KullĦadd_19.07.2020

Page 1

MINGĦAJR FTEHIM FI BRUSSELL www.kullhadd.com Il-Ħadd, 19 ta’ Lulju, 2020

Ħarġa Nru 1,410

Rapport f’paġna 7

Prezz €1

DELIA LEST JERĠA’ JMUR GĦALL-VOT JINSISTI LI L-PROBLEMI MHUMIEX LI JIFFAĊĊJA MILL-ĠDID LIT-TESSERATI, IMMA LI TA’ BUSUTTIL XORTA MHUMIEX SE JĊEDU Avolja anke lbieraħ ma kienx hemm wisq żviluppi fil-kriżi li qed taħkem lill-Partit Nazzjonalista, fl-aħħar żviluppi l-Kap Adrian Delia tenna għal aktar minn darba li m’għandu l-ebda problema li jerġa’ jmur għall-vot quddiem it-tesserati, proprju kif ġie ssuġġerit lilu din il-ġimgħa mill-Eks Kap Lawrence Gonzi. Minkejja dan, għamilha ċara li l-intopp jibqa’ ma’ dawk li assolutament ma jriduhx hemm u jiġri x’jiġri jibqgħu determinati fil-missjoni maħlufa tagħhom u se jibqgħu jgħakksuh. Waqt li kien qed jiġi intervistat minn Fr Joe Borg, alleat tal-fazzjoni ta’ kontrih, Delia

Tkompli f’paġna 5

IS-SALVAZZJONI U T-TISĦIĦ TAL-ASSI

TOROQ B’UĊUĦ SPEĊJALI Tip ta’ asfalt ġdid, li jiflaħ għal tagħbi­ jiet kbar u anke għall-elementi tan-natura, se jkun qed jibda jiksi wiċċ it-toroq tagħna bħala parti mill-impenn bil-għan li dawn iservu iżjed fit-tul. Fil-mira tal-Gvern li permezz ta’ Infrastructure Malta jibni mill-ġdid it-toroq kollha fil-pajjiż fuq perjodu ta’ seba’ snin u b’investiment ta’ €700 miljun, dan il-materjal diġà ġie ttestjat dan

saħansitra indika li fil-laqgħa li jmiss tal-Eżekuttiv Nazzjonalista li hu stess sejjaħ għallĦamis li ġej aktarx se jiffaċċja lid-dissidenti tiegħu bil-proposta li lest imur għal vot ieħor, imma jekk jerġa’ jirbħu huma allura jridu jwarrbu min-nofs u ma jibqgħux jostakolaw il-ħidma tiegħu u tal-PN. Sa mill-bidu tal-intervista ta’ ftit inqas minn siegħa, Delia beda jiġġustifika l-pożizzjoni tiegħu rigward in-numri f ’kull stħarriġ tal-opinjoni pubblika li baqgħu jmorru għall-agħar u l-antipatija li nbniet kontrih fl-istrutturi tat-tmexxija tal-PN.

MILL-2013 IL-VALUR TAL-ENTITAJIET PUBBLIĊI TRIPPLA U L-PROFITTI TOTALI LAĦQU €172 MILJUN FI FTIT AKTAR MINN LEĠIŻLATURA

l-aħħar fin-Nofsinhar tal-pajjiż. Jirriżulta li Infrastructure Malta għaddejja b’ħidma u bi studji tekniċi biex tirrevedi u ssaħħaħ l-istandards u l-prattiċi ta’ kif isir ix-xogħol fit-toroq f’pajjiżna, biex tkompli tiżviluppa infrastruttura ta’ kwalità ogħla, li sservi aktar fit-tul u b’aktar sostenibilità. Tkompli f’paġni 10 u 11

Kontra l-propaganda fażulla Nazzjonalista, tagħrif ip­ pubblikat din il-ġimgħa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jikkonferma kif mill-bidla fil-Gvern fl-2013 kien hemm qalba kompleta fil-mod kif jitmexxew l-assi nazzjonali, partikolarment l-entitajiet pubbliċi. Waqt li l-Partit Nazzjonalista u kull fazzjoni fih tipprova tagħti l-impressjoni li dawn illum saru piż fuq il-poplu minħabba l-allegata korruzz-

joni, l-NSO juri bil-fatti kif fil-verità dawn qatt daqs illum ma kienu qed joperaw hekk tajjeb. Bil-mentalità li daħħal il-Gvern Laburista seba’ snin ilu, jiġifieri li l-amministrazzjoni għandha dejjem timmira għal u tilħaq surplus fil-finanzi, minflok tibqa’ magħluqa bbażata fuq id-dejn, l-entitajiet bdew jagħmlu profitti tajbin, anke wara investimenti li tant kienu ilhom mixtieqa. Tkompli f’paġna 3


02

19.07.2020

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 30°C L-Inqas Temperatura: 22°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja testendi mill-Punent għaċ-Ċentru talMediterran It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab bilpossibbiltà ta’ xi ħalba xita li jsir ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif mill-Punent Majjistru li jsir l-aktar mill-Grieg il-Lvant Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat li jsir ħafif L-Imbatt: Baxx mill-Punent Majjistru It-Temperatura tal-Baħar: 26°C

Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR It-Tnejn

tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

30°C UV 11

22°C

Il-Ħamis

Indirizz Postali KullĦadd

31°C UV 11

22°C

32°C UV 11

Il-Ġimgħa

22°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd

33°C UV 11

22°C

32°C UV 11

23°C

32°C UV 11

23°C

kullhadd.com

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

Empire Pharmacy (Branch), 46 Triq Melita, Il-Belt Valletta – 21225785 Trinity Pharmacy, 32 Triq il-Marsa, Il-Marsa – 21235595 Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera – 21482856 Marrit Pharmacy, Triq l-1 ta’ Mejju, Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488613 Deby’s Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri, L-Imsida – 21227920 Mensija Pharmacy, 92-94, Triq il-Mensija, San Ġwann – 21373275 Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334102 Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan – 21444035 Sta. Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Il-Mosta – 21416426 Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, Il-Mellieħa – 21523536 Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija – 21677037 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, Ix-Xgħajra – 27032296 Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it-Torri, Il-Gudja – 21676294 Safi Pharmacy, St. John Street c/w Bieb il-Ġarra Street, Ħal Safi – 21649552 The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzoppardi, Is-Siġġiewi – 21461681 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Ir-Rabat – 21556170 Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, In-Nadur – 21566431

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182


03

19.07.2020

kullhadd.com

EKS MAŻŻRI FUQ IL-PAJJIŻ Tkompli minn paġna 1 Minn mażżri fuq il-familji u l-pajjiż, kif kienu taħt l-aħħar Gvern Nazzjonalista, l-istatistika uffiċjali turi li llum huma eżatt l-oppost. Entitajiet li fi ftit snin kienu żiedu d-dejn bin-nofs, issa rnexxielhom jittriplikaw l-assi netti tagħhom. Minn sorsi ta’ periklu għall-ekonomija tagħna, l-entitajiet pubbliċi issa saru jfissru tkabbir ekonomiku u investiment qawwi. B’riżultat ta’ dan, l-assi netti tal-entitajiet pubbliċi kważi ttripplaw. Dan ifisser li l-assi tagħhom, li kienu €555 miljun aktar mid-djun tagħhom seba’ snin ilu, sal-2018 dawn telgħu għal €1.6 biljun. L-istatistika maħruġa millNSO u li tkopri l-perjodu 2010 sa 2018, tindika li sal-2013 l-entitajiet pubbliċi kienu jagħmlu defiċits kbar. Tant li bejn l-2010 u l-2013 kien hemm il-ħruġ li jisboq id-dħul b’€193 miljun, jew medja ta’ kważi €50 miljun fis-sena. Element qawwi wara dan id-defiċit kien li żdied ħafna d-dejn ta’ dawn l-azjendi tant li f ’erba’ snin dan ittrippla għal €75 miljun fis-sena, sitwazzjoni finanzjarja simili ħafna għal dik tal-Partit Nazzjonalista nnifsu, fejn tul is-snin id-dejn akkumulat qed iwassal biex anke jekk titjieb it-tmexxija finanzjarja, xorta l-finanzi jibqgħu mgħattna taħt l-ispiża tad-djun passati. Ħarsa lejn l-istatistika fuq l-entitajiet pubbliċi tindika li bejn l-2010 u l-2013 dawn żiedu d-djun tagħhom bi €816-il miljun, li tfisser żieda ta’ 53%. Jiġifieri f ’erba’ snin id-dejn tela’ bin-nofs. Wieħed jifhem għal xiex f ’dan il-kuntest aġenziji internazzjonali kienu jwiddbu ripetutament lill-Gvern Nazzjonalista u jwissuh li jekk l-azjendi pubbliċi kienu se jibqgħu jitmexxew b’dak il-mod kienu se jfallu l-pajjiż. L-Enemalta kienet l-eqreb ta’ dan l-istat diżastruż fl-2013

B’investimenti xierqa, inbidel kompletament id-destin tal-entitajiet statali minn wieħed ta’ falliment taħt il-PN għal surplus u żieda fil-profitti sena wara oħra mill-2013 lil hawn

u li ma kienx għall-bidla rivoluzzjonarja li rat lill-kumpanija ġganteska Ċiniża Shanghai Electric Power tidħol sehem, il-pajjiż kien se jispiċċa fi kriżi enormi. Din it-trasformazzjoni wkoll wasslet għal tnaqqis qawwi fl-ispejjeż fuq dejn tal-entitajiet pubbliċi, li minn kważi €75 miljun, naqsu għal ftit aktar minn €50 miljun. Fi tmiem ix-xahar li għadda, waqt li fil-Parlament kienu qed jiġu dibattuti l-estimi finanzjarji għall-entitajiet governattivi, sar magħruf kif l-Enemalta, pereżempju, kellha dejn ta’ €1.08 biljun fl-2013, fiż-żmien meta l-Eks Ministru Tonio Fenech u l-Gvern kollu Nazzjonalista ta’ Lawrence Gonzi kienu qatgħu qalbhom għalkollox li jsalvawha u kienu lesti jħalluha tegħreq u magħha tniżżel il-banek lokali kollha. Minflok, sal-2016 taħt Gvern Laburista, l-Enemalta rreġistrat profitt ta’ €40 miljun.

L-istess fil-każ tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) li minn dejn ta’ €120 miljun seba’ snin ilu, sal-aħħar tas-sena l-oħra għamlet qligħ ta’ €100 miljun u bdiet saħansitra tirreġistra €1 miljun profitt kull xahar. Mal-bidla fil-Gvern seħħet trasformazzjoni totali fl-entitajiet kollha b’mod ġenerali. Fil-fatt minn defiċit ta’ €75.9 miljun, sar l-ewwel surplus ta’ €18.4 miljun u li sussegwentement kompla jiżdied, tant li f ’ħames snin saru surpluses totali ta’ €633.4 miljun. Fl-2018 waħedha kien hemm surplus ta’ €96.2 miljun, li jfisser bidla fil-profittabilità ta’ €172 miljun fi ftit aktar minn leġiżlatura. Wara perjodu li fih id-dejn kien qed jispara ’l fuq, mal-bidla fl-amministrazzjoni kien imiss is-snin li fihom id-dejn tal-entitajiet beda nieżel b’mod konsistenti. Tant li minn sitwazzjoni

fejn id-dejn kien laħaq is-somma ta’ aktar minn €2.3 biljun, jew 30.7% tal-ġid nazzjonali, dan niżel għal inqas minn €2.2 biljun, jew 17.5% tal-ġid nazzjonali. Bħala medja, kull sena d-dejn tnaqqas b’€35.7 miljun. Ir-raġuni għal xiex id-dejn ma naqasx bl-istess ammont tal-profitti li saru tul dan iżżmien kien li dawn kienu snin ta’ investiment pubbliku qawwi, bħall-proġetti infrastrutturali kbar li seħħew, fosthom il-bini ta’ power station ġdida, impjanti ta’ trattament tal-ilma u titjib f ’oqsma industrijali. Ta’ min jinnota wkoll li matul dan iż-żmien il-ġid nazzjonali żdied bin-nofs ta’ din ir-rata, anke jekk f ’dan il-perjodu l-ekonomija Maltija kienet sejra ferm aħjar mill-medja storika. Għaldaqstant, ifisser ukoll li l-entitajiet pubbliċi nfushom marru aħjar mill-bqija tal-ekonomija f ’dan iż-żmien.

Bil-mentalità li daħħal il-Gvern Laburista seba’ snin ilu, jiġifieri li l-amministrazzjoni għandha dejjem timmira għal u tilħaq surplus fil-finanzi, minflok tibqa’ magħluqa bbażata fuq id-dejn, l-entitajiet bdew jagħmlu profitti tajbin, anke wara investimenti li kienu tant ilhom mixtieqa

2018

2013

DEFIĊIT/SURPLUS MEDJU

-€75.9 miljun

+€96.2 miljun

SPEJJEŻ FUQ DEJN

€73.6 miljun

€51.6 miljun

€2,346.3 miljun

€2,167.6 miljun

€555.0 miljun

€1,562.9 miljun

DJUN ASSI NETTI


04

19.07.2020

kullhadd.com

ĠIMGĦA OĦRA “TWILA” GĦALL-PN IL-ĦADD 12 TA’ LULJU ● Fi stqarrija, id-19-il deputat li sfiduċjaw lil Adrian Delia jgħidu li huma qed jiżguraw li f ’kull deċiżjoni li ħadu u li għad iridu jieħdu se jpoġġu dejjem l-interessi tat-tesserati Nazzjonalisti. ● F’intervista mal-gazzetta Illum, Thomas De Martino, il-President tat-TeamStart PN, jiftaħ attakk aħrax fuq il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil u jgħid li l-Partit Nazzjonalista nħataf minn erba’ min-nies, waqt li l-vot ta’ 19-il persuna ma jistax iġib fix-xejn ilvot tat-tesserati. ● Fuq Radju 101, id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo jipprova jirrikonċilja ż-żewġ fazzjonijiet: “Ngħixu flimkien, imqar sal-elezzjoni li ġejja. Ejja mmorru sal-elezzjoni li ġejja, nagħmlu kulħadd ħilitna li nirbħu l-elezzjoni li ġejja. L-istatut qiegħed hemm, jekk nitilfu l-elezzjoni jkun hemm elezzjoni ta’ Kap ġdid. L-elezzjoni ma baqagħlhiex 200 sena oħra. Kapaċi nistennew ftit xhur, ftit ġimgħat, sitt xhur, sena minn tal-inqas?”

pożizzjoni għall-Gvern, hu għadu l-Kap tal-akbar partit fl-Oppożizzjoni fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u allura Delia m’għandux jitneħħa minn Kap tal-Oppożizzjoni. ● Fuq NET TV, Adrian Delia jgħid lid-19-il deputat, li sfiduċjawh, li d-deċiżjoni tal-President għandha tiġi rispettata minn min jemmen fis-saltna tad-dritt. Minnaħa tagħhom, id-19-il deputat jattakkaw lill-President tar-Repubblika għad-deċiżjoni li ħa. ● F’kumment lil ONE, l-eks kandidat Nazzjonalista Salvu Mallia jsejjaħ imbeċilli lill-11-il

L-ERBGĦA 15 TA’ LULJU

IT-TNEJN 13 TA’ LULJU ● Huma u deħlin għas-seduta tal-Parlament, il-Membri Parlamentari joqogħdu lura milli jikkummentaw dwar is-sitwazzjoni, fl-istennija għad-deċiżjoni tal-President tar-Repubblika li issa daħlet fir-raba’ jum tagħha. ● Id-Deputati Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia jikkritikaw dak li sejħu “nuqqas ta’ azzjoni mill-President George Vella” u jistqarru li huma qatt ma rrikonoxxew lil Adrian Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni. ● Fuq ONE Radio, id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri jistqarr li mal-President George Vella huwa astjena u m’appoġġja lill-ebda fazzjoni, minkejja li huwa wieħed mid-19-il deputat li sfiduċjaw lill-Kap fil-Grupp Parlamentari. ● Therese Commodini Cachia tlaqqa’ esponenti ewlenin mill-fazzjoni kontra Delia fil-Kamra tal-Oppożizzjoni fil-Parlament, qabel is-seduta Parlamentari. ● Fi stqarrija, il-President ta’ Malta jgħid li, mill-ġudizzju tiegħu, minkejja li Delia tilef l-appoġġ tal-akbar grupp singlu ta’ Membri Parlamentari f ’op-

Tgħid ukoll li m’għandha l-ebda intenzjoni li taqsam lill-Partit. ● Mal-wasla tad-deputati u membri tal-Eżekuttiv Nazzjonalista tinqala’ kommossjoni fidfid-Dar Ċentrali hekk kif titfaċċa Comodini Cachia. ● Titressaq it-tieni mozzjoni ta’ sfiduċja kontra l-Kap Nazzjonalista wara li l-ġimgħa l-oħra tressqet waħda fil-Grupp Parlamentari. Fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, ir-riżultat ta’ laqgħa deskritta bħala “taħraq ħafna” juri li Delia tilef il-vot, b’47 membru jisfiduċjawh kontra s-36 membru li wrew fiduċja fih. F’kummenti lill-ġurnalisti, Delia jgħid li l-vot ma jwassal għal imkien.

deputat Nazzjonalista li vvutaw favur Delia. ● Fuq TVM, Delia jgħid li m’għandux fiduċja f ’min sfiduċjah u li se jkun qed jagħmel tibdil fix-Shadow Cabinet tiegħu.

IT-TLIETA 14 TA’ LULJU

● Fi stqarrija, Louis Galea, li tqabbad minn Delia stess biex jagħmillu l-bidliet fl-istatut, qal li kien qed jingħaqad fis-sejħa tal-esponenti oħrajn jitolbu għar-riżenja talKap, anzi jgħidlu biex jieqaf jabbuża mil-lealtà u mit-tjubija tat-tesserati. ● Id-Deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone, li mexxa l-kampanja ta’ Delia fit-tellieqa għal Kap fis-sajf tal2017, jgħid li għadu leali lejn dan tal-aħħar, minkejja li fl-aħħar ġimgħa sfiduċjah tliet darbiet, f ’manuvra li tqieset minn ħafna bħala tradiment. ● Id-deputati Marlene u Godfrey Farrugia, li fl-2017 kienu fformaw il-koalizzjoni malPN ta’ Simon Busuttil, jgħidu li kellhom raġun meta ħadu dak il-pass tliet snin ilu. ● L-esponent ewlieni Nazzjonalista mill-fazzjoni ta’ Busuttil, Andrew Borg Cardona jinfexx f ’tgħajjir estrem fuq Facebook kontra dawk li jappoġġjaw lil Delia u jiddeskrivihom bħala Nazzjonalisti tat-tielet klassi. Lil dawk li jridu lil Delia jitlaq isejħilhom Nazzjonalisti tal-ewwel klassi u nies li għandhom moħħ. Il-post tneħħiet ftit wara li nkitbet.

● Tibda l-istennija għal laqgħa taħraq tal-Eżekuttiv tal-PN, magħmul minn madwar 80 membru u presedut minn Alex Perici Calascione. ● L-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi jgħid li se jappoġġja kwalunkwe proposta kostruttiva biex tissolva l-kriżi tal-Partit, inkluż proposta biex ikun hemm elezzjoni għal Kap ġdid. Jgħid ukoll li jopponi kwalunkwe proposta maħsuba biex tikkastiga lil dawk li “eżerċitaw iddritt demokratiku tagħhom biex jesprimu fehmiet tagħhom”. ● Mal-ġurnal Maltatoday il-magħżula mill-fazzjoni Busuttil biex tkun Kap tal-Oppożizzjoni, Therese Comodini Cachia, tgħid li f ’dawn l-aħħar jiem ilgrupp ta’ kontra Delia rnexxielu IL-ĦAMIS 16 TA’ LULJU jagħti tama u teżisti għaqda bejniethom li ma kellhomx qabel. ● Il-ġurnal The Times of Malta

jikkwota lill-President tal-Eżekuttiv Nazzjonalista Alex Perici Calascione jgħid li Delia jista’ jaffaċċja vot ta’ sfiduċja ieħor quddiem l-ogħla organu tal-Partit, li hu l-Kunsill Ġenerali. ● ONE News jirrapporta li l-moħħ wara wara l-pjan biex Delia reġa’ ġie sfiduċjat huwa d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. ● F’artiklu fit-Times of Malta l-Eks Deputat Nazzjonalista Philip Mifsud isostni li Adrian Delia huwa ferm agħar minn Simon Busuttil u li Delia missu ilu li warrab. ● Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia jwaqqaf lil Louis Galea mir-riforma li beda jagħmel fil-Partit Nazzjonalista, b’messaġġ fuq Facebook jirringrazzjah tax-xogħol li għamel. ● Id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo fuq TVM jgħid li kieku kulħadd għamel bħalu u obda lill-Kap tal-Oppożizzjoni, kieku l-PN qiegħed fuq l-għatba biex jiggverna. F’messaġġ fuq Facebook, id-Deputat David Thake jkompli bl-attakk kontra l-Kap talPN u jgħid li jrid proċess ieħor biex jinħatar kap ġdid.

IL-ĠIMGĦA 17 TA’ LULJU ● L-eks kandidat Nazzjonalista fl-Elezzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej Peter Agius jgħid li Delia ma jistax jieħu l-appoġġ tat-tesserati

‘for granted’ u jgħid li għandu jerġa’ jikkonferma jekk il-membri tal-Partit għadhomx jagħtuh appoġġ. ● Rapport ta’ TVM jgħid li Delia se jkun qed jerġa jlaqqa’ l-Eżekuttiv tal-Partit il-Ħamis li ġej, bi tliet noti għal diskussjoni fuq l-aġenda, fosthom “Is-Sitwazzjoni Politika” u “Azzjoni Konkreta”.

IS-SIBT 18 TA’ LULJU ● Waqt intervista filgħodu ma’ Fr Joe Borg fuq il-midja tal-Knisja, Delia jistqarr li sejjaħ l-Eżekttiv għallġimgħa d-dieħla biex jipproponi azzjoni konkreta ħalli tinstab soluzzjoni għas-sitwazzjoni preżenti fil-Partit.


05

19.07.2020

kullhadd.com

FIL-PN “HEMM MIN JIEĦU PJAĊIR JAGĦTI D-DAQQIET” Tkompli minn paġna 1 Wara ż-żewġ voti kontrih fil-Grupp Parlamentari (19 vs 11) u fl-Eżekuttiv Nazzjonalista (47 vs 36) u s-suġġerimenti biex jagħmel wisa’ lid-Deputat Therese Comodini Cachia, il-Kap attwali tal-Oppożizzjoni kellu jiffaċċja l-pressjoni u l-insistenza tal-qassis fuq l-istazzjon tar-radju tal-Knisja lbieraħ filgħodu, li wera ċar li ma setax jifhem l-ebusija tarras tiegħu li jżomm mal-pożizzjoni fit-tmun tal-Partit. Hu qal li r-riżultati ħżiena fis-surveys u saħanistra fl-elezzjonijiet kienu ilhom ġejjin minn qabel hu ddeċieda li jikkontesta għal Kap tal-PN. “Is-sensazzjoni wara l-Elezzjoni tal-2017, meta ħriġt għal din il-kariga, kienet li n-Nazzjonalisti riedu jbiddlu lil kulħadd fil-PN,” qal Delia, b’referenza indiretta għad-deputati tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, li għadhom parti mill-Grupp Parlamentari tiegħu u li huma l-perċimes tar-rivolta biex jittajjar minn postu sa minn dakinhar. “Jien kont favorit għax ma kontx tal-klikek, li kien hemm.” Minkejja dan, reġa’ għamel enfasi fuq ilfatt li sa mill-ewwel jum tiegħu fit-tmexxija ma tħalla qatt jimxi u jmexxi ’l quddiem. Hu saħaq li tagħmel x’tagħmel, “l-efforts kollha, ikun hemm min jieħu pjaċir li jagħti d-daqqiet apposta. Ikun hemm min jieħu pjaċir li jgħakkes”. Hu staqsa kemm kien hemm issues fil-passat li kien ikun hemm nuqqas ta’ qbil fuqhom, policies fejn mhux kulħadd kien favur. “Illum semmili issue waħda, policy waħda, li mhux naqblu fuqha. M’hemmx!!”

insista Delia. Waqt li kkontradixxa lil Fr Borg li mhux veru hemm żewġ terzi konrtih kif kien qed jissuġġerixxi hu, il-Kap Nazzjonalista spjega li ma jistax jaċċetta l-voti fil-Grupp Parlamentari u l-Eżekuttiv u jwarrab sempliċiment għax mhumiex il-fora idonei li jiddettaw it-tneħħija tal-Kap u l-ħatra ta’ ieħor. U la kien fuq l-istazzjon tal-Knisja beda jġib ħafna tqabbil, mal-Bibbja, il-Liġi Kanonika u t-tmexxija tal-Papa. “Nistgħu aħna, kemm qegħdin hawn ġew (fl-istudio), ħamsa, nieħdu vot biex inneħħu l-Papa?! Tista’ bħala kappillan tlaqqa’ l-qassisin kollha biex jitneħħa l-Kap tal-Knisja Kattolika?! Le, għax għal dak trid tmur il-Vatikan.” Hawn irrefera għal dak li jgħid b’mod ċar l-istatut tal-Partit, jiġifieri li l-Kap tal-Partit għandu jkun Prim Ministru meta tintrebaħ elezzjoni u Kap tal-Oppożizzjoni meta tintilef. “Għaldaqstant il-membri li vvotaw kontra fil-Grupp Parlamentari marru kontra l-istatut. Tajjeb? Naqblu fuq hekk,” tenna Delia lill-qassis, li baqa’ jinsisti miegħu li tilef l-appoġġ fit-tmexxija tiegħu. Għaldaqstant hu fakkar fl-appoġġ imġedded li tawh it-tesserati bħal daż-żmien sena fejn 67% qablu li jibqa’ Kap tal-PN wara kampanja oħra biex jitneħħa, dak iż-żmien bl-iskuża tas-surveys li kienu qed jiġu ppubblikati. Fakkar li 67% kien vot ikbar minn dak li kien ġie elett bih sentejn qabel (54%) meta kkontesta għat-tmexxija tal-PN wara r-riżultat diżastruż tal-Elezzjoni tal-2017. “Jekk niddeċiedu li nerġgħu mmorru

IMGIDDEB FUQ WHATSAPP

Fl-istess intervista l-Kap Nazzjonalista ovvjament kien mistoqsi dwar il-kuntatt li kellu ma’ Yorgen Fenech, l-allegat mandat fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, anke wara li sar magħruf li dan kien is-sid tal-kumpanija 17 Black. Il-messaġġi fuq WhatsApp, li ġew żvelati minn The Sunday Times of Malta, huma l-qofol jew irraġuni għal dan l-aħħar sabotaġġ fuq it-tmexxija tiegħu fil-PN u fl-Oppożizzjoni. Delia żvela għall-ewwel darba li fuq il-mobile tiegħu m’għadx għandu l-kuntatt ta’ Fenech u allura m’għadx għandu aċċess għal dawk il-messaġġi, waqt li waħħal f ’Fenech stess jew fil-Pulizija li setgħu neħħewhom. Għaldaqstant qal li ma setax jikkonferma jekk il-korrispondenza bejn it-tnejn kinitx qabel sar magħruf li Fenech kien is-sid ta’ 17 Black jew wara kif issuġġeriet il-gazzetta qrib il-fazzjoni ta’ Busuttil. Minkejja dan, kien pront David Thake, wieħed mid-dissidenti tiegħu fil-Grupp Parlamentari, li ħareġ ritratti tal-kuntatt fuq WhatsApp li hu għad għandu mal-mobile ta’ Fenech, bil-premura li jekk l-account ta’ Fenech ġie eliminat, allura ħadd ma seta’ jkollu aċċess, kif mhux il-każ, kif wera Thake. L-eks preżentatur ta’ Radio 101 implika li Delia neħħa l-messaġġi hu għax għandu x’jaħbi. “Allura kif il-messaġġ ta’ Fenech lili ma sparixxiex minn fuq il-mobile tiegħi? Għax jien ma ħassartux. Għax jien m’għandix x’naħbi,” tenna Thake. Skont l-istess ritratti ppubblikati, Fenech kien bagħat lil Thake messaġġ maqsum f ’biċċiet fejn għajru talli semmieh fl-allegazzjonijiet li hu (Fenech) offra €50,000 lill-PN lejlet l-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew sena ilu biex tiġi mminata l-kandidatura ta’ David Casa.

għall-vot tat-tesserati u nerġa’ nirbħu, x’jiġri, jekk hemm l-ebusija tar-ras? Int tiftakar li qatt kien hemm xi darba li Kap ma tħalliex jikkontesta elezzjoni (ġenerali) waħda,” kompla jgħid b’referenza għall-parir tal-Eks Kap Nazzjonalista Lawrence Gonzi din il-ġimgħa, kif ukoll għall-fatt li l-maġġoranza tad-deputati u tal-membri tal-Eżekuttiv Nazzjonalista ma jridux li jkun hu li jirrappreżentahom meta tiġi elezzjoni ġenerali oħra, l-ewwel waħda tiegħu. Ftit wara li stqarr li ż-żgħażagħ għandhom jingħataw kull spazju u opportunità, forsi anke biex jieħdu post dawk antiki li fil-maġġoranza assoluta huma kontrih, Delia insista li “l-Ħamis irid ikun hemm id-deċiżjoni ’l fejn se mmorru”. Meħud kont li tnejn mit-tliet suġġetti fuq l-aġenda tal-Eżekuttiv għall-Ħamis huma “azzjoni konkreta” u “sitwazzjoni politika”, l-indikazzjoni tal-Kap Nazzjonalista kienet evidenti li se jressaq l-aħħar sfida kontra d-dissidenti tiegħu, partikolarment id-19-il membru tal-Grupp Parlamentari, li jinkludu liż-żewġ Membri Parlamentari Ewropej Roberta Metsola u David Casa. Il-kumplament huma Jason Azzopardi, Karol Aquilina, Beppe Fenech Adami, David Thake, Mario Demarco, Claudio Grech, Chris Said, Claudette Buttigieg, Therese Comodini Cachia, Ryan Callus, Kirsty Debono, Stephen Spiteri, Hermann Schiavone, Karl Gouder, Kevin Cutajar u ż-żewġ Ivan Grech. Minnhom it-Tabib Spiteri diġà għamel pass lura meta għand il-President tar-Repubblika astjena milli jagħti appoġġ jew le lill-Kap.


06

19.07.2020

LAQGĦA ĠENERALI STRAORDINARJA Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista tal-Imġarr jixtieq javża li nhar l-Erbgħa, 5 t’Awwissu 2020 fis-6:00pm ser issir Laqgħa Ġenerali Straordinarja sabiex jinħatar Segretarju. Nominazzjonijiet sat-3 t’Awwissu 2020.

kullhadd.com

KORS INTERNAZZJONALI FL-GĦADS MILL-ITS

OFFERTA GĦALL-KIRI TAL-BAR Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista taż-Żejtun jixtieq javża li qiegħed jilqa’ l-offerti għat-tħaddim tal-bar tal-istess lokal għas-sena 2020/2021 mill-21 ta’ Lulju 2020 sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Lulju 2020 sa 6:00pm. Dawk interessati jistgħu jiġbru l-formola tagħhom mingħand isSegretarju Jesmond Baldacchino (79613982) flimkien ma’ €10 għal kull applikazzjoni. Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta anke l-aktar waħda vantaġġuża.

Minn Ottubru li ġej mill-kampus tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) fil-Qala, Għawdex, se jkun offrut kors, l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fuq skala internazzjonali, li jwassal għal baċellerat fl-għads, Bachelor of Science in Diving Safety Management, Level 6. Il-kors se jkun offrut permezz tal-International School of Diving Safety and Medicine, skola li kienet tnediet fis-sena 2017 u ffurmata speċifikament mill-kumpanija internazzjonali DAN Europe u l-ITS. L-għan tal-kors huwa li jkompli jikber l-iżvilupp sostenibbli tal-industrija tad-għads mhux biss f ’Malta u f ’Għawdex, imma internazzjonalment. Il-kors se jkun offrut online bis-sessjonijiet tal-prattika jsiru f ’Għawdex. Għal dan il-għan tul dan is-sajf fil-kampus talITS fil-Qala Għawdex qegħdin isiru xogħlijiet biex il-kampus ikun attrezzat adekwatament għal dan il-kors. Il-kors iwassal għal diversi pożizzjonijiet fi branek konnessi mad-diving, fosthom Scuba Diving Instructor; Director of Diving/Diving Business Manager; Dive Safety Officer; Diving Officer; Research Diver; Scientific Diver; Hyperbaric Chamber Operator; Diving Medical Technician u Gas Blender. Mitluba tikkummenta dwar din l-inizjattiva min-naħa talITS fejn jirrigwarda dan il-qa-

sam, il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli qalet lil din il-ġazzetta li “s-settur tad-diving f ’Malta u Għawdex qiegħed dejjem jikber u dan grazzi għall-baħar nadif tagħna, għar-rikkezzi li għandna f ’qiegħ il-baħar, għas-servizzi li noffru f ’dan il-qasam u li riċentement komplejna saħħaħniehom blaċċess virtwali b’xejn għas-siti storiċi li għandna f ’qiegħ ilbaħar. Din l-inizjattiva minnaħa tal-ITS hija pass ieħor fid-direzzjoni t-tajba, mhux biss fuq livell lokali imma wkoll internazzjonali. Id-diving huwa niċċa importantissima fil-qasam turistiku tagħna. Għaddasa professjonali internazzjonali jikkwalifikaw lil pajjiżna malaqwa destinazzjonijiet madwar id-dinja fejn jirrigwarda l-għads. Xi ħaġa li tkompli timliena bil-kuraġġ u li tkompli tixprunana ħalli nkomplu naħdmu biex it-turiżmu, iffurmat minn diversi branek, jerġa’ jaqbad ir-ritmu li tul dawn l-aħħar snin irnexxielna inwassluh għalih.” Il-Ministru Farrugia Portelli esprimiet ix-xewqa tagħha li ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin jikkunsidraw b’aktar tenaċità l-karrieri sbieħ li joffri l-qasam turistiku ta’ pajjiżna. “Ma jiddispjaċina għall-ebda ċenteżmu li ninvestu f ’dan is-settur. L-ITS toffri liż-żgħażagħ tagħna orizzonti mill-aqwa mhux fuq biss fuq bażi lokali imma anke internazzjonalment. Set-

tur daqstant importanti bħalma huwa t-turiżmu, pilastru fl-ekonomija ta’ pajjiżna, ikun jeħtieġ ir-riżors uman f ’kull livell tiegħu. Din l-opportunità qegħdin noffruha kontinwament liż-żgħażagħ tagħna u għandha tkun ikkunsidrata bħala opportunità oħra f ’karrieri professjonali,” qalet il-Ministru Farrugia Portelli. Il-Ministru żiedet tgħid lil din il-gazzetta li l-ħsieb talITS li l-kors il-ġdid ikun offrut mill-kampus tagħha fil-Qala, Għawdex, huwa wieħed li għandu jitqies bħala mezz ieħor biex Għawdex ikompli jgawdi minn dan is-settur, ikompli jkattar il-popolarità tal-gżira Għawdxija b’mod partikolari fejn jirrigwarda l-għads. Minn tagħrif li ngħata riċentement fil-Parlament fis-sena akkademika 2018/19 kien hemm 34 student Għawdxi rreġistrat mal-Istitut għall-Istudji Turistiċi. 11 minnhom, tmien irġiel u tliet nisa, lestew ilkors u ggradwaw wara li segwew korsijiet fil-Food Preparation & Service; Foundation; Diploma in Food Preparation & Production Operations u Bachelor in Culinary Arts (Hons). Jirriżulta wkoll li f ’Jannar ta’ din is-sena rreġistrati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu f ’Għawdex hemm 16-il lukanda, li bejniethom għandhom 1,718-il sodda; 1,165 self-catering establishment u 105 ristoranti.


07

19.07.2020

kullhadd.com

NAQSU BIN-NOFS IT-TFAL IMĊAĦĦDIN MATERJALMENT It-titjib ġenerali fl-għajxien tal-familji Maltin u Għawdxin f ’dawn l-aħħar s n i n

ġie rifless l-iżjed fit-tnaqqis ta’ persuni li huma materjalment imċaħħdin fil-ħajja, mhux l-inqas tfal li fiċ-ċirkostanzi huma meqjusin doppjament vulnerabbli. Tagħrif li kisbet din ilgazzetta juri kif, skont iċ-ċifri miġburin fi tmiem l-2017, kien hemm q a b ż a sinifikanti f ’din ilfaxxa

tas-soċjetà, partikolarment tfal taħt l-età li jiddependu esklussivament fuq id-dħul tal-ġenituri tagħhom u/jew jesiġu ċerti affarijiet aktar ma jikbru. Il-faxxa ta’ tfal bejn l-10 u s-17-il sena hi meqjusa bħala l-iżjed milquta f ’dan ir-rigward. Minkejja dan, din l-istess faxxa rat tnaqqis bin-nofs bejn l-2012 u l-2017 fejn jidħlu l-kategoriji ta’ dawk imċaħħdin materjalment u dawk imċaħħdin materjalment b’mod sever. Filfatt ċifri bbażati fuq id-dħul u l-kundizzjonijiet ta’ għajxien (SILC) għas-snin indikati, li rat din il-gazzetta, juru li l-14% ta’ dawn it-tfal li fl-2012 kienu mċaħħdin materjalment b’mod sever niżlu għal 7.3% sal2017, waqt li dawk imċaħħdin materjalment minn 23.9% fl2012 niżlu għal 12.5% fl-2017. Flimkien, iż-żewġ kategoriji jikkwantifikaw f ’differenza ta’ madwar 5,000 tifel u tifla inqas. L-istess tfal ta’ bejn l-10 u s-17-il sena raw ukoll tnaqq-

is ukoll fil-kategoriji “f ’riskju ta’ faqar” (AROP) u “f ’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali” (AROPE), li rriflettew differenza pożittiva ta’ 2.5% u 8% rispettivament. Flimkien dawn jgħoddu għal aktar minn 2,000 tifel u tifla oħra. Minn tagħrif li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ippubblika f ’Novembru tas-sena li għaddiet, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tat-Tfal, jidher li ż-żewġ kategoriji, bħall-bqija, raw tnaqqis anke fl-2018. Minn dik l-istess statistika ħareġ li dawk f ’riskju ta’ faqar kienu jammontaw għal 21.4% tat-tfal fil-faxxa sa 17-il sena u 22.8% fl-istess faxxa li kienu f ’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali, ferm inqas milli kienu fl-2012 taħt l-aħħar sena ta’ Gvern Nazzjonalista. Kif mistenni, is-sitwazzjoni baqgħet xorta titjieb f ’dawn l-aħħar snin u dan għad irid jiġi rifless fi statistika li tiġi ppubb-

likata ’l quddiem. Dan it-titjib fiċ-ċifri ta’ tfal u familji, li sfortunatament jinsabu fl-inqas faxex tas-soċjetà, hu wkoll il-frott ta’ numru ta’ miżuri introdotti mal-bidla fl-amministrazzjoni fl-2013 li ġabu kwalità aħjar fil-ħajja tagħhom, inkluż żidiet fiċ-Children’s Allowance u l-introduzzjoni tal-In-Work Benefit, li wkoll tjieb maż-żmien. Dan kollu hu wkoll f ’sintonija mal-wegħda elettorali Laburista li fil-manifest tal2017 enfasizza li “Gvern ġdid ikompli jindirizza l-faqar b’impenn akbar, wara li għall-ewwel darba naqqasna l-faqar binnofs. Irridu issa niffukaw fuq li fadal, għalhekk se nkomplu mmexxu politika li tpoġġi t-tnaqqis tal-faqar bħala prijorità tal-politika soċjali tagħna. Mira ewlenija tagħna se tkun li nassiguraw li familji bit-tfal ikollhom mill-inqas dħul aktar minn dak meqjus diċenti għal familji simili.”

IL-MALTIN KOMDI JFITTXU L-GĦAJNUNA TAL-PULIZIJA Il-maġġoranza assoluta talMaltin u tal-Għawdxin iħossuhom komdi jfittxu l-għajnuna tal-pulizija meta fil-bżonn jew meta jkunu vittmi ta’ xi għawġ. Saħansitra l-pulizija huma fdati bil-wisq iktar minn għaqdiet mhux governattivi li wkoll jagħmlu xogħol tajjeb ħafna mal-vittmi tal-kriminalità. Dan irriżulta minn stħarriġ xjentifiku mill-kumpanija Mediatoday li kien ippreżentat f ’konferenza dwar il-vittmi tal-kriminalità. Kienu 71% li qalu li huma komdi ħafna jduru fuq il-pulizija f ’każ ta’ bżonn u 23% relattivament komdi. Meta mistoqsija kemm huma komdi jduru fuq NGO, 33% rrispondew li huma komdi jfittxu l-għajnuna mingħand għaqdiet mhux governattivi. Mill-istħarriġ joħroġ ukoll li l-Maltin iħossuhom siguri jgħixu f ’pajjiżhom. Fil-fatt, 76% qalu li jħossuhom siguri ħafna jgħixu Malta, 21% jħossuhom relattivament siguri u

kienu biss 2% li rrispondew kif ma jħossuhomx siguri. Jidher li ma teżistix wisq differenza bejn is-sessi jew l-etajiet iżda minflok hemm ftit varjetà skont ir-reġjun. Persuni li jgħixu fin-naħa t’isfel tal-pajjiż irrispondew li jħossuhom ik-

tar siguri minn dawk li jgħixu fit-Tramuntana ta’ Malta. Jekk wieħed iħares lejn fejn in-nies iħossuhom l-aktar siguri, ir-risposta l-aktar komuni kienet id-dar. 73% qalu li d-dar tagħhom hija l-post fejn iħossuhom l-aktar siguri. Analiżi

tan-numri turi li s-sens ta’ sigurtà fid-dar jonqos għan-nisa. Dan jorbot ma’ każi ta’ vjolenza domestika li ħafna drabi jaffettwaw aktar lin-nisa milli lill-irġiel. Madankollu, hemm diskrepanza wkoll fl-etajiet. Nisa li għandhom 65 sena ’l fuq iħossuhom ferm inqas siguri fi djarhom meta mqabbel ma’ tfajliet ta’ bejn it-18 u l-35 sena. Bħalma wieħed jistenna mill-istħarriġ ħareġ ukoll li l-anzjani jħossuhom inqas siguri meta joħorġu barra minn djarhom, hekk kif huma fost l-aktar persuni vulnerabbli fis-soċjetà. Il-Ministeru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ppreżenta din ir-riċerka waqt sessjoni ta’ konsultazzjoni li laqqgħet flimkien numru ta’ stakeholders li jaħdmu f ’dan is-settur. Meta mistoqsi mill-KullĦadd dwar dawn ir-riżultati, il-Ministru Byron Camilleri qal li filwaqt li l-istudju juri li l-Maltin iħossuhom

siguri, l-investiment tal-Gvern fis-sigurtà tal-pajjiż ma jaqta’ xejn. “Nifhmu li l-bidla fis-soċjetà ġġib anke sfidi ġodda u għalhekk irridu nżommu jdejna fuq il-polz tas-soċjetà biex inwieġbu b’inizjattivi kontinwi. Filwaqt li tajjeb u sabiħ li l-Maltin iħossuhom siguri u jafdaw il-pulizija, konxji li hemm fejn irridu nagħmlu iktar u dan se nagħmluh,” qal Camilleri. Fil-fatt, il-Gvern huwa kommess li jkompli jsaħħaħ is-sigurtà fil-pajjiż u dan jista’ jsir billi l-pulizija u l-forzi tal-ordni kollha jingħataw ir-riżorsi meħtieġa biex jiġġieldu l-kriminalità b’mod effettiv. “Huwa għal dan il-għan ukoll li rridu nwaqqfu l-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità għaliex irridu npoġġu bħala prijorità l-vittmi tal-kriminalità u dawk qrib tagħhom. Dan qed nagħmluh kif wara kollox wegħedna fil-manifest elettorali tal-aħħar elezzjoni ġenerali,” qal il-Ministru Camilleri.


08

19.07.2020

kullhadd.com

Id-daħla tar-Residenza San Vinċenz de Paul li din il-ġimgħa ġiet ippreżentata fil-glorja kollha tagħha wara xogħol estensiv ta’ restawr li sar fuqha. Il-bini, li għandu aktar minn 125 sena u hu msemmi wara l-qaddis Franċiż, li għex sas-seklu 17 u ddedika ħajtu biex jgħin lill-foqra u lill-batut, jinsab qrib ħafna li jestendi għal erba’ blokok ġodda, li jinsabu fl-aħħar fażijiet tagħhom, biex joffri kura lil madwar 500 persuna oħra, partikolarment anzjani u persuni b’diżabilità.

BLA QBIL FI BRUSSELL Wara sigħat twal ta’ taħditiet, il-mexxejja Ewropej, inkluż il-Prim Ministru Malti Robert Abela, kienu għadhom bla qbil ilbieraħ dwar il-baġit Ewropew għas-seba’ snin li ġejjin u l-pakkett ta’ rkupru mill-pandemija tal-COVID-19, li flimkien jammontaw għal kważi €2 triljun. L-iskop tas-summit Ewropew fi Brussell, li beda l-Ġimgħa, hu li jintlaħaq kompromess dwar kemm u kif se jitqassmu dawn il-flejjes, b’erba’ pajjiżi partikolari – l-Olanda, l-Awstrija, id-Danimarka u l-Iżvezja – ma jaqblux mal-bqija. Dan wassal għal sensiela ta’ taħditiet, anke bilaterali, bejn dawn ilpajjiżi u l-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel. Dwar il-baġit Ewropew

sal-2027, li jinvolvi aktar minn €1 triljun, Malta qed tinsisti li l-pakkett finali għandu jkun wieħed ġust li jirrifletti mhux biss ir-realtajiet ekonomiċi, iżda wkoll l-isfidi li jiffaċċjaw l-istati membri. F’kummenti li għadda lbieraħ filgħaxija, il-Prim Ministru Malti Robert Abela qal li għalkemm l-affarjiet dehru li staġnaw u mexjin b’pass kajman hu ottimist li jista jinstab ftehim fl-aħħar mill-aħħar li jkun jaqbel għal kulħadd. Meta ttratta l-baġit għas-seba’ snin li ġejjin tal-UE, il-Prim Ministru saħaq li għalkemm l-affarjiet jidhru kontrina, Malta qed tinsisti li tiġi mgħejjuna bl-aħjar pakkett possibbli. Aktar kmieni wara nofsinhar hu qal ukoll li “ninsabu determinati li nkomplu naħdmu fl-aħjar interess tal-Għawdxin u tal-Maltin.” Il-pożizzjoni ta’ pajjiżna hija ċara: dik li l-ftehim aħħari jkun wieħed ġust u jagħraf ir-realtà ta’ Malta u d-dipendenza tagħha fuq it-turiżmu, minkejja li fl-aħħar snin kellha tkabbir ekonomiku mingħajr preċedent. B’rabta ma’ dan, fil-jiem li għaddew il-Prim Ministru saħaq li, avolja l-istatistika mhix favurina, hu u d-delegazzjoni Maltija xorta waħda se jagħmlu dak kollu possibbli biex iġibu l-aqwa baġit possibbli għal pajjiżna. In-negozjati tal-Ġimgħa ġew sospiżi wara 16-il siegħa ta’ taħditiet u sakemm mor-

na għall-istampa lbieraħ filgħaxija l-pajjiżi msemmija kienu għadhom qed iżommu mal-pożizzjoni riġida li waslu biha fil-Belġju, anke jekk matul il-ġurnata ġie rreġistrat xi titjib lejn kompromess. Minkejja dan, sorsi qrib il-Kunsill Ewropew sostnew li l-mexxejja Ewropej kienu għadhom xorta ’l bogħod milli jilħqu ftehim. Għaldaqstant, kien mistenni li t-taħditiet jissoktaw sa tard bil-lejl u, f ’każ li xorta jibqa’ jkun hemm nuqqas ta’ ftehim, ma kienx eskluż li jerġgħu jiltaqgħu l-ġimgħa d-dieħla jew aktar tard dan ix-xahar. L-akbar uġigħ ta’ ras jibqa’ l-pjan ta’ rkupru msejjaħ “New Generation EU”, li waħdu jlaħħaq is-€750 biljun. F’dan il-każ qed jiġu proposti kundizzjonijiet għal riformi fis-swieq tax-xogħol u tal-pensjonijiet f ’pajjiżi bħal Spanja, l-Italja, Franza u l-Greċja. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen u Michel għamluha ċara li l-pjan ta’ rkupru biex il-pajjiżi jerġgħu jqumu fuq saqajhom wara l-pandemija tal-Coronavirus m’għandux jiġi b’xi rbit. Il-Prim Ministru Olandiż Mark Rutte baqa’ jinsisti li l-baġit għandu jkun marbut ma’ riformi strutturali fil-pajjiżi tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Ewropa, filwaqt li l-Prim Ministru Finlandiża Sanna Marinna stqarret li pajjiżha ma jistax joħroġ aktar flus, anke għax deċiżjoni simili ma tinżilx tajjeb mal-elettorat tagħha. Franza esprimiet nuqqas ta’ qbil mal-pożizzjoni li ħadet l-Olanda u Spanja u l-Italja, it-tnejn fost l-aktar milqutin fil-pandemija, esprimew ix-xewqa li jkun hemm qbil mill-aktar fis ħalli jkunu jistgħu jibdew jibbenefikaw mill-fond ta’ rkupru.

L-EWWEL VOTI GĦAL MICALLEF Ilbieraħ filgħodu ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun laqa’ l-votazzjoni bikrija biex il-Perit Daniel Micallef jiġi kkonfermat fil-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, wara li aktar kmieni dan ix-xahar tefa’ n-nomina tiegħu. Il-votazzjoni tkompli s-Sibt li ġe j, f ’Malta se ssir fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun, u f ’Għawdex fiċ-Ċentru Laburista tar-Rabat. Id-delegati eliġibbli, li jlaħħqu 762, għandhom jieħdu magħhom mezz ta’ identifikazzjoni biex jingħataw il-polza tal-vot u jeżerċitaw id-dritt tagħhom. Joe Falzon, membru fil-Kummissjoni Elettorali Laburista, spjega li wara li tagħlaq il-votazzjoni, l-għadd tal-voti se jsir fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista stess. “Nantiċipaw li fi żmien nofs siegħa, tliet kwarti, peress li l-polza hi waħda sempliċi għall-aħħar, inkunu nistgħu noħorġu b’riżultat.” Ir-riżultat uffiċjali jitħabbar ilĦadd filgħodu f ’Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista fir-Rialto f ’Bormla.


09

19.07.2020

kullhadd.com

MAL-1,700,000 ŻJARA F’CASINOS U SWALI TAL-LOGĦOB FL-2019 ŻIEDA TA’ 775,000 ŻJARA FUQ PERJODU TA’ ĦAMES SNIN, ŻIEDA MEDJA TA’ 155,000 KULL SENA … SETTUR LI MAT-12,000 IMPJIEG ILLUM JIDDEPENDU MINNU DIRETTAMENT U INDIRETTAMENT Matul is-sena li għaddiet ġew irreġistrati 1,740,186 żjara f ’casinos u swali tal-logħob imferrxin madwar Malta, skont tagħrif li ngħata din il-ġimgħa mill-Ministru għall-Finanzi u Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna. L-ammont, li jirrifletti wkoll in-numru ta’ żjarat multipli mill-istess individwi, hu 69,000 iżjed mill-2018 u ftit aktar minn 775,000 minn ħames snin qabel. Waqt li kien qed iwieġeb erba’ mistoqsijiet Parlamentari relatati mal-istess suġġett tad-Deputat Hermann Schiavone, il-Professur Scicluna elenka separatament ċifri dwar kemm kien hemm żjarat minn Maltin u barranin f ’casinos, li huma biss erbgħa, u swali tallogħob, magħrufin ukoll bħala gaming parlours, li jammontaw għal ftit iżjed minn 50. Iċ-ċifri, li jeskludu kull tip ta’ sħubija jew żjarat virtwali f ’online casinos, ixaqilbu iżjed lejn il-casinos milli s-swali tal-logħob, anke jekk dawn tal-aħħar huma ferm aktar numerużi, iżda iżgħar fid-daqs. Dawn ukoll jindikaw f ’tendenzi akbar ta’ barranin li jżuruhom. Fil-fatt, jirriżulta li minn 940,766 żjara li saru f ’dawn it-tip ta’ postijiet ta’ logħob tal-azzard, aktar minn nofs miljun (530,095) saru minn barranin. Min-naħa l-oħra, swali tallogħob imferrxin f ’diversi rħula u bliet lokali raw 130,000 iżjed Maltin minn barranin iżuruhom is-sena li għaddiet. Fil-fatt kien hemm 460,852 żjara minn Maltin

imqabblin ma’ 338,568 żjara minn barranin. Minkejja dan u għalkemm it-tendenza hi li kull sena kien hemm żieda għat-tnejn li huma, jirriżulta li ż-żidiet ta’ żjarat minn barranin fi swali tal-logħob kien ħafna ikbar. Skont l-istatistika ppreżentata, żjarat minn barranin f ’dawn il-postijiet qabżu b’245,000 f ’perjodu ta’ erba’ snin biss. Id-differenza fiż-żjarat ta’ Maltin fl-istess perjodu kienet ta’ 122,000. Fi tweġiba parlamentari li kienet ingħatat f ’Mejju tal-2016 mill-Ministru dak iż-żmien Manuel Mallia kien ħareġ li ż-żjarat totali fi swali tal-logħob lokali fl-

il-missjoni tal-Fondazzjoni hi li tinħoloq kuxjenza billi jingħata tagħrif wiesa’ dwar il-limitu, kawżi possibbli u konsegwenzi tal-problema tal-logħob f’Malta b’għan ta’ prevenzjoni u li jiġi pprovdut l-appoġġ kollu neċessarju lil persuni li jbatu mill-vizzju tal-logħob 2014 u l-2015 kienu tliet darbiet inqas mis-sena li għaddiet jew differenza ta’ 558,434 żjara. Iż-żjarat ta’ Maltin u barranin fil-casinos lokali fuq perjodu ta’ seba’ snin, bejn l-2013 u l-2019, raw qabża ta’ 200,000.

Meta mitlub biex jikkwantifika kemm ġew iġġenerati flus fl-ekonomija Maltija mill-industrija tal-logħob inġenerali fl-aħħar tliet snin, il-Ministru għall-Finanzi wieġeb li aktar minn €1.5 biljun daħlu fil-Kaxxa ta’ Malta matul

is-sena li għaddiet, fejn l-industrija wkoll impjegat direttament 7,417-il ħaddiem, li minnhom 2,794 huma Maltin. Minn tagħrif li għandha din il-gazzetta hu stmat li hemm aktar minn 4,000 ħaddiem ieħor li, b’mod indirett, l-impjieg tagħhom jiddependi wkoll mill-industrija, għal total ta’ madwar 12,000 impjieg. Ġew ippreżentati wkoll ċifri ta’ kemm intefqu flus mill-poplu Malti f ’konsum ta’ logħob. Skont l-istudju li l-Awtorità Maltija għal-

NUMRU TOTALI TA’ ŻJARAT FIS-SWALI TAL-LOGĦOB MALTIN BARRANIN TOTAL

2014 240,986*

2015 280,928*

2016 338,635 93,542 432,177

2017 391,764 172,326 564,090

2018 449,858 286,804 736,662

2019 460,852 338,568 799,420

2016 426,756 477,656 904,412

2017 416,021 494,181 910,202

2018 416,473 518,139 934,612

*L-informazzjoni ma kinitx maqsuma skont iċ-ċittadinanza

NUMRU TOTALI TA’ ŻJARAT FIL-CASINOS MALTIN BARRANIN TOTAL

2013 409,016 331,651 740,667

2014 387,951 335,541 723,492

2015 381,608 399,450 781,058

2019 410,671 530,095 940,766

Logħob (MGA) tagħmel kull sentejn biex tistudja l-attitudnijiet u d-drawwiet assoċjati mallogħob tal-popolazzjoni Maltija, hu stmat li ntefqu €125 miljun fuq servizzi ta’ logħob fl-2015 u tliet miljuni iżjed fl-2017. Ċifri għall-2019 mistennija jiġu ppubblikati aktar ’il quddiem, meta l-istudju relatat jiġi finalizzat. Finalment il-Ministru responsabbli kien mistoqsi fil-Parlament jekk jistax jelenka ħidmet ir-Responsible Gaming Foundation u kemm rendiet lura flus lis-soċjetà bħala parti minn ġbir mill-industrija. Scicluna saħaq li “l-missjoni tal-Fondazzjoni hi li tinħoloq kuxjenza billi jingħata tagħrif wiesa’ dwar il-limitu, kawżi possibbli u konsegwenzi tal-problema tal-logħob f ’Malta b’għan ta’ prevenzjoni u li jiġi pprovdut l-appoġġ kollu neċessarju lil persuni li jbatu mill-vizzju tallogħob u persuni qrib tagħhom, fl-isforzi kontinwi matul ilproċess ta’ rkupru mill-problema. Skont l-aħħar ċifri uffiċjali li jkopru għas-sena 2017, il-Fondazzjoni nefqet €50,554 fuq din l-attività, li ma jinkludux l-amministrazzjoni tal-Fondazzjoni nnifisha.”


10

19.07.2020

kullhadd.com

UŻU TA’ ASFALT SIMILI GĦAL DAK FIR-RUNWAYS


11

19.07.2020

kullhadd.com

Tkompli minn paġna 1 Bħala parti minn dan il-proċess ta’ tiġdid ta’ dawn l-istandards tekniċi, l-Aġenzija għaddejja bi proċess ta’ konsultazzjoni ma’ dawk kollha involuti, fosthom anke esperti ta’ dan il-qasam minn pajjiżi barranin. Fost oħrajn, fl-istandards il-ġodda qed jiġi kkunsidrat kull tip ta’ taħlit ta’ asfalt li bħalissa jintalab mill-kuntratturi li jkunu qed iwettqu xogħlijiet fit-toroq. Jirriżulta lil din il-gazzetta li, bħalissa, l-istandards ta’ pajjiżna jitolbu li fit-toroq jintuża asfalt tat-tip “paving grade bitumen”. Dan it-tip t’asfalt diġà hu konformi mal-istandards Ewropej fejn tidħol il-kwalità fil-bini tat-toroq. Madankollu, f ’toroq traffikużi ħafna f ’pajjiżi oħrajn jintuża wkoll taħlit ta’ asfalt differenti li jkunu aktar reżistenti, kemm għall-elementi tal-klima, kif ukoll għal vetturi aktar tqal. Dawn it-tipi t’asfalt aktar b’saħħithom, fosthom dak magħruf bħala “polymer modified asphalt concrete”, f ’Malta intużaw biss mis-settur privat fuq ir-runways tal-mitjar. Infrastructure Malta qed tippjana biex tibda tintroduċi dawn it-tipi t’asfalt fil-proġetti tagħha b’mod gradwali, fejn ikun meħtieġ. L-ewwel proġett li se jagħmel użu minn dawn it-tipi t’asfalt aktar b’saħħithom huwa proprju l-Marsa Junction. B’hekk, il-korsiji ta’ fuq is-seba’ flyovers ta’ dan ilproġett se jkunu miksijin b’asfalt li jirreżisti aktar għat-tibdil fit-temperatura, speċjalment meta tqis it-temperaturi għoljin tassjuf Maltin. Fl-istess waqt, dan it-tip t’asfalt ikun jiflaħ aktar il-pressjoni tal-ammonti kbar ta’ vetturi tqal, bħal trakkijiet tal-merkanzija jew karozzi tal-linja li jgħaddu minn fuqu b’mod frekwenti. Dan it-tisħiħ isir billi fit-taħlita tiegħu jkollu dawk li jissejħu elastomeriċi mħalltin mal-qatran biex jirrenduh aktar flessibbli u reżistenti. Bħala prova bi tħejjija għal dan ix-xogħol, fil-ġimgħat li għaddew dan l-asfalt ġie ttestjat waqt xogħlijiet ta’ manutenzjoni li saru fi Triq Ħal Far. L-asfalt ġie ttestjat fil-ġimgħat li għaddew u nstab li huwa addattat għall-kundizzjonijiet u l-klima tal-gżejjer Maltin, waqt li jilħaq il-livelli ta’ kwalità għolja li qed tesiġi Infrastructure Malta fil-proġetti tagħha. L-Aġenzija qed taħdem biex tkompli

ttejjeb il-kwalità, is-sigurezza, l-effiċjenza u s-sostenibilità tal-ħidma tagħha, ħalli pajjiżna jiggwadanja l-akbar valur possibbli mill-investiment li qed jagħmel fl-infrastruttura u fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin se tkun qed tuża dan l-asfalt ġdid fuq il-wiċċ ta’ aktar minn 12-il kilometru ta’ korsiji ġodda filproġett tal-Marsa. Din il-ġimgħa stess tħabbar li aktar minn 70% tal-proġett jinsab lest u bħalissa għaddejjin l-aħħar xogħlijiet fuq tliet pontijiet li mistennija jinfetħu għas-sewwieqa x-xahar id-dieħel. Waqt żjara fuq il-post mill-Ministru responsabbli għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi sar magħruf li l-ħidma li għaddejja tinkludi xogħol fuq l-aħħar erba’ rampi li se jgħaqqdu lil dawn il-pontijiet mat-toroq f ’din il-ħolqa, filwaqt li ħames rampi oħrajn diġà huma lesti. Infrastructure Malta qed tibni toroq ġodda taħt dawn il-pontijiet favur konnessjonijiet effiċjenti u siguri, waqt li għaddej ukoll il-bini tal-passaġġi pedonali, pontijiet pedonali, korsiji u waqfiet għat-trasport pubbliku, faċilitajiet ta’ park & ride u trakki għaċ-ċiklisti. Fl-aħħar xhur inbnew ukoll żewġ ġibjuni taħt l-art biex jinġabru 1.5 miljun litru ta’ ilma tax-xita għat-tisqija tal-landscaping li se jkun parti mill-proġett. “Dan huwa l-akbar proġett infrastrutturali li qatt ra pajjiżna, u qed nagħmlu l-almu tagħna biex inlestuh fil-ħin, bl-aqwa kwalità u bil-faċilitajiet kollha neċessarji. Nibqgħu impenjati li naraw toroq aktar effiċjenti, aktar siguri u aktar xierqa għaż-żminijiet kontemporanji u għall-bidla fil-kultura li nixtiequ naraw fis-settur tat-trasport,” qal il-Ministru Borg. Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi stqarr li l-Junction tal-Marsa għandha allokat għaliha €52 miljun b’fondi Ewropej. Fi tmiem din il-ġimgħa se tinfetaħ konnessjoni lejn it-Tramuntana bejn Vjal Sir Paul Boffa u Triq Aldo Moro, filwaqt li t-traffiku se jkun qed jgħaddi minn diverżjoni mill-karreġġjata lejn it-Tramuntana ta’ Triq Giuseppe Garibaldi għal triq oħra fil-Qasam Industrijali tal-Marsa.

Dehra tal-junction fil-Marsa qrib l-Addolorata f’data mhux magħrufa, għalkemm skont il-bini tax-Shipbuilding (fuq) aktarx kien il-bidu tas-snin 70. Fi żvilupp importanti, Gvern Laburista fil-leġiżlatura 1996-1998 kien elimina r-roundabout miż-żona u minflokha daħħal it-traffic lights, waqt li llum għandna seba’ flyovers qed jgħaddu minn fuq l-istess żona.


12

19.07.2020

kullhadd.com

L-UĠIGĦ FL-ISPALLA Mr. Alistair Melvyn Pace M.D. (Melit.), M.R.C.S.(Eng.), M.R.C.S.(Edinburgh), F.R.C.S.(Tr.& Orth.), M.Sc.(U.K.), Dipl. (Orthopaedics), CCT (U.K.)

L-uġigħ fl-ispalla huwa komuni ħafna u jaffettwa wieħed minn kull erba’ persuni f ’ħajjithom. L-ispalla hija magħmula minn tliet għadmiet prinċipali - il-klavikola (clavicle), l-għadma tad- driegħ(humerus) u – l-iskapula. Dan il-ġog huwa mobbli ħafna u r-ras tal-humerus hija miksija b’erba’ għeruq li jmexxu l-ispalla u li jissejħu rotator cuff. L-uġigħ tal-ispalla jista’ jkun akut pereżempju meta wieħed jaqa’ u jweġġa’ l-ispalla. F’dan il-każ jista’ wieħed ifekkek ilġog, jiddisloka l-ġog u jikser xi għadma tal-ispalla jew iċarrat il-muskolu jew l-għeruq ta’ madwar l-ispalla. Ħafna drabi, dan l-uġigħ ifiq waħdu bl-għajnuna ta’ xi pilloli tal-uġigħ jew tal-infjammazzjoni kif ukoll xi terapija jew eżerċizzji. Jekk l-uġigħ ikompli jew hemm possibbiltà ta’ ksur jew dislokazzjoni jew tiċrita fl-għeruq, importanti li jsir X-Ray u ultrasound. Kawżi oħra ta’ uġigħ akut hija infezzjoni tal-ġog u ħafna drabi jista’ jkun hemm sintomi oħrajn bħal raxx jew deni. Meta l-uġigħ jibda waħdu u jiżdied biż-żmien u jkun hemm għal ġimgħat jew snin, jissejjaħ kroniku. Hemm diversi kawżi ta’ dan l-uġigħ. Waħda mill-iżjed raġunijiet komuni tissejjaħ impingement. Din tiġri l-iktar fil-middle age. F’din il-kundizzjoni għeruq tal-ispalla msejħin bħala rotator cuff jiġu maqrusa

mill-artrite. B‘hekk meta wieħed jerfa’ driegħu, iħoss uġigħ madwar id-driegħ pereżempju meta jilbes ġakketta jew iġib xi ħaġa minn fuq xkafa. Jista’ jkun hemm uġigħ ukoll meta jorqod fuq l-ispalla billejl. B’din il-kundizzjoni jista’ jkun hemm ukoll infjammazzjoni u tiċrit

tal-għeruq u allura nuqqas ta’ saħħa fid-driegħ. It-trattament f ’dawn il-każi jinkludi pilloli tal-uġigħ, terapija, injezzjoni tal-isterojdi jew ta’ PrP (platelet rich plasma - fejn kampjun tad-demm tal-pazjent jiġi estratt u mqiegħed ġo magna apposta. Imbagħad il-plasma jiġi injettat fil-ġog. Meta dawn ma jaħdmux tista’ ssir operazzjoni bil- keyhole fejn camera tiddaħħal ġol-ispalla u l-infjammazzjoni titneħħa, kif ukoll xi għadam żejjed li jkun qed iħokk malgħeruq. Fl-istess operazzjoni jistgħu jissewwew l-għeruq jekk ikun hemm bżonn. Kawża oħra tal-uġigħ fl-ispalla hija infjammazzjoni tal-għeruq li tissejjaħ tendinitis. F’dan il-każ jista’ jitrabba wkoll il-kalċju flgħeruq. L-ebusija tal-ispalla jew frozen shoulder hija kawża oħra tal-uġigħ f ’din l-età. Din il-kundizzjoni tista’ tibda wara xi weġgħa tal-ispalla. Il-kapsula u l-istrutturi l-oħra madwar l-ispalla jiffjammaw u jibbiesu tant li jkun hemm ħafna uġigħ u mbagħad nuqqas ta’ moviment. Din il-kundizzjoni hija iktar komuni fin-nisa u f ’dawk li għandhom iz-zokkor u ħafna drabi ttaffi waħedha wara

L-ebusija tal-ispalla jew frozen shoulder hija kawża oħra tal-uġigħ f’din l-età. Din il-kundizzjoni tista’ tibda wara xi weġgħa tal-ispalla. Il-kapsula u l-istrutturi l-oħra madwar l-ispalla jiffjammaw u jibbiesu tant li jkun hemm ħafna uġigħ u mbagħad nuqqas ta’ moviment xi sentejn jew tliet snin. Ħafna drabi l-X-ray ikun normali. Għaldaqstant, din il-kundizzjoni tista’ tiġi ttrattata bil-pilloli, bl-injezzjonijiet tal-isterojdi, bl-eżerċizzji u xi kultant manipulazzjoni talġog u operazzjoni bil-keyhole biex teħles il-ġog mill-għebusija. F’pazjenti anzjani, il-kawża ta’ wġigħ kroniku ħafna drabi jiġi mill-artrite. Jista’ jkun li l-uġigħ ikun ġej mill-artrite fl-għonq. Wieħed ma jridx jinsa li xi kultant, l-uġigħ jista’ jkun ġej minn xi kanċer. Bl-artite, il-qarquċa tal-ġog tibda titherra u l-għadam jibdew iħokku ma’ xulxin. Dan jista’ jikkawża uġigħ, għebusija tal-ġog kif ukoll nuqqas ta’ użu tad-driegħ. It-tabib jordnalek X-ray biex jikkonferma l-dijanjosi. Meta l-marda tkun fil-bidu wieħed jista’ juża l-pilloli u forsi xi eżerċizzji. Iżda jekk dawn ma jaħdmux jista’ jkun hemm bżonn ta’ injezzjonijiet ta’ PrP jew steroids jew operazzjoni fejn tista’ tinbidel l-ispalla f ’waħda tal-plastik u metall. Din hija operazzjoni maġġura u allura hemm ċerti riskji. Hemm studji juru li s-sodisfazzjon tal-pazjent

wara din l-operazzjoni jilħaq il85%. Il-kawża tal-uġigħ f ’pazjenti iżgħar tista’ tkun minn dawn li semmejna imma ħafna drabi, l-uġigħ jiġi mill-użu ripetittiv tal-ispalla jew waqt l-isport pereżempju fil-gym jew bir-rugby jew mix-xogħol manwali. F’dawn il-każijiet l-għeruq jistgħu jiffjammaw. Fl-agħar każijiet l-ispalla tista’ tiżloga u wara li titpoġġa lura tista’ tibqa’ tagħti fastidju meta l-pazjent iħoss li l-ispalla tibqa’ toħroġ b’ċerti movimenti jew ikun hemm uġigħ jew sensazzjoni ta’ clicking. F’każijiet oħrajn, l-għerq tal-muskolu tal-biceps jew il-qarquċa madwar l-ispalla jistgħu jiġrilhom il-ħsara. F’dawn il-każijiet jeħtieġ li ssir MRI scan ħafna drabi bil-kulur fil-ġog biex juri l-problema. F’dawn il-każijiet li ma jfiqux maż-żmien, hemm bżonn li ssir operazzjoni bil-keyhole. Mr Alistair Melvyn Pace hu Consultant Orthopaedic & Trauma Surgeon u Senior Lecturer fl-Università ta’ Malta.


13

19.07.2020

kullhadd.com

PRINĊIPJI LI MA JINBIDLUX

Miriam Dalli Membru Parlamentari Ewropew

Għaddejjin minn żmien bla preċedent fil-politika Maltija. Dak li qed jiġri bħalissa fil-Partit Nazzjonalista hija sitwazzjoni li ma bdietx ilbieraħ imma ilha tinħema sa mill-ewwel ġurnata li t-tesserati tal-Partit Nazzjonalista għażlu persuna li l-fazzjoni ta’ Simon Busuttil ma riditx. F’sitwazzjoni bħal din toħroġ ċara d-differenza fundamentali bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista. Għall-Partit Laburita, l-“aħna” huwa akbar mill“jien”, hu min hu l-“jien”. L-ebda persuna mhi akbar minna kollha

flimkien u l-ebda persuna mhi akbar mill-partit, jew akbar millpajjiż. F’dan il-mument, aktar milli x’se jiġri fil-Partit Nazzjonalista, nippreferi niffoka fuq x’se nagħmlu aħna, għax quddiem dan il-kaos ma nistgħux nibqgħu passivi jew nogħrku jdejna. Għall-kuntrarju, ir-responsabilità fuqna hija akbar. Għamilna ħafna ġid, imma żbalji saru wkoll. Hija r-responsabilità tagħna aktar minn qatt qabel li nkunu viġilanti u fejn inkunu nafu bl-iżbalji nitkellmu. Aktar u aktar jekk b’dawk l-iżbalji jbati min hu l-aktar vulnerabbli u min hu l-aktar fil-bżonn. Irridu kontinwament nistaqsu lilna nfusna: għaliex qegħdin fil-Partit Laburista? Jien qiegħda fil-Partit Laburista għaliex nemmen li dan huwa l-uniku partit li kapaċi jgħin lil min l-aktar għandu bżonn u jagħti lil kulħadd l-opportunità li jimxi ’l quddiem. Irridu nagħmlu dan b’ġustizzja, kif għamlu missirijietna matul is-snin. Din is-sena qed infakkru l-mitt sena mit-twaqqif tal-Partit Laburista u din hija okkażjoni

fejn irridu nfakkru l-kisbiet ta’ dan il-moviment. Qed ngħid hekk għaliex ħafna drabi ninsew infakkru l-kisbiet kbar li għamel dan il-partit meta ma beżax mill-bidla. Biex tbiddel irid ikollok il-kuraġġ u dak il-kuraġġ għandu jkompli jiggwidana fis-snin li ġejjin. Li kieku mexxejja Laburisti beżgħu mill-bidla, il-fqir ma kien qatt jinqala’ mill-faqar u bin il-fqir ma kien ikollu qatt l-opportunità li jitgħallem u jimxi ’l quddiem. Li kieku fl-aħħar seba’ snin bżajna mill-bidla, kieku li tkun gay ifisser li ma tistax tħobb lil min trid, u ħafna nisa għadhom sal-lum ma jistgħux joħorġu jaħdmu jekk mhux għax iħallsu ħafna flus f ’childcare. Kieku l-Partit Laburista beża’ mill-bidla kieku ma kinitx tinħoloq middle class fis-soċjetà Maltija u ma kinux joħorġu tant familji mill-faqar. Hija r-responsabilità tagħna li ma nibżgħux mill-bidla, anzi rridu nsostnu l-kuraġġ biex inkomplu nibnu fuq it-tajjeb u nbiddlu fejn hemm bżonn. Għandna pajjiż b’saħħtu li kapaċi jilqa’ anke għall-pandemija li heżżet pajjiżi oħra, għax għand-

na Gvern b’saħħtu li kien kapaċi jieħu d-deċiżjonijiet li kien hemm bżonn fil-mument opportun. Pajjiżna kiseb suċċessi kbar u baqagħlu ħafna aktar x’jikseb. Imma filwaqt li kapaċi noffru l-aħjar kwalità ta’ ħajja għall-ġenerazzjonijiet tal-lum u tal-futur, jeħtieġ li nirriformaw. Irridu nkomplu bil-bidliet li bdejna biex ikollna governanza b’saħħitha. Biex fejn hemm il-ħażin naqilgħuh mill-għeruq. Biex ninfurzaw il-liġijiet li għandna. Biex kulħadd jieħu dak li verament huwa tiegħu u dak li ħaqqu. Biex nipproteġu l-ambjent ta’ madwarna. Biex indaħħlu prattiċi ġodda li sa ftit ilu bilkemm konna noħolmu bihom, bħar-remote working. Biex verament nagħtu opportunità lil kulħadd u lill-aktar vulnerabbli. Konvinta li l-Prim Ministru Robert Abela kapaċi jbiddel u konvinta wkoll li flimkien se jibqa’ jkollna l-kuraġġ inbiddlu fejn hemm bżonn u kemm hemm bżonn, imma mhux b’kapriċċ. Għax dak li sar tajjeb irridu nkomplu nibnu fuqu. Se nkompli naħdem għal bidla

fejn nemmen li hemm bżonn bidla, daqskemm nemmen fil-prinċipji li fuqhom twaqqaf dan il-partit. Għalhekk se nibqa’ naħdem biex nara dawk il-prinċipji jibqgħu sodi u ma jitgħawġux, biex nibqgħu nżommu fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna lil dawk li l-aktar għandhom bżonn. Fir-realtà li qed ngħixu llum, inżomm quddiem għajnejja d-diskors ta’ Ġużè Ellul Mercer aktar minn 90 sena ilu meta qal: “Mexxejja ta’ ħila politika jiġu u jmorru, jgħaddu u jintesew u flokhom jiġu oħrajn, iżda l-prinċipji, il-pedamenti sodi li fuqhom huwa mibni l-partit tal-ħaddiema ma jitbiddlux.”

Hija r-responsabilità tagħna aktar minn qatt qabel li nkunu viġilanti u fejn inkunu nafu bl-iżbalji nitkellmu

JIEN U INTOM IL-VUĊI TAGĦHOM

Felix Busuttil Galea Kandidat

Tkun xi tkun is-sitwazzjoni u jkunu kemm ikunu diffiċli l-kundizzjonijiet ta’ pajjiż qatt ma nistgħu nwarrbu l-importanza tal-protezzjoni tal-annimali u tal-ambjent ta’ madwarna. Fi djarna, anke meta konna għaddejjin minn ġimgħat ta’ tbatija, sibna dejjem il-ħin sabiex nieħdu ħsieb il-pets tagħna – anzi nista’ ngħid li l-istess pets kienu ta’ konsolazzjoni kbira u ta’ ħbiberija mingħajr kundizzjonijiet. Kull min jafni, jaf li nħobb l-annimali. Nemmen li dawn jistħoqqilhom kull għajnuna, kull protezzjoni u kull importanza. U mhux biss l-annimali li jgħixu fi djarna, li jiena nħoss li huma parti mill-familja tagħna, iżda

wkoll dawk li huma fis-selvaġġ. Ma’ dawn ninkludi wkoll is-siġar, il-pjanti u dak kollu li jħaddar lil pajjiżna. Dawn huma xi ftit punti li żgur li jagħmlu sens u jkomplu jsaħħu l-imħabba u r-rispett li għandna lejn il-ħolqien ta’ madwarna: • Nemmen li apparti ċ-children’s allowance għandu jkun hemm sistema ta’ pet allowance għall-annimali domestiċi. Mhux biss klieb u qtates iżda wkoll fniek, żwiemel, hamsters, nagħaġ, baqar, ħnieżer, tiġieġ u papri. Annimal domestiku hu ġenetikament determinat li jkun tolleranti mal-umani. Hija krudeltà meta annimali selvaġġi jinqaflu ġo gaġġa u allura dawn mhumiex domestikati. Dawk li jrabbu l-annimali mhumiex eliġibbli għax inkunu qegħdin ninkoraġġixxu t-trobbija għall-profitt. U hawnhekk (kif diġà hemm inċentiv mill-Gvern preżenti fir-rigward ta’ kumpens lejn is-santwarji tal-annimali) ninkoraġġixxu l-addozzjoni. • Il-pet allowance tista’ tingħata kull tliet xhur f ’forma ta’ vouchers li jissarrfu f ’ikel. Jidħol fis-seħħ tip ta’ means testing sabiex din l-għajnuna tingħata l-iktar lil min għandu bżonnha. U din l-inċentiva tig-

garantixxi li kull min għandu pets jirreġistrahom u jiċċippjahom. Ikun hemm visti regolari għand ilvets sabiex ma jkun hemm l-ebda abbuż jekk xi pets imutu. • Nemmen li l-isptar tal-annimali tal-Gvern għandu jkun bla ħlas u anki l-mediċini tagħhom ikunu f ’forma ta’ assigurazzjoni fuq bażi tassew minima ta’ ħlas. • Għandna bżonn ta’ santwarju nazzjonali state of the art fejn jista’ jinkludi dan l-isptar b’xejn. Dan is-santwarju jkun operat minn staff li jħobb l-annimali fejn minnu jistgħu jsiru riċerki – u jkun ukoll lok għal edukazzjoni ta’ wliedna. Fih issib ukoll sistema ta’ boarding li jkun għall-but ta’ kulħadd u b’xejn fi stati ta’ emerġenza personali. • Nisħaq li l-wegħda ta’ ċimiterju għall-annimali fl-aħħar manifest elettorali ma tintesiex – u jkollna inċineratur nazzjonali mingħajr ħlas. Ma nixtieqx nara lil ħaddieħor jgħaddi minn dak li għaddejt minnu jien meta tlift lil Sushi. Meta persuna titlef pet tkun qisha tilfet parti mill-familja. • Ma nemminx li l-pets tagħna marbutin b’ċinga ma jistgħux jidħlu f ’postijiet pubbliċi bħal banek, ġonna u bajjiet. Hu l-bniedem li jħammeġ l-iktar mhux l-annimal.

Ovvjament għandu jkun hemm pieni kbar għal dawk li ma jiġbrux wara l-annimali tagħhom barra mid-djar. • Hemm bżonn li nindirizzaw l-isfidi ta’ qtates li jgħixu fit-toroq. Neutering serju u għajnuna għal dawk li minn buthom qegħdin jieħdu ħsiebhom kif għedt qabel f ’forma ta’ food vouchers. • Nisħaq ukoll fuq l-importanza li jkunu fis-seħħ pieni kbar saħansitra ħabs għall-moħqrija tal-annimali. Protezzjoni assoluta u mingħajr kantunieri għal kull ħlejqa protetta. • Issir kampanja nazzjonali għal konsum inqas ta’ laħam u introduzzjoni ta’ ikel anke fi skejjel u fi djarna ta’ platti bbażati fuq l-ingredjenti ta’ ħaxix frisk. Il-biċċerija tkun lok fejn hemm kontroll serju ta’ kif jinqatlu l-annimali bl-ikbar rispett. Innaqqsu l-konsum eċċessiv ta’ laħam – wara kollox dan l-istess konsum hu parti kbira miż-żieda fis-sħana globali u l-periklu kbir fit-tibdil tal-klima. • Aktar kas li kull siġra matura jekk hi fin-nofs tinqala’ u tiġi miżrugħa post ieħor – u ejjew nagħmlu lil Malta u lil Għawdex ġnien wieħed kbir ta’ pjanti, siġar u ħdura. Ta’ Qali jsir foresta u park

kbir mibni u kkurat – bħas-Central Park fi New York. Id-dinja tibda wkoll tħares lejna bħala n-numru wieħed fejn tidħol l-imħabba u r-rispett li għandna lejn l-annimali u l-ambjent. Jixirqilna u jagħmilna tassew umani. U ħafna u ħafna ser ikunu kuntentissimi jekk din issir realtà.

Tkun xi tkun is-sitwazzjoni u jkunu kemm ikunu diffiċli l-kundizzjonijiet ta’ pajjiż qatt ma nistgħu nwarrbu l-importanza tal-protezzjoni tal-annimali u tal-ambjent ta’ madwarna


14

19.07.2020

kullhadd.com

L-FSWS: L-AĠENZIJA NAZZJONALI GĦAS-SERVIZZI SOĊJALI F’sensiela ta’ artikli se nibdew niltaqgħu mill-qrib ma’ diversi entitajiet u organizzazzjonijiet li għandna f ’dan il-pajjiż. Entitajiet u organizzazzjonijiet li qed jagħmlu ġid kbir f ’diversi oqsma li minnhom tibbenefika l-komunità Maltija. Bdejna mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, li fit-tmun bħala Kap Eżekuttiv li jmexxi tim kbir ta’ ħaddiema u professjonisti għandha lil Alfred Grixti. Il-Fondazzjoni (FSWS) tagħmel parti mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali. Hija l-aġenzija nazzjonali għas-servizzi soċjali f ’Malta u Għawdex u toffri għajnuna minn professjonisti mħarrġin apposta f ’dan il-qasam. Timpjega ’l fuq minn 850 impjegat li l-maġġoranza assoluta tagħhhom, 73%, huma ħaddiema soċjali (social workers), terapisti tal-familja, psikologi, psikoterapisti, ħaddiema fil-komunità (community workers), ħaddiema maż-żgħażagħ (youth workers), social mentors u support workers fost l-oħrajn. L-FSWS taħdem ukoll fl-isptarijiet u ċentri tas-saħħa, tmexxi l-linji 179 u 1772 u tikkordina l-inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għal internet aktar sikur permezz tal-programm Be Smart Online! u ċ-Child Web Alert. Il-Bidu L-ewwel oqsma li bdew joperaw mill-Fondazzjoni meta twaqqfet fl-1994, kienu l-ħarsien tat-tfal (child protection), il-vjolenza domestika, l-abbuż tad-droga u l-alkoħol. Is-servizz ta’ protezzjoni għattfal li jingħata mill-Aġenzija Ħarsien tat-Tfal fi ħdan l-FSWS, qiegħed hemm biex iħares lit-tfal kollha li jgħixu f ’Malta u Għawdex minn kull forma ta’ abbuż. Dan jinkludi kull xorta ta’ azzjoni li sseħħ fuq persuna taħt it-18il sena li għandha l-intenzjoni li tweġġa’, tirredikola jew ixxejjen lil dawk il-minuri. Normalment, meta wieħed jaħseb fuq abbuż fuq il-minuri, ikun qed jirreferi għal wieħed jew aktar mill-abbużi rikonoxxuti. Dawn jinkludu l-abbuż fiżiku, l-abbuż sesswali, l-abbuż emozzjonali u t-traskuraġni. Huwa fl-interess tal-Fondazzjoni li bħala soċjetà tiżgura li t-tfal Maltin u Għawdxin mhumiex qed jiġu trattati b’mod ħażin. Il-Fondazzjoni temmen li t-tfal tal-lum se jkunu l-adulti ta’ għada, u allura ma tista’ qatt tinjora l-evidenza

li turi li t-trawmi li t-tfal jgħaddu minnhom waqt it-tfulija, jaf ikollhom impatt sinifikanti fuq l-imġiba tagħhom meta jsiru adulti u jidħlu f ’relazzjonijiet intimi. Barra minn hekk, hemm biżżejjed evidenza mir-riċerka, li tindika li l-abbuż fuq it-tfal iwassal għal riperkussjonijiet serji fuq is-saħħa u l-imġiba fil-ġejjieni. Dan ifisser li meta jsiru adulti, dawn it-tfal ikollhom tendenza akbar li jiżviluppaw problemi ta’ sustanzi, problemi ta’ saħħa fiżika, problemi ta’ saħħa mentali u ħafna sitwazzjonijiet diffiċli oħrajn. Għalhekk importanti li bħala soċjetà wieħed għandu jqis il-protezzjoni tat-tfal bħala xi ħaġa importanti ħafna. Dan għall-fatt li l-Fondazzjoni temmen li kull tifel u tifla li joqogħdu fil-gżejjer Maltin jistħoqqilhom li jgħixu ħajja libera, sikura, sana u mimlija mħabba u kura. Servizzi Kontra l-Vjolenza Domestika Servizz ieħor offrut mill-Aġenzija Appoġġ jingħata lil persuni f ’sitwazzjoni ta’ vjolenza domestika. L-aġenzija toffri servizzi kemm lill-vittmi ta’ vjolenza domestika u lit-tfal tagħhom, kif ukoll lil min jabbuża, l-aggressur. L-għan prinċipali ta’ dan is-servizz huwa li tiġi mħarsa s-sigurtà ta’ dawk il-persuni li jkun għaddejjin minn din il-problema. Dan normal-

ment jiġri permezz ta’ sessjonijiet fi gruppi li jdumu għaddejjin ftit xhur u matul dawn il-programmi, il-persuni li jwettqu l-abbuż, ikunu jistgħu jingħataw l-għajnuna dwar l-imġiba tagħhom li tkun qed iġġegħelhom jaġixxu b’dak il-mod. Il-Fondazzjoni tappella kontinwament biex jekk xi persuna tkun taf b’xi abbuż hu ta’ liema tip hu, tista’ tgħin billi jew tagħmel rapport lill-Pulizija, jew iċċempel lill-Aġenzija Appoġġ fuq 22959000 waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju, jew fuq is-Supportline 179, li hija linja bla ħlas miftuħa 24 siegħa kuljum. Malli vittma ta’ vjolenza domestika tagħmel kuntatt mal-Aġenzija, din tiġi mill-ewwel riferuta lis-Servizz kontra l-Vjolenza Domestika bil-għan li tkun offruta assistenza biex tilħaq il-bżonnijiet emozzjonali, psikoloġiċi kif ukoll materjali ta’ dawn in-nies. L-Aġenzija Appoġġ toffri wkoll servizzi għal persuni bla dar (homeless) u hemm taqsima li tas-

sisti lill-vittmi tat-traffikar uman. Kura Alternattiva Id-Direttorat Kura Alternattiva (Tfal) huwa direttorat li twaqqaf permezz tal-liġi l-ġdida tal-Protezzjoni tal-Minuri (Kap 602) li daħlet fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju, 2020. Id-Direttorat isegwi lil madwar 500 tifel u tifla li huma protetti b’care order jew f ’kura alternattiva fuq bażi volontarja. Nofs dawn it-tfal jgħixu ma’ foster families waqt li n-nofs l-ieħor jgħixu fi Djar tat-Tfal. Id-Direttorat ġeneralment “jixtri” dan is-servizz mid-Djar tat-Tfal tal-Knisja jew NGOs oħra bħall-Fondazzjoni Vincenzo Bugeja, il-Fondazzjoni Richmond u l-Fondazzjoni Frate Jacoba. Minbarra hekk, id-Direttorat tat-Tfal imexxi direttament tmint idjar fejn jieħu ħsieb 30 tifel u tifla li jeħtieġu attenzjoni speċjali. Id-Direttorat għall-Kura Alternattiva jmexxi wkoll

Il-Fondazzjoni tappella kontinwament biex jekk xi persuna tkun taf b’xi abbuż hu ta’ liema tip hu, tista’ tgħin billi jew tagħmel rapport lill-Pulizija, jew iċċempel lill-Aġenzija Appoġġ

is-servizzi nazzjonali tal-fostering u l-addozzjonijiet. Servizzi oħra huma mmirati wkoll għal żgħażagħ b’diffikultajiet fl-imġiba tagħhom (challenging behaviour), u jsir kordinament ukoll tal-aċċess għall-ġenituri separati imma li m’għandhomx il-kustodja ta’ wliedhom. Ħidma fil-Komunità L-FSWS illum taħdem ukoll fil-qasam tal-komunità fejn issir ħidma għall-iżvilupp tal-komunità kif ukoll għall-ħidma soċjali fil-komunità (social work in the community). Din il-ħidma titwettaq mill-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità (ACTS). L-għan ta’ din l-Aġenzija huwa li taħdem kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, filwaqt li ssaħħaħ l-iżvilupp tal-kapital uman u komunitarju. Dan isir permezz ta’ numru ta’ professjonisti li jaħdmu flimkien fuq bażi multidixxiplinarja. Il-professjonisti jiltaqgħu mannies fil-komunità tagħhom stess, ħalli b’hekk isiru jafu mill-qrib x’inhuma l-ħiliet u l-ħtiġijiet soċjali tagħhom. Parti mill-istrateġija tal-Aġenzija hija li taħdem millqrib ma’ entitiajiet oħrajn li wkoll jaħdmu fil-komunitajiet, biex ikun assikurat li jkompli jitkattar il-ġid tal-komunità nnifisha. Is-servizzi fil-komunità jiġu offruti minn bosta ċentri madwar Malta u Għawdex li fihom


15

19.07.2020

kullhadd.com

hemm diversi professjonisti bħal ħaddiema soċjali, mentors, terapisti u konsulenti li jaħdmu flimkien fuq bażi multidixxiplinarja, biex jgħinu lin-nies fil-bżonnijiet tagħhom. L-għajnuna tista’ tingħata wkoll fid-djar tan-nies, jekk ikun iktar konvenjenti għalihom. L-FSWS toffri s-servizzi tagħha wkoll biex jiġu implimentati l-iskemi ta’ Distribuzzjoni tal-Ikel Iffinanzjat mill-Istat l-SFFD (State Funded Food Distribution) u dik kofinanzjata mill-EU, il-FEAD (Fund for the European Aid for the most Deprived) li jingħataw lil dawk innies l-iktar fil-bżonn. L-iskemi huma mmirati biex jilħqu firxa ta’ nies fil-bżonn. Il-familji ma jingħatawx sempliċiment ikel b’xejn imma wkoll l-appoġġ soċjali meħtieġ. Dawn l-iskemi juru l-impenn tal-Gvern biex jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-faqar u l-esklużjoni soċjali. L-SFFD jitqassam darbtejn fis-sena, filwaqt li l-FEAD jitqassam tliet darbiet fis-sena. Hemm diversi kriterji ta’ eliġibbiltà għal dawn l-iskemi li jinkludu persuni li jirċievu benefiċċju mhux kontributorju bħall-għajnuna għall-qgħad, benefiċċju speċjali għall-qgħad, allowance għal ġenitur waħdu mhux miżżewweġ, persuni b’diżabilità mhux fl-impjieg, persuni eliġibbli għal pensjoni mhux kontributorja, kif ukoll dawk li jirċievu l-pensjoni tal-età u jikkwalifikaw mit-test tal-mezzi u bi status ta’ persuni waħedhom. Persuni residenti fi sptar, istituzzjoni jew dar tal-anzjani ma jkunux eliġibbli. It-tqassim tal-kaxxa tal-ikel apparti li huwa mezz ta’ għajnuna diretta huwa wkoll mezz li permezz tiegħu isir kuntatt ma’ persuni vulnerabbli biex jiġu megħjuna, jekk iridu, fuq bażi fit-tul. Fil-fatt, nofs l-4,000 familja li jirċievu l-għajnuna tal-FEAD aċċettaw li jsirilhom il-profiling ħalli jibqgħu jkunu segwiti u megħjuna mill-professjonisti fi ħdan l-FSWS. Sedqa: L-Aġenzija Nazzjonali Kontra d-Dipendenza mid-Droga u s-Sustanzi Fi ħdan l-FSWS hemm ukoll l-Aġenzija Sedqa li taħdem qatigħ kontra l-Abbuż tad-Droga. Is-sena li għaddiet, l-Aġenzija ċċelebrat għeluq il-25 Anniversarju mit-twaqqif tagħha – 25 sena ta’ ħidma sfiqa fil-kamp tad-dipendenzi. Ċelebrazzjoni li saret billi ġiet imfakkra wkoll il-memorja tat-Tabiba Maria Sciberras, li kienet il-pijuniera li biddlet il-futur ta’ min kien vittma tad-droga. Grazzi għall-pedamenti sodi li bniet it-Tabiba Sciberras fil-qasam tad-dipendenzi u l-isfidi

xejn faċli li ltaqgħet magħhom, illum nistgħu ngħidu li l-Aġenzija Sedqa toffri servizzi mmexxija minn professjonisti ddedikati biex jgħinu nies biex jegħlbu l-vizzju li jkun jassarhom. Minbarra s-servizzi li toffri fiċ-Ċentru tad-Detox, servizz essenzjali li baqa’ għaddej fil-ħidma intensiva tiegħu anke fi żmien il-COVID-19, l-Aġenzija Sedqa toffri wkoll servizzi oħrajn. Fost dawn hemm is-servizzi ta’ riabilitazzjoni f ’Ħal Farruġ, servizzi psikoloġiċi, servizzi ta’ prevenzjoni mifruxin ma’ diversi sferi fis-soċjetà, kif ukoll servizzi fil-komunità. Illum l-Aġenzija Sedqa żviluppat ħafna u tul l-aħħar sena saret ħidma ta’ rinnovazzjoni tista’ tgħid f ’kull servizz li toffri. Fil-qasam tal-prevenzjoni, is-servizzi offruti minn Sedqa huma l-aktar vasti u ħolistici li jeżistu f ’Malta u jilħqu kull sfera tas-soċjetà. L-għan ewlieni huwa li t-tfal, iż-żgħażagħ u l-adulti jkollhom l-għodda u l-għarfien meħtieġ biex ma jinħakmux minn xi dipendenza. Dan isir permezz ta’ sessjonijiet ta’ prevenzjoni li jsiru għall-gruppi b’suġġetti kemm għal tfal, żgħażagħ, adolexxenti u l-pubbliku inġenerali. Is-suċċess ta’ dawn il-programmi jixhduh l-iskejjel u l-ġenituri, li tant ifaħħru u huma għatxana għal aktar programmi li toffri l-Aġenzija Sedqa. Isir ukoll programm għall-impjegati fil-postijiet tax-xogħol imsejjaħ SAFE (Substance Abuse Free Employees) Programme. L-Aġenzija Sedqa toffri wkoll servizzi fil-komunità. Dawn huma pedina importanti fl-aġenzija u huma mmirati għal dawk il-persuni li għandhom bżonn xi tip ta’ għajnuna. Filwaqt li jkunu jistgħu jkomplu bil-ħajja normali, dawn il-persuni jiġu megħjuna jtejbu s-sitwazzjoni tagħhom, waqt li jkomplu r-rutini tagħhom. Minħabba dan kollu, l-Aġenzija Sedqa hija kkunsidrata bħala storja ta’ suċċess li ħalliet u qed tkompli tħalli impatt pożittiv fuq il-ħajja ta’ nies mill-isferi kollha tas-soċjetà u l-familji tagħhom. Ħidma f ’Għawdex F’Ġunju tal-2018, taħt it-tmexxija tal-Kap Eżekuttiuv tal-FSWS Alfred Grixti, il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali waqqfet direttorat ġdid f ’Għawdex speċifikament biex testendi l-assistenza u l-appoġġ tagħha lil persuni vulnerabbli f ’Għawdex. Il-Fergħa ta’ Għawdex tiġbor fi ħdanha diversi servizzi, irrispettivament jekk humiex Għawdxin imwielda u jgħixu Għawdex, Maltin li marru jgħixu Għawdex għal raġunijiet varji, kif ukoll barranin li qed jissetiljaw fil-gżira Għawdxija. Alfred Grixti qalilna li matul dawn l-aħħar sitt snin il-Fonda-

zzjoni għamlet investiment qawwi fir-riżorsi umani tagħha tant li l-għadd ta’ impjegati żdied minn 375 fl-2012 għal 845 fl-2019. Dan ifisser li l-Baġit tal-FSWS kiber minn €7,735,000 fl-2012 għal €19,688,000 fl-2019 – żieda ta’ €12-il miljun. Il-Fondazzjoni tiġbor fi ħdanha l-aqwa professjonisti kwalifikati fil-qasam soċjali. F’pajjiżna toffri diversi servizzi ta’ natura speċjalizzata kif ukoll servizzi ġeneriċi bl-aħjar mod possibbli. L-FSWS hija impenjata li tkompli tiżviluppa s-servizzi tagħha skont l-esiġenzi u l-bżonnijiet tas-soċjetà, biex tibqa’ dejjem fuq quddiem nett u ttejjeb is-solidarjetà soċjali fil-gżejjer Maltin. B’hekk ikun qed jitwettaq il-motto li l-FSWS Qiegħda Hawn GĦALIK!


16

19.07.2020

kullhadd.com

IL-PANDEMIJA U L-EKONOMIJA MALTIJA – INĦARSU ’IL QUDDIEM B’KURAĠĠ

James Grech Kandidat

Dawn l-aħħar xhur kienu żmien ta’ sfida kbira li żgur se jibqgħu mfakkra fl-istorja tad-dinja. Matul il-pandemija, il-Gvern Malti mexa b’għaqal u b’għarfien minn pariri ta’ esperti u llum naraw li kellna suċċess hekk kif in-numru ta’ mwiet kien żgħir u n-numru ta’ każijiet attivi naqas għal livell baxx ħafna. Fil-qasam ekonomiku, il-Gvern ta s-sapport meħtieġ lill-intrapriżi u l-ħaddiema l-iktar milquta mill-miżuri li kellhom jiddaħħlu biex titħares is-saħħa pubblika. Dan il-pakkett finanzjarju ta’ €520 miljun tfassal flimkien mal-imsieħba soċjali u permezz tiegħu ħafna

intrapriżi setgħu jżommu l-ħaddiema tagħhom. Hekk kif bdejna niġu lura għal normalità ġdida, il-Gvern, dejjem b’konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, ħabbar pakkett finanzjarju ieħor ta’ €900 miljun sabiex jgħin lill-ekonomija Maltija tirkupra minn dan ix-xokk bla preċedent. Dan jinkludi t-tkomplija ta’ miżuri ta’ sostenn lill-intrapriżi kif ukoll oħrajn ġodda, miżuri biex jinċentivaw il-konsum domestiku u madwar €400 miljun f ’investiment. Minbarra dan, f ’dawn l-aħħar xhur, il-Gvern alloka €350 miljun permezz tal-Bank tal-Iżvilupp Malti sabiex jipprovdi likwidità lill-intrapriżi. Għalhekk bħalma fil-qasam tas-saħħa, il-Gvern ħadem qatigħ biex iħares is-saħħa pubblika, hekk ukoll il-Gvern qiegħed jipprovdi kull għajnuna u sostenn sabiex jerġa’ jkollna ekonomija vibranti li toħloq ix-xogħol. Bħalissa bdiet ħierga statistika li turi l-effett tal-pandemija fuq l-ekonomija Maltija. Jekk inħarsu lejn il-qasam tal-kummerċ, naraw li f ’April u f ’Mejju tal-2020, l-esportazzjoni naqset b’madwar 10%. Però tajjeb li ngħidu li dan

it-tnaqqis kien ikun ferm ikbar kieku l-Gvern mexa fuq l-għajta populista għal lockdown totali! L-importazzjoni wkoll naqset bi 11.5% f ’dawn ix-xahrejn tal-pandemija hekk kif in-nies nefqu inqas u wkoll minħabba l-effetti fis-settur tal-manifattura. L-importazzjoni tal-fuel ukoll naqset b’mod konsiderevoli. Is-settur tat-turiżmu kien fost l-iktar milquta mill-pandemija hekk kif twaqqfu t-titjiriet kummerċjali. S’issa għandna statistika sa Marzu li turi tnaqqis ta’ iktar minn 50%. Fil-qasam tax-xogħol, 14% tal-ħaddiema ma ħadmux f ’April filwaqt li 17% oħra ħadmu inqas sigħat. Kif mistenni, kien hemm żieda fil-qgħad, għal madwar 4,400 f ’Mejju 2020, minn madwar 1,700 f ’Mejju tas-sena ta’ qabel. Fil-finanzi pubbliċi, fl-ewwel ħames xhur tas-sena, fil-Fond Konsolidat kien hemm defiċit ta’ madwar €670 miljun, ikkumparat ma’ €67 miljun fis-sena ta’ qabel. Dan hekk kif naqas id-dħul mit-taxxi u żdiedet in-nefqa pubblika speċjalment fil-qasam tas-saħħa u fuq sostenn lill-intrapriżi u l-ħaddiema. Però dawn il-figuri m’għand-

homx jaqtgħulna qalbna. Fl-ewwel kwart tas-sena, Malta kienet waħda mill-ftit pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li xorta rreġistrat tkabbir ekonomiku żgħir (ta’ 0.5%). Dan hekk kif bħala medja, l-ekonomija Ewropea naqset bi 2.5%. L-aħħar previżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea juru li għalkemm l-effett tal-pandemija fuq l-ekonomija Maltija mistenni li jkun qawwi, bi tnaqqis ta’ 6%, ix-xokk huwa inqas mill-medja ta’ 8% għall-Unjoni Ewropea. Dan minkejja li l-ekonomija Maltija tiddependi ferm iktar fuq it-turiżmu, fejn il-COVID-19 kellha impatt ferm qawwi. Minbarra dan, l-ekonomija Maltija mistennija tirkupra sewwa fl-2021 bi tkabbir ta’ 6.25%, li wkoll huwa kemxejn iktar qawwi mill-medja Ewropea. Ta’ min wieħed isemmi wkoll li l-kumpanija Fitch għadha kemm żammet is-sovereign credit rating ta’ A+ għal Malta, b’outlook stabbli. Għalhekk għandna nħarsu lejn il-futur b’kuraġġ u filwaqt li nibqgħu viġilanti u nimxu mal-pariri tas-saħħa pubblika, ngħixu din in-normalità ġdida b’pożittività. Minbarra dan, meta

nixtru lokali nkunu qegħdin nissapportjaw l-intrapriżi Maltin u ngħinu sabiex bl-infiq tagħna l-ekonomija tirkupra iktar malajr.

Hekk kif bdejna niġu lura għal normalità ġdida, il-Gvern, dejjem b’konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, ħabbar pakkett finanzjarju ieħor ta’ €900 miljun sabiex jgħin lill-ekonomija Maltija tirkupra minn dan ix-xokk bla preċedent

DĦUL FID-DINJA POLITIKA - L-EWWEL PASS

Maria Magri Parteċipanta LEAD

“Kollha kemm aħna nħobbu l-politika u l-pajjiż. Isem pajjiżna mhux se jitla’ ’l fuq jekk ma jkunx hemm parteċipazzjoni ta’ nisa. Għandna bżonn aktar nisa bħala pajjiż fil-ħajja politika. Tkunux spettaturi. Kunu protagonisti.” Diskors li kien intqal mill-Prim Ministru u Kap tal-Partit Laburista Dr Robert Abela, kelmtejn li baqgħu jidwu f ’moħħi u mhux faċli li ninsiehom. Ħafna minnkom il-qarrejja ma tafux min jien, jisimni Maria Magri, ħa nagħlaq 27 sena, naħdem bħala Procurement

Manager, nistudja MBA u mit8 ta’ Lulju 2020 sirt niforma parti mill-Kunsill Lokali ta’ raħal twelidi, Ħal Luqa, wara li saret elezzjoni każwali fejn fiha ġejt eletta. Fl-2019 kont tfajt in-nomina tiegħi bħala kandidata għall-Kunsill Lokali f ’isem il-Partit Laburista. Kienet esperjenza mill-isbaħ, il-Partit Laburista sa mill-bidu nett dejjem ħadem biex ikun hemm rappreżentazzjoni femminili ikbar fid-dinja politika. Nistqarr li ħassejt li kien hemm kwantità ta’ nisa li tefgħu n-nomina f ’dawn l-elezzjonijiet u kienet xi ħaġa pożittiva ferm. Kunsilli Lokali b’saħħithom jeħtieġ li jkunu riflessjoni tajba tas-soċjetà li qed imexxu. Għalhekk, huwa essenzjali li jkun hemm taħlita ta’ nisa u rġiel, b’taħlita tajba ta’ ideat. Fejn ikun hemm l-ideat nistgħu nkunu innovattivi, nistgħu naraw l-affarijiet minn perspettiva differenti u nistgħu allura noħolqu sinerġija biex intejbu l-ħajja tan-nies tal-lokalità. Iżda l-ikbar mistoqsija hija

waħda, x’inhu jżomm lin-nisa milli jersqu ’l quddiem u jkunu protagonisti fil-ħajja politika? X’miżuri qed jittieħdu biex inħajru iktar nisa jersqu ’l quddiem? In-nisa huma dejjem ġodda fil-politika u jridu jtellqu ma’ rġiel li ilhom fil-Parlament. Dawn għandhom ħafna aktar riżorsi, kuntatti u spazju fuq il-mezzi tax-xandir u jkunu ilhom jaħdmu fuq id-distrett minn diversi elezzjonijiet qabel. Kieku nisa ġodda fil-politika jikkontestaw ma’ rġiel ġodda, d-diskrepanza probabbilment ma tkunx teżisti. Ħafna drabi niddibattu li l-irġiel hemm bżonn ibiddlu l-mentalità ta’ kif iħarsu lejn mara fil-politika, iżda jien nemmen li l-ewwel trid tiġi mill-mara stess, ħafna nisa jibqgħu lura għax jaħsbu li hemm mhux posthom, li l-politika mhijiex post għan-nisa. L-ewwel inizjattiva għandha tkun biex teduka lin-nisa stess li iva mara jew raġel kapaċi t-tnejn jidħlu fid-dinja politika. Nistqarr magħkom li wara li ma kontx ġejt eletta wara

l-elezzjonijiet ta’ Ġunju 2019, ħassejtni daqsxejn iddiżappuntata, iżda malajr qomt u għidt lili nnifsi, kienet esperjenza, għamilt ħbieb ġodda, dħalt fid-dinja politika, x’nista’ nagħmel biex inkompli nitrawwem fil-partit u l-politika? Kont qed inqalleb fuq xi siti soċjali u ġiet quddiemi l-inizjattiva għall-programm LEAD fejn kienu qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet. M’applikajtx dak il-ħin iżda ħallejtha fil-ġenb. Wara ftit jiem iddeċidejt li napplika għal dan il-programm u nista’ ngħid li kienet waħda mill-isbaħ deċiżjonijiet li qatt għamilt. Dan il-programm jgħallmek, jurik x’inhi d-dinja politika u mhux toqgħod fuq dak li jgħidu nies, iżda tgħixha bil-prattika. Illum nista’ ngħid li jiena kunsilliera, iżda mhux biss, jien kunsilliera fejn warajja kif ukoll quddiemi għandi l-LEAD fejn insib sapport u dejjem nitgħallem. Nixtieq nispiċċa billi ngħid lil dawk in-nisa hemm barra li jħobbu l-politika, iżda jibqgħu lura, biex jersqu ’l qud-

diem. Il-politika mhijiex il-Parlament biss, iżda hawn ħafna iżjed opportunitajiet. B’aktar parteċipazzjoni ta’ nisa fil-ħajja politika, il-valur u l-livell jitla’ ħafna ’l fuq.

Nistqarr li ħassejt li kien hemm kwantità ta’ nisa li tefgħu n-nomina f’dawn l-elezzjonijiet u kienet xi ħaġa pożittiva ferm. Kunsilli Lokali b’saħħithom jeħtieġ li jkunu riflessjoni tajba tas-soċjetà li qed imexxu


17

19.07.2020

kullhadd.com

PAKKETT TA’ RKUPRU

Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL

Is-27 mexxej tal-pajjiżi membri sal-bieraħ kienu qed jiltaqgħu fi Brussell, l-ewwel laqgħa fiżika sa mill-bidu tal-kriżi. Kif nafu, f ’Mejju li għadda, fuq talba tal-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni ppreżentat pakkett li jgħaqqad il-Baġit fuq Terminu Twil (QFP) u l-istrument ta’ rkupru Next Generation EU u fid-19 ta’ Ġunju saret l-ewwel diskussjoni dwar din il-proposta. Dawn id-diskussjonijiet żvelaw oppożizzjoni qawwija għall-pakkett. Il-President Charles Michel qal li “b’riżultat ta’ dan, immedjatament bdejt negozjati u laqgħat bilaterali mal-mexxejja kollha u abbażi t’hekk, illum nipproponi l-proposta riveduta tiegħi għall-baġit pluriennali Ewropew u għall-Pjan ta’ Rkupru. Din hi msejsa fis-sod fuq il-prijoritajiet Ewropej – it-tibdil fil-klima, l-aġenda diġitali, il-valuri Ewropej u Ewropa aktar b’saħħitha fid-dinja.” L-għanijiet tal-irkupru fl-UE jistgħu jinġabru fil-qosor fi tliet kelmiet: l-ewwel konverġenza, it-tieni reżiljenza u trasformazzjoni. B’mod konkret, dan ifisser: it-tiswija tal-ħsara kkawżata mill-COVID-19, ir-riforma tal-ekonomiji tagħna, u t-tfassil mill-ġdid tal-mudell tas-soċjetajiet tagħna. Il-ġimgħa li għaddiet, il-President Charles Michel ikkonkluda d-diskussjonijiet bilaterali tiegħu u ltaqa’ wkoll mal-Parlament Ewropew diversi drabi. Minn dawn id-diskussjonijiet, identifika sitt elementi kostitwenti ta’ ftehim futur possibbli b’bilanċ tajjeb għal kulħadd. L-ewwel element kostitwenti hu d-daqs tal-Baġit fuq Terminu Twil, fejn qed jiġi propost €1,074 biljun ħalli jiġu sodisfatti l-miri fit-tul tal-UE u biex tiġi ppriservata l-kapaċità sħiħa tal-Pjan ta’ Rkupru. Il-proposta attwali tiegħu hi bbażata fil-parti l-kbira tagħha fuq il-proposta ta’ Frar, li rriflettiet sentejn ta’ diskussjonijiet bejn l-istati membri. It-tieni element huma r-rebates li għandhom jinżammu għad-Danimarka, il-Ġermanja, l-Olanda, l-Awstrija u l-Iżvezja, f ’termini reali, abbażi tal-2020, f ’somma sħiħa. It-tielet element hu d-daqs tal-Pakkett ta’ Rkupru. Il-Kummissjoni se jkollha s-setgħa li tissellef sa €750 biljun permezz ta’ Deċiżjoni tar-Riżorsi Proprji. Dawn il-fondi jistgħu jintużaw għal self back-to-back u għannefqa mgħoddija permezz tal-programmi tal-QFP. Din hi għodda eċċezzjonali u ta’ darba għal sitwazzjoni eċċezzjonali. Ir-raba’ element kostitwenti: self u għotjiet. Michel qed jipproponi li nippreservaw il-bilanċ bejn self, garanziji u għotjiet biex jiġi evitat piż żejjed fuq l-istati membri b’livelli għoljin ta’ dejn. Dan hu wkoll kruċjali għall-futur tas-suq waħdieni u biex jiġu evi-

tati aktar frammentazzjoni u nuqqas ta’ qbil. Il-ħames suġġett: l-allokazzjoni tal-Faċili­ tà għall-Irkupru u għar-Reżiljenza (RRF). Din il-proposta tistabbilixxi rabta reali bejn il-Pjan ta’ Rkupru u l-kriżi, u tiżgura li l-flus imorru għand il-pajjiżi u s-setturi l-aktar affettwati mill-kriżi. Michel qed jipproponi li 70% tal-RRF se jiġu impenjati fl-2021 u fl-2022, skont il-kriterji tal-allokazzjoni mill-Kummissjoni; u 30% ser jiġu impenjati fl-2023, filwaqt li jitqies it-tnaqqis fil-PDG fl-2020 u fl-2021. Il-pakkett totali għandu jitħallas sal-2026. Is-sitt element kostitwenti hu l-kwistjoni tal-governanza, kundizzjoni bi tliet għanijiet importanti li rridu nilħqu. L-ewwel wieħed, Pjanijiet Nazzjonali għar-Riforma u r-Reżiljenza. Dwar il-governanza, l-istati membri se jħejju l-pjani nazzjonali ta’ rkupru u ta’ reżiljenza għall-2021-2023 f ’konformità mas-semestru Ewropew, b’mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż. Il-pjani jiġu riveduti fl-2022, b’kont meħud tas-sistema ta’ allokazzjoni finali u l-valutazzjoni ta’ dawn il-pjani se jiġu approvati mill-Kunsill, b’votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni. It-tieni għan importanti li jeħtieġ li jintlaħaq hu relatat mat-tibdil fil-klima u għall-ewwel darba li jipproponu li jimmiraw 30% ta’ finanzjament fuq proġetti relatati mal-klima. Dan hu importanti għall-ġenerazzjonijiet u għall-ambizzjonijiet futuri tal-Ewropa. It-tranżizzjoni klimatika tibqa’ l-prijorità ewlenija tagħna u l-irkupru tagħna jrid jiffoka wkoll fuq it-trasformazzjoni tal-ekonomiji tal-UE. L-ispejjeż taħt il-QFP u Next Generation EU se jikkonformaw mal-mira Ewropea ta’ newtralità klimatika sal-2050, tal-klima għall-2030 u anke l-Ftehim ta’ Pariġi. It-tielet kundizzjoni importanti li qed tkun proposta għall-appoġġ hi l-kwistjoni tal-istat tad-dritt u l-valuri Ewropej. F’każ ta’ nuqqasijiet fir-rigward tal-istat tad-dritt, fejn tittratta l-implimentazzjoni tajba talbaġit tal-UE, il-Kummissjoni se tipproponi miżuri korrettivi li għandhom jiġu approvati mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata. F’dan il-kuntest, il-President qed jipproponi li l-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri jirrappurtaw dwar in-nuqqasijiet fl-istat tad-dritt li jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Dwar il-ħlas lura u r-riżorsi proprji, bosta stati u l-Parlament Ewropew esprimew tħassib, waqt li kkritikaw ukoll in-nuqqas ta’ riżorsi proprji li jiffinanzjaw ir-rimborż. Se jkun hemm riżorsa proprja ġdida relatata mal-użu tal-iskart tal-plastik li tibda fl-2021. Il-Kummissjoni qed tintalab biex tressaq pro­posta fl-ewwel semestru tal-2021 dwar miżura ta’ aġġustament tal-karbonju. Kif qed naraw hemm ambizzjoni qawwija ħafna li jsir progress importanti. Il-Brexit hija ta’ sfida wkoll u għalhekk irridu naraw li jkun hemm riżerva għall-Brexit ta’ €5 biljun biex niġġieldu l-konsegwenzi mhux mistennija fl-aktar stati membri u setturi milqutin. Fl-aħħar nett, hu essenzjali li l-Unjoni Ewropea tieħu t-tagħlimiet miċ-ċirkostanzi li rriżultaw. Is-settur tas-saħħa hu settur fundamentali, għalhekk kemm għall-RescEU kif ukoll għas-saħħa inġenerali se nżidu f ’konformità mal-proposta tal-Kummissjoni bi tweġiba għall-COVID-19 u l-konsegwenzi li rriżultaw mit-tali pandemija.

Mid -Dj arju t a’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 9 ta’ Lulju Ara veru wiċċhom tost u ma jafux x’inhuma jagħmlu dawk is-17-il traditur! Qegħdin jiġu jaqgħu u jqumu minna t-tesserati kif ukoll mill-istatut tal-partit. Jien naqbel mal-Viċi Kap Robert Arrigo li ladarba vvutaw kontra l-Kap Adrian Delia m’għadx għandhom post fil-partit darba glorjuż tagħna. Għandhom jirriżenjaw ħalli neħilsu minnhom darba għal dejjem. U li ma kinux wiċċhom tost, kienu jinnominaw lil Therese Comodini Cachia! Mela nsew li wara l-elezzjoni Therese lanqas biss is-siġġu fil-Parlament Malti ma riedet, għax li kien għaliha, marret il-Parlament Ewropew. Nagħmlu sew jekk nibagħtuhom jixxejru! Il-Ġimgħa, 10 ta’ Lulju Ma jistax ikun li nibqa’ sejjer hekk, man! Lejl wara ieħor ma nagħlaqx għajn m’għajn minħabba l-inkwiet li għandna fil-partit darba glorjuż tagħna. Għandi tensjoni kbira għax qiegħed fuq ix-xwiek biex inkun naf x’se jiġri millKap tagħna Adrian Delia. Mhux għax qiegħed naqta’ qalbi li mhux se jkun hu li jibqa’ kap tal-partit, imma ħej din it-tensjoni qiegħda teqridni. Nittama li ma ndumux inkarkru biha din il-biċċa għax dawk is-17-il traditur, milli jidher, ma jafux x’inhuma jagħmlu. Ikolli ngħid li għamlu bħall-qattusa għaġġelija li skont dak li jgħid il-Malti - ħlief ħrief għomja ma tagħmilx. Is-Sibt, 11 ta’ Lulju Paroli fil-vojt biss għandhom is-17il traditur! Jaħsbu li kulħadd baħnan, minbarra huma. Issa qegħdin iżeffnu fin-nofs l-interess u l-ġid tal-pajjiż, u jgħidu li għandna bżonn oppożizzjoni b’saħħitha. Mela sewwa, l-ewwel inkissru l-Oppożizzoni biex inkunu nistgħu nwaħħlu fil-Kap, imbagħad ngħidu li għandna bżonn oppożizzjoni b’saħħitha. Qisu mhux kulħadd jaf li ilhom ifixklu u jagħtu gambetti lill-Kap Adrian Delia sa minn qabel kien elett kap tal-partit. Jekk m’għandniex oppożizzjoni b’saħħitha, it-tort huwa kollu kemm hu tas-17-il traditur, u ħadd iżjed. Li kien għadu ħaj missieri, ma nafx x’kien jagħmel, imma llum jitqalleb fil-qabar qiegħed jara dan l-inkwiet kollu! Il-Ħadd, 12 ta’ Lulju Ġurnata oħra ta’ inkwiet. Bdejna minn filgħodu għax meta ma rajtx lill-Kap fuq l-istazzjon tagħna, ħadt qatgħa għax għidt li ma jmurx ġralu xi ħaġa, anke jekk naf kemm hu determinat li jiġġildilhom lil dawk is-17-il traditur. Ħa jasal nhar it-Tlieta meta se jiltaqa’ l-eżekut-

tiv u jkunu jafu li m’għandniex għaliex nibżgħu minnhom. Tgħid mhux hekk! Nhar it-Tlieta jingħataw it-tagħlima li jixirqilhom, u mela issa joqogħdu jibkulna lilna t-tesserati. Ħsara għamlulna għax bħali kull tesserat huwa inkwetat, anke jekk mhux daqsi, għax jien, bħala l-akbar Nazzjonalist fil-pajjiż, ninkwieta aktar minn ħaddiehor. It-Tnejn, 13 ta’ Lulju F’wiċċhom baqa’ man, għax Adrian Delia kien, għadu u se jibqa’ Kap tal-Oppożizzjoni ladarba huwa l-Kap tal-partit darba glorjuż tagħna. U mela jiġu jisfidaw lilna t-tesserati, l-istatut tal-partit u saħansitra l-Kostituzzjoni! X’ħasbu li huma Chris Said, Therese Comodini Cachia, u Jason Azzopardi. Jipprietkaw fuq is-saltna tad-dritt imbagħad jippretendu li jsaltnu huma fuq kollox u fuq kulħadd. Min jaf kif għandhom imsarinhom f ’saqajhom minħabba l-laqgħa tal-eżekuttiv ta’ għada! Min jaf kemm qegħdin jgħidu li waslet tagħhom. Tort tagħhom man! Huma tefgħu l-ġebla fuq saqajhom. It-Tlieta, 14 ta’ Lulju Kont ilni ma nieħu pillola tal-irqad ma nafx kemm, imma llum ma flaħtx ma neħodhiex għax rasi riedet tinqasam bluġigħ. Kien moħħi fil-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-lejla u aktar ma beda jgħaddi l-ħin, aktar bdejt ninkwieta, imma ma flaħtx nistenna aktar u finalment iddeċidejt li nipprova norqod imbagħad nara xi jkun ġara għada. Biex tgħaxxaqha llum kellna l-aħbar li l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, kitbet tfaħħar lill-Prim Ministru Robert Abela. Lanqas ilħaqt smajt l-aħbar li f ’qalbi m’għidtx li għandu jkun din bħal ta’ qabilha u l-Gvern Malti jġibulha sħun. Ta’ qabilha, Juncker, kien ħobża u sikkina ma’ Joseph Muscat, u din donna se tkun ħobża u sikkina ma’ Robert Abela. L-Erbgħa, 15 ta’ Lulju Kważi nfexxejt nibki xħin qomt u dlonk sirt naf li l-Kap Adrian Delia kien sfiduċjat fil-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-bieraħ. Kważi kważi, puplesija kienet se tagħtini. Ma nafx fejn se naslu b’dan l-inkwiet kollu, u jien, min-naħa tiegħi ma nafx x’se tkun il-pożizzjoni tiegħi. Jien, kif kien għallimni l-għażiż missieri, dejjem appoġġjajt lill-Kap tal-partit, ikun min ikun. Imma issa, jekk jirnexxilhom ineħħu lil Delia u jagħmlu lil Therese Comodini Cachia, ma nafx kif se nkun nista’ nappoġġjaha ladarba hija waħda mit-tradituri li ilhom tliet snin sħaħ jagħtu l-gambetti lill-Kap tal-partit darba glorjuż tagħna.


18

19.07.2020

kullhadd.com

PAJJIŻNA JRID JILĦAQ L-10% TAD-DOMANDA GĦALL-ENERĠIJA MINN SORSI RINNOVABBLI SA TMIEM DIN IS-SENA NITKELLMU MAL-MINISTRU DR MICHAEL FARRUGIA

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

X’qed isir f ’pajjiżna fis-settur tal-enerġija? Huwa ta’ pjaċir għalija li bħala Ministru responsabbli mis-settur tal-enerġija f ’pajjiżna, inkun minn ta’ quddiem f ’attivitajiet bħal dawn li jimmanifestaw il-ħidma tagħna bħala Gvern f ’dak li għandu x’jaqsam mal-enerġija. Flimkien mal-kollega u s-Segretarju Parlamentari tal-Organizzazzjonijiet Volontarji, Żgħażagħ u Sports ftit jiem ilu qassamna l-kuntratti bejn ilGvern u l-għaqdiet rispettivi li permezz tagħhom se jgawdi kulħadd. Se jgawdu dawn l-għaqdiet minn kontijiet orħos tad-dawl u fl-istess ħin se jgawdi l-pajjiż minn enerġija iktar nadifa, ambjent iktar san għall-familji tagħna u arja iktar nadifa. Dawn il-kuntratti se jfissru xejn inqas minn installazzjoni ta’ 45 sistema ta’ pannelli fotovoltajċi, ftit iktar minn 800 pannella.

Dan jirriafferma r-rieda talGvern li nkomplu nagħmlu lil Malta pajjiż li jiġġenera iktar enerġija minn sorsi nodfa. L-ekonomija vibranti ta’ qabel il-perjodu tal-COVID-19 m’għamlithilniex ħajjitna faċli biex inlaħħqu mat-targets kif imposti fuqna mill-Kummisjoni Ewropea. Iktar ma konna qed ninvestu f ’sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, bqajna ninnutaw ekonomija tikber u allura żżid id-domanda għall-enerġija. Dan però ma qatgħalniex qalbna u għalhekk bħala Gvern u Ministeru qed nibqgħu nkunu minn ta’ quddiem nett biex nieħdu inizjattivi bħal dawn li minnhom igawdi kulħadd. Minn xiex qed igawdu dawn l-għaqdiet li ħadu din l-għotja? Bħalissa bdew igawdu xejn anqas minn 45 għaqda volontarja b’installazzjonijiet li jvarjaw bejn 12 jew 24 pannella -il waħda.

Dawn l-għaqdiet, u minn hawn nirringrazzjahom tal-parteċipazzjoni tagħhom, se jkunu aġenti huma wkoll ma’ Gvern li għandu għal qalbu s-settur tal-enerġija, fil-mixja diffiċli lejn ġenerazzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Għaliex dan huwa importanti? Pajjiżna jrid jilħaq l-10% tad-domanda għall-enerġija minn

sorsi rinnovabbli sa tmiem din is-sena, bħal sħabna l-Ewropej. Qed ninvestu l-miljuni f ’għotjiet għal installazzjonijiet ta’ pannelli fotovoltajċi, ‘feed in tariffs’ lill-konsumaturi tagħna, solar farm projects madwar pajjiżna, bdil ta’ appliances għal apparat iktar effiċjenti lil familji vulnerabbli, għotjiet għal installazzjonijiet

Flimkien mal-kollega u s-Segretarju Parlamentari tal-Organizzazzjonijiet Volontarji, Żgħażagħ u Sports ftit jiem ilu qassamna l-kuntratti bejn il-Gvern u l-għaqdiet rispettivi li permezz tagħhom se jgawdi kulħadd

ta’ heat pumps u skemi ta’ double glazing, fost l-oħrajn. X’inhi t-triq ’il quddiem? It-triq ’il quddiem nafuha u konvinti li hija waħda diffiċli u twila. Id-daqs ta’ pajjiżna minnu nnifsu jagħmel din it-triq iktar diffiċli. Determinati però li naslu u naslu b’suċċess anke bil-kollaborazzjoni tagħkom. Fl-istess waqt, bħala pajjiż issa mhux biss se nkunu qed inħarsu lejn l-isfidi tal-2020 kif semmejt aktar qabel, imma b’determinazzjoni issa rridu nibdew inħarsu lejn dawk l-isfidi tal-2050 b’mod ġenerali. Min ma bbenefikax minn din l-ewwel skema, tilef l-opportunità? Din ma kinitx l-unika opportunita għall-għaqdiet volontarji ta’ pajjiżna sa issa, sabiex jibbenefikaw minn installazzjonijiet ta’ pannelli fotovoltajċi fuq il-bjut


19

19.07.2020

kullhadd.com

jew soqfa tagħhom.

minn 1,000 pannella oħra fuq

It-triq ’il quddiem nafuha - u konvinti li hija waħda diffiċli u twila. Id-daqs ta’ pajjiżna minnu nnifsu jagħmel din it-triq iktar diffiċli. Determinati però li naslu u naslu b’suċċess anke bil-kollaborazzjoni tagħkom U għalhekk għandi l-pjaċir, kif proprju kien imwiegħed mal-ftuħ tal-ewwel sejħa nnifisha, li nħabbar il-ftuħ tat-tieni sejħa għal installazzjoni ta’ iktar pannelli fotovoltajċi għall-għaqdiet volontarji bla ħlas – it-tieni skema li fetħet nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Lulju 2020. Din it-tieni sejħa, li se tkun qed tagħti ċans lil dawk l-għaqdiet li għal xi raġuni jew oħra ma applikawx fl-ewwel skema, inkluż minħabba raġunijiet ta’ permessi tal-ippjanar, se tkun qed tiġi riklamata fil-Gazzetta talGvern u mezzi oħra tax-xandir kif isir is-soltu. Ir-regolamenti kollha se jkunu aċċessibbli hemm u fuq is-siti tal-Ministeru tal-Enerġija u l-REWS. Is-sottomissjonijiet se jkunu evalwati skont l-eliġibilità mħabbra fl-istess sejħa u se jkunu qed jiġu allokati ’l fuq

first come first served basis. Minn qalbi nirringrazzja lis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat, l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u l-Ilma, l-Uffiċċju tal-Commissioner for Voluntary Organisations, il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali (għajnuna ta’ persuni tekniċi, inklużi periti), l-REWS, l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma u fl-aħħar u mhux l-inqas, lill-għaqdiet volontarji li pparteċipaw.


20

19.07.2020

kullhadd.com

PAUL MAMO

IFFISSAT FUQ DAK KOLLU LI GĦANDU X’JAQSAM MAT-TRASPORT PUBBLIKU Kitba ta’ RAMONA PORTELLI F’ħajti ltqajt ma’ diversi persuni li għandhom diversi passatempi, u dan grazzi għal diversi intervisti li għamilt matul is-snin u li laqqgħuni ma’ diversi personalitajiet. Dan l-aħħar sirt naf b’raġel li d-delizzju u l-fissazzjoni tiegħu huma fuq dak kollu li għandu x’jaqsam mat-trasport pubbliku. Qed nirreferi għal Paul Mamo. Għandu 50 sena, miżżewweġ u għandu żewġt itfal – Daniel u Anthea. Huwa kunsillier fi ħdan il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli, il-lokalità fejn joqgħod stess, u jħobb fuq dak kollu li għandu x’jaqsam mat-trasport pubbliku, speċjalment mal-karozzi tal-linja. Paul huwa kollezzjonist ta’ materjal marbut mal-karozzi tal-linja, u huwa wkoll iffissat fuqhom. Litteralment joħlom bihom. Filfatt, għandu kollezzjoni li bdieha madwar 35 sena ilu. Il-bidu ta’ din in-namra tiegħu kien proprju meta kien ra ritratt ta’ karozza tal-linja, fittex fl-albums tal-familja u fi ftit ħin kellu xi 12-il ritratt. “Minn hemm bdejt kollezzjoni ta’ ritratti li qegħdin veru għal qalbi. Aktar tard, wara li ħadt idea minn fuq kalendarju ppubblikat lokalment, bdejt infaddal dak kollu li għandu x’jaqsam max-xarabanks”, beda jgħidli. Proprjament, twieled fihom, għax missieru kien għamel 25 sena jsuq ix-xarabanks. Illum missieru għandu 83 sena. Ridt inkun naf minn xiex u minn fejn eżattament nibtet din il-fissazzjoni tiegħu lejhom. “Nibtet din l-imħabba lejn ix-xarabanks, peress li missieri kien isuq tal-linja. Niftakarni tifel żgħir nagħmel is-siġġijiet wara xulxin taparsi qiegħed insuq trakk tal-linja u nsaffar dik it-tisfira tipika tal-kunduttur”, tbissem jgħidli. Naf li Paul għandu dispjaċir li ma kompliex wara l-passi ta’ missieru u iktar għax dawn it-trakkijiet ma baqgħux iduru fit-toroq Maltin. Maż-żmien, meta beda jikber, missieru ma baqax jaħdem bit-trakk, u Paul ma kompliex isegwi l-passi tiegħu għall-fatt li kellu xogħol tajjeb ieħor.

tal-linja. “Meta bdejt nikber, kont inqatta’ ħafna mill-ħin liberu tiegħi niġri fix-xarabanks u għamilt ħabib ma’ ħafna xufiera fejn uħud minnhom kienu bdew iħalluni nsuq xi ftit tard matul il-ġurnata. Dan għaliex kienu jarawni tant entużjast għax-xarabank. Kienu wkoll żminijiet fejn jien kont nieħu gost nagħmlilhom xi tberfil jew dekorazzjonijiet żgħar fit-trakkijiet. Bejnietna ġieli skartajt l-iskola wkoll biex noqgħod indur magħhom”. Rigward il-kollezzjoni privata tiegħu, għandu ’l fuq minn 35 sena. Skont kif inhu infurmat huwa stess, ħadd qatt ma prova jagħmel kollezzjoni bħalma għandu huwa. Fil-fatt, jazzarda jgħid li huwa l-iktar individwu li għandu affarijiet Kien iqatta’ ħafna mill-ħin marbuta mal-karozzi tal-linja. liberu tiegħu jiġri “Rigward il-kollezzjoni, l-aktar fix-xarabanks li għandi għal qalbi hija s-sezKurżità dwaru hija li Paul zjoni tar-ritratti. Għandi madtgħallem is-sewqan mhux war 5,000 ritratt imqassmin fuq karozza, imma fuq trakk skont l-era, jiġifieri meta kienu

b’kuluri differenti skont ir-rotot, meta kienu ħodor u meta ġew sofor. Ma nistax ngħid li hija l-akbar kollezzjoni peress li llum bis-sistema diġitali tista’ ssib ħafna ritratti. Biss il-kollezzjoni tiegħi kollha tinsab żviluppata ġo albums. Għandi kollezzjoni ta’ biljetti

li jmorru lura ħafna snin minn meta konna bis-soldi, salaħħar biljetti li ħarġu għal meta daħħalna l-ewro, l-uniformijiet, il-kalamiti, is-souveniers u l-kollezzjoni vasta ta’ tabelli tal-bus stops. Barra minn hekk, għandi wkoll affarijiet li kont issib ġol-karozza tal-linja biex

Din il-kollezzjoni tinsab f’garaxx biswit id-dar tiegħi. Ma tkunx miftuħa għall-pubbliku biss il-bieb dejjem miftuħ għal min ikun jixtieq jagħti titwila. Qiegħed naħseb ukoll biex fil-futur nagħmel speċi ta’ open day

nagħtik eżempju l-qanpiena li kont tiġbed il-ħabel u x-xufier iwaqqfek fil-waqfa li jmiss jew quddiem id-dar”, tbissem jgħidli. Ta’ min jgħid ukoll, li riċentement beda kollezzjoni ġdida – dik li jġemma’ s-santi tal-mejtin ta’ xufiera li sfortunatament m’għadhomx magħna, kif ukoll riċerka fuq inċidenti li seħħew fil-passat. Mhux hekk biss, iżda peress li lokalment il-materjal li għandu x’jaqsam mal-karozzi tal-linja qiegħed isir aktar rari, ftit taż-żmien ilu beda kollezzjoni oħra ta’ mudelli to scale ta’ buses minn pajjiżi oħra, kif ukoll kollezzjoni aktar diffiċli ta’ tin boxes dejjem tal-buses. Mistoqsi jekk esponiex il-kollezzjoni privata tiegħu għall-pubbliku, jew jekk jitħajjarx jagħmel dan fil-futur qrib, weġibni: “Din il-kollezzjoni tinsab f ’garaxx biswit iddar tiegħi. Ma tkunx miftuħa għall-pubbliku biss il-bieb dejjem miftuħ għal min ikun


21

19.07.2020

kullhadd.com

jixtieq jagħti titwila. Qiegħed naħseb ukoll biex fil-futur nagħmel speċi ta’ open day”, stqarr miegħi. Arkivju ta’ materjal vast minn ritratti, biljetti, bus stops u affarijiet relatati Kont naf li biex illum għandu din il-kollezzjoni sħiħa, kien dar diversi nħawi ta’ Malta u Għawdex u familji biex jakkwista dawn ir-ritratti u oġġetti marbuta mal-karozza tal-linja. Apparti r-ritratti, għandu kollezzjoni ta’ biljetti li kienu jinxtraw millpassiġġiera biex jużaw is-servizz ta’ tal-linja. Magħhom għandu mat-300 biljett li kienu jintużaw fl-imgħoddi. Għandu wkoll ’il fuq minn 5,000 ritratt ta’ karozzi tal-linja, 36 sinjal ta’ bus stops differenti, kif ukoll bosta affarijiet li kont issibhom fit-trakkijiet tal-linja u llum iġibulek nostalġija. Ġera fuq li ġera biex iżomm arkivju ta’ materjal marbut ma’ karozzi tal-linja. “Barra minn hekk, parti mid-delizzju u li jħallili sodisfazzjon kbir huwa l-bini ta’ mudelli to scale tax-xarabanks. Mudelli li nibni scratch built jiġifieri minn materjali diversi, biċċiet ta’ ġugarelli u affarijiet oħra. Dan huwa delizzju li trid ħafna ħin, dedikazzjoni u paċenzja kbira. Biss meta tlesti mudell, is-sodisfazzjon ikun kbir. Minn hawn nixtieq insellem lil xi ħbieb tiegħi li wkoll għandhom dan id-delizzju u li jagħmlu xogħol sabiħ ukoll”, sostna miegħi. Minn kif stqarr miegħi Paul, is-sena 2011 kienet ta’ diżappunt kbir fejn fit-2 ta’ Lulju kienet l-aħħar ġurnata li fiha tħaddem is-servizz tal-karozzi tal-linja tradizzjonali. “Niftakar ħadt l-aħħar ġimgħa leave mix-xogħol biex ingawdihom kemm nista’ tal-aħħar, avolja għamilt żmien twil wara ma stajtx naċċetta r-realtà li kienu spiċċaw mit-toroq Maltin. Fuq nota pożittiva ħafna, ta’ min ifaħħar l-inizjattiva li ħadu ammont ta’ sidien li żammew it-trakkijiet u wara li daruhom, reġgħu żebgħuhom kif kienu r-rotot fl-antik u ta’ spiss narawhom iduru fit-toroq”. Peress li s-sistema tat-trasport pubbliku hawn Malta nbidlet naf li Paul għandu wkoll kollezzjoni unika tal-materjal kollu tal-Arriva, u kien ukoll l-ewwel passiġġier li tela’ fuq l-Arriva. Fil-fatt, għandu l-ewwel biljett li ħarġu l-Arriva, peress li kien mar is-Saqqajja

fis-sagħtejn ta’ filgħodu sabiex ikun l-ewwel passiġġier li jkun tela’ fuq l-Arriva. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar dwar dan il-fatt. “Iva, proprju fit-3 ta’ Lulju 2011 ridt li nkun l-ewwel passiġġier li nitla’ fuq is-servizz ġdid provdut mill-Arriva. Allura fis-sagħtejn ta’ filgħodu mort ir-Rabat biex inkun l-ewwel wieħed fuq l-istage peress li minn hemm kienet ser titlaq l-ewwel xarabank minn Malta kollha. Irnexxieli wkoll nagħmel kollezzjoni tal-materjal kollu li ħarġet il-kumpanija kemm damet Malta”. Paul għad fadallu xewqa li jixtieq li sseħħ – ħolma li għalkemm diffiċli, jemmen li xi darba jkun hawn min vera jwettaqha. Il-ħolma li għandu hija dik li jkollna mużew tat-trasport pubbliku. “Hija ħasra kbira u ta’ diżappunt li kull meta mort inħabbat bibien fuq din l-idea, qatt ma sibt l-appoġġ meħtieġ”, qalli b’dispjaċir fuqu. Fi kliemu stess, Paul stqarr miegħi li l-istorja tat-trasport pubbliku hija vasta ħafna u żgur li tnissel nostalġija speċjalment meta wieħed isemmi t-tramm, il-ferrovija, il-lanċa, l-omnibus u x-xarabank. Fl-aħħar nett, xtaq jgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Minn hawn nagħmel appell inġenerali biex nibżgħu għall-patrimonju Malti għax meta nitilfu xi ħaġa nindunaw li jkun tard wisq”.


22

19.07.2020

kullhadd.com

IL-LIBERTÀ FIL-ĦABS TAL-INKWIŻIZZJONI Għalkemm meta nsemmu l-kelma ħabs tiġina f’moħħna l-għeluq fiċ-ċella, is-solitudni, id-dwejjaq bejn l-erba’ ħtian u ċ-ċaħda tal-libertà tal-moviment, dan mhux dejjem kien hekk fil-ħabs tal-Inkwiżitur. Jista’ jkun li dan kien jiġri peress li l-ħabs tal-Inkwiżizzjoni kien prekursur għal bosta tibdiliet favur il-priġunier. Fl-intervista li rġajt għamilt lil Kenneth Gambin, li għal żmien twil kien kuratur tal-Palazz tal-Inkwiżitur ta’ Heritage Malta, insiru nafu li kien hemm episodji fejn, priġunieri sa ngħataw permess iservu s-sentenza tagħhom f’darhom, jew li setgħu jduru biss fit-toroq tal-Belt Valletta u kien hemm ukoll min seta’ jdur ma’ Malta kollha. Insibu wkoll każi, fejn minħabba bżonn, il-priġunier inħareġ mill-ħabs biex jaħdem l-għelieqi tiegħu jew biex imexxi n-negozju ta’ familtu. Minn CHARLES B. SPITERI

Kenneth, x’kienet tkun il-funzjoni tal-ħabs tal-Inkwiżitur? Il-ħabs kellu żewġ funzjonijiet. Ma kienx post fejn wieħed imur iservi biss sentenza ta’ ħabs wara li dak li jkun jinstab ħati ta’ xi mġiba mhix tas-soltu. Kien iservi wkoll bħala post ta’ detenzjoni temporanja għal numru ta’ akkużati li jkunu għadhom ma tressqux il-Qorti. Għalhekk, fl-istess waqt tal-priġunerija, titlesta l-investigazzjoni kollha u jinġabru l-provi kollha għall-każ kontrih. Lil dawn il-priġunieri ma kienet tissemma qatt il-persuna li tkun irrappurtathom, għalkemm kultant kienu jkunu ċerti min kienu u fuqiex akkużawhom. Bla dubju, priġunerija simili kienet mod kif iddgħajjef ir-reżistenza tal-akkużati. Allura l-ħabs tal-Inkwiżitur kien maqsum u kellu ċelel differenti għal dawn in-nies? Iva, kien maqsum fi tnejn: parti għall-akkużati b’sentenzi, li jinqaflu f ’dawk magħrufin bħala prigioni secrete (ċelel sigrieti) u parti oħra għal dawk li jkunu għadhom ma tressqux il-Qorti u għalhekk jinxteħtu fil-prigioni pubbliche (ċelel pubbliċi). Iżda fiż-żewġ każi, il-bini tal-ħabs kien iservi ta’ garanzija għall-iżolament komplet tal-akkużat biex ikun jista’ jikkonċentra fuq l-azzjonijiet li jkun wettaq u waqt li jagħraf l-iżball jew l-iżbalji tiegħu, jindem permezz tad-dixxiplina, il-korrezzjoni u l-ħniena.

dak li jkun, iżda li tippermettilu ambjent li jwasslu jisgħobbih għal li jkun għamel, u allura jindem. L-iżolament kien jitqies li jwassal għall-meditazzjoni, iddiq li jħossu fihom u finalment is-salvazzjoni jew il-ħelsien. Dan kollu kien imfassal fuq il-ħajja monastika tal-Knisja fil-bidu tagħha. U f ’dan is-sens, għalkemm il-kunċett ta’ iżolament ma kienx stranġier għalkollox fl-Ewropeiżmu modern, l-Inkwiżizzjoni kienet prekursur għal dak li ġara fis-seklu 19, meta l-iżolament sar parti integrali mill-ħsieb tal-qfil f ’ħabs. Fl-istess waqt, il-Knisja kienet pass oltre mil-liġi ċivili, li din kienet tħares biss lejn il-ħabs bħala lok ta’ prevenzjoni, waqt li l-Knisja kienet tużah għar-riabilitazzjoni tal-ħabsi. Barra minn hekk, il-ħsieb u l-funzjoni wara l-ħabs tal-Inkwiżitur kien wieħed penitenzjarju, li jwassal lill-ħabsi għall-maħfra spiritwali u li jirriabilita ruħu billi ma jerġax. Xhud ta’ dan huwa kliem fuq plakka li għad hemm mal-ħajt ta’ kumpless ta’ ċelel li jaqra: “Issa, li kont imwiddeb, għallem il-ġustizzja u tibża’ minn ħadd.” Nifhem sew li s-Sant’Uffiċċju kien jiddistingwi bejn il-priġunieri?

Dażgur. Id-differenza li kien jagħmel kienet bejn dawk li jinżammu maqfulin temporanjament u dawk li jirċievu sentenza Jiġifieri tintuża l-ħniena ma’ ta’ ħabs speċifika, li għalihom min ikun ikkalzrat? kien jirriserva ċ-ċelel solitarji (ta’ L-iskop tal-ħabs ma kienx persuna waħda); dawk magħrusempliċement biex tikkastiga lil fin bħala ‘sigrieti’.

Iżda ċ-ċelel kienu fi stat abitabbli għall-istess priġunieri? Insibu li sal-1600 kien hemm tliet ċelel fil-livell tat-triq li setgħu kienu inabitabbli. Tant li jirriżulta li ċertu Luca Damato, suspettat b’xhieda falza u għalhekk miżmum il-ħabs, instab mejjet fiċ-ċella tiegħu fl-1744 mingħajr lanqas biss kien interrogat. Aktar qabel, fl-1706 nsibu lill-ilsir Giuseppe Hasciac, li marad serjament wara erba’ xhur ħabs, għax iċ-ċella ‘pubblika’ fejn inżamm kienet umda żżejjed. L-Inkwiżitur Spinola ma setax jitfgħu f ’ċella oħra minn dawk ‘sigrieti’ għax ma kienx jikkwalifika għal hemm. Għalhekk bagħtu lura d-dar għand sidu. Kenneth, is-sentenzi li kienu jingħataw kienu kefrin xejn? Dak iż-żmien, is-sentenzi ta’ ħabs kienu jkunu frekwenti, u ġeneralment, il-pieni kienu jingħataw għal perjodu qasir. Sallum għad m’għandniex statistiċi preċiżi tan-nies li kienu mibgħuta l-ħabs mill-Inkwiżizzjoni f ’Malta. Madankollu, is-sentenzi għall-ħabs kienu jvarjaw minn inkwiżitur għall-ieħor. Ħaġa oħra ta’ min jinnota hi li maż-żmien, il-ħabs beda jintuża inqas, hekk kif l-Inkwiżizzjoni naqqset l-importanza tagħha fis-seklu 18. Minn manuskritt bl-isem Carcerazioni 1757 – 1798, li jinsab f ’kollezzjoni privata, jirriżulta li bejn l-1774 u l-1777 ħadd ma ntbagħat il-ħabs tal-Inkwiżitur. Imbagħad insibu li fl-1778 kienu arrestati ħamsa min-nies. Wara dawn kien hemm 15-il sena ta’ inattività. Fl-1793 reġa’ kien hemm xi każi.

Jista’ jkun li kien isir hekk għax il-ħabs kien żgħir għan-numru ta’ nies mibgħutin b’sentenzi Il-maġġoranza ta’ dawk miż- l-ħabs? mumin fil-ħabs tal-Inkwiżitur aktar kienu nies li jinqaflu waqt xi Mhux biss. It-tribunal tal-Inkġuri milli bħala kastiġ għal xi każ wiżizzjoni kienet qed tiġih spiża li jkun ippruvat. Ħafna minnhom bil-ħabsin u kif qed tgħid int, kienu jispiċċaw jinstabu innoċen- l-ispazju għaċ-ċelel kien sar żgħir. ti u jinħelsu immedjatament. F’okkażjoni minnhom, fis-sena B’hekk is-Sant’Uffiċċju kien juri tal-1630, l-Inkwiżitur Fabio Chigi li kien ġust fis-sentenzi tiegħu u kellu jnaqqas il-proċess tas-senminn ta’ quddiem li jammetti li tenzi, peress li ċ-ċelel tant kienu jkun arresta persuna innoċenti miżgħudin li ma kienx hemm għad-detriment tar-reputazzjoni post fejn joqogħdu aktar priġunieri. tiegħu. Dan jirriżulta f ’bosta okĦafna priġunieri servew numru żgħir ta’ jiem fil-ħabs. każjonijiet, speċjalment f ’żewġ Pereżempju fl-1794, Salva- sentenzi tal-1639, meta Claudio tore Cauchi minn Ħaż-Żeb- Simonet u Nicolo de Polo kienu buġ intbagħat jum wieħed biss kkundannati għal għomorhom il-ħabs (fl-1 ta’ Marzu) talli il-ħabs mill-Inkwiżitur Gio. Batta wera diżrispett lejn id-dinjitarji Gori Pannellini. Madankollu, pertal-Knisja. Oħrajn inħelsu appe- ess li fil-ħabsijiet tal-Inkwiżitur na ngħataw is-sentenza, peress li ma kienx hemm post għalihom, ż-żmien li laħqu nżammu l-ħabs, is-sentenza tagħhom inbidlet patta għas-sentenza. Kien hemm u kellhom imorru jaqdfu fuq xi wħud mill-ħabsin li ngħataw ix-xwieni. Fejn kien possibbli, it-tribunal sentenzi twal u xorta tnaqqsitilkien jipprova jolqot żewġ għasahom il-piena. Naraw li fl-1632, żewġ Grie- far b’ġebla waħda u jeħles mill-ingi, Goianne u Costantino kienu trigu u r-responsabbiltà tal-priġuakkużati li qalbu għall-Islam. Ma nieri billi jilliberahom. ntbagħtux għall-qdif fuq ix-xwieni, sempliċement għax ma kinux Il-libertà kienet tkun totali jifilħu fiżikament għal dak ix-xog- jew jibagħtuhom xi mkien ħol. Għalhekk intbagħtu l-ħabs; ieħor? tal-ewwel għal ħajtu u l-ieħor għal ħames snin. Madankollu, Gianne F’Lulju tal-1718, l-Inkwiżitur Lanħeles wara tliet snin, waqt li Cos- zzaro Pallavicino ħeġġeġ lis-Sagra tantino ngħata l-ħelsien wara sena Kongregazzjoni biex tara x’kellu u ħames xhur, minkejja li ppru- jsir mal-ilsir Fathalla, li kien ilu vaw jaħarbu mill-ħabs. F’okkaż- priġunier minn Ottubru ta’ sentejoni oħra, li seħħet fl-1675, wara jn qabel. L-uffiċjali tat-tribunal żmien twil ta’ priġunerija, is-Sagra xtaqu jeħilsuh biex jeħilsu lilhom Kongregazzjoni ppreferiet teħles infushom mill-kustodja tiegħu. F’okkażjonijiet oħra, is-senlill-ġellied Don Matteo Barlotti milli tibqa’ żżommu arrestat tenzi tal-ħabs kienu jinbidlu għal ħabs f ’xi monasteru, arrest fidfil-palazz. Allura f ’dan iż-żmien, xi kwalità ta’ ħabsin kien hemm?


23

19.07.2020

kullhadd.com

dar, jew qfil f ’xi post partikulari f ’xi belt jew raħal ta’ gżiritna. B’hekk insibu li ċertu lsir Mahometto kellu jservi s-sentenza tiegħu fil-bagnio tal-ilsiera; Margarita Curt ma setgħetx toħroġ minn darha u Giovanni Pietro Cristodulus kien trasferit għall-kunvent tal-patrijiet Kapuċċini, fir-Rabat, Għawdex. F’każi oħra, Minichella Pulis kellha tintrabat li ma toħroġx mill-Belt u t-Tlett Ibliet, waqt li Giacomo di Matteo ma setax jitlaq minn Malta qabel sentejn. Dawn il-‘kastigi’ kienu jingħataw b’mod speċjali lil dawk li kienu jġibu ruħhom tajjeb u juru sinjali li ddispjaċihom għal li jkunu wettqu. Jiġifieri ma kinux jingħataw libertà assoluta, hux? Kien hemm każ fl-1635 fejn l-Inkwiżitur Chigi kiseb il-permess li jagħti l-ħelsien lil Michele Signet mill-ħabs, għax kien għamel progress enormi fir-reliġjon Kattolika. Dan seħħ minkejja li għal xi żmien Signet kellu jżomm lil Malta bħala l-ħabs tiegħu. Xi ħabsin oħrajn kienu liberati għalkollox minħabba li kellhom xogħol urġenti li jeħtieġhom u ma setax jistenna, bħal jieħdu ħsieb in-negozju tal-familja, iwettqu xogħol fl-għalqa jew għelieqi, jew ibaħħru. Iżda libertà bħal din, għax-xogħol, kienet tkun għall-priġunieri Maltin? Mhux bilfors. Każ sinifikattiv seħħ fl-1618 fejn Sulpitia de Lango kienet ikkundannata tmien snin priġunerija fuq maġija. Madankollu, wara sentejn inħarġet mill-ħabs peress li ma felħitx aktar għall-għeluq u għax kienet ġabet ruħha bħala Kattolika mill-aħjar waqt il-priġunerija tagħha. Żmien qasir wara, ingħatat il-permess li tista’ ddur madwar il-Belt Valletta biss, u aktar tard, fl-1623 is-sentenza tagħha ppermettitilha li setgħet iddur madwar Malta kollha. Oħrajn ma kinux fortunati daqshekk u s-sentenzi tagħhom kienu jikkonsistu fuq xogħol sfurzat fuq ix-xwieni. Pereżempju Blasio Visei, Buonavoglia Ġenoviż, akkużat b’xhieda falza, kien issentenzjat għal sentejn qdif fuq ix-xwieni tal-Ordni; l-ilsir Soliman kien ikkundannat għal ħames snin qdif, waqt li Gio. Antonio ntbagħat jaqdef għal 10 snin. Mela minn ġot-taġen għaddew għal ġon-nar. Ma taħsibx li kien jaqblilhom jibqgħu fil-ħabs fuq l-art? Għall-maġġoranza l-kbira ta’ dawk li baqgħu maqfulin fil-Palazz tal-Inkwiżitur, nistgħu ngħidu li l-ħajja ma kinitx iddisprata,

lanqas bħal ta’ priġunieri oħra fil-ħabsijiet sekulari. Anki l-kundizzjonijiet fil-ħabs tal-ilsiera fil-Belt Valletta kienu ftit li xejn ħażin. Fil-fatt il-ħabs kien dormitorju kbir, fejn setgħu jinżammu sa 900 ħabsi, b’kull wieħed ikollu spazju żgħir għall-oġġetti personali u fejn jorqod. Madankollu, ma kinux kundizzjonijiet iddisprati bħal dawk f ’London’s Newgate, li kien sinonimu mal-miżerja, ġenn, kattiverija, dagħa, nuqqas ta’ iġjene u mwiet, peress li l-priġunieri kienu jitqabbdu jagħmlu ħafna xogħol ta’ strapazz, kienu brutalizzati, misruqin u mħollijin bil-ġuħ. Terġa’ kienet drawwa li fil-ħabsijiet ċivili, it-tfal, in-nisa u l-kriminali adulti jinqaflu f ’ċelel mingħajr sodod jew sistema ta’ drenaġġ. Għalhekk kien ikun hemm persentaġġ qawwi ta’ priġunieri li jmutu kaġun tat-tifu, u dawk li jirnexxilhom joħorġu ħajjin wara s-snin tal-priġunerija kienu jgħoddu lilhom infushom ixxurtjati. Iżda l-kundizzjonijiet tal-ħajja fil-ħabs tal-Inkwiżitur kif setgħu jitqabblu ma’ ħabsijiet oħrajn? Għalkemm il-priġunerija u t-teħid tal-libertà ma kinux esperjenzi sbieħ, nistgħu ngħidu li mis-seklu 14 ’l hawn, il-ħabsijiet tal-inkwiżitur kienu l-aqwa għaż-żamma tagħhom fl-Ewropa. Pereżempju fihom ma kontx issib ktajjen biex jintrabtu l-priġunieri u lanqas kienu jissawtu bħalma hu magħruf li sar fil-ħabsijiet kollha Ewropej sa ma ntemmu r-reġimi l-qodma. Kulħadd jaf li l-ħabsijiet tal-Inkwiżizzjoni kienu inqas ħarxa u kienu jħaddnu politika aktar umana mill-ħabsijiet pubbliċi u wkoll ekkleżjastiċi. F’intervista oħra konna semmejna li bejn il-priġunieri riedet tinżamm ċerta segretezza. Kienet diffiċli din il-ħaġa? Irridu nifhmu li minkejja li r-regoli uffiċjali kienu jesiġu s-segretezza, is-Sant’Uffiċċju kien jagħlaq għajn waħda u jippermetti lill-priġunieri jikkomunikaw bejniethom. L-aktar meta minħabba l-ispazju, f ’ċella kienu jinqaflu aktar minn priġunieri wieħed. Imbagħad kien hemm dawk in-nies miżmumin fil-ħabsijiet pubbliċi, li kienu jitħallew fil-libertà li jduru madwar il-ħabs u kultant fis-sular t’isfel ukoll tal-palazz, fejn kienu jikinsu, isajru u jtellgħu l-ilma mill-bir. Fil-prattika, ħadd ma kien jobbliga lill-priġunieri jaħdmu, għax dan kien jitqies b’abbuż, peress li ħafna minnhom kienu hemm b’arrest. Għalhekk, ix-xogħol li kien isir kien ikun volontarju u mitlub mill-ħabsi stess biex ipatti għal xi pjaċir li jagħmillu xi

gwardjan jew biex jikseb il-permess li joħroġ ftit miċ-ċella. Għax ġeneralment, il-priġunieri kienu jitħallew weħidhom, ma jafux x’jaqbdu jagħmlu u ġieli waqgħu f ’disprament. Iżda kien hemm priġunieri li s-sentenza tagħhom kienet tkun ta’ xogħol sfurzat, mhux hekk? Ġeneralment, is-sentenzi ta’ ħabs li jinkludu x-xogħol fihom bdew ikunu popolari biss fis-seklu 18. Eżempju tipiku ta’ dan kien ilħabs tal-ilsiera fil-Belt Valletta, li fir-realtà serva bħala fabbrika ta’ ħidma massiva li pprovdiet lill-Ordni ta’ San Ġwann, bissaħħa meħtieġa tal-muskoli li jaqdfu fuq ix-xwieni. Madankollu, anki l-Inkwiżizzjoni tidher li kienet prekursur f ’dan l-aspett. Apparti milli kienet tibgħat nies jaqdfu fuq ix-xwieni, l-Inkwiżizzjoni użat forom oħra ta’ ħidma soċjali bħala alternattiva għall-kastig, waqt li l-priġunier ikun il-ħabs. Insibu li fil-bidu tas-snin 1650, Antonio Mercurio, bigamist, flimkien ma’ Mario Borg u Andrea Azzupard, żewġ xhieda li xehdu falz, kienu sentenzjati biex kull ħmistax għat-tul tas-sentenza tagħhom fil-ħabs, iqattgħu jum ta’ xogħol iebes fil-foss. F’okkażjonijiet oħra nsibu lil Nicola di Nardo, li kien ikkundannat iservi bħala lsir fil-knisja ta’ Porto Salvu fil-Belt, għal erba’ snin, waqt li Vincenzo Chabibo kellu jqatta’ disa’ xhur isefter fis-Sagra Infermerija.

L-iskop tal-ħabs ma kienx sempliċement biex tikkastiga lil dak li jkun, iżda li tippermettilu ambjent li jwasslu jisgħobbih għal li jkun għamel, u allura jindem. L-iżolament kien jitqies li jwassal għall-meditazzjoni, id-diq li jħossu fihom u finalment is-salvazzjoni jew il-ħelsien

Il-Palazz tal-Inkwiżitur

It-taraġ prinċipali fil-Palazz tal-Inkwiżitur


24

19.07.2020

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

ID-DJARJU L-ISWED RAKKONT IBBAŻAT FUQ STORJA VERA Id-Djarju l-Iswed, għalkemm jittratta l-okkult, fih ukoll storja ħelwa, iżda fl-istess ħin xokkanti tal-koppja Kai u Angèle. Ħajjithom iddur fuq patt; patt li kellu jsir bejn sitta minnies li jkunu jipprattikaw l-okkult. Dawn ikollhom missjoni biex jaqdu ċ-ċirku

tad-dlam; patt li kellu jsir b’demm sagru u nadif ! Minħabba dan kollu d-destin ta’ Kai u Angèle jkun wieħed kiefer. Dan kollu jwassal f ’vendetta personali bejn żewġ rivali kbar għaliex it-tnejn ikunu jħobbu lill-istess persuna!

Silta mill-ktieb Għodwa waħda f ’Novembru waqt li beda jżernaq il-bidu ta’ ġurnata ġdida. Skiet perfett. Xi kultant tisma’ xi serduq jidden; fir-raħal żgħir ta’ Santa Luċija. Id-dawl tax-xemx beda jiżdied bil-mod il-mod u ftit ftit beda jaħraq iċ-ċpar li kien niżel f ’dak il-lejl. It-toroq tar-raħal kienu baħħ, lanqas qattus ma tara! F’dik il-ħemda u l-kwiet, minn wara bieb minnhom instema’ l-ħoss tal-istanga tinqala’ minn postha segwit minn żaqżiqa ta’ firroll jinfetaħ. Ftit wara tbexxaq il-bieb u mnieħer kelb feġġ minn ġoxxaqq tal-bieb ixomm l-arja ta’ barra. Dlonk ħareg il-kelb, u ftit warajh raġel, liebes skur fuqu bis-suf maħdum bid-daqqa tal-idejn. Dan ma kien ħadd ħlief Vincenzo, raġel armel, imdaħħal naqra fiż-żmien. Hekk kif ħareġ mill-bieb ta’ barra, ħares ’il fuq biex forsi minn ġo dak iċ-ċpar jobsor ftit kif ser ikun it-temp għall-ġurnata li kienet fil-bidu tagħha. Dawwar dawra x-xalla kbira ma’ għonqu biex iżomm sħun u biċ-ċlikki ċ-ċlikki hu u l-kelb bdew jimxu ’l barra minn ġewwa l-isqaq, jintilfu qalb

dak iċ-ċpar li kien hemm. Min kien dan ir-raġel? Vincenzo, magħruf bħala ‘Sarangu’. Hekk kienu jsibuh in-nies f ’dan ir-raħal ċkejken. Kienu tawh dan il-laqam minħabba l-mod ta’ kif kienet id-dehra tiegħu; dejjem tarah jimxi. L-aqwa l-bastun f ’idejh, avolja ma kienx izappap. Qatt b’xi mezz ieħor ta’ trasport ħlief bil-pass. Kull fejn tarah dejjem bil-kelb miegħu u ma tarah jieqaf ikellem lil ħadd. Ma’ qaddu dejjem iġorr barżakka tad-drapp ta’ lewn ħadrani, kemxejn imdaqqsa, mdendla b’lazz, u ġo fiha kien iżomm xi biċċa ħobż u x’jixrob. Minħabba li kien wasal biex joħroġ bil-pensjoni, hu kien imqabbad jieħu ħsieb binja li tagħmel parti mill-fortizza taċ-Ċittadella. Dan kien bini antik ta’ żmien il-Kavallieri iżda kien magħluq għall-pubbliku minħabba li l-binja kienet fi stat ta’ periklu. Hu kien inkarigat mill-awtoritajiet biex iħares dan il-bini storiku u jassigura li ma ssir l-ebda ħsara jew xi att vandalu fih. Mistoqsija: Fejn kien jieħu ħsieb Vincenzo s-‘Sarangu’?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ID-DJARJU L-ISWED. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 26 ta’ Lulju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb MIKIEL ANTON VASSALLI huwa: VINCE WILLIAMS - RAĦAL ĠDID

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

01

TIRBAĦ €100

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Matul is-sena li għaddiet kemm ġew reġistrati żjarat f’casinos imferrxin madwar Malta? Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:

Rebbieħ: V. ATTARD - L-ISLA


25

19.07.2020

kullhadd.com

QATTIEL U KANNIBALU MAGĦRUF BĦALA L-‘CROSS-DRESSING CANNIBAL’ Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Hadden Irving Clark twieled fil-31 ta’ Lulju tal-1952 fi Troy, New York. Huwa kien it-tieni wild minn erbat itfal. It-trobbija tiegħu kienet waħda diffiċli hekk kif il-ġenituri tiegħu kienu jħobbu l-qatra u kienu jiġġieldu ta’ spiss quddiemu u quddiem ħutu. Clark u ħutu trabbew f ’ambjent vjolenti mimli abbużi fiżiċi u emozzjonali. Meta ommu kienet tkun fissakra kienet tlibbsu ta’ tifla u kienet issejjaħlu ‘Kristen’. Dan l-aġir wasslu biex jidentifika ruħu bħala mara fejn kien anke jilbes ilbies tan-nisa. Il-kobba kompliet titħabbel hekk kif missieru neħħa ruħu b’idejh u meta kibru tnejn minn ħutu ġew arrestati u akkużati bi qtil, bi vjolenza domestika u b’kannibaliżmu. Sadiżmu u mard mentali Meta kien għadu żagħżugħ, Clark kien jittortura u joqtol l-annimali ta’ dawk iż-żgħażagħ li kienu jgħaddu ż-żmien bih l-iskola. Meta kiber, huwa beda jitħarreġ bħala kok u sab xogħol man-Navy tal-Istati Uniti. Huwa tkeċċa mix-xogħol hekk kif sar magħruf li jbati minn skiżofrenija. Wara dan, huwa beda jagħmel xogħlijiet żgħar ’l hemm u ’l hawn bi ftit qligħ u kemm-il darba spiċċa bla saqaf fuq rasu. Clark ġie arrestat ħafna drabi fuq serq u atti van-

dali. Kellu każ partikolari fejn ivvandalizza l-proprjetà ta’ sid li kien krielu post u saħansitra seraqlu diversi oġġetti. Id-delitti L-ewwel delitt li wettaq kien dak ta’ Michelle Dorr, ħabiba tan-neputija tiegħu ta’ sitt snin. Clark kien għadu jgħix ma’ ħuh u kien għadu kif javżah li ma jistax jibqa’ jgħix miegħu meta qatel lil Dorr. Il-vittma marret tfittex in-neputija ta’ Clark u minflok sabet lilu ma’ wiċċha. Huwa tellagħha f ’kamra fuq u qatilha b’daqqiet ta’ sikkina. Wara xorob ftit minn demmha, tefagħha f ’basket u difinha f ’park 12-il mil ’il bogħod middar ta’ ħuh. It-tieni delitt tiegħu kien dak ta’ Laura Houghteling, tfajla ta’ 23 sena. Clark kien qiegħed jaħdem bħala ġardinar fir-residenza ta’ omm Houghteling u din tal-aħħar akkużatu li kien serqilha xi għodda. Din l-akkuża rrabjatu u daħal fid-dar mill-bieb ta’ wara, mar fil-kamra ta’ Laura u taha daqqiet ta’ sikkina. Huwa qatilha billi fgaha bl-imħadda. Wara dan l-att makabru, huwa kebbeb il-katavru tagħha f ’liżar u difinha f ’masġar nofs mil ’il bogħod mid-dar tal-vittma. Li ma ndunax kien li waqt li beda jġorr il-katavru waqgħetlu investa, fejn fuqha kien

M

hemm marka tas-saba’ tiegħu bid-demm tal-vittma. Clark mar fid-dar tal-vittma, libes ta’ mara u libes parrokka u ħareġ mill-bieb prinċipali tad-dar ħalli n-nies jaħsbu li kien Laura Houghteling. Waqt it-tfittxija għal Houghteling mill-pulizija, dawn tal-aħħar sabu l-investa bil-marka mdemma tas-saba’ u xħin għamlu t-testijiet saru jafu li kienet ta’ Clark.

D LE L HE IC

O RR

L-arrest tiegħu Meta l-pulizija arrestawh għallqtil ta’ Houghteling, Clark ammetta u ħadhom ħdejn il-katavru tagħha tmien xhur wara l-qtil. Waqt li Clarke kien il-ħabs, hu beda jiftaħar li qatel lil Michelle Dorr. Il-pulizija bdew jinvestigaw u skoprew li Clark kien joqgħod żewġt id-djar ’il bogħod minn fejn kienet toqgħod il-vittma. Huma marru jfittxu fid-dar ta’ ħu Clark u sabu xi traċċi tad-demm malart f ’kamra tas-sodda fis-sular ta’ fuq. Clark ammetta u ħadhom ħdejn il-katavr u taċ-ċkejkna f ’Jannar tal2000. Il-ġuri Clarke n s t a b ħati bi qtil tat-tieni grad u weħel 30 sena ħabs għall-qtil ta’ Laura Houghteling. Hu weħel ukoll 30 sena oħra ħabs għall-

qtil ta’ Michelle Dorr u weħel 10 snin oħra fuq is-serq li wettaq qabel. F’kelma waħda, Clarke weħel għomru l-ħabs għax kellu sentenza ta’ 70 sena ħabs. Delitti oħrajn li allegatament wettaq Apparti ż-żewġ delitti li weħel il-ħabs fuqhom, Clark qal li huwa wettaq ħafna iktar delitti u beda joqtol mindu kien għadu żagħżugħ. Fl-2004, Clark bagħat ittra fejn qal li hu qatel mara li ma kinux jafu l-identità tagħha f ’Cape Cod, Massachusetts, fl-1974. Il-każ ta’ din it-tfajla kien magħruf bħala l-‘Lady of the Dunes’. Hu ma riedx jgħidilhom l-identità tagħha għax skontu ma ġiex ittrattat sew mill-pulizija. Minħabba l-istat mentali tiegħu, il-pulizija ma emmnuhx. Clark spjega kif hu ħeba l-evidenza li kellu tad-delitti li wettaq fil-ġnien fejn kien joqgħod nannuh. Fil-15 ta’ Diċembru tal-2000, hu qal lill-pulizija fejn kienet din il-proprjetà li kien jgħix fiha nannuh u fil-ġnien sabu barmil mimli b’mijiet ta’ ġojjelli. Fosthom kien hemm ċurkett ta’ Laura Houghteling. Huwa qal li dawn l-oġġetti kienu ‘trofew’ għalih li ħa mingħand il-vittmi.


26

19.07.2020

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

19.07.2020

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 338

A. VELLA - MELLIEĦA

Bi 3 Numri 012 020 038 044 045 058 087 089 110 196

351 467 487 677 684 729 733 738 744 758 779

807 810 860 900 969 B’4 Numri 0380 0382 0480 0536

1717 2010 2184 2740 4405 5642 7030 8081 8725 9376

81765 B’5 Numri 97247 12686 23575 B’6 Numri 24701 002406 40453 213788 41840 266315 43315 310952 43383 411978 46192 661046 63539 706611 67445

917703 B’9 Numri 013146306 086472859 279963886 783349470

Mimdudin: 1. Kompli l-qawl: Fejn ma tafx ...... (5) 4. Plural ta’ ċint (4) 7,21W. Nies żgħar? (5) 9,12W. Plural ta’ lsien (5) 10. Minn Ruma dan (6) 12. Daħħal minn naħa għal oħra (6) 16. Kontra le (3) 18,17. Avversarju (5)

19. 20. 21. 23. 24.

Jgħix fl-ilma (3) Ninħaslu fih? (5) Marda kattiva (1,1,1) Likwidu (4) Qarnit bla ras (5)

1. 2,22. 3,11.

Weqfin: Raħal (6) Xerred? (6) Nitfgħuhom fil-posta (5)

5. 6. 8. 11. 12. 13. 14. 15 17. 21. 22.

Mhux misjur (3) Frott (3) Magħmula fina (9) Ara 3 Ara 9 Ajk (3) Fabbli (6) Lista ta’ regoli (6) Ara 18 Ara 7 Ara 2

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Fawra, 4.Ħass, 7,11.Trab, 9.Ras, 10.Taħdem, 12.Abbati, 16,22. Nilbes, 18,19.Allat, 20.Baġit, 21.FAB, 23.Lesa, 24.Dħalt

Weqfin: 1.Firien, 2,12W. Wasal, 3,5.Attard, 6.Sam, 8.Raħal Ġdid, 13.Baa, 14.Iltaqa, 15.Attent, 17.Iva, 21.Ful


28

19.07.2020

kullhadd.com

PUNT U DRO! Editorjal

Kienet okkażjoni oħra minn ħafna li tixhed kif l-azzjonijiet tal-fazzjoni ta’ Busuttil huma xprunati biss minn prassi antidemokratiċi, elitiżmu sfrenat, rabja ta’ min ma jaċċettax telfiet u frustrazzjoni ta’ min ma jrid lil ħadd fuqu

Wara din it-tieni ġimgħa infila tal-pandemija Nazzjonalista, f ’Tal-Pietà baqa’ ma feġġ l-ebda sinjal ta’ xi dawl fittarf tal-mina. Mill-kjarifika tal-President tar-Repubblika wara diversi interpretazzjonijiet imġebbdin tal-artiklu relatat filKostituzzjoni sal-vot li ttieħed l-għada fl-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista biex jisfiduċjaw mill-ġdid lill-Kap, prattikament bqajna f ’sitwazzjoni identika għal dik li konna fiha ġimgħa ilu … l-uniċi eċċezzjonijiet kienu li l-irjus komplew jibbiesu u l-qiegħa baqgħet tisħon. Jidher iżjed ovvju li ż-żewġ estremi fil-Partit Nazzjonalista – dawk li determinati li jarmu lil Adrian Delia mill-gallarija tad-Dar Ċentrali u dawk ta’ Delia li jixtiequ li, darba għal dejjem, jeħilsu minn tal-ewwel, mhux l-inqas id-19-il membru fil-Grupp Parlamentari – illum waslu għal dak li nsejħulu “punt ta’ bla ritorn”. Il-kliem użat u t-theżżiż ta’ snien anke fil-pubbliku jixhdu li ma fadal l-ebda ċans li xi darba jkun hemm xi tip ta’

rikonċiljazzjoni, imqar forsi waħda temporanja kif kien seħħ eżattament bħal dażżmien sena. F’dan l-aħħar kapitlu ta’ din is-saga komplew jinħarqu l-ftit pontijiet li kien fadal minflok inbnew oħrajn ġodda. U Delia fl-aħħar donnu qed jirrealizza kif għandu jikkalkula sew lil dawk l-elementi ħżiena li kellu jitwikka bihom bħala wirt mingħand il-predeċessur tiegħu. Minn kliemu stess, se jkun qed jieħu pożizzjoni iebsa fil-konfront tagħhom u mhux se jibqa’ jafdahom, avolja jekk tliet snin tard. Illum donnu ntebaħ li l-kanuni ma kienu se jieqfu qatt jisparaw fuqu. Minflok spiċċa jiskopri li l-lista ta’ dawk li tefgħuh fil-mira tagħhom baqgħet dejjem tiżdied. Minkejja dan, Delia xorta waħda ddikjara li m’għandu l-ebda ħsieb li jiċċaqlaq mill-pożizzjoni li t-tesserati tal-Partit fdawlu għal darba, darbtejn b’modi ddettati mid-demokrazija. Il-fatti wkoll jagħtuh raġun fl-argumenti tiegħu.

Min-naħa l-oħra, dawk talfazzjoni Busuttil (illum bil-wiċċ ta’ Comodini Cachia) jinsistu li l-vot ta’ sfiduċja fil-Grupp Parlamentari u fl-Eżekuttiv huma aktar minn biżżejjed biex jaqilbu l-logħba favurihom, irrelevanti x’jistgħu jkunu għadhom qed jaħsbu, jemmnu jew jgħidu l-membri tal-Partit. Jagħtuhom palata rajna li hemm eks pampaluni fil-Partit, bħal Lawrence Gonzi, Tonio Borg u Louis Galea, flimkien ma’ intellettwali universitarji u dawk li jippretenduha ta’ “esperti” f ’kollox. Fil-verità, kienet okkażjoni oħra minn ħafna li tixhed kif l-azzjonijiet ta’ dawn tal-aħħar huma xprunati biss minn prassi antidemokratiċi, elitiżmu sfrenat, rabja ta’ min ma jaċċettax telfiet u frustrazzjoni ta’ min ma jrid lil ħadd fuqu. Ma’ dan, ma tridx wisq fantasija biex timmaġina x’pariri siewja setgħu taw veterani bħal xi Lawrence Gonzi, li din il-ġimgħa ssuġġerixxa kontestazzjoni bejn Delia u Comodini Cachia,

fl-istess ħin li injora l-vot tattesserati ta’ sena ilu u x’jgħid eżattament l-istatut tal-Partit. Infakkru li meta fi żmienu tilef il-maġġoranza fil-Gvern (mhux sempliċi maġġoranza tad-deputati tiegħu biss), dan l-għaref ukoll ħtieġlu jmur għal vot ta’ fiduċja fost il-kunsillieri tal-Partit tiegħu. Dakinhar, iżda, għażel li jtellaq waħdu u saħansitra feraħ meta ġie l-ewwel, avolja l-pajjiż kien ilu fuq sena jistaġna u miexi bi slow puncture, kif kien deskritt dak iż-żmien minn Robert Arrigo. Illum meta l-istess fazzjoni niżżlet it-tyres kollha tassuppost Kap tagħha u ma tridx tippermetti li l-vettura Nazzjonalista timraħ ’il quddiem, għandna xorti li l-pajjiż kien u se jibqa’ għaddej tajjeb ħafna taħt Gvern Laburista, immexxi b’għaqal u bl-akbar responsabbiltà millPrim Ministru Robert Abela. Piż akbar għall-Partit Laburista fil-poter, li xorta lest iġorru bil-qalb kollha għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.