INTERVISTA MAL-KARTUNIST LI SSAWWAT Paġni 14 u 15
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 20 ta’ Novembru, 2016
Ħarġa Nru 1,219 Prezz €1
ĠRAJJA TA’ ĦABI U THEDDID • INTERVISTA MA’ ROBERT STRICKLAND HORNYOLD • JITKELLEM FIL-ĠIMGĦA LI KIEN IKKONFERMAT LI D-DOKUMENTI JINSABU GĦAND DE MARCO • MHUX SORPRIŻ LI MA JRIDX JIPPUBBLIKAHOM Dik li jgħix Robert Strickland Hornyold hija ħajja ta’ ħabi u theddid. Ħabi dwar dak li jargumenta li hu tiegħu u theddid għax jiġġieled għalih. Strickland Hornyold, qed jiġġieled fil-qorti għal wirt ta’ zitu Mable Strickland. Din il-ġimgħa kien ikkonfermat li dokumenti sensittivi dwar dan ilkaż, fejn hu jallega li nbidel testment, jinsabu fil-pussess tal-familja De Marco. Iżda, Mario De Marco, li huwa wkoll Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista u bniedem b’influwenza fit-Times of Malta, organizzazzjoni marbuta intrinsikament ma’ din il-ġrajja, ma jridx jippubblikahom. “M’iniex daqshekk sorpriż li ma jridx jippubblikahom. Dik kienet ilpożizzjoni tiegħu sa mill-bidu. Naħseb ikun imbarazzanti għalih jekk jippubblikahom. Għandu x’jitlef,” jgħid mingħajr ma jdur mal-lewża Strickland f ’intervista esklussiva mal-KullĦadd. “Fost oħrajn irċivejt ittra b’theddid mingħand Mario De Marco, fuq karta tal-gvern u rċivejtha fiż-żmien meta kien Ministru,” ikompli jiżvela. Ara paġni 4 u 5
L-EWWEL ĠUDIKANTI APPROVATI MINN KUMITAT INDIPENDENTI Ara paġna 3
TAĦT L-14–IL SENA, IŻDA MA JFISSIRX LI JGĦADDUHA LIXXA Ara paġna 3
IL-BAĠIT BIT-TIMBRU ‘SOĊJALI’ MILL-KUMMISSJONI EWROPEA Li kieku ried, il-Gvern elimina għalkollox id-defiċit mis-sena d-dieħla. Iżda minflok, għażel li jinvesti fil-qasam soċjali filwaqt li żamm mal-miri oriġinali tiegħu ta’ kif qed inaqqas id-defiċit. Dan jirriżulta minn rapport tal-Kummissjoni Ewropea li din il-ġimgħa mhux biss approvat il-baġit ta’ pajjiżna, iżda għamlet ukoll analiżi tiegħu. L-analiżi tal-Kummissjoni Ewropea wkoll tatu t-timbru ta’ baġit soċjali. “Fejn għandha x’taqsam in-nefqa, il-baġit jinkludi għadd kbir ta’ miżuri soċjali maħsuba biex iwasslu għal ġustizzja soċjali, partikolarment billi jindirizzaw l-inugwaljanza soċjali u b’mod proattiv jindirizzaw lil dawk f ’riskju ta’ faqar,” kitbu l-esperti tal-Kummissjoni Ewropea li ngħaqdu ma’ sensiela ta’ persuni li taw it-timbru ta’ baġit soċjali lill-baġit imressaq għas-sena 2017. Ara paġna 7
02
20.11.2016
kullhadd.com
INFORMAZZJONI editur
L-Ogħla Temperatura: 21°C L-Inqas Temperatura: 15°C L-Indiċi UV: 3 Is-Sitwazzjoni ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni baxxa ser tkun fuq iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Imsaħħab u bix-xita li tkun lokalment birragħad u bil-buffuri tar-riħ għall-ewwel, li jsir ftit imsaħħab b’xi ħalbiet tax-xita iżolati Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mix-Xlokk il-Lvant Il-Viżibbiltà: Tajba minbarra fix-xita Il-Baħar: Moderat L-Imbatt: Baxx mix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 21°C
ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500
reklamar/distribuzzjoni ALAN SALIBA email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2573
disinn tal-paġni u illustrations LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571
It-Tnejn
kuntatt ġenerali
It-Tlieta
L-Erbgħa
KULLĦADD
email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 19°C
indirizz postali
UV 3
15°C
Il-Ħamis
KULLĦADD
21°C
UV 2
17°C
21°C
Il-Ġimgħa
UV 3
18°C
Is-Sibt
ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000
sit elettroniku
22°C
UV3
18°C
22°C
UV 3
17°C
21°C
UV 2
16°C
kullhadd.com
mezzi soċjali
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
www.facebook.com/kullhadd
stampata PROGRESS PRESS
numri importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza
112
Il-Pulizija ta’ Malta
2122 4001-9
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta
2545 0000
Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta - 21226281 Cosmed Pharmacy, Soccors, 7 Triqil-Franġiskani fi Triq Villambrosa, il-Ħamrun - 21225991 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi - 21487162 St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied Birkirkara - 21492151 Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigird, Ta’ Xbiex - 21341649 Lourdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann - 21387479 Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema - 21334635 M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard - 21436531 St. Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, il-Mosta - 21433833 Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, il-Qawra - 21580881 De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Paola - 21826408 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, il-Fgura - 21673811 St. Anne Pharmacy, Triq il-Qaliet, Marsaskala - 21637615 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Cosniglii, iż-Żejtun - 21806009 Kirkop Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Ħal Kirkop - 21682028 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’ Antnin, Ħaż-Żebbuġ - 21464128 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli - 21452447 Għawdex
L-Isptar ta’ Għawdex 2156 1600
Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Victoria - 21563233 Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, ix-Xagħra - 27551140
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza 5004 3888
Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku 1182
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
03
20.11.2016
kullhadd.com
IMĦABBRA L-ĦATRA TA’ ĠUDIKANTI ĠODDA • L-EWWEL ĦATRIET BL-ISKRUTINJU TAL-KUMITAT INDIPENDENTI Il-Gvern ħabbar li l-kabinett tal-Ministri approva n-nomina tal-Avukat Dr Toni Abela bħala Imħallef fil-Qrati Superjuri u l-Avukat Dr Grazio Mercieca bħala Maġistrat fil-Qrati Inferjuri. Dawn huma l-ewwel żewġ avukati fl-istorja li se jingħaqdu fil-ġudikatura wara li għaddew b’suċċess mill-iskrutinju tal-Kumitat dwar Ħatriet fil-Ġudikatura magħmul mill-Prim Imħallef, l-Avukat Ġenerali, l-Ombudsman, l-Awditur Ġenerali u l-President talKamra tal-Avukati. Dan il-Kumitat, li beda jopera wara riformi kostituzzjonali li mexxa ’l quddiem dan ilGvern aktar kmieni din issena, ta parir unanimu li
ż-żewġ avukati jissodisfaw ilkriterji tal-eliġibilità u mertu biex jingħaqdu fil-ġudikatura. Minbarra d-diversi ħiliet tekniċi, il-kumitat stabbilixxa li Abela u Mercieca għandhom l-integrità, ir-rettezza u l-onestà fil-ħajja pubblika u
privata fost oħrajn. Il-kriterji li fuqhom iddeċieda l-kumitat huma pubbliċi u ġew imfassla mill-Kumitat innifsu blapprovazzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
L-Avukat Abela ggradwa mill-Università ta’ Malta bħala avukat fl-1984. Minn dak iż-żmien qatt ma waqaf jipprattika l-professjoni ta’ avukat quddiem ilQrati Maltin. Kellu wkoll ħatriet pubbliċi kif ukoll
karriera politika twila filPartit Laburista u bħala wieħed mill-fundaturi talAlternattiva Demokratika. L-Avukat Mercieca ħa d-dottorat tal-liġi millUniversità ta’ Malta fl-elf disgħa mija tnejn u tmenin u ħadem fil-prattika privata sal-elfejn u ħmistax meta sar court attorney. Serva bħala Kummissarju tal-Ġustizzja, Ġudikatur tatTribunal għal Talbiet Żgħar u bħala arbitru speċjalizzat f ’incidenti tat-traffiku. Jgħallem ukoll il-proċedura ċivili fil-kors tal-liġi flUniveristà ta’ Malta. Il-President ta’ Malta mistennija tagħti l-ġurament tal-ħatra liż-żewġ avukati għada t-Tnejn.
L-ALLEGAT ABBUŻ FL-ISKOLA TAL-ĦAMRUN
GĦALKEMM ŻGĦAR MA JGĦADDUHIEX LIXXA Kitba ta’ ALEANDER BALZAN
Fil-każ tal-allegat abbuż fi skola fil-Ħamrun huwa allegat li hemm involuti tfal taħt l-erbatax-il sena u anke jekk fl-aħħar snin kien hemm bidla fil-liġi, li tneħħi minn fuqhom ir-responsabbiltà kriminali, dan ma jfissirx li jgħadduha lixxa jekk kemm-il darba jinstab li kisru l-liġi u fil-fatt abbużaw. Illum każi bħal dawn ikunu indirizzati bħala każi soċjali fejn l-intervent ma jkunx wieħed kriminali iżda wieħed ta’ riforma. Ikkuntattjat mill-KullĦadd, avukat fil-kriminal ikkonferma li l-idea mhijiex li t-tfal li jinvolvu ruħhom fil-kriminalità jgħadduha lixxa. Iżda, il-ħsieb hu li huma ma jiġux trattati fissistema ta’ ġustizzja kriminali iżda mis-sistema ta’ ħarsien soċjali.
F’Malta għandna s-sistema talħarsien soċjali u l-possibilità ta’ ħruġ ta’ Care Orders dwar dawn it-tfal. Dan filwaqt li l-Kodiċi Kriminali jitkellem b’mod ċar dwar ir-responsabbiltà li tinġarr mill-ġenituri. Biex hekk
il-liġi ma tfissirx li min għandu taħt l-erbatax-il sena jista’ jagħmel li jrid mingħajr ħadd ma jġorr il-konsegwenzi. Intant, fl-aħħar sigħat il-pulizija ssoktat blinvestigazzjoni tagħha b’rabta mal-każ tal-iskola sekondarja
fil-Ħamrun fejn tfajla qed tallega li kienet abbużata filklassi fil-preżenza tal-għalliem. Saħansitra l-ewwel każ li sar rapport dwaru instiga persuni oħra li wkoll għamlu numru ta’ allegazzjonijiet, bil-pulizija tkellem minn tal-inqas erba’
persuni oħra li wkoll qed jgħidu li saru avvanzi mhux xierqa fil-konfront tagħhom. Fl-aħħar sigħat l-għalliem talarti għadda l-ħin ikun interrogat id-depot wara li l-pulizija arrestatu mid-dar tiegħu. L-istess pulizija li fl-aħħar jiem dehret kontinwament fl-iskola tistħarreġ il-każ u saħansitra tqalleb dokumenti fil-klassi tal-għalliema. Il-każ qed ikun mistħarreġ b’kawtela kbira wkoll minħabba n-numru kbir ta’ minuri involuti kemm fuq innaħa tal-vittmi kif ukoll talakkużati. Kienu ħafna dawk li kkummentaw u filwaqt li bniedem jibqa’ innoċenti sakemm jitressaq, il-Ministru tal-Edukazzjoni qal li ma jkunx aċċettabbli jekk jirriżulta li hemm abbuż. L-Union talGħalliema wkoll qalet li dan hu każ li jrid jiżviluppa, iżda sostniet li tispera li dan mhux xi każ ta’ frame up.
04
20.11.2016
kullhadd.com
IL-KOBBA MĦABBLA TAL-WIRT TA’ STRICKLAND • ĦAJJA MINGĦAJR PAĊI U DOKUMENTI MOĦBIJA • ASSI STMATI MILJUNI TA’ EWRO Kitba ta’ DINAH SEGUNA Hija battalja li ilha għaddejja tmienja u għoxrin sena. Proprju minn meta Mable Strickland, eks ġurnalista u membru parlamentari ħalliet din id-dinja. Battalja bejn il-werriet ewlieni ta’ Mable Strickland, in-neputi Robert Strickland Hornyold u l-Fondazzjoni Strickland l-azzjonist ewlieni tal-Allied Newspapers, il-pubblikaturi tat-Times of Malta. Tkellimt ma’ Robert Strickland Hornyold, in-neputi ta’ Mable Strickland f ’ġimgħa fejn il-każ tiegħu fil-konfront tal-Fondazzjoni kompla jinstema’ l-Qorti. Iltqajt miegħu f ’Villa Parisio, f ’Ħal Lija, post mill-isbaħ u storiku li dwaru wkoll hemm kwisjoni bejn in-neputi ta’ Strickland u l-Fondazzjoni. In-neputi jallega li kien hemm perjodu fejn it-testment ta’ zitu, mara li kienet fil-pussess ta’ ġid sostanzjali, inbidel. Kobba mħabbla li tfakkrek fi storja minn tal-films li donnu ma tistax tinqabad art tagħha. “Wara li mietet iz-zija għamilt l-ewwel għoxrin sena ninnegozja mal-eżekuttiv tal-Istrickland Foundation. Ridt nilħaq kompromess magħhom partikolarment wara li ħarġu affarijiet strambi mill-wirt. Ma wasalt għal imkien magħhom. Ma kellix għażla oħra ħlief li mmur bil-każ quddiem il-qorti,” stqa-
Il-villa f ’Ħal Lija f ’nofs battalja rr Robert Strickland Hornyold li issa ilu jitla’ l-qorti għal dawn l-aħħar tmien snin fuq żewġ każijiet. Strickland qed iħabbat wiċċu ma’ attitudni ostili min-naħa tal-Fondazzjoni tant li tul issmigħ kien hemm każi fejn l-Imħallef iddikjara ruħu urtat bil-mod kif kien qed jiżvilup-
pa l-każ. Każ dwar testment li l-eżekuturi tiegħu kienu l-Professur Joseph Ganado u l-Professur Guido De Marco, illum mejjet. Lil dawn Strickland fdathom bil-ġid tagħha iżda n-neputi jisħaq li ma twettqitx ir-rieda ta’ zitu li fi kliemu riedet lilu bħala werriet. Joħodna lura s-snin. Il-perjodu meta skopra dak li skont hu ġara. “Kont sorpriż meta skoprejt il-bidla fil-wirt, iżjed u iżjed meta l-assi ta’ ziti spiċċaw f ’idejn il-Fondazzjoni u li jien
ma kontx inkluż fil-Fondazzjoni”, stqarr in-neputi. Irrimarka li din hija ħaġa li skopra ftit wara l-mewt ta’ zitu. Ta’ min hi l-villa? Fost l-ikbar problemi hemm Villa Parisio, li fil-wirt tal-1979 hemm frażi li ħolqot lok għal interpretazzjoni. Hawn jingħad li Robert Strickland Hornyold għandu “the right of use and habitation of the guest rooms, bathrooms and study at Villa Parisio, so long
as it does not interfere with the work of the Foundation.” Fi kliem ieħor għandu l-użu tagħha iżda b’ebda mod m’għandu jfixkel ħidmet il-fondazzjoni. Robert Strickland spjega li filwirt oriġinali ta’ zitu jingħad li l-werrieta tal-propjetà huma hu u wliedu biex jgħixu fiha. “M’hemmx lok ta’ koabitazzjoni mal-Fondazzjoni,” sostna Robert li spjega li fil-wirt tal-1979 jingħad li l-Istrickland Foundation għandha s-sit tagħha fil-villa. “Fl-istess waqt
In-neputi ta’ Strickland jispjega l-każ
05
20.11.2016
kullhadd.com
Ittra li Mable Strickland kitbet lin-neputi li fil-wirt hemm klawżola ċara Strickland dwar ġrajja ta’ inli tgħid li l-Fondazzjoni tista’ teress nazzjonali li t-Times of ġġorr kollox u tiltaqa’ f ’post Malta ftit li xejn tirrapporta dwarha. ieħor,” ikompli jirrimarka. Hawn jerġa’ jinsisti dwar l-inMadanakollu, fl-aħħar snin, it-tmexxija tal-Fondazzjoni terpretazzjoni tiegħu li meta Strickland iddeċidiet li tużaha Mable Strickland waqqfet daqslikieku kienet il-kwart- il-Fondazzjoni Strickland ilieri ġenerali tagħha. Dan ħsieb tagħha kien li din kellha wassal biex il-Fondazzjoni tkun f ’idejn l-eredi tagħha u għalhekk il-Fondazzħolqot kompetizzjoni kellha tirrilojoni mal-familja ka f ’post ieħor. Strickland ta’ Iz-zija kienet ċara. “Iz-ziqisu min se ja kienet jasal l-ewRiditni nkun involut ċara. Ridwel. ukoll fil-Fondazzjoni. itni nkun StrickMinflok, dawk fit-tmexxija involut land qal li tal-Fondazzjoni ddeċidew li u k o l l t-tmexxf i l - Fo n i j a jdaħħlu lil uliedhom d a z z t a l - Fo n fit-tmexxija tal-Fondazzjoni, joni. Mind a z z bħal Mario De Marco flok dawk joni, ħadet u Max Ganado fit-tmexxija il-pussess t a l - Fo n d a z z tal-villa f ’idejha joni iddeċiedew mingħajr ma kkonli jdaħħlu lil uliedhom sultat mal-eredi ewlieni, jiġifieri miegħu. Iktar minn fit-tmexxija tal-Fondazzjoni, hekk użaw il-post li hu biss kel- bħal Mario De Marco u Max lu dritt għalih, bħala post għal Ganado, li issa rriżenja,” jgħid konferenza u attivitajiet privati. Strickland li din il-ġimgħa “Kienu qed jikkompetu diret- ffaċċja lil dawn iż-żewġ persuni tament miegħi biex jitfgħuni fil-qorti u li wara li ġie jgħix ’l barra mid-dar ta’ familti. Ma lura Malta sab biss inkwiet kinux jafu fiex tikkonsisti l-villa jistennieh għax dawk li ma jau ħadu dak kollu li ġie għal ide- rawx għajn m’għajn miegħu ma jhom. Ma qbilniex fuq x’inhu- tantx qed ikunu ħelwin. Fil-fatt ma l-limiti, u lanqas id-drittijiet it-twaħħil tas-CCTV kważi ma’ li għandna fuq il-villa. Dawn kull rokna tal-villa ma kienx kwistjonijiet fundamentali,” każ iżolat. spjega Strickland li kompla “Provokazzjonijiet il-ħin koljfisser kif ir-relazzjoni bejnu u lu,” qal in-neputi ta’ Mabel l-Fondazzjoni kompliet sejra Strickland. għall-agħar. “Mingħand l-Istrickland Tant li Strickland innif- Foundation, nista’ nagħtik su jiddeskrivi bħala “mhux għadd ta’ każijiet, imma aħjar daqshekk tajba” r-relazzjoni le. Però għandi kollox dokubejn iż-żewġ naħat. Jirrakonta mentat. Fost oħrajn rċivejt ittra episodji li żgur idejqu lil kull b’theddid mingħand Mario De minn kieku jgħaddi minnhom. Marco, fuq karta tal-gvern u “Il-fondazzjoni nfexxet f ’kam- rċivejtha fiż-żmien meta kien panja ta’ harrassment kontrina Ministru,” ikompli jiżvela. biex ikeċċuna mill-villa. Waħlu Nistaqsu x’qed jitlob bil-każi CCTV cameras biex josser- legali li fetaħ il-qorti u jgħid li vaw kull azzjoni li nagħmlu. jrid tliet affarijiet. Waħluhom f ’kull kamra minn L-ewwel ħaġa, li fi kliemu barra l-kamra tas-sodda u hi l-aktar ħaġa importanti, hi l-kamra tal-banju,” qal Strick- li tordna li jkunu ppublikaland Hornyold li jargumenta ti d-dokumenti kollha legali li m’għandu ebda privatezza ta’ zitu. Dokumenti li għandf ’dik li jsostni li hi daru. hom x’jaqsmu mal-amminis“L-abbuż b’rabta mad-dritt trazzjoni, dokumenti relatati tal-privatezza fid-dar tagħna ma’ familtu, li jsostni li huma sar mill-istess nies li ziti fdath- tiegħu però ġie mċaħħad minnom għax kienu jħaddnu d-drit- hom. “Mhix ġustizzja,” sostna tijiet tal-bniedem bħala parti Strickland Hornyold. mill-karattru tagħhom,” jgħid It-tieni ħaġa li jrid hi li jkun
hemm interpretazzjoni “ġusta,” dwar il-wirt ta’ zitu. Iħoss li kien interpretat b’mod li jxaqleb lejn naħa waħda biss. “Hemm ħafna ambigwità,” sostna n-neputi u dan għax iħoss li qed tinstema’ “naħa waħda biss.” U t-tielet ħaġa li qed jitlob hi li l-maġġoranza tal-ishma jirritornaw lura filwaqt li jkun hemm diskussjoni bejn iż-żewġ naħat dwar fejn għandhom imorru. “Dan għaliex hija xi ħaġa illegali, misapproprjazzjoni ta’ trasferimenti,” jgħid Strickland li fil-qorti jitkellem ukoll dwar €2,500,000 trasferimenti f ’ishma. Xi ħaġa li fi kliemu saret fi żmien interessanti, ġimagħtejn qabel fetaħ il-kawża l-qorti. Dawn huma ħlasijiet ta’ dividend li jkopru l-perjodu ta’ bejn l-1998 u l-2010 u li tħallsu lill-Fondazzjoni Strickland. Xi ħaġa li dwarha Robert Strickland ġibed l-attenzjoni iktar minn darba iżda mingħajr suċċess.
Il-mistoqsija li ssegwi tiġi waħedha. Kif spiċċaw għandhom? “Sempliċi,” jgħidli Strickland, “Ħaduhom.” “Joseph Ganado, missier Max Ganado, kien parti mill-eżekuttiv tal-Istrickland Foundation ta’ dak iż-żmien u kien hu li ħa ħsieb iddokumenti. Meta miet, iddokumenti kellhom jingħaddu lili bħala l-persuna involuta fl-eżekuttiv tal-Fondazzjoni. Dan ma seħħx, Ganado rrifjuta milli jgħaddihomli. Id-dokumenti rajthom iżda ma tawhomlix,” ikompli jirrakkonta filwaqt li jiċċara li rahom fl-uffiċċju ta’ Ganado u li għalkemm ma nqrawx saret referenza għalihom. Fil-qorti iben Ganado qal li jippubblika d-dokumenti biss jekk ordnat mill-qorti, xi ħaġa li De Marco lanqas jidher li lest jaċċetta. “Dawk id-dokumenti huma tiegħi. Veru li Guido De Marco kien il-konsulent legali ta’ ziti u hi xi ħaġa normali li jkollu kopja, però De Marco għandu l-oriġinali,” spjega Robert li
tlabnieh jikkumenta dwar l-aġir ta’ De Marco, illum Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, filqorti. “Miniex daqshekk sorpriz li ma jridx jippublikahom. Dik kienet il-pożizzjoni tiegħu sa mill-bidu. Naħseb ikun imbarazzanti għalih jekk jippublikahom, għandu x’jitlef,” jgħid mingħajr ma jdur mal-lewża. Hawn ta’ min jinnota li l-Fondazzjoni kellha wkoll l-akkuża li lanqas il-kontijiet tagħha ma tippubblika bi trasparenza sħiħa. “It-triq ’il quddiem hi ovvja, li jippublikaw il-fajls kollha ta’ familti. Minn hemmhekk biss nistgħu nifhmu verament x’kienet ix-xewqa ta’ ziti. B’hekk toħroġ il-verità. Il-verità biss hi t-triq ’il quddiem imbagħad ilqorti għandha tiddeċiedi dak li hu ġust,” argumenta Strickland li finalment fisser kif dak li qed jiġġieled għalih hu dritt fundamentali tiegħu. “L-unika ħaġa li rridu hi li ngħixu fil-paċi f ’din il-villa. Dan hu d-dritt leġittimu tiegħi,” temm jgħid in-neputi ta’ Mable Strickland.
X’fihom id-dokumenti? Nistaqsi lil Strickland x’fihom id-dokumenti li qed jitob li jkunu ppubblikati. “Ċertament li l-Fondazzjoni qed taħbi dokumenti importanti,” qal Strickland Hornyold. “Qed jaħbu d-dokumenti legali, amministrattivi u familjari li huma ta’ ziti, madwar ħamsin dokument. Uħud minnhom qegħdin fil-kamra ta’ ħdejna. Ma nistax narahom, ghax ilkamra msakkra. Hawn erbat ikmamar f ’din id-dar li huma msakkra u li jien ma nistax nidħol fihom. Imbagħad neħħew numru kbir ta’ dokumenti u mexxewhom għal post ieħor. Dokumenti li huma tiegħi bħala l-eredi ewlieni tagħha, dokumenti familjari, m’għandhomx x’jaqsmu malFondazzjoni però mhumiex iħalluni narahom,” jgħid Strickland ftit jiem wara li filqorti kien ikkonfermat li fost dawk fil-pussess ta’ dokumenti li jistgħu jitfgħu dawl dwar ilkaż hemm il-familja De Marco. Kien fil-qorti li De Marco kkonferma li xi dokumenti qegħdin għand ommu bħala l-eredi ta’ Guido De Marco u li fuq kollox ma jriduhomx ippubblikati.
MIN KIENET MABLE STRICKLAND? Mable Strickland tirrappreżenta parti mill-istorja ta’ pajjiżna b’mod partikolari mit-Tieni Gwerra Dinjija ’il quddiem. Hija bint Lord Gerald Strickland, wieħed mill-ewwel Prim Ministri ta’ Malta u minbarra li serviet fil-politika ħadmet ukoll fil-ġurnaliżmu. Kien fl-1935 li saret l-Editur ta’ The Times of Malta u Il-Berqa qabel imbagħad saret idDirettur Maniġerjali wara l-mewt ta’ missierha fl-1940. Kien fis-snin ħamsin li mbagħad waqqfet il-Partit Progressiv Kostituzzjonali ta’ Malta, li permezz tiegħu ħadet sehem fit-taħdidiet tal-Integration u li oppona l-Indipendenza fl1964. Strickland mietet fid-29 ta’ Novembru tas-sena 1988.
06
20.11.2016
kullhadd.com
IŻ-ŻIEDA FID-DĦUL TA’ DAWK BIL-PAGA MINIMA
MINN 2.5% GĦAL 7.9% IKTAR • L-MCESD JIDDISKUTI Ż-ŻIEDA DIRETTA Kitba ta’ ALEANDER BALZAN Fi ftit ġimgħat persuni fuq il-paga minima se jkunu ħadu żieda ta’ bejn 2.5% u 7.9% fuq il-paga li għandhom. Dan meta jidħlu fis-seħħ il-miżuri tal-baġit 2017 li għalkemm ma tax żieda diretta fil-paga minima offra diversi għajnuniet u inċentivi li meta wieħed jikkwantifikahom ħafna drabi jaqbżu t-3.5% żieda li l-għaqdiet favur iż-żieda fil-paga minima jgħidu li għandu jkun hemm kull sena għal 3 snin. Dan ma jfissirx li l-Gvern jemmen li dan huwa biżejjed, tant li d-diskussjoni dwar il-paga minima ilha xhur li bdiet fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali. Saħansitra hemm gruppi ta’ ħidma li qegħdin jitkellmu dwar rapporti li ħejjew l-ekonomisti Gordon Cordina u Lino Briguglio u li d-diskussjoni dwarha issa ilha għaddejja diversi ġimgħat. Iżda, bil-Gvern irid diskussjoni serja u jekk jista’ jkun kompromess bejn l-imsieħba soċjali aġixxa hu biex jgħin lil dawk bi dħul baxx. Kif uriet l-analiżi talgazzetta KullĦadd fl-aħħar ġimgħat ħafna mill-familji llum qed jifilħu jħallsu għall-basket tal-Caritas. Ilfamuż basket bażiku li skont ir-rapport tal-Caritas familja għandha tkun tiflaħ tixtri biex ma tkunx fil-faqar. Primarjament għen l-in work benefit, l-għotja li jingħataw kull sena familji bi dħul baxx skont kemm għandhom ulied. Iżda mhux biss. Mis-sena d-dieħla se jkun hemm żieda fl-għajnuna supplimentari. L-għajnuna supplimentari li titħallas lill-ħaddiema miżżewġin bi dħul baxx u m’għandhomx tfal li jieħdu ċ-children’s allowance se jgawdu minn żieda fis-‘ceiling’ preżenti tal-għajnuna supplimentari għall-miżżewġin. Minn €11,089 se titla’ għal €13,000. Iżda mhux se jkunu biss il-miżżewġin li se jgawdu minn dan it-tibdil. Persuni single li jgħixu għal rashom, jaħdmu, u għandhom dħul nett ta’ anqas minn €9,012, kif ukoll persuni single oħra, li jaħdmu u għandhom il-paga minima u m’għandhomx dħul nett li jaqbeż €9,012, se jibbenefikaw minn żieda ta’ €126.36 fis-sena. Minn din ir-riforma se jkunu qed igawdu mal11,000 koppja u 5,000 per-
suna single, li jaħdmu, total ta’ 27,000 persuna. Permezz ta’ dawn ir-riformi, u meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni l-COLA, kull min qiegħed bil-paga minima se jiżdied mill-inqas b’€4 netti fil-ġimgħa, jew €208 fis-sena. Din iż-żieda se jerfagħha kollha l-Gvern. Meta għamilna l-kalkoli ta’ dawn iż-żidiet u qabbilnihom mal-paga minima llum, rajna li ż-żidiet f ’persentaġġi kienu dawk li jidhru fit-tabella li qegħdin nippubblikaw. L-MCESD tad-deċiżjoni
il-post
Intant, l-ekonomista Philip Von Brockdorff qal li d-dibattitu dwar il-paga minima rriżulta mir-reazzjoni għar-rapport tal-Caritas u tenna li fl-opinjoni tiegħu l-forum opportun għal diskussjoni dwar il-paga minima huwa l-MCESD. “Naturalment il-Gvern għandu rwol kruċjali, u għaqdiet bħall-Alleanza Kontra l-Faqar jagħmlu sew li joħolqu għarfien dwar ilfaqar relattiv. Iżda fl-aħħar mill-aħħar deċiżjoni dwar ċaqliq fil-paga minima ma tistax tinjora l-imsieħba soċjali,” qal Von Brockdorff li nnota kif it-tkabbir
ekonomiku li għandu pajjiżna qed iwassal għal żidiet fil-pagi, però li ma laħaqx daqshekk dawk b’pagi
baxxi. Però l-ekonomista jwissi li d-dibattitu jrid ikun wieħed studjat u maħsub. “Jekk iż-żieda fil-paga minima ma tiħux in konsiderazzjoni l-effetti fuq ftehim kollettiv, dan jista’ jwassal biex membri tal-unjins jinsistu għal żidiet huma stess biex tinżamm ir-relattività bejnhom u dawk li jibbenefikaw minn żieda fil-paga minima. Din trid tiġi evitata għax jekk isir hekk, iċ-ċaqliq fil-pagi ma jirriflettix żieda fil-produttività iżda żieda biex tinżamm ir-relattività,” kompla jispjega filwaqt li wissa kontra din is-sitwazzjoni għax timmina l-kompetittività. Mistoqsi jekk il-paga minima tibdilx is-sitwazzjoni anke b’rabta mal-ħaddiema barranin, l-ekonomista qal li hemm żewġ aspetti li wieħed irid jikkunsidra. “Qed naraw fenomenu relattivament ġdid għal pajjiżna; numru dejjem jikber ta’ ħaddiema barranin u dan qed jirriżulta minħabba t-tkabbir ekonomiku u suq tax-xogħol li qed jakkomoda numru akbar ta’ impjiegi. Jekk tiżdied il-paga minima
Il-minimu li ħa bniedem single (bla dipendenti) li qiegħed bil-paga minima huwa 2.5% fuq il-paga minima. Miżżewġin bla dipendenti b’paga minima waħda se jkunu żdiedu 3.4% fuq il-paga minima. Miżżewġin b’paga minima waħda b’wild wieħed taħt is16 se jkunu żdiedu 3.4% ukoll fuq il-paga minima. Miżżewġin b’paga minima waħda b’żewġ ulied taħt is-16 se jkunu żdiedu 5.6% fuq il-paga minima. Miżżewġin b’paga minima waħda bi tlett itfal taħt is-16 se jkunu żdiedu 7.9% fuq il-paga minima. Single parent b’paga minima waħda b’wild wieħed taħt is-16 se tkun żdiedet 2.5% fuq il-paga minima. Single parent b’paga minima waħda b’żewġ ulied taħt is16 se tkun żdiedet 3.1% fuq il-paga minima. Single parent b’paga minima waħda b’wild wieħed taħt is-16 se tkun żdiedet 3.7% fuq il-paga minima.
dan jista’ jattira aktar ħaddiema minn barra. Madankollu, kollox jiddependi jekk it-tkabbir ekonomiku jibqa’ għaddej bl-istess ritmu bħalma qed naraw bħalissa,” qal Von Brockdorf. Tenna li mbagħad hemm aspett ieħor. “Żieda fil-paga minima tista’ twassal biex il-problema ta’ prekarjat tikber u mhux tonqos. Huwa neċċessarju għalhekk li l-kuntratti tax-xogħol ikunu skont linji maħruġa mill-Jobs+ u aktar ħaddiema jissieħbu f ’unjin,” temm jgħid l-ekonomista f ’eżempji li mhumiex argument kontra ż-żieda iżda
biex meta ssir iż-żieda ssir bi ħsieb. Sadanittant, l-ekonomista wkoll irrikonoxxa li l-Gvern qed jaġixxi. “Il-politika li tinċentiva l-persuni biex tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol bħall-in work benefit u s-servizzi ta’ child care b’xejn huma aktar effettivi minn żieda ta’ darba fil-paga minima għalkemm din tal-aħħar mhix eskluża. Għajnuniet oħra bħal benefiċċji supplimentari huma wkoll importanti biex jitnaqqsu dawk il-familji f ’riskju ta’ faqar,” temm Von Brockdorf.
07
20.11.2016
kullhadd.com
ŻEWĠ RAPPORTI F’ĠIMGĦA MILL-KUMMISSJONI EWROPEA • JIKKONFERMAW DAK LI QAL IL-GVERN WARA L-BAĠIT GĦAS-SENA D-DIEĦLA Kitba ta’ ALEANDER BALZAN Meta fl-aħħar jiem ilKummissjoni Ewropea approvat il-baġit għas-sena d-dieħla kienu ppubblikati wkoll żewġ rapport ta’ analiżi. Wieħed iffokat fuq il-baġit ta’ pajjiżna għas-sena d-dieħla u ieħor li ta ħarsa lejn is-sitwazzjoni tal-impjiegi fl-Ewropa. Dak magħruf bħala Commission Staff Working Document, li kien ippubblikat mal-analiżi tal-baġit, ikkonferma kemm il-baġit ippreżentat huwa wieħed soċjali. Dan biex il-Kap talOppożizzjoni baqa’ l-uniku vuċi li tgħid mod ieħor. Tant li l-analiżi tal-esperti talKummissjoni Ewropea fuq il-baġit ta’ pajjizna ġġib fixxejn l-istqarrijiet tal-Kap talOppożizzjoni li dan kien “baġit kożmetiku” u li mhux minnu li kien wieħed soċjali. Fil-fatt hemm partijiet sħaħ li jenfasizzaw kemm il-baġit kien wieħed soċjali. “Fejn għandha x’taqsam innefqa, il-baġit jinkludi għadd kbir ta’ miżuri soċjali maħsuba biex iwasslu għal ġustizzja soċjali, partikolarment billi jindirizzaw l-inugwaljanza soċjali u b’mod proattiv jindirizzaw lil dawk f ’riskju ta’ faqar, b’emfasi partikolari fuq sezzjoni bi dħul baxx u pensjonanti,” jgħid ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea li jagħti rendikont ta’ miżuri li fosthom jerġa’ jissemma l-in work benefit, iż-żieda fl-allowance supplimentari, iż-żieda fil-pensjonijiet, irriforma fil-pensjoni taddiżabbiltà, iż-żieda fissussidju tal-kera, l-estensjoni tal-proġett tal-carer id-dar u inizjattivi oħra bħall-fond ta’ kumpens għall-inġustizzji. Ir-rapport, li jimmarka d-dħul mill-Fond ta’ Ċittadinanza b’investiment, jinnota wkoll kif il-baġit jaħseb biex jonfoq parti mill-fondi tal-fond għall-iżvilupp soċjali kemm f ’investiment pubbliku, kif ukoll in-nefqa kurrenti. Jingħad li dawn il-miżuri soċjali jżidu d-defiċit talGvern b’0.5%. Biex dan ifisser li l-Gvern seta’ elimina għal kollox id-defiċit mis-sena d-dieħla, iżda minflok għażel li jkompli jilħaq din il-mira skont il-pjan oriġinali biex iwieżen dawk il-familji li jifilħu l-inqas. Ekonomisti li tkellmu malgazzetta KullĦadd fissru kif dan ir-rapport huwa l-aqwa
Siltiet mir-rapporti tal-Kummissjoni Ewropea
ċertifikat li juri li l-Gvern jagħti importanza lill-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. “Minn stimi tal-Kummissjoni Ewropea, li kieku ma tħabbarx il-pakkett soċjali, kieku s-sena d-dieħla pajjiżna ma kien ikollu l-ebda defiċit fiskali. Però jirriżulta li l-Gvern ħass li kontra l-mewġa ta’ awsterità f ’pajjizi madwarna, issa huwa ż-żmien biex ikun miġġieled bil-qawwa r-riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali,” qalu l-esperti li tkellimna magħhom. Il-kumplament tar-rapport imbagħad semma kif Malta qed tilħaq il-miri finanzjarji tagħha bil-Gvern baqa’ jżomm id-dixxiplina fiskali u ma reġax daħal fir-riskju ta’ xi proċeduri ta’ defiċit eċċessiv kif kien seħħ fi żmien Gvern Nazzjonalista.
Meta l-baġit tal-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-eks Ministru Tonio Fenech kien irrifjutat ukoll mill-istess Unjoni Ewropa. Aħjar mill-medja Intant, il-politika soċjali qawwija tal-amministrazzjoni preżenti toħroġ ukoll minn rapporti oħra tal-Kummissjoni Ewropa. Fil-fatt f ’rapport ieħor magħruf bħala l-“Joint Employment Report”, pajjiżna tpoġġa mal-pajjiżi Ewropej li kienu klassifikati aħjar millmedja. Dan fejn tidħol ir-rata tal-qgħad, il-qgħad fost iżżgħażagħ, ir-rata ta’ riskju ta’ faqar u l-inugwaljanza fid-dħul. Għal darb’oħra diversi inizjattivi li ħa pajjiżna f ’dawn
l-oqsma issemmew fir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea, fosthom l-in-work benefit u t-tapering tal-beneficcji socjali. Bir-rapport isemmi kif Malta hija fost l-inqas pajjiżi li għandhom qgħad b’rata ta’ inqas minn ħamsa fil-mija. Xi ħaġa li għal darb’oħra poġġietna mal-Ġermanja, meqjus minn ħafna bħala pajjiż mudell. Ir-rapport tal-Kummissjoni jinnota wkoll li naqsu n-nies fil-faqar. Tant li jsostni li “some Member States such as Estonia, Hungary, Latvia, Malta and Romania made good progress in reducing the number of poor or socially excluded people in 2015”. L-istess rapport isemmi lil Malta u erba’ pajjiżi oħra fejn kien hemm tnaqqis sostanzjali
fir-riskju ta’ faqar u esklużjoni socjali fost it-tfal. Biex dan iġib fix-xejn id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni li l-faqar f ’pajjiżna qed jiżdied. L-istess rapport dettaljat tal-esperti tal-Kummissjoni Ewropea jħares lejn bosta oqsma fil-qasam tax-xogħol u fost oħrajn jinnota t-titjib li għamel pajjiżna biex jirrikonċilja l-ħajja tal-familja u dik tax-xogħol. Fost oħrajn jinnota kif mal-Ġermanja, l-Irlanda, il-Portugall u l-Lussemburgu pajjiżna għamel bidliet fil-leave talġenituri għal meta jitwieledu t-tfal. Pajjiżna jibqa’ wkoll fost l-inqas li għandu piż tattaxxa, li huwa taħt it-30% meta f ’pajjiżi oħra jitla għal madwar 50%.
08
20.11.2016
kullhadd.com
IT-TALJANI TA’ LE IENE L-IKTAR LI GĦANDHOM XOGĦOL B’LURA • IL-GHRC DETERMINATA LI MA JGĦADDUHIEX LIXXA Kitba ta’ tintuża, kien hemm diversi ALEANDER BALZAN xogħlijiet li jew ma kinux tlestew kif kien iddisjinat Il-kumpanija Filliberti, dik jew xogħlijiet li ma kinux li xhur ilu ġiet tinvestiga ġew aċċettati mill-periti li dwar dak li ntqal li saru ta’ kwalità tajba. “Fix-xhur ta’ wara, saru għandha tieħu l-programm Taljan Le Iene , hija l-iktar diversi interventi biex waħda li baqgħalha xogħol dawn in-nuqqasijiet jiġu x’tagħmel b’rabta mal- indirizzati. Uħud minparlament il-ġdid. Xogħol nuqqasijiet tal-kuntratturi li dwaru l-Korporazzjoni ġew indirizzati. Iżda hemm għar-Riġenerazzjoni tal- oħrajn li sal-lum għadhom u x-xogħol Port il-Kbir ippreżentat pendenti ittra uffiċjali fil-Qorti nhar għadu ma sarx sal-livell aċċettabbli mill-periti,” il-Ġimgħa. Tagħrif li għandha kompla jispjega Zrinzo. Kien għalhekk li peress l-gazzetta KullĦadd jgħid sal-lum dawn illi minbarra xogħol mhux li lest hemm xogħol li sar kwistjonijiet ma kienux minkejja li ħażin. Fost oħrajn ix-xogħol indirizzati jinkludi pavimentar fil- għadda dan iż-żmien, illivell tal-bejt tal-parlament GHRC ħadet il-pass li li u problemi oħra f ’bibien tavża formalment li se tkun u twieqi kbar li ġew fornuti qed tieħu passi skont illi sal-lum għad iridu jigu ligi. “Dan huwa parti millindirizzati. Ikkuntattjat proċess li tinforza kuntratt mill-gazzetta KullĦadd , li jkun hemm,” irrimarka iċ-Ċermen tal-GHRC qal Zrinzo Azzopardi. tal-GHRC li l-korporazzjoni “bdiet Iċ-Ċermen il-passi meħtiega biex tara ikkonferma wkoll li l-akbar li min għandu l-obbligu nuqqasijiet li għad fadal li jindirizza dawn in- huma relattivi għal xogħol nuqqasijiet jara li jagħmel li wettqet il-BIB JV li l-istess joint venture fdathom xogħlu sewwa.” Taljana Biex tlesta il-proġett tal- lill-kumpanija bini tal-parlament kien Filiberti. Il-kumpanija Filiberti, hemm diversi diffikultajiet li kellhom jigu megħluba. għandha proċeduri legali Minkejja li kienu ingħataw kontra l-BIB JV u dan deadlines biex il-proġett wara li allegat li għandha jitlesta sa Ottubru 2014, titħallas mingħand il-Gvern il-kuntratturi responsabbli Malti. Dan meta lanqas minn dan il-proġett ma biss għandha kuntratt malkinux waslu u b’hekk daħlu Gvern Malti. Dwar dawn fis-seħħ il-klawsoli taltim kuntratt li bihom il-GHRC l-allegazzjonijiet, millkellha l-jedd li titlob għall- investigattiv penali talli x-xogħol ma programm Le Iene kien gie tlestiex fil-ħin. jintervista għal għarrieda Il-Parlament beda jiltaqa’ lill-Prim Ministru Joseph fil-bini l-ġdid f ’Mejju 2015. Muscat u anke lic-Ċermen Il-binja minkejja li bdiet tal-GHRC.
09
20.11.2016
kullhadd.com
KUNDIZZJONI FIL-ĠILDA B’EFFETT SOĊJALI • IS-PSORAISIS TAFFETTWA 3% TAL-POPOLAZZJONI • TITWAQQAF ASSOĊJAZZJONI BIL-GĦAN LI TQAJJEM KUXJENZA Kitba ta’ KELLY PEPLOW Ilbieraħ ra t-twelid mill-ġdid tal-Assoċjazzjoni Maltija għas-Psoraisis, kundizzjoni fil-ġilda li taffettwa sa 3% tal-popolazzjoni Ewropea, inkluż dik Maltija. L-Assoċjazzjoni hija fergħa ta’ dik tad-Dermatoloġija li fundatur tagħha huwa l-Professur Joseph Pace, li spjega l-importanza tal-Assoċjazzjoni tas-Psoraisis li se topera madwar is-sehem tal-pazjenti. “Għal ħafna snin ippromovejna l-involviment tal-pazjent. Tajjeb li ngħarrfu li dan għandu d-drittijiet tiegħu bħall-aċċess għall-mediċina fil-ħin, imma rridu niftakru wkoll li għandu dover. Dan l-empowerment tal-pazjent sar bażiku ħafna fil-prattika medika,” jgħidilna l-professur. Il-pazjenti, qrabathom, u min qed jagħtihom il-kura kollha se jkollhom rwol jieħu skont importanti fl-Assoċjazzjoni i n - n a t u r a minkejja ċ-ċokon tagħha. t a l - k u n d i z z “Hija unika li jkollok xi ħadd joni. Hemm ċerjirrappreżenta l-pazjenti ukoll f ’assoċjazzjoni bħal din”. tu mediċini li Il-professur Pace spjega kif jġiegħluha toħroġ,. trid terġa’ titqajjem soċjetà Kelli każ fejn pazjent ħa apposta għall-pazjenti fejn mediċina qabel siefer post dawn ikollhom ċans jitkell- fejn hemm il-malarja, u qabditu minħabba f ’hekk”. mu ma’ xulxin. Is-Psoraisis tista’ tkun ikSemma wkoll ċertu sterkontrollata bl-istess mod jotipi li sfortunatament f ’pajjiżna għadhom jeżistu bħal kundizzjonijet oħra fil-konfront ta’ persuni b’ xi bħaz-zokkor, jew il-pressjoni għolja, anke fl-agħar każijiet. kundizzjoni fil-ġilda. “Pereżempju fl-iskejjel ma- Il-professur semma wkoll li lajr jinħolqu dawn għaliex hemm studju li juri li f ’każ neskludu tfal li jidhru li estrem din tista’ tikkawża athuma ‘morda’, allura hemm takk tal-qalb, il-fenomenu ta’ bżonn ta’ kampanji edukat- metabolic syndrome. tivi mill-Assoċjazzjoni. L-in- Iżda l-ikbar element tagħha formazzjoni hi kollox f ’din huwa wieħed soċjali. Pace il-ħaġa u issa se jkun hemm jiddeskriviha bħala kundizzl-opportunità li noħolqu din joni li tista’ ttellfek mix-xogil-pjattaforma biex l-infor- ħol, speċjalment jekk pazmazzjoni ma nġibuhiex biss jent ikollu xi 80% ta’ ġismu mgħotti. “U għalkemm ma mill-internet”, spjega Pace. Il-kundizzjoni tas-Psoraisis nafux eżatt jekk din hix kawża tas-Psoraihija waħda ereditarsis, jekk wieħed ja, jispjega l-projingħalaq ġewfessur. Wieħed wa ma jmurx jitwieled Fl-iskejjel direttament bil-ġenetimalajr jinħolqu man-nies, ka li tista’ jispiċċa tipperdawn għaliex jsib żvog metti biex biss fl-ikel, ’il qudneskludu tfal li dan se jirdiem filriżulta f ’piż jidhru li huma ħajja toħroġ żejjed u alluil-kundizz‘morda’ ra anke attakki joni. “Hemm tal-qalb”. B’hekk, diversi triggers jissokkta jgħid Pace, però fit-tfal l-iktar komuni huwa xi attakk jeħtieġ li din tkun indirizzata fil-griżmejn, pereżempju. fuq diversi livelli. Importanti wieħed jiftakar Għalkemm m’hemmx fejqan stabbilit għaliha, hemm di- li din mhix kundizzjoni li versi turġien ta’ trattamen- tittieħed, però sfortunatati differenti li wieħed jista’ ment nafu biċ-ċar li pazjen-
ti jaffaċċjaw diskriminjazzjoni xorta waħda. Il-professur ġab eżempju ċar. Jekk pazjent u persuna mingħajr kundizzjoni fil-ġilda japplikaw għal xogħol u għandhom l-istess kwalifiki, awtomatikament il-persuna mingħajr il-kundizzjoni se tingħata l-opportunità. Naturalment ma hemm xejn pjaċevoli fl-elementi li tikkawża l-kundizzjoni. Dawn huma raxx fil-ġilda, qxur, ħruq, u ħakk
eċċessiv li jitfaċċaw l-iktar fil-minkeb jew l-irkoppa u fuq il-qurriegħa. Dan biex ma nsemmux każi estremi fejn taffettwa l-ġisem kollu. “Fejn jidħol trattament, l-ewwel ma naraw huwa l-kaġun. Nafu li fl-adulti, l-istress huwa kontributur kbir. Però jekk dik tkun ikkawżata minn xi mediċina, jekk twaqqafha hemm ċans kbir li tfiq. Imbagħad naturlament għandek livelli differenti ta’ trattamenti. Għal każi żgħar ħafna, xi ingwent huwa biżżejjed. Fl-iktar każi
estremi qed nużaw tilqima li ilha teżisti xi għaxar snin li timmiraha dirett fil-molekula tal-ġilda. Ovvjament din tiswa l-flus allura nagħmluha b’ċertu protokoll. Madanakollu, dejjem trid tara l-benefiċċji u dejjem hemm x’tagħmel”. Intqal ukoll li tista’ toħroġ f ’etajiet differenti, però hija iktar komuni f ’adulti ta’ għoxrin sena jew iktar minħabba raġunijiet ta’ stress. “L-agħar xenarju huwa jekk titgħatta minn rasek sa saqajk għaliex mingħajr ma trid se tinqata’ mid-dinja. Biex ma nsemmux il-mikrobi li jistgħu jinvaduk jekk ikollok ħafna qsim fil-ġilda”, spjega Pace. Il-professur Pace ikkumenta wkoll dwar il-fatt li għandna tobba jispeċċjalizzaw fid-dermatoloġija li huma mħarrġa tajjeb ferm u fl-istess ħin huma involuti f ’assoċjazzjonijiet mediċi importanti, u jikkontribwixxu kontinwament. Minkejja l-effetti negattivi tal-kundizzjoni, l-Assoċjazzjoni li tnediet ilbieraħ se tħeġġeġ lill-pazjenti biex ma jingħalqux ġo darhom meta għandna ħafna opportunitajiet ta’ trattament utli fl-isptarijiet tagħna. “Is-suċċess naturalment se jiddependi mill-parteċipazzjoni. Importanti ħafna li l-pazjenti jkollhom stampa ċara tal-implikazzjonijiet kollha. Irridu nibnu fuq dan il-kumitat għaliex hawn ħafna bżonnu”, temm jgħid il-professur.
10
20.11.2016
kullhadd.com
SAĦAN, U SE JKOMPLI JISĦON • L-2016 SE TKUN L-IKTAR SENA SĦUNA U L-2017 JAF TKUN AGĦAR Kitba ta’ KELLY PEPLOW Rapport mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Meteoroloġija qed ibassar li l-2016 se tkun 1.2 grad iktar sħuna mill2015, sena li diġà qabżet kull rekord f ’dik li hija żieda fit-temperatura. L-Organizzazzjoni tħares lejn l-andament tal-klima b’mod regolari, u dan li ħabbret fl-14 ta’ Novembru kien ippubblikat fid-dawl tal-konferenza dwar it-tibdil fil-klima li qed isir fil-Marokk din il-ġimgħa. Ir-rapport jindika b’mod ċar li jekk Novembru u Diċembru ma jarawx tnaqqis drastiku fit-temperatura, l-2016 ikollha r-rekord għall-iktar sena sħuna. Sa issa għad hemm 90% ċans li dan isir u li jinqabżu ċ-ċifri tal-2015. Dan jirrifletti ukoll f ’pajjiżna. Skont rapport mill-uffiċċju meteoroloġiku ta’ Malta, Ottubru jispjega kif il-fenomenu ta’ ċiklun Mediterranju wassal biex l-aħħar jiem ta’ dan ix-xahar kienu mifnijin bix-xita u maltemp. Madanakollu Ottubru 2016 kien iktar xott min-normal u iktar sħun milli antiċipat, bl-ogħla temperaura tlaħħaq il-31 grad , u b’total ta’ 24mm ta’ xita biss. L-inqas tempera- knoloġija tipperemetti.” Ir-rapport tal-WMO isemtura kienet ta’ 17-il grad flaħħar ġurnata tax-xahar meta mi l-proċess naturali El Nino bħala kontributur għal din ċ-ċiklun laqat lill-pajjiżna. WMO iqabblu l-klima ta’ iż-żieda. Galdies qal li filkull sena ma’ perjodu ta tle- fatt dan ikkontribwixxa għal tin sena bejn l-1961 sal-1990, mhux inqas minn 8% ta’ dawn fejn il-medja kienet 14-il iċ-ċifri. “Dan huwa proċess grad. L-2015 rat żieda fil-kli- naturali li jsir fil-Paċifiku, ’il bogħod ħafna minma ta’ 0.77 grad, filwaqt li na imma sensittiv l-2016 rat żieda ta’ ħafna għall-an0.88 grad. Dan d a m e n t ifisser żieda Jekk pajjiżi tal-klima ta’ kważi bħal Franza jew u jintuża grad f ’seb ħ a l a na waħda l-Ingilterra ħa indikabiss. tur ta’ Skont jesperjenzaw kemm Charles temperaturi għoljin il-kliGaldma hija ies, lettur mela se jkunu iktar instabtal-Imkomdi f’pajjiżhom bli. Meta maniġġjar jseħħ iħalli tal-Ambjent stess konsegwenzi f l - U n i ve r s i t a koroh fuq pajjiżi ta’ Malta, iż-żieda fil-Paċifiku bħall-Awta’ grad wieħed fil-klima Dinjija hija riżultat ta’ numru stralja jew l-Amerka Latina. kbir ta’ emissjonijiet tal-gas- Ikun hemm nixfa kbira jew sijiet serra, il-greenhouse għargħar fl-inħawi. Fl-esgases, bħal ngħidu aħna tremità tiegħu, jista’ jaffettwa carbon dioxide, methane, t-temp dinji inkluż estremitau emissjonijiet mill-friġis. jiet fl-Ewropa.” Galdies għamel referenza Galdies qal li din iż-żieda għandha tinteressana bħala għal frażi li ilna nisimgħu ċittadini globali, “Ħafna dra- għal dawn l-aħħar snin: it-tibbi din hija ħsara irriversibbli. dil fil-klima. Għalkemm illum Speċjalment bit-tekonoloġija hawn iżjed għarfien li din li għandna bħalissa ma nist- teżisti, meta wieħed jiġi biex għux inneħħu l-carbon di- jattwa miżuri, isibha diffiċli. oxide mill-atmosfera. Forsi Galdies tenna li azzjoni kongħandha xi mitt sena oħra tra t-tibdil fil-klima għandha biex nagħmlu dan jekk it-te- tkun azzjoni globali u mhux
pajjiż wieħed biss jaddotta a green economy. “Il-problema hija waħda ta’ tniġġiż”, isostni l-lettur, “Emissjonijiet anke mill-vetturi tagħna pereżempju, imorru dirett fl-atmosfera, u dawn jaffettwaw direttament issaħħa tagħna”. Fakkar ukoll fir-responsabbiltà tagħna bħala ċittadini li nikkontrollaw l-emissjonijiet minn pajjiżna. Dan nistgħu nagħmluh billi ninvestu f ’double glazing biex nevitaw l-użu tal-air conditions, naraw li ma naħlux enerġija żejda biex insaħħnu l-ilma, u nagħmlu użu effiċjenti mit-trasport. F’Malta, kienu ħafna l-kummenti li dan kien l-itwal sajf li kellna fl-aħħar snin u l-iktar wieħed aħrax. Huwa fatt li aħna bħala ċittadini globali nikkontribwixxu għal dawn l-emissjonijiet kollha, li l-effett tagħhom huwa detriment mhux biss għalina imma għal setturi li Malta tiddependi fuqhom, bħat-turiżmu jew l-agrikoltura. “Meta nitkellmu fuq l-agrikoltura, huwa ħażin ħafna jekk ikollna sena niexfa bħas-sena l-oħra. L-ewwel ma jsofru huma s-siġar tal-frott, u prassi agrikoli oħrajn li jirrikjedu x-xita. Dan iwassal biex ikollna niddependu mill-ilma tal-pjan li mhux sostenibbli u mhux ta’ kwalità.”
Dan biex stampa ċara u tbassar b’mod ma nsemmux korrett. “Pereżempju hawn l-impatt fuq Malta għandek l-MET Ofis-suq turistiku fice li jagħmel monitoraġġ u li nilqgħu f ’pajjiż- jbassar. Ovvjament ma jbasna kull sena. Huwa sarx skont l-informazzjoni fatt li ħafna turisti mis-suq li ħa minn Malta stess imma Ewropew ifitxxu lil Mal- jrid iħares lejn informazzta minħabba l-klima ideali joni mill-Italja, mit-Tuneżija tagħha. Iżda Galdies ikkon- u minn Spanja. Jekk dawn ilfermalna li minħabba li t-tib- pajjiżi għandhom arja instabdil fil-klima huwa fenomenu bli jew maltemp, hemm ċans globali, pajjiżi fit-tramuntana li jersaq lejn xtutna.” ukoll qed jisħnu u jsiru ikIl-proċess tal-kompilazztar komdi. “Jekk pajjiżi bħal joni ta’ dan ir-rapport huwa Franza jew l-Ingilterra ħa jes- wieħed statistiku għall-aħħar perjenzaw temperaturi għol- riżultat ta’ osservazzjonijiet jin mela se jkunu iktar komdi fit-tul. “Dawn isiru kuljum, f ’pajjiżhom stess. Hawnhekk kull tliet sigħat,” spjega Galdtkun wisq għolja għalihom ies. “Kuljum ikollok medja ta’ u kważi intollerabbli, allu- temperaturi li mbagħad ikunu ra kapaċi jibda jkollna firxa kkompilati u kkompressati”. fl-ammont ta’ turisti li jżuruMeteoroloġisti bassru ukoll na għaliex jonqsu fis-sajf u li hemm 60% ċans li x-xitwa jiġu f ’xi żmien ieħor”. tal-2017 tkun sħuGaldies spjega na daqs l-istaġun kif l-WMO attwali, komtagħmel pla l-lettur. Meta nitkellmu użu kbir “Pero ovmit-tqasvjament fuq l-agrikoltura, sim tal-ingħandek huwa ħażin ħafna for mazzl-andajoni minn m e n t jekk ikollna sena kull stat tal-kliniexfa bħas-sena li jgħaddi ma li trid l-osservazzt allaċċjah l-oħra. jonijiet tiegħu miegħu. Dan lill-organizzazzhuwa tbassir joni. Spjega li kull xejn pożittiv u rristat huwa obbligat, u du nippreparaw ruħhna, huwa ukoll fl-interess tiegħu bħal pereżempju nipproteġu li jgħaddi din l-informazz- iktar l-ilma li jinżel mix-xita” joni biex l-WMO ikollha temm jgħid Charles Galdies.
11
20.11.2016
kullhadd.com
“MISS, DAWK ŻGUR ĦADU ŻBALL ĦDEJN ISMI…” • PROGRAMM LI BEDA JDEWWAQ IS-SUĊĊESS LIL STUDENTI MEQJUSA FALLUTI • GĦALLIEMA KBURIN U STUDENTI FERĦANA Kitba ta’ ALEANDER BALZAN Studenti li rari kienu jaraw ilkelma passed ħdejn isimhom ingħataw tama ġdida permezz tal-programm Prince Trust. Mhux għax il-programm kien xi wieħed ħafif fejn ħallihom jagħmlu li jridu, iżda għax għallewwel darba tahom iċ-ċans li juru l-ħiliet tagħhom f ’oqsma diversi marbuta wkoll maddinja tax-xogħol. Kien programm totalment ġdid għal għalliema li pparteċipaw u minn esperjenzi li qasmu malgazzetta KullĦadd jirriżulta li dak kollu li sar kien ta’ sodisfazzjon kbir. L-għalliema Graziella Erkayasi, mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca, iddeskriviet dan fi ftit kliem. “X’jibqa’ fik meta tara li student, li qabel ir-rata ta’ assentejiżmu tiegħu kienet ta’ 85% jiġi jgħidlek li issa għandu raġuni biex jiġi l-iskola, li jiddejjaq fi tmiem il-ġimgħa u meta wasal is-sajf kien jidher kwiet u inkwetat li kienet se tispiċċa l-iskola,” spjegat l-għalliema Erkayasi. Fissret kif studenti li ma jiħdux gost f ’tagħlim formali, waqt dan il-programm isikktu lill-oħrajn. “Jinkoraġġixxu lil sħabhom biex jagħmlu millaħjar għax jekk jeħel wieħed jeħel il-grupp kollu. Kelli studenti li meta jkunu assenti jiġu minn jeddhom jistaqsu fuq xiex għamilna waqt l-XL, jieħdu interess kbir waqt il-lezzjonijiet u jiddiskutu b’ħafna sens,” kompliet tispjega. Qasmet l-istess ħsieb Marita Muscat Xerri: “Bħala għalliema, huwa ta’ sodisfazzjon kbir li tara trasformazzjoni kif dawn iż-żgħażagħ jaħsbu fuqhom infushom. Bdew is-sena ma jemmnux fil-potenzjal tagħhom u spiċċawha armati b’sett ta’ ħiliet, ippreparati għal dak li ġej fil-futur tagħhom – kemm jekk se jkomplu f ’istituzzjoni edukattiva oħra u anke jekk se jidħlu fid-dinja tax-xogħol.” Lorainne Caruana, millKulleġġ San Benedittu, qalet: “L-istudenti rari fallew lezzjoni. Kienu entużjasti li jiffilmjaw dak li kienu qed jagħmlu, jieħdu r-ritratti u u jisimgħu lil u minn xulxin biex jagħtu riżultat aħjar. Kien hemm inizjattiva kbira minn naħa tagħhom.” Caruana stqarret kif l-istudenti saru iktar kunfidenti. “Iżda, iktar minn hekk bdew jifhmu l-importanza li jattendu
Il-Prince’s Trust International xl/Achieve Programme huwa programm li jgħin lill-istudenti fil-qasam edukattiv billi jippreparahom aħjar għad-dinja tax-xogħol. Malta, permezz talFondazzjoni HSBC Malta, saret l-ewwel pajjiż barra r-Renju Unit li introduċiet dan il-programm edukattiv fl-iskejjel sekondarji tagħha. Dan il-programm, li huwa ffinanzjat mill-Prinċep Karlu ta’ Wales, huwa impenjat biex jgħin lil żgħażagħ ta’ bejn it-13 u d-19il sena biex jiksbu edukazzjoni, l-iskola,” irrimarkat Caruana li ddeskriviet il-programm bħala waħda mill-għodda kontra l-assentejiżmu. Relevanti fil-komunità Il-programm ħa l-istudenti fil-komunità fejn ħassewhom relevanti għax qed iferrħu lil ħaddieħor b’dak li jkunu għamlu huma. Fi kliem ieħor, bil-ħila tagħhom. Ħila li forsi fl-imgħoddi ftit kien hemm min irrikonoxxiha. “Fi żmien tal-Milied ħadna l-okkażjoni biex nirranġaw il-ġnien tad-dar tax-xjuħ li qiegħed viċin tal-iskola u li kien abbandunat. It-tfal ħadmu bi ħġarhom; min jaqta’ l-ħaxix, min jiġbor iż-żibel u min iġorr u jitfa’ l-imbarazz fl-iskipps. Wara
taħriġ u impjieg. L-iskop talPrince’s Trust International huwa li jagħti opportunità lil numru ta’ studenti biex jiżviluppaw u jsaħħu l-ħiliet u l-motivazzjoni tagħhom f ’ diversi aspetti permezz ta’ tagħlim informali. L-istudenti, flimkien ma l-għalliema tagħom jaħdmu fuq diversi aspetti li joffri dan il-programm, fosthom żvilupp personali, immaniġġjar ta’ flus, ippjanar ta’ karrieri, proġetti għall-komunità, esperjenza fuq postijiet tax-xogħol, proġetti ta’ intrapriża, attivitajiet ta’ team
morna nżuru d-dar tax-xjuħ u ħadnielhom xi rigali wkoll,” qalet Erkayasi li rrakkontat kif mat-triq lura, it-tfal tkellmu dwar kemm ħadu gost bihom l-anzjani u kif għal darba ma tkellmux fuqhom għax qalgħu l-inkwiet. “Hija ħasra li ta’ età daqshekk żgħira bniedem jibda jemmen dak li jgħidulu l-oħrajn,” kompliet tirrakonta l-għalliema. L-inizjattivi fil-komunità kienu mifruxa. Marita Muscat Xerri stqarret li l-grupp kellu ukoll opportunità li jaħdem ma’ tim mill-EFRU (Emergency Fire and Rescue Unit) f ’ġurnata attivitajiet fliskola stess. “Permezz ta’ dawn l-attivitajiet l-istudenti kellhom jaħsbu u jaħdmu flimkien biex isolvu sett ta’ problemi. F’din
building u preżentazzjonijiet fuq diversi suġġetti ta’ interess. Din is-sena ħmistax-il skola sekondarja mill-kulleġġi kollha, żewġ Education Resource Centres u Learning Support Centre qegħdin jimplimentaw dan il-programm. L-ammont ta’ studenti li qegħdin isegwu dan il-programm huwa ta’ 289. Aktar skejjel komplew juru interess f ’dan il-programm u mistennija jibdew jimplimentaw il-programm matul din is–sena skolastika.
l-attività, apparti li ħadu gost, l-istudenti tgħallmu ħafna, b’mod prattiku,” qalet Xerri. L-istudenti tal-kulleġġ San Benedittu għamlu muffins li qassmu lill-anzjani u ħadu ħsieb ‘kitchen garden’ li biegħu dak li daħħlu minnu. Grupp ieħor ħa inizjattiva li mill-flus li daħħlu kienet megħjuna s-soċjetà tal-MUSEUM. “B’dawn l-attivitajiet l-istudenti kienu fdati b’xogħol speċifiku. L-irwoli differenti li kellhom tawhom responsabbiltà,” qalet Lorainne Caruana li spjegat kif għall-ewwel darba bdew jifhmu kemm jistgħu jgħinu lill-oħrajn. Fuq kollox, kompliet Caruana, l-istudenti tgħallmu “joħolmu, jaħdmu iebes u jirnexxu.” Dwar dan tirrakkonta b’emozzjoni Graziella Erkayasi.
“L-aktar ħaġa li laqtitni kienet li meta rċevew l-ewwel riżultati u għednielhom waqt l-assembly, baqgħu kollha kwieti. Meta raw isimhom u l-kelma PASSED ħdejn isimhom qabeż wieħed u qalli ‘Miss, dawn żgur ħadu żball hdejn ismi….jien qatt m’għaddejt minn xejn.’ Malli semgħu hekk l-oħrajn kollha qablu miegħu, kollha qaluli, ‘imma aħna injoranti miss, m’aħniex tajbin għall-iskola.’ “Għal dan il-kliem, qalbi ngħafset. Ħassejt li dan ilprogramm hu raġġ ta’ dawl għal dawn it-tfal. Tfal li għal numru kbir ta’ snin ingħataw it-tikketta ta’ slow learners, injoranti u mqarbin. Fl-aħħar bdew iduqu l-ewwel togħma ta’ suċċess, ta’ twemmin fihom infushom,” temmet tgħid l-għalliema.
12
20.11.2016
kullhadd.com
MIĊ-ĊERIMONJI TAL-GRADWAZZJONI
Ritratti: JASON BORG u OMAR CAMILLERI
Fl-aħħar jien mijiet ta’ studenti libsu t-toga biex ifformalizzaw is-suċċess akkademiku li tant ħadmu għalih. F’uħud miċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni attenda l-Prim Ministru li feraħ lill-istudenti tassuċċess tagħhom. Dawn huma wħud mill-mumenti li qabdu l-fotografi tad-Dipartiment tal-Informazzjoni.
13
20.11.2016
kullhadd.com
DIQA GĦALL-AĦBAR TA’ KULL VITTMA
MARIE LOUISE
COLEIRO PRECA
PRESIDENT TA’ MALTA
Inħoss diqa kbira kull darba li jkollna l-aħbar li t-toroq tagħna ħasdu l-ħajja ta’ persuna oħra. Fil-jum li qed ifakkar ilmemorja ta’ dawk kollha li tilfu ħajjithom f ’inċidenti tat-traffiku, nixtieq nieħu din l-opportunità biex nappella lil kulħadd biex jagħmel il-
parti tiegħu ħalli nwaqqfu dan it-telf ta’ ħajja bla bżonn, u bosta drabi, f ’età żagħżugħa. Inħeġġeġ lil kulħadd biex ningħaqdu flimkien ħalli nassiguraw li t-toroq tagħna ikunu aktar sikuri u tajbin. Ir-responsabbiltà mhijiex biss tas-sewwieqa, iżda wkoll tal-policymakers, ta’ min jippjana t-toroq, ta’ min jieħu d-deċiżjonijiet, tal-edukaturi u tal-pubbliku inġenerali. Kif qalet sew l-infermiera li tat l-ewwel għajnuna lil wieħed mill-vittmi ta’ dan l-aħħar, hekk kif ġara l-inċident, ‘ħadd m’għandu jgħaddi minn traġedja bħal din’. Minn qalbi nirringrazzja
lill-Emergency Physician Response Unit, lit-tim talprotezzjoni ċivili u lillpulizija, li jaslu mill-ewwel fuq il-postijiet tal-inċidenti. Dak li tagħmlu mal-vittmi flaħħar mumenti ta’ ħajjithom, huwa imprezzabbli. Jalla jkompli jkollkom il-kuraġġ u s-saħħa li tkomplu din il-missjoni. Fl-aħħar iżda żgur mhux l-anqas, lill-familji kollha li tilfu persuna tant għażiża għalihom, nifhem li xejn ma jista’ jsabbarkom, iżda nħeġġiġkom biex tkomplu tgħożżu l-memorji sbieħ li qsamtu mal-persuna li tliftu. Għamlu kuraġġ; intom tibqgħu fi ħsibijieti u f ’qalbi.
SISTEMA ĠDIDA GĦAL DAWK BI PROTEZZJONI TEMPORANJA Il-Gvern ħabbar ir-riforma fil-mod kif immigranti rregolari jieħdu protezzjoni umanitarja temporanja, bil-Kummissarju għarRefuġjati mhux se jibqa’ jkun hu li joħroġ dan it-tip ta’ permess għal min ma jkunx kwalifika għall-ażil. Il-Ministru Carmelo Abela qal li d-dokumenti li jirregolaw il-permess biex persuna tgħix f ’pajjiżna mhumiex kompitu talKummissarju tar-Refuġjati, u l-affarijiet se jsiru b’iktar serjetà. Huwa sostna li “wieħed mill-iskopijiet ewlenin ikun biex persuna tkun tista’ tiġi impjegata ma’ kumpanija u allura reġistrata u jkun kollox skont ir-regoli”. Huwa mifhum li dawk eleġibbli għall-ħarsien temporanju jistgħu japplikaw mill-Uffiċċju talKummissarju tar-Refuġjati sal-wieħed u tletin ta’ Ottubru elfejn u sbatax biex imbagħad kollox jgħaddi għand Identity Malta. B’hekk ikun hemm tranżizzjoni meħtieġa. L-istqarrija tal-istess Ministeru tgħid ukoll li dawk li jkollhom il-protezzjoni umanitarja temporanja mġedda sad-data indikata
ta’ Ottubru elfejn u sbatax għandhom jibdew jagħmlu l-arranġamenti neċessarji biex iġibu d-dokumentazzjoni li hemm bżonn mill-pajjiż oriġinu tagħhom sabiex imbagħad japplikaw ma’ Identity Malta. Iżda, il-mistoqsija tqum waħedha. X’se jiġri minn dawk l-immigranti li ma jikkwalifikawx għall-ażil. Il-Ministru Carmelo Abela sostna li wara li tkun evalwata t-talba tal-ażil, ikun hemm stampa aktar ċara ta’ għaliex din il-persuna tkun qed tfittex dan l-istatus u jekk ikunx ħaqqha: “Pereżempju persuna li ġejja minn fejn hemm il-gwerra, eżempju s-Sirja, il-probabbiltà hija li dik il-perusna tkun kwalifikata bħala refuġjat jew xi tip ta’ protezzjoni oħra, imma persuna minn fejn m’hemmx gwerra u hija immigrant ekonomiku, jigifieri tivvjaġġa biex ittejjeb l-istandard talgħajxien tagħha, ħafna drabi ma tikkwalifikax għallgħażil u allura dak ifisser li tintbagħat lura”. Huwa mifhum li dan ittibdil mhux se jaffettwa lil dawk il-persuni li diġà kisbu dan l-istatus b’mod ġenwin.
14
20.11.2016
kullhadd.com
“L-ISPIRTU TAT-TPINĠIJA HUWA Paula Cauchi tintervista lil Ali Ferzat, kartunista li b’sempliċi lapes weġġa’ kemm felaħ lid-dittaturi. Sehmu fil-ġlieda favur iddemokrazija f’pajjiżi fejn jirrenjaw it-tiranni kien rikonoxxut bi premji internazzjonali għalkemm l-ikbar sodisfazzjoni li għandu huwa li l-messaġġ wasal fejn kellu jasal.
Il-karikatura ta’ Bashar al-Assad u Muammar Gaddafi li kważi swietlu ħajtu fl-2011
Jibqa’ jirsisti fuq it-tama li l-poplu Sirjan jibni ħajja ġdida mit-tifrik
Bit-tpinġija satirika dwar il-politika iwassal il-weġgħat tal-poplu
B’iktar minn ħmistax-il elf karikatura, midalja talPremju Sakharov, bit-titlu ta’ wieħed mill-iktar persuni influwenti fl-2012 ta’ Time Magazine u b’ fama ta’ wieħed mill-iktar figuri kulturali famużi fid-dinja Għarbija, ma setax jonqos li l-ewwel mistoqsija tiegħi lill-Ali Ferzat kienet x’jemmen li wasslu għal dan is-suċċess internazzjonali. Ferzat, li għalkemm għandu ħamsa u sebgħin sena, wiċċu jixgħel bl-entużjażmu ta’ ġuvni fl-aqwa tiegħu meta jitkellem dwar il-karikaturi satiriċi u politiċi tiegħu, tbissem. “Fil-verità, is-sigriet mhuwiex fit-teknika, imma huwa fl-ispirtu tattpinġija” spjegali l-kartunist, “din għalija qisha n-nifs, ma nistax nieqaf. Jien twilidt kartunista, ngħix ta’ kartunista u mmut hekk.” Qalli li jiftakar li n-namra għat-tpinġija bdiet meta kellu ħames snin, iżda kien biss fl-1970, wara li attenda l-Università li l-istess namra spiċċat ilprofessjoni tiegħu. “Bħalma mhuwiex possibbli li titgħallem talent, l-idea wara kull tpinġija mhix xi ħaġa li tista’ titgħallimha.” L-ideat, stqarr, iġibhom min-nies “għax jiena parti min-nies, inħoss it-talbiet u x-xewqat tagħhom” u dawn il-weġgħat iwassalhom fil-karikaturi tiegħu. Weġgħat li jirrelataw magħhom, mhux biss in-nies f ’pajjiżu, is-Sirja, iżda fil-pajjiżi kollha fejn il-karikaturi tiegħu nfirxu. Fenomenu li
hu stess irrimarka huwa imp Ali Ferzat għen biex ji tal-libertà tal-espressjoni Rebbiegħa Għarbija fis-Sirj attakki tiegħu. Iżda dan it-talent, il-fa l-premijiet kollha li rebaħ fejn pinġa saħansitra dittatu u Muammar Gaddafi, me aqwa tagħhom, kważi swie fil-mira ta’ karikatura tiegħ dahru. Ferzat irrakkontali ta’ karikatura ta’ Assad jip mad-dittatur Muammar G jipprova jaħrab, hu safa a pjazza f ’Damascus. “Kisru kważi mejjet”, filwaqt li g futur jirrispetta lill-Presiden superjuri tiegħu. Pronta kienet il-mistoqs tagħmel xi ħaġa hekk, jekk h Għal darb’oħra reġa’ tbissem f ’idu li setgħet swietlu ħajtu “mhux nerġax nagħmilha... Bil-lapes u l-karta, ried lir-reġim Sirjan, minn ġew jegħleb il-biża’ li qal iħoss il
15
20.11.2016
kullhadd.com
A N-NIFS, MA NISTAX NIEQAF”
pressjonanti. isfida u jwessa’ d-dritt f ’pajjiżu fiż-żmien irja billi sar iktar dirett fl-
fama internazzjonali u għall-karikaturi satiriċi uri bħal Saddam Hussein eta kienu għadhom fleh ħajtu. Dawk li kienu ħu, għamlulu mira fuq kif mal-pubblikazzjoni pprova jirkeb fil-vettura Ghaddafi, li kien qed attakkat u msawwat fi uli idi u ħallewni mitluq għajtu miegħu biex filnt al-Assad u jobdi lis-
sija, “imma lest terġa’ hemm ħajtek fin-nofs?” m, bil-karikatura nnifisha u, u b’ kunfidenza qalli, ma waqaftx.” iwassal messaġġ dirett wwa l-pajjiż stess biex l-poplu Sirjan. Il-kuraġġ
Ir-rebbieħa ta’ din is-sena kif proprju pinġiehom Ali Ferzat
IL-PREMJU SAKHAROV
ta’ Ferzat biex iwassal il-messaġġ u l-valur morali li esprima fil-karikatura tiegħu ma waqgħux fuq widnejn torox. L-appoġġ tan-nies issaħħaħ u sar figura magħrufa u maħbuba fost il-poplu Sirjan. “Kont sinċier man-nies u huma kienu sinċiera miegħi, għaliex iffullaw bl-eluf barra l-isptar b’solidarjetà.” Meta ħareġ mill-isptar bdew iżuruh nies mill-erba’ irkejjen tas-Sirja, inġabru l-istudenti tal-Universitajiet u saħansitra xegħlu x-xemgħat madwar id-dar tiegħu. Il-karikaturi tiegħu ntużaw min-nies fil-protesti fittoroq u din għal Ferzat hija risposta fiha nnifisha, “il-qawwa tat-tpinġija hija b’saħħitha daqs il-qawwa tal-kanuni u tal-missili li jwaddbu fuqna”. Dik is-sena stess il-kartunist ingħata l-Premju Sakharov u s-sena ta’ wara kien ivvutat bħala wieħed mill-mitt persuna l-iktar influwenti tassena. Minbarra karikaturi b’messaġġi satiriċi, il-karikaturi ta’ Ferzat juru wkoll tama. Urieni wħud minnhom, fejn in-natura tegħleb id-dittatorjat u l-kruha u d-distruzzjoni tal-gwerra. Imma t-tama waħedha mhix se ssolvi s-sitwazzjoni, qal b’persistenza, u saħaq li t-tama għandna bżonn ix-xogħol u dan huwa li żamm ir-rivoluzzjoni Sirjana għaddejja. “Se nibqa’ nirsisti fuq it-tama - dik ma jien se nċediha qatt.”
Ali Ferzat rebaħ il-Premju Sakharov fl-2011. Il-premju huwa riżultat tal-fatt li r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem huwa wieħed millvaluri fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għax kwalunkwe vjolazzjoni ta’ dawn iddrittijiet taffettwa l-prinċipji demokratiċi li fuqhom tissejjes is-soċjetà tagħna, isseħħ fejn isseħħ, fi ħdan l-UE jew barra minnha. Il-Parlament Ewropew jiġġieled kontra dawn il-vjolazzjonijiet permezz ta’ azzjoni leġiżlattiva, li tinkludi l-osservazzjoni talelezzjonijiet, id-dibattiti ta’ kull xahar dwar id-drittijiet tal-bniedem fi Strasburgu u l-inklużjoni tad-drittijiet tal-bniedem filftehimiet tal-kummerċ estern. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew isostni d-drittijiet tal-bniedem billi, kull sena, jagħti l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb, li twaqqaf fl-1988. Il-Premju jingħata lil individwi li jkunu taw kontribut eċċezzjonali fil-ġlieda għad-drittijiet talbniedem madwar id-dinja, u b’hekk jiġbed l-attenzjoni pubblika fuq vjolazzjoniiet tad-drittijiet tal-bniedem u jagħti l-appoġġ tiegħu lir-rebbieħa tal-Premju u lill-kawża li jħaddnu. Min rebħu din is-sena Din is-sena rebħuħ Nadia Murad Basee Taha u Lamiya Aji Bashar. Dawn ġarrbu l-jasar sesswali tal-Istat Iżlamiku (IS), u saru kelliema f ’isem in-nisa milquta millkampanja ta’ vjolenza sesswali tal-IS. Jaqbżu għall-komunità Yazidi fl-Iraq, minoranza reliġjuża li ġarrbet kampanja ġenoċidali mwettqa minn militanti tal-IS. Fit-3 ta’ Awwissu 2014, militanti tal-IS qatlu l-irġiel u s-subien kollha fil-villaġġ ta’ Kocho, fejn kienu joqogħdu Aji Bashar u Murad, fl-inħawi ta’ Sinjar ġewwa l-Iraq. Wara l-massakru, in-nisa u l-bniet ittieħdu lsiera: it-tfajliet kollha, fosthom Aji Bashar, Murad u ħuthom bniet, inħatfu, inxtraw u nbiegħu kemm-il darba, u ġew sfruttati bħala lsiera sesswali. Fil-massakru ta’ Kocho, Murad
tilfet sitt aħwa subien u ’l ommha, li nqatlet flimkien ma’ tmenin mara oħra li kienu aktar imdaħħlin fl-età u li tqiesu li ma kellhom l-ebda valur sesswali. Aji Bashar ukoll ġiet sfruttata bħala lsira sesswali flimkien massitt ħutha bniet. Inbiegħet ħames darbiet fost il-militanti, u ġegħluha tipproduċi bombi u ġkieket splussivi f ’Mosul, wara li militanti talIS kienu qatlu lil ħutha subien u lil missierha. F’Novembru 2014, Murad irnexxielha taħrab bl-għajnuna ta’ familja ġirien li ħarġuha bilmoħbi miż-żona kkontrollata mill-IS, b’tali mod li setgħet tagħmel triqtha lejn kamp tarrefuġjati fit-Tramuntana tal-Iraq, u mbagħad lejn il-Ġermanja. Sena wara, f ’Diċembru 2015, Murad indirizzat lill-ewwel sessjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li qatt saret dwar it-traffikar tal-bnedmin, u għamlet diskors imqanqal dwar dak li kienet għaddiet minnu. F’Settembru 2016, saret l-ewwel Ambaxxatriċi ta’ Rieda Tajba tal-UNODC għad-dinjità ta’ dawk li ġarrbu t-Traffikar talBnedmin, u tieħu sehem f ’inizjattivi lokali u dinjija li jissensibilizzaw lin-nies dwar ilqagħda tal-vittmi bla għadd tat-traffikar. F’Ottubru 2016, il-Kunsill tal-Ewropa taha ġieħ bil-Premju Václav Havel għad-Drittijiet tal-Bniedem. Aji Bashar irnexxielha taħrab f ’April, blgħajnuna ta’ membri tal-familja tagħha, li ħallsu lil kuntrabandisti lokali. Waqt li kienet fi triqtha lejn il-fruntiera Kurda, f ’tellieqa mal-militanti tal-IS li kienu qed jiġru warajha biex jaqbduha qabel ma tidħol fit-territorju kkontrollat mill-gvern tal-Iraq, splodiet mina li qatlet lil tnejn minn ta’ madwarha u ħallietha mweġġgħa u kważi għamja. B’xorti tajba, irnexxielha taħrab u eventwalment intbagħtet il-Ġermanja biex tingħata trattament mediku u terġa’ tingħaqad ma’ ħutha li kienu għadhom ħajjin. Minn meta fieqet mill-ġrieħi tagħha, Aji Bashar ħadmet attivament biex tissensibilizza n-nies dwar ilqagħda tal-komunità Yazidi u għadha tgħin lin-nisa u t-tfal li ġarrbu l-jasar u l-atroċitajiet tal-IS.
16
20.11.2016
IŻ-ŻAGĦŻUGĦ LI JIĠRI FUQ IX-XAĦAM
Ritratt: REUTERS
kullhadd.com
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
• NILTAQGĦU MA’ MIN QED IŻOMM ĦAJJA T-TRADIZZJONI TAL-ĠOSTRA Dan l-aħħar kelli proposta ta’ intervista dwar żagħżugħ li pparteċipa fil-ġostra riċenti li saret f ’San Ġiljan u li rnexxielu jkaxkar diversi unuri fiha. B’hekk bix-xieraq kien li nintervistah fuq din il-paġna, sabiex insir nafuh aktar mill-viċin u fuq kollox jirrakkontali dettalji minn din it-tradizzjoni lokali. Qed nirreferi għal Carden Mizzi. Għandu tmienja u għoxrin sena, minn Pembroke u xogħlu huwa ta’ customer care officer u graphic designer. Iħobb ħafna l-baħar, il-ħwejjeġ, il-karozzi u s-safar. Meqjus bħala persuna ċajtier u ferrieħi, li jmur tajjeb tista’ tgħid ma’ kulħadd. Xi drabi jħobb jaqbad ħafna ma’ dak li jkun, imma kulħadd jaf kif inhu l-karattru tiegħu – bla ħażen ta’ xejn. Carden ilu jieħu sehem fil-ġostra għal dawn l-aħħar tmien snin. Din is-sena kienet waħda ta’ suċċess għax qatt ma basar li fi tliet kompetizzjonijiet li kellhom
l-ewwel, eżatt erba’ snin ilu, iżda din is-sena kienet sorpriża”, tbissem jghidli. Ridt inkun naf x’tip ta’ premjijiet ikun hemm abbinati mal-ġostra, u infurmani li l-premjijiet jkunu trofej ippreżentati mill-isponsors, li ta’ kull sena jkunu hemm għalihom sabiex jagħtu spettaklu tul il-kosta Ġiljaniża. Il-ġostra normalment hija abbinata mal-festa tar-raħal. Fuqha jkollha mħallat xaħam, ġieli Mingħajr ma trid xħin islanqas jien stess ma nkun naf x’fih u semmi l-festa ta’ San Ġiljan, lanqas inkun nixtieq inkun naf għax apparti n-nar u l-qubbajt, tiġi f ’moħħok il-ġostra li ssir faċilment nitqalla’ fuq il-moll tal-Banis. Din iżżomm it-toroq ta’ madwar il-kosta mimlija nies wara l-marċ ta’ filgħodu, għax tex fuqha u f ’pajjiżna hi waħ- Carden. da tradizzjonalment popolari Ta’ min jgħid li Carden jieħu kulħadd ikun qed jistenna f ’ċelebrazzjonijiet ta’ festi. sehem fil-ġostra fil-lokali- b’reqqa l-kompetizzjoni biex Hemm ukoll xi ħaġa simi- tà ta’ San Ġiljan għall-fes- eżatt wara joħroġ San Ġiljan! li għaliha li ssir fil-karnival ta ta’ San Ġiljan. Din hija li jsibuha aħjar bħala l-kuk- t-tmien sena li għadu kif ħa Ir-regolamenti tal-ġostra kanja. Preparamenti għal sehem fiha, u għall-grazzja dejjem jiġu reveduti dan kollu tista’ tgħid li ma t’Alla qatt ma kellu inċidentantx hemm, diment li tkun ti. “Għalkemm din is-sena Għall-benefiċċju tal-qarrejja, fit u moħħok hemm. Xi ħaġa kienet speċjali, ġieli ħadt tlabt lil Carden ifissirli l-ġosinteressanti għal min iħobb premijiet oħrajn tul dawn is- tra fi kliemu u minn xiex is-sogru. Ma tafx tkunx se snin u ħadt darba oħra biss tkun magħmula preċiżament. mifruxin fuq tlett ijiem, kien ser iġib l-ewwel, it-tieni u jerġa’ l-ewwel post. Kulħadd konxju li hija kompetizzjoni perikoluża. B’hekk ridt inkun naf kif normalment iħejji ruħu tajjeb għaliha. “It-tradizzjoni tal-ġostra tmur lura għal żmien il-medjuevu, kif fil-fatt wieħed isib meta jfit-
tweġġa’ jew jekk hux se tkun l-aħħar ġirja tiegħek! Trid il-bilanċ u l-ħeffa għax jew int jew l-arblu hemm fuq. Din is-sena onestament ma nafx x’ġara, iżda nemmen li tkun għalik, bħalma fis-snin ta’ qabel rebaħ ħaddieħor. Nemmen li tkun f ’moħħok li tissogra iktar” beda jgħidli
“Il-ġostra hi bhal meta ngħidu, l-ġirja biż-żwiemel li ssir fit-telgħa tas-Saqqajja, fir-Rabat. Iżda din issir ħdejn ix-xtajta għax għandek bżonn il-baħar biex tagħmilha. Fuqha jkollha mħallat xaħam, ġieli lanqas jien stess ma nkun naf x’fih u lanqas inkun nixtieq inkun naf għax faċilment nitqalla’, jiġifieri kultant aħjar ma nkunx naf. Nassumi li ż-żewġt irħula ewlenin f ’pajjiżna fejn din hija popolari fiż-żminijiet sajfin, huma l-Imsida u San Ġiljan u dejjem nippruvaw inqajmu interess fiha, iżda kif għedt qabel, hija xi ħaġa perikoluża u li wieħed jaħsibha darba darbtejn qabel jittanta xortih għax jaf ix-xorti tittanta lilu u tiġih ħażina”, fissirli Carden. Tkellimt miegħu wkoll dwar il-prinċipji u r-regoli tal-ġostra, u xi kemm jipparteċipaw fiha, u jekk fuq kollox jistgħux jipparteċipaw nisa fil-ġostra. Fil-fatt spjegali li r-regolamenti dejjem jiġu rreveduti, għax kull sena
17
20.11.2016
kullhadd.com
jitgħallmu affarijiet ġodda u x’jista’ jsir u dejjem iżidu r-regolamenti biex kemm jista’ jkun inaqqsu is-sogru li wieħed iweġġa’. Għalkemm dan dejjem ikun għalxejn. “Waħda mir-regolamenti fundamentali li suppost wieħed għandu dejjem isewgi hu li xħin tkun ser taqa’ ma tibqax tissogra l-ġirja tiegħek għax hemm jibda l-inkwiet li tweġġa’. S’issa dejjem irġiel konna kemm ili nieħu sehem jien, iżda n-nisa jistgħu jikkompetu”, għarrafni Carden. Fil-ħajja privata tiegħu, Carden huwa persuna bieżel, u jaħdem żewġ xogħlijiet, għalkemm wieħed mix-xogħlijiet tiegħu aktar iqisu bħala passjoni tiegħu. Fil-fatt aktar ’il quddiem jixtieq li jifrex aktar fuqu. Dan ix-xogħol jikkonsisti f ’estetika u disinji fuq vetturi u hemm minnu li ġie apprezzat kemm f ’Malta u kif ukoll barra minn Malta. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar dwar dan il-fatt dwaru stess.
Estetika fuq karozzi, jidhru l-karozzi, d-dgħajjes u tih is-saħħa u l-enerġija. Naql-muturi. Ħafna jqisuha iktar bel miegħu għax jiena l-istess dgħajjes u muturi bħala arti, milli xogħol. Biex niġġennen għas-sajf u għall“Ix-xogħol qatt ma kien l-ik- tasal fl-artiġjanat trid tkun baħar. Minn dejjem kien bar ħabib tiegħi, iżda sforz tħobb dak li tagħmel u mhux imur il-baħar u tista’ tgħid li id-dixxiplina li tawni l-ġen- tara l-finanzi biss. Xi ħaġa li trabba fih. Illum kważi saret ituri tiegħi tul tfuliti, tgħal- forsi ħafna ma jifhmux. Il- komuni li min ikun iħobb limt li biex nieħu xi ħaġa rrid lum ili nagħmel dan ix-xog- il-baħar faċilment issiblu nagħmel sagrifiċċju għali- ħol għal kważi ħames snin xi opra tal-baħar. Fil-fatt ha u xejn ma jiġi mix-xejn. waħdi u dejjem nitgħallem Carden huwa wieħed minnMeta lestejt l-iskola u dħalt minn dak barrani u nippro- hom. Minn dejjem xtaq li xi fid-dinja tax-xogħol, din ilħaġa apprezzajt xi tfisser fil-verità. Naħdem filgħodu li hu x-xogħol prinċipali tiegħi mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Bid-dgħajsa, ix-xogħol ma jista’ jilħqek Nispiċċa kuljum għall-ħabqatt, diffiċli li jdejqek xi ħadd ta tal-5.15pm, minn hemm ġirja d-dar, ninħasel u nerġa’ noħroġ u mmur il-Mosta fejn hemmhekk inkompli l-ħidma tiegħi li sa ftit ta’ xhur va nagħmel aħjar fejn nista’ darba jkun jista’ mqar iqatta’ ilu kienet waħda intensiva u naqla’ l-kritika kif għandu lejl jew bħalma jagħmlu ħafb’ħinijiet twal. Illum il-ġur- jkun. Kelli xogħli espost fuq na, tmiem il-ġimgħa fuq ilnata ġejt kostrett innaqqas il- rivisti għal tliet darbiet s’issa baħar. “Bid-dgħajsa, ix-xogħin tiegħi mix-xogħol li tant fi tliet snin u diversi artik- ħol ma jista’ jilħqek qatt, inħobb nagħmel għax ħasse- li onlajn u bloggs barranin, diffiċli li jdejqek xi ħadd u jtni li qed neżisti flok ngħix. fosthom l-Ingilterra, l-Italja, jekk iddejjaqt xi mkien, tista’ ’Il quddiem nixtieq li nifrex il-Ġermanija u l-Greċja”, sp- ssuq u tmur fejn trid - dejjem importanti li jkollok tazza iktar xogħli fuq il-linja li llum jegali sodisfatt Carden. Barra dan kollu, Carden nbid tajba u kumpanija tajil-ġurnata dejjem qed tikber fejn tidħol l-estetika ta’ kif isostni wkoll li l-baħar jagħ- ba”, tbissem jgħidli Carden.
Kumbinazzjoni il-ġostra wkoll għandha x’taqsam malbaħar. Fil-fatt min jaf sew lil Carden, kulħadd jafu li ma jaħsibhiex darba tnejn jew tlieta, meta jara xi ħaġa ta’ sogru. Kif ammetta miegħi, huwa persuna li jħobb jidħol għalihom u minn hemm beda kollox għall-ġostra. Xi darba kien jimxi fuqha u xħin jara l-għoli u x-xaħam kien jaqbeż. Illum jiġri fuqu! Fi kliemu, t-trick tagħha hu s-sogru tal-ħajja! Fl-aħħar nett Carden jittama li b’din l-intervista ser ikun ta’ eżempju għal ħafna, sabiex fil-ħajja ħadd u qatt ma għandu jaqta’ qalbu, għax kulħadd beda minn xi mkien u bis-sempliċità, issa kemm int kapaċi tistinka biex dik ix-xi ħaġa sempliċi tagħmilha suċċess. “Bħala attività interessanti l-ġostra, nissuġġerixxi li dawk imħajrin, jaħsbuha aktar minn darba qabel jippruvawha, għax mill-bogħod tidher sabiħa, iżda xħin tkun fuqha storja ohra”, temm jgħid Carden.
18
20.11.2016
kullhadd.com
L-ALLOWANCE TAL-KUNSILLIERA MARIO
FAVA President Sezzjoni Kunsilliera PL
Bħala parti mit-tiġdid talKunsilli Lokali li kien sar lura fis-sena 2009, kull kunsillier beda jingħata allowance ta’ €100 fix-xahar bħala kumpens għax-xogħol li huwa jew hija jagħmlu fil-lokalità tagħhom. Dan kien daħal fis-seħħ permezz ta’ Memo 89/2009 u anki bl-emendi li kienu saru fl-Att tal-Kunsilli Lokali, Kap 363. B’hekk kif għidt, kull kunsillier, inkluż issindki u viċi sindki, bdew jingħataw dan il-kumpens sabiex jagħmel tajjeb għallispejjeż inkorsi fil-qadi ta’ dmirijiethom. Dan l-allowance kien beda jingħata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010 permezz ta’ avviż legali, li kien ġie ppublikat apposta. L-ammont li kien iddeċieda dakinhar il-Prim Ministru, li taħtu kienu jaqgħu l-Kunsilli Lokali,
kien ta’ €1,200 fis-sena. L-ammont huwa wieħed taxxabbli (20%) u jitħallas mill-fond tal-Kunsilli, jiġifieri mill-allokazzjoni diretta li jingħata kull Kunsill Lokali. Dan il-pagament, li għadu jsir illum ukoll naturalment, jitħallas f ’żewġ pagamenti ta’ €600 kull sitt xhur, f ’Ġunju u Diċembru ta’ kull sena kalendarja. Bħal kull ħaġa oħra, dan il-ħlas huwa marbut ma’ ċerti kundizzjonijiet, liema kundizzjonijiet nixtieq inġib għall-attenzjoni tagħkom. Dan sabiex tifhmu aħjar l-argumenti li se nġib fit-tieni parti tal-artiklu. Il-kundizzjonijiet huma; 1 – B’effett minn meta beda jitħallas dan l-allawance, (Jannar 2010), l-ebda kunsillier ma seta’ jibqa’ jitlob rifużjoni ta’ spejjeż li jkun għamel fil-qadi ta’ dmirijietu bħal ngħidu aħna użu ta’ telefown ċellulari, fuel, eċċ. 2 – Kull kunsillier kellu jkollu email fuq is-sistema tal-gov.mt li ħlas għalih ser isir mill-fond tal-Kunsill Lokali rispettiv u mhux minn dan l-allawance. 3 – B’effett ukoll mill-
1 ta’ Jannar 2010, kull korrispondenza mill-Kunsilli lill-kunsilliera, bħal aġenda, skeda ta’ pagamenti u kull kopja ta’ korrispondenza oħra li tkun waslet il-Kunsill, għandha tibda tintbagħat mill-Kunsill, permezz tasSegretarju Eżekuttiv, lillkunsilliera kollha permezz ta’ email. Ma’ din il-kundizzjoni, tmur ukoll allura li l-ebda korrispondeza jew materjal ieħor m’għandu jintbagħat bil-posta jew fuq kopji printjati. Kull kunsillier beda jkun marbut li jara li jkollu email account fejn jirċievi dawn id-dokumenti, f ’kull post li jkun aċċessibbli għal dak il-kunsillier. Il-kunsilliera kienu qed jiġu marbuta bi dmir li b’mod regolari jiċċekkjaw dan l-account sabiex ħadd ma jkun jista’ jgħid li ma rċeviex xi dokument jew ieħor. 4 – Skont l-artiklu 32 (2) tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali jestabbilixxi li: Il-Ministru jista’, permezz ta’ regolamenti jestabbilixxi l-allowance li l-Kunsilli jistgħu jħallsu lill-kunsilliera, liema allowance għandu jkun proporzjonat man-numru tal-laqgħat li kunsillier ikun attenda f ’xi sena kalendarja;
Il-Memo tagħlaq billi tkompli tgħid li l-ħlas talallowance huwa abbinat malattendenza għal-laqgħat u li però ma għandux isir tnaqqis mill-allowance jekk kemm-il darba kunsillier jagħti raġuni valida għall-assenza tiegħu minn xi laqgħat u jekk din ir-raġuni tkun aċċettata mill-Kunsill u wara titniżżel fil-minuti. Kull kunsillier huwa mitlub biex kull raġuni li għaliha ma jkunx attenda l-laqgħa, tintbagħat bil-miktub lis-segretarju eżekuttiv u dan imbagħad irid iressaq din ir-raġuni għallkunsiderazzjoni tal-Kunsill. Kopja ta’ dik l-ittra għandha tinzamm mal-minuti. Għalfejn qed inkun tant preċiż ma’ din il-Memo? Dan għaliex kien hemm min wera jew ried joħloq dubji dwar jekk kunsillier għandux b’mod awtomatiku jiġi mċaħħad mill-allowance tiegħu jekk ifalli seduta talKunsill. Ċertament li din il-Memo, tneħħi kull dubju dwar dan u titkellem bl-aktar mod ċar. Allaħares naslu fi stat li għax kunsillier ifalli seduta minħabba raġuni jew oħra, dan ma jingħatax il-€100
fix-xahar allowance. Kieku jiġri hekk, inkunu qed ninkoraġġixxu lill-kunsilliera tagħna sabiex jattendu biss is-seduti tal-Kunsill u ma jagħmlu xejn iktar. Għax allura jekk kunsillier bejn seduta u oħra, jattendi laqgħat f ’isem il-Kunsill tiegħu ma’ diversi entitajiet, li biex jagħmel dan irid jieħu mill-leave personali tiegħu, imbagħad ma jkunx jista’ jattendi seduta, dan għandu jitlef l-allowance miżeru li jieħu wkoll? Dan huwa biss eżempju wieħed tal-impenn tassindki u tal-kunsilliera li fil-maġġoranza tagħhom mhux talli ma jiħdux dak li ħaqqhom imma jispiċċaw idaħħlu jdejhom fil-but sabiex jagħtu l-aħjar servizz possibbli lill-komunitajiet tagħhom. Mhux se nidħol fl-argument dwar kemm hu ġust dan l-allowance minħabba nuqqas ta’ spazju però nassigura lil kulħadd, li l-maggoranza tassindki u tal-kunsilliera tagħna, jagħtu ferm aktar minn dak li jirċievu, tant li kultant aħjar ma ngħataw xejn għax il-ftit li ngħataw huwa offiża filkonfront tagħhom.
IŻ-ŻEWĠ NAĦAT TAL-MUNITA NAOMI
CACHIA Koordinatur Politiku FŻL
845 - Dan huwa n-numru ta’ nies li tressqu l-Qorti fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena fuq akkużi ta’ vjolenza domestika. In-numru huwa wieħed li bejn jagħmilli ftit kuraġġ, u bejn ikessaħni. Dan għaliex l-istatistiċi juru li fl-aħħar snin, in-numru ta’ inċidenti domestiċi li ġew irrapportati
żdied sostanzjalment, u dan ifisser li qed jiżdied l-għarfien f ’dan il-qasam. Fl-istess waqt, nitnikket għaliex naf li, minkejja dan, ħafna huma l-inċidenti li xorta ma jiġux rapportati. Kull sena, bħala Forum Żgħażagħ Laburisti nagħmlu mezz biex nindirizzaw ilvjolenza domestika fl-aġenda politika tagħna. Fis-snin ta’ qabel konna nagħmlu dan bl-intenzjoni li nqajmu iktar kuxjenza fuq is-suġġett; din is-sena qed nagħmluha ukoll b’sens ta’ sodisfazzjon li l-qafas leġiżlattiv f ’dan irrigward se jissaħħaħ permezz ta’ tibdiliet fl-Att dwar ilVjolenza Domestika.
Ċentru Laburista Żabbar
Meta nsemmu l-vjolenza domestika, ħafna drabi tiġi preżunta li l-vittma kienet mara. Infatti, il-figuri jitkellmu waħedhom. Il-maġġoranza assoluta tal-akkużati filfigura li semmejt, madwar żewġ terzi infatti, kienu irġiel. Madanakollu, ir-raġel li jisfa’ vittma ta’ abbużi domestiċi m’għandux jitħalla barra minn din il-konverżazzjoni. Kulħadd jista’ jisfa vittma ta’ vjolenza domestika, u l-għajnuna qiegħda hemm għall-vittmi kollha, ġaladarba jfittxuha. Fl-istess waqt, il-figuri jistgħu jiġu interpretati bħala tifkira oħra li fejn tidħol il-vjolenza domestika, teżisti tendenza
predominanti li tqiegħed lillmara bħala l-vittma. Kull sena, fil-25 ta’ Novembru, infakkru ilJum Internazzjonali għallEliminazzjoni tal-Vjolenza fuq in-Nisa. Din il-vjolenza tista tieħu ħafna forom, u mhux biss bejn l-erba’ ħitan tad-dar. Madwar id-dinja, waħda minn tliet nisa u tfajliet tesperjenza l-vjolenza millinqas darba f ’ħajjitha. Dan l-iżbilanċ nenfasizzah mhux biex nivvittimizza l-mara, iżda għaliex biex negħlbu din il-pjaga fissoċjetà tagħna irridu nifhmu x’inhuma l-fatturi li jwasslu għal dan. Fuq kollox, huwa kruċjali li l-vjolenza ma
Ċentru Laburista Ħal Lija
Offerta għall-kiri tal-bar
Offerta għall-kiri tal-bar
Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista ta’ Ħaż-Żabbar jilqa’ l-offerti għall-kiri ta’ bar bejn il-ġimgħa 23 u l-Ħamis 29 ta’ Novembru 2016.
Il-Kumitat Lokali tal-Partit Laburista ta’ Ħal-Lija, se jkun qiegħed jilqa’ applikazzjonijiet għall-kiri tal-Bar bejn il-21 ta’ Novembru 2016 u l-25 ta’ Novembru 2016 bejn is-6 pm u 7 pm.
Ħinijiet matul il-ġimgħa bejn is-6pm 7 s-7pm u il-Ħadd bejn il-11am u 12pm. Id-dokumenti jinġabbru fl-istess ġranet u ħinijiet
L-applikazzjonijiet għall-offerti għandhom jinġabru millistess Ċentru fil-ħinijiet u d-dati imsemmija.
tiġix normalizzata – jekk, anke għal sekonda, nagħlqu għajn waħda fil-konfront ta’ xi forma ta’ vjolenza, inkunu qed nagħmlu l-ikbar inġustizzja mal-vittmi, huma min huma. Forsi mhux kulħadd jaqbel miegħi fuq din l-osservazzjoni, iżda jiena nemmen li għadna ngħixu f ’soċjetà fejn l-irġiel huma dominanti f ’ħafna oqsma; il-politika, l-ekonomija, ilbordijiet. Dan huwa żbilanċ sistematiku li jwassal għal ħafna konsegwenzi indiretti. Lokalment, id-dibattitu fuq il-Morning-After Pill huwa eżempju klassiku ta’ dan – kwistjoni li tolqot direttament lill-mara kienet kważi esklussivament f ’idejn decisionmakers maskili, bl-eċċezzjoni tal-Ministru Helena Dalli u l-attivisti nisa li ngħaqdu biex isemmgħu leħinhom. B’hekk, huwa sors ta’ serħan il-moħħ għalija li fejn tidħol dik imsejħa gender-based violence, qed nistinkaw, permezz talleġiżlazzjoni, biex inkunu effettivi u mhux reattivi. Din is-sena, lokalment kellna numru orribbli ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika li spiċċaw f ’omiċidji. Il-ħtieġa ta’ prevenzjoni u għarfien għandha tibqa’ prijorità.
kullhadd.com
L-ESTABLISHMENT LUCIANO
BUSUTTIL Deputat PL
Żewġ elezzjonijiet li r-riżultat tagħhom kien differenti minn dawk li l-istħarriġ u l-midja kienu qed jantiċipaw li jsir. Qed nirreferi għal dak li ġara riċenti fl-Amerika u dak li ġara matul is-sajf li għadda fil-Gran Brittanja. L-indikazzjonijiet kienu juru riżultati favur dawk li fl-elezzjonijiet ħarġu telliefa, iżda, rridu nifmu li l-istħarriġ huwa estimu ta’ tbassir tar-riżultat. Ġara li meta n-nies ħarġu jivvutaw, semmgħu leħinhom, u l-vot tagħhom mar kontra kull tbassir tar-riżultat. Dawn irriżultati urew id-differenza li ħafna popli jħossu bejnhom u bejn il-politiċi li jirrappreżentawhom; ittifsira ta’ aħna u huma. Minkejja l-bumbardament tal-midja fiż-żewġ każijiet kienu qed jimbuttaw aġenda ħafna aktar minn oħra, il-
votanti ma tawx kas ta’ dan u bbażaw l-għażla tagħhom fuq liema kandidat jew deċiżjoni l-aktar li tirrifletti lilhom. Tassew li Donald J. Trump kellu ħafna każijiet imbarazzanti, iżda, matul il-kampanja tiegħu baqa’ konsistenti u tkellem b’mod kontroversjali biex jilħaq lil dawk li jemmnu li l-‘ħolma Amerikana’ kienet qed tisfaxxa fix-xejn. Trump leħaq saff ta’ nies li b’mod ċar għamlu d-differenza bilvot tagħhom. F’kelma oħra Trump rebaħ il-vot popolari. Wara li konna xhieda ta’ dawn ir-riżultati, Simon Busuttil ħassu ispirat, tant li mal-ewwel okkażjoni li kellu attakka lill-Prim Ministru; li Joseph Muscat huwa establishment. Qed ikun tassew trasparenti fi ħsiebu, qed juri x-xewqa li bħalma sar fil-Gran Brittanja u l-Amerika, jiġri l-istess hawn Malta. Intant qed jipprova jpenġi lil Joseph Muscat bħala establishment bl-iskop li l-poplu Malti jivvota kontrih u l-PN jirbaħ il-vot popolari. Iżda, mhux qed jirrealizza li qabel il-poplu Brittaniku u Amerikan, il-Malti lura fissena 2013, kien diġà vvota kontra establishment li Busuttil
kien jagħmel parti integrali minnu. Simon Busuttil kien il-viċi kap u l-awtur talmanifest elettorali. Minkejja li l-medja tan-nies kienet u għadha favur ilPartit Nazzjonalista, għażlet li tivvota favur il-bidla, ilbidla li kien jinħass il-bżonn tagħha u li llum il-ġurnata qed naraw il-frott. Il-poplu kien għamel għażla li jwarrab gvern li kien magħmul minn nies bi swaba ta’ qarnita mqabbda mal-poter. Irriżultat kien xhieda ta’ dan. Huwa magħruf li d-distakk ta’ bejn il-Prim Ministru u Simon Busuttil. Il-popolarità li jgawdi Joseph Muscat mhux mibnija fuq numri fuq ilkarta, iżda fuq bażi personali u livell ta’ karattru; wieħed li jara t-tazza nofsha mimlija u jitrażmetti l-enerġija pożittiva fuq il-kabinett li jmexxi, u l-ieħor huwa xempju ta’ negattività. Qed iwassal messaġġi negattivi għand poplu li huwa konxju ta’ dawn it-tentattivi ddisprati. Minkejja li d-distakk huwa kbir, xorta għad baqa’ aktar xi jsir. Gvern pożittiv qatt ma jgħid li huwa lest, għal kuntrarju jkompli jfittex l-iżbalji biex jikkoreġihom u fil-proċċess jaqdi l-poplu
Malti li jkun tassew ħaqqu. Hemm barra għad hemm nies li jħossuhom imwarrba, bħal meta l-iben li baqa’ d-dar ra lil missieru jagħmel festa kbira meta rritorna ħuh wara li naqas lil missieru. B’hekk, anka bħalma rajna fil-baġit li għadda, dan ilGvern qed jagħti kas ukoll ta’ każijiet personali. Qed juri li fil-verità dan il-Gvern jagħti kas ta’ kulħadd; żgħir kemm inti żgħir. U bħalma dejjem isostni l-Prim Ministru, għad baqa’ aktar xi jsir. Il-Partit Laburista huwa moviment, fejn kulħadd għandu postu. Il-qlub imweġġgħa rridu nduru fuqhom u nitolbuhom skuża sinċiera, u biex nassigurawhom li għadhom parti integrali fil-partit. Bosta se jibqgħu b’qalbhom iebsa, iżda, b’persuni li tassew iridu jisimgħuhom, terġa’ tinbet l-imħabba lejn il-partit, ilpartit li fil-gvern qed iwassal il-ġid għand kulħadd. Din hija d-dfferenza bejn Malta u l-pajjiżi li semmejna, għandna mexxej li jaf lillpoplu tiegħu. Minkejja li t-triq dejjem tkun għattelgħa, dejjem irnexxielu jwassal lill-poplu tiegħu għall-avvanzi.
TMEXXIJA FINANZJARJA KREDIBBLI ETIENNE
GRECH
Deputat PL
Il-figuri mhumiex suġġettivi u ma tistax tmerihom. IlGvern preżenti wettaq ilwiegħda li jnaqqas id-defiċit mingħajr ma daħħal miżuri ta’ awsterità, bl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena li raw iddefiċit jonqos b’€98 miljun. Dan jammonta għal tnaqqis bin-nofs tad-defiċit tas-sena li għaddiet. Ġaladarba l-figuri qegħdin hemm u ma jistgħux jitħassru, l-Oppożizzjoni tipprova minflok tħassar il-memorja tan-nies biex tieħu l-mertu għas-suċċess finanzjarju ta’ dan il-Gvern. L-Oppożizzjoni tgħid li l-Gvern preċedenti ħalla ekonomija b’saħħitha,
bħallikieku l-Gvern preżenti sab is-sodda mifruxa. Din hija gidba sfaċċata li kull min segwa jew għex ixxena politika f ’pajjizna żgur mhuwiex ser jibla’. Altru milli kellna pedament ekonomiku sod sa ma ġiet l-aħħar elezzjoni ġenerali li rat bidla fil-gvern, l-aħħar snin ta’ Gvern tal-PN kellna ekonomija tikkrolla, defiċit għoli u bla razan, nuqqas ta’ investiment, tkabbir ekonomiku baxx u qgħad inkontrollabbli. U erħi lillesponenti Nazzjonalisti jaqilgħu skuza wara oħra li dan kollu kien dovut ghallqagħda mwiegħra finanzjarja fil-pajjizi ’l barra minn xtutna. Dejjem kien juża l-espressjoni ‘barra hemm il-maltemp’ li xi Maltin jew Ghawdxin ma damux wisq ma indunaw li l-maltemp kien jeżisti fid-Dar Centrali tal-Partit Nazzjonalista fil-Pieta’. Forsi mhux kulħadd jiftakar li fl-1990, taħt Gvern Nazzjonalista, is-surplus li
kien ilu jiġi rreġistrat għal mill-inqas tliet leġiżlaturi ħa majnata kbira u nbidel f ’defiċit kbir li l-pajjiż qatt ma rkupra kompletament minnu. Minn surplus ta’ 4.9% fuq ilPDG il-pajjiż kien waqa’ għal defiċit ta’ -11.2%. Gvern Nazzjonalista, leġiżlatura wara oħra, wiegħed li jerġa’ jdawwar ir-rotta. Hekk kif fl-2008 ġie elett ilPartit Nazzjonalista, il-Gvern reġa’ tenna l-wiegħda li jkun hemm surplus sal-2010. Iżda sentejn wara nbidlet id-diska, u beda jgħid li d-defiċit kellu jitnaqqas b’mod prudenti. Minkejja żieda fit-taxxi, iddefiċit xorta reġa’ żdied fl-2012. Tant Gvern Nazzjonalista ma ħalliex finanzi fissod li l-Kummissjoni Ewropea daħħlet lil Malta fil-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv, hekk kif l-aħħar Gvern tilef mira wara oħra biex inaqqas id-defiċit. Kellu jkun Gvern Laburista biex is-sena li għaddiet ħareġ ilpajjiż minn din il-proċedura,
dan l-istess Gvern li skont ilPartit Nazzjonalista kien se jdaħħal il-pajjiż f ’ħajt u kien se jibgħatna nittallbu. Illum il-ġurnata kulħadd jaf li jekk kien hemm gvern f ’Malta li kien ta’ riskju għallfinanzi pubbliċi, dan żgur ma kienx Gvern Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Dan il-fatt ma jafux biss il-poplu Malti, imma jafuh ukoll l-Ewropej u l-kumplament tal-barranin li għandhom interess f ’Malta u li qed jagħżlu li jinvestu f ’pajjiżna. L-istorja għalhekk hija diffiċli għall-Partit Nazzjonalista biex jibdilha, għax hemm wisq nies li jafuha. Il-figuri tal-aġenziji tal-kreditu internazzjonali qed iduru mas-sebat irjieħ, u l-Oppożizzjoni ma tistax tħassarhom. Meta jmeri s-sewwa magħruf, il-Kap talOppożizzjoni jkun qiegħed biss jitlef il-kredibbiltà u jaqa’ għar-redikolu ma’ kull min jaf l-istorja tal-finanzi pubbliċi ta’ Malta.
19
20.11.2016
20
20.11.2016
kullhadd.com
X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI
ANĠLI TAL-ĦNIENA ĠO MATER DEI
14.11
Filwaqt li taħt Gvern talPN, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi rreġistrat telf ta’ 95,000 ewro, taħt Gvern Laburista rreġistrat profitt ta’ 120,000 ewro
15.11
Ġiet inawgurata l-ewwel dar residenzjali għall-persuni b’diżabilità
16.11
L-esportazzjoni żdiedet bi 8%
17.11
L-industrija Maltija rreġistrat żieda ta’ 9.3%
18.11
Filwaqt li f ’ Marzu 2013 taħt Gvern tal-PN kien hemm 8,000 persuna tirreġistra għax-xogħol, sena ilu din iċ-ċifra niżlet ghal 5,000
Sur Editur, Ftit tal-jiem ilu ħriġt mill-isptar Mater Dei fejn kont ilni hemm ’il fuq minn ġimagħtejn, filward Neuro Medical. Irrid infaħħar l-indafa impekkabbli, l-ikel bnin qisu bħal tad-dar u bla dubju l-kura li ngħatajt mill-ħaddiema tal-isptar. Tassew nieħu gost nesprimi
l-gratitudni tiegħi għas-servizz tajjeb li rċevejt sakemm kont l-isptar, qisni kont home away from home u dan grazzi għallħidma kontinwa tal-Ministru Chris Fearne u l-Prim Ministru. L-istaff kollu hu taz-zokkor. Ħadu ħsiebi sew, bħal meta xtaqt immur għall-arja ta’ barra ħaduni bil-wheelchair fil-ħin li huma suppost kienu qed jieħdu
l-break tagħhom. Napprezza dak li għamlu miegħi u ma kulħadd, juru d-dedikazzjoni tagħhom lejn ix-xogħol. Kulħadd jista’ jintebaħ bilbidla għall-pożittiv minn dak li konna mdorrijin qabel fiżżminijiet Nazzjonalista. VALERIE BORG VALLETTA
PROSIT!
nota nixtieq ngħid grazzi u il-kummiedja li jafu jorganizzaw prosit għall-organizzazzjoni l-FŻL. Prosit tassew. Jien wieħed li nattendi kull tal-kummidja Għax Hekk, Klassi JOSEF CALLEJA play li jorganizzaw il-Forum Għalina. IL-MARSA Żgħażagħ Laburisti. F’din in- Kull sena nkun qed nistenna din Sur Editur,
APPELL LILL-KUMPANIJI TAL-ASSIGURAZZJONI
19.11
Sar magħruf li l-familji Maltin qed jonfqu 600 ewro inqas f ’kontijiet tad-dawl u l-ilma u fi fuel
20.11
Sa sena ilu, permezz taddeċiżjoni li tiġi ffrankata t-taxxa tal-boll, saru 5,793 kuntratt u bejniethom ilkoppji żgħażagħ iffrankaw 23 miljun ewro
Sur Editur, Kemm f ’Malta kif ukoll f ’Għawdex ma jilħqux jgħaddu ftit ġranet, speċjalment fi tmiem ilġimgħa li l-poplu Malta u Għawdxi fuq il-mezzi taxxandir ma jassistix għallaħbarijiet ta’ aċċidenti kbar, jew fatali kif diġà seħħew flimgħoddi bil-vetturi. Wasal iż-żmien li dawn ilkumpaniji tal-assigurazzjoni
jingħaqdu bejniethom b’forma ta’ kuntratt u dan issuġġeriment ikkwotat f ’din l-ittra. Kemm fl-interess talfamilji Maltin u Għawdxin, kif ukoll fl-interess finanzjarju ta’ dawn il-kumpaniji, għandu jiġi attwat dan is-suġġeriment. L-ebda persuna taħt il-25 sena ma għandha tkun koperta b’forma ta’ assigurazzjoni jekk il-magna tal-karozza tkun aktar minn 998CC. Rigward dan is-suġġeriment
niġbed ukoll l-attenzjoni talMinistru kkonċernat u talKummissarju tal-Pulizija sabiex jikkunsidraw li ssir liġi dwar dan is-suġġeriment. Meta l-persuna tagħlaq l-età ta’ 25 sena, ikollha aktar sens ta’ maturità biex tirrealizza li l-ħajja tagħha u ta’ ħaddieħor hija sabiħa u apprezzata millmembri tal-familja. ATTENZJONI ĦAŻ-ŻABBAR
21
20.11.2016
kullhadd.com
X’INHI L-INTELLIĠENZA? numri mużika
individwalità
stampi natura
relazzjonijiet
ġisem
kliem
CLAYTON CUTAJAR
B.Ed (Hons.), M.Ed. fix-Xjenzi
Il-kelma intelliġenza tintuża spiss fid-diskorsi varji tal-ħajja ta’ kuljum. Però fil-verità, x’nifhmu bil-kelma intelliġenza u f ’liema ċirkostanzi għandna nużawha? Forsi min jgħid li sabiex persuna tkun intelliġenti trid tkun brava ħafna u min jgħid li persuna trid tkun taf ħafna skola. Wisq nibża’ li l-fehma tagħna tal-kelma intelliġenza sawret il-bażi ta’ ħafna sistemi fissoċjetà u l-ħajja tagħna bħal ngħidu aħna dawk tas-sistema edukattiva. Allura persuna li m’għandha l-ebda kwalifiċi, possibbli ma jistax ikun intelliġenti? Dażgur li jista’! Mela allura d-definizzjoni tal-kelma intelliġenza hi ferm aktar kumplessa u differenti minn kemm wieħed jaħseb. Jekk wieħed ifittex ftit fuq l-internet, waħda mill-aktar definizzjonijiet komuni tal-
kelma intelliġenza hi dik li persuna tkun kapaċi tfittex u tapplika għarfien, ħiliet u kompetenzi fil-ħajja tagħha. Ovvjament, l-istituzzjonijiet edukattivi jgħinu sabiex wieħed jikseb ċertu għarfien, ħiliet u kompetenzi f ’numru ta’ oqsma, però t-tagħlim fl-iskejjel u fid-djar tagħna kemm qiegħed ikun ħolistiku? U ċerti ħiliet ta’ livell għoli qegħdin jintlaħqu u jinkisbu mill-istudenti u t-tfal tagħna? U r-riċerka x’tgħidilna dwar dan? Tajjeb inżommu f ’moħħna li fejn tidħol l-intelliġenza, hemm numru ta’ fatturi u entitajiet responsabbli fosthom ilġenituri/gwardjani tat-tfal, familjari oħrajn, l-iskejjel, ilħbieb, l-organizzazzjonijiet u entitajiet soċjali/komunitarji li t-tfal b’xi mod imissu magħhom u saħansitra kull persuna u esperjenza
li t-tfal jgħaddu minnha fit-tfulija tagħhom. Meta nitkellmu dwar l-intelliġenza, proprjament għandna wkoll nitkellmu fuq l-adulti u fuq it-tagħlim tul il-ħajja għax dan il-proċess ta’ ksib u applikazzjoni tal-għarfien, ħiliet u kompetenzi għandu jkun proċess kontinwu tul ħajjitna kollha. Il-psikologu Amerikan Howard Gardner ħareġ bitteorija magħrufa tal-Multiple Intelligences fl-1983. Gardner sostna li hemm tmien tipi differenti ta’ intelliġenzi fostna l-bnedmin li huma indipendenti minn xulxin u li jagħtu rendikont akbar tal-potenzjal tat-tfal u taladulti. Dawn l-intelliġenzi huma: Linguistic intelligence (kliem), Logical-mathematical intelligence (numri), Spatial intelligence (stampi), BodilyKinesthetic intelligence (ġisem), Musical intelligence (mużika), Interpersonal intelligence (relazzjonijiet), Intrapersonal intelligence (individwalità), u Naturalist intelligence (natura). Kull waħda minn dawn it-tipi ta’ intelliġenzi hi importanti u trid tiġi
sfruttata. Wieħed għandu jifhem li bħala bnedmin, min hu abbli f ’waħda jew f ’numru minnhom u minn hu relattivament inqas jew aktar abbli f ’oħrajn. Ejja nieħdu l-intelliġenza relatata malġisem u l-moviment; kemm -il darba smajna li xi student mhux kapaċi jissaporti wara l-bank tal-iskola però umbagħad jibbrilla f ’xi sport partikolari. Jista’ jagħti l-każ li persuna hija relattivament aktar abbli f ’ħiliet artistiċi jew f ’dawk relatati mannatura u l-ambjent. Dan kollu jurina kif il-kitba u l-qari waħedhom, għalkemm importanti ħafna fissoċjetajiet tagħna, ma jiddeterminawx kemm persuna hi intelliġenti. L-intelliġenza, kif spjegajna hawn fuq, hi ħafna aktar kumplessa u mifruxa minn sempliċiment kemm persuna għandha ċertifikati u kemm persuna tmur tajjeb fittestijiet standard li jiġu offruti fis-sistemi edukattivi. Infatti, li wieħed jilħaq ċertu livell fil-qafas tal-kwalifiki Malti, mhux garanzija li ser isib impjieg relatat. Numru
ta’ kumpaniji u entitajiet jgħammru ċertu intervisti għall-impjieg b’testijiet li jiddeterminaw numru ta’ ħiliet u kompetenzi f ’ħafna mill-intelliġenzi li semma Gardner. Allura, wieħed jistaqsi, jekk u kemm l-iskejjel tagħna qegħdin jippreparaw lit-tfal tagħna għal ħajja fisseklu wieħed u għoxrin? Ittestijiet u l-eżamijiet li jsiru, kemm huma rappreżentattivi tal-ħiliet u kompetenzi talistudenti u l-adulti fis-soċjeta’ tagħna? Jintqal li x-xjentist famuż Albert Einstein darba qal li kulħadd hu ġenju però jekk kontinwament tiġġudika ħuta bl-abilità tagħha sabiex titla’ ma’ siġra, ser jiġri li din tispiċċa tgħix ħajjitha kollha taħseb li hi stupida. Però fil-verità il-problema mhix li l-ħuta stupida jew li m’għandhiex potenzjal imma l-problema hi li tgħix f ’ambjent fejn is-sistemi soċjali u l-ħlejqa l-oħra jfaħħru u jippremjaw l-aktar lil min hu kapaċi jitla’ mas-siġar u mhux daqstant lil min hu kapaċi jleħħaq veloċitajiet għolja taħt l-ilma, fost affarijiet oħra.
22
20.11.2016
MADWAR kullhadd.com
1 WASHINGTON
FIL-QOSOR
2 1
‘TIDDEVJAX MILL-VALURI AMERIKANI’ Il-President Amerikan Barack Obama wissa lis-suċċessur Trump biex ma joqgħodx għal devjazzjonijiet ta’ valuri u normi Amerikani mir-Russja. Hu qal dan waqt taħdidiet f ’Berlin mal-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel. Iżda saħaq ukoll li għamel kuraġġ bil-fatt li Donald Trump se jinsisti fuq is-sħubija man-NATO u li ma jfixkilhiex. F’Berlin Obama tkellem dwar ir-Russja u ddeskrivieh bħala “pajjiż importanti.” Obama qal li r-Russja tibqa’ super potenza militari importanti. “Għandha influwenza fir-reġjun u għandha influwenza madwar id-dinja,” qal Obama li żied li biex insolvu ħafna problemi madwar id-dinja hemm bżonn ħidma mar-Russja. “Huwa fl-interess tagħna li naħdmu marRussja u nsibu koperazzjoni,” qal Obama.
2 NEW YORK
3 JOHANNESBURG
CLINTON TERĠA’ TITFAĊĊA
L-eks kandidata tad-Demokratiċi għall-President tal-Istati Uniti, Hillary Clinton, esprimiet diżappunt għat-telfa elettorali tas-siġġu presidenzjali Amerikan. Dan ġimgħa wara li r-Repubblikan Donald Trump sar il-President elett tal-Istati Uniti wara kampanja missielta sal-aħħar. Clinton ammettiet li l-istint tagħha wara t-telfa kien li żżomm ktieb f ’idha bħala kumpanija u ma toħroġ qatt minn darha “Li niġi hawnhekk ma kienet faċli xejn” sostniet Clinton waqt diskors li tat f ’attività taċ-Children’s Defence Fund. “Naf li ħafna minnkom preżenti hawnhekk tinsabu ddiżappuntati birriżultat, u anke jiena, iktar milli nista’ nfisser fil-kliem. Madanakollu Clinton ħeġġet liċ-ċittadini Amerikani biex ma jaqtgħu qalbhom qatt minn xejn u jkomplu jgħixu bil-valuri Amerikani li dejjem kienu fis-seħħ.
L-IKTAR IMFITTXIJA FL-AFRIKA Il-belt Afrikana Johannesburg tinsab fil-quċċata tal-klassifika tal-iktar destinazzjoni Afrikana popolari għar-raba’ sena konsekuttiva. Dan skont indiċi mill-Mastercard Global Destinations Cities għall-2016. Sal-aħħar ta’ din is-sena Johannesburg se tkun laqgħet 3.6 biljun turist. Żieda ta’ 6.2% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Huwa stmat ukoll li 1.4 biljun se jkunu żaru l-Kajr fl-Eġittu, filwaqt li Cape Town u Casablanca fil-Marokk isegwu fil-lista, b’miljun u 831,000 turist rispettivament. Dan juri kemm it-turiżmu huwa mutur ewlieni fl-ekonomija Afrikana hekk kif is-suq qed ikompli jikber. Ir-rapport jgħid ukoll li t-turisti jibqgħu jżuru dawn il-postijiet riżultat tal-faxxinu tagħhom għall-istorja u l-arkitettura fost oħrajn.
R ID-DINJA
23
20.11.2016
kullhadd.com
4
6 NEW ZEALAND
5
IL-BAĦAR TELA’ B’ŻEWĠ METRI
3
6
Il-livell tal-baħar fi New Zealand għola b’żewġ metri wara li t-terremot ta’ 7.8 fuq l-iskala Richter tal-ġimgħa li għaddiet laqat lill-pajjiż. Xjentisti qed jgħidu li qatt ma raw fenomenu bħal dan isegwi diżastru naturali. Sa nhar il-Ħamis fi New Zealend kienu qed isiru diversi landslides kawża tat-terremot bir-riżultat li 2 persuni nqatlu taħt it-tajn. It-terremot ħasad il-pajjiż nhar it-Tnejn li għadda, fejn iktar minn elf turist u residenti evakwaw il-bini u ntalbu jersqu lil hinn kemm jista’ jkun mill-kosta.
5 IĊ-ĊINA
4
L-IRAN
APPELLA GĦALL-KONTROLL FUQ L-INTERNET
JIPPERIKOLA FTEHIM TAL-ENERĠIJA Espert tal-enerġija nukleri fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda elenka li l-Iran qed jipperikola l-ftehim bejn il-poteri ewlenin fid-dinja billi ma żammx mal-limitu stabbilit fuq materjal sensittiv. L-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika, l-IAEA qalet li l-Iran qabżet il-limitu ta’ 130 tunnellata f ’dak li hu heavy water stock għat-tieni darba minn Jannar. Dan minkejja li l-pajjiż stess ppropona rimedju għall-azzjoni. Madanakollu is-sitt poteri oħrajn li ffurmaw parti mill-ftehim, inkluż l-Istat Uniti ma kkummentawx dwar l-imġiba tal-Iran. Issa qed jitqajmu mistoqsijiet dwar il-President elett Donald Trump li kemm-il darba kkritika dan il-ftehim. Pajjiżi oħrajn qed jistaqsu jekk Trump hux se jkun jista’ jżomm monitoraġġ tajjeb fuq każi bħal dawn ladarba jieħu s-siġġu presidenzjali f ’Jannar li ġej.
Il-midja Ċiniża flimkien mal-ogħla awtoritajiet qed jissieltu għal iktar kontroll tal-internet u prodotti teknoloġiċi oħrajn, wara li laqgħa bejn uffiċjali tas-sigurtà kien mimlija tensjoni dwar il-liġi tas-sigurtà online fiċ-Ċina. Il-midja Komunista fil-pajjiż qalet li għandu jitkisser ilmonopolju fuq teknoloġiji ewlenin u ma jibqgħux marbutin ma’ produzzjonijiet teknoloġiċi ta’ pajjiżi barranin. Dan kollu sar jum wara il-President Xi Jinping appella għal governanza iktar siewja tal-internet waqt il-ftuħ talKonferenza Dinjija dwar is-suġġett. Mill-2014 iċ-Ċina ospitat uffiċjali minn kumpaniji bħal Microsoft, Apple, Facebook u Alibaba bil-għan li jippromwovu l-viżjoni ideali tagħhom ta’ internet iktar ikkontrollat mill-gvernijiet.
24
20.11.2016
L-ART FERRIEĦA
MARY ISTORJA CHETCUTI MILL-
Bl-ilsien Għarbi hija Al Jaman u fiż-żminijiet imgħoddija l-Leġjunarji Rumani tawha t-titlu Latin ta’ Arabia Felix; fiż-żewġ ilsna isimha jfisser ‘Art Ferrieħa’ u bir-raġun għax firreġjun muntanjuż tagħha fejn l-art dejjem tħaddar u fertili tipprovdi u titma l-popolazzjoni li tgħix fuqha. Din l-art tinsab in-naħa t’isfel fil-punent talPeniżola Għarbija u llum nafuha bħala Jemen. Iċ-ċiviltà fil-Jemen tant tmur lura fiż-żmien li tagħmel dan il-pajjiż fost l-eqdem abitazzjonijiet fiddinja Għarbija. Madankollu, fl2008 saru sejbiet arkeoloġiċi li tefgħu dawl ġdid fuq l-istorja twila tal-Jemen. Viċin xmara ġew skavati marki tal-passi tassaqajn ta’ dinosawri; il-fatt li huma l-ewwel li qatt instabu filPeniżola Għarbija jagħmilhom aktar uniċi u straordinajri. Aktar minn elf sena qabel Kristu il-Jemen kien immexxi minn tliet renji konsekuttivi: ir-Renju ta’ Minea, Saba u l-Ħimjariti. It-tlieta li huma kienu jibbażaw l-ekonomija tagħhom fuq il-kummerċ talħwawar u tal-fwejjaħ aromatiċi fosthom il-mirra u l-inċens li kienu prezzjużi daqs id-deheb u jinbiegħu lill-Eġizzjani, lillGriegi u lir-Rumani tal-qedem. Ir-Renju ta’ Saba li dam jirrenja għal madwar 14-il seklu wettaq
ġid kbir għas-sudditi tiegħu bissaħħa ta’ dan il-kummerċ. Ilħlas li kienu jdaħħlu minn dawn il-ħwawar serva sabiex saru ħafna proġetti infrastrutturali li minnhom gawda l-poplu. Struttura partikolari kienet iddiga ta’ Ma’rib, proġett li sar fit-8 seklu qabel Kristu sabiex jitwassal l-ilma għal medda enormi ta’ art agrikola. Maż-żmien, il-Jemen inħakem mill-Imperu Ruman u aktar tard, madwar is-sena 400 u 600 wara Kristu ġie okkupat, l-ewwel mir-Renju Kristjan talAbbisinja (illum l-Etjopja) u mbagħad mill-Persjani (Iranjani tal-qedem). Il-qawmien ta’ twemmin relattivament ġdid, ċjoè l-Islam, beda l-firxa tiegħu fil-bliet ta’ Mekka u Medina imma ma damx ma wasal fil-pajjiż ġar tal-Jemen; dan kien fis-7 seklu wara Kristu u għaldaqstant il-poplu tal-Jemen kien minn tal-bidu li ħaddan din il-fidi u pparteċipa fl-armata Iżlamika li ġriet u wettqet konverżjonijiet mal-erbat irjieħ tad-dinja Għarbija. Sadanittant it-tmexxija tal-Jemen inbidlet f ’Kalifati mmexxija minn imam fosthom iż-Żajdi, reliġjużi Xi’ti, li damu fix-xena politika talpajjiż saż-żminijiet moderni. L-Imperu Ottoman ħataf il-Jemen taħt idejh fl-1538 iżda r-relazzjoni bejn ħakkiem
u maħkuma kienet waħda mqallba tant li kważi seklu wara l-Ottomani tkeċċew miż-Żajdi. Kemm damu taħt l-Ottomani, l-Jemeniti tgħallmu jikkultivaw il-pjanta tal-kafè u l-kummerċ ta’ din ix-xarba popolari poġġa l-belt ta’ Al Mukha (Moka) fuq il-mappa internazzjonali bħala l-aktar port importanti fin-negozju tal-kafè. Madankollu parti kbira mill-pajjiż speċjalment ir-reġjun muntanjuż kien iżolat wisq u baqa’ maqtugħ minn dinja li kienet qabdet tipprogressa industrijalment u teknoloġikament. Meta fl-1839 truppi Brittaniċi ħatfu l-Port ta’ Aden finnofsinhar tal-Jemen u għaxar snin warajhom l-Ottomani reġgħu tefgħu saqajhom fittramuntana tal-Jemen, dal-pajjiż ġarrab qasma li maż-żmien kellha konsegwenzi koroh għall-poplu ċittadin. Iż-żewġ potenzi ħakkiema espandew itterritorju tagħhom u saħansitra ħolqu fruntieri bil-konsegwenza li l-pajjiż beda jissejjaħ Jemen ta’ Fuq u Jemen t’Isfel. L-Ottomani reġa’ kellhom taqbid kbir malkapijiet Żajdi u wara għadd ta’ rvellijiet, fl-1911 l-imperu ħakkiem ikkonċeda awtonomija liż-Żajdi fuq parti kbira millJemen ta’ Fuq. L-alleanza Torka mal-Imperu Ġermaniż u Awstrijak fil-Gwerra l-Kbira ġabet il-waqa’ tal-Imperu Ottoman wara t-telfa kbira li ġarrbu l-alleati tiegħu fl-1918. Il-Jemen ta’ Fuq kompla jitmexxa minn kapijiet reliġjużi (imam) li kkonċentraw it-tmexxija tagħhom fil-
preservazzjoni tal-kultura Iżlamika fi żmien meta d-dinja kollha kienet għaddejja minn taqlib soċjali, politiku u kulturali enormi. Gruppi mis-soċjetà li ma qablux mattmexxija ultra-konservattiva tarreliġjużi organizzaw ruħhom f ’movimenti għal-liberazzjoni u wara diversi attentati fl-1948 u fl-1955 fejn inqatlu l-imam u wara aktar ġlied finalment ġiet iddikjarata r-Repubblika Għarbija tal-Jemen fl-1962. Imma l-inkwiet ma waqafx u fis-snin sittin faqqgħet revoluzzjoni u bdiet gwerra ċivili li, bl-indħil tal-Eġittu fuq in-naħa tar-revoluzzjonarji u l-Arabja Sawdita fuq in-naħa konservattiva, damet tkaxkar sas-snin sebgħin. Kif bdew jibirdu l-irjus sħan, fl-1974 l-armata mexxiet kolp ta’ stat u l-Kurunell Ibrahim al Ħamdi għamel ruħu president. Al Ħamdi ġie assassinat fl-1977 u s-suċċessur tiegħu nqatel sena warajh. Posthom ħadu l-Kurunell Ali Abdullah Saleh li mexxa l-Jemen ta’ Fuq bħala president u kap tal-armata mill1978 sakemm seħħet l-għaqda mal-Jemen t’Isfel fl-1990. L-istorja tal-Jemen t’Isfel hija kemxejn differenti għalkemm mhux inqas imdemmija minn dik tat-tramuntana tal-pajjiż. Taħt ħakma Brittanika Aden sar l-aktar port strateġiku meta fl1869 infetaħ għall-ewwel darba il-Kanal ta’ Swejz. L-Imperu Brittaniku ħa ħsieb li jagħmel alleanzi mat-tribujiet kollha talJemen t’Isfel sabiex isaħħaħ iddifiża fl-eventwalità ta’ invażjoni Ottomana mill-Jemen ta’ Fuq.
kullhadd.com
Fl-1937 il-Jemen ġie ddikjarat Protettorat ta’ Aden u aktar tard sar Federazzjoni talArabja t’Isfel, imma fis-snin sittin il-Front Nazzjonali talLiberazzjoni beda sensiela ta’ protesti u rewwixti għallħelsien minn taħt il-ħakkiema. Fl-1967 il-Front ħataf ittmexxija f ’idejh u ddikkjara l-pajjiż Repubblika tal-Poplu; il-Brittaniċi ma kellhomx għażla oħra għajr li jniżżlu s-siparju imperjali fuq din l-art Għarbija. Il-gvern għadda minn id għalloħra sakemm fl-1970 il-pajjiż għadda taħt tmexxija Marxista bħala Repubblika Demokratika tal-Poplu. L-alleanza u l-influwenza Sovjetika għamlet il-Jemen t’Isfel l-uniku pajjiż Għarbi li ħaddan politika Komunista. Għalkemm qabdu toroq politiċi differenti ż-żewġ naħat tal-Jemen bdew kuljum iħossu l-bżonn ta’ aktar koperazzjoni ekonomika u amministrattiva bejniethom. Fl-1989 il-kapijiet ta’ Fuq u t’Isfel iltaqgħu u ħejjew ftehim ta’ unifikazzjoni. Fit-22 ta’ Mejju, 1990 seħħet l-għaqda tant mistennija u mixtieqa miżżewġ naħat u l-Jemen reġa’ sar pajjiż sħiħ bħala r-Repubblika tal-Jemen. B’ħilet ir-Rebbiegħa Għarbija tal-2011 il-popolazzjoni talJemen niżlet fit-toroq titlob riformi kostituzzjonali u ċivili. Sfortunament il-protesti nbidlu fi gwerra ċivili, b’indħil sfaċċat barrani, li qed tikkawża mwiet, tbatija u ġuħ fuq ċittadini innoċenti li jixtiequ biss jaraw lil pajjiżhom jerġa’ jsir ‘L-Art Ferrieħa’.
25
20.11.2016
kullhadd.com
reċensjoni tal-
KTIEB
MARTA BINT ID-DEFFIEN TAL-PESTA F’maltempata qawwija fil-lejl tal-15 ta’ Frar Sidor il-baħri jiġi offrut somma flus għal biċċa xogħol u jiskopri li kellu jidfen katavru. Il-qattiel jinduna li l-mejjet ma kienx il-vittma li tassew xtaq joqtol. Sidor jibqa’ jgħix fil-biża’ li jitqies bħala kompliċi f ’dan l-intriċċ. Fuq l-ixprunara Enrichetta tal-Kaptan Nerik Mazara jittella’ priġunier li juri li jaf lil Sidor u minħabba fih Sidor ipatti qares, tant li jsir
jobgħod lill-imgħallem tiegħu, u minn hawn jinbet ħafna inkwiet bejniethom. Marta, bint Sidor, u Luċjanu, iben Nerik, isiru jħobbu lil xulxin minkejja li l-ġenituri tagħhom jagħmlu minn kollox biex din l-imħabba tisfaxxa. Ġovanna, bint Nerik, tinsab misruqa u maqfula f ’sotterran fi Sqallija. Sidor isibha, iżda meta hu u missierha jmorru għaliha ma jsibuhiex hemm. Sidor jispiċċa fil-ħabs talInkwiżitur, iżda bintu Marta
jirnexxilha teħles lil Ġovanna u lilu. Iżda kif tispiċċa Ġovanna? U xi jsir mit-tarbija tagħha? Fin-nofs jidħol dejjem Makarju, assassin u viljakk. Taħt il-figura falza talġardinar tal-Ħakem jiġi Malta biex iwettaq vendetta millgħedewwa tiegħu u jnibbet il-mibegħda f ’Sidor lejn ilKaptan Nerik u familtu. Iżda min hu fil-verità Makarju? U għaliex jaħbi l-identità proprja tiegħu?
għadajjar u lanqas tax-xita qawwija li kienet nieżla. Kien jidher aktarx beżgħan li xi ħadd ġej warajh, għax kull tant passi kien jieqaf, jagħti ħarsa warajh u jkompli jimxi. Meta dan lewa l-kantuniera biex jinżel ix-xatt, lemaħ quddiemu lil Dun Franġisk Azzopardi, dak iż-żmien kappillan tal-Isla (u li kien miet fil-pesta, kif għad ngħidu ’l quddiem). Waqqfu u minn taħt l-ilsien staqsieh fejn joqgħod Sidor il-baħri. It-twajjeb kappillan, mingħajr ma daħħal l-ebda suspett ħażin f ’rasu, fiehmu malajr fejn joqgħod Sidor. L-ieħor irringrazzjah bilħatfa u kompla sejjer igħaġġel fejn urieh il-kappillan, u wara li ta ħarsa twila madwaru u kien żgur li ħadd mhu
jarah, ħabbat tliet taħbitiet bil-għadam ta’ subgħajh u qagħad jistenna min iwieġbu. Fi Triq is-Sirena, għax hemm kien joqgħod Sidor ilbaħri, l-ebda ruħ ma kienet tidher. Dak il-bniedem, li kien jidher donnu fuq in-nar, reġa’ ħabbat għat-tieni darba aktar qawwi, u hawn, malinbiħ tal-kelb li minn ġewwa beda jinbaħ, instemgħat ilvuċi ta’ Sidor, tistaqsi, “Min hemm?” Għal din il-mistoqsija, l-istranġier ressaq fommu lejn it-toqba tal-muftieħ u wieġbu, “Jien, jien, Sidor, iftaħ.” “Min int u xi trid dal-ħin?” reġa’ staqsa Sidor. “Inżel iftaħ u tkun taf. Jien ħabib tiegħek,” wieġbu millistess toqba l-istranġier.
SILTA MILL-KTIEB Kienet lejla mill-eqqel tax-xitwa. Ix-xita kienet bdiet nieżla minn xi tliet sigħat qabel inżul ix-xemx, akkumpanjata minn beraq u ragħad u kultant xi sajjetta wkoll. Ftit wara l-ħdax ta’ billejl, meta fit-triqat kollha tal-Isla l-ebda ruħ ma kienet tidher, ħlief xi ġendarm imrekkem wara xi bieb għall-irdoss, deher dieħel mill-bieb talIsla għat-triq ta’ San Ġużepp bniedem imdawwar f ’mantell kbir u kappell mgħaddas sa widnejh, b’mod li minn ġismu kollu ma kinux jidhru ħlief għajnejh biss. Dan il-bniedem kien jidher li ġej minn xi triq twila, għat-titjir tat-tajn li kellu fi ħwejġu. Iżda hu l-ebda kont ma deher jagħti, la tal-
Mistoqsija: X’kien jismu l-Kappillan?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Marta Bint id-Deffien tal-Pesta. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 27 ta’ Novembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Stejjer Ma Jitwemmnux huwa: C.AXIAK - Birkirkara
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
04
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000
Mistoqsija: Mil-liema pajjiż ġej Ali Ferzat? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:
Indirizz:
26
20.11.2016
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000 Isem: Indirizz:
C.CAUCHI - Il-Mellieħa
TISLIBA 149
Mimdudin:
Bi 3 Numri 000 042 133 357 362 405 433 444 454 476 563 596 597 602 614 615 636 644 646 740
746 750 781 794 854 904 914 930 943 994 B’4 Numri 0298 0381 0682 0706 1107 1660 2118 2352 2722
2966 3312 3559 3935 4335 4408 4589 4679 4738 5357 5597 5649 5673 6255 6379 6392 6532 7436 7550 7594 7797 8068
8140 8168 8187 8807 9124 9470 9625 9731 9941 B’5 Numri 15560 35377 B’6 Numri 094066 146406 206637 237665 266583
273650 357273 588535 638614 639756 886172 896084
Bi 8 Numri 67019417 84895046
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
1. Kompli l-qawl: ....... tas-sultan titħallas b’dundjan (5) 4. Niexef (4) 7,11. Għandhom reputazzjoni li jibilgħu! (4) 9,15. Tagħmel in-negozju din (9) 10. Klieb (6) 12. Iħallas? (6) 16. Rest in Peace (1,1,1) 18,17. Ajruplani (5) 19. Mingħajr (3) 20. Ara 3 21. Paul Urpani Pisani (1,1,1) 23. Ara 12 wieqfa 24. Mhix qasira (5)
Weqfin:
1. Qam kmieni (6) 2. Ġurnata (3) 3,20. Din mill-Afrika ta’ Fuq (8) 5. Stazzjon tar-radju u tv (3) 6. .........ology, żgur li bi tlieta! (3) 8. Użat? (9) 11. Ara 7 12,23. Għal ritratt? (6) 13. Arja Ingliża (3) 14. Inaqqas (6) 15. Ara 9 17. Ara 18 21. Wieħed Ingliż minn 10 mimduda (3) 22. Toqol? (3)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: Weqfin: 1.Tetnu, 4,Jiem, 7,21 mimduda.Rabat, 10.Itaffi, 12.Xalata, 16.USA, 18,21 wieqfa. Akbar, 20.Siket, 24.Ardit
1.Tmissu, 2,23.Tpartat, 3.Uri, 5,9.Irfina, 6,11.Msida, 8.Attakkata, 12,22.Xatba, 13.LAI, 14.Attard, 15.Sikwit, 17,19. Statwi
27
20.11.2016
kullhadd.com
AVVIŻI KLASSIFIKATI
expresswatchrepairs.com jew irrikorru 110, Triq ilInvestigazzjoni privata: Kungress Ewkaristiku, ilżwiġijiet, għerusija u Mosta. Ċempel 2141 7235. relazzjonijiet oħra, DNA forensic tests, tfal maħtufin minn Malta, każijiet ċivili, XOGĦOL U każijiet oħra fil-Qorti, MANUTENZJONI problemi f ’kumpaniji jew negozju. Nagħmlu Installazzjoni u tiswija ta’ xhieda fil-Qorti. Naħdmu aerials tat-televiżjoni. Offerti f ’Malta u anke barra. Għal vantaġġużi fuq sistemi tasappuntament ċemplu satellita u fuq l-Android TV 7959 0000. Email: info@ Boxes. Ċempel fuq 2148 privateinvestigationmalta. 6211. com Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, Care and Cure Group kanali tal-ilma, ċangatura Ltd: infermiera mħarrġa, qadima jew ġdida, kantun caring assistants, nannies, nies qadim, lavur ta’ kull tip. imħarrġin biex iżommu Ċempel lil Jason fuq inkumpanija, għajnuna fid- numru 2143 2352 jew 9947 djar u night sitters. Servizz 7167. ta’ 24 siegħa, Għandna wkoll għall-kiri: wheelchairs, Għal kull tip ta’ problema hoists, commodes, walking ta’ moffa jew bjut jagħmlu aħna għandna frames u hospital beds. Għal l-ilma aktar informazzjoni ċempel s-soluzzjoni. Nispeċjalizzaw fuq dawn in-numri: 2137 f ’waterproofing membrane u liquid membrane fuq bjut, 6946/9947 0178. appoġġi, btieħi, basements, eċċ. Nużaw materjal ta’ kwalità kollu ċċertifikat b’10 VAKANZA snin garanzija. Għal stima Qed infittxu operaturi ta’ b’xejn ċempel 7908 6715. krejnijiet b’esperjenza li jkollom il-liċenzja speċjali. Tiswija u installazzjoni ta’ Ċempel fuq 99472475 għal estensjonijiet tat-telefowns għal kull tip ta’ linji fissi. iżjed dettalji. Ċempel fuq 7993 0419. Jinħtieġu ħaddiema fuq bażi part-time biex jagħmlu t-tindif f ’dar tal-irtiri. Tel AVVIŻI OĦRA 2276 0000 Paul & Waters – The Perfumery. Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, oriġinali u AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ bl-orħos prezzijiet f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul & Aħna nixtru kollox, bħal Waters – The Perfumery. Ilgħamara, fajjenza, arloġġi, ħwienet tagħna tal-Fgura, ilfigurini, muniti, midalji, Mosta, Ħal Qormi u Raħal u kull ħaġa oħra tad-dar. Ġdid ikunu miftuħin kuljum Ċemplu fuq 2147 0128/2123 mid-9.00am san-12.30pm 7597/9986 9519. u mill-4.00pm sas-7.00pm. Paul & Waters Free Delivery Għandna varjetà kbira ta’ Service. Ċempel 2766 3361. arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, AGR AUTO JAPANESE Esprit, Festina u Q&Q. PARTS għall-karozzi: Issibilna wkoll arloġġi Inbigħu kull tip ta’ parts ta’ mal-ħajt, żveljarini u ta’ karozzi Ġappuniżi selezzjoni ta’ cuckoo clocks u Koreani, fosthom Kia, mill-Black Forest. Noffru Toyota, Isuzu, Daewoo, servizzi rigward tiswija ta’ Mitsubishi, Honda, Subaru. kull tip ta’ arloġġ kif ukoll Huma wkoll importaturi nibdlu batteriji, ċineg, ta’ żjut u air filters, shock naqtgħu kull forma ta’ absorbers, brake pads, clutches, ħġieġa, eċċ. Għal dawk eċċ. Parts ġenwini. Għal l-arloġġi tajbin għall-ilma, aktar informazzjoni ċempel noffru s-servizz ta’ water 2144 6839 jew 9947 4504. pressure test waqt li tistennew Fax: 2147 0295. Email: għalih. Nispeċjalizzaw ukoll alex@agrautoparts.com fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ clock. It- Nigret Night Club and tiswija hija bil-garanzija. Restaurant, Labour Ave, Għal aktar informazzjoni ir-Rabat, Malta. Naċċettaw żur is-sit: www. riservazzjonijiet għal coffee SERVIZZI
mornings, lunches u dinner dances u kull okkażjoni oħra. Miftuħin fil-weekends, lejla Maltija b’differenza kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt mużika għal kulħadd ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. Naċċettaw riservazzjonijiet għal kull okkażjoni. Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www. nigretnightclub.com jew www.nigretnc.com Quddiesa kull nhar ta’ Tnejn matul ix-xahar ta’ novembru fil-kannierja tal-Patrijiet Kapuccini, il-Floriana. Fis-6.00 p.m. jibda r-ruzarju u fis-6.30 p.m. tohrog il-quddiesa. TALBA LILL-ISPIRTU S-SANTU: Int li ssolvi l-problemi kollha, dawwal it-toroq kollha tiegħi biex
nikseb dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don divin biex naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mument ta’ ħajti tkun maġenbi. F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma mill-ġdid li qatt ma ninfired minnek, anke quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek fil-glorja ta’ dejjem. Grazzi għall-ħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni. Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem it-talba tkun maqlugħa, anke jekk għallbidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata mill-ewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet.
tas-sema Int xebba u omm tarbija Kewkba tal-baħar. Għinni u urini li inti ommi. O Mqaddsa Marija Omm Alla, Reġina tas-sema u tal-art. Bl-umiltà kollha, nitolbok minn qiegħ qalbi biex tieqaf miegħi fil-ħtiġijiet tiegħi. M’hemm l-ebda qawwa li ma tmilx quddiemek. Urini li inti ommi. O Marija mnissla mingħajr tebgħa. Itlob għalina li qed induru lejk. O Mqaddsa Marija nafda f ’idejk dawn it-talbiet tagħna. L-isbaħ fjura talGħolja tal-Karmelu, O Madonna, l-isbaħ fjura tal-Karmnu Grazzi tal-ħniena tiegħek lejna. Ammen Din it-talba għandha tingħad TALBA LILL-MADONNA għal tlett ijiem u wara li tinqala’ l-grazzja, (Li Qatt Ma Falliet) għandha tkun Fjur tal-Karmelu, dielja it-talba bil-frott mogħnija. Dija ippubblikata.
28
20.11.2016
kullhadd.com
VOT IEĦOR TA’ FIDUĊJA EDITORJAL
Maħruqin b’dan, spiċċaw jużaw lill-bloggers tagħhom biex saħansitra għajru lil Juncker sakranazz
“Remarkably well-prepared”. Kliem Jean Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, wara laqgħa li nżammet bejn il-Kabinett talMinistri Maltin u l-Kulleġġ tal-Kummissarji Ewropej bi tħejjija għall-Presidenza Ewropea Maltija li se tibda fil-bidu tas-sena 2017. Kliem ta’ fiduċja f ’Malta, l-iżgħar pajjiż tal-Unjoni Ewropea, iżda pajjiż li għandu ambizzjonijiet ferm akbar mill-kobor ġeografiku tiegħu. Fiduċja li mhux biss ġejja mill-Istituzzjonijiet Ewropej, mhux biss mill-Aġenziji ta’ Kreditu u minn investituri li ma jħarsu lejn wiċċ ħadd, li m’għandhom minn ħadd, li jħarsu biss b’mod oġġettiv, iżda fiduċja li ġejja min-nies. Il-familji Maltin u Għawdxin u n-negozji jafu li għalkemm għad fadal xi jsir, xorta waħda jafdaw lil dan il-Gvern, għax hemm pjan, pjan li bih jafu fejn iridu naslu. Kliem Jean Claude Juncker, li ġej mill-Partit Popolari Ewropew, l-istess Partit li miegħu hemm affiljat il-Partit Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil, inissel u jikkonferma
mhux biss il-fiduċja fil-Gvern ta’ Joseph Muscat u fil-pajjiż b’mod inġenerali, mhux biss jafferma r-relazzjonijiet eċċellenti u r-rispett li dan ilGvern għandu mal-qalba talKummissjoni, iżda fuq kollox ixejjen għalkollox il-kritika distruttiva u negattiva talOppożizzjoni Nazzjonalista. David Casa ddikjara f ’Awwissu 2016 li t-tħejjijiet għall-Presidenza Ewropea 2017 kienu dilettanteski. Xahar wara qal li l-Gvern qed jimmina l-Presidenza ta’ Malta. Illum, Juncker, li bħalu ġej mill-PPE, qal bil-pulit li kien qed jgħid il-ħmerijiet. L-istess Casa kien qal fuq l-istazzjon nazzjonali li kien se jappoġġja l-kandidatura ta’ Leo Brincat għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri, dikjarazzjoni li kien għamel fuq il-programm Xarabank, iżda kulħadd jaf x’ġara wara. Filwaqt li l-Oppożizzjoni qed tagħmel minn kollox biex tipprova titfa’ dell ikrah fuq il-Presidenza, għax mingħaliha li se tipprova tagħti xi gambetta lill-Gvern, min verament qed jissorvelja x-xogħol li qed isir qed
ifaħħar il-preparazzjonijiet li qed isiru. Naturalment, dan ma tantx niżel tajjeb ma’ dawk f ’Tal-Pietà li fid-29 ta’ Frar qablu f ’laqgħa interna li jagħmlu kemm jista’ jkun ħsara lill-pajjiżna barra minn Malta. Għax fi kliemhom b’hekk biss jista’ jmajna xi ftit ir-ritmu ekonomiku li qbadna. Però sa issa, għalkemm xi girfa ’l hemm u ’l hawn jaf iħallu, il-pjan tagħhom ma ħadimx. U maħruqin b’dan spiċċaw jużaw lill-bloggers tagħhom biex saħansitra għajru lil Juncker sakranazz. Juncker tkellem ukoll fuq ilfatt li huwa jinsab ċert li mhux biss il-preparazzjonijiet qed isiru sew, iżda li effettivament il-Presidenza Maltija se twassal għal titjib fl-aġenda Ewropea, diskussjonijiet li mistennija jsiru fuq l-immigrazzjoni, il-politika barranija tal-UE u l-qgħad fost iż-żgħażagħ fost temi oħrajn. Il-fiduċja iżda tmur lil hinn ukoll minn dak li qal Juncker, hekk kif din ilġimgħa wkoll kien approvat il-baġit imressaq mill-Gvern Laburista ftit tal-ġimgħat
ilu, baġit imballat b’mizuri soċjali li se jgħinu lin-nies li l-aktar li għandhom bżonn għajnuna u attenzjoni, baġit li se jkun qed jgħin biex ikun eradikat il-faqar minn pajjiżna. Il-Kummissjoni ma qalitx lill-Gvern biex jaqta’ €40 miljun mill-baġit ippreżentat, mill-edukazzjoni u s-saħħa kif qalet tagħmel lill-Gvern Nazzjonalista, ma daħħlitx lill-pajjiżna fi proċedura ta’ defiċit eċessiv għax ma laħaqx mal-miri fiskali li poġġa quddiemu huwa stess kif għamlet lillGvern Nazzjonalista, iżda approvat dan il-baġit li se jkun qed jagħmel id-differenza bil-fatti. Illum huwa ċar aktar minn qatt qabel id-differenza bejn min m’għandux xi jgħid ħlief li jkun negattiv u distruttiv u minn verament qed jaħdem u qed inissel l-ottimiżmu mhux biss fost in-nies, iżda anke fost min forsi qabel kien xettiku dwar pajjiżna tant li ma konniex fdati li naslu ekonomikament minħabba deċiżjonijiet żbaljati ta’ Gvern preċedenti. Illum hawn ilfiduċja f ’Malta u l-Maltin.