena kien ġie raġel m’għola hawn fil-kamra ġol-kerrejja fejn kont qed nitrabba m’ommi u qalilha li mil-lum ’il quddiem jiena għal miegħu. Niftakar qisu
Jiena missierek Jimmy, u mil-lum se tibda tgħix miegħi u se jkollok ħuk akbar minnek ukoll
but u wrejtu żewġ qratas bit-trab li jħobb hu. Għajnejh xegħlu u ħalqu ċċarrat fi tbissima bla snien bis-sigarett jibqa’ mdendel max-xlieqa. Qalli kulma ridt inkun naf u aktar. Mid-dehra l-lista ta’ għedewwa li għamel missieri tul
lbieraħ, ommi qabdet tippilla imma malajr għalqet ħalqha mitton ta’ kif reġa’ kellimha dan irraġel. Meta tlaqna m’għand ommi, staqsieni: “Taf min jien, Jimmy?” Jiena ħarist ’il fuq lejh u weġibtu
minn taħt l-ilsien: “Le.” Qalli: “Jiena missierek Jimmy, u mil-lum se tibda tgħix miegħi u se jkollok ħuk akbar minnek ukoll.” Jien m’għedt xejn għax ma fhimt xejn, imma biż-żmien bdejt nifhem. Ġorġ kellu l-jedd jgħid li hu missieri għax ommi kienet titqaħħab għalih wara li kien ħabbilha meta kellha 13–il sena u jiena kont il-konsegwenza. Bdejt nifhem ukoll li missieri huwa bniedem li kulħadd jobdih għax kulħadd jibża’ minnu. Ibnu l-ieħor, Dario - ħames snin akbar minni - kien, skont missieri, l-aqwa f ’Malta għall-iżgass. Mhux ta’ b’xejn kien il-mimmi t’għajnejh. Missieri tefagħni taħt idejn ħija biex dan iħarriġni fis-sena tiegħu. Jien kulma kelli nagħmel kien li nobdi u nitgħallem. Dario kiesaħ u kien iħobb iballatli biex skont hu nitħarreġ sew. Għalkemm kont għadni tifel indunajt kmieni li kellu ħafna arja u kien kelb. Jekk kien jarah isawwatni, missieri kien iwaqqfu, imma mhux għax jitħassarni, għax kien ikun diġà daqqhomli hu. Bdejt nitgħallem nagħmel li jgħiduli, ma kellix għażla oħra. Fil-jum li għalaqt 16–il sena missieri ġie fuqi, qabadni minn spallejja u qalli: “Jimmy, int issa kbir biżżejjed biex tagħmel biċċa xogħol ta’ veru magħna.” Jiena xengilt rasi fl-affermattiv biex nurih li qed
inħossni “onorat” li se jdaħħalni magħhom f ’serqa. Kont sirt ta’ ftit kliem. Kellna nidħlu fis-satra tal-lejl ġewwa villa li Dario kien ilu jgħasses ix-xhur. Kien joqgħod fiha xiħ armel li kien ġojjellier u negozjant magħruf tad-djamanti. Skont missieri dan il-ġojjellier kien miljunarju rgħib li jżomm ġidu d-dar biex ma jikxifx għajnu malbanek u ma’ tat-taxxa. Kif kien jaf dan kollu missieri, għalija għadu misteru sal-lum. Konna Dario, missieri u jiena magħhom. Ġużu kellu jistenniena fil-karozza żewġ kantunieri ’l bogħod mill-villa. Qbiżna ħajt għoli u ġejna ġo ġnien daqsxiex u mitluq fuq wara tal-villa. Il-bibien tal-villa li jagħtu ġol-ġnien kienu kollha msakkrin u Dario kellu jkisser rokna minn ħġieġa ta’ wieħed minnhom biex idaħħal idu u jgħolli l-lukkett. Il-ħġieġ jinkiser għamel ħoss żgħir imma jiena bilbiża’ li beda jaħkimni stħajjiltu qed jidwi u jaħbat mall-ħitan tal-ġnien biex jerġa’ lura fejn konna aħna. Niftakarni naħseb: “Dan il-ġenju tal-iżgass li jiftaħar bih missieri? Mulej ibgħathielna tajba! Ġewwa kien hemm dlam ċappa u missieri xegħel torch light żgħira kemm naraw fejn nixħtu l-pass biex ma nitgerbux f ’xi biċċa għamara. Dario sab l-istudju tax-
23
19.01.2020
kullhadd.com
xiħ, fetaħ il-bieb u dħalna. Beda jxoqq l-għaraq għalija. Ħija kien qisu jaf fejn ifittxu s-sejf. Naħseb kienet qaltlu xi qaħba minn tiegħu li tiġi tnaddaf fil-villa. Kien jaf ukoll x’tip ta’ sejf kellu dan il-ġojjellier għax ġie ppreparat bl-għodda għalih. Kien sejf qadim u mhux ikkumplikat bħal tal-lum. Għall-ewwel kien qisu ħa jħabbtu biex jinfetaħ imma bi ftit logħob ċeda u Dario rnexxielu jiftħu. Flaħħar, ħsibt jien, għax s’issa qalbi bdiet tħabbat sitta sitta. Missieri imbuttani ’l quddiem u għamilli sinjal biex niftaħ il-basket li kien tani qabel, ħalli Dario jbattal is-sejf. Dan kollu seħħ f ’inqas minn 20 minuta u rġajna ħriġna mill-istudju għal ġol-kuritur li jwassal għall-bieb imnejn dħalna – missieri fuq quddiem jurina t-triq bit-torch light, Dario warajh u jiena l-aħħar inġorr il-basket li tqal sew għax anki ingotti żgħar tad-deheb sibna. Il-qabda kienet se ġġib kemxa flus ġmielha. Mid-dlam ta’ warajja nstema’ leħen irrabjat u sod: “Ieqfu fejn intom! Tagħmlux pass ieħor għax niftaħ in-nar fuqkom!” u lili: “Itlaq dak il-basket fl-art int!” Dort bilmod u ġejt wiċċ imb wiċċ ma’ pistola kkargata u ppuntata lejn sidri. Ix-xiħ li kien qed iżommha deher li ma jaħsibhiex darbtejn biex jużaha wkoll. Bdejt nirtriegħed. F’qalbi għedt, magħmula tagħna! Tlaqt il-basket fl-art u minn warajja ħassejt lil Dario jitħarrek bħali. F’salt wieħed instemgħet splużjoni u rajt leħħa ta’ berqa ġejja minn wara dahri. Rajt ix-xiħ jinqata’ minn saqajh u jinstabat mal-art wiċċu ’l fuq, b’għajnejh imberrqin jissara biex jieħu n-nifs u jtajjar iddemm minn ħalqu. Iġġennint u naf li bdejt ngħajjat: “X’għamilt! X’għamilt!” Avolja ma stajt nisma’ xejn ħlief tisfir f ’widnejja għax ilħoss tal-balla tarraxni. Ħakimni ferħ ta’ ġenn. Ħtaft lil ħija minn sidru u komplejt inwerżaq: “Għalfejn qtiltu?! Għalfejn qtiltu?!” Missieri beda jġebbidni minn spallti u jinbaħ xi ħaġa li ma stajtx nisma’ mtarrax kif kont. Dario fferoċja, il-bixra ta’ wiċċu nbidlet u kriehet kif beda jissara miegħi biex jaqlagħli jdejja minn fuqu. Irnexxielu jimbuttani, instabatt mal-ħajt ta’ warajja u kif kont erġajt sejjer għalih jaqla’ idu bil-pistola għadha fiha u jilgħabli daqqa ta’ ħarta bil-maqlub b’saħħtu kollha. Mad-daqqa żbilanċjajt ruħi u jiena u naqa’ ħbatt ngħasi ma’ senduq li kien hemm fil-kuritur. Rajt bħal dawl qawwi jpeċpiċni u ħassejt qisu sejf iniffidli rasi qabel ma’ niżlet dalma fuqi u ma niftakar xejn aktar. *** Ftaħt għajnejja u rajt saqaf mudlam. Kont mindud wiċċi ’l fuq. Ippruvajt indawwar għajnejja lejn il-ġenb imma ħassejt weġgħa qisha sajjetta sserrep u tixxokkja f ’moħħi u rġajt għalaqt għajnejja.
Leħen ta’ mara beda jkellimni bil-mod u jgħidli biex jekk qed nismagħha niftaħ għajnejja. Hekk għamilt. Kont għadni wiċċi ’l fuq u tħares ’l isfel lejja nara mara liebsa l-abjad. Staqsejtha: “Min int?” Tbissmet u qaltli “Jien in-ners tiegħek. Ilek ħamest ijiem l-ITU imma l-ikrah għadda. Ma’ tiftakar xejn Jimmy?” Ħalqi kien xott: “Kif... taf x’jis...?” Din il-mara anġlu mellsitli wiċċi u qaltli: “Orqod , Jimmy, tisfurzax biex titkellem.” Bqajt niċċassa lejha u nipprova niftakar, imma għajnejja ngħalqu minn jeddhom. Jumejn wara ħarġuni mill-ITU u poġġewni f ’kamra waħdi. Quddiem il-bieb tal-kamra nnutajt li poġġew pulizija għassa miegħi. Il-memorja bdiet ġejja u beda jagħtini l-ħmar il-lejl, nistenbaħ maħsul bl-għaraq u ngħajjat: “Qtiltu! Qtiltu!”. Tawni l-kalmanti u stajt norqod bla ma niftakar xi nkun ħlomt. Ġimgħa wara ġew iżuruni żewġ spetturi tal-pulizija. Kienu mid-Diviżjoni għall-Investigazzjoni Kriminali. Hekk introduċew ruħhom. Minn hawn beda l-veru ħmar il-lejl tiegħi. “Għalfejn sparajtlu lill-ġojjellier li sraqtu, Jimmy?” L-ewwel spettur. “Jiena ma sparajt lil ħadd!” Inħares minn wieħed għall-ieħor. “Fejn huma Ġorġ Fenech u Dario Fenech? Fejn ftehemtu biex tiltaqgħu wara s-serqa? Aħna nafu min għamilha din is-serqa.” It-tieni spettur. Ma kinux jafu li Ġorġ fil-fatt huwa missieri u Dario ħija. Jiena ma tkellimt xejn. “Sparajtlu biex sħabek jilħqu jaħarbu, hux hekk Jimmy?” reġa’ l-ewwel spettur. Jiena bqajt nirrepeti: “Jiena ma sparajt lil ħadd.... m’għamilt xejn!” “Jimmy, il-provi kontrik huma ċari kristall. Jaqbillek tikkopera magħna u tgħidilna eżatt x’ġara.” It-tieni spettur. “Xi provi huma? X’qed tgħidu?” Bdejt nirtriegħed, qbadt nibki u għedtilhom kollox sa fejn kienet twassal il-memorja tiegħi ta’ dak il-lejl misħut. Ma ħallejt xejn barra. It-tieni spettur ta daqqa t’għajn lil sieħbu u lili qalli: “M’intix tgħidilna l-verità, Jimmy. Lix-xiħ inti qtiltu għax sfrattalkom is-serqa. Inti kellek l-arma u sparajt. Fil-geġwiġija naħseb bżajt jew tfixkilt, waqajt, ftaħt rasek mal-għamara u sħabek ħallewk warajhom. Għalhekk kellek dik il-concussion, Jimmy.” “Le, le! Mhux jiena qtiltu. Dario kellu l-pistola, hu sparalu!” L-ewwel spettur ħares f ’għajnejja u kessaħni meta qalli: “Ibni, tibqax tiċħad u tgħid li mhux inti sparajt għax meta dħalna fil-villa inti kont mixħut mal-art u l-pistola kienet għadha f ’idek. Il-marki tas-swaba’ li elevajna minn fuqha huma tiegħek mhux ta’ Dario Fenech. Fhimt issa, Jimmy Camilleri, f ’liema sitwazzjoni tinsab?” Din kienet biss ħolma kerha. Issa
nistenbaħ u jkun għadda kollox. Hekk bdejt ngħid lili nnifsi. Il-ħolma kerha tiegħi damet 15–il sena. M’għaddejtx ġuri għax l-avukat tal-fqar li qabbditli l-Qorti fetaħli għajnejja u qalli: “Ibni, am-
Għamilt passaport, qbadt titjira lejn Londra u wara vjaġġ qasir bittren wasalt Croydon, bl-indirizz li tagħni Ġużu f ’idi. Ridt nara b’għajnejja f ’liema stat ġie tassew fih Dario. Ma kont sa noqgħod fuq
Dak id-demel, Dario, qabad fija għax tlabtu sehmi,” Ġużu beżaq fl-art. “Imma kollox sirt naf fuqhom, ras. Għandi l-indirizzi kif wegħedtek u għandi aħbar tajba għalik ukoll
metti l-ħtija, tħallihomx jgħadduk ġuri għax ikissruk u ma toħroġx mill-ħabs. Li għandek favurik huwa li inti għadek minorenni u m’intix reċidiv.” Jien għamilt kif qalli; tawni 20 sena u għamilt 15 minnhom ġewwa. 15–il sena msakkar ġo ċella qisni kelb indannat, kuljum naħlef miegħi nnifsi: “Inpattihielek Dario. Noħroġ minn hawn u npattihielek.” *** “Lebbtu ’l hemm! Ħarbu dak il-lejl stess lejn Sqallija fuq skuna ta’ wieħed Taljan li kienu jħawdu miegħu u lili ħallewni b’xejn,” qalli Ġużu. “Dak id-demel, Dario, qabad fija għax tlabtu sehmi,” Ġużu beżaq fl-art. “Imma kollox sirt naf fuqhom, ras. Għandi l-indirizzi kif wegħedtek u għandi aħbar tajba għalik ukoll.” Jiena bqajt nisma’ ħa nara x’tista’ tkun din l-aħbar tajba. “Laħqu Alla ’l dak l-aħdar, Jimmy, għax ħa balla hawn.” Ġużu poġġa subgħajh il-werrej fuq wara ta’ widintu biex jurini fejn sparawlu lil Dario. “Inqalgħet ġlieda fil-bar li fetaħlu missierek f ’Soho. Qalu li Dario bdieha l-ġlieda u l-balla hu ħadha wkoll!” Ġużu daħaq. “Ħaj baqa’ tafx, imma qiegħed ġo sptar apposta għax il-balla ħallietu qisu iblah, ras!” Ġużu resaq lejja u r-riħa ta’ miżża tiegħu resqet qablu; isserja, ħares dritt f ’għajnejja u qalli: “Trid tkun taf fejn qed iżommu missierek lil Dario, Jimmy?” *** Fil-15–il sena li għamilt il-ħabs tgħallimt nikteb u naqra sew bilMalti u bl-Ingliż u tgħallimt ftit somom ukoll. Faddalt somma żgħira mill-benefiċċju għall-ħabsin li kienu jagħtuni kemm domt ġewwa. Ma tantx kelli fiex nonfoqhom flusi ħlief għas-sigaretti, li ma ngħaddix mingħajrhom. Mad-drogi qatt ma ċċappast hemm ġew. Dħalt tifel u ħriġt raġel irrabjat u determinat.
il-kelma ta’ ħadd. Staqsejt u mxejt kif qalli raġel xwejjaħ li waqqaft ħdejn l-istazzjoni tat-tren, u sibtu l-post. Kienet dar ftit kbira tintuża bħala klinika privata għax-xjuħ u nies diżabbli. Xejn lussuż. Dħalt u ġejt f ’intrata wiesgħa bi skrivanija f ’ġenb minnhom. Mort fuq in-ners li kienet wara din l-iskrivanija u staqsejtha bl-Ingliż: “Jekk jogħġbok, hawnhekk hawn Dario Fenech?” Tbissmet u qaltli: “Iva, Dario hawn qiegħed magħna. Min inti jekk jogħġbok?” Għedtilha: “Jiena ħabib antik tiegħu, tlajt minn Malta biex narah, jekk hu possibbli.” Ħarġet minn wara l-iskrivanija u għamlitli sinjal biex nimxi warajha. “Xi ħlew, ġejt minn Malta biex tarah, kemm se jifraħ missieru la jsir jaf li ħadt din it-triq kollha biex tara lill-ħabib tiegħek. Xi ħaġa tassew sabiħa.” Tbissimt u m’għedt xejn. Dħalna f ’kamra fit-tarf nett tal-kuritur. Kienet żgħira u ftit mudlama. Fuq siġġu tar-roti ħdejn sodda dejqa kien hemm raġel li għall-ewwel m’għaraftux. In-ners dawritlu s-siġġu biex jiġi eżatt iħares lejja u qaltlu: “Dario, luv, hawn sorpriża għalik! Qed tagħrfu lil dan il-ħabib li ġie minn Malta apposta għalik?” Inħsadt; dan ma kienx l-istess Dario kif niftakru jien. Lanqas xagħra waħda ma baqagħlu fuq rasu. Niftakru b’xagħru twil sa spallejh u raġel mibni. Issa tfartas, ħxien u xjaħ. Wara widintu x-xellugija kellu biċċa minn rasu qisha sfrundat ’il ġewwa. Minn fejn daħlet il-balla - Mela veru li laħqek Alla, ħsibt jien. Beda jidħaqli u n-ners bdiet tispjegali: “Ma tiftakrux hekk żgur lill-ħabib tiegħek meta kont tafu Malta. Il-balla għamlitlu ħsara kbira f ’moħħu u kif qed tara qisu tifel żgħir u ma jagħraf lil ħadd. Imma dħuli ħafna u jidħaq lil kulħadd.” Staqsejtha jekk għadx jiġi kif kien. Qaltli: “Jiddispjaċini, il-ħsara hija permanenti. Għandu xorti għadu ħaj għax it-tir seta’ faċilment qatlu, miskin.”
Kompliet tispjegali fuq il-kundizzjoni ta’ Dario u jiena biex nuri li qed nieħu interess nisma’ bdejt inżid xi kelma jew mistoqsija kultant. Bdiet taqbadni kilba għal sigarett u bla ma naf ħriġt il-pakkett u bdejt indawru f ’idejja. In-ners ratu u qaltli: “Skużi, imma ma tistax tpejjep hawn ġew.” Ħarist lejn il-pakkett qisni qed narah għall-ewwel darba jien ukoll u għedtilha: “Skużani, qed nipprova naqtagħhom u xi drabi lanqas inkun naf li ħa nqabbad sigarett bil-kilba li taqbadni.” Daħħalt il-pakkett lura fil-but tal-ġakketta u ħriġt borża żgħira bil-ħelu iebes tal-minta. Offrejtilha biex tieħu waħda imma rrifjutat. Għajnejn Dario xegħlu kif ra l-ħelu “...elu, ...elu, ...elu,” beda jitbandal ’il quddiem u lura fuq is-siġġu tar-roti qisu jrid iqum u jaħtafli l-borża minn idi. In-ners qaltli biex indaħħal il-ħelu lura fil-but u bdiet tikkalma lil Dario, tkellmu bħat-tfal żgħar biex jiskot. Kif ma rax aktar il-borża kkwieta. Hija qaltli: “Kif qed tara b’għajnejk, proprju bħat-tfal jagħmel. Ma jista’ jarak tiekol xejn għax ikun irid, imma sfortunatament Dario għandu nofs wiċċu pparalizzat u ma jistax jiekol bħalna, allura nagħtuh kollox likwidu għax inkella jifga fl-ikel.” “Skużani, ma kontx naf għax kieku ma....” bdejt ngħidilha imma qatgħetli kliemi u qaltli: “Mhux tort tiegħek, ma ġara xejn. Ara ħa nħallikom waħedkom issa, min jaf kemm ilkom ma taraw lil xulxin! Tista’ ddum kemm trid ħdejh għax iħobbha l-kumpanija.” Irringrazzjajtha u ħarġet mill-kamra. Dario baqa’ jħares lejn il-but tal-ġakketta tiegħi fejn daħħalt il-ħelu. Intfajt dahri mal-ħajt faċċata tiegħu nħares lejh mingħajr ma nkellmu. Issa li sibtu u rajtu kont kuntent... kważi. Għamilt xi kwarta niċċassa lejh, u hu jħares daqqa lejja u daqqa lejn il-but fejn kelli l-ħelu. Ħarist lejn l-arloġġ - għamilt biżżejjed ħin ħdejh. Imxejt għal quddiemu u għedtlu: “Sejjer Dario.” Hu ħares ’il fuq lejja b’dik it-tbissima mgħawġa, li qisha ma tmurx minn fuq wiċċu, u reġa’ ħarisli lejn il-but. Ħriġt il-borża tal-ħelu mill-but u deffisthielu f ’idu. Eċita ruħu u kien ħa jtir bil-ferħ. Għamiltlu sinjal biex jiskot u ta b’rasu biex jurini li fehem. “Tħallihomx jeħduhomlok, aħbihom sew!” U reġa’ ta b’rasu. Ħriġt mill-kamra, kif wasalt ħdejn l-iskrivanija, in-ners sejħitli u qaltli: “Lanqas għedtli x’jismek. Għada jiġi jarah missieru u tgħidx kemm se jifraħ la ngħidlu li Dario kellu żjara minn Malta. Kemm hu missier iddedikat. Iħobbu wisq lil Dario. Min ngħidlu li inti, jekk jogħġbok?” Għedtilha: “Għidlu ġie jarah Jimmy, jafni sew.” U tlaqt ’il barra.
24
19.01.2020
ILLUM ĦIELES
kullhadd.com
MINN ĦAJJA VIBRANTI GĦAD-DLAM TAD-DROGA Personalità li żgur hija familjari magħkom il-qarrejja. Apparti li huwa artikolist f ’din il-gazzetta, spiss narawh itella’ produzzjonijiet kulturali u storiċi fuq ONE. Bniedem pożittiv u li għandu għal qalbu l-ħsieb soċjali u l-għajnuna lil min hu fil-bżonn, tant li mar darbtejn missjoni: darba l-Kenja, iż-Żambja u t-Tanzanija u darba l-Perù mal-Eċċellenza Tiegħu President ta’ Malta f ’dak iż-żmien: Dr George Abela. Iżda għadda minn mument mudlam ukoll li llum jitkellem ċar fil-pubbliku dwaru, biex jekk jista’ jkun, ħadd ma jgħaddi mill-istess triq... Tkellimna ma’ Clifford Galea.
Tkun taf li nieżel ’l isfel, li d-dejn qed jiżdied, li n–nies qed jindunaw, iżda b’ħadd u b’xejn ma tkun tista’ tinqala’ minnha
Kif spiċċajt vittma tad-droga? Qas jien stess ma naf kif. Qatt ma ħlomtha jew xtaqtha. Pjuttost kont niskandalizza u naħlef li żgur qatt ma mmissha. Droga rajt f ’ħajti għaliex illum huwa faċli li taraha; jew f ’xi bar, jew f ’post tad-divertiment jew f ’post jew f ’ieħor. Imma qatt ma kelli ħajra li nippruvaha. Dejjem kont kapaċi nieħu gost bil-jien tant li lanqas nixrob. Ix-xorb qatt ma ħabbejtu. Kont noħroġ bħal kull żagħżugħ ieħor u filwaqt li ħaddieħor ried jieħu dak in-naqra drink biex iħossu maħlul, jien kont kburi li lanqas dak ma kont nieħu. Kont bniedem dejjem nitbissem. Iżda darba ltqajt ma’ persuna li ħassejtni viċin tiegħu tant li biex insir iżjed “close” miegħu, iddeċidejt li wara li nisma’ llum, nisma’ l-għada, għedt ħa nipprovaha miegħu ħalli nara x’inhi u jaċċettani iżjed. U minn hemm, dħalt ġo sqaq dejjaq immens.
kas tiegħi nnifsi, minn persuna li qabel kont “arani u la tmissnix” biex nispjegalek sew kemm kont konxju ta’ kif nidher. Fil-bidu kollox ikun sabiħ; bħax-xorb hux, u s-sigaretti; il-wieħed ’l hawn u ’l hinn kollox ikun sew. Sakemm imbagħad tinħakem mill-problema fejn mingħajr is-sustanza ma tkunx tista’ tgħix. Jekk għandek x’tiċċelebra tridha u jekk għandek xi mument ikrah, tridha wkoll biex ittellgħek. Tkun taf li nieżel ’l isfel, li d-dejn qed jiżdied, li n-nies qed jindunaw, iżda b’ħadd u b’xejn ma tkun tista’ tinqala’ minnha. TibKif tiddeskrivih dan ki u tisħet is-siegħa u l-mument il-mument u minn xiex kien li tkun bdejtha l-ewwel darba... ikkaratterizzat? iżda mbagħad ikun tard wisq, Mument ta’ dieqa kbira meta tgħidlek “hawn irridek”. niftakar fih. Inħares lura, nistaqsi lili nnifsi: “Kif kelli nagħmel Hija daqshekk aċċessibbli dak kollu?” Iżda dak huwa l-ad- d-droga fil-ġurnata tal-lum? dict. L-addiction hija marda li ma titfiqx, iżda hija kontrol- Għalkemm l-awtoritajiet jagħmlabbli. Hemm proċess twil iżda lu xogħol kbir u spiss nisimgħu sakemm tasal għalih, trid tbati u kemm isiru raids u minkejja li tibki. Mhux kull droga għandha bosta familji għaddew b’xi ħadd l-istess effetti. Id-droga li kont qribhom minn esperjenzi bħal għażilt hija l-crack cocaine li ap- dawn u tkellmu u saru jafu bihom parti li tfaqqrek finanzjarjament, in-nies tal-madwar, xorta waħda ittellfek kull stabbiltà fil-person- ssib nies li jkunu semgħu b’dan alità u fl-umanità tiegħek. Kelli kollu, li jazzardaw jippruvaw, mument fejn ma bqajtx nagħti bil-konsegwenza li jekk ikunu
addicts u ma jafux, jispiċċaw jidħlu fi triq li mhux faċli tinqala’ minnha. Id-droga kienet u għadha aċċessibbli. Illum issibha saħansitra ġo festini tal-familji; ġieli wkoll bil-permess tal-familja nfisha fejn ma jkunu jaraw xejn ħażin li xi darba fill jiġbdu xi linja. Din hija r-realtà u rridu nitkellmu ċar biex in-nies verament jifhmu xi tfisser din is-sitwazzjoni. M’għadux iż-żmien li lit-tfal tgħidilhom: “Oqogħdu attenti li ma jitfgħulkom xejn fit-tazza.” Dik m’għadhiex il-climax. Nassigurakom li ħadd ma jagtħi drogi b’xejn. Dak huwa business li jfisser ħafna u ħafna flus. Qas id-dealer li jkun jaf kemm tajtu flus, ma jagħtik b’xejn. Jekk jagħtik, jagħtik biex jidher ħelu miegħek u taħseb li jirrispettak; ħalli l-għada terġa’ tmur tberbaq ġidek miegħu. Għaliex għażilt li titkellem fil-pubbliku? Ma ddejjaqtx li jħarsu lejk bl-ikrah in-nies? Għall-bidu ħsibtha. Imma meta qist kollox, għedt jien dejjem kont onest u hekk se nibqa’. Wara kollox, hawn nies f ’pożiżżjonijiet għolja li jesperimentaw bid-droga u ma jammettux, mingħalihom li ħadd ma jaf. Imma dik
affarihom. Jien tal-iżball tiegħi ridt inħallas billi nkun prudenti u niskuża ruħi. In-nies dejjem rajt rispett mingħandhom speċjalment minħabba li jien ili nvolut fil-midja. Illum b’aċċenn sħiħ ngħid in-nies, speċjalment dawk li jsegwuna fuq it-televixin, kienu parti mill-għajnuna biex jien erġajt sibt triqti lura għan-normal. Imbagħad wara kollox, in-nies dejjem ħa jgħidu. Tagħmel x’tagħmel! Ħadd ma jara t-travu tiegħu. Ilha tingħad din u ma ninbidlux. Imma fil-maġġoranza tal-pubbliku, sibt rispett u mħabba. Opportunitajiet ġew ukoll għax wara kollox, x’hemm isbaħ milli bniedem jerġa’ jibda ħajtu mill-ġdid? Xi rridu? Li nieħdu gost naraw bniedem jinfena? Għaliex m’għandniex nagħtu opportunità lil min kien onest u ammetta? L-iskop aħħari u ewlieni tiegħi kien, biex nuri li int min int,studjajt kemm studjajt, u għandek kemm għandek, xorta tista’ tgħaddi minnha. Dan bħall-kanċer; irrelevanti jekk intix sinjur, mhux ser jaqbżek jekk għandu jiġrilek. L-istess l-addiction; hija xi ħaġa li int m’għandekx kontroll fuqha. Illum nemmen li bi kliemi, forsi nista’ nkun ta’ tama għal ħafna; għax ejja ngħidu kollox, m’hawnx persuna waħda jew tnejn li jmissu ma’ drogi differenti. Inutli nibqgħu naħbu dan is-suġġett taħt it-tapit. Għaliex il-ktieb semmejtu Nifs li Kważi Kissirni? Semmejtu hekk għax huwa proprju n-nifs tat-tipjip tal-crack; id-droga li kont nieħu, li ġabni fejn ġabni. F’dan il-ktieb tkellimt ċar immens. Semmejt kif issir relapse jiġifieri meta bniedem jerġa’ jaqa’, xi jfisser il-programm, u dwar il-proċess biex tibda l-passi; li mhumiex għal kulħadd l-istess. Hemm min idum iżjed u hemm min idum inqas biex jibda jagħmel xi ħaġa. Grazzi għall-FSWS u l-fiduċja kbira li tani Alfred Grixti biex din il-pubblikazzjoni tkun possibbli, ġbart il-punti ewlenin ta’ dak li għaddejt minnu, biex kif
qal il-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tiegħu Dr George Vella fit-tnedija tal-ktieb, dan iservi ta’ manwal għal min għaddej minn dan it-turment, kif ukoll jgħin lil dawk viċin l-addict biex jifhmu xi tfisser verament u fil-fond l-addiction. Il-ktieb jinsab għall-bejgħ fil-ħwienet prinċipali tal-kotba. X’messaġġ għandek għall-pubbliku dwar l-esperimentazzjoni u ċ-ċajt marbut mad-droga? Kieku nista’ mmur lura, żgur ma niħux, iżda kif jgħid il-Malti: wara kulħadd għaref. Jien dejjem nisħaq li qatt m’għandek tipprova. Kultant qas lilna nfusna ma nkunu nafu sew u kapaċi int addict u ma tafx, u tipprova darba u taħkmek min jaf għal kemm żmien. Huwa faċli nippruvawha biex nidhru ħelwin mal-grupp jew biex inħossuna tal-ġenn jew biex inkunu bħall-oħrajn. Imma int li qed taqra trid tifhem, li int mhux bħal dak jew l-ieħor. Inti huwa inti; uniku, għandek ħajja waħda. Tqabbel qatt lilek innifsek ma’ ħaddieħor. Ma tafx l-istorja tal-bniedem. Ma tafx x’jagħmel waħdu f ’daru avolja forsi fuq il-midja soċjali jipprova juri l-aqwa. Min iħobbok jaċċettak kif int, m’hemmx għalfejn tkompli ma’ dak li jkun f ’kull ħaġa li jagħmel, speċjalment jekk qatt ma tkun pruvajt u jekk taf li jista’ jkollok il-ħsara minnu l-oġġett. Lil dawk li qed isofru, aħsbu ftit! Kif kienet ħajtek qabel? 10 snin oħra trid tkun għadek l-istess? Waqt li n-nies qed igawdu u jsiefru u jagħmlu avventuri sbieħ, int maqful hemm indannat u tipprova tara minn fejn u kif se ġġib iżjed droga, min se jsellfek, kif se tħallas, kif se tħarref lid-dealer biex jagħtik bid-dejn u elf ħaġa. Kemm hemm affarijiet sbieħ x’nagħmlu fil-ħajja. Kemm inkunu boloh jekk ma niħdux l-okkażjoni, u minn din il-ħajja li hija diġà qasira minnha nfisha, nieħdu li nistgħu! Dak li għandi xi ngħid.
25
19.01.2020
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
FRA MUDEST Iktar kmieni dis-sena, Merlin Publishers introduċew il-karattru ikoniku ta’ Fra Mudest lil ġenerazzjoni ġdida ta’ tfal tal-lum, u r-riżultat kien ta’ suċċess kbir lil hinn mill-aspettattivi: il-Fra ferrieħi kien popolari mat-tfal tal-2019 daqskemm kien ma’ dawk tas-sittinijiet meta ħareġ għall-ewwel darba. Fra Mudest u l-Figolla tal-Pirjol, l-ewwel ktieb f ’din is-sensiela ġdida, kien bestseller mill-kbar. B’test simplifikat u ferm iqsar, il-praspar tal-Fra saru aċċessibbli anki għal tfal sa minn 7 snin ’il fuq. U l-ġenituri li huma stess kibru jidħqu bil-praspar ta’ Fra Mudest, issa setgħu jintroduċu dan il-karattru favorit ta’ tfulithom – ħolqien tal-awtur Charles Casha – lil uliedhom. Anki viżwalment, il-Fra ngħata dehra ġdida grazzi għall-illustrazzjonijiet ta’ Deandra Scicluna. It-tfal iġġennu wara din il-verżjoni simplifikata u friska ta’ Fra Mudest. Tant hu hekk, illi l-Merlin iddeċidew li joħorġu ktieb ieħor fl-istess sensiela: Fra Mudest u ċ-Ċagħaq – storja mill-kotba klassiċi tal-Fra, issimplifikata mill-awtur għal dawn l-etajiet ċkejknin. F’din il-praspura, Fra Mudest jidħol f ’basla meta jipprova jifhem u jgħin l-ossessjoni tal-kok tal-kunvent biċ-ċagħaq. U, f ’farsa wara l-oħra, il-Fra jispiċċa jifhem li jrid jaċċetta lil kulħadd. Fra Mudest kien l-ewwel ktieb bil-Malti apposta għat-tfal li qatt ġie ppubblikat Malta, lura fl-1971, u għamel deċennji sħaħ fuq il-listi tal-kotba l-aktar mibjugħin. Din is-sensiela ġdida tuża font li tgħin biex jaqraw anki lil tfal bid-dislessja, u ġiet stampata fuq karta matta u safranija apposta. Kull ktieb fih storja waħda, qasira, b’ammont limitat ta’ test, ideali għal tfal żgħar li qed irabbu l-kunfidenza jaqraw l-ewwel ktieb “ta’ veru” tagħhom. Fra Mudest u ċ-Ċagħaq kif ukoll Fra Mudest u l-Figolla tal-Pirjol jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha, jew direttament online – b’pustaġġ b’xejn lejn Malta u Għawdex – minn merlinpublishers.com.
Mistoqsija: Meta kien l-ewwel ktieb li qatt ġie ppubblikat Malta ta’ Fra Mudest?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu il-kotba FRA MUDEST. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 26 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb MARIJA - IS-SOĊJETÀ TAL-MIŻERJA huwa: MARY GATT - MOSTA
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
05
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 X’inhu l-perċentwal ta’ Maltin li jafu d-drittijiet tagħhom meta jivvjaġġaw permezz tal-ajru?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
26
19.01.2020
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
19.01.2020
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 312
EMANUELA VELLA - BIRKIRKARA
Bi 3 Numri 090 111 127 243 300 409 423 598 850 991 999 B’4 Numri 0274 0474
0815 1136 1344 1384 1977 2124 2770 3509 3707 4044 4124 4615 4866 4912 5056 5423
5630 5682 5700 5733 6453 6583 6708 7034 7180 7444 8104 8144 8182 8219 8249 8479
8740 8794 8828 8908 8980 9264 9484 9917 B’5 Numri 04114 05588 05861 10639 41292 46210
47519 48278 48494 52249 58622 66892 70717 70744 74095 77508 77891 90249 91803 B’6 Numri 014509
073609 124591 389771 528461 711501 795246 893831 Bi 7 Numri 3589279 7115959
Mimdudin: 19. 1. Kompli l-qawl: 20. L-........ ibeżża’ u 21. l-abjad ixebba’ (5) 4. Mhux ċar (4) 23. 7. Ara 2 24. 9,12W. Jista’ jinżamm f ’gaġġa (5) 1,11. 10. Żbalja (6) 2,7. 12. Ippjana? (6) 16,21W. Jiġi qabel l-Għid 3. il-Kbir (6) 18,19. Nagħmel bħall-għasfur (5)
Ara 18 Tost (5) Daniel Theuma Lofaro (1,1,1) Isem (4) Isem ieħor (5)
5. 6,22. 8. 11. 12. Weqfin: 13. Għasra!! (8) 14. Parti mir-ras (5) 15. Test tagħha 17. jinkixfu ħafna 21. dettalji fuq 22. il-persuna (1,1,1)
Nies wara xulxin (3) Programm fuq ONE (6) Telaq (9) Ara 1 wieqfa Ara 9 Timlieh bl-ilma (3) Jirreċtaw (6) Gazzetta Russa (6) Nirfsu fuqha (3) Ara 16 Ara 6
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Beraq, 4.Qaws, 7,9.Aroma, 10.Mistur, 12.Piloti, 16.One, 18,19. Olsen, 20.Sfera, 21.All, 23.Onor, 24.Oħlom
Weqfin: 1,11.Brokkoli, 2,22.Rialto, 3.Qam, 5.Att, 6.Sur, 8.Rigoletto, 12.PE, 13,21wieqfa. Lofaro, 14.Isabel, 15.Intemm, 17.Nol
28
19.01.2020
kullhadd.com
ADRIAN DELIA FALLIELU QABEL BISS PROVA • KIEN SE JSIR SFORZ BIEX ISSIR CO-OPTION FLOK BY-ELECTION, IŻDA DAVID THAKE QATGĦALHA RASHA MILL-EWWEL Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien se jipprova jbigħ l-idea ta’ co-option “fl-interess tal-partit” għal meta jitbattal il-post ta’ Simon Busuttil fil-Parlament. Dan bit-tama li jserraħ rasu li ma jkunx David Thake li jieħu s-siġġu Parlamentari li se jħalli battal Simon Busuttil. Iżda dan ma rnexxilux għax qatgħalha rasha mill-ewwel l-eks preżentatur ta’ Net FM u kritiku kbir ta’ Delia li fl-aħħar jiem iddikjara li se jikkontesta l-by-election. Il-ħsieb ta’ Delia kien li jipprova jikkonvinċi biex b’co-option jidħol
xi ħadd mill-avukati Bernard Grech jew Joe Giglio, żewġ avukati li setgħu jkunu aċċettati minn kull fazzjoni fil-Partit Nazzjonalista u li riċentement bdew juru iktar interess fil-politika. Għal ħafna fil-Partit Nazzjonalista t-tnejn li huma jistgħu jkunu papabbli għal meta Adrian Delia ma jibqax Kap tal-Partit Nazzjonalista u nies qrib il-Kap qalu f ’laqgħat ta’ strateġija fil-Partit Nazzjonalista li aħjar xi ħadd li għandu ċerti ambizzjonijiet bħalhom milli xi ħadd li m’għandux x’jitlef bħal David Thake. Biex isir dan, dawk eleġibbli għal
by-election kellhom joqogħdu lura milli jitfgħu l-kandidatura. Iżda, lanqas kienu għadhom bdew il-manuvri interni li David Thake, x’aktarx mgħarraf dwar dak li kien qed jiġri, ma qatgħalhiex rasha u ddikjara li se jikkontesta. David Thake kkontesta l-aħħar elezzjoni ġenerali fuq it-12–il distrett li jinkludi lil San Pawl il-Baħar minn fejn kien elett ukoll kunsillier ftit tas-snin ilu qabel irriżenja. Proprju rriżenja minħabba d-diżgwid ma’ Adrian Delia nnifsu b’David Thake fost l-iktar li jgħajru bl-allegazzjonijiet li kienet għamlet dwa-
ru Daphne Caruana Galizia. Fittaqtigħa għal dan is-siġġu hemm ukoll Graziella Galea, bint l-Eks Ministru Ċensu Galea u meqjusa ħafna bħala persuna tal-partit. Fil-fatt, ħafna fl-istamperija qed jittamaw li tkun hi li tieħu s-siġġu ta’ Simon Busuttil minħabba l-lealtà li dejjem uriet lejn kull min kien imexxi l-Partit Nazzjonalista u lil Adrian Delia ma tagħtihx problemi.