BEDA L-PROĊESS GĦAL PIXXINA OLIMPIKA FIL-KUMPLESS SPORTIV TAL-KOTTONERA
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 19 ta’ Ġunju, 2016
Ara paġna 3
Ħarġa Nru 1,197 Prezz €1
BREXIT GĦAL MALTA
IKTAR RISKJI MILLI OPPORTUNITAJIET
TAMA ĠDIDA GĦAĊ-ĊKEJKEN GABRIEL Erba’ snin ilu l-ġenituri ta’ Gabriel ingħataw aħbar kerha li bidlitilhom ħajjithom mil-lejl għan-nhar. Intqal lilhom li binhom ta’ sena kien qed ibati mil-Lewkodistrofija; marda rari u diġenerattiva li twassal għal mewt bikrija. Għal din il-marda ma teżisti l-ebda kura u r-riċerka għadha lura. Kollox kien jidher sewdieni. Madankollu, il-ġenituri ta’ Gabriel ma qatgħux qalbhom, u wara snin ta’ persistenza u testijiet barra minn Malta, issa l-familja Abela ngħatat tama ġdida li bidlet għalkollox il-prospettivi għallfutur ta’ binhom.
Malta tista’ tiffaċċja ħafna iktar riskji milli opportunitajiet jekk ir-Renju Unit jivvota biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea fir-referendum ta’ nhar ilĦamis li ġej. Analiżi esklussiva li għamlet il-gazzetta KullĦadd ibbażat fuq rapporti, li saru kemm minn kumpaniji privati u anke entitajiet oħra, jirriżulta li hemm riskji f ’oqsma tat-taxxa, tas-settur tal-gaming u jista’ jaffettwa wkoll il-baġits tal-Unjoni Ewropea b’mod li l-kontribuzzjoni lejn Malta tonqos. Min-naħa l-oħra, Malta jista’ jkollha opportunitajiet minħabba li tibqa’ pajjiż qrib ir-Renju Unit, anke permezz tal-lingwa u allura pajjiżna jkollu vantaġġ kompetittiv.
Ara paġna 4
Ara paġna 8
IL-PILLOLI LI JIKXFU REALTÀ DIFFERENTI
Ftit inqas minn €900 qed ikunu biżżejjed biex tfajliet Maltin itemmu t-tqala fl-ewwel stadju tagħha. Dan huwa proċess li kien spjegat lill-gazzetta KullĦadd fl-istess jiem li donnha reġgħet qabdet sew iddiskussjoni dwar il-morning after pill. Tfajla li tkellmet ma’ din il-gazzetta bil-kundizzjoni tal-anonimità, qalet li t-tqala tista’ tintemm kważi sal-ewwel tliet xhur. B’tabib kwalifikat f ’dan ilqasam, jibgħat numru ta’ pilloli lill-mara li talbet biex tittermina t-tqala, u fi ftit jiem it-tqala tintemm. Din il-gazzetta għamlet eżerċizzju biex tipprova tikseb dawn il-pilloli, li huma differenti millmorning after pill proposta bħalissa. Kollox deher faċli u se nkunu qed niżvelaw pass pass il-proċess mill-bidu sakemm jaslu l-pilloli fil-posta tad-dar ta’ dik il-persuna li tkun talbet għalihom. Ara paġna 7
02 19|06|2016
kullhadd.com
LOKALI
TA’ TONIO FENECH IRIDU JRODDU LURA L-MILJUNI Kitba ta’ Dinah Seguna L-Awtorità Żvediża għallPensjonijiet qed titlob li l-€240 miljun fi flus ta’ pensjonanti li spiċċaw fil-Falcon Funds, li tiegħu Tonio Fenech huwa direttur, ikunu rritornati lura lill-pensjonanti li investewhom. Dan il-fond, li fih 2.6 biljuni Krona Żvediża (madwar €240 miljun), irid jieqaf jaħdem millIżvezja fid-dawl li l-Awtorità kkonkludiet li l-flus fih għaddew b’mod allegatament frodulenti. L-isforzi tal-Aġenzija Żvediża jistgħu jsiru għax Falcon Fund se jsibha diffiċli jkompli jbigħ l-assi tiegħu f ’dan il-pajjiż. Mal-gazzetta KullĦadd, il-ġurnalista Żvediża Sara Recabarren qalet li “l-każ mhux se jieqaf hawn u huwa ta’ interess li wieħed isegwi kif se jiżviluppa”. Fil-korrispondenza li ntbagħtet lil Tonio Fenech u li għandna kopja tagħha, l-aġenzija
titkellem b’mod ċar. “L-Aġenzija se tikkuntattja lil Falcon Funds biex tinforma lil Falcon Funds biex ikun miftiehem il-proċess ta’ kif isir il-ħlas lura,” intqal f ’punt sitta
ta’ din l-ittra. L-aġenzija saħansitra żiedet li tippretendi l-koperazzjoni sħiħa biex dan isir b’mod immedjat u trasparenti. Iżda l-eks-Ministru Tonio
Fenech qal li f ’dan l-istadju Falcon Funds mhux se jirritornaw flus lura għax se jieħdu passi legali peress li mhux jaqblu li tefugħhom ’il barra.
Il-ġurnalista Żvediża tenniet li hija sitwazzjoni diffiċli li se jkollhom iħabbtu wiċċhom magħha l-pensjonanti Żvediżi u dan sakemm il-każ jingħalaq definittivament. Qalet li fost ċerti pensjonanti teżisti wkoll il-biża’ li jistgħu jitilfu flushom. Aktar kmieni dan ix-xahar kien żvelat kif Falcon Funds, fond li tiegħu Tonio Fenech huwa direttur, kien suġġett ta’ investigazzjoni mill-Aġenzija Żvediża għall-pensjonijiet. Dan dwar il-mod irregolari li bih għaddew fondi ta’ pensjonanti għall-Falcon Funds ta’ Fenech minn fond privat Id-dubji qamu dwar kif, minn uffiċini f ’Konsumentkraft ibbażat f ’Alicante fi Spanja, kienu qed isiru telefonati minn persuni mingħajr esperjenza li bdew iħarju pensjonanti Żvediżi jpoġġu flushom filfond ta’ Tonio. Dan seħħ permezz ta’ tattika deskritta bħala frodulenti.
VIŻJONI AMBIZZJUŻA GĦALL-ISPTAR T’GĦAWDEX “Il-viżjoni tagħna innovattiva. Niggarantixxu li se nagħtu l-ogħla servizz tas-saħħa lillMaltin u l-Għawdxin.” Dan qalu Ram Tumuluri, id-Direttur ta’ Vitals Global Healthcare, l-investitur ta’ €220 miljun li se jissarraf f ’riġenerazzjoni tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karin Grech. Kunċetti innovattivi Waqt press briefing għallġurnalisti, Tumuluri stqarr li f ’pajjiżna sabu l-ambjent ideali biex iwettqu viżjoni ambizzjuża. L-investiment se jwassal biex is-settur tas-saħħa f ’pajjiżna jilħaq l-ogħla livell u dan billi jkunu mwaqqfa ċentri ġodda b’kunċetti innovattivi bħal ċentru ddedikat kollu kemm hu għar-riabilitazzjoni, ċentru ta’ simulazzjoni li hu l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f ’pajjiżna u li se jattira professjonisti minn madwar
id-dinja. Għal din il-viżjoni ambizzjuża, Tumuluri ggarantixxa x-xogħol ta’ kull ħaddiem; xi ħaġa li l-Gvern Malti kemm-il darba qal minn mindu tħabbar l-investiment.
jiem li ġejjin se jibda xogħol fuq il-faċċata tal-Isptar San Luqa li se tkun restawrata. Għaddej ix-xogħol biex jibda l-bini tal-iskola medika Barts li dalwaqt tara l-ewwel studenti tagħha din is-sena. Fl-istess waqt li għaddejja Diġà beda x-xogħol ħidma ma’ professjonisti li se jieħdu ħsieb dipartiment Il-ħidma diġà bdiet. Fil-fatt, fil- differenti. Fosthom il-
kardjologu l-Professur Albert Fenech li rriżenja mill-grupp parlamentari Nazzjonalista, u issa se jkun id-direttur tad-Dipartiment tal-Kardjologija fit-twettiq tal-investiment. Filwaqt li sostna li hu kommess li jara li l-investiment jitwettaq, Fenech qal li l-aktar ħaġa
li dejqitu minn mindu tħabbar l-investiment kienet l-allegazzjonijiet infondati li saru. Min-naħa tiegħu, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li, wara li ġie ffirmat il-ftehim, issa għaddej ilproċess ta’ tranżizzjoni biex fix-xhur li ġejjin il-viżjoni tibda tieħu s-sura tagħha.
LOKALI
kullhadd.com
19|06|2016 03
APPLIKAZZJONI GĦALL-PIXXINA OLIMPIKA FIL-KUMPLESS SPORTIV TAL-KOTTONERA
Dehra simili ta’ kif se jkun l-indoor pool fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera GLEN FALZON glen@kullhadd.com Minn informazzjoni li rnexxielha tikseb il-gazzetta KullĦadd jirriżulta li l-entità governattiva SportMalta għadha kif tefgħet applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar bil-ħsieb li jingħata permess għal estensjoni talKumpless Sportiv tal-Kottonera blgħan li tkun tista’ tiġi mibnija l-ewwel pixxina olimpika fil-magħluq f ’pajjiżna. Il-ħsieb wara din l-applikazzjoni huwa l-fatt li din il-pixxina hija ta’ bżonn kbir għall-komunità Maltija tal-għawm. Dan għall-fatt li llum il-ġurnata, tant hawn domanda tal-klabbs tal-għawm, li l-Pixxina Nazzjonali mhix tesagħhom biżżejjed. Huwa maħsub li la din ilpixxina tkun lesta, jiġu organizzati għadd ta’ kompetizzjonijiet nazzjonali u internazzjoni tal-għawm u tas-synchro. Art ġdida għal kollox Apparti minn hekk, l-art tal-Kumpless Sportiv fil-Kottonera kienet ilha żmien twil biex tinbidel. Dan minħabba
l-fatt li l-istess art bdiet tinfetaħ tant li kienet saret ta’ periklu għal dawk kollha li kienu jattendu hemmhekk u jagħmlu użu minnha. B’konsegwenza ta’ hekk, minħabba li l-art kienet fi stat ħażin ħafna, kien impossibbli li dan il-kumpless jospita u jorganizza kompetizzjonijiet internazzjonali. F’dan ir-rigward, din il-gazzetta hija infurmata wkoll li proprju fl-aħħar xhur li għaddew SportMalta ħarġet sejħa biex din l-art tiġi mibdula għalkollox, bil-konsegwenza li din inqalgħet kompletament biex tkun tista’ titwaħħal l-art il-ġdida. Fil-fatt, ix-xogħol beda fl-aħħar ta’ Marzu u issa jinsab fl-aħħar fażi tiegħu, tnat li f ’dawn l-aħħar ġranet, beda x-xogħol ta’ tqegħid tal-art il-ġdida minn esperti barranin. Sala tal-ogħla kwalità Sar ukoll xogħol ieħor biex tkun tista’ titnaqqas l-umdità f ’din l-istess sala. Din is-sala se tkun qed tospita dixxiplini sportiviv differenti bħall-volleyball, il-badminton u l-handball. Dawn l-istess assoċjazzjonijiet sportivi taw
Ix-xogħlijiet li saru fuq l-art ġewwa s-sala tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera il-koperazzjoni u l-għajnuna tagħhom biex ikunu jistgħu jsiru l-linji għal tal-apposta fuq l-art għad-dixxiplini rispettivi. Barra minn dan ix-xogħol, qed isir ukoll xogħol ieħor ta’ manutenzjoni fissistema tal-ventilazzjoni tal-istess sala. Dan għall-fatt li minn meta nfetaħ dan il-kumpless, dan it-tip ta’ xogħol qatt ma kien sar qabel. Xogħlijiet oħrajn li qed isiru fil-kumpless permezz talħaddiema ta’ SportMalta, jinkludu xogħol ta’ żebgħa fil-kurituri kif ukoll ġewwa s-sala nnifisha. Fl-istess ħin se jkunu qed jitwaħħlu wkoll gradi ġodda biex ikun hemm aktar sigurtà waqt l-attivitajiet ġewwa din is-sala speċjalment matul dawk il-programmi sportivi li torganizza SportMalta bħal Summer on the Move, liema programm se jkun qed jingħata bidu għalih nhar il-11 ta’ Lulju li ġej. Daqt se jkunu inawgurati proġett oħrajn Barra minn dan il-proġett, SportMalta qiegħda wkoll taħdem fuq proġett ieħor ġewwa l-Marsa. Għal żmien twil, il-binja
li tinsab fil-Marsa tħalliet mitluqa u bla użu. Kien proprju għalhekk li matul dawn l-aħħar ġimgħat, ġie ppjanat proġett fejn se jkun qed jakkomoda sala tal-ġinnastika, boċċi dromo u uffiċini għall-assoċjazzjonijiet tar-rugby u s-softball li jużaw il-grawnds f ’dan ilkumpless. L-impenn ta’ SportMalta li tgħin lill-assoċjazzjonijiet sportivi jidher fi proġetti bħall-warm-up track fil-Marsa li ġiet miftuħa f ’Mejju li għadda, ilpadiljun tal-Judo Foundation u l-court tal-basketball fis-Siġġiewi, li se jiġu miftuħa fil-ġimgħat li ġejjin u kif ukoll il-padiljun tal-basketball f ’Ta’ Qali, fejn ix-xogħol hu ppjanat li jibda lejn l-aħħar tas-sena. Wieħed ma jistax jinsa wkoll ixxogħol estensiv li qed isir fil-Pixxina Nazzjonali, fejn barra l-investiment li sar fuq l-apparat biex jissaħħan l-ilma tal-pixxini u tax-showers filbidu tas-sena, se jsir il-bdil tal-madum tad-deck lejn l-aħħar tas-sajf u se jinbidlu l-handrails fuq l-istands talistess kumpless. Barra dan kollu, se jsir xogħol ukoll fuq il-ġibjun biex jiġi utilizzat aħjar l-ilma tax-xita.
04 19|06|2016
kullhadd.com
LOKALI
MINN MEWT BIKRIJA GĦAL TAMA TA’ ĦAJJA NORMALI RITIANNE AGIUS ritianne@kullhadd.com Iċ-ċkejken Gabriel Abela, li llum għandu erba’ snin, kien ġie dijanjożat li qed ibati minn kundizzjoni magħrufa bħala Lewkodistrofija. Din hija marda diġenerattiva li m’hawnx kura għaliha, u li spiss twassal għal mewt bikrija. Il-ġenituri ta’ Gabriel, Mario u Marcelle, damu żmien twil taħt xokk, u din l-aħbar qalbitilhom ħajjithom ta’ taħt fuq. Għexu ġurnata wara l-oħra għal erba’ snin sħaħ bil-biżgħa li binhom se jaqleb għall-agħar u jmut f ’qasir żmien. Kienet din il-gazzetta li l-ewwel irrappurtat il-każ ta’ din il-familja. Marcelle dejjem saħqet magħna li ma kinetx se taqta’ qalbha, anki jekk ilfamilja kienet inqabdet f ’nassa ta’ baħħ, għaliex ir-riċerka fuq din il-marda għadha lura. Din l-omm qalbiena żammet kelmitha, u fl-aħħar snin ma waqfitx tagħmel kuntatt ma’ speċjalisti f ’dan il-qasam minn madwar id-dinja, filwaqt li fuq livell lokali mexxiet kampanja biex tqajjem kuxjenza dwar il-mard rari. Fil-fatt Marcelle kienet strumentali biex għallewwel darba f ’Malta titwaqqaf alleanza nazzjonali li tkun ta’ sostenn għar-riċerka u l-pazjenti tal-mard rari. Gabriel se jgħix Ix-xogħol ta’ Marcelle u żewġha biex mhux biss jgħinu lil binhom imma wkoll Maltin oħra wasslithom għal aħbar sabiħa ferm. Wara li l-koppja Abela talbu speċjalisti flAwstralja jistudjaw il-każ ta’ binhom bħala parti minn programm ta’ riċerka fuq tfal bil-lewkodistrofija, ġie konkluż li Gabriel fil-fatt mhux qed
Awstraljani tawha din l-aħbar. Tiddeskrivi kif kienet ilha għal xi żmien tara lit-tifel qed jitjieb, u dan ma kinx konsistenti ma’ dak li qalulhom biex jistennew mill-marda diġenerattiva tallewkodistrofija. Marcelle tispjega li qatt ma kien hemm ċertezza totali li Gabriel ma setax kien qed ibati minn marda oħra, u għalhekk baqgħet tfittex sakemm sabet ir-risposta. Minkejja l-għajnuna kbira li sabet mingħand ilprofessjonisti Maltin, Marcelle tisħaq li fejn jidħol mard rari f ’Malta għadna limitati wisq, u biex wieħed jasal irid ifittex kollaborazzjoni ma’ speċjalisti barranin. Mhix faċli li wieħed jagħmel ir-riċerka, jikkomunika ma’ entitajiet barranin u jsiefer waqt li jkun għaddej mit-trawma u l-problemi ta’ ulied b’marda rari u terminali. Għalhekk huwa mportanti li l-professjonisti Maltin ikollhom kuntatti u kollaborazzjoni ma’ entitajiet barranin. Marcelle tgħid li għaddiet il-kuntatti u l-informazzjoni li kisbet lillBżonn ta’ kollaborazzjoni kollha professjonisti u l-awtoratijiet ma’ speċjalisti barranin ta’ Malta biex b’hekk ikunu Marcelle qaltilna li lanqas riedet jistgħu jagħtu daqqa t’id lilltemmen meta l-ispeċjalisti familji li huma milquta minn ibati minn lewkodistrofija, imma minn kundizzjoni li għandha sintomi simili. Din il-kundizzjoni hija magħrufa bħala static encephalopathy jew cerebral palsy. Għalkemm din hija wkoll kundizzjoni serja, madankollu mhix waħda ġenetika u diġenerattiva li tibqa’ tavvanza sakemm twassal għall-mewt. Fil-każ ta’ Gabriel, iddiġenerazzjoni jidher li waqfet, u l-ispeċjalisti Awstraljani mhux qed jipprevjenu li se tkun qed tisskota fil-futur immedjat. Għalkemm id-diġenerazzjoni ta’ dak li huwa magħruf bħala white matter wasslet lil Gabriel biex ikollu diversi problemi fiżiċi, fosthom nuqqas ta’ mobbilità, għal dawn ilproblemi teżisti t-terapija li tista’ tgħinu jiġi ’l quddiem. Ġaladarba m’hemmx il-biżgħa li Gabriel jista’ jitlef kollox minn mument għall-ieħor, finalment il-ġenituri ta’ Gabriel qed iħarsu lejn futur għal binhom li fih ikunu jistgħu jippjanaw biex jgħinuh jgħix ħajja kemm jista’ jkun normali.
xi sitwazzjoni simili. Hekk ilproċess jitħaffef u tkun tista’ tinstab l-aħjar rimedju fl-iqsar żmien possibbli għal dawk milquta mill-marda.
“Bdejna ħajjitna mill-ġdid!” Hija din il-frażi qasira li biha Marcelle tiddeskrivi l-impatt li din l-aħbar riċenti kellha fuq ilħajja tal-familja tagħhom. Tisħaq li issa huwa d-dmir tagħha li tkompli tkisser issolitudni ta’ vjaġġ fid-dlam
li jgħaddu minnu l-ġenituri bi tfal li għandhom mard rari. “Nisperaw li nkissru l-ostakli li hemm fil-konfront ta’ min ikollu jiffaċja xi tip ta’ sitwazzjoni bħal tagħna.” Marcelle tappella lil dawk ilfamilji kollha li għaddejin minn problemi ta’ mard, speċjalment mard rari, biex ma jħossuhomx waħedhom u qatt ma jaqtgħu qalbhom li se jsibu l-kura. Fejn hemm il-ħajja, hemm ittama, jgħid il-Malti. Il-każ taċċkejken Gabriel jikkonferma l-verità ta’ din il-frażi.
m’għandhiex tkun kwistjoni marbuta mad-drittijiet talmara jew sempliċement massaħħa riproduttiva tagħha,” qalu l-isqfijiet.
Żiedu li “l-kwistjoni għalina tibqa’ l-fibra morali tas-soċjetà tagħna: mingħajrha nkunu nżarmaw mhux biss dak li rċevejna, imma anke nispiċċaw m’għandna xejn x’ngħaddu lil ta’ warajna.” Fl-istess waqt qalu li japprezzaw il-ħidma favur id-drittijiet tal-mara fis-soċjetà tagħna biex ikunu rispettati u promossi bla heda r-rwol u d-dinjità tal-mara. Peró żiedu li “fejn hemm bidu ta’ ħajja umana ġdida, hemm kwistjonijiet ferm iktar serji u delikati li jekk ninjorawhom inkunu biss qed nimminaw l-iktar valuri sagri li s-soċjetà u l-konvivenza bejnietna jagħmluhom iktar denji tal-bniedem.”
“Bdejna ħajjitna mill-ġdid!”
‘LE’ MILL-ISQFIJIET ALEANDER BALZAN
aleander.balzan@one.com.mt
Fi stqarrija mirquma bi kliem sabiħ dwar id-drittijiet tal-mara l-isqfijiet iddikjaraw li huma kontra li f ’pajjiżna tkun legalizzata l-morning after pill. Malta hija l-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea li m’għandiex aċċess legali għal din il-pillola kontraċettiva u fl-aħħar jiem tressaq protest ġudizzjarju l-qorti biex din is-sitwazzjoni tinbidel. 48 siegħa wara l-Arċisqof Charles Scicluna u l-Isqof Mario Grech ukoll daħlu fid-dibattitu. Bħal fi drabi oħra qalu li qed jitkellmu f ’isimhom u għadd ta’ persuni oħra. Dawk li skont huma “jemmnu fil-valur u
d-dinjità tal-ħajja.” “Aħna favur id-drittijiet tal-persuna fil-ġuf li għalkemm ma għandhiex qawwa ssemma’ leħinha, id-dritt tagħha
għal ħajja għandu jiġi mħares bil-qawwa kollha. Għalhekk, aħna naffermaw b’saħħa li l-legalizzazzjoni ta’ din il-pillola, li hija f ’ħafna każi abortiva,
LOKALI
kullhadd.com
19|06|2016 05
“META NIĠI HAWN NAGĦMEL KURAĠĠ”
Ritratti: ALAN SALIBA
Persuna nieqsa mid-dawl dwar iċ-ċentru Spero
RITIANNE AGIUS ritianne@kullhadd.com Immaġina kieku tiftaħ għajnejk kull filgħodu u bilkemm tħoss id-differenza, għaliex tibqa’ fid-dlam. Din l-esperjenza diffiċli ftit fostna qatt jgħaddu minnha, għalhekk huma biss il-persuni neqsin mid-dawl li jistgħu jagħtuna ħjiel ta’ xi tfisser li tgħix il-ħajja fid-dlam. Għal dan il-għan żorna ċ-ċentru Spero f ’Ħal Qormi, li ta’ kuljum jilqa’ numru sostanzjali ta’ persuni neqsin mid-dawl. Dawn il-persuni jsegwu programm ta’ tagħlim u jgħaddu l-ħin b’attivitajiet varji, fejn għal kull persuna dan iċ-ċentru qed jaqdi funzjoni partikolari fil-ħajja tagħha. Taħriġ u divertiment immirat għal dawk nieqsa mid-dawl Meta dħalna fiċ-ċentru Spero, immedjatament konna milqugħa bil-kant talgħana tradizzjonali. Sonia, ilfacilitator li tkellimna magħha, qaltilna li din l-għanneja kienet tinsab fiċ-ċentru għall-ewwel darba, wara li kien hemm domanda qawwija għal din l-esebizzjoni. Peress li l-klijenti taċ-ċentru huma kollha ta’ età medja u avvanzata, din l-attività intlaqgħet tajjeb ħafna. Kien hemm biss raġel wieħed li prefera jagħmel xi ħaġa oħra waqt li kienet għaddejja l-għana, u hekk kif konna mexjin lejn kamra ftit iktar kwieta, sibnieh impenjat fuq rota tal-gym jagħmel l-eżerċizzju. Sonia spjegatilna li bħalissa dan iċ-ċentru qed jilqa’ 18-il klijent, li uħud minnhom huma ġodda filwaqt li oħrajn ġew hawn miċ-ċentru ta’ Santa Venera li kien jifforma parti millAġenzija Sapport. L-Aġenzija Sapport għadha toffri dan
is-servizz b’kollaborazzjoni mal-Outlook Coop, li fl-istess binja tagħhom jinsab dan iċċentru. F’din il-kollaborazzjoni l-Aġenzija Sapport tipprovdi s-servizz tas-social workers, li jżommu monitoraġġ talklijenti u l-progress tagħhom. Dawk li jattendu ċ-ċentru jsegwu programm strutturat, fejn issir enfasi fuq taħriġ biex wieħed ikun jista’ jgħix ħajja indipendenti. Dan jinkludi l-użu tat-teknoloġija moderna bħal ma huma l-kompjuters, it-tablets u l-mobiles touchscreen. Isir taħriġ ukoll dwar kif wieħed għandu jagħmel l-aħjar użu mill-bastun biex ikun indipendenti anki filmobbiltà. It-tagħlim tal-Braille huwa servizz ieħor offrut hawnhekk, fejn fil-ħin tażżjara tagħna stajna nosservaw lil wieħed mill-klijenti waqt tali lezzjoni. Mil-lat edukattiv jinġiebu wkoll diversi kelliema fiċ-ċentru li jiddiskutu malklijenti suġġetti li jistgħu jkunu utli fil-ħajja tagħhom. Sonia ssoktat tispjegalna kif il-persuni nieqsa mid-dawl, speċjalment dawk li jgħixu waħedhom, jistgħu jsibu diffikultà biex joħorġu daqs kemm jixtiequ. Għalhekk dan iċ-ċentru jorganizza wkoll ħarġiet spissi għallklijenti. Ħarġiet riċenti kienu jinkludu, fost oħrajn, żjara f ’park marittimu fejn il-klijenti setgħu jmissu lid-dniefel, kif ukoll dawra mal-konkatidral ta’ San Ġwann b’deskrizzjoni mitkellma ta’ dak li hemm madwarhom. Żjarat regolari oħra jinkludu għawm u attivitajiet kulturali. “Tgħallimt inħaddem kompjuter, issa rrid nitgħallem il-Braille” Kellna l-opportunità li niltaqgħu ma’ Marija u Ġanni, żewġ persuni li jattendu
ċ-ċentru Spero. Filwaqt li Marija ilha biss ħames xhur f ’dan il-programm, Ġanni ilu jattendi sentejn, jiġifieri mill-bidu li dan infetaħ f ’Ħal Qormi. It-tnejn li huma jkunu entużjasti biex jiltaqgħu malħbieb tagħhom kull filgħodu, u jsostnu li dan iċ-ċentru qed jgħamlilhom differenza kbira fil-ħajja tagħhom. Marija tispjegalna kif f ’dawn ix-xhur li ilha tattendi ċ-ċentru, tgħallmet tħaddem kemm kompjuter kif ukoll tablet, fejn qabel qatt ma kienet timmaġina li tista’ tużahom. Ix-xewqa tagħha għall-pass li jmiss hija li tibda titgħallem taqra bil-Braille. Peress li Marija dilettanta tat-tisjir, tixtieq kieku f ’dan iċ-ċentru jkollhom ukoll kċina, iżda peress li f ’dan l-istadju m’huwiex possibbli, Marija spiss issajjar l-ikel iddar u ġġibu magħha ċ-ċentru biex iddewqu lill-sħabha. Min-naħa tiegħu Ġanni stqarr magħna li ma kinitx faċli ċ-ċaqliqa miċ-ċentru ta’ Santa Venera għal Ħal Qormi, madankollu jħoss li ġaladarba ndraw in-nies u ndara l-post, bdew imorru tajjeb ħafna. “Jien meta niġi hawn nagħmel kuraġġ,” saħaq Ġanni. “Għalkemm għandi familja, nieħu gost niġi hawn għax inkun ma’ nies oħra bħali. Inħossni komdu ħafna magħhom.” Ma jħossuhomx komdi joħorġu waħedhom Marija u Ġanni t-tnejn jaqblu li għal persuni nieqsa middawl, huwa diffiċli ħafna biex dawn joħorġu waħedhom fittriq bl-għajnuna tal-bastun biss. Isemmu x-xatt ta’ TasSliema u anki dak ta’ Buġibba, fejn minkejja li jidhru bħala postijiet addattati biex persuni nieqsa mid-dawl jippassiġġaw, fil-verità jippreżentaw diversi
ostakli. Dawn jinkludu oġġetti fin-nofs tal-passaġġ u nuqqas ta’ sinjali mal-art li jkunu konsistenti. Fuq din it-tema, Sonia ttemm tgħid li hemm bżonn ta’ iktar kuxjenza u għarfien fejn jidħlu l-persuni nieqsa mid-dawl, kemm mill-awtoritajiet, minn dawk li joffru xi servizz, u anki fost il-poplu ġenerali. Tajjeb ukoll li l-poplu jkun konxju ta’ ċertu aspetti biex jinteraġixxi mal-persuni nieqsa mid-dawl. Fattur partikolari huwa l-bastun abjad, magħruf ukoll bħala white cane. Dan il-
bastun jindika li l-persuna hija nieqsa mid-dawl, iżda ftit jafu li jekk ikollu l-kuluri fuqu jkun ifisser li l-persuna hija nieqsa wkoll mis-smigħ. Għalhekk il-persuni fit-triq, speċjalment is-sewwieqa, għandhom ikunu kapaċi jagħrfu dawn issinjali biex persuni b’dawn iddiżabbiltajiet ikunu iktar siguri u indipendenti. Dawk li huma interessati li jakkwistaw iktar informazzjoni dwar iċ-ċentru, huma ġentilment mitluba biex iċemplu lill-Aġenzija Sapport fuq 21451868.
06 19|06|2016
kullhadd.com
LOKALI
ANQAS BUROKRAZIJA U AKTAR AĊĊESSIBBILTÀ GLEN FALZON glen@kullhadd.com
Aktar kmieni din ilġimgħa s-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni talProċessi Amministrattivi Deborah Schembri, ilMinistru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi kif ukoll il-Ministru għatTuriżmu Edward Zammit Lewis varaw il-policy dwar spazji miftuħa użati millistabbilimenti tal-ikel. Din il-policy mhux biss hija mmirata biex ikun hemm anqas burokrazija għassidien tar-ristoranti iżda se tkun qed tissarraf f ’aktar aċċessibbiltà għal dawk ilpersuni b’diżabbiltà li jużaw siġġu tar-roti bħala mezz ta’ mobbiltà. Kien proprju għalhekk li din il-gazzetta tkellmet ma’ Michael Stivala, rappreżentant tal-Assoċjazzjoni Maltija talLukandiera u r-Ristoranti (MHRA) fejn jidħlu policies tal-ambjent u l-ippjanar, kif ukoll maċ-Chairperson talKunsill Nazzjonali għallPersuni b’Diżabbiltà (KNPD) Oliver Scicluna fejn qasmu l-opinjoni tagħhom dwar din il-policy li tant kienet ilha mistennija. Proċess aktar faċli għassidien tar-ristoranti Mistoqsi dwar kemm ilu jinħass il-bżonn għal policy ta’ din ix-xorta, Stivala sostna li dan ilu jinħass għal diversi snin. “L-MHRA kienet ilha snin twal tisħaq biex issir din il-policy għax nemmnu li se tiffaċilita l-ħajja lis-sidien tarristoranti u se jkun qed jiħares ukoll l-interess tal-pubbliku inġenerali.” Fi kliem ieħor, dan l-eżerċizzju se jagħmel l-affarijiet aktar strutturati u sempliċi għas-sidien tarristoranti li għandhom permess jarmaw f ’żoni pubbliċi. Fil-fatt, Stivala rrimarka li qabel din il-policy, ma kien l-ebda linji gwida għal ħadd. Madankollu, issa se jkun hemm linji gwidi ċari dwar x’għandhom ikunu l-istandards għar-ristoranti u l-faċilitajiet tad-diveriment li jużaw spazji pubbliċi, bħallbankini u l-pavimenti, fost spazji oħrajn.
Oliver Scicluna KNPD
mingħajr din il-policy, Stivala sostna li dawn kienu jiltaqgħu ma’ diffikultajiet kbar. Dan hekk kif l-applikanti riedu jmorru għand diversi awtoritajiet u dipartimenti fejn kull entità differenti kellha regoli differenti u anki ġieli kuntrastanti. Stivala qal li “il-proċess kien jieħu żmien twil esaġerat u kien proprju għal din ir-raġuni li min xtaq jaħdem bis-sewwa sab ħafna diffikultajiet.” Fil-fatt, isSegretarju Parlamentari Schembri għamlet aċċenn għal dan fejn sostniet li għall-kuntrarju ta’ kif kien jiġri qabel, l-applikanti kien ikollhom jirrikorru għal tliet permessi differenti. Apparti minn hekk, il-pubbliku wkoll se jkun qed jibbenefika mill-element viżiv u minn standards ogħla li se jkunu qed joffru l-istabbilmenti. Żied jgħid li anomalija oħra kienet li r-ristoranti riedu jkunu diġà miftuħa biex japplikaw għall-imwejjed u s-siġġijiet. “Din il-prattika ma kinitx tagħmel sens għax jekk tkun qiegħed tapplika għal ristorant ġdid, issa, tista’ tibda mill-ewwel ġurnata kollox regolari,” spjega r-rappreżentant tal-MHRA.
Michael Stivala MHRA
kuntenti ħafna b’din il-policy. Dan hekk kif issa, b’din ilpolicy il-ġdida, l-applikanti għandhom is-servizz ta’ one stop shop li l-Awtorità talIppjanar, li l-MHRA temmen, li dan għandu jiġi estiż għal applikazzjonijiet oħrajn. “L-Awtorità tal-Ippjanar se tkun qed tikkonsulta malawtoritajiet kollha u malġirien billi titwaħħal tabella bin-numru tal-applikazzjoni fuq il-faċċata tal-ħanut u ġġibha fil-gazzetti lokali.” Żied jgħid li issa l-proċess m’għandux jieħu aktar minn 100 ġurnata. Kien hawnhekk li r-rappreżentant tal-MHRA, filwaqt li sostna li din l-assoċjazzjoni tat kontribut kbir biex titfassal din ilpolicy, ħa din l-opportunità biex juri l-apprezzament tiegħu għax-xogħol siewi li qed jagħmel il-Gvern biex titnaqqas il-burokrazija. Flaħħar nett, Stivala sostna li għalkemm din il-policy hija pass fid-direzzjoni t-tajba, xorta waħda għad fadal ħafna xi jsir, u għalhekk appella lill-Gvern biex ikompli jikkonsulta mal-MHRA, biex fl-aħħar mill-aħħar ikompli jitjieb il-prodott Malti.
“Ħafna mis-suġġerimenti “Il-proċess kien jieħu Proċess li m’għandux jieħu tagħna ġew milqugħa” żmien twil esaġerat” aktar minn 100 jum Min-naħa tiegħu, iċMistoqsi dwar il-problemi li Kien hawnhekk li Stivala Chairperson tal-KNPD kienu qed jiltaqgħu magħhom rrimarka mill-ewwel li Oliver Scicluna sostna li is-sidien tar-ristoranti s-sidien tar-ristoranti huma “ninsabu sodisfatti ħafna,
anek minħabba l-fatt li l-suġġerimenti li għaddiet il-KNPD, ħafna minnhom, ġew milqugħa. Dan hekk kif din il-policy kienet meqjusa bħala pass vera importanti speċjalment għall-persuni li qed nirrappreżentaw.” Żied jgħid li issa huwa essenzjali li din il-policy tkun infurzata u ma tkunx policy, bħal ħafna, ta’ fuq il-karti biss. “Jien irrid nara biex nemmen,” fisser Scicluna. Fil-fatt, f ’dan ir-rigward, Robert Vella, uffiċjal fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar, għamilha ċara li mhu se jkun qed jiġi ttollerat l-ebda tip ta’ abbuż fid-dawl tal-parametri stabbiliti. Dan hekk kif din l-awtorità se tkun qed tara li tintlaħaq il-kwalità meħtieġa tal-ambjent, is-siġġijiet u l-imwejjed tar-ristoranti. Serħan il-moħħ għallpersuni li jużaw siġġu tarroti Qal ukoll li għalkemm irreazzjoni mill-membri talKNPD kienet waħda pożittiva, ħafna mill-mistoqsijiet li saru kienu dwar kif din il-policy se tkun qed tiġi infurzata. “Apparti li jekk tiġi infurzata din il-policy se toħloq aktar ordni fit-toroq ta’ pajjiżna, din se toffri serħan il-moħħ għall-persuni li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti li jridu jgħixu ħajja indipendenti u joħorġu waħidhom,” spjega ċ-Chairperson tal-KNPD.
Żied jgħid li din xi ħaġa li kultant kulħadd jinsa li dawn it-tipi ta’ ostakli jimpedixxu milli persuna jkollha d-dritt tal-freedom of movement. Mitlub jikkummenta dwar il-problemi li jiffaċċjaw ilpersuni b’diżabbiltà mingħajr din il-policy, Scicluna fisser li bosta stabbilment jostakolaw bankini u partijiet li huma meqjusa li għandhom jiġu użati mill-pubbliku (pedestrians). “Dan joħloq inkonvenjent sħiħ lil kull min irid jagħmel użu minn dawn il-bankini, mhux biss persuni li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti, iżda anke dawk li għandhom nuqqas ta’ mobbiltà kif ukoll ġenituri li jkollhom lit-tfal filpushchairs,” fisser Scicluna. Policy li kienet ilha tinħass snin Iċ-Chairperson tal-KNPD fisser ukoll li l-ħtieġa għal din il-policy kienet ilha tinħass minn mindu l-awtoritajiet u l-Kunsilli Lokali tilfu l-kontroll u l-ordni ta’ ħafna stabbilmenti li bdew blużanza li jarmaw siġġijiet u għamara oħra, b’hekk jostakolaw passaġġi fuq bankini u oqsma oħrajn. “Jien inħoss li din hija sitwazzjoni li setgħet ġiet ittrattata ferm qabel u minflok inħlew dawn is-snin kollha. Qiegħed ngħid dan minħabba l-fatt li, għalkemm se tidħol fis-seħħ din il-policy, il-mentalità tal-ordni f ’dan ir-rigward tinsab immatura ħafna,” temm jgħid Scicluna.
LOKALI
kullhadd.com
19|06|2016 07
Id-dibattitu dwar il-morning after pill beda issa, iżda f ’Malta diġa’ qed jintużaw pilloli abortivi
KSIBNA PILLOLA ABORTIVA BIL-POSTA FI FTIT JIEM Tkompli minn paġna 1 Tiftixa online ... Pruvajna l-ewwel metodu. Forsi l-aktar wieħed li jidher sempliċi. Sibna sit fuq l-internet, li għalkemm mhux diffiċli wieħed isib l-isem tiegħu qed nagħżlu li ma nippromwovuhx aħna. Dan minħabba raġunijiet mediċi. Is-sit jipprovdi l-informazzjoni kollha dwar dan it-trattament. Bagħtna email u għidna li ngħixu Malta. Għidna li t-tfajla għandha iktar minn ġimgħa tqala u li ridna niksbu dawn il-pilloli li jtemmu t-tqala. Urejna li kellna sens ta’ urġenza u t-tweġiba ma damitx ma waslet. F’anqas minn kwarta nirċievu messaġġ awtomatiku. Intqal li l-email tagħna waslet u se tkun proċessata fi ftit talħin. L-email kienet tgħid ukoll li biex tkun proċessata l-applikazzjoni huwa essenzjali li tħalli donazzjoni ta’ bejn sebgħin u disgħin ewro lil organiżazzjoni. KullĦadd mhux biss għamel dan il-proċess iżda tkellem ukoll ma’ min jaf sew kif jaħdem dan il-proċess. Ladarba l-applikazzjoni tgħaddi, timtela formola li ssaqsi numru ta’ mistoqsijiet dwar kundizzjonijiet mediċi u oħrajn ġenetiċi. Żewġ tipi ta’ pilloli
dawn il-pilloli, irriżulta li fi ftit jiem dawn jaslu bil-posta. “Il-pakkett tiegħek jasal bid-DHL. Ikunu huma li jtuk stima taż-żmien. Però ġeneralment tieħu bejn ħamsa għal għaxar t’ijiem biex jasal Malta. Jista’ jkollok abort mediku sa 12–il ġimgħa ta’ tqala. Għidilna jekk ikollok iktar mistoqsijiet,” intqal lilna fir-risposta. Jekk il-proċess jaħdem kif suppsot il-mara terġa tgħaddi miċ-ċiklu menstruwali u t-tqala tintemm minħabba żbilanċ fil-kimiċi responsabbli waqt it-tqala. Għalkemm dan it-trattament jidher li huwa effettiv filmaġġoranza tal-każijiet, tabib li tkellem magħna ma rrakkomandahx. Dan minħabba effetti sekondarji li jista jkollhom impatt permanenti fuq saħħet ilmara kif ukoll it-tarbija. Iżda, dan kollu jikxef kif filwaqt li f ’pajjiżna reġgħet qabdet id-diskussjoni dwar il-morning after pill huma ħafna dawk li fi skiet ta’ darhom ma jgħidu xejn u jaġixxu skont il-ħtieġa. Għalkemm wieħed irid jagħmilha ċara li l-morning after pill hija xi ħaġa differenti ħafna dan huwa każ ieħor li juri kif hawn realtà li nitkellmu dwarha u oħra moħbija iżda reali.
Il-pilloli isimhom mifepristone u misoprostol. Iż-żewġ tipi ta’ pilloli li jwasslu t-terminazzjoni tat-tqala fl-ewwel ġimgħat tagħha. L-ewwel tittieħed il-pillola mifepristone u ftit tal-ħin wara tieħu sitt pilloli misoprostol. Lil min jitħajjar jgħidulu li dan jista’ jsir id-dar sakemm għandu t-tagħrif sew u jkollu aċċess għallkura ta’ emerġenza jekk kemm il-darba jkun hemm kumplikazzjonijiet. Jingħad li r-rata ta’ suċċess hija ta’ 90%, u għalhekk teżisti possibbilità minima li l-intervent ma jaħdimx u għaldaqstant ikun hemm konsegwenzi serji fuq ittarbija fil-ġuf tal-omm. Dan minħabba li d-diviżjoni taċ-ċelloli ma tibqax għaddejja b’mod normali, u jekk dan iseħħ l-unika soluzzjoni tkun abort kliniku iktar il-quddiem fil-fażi tat-tqala. Komplejna blinvestigazzjoni tagħna u Protest ġudizzjarju staqsejna dwar kemm irid jgħaddi żmien biex nirċievu Kien fl-aħħar jiem grupp
magħmul minn aktar minn mitt mara ressaq protest ġudizzjarju kontra l-istat, biex talab li f ’pajjiżna tidħol kontraċezzjoni t’emerġenza – bħall-morning after pill. Il-protest huwa ffirmat minn mija u żewġ nisa li għandhom bejn is-sittax u t-tnejn u sittin sena. Il-fondazzjoni għad-drittijiet tan-nisa saħqet li d-drittijiet tagħhom qed ikunu mminati. Din il-kampanja, immexxija minn Lara Dimitrijevic – avukata tad-drittijiet umani – qed titlob li l-kontraċezzjoni t’emerġenza tiġi liċenzjata, importata u mqassma f ’pajjiżna. Saħqet li l-libertà fejn tidħol ir-riproduzzjoni tan-nisa, għandha titqies bħala dritt fundamentali, u żiedet li kull mara u koppja għandu jkollhom id-dritt jagħżlu huma li jkollhom it-tfal. Din l-aħbar dwiet mal-midja lokali matul il-jum tal-Ħamis, fejn ġabet magħha numru ta’ reazzjonijiet. Dħalna aktar fil-fond, u rriċerkajna dwar ilkontraċeżżjoni t’emerġenza fil-pajjiżi Ewropej. Malta eċċezzjoni Fil-fatt jirriżulta li huwa biss pajjiżna li jqis ilkontraċezzjoni t’emerġenza bħala mezz t’abort, u allura għadha llegali. Mhux f ’kull pajjiż teżisti l-istess tip ta’ pinnola,
għalkemm kollha għandhom effetti simili. Fil-maġġoranza tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, bħallItalja, l-Ingilterra, l-Awstrija u l-Bulgarija; dawn il-pinnoli jistgħu jinxtraw minn spiżeriji mingħajr bżonn ta’ referenza mingħand tabib. L-aċċessibilità għal tfajliet b’etajiet differenti tvarja. Jekk nieħdu l-Ingilterra per eżempju, il-kontraċezzjoni t’emerġenza tista’ tinxtara għall-użu personali ta’ kull min għandu aktar minn sittax –il sena. L-istess jiġri f ’pajjiżi bħarRepubblika Ċeka, fost oħrajn. F’pajjiżi bħal Spanja imbagħad, din tingħata fl-ispiżeriji mingħajr restrizzjonijiet. Dan ifisser li tfajla jista’ jkollha inqas minn sittax-il sena, u xorta tingħata l-kontraċezzjoni t’emerġenza. Uħud mill-pajjiżi flEwropa iżda, jitolbu karta ta’ referenza mingħand tabib qabel jagħtuha fl-ispiżeriji. Fost dawn hemm ir-Russja, ir-Rumanija, il-Polonja, l-Ungerija u l-Greċja. L-unika restrizzjoni fil-Finlandja hija li l-kontraċezzjoni t’emerġenza ma tistax tingħata lil tfajliet li għandhom inqas minn ħmistax-il sena, u tingħata biss pinnola waħda kull darba – jiġifieri tfajla ma tistax tmur u tixtri iktar minn waħda. Sa Marzu tas-sena l-oħra, fil-Ġermanja, dawn il-pilloli
kienu jingħataw biss bilpreskrizzjoni tat-tabib. Iżda minn dak iż-żmien ’l hawn, ċertu kontraċezzjoni t’emerġenza qed jingħataw minn spiżeriji mingħajr karti ta’ tabib lil tfajliet li għandhom aktar minn erbatax-il sena. Jekk nieħdu l-Irlanda mbagħad, wieħed mill-iktar pajjiżi li dam biex daħħal ilkontraċezzjoni t’emerġenza – speċjalment meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra fl-Ewropa, flaħħar snin saret disponibbli fl-ispiżeriji kollha mingħajr bżonn ta’ preskrizzjoni, u mingħajr restrizzjoni t’età. Stħarriġ li sar fl-elfejn u ħdax f ’dan il-pajjiż wera kif aktar minn ħamsa u tmenin fil-mija tal-ispiżjara fl-Irlanda ntalbu l-kontraċezzjoni t’emerġenza minn meta saret disponibbli mingħajr bżonn ta’ referenza mingħand professjonist mediku. Intant, dan kollu jagħmel lil Malta l-unika pajjiż fuq ilmappa tal-Unjoni Ewropea fejn il-kontraċezzjoni t’emerġenza għadha qed titqies mezz t’abbort, u allura llegali. Fuq Facebook infetħet paġna bl-isem “Emergency Contraception for Malta”. Paġna li għandha l-għan isservi biex tqajjem għarfien dwar id-drittijiet riproduttivi tal-mara, u kif ukoll biex tippromwovi l-kampanja talfondazzjoni fuq dawn iddrittijiet.
08 19|06|2016
kullhadd.com
LOKALI
X’INHUMA R-RIPERKUSSJONIJIET TAL-BREXIT?
jiġi biex jidħol lura fl-Unjoni qabel? Din hija mistoqsija Ewropea, mhux se jsibu l-istess ipotetika iżda d-diskussjoni tista’ tibda immedjatament pakkett jistenniehom. minn wara vot Brexit. Anke jekk ir-Renju Unit Brexit u l-Presidenza taltivvota biex tibqa’ fl-Unjoni Kunsill Ewropea, Malta se tkun qed Ir-referendum tar-Renju Unit, tmexxi l-Kunsill tal-Unjoni meta l-Unjoni kemm jekk jirbaħ Brexit u Ewropea anke jekk ir-Renju Unit jibqa’ Ewropea tiġi biex tinnegozja fil-UE, se jkollu impatt fuq il- l-ftehim li sar mar-Renju Unit. Intant, il-gazzetta Kullħadd Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel sitt xhur tal- staqsiet lill-Uffiċċju tal-Prim 2017. Ministru dwar il-possibbiltà Il-Presidenza tal-UE se taqa’ li r-Renju Unit jivvota biex f ’idejn ir-Renju Unit wara joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Malta fit-tieni nofs tal-2017. L-Uffiċċju tal-Prim Ministru Il-mistoqsija hija jekk ir-Renju qal li jibqa’ jemmen li r-Renju Unit ma jibqax, Malta żżomm Unit se jivvota favur li jibqa’ flil-Presidenza għal sena, jew Unjoni Ewropea. Madankollu, l-Estonja (li jkun imissha wara il-Gvern qed jipprepara għal r-Renju Unit) tibda sitt xhur kull evantwalità.
IR-REFERENDUM FIL-QOSOR Tkompli minn paġna 1 Ir-rapporti li analizzat ilgazzetta KullĦadd permezz ta’ esperti fis-settur iqajmu numru ta’ mistoqsijiet. Ittweġibiet mhux dejjem ikunu ċari għalkemm l-analiżi dettaljata tati indikazzjoni ċara tal-effett li jista’ jkollha d-deċiżjoni tal-poplu Ingliż. Ir-relevanza ta’ Malta Il-konsegwenzi politiċi għal Malta u s-saħħa li jista’ jkollha fl-Unjoni Ewropea mhumiex ċari. Huwa fatt magħruf li r-Renju Unit u Malta huma parti minn blokk ta’ pajjiżi li ma jaqblux ma’ iktar ċentralizzazzjoni Ewropea tal-poter u lanqas favur iktar federaliżmu. IrRenju Unit huwa l-pajjiż li l-iktar għandu saħħa minn dan il-blokk li sal-lum żamm sod biex l-Ewropa ma tispiċċax waħda federali fejn il-pajjiżi jkollhom inqas sehem fiddeċiżjonijiet li jistgħu jieħdu f ’pajjiżhom. L-esperti qalulna li l-impatt għal Malta se jkun ħażin
minħabba l-bilanċ tal-poter fi Brussell u l-implikazzjonijiet fuq il-leġiżlazzjoni tal-UE. Issaħħa li jkollha r-Renju Unit barra mill-Unjoni tkun minima u allura diffiċli li tinfluwenza fuq oqsma komuni li ħadmu fuqhom Malta u r-Renju Unit. Hemm min isostni li r-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u r-Renju Unit jistgħu jieħdu majnata wkoll jekk ma jkunx hemm immaniġġjar tajjeb tagħhom. Madankollu, ir-relazzjonijiet bejn pajjiżna u r-Renju Unit huma b’saħħithom kollha u saħansitra jekk pajjiżna jaħdem bil-għaqal, jista’ jservi bħala pont bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea. Ovvjament, minħabba r-relazzjonijiet bejn Malta u r-Renju Unit fl-aħħar għaxar snin kienu kollha f ’qafas talUE, u ftehimiet bilaterali preċedenti jista’ jkun li jkunu tħallew jaqgħu lura u allura jkollhom bżonn jiġu riattivati.
Unit jibqa’ fl-Unjoni Ewropea, hemm ċans li l-Prim Ministru Ingliż David Cameron jagħfas ħafna biex jidher qed jikseb drittijiet b’saħħithom għal pajjiżu. Se jkun qed iħares ukoll biex jiddefendi s-sovranità ta’ pajjiżu u allura Malta jkollha argument favur sovranità wkoll. Il-ftehim li kiseb Cameron mal-Unjoni Ewropea fih opportunitajiet għal Malta wkoll billi jħares lejn inqas regoralizzazzjoni u spejjeż għat-twaqqif ta’ negozji żgħar. Ir-Renju Unit jitlef dak li għandu darba għal dejjem
F’każ li r-Renju Unit jiddeċiedi li joħroġ mill-Unjoni Ewropea żgur li se jitlef kull vantaġġ li għandu llum il-ġurnata bħala membru. Dan ifisser li se jkun tilef il-vuċi f ’livell Ewropew u kull saħħa ta’ deċiżjoni li kellu f ’livell ta’ prim ministri Ewropej. Jekk ir-Renju Unit jivvota Agħar minn hekk, jekk il-vot biex jibqa’ ikun favur Brexit, l-Ewropa ddeċidiet li mhux se jkun hemm Jekk il-vot ta’ nhar il-Ħamis 23 it-tieni ċans. B’hekk, anke jekk ta’ Ġunju jkun favur li r-Renju xi darba r-Renju Unit jerġa’
Ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea mhux darba u tnejn ma qablux dwar x’għandha tkun id-direzzjoni u dak tal-ġimgħa d-dieħla jaf jidher bħala divorzju li ma seta’ jkun evitat qatt. Sa issa l-istħarriġ juri li xejn mhu ċert għalkemm dan l-aħħar mhux darba u tnejn li dawk li jridu l-Brexit kienu fuq quddiem sew. Iżda, kif wasalna sa hawn? L-ewroxettiċi dejjem kellhom rwol importanti fil-politika tar-Renju Unit. Ta’ min jinnota li fl-1999 ir-Renju Unit għażel li ma jdaħħalx il-munita ewro. L-isem ta’ Nigel Farage huwa wieħed popolari ferm, iżda fil-kampanja għar-referendum ħa rwol ċentrali Boris Johnson. Illum ir-Renju Unit huwa mħasseb minħabba n-numru kbir ta’ immigranti li jidħlu fil-pajjiż, partikolarmanent biex jaħdmu, inkluż dawk Ewropej. Fid-dawl li fl-Unjoni Ewropea hemm il-moviment ħieles għal ħafna l-uniku soluzzjoni hi l-Brexit. Fost dawk li jridu jibqgħu fl-Unjoni Ewropea hemm il-Prim Ministru David Cameron. Biex isaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu nnegozja ftehim ġdid mal-Unjoni Ewropea, fost affarijiet oħra garanziji għas-servizzi finanzjarji Ingliżi u restrizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-immigranti. Jgħid li l-Brexit tkun diżastru ekonomiku għax l-Ewropa tfisser nofs l-esportazzjoni tar-Renju Unit. Cameron jargumenta wkoll li Brexit tfisser deċenju ta’ inċertezza. Iżda dawk li jridu joħorġu jsostnu li s-sovranità qed titnaqqar. Jidher li l-kwistjoni se tkun marbuta ma’ temi ekonomiċi u ta’ immigrazzjoni. Għalkemm, jiġri x’jiġri, il-ġimgħa d-dieħla r-relazzjoni tal-Ingliżi mal-Unjoni Ewropa se tibqa’ tkun imqanqla.
Ara wkoll paġna 15
LOKALI
kullhadd.com
19|06|2016 09
“HUWA PASS IMPORTANTI LI QED TIĠI RIKONOXXUTA L-ISKARSITÀ TAL-ILMA”
Bdiewa Dwar It-Talba Tal-Gvern Għall-Għajnuna Statali
Din il-ġimgħa s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes ħabbar li kien se jitlob il-kunsens tal-Kummissjoni Ewropea sabiex €900,000 mill-fondi nazzjonali jkunu allokati lill-bdiewa, bħala kumpens għat-telf li sofrew din issena kawża tan-nixfa. F’reazzjoni li tat lil din il-gazzetta, kelliema għall-fondazzjoni Maya, li tirrapreżenta bdiewa u raħħala żgħażagħ, esprimiet sodisfazzjon għal din l-inizjattiva. Hija saħqet, fost oħrajn, li huwa pass importanti li l-Gvern qed jirrikonoxxi l-problema tal-iskarsità tal-ilma.
tal-frott RITIANNE AGIUS għall-produzzjoni ritianne@kullhadd.com u l-ħaxix, imma huwa wkoll importanti għaż-żamma talB’nuqqas ta’ ilma bidwi pajsaġġ agrikolu. Minbarra jista’ jitlef snin sħaħ ta’ iktar riċerka dwar it-tibdil talklima u mmaniġjar aħjar tarxogħol riżorsi, il-kelliema tal-Maya Jeanette Borg, il-kelliema tisħaq ukoll li hemm bżonn li għall-fondazzjoni Maya, l-pjan tan-new water, li huwa saħqet li għall-bdiewa ilma li jiġi prodott mill-iskart, l-ispejjeż huma kbar u mhux jiġi implimentat mill-iktar fis. Meta wieħed iqis isdejjem ikopru d-dħul. Meta jkun hemm sena niexfa bħal sitwazzjoni attwali, l-istress ma kellna din is-sena, tonqos fuq l-ilma tal-pjan għandu il-produzzjoni ta’ diversi jiġi kkunsidrat, u fi kliem Borg, iktar jiġġustifika dan prodotti. Naturalment kull prodott il-fond. “Jekk ikollna n-nixfa agrikolu jrid l-ilma, iżda l-bdiewa ħa jtellgħu iktar ilma forsi mhux kulħadd huwa mil-boreholes, u għalhekk idkonxju tal-ammonti kbar li dannu fil-water table jiżdied,” Borg. Mistoqsija hemm bżonn. Fil-fatt 90% ittenni hemmx distinzjoni ta’ kull pjanta huwa ilma, u jekk ċerti pjanti jieħdu iktar ilma bejn bdiewa li għandhom minn oħrajn. Dawn jinkludu aċċess għall-ilma tal-pjan prodotti bħal ħass u ħaxix u dawk li m’għandhomx, ieħor li għandu ħafna weraq Borg tikkonferma li min u li l-iktar li jintlaqat b’nuqqas m’għandux borehole jew sorsi oħra tal-ilma żgur li se jkollu ta’ ilma. Iżda l-ħsara min-nuqqas inqas produzzjoni minn dawk ta’ tiswija ma tafettwax li għandhom. biss il-prodott ta’ dik issena partikolari. Bdiewa li Għandhom jiġu kkunsidrati jkunu ilhom irawwmu siġar diversi fatturi fit-tqassim tal-frott għal snin sħaħ ma tal-fondi jistgħux jaffordjaw li ma jsaqqux, għaliex jekk is-siġra Borg tgħid li l-bdiewa mseħbin tmut ikunu tilfu snin sħaħ ta’ fil-fondazzjoni Maya jħossu li xogħol. Għalhekk il-konsum għandha tinbidel is-sistema tal-ilma fil-biedja jmur lil li permezz tagħha jitqassmu hinn mill-produzzjoni għax l-fondi. Dan għaliex għal huwa wkoll bżonnjuż għall- snin twal din is-sistema ma manutenzjoni tas-siġar minn kinitx tieħu f ’kunsiderazzjoni aspetti varji, fosthom irsena għal oħra. ritorn li bidwi jirrapporta li L-istress fuq l-ilma tal-pjan qed idaħħal minn xogħlu, kif ukoll jekk dan jaħdimx fuq għandu jiġi kkunsidrat bażi full-time inkella partBorg issostni li l-ilma time. Isostnu li filwaqt li kull mhuwiex neċessarju biss bidwi huwa mportanti, dawk
full-time jiddependu mija filmija mill-prodotti li jkabbru, u għalhekk għandhom jingħataw prijorità. “L-ammont ta’ raba’ reġistrat fuq isem xi ħadd ma jagħmlux bidwi, imma sid ta’ art,” isostni bidwi partikolari. “Jekk ma jurix turnover b’saħħitha fid-dikjarazzjoni tal-qliegħ għall-finijiet ta’ taxxa, m’għandux ikun eliġibbli għal din l-għajnuna ta’ emerġenza mill-istat.” Jisħaq li bniedem li għandu ħamsin tomna raba’ u jikrihom jew jagħmilhom qamħ ma tistax issejaħlu bidwi. Għal dan il-bidwi hija problematika wkoll jekk tingħata l-għajnuna lil min għandu inqas minn tomna raba’. Dan għaliex meta l-fondi jinfirxu fuq dawk kollha li għandhom xi raba’ rreġistrat, il-bdiewa propja jispiċċaw jirċievu ammont daqs “erba’ ġabriet bebbux.” Il-Gvern jgħid li mhux se ssir distinzjoni bejn ilbdiewa Mitlub jikkjarifika kif huwa pjanat li se jkunu qed jitqassmu dawn il-fondi ġaladarba jkun hemm l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali wieġeb li l-għajnuna mogħtija se tkun ibbażata fuq il-basic payment scheme li permezz tagħha l-Gvern jgħin lillbdiewa kull sena. Għalhekk il-kriterju li fuqu tingħata l-għajnuna se jkun l-art li ġiet reġistrata mill-
bdiewa għall-għajnuna matul l-istaġun li għadda, u li fuqha ħareġ l-entitlement. “Dan jaċċerta proċess sempliċi u ġust,” spjega kelliem għasSegretarjat. Mistoqsi dwar kunsiderazzjonijiet oħra bħal jekk il-bdiewa humiex fulltime jew jekk għandhomx aċċess għall-ilma tal-pjan, il-kelliem wieġeb li dawn mhumiex relevanti għall-
għajnuniet. Il-kelliem speċifika li l-Gvern ma jiddistingwix bejn raba’ irrigat jew le peress li din l-għajnuna tikkumpensa biss parti mittelf u spejjeż li ħolqot innixfa, u allura l-bdiewa kollha ntlaqtu u sofrew. “Ma jkunx oġġettivament ġustifikat skond ir-regoli tal-għajnuna statali li ssir distinzjoni bejn il-bdiewa,” temm jgħid ilkelliem.
10 19|06|2016
kullhadd.com
GVERN LABURISTA… GVERN LI JAĦDEM
X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI 13 ta’ Ġunju
Ġie deċiż li titwaqqaf awtorità indipendenti bil-għan li tinforza standards ġodda għad-djar tal-anzjani
Emanuel Cuschieri
14 ta’ Ġunju 1. Minn Settembru li ġej huwa mistenni li l-proċess għall-ftuħ ta’ negozju se jibda jdum tlett ijiem biss. 2. Daħlet fis-seħħ l-iskeda tas-sajf tat-trasport pubbliku, b’karozzi tal-linja aktar frekwenti fuq rotot popolari u servizz estiż għallbajjiet, se jkunu qed isiru 300 vjaġġ aktar kuljum. 3. Fit-trasport pubbliku, fil-jiem li ġejjin, se jiġu Malta 33 karozza tal-linja ġdida. 4. Is-sena d-dieħla se jibda x-xogħol ta’ rinnovazzjoni fuq ilCrafts Village f ’Ta’ Qali. 5. Filwaqt li fl-2012 fetħu 6,500 negozju ġdid, is-sena li għaddiet fetħu 11,700 negozju ġdid. 6. Il-pjazza tat-Tritoni barra Bieb il-Belt se tkun pedonali, bilkjoskijiet u bis-siġar.
Malta rreġistrat l-akbar roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea
15 ta’ Ġunju
Beda x-xogħol biex jiġi introdott fast service tal-baħar bejn Malta u Għawdex
7. Sal-aħħar ta’ Lulju se jitlesta x-xogħol fuq it-triq tal-Baħrija. 8. Ġie inawgurat Cat Café fir-residenza San Vinċenz De Paule – terapija għall-anzjani bil-qtates. 9. Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena l-lukandi Maltin irreġistraw żieda ta’ 8.6% f ’dik li hi akkomodazzjoni. 10. Fl-ewwel kwart ta’ din is-sena kien hawn żieda ta’ 12.7% finnumru ta’ turisti li ġew Malta.
16 ta’ Ġunju Permezz ta’ ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Università ta’ Cambridge se jkun possibbli li għalliema Maltin tal-Ingliż jingħataw taħriġ f ’metodi ta’ tagħlim mill-Università prestiġjuża ta’ Cambridge
11. Fl-ewwel kwart tal-2016, l-impjiegi f ’Malta kienu 3.7% ogħla mill-istess perjodu ta’ sena ilu. 12. Malta rreġistrat l-akbar tkabbir fl-impjiegi fl-Unjoni Ewropea, tkabbir ta’ 3.7%, meta fil-bqija tal-pajjiżi Ewropej ġie registrat tkabbir ta’ 1.4%. 13. Se tkun qed tinfetah klinika oħra speċjalizzata fil-Poliklinika ta’ Birkirkara dwar il-mediċina sportiva.
17 ta’ Ġunju
Fl-ewwel tliet xhur tal-2015 ġiet reġistrata żieda ta’ 8.9% fin-nefqa tat-turisti f ’Malta
14. Minn Marzu li ġej il-pubbliku se jkollu aċċess għal servizzi tal-Gvern fuq il-mowbajl. 15. F’jumejn daħlu Għawdex tliet cruiseliners. 16. F’Settembru li ġej se jinfetħu skola u ċentru għall-ħarsien tattfal ġodda f ’Ħaż-Żebbuġ. 17. Il-Ġonna tal-Argotti se jingħataw dehra ġdida. 18. Huwa mistenni li jkun ipprojbit it-tipjip fil-karozzi filpreżenza tat-tfal. 19. F’April li għadda ġiet reġistrata żieda ta’ 7% fin-numru ta’ operazzjonijet li saru fl-Isptar Mater Dei meta paragunat ma’ April 2015. 20. Kompla jirranka t-twaqqigħ tal-power station tal-Marsa. 21. Tħabbar li Malta għandha t-tielet l-inqas rata ta’ qgħad flUnjoni Ewropea. 22. Tħabbar ukoll li Malta għandha t-tieni l-inqas rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea. 23. Tħabbar roħs ieħor fil-prezz ta’ 11-il mediċina; it-tmien roħs minn Marzu 2013 ’l hawn.
OPINJONI
18 ta’ Ġunju
Tħabbar li fl-ewwel sentejn ta’ Gvern Laburista nħolqu 10,000 impjieg ġdid
19 ta’ Ġunju
Intensifika ruħu x-xogħol fi Triq il-Kosta
OPINJONI
kullhadd.com
19|06|2016 11
TAMA GĦAR-RESIDENTI TAL-BAĦRIJA Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL
Għandhom kumitat amministrattiv għalihom. Jagħmlu parti mill-lokal tarRabat. Jaqgħu taħt ir-responsabbiltà talKunsill Lokali tar-Rabat. Qed nirreferi għall-komunità ċkejkna tal-Baħrija. Il-Baħrija hija komunità li, minkejja li m’għandhiex eluf ta’ familji, tkopri firxa wiesgħa ta’ art rurali u tul iż-żminijiet ftit sar investiment infrastrutturali fiha. Tant hu hekk li dawn il-familji kienu għadhom mingħajr sistema adegwata ta’ drenaġġ, kif wieħed jistenna fis-sena 2016. Kienet wegħda ta’ dan il-Gvern li l-fossa li kienet isservi lil dawn in-nies tiġi mneħħija sabiex ikun hemm sistema ta’ drenaġġ imqabbda mar-Rabat. Ċertament li dan kien se jneħħi inkonvenjent kbir għal dawn ilfamilji. Dan il-proġett kien jinvolvi tqattigħ fil-blat għal iktar minn ħames kilometri ta’ toroq u li jitpoġġew kanen u katusi apposta sabiex id-drenaġġ ikun jista’ jitwassal millBaħrija sar-Rabat. L-isfortuna, jew fortuna – skont kif tħares lejha – hi li r-Rabat innifsu u l-konfini immedjati ta’ madwaru huma miżgħuda b’wirt storiku li jmur lura eluf ta’ snin. Fost dawn insibu għad ta’ oqbra u katakombi. Dan iwassal biex kull darba li jkun se jsir xi proġett maġġuri f ’dawn l-inħawi, iktar iva milli le, hemm ċans li tinstab xi ħaġa simili li twassal biex ikun hemm waqfien mix-xogħol sakemm jiġi investigat il-valur storiku tas-sejba. Hekk ġara fil-proġett li qed isir fil-Baħrija.
Dan wassal biex id-Dipartiment għasServizz tal-Ilma u dak tas-Sovrintendenza tal-Partimonju Kulturali kellhom biċċa xogħol iebsa sabiex jidentifikaw dawn issejbiet, li kienu iktar minn 14-il sit storiku. Dawn kieku jinkludu għerien, oqbra u anke għadam. Meta jinstabu fdalijiet simili jkun irid isir xogħol minn arkeologi b’reqqa kbira biex ma jiġix irvinat dak li jinstab. Dan hu xogħol forensiku li jrid isir minn nies esperti fil-qasam. Ladarba jsir dan ix-xogħol, imbagħad il-Korporazzjoni talIlma tkun tista’ tkompli bix-xogħol tagħha. Mhux dejjem faċli li jinstab bilanċ bejn dak li jrid jiġi priservat u t-tkomplija fil-ħin ta’ proġetti simili sabiex ikun hemm l-inqas inkonvenjent possibbli għar-residenti u dawk li jagħmlu użu miż-żoni milquta. It-triq imsemmija ilha magħluqa għal diversi xhur u dan jiġġustifika l-ilmenti u l-frustrazzjoni tar-residenti minħabba trabijiet u nuqqas ta’ aċċess adegwat. Issa li l-proċess wasal fl-aħħar fażi tiegħu, qed isir sforz kollettiv sabiex ix-xogħol jibqa’ għaddej lejl u nhar biex eventwalment ilproġett jiġi komplut fi ftit ġimgħat oħra. Tkellimt dwar dan mas-Sindku tarRabat is-Sur Charles Azzopardi. Charles assigurani li hu u sħabu għamlu dak kollu possibbli biex itaffu l-inkonvenjent għarresidenti, iżda wera biċ-ċar li bħala Kunsill jifhem ukoll ċerti esiġenzi li jinqalgħu, anke minħabba r-raġunijiet li semmejna iktar qabel. Qalli kif kull darba li bħala
Kunsill ikunu se jagħmlu biċċa xogħol infrastrutturali fil-lokal, dejjem ikollhom il-biża’ li l-proġetti jieħdu ferm iktar fit-tul milli ppjanat minħabba l-wirt storiku kbir li hemm tista’ tgħid taħt kull triq jew trejqa fir-raba’ u x-xagħri tal-madwar. Fl-istess waqt, is-Sindku, f ’ isem ilKunsill, wera s-sodisfazzjon tiegħu li l-gvern ċentrali sema’ l-ilmenti tar-residenti tal-Baħrija u tal-Kunsill u daħal għal dan ilproġett ambizzjuż biex issa dawn il-familji għall-ewwel darba se jkollhom sistema ta’ drenaġġ li żgur se ttejbilhom il-livell ta’ għajxien tagħhom kif, wara kollox, jimmeritahom. Infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali tar-Rabat żamm kuntatt kontinwu mar-residenti milquta u dejjem wassal kull informazzjoni mgħoddija lilu millawtoritajiet ikkoncernati. Issa, ladarba l-proġett ikun lest, wieħed mhux se jibqa’ jara bawżers – sa disgħa kuljum, kważi 20 vjaġġ kuljum, sabiex ilaħħqu mas-sistema antika ta’ fosos – għaddejjin mit-toroq tal-Baħrija. Vjaġġi li mhux biss kienu joħolqu inkonvenjent imma wkoll kieku jżommu ammont ta’ traffiku mit-triq ewlenija li mill-Baħrija tieħu għar-Rabat. Dan il-proġett huwa ffinanzjat minn fondi Ewropej u b’kollox se jiġi jiswa mal€5 miljun. Prova oħra ta’ kif dan il-Gvern qed jaħdem biex tali fondi jintużaw biex itejbu l-ħajja u l-livell ta’ għajxien tal-familji Maltin u Għawdxin kollha.
IL-BORD TAL-GOVERNANZA JIKKONFERMA DAK LI KTIBNA SENA ILU FUQ IL-KUNSILL LOKALI TAN-NADUR Issa li l-proċess wasal fl-aħħar fażi tiegħu, qed isir sforz kollettiv sabiex ix-xogħol jibqa’ għaddej lejl u nhar biex eventwalment il-proġett jiġi komplut fi ftit ġimgħat oħra
Madwar sena ilu, il-kunsilliera Laburisti fil-Kunsill Lokali tan-Nadur kienu ġibdu l-attenzjoni li, minkejja li kienu ilhom ix-xhur iressqu ilmenti dwar direct orders li kienu qed jingħataw mill-kunsill tagħhom, l-eks- Sindku qatt ma ta widen u kompla jwebbes rasu. Charles Said, ħu l-eksMinistru Chris Said, meta kien
sindku tal-lokalità, ta ammont konsiderevoli ta’ direct orders li wasslu biex il-monitoring unit fi ħdan id-Dipartiment għall-Gvern Lokali talab lillBord tal-Governanza biex jinvestiga. L-istess Bord, filkonklużjonijiet tiegħu, talab biex jittieħdu proċeduri li huma meqjusa xierqa kemm fil-konfront tas-Sur Said kif ukoll fil-konfront tas-
Segretarju Eżekuttiv tal-istess Kunsill Lokali li kien hu li approva d-direct orders li jaqbżu l-limitu permess mil-liġi. B’kollox ġew effettwati 20 pagament mill-Kunsill Lokali tan-Nadur bejn is-sena 2012 u l-2014, għal total ta’ kwazi €40,000. Meta wieħed iqis l-allokazzjoni ta’ dan ilKunsill, dan l-ammont huwa wieħed konsiderevoli.
Is-Segretarju Eżekuttiv ta’ dak iż-żmien, Rita Mifsud Attard, sostniet li hi dejjem kisbet l-approvazzjoni, iżda rrikonoxxiet li, bħala segretarju eżekuttiv, kienet marbuta blistess regolamenti taċ-Ċivil rigward xiri. Però, Attard qalet li hija riedet taħdem mas-Sindku u għalhekk ma setgħetx tmur kontra r-rieda tiegħu.
12 19|06|2016
kullhadd.com
OPINJONI
KWISTJONI TA’ SAĦĦA
Miriam Dalli Membru Parlamentari Ewropew
Suġġett ieħor li emmint fih u ħdimt biex tittieħed direzzjoni differenti kien dwar l-użu talbexx magħruf bħala glyphosate
Sfortunatament, ħafna drabi ma napprezzawx il-valur ta’ kundizzjoni tajba ta’ saħħa sakemm ma jinqalax xi ħaġa. Niffukaw ftit wisq fuq dak li jista’ jkollu effett ħażin fuq saħħitna. Iżda malli xi ħadd qrib tagħna jkollu djanjosi negattiva nieħdu xokk u għal ftit sigħat jew ġranet nieqfu u nanalizzaw il-ħajja, u napprezzawha ħafna aktar. Il-kanċer huwa l-marda ta’ żminijietna. Min għadda minnha jaf aktar minn ħaddieħor xi jfisser. Dwar dan il-qasam naħdem b’konvinzjoni u bl-esperjenza ta’ min ra persuni qrib tiegħu jbatu mill-konsegwenzi ta’ mard bħall-kanċer. Inħoss li huwa d-dover tiegħi li fixxogħol tiegħi fil-Parlament Ewropew u anke f ’Malta nimbotta ’l quddiem dawk il-policies li jistgħu jagħmlu differenza. Kien preċiżament minħabba dan li riċentament iffukajt fuq kwistjonijiet bħal dawk talglyphosate u l-endocrine disruptors. Meta nitkellem dwar endocrine disruptors, qed nitkellem dwar kimiki li, f ’ċerti ammonti u b’ċertu potenza, jistgħu jaffettwaw l-ormoni u jistgħu jwasslu għal tumuri, difetti fi trabi u jistgħu anke jaffettwaw is-sistemi riproduttivi. Dawn il-kimiki jistgħu jkunu fi prodotti, inkluż ikel, prodotti tat-tindif, kontenituri talplastik u kożmetiċi. Dan huwa suġġett li jinkwieta lil ħafna
persuni u huwa għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea kellha l-inkarigu li tibda tanalizza dawn il-proprjetajiet b’mod xjentifku biex ikun magħruf jekk hemmx sustanzi li jagħmlu ħsara u, jekk iva, f ’liema ammonti. S’issa, il-Kummissjoni Ewropea sfortunatament għadha ma bdietx bil-proċess biex toħroġ bi kriterji xjentifiċi li l-bażi tagħhom tista’ tanalizza dawn il-kimiki. Smajt l-argument ta’ min qed jgħid li dawn is-sustanzi jistgħu jkunu kullimkien. Allura x’nagħmlu? Inwerwru linnies? Bir-rispett kollu lejn min iġib argument bħal dan; jiena, bħala konsumatur, għandi d-dritt inkun naf b’liema
sustanzi huma magħmula l-prodotti li nixtri biex nuża jien u wliedi. Għalhekk li flimkien mal-grupp politiku tiegħu qed ninsisti li l-Kummissjoni Ewropea tindirizza din il-kwistjoni biex nidentifikaw dawk issustanzi li verament huma endocrine disruptors. Hemm bżonn li l-Kummissjoni Ewropea tipproponi kriterji xjentifiċi biex tiddetermina liema sustanzi għandhom proprjetajiet li huma endocrine disruptors. Suġġett ieħor li emmint fih u ħdimt biex tittieħed direzzjoni differenti kien dwar l-użu tal-bexx magħruf bħala glyphosate. Il-glyphosate huwa tip ta’ bexx li joqtol il-ħaxix
ħażin imma li dwaru hemm mistoqsijiet fuq jekk jistax ikollu elementi li jwasslu għalliżvilupp tal-kanċer. Studji xjentifiċi differenti ħarġu b’konklużjonijiet differenti dwar kemm il-glyphosate jista’ jkollu proprjetajiet li jwasslu għall-kanċer jew le. Għalhekk hemm bżonn ta’ analiżi indipendenti dwar ilklassifikazzjoni tal-glyphosate, partikolarment għax dan ilbexx jintuża wkoll f ’postijiet pubbliċi fejn ikun hemm ukoll it-tfal. Hemm min qed jgħid li m’hemmx alternattiva għallużu tal-glyphosate; madankollu hemm studji, inkluż il-JKI, li juru li l-glyphosate jista’ jiġi phased out jew anke mwaqqaf u li pass bħal dan huwa teknoloġikament u anke ekonomikament possibbli. Jiena vvutajt kontra l-użu talglyphosate u nħossni kburija li pajjiżna kellu l-uniku Gvern li poġġa l-interess tan-nies tiegħu qabel kull interess ieħor. Numru ta’ pajjiżi oħra astinew u dawn flimkien wasslu biex dan il-bexx ma jiġix approvat awtomatikament. Dan huwa suġġett li se nibqa’ naħdem fuqu sew filParlament Ewropew u anke f ’Malta għax nemmen li s-suġġett tas-saħħa pubblika u l-ambjent jirrikjedi kuxjenza akbar minn kull wieħed u waħda minna biex flimkien nieħdu d-deċiżjonijiet li jistgħu jagħmlu differenza pożittiva.
NIĠBDU ĦABEL WIEĦED
Kearon Bruno Deputat Segretarju FŻL
Ir-rwol ta’ deputat mexxej għallaffarijiet tal-Partit huwa importanti ħafna għallPartit Laburista, speċjalment issa li qegħdin fil-Gvern
Elezzjoni hija bħal tiġrija, fejn ikollok numru ta’ kontestanti iżda rebbieħ wieħed jista’ joħroġ. Dan jagħti x’jifhem li l-pika tiddomina f ’dawn iċċirkustanzi, iżda l-istess ma jistax jintqal għall-elezzjoni tad-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista li saret il-ġimgħa l-oħra; elezzjoni li matulha rajna l-maturità, rispett u ħbiberija bejn it-tliet kandidati li ħadmu id f ’id sabiex iwasslu l-messaġġ tagħhom liddelegati. Dan l-aġir ikompli jagħmilni kburi li jien nifforma
parti minn dan il-partit. Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona ħareġ rebbieħ b’maġġoranza ta’ 53.4% talvoti li ntefgħu matul l-elezzjoni tas-Sibt. Tul il-kampanja tiegħu Dr Cardona għamilha l-missjoni personali tiegħu li se jkun qiegħed jara li dawk li forsi jħossuhom imweġġgħin, jirritornaw lura lejn il-Partit Laburista. Rajna kampanja li fakkritna fil-mumenti fejn Dr Cardona kien hemm għalina l-Laburisti kemm fil-bnazzi
u kif ukoll fil-maltemp; kampanja li fiha Dr Cardona kompla jisħaq fuq il-posittività li qiegħed iġib miegħu dan ilGvern bl-investimenti kbar f ’kull settur. Ir-rwol ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit huwa importanti ħafna għall-Partit Laburista, speċjalment issa li qeghdin fil-Gvern. Dan għax il-ħidma tal-Gvern tant kienet impenjattiva sabiex Malta tiġi fuq quddiem fost il-pajjiżi Ewropej li jista’ jagħti l-każ li f ’xi waqtiet il-
ħidma tal-Partit ingħatat ftit il-ġenb, però persważ li issa Chris se jkun qiegħed jagħti l-mija fil-mija sabiex jerġa’ jpoġġi lill-Partit Laburista fejn kien qabel l-elezzjoni tal2013. Għandi fiduċja kbira fi Chris għax nemmen ħafna fil-modus operandi tiegħu. Chris huwa l-bniedem li, kif qal il-Prim Ministru, se nsibuh dejjem. Flimkien għandna lkoll ningħaqdu wara Chris u niġbdu ħabel wieħed biex nassiguraw futur sabiħ għallPartit Laburista.
EDITORJAL
kullhadd.com
19|06|2016 13
www.kullħadd.com agħmel kuntatt magħna
EDITUR
Aleander Balzan aleander.balzan@one.com.mt +356 2568 2230
ĠURNALISTI
Ritianne Agius ritianne@kullhadd.com +356 2090 1410
Liam Gauci liam@kullhadd.com +356 2090 1413
INDIRIZZ POSTALI
KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717
Glen Falzon glen@kullhadd.com
KUNTATT ĠENERALI editorial@kullhadd.com + 356 2090 1411
SALES U DISTRIBUZZJONI Alan Saliba sales@kullhadd.com +356 2090 1520
DISINN TAL-GAZZETTA Leanne Grech
BUSUTTIL IKEJJEL B’XIBRU Matul din ilġimgħa, il-paladin tad-double standards kompla bis-serje negattiva tiegħu. Mhux għax l-atteġġjament aggressiv u isteriku ta’ Simon Busuttil huwa skużabbli, imma proprju din il-ġimgħa ħass wisq pressjoni fuqu. Din il-ġimgħa wieħed mill-uċuħ il-ġodda wara Simon Busuttil ġie mċanfar mill-Qorti. Fid-deċiżjoni tiegħu, l-Imħallef Francesco Depasquale kkonferma l-iskandlu ta’ Toni Bezzina. Dan meta, f ’sentenzi b’rabta ma’ kawżi ta’ libell, iddikjara kif artikli dwar meta bagħat ħaddiema tal-Gvern jagħmlu xogħol f ’każin Nazzjonalista kienu korretti. Imma għal darb’oħra Simon Busuttil falla mit-test tal-kontabbilità. Ma tlumhomx meta laqqmuh bħala politiku tad-double standards għax, filwaqt li jinfexx f ’attakki bla rażan fuq min jieħu d-deċiżjonijiet diffiċli, huwa jfarfar aktar minn missierna San Pawl li fuq ix-xtajta farfar il-lifgħa li għoddha qatlitu. Ma nistgħux ma nirrimarkawx li Toni Bezzina kellu stonku jkaxkar persuna ftit ħin wara l-funeral t’ommu sabiex jiffirma dikjarazzjoni falza. Hawnhekk Simon Busuttil lanqas biss wera l-iċken sensittività u baqa’ jaħrab mill-ġurnalisti, li bil-prudenza staqsewh x’passi se jieħu fil-konfront tad-deputat tiegħu. Bla dubju, dwar Bezzina lil Simon Busuttil rekknuh wisq! Ma jistax idoqq l-istess diska li dan huwa deputat li wiret mill-amministrazzjoni ta’ Lawrence Gonzi. Dan Bezzina huwa wieħed mill-uċuħ imbuttati ’l quddiem taħt l-era tal-Kap Simon Busuttil. Għalhekk wieħed jista’ jaħseb liema ħarifa ta’ swied il-qalb jista’ jħoss Simon Busuttil meta sab din is-sit-
wazzjoni quddiemu u jibqa’ bla deċiżjoni. Ma setax jonqos li n-negattivià ta’ Busuttil baqgħet għaddejja anke fil-Parlament. L-istorja dejjem uriet li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista tagħmel kampanja waħda wara l-oħra kontra l-ogħla istituzzjonijiet demokratiċi f ’pajjiżna. Hekk ġara nhar il-Erbgħa bil-bojkott fil-Parlament għax tressqet mozzjoni minn ministru f ’isem ilPrim Ministru. It-teatrin tal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-Parlament kien wieħed patetiku ħafna. Dan għax kien jaf li l-Prim Ministru Malti kien impenjat b’laqgħat mal-Kanċillier Awstrijak f ’laqgħa tat-Trio tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea. Huwa ċar li l-Oppożizzjoni trid tostakola u tkun irresponsabbli f ’atti li ma jagħmlu l-ebda ġieħ lill-istituzzjoni parlamentari. Dawn it-tattiki negattivi ta’ Simon Busuttil jitfgħu dawl fuq kemm l-Oppożizzjoni mhix ippreparata u għalhekk tara kif ittellef u tagħmel il-bojkotts. Saħansitra Busuttil u sħabu telqu ’l barra mill-Parlament wara li l-Ispeaker Anġlu Farrugia tah ruling li kull ministru tal-Kabinett jista’ jressaq mozzjoni f ’isem il-Prim Ministru. Issa stennew li, kulma jmur, il-kampanja qalila biex tfixkel lil pajjiżna tkompli tirranka min-naħa ta’ Busuttil. L-ewwel sinjali assistenja għalihom nhar il-Ġimgħa meta l-Kap tal-Oppożizzjoni saħaq li pajjiżna m’għandux ikollu l-Presidenza Ewropea fl-2017 minħabba l-Panamagate. Busuttil nesa li l-Prim Ministru ħa deċiżjoni anke jekk ftit diffiċli u mhux popolari. Imma wisq probabbli, l-interess nazzjonali li jħares bih il-Gvern ma jgħoddx għal Simon Busuttil li ġimgħa wara ġimgħa jibqa’ jkejjel b’xibru!
14 19|06|2016
kullhadd.com
ITTRI
SEMMA’ LEĦNEK Ibagħtilna ittra biex nippubblikawha fil-gazzetta KullĦadd. Preferibbilment l-ittri jkunu miktuba bil-kompjuter. INDIRIZZ POSTALI KullĦadd Ittri, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. INDIRIZZ ELETTRONIKU editorial@kullhadd. com. Annotaw l-email billi fis-suġġett tindikaw li qed tibagħtu ittra.
ĠONNA Sur Editur, Ħaqqu prosit kbir il-Ministru José Herrera li ħabbar li se jiġi rranġat il-Ġnien tal-Argotti u jsir pont għal Ġnien San Filippu u, flimkien mal-Ġnien tal-Milorda, jiġu riabilitati, għax hekk jixirqilhom. Dawn huma ġonna verament sbieħ; ġawhra li ħallewlna l-Kavallieri. J. BONETT BALZAN, IL-BALLUTA
IT-TRASPORT PUBBLIKU
PUPPETS ON A STRING Sur Editur,
Ma jistax jeżisti Gvern li qatt ma żbalja għax ir-raġel li qatt ma żbalja huwa raġel li qatt ma għamel xejn. Iebsa biex tingħoġob mal-poplu mija filmija l-ħin kollu, biss inzertajna Gvern li ntgħoġob ma’ ħafna nies u, jekk mhux il-ħin kollu, kważi. Li ma għamilx Gvern Nazzjonalista f ’25 sena qed jagħmlu Gvern Laburista fil-preżent u fil-futur. Forsi hawn min irid affarjiet iżjed minn Dr Joseph Muscat milli hu ppreparat li jagħti, imma la l-postijiet għall-kiri, la x-xogħol u lanqas it-transfers ma jaqgħu mis-sema. Kollox trid taħdem għalih, anke l-Prim Ministru stess! Għadni niftakar 24 sena ilu meta sfajt armla ħabta u sabta.
Kelli ngħaddi bil-pensjoni tar-romol biss għal sena u nofs qabel ma sibt xogħol ta’ kafkaf. Għidli kif tista’ tgħaddi b’pensjoni miżera ta’ Lm200 fix-xahar meta kelli żewġt itfal għadhom imorru l-iskola. Dak iż-żmien trid tara x’inhu faqar; dak iż-żmien verament trid tara kemm-il friġġ vojta kien hawn! Terġa’ u tgħid, għalkemm il-pensjoni kienet miżera, kien il-mibki u għażiż Duminku Mintoff li ta ħajja lill-pensjoni. Li kien għan-Nazzjonalisti, jien u eluf bħalna kien ikollna niddependu fuq il-karità ta’ ommijietna u missirijietna. Irrapport tal-Caritas juri biċ-ċar li l-faqar naqas, minn ta’ 10% niżel għal 8%, imma għallMembru Parlamentari Kirsty Debono l-faqar żdied (din taf
taqra?). Meta ġiet intervistata minn ġurnalista, bit-tlaqliq bdiet tgħid li l-faqar żdied imma, meta staqsewha fejn żdied, ma kinitx taf tgħid. Is-soltu kartell tal-gideb a la nazzjonalista. L-Onor. Frederick Azzopardi wkoll stqarr li l-faqar żdied, iżda tnaffar meta qalulu biex jara ir-rapport tal-Caritas. U jaħasra kemm aħna boloh – mela dawn qrawh ir-rapport! Dawn raw li l-affarjiet sejrin tajjeb u ddeċidew li jgħidu l-kontra bħalma jagħmel Simon Bussutil. Li jgħid Simple Simon iridu jgħidu l-membri parlamentari. Lanqas huma puppets on a string ukoll VALERIE BORG, IL-BELT VALLETTA
ID-DEJN HU MAŻŻRA MA’ GĦONQ IL-PN Sur Editur,
Sur Editur, Dan l-aħħar sar seminar intitolat Towards Sustainable Mobility in Malta. Intqal li 16. 5% biss huma dawk il-passiġġieri li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku biex imorru għax-xogħol. Għandi d-dubji tiegħi kemm il-kelliema ta’ dan is-seminar, jiġifieri l-Prof. Mario Vassallo; il-Prof. Maria Attard; is-Sur Anton Borg, president tal-Kamra tal-Kummerċ; u s-Sur David Sutton, chief officer ta’ Transport Malta, kif ukoll dawk kollha preżenti, kemm użaw it-trasport pubbliku biex waslu għal dan is-seminar! Għax veru bravu min jipprietka x’għandu jagħmel ħaddieħor imma wara l-predikatur ikun moqdi mill-koxxa, jekk mhux ukoll bid-driver. Naħseb li anke l-karozzi privati ta’ dawk preżenti ħolqu xi forma ta’ problema fit-traffiku fis-sigħat ta’ filgħodu. Jekk dawn il-kelliema jridu jgħallmu liż-żgħir, għandhom l-eżempju jibdewh mal-kbarat biex dawn ukoll jagħmlu użu mittrasport pubbliku. B’hekk il-kaxxa ta’ Malta tiffranka xkejjer ta’ ewro fis-sena mhux ħażin! L-isqfijiet jistgħu jieħdu l-eżempju talPapa Franġisku meta kien Isqof fid-djoċesi tiegħu. Dan ma kienx jisħi jitħallat mal-merħla tiegħu ta’ kuljum fuq tal-linja jew tren, mhux bħal ta’ dawn il-gżejjer li jiddandnu bil-ktajjen u s-slaleb tad-deheb fuq sidirhom. Qiegħed ngħid dan bla ebda diżrispett lejn ħadd, imma hija ferm faċli li tgħid lil ħaddieħor x’għandu jagħmel, filwaqt li int tagħmel il-kontra biex tkun komdu u turi li int superjuri. Dawn huma parti mill-83.5% li jiddejqu jitħalltu ma’ dawk li jużaw it-trasport pubbliku. Wara kollox mis-sema ’l isfel kulħadd hu ħaddiem. TAL-LINJA KOMDA, IL-ĦAMRUN
Nagħmel referenza għal artiklu ‘Ann Fenech Ġabet il-Flus taċ-Ċekk Żbaljat’ li ġie ppubblikat fil-gazzetta KullĦadd ta’ nhar il- Ħ a d d 5 ta’ Ġunju 2016. Jidher ċar, anke għallaktar Nazzjonalist fanatiku, li d-dejn li ħoloq il-PN hu mażżra ma’ għonqu. Tant hu hekk li, fil-waqt li kien sfurzat biex iħallas ġustament lil kumpanija privata tax-xogħol li ngħata tliet snin ilu, ftit jiem wara l-PN kellu bilfors jgħajjat, bħal sajjetta filbnazzi, maratona ta’ ġbir ta’ flus. Daqstant il-PN ħass ilmażżra ta’ djun tniżżlu ’l isfel, u daqstant kienet prekarja s-sitwazzjoni finanzjarja fidDar Ċentrali tal-PN. Paniku ieħor finanzjarju li l-PN ilu għaddej minnu matul dawn l-aħħar tliet snin u xejn ma niskanta li l-PN jibda’ jgħajjat ġabra kull xahar. Sintendi, għall-propaganda falza u qarrieqa, linNazzjonalisti ma jirbħilhom ħadd u, b’ħafna fanfarunati qalulna li ġabru €171, 000, iżda kemm baqgħalhom ma qalulniex għax fil-verità ma
baqgħalhom xejn! Mela l-PN kien imġiegħel jagħti lil Kasco Ltd €120, 000, allura s’issa suppost li kien baqagħlu madwar €50,000, iżda ftit xhur ilu bank lokali wkoll ġiegħel lill-PN jagħtih eluf ta’ ewro għal xogħol li dan il-bank għamel f ’każin tal-PN. Ċert li għalhekk l-aħħar ġabra ta’ flus li għamel il-PN diġà għosfrot. Dan apparti l-imgħaxijiet li jlaħħqu eluf ta’ ewro li huma ingassa li kuljum qed tifga’ lill- PN. Kien irrappurtat li d-dejn tal-PN jaqbeż l-€20 miljun. Dan ma kienx miċħud millistess partit. Kien irrappurtat ukoll li 12 biss kienu ċ-ċedoli sigrieta li l-PN irċieva u dan ukoll ma ġiex miċħud. Dan juri kemm verament il-mażżra ta’ djun qiegħda dejjem tross għonq il-PN. Bil-paroli kollu tagħhom Simon Busuttil, Mario de Marco u Beppe Fenech Adami, wara tliet snin mhux talli ma solvewx il-problema akuta ta’ djun talli jidher ċar li l-istess problema marret għall-agħar. Imbagħad dawn l-istess nies iridu jbellgħuha lill-poplu li huma kapaċi li jsolvu kull problema u diffikultà finanzjarja u soċjali,
mhux tal-lum biss iżda anke tal-ġejjieni, tkun xi tkun! Simon Busuttil u l-PN ma jridux jgħidu lit-tesserati Nazzjonalisti, u wisq anqas lill- poplu kemm uffiċjalment hu d-dejn li għandu l-PN. Tgħid dan bi skop malinn? Jekk verament Simon Busuttil irid jikkonvinċi li hu jrid politika onesta, għaliex għadu ma qalx lill-poplu ċ-ċifra ta’ djun li għandu l-PN? Simon Busuttil għandu jagħmel hekk qabel kull elezzjoni ġenerali biex, jekk xi darba l-PN jitla’ fil-Gvern, il-poplu jkun jaf li d-dejn ikunu ħalsuh in-Nazzjonalisti u mhux ikun tħallas a skapitu tal-poplu b’metodi ta’ direct orders jew xort’oħra ta’ manuvrar illegali. Għalhekk, nispera li l-PN jilqa’ din l-isfida u, illum qabel għada, jgħid uffiċjalment kemm hu d-dejn li għandu. Jekk il-PN ma jagħmilx hekk żġur li l-ebda Nazzjonalist ma joħodha kontra tiegħi li nasal għall-konkluzjoni ġusta: li l-PN ma jagħmilx hekk għax hekk jaqbillu finanzjarjament u politikament. ĊENSU W. MUSCAT, RAĦAL ĠDID
TA’ BARRA
kullhadd.com
19|06|2016 15
IL-MUMENT TAL-PROVA jwarrab. Il-kandidat prinċipali biex jissuċċedih huwa Boris Johnson, però għadu kmieni wisq biex wieħed jispekula f ’dan ir-rigward.
LIAM GAUCI liam@kullhadd.com
Fl-aħħar jiem il-possibbiltà ta’ Brexit issaħħet mhux ħażin hekk kif stħarriġ wara ieħor ikkonferma li r-riħ qiegħed idur kontra l-kampanja ‘Remain’ wara li din gawdiet minn vantaġġ komdu għal diversi xhur. Dan il-fatt wassal għall-intervent ta’ diversi organizzazzjonijiet u individwi li bdew jikkampanjaw kontra l-ħruġ ta’ pajjiżhom millUnjoni Ewropea. Madankollu, hemm min qiegħed isostni li dan l-intervent wasal tard wisq.
L-Iskozja
Passiv Wieħed mill-individwi li interviena favur is-sħubija kien Jeremy Corbyn, il-mexxej talPartit Laburista Brittaniku, li fl-aħħar daħal b’ruħu u ġismu fil-kampanja referendarja. Dan l-intervent, però, sar wara diversi xhur ta’ tnikkir fejn deher ċar li huwa ma kienx akkanit dwar is-sħubija daqs il-parti l-kbira tal-partit tiegħu. Corbyn wiret Labour li għadda minn idejn diversi mexxejja li taw lill-partit direzzjoni politika qawwija favur l-Unjoni. Madankollu, huwa qatt ma ħeba l-fatt li fuq livell personali ma tantx kien konvint li post ir-Renju Unit kien fi ħdan din l-istituzzjoni. Dan ħareġ ċar tul din il-kampanja stess meta sostna li l-entużjażmu tiegħu għas-sħubija fl-Unjoni kien biss ta’ 7.5 minn 10. Għaldaqstant, riċentement kien hemm sitwazzjoni anomala, meta wieħed jikkunsidra l-kuntest politiku Brittaniku tal-aħħar 30 sena, fejn il-mexxej tal-Partit Konservattiv kien qiegħed jikkampanja bla heda favur l-Unjoni u dak Laburist kien silenzjuż għalkollox. Barra minn hekk, Corbyn deher aktar passiv hekk kif diversi politiċi Laburisti talpassat ħarġu b’ruħhom u ġisimhom favur it-tkomplija tas-sħubija ta’ pajjiżhom flUnjoni. Dawn inkludew eksPrim Ministri bħal Tony Blair u Gordon Brown li sostnew li r-Renju Unit irid imexxi u mhux jitlaq minn din l-istituzzjoni. Huma sostnew li, jekk pajjiżhom jitlaq l-Unjoni, huwa jsib ruħu iżolat hekk kif jitlef id-dritt li jkollu post madwar il-mejda f ’dibattiti politiċi u ekonomiċi fuq livell Ewropew u globali. Għaldaqstant, huma esprimew il-fehma li f ’dan iżżmien ta’ sfidi kbar, pajjiżhom irid ifittex li jżid u mhux inaqqas il-koperazzjoni tiegħu mal-Istati Membri tal-Unjoni.
li fiha kienu preżenti diversi membri parlamentari Laburisti u mexxejja tal-unjins, huwa qal li l-ħruġ mill-Unjoni kienet ta’ theddida kbira għan-National Health Service (NHS). Dan fil-fehma tiegħu jgħodd kemm mil-lat baġitarju kif ukoll fejn jidħol l-aċċess faċli għal staff mediku barrani. Huwa sostna li messaġġi bħal dawk tal-eks-Sindku ta’ Londra Boris Johnson u l-mexxej talUK Independence Party Nigel Farage, li s-sħubija fl-Unjoni kienet qiegħda tagħmel ħsara għall-NHS, huma qarrieqa. Barra minn hekk, huwa qal illi t-tħassib ta’ dawn il-figuri konservattivi għall-NHS kien falz u fakkar li Johnson u Farage kienu fost dawk li filpassat ikkampanjaw favur l-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ servizzi soċjali bil-ħlas. L-argument ta’ Corbyn li l-ħruġ mill-Unjoni se jaffettwa lill-NHS b’mod negattiv kien ikkonfermat mill-Prim Ministru David Cameron. Madankollu, in-naħa tal‘Leave’ sostnew li l-baġits tal-NHS diġà kienu mnaqqra kemm-il darba tul it-tmexxija tal-Partit Konservattiv. Għaldaqstant, ħafna votanti qegħdin jikkonkludu li m’hemmx relazzjoni pożittiva bejn is-sħubija u s-servizzi soċjali. Dan l-istat ta’ fatt qiegħed jinħass b’mod partikolari fost il-bażi ta’ appoġġ tradizzjonali tal-Partit Laburista, jiġifieri l-klassi tal-ħaddiema, illi qegħdin jinjoraw it-twissijiet li qed jagħmlu Corbyn u Cameron dwar l-NHS. Minflok, din il-faxxa tidher li qiegħda tkun attratta lejn ilmessaġġ tal-‘Leave’ li qiegħed isostni li jekk pajjiżhom joħroġ mill-Unjoni, huwa Alleati improbabbli jibda jiffranka mijiet ta’ miljun fis-sena li l-Gvern ikun jista’ Kif semmejna, però, Corbyn fl- jinvesti fis-servizzi soċjali. aħħar iddeċieda li jinvolvi ruħu Diversi figuri prominenti fil-kampanja fejn, f ’attività fi ħdan l-istituzzjonijiet li
jipprovdu dawn is-servizzi jidhru li qegħdin ixaqilbu favur l-argumenti tal-kampanja ‘Remain’. Fost dawn hemm il-kap ta’ NHS England, Simon Stevens, li qal illi huwa qiegħed jieħu bis-serjetà t-twissija tal-Bank of England li riċentement sostniet li l-ħruġ mill-Unjoni kien se jkollu impatt ekonomiku negattiv li se jwassal għal problemi fliffinanzjar ta’ servizzi pubbliċi. Ħofra ta’ €38 biljun Il-possibbiltà ta’ dan l-impatt ekonomiku negattiv wassal għal alleanza oħra mhux tassoltu, dik bejn il-Kanċillier (ekwivalenti għall-Ministru għall-Finanzi) George Osborne u l-predeċessur Laburista tiegħu Alistair Darling. Nhar l-Erbgħa li għadda dawn iż-żewġ politiċi ngħaqqdu biex iwissu li, jekk ir-Renju Unit joħroġ millUnjoni, il-Gvern se jkollu bżonn jara fejn se jsib madwar €38 biljun biex jevita r-riskju ta’ defiċit eċċessiv. Din il-figura ma kinitx ivvintata minn Osborne, imma ntlaħqet permezz ta’ studju li sar mill-Institute for Fiscal Studies. Skont il-Kanċillier, din il-ħofra fil-baġit tista’ tiġi evitata biss permezz ta’ taħlita ta’ żieda fit-taxxi u tnaqqis sostanzjali fl-infiq pubbliku. Madankollu, l-argument ekonomiku ta’ Osborne, bħal dak tal-NHS, sab ruħu filmira tal-kritika tan-naħa tal‘Leave’ li kkonfermat li barra mill-Unjoni l-pajjiż se jiffranka ferm aktar flus milli se jitlef. Barra minn hekk, kollegi ewroxettiċi ta’ Osborne qalu li t-theddida ta’ żidiet fit-taxxi u tnaqqir tal-NHS imorru kontra l-wegħdiet elettorali tal-Partit Konservattiv stess. Għaldaqstant, jekk hu jagħżel din ir-rotta f ’każ ta’ rebħa għal-‘Leave’, il-pożizzjoni tiegħu fi ħdan il-partit ma
tkunx tenibbli. Mhux tenibbli Taħt il-giljottina, jista’ jkun hemm ras il-Prim Ministru Cameron barra dik ta’ Osborne. Il-mexxej Konservattiv ħa riskju enormi meta għażel li jikkampanja favur in-naħa tar‘Remain’. Huwa kien konxju ta’ differenzi kbar fil-ħsieb fi ħdan il-partit tiegħu dwar din il-kwistjoni. Madankollu, hu kien intrabat li, jekk jirnexxilu jikseb diversi konċessjonijiet mingħand l-Unjoni Ewropea f ’negozjati li seħħew ftit tax-xhur ilu, huwa kien se jikkampanja favur is-sħubija. Dawn il-konċessjonijiet, filfehma tiegħu, waslu u għalhekk kien obbligat li jżomm ilkelma tiegħu. Madankollu, numru ta’ membri fi ħdan ilPartit Konservattiv, kif ukoll il-votanti b’mod ġenerali kienu ta’ fehma differenti. B’mod partikolari bosta ċittadini jidhru li mhumiex sodisfatti bil-mod kif, skont huma, l-Unjoni Ewropea qiegħda timponi fuq pajjiżhom influss kbir ta’ ħaddiema barranin li qed ikollhom impatt negattiv fuq l-ekonomija. Minkejja li Cameron ipprova jikkumbatti din il-perċezzjoni fi statistiki li juru li dan l-influss huwa ta’ ġid għall-ekonomija u li anke l-Brittaniċi qed isibu opportunitajiet ta’ xogħol fl-Ewropa, ħafna votanti jidhru li mhumiex komdi bissitwazzjoni. Id-diffikultà li qiegħed isib Cameron biex jikseb l-appoġġ popolari tista’ tfisser li, wara r-referendum, il-Prim Ministru Konservattiv se jsib kemm il-parti l-kbira tal-Partit tiegħu, kif ukoll il-votanti Brittaniċi kontrih. B’hekk, minkejja li qal li biħsiebu jżomm postu f ’10 Downing Street ikun xi jkun ir-riżultat tar-referendum, huwa jaf ma jkollux għażla oħra ħlief li
Fl-aħħar ta’ min isemmi konsegwenza oħra ta’ dan irreferendum li tista’ tkompli ttappan il-legat ta’ Cameron: iż-żamma tal-Iskozja fir-Renju Unit. Id-deċiżjoni tal-Iskoċċiżi li jibqgħu parti mir-Renju firreferendum tal-2014 kienet meqjusa bħala rebħa personali għall-Prim Ministru Brittaniku li, kif qiegħed jagħmel firreferendum ta’ din is-sena, ħareġ għonqu favur vot għallgħaqda. Madankollu, diġà hemm għajdut qawwija li, jekk ilpoplu Brittaniku jagħżel ilBrexit, l-Iskozja tista’ terġa’ tqajjem il-kwistjoni talindipendenza. Il-First Minister tal-Iskozja Nicola Sturgeon u mexxej ta’ Scottish National Party (SNP) s’issa qagħdet lura milli ssostni dan b’mod formali. Il-predeċessur tagħha Alex Salmond kien aktar dirett u sostna li, jekk fir-referendum tal-ġimgħa d-dieħla jirbaħ l-‘Leave’ imma l-maġġoranza tal-Iskoċċiżi jivvutaw għar‘Remain’, l-Iskozja għandha tingħata l-opportunità li tikseb l-indipendenza biex iżżomm postha bħala Stat Membru talUnjoni. Salmond sostna li r-referendum dwar l-indipendenza tal-Iskozja jista’ jseħħ fi żmien sentejn minn meta r-Renju Unit jinforma lill-Unjoni Ewropea li jrid itemm is-sħubija. Dan hekk kif Artiklu 50 tat-Trattat ta’ Liżbona jagħti dan ilperjodu ta’ żmien lil pajjiż li jrid jirtira mill-Unjoni biex jinnegozja l-ħruġ tiegħu. Implikazzjonijiet serji B’hekk, nhar il-Ħamis li ġej, għajnejn ħafna gvernijiet minn madwar id-dinja se jkunu fuq ir-Renju Unit. Vot favur it-tkomplija tas-sħubija probabbilment se twassal għal sitwazzjoni ta’ business as usual għar-Renju Unit fejn Cameron ikun jista’ jkompli jaħdem biex jakkwista l-konċessjoni li kiseb għal pajjiżu mingħand l-Unjoni ftit tax-xhur oħra. Però, vot favur Brexit jista’ jkollu konsegwenzi tremendi, mhux biss għall-futur tarRenju Unit imma anke għallkontinent Ewropew b’mod ġenerali. Fil-fatt, madwar l-Ewropa hemm bosta partiti politiċi u movimenti ewroxettiċi li qegħdin jaraw Brexit bħala l-bidu tat-tmiem tal-Unjoni hekk kif dan jista’ jagħti l-kuraġġ lil bosta Ewropej li jesprimu l-ostilità tagħhom lejn l-Unjoni b’mod aktar miftuħ.
16 19|06|2016
1
kullhadd.com
TA’ BARRA
MINN MADWA
INĊIDENT TRAĠIKU
4 2 Inċident traġiku seħħ kmieni din il-ġimgħa qrib il-Walt Disney World Resort f ’Orlando Florida hekk kif tifel ta’ sentejn tilef ħajtu meta kien imkaxkar taħt l-ilma minn alligatur. Iddiżgrazzja seħħet nhar it-Tlieta li għadda meta t-tifel, Lane Graves, mar jilgħab qrib l-ilma tas-Seven Seas Lagoon waqt li l-ġenituri tiegħu kienu qegħdin ftit distanza ’l bogħod. Hawnhekk, it-tifel kien maħtuf minn alligatur li beda jniżżlu fl-ilma. Missier it-tifel qabeż fuq l-alligatur u beda jipprova jiftaħlu ħalqu, però dan kien kollu għalxejn. L-istess raġel qabeż fl-ilma biex jipprova jsib lit-tifel tiegħu imma anke dan l-attentat kien inutli. Il-ġisem mingħajr ħajja tat-tifel instab l-għada f ’qiegħ l-ilma.
2
1
LEST LI JAĦDEM MAGĦHA
3 Nhar il-Ħamis li għadda Bernie Sanders reġa’ saħaq li huwa determinat li jaħdem ma’ Hillary Clinton biex iżomm lil Donald Trump milli jsir il-president tal-Istati Uniti. Nhar it-Tlieta li għadda, il-kampanja għan-nomina Demokratika ntemmet permezz tal-votazzjoni fil-primarja f ’Washington DC. Minkejja li Sanders ħareġ tellief minn din it-tellieqa, huwa esprima d-determinazzjoni tiegħu li jibqa’ attiv salkonvenzjoni Demokratika bl-għan li jressaq l-aġenda politika tal-partit tiegħu aktar lejn ix-xellug milli kienet s’issa. Fost il-prijoritajiet ta’ Sanders hemm l-introduzzjoni fuq livell federali tal-paga minima ta’ $15-il dollaru fis-siegħa, aktar ugwaljanza fil-paga għan-nisa, il-projbizzjoni ta’ bejgħ u distribuzzjoni tal-armi tal-assalt u l-imblokk tal-ftehim kummerċjali magħruf bħala t-Trans-Pacific Partnership.
ATTAKK XOKKANTI Jo Cox, membru Laburista tal-House of Commons, mietet b’konsegwenza ta’ diversi tiri b’arma tan-nar kif ukoll daqqiet ta’ sikkina. Cox, li kellha 41 sena, kienet fi triqitha lejn laqgħa li fiha kienet se tiltaqa’ mal-kostitwenti tagħha f ’Birstall qrib Leeds. Ir-raġel ta’ 52 sena li wettaq dan l-attakk kien arrestat ftit tal-ħin wara. Il-motivazzjoni wara l-aggressjoni mhix ikkonfermata, però kien hemm rapporti li r-raġel għajjat messaġġi patrijottiċi waqt l-attakk. Dan probabbilment sar b’referenza għall-kampanja referendarja li għaddejja bħalissa fir-Renju Unit hekk kif Cox kienet waħda mill-figuri politiċi li appellat favur is-sħubija fl-Unjoni Ewropea. B’konsegwenza ta’ dan l-attakk, il-kampanja referendarja inkwistjoni ġiet sospiża.
3
TA’ BARRA
kullhadd.com
AR ID-DINJA 6
5
19|06|2016 17
VOT TA’ SFIDUĊJA
6 Il-Prim Ministru tal-Kroazja Tihomir Oreskovic tilef vot ta’ fiduċja ħames xhur biss wara li ngħata l-kariga. Oreskovic, li m’għandu affiljazzjoni ma’ ebda partit, kien intgħażel f ’Diċembru li għadda biex imexxi koalizzjoni taċ-Ċentru Lemin. Madankollu, il-partit prinċipali li kien tah il-fiduċja, l-HDZ, riċentement kellu diversi kuntrasti miegħu. Fost il-kwistjonijiet li kellu Oreskovic kien hemm dik ma’ Tomislav Karamarko, il-kap tal-HDZ illi kien qed ikopri l-kariga ta’ deputat prim ministru, fejn dan tal-ewwel ippressah biex jirriżenja fuq akkuża ta’ konflitt ta’ interess. Karamarko eventwalment irriżenja mill-kariga, però wara dawwar lillHDZ kontra Oreskovic biex anke dan tilef il-kariga. L-HDZ issa qiegħed ifittex li jgħaqqad koalizzjoni ġdida.
5
4
BIDLA FIL-PJANIJIET
JIRTIRAW L-APPLIKAZZJONI Nhar l-Erbgħa li għadda l-Parlament Żvizzeru vvota favur mozzjoni biex il-pajjiż jirtira l-applikazzjoni tiegħu biex isir Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. L-applikazzjoni kienet ilha attiva mill-1992. Madankollu, in-negozjati tilfu ħafna mill-momentu tagħhom lejn l-aħħar tal-istess sena meta l-poplu Żvizzeru vvota kontra d-dħul ta’ pajjiżu fil-European Economic Area; sħubija li kellha tkun ilprekursur għad-dħul fl-Unjoni. Wara dan ir-referendu il-kwistjoni tas-sħubija tpoġġiet fuq l-ixkaffa tant li meta tressqet ilmozzjoni li ġiet approvata din il-ġimgħa kien hemm membri parlamentari li sostnew li ma kienx hemm bżonn li l-Parlament jinħela f ’wisq dibattiti dwarha. Fil-fatt, il-mozzjoni għaddiet fi żmien qasir b’vot qawwi favuriha.
Il-membri tan-NATO qabblu li jżommu l-bażijiet militari li għandhom bħalissa fl-Afganistan attivi. Il-motivazzjoni wara din id-deċiżjoni ħarġet b’mod ċar mill-kummenti tasSegretarju tal-Istat għad-Difiża tar-Renju Unit Michael Fallon li sostna li jkun żball li n-NATO tnaqqas l-operazzjonijiet militari tagħha fl-Afganistan f ’dan l-istadju. Sa madwar sentejn ilu bosta gvernijiet dehru determinati li jirtiraw kważi għalkollox minn dan il-pajjiż. Però, żieda floperazzjonijiet terroristiċi u militari tat-Talibani ġiegħlu lil ħafna stati jbiddlu l-istrateġija tagħhom. Fost dawn hemm l-Istati Uniti, li kellha tnaqqas il-preżenza militari tagħha filpajjiż minn 9,800 għal 5,500 suldat. Madankollu, riċentament is-Segretarju għad-Difiża Amerikan Ash Carter ma eskludiex li jkun hemm bidla fil-pjanijiet.
18 19|06|2016
kullħadd.com
INNOVAZZJONI
TEST-TUBE BURGERS : REALTÀ JEW FANTASIJA? CLAYTON CUTAJAR
tan-nies jieklu l-laħam: tiġieġ, ħnieżer u baqar fost l-oħrajn. Ħafna minn dawn l-annimali jieklu l-ħaxix sabiex jgħixu. Mela jekk se tiżdied iddomanda għal-laħam, tiżdied
wieħed jikkunsidra l-fatt li fiddinja hawn madwar 2.7 biljun persuna li għandhom nuqqas ta’ ilma bil-kundizzjonijiet preżenti, il-problema tista’ biss tmur għall-agħar. Problema oħra li l-industrija tal-laħam qed toħloq hi l-użu tal-art għall-għejxien talannimali. L-istess medda talart li tintuża sabiex jgħixu l-baqar tista’ tipprovdi mat-23 darba aktar ikel li kieku tintuża sabiex jitkabbru l-kaboċċi,
deforestazzjoni huwa wieħed mir-raġunijiet ewlenin għalfejn ċertu ħlejqiet qed jiġu estinti. Il-bhejjem, b’mod speċjali l-baqar, jikkontribwixxu għal madwar 18% tal-gassijiet serra skont rapport talOrganizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikultura. Aktar baqar ifisser aktar gassijiet fi żmien meta d-dinja qed tesperjenza tisħin globali. Fl-istess ħin, il-mod ta’ kif ċertu bhejjem jinżammu, bħal pereżempju
deforestazzjoni u għal aktar emissjonijiet ta’ gassijiet, fost affarijiet oħra. Permezz ta’ ċertu proċessi fil-laboratorju, ċelloli minn baqra waħda jistgħu jipproduċu ikel daqs 440,000 baqra. Esperiment, riċerka u riżultat li, fil-fehema tiegħi, għandu potenzjal kbir. Dan ma jfissirx li kollox ward u żahar. L-ewwel nett ilproċess ta’ test-tube beef għadu jiswa ħafna flus lix-xjentisti u ma jipproduċix laħam
id-domanda għall-ħxejjex u din se tkompli tkabbar ilproblema ta’ nuqqas ta’ ilma. Fid-dinja diġà hawn problemi kbar ta’ nuqqas ta’ ilma tajjeb għall-biedja u għax-xorb u din se tkompli toħloq problema akbar skont rapport mit-tim ta’ Malin Falkenmark minn Stokkolma International Water Institute. L-industrija li tipproduċi l-laħam hi l-aktar proċess li tuża ilma u meta
fost ħxejjex oħra. Jekk niġu f ’sitwazzjoni li d-domanda għal-laħam tikber, id-domanda għall-art li tintuża mill-annimali se tikber ukoll u din toħloq problema ambjentali oħra. Ħafna mill-artijiet li jintużaw għal dan l-iskop jittieħdu minn foresti li, aktar ma jmur, aktar qed jonqsu. Foresti li huma l-ambjent naturali, u ħafna drabi waħdieni, ta’ ħafna annimali u pjanti. Il-proċess ta’
nuqqas ta’ spazju adegwat u abbużi oħra, iqajjem problemi etiċi. Dawn il-problemi kollha juru kif il-prattika ta’ cultured beef jew inkella dik magħrufa bħala test-tube beef hi xi ħaġa rivoluzzjonarja. Test-tube burgers u laħam ieħor jistgħu jkunu s-soluzzjoni għal ħafna problemi, fosthom dik ta’ domanda għal aktar laħam, għal aktar ilma, għal aktar
b’togħma tajba daqs dak li aħna mdorrijin bih minħabba l-fatt li l-laħam ikun nieqes mixxaħam naturali, fost affarijiet oħra. Madankollu, fi żmien 10 jew 20 sena hemm ċans tajjeb li nkunu nistgħu nieklu tipi ta’ laħam imkabbra fillaboratorju. Għal dawk kollha, bħali, li jemmnu u jisħqu fuq id-drittijiet tal-annimali, hemm tama li l-abbużi fl-industrija tal-laħam jistgħu jonqsu.
B.Ed (Hons.), M.Ed. fix-Xjenzi
Jista’ jagħti l-każ li bil-frażi ‘test-tube babies’ ġieli smajna, però bil-frażi ‘test-tube burgers’ għadna le. Nistgħu nserrħu rasna li fil-futur din se tkun frażi użata aktar spiss. Dan wara li fl-2013 l-ewwel test-tube burger issajret ġo taġen f ’Londra u ttieklet minn numru ta’ nies preżenti. Il-frażi ‘test-tube’ filverità tirrappreżenta apparat sempliċi forma ta’ tubu żgħir li jintuża fil-laboratorju. Din tindika li ċ-ċelloli rispettivi ġew imkabbra fil-laboratorju minflok fl-ambjent naturali tagħhom. F’dan il-każ, iċċelloli użati kienu ta’ muskolu ta’ baqra fejn, permezz ta’ kundizzjonijiet speċifiki, dawn immultiplikaw u minn ftit ċelloli pproduċew numru sostanzjali ta’ ċelloli fil-forma ta’ burger li tixbah ħafna lil dik li aħna mdorrijin biha. Dan it-tip ta’ burger jista’ jsalva lid-dinja minn kriżi ta’ ikel, ta’ saħħa u anke ta’ ambjent fissnin li ġejjin. Il-Professur Mark Post, li kien il-moħħ wara din l-innovazzjoni, sostna li hemm ċans kbir li din tidħol fis-suq bejn 10 jew 20 sena oħra. Sal-2050, il-popolazzjoni taddinja mistennija tilħaq id-disa’ biljuni. L-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikultura (FAO) ssostni li d-domanda għallaħam se tiżdied bil-bosta fl-40 sena li ġejjin. Il-metodi differenti ta’ biedja li nużaw u li aħna mdorrijin bihom mhux se jkunu jistgħu jlaħħqu maddomanda għal-laħam. Kawża ta’ hekk jistgħu jinħolqu problemi ekoloġiċi wkoll. Din iż-żieda fil-popolazzjoni tad-dinja se ġġib magħha diversi sfidi. Il-maġġoranza
MILL-ISTORJA
kullhadd.com
19|06|2016 19
MILL-ISTORJA
ZOO TAL-BNEDMIN
“Il-persuna responsabbli għal din l-esibizzjoni tbaxxi lilha nnifisha daqskemm tbaxxi lil dak Afrikan. Minflok ma jittratta lil dak l-imsejken qisu bhima, imissu jpoġġih fi skola sabiex jiżviluppa t-talenti li tah Alla. Hija ħasra li ma teżisti l-ebda għaqda għal dan ilgħan bħalma hemm is-Soċjetà għall-Ħarsien mill-Moħqrija tat-Tfal. Aħna nibagħtu l-missjunarji tagħna fl-Afrika biex nikkonvertuhom Insara, imbagħad inġibu wieħed minnhom hawn u naħqruh.” Din hija silta minn artiklu li deher fin-New York Times tal10 ta’ Settembru 1906, miktub mir-Reverendu R. MacArthur, mexxej tal-Cavalry Baptist Church f ’Manhatten. Esibizzjoni tal-mistħija Ir-Rev. MacArthur kien qed jirreferi għall-każ ta’ Ota Benga, żagħżugħ ta’ 22 sena
Benga f ’idejh u bagħtu jgħix fil-belt żgħira ta’ Lynchburg fl-istat ta’ Virginia fejn ingħata edukazzjoni f ’istituzzjoni għal żgħażagħ suwed u wara nstablu xogħol ġo fabbrika tat-tabakk. Ota Benga kien jgħaddi ħin twil fil-foresta jikkaċċja, imbagħad billejl kien ikebbes nar u jagħmel is-sigħat idur miegħu jkanta Kitba ta’ għanja indiġena ta’ dieqa; kien waqa’ f ’malinkonija kbira għax xtaq jirritorna fost niesu flAfrika. Fil-lejl tal-20 ta’ Marzu tal-1916, xegħel nar bħas-soltu, għamel l-istess ritwali u wara mit-tribù Mbuti, nies pigmi neħħa ħajtu b’idejh meta spara fil-Kongo Belġjan (illum ir- tir f ’qalbu bi xkubetta li seraq. Repubblika Demokratika tal-Kongo), li ddaħħal fl- Wirjiet b’nies indiġeni Istati Uniti tal-Amerika u tpoġġa għall-wiri f ’gaġġa ma’ Il-każ ta’ Ota Benga mhuwiex orangutan u ċimpanżì f ’zoo fid- uniku. Madwar 500 sena ilu distrett tal-Bronx, New York. l-poplu Ewropew stagħġeb Żaruh eluf ta’nies kuljum: min u baqa’ ħalqu miftuħ meta ra ried imissu, min xeħitlu l-frott għall-ewwel darba bnedmin ta’ ħa jarah jieklu bis-snin illimati kulur u lbies differenti miġjuba għall-ponta li kellu, iddieħku fl-Ewropa minn esploraturi li bih u rridikolawh għax irritalja ppreżentawhom bħala rigali b’qaws finta li tawh id-diriġenti lir-renjanti. L-esploratur taz-zoo meta beda jinnervja bl- Kristofru Colombo kien minn inbix tan-nies. Ittrattawh ta’ tal-ewwel li ġab quddiem irbhima selvaġġa u feroċi meta renjanti Spanjoli nies indiġeni deher ovvju li kien bniedem mill-kontinent ġdid Amerikan bħal kulħadd. li kien għadu kemm skopra Saru protesti ta’ rabja u z-zoo fl-1492. Fis-seklu sittax, iltemm ħesrem din l-esibizzjoni Kardinal Ippolito de Medici tal-mistħija għoxrin jum biss kien kollezzjonist kbir ta’ wara l-ftuħ tagħha, filwaqt li bnedmin u annimali eżotiċi. ż-żagħżugħ tqiegħed fil-Howard Maż-żmien bdiet dieħla l-moda Colored Orphan Asylum ta’ li nies indiġeni mill-ibgħad Brooklyn. Ir-Reverendu Afro- kontinenti jitqiegħdu għall-wiri Amerikan James Gordon bi ħlas ħa r-responsabbiltà ta’ Ota ‘Venere ta’ Hottentot’ kienet
MARY
CHETCUTI
xbejba meħuda mit-tribù Koj-Koj fl-Afrika t’Isfel u mtellgħa għall-wiri f ’Londra u Pariġi. Ġibdet ħafna spettaturi rġiel kurjużi li riedu jaraw stramberija ġenetika, sinonima mar-razza tagħha, tal-partijiet ġenitali femminili. Meta ma baqgħetx tiġbed il-folol twarrbet u għexet f ’faqar kbira f ’Pariġi. Meta mietet fl-1815 fl-età ta’ 25 sena, l-iskeletru tagħha tpoġġa bħala esibit filMużew tal-Istorja Naturali ta’ Pariġi u dam hemm sal-1974. Kellha tkun l-insistenza ta’ persuna mill-istess tribù biex, fl-2009, il-fdalijiet ta’ Venere ta’ Hottentot tqiegħdu għallmistrieħ ta’ dejjem taħt ħamrija Sud Afrikana. Sal-1870, l-esibizzjonijiet etniċi tant kienu kisbu popolarità fl-Ewropa li, sabiex jingħataw forma aktar permanenti bdew jinfetħu l-hekk imsejħa ‘zoos umani’ fi bliet bħal Pariġi, Ħamburgu, Antwerp, Barċellona, Londra, Milan, Varsavja u qasmu l-Atlantiku u waslu l-Amerika wkoll. Kienu jinġiebu gruppi kbar ta’ nies u familji sħaħ millAfrika, l-Asja, l-Amerika Latina u saħansitra Eskimiżi Kanadiżi. Jingħad li kienu jitħallsu, imma l-ġranet u l-iljieli tagħhom kienu jridu jgħadduhom magħluqin f ’gaġeġ enormi li suppost jixbhu l-abitat naturali tagħhom. Għal sigħat twal kienu mġiegħla jagħmlu żfin tradizzjonali u jirreċtaw battalji li kienu seħħew
tassew u ntrebħu mill-ħakkiema kolonizzaturi. Żaruhom miljuni ta’ nies ħerqana biex jaraw kif jgħixu ‘is-slavaġ’ li l-bojod kienu qed jiċċivilizzaw bil-kultura superjuri tal-Punent. F’okkażjonijiet speċjali żaruhom anke rejiet u kapijiet tal-istati. Għajb Waqt l-Olimpjadi tal-1904 li ttellgħu f ’St Louis fl-istat ta’ Missouri, kienet inkluża esibizzjoni etnika fejn nies minn tribujiet madwar iddinja taw wirjiet bil-lanez u l-qwas, u ssejħu ‘Olimpjadi tas-Slavaġ’. Fil-fiera mondjali li ttellgħet f ’Pariġi fl-1931 twaqqaf villaġġ ‘Nigru’ li ġibed numru rekord ta’ aktar minn 30 miljun spettatur – ftit snin qabel kien ittella’ villaġġ simili fil-Ġermanja. Il-konsegwenzi koroh li ħalliet warajha t-Tieni Gwerra Dinija ġabu fi tmiemhom dawn l-esibizzjonijiet kontroversjali, għalkemm il-Belġju kien l-aħħar pajjiż li tella’ wirja ta’ għajb b’nies mill-kolonji tiegħu fl-1958. Il-messaġġ li għaddew lill-poplu Ewropew u Amerikan dawn il-wirjiet jew zoo kien li r-razza u l-kultura tal-bojod hija l-aqwa fost ir-razez umani kollha u, għaldaqstant, għandha kull dritt taħkem u tiddomina. Fil-verità din hija parti millistorja, mhux daqstant filbogħod, li l-bniedem abjad jixtieq jinsa u jnessi.
20 19|06|2016
kullħadd.com
MILL-ISTORJA
DAWN ĠEW MALTA
QUENTIN HUGHES
Kitba ta’ JOE SCICLUNA Fl-aħħar żewġ artikli fis-sensila ‘Dawn Ġew Malta’ mort lura fis-snin u tajtkom xi tagħrif dwar iż-żewġ personaġġi David Bruce u John Hookham Frere. Illum imiss li nitkellmu dwar bniedem li twieled fis-seklu l-ieħor u li wkoll għamel xi żmien jgħix f ’Malta. Qiegħed nirreferi għal Quentin Hughes, li żgur għad hawn min jiftakru joqgħod hawn fostna. Hughes kien għamel ħbieb ma’ diversi Maltin, uħud minnhom studenti tiegħu, meta kien jgħallem flUniversità ta’ Malta. Jingaġġa suldat u jintbagħat Malta James Quentin Hughes twieled f ’Newsham Park filbelt ta’ Liverpool fl-Ingilterra, fi Frar tas-sena 1920. Missieru kien kappillan ta’ parroċċa f ’Wales. Fi tfulitu kien jattendi l-iskola f ’Rydal, u wara daħal jistudja fil-kulleġġ ta’ Liverpool fejn beda kors fl-arkitettura. Meta faqqgħet il-Gwerra huwa nġaġġa flarmata u, wara xi gimgħat ta’ taħriġ, intbagħat Malta ma’ reġiment tal-artillerija. Kien inkarigat imexxi truppa ta’ suldati fuq il-kanuni qrib wieħed mill-ajrudromi ta’ Malta. Il-ġranet li kien ikollu bil-frank, kien iqattagħhom ipingi bini storiku, u baqa’ impressjonat bill-palazzi, bereġ u fortifikazzjonijiet ta’ żmien il-Kavallieri . Tant hu hekk li fis-sena 1956 ħareġ ilktieb The Building of Malta’. Fih huwa jikteb dwar l-istil u storja, u jiġbor ukoll tpinġija ta’ ħafna mill-bini importanti li tela’ matul il-perjodu talOrdni ta’ San Ġwann f ’Malta. Jitlaq minn Malta jinqabad priġunier
u
Wara li kien ilu sentejn hawn Malta, Hughes ingħaqad ma’ skwadra speċjali, jiġġieled flItalja. Flimkien ma’ xi suldati oħra ntbagħat biex ipoġġi u jispodi bombi fl-arjudrom ta’ San Egidio qrib Assissi. Kif kienu qed jaqsmu x-Xmara Tiber indunaw bihom ilĠermaniżi u kellhom jinfirdu. Hughes u l-Maġġur Widdrington irnexxielhom jiskappaw u jaslu qrib l-arjudrom. Poġġew il-bombi imma, meta kienu qegħdin ineħħu l-fuse tal-bombi li kien fadlilhom, ħadet waħda u l-Maġġur miet fil-post. Hughes indarab u ġarrab ġrieħi f ’għajn waħda u f ’widnejh. Inqabad priġunier, ittieħed l-isptar u ġie interrogat. Kien jidher li se jiġi meqjus bħala spija u qalulu li
kien se jiġi ffuċilat. Meta kien qiegħed jiġi eskortat huwa qabeż minn fuq il-vagun talferrovija u rnexxielu jaħrab u jmur lura mar-reġiment tiegħu. Ikompli l-istudju jiggradwa perit
u
Wara li spiċċat il-gwerra Hughes telaq mill-armata u kompla jistudja. Huwa ggradwa bħala perit, laħaq lettur, u beda jgħallem fil-kulleġġ talarkitettura fl-Liverpool. Dam hemm xi snin imbagħad beda jaħdem għal rasu u fetaħ ditta żgħira u jbeda jagħmel xogħol għal klijenti privati. Il-belt ta’ Liverpool taf lil Quentin Hughes u l-ħidma tiegħu biex saret magħrufa għallarti u arkitettura li tħaddan. Huwa stinka biex din il-belt ngħatat l-isem ‘Il-Belt ta’ kultura fl-Ewropa’ fis-sena 2008. Fil-ktieb tieghu Seaport: the Architecture and Townscape of Liverpool huwa jfaħħar u jsejjaħ il-post ta’ twelidu bħala l-aqwa Belt li ġiet mibnija fi żmien ir-renju tar-Reġina Vittorja. Irsista bil-bosta biex ħafna mill-bini antik u storiku tagħha jkun ikkonservat u ppriservat. Iwaqqaf l-iskola talarkitettura fl-Università Quentin Hughes kien mistieden jiġi Malta fis-sena 1968 biex iwaqqaf l-iskola tal-arkitettura fl-Università ta’ Malta. Sentejn wara ġie maħtur professur u dekan talistess fakultà. Huwa ħadem biex isem Malta jsir magħruf mal-barranin u li tkun ċentru f ’dik li hija storja tal-arkitettura Barokka. “After Rome, Malta has
the richest concentration of Baroque architecture existing on the island.” Huwa jkompli jgħid li filpalazzi u l-bini li tela’ fi żmien il-Kavallieri, wieħed jinnota s-sengħa fil-ġebla tal-id talimgħallem Malti. Ma hemmx dubju li l-Konkatidral ta’ San Ġwann huwa l-aqwa xogħol tal-artist perit Malti Gerolamo Cassar. F’dan il-perjodu Cassar u Francesco Laparelli kienu ż-żewġ arkitetti ewlenin filgżira. Skont Quentin Hughes, Gerolamo Cassar għamel żmien jistudja f ’Ruma u, meta Laparelli telaq minn Malta, Cassar seta’ jpoġġi fil-prattika dak li kien tgħallem minnu. Huwa jgħid li meta wieħed jidħol fil-Katidral tal-Imdina u l-Konkatidral ta’ San Ġwann jitpaxxa bil-ġmiel ta’ arkitettura ta’ stil Barokk li hija fost l-ifjen li tinsab fil-gżira ta’ Malta. Jikteb dwar Malta Quentin Hughes kien minn tal-ewwel li wera interess fl-istudju tal-bini militari, speċjalment f ’dawk li huma fortifikazzjonijiet. Meta ġie Malta għall-ewwel darba fissnin tal-gwerra u wara li kien ra s-swar tal-Belt Valletta, beda jieħu interess u jikteb dwar dan is-suġġett. F’wieħed mill-kotba tiegħu, Fortress Architecture and Military History in Malta, Hughes jitkellem dwar l-arkitettura u storja militari ta’ gżiritna. Il-Forti tar-Ricasoli u dik ta’ Tignè huma fost l-aqwa binjiet ta’ arkitettura militari. Jgħid li l-għan prinċipali li wasslu biex jikteb dan il-ktieb kien “to show that military architecture, is as important and often as beautiful, as ecclesiastical and secular… F’Malta
wieħed isib din l-arti kollha… kummerċ fiċ-ċentru tal-belt ta’ Liverpool. Din hija gżira unika”. Quentin Hughes miet f ’Mejju Qalbu marbuta mal-belt ta’ tas-sena 2004. Il-gazzetti ewlenin fl-Ingilterra kollha Liverpool tawh ġieħ u kellhom bijografija Quentin Hughes kien qasira dwar il-ħajja tiegħu, influwenti u attiv f ’diversi imma jidher li nsew isemmu kumitati. Kien jiġi msejjaħ u li Hughes kien wieħed millmaħtur konsulent biex jagħti pijunieri tal-għaqda Fortress pariri dwar bini storiku fl- Study Group. Flimkien ma’ Ingilterra. Ħafna mill-bini antik xi ħbieb huwa waqqaf din fiċ-ċentru ta’ Liverpool għadu l-għaqda fis-sena 1974, blhemm bis-saħħa tiegħu. Ħuwa iskop biex jibda jsir studju tħabat biex iż-żewġ ċentri u riċerka dwar l-arkitettura magħrufa fil-qalba ta’ Liverpool militari ta’ bini u fortizzi. jiġu mħarsa u ma jispiċċawx Perit, konsulent fl-ippjanar jinqerdu biex jitla’ bini gdid. u fl-arkitettura u professur Meta l-Oriel Chambers, li kien fl-Univeristà ta’ Malta, huwa iddisinjat mill-Perit Peter Ellis, ħalla warajh wirt ta’ studju tela’ fis-sena 1864, dak iż- dwar l-arkitettura militari għal żmien kien wieħed mill-ewwel dawk li jridu jkomplu jfittxu u bini fid-dinja miksi b’qafas tal- jagħmlu riċerka dwar dan ismetall madwar il-ħafna twieqi suġġett. Malta kienet ta’ ispirazzjoni tal-ħġieġ li għandu fuq barra. Min il-lum iżur Liverpool, għal Quentin Hughes, tant li għandu mnejn imur iqatta’ ftit ġie diversi drabi jżurna biex tal-ħin jimxi madwar il-baċir jikteb dwar din il-gżira ċkejkna antik u l-imħażen li hemm fil- tagħna. Għalih, għalkemm qrib. Immsemmi għall-Prinċep żgħira, Malta dejjem kellha Albert, il-baċir u l-Iimħażen kultura u storja, u sinjura f ’dik ta’ madwaru huma proġett li hija arkitettura Barokka. ieħor marbut mal-istorja ta’ Li kien għadu ħaj, Quentin Liverpool. Li ma kienx għal Hughes żgur kien iġib Quentin Hughes, dan il- quddiem għajnejh il-memorji monument kien s jispiċċa jiġi sbieħ li kellu meta kien hawn mwaqqa’. Ġie mibni fuq il- fostna. Forsi wkoll kien pjanti tal-Inġinier u Arkitett jiftakar episodju gustuż meta Jessie Hartely u inawgurat ġie mitlub jagħmel diskors bilmill-Prinċep Albert, ir-raġel Latin fl-okkażjoni ta’ għeluq tar-Reġina Vittorja, fit-30 il-200 sena mit-twaqqif talta’ Ġunju 1846. Fejn qabel Università ta’ Malta. Peress l-imħażen kienu jkunu tal- li huwa ma kienx midħla injam, dawk ta’ madwar dan tal-lingwa, xi ħadd għamillu il-baċir kienu l-ewwel struttura traduzzjoni, poġġieha f ’tape fl-Ingilterra li ġew mibnija mill- recorder u ħeba dan taħt it-toga. briks, ġebel u bil-ħadid fondut. Meta ġie biex jibda, għafas Illum il-post huwa kumpless buttuna b’oħra u beda ħiereġ ta’ ħwienet, bars, ristoranti u tgerfix ta’ kliem…u nħallikom mużewijiet, li qiegħed joħloq taħsbu x’ġara.
PERSONALITÀ
kullhadd.com
19|06|2016 21
WIRET SAĦĦA BARRANIJA MINGĦAND NANNUH RAMONA
PORTELLI TINTERVISTA LIL
TONY
FARRUGIA Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com Email: ramonaportelli@hotmail.com
Dan l-aħħar kont qed inqalleb fl-internet u sirt naf bi bniedem li huwa b’saħħtu ħafna. Ngħid għalija, ma kontx naf b’persuni li kapaċi jerfgħu karozza, jew li jerfgħu skipp taż-żibel b’lura jew inkella li jgħawġu taġen fi tnejn b’idejhom biss. Jew xi ngħidu meta naraw persuna terfa’ ċangun? Żgur li qatt ma bsart li xi ħadd jista’ jagħmel dawn l-affarijiet Insomma, irnexxieli nagħmel kuntatt mas-Sansun ta’ Malta, iż-żagħżugħ Tony Farrugia. L-umiltà ta’ Tony Farrugia dehret ċara meta għedtlu li probabbilment huwa l-iktar persuna b’saħħitha f ’Malta. B’ġenwinità sostna li hawn persuni Maltin oħrajn li huma sportivi b’saħħithom bħal weightlifters u powerlifters. Minn filmati li rajt tiegħu stajt nosserva li mhux l-ewwel darba li Tony lewa fi tnejn, jew lewa ħadid madwar għonqu u ħafna attivitajiet simili oħra b’oġġetti varji. Għal Tony jista’ jkun li dan huwa passatemp jew ossessjoni. Il-fatt żgur huwa li din l-attività tinsab f ’demmu u, kif isostni huwa stess, hija mezz li jneħħi ttensjoni. Tony għandu 28 sena, huwa minn San Pawl il-Baħar u jaħdem bħala storekeeper. Bħala passatempi l-hena tiegħu jerfa’ oġġetti tqal, jilwi u jaqsam oġġetti varji minnofs, jiġri, jgħum, jogħdos u, ovvjament, ma jonqosx li jħobb jiekol. Jiddeskrivi
lilu nnifsu bħala bniedem twajjeb jekk ħaddieħor ikun leali lejh. Mistoqsi meta skopra li għandu talent li kapaċi jerfa’ oġġetti tqal li normalment bniedem waħdu ma jiflaħhomx, Tony weġibni: “Meta kelli madwar 18-il sena bdejt ninduna li kont qed insir b’saħħti aktar. Filfatt, kont irrealizzajt li kelli saħħa abnormali naturali,” fissirli Tony.
li nista’ ngħid huwa li probabbli akkwistajt din issaħħa mingħand in-nannu tiegħi li kien b’saħħtu ħafna wkoll. B’hekk ikolli ngħid li din is-saħħa abnormali qed tiġri fil-familja u issa tinsab għandi. Fil-fatt, b’wiċċi minn quddiem ngħid li jien nerfa’ dawn l-oġġetti li semmejt bla ebda teknika. Kollox nagħmel u nerfa’ b’mod naturali,” sostna Tony. Fil-fatt, in-nannu ta’ Tony kien ukoll jismu Tony Farrugia. Kien jaħdem bħala chief petty officer mar-Royal Navy u kien iservi waqt itTieni Gwerra Dinjija. “Ilmara tiegħu, li tiġi nannti, kif ukoll żewġ subien tagħhom, li jiġu zijiet tiegħi, kienu nqatlu waqt l-ewwel air raid fuq Malta fil-11 ta’ Ġunju 1940. Missieri, li kien għadu tarbija, kien l-uniku wieħed li salva. In-nannu tiegħi kien imlaqqam ‘Garibaldi’ u kien magħruf bħala l-bniedem li jerfa’ ġebel kbir, li jitwi fi tnejn ħadid kbir u li jerfa’ affarijiet tqal bħal karozzi.” Ta’ min jgħid li llum ilġurnata Tony jiffilmja lilu nnifsu kull meta jerfa’ xi oġġett u anke jieħu ritratti bħala rikordju personali. Minnhom imbagħad jinnota x’jista’ jtejjeb u jirranġa ħalli jmur aħjar.
Jgħawweġ ħadid kbir u tqil, u jerfa’ karozzi u Ma jittrenjax u lanqas skips fost oħrajn jieħu xi supplimenti Ta’ min isemmi li fost l-aktar oġġetti tqal li rnexxielu Tony jsostni li ma jittrenjax jerfa’ s’issa hemm karozzi, u lanqas jieħu xi supplimenti vannijiet żgħar, ġebel kbir, li jistgħu jagħtuh xi vantaġġ skips, roti ta’ trakkijiet kbar, sopranaturali fuq saħħtu. is-saħħa barranija injam kbir u palletizers, fost Din diversi oġġetti oħrajn. Bla kollha fuqu jemmen li ġejja dubju staqsejtu b’liema mod minn nannuh. “Mhux hekk jirnexxilu jerfa’ oġġett tqil biss, iżda ngħid ukoll li mingħajr l-ebda problema qatt ma għamilt xi tip ta’ jew taħriġ speċjali. “Lanqas taħriġ speċjali għal dan iljien stess ma naf kif. Iżda passatemp li nerfa’ oġġetti
tqal.” Meta mistoqsi dwar x’jaħseb fuq il-mod li bih jarawh in-nies Tony weġibni: “Probabbilment innies jarawni bħala xi wieħed moħħ ir-riħ iżda, fil-verità, ma jafux li akkademikament irnexxieli nikseb A Levels, Intermediate Levels u O Levels, u li fil-futur qrib qed nittama wkoll li nkompli għal Degree.” Mistoqsi jekk qattx tħajjar jibda jagħti xi demostrazzjoni qed jerfa’ xi oġġetti tqal ħafna, Tony weġibni: “S’issa le. Però, jekk tkun għal xi għan filantropiku jew xi attività b’risq xi karità, jew inkella dak li jkun ikun lest li jħallas għal xi demostrazzjoni simili, jista’ jkun li nikkunsidraha. Li nista’ ngħid huwa li s’issa demostrazzjonijiet ma sħabi u xi kollegi li wasalt nagħmel.” Semmejtlu l-Guinness Book of Records, u naturalment staqsejtu jekk qattx tħajjar jitfa’ xi nomina għas-saħħa barranija li għandu, forsi, min jaf, ismu
jipprometti aktar. “S’issa qatt ma għamilt dan il-pass. Iżda jekk jasal ilmument, żgur li tkun sfida kbira għalija. S’issa rnexxieli nerfa’ 62 blokka tal-limestone fuq rasi f ’darba mingħajr ma waqaft. Min jaf, forsi nista’ navvanza aktar fuq dan ir-rekord personali u forsi minn hemm immexxi ismi lejn il-Guinness Book of Records,” stqarr Tony. Mistoqsi jekk maż-żmien kellux xi konsegwenzi ta’ saħħa jew strapazz żejjed wara li jkun refa’ xi ħaġa tqila, Tony stqarr miegħi li mhux l-ewwel darba li kiser spalltu, xi swaba’ jew idejh! Dwar pjanijiet għallfutur, Tony stqarr li moħħu dejjem biex isir aħjar u forsi jsir jaf jagħmel xi manuvri ġodda li qatt ma jkun għadu għamilhom. Fl-aħħar nett, Tony xtaq jgħaddi messaġġ lill-qarrejja talgazzetta KullĦadd biex ma jippruvawx jerfgħu xi ġebel kbir fuq rashom għax żgur li jkunu qed jipperikolaw ħajjithom!
KALEJDOSKOPJU
22 19|06|2016
kullħadd.com
KURŻITAJIET
JGĦIX GĦAR-REKORDS DINJIN Fatti miġbura minn
CHARLES B.
SPITERI
ĠRAW BĦAL-LUM 1910: 1917: 1921: 1921 1933: 1940: 1941: 1944: 1944: 1944: 1948: 1948: 1956: 1961: 1963: 1968: 1970: 1971: 1972: 1975: 1977: 1980: 1980: 1981: 1982: 1988: 1991:
L-ewwel darba li ġie ċċelebrat Jum il-Missier, fi Spokane, Washington. Il-Familja Rjali Ingliża, li kellha rabtiet qawwija Ġermaniżi sa minn Ġorġ I, twarrab il-kunjom li jinstema’ Ġermaniż u t-titli u tadotta l-isem ta’ Windsor. Dan kollu minħabba l-Ewwel Gwerra Dinjija. Isir iċ-ċensiment fil-Gran Brittanja. It-Torok u l-Kristjani tal-Palestina jiffirmaw trattat ta’ ħbiberija kontra l-Lhud. Il-Gvern Awstrijak ta’ Dollfuss jipprojbixxi l-organizzazzjonijiet Nażisti. Is-seba’ diviżjoni armata tal-Ġermanja, taħt ittmexxija ta’ Field Marshal Erwin Rommel, tokkupa Cherbourg. Ir-Rumanija tordna lil-Lhud jevakwaw minn Darabani. Truppi Franċiżi jilliberaw Elba. Truppi Ġappuniżi jirbħu Changsha, fiċ-Ċina. It-Tieni Gwerra Dinjija: l-ewwel jum tal-battalja ta’ jumejn għall-baħar Filippin. Il-forzi navali Amerikani jegħlbu lill-flotta Ġappuniża. Il-Panama u Costa Rica jirrikonoxxu lil Iżrael mill- ġdid. L-Unjoni Sovjetika tagħlaq l-aċċess għal Berlin tal- Punent Jerry Lewis u Dean Martin itemmu s-sħubija ta’ bejniethom wara li ħadmu 16-il film. Il-Kuwajt jiddikjara l-indipendenza mill-Gran Brittanja. Żewġ missjonijiet spazjali Russi jirritornaw fidDinja. L-ewwel mara li marret fl-ispazju u ġiet lura kienet Valentina Tereshkova. 50,000 persuna pparteċipaw f ’The Poor Peoples March, organizzat minn Martin Luther King Jr u l-Konferenza għat-Tmexxija Kristjana tas-Sud, biex ikunu indirizzati temi ta’ ġustizzja ekonomika. Ilkampanja laħqet il-qofol tagħha f ’Washington DC u, għall-ewwel darba, Martin Luther King Jr ma ffukax biss fuq il-foqra suwed, iżda fuq il-popli foqra kollha ta’ kull minorità. Il-Konservattivi mmexxija minn Edward Heath jirbħu l-elezzjoni parlamentari Ingliża. Karen Alexander, sindku, tiddikjara stat ta’ emerġenza f ’Columbus Ga, minħabba inkwiet razzjali. Mijiet ta’ eluf ta’ vjaġġaturi tal-vaganzi jiffaċċjaw dewmien u tħassir ta’ titjiriet wara li l-piloti jheddu li jistrajkjaw minħabba biżgħat ta’ ħtif fl-ajru. Ġuri jiddeċiedi li Earl Lord Lucan, (li ma nstabx) hu ħati tal-qtil ta’ Sandra Rivett, ta’ 29 sena, in-nanny tat-tliet uliedu. Lord Lucan ma deherx sa mill-mewt tax-xebba fis-7 ta’ Novembru 1974. Sa Ottubru tal1999, Lord Lucan baqa’ ma nstabx u ġie ddikjarat uffiċjalment mejjet. Il-Papa Pawlu VI jagħmel lill-Isqof John Neumann tas-seklu dsatax, l-ewwel qaddis Amerikan. Battalja bejn il-pulizija u d-dimostranti f ’Capetown. Jinqatlu 34 persuna. Attakk fuq l-ambaxxata Ingliża minn nies armati b’armi awtomatiċi u granati. L-attakk jintemm meta tlieta mill-attakkanti jinqatlu mill-forzi tas-sigurtà Iraqina. Ħadd mill-ħaddiema tal-ambaxxata Ingliża ma weġġa’ fl-attakk. Tiġi esibita f ’Nelspruit, l-Afrika t’Isfel, l-itqal larinġa, li tiżen 2.5 kilogrammi. Il-ġisem ta’ Roberto Calvi, magħruf bħala ‘l-Bankier t’Alla’ jinstab mgħallaq taħt il-pont Blackfriars f ’Londra. Jitlesta l-itwal zalzett tad-dinja, f ’tul ta’ ftit aktar minn 13-il mil. Pablo Escobar, negozjant prim tad-droga fil- Kolombja, iċedi ruħu f ’idejn il-pulizija.
Hawn bosta nies fid-dinja li huma ffissati biex ikollhom isimhom fil-Guinness World Records, u l-Indjan Har Parkash Rishi, hu wieħed minnhom. Fuq ġismu għandu xejn inqas minn 366 tatwaġġ ta’ bnadar differenti u qala’ snienu kollha biex iżid aktar rekords fil-
kollezzjoni li għandu. Hu neħħa snienu biex f ’ħalqu jkun jista’ jdaħħal 500 qasba tax-xorb (straws) u aktar minn 50 xema’ jixegħlu. Rishi, li għandu 74 sena hu ossessjonat bir-rekords u jgħid li għandu aktar minn 20 wieħed, tant li issa qed isejjaħ lilu nnifsu
Guinness Rishi. “Jien diġà ksibt it-titlu dinji meta rnexxieli ndaħħal 496 qasba f ’ħalqi,” qal Rishi litteleviżjoni Reuters waqt li reġa’ għamel il-prova quddiem ilkamera. Kien għalhekk li issa qala’ snienu, biex ikun jista’ jżid il-qasab almenu b’erbgħa.
XRAR MILL-GAZZETTI MALTIN
Dr Xecchec, Mejju 1929
Lotterija kbira: Lotterija kbira se ssir, bil-permess tal-Gvern, fuq it-tiġrija ta’ nhar l-Imnarja, għall-benefiċċju tal-bini tal-knisja ta’ Pompei, f ’Tas-Sliema. Premju garantit £100. Biljetti 6d (sitt soldi jew sitt ċenteżmi tal-ewro) jinbiegħu minn kullimkien. Din is-sena, barra mill-palju tal-Gvern, l-organizzaturi ta’ din il-lotterija se jagħtu wkoll tazzi tal-fidda u medalji; tant liż-żiemel tal-ewwel u tat-tieni u tant għall-ġerrejja u l-aktar ġejjer liebes tajjeb u li jekk jista’ jkun ma jkunx ħafi. Fittxu akkwistaw il-biljetti tagħkom. Galata: Galata hu l-isem tal-famużi sigaretti tad-ditta Maltija John Scerri tal-Ħamrun, li jinbiegħu fi skatolini ta’ għaxra u li barra l-kwalità u l-prezz popolari tagħhom, issibu fihom kollezzjoni tal-isbaħ opri ta’ arkitettura mondjali, ritratti tas-sepja. Titilfux l-okkażjoni li tippruvaw dawn issigaretti.
FORSI TNEBBAĦ MINN RAPUNZEL!
Meta xi ħadd jara lil Savjibhai Rathwa mill-bogħod, jaħseb li dan ir-raġel Indjan, ta’ kuljum, ikun qed iġorr ħabel enormi. Madankollu, min iħares lejh mill-qrib jinduna li dan ir-raġel ta’ sittin sena fil-fatt ikun qed iġorr malju ta’ xagħru stess, li hu twil 62 pied. Rathwa jieħu kura enormi ta’ xagħru u jżommu fl-aqwa kundizzjoni. Biex żgur jagħmel
dan, jevita li jiekol ċertu ikel u jaħslu kull jumejn għal tliet sigħat sħaħ. Minn xagħru hu kapaċi joħloq turban u jdendlu mas-saqaf. Jiekol biss ħaxix, ikel imħejji fid-dar u jipprova jevita ħwawar jaħarqu. Kull darba li jkun imissu jaħsel xagħru, tarah imur fl-għelieqi biex inixxfu. Hemmhekk, hu jinxteħet fid-dell ta’
siġra, ipejjep il-pipa, waqt li n-neputijiet tiegħu jiftħulu xagħru biex inixxfuhulu. U issa qed iħejji biex jikser it-titlu tal-Guinness World Record bħala l-bniedem bl-itwal xagħar. Qed jitlob l-għajnuna biex jiġbor il-flus meħtieġa. S’issa organizzazzjoni li taħdem bla profitt qablet li tagħmillu d-dokumentazzjoni meħtieġa.
MADWARNA
kullhadd.com
19|06|2016 23
DISGĦIN SENA MIT-TWAQQIF TAL-KAMRA TAN-NAR TA’ SAN ĠORĠ Kitba ta’ Jason Busuttil
Minn għada Ħal Qormi jibda jiċċelebra l-festa ad unur San Ġorġ, patrun ta’ dan irraħal. Fost l-għaqdiet li jieħdu sehem f ’din il-festa nsibu l-Għaqda tan-Nar 23 t’April, li timmanifattura n-nar filKamra tan-Nar San Ġorġ għal din il-festa. Din l-Għaqda gawdiet minn bosta snin ta’ suċċessi u sodisfazzjon, bl-akbar wieħed ikun din is-sena meta nhar il-Ħadd 24 t’April 2016 fi Sqaq Awżara feġġ kapolavur, xogħol Pietru Felici l-istatwa titulari ta’ San Ġorġ li ddaħħlet għall-ewwel darba fil-post tan-nar. Disgħin sena ta’ storja Disgħin sena wara li feġġet għaqda meta wlied Qriema ngħaqdu flimkien, minn fejn bdew jiktbu l-istorja tal-piroteknika għal din ilbelt. Storja b’emozzjonijiet differenti: ferħ, niket, imma fuq kollox snin ta’ sodisfazzjon. Mill-1926 bdiet tiffunzjona s-St Georges Fireworks Factory; pijunieri tal-Piroteknika f ’Malta. Il-ħajra għall-piroteknika filparroċċa ta’ San Ġorġ bdiet qabel is-sena 1926. Il-Qriema riedu li jagħmlu dak kollu possibbli biex il-festa talpatrun tingħata l-importanza mistħoqqa. Kien fl-1926 li l-kumitat talfesta kien inkariga l-ewwel Qriema biex jieħdu ħsieb kamraa tan-nar. Dak iż-żmien nafu li n-nar kien jinħadem l-iktar mit-Taljani; kienu jinġiebu apposta biex għallfesta tal-patrun tal-Qriema jkun attrazzjoni partikolari. Maż-żmien ix-xogħol kompla jikber u forsi ikkumplika ftit ruħu, imma xejn ma għandu x’jaqsam man-nar li nsibu llum il-ġurnata. Bdejna naraw nar tal-art jieħu l-forma ta’ xi ħaġa. Xejn ma kien faċli. Il-Qriema riedu jitgħallmu, imma ma qatgħux qalbhom
L-evoluzzjoni piroteknika
Ritratt: CLAYTON GRECH u dan minkejja n-nuqqas ta’ riżorsi. Waslu s-snin tal-gwerra; snin li f ’Malta tista’ tgħid kull attività rat it-tmiem tagħha, anke l-kamra tan-nar kienet sabet intopp. L-ewwel ma ġara kien li twaqqfu t-Taljani milli jiġu Malta. Fi żmien il-gwerra l-Colonial Office wkoll kien irrekwiżizzjona l-post tan-nar. Imma l-gwerra għaddiet, ilħidma reġgħet bdiet u, tista’ tgħid, li bdew snin importanti ħafna għall-kamra tan-nar. Bdew ġejjin ordnijiet minn kullimkien. Il-kamra tan-nar reġgħet saret il-prijorità. Fit-tieni nofs tas-snin ħamsin, il-kamra tan-nar ta’ San Ġorġ kienet diġà ħadet il-fama għal xogħol ta’ murtali partikolari: il-murtali taċ-ċilindru. Dawn kienu murtali tal-kulur li ftit kienu jsiru minnhom, imma kienu ta’ attrazzjoni għall-bosta dilettanti. Bejn is-sena 1956 u s-sena 1958, il-kamra tan-nar ħadet xokk. F’dawn is-snin kien hemm żewġ inċidenti li ħasdu l-ħajja ta’ membri attivi ta’ din il-kamra tan-nar. Fil-bidu tas-snin sittin in-nar tal-kulur kien skars, kien isir biss lejlet il-festa u nharha, imma l-murtali tal-kulur kienu ftit li xejn. L-iktar xogħol kien
Il-grupp tan-nar wara l-gwerra
isir kien ikun dak li jinħadem għal binhar. Ir-riżorsi kienu skarsi u għalhekk kienu jagħfsu fuq xogħol tal-beraq. Hekk kif il-kamra tan-nar issa kienet bdiet ritmu tajjeb f ’dak li hu xogħol, il-bidu tassnin sebgħin ra incident ieħor iseħħ meta b’mod misterjuż il-kamra tan-nar kienet splodiet matul il-lejl. L-għada stess kien reġa’ beda l-bini mill-ġdid tal-post tan-nar. Is-suċċessi miksuba fissnin sebgħin komplew anke fil-bidu tas-snin tmenin. In-nar kompla jiżdied; ilbidu tas-snin tmenin kienu karatterizzati minn ammont kbir ta’ nar. Bejn is-sena 1980 u s-sena 1982 l-għaqda kienet kbira; kulħadd b’għan wieħed f ’moħħu: li l-festa ta’ San Ġorġ tkompli tikber u żżid fil-popolarità. Waslet is-sena 1982, u l-preparamenti kienu għaddejjin bla waqfien. Iżda kollox inbidel nhar is-17 ta’ Mejju 1982 meta splużjoni fil-kumpless kienet ħasdet ilħajja ta’ tliet membri: Nenu Zammit, Twanny Cefai u Ġużeppi Agius. Il-funerali tat-tliet vittmi jibqgħu jissemmew għall-ammont kbir ta’ nies li attiraw, meta eluf ħonqu Ħal Qormi biex isellmu lil dawn it-tlieta minnies. Huma ngħaqdu ma’ eroji
oħrajn li ħallewna fis-snin ta’ qabel biex ikabbru l-festa tal-patrun, li kienu: Kelinu Zammit (ta’ Xiffa), Anġlu Fava (iż-Żepp) Karmenu Sammut (id-Dingli) u Gio Maria Zammit (iċ-Ċojja) Issa l-sfida kienet kbira għax il-membri ta’ din l-Għaqda riedu jerġgħu jibdew mixxejn. Reġa’ beda l-proċess biex tkun identifikata għalqa ġdida; riedu art biex mill-ġdid terġa’ titla’ l-kamra tan-nar, possibbilment kamra aktar moderna u komda minn dik li kien hemm qabel. Wara ħafna proċessi, f ’Novembru tal-1985, l-għalqa saret proprjetà tal-Għaqda. Din l-għalqa kienet instabet biswit dik li l-Għaqda kellha diġà. Eventwalment inħareġ il-permess tal-post il-ġdid, u hawn il-Qriema nħakmu mill-entużjażmu għax, wara xhur ta’ ħidma, f ’Mejju tal-1986, sa fl-aħħar wasal jum l-inawgurazzjoni u l-Ġorġjaniżi reġa’ kellhom il-post tan-nar tagħhom. Kienu snin li fihom reġa’ kien hemm rinaxximent u l-Għaqda tan-Nar reġgħet kienet involuta f ’attivitajiet ta’ livell nazzjonali. Fost oħrajn din l-għaqda kienet ħadet sehem fil-festi li fakkru l-25 anniversarju ta’ Malta Indipendenti.
Maż-żmien rajna wkoll l-introduzzjoni ta’ aktar xogħol ġdid u l-introduzzjoni ta’ wirjiet piro-mużikali. Fis-sena 2013 din ilkamra tan-nar rat ukoll l-introduzzjoni ta’ kunċett ieħor fil-mod kif tagħti spettaklu meta kien hemm l-introduzzjoni ta’ Diamonds in the Sky. Eventwalment kien hemm ukoll il-parteċipazzjoni talGħaqda tan-Nar 23 t’April f ’kompetizzjoni lokali li tat riżultati pożittivi. Filfatt, f ’din il-kompetizzjoni l-Għaqda spiċċat fit-tieni post u kisbet l-ewwel post fittelevoting. L-Għaqda għal darba oħra reġgħet kienet parti millistorja ta’ pajjiżna u, għal darba oħra, kienet strumentali fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 anniversarju mill-kisba talindipendenza u wkoll kienet hemm fiċ-ċelebrazzjonijiet fit-tifkira ta’ Malta Repubblika. Kienet ukoll hemm waqt ftuħ ta’ postijiet importanti għall-ekonomija Maltija bħal meta pparteċipat fil-ftuħ tal-lukanda DB San Antonio. Din is-sena stess l-Għaqda kkonfermat suċċess ieħor. meta spiċċat fit-tieni post filFestival Internazzjonali talLogħob tan-Nar. Il-festa 2016 Għal din is-sena l-kamra tannar, fil-festa li se tibda minn għada, se jkollha spettakli kbar f ’akkumpanjamenti u servizzi matul il-ġimgħa kollha. Dan jilħaq il-qofol tiegħu lejlet il-festa blispettaklu Diamonds In the Sky li se jkun fih ukoll Torri mimli xogħol pirotekniku. L-ispettaklu jibda għall-ħabta tal-9.45pm. Spettaklu ieħor ikun nhar il-festa b’kaxxa infernali u murtali tal-beraq bil-logħob waqt il-ħruġ talpurċissjoni, li jkompli bi ħruq ta’ murtali tal-kulur fid-dħul.
Waqt il-bini tal-post tan-nar il-ġdid fl-1985
24 19|06|2016
kullhadd.ċom
MADWARNA
MALTA INTERNATIONAL SINGERS FESTIVAL – EURO STARS Award: Quivan Agius – Malta, Aleksandra Atanasova – ilBulgarija, Elisa Muscat – Malta, Emma Cutajar – Malta It-tielet post: Maxim Yalnazov – il-Bulgarija; It-tieni post – Tre Bambole – Malta; L-ewwel post: Giorgia Borg – Malta. It-Tieni Kategorija: minn għaxra sa 11-il sena: Future Star: Magdalena Rogic – il-Kroazja; Diploma Award: Luana Schembri – Malta, Estella Mercieca – Malta; Ittielet post: Martina Cutajar – Malta; It-tieni post: Martina Galea Loffreda – Malta; L-ewwel post: Flora Nejad Tabatabai – l-Ungerija.
Gala Boteva, ir-rebbieħa tal-Junior Grand Prix Dan l-ahhar saret issitt edizzjoni tal-Malta International Singer’s Festival – Euro Stars, li fih ħadu sehem kantanti minn erbatax il-pajjiz. Dawn kienu Malta, il-Bulgarija, il-Litwanja, ir-Rumanija, il-
Latvija, l-Iżvizzera, l-Ungerija, il-Kroazja, l-Italja, il-Kosovo, l-Iżvezja, l-Ukrajna, ir-Russja u l-Polonja. Il-parteċipanti għamlu żjarat kulturali, kif ukoll kellhom karaoke party, ċerimonja tal-
It-Tielet Kategorija: minn 12-il sena: Future Star: Demi Galea – Malta; Diploma Award: Shazay ftuħ, festival, u gala night. Grima – Malta, Azzura Barberio Ir-riżultat huwa dan: – l-Italja, Elisa Bruci – ilKosovo; It-tielet post: Patrisija L-Ewwel Kategorija: minn Simeonova – il-Bulgarija; Ittmien snin sa disa’ snin: tieni post: Vesta Barasaite Future Star Award: Raya – il-Litwanja; L-ewwel post: Petkova – il-Bulgarija; Diploma Martyna Zygadlo – il-Polonja.
Ir-Raba’ Kategorija: minn 13 -il sena: Future Star: Ilenia Mazza – l-Italja; Diploma Award: Milena Bianco – Malta; It-tielet post: Kayley Cuschieri – Malta; It-tieni post: Nicole Frendo – Malta; L-ewwel post: Martina Micallef – Malta; Best Artistic Junior Presentation: Kieran Agius – Malta; Junior Star of the Festival: Nicole Hammett – Malta; Junior Grand Prix: Gala Boteva – il-Bulgarija. Il-Ħames Kategorija: minn 14-il sena: Future Star: Sarah Ann Cassar – Malta; Diploma Award: Cosmin Andrian – ir-Rumanija, Grete Eitmantyte – il-Litwanja, Patricija Ksenija Cuprijanovica – il-Latvja; It-tielet post: Reanue Falzon – Malta; It-tieni post: Simona Zaharieva – ilBulgarija; L-ewwel post: Greta Zabielaite – il-Litwanja. Is-Sitt Kategorija: minn 15-il sena sa 16-il sena: Future Star: Viorela Stoian – ir-Rumanija; Diploma Award: Sara Dall’Olio – l-Italja; Arianna Mallia u Ksenia Greben – ir-Russja; It-tielet post: Vanina Kalapsasova – il-Bulgarija; It-tieni post: Desislava Arnaudrova – ilBulgarija; L-ewwel post: Trayana Tzankova – ilBulgarija. Is-Seba’ Kategorija: minn 17-il sena ’l fuq: Future Star: Erica Lo Presti – l-Italja, Diploma Award: Asen Vladimirov – il-Bulgarija, Diandra Mifsud – Malta, Malomir Inghilizov; It-tielet post: Krystian Kubowicz – ilPolonja; It-tieni post: Agne Michelenevaite – il-Litwanja; L-ewwel post: Neringa Slaudikyte – il-Litwanja; Best Artistic Presentation – Arianna Mallia – Malta; Wafa Award: Celine Schmid – l-Iżvizzera; Star of the Festival: Courtney Camilleri – Malta; Grand Prix: Agata Buczowska – il-Polonja. Għall-ewwel darba waqt l-International Singers Festival, il-kantanti kienu mogħtija individwalment il-karti talvotazzjoni b’rendikont ta’ voti u kummenti mogħtija millmembri tal-ġurija. Il-parteċipanti ta’ dan il-festival intgħażlu biex jipparteċipaw f ’festivals barra minn Malta – ħafna minnhom bl-akkomodazzjoni u ikel b’xejn. Il-preżentaturi kienu Rawanne Ramadan u Francesca Zarb. Kien hemm diveriment minn Paul Curmi Dancers; Destiny Chukunyere; Thea Aquilina; Antonia Markova, il-Grand Prix Winner 2015; u Rawanne mir-Rumanija.
MADWARNA
kullhadd.com
19|06|2016 25
KISBA TA’ KORS ĠDID F’LIVELL ĦAL FAR MODEL TA’ DEGREE FIL-ĠURNALIŻMU FLYING ASSOCIATION
Il-klabb Ħal Far Model Flying Association ikkommemora t-tieni sena minn meta reġa’ beda juża l-art f ’Ħal Far għal skop ta’ titjir ta’ mudelli ta’ ajruplani billi organizza scale meet. L-attività ġġenerat attendenza sabiħa minn membri, familji u ħbieb. Kien hemm atmosfera ta’ ferħ, u ikel u xorb ma naqasx. Intwerew diversi ajruplani replika u, peress li t-temp ippermetta, kien hemm titjir ukoll biex kompla żied mal-eċitament. Wieħed millattrazzjonijiet prinċipali kien mudell tal-klabb, Piper J-3 Cub ta’ skala 1/3 li reġa’ tar wara diversi xhur mhux fi stat li jista’ jtir. Bħala klabb, l-HFMFA tikkonsisti f ’madwar 120 membru attiv u twaqqaf fl-1989. Il-klabb jista’ jiġi kkuntattjat fuq info@hfmfa. com
RELIKWA TA’ SAN ĠORĠ MARTRI F’MALTA Il-Fondazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-Ġurnaliżmu ċċelebrat il-kisba ta’ kors ġdid f ’livell ta’ Degree (MQF Level 6), BA (Hons) fil-Ġurnaliżmu, li se jibda fis-sena akkademika 2016-2017 fl-MCAST, billi għamlet preżentazzjoni ta’ tifkira għall-okkażjoni lil Karl Wright, Chairman tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin. Min-naħa tagħhom l-IĠM taw tifkira wkoll lill-Ambaxxatur Anthony DeBono, Viċi President tal-FTFEĠ, u lil Dr Andrew Azzopardi li ħadmu qatigħ biex dan ilkors jitfassal u jseħħ. Fid-diskors tiegħu qabel ma ngħatat it-tifkira lis-Sur Wright, il-President tal-FTFEĠ, President Emeritu Dr Ugo Mifsud Bonnici, qal: “Qed nieħu pjaċir li se jiġi mniedi l-kors fil-Baċellerat fil-Ġurnaliżmu fl-MCAST. Ħadmu biex tingħata struttura lill-kors fil-Baċellerat fil-Ġurnaliżmu fl-MCAST diversi persuni, imma xtaqt insemmi b’mod partikolari lill-Ambaxxatur Anthony DeBono, lil Dr Andrew Azzopardi, lis-Sur Ian Attard mill-MCAST u s-Sur Karl Wright, Chairman tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM), li qiegħed jieħu sehem sħiħ fit-tmexxija tal-Fondazzjoni. “Il-Kors fl-MCAST se jkun l-ewwel pass biex il-professjoni ġurnalistika tingħata rikonoxximent uffiċjali u biex l-etika professjonali tal-ġurnalisti tiġi msaħħa bl-edukazzjoni. Saret proposta li qiegħda tiġi attivament ikkunsidrata illi ’l quddiem
l-Università tibda toffri kors fil-livell ta’ Masters fil-Ġurnaliżmu.” Min-naħa tiegħu, l-Ambaxxatur DeBono qal: “Qabel xejn, nixtieq verament nuri l-apprezzament tiegħi lill-Istitut tal-Ġurnalisti talli għoġobhom jagħtuni dan l-unur. “Żgur xieraq ukoll li nrodd ħajr lill-membri talBord tal-Fondazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-Ġurnaliżmu, taħt it-tmexxija tal-E.T. Dr Ugo Mifsud Bonnici, li xammru mhux ftit biex l-għan tal-Fondazzjoni jintlaħaq fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu, li ma jixirqilhomx li ma jkollhomx l-aqwa talent professjonali fil-ġurnaliżmu. “Naturalment iż-żewġ membri fuq il-Bord tal-Fondazzjoni, Karl Wright u Roderick Agius, flimkien mas-Segretarju Malcolm Naudi, mhux biss kienu strumentali imma kienu ċ-ċwievet li fetħu ħafna bibien biex wasalna niktbu l-istorja fil-qasam tal-Ġurnaliżmu fil-Gżejjer Maltin. “Ħajr speċjali nwasslu lit-tmexxija tal-MCAST, fosthom iċ-Chairman Saviour Debono, u s-CEO Stephen Cachia li, flimkien mad-Direttur Stephen Vella u l-ispeċjalista Ian Attard, kienu anzjużi daqsna biex nirnexxu. L-għajnuna li stajt norbot fuqha ta’ Tonio Portughese, iċ-Chairman tal-PBS, għenet bis-sħiħ biex il-PBS u l-Media Centre se jkunu ċentri tal-istudju prattiku tal-kors tal-BA fil-Ġurnaliżmu. “Ix-xogħol li kien għamel
żmien ilu Mario Schiavone, meta sawwar abbozz għall-kurrikulu tal-kors, kien ta’ pedament tajjeb biex l-imgħallem ta’ dan issuċċess, Dr Andrew Azzopardi, wasal biex fassal kors mill-aktar modern u li se jipproduċi ġurnalisti li jiffaċċjaw l-iżviluppi kollha tal-ħajja mgħaġġla tal-lum. “Iżda fl-aħħar nett, u ċertament mhux l-inqas, mertu kbir għandu l-Ministru Evarist Bartolo, li meta l-E.T. Dr Ugo Mifsud Bonnici u jien kellimnieh sentejn ilu ma ħasibhiex darbtejn biex għamilna konferenza tal-aħbarijiet biex inħabbru l-pjanijiet tagħna. Matul dawn is-sentejn ħdimna f ’għaqda sħiħa u talabni li nżommu infurmat pass pass biex fejn neħlu jiftħilna t-triq.” Il-prospett tal-kors, li se jintroduċi lill-istudenti għad-dinja tal-ġurnaliżmu, hu mistenni li jitħabbar filjiem li ġejjin. L-istudenti jkunu murija kif jagħmlu riċerka, jiddisinjaw, jiżviluppaw u jipproduċu kontenut tal-aħbarijiet li se jiġi ppreżentat lill-pubbliku f ’varjetà ta’ mezzi, fosthom karta stampata, radju, televiżjoni u l-internet. L-għan ta’ dan il-kors hu li jħarreġ lill-istudenti biex ikunu prattikanti mgħallma fl-analiżi u r-rappurtaġġ ta’ avvenimenti li jsawru l-ħajja tagħna u d-dinja ta’ madwarna. Għal iktar informazzjoni fuq dan il-kors ibgħat email lil career.guidance@mcast.edu. mt jew ċempel l-MCAST fuq 2398 7135.
Din is-sena l-parroċċa ta’ San Ġorġ Martri f ’Ħal Qormi qiegħda tiċċelebra l-275 anniversarju tal-istatwa titulari tal-qaddis patrun tagħha, minquxa fl-injam fl-1741 mill-Qormi Pietru Felici. Bħala parti mill-festi anniversarji li qegħdin isiru, din is-sena nġiebet relikwa tad-driegħ ta’ San Ġorġ li tinsab fil-Mużew tal-Katidral ta’ Ferrara fl-Italja. Din ir-relikwa tikkonsisti f ’għadma middriegħ ta’ San Ġorġ. Fl-1110, il-Konti Roberto di Fiandra ħa d-driegħ ta’ San Ġorġ fil-belt ta’ Ferrara u tah lill-Kontessa Matilde. Din tatu lill-katidral tal-belt li kien iddedikat lil San Ġorġ fl-1135. Din ir-relikwa sarilha relikwarju ġdid tal-fidda fis-sena 1388. Ir-relikwarju tad-driegħ ta’ San Ġorġ huwa xogħol ta’ Bartolomeo a Relogio, iżda għal din l-okkażjoni ma nġiebx dan ir-relikwarju iżda ieħor tal-injam indurat maħdum fis-seklu tmintax. B’hekk ir-relikwa tkun tista’ tidher sewwa; xi ħaġa li fir-relikwarju tal-fidda mhijiex possibbli. Bejn l-1976 u l-1978 fl-università ta’ Bologna sar studju fuq erba’ relikwi ta’ San Ġorġ: fuq dik ta’ Al Velabro f ’Ruma, ta’ Venezja, ta’ Borgo Vico, u fuq din ta’ Ferrara. Dan l-istudju jikkonferma li l-għadam li jinsab f ’dawn l-erba’ relikwarji huma tal-istess persuna żagħżugħa, maskili ta’ 1.65 metru tul, li miet meta kellu madwar 20 sena, lejn tmiem is-seklu tlieta jew bidu tas-seklu erbgħa. It-tagħrif xjentifiku li ħareġ minn dan l-istudju huwa sewwasew dak li dejjem qalet it-tradizzjoni fuq San Ġorġ. Din ir-reliwa waslet Malta nhar l-Erbgħa 15 ta’ Ġunju. Bejn il-15 u t-18 ta’ Ġunju din ir-relikwa sejra tkun fil-bażilika ta’ San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex. Is-Sibt filgħodu r-relikwa tinġieb Malta u tkun esposta fil-kappella tal-Vitorja f ’Ħal Qormi. L-għada l-Ħadd, fid-9.15 am ir-relikwa tinġarr minn din il-kappella lejn il-knisja parrokkjali ta’ San Ġorġ. Għaż-żjara ta’ din ir-relikwa, l-organizzaturi ħasbu f ’xi persuni li ma jkunux jistgħu jiġu Ħal Qormi, għalhekk it-Tnejn filgħodu, 22 ta’ Ġunju, ir-relikwa sejra tkun fir-residenza tal-anzjani San Vincenż de Paule, it-Tlieta filgħodu fil-monasteru ta’ Sant’Ursula fil-Belt Valletta u l-Erbgħa filgħodu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Is-Sibt 25 ta’ Ġunju ssir it-translazzjoni biha mill-kappella tal-Vitorja sal-knisja parrokkjali. F’jum il-festa ta’ San Ġorġ, il-Ħadd 26 ta’ Ġunju, din ir-relikwa tinħareġ mal-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ, li qed ikun iċċelebrat il-275 anniversarju tagħha.
26 19|06|2016
Fr Mario Attard OFM Cap
Bi qrara sinċiera u b’ħajja ta’ talb u qadi lejn l-oħrajn imħabbitna għal xulxin tikber!
kullħadd.com
OPINJONI
KELMA TA’ MISSIEREK! Ibni! Binti! Forsi ma tafnix. Imma jiena kollox naf fuqek (Salm 139:1). Naf meta tpoġġi bilqiegħda u meta tqum (Salm 139:2). Jiena ta’ ġewwa mal-modi ta’ mġiba tiegħek (Salm 139:3). Naf saħansitra sal-inqas xagħra f ’rasek (Mattew 10:29-31). Għax ġejt maħluq\a fuq xbihati (Ġenesi 1:27). Fija tgħix, timxi u tista’ tkun int (Atti 17:28). Għax int wildti (Atti 17:28). Kont nafek qabel ġejt imnissel\imnissla (Ġeremija 1:4-5). Għażiltek meta ħejjejt il-ħolqien (Efesin 1:1112). Ma kontx xi żball. Jiemek jinsabu miktuba fil-ktieb tiegħi (Salm 139:15-16). Jiena iffissajt iż-żmien eżatt li fih int twelidt u fejn se tgħix (Atti 17:26). Int ġejt maħluq\a b’mod tal-għaġeb (Salm 139:14). Nissiġtek f ’ġuf ommok (Salm 139:13). U ħriġtek ’il barra minn ġuf ommok fil-jum li fih twelidt (Salm 71:6). Ġejt impinġi b’mod ħażin minn dawk li ma jafunix (Ġwanni 8:41-44). M’iniex ’il bogħod jew irrabjat. Jien espressjoni kompleta tal-imħabba (1 Ġwanni 4:16). U hija xewqti li nsawwab imħabbti fuqek (1 Ġwanni 3:1). Sempliċiment għax int ibni! Binti! U jien missierek! (1 Ġwanni 3:1). Noffrilek ħafna aktar minn dak li jista’ joffrilek missierek talart (Mattew 7:11). Għax jien ilmissier ideali (Mattew 5:48). Kull don tajjeb li int tirċievi joħroġ għalik minn idejja (Ġakbu 1:17).
Għax jiena nipprovdilek. Jiena naqdi l-bżonnijiet kollha tiegħek (Mattew 6:31-33). Il-pjan tiegħi għall-futur tiegħek kien dejjem mimli bittama (Ġeremija 29:11). Għax inħobbok bi mħabba li ma tintemm qatt (Ġeremija 31:3). Ilħsibijiet tiegħi lejk huwa bla qies. Biex tifhimni qishom bħar-ramel ta’ xatt il-baħar (Salm 139:17-18). U jien nifraħ bik bil-kant (Sofonija 3:17). Qatt ma nieqaf nagħmillek il-ġid (Ġeremija 32:40). Għax int il-proprjetà għażiża tiegħi (Esodu 19:5). Nixtieq insaħħek b’qalbi u b’ruħi kollha (Ġeremija 32:41). U nixtieq nurik ħwejjeġ kbar u tal-għaġeb (Ġeremija 33:3). Jekk tfittixni b’qalbek kollha ssibni (Dewteronomju 4:29). Ifraħ u
thenna fija u jiena naqtagħlek ix-xewqat ta’ qalbek (Salm 37:4). Għax huwa jien li nagħtik dawn ix-xewqat (Filippin 2:13). Jiena lest li nagħmel ħafna aktar għalik milli qatt int tista’ timmaġina (Efesin 3:20). Għax jiena l-aktar wieħed li nista’ tassew inqawwilek qalbek (2 Tessalonkin 2:16-17). Jiena wkoll il-missier li jfarrġek filgħawġ tiegħek (2 Korintin 1:3-4). U meta tkun b’qalbek maqsuma jiena ħaġa waħda miegħek (Salm 34:18). Bħalma ragħaj iġorr nagħaġa, jiena ġarrejtek qrib ilqalb tiegħi (Iżaija 40:11). Ġurnata se nixxuttalek kull demgħa minn għajnejk (Apokalissi 21:3-4). U jiena se nieħu fuqi l-uġigħ kollu li int batejt minnu fuq din l-art (Apokalissi 21:3-4). Jiena missierek. U nħobbok
daqkemm inħobb lil ibni, Ġesù (Ġwanni 17:23). Għax f ’Ġesù mħabbti għalik hija murija (Ġwanni 17:26). Ġesù fula maqsuma miegħi (Lhud 1:3). Huwa ġie biex juri li jiena magħkom u mhux kontrikom (Rumani 8:31). U biex bih ngħidilkom ukoll li m’iniex ngħodd dnubietkom (2 Korintin 5:18-19). Ġesù miet ħalli int u jien inkunu nistgħu nerġgħu nagħmlu ħbieb mill-ġdid (2 Kor 5:18-19). Il-mewt tiegħu kienet l-ogħla espressjoni ta’ mħabbti għalik (1 Ġwanni 4:10). F’Ġesù Ibni jiena tajtek dak kollu li ħabbejt bil-għan li nirbaħ imħabbtek (Rumani 8:31-32). Jekk tilqa’ r-rigal ta’ Ibni Ġesù tilqa’ lili (1 Ġwanni 2:23). U xejn mhu qatt se jerġa’ jifirdek minn imħabbti (Rumani 8:38-39). Ejja d-dar. U jiena nagħmillek festa li bħala l-ġenna qatt għadha ma rat (Luqa 15:7). Jiena dejjem kont Missier u dejjem se nibqa’ Missier (Efesin 3:14-15). Ilmistoqsija tiegħi hi: Trid tkun ibni? Binti? (Ġwanni 1:12-13). Qed nistenniek (Luqa 15:11-32). Inħobbok! Missierek! Alla li jista’ kollox! Bi qrara sinċiera u b’ħajja ta’ talb u qadi lejn l-oħrajn imħabbitna għal xulxin tikber! B’quddiesa u tqarbina nsiru ħaġa waħda għal dejjem! Tini l-isbaħ rigal għal Jum il-Missier! Iftaħ qalbek għalija! Aqra din l-ittra kuljum! Kelma ta’ missierek!
SKEDA
kullhadd.com
19|06|2016 27
103 06.50 Flimkien ma’ Nancy (R) 07.45 Sejjaħtli Helpline (R) 08.30 Paperscan 10.05 Aroma Kitchen (R) 11.25 Mad-daqqa t’Għajn (R) 12.30 Aħbarijiet 12.35 Kyrios 12.45 Telebejgħ 13.05 In D House (R) 14.10 Dak li Jgħodd: Teens (R) 15.00 Liquorish (R) 17.30 Aħbarijiet 17.35 Telebejgħ 17.50 Popcorn 18.30 Attività Politika 19.00 Ieqaf 20 Minuta 19.30 Aħbarijiet 20.05 Żona Ewropea 20.35 Andrew & Sue 21.35 On D Road 22.15 Il-Patt (R) 23.30 Aħbarijiet
101 06.00 Aħbarijiet 07.30 Qalb in-Nies 08.00 Paq Paq on Test 08.15 Madwarna 08.45 Ħadt l-Aħbar 10.00 New Rooms 10.30 Malta u lil Hinn Minnha 12.00 Aħbarijiet 12.10 Ħadd Għalik 15.00 Malta Fashion Awards 2016 18.00 Aħbarijiet 18.15 Għawdex Illum 18.45 L-Ordni 19.15 Il-Vjaġġatur 20.00 Aħbarijiet 20.45 Euro 2016: Prematch Progamme 21.00 Euro 2016: Switzerland vs France 22.45 Euro 2016: Highlights Programme 23.45 Aħbarijiet 24.00 Smack Down WWE
151 06.30 Memex 07.00 Sea Patrol 08.20 Heartland 09.45 Dream Hotel 11.15 La Nave Dei Sogni 13.00 TG2 Giorno 13.30 Il Caffe Degli Europei 14.05 Sereno Variabile Estate 14.40 Viaggi da Record 15.10 Delitti in Paradiso 17.10 Il Commissario Lanz 18.10 TG2 L.I.S. 18.15 Squadra Speciale Stoccarda 19.00 NCIS. New Orleans 20.30 TG2 21.05 Hawaii Five-0 21.50 CSI. Cyber 23.00 Protestantesimo 23.20 Il Grande Match 23.35 Appuntamento al Cinema 23.40 Detroit 1-8-7
152 07.00 Geo 07.10 Cortile 08.30 La Ballata dei Mariti 10.15 Fuori Binario 11.10 Attenti a Quei Due 12.00 TG3 12.10 Tg3 Fuori Linea 12.18 TG3 Persone 12.25 Geo 12.55 Ritratti 14.00 TG Regione 14.15 TG3 14.30 Laudace Colpo Dei Soliti Ignoti 15.00 TG3 L.I.S. 16.15 Il Cuore Altrove 18.00 TGR 19.00 TG3 19.30 TG Regione 20.00 Blob 20.10 I Giorni di Parigi 20.35 Colpo di Scena 21.05 Rec
162 06.00 Mediashopping 06.55 Anica Flash 07.00 Extreme Makeover Home Edition 08.35 Mediashopping 08.50 Cambio Casa, Cambio Vita 09.55 X-Style 10.30 The Rachel Zoe Project 11.25 Il Matrimonio Piu Bello 11.55 Dr House: Medical Division 13.50 The Originals 15.40 Compagni di Viaggio 16.45 Il Matrimonio Piu Bello 17.15 Rosamunde Pilcher 19.15 Dr House: Medical Division 21.10 Royal Pains 23.00 Vicky Cristina Barcelona 23.25 Anica Flash 23.30 The Rachel Zoe Project
300 06.00 Nuzzle and Scratch. Frock and Roll 06.20 Show Me Show Me 06.40 Mr Blooms Nursery 07.00 Nuzzle and Scratch. Frock and Roll 07.20 Doctors 09.15 EastEnders 12.00 Dads Army 14.00 Bargain Hunt 15.30 Atlantis 17.00 BBC Proms 18.25 Sally Lockhart Mysteries 20.05 Our Zoo 21.00 Mad Dogs 21.45 What Remains 23.25 Sherlock 23.40 What Remains
400
372 06.00 Roadtrip With G. Garvin 07.00 Chopped 08.00 Amazing Wedding Cakes 09.00 The Pioneer Woman 10.00 Sibas Table 11.00 Chings Amazing Asia 12.00 Man Finds Food 14.00 Chopped 15.00 Guys Grocery Games 16.00 Amazing Wedding Cakes 17.00 Sibas Table 18.00 Luke Nguyens United Kingdom 19.00 Cutthroat Kitchen 20.00 Chopped South Africa 21.00 Man v Food 22.00 Mystery Diners 23.00 Man v Food 23.00 Cutthroat Kitchen 23.30 Man v Food
06.00 How Do They Do It? 06.25 Fat N Furious. Rolling Thunder 07.15 Fast N Loud 08.10 Wheeler Dealers 09.05 Extreme Car Hoarders 09.55 Classic Car Rescue 10.50 Salvage Hunters 11.40 Storage Hunters UK 12.35 Property Wars 13.30 The Liquidator 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Diesel Brothers 16.15 Extreme Car Hoarders 17.10 How Its Made. Dream Cars 18.05 Driving Wild 19.00 Kings Of The Wild 20.00 Free Ride 21.00 Marooned With Ed Stafford 22.00 Rival Survival 23.00 Killing Fields 23.50 Free Ride
412
410 06.00 House Hunters International 08.05 Extreme RVs 09.00 Rev Runs Around the World 10.00 Baggage Battles 11.00 The Treehouse Guys 12.00 Building Alaska 13.00 Man Caves 14.00 Lake Life 15.00 Salvage Dawgs 16.00 The Treehouse Guys 17.00 Building Alaska 18.00 Hotel Impossible 19.00 Extreme RVs 20.00 Greatest Mysteries 21.00 Mysteries at the Castle 22.00 Building Alaska 23.00 Bizarre Foods. Delicious Destinations 23.00 The Treehouse Guys 23.30 Bizarre Foods. Delicious Destinations
06.00 Teleshopping 09.00 Pawn Stars 09.30 American Restoration 10.30 Pawn Stars 11.00 Counting Cars 13.30 Storage Wars 15.00 American Pickers 16.00 Swamp People 19.00 American Restoration 20.00 Pawn Stars 21.00 American Pickers 22.00 Storage Wars 23.00 American Pickers 23.00 Vikings
104 07.00 Aħbarijiet 08.30 Paq Paq on Test 08.40 Kelma għall-Ħajja 09.00 Quddiesa tal-Ħadd 09.45 Vatican Magazine 10.15 Qalb in-Nies 10.45 Dot EU 11.00 L-Ordni 11.30 Awtokura 12.00 New Rooms 12.30 Il-Vjaġġatur 13.00 Paq Paq Lifestyles 13.30 Gadgets 14.00 Malta u lil Hinn Minnha 15.30 Animal Diaries 16.30 Ninvestigaw x’Qed Nieklu 17.30 Għawdex Illum 18.00 Dwarna 19.00 Euro 2016: Prematch Pro gramme 19.45 Aħbarijiet għal persuni b’nuqqas ta’ smigħ 21.00 Euro 2016: Romania vs Albania
153 07.25 TG4 Night News 07.45 Media Shopping 08.15 The Indestructibles 09.20 I Viaggi Del Cuore 10.00 Santa Messa 10.50 I Viaggi Del Cuore 11.30 TG4 Telegiornale 12.02 Perry Mason. Omicidio Sullasfalto 14.02 Sogni Mostruosamente Proibiti 16.00 Dalle Ardenne all’Inferno 18.50 Anteprima TG4 18.55 TG4 Telegiornale 19.35 Dentro la Notizia 19.55 Tempesta d’Amore 21.15 Il Collezionista di Ossa 23.50 U Turn. Inversione di Marcia
307 06.00 House Hunters 06.50 Caribbean Life 07.15 Hawaii Life 07.40 Healthy Gourmet 08.30 Beachfront Bargain Hunt 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Curb Appeal 12.00 House Hunters 12.50 Fixer Upper 13.45 Platinum Weddings 14.35 Tiny House, Big Living 15.25 Fixer Upper 16.15 Restoration SOS Victoria 17.05 Platinum Weddings 18.00 Million Dollar Contractor 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Caribbean Life 20.35 Rehab Addict 21.00 Rachel Hunters Tour of Beauty
403 07.40 Buddys Family Vacation 09.30 Little People, Big World 12.15 Two in a Million 13.10 I Still Didnt Know I Was Pregnant 14.05 Buddys Family Vacation 15.00 Bride by Design 15.30 Say Yes to the Dress 15.55 Say Yes to the Dress. Bridesmaids 16.25 Say Yes to the Dress. Randy Knows Best 16.50 Curvy Brides 17.20 Something Borrowed, Something New 17.50 Happily Ever Laughter 18.15 Say Yes to the Dress Canada 18.45 Say Yes to the Dress. Randy Knows Best 19.10 Say Yes to the Dress. The Big Day 20.05 My Crazy Italian Wedding 21.00 Say Yes to the Dress. The Big Day 21.55 My 600-Lb. Life. Where Are They Now?
452 07.10 Blaze and the Monster Machines 07.35 PAW Patrol 08.00 Winx Club 08.50 The Fairly OddParents 09.35 Sanjay and Craig 10.05 Alvinnn!!! and the Chipmunks 10.30 Kung Fu Panda 12.05 Sam and Cat 12.30 Victorious 13.00 The Penguins of Madagascar 17.40 SpongeBob SquarePants 18.10 Teenage Mutant Ninja Turtles 18.35 The Penguins of Madagascar 18.55 Henry Danger 19.20 The Thundermans 19.45 Bella and the Bulldogs 20.15 100 Things to Do Before High School 20.40 SpongeBob SquarePants 21.15 Avatar. The Legend of Aang 22.05 Big Time Rush 22.55 The Penguins of Madagascar
102 07.00 Net News 08.45 Telebejgħ 10.15 Għalkulħadd 11.15 Quddiesa mis-Santwarju ta’ Pinu 12.00 L-Arkivji 12.45 Telebejgħ 13.00 Road Trip (R) 14.00 Aħbarijiet 14.05 Telebejgħ 15.20 Iswed fuq l-Abjad (R) 16.40 Wheelspin (R) 17.30 Flusek (R) 18.00 Aħbarijiet 18.05 What’s for Dinner 18.45 Newsfeed 19.30 Aħbarijiet 20.10 Replay Kampjonat Ewropew 20.30 Vittmi 21.30 Aħbarijiet 21.35 Road Trip (R) 22.30 Il-Festa (R) 23.15 Aħbarijiet
154 06.00 Prima Pagina 08.00 TG5 Mattina 09.10 Shark: Oltre Lapparenza 10.50 Ciak Junior 12.00 Melaverde 13.00 TG5 13.40 Larca di Noe 14.00 Una Proposta Per Dire Si 16.15 Domenica Rewind 18.45 Caduta Libera 20.00 TG5 20.40 Paperissima Sprint 21.10 Il Segreto 23.10 Speciale TG5 23.20 TG5 Notte
306 06.00 Rich Kids of Beverly Hills 11.00 L.A. Clippers Dance Squad 12.00 Botched 16.00 Keeping Up With the Kardashians 21.00 Botched 22.00 Rich Kids of Beverly Hills 23.00 Hollywood Medium With Tyler Henry 23.00 Keeping Up With the Kardashians
150 06.00 TG Parlamento 06.30 Sembra Ieri 07.00 TG1 09.05 Dreams Road 09.50 Tg1 L.I.S. 09.55 Easy Driver 10.25 A Sua Immagine 10.55 Santa Messa 11.50 A Sua Immagine 12.00 Recita dell’Angelus 12.10 A Sua Immagine 12.20 Linea Verde Estate 13.30 Telegiornale 14.00 Formula 1 17.00 Dopo il GP 17.28 Che tempo Fa 17.35 Lilly Schonauer 18.45 Reazione a Catena 20.00 Telegiornale 20.35 UEFA Euro 2016 22.55 Porta a Porta
155 06.00 Media Shopping 06.15 The Middle 06.35 Media Shopping 06.50 The Middle 07.10 Mototopo Autogatto 07.25 Pixie e Dixie 07.40 I 13 Fantasmi di Scooby Doo 08.30 I Flintstones 09.25 Pippi Calzelunghe 10.35 Una Mamma Per Amica 12.25 Studio Aperto 12.35 Superbike 14.00 La Bomba 16.05 Facciamo Fiesta 18.05 Friends 18.30 Studio Aperto 19.00 Due Uomini e Mezzo 19.25 Un Tipo Imprevedibile 21.25 Parto Col Folle 23.20 Grimm 23.25 Italian Pro Surfer
312 06.10 Troll 07.35 Return of the Seven 09.10 The Real Howard Spitz 10.55 The Apartment 13.00 Big Screen 13.15 The Manhattan Project 15.10 The Night They Raided Minskys 16.50 Mirrormask 18.30 Robinson Crusoe 20.00 Into the Blue 21.50 Annie Hall 23.10 Into the Blue 23.25 Mortal Thoughts
405 06.25 DogTV 07.15 Restoration Wild 08.10 Wild Capture School 09.05 The Wild Life of Tim Faulkner 10.00 DogTV 10.55 Snake Crusader with Bruce George 11.50 Bahama Blue 12.45 Wildest Middle East 13.40 Yankee Jungle 14.35 Biggest and Baddest 15.30 Zombie Sharks 16.25 Wildest Latin America 17.20 Restoration Wild 18.15 Wild Capture School 19.10 The Wild Life of Tim Faulkner 20.05 Village Vets 21.00 Restoration Wild 21.55 Snake Crusader with Bruce George 22.50 Gator Boys 23.35 Wildest Middle East
600 08.30 Le Mans 24 Minutes 09.00 Live: Le Mans 24 Hours 15.15 Le Mans 24 Minutes 15.45 WATTS 16.00 Live: Horse Racing 16.30 Going for Gold 17.00 World Cup Rowing 18.00 Route du Sud Road Cycling 18.55 Eurosport2 News 19.00 FIM World Superbike Series Motorcycle Racing 20.30 Going for Gold 21.00 Le Mans 24 Hours 22.00 Route du Sud Road Cycling 23.00 Live: Major League Soccer 23.00 Eurosport2 News 23.05 Euro Fans 23.15 WATTS 23.30 Live: Major League Soccer
28 19|06|2016
kullhadd.com MIĊ-
ĊINEMA
RAPPORT TA’
ĊINEMA
CARMEL BONNICI
THE BOSS
IMŻEWWAQ
KUMMIEDJA OĦRA SPINTA GĦAL MELISSA McCARTHY Atturi Ewlenin: Melissa McCarthy, Kristen Bell, Tyler Labine, Kathy Bates, Peter Dinklage Direttur: Ben Falcone Distributur: Universal Maħruġ minn KRS Releasing
Ħin: 99 min. Ċert. 15
Melissa McCarthy, l-attrici mbaċċna però dejjem attiva, qed issibha komda ħafna taħdem partijiet ta’ waħda furjuża, irrabjata, sikwit titkellem baxx u li tħobb tisfida meta ssib ruħha minn taħt. Mad-direttur Ben Falcone (żewġha fir-realtà u li miegħu fl-2014 ħadmet Tammy), f ’The Boss għandha l-parti ta’ Michelle Darnell, negozjanta astuta u vulgari li tagħmel minn kollox biex takkwista l-fama u aktar il-flus. L-ambizzjoni ħerqana tagħha wasslitha biex anke ssir rock star sinjuruna li tara lil kulħadd dubbien. Biex akkwistat din ilpożizzjoni għolja, naturalment irrumblat minn fuq diversi persuni, bl-għedewwa tagħha ma tgħoddhomx. L-egoiżmu li għandha fuqha ġej minn ħafna snin lura, meta bħala tifla orfni qattgħet diversi snin f ’orfanatrofji mas-sorijiet;
sitwazzjoni li stampat ġo moħħha li ħadd ma jridha u li qatt ma esperjenzjat xi tfisser li tkun parti minn familja. Wara li tinqabad f ’korruzzjoni sigrieta u teħel sitt xhur ħabs, hi toħroġ minn hemm xotta bħall-frawli biex terġa’ lura għall-glorja ta’ dari. Tmur toqgħod għand Claire (Bell), l-assistenta tagħha ta’ qabel, waqt li tipprepara pjan elaborat u tipproduċi delikatezzi taċċikkulata minn fuq riċetta ta’ Claire fejn din tista’ tgawdi flimkien mat-tifla tagħha Rachel. Din ir-relazzjoni ġdida tagħha ma’ familja tista’ tikkonverti lil Michelle biex taġixxi aktar soċjevolment. Wara bidu, fejn Melissa McCarthy bi rtokk eleganti, wiċċ kollu terra u xagħar issettjat, turi l-qilla tagħha bħala waħda li tinbex u meta tgħaddi aktar ħin mat- b’sekwenzi adegwati ta’ taqla’ xi ġlieda, kif ukoll sikwit tifla, Rachel. kummiedja ġenwina (screwball taqa’ mal-art, hi ssir iżjed ċivili The Boss hu xogħol sodisfaċenti, comedy) u oħrajn xi ftit banali.
TOP CAT BEGINS
MGĦAĠĠEL WISQ
QATTUS VAGABOND JIĠRI MAT-TOROQ Vuċijiet Ewlenin: Jason Harris, Chris Edgerly, David Hoffman, Ben Diskin, Hope Levy Direttur: Andreas Couturier Distributur: Warner Bros Maħruġ minn KRS Releasing William Hanna u Joseph Barbera kienu ż-żewġ leġġendarji famużi li ħolqu s-sensiela animata ta’ Tom & Jerry sa mill-1937. Meta spiċċaw minn mal-MGM u waqfu kumpanija għal rashom, ħolqu diversi karattri animati oħra u sensiliet għat-televiżjoni. Fost dawn insibu l-avventuri tal-qattus bla dar u l-gang tiegħu ta’ qtates, Top Cat. Top Cat Begins hu l-ewwel xogħol għaċ-ċinema ta’ dan il-vagabond baħbuħ, tant mimli avventuri waħda f ’waħda, li qatt ma jagħtik ċans taħseb u tistrieħ. Top Cat (vuci ta’ Harris), waħdu, bil-ġuħ, dejjem jiġġerra mat-triqat ta’ Manhattan, jiltaqa’ ma’
Ħin: 89 min. Ċert. U
Benny (Edgerly), qattus timidu li ommu taf issajjar sewwa u li wkoll qed ifittex l-avventura. Dawn malajr isiru ħbieb intimi u sħab f ’reati kontra l-liġi, jisirqu lil dawk aljenati biex ikollhom x’jieklu. Flaħħar jiddeċiedu li jkunu aktar qalbiena u jisirqu mingħand il-potenti Mr Big (Darin De Paul), ħalliel tad-djamanti. Meta jirnexxilhom jagħmlu hekk, il-problemi li se jolqtuhom se jkunu kbar, kif ukoll waqt dawn l-intriċċi se jiltaqgħu ma’ qtates oħrajn bl-istess delizzju tagħhom. Top Cat Begins, minkejja xi vizzji mhux prudenti, hu xogħol immirat għat-tfal iżda b’andament tedjanti għall-adulti.
L-AQWA 20 FILM TAL-KRS MAĦRUĠA MIS-16.12.2015 SAS-07.06.2016 01. 02. 03 04. 05. 06. 07. 08. 09. 10. 11. 12. 13. 14. 15. 16. 17. 18. 19. 20.
Star Wars: Episode VII: The Force Awakens Deadpool Batman v. Superman: Dawn Of Justice (3D) *The Jungle Book (3D) Daddy’s Home *Captain America: Civil War Alvin And The Chipmunks: The Road Chip Zootropolis (3D) London Has Fallen 13 Hours In The Heart Of The Sea (3D) Kung Fu Panda (3D) Revenant Christmas With The Coopers Risen *X-Men Apocalypse Dirty Grandpa The Huntsman: Winter’s War Snoopy & Charlie Brown: The Peanuts Movie (3D) Creed
12A 15 12A PG 12A 12A U PG 15 12 12A U 15 12A 12A 12A 18 12A PG 12A
*Għadhom Jintwerew
L-AKTAR LI DAMU JINTWEREW F’dan l-istess perjodu, dawn damu jintwerew l-aktar: London Has Fallen, Daddy’s Home u How To Be Single. Dawn damu 10 ġimgħat kull wieħed The Revenant, Batman v Superman: Dawn Of Justice, Zootropolis, Deadpool u Star Wars Episode VII: The Force Awakens damu 9 ġimgħat kull wieħed
ĊINEMA
kullhadd.com
19|06|2016 29
LOVE & FRIENDSHIP
ATTRAENTI ĦAFNA
IL-PASSAT SKANDALUŻ TA’ ARMLA TAS-SOĊJETÀ PULITA Atturi Ewlenin: Kate Beckinsale, Chloe Sevigny, Xavier Samuel, Tom Bennett, Emma Greenwell, Stephen Fry Direttur: Whit Stillman. Distributur: Curzon/Artificial Eye Films Maħruġ minn Side Street Films, Eden Cinemas. Kważi l-films kollha taddirettur Whit Stillman huma notevoli għal ħaġa waħda: djalogu sorprendenti, stramb, però li jġiblek tbissima, u anke eleganti. Il-kotba tal-awtriċi Brittanika, Jane Austen, fihom djalogu intelliġenti u li jaqta’ fil-laħam il-ħaj. Għaldaqstant, Whitman hu l-bniedem perfett li kapaċi jaddatta xi xogħlijiet ta’ Jane Austin għaċ-ċinema. U tabilħaqq hekk għamel! Love & Friendship hu bbażat minn fuq in-novella ta’ Austen Lady Susan, miktuba filmaġġoranza f ’forma ta’ ittri u ppublikata fl-1871 taħt it-titlu misluf minn storja tagħha stess, Love And Friendship. Ninsabu fl-epoka tal-aħħar
Ħin: 93 min. Ċert. U
snin tas-seklu tmintax (1890) u l-armla Lady Susan Vernon (Beckinsale) tmur tfittex kenn ma’ qrabatha minħabba li qed jiċċirkolaw diċeriji ta’ skandli fuqha mis-soċjetà tal-klassi għolja. F’din id-dar statali, b’makakkerija u sens perfett ta’ persważjoni kważi jirnexxielha tmewwet din ilburraxka. Waqt li qiegħda hemm, tippjana bil-fin biex issib raġel biex jiżżewwiġha u ieħor għat-tifla tagħha, Frederica (Clark). Love & Friendship hu produzzjoni assolutament attraenti, b’fotografija pittoreska, interpretazzjonijiet eċċellenti li fosthom jispikka (personalment) Tom
Bennett bħala Sir James Martin, ġentlom rispettabbli b’dizzjoni stupenda, baħbuħ, mhux daqshekk astuż, imma b’mossi tassew pjaċevoli. Is-sekwenzi tad-djalogu jispikkaw sewwa, speċjalment fil-ġonna panoramiċi tal-post,
ħafna drabi bi ħjiel umoristiku. Kultant, l-istruttura ta’ dan ilfilm tixbah ħafna lil tas-snin tal-bidu tat-talkies, fejn f ’kull lokalità jiġu introdotti l-atturi bil-personalità tagħhom u xi tagħrif qasir fuqhom u anke, rari, xi caption (bħal żmien iċ-
TEENAGE MUTANT NINJA TURTLES: OUT OF THE SHADOWS
ċinema mutu). B’mod suġġestiv, Kate Beckinsale tqaxxar ir-rwol ewlieni u tirrenja qisha xi mostru li trid taħbi l-passat tagħha. Għal min iħobb xogħol ta’ sustanza se jsib Love & Friendship divertentissimu. MOVIMENTAT
AKTAR AVVENTURI GĦALL-FKIEREN EROJI Wara s-suċċess li kellu Teenage Mutant Ninja Turtles fl-2014, dan is-sequel kien mistenni. Infatti, Teenage Mutant Ninja Turtles: Out Of The Shadows jibda eżatt fejn ħalla x-xogħol Direttur: Dave Green Ħin: 112 min. ta’ sentejn ilu. Wara l-qerda Distributur: Paramount ta’ New York, issa d-distruMaħruġ minn KRS Releasing Ċert. 12A zzjoni se tkun fuq skala aktar grandjuża u mifruxa. Dawk il-fkieren protettu- mijiet romantiċi bħal Michel- Wara li s-superviljakk Shredri tal-bnedmin, li joħorġu angelo, Donatello, Leonardo der (Tee) ħarab minn fejn mill-kanali ta’ taħt l-art b’ħef- u Raphael, reġgħu qegħdin kien maqful, hu jingħaqad fa kbira qishom dellijiet, b’is- magħna. ma’ Baxter Stockman (Perry), Vuċijiet Ewlenin: Pete Plosek, Alan Richston, Noel Fisher, Jeremy Howard, Tony Shalhoub Atturi Ewlenin: Megan Fox, Will Arnett, Tyler Perry, Brian Tee, Stephen Amell
xjentist eċċentriku, u ż-żewġ palladini tiegħu ta’ intelliġenza baxxa, Bebop (Gary Anthony Williams) u Rocksteady (Stephen Farrelly) bi pjan djaboliku li jaħtfu d-dinja taħt idejhom. Il-fkieren, flimkien ma’ April O’Neil (Fox), Vern Fenwick (Arnett) u eroj ġdid liebes maskra, Casey Jones (Amell) jippreparaw biex jiqfulhom. Però, qabel isibu ruħhom iffaċċjati mill-infami Krang,
esseru b’intenzjonijiet tassew ħżiena. Teenage Mutant Ninja Turtles: Out Of The Shadows hu dirett minn Dave Green, li minn ċkunitu kien akkanit tan-Ninja Turtles, jirriċikla l-istess azzjoni, kumbattimenti u movimenti akrobatiċi tal-film ta’ qabel. Din il-produzzjoni tagħti wkoll spazju għar-relazzjonijiet diversi ta’ bejn dawn l-erba’ aħwa, li dejjem jaħdmu flimkien bħala tim.
L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn it-08.06.2016 u t-12.06.2016
1. 2. 3. 4. 5.
Warcraft Angry Birds Alice Through The Looking Glass X-Men Apocalypse The Jungle Book
KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA
Mistoqsija għal din il-ġimgħa:
Semmi wieħed mill-films ta’ din il-ġimgħa.
Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: H. HILI – Ħaż-Żebbuġ
30 19|06|2016
kullhadd.com
AVVIŻI KLASSIFIKATI
PROPRJETÀ
tal-karozzi kemm manual u kif ukoll automatic. Cab service u karozzi għall-kiri bi prezzijiet raġonevoli. Żur is-sit www. tewmi.com jew ċempel 9942 2422.
Il-Baħrija: Appartamenti għall-bejgħ bi tliet kmamar tas-sodda, l-ewwel darba fuq issuq bi prezzijiet speċjali. Prezz: €165,000. Ċempel 7931 0597. Mingħajr aġenti jekk jogħġbok. Lezzjonijiet taż-żfin fuq stil ballroom jew Latin-Amerikan. Ħad-Dingli: Appartamen- Lezzjonijiet taż-żfin għallti għall-bejgh bi tliet kmamar beginners u kompetizzjonijiet tas-sodda. Prezz: €150,000. minn Imperial Qualified Dance Ċempel 7931 0597. Mingħajr Teacher (ISTD) Ibgħat SMS aġenti jekk jogħġbok. fuq 7925 3015 jew ċempel 2138 6818 sa 12.00pm. TANAYA’S Dev. Ltd: Għażla kbira ta’ appartamenti f ’kull Care and Cure Group Ltd: żona ta’ Malta. Jinbiegħu infermiera mħarrġa, caring mingħajr depożitu u nħallsulek assistants, nannies, nies imħarrġin il-kuntratt. Offerta speċjali. biex iżommu kumpanija, Għal aktar dettalji ċempel 9992 għajnuna fid-djar u night sitters. 4999. Mingħajr aġenti jekk Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna jogħġbok. wkoll għall-kiri: wheelchairs, hoists, commodes, walking frames u hospital beds. Għal aktar informazzjoni SERVIZZI ċempel fuq dawn in-numri: 2137 6946/9947 0178. Lezzjonijiet tal-privat f ’Ħ’Attard. Maths minn Form 3 sa Form 5. Accounts minn beginners sa livell AFFARIJIET ordinarju, intermediate u advanced. GĦALL-BEJGĦ Korsijiet jibdew f ’Lulju. Ċemplu 9922 3915 jew 2143 7886. Għamara għall-bejgħ f ’kundizzjoni tajba. Kċina tal-oak bil-mejda Investigazzjoni privata: u sitt siġġijiet. Kamra tas-sodda. żwiġijiet, għerusija u Wall unit u vetrina tal-kawba kollrelazzjonijiet oħra, DNA forensic ha ħġieġ. Ċempel 2731 2977. tests, tfal maħtufin minn Malta, każijiet ċivili, każijiet oħra fil- Aħna nixtru kollox, bħal Qorti, problemi f ’kumpaniji għamara, fajjenza, arloġġi, figjew negozju. Nagħmlu xhieda urini, muniti, midalji, u kull fil-Qorti. Naħdmu f ’Malta u ħaġa oħra. Ċemplu fuq 2147 anke barra. Għal appuntament 0128, 2123 7597 jew 9986 9519. ċemplu 7959 0000. Email: info@ privateinvestigationmalta.com Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Korsijiet f ’Livell Ordinarju Casio, Michael Kors, Fossil, f ’diversi suġġetti bħall- Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna Matematika, Ingliż, Malti, wkoll arloġġi ta’ mal-ħajt, Franċiż, Fiżika u oħrajn. Noffru żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo wkoll korsijiet tal-ECDL. Prezz clocks mill-Black Forest. Noffru €35 kull module. Noffru wkoll servizzi rigward tiswija ta’ kull korsijiet bażiċi fil-kompjuter, tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu €50. Ċempel 2166 2241 batteriji, ċineg, naqtgħu kull jew 7766 2241 jew żur is-sit forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal elettroniku www. dawk l-arloġġi tajbin għall-ilma, tudorinstitute.com noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Tewmi Group għal lezzjonijiet Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija
ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ clock. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235. XOGĦOL TA’ MANUTENZJONI
Għal kull tip ta’ problema ta’ moffa jew bjut jagħmlu l-ilma aħna għandna s-soluzzjoni. Nispecjalizzaw f ’waterproofing membrane u liquid membrane fuq bjut, appoġġi, btieħi, basements, eċċ. Nużaw materjal ta’ kwalità kollu ċċertifikat b’10 snin garanzija. Għal stima b’xejn ċempel 7908 6715. Installazzjoni u tiswija ta’ aerials tat-televiżjoni. Offerti vantaġġjużi fuq sistemi tassatellita u fuq l-android TV boxes. Għal aktar informazzjoni ċempel 2148 6211. Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, dawl u ilma. Ċempel fuq 7928 5444. Tiswija u installazzjoni ta’ estensjonijiet tat-telefowns għal kull tip ta’ linji fissi. Ċempel fuq 7993 0419. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq in-numru 2143 2352 jew 9947 7167. Jason Gatt għal kull xogħol ta’ tibjid u tikħil, kisi normali, fuq il-fil, fuq xogħol antik u bilpont, kisi bil-ġibs u graffiato. Kiri ta’ cherry picker (tower ladder). Ċempel fuq 9945 4235 jew 2180 5811. WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol ta’ waterproof membrane, damp
proofing u rubberised paint. 25 sena esperjenza. Stimi b’xejn u prezz moderat. Ċempel 2148 8972, 2143 8326, 9944 5527 jew 7981 2784 jew żur is-sit www. wpmalta.com
ISEM, KUNJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ
AGR AUTO JAPANESE Parts għall-karozzi: Inbigħu kull tip ta’ parts ta’ karozzi Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: alex@agrautoparts.com
Għal kull tip ta’ xogħol fuq faċċata, bjut, appoġġi, gallarijiet, eċċ. Membrane jew liquid membrane. Mela pproteġi l-proprjetà tiegħek mill-ilma tax-xita u ċempel issa għal stima b’xejn bin-numru 7905 8883 jew idħol fuq is-sit www. Nigret Night Club and Restaurant, Labour Ave, irdarrendoitall.com Rabat, Malta. Naċċettaw Il-bejt tiegħek jagħmel l-ilma? riservazzjonijiet għal coffee mornings, lunches u dinner Għandek problema ta’ moffa? Kenda Ltd issolvilek il- dances u kull okkażjoni oħra. fil-weekends, lejla problema. Nispeċjalizzaw Miftuħin b’differenza kull fuq xogħol ta’ waterproofing u Maltija membrane b’10 snin garanzija. nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Xogħol professjonali bl- Sibt mużika għal kulħadd aqwa materjal ISO Pool. Għal ma’ Franz Grech. Inservu stima bla obbligu ċemplu wkoll take-away fil-weekends. riservazzjonijiet 7972 9967 jew żur is-sit www. Naċċettaw għal kull okkażjoni. Għal aktar kendawaterproofing.com informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku AVVIŻI OĦRA www.nigretnightclub.com jew Paul & Waters – The Perfumery. www.nigretnc.com Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, LILL-ISPIRTU oriġinali u bl-orħos prezzijiet TALBA f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul S-SANTU: Int li ssolvi & Waters – The Perfumery. l-problemi kollha, dawwal itIl-ħwienet tagħna tal-Fgura, toroq kollha tiegħi biex nikseb il-Mosta, Ħal Qormi u Raħal dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don Ġdid ikunu miftuħin kuljum divin biex naħfer u ninsa d-deni mid-9.00 san-12.30 u mill-16.00 kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull sas-19.00. Paul & Waters Free mument ta’ ħajti tkun maġenbi. Delivery Service. Ċempel 2766 F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, 3361. waqt li nikkonferma mill-ġdid MUSIC LINK Issibilna kull tip li qatt ma ninfired minnek, anke ta’ strumenti mużikali, fosthom quddiem l-illużjonijiet materjali. drums kemm akustiċi u elettriċi, Nixtieq li nkun miegħek filcymbals, percussion, pjanijiet glorja ta’ dejjem. Grazzi għalldiġitali, baby grand pianos, sound ħniena tiegħek lejja u lejn dawk mixers u sound cards. Apparat li jiġu minni. Din it-talba għandha tingħad ta’ DJ sound systems, kitarri klassiċi u akustiċi, bass guitars, tlett ijiem wara xulxin. Wara ijiem it-talba tkun strumenti tar-ram, wood winds, tlett vjolini, spare parts u aċċessorji maqlugħa, anke jekk għall-bidu oħra. Issib ukoll kotba tal- tidher diffiċli. It-talba għandha mużika tat-tagħlim. Mur Music tkun ippubblikata mill-ewwel Link, 262, Triq Fleur-de-Lys, wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet. B’Kara. Ċempel 2148 2796.
KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU
AVVIŻI
Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa
€5 €10 €15 €30 €56 €93
ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL: Sound Vision Print Ltd, KullĦadd, Avviżi Klassifikati, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717.
AVVIŻI
kullhadd.com
AVVIŻI ĠENERALI Wirja artistika – It-Tama Tgħajjex il-Bidwi L-Għaqda Filantropika Talent Mosti, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Mosta, bi pjaċir tippreżenta wirja artistika bl-isem It-Tama Tgħajjex il-Bidwi, bilparteċipazzjoni tal-artisti Vincent Abdilla, George Apap, Francis Galea u Mark Schembri. Il-wirja se ssir bejn il-Ħamis 23 ta’ Ġunju u s-Sibt 9 ta’ Lulju 2016, fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied il-Għasel, il-Mosta. Dħul bla ħlas. Il-ħinijiet talftuħ huma: mit-Tnejn sas-Sibt, mis-6.30pm sat-8.30pm; u l-Ħdud, mill-10.00am sa nofsinhar u bejn is-6.30pm u t-8.30pm Din l-attività għandha l-appoġġ tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u tal-Awtorità tatTuriżmu ta’ Malta flimkien mal-Valletta 2018 Foundation. Għal aktar tagħrif żur is-sit www.talentmosti.com jew il-paġna ta’ Facebook: razzett tal-markiż. Din l-attività għandha l-kollaborazzjoni sħiħa tal-Kunsill Skolatiku tal-Iskola Sekondarja Bniet, fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina. Soċjetà Al Jolson Is-Soċjetà Internazzjonali Al Jolson se torganizza ħarġa għal Għawdex nhar il-Ħamis 23 ta’ Ġunju 2016, għallmembri u l-ammiraturi tal-kantant leġġendarju Al Jolson. Għal aktar tagħrif ċempel 9988 0489 jew ibgħat email lil: vinwilljolsonmalta@gmail.com Fondazzjoni OASI Nhar l-Ħadd 26 ta’ Ġunju 2016, il-Fondazzjoni OASI tagħlaq il-25 anniversarju mit-twaqqif uffiċjali tagħha. Din kienet ġrajja storika għal dawk midħla tal-OASI u għassoċjetà Maltija u Għawdxija kollha. Biex infakkru dan l-avveniment dakinhar stess, fil10.30am se ssir konċelebrazzjoni ewkaristika ta’ raddil-ħajr fiċ-Ċentru OASI. Din is-sena wkoll, bħal drabi oħra, id-Direttur Ġenerali Dun Manuel Cordina jagħti r-rikonoxximent Ġieħ l-OASI bħala ringrazzjament lil xi persuni għall-kontribut partikolari tagħhom lejn it-tisħiħ tal-Fondazzjoni OASI. Wara se jkun hemm żjara fiċ-Ċentru OASI u l-attività tagħlaq b’riċeviment. Membri distinti fis-soċjetà Maltija u Għawdxija, il-Bord tad-Direttur, ħaddiema tal-Fondazzjoni, voluntiera, benefatturi u anke l-klijenti flimkien mal-familjari tagħhom huma mistiedna jattendu għal din iċ-ċelebrazzjoni. Biex inkunu ta’ għajnuna għal persuni oħra li qed jirċievu l-kura, huwa importanti li wieħed ikun ilu ġimgħa mingħajr ma jmiss xi sustanzi, ma jkunx qiegħed jieħu methadone u ma jkollux riħa ta’ xorb. Taħt ksur ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, persuna tista’ ma titħallhiex tidħol. Quddiesa u barka fuq l-ommijiet u t-trabi fil-ġuf tagħhom Nhar il-Ħadd, 26 ta’ Ġunju 2016, fl-10.15am fil-knisja parrokkjali ta’ Wied il-Għajn se ssir quddiesa u barka fuq l-ommijiet u t-trabi fil-ġuf tagħhom. Jistgħu jattendu wkoll il-missirijiet, nanniet u qraba u ommijiet li welldu tarbija, biex jagħtu ħajr lil Alla. Tingħata santa kbira tal-kulur b’talba bħala tifkira lillġenituri, li fuqha jiktbu d-data tal-quddiesa u isem it-tarbija. Programm vokali u mużikali tal-festa Madonna TasSacro Cuor – Tas-Sliema Is-Soċjetà Filarmonika Sliema, flimkien mal-Patrijiet Franġiskani u l-Kummissjoni Festi Parroċċa Madonna Tas-Sacro Cuor, tippreżenta l-programm vokali u mużikali tal-festa mill-Banda Ċittadina Sliema, taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur, il-Mro Lesley Tabone. Dan il-programm se jsir nhar it-Tnejn 27 ta’ Ġunju 2016 fis-7.30pm, fil-knisja parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema. Il-programm jiftaħ bil-Fanfarre & Theme ta’ Ronnie Debattista, ekssurmast direttur. Jieħdu sehem is-soprano Claire Caruana li se tkanta l-Ave Marija ta’ Michael Lorenc u l-Ave Marija ta’ William Gomez, it-tnejn fuq arranġament tal-Mro Lesley Tabone, kif ukoll il-kantanta Marie Claire Attard Bason li se tkanta Holy Mother ta’ Eric Clapton.
19|06|2016 31
Segwina fuq il-paġna tal-Facebook
facebook.com/kullhadd
32 19|06|2016
kullhadd.com
TEMP GĦAL-LUM
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
26°C
27°C
29°C
19°C
20°C
22°C
09
09
08
Il-Ħamis
Il-Ġimgħa
Is-Sibt
28°C
29°C
29°C
21°C
22°C
21°C
09
09
09
ALMANAKK
RITRATT MILL-ANTIK
L-OGĦLA TEMPERATURA: 28°C L-INQAS TEMPERATURA: 21°C INDIĊI UV: 9 SITWAZZJONI ĠENERALI: Arja ta’ pressjoni baxxa fuq it-Turkija se testendi lejn it-Tramuntana tal-Italja filwaqt li arja ta’ pressjoni għolja se testendi minn fuq l-Atlantiku sal-Libja TEMP: Pjuttost imsaħħab b’xi ħalbiet tax-xita iżolati li jsir xemxi
UV
VIŻIBBILTÀ: Moderata għal tajba
Ritratt: Bay Retro
RIĦ: Ħafif mill-Grieg it-Tramuntana li jsir mill-Majjistral u jsir ftit qawwi għal qawwi BAĦAR: Ħafif għal moderat li jsir qawwi IMBATT: Ftit li xejn li jsir baxx millPunent Majjistru TEMPERATURA TAL-BAĦAR: 22°C
UV
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Il-Port il-Kbir lura għas-snin tmenin
DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA
Floriana Dispensary,29, Triq Vincenzo Dimech, il-Furjana – 2123 3034 San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, il-Marsa – 2122 1188 Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi – 2148 7739 Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara – 2144 1513 Tony’s Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, il-Gżira – 2133 2080 San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke – 2137 8485 Remedies Pharmacy, 133, Triq Rudolfu, Tas-Sliema – 2134 4722 St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Ħ’Attard – 2143 6348 St. Joseph Pharmacy, 1, Triq iż-Żakkak, il-Mosta – 2141 7593 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 2157 1649 De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 2183 26408 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, il-Birgu – 27600126 Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka, Wied il-Għajn – 2702 3322 Gudja Pharmacy, 9, Triq San Ċiru, il-Gudja – 2169 6422 Chrysantemum Pharmacy, Triq San Nikola, il-Qrendi – 2168 0828 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 2146 4128 Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli – 2145 7128 23.06.1565 Imut Dragut waqt l-Assedju l-Kbir fl-1565
Għawdex Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, ir-Rabat, Għawdex – 2155 1841 St John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, ix-Xewkija, Għawdex – 2156 3052 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
NUMRI REBBIEĦA SUPER 5 GRAND LOTTERY
18 30 31 22 32 00 07 01 05 09 06 09 24.06.1793 Tiġi adottata l-ewwel kostituzzjoni repubblikana fi Franza
KOMPETIZZJONI KTIEB
kullhadd.com
19|06|2016 33
KOMPETIZZJONI KTIEB RUMANZ
ANNA TAL-ESSENI
Kitba ta’ Emmanuel Casingena
Minn dejjem kienet ix-xewqa tiegħi li nagħmel ftit riċerka dwar dak li jirrigwarda lil Anna msejħa talEsseni. Iżda meta wieħed iqis iddiffikultajiet li jiltaqa’ magħhom meta jkun qed jagħmel xogħol bħal dan, għall-ewwel jaħbat jaqta’ qalbu. Propju s-sors prinċipali tal-qofol tal-istudju fuq Anna tal-Esseni, huwa l-Protovanġelu ta’ Ġakbu, li x’aktarx kien ġie miktub fin-nofs tattieni seklu Wara Kristu. Għalkemm San Ġilormu, qaddis u studjuż kbir, kien xi ftit xettiku dwar dan ilmanuskritt u ma qabilx ma’ xi temi li kienu jsawruh, meta huwa stess ġie biex jikteb fuq din Anna ħass li kellu jagħmel spunti minn dan irrakkont u b’hekk jesprimi l-qawwa tagħha. Madankollu San Ġilormu ma kellux dan is-sors biss quddiemu u rrefera wkoll għall-psewdo-Mattew u xi dettalji oħra li seta’ ġabar minn żmien għal żmien. Hekk, huwa stess jesprimi l-ħsieb tiegħu dwar ittagħrif li ġabar billi jwissi bi spunt importanti: “Meta wieħed ikun irid iħawwel sabiex ikabbar il-frott bnin f ’xi għalqa, irid l-ewwel jistudja u jagħmel analiżi tal-għalqa li jkun se jaħdem fiha, imbagħad meta jara li l-bażi hija soda, jibda x-xogħol meħtieġ u b’kura jipprepara sabiex is-siġar li jkun se jħawwel jagħtu l-frott mingħajr tniġġis u għalhekk bnin, u meta dan il-frott jiġi offrut żgur li jkun ta’ ġid għal min ikun jixtieq jiekol minnu.” F’diversi ittri li San Ġilormu kiteb lill-isqfijiet Corneatius u Heliodorus, insibu tagħrif dwar vanġeli li kienu jissejħu apokrifi u li kienu jikkonsistu f ’diversi dokumenti separati. Ġilormu sab mat-tnejn u għoxrin dokument li minnhom għaxra kienu miktuba bil-Grieg u tnax bil-Latin. Dawn iddokumenti oriġinaw prattikament mill-vanġeli apokrifi magħrufa bħala: il-Protovanġelu ta’ Ġakbu, ilVanġelu ta’ San Tumas, il-Vanġelu ta’ Psewdo-Mattew u dak li ħareġ minn dan l-istess dokument li purament kien jikkonsisti dwar Marija. San Ġilormu kien kawt ħafna u indaga
sewwa fuq id-dokumenti kollha iżda ħadem ħafna fuq il-Protovanġelu ta’ Ġakbu u fuq il-psewdo-Mattew u dak magħruf bħala li ħareġ minn dan talaħħar magħruf bħala n-Natività ta’ Marija. Jidher iżda li l-Protovanġelu ta’ Ġakbu, għalkemm kien diġà skopert fl-aħħar tat-tieni seklu minn Origen Adamantius, teologu Nisrani, ġie ppubblikat fl-1552, u kien magħruf bħala l-Protovanġelu ta’ Ġakbu ż-żgħir. Oriġinarjament dan id-dokument kien miktub bilGrieg u ħafna skulari jsostnu li huwa intatt minn żbalji jew tbagħbis fl-
istruttura u l-kitba tiegħu. Il-Vanġelu magħruf bħala ta’ psewdo-Mattew jingħad li huwa tal-appostlu Mattew, iżda għalkemm studjużi tal-istorja jgħidu li dan huwa dokument miktub minn San Ġilormu oħrajn jgħidu li l-kitba ma tikkorrispondix malistil ta’ dan il-qaddis. Id-dokument magħruf bħala n-Natività ta’ Marija jaħsbu li huwa xi forma ta’ kitba bi żvolġiment mid-dokument ta’ psewdo-Mattew għalkemm jekk wieħed isegwi sewwa dan iddokument, isib li ħafna mill-istorja tispikka fuq it-twelid ta’ Marija u xeni
fuq dan l-avveniment biss. Id-dubji li nsibu fil-Protovanġelu u kitbiet oħra li żviluppaw maż-żminijiet, setgħu kienu l-passi li żammew lil Sant’Anna tkun magħrufa u b’hekk tiġi vvenerata. Jacobus de Voragine, li kien Dumnikan, fin-nofs tas-seklu tlettax kiteb il-famuża leġġenda li minnha ħarġet is-sbuħija tal-qaddisa Sant’Anna, iżda dan kien biss jirrigwarda dik imsejħa l-parti taddinja Latina jew l-Ewropa l-antika. Wieħed irid jirrikonoxxi li l-ħajja ta’ Sant’Anna ffjorixxiet ħafna flEwropa bis-saħħa ta’ din il-leġġenda għalkemm ukoll, xorta fiha nsibu diversi kontroversji. Il-qima lejn ilqaddisa tagħna kibret u kibret bilkbir ukoll bis-saħħa tal-Immakulata Kunċizzjoni. F’dan l-istadju ma rridx nonqos u ma nsemmix il-knisja parrokkjali ta’ Wied il-Għajn li hija l-unika parroċċa f ’Malta li għandha din il-qaddisa bħala patruna tagħha. Kien proprju fil-15 ta’ Marzu 1949, li permezz ta’ Dun Tarċis Agius, l-Arċisqof Monsinjur Mikiel Gonzi ta digriet fejn il-viċi parroċċa ta’ Wied il-Għajn – għax hekk kien magħruf f ’dak iż-żmien – titla’ għallgrad ta’ parroċċa 7. Din il-parroċċa kienet iddedikata lil Sant’Anna, bħala patruna tar-raħal marittmu li sa dak iż-żmien kien iktar meqjus bħala sors ta’ villeġġjatura għan-nies li kienu joqogħdu fil-Kottonera u naturalment kien bi ftit residenti. L-indikazzjoni li fil-knisja l-qadima kienet diġà qed tiġi vvenerata Sant’Anna, anke iktar tard permezz ta’ vara ddedikata lil din il-qaddisa, l-istess waħda li nsibu llum fil-knisja l-ġdida ta’ Wied il-Għajn, juri l-fatt kemm l-ewwel komunità ta’ dan ilvillaġġ kellha devozzjoni qawwija lejn Sant’Anna. Mis-sorsi li ta l-Kanonku Joe Abela, insibu li d-devozzjoni lejn Sant’Anna kienet diġà daħlet f ’Wied il-Għajn f ’nofs is-seklu dsatax. Xhieda ta’ din id-devozzjoni lejn Sant’Anna f ’dan ir-raħal marittimu hija l-istatwa tal-ġebel li kienet saret mill-iskultur Żejtuni, Xandru Farrugia u li llum tinsab f ’Misraħ Dun Tarcisio Agius, propju malkantunieri tal-istess pjazza.
Mistoqsija: Sant’Anna ta’ liema parroċċa f ’Malta hija patruna?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ĊNL, Triq Mile End, il-Ħamrun, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Anna tal-Esseni. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 3 ta’ Lulju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, eskluż festi pubbliċi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Markuż huwa: M. GATT – il-Mosta
34 19|06|2016
kullhadd.com
LOGĦOB
TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri 018 048 064 568 625 659 671 720 851 868 940 B’4 Numri 0575 0860 0965 1165 1280 2322 2438 4296 4380 4659 5188 5198 5206 5232 5359 5611
5697 5830 5873 6276 6458 6616 6664 6717 6954 7185 7309 7390 7789 7805 8010 8183 8278 8391 8701 8859 9028 9690
45558 45578 47919 50562 54354 58897 59891 62714 66552 69616 77985 81922 82531 83494 84711 90493 92809 97467
B’6 Numri 004724 015083 241251 485587 486660 544955 606342 769907 856102 952226
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
B’5 Numri 04702 09902 11440 11849 16244 21354 26510
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz:
Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: M. MIFSUD – Birkirkara
KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA ]
Ġemma’ sitt kupuni u ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem:
3
Indirizz: Nru tal-karta tal-identità:
Nru tat-telefown:
LOGĦOB
19|06|2016 35
kullhadd.com
IRBAĦ €25 FI FLUS
128
Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.
TISLIBA
Mimdudin:
1. Jiddisponi (5) 4. Ħajt baxx (4) 7,23. Triq f ’Tas-Sliema (6) 9,16. Għolli! (6) 10. It-tiġrija sa’ dan (6) 12. Elf elf! (6) 16. Ara 9 18. Ara 5 19,21M. Inaqqas (6) 20. Ħmieġ tal-mogħoż (5) 21. Ara 19 23. Ara 7 24. Pum (5) Weqfin:
1.
2. 3,17. 5,18. 6,22. 8,11. 11. 12. 13. 14. 15. 17. 21. 22.
...... u Alla jsewwi u n-nies rieqda u t-tabib idewwi (6) Riefnu bil-mod (3) Mewġ? (6) Biżżejjed (5) Isem (6) Jixxandru fuq ir- radjijiet (11) Ara 8 Sur? (2) Leonard Theuma Enriquez (1,1,1) Titlagħli t-tempra(6) Ħawdu?(6) Ara 3 Kunjom (3) Ara 6
Kompli l-qawl: Alla SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin:
Weqfin:
1.Tajba; 4.Baxx; 7,16.Klabb; 9.Olè; 10.Tinxef; 12.Bagett; 18,21 wieqfa. Ordni; 19.Ira; 20.Ġlied; 21.Dar; 23.Issa; 24.Ibnek
1.Tromba; 2,12 wieqfa. Jħebb; 3,5.Aktarx; 6,11. Xafra; 8.Limerikki; 13.Gol; 14.Tidfen; 15.Martek; 17.Bla; 22.Ras
QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Kowċis ta’ żewġ timijiet b’sapport kbir f’pajjiżna Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown:
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u tibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: ibagħtu l-paġna ta’ din il-logħba tal-Ħadd 26 ta’ Ġunju flimkien mal-logos tal-ħarġiet tal-5, 12 u 19 ta’ Ġunju.
RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA
Tine Fey
Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: J. DELEZIO – Raħal Ġdid L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.
Amy Poehler
36 19|06|2016
kullhadd.com
SPORTS
ALIVE CYCLING CHALLENGE B’GĦOTJA REKORD OĦRA TA’ €100,000 L-ALIVE Charity Foundation ippreżentat somma oħra rekord ta’ €100,000 lill-Fond ta’ Riċerka tal-Università ta’ Malta (RIDT) biex tkompli tagħti spinta ’l quddiem lillprogramm speċjalizzat talUniversità fir-riċerka talkanċer fit-tfal. Is-somma ġeneruża nġabret miċ-ċiklisti ta’ ALIVE waqt l-isfida iebsa fejn iċ-ċiklisti qadfu kważi 160 kilometru kuljum għal sebat ijiem f ’seba’ pajjiżi mill-Alpi sa Sutton fl-Ingilterra. Il-preżentazzjoni minn ALIVE2015 Cycling Challenge saret fil-Palazz ta’ San Anton u kienet preseduta mill-President ta’ Malta, l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca. Iċ-Chairperson ta’ ALIVE Charity Foundation Nicky Camilleri, f ’isem il-kumitat u l-membri ta’ ALIVE, iċċiklisti parteċipanti, l-isponsor ewlieni Daikin, l-isponsors kollha li taw appoġġ, u ħbieb, ippreżenta d-donazzjoni lir-Rettur tal-Università u Chairperson ta’ RIDT ilProfessur Juanito Camilleri. Preżenti għall-okkażjoni kien hemm is-Segretarju Parlamentarji għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u
Sports l-Onor. Chris Agius, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Gvern Lokali, Żgħażagħ u Sports David Agius, Dr Pierre Schembri Wismayer mill-Fakultà tal-Mediċina u Kirurġija, kif ukoll il-Konsulent Paediatric Oncologist u President tal-Grupp ta’ Appoġġ għat-Tfal morda bilKanċer Puttinu Cares Dr Victor Calvagna. ALIVE2015 saret bil-kollaborazzjoni ta’ Puttinu Cares. Fl-introduzzjoni tiegħu Nicky Camilleri qal li bħala NGO stabbilita li tifforma parti mill-Pjattaforma Nazzjonali tal-Kanċer, l-ALIVE Charity Foundation dejjem kellha
viżjoni ċara, li tiffinanzja l-ġlieda biex tipprevjeni l-kanċer f ’Malta permezz tarriċerka medika. “Permezz tal-isfidi annwali taċ-ċiklisti, diġà nġabru fondi sostanzjali b’risq ir-riċerka talKanċer tas-Sider u l-Kanċer fitTfal, b’mod partikolari dawk morda bil-lewkimja u tumuri fil-moħħ. Illum, pajjiżna tant għaraf l-importanza li niġbru fondi biex nipprevjenu l-kanċer li, permezz talkomunità, qed niġbru fondi biex insostnu gradwati millUniversità ta’ Malta biex jaslu sal-livell ta’ Ph.D speċjalizzat fir-riċerka mediċinali talkanċer. Nemmnu li l-aktar
mod effettiv biex niġġieldu l-kanċer hu billi nwettqu riċerka strateġika bl-għan li nħaffu d-dianjożi, nidentifikaw il-kawżi u eventwalment insibu l-kura,” qal Camilleri. “Nixtiequ niċċelebraw din il-ġurnata speċjali b’għotja ta’ €100,000 lill-Fond tar-Riċerka, Innovazzjoni u Żvilupp fi ħdan l-Università ta’ Malta biex tkompli bil-ħidma tagħha ta’ riċerka medika fuq il-kanċer tat-tfal. Din tfisser ħafna għalina għaliex fi żmien tliet snin investejna qrib kwart ta’ miljun ewro fir-riċerka medika tal-kanċer permezz tal-isport taċ-ċikliżmu.” Filwaqt li rringrazzja lil
ALIVE Charity Foundation għall-għotja ġeneruża u għallappoġġ tagħhom, il-Professur Camilleri qal: “L-Università ta’ Malta qed tara l-frott talkontribut tal-komunità filħidma tagħna dwar ir-riċerka tal-kanċer. Kontribuzzjonijiet bħal din tal-lum jipprovdu appoġġ kbir lill-akkademiċi ta’ talent tagħna kif ukoll jipprovdu opportunitajiet għall-istudenti li jridu jkomplu bl-istudji tagħhom.” Fi żmien tliet ġimgħat ir-RE/ MAX - ALIVE2016 Cycling Challenge for Cancer se tieħu liċ-ċiklisti mill-Kroazja sasSlovenja, it-Tramuntana talItalja u l-Vatikan. Total ta’ 1,100km se jinqadfu fi żmien sebat ijiem biss. Għal din il-maratona, il-parteċipanti qegħdin jitħarrġu għal sigħat twal b’mod regolari. Ir-RE/MAX - ALIVE2016 Cycling Challenge for Cancer qed tkun sponsorjata minn RE/MAX and Friends Foundation, bl-għajnuna ta’ Garmin, Wurth, Tum Invest, Pro Action u blappoġġ ta’ Impressions Ltd, SIS, Wheelwizard, Danusan, Airmalta u l-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.
ĊINTURIN TAT-TITLU NAZZJONALI GĦAL TEAM NOEL
Team Noel ħa sehem fil-Gladiators Night XIII u rebaħ iċ-Ċinturin tat-Titlu Nazzjonali f ’taqbida tal-Puġilat. Waħda mill-atleti tal-klabb kellha wkoll it-taqbida ewlenija tas-serata. Diane Schembri (Team Noel) affaċċjat lil Mandy Cortis (Fight Factory) għaċ-Ċinturin tat-Titlu tal-Mediterran tal-World Boxing Union (WBU). Kienet taqbida ta’ ras imb ras u kontrattakki għażżamma taċ-ċentru tar-ring. Schembri kemm-il darba evitat iddaqqiet b’saħħithom ta’ Cortis li min-naħa tagħha ppressat għal ġol-kantunieri. Iż-żewġ atleti laqtu bosta drabi lil xulxin b’daqqiet b’saħħithom bil-ponn minn wara. Fl-aħħar il-ġurija tat verdett ta’ pareġġ. John Martin (Team Noel) għeleb lil Michael Carter (Browns Boxing) għat-Titlu Nazzjonali tal-Puġilat. Martin baqa’ jippressa l-ħin kollu lil Carter biex jikseb il-punti. Carter kellu 20kg aktar minn Martin u uża dan il-vantaġġ biex jaħdem sider ma’ sider u jrażżan bosta mill-attakki. Martin jirbaħ it-taqbida bil-punti. Jesred Piscopo (Team Noel) affaċċja lil Theon Camilleri (Art of Fighting) għat-Titlu Nazzjonali fil-K1. Kienet taqbida bbilanċjata fejn Piscopo ħadem aktar bir-riġlejn biex iżomm id-distanza u Camilleri aktar bl-idejn. It-tnejn ippressaw lil xulxin sal-aħħar b’kontrattakki bla waqfien. It-taqbida tispiċċa b’pareġġ b’deċiżjoni tal-ġurija. Christopher Rotin (Team Noel) tqabad ma’ Franċiż fil-K1. Kienet taqbida progressiva fejn Rotin beda jżomm id-distanza bid-daqqiet tar-riġlejn. Minkejja li l-Franċiż kien itwal xorta waħda l-Malti beda jidħol bil-ponn u jieħu l-punti. Kienu deċiżivi wkoll id-daqqiet ċari fl-aħħar taqsima li taw ir-rebħa lil Rotin.
SPORTS
kullhadd.com
19|06|2016 37
ĦARSA ĦAFIFA LEJN IL-LOGĦOB LI JMISS FIL-EURO 2016
Hekk kif minn għada jibda l-aħħar rawnd ta’ logħob mill-gruppi kollha fil-Euro 2016, f ’dan li ġej se tkun qed tingħata analiżi ħafifa tal-logħob li jmiss fil-jumejn li ġejjin. Dan hekk kif fi grupp A diġà hemm it-tim Franċiż li kkwalifika, u interessanti se tkun il-ġlieda għal min se jkun se jiġi fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Bl-istess mod se jkunu interessanti l-eżiti ta’ Grupp B fejn hemm l-Ingilterra, ir-Russja, Wales u l-Islovakkja, bit-tim Ingliż se jkun qed jaspira għall-ewwel post filwaqt li t-timijiet l-oħra jissieltu għaż-żewġ postijiet li jkun fadal għall-kwalifikazzjoni. Rumanija v Albanija It-tim tar-Rumanija u tal-Albanija se jkunu qed jiltaqgħu kontra xulxin għall-aħħar logħba tagħhom minn Grupp A fil-Parc Olympique Lyonnais. Iż-żewġ timijiet għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa tagħhom f ’dan il-grupp, bir-Rumanija jitilfu l-ewwel logħba kontra Franza u spiċċaw fi draw ta’ 0-0 fit-tieni logħba kontra l-Iżvizzera. Min-naħa l-oħra, it-tim tal-Albanija spiċċaw jilagħbu b’10 min-nies fl-ewwel logħba tagħhom kontra l-Iżvizzera, liema logħba tilfuha bl-isor ta’ 1-0. Fit-tieni logħba, għalkemm kienu viċin ferm li jakkwistaw draw ta’ mingħajr gowls, it-tim ta’ Franza żblokka r-riżultat b’daqqa ta’ ras ta’ Antoine Griezmann u żiedu ieħor filħin miżjud permezz ta’ Dimitri Payet biex b’hekk ġew megħluba 2-0. Kollox ma’ kollox, ir-Rumanija xorta waħda għandhom ċans li jgħaddu jekk jirbħu din il-logħba u skont ukoll ir-riżultat ta’ bejn l-Iżvizzera u Franza.
Bogdan Stancu, plejer li spikka għar-Rumanija
Żvizzera v Franza L-ospitanti ta’ din il-kompetizzjoni, Franza, diġà rnexxielhom jikkwalifikaw għan-knock-out stages u se jkunu qed ifittxu rebħa oħra biex jispiċċaw fil-quċċata ta’ Grupp A meta se jkunu qed jiltaqgħu kontra l-Iżvizzera fl-aħħar logħba f ’dan il-grupp illum filgħaxija fi Stade Pierre-Mauroy. Les Bleus kienu l-ewwel nazzjon li kkwalifika għall-istadju li jmiss wara li għelbu lit-tim tal-Albanija bl-iskor ta’ 2-0 fit-tieni logħba tagħhom, wara li wkoll akkwistaw tliet punti kontra t-tim tar-Rumanija fl-ewwel logħba. Min-naħa tal-Iżvizzeri, dawn diġà għandhom post garantit mal-ewwel tlieta hekk kif għandhom erba’ punti b’rebħa kontra l-Albanija u draw kontra r-Rumanija, iżda rebħa kontra Franza tpoġġihom fil-quċċata tal-grupp filwaqt li jikkwalifikaw mal-aħħar 16. It-tim Żvizzeru wera kwalitajiet tajbin, anki wara li sofrew penalty kontra tagħhom fl-aħħar logħba li lagħbu, huma rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs u kisbu punt minn din il-logħba. Issa se jkunu qed jittamaw għal rebħa kontra t-tim li qed jospita dawn it-tournament.
L-istilla tal-mument, Dimitri Payet
Russja v Wales It-tim ta’ Wales se jkun qed jiltaqa’ kontra t-tim Russa għada flIstadium de Municipal f ’Toulouse, hekk kif dawn iż-żewġ timijiet se jkunu qed jissieltu għat-tieni post fi Grupp B, u b’hekk tfisser kwalifikazzjoni awtomatika għal ma’ l-aħħar 16 ta’ din ilkompetizzjoni. Ir-Russja huwa l-unika tim f ’dan il-grupp li għadu mingħajr rebħa, hekk kif ġew draw fl-ewwel logħba kontra l-Ingliżi filwaqt li fit-tieni logħba tilfu bl-iskor ta’ 2-1 kontra l-Islovakkja nhar l-Erbgħa li għadda. Huwa għalhekk li r-Russja qed tittama li tirbaħ dan il-konfront, filwaqt li tistenna li t-tim Slovak jitlef kontra dak Ingliż fl-aħħar logħba tal-grupp u li b’hekk ikun ifisser kwalifikazzjoni awtomika għar-rawnd li jmiss. Min-naħa l-oħra, ittim ta’ Chris Coleman, għadu diżappuntat ħafna għall-mod li bih tilfu kontra t-tim Ingliż bl-iskor ta’ 2-1 fi Stade de Bollaert. Kien Gareth Balle li poġġa lil Wales fil-vantaġġ fit-42 minuta. Iżda l-Ingliżi ħarġu tim differenti fit-tieni taqsima b’Jamie Vardy iġib ilgowl tad-draw u fil-ħin miżjud Daniel Sturridge ta rebħa importanti lit-tim tiegħu. Huwa proprju għalhekk li t-tim ta’ Wales se jkun qed jittama li jegħleb lir-Russja u b’hekk jispiċċaw it-tieni fil-grupp liema pożizzjoni tfisser kwalifikazzjoni awtomatika għall-istadju li jmiss fl-Euro 2016.
It-tamiet ta’ Wales jinsabu fuq Gareth Bale
Slovakkja v Ingilterra Kemm l-Islovakki kif ukoll l-Ingliżi jridu rebħa minn dan ilkonfront li jkun ifisser kwalifikazzjoni awtomatika għal mal-aħħar 16. Dawn iż-żewġ timijiet se jkunu qed jiltaqgħu kontra xulxin għada filgħaxija fl-aħħar logħba ta’ Grupp B fi Stade Geoffroy Guichard f ’Saint Etienne. Fl-aħħar logħba tagħhom, l-Ingliżi għal ftit ma kisbux draw ieħor li kieku ma kienx għall-gowl li skurja Daniel Sturridge fil-ħin miżjud. It-Three Lions bdew bl-istess ħdax li bdew kontra r-Russja u fl-ewwel taqsima kellhom diversi ċansijiet li jiftħu l-iskor, sakemm marru minn taħt wara free-kick ta’ Gareth Bale. Irriżulta li d-deċiżjoni ta’ Hodgson li jdaħħal lil Jamie Vardy u lil Daniel Sturridge flok Raheem Sterling u Harry Kane rispettivament kienet waħda tajba, hekk kif dawn iż-żewġ plejers kienu strumentali għax skurjaw il-gowls li rebbħu din il-logħba lill-Ingliżi. It-tim talIslovakkja, min-naħa l-oħra, irnexxielhom jirbħu l-ewwel logħba tagħhom f ’Kampjonati Ewropej b’rebħa ta’ 2-1 kontra r-Russja.
Jamie Vardy u Daniel Sturridge, protagonisti għall-Ingliżi
38 19|06|2016
kullhadd.com
MALTA FIL-KAMPJONATI MONDJALI TAL-POOL
Malta se tieħu sehem fil-kampjonati mondjali tal-pool li se jsiru f ’Blackpool, l-Ingilterra, bejn it-18 u t- 30 ta’ Ġunju. Il-Malta Pool Association se tibgħat erba’ timijiet f ’dawn il-kampjonati filkateogirji tal-irġiel, under 18s, under 23s u over 50s. Bħal kull sena l-assoċjazzjoni tibgħat l-akbar kontinġent Malti jikkompeti f ’kampjonati mondjali tal-pool. It-tim tal-irġiel se jkun kompost minn Wayne Bonnici, Antione Aquilina, Duncan Pisani, Johann Attard, Warren Falzon, Malcolm Azzopardi, Miguel Falzon u Kevin Mercieca. It-tim taż-żgħażagħ ta’ taħt it-tmintax–il sena se jkun kompost minn Scott Muscat, Steve Muscat, Gary Zammit, Rodney Montebello, Christian Mifsud u Jak Carabott. It-tim taż-żgħażagħ ta’ taħt 23 sena, li huma ċ-champions renjanti Ewropej, jinkludi lil Dylan Cassar, Dejan Grech, Ryan Pisani u Lothar Mallia filwaqt li t-tim ta’ l-over 50s se kompost minn Brian Grech, Tony Mifsud, Marcel Micallef, Ray Caruana, Joe Gatt
SPORTS
SUĊĊESS KOMPLET TA’ THE CYCLIST
u Alfred Attard. Carmel Cilia se jkun il-manager tat-tim talirġiel, Jemond Grima se jmexxi t-tim tal-under 18s, Saviour Mifsud se jmexxi t-timijiet tal-under 23s filwaqt li Brian Grech se jkun captain tat-tim tal-over 50s. F’dawn il-kampjonati se jieħdu sehem erbataxil pajjiż li huma Malta, l-Ingilterra, l-Irlanda, Scotland, l-Irlanda ta’ fuq, Wales, Franza, l-Afrika ta’ Isfel, l-Awstralja, l-Indja, il-Mauritius, l-Alġerija, ir-Reunion Islands u ċ-Channel Islands. Barra l-kampjonati tat-timijiet kull plejer se jkun impenjat fil-kampjonati individwali mondjali kif ukoll f ’tournament prestiġjuż imsejjaħ World Masters Tournament. Vincent Degiorgio, Segretarju tal-Malta Pool Association, se jerġa’ jikkontesta l-kariga ta’ Teżorier tal-World Eight Ball Pool Federation u se jkun l-uffiċjal inkarigat mill-kontinġent Malti.
Il-Kampjonat Nazzjonali tar-Road Race organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu kompla nhar il-Ħadd li għadda, bit-tieni tiġrija minn tlieta li saret fuq ilkorsa Ta’ Penellu, il-Mellieħa. Għaċ-ċiklisti tal-klabb The Cyclist reġgħet kienet ġurnata mill-aqwa fejn William Hili u Stephanie Alden rebħu l-kategoriji rispettivi tal-elite u dik femminili. William Hili reġa’ spiċċa l-ewwel f ’ħin ta’ 1:20:23.41 quddiem sieħbu ċ-champion renjanti Maurice Formosa (1:20:44.40), filwaqt li James Mifsud tat-Team Greens spiċċa t-tielet f ’ħin ta’ 1:20:46.24. B’hekk Hili jinsab fil-quċċata l-klassifika ġenerali b’punti massimi. Il-kategorija femminili kienet iddominata għal darb’oħra minn ċiklisti ta’ The Cyclist fejn flewwel tliet postijiet spiċċaw
rispettivament Stephanie Alden, Hannah Pace u Marie Claire Aquilina. Apparti dawn ir-rebħiet, The Cyclist rebħu wkoll il-Kategorija tal-juniors permezz tal-promettenti Nicholas Attard Montaldo, kif ukoll dawk tal-50+ permezz ta’ Steve Bell. Il-klabb talMosta AF Sign Studio CC reġgħu rebħu l-kategoriji rispettivi tal-under 15 permezz ta’ Veronique Pace Asciak u Julian Gauci, kif ukoll is60+ permezz ta’ Emmanuel Camilleri. It-Team Greens reġa’ kellu suċċess ieħor minn Michael Camilleri filKategorija 40+. Wara t-tiġrijiet, iċ-ċiklisti rebbieħa kienu ppreżentati bil-medalji. It-tiġrija li jmiss hija t-tielet u l-aħħar waħda tal-Kampjonat Nazzjonali tarRoad Race se ssir nhar il-Ħadd 26 ta’ Ġunju fil-korsa tażŻurrieq.
ANALIŻI U RAPPORTI TA’ LIAM GAUCI
LIL HINN MIĊ-ĊIRKWIT
Din il-ġimgħa t-titlu ta’ din l-analiżi se jistona xi ftit hekk kif bosta millaktar aħbarijiet interessanti kienu marbuta mal-preżent u l-futur ta’ diversi ċirkwiti tal-Formula 1. Madankollu, xorta se nagħtu ħarsa ħafifa lejn xi żviluppi pożittivi li kienu mħabbra minn wieħed mittimijiet li fl-aħħar snin għadda minn perjodu diffiċli ferm. Appelli inutli
Illum se jkollna l-opportunità nkunu xhieda għall-ewwel tellieqa tal-Formula 1 fl-Ażerbajġan, appuntament li ngħata t-titlu tal-Gran Premju tal-Ewropa. Ġeneralment dan it-titlu kien jingħata lil tellieqa biex tiddistingwixxiha minn oħra li se ssir fl-istess pajjiż matul staġun partikolari. L-aħħar eżempju ta’ dan rajnieh bejn l-2008 u l-2012 meta t-tellieqa ta’ Valenzja ngħatat dan it-titlu biex tkun distinta mill-gran premju l-proprju ta’ Spanja li kien isir fil-Katalonja. Madankollu, din id-darba t-titlu ġie applikat minkejja li din se tkun l-unika tellieqa li se jkollna flAżerbajġan fl-2016. Possibbilment
dan sar minħabba raġunijiet politiċi hekk kif il-gvern ta’ dan il-pajjiż għaddej b’kampanja biex jassoċja ruħu kemm jista’ jkun mal-Punent. Bosta sewwieqa dehru ottimisti dwar dan iċ-ċirkwit illi kien deskrit minn diversi osservaturi sportivi bħala taħlita bejn Monako u SpaFrancorchamps. Dan għaliex ammont sostanzjali minnu huwa street circuit b’passaġġi dojoq, filwaqt li għandu parti għat-telgħa bejn kurvi 8 u 11 flimkien ma’ straight twil bejn l-aħħar u l-ewwel kurva. Madankollu, id-dibattitu dwar dan iċ-ċirkwit ma kienx limitat biss għall-aspett tekniku. Dan hekk kif l-Ażerbajġan għandu fama internazzjonali xejn sabiħa fejn jidħlu d-drittijiet umani. Fil-fatt, gruppi bħall-Amnesty International saħansitra għamlu pressjoni fuq l-FIA u l-FOM biex jitkellmu b’mod apart dwar din il-kwistjoni sabiex joħolqu aktar kuxjenza dwarha. Però, kif kien mistenni, il-kap talFOM Bernie Ecclestone injora dawn it-talbiet kompletament fejn sostna li mhix responsabbiltà tagħhom li jidħlu f ’kwistjonijiet ta’ din ix-xorta.
din is-sena biex jimmodernizzaw il-paddock. Għadu mhuwiex ċar Kontroversja li Ecclestone ma jekk l-FOM humiex lesti li jagħtu ddejjaqx jidħol fiha kienet dik aktar ċans lill-organizzaturi jagħmlu relatata mal-futur tal-Gran Premju l-investiment imwiegħed. tal-Brażil. Il-ġimgħa li għaddiet il-biljunarju Brittaniku stqarr mal- Żviluppi fil-qrib midja li l-futur ta’ din it-tellieqa kien fil-periklu għaliex l-ammont Prospettivi aħjar għall-futur jidhru ta’ investiment li kien qiegħed isir li għandhom is-Sauber li, skont itfuq iċ-ċirkwit ma kienx sodisfaċenti team principal tagħhom Monisha għall-FOM. Kaltenborn, qegħdin jibdew isibu Madankollu, l-organizzaturi ta’ saqajhom wara sentejn ta’ problemi din it-tellieqa sostnew li dan mhux finanzjarji serji. F’kummenti li tat minnu għaliex iċ-ċirkwit diġà wasal lill-midja Kaltenborn sostniet li fit-tielet fażi ta’ mmodernizzaw t-tim Żvizzeru għaddej b’taħdidiet tiegħu fejn din is-sena huwa mistenni ma’ diversi sponsors li għandhom li jkun hemm paddock ġdid. jagħtu l-frott matul ix-xhur li ġejjin. Għaldaqstant, huma qalu li l-ftehim Din is-sena s-sitwazzjoni finanzjarja attwali, li jiggarantixxi l-preżenza ta’ tat-tim kienet tant ħażina li l-vetturi Interlagos fuq il-kalendarju sal-2020, tagħhom s’issa kienu bażikament l-istess bħal dawk li ddebuttaw mhuwiex qiegħed taħt theddida. Riċentament, Ecclestone kien matul it-testijiet tax-Xitwa. Madankollu, Kaltenborn żvelat għamel kummenti simili firrigward tal-Gran Premju tal-Kanada li probabbilment is-sitwazzjoni se fejn esprima d-diżappunt tiegħu tinbidel fil-Gran Premju tal-Awstrija għan-nuqqas ta’ investiment fl- jew tar-Renju Unit fejn it-tim infrastruttura taċ-ċirkwit. Fil-każ tal- mistenni li jintroduċi diversi żviluppi Kanada, it-theddida jista’ jkollha bażi tekniċi li għandhom isaħħuli aktar soda għaliex l-organizzaturi ma l-possibbiltà li jikseb il-punti b’mod rrispettawx l-iskadenza li kellhom sa aktar regolari. Tlielaq fil-periklu
FORMULA 1
kullhadd.com
TELLIEQ NRU
19|06|2016 39
09
Numru ta’ dawriet 51 Tul tat-tellieqa 306.049KM Dawra rekord —
EWROPA Baku Baku City Circuit
KWALIFIKI DRAMMATIĊI
Iż-żewġ sewwieqa tal-Ferrari damu biex jibdew hekk kif il-mekkaniċi tagħhom kienu għadhom qegħdin jaħdmu fuq il-vetturi fil-bidu ta’ Q1. Sadanittant, is-sewwieqa talMercedes telgħu fl-ewwel pożizzjonijiet minn kmieni fissessjoni. Lejn is-seba’ minuta ta’ Q1, eskursjoni ta’ Grosjean f ’kurva 15 wasslet għal perjodu qasir ta’ bnadar sofor. Ftit tal-ħin wara, l-istess sewwieq kellu jidħol filpits biex jiċċekkja l-brejkijiet wara li reġa’ ħareġ mit-traċċat. Eventwalment il-Ferraristi rnexxielhom joħorġu, però l-ħinijiet tagħhom ma kinux qrib dawk tal-Mercedes, speċjalment ta’ Rosberg li kien l-ewwel sewwieq li rnexxielu
6-19km/hr
Rebbieħ tal-2015 —
jinżel taħt 1:44.000. Q2 kien interrot minn diversi inċidenti li probabbilment kienu riżultat tal-fatt li s-sewwieqa bdew ibatu biex itellgħu t-temperatura tarroti tagħhom. Fost dawn l-eskursjonijiet kien hemm dik ta’ Hulkenberg li tilef ilkontroll tal-vettura tiegħu. Dan l-inċident wassal għallħruġ tal-bnadar is-sofor u fost l-oħrajn tellfu l-ħin lil Hamilton li spiċċa fis-sitt post. Ftit tal-minuti wara l-Brittaniku kien taħt pressjoni kbira għaliex sab ruħu f ’P10 b’biżżejjed ħin biex jagħmel attentat wieħed biss. Madankollu, huwa ma ħeliex dan iċ-ċans fejn tela’ fit-tieni post, sekonda ‘l bogħod minn
Tyres għad-dispożizzjoni Temperatura tal-art 7°c Super Soft Temperatura tal-arja 8°c Soft Riħ Medium
Umdità 98%
POŻ. ISEM IS-SEWWIEQ TIM 1 Rosberg Mercedes 2 Perez * Force India 3 Ricciardo Red Bull 4 Vettel Ferrari 5 Raikkonen Ferrari 6 Massa Williams 7 Kvyat Toro Rosso 8 Bottas Williams 9 Verstappen Red Bull 10 Hamilton Mercedes * Se jitlaq mis-7 post b’riżultat ta’ penalità
Rosberg. Id-drama kompliet f ’Q3 fejn kien hemm bosta inċidenti konsekuttivi. L-aktar wieħed gravi kien dak ta’ Hamilton li tkaħħal f ’kurva 11, ħabta li wasslet għall-ħruġ tal-bnadar il-ħomor u wittiet it-triq għal pole ta’ Rosberg.
Rai 1 fit-15.00 Diretta ĦIN 1:42.758 +0.757 +1.208 +1.208 +1.511 +1.725 +1.959 +2.488 +2.813 +19.196
Kien hemm geġwiġija ta’ vetturi meta komplew ilkwalifiki hekk kif bosta sewwieqa ħarġu biex jippruvaw itejbu l-ħin tagħhom. Ħadd ma’ rnexxielu jaħtaf it-tieni post minn idejn Perez li però se jkollu jitlaq mis-seba’ post b’riżultat ta’ penalità.
REBĦA OĦRA GĦAL HAMILTON Il-Gran Premju tal-Kanada ġeneralment joffri spettaklu kbir hekk kif it-traċċat għandu taħlita interessanti ta’ żoni veloċi u oħrajn fejn il-kompetituri jridu jkunu kawti ferm fis-sewqan tagħhom. Din l-edizzjoni tattellieqa kellha valur miżjud hekk kif potenzjalment kien hemm sitt sewwieqa li setgħu jitilgħu fuq l-ogħla tarġa talpodju bil-Mercedes mal-favuriti bħas-soltu imma bil-Ferrari u r-Red Bull Racing (RBR) li apparentement naqqsu ħafna mill-iżvantaġġ tekniku li kellhom mit-tim Ġermaniż. Żball tattiku? Il-tellieqa bdiet b’tluq eċċellenti ta’ Sebastian Vettel li tar mittielet post u qabeż lis-sewwieqa tal-Mercedes fuq distanza ta’
ftit metri. Dan l-attakk kien segwit minn battalja bejn Nico Rosberg u Lewis Hamilton hekk kif il-Ġermaniż ipprova jaqbeż lill-kollega tiegħu minnaħa ta’ ġewwa tat-traċċat. Madankollu, il-Brittaniku ddefendu l-pożizzjoni tiegħu b’mod aggressiv fejn Rosberg spiċċa joħroġ fuq il-ħaxix biex jevita impatt qawwi mas-Silver Arrow l-oħra. Din l-eskursjoni rrelegat lill-Ġermaniż fl-għaxar post. Vettel deher li seta jamministra l-vantaġġ tiegħu fuq Hamilton hekk kif żamm pass kompetittiv tul id-dawriet ta’ wara. Madankollu, fid9 dawra l-magna ta’ Jenson Button ċediet u wasslet għallimplimentazzjoni tal-Virtual Safety Car (VSC). Din issitwazzjoni kienet interpretata
KLASSIFIKA: KANADA POŻ. 01 02 03 04 05 06 07 08 09 10
SEWWIEQ Lewis Hamilton Sebastian Vettel Valtteri Bottas Max Verstappen Nico Rosberg Kimi Raikkonen Daniel Ricciardo Nico Hulkenberg Carlos Sainz Jr Sergio Perez
TIM Mercedes Ferrari Williams Red Bull Racing Mercedes Ferrari Red Bull Racing Force India Toro Rosso Force India
mill-Ferrari bħala opportunità biex jeqilbu għal strateġija ta’ żewġ waqfiet mingħajr ma jitilfu ħafna ħin. Madankollu, il-VSC damet biss ftit aktar minn minuta. B’hekk il-Ferraristi spiċċaw l-isfel filklassifika wara r-Red Bulls li baqgħu barra. Hawnhekk, it-tim Awstrijak talab lil Max Verstappen, illi kien għaddej b’pass kemxejn kajman, biex ma jostakolax lil Daniel Ricciardo. L-Olandiż beda jżid il-pass però l-Awstraljan xorta tilef tant tilef ħin li spiċċa wara Raikkonen meta ħareġ mill-ewwel pit stop tiegħu. Jamministra l-vantaġġ Sa dan il-ħin, l-RBRs kienu diġà nqabżu minn Vettel li beda jipprova jilħaq lil
KLASSIFIKA: SEWWIEQA ĦIN 1:31:05.296 +5.011 +46.422 +53.020 +1:02.093 +1:03.017 +1:03.634 +1 lap +1 lap +1 lap
POŻ. 01 02 03 04 05 06 07 08 09 10
SEWWIEQ Nico Rosberg Lewis Hamilton Sebastian Vettel Daniel Ricciardo Kimi Räikkönen Max Verstappen Valtteri Bottas Felipe Massa Sergio Perez Daniil Kvyat
PUNTI 116 107 78 72 69 50 44 37 24 22
Hamilton. Minkejja li l-pass tiegħu kien tajjeb biżżejjed biex jippermettielu jaqbeż lillBrittaniku mill-ġdid, huwa reġa’ sabu ruħu warajh meta kien obbligat jagħmel it-tieni waqfu tiegħu. Vettel ipprova jnaqqas iddistakk minn ma’ Hamilton, però l-Brittaniku kkontrolla l-attakki tal-Ġermaniż. Fl-aħħar fażi tat-tellieqa Rosberg kien tiela rrankat fil-klassifika u lejn il-pożizzjoni li setgħet tagħtih aċċess għall-podju. Madankollu, huwa żviluppa puncture li ġiegħlu jagħmel it-tieni pit stop. Wara din il-waqfa huwa rnexxielu jerġa’ jikseb lura żewġ pożizzjonijiet mingħand Ricciardo u Raikkonen. Però, problem fil-brejkijiet żammewh milli jkompli javvanza aktar u kellu jikkuntenta bil-5 post. KLASSIFIKA: KOSTRUTTURI
POŻ. 01 02 03 04 05 06 07 08 09 10 11
KOST. Mercedes Ferrari Red Bull Racing Williams Force India Toro Rosso McLaren Honda Haas Ferrari Renault Sauber Ferrari MRT Mercedes
PUNTI 223 147 130 81 42 32 24 22 6 0 0
40 19|06|2016
kullhadd.com
LOKALI
SIMON BUSUTTIL AKKUŻAT LI KIEN ‘NAIVE’ • Bl-iskandlu Toni Bezzina qala’ daqqa ta’ ħarta oħra ALEANDER BALZAN
aleander.balzan@one.com.mt
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil reġa’ spiċċa filmira tal-kritiċi tiegħu fil-Partit Nazzjonalista li qed jakkużawh li fil-każ Toni Bezzina kien politikament ‘naive’. Saħansitra hemm min filPartit Nazzjonalista li qed jerġa’ juża dan il-każ biex iqajjem l-argument dwar jekk b’Simon Busuttil il-Partit Nazzjonalista hux kapaċi jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Għal ħafna, il-każ Toni Bezzina kien ċar kristall. Iżda meta s-sena li għaddiet ħarġu d-dettalji ta’ rapport ta’ inkjesta li kien kixef kif, minbarra li bagħat lillħaddiema tal-Gvern jagħmlu xogħol fil-każ taż-Żurrieq, sfurzahom jagħmlu wkoll dikarazzjoni falza, Busuttil sejjaħ il-każ “tfigħ ta’ tajn”. Biex ifarfar minn fuq spalltu, Busuttil kien qal ukoll li jiddeċiedi la tiddeċiedi l-Qorti ladarba fuq il-każ kien hemm libell. Iżda l-Qorti ddeċidiet
fl-aħħar jiem u Bezzina ma ġabiex żewġ. “Ma kienx jaf li kien diffiċli jirbaħha? X’ried jgħid biha din li jistenna l-Qorti?” instema jistaqsi attivist talPartit Nazzjonalista qabel laqgħa fil-Parlament nhar it-Tlieta li għadda, li għaliha attendew diversi attivisti talPartit Nazzjonalista, fosthom
Herman Schiavone li wkoll huwa kandidat fuq il-ħames distrett li minnu jkun elett Bezzina. Dan l-għada li fis-sentenza tal-Qorti ntqal li l-ħaddiema marru għax-xogħol fiżŻurrieq bil-vann tax-xogħol li kienu bih, u jirriżulta li kkonfermat mix-xhieda talħaddiema stess, illi huma
marru waranofsinhar, u għalhekk ħassew li marru waqt il-ħin tax-xogħol, kif ingħad fl-artiklu. “Jirriżulta wkoll li huwa minnu li r-rikorrenti lestielhom dikjarazzjoni illi kellha tiġi ffirmata mit-tliet ħaddiema,” qalet il-Qorti. Li Simon Busuttil mhux komdu b’dak li qal f ’Jannar
2015 wara żjara fl-uffiċċju talMaltco, irriżulta wkoll minn sforz iddisprat li sar il-ġimgħa li għaddiet biex is-sentenza ma tingħatax. Toni Bezzina daħħal rikors il-Qorti jitlobha biex ma tiħux deċiżjoni fil-każi li fetaħ kontra l-edituri ta’ L-Orizzont u tal-KullĦadd. Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Francesco Depasquale, m’aċċettatx dan u f ’deċiżjoni qalet li “tosserva li l-kawża ilha differita għas-sentenza u d-dewmien ulterjuri mhux aċċettabbli”. Bil-Qorti timxi kif maħsub, Simon Busuttil ma kellux għażla oħra ħlief li jitlob lil Toni Bezzina jappella s-sentenza. Dan biex seta’ jirbaħ ftit iktar ħin u joqgħod jgħid li se jistenna l-eżitu talappell. Sakemm jinqata’ dan l-appell, lil Toni Bezzina mhux se jissospendih. Xi ħaġa li xejn ma niżlet tajjeb ma’ Herman Schiavone li, fuq ittra anonima lil Franco Debono li kien allegat li ntbagħtet minnu, ma tħallix jikkontesta l-elezzjoni ġenerali.