€19,000,000… TLIET SKEJJEL ĠODDA www.kullhadd.com Il-Ħadd, 19 ta’ Marzu, 2017
Paġni 4 u 5
Ħarġa Nru 1,236 Prezz €1
QABDA DAQS T’GĦAXAR SNIN RITRATTI ESKLUSSIVI
Il-qabda ta’ droga li saret il-Ħamis taqbeż l-ammonti ta’ droga li nqabdu mid-Dipartiment tad-Dwana fl-aħħar għaxar snin. Dan juri iktar il-kobor talkaż fejn inqabu 300 kilogramma kokaina, sejba meqjusa bħala kbira anke fuq livell internazzjonali tant li ġibdet l-interess ta’ organizzazzjonijiet bħall-Europol li wara biss ftit sigħat kienu diġà f’kuntatt mal-awtoritajiet Maltin. L-istess kif kienu l-awtoritajiet Spanjoli fejn kienet id-destinazzjoni aħħarija tad-droga. Filwaqt li qed jingħad li l-valur tad-droga jlaħħaq għexieren ta’ miljuni ta’ ewro, il-valur mistenni jkun determinat la joħroġ ir-riżultat tat-testijiet forensiċi. Paġna 3
FLOPP
TMUR ŻMERĊ LAQGĦA “FIL-MAGĦLUQ” LI BUSUTTIL GĦAMEL MA’ NEGOZJANTI Paġna 7
’IL QUDDIEM
Pajjiżna triq waħda għandu: ’il quddiem. Kien dan il-messaġġ talPrim Ministru lbieraħ fil-Gżira li qal li l-poplu m’għandux ireġġa’ l-arloġġ lura u fisser il-viżjoni tiegħu għaż-żmien li ġej. Il-Prim Ministru qal li s-sitt snin li ġejjin se jkunu aħjar mill-erbgħa li għaddew għax dawk se jservu biss ta’ pedament. Paġna 8
02
19.03.2017
kullhadd.com
Editur ALEANDER BALZAN
L-Ogħla Temperatura: 19°C L-Inqas Temperatura: 12°C L-Indiċi UV: 5 Is-Sitwazzjoni ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja tinsab fuq iċ-ċentru tal-Mediterran Temp: Xemxi Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi millPunent li jsir mill-Punent Majjistru Il-Viżibbiltà: Tajba Il-Baħar: Moderat L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 15°C
email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572
Disinn tal-Paġni LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571
Kuntatt Ġenerali KullĦadd
It-Tnejn
email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Indirizz Postali KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
18°C
UV 6
11°C
Il-Ħamis
17°C
UV 5
13°C
17°C
Il-Ġimgħa
UV 6
12°C
Is-Sibt
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
18°C
UV6
13°C
18°C
UV 6
13°C
18°C
UV 7
13°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant’Anna, il-Floriana – 21239310 San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, il-Marsa – 21221118 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi – 21487162 St. Paul’s, Triq Brared, Birkirkara – 21442135 Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa, Tal-Pietà – 21232954 Numri Importanti Krypton Chemists, Triq l-Ibraġġ, Tal-Ibraġġ – 21370141 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema – 21313535 112 Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovani Curmi, l-Iklin – 21435567 Brown’s Chemists, Triq San Pawl, in-Naxxar – 21417652 Il-Pulizija ta’ Malta St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 2122 4001-9 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien – 21802986 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, il-Birgu – 27600126 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili St. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbelika, Ħaż-Żabbar – 21663750 2393 0000 Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it-Torri, il-Gudja – 21676294 Chrysantemum Pharmacy, Triq San Nikola, il-Qrendi – 21680828 Il-Gwardjani Lokali 2132 0202 The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzoppardi, is-Siġġiewi – 21461681 Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli – 21457128
Stampat Progress Press
L-Isptar ta’ Malta 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex 2156 1600
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza 5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku 1182
Għawdex Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, ir-Rabat Għawdex – 21556170 Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, in-Nadur Għawdex – 21566431 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
03
19.03.2017
kullhadd.com
IL-EUROPOL TITLOB IT-TAGĦRIF • TESTIJIET DWAR IL-PURITÀ TAD-DROGA MISTENNIJA JAGĦTU L-EWWEL RIŻULTAT GĦADA • IL-MAĠISTRATURA SPANJOLA TIDĦOL FIL-KAŻ
Kitba ta’ ALEANDER BALZAN Il-qabda rekord ta’ droga kokaina nhar il-Ħamis li għadda hija ikbar mill-qabdiet kollha ta’ droga kokaina, magħduda flimkien, li saru mal-fruntiera mill-2007. Dan ma jnaqqas xejn mill-importanza ta’ qabdiet oħra għaliex f ’każ bħal dan is-sodisfazzjon tal-uffiċjali tad-dwana jkun ukoll li ġew salvati l-ħajjiet, u kull qabda twassal għal dan. Però lanqas tipi oħra ta’ droga ma nqabdu f ’dan l-ammont. Biex dak li sar nhar il-Ħamis żgur se jibqa’ mniżżel fl-istorja tad-Dipartiment tad-Dwana Maltija. Skont ċifri uffiċjali li kisbet il-gazzetta KullĦadd mid-Dipartiment tad-Dwana, jirriżulta li bejn l-2007 u l-2016 inqabdu 210kg ta’ droga kokaina. Dan ifisser li f ’disa’ snin inqabdu 90kg inqas mill-qabda li saret nhar il-Ħamis. F’dawn il-każi qed nitkellmu dwar droga li tinqabad malfruntiera, fejn hemm id-Dipartiment tad-Dwana għandu
ġurisdizzjoni. Tneħħi l-eċċezzjoni tal-2012, meta kien hemm qabda ta’ 142.48kg, il-qabdiet fis-snin l-oħra kienu jvarjaw minn ftit kilogrammi għal massimu ta’ madwar 20kg f ’sena. Fis-sena 2012, 140kg mid-droga li nqabdet f ’dik is-sena, meqjusa l-ikbar waħda f ’perjodu twil, kienet instabet f ’magna tal-pressa taż-żebbuġ. Fil-fatt kellu jitkisser il-ħadid tal-magna biex id-droga inħarġet minn bejnu. Din id-darba d-droga nstabet f ’kontejner
li suppost kien fih bottijiet tal-pineapple. Iżda, fuq dawn il-bottijiet kien hemm xkejjer li meta fetħuhom l-uffiċjali tad-dwana sabu ammonti kbar ta’ droga f ’basktijiet. Huwa evidenti, li apparat specjali li l-Gvern ġab minn fondi Ewropej f ’Awwissu li għaddha, u t-taħriġ li ingħataw l-uffiċjali tad-Dwana fuqu ġewwa Antwerp, il-Belġju, huwa fattur importanti ħafna f ’dawn ir-riżultati miksuba mid-Dwana. Il-qabda ta’ 300kg ġibdet
l-attenzjoni tal-midja internazzjonali. Iżda, mhux biss. Il-KullĦadd tista’ tiżvela li l-uffiċjali tad-Dipartiment tad-Dwana ntalbu ċertu informazzjoni detttaljata peress li l-qabda hija meqjusa bħala waħda tant kbira anke fuq livell Ewropew. Fost oħrajn intalab tagħrif mill-Europol, l-istituzzjoni Ewropea li taħdem biex il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea jkunu megħjuna jiġġieldu t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata mill-iktar serja. Daħlet ukoll fil-każ il-maġistratura Spanjola għaliex il-kontejner kien fi triqtu lejn Valencia, fi Spanja, wara li telaq mill-Ekwador. Fil-fatt, il-kontejner kellu jitlaq minn Malta lejn Spanja llum wara li wasal Malta l-Erbgħa. Persuni li għandhom esperjenza f ’investigazzjonijiet bħal dawn spjegaw li f ’każi hekk mhux eskluż li t-trasferiment tad-droga seta’ sar bejn sema u ilma u l-kontejner jasal fid-destinazzjoni kif maħsub, bil-pineapple biss. Il-valur tad-droga huwa ta’
għexieren ta’ miljuni ta’ ewro għalkemm il-valur eżatt se jkun determinat fis-sigħat li ġejjin wara iktar testijiet fuq il-purità mill-pulizija tal-forensika. Dawn ir-riżultati kruċjali mistennija jitlestew għada. KOKAINA SENA
AMMONT
2007
4.5kgs
2008
21.83kgs
2009
8.061kgs
2010
3.3kgs
2011
3.97kgs
2012
142.8kgs
2013
2.657kgs
2014
3kgs
2015
5.5kgs
2016
15.1kgs
04
19.03.2017
kullhadd.com
DSATAX–IL MILJUN EWRO GĦAL TLIET SKEJJEL ĠODDA • IL-KAP EŻEKUTTIV TAL-FTS DWAR IL-PRIJORITAJIET GĦAS-SNIN LI ĠEJJIN • PROĠETTI LI JMORRU LIL HINN MINN SKEJJEL BISS Kitba ta’ ALEANDER BALZAN Fl-aħħar snin, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada, l-FTS, lestiet proġetti importanti. Iżda iktar importanti minn hekk għandha wkoll pjanijiet ċari għaż-żmien li ġej. Wara li ħa r-riedni tal-FTS, ftit tal-ġimgħat ilu ltqajna ma’ Raphel Axiak, persuna b’esperjenza vasta li llum huwa l-Kap Eżekuttiv talFTS. Ħa t-tmexxija tal-FTS fi żmien daqsxejn iebes minħabba ċerti kontroversji li nqalgħu. Però hu determinat li jwettaq il-bidliet meħtieġa biex il-fondazzjoni taħdem b’iktar serenità, filwaqt li jissoktaw il-proġetti ta’ prijorità. Ifakkar kif il-fondazzjoni hija l-entità fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li timplimenta dawk il-proġetti edukattivi u faċilitajiet oħra li jkollu bżonn il-Ministeru. U l-Ministeru mhux proġett jew tnejn qed jitlobha tagħmel. B’investiment bla preċedent fl-edukazzjoni, Axiak għandu
baġit tajjeb biex jaħdem u miri ambizzjużi x’jara li jitwettqu. “Qed nitkellmu minn ċentri għall-ħarsien ta’ tfal, skejjel primarji u nibqgħu telgħin sal-livell postsekondarju. Hemm ħidma li hi mifruxa mhux ħażin. Il-FTS imbagħad tiftiehem mal-Ministeru fuq lista ta’ proġetti li għandhom ikunu implimentati,” spjega Axiak, li fisser kif biex ilħidma tkun iktar effettiva, għaddeja riforma filFondazzjoni. “Qed nagħmlu riorganizzazzjoni talfondazzjoni f ’dak li għandu x’jaqsam mal-mod kif taħdem il-fondazzjoni. Qed naraw x’impjieg u speċjalizzazzjoni hemm bżonn u anke qed
naraw riforma fil-proċedura u l-proċessi. Irridu proċeduri iktar effiċjenti u dan jinvolvi ħafna xogħol,” qal Axiak li enfasizza l-ħtieġa ta’ trasparenza fi ħdan fondazzjoni li għandha baġit ta’ miljuni kbar ta’ ewro. “Ħafna drabi t-trasparenza u l-kontabbiltà trid tkun hemm u bħal ġustizzja trid anke tidher li tkun hemm. Ovvjament ma tridx ixxekkel l-effiċjenza,” irrimarka l-Kap Eżekuttiv li bħalissa għaddej f ’ħidma mal-Ministeru biex joħorġu bil-proġetti għassentejn jew tlieta li ġejjin biex imbagħad jintgħażlu l-prijoritajiet. “Għax hemm lista pjuttost twila,” tenna Axiak. Iżda, minn fejn joħorġu l-prijoritajiet? It-tweġiba hi sempliċi ħafna. “Il-prijoritajiet joħorġu mill-bżonnijiet fattwali li hemm hemm barra. Għandek studenti jew għalliema m’hemmx fejn joqgħodu minħabba nuqqas ta’ spazju,” jgħid il-Kap Eżekuttiv. Dan ifisser li fost illokalitajiet fejn hu meħtieġ
Għandna t-tablets, irridu naħsbu għallwifi networking u għandna l-arja kkundizzjonata allura rridu ċertu investiment fl-effiċjenza tal-enerġija
xogħol illum qabel għada hemm dawk li qed jikbru. San Pawl il-Baħar u Marsaskala fuq quddiem nett filwaqt, li r-Rabat Għawdex għandu ċirkostanzi partikolari wkoll. “Is-sitwazzjoni hi li fl-iskejjel primarja eżistenti ma baqax fejn joqogħdu l-istudenti. Ma jistgħux jakkomodaw li hemm bħalissa, aħseb u ara meta jiżdiedu. Peress li l-Ministeru jrid skejjel iżgħar, madwar 500 student, ġie deċiż li filwaqt li jinbnew skejjel ġodda, dawk li hemm jibqgħu jeżistu. Ngħidu aħna, mal-iskola ta’ San Pawl il-Baħar tinbena oħra l-Qawra u ta’ San Pawl il-Baħar tibqa’ topera wkoll. Ikun hemm żewġ skejjel ta’ madwar 500 student kull skola,” fisser Axiak. Fil-każ tal-Qawra l-art hija diġà magħżula u beda l-iskavar tagħha. Dan fl-istess ħin li qed jintgħażel il-kuntrattur li se jibni l-iskola. F’Wied ilGħajn ukoll huwa ċar fejn se tinbena l-iskola, bil-pjanti lesti u t-taħdidiet huma avvanzati. “Marsaskala fl-istess sitwazzjoni ta’ San Pawl ilBaħar. Se tinbena wkoll skola ġdida fuq l-istess kriterji. L-istess, Marsaskala se jinżammu ż-żewġ skejjel jiffunzjonaw. Diġà kien identifikat is-sit u ħarġu l-permessi ta’ żvilupp għalih. Ix-xogħol għandu jibda u bħalissa qed nitkellmu malperit u l-kuntrattur biex niftiehmu t-time frames u l-proġett jibda mal-ewwel,”
kompla Axiak. F’Għawdex il-bżonn jirriżulta l-iktar mill-fatt li l-iskola ta’ bħalissa hija antika ferm. Hemm klassijiet filkantina u żgur li l-bini mhux adattat għal skola tas-seklu 21. “Fir-Rabat Għawdex ilpopolazzjoni tal-iskola hi ta’ 390 fil-primarja u hija binja antika ta’ 160 sena. Kull min iżur l-iskola se jara klassijiet żgħar mingħajr faċilitajiet. Sala ma teżistix. Hawn l-iskola bilfors trid tkun trasferita għas-sit il-ġdid u, b’differenza miż-żewġ skejjel li semmejtlek qabel, hawn l-iskola se tiċċaqlaq kompletament,” fisser Axiak li nnota kif mhix faċli li wieħed isib l-art. “Irridu nsibu l-art l-iktar addattata biex nipprovdu l-aħjar,” enfasizza b’ċertu determinazzjoni. “Il-kwistjoni tal-iskola tarRabat hija kkumplikata. Bħalissa għaddejin bir-riċerka biex insibu art addattata,” jgħid Axiak li jinnota kif bħalissa kienet identifikata art iżda din tinvolvi wkoll bidla fil-pjan lokali. “Wieħed irid jara wkoll għażliet oħra. Iżda, f ’xi ħin wieħed irid jiddeċiedi għall-ġid tat-tfal,” qal Axiak. Innota kif anke jekk skola f ’ODZ hija dejjem ġustifikata l-isforz hu biex xorta ma jsirx dan. Tant li f ’San Pawl ilBaħar kien hemm sit indikat ODZ iżda baqa’ jsir sforz sakemm nstab sit alternattiv. Iżda, mhumiex biss dawn ittliet proġetti maġġuri b’nefqa ta’ dsatax–il miljun ewro fuq l-aġenda tal-FTS. Mhux skejjel biss F’Bulebel se jinbena dak li se jkun jismu San Miguel Resource Centre. Dan hu maħsub għal tfal b’ċerti bżonnijiet speċjali. “Huwa ċentru speċjalizzat biex jakkomoda studenti u tfal b’ċerti diżabbiltajiet. Dan hu disinn partikolari ħafna u hemm bżonn ta’ faċilitajiet apposta u ċerta aċċessibbiltà. Hu maħsub li sas-sena d-dieħla dan ikun lest, għalkemm qegħdin fil-fażi li nippjanawh. Naturalment bħala disinn iktar ikkumplikat minn skola normali. Ċertu għarfien kellna mmorru minn barra l-fondazzjoni għalih,” spjega Axiak. Ma taqta’ xejn ukoll il-ħidma
05
19.03.2017
kullhadd.com
Viżwal ta’ kif se tkun l-iskola tar-Rabat Għawdex
Viżwal ta’ kif se tkun l-iskola ta’ Marsaskala
Viżwal ta’ kif se tkun l-iskola tal-Qawra, liema xogħol diġà beda fuq iċ-ċentri tal-ħarsien tattfal fejn f ’popolazzjoni fejn qed jiżdiedu dawk li jaħdmu, b’rati li qatt ma rajna bħalhom qabel, qed jikber il-bżonn talużu tagħhom. Hemm ħidma għaddejja fuq ċentri diġà mibnija u li jridu jissebbħu jew jitjiebu. “Imbagħad dalwaqt jibda x-xogħol fuq child care centre f ’San Ġiljan u diġà bdejna x-xogħol fuq child care centre Ħaż-Żebbuġ,” żied Axiak li tenna kif dawn ukoll iridu jkunu lesti u qed jilqgħu t-tfal fihom sal-aħħar tas-sena d-dieħla. Bħal fil-każ taliskejjel, il-lokalitajiet fejn isiru ċ-ċentri għall-ħarsien tat-tfal jintgħażlu skont il-ħtieġa talkomunità. Skejjel differenti Lura għall-iskejjel. Fi żmien sentejn u permezz tal-
Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada, il-Gvern investa xejn inqas minn €40 miljun fuq proġetti kapitali fi skejjel u f ’istituzzjonijiet edukattivi. Meta mqabbla mal-istess
Ħafna drabi t-trasparenza u l-kontabbiltà trid tkun hemm u bħal ġustizzja trid anke tidher li tkun hemm
żmien fil-leġiżlatura ta’ qabel, l-ispiża dak iż-żmien kienet ta’ €13 miljun. Dan ifisser li l-investiment ta’ dan il-Gvern hu iktar minn tliet darbiet iktar meta mqabbel fl-istess żmien tal-leġiżlatura ta’ qabel. Jekk inħarsu lejn skejjel ġodda ninnotaw ċertu lussu. Kultant, ngħidu aħna jekk tħares lejn l-iskola ġdida f ’Ħad-Dingli, ma tkunx taf jekk hux dieħel f ’lukanda jew fi skola. Hemm bżonn dan kollu? Axiak huwa ċar dwar kif l-ambjent illum ma jistax ikun simili għal dak offrut fl-imgħoddi. “Il-bini ta’ skejjel inbidel maż-żminijiet. Dak li kien lussu forsi 30 jew 40 sena ilu, llum lanqas jissodisfa l-minimu. Maż-żminijiet kien hemm rekwiżiti li għamlu bħala bażi ċerti standards għall-pajjiż kollu u l-Ministeru jrid u se jipprovdi faċilitajiet li huma konformi. Pereżempju
naraw li klassijiet tal-lingwa irridu jkunu iżgħar għal iktar interazzjoni bejn l-għalliema u l-istudenti. Hemm bżonn iktar interazzjoni f ’ħafna suġġetti. Hemm suġġetti li qabel ma kinux jeżistu bħallPSD jew studenti li minflok ir-reliġjon jidħlu għall-ethics. Din tinvolvi klassijiet ġodda u rridu naħsbu għaliha. Imbagħad hemm skejjel fejn nipprovaw noħolqu ambjent ta’ familja. Dawk huma faċilitajiet ġodda li wieħed irid jaħseb għalihom u li mhumiex lussu,” qal Axiak li rrimarka wkoll kif anke l-użu tat-teknoloġija jippreżenta xenarju ġdid. “Għandna t-tablets, irridu naħsbu għall-wifi networking u għandna l-arja kkundizzjonata allura rridu ċertu investiment fl-effiċjenza tal-enerġija. Jiġifieri rridu tibdil kemm bħala binja u
kemm bħala skola,” kompla jinnota filwaqt li beda jħejji biex ikompli bl-impenji tiegħu f ’jum li deher li kien wieħed impenjattiv. Però kien baqa’ l-aħħar mistoqsija. Isibu r-riżorsi meħtieġa biex jaħdmu? Għax il-miljuni li joffri l-Gvern mhumiex biżżejjed. Trid l-esperti u trid il-ħaddiema fuq il-lant tax-xogħol. “Bħalissa għaddejjin ħafna proġetti u ħafna speċjalizzazzjonijiet diġà huma impjegati ma’ kuntratturi u hemm diffikulta biex wieħed isib l-impjegati,” temm jispjega Axiak li fisser kif fi klima ekonomika millaqwa, din offriet sfida ġdida. Sfida li però trid tingħeleb għax hemm ġenerazzjoni li tielgħa u li l-Gvern, permezz l-FTS, huwa determinat li joffrilha l-aqwa faċilitajiet u opportunitajiet.
06
19.03.2017
kullhadd.com
SISTEMA ĠDIDA TA’ DAWL FIT-TRIQ TAL-BAĦRIJA Fil-ġimgħat li għaddew, tlesta l-proġett ta’ dwal ġodda fit-triq tal-Baħrija, sabiex l-aċċess għal din il-lokalità u għar-residenti li jgħixu fiha jkompli jitjieb. Is-sena li għaddiet sar xogħol infrastrutturali fittriq li twassal għall-Baħrija u nħoloq ukoll inkonvejent minħabba sejbiet storiċi li saru. Fil-fatt, il-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma u d-Dipartiment tasSovrintendenza talPatrimonju Kulturali ħadmu flimkien fuq il-proġett biex irresidenti tal-Baħrija ikollhom sistema tad-drenaġġ wara ħafna snin. Il-proġett kien ħa ftit tażżmien iktar milli mistenni hekk kif malli xogħlijiet waslu fl-aħħar 300 metru nstabu
numru ta’ sejbiet storiċi. Anke jekk wieħed jifhem li dawn iridu jkunu priservati, il-Gvern, saħansitra l-Prim
Ministru, kien tkellem dwar proġett ta’ kumpens. U kien għalhekk li qabbad lillEnemalta tagħmel dan il-
fuq arbli ġodda, f ’medda ta’ triq twila kważi 2 kilometri, f ’din it-triq li qabel ftit li xejn kellha dawl fiha. Il-ħaddiema ta’ Enemalta għaddew ħafna mill-cables minn taħt il-livell tat-triq sabiex jonqos ir-riskju ta’ ħsarat minħabba maltemp jew riħ qawwi. Permezz ta’ dan l-investiment ta’ madwar €100,000, kompliet tiżdied is-sigurtà u l-kumdità għarresidenti tal-Baħrija u dawk kollha li jsuqu jew jimxu f ’din it-triq matul il-lejl. Is-sena li għaddiet, il-Gvern iffinanzja proġett simili fit-triq tal-Imtarfa. Bħalissa għaddej proġett ieħor fl-inħawi ta’ Ħal Farruġ. Mistenni wkoll li fiż-żmien li ġej jittieħdu proġett ta’ dwal. aktar inizjattivi bħal dawn B’hekk, il-Gvern, permezz biex aktar toroq, li s’issa qatt tal-kumpanija Enemalta plc, ma kellhom sistemi ta’ lampi, waħħal sistema ta’ 65 bozza jiddawlu u jsiru aktar sikuri.
07
19.03.2017
kullhadd.com
L-ATTENTAT BIEX JIĠBOR ĠIEĦU MAN-NEGOZJI FALLA • BUSUTTIL JORGANIZZA LAQGĦA “MAGĦLUQA GĦALL-MIDJA” GĦAL NEGOZJANTI L-ĠIMGĦA BILLEJL F’LUKANDA F’TAS-SLIEMA • KIEN QED JISTENNA ATTENDENZA TA’ 175 NEGOZJANT – IMORRULU 70 PERSUNA Laqgħa organizzata biex Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonlista jipprovaw jiġbru ġieħhom man-negozji rriżultat fi flopp sħiħ hekk kif stiednu mal-175 negozjant u spiċċaw b’inqas min-nofs ta’ kemm ħasbu li se jattendu. Il-laqgħa “ma’ nies prominenti minn diversi oqsma” maħsuba biex il-partit, “wara, jimbuttaw l-interessi u x-xewqat tan-nies” saret f ’lukanda f ’Tas-Sliema nhar il-Ġimgħa li għadda, 17 ta’ Marzu, fit-8pm. F’ittra ta’ stedina ffirmata mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u li ksibna kopja tagħha, jingħad hekk: “Nixtieq ħafna li narak u li nisma’ x’taħseb. Il-laqgħa se tkun magħluqa għall-midja biex b’hekk kulħadd iħossu liberu jitkellem u jgħid dak li jħoss.” Il-gazzetta Kullħadd hija nfurmata li sal-Ġimgħa filgħodu l-Partit Nazzjonalista kien ordna ikel għal madwar 200 ruħ. Madankollu, sorsi fid-Dar Ċentrali qalulna li nhar il-Ġimgħa waranofsinhar, ftit sigħat qabel bdiet din il-laqgħa, il-Partit Nazzjonalista niżżel din l-ordni bin-nofs. L-istess persuni qalulna li filfatt, ikkonfermaw l-attendenza tagħhom 90 persuna, li minnhom tfaċċaw filgħaxija madwar 70 ruħ.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jasal għal-laqgħa. Daħal kuntent ħareġ diżappuntat.
lum li Simon Busuttil innifsu kien innegozja u esiġa minn db Group biex iħallsulu l-pagi tal-ogħla żewġ esponenti tal-Partit Nazzjonalista, dik tas-Segretarju Ġenerali u tasCEO tal-PN wassal biex Busuttil jibda jgħajjar lin-negozji “maħmuġin”. Espona ruħu wkoll bħala Kap li ma jaħsibhiex darbtejn biex imur fuq it-televiżjoni u jikxef konverżazzjoni ma’ nies li hu stess kien qed jitlob il-flus mingħandhom. Apparti minn hekk, it-tgħajjir Fallout kbira man-negozjanti li Simon Busuttil għajjar lil db Group esponieh għal Kap L-iskandlu li faqqa’ fil-Partit ta’ Partit irrabjat u aggressiv. Nazzjonalista fejn irriżulta sal- L-ewwel jitolbok il-flus, im-
bagħad ma jaħsibhiex darbtejn biex jipprova jgħidlek li dawn kienu “flus magħmuġin”. L-ammissjoni ta’ xi jiem wara fejn qal li dan qalu f ’mument ta’ “rabja”, iktar nisslet dubju fuq il-karattru dgħajjef ta’ Busuttil. Il-kredenzjali ta’ Busuttil iddgħajfu darba għal dejjem Dan l-iskandlu fejn ħareġ li kien Busuttil li fassal skema u talab lill-kumpaniji jħallsu l-pagi ta’ l-ogħla żewġ karigi tal-PN kisser għalkollox il-kredenzjali li Busuttil kien qed jikkampanja fuqhom, jiġifieri governanza tajba u trasparenza.
Busuttil innifsu issa jinsab għaddej minn investigazzjoni mill-Kummissjoni Elettorali minħabba ksur tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Dak li żveljna f ’ONE News u fil-gazzetta Kullħadd fl-aħħar ġimgħat, jiġifieri li kien hu li sejjaħ laqgħa ma’ db Group u li matulha esiġa li jitħallsu l-pagi u li d-donazzjonijiet telgħu għal iktar minn €500,000 fl-aħħar snin qatt ma ġew miċħuda. Internament il-kanuni daru fuq Simon Busuttil għall-fatt li għamel froġa sħiħa fil-mod kif mexxa din il-kwistjoni. Minnaħa l-oħra l-klikka ta’ Caruana Galizia, David Thake u li
hija mmexxija min-nies madwar Busuttil fetħu l-attakk fuq Mario De Marco. F’konferenza li sejħulha ‘konferenza radju’ ilbieraħ, Simon Busuttil reġa’ fil-konfort tal-istazzjon tal-PN, insista qatigħ biex ifiehem lis-segwaċi tiegħu li fil-Partit Nazzjonalista ma teżistix qasma. Fil-fatt, il-moral tal-uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista jinsab baxx ħafna. Il-laqgħa flopp fil-magħluq man-negozjanti ta’ nhar ilĠimgħa li għadda kkonfermat dak kollu li internament beda jinħass, jiġifieri sfiduċja kbira fil-kredenzjali tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
ĦADD MA RIED IWIEĠEB GĦALL-KAP • MA JSIRUX KONFERENZI TAL-AĦBARIJIET
Għaddew ġimagħtejn minn meta faqqa’ l-iskandlu skema Pagi PN u ebda deputat Nazzjonalista ma kien komdu jagħmel konferenza tal-aħbarijiet. Il-ġurnalisti jixhdu kif il-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni mmexxi minn Simon Busuttil, huwa magħruf għal numru ta’ konferenzi tal-aħbarijiet li jagħmel fuq kull suġġett u b’mod ripetittiv. Iżda, minn meta faqqa’ l-iskandlu PAGI PN ma saritx konferenza tal-aħbarijiet waħda minn shadow minister tal-Partit Nazzjonalista. Mill-ħamsa ta’ Marzu issa għaddew ġimagħte-
jn u ttieħdet id-deċiżjoni interna li sakemm joqogħdu l-ilmijiet ma kellhomx isiru attivitajiet fejn ikun hemm kuntatt dirett
mal-ġurnalisti. Iżda, din ma kinetx biss deċiżjoni tal-uffiċċju tal-komunikazzjoni li anke lil Busuttil qallu biex joqgħod ftit
lura. Imkejjen fil-Partit Nazzjonalista qalu li deputati ewlenin bagħtu l-messaġġ li ma kinux komdi jiffaċċjaw lill-ġurnalisti għax ma jafu xejn fuq l-iskema li ħoloq Simon Busuttil ftit wara li sar Kap. Dik li permezz tagħha negozjanti kienu qed iħallsu s-salarji ta’ uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista. Il-messaġġ kien li fil-ftit li deher anke l-Kap inqabad f ’għadd kbir ta’ kontradizzjonijiet u dan meta hu l-iktar wieħed li kien jaf dwar l-iskema għax ħoloqha hu. Fil-fatt meta kien hemm il-programm tat-televiżjoni u l-Partit Nazzjonalista bilfors kellu jibgħat lil xi ħadd
ukoll kien hemm min ħasel idu. Saħansitra, Alex Perici Calascione, t-teżorier tal-lum qal li ma kien jaf b’xejn u Chris Said qal li hu qatt ma ħa pagi minn dawn id-donazzjonijiet. Anke l-Viċi Kap Mario De Marco kien ċar li skema bħal din, li Busuttil qal mat-Times of Malta li m’hemmx oħra bħalha, ma kienx jaf biha. Skont hu għax m’għandux x’jaqsam mal-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista. Fl-aħħar jiem Busuttil għamel bħad-deputati tiegħu u hu wkoll mar jagħmel l-attivitajiet mingħajr midja fosthom meta żar il-Belt mingħajr ġurnalisti.
08
19.03.2017
kullhadd.com
LEJN IKTAR SUĊĊESS FIS-SNIN LI ĠEJJIN
Fl-2008 ġejt quddiemkom nitlobkom mandat, ġejt quddiemkom bi programm ċar ta’ 15-il sena. Ħames snin ta’ Oppożizzjoni li tipprepara u li twitti t-triq għal għaxar snin ta’ Gvern li jwettaq. Illum ninsabu kważi fin-nofs ta’ dan il-pjan, iżda s-suċċessi li ksibna f ’dawn l-erba’ snin mhu se jkunu xejn ħdejn is-suċċessi li se niksbu fis-sitt snin li ġejjin. Stqarr dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista waqt li kien qed jindirizza attività politika fit-Teatru Orpheum il-Gżira. Meta s-sena d-dieħla mmorru quddiem il-poplu aħna se ngħidulu x’għamilna, se ngħidulu kif il-persuni b’diżabbiltà tajniehom l-għajnuna biex jaħdmu, kif tajna l-għajnuna lin-nies fqar u l-anzjani, iżda mhux se ngħidulu hekk biss, stqarr il-Prim Ministru. Se mmorru u ngħidulu dan huwa dak li wegħedna u ksibnieh, iżda l-ħames snin ta’ wara jekk ningħataw il-fiduċja, fejn se nibnu fuq dan il-pedament, ikunu l-aqwa żmien li jgħaddi minnu dan il-pajjiż. Il-Mexxej tal-Partit Laburista qal li fadal sena oħra ta’ ħidma biex jitwettaq dak kollu li kien imwiegħed. Il-pajjiż ma jingħarafx minn erba’ snin ilu, fejn kien hawn il-qtigħ ta’ qalb, xogħol li ma kienx ġej u negozji qalbhom maqtugħa. Ilum dawn qed jinvestu, ix-xogħol qed jiġri
wara n-nies, il-pensjonanti raw żewġ żidiet fil-pensjonijiet għal sentejn wara xulxin, żgħażagħ li se jsibu dota ta’ €5,000 millGvern meta jixtru l-ewwel dar tagħhom, kontijiet orħos, sistema ta’ enerġija nadifa minn waħda li tmarrad, sistema ta’ saħħa li kienet qed tikkrolla, għal sistema li issa jekk ma tinqediex fil-ħin ikun il-Gvern li jagħmilek l-operazzjoni. Qasam tal-ġustizzja li qed jinqatgħu aktar kawżi milli jidħlu, gżira Għawdxija li toħloq il-postjiet tax-xogħol, libertajiet ċivili ġodda fejn filli konna l-aħħar nett filli llum il-pajjiżi kollha tal-Ewropa jħarsu lejna bħala wieħed mill-aqwa pajjiżi għal-libertajiet ċivili, sitwazzjoni fejn in-nisa ma kinux inkoraġġuti joħorġu jaħdmu u konna nwaħħlu fis-single mothers biex illum dawn qed joħorġu jaħdmu flimkien ma’ nisa oħra u qed jikkontribwixxu fl-ekonomija, qasam tal-edukazzjoni fejn ħadd mhu qed jitħalla jaqa’ lura, qasam tal-ambjent li kien mitluf f ’oqsma oħra, minkejja li llum huwa tema kontroversjali, imma fl-aħħar hawn vuċi soda, qasam tal-agrikoltura li fl-aħħar qed jisma’ lill-bdiewa u s-sajjieda, difiża b’armata b’saħħitha u pulizija li minkejja l-attakki kontriha qed tiddefendi l-poplu, dawn il-korpi dixxiplinati llum ukoll qed jingħataw id-dritt li jissieħbu fit-trade unions. Fabbriki li llum l-imħatri li jagħmlu huwa
dwar min se jsib l-ewwel nies u men li fil-ħames snin ta’ wara biċċa art biex ikabbar. se tkunu aħjar? Jistaqsu n-nies, u jien ngħid iva fil-ħames snin Direzzjoni waħda: ’il quddi- ta’ wara se tkunu aħjar. Dan ilem għal aktar suċċess Gvern ħaqqu ħames snin oħra biex imexxi ’l quddiem dan Il-Mexxej Laburista tenna il-Gvern? U hemmhekk iridu li aħna m’aħniex kunten- nkomplu niskopru mill-ġdid ti li wasalna f ’tarf it-triq, qed is-sinifikat tagħna bħala movinilħqu triq oħra, orizzont ġdid, ment. Sinifikat li huwa ddettat destinazzjoni ġdida, ta’ pajjiż li mill-bżonnijiet tal-pajjiż, li ma mhux kuntent li jmur lura, iżda jiqafx nofs triq, li jibqa’ għadli għandu direzzjoni waħda: ’il dej t-triq kollha, li nkomplu quddiem għal aktar suċċess. nsaħħu l-pedament tal-pajjiż. Erba’ snin ilu kien hemm Dan huwa moviment u partit ħafna nies li wrew fiduċ- b’saħħtu u magħqud, ħaddieħor ja fina, ħafna b’mod klassiku lanqas hu kapaċi jżomm partit għax kienu mdorrijin jivvutaw magħqud aħseb u ara kemm hu lill-Partit Laburista, oħrajn li kapaċi jżomm pajjiż magħqud, kienu xebgħu bil-Partit Nazz- stqarr il-Prim Ministru. jonalista u għalkemm ivvutaw kellhom dubju u kienu jgħi- Ma nistgħux inreġġgħu l-ardu possibbli jnaqqsu kontijiet, loġġ lura jagħtu ċ-childcare b’xejn? Dak li erba’ snin ilu deher impos- Dr. Muscat talab żewġ affarijisibbli llum il-poplu mhux biss et; l-ewwel dwar in-nies li rriqed jgħixu, illum il-poplu kważi du ngħinu. Il-kwistjoni li tajna nsieh. Mhux biss għamilna bid- ħafna lill-poplu iżda għad min la enormi f ’dan il-pajjiż, imma fadal jintlaħaq aktar. Din mhux kulħadd baqa’ għaddej filwaqt kwistjoni ta’ pjaċiri, qed nitkelli tejjeb ħajtu, sostna Joseph lem fuq min is-sistemi soċjali Muscat. ma laħquhx biżżejjed, min jinsab jgħix taħt saqaf ikkundanMa nistgħux nieqfu nofs triq nat, dawn huma l-ewwel nies li rridu ngħinu. Filwaqt li aħna soDr. Muscat saħaq li din hija disfatti ħafna kemm qed inġibu rivoluzzjoni silenzjuża li xogħol u ġid, sakemm nilħqu l-maġġoranza silenzjuża qed lill-iżgħar wieħed, xorta nkunu tirrikonoxxi u tgħid li iva dan għadna ma wasalniex. Ħadd il-Gvern wettaq dak li wiegħed mhu se jintesa, li l-ġid se jasal u li llum iva ninsabu aħjar. Tem- għand kulħadd, qal il-Mexxej
Laburista. It-tieni messaġġ li nixtieqkom twasslu, għandna Oppożizzjoni li qed taqa’ biċċiet, kulħadd bissjuf politiċi għal xulxin. F’dik is-sitwazzjoni se jkun hemm aktar nies li se jersqu lejn dan il-moviment, uħud li tafu u oħrajn li le. Irridu nkomplu niftħu l-bibien għax din mhix kwistjoni ta’ partiti iżda kwistjoni ta’ ħolqien tal-ġid li jasal għand kulħadd, spjega l-Prim Ministru filwaqt li enfasizza li rridu nkunu lesti dejjem nilqgħu aktar nies fi ħdan dan il-moviment. Din hija trasformazzjoni tal-PL, qed inwessugħ biex ikun l-għażla naturali għall-Gvern, ikun min ikun il-mexxej. Bażi soda ta’ ġenerazzjoni sħiħa. Għandna l-isbaħ żmien ta’ pajjiżna li qiegħed quddiemna. F’ħajjitna mhux se jkollna ċans ieħor nesperjenzaw dan. Biddilna tant il-pajjiż, li jiġri x’jiġri, wara ħadd ma jista’ jreġġa’ l-arloġġ lura, iżda rridu noqogħdu attenti li f ’dan il-perjodu finnofs tat-triq, ma rridu nħallu lil ħadd ireġġa’ l-arloġġ lura. Ħafna nies fil-Partit Nazzjonalista huma mdejqin bil-klikka li ħakmet il-Partit. Aħna rridu nkunu b’idejna miftuħin, ma naqgħu qatt għall-provokazzjoni fejn l-arma tagħna tkun il-qalb progressiva li tħabbat u li nibqgħu nilqgħu lin-nies bilbieb miftuħ beraħ, temm jgħid Joseph Muscat.
09
19.03.2017
kullhadd.com
IKTAR PROĠETTI FIL-BELT BIL-BARKA TAL-UNESCO Kitba ta’ ALEANDER BALZAN Proġetti kbar għall-Belt Valletta kisbu l-barka tal-UNESCO biex hekk il-ħsibijiet tal-Gvern u l-entitajiet tiegħu għal żoni differenti tal-Belt Kapitali tagħna issa għandhom it-timbru ta’ din l-organizzazzjoni internazzjonali ta’ importanza liema bħalha. Dawn il-proġetti huma l-proġett MUŻA (il-Mużew Nazzjonali tal-Arti) fil-Berġa tal-Italja, il-proġett ta’ Pjazza Tritoni fid-daħla tal-Belt Valletta u l-foss ta’ taħt Bieb il-Belt, il-proġett ta’ xogħlijiet f ’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u l-proġett ta’ mina taħt il-Belt Valletta li tiżbokka f ’Marsamxett. Fil-prinċipju hemm ukoll l-approvazzjoni għall-ħsieb wara l-proġett tar-riġenerazzjoni fil-parti ta’ isfel ta’ Sant’Iermu. Il-UNESCO (United Nations Educational, Scientific and Cutlural Organization), awtorità fil-qasam tal-wirt storiku u bliet b’valur storiku bħall-Belt Valletta, tagħmel li tista’ biex ssejħilhom bħala wirt dinji. Iżda, dan isir b’ċerti kundizzjonijiet u ladarba jkun inkiseb dan ir-rikonoxximent m’hemmx garanzija li wieħed
se jżommu għal dejjem. Għalhekk dak li jsir irid ikun konformi ma’ rekwiżiti tal-esperti ta’ din l-organizzazzjoni internazzjonali u proġetti kbar jiġu skrutinizzati minn dawn l-esperti tal-International Charter on the Conservation and Restoration of Monument and Sites li jkunu huma li jagħtu l-parir aħħari lill-UNESCO. Fil-fatt, fl-aħħar xhur kien
hawn f ’Malta diversi żjarat minn esperti ta’ din l-organizzazzjoni fejn analizzaw b’reqqa kull proġett qabel tawh it-timbru tagħhom. Għal ċerti proġetti, iktar minn oħrajn, dak kien ċertifikat importanti. Fost dawn hemm dak tal-mina bejn Tas-Sliema u l-Belt. Huma kienu qed jistennew din il-barka b’awtoritajiet bħall-Awtorità tal-Ip-
pjanar iqisu rakkomandazzjoni mill-UNESCO bħala element kruċjali. Ta’ Dar il-Mediterran ukoll kien wieħed mill-iktar poġetti li kien qed jistenna l-barka anke għax kien hemm kwistjonijiet fuq twaħħil ta’ lift f ’dan il-post ta’ grad wieħed. Lift li hu maħsub biex isir iktar aċċessibbli. Fil-każ ta’ Sant’Iermu fejn ilGvern kien ħareġ sejħa għal lu-
kanda l-UNESCO ukoll laqa’ l-proposta tal-Gvern u qal li jagħmel sens li jkun hemm aspett kummerċjali biex il-parti ta’ isfel ta’ Sant’Iermu terġa’ tingħata l-ħajja. Però kien hemm ċerti rakkomandazzjonijiet speċifiċi li qed tistenna lill-jkunu mibdula bil-għan li d-disinn tal-proġett ikun iktar konformi mar-regoli li tistabilixxi l-UNESCO.
MUŻA
DAR IL-MEDITERRAN
Il-proġett MUŻA se jsir fil-Berġa tal-Italja u ċertu xogħol, partikolarment dak ta’ restawr, diġà beda. Il-mużew nazzjonali, l-ewwel ta’ dan it-tip, se jippromwovi l-arti u l-mużewijiet bħala għodda għall-bidla soċjali. Il-Berġa hi bini storiku li jmur lura sas-seklu 16 u kien jintuża bħala r-residenza tal-Kavallieri Taljani tal-Ordni ta’ San Ġwann. MUŻA se jippreżenta stejjer permezz ta’ oġġetti u wirjiet b’mod innovattiv. L-ewwel tliet stejjer jikkonċernaw il-Mediterran, l-Ewropa u l-Imperu, kollha marbuta mal-ġografija u l-istorja ta’ Malta, filwaqt li r-raba’ storja se tippreżenta lill-artist.
F’Dar il-Mediterran, hemm maħsub proġett ta’ restawr li permezz tiegħu partijiet li llum mhux użati jsiru aċċessibbli għall-pubbliku. Hu maħsub li fil-post isir mużew tal-istorja medika kif kien fi żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann. L-għan hu li Dar il-Mediterran issir ċentru turistiku. Dan huwa proġett li għalih kien hemm applikazzjoni għall-fondi tal-Unjoni Ewropea u mistenni ħafna minħabba li iktar ma jdum ma jibda x-xogħol, iktar issir ħsara lill-bini li għandu partijiet bi bżonn urġenti ta’ azzjoni.
IT-TRITONI U L-FOSS Il-Funtana tat-Tritoni hija ċ-ċentru ta’ żewġ proġetti li qed isiru fid-daħla tal-Belt, biex ix-xogħol li sar fuq il-Parlament il-ġdid ikun ikkumplimentat minn daħla xierqa għall-belt kapitali li hija fost l-isbaħ fl-Ewropa. Il-Funtana tat-Tritoni hija l-attrazzjoni ewlenija taż-żona ta’ Putirjal u għandha storja rikka warajha, u għalhekk ħaqqha tingħata l-attenzjoni xierqa. Il-funtana ta’ Vincent Apap li nsibu fid-daħla tal-Belt Valletta diġà ntbagħet barra minn xtutna għar-restawr. Dan il-proġett se jara lill-Pjazza tat-Tritoni ssir pjazza pedonali miftuħa għall-pubbliku, bil-pedament ikun magħmul mill-istess ġebla Maltija tal-Bieb tal-Belt Valletta.
MINA BEJN TAS-SLIEMA U L-BELT Investiment ta’ 10 miljun ewro li jgħaqqad il-Kottonera mal-Belt Valletta u Tas-Sliema, fi vjaġġ bil-baħar ta’ tmien minuti. Dan hu proġett ta’ Project Malta għall-proġetti ta’ trasport alternattiv fiż-żoni tal-Port il-Kbir u dak ta’ Marsamxett. Għal dan l-għan se jsir tħaffir ta’ mina ta’ 800 metru li taqsam il-Belt Kapitali biex il-vjaġġ ikun wieħed effiċjenti u dirett. Id-dgħajjes se jitilqu minn Tas-Sliema, The Strand, jgħaddu minn ġol-mina u jieqfu l-Belt in-naħa ta’ Lascaris, biex min irid jitla’ l-Belt bil-lift, u min irid jibqa’ għaddej għall-Kottonera. Huwa propost li s-servizz se jkun operat bil-kollaborazzjoni tal-Captain Morgan Cruises, li se jinvestu madwar tliet miljun ewro oħra f ’dgħajjes apposta.
10
19.03.2017
kullhadd.com
XI ĠMIEL!
Dan hu l-istallett ta’ Jean Parisot de Valette għall-wiri filMużew tal-Arkeoloġija l-Belt Valletta. Misluf mil-Louvre ta’ Pariġi wara li ħolma ta’ poplu saret realtà b’intervent diplomatiku tal-Prim Ministru, Joseph Muscat, mal-President ta’ Franza Francois Hollande. Ħafna diġà bdew iżuruh u oħrajn li għandhom għal qalbhom l-istorja ta’ pajjiżna żgur li se jagħmlu dan fil-ġimgħat li ġejjin. Tassew, li anke fil-qasam kulturali qed nilħqu quċċati li pajjiżna qatt ma laħaq qabel.
TAĦRIĠ DIFFERENTI GĦALL-ĦADDIEMA ĠODDA TAS-SERVIZZ PUBBLIKU • BIDLA OĦRA BIL-GĦAN LI L-PUBBLIKU JINQEDA AĦJAR Kitba ta' COLIN DEGUARA Kulħadd xi darba jew oħra jeħtieġ li jinqeda mis-Servizz Pubbliku u l-Gvern qed jagħmel dak kollu li jista’ biex il-ħaddiema jkunu mħejjija bl-aqwa mod. Is-segretarji u l-prinċipali l-ġodda fi ħdan isServizz Pubbliku qed jingħataw taħriġ vast u differenti missoltu biex filwaqt li jżidu it-tagħrif fuq ix-xogħol ikunu iktar komdi fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Matul dan it-taħriġ il-ħaddiema qed jingħataw it-tagħrif kollu teoretiku filwaqt li jiġu esposti għall-postijiet taxxogħol differenti li joffru bosta dipartimenti fi ħdan isServizz Pubbliku. Dan qed jagħti ċ-ċans lirreklutaġġi l-ġodda jaraw jekk jippreferux jaħdmu ġo xi dipartiment ieħor għasservizzi pubbliċi. Dan hekk kif diġà hemm bosta li għażlu li jirrevedu l-applikazzjoni tagħhom biex jaħdmu f ’dipartiment differenti minn dak li jkunu għażlu. Tkellimna ma’ Dr. Joyce Cassar millPeople and Standard Division li spjegat kif is-sistema ta’ taħriġ toffri dawn l-esperjenzi f'dipartimenti varji. “Inpoġġuhom f ’rotazzjoni, naraw li jkollhom ftit perspettiva u ftit viżibbiltà ta’
kif jaħdmu ftit viżibbiltà dwar ħaddieħor x’għandu bżonn minnha dipartimenti pereżempju, jew inkella varji fis-servizz d-dipartimenti l-oħra kif pubbliku. Allura jaħdmu u għalhekk ma kienx jkollhom qishom taster ta’ ikollha stampa sħiħa ta’ x’inhu x’inhu s-Servizz Pubbliku,” s-Servizz Pubbliku.” qalet Cassar. Biex ħaddiema bħal segretarji Dan b’differenza minn qabel jkunu jafu jmorru man-nies fejn il-ħaddiema ġodda kien matul it-taħriġ jingħataw ikollhom idea tas-Servizz valuri neċessarji ta’ kif imorru Pubbliku minn perspettiva man-nies. ta’ konsumaturi biss u “Nippruvaw nagħtuhom ħiliet għalhekk jew ikollhom idea anki ta’ taħriġ li jekk huma se żbaljata totalment jew inkella jkunu f ’oqsma tekniċi l-ewwel ma jkunux familjari mal- nagħtuhom il-bażiku li huwa valuri tax-xogħol u għalhekk l-komportament, l-imġiba, ilma jkollhomx l-abbiltajiet customer care, għax għalina neċessarji li għandu jkollhom l-customer care ma jfissirx biss fuq dan il-post tax-xogħol. dak li qiegħed wara l-mejda Cassar qaltilna kif “fl-antik il- jaqdi ċ-ċittadin biss imma persuna kienet tiġi impjegata, s-servizz tal-konsumatur impoġġija fil-post fejn se għalina huwa f ’kull parti, allura tkun, mingħajr ma jkollha naraw li għandu l-bażiku ta’
xi tfisser amministrazzjoni pubblika,” żiedet Cassar li nnotat kif ħaddiema bħallprinċipali li huma l-ewwel livell t’immaniġġjar jibdew billi jitgħallmu fuq il-qafas tal-immaniġġjar tas-servizzi pubbliċi. It-taħriġ teoretiku jkopri oqsma bħall-valuri u l-imġiba professjonali; l-użu tal-midja soċjali mill-uffiċjali pubbliċi; ħiliet bażiċi ta’ organizzazzjoni u tqassim tal-ħin. Wara li jingħata dan it-taħriġ lis-segretarji u lill-prinċipali kollha, dawn l-istess ħaddiema se jkunu jistgħu jkomplu fuq it-tieni fażi ta’ taħriġ biex wara li kulħadd ikun issetiljat fuq id-dipartiment tiegħu, il-ħaddiema jkunu jistgħu jkomplu b’taħriġ iktar ffukat fuq l-irwoli tagħhom. F’din it-
tieni fażi fi kliem Cassar, “se nkunu qed naraw fejn għandna dan in-nuqqas, bħala taħriġ jiġifieri. Forsi persuna jkun għadu l-ewwel xogħol tagħha u jkollha bżonn aktar taħriġ biex tintegra man-nies.Jew inkella persuna li ftit għandha accounts ngħinuha tiżviluppa aktar fittaħriġ biex tispeċjalizza ftit f ’dak il-qasam.” Din is-sistema se tkun qed twassal biex il-ħaddiema stess ikunu iktar kuntenti fuq xogħolhom u għalhekk isservizz ikompli jitjieb għallkonsumatur. Cassar stqarret li dan it-taħriġ se jkun qed jagħmel dak li sistemi oħra t’ingaġġ ma rnexxilhomx jagħmlu, li jħarsu lejn ilħaddiem b’mod ħolistiku u jaraw x’inhuma l-abbiltajiet u t-talenti speċifiċi tal-persuna. “Inkunu nafu, bi skills matching u permezz ta’ performance upraisals, fejn inpoġġu l-aħjar nies, anke għas-sodisfazzjon tagħhom. Mhix xi ħaġa li tissolva f ’ġimgħa jew f ’ġurnata imma hija proċess sħiħ. Imma permezz tal-induction li hija parti minn struttura ta’ taħriġ u żvilupp lejn il-persuni li qed inħarsu lejhom, nemmen li nistgħu naslu li jkollna nies iktar motivati, nies iktar sodisfatti li jaċċettaw li jkunu iktar flessibbli. Allura iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar innies iħossu b’mod tanġibbli l-istandards li s-Servizz Pubbliku kapaċi joffri,” qalet Cassar.
11
19.03.2017
kullhadd.com
META L-VITTMA U L-KRIMINAL JITKELLMU • SE JIDĦOL F’MALTA L-KUNĊETT TA’ MEDJAZZJONI BEJN VITTMI U AGGRESSURI • M’HEMMX TIP WIEĦED TA’ MEDJAZZJONI F’Malta għadha mhix popolari, anzi tista’ tgħid għadha ma bdietx. L-użanza ta’ medjazzjoni bejn il-vittma ta’ reat u l-aggressur hija maħsuba biex tibda f ’April wara li titnieda iktar tard dan ix-xahar. Ilgazzetta KullĦadd tkellmet ma’ SANDRA
SPITERI, akkademika li kienet responsabbli mit-taħriġ tal-uffiċjali li se jservu ta’ medjaturi. Din hija sistema li ilha teżisti, bdiet fis70ijiet fil-Kanada fejn ikollok persuna li kkommettiet reat u ddispjaċiha tiltaqa’ mal-
Din it-tip ta’ medjazzjoni joni ċivili jew kummerċjali, trid tkun fuq l-inizjattiva għandek relazzjoni fejn iżta’ min wettaq ir-reat? żewġ partijiet diġà jafu lil xulxin u għandhom forma Aħna dejjem nibdew b’min ta’ relazzjoni jew fin-negozwettaq ir-reat biex nevitaw ju jew familjari, mhijiex bejn dak li jissejjaħ secondary victimi- żewġ persuni estrani. Meta sation. Il-vittma diġà saret vit- qed nitkellmu fuq victim oftma; hija persuna li m’għamlet fender reconciliation għandna xejn. Spiċċat fis-sitwazzjoni żewġ persuni estrani. Però għax iċ-ċirkostanzi hekk l-vittma spiċċat fin-nofs bla kienu allura ma nkunux irri- m’għamlet xejn u hemm du nsaqsu l-vittma l-ewwel li ħafna iżjed biża’ min-naħa forsi tgħid li lesta tiltaqa’ ma’ tal-vittma. dak li jkun, imbagħad immorru fuq il-persuna li wet- Jiġifieri qed ngħidu li tqet ir-reat u tgħidilna li ma l-idea tinbet minn min tridx tiltaqa’ mal-vittma jiġi- ikun wettaq ir-reat li jitkelfieri għalhekk dejjem nibdew lem mal-vittma? mill-persuna li kkommettiet r-reat u jekk taċċetta ngħad- L-idea ġeneralment tindu għall-vittma. bet mill-medjaturi. Il-każ ikun il-Qorti jew fuq parole X’għandha differenti med- u meta jkun qed jaħdem jazzjoni f ’dal-qasam minn mal-persuna li wettqet iroħrajn bħal dik ċivili jew reat, xi professjonist jista’ kummerċjali? jgħid isma’ dan jista’ jkun lest għall-medjazzjoni? Hekk tinMeta għandek medjazz- bet ġeneralment.
X’se jkunu qed jieħdu minnha ż-żewġ partijiet speċjalment il-vittma li dan l-aħħar forsi bħal donnu li sar inqas importanti minn min iwettaq ir-reat? It-tnejn jiggwadanjaw xi ħaġa. Ħa nibdew mill-vittma. Il-vittma ħafna drabi jkollha ħafna mistoqsijiet x’tagħmel lill-persuna li għamlet reat kontriha. Għalfejn jiena? Għalfejn dħalt f ’dahri? Għalfejn weġġajtni? Jien x’qatt għamiltlek? Inti tafni? Xi ħadd tak informazzjoni fuqi? Dawn id-domandi kollha l-vittma tista’ tistaqsihom wiċċ imb wiċċ lill-persuna li kkommettiet ir-reat kontrieha. Il-vittma jgħinha ħafna l-fatt li għandha wiċċ li taf min hu mhux it-tip ta’ qisek għandek fantażma li weġġgħek. Il-fatt li jiena ltqajt miegħek u kellimtek, dik tgħin ħafna lill-vittma. Min-naħa l-oħra, il-persuna
vittma tagħha, biex anki tiskuża ruħha u forsi tagħmel xi emenda għal dak li għamlet jekk il-vittma taċċetta. Fil-fatt il-proċess jirnexxi biss jekk it-tnejn jaċċettaw u dwaru staqsejna numru ta’ mistoqsijiet lil Spiteri li kellha tweġibiet dettaljati u mirquma x’tagħti.
li kkommettiet ir-reat ukoll tgħinu ħafna. Tgħin fis-sens li iżjed isir konxju tal-ħsara li għamel. Ħafna nies li jikkommettu r-reati, m’għandhomx xi ħaġa speċifika kontra l-vittma, anzi probabbli lanqas biss ikunu jafuha, u ma jirrealizzawx ħafna drabi meta inti titkellem magħhom u tistaqsihom għaliex weġġgħu lil xi ħadd, jgħidulek li m’għandhom xejn kontrihom. Però fil-verità importanti li jirrealizzaw li weġġgħu persuna. Ħaġa oħra hija li din tgħin lill-persuna li kkommettiet irreat terġa’ tidħol lura fis-soċjetà. L-idea hi li kien hemm ksur u nipprovaw nerġgħu nirranġawh.
jekk tasal fil-punt fejn verament jiddispjaċik li weġġajt lil xi ħadd, li lest tagħmel apoloġija sinċiera, dik lilek għandha tgħinek biex ma tagħmilx reati oħra għax tkun taf kif ħassejtek. Mhix faċli għall-persuna li kkommettiet reat li taffaċċja l-vittma li tkellem lill-vittma għax hi taf x’għamlet eżatt. Min-naħa tal-vittma, jista’ jkun li meta ssir jaf min hi l-persuna tikber fiha s-sensazzjoni ta’ rabja u tpattija?
Iva, fil-fatt wieħed mix-xogħol tal-medjatur huwa li jiltaqa’ kemm mal-vittma u kemm mal-persuna li għamLil min ikun wettaq ir-reat let ir-reat qabel l-ewwel tgħinu b’tali mod li ma laqgħa tal-medjazzjoni jiġijsirx riċediv? fieri l-medjatur irid ikun skilled biżżejjed biex jara Idealment iva, però qed nit- li m’hemmx dak li jissejjaħ kelmu fuq nies jiġifieri ma Tkompli f ’paġna 12 >> tista qatt tkun 100%. Imma
12
19.03.2017
kullhadd.com
attent li jkun hemm ċertu sinċerità però qatt ma tista’ tkun żgur. Importanti li wieħed iżomm f ’moħħu li l-fatt li l-persuna li kkommettiet ir-reat tipparteċipa fil-medjazzjoni, din mhu ħa jkollha l-ebda influwenza fuq is-sentenza. Għaliex? Għax inkella kulħadd jipparteċipa u jgħid li ddispjaċih jekk jeħles mill-ħabs. Però din importanti. Kull persuna li tipparteċipa mhux ħa jkollha l-ebda influwenza, infatti l-liġi qiegħda ċara, fuq is-sentenza.
Meta nitkellmu fuq superjorità, il-vittma tistaqsi ħafna drabi għaliex twettaq ir-reat. Min-naħa tal-kriminal, kemm taħseb li jkun lest li jwieġeb?
X’metodi oħra hemm ap- Min l-aktar parti wiċċ imb wiċċ? l-medjazzjoni?
F’każ li l-għan ikun personali, x’jiġri?
Wiċċ imb wiċċ hija l-medjazzjoni klassika. Inti waqt il-medjazzjoni li trid tagħmel hu li ġġib iż-żewġ partijiet jaqblu bejniethom dwar x’ħa tagħmel il-persuna li kkommettiet reat għall-vittma. Jista’ jkun li ma jiltaqgħux wiċċ imb wiċċ u dal-ftehim xorta jsir, però jsir bejn il-vittma u l-medjatur u bejn il-medjatur u l-persuna li kkommettiet ir-reat jiġifieri qisu l-medjatur ikun fin-nofs, jieħu l-informazzjoni bejn it-tnejn u jipproponi lit-tnejn. Qbil mingħajr qatt ma jiltaqgħu.
jirreżisti Barra minn Malta jsiru dawn il-każijiet però jsiru wara proċess twil ta’ ħidma minn differenti Ma tistax tgħid għax kull każ professjonisti hu uniku. Għat-tnejn hija kemm mal-persuna li qatlet diffiċli. Nafu li mir-riċerka li u kemm mal-qraba tal-mejjsaret, waħda mill-complaints et. Mhix faċli, jien inħobb li jkollhom il-vittma li anki ngħid let’s start small jiġifieri meta jkun hemm apoloġi- ma nimmaġinax li ħa jkollna ja ħafna drabi, il-persuna f ’dawn is-snin xi każ li ħa li kkommettiet ir-reat ma jkun daqshekk jaħraq. Jien tkunx sinċiera u inti meta qed nimmaġina iżjed każi ta’ persuna tagħmillek apoloġi- serq minn negozji, fejn il-vitja u ma tkunx sinċiera tind- tma ma tkunx sofriet b’mod una. Dawn il-każi ħa jkollna gravi. Ma nimmaġinax xi każ żgur għax wieħed ma jistax ta’ stupru, ta’ grievous bodily jeskludi li persuna tgħidlek harm. Kull każ hu differenti. li ddispjaċiha u li ma terġax Issa naħseb li l-ewwel nibimma ma tkunx sinċiera. dew nimxu mbagħad nibdew Il-medjatur irid joqgħod niġru.
F’dak il-każ, il-medjatur irid joqgħod attent ħafna. Jista’ jkun li ma jlaqqagħhomx. Hemm anki studji barra f ’każijiet ta’ vjolenza domestika, fejn għandek raġel qed isawwat lil mara. Hemm żewġ ideat: waħda li iva għandha tintuża l-victim offender mediation u oħra li le u l-argumenti qegħdin kollha fuq dik li tissejjaħ power imbalance. Jiġifieri li inti għandek raġel isawwat lill-mara diġà hemm żbilanċ fil-poter. Issa jekk jien ħa nissuġġerixxi l-medjazzjoni, il-mara tista’ taċċetta għax tant tkun imwerwra li taċċetta kollox. Allura ħafna drabi f ’dal każi x’jiġri? L-ewwel ikun hemm is-separazzjoni jiġifieri ma jibqgħux taħt l-istess saqaf, isir ħafna xogħol mar-raġel u mal-mara. Meta l-mara ma tibqax imbeżżgħa mir-relazzjoni, hemm tista’ ssir il-victim offender mediation. Qed nitkellmu wkoll dwar
Tkompli minn paġna 11
power imbalance. Dan ifisser li la l-persuna li kkommettiet ir-reat ma tħossha superjuri lejn il-vittma u lanqas il-vittma ma tħossha superjuri lejn il-persuna li għamlet ir-reat. Importanti li jekk il-medjatur jaħseb li hemm dan l-iżbilanċ, u li xi wieħed mill-partijiet b’xi mod ħa jweġġa’, il-medjazzjoni wiċċ imb wiċċ ma ssirx. Mhux bilfors kull medjazzjoni ssir wiċċ imb wiċċ, jista’ jkun hemm każi fejn il-partijiet qatt ma jiltaqgħu u l-medjatur ikun qisu l-go between u dawk huma każi oħrajn li huma jew delikati wisq jew problematiċi.
Mhux bilfors kull medjazzjoni ssir wiċċ imb wiċċ, jista’ jkun hemm każi fejn il-partijiet qatt ma jiltaqgħu u l-medjatur ikun qisu l-go between
Ħafna drabi jkunu lesti għax ħafna kriminali ma jirrealizzawx li l-vittma qed issaqsi did-domanda. Fis-sens, għalihom tant hija faċli li għamlu r-reat veru però jafu li kienu hemm aċċidentalment, jien mhux li għandi xi ħaġa għalik, u dik tgħin ħafna lill-vittmi għax jibżgħu li dil-persuna kellha għalihom, u li jerġgħu Tara din it-tip ta’ med- jisfaw vittma tagħha. Almenu jazzjoni possibbli f ’kull l-fatt li l-persuna tiġi tgħidlek reat, anki f ’każ ta’ qraba jiena għalik personali ma kelli ta’ mejjet fi qtil? xejn u m’għandi xejn.
Ħafna nies li jikkommettu r-reati, m’għandhomx xi ħaġa speċifika kontra l-vittma, anzi probabbli lanqas biss ikunu jafuha
kif ikunu involuti l-familji. Kemm tkun involuta l-komunità? Bil-liġi tagħna l-victim offender mediation tista’ ssir biss bejn il-persuna li kkommettiet ir-reat u l-vittma tagħha. Però jeżistu wkoll fl-Ewropa u fl-Amerka, prattikament fid-dinja kollha nistgħu ngħidu, dawk li jissejħu jew extended victim offender mediation fejn inti tista’ ġġib ħabib, ħabiba, ġenituri, jew xi ħadd biex jagħtik is-sapport. Kemm min-naħa tal-aggressur u kemm min-naħa tal-vittma. Imbagħad hemm dawk li jissejħu l-conferencing fejn inti mhux biss għandek il-familjari tiegħek imma ħa jiġi xi ħadd mill-pulizija jew mill-Kunsill Lokali fejn ħa jkollna nies – int, il-familjari u ċ-ċirku ta’ barra li huwa l-komunità. Malta m’għandniex il-liġi li tkopriha jiġifieri hawn Malta ħa nibdew biss bil-vittma u bil-persuna li kkommettiet reat. Biex issir, l-akkużat irid ikun ammetta? Irid mhux biss jammetti imma jemmen f ’dik l-ammissjoni jiġifieri mhux biss għax l-avukat tiegħu qallu li jaqbillu jammetti. Jiġifieri mhux it-tip li jgħidlek li għamiltha imbagħad meta niġu għas-si u n-no jgħidilha le isma’ m’għamilthiex għax hemmhekk ikollok diżastru. Min ikun involut f ’każ wara ieħor f ’atti kriminali, x’suċċess taħseb li jista’ jkollu f ’medjazzjoni? Meta għandek persuna li qed tagħmel ħafna reati wieħed wara l-ieħor, ġeneralment fil-bidu lanqas biss tipprova tagħmel medjazzjoni għax il-persuna tkun qiegħda wisq disturbata u fil-ħajja kriminali. Però ġeneralment wara ammont ta’ snin f ’dil-ħajja kulħadd jegħja u hemmhekk jista’ jkun anki jekk għandek persuna li għamlet 10 jew 15-il reat. Jista’ jkun li mal15-il wieħed, tasal biex tgħid jien daqshekk irrid naħdem fuq ħajja ġdida jiġifieri jiddependi ħafna fuq il-persuna li tagħmel ir-reat u għalhekk nibdew minn hemm ukoll. Tarawh bħala programm tajjeb biex jirriabilita kriminali żgħażagħ? Idealment, però l-liġi tagħna ma tagħtiniex, li dan jintuża maż-żgħażagħ speċjalment ma’ dawk iż-żgħar li ma jkunux ikkommettew xi ħaġa serja, u tintuża anki min-naħa tal-pulizija jiġifieri qabel ma nibdew il-proċess tal-Qorti jista’ jkun hemm każ fejn il-pulizija tlaqqagħhom mal-vittma tagħhom. Però hawn Malta dil-biċċa Tkompli f ’paġna 13 >>
13
19.03.2017
kullhadd.com
mhux possibbli. Iridu bilfors jittellgħu l-Qorti, imbagħad ħalli ladarba li jibda l-proċess, il-Qorti tista’ tiddeċiedi li tissuġġerixxi victim offender reconciliation. Taħseb li għandna nimxu ’l quddiem minn dan l-aspett? Jiena l-ewwel ħaġa li nixtieq nara hija li tinfetaħ il-possibbiltà li l-pulizija wkoll irressqu każi għall-victim offender mediation. Nippruvaw nużaw il-medjazzjoni minflok ċertu tfal, minn 14 sa 16-il sena, intellgħuhom il-Qorti. Dik hija xi ħaġa li nixtieq nara bħala l-ewwel pass. Ma taħsibx li biex xi ħaġa hekk verament tkun ta’ suċċess irid ikun hemm xi tip ta’ kumpens lill-vittma, forsi finanzjarju? Taħseb li d-diskors biss jagħlaq il-ferita? Il-laqgħa hija importanti għax meta ssir ikun hemm il-ftehim. Il-ftehim jista’ jkun apoloġija waħedha, jista’ jkun kumpens ta’ flus,
xogħol fil-komunità. Jista’ jkun li l-vittma tgħidlu jien għalija ma rrid xejn, l-unika ħaġa li rrid hija li tmur għat-trattament. Kull vittma hija differenti. In-neċessità ta’ kull vittma hija differenti, hekk kif in-neċessitajiet ta’ min jikkommetti r-reat huma wkoll differenti. M’għandekx formola li inti tista’ ddaħħal u toħroġ bir-riżultat.
l-medjatur jista’ jissuġġerixxi li minflok €2,000, il-persuna li għamlet reat kontrik ma Jien qed taħdimx u ma jistax tagħtik €2,000. Inti tikkuntennimmaġina iżjed ta b’€1,000? Imbagħad jekk iġġib lill-vittma tgħidlek iva, każi ta’ serq tmur lura għand l-aggressur, minn negozji, għax dan irid joħroġhom ilflus. Jiġifieri l-medjatur irid fejn il-vittma ma jara dak li huwa ġust, ma jrid tkunx sofriet lil ħadd mill-partijiet isofri, però jrid ikun ukoll possibb’mod gravi. Ma Min jiddeċiedi x’kumpens bli. Jekk inti taf li l-persuna nimmaġinax xi tieħu l-vittma? li kkommettiet reat mhux ħa inutli tgħidilha tħallsek każ ta’ stupru, ta’ Il-medjatur qiegħed hemm tasal, €2,000 għax mhux ħa tasal, biex jimmedja fis-sens anzi tkun agħar. grievous bodily nagħmlu mod eżempju li dan harm. Kull każ hu seraqli €500 u jiena bħala Fiex kien jinvolvi t-taħriġ li vittma ngħidlu li rrid €2,000 sar għal dan il-programm? differenti bħala kumpens għax jiena ma sofrejtx il-500 biss imma sof- It-taħriġ huwa varjat imma rejt b’mod psikoloġiku, kelli jittratta l-iżjed fuq il-proċess mmur għand psikjatra u kel- tal-medjazzjoni, il-problemi li nipposponi xi ħaġa li ridt speċjalment vis-a-vis l-agnixtri, u jien noħroġ bil-fig- gressur u l-vittma, jiġifieri ura ta’ €2,000. Il-medjatur mhux biss il-medjazzjoni ċivijista’ jkun jara l-elfejn ewro li jew kummerċjali. Tkellimna wisq. Għaliex? Forsi l-persu- ħafna fuq il-vittma, tkellimna na ma taħdimx jiġifieri dan ħafna fuq il-persuni differminn fejn ħa jġib €2,000? Jis- enti li jikkommettu r-reati, u ta’ jkun li jgħid ukoll li l-vit- l-persuni li għandek toqgħod jista’ jkun kumpens ta’ xog- tma qed jipprova japprofitta attent minnhom, speċjalment ħol, jista’ jkun kumpens ta’ ruħu mis-sitwazzjoni allura reati frodisti. Jekk inti xi ħadd
li għandu personalità antisoċjali hawnhekk trid toqgħod ukoll attent jiġifieri ċerti nies jew reati iżjed trid toqgħod attent. Sodisfatta s’issa bil-kwalità ta’ dawk li se jkunu medjaturi prospettivi? Iva, naħseb huma nies validi ħafna, għandhom it-taħriġ adekwat, għandhom ukoll ħafna esperjenza fil-qasam ta’ dat-tip ta’ xogħol, fil-ġustizzja kriminali, jiġifieri ma naħsibx li għandu jkollna problemi. Kemm tħares ’il quddiem għal medjazzjoni iktar effettiva? Jien naħseb li ftit ftit din tikber. Qed ngħid hekk mhux biex ngħid xi ħaġa sabiħa però kull fejn bdiet dejjem kibret. U dejjem jekk il-Qrati, il-pulizija u l-avukati jaċċettawha din tikber, għax mhijiex xi ħaġa li ddejjaq lin-nies u l-pubbliku inġenerali allura m’għandhiex għalfejn ma tikbirx. Lura m’għandhiex għalfejn ma tikbirx.
14
SITTIN SENA WARA 19.03.2017
kullhadd.com
Fl-aħħar jiem il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej qabel fuq dikjarazzjoni dwar il-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea. Uffiċjali għolja ta’ partiti membri tal-PES appoġġjaw din id-dikjarazzjoni li hija maħsuba biex tnebbaħ id-diskussjoni li se ssir matul il-ġimgħa li ġejja. Din hi d-dikjarazzjoni b’mod sħiħ.
Sittin sena ilu, iċ-ċittadini Ewropej waqqfu s-sisien tal-Unjoni Ewropea – waħda mill-akbar forzi li b’suċċess ħadmet favur il-paċi, id-demokrazija, il-libertà, l-ugwaljanza, il-prosperità u s-solidarjetà. L-Unjoni Ewropea għandha ħafna stejjer ta’ suċċess u għalhekk hemm ħafna għal xiex għandna nkunu kburin u għal xiex niċċelebraw, iżda ma nistgħux noqogħdu moħħna mistrieħ, jew naħsbu li kollox perfett. Id-dinja tal-lum qed tinbidel. In-nazzjonaliżmu qed iqajjem rasu. Qed jinħolqu t-tensjonijiet populisti li qed jerġgħu jieħdu l-ħajja madwar l-Ewropa. Qed nissugraw li minħabba d-distrazzjonijiet li għandna madwarna u s-sens ta’ biża’ li jġibu magħhom sentimenti nazzjonalistiċi, li nitbiegħdu mill-prijoritajiet komuni tagħna. Illum qegħdin f ’salib it-toroq. Nistgħu biss niksbu riżultati li nixtiequ fit-tnedija mill-ġdid tal-UE jekk minn issa stess nieħdu direzzjoni ta’ Ewropa aktar soċjali, aktar ġusta u aktar ibbażata fuq il-valuri li jgħaqqduna lkoll bħala Unjoni. Bħala Ministri tal-affarijiet Ewropej li ġejjin minn partiti progressivi madwar il-kontinent, dejjem ħdimna u sħaqna għad-demokrazija, is-solidarjetà u d-drittijiet fundamentali. Dawn il-valuri huma ċentrali u fundamentali għall-identità Ewropea, u huma wkoll is-sisien fuq xiex għandna nkomplu nibnu fuqhom. L-UE tista’ tikseb issuċċess biss jekk tirbaħ mill-ġdid il-fiduċja
tal-Ewropej billi tippromwovi l-ugwaljanza, il-korrettezza u l-ġustizzja soċjali fost iċ-ċittadini kollha tagħha. Il-progress soċjali li aħna nsostnu, għandu dejjem ifisser konverġenza ’l fuq fid-drittijiet u l-istandards li nħaddnu. Wara snin ta’ staġnar ekonomiku, irridu nerġgħu npoġġu l-ekonomiji tagħna fittriq tas-sostenibbiltà soċjali u ambjentali, waqt li nżommu f ’moħħna l-iżviluppi diġitali u teknoloġiċi. Bħala Progressivi Ewropej, irnexxielna noħolqu pressjoni għal aktar investiment, permezz ta’ inizjattivi li mhux biss jiffokaw fuq il-konsolidazzjoni fiskali li jindirizzaw it-tkabbir u l-investiment. B’hekk inħoloq bilanċ mill-ġdid mhux biss fl-immaniġġjar tal-fondi pubbliċi, imma ssaħħet ukoll is-sostenibilità tagħhom. Aħna se nkomplu nagħmlu dan sabiex noħolqu aktar konverġenza soċjali u ekonomika fost l-Istati Membri u fi ħdanhom, favur it-tkabbir sostenibbli u inklussiv. Se nkomplu nsostnu u naħdmu sabiex verament ikun hemm ġustizzja fiskali, billi nindirizzaw il-frodi u l-evażjoni tattaxxa. Il-ħidma tagħna se tkompli sabiex il-munita Ewro tixpruna aktar tkabbir u konverġenza fl-Unjoni Ewropea billi tikkumplimenta u tirriforma l-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Wasal iż-żmien li nsawru l-Unjoni Ewropea f ’unjoni soċjali, bi drittijiet tal-ħad-
diema aktar b’saħħithom, b’ugwaljanza bejn is-sessi, b’opportunitajiet ta’ xogħol flimkien ma’ dħul garantit, u rridu nieħdu miżuri li tabilħaqq jindirizzaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ, l-inugwaljanza fil-pagi, u differenzi varji fil-livell ta’ għajxien u s-sigurtà soċjali. Nemmnu u nixtiequ naħdmu mill-qrib mat-trade unions biex niżviluppaw miżuri ta’ protezzjoni soċjali u stat soċjali li jilħaq il-ħtiġijiet ta’ ekonomiji li qed jinbidlu b’mod mgħaġġel. Irridu li jkun hemm paga minima f ’kull Stat Membru, filwaqt li jiġu rispettati l-prattiċi nazzjonali u r-rwolijiet tas-sħab soċjali f ’kull pajjiż. Irridu naħdmu viċin ma’ dawn is-sħab soċjali sabiex niżviluppaw protezzjoni soċjali u stati li jibbażaw lilhom infushom fuq il-ħarsien soċjali li jilħaq il-bżonnijiet tal-ekonomiji li dejjem qegħdin jinbidlu. Ma nistgħux nittolleraw dumping soċjali, isir fejn isir. Għal dawn ir-raġunijiet, irridu li l-pilastru soċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun inkluż fid-dikjarazzjoni ta’ Ruma u s-Sibt li ġej, aħna ninsabu ħerqana li naraw li jittieħdu passi konkreti ġodda favur aktar xogħol xieraq u tkabbir inklussiv meta l-mexxejja Ewropej mistennija jiltaqgħu għas-summit soċjali fl-Iżvezja aktar tard din is-sena. Id-drittijiet soċjali u l-inklużjoni fl-Unjoni Ewropea mhumiex biss fundamentali għas-suq waħdieni. L-Unjoni Ewropea għandha bħala għan li tkun mudell li jgħaqqad flimkien it-tkabbir ekonomiku u s-sigurtà soċjali. Huwa għalhekk illi għandna bżonn aktar koerenza fil-politika tagħna biex inżommu dan l-iskop ħaj. Dan ifisser li rridu nkomplu niżviluppaw is-suq uniku, nirrifurmaw l-ekonomiji tagħna filwaqt li nikkonsolidaw il-kundizzjonijiet tal-familiji tagħna; f ’dan kollu għandna nikkunsidraw l-impatt u t-tifsiriet soċjali li dawn il-miżuri jġibu magħhom filwaqt li naraw li nżommu mal-miri li ħloqna aħna stess. Għad fadal xi jsir, għadna ma lħaqniex il-mira li jkollna rata ta’ impjiegi ta’ 75%, ma ksibniex l-oġġettiv ghall-investiment fir-riċerka u l-edukazzjoni u l-ħidma se tkompli sabiex jitnaqqsu l-inġustizzji bejn is-sessi, filwaqt li nnaqqsu r-rata ta’ faqar għar-rata li qbilna fuqha. Għalhekk, bħala progressivi, aħna se nkomplu bil-ħidma tagħna sabiex jintlaħaq il-bilanċ koordinat fil-politika Ewropea sabiex tingħata prijorità lill-politika tas-sigurtà u d-drittijiet soċjali. L-Ewropa għandha tkompli tappoġġja u tiddefendi bis-sħiħ id-demokrazija u l-istat tad-dritt, kemm fil-kontinent tagħna kif ukoll lil hinn minnu. Jekk ikun hemm vjolazzjonijiet u dawn jiġu kkonfermati, għandu jkun hemm konsegwenzi. Għandna wkoll naħdmu bis-sħiħ sabiex l-Ewropa ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha bħala prekursur fuq oqsma importanti, speċjalment f ’era fejn l-azzjoni internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima, is-sostenibilità u s-sigurtà huma mhedda minn tendenzi ta’ iżolament. Ewropa progressiva għandha tkun hi li tistabbilixxi l-istandards tagħha u titlob li s-sħab tagħha fid-dinja jsegwu l-istess passi tagħha. Irridu naħdmu sabiex nindirizzaw b’mod effettiv il-kriżi tar-refuġjati. L-Ewropa minn dejjem kienet kontinent tal-migrazz-
Sa ftit snin ilu, l-Unjoni Ewropea fl-istabbiltà u fil-prosperità. Madankollu, bħalissa l-Unjoni g u turbulenti fis-sittin sena tagħh waħda mill-agħar riċessjonijiet q tal-Unjoni qiegħda taffaċċja prob t-terroriżmu. B’konsegwenza, ninsab konvint mument delikat fl-istorja tal-Ewr fuq dawn il-kwistjonijiet u prinċi għandha tkun flessibbli biżżejjed differenti ta’ kull Stat Membru. Għalkemm irridu nirrikonoxxu mhux il-ħin f’waqtu li naqtgħu q inkunu aktar ottimisti fuq il-futu bejniethom sabiex jindirizzaw iljekk l-Unjoni terġa’ tgħaqqad liċDin hija t-tema ewlenija tal-Pre
Michael Roth
Ministru tal-Istat għall-Ewropa, il-Ġermanja
Iktar minn qatt qabel, illum l-Unjoni Ewropea tinsab f’pożizzjoni li ssaħħaħ il-koeżjoni soċjali sabiex issolvi l-problemi tal-qgħad fost iż-żgħażagħ
L-Unjon kisba po ġeneraz paċi, sta kienet l s-solida tinxtere tkun tis Għandn b’saħħt
joni – interna u esterna. Aħna determinati li niddefendu l-valuri tagħna, kif dejjem għamilna, b’politika Ewropea ta’ ażil, li tabilħaqq tkun imsejsa fuq l-aspett umanitarju, li fl-istess ħin tkun b’saħħitha u effiċjenti waqt li tinkludi l-mekkaniżmi ġusti għat-tqassim tal-piż bejn l-Istati Membri. Għandna wkoll naħdmu mal-pajjiżi ġirien tagħna u sħab oħra fid-dinja biex nindirizzaw il-kawżi prinċipali tal-migrazzjoni u mhux biss insolvu sitwazzjonijiet maħluqa mill-effetti tagħha. Huwa kruċjali li fl-istess ħin insaħħu l-kontrolli tal-fruntieri esterni komuni tagħna mal-Korpi ġodda tal-Gwardji tal-Fruntieri. Is-sigurtà u s-sikurezza taċ-ċittadini fl-Ewropa hija ta’ prijorità ewlenija, imma din tista’ tiġi garantita biss jekk ikun hemm koperazzjoni u trasparenza. Approċċ komuni fuq il-politika ta’ sigurtà u
ta’ difi jippro t-terro mu w valur g ranza, dem, m ru kon Ħa għada pa talġeopo ġenera jeħtieġ niex g ġalada Mh aħna ti Me fl-iżvi
15
RUMA...
19.03.2017
kullhadd.com
a rnexxielha tikseb l-ideal fis-sigurtà,
għaddejja mill-aktar żminijiet diffiċli ha. Għadha qed toħroġ bil-mod minn qatt esperjenzati, u l-istruttura kollha blemi kumplessi tal-migrazzjoni u
t iktar minn qatt qabel li f’dan ilropa, l-Unjoni għandha tikkonċentra ipji fundamentali. Fl-istess ħin, d biex taqdi l-ħtiġijiet u x-xewqat
li l-Ewropa tinsab f’salib it-toroq, dan qalbna. Anzi, għandna kull raġuni biex ur jekk in-nazzjonijiet jikkoperaw -kwistjonijiet li qegħdin naffaċċjaw, u -ċittadini kollha tagħha. esidenza tagħna ‘rEUnion’.
Harlem Desir
Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej, Franza
ni Ewropea hija l-akbar olitika f’dawn l-aħħar żewġ zzjonijiet. Ġabet magħha abbiltà u prosperità u l-għodda tad-demokrazija u arjetà. Issa huwa ż-żmien li ed iktar is-solidarjetà sabiex sta’ tgħin lill-Ewropej kollha. na bżonn pilastru soċjali iktar tu għall-Unjoni Ewropea
fiża komuni huma l-aħjar għodod li oteġuna, speċjalment fil-ġlieda kontra oriżmu. Madankollu, għandna naħdwkoll biex nipproteġu dak li huwa ta’ għalina fis-soċjetajiet tagħna; it-tolle, l-aċċessibbiltà u d-drittijiet tal-bnieminn dawk kollha li jippruvaw imorntrihom. aġa waħda hija ċerta, l-Ewropa ta’ a mhux se tkun l-istess bħall-Ewro-bieraħ. Sfidi komuni ġodda – tibdil olitiku, il-firxa tad-diġitalizzazzjoni alizzata u t-tranżizzjoni ambjentali – ġu soluzzjonijiet komuni. Ma għandgħalfejn nibżgħu minn sfidi ġodda, arba nibqgħu magħquda flimkien. hux biss b’konsegwenza ta’ Brexit, rridu naraw u nosservaw li l-Istaembri, bl-ambizzjonijiet partikolari ilupp ulterjuri tagħhom fl-Unjoni
Louis Grech Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u implimentazzjoni għat-twettiq tal-Manifest Elettorali, Malta
Sandro Gozi
Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej, l-Italja
Sabiex taħdem u tkompli teżisti, l-Ewropa trid taħseb għaċ-ċittadini kollha tagħha. Persuni qiegħda, studenti, ħaddiema u pensjonanti. Jekk le, din tinqered waħidha, u aħna ma rridux li dan iseħħ
Ewropea, jirnexxilhom jegħlbu l-isfidi tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet huma ċari: għandna trattat li huwa applikabbli għal kulħadd, dan ifisser li xi Stati Membri jistgħu jagħżlu li jaħdmu flimkien sabiex isolvu kwistjonijiet f ’sens ta’ koperazzjoni. Aħna konvinti li soluzzjonijiet komuni u riżultati konkreti huma l-aħjar eżempji sabiex nirrispondu għall-kritika estensiva li qed issir fuq il-proġett Ewropew. Dawn it-tendenzi nazzjonalistiċi li qed niltaqgħu magħhom illum, żgur mhumiex se jipprovdu s-soluzzjoni għall-isfidi li qed naffaċċjaw. L-Unjoni Ewropea hija t-tweġiba għas-sitwazzjonijiet li qed iġġib magħha d-dinja globalizzata u aħna lesti li naħdmu sabiex niddefenduha kontra kull tip ta’ theddid, kemm attwali u kemm futuri.
It-Trattat ta’ Ruma esebit
L-ISTESS POST, L-ISTESS DATA
Kemm-il darba smajna l-kelma ‘trattat’ fillezzjoni tal-Istorja. Speċjalment min kompla jistudja dan is-suġġett barra mis-sekondarja. Id-dizzjunarju jgħidilna li trattat huwa patt formali bejn l-Istati. Trattat li jipprometti solidarjetà, għaqda, paċi, jew xi valuri oħra. Smajna bit-Trattat ta’ Amiens, it-Trattat ta’ Versailles, u xbajna nisimgħu bit-Trattat ta’ Lisbona. U issa ninsabu jiem ’il bogħod mis-sittin anniversarju tal-iffirmar tat-Trattat ta’ Ruma. Trattat li witta t-triq għal dik li eventwalment kellha ssir l-Unjoni Ewropea kif nafuha llum. It-Trattat ta’ Ruma jiġbor fih b’kollox tliet trattati: it-Trattat tal-Komunità Ekonomika Ewropea, it-Trattat tal-Komunità Ewropea, u t-Trattat tal-Funzjoni tal-Unjoni Ewropea. Interessanti ninnutaw li l-ewwel indikazzjoni tal-Unjoni Ewropea kienet fl-1951 bit-Trattat ta’ Pariġi. Dan ta bidu għall-Komunità Ewropea bbażata fuq il-liġi internazzjonali biex tibni mill-ġdid l-ekonomiji tal-pajjiżi Ewropej u tippreveni gwerra oħra. Komunità li kienet l-ewwel u qabel kollox ħolma ta’ ċertu Jean Monnet, ċittadin Franċiż, u tħabbret minn Robert Schuman, li dak iż-żmien kien il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Franċiż. Iżda għall-Unjoni Ewropea, kollox beda fil25 ta’ Marzu, 1957 bl-ewwel fergħa tat-Trattat ta’ Ruma. It-Trattat tal-Komunità Ekonomika Ewropea kien iffirmat minn sitt poteri Ewropej: Franza, l-Olanda, il-Lussemburgu, l-Italja, il-Belġju, u l-Ġermanja tal-Punent. Dan l-ewwel ftehim kellu jwitti t-triq ta’ unjoni bejn iċ-ċittadini Ewropej wara li ftit iktar minn għaxar snin qabel, il-kontinent kien fuq ix-xifer ta’ distruzzjoni assoluta minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija. Kemm il-Komunità Ekonomika Ewropea (EEC), u kemm ilKomunità tal-Enerġija Atomika Ewropea (EURATOM). Dawn il-friegħi tat-Trattat ta’ Ruma fissru li Stati Membri ta’ dan il-kunċett politiku ġdid se jingħaqdu f ’integrazzjoni progressiva biex iwelldu valuri Ewropej sodi, speċjalment fi żmien kunflitt. Din kienet l-ewwel rebħa fl-istabbiliment tal-Unjoni Ewropea kif nafuha llum. L-EEC, kif kienet magħrufa dak iż-żmien, kienet magħmulha min serje ta’ istituzzjonijiet: il-Kummissjoni Ewropea, l-Assemblea Ewropea – li iktar ’il quddiem saret ilParlament Ewropew, il-Qorti għall-Ġustizzja, u l-Kumitat Soċjali u Ekonomiku. Dawn kollha sarulhom emendi meħtieġa ma’ kull trattat li ġie wara dak ta’ Ruma. Wara l-EEC u l-EURATOM, il-pass li jmiss kien li jkun stabbilit suq komuni, biex sal-
1968 kienet stabbilita tariffa komuni għallprodotti minn pajjiżi terzi. Sa dan iż-żmien, kien assigurat moviment ħieles tal-persuni, fondi u diversi servizzi. Madanakollu, ilpajjiżi li ffirmaw fl-1951 kellhom jistennew sal-1987 għall-Att Ewropew Singolu, biex ikun stabbilit suq unit. Dan eventwalment wassal biex fl-1992 tfassal it-Trattat tal-Unjoni Ewropea. It-Trattat ta’ Ruma u l-friegħi tiegħu fissru wkoll projbizzjoni ta’ monopolji, politika komuni għat-trasport, u privileġġi kummerċjali għall-kolonji tal-Istati Membri. Sittin sena wara għandna Unjoni Ewropea stabbilita u li kontinwament tiddomina l-ġrajjiet kurrenti. L-Unjoni għandha storja qasira iżda mogħnija b’kontroversji, tiġrif, ġrajjiet ta’ kuraġġ, kulturi magħġuna għal futur aħjar. Ħafna jħarsu lejha bħala l-aqwa simbolu tal-politika tal-futur u tal-iktar kulturi rikki fid-dinja. Fl-2017 għandna Unjoni Ewropea li qed taffaċċja sfidi partikolari fl-istorja. Qed taffaċċja Stat Membru b’saħħtu li wera x-xewqa li ma jibqax parti minnha, pajjiż lest li jikseb l-indipendenza biex jissieħeb magħha mill-ġdid, influwenza negattiva minn amministrazzjoni Amerikana ġdida, theddid ta’ terroriżmu, influss ta’ migrazzjoni bla preċedent, ċittadini li jħossuhom mbiegħda mill-ogħla istituzzjonijiet. Hi u tersaq viċin is-sittin anniversarju minn twelidha, l-Unjoni Ewropea donnha qed tammetti li fil-passaġġ tagħha, tilfet xi ftit jew wisq mill-valuri li sittin sena ilu kienu l-pendamenti tagħha. Il-25 ta’ Marzu 2017 tista’ tibqa mfakkra bħala data oħra fejn ilmexxejja Ewropej kellhom diskussjoni oħra mingħajr implimentazzjonijiet u fejn taw il-prosit lil xulxin, jew tista’ tibqa’ mfakkra bħala jum li fih twieled mill-ġdid xi forma ta’ manifest popolari għall-Ewropa Soċjali. Nhar il-Ħamis li ġej, f ’Ruma, il-belt storika li welldet it-Trattat, 27 mexxej Ewropew se tniggżu l-kuxjenza. Il-mexxejja se jieħdu l-opportunità li jħarsu lejn sittin sena ilu lejn dak li bnew missirijiethom, u bl-istess mod u valuri, jibnu l-futur tas-27 Stat Membru. Donald Tusk, President tal-Kunsill Ewropew, u l-Prim Ministru Taljan Paolo Gentiloni se jistiednu l-mexxeja preżenti jiffirmaw patt li se jiddetermina l-għaxar snin li ġejjin tal-Unjoni Ewropea. Għal dan il-jum, Ruma se tkun simbolu ta’ għaqda. U Malta, bħala ċ-ċkejkna bit-tmun tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tibqa’ mfakkra bħala parteċipant ewlieni filbini mill-ġdid ta’ esperiment politiku b’saħħtu.
16
19.03.2017
1
MADWAR kullhadd.com
L-AMERKA
FIL-QOSOR
2 1
STAT T’EMERĠENZA MINĦABBA L-MALTEMP L-istati ta’ New York, New Jersey, Pennsylvania u Virginia flIstati Uniti ddikjaraw stat t’emerġenza wara li nħakmu minn maltemp qawwi u borra. Dan il-maltemp wassal biex ingħalqu l-iskejjel u tħassru eluf ta’ titjiriet. Minbarra ħafna borra, il-maltemp wassal għal irwiefen b’veloċità sa 100 kilometru fis-siegħa. Mal-50 miljun persuna f ’dawn l-istati ngħataw twissija minħabba l-maltemp. L-istess maltemp wassal ukoll biex il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel ipposponiet żjara f ’Washington li fiha kellha tiltaqa’ mal-President Amerikan.
2
L-INGILTERRA
3
FRANZA
BREXIT SE JIDĦOL FIS-SEĦĦ SAL-AĦĦAR TA’ MARZU Il-Parlament Ingliż approva l-abbozz ta’ Brexit, biex hekk ilPrim Ministru Ingliż tista’ tiskatta b’artiklu 50 u r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Theresa May qalet li Brexit se jidħol fis-seħħ sal-aħħar ta’ Marzu u fl-istess waqt avżat lill-Kap tal-Gvern Skoċċiż Nicole Sturgeon, li dan mhuwiex mument li wieħed jilgħab bil-politika. Dan fid-dawl li Sturgeon ħabbret li se tkun qed titlob il-permess biex jerġa’ jsir referendum tliet snin wara li referendum ieħor ma ġabx il-maġġoranza biex l-Iskozja tħoll ir-rabta mar-Renju Unit. Kollox mistenni jsir wara s-27 ta’ Marzu.
SPARATURA FI SKOLA Il-Pulizija Franċiża arrestat żagħżugħ ta’ 17-il sena b’rabta ma’ attakk li seħħ fl-iskola Tocqueville fi Grasse – belt fin-naħa t’isfel ta’ Franza, attakk li ħalla żewġ persuni midruba. Iż-żagħżugħ, li kien student fl-iskola sekondarja ta’ din il-belt, kien armat bi tliet armi tan-nar u żewġ bombi żgħar, li bihom ried iweġġa’ lis-surmast tal-istess skola. Fuq il-post intbagħtet l-Iskwadra tal-Pulizija Franċiża Kontra t-Terroriżmu, iżda ċ-ċirkustanzi li wasslu għal dan l-attakk għadhom mhux magħrufa. Studenti fuq il-post qalu li l-aggressur spara erba’ tiri qabel ma l-iskola ġiet evakwata.
3
R ID-DINJA
17
19.03.2017
kullhadd.com
6
L-INDJA
4
5
6
QTIL TA’ MARA IRLANDIŻA F’GOA
Danielle McLaughlin, Irlandiża ta’ 28, instabet mejta, b’feriti f ’rasha u fuq wiċċha, ħdejn bajja turistika f ’Goa. Każ li l-pulizija qed tittratta bħala qtil, bl-awtopsja li saret mistennija tikkjarifika jekk il-mewt saritx kawża ta’ rape. Il-mara, li kellha ċittadinanza Irlandiża u Ingliża, u li kienet tgħix f ’Liverpool, marret l-Indja b’passaport Ingliż. B’rabta ma’ dan il-każ qed jinżamm arrestat Vikat Bhagat, żagħżugħ t’24 sena. Filmat minn CCTV Camera li ħareġ sigħat wara li nstabet mejta l-mara, urew l-aħħar movimenti tal-vittma f ’Goa, fejn kienet miexja ma’ Bhagat. Il-pulizija għandhom fil-pussess tagħhom karozza u xi ħwejjeġ, li huwa rrapportat li għandhom fuqhom traċċi ta’ demm.
5 4
L-EĠITTU
L-OLANDA
L-ISTATWA MHIX RAMSES II IL-PRIM MINISTRU OLANDIŻ JIRBAĦ L-ELEZZJONI Il-partit tal-Prim Ministru Olandiż Mark Rutte rebaħ l-elezzjoni Olandiża bl-akbar numru ta’ siġġijiet Parlamentari. Dan ifisser li l-Partit Ċentru Lemini se jkollu 33 siġġu minn 150. Tliet partiti oħra mistennija jġibu 19–il siġġu kull wieħed. Kienu 81% li ħarġu jivvutaw – l-ogħla numru fl-aħħar 30 sena. Fl-ewwel kummenti tiegħu, Rutte qal li l-pajjiż iċċelebra d-demokrazija u warrab kompletament dak li huwa popolista. Din hija l-ewwel minn tliet elezzjonijiet kruċjali fl-Ewropa din is-sena, bi Franza teleġġi president ġdid ix-xahar id-dieħel, u l-Ġermanja se jkollha elezzjoni ġenerali f ’Settembru.
Statwa li ġimgħa ilu nstabet taħt l-art waqt proġett ta’ skavar fil-Kajr, jirriżulta li fil-fatt, mhix tal-Farawni Ramses it-Tieni, kif ħasbu l-esperti. Uffiċċjal u espert storiku mill-Eġittu li kien qed imexxi l-proġett, bil-għan li jinstab tempju li nbena madwar 3,000 sena ilu, qal f ’konferenza tal-aħbarijiet li l-istatwa li nstabet, x’aktarx hija ta’ Psamtek I, li rrenja bejn is-sena 664 u 610 Q.K. L-esperti ħasbu li l-istatwa kienet tal-Farawni Ramses, li għex 600 sena qabel, għaliex instabet viċin tempju ddedikat għalih. Iżda eventwalment l-istudjużi nnutaw li kien hemm il-ħames ismijiet ta’ Psamtek minquxa fuq l-istatwa. Innutaw ukoll li din hija l-ikbar statwa ta’ dan il-perjodu li qatt instabet fl-Eġittu.
18
19.03.2017
kullhadd.com
WIEĦED MILL-AQWA BDOTI TAD-DRONES F’MALTA Madwar id-dinja kif ukoll f ’Malta, dan l-aħħar ħadu spinta qawwija d-drones. Hawn min jużahom sabiex jittieħdu ritratti u filmati speċjali minn ċertu għoli, u hawn oħrajn li jsuquhom sabiex itellqu bihom. Interessajt ruħi f ’dan is-suġġett, u fil-fatt sirt naf b’żagħżugħ li huwa pilota tad-drones. Qed nirreferi għal Sammy Ben Tamer. Sammy ilu dilettant taddrones minn Settembru 2015. Id-drones huma meqjusa bħala fenomenu ġdid fit-teknoloġija diġitali. L-użu tagħhom qed isir popolari ħafna maż-żmien u qed jintużaw mhux biss għar-ritratti jew għall-filmati. Fil-fatt dawn qed jintużaw għat-tlielaq li qed jitqies bħala sport diġitali tas-seklu 21. Għandu 22 sena, minn dejjem kien joqgħod l-Imsida, jaħdem bħala Customer Care Representative u l-passatempi tiegħu huma li jtajjar. Jieħu ħafna interess u gost jaqra fuq affarijiet ġodda rigward teknoloġija u elettronika. Minn dejjem kien moħħu f ’dawn l-affarijiet u l-iskola studja dwar software development. Dan qed iservih tajjeb biex isolvi ċerti problemi. Permezz tal-komunità li jinsab fiha, Sammy jaqsam ma’ nies oħra l-esperjenzi ta’ titijiriet permezz talvideos li jirrekordja u jtella’ fuq YouTube, u jgħin kemm jista’ fejn ikun hemm bżonn għajnuna minn piloti oħra f ’dan il-passatemp. Tipikament kulħadd jirreferi għal xulxin bħala piloti f ’dan il-passatemp. Mhux biss bdot tad-drones, iżda jtellaq bihom Sabiex sar pilota tad-drones u eventwalment beda anke jtellaq bihom, kellu jagħmel sigħat twal ta’ taħriġ. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “Tieħu ħafna ħin u ħeġġa biex titjieb.
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Jien kont bdejt lejn l-aħħar ta’ Settembru 2015, kont nara videos fuq YouTube ta’ piloti famużi u kont nispira ruħi, kif ukoll naħdem f ’moħħi l-mod ta’ kif ikunu qed jikkontrollaw eżatt id-drone biex nasal sa dak il-livell,” beda jgħidli Sammy. Mistoqsi kemm-il drone għandu b’kollox, Sammy ikkonferma miegħi li bħalissa għandu tliet drones. Wieħed għal Long Range u portable, wieħed għal freestyle, u wieħed żgħir għat-tellieqa li wisq probabbli daqt jarma ieħor bħala backup għallavveniment li ġej. “Bħala prezz kull wieħed mid-drones jiswa bejn €500 u €650. Bħala
komponenti li nuża fuq iddrones huma daqsxejn għoljin bħala prezz, iżda huma ta’ ditti popolari fil-passatemp u kumpaniji serji. Dan għaliex meta kont nuża affarjiet ta’ produzzjoni minn kumpaniji Ċiniżi, il-kwalità mhux dejjem kienet tkun tajba għal-livell ta’ użu tiegħi,” sostna miegħi. Ta’ min jgħid li Sammy huwa meqjus bħala wieħed millaqwa bdoti tad-drones f ’Malta. Għan-nom tal-qarrejja tlabtu jispjega kif jaħdem u fiex jikkonsisti eżatt dan l-isport. Spjegali li waqt li jkun qed jikkontrolla jew anke jara min-nuċċali, dak li jkun qed jara d-drone, iħossu liberu.
“Id-drones li nużaw f ’dan l-isport għandhom il-kapaċità li ma tkunx qed ittajjar b’mod li d-drone jistabbilizza ruħu waħdu, b’hekk ikollok kontroll totali tal-orjentazzjoni taddrone. B’dan il-mod inkunu nistgħu nangulaw id-drone b’liema mod nixtiequ waqt ittitjir, pereżempju tista’ tintefa’ fil-għoli u taqilbu rasu ’l isfel, tbaxxi l-muturi għall-aktar punt baxx u tinżel bil-mod lura lejn l-art”.
bejn l-24 u l-25 ta’ Marzu f ’Ta Qali. Din ser tkun l-ewwel minn sensiela ta’ tlielaq madwar l-Ewropa għall-kwalifikazzjoni tal-fażi finali tal-European Drone Racing Championship 2017 f ’Ibiza. Sammy ser ikun qed jipparteċipa fi tnejn mill-avvenimenti tal-Malta Drone Nationals - fit-tellieqa prinċipali u f ’dik tal-freestyle. “Madwar 50 pilota oħra abbinaw biex jiġu għal dan l-avveniment fejn kulħadd ser ikollu ċans jikkwalifika u Dalwaqt il-Malta Drone jirbaħ post għall-avveniment Nationals prinċipali tal-European Rotorsports Association, li Għall-ewwel darba f ’Malta ser jaf jerġa’ jsir f ’Ibiza aktar isiru l-Malta Drone Nationals tard din is sena. Premjijiet
19
19.03.2017
kullhadd.com
Tieħu ħafna ħin u ħeġġa biex titjieb. Jien kont bdejt lejn l-aħħar ta’ Settembru 2015, kont nara videos fuq YouTube ta’ piloti famużi u kont nispira ruħi
oħra ser ikunu provduti minn MaltaRotors,” żvela miegħi Sammy. Sabiex wieħed jipparteċipa f ’din il-kompetizzjoni, ilbiljetti għandhom ikunu ta’ madwar €50 għal kull pilota. Iżda għal spettaturi li jixtiequ jmorru jaraw l-avveniment live, kif ukoll jattendu l-Malta Robotics Olympiad, ma hemmx ħlas. Aktar informazzjoni tista tinkiseb minn fuq https://mromalta.com Ta’ min jgħid li Sammy kien akkanit tal-gaming, u aktar tard interessa ruħu fid-drones. Fil-fatt b’dan il-passatemp spiċċa għaqqad ħafna affarijiet li jogħġbuh f ’daqqa. B’hekk spiċċa jqatta’ l-maġġoranza tal-ħin tiegħu jaħseb bħal x’ħareġ ġdid illum, fejn ser imorru id-darba li jmiss, x’hemm interessanti li jixtieq jitgħallem, fejn għandu bżonn jitjieb naqra oħra, u ħafna aktar. Xtaqt inkun naf aktar dwar it-tip ta’ drones li juża. Fil-fatt id-drones li juża Sammy jitfa’ fuqhom żewġ cameras, waħda hija security camera żgħira u ħafifa biex jara min-nuċċali live
dak li qed jara id-drone, filwaqt li t-tieni camera tkun GoPro biex tirrekordja l-esperjenza bi kwalità superjuri. Iżda drones ta’ dan it-tip mhux ser ikunu tajbin għall-fotografija u vidjografija daqs drone li jkollu GPS u jistabbilizza ruħu awtomatikament. Permezz tad-drones, tgħallem ħafna dwar itteknoloġija Grazzi għal dan il-passatemp, Sammy tgħallem ħafna affarijiet dwar teknoloġija bħal fuq l-electronics, l-inġinerija, is-software u r-radju. Mhux hekk biss talli jsostni li jħoss l-adrenalina u libertà assoluta. “Bil-kliem mhux dejjem faċli tispjega, għalhekk meta mmur intajjar dejjem inġorr nuċċali jew monitor biex min ikollu interess dwar x’qed nagħmlu,
inkunu nistgħu nuruh eżatt x’inhu jiġri. Fuq YouTube għandi ħafna videos fejn jagħtu eżempju tal-adrenalina u libertà li tinħass waqt li tkun qed ittajjar.” Ġejt infurmata wkoll, li dan l-isport jipprattikah preferibbilment, ’il-bogħod minn fejn jista’ jdejjaq nies oħra u għall-kwiet biex ma jinqalgħux problem. Peress li liġijiet speċifiċi għadhom ma ħarġux eżatt u li hemm huma regoli biss, mhux kulħadd qiegħed fuq l-istess paġna. “Għalkemm, kull meta ninzertaw in-nies f ’xi post fejn inkunu qed nipprattikaw, il-maġġoranza jieħdu gost u jinteressaw ruħhom f ’din itteknoloġija,” tbissem jgħidli Sammy. Għal min jixtieq jibda dan ilpassatemp, dejjem hemm spiża għar-raġuni li hemm ħafna
affarijiet li wieħed irid jixtri. Importanti dejjem li tixtri l-aħjar li tista’ biex iservi kemm jista’ jkun u tkun qed tuża xi ħaġa ta’ kwalità. “Għall-bidu għandek dejjem investiment ta’ bejn €1,000 u €1,300. Minn dak l-ammont għandek €400 nuċċali li jintuża biex tara u €230 ir-radju li jikkontrolla d-drone. Iżda dawn huma affarijiet li tixtri darba u tibqa’ tuża ma’ kull drone li tarma. Bħala manutenzjoni għallbidu dejjem se tkun qed tkisser skrejjen sakemm taqbad irkaptu tal-mod kif itir iddrone. Iżda biż-żmien, tibda tonfoq aktar fuq affarijiet ġodda li joħorġu biex tipprova aktar milli biex iżżomm manutenzjoni,” spjegali. Finalment, Sammy xtaq li min qed jaqra din l-intervista u jinteressa ruħu f ’dan ilpassatemp dejjem jieħu ħinu u jagħmel kemm jista’ riċerka dwar kollox u fejn ikollu bżonn għajnuna jistaqsi, għax ilkomunità ta’ dan il-passatemp hija waħda mill-isbaħ li qatt kien fosthom. “Huwa vera importanti li meta tkun għadek qed tibda fil-passatemp tkun sikur int u żżomm sikuri lil ta’ madwarek,” temm jgħid Sammy.
kull meta ninzertaw innies f’xi post fejn inkunu qed nipprattikaw, il-maġġoranza jieħdu gost u jinteressaw ruħhom f’din it-teknoloġija
20
19.03.2017
kullhadd.com
JITFAKKAR FRA GRAZZJA GAUCI: AJK SEMPLIĊI U TWAJJEB
Kitba ta’ irċieva edukazzjoni elementari P. RAPHAEL ABDILLA bażika fl-iskola primarja tarraħal u ta’ 18-il sena ssieħeb Il-Provinċja Agostinjana Malti- fl-Ordni Agostinjan bħala ajk ja ta’ San Mark qiegħda tfakkar nhar il-11 ta’ Settembru 1929. din is-sena, il-Bi-Ċentinarju Għamel in-novizzjat tiegħu mit-twaqqif tagħha. Twaqqfet ġewwa l-kunvent ta’ San Mark infatti proprju fl-1817, mat- fir-Rabat ta’ Malta u hemm, ul il-Pontifikat ta’ Piju VII fis-sagristija tal-knisja, fis-16 b’digriet maħruġ fl-14 ta’ ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, Settembru 1817 minn P. Sep- irċieva l-abitu u l-isem reliġtimju Rotelli, Vigarju Ġenerali już ta’ Fra Grazzja, għall-Beatal-Ordni. Mhux biss f ’dawn il- tu Fra Grazzja minn Cattaro, 200 sena, imma tul il-preżenza Agostinjan. kollha tagħhom matul is-sekli Fl-24 ta’ Jannar 1934, l-ajk fuq iż-żewġ gżejjer Maltin, din żagħżugħ wettaq il-professl-Ordni tgħodd fost il-membri joni sempliċi tiegħu f ’idejn P. tagħha bosta figuri benemer- Ġwann Battista Zerafa fil-kuniti: mexxejja għaqlin, skulari, vent t’Għawdex. Bl-Agostpoeti, teoloġi, filosofi, artisti, injani dik il-ħabta preżenti oraturi, kittieba u għalliema. fl-Afrika ta’ Fuq, Gauci ma Iżda fuq kollox, tgħodd figu- damx ma rċieva l-ubbidjenza ri li għexu u mietu b’fama ta’ sabiex jingħaqad mal-komuqdusija, kunċett bil-wisq aktar nità Agostinjana preżenti dik importanti mill-oħrajn kollha, il-ħabta f ’Bona - illum Annafil-ħajja tal-bniedem. U minn ba – sewwa sew fil-magħrufost dawn l-ismijiet, il-Provinċ- fa Bażilika ta’ Santu Wistin, ja qiegħda tfakkar illum lil Fra fejn għal 42 sena serva bħala Grazzja Gauci, ajk sempliċi u sagristan, kok u purtinar, flimtwajjeb, li wettaq ħidmietu dejj- kien ma’ għadd ta’ xogħlijiet em bi tbissima lesta u li fis-si- oħra mill-ħajja ta’ kuljum, li lenzju u s-sempliċità tiegħu, fittex dejjem jaqdi bit-tbissiseħħlu jqaddes b’ħidmietu xejn ma dejjem lesta fuq fommu. aktar mill-ħajja ta’ kuljum. Serva taħt seba’ retturi diversi u għex il-perjodu mdemmi li Min kien Fra Grazzja? fih l-Alġerija seħħilha tikseb l-Indipendenza minn Franza Iż-żgħir fost tmint itfal fl-1962. Rifes din l-art fl-1935 tal-koppja Salvatore Gauci u u hemm baqa’ sal-1977. Ftit Pawla xebba Caruana, Żar- xhur wara l-wasla tiegħu, ipen Gauci twieled l-Għarb, professa l-professjoni solenni Għawdex, fid-9 ta’ Frar 1911 tiegħu fil-bażilika msemmija u kien mgħammed dakinhar f ’idejn P. Nicolas Merlin fil-15 stess mill-viċi parroku tal- ta’ Awwissu 1937. matriċi lokali, il-Kanonku Dun Lura Għawdex, wettaq isĠużepp Grech, magħruf bħa- servizz ta’ sagristan fil-knisla “In-Neputi”. Bin il-bdiewa, ja ta’ Santu Wistin fir-Rabat,
sakemm minħabba raġunijiet ta’ saħħa, iddaħħal fil-Dar tal-Kleru fi Fleur-de-Lys fl1995, fejn miet għaxar snin wara lejlet li kellu jagħlaq l-94 sena tiegħu fit-8 ta’ Frar 2005. Il-funeral sarlu fil-knisja parrokkjali ta’ Santu Wistin filBelt Valletta, bid-difna ssegwi fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata f ’Raħal Ġdid floqbra tal-Provinċja Agostinjana Maltija fid-Diviżjoni Lvant F-B, qabar numru 8. Għaliex Fra Grazzja? F’artiklu miktub fir-rivista interna “Ħolqa Bejnietna” tal-Provinċja Agostinjana, Eman Bonnici, li kien imqabbad jislet ħajjet il-Fra, kiteb hekk: “Wara profil hekk qsajjar u sempliċi fih innfisu, aktarx wieħed dlonk jistaqsi għaliex minn tant membri tal-Provinċja Agostinjana Maltija, proprju dan id-daqsxejn ta’ ajk qiegħed jiġi ppreżentat bħala mudell għall-Agostinjani sħabu u għalina lkoll b’mod ġenerali? Insew forsi l-Patrijiet, kemm għorrief, skulari, kittieba, poeti, akkademiċi, professuri benemeriti, oraturi, kappillani, mexxejja għaqlin u artisti tgħodd il-Provinċja fost il-membri tagħha? Le, bla ebda dubju li hija ma nsithomx. Imma ġaladarba ‘ħenjin huma l-fqar fl-ispirtu għax tagħhom hija s-saltna tas-smewwiet,’ allura quddiem il-grammatika Latina u Taljana, il-proża u l-versi, il-paniġierki u l-proġetti ta’ restawr u bini, id-dommatika u l-morali, il-gradwazz-
jonijiet u t-titli akkademiċi, l-umiltà, is-sempliċità, it-tjubija, is-silenzju, il-ġabra u fuq kollox it-talb, huma virtujiet li jirbħu fuq kollox u għandhom jiġu fil-ħajja tar-reliġjuż, l-ewwel u qabel kollox. Importanti wkoll, mingħajr ebda dubju, huma l-bqija tal-affarijiet l-oħra, imma jiżbalja dak li jqegħedhom qabel kull ħaġa oħra u agħar minn hekk, ma jħallix post għat-talb.” Xhieda sabiħa rigward ittalb fil-ħajja ta’ Fra Grazzja jgħatuhielna proprju s-sorijiet tad-Dar tal-Kleru meta jitħaddtu fuq Fra Grazzja: “Kien bniedem ta’ talb. Kull ħin kont issibu fil-kappella. Meta ma jkunx qiegħed fil-kappella, ikun qiegħed iservi lil dak u lil ieħor. U meta ma jkunx qiegħed iservi, kont issibu fil-kamra waħdu u fis-skiet jitlob.” Lura għal dak li kiteb Bonnici fil-Ħolqa, nissuktaw naqraw: “Fra Grazzja, bniedem ta’ ftit skola, dan kollu fehmu sew, u aktar minn hekk, fittex li jgħixu. Kif qal darba hu stess lil P. Bonaventura Chetcuti, li miegħu għaddha snin twal fl-Alġerija, ‘dak li huma l-prietki u l-kotba għalik, għalija huma l-ixkupa, il-barmil, il-borom u l-imgħażqa.’ U dak li spiss kien jirrepeti dwaru P. Martinjan Cutajar, li ‘Fra Grazzja hu eżempju ħaj u kontinwu għall-istess komunità tagħna,’ illum qegħdin nirrepetuh aħna, għax kważi 12-il sena fuq mewtu għadu ħaj fostna sabiex jgħallimna bl-eżempju tiegħu. Jalla mill-figura tiegħu nagħrfu li l-qdusija ma tintlaħaqx biss
bl-istudju u bl-għerf, imma wkoll bil-barmil u bl-ixkupa, bix-xogħol u bil-ħidma ta’ kuljum u jalla nkunu kapaċi nilqgħu u naċċettaw dak li jiġi għalina bi tbissima, biex bil-għajnuna ta’ daK li għoġbu jibgħathom, inkunu kapaċi naffaċċjawhom u minnhom nisiltu għan, bil-milja aħħarija tkun dik li bis-sempliċità u l-kontribut ġeneruż ta’ kull wieħed minnha fil-professjoni tiegħu, iseħħilna nagħmlu dinja aħjar, għalina u għal ta’ madwarna, għal-lum u għal għada, f ’din l-art u eventwalment, f ’ta’ warajha.” Fl-Ittra lil-Lhud, San Pawl jgħid: “Fittxu li żżommu s-sliem ma’ kulħadd u li jkollkom il-qdusija, li mingħajrha ħadd ma jara lill-Mulej” [Lhud:12:14]. U proprju din fittex matul ħajtu Fra Grazzja: il-qdusija. Mhux biex jidher jew jissemma aktar mill-oħrajn, imma għax emmen tassew dawn il-kelmiet u ra li ħajtu jgħixha fis-skiet u fil-ġabra bil-mira lejn il-ħajja qaddisa. Illum, il-Provinċja Agostinjana Maltija qiegħda tfakkar lil dan il-membru tagħha fl-okkażjoni tal-Bi-Ċentinarju mit-twaqqif tagħha bħala mera mhux biss għall-membri tagħha, iżda għal kulħadd. Kull min jixtieq isir jaf aktar dwar Fra Grazzja huwa mitlub jiġbor santi b’talba għall-interċessjoni tiegħu u kopja tal-bijografija tiegħu miktuba minn Eman Bonnici, huwa mistieden iżur wieħed mill-kunventi Agostinjani madwar Malta u Għawdex.
22
19.03.2017
kullhadd.com
IL-PITKALIJA – INIZJATTIVI ĠODDA RODERICK
GALDES Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali
Iċ-Ċentru tal-Pitkalija f ’Ta’ Qali huwa l-post fejn frott u ħaxix mkabbra lokalment huma depożitati mill-bdiewa tagħna sabiex eventwalment jaslu għand il-konsumatur. Qabel jasal għand ilkonsumatur, il-prodott agrikolu jgħaddi f ’idejn ilpitkal, fejn imbagħad jinbiegħ permezz t’irkant mill-pitkali lill-bejjiegħa liċenzjati magħrufa aħjar bħala hawkers. Min-naħa tiegħu, il-hawker iwassal il-prodott għand il-konsumatur. Il-kumpless innifsu jikkonsisti fi tliet barrakki kbar, stazzjon fejn isir il-ħasil tal-kaxxi, organizzazzjoni tal-produtturi u blokk amministrattiv. Tnejn minn dawk il-barrakki jakkomodaw 16-il pitkal, li huma amministrati mill-Pitkalija filwaqt li t-tielet barrakka hija amministrata mill-bdiewa
ċentralizzata tal-kooperattiva. Il-Pitkalija tkun miftuħa ħamest ijiem fil-gimgħa fejn ġeneralment il-ġranet tatTnejn u l-Ħamis isir l-irkant tal-frott u l-ħxejjex prodotti mill-bdiewa tagħna. Mal-bidla talamministrazzjoni fl-2013 ġejna affaċċjati b’sitwazzjoni ta’ telqa kbira fil-Pitkalija. Kien għalhekk li nħass ilbżonn li nirriformaw u nirristrutturaw iċ-Ċentru tal-Pitkalija. L-aktar tliet inizjattivi importanti li seħħew f ’dawn l-aħħar snin kienu l-garanzija bankarja li ħabbarna fil-bidu tas-sena 2015, iż-żieda ta’ kaxxi talpitkala skont il-ħtieġa u issa nistgħu wkoll ngħidu li beda x-xogħol fuq l-infrastruttura tal-Pitkalija. Fl-aħħar tal-2014 inħass ilbżonn li nimplimentaw issistema ta’ garanzija bankarja, u dan sabiex il-bidwi jserraħ rasu li jiġri x’jiġri huwa ser jitħallas tal-prodott tiegħu. Fl-2015, intlaħaq ftehim malbanek kummerċjali, u fost l-oħrajn, ix-xerrejja bdew iħallsu lill-pitkala direttament u l-pitkala jridu jiddepożitaw dawn il-flus fil-kont bankarju tal-Pitkalija. Imbagħad l-amministrazzjoni tal-
Pitkalija tieħu ħsieb tqassam dawn il-flus lill-bdiewa. IlPitkala ġew mitluba jagħmlu garanzija bankarja li tkopri bejn wieħed u ieħor ittransazzjonijiet ta’ xahar, biex b’hekk il-bidwi jkun ċert li dejjem se jitħallas tax-xogħol tiegħu. Fil-Pitkalija jinbiegħ kull tip ta’ prodott agrikolu li jitkabbar f ’Malta, naturalment skont l-istaġun. Fis-sajf l-ammont ta’ prodotti li jidħol fil-Pitkalija jiżdied mhux ftit minħabba l-frott tas-sajf. Minħabba din iż-żieda fil-prodott, meta jibda joqrob is-sajf dejjem tiżdied id-domanda għallkaxxi l-ħodor. Dawn il-kaxxi jinġiebu l-Pitkalija mingħand ix-xerrejja, jitnaddfu millħaddiema tal-Pitkalija u jinġabru mill-bdiewa li mbagħad jeħduhom lura fl-għelieqi tagħhom sabiex jerġa’ jibda ċiklu tal-bejgħ. Il-proċedura li biha qabel kienu jinxtraw dawn ilkaxxi kienet li minn żmien għal żmien jinħareġ tender sabiex jinxtaw kaxxi ġodda. Dan il-proċess kien jieħu fit-tul ħafna u kien għalhekk li nħasset il-ħtieġa li l-proċess li bih jinxtraw kaxxi ġodda jinbidel. Fil-fatt
issa nħareġ tender wieħed fejn l-amministrazzjoni talPitkalija tista’ tordna skont il-ħtieġa u d-domanda li jkun hemm u mhux jinħareġ tender għal kull darba li jinxtraw dawn il-kaxxi. Fl-
Fl-aħħar tal-2014 inħass il-bżonn li nimplimentaw is-sistema ta’ garanzija bankarja, dan sabiex il-bidwi jserraħ rasu li jiġri x’jiġi huwa ser jitħallas talprodott tiegħu
2016 inxtraw 92,500 kaxxa ġodda b’investiment totali ta’ kwazi €500,000. It-toroq interni tal-Pitkalija ddeterjoraw serjament anki minħabba l-fatt li għall-kważi 40 sena qatt ma sar xi tip ta’ investiment fl-infrastruttura tal-Pitkalija. It-toroq saru ta’ inkonvenjent għal dawk in-nies kollha li jagħmlu użu mill-Pitkalija. Kien għalhekk li nħareġ tender sabiex dawn it-toroq jingħataw ittarmak. It-tender ġie allokat u fil-fatt il-kuntrattur diġà beda jaħdem fuq dawn ittoroq. Fil-ġimgħat li ġejjin ser naraw titjib fit-toroq tal-Pitkalija u anki fissistema tad-distribuzzjoni tal-ilma peress li waqt ixxogħlijiet inizjali inkixfu ħsarat konsiderevoli. Blgħajnuna tal- Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma din l-infrastruttura se tinbidel kompletament. Dan ilproġett ser isir b’investiment ta’ ftit inqas minn €600,000. Il-Pitkalija hija parti importanti mit-tradizzjoni ta’ Malta u huwa għalhekk li hemm bżonn li l-Pitkalija timxi maż-żminijiet sabiex il-prodott agrikolu Malti u Għawdxi jiġi mogħti l-valur li ħaqqu!
INŻOMMU KELMTNA MAL-QRIEMA! SILVIO
SCHEMBRI Membru Parlamentari
Matul dawn l-aħħar jiem ħassejt sodisfazzjon kbir għax bdejt nara l-frott li tant kont ilni nistinka għalih permezz ta’ ħidmieti fostkom il-Qriema! Ħidma li nwegħedkom li se tkompli għaddejja b’entużjażmu u ħeġġa fil-jiem li ġejjin! Aħna bħala Gvern bdejna nwettqu wegħda elettorali oħra li kienet saret qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali tal-2013, dik li jinbena l-pont pedonali tal-Imrieħel li jgħaqqad iż-żona TalBlat 2 mal-kumplament ta’ Ħal Qormi. Permezz ta’ dan qegħdin nuru li aħna m’aħniex Gvern li nwiegħdu biss, imma aħna Gvern li nwettqu, fejn din il-ġimgħa bdew jitqiegħdu f ’posthom l-istrutturi tal-ġenb li fuqhom se jkun qed jistrieħ il-pont rispettiv. Hawnhekk ta’ min infakkar b’diqa t-telfa li kien sofra
l-pajjiż taż-żewġ tfajliet Qriema lura fl-2005 permezz ta’ aċċident tat-traffiku f ’din it-triq. Emma Housley ta’ 17-il sena u Graziella Fenech ta’ 13-il sena tilfu ħajjithom. Traġedja li kienet waslet biex jiġu installati kameras talveloċità. Dak iż-żmien jiena kont ktibt personalment li dan ma kienx biżżejjed. Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar bdiet tinħass il-ħtieġa li jinbena dan il-pont. Ir-residenti ta’ din iżżona ta’ kuljum jgħixu fi tbatija u f ’riskju kbir biex sempliċiment jaslu saċċentru ta’ Ħal Qormi, pereżempju biex jagħmlu x-xirja tagħhom. Ilkomunità li tgħix f ’Tal-Blat 2, komunità li tikkonsisti f ’madwar 50 familja f ’żona li hija prattikament waħda residenzjali, triq taqsam b’sogru kbir għal ħajjithom u dan għalina ma kienx aċċettabbli. Il-ħidma kienet rat ilbidu tagħha permezz tal-Eċċellenza tagħha l-President ta’ Malta MarieLouise Coleiro Preca, dak iżżmien Membru Parlamentari, li kienet ressqet il-kwistjoni quddiem il-Parlament fejn għamlet diversi mistoqsijiet parlamentari. Sfortunatament dak iż-
żmien kellna bħala Ministru lil Austin Gatt fejn kien saħaq li dan il-pont ma kienx wieħed vijabbli minħabba li ma jgħaddux daqshekk nies miż-żona! Ministru li kien wera kemm kellu għal qalbu lill-poplu Malti, speċjalment lill-Qriema! Aħna ma qtajniex qalbna u konna
Minn dak iż-żmien li smajt il-karba ta’ kull familja fiż-żona għamilt wegħda miegħi nnifsi li nkompli naħdem biex ix-xewqa tagħhom issir realtà
morna nżuru lil dawn ilfamilji li joqogħdu f ’Tal-Blat 2 u smajna l-karba ta’ kull wieħed u waħda minnhom. Minn dak iż-żmien li smajt il-karba ta’ kull familja fiżżona għamilt wegħda miegħi nnifsi li nkompli naħdem biex ix-xewqa tagħhom issir realtà, fejn attendejt għal diversi laqgħat ma’ persuni tekniċi involuti fil-proġett u minħabba l-komunità anzjana li hemm tgħix fiż-żona, ħdimt ukoll biex jitwaħħal lift għallużu tagħhom. Infatti fl-10 ta’ Ġunju 2013, waqt isSeduta Parlamentari Numru 31 ressaqt Mistoqsija Parlamentari numru 2673 indirizzata lill-Ministru għatTrasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi fejn staqsejtu dwar is-sitwazzjoni fuq ilproposta tal-pont u meta kien beħsiebu jinbeda x-xogħol. Dak iż-żmien kont staqsejtu wkoll jistax ilMinistru jara li jiġu emendati l-pjanti skont il-permess talAwtorità dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li hemm eżistenti biex il-pont jakkomoda lirresidenti anzjani ta’ dik iżżona li ma jifilħux jitilgħu rampi kif kienu proposti fil-permessi oriġinali. B’sodisfazzjon, it-tweġiba tal-Ministru kienet li r-rampi
se jkunu konformi mallinji gwida t’aċċessibbiltà ppubblikati mill-KNPD (Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabbiltà). Fl-2015 kienet ġiet ippubblikata sejħa għallkostruzzjoni ta’ pont pedonali, fejn imbagħad lejn l-aħħar tas-sena l-oħra Transport Malta daħlet fi ftehim ma’ kuntrattur privat għall-bini, fejn aħna bħala Gvern se nkunu qegħdin nipprovdu l-art u l-ispazju, filwaqt li l-kuntrattur se jkun responsabbli millkostruzzjoni, manutenzjoni u l-operat tal-pont. Il-pont tal-azzar, li se jkun twil 30 metru, se jkun jinkorpora fih taraġ u lift li jiggarantixxu aċċessibbiltà totali għal kulħadd. Ilpont se jkun qed iżomm fuqu numru ta’ pannelli u se jkun mgħotti bi skrin arkitettoniku. Minħabba kwistjoni ta’ sigurtà, ilpont se jkun mgħammar ukoll b’numru ta’ kameras tas-sigurtà. Wara dan kollu ninsab tassew kburi li nifforma parti minn dan il-Gvern fejn ta’ kuljum inħossu l-polz soċjali talpoplu, fejn mhux inwiegħdu biss bħall-amministrazzjoni preċedenti, iżda nwettqu dak li nwiegħdu!
23
19.03.2017
kullhadd.com
X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI
13.03 Beda xogħol ta’ tisbiħ f’sala tannisa fid-dar tal-anzjani tal-Imtarfa.
14.03 Ġie deċiż li jerġgħu jorħsu l-prezzijiet tal-fuel - ittnax-il roħs minn Gvern Laburista.
15.03 Ġie deċiż li jsir Park Nazzjonali Naturali għannies ta’ Wied ilGħajn, ix-Xgħajra u Ħaż-Żabbar fl-Inwadar.
16.03 Fl-ewwel sentejn tiegħu Gvern Laburista ta lillpoplu 32 miljun ewro permezz tat-tnaqqis flIncome Tax.
17.03 Sa din id-data, flIskema tal-First Time Buyers, Gvern Laburista ta liżżgħażagħ Maltin u Għawdxin 23 miljun ewro.
18.03 Sa din id-data, fi ħlas lura ta’ taxxa talVAT fuq il-karozzi, misruqa lill-poplu minn Gvern tal-PN, Gvern Laburista kien diġà ta lura linnies 5 miljun ewro.
19.03 Sa din id-data, permezz tal-ħolqien taċ-ċentri għallħarsien tat-tfal, Gvern Laburista kien ta lillpoplu s-somma ta’ 10 miljun ewro.
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist
Il-Ħamis, 9 ta’ Marzu X’ħasbu dawn tal-Labour li se jgħaddu minn fuqna u nibqgħu ċassi!? Mhux meta għandna lil Simon tagħna u lil Salvu Mallia! Issa aħna waħħalniehulhom għax Simon tagħna rrapporta lillAwditur Ġenerali u lill-Kummissjoni Elettorali. U mela ħasbu li se jagħlqulu ħalqu. Lil Simon tagħna ħadd u xejn ma jagħlaqlu ħalqu, għax Simon tagħna mhu fil-but ta’ ħadd. Simon tagħna mhux għall-bejgħ, jagħtuh kemm jagħtuh eluf ta’ ewro, bi ksur tal-liġijiet u mhux. Viva Simon, Viva Simon, ħej! Il-Ġimgħa, 10 ta’ Marzu Ħawditni mhux ftit is-sentenza talQorti fil-konfront ta’ Toni Bezzina. Jekk fhimt sew, il-Qorti kkonfermat li Toni Bezzina bagħat ħaddiema talgvern jagħmlu xogħol fil-każin tagħna taż-Żurrieq, kiteb affidavit għallħaddiema involuti, u ħa hu stess lillistess ħaddiema għand in-nutar, naħseb jien, biex jikkonfermaw bil-ġurament l-affidavit li kitbilhom huwa. Insomma x’fhimt jien ma jiswa xejn. L-aqwa li Simon tagħna m’għandhux għalfejn ikeċċi lil Toni Bezzina, aktar u aktar għax Toni mhux wieħed minn dawk li qed jaħdmu biex itellfuna l-elezzjoni. Ara kieku kien wieħed minn dawk, kieku Simon tagħna kien jurih il-bieb ta’ barra f ’inqas minn minuta. Is-Sibt, 11 ta’ Marzu Mamma mia! Ma rnexxilhomx jagħlqu ħalq Simon tagħna, issa se jagħmlu minn kollox biex jagħlqu ħalq dik talBidnija. Għamlulha 19-il libell. Iżda jien konvint li mhux se jirnexxilhom, għax dik ma tibża’ minn ħadd u tiġi taqa’ u tqum minn kollox u minn kulħadd. Anzi jien ngħid li aktar se jifferoċjawha għax dik ‘champion’ tad-demokrazija. U fuq kollox, jekk teħilhom żgur li mhix se tiftaqar għax Simon tagħna jaħseb fiha. Jekk ma jsib lil ħadd biex iħallashomlha, nagħmlulha ġabra. Jien minn tal-ewwel inkun li nagħti imqar ċenteżmu! Il-Ħadd, 12 ta’ Marzu Jien mhux se nagħti kasu l-istħarriġ tal-Maltatoday għax dak sar qabel itterremot li ħass Simon tagħna biss. Li kieku sar wara t-terremot li ħass Simon tagħna biss, kieku nini nini Joseph Muscat igawdi aktar fiduċja
minn Simon. Kieku nini nini talLabour jirbħu l-elezzjoni. Issa taraw kif meta l-istħarriġ isir wara t-terremot li ħass Simon tagħna biss, l-affarijiet jinqalbu ta’ taħt fuq. M’għandix dubju li l-istħarriġ li jmiss se jurina li flelezzjoni li ġejja se nagħtuhom tkaxkira ferm akbar milli tawna huma erba’ snin ilu. It-Tnejn, 13 ta’ Marzu Għall-erwieħ! Kont inkwetat mhux ftit għax kont qed naħseb li Marlene Farrugia kien reġa’ bdielha u kienet se tabbanduna lil Simon tagħna wara t-terremot li ħass Simon tagħna biss. Imma kont imqarraq għax illum għamlitha ċara li għadha lesta tagħmel koalizzjoni ma’ Simon tagħna. Issa żgur li m’għandux għalfejn jinkwieta Simon tagħna għax wara l-appoġġ li tah ilbieraħ Salvu Mallia, jista’ jserraħ rasu li miegħu se jkollu wkoll lil Marlene. Għax għandna lil Simon magħna, aħna magħqudin.... It-Tlieta, 14 ta’ Marzu Mhux ta’ b’xejn li Simon tagħna għandu kuraġġ kbir! Madwaru għandu nies li ma jaqtgħu qalbhom qatt. Fost dawn hemm David Casa li ta’ kull ġimgħa, fil-kitbiet tiegħu jfaħħar lil Simon tagħna. David ilu mhux ftit jistad biex forsi l-Unjoni Ewropea b’xi mod teħodha kontra l-Gvern ta’ Joseph Muscat. Ma qatax qalbu minkejja li talUnjoni Ewropea ma kinux taw kasu meta kien qalilhom li t-tħejjijiet għallPresidenza kienu qed isiru minn nies dilettanti. Issa pprova jġib kundanna fuq dak li għamel Chris Cardona lil dik tal-Bidnija. Ħalliha li ma ġabhiex żewġ, għax tal-Unjoni Ewropea qalulu li ma jindaħlux. Imma m’għandix dubju li David jerġa’ jipprova! L-Erbgħa, 15 ta’ Marzu Ma nafx x’inhu jagħtih Simon tagħna! Donnu li dan l-aħħar ħlief fuq terremoti mhux joħlom. Issa jrid jagħmel terremot flimkien ma’ Joseph Muscat. Imma Joseph Muscat mhux fit-terremoti moħħu. Moħħu f ’dawk l-imniefaħ ta’ invoices. Naħseb li ma tkunx idea ħażina jekk Simon tagħna jgħidlu li ma jistax jippubblika dawk l-invoices għax inqerdu b’xi wieħed mit-terremoti li qiegħed joħlom bihom. B’hekk lil Joseph Muscat jaqtagħlu l-għatx bil-perżuta!
24
19.03.2017
FALZA STIKKA CATHERINE
FENECH Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL
Nismagħhom jgħidu li ġurnata hija twila fil-politika. U nasal ngħid li huwa vera. Anzi anki ftit sigħat huma twal. Tiskanta messaġġ fuq il-mobile kif jaqla’ riefnu ta’ inkwiet u jiftaħ ġrieħi u jqajjem mejtin. Jekk ma temmnux lili saqsu ftit lil PN. Hekk kif kienu qegħdin fl-eqqel ta’ kampanja ġbir ta’ fondi f ’ġieħ il-libertà u d-demokrazija u kienu kollha jippontifikaw it-trasparenza u l-governanza tajba, in-negozjant li laqqmu korrot filgħodu kixfilhom l-għawwar waranofsinhar. Sibna li jgerfxu u jħawdu dawn ukoll, waqt li jipprietkaw is-serjetà. Addio l-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Imma l-parti skandaluża hi li allegatament id-donazzjonijiet ġew mitluba speċifikament sabiex ikopru l-ispejjeż tal-impjegati għolja partikolari tal-PN. Bilfors tissusspetta li kien qed jiġri dan meta għandhom daqs dawk impjegati amministrattivi b’pagi sostanzjali f ’partit li qed jegħreq fid-dejn u ma jistax jieħu ruħ finanzjarjament tant li kull sitt ġimgħat
qed jagħmlu ġbir ta’ fondi, joħolqu skema wara l-oħra bħal taċ-ċedoli u mbagħad issa tal-mużajk u f ’kull attività tal-massa, l-attivisti saru sagristani jiġru wara n-nies bil-bramel. Il-mistoqsija tiġi waħidha, min qed jagħmel tajjeb għal pagi tal-impjegati għolja l-oħra tal-PN? Żgur li m’hemmx negozjanti oħrajn li qed jippompjaw l-eluf biex jitħallsu l-pagi tal-kbarat? Għax din hi l-ħelwa. Dawn id-donazzjonijiet jintużaw għal pagi tal-impjegati tal-qalba. L-impjegat iż-żgħir fidDar Ċentrali ilu li ngħata is-sensja. Wara dan it-tsunami kollu nikkonkludu kemm ilPN huwa partit imdawwar bl-ipokrezija, kemm il-Kap tagħhom huwa falz. Mhux hu għamlu dan it-tgerfix, sabu hemm, qalilna. Safejn naf jien fl-amministrazzjoni preċedenti huwa kien il-Viċi Kap u saħansittra il-mibgħut speċjali. Mela kien parti minn dak li sejjaħlu tgerfix. U ejja għas-saħħa tal-argument intuh raġun li din is-sistema ta’ finanzjament tal-PN sabha hemm, bir-rispett kollu ilu erba’ snin kap tal-partit u allura kellu ċans biżżejjed biex jirranġa s-sistema ġaladarba donnu qed jissuġġerixxi li ma jaqbilx magħha. Il-PL fi stqarrija qal li l-qagħda mwiegħra finanzjarja tal-PN ma tagħtix il-liċenzja lil PN sabiex jibqa’ juża dawn is-sistemi li jipprovaw iduru mal-Liġi b’de-
trement li allegatament jiksruha. Mhix skuża li tinsab dahrek mal-ħajt għax tinsab f ’xifer falliment u allegatament jkollok titlob donazzjonijiet kbar u tipprova ddur mal-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Imma dan kollu fejn iwassalna? Iwassalna li waqt li sena wara sena nisimgħu lil PN bil-Kap tagħhom iħambqu u jippontaw subgħajhom dwar ħmieġ, korruzzjoni u nuqqas ta’ governanza u demokrazija, qed naraw li huma xejn mhuma mal-klassi tal-verġni. U ħelwin wisq dawn tal-PN. Issa li nqabdu bil-qalziet imniżżel, iridu li jbiddlu s-sistema qalu. U għalhekk ħatru kummissjoni biex tagħti l-pariri kif il-finanzjament tal-partiti jkun aktar trasparenti u ġust. Bonġu, ngħidulhom. Kmieni stenbaħtu. Ipokrezija grassa minn partit falz li oppona liġi tal-finanzjamenti tal-partiti għal kwart ta’ seklu sħiħ. Fost il-proposti li qed jimbuttaw hemm dik li jkun l-Istat li jiffinanzja lill-partiti. Tajba wkoll. F’25 sena fil-gvern qatt ma smajna li kellhom problemi finanzjarji. Kif il-poplu xkupahom fl-oppożizzjoni, bħal donnu waqa seħer fuqhom u sabu li għandhom miljuni kbar ta’ dejn. Dan wara li fil-kampanji ġbir ta’ fondi kellhom deputati aħjar minn David Copperfield li jiġu quddiem il-kameras u jibdew joħorġu l-mazez tal-liri minn kull toqba u but
kullhadd.com
li kellhom. Allura dan id-dejn kollu kif akkumula? Din tassew mistoqsija interessanti. Kulħadd jiġbed il-konklużjonijiet tiegħu ta’ x’seta’ ġara. Imma trid tkun wiċċek infurrat li wara li ġibt il-partit f ’din il-qagħda tippretendi li jkun il-poplu permezz tat-taxxi tiegħu li jiffinanzja l-inkompetenza, l-irresponsabbiltà u n-nuqqas ta’ governanza tajba u n-nuqqas ta’ għaqal ta’ partit. Imma l-poplu jiżen u mhux mazzun. U anki qabel ma ġie żvelat dan l-iskandlu li qajjem terremot fil-PN u tellef in-nitfa kredibilità li forsi kien bena tul dawn l-aħħar snin fl-oppożizzjoni, xorta l-poplu bi ħġaru baqa’ sod fil-fehma li l-aqwa mexxej li jista
Ipokrezija grassa minn partit falz li oppona l-liġi tal-finanzjamenti tal-partiti għal kwart ta’ seklu sħiħ
IŻ-ŻGĦAŻAGĦ STRUMENTALI GEORVIN BUGEJA Koordinatur PR FŻL
Iż-żgħażagħ huma strumentali. Din mhijiex frażi li ntennu sena wara oħra, jew kull darba li jkun hemm bżonn, iżda hija frażi li fi ħdan il-Partit Laburista nemmnuha, u nħaddnuha. Dan kien, fl-opinjoni tiegħi, l-qofol tad-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-FŻL li saret il-Ħamis li għadda. Matul din il-laqgħa l-Prim Ministru tkellem fuq bosta oqsma, iżda fuq kollox huwa inkoraġġixxa lilna ż-żgħażagħ sabiex ma nibżgħux inkunu progressivi, nipproponu u ngħidu x’naħsbu fuq suġġetti lil hinn minn tradizzjonali jew li qed jiġu diskussi fil-mu-
ment; fi kliem il-Prim Ministru, appella sabiex il-Forum Żgħażagħ Laburisti jkun avant-garde. Matul is-snin l-FŻL imbotta bosta proposti u kien minn ta’ quddiem f ’diversi issues, partikolarment fejn jidħlu libertajiet ċivili ġodda f ’pajjiżna, bħal ngħidu aħna d-divorzju u d-drittijiet għall-persuni LGBTIQ+. Filfatt riċentament, l-FŻL tkellem sabiex tkun aġġornata l-policy tal-għoti tad-demm biex ma tibqax tiddiskrimina u b’hekk irġiel omosesswali jkollhom l-opportunità biex jagħtu d-demm. Matul id-diskors tiegħu l-Prim Ministru tkellem fost l-oħrajn dwar il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-soċjetà, partikolarment fejn tidħol tmexxija. Huwa stqarr li s-sistema preżenti fi ħdan il-Partit Laburista, ta’ gender quota, toħloq bilanċ sabiex ikun hemm rappreżentanza xierqa fi ħdan l-istruttura tal-Partit. Elenka li f ’pajjiżna, sfortunatament, il-parteċipazzjoni
tan-nisa fid-dinja tal-politika għadha baxxa ħafna, u hawnhekk tkellem ukoll dwar il-kwoti. Apparti minn hekk, il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu messaġġ ta’ pożittività għalina ż-żgħażagħ. Huwa ħeġġiġna sabiex nibqgħu nkunu ottimisti, nilqgħu ideat ġodda u nkunu ħassieba ħielsa biex b’hekk inkomplu niġbru proposti li tassew jistgħu jkomplu jagħmlu d-differenza għal Malta. Pajjiż li llum huwa mudell Ewropew u li fl-istorja tiegħu l-ebda Gvern ma ħoloq xogħol u naqqas innies minn fuq ir-reġistru talqgħad daqs dak preżenti. Dan ifisser li allura issa d-disskussjoni għandha tkun mhux fuq kif se jkun maħluq ix-xogħol iżda li x-xogħol ikun ta’ kwalità u pagi aħjar. Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-pjan ċar talGvern preżenti. Pjan li beda biex jibni l-pedamenti sodi ekonomiċi, u issa l-ġid jista’ jitqassam ma’ kulħadd. Min-naħa tiegħu d-Dep-
utat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, il-Ministru Chris Cardona tkellem dwar l-irwol tal-FŻL fiż-żmien li ġej. Fisser l-importanza ta’ din il-fergħa sabiex il-Partit ikun jista’ jasal għand iż-żgħażagħ. Dwar
Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-pjan ċar tal-Gvern preżenti. Pjan li beda biex jibni l-pedamenti sodi ekonomiċi, u issa l-ġid jista’ jitqassam ma’ kulħadd
jkollha Malta tagħna huwa Joseph Muscat u l-aqwa partit li jista’ jkun fil-gvern biex imexxi lil pajjiżna huwa l-Partit Laburista. Oħroġ il-għaġeb però qalulna li l-istħarriġ talġimgħa l-oħra qed jgħid li l-partiti huma ras imb ras minħabba l-margin of error. Xi ħlew hux, bħal dak li qallu, il-margin of error daqs kemm jista’ jmur żmerċ 4% ’l isfel jista jitla 4% ’il fuq. Imma le. Għal konvenjenzja tal-PN u biex jipprovaw iżommu l-moral tal-hardcore tagħhom ’il fuq wara din il-majnata tal-iskema pagi, jgħidulhom li l-margin of error se jxaqleb lejhom u l-partiti allura jiġu ras imb ras. Qalulna wkoll li hemm 33% li huma indeċizi u l-benjamini nazzjonalisti qed jikkonkludu li dawn huma votanti li se jivvotaw lil PN fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. Ma jgħidux lill-partitarji tagħhom li fl-istħarriġ li sar ftit ġranet qabel l-elezzjoni tal-2013 kien hemm 25% ta’ dawk li ġew mistoqsija li qalu li għadhom indeċiżi biex imbagħad wara ftit ġranet irriżulta li l-PL għamel dik ir-rebħa storika b’maġġoranza ta’ 36,000. Ma jgħidux lill-partitarji tagħhom li l-Prim Ministru qiegħed dejjem iżid il-popolarità tiegħu fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni u issa tela’ għal 7% u kif ukoll li d-differenza bejn il-partiti s-sena l-oħra kienet ta’ 1.1% u issa telgħet għal 4%.
dan tkellem ukoll il-President tal-FŻL, Alex Saliba, li fisser kemm il-Forum Żgħażagħ Laburisti kien importanti fl2013 sabiex il-pjan ta’ Malta Tagħna Lkoll seta’ jasal għand iż-żgħażagħ u jifhmu x’inhi l-viżjoni tal-Partit Laburista. Is-Segretarja Ġenerali talFŻL, li ppreżentat ir-rapport ta’ ħidma tal-FŻL, fissret l-importanza tal-membri li kollha flimkien, b’mod volontarju, jagħtu ħinhom sabiex ikunu jistgħu jittellgħu l-attivitajiet kollha ta’ matul is-sena. Għaldaqstant, nagħlaq billi ngħid, li ż-żgħażagħ fi ħdan il-Partit Laburista għandhom irwol ċentrali. Għalhekk inħossni kburi li nifforma parti minn għaqda li minkejja l-isfidi kollha, tagħti spazju biex iż-żgħażagħ jgħidu tagħhom. Minn hawnhekk inħeġġeġ sabiex kull min hu interessat jipparteċipa u jinvolvi ruħu fl-operat tal-għaqda għandu jersaq ’il quddiem u javviċinana permezz tal-mezzi ta’ kommunikazzjoni tagħna online.
25
19.03.2017
kullhadd.com
reċensjoni tal-
KTIEB
WIĠI U T-TEŻOR TA’ KEMMUNA Wara li jqatta’ tfulitu fil-palazz ta’ familja nobbli fl-Imdina u aktar tard isir apprentist ma’ spiżjar Lhudi, il-ħajja ta’ Wiġi tinbidel mil-lejl għan-nar
meta jinqabad ilsir. Wiġi jitrabba ma’ Agostino, li l-għira u l-mibegħda ġagħlitu jagħmillu l-bsaten fir-roti. Ir-Rajjes jisraq lil
Wiġi u jagħtih b’rigal lill-Paxà ta’ Alġier, filwaqt li t-tabib tal-Paxà, Ħaġi, jagħmel minn kollox biex jeħles minnu. Hemmhekk jiltaqa’
mal-ġannizzaru x-xiħ u ma’ Stefano, il-Kavallier li kien jaf żmien qabel. fuq kollox isir jaf lil Jasmina... Jirnexxilu Wiġi jeħles lilu
nnifsu u ż-żewġt iħbieb tiegħu mill-jasar? U lil Jasmina, jinsieha jew iżomm il-wegħda li kien għamlilha?
personali tagħha. Dlonk bdew jitfaċċaw ħbiebu wieħed wieħed. Daru kienet miftuħa għall-aqwa nies, fosthom l-Arkett Malti Ġlormu Cassar. Kien ilu ma jmur għand ħabibu Giacomo minħabba li kien impenjat fuq il-bini tal-Belt il-Ġdida. Ma kienx qiegħed isib ċans, imma illum sab il-ħin jagħmillu żjara. Giacomo laqgħu bil-ferħa hekk kif rah. Miegħu kellu lil xi ħadd li n-nutar qatt ma kien ra. Ġlormu introduċieh bħala perit kollega tiegħu Taljan li kien intbagħat Malta biex jagħtih daqqa t’id u li minn kollegi fuq il-lant tax-xogħol saru ħbieb tal-qalb. Mill-ewwel kienu draw lil xulxin tant li ħassewhom li qishom kienu ilhom midħla ta’ xulxin għal snin twal. Kif daħlu, Ġlormu sellem lil Giacomo, “Bonġu, ħabib, kif inti?” “Jien tajjeb ukoll. Ħassejt in-nuqqas tad-diskursati interessanti li jsiru f ’darek u xtaqt narak. Ili ma niġi
minħabba x-xogħol. Din iddarba ġibt ħabib miegħi wkoll.” “Għamilt sewwa. Benevenuti.” Dan hu l-Markiż Olmi de Molina, perit. Qegħdin naħdmu flimkien fuq il-proġett tal-Belt.” Wara din l-introduzzjoni bdew jitħaddtu fuq il-progress u l-intoppi bil-bini tal-Belt li bħala periti kien sta għalihom li jsolvu. Id-diskors waqa’ wkoll fuq saħħet il-Gran Mastru La Vallette, li kulħadd kien qiegħed jaraha sejra lura. F’waqt minnhom tfaċċat Clotilde biex tavża lil missierha li l-qadja ġewwa r-Rabat kienet wettqitha u li kienet tinsab lura d-dar. B’hekk Clotilde ltaqgħet għall-ewwel darba ma’ Olmo de Molina. Fil-ġimgħat ta’ wara dan baqa’ jmur waħdu għand Giacomo bil-ħsieb li jerġa’ jara lil Clotilde. In-nutar, ta’ ġurdien xiħ li kien, intebaħ il fejn kien qiegħed jonfoħ ir-riħ, imma ma tkellimx, osserva biss. Ra li Olmo kien wara taħt is-seħer ta’ Clotilde.
SILTA MILL-KTIEB In-Nutar u ġurat tal-Imdina Giacomo Falsone kien bħassoltu qiegħed jistenna xi ħbieb tal-qalb biex jgħaddu siegħa żmien flimkien. Bħal dejjem kien jaf li d-diskors aktarx kien ser jaqa’ fuq il-Kavallieri ta’ San Ġwann u fuq il-Belt ilĠdida li kienet qiegħda tinbena fuq l-Għolja Xiberras. Kienet is-sena 1568 u l-Assedju tatTorok kien għadu frisk f ’moħħ kulħadd. Issa, li l-affarijiet dehru li l-Ordni qatagħha li se jibqa’ Malta, il-fehma ġenerali kienet li jekk jitħallew jgħixu bi kwiethom ġewwa l-Imdina mingħajr indħil u jekk issetgħa tal-Università tibqa’ bla mittiefsa, allura m’għandu jinqala’ l-ebda diżgwid bejnhom u bejn l-Ordni. Kif kien medhi b’dawn ilħsibijiet resqet quddiemu bintu Clotilde bi tbissima fuq wiċċha. “Ħelwa u ġentili bħalma kienet ommha. Alla jaħfrilha,” ħaseb. Qaltlu li kellha qadja r-Rabat u ħallietu, akkumpanjata bħal dejjem mill-ilsira qaddejja Mistoqsija: Min kien taħt is-seħer ta’ Clotilde?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Wiġi Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 26 ta’ Marzu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Lupu Lupettu. huwa: L.MEILAK - Is-Siġġiewi
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
01
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
Mistoqsija: Semmi wieħed mill-persuni li tkellimna magħhom din il-ġimgħa It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:
Indirizz:
26
19.03.2017
kullhadd.com
AVVIŻI KLASSIFIKATI
AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ
Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malGħandna varjetà kbira ta’ ħajt, żveljarini u selezzjoni arloġġi bħal Tissot, Citizen, ta’ cuckoo clocks mill-Black
Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ.
Għal dawk l-arloġġi tajbin għall-ilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235.
Kċina kompluta bis-sink, fridge, cooker, hood, forn u microwave. Mejda u sitt siġġijiet, żewġ sufanijiet, wieħed two-seater u ieħor one-seater. Wall unit b’radju u cassette. Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq 2144 5318 jew 9983 0416. XOGĦOL U MANUTENZJONI Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, katusi u gypsum boards ċempel 7928 5444. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason bin-numru 2143 2352 jew 9947 7167. PROPJETÀ GĦALL-BEJGĦ Tliet għelieqi għall-bejgħ flakkwati tas-Sanab, il-Munxar, Għawdex. Għalqa nru.1 - 7 sigħan Għalqa nru.2 - 2 sigħan Għalqa nru.3 - nofs tomna Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 21557059. AVVIŻI KULTURALI Nhar is-Sibt l-1 ta’ April 2017, is-Soċjetà Filarmonika L-Unjoni ta’ Ħal Luqa ser ittella’ kunċert ta’ mużika sagra fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Andrija Appostlu, Ħal Luqa bl-isem ‘Tristis Est Anima Mea’. F’dan il-kunċert ser tieħu sehem il-Filarmonika L-Unjoni, il-Coro Bel Canto u diversi solisti. Mal-banda u l-kor ser jingħaqdu wkoll strumenti varji bħall-arpa u l-orgni tal-istess Knisja. Il-kunċert ser jibda fis7:30pm u l-banda flimkien mal-kor u s-solisti ser ikunu taħt id-direzzjoni ta’ Mro. John David Zammit. Id-dħul ser ikun bla ħlas u kulħadd mistieden ikun f ’postu talanqas kwarta qabel. Din l-attività qed tittella’ bilkoperazzjoni tal-iskema ‘Komunitajiet Kreattivi’ talKunsill Malti għall-Arti.
Mater Dolorosa: Ex Tenebræ Ad Lucem – Wirja ta’ xejra unika t’ arti maħluqa minn dawl u dell, li b’mod kreattiv se tiċċelebra d-Dulur ta’ Ommna Marija fl-isfond ta’ temi kontemporanji ta’ faqar u inklużjoni soċjali. Se tkun miftuħa għall-pubbliku fil-perjodu tal-Ġimgħa Mqaddsa, mill-5 sal-15 ta’ April 2017. Il-kunċert ta’ mużika sagra mill-Banda Madonna talĠilju ġewwa l-Kappella ta’ San Bażilju, ser jimmarka l-inawgurazzjoni tal-wirja, nhar l-Erbgħa 5 ta’ April 2017 fis-19:00. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq 79685091 jew fuq is-sit elettroniku tasSoċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com. Is-Soċjetà Mużikali San Ġuzepp Ħal Kirkop flimkien mal-Għaqda tal-Armar 19 ta’ Marzu fi ħdan l-istess Soċjetà ser jorganizzaw ilWirja Misericordiae Vultus – Il-Wiċċ li jnissel Ħniena. Wirja ta’ Vari tal-Ġimgħa l-Kbira u xogħlijiet artistiċi oħra relatati mal-Ġimgħa l-Kbira fis-sede tas-Soċjetà. Il-ftuħ ufficjali tal-wirja ser ikun il-Ħamis 6 ta’ April 2017, wara l-Kunċert Mater Dolorosa li ser tippreżenta l-Banda San Ġużepp flistess Sede tas-Soċjetà fis7.30pm. Il-Ġimgħa 7 ta’ April 2017 (Jum id-Duluri) il-wirja tkun miftuħa mill5.30pm sal-10.00pm. Is-Sibt 9 ta’ April 2017 mill-5.30pm sat-8.00pm, filwaqt li l-Ħadd 9 ta’ April 2017 il-wirja tkun miftuħa mid-9.00am sa nofsinhar u mill-5.30pm sat-8.00pm. Il-Messiah ta’ George Frideric Handel, li hu wieħed mill-aktar oratorji magħrufa se jiġi ppreżentat mill-Goldberg Ensemble taħt id-direzzjoni ta’ Michael Laus nhar Ħadd il-Għid fis16 ta’ April 2017. Dan se jsir fil-Pro-Katidral Anglikan ta’ San Pawl, il-Belt Valletta fis7.00pm. Permezz ta’ dan ilkunċert speċjali, organizzat mill-Fond għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Iżvilupp tal-Università ta’ Malta (RIDT) bl-appoġġ tal-APS Bank u t-Teatru Manoel, se jkunu qed jinġabru fondi għal riċerka medika. Biljett tad-dħul jiswa €25. Dawn jistgħu jinkisbu milluffiċċju tal-biljetti tat-Teatru Manoel, inkella onlajn minn fuq: bookings@teatrumanoel. com.mt jew mill-websajt: http://booking.teatrumanoel. com.mt In-numri tal-hotline għall-biljetti huma 2124 6389 jew 7941 2139.
27
19.03.2017
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
S. PSAILA - San Pawl il-Baħar
TISLIBA 166
Mimdudin:
Bi 3 Numri 055 406 418 470 575 678 874 896 929 938 B’4 Numri 0426 0443 0805 1120 1213 1230
1325 1477 1522 2073 2524 2989 4023 4112 4132 4326 4425 4440 5099 5502 5531 5605 5732 5862 5889 6263 6618
7180 7416 7849 7881 7885 8029 8458 8584 8798 9346 9394 9502 9538 9605 9704 B’5 Numri 02368 05991 08412
11988 18941 25560 34581 41029 41723 41883 52878 53467 54695 58342 58535 60568 67790 75487 79602 80981 85469 87977 95070 99866
B’6 Numri 001553 002935 043071 055226 486460
588592 772789 887340
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
1. Kompli l-qawl: Biex il fqir jara xi ......., il-fekruna trid titla’ t-taraġ (5) 4. Xatt (4) 7,16. Test (5) 9,21W. Kunjom (6) 10. Avversarji (6) 12. Jagħmluha tas-servizzi (6) 16. Ara 7 18,21M. Mititlu l-mara (5) 19. Triq Franċiża (3) 20. Ma ftakartx (5) 21. Ara 18 23. Tagħmilha qabel tiggradwa (4) 24. Kapsuli? (5)
Weqfin:
1. 2,5. 3,11. 5. 6,15. 8. 11. 12,22. 13. 14. 15. 17. 21. 22.
Tittiekel (6) ......... Attard ta’ One (6) Ferita (5) Ara 2 Meħlusa (9) Tinqata’ f ’xi ftuħ uffiċjali (9) Ara 3 Bis-suf (5) L-ogħla fil-ġisem (3) Ipinġi dan? (6) Ara 6 Michael Muscat Enriquez (1,1,1) Ara 9 Ara 12 wieqfa
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:
Weqfin:
1.Ħriġt, 4.Ħart, 7,16.Ibati, 10.Marida, 12.Bandli, 18,19. Darba, 20.Talab, 23.Rand, 24.Antik
1.Ħarira, 2,5.Indani, 3,9.Timrad, 6,21 mimduda. Tnabar, 8.Bandalora, 11,13.Banda, 12,17.Bitħa, 14.Irbaħt, 15.Tabakk, 21,22.Barrin
28
19.03.2017
kullhadd.com
EBDA SINJAL TA’ GĦEJA EDITORJAL
Ikun żball jekk xi ħadd jemmen li l-affarijiet jistgħu jibqgħu mexjin ‘il quddiem ikun min ikun fil-Gvern. It-theddida għal dan kollu għandha partit u għandha isem: Partit Nazzjonalista u Simon Busuttil
Erba’ snin ilu pajjiżna vvota għall-bidla bl-aktar mod b’saħħtu u ta lill-Partit Laburista mandat b’saħħtu biex iwettaq l-ikbar riformi f’dawn l-aħħar snin. L-arja ta’ pożittività u ottimiżmu li kien hawn bħal dan iż-żmien erba’ snin ilu kienu ġejjin minn sens ta’ liberazzjoni ta’ tliet xhur kampanja elettorali, ta’ ħames snin ta’ inċertezza politika, imma wkoll ta’ snin ta’ deċiżjonijiet ħżiena li kienu qed jaqtgħu nifs pajjiżna. Huwa bix-xieraq li l-Gvern jispjega f’dettall fejn wasal wara erba’ snin ħidma. Erba’ snin ta’ xogħol bla heda, enerġija ġdida. Imma fuq kollox erba’ snin ta’ affarijiet li saru għall-ewwel darba f’pajjiżna waqt din il-leġiżlatura. L-ekonomija ta’ Malta hija fost l-aqwa fl-Ewropa. Flaħħar sentejn mhux biss ilħaqna l-livell ta’ tkabbir mistenni, iżda qbiżnieh. Fl2015 biss biss kellna rekord ta’ tkabbir ekonomiju ta’ 6.3%. Jekk dan ma kienx biżżejjed, fl-2016 Malta reġgħet qabżet l-aspettattivi kollha meta kellna tkabbir
ekonomiku ta’ 5%. Id-defiċit naqqasnieh għallinqas livelli possibbli, qrib iż-żero fil-mija. Qed niġu viċin li nibbilanċjaw il-kotba ta’ Malta għall-ewwel darba fl-istorja tagħna. Id-dejn qabad it-triq tan-niżla. Iżda dawn huma n-numri li jagħmlu l-ekonomija tagħna waħda b’saħħitha. It-test ta’ kull Gvern hu kif dawn ilfiguri qed jilħqu lin-nies. U dan huwa t-test veru li wara erba’ snin qed inħossu li wasalna għalih. Kienet bis-saħħa ta’ ekonomija b’saħħtiha li: • Il-prezzijiet tal-ħajja ta’ kuljum inżammu f’livelli baxxi. • Raħsu l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma. • Naqsu t-taxxi għal kulħadd. • Żdiedu l-pagi ta’ min hu fuq paga minima. • Żdiedu l-pensjonijiet. • Naqsu l-waiting lists fl-isptarijiet. • Ma għadekx tisma’ b’mediċini out-of-stock. • Żdiedu l-istipendji talistudenti sena wara l-oħra. • Ingħata ċ-childcare b’xejn għal kulħadd . • Intlaħaq rekord fuq rekord fit-turiżmu.
• Kien hawn livelli rekord ta’ investiment barrani u lokali. • Ingħataw drittijiet ċivili u llum pajjiżna jinsab fuq quddiem fid-dinja f’dawk li huma drittijiet ċivili. • Daħal l-IVF b’xejn għallkoppji li ma jistax ikollhom tfal. U dawn huma biss ftit millaffarijiet li ġraw għall-ewwel darba f’din il-leġiżlatura. Dawn ma setgħux isiru kieku ma kellniex ekonomija b’saħħitha. Ma setgħux isiru kieku ma tteħdux deċiżjonijiet sodi minn Prim Ministru li kien determinat idawwar ir-rotta ekonomika ta’ pajjiżna. Ir-riflessjoni li għandu jagħmel kulħadd f’għeluq irraba’ sena ta’ dan il-Gvern hija: • Trid treġġa’ l-arloġġ lura fuq dawn il-kisbiet kollha? • Trid tara l-livell tal-ħajja tiegħek jerġa’ jaqa’ lura għallivelli li kien qabel Marzu 2013? • Trid terġa’ tara l-kontijiet jogħlew? • Trid li l-prezzijiet tal-ikel jaqbdu jogħlew? • Il-mediċini lura out-of-stock? • L-isptar ma jlaħħaqx
mad-domanda bin-nies fil-kurituri? • Jew waiting lists ta’ snin għal operazzjonijiet li llum qed isiru fi żmien ftit ġimgħat? Daqs kemm kien importanti li fl-2013 ikollna bidla fiddirezzjoni huwa daqstant importanti llum illi nżommu d-direzzjoni tajba li qbadna bħala pajjiż matul din il-leġiżlatura. Ikun żball jekk xi ħadd jemmen li l-affarijiet jistgħu jibqgħu mexjin ’il quddiem ikun min ikun fil-Gvern. It-theddida għal dan kollu għandha partit u għandha isem: Partit Nazzjonalista u Simon Busuttil. Id-deċiżjoni li qed toqrob għall-Maltin u l-Għawdxin hija ta’ għażla bejn iddirezzjoni t-tajba li ta lil pajjiżna Joseph Muscat, jew treġġax l-arloġġ lura fuq ilpajjiż permezz ta’ Simon Busuttil. Sar ħafna. Iżda fadal ħafna xogħol xi jsir. Erba’ snin wara, Joseph Muscat qed joffri lill-Maltin u Għawdxin iktar ħidma, iktar enerġija u iktar kisbiet mingħajr l-ebda sinjali ta’ għeja.