www.kullhadd.com Il-Ħadd, 20 ta’ Awwissu, 2017
Ħarġa Nru 1,258 Prezz €1
JINQABAD
• PULIZIJA LI GĦADDA RAPPORT KONTRA DELIA LIL CARUANA GALIZIA KIEN SECURITY TAL-EKS PM GONZI L-inkwiet li hemm fil-Partit Nazzjonalista minħabba t-tellieqa għall-Kap qed jieħu żvolta ġdida meta investigazzjoni talKorp tal-Pulizija sabet li wieħed mill-attakki ta’ Caruana Galizia kontra Adrian Delia kellu s-sehem ta’ pulizija li għal snin twal kien qrib l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi. Is-Surġent Roderick Sammut, magħruf sew l-istamperija, jinsab sospiż millKorp sakemm tissokta l-investigazzjoni fejn qed jiċħad l-akkużi kontra tiegħu anke jekk ir-ritratt mis-sistema interna tal-pulizija nstab ukoll fuq il-mobile tiegħu. Caruana Galizia rreferiet fil-blog tagħha għal din l-investigazzjoni u qalet li lesta tiċħad li l-pulizija investigat għaddielha t-tagħrif. F’dan il-każ Caruana Galizia kienet qed tikteb dwar każ fejn kien sar rapport fuq Delia b’rabta ma’ bejgħ ta’ droga.
NIŻVELAW X’QAL DELIA F’LAQGĦA INTERNA: JGĦID LI BFA QED JAGĦMILLU ĦSARA KBIRA
MHUX NIŻDIEDU DAQSKEMM NAĦSBU! Għalkemm żdiedet ir-rata ta’ twelid f ’pajjiżna dan ma jfissirx li l-popolazzjoni tal-Maltin qed tiżdied. Fil-fatt il-koppji Maltin għadhom qed ikollhom familji b’inqas minn żewġ ulied u huma l-barranin li jgħixu f ’pajjiżna, partikolarment Taljani li ġew fostna jibnu familja, li żiedu r-rata tat-twelid f ’Malta. Dan jirriżulta minn analiżi tar-rapport annwali dwar it-twelid f ’Malta s-sena li għaddiet bil-Ġinekologu u Direttur tas-Servizzi tal-Maternità f ’Mater Dei jitkellem dwar kif dan hu effett ieħor ta’ ekonomija b’saħħitha li spiċċat tiġbed lejha barranin li jħarsu lejn Malta biex jibdew ħajja ġdida. Aspetti oħra li jirriżultaw mir-rapport huma li l-età tal-ommijiet li welldu tvarja minn 14-il sena għal 47 u li qed jonqsu b’mod sinifikanti t-tfajliet li jinqabdu tqal taħt l-età ta’ 18-il sena. Ara paġni 6 u 7
Ara paġna 11
ĦILA U FORTUNA • NISKOPRU S-SUĊĊESS WARA L-QABDIET KBAR TAD-DROGA Fl-aħħar jiem il-Pulizija Maltija reġgħet kienet involuta f ’qabdiet sostanzjali tad-droga. F’intervista ma’ din il-gazzetta l-Assistent Kummissarju Denis Theuma jinnota kif dan issuċċess huwa dovut għall-ħidma u ppjanar tajjeb min-naħa tal-pulizija. “Homework tajjeb,” issejjaħlu, għalkemm jinnota li ftit fortuna ma tonqosx. U bis-suġġett tad-droga jerġa’ jispiċċa fuq l-aġenda nazzjonali, wara kummenti tal-Isqof ta’ Għawdex dwar drogi fil-festi, mhux biss tkellimna mal-Assistent Kummissarju dwar il-ħidma biex id-droga ma tibqax tiġri fl-idejn, iżda fittixna wkoll reazzjonijiet għal dak li qal l-Isqof.
Ara paġni 4,5 u 9
02
20.08.2017
kullhadd.com
Editur ALEANDER BALZAN
L-Ogħla Temperatura: 33°C L-Inqas Temperatura: 24°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja li testendi minn fuq il-Bajja ta’ Biscay sal-Libja se tippersisti It-Temp: Il-biċċa l-kbira xemxi Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Punent li jsir moderat għal ftit qawwi mill-Punent Majjistru Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif li jsir moderat għal qawwi L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 27°C
email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572
Disinn tal-Paġni LEANNE ABELA GRECH tel: (+356) 2568 2571
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
Indirizz Postali KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
31°C UV 10
23C
Il-Ħamis
31°C UV 11
22°C
Il-Ġimgħa
30°C UV 10
22°C
Is-Sibt
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
30°C UV 11
21°C
31°C UV 11
21°C
31°C UV 11
23°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Empire Pharmacy (Branch), 46 Triq Melita, Il-Belt Valletta – 21225785 Lister Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21245627 Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487020 Brown’s Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488884 St. Luke’s Pharmacy, Triq San Luqa, Tal-Pietà – 21241293 Numri Importanti Mensija Pharmacy, 92, Triq il-Mensija, San Ġwann – 21373275 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334102 112 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442 St. Louis Pharmacy, Triq Cali, Il-Mosta – 21432802 Il-Pulizija ta’ Malta Euro Chemist, Triq il-Kurazza, Il-Qawra – 21581876 2122 4001-9 Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Paola – 21821646 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 21824720 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Cilia’s Pharmacy, 303, Triq Ħaż-Żabbar, Il-Fgura – 21801962 2393 0000 St. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Iż-Żejtun – 21678039 Pasteur Pharmacy, Triq it-Tellerit, Ħal Safi – 21689944 Il-Gwardjani Lokali 2132 0202 The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzoppardi, Is-Siġġiewi – 21461681 Imtarfa Pharmacy, 207 Triq San David, L-Imtarfa – 21451261
Stampat Progress Press
L-Isptar ta’ Malta 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex 2156 1600
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza 5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku 1182
Għawdex Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat Għawdex – 21563233 St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Il-Qala Għawdex – 21555348 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
03
20.08.2017
kullhadd.com
TLIET FAŻIJIET LI JWASSLU GĦAL ĦAJJA FL-AĦJAR AMBJENT • L-GĦAŻLA BIEX AKTAR PERSUNI B’DIŻABBILTÀ QED IGAWDU MILL-PROĠETT SOĊJETÀ ĠUSTA
Residenza fil-Marsa li qed tkun rinovata
Kitba ta’ meħtieġ biex mil-lista ta’ perCLAIRE AZZOPARDI suni jintgħażlu numru minnhom abbażi ta’ prijorità. Il-proċess biex jiġi determinat Dan għaliex dawn ir-residenmin se jintgħażel biex jgħix zi ma jilqgħux fihom numru fir-residenzi li qed jinfetħu kbir ta’ nies bil-għan ewliegħall-persuni b’diżabbiltà ni jkun li tingħata l-attenzfil-komunità jinqasam fi tliet fażijiet. Il-proċess li jagħti prijorità lil dawk l-aktar fil-bżonn, il-proċess li jiddetermina liema residenza toffri l-aħjar spazju għall-persuna u finalment ilproċess ta’ tranżizzjoni. Fix-xhur li ġejjin se jiftħu l-bibien tagħhom aktar djar minn dawn. Fil-fatt sal-aħħar tas-sena se jkunu qed jinfetħu tliet residenzi oħra f ’Ħaż-Żab- Kif tissuġġerixxi bar, Pembroke u l-Marsa, fil- l-kelma, f’dan ilwaqt li diġà hemm maħsuba proċess il-persuni tlett idjar oħra. Dan bħala parti mill-proġett tal-Gvern, Soċjetà Ġusta, b’diżabbiltà jiġu proġett li l-għan ewlieni tiegħu mqabbla marhu li persuni b’diżabbiltà jgħixu ħajja dejjem aktar in- residenza li toffri dipendenti u jintegraw dejjem l-aħjar spazju aktar fis-soċjetà. Il-gazzetta Kullħadd tkell- għalihom u malmet ma’ Silvio Borg, social persuni li se worker fi ħdan l-Aġenzija Sapport li spjegalna li fil-bi- jkunu qed jgħixu du jsir kuntatt mal-klijenti li magħhom jkunu applikaw biex persuna b’diżabbiltà tibda tgħix f ’dawn id-djar fil-komunità. Dan biex ikun jista’ jsir l-assessjar
Residenza f ’Ħaż-Żabbar li nbniet proprju għal dan il-għan
joni neċċessarja lill-bżonnijiet ta’ dawn l-individwi filwaqt li l-ispazju jkun wieħed adegwat. Fil-fatt, il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’diżabbiltà, Oliver Scicluna, stqarr magħna li huwa importanti ferm li d-djar jilqgħu fihom numru żgħir ta’ residenti biex b’hekk tinbena iżjed l-atmosfera ta’ familja. Iżda dan mhuwiex l-uniku fattur importanti. Fil-fatt f ’din il-fażi s-social workers tal-Aġenzija Sapport fil-fażi tal-għażla jibbażaw l-assessjar tagħhom fuq il-kundizzjonijiet li r-residenza tkun se tilqa’ fiha. Pereżempju r-residenza l-ġdida ta’ Pembroke se tkun qed tilqa’ fiha tfal b’imġiba li toffri sfida, dik tal-Marsa se takkomoda adulti bl-istess tip ta’ imġiba, filwaqt li dik ta’ Ħaż-Żabbar se toffri spazju addattat għal persuni b’diżabilitajiet varji iżda simili. Dawn huma kollha fatturi li jiġu meqjusa fl-ewwel fażi ta’ dan il-proċess. Biex imbagħad ikun imiss it-tieni fażi talproċess, dik li tissejjaħ ‘matching’. Kif tissuġġerixxi l-kelma, f ’dan il-proċess il-persuni b’diżabbiltà jiġu mqabbla mar-residenza li toffri l-aħjar
Silvio Borg
fiha qabel, il-persuni b’diżabbiltà magħżula għar-residenza fil-komunità, tkun waħda differenti għal kull persuna. Dan biex jiġu rispettati n-neċċessitajiet tal-persuna. Carmen spjegat mal-gazzetta Kullħadd, li l-ewwel pass f ’din il-fażi jkun li dawn il-persuni jiġu jaraw ir-residenza u jqattgħu jum fiha. Imbagħad ikun imiss li l-persuna tqatta’ lejl fid-dar tal-komunità. Iżda l-proċess li jkun imiss, ma jkunx wieħed uniku għal kulħadd iżda jkun wieħed li jwieġeb għall-bżonnijiet differenti tal-persuna. Ladarba l-proċess jintemm b’suċċess, dawk magħżula jibdew jgħixu fir-residenza u jingħataw l-aqwa servizz possibbli. Iżda l-ħaddiema mhumiex se jkunu l-uniċi persuni li jassiguraw li l-persuni b’diżabbiltà jintegraw bl-aħjar mod fis-soċjetà. Se jkun hemm jagħtuhom daqqa t’id ir-residenti li jgħixu fil-viċinanzi tad-djar. Dan ikkonfermawh ir-residenti malgazzetta Kullħadd li stqarrew li qed jistennew b’ħerqa biex dawn ir-residenzi jibdew jilqgħu fihom l-ewwel persuni u li se jkunu qed jagħmlu minn kollox biex iħossuhom parti mill-familja tal-lokal.
Carmen Burmingham
spazju għalihom u mal-persuni li se jkunu qed jgħixu magħhom. Dwar dan spjegatilna aktar Carmen Burmingham, Services Manager fi ħdan id-Dipartment tas-Servizzi Residenzjali. Qaltilna li f ’din il-fażi tim multi dixxiplinari jiltaqa’ mas-social workers tal-Aġenzija Sapport u mat-tim tar-residenzi biex isir assessjar ieħor li din id-darba, fost oħrajn, jiġi identifikat il-persuni b’diżabbiltà xi jħobbu u x’ma jħobbux u jekk hemm persuni oħra li diġà jgħixu fir-residenza jaqblux magħhom bħala imġiba. B’din il-fażi tikkonkludi l-għażla ta’ liema persuni b’diżabbiltà jkunu se jibbenefikaw mill-proġett soċjetà ġusta. Dan kollu jsir bilgħan ewlieni li dawn il-persuni jingħataw l-aqwa servizz. Iżda, ladarba l-lista tkun konkluża, dawn il-persuni mhux biss jiġu infurmati iżda jingħataw l-assistenza kollha neċċessarja fil-fażi ta’ tranżizzjoni. F’din il-fażi, il-ħaddiema tas-servizzi residenzjali jassiguraw li t-tranżizzjoni mir-residenza li kienu jgħixu
04
20.08.2017
kullhadd.com
QABDIET KBAR U SFIDI ĠODDA Kitba ta’ NEIL AZZOPARDI FERRIGGI L-isfida ta’ drogi sintetiċi li qed jidħlu fis-suq hija biċċa wġigħ ta’ ras għall-korp tal-pulizija li qed jaħdem bil-għan li jkun hemm leġiżlazzjoni li tagħmel illegali dawn is-sustanzi ġodda li qed jinbtu minn żmien għal żmien. “Sfortunatament fuq livell Ewropew il-problema tad-droga sintetika dejjem qed issir aktar komuni,” qal l-Assistent Kummissarju Denis Theuma li huwa responsabbli mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga. Fil-preżent f ’pajjiżna għandna madwar 11-il tip ta’ sustanza sintetika li hija illegali, madankollu, għad hemm mijiet oħra li għadhom legali u dan minħabba li ta’ spiss jinbtu sustanzi ġodda. L-Assistent Kummissarju Theuma sostna li bħalissa hemm maħsuba pjanijiet sabiex jinbena qafas legali iktar b’saħħtu għaliex bis-sitwazzjoni kif inhi llum diffiċli tlaħħaq ma’ dawn it-tip ta’ sustanzi li jinbtu minn żmien għal żmien, f ’leġiżlazzjoni waħda. Huwa qal li dawn it-tip ta’ sustanzi huma iżjed perikolużi mill-kannabis għaliex is-sustanza fiha nnifisha hija ferm iżjed qawwija u dan għaliex hija magħmula mill-bniedem. L-Assistent Kummissarju Theuma qal dan meta ltqajna miegħu l-għada li l-Pulizija ta’ Malta reġgħet għamlet qabda kbira tad-droga qabel daħlet pajjiżna. Fil-fatt spjega dwar il-ħidma tal-iskwadra li jmexxi, fid-dawl li f ’dawn l-aħħar xhur u snin smajna b’qabdiet kbar ta’ droga fosthom dik ta’ nhar il-Ħamis fejn inqabdu madwar 18-il kilo ta’ droga u kif ukoll id-diversi suċċessi li l-Pulizija Maltija għamlet bħal qabdiet ta’ numru sostanzjali ta’ droga li kienet indirizzata lejn pajjiżna. Operazzjoni bħal dik talĦamis mhix waħda li taqbad
u ssir kif ġieb u laħaq. Dan hekk kif il-pulizija tkun ilha tinvestiga u ssegwi persuni li jkollhom konnessjonijiet ma’ xulxin u kif ukoll tibni l-profili tas-suspettati. Madankollu, operazzjoni bħal din ġieli twassal biex jinqabdu iżjed nies involuti fit-traffikar minn dawk li jkunu fil-mira inizjalment. Eżempju ċar huwa l-każ ta’ ftit tax-xhur ilu fejn żewġ Belġjani nqabdu jdaħħlu 10 kilos kokaina f ’pajjiżna fejn eventwalment imbagħad ġew arrestati żewġ Maltin oħra wara l-investigazzjonijiet. Il-Pulizija ġieli tkun megħjuna minn entitajiet oħra f ’ċerti qabdiet tad-droga bħal pereżempju d-dwana jew inkella sezzjonijiet oħra fi ħdan il-korp bħad-distretti fejn dan l-aħħar żdiedu wkoll il-patrols u spezzjonijiet f ’diversi żoni partikolari ta’ pajjiżna bħal ġonna pubbliċi. Operazzjoni oħra ta’ suċċess kienet dik ta’ ftit tal-ġimgħat ilu fejn l-Iskwadra ta’ Kontra
Ġeneralment Spanja u l-Portugall iservu lit-traffikanti sabiex idaħħlu l-kokaina fl-Ewropa. Dan minħabba li dawn iż-żewġ pajjiżi huma l-eqreb pajjiżi Ewropej tal-Amerka t’Isfel bil-baħar Atlantiku jifridhom
d-Droga megħjuna mir-Rapid Intervention Unit, it-Taqsima tal-Klieb, il-Pulizija tad-Distrett u tal-Forensika għamlu rejd fin-New Tiger Bar fil-Marsa wara ġimgħat ta’ investigazzjoni. Dakinhar instabu ammonti ta’ droga ta’ raża tal-kannabis sabiex tiġi mmexxija lokalment flimkien ma’ droga sintetika. Ġeneralment id-droga kollha li tidħol f ’pajjiżna anke jekk f ’ammonti kbar tkun sabiex tiġi kkunsmata lokalment. Dan minħabba li Malta mhux komuni li sservi bħala post
ta’ tranżizzjoni peress li hija mdawra kollha kemm hi bilbaħar u ma twassal għall-ebda art oħra kuntrarju għal pajjiżi oħra Ewropej li taqsam bejniethom permezz ta’ karozza minħabba li jmissu ma’ xulxin. Għalkemm eċċezzjonijiet jeżistu, bħal meta iktar kmieni din is-sena fil-Port Ħieles inqabad kontejner mimli droga li d-destinazzjoni tiegħu kienet Spanja. Il-ħidma tal-iskwadra hija relattivament maqsuma f ’żewġ partijiet; dik li tinqabad il-ħuta l-kbira jiġifi-
eri t-traffikant li qed idaħħal id-droga f ’pajjiżna, fejn l-ammonti jkunu kbar u l-operazzjonijiet isiru fuq skala ikbar, u dik li jinqabad min qed imexxi d-droga jiġifieri l-intermedjarju bejn it-traffikant u l-vittma fejn l-ammonti jkunu iżgħar u l-ħidma wkoll tkun kemxejn differenti. Ġeneralment dan il-qbid issir waqt parties jew postijiet ta’ divertiment. Iżda, minn fejn tiġi d-droga? “Is-sustanza kokaina ġeneralment tiġi minn pajjiżi fl-Amerka ta’ Isfel bħal pereżempju l-Kolombja u l-Costa Rica.
05
20.08.2017
kullhadd.com
Drogi sintetiċi huma saħansitra iżjed perikolużi mill-kannabis. Dan għaliex is-sustanza fiha nnifisha hija ferm iżjed qawwija għaliex hija magħmula mill-bniedem
Ir-raża tal-kannabis imbagħad huma magħrufa għall-protiġi prodotta fil-Marokk men- duzzjoni tal-eroina,” spjetri l-Afganistan u l-madwar ga l-Assistent Kummissarju Theuma. Madankollu id-droga sintetika mbagħad l-iżjed li tinħadem hija f ’partijiet differenti tal-Ewropa. Ġeneralment Spanja u l-Portugall iservu lit-traffikanti sabiex idaħħlu l-kokaina Li tieħu fl-Ewropa. Dan minħabba li dawn iż-żewġ pajjiżi huma l-affarijiet l-eqreb pajjiżi Ewropej bis-serjetà, tal-Amerka t’Isfel bil-baħar Atlantiku jifridhom, fejn tagħmel xogħlok mhux l-ewwel darba li l-awtoritajiet Spanjoni interċettaw sew u ma tħalli laneċ b’20 tunnellata ta’ drol-ebda toqba ga bil-ħsieb aħħari jkun li din tinfirex fl-Ewropa permezz flimkien ta’ strutturi illegali mmexxija mal-perseveranza minn gruppi organizzati. Huma remoti l-każi fejn ġiese jħallu dan li nqabdu traffikanti ta’ drol-eżitu pożittiv gi li baqgħu ġejjin f ’pajjiżna b’konsenja ta’ droga mill-post tal-oriġini. It-Turkija mbagħad isservi bħala bieb għall-Afgan-
istan sabiex tiddaħħal l-eroina fl-Ewropa. Kulma jmur dejjem qed isiru komuni websites u profili fuq siti soċjali li b’mod dirett jew indirett jippromwovu l-bejgħ ta’ sustanzi illegali, fejn minn żmien għal żmien anke nies jirrikorru għand il-pulizija b’rapporti ta’ dawn il-profili. Malli l-pulizija tinnota dawn it-tip ta’ siti jew inkella jidħlulha rapporti, hija tibda tinvestiga bil-għajnuna tas-Cyber Crime Unit. Madankollu ġieli jirriżulta li dawn ikollhom oriġini barra mill-Ewropa bħal ngħidu aħna l-Afrika fejn sfortunatament il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet ma tkunx daqshekk b’saħħitha u l-Pulizija Maltija ma tkunx tista’ taħdem minħabba li l-oriġini tas-sit ma jkunx jaqa’ taħt il-ġursidizzjoni tagħha. Kien hemm ukoll każijiet fejn persuni li pruvaw jixtru xi tip ta’ drogi minn fuq dawn is-siti
spiċċaw ħallsu tagħhom u qatt ma rċevew xejn. Għalhekk wieħed jasal għall-konklużjoni li minn uħud minnhom mhux vera tinbiegħ id-droga iżda huma mmirati biss sabiex jiffrodaw lil dak li jkun u jeħdulu l-flus. Li kieku l-investigazzjonjiet juru lill-oriġini ta’ dawn il-websites u l-profili huma Ewropej, ikun ferm iżjed faċli sabiex il-Pulizija Maltija tibda tasal għal xi tip ta’ konklużjoni. Dan minħabba li kulma jmur dejjem qed tiżdied il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ pajjiżi differenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Dan b’mod partikolari permezz tal-EUROPOL. Dan anke għaliex ikun jista’ jinħareġ mandatt ta’ tfittxija u l-għoti tal-informazzjoni bejn pajjiż u ieħor huwa iżjed faċli. Però x’qed iwassal biex ikun hemm iktar qabdiet tad-droga? Skont l-Assistent Kum-
missarju Denis Theuma, li ilu jaħdem f ’din l-iskwadra għallaħħar 17-il sena, “il-konċentrazzjoni u li tagħmel il-homework b’għaqal sabiex tipprova tidentifika l-ħuta l-kbira, flimkien ma’ elementi ta’ fortuna” qed iwasslu sabiex il-Pulizija Maltija tagħmel suċċessi f ’dan il-qasam. Qabda ta’ droga ma’ tkunx xogħol ta’ ġurnata waħda iżda frott ġimgħat u xhur ta’ investigazzjonijiet u ġbir ta’ informazzjoni biex eventwalment tinbena l-aħjar stampa sabiex fil-ġurnata tal-operazzjoni jkun hemm eżitu pożittiv. “Li tieħu l-affarijiet bis-serjetà, tagħmel xogħlok sew u ma tħalli l-ebda toqba flimkien mal-perseveranza se jħallu dan l-eżitu pożittiv,” iddikjara l-Assistent Kummissarju Theuma li ddeskriva d-droga bħala dak l-element li qed iwassal għall-qerda tal-persuni u t-tkissir tal-familji.
06
20.08.2017
kullhadd.com
IŻ-ŻIEDA FIL-BARRANIN FISSRET ŻIEDA FIT-TRABI LI TWIELDU • MEDJA TA’ BEJN 1.3 U 1.5 WILD GĦAL KULL KOPPJA MALTIJA • ŻDIEDU L-PARI TA’ TEWMIN LI TWIELDU F’MALTA Kitba ta’ żieda ta’ madwar 330 omm barranija PEARL AGIUS li f ’pajjiżna kellha tarbija bejn is-sena 2013 u s-sena li għaddiet. Minn tagħrif li tagħna Brincat jirIż-żieda fin-numru ta’ barranin jgħixu Malta hija riflessa wkoll fiż-żieda ta’ riżulta li hemm numru kbir ta’ Taljatwelidijiet. Fil-fatt, id-Direttur tas- ni. Għax kif spjega l-ġinekologu ta’ Servizzi tal-Maternità fl-Isptar Mater esperjenza, it-Taljani li qed jiġu hawn Dei, Mark Brincat, innota kif iż-żieda qed jagħmlu dan f ’etajiet iżgħar minn fl-ammont ta’ trabi li twieldu s-sena pereżempju l-Ingliżi, li jagħżlu Malta li għaddiet m’għandhiex tilludina li fi stadju iktar tard ta’ ħajjithom. Din iż-żieda fi trabi barranin tista’ l-Maltin reġgħu qed ikabbru l-familji tagħhom. Minflok, jidher li dan tidher bħala piż ġdid fuq pajjiżna. hu effett tal-barranin li sabu impjieg Fosthom fuq is-sistema edukattiu bdew ħajja f ’pajjiżna u għalhekk va għaliex ħafna drabi dawn it-trabi qed ikabbru l-familja tagħhom hawn ma jkunux l-ewwel wild tal-familja u ukoll. Filwaqt li dan hu numru li kien f ’ħabta u sabta, is-sistema edukattiva qed jikber b’mod kostanti, bejn l-2013 jkollha titwessa’ biex tagħmel spazju u l-2014 kien hemm żieda qawwija ta’ għal numru sostanzjali ta’ tfal li ta’ madwar 200 persuna ta’ nazzjonalità kull sena jiġu minn barra l-pajjiż. Dan mhux biss, għaliex numru ta’ oħra li welldet Malta. Brincat, konsulent mediku f ’Mater tfal li jinqalgħu minn pajjiżhom u Dei fost oħrajn, spjega kif dan kollu jemigraw għal ieħor għandhom xorti huwa wkoll riżultat tat-tkabbir ekono- jekk jifhmu nitfa mil-lingwa Ingliża, u miku bla preċedent li kellu pajjiżna. din toħloq ukoll pressjoni biex wieħed Argumenta kif jekk pajjiż ifalli ħadd jikkomunika. ma jmur biex jibda ħajtu fih. Xi ħaġa li “Is-sena l-oħra mhux biss kien hawn f ’Malta saret spissa tant li kien hemm żieda ta’ trabi imma dawn it-trabi għandhom ħuthom, jiġifieri s-settur edukattiv kellu jsib mijiet ta’ postijiet iktar għat-tfal ta’ dawn l-individwi barranin li jitfaċċawlek f ’daqqa waħda. Meta jkollok economic boost tistenna dawn l-affarijiet li jiġru għax jekk ifalli l-pajjiż ħadd ma jkun irid jiġi hawn,” jinnota Brincat. Il-Maltin kemm qed iwelldu?
L-età tal-ommijiet li welldu s-sena l-oħra tvarja minn 14-il sena sa 47 sena. Minkejja dan, it-tqaliet ta’ tfajliet taħt it-18-il sena qegħdin jonqsu b’mod sinifikanti
Filwaqt li b’mod ġenerali żdied it-twelid, il-ġinekologu Brincat fisser kif dan ma jfissirx li l-Maltin qed jagħżlu mill-ġdid li jkollhom familji ikbar. Anzi jgħid li r-rata ta’ twelid għand koppji Maltin kompliet tonqos. Xi ħaġa li jiddeskrivi bħala “sfortuna” u “inkwetanti”. In-numru ta’ trabi ta’ koppji Maltin bejn wieħed u ieħor qiegħed f ’medja ta’ bejn 1.3 u 1.5 għal kull koppja. “Dan huwa nuqqas drastiku ħafna u dan in-numru ta’ tfal li qed ikollna huwa sa ċertu punt inflated,” jgħid Brincat. B’numru ta’ inċentivi bħal childcare b’xejn, suppost il-ġenituri m’għandhomx ikollhom il-problema li xi ħadd ikollu jieqaf mix-xogħol biex jieħu ħsieb it-tarbija. Iżda, illum il-mentalità u l-prijoritajiet inbidlu fejn ħafna jistennew li jikbru u saħansitra jkunu se jaqbżu l-età taż-żogħżija meta jsiru ġenituri għall-ewwel darba. Ħafna nies l-ewwel qegħdin jistabbilixxu karriera biex imbagħad ikunu lesti għal li jista’ jinqala’ meta jkollhom tarbija. Fil-fatt l-età medja tal-ommijiet li welldu fl-2016 kienet bejn it-30 u l-34 sena. Ovvjament iktar ma jkunu kbar innies imbagħad ikun hemm iktar problemi fejn tidħol il-fertilità. Hawnhekk jidħol l-element tat-teknoloġija riproduttiva artifiċjali iżda dan mhuwiex
aċċessibbli għal kulħadd u hemm ċertu kriterji li jridu jintlaħqu. Punt kurjuż li spjegalna Brincat huwa, li meta l-omm ikollha t-tfal iktar tard fil-ħajja, hemm ċans ikbar li jkollha tewmin. Jargumenta li huwa magħruf li t-twinning huwa iktar komuni f ’nisa li jkollhom trabi iktar tard fil-ħajja. “Bla dubju ta’ xejn li għandna hawnhekk huma żewġ forzi li qed jaħdmu f ’daqqa. Hawn nisa li qed idewmu l-bidu tal-familja tagħhom u għal raġunijiet varji kif ukoll naturali ċ-ċans li jkollhom tewmin huwa iktar komuni. Meta koppji jtawlu l-pjanijiet għall-familja u jkollna impatt ta’ problemi bl-infertilità, dawn ikollhom iktar trattament u iktar trattament jista’ jirriżulta li ’l hawn u ’l hinn ikun hemm xi tqala b’tewmin. Għalkemm irrid ngħid li l-maġġoranza kbira, kemm tal-IVF u kemm tal-infertilità jirriżultaw fi tqala waħda biss u mhux tewmin. Tewmin huma minoranza,” jgħid Brincat meta mitlub jikkummenta dwar il-fatt li żdied t-twelid ta’ tewmin. Fil-fatt, ir-rapport annwali jgħid li n-numru ta’ ħlas b’iktar minn tarbija waħda huwa 98 kollettivament, imma 71 minnhom ma kinux megħjuna minn teknoloġija riproduttiva filwaqt li 27 minnhom kienu rreġistrati li kellhom għajnuna minn teknoloġija riproduttiva artifiċjali bħall-IVF. Sorpriż biċ-ċifri li ntlaħqu s-sena l-oħra, Brincat stqarr kif 4,555 wild huma rekord liema bħalu għal pajjiżna. Tenna li dan in-numru rekord ifisser li n-numru ta’ tewmin li twieldu fis-sena 2016, hekk kif twieldu 96 sett ta’ trabi tewmin u żewġ settijiet ta’ triplets, iridu jittieħdu f ’kuntest. “Il-fatt li żdied in-numru ta’ tewmin irridu neħduh kontra l-isfond ta’ 4,555 wild li kellna fil-pajjiż. Anki dik hi somma rekord meta sa ftit snin ilu waqajna għal 3,500, jiġifieri ir-rata tat-twelid f ’Malta qed tiżdied bla dubju ta’ xejn. Issa kellna 96 sett ta’ tewmin jiġifieri n-numru ta’ twins żdied. Dak fl-isfond ukoll li kien hemm żewġ settijiet ta’ triplets biss, li għalina mhux ħafna dawk allavolja dejjem nippruvaw innaqqsuhom is-settijiet ta’ triplets. Il-background huwa ta’ xi 2% issoltu jiġifieri l-fatt li għandna kważi iktar minn 4%, juri l-impatt tax-xogħol tagħna fil-qasam li għandu x’jaqsam mat-trattament tal-fertilità.” L-effett tal-IVF Dr Brincat li huwa wkoll id-Direttur Mediku għat-teknoloġija riproduttiva artifiċjali, stqarr kif qed jippruvaw Tkompli f ’paġna 7 >>
07
20.08.2017
kullhadd.com
Tkompli minn paġna 6 inaqqsu tqaliet b’iktar minn tarbija waħda bit-teknoloġija avvanzata tallum. Dawn it-tqaliet huma evidenza tax-xogħol li qegħdin jagħmlu f ’dan il-qasam. Ovvjament il-maġġoran-
Dik hi somma rekord meta sa ftit snin ilu waqajna għal 3,500, jiġifieri ir-rata tat-twelid f’Malta qed tiżdied bla dubju ta’ xejn
za tagħhom dawn it-tqaliet huma fenomenu naturali imma pereżempju, waħda mill-ommijiet li kellha tlett itrabi f ’daqqa kellha żewġ bajdiet li waħda żviluppat f ’tewmin u l-oħra kienet tarbija singola. Minkejja dan, ma jistenniex li għandha tikber r-rata tat-twelid fit-tewmin jew triplets. Kompla billi spjegalna li ħafna problemi li jinvolvu t-tewmin ma jkunux ta’ natura ekonomika u fil-fatt qalilna li allavolja l-familja tkun naqra ikbar, il-konsegwenzi ma jkunux severi daqskemm wieħed jaħseb. Anzi ċerti problemi li jinqalgħu jkunu mediċi fejn hemm tendenza żgħira li tewmin jitwieldu qabel. Dan ma jiġrix biss f ’każ ta’ tewmin. Ommijiet li jirċievu trattament ta’ fertilità jitqiesu bħala ‘high risk’ anki waqt it-tqala li jista’ jkun iwassal biex iwelldu t-tarbija qabel. Dawn jagħmlu ammont ta’ żmien ġewwa l-NPICU (Neonatal Paediatric Intensive Care Unit). Fortunatament, ħafna minn dawn it-trabi jagħmlu ftit ġranet taħt osservazzjoni u jmorru d-dar fis-sliem. Dan l-istħarriġ jitfa’ dawl fuq punti interessanti bħall-fatt li s-sena l-oħra twieldu iktar trabi subien milli bniet. Xi ħaġa ta’ min jinnota wkoll hija l-età tal-ommijiet li welldu s-sena l-oħra li
tvarja mill-età tenera ta’ 14-il sena saletà ta’ 47 sena. Minkejja dan, it-tqaliet ta’ tfajliet taħt it-18-il sena qegħdin jonqsu b’mod sinifikanti matul issnin. Il-maġġoranza tal-ommijiet li welldu kienu rreġistrati bħala miżżewġin bi 68 fil-mija, filwaqt li 28.2 fil-mija qatt ma kienu miżżewġin u 3.8 fil-mija kienu romol, separati jew divorzjati. Minn lenti ta’ edukazzjoni, il-maġġoranza tal-ommijiet waslu sa edukazzjoni terzjarja b’36.3 fil-mija. 31.9 fil-mija wieġbu li waslu sa edukazzjoni sekondarja, filwaqt li 25 fil-mija waslu sa edukazzjoni post-sekondarja. Figuri żgħar iżda ta’ min jagħti kashom juru li 3.9 fil-mija ma speċifikawx sa liema stadju edukattiv waslu u 2.8 fil-mija qalu li waslu sal-edukazzjoni primarja jew li m’għandhomx sfond edukattiv. Il-ħajja li tgħix l-omm waqt it-tqala taffettwa b’mod drastiku l-ħajja tat-tarbija u fortunatament l-ommijiet li jabbużaw minn sustanzi abbużivi fosthom sigaretti, alkoħol u drogi naqsu drastikament u l-maġġoranza ta’ madwar 4,400 ma missewx ma’ dawn is-sustanzi. Is-sigaretti huma l-iktar sustanza li għamlu abbuż minnha li tirriżulta fit-tarbija tiżen
Fil-fatt l-età medja tal-ommijiet li welldu fl-2016 kienet bejn it-30 u l-34 sena
inqas min-normal kif ukoll tikkaġuna rata baxxa ta’ twelid. Dawn huma r-realtajiet li qed jitwieldu fihom iċ-ċittadini ta’ għada. Realtajiet li fil-maġġoranza tagħhom huma lkoll pożittivi.
08
20.08.2017
kullhadd.com
900 STUDENT JITOLBU REVIŻJONI TAL-KARTA TAL-EŻAMI • MA KINUX KUNTENTI BIL-MARKA TAL-O LEVEL JEW TAL-A LEVEL Kitba ta’ PEARL AGIUS 876 student applikaw biex jagħmlu reviżjoni tar-riżultat tal-O Level jew tal-A Level wara li ma kinux kuntenti bil-marka li ngħataw mill-eżaminaturi talMATSEC. Dan minn total ta’ madwar 9,500 student li poġġew għall-eżami fis-sessjoni ta’ Mejju li għadda. Minn tagħrif li kisbet ilgazzetta KullĦadd jirriżulta li minn dawk li talbu reviżjoni tal-karta hemm 524 li applikaw biex jerġgħu jpoġġu għall-eżami fis-sessjoni ta’ Settembru. Minn kważi 900 student li applikaw għar-Reviżjoni tal-livell tal-Matrikola. tal-Karta, 384 minnhom L-għan tar-Reviżjoni kienu tal-livell Ordinarju fil- tal-Karta hu li ssir verifika waqt li 492 minhhom kienu fuq il-marka li l-istudenti
jkunu rċevew ibbażata fuq is-sessjoni ta’ Ġunju. Eżaminatur li ma kienx parti millproċess biex jikkoreġi karti
tal-eżamijiet f ’Ġunju jiġi appuntat biex jerġa’ jirrevedi u jivverifika l-marki li jkunu ngħataw lill-istudenti. Jekk il-persuna appuntata tħoss li għandha titbiddel il-marka, jkun hemm diskussjoni biex jintlaħaq ftehim. Kemm jekk il-marka oriġinali tiġi ġġustifikata u kemm jekk tinbidel, l-eżaminatur il-ġdid huwa mitlub li jikteb rapport konċiż u dan jintbagħat lill-istudent. Taħt l-ebda ċirkostanza mhu permess li l-istudent jara l-karta tal-eżami tiegħu sakemm ma jkunx hemm kwistjoni ta’ verifika tal-karta tal-eżami nnifisha. Wieħed jifhem li jkun hemm diversi studenti li ma jkunux kuntenti bil-marki tagħhom però l-kwistjoni hi, għaliex studenti jiddeċiedu li jonfqu ammont ta’ flus biex japplikaw għar-Reviżjoni tal-Karta meta ħafna mill-marki qas biss jinbidlu? Kelliem għall-uffiċċju tal-MATSEC qalet li dan l-eżerċizzju jiżgura li l-marki li ngħataw huma ġusti u li t-tweġibiet ġew immarkati kollha. Jirriżulta wkoll li mhux dawk kollha li japplikaw ma jkunux marru tajjeb jew ma jkunux għaddew mill-eżamijiet. Huma ħafna li japplikaw minkejja l-fatt li jkunu għaddew. Fil-fatt kien hemm numru ta’ studenti li minkejja li applikaw għal dan l-eżerċizzju, kienu jilħqu l-kriterji mitluba minn istituzzjonijiet post-sekondarji u terzjarji. Jista’ jkun li jkun hemm min irid jieħu ċans biex isaħħaħ il-grad, anke għax b’dan il-proċess il-marka tista’ biss tiżdied u mhux tonqos. Jirriżulta li l-iktar suġġett li applikaw għalih fil-livell Ordinarju kien proprju s-suġġett tal-Matematika li
applikaw għalih 106 studenti. Dan hu suġġett li dwaru kien hemm l-ilmenti ta’ diversi studenti li kien itqal missoltu anke jekk imbagħad irriżulta li r-rata ta’ dawk li għaddew ma varjatx minn snin oħra. Filwaqt li fil-livell tal-Matrikola, 91 student applikaw għall-reviżjoni fis-suġġett tal-Kimika fil-livell Avvanzat. Bla dubju ta’ xejn dawn huma żewġ suġġetti li jħabbtu ħafna studenti. Dan jistgħu jikkonfermawh statistiċi maħruġin minn MATSEC. Jirriżulta li minn total ta’ kważi 4,040 student, 808 student m’għaddewx mill-Matematika fil-livell Ordinarju u minn total ta’ kważi 450 student, 53 m’għaddewx mill-eżami tal-Kimika fil-livell Avvanzat. Minkejja l-fatt li kien hemm iktar studenti li applikaw għal ‘Revision of Paper’ fil-livell tal-Matrikola, dan in-numru ta’ studenti jidher li qed joqnos mentri fil-livell tas-SEC m’hemmx sinjal ċar. “Fil-livell tas-SEC ma hemmx tendenza ċara. In-numru naqas mis-sena li għaddiet, però naqsu wkoll in-numru li applikaw għall-eżamijiet.” L-eżaminaturi li jiġu appuntati jkollhom inqas minn tliet ġimgħat biex jirrevedu kważi 900 skript u jikkonkludu x-xogħol tagħhom u hekk kif qegħdin ftit jiem biss mill-bidu tas-sessjoni ta’ Settembru, il-proċess tar-reviżjoni tal-karti għadu ma ntemmx. Allavolja hemm xi rapporti li diġà ntbagħtu lill-istudenti jibqa’ l-fatt li ċerti studenti qed jistennew dan ir-rapport bit-tama li togħla l-marka sabiex ikunu jistgħu jidħlu fl-istituzzjonijiet mixtieqa qabel is-sessjoni ta’ Settembru.
kullhadd.com
09
20.08.2017
ĦADU GĦALIHOM BI KLIEM L-ISQOF • EBDA RIĊERKA DWAR IL-PREŻENZA TAD-DROGI FIL-FESTI Kitba ta’ x-xorb alkoħoliku u s-sustanzi illeċiti fil-festi RACHEL POWELL Maltin,” kompla jingħad minn Briffa ma’ din il-gazzetta. Saħansitra nnota kif l-Għaqda tinsDilettanti tal-festa li għal dik il-ġimgħa ta’ ċel- ab dizappuntata għall-fatt li l-midja lokali ma ebrazzjoni lejn il-patrun jew il-patruna jagħtu tatx l-attenzjoni meħtiega lil din il-kampanja. ħajjithom ħassewhom xi ftit iffastidjati bi kliem “Issa għax tkellem Mons. Isqof Grech qegħdin l-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech, nhar it-Tlieta noħolqu sensazzjoni. Fejn kienet il-midja f ’Ġunli għadda. ju meta l-għaqda nediet din il-kampanja?” arguFilwaqt li ma laqgħux b’sorpriża l-aħbar li d-dro- menta Briffa li nnota kif fl-omelija l-Isqof Grech ga ssib ruħha fil-festi Maltin innotaw li mhuwiex ma sabx ħin biex jelenka t-tajjeb tal-festi. korrett li wieħed jipponta subgħajh lejn il-festi Fid-dawl ta’ din id-diskussjoni tkellimna ma’ bħala xi sors ewlieni ta’ minn fejn wieħed jista’ Anthony Gatt, Psikologu u Kordinatur tasjixtri dawn is-sustanzi. Servizzi terapewtiċi ta’ riabilitazzjoni kontra l-ab“Id-droga tista’ tinxtara minn kwalunkwe attiv- buż tad-droga f ’Caritas Malta. ità tal-massa, saħansitra tiġijiet,” qal Christopher Sostna li ma teżistix statistika li tgħid bil-preċiż Briffa, f ’isem l-Għaqda Każini tal-Banda. dwar l-ikkunsmar tal-alkoħol u d-droga fil-fes“L-Għaqda Kazini tal-Banda mhijiex sorpriża ti. “Huwa fatt ukoll li f ’dawn l-aħħar snin kien bil-kumment ta’ l-Isqof Grech, tant li l-Għaqda hemm żieda ta’ persuni li jabbużaw mill-kokaina kienet pro-attiva u fil-bidu ta’ Ġunju 2017 flim- b’mod ġenerali u din ix-xejra tista’ tiġi riflessa kien mal-agenzija Sedqa nediet kampanja kontra anki fil-festi. Il-kokaina hi sustanza li tistimula l-ġisem u l-moħħ b’mod li l-persuna tesperjenza sens ta’ ewforija,” qal Gatt. “Tajjeb ngħidu li l-abbuż ta’ kull tip ta’ droga, inkluż l-alkoħol, li hu sustanza legali iġorr il-perikli tiegħu. It-taħlit tal-alkoħol mad-droga kokaina hu riċetta perikoluża li żżid r-riskji ta’ overdose,” żied Gatt. L-Isqof innota kif filwaqt li naqas il-konsum tal-alkoħol fil-festi żdied il-bejgħ tal-ilma u rabat dan mal-pjaga tad-droga. Staqsejna lil Gatt dwar l-użu ta’ iktar ilma. “Li wieħed jixrob l-ilma meta jikkonsma sustanzi stimulanti huwa rakkomandat biex jitnaqqas r-riskju ta’ deidrazzjoni. L-interess tagħna hu li nkunu nafu kemm ix-xejriet tat-tipi ta’ sustanzi li qed jiġu abbużati, kif ukoll il-kwantitajiet ta’ nies. Hekk inkunu nistgħu nifhmu aħjar x’interventi hemm bżonn. Jekk inħarsu lejn in-numri ta’ persuni li fittxew l-għajnuna f ’dawn l-aħħar snin, insibu li n-numri pjuttost baqgħu stabbli. Però kien hemm tnaqqis sostanzjanli ta’ nies li fittxew l-għajnuna minħabba l-eroina u żieda sostanzjali ta’ nies li fittxew l-għajnuna minħabba l-kokaina u l-cannabis,” qal Gatt. Thomas Bugeja, Uffiċjal tar-Relazzjonijiet Pubbliċi tas-Soċjetà Filarmonika Leone A.D. 1863 qalilna li qatt ma kien il-każ li nstabet sustanza illeċita waqt il-marċijiet tagħha, jew inkella li xi partitarji kienu taħt l-effett ta’ xi sustanza illegali. L-istess Soċjetà tinsab impenjata biex, bħalma kien il-każ sal-lum, il-marċijiet tagħha jibqgħu jkunu nodfa mill-użu tad-droga.
Issa għax tkellem Mons. Isqof Grech qegħdin noħolqu sensazzjoni. Fejn kienet il-midja f’Ġunju meta l-għaqda nediet din il-kampanja?
“Is-Soċjetà tassoċja ruħha ma’ kull messaġġ jew dikjarazzjoni kontra d-droga u favur il-ħajja, u huwa tassew pożittiv li Mons. Isqof Mario Grech juża waħda mill-aktar okkażjonijiet importanti fil-kalendarju djoċesan sabiex iwassal messaġġi importanti għas-soċjetà ċivili,” qal Vassallo. Innota li għalkemm Mons. Isqof uża l-Pontifikal ta’ nhar Santa Marija fil-Katidral ta’ Għawdex sabiex iwassal messaġġ rigward id-droga fil-marċijiet, huwa kien qiegħed jagħmel il-kummenti tiegħu b’mod ġenerali u mhux b’rabta ma’ xi festa jew festi partikolari.” Min-naħa tagħha s-Soċjetà Leone tagħmilha ċara li fil-marcijiet organizzati minnha qatt ma kien hemm preżenza ta’ droga. Il-messaġġ tas-Soċjetà Leone lill-partitarji tagħha dejjem kien li ċ-ċelebrazzjonijiet ad unur tal-Patruna Santa Marija huma ċelebrazzjonijiet li m’għandhomx jiġu imċappsa b’xejn, lanqas bl-iċken dell ta’ sustanza illeċita. L-isforzi li qegħdin isiru mill-awtoritjiet konċernati sabiex dawn l-abbużi jitnaqqsu huma ferm apprezzati fi kliem l-Għaqda Każini tal-Banda. “Inħeġġu lill-istess awtoritajiet sabiex ikunu aktar viġilanti fuq it-teħid ta’ sustanzi illeċiti. Ma nistgħux nibqgħu nfittxu biss dak li huwa negattiv fil-konfront tal-festi Maltin. Hemm ħafna attivitajiet interessanti u ta’ edukazjoni li jsiru fil-kwiet iżda ħadd ma jirrappurtahom!” Iżda lil hinn minn dan kollu l-festi huma skola t’arti. Ħafna mill-iskulturi u pitturi Maltin u Għawdxin ħarġu mill-Kazini u l-għaqdiet tal-armar tal-festi tagħna. “Ta’ min isemmi artist li dan l-aħħar kien fil-midja għaliex iddisinja u ħoloq il-presepju Malti ġewwa l-Vatikan – Manwel Grech. Dan l-artist beda l-karriera tiegħu jaħdem l-armar għall-festa tar-Rabat Ghawdex.” Il-festi huma wkoll skola ta’ mużika. Matul il-festi Maltin il-poplu Malti jkollu serati sħaħ ta’ mużika permezz tal-programmi mużikali li l-baned tagħna jtellgħu kull sena fil-festa. Il-baned qegħdin iressqu kull tip ta’ mużika lejn il-poplu. “Il-bandisti jingħataw tagħlim b’xejn kif wkoll strumenti sabiex jipprattikaw il-mużika. Ta’ min isemmi li l-Orkestra Nazzjonali għandha element qawwi ta’ mużiċisti li ħarġu minn ġol-Każini tal-Banda, saħansitra l-Kap Eżekuttiv tal-Orkestra kien bandist ma’ każin tal-banda!”
10
kullhadd.com
20.08.2017
TAĦWID BLA PREĊEDENT! • L-ELCOM TOĦROĠ TGIDDEB LIL FRANK PORTELLI L-ELCOM, l-uffiċċju elettorali tal-Partit Nazzjonalista, ħareġ igiddeb lil Frank Portelli. Biex hekk, fil-kampanja għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista bqajna naraw episodji li qatt jew rari rajna bħalhom f ’elezzjonijiet imgħoddija għat-tmexxija ta’ partit. Bil-partit jispiċċa jwieġeb jew igiddeb il-kandidati tiegħu. Fuq wieħed mill-videoblogs tiegħu, Frank Portelli qal li l-ELCOM kellhom tagħrif ħazin. “L-ELCOM, uffiċċju tal-Partit Nazzjonalista li jieħu ħsieb l-elezzjonijiet. Jien nista’ ngħid li tawni data bl-ismijiet u kunjomijiet tal-kunsilliera, tesserati, eċċ li suppost kienet up to date. Jien bgħatt l-emails u l-SMSs, sibt min-naħa tagħna li almenu 10% huma ħżiena, mhumiex korretti, jew l-email ħażin jew il-mobile ħażin. Kif tista’ tikkomunika man-nies jekk m’għandekx id-data korretta,” qal Portelli li tenna li jrid ikun ċert li l-partit għandu tagħrif korrett. Iżda, lil Portelli spiċċa jmerih il-partit stess fuq is-sit elettroniku tal-aħbarijiet tal-istazzjon. Fuq NET kitbu: “Dwar l-allegazzjonijiet ta’ Frank Portelli, l-Uffiċċju ELCOM xtaq jiċċara li l-allegazzjonijiet mhumiex korretti. Tant li l-Uffiċċju ELCOM mhu involut bl-ebda mod fil-proċess tal-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, u għalhekk ma provda ebda informazzjoni dwar membri tal-Kunsill Ġenerali u tal-Konvenzjoni Ġenerali lil ebda kandidat.”
JIBDA GĦADA X-XOGĦOL FUQ IL-GRAWND TA’ WIED IL-GĦAJN Se jkun qed jibda għada x-xogħol infrastrutturali fuq il-grawnd tal-futbol ġdid f ’Wied il-Għajn. Fl-aħħar xhur kienu għaddejjin it-tħejjijiet biex fl-aħħar din il-komunità li qed tikber u li għadha żagħżugħa jkollha l-faċilitajiet li ħafna rħula oħra għandhom. Fost oħrajn mhux biss saru l-pjanti iżda ħarġu wkoll is-sejħiet għall-offerti
u nkisbu l-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar u l-ħidma fuq is-sit b’mod estensiv se tirranka filjiem li ġejjin. Dan wara li qabel il-festi ta’ Santa Marija saru proċeduri ta’ tħejjijiet fuq is-sit li jinsab biswit il-park tal-familja. L-investiment fuq il-grawnd jiswa €1,500,000. Oriġinarjament dan il-proġett kien maħsub għal fuq is-sit
tal-Università Amerikana ta’ Malta fiż-Żonqor, iżda meta l-proġett kien ridimensjonat bil-għan li tonqos iż-żona ODZ, inbidel is-sit. It-tim tal-futbol ta’ Marsascala ilu mwaqqaf madwar seba’ snin u anke jekk għandu nursery li fiha jipparteċipaw għexieren tat-tfal, il-klabb qatt ma kellu faċilitajiet tiegħu.
11
20.08.2017
kullhadd.com
SURĠENT SOSPIŻ WARA LEAKAGE MINN ĠEWWA Surġent tal-Pulizija jinsab sospiż wara li nstablu r-ritratt ta’ rapport tal-pulizija li ngħata lil Daphne Caruana Galizia biex jiġi attakkat Adrian Delia. Is-Surġent li llikja minn ġewwa l-Korp rapportkontra Delia mhuwa ħadd ħlief PC 134 Roderick Sammut, wieħed mill-uffiċjali tas-Servizz tas-Sigurtà li kien assenjat mal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi. Sammut, li bħalissa jinsab sospiż mill-Korp għax qed tissokta l-investigazzjoni, qed jiċħad l-akkuża fil-konfront tiegħu. Però tagħrif li għandha din il-gazzetta jgħid li allegatament Sammut daħal numru ta’ drabi jara rapport li kien hemm fuq Delia permezz ta’ sistema magħrufa bħala l-Police Incident Reporting System (PIRS). Sistema li biex ikollok aċċess għaliha trid tkun membru tal-Korp. Sammut ħa ritratt tar-rapport u dan intbagħat lil Caruana Galizia li min-naħa tagħha użatu f ’wieħed minn sensiela ta’ artikli li qed tikteb kontra Delia li qed jikkontesta għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Din id-darba s-suġġett tal-kitba kien rapport li kien sar fil-konfront ta’ Delia b’rabta ma’ allegat każ ta’ bejgħ ta’ droga. Il-KullĦadd tista’ tiżvela wkoll li r-ritratti tar-rapport kif dehru fuq il-blog instabu fil-mobile tas-surġent. Referenza għall-investigazzjoni li għaddejja għamlitha wkoll Daphne Caruana Galizia fuq ilblog tagħha fejn saħansitra qalet li lesta taħlef li mhuwiex hu s-sors tagħha, anke jekk il-provi kollga jindikaw mod ieħor. Bħalma ġara kontra l-Partit Laburista fl-aħħar snin, Daphne Caruana Galizia qed tintuża mill-establishment tal-PN biex permezz ta’ leakages selettivi jattakkaw kontestanti li se jkunu suċċessuri ta’ Simon Busuttil. L-użu ta’ dan ir-rapport qajjem rabja kbira fost partitarji ta’ Delia li qed jgħidu li l-klikka li waslet
biex il-partit tilef elezzjoni wara oħra ma tridux u qed tagħmel ħsara b’tattiċi li ddeskrivew bħala moqżieża u fissru kif il-kandidati favoriti tal-establishment ukoll għandhom ħafna minn xiex jibżgħu u dwar xiex iwieġbu. Differenti tkellmu dawk li jappoġġjaw lil Chris Said u lil Alex Perici Calascione li fil-każini qalu li ma jistax ikun li l-partit jaħtar kap b’dawn id-dubji kollha mdawrin bihom. Dan għax fir-rapport tal-pulizija, li kien mgħoddi lil Galizia, intqal li kien sar rapport anonimu kontra Delia. Ir-rapport kien jgħid li fi Sqaq iżŻwiemel limiti tal-Ħandaq kien hemm persuna tbigħ id-droga u kienet qed tuża karozza Mercedes ta’ kulur griż bin-number plate DEL320. Jirriżulta li meta l-pulizija marru fuq il-post il-karozza nstabet iżda kienet magħluqa u s-sid, Adrian Delia, ma kienx hemm. Meta wasal lura u l-pulizija staqsewh jekk din kinetx il-vettura tiegħu hu wieġeb fl-affermattiv. Però meta fittxew, wara li Delia wasal minn fejn kien, il-pulizija ma sabitlu xejn. Dwar dan ir-rapport ikkummenta wkoll l-avukat Franco Debono li għamel numru ta’ mistoqsijiet. “Issa ovvjament rapport anonimu huwa rapport anonimu. Però ladarba Delia qed jikkontesta għall-kap ta’ partit u ladarba fiċ-ċirkostanzi li rriżulta li Delia verament kien fuq l-post u kien qed isuq dik il-vettura tajjeb jagħti spjegazzjoni ċara tal-akkadut. Inoltre nistaqsi - jekk dak allegat fil-konfront ta’ Delia ma kienx veru, Delia għamel kwerela għal rapport falz u talab il-pulizija tinvestiga biex jiġi stabbilit min għamel dik l-allegazzjoni tant serja u jittieħdu l-passi?” Delia qed ikun skrutinizzat ukoll minħabba deals li għamel b’rabta man-negozju li għandu.
TAĦT L-ATTAKK TA’ BFA U MARTU Il-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, ilmenta li Beppe Fenech Adami, sal-lum Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, qed jagħmillu ħafna ħsara. F’laqgħa li kellu ma’ dawk li qed jappoġġjawh, f ’restaurant il-gżira nhar ilĠimgħa, Adrian Delia qal x’jaħseb dwar it-tellieqa għal kap u fisser li l-iktar li qed
jinkwetah hu jekk jgħaddix mill-ewwel rawnd meta l-kunsillieri jivvotaw fit-tnejn ta’ Settembru. Skont hu, hemm tista’ tħalli l-iktar effett il-kampanja ta’ nies bħal Beppe Fenech Adami u martu li mhux jitilfu mqar okkażjoni waħda biex skontu jaħdmu kontra tiegħu. Indika li mhux qed tinkwetah daqshekk il-kampanja ta’ Daphne Caruana Galizia u
lill-kanvasers tiegħu qalilhom li din qed tagħmillu iktar ġid milli ħsara, speċjalment jekk imur għat-tieni rawnd tas-16 ta’ Settembru. Bit-tonalità kemxejn għolja li juża f ’ħafna laqgħat, linnies tiegħu qalilhom li jinsab ottimist li jagħmilha jekk kemm–il darba jasal s’hemm.
12
20.08.2017
kullhadd.com
IL-FILMAT LI QAJJEM KONTROVERSJA • JISSOKTA D-DIBATTITU KELLUX JIXXANDAR • GĦAL MIN PUNT TA’ PRINĊIPJU, GĦAL MIN SKONT IĊ-ĊIRKOSTANZI
Aleander Balzan
Herman Grech
Kitba ta’ li nassiguraw iktar li l-mara ma RACHEL POWELL tingħarafx,” qalilna Aleander Balzan, il-Kap tal-Aħbarijiet Meta tkun editur ikunu diversi ta’ ONE News. Herman Grech, l-editur tatl-mumenti fejn tkun mistenni tieħu deċiżjonijiet li anke int Times of Malta, jgħid li “jibqa’ stess ma tkunx ċert dwarhom dejjem suġġettiv għandhomx mal-ewwel mument xħin jiġu jiġu ppubblikati filmati bħal quddiemek. Għal diversi edi- dawn u kultant hemm linja turi u kapijiet tal-aħbarijiet, verament fina.” Jgħidilna li il-filmat ta’ mara tiġri mingħajr f ’dan il-każ għażel li ma jipħwejjeġ fit-toroq ta’ Paceville pubblikahx għal numru ta’ żgur li kien wieħed minn dawk raġunijiet. “Il-mara kienet tidil-mumenti. Il-pubblikazzjoni her serjament disturbata (ħadd tal-filmat minn mezzi tal-mi- ma kien jaf ir-raġuni ta’ dak li dja qajjem għagħa sħiħ fuq għamlet sal-ġurnata ta’ wara). il-mezzi soċjali b’diversi nies Aħna ħassejna li jekk il-filmat jassumu li l-mara kellha prob- jiġi xxerjat potenzjalment stalemi ta’ saħħa mentali. Iżda lil jna nweġġgħu iktar lil din ilhinn mill-ispekulazzjoni, tkell- mara. Sfortunatament, xeni mu ma’ dan il-ġurnal l-editu- ta’ nies jaġixxu b’mod li mhux ri ta’ ONE NEWS Aleander taħt kontroll sar xi ħaġa ta’ Balzan, ta’ The Times of Malta kuljum f ’postijiet bħal PaceHerman Grech kif ukoll l-op- ville. Iżda hemm differenza injonista Mark Camilleri u l-Is- bejn mara li tinża’ għarwiena u tmur fi trakk taż-żibel għax pettur Sandro Camilleri. Naturalment, fid-dinja tal- fis-sakra u persuna li tagħti xelum, fejn il-midja online bgħa lill-persuna li tkun għadma tantx tippermetti ħin dejja għall-ebda raġuni.” biex wieħed jaħseb u l-mi- Jaqbel miegħu Mark Camilleri dja soċjali hi sors miftuħ fejn li jgħid li “le, il-filmat ma kelkulħadd itella’ l-filmati tiegħu, lux jixxandar. Din hija persuna id-deċiżjoni riedet tittieħed privata li nstabet f ’sitwazzjoni fi ftit minuti. “Tibda tistaq- vulnerabbli ħafna. Il-gazzetti si lilek innifsek min jaf minn m’għandhomx ixandru stejjer xiex għaddiet u x’seta’ was- personali bħal dawn għax dan sal biex qed taġixxi b’mod li mhuwiex l-irwol tal-midja.” Però d-deċiżjoni li l-filmat żgur li ħafna minna jevitawh. Id-deċiżjoni ta’ ONE NEWS jixxandar kienet tagħmel sens li fuq one.com.mt ixxandar għal diversi raġunijiet fl-opinil-filmat kienet waħda konxja joni ta’ Balzan. ħafna u meqjusa. Qabelxejn “Qabelxejn żgur ħadd ma jisgħażilna li mill-filmati kollha ta’ jgħid li m’hemmx element li kellna f ’idejna ma nxandrux ta’ aħbar. Li l-forzi tal-orddawk fejn il-mara kienet tidher ni jissieltu ma’ mara biex mill-viċin u għalhekk setgħet joħorġuha minn trakk taż-żitkun identifikata faċilment. bel mhix xi ħaġa ta’ kuljum. Li Minbarra li warrabna dawk tara sitt pulizija, paramediċi u il-filmati, ċajparna l-partijiet ħaddiema jipprovaw iwettqu tal-filmati li xandarna bil-għan din l-operazzjoni fis-sigħat
bikrin f ’Paceville żgur ħadd ma jista’ jgħid li ma tagħmilx storja ta’ aħbarijiet. Min jaf kemm rajna stejjer simili f ’midja barranija u xxandru fuq l-istazzjonijiet Maltin taħt it-tikketta ta’ aħbarijiet kurjużi u mhux tas-soltu. Jibqa’ wkoll il-fatt li konna qed nuru ma’ xiex reġgħu kellhom iħabbtu wiċċhom il-Forzi tal-Ordni f ’Paceville. Filwaqt li aħna li nirrapportaw b’serjetà, stħarriġna u ċċekkjana x’ġara. B’hekk tajna tagħrif li seta’ jagħmel tajjeb għal dawk li kellhom il-filmat u fuq il-midja soċjali tellgħuh biss bħala sors ta’ divertiment, xi ħaġa kundannabbli.” Balzan jargumenta li għaldaqstant jemmen li kienet għaqlija d-deċiżjoni li l-filmat jixxandar b’mod meqjus. Tant li jinnota kif sigħat wara qamet diskussjoni online taħraq dwar kellux jixxandar. “X’aktarx konsegwenza tal-fatt li siti oħra ma ħadux inkonsiderazzjoni l-affarijiet li ħadna aħna u spiċċaw esponew lill-mara b’mod xejn dinjituż. Ta’ min jinnota li lanqas il-Kummissarju għasSaħħa Mentali ma qal li dan hu filmat li ma kellux jixxandar. Minflok appella għall-kawtela u s-sensittività.” Tal-istess fehma huwa l-Ispettur Sandro Camilleri, ilKap tal-Unjin tal-Pulizija. “Jien naqbel li dejjem għandu jixxandar kollox. Il-pubbliku għandu dritt ikun jaf kull ħaġa li qed tiġri fil-pajjiż. Li ma naqbilx f ’każijiet bħal dan huwa li ma jitgħattewx partijiet intimi u l-wiċċ tal-persuna. Faċilment jiġu mgħottija jew imċajpra llum il-ġurnata. Ħaf-
Mark Camilleri
na individwi anki prominenti qabdu u qalu li dik hija persuna marida mentalment. Minn fejn waslu għal dik il-konklużjoni? Kulħadd jaqbad u jfajjar u jħarref f ’dan il-pajjiż mingħajr ma jkollu ebda fatti konkreti u veri. Fil-fatt irrid nara li ħaf-
Qabelxejn għażilna li mill-filmati kollha li kellna f’idejna ma nxandrux dawk fejn ilmara kienet tidher mill-viċin u għalhekk setgħet tkun identifikata faċilment. Minbarra li warrabna dawk il-filmati, ċajparna l-partijiet tal-filmati li xandarna
Sandro Camilleri
na persuni anki professjonisti jippronunzjaw ruħhom meta jkun hemm każijiet oħra u mhux jibqgħu siekta issa li fetħu ħalqhom. Fil-verità kollha waqgħu għaċ-ċajt għax kien sempliċiment każ ta’ persuna taħt effett qawwi ta’ alkoħol. Kulħadd jaqbad u jfajjar sar u kulħadd jifhem f ’kollox imbagħad meta jirriżulta bil-kontra, kulħadd jistaħba u jagħlaq ħalqu.” Iżda kif jipprovdi l-Kodiċi Kriminali f ’artiklu 34 is-sokor ma jistax jinġieb bħala eċċezzjoni kontra akkuża kriminali sakemm il-persuna ma kinitx kapaċi li tifhem jew li jkollha volontà u kienet tinsab fi stat ta’ sokor bla ma riedet hija, bl-għemil doluż jew negliġenti ta’ persuna oħra jew minħabba s-sokor, kienet fi stat ta’ ġenn, temporanjament jew xort’oħra, fil-waqt ta’ dak l-att jew ta’ dak in-nuqqas. Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, “sokor” titqies li tinkludi wkoll dak l-istat li jġibu n-narkotiċi jew id-drogi. Għaldaqstant, issokor ma jistax jiġi kkaġunat mill-persuna stess u l-intossikazzjoni għandha tkun mingħajr l-għarfien, il-kunsens tal-persuna jew b’att malizzjuż ta’ terz. Fil-Qorti, quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli, ilmara ta’ 36 sena wieġbet ħatja għall-akkużi relatati ma’ dak li seħħ fis-sigħat bikrin tat-Tnejn filgħodu meta kienet taħt l-effett tal-alkoħol. Hi kienet akkużata li offendiet il-moralità pubblika, li kkawżat ħsara, kisret il-paċi pubblika u anke m’obdietx ordnijiet tal-pulizija, kif ukoll li kienet fissakra f ’post pubbliku. Il-mara,
13
20.08.2017
kullhadd.com
ħallset multa ta’ €50 fil-Qorti u ngħatat sentenza ta’ 10 xhur ħabs sospiżi għal 18-il xahar. Mistoqsi dwar dan, Mark Camilleri wieġeb: “Le, mhijiex il-verità li dan il-każ kien wieħed ta’ ksur ta’ moralitàpubblika. Il-liġi tal-moralità pubblika ta’ Malta hija liġi ta’ żmien meta l-qassisin kienu jikkmandaw is-soċjetà. Il-pulizija jużaw dawn il-liġijiet biex iressqu persuni vulnerabbli bħal din il-mara il-Qorti, u ma jużawx liġijiet oħra bħal dawk tal-ħasil tal-flus u tal-korruzzjoni għax f ’Malta is-sistema ta’ ġustizzja tagħna hija klassista. Dan huwa ovvjament tort tal-Gvern li ma jridx ibiddel l-istatus quo, u tort tal-pulizija li xogħolhom ma jagħmluhx sew u meta jagħmluh għandhom preferenza li jagħmluh fuq min hu vulnerabbli milli fuq min hu b’saħħtu, għandu l-poter u għandu l-flus.” “Din ma kinetx storja ta’ interess pubbliku, din kienet storja privata ta’ mara f ’kundizzjoni vulnerabbli irrispettivament kif waslet għal din il-kundizzjoni. Ovvjament, in-nies kienu iktar urtati bil-mod kif il-mezzi tax-xandir urew il-filmat, milli għall-mara nnifisha għax in-nies m’għadhomx jaħsbu bħal fi żmien meta l-qassisin kienu jikkmandaw is-soċjetà, allura s-sistema tal-ġustizzja tagħna għadha waħda antikwata. F’Malta għandna problema għax ħafna mill-mezzi tax-xandir li għandna huma magni tal-PR u ma jagħmlux ġurnaliżmu. Ir-riżultat ta’ din il-problema hu li jeżisti ħafna kontenut immirat biss biex ikun popolari u mhux għax ikun fih sustanza relevanti għall-affarijiet importanti li qed jiġru fis-soċjetà.” Min-naħa l-oħra Grech ikkummenta kif naraw il-moralità pubblika tinkiser kullimkien, mhux biss f ’Paceville iżda wkoll fil-festi jew fil-ground tal-futbol. “Il-midja għandha l-irwol li tesponi l-ħażin, imma għandha tiddeċiedi dan skont il-każ li jkun. Fl-artiklu tiegħi għamiltha ċara li l-mara setgħet kienet taħt l-effett tal-alkoħol jew tad-droga jew mentalment disturbata. F’dan il-każ il-filmat serva biss biex jumilja iktar - dan huwa fl-interess pubbliku? M’hemm xejn ħażin li l-midja tiġi skrutinizzata. Kemm-il darba niġu kkritikati inġustament, iżda kultant irridu naċċettaw li għamilna l-għażla l-ħażina.” Skont l-Ispettur il-fatt li xxandar il-filmat mingħajr ma tgħattew partijiet intimi u anki l-wiċċ minn xi sferi tal-midja joħloq disturb. Iżda sfortunatament każijiet simili ta’ ksur ta’ moralità pubblika u indeċenza qed isiru frekwenti. Mhux l-ewwel darba li ma wiċċhom isibu nies jaqbdu u jinżgħu għarwenin, nies li jaqbdu jagħmlu l-bżonnijiet tagħhom fil-pubbliku u anki nies li jagħmlu atti sesswali fil-pubbliku. “Irridu li titqajjem kuxjenza li dan kollu kien u għadu
jammonta għall-ksur ta’ liġi u l-pieni jridu jiħraxu għax se nispiċċaw qisna ġungla.” “Li jħallik bla wisq diskors u tgħid aħjar ma nikkummenta xejn huwa meta nies mill-midja jgħidu li ma jridux ikunu parti minn din il-farsa meta kienu huma stess li xandru filmati simili sa ftit tax-xhur ilu,” tenna Balzan. “Forsi d-differenza għaliex f ’dawk il-filmati kien jidher raġel u mhux mara? Min jaf ? Din xi ħaġa li tista’ toħloq diskussjoni wkoll. Li hu żgur hu li l-midja kellha kull dritt u ngħid obbligu xxandar dak il-filmat, għalkemm b’ċertu rispett. Min m’għamilx dan b’rispett fetaħ id-dibattitu li qed niktbu dwaru llum.” Fl-opinjoni tal-editur tatTimes of Malta il-fatt li din kienet mara ma influwenzahx, hekk kif ġimagħtejn ilu meta rċevew filmat ta’ turist xurban jiġri mingħajr ħwejjeġ fl-istess post f ’Paceville dawn iddeċidew li ma jippubblikawhx. Mistoqsi dwar l-artiklu ppublikat minnhom fejn wera raġel idur fuq ix-xatt ta’ Tas-Sliema, Grech qal li kien hemm element umoristiku fil-filmat għax ir-raġel kien qiegħed jimxi każwalment għarwien. Skontu dan differenti ħafna mill-każ tal-mara li l-imġiba tagħha kienet qed tgħajjat għall-għajnuna. Iżda skont Mark Camilleri dan affettwa ħafna. “Ir-raġel f ’Malta huwa pprivileġġjat iktar mill-mara. Qas hemm dubju li f ’Malta jekk tkun raġel għandek iktar sigurtà u privileġġi milli tkun mara. Mara ser tbati iktar minn raġel b’xi ħaġa bħal din.” “Fil-każ ta’ dak ir-raġel jip-
passiġġa għarwien l-istess gazzetta kienet ġabitu u ma ninsewx każ ieħor, ta’ dak irraġel jgħum għarwien il-Bajja ta’ San Ġorġ,” qalilna l-Ispettur Camilleri. “Però sfortunatament għax kien kemm żewġ pulizija f ’dak il-każ li għamlu sagħtejn fix-xemx tiżreġ, jikkummidjaw bil-paċenzja kollha ma’ bniedem jgħum u jitqa-
lleb għarwien li iktar ma ra lill-pulizija iktar kompla jgħum u jitqalleb u jiżżufjetta bihom, wara li tefgħulu l-ħwejjeġ u kollox, għax imbuttawh ftit inqala’ paniku sħiħ. Dak ġabuh ħalli jippruvaw jgħallu l-pulizija, iżda dan il-każ le. Ġurnaliżmu doppja faċċa ngħidlu jien. Jew iġġib kollox, jew iġġib xejn. Dawn huma l-bread and butter ta’ kuljum speċjalment Paceville stess fejn sar dan ilkaż. Dan il-każ kien iktar eklatanti u għax ġie miġbud minnies bil-mobiles.” Hija biss kwistjoni ta’ min se jieħu u jippubblika l-ewwel jew hija verament kwistjoni ta’ etika ġurnalistika? “Il-linja għandha tinqata’ bejn dak li hu personali u dak li huwa fl-interess pubbliku. Din l-istorja ma kinetx fl-interess pubbliku. Niskanta jien kif l-istess midja li tattakka lil Daphne Caruana Galizia għax tikser il-privatezza tan-nies, tagħmel l-istess bħalha. Jien nittama wkoll li tibda tiżdied ftit empatija u solidarejtà lejn min hu vulnerabbli u l-mezzi tax-xandir jagħmlu ħafna ħażin meta jużaw persuni vulnerabbli biex iġibu iktar likes fuq Facebook,” qalilna Mark Camilleri. Il-ġurnalisti għandhom id-dover li jinvestigaw l-istorja sewwa kompla Grech. Idealment għandhom ikunu jafu għaliex il-persuna aġixxiet b’dak ilmod u janalizzaw il-mod kif l-awtoritajiet indirizzaw is-sitwazzjoni u mhux jaqbżu għall-konklużjonijiet. Fuq il-midja soċjali nsibu biżżejjed zekzik u filwaqt li l-midja qed tinbidel drastikament, sorsi tal-aħbarijiet m’għandhomx jiffukaw fuq dan jekk ikun
F’dan il-każ il-filmat serva biss biex jumilja iktar - dan huwa fl-interess pubbliku? M’hemm xejn ħażin li l-midja tiġi skrutinizzata
qed jumilja l-persuni meta ma jkunux fil-kontrol ta’ dak li qed jagħmlu. “Filkas tagħna, il-filmat ġie mibgħut lilna fis-sigħat kmieni ta’ filgħodu. Kellna diskussjoni fuq jekk għandniex inxandru l-filmat jew le. Fl-era tal-midja soċjali kien hemm ċans tajjeb li l-filmat jispiċċa online qabel jiġi ppubblikat fuq il-portals tal-aħbarijiet. Finalment hija kwistojni ta’ responsabilità. Aħna ddeċidejna li ma nkomplux inxandru n-nazzjonalità tal-persuni mressqa l-Qorti minħabba l-isterjotipar u l-ħsara fuq gruppi ta’ minorità. “Ċertu news portals ippruvaw ikunu puritani u moralisti biex ġibdu l-attenzjoni fuqhom mod ieħor. Tajjeb, mela jkunu hekk fil-każijiet l-oħra li għad iridu jiġru fil-futur ukoll,” qalilna l-Ispettur Camilleri. “Li ma ssemmiex f ’dan il-każ huwa li dik is-sinjura meta telgħet ġewwa t-trakk tal-iskart, tefgħet kemm sabet fliexken ġewwa t-trakk lill-pulizija apparti ż-żibel u li sabet taħt idejha.” Il-pulizija ma setgħux jitilgħu fit-trakk peress li kien kollu tidlik u żliq u biż-żarbun tasservizz huwa impossibbli li titla’. Kellhom jużaw ftit pepper spray fuqha sakemm żewg ħaddiema tal-istess trakk telgħu u l-pulizija ħatfuha. Din għamlet paniku sħiħ fl-ambulanza u anki mal-wasla tagħha fl-isptar. “Il-Pulizija membri tagħna f ’din is-sitwazzjoni kellhom ikomplu l-first watch taghhom b’riħa skużi ta’ żibel taqsam minflok intbagħtu jinħaslu u jbiddlu bħan-nies. Dan kollu ma nġibidx minn dawk il-persuni li qagħdu jiġbdu u jirrekordjaw dak il-ħin. Mid-dehra iktar kienu medhija jiġbdu partijiet intimi u jidħku u jiċċaċċraw u ġibdu sa fejn riedu huma.”
14
20.08.2017
kullhadd.com
Il-figuri tat-Tritoni nqalgħu fi Frar li għadda biex ittieħdu għar-restawr
Fl-aħħar jiem il-figuri tpoġġew f ’posthom f ’ħidma li hija wkoll xhieda li l-proġett tad-daħla tal-Belt miexi b’ritmu tajjeb skont kif pjanat
15
20.08.2017
kullhadd.com
Sar ukoll xogħol fuq il-funtana li kellha bżonn manutenzjoni kbira, kemm fejn jidher, kif ukoll fuq is-sistemi li jħaddmuha
Il-figuri kienu rrestawrati b’reqqa kbira ġewwa Firenze wara li ttieħdu minn hemm f ’operazzjoni li kienet biċċa uġigħ ta’ ras minħabba l-kobor tagħhom
16
20.08.2017
kullhadd.com
MINN FUTBOLER PROFESSJONALI GĦAL PATRI DUMNIKAN Fr Philip Mulryne OP - minn plejer li kien jaqla’ s-somma ta’ £600,000 fis-sena ma’ Manchester United għal Patri Dumnikan b’wegħda ta’ faqar u umiltà. Din hija l-ħajja partikolari ta’ Patri Philip Patrick Stephen Mulryne li twieled fl-Irlanda ta’ Fuq fl-ewwel ġurnata tas-sena 1978. Imwieled f ’Belfast, li tiġi l-belt kapitali tal-pajjiż, Philip minn dejjem kellu għal qalbu l-logħba tal-ballun. Wara li lagħab ma’ diversi klabbs lokali tal-Irlanda ta’ Fuq, Philip Mulryne ġietu opportunità tad-deheb f ’ħajtu. Wara li xi scouts tal-klabb rinomat Ingliż Manchester United marru jaraw xi logħbiet tal-kampjonat Irlandiż, huma skoprew it-talent ta’ dan il-plejer li dak iż-żmien kellu 15–il sena. Dan kollu ġara fl-1994 u s-sorpriżi ma waqfux għaż-żagħżugħ Philip għax sena wara rebaħ l-FA Youth Cup mal-United filwaqt illi fl-istess żmien ġie msejjaħ biex jilgħab mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu. Fil-fatt huwa lagħab 27 darba bil-flokk aħdar Irlandiż u skorja tliet gowls bl-iktar wieħed illi jiftakar kien meta fl-2001 b’daqqa ta’ ras kien ġab ilgowl ta’ dro kontra d-Danimarka f ’logħba mill-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja. Kien jilgħab bħala plejer f ’nofs il-grawnd iżda beda jsibha diffiċli jikkompeti ma’ plejers ta’ kalibru bħal Beckham, Butt, Scholes, Cole u Solskjaer sabiex jagħmilha mal-ewwel tim. Kien għalhekk illi fl-1999 Mulryne ġie trasferit ma’ Norwich City, magħrufin bħala TheCanaries, għas-somma ta’ £500,000 u ma setax kellu bidu aħjar meta skorja fid-debutt tiegħu kontra Grimsby Town bi freekick pinġut li spiċċa fix-xibka. Madankollu, dak l-istaġun ma tantx kien daqshekk feliċi għalih għax weġġa’ f ’logħba tal-Ewwel Diviżjoni li Norwich kellhom kontra Grimsby Town f ’ tackle ma’ avversarju. Din l-injury swiet lil Philip staġun sħiħ u rritorna sena wara. Huwa lagħab 161 darba bil-flokk isfar ta’ Norwich fejn skorja 18–il gowl f ’ħames staġuni. Qabel ma ddeċieda illi jdendel iż-żarbun tal-futbol lagħab ukoll ma’ Leyton Orient u t-tim modest ta’ King’s Lynn. Fl-2008 hekk kif għalaq 31 sena, irtira kompletament mill-futbol u beda jistudja t-teoloġija bl-għan illi jilħaq qassis. Din il-vokazzjoni hu jgħid li ġietu ħabta u sabta għax Alla sserva bih sabiex iwassal il-messaġġ tiegħu lin-nies. Huwa ġie mħajjar ukoll mill-isqof tal-belt ta’ Downand Connor sabiex jaqbad din it-triq u wara li sar djaknu mill-isqof ta’ Dublin, ġie ordnat qassis ftit tal-ġranet ilu eżattament fit-8 ta’ Lulju 2017 mill-Arċisqof Joseph Augustine di Noia. Bħalissa qiegħed iservi fil-kunvent tas-Salvatur fl-Irlanda ta’ Fuq. Ftit tal-ġranet ilu Patri Philip Mulryne żar Malta u dan il-ġurnal iltaqa’ miegħu fil-kunvent tad-Dumnikani fir-Rabat fejn tana dawn il-kummenti. L-ewwel nett xtaqtek tkellimni dwar il-karriera tiegħek tal-futbol. Kellimni dwar din l-esperjenza li kellek f ’ħajtek. Niftakar illi kont ingħaqadt mal-klabb prestiġjuż ta’ Manchester United fl-1994 meta kelli biss 16–il sena. Kont fl-aqwa taż-żgħożija tiegħi u hawnhekk kelli nagħmel xi għażliet. Għalhekk tlaqt mill-iskola u mort ngħix filbelt ta’ Manchester. Sena wara kelli l-ewwel kuntratt professjonali u bil-mod il-mod bdejt tiela’ l-iskaluni kollha tal-klabb u fl-1999, ħames snin wara li kont mort mal-United, il-kowċ ta’ dak iż-żmien, Sir Alex Ferguson kien għażilni biex nilgħab mal-kbar. Tista’ taħseb x’sodisfazzjon kelli li għamiltha għal mal-iskwadra maġġuri ta’ Manchester United. Madankollu li żżomm postok mar-Reds xejn ma kien faċli meta jkollok midfielders ta’ kalibru bħal David Beckham, Ryan Giggs, Jordi Cruyff, Paul Scholes u Jesper Blomqvist. B’hekk mal-bidu tal-millennju l-ġdid, fis-sena 2000,
ingħaqadt ma’ Norwich City fejn hemmhekk qattajt sitt snin verament sbieħ. F’dan l-istess żmien ġejt Jien ngħid liż-żgħażagħ sentenza imsejjaħ mill-kowċ tat-tim waħda: l-affarijiet materjali ta’ din nazzjonali tal-Irlanda ta’ Fuq sabiex nilgħab xi par- id-dinja jmorru u jiġu imma Alla jibqa’ titi kemm mill-kwalifikazzjoni għat-Tazza Ewropea kif hemm għal dejjem. Allura ukoll dik tat-Tazza tad-Dinja fl-opinjoni tiegħi m’għandniex naħlu fejn lgħabt 27 logħba. Kienu 10 snin verament l-ħin ma’ dawn l-oġġetti partikolari sbieħ fejn lgħabt kontra av- imma għandna nimxu wara Ġesù versarji ta’ kalibru u ltqajt sabiex verament nimxu fit-triq ma’ diversi plejers ta’ isem. Finalment, fl-2008 iddeċide- it-tajba. Aħna nistgħu nabbandunaw jt li nirtira mill-futbol u nibda xi ħaġa li qatt qabel ma kont lil Alla meta rridu, però hu qatt ma naħseb illi ser nagħmel. Fil-fatt ġietni l-vokazzjoni jitlaqna li nsir qassis u f ’dik l-istess sena ddeċidejt ħabta u sabta li nibda nistudja sabiex inwettaq din ix-xewqa tant bol ikollok ħajja indipenden- tiegħu! X’hemm isbaħ minn qaddisa. ti u fl-istess ħin komda però hekk? Ma ngħidx illi kienet deċiżd-dinja bħal qisu tagħmik U kif ġietek din il-vokazzjoni meta proprju b’ħafna materjaliżmu li fl- joni faċli anzi lanqas xejn. il-kuntentizaħħar mill-aħħar ma nħossx Madankollu, int kont qed taqla’ ħafna illi bih tilħaq il-milja tal-kun- za bdejt insibha fl-affarijiet flus mill-karriera sempliċi bħas-skiet ta’ madtentizza. tal-futbol? U hawn fejn ġietni din wari u t-talb. Ifhem hemm baħar jaqsam il-vokazzjoni! Alla qisu ried bejn il-vokazzjoni ta’ qassis jgħidli biex neħles minn Taħseb illi wieħed jista’ u li tkun plejer tal-futbol u dawn l-affarijiet materjali u jxebbah ix-xewqa ta’ plejer jkollok salarju ferm tajjeb. nimxi warajh. Inħalli kollox illi jkompli jiżviluppa Meta tkun qed tilgħab il-fut- warajja u nagħmel ir-rieda fil-karriera tiegħu ma’ dik
ta’ qassis illi jrid iqawwi dejjem aktar ir-relazzjoni ma’ Alla? F’dan il-każ iva nista’ nxebbah dawn iż-żewġ aspetti. Filfatt, biex plejer jilħaq l-ambizzjonijiet tiegħu jrid ikun ferm dixxiplinat u jagħmel ħafna sagrifiċċji. L-istess ħaġa l-qassis irid jeżerċita d-dixxiplina u s-sagrifiċċju lejn l-affarijiet materjali sabiex fl-aħħar mill-aħħar ikun ragħaj spiritwali eżemplari. L-istess ħaġa fiż-żewġ sitwazzjonijiet trid dedikazzjoni kbira sabiex tilħaq l-objettivi tiegħek għalkemm differenti. Ħafna żgħażagħ ma jistgħux jifhmu d-don taċ-ċelibat. Fil-fatt ħafna jistaqsu kif qassis jista’ joqgħod mingħajr mara għax wara kollox kulħadd uman. X’inhi t-tweġiba tiegħek għal dawn in-nies? Jekk wieħed ma jkollux il-fidi qawwija Kattolika naħseb illi diffiċli jifhem dawn is-sitwazzjonijiet. Iċ-ċelibat huwa don qaddis, dejjem fl-opinjoni tiegħi. Il-qassis qed jipprova jimita l-ħajja ta’ Kristu
17
20.08.2017
kullhadd.com
li hu wkoll għex din it-tip ta’ ħajja. Kif jgħid ukoll il-vanġelu, Kristu għex din il-ħajja bl-aktar mod perfett għax il-missjoni tiegħu kienet dik illi jaqdi u jservi lill-proxxmu. Mhux qed ngħidu li s-sagrament taż-żwieġ mhux sabiħ iżda l-qassis għandu d-dover illi jimita lil Kristu bl-iktar mod sħiħ bis-sagrifiċċji kollha inklużi. Warakollox, kif kulħadd jgħid, Ġesu ġie fid-dinja biex isalvana. X’missjoni ferm sabiħa ġie għaliha l-Feddej! U huwa għalhekk illi xogħol il-qassis huwa li jaqdi lil ħaddieħor għax hekk ried ilMulej Alla. Il-qassis għandu mod differenti kif iħobb. Flok iħobb persuna waħda huwa mibgħut biex iħobb lil kulħadd u jgħin lin-nies li jinsabu f ’xi diffikultà.
Kif taħseb illi ser jinqeda bik Alla sabiex tħeġġeġ aktar żgħażagħ jaqbdu t-triq illi qbadt int u jkun hawn iktar vokazzjonijiet? Fil-verità Alla għandu aktar nies illi jista’ jinqeda bihom sabiex iwasslu l-messaġġ tal-vokazzjonijiet fost iż-żgħażagħ. Huwa għażel lili biex ngħix din l-istil ta’ ħajja filwaqt illi nikkomunika man-nies dwar is-sbuħija ta’ din il-ħajja. Huwa għalhekk li jien għandi ngħid iva lil Alla sabiex nirrakkonta l-istorja personali tiegħi liż-żgħażagħ forsi xi ħadd minnhom jiġi mnebbaħ minni u jersaq lejh. Għalkemm huwa Alla li jsejjaħ lin-nies u huwa jikkmanda u jiddeċiedi x’inhu l-aħjar għal uliedu. Taħseb illi l-messaġġ tal-Knisja għadu jattira liż-żgħażagħ inġenerali?
Meta ddur madwar id-dinja tiskopri li hemm kulturi u drawwiet differenti. Il-messaġġ ta’ Alla baqa’ dejjem l-istess għal kulħadd. Hija verità li f’xi pajjiżi l-fidi qiegħda tonqos illum il-ġurnata. Minkejja kollox, jien ma naqta’ qalbi qatt għax skont l-istorja, il-Knisja kellha tgħaddi minn ħafna battalji sakemm kisbet u saħħet dejjem aktar il-fidi tagħha
Meta ddur madwar id-dinja tiskopri illi hemm kulturi u drawwiet differenti. Il-messaġġ ta’ Alla baqa’ dejjem
l-istess għal kulħadd. Hija verità li f ’xi pajjiżi l-fidi qiegħda tonqos illum il-ġurnata. Minkejja kollox, jien ma naqta’ qalbi qatt għax skont l-istorja, il-Knisja kellha tgħaddi minn ħafna battalji sakemm kisbet u saħħet dejjem aktar il-fidi tagħha. Dan huwa żmien xi ftit diffiċli f ’soċjetà illi qed issir aktar sekulari u fejn il-materjaliżmu u l-konsumiżmu ħadu r-riedni tad-dinja. Iżda aħna ser inkomplu nwasslu l-messaġġ ta’ Alla bl-aktar mod attraenti sabiex il-merħla tiegħu tibqa’ dejjem soda fit-twemmin tagħha. Nemmen illi ż-żgħażagħ għandhom bżonn lil Alla. Biss irridu nwasslulhom dan il-messaġġ b’mod differenti, fuq lenti pożittiva u fl-istess ħin b’mod li huma jħos-
suhom komdi bih. B’hekk isibu l-veru ferħ li tant huwa mixtiqin għalih. Ir-ruħ għandha bżonn tissostanzja ruħha bil-fidi u jekk tkun soda din l-istess fidi ma tmut qatt. Alla jrid xi ħaġa minn kull wieħed u waħda minna. Issa huwa aħna li rridu naħdmu sabiex din ix-xi ħaġa n-nies jiskopruha billi nwasslu messaġġ pożittiv lill-Kattoliċi tad-dinja kollha. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ li abbandunaw ir-reliġjon sabiex jerġgħu lura għat-triq it-tajba. Jien ngħid liż-żgħażagħ sentenza waħda: l-affarijiet materjali ta’ din id-dinja jmorru u jiġu imma Alla jibqa’ hemm għal dejjem. Allura fl-opinjoni tiegħi m’għandniex naħlu l-ħin ma’ dawn l-oġġetti partikolari imma għandna nimxu wara Ġesù sabiex verament nimxu fittriq it-tajba. Aħna nistgħu nabbandunaw lil Alla meta rridu però hu qatt ma jitlaqna. Dejjem jibqa’ hemm u aħna dejjem infittxuh xi kultant, irridu jew ma rridux. Alla jridna nkunu l-qaddejja tiegħu u n-nies illi kapaċi jagħmlu d-differenza ma’ ħaddieħor. Fl-aħħar nett aħna qatt m’għandna nagħlqu l-bieb lill-Mulej. Anzi għandna nżommuh miftuħ sabiex Hu jkun jista’ jidħol fil-ħajja tagħna.
18
20.08.2017
kullhadd.com
IL-LEGAT TA’ JOSEPH MUSCAT EDWARD
ZAMMIT LEWIS
Membru Parlamentari
Hekk kif għaddew madwar xahrejn u nofs mir-rebħa Laburista fl-aħħar Elezzjoni Generali, huwa ċar li l-akbar sfida ta’ dan il-Gvern hija kif ser nibqgħu nżommu dan ir-ritmu ekonomiku li qbadna u nsostnuh. Dan ir-ritmu ekonomiku qed jagħti kwalità ta’ ħajja aħjar lill-Maltin u lill-Għawdxin kollha. Statistika uffiċjali ta’ din il-ġimgħa turi li l-Malti huwa t-tielet l-aktar fl-Unjoni Ewropea li jonfoq fuq safar barra minn pajjiżu. Dan ma jistax ikun possibbli jekk ma jkollokx ekonomija li qiegħda tiġġenera l-ġid għall-maġġoranza tal-poplu.
L-ekonomija tgħaddi minn ċikli. M’għandna nieħdu xejn bħala n-norma u pajjiżi oħra ġirien tagħna mhumiex għaddejjin minn dan it-tkabbir bħalna. Dan irnexxielna nagħmluh flimkien, filwaqt li żidna d-dixxiplina fiskali. Dak li għamilna fis-saħħa, fl-edukazzjoni u fil-qasam soċjali huwa frott il-ħidma ta’ dawk li tant ħadmu fl-aħħar erba’ snin sabiex żdiedet l-attività ekonomika f ’pajjiżna li mbagħad tagħtik dik is-saħħa li tqassam aktar lil dawk l-aktar vulnerabbli bħal dawk bi dħul baxx, persuni b’diżabilità, pensjonanti u oħrajn. Għandna waħda mill-aktar ekonomija li qiegħda tikber fl-Ewropa. Huwa t-tieni l-aktar pajjiż fl-Ewropa li qed jiġġenera impjiegi ġodda. B’miżuri bħal child care b’xejn tajna lil mara opportunità vera li toħroġ taħdem. Ħaġa li rnexxiet u kienet ta’ benefiċċju kbir għall-ekonomija tagħna. Kburi li għal aktar minn tliet snin Joseph Muacat tani l-op-
portunità li nservi bħala Ministru għat-Turiżmu. Statistika uffiċjali tat-turiżmu għas-sena turi li lħaqna l-mira taż-żewġ miljun turist sena qabel. Itturiżmu ġġenera 1.7 biljun fl-ekonomija tagħna. Kważi qtilna għalkollox l-istaġjonalità turistika. M’għadniex nitkellmu fuq turiżmu biss fis-sajf imma anke bejn Novembru u Marzu. Kburi b’dawn ir-riżultati għal pajjiżi u lest li nservi aktar meta mitlub. Hekk kif jgħaddi dan ix-xahar ta’ Awwissu, xahar ta’ tgawdija fejn kulħadd jieħu ftit il-mistrieħ li jistħoqqlu, irridu nerġgħu nxammru l-kmiem ħalli dak li ksibna fl-aħħar erba’ snin insaħħuh u nżommuh għaddej. L-akbar tliet sfidi ser ikunu dawn li ġejjin; 1. L-infrastruttura tagħna li tirrikjedi investiment kbir ħalli tlaħħaq mat-tkabbir ekonomiku tagħna. Irridu nippjanaw fit-tul. Jekk ma nagħmlux dan in-nuqqas ta’ infrastruttura tajba ser tibda tkun ta’ xkiel
għal aktar tkabbir u għal-livell t’għajxien tagħna. Il-Gvern ġa ħabbar pjan ambizzjuż fuq medda ta’ seba’ snin; 2. Li nsostnu dan it-tkabbir ekonomiku u billi nkomplu nkunu dixxiplinati fl-infiq tagħna, ninċentivaw lis-settur privat sabiex ikompli jikber u niddiversifikaw l-ekonomija tagħna għal fuq oqsma ġodda. 3. Nieħdu miżuri importanti fil-qasam soċjali sabiex inkomplu nnaqqsu u jekk jista’ jkun neradikaw il-faqar relattiv, anke bi proġetti importanti li tant hemm bżonn bħal aktar akkomodazzjoni soċjali ħalli nerfgħu lil dawk ta’ taħt li mhumiex qed ikampaw bl-għoli tal-kirjiet bħalissa. Aħna tal-Partit Laburista filGvern nilqgħuhom bi ħġarna dawn it-tliet sfidi ħalli nagħtu lill-Maltin u lill-Għawdxin l-aqwa żmien f ’ħajjithom għalihom u għall-familji tagħhom. Ma rridux ninsew minn fejn tlaqna. Sas-sena 2013, konna partit li fl-aħħar kwart ta’ seklu kien għamel
biss 22 xahar fil-gvern. TalPN kienu jikkritikaw lilna tal-Partit Laburista li aħna ma nafux immexxu l-ekonomija, anzi li nnaffru l-investiment u ma noħolqux impjiegi ġodda. Ġara preċiżament il-kontra. B’Joseph Muscat imexxina ikkonvinċejna lil kulħadd li aħna kapaċi mmexxu l-ekonomija u nżommu mal-miri b’dixxiplina finanzjarja. Illum in-nies tan-negozju jafdawna għaliex għandna r-riżultati aktar minn ħaddieħor. Dan hu bla dubbju ta’ xejn il-legat prezzjuż ta’ Joseph Muscat. Dan hu dak li qed jagħtina Joseph Muscat u li ser iħalli warajh. Dan huwa legat li rridu ngħożżuh u nsostnuh fil-ġejjieni. Huwa importanti għalhekk li l-Partit Laburista jibqa’ jiġġedded fis-snin li ġejjin bl-aqwa elementi tiegħu fuq quddiem ħalli nibqgħu noffru Gvern Laburista wara ieħor b’saħħtu li jkun jista’ jilqa’ l-isfidi tal-mument u jkompli jiggarantixxi l-aqwa żmien lil kulħadd.
INĦARSU LEJN IL-PROGRESS DEBORAH
SCHEMBRI
Kemm-il darba smajna min jgħidilna li għandna bżonn li n-nisa jkollhom aktar rwol impenjattiv fil-politika, li hemm bżonn li l-Parlament ikun jirrifletti l-ispettru soċjali li ngħixu fih u li n-nisa in ġenerali jkollhom pożizzjonijiet li jieħdu deċizjonijiet fihom. Iżda qajla xi ħadd kien imidd idu biex jibdel is-sitwazzjoni preżenti biex dan il-kliem jagħmlu realtà. Dan l-aħħar kien hemm imbuttatura mill-politiċi stess biex niddiskutu l-kwoti u għalkemm nistqarr ngħid li l-kwoti mhumiex il-mezz favorit tiegħi biex nilħqu l-għani-
jiet tal-ugwaljanza, huma mezz idoneu biex naslu fejn irridu naslu f ’inqas żmien. Ninsisti li għandhom ikunu miżuri temporanji u li magħhom irid ikun hemm bidla fil-mentalità dwar ix-xogħol u l-ambjent lavorattiv tagħna għaliex inkella nispiċċaw f ’pożizzjoni fejn meta jiġi ż-żmien li nneħħu l-imberkin kwoti nerġgħu niġu, kif jgħidu, back to square one! Imma għandna bżonnhom. U ħadt gost nara li l-Prim Ministru għoġbu jagħmel Segretarju Parlamentari responsabbli mir-riformi fosthom waħda relatata mal-kwoti, sabiex tiġi studjata sew l-idea qabel ma nilleġiżlaw. Huwa importanti f ’dawn l-affarijiet li nitgħallmu minn pajjiżi oħra, naraw x’inhu addattat għal pajjiżna u nħejju programm sod u impenjattiv sabiex fl-aħħar millaħħar il-kwoti ma jkollniex bżonnhom. Is-suċċess ta’ riforma f ’dan il-kamp, fl-aħħar mill-aħħar, tkejlu b’kemm ma jkollokx bżonnhom aktar.
Jiena ninsab kuntenta ħafna però bl-inizjattiva tajba li ħa l-Partit Laburista fuq l-inizjattiva ta’ Dr Miriam Dalli li jħejji proġett intiż biex jagħti sfond politiku u pedamenti sodi lil dawk it-tfajliet u n-nisa li huma interessati fil-politika iżda għadhom forsi xi ftit xettiċi kemm jista’ jirnexxilhom jaslu. Il-programm LEAD li jiena qed ngħin fl-implimentazzjoni tiegħu għaliex konvinta li minnu nistgħu nagħmlu suċċess, ser ikun programm interessanti mmens u huwa inkoraġġanti tara numru tajjeb ta’ nisa interessati li jsegwuh. F’dan il-programm li ser ikun imqassam fuq medda ta’ xhur ser ikun qiegħed jagħti sfond politiku-legali lill-applikanti, kemm fuq bażi ta’ lectures fuq suġġetti varji, mill-filosofija politika sal-politika Ewropea u barranija, minn kif jissawru l-liġijiet sat-tmexxija ekonomika tal-pajjiż kif ukoll esperjenza hands on ta’ kif wieħed għandu jmexxi kampanja u
juża l-midja b’mod effettiv, kemm dik tradizzjonali kif ukoll dik soċjali. Il-programm sa jkun qed joffri s-servizz ta’ mentoring li tant huwa importanti sabiex dak li jkun jingħata togħma ta’ dak li verament tinvolvi l-ħajja politika. Ftit huma dawk innies li jirrealizzaw l-impenn li wieħed irid ikollu meta jidħol b’ruħu u b’ġismu biex iservi lill-pajjiż fuq dak il-livell. Hemm bilanċ ukoll x’jintlaħaq bejn ix-xogħol tal-Parlament, jew saħansitra tal-Gvern u x-xogħol fuq bażi ta’ kostitwenza u dawn il-mentors sa jkunu qegħdin juru lill-applikanti kif wieħed jgħix l-impenn politiku tiegħu f ’aspetti differenti. Jiena ninsab ċerta li bi sforz kollettiv nistgħu naslu f ’punt fejn ikollna biżżejjed nisa fil-politika biex nilħqu bilanċ ġust, però kulħadd irid jagħti sehmu. Din mhix xi kruċjata tan-nisa imma impenn fuq livell ta’ pajjiż, li jinvesti
fin-nisa daqs kemm jinvesti fl-irgiel tant li mill-università tagħna joħorgu nisa gradwati kull sena aktar milli joħorġu rġiel u għaldaqstant għandu jkun hemm kontinwazzjoni ta’ dan il-bilanċ anka fl-ispettru politiku. Il-pajjiż m’għandux jinvesti tant f ’settur imbagħad ma jarax il-frott ta’ dak l-investiment. Wasal iż-żmien li mal-qabżiet enormi li għamilna fid-drittijiet ċivili f ’dawn l-aħħar snin, nagħmlu pass ieħor favur l-ugwaljanza. Flimkien nistgħu naslu biex intejbu l-prospetti għan-nisa li lesti li jimpenjaw ruħhom għall-ġid tal-poplu. U bħala mara ninkoraġġixxi nisa oħra, ta’ kull età li jidħlu għal dan l-impenn għaliex is-sodisfazzjon li jtik il-fatt li tkun taf li qed tagħmel l-almu tiegħek għall-ġid ta’ wlied pajjiżek huwa kbir u għalkemm il-politika taf tkun xi ftit kattiva, il-ġid li wieħed jista’ joħroġ minnha jisboq bil-wisq l-aspetti negattivi tagħha.
19
20.08.2017
kullhadd.com
ĦARSITNA ’L QUDDIEM CATHERINE
FENECH Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL
Il-maltemp fuq Tal-Pietà donnu jrid ikompli jakkumula. L-Oppożizzjoni donna mitlufa xi mkien bejn ir-Russja u l-Mediterran. Min iħawwar minn hawn u min ikewwes minn hemm. Ilbubun kompla tgħaqqad meta din il-ġimgħa ħadna l-aħbar li fl-Oppożizzjoni issa għandna żewġ kapijiet li mhux se jibqgħu jmexxu l-partit tagħhom, avolja fil-kamp tal-PN il-kap uxxenti ma jridx jemmen li ma jistax jibqa mkaħħal mas-siġġu. Tassew borma li qed tbaqbaq mhux ħażin. Madanakollu l-maltemp fi ħdan l-Oppożizzjoni m’għandux jaljena l-Partit Laburista u l-attivisti tiegħu. Il-problemi ta’ ħaddieħor mhux serħan ir-ras. M’hemmx żmien ta’ rilass jew irqad. Bħala attivisti rridu nibqgħu ffukati fuq il-partit tagħna għax il-Partit Laburista huwa l-partit fil-gvern u jrid jara li l-programm elettorali, li fuqu l-elettorat reġa’ tah il-fiduċja b’mod massiċċ, jitwettaq. U hekk fil-fatt qed isir. Minnufih il-Gvern telaq jiġri fuq il-ħidma fejn qed naraw inizjattivi infrastrutturali, manutenzjoni u bini ta’ toroq ġodda, liġijiet mgħoddija u inizjattivi proposti favur aktar ugwaljanza u kif ukoll ħidma għal aktar investiment barrani f ’pajjiżna, partikolarment fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u l-igaming. Il-Prim Ministru l-Ħadd li għadda ħabbar li l-baġit li jmiss se jibda jindirizza minnufih l-miżuri mwiegħda fil-manifest elettorali. Din tassew aħbar sabiħa. Il-manifest elettorali tal-PL hu mogħni bi proposti li jagħmlu gieħ lil dan il-pajjiż li jinsab flaqwa żmien tiegħu u kif ukoll se jsarrfu ta’ fejda għall-poplu ta’ dan il-pajjiż hekk kif dan il-programm ta’ dan il-Gvern jaħseb sabiex il-ġid maħluq jitqassam b’mod ġust ma’ kulħadd għal kwalità ta’ ħajja aħjar għall-familji tagħna. Il-pajjiż baqa’ għaddej b’ritmu eċċezzjonali. Qisu l-pajjiż m’għaddhiex minn elezzjoni ġenerali ftit tal-ġimgħat ilu. Riżultati pożittivi baqgħu jiġu rreġistrati fit-turiżmu, fil-qagħda finanzjarja tal-pajjiż, fil-kuntentizza tal-poplu, fit-tnaqqis fil-qgħad, fiż-żieda fix-xogħol, fiż-żieda fis-surplus, f ’ekonomija aktar b’saħħitha u indirizzata verament għan-nies, fl-ugwaljanza, fis-solidarjetà u fl-inizjattivi ambjentali u infrastrutturali. U hekk kif tal-Oppożizzjoni
baqgħu b’rashom mgħaddsa fl-Apokalissi u bassru l-infern fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna, partikolarment telfien ta’ investiment u impjiegi fis-settur tasservizzi finanzjarji u l-gaming, din il-ġimgħa ngħataw risposta oħra internazzjonali għall-gideb li pprovaw ibellgħu u jbeżżghu lill-poplu bih sa ftit ġimgħat ilu. Din il-ġimgħa reġa’ kellna ċertifikat ieħor eċċellenti għall-ekonomija ta’ pajjiżna. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Fitch għolliet ir-rating ta’ Malta minn A għal A+. Fost oħrajn Fitch innotaw it-tnaqqis fid-dejn, it-tkabbir fl-ekonomija u l-kontroll tad-defiċit. Fitch qalu li jistennew li l-politika fiskali eċċellenti tal-pajjiż tkompli wara li Joseph Muscat reġa’ kien elett Prim Ministru. Meta mqabbla ma’ dawk fi klassi A, Fitch innotaw fost affarijiet pożittivi oħra li Malta tejbet ukoll postha fl-indikatur dinji dwar il-kompetittività. L-esperti ta’ Fitch jistennew li l-pajjiż ikompli f ’din id-direzzjoni. Fuq kollox Fitch tattribwixxi t-titjib fir-rating għall-governanza b’saħħitha li qed juri dan il-Gvern. Nikkwota stqarrija maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi dwar din l-aħbar sabiħa u nkoraġġanti għall-pajjiżna fejn tgħid li “dan ir-rapport jikkonferma li l-viżjoni ta’ dan il-Gvern għal Malta qed issir realtà hekk kif Malta qed tiġi meqjusa fost l-aqwa fit-tkabbir ekonomiku, fit-tkabbir tal-impjiegi, fil-finanzi pubbliċi u issa anke fir-rating tal-kreditu tal-pajjiż. Dan qed jawgura ferm tajjeb għall-investiment barrani f ’pajjiżna li jgħin biex il-ġid ikompli jasal għand kulħadd.’’ Nieħu din l-opportunità sabiex minn dawn il-versi nawgura l-festa t-tajba lil ħuti l-Karkariżi li llum qed niċċelebraw il-Festa ta’ Sant’Elena ġewwa Birkirkara.
Il-bubun kompla tgħaqqad meta din il-ġimgħa ħadna l-aħbar li fl-Oppożizzjoni issa għandna żewġ kapijiet li mhux se jibqgħu jmexxu l-partit tagħhom
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist
Il-Ħamis, 10 ta’ Awwissu
Il-Ħadd, 13 ta’ Awwissu
Ommi ma xi dwejjaq! Mhux għax is-sħana, għax is-sħana ma tagħmillix dwejjaq lili. Qiegħed jagħmilli d-dwejjaq dan ittaħwid bejn dawk l-erba’ non-starters. U sewwa qalulhom non-starters għax minflok se jgħaqqdu lill-partit glorjuż tagħna, aktar qegħdin jifirduh u jkissruh. Issa ndaħal fil-biċċa wkoll David Grixti tal-AZAD li ħadha kontra Adrian Delia. Jidher li lil Delia ħadd mhu jagħti kasu għax dan, li kien għalih, id-deputati ma jagħtux appoġġ fil-beraħ. Imma mhux talli ħadd mid-deputati ma ta kasu, talli issa spiċċa qiegħed jiġi attakkat anke minn uffiċjali tal-partit glorjuż tagħna. Naħseb li aħjar nibda ngħid il-biċċa partit li għad fadal!
Erġajt stennejt għalxejn, għax erġajt ma smajtx leħnu. Imma llum ma għamiltx dwejjaq għax erħejtilha għall-marċ ta’ San Gejtanu. Ruxxmata nies kollha bl-aħmar jew bil-blu. Ovvjament jien ma’ tal-blu ntfajt. U kemm kien hemm nisa sbieħ! Domt inpaċpaċ ma’ waħda mhux ħazin, u kont se ngħidilha biex nerġgħu niltaqgħu forsi fl-aħħar niżżewweġ. Imma jien mhux għaż-żwieġ għax jien il-gurnata kollha partit tiela’ u partit nieżel. Għalkemm illum aktar ngħid biċċa partit tiela’, u biċċa partit nieżel.
Il-Ġimgħa, 11 ta’ Awwissu Ma tgħaddix ġurnata waħda li mhux nispiċċa bid-dwejjaq. Imma din li ma nafx x’sar minn Simon, ma niflaħx għaliha. Ara jien ta’ kuljum noqgħod insegwi l-aħbarijiet, l-ewwel fuq in-NET, imbagħad fuq TVM, biex għal darba darbtejn nisma’ xi jkun qal jew għamel Simon, u issa ili ma nafx kemm ġranet ma nismax b’aħbaru. Ma jistax ikun nibqa’ sejjer hekk, għax jekk ħaddiehor ma jimpurtahx minnu, jien jimpurtani ħafna. U mhux billi Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna joqgħod jgħidli li ħarab mar-Russa, għax jien ma nemminx. Jien konvint li lil Joseph Muscat, lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri se jibqa’ jiġġildilhom sal-aħħar ta’ ħajtu. Issa jġibhiex żewġ jew le, ma nafx, man!
It-Tnejn, 14 ta’ Awwissu Għoġbitni dik li mmur indur il-festi biex inneħħi d-dwejjaq. Tħajjart immur xi waħda minn Santa Marijiet, imma Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna ma setax. Ċempilt lil dik li ltqajt magħha lbieraħ. Domna nitkellmu mhux ħażin u ħsibt li kont se ngħabbi. Ma nafx kif, qbadnieha fuq il-politika u meta jien għedtilha li jien iffissat fuq Simon, bagħtitni nixxejjer. Mhux għax Laburista, anzi qaltli li hi Nazzjonalista akkanita, u għajritni injurant. Ma ħadtx għalija. Għedt tgħaddi mal-oħrajn. It-Tlieta, 15 ta’ Awwissu
Meta llum qrajt x’kitbet Claudette Buttigieg ftakart li dik li kont iltqajt magħha fil-marċ tal-Ħamrun ilbieraħ għajritni injorant għax għedtilha li jien iffissat fuq Simon. Ngħid iddritt, issa bdejt nieħu għalija li għajritni injorant għax Claudette Buttigieg bħali taħsibha u naħseb li bħali ffissata fuq Simon. Tant hu hekk li kitbet li l-kap il-ġdid irid ikun bħal Is-Sibt, 12 ta’ Awwissu Simon u jkompli fejn ħalla Simon. Imissha ħarġet hi wkoll għall-kap. Wara kollox isimDawn min huma dawn ta’ Fitch, man? ha addattat għax b’żewġ sillabi, mhux bħal Jaqaw Joseph Muscat qiegħed iġibul- ta’ Adrian, Frank u Chris. hom sħun, biex qegħdin ifaħħru kulma jagħmel?! Mhux biss tellgħuna Premier L-Erbgħa, 16 ta’ Awwissu Division, skont kif qalli Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, avolja naħseb li Ġorġ daqsi Huwa minnu li l-partit glorjuż tagħna jinsab jifhem f ’dawn l-affarijiet, imma qegħ- f ’konfużjoni enormi, imma mhux billi jgħidin jgħidu li kollox grazzi għal Joseph du tal-Labour, dan mhux tort tal-koalizzjoni Muscat. Għal ta’ Fitch qisu qatt ma kien bejn Simon u Marlene. Anzi Marlene tista’ hawn bħal Joseph Muscat. Żgur li ma tkun is-salvazzjoni tal-partit tagħna. Jien ċert jafu xejn dwar l-istorja ta’ pajjiżna għax li rriżenjat minn kap tal-Partit Demokratiku kieku mhux hekk jgħidu. Kieku jgħidu li biex wara l-elezzjoni li ġejja, tkun tista’ tikmnalla kienu Eddie l-kbir u Simon, għax kontesta għall-kap tal-partit tagħna. Stenna kienu dawn li daħluna fl-Unjoni Ewro- naqra, ħej! Dan ifisser li Marlene qiegħda pea. Kieku ma kinux dawn, kieku Joseph tbassar li ħames snin oħra se nerġgħu nitilMuscat ma kienx ikun jista’ jiftaħar li fu. Le, man, jaħasra! Ma niflaħx għal tkaxira aħna l-aqwa fl-Ewropa, mhux hekk man! oħra, ikun min ikun il-kap il-ġdid!
20
20.08.2017
kullhadd.com
IX-XATT, TAGĦNA LKOLL?
Minn Charles B. Spiteri
Minn sena għall-oħra qed jinbtu individwi u sidien ta’ lukandi, li apparti milli jkollhom il-pixxina għallużu tat-turisti tagħhom, qed jispiċċaw jieħdu bil-mod ilmod ix-xatt ta’ quddiemhom. Suppost kulħadd jaf li skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta, ix-xatt hu spazju pubbliku, li minn fuqu tista’ ddur iddawra kollha ta’ Malta. Hawn ‘serq’ lampanti ta’ dawn ixxtut pubbliċi. X’taħsbu li għandu jsir biex jitwaqqaf dan l-abbuż? Għalkemm skont xi rapporti li dehru wara li ntbagħtu l-mistoqsijiet għal dan il-feature, f’bosta nħawi saru rejds u ġew konfiskati sunbeds u umbrelel. Ilgazzetta KullĦadd indagat u għamlet dawn il-mistoqsijiet:
1
Taraw li jista’ jkun hemm ħidma diretta bejn l-Awtorità u l-Pulizija biex ix-xtut pubbliċi jibqgħu tal-pubbliku u għall-pubbliku u mhux sa minn sbieħ Alla, xi individwi u lukandiera jibagħtu ħaddiema jikkapparrawhom bl-umbrelel u d-deckchairs, b’mod li ebda Malti ma jkun jista’ jifrex xugaman u joqgħod fuqu? X’ħidma qed issir kontra dan kollu? Tapprovaw dan kollu?
2
Konxji li biex Maltin jgħumu fi xtut pubbliċi iridu jew iħallsu għad-deckchairs u l-umbrelel fl-istess xtut pubbliċi, inkella jħallsu prezzijiet speċjali minn website għal dawn l-okkażjonijiet u joqogħdu f ’pixxini ta’ lukandi bi brazzuletti tal-plastik ikkuluriti ma’ jdejhom? Tapprovaw dan kollu?
3
Jekk it-teħid tax-xtut pubbliċi hu permess, għaliex l-awtoritajiet turistiċi ma jarawx li jkun hawn aktar xtut aċċessibbli għall-Maltin u dawk il-persuni b’diżabilità u mhux blat ippuntat, ladarba l-lukandiera qed jagħmlu tagħhom ix-xtut miksija bil-konkos u bir-ramel?
4
Qed ikun innutat li numru ta’ imprendituri qed jimmuntaw pontuni temporanji ma’ turġien għall-għawwiema fi xtut pubbliċi biex jikru vjaġġi bil-power boats u speed boats. Dawn, apparti milli qed iniġġsu l-baħar, qed inaqqsu bis-sħiħ l-ispazju pubbliku anki fil-baħar. Tista’ ssir sorveljanza aħjar?
Paul Bugeja, il-Kap Eżekuttiv tal-MTA: L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għandha rwoli differenti f ’dak li għandu x’jaqsam mal-bajjiet. F’uħud minnhom, l-Awtorità tieħu ħsieb l-immaniġġjar tal-bajja b’mod komplut. F’dawn il-bajjiet, isir xogħol regolari ta’ tindif u tisbiħ, titjib fil-faċilitajiet ta’ aċċess, inkluż dawk li jintużaw l-aktar minn persuni b’diżabilità bħalma huma rampi, siġġijiet tar-roti apposta li jistgħu jinżlu fl-ilma, hoists li jistgħu jniżżlu persuna minn siġġu tar-roti għal ġol-baħar u lura, slielem, u oħrajn. Dan l-aħħar, ġew introdotti wkoll passaġġi li jwasslu mit-triq sal-baħar biex min juża siġġu tar-roti jew anke familji b’pushchairs, jistgħu jaqsmu x-xtajta b’mod aktar faċili. L-Awtorità hi attiva wkoll f ’dak li hu tindif ta’ ċerti bajjiet, tipprovdi bramel għall-iskart u boroż differenti għas-separazzjoni tal-iskart u faċilitajiet oħra. F’numru ta’ bajjiet madwar il-Gżejjer Maltin, l-Awtorità tipprovdi wkoll servizz ta’ lifeguards permezz ta’ operaturi speċjalizzati li ġew ingaġġati apposta biex joffru dan is-servizz. It-titjib li sar matul ix-xhur u s-snin li għaddew kien strumentali biex Malta llum għandha 12-il bajja ċċertifikata bil-Bandiera Blu (Blue Flag), rikonoxximent internazzjonali li jingħata għal bajjiet li jilħqu standard għoli ta’ ndafa, servizzi u faċilitajiet, sigurtà u organizzazzjoni.
Il-kiri ta’ umbrelel u deckchairs fil-bajjiet irid jitqies f ’dan il-kuntest. L-ewwel nett, dawn il-faċilitajiet mhumiex qegħdin hemm għat-turisti biss, iżda għall-konvenjenza ta’ kulħadd, kemm Maltin u kemm barranin. Il-permessi biex operatur jikri umbrelel u deckchairs fuq bajja, jinħarġu mill-awtoritajiet konċernati għal perjodu ta’ żmien u huma marbutin b’termini u kundizzjonijiet li jistgħu jvarjaw minn post għal ieħor. Dawn ir-regolamenti jinkludu z-zona fejn wieħed jista’ jarma l-umbrelel u d-deckchairs, in-numru ta’ umbrelel u deckchairs li jistgħu jinkrew, eċċ. Sakemm l-operatur iżomm ma’ dawn il-kundizzjonijiet, m’għandux ikun hemm problemi. Biss, meta dawn il-kundizzjonijiet jinkisru jew ma jiġux rispettati, allura tista’ tittieħed azzjoni biex ir-regolamenti jiġu infurzati. Ta’ min wieħed jagħmilha ċara li l-irwol ta’ infurzar tal-MTA fir-rigward ta’ konċessjonijiet għall-kiri ta’ deckchairs u umbrelel mhuwiex l-istess f ’kull bajja. Fuq bajjiet li huma mmaniġġjati mill-Awtorità, l-MTA tista’ tinforza t-termini u l-kundizzjonijiet kif speċifikat fil-permess partikulari li jkun ingħata. Fuq bajjiet oħra li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ entitajiet oħra, l-MTA mhijiex neċessarjament awtorizzata biex tinforza r-regolamenti. L-MTA tilliċenzja biss ċerti tipi ta’ operazzjonijiet, bħalma huma stabbilimenti tal-ikel inklużi ristoranti, barijiet, kjoskijiet eċċ. Uħud minn dawn jista’ jkollhom ukoll permess biex jikru umbrelel u deckchairs. Dawk l-operaturi li jkollhom liċenzja tal-MTA għal ristorant, kjosk, eċċ jistgħu jiġu spezzjonati mid-Direttorat tal-Infurzar tal-MTA biex wieħed jaċċerta
ruħu li l-operat tagħhom huwa konformi mat-termini tal-permess applikabbli. Operaturi oħra li jikru umbrelel u deckchairs iżda li mhumiex konnessi ma’ stabbilimenti li huma liċenzjati mill-MTA, ikunu qed joperaw fuq il-bażi ta’ permess ta’ użu tal-art mill-Awtorità tal-Artijiet, li permezz tiegħu jiġu allokati zona fejn jistgħu jipprovdu servizz bħal dan. L-Awtorità tħoss li sakemm ma jkunx hemm l-abbuż u l-eseġerazzjonijiet, hemm lok biex kulħadd igawdi l-bajjiet tal-Gżejjer Maltin b’mod seren u mingħajr problemi. Bħal f ’kull ħaġa oħra, hija kwistjoni ta’ bilanċ u sens komun min-naħa ta’ kulħadd. L-azzjoni li ħadet l-Awtorità flimkien mal-Awtorità tal-Artijiet fl-Armier għandha tkun sinjal ċar ta’ kemm qed nieħdu din il-kwistjoni bis-serjetà. Fl-istess ħin, hija x-xewqa tagħna li miżuri bħal dawn ikunu l-eċċezzjoni, billi l-operaturi jirrispettaw il-kundizzjonijiet tal-permessi li ngħatawlhom u ma jkunx hemm bżonn li wieħed jieħu azzjoni ta’ dan it-tip. F’sens aktar wiesa’, hemm bżonn li r-rispett tar-regolamenti jiġi wkoll min-naħa tal-pubbliku. F’dan ir-rigward, l-MTA, b’kollaborazzjoni mal-Awtorità tal-Artijiet, qiegħda tpoġġi avviżi apposta f ’diversi lokalitajiet li jinfurmaw lill-pubbliku dwar dak li mhux permess fuq il-bajjiet pubbliċi. Dan il-Kodiċi ta’ Komportament (Code of Conduct) jinkludi ħwejjeġ bħal li wieħed itella’ tined u kampijiet ogħla minn metru, l-istorbju esaġerat u d-daqq ta’ mużika b’volum għoli, is-sajd fiz-zoni riservati għall-għawm u oħrajn. L-infurzar u l-monitoraġġ ta’ dawn ir-regolamenti huma responsabbiltà tal-Pulizija u tal-Kunsilli Lokali.
21
20.08.2017
kullhadd.com
Joe Attard, President tal-Malta Association of Hospitality Executives MAHE: Bħala MAHE, aħna tal-fehma li kull abbuż, magħmul minn min hu magħmul u kull ‘serq’ jew teħid ta’ proprjetà pubblika, li hi rampanti f ’pajjiżna, għandu jkun irrappurtat lill-pulizija (jekk jaslu jieħdu passi), lid-Dipartiment tal-Artijiet u lill-Awtorità tal-Ippjanar, li fir-realtà jidhru li ma għandhomx snien fejn jidħlu l-iżviluppaturi u l-użurpaturi tal-artijiet pubbliċi. Jekk wieħed irid eżempju tipiku ta’ kif taħdem il-liġi tal-ġungla, kulma jrid jagħmel hu li jittawwal sa Kem-
muna. Hemm il-vjaġġi bit-turisti saru ħaġa ta’ kuljum u appena jasal it-turist isib diżastru totali ma’ wiċċu. Il-Blue Lagoon imtela bl-umbrelel u bid-deckchairs u l-kummenti li nirċievu mit-turisti nfushom huma tali li jistqarru li ma jerġgħu qatt jersqu ’l hemm. Skont huma trid tgħaddi minn fuq nies oħra fuq id-deckchairs biex tmur minn naħa għall-oħra, tant kif ittieħed ix-xatt. F’kelma waħda, lanqas tista’ timxi. Sfortunatament hawn numru ta’ nies li jridu jistagħnew minn jum għall-ieħor, mingħajr ma jagħtu kas tal-ħsara futura li qed issir lill-industrija tatturiżmu. Hi ħaġa sabiħa li naraw in-numru ta’ wasliet tat-turisti jikber, iżda min-naħa l-oħra rridu naċċettaw il-fatt li l-firxa ta’ Malta hi dik li hi u l-infrastruttura l-istess.
Għalhekk bħala MAHE nieħdu gost jekk imprendituri żgħar u sidien ta’ lukandi ma jabbużawx mix-xtut pubbliċi u jerħulhom intatti għall-użu talMaltin u l-barranin li jiġu fostna, mingħajr il-ħtieġa li nġegħluhom iħallsu għall-użu ta’ art pubblika. Il-MAHE diġà ġibdet l-attenzjoni tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fuq il-qagħda tal-mistħija fil-bajja tal-Mellieħa – umbrelel u deckchairs kullimkien, b’mod li ma baqax aċċess għall-Maltin li mhumiex lesti jħallsu għal umbrella u deckchair. L-agħar insult hu li bosta sa ħadu art miksija li twassal għax-xatt u li l-iskop tagħha kien li nies f ’siġġu tar-roti jkunu jistgħu jaslu sal-baħar. Ma nafx jekk s’issa l-Kummissjoni ħaditx azzjoni. Fl-opinjoni tagħna, dan hu kaotiku għallaħħar.
Carmen Mercieca ċittadina Maltija: Jien ma naqbilx mal-umbrelel u d-deckchairs ta’ fuq il-bajjiet. Jagħmluhom għax iħalluhom. Agħmlilhom il-multi fuq kull umbrella u tara
kif ineħħuhom. B’saħħithom maż-żgħar u dgħajfin mal-kbar. F’Birżebbuġa allaħares tersqilhom lejhom għax ikollok xi tgħid. U xi ngħidu għall-imwejjed fuq il-bankini fil-ħwienet tax-xorb? Kulħadd irid jibla’ kollox. Ħadd ma jkun jista’ jgħaddi. Ikollok tinżel il-bankina. U tal-pushchair minn fejn se jgħaddu? U tal-wheelchair? Aħna
nipprietkaw mod u nagħmlu ieħor. U oħra: barijiet suppost jagħlqu fil-ħdax ta’ billejl u ma jagħlqu qatt. Il-pulizija jafu bihom għax jien l-ewwel waħda li rrappurtajt ħanut taħt id-dar tiegħi. Sat-tlieta ta’ filgħodu ġieli jkun għadu miftuħ. Kollu għalxejn. Qtajt qalbi, għax ma ssib l-għajnuna ta’ ħadd. Mela spiċċajna kulħadd jagħmel li jrid.
Graziella Galea, is-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar: San Pawl il-Baħar hu magħruf għax-xtut tiegħu, li, sfortunatament, ħafna drabi jsofru minn abbuż. Nemmen li x-xtut tagħna għandhom ikun miftuħin għall-pubbliku biex jitgawdew mill-istess pubbliku, u allura minn kulħadd. Mhux sew li l-bajjiet u x-xtut tagħna jkunu kkapparrati minn xi imprendituri, b’tali mod li ma jħallux lill-pubbliku jgawdi dak li għandu dritt għalih. Għaldaqstant hu importanti li min jopera jimxi mal-permessi li jkollu. Kif inhu magħruf, kultant ikun hemm applikazzjonijiet għal użu ta’ partijiet mix-xtut tagħna minn entitajiet kummerċjali għalkemm ix-xtut huma fil-parti l-kbira tagħhom tal-Gvern. Hu importanti li ma jinħarġux permessi li bihom inkunu qegħdin noħonqu l-bajjiet u l-ibħra tagħna. Meta joħorġu xi permessi għandu jiġi assigurat li fil-fatt il-permessi jaċċertaw li r-residenti jkunu jistgħu jibqgħu jagħmlu użu minn dawn
il-postijiet. Għandu jiġi assigurat li qatt ma jitħallew persuni jokkupaw u jikkapparraw partijiet mix-xtut tagħna. L-ikbar problema li nsibu bħala Kunsill Lokali hi, li għalkemm aħna favur li l-bajjiet għandhom jitgawdew minn kulħadd, l-infurzar tal-liġi mhux kompitu tagħna, u allura l-Kunsill ma għandu l-ebda setgħa biex jagħmel dan. Filwaqt li l-Kunsill Lokali jista’ jirrapporta abbużi li jsiru minn xi wħud, l-infurzar ma jistax isir mill-istess Kunsill Lokali. Għal dan l-iskop hemm il-Pulizija, il-Gwardjani Lokali, l-Awtorità tal-Ippjanar, l-ERA u Trasport Malta, fost entitajiet oħra, iżda l-Kunsill Lokali ma għandu ebda poter fuq l-infurzar. Ftit ilu rċevejna rapport dwar abbuż u periklu fiz-zona ta’ taħt il-Water Park f ’Buġibba. Minnufih għaddejna dan ir-rapport lil Trasport Malta, u dan għax is-swimming zones jaqgħu taħt il-kompitu tal-istess
Awtorità. Wara l-ilment li ressaqna, ġiet installata swimming zone hawnhekk sabiex dawk li jinżlu jgħumu jkollhom zona riservata għalihom u b’hekk kemm jista’ jkun, jiġi evitat li jseħħ xi inċident. Il-Kunsill Lokali dejjem jara li jinforma lill-Awtoritajiet konċernati f ’każi bħal dawn. Ċerti attivitajiet għandhom jinżammu f ’post fejn l-aċċess għall-vetturi tal-baħar huma n-norma, u mhux jieħdu post zoni li fihom normalment wieħed imur biex jgħum u jgawdi ftit ħin ta’ rilassament mingħajr il-biża’ li jista’ jweġġa’. Żgur li ma naqblux li l-bajjiet jistgħu jintużaw biss minn ftit minħabba xi abbuż. Għalhekk hu importanti li l-awtoritajiet konċernati jieħdu azzjoni fejn ikun hemm abbuż, u li tali azzjonijiet jibqgħu jittieħdu sabiex il-pubbliku, f ’kull ħin, ikun jista’ jgawdi mill-bajjiet, xtut u ibħra pubbliċi.
John Buttigieg, is-Sindku tal-Mellieħa: Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jappoġġja l-azzjoni tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. “Bħala Kunsill nappoġġjaw din l-azzjoni, u nemmnu li l-bajjiet tagħna għandhom jitħallew post li jitgawdew
mill-pubbliku, li kien qed jiġri hu li ċerti kienu qed jiġu meħuda kollha mill-operaturi. Qed ngħid ċerti bajjiet għax pereżempju fil-bajja tal-Għadira din il-problema ma teżistix, minħabba li kien sar ftehim li l-operaturi għandhom il-partijiet tagħhom, waqt li l-pubbliku għandu partijiet sostanzjali għalih. Dan l-immaniġġjar li sar qed jaħdem b’mod tajjeb. Nemmen li l-MTA għandha taħdem b’dan il-mod ukoll f ’bajjiet oħra, bħal dik tal-Armier. B’hekk nevitaw il-kunflitti li jist-
għu jinqalgħu,” qal Buttigieg. Wara l-azzjonijiet tal-MTA il-pubbliku rreaġixxa b’mod pożittiv. “Fil-bidu tas-sajf konna qed nirċievu diversi lmenti, speċjalment dwar l-Armier. Il-pubbliku kien imur u ma jsibx post fejn joqgħod mal-familja. Issa l-infurzar hu pożittiv. B’hekk bħala kunsill naqblu ħafna mal-azzjoni tal-MTA. Nemmnu li dan m’għandux jieqaf hawn, iżda għandu jsir f ’bajjiet oħra,” tenna Buttigieg..
22
20.08.2017
1
MADWAR kullhadd.com
L-AMERKA
FIL-QOSOR
4
1
TLIET UFFIĊJALI MKEĊĊIJIN WARA ĦABTA FIL-BAĦAR
2
Il-qawwa navali Amerikana keċċiet it-tliet uffiċjali li kienu inkarigati mill-vapur USS Fitzgerald wara ħabta bejn il-vapur navali u vapur tal-merkanzija. Dan l-inċident seħħ f ’Ġunju li għadda fl-ibħra territorjali Ġappuniżi. Għal xi raġuni seħħ impatt qawwi bejn iż-żewġ vapuri f ’nofs ta’ baħar li ħalla sebgħa baħrin Amerikani mejta. L-Ammirall Amerikan William Moran fi stqarrija qal li l-qawwa navali Amerikana tilfet il-fiduċja f ’dawn l-uffiċjali u għalhekk ittieħdet din iddeċiżjoni sabiex tipprevjeni inċidenti simili fil-futur. Skont rapporti tal-midja Amerikana dan l-inċident seħħ hekk kif ħadd minn dawn it-tliet uffiċjali ma kien fil-kmand tal-vapur hekk kif tnejn minnhom kienu reqdin u ieħor ma kienx fil-briġġ fil-ħin tal-inċident. Għalkemm il-qawwa navali Amerikana ma ammettietx it-tort x’aktarx l-inċident seħħ kawża ta’ negliġenza tal-ekwipaġġ tal-USS Fitzgerald.
2
IL-VENEZWELA
3
SIERRA LEONE
37 RUĦ MEJTA WARA REWWIXTA ĠO ĦABS Rewwixta li ilha għaddejja għal diversi ġimgħat ħalliet 37 priġunier mejjet hekk kif uffiċjali tas-sigurtà daħlu fil-ħabs sabiex jerġgħu jiksbu kontroll tiegħu. Bosta priġunieri kienu jinsabu armati b’armi tan-nar awtomatiċi u skieken li x’aktarx kienu ddaħħlu illegalment fil-ġimgħat ta’ qabel bdiet ir-rewwixta. Il-Gvernatur tal-istat li fih jinsab dan ilħabs iddeskriva x-xeni bħala makabri. Il-Venezwela għandha problemi kbar fejn jidħlu il-ħabsijiet hekk kif is-sistema tinsab iffullata. B’kollox hemm madwar 50,000 persuna ġolħabsijiet meta dawn b’kollox għandhom kapaċità ta’ 16,000. Dan ma kienx l-ewwel aċċident kbir ġo ħabs fil-Venezwela hekk kif fl-2013, 61 persuna mietu wara rewwixta f ’ħabs ieħor fl-istess pajjiż.
MIJIET MEJTA U ELUF MITLUFA Maltemp qawwi kien il-kawża ta’ valanga tat-tajn li ħalliet ’il fuq minn 500 ruħ mejta u eluf oħra mitlufa. Dan il-maltemp ħalla bliet sħaħ mgħerrqa u ħalla eluf kbar ta’ nies mingħajr saqaf fuq rashom. Kelliema għal ActionAid stqarret li fl-10 snin li ilha taħdem fil-qasam umanitarju qatt ma rat xi ħaġa daqshekk traġika. Fost l-ewwel pajjiżi internazzjonali li assistew lil dawk milquta kien l-Ingilterra. Dan il-pajjiż għandu rabtiet passati ma’ Sierra Leone minn żmien il-ħakma kolonjali Ingliża. In-Nazzjonijiet Magħquda stqarret li qed tħejji pjanijiet ta’ kontinġenza sabiex tikkontrolla l-possibiltà ta’ tixrid ta’ mard jittieħed bħall-Cholera u t-Thyphoid.
3
R ID-DINJA
23
20.08.2017
kullhadd.com
6
IL-FILIPPINI
5 6
AKTAR TRAFFIKANTI TAD-DROGA MAQTULA Operazzjonijiet immexxija mill-Pulizija Filippina taħt ordnijiet diretti tal-President Duterte ħallew 32 persuna mejta. Dan ġara hekk kif pulizija pajżana pruvaw jixtru d-droga mingħand xi traffikanti. Kull min instab li kien fil-pussess tad-droga ġie maqtul mill-istess pulizija. Din mhix l-ewwel operazzjoni ta’ dan it-tip fil-Filippini hekk kif aktar kmieni din is-sena, Duterte saħaq li hu personalment tefa’ traffikanti tad-droga għal isfel mill-ħelikopters. Minn Ġunju tas-sena l-oħra ’l hawn ġew maqtula aktar minn 3,400 traffikant taddroga, medja ta’ madwar 240 ruħ kull xahar.
5 4
L-INDJA
SPANJA
ATTAKK TERRORISTIKU F’BARĊELLONA Attakk terroristiku fil-parti turistika ta’ Barċellona ħalla 13-il persuna mejta u għexieren oħra midruba, uħud serjament. Dan l-attakk seħħ hekk kif Marokkin li sa issa għadu mfittex millPulizija Spanjola saq vann fuq bankina mimlija nies. Il-Marokkin irnexxielu jaħrab minn fuq il-post eżatt wara l-attakk. Ftit tal-ħin wara, f ’parti oħra ta’ Barċellona, il-Pulizija Spanjola sparat u qatlet ħames terroristi oħra li kienu fil-proċess li jwettqu t-tieni attakk. Fuq dawn it-terroristi nstabu xi ċinturini bl-isplussivi. Għalhekk ġew imsejħa wkoll membri mill-Bomb Disposal Unit ta’ Barċellona sabiex ineħħu kull periklu li seta’ kien hemm. Il-Pulizija Spanjola qed torbot dawn l-attakki ma’ inċident li seħħ ġo dar matul il-jum tal-Erbgħa hekk kif għal xi raġuni seħħet splużjoni. X’aktarx dan kien il-post fejn kienu qed jinħadmu l-isplussivi. F’diskors li għamel il-Prim Ministru ta’ Malta, Dr Joseph Muscat qal ma kellhomx informazzjoni ta’ xi Maltin mal-listi tal-vittmi filwaqt li offra s-solidarjetà lill-vittmi tal-attakk.
TIFLA TA’ 10 SNIN TWELLED TARBIJA Fl-Indja tifla ta’ 10 snin twelled tarbija wara li sfat abbużata għal diversi drabi minn zijuha. Dan wara li l-Qorti Suprema Indjana ma ppermettietx lill-ġenituri tagħha jagħmlu abort fuq it-tifla tagħhom. Skont l-Aġenzija Internazzjonali talAħbarijiet AFP it-tifla ma kinitx taf għal liema operazzjoni kienet sejra għax il-ġenituri tagħha qalulha li sejra tagħmel operazzjoni tal-ġebla. Allegatament it-tarbija twieldet b’saħħitha u qed tinżamm fi sptar sakemm fl-Indja tiġi addottata. Skont statistika li ħarġet fis-sena 2015, fl-Indja madwar 20,000 minuri jisfaw abbużati kull sena.
24
20.08.2017
kullhadd.com
ŻEWĠ ROTI U TLIET KONTINENTI
Kitba ta’ diġà jew qiegħda nippjana avRAMONA PORTELLI ventura oħra waħdi. Il-biċċa tal-mutur ma tbeżżagħnix. Deborah għandha 26 sena, Ma domtx ma ħassejtni kommill-Imtarfa u kienet taħdem da u bl-esperjenza li għandu bħala Marketing Executive. Daryl ma kinitx diffiċli għalija Tiddeskrivi lilha nnifisha nieħu din id-deċiżjoni,” sostbħala persuna avventuruża, niet miegħi. artistika u storbjuża. Daryl għandu 27 sena, mill-Mosta, u Kienet ħolma ta’ Daryl huwa fotografu, u jiddeskrivi li jagħmel avventura lilu nnifsu bħala ambizzjuż, ta’ dan it-tip avventuruż u kreattiv. Bażikament huma ltaqgħu Ta’ min jgħid li l-avventusena ilu. Qabel ma kienet ra tagħhom ser tibda f ’nofs iltaqgħet ma’ Daryl qatt ma Settembru li ġej fejn ser kienet rikbet mutur f ’ħajjitha. jibdew vjaġġ ta’ 30,000 kiB’hekk ridt inkun naf kif lometru fi tliet kontinenti ħassitha l-ewwel darba li tel- minn Malta għal Awstralja għet fuq mutur, li kienet ukoll kollha bil-mutur. Proprjal-ewwel darba li ltaqgħet ma’ ment kienet ħolma ta’ Daryl Daryl. “L-ewwel darba kienet li jagħmel avventura ta’ dan tad-daħk, għax sakemm it-tip, u issa sab lil Deborah li wasalna mill-Imtarfa sal-Gżi- ser takkumpanjah. Staqsejtha ra, ġol-bar li konna sejrin fih, jekk qatt ħasbitx li jista’ jkun tant għafast idi biex inżomm vjaġġ skomdu fejn trid tqis mal-mutur, li xħin wasalna għandhom vjaġġi twal fuq lanqas flaħt inrembel sigarett żewġ roti, u bi ftit bżonnijiu tgħidx kemm stħajt,” bdiet et li jistgħu jġorru magħhom. Fil-fatt sostniet miegħi li l-istgħidli Deborah imbissma. Fi kliem ieħor, filli qatt til ta’ safar li tħobb hi mhuma telgħet fuq mutur u filli wiex lussuż. “Mort erba’ xhur spiċċat ikkonvinċiet ruħha backpacking l-Asja diġà u sabiex titlaq mix-xogħol ridt inġorr kollox fuq basket tagħha u taqsam minn Mal- wara dahri u fil-verità anki ta għall-Awstralja fuq żewġ meta nsiefer l-Ewropa drajt roti. Ħallejt f ’idejha sabiex inġorr biss dak li vera għantelabora aktar. “Meta tkun di bżonn ġo basket żgħir. avventuruża, u tkun trid L-istil ta’ mutur li sejrin bih twettaq dak li tixtieq, deċiż- huwa komdu ħafna għalijonijiet bħal dawn bilfors trid ja bħala passiġġiera. Kieku teħodhom. Nemmen li meta mhux il-mutur, bl-istil ta’ saniġi lura, xogħol xorta ser far li nħobb jien, inkun qed insib u ma tistax tgħid l-op- nivvjaġġa fuq xarabank jew portunitajiet li ser niltaqgħu ferrovija għal sigħat twal, kif magħhom. Iżda qatt mhu ser għamilt qabel, li xorta limitati jerġa’ jkolli l-età u l-enerġija fil-kumdità”. Deborah u Daryl qed jipli għandi issa. Kieku ma ltqajtx ma’ Daryl probabbli tlaqt pjanaw li għandhom mad-
war sena biex jaslu l-Awstralja. L-għan ewlieni hu li jirnexxilhom jgħaddu mir-rotta li ppjanaw u li jaslu għad-destinazzjoni finali. “Nixtiequ nesperjenzaw kulturi differenti u nitgħallmu kemm nistgħu. Aħna t-tnejn nemmnu, li bniedem ‘jikber’ meta joħroġ mill-comfort zone tiegħu, u esperjenza bħal din ċerti li ser tibdilna u tgħinna, kemm bħala koppja, kif ukoll individwalment.” Dwar kif ser ikampaw malħajja mingħajr xogħol waqt din l-avventura, huma sostnew miegħi li avventura hekk trid ħafna flus u għadhom s’issa jaħdmu kemm jifilħu biex ifaddlu għaliha. “Jekk jirnexxilna naslu l-Awstralja, qed nippjanaw li nsibu xogħol hemmhekk u nittamaw li jirnexxilna nfaddlu dak li nkunu infaqna sakemm wasalna.” Kollox ma’ kollox l-agħar ugigħ ta’ ras kienet biex jimlew id-dokumenti tal-ivvjaġġar għal 16-il pajjiż ħafna minnhom fl-Asja. Fil-fatt hemm ħafna dokumenti x’tipprepara għal avventura ta’ dan it-tip. “Eżempju anki l-mutur kellu bżonn dokument li jgħidulu Carnet De Passage - qisu passaport għall-mutur, li ma setax isir hawn Malta. Mill-bqija, minħabba t-tul ta’ żmien ta’ vjaġġar, il-maġġoranza tal-Visas ser ikollna nippruvaw inġibuhom waqt li nkunu diġà fi triqitna mill-pajjiżi li ser inkunu qed
inżuru qabel.” Ta’ min jgħid ukoll li waqt din l-avventura, ser ikunu qed jiddedikaw ħin għal ħidma volontarja fi ħdan l-NGO Right to Smile. Fil-fatt il-proġett tagħhom semmewh Young Feathers. Deborah u Daryl ser jieqfu għall-volontarjat ġo żewġ skejjel li għandhom Right2Smile ġol-Indja u l-Kambodja, però qegħdin ukoll jiġbru xi fondi għall-
Nemmen li meta niġi lura, xogħol xorta ser insib u ma tistax tgħid l-opportunitajiet li ser niltaqgħu magħhom. Iżda qatt mhu ser jerġa’ jkolli l-età u l-enerġija li għandi issa
proġett żgħir li bdew diġà minn hawn Malta. “Għal kull 10 ewro li niġbru nkunu nistgħu nipprovdu tifel jew tifla fl-Indja b’uniformi ġdida meta naslu fl-iskola tagħhom biex nagħmlu l-volontarjat. Qed nappellaw għall-għajnuna tal-pubbliku biex jgħinuna nagħmlu dan. Nixtiequ wkoll, li jekk fil-pajjiżi li ser ngħaddu minnhom niltaqgħu ma’ xi skejjel ġo villaġġi, jirnexxilna niltaqgħu magħhom u nesperjenzaw il-mod ta’ kif jiġu mgħallma t-tfal hemmhekk,” sostnew miegħi. Stedinthom ukoll jgħidu f ’din l-intervista x’tip ta’ għajnuna jistgħu jaċċettaw minn kull qarrej. Fil-fatt kull min huwa interessat li jgħin jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu fuq dan il-link - https://gogetfunding.com/young-feathers-project/ Dwar fejn ser ikunu qed jorqdu u jieklu matul l-avventura tagħhom, Deborah u Daryl sostnew miegħi li jieklu skont xi jsibu u jorqdu l-istess – skont iċ-ċirkustanzi. “Ġieli nikkampjaw u ġieli ġo guesthouses jew hostels. Kollox jiddependi mill-budget, millpost fejn inkunu u jekk ikunx ta’ periklu u l-ħin li jkollna biex naslu minn post għal ieħor,” stqarrew miegħi. Fl-aħħar nett Deborah u Daryl stiednu lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta sabiex jistaqsu lilhom infushom x’inhu l-ħolm tagħhom u jaraw li dak li qed jaħdmu għalih ser jgħinhom iwettquh fir-realtà. “Tipposponux dak li tistgħu tagħmlu llum għal għada,” kien il-messaġġ finali tagħhom.
25
20.08.2017
kullhadd.com
reċensjoni tal-
KTIEB TERMINI U KUNDIZZJONIJIET JAPPLIKAW Gonsalvo Borg Buttigieg għadu kif miet. Ruħu qiegħda fuq tarġa numru 77,777 tal-Ġenna. Tistenna. Tistenna u titbaqbaq ma’ dak li qed isejjaħ lilu nnifsu “Il-Gwardjan tal-Bibien Imqaddsa”. Imma fuq l-għatba kien se jibqa’. “Jiddispjaċini, ma tistax tidħol hawn,” qallu ż-żagħżugh liebes qmis bajda, suit bajda, kalzetti bojod u żarbun abjad. Gonsalvo nħasad: dar-Raġel-Kollu-Abjad ma jixbah xejn lil San Pietru li dejjem kien qara dwaru. Fejn hu l-qaddis bid-daqna li jkollu f ’idejh iċ-ċwievet għall-Ġenna? U għaliex mhux iħallih jidħol? “Ir-raġġiera m’intix se teħodha għalissa, għax sejjer lura fid-dinja mnejn ġejt. Unfinished business, Gonsalvo. Każijiet hekk dejjem jintbagħtu lura …” M’hemmx x’tagħmel. Mar-Raġel-Kollu-Abjad ma tirraġunax. Gonsalvo ħa nifs ’il ġewwa u beda nieżel is-77,777 tarġa lura lejn id-dinja tal-ħajjin, did-darba bħala ruħ inviżibbli. U l-missjoni tiegħu kienet ċara: jiskopri min kien qatlu, u għaliex. Mnejn se jibda? Iż-żagħżugħ tas-suit bajda tah punt tat-tluq: isib lil Miki Borg, tifel ta’ għaxar snin. Hu biss seta’ jgħinu jakkwista r-raġġiera. Termini u Kundizzjonijiet Japplikaw huwa t-tieni ktieb, miktub għat-tfal u l-adolexxenti minn Roberta Bajada, waħda mill-iżjed awturi għattfal promettenti li għandna f ’pajjiżna. Dan rumanz emozzjonanti, ironiku, mhux tassoltu u ggarantit li se jdaħħaq lill-qarrejja kontinwament bl-umoriżmu tiegħu. Huwa rumanz mimli umoriżmu ġieli anki surreali, u li fl-istess ħin jittratta tematiċi tallum bħall-imħabba fost l-adolexxenti u l-kilba għal-logħob online. Iżda l-kapaċità tal-awtriċi toħroġ l-aktar fil-mod li bih tiddeskrivi r-relazzjoni bejn iċ-ċkejken u innoċenti Miki u l-fantażma tal-anzjan Gonsalvo. “Veru li l-anzjani
u ż-żgħar mhux dejjem jikkomunikaw u jiftehmu bejniethom minħabba l-famuża generation gap. Iżda fl-aħħar mill-aħħar, kemm Gonsalvo kif ukoll Miki jirrealizzaw li għandhom bżonn lil xulxin biex jimxu f ’ħajjithom u – fil-każ ta’ Gonsalvo – f ’mewthom,” qalet Bajada, l-awtriċi. “Sa ċertu punt, din storja mhux tant dwar il-mewt daqskemm hija rappreżentazzjoni umoristika u simbolika ta’ din il-ħbiberija stramba.” Termini u Kundizzjonijiet Japplikaw jixhed ukoll l-imħabba tal-awtriċi għall-ambjent u r-rabja tagħha għal kif dan qed jitfarrak mill-iżvilupp bla rażan. “Jien minni karattru nostalġiku, romantiku, u għalhekk l-istorja ridtha tkun ambjentata fi żmien tfuliti. Li nara l-postijiet u l-veduti li tant lgħabt fihom u ħdejhom meta kont żgħira, mibdula fi ‘żvilupp’ taffettwa immensament f ’ħajti. Allura ppruvajt noħroġ din ir-rabja … b’mod leġġer u anki umoristiku,” stqarret Bajada. Ir-rumanz rebaħ il-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Aġenzija Żgħażagħ. Bajada kienet ukoll waħda mill-finalisti tal-kompetizzjoni letterarja Abbozz bl-ewwel rumanz tagħha Arloġġ u Tila, li ħareġ is-sena l-oħra. Chris Gruppetta, mill-Merlin Publishers li ppubblikaw dan ir-rumanz ġdid, qal, “Meta ġie f ’idejja l-manuskritt, kont eċitat ħafna dwaru u kien unur li l-Merlin intgħażel bħala l-pubblikatur għal din l-avventura. Bajada għandha talent speċjali fejn jidħol id-djalogu u l-umoriżmu, u naraha bħala waħda mill-awturi għat-tfal u adolexxenti l-aktar promettenti li għandna Malta bħalissa.” Termini u Kundizzjonijiet Japplikaw jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online direttament minn www.merlinpublishers. com
Mistoqsija: X’kienet il-missjoni ta’ Gonsalvo meta reġa’ ġie lura lejn id-dinja? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb TERMINI U KUNDIZZJONIJIET JAPPLIKAW. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 27 ta’ Awwissu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb ĊPAR FIX-XEFAQ huwa: M.C GATT - Ir-Rabat
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
03
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
Kemm hu twil il-vjaġġ li se jagħmlu Deborah u Daryl? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:
Indirizz:
26
20.08.2017
kullhadd.com
IL-KULUR BLU JISPIKKA F’WIRJA TAL-ARTI ISPIRATA MILL-ILMA Għal tliet snin iż-żebgħa tal-ilma tpittret fuq il-karta, iżda jidher li l-kulur blu kien l-iktar popolari fuq it-tpinġijiet tal-istudenti li ilhom sa minn Settembru tal-2015 jaħdmu biex joħolqu l-verżjoni tagħhom ta’ dinja bl-ilma fil-qalba tagħha. Il-proġett ‘Imagine Water, Catch the Drop’ tnieda f ’Malta għat-tliet snin skolastiċi, minn Settembru 2015 sa Mejju 2018. Fi tmiem il-proġett ser tkun organizzata wirja pubblika bħala parti mill-programm Spazju Kreattiv fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt Valletta, f ’April 2018. Il-proġett qed ikun sponsorjat mill-bank HSBC Malta u L’association École d’art au village (Edaav). Il-proġett jinvolvi artisti, għalliema u studenti fi proċess fit-tul u kreattiv bil-għan li jqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-ilma għall-gżejjer Maltin. L-istudenti kienu mħeġġa biex jużaw midja differenti bħal tpinġija, fotografija, vidjow, mużika, collage jew installazzjonijiet. Edaav hu moviment dejjem jikber ta’ artisti globali li dde-
dikaw lilhom infushom biex jispiraw lit-tfal ħalli japprezzaw il-kultura u l-wirt permezz ta’ mezzi artistiċi. F’Malta, il-President ta’ Edaav Sébastien Cailleux flimkien mal-artist Malti Luca Cauchi qed jaħdmu flimkien ma’ 125 student f ’kull sena skolastika. L-istudenti parteċipanti ġejjin minn klassijiet ta’ tliet skejjel differenti minn Malta u oħra minn Għawdex. Sébastien Cailleux qal: “Hu grazzi għall-fondi tal-Pro-
meta din tkun iffukata f ’pinzell għal fuq karta, tinħoloq arti mill-isbaħ.” Il-wirja se issir bejn it-13 ta’ April 2018 u t-13 ta’ Mejju 2018 u se tkun qed tagħti spinta artistika oħra lill-Belt Valletta f ’perjodu meta tkun il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018. Matul il-wirja se jkunu organizzati workshops għall-pubbliku. Il-kampanja Catch the Drop, li tagħmel parti mill-Programm tal-Ilma tal-HSBC, hi l-ikbar kampanja tax-xorta tagħha f ’Malta u għandha l-għan li toħloq il-bażi għas-sostenibgramm tal-Ilma ta’ HSBC – t-tema tal-ilma minn perspetti- biltà tal-ilma bħala riżorsa. Catch the Drop li stajna nin- va kompletament differenti. It- Il-programm tnieda fl-2013 u troduċu l-ideat ta’ L’association tfal għandhom ħafna enerġija u kien estiż sal-2019. École d’art au village lil Malta. Flimkien mal-HSBC, u l-imXOGĦOL U MANUTENZJONI sieħba l-oħra tagħna Canson u Sennelier, ipprovdejna spazGħal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, ju artistiku liż-żgħażagħ biex żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, jesprimu b’mod liberu t-talent membrane, katusi u gypsum boards ċempel 7928 5444. tagħhom.” L-artist Luca Cauchi qal: “PerAVVIŻI KULTURALI mezz ta’ dan il-proġett innovattiv, mhux biss stajt nesplora u Il-Kumitat Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà Mużikali nespandi l-ħiliet artistiċi tiegħi, Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser iniedi kompetizzjoni imma anki nara kif nista’ nuża biex jiġi fformulat Logo uffiċjali li jfakkar il-25 sena mit-twaqqif tas-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju, anniversarju li ser jiġi mfakkar tul is-sena 2018. Dan il-logo għandu jkun preżentat f ’format diġitali 300 DPI Resolution u għandu jinkorpora l-kliem “Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju Mqabba” u n-numru 25 b’użu ta’ kuluri adekwati. Il-Kumitat għandu kull dritt jaċċetta jew ma jaċċettax idintuwittiv, li inevitabbilment disinn sottomess jew li jsejjaħ lill-artist/a għal spjegar jew ifisser li kull sessjoni tkun ditibdil neċessarju. Il-logos għandhom jiġu sottomessi sa vertenti. Aħna nisħqu wkoll li mhux aktar tard mill-Ħamis 31 t’Awwissu 2017 u l-għażla nippreparaw platti bnini bl-użu finali ssir minn ġurija t’esperti maħtura mill-istess Kumitat. ta’ ingredjenti naturali. Jingħata l-premju ta’ €100 lill-artist/a tal-Logo rebbieħ. Il-kumitat BOV Sports u Aktar informazzjoni tinkiseb fuq 77406720 u 79685091 jew Social Club huwa magħmul fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna minn membri tal-personal taltal-Ġilju www.talgilju.com. Bank of Valletta li jagħtu l-ħin tagħhom b’mod volontarju Ġita oħra għal Sqallija mill-Ħbieb tal-Gћaqda Soċjo-Mużikali biex jorganizzaw avvenimenti Anici bil-kollaborazzjoni ta’ Micallef Joe Travel nhar is-Sibt biex jittrawmu ħbiberiji fost 16 ta’ Settembru 2017 bi prezz speċjali. Ser inżuru, s-suq l-1500+ impjegat tal-bank, li ta’ Catania, ikla buffett, Taormina u wara mmorru ċentru jservu biex isaħħu l-ispirtu tatkummerċjali b’150 ħanut tad-ditta mqassam fuq żewġ sulari tim ’il bogħod mill-uffiċċju u xi Auchan Porte di Catania. drabi jinvolvu wkoll il-familja Aktar dettalji, programm u booking, tista’ ċċempel lil immedjata u membri iżgħar John M. Spiteri fuq 79702874. Il-booking jista’ jsir sal-5 tal-familja. ta’ Settembru, 2017. Tħallux aktar żmien u ċemplu issa. Narawkom.
TFAL TA’ IMPJEGATI TAL-BOV JIEĦDU L-EWWEL PASSI KULINARI DAN IS-SAJF Grupp ta’ 15-il tifel u tifla, tfal ta’ impjegati tal-BOV skoprew it-talent kulinarju tagħhom permezz tal-kors Mini Chef. Organizzat mill-BOV Sports and Social Club, il-kors ta’ 10 sessjonijiet, li nżammu fil-kċejjen tal-Kumpless tal-Iskejjel Marija Regina fil-Mosta raw lit-tfal jippruvaw isajru diversi platti taħt l-għajnejn tal-koki Mandy Micallef Decesare u Maria Sant Fournier “Din hija t-tielet sena li qed nagħmlu dan il-kors, li jimtela fi ftit minuti minħabba l-popolarità tiegħu,” qalet Vanessa Borg, Segretarja tal-BOV
Sports u s-Social Club. “Lil hinn mill-esperjenza tat-tisjir, dawn it-tfal jitgħallmu kif jaħdmu f ’timijiet, ħiliet soċjali li definittivament se jservuhom sewwa kif jikbru.” Mandy Micallef Decesare f ’isem Minichefs Malta qalet li “ngħallmu lit-tfal kif isajru dejjem jagħtina sodisfazzjon. Aħna qatt ma ngħidu lit-tfal xi nkunu se nippreparaw fis-sessjoni li jmiss halli s-sorpriża tkun kompluta u diffiċli li nesprimu l-entużjażmu u l-kurżità tagħhom. Tfal ta’ età żgħira ma jsegwux riċetti, iżda jsegwu l-istruzzjonijiet faċilment u b’mod
Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba, ser jorganizza Gathering kbir nhar is-Sibt 26 t’Awwissu 2017, bl-isem “Festa WarmUp Gathering: 1 Month to Go”, ġewwa l-bini tal-Każin tas-Soċjetà, li jinsab fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba mit8:00pm ’il quddiem. Din l-attività hija wahda minn serje ta’ Gatherings brijużi kull xahar bi preparazzjoni għall-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2017 li ser tiġi ċċelebrata nhar il-Ħadd 24 ta’ Settembru. Waqt dan il-Gathering ser ikun hemm divertiment mużikali mill-aqwa. Kulħadd huwa mistieden jattendi f ’atmosfera festiva u brijuża mill-isbaħ ta’ festa. Iddħul huwa mingħajr ħlas. Aktar dettalji fuq 79853044 u aktar informazzjoni tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà www.talgilju.com. Il-Parroċċa ta’ San Ġużepp fil-Kalkara ser torganizza End of Summer Barbeque nhar is-Sibt 26 ta’ Awwissu 2017 fit8pm ħdejn iz-Zuntier tal-Knisja Parrokkjali. Ser ikun hemm varjetà ta’ ikel u anki tombla. Kitba mill-Uffiċċju Parrokkjali u mingħand il-helpers tal-Parroċċa.
27
20.08.2017
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
A. FARRUGIA - Ħ’Attard
TISLIBA 188
Mimdudin:
Bi 3 Numri 045 092 167 187 188 367 376 441 497 526 770 B’4 Numri 0427 0451 0517 0585 0651
0918 0979 0980 1495 1857 1866 1888 3323 3854 4187 4308 4318 4691 5812 6031 6060 6243 6737 7410 7658 7684
7865 8164 8422 8585 8895 9081 9138 9157 9642 9684 B’5 Numri 10138 11445 18965 28639 29177 31317 35689 50011
50908 51354 59850 61185 62092 65812 86964 89492 97247 B’6 Numri 062671 221865 776016 952389 B’7 Numri 1259026 8874725
B’9 Numri
B’10 Numri
103262417 197312827
0351089709 1380804228 6827100982 8251631717
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
1. 4. 7,11. 9,22. 10. 12. 16. 18. 19. 20. 21. 23. 24.
Omm l-omm jew il- missier (5) Tip ta’ divertiment (4) Meta l-arja ma tkunx ċara? (4) Jintlibes fil-kċina (6) Pajjiż tal-UE (6) Tiżfen bil-Franċiż (6) Kif qed jippretendu li tinkiteb għadu l-moderni (3) Ara 6 Ara 3 Ta’ qattagħni bla ras (5) Sodda Ingliża (3) Ara 5 Qisu jixgħel (5)
Weqfin:
1. 2,12w. 3,8,19. 5,23. 6,18. 8. 11. 12. 13. 14. 15. 17. 21. 22.
Kompli l-qawl: Bin is-sengħa għandu ......(6) Isem (5) Tħawwil ta’ siġar bi kwantità (15) Ħassar (7) Ma bqajtx isfel (5) Ara 3 Ara 7 Ara 2 Neil John Rapa (1,1,1) Isem (6) Kien hemm ċinema r-Raħal Ġdid jismu hekk (6) Tnejn Taljani (3) Ikħal (3) Ara 9
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:
Weqfin:
1.Ġarra, 4.Mewġ, 9,12W. Werqa, 10.Sifter, 12.Qastan, 16,21W. Qratas, 18.IE, 19,20. Arretrat, 23.Soru, 24.Żbiba
1.Ġewlaq, 2,7.Rerum, 3,15. Australia, 5.Est, 6,11.Ġerħa, 13,21M. Sittin, 14.Nataċi, 17.RAI, 22.Nar
28
20.08.2017
kullhadd.com
WARA LI TKELLEM L-ISQOF EDITORJAL
Anke għaqdiet bħall-Caritas u organizzazzjonijiet bħas-Sedqa li jagħmlu ħafna ġid mal-vittmi, irid ikollhom rwol ikbar fil-kampanji ta’ prevenzjoni jekk jista’ jkun mill-iskejjel sekondarji fejn skont kif jidher, jista’ jkun il-lok fejn ikun hemm l-ewwel tentazzjoni
Id-diskors tal-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech f ’Jum Santa Marija ġibed l-attenzjoni ta’ bosta. Mhux għax dak li qal ħa lil kulħadd b’sorpriża, iżda konna ilna ma nisimgħu persuna b’daqstant awtorità titkellem b’saħħa fuq din il-pjaga li qed tifni diversi persuni u tkisser diversi familji. L-Isqof Grech innota kif il-festi, b’mod partikolari l-marċi ta’ filgħodu, qed jibqgħu jissaħħu bħala sors għal dawk li jridu jagħmlu l-qligħ minn sustanzi qerrieda u l-fatt li dikjarazzjoni bħal din għamilha l-Isqof f ’jum waħda mill-ikbar festi ġibdet l-attenzjoni ta’ ħafna. Żgur li l-Isqof Grech kien għaqli fil-mod li reġa’ tefa’ din it-tema fuq pjattaforma nazzjonali. Huwa minnu li l-forzi tal-ordni għaddejjin b’kampanja b’saħħitha kontra dawk li jridu jxerrdu dawn it-tip ta’ sustanzi. Kellna din il-ġimgħa l-qabda ta’ 18-il kilo droga ġejja minn Sqallija u rajna persuna titressaq il-qorti b’rabta ma’ dan il-
każ. Kellna iktar kmieni din is-sena qabda rekord ta’ droga mid-dwana ta’ Malta. Dawn huma żewġ eżempji biss minn ħafna li juru kif m’hemmx dubju li l-problema qed tittieħed b’serjetà kbira. Tant li anke aħna rridu nfaħħru lill-forzi tal-ordni li qed jirnexxilhom iwettqu dawn l-operazzjonijiet b’suċċess. Però, ikun ta’ tħassib jekk ma nitkellmux dwar din il-pjaga biżżejjed. Għax wisq nibżgħu li t-teħid tagħha qed naċċetawha bħala xi ħaġa li saret parti mis-soċjetà Maltija. Għax bħal fil-festi nsibuha fil-postijiet tad-divertiment, saħansitra f ’ċelebrazzjonijiet tal-familji bħal tiġijiet. Nemmnu li reġa’ wasal iż-żmien li jkollna kampanji ta’ kuxjenza ħorox bil-għan li nfakkru l-effetti u l-konsegwenzi ta’ ċerti sustanzi. Irridu nuru li t-teħid tad-droga huwa vizzju li jħalli effetti li ħafna drabi diffiċli wieħed jirkupra minnhom. Dan mingħajr ma nagħmlu kriminali mill-vittmi li jbatu ħafna, huma u
l-familji tagħhom. Vittmi li diġà tgħinhom ir-riforma fil-liġijiet tad-droga li saret fil-leġiżlatura l-oħra u li skont esperti li jaħdmu fis-settur diġà qed tħalli l-frott. Però hemm bżonn isir iktar. Meta ftit tal-ġimgħat ilu Clifford Galea, żagħżugħ attiv f ’diversi oqsma tal-ħajja, tkellem dwar dak li għadda minnu hu, kienu diversi l-persuni li rrelataw miegħu u kif stqarr hu stess, kellmuh u kitbulu dwar kemm ħassew ta’ wens li xi ħadd qed jitkellem f ’isimhom. Dan juri kemm hawn għatx għal kuxjenza dwar din il-problema. Dan juri li fiż-żmien li ġej meta l-pajjiż irid jiddiskuti wkoll ċerti bidliet legali, li fl-opinjoni ta’ numru ta’ esperti jagħmlu sens, irridu nżommu f ’moħħna l-istampa kollha. Filwaqt li jsiru l-bidliet meħtieġa biex ma npoġġux fil-lista tal-kriminali lil min mhux u allura minflok nattakkaw lil min f ’dan il-pajjiż ixerred is-sustanzi qerrieda, irridu nibqgħu nkunu konxji li bl-ebda mod m’għandna
naċċettaw li d-droga tista’ tkun parti mill-ħajja ta’ kuljum. M’għandniex dubju li dan mhux l-iskop tal-awtoritajiet, però l-istess awtoritajiet u s-soċjetà ċivili jridu jkunu leħen iktar qawwi ta’ kuxjenza dwar is-suġġett. Anke għaqdiet bħall-Caritas u organizzazzjonijiet bħas-Sedqa li jagħmlu ħafna ġid mal-vittmi, irid ikollhom rwol ikbar fil-kampanji ta’ prevenzjoni jekk jista’ jkun mill-iskejjel sekondarji fejn skont kif jidher, jista’ jkun il-lok fejn ikun hemm l-ewwel tentazzjoni. F’soċjetà mgħaġġla u li qed tinbidel ma’ kull mument li jgħaddi allaħares nieqfu nkunu sensittivi għall-dawn ir-realtajiet iebsa. Id-diskors tal-Isqof kien messaġġ f ’waqtu ħafna. Għandna niħduh, nirkbu fuqu u niddiskutuh u mhux nieħdu għalina għax semma l-festi, għeżież għal bosta. Jekk b’dan kollu nkunu salvajna mqar ħajja jew evitajna li mqar persuna waħda ma taqbadx il-vizzju, allura jkun messaġġ li sewa u ma waqax fuq widnejn torox.