KBARAT IMĊEKKNA
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 19 ta’ Frar, 2017
Ara paġni 14-15
Ħarġa Nru 1,232 Prezz €1
FITCH OTTIMISTA U TERĠA’ TPOĠĠINA FI KLASSI A RIŻULTATI STRAORDINARJI, MHUX NORMALI JGĦIDU LI AĦNA AĦJAR MINN PAJJIŻI OĦRA ŻEWĠ RAPPORTI TAJBIN F’ĠIMGĦA WAĦDA
Ara paġna 3
JEW JIBNI ODZ JEW XEJN • NIŻVELAW IL-FTEHIM LI KELLU • L-ERA OĠĠEZZJONAT UKOLL Il-gazzetta KullĦadd qed tiżvela ftehim li Toni Bezzina kellu malbejjiegħa tal-art protetta taħt l-Imdina. Magħhom kien ċar. Bezzina kien lest iħallas għaliha €300,000 biss jekk joħroġlu l-permess biex jibni, Il-bqija ma kienx interessat. Niżvelaw ukoll iktar oġġezzjonijiet għall-applikazzjoni li għamel filwaqt li jibqgħu jidwu l-appelli għar-riżenja.
Ara paġna 13
IL-PN B’ATTAKK FUQ JUNCKER • JISTIEDNU LIL WEBER GĦALL- MASS MEETING • THE ECONOMIST: “MALTA FULL DEMOCRACY” Il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jipprova jimmina l-kredibbiltà ta’ uffiċjali talKummissjoni Ewropea b’attakk fuq ilmidja soċjali u mezzi oħra. Dan fid-dawl li l-Kummissjoni Ewropea kkonfermat kemm ilGvern mexa mar-regoli f ’diversi proġetti minn tiegħu li dwaru lmenta l-Partit Nazzjonalista. Donnu li l-uniku alleati li baqagħlu fi Brussell il-PN huma MEPs tal-Popolari Ewropej u għalhekk stieden lill-President tagħhom għallmass meeting tal-lum. Mill-bqija se jiftaħ konfront biex jimmina l-kredibbiltà ta’ kull min ma jaqbilx miegħu. Ara paġna 6
02
19.02.2017
kullhadd.com
Editur ALEANDER BALZAN
L-Ogħla Temperatura: 17°C L-Inqas Temperatura: 11°C L-Indiċi UV: 4 Is-Sitwazzjoni ġenerali: Firxa ta’ arja ta’ pressjoni baxxa ser tkun fuq iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi mill-Grigal li jsir ftit qawwi għal qawwi mill-Grieg it-Tramuntana Il-Viżibbiltà: Moderata għal tajba Il-Baħar: Moderat li jsir moderat għal qawwi L-Imbatt: Baxx għal moderat mix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 15°C
email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572
Disinn tal-Paġni LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571
Kuntatt Ġenerali KullĦadd
It-Tnejn
email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Indirizz Postali KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa, MRS3000
16°C
UV 4
9°C
Il-Ħamis
14°C
UV 4
8°C
15°C
Il-Ġimgħa
UV 4
9°C
Is-Sibt
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
17°C
UV5
10°C
18°C
UV 5
12°C
18°C
UV 5
10°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Stampat Progress Press
Empire Pharmacy (Branch), 46 Triq Melita, il-Belt Valletta – 21225785 St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, il-Ħamrun – 21234570 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221 Holy Cross Pharmacy, 37, Triq il-Kbira, Birkirkara – 21448454 Deby’s Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri, l-Imsida – 21227920 Numri Importanti Spiżerija Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann – 213811776 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334102 112 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741 Pillbox Pharmacy, 63, Triq il-Bjad, in-Naxxar – 21417406 Il-Pulizija ta’ Malta Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, il-Mellieħa – 21523554 2122 4001-9 De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21826408 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 21824720 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili St. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbelika, Ħaż-Żabbar – 21663750 2393 0000 Blossoms Pharmacy, Triq il-Gurgier, Birżebbuġa – 21652226 Il-Gwardjani Lokali Safi Pharmacy, St. John Street c/w Bieb il-Ġarra Street, Ħal Safi – 21649552 2132 0202 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, ir-Rabat Malta – 21455479
L-Isptar ta’ Malta 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex 2156 1600
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza 5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku 1182
Għawdex Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, ir-Rabat Għawdex – 21556170 Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem – 21553018 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
03
19.02.2017
kullhadd.com
FITCH: MALTA AĦJAR MINN PAJJIŻI OĦRA FIL-KLASSI A Fitch Ratings affermat millġdid ir-rating tajjeb ta’ “A” għall-ekonomija ta’ pajjiżna. L-aġenzija internazzjonali żammet ukoll previżjonijiet pożittivi dwar ir-rating ta’ pajjiżna wara li fir-rapport preċedenti kienet tejbet il-previżjonijiet tagħha dwar Malta u b’hekk matul din il-leġiżlatura, it-tliet aġenziji internazzjonali tar-ratings, kollha rrevedew ’il fuq l-outlook tagħhom dwar ir-rating ta’ pajjiżna. L-analisti ta’ Fitch qalu li “the positive outlook reflects our view that the public debt/GDP ratio is on a downward trajectory and that economic growth will keep outperforming similarly-rated peers.” Filwaqt li l-Oppożizzjoni tgħid li t-tkabbir ekonomiku mhux jinħass mill-familji u mhuwiex sostenibbli, l-esperti ta’ Fitch jgħidu li “we forecast the Maltese economy to keep growing at a faster pace than the ‘A’ median at an average of 3.3% over 2017-2018, supported by strong employment growth, rising disposable income due to contin-
uous wage appreciation and the launch of new investment projects in the health, education and transport sectors.” Dan jikkonferma li skont analiżi oġġettiva ta’ esperti
PARIR LEGALI BIEX ITAWWAL Il-Kap tal-Opppożizzjoni għandu parir legali biex itawwal kemm jista’ b’rabta ma’ kawżi ta’ libell li nfetħulu fuq allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni u diskorsi u dikjarazzjoni li għamel b’rabta mal-Panama Papers. Dan bilgħan li jekk hu possibbli l-ebda każ ma jinqata’ q a b e l l-elezzjoni ġenerali.
Imkejjen fid-Dar Ċentrali kkonfermaw dan malgazzetta KullĦadd għaliex fi kliemhom l-avukati qed jgħidu li Busuttil m’għandux il-provi biex jipprova diskors pubbliku li għamel u li fuqu kien imħarrek minn individwi li ħassewhom malafamati. L-imkejjen innotaw kif dik li rajna din il-ġimgħa meta Simon Busuttil qal fil-Qorti li ried ikun jaf fuq xiex illibellah Keith Schembri hija biss parti minn din l-istrateġija, tant li diġà ma resaqx għal din il-kawża ħames xhur ilu. Filfatt minkejja li qal li ma kienx jaf fuq xiex ħassu malafamat Keith Schembri, one.com.mt ippubblika dokument li fih wera li kien ċar ħafna li f ’dan il-każ Busuttil issejjaħ il-Qorti b’rabta ma’ diskors li għamel fis-6 ta’ Marzu tassena li għaddiet.
barranin, it-tkabbir ekonomiku se jibqa’ ogħla mill-medja u jfisser aktar impjiegi u pagi għoljin. Filwaqt li l-Oppożizzjoni tirreżisti l-proġetti li qed twettaq din l-amminis-
trazzjoni u tgħid li m’hemmx bżonnhom, l-esperti barranin isostnu li dawn se jwasslu biex pajjiżna jmur aħjar minn pajjiżi oħra. Ir-rapport ta’ Fitch juri li sa
tmiem l-2016 il-piż tad-dejn nazzjonali waqa’ taħt 60% tal-ġid nazzjonali għall-ewwel darba mill-1998. L-esperti internazzjonali qed ibassru li dan il-piż se jkompli jonqos fis-snin li ġejjin. Kontra dak li ssostni l-Oppożizzjoni, il-qagħda fiskali se tkompli titjieb filwaqt li t-tkabbir ekonomiku se jkompli jkun robust. Wara ċ-ċertifikat eċċellenti mogħti lil pajjiżna fil-Winter Economic Forecast tal-Kummissjoni Ewropea, għal darb’ oħra analiżi indipendenti ta’ esperti barranin tikkonferma s-saħħa tal-ekonomija tagħna. Pajjiżna llum huwa fost l-aqwa fl-Unjoni Ewropea fit-tkabbir ekonomiku u fit-tnaqqis tal-qgħad. Fi stqarrija l-Gvern qal li “minflok ħaddan politika ta’ awsterità, dan il-Gvern miexi b’politika ta’ investiment u ta’ tkabbir li qed twassal għal tnaqqis fil-piż tad-dejn nazzjonali. Fix-xhur li ġejjin il-Gvern se jkun qed iwettaq miżuri oħra biex il-ġid ikompli jasal għand kulħadd.”
04
19.02.2017
kullhadd.com
DAQSHEKK ‘INKWIŻIZZJONI’ TAL-ĠURNALISTI! • KUMMENTI POŻITTIVI GĦALL-BIDLIET PROPOSTI MILL-GVERN • SINJALI TAJBIN U DISKUSSJONI DWAR NUMRU TA’ TEMI Kitba ta’ ALEANDER BALZAN Reazzjonijiet pożittivi minn bosta persuni rigward l-Att Dwar il-Midja u l-Malafama. Att li issa se jkun fi stadju tat-tieni qari quddiem il-Parlament u se jieħu l-post tal-liġi tal-istampa tal-1974. Din hi bidla li kien wiegħed il-Gvern u li l-ħidma dwarha tmur lura għas-sena 2014. Il-liġi l-ġdida li qed jipproponi l-Gvern biex tirregola l-ġurnalisti se tfisser it-tneħħija tal-libell kriminali, li jfisser li l-midja u l-esponenti tagħha mhumiex se jibqgħu soġġetti għall-piena ta’ ħabs fil-qadi ta’ dmirijithom. Xi ħaġa li ntlaqgħet b’sodisfazzjon mid-dinja ġurnalistika kważi kollha. “Kienet xi ħaġa li taħlilna ħafna ħin u kienet ukoll proċedura li tintuża minn persuni li ma jridux iħallsu biex jagħmlu l-libell ċivili u għalhekk kienu lesti jużaw lill-pulizija biex jagħmlu l-libelli. Naturalment il-ġurnalist għandu jaħdem ukoll mingħajr il-biża’ li jmur il-ħabs,” qal Matthew Vella, editur tal-Maltatoday. Se jitneħħa wkoll id-dritt ta’ kull mandat fil-konfront ta’ ġurnalist responsabbli. Mhux biss dak li jiffriża l-kont talbank, iżda kull mandat li jista’ jiffriża assi ta’ ġurnalisti. Tkellimna ma’ Ġorg Mallia, espert fil-midja u karikaturist. Ifisser kif il-karikaturist irid iniggeż u għalhekk fil-mira ta’ dak li jieħu għalih jew iħoss
li jaqa’
Ġorġ Cini
għaċ-ċajt. “Għalhekk naħseb li huwa tajjeb meta tkun neħħejt żewġ affarijiet importanti ħafna. L-ewwel waħda l-libell kriminali, li qatt ma messu kien hemm. Il-libell tellgħu fuq livell personali u mhux kriminali għax dik xi ħaġa kiesħa. U t-tieni ħaġa li tneħħew il-mandati. Issa jekk il-kritika hija waħda inġusta hemm il-libell innifsu,” jgħid Ġorġ Mallia.
Matthew Vella
Ġorg Cini, ġurnalist veteran li jgħallem l-Università ta’ Malta, innota kif il-liġi messha ilha li nbidlet. “Ġurnalist ġieli jkollu storja tajba, ikkonfermaha ma’ diversi sorsi imma xorta jittella’ l-Qorti. Issa l-fatt li seta’ jintbagħat il-ħabs hija krudili meta ħafna ġurnalisti huma tal-affari tagħhom u jippruvaw jikkon-
Ġorġ Mallia
fermaw il-fatti. Filfatt ġurnalist dejjem għandu jirreferi fuq min qed issir l-akkuża,” jgħid Cini. Iż-żieda fil-multi... tinftiehem u tħasseb Dan kollu qed isir f ’kuntest li se tibda konsultazzjoni
dwar ir-responsabbiltà etika tal-ġurnalist filwaqt li l-liġi l-ġdida tagħti aktar protezzjoni lill- ġurnalisti ladarba l-kumment ikun wieħed korrett u ġust. Intqal li b’aktar protezzjoni għall-ġurnalist, il-liġi l-ġdida tagħti definizzjoni ċara ta’ x’inhi opinjoni onesta għallfini ta’ proċedura legali. Dik li hija iktar magħrufa bħala fair comment. Il-liġi proposta tinkludi wkoll emendi fil-libell ċivili. Dan joffri aktar spazju
05
19.02.2017
kullhadd.com
għal-libertà tal-espressjoni għall-ġurnalist, permezz ta’ limiti aktar wiesgħa ta’ dak li huwa kkunsidrat bħala libelluż. Iżda, il-liġi tħares ukoll id-dritt tas-salvagwardja tar-reputazzjoni ta’ persuni jew entitajiet. F’dan ir-rigward id-danni morali li tista’ timponi l-Qorti ċivili se jiżdiedu minn massimu ta’ €11,646.87 għall-massimu ta’ €20,000. Każi li bdew diġà u li diġà għaddiet it-tieni seduta tagħhom se jibqgħu jinstemgħu taħt ir-reġim talmulti l-antiki. Din hi xi ħaġa li Vella esprima xettiċiżmu dwarha. Dwar iż-żieda fil-multa Cini ukoll qal li wieħed għandu joqgħod attent fuq din. Però nnnota li l-ġurnalist u l-editur irid iżomm f ’moħħu r-responsabbiltà lejn il-qarrej u l-gazzetta tiegħu. “Li hemm tajjeb fil-liġi l-ġdida hi li se jkun hemm attentat ta’ medjazzjoni qabel wieħed jibda l-proċess il-qrati u l-edituri għandhom iktar ċans jagħmlu korrezzjonijiet,” qal Vella. Fil-fatt, introduzzjoni oħra se tkun li jiġu mħeġġa mezzi alternattivi biex jiġu riżolti każi meqjusin inqas gravi. Dawn il-mezzi huma medjazzjoni, ftehim bejn il-partijiet, apoloġija jew ilkaż jiġi deċiż f ’seduta waħda. Il-Qorti għandha taħtar smigħ f ’20 ġurnata. Fih ikun deċiż tistax twassal għal xi tip ta’ ftehim fejn tista’ tkun imposta multa ta’ mhux iktar minn €1,000. F’każ li min ikun qed jiddefendi l-każ ikun għamel apoloġija pubblika jew ikkoreġa r-rapport tiegħu, id-danni morali ma jistgħux jaqbżu s-€7,000. Din il-liġi ser tintroduċi wkoll il-kunċett ta’ inġurja jiġifieri malafama li tkun saret b’malizzja bil-fomm (magħruf bħala slander). Din se tkun qed issaħħaħ il-protezzjoni taċ-ċittadin, fejn persuna li tkun instabet ħatja li kkawżat inġurja tista’ teħel sa massimu ta’ €10,000.
ta’ malafama fuqhom li tikkawża danni lil qrabathom, l-istess qraba ser jingħataw id-dritt li jiftħu kawża tal-libell ċivili. Dan sakemm id-dikjarazzjoni tkun saret fi żmien għaxar snin mill-mewt Il-fatt li seta’ ta’ dik il-persuna. Il-ġenituri, it-tfal jew l-aħwa jridu jipjintbagħat provaw li huma wkoll ikunu il-ħabs hija sofrew b’dak li ntqal jew inkiteb. krudili meta Il-liġi l-ġdida għandha skop ħafna ġurnalisti u definizzjonijiet aktar wiesgħa biex filwaqt li tkun qed huma tirregola x-xandir u l-istampa, bħalma dejjem sar, tinklutal-affari di regolamenti ġodda li jħartagħhom u su wkoll lejn siti elettroniċi, servizzi ta’ aħbarijiet onlajn jippruvaw u l-kummenti tal-pubbliku jikkonfermaw f ’siti onlajn. Mitlub jikkummenta dwar il-fatti dan kollu Vella qal li “s-sinjali huma pożittivi, imma irridu niddiskutu d-dettall ta’ Dan l-abozz ta’ liġi jżomm din il-liġi.” kunċetti mill-Att Dwar l-Istampa li għadhom rel- Iktar responsabbiltà evanti għall-ġurnata ta’ lum, bħad-dritt tar-rispos- Il-liġi tenfasizza wkoll ir-reta u t-terminu stabbilit biex sponsabbiltà. wieħed ikun jista’ jiftaħ libell “Irridu naraw l-Ombudsu u l-kunċett tar-Reġistrar man jew il-Kunsill li jilqa’ tal-Istampa fost oħrajn. l-ilmenti li se jkunu qed isiru, Il-liġi l-ġdida se tkun qed jew l-akkreditar tal-ġurnalis tipproteġi wkoll il-memorja ti. Aħna nħarsu ’l quddiem li ta’ persuni mejtin billi f ’każ nipparteċipaw,” qal il-Presi-
dent tal-Istitut tal-Ġurnalisti Karl Wright. Matthew Vella jkun ċar meta mistoqsi dwar l-obbligu tal-ġurnalist: “L-ewwel obbligu hu lejn il-verità u l-uniku mod prattiku kif tista’ xxandar il-verità hija li dejjem ikun hemm id-dixxiplina tal-verifikazzjoni. Dejjem titkellem mannies li se tikteb dwarhom, iġġib il-konferma u ċ-ċaħda u tiżen dak li għandek f ’idejk. Naf li dan hu dibattitu kurrenti ħafna.” Ġorġ Cini tkellem dwar kif l-entużjażmu kultant jaħrab bil-ġurnalist. “Ikun mingħalik għandek xi storja ta’ barra minn hawn u ma jkollokx. Ilum il-ġurnalist
Is-satira xogħolha hija li tirredikola imma hemm ukoll il-linja ta’ etika
għandu problema għax irid jipprova jkun dejjem l-ewwel hu bl-istorja. Allura bil-ġenn u l-għaġla li forsi jkunu qed isuquk ta’ fuqek ma tilħaqx tiċċekkja kemm hemm bżonn. Għalhekk importanti li l-ġurnalist jistaqsi u jagħti leħen lil kull min hemm fl-istorja,” qal Cini. Iżda hemm sfidi oħra. “Naf li hemm informazzjoni li xi kultant ma tistax tkun verifikata imma hija fl-interess pubbliku u nistgħu ndumu nitkellmu fuq din il-problema. Imma flaħħar mill-aħħar ix-xogħol tal-ġurnalist għandu jkun ibbażat fuq il-verifikazzjoni,” qal Matthew Vella. Għal karikaturist l-isfida hija kemxejn iktar diffiċli għalkemm sens ta’ etika għandu jkun hemm ukoll. “Is-satira xogħolha hija li tirredikola imma hemm ukoll il-linja ta’ etika. Il-ġurnalist għandu jkollu sorsi doppji u affarijiet minn dawn. Il-kartunist bħal opinjonist jagħti opinjoni li għandha bias. Ma jista’ qatt ma jkunx biased. Irid jibgħat messaġġ ta’ malajr u jinftiehem mill-ewwel u biex tinftiehem mill-ewwel trid taħdem fuq sensibiltajiet li diġà jeżistu. Għalhekk kartunist dejjem se jagħti naħa waħda tal-munita. Minħabba f ’hekk isib ruħu fil-mira ta’ dawk li jieħdu għalihom malajr,” qal Ġorg Mallia. Fuq kollox, l-editur ta’ ONE NEWS u l-gazzetta KullĦadd , Aleander Balzan innota kif dan huwa dibattitu interessanti li forsi ilu jsir b’mod okkażjonali għal diversi snin u li bħal ħafna affarijiet oħra huwa biss issa li se jsiru l-bidliet. “Jekk hemm prova kemm dan huwa Gvern li jemmen fid-demokrazija u l-libertà tal-kelma qiegħda fl-abbozz ta’ liġi mressaq iktar kmieni din il-ġimgħa,” qal Balzan li nnota kif in-naħa tal-Oppożizzjoni tista’ titkellem ħafna imma meta ftit biss ilu kienet fil-poter m’għamlet xejn.
06
19.02.2017
QATGĦU QALBHOM U JRIDU KONFRONT Fil-Partit Nazzjonalista qed jinħema attakk fuq il-President tal-Kummissjoni Ewropea u membri tal-Kummissjoni tiegħu. L-għan hu li kif għamlu fuq esponenti tal-politika Maltija jħammġu lil Jean Claude Juncker u Kummissarji Ewropej oħra, fid-dawl li fl-aħħar xhur kienu bosta l-okkażjonijiet fejn il-Kummissjoni Ewropea ġabet fix-xejn kampanji li prova joħloq il-Partit Nazzjonalista bl-iktar waħda li frustrat lill-Kap tal-Oppożizzjoni tkun il-konferma li l-proġett tal-enerġija kien skont ir-regoli Ewropej. Fid-Dar Ċentrali qablu li l-attakk ma jistax ikun wieħed dirett għaliex partit li qed jaspira li jkun fil-gvern ma jistax jidher li hu miġġieled mal-Kummissjoni Ewropea. Dan anke għax meta Simon Busuttil qam jattakka lill Juncker u membri oħra fil-Parlament Malti imbarazzawh bit-tweġiba tagħhom. B’hekk kien hemm qbil li lil Juncker jattakkawh b’mezzi “mhux uffiċjali” u bħalissa għaddejja tfittxija għal kull artiklu jew filmat li jista’ jinstab jikkritikah. Xi ħaġa li mhix se tkun daqshekk diffiċli fiddawl li Juncker huwa bniedem bi snin twal ta’ esperjenza politika. Għalkemm dan jaf ma jkunx biżżejjed għaliex lil Juncker ukoll iridu jipprovaw iħammġuh jew jorbtuh ma’ koruzzjoni. F’kurituri tad-Dar Ċentrali ntqal li għandhom jinħadmu vidjows u materjal ieħor biex ikunu mxerrda minn profili foloz li hemm online u li jappoġġjaw lill-Partit Nazzjonalista. Fl-aħħar xhur Juncker diġà
kullhadd.com
Busuttil u Juncker snin ilu żminijiet aħjar
kien mgħajjar sakranazz minn Daphne Caruana Galizia. Jistiednu lil Weber - The Economist igiddibhom Biex jipprovaw jibbilanċjaw il-fatt li mal-Kummissjoni Ewropea ma ġabuhiex żewġ, illum stiednu lill-President tal-Partit Popolari Ewropew, Manfred Weber, biex jindirizza l-mass meeting Nazzjonalista
fil-Belt Valletta. Huwa mistenni li Weber jaċċetta din l-istedina fid-dawl li l-Partit Nazzjonalista huwa affiljat mal-Partit Popolari Ewropew.
Għaliex il-parir tal-istrateġisti huwa li jipprovaw iqanqlu l-memorji tas-snin 80, it-tema tal-lum hija demokrazija u libertà. Iżda, inzerta li din qed jagħmluha kontra l-gvern li daħħal iktar libertà bl-emendi għal-liġijiet taċ-ċensura u ressaq liġi biex jagħti iktar libertà lill-ġurnalisti biex ineħħi l-libell kriminali. Iżda, mhux dan biss iġib fix-xejn l-għajta ta’ Simon Busuttil illum. Analiżi ta’ The Economist dwar aspetti differenti tad-demokrazija f ’pajjiżna tpoġġi lil Malta mal-uniku 19–il pajjiż madwar id-dinja li għandhom dik li tissejjaħ “full democracy”. Dan b’punteġġ ta’ 8.39 minn 10. L-ironija hi li fl-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista Malta naqset u mhux żiedet il-punteġġ minn 8.39 għal 8.28. Il-punteġġ reġa’ żdied fi żmien din l-amministrazzjoni minħabba iktar drittijiet lill-ġurnalisti u iktar drittijiet ċivili.
B’hekk kien hemm qbil li lil Juncker jattakkawh b’mezzi “mhux uffiċjali” u bħalissa għaddejja tfittxija għal kull artiklu jew filmat li jista’ jinstab jikkritikah
kullhadd.com
IT-TIELET F’SIEGĦA • MALTA MAL-IKTAR TLIET PAJJIŻI PARTEĊIPI FL-HOUR OF CODE • PROGRAMM EDUKATTIV FIL-QASAM TAT-TEKNOLOĠIJA TAL-INFORMATIKA aġġornaKitba ta’ kontinwament DINAH SEGUNA ti x’qed jiġri matul is-sena. Hour of Code isir f ’DiċembKulħadd jista’ jipprogramma. ru, fil-verità jista’ jsir is-sena Messaġġ li donnu qiegħed kollha, però l-avveniment injasal sew għaliex pajjiżna ternazzjonali jsir f ’Diċembru ġie kklassifikat fit-tielet post allura s-sehem ta’ Malta jkun minn fost 20 pajjiż li jieħdu dik il-ġimgħa.” sehem fil-programm Hour of Code. Programm li jgħin Hour of Code persuni jifhmu aħjar id-dinja mill-Kindergarten diġitali u li jkollhom kontroll Kollox idur mal-kodiċi fejn itaħjar tagħha. Fil-fatt Hour of Code huwa tfal jesperjenzaw kif jippromoviment globali li qed jasal grammaw l-ewwel darba biex għand miljuni ta’ studenti joħolqu xi logħba. Kollox ġejjin minn aktar minn 180 skont il-livell ta’ ħila. James pajjiż u Malta ilha tieħu sehem Catania stqarr li tant saret fih fuq skala nazzjonali għal importanti d-dinja diġitali li dawn l-aħħar sentejn. Sentejn f ’pajjiżna l-programm Hour li waslu biex ksibna suċċess. of Code isir ukoll fost it-tfal Tant li kien hemm biss żewġ li huma fil-kindergarten. “Malta hija wieħed millpajjiżi li għaddew lill-pajjiżna f ’dik li hi parteċipazzjoni ftit pajjiżi li għandu l-Hour u attivitajiet meta mqabbel of Code mill-kindergarmad-daqs tal-popolazzjoni. ten. Lit-tfal tal-kindergarnagħtuhom eżerċizzDawn kienu r-Russja fit-tieni ten post u l-Italja fl-ewwel post. ji filwaqt li l-għalliema Permezz t’attivitajiet mi- nagħtuhom riżorsi neċessarfruxa fuq ġimgħa, l-istuden- ji u anke joħolquhom huma ti jiffamiljarizzaw ma’ kif biex it-tfal jipprogrammaw. tinħoloq xi tip ta’ logħba u It-tfal bażikament ikollhom b’hekk iqarrbu lejn ix-xjenza eżerċizzji biex isolvu probtal-kompjuter. L-enfasi huwa lema speċifika ħafna,” spjega fuq il-kodiċi, u l-istuden- Catania. ti jridu jwettqu l-eżerċizzji Il-programmi tal-Hour of fuqhom. Code jitqassmu, fil-kinderMal-gazzetta KullĦadd, garten, fil-primarja u fis-sebil-maġġoranza James Catania, uffiċjal edu- kondarja, kattiv għall-informatika u tal-attivitajiet isiru fis-set-teknoloġija fi ħdan id-di- kondarja. “Fis-sekondarja, partiment tal-Edukazzjoni mod faċli biex nilħqu kull spjega kif bid-differenza student hu billi dik il-ġimgħa minn snin preċedenti, Hour l-lezzjoni tat-teknoloġija u of Code qed isir fuq skala l-informatika tkun riservata nazzjonali b’tali mod li jint- kompletament għall-Hour of Code. Fil-primarja mbagħad laħaq kull student. “Mis-sena l-oħra Hour hija ftit iktar diffiċli imma of Code beda jsir fuq skala xorta waħda jkollna rispons nazzjonali. Bħala eżerċizz- tajjeb,” stqarr Catania. Fil-bidu l-eżerċizzju talju Hour of Code kien ilu jsir imma kien isir biss fuq inizjattiva t’għalliema tal-informatika. Li ridna nagħmlu hu li peress li l-ħiliet diġitali saru xi ħaġa importanti għal kulħadd, iddeċidejna li naqbdu l-avvenimenti tal-Hour Fil-primarja of Code li dejjem jaqa’ taħt is-suġġett tal-kompjuter u jekk l-għalliema ridt nespandih iżjed. Fl-2015 tiddeċiedi kellna l-ewwel Hour of Code nazzjonali u kellna rispons li tagħmel tajjeb ħafna u s-sena li għadġurnata sħiħa diet saħħaħna iktar.” Catania stqarr li hemm hour of code preparamenti kbar mhux biss mill-aspett loġistiku din tista’ ssir. iżda wkoll biex l-għalliema Fis-sekondarja jiffamiljarizzaw mat-tagħlim li l-għalliema jridu jagħtu mbagħad hi lill-istudenti. pjuttost diffiċli “Hu avveniment nazzjonali, tista’ timmaġina l-loġistika li jkun hemm fin-nofs. Inkellmu lill-għalliema, inħarrġuhom, nagħtuhom riżorsi biex jaħdmu u naraw li jkunu
Hour of Code kien idumbiss siegħa. Illum il-ġurnata hemm eżerċizzji li ddum ġimgħa tagħmilhom jew ħames minuti. Ir-rispons tal-għalliema u studenti kien fattur li wassal biex pajjiżna jikseb riżultat tajjeb ħafna. Mal-Kullħadd James Catania stqarr li l-akbar interess huwa fost l-għalliema tal-primarja u dan għaliex it-taħriġ dwar il-kodiċi jasal għand l-istudenti bi stil ta’ logħba. Fil-każ tas-sekondarja għal Catania hu li hemm ftit ħin disponibbli u għaldaqstant hemm iżjed xogħol xi jsir biex Hour of Code jintegra aħjar fittagħlim. “Fil-primarja jekk l-għalliema tiddeċiedi li tagħmel ġurnata sħiħa Hour of Code din tista’ ssir. Fis-sekondarja mbagħad hu pjuttost diffiċli li jsir hekk għax għandek 40 minuta lezzjoni u jrid isir f ’dik l-40 minuta,” fisser Catania. “Pajjiżna huwa fost l-iktar pajjiż li jieħu l-Hour of Code bis-serjetà. Fil-fatt kważi f ’kull skola f ’Malta u f ’Għawdex isiru coding clubs li jiltaqgħu fil-breaks. Jiġifieri għal min ikun irid ikun jista’ jitgħallem il-programming f ’iktar dettall mal-għalliema. Barra minn dan kellna avveniment il-Belt Valletta u konna introduċejna l-Hour of Code mal-pubbliku. Dak hu l-ħsieb tagħna issa, li noħorġu mis-sistema edukattiva stretta tagħna u nwasslu l-programming għand il-pubbliku kollu. Illum il-ġurnata l-programming daħal sew fir-rutina ta’ kull persuna u nemmnu li l-coding huwa ħila importanti biex dak li jkun isir ċittadin diġitali tajjeb,” temm jgħid Catania.
07
19.02.2017
08
19.02.2017
kullhadd.com
TIM B’SAĦĦTU
Dan ir-ritratt tellgħu l-Prim Ministru fuq Twitter waqt waqfa qasira f’jum impenjattiv fil-Girgenti għall-Grupp Parlamentari Laburista li kien qed jiltaqa’ lbieraħ. Ritratt li tassew jissimbolizza kif qed jitmexxa l-pajjiż. B’mod trankwill, anke jekk hemm min irid mod ieħor. It-trankwillità tirriżulta mill-fatt li Malta qed tinbidel għall-aħjar u r-riżultati qegħdin jinkisbu.
L-INKLUSSSIVITÀ - MESSAĠĠ TA’ TIM TAL-FUTBOL
Waqt żjara fil-grawnd ta’ Xewkija Tigers FC, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana flimkien mad-diriġenti talklabb tal-ogħla diviżjoni f ’Għawdex, u fil-preżenza tal-uffiċjali u atleti ta’ Special Olympics Gozo ħabbru ftehim ġdid. “Dan il-ftehim huwa mmirat biex tisseddaq l-inklużjoni fi spirtu sportiv għal kulħadd. Xewkija Tigers iħaddnu l-inklużjoni fil-veru sens tal-kelma għax għandhom membru tagħhom li, minkejja d-diżabilità tiegħu, huwa wkoll membru promettenti ta’ Special Olympics Gozo,” qalet Justyne Caruana. Kien għalhekk li s-Segretarjat Parlamentari embarka fuq dan il-proġett biex iktar entitajiet sportivi
jkunu iżjed inklussivi u jilqgħu fi ħdanhom persuni b’diżabilità fuq livell parteċipattiv u professjonali. Il-fatt li ser ikun hemm logos favur l-inklussività kemm fuq l-ilbies uffiċjali kif ukoll fil-grawnd ser ikompli jwassal messaġġ b’saħħtu u eventwalment ukoll ikun hemm titjib filfaċilitajiet sportivi biex ikunu iktar aċċessibbli. “Irridu nwasslu l-messaġġ b’kull mezz li l-aċċessibilità hija l-qofol ta’ soċjetà ġusta fejn l-isport huwa mezz effikaċi ħafna biex ninkludu lil kulħadd flattivitajiet tal-komunità,” saħqet Justyne Caruana. Hija faħħret lil Xewkija Tigers għal dan l-impenn u awgurat li l-kollaborazzjoni li nibtet b’dan il-ftehim tkompli tikber u tissaħħaħ.
Irringrazzjathom ukoll talli minn issa l-faċilitajiet talklabb se jkunu disponibbli wkoll għal Special Olympics Gozo biex ikunu jistgħu jsiru s-sessjonijiet ta’ taħriġ sportiv kull ġimgħa. Is-Sur Jeffrey Farrugia u s-Sur Joseph Attard, President u Segretarju ta’ Xewkija Tigers FC rispettivament, iddeskrivew dan il-ftehim bħala storiku u tappa importanti fl-istorja talklabb u tat-tim tal-futbol. Huma rringrazzjaw lisSegretarju Parlamentari Justyne Caruana għal dan il-ftehim ta’ appoġġ lill-klabb u lill-komunità kollha u tennew l-impenn tagħhom għal aktar ħidma b’riżq l-inklużjoni biex tassew ikollna sport għal kulħadd.
09
19.02.2017
kullhadd.com
IL-BIDLA FIX-XOGĦOL BIN-NUMRI
Tagħrif skont l-aħħar statistika tal-NSO
181,605
+26,193
20
In-numru ta’ nies jaħdmu full-time
Impjiegi full-time mill-bidu ta’ din l-amministrazzjoni
Impjieg full-time iktar kuljum
3
23,223
9/10
Ttriplat iż-żieda fix-xogħol meta mqabbel ma’ żmien il-PN
Persuna iktar full-time mas-settur privat
Ir-rata ta’ impjiegi li nħolqu fis-settur privat
24%
1,500
10
Il-proporzjon ta’ impjiegi fis-settur pubbliku llum
Iż-żieda ta’ impjiegi full-time f’Għawdex
Id-drabi f’din il-leġiżlatura meta sar rekord tal-inqas qgħad
2,912
361
1
In-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol
Il-persuni b’diżabbiltà jirreġistraw għax-xogħol
L-ewwel darba li nkisbu riżultati tant tajbin
10
19.02.2017
kullhadd.com
RESTAWR MHUX TAS-SOLTU! • PROĠETT LI BEDA JITGAWDA MIN-NIES U MILL-GĦASAFAR • REBBIEĦ TA’ KOMPETIZZJONI TA’ DIN L-ART ĦELWA
Kitba ta’ b’hekk seta’ jsir il-proġett sħiħ COLIN DEGUARA li ġie jiswa seba’ miljun ewro. Kif spjega is-Senior Engineer Illum kull min ikun għaddej ta’ dan il-proġett, Andrew Velminn Baħar iċ-Ċagħaq għal la, dan il-proġett kien wieħed Buġibba jew fid-direzzjoni op- uniku. Primarjament, dan posta jinnota l-ġmiel tas-Salini. minħabba li kellu jsir xogħol Iżda, dawn mhux dejjem kienu ukoll taħt l-ilma minħabba li hekk. Issa li qed jitgawdew din hi art imdawra bil-baħar. mill-pubbliku u mill-għasa- Il-kobor tal-art ukoll kompla far sbieħ li tant jinżlu fuqhom jżid mal-isfidi fil-proċess ta’ ħarisna ftit lura lejn x’involva restawr hekk kif l-art tkopri 90 x-xogħol. Anke għax fl-aħħar tomna li hi l-qies ta’ madwar ġimgħat il-proġett ta’ restawr 14–il grawnd tal-futbol. rebaħ premju ta’ Din l-Art Fi kliem Vella “Dan kien proġett totalment differenti Ħelwa. Wieħed malajr jista’ jistaqsi minn proġetti oħra. Jekk nibmid-dokumentazzjoni għaliex kien daqshekk impor- dew tanti li s-salini jiġu rrestawrati fi kellna nużaw laser scanning żmien meta Malta m’għadhiex biex inkopru l-għadajjar taltiddependi daqshekk fuq melħ li kellhom iċ-ċangatura. L-akbar biċċa xogħol kien il-manifattura tal-melħ. Barra l-istat ħażin immens li it-tiswija tal-ħajt tad-diga tankienu jinsabu fih u l-kruha es- naħa tas-Sokkursu l-Kbir li tetika li kienu joffru max-xatt kien iġġarraf snin ilu u li minta’ Baħar iċ-Ċagħaq minħab- nu kien qed jidħol ħafna ilma u ba t-telqa li kienu jinsabu fiha, jfawwar l-għadajjar kollha.” Meta mistoqsi jekk il-metois-salini għandhom ukoll valur storiku. Is-salini jmorru du ta’ restawr tas-salini kienx lura għas seklu 16, għal żmien wieħed differenti minn ta’ il-Kavallieri meta l-produzz- salini oħra, Vella stqarr li joni tal-melħ kienet ħafna ik- għalkemm il-prinċipji prinċitar importanti għall-pajjiżna. pali tar-restawr huma l-istess Dan għaliex dan kien jintuża fi dawn il-prinċipji kellhom jiġu kwantitajiet kbar speċjalment attwati b’modi differenti minn dawk tas-soltu minħabba l-amgħall-preservazzjoni tal-ikel. Kien wara maltempata kbira bjent li fih kellu jsir dan ir-resttal-2003 fejn il-qagħda tas-sali- awr. “F’dan il-każ l-ambjent hu ni dehret li kienet fi stat allar- verament aggressiv minħabba manti u kien hemm bżonn li tit- li jinsab qrib il-baħar u l-ġebel tieħed azzjoni kemm jista’ jkun hu kontinwament espost mhux malajr. Madankollu x-xogħol biss għall-elementi iżda anke fil-proġett qajla mexa u wara għall-melħ f ’konċentrazzjoniżmien twil bil-proġett wieqaf jiet kbar. Għalhekk ftit li xejn għalkollox kien biss f ’dawn sar plastic repair li hu tikħil l-aħħar tliet snin li x-xogħol ibbażat fuq hydraulic lime li hu tip ta’ ġir. Minflok il-ġebel fuq dan il-proġett irranka. Dan il-proġett kien wieħed mherri u ddeterjorat inbidel u parzjalment iffinanzjat ġie mkaħħal b’taħlita li f ’dan ilmill-Unjoni Ewropea biex każ apparti hydraulic lime kell-
11
19.02.2017
kullhadd.com
It-tim rebbieħ jieħu l-premju ta’ Din l-Art Ħelwa
L-ambjent hu verament aggressiv minħabba li jinsab qrib il-baħar u l-ġebel hu kontinwament espost mhux biss għall-elementi iżda anke għall-melħ onċentrazzjonijiet kbar
ha wkoll siment low sulphate. Ix-xogħol fuq is-salini kien jinvolvi wkoll riċerka estensiva fuq il-post innifsu u s-salini in ġenerali. “Fi proġett bħal dan issir riċerka bir-reqqa kemm f ’fonti fejn wieħed ifittex issoltu imma anke ta’ ritratti antiki, kotba fuq is-salini u laqgħat ma’ diversi nies li jew studjaw jew inkella kienu jaħdmu f ’dawn is-salini jew li għadhom jaħdmu f ’xi salini oħra f ’Malta.” Dan il-proġett sewa tajjeb biex ikompli jipproteġi l-patrimonju f ’pajjiżna u jerġa’ jirrestawra dan il-post fil-qagħda mistħoqqa bħala wirt storiku Malti. BirdLife Malta ġiet fdata bit-tmexxija tiegħu u qed tlesti pjan komprensiv ta’ kif ser tmexxi u topera dan is-sit skont kif mitlub mill-Grant Agreement iffirmat mal-Gvern. Dan il-park jagħmel parti mis-siti ta’ Natura 2000. BirdLife Malta ser ikunu obbligati li jmexxu dan
il-post f ’qafas ta’ mmaniġġjar li jiġi approvat mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi. Madankollu, se jkun tajjeb ukoll biex din l-art terġa’ tibda tintuża għal dak li orġinarjament kien l-iskop tagħha – il-produzzjoni tal-melħ. Il-post għalhekk issa jinsab mibdul f ’attrazzjoni għallMaltin u t-turisti fejn jistgħu jaraw b’għajnejhom is-sengħa tal-produzzjoni tal-melħ li issa tista’ terġa’ tibda tieħu l-ħajja. Tnejn mill-istrutturi mibnija se jintużaw biex jaħżnu l-melħ u biex jaħdmuh, jiġifieri kif kienu jintużaw fl-imgħoddi, waqt li t-tielet struttura se tintuża bħala mużew iddedikat għall-ħsad tal-melħ. Min-naħa l-oħra, ix-Ximenes Redoubt se jintuża bħala ċentru għall-viżitaturi li jagħti informazzjoni fuq is-sit kollu – storja, arkeoloġija, ekoloġija: flora u fawna, ornitoloġija u l-użu tradizzjonali tas-salini.
12
19.02.2017
kullhadd.com
MINN -€93 MILJUN GĦAL +€81 MILJUN
Fl-ewwel nofs tal-2016 pajjiżna ra żieda ta’ investiment dirett barrani ta’ madwar €81 miljun. Dan ma jinkludix movimenti fis-settur finanzjarju. B’kuntrast fl-istess perjodu flaħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti kien hemm tnaqqis ta’ investiment dirett barrani ta’ €93 miljun. Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jindikaw ukoll li tul din l-amministrazzjoni l-valur ta’ investiment dirett barrani (eskluż movimenti fis-settur finanzjarju) tela’ għal €3 biljun, żieda ta’ €465 miljun jew 18% meta mqabbel ma’ nofs l-2012. Tliet kwarti ta’ din iż-żieda kienet fil-qasam tal-manifattura. Fost is-setturi tas-servizzi kien hemm żidiet tajbin fl-akkomodazzjoni, fl-informatika u fil-komunikazzjoni u fit-trasport. Dan imur għalkollox kontra l-propaganda tal-Oppożizzjoni li dejjem issostni li l-qagħda fl-industrija hija mwiegħra u li mhux veru hawn tkabbir ekonomiku f ’pajjiżna. Illum stess il-Eurostat fi stqarrija indikat li fix-xahar ta’ Diċembru, pajjiżna kellu l-akbar tkabbir fil-produzzjoni industrijali minn fost il-pajjiżi kollha tal-UE. Waqt li f ’pajjiżna kien hemm żieda ta’ 2.4%, madwar l-UE kien hemm tnaqqis ta’ 1%. Filwaqt li l-Oppożizzjoni ssostni li t-tkabbir ekonomiku mhu jilħaq lil ħadd, jirriżulta mill-Eurobarometer li 81% talMaltin jemmnu li l-ekonomija sejra tajjeb u 82% jgħidu li l-familja tagħhom qiegħda f ’qagħda finanzjarja tajba. Fl-2012 kien hemm 44% biss tal-Maltin jgħidu li l-ekonomija sejra tajjeb. Fi tmiem is-sena li għaddiet, id-depositi tal-familji tagħna ma’ banek lokali laħqu €10.6 biljun għall-ewwel darba fl-istorja. Din tfisser żieda ta’ €2.9 biljun, jew 38% fuq l-ammont fil-bidu ta’ din l-amministrazzjoni. Il-familji tagħna faddlu bħala medja tliet darbiet dak li faddlu bħala medja taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Dan jindika kemm il-ħidma tal-Gvern biex joktor l-investiment dirett barrani u t-tkabbir ekonomiku qed isarraf f ’qagħda finanzjarja aħjar għall-familji tagħna. Il-Gvern ser ikompli jaħdem biex il-ġid jasal għand kulħadd.
13
19.02.2017
kullhadd.com
BEZZINA BI FTEHIM LI JIXTRI BISS BIEX JIBNI • L-ERA DDESKRIVIET L-IŻVILUPP BĦALA OĠĠEZZJONABBLI Kitba ta’ ALEANDER BALZAN Id-deputat Nazzjonalista, Toni Bezzina, kien ċar ħafna dwar ilħsieb tiegħu għall-art protetta taħt l-Imdina u dan m’għamlux biss fl-applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar. Il-gazzetta KullĦadd għandha tagħrif esklussiv li jgħid li Bezzina l-art kien għadu m’akkwistahiex u dan għaliex il-qbil tiegħu mal-bejjiegħa kien li jixtriha b’kundizzjoni waħda: dik li fuqha jibni l-villa li tant xtaq. Għandna f ’idejna konferma li Bezzina kien ħallas €30,000 f ’depożitu u l-kumplament tal-ħlas, €270,000 oħra, kien maħsub li jsir biss jekk kemm–il darba joħroġ il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar. Bl-iswed fuq l-abjad hemm ċar ħafna li Bezzina kien interessat biss fil-medda art bi ġmiel naturali, int u tiela’ r-Rabat, jekk kemm–il darba kien ikun jista’ jibniha. Iżda, il-bini tagħha jmur mhux biss kontra l-prinċipji li prova jbigħ il-Partit Nazzjonalista iżda anke kontra prinċipji ambjentali skont il-politika tal-awtorità. Tant li mhu veru xejn li l-applikazzjoni hija aċċettabbli b’xi regola li għamel il-Gvern preżenti, li nistgħu niżvelaw l-ittra li bagħtet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) li tgħid kif dak li kien jipproponi Bezzina ma kienx qed jipproponi Toni Bezzina żvilupp tipiku ta’ post rurali u għalhekk il-proposta ma setma kellu qatt ikun aċċettat. għetx tittieħed f ’dan il-kuntest. Ried jagħti forma oħra lis-sit “Speċjalment meta tinnota li s-sit huwa skedat bħala żona L-ERA nnotat fis-sottomiss- ta’ valur għoli (AHLV),” qalet joni tagħha ż-żieda fil-foot l-ERA fl-ittra tagħha. Intqal li Bezzina seta’ ħoloq print u li kienet se tittieħed preċedent ikrah. art mhix mimsusa għall-pjani“L-approvazzjoni tal-apjiet li għamel Bezzina. Saħansitra jingħad li dak li kien qed plikazzjoni toħloq preċedenti
L-ittra tal-ERA lill-PA mhux mixtieqa għall-proposti tal-ġejjieni f ’din iż-żona jew f ’żona ODZ oħra li tista’ tirriżulta f ’iktar art għal użu mhux ġustifikabbli u impatt fuq iż-żona u l-viżwal,” żiedet l-ERA. “Fid-dawl ta’ dan kollu l-proposta hija meqjusa mhux aċċettabbli mil-lat ambjentali,” temmet tgħid l-ERA. L-oġġezzjoni tal-ERA kienet
issegwi tal-għaqda ambjentali Din l-Art Ħelwa li nnotat kif il-mod kif Toni Bezzina preżenta l-applikazzjoni kien wieħed oġġezzjonabbli. Kien wara li din il-gazzetta żvelat l-applikazzjoni li Toni Bezzina qal li se jirtira l-applikazzjoni tiegħu. Iżda, dan ma kienx biżżejjed għal dawn li huma midħla tal-qasam ambjentali. Filwaqt li nnotaw kif l-każ żvelat minn din ilgazzetta ta daqqa ta’ ħarta lil kredibbiltà tal-Partit Nazzjonalista u l-politika ambjentali tiegħu, sostnew li Toni Bezzina kellu jew jitkeċċa mill-Kap Simon Busuttil jew jirriżenja. Iżda, Simon Busuttil qal li Toni Bezzina ma għamel xejn illegali jew irregolari u injora għalkollox it-talba biex jieħu passi kontra d-de putat tiegħu. Dan m h u x l-ewwel każ skandaluż ta’ Bezzina li nstab ħati li fi żmien Gver n
Nazzjonalista bagħat ħaddiema tal-gvern jagħmlu xogħol fuq każin tal-Partit Nazzjonalista fiż-Żurrieq u eventwalment ġegħelhom jieħdu ġurament falz. Xi ħaġa li kienet ikkonfermata mill-Qorti.
14
19.02.2017
kullhadd.com
KBARAT IMĊEKKNA FIL-KON • NITKELLMU MAL-KURATUR TAL-POST DWAR ESPERJENZA TA’ DARBA
Kitba ta’ DINAH SEGUNA Li tkun il-kuratur tal-Konkatidral ta’ San Ġwann huwa unur minnu nnifsu. Iżda għal Cynthia Debono, li għandha dan l-irwol, jiem bħat-3 ta’ Frar li għadda jżidulha l-preġju tax-xogħol tagħha. Dakinhar żaru l-Konkatidral ta’ San Ġwann it-28 mexxej talpajjiżi tal-Unjoni Ewropea li kienu f ’pajjiżna għall-Malta Summit. Summit informali li wassal biex il-mexxejja għall-ewwel darba qablu fuq tip ta’ politika ta’ kif għandha tkun indirizzata l-isfida tal-immigrazzjoni fiċ-ċentru tal-Mediterran. Miż-żjara li għamlu fil-Konkatidral rajna biss ritratti u filmati li waslu biex ħafna staqsew x’qalu l-mexxejja dwar ir-rikkezza tal-Konkatidral u dwar l-istorja ta’ pajjiżna u fuq kollox dwar il-kapulavur tal-pittura ta’ Caravaggio. Ridna naqtgħu il-kurżità u għaldaqstant il-gazzetta KullĦadd mal-kuratur tal-Konkatidral ta’ San Ġwann Cynthia Degiorgio li dakinhar ħadet ħsieb li ddawwarhom mal-Konkatidral. Ilha 11-il sena tokkupa din il-kariga u qatt ma basret li xi darba quddiemha se jkollha 28 kap ta’ stat. Kapijiet ta’ stati li ġeneralment ikollhom ħafna xi jgħidu meta jiltaqgħu però għal ftit ħin donnu belgħu lsienhom quddiem l-arti barokka tal-Konkatidral. “Meta daħlu kienu jidhru mal-ewwel impressjonati bir-rikezza ta’ San Ġwann. Bdew iħarsu lejn il-ħitan u bdew anke jikkummentaw fuq
l-ammont ta’ deheb. Bdejt nisma kliem bħal ‘tremendous’, ‘wonderful’ u ‘beautiful’ stqarret Degiorgio mal-gazzetta Kullħadd . Il-mexxejja kienu iżjed impressjonati meta indunaw li kienu f ’post li huwa parti mill-għeruq ta’ għaqda Ewropea. “Bdejt niddeskrivilhom l-istorja tal-Konkatidral ta’ San Ġwann u dwar it-tmien kappelli li jirrappreżentaw sezzjoni mill-Ewropa jiġifieri bħall-kappella tal-Ġermanja, ta’ Spanja, tal-Italja u hemmhekk kiber iżjed l-interess. Għedtilhom li hawnhekk fil-Konkatidral hawn l-Ewropa rrappreżentata u dwar il-fatt li huwa l-unika bini fid-dinja li hemm dik ir-rappreżentanza fiżika tal-Ewropa. Dak l-aspett ġibdilhom l-attenzjoni. Anke kien hemm min beda jieħu interess biex ikun jaf dwar il-kappella tal-pajjiż tiegħu u ried ikun jaf fejn qiegħda,” spjegat Cynthia Degiorgio. Degiorgio stħajlithom grupp ta’
L-iktar waħda li ħadet interess kienet il-Kanċillier Ġermaniża Merkel għax kienet ġiet waqt żjara statali fl-2011
Għall-mument anke qishom daħlu f’qoxrithom meta raw is-simboliżmu ta’ Caravaggio kemm fil-fatt għadu reali. Kollha qishom qagħdu kwieti
studenti waqt xi ħarġa kulturali. U waqt din il-ħarġa kulturali dejjem ikun hemm dak l-istudent li juri interess iżjed mill-oħrajn. Il-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel spikkat minn fost il-mexxejja u għal raġuni partikolari. “L-iktar waħda li ħadet interess kienet il-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel għax kienet ġiet waqt żjara statali fl-2011. Dakinhar konna dħalna eżatt fil-kappella li qegħdin fiha bħalissa, il-kappella Ġermaniża. Dak iż-żmien ma kinitx għadha rrestawrata. Kont għedtila li l-Fondazzjoni dejjem għandha bżonn il-flus biex tagħmel ir-restawr. Sena wara, bl-intervent tagħha konna rċevejna kważi mitt elf ewro għar-restawr fuq il-pitturi u d-deheb. Waqt iż-żjara qaltli, ‘nixtieq naraha l-kappella’ u eventwalment rat il-kappella Ġer maniża lesta.”
Minbarra Angela Merkel kien hemm mexxejja oħra li ħadu interess. Kien hemm min ma nissilx kelma u qagħad jisma’ b’attenzjoni kbira u oħrajn ħarbu mill-grupp biex jaraw il-parti ta’ pajjiżhom. Min kienu? “Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May bdejt naraha xxengel rasha b’sens ta’ apprezzament lejn dak li hu Ewropew, anke jekk ir-Renju Unit iddeċieda li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Kien hemm il-President Hollande li ried jara l-kappelli ta’ Franza. Fl-aħħar żgiċċa naqra biex jara l-kappelli. Deher impressjonat ħafna. Beda jitkellem bil-Franċiż. Ma fhimtx eżatt x’qal imma deher sodisfatt ħafna. Deher kburi li l-kappelli kienu miżmumin daqshekk tajjeb,” qalet il-kuratur. “Malli dħalna fl-oratorju kienu impressjonati ħafna bil-pittura ta’ Caravaggio. Meta bdejt nispjegalhom is-simboliżmu fil-pittura, is-sofferenza umana u l-inġustizzja, dehru jitkellmu bejniethom. Ovvjament l-immigrazzjoni huwa suġġett prominenti tal-Unjoni bħalissa.” Caravaggio kien ħarab minn Ruma wara li qatel persuna. Sab refuġju f ’pajjiżna u saħansitra ngħata ażil. Wara pajjiżna Caravaggio mar Sqallija u warajh ħalla għadd ta’ pitturi fosthom il-pittura tal-martirju ta’ San Ġwann. Pittura li fiż-żmien li tpittret kienet meqjusa bħala l-pittura tas-seklu. Lill-mexxejja tal-Istati Membri, Degiorgio qaltilhom li l-pittura tibqa’ ta’ kull seklu għaliex tirrappreżenta s-sofferenzi umani li jgħaddi kemm jgħaddi ż-żmien jibqgħu. Spjegazzjoni li saret fl-isfond li kienu f ’pajjiżna biex jiddiskutu modi ta’ k i f
jistgħu jsalvaw l-ħ jippruvaw jaqsmu Aspett li l-mexx fis-simboliżmu ta lura għas-seklu 17 “L-istorja dejjem Kienu quddiem famuża li fiha għ ementi li tant għall-Unjoni E il-kuratur. F’dan is-sens C rat ċerti similarita u l-Unjoni Ewrop hom interessi sim “L-Ordni ta’ mill-Ewropa millportanti ta’ dak iż du flimkien biex l-interessi tal-Ew l-Ordni kellha l-a imma kien hemm ku u ekonomiku giorgio. Kienu għaxar m gio ħassithom li Madanakollu, kien ir-rikezzi ta’ paj spunt biex il-m jifhmu l-proġett E fejn missirijietna ħtieġa li jkunu ma Il-kuratur Cynthi men li l-Konkatid serva ta’ monum tfisser għaqda Għaqda li tħalli llegat għall-ġener azzjonijiet futuri.
15
19.02.2017
kullhadd.com
NKATIDRAL TA’ SAN ĠWANN
Cynthia Degiorgio ajiet bejn l-Ordni pea, it-tnejn kellmili. San Ġwann ġiet -pajjiżi l-iktar imż-żmien u ngħaqjissalvagwardjaw wropa. Veru li aspett tar-reliġjon m l-element politiwkoll,” qalet De-
minuti li Degiorgħaddew malajr. nu biżżejjed biex jjiżna servew ta’ mexxejja Ewropej Ewropew u għaldejjem ħassew ilagħquda. ia Degiorgio temral ta’ San Ġwann ment għal xi Ewropea. -aqwa r-
“Għall-mument anke qishom daħlu f ’qoxrithom meta raw is-simboliżmu tal-Caravaggio kemm fil-fatt għadu reali. Kollha qishom qagħdu kwieti u stajt nara f ’wiċċhom li ħadu l-ispjegazzjoni b’ċertu serjetà,” stqarret Degiorgio. Fl-isfond li l-belt kapitali qed tospita l-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u li s-sena d-dieħla se tkun inkurunata bħala l-belt kapitali Ewropea għall-kultura, il-Fondazzjoni Konkatidral ta’ San Ġwann qed tipprepara biex timplimenta proġetti li se jagħtu spinta ġdida lill-Konkatidral ta’ San Ġwann. L-ikbar proġett għall-Fondazzjoni huwa l-mużew il-ġdid. Dan wara li s-sena li għaddiet l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet il-permess għall-estensjoni. Il-mużew diġà huwa magħluq biex fix-xhur li ġejjin jibda x-xogħol ta’ żarmar biex imbagħad ikunu esposti l-arazzi li ġew restawrati bi spiża ta’ miljun ewro. Il-mużew se jinkludi wkoll iċ-ċentru ta’ Cara-
vaggio, ċentru li se jkun interattiv li permezz tiegħu l-viżitaturi jqarrbu iktar lejn il-pittura tal-qtugħ ta’ San Ġwann li sfortunatament sallum ikollhom jarawha mill-bogħod
Bdejt nisma’ kliem bħal ‘tremendous’, ‘wonderful’ u ‘beautiful’
minħabba li tinsab wara l-artal tal-Konkatidral kif ukoll minħabba l-valur storiku tagħha. Iċ-ċentru interattiv se jesponi d-dettalji kollha tal-pittura, fosthom il-firma ta’ Caravaggio. Filfatt il-pittura hija l-unika waħda li Caravaggio ffirma. Fattur li Cynthia Degiorgio qalet li kien hemm mexxejja li esprimew ix-xewqa li jaraw il-firma ta’ pittur b’fama mondjali. Min jaf, f o r-
si tkun okkażjoni oħra fejn ikollhom iċ-ċans jaraw il-firma ta’ Caravaggio.
Ritratti: DOI - REUBEN PISCOPO
ħajjiet ta’ dawk li u lejn l-Ewropa. xejja fehmu aħjar a’ pittura li tmur 7. m tirrepeti ruħha. pittura daqshekk ħandha dawk l-elhuma prezzjużi Ewropea,” qalet
17
19.02.2017
kullhadd.com
NOFS MILJUN F’ERBA’ SNIN CATHERINE
FENECH Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL
L-industrija tat-turiżmu hija pilastru ewlieni għall-ekonomija Maltija. Tikkontribwixxi direttamet għal 15% tal-GDP Maltija u jekk tgħodd l-effett indirett il-kontribuzzjoni mit-turiżmu lejn il-GDP jitla’ saħansitra għal aktar minn 27%. Wieħed minn sitt impjiegi f ’pajjiżna huwa attribwit direttament lejn itturizmu. Il-kompetizzjoni hija ħarxa imma pajjiżna għandu l-ingredjenti fundamentali ta’ sigurtà, prodott ta’ kwalità u indiġenu, poplu ospitabbli u konnettività robusta li jagħmilna għażla naturali fost il-kompetituri tagħna firReġjun Mediterranju. Kienet tassew aħbar sabiħa meta ħarġu ċ-ċifri uffiċjali għas-sena 2016 u rajna li s-sena l-oħra żaruna kważi żewġ miljun turist, ċifra li l-Gvern kien qed jimmira li jilħaq fl-aħħar ta’ din is-sena li qegħdin fiha. Aktar minn hekk l-infiq turistiku baqa’ jirreġistra tkabbir rekord hekk kif is-sena l-oħra t-turisti nefqu f ’pajjiżna b’mod dirett €1.7 biljun, €70 miljun aktar mis-sena 2015 u €382.5 miljun aktar mill-2012, li kienet l-aħħar sena ta’ Gvern Nazzjonalista. Is-suċċess ta’ Malta fis-settur turistiku ma nkejluhx biss malfiguri tagħna, imma wkoll fuq livell internazzjonali. Skont l-aħħar ċifri maħruġa millGħaqda Dinija tat-Turiżmu fi ħdan il-Ġnus Magħquda
(UNWTO) naraw li filwaqt li fl-2016 it-tkabbir medju flammont ta’ turisti reġistrat fost it-28 Stat Membru talUnjoni Ewropea kien ta’ 4.4% u dak reġistrat fost ilpajjiżi kompetituri tagħna filMediterran u n-Nofsinhar talEwropa kien ta’ 1.4%, f ’Malta kellna tkabbir ta’ 10.5%. L-Oppożizzjoni tiftaħ ħalqha biss biex tkun negattiva. U għalhekk qajla tisma’ lillOppożizzjoni titkellem fuq l-andament turistiku f ’pajjiżna, għaliex m’hemmx xi tmaqdar, m’hemmx x’tikritika. Anzi għax din l-industrija qed tagħmel suċċess kbir bla preċedent, ma jiddejqu xejn jgħidu li dan is-suċċess hu kollu grazzi għalihom u li dan il-Gvern sab sodda mifruxa. Issoltu retorika tal-Oppożizzjoni. Dak li sejjer tajjeb f ’din il-leġiżlatura kollu sar bis-saħħa tagħhom. Għalihom huwa impossibbli li Gvern Laburista jista’ jagħmel xi ħaġa tajba. Dan id-dritt divin qiegħed għandhom biss. Huwa fatt li fl-2016 rajna tkabbir li qatt ma ġie reġistrat qabel minn kemm ilha tinġabar l-istatistika b’permezz tatTourstat. Tkabbir li qatt ma sar qabel għaliex dan hu tkabbir massiv ta’ 10.5% fuq sena li diġà kienet esperjenzat żieda fuq is-sena ta’ qabilha. Taħt gvern preċedenti tkabbir ta’ ’l fuq minn 10% sar biss wara li s-sena ta’ qabel kien hemm tnaqqis u mhux żieda. Huwa fatt li tul l-ewwel erba’ snin ta’ din il-leġiżlatura t-turisti żdiedu b’aktar minn nofs miljun. Gvern preċedenti biex żied l-ammont ta’ turisti b’nofs miljun ħa mill-1992 sa l-2012. Dak li Gvern Nazzjonalista dam 20 sena biex jikseb, Gvern Laburista kisbu biss f ’erba’ snin. Huwa fatt li dan il-Gvern
irnexxielu jindirizza l-isfida ta’ l-istaġjonalità. It-tkabbir fin-numru ta’ turisti fixxhur tax-xitwa jew f ’dawn li jissejħu shoulder months huwa fenomenali u bla preċedent. Bejn Jannar u Marzu 2016 u bejn Ottubru u Diċembru 2016 esperjenzajna double digit growths ta’ 13% u 18% rispettivament meta mqabbel mal-istess perjodi tal-2015. Aktar minn hekk meta nqabblu dawn ix-xhur tal-2016 ma’ dawk tal-2012 insibu żieda ta’ 38.5% fix-xhur ta’ bejn Jannar u Marzu u ta’ 50.2% bejn Ottubru u Diċembru. Fi ftit
Huwa fatt li tul l-ewwel erba’ snin ta’ din il-leġiżlatura t-turisti żdiedu b’aktar minn nofs miljun. Gvern preċedenti biex żied l-ammont ta’ turisti b’nofs miljun ħa mill1992 sal-2012
60 SENA ILU U LLUM MARIA
ELLUL MEMBRU FŻL
Fi żmien ta’ konfużjoni flUnjoni Ewropa, wieħed iħossu sikur li jkun jaf li l-vuċi tiegħu hija mismugħa. Fil-ġimgħa li għaddiet, għadd ta’ żgħażagħ minn pajjiżi differenti fl-Ewropa ngħaqdu flimkien sabiex jiddiskutu trattat ġdid taż-żgħażagħ flUnjoni Ewropea. Dan sar b’kommemorazzjoni tas-sittin sena mit-Trattat ta’ Ruma u ħamsa u għoxrin sena minn dak ta’ Maastricht. It-Trattat
ta’ Ruma sar bil-għan li jkun hemm iktar integrazzjoni permezz ta’ negozzjar favur espansjoni ekonomika filwaqt li t-Trattat ta’ Maastricht witta t-triq għall-integrazzjoni politika fejn fost l-oħrajn ġew introdotti kunċetti ġodda bħal dik taċ-ċittadinanza Ewropea u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Fi kliem il-President talKumitat tar-Reġjuni Markku Markkula, ir-reġjuni u l-ibliet qed jiddependu fuq iżżgħażagħ sabiex tinkiseb mill-ġdid il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea. Dan kollu kien parti minn konferenza tal-Mudell tal-Parlament Ewropew, fejn numru ta’ żgħażagħ iddiskutew diversi suġġetti f ’kumitati varji daqslikieku huma membri talParlament Ewropew. Għal din il-konferenza, Malta kienet
irrappreżentata permezz talAgenzija Żgħażagħ minn ħames studenti universitarji - tlieta bħala delegati u tnejn bħala Presidenti tal-Kumitati. Dan it-trattat li ġie diskuss matul il-konferenza, juri l-viżjoni taż-żgħażagħ għallUnjoni Ewropea għall-ħamsa u għoxrin sena li ġejjin. Wara diversi konsultazzjonijiet, ġew deċiżi numru ta’ prijoritajiet li l-Unjoni Ewropea għandha taħdem fuqhom. Dawn jinkludu it-tisħin talklima, id-drittijiet umani, l-edukazzjoni, il-kriżi u l-kunflitti fil-Lvant Nofsani, kif ukoll it-tkabbir ekonomiku. Permezz ta’ dan, twassal il-messaġġ ta’ x’jaħsbu ż-żgħażagħ fuq l-Unjoni kif ukoll liema direzzjoni jixtiequha tieħu. Wara li r-rapport għadda
kliem tul din il-leġiżlatura dan il-Gvern irnexxielu jagħmel lil pajjiżna l-inqas destinazzjoni turistika fil-Mediterran li hija affettwata mill-istaġjonalita turistika. M’għadekx tisma’ b’lukandi u b’ristoranti li jagħlqu jew inaqqsu l-operat tagħhom flistaġun xitwi kif kienet il-prassi taħt gvern preċedenti. Filwaqt li fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista, il-lukandi kienu qed jagħlqu u ma jerġgħux jiftħu, bil-politika ta’ dan ilGvern li qed toħloq stabbiltà ekonomika u finanzjarja li tixpruna u tippermetti lissettur privat ikompli jinvesti f ’din l-industrija, il-lukandi qed jagħlqu biss temporanjament biex jirranġaw, ikabbru u jsebbħu. Skont l-aħħar stħarriġ ikkummissjonat mill-MHRA naraw li fl-ewwel disa’ xhur tassena 2016, il-lukandi ta’ erba’ u ħames stilel iffrankaw mat-€3.4 miljun fi ħlas tal-kontijiet taddawl u ilma li tfisser medja ta’ tnaqqis ta’ 23% fuq il-kontijiet li rċevew fl-istess xhur tal2012. Hekka gimmick talmillenju! Hekka ma jistgħux jorħsu ukoll! Partit Laburista fil-gvern minn dejjem emmen fil-potenzjal fantastiku ta’ din l-industrija. Investa bil-kbir fiha u grazzi għal dan inħolqu eluf ta’ impjiegi u mijiet ta’ negozji. Din hija industrija li trid strateġija unika għaliex hija sensittiva għall-aħħar għal kull element jew ċaqliq li jista’ faċilment inaffar it-turist u jibda jħares lejn destinazzjonijiet oħra. U għalhekk il-Gvern b’għaqal qed jagħti direzzjoni u jissokta fil-pjan tiegħu sabiex flimkien mal-imsieħba kollha ta’ dan is-settur, ikompli jassigura li s-suċċess ta’ din l-industrija jikkonsolida ruħu u jikber b’mod sostenibbli.
għand il-Kumitat tar-Reġjuni, fejn kien approvat, imiss issa li jmur għand il-Kumissjoni Ewropea kif ukoll għand ilmexxejja Ewropej fis-Summit ta’ Ruma meta huwa mistenni li l-mexxejja, huma wkoll, iniedu d-dikjarazzjoni tagħhom dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea. Din il-konferenza tat spazju liż-żgħażagħ jesprimu l-ħsibijiet tagħhom fuq diversi suġġetti li huma ta’ importanza kbira fis-soċjetà tal-lum. Hija opportunità taddeheb li wieħed ikun jista’ jiddibatti b’kumdità ma’ nies differenti li ġew esposti għal kulturi differenti. L-Ewropa hija l-futur taż-żgħażagħ - iżżgħażagħ huma l-Ewropa. Għaldaqstant, huwa importanti li wieħed isemma’ leħnu u jipprova jtejjeb is-sitwazzjoni li jkun qed jgħix fiha.
18
19.02.2017
kullhadd.com
X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI
13.02
Ġiet reġistrata żieda ta’ 27% fin-numru ta’ passiġġieri li żaru Malta bil-cruise liners.
14.02 Il-Fond Monetarju Internazzjonali ddikjara li l-ekonomija ta’ Malta qed tikber b’mod b’saħħtu.
15.02
Il-proċess tattiġdid tal-karti tal-identità, wara snin twal ta’ stennija, issa tlesta kompletament.
16.02 Ġie deċiz li jorħsu mill-ġdid il-prezzijiet tal-fuel, il-11-il darba taħt Gvern Laburista.
17.02
Disa’ konsorzji wrew l-interess tagħhom li jibnu l-korsa għallmotor sports.
18.02 Ġie deċiz li jitqassmu aktar minn 7,000 laptop ġdid lill-għalliema, kindergarten assistants u LSAs.
19.02
Ġew installati 3D printers u scanners ġodda f ’kull laboratorju ta’ kull skola.
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist
IL-ĦAMIS, 9 TA’ FRAR B’ruħna u b’ġisimna nhar il-Ħadd għal TasSliema minflok Ħad-Dingli biex nagħtu l-appoġġ kollu tagħna lil dik tal-Bidnija. F’Tas-Sliema żgur ikollha appoġġ akbar milli f ’Ħad-Dingli. Jien l-ewwel wieħed, Ħad-Dingli ma kontx immur, imma TasSliema l-ewwel wieħed inkun hemm. Min jaf x’diskors se jagħmel Simon tagħna biex jiddefendiha u ma jħallihomx jagħlqulha ħalqha?! Hekk jonqos issa. Anzi li kont jien nistedinha tagħmel diskors hija wkoll biex turi lil kulħadd, speċjalment lil Joseph Muscat u lil Chris Cardona, li ħadd u xejn mhu se jżommha milli tibqa’ tikxef il-borom. Naturalment il-borom tagħhom biss. U forsi tieħu l-okkażjoni u tgħidilna min huma dawk id-deputati tagħna li qegħdin ifixklu lil Simon.
niddefendu lil tal-Bidnija. Nispera li tiġi għax jien se nkun għassa għaliha biex kif naraha mmur nerfagħha fuq spallejja biex kulħadd ikun jista’ jara lil din id-difensur eroj tad-demokrazija. Lil Simon ma nistax nerfgħu għax din se tkun dimostrazzjoni nazzjonali u mhux partiġjana. IT-TNEJN, 13 TA’ FRAR
Kultant niddubita li Jason Azzopardi huwa wieħed minn dawk li skont talBidnija, qiegħed jagħmel minn kollox biex nitilfu l-elezzjoni li ġejja biex imbagħad jitneħħa Simon u minfloku jilħaq xi ħadd ieħor. Mhux għax Jason għandu xi ċans li jkun kap tal-partit, għalkemm naħseb li jippretendiha, minkejja li qiegħed jgħaffeġ mhux ħazin. Ngħid jien issa ilna ma nafx kemm-il jum nitkellmu u nipprotestaw dwar dak li għamel Chris Cardona fil-konfront IL-ĠIMGĦA, 10 TA’ FRAR ta’ dik tal-Bidnija. Kellu jinsa li rridu wkoll Idea tajba din li ssir ġabra għal dik tal- inneħħu l-libell kriminali? Ara x’se jiġri issa. Bidnija. Imma ma naqbilx li l-flus żejda li se Kellu ċans jieħu l-mertu Simon tagħna, u jinġabru jmorru għall-karità. Li kien għalija issa l-mertu se jieħdu l-Gvern. nżommuhom għal dawk kollha li jista’ jiġrilhom l-istess bħal tal-Bidnija. Jien ngħid IT-TLIETA, 14 TA’ FRAR għalija, kieku nkun ċert li se jħallsuni u ma noħroġ xejn minn ġewwa, tgħidx kemm Ikolli ngħid li ma ndumux ma nsiru nafu naqlgħalhom lil tal-Labour fuq il-Facebook. ta’ min hija t-tielet kumpanija tal-Panama, Anzi kieku nsir blogger bħal tal-Bidnija u għax issa Simon tagħna daħħal lil Joseph nkun nista’ nivvinta storja wara oħra fuqhom. Muscat f ’nassa. Mhux billi Joseph Muscat U mhux waħdi nkun, għax min jaf kemm joqgħod jisfida lil Simon tagħna biex jgħid hawn nies li huma Nazzjonalisti daqsi u daqs ta’ min hi din l-imbierka tielet kumpanija. missieri li mhu se jiddejqu xejn jaqlgħulhom M’hemmx għalfejn ngħidilkom li Simon lil Joseph Muscat u lil tal-Labour kollha tagħna mhux baħnan biex jaqbad u jgħid ta’ min hija t-tielet kumpanija. Simon tagħna kemm huma. jgħid lil Joseph Muscat ta’ min hi t-tielet kumpanija fil-mument opportun, u mhux IS-SIBT, 11 TA’ FRAR meta jrid Joseph Muscat. Xejn ma neħodha Kultant imnalla nisma’ l-aħbarijiet biex b’sorpriża jekk Simon tagħna jgħidilna ta’ niftakar li għandna l-Partit Demokratiku min hi l-kumpanija waqt id-dimostrazzjoni mmexxi minn Marlene Farrugia li aħna tal-Ħadd li ġej. Wara kollox, għal din idqegħdin nistennew li tingħaqad magħna dimostrazzjoni aħna n-Nazzjonalisti mhux malajr kemm jista’ jkun biex inkunu aktar se nkunu weħidna. Magħna se jkun hemm minn ċerti li se nirbħu l-elezzjoni li ġejja. U eluf kbar ta’ nies ta’ rieda tajba, li bħalna veru għandna bżonnha għax hi bħal Simon jridu jkunu jafu ta’ min hi l-kumpanija, tagħna, kontra dak kollu li jagħmel Joseph daqskemm ilu jsemmiha Simon! Muscat. Bħal Simon, ħarġet qatta’ bla ħabel kontra l-Awtorità tal-Artijiet. Bir-raġun aktar L-ERBGĦA, 15 TA’ FRAR minn Simon għax lil Simon stednuh biex jibgħat rappreżentant, imma lilha u lill-partit Kellu jkun il-mexxej tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Weber biex insir naf tagħha ma stednuhomx. li qiegħed ngħix f ’pajjiż mhux normali u mhux demokratiku. Ngħid għalija, jien IL-ĦADD, 12 TA’ FRAR aktar nemmen lil dan Weber milli lil dawk Oh xi pjaċir ħadna Tas-Sliema. Qabiżli tal-Ekonomist li qalu li Malta hija wieħed d-dmugħ nisma’ lil Simon tagħna jitkellem minn 19-il pajjiż biss fejn hawn demokrazija favur id-demokrazija u jaqbeż għal tal-Bidnija sħiħa! Kieku qegħdin ngħixu f ’pajjiż u għal Giovanna Debono u r-raġel tagħha. normali u demokratiku, kieku Simon U meta fl-aħħar ħareg bl-appell tiegħu għall- tagħna kien se joqgħod jieħu battikata biex Ħadd li ġej, infexxejt inċapċap qisni ma nafx noħorġu nipprotestaw?! Imma iġri jasal xiex. Ovvjament mhux waħdi ċapċapt għax nhar il-Ħadd biex Simon jispjegali għalfejn ilna mixtiqin li niltaqgħu bl-eluf minn tagħna. dan Weber qiegħed jgħid li Malta mhux U din id-darba se niltaqgħu bi skop. Biex pajjiż normali.
19
19.02.2017
kullhadd.com
MALTA TURI LI L-EWROPA HI RILEVANTI AKTAR MINN QATT QABEL MIRIAM
DALLI MEP
Kien biss ftit ilu li l-poplu tarRenju Unit għażel li ma jibqax parti mill-Unjoni Ewropea permezz tar-referendum ta’ Brexit. Kienet sorpriża mhux mistennija għall-Ewropej, u anke għalina l-Maltin u l-Għawdxin li fir-Renju Unit konna nsibu alleat u ħabib waqt li konna nkunu madwar il-mejda tad-diskussjoni filfora Ewropej. Ħafna bdew jispekulaw li Brexit kienet se tkun il-bidu tat-tmiem tal-Unjoni Ewropea. Wara kollox, din kienet l-ewwel darba li Stat Membru għażel li jħalli l-proġett ta’ Ewropa magħquda li kien inbeda fi tmiem is-snin 50. Għall-Ewroxettiċi kienet rebħa importanti, u xhieda li l-Ewroxettiċi m’għadhomx filminoranza assoluta li kienu ftit snin ilu. Fl-opinjoni tiegħi u ta’ bosta oħra, Brexit ma kinetx il-bidu tat-tmiem, iżda lanqas ma kienet avveniment normali li wieħed kellu jitfgħu taħt ittapit. Brexit kellha tkun l-akbar eżami ta’ kuxjenza li l-Unjoni Ewropea kellha tagħmel minn mindu twieldet 60 sena ilu. L-Ewropa kellha tidħol fiha nnifisha u ssaqsi jekk għadhiex
rilevanti fil-ħajja politika talllum, u jekk kinitx qed tagħmel differenza fil-ħajja taċ-ċittadini tagħha. L-Unjoni Ewropea għandha tifsira kbira għall-anzjani tagħna għax wara diċenji ta’ gwerer u kunflitti ġabet l-itwal perjodu ta’ paċi li qatt ra l-kontinent tagħna. Hija rilevanti ħafna għal dawk li gawdew mill-libertajiet fundamentali li fuqhom hija msejsa, fosthom il-libertà li taħdem u tgħix f ’pajjiżi oħra daqslikieku l-Ewropa hi pajjiż wieħed. Iżda hemm ħafna li jqisu dawn il-vantaġġi bħala ovvji u allura ħafna drabi jħarsu b’lenti differenti lejn l-Unjoni Ewropea. Wara r-riżultat tar-referendum dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, ilMalta Summit beda jagħti l-ewwel sinjali konkreti li l-Unjoni Ewropea tista’ toħroġ aktar b’saħħitha minn qabel. L-ewwel nett rajna mexxejja Ewropej li għarfu li ma jistgħux jibqgħu jaħarbu milli jieħdu deċiżjonijiet fuq temi li jaħarqu. Fil-Malta Summit rajna mexxejja li qablu unanimament dwar passi konkreti biex jindirizzaw il-problema talimmigrazzjoni irregolari miċċentru tal-Mediterran. Dan għandu jkun biss l-ewwel pass li jistgħu jkomplu jibnu fuqu il-mexxejja Ewropej. Ovvjament fadal ħafna aktar xi jsir partikolarment biex ikun aċċertat li d-drittijiet tal-bniedem u l-liġijiet internazzjonali jkunu mħarsa f ’kull ħin. Is-sinjal li ngħata
mis-Summit ta’ Malta hu xhieda li fl-aħħar il-mexxejja Ewropej kienu qed jitkellmu fuq l-istess temi li kienu qed jitkellmu fuqhom iċ-ċittadini tagħhom, u jieħdu azzjoni dwarhom. Is-Summit ma njorax lanqas l-aħħar żviluppi politiċi, fosthom it-tmexxija ta’ Donald Trump fl-Istati Uniti. Mill-messaġġi li ħarġu misSummit ta’ Malta, deher ċar in-nuqqas ta’ qbil li hemm bejn l-Ewropej u l-politika kontroversjali ta’ Trump. Kien ukoll sinjal li l-mexxejja Ewropej jekk jingħaqdu
flimkien, jistgħu jagħmlu l-Unjoni Ewropea bħala attur importanti fix-xenarju politiku internazzjonali. Bejn il-politika ta’ Trump u Putin, l-Unjoni Ewropea tista’ tkun il-forza politika li taqbeż għad-demokrazija, id-diversità u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem. Mhux ta’ b’xejn li mis-Summit ta’ Malta, kompliet tikber l-istatura tal-Prim Ministru Malti Joseph Muscat. Deher biċ-ċar li l-mexxej Laburista Malti hu wieħed mill-ftit politiċi Ewropej li jitkellem kontinwament l-istess lingwa
tal-poplu. Għalhekk ma kontx sorpriża li hemm diġà min qed jara lil Muscat bħala wieħed mill-mexxejja ideali wara Donald Tusk. Fortunatament, il-Prim Ministru Malti għadu ffukat li jkompli jikseb ir-riżultati fixxenarju lokali. Għaliex jekk l-Unjoni Ewropea għaddejja minn żmien diffiċli, fil-politika lokali l-aħħar jiem urewna li rridu nibqgħu saqajna mal-art u naħdmu qrib in-nies, għax għandna Oppożizzjoni li lesta tagħmel minn kollox biex terġa’ tikseb il-poter mill-aktar fis.
20
19.02.2017
MADWAR kullhadd.com
1 L-AMERKA
FIL-QOSOR
2 1
JATTAKKA LILL-AĠENZIJI TAS-SIGURTÀ TIEGĦU
Il-President Amerikan Donald Trump attakka lill-komunità tal-intelliġenza fl-Istati Uniti kif ukoll il-midja li qed tallega li ppubblikat rapporti ġodda ta’ kuntatti bejn membri Amerikani u dawk Russi. Trump akkuża lill-Aġenzija Nazzjonali tas-Sigurtà u lill-FBI b’rabta ma’ informazzjoni li ħarġet b’mod illegali. Intant membri għolja mill-partit Republikan ingħaqdu ma’ persuni oħra biex issir investigazzjoni fuq l-eks konsulent nazzjonali dwar is-sigurtà Michael Flynn. Flynn irrizenja nhar it-Tnejn li għadda wara allegazzjonijiet li ddiskuta sanzjonijiet Amerikani mar-Russja, qabel Donald Trump beda jaġixxi ta’ Presidenti tal-Istati Uniti.
2 L-INGILTERRA
3 IL-ĠERMANJA
BLAIR B’MISSJONI KONTRA BREXIT
L-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista tar-Renju Unit, Tony Blair għamilha missjoni tiegħu biex il-poplu Brittaniku jbiddel fehemtu u jibqa’ fl-Unjoni Ewropea. Waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet bittema ta’ Open Britain, Blair irrimarka kif in-nies ivvutaw għal referendum mingħajr ma kellhom għarfien biżżejjed ta’ x’konsegwenzi toffri Brexit. Anke jekk il-maġġoranza tal-membri parlamentari fil-House of Commons qablu biex ir-Renju Unit jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, Blair appella biex tinstab triq oħra ’l bogħod mill-ġirja sfrenata li fi kliemu se twassal biex pajjiżu jieħu daqqa ’l isfel.
SUSPETTI FUQ PUPA LI TIŻVELA INFORMAZZJONI DWAR IT-TFAL L-awtoritajiet Ġermaniżi qed jappellaw lill-ġenituri biex ma jħallux it-tfal tagħhom jilagħbu b’pupa li tissejjaħ Cayla għaliex it-teknoloġija installata fil-pupa jaf twassal biex tiżvela informazzjoni personali. It-twissija ħarġet mill-Aġenzija Federali Bundesnetzagentur li tanalizza mil-viċin ittelekomunikazzjoni. Riċerkaturi qalu li hackers jistgħu jużaw il-bluetooth installata f ’din il-pupa biex ikellmu u jisimgħu t-tfal li jkunu qed jilagħbu b’din il-pupa. Il-manifatturi ta’ din il-pupa, Uk Toy Retailers qalu li din il-pupa mhix ta’ riskju kbir u li kien hemm biss numru żgħir ta’ każijiet fejn hackers użaw din il-bluetooth, iżda minkejja dan, esperti f ’dan il-qasam qalu li l-kumpanija ma għamlitx it-tibdil neċċessarju fl-apparat installat fil-pupa.
R ID-DINJA
2
21
19.02.2017
kullhadd.com
6 IL-KOREA TA’ FUQ
3 6
4 5
IMUT ĦU KIM-JONG-UN Ħu l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un, Kim Jongnam, tilef ħajtu fil-kapitali tal-Malasja, Kuala Lumpur wara li mara għattietlu wiċċu permezz ta’ biċċa drapp, u ħarqitlu għajnejh waqt li kien qed jipprepara għal titjira. Fil-fatt huwa mifhmum li d-drapp użat mill-mara qattiela kellu xi forma ta’ likwidu fih. Il-Pulizija tal-Malasja rrimarkat ukoll kif ħu d-ditattur talKorea ta’ Fuq kien qed juża passaport b’isem falz. Kim Jong-un jiġi minn ħuh min-naħa ta’ missieru wara li kien ħarab minn pajjiżu meta ra li ma kienx ikkunsidrat bħala persuna li kapaċi jieħu t-tmexxija minn idejn ħuh.
GĦARAB 5 L-EMIRATI MAGĦQUDA
4
IT-TURKIJA
ATTAKK IEĦOR Tifel ta’ tliet snin miet u minn tal-inqas 15-il persuna oħra nadarbu meta karozza bomba splodiet fit-Turkija. Dan skont l-Aġenzija tal-Gvern Andalou, li kkwotat mexxej lokali jikkonferma l-aħbar. Il-Gvernatur Gungor Azim Tuna qal lill-aġenzija li persuna pparkjat il-karozza ħdejn kumpless f ’Viransehir għall-membri tal-ġudikatura u l-bomba kienet sploduta b’apparat magħruf bħala remote device. Is-suspettat għandu bejn 18 u 20 sena, qal il-gvernatur. Hu ma tax iktar dettalji dwar is-suspettat filwaqt li ntqal li t-tifel li miet huwa iben ħaddiem tal-Qorti. Dawk li weġġgħu sofrew ġrieħi ħfief. F’Ottubru 2015, Sanliurfa kien is-sit fejn żewġ attivisti Torok inqatlu. Tliet xhur wara, l-awtoritajiet arrestaw 21 persuna suspettati li ppjanaw l-attakki fil-pajjiż.
DRONE IĠORR IN-NIES MINN LULJU
Il-Kap tal-Aġenzija tat-Toroq u t-Trasport ta’ Dubai ħabbar li minn Lulju li ġej se jibda jopera drone b’differenza li se jkun jiflaħ in-nies waqt li kien qed jopera. Dan tħabbar fil-World Government Summit u l-mudell Ċiniż bl-isem ta’ eHang184 diġà beda jagħmel il-provi tiegħu tant li s’issa felaħ persuna ta’ madwar 100 kilo għal titjira ta’ 30 minuta. L-avvanzi teknoloġiċi se jidhru wkoll evidenti fl-għażla ta’ fejn se jimxi d-drone hekk kif il-passiġġier se jkollu ħġieġa apposta biex jagħzel id-destinazzjoni ta’ fejn jixtieq imur.
22
19.02.2017
kullhadd.com
IS-SOLITUDNI U L-MISTĦIJA KIENU JIMBUTTAWH MID-DRAMA Id-drama lokali tlaqqagħna ma’ diversi atturi, li nammirawhom kif mill-karattru normali tagħhom ikunu kapaċi joħorġu karattru li jkunu jridu jinterpretaw. Ma ninsewx ukoll il-fatt li filwaqt li aħna nkunu komdi fuq is-sufan insegwuhom fuq it-televiżjoni mid-dar, wara kull episodju jkun hemm sigħat twal ta’ filming u studju. Għall-intervista tal-lum, tkellimt ma’ attur li dan l-aħħar qed narawh ta’ spiss fuq waħda mill-aktar drama popolari. Qed nirreferi għal Patrick Bonnici. Għandu 38 sena minn G’Mangia u jaħdem bħala business development manager fil-marketing u fl-insurance. Bħala passatempi għandu d-drama, l-isports l-iktar il-futbol u t-tennis, u jħobb jara ħafna films. Patrick rajnieh f ’diversi drama lokali fejn kellu partijiet fi Klassi Għalina, Rifless, Il-Patt, Tereża, Strada Stretta, Iċ-Ċaqqufa, Intriċċi u Santa Monika. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem stramb f ’għajnejn xi wħud, għall-fatt li ma jsibiex faċli jissoċjalizza, imma ladarba jieħu xi ftit tal-kunfidenza, jieħdu gost bil-kumpanija tiegħu. Huwa wkoll bniedem li josserva ħafna u jinduna b’ċerti affarijiet mingħajr ma wieħed jgħidhomlu. Ironikament, huwa xi ftit mistħi wkoll għalkemm kemm ilu involut fid-drama mar għall-aħjar. Huwa wkoll perfezzjonist, irid kollox bl-eżatt kif ukoll iddixxiplinat ħafna u jżomm ħafna mar-regoli. Jinkwieta ħafna fuq kollox u fuq kulħadd u b’kawża t’hekk jistressja ruħu żżejjed! Huwa bniedem li jaddatta ruħu għal kull sitwazzjoni u dejjem puntwali. Fil-fatt il-ħin għalih hu kruċjali u jaqbduh ħafna nervi meta jispiċċa jistenna n-nies, ħaġa li tiġrilu spiss! “Jien nikkunsidrani bħala bniedem nervuż ukoll li naħseb li huwa difett kbir tiegħi speċjalment meta nara kollox ġej bil-kontra! Inħobb ħafna noqgħod waħdi u forsi mhux xi ħaġa sabiħa, imma meta nkun waħdi nħossni nistrieħ – inkun ħafna iktar rilassat,” beda jgħidli Patrick. Ta’ min jgħid li Patrick ilu involut fir-reċtar għal dawn l-aħħar tliet snin. Minn dejjem kien delettant tal-films u minn dejjem kienu jaffaxinawh l-atturi għal mod kif kienu jinterpretaw il-karattru li jkollhom, iżda qatt ma kellu l-kuraġġ li jipprova,
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
sforz il-mistħija u s-solitudni li kien ikun fiha. Madanakollu, fl-aħħar għamel ftit kuraġġ u talab lill-kuġin tiegħu, Mario Gatt li ilu jirreċta minn mindu kien tifel, biex jgħidlu meta kien ser ikollu xi filming ħalli jmur jara xi jsir u kif jaħdmu. U hekk ġara, anzi, meta kien ċempillu kien qallu li se jkollu parti żgħira b’xi erba’ sentenzi u minn hemm ma ħarisx lura. Kompla jgħidli li wara dik l-esperjenza żgħira malkuġin, l-istess kuġin kien qallu biex jieħu sehem fi dramm tal-Ġimgħa l-Kbira li kien ser itella’ hu stess u Patrick aċċetta. “Hemm iltqajt ma’ nies li wittewli t-triq għar-reċtar, bħal David Rizzo (Darc Productions) u Christine Ellul (Watermelon Media). Għamilt it-taħriġ tiegħi mal-istess David Rizzo u kemm David kif ukoll Christine kienu tawni l-opportunità li jkolli xi partijiet fil-produzzjonijiet rispettivi tagħhom bħal Rifless u Iċ-Ċaqqufa. Fl-istess waqt kont dejjem nitlob pariri lil Mario Gatt li tant inkorraġġieni biex inkompli. Niftakar f ’dik l-ansjetà li kelli meta kont qed nistenna biex nara lili innifsi fuq it-televiżjoni apparti l-biża’ li naqla’ xi kummenti negattivi, fis-sens mhux
kostruttivi. Imma kollox mar b’wiċċ il-ġid għalkemm dejjem innutajt ċerti affarijiet li minn fuqhom stajt intejjeb l-interpretazzjonijiet tiegħi,” sostna Patrick. Però, il-karriera tar-reċtar tiegħu, ħadet spinta qawwija dan l-aħħar meta beda jinterpreta l-parti tiegħu tad-direttur tal-ħabs, is-
Sfortunatament hawn Malta għal xi raġuni ma tistax taħdem bħala attur full-time. Ir-raġunijiet jistgħu jkunu varji u forsi d-djar talproduzzjonijiet jistgħu jirrispondu aħjar minni din il-mistoqsija
Sur Magro, f ’Santa Monika, fid-drama li jġib l-istess isem. “Proprjament l-ewwel spinta li ħadt kienet meta interpretajt il-karattru ta’ Felix Gatt, avukat, f ’Iċ-Ċaqqufa, it-tielet staġun. Dik il-ħabta ma kienx hemm ħsieb li l-karattru tiegħi jevolvi, imma kien grazzi għal Pierre Portelli li avviċinani u qalli li minn opportunità ta’ ftit drabi dan il-karattru kien ser jevolvi għax kien ra potenzjal fija u fil-fatt hekk ġara għax dan il-karattru baqa’ hemm sal-aħħar. Ikolli ngħid li din il-produzzjoni tatni tefgħa kbira f ’dan il-qasam u b’hekk ġejt innotat min-nies li jaħdmu f ’dan il-qasam, tant li bqajt attiv u nagħmel diversi xeni fi produzzjonijiet oħra. Sakemm kont smajt li kienu qed isiru l-awdizzjonijiet għall-produzzjoni ta’ Santa Monika, dramm li ma kellu bżonn tal-ebda introduzzjoni għaliex kien diġà popolari man-nies tmien snin qabel! Għall-bidu kont daqsxejn xettiku u ħsibtha darbtejn qabel ma aċċettajt li mmur nipprova, imma ma kelli xejn x’nitlef wara kollox u għamilt kuraġġ.” “Mort quddiem ħamsa minnies biex nagħmel monologu li kelli nikteb jiena stess, u nista’ ngħid li mort id-dar
sodisfatt għalkemm qatt ma bsart x’parti kien ser ikolli. Xi ġimagħtejn wara nirċievi l-isbaħ telefonata! U qaluli li mhux talli intgħażilt, iżda li kont ser ninterpreta wieħed mill-ikbar karattri ta’ din is-sensiela - dik tad-direttur tal-ħabs ta’ Santa Monika! Staqsejthom darbtejn niftakar, biex inkun ċert li smajt sew għax kien ser ifisser li f ’qasir żmien jien irnexxieli nilħaq tragward importanti ħafna f ’dan il-qasam. Santa Monika kien se jixxandar kuljum u għalhekk jirrekjedi ħafna u ħafna xogħol speċjalment minħabba l-fatt li kont se ninterpreta karattru bħal dan. Dan huwa pass importanti ħafna għalija għax permezz tiegħu sirt aktar stabbilit fil-qasam tad-drama kif ukoll jistgħu jinfetħuli aktar bibien u opportunitajiet.” Ma’ Patrick tkellimt dwar l-ammont ta’ sigħat għall-filming li qed ikollu jiddedika minn ħajtu dan l-aħħar. Huwa stqarr miegħi li l-ħin li jrid jiddedika huwa ħafna, kemm fuq is-sett, kif ukoll id-dar jistudja l-linji. “Fil-ħin liberu, jiġifieri wara x-xogħol u forsi wara xi bżonnijiet tal-familja, trid tistudja ħafna! Aktar ma jkollok karattru kbir aktar ser ikollok linji x’tistudja! Dan l-istudju huwa importanti
23
19.02.2017
kullhadd.com
Proprjament dan huwa sigriet tal-familja, imma nsomma nagħmel eċċezzjoni għalik!
ħafna għall-fatt li trid tmur ippreparat kemm jista’ jkun, inkella mhux ser jirnexxilek tinterpreta l-karattru kif jirrekjedu l-awtur u l-produzzjoni. Trid tkun lest li tagħmel sagrifiċċji kbar bħal kif qed ngħidu il-ħin għalik kważi jispiċċa u dan jista’ jirrifletti ħażin, kemm fuqek, kif ukoll fuq in-nies ta’ madwarek. Imma wara kollox dan huwa delizzju sabiħ ħafna li jagħtik sodisfazzjonijiet kbar ukoll. Il-ħin totali li trid tiddedika għal produzzjoni bħal din speċjalment għal dan il-karattru li qed ninterpreta, huwa ta’ madwar 25 u 30 siegħa filġimgħa,” żvela miegħi Patrick. Bħal atturi oħra, Patrick għandu xewqa partikolari li jkun attur full-time, imma fi kliemu stess jaf li ftit impossibbli. “Sfortunatament hawn Malta għal xi raġuni ma tistax taħdem bħala attur full-time. Ir-raġunijiet jistgħu jkunu varji u forsi d-djar tal-produzzjonijiet jistgħu jirrispondu aħjar minni din il-mistoqsija. Il-fatt li mmur barra biex nitħarreġ fuq din il-linja kienet tkun idea tajba ħafna li kieku bdejt ħafna snin ilu. Illum il-ġurnata ma nistax nitlaq għal xi żmien barra minn Malta minħabba li għandi familja u rrid naħseb fihom ukoll. Imma x-xewqa tiegħi dik hi - li xi darba forsi jkun hawn mezz u opportunità li jkollna professjoni għall-atturi u b’hekk persważ li l-livell ikompli jogħla. Hawn Malta għandna t-talent u sfortunatament mhux qegħdin nisfruttawh sal-aħħar minħabba dawn ir-restrizzjonijiet. Hija diffiċli ħafna biex ikollok xogħol normali full-time u eżatt wara trid tmur għall-filming jew tistudja,” stqarr Patrick. Patrick iħobb il-fsied b’mod esaġerat, kif ukoll iffissat u konxju ħafna dwar xagħru. “Wara ġurnata stressanti, ikolli aptit nintelaq ftit u nitfissed, imma lanqas dik mhi possibbli għalija bil-ħajja mgħaġġla li għandi. Imma jkolli nammetti li l-fsied għalija qisu droga - nidħol f ’dinja oħra. Konxju ħafna ta’ xagħri u minn dejjem hekk kont, dejjem niftakarni npitter fih
quddiem il-mera u nipprova kull stil, imsomma ffissat. Il-biża’ kbira tiegħi kienet u għadha meta nitilfu! Imma fortunatament hemm għadu għall-età li għandi! Li naf hu li ser tkun trawma kbira jekk jitlaq,” ikkonfermali Patrick. Difett personali li jħares lejh bħala preġju Ta’ min jgħid ukoll li Patrick huwa persuna perfezzjonista, anzi żżejjed, u anke puntwali. “Jien inkun irrid kollox bl-eżatt. Xi kultant nistħajjilni kont fl-armata b’dik id-dixxiplina kollha! Nosserva ħafna r-regoli huma x’inhuma. Noqgħod attent għall-iċken dettall għal kull ħaġa li nagħmel speċjalment fil-filming fejn hu importanti ħafna li jkollok kontinwazzjoni f ’kollox. Dik il-ħaġa ta’ ejja ħa mmorru ma teżistix miegħi! Il-ħin huwa kruċjali għalija, kull fejn immur irrid inkun hemm mill-inqas kwarta qabel. Jien inħoss li jekk miftiehem ħin irrid nirrispettah għax għalija huwa nuqqas ta’ rispett li mmur tard. Ħames minuti ’l hemm jew ’l hawn ma jimpurtax, imma kwarta jew iktar ikollna l-problemi. Forsi din il-ħaġa tal-ħin hija minħabba l-fatt ukoll li rrid kollox ippjanat. Jien ħajti timetable u nkun irrid inkun naf kif se nqassam il-ġurnata minn filgħodu! Dan l-aħħar qed ikolli ġlieda kontinwa mal-ħin biex inlaħħaq ma’ kollox, imma xorta dejjem puntwali u jekk nissusspetta li jaf inkun tard għal xi appuntament nipposponih għal ġurnata oħra, forsi difett imma għalija preġju,” qalli bit-tbissima Patrick. Waqt din l-intervista, Patrick żvela miegħi li huwa persuna solitarju, u din ilha minn mindu kien tifel żgħir għax kien jinqata’ għalih waħdu. “Forsi karattru hekk jew kelli stima baxxa tiegħi nnifsi, imma din il-ħaġa bqajt inkaxkarha miegħi sal-llum. Meta nkun bid-dwejjaq jew inkwetat ma nfittixx għajnuna jew kumpanija għallwens, iżda ninqata’ waħdi fi ħsibijieti. Din il-problema pruvajt negħlibha ħafna drabi u għalkemm rranġajt ftit bil-ħila tad-drama, xorta nħoss li għadni hekk. Sforz dan, in-nies jagħmluni stramb u forsi supperv, ma rridx nitħallat jew inkompli, imma fil-verità dak il-ħin jien inkun vera skomdu bija nnifsi għax inkun nixtieq inkompli, imma moħħi ma jħallinix. Xi kultant insib min jippersisti u jieħu ċans ikompli jippressani u hemm imbagħad noħroġ mill-qoxra u naġixxi normali. Din il-ħaġa nipprova niġġildilha kuljum u għalkemm għamilt progress xorta nħoss li fadalli triq twila biex
negħlibha kompletament,” stqarr miegħi. Xi ħaġa personali dwar Patrick u li żviluppat waqt din l-intervista meta konna qed nitkellmu dwar in-nuqqas ta’ rqad u l-importanza tiegħu b’mod in ġenerali, hija li għandu metodu oriġinali għall-aħħar tal-pożizzjoni li normalment jorqod fiha. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “Proprjament dan huwa sigriet tal-familja, imma nsomma nagħmel eċċezzjoni għalik! Minn kif tgħidli ommi, minn mindu kont tarbija tat-twelid, kienet tpoġġi jdejha fuq
dahri, in-naħa ta’ isfel u toqgħod tbandalni sakemm norqod. Però li ġara kien li kbirt u bqajt bl-istess vizzju! Ovvjament nitbandal waħdi illum,” tbissem jgħidli. Mill-kurżitajiet personali, qlibt id-diskors għal fuq id-drama, u staqsejtu dwar jekk jaħsibx li hawn Malta atturi bħalu għandhom fejn jimirħu bit-talenti taghhom. “Id-drama Maltija għamlet avvanzi kbar dawn l-aħħar snin, jiġifieri progress qed isir, hawn iktar fejn titgħallem u iktar opportunitajiet, imma xorta għadna ’l bogħod ħdejn
pajjiżi oħra. It-talent jeżisti u jidher, imma limitat kemm tista’ taspira ’l fuq. Li hija ħasra kbira għax persważ li kieku hawn biżżejjed riżorsi fejn wieħ ed jista’ jkompli b’karriera bħal din, żgur li nħabbtuha ma’ pajjiżi oħra u anki nkunu fost l-aħjar. Dawn is-sensiliet jgħinu imma il-breakthrough ikun meta nibdew nagħmlu l-films. Naf li jirrikjedu ħafna fondi u riżorsi, imma mhux xi ħaġa impossibbli. Anki għall-atturi Maltin din tkun xi ħaġa pożittiva ħafna u nimxu pass ieħor ’il quddiem f ’din l-industrija.”
24
19.02.2017
XHUD TAT-TAMA
kullhadd.com
l-atteġġjament, il-missjunarju qiegħed lilu nnifsu quddiem nett fi ġlieda għall-ġustizzja, li pprova jwassal lill-awtoritajiet permezz ta’ protesta paċifika u mhux b’rivoluzzjoni armata. It-tali pass wassal biex dlonk beda jirċievi ittri ta’ theddid u f ’bosta ittri mibgħutin minnaħa tiegħu lil niesu, spiss insibuh jistaqsi jekk kienx qatt sejjer jarahom aktar.
tal-Konferenza Episkopali Brażiljana, ispirat mill-qtil tal-missjunarju, ħeġġeġ lissoċjetà Brażiljana biex tfittex tersaq lejn “bidla strutturali”. Fl-1988, żewġt irġiel akkużati bid-delitt ta’ Ramin, kienu kkundannati 24 u 25 sena ħabs rispettivament mill-qorti ta’ Cuiabá. “Padre Lele” kif kien u għadu msejjaħ min-nies talpost Ezechiele Ramin, kellu ħafna għal qalbu ċ-ċikliżmu u l-futbol u barra minn hekk kien ukoll poeta, artist u fotografu ta’ ħila. Ħafna kitbiet tiegħu raw id-dawl f ’publikazzjonijiet diversi matul dawn l-aħħar 30 sena u esebizzjoni bixxogħlijiet artistiċi tiegħu ittellgħet f ’Padova, belt twelidu, fis-sena 2010, fejn kien midfun wara li saritlu l-awtopsja minn ħuh Paolo, tabib, u wara ċelebrazzjoni ta’ quddiesa funebri fil-parroċċa ta’ San Ġużepp mill-ordinarju tad-djoċesi ta’ dak iż-żmien, Mons. Filippo Franceschi (1924-1988), assistit minn 70 presbiteru. Kienu l-ġenituri tiegħu li xtaqu li l-fdal ta’ binhom jitqiegħed għallmistrieħ fil-belt li nisslitu. Wara kollox, “fil-Brażil, ħalla demmu kollu”, ikkummenta missieru dwar it-tali deċiżjoni. “Il-ħajja sabiħa imma jiena xorta waħda kuntent nagħtiha”. Hekk kiteb f ’waħda mill-ittri tiegħu P. Ezechiele. Il-figura tiegħu, bħal dik ta’ tant martri oħra tas-seklu 20, illum saret ikona meqjuma, fl-Italja u b’mod partikolari fil-Brażil, fejn “Padre Lele”, għadu ħaj fil-qlub tan-nies u f ’tant oqsma li fil-preżent iġibu ismu. Ma jdumx forsi, ma jkun mgħolli għall-ġieħ talartali, eżempju ħaj ta’ kelliem għall-paċi fi żmienna, li wassal il-Bxara t-Tajba u l-istedina għad-djalogu, biċ-ċarċir ta’ demmu.
Kitba ta’ tal-faqar, b’dak li seħħlu jara EMAN BONNICI fil-madwar, esperjenza li ma damitx ma ġegħlitu jissieħeb karitattiv “Għażiża ommi, dan rigal mal-moviment għalik. Huwa frott ta’ din Mani Tese, bil-ħidma tiegħu l-art. Ġebel: l-isbaħ fost tinkludi ġbir ta’ fondi biex dawk li tawni. Qaluli li huma jipu appoġġjati proġetti żgħar għalik. Għid Ave Marija relatati mal-assoċjazzjoni. Ta’ dsatax-il sena ssieħeb għalija. Ninsab tajjeb. Ibnek, mal-Missjunarji Kombonjani Ezechiele”. Fl-24 ta’ Lulju 1985, fl- tal-Qalb ta’ Ġesù, istitut Istat ta’ Rondonia, fil-Brażil, reliġjuż imwaqqaf minn San inqatel b’tiri t’arma tan-nar, Daniele Comboni (1831-1881) il-missjunarju Kombonjan, P. fl-1 ta’ Ġunju 1867, bil-għan Ezechiele Ramin, ta’ 32 sena. li jevanġelizza l-Afrika. Ta’ Bil-fażi djoċesana għall-ftuħ min jgħid li Comboni, kompla tal-proċess tal-beatifikazzjoni t-tali ħidma missjunarja fuq tiegħu imnedija fis-sena 2016, il-passi ta’ prelat Malti, Mons. din hija l-ġrajja tiegħu fil-qosor. Annetto Casolani (18151866), li ġie appuntat l-ewwel Vigarju Appostoliku talEzechiele Ramin Afrika Ċentrali fl-età bikrija Imwieled ġewwa l-belt ta’ ta’ tletin sena, seħħlu jasal salPadova fl-Italja, nhar id-9 ta’ belt ta’ Khartoum, fis-Sudan, mill-Ġiżwiti Frar 1953, Ezechiele Ramin akkumpanjat kien ir-raba’ wild fost sitt Maximilian Ryllo, Ignatz itfal ta’ koppja modesta. Knoblecher u W. Reintheler. Iffrekwenta l-Collegio Eventwalment ħalla l-Afrika kontinent Afrikan kompliehom Vescovile Gregorio Barbarigo, għal Malta fejn serva ta’ isqof Comboni, li seħħlu mhux biss fejn għall-ewwel darba f ’ħajtu, awżiljarju tad-djoċesi sakemm jissokta bil-ħidma missjunarja ġie wiċċ imb wiċċ mar-realtà miet ta’ 50 sena. Ħidmietu filfil-post, imma wkoll iwaqqaf il-kongregazzjoni li ġġib ismu, li l-preżenza tagħha llum tinsab imferrxa f ’erba’ kontinenti, bi 328 dar u mal-1,803 membru. Mibgħut jistudja Firenze, Venegono Inferiore u aktar tard ġewwa Chicago, Ramin iggradwa mill-Catholic Theological Union fl-aħħar belt imsemmija. Kemm dam fl-Istati Uniti tal-Amerika, wettaq ħidmiet umanitarji f ’South Dakota u aktar tard f ’Baja California fil-Messiku. Lura Padova, kien ordnat saċerdot fit-28 ta’ Settembru 1980 u assenjat f ’parroċċa ġewwa Napli, imnejn f ’dik l-istess sena, kien mibgħut San Mango sul Calore biex jassisti l-vittmi terremotati ta’ Irpinia, li laqat ir-reġjun fit-23 ta’ Novembru. Assenjat b’ħidma missjunarja fil-Brażil, mal-wasla tiegħu fil-pajjiż, għadda perjodu ta’ studju fil-belt kapitali Brasília, sakemm f ’Lulju 1984 għadda għal Rondônia. Is-sitwazzjoni f ’Cacoal kienet waħda prekarja għall-aħħar u għall-bidu ħabat ser jaqta’ qalbu. Madankollu f ’ittra li kiteb ftit wara l-wasla tiegħu niżżel: “Jekk Kristu jeħtieġni, kif nista’ nirrifjuta?”. Fil-lokal kien hemm preżenti bosta bdiewa, oppressati għall-aħħar, missidien tagħhom u mill-istess azzjonijiet li suppost ix-xogħol tagħhom kien proprju dak li jħarsuhom. Quddiem din irrealtà kiebja, P. Ezechiele ħass li ma kellux iżomm sieket. Ispirat mit-tagħlim ta’ Dietrich Bonhoeffer (1906-1945), itteologu Luteran imneħħi mirReġim Nażista fl-aħħar perjodu tat-Tieni Gwerra Dinjija, minkejja l-periklu li ċertament kien jaf li ser iqiegħed ruħu f ’postu sforz ta’ dan
Delitt infami It-theddid fuq ħajjet ilmissjunarju ma damx ma sar realtà mdemmija. Fl-24 ta’ Lulju 1985, P. Ezechiele flimkien mat-trejdjunjonista Adilio de Souza, għamel laqgħa ġewwa Fazenda Catuva f ’Ji-Paraná, qrib Rondônia, li matulha pprova jiperswadi lill-bdiewa milli jevitaw li jissieltu bl-armi kontra s-sidien tagħhom. F’nofsinhar, waqt li flimkien ma’ de Souza kien fi triqtu lura lejn Rondônia, seba’ qattiela mikrija, qatlu lill-missjunarju b’aktar minn 50 tir t’arma tan-nar. L-aħħar kelma tiegħu, indirizzata lill-aggressuri, kienet “Naħfrilkom”. Il-katavru tiegħu nġabar minn fuq il-post tad-delitt 24 siegħa wara minn xi missjunarji oħra tad-distrett. Hawn tajjeb insemmu li minkejja li kienu sparati mill-qattiela daqstant tiri, de Souza ma ġralu xejn. Dwar dan ikkummenta missjunarju Kombonjan ieħor, P. Piero Settin, li meta iżjed u iżjed skopra li t-trejdjonista spiċċa akkwista ħin bla waqt, biċċa art, żied isostni t-teorija tiegħu li de Souza kien mixtri mill-qattiela biex għenhom jaslu għall-għan tagħhom dakinhar tad-delitt. Imsejjaħ “martri tal-karità” mill-Papa Ġwanni Pawlu II, Dom José Ivo Lorscheiter (1927 2007), dik il-ħabta President
25
19.02.2017
kullhadd.com
reċensjoni tal-
KTIEB
AWGURI, GIOVANNI BONELLO! L-Imħallef Giovanni Bonello poġġa f ’sala ppakkjata biex jisma’ d-diskors tal-kuratur Francesca Balzan dwar l-artist tas-seklu għoxrin Olof Gollcher u l-imħabba tiegħu għal Ruma, iżda baqa’ skantat meta Balzan waqfet proprju fil-bidu tad-diskors tagħha u qalet lill-udjenza, “Le ta, ma nistax u m’iniex se nagħmlu dad-diskors!” Minflokha telgħet fuq il-podju l-istoriku tal-arti Theresa Vella, li spjegat ir-raġuni ta’ dik il-messa in scena: u ċjoè li fil-verità r-raġuni tal-istedina dakinhar ġewwa l-Istituto Italiano di Cultura ma kinitx id-diskors, imma kienet okkażjoni biex il-mistednin jiċċelebraw għeluq it-tmenin sena tal-Imħallef Bonello. Sorpriża enormi – għallImħallef Bonello biss, però, għax il-bqija tal-mistednin kienu ilhom il-ġimgħat jafu bis-sorpriża u rnexxielhom ilkoll iżommu s-sigriet. Is-sorpriża kompliet meta Vella spjegat li l-aħjar mod biex jiġi mfakkar dan l-anniversarju, fil-fehma talFondazzjoni Patrimonju Malti kienet li jiġi ppubblikat ktieb ta’ novelli storiċi fittizji, ispirati mir-riċerka magħrufa ta’ Bonello dwar karattri partikolari fl-istorja ta’ Malta. L-idea nibtet appuntu millkotba Histories of Malta
miġbura mill-Imħallef Bonello, fejn tul diversi volumi wassal lill-qarrejja tiegħu f ’dinja mill-passat mimlija intrigu, qtil, ħabsijiet u ċerimonji elaborati. Huma stejjer kollhom dettalji u kurżitajiet storiċi li bihom Bonello reġa’ tefa’ dawl fuq eroj u karattri Maltin li altrimenti kienu jintesew u jgħibu fid-dlam tal-passat. Il-proġett ingħata f ’idejn Merlin Publishers, illi ppubblikaw dan il-festchrift b’differenza: Awguri, Giovanni Bonello! F’din il-ġabra, għaxar karattri storiċi milli kien irriċerka l-Imħallef Bonello ingħataw f ’idejn għaxra fost l-aqwa kittieba Maltin li ħolqu stejjer fittizji – frott l-immaġinazzjoni fertili ta’ kull wieħed u waħda minnhom imma bbażati flisfond u dettalji storiċi – għal din l-okkażjoni. Il-ktieb huwa bilingwi u jinkludi sitt stejjer bil-Malti, ta’ Clare Azzopardi, Immanuel Mifsud, John A. Bonello, Walid Nabhan, Alfred Sant u Mark Vella; u erba’ stejjer bl-Ingliż, ta’ Maria Grech Ganado, Emma Mattei, Teodor Reljic u Kristina Chetcuti. Kull storja hi magħmula iżjed prezzjuża grazzi għal illustrazzjoni oriġinali tal-artista Marisa Attard. Fost il-karattri storiċi
mogħtija ħajja mill-ġdid f ’dan il-ktieb, insibu lil Ekaterina Greque, waħda min-nisa talGran Mastru Jean de Valette; Caterina Scappi li fetħet l-ewwel sptar f ’Malta ddedikat esklussivament għan-nisa; Giovanni Buonamico, tabib u
vjaġġatur Malti li kien l-ewwel fl-Ewropa li kiteb trattat dwar iċ-ċikkulata; u Caterina Vitale, benefattriċi mis-seklu sittax tal-kunvent Karmelitan talBelt Valletta iżda li kienet ukoll ħaddiema tal-prostituti u torturatriċi sadika tal-iskjavi.
Chris Gruppetta, mill-Merlin Publishers, qal, “Il-ġeneru tal-historical fiction bil-Malti mhux rappreżentat sew, u għalhekk kien unur għalina li żidna xi ftit f ’dan il-ġeneru permezz ta’ pubblikazzjoni b’kitbiet ta’ dan il-kalibru, bi stejjer li jmorru mill-grottesk, għall-biża’, għall-eċċitament u l-avventura.” Michael Lowell, CEO talFondazzjoni Patrimonju Malti, qal, “L-Imħallef Bonello hu wieħed mill-iprem storiċi Maltin li, grazzi għas-sensiela Histories of Malta tiegħu, u blistil uniku tiegħu, irnexxielu jwassal dawn il-personaġġi storiċi lil udjenza wiesgħa. Għalina lkoll kien unur u pjaċir li naħdmu miegħu dawn is-snin kollha. Nittama li jibqa’ jinvestiga u jiskopri aspetti mhux daqstant magħrufa talistorja Maltija, u li jkompli jissorprendina b’iżjed sejbiet ġodda.” Awguri, Giovanni Bonello! jinsab għall-bejgħ millħwienet tal-kotba kollha, jew online direttament minn www. merlinpublishers.com Ċelebrazzjoni talpubblikazzjoni ser issir nhar it-23 ta’ Frar, fis7.30pm f ’Palazzo Pereira, il-Belt Valletta. Ghal aktar informazzjoni ikkuntattja info@merlinpublishers.com jew 21246472.
Mistoqsija: Semmi karattru li jissemma fil-ktieb Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Awguri, Giovanni Bonello!. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 26 ta’ Frar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Ix-Xitan B’Denbu Aħmar huwa: J.MIFSUD - Il-Ħamrun
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
02
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000
Mistoqsija: Kemm żdiedu l-impjiegi mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura ’l hawn? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:
Indirizz:
26
19.02.2017
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000 Isem: Indirizz:
P.CARUANA - L-Imsida
TISLIBA 162
Mimdudin:
Bi 3 Numri 136 252 383 402 409 678 775 841 856 894 953 962 963 968 B’4 Numri 0271 0326
0601 0650 0710 0908 1097 1551 1975 2536 2904 3406 3786 3837 3953 3958 4013 4346 5048 5103 5185 5456 5779
5782 6537 7119 7529 7831 7863 7937 8478 8499 9083 9163 9722 9770 B’5 Numri 04881 05958 10090 38796 39593
49830 64939 70312 70637 75330 82200 83778 85322 86657 92634 98646 B’6 Numri 039546 100924 164958 217547 267970 369589 540842
697410 761764 954094 B’7 Numri
5881796 5989834 6372810 7529190 7898430
1993093 IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
1,7. 4. 7. 9. 10. 12. 16. 18. 19,22. 20. 21. 23. 24.
Weqfin:
Kompli l-qawl: Bi ....... ħaddieħor kulħadd galantom (7) Ftehim (4) Ara 1 mimduda Ara 5 Sewwa? (6) Maħmuġ (6) Għaqda tal-isports talbaħar (1,1,1) A .., .., O, U (1,1) Tajba midluka fuq ħobż biż-żejt (6) Biċċiet (5) Ara 11 Isem (4) Kunjom (5)
1. Staġun (6) 2. Ernest Agius Nappa (1,1,1) 3. Inkella? (3) 5,9. Jaħdmu fuq il-vapuri (6) 6. Espressjoni moderna li ma tfisser xejn! (3) 8. Jieħdu ħsieb il-ġonna (9) 11,2M. Tista’ tkun ta’ ħarta (5) 12. Omm (2) 13. Ġdid? (3) 14. Artisti (6) 15. Ditta famuża (6) 17. Bilfors li kellu l-liċenzja (3) 21. Ikkwota? (3) 22. Ara 19 SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA
Mimdudin: Weqfin: 1.Taqla, 4.Twil, 7,20.Ħsejjes, 1.Tordom, 2,21 mimduda. 9.Ras, 10.Ħassar, 12.Ben Hur, Qassis, 3,17.Aħħari, 5,21 16.Mao, 18.EE, 24.Kruha wieqfa. Wassal, 6,19.Lirika. 8.Saħħejtek, 11,23.Mellaħ, 12,22.Bosta, 13.Nej, 14.Riskju, 15.Xalata
27
19.02.2017
kullhadd.com
AVVIŻI KLASSIFIKATI
AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ
Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għallilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. Ittiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235. XOGĦOL U MANUTENZJONI Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, katusi u gypsum boards ċempel fuq 7928 5444.
Ikla Fniek, Majjal jew Tiġieġ. Fil-Każin tal-Banda Anici, organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri fi ħdan l-Għaqda. Nhar is-Sibt 25 ta’ Frar 2017. Dan kollu għal donazzjoni ta’ €13 il-Kbar u €7 iż-Żgħar. Għall-Biljetti mill-Bar tal-Każin jew inkella ċempel fuq 79480807 - 79641009. Narawkom.
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir tippreżenta serata oħra mis-sensiela: Niltaqgħu mal-Awtur: Patri Mark Montebello. Fir-Razzett talMarkiż Mallia Tabone, Triq Wied il-Għasel, il-Mosta. Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Frar 2017, fis-7pm. Matul din is-serata Patri Mark Montebello Dumnikan se jitkellem dwar id-diversi kitbiet u pubblikazzjonijiet tiegħu. Għal aktar tagħrif sibuna fuq www.talentmosti.com jew fuq Facebook Razzett tal-Markiż. L-Għaqda Dilettanti Mudelli ta’ Knejjes ser torganizza wirja ta’ folklor religjuż fis-Sala San Franġisk, Triq Melita, il-Belt. Din is-sena qed issir bejn l-4 u t-18 ta’ Marzu u d-dħul huwa mingħajr ħlas. Tibqa’ miftuħa sat-18 ta’ Marzu kuljum bejn id-9:30a.m. u n-12:30p.m. u bejn l-4:30p.m. u s-7:30p.m.
Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq in-numru 2143 2352 jew 9947 7167. AVVIŻI OĦRA PROPJETÀ GĦALL-KIRI Ħanut għall-Kiri fi Triq ilMintba Marsascala 60ft x 60ft. Għandu bitħa wara u terrazzin. Kien Mini Market u jista’ jintuża għal kull business ieħor bħal Hair Dressing, Beauty Salon, Pharmacy u kull tip ta’ negozju. Bla Rigal. Kera €12 kuljum. Ċempel 21674228, 99492356, 79674228. AVVIŻI KULTURALI
Nhar l-10 ta’ Frar li għadda, grupp ta’ 33 persuna, magħmul minn 20 kuġin u kuġina flimkien man-nisa jew l-irġiel tagħhom. Kellna ħaġa waħda komuni - in-nanniet tagħna kienu Ġużeppi Caruana u M’Assunta neè Mifsud magħrufa bħala Ta’ Remiġju u Ta’ Bellika mill-Birgu. Meta konna iżgħar konna niltaqgħu spiss f ’xi okkażjoni tal-familja. Madanakollu dawn l-aħħar snin, dawn l-okkażjonijiet ta’ ferħ naqsu u ħassejna li konna ilna ma niltaqgħu bħala grupp bħal qabel. Għaldaqstant iddeċidejna li niltaqgħu u mmorru nieklu flimkien. Matul it-triq kien hemm ambjent tassew pożittiv: kulħadd jifraħ b’xulxin, jirrakkonta, u jagħti l-aħħar aħbarijiet tal-familja tiegħu. Ma stajniex nagħlqu l-attività bla ma nieħdu ritratt talokkażjoni u wara nagħmlu towst għan-nannu Ġuż u n-nanna Sunt li bdewlna din il-parti tal-arblu tarrazza. Towst oħra saret għal Maria, waħda mill-kuġini li organizzat din l-attività.
Is-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser torganizza Workshop għażżgħażagħ kollha tal-Imqabba, nhar l-Erbgħa 22 ta’ Frar 2017 fil-bini tal-Każin tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju li jinsab fil-Pjazza tal-Imqabba fis-7:00pm. L-għan ta’ dan ilWorkshop huwa li jipprovdi lill-membri b’informazzjoni utli filwaqt li jiġi diskuss l-iskop u x-xogħol li jsir mill-Kumitat taż-Żgħażagħ b’riżq is-Soċjetà u l-Festa tal-Madonna talĠilju u kif ukoll ir-rwol tażżgħażagħ fis-Soċjetà. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq 77406720 jew fuq www.talgilju. com. Iż-żgħażagħ kollha huma Għat-13-il sena konsekuttiva, l-Għaqda Karmelitana mħeġġa li jattendu.
Banda Queen Victoria tellgħet il-kampanja ġbir ta’ fondi MINN QALB IŻŻRIERAQ, għal darb’oħra b’riżq il-fondazzjoni Qalb it-Tfal. L-aħħar tlett ijiem tal-
kampanja ġbir ta’ fondi MINN QALB IŻ-ŻRIERAQ ttellgħu minn taħt tinda f ’Misraħ ir-Repubblika, iżŻurrieq b’diversi attivitajiet kontinwi. Fi tmiem ta’ din il-kampanja, proprju nhar il-
Ħadd 18 ta’ Diċembru 2016, ġiet ippreżentata s-somma ta’ €4,665.30 lill-fondazzjoni Qalb it-Tfal. Grazzi mill-qalb lil kull min attenda f ’din ilkampanja u ta d-donazzjoni tiegħu.
28
19.02.2017
kullhadd.com
BEJN MIN JIKSEB U MIN IQATTA’ EDITORJAL
Huwa Kap tal-Oppożizzjoni li ftit li xejn qed iġib ruħu b’mod li jagħmel dehen lil min irid ikun Prim Ministru
L-aħħar jiem reġgħu kienu pożittivi ħafna għal pajjiżna. Dan għax kienu diversi l-okkażjonijiet fejn kien ikkonfermat kif Malta għadha b’saħħitha u li l-Gvern qed ikompli jmexxi l-pajjiż b’mod li jagħti r-riżultati. Riżultati rikonoxxuti b’mod internazzjoni u mill-familji Maltin li qed jibqgħu jirrapportaw sitwazzjoni personali aħjar. Din tal-aħħar hija l-iktar kruċjali għaliex li kieku dak li hemm fuq iċċertifikat ma jinħassx millfamilji Maltin, ma jiswa xejn. Forsi l-iktar li spikka f laħħar jiem kien hemm it-tbassir tax-xitwa talKummissjoni Ewropea. Tbassir li wera kif Malta kellha l-ikbar tkabbir ekonomiku minn meta daħlet f l-Unjoni Ewropea. Ir-rapport irrefera wkoll għal rata ta’ qgħad baxxa u għad-dixxiplina li rnexxielu jdaħħal il-Gvern. Is-sabiħ f’dak kollu però hu li mhux qed jibqa’ fuq il-karta. Għax kif jgħid irrapport innifsu ħafna mis-
suċċess huwa bbażat fuq il-konsum privat. Fi kliem ieħor ifisser li l-Maltin għandhom iktar f lus x’jonfqu. Xi ħaġa li dehret ċara wkoll f l-istatistika tal-NSO dwar is-safar fejn irriżulta li l-Maltin siefru iktar u nefqu iktar. Li l-ġid qed jinfirex fissoċjetà seta’ jixhdu l-Prim Ministru meta l-Ħamis mar iżur ħaddiema li jaħdmu f’żewġ kumpaniji li f’pajjiżna se jerġħu jkabbru l-operat tagħhom. Waħda fis-settur talbetting u l-oħra fis-settur tan-negozju tal-kiri ta’ uffiċini. Meta iktar persuni jsibu impjieg u impjieg ta’ kwalità jkun ifisser li l-ġid li qed jinħoloq qed jinfirex tassew. Fil-fatt irriżulta din ilġimgħa wkoll li mill-bidu ta’ din l-amministrazzjoni nħolqu 20 impjieg ġdid kuljum, il-maġġoranza tagħhom fis-settur privat. Huwa dan is-suċċess li l-Oppożizzjoni ma tif laħx tara. Proprju għalhekk bħalissa reġgħet ikkargat bil-goff fil-kampanja negattiva tagħha. Għax kif ftiehmu
s-sena li għaddiet fidDar Ċentrali meta ħejjew il-prinċipji tal-istrateġija huwa biss bit-tisbit tassaqajn u l-esaġerazzjonijiet li jistgħu jnaqqsu xi ftit ir-ritmu ekonomiku talGvern. Ritmu li jixtiequ jarawh ibatti għax kif jaf kulħadd il-f lus fil-but tannies jagħmlu differenza kbira. Il-mass meeting tal-lum huwa wieħed mill-passi biex joħolqu gidba. Jgħidu li l-Gvern joħnoq iddemokrazija meta aġġorna l-liġi taċ-ċensura u se jneħħi l-libell kriminali u l-mandat fuq il-ġurnalisti. Biex iħeġġeġ lin-nies tiegħu Simon Busuttil qed jerġa’ jkun aggressiv. Rajnieh jgħid li ma jridx jagħti l-id tal-ħbiberija lill-Gvern u rajnieh iqatta’ l-kuntratti tal-enerġija fil-Parlament. Huwa Kap talOppożizzjoni li ftit li xejn qed iġib ruħu b’mod li jagħmel dehen lil min irid ikun Prim Ministru. Però Busuttil bilfors irid joħloq teatrin. Għax irrealtà tweġġgħu. Żġur li ma ħax gost meta sema’ mill-
parlament kif il-Gvern qed jissalvagwardja l-interess taċ-ċittadin. Dan mhux biss b’kontijiet orħos, iżda kumpanija bħal Electrogas kienet immultata €10 miljuni għax ma lestietx il-proġett fil-ħin. Kieku n-Nazzjonalisti għamlu hekk, hemm kont li bih ikollna biex nibdlu power station oħra daqskemm fi żmienhom saru affarijiet li ma tlestewx fil-ħin. Fuq kollox in-negattività għandha ssib ir-risposta talottimiżmu. Aħna l-appell tal-Prim Ministru għall-id tal-ħbiberija nappoġġjawh b’qawwa liema bħalha. Għaliex quddiem iddwejjaq li qed tipprova tnissel l-Oppożizzjoni, nafu li fid-djar tagħna l-famiji jitkellmu dwar kemm sejrin aħjar u kif il-pajjiż miexi ’l quddiem. Jinnotaw li f’Malta hawn ċertu suċċess u trankwillità u ma jridux min jipprova jneħħihielhom għallgwadann partiġjan. Il-poplu ma jridx politiċi li jesaġeraw u li jifridu. Lil dawk diġà warrabhom f l2013 u nemmnu li jerġa’ jwarrabhom ma jdumx.