Ħarsa lejn Ir-rinnovazzjoni tar-Residenza San Vinċenz de Paule
www.kullħadd.com Il-Ħadd, 20 ta’ Diċembru, 2015
Ara paġna 5
Ħarġa Nru 1,171 Prezz €1
SFIDI FIL-PARLAMENT IL-ĠDID
756 INĊIDENT KAWŻA TAL-ALKOĦOL
TOBBA U PSIKJATRI KONTRA L-KONVERŻJONI
Il-bidu dejjem iebes, jgħid il-Malti. Xejn inqas għall-membri parlamentari hekk kif din is-sena mxew għall-Parlament il-ġdid. Bla dubju li dejjem hemm lok għal titjib biex il-poplu jkun irrappreżentat bl-aqwa mod fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Kien għalhekk li din il-gazzetta ħadet il-kummenti tal-Whip Laburista Godfrey Farrugia li tkellem dwar xi nuqqasijiet li jista’ jkun hemm, xi prattiki ġodda li għadhom qed jindraw, kif ukoll x’titjib hemm bżonn li jsir.
Bejn Jannar 2012 sal-aħħar ta’ Novembru li għadda kien hemm xejn inqas minn 756 inċident li kienu kkawżati mill-alkoħol. Għajr għal din is-sena li għadha ma ntemmitx, minn sena għalloħra, f ’dawn l-aħħar erba’ snin, ma jidhirx li naqas l-ammont ta’ inċidenti ta’ dan it-tip. Madankollu, irid jingħad li ġie rreġistrat tnaqqis notevoli b’rabta mas-sewwieqa li jinqabdu taħt l-effett tal-alkoħol f ’Diċembru. Dan jawgura tajjeb għal kampanji ta’ kuxjenza li jsiru f ’dan iż-żmien ta’ festi.
Uħud għadhom tal-fehma li l-omosesswalità hija marda mentali u li din tista’ titfejjaq b’xi prattiki partikolari. It-terapija tal-konverżjoni hija prattika li tieħu diversi forom; kollha bl-iskop li persuna tibdel l-orjentazzjoni sesswali tagħha. Madankollu, diversi assoċċjazzjonijiet mediċi u psikjatriċi huma kontra tali terapija, għax minbarra li m’hemm l-ebda evidenza xjentifika li taħdem, tista’ wkoll tħalli konsegwenzi koroh fuq dawk li jippruvaw jagħmlu użu minnha.
Paġna 4
Paġna 7
Paġna 9
IL-GVERN MAR MINN FUQ
Il-kuntratt iffirmat mal-investituri tal-American University of Malta huwa wieħed li fih il-Gvern Malti mar minn fuq. It-trasferiment tal-art permezz ta’ ċens temporanju huwa marbut ma’ kundizzjonijiet stretti li jridu jiġu osservati sal-inqas dettall mill-investitur. Dan huwa evidenti mill-klawsoli ta’ dan il-kuntratt li l-KullĦadd għamlet analiżi tagħhom. Iktar minn hekk, meta dan il-kuntratt jitpoġġa f ’perspettiva, isir evidenti kemm dan mhux biss ma jmurx kontra d-dokument SPED, imma huwa ħafna iktar vantaġġjuż għall-poplu minn kuntratti preċedenti bħal ta’ Smart City. Paġni 2 u 3
02 20|12|2015
kullħadd.com
LOKALI
LENTI FUQ IL-PROĠETT TAL-AUM
RITIANNE AGIUS matulha l-Oppożizzjoni ritianne@kullhadd.com kkritikat diversi aspetti
Din il-ġimgħa l-Parlament għalaq wara sessjoni twila li baqgħet għaddejja lejl sħiħ, u li
mill-proġett tal-Università Amerikana f ’Malta. Madankollu, l-kritika tal-Oppożizzjoni kienet ikkonċen-
IL-KUNTRATT TAL-AUM: PUNTI SALJENTI
trata fuq teknikalità ta’ titlu: Università jew Edukazzjoni Ogħla, anke jekk it-trasferiment tal-art ma kienx relatat ma’ din il-kwistjoni. Kritika oħra li
saret, jew ma kinitx relatata mal-kuntratt, inkella saret b’lingwaġġ li ta impressjoni żbaljata ta’ dak li fil-fatt ġie maqbul fil-kuntratt li sar mal-investituri.
Huwa għalhekk tajjeb li wieħed jagħti ħarsa lejn il-punti saljenti ta’ dan il-kuntratt, u jpoġġi dan il-proġett fil-kuntest ta’ kuntratti oħra u regolamenti ambjentali.
Mhux bejgħ imma ċens b’kundizzjonijiet stretti
anke xi għaqdiet ambjentali kkundannaw dak li huma sejħu bħala “bejgħ ta’ art”. Din id-deskrizzjoni hija kompletament żbaljata għax f ’dan il-kuntratt ma sar l-ebda bejgħ. L-art taż-żewġ siti ngħatat b’ċens temporanju għal 99 sena, liema ċens ma jistax jinfeda jew jiġi trasferit lil terzi. Iktar minn hekk, dan iċ-ċens huwa marbut ukoll b’numru konsiderevoli ta’ kundizzjonijiet; ewlieni fosthom il-fatt li s-siti jridu jibqgħu jintużaw għal skopijiet edukattivi. Dan ifisser li l-ebda parti tas-sit mhija miftuħa għall-ispekulazzjoni, la mill-investituri Sadeen infushom, u wisq inqas minn terzi. Il-kuntratt huwa marbut ukoll b’ammont ta’ investiment u b’limitu ta’ żmien għat-tlestija tiegħu. L-investitur ikkommetta li jinvesti madwar €104,000 fit-tlestija tal-proġett, eskluż il-kirja tal-art. Il-proġett kollu jrid jitlesta fi żmien sitt snin minn meta joħorġu l-permessi neċessarji, u sentejn biex ikollu l-ewwel żewġ kulleġġi qed joperaw.
Filwaqt li l-AUM tirriserva d-dritt li toħloq kriterji għall-ischolarships, il-Gvern għandu d-dritt li jagħżel il-korsijiet għall-ischolarships u l-istudenti. L-għażla tal-istudenti għal diversi scholarships hija prattika li l-Gvern ilu jħaddem għal ħafna snin. L-investitur ikkommetta ruħu wkoll li joħloq 300 impjieg dirett fir-reġjun, u li jagħti preferenza lil dawk il-ħaddiema li qattgħu minimu ta’ tmien snin fis-sistema edukattiva ta’ Malta. Il-Gvern se jkollu wkoll id-dritt li jappunta membru osservatorju fuq il-bord ta’ trustees responsabbli mill-akkademja u l-immaniġġar.
Kemm
l-Oppożizzjoni
u
Il-Gvern għandu dritt jagħżel x’tip ta’ scholarships irid L-investitur huwa marbut ukoll li jilqa’ l-ewwel studenti fis-sena akkademika 2016, inkluż dawk l-istudenti Maltin li jirbħu scholarship. L-investitur huwa obbligat li jipprovdi lill-Gvern Malti bi scholarships li jammontaw għal minimu ta’ 1% u massimu ta’ 3% tal-popolazzjoni totali tal-istudenti kull sena.
Ħwienet marbuta biss ma’ ambjent edukattiv Impressjoni żbaljata oħra li ngħatat kienet li l-Università tista’ ssir tixbah lil xi ċentru kummerċjali. Minbarra li l-faċilitajiet anċillari kollha jridu jiġu approvati mill-MEPA, il-kuntratt jistipula b’mod ċar x’tip ta’ strutturi se jkollha din l-Università, liema strutturi huma maqsuma fi tnejn. L-ewwel sett jinkludi klassijiet, ċentri ta’ riżorsi, istitut lingwistiku, binjiet għall-amministrazzjoni, libreriji, faċilitajiet sportivi, awditorju, klinika, dormitorji għall-istudenti, akkomodazzjoni għall-istaff, u faċilitajiet oħra li jistgħu jkunu bżonjużi għall-komunità tal-istudenti u l-istaff. It-tieni sett jinkludi l-possibbiltà ta’ ristoranti, kafetteriji, lodge, klabbs soċjali, u ħwienet relatati malproġett.
LOKALI
kullħadd.com
Bi ħwienet relatati wieħed jifhem ħwienet tal-kotba, stationeries, eċċ. Rigward ir-ristoranti, il-kafetteriji, u klabbs soċjali, dawn huma normalità, anke neċessità, f ’universitajiet barranin fejn l-istudenti jkunu qed jgħixu fihom jew ’il bogħod mid-dar tagħhom u l-familja. L-Università ta’ Malta wkoll għandha kafetterija, ħanut tal-kotba, u stationery.
20|12|2015 03 Bejn dormitorji u lukanda Xi wħud staqsew ukoll jekk dan il-proġett kienx se jkun jixbah lil xi lukanda. Dan ix-xebh huwa ’l bogħod mir-realtà għar-raġuni li l-kuntratt jistipula wkoll kundizzjonijiet stretti b’rabta mal-akkomodazzjoni. L-akkomodazzjoni f ’din l-Università se tkun ristretta għall-istudenti full-time u l-istaff mingħajr eċċezzjoni: “(...) the Emphyteuta may lease parts of the Designated
IL-KUNTRATT TAL-AUM: F’PERSPETTIVA
L-għoti tal-art ma jmurx kontra d-dokument SPED L-oġġezzjoni prinċipali għal dan il-proġett kienet li parti minnu se jinbena fuq art ODZ, u li dan imur kontra d-dokument SPED. Filwaqt li fil-pjan oriġinali l-ammont ta’ art ODZ li kienet maħsuba għal dan il-proġett kienet sostanzjali, wara konsultazzjoni pubblika ġie deċiż li l-proġett jinqasam bejn żewġ lokalitajiet. Pixxina f ’Marsaskala li tinsab fi stat kemmxejn dilapidat ġie deċiż li tingħata
għall-iżvilupp tal-università, u pixxina oħra se tinbena mill-ġdid ftit ’il bogħod. Hekk l-ammont ta’ art ODZ f ’Marsaskala li kien maħsub li se jintuża fil-pjan oriġinali naqas minn 90,000 metru kwadru għal 18,000 metru kwadru biss. Mill-banda l-oħra, imħażen fis-sit ta’ Baċir Numru 1 f ’Bormla li jinsabu vojta u fi stat mitluq, se jiġu riġenerati f ’żewġ fakultajiet oħra li se jiffurmaw parti minn din l-Università. Hekk l-inħawi tal-Kottonera, li fl-aħħar snin ftit li xejn raw investiment f ’tisbiħ, se jgawdu
Land developed as residential facilities to bona fide fulltime students and/or bona fide staff.” Iktar minn hekk, il-kuntratt ta’ kirja jista’ jsir biss sena b’sena. Dan anke għax se jkun hemm biss akkomodazzjoni għal 1,000 student, bil-kumplament iridu jsibu akkomodazzjoni barra mill-Università. Il-prattika komuni hija li l-freshers, jiġifieri l-istudenti tal-ewwel sena, jingħataw iċ-ċans li jużaw id-dormitorji, im-
bagħad mat-tieni sena jsibu akkomodazzjoni alternattiva. Eskluża l-akkomodazzjoni msemmija hawn fuq, sabiex l-investitur jikri jew jagħti sub-contract għall-operazzjoni jew l-immaniġġar ta’ xi faċilitajiet anċillarji lil terzi, irid l-ewwel iġib permess mingħand il-Gvern.
wkoll minn dan il-proġett. Dawn iż-żewġ siti ntgħażlu wara proċess ta’ konsultazzjoni pubblika li qatt ma sar qabel b’rabta ma’ proġett ta’ dan id-daqs. Minn dan l-eżerċizzju rriżultaw 626 sottomissjoni; 428 minnhom validi li b’kollox kienu qed jipproponu f ’169 sit differenti. Dawk invalidi kienu jikkonsistu f ’165 sottomissjoni mingħajr alternattiva, u 33 sottomissjoni b’siti li ma jinsabux fin-Nofsinhar ta’ Malta. Tas-sottomissjonijiet validi, il-Gvern ta spjegazzjoni dettaljata ta’ kif qasamhom u għażel minnhom, u kif finalment wasal għal 12-il sit li kienu l-iktar adattati. Imbagħad, il-Gvern ta rendikont ukoll tal-evalwazzjoni li saret fuq kull wieħed minn dawn it-12-il sit, u spjegazzjoni għalfejn ma kinux ideali għall-proġett. Apparti minn hekk, ġew ikkunsidrati wkoll siti oħra proposti mid-Diviżjoni tal-Proprjetà tal-Gvern, fosthom sit f ’Ħal Tarxien li għalih għamel referenza l-Kap tal-Oppożizzjoni. Għal dan is-sit ukoll ingħatat raġuni valida għalfejn ma kienx intgħażel: “The planned road through the site would lead to its further fragmentation as well as a reduction in site area. This will prejudice the site’s suitability for a campus and should not be considered further.” Din l-evalwazzjoni ħalliet
biss żewġ siti disponibbli: il-pixxina taż-Żonqor f ’Wied il-Għajn, b’użu minimu ta’ art ODZ, u Baċir Numru 1 f ’Bormla. Dan ilproċess kollu jista’ jixhed li sar sforz konsiderevoli biex jiġu identifikati s-siti kollha disponibbli fin-naħa t’isfel ta’ Malta; li kienet l-uniku kriterja li poġġa l-Gvern. Għalhekk, id-deċiżjoni li tingħata biċċa art parzjalment ODZ fiż-Żonqor hija konformi mad-dokument ambjentali SPED, li jispeċifika li art ODZ għandha tintuża biss jekk ma jkunx hemm alternattiva oħra.
Kunsilli u għaqdiet jistgħu jużaw is-sit
Klawsola oħra interessan-
Il-valur taċ-ċens huwa 55 darba iktar minn ta’ Smart City Minkejja li ntqal li Sadeen kien irċieva “rigal” bit-trasferiment tal-art għall-proġett tal-AUM, fil-verità jirriżulta li l-valur taċ-ċens huwa kważi 55 darba iktar minn dak li ngħata minn Gvern Nazzjonalista għall-iżvilupp ta’ Smart City. Meta wieħed jikkalkula l-valur għal kull metru kwadru jsib li għall-art użata mill-AUM se titħallas medja ta’ €35.65 kull sena, filwaqt li għal Smart City titħallas medja ta’ €0.65 fis-sena. Filwaqt li fl-ewwel sena taċċens l-investitur tal-AUM se jħallas €40,000, fl-ewwel
ti fil-kuntratt hija dik li tirrigwarda lill-kunsilli u diversi għaqdiet mhux governattivi. Permezz ta’ dan ilftehim l-investitur irid jikkunsidra b’serjetà talbiet mill-Gvern biex il-proprjetà tkun disponibbli għal assoċjazzjonijiet ċiviċi, inkluż kunsilli lokali, assoċjazzjonijiet sportivi, kulturali u edukattivi, kif ukoll istituzzjonijiet oħra li jista’ jindika l-Gvern. sena, l-investitur ta’ Smart City ħallas biss €7,570. Fid-99 sena, jiġifieri flaħħar sena taċ-ċens, l-investitur tal-AUM se jħallas kirja ta’ €3.8 miljun. B’kuntrast, f ’għeluq id-99 sena mill-għoti ta’ Smart City, l-investitur tagħha se jkun qed iħallas biss €364,384. Hemm ukoll qabża kbira fl-ammont ta’ art mogħtija. Filwaqt li l-investitur talAUM ingħata 44,334 metru kwadru ta’ art tal-Gvern, l-investitur ta’ Smart City rċieva 357,762 metru kwadru ta’ art. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li dawn iż-żewġ siti ma setax isir paragun bejniethom, għax is-sit ta’ Smart City kien diġà mmarkat bħala żona industrijali għall-iżvilupp. Busuttil iżda naqas milli jgħid li parti żgħira mis-sit ta’ Smart City kienet fil-fatt ODZ; eżatt bħalma huwa l-każ tal-proġett tal-AUM.
“Fid-99 sena, jiġifieri fl-aħħar sena taċ-ċens, l-investitur tal-AUM se jħallas kirja ta’ €3.8 miljun. B’kuntrast, f ’għeluq id-99 sena mill-għoti ta’ Smart City, l-investitur tagħha se jkun qed iħallas biss €364,384.”
04 20|12|2015
kullħadd.com
LOKALI
SFIDI ĠODDA U OĦRAJN ANTIKI X’titjib hemm bżonn li jsir?
LIAM GAUCI grupp parlamentari Laburista liam@kullhadd.com illi ħassew li dan il-proġett, li Is-sena 2015 rat il-bidu ta’ era ġdida fl-istorja Parlamentari ta’ pajjiżna permezz tat-tranżizzjoni li saret għal bini ġdid b’faċilitajiet aktar moderni. Kif jaf kulħadd, din it-tranżizzjoni kienet ikkaratterizzata minn diversi kontroversji għaliex kien hemm numru ta’ rappreżentanti tal-
kien mfassar u mibdi fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista, kien joffri żvantaġġi daqs kemm kien jagħti vantaġġi. Issa li ntemm l-ewwel semestru sħiħ tal-ħidma f ’dan il-bini l-ġdid, il-gazzetta KullĦadd tkellmet mal-Whip tan-naħa tal-Gvern Dr Godfrey Farrugia illi spjegalna kif din it-tranżizzjoni affettwat il-ħid-
ma tal-Membri Parlamentari. Proċeduri antikwati Wieħed mill-punti ta’ kritika tan-naħa Laburista kien ilfatt illi, minkejja li sar investiment kbir fil-bini u l-faċilitajiet tal-Parlament il-ġdid, kien hemm affarijiet aktar fundamentali li ma kinux indirizzati. Fost dawn kien hemm l-Ordnijiet Parlamentari, illi
jirregolaw l-operat ta’ din l-istituzzjoni. Fil-kummenti li ta lil din ilgazzetta, Godfrey Farrugia spjega li dawn baqgħu l-istess minkejja li l-Gvern ilu jesiġi għal aktar minn sena u nofs li dawn jinbidlu. Madankollu, f ’dan ir-rigward l-Oppożizzjoni għadha ma laqgħetx it-talba u ma tatx ir-rispons tagħha. “L-Ordnijiet Permanenti ma jirriflettux għalkollox il-ħtiġijiet ta’ żminijietna. Ilhom ma jiġu aġġornati għal aktar minn 35 sena. Għalhekk, mill-aspett ta’ proċedura hemm ħafna x’jinbidel,” qalilna Farrugia. Fost l-oħrajn, huwa ta l-eżempju tal-bżonn li jitwaqqaf Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet biex meta l-pubbliku jressaq suġġerimenti f ’għamla ta’ petizzjoni jkun hemm l-istruttura meħtieġa ta’ verifika u twettiq. Użu ħażin il-ġodda
tal-għodod
Min-naħa l-oħra, huwa semma li s-sit elettroniku tal-Parlament issa huwa mgħammar b’sistema avvanzata li toffri servizz tajjeb, mhux biss għad-deputati, imma anki lill-pubbliku illi jkollu aċċess akbar għal-ħidma tal-Kamra. B’mod partikolari, din it-teknoloġija fetħet il-bibien beraħ u qarbet lin-nies lejn il-Parlament b’kull mezz inkluż live streaming fuq l-internet u t-televiżjoni free-to-air. Madankollu, Farrugia nnota żvantaġġ wieħed f ’dan ir-rigward. “Hemm deputati, b’mod partikolari mill-Oppożizzjoni, li qegħdin jużaw din l-għodda siewja biex jagħtu spettaklu bid-diskors tagħhom waqt id-dibatitti. Dan rajnieh l-aktar waqt il-Mistoqsijiet Parlamentari jew billi s-seduti jiġu mtawla aktar milli meħtieġ b’diskorsi li jibqgħu jirrepetu dak li jkun intqal diġà,” spjega l-Whip talGvern.
Mitlub jagħti l-parir tiegħu dwar x’jista’ jsir biex jitjiebu l-faċilitajiet tal-Parlament ilġdid, Farrugia għamel diversi osservazzjonijiet. Fejn tidħol il-Kamra tar-Rappreżentanti nniffisha huwa lmenta mill-fatt li, bil-faċilitajiet awdjo-viżivi attwali, ikun hemm okkażjonijiet meta l-Parlament jispiċċa qisu arena fejn kulħadd jinstema’ jitkellem anki meta ma jkunx on air. Dan iseħħ b’mod speċjali meta Membru Parlamentari jkun jixtieq jagħmel osservazzjonijiet ma’ sħabu tal-istess naħa tal-Kamra. Barra minn hekk, Farrugia nnota li fil-Kamra tar-Rappreżentanti hemm nuqqas ta’ spazju fejn nies tekniċi jkunu jistgħu jpoġġu biex jagħtu pariri waqt is-seduti Parlamentari. Il-Whip tal-Gvern semma wkoll li qiegħed jinħass ilbżonn li tiżdied kamra oħra fejn jiltaqgħu l-Kumitati Permanenti u jsiru laqgħat pubbliċi hekk kif, minkejja l-fatt li bħalissa hemm disa’ Kumitati, dawn għandhom biss tliet ikmamar għad-dispożizzjoni tagħhom. Forsi aktar gravi minn hekk, il-Membri Parlamentari għandhom uffiċċji illi ftit li xejn joffru privatezza u spazju. “Ninnota li ftit huma dawk il-Ministri li jużaw il-kmamar tagħhom fil-Parlament u dan minħabba li l-kmamar huma żgħar għal ċertu laqgħat u wkoll għaliex il-ħitan huma kollha tal-ħġieġ u d-diskors jinstema’,” qalilna Farrugia. Barra minn hekk, huwa spjega li s-Segretarji Parlamentari m’għandhomx uffiċini tagħhom u għalhekk kellha tinħoloq skeda ta’ timesharing. Huwa semma wkoll li hemm il-ħtieġa li l-Membri Parlamentari jkollhom bar jew vending machine fejn wieħed ikun jista’ jixtri x’jixrob jew x’jiekol. “Irrid inkun ċar; il-ħaddiema jagħmlu kull sforz biex il-magna tal-kafè tfornina, iżda dan mhux biżżejjed,” qalilna l-Whip tal-Gvern. Fuq nota pożittiva, Farrugia nnota titjib fis-sistema tas-sigurtà mmexxija tajjeb ferm mill-Pulizija, ħaġa li ma kinitx teżisti fil-Parlament l-antik. Però, huwa temm jgħidilna li bit-tajjeb u l-ħażin kollu, il-Membri Parlamentari kienu kapaċi jadattaw ruħhom għall-isfidi kollha li sabu quddiemhom. “Din il-legiżlatura qed turi li l-ħidma Parlamentari hija waħda dinamika u li qed tħalli r-riżultat mixtieq f ’termini ta’ leġiżlazzjoni u policy framework.”
LOKALI
kullħadd.com
20|12|2015 05
RINOVAR ESTENSIV FIR-RESIDENZA TA’ SAN VINĊENZ DE PAUL...
MINN SWALI DEGRADENTI GĦALL-ĊENTRU TA’ EĊĊELLENZA FIL-KURA TAL-ANZJANI GLEN FALZON glen@kullhadd.com
Matul dawn l-aħħar xhur ilGvern wettaq diversi proġetti bżonjużi fil-faċilità ta’ kura fittul ta’ San Vinċenz de Paul. Fost il-proġetti li saru f ’San Vinċenz, hemm dawk li saru fis-swali, fid-dipartimenti kif ukoll filkliniċi. Wieħed minn dawn il-proġetti huwa l-Medical Materials Management Unit, li ġie rinovat biex issa wkoll għandu sistema ta’ stock-tacking u sistema kkompjuterizzata. Għal kuntrarju ta’ dan, qabel kienet teżisti biss sistema manwali ta’ invetarju li ma kinitx kontabbli u preċiża. Iżda dan mhux kollox. Sar wkoll rinovar estensiv fis-swali ta’ St Joseph 3, St Joseph 8, St Francis 3, St Francis 4 li kienu tħallew fi stat degradanti minn amministrazzjoni preċedenti. Fil-fatt, illum il-ġurnata, dawn is-swali ġew rinovati bl-ensuites, saru b’tali mod li jkunu adattati għall-persuni li jbatu mid-dimenzja bil-privatezza li hemm bżonn kif jixraq lill-anzjani. Apparti minn hekk,
WARA
milli kieku jmorru l-isptar. Sallum, dawn il-klinici raw iżjed minn 5,000 pazjent. Infetaħ Geriatric Teaching Unit
QABEL
dalwaqt se jkun qed jibdew ix-xogħlijiet fuq St Joseph 2 u l-Kumpless Rużar Briffa kif ukoll inħareġ permess għall-kċina ġdida fejn diġà ġie ppubblikat it-tender biex is-sena d-dieħla dan il-proġett isir ukoll realtà. Infetaħ ċentru ta’ eċċellenza fil-kura tal-anzjani Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni
b’Diżabbiltà u Anzjanità Attiva, applika u uża fondi Ewropej biex ġew imħarrġa l-ħaddiema ta’ San Vinċenz de Paul fil-kura tal-anzjani. Permezz ta’ dawn il-fondi, infetaħ ċentru ta’ eċċellenza ġdid speċjalizzat fit-taħriġ fil-kura tal-anzjani. Il-kors talcare assistants f ’San Vinċenz ġie kkreditat ukoll mill-Università ta’ Malta u mill-Kummissjoni għall-Edukazzjoni Għolja. Saret ukoll ħidma fuq il-kamra
mortwarja, kamra li ma kinitx fi stat li jagħti dinjità lil dawk li ħallew din id-dinja u l-familjari tagħhom tant li ġiet żviluppata wkoll kapella u visiting rooms apposta. Infetħu kliniċi ġodda, fosthom kliniċi ta’ day care fejn jiġu jinqdew nies minn barra San Vinċenz bħal dawk fil-komunità u dawk tad-djar residenzjali. Dan sar biex l-anzjani jkollhom ċentru adattat fil-kura tagħhom u jinqdew iktar malajr
Dental
Flimkien mal-Università ta’ Malta, wara li ġie ffirmat Memorandum of Understanding bejn is-Segretarju Parlamentri Justyne Caruana u r-Rettur tal-Università, irriżulta f ’diversi proġetti. Dan hekk kif infetaħ Geriatric Dental Teaching Unit, speċjalizzat fis-saħħa dentali fejn ukoll qiegħed isir taħriġ għall-istudenti tal-Università stess. Qed isir ukoll proġett mal-istudenti tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni fejn se jsir ġnien adattati għall-persuni li jbatu mid-dimenzja biex ukoll isir tisbiħ tal-ambjenti tal-madwar is-swali. Dan ukoll wara li aktar kmieni din is-sena nfetaħ ġnien botaniku ta’ siġar endemiċi fejn fih ipparteċipaw it-tfal tal-Eko-Skola li s-Segretarju Parlamentari Caruana wkoll daħlet fi ftehim magħhom għall-kollaborazzjoni anke fil-qasam ambjentali.
“L-INDUSTRIJA TAL-MANIFATTURA GĦAD GĦANDHA POSTHA LLUM U FIL-FUTUR F’PAJJIŻNA”
Il-Ministru Chris Cardona
LIAM GAUCI liam@kullhadd.com Fi stqarrija maħruġa aktar kmieni din il-ġimgħa, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista pinġiet stampa negattiva ħafna tal-futur tas-settur tal-manifattura f ’pajjiżna u sostniet li dan il-Gvern mhuwiex qiegħed jagħmel li hemm bżonn biex din tissaħħaħ. Dan għamlitu minkejja l-fatt li r-realtà hija differenti ferm fejn fil-fatt il-manifattura bdiet terġa’ tqum fuq saqajha wara għamlet snin tmur lura bħal granċ taħt amministrazzjoni Nazzjonalista. Żieda ta’ 500 Impjieg Dwar din il-kwistjoni l-gazzetta KullĦadd ħadet il-kummenti tal-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona li spjega li “dan il-Gvern jemmen li l-industrija tal-manifattura għad għandha postha llum u fil-futur f ’pajjiżna. L-istrateġija tal-amministrazzjoni preżenti f ’dan is-settur hija intiża li tkompli tattira
aktar investiment barrani dirett ta’ valur ogħla.” Huwa saħaq li taħt Gvern Laburista, is-settur tal-manifattura kompla jingħata l-importanza mistħoqqa, kuntrarjament għal dak li kien jiġri taħt gvernijiet preċedenti. Fil-fatt, għal ewwel darba wara ħafna snin, l-impjiegi fil-manifattura reġgħu bdew jiżdiedu, fejn sa nofs din is-sena kien hemm żieda ta’ 500 impjieg. Fit-tielet kwart tal-2015 Malta kellha żieda ta’ 1.6%
fil-pagi, filwaqt li fiż-Żona Ewro t-tkabbir kien ta’ 1.4%. L-iktar żieda fil-pagi kien fil-qasam tal-industrija fejn il-Eurostat osservat tkabbir ta’ 4.3% f ’Malta, kważi darbtejn u nofs tal-medja fiż-Żona Ewro. Iż-żidiet fil-pagi qed iseħħu l-aktar fis-settur privat, inkluż fil-manifattura. L-andament tajjeb fil-kummerċ intern qed ikun kumplimentat b’żidiet fil-produzzjoni industrijali, li hija intiża l-aktar għall-espor-
tazzjoni. Mill-bidu tal-2015, il-produzzjoni industrijali dejjem kienet ogħla mill-istess xahar ta’ sena qabel. F’Settembru, il-produzzjoni industrijali kienet 3.5% ogħla mill-ammont osservat sena ilu. Iż-żieda reġistrata sa Settembru kienet osservata minħabba tkabbir fil-produzzjoni ta’ prodotti intiżi għall-konsum. Il-produzzjoni f ’dan is-settur, kif ukoll fl-enerġija, għoliet b’14.5% u 1.7% rispettivament. It-tkabbir fil-produzzjoni industrijali kien rifless fl-istħarriġ li l-Kummissjoni Ewropea tagħmel kull xahar fost l-ażjendi industrijali f ’pajjiżna. Dawn kienu rrappurtaw li l-qagħda tagħhom hija tajba u li se jkunu qed iżidu l-ħaddiema fix-xhur li ġejjin. Roħs u inċentivi “Dan il-Gvern għaraf l-ikbar sfida għall-industrija kienu l-kontijiet tal-enerġija u ħa azzjoni immedjata b’roħs ta’ 25% minn Marzu 2015 għal dan is-settur, intervent li ħalla €50 miljun fl-ekonomija. Illum pajjiżna
għandu Gvern li mhux talli ma jkunx huwa li jagħti xokkijiet lill-industrija, imma li jaħdem biex jassigura li jkun hemm stabbiltà fil-prezzijiet fosthom tal-fjuwil u tal-gass,” tenna l-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar. Huwa qal ukoll li l-Gvern, permezz tal-Malta Enterprise, se jkomplu jsaħħaħ l-iniżjattivi favur is-settur tal-manifattura, fost l-oħrajn b’inċentivi biex intrapriżi żgħar li jikkru spazju addizzjonali mingħand il-privat għal skop ta’ manifattura, jingħataw kumpens għar-rilokazzjoni tagħhom. Il-bżonn għal dan l-intervent irriżulta min-nuqqas ta’ spazju industrijali li qed jagħmilha diffiċli għal intrapriżi żgħar fil-manifattura biex isibu spazju addattat bi prezz sostenibbli, speċjalment f ’perjodu ta’ tkabbir meta l-intrapriża tkun trid iżżid l-ispiża fl-investiment. L-għajnuna tista’ tingħata għal perjodu massimu ta’ sentejn u ma tistax taqbeż l-għaxar t’elef ewro fis-sena. Din il-miżura ser tiswa nofs miljun ewro.
LOKALI
kullħadd.com
20|12|2015 07
L-ALKOĦOL IKKAWŻA 756 INĊIDENT F’4 SNIN Minn tagħrif mogħti mill-Pulizija fuq talba ta’ din ilgazzetta, jirriżulta li minn Jannar 2012 sal-aħħar ta’ Novembru li għadda kien hemm xejn inqas minn 756 inċident li kienu kkawżati mill-alkoħol, fejn uħud minnhom kienu anke fatali. Fl-2012 kien hemm 164 inċident; fl-2013 kien hemm 222 inċident; fl-2013 ġew irreġistrati 235 inċident; u sa Novembru ta’ din is-sena kien hemm 135 inċident. Jonqsu s-sewwieqa xurbana matul il-festi Għajr għal din is-sena li għadha ma ntemmitx, minn sena għall-oħra f ’dawn l-aħħar erba’ snin ma jidhirx li naqas l-ammont ta’ inċidenti ta’ dan ittip. Madankollu, irid jingħad li ġie rreġistrat tnaqqis notevoli b’rabta mas-sewwieqa li jinqabdu taħt l-effett tal-alkoħol f ’Diċembru, jiġifieri f ’dan iżżmien tal-festi. Fl-2012 kien hemm medja ta’ 15-il persuna kull xahar li kienet qed issuq taħt l-effett tal-alkoħol, u f ’Diċembru tal-istess sena dan l-ammont żdied bi 17-il persuna. Fl-2013
Xena mill-filmat tal-kampanja #checkmate kien hemm medja ta’ 20 sewwieq kull xahar, iżda f ’Diċembru dan l-ammont żdied biss b’4 persuni. Fl-2014, imbagħad, il-medja ta’ kull xahar kienet ta’ 21 persuna, iżda f ’Diċembru dan l-ammont naqas b’ħames persuni. Dan jista’ possibbilment jawgura tajjeb għal kampanji kontra s-sewqan taħt l-effett talalkoħol li jsiru f ’dan iż-żmien tas-sena. Bħalissa għaddejja
l-kampanja #checkmate, fejn qed isir appell biex kull individwu jieħu ħsieb lil sħabu meta dawn ikunu xurbana u ma jħallihomx isuqu. Il-Pulizija dalwaqt ikollha apparat tal-breathylaser test li jinġarr magħhom Matul din is-sena s-Sezzjoni tat-Traffiku fi ħdan il-Korp tal-Pulizija waqqaf diversi
sewwieqa li dehru xurbana. Meta sar il-breathalyser test kien ikkonfermat li 29 minnhom kienu fil-fatt taħt l-effett talalkoħol. Dan l-ammont ta’ persuni ma jinkludix lil dawk kollha li twaqqfu mill-pulizija tad-distrett. Mistoqsi dwar il-proċedura attwali meta sewwieq jitwaqqaf fuq suspett li huwa taħt l-effett tal-alkoħol, kelliem għall-Pulizija spjega li s-sus-
pettat jittieħed fil-vettura tal-pulizija lejn l-eqreb għassa li jkollha l-apparat biex isir il-breathalyser test. Hekk kif it-test jirriżulta pożittiv l-individwu jiġi infurmat bl-akkużi li se jinħarġu kontrih u l-uffiċjali tal-pulizija preżenti jaċċertaw ruħhom li l-individwu jasal iddar mingħajr ma jsuq vettura. Il-kelliem żied jgħid li fil-futur qrib il-pulizija se jibdew iġorru magħhom apparat portable biex il-breathalyser test isir fuq il-post. Dwar il-pieni li wieħed jiffaċċja f ’dan ix-xenarju, ilkelliem għall-Pulizija spjega li, f ’każ li din tkun l-ewwel offiża, l-individwu jista’ jeħel multa ta’ mhux inqas minn €1,200 u/ jew priġunerija sa massimu ta’ tliet xhur. F’każ li l-individwu jkun diġà nstab ħati drabi oħra, dan jista’ jeħel multa ta’ mhux inqas minn €2,330 u/jew sentenza ta’ priġunerija ta’ mhux iktar minn sitt xhur. Minbarra dawn il-pieni, il-Qorti tiskwalifika lill-individwu li jinstab ħati milli jkollu liċenzja tas-sewqan għal perjodu ta’ mhux inqas minn sitt xhur f ’każ tal-ewwel offiża, u mhux inqas minn sena f ’każ li jkun riċediv.
LEJN ATT LI JIRRIFLETTI L-ĦTIĠIET TAL-LUM LIAM GAUCI liam@kullhadd.com
Fl-aħħar ta’ Novembru li għadda, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ikkonferma l-intenzjoni tiegħu li jaħtar Kumitat Konsultattiv biex jistħarreġ x’emendi hemm bżonn isiru fl-Att dwar l-Ilsien Malti ħalli b’hekk jissaħħaħ il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u jkun jista’ jagħmel xogħlu aħjar b’risq il-lingwa tagħna. Mill-konsultazzjoni pubblika li saret matul is-sajf tal-2015 u fil-Forum Nazzjonali ta’ Novembru ħareġ ċar il-bżonn li f ’ħidmet il-Kunsill ikunu involuti firxa usa’ ta’ nies minn oqsma differenti tal-ħajja. Għal dan l-għan, il-Kumitat Konsultattiv se jkun qiegħed jistħarreġ kif il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti jista’ jissaħħaħ billi fih, bħala korp, u l-kumitati tekniċi tiegħu, ikun hemm persuni oħrajn li wkoll jistgħu jagħtu kontribut fir-riċerka u l-pjanifikazzjoni meħtieġa għal ilsienna minbarra dawk li diġà qegħdin jagħtu sehemhom. Il-Kumitat se jitmexxa minn Dr Mario Caruana u fih, minbarra rappreżentant tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti attwali, se jkun hemm ukoll persuni kkwalifikati fl-Ilsien Malti, fit-traduzzjoni u fl-edukazzjoni. Madankollu, b’reazzjoni għal din l-aħbar, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti sostna li, minkejja li jappoġġja kull sforz ġenwin biex jissaħħaħ
il-Malti, huwa fakkar li l-Kunsill diġà għandu l-istrutturi meħtieġa biex iżid u jsaħħaħ ir-rappreżentanza fi ħdanu, u ma jarax raġuni għala għandu jintmess l-Att dwar l-Ilsien Malti biex isir dan it-tisħiħ. Diskussjoni pubblika F’dan ir-rigward, il-gazzetta KullĦadd talbet reazzjoni mingħand il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol biex tifhem aħjar ir-raġuni għalfejn ġiet adottata din il-proċedura. Kelliem għal dan il-Ministeru spjega li l-proċess ta’ konsultazzjoni fuq l-ilsien Malti kien imniedi fl-4 ta’ Lulju 2015, wara li rċieva għadd ta’ talbiet minn individwi differenti biex jixpruna d-di-
skussjoni fuq dan is-suġġett. Tul Lulju, il-Ministeru kellu laqgħat ma’ bosta persuni u entitajiet li jaħdmu fil-kamp tal-Malti, fosthom mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, liema laqgħa saret fis-27 ta’ Lulju 2015. Bi ftehim mal-Kunsill ġie deċiż li d-diskussjoni tkompli permezz tal-konsultazzjoni pubblika u bl-organizzazzjoni ta’ Forum Nazzjonali, kif jitlob l-Att dwar l-Ilsien Malti. Ir-rispons, li l-Ministeru rċieva mingħand aktar minn tletin persuna u entità, ġie ppubblikat fis-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol f ’Settembru. Imbagħad, fis-7 ta’ Novembru 2015, bi sħab mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, l-istess Ministeru organizza
l-Forum Nazzjonali tal-Ilsien Malti li għalih attendew madwar 180 persuna. L-ewwel konsultazzjoni ta’ din ix-xorta Wara l-konsultazzjoni pubblika u l-Forum Nazzjonali, il-Ministeru għall-Edukazzjoni ħass li għandu jaħtar Kumitat Konsultattiv temporanju biex jemenda l-Att dwar l-Ilsien Malti ħalli jissaħħaħ il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, bl-għan li l-Att jirrifletti l-ħtiġiet tal-lum tal-ilsien Malti. “Il-Kumitat Konsultattiv se jkun magħmul minn persuni kkwalifikati u, fost oħrajn, il-Ministeru stieden lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti biex jaħtar ir-rappreżentant tiegħu,” spjegal-
na l-kelliem għall-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Il-Kumitat Konsultattiv se jiddiskuti ma’ kull min jixtieq jagħti l-fehma tiegħu rigward l-emendi meħtieġa fl-Att dwar l-Ilsien Malti u, sa April 2016, se jippreżenta lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol abbozz aġġornat ta’ dan l-Att. Il-kelliem għall-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fakkar li l-Att dwar l-Ilsien Malti ġie fis-seħħ fl-2005. “Minn dak iż-żmien ’l hawn qatt ma saret diskussjoni jew konsultazzjoni kif u fiex setgħet tiġi rranġata l-liġi biex tirrifletti l-ħtiġiet tal-lum, filwaqt li l-aħħar Forum Nazzjonali sar f ’Novembru tal2008.”
08 20|12|2015
kullħadd.com
LOKALI
IL-GVERN KOMMESS LI L-ĦADDIEMA TAL-MRA IKOLLHOM L-ISTESS PAGI BĦAL TAL-MEPA
Wara l-laqgħa pożittiva ħafna li saret għall-ħaddiema kollha tad-Direttorat tal-Ambjent tal-MEPA, li se jibdew jagħmlu parti mill-Awtorità l-ġdida għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), din ilgazzetta hija infurmata li
l-pass li jmiss se jkun li jissieħbu magħhom il-ħaddiema ta’ dawk il-units tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi (MRA) li se jibdew jagħmlu parti mill-ERA. Huwa mifhum li, għalkemm sal-lum hemm diskrepan-
zi fil-pagi bejn il-ħaddiema taż-żewġ entitajiet, il-Gvern se jiżgura li dawk li kienu mal-MRA se jibda jkollhom l-istess pagi bħal dawk tal-MEPA. Madankollu, f ’dan l-istadju, mhu se jkunu qed jittieħdu l-ebda deċiżjonijiet li jistgħu b’xi mod jolqtu lill-ħaddiema direttament jew l-operat tal-Awtorità mingħajr ma jkunu involuti f ’kull deċiżjoni simili. Fir-rigward tal-ħaddiema tal-MRA, ġaladarba l-liġi tiġi ffirmata mill-President, il-Ministeru tal-Ambjent se jkun qed jingaġġa direttament magħhom. Barra minn hekk, il-unions tal-ħaddiema dejjem kellhom u għad għandhom linja diretta maċ-Change Management Team, biss bħalma dejjem kien u għadu l-każ, meta dawn iħossu l-ħtieġa, il-bieb tal-Ministeru dejjem miftuħ kif jafu tajjeb huma. Il-bord tal-ERA se jinħatar fil-jiem li ġejjin Issa li l-proċess Parlamentari ntemm, huwa mifhum li l-Ministeru tal-Ambjent qed jintensifika x-xogħol li ilu għaddej xhur sħaħ sabiex tissaħħaħ kemm l-infrastruttura umana tal-Awtorità kif ukoll l-ambjent u l-faċilitajiet meħtieġa biex jaħdmu
fihom il-ħaddiema tal-istess Awtorità. Fil-fatt, fil-jiem li ġejjin, se jkun qed jinħatar il-bord tad-diretturi tal-ERA, liema bord se jkun responsabbli mis-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-kariga ta’ CEO tal-ERA. Kemm il-Kap tal-Oppożizzjoni kif ukoll l-eNGOs ewlenin Maltin se jiġu mistiedna formalment biex jaħtru r-rappreżentant tagħhom. Dawn iż-żewġ nominazzjonijiet se jkunu b’żieda mal-membri l-oħra li se jkunu qed iservu fuq ilbord. Għalkemm iċ-chairman mhux se jkollu kariga eżekuttiva, se jkun Aġent-CEO sakemm issir l-għażla millbord innifsu tas-CEO ilġdid. Huwa mifhum ukoll li fil-ġejjieni qrib se jinħatar Direttur għall-Ambjent filwaqt li wara li jibda jiffunzjona l-Bord tal-Awtorità, se tinħareġ sejħa pubblika biex il-bord jaħtar l-ewwel CEO li qatt kellu l-ambjent. Dan se jkun responsabbli wkoll minn ċerti oqsma tas-settur tar-riżorsi. Jidher ukoll li saru għadd ta’ laqgħat interni bejn il-Ministeru u d-Direttorat tal-Ambjent tal-MEPA kif ukoll fi ħdan l-isteering committee bejn il-Ministeru u l-MEPA nni-
fisha. Aktar minn hekk, diġà bdew isiru xi tħejjijiet loġistiċi fejn fost it-tenders li nħarġu, diġà kien hemm dawk għal lift ġdid, li għall-ewwel darba, se jkun jista’ jintuża min-nies bi bżonnijiet speċjali, beda jitqiegħed il-cable laying għan-network equipment kif ukoll se jkun installat il-WIFI. Ħarġu wkoll tenders biex jiġu mibdulin u/jew serviced is-sistemi elettriċi tal-post, tal-arja kkundizzjonata u ġew indirizzati wkoll problemi ta’ arja ħażina li kienu qed jiffaċċjaw il-ħaddiema bix-xogħol mistenni jibda fis-sena l-ġdida. Għaddej ukoll xogħol fir-registry room, qed jingħataw laptops ġodda kif ukoll għodda oħra operazzjonali. Apparti minn hekk, inbeda x-xogħol fuq il-website content management tas-sit il-ġdida tal-ERA. Ir-reklutaġġ irranka wkoll tant li f ’dawn f ’dawn l-aħħar xhur, ġew irriklamati mal-50 post ġdid fi ħdan l-Awtorità wara li bosta ħaddiema telqu, irtiraw, marru mal-privat jew fittxew karriera differenti. L-investiment totali minn fondi tal-Ministeru tal-Ambjent innifsu jammonta għal kważi €800,000.
RAĠEL JITLEF ĦAJTU F’BARRIERA
Raġel ta’ 53 sena, residenti Ħaż-Żabbar, ilbieraħ tilef ħajtu waqt li kien qed isuq gaffa li nqalbet għal isfel. Waqt il-ħin tal-inċident ir-raġel kien qed jaħdem ġo barriera li tinsab fl-inħawi ta’ Santa Katerina fir-Rabat. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għall-ħabta tat-3.00 ta’ waranofsinhar. Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li damu ftit mhux ħażin sakemm irnexxielhom jaqilgħu lir-raġel, li ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Sorsi infurmati qalu li r-raġel probabbilment miet fgat peress li l-gaffa inqalbet rasha ‘l isfel għal ġo roqgħa tajn li kienet kemxejn fonda. Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Dr A Demicoli li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
LOKALI
kullħadd.com
20|12|2015 09
ASSOĊJAZZJONIJIET MEDIĊI U PSIKJATRIĊI KONTRA T-TERAPIJA TAL-KONVERŻJONI
jew l-espressjoni tal-ġeneru tal-individwu. Il-komunità internazzjonali ta’ professjonisti fil-qasam tal-edukazzjoni, xogħol soċjali, saħħa, saħħa mentali u servizzi psikoloġiċi ddeterminat li m’hemm l-ebda evidenza li terapija ta’ konverżjoni hi valida jew effettiva. Permezz ta’ din il-liġi, il-Gvern qed ifittex li jipproteġi dawn l-individwi minn prattiċi perikolużi billi jadotta abbozz ta’ liġi li jikkriminalizza t-terapija ta’ konverżjoni. Persuna li tipprova twettaq xi forma ta’ terapija bil-premessa li se jirnexxilha tbiddel l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna oħra, tista’ tintbagħat sa sena ħabs u tkun immultata sa €10,000. Ħafna jikkunsidraw li l-prattika li tipprova ‘tfejjaq’ is-sesswalità ta’ xi ħadd, hi xi ħaġa li ma tagħmilx sens u tagħmel id-danni, però għadha trid issir illegali f ’ħafna pajjiżi.
GLEN FALZON glen@kullhadd.com
Fil-maġġoranza assoluta tal-pajjiiżi Ewropej it-terapija tal-konverżjoni għadha mhijiex illegali, ġaladarba din l-liġi tgħaddi mill-Parlament, għalhekk Malta se tkun l-ewwel pajjiż Ewropew li se jkun qed jipprojbixxi din il-prattika. Madankollu, Malta mhijiex l-unika pajjiż fid-dinja b’din il-liġi hekk kif erba’ stati fl-Amerka, fosthom Kalifornja, New Jersey, Oregon u District of Columbia għamlu din il-prattika bħala reat. Fil-fatt, għexieren ta’ assoċjazzjonijiet mediċi u psikjatriċi Amerikani huma kontra din it-terapija tant li jiddeskrivuha bħala prattika ‘suwiċidali’. Ta’ min isemmi wkoll li fil-Parlament Ingliż mistenni jiġu kkunsidrat abbozz simili iżda l-Gvern Ingliż sostna li għalissa m’hemmx pjani li jista’ jillimita jew jagħmel illegali din it-terapija permezz ta’ leġiżlazzjoni.
Persuna għandha titħalla libera fl-orjentazzjoni sesswali tagħha
X’jgħidu wħud minn dawn l-assoċjazzjonijiet? L-assoċjazzjoni American Academy of Child Adolescent Psychiatry issostni li t-tobba għandhom ikunu konxji li m’hemm l-ebda evidenza li l-orjentazzjoni sesswali tista’ tkun mibdula permezz ta’ xi forma jew għamla ta’ terapija u tali prattiki jagħmlu ħafna u ħafna ħsara. Mhux talli hekk, talli din il-prattika tista’ twassal biex il-familja ma taċċettax lil dawn il-persuni bil-konsegwenza li jitbaxxa s-self-esteem u ġieli wkoll
Dawn huma assoċjazzjonijiet oħra li wkoll huma kontra t-terapija tal-konverżjoni: • • • • • • • • • • •
American Academy of Pediatrics American Association for Marriage and Family Therapy American College of Physicians American Medical Associatiion American Psychiatric Association American Psychoanalytic Association American Psychological Association American School Counselor Association American School Health Association National Association of Social Workers L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO)
jaslu jagħmlu suwiċidju. Aktar minn hekk, l-assoċjazzjoni tal-American Counseling Association tgħid li t-twemmin li l-ġibda lejn l-istess sess għandha bżonn il-kura tmur proprju kontra l-pożizzjoni li kienu ħadu għadd ta’ organizzazzjonijiet tas-saħħa mentali inkluż l-ACA. Dan hekk kif lura fl-1998, l-ACA kienet għaddiet riżoluzzjoni fir-rigward tal-orjentazzjoni sesswali u s-saħħa mentali fejn kienet tispeċifika li l-ACA nnifisha topponi l-idea li l-lesbjani, il-gays u l-persuni bisesswali għandhom problema mentali minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħhom. Tista’ teħel sa sena ħabs u multa sa €10,000 Intant, nhar it-Tlieta li għadda l-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli ressqet l-ewwel qari tal-abbozz ta’ liġi dwar l-affermazzjoni tal-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru u l-espressjoni tal-ġeneru. L-għan tat-terapiji ta’ konverżjoni hu li jibdlu jew irażżnu l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru
Ilbieraħ il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca kompliet bl-Istrina minn Għawdex, liema attività bdiet fit-tnax ta’ Diċembru li għadda. Il-President bi żjarat fillokalitajiet ta’ Kerċem, Munxar, Sannat, Fontana, Xewkija u Għajnsielem. F’kull lokalità, ilkomunitajiet ippreżentaw id-donazzjoni tagħhom lill-President b’risq l-Istrina 2015, liema flus jinġabru għall-Malta Community Chest Fund. L-Istrina minn Għawdex illum għada, bil-President u s-Sur Edgar Preca jkomplu jżuru għadd ta’ lokalitajiet. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Istrina se jagħlqu fir-Rabat Għawdex.
F’kummenti li tat lil din il-gazzetta, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, l-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Libertajiet Ċivili Helena Dalli spjegat li din hija realtà li persuni LGBT jiltaqgħu magħha anki f ’pajjiżna u li l-Gvern ħass li għandu jindirizza għax l-orjentazzjoni sesswali tal-individwu għandha tkun għażla libera. “Aħna nafu u professjonisti jistudjaw fuq dan u juru li t-terapija tal-konverżjoni tagħmel ħsara lil dawn il-persuni. Apparti minn hekk, għandna evidenza wkoll ta’ sitwazzjonijiet fejn saret din it-terapija li ġieli anki wasslet għal suwiċidju. Aħna qegħdin ngħidu li persuna għandha titħalla libera fl-orjentazzjoni sesswali tagħha.” It-terapija li tibdel l-orjentazzjoni sesswali, magħrufa aħjar bħala t-terapija ta’ konverżjoni, issir biex titrażżan l-orjentazzjoni sesswali tal-individwi għax hemm min jargumenta li l-orjentazzjoni sesswali hija xi ħaġa li tista’ titfejjaq. Il-Ministru Dalli spjegat li fl-istess waqt li l-liġi se tkun għall-kunsiderazzjoni tal-Parlament, se tkun għaddejja wkoll konsultazzjoni pubblika fuq dan is-suġġett li matula l-pubbliku jista’ jressaq l-opinjoni tiegħu. “Ovvjament se jkun hemm din il-konsultazzjoni pubblika sabiex min hu interessat ikun jista’ jagħti wkoll il-perspettiva tiegħu jew tagħha, ovvjament inkunu rridu perspettivi infurmati, għax din hija xi ħaġa xjentifika, li allura jkun hemm din il-konsultazzjoni aktar wiesgħa sabiex ikollna liġi aħjar,” temmet tgħid il-Ministru Dalli. Din il-konsultazzjoni pubblika mistennija tibqa’ miftuħa sal-15 ta’ Jannar li ġej.
10 20|12|2015
kullħadd.com
MIN IĦADDEM
KIF TAĦSIBHA L-ASSOĊJAZZJONI TA’ MIN IĦADDEM?
IS-SETTUR TAN-NEGOZJU U L-KONSUMATUR
Anton Vella SMEs Helpdesk Executive Malta Employers’ Association
F’dawn il-jiem ta’ festi jsir ħafna aktar negozju minn perjodi oħra ta’ matul is-sena. Huwa żmien fejn ħafna nies ifittxu l-ħwienet minn fejn jistgħu jixtru r-rigali, għall-ħbieb u għal tal-familja. Huwa perjodu fejn kull sid ta’ ħanut jieħu ħsieb li jippakkja l-ixkafef tiegħu bl-akbar ammont possibbli ta’ affarijiet sabiex meta jżuruh innies isibulu dak kollu li jkunu qed ifittxu. Żmien il-Milied huwa żmien fejn f ’Malta għadha teżisti t-tradizzjoni li jingħataw ir-rigali lil xulxin, u għalhekk huwa żmien li għalih ikun hemm stennija kbira, speċjalment mittfal. Iva, il-Father Christmas ikollu wisq x’jagħmel f ’dawn iljiem sabiex jissodisfa t-talbiet kollha li jagħmlulu l-istess tfal. Dan iffakkarni fi ħsieb imprenditorjali importanti. Ma jeżistix negozju jekk ma jkunx hawn konsumaturi, u mill-banda l-oħra ma jkollniex konsum jekk ma jeżistix settur tan-negozju b’saħħtu. Dawn it-tnejn jgħixu u jiddependu minn xulxin il-ħin kollu. Dan ifisser li s-sidien tan-negozju jridu jagħrfu jieħdu ħsieb il-konsumaturi sabiex dawn jibqgħu leali lejn l-istabbilimenti tagħhom. Iridu mhux biss joffrulhom servizz u prodotti ta’ kwalità, iżda jridu jaċċertaw li jirrispettaw id-drittijiet li l-istess konsumaturi għandhom waqt proċess ta’ xiri. Anzi, l-MEA temmen u tappella lill-membri tagħha sabiex l-employers, sidien ta’ ħwienet, imorru oltre milli tistipula l-liġi li tħares id-drittijiet tal-konsumatur, u għandhom jagħmlu ħilithom kollha sabiex jagħrfu
jiġġestixxu attività kummerċjali li tiġbed lejhom aktar klijenti. Dan jistgħu jagħmluh billi jaċċellaw fis-servizz li joffru bħala customer care, u jżommu l-wegħdiet tagħhom li jibqgħu disponibbli, anke wara li jkun sar il-bejgħ sabiex, fejn ikun il-każ, joffru wkoll after sales service tajjeb u mingħajr diffikultajiet. Huwa dan li jiddistingwi negozju minn ieħor. Huwa l-mod ta’ kif jiġi ttrattat il- konsumatur waqt il-proċess ta’ xiri. Huwa importanti li mhux biss is-sidien tan-negozju li jridu jkunu jafu kif għandhom imorru man-nies, iżda anke s-salepersons, u l-impjegati li jkollhom preżenti fl-istabbilimenti tagħhom. Anke dawn iridu jagħrfu jimxu bl-aħjar mod mal-konsumaturi. Il-konsumaturi llum għandhom l-għażla, u jekk wieħed ma joqgħodx attent malajr jitlef il-klijentela tiegħu. Huwa inutli li sid ta’ negozju jinvesti ħafna flus f ’reklamar jekk imbagħad ma jiħux ħsieb li jikkumplimenta dan l-istess reklamar b’servizz bi tbissima għall-klijenti. Mhux biżżejjed li wieħed ikollu prodotti ta’ kwalità jekk imbagħad, meta jiġi biex ibigħ, ma jibżax għall-klijenti tiegħu. Ix-xogħol tal-bejgħ, illum aktar minn qatt qabel, sar sengħa, u għalih irid ikollok ħafna paċenzja. Trid tagħraf tmur tajjeb ma’ kullħadd. Ma taffordjax tagħmel għadu mill-konsumatur tiegħek għal xejn b’xejn. L-aqwa reklam huma l-istess konsumatur u għalhekk sid ta’ negozju għandu jħares lejn il-klijenti tiegħu bħala l-aħjar mezz ta’ pub-
bliċità. Bħalissa nistħajjilkom tistaqsu lilkom infuskom: illum Anton għaliex qed jipprietka daqstant fuq ir-relazzjoni ta’ bejn is-sidien tal-ħwienet u l-konsumaturi? Iva, għandkom raġun. Illum qed nenfasizza ħafna dwar dan l-aspett għax nemmen li aktar ma jkun hawn kompetizzjoni fis-suq, aktar irid ikollna imprendituri li jispikkaw u jeċċellaw fis-servizzi li joffru lill-istess konsumaturi. Dan jgħolli l-livell tal-attività kummerċjali u b’hekk inkunu qed nikkontribwixxu sabiex, aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar ikollna settur tan-negozju b’saħħtu f ’pajjiżna. Id-drittijiet tal-konsumatur Teżisti awtorità li tirregola u tipproteġi d-drittijiet tal-konsumatur, li hija l-MCCAA. Is-sidien tan-negozji għandhom iħarsu lejn din l-awtorità bħala entità li qiegħda hemm biex tgħinhom u mhux biex ixxekkilhom f ’ħidmiethom. Din l-istess awtorit ta’ kuljum terċievi għexieren ta’ lmenti mingħand diversi konsumaturi dwar xi nuqqasijiet li, skont huma, ikunu ltaqgħu magħhom waqt il-proċess ta’ xiri. Uħud ikollhom raġun, iżda f ’ħafna mill-każijiet ikun hemm biss ċirkustanzi ta’ nuqqas ta’ ftehim li faċilment seta’ ġie evitat. L-MEA temmen li l-employers, sidien ta’ negozju, fil-maġġoranza kbira tagħhom huma imprendituri ġenwini u jafu eżattament kif għandhom imorru mal-kon-
sumaturi tagħhom. Aħna nemmnu li mhux veru li n-negozjanti huma ‘ħallelin’. Anzi, fil-maġġoranza kbira tal-bejjiegħa, insibu li hemm persuni onesti, u li għandhom intenzjonijiet tajba ta’ kif għandhom jikkomunikaw ma’ dawk li jersqu sabiex jixtru mill-istabbilimenti tagħhom. Ħafna drabi huwa n-nuqqas ta’ għarfien dwar il-liġi li tirregola d-drittijiet tal-konsumatur, kif ukoll l-attitudni ta’ wħud mill-impjegati tagħhom waqt il-proċess ta’ bejgħ, li jwassal għal xi diffikultajiet. Għalhekk huwa importanti li wieħed iżomm ruħu kontinwament aġġornat, u fejn hemm bżonn jattendi għal sessjonijiet ta’ taħriġ kemm fejn jidħol HR, customer care, kif ukoll x’għandu wieħed joffri bħala after sales service. Huwa importanti ħafna li negozju jitmexxa bi professjonalità u jiddistingwi ruħu fil-mod kif jaġixxi fil-proċess ta’ bejgħ. Fil-ġimgħat li ġejjin l-MEA ser tkun qed torganizza korsijiet speċjalizzati fl-HR, fejn jiġi spjegat kif dan l-aspett huwa importanti anke għal dawk in-negozji żgħar li forsi, sallum, l-HR (human resorces management) fin-negozju tagħhom qatt ma tawh importanza. L-appell tagħna hu li, min iħoss li għandu bżonn ikun jaf aktar dwar dan issuġġett, għandu jinfurmana minnufiħ. Nieħu din l-okkażjoni sabiex nawgura lilkom u lill-familji kollha tagħkom il-festi t-tajba u sena ġdida mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbkom.
www.facebook.com/MaltaEmployersAssociation Ma jeżistix negozju jekk ma jkunx hawn konsumaturi
Jekk tixtieq tagħmel kuntatt magħna (bħala Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem) tista’ tagħmel dan billi ċċempel 2122 2992 jew 2123 7585. Tista’ wkoll tibgħat email lil anton. vella@maltaemployers.com jew tuża t-24/7 helpline 2122 2006, billi ċċempel u tħallilna ismek biex fl-iqsar żmien possibbli nkunu nistgħu nirritornaw it-telefonata tiegħek.
OPINJONI
kullħadd.com
20|12|2015 11
L-ALLEGAT SERQ TA’ FLUS MILL-KUNSILL LOKALI TAL-BELT VALLETTA
Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL
Għaldaqstant, meta nara dan kollu, nasal għallkonklużjoni li kellu jkun il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li jiġi investigat minħabba deċiżjoni irregolari u mhux membru tal-Kunsill
Ix-xahar ta’ Diċembru ma tantx beda tajjeb għall-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Proprju fl-ewwel jiem tiegħu, qed jiġi allegat li nsterqu jew naqsu ammont konsiderevoli ta’ flus mill-uffiċċji ta’ dan ilKunsill. Dawn il-flus naqsu meta l-uffiċini tal-Kunsill kienu miftuħa u ma kien hemm l-ebda żgass. Għaldaqstant, dak li qed jiġi allegat seħħ meta fl-uffiċċju tal-Kunsill suppost kien hemm l-impjegati u, għandi nifhem, xi nies li kienu qed jinqdew. Żbalji jsiru. Inċidenti wkoll. Li wieħed jieħu ċertu affarijiet for granted ukoll. Però, li wieħed jipprova jostor ħaġa bħal din, tmur kontra kull spirtu ta’ trasparenza, iktar u iktar meta l-flus misjuba nieqsa jkunu fondi pubbliċi. Hekk kien hemm min ipprova jagħmel dwar dan il-każ, mit-tmexxija ta’ dan il-Kunsill Lokali. Waqt seduta tal-Kunsill Lokali ftit jiem wara li seħħ dan l-inċident, il-kunsilliera preżenti ġew infurmati b’dak li ġara. Dan joħroġ ukoll mid-deċiżjoni u r-rakkomandazzjoni li għamel il-Bord tal-Governanza Lokali fuq dan il-każ, fejn irrimarka li din il-laqgħa kienet seduta normali tal-Kunsill. Waqt din is-seduta, ittmexxija tal-Kunsill talbet li din il-materja tibqa’ sigrieta u mistura. Kunsillier partikolari deherlu li dan m’għandux ikun għax, kemm ir-residenti tal-Belt, kif ukoll il-pubbliku inġenerali kellhom id-dritt ikunu jafu b’xi ħaġa bħal din. Għaldaqstant, dan kiteb x’ġara fuq il-paġna tas-sit soċjali tiegħu. Meta rat hekk, is-Segretarju Eżekuttiv għamlet rapport lill-Bord tal-Governanza biex jinvestiga lil dan il-kunsillier, li ‘kixef ’ dan l-allegat serq. Wieħed tajjeb jgħid li s-segretarju eżekuttiv ta’ kunsill lokali huwa responsabbli mill-amministrazzjoni talkunsill u, għaldaqstant, l-istess Segretarju Eżekutiv li għamlet ir-rapport, kienet hi l-persuna li suppost rat li dan l-inċident ma jseħħx. Jekk kien hemm xi ħadd li kellu jiġi investigat, dan kellu jkun proprju hi, sabiex tirrispondi għal dak li seħħ u għal dak li hija responsabbli għalih. Bla ma nattakka l-istituzzjoni ta’ dan il-Bord jew lill-membri li jiffurmawh, ma nistax ma nurix in-nuqqas ta’ qbil tiegħi mad-deċiżjoni tal-istess Bord. Il-Bord qal li l-kunsillier Laburista, li ħareġ dan il-każ fil-pubbliku, żbalja u ma kienx korrett f ’dak li għamel ladarba kien hemm qbil unanimu li kollox jinżamm sigriet. Għaldaqstant, il-Kunsillier Laburista ġie ċċensurat għax l-aġir tiegħu seta’ fixkel
l-investigazzjoni tal-Pulizija. Għaliex il-Bord kien żbaljat? Fejn naqas? Nibda biex ngħid li l-Bord ma tax kas ta’ wieħed milliktar artikli importanti fl-Att tal-Kunsilli Lokali li jgħid li s-seduti tal-kunsilli huma pubbliċi u d-deċiżjonijiet talkunsilli huma wkoll pubbliċi. Għaldaqstant, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta mar kontra l-ispirtu tal-liġi u ħa deċiżjoni li jaħbi l-istess deċiżjoni u l-każ ta’ serq ta’ flus, mirresidenti tal-Belt Valletta. Dan ikompli jistona anke għax il-każ jittratta nuqqas ta’ flus ta’ fondi pubbliċi u allura l-pubbliku għandu kull dritt ikun jaf x’ ġara u x’ wassal għal dan. Irrid infakkar ukoll li kull seduti tal-kunsill għandhom ikunu miftuħa għall-pubbliku u s-sezzjoni tal-midja, filwaqt li membri tal-pubbliku għandhom dritt għall-minuti tas-seduti tal-kunsilli lokali. Għaldaqstant, għall-fini ta’ konferma u traparenza, infakkar lill-midja li ppubblikaw id-deċiżjoni talBord tal-Governanza Lokali, xi jgħid KAP 363, l-Att dwar il-Kunsilli Lokali li: 44. (1) Kull laqgħa talKunsill tkun miftuħa għallpubbliku. (2) Meta f ’laqgħa ta’ kunsill, il-kunsill jirriżolvi ruħu f ’kumitat, il-proċeduri filkumitat għandhom, għallfinijiet ta’ dan l-Att, jitqiesu bħala parti mill-proċeduri talkunsill fil-laqgħa. 45. Il-kunsill għandu, jekk hekk mitlub u mal-ħlas tal-pustaġġ u spejjeż oħra meħtieġa li jsiru għall-għoti ta’ tagħrif bħal dak, jagħti: (a) kopja tal-aġenda u kull dokument anness li jkollu x’jaqsam direttament malaġenda, kif ċirkolata lillmembri tal-kunsill; (b) dawk id-dikjarazzjonijiet jew partikolaritajiet oħra u kopji ta’ dawk id-dokumenti l-oħra li jkunu meħtieġa biex juru x-xorta ta’ xi suġġett li jkun inkluż fil-kopja ta’ l-aġenda hekk mogħtija; u
(ċ) kopja ta’ kull dokument li jappartieni lill-kunsill lokali u kull pubblikazzjoni maħruġa Artilklu 46 jagħmel anke referenza għall-mezzi talmidja fejn jgħid li: 46. Il-kunsill għandu jieħu ħsieb li jkun hemm għad-dispożizzjoni ta’ rappreżentanti tal-midja, akkreditati b’mod xieraq li jattendu biex jirrappurtaw ilproċeduri tal-laqgħa, faċilitajiet xierqa biex jieħdu r-rapporti tal-proċeduri u, mal-ħlas minn dawk ir-rappreżentanti jew ilmidja tagħhom ta’ kull spejjeż li jkunu saru, biex iwasslu dawk ir-rapporti lill-midja tagħhom. Għaldaqstant, ma nistax naqbel ma’ din id-deċiżjoni talBord li wasal għall-konklużjoni li l-Kunsill Lokali tal-Belt kien korrett li jipprova jagħlaq ħalq kunsillier tiegħu fuq kontenut ta’ natura pubblika. Xi ħaġa oħra li wkoll ma naqbilx magħha hu l-fatt li l-Bord ta’ Governanza naqas meta ma talabx spjegazzjoni mingħand il-Kunsillier Ray Azzopardi biex jiddefendi ruħu. Ma tistax tinvestiga allegazzjoni fuq xi ħadd bla ma tibgħat għalih biex jagħti l-verżjoni tiegħu. Fin-nuqqas ta’ dan, ma tistax tasal għal konklużjoni ġusta, u dan ma sarx. Dan imur kontra d-dritt fundamentali tal-persuna li tiddefendi ruħha u, tal-inqas, tkun taf li qed tiġi investigata. Ta’ min wieħed jinnota wkoll huwa l-fatt li l-minuti pprovduti mis-Segretarju Eżekuttiv mhumiex finali għax dawn għadhom mhux approvati u jistgħu jiġu emendati minn xi kunsillier li kien preżenti għas-seduta. Huwa wara dan l-istadju li wieħed jista’ jagħmel referenza għall-minuti biex jara x’ġara u mhux joqgħod fuq dak li qalet is-Segretarju Eżekuttiv, li kellha kull interess li dan il-każ ma joħroġx fil-pubbliku. Għaldaqstant, meta nara dan kollu, nasal għall-konklużjoni li kellu jkun il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li jiġi investigat
minħabba deċiżjoni irregolari u mhux membru tal-Kunsill li għamel pubblika deċiżjoni talKunsill Lokali, liema deċiżjoni l-istess Kunsill ried iżommha mistura mill-pubbliku. Lura għall-allegat serq. Nixtieq nagħmel xi mistoqsijiet lit-tmexxija amministrattiva u politika tal-Kunsill Lokali talBelt Valletta: – Fejn kienet is-Segretarju Eżekuttiv meta sar l-allegat inċident? – Min kien hemm preżenti filKunsill? – Meta kien sar l-aħħar depożitu mill-Kunsill? – Veru jew le li sa ġimgħa wara l-inċident kien għadu ma sarx depożitu l-bank tal-flus li kien hemm fil-Kunsill Lokali? – Wara kemm li ġie stabbilit li kien hemm il-flus nieqsa, ġew infurmati l-Pulizija? – X’passi ttieħdu minn dakinhar biex ma jkunx hemm ripetizzjoni tal-allegat nuqqas ta’ flus? – Għaliex ma kinux infurmati l-kunsilliera kollha bil-laqgħa tal-Kunsill li fiha ġie żvelat dan il-każ? – Għaliex l-amministrazzjoni tal-Kunsill ħasbet li għandha żżomm kollox mistur biex, skont l-istess Bord, ma jkunx hemm tfixkil talinvestigazzjoni tal-Pulizja ladarba dawn kienu diġà infurmati u qed jinvestigaw? – Is-Segretarju Eżekuttiv ġibdet l-attenzjoni li l-Kunsill ma jista’ jżomm xejn mistur mid-deċiżjonijiet li jieħu waqt seduta? Suppost din taf il-liġi sew u għandha obligu li tiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill meta jkun hemm irregolarità bħal din. Nagħlaq billi ngħid li, għassaħħa tal-argument, il-qbil li jinżamm kollox mistur ma sarx waqt is-seduta imma wara li ntemmet il-laqgħa, dan ifisser li l-ebda kunsillier ma kien qed jiddiskuti fil-vesti tiegħu bħala kunsillier għax il-laqgħa kienet intemmet. Għaldaqstant, anki jekk kontra l-liġi, ma kien marbut bl-ebda ftehim jew sigriet. Dan ifisser li s-Segretarju Eżekuttiv ma kellha l-ebda dritt li tirrapporta każ fuq xi kunsillier lill-Bord ta’ Governanza għax, jekk ilkliem ma sarx waqt seduta, hi m’għandha l-ebda jedd fuq dak li jgħid xi kunsillier jew ieħor. Dan il-fatt il-Bord ukoll naqas li jikkunsidrah. IlKunsillier Azzopardi għamel sew li espona dak li ried jaħbi l-Kunsill. Jekk kien hemm xi ħadd li kellu jiġi investigat dwar dan il-każ, bla duju ta’ xejn kellu jkun il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Nawqgura minn qabli Milied ħieni u sena mimlija ġid, hena u saħħa lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta u l-poplu Malti u Għawdxi kollu.
12 20|12|2015
kullħadd.com
OPINJONI
L-INTRAPRENDITORIJA U X’WETTAQ IL-GVERN… GOVERNANZA TAJBA SENA ILU FIL-KUNSILLI Informazzjoni miġbura minn
Stefan Buontempo Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali
Fortunatament, għandna kunsilli li qed jimirħu ’l barra minn din il-comfort zone u jesploraw modi ġodda kif jaqdu lill-komunitajiet tagħhom
Is-soltu aħna bħala pubbliku nassoċċjaw lill-kunsilli lokali mal-istess erba’ affarijiet li noħduhom for granted: l-indafa fit-toroq, il-ġbir ta’ formoli mill-bini tal-kunsill, il-permessi, il-bankini, il-bdil tal-bozoz tad-dwal tat-toroq, u forsi xi ħarġa għall-anzjani. Però, bħal donnu ninsew kemm għandna kunsilli lokali li huma kreattivi u kemm għandhom ħeġġa biex joħolqu inizjattivi ġodda għallġid taċ-ċittadin. Fortunatament, f ’dan il-pajjiż għandna kunsilli lokali li huma lesti li ma jibqgħux fil-comfort zone kkreata tul dawn is-snin li ilhom imwaqqfa l-kunsilli lokali. Comfort zone magħmula minn servizzi għall-komunità lokali u obbligi li għandhom skont il-liġi li kulma jirrikjedu huwa li l-kunsill iwettaq id-dmirijiet fdati lihom, u daqshekk biss. Fortunatament, għandna kunsilli li qed jimirħu ’l barra minn din il-comfort zone u jesploraw modi ġodda kif jaqdu lill-komunitajiet tagħhom, kif jippromovu l-bliet u l-irħula tagħhom, kemm f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ turiżmu, kif ukoll il-kummerċ. Għandna kunsilli li qed iħarsu lejn it-teknoloġija diġitali sabiex jagħmlu dan. Din it-teknoloġija hija essenzjali biex il-kunsilli jkunu aktar qrib in-nies, iżommuhom infurmati dwar xogħolhom, u jqarrbuhom lejn id-dinja diġitali. Dan il-Gvern jirrikonoxxi dan u, biex ikompli jwieżen lill-kunsilli f ’dan il-qasam, ser jintroduċi żewġ WiFi hotspots oħra f ’kull lokalità f ’Malta u Għawdex biex inkomplu nagħtu aktar aċċessibbiltà diġitali lil kulħadd. Barra minn hekk, salaħħar ta’ Jannar, kull kunsill lokali f ’Malta u Għawdex ser ikun qed jittrażmetti l-laqgħat tiegħu permezz ta’ xandir dirett permezz tal-internet. B’hekk iċ-ċittadin, mill-kumdità ta’ daru, jista’ jsegwi d-diskussjonijiet li jsiru waqt l-affarijiet li jolqtuhom direttament. Dan ifisser li minn Jannar li ġej, minbarra kuntatt dirett mal-Parlament, iċ-ċittadin ser ikollu kuntatt kontinwu wkoll mal-kunsill tiegħu. Is-sens ta’ intraprenditorija u l-kreattività huma kwalitajiet ta’ min jammirahom, ifaħħarhom u jinkoraġġihom. Però, ejjew niftakru li bl-Ingliż jgħidu: The road to Hell is paved in good intentions. Hawnhekk nixtieq nagħmel appell. Ejjew inkunu innovattivi u nsibu modi ġodda ta’ kif naħdmu. Però, irridu dejjem inġibu quddiem għajnejna li aħna ma naħdmux f ’vakum. Ħa nġib eżempju żgħir: li kieku l-inizjattivi li ħadu l-kunsilli lokali li kisbu finazjament minn fondi Ewropej ma kinux jinkwadraw fil-politika nazzjonali tal-Gvern u l-programmi operattivi tal-fondi Ewropej, jiena konvint li l-kunsilli ma kinux ikunu jistgħu jużaw dawn l-istess fondi. Bl-istess mod, meta nimplimentaw inizjattivi ġodda, irridu nkunu konvinti li qed naħdmu b’mod korrett, kon-
formi mal-policies tal-pajjiż u, fuq kollox, skont il-liġi. Bħalma nafu, pajjiżna kulma jmur iktar qed jiġbed investiment barrani u l-Gvern qiegħed ukoll jidħol f ’Public Private Partnerships. Imma jekk investitur privat jipproponi proġett li jmur kontra l-policies, regoli jew liġijiet tal-Gvern, dan l-istess investitur ma jistax jippretendi li l-Gvern jingħaqad miegħu f ’Public Private Partnreship! L-istess japplika għall-kunsilli. Huwa minnu li l-kunsilli huma awtonomi, iżda l-awtonomija ma tfissirx anarkija! Il-kunsilli lokali jgawdu l-awtonomija għax huma meqjusa li huma entitajiet ġuridiċi separati. Iżda fil-qafas ġenerali tat-tmexxija tal-pajjiż, l-istess Att dwar il-Kunsilli Lokali jpoġġi limiti għal din l-istess awtonomija. Wisq nibża’ li hawn min jaħseb li din l-awtonomija tfisser li l-kunsilli huma indipendenti totalment mill-gvern ċentrali. Ejjew niftakru li l-poter u s-sovranità tal-Istat jinsabu fil-Parlament u, għalhekk, filGvern ta’ Malta. Il-kunsilli jgawdu l-awtonomija fuq materji lokali skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, jiġifieri li d-deċiżjoni li l-aktar tolqot lir-resident millqrib għandha tittieħed mill-aktar entità tal-Gvern li hija qrib tal-istess ċittadin. Però, dawn id-deċiżjonijiet ċertament ma jistgħux u m’għandux imorru kontra l-policies tal-Gvern. Jekk jiġri hekk, intenni li jkollna l-anarkija. Għaldaqstant, il-kunsilli lokali huma liberi li joħolqu l-inizjattivi favur il-komunitajiet tagħhom, iżda dawn iridu jkunu f ’qofsa amministrattivi korretti. U hawnhekk jdħol ir-rwol fundamentali tas-segretarji eżekuttivi li għandhom ikunu l-gwardjani li jaraw li kollox jimxi skont ir-regoli b’mod korrett u trasparenti. Bħalma l-Parlament u ċertu organi tal-Istat, fosthom l-Ombudsman, l-Awditur Ġenerali u l-qrati tagħna, għandhom il-poter li jaraw li l-Gvern qiegħed jimxi b’mod korrett u skont ir-regoli stabbiliti, hekk ukoll is-segretarji eżekuttivi – bħala l-kapijiet eżekuttivi, amministrattivi u finanzjarji – għandhom id-dmir li jaraw li l-affarijiet jimxu skont ir-regoli. Għal dan il-għan jistgħu jirrikorru għall-għajnuna mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Il-prinċipju li wieħed imexxi skont ir-regoli li jafhom kulħadd u mhux skont kif ifettillu huwa magħruf bħala s-Saltna tadDritt, jew bl-Ingliż, Rule of Law. Din, flimkien mat-trasparenza u l-kontabbiltà, hija l-kolonna li fuqha jistrieħ il-prinċipju ta’ good governance; terminu li ħafna qegħdin ixejruh mal-erbat’irjieħ donnhom skoprew l-Amerika wara li ggvernaw lil dan il-pajjiż għal kważi 25 sena. Dan il-Gvern huwa kommess li jiggverna b’mod tajjeb u korrett; li jara l-qasam tal-gvern lokali jkun xempju ta’ dan l-istil ta’ tmexxija f ’ġieħ is-sewwa, it-trasparenza, u l-kontabbiltà.
EMANUEL CUSCHIERI
14 ta’ Diċembru
Tlesta l-proġett tal-Waterfront taż-Żewwieqa f ’Għawdex
15 ta’ Diċembru
Ġie deċiż li tinbena skola ġdida tal-isports f ’Pembroke
16 ta’ Diċembru Tħabbar roħs sostanzjali fi 15il mediċina, b’mediċina kontra l-kanċer torħos bi €360
17 ta’ Diċembru Ġie deċiż li kumpaniji internazzjonali, speċjalizzati għall-konfiska mill-qrati ta’ djar jew affarijiet immobbli lil barunijiet tad-droga, jibdew ikunu huma responsabbli biex jagħmlu l-konfiska neċessarja 18 ta’ Diċembru Beda jingħata benefiċċju finanzjarju sa €1,000 għal kull wild ta’ dawk il-familji fejn iżżewġ ġenituri qegħdin jaħdmu, għandhom dħul baxx u għandhom tfal taħt it-23 sena 19 ta’ Diċembru Ġie deċiż li l-kundizzjoni tan-Neuro Myelitis Optica tiżdied mal-lista tad-diżabbiltajiet li jintitolaw persuna għal pensjoni ta’ diżabbiltà
20 ta’ Diċembru Ġie deċiż li jinbena parkeġġ, bil-faċilitajiet sportivi u kummerċjali fih, f ’Santa Margerita, Bormla
EDITORJAL
20|12|2015 13
www.kullħadd.com agħmel kuntatt magħna
INDIRIZZ POSTALI
ĠURNALISTI
KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717
Ritianne Agius ritianne@kullhadd.com Liam Gauci liam@kullhadd.com Glen Falzon glen@kullhadd.com
SALES U DISTRIBUZZJONI 2090 1410 2090 1413
Alan Saliba
sales@kullhadd.com
2090 1520
Leanne Grech
editorial@kullhadd.com
2090 1411
IMPAĠNAR U DISINN
SENA ĠDIDA?
Meta f ’Marzu tal2013 fetaħ il-Parlament b’Partit Laburista fil-Gvern wara 25 sena fl-Oppożizzjoni, saru diversi diskorsi għall-okkażjoni. Fost dawk kien hemm dak tal-Kap tal-Oppożizzjoni li dakinhar kien għadu wkoll Kap tal-Partit Nazzjonalista. Id-diskors tiegħu kien karatterizzat minn sens kbir ta’ qrusa. Diksors ta’ xi ħadd li ma setax jaċċetta li tilef elezzjoni. Kien diskors li tista’ tgħidlu kollox minbarra seren. Sabha diffiċli ħafna jikkonċedi telfa elettorali kif jagħmlu ħafna li jitilfu elezzjoni, speċjalment jekk ikunu għamlu epoka twila fil-Gvern. Kif jgħidu, il-ġurnata minn kmieni filgħodu turik, jekk mhux ukoll minn filgħaxija ta’ qabel. F’mument minnhom, il-Kap tal-Oppożizzjoni, minflok awgura l-ħidma t-tajba lill-amministrazzjoni ġdida, bħal speċi ddikjara gwerra meta lanqas kienet laħqet nixfet il-linka tar-riżultat elettorali. Widdeb lill-Gvern li kien għadu kemm twieled, sabiex
ma jistenniex xi xorta ta’ koperazzjoni mill-Oppożizzjoni. Għal mument kulħadd ħaseb li dak kien waqt momentarju ta’ xi ħadd li kien għadu kemm ħareġ minn telfa elettorali kbira, biex ma nużawx aġġettiv ieħor. Kien diskors ta’ xi ħadd li ma setax jaċċetta telfa daqstant kbira, anke jekk il-partit tiegħu kien rabba s-sadid fil-Gvern. Issa, li għaddew kważi tliet snin minn dakinhar qed niskopru li dak id-diskors ma kienx tal-mument iżda programm politiku li qed jimxu fuq Simon Busuttil. Bil-ħatra ta’ Simon Busuttil bħala Kap tal-Oppożizzjoni, kulħadd ħaseb li kien ser ikun hemm bidu ġdid. Kulħadd ħaseb li se naqilbu l-paġna. Iżda mhux hekk ġara, Simon kompla fejn ħalla fid-diskors tiegħu Lawrence Gonzi. Għal tliet snin sħaħ qatt ma kien hemm sekonda koperazzjoni min-naħa tal-Oppożizzjoni. Oppożizzjoni li ppruvat tagħmel ħsara lil pajjiżna barra minn Malta. Oppożizzjoni li kontinwament tipprova ssib ix-xagħra fl-għaġina bil-ħsieb
li tħassar il-festi għal kulħadd. Għalkemm l-Oppożizzjoni ma għandha qatt titlef ir-rwol li tikkritika lill-Gvern tal-ġurnata, min-naħa l-oħra ma tistax tagħmilha l-missjoni tagħha li tipprova tiddistruġġi kulma jipprova jagħmel il-Gvern. Dan rajnieh l-aktar f ’qasam fejn falliet l-aktar l-amministrazzjoni ta’ qabel: l-enerġija. Min-naħa l-oħra, il-Gvern ma jistax jistenna li l-Oppożizzjoni tagħlaq ħalqha u ma titkellimx meta għandha titkellem. Jidher ċar li Simon Busuttil huwa l-werriet politiku ta’ Lawrence Gonzi. Mhux ta’ b’xejn li fil-kontestazzjoni għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista tefa’ l-piż kollu tiegħu favuru. Ried lil xi ħadd li jkompli għaddej il-mission statement politiku li kien għamel dakinhar li fetaħ il-Parlament: li l-Gvern ma kellux jistenna xi xorta ta’ koperazzjoni minnaħa tal-Oppożizzjoni. Irridu nammettu li Simon Busttil ma ddeludihx u qiegħed jagħmel biċċa xogħol tajba, għax ħadd qatt fil-politika ma kien
daqstant negattiv daqskemm qiegħed ikun hu. Iżda hija ħasra kbira għal kulħadd. Hija ħasra għall-Partit Nazzjonalista,li ħa t-tikketta politika tan-negattività għax qatt ma jara xejn tajjeb. Hija ħasra akbar għall-pajjiż,għax din l-attitudni ma tgħin xejn biex inkunu nistgħu niġbdu ħabel wieħed bħala pajjiż. F’għajnejn il-barrani dejjem qegħdin nidhru mifrudin. Għalhekk insibuha diffiċli ħafna biex ngħidu li se jkollna sena ġdida. Aħna konvinti li se jkollna sena oħra ta’ tisbit tas-saqajn, gdiedem u tfixkil. Min-naħa l-oħra nawguraw lill-Gvern jibqa’ għaddej kif għamel s’issa bil-pjanijiet li għandu għall-pajjiż. Nawguraw ukoll li jsiru anqas żbalji, għax in-nar fil-forġa tal-Oppożizzjoni jogħla fit-tempratura għal kull ħaġa ta’ xejn, aħseb u ara jekk titfagħlu l-ħatab. Minkejja kollox, nawguraw il-Milied u s-Sena t-Tajba lil kulħadd, ukoll lil dawk li anke fit-tajjeb dejjem jaraw il-ħażin.
14 20|12|2015
Fr Mario OFM Cap
Mulej, agħmilni l-aħbar bħalek!
L-AĦBAR Il-festa tal-Milied wara l-kantuniera! Bħalissa kulħadd gas down jagħmel l-aħħar tħejjijiet għal din il-festa kbira. Jiġifieri dik il-festa li missierna San Franġisk kien iħobb isejħilha: “Il-festa tal-festi.” Imma l-Milied x’inhu? Kollox idur fuq aħbar. Issa bulettini tal-aħbarijiet nisimgħu bil-qabda! Jalla wieħed għal li jista’ jkun? Illum il-kmamar tal-aħbarijiet qegħdin, kulma jmorru, dejjem ifaqqsu. M’iniex qiegħed ngħid biss għal dawk tal-istazzjonijiet televiżivi jew tar-radju. Lanqas għal dawk tal-ġurnali. Inkella tal-internet. Ħeqq! Web portals hawn kemm trid! Illum kulħadd ta għall-aħbarijiet! Biss ma jfissirx li min iwassal aħbar dejjem qiegħed iwassalha sewwa tafux! Ġieli ssib min l-istess aħbar idum jgħawwiġha miskina! Kważi kważi jġibha terrapin għax portal jgħid mod u, fl-istess nifs, portal jgħid mod ieħor! Basta kulħadd għandu d-dritt jesprimi ruħu! Għalkemm hemm mod u mod kif tesprimi ruħek! X’taħseb? Xi kultant neħlu wisq mal-imbierka kamra tal-aħbarijiet tal-gazzetti, tar-radju jew tat-televiżjoni. Ġieli qajla niftakru li anke d-djar, l-uffiċċini,
il-postijiet tad-divertiment, saħansitra s-sagristiji u l-kunventi, għamilniehom kamra tal-aħbarijiet! L-ilsien m’għandux kwiet; irid dejjem jiftaħ ħalqu! Għalkemm jaħbi ’l qalbu, ġieli jitħaddet il-verità. Mela, bis-sugu! U ġieli minn fommu joħorġu biss qlajjiet, żibel u rmixk! Għax l-ilsien dgħajjef! Ċertu aħbarijet tassew inikktuna! Speċjalment meta n-nies vulnerabbli, bħall-morda, in-nisa, it-tfal, ix-xjuħ, dawk bi bżonnijiet speċjali, dawk li huma waħedhom u l-bqija, jintlaqtu ħażin. Bniedem jagħli jara bniedem ieħor ibati; għalkemm mhux kulħadd. Ġieli ssib oħrajn li, għax kienu għamlulhom ħajjithom infern, jippruvaw jagħmlu ħajjet ħaddieħor infern ukoll. Issa, sitwazzjonijiet bħal dawn, għalkemm huma wkoll aħbarijiet, mhumiex l-aħbarijiet. Aħseb u ara mela meta tqum xi gwerra, ikun hawn xi għargħar, inkella jaqa’ xi ajruplan, kemm huma aħbarijiet! Aħbarijiet jibqgħu dejjem għax il-fatt ikun seħħ tassew. Imma kemm itaqqlilna qalbna u jnikkittna. Veru? L-aħbarijiet sbieħ li rridu nibqgħu niftakru huma ferm isbaħ minn hekk. Im-
kullħadd.com
maġina dak il-pazjent li, sa ġimgħa ilu, kien għall-qabar. Imbagħad, f ’daqqa waħda, isibu xi rimedju u ħajtu tant kemm tmur ’il quddiem, bilmod il-mod, jew b’passi ta’ ġgant, jerġa’ jiġi għal li kien! Għidli tifraħx b’aħbar bħal din eh?! Inkella dik il-persuna li sabet lil xi ħadd jisma’ d-dwejjaq tagħha; li jagħtiha kuraġġ; li jemmen li, jekk tkompli tinfetaħ għall-grazzja ta’ Alla, tgħaddi minn xiex tgħaddi se tasal żgur! Għidli tifraħx magħha li, għalkemm għaddiet minn bosta ħalel ta’ inkwiet, irnexxielha tgħaddi qisha mhix hi u llum miexja fil-ħajja! Dawn aħbarijiet! Dawn huma aħbarijiet li huma l-aħbarijiet għax iħabbru li l-bniedem mhuwiex biss il-vittma tad-diżastri naturali, inkella ta’ mġibtu laxka. Il-bniedem jista’ jkun protagonist għax kapaċi jiddeċiedi li jinfetaħ għall-għajnuna. Kif tgħallimna l-ħajja ta’ kuljum, għal min jemmen fil-ħniena ta’ Alla, l-għajnuna tassew li ma tonqos qatt! Bħalma jgħid Salm 121: “Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet; mnejn se tiġini l-għajnuna? L-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej, li għamel is-sema u l-art” (Salm 121:12). Jonqos issa li ngħaddu għall-
OPINJONI
aħbar! Jiġifieri l-aħbar li Alla sar bniedem. Ma baqax maqful fis-sema. iħares ċass lejna l-bnedmin u forsi jitħassarna wkoll. Le! Iddeċieda li jinżel u li jitwieled f ’familja tal-ħaddiema, u jsir hu stess ħaddiem tal-id. Iben il-mastrudaxxa; ħajtu hija sengħa waħedha! Kien jaf jidħak, jibki, jisma’, isabbar, iħeġġeġ u jwiddeb bil-ħlewwa. Jibqa’ jżomm il-konvinzjonijiet tiegħu mingħajr ma jitbiegħed mill-folla, u jidħol għal dawk li kellhom bżonn l-għajnuna tiegħu. Jaqbadni l-bard niftakar fil-programm messjaniku tiegħu! “L-ispirtu ta’ sidi l-Mulej fuqi, għax il-Mulej ikkonsagrani biex inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin u bagħatni ndewwi l-qalb miksura; biex inħabbar il-ħelsien lill-imjassrin, u lill-ħabsin il-ftuħ tal-ħabs; biex inniedi s-sena tal-grazzja tal-Mulej, u jum il-vendetta ta’ Alla tagħna; biex infarraġ lill-imnikktin; biex inferraħ lil dawk li jibku f ’Sijon, nagħtihom kuruna flok irmied, żejt tal-ferħ flok l-ilbies tal-vistu, l-għana tal-foħrija flok ruħ mitluqa” (Iż 61:1-3). Mulej, agħmilni l-aħbar bħalek! Ammen. Il-Milied it-Tajjeb!
16 20|12|2015
kullħadd.com
IKOMPLU N-NEGOZJATI
TA’ BARRA
LIAM GAUCI liam@kullhadd.com Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa li għaddew komplew in-negozjati bejn ir-Renju Unit u l-bqija tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea f ’laqgħat tal-Kunsill Ewropew li saru fi Brussell u li fihom il-Prim Ministru Brittaniku talab għal aktar awtonomija għal pajjiżu fl-isfond ta’ sentiment ewroxettiku fost iċ-ċittadini li jirrappreżenta. Wegħda elettorali Fil-kampanja elettorali ta’ din is-sena, Cameron wiegħed lill-votanti li huwa se jagħmel pressjoni kbira fuq l-Unjoni biex tagħti aktar awtonomija lir-Renju Unit. Il-wegħda tiegħu kienet tirrifletti opinjoni popolari fost il-Brittaniċi li l-Unjoni ma kinitx kapaċi tiffaċċja diversi mill-isfidi li kellha quddiemha fl-aħħar snin. Fil-fatt, Cameron kien ippremjat għall-pożizzjoni li ħa b’mandat ieħor bħala Prim Ministru illi uża biex jibda n-negozjati mal-Unjoni b’mod immedjat. Barra minn hekk, huwa se jżomm il-wegħda li jagħmel referendum dwar is-sħubija ta’ pajjiżu fl-Unjoni. Id-data tal-votazzjoni għadha ma ġietx stabbilita, però huwa ta skadenza sal-aħħar tal-2017. Minkejja din l-iskadenza, hemm min spekula li Cameron jista’ jgħajjat ir-refendum fl-2016 biex iressqu ’l bogħod mill-elezzjonijiet ġenerali tal-Ġermanja u Franza; perjodu meta l-mexxejja ta’ dawn il-pajjiżi jkunu aktar iffukati fuq kwistjonijiet lokali milli internazzjonali. Il-mistoqsija li se titpoġġa quddiem il-Brittaniċi mistennija tkun: Should the United Kingdom remain a member of the European Union or leave the European Union? Madankollu, għadha trid tingħata l-approvazzjoni finali tal-House of Commons. Xi jrid Cameron? Uffiċjalment, Cameron ma ħax pożizzjoni ċara favur jew kontra s-sħubija ta’ pajjiżu. Sas-sena l-oħra, il-Prim Ministru Brittaniku kien qiegħed jadotta retorika kemxejn ostili lejn l-Unjoni. Madankollu, matul il-kampanja elettorali huwa taffa l-pożizzjoni tiegħu biex iddistanzja lilu nniffsu minn ma’ partiti ewroxettiċi bħall-UK Independence Party. Barra minn hekk, permezz ta’ din il-pożizzjoni anqas ostili, huwa wera lill-Istati Membri l-oħra illi lest li jaħdem b’rieda tajba waqt in-negozjati magħhom. Għaldaqstant, il-pożizzjoni attwali tiegħu hija waħda xi ftit jew wisq newtrali fejn qiegħed isostni li huwa favur is-sħubija
ta’ pajjiżu bil-patt li l-Unjoni toffri ftehim li jipproteġi l-interessi ta’ pajjżu. Fejn jidħol is-settur ekonomiku r-Renju Unit talab li l-istati l-oħra jirrikonoxxu li l-ewro ma tkunx l-unika munita tal-Unjoni. Din it-talba qiegħda ssir hekk kif il-Gvern Brittaniku jixtieq li jkollu garanzija ċara li qatt ma ssir impożizzjoni fuqu li jintroduċi l-ewro. Barra minn hekk, huma jridu li jingħataw assigurazzjoni li mhumiex se jkunu mitluba jikkontribwixxu f ’bailouts għal pajjiżi taż-Żona Ewro. Cameron qiegħed jitlob ukoll illi pajjiżu ma jkunx mgħobbi b’regolamentazzjoni eċċessiva u li jkollu opportunità li ma jipparteċipax f ’riformi li jwasslu għal integrazzjoni politika akbar fuq livell Ewropew. Dwar dawn il-punti jidher li hemm possibbiltà tajba li r-Renju Unit jingħata l-approvazzjoni li talab. Madankollu, is-sitwazzjoni hija differenti fejn tidħol il-kwistjoni tal-immigrazzjoni. F’dan ir-rigward, il-Gvern Brittaniku talab li jkollu l-awtorità li jintroduċi restrizzjonijiet akbar fuq kif u meta jagħti in-work u out-of-work benefits lil immigranti li jkunu ġejjin minn pajjiżi oħra tal-Unjoni. Fost il-bidliet li jixtiequ jintroduċu l-Brittaniċi hemm dik li min jitlob għal dawn il-benefiċċji jrid ikun ilu joqgħod fil-pajjiż tal-inqas erba’ snin. Din it-talba qiegħda titqies bħala eċċessiva u diskriminatorja minn xi bnadi hekk kif l-individwi fil-mira ta’ dawn il-miżuri mhux biss ikunu daħlu fil-pajjiż b’mod legali, imma huma wkoll ċittadini tal-Unjoni Ewropea; stat ta’ fatt li jagħtihom aċċess għal
benefiċċji speċjali. Madankollu, Cameron jidher li huwa deċiż li jsabbat saqajh dwar din il-kwistjoni għax iħoss li r-rata ta’ persuni li deħlin filpajjiż biex ifittxu x-xogħol laħqet rata allarmanti u insostenibbli. Konsegwenzi serji Dawn huma biss uħud mit-talbiet imressqin mir-Renju Unit u l-akbar ostaklu għalihom huwa l-fatt li numru minnhom għandhom bżonn l-approvazzjoni tal-Istati Membri kollha hekk kif jinvolvu riformi fit-trattati li jiggvernaw l-operat tal-Unjoni Ewropea. Proċess ta’ din ix-xorta huwa kumpless u jista’ jwassal biex tinqabeż l-iskadenza tal2017 illi Cameron stabbilixxa għar-refendum. Jekk dan il-kunsens unanimu ma jasalx fil-ħin, Cameron ma eskludiex il-possibbiltà li jabbanduna l-pożizzjoni newtrali tiegħu favur waħda kontra s-sħubija fil-kampanja referendarja. Madankollu, oġġettivament huwa ftit li xejn għandu x’jiggwadanja minn politika ostili fil-konfront tal-Unjoni hekk kif iċ-ċittadini Brittaniċi għadhom mifrudin mhux ħażin dwar din il-kwistjoni. Fil-fatt, minkejja li huma bosta l-Brittaniċi li jridu bidla fir-relazzjoni ta’ pajjiżhom mal-Unjoni, huma ftit dawk li huma lesti li jappoġġaw l-abbandun totali tas-sħubija. Dan ix-xettiċiżmu huwa espress fi ħdan il-Partit Konservattiv stess fejn, fost l-oħrajn, l-eks-Prim Ministru Brittaniku Sir John Major ħeġġeġ lil Cameron biex ma joqgħodx jilgħab fin-nofs f ’din il-kwistjoni. Minflok,
huwa sostna li l-Prim Ministru attwali għandu jieħu pożizzjoni favur is-sħubija, ikun xi jkun l-eżitu tan-negozjati li għaddejjin bħalissa. Major ta dan il-parir għax huwa jħoss li t-tmiem tas-sħubija ġġib magħha r-riskju li r-Renju Unit ikun iżolat politikament u ekonomikament. Agħar minn hekk, hemm anke ċ-ċans li l-pajjiż jinqasam hekk kif il-Gvern tal-Iskozja diġà għamilha ċara l-Iskoċċiżi jridu jibqgħu membri tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, vot kontra s-sħubija jista’ jwassal biex l-Iskozja titlob li jsir refrendum ieħor favur l-indipendenza wara dak tas-sena li għaddiet. Politika aktar flessibbli? Minkejja l-importanza tallaqgħat ta’ din il-ġimgħa, ilproċess għad baqagħlu diversi xhur biex jintemm. Fil-fatt, Cameron stess qal li l-prijorità tal-aħħar jiem kienet dik li “jiffukaw l-imħuħ” tannaħat kollha involuti f ’dawn in-negozjati. Fi kliem ieħor, il-mexxejja tal-Istati Membri kellhom l-opportunità li jpoġġu l-karti kollha fuq il-mejda billi jsemmgħu leħinhom fuq fejn hemm kunsens u oppożizzjoni. Wara dan l-eżerċizzju politiku, huma wittew it-triq għall-bidu tal-proċess legali li għandu jwassal biex it-talbiet Brittaniċi jingħataw forma legali. It-tama tar-Renju Unit hija li l-proposti konkreti f ’dan ir-rigward ikunu ppreżentati quddiem il-Kunsill Ewropew li ser isir fi Frar li ġej. Madankollu, din mhijiex konklużjoni ċerta għax bosta pajjiżi esprimew l-iskumdità tagħhom għall-pass mgħaġġel
li qiegħed jipprova jimponi Cameron fuq dawn in-negozjati. Fost dawn il-vuċijiet xettiċi kien hemm dik tal-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, li ma eskludix il-possibbiltà li sa Frar ikun hemm biss dokument wiesa’ li jiddikkjara x’konċessjonijiet se jingħataw lir-Renju Unit. Wara din il-preżentazzjoni, Tusk ippreveda li jibda proċess wara l-kwinti fejn jiġu diskussi l-aspetti legali u tekniċi bl-għan li jintlaħaq ftehim sodisfaċenti għal kulħadd. Il-problema hawnhekk hija li l-President tal-Kunsill Ewropew iħoss li din il-proċedura sensittiva ma tistax tiġi konkluża qabel l-iskadenza ta’ Diċembru 2017 li impona Cameron. Jekk dan iseħħ, il-Prim Ministru tar-Renju Unit għandu żewġ għażliet quddiemu: l-ewwel għażla hija li jsabbat saqajh u jitlob li l-proċess kollu jitlesta sal-2017; it-tieni waħda hija li jgħajjat referendum fl-2016 u jressaq id-dokument wiesa’ ta’ Frar għall-iskrutinju tal-poplu Brittaniku. Id-deċiżjoni li jadotta Cameron mhux biss se taffettwa l-futur tar-Renju Unit, imma anke tal-Unjoni Ewropea b’mod ġenerali. Dan għax diversi Stati Membri qegħdin jużaw dan l-eżerċizzju biex jifhmu jekk hemmx il-possibbiltà li jintmessu l-valuri fundamentali tal-Unjoni biex jiġu adattati għall-prijoritajiet tal-pajjiżi individwali. S’issa, possibbiltà simili dejjem kienet eskluża b’mod kategorika. Madankollu, ir-riskju li tintilef it-tieni l-akbar ekonomija tal-Unjoni tista’ ġġiegħel lill-Istati Membri l-oħra jkunu aktar flessibbli fil-politika tagħhom.
TA’ BARRA
kullħadd.com
20|12|2015 17
MINN MADWAR ID-DINJA AGGRESSJONI
TELFA ELETTORALI
Il-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy ngħata daqqa ta’ ponn f ’wiċċu waqt attività politika li kien qiegħed jipparteċipa fiha fir-reġjun ta’ Galicia. Rajoy ma weġġax b’mod serju, però kellu marka ħamra fuq wiċċu meta attenda attività oħra politika aktar tard dakinhar. Il-motivazzjoni wara l-aggressjoni mhix ċari. Madankollu, qiegħed jiġi spekulat li l-aggressur, illi għandu 17-il sena, huwa wieħed minn numru kbir ta’ persuni taħt l-età li huwa rrabbjat għall-Gvern, fi żmien meta l-livell ta’ qgħad fost il-żgħażagħ huwa għoli ferm.
Il-Front National, partit Franċiż tal-lemin radikali, ma rnexxilux jirbaħ l-ebda wieħed mit-13-il reġjun li kkontesta fl-elezzjonijiet tal-Ħadd li għadda. Dan il-partit deher li kellu ċans tajjeb li jieħu kontroll ta’ sitt reġjuni wara r-riżultati pożittivi li kiseb fl-ewwel rawnd ta’ votazzjoni fis-6 ta’ Diċembru. Madankollu, il-Partit Soċjalista għażel li jirtira l-kandidati tiegħu li ma kellhomx ċans li jitilgħu u kkonvinċa lill-votanti tiegħu biex jagħtu l-appoġġ lil-Les Republicans, partit moderat tal-lemin. Din il-mossa għenet lir-Repubblikani jiksbu l-voti neċessarji biex iżommu lill-Front National fil-minoranza fir-reġjuni.
FTEHIM
AMMISSJONI
Delegazzjonijiet minn diversi fazzjonijiet Libjani involuti fil-konflitt ċivili ta’ pajjiżhom iffirmaw ftehim li sar bil-medjazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti. Huwa mistenni li, permezz ta’ dan il-ftehim, ikun iffurmat Kunsill Presidenzjali magħmul minn disa’ membri. Flimkien miegħu se jkunu ffurmati Kamra tar-Rappreżentanti u Kunsill tal-Istat li se jservu bħala entitajiet konsultattivi. Il-bżonn ta’ ftehim ta’ rikonċiljazzjoni nħass hekk kif l-Istat Iżlamiku rnexxielu jistabbilixxi ruħu f ’diversi żoni tal-Libja fl-aħħar xhur hekk kif snin ta’ kaos ħallew vojt kbir istituzzjonali li fetaħ il-bibien għall-espansjoni ta’ attivitajiet terroristiċi.
F’konferenza stampa li jagħti fuq bażi annwali, il-President Russu Vladimir Putin ammetta li kien hemm xi membri tal-militar Russu fil-Lvant tal-Ukrajna tul il-konflitt ċivili li għadu għaddej f ’dan il-pajjiż. Madankollu, huwa ma speċifikax xi rwol kellhom u llimita ruħu biss li jgħid illi dawn ma kinux parti mill-forzi regolari. Din hija l-ewwel darba li l-President Russu ammetta li huwa awtorizza operazzjonijiet ta’ natura militari fl-Ukrajna minn meta beda l-konflitt f ’dan ilpajjiż, minkejja l-fatt li l-indikazzjonijiet f ’dan ir-rigward kienu qawwijin ħafna tul l-aħħar xhur.
KOALIZZJONI IŻLAMIKA
RIVELAZZJONI SKOMDA
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Arabja Sawdija Adel al-Jubeir ħabbar il-ħolqien ta’ koalizzjoni magħmula minn 34 pajjiż Iżlamiku li se jkollha l-għan li tiġġieled it-terroriżmu. Barra l-Arabja Sawdija nniffisha, din il-koalizzjoni għandha fi ħdanha pajjiżi bħall-Eġittu, it-Turkija, il-Pakistan u diversi stati Afrikani. Minkejja li al-Jubeir ma tax dettalji dwar kif se topera din il-koalizzjoni, diversi pajjiżi tal-Punent laqgħu l-aħbar b’mod pożittiv. Dan kien jgħodd b’mod partikolari fil-każ tal-Istati Uniti li kienet ilha titlob li pajjiżi Iżlamiċi jieħdu rwol aktar attiv fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.
Rapport imressaq minn bord ta’ esperti tal-Kunsill ta’ Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iran sostna li dan il-pajjiż mar kontra riżoluzzjoni tal-istess organizzazzjoni li tipprojbixxi l-użu ta’ missili li jistgħu jintużaw fil-ġarr ta’ armi nukleari. Skont dan ir-rapport, il-vjolazzjoni seħħet fl-10 ta’ Ottubru meta l-Iran spara missili tat-tip Emad bi prova. Din l-aħbar issa tefa’ pressjoni fuq il-President Amerikan Barack Obama, li jrid jiddeċiedi huwiex lest li jippreġudika n-negozjati mal-Iranjani biex jiġu nnormalizzati r-relazzjonijiet diplomatiċi tagħha mal-Punent b’sanzjonijiet ekonomiċi ġodda.
18 20|12|2015
kullħadd.com
MILL-ISTORJA
MILL-ISTORJA
IL-ĦRAFA TAĊ-ĊKEJKNA LI KIENET TBIGĦ IS-SULFARINI
Hans Christian Andersen, il-kittieb Daniż tal-ħrejjef għat-tfal, twieled fl-iktar parti fqira ta’ Odense. Fl-1816 tilef lil missieru meta kellu 11-il sena biss u ommu kienet tagħmel xogħol domestiku biex tgħajjex lil binha u xtaqet tagħtih edukazzjoni bażika jew apprentistat fi snajja’. Però, Hans Christian kellu moħħu band’oħra: kien jorqod u jqum joħlom li jsir kittieb. Ħolma ssir realtà Il-ħolma ta’ Hans Christian
Kitba ta’
MARY
CHETCUTI bdiet tinbidel f ’realtà meta kellu 17-il sena u reċta li kien kiteb għat-teatru ġibdet l-attenzjoni ta’ Jonas Collins, wieħed mid-diretturi tat-Teatru Rjali tad-Danimarka. Dan tant għoġbitu l-kitba tażżgħażugħ Andersen li ddeċieda li jieħdu taħt il-patrunaġġ tiegħu u ħallaslu parti sostanzjali mill-kumplament tal-istudji. Hans Christian, li kien fqir miżerabbli, ħataf din l-opportunità u, ta’ 23 sena, għadda mill-eżami tad-dħul għall-Università ta’ Copenhagen. Fl-1829 beda jippubblika
l-ewwel xogħlijiet tiegħu fid-Danimarka. Aktar tard beda jivvjaġġa u żar il-Ġermanja, Franza, l-Iżvizzera, l-Italja u saħansitra l-Gran Brittanja, fejn iltaqa’ mal-awtur kbir Charles Dickens. Kiteb kotba gwida għas-safar, reċti għat-teatru, poeżiji u proża. Meta fl-1835 Hans Christian
Anderson ippubblika i-ktejjeb Ħrejjef għat-Tfal, kollezzjoni ta’ erba’ stejjer għat-tfal, li kiteb għal Ida Thiele, bint ċkejkna tas-segretarju tal-Akkademja tal-Arti, tant saħħar nies bir-rakkonti tiegħu li talbuh jippubblika iktar u iktar stejjer bħal dawn. B’kollox kiteb u ppubblika 169 ħrafa għat-tfal li ġew tradotti f ’150 lingwa biex qrawhom tfal u adulti mal-erbat irjiħ tad-dinja. Il-Prinċipessa u l-Piżella, Is-Sirena Ċkejkna, Ir-Reġina tas-Silġ, u Il-Ħwejjeġ Ġodda tal-Imperatur huma wħud mill-ħrejjef li min jaf kemm-il darba smajna, qrajna u rajna fuq il-liżar taċ-ċinema u t-televiżjoni fi tfulitna bla ma qatt nixbgħu minnhom; rakkonti bi tmiem ferrieħi mingħajr ta tonqos dik it-tagħlima jew tbeżbiża. Ħrafa b’messaġġ qawwi Iżda ngħid għalija, l-iktar ħrafa ta’ Hans Christian Andersen li tibgħat messaġġ qawwi lis-soċjetaà tal-bieraħ u tal-lum dwar l-indifferenza quddiem il-faqar u t-tbatija li jġib miegħu kif ukoll l-abbuż tal-minuri hija The Little Match Girl, rakkont ta’ tifla ċkejkna fqira li kienet tbigħ is-sulfarini biex tgħajjex il-familja tagħha. L-istorja tagħha fuq fuq hija hekk: Kienet kesħa kbira u beda jidlam fl-aħħar lejla tas-sena, il-borra baqgħet nieżla bla ma tieqaf. F’dik il-kesħa u dlam kien hemm tifla ċkejkna liebsa mċerċer u saqajha ħafjin, imgezza f ’rokna tattriq tipprova tbigħ ftit sulfarini lin-nies li kienu għaddejjin mgħaġġlin biex jilħqu jagħmlu l-aħħar xiri qabel jingħalqu fid-djar komdi tagħhom biex jiċċelebraw il-bidu ta’ sena ġdida. Ħadd ma ta kasha u ħadd ma xtara mqar sulfarina waħda. Jekk tmur lura d-dar bla sold fil-but missierha jsawwatha, kif għamel drabi oħra. Għalhekk, baqgħet f ’dik ir-rokna u xegħlet sulfarina biex forsi tisħon ftit. Fid-daqqa u l-ħin rat quddiema fuklar mixgħul,
xi ħlew ta’ sħana beda jagħmel! Imma s-sulfarina malajr inħliet u ċ-ċkejkna malajr reġgħet ħasset il-gidma tal-friża ma’ ġisimha kollu. Xegħlet sulfarina oħra u minn ġol-fjamma rat mejda mżejna b’ħafna ikel delizzjuż, fosthom wiżża kbira mixwija li niżlet minn fuq il-mejda u bdiet riesqa lejha. Imma din is-sulfarina nħliet ukoll u l-wiżża għebet tiġri. Mat-tielet sulfarina tfaċċat siġra kbira tal-Milied li, kif iċ-ċkejkna tawlet idha biex tmissha, din sfumat fil-baħħ. Xegħlet sulfarina oħra u għal darb’oħra tfaċċat is-siġra tal-Milied; din id-darba tlellex b’eluf ta’ xemgħat u l-quċċata għolja għolja tagħha tħakkek mas-smewwiet. Hi u tħares ’il fuq imsaħħra, innutat stilla taqa’ mis-sema u tħalli faxx leqqieni warajha. “Naħseb xi mkien xi ħadd qed imut,” ħasbet iċ-ċkejkna għax ftakret x’kienet tgħidilha nannitha meta kienet ħajja; l-unika persuna li qatt ħabbitha. L-aħħar sulfarina It-tifla xegħlet l-aħħar sulfarina u nannitha ħarġet sabiħa minn dawl qawwi u bdiet riesqa lejha. Kif ratha, iċ-ċkejkna sejħitilha u talbitha, “Għażiża Nanna, ħudni miegħek issa; naf li kif tintefa’ din is-sulfarina inti tisparixxi bħalma sparixxa l-fuklar sħun, il-wiżża mixwija u s-siġra sabiħa tal-Milied.” Hi u tlissen dan il-kliem it-tifla ħaffet idejha u xegħlet f ’daqqa s-sulfarini li kien fadlilha. Nannitha għannqitha u ħaditha magħha fejn la jeżisti l-ġuħ, la l-kesħa u lanqas l-uġigħ, għax kienu għand il-Ħallieq. Fl-għodwa tal-ewwel jum tas-sena nstab il-ġisem ċkejken iffriżat tat-tifla għadha bilqiegħda b’mazz sulfarini, kollha maħruqin, għadhom f ’idha u tbissima ħelwa fuq fommha. Xi wħud li rawha waqfu u kkummentaw, “Miskina, ippruvat issaħħan lilha nnifisha bis-sulfarini,” u komplew fi triqthom.
PERSONAĠĠ
kullħadd.com
LOUIS SHICKLUNA
20|12|2015 19
IL-BENNEJ TAL-VAPURI FUQ IX-XMAJJAR TAL-KANADA
It-tarzna ta’ Shickluna fl-1864 Kitba ta’ Joe Scicluna Malta minn dejjem kellha nies li għamlulha ġieħ, kemm f ’pajjiżna kif ukoll barra minn xtutna. Dawn mhux dejjem baqgħu magħrufa fostna, u għalkemm kienu Maltin, aktar baqgħu msemmija f ’pajjizi oħra milli f ’din il-gżira. Louis Shickluna kien wieħed minn dawk li għamel isem barra minn Malta. Għalkemm fi ċkunitu ftit mar skola, baqa’ msemmi minn nies prominenti ta’ żmienu. Huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa f ’dik li hija s-sengħa tal-bini tal-vapuri fil-Kanada, u ċittadin importanti u rrispettat fil-belt ta’ St Catharines fejn huwa kien jgħix bejn is-sena 1838 u l-1880. It-tfulija tiegħu Shickluna twieled l-Isla, iben Joseph u Theresa, xebba kunjomha Farrugia, fis- 16 ta’ Ġunju 1808. Kien għadu kellu xi 12-il sena u kien diġà jmur ma missieru fuq ix-xogħol fit-tarzna. Joseph kien jaħdem bħala mastrudaxxa fuq il-vapuri, u t-tfajjel Louis mill-ewwel wera l-ħajra u beda jieħu interess biex ikun jaf aktar dwar il-bini tal-vapuri. Jista’ jagħti l-każ li t-tfajjel dam jaħdem hemm għal xi żmien sakemm imbarka fuq vapur tal-gwerra jagħmel xi xogħol ta’ mastrudaxxa. Fis-sena 1824 huwa emigra lejn l-Istati Uniti u sab impjieg fi New York. Dam hemm xi sitt snin meta, fl-età ta’ 23 sena, iddeċieda li jitlaq għal Quebec fil-Kanada, fejn kien imexxi x-xo-għol bħala mgħallem fil-bini tar-Royal William, it-tieni vapur jaħdem bl-isteam li qasam l-Ocean Atlantiku. Shickluna jixtri tarzna f ’St Catharines Fis-sena 1831 insibuh jimbarka fuq ir-Royal William bħala uffiċjal. Ma damx wisq ma mar Oakville f ’Ontario, u hemm kien wieħed milli mexxa x-xo-
għol fuq il-vapur Consitution. Matul dan iż-żmien kiseb esperjenza biżżejjed biex beda jfassal il-pjanti tal-vapuri. Minn hawn ma ħarisx lura u fl-1838 ġietu l-opportunità li jidħol biex jikri tarzna għal $15 fis-sena fil-belt ta’ St Catharines. Shickluna ma kienx jaqta’ qalbu u snin wara xtara l-istess tarzna mingħand William Merritt, il-bniedem li kien irsista ħafna biex jinbena l-Welland Canal. Minbarra l-bini ta’ vapuri fit-tarzna kien isir xogħol ta’ tiswija wkoll. Fis-sena 1838, qabel ma xtara t-tarzna, l-iskuna Welland Canal, li kienet ġiet varata fl-1828, kienet l-ewwel biċċa tal-baħar li daħlet għat-tiswija fil-baċir tiegħu. Ix-xogħol fit-tarzna kien dejjem għadej u, f ’Mejju tas-sena 1841, ġiet varata l-iskuna Chief Justice Robinson, li dak iz-żmien kienet l-akbar biċċa li ġġorr tagħbijiet fuq il-Welland Canal. Il-bini ta’ baċir ġdid Ix-xogħol qatt ma naqas u n-negozju kien sejjer tajjeb, tant li għall-ħabta tal-1850 Shickluna kellu jibni baċir ġdid ħdejn il Welland Canal. Dan kellu żewġ partijiet, tant li wieħed kien ikun mimli bl-ilma baħar u l-parti l-oħra kienet tkun vojta biex b’hekk seta’ jkollu xogħol għaddej fuq żewġ vapuri f ’ħin wieħed. Shickluna kien imfittex ħafna għall- kwalità ta’ xogħol u kien ħa fama li dejjem ilesti xogħol fil-ħin. F’gazzetta li kienet toħrog fil-belt ta’ St Catharines hemm imniżżel li għamel imħatra li lest jitlef $1000 jekk ma jlestix jaħdem fil-ħin arblu ġdid għall-iskuna billi jibda minn filgħodu u jlesti sa filgħaxija. Fil-fatt, l-iskuna W. F. Allan kienet lesta u salpat mill-baċir fil-ħin eżatt. Sas-sena 1856 kien stmat li ħarġu u tlestew mal-24 vapur mit-tarzna ta’ St Catharines. Kien fl-istess sena li nnegozja u biegħ it-tarzna għal $60,000
imma, tant kien hemm domanda għall- bini tal-vapuri li, sena wara, fl-1857, huwa reġa’ xtraha lura. Jingħad li matul dan iż-żmien Shickluna kien iħaddem mal-250 persuna u anke kien hemm xi skjavi maħruba mill-Amerika li kienu imjegati miegħu. Vapuri fl-istorja fuq ixxmajjar tal-Kanada Mhux biss Shickluna għamel isem u kien magħruf fil-Kanada, iżda nistgħu ngħidu li bosta mill-vapuri li ħarġu mit-tarzna tiegħu baqgħu msemmija fl-istorja marittima tal-Kanada. Żewġ vapuri: wieħed bl-isem Il-Kanada u l-ieħor L-Amerika, kienu nbew fis- snin 1853 u 1854 għall- kumpanija rinomata Great Western Railway. Jaħdmu bl-isteam, dawn kienu l-akbar biċċiet tal-baħar li kienu jbaħħru fuq ix-xmara Ontario. Imma ma damux wisq għax waqfu joperaw u snin wara spiċċaw jaqgħu f ’idejn il-Gvern matul il-gwerra ċivili fl-Amerika. Shickluna reġa’ ħa f ’idejh it-tarzna tan- Niagara u, fl-1864, ġie varat il-vapur City of Toronto’ li beda jbaħħar bejn Lewiston u Toronto. Tliet snin wara daħal jopera fuq l-istess rotta l-vapur Rothesay Castle. Bejn iż-
żewġ vapuri daħlet il-pika min minnhom kien kapaċi jagħmel il-vjaġġ fl-iqsar ħin. Ġie deċiż li ssir tellieqa u jingħad li intlagħbu ħafna flus. Għalkemm fil-idu s-City of Toronto waqa’ lura, irnexxieu jidħol l-ewwel u jasal Niagara 15il minuta qabel ir-Rothesay Castle. Lewis Shickluna kien anke kultant iħażżez pjanti ta’ biċċiet tal-baħar. Kienet l-idea tiegħu, u kien l-ewwel wieħed li bena skuna bil-quddiem tagħha wiesa’ u ċatt, tiela’ wieqaf bħal żurżieqa. Skuna li bħalha kienu nbnew ħafna u damu għal żmien twil ibaħħru fuq ix-xmajjar kbar tal-Kanada. Shickluna lura f ’Malta Huwa beda jaħseb biex inaqqas mix-xogħol u ġie Malta għal żjara qasira fis-sena 1871. Sadanittant, it-tifel tiegħu Joseph ħa f ’idejh it-tmexxija tat-tarzna. Il-bini tal-vapuri kien naqas sewwa u kien isir biss xogħol ta’ tiswija fuq biċċiet żgħar tal-baħar. Fis-sena 1892, l-azjenda nxtrat minn proprjetarji ġodda sakemm, sentejn wara, għalqet għalkollox . Ftit li xejn fadal xi jfakkarna fil-post fejn kienet topera t-tarzna ta’ Shickluna. Għal dawk fostna li nħobbu l-istorja, jinteressana li, almenu, kienet twaħħlet plakka biex tfakkar lil dan il-Malti bieżel li, bis-saħħa tiegħu, il-belt ta’ St Cathrines għal bosta snin kienet magħrufa mad-dinja marittima bħala post prominenti għall-bini u t-tiswija tal-vapuri . Ma nafux preċiż kemm ħarġu vapuri mit-tarzna tiegħu. Ħafna minn dawn ma nafux x’sar minnhom. Imma l-fortuna u l-istorja riedet li dan il-personaġġ isib ‘postu’ fil-fond tal-baħar tax-xmara Ontorio. Tletin sena ilu nstabu l-fdalijiet ta’ Sligo, vapur varat bl-isem Prince of Wales għall-ħabta tas-sena 1860. Kien vapur tal-merkanzija li reġa’ nbena mill-ġdid fl-1874. B’tul ta’ 48 metru, illum jinsab mgħarraq
f ’fond ta’ madwar 65 pied filPort ta’ Toronto. Fi żmienu kien jivvjaġġa minn Toronto għall-Ingilterra u l-Afrika t’Isfel. Il-vapur għandu post speċjali fl-istorja marittima. Kien l-ewwel skuna li ħareġ minn tarzna fil-Kanada mibni apposta biex ibaħħar fixxmajjar kbar ta’ dan il-pajjiz. Meta Shickluna ġie biex ipinġi l-pjanti tiegħu, ma qagħadx jagħti kas kif kienu jinbnew il-vapuri skont disinn imfassal mill-mudell Ingliż, iżda l-qisien tiegħu saru preciżament għall-Welland Canal, li kien għadu kif reġa’ nbena mill-ġdid. Meta, xi snin ilu, għaddasa u arkeoloġisti niżlu jieħdu ritratti u jagħmlu studju biex isiru jafu aktar dwar dan il-vapur, sabu r-romblu li, permezz tiegħu, kienet tinġibed it-tagħbija ta’ ramel u żrar, li kienet għadha fil-vapur mgħarraq. Huma innutaw ukoll li t-tmun tal-vapur kien għadu intatt u mwaħħal f ’postu. Is-Sligo jegħreq Ma-żmien il-vapur kien ġie mibdul f ’barkun u beda jintuża biex iġorr ramel u żrar għall-kostruzzjoni tat-triq prinċipali li llum nafuha bl-isem Queen Elizabeth Highway. F’Settembru tas-sena 1918, f ’maltempata qalila, kien qiegħed jinġibed minn vapur tal-irmonk meta nqatgħulu l ħbula u beda jagħmel l-ilma. L-ekwipaġġ li kellu fuqu ma seta’ jagħmel xejn u kellu jabbandunah miltuq mar-riħ sakemm inkiser u għereq. Memorja lil Shickluna Forsi maż-żmien dak li fadal mill-vapur jiġi mtella’ u jitqiegħed f ’mużew marittimu li jkun jixraq li jiġi msemmi għall-kompatrijott tagħna Lewis Shickluna, biex jibqa’ mfakkar għall-ħidma tiegħu u jkun rikonoxxut għall-kontribuzzjoni tiegħu fl-industrija tal-bini tal-vapuri.
KALEJDOSKOPJU
20 20|12|2015
kullħadd.com
KURŻITAJIET
SIĠRA TAL-MILIED MINN KARROZZA Fatti miġbura minn
CHARLES B.
SPITERI
ĠRAW BĦAL-LUM
1917: It-tieni referendum nazzjonali fl-Awstralja, biex jiġbor nies bil-lieva militari jiġi miċħud mill-poplu Awstraljan. 1918: L-Alleati jixħtu l-attenzjoni tagħhom fuq l-espansjoni Bolxevika fil-Lvant, u jniżżlu t-truppi tagħhom fil-Krimea u l-Latvja. 1919: Jinfetħu l-linji nazzjonali tal-ferrovija Kanadiża (l-itwal huma dawk tal-Amerika ta’ Fuq , f ’tul ta’ 50,000 kilometru). 1920: Bob Hope isir ċittadin Amerikan. 1922: 14-il repubblika jiffurmaw ir-Repubbliki tal-Unjoni Sovjetika Soċjalista (USSR). 1922: Il-Parlament Pollakk jagħżel lil Stanislaw Wojcieckowski bħala President. 1924: Adolf Hitler jinħeles mill-ħabs qabel iż-żmien. 1939: Permezz ta’ servizz shortwave, Radio Australia jibda jxandar f ’pajjiżi barranin. 1941: It-Tieni Gwerra Dinjija. L-ewwel battalja millGrupp ta’ Voluntiera Amerikani, magħruf aħjar bħala l-Flying Tigers f ’Kumming, iċ-Ċina. 1942: L-ewwel bumbardament Ġappuniż fuq Kalkutta. 1943: L-Internationale ma jibqax aktar l-Innu Nazzjonali tal-USSR. 1955: Cardiff tiġi proklamata bħala l-belt kapitali ta’ Wales. 1956: Kolp ta’ Stat mill-kurunell Simbolon f ’Sumatra. 1957: Elvis Presley jingħata kopja tal-avviż biex jingħaqad mal-Armata Amerikana fis-Servizz Nazzjonali. 1960: Richard Bar, kmandant f ’Auschwitz, jisfa arrestat fil-Ġermanja. 1963: Għall-ewwel darba jinfetaħ il-Ħajt ta’ Berlin għall-Ġermaniżi tal-Punent. 1963: Jibda ġuri kontra 21 għassies tal-kampijiet li kien hemm f ’Auschwitz. 1967: Jintbagħtu 474,300 suldat Amerikan fil-Vjetnam. 1968: Iż-Zodiac Killer joqtol lil Betty Lou Jenson u lil David Faraday f ’Vallejo, Kalifornja. 1974: L-Etjopja ssir stat soċjalista mmexxija minn partit wieħed. 1976: Jirriżenja l-Prim Ministru Iżraeljan, Yitzhak Rabin. 1978: H.R. Haldeman, iċ-Chief of Staff tal-White House fi żmien Nixon, jinħeles mill-ħabs. 1980: L-Unjoni Sovjetika tħabbar formalment il-mewt ta’ Alexei Kosygin. 1983: El Salvador jadotta kostituzzjoni. 1983: Iċ-Chairman tal-Organizzazzjoni tal-Palestina Yasser Arafat u 4,000 lealist jevakwaw mil-Libanu. 1984: 33 biċċa xogħol għall-pjanu mhux magħrufa ta’ Bach jinstabu fil-librerija ta’ Yale. 1990: Il-Pentagon iwiddeb lil Saddam Hussein li l-qawwa tal-ajru Amerikana lesta tattakkah f ’Jannar tal-2015. 1990: Eduard Shevardnadze, Ministru tal-Affarijiet Barranin Sovjetiku, jirriżenja mill-kariga tiegħu. 1991: Qorti f ’Missouri tissentenzja lil Zein Isa, militant Palestinjan, u lil martu Maria għall-mewt wara l-qtil tal-unur li għamlu fuq binthom Palestina. 1992: Slobodan Milosevic elett mill-ġdid President tas-Serbja. 1995: In-NATO tibda taħditiet tal-paċi mal-Bożnija. 2001: Il-kriżi ekonomika fl-Arġentina: Il-President Fernando de la Rua mġiegħel jitlaq mill-uffiċċju tiegħu. 2005: Isiru l-ewwel żwiġijiet tal-istess sess fl-Iskozja. 2007: Il-Maestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta II issir l-ixjeħ monraka li serviet fil-Gran Brittanja. Hi għaddiet lir-Reġina Vittorja, li għexet għal 81 sena, b’seba’ xhur u 29 jum.
Missier ta’ tlett itfal, li kien ispirat minn reklam tal-Milied minn Asda, qatta’ sigħat sħaħ jistalla l-karozza BMW tiegħu b’1,000 bozza tal-Milied. Michael Cope ta’ 27 sena minn Crewe, kesa l-BMW tiegħu Five Series, b’400 metru ta’ dwal ikkuluriti biex iġiegħel lil uliedu jitbissmu. Dan l-isforz festiv enormi ħa lil Michael tliet sigħat u nofs biex itemmu u nies mill-pajjiż jitolbuh biex jaraw il-karozza.
Hu qal li meta ra l-avviż al-Asda qatagħha li kellu jidħol għall-isfida din is-sena stess. “Ħaditli ħafna ħin, iżda swiet kull minuta li ħadt, l-akar meta rajt lil uliedi ferħanin u meta l-karozza dehret fuq Facebook, u kisbet suċċess enormi. Sinċerament ħadt ix-xogħol għall-benefiċċju ta’ wliedi, iżda issa l-poplu kollu jixtieq jaraha. “Issa, wara li wettaqt dan it-tentattiv din is-sena, diġà qed naħseb f ’xi ħaġa oħra għas-sena d-dieħla…xi ħaġa ikbar u isbaħ minn din.”
XRAR MILL-PASSAT – L-EWWEL INDIRIZZ TAL-MILIED MIR-REĠINA ELIŻABETTA
Is-sena 1952. Miljuni ta’ semmiegħa Ingliżi u mill-Commonwealth issammru biex jisimgħu l-ewwel messaġġ tal-Milied minn mindu r-Reġina Eliżabetta ħadet il-ħatra. Skont tradizzjoni li bdiet fl-1932, ir-Reġina xandret l-indirizz tagħha fuq ir-radju tal-BBC mill-istudju f ’Dar Sandringham, fit-3.07 GMT. Hi użat l-istess skrivanija u siġġu li kien juża missierha, ir-Re Ġorġ VI, u qablu minn missieru, ir-Re Ġorġ V. Ix-xandira annwali ppermettiet lin-nazzjonijiet kollha madwar id-dinja li jisimgħu l-vuċi tar-reġina tagħhom, li saret aktar umana bis-saħħa tar-radju. Ir-Reġina bdiet billi qalet: “Kull Milied, f ’dan il-ħin, missieri l-għażiż kien ix-
andar messaġġ lis-sudditi tiegħu f ’kull parti tad-dinja. Illum imiss lili li nagħti dan il-messaġġ lilkom, intom li issa intom is-sudditi tiegħi. “Kif kien jagħmel hu, jien qed inkellimkom mid-dar tiegħi, fejn qed inqatta’ l-Milied mal-familja tiegħi.” Hi rriferiet ukoll għal dawk li kienu qed jaħdmu barra l-pajjiż, b’referenza partikolari għall-forzi armati fil-Korea, fil-Malaya u fil-Kenja. “Niftakar b’mod speċjali f ’dawk li qed jaqdu lil pajjiżhom f ’artijiet imbiegħda, ’il bogħod mill-familji tagħhom. Intom fejn intom, id-dar jew f ’xi pajjiż ieħor, fis-silġ jew fix-xemx, nagħtikom l-isbaħ xewqat minn qalbi u nawguralkom dak li tixtieq qalbkom għall-Milied u s-Sena l-Ġdida.” B’vuċi ċara u ferma, irrin-
grazzjat lis-sudditi kollha tagħha għal-lealtà u l-affezzjoni mindu telgħet fittron għaxar xhur qabel u wiegħdet li tkompli l-ħidma li bdew qabilha missierha u nannuha, biex jgħaqqdu n-nazzjonijiet tal-Imperu u tal-Commonwealth. Talbet ukoll lin-nies jitolbu għaliha f ’jum il-koronazzjoni tagħha, fis-sajf ta’ wara. Il-messaġġ kien irrekordjat u mxandar mill-ġdid fil-jiem ta’ wara mad-dinja kollha, għall-benefiċċju ta’ dawk li ma kellhomx trażmissjoni tajba dakinhar. Fl-1957 id-diskors tar-Reġina ġie mxandar għall-ewwel darba permezz tat-televiżjoni. Mill-1960, ix-xandiriet bir-radju u t-televiżjoni bdew ikunu rrekordjati minn qabel minflok ma jixxandru dirett.
PERSONALITÁ
kullħadd.com
20|12|2015 21
JIPPROMOVI KANTANTI BIEX JIKSBU SUĊĊESSI BARRA MINN XTUTNA RAMONA
PORTELLI TINTERVISTA LIL
MARTIN
DEGABRIELE Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com Email: ramonaportelli@hotmail.com
Ħafna minn xogħlu jkun jikkonsisti li jibni l-kunċett tal-avvenimenti li jorganizza. Għandu disgħa u ħamsin sena, joqgħod iż-Żejtun, u dilettant tal-fotografija, tisjir, safar, qari u mużika. Il-karattru tiegħu jikkunsidrah bħala wieħed ferrieħi u strett. Minn informazzjoni li kont ksibt qabel ma mort għal din l-intervista, sirt naf li Martin ilu għal dawn l-aħħar tmintax-il sena jorganizza avvenimenti għal kantanti tfal. Proprjament kien beda bħala fotografu ma’ ċertu organizzaturi oħra li ħajruh biex jibda jagħmel l-avvenimenti. “Bnejt il-kuntatti ma’ barra minn Malta billi kont nieħu kantanti Maltin barra minn xtutna biex jipparteċipaw fil-festivals, u minn hemmhekk bdejt nibni l-kuntatti,” beda jgħidli Martin. Fil-fatt, b’wiċċu minn quddiem, Martin jista’ jgħid li mis-sena 2007 ilkumpanija tiegħu Stardust Promotions tellgħet madwar sebgħin kantant biex jipparteċipaw fil-kant barra minn xtutna. Stardust Promotions taċċetta kantanti
Ħafna drabi persuna jkollha bżonn ta’ spinta mingħand ħaddieħor biex tgħinha tikseb dak li tkun ilha taħdem għalih matul is-snin. Fil-fatt, fil-ħajja llum fil-bżonn jiena, u għada ħaddieħor, u b’hekk ir-rota ddur u jkun hemm sens ta’ bilanċ tajjeb. Għall-intervista tal-lum tkellimt lil Martin Degabriele, li matul dawn l-aħħar snin għen u għadu jgħin diversi tfal biex javvanzaw fil-kant, u eventwalment jagħmlu isem tajjeb għalihom infushom u anke għal pajjiżna barra minn xtutna. Qed nirreferi għad-direttur ta’ Stardust Promotions, Martin Degabriele. minn ħames snin ’il fuq. Għalkemm ma jgħallimx il-kant, Martin huwa organizzatur tal-festival talkant. “Naħseb din tagħtini vantaġġ għax ikolli studenti minn ta’ kullħadd,” tbissem jgħidli Martin. Wieħed mill-aktar festivals li jieħdu sehem fih ta’ kull sena huwa l-Malta International Singers Festival – Euro Stars. Dan ilu jiġi organizzat għal dawn l-aħħar ħames snin u kien l-ewwel festival internazzjonali tal-vuċi internazzjonali f ’Malta. Ta’ min jgħid ukoll li s-sena 2015 kienet sena mimlija suċċessi. Ħallejt f ’idejh sabiex jagħtini aktar dettalji. “Bħala sena, l-2015 kienet sena mimlija suċċessi fejn irċivejt żewġ premjijiet mir-Rumanija bħala Awards of Excellence. Kien ukoll sodisfazzjon kbir għalina li bgħatna sitta u għoxrin kantant u kantanta barra minn Malta biex jipparteċipaw fil-festivals.” Diversi suċċessi fost kantanti lokali matul issnin Fost diversi suċċessi li
kellu Martin taħt il-kappa ta’ Stardust Promotions kien hemm Domenique Azzopardi u Martina Cutajar li ħadu sehem f ’festival bl-orkestra fil-Polonja, fejn Martina kisbet ir-raba’ post fost sitta u għoxrin kantant. Charlene Mercieca Magro ġiet it-tielet post f ’festival fir-Rumanija. Grupp ta’ kantanti Maltin ħadu sehem f ’festival f ’Iasi fir-Rumanija. Grupp ieħor ta’ kantanti Maltin ħadu sehem f ’festival ieħor fir-Rumanija f ’Settembru li għadda. Martina Cutajar rebħet il-Grand Prix għall-aħjar kanzunetta oriġinali u ġiet ukoll fl-ewwel post, Courtney Camilleri rebħet l-overall mill-Junior Categories; Daphne Portelli u Arianna Mallia ġew fit-tielet post fil-kategoriji rispettivi tagħhom; Kayley Cuschieri u Michelle Portelli ġew l-ewwel post ukoll fil-kategoriji tagħhom; Shauna Fitz u Sarah Attard ġew it-tieni u t-tielet fil-kategorija tagħhom rispettivament. Fl-istess xahar marru l-kantanti Kelsy Attard, Kieran Agius u Naomi Busutill li kollha rebħu għall-aħjar interpretazzjoni għal kanzu-
netti bil-lingwa nazzjonali fil-kategoriji tagħhom. Dan l-aħħar marru l-kantanti Shazay Grima, Raquel Seguna u Luke Briffa, fejn Shazay ġiet fit-tielet post fil-Lithunia. Is-sena d-dieħla jidher li ser tkun sena oħra mimlija avvenimenti b’ħafna opportunitajiet ġodda għal kantanti, mhux biss biex jipparteċipaw barra minn Malta, iżda anke hawn Malta stess. Il-kant jelimina ċertu tensjoni żejda mil-lat skolastiku Waqt din l-intervista staqsejt lil Martin fuq dak li jiksbu t-tfal wara li jkunu marru jkantaw barra minn xtutna u jerġgħu jiġu lura Malta. “Minbarra li jkollhom sodisfazzjon kbir, il-kantanti jiksbu ħbieb u kuntatti ġodda,” fissirli Martin. Peress li konxja mill-fatt li dan l-aħħar donnu ħafna aktar tfal qed jitħajru għallkant, iddiskutejt ma’ Martin x’jaħseb minn dan il-fatt, u
jekk millat ta’ ħidma tiegħu fuq din il-linja jinnutax l-istess ħaġa. “Hija ħaġa tajba li tfal ikollhom interess barra mill-iskola bħala kant, sports u affarijiet oħra. Li jkollhom aljenazzjoni hija ħaġa tajba u żżommhom ’il bogħod mill-vizzji ħżiena. Nissuġġerixxi lil dawk it-tfal li qed jitħajru jibdew il-kant, biex jagħżlu għalliema li jkollhom kwalifiki u jieħdu pjaċir ikantaw. Bil-kant tiġi eliminata t-tensjoni u stress tal-istudju, u jagħmlu wkoll ħbieb ġodda.” Finalment Martin saħaq biex il-qarrejja tal-gazzetta KullĦadd jagħtu aktar appoġġ lil dawn il-kantanti ġodda billi jattendu festivals fejn jieħdu sehem. “Meta nagħmlu dediki speċjali fuq ir-radju nitolbu kanzunetta bil-Malti minn dawn il-kantanti u mhux dawk il-ħafna li, iddawwar kull fejn iddawwar, spiss tisma tagħhom,” temm jgħid Martin
22 20|12|2015
kullħadd.com
MADWARNA
L-AZZJONISTI JAPPROVAW ID-DIVIDEND U L-ĦRUĠ TAL-ISHMA BONUS
John Cassar White, iċ-Chairman ta’ BOV, waqt l-indirizz tegħu
Nhar il-Ħamis, il-Bank of Valletta laqqa’ t-42 Laqgħa Ġenerali Annwali tiegħu. Matul il-laqgħa l-azzjonisti tal-Bank approvaw id-dividend gross finali propost ta’ €0.085 għal kull sehem. Ir-rakkomandazzjoni talBord għall-ħruġ bonus ta’ sehem wieħed għal kull 12-il sehem miżmum ġiet approvata wkoll u, b’riżultat ta’ dan, il-kapital permanenti tal-Bank se jiżdied għal €390 miljun. Waqt l-indirizz tiegħu lill-azzjonisti, is-Sur John Cassar White, iċ-Chairman tal-Grupp BOV iddeskriva l-ambjent li fih kien qed jopera l-Bank bħala wieħed ikkaratterizzat minn xenarju ekonomiku internazzjonali dgħajjef, rati tal-imgħax baxxi persistenti u żieda fir-rekwiżiti regolatorji. Is-Sur Charles Borg, il-Kap Eżekuttiv tal-Bank, ta ħarsa ġenerali lejn il-prestazzjoni
tal-Bank matul is-sena finanzjarja 2015. Huwa esprima sodisfazzjon għall-profitti qabel it-taxxa ta’ €117.9 miljun li jirrappreżentaw żieda ta’ 13% fuq ir-riżultati tas-sena ta’ qabel. Wara l-indirizz taċ-Chairman u tal-Kap Eżekuttiv, tressqu erba’ riżoluzzjonijiet fil-laqgħa. Dawn ir-riżoluzzjonijiet kienu jinkludu l-approvazzjoni tar-Rapport tal-Introjtu u tal-Karta tal-Bilanċ għas-sena li għalqet fit-30 ta’ Settembru 2015, u r-Rapporti tad-Diretturi u tal-Awdituri. Barra minn hekk, id-dividend finali gross ta’ €0.085 għal kull sehem, li jirrappreżenta ħlas gross ta’ €30,600,000 kif rakkomandat mid-Diretturi, ġie approvat għall-ħlas fit-18 ta’ Diċembru 2015. Inkisbet ukoll l-approvazzjoni biex jiżdied il-kapital azzjonarju maħruġ talBank għal €390 miljun wara
l-kapitalizzazzjoni ta’ €30 miljun mill-qligħ imfaddal għall-finijiet ta’ ħruġ bonus ta’ sehem għal kull 12-il sehem miżmum fil-15 ta’ Jannar 2016 Minħabba l-fatt li n-numru ta’ nomini għall-postijiet ta’ Diretturi fuq il-Bord kien ekwivalenti għan-numru ta’ postijiet vakanti, ma saret l-ebda elezzjoni. IlBord tad-Diretturi tal-Bank għas-sena li jmiss se jkun magħmul minn: John Cassar White (Chairman), Helga Barbara Ellul, James Grech, Mario Grima, Alfred Lupi, George Portanier, Taddeo Scerri, Gabriele Simonetti, Joseph M. Zrinzo. Iċ-Chairman John Cassar White u Taddeo Scerri ġew maħtura mill-Gvern. Gabriele Simonetti ġie maħtur minn Unicredit. Il-membri kollha tal-Bord huma suġġetti għall-approvazzjoni regolatorja.
GĦALL-EWWEL DARBA ‘PRESEPJU IL-BANDA SPINOLA FI ŻMIEN IL-MILIED SUQ U MEXXI’ FIX-XAGĦRA
Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo nieda għal-ewwel darba Presepju Suq u Mexxi. Triq Għajn Ħosna fix-Xagħra Għawdex se tinbidel f ’xena mhux tas-soltu fejn se jkun hemm irkejjen tradizzjonali marbuta mal-ħajja u użanzi tipiċi tal-Lhudija ta’ elfejn sena ilu. F’dan il-presepju madwar 140 attur u attriċi mir-raħal tax-Xagħra ser jiżvolġu b’mod innovattiv l-iskritt miktub għal din l-attività. Il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li, filwaqt li jkunu qed isuqu matul ittriq bil-karozza tagħhom, jiltaqgħu mal-karattri bibbliċi li se jwasslulhom messaġġ biex huma lkoll jagħmlu parti minn din ilġrajja tal-Milied. Għalhekk l-isem – Presepju Suq u
Mexxi, għax proprju waqt li tkun għaddej bil-vettura tkun qed tara din ir-rappreżentazzjoni ħajja. Il-grupp ta’ żgħażagħ ‘theguidinglight’ mixXagħra ilhom għal dawn l-aħħar 14-il sena jorganizzaw il-presepju ħaj f ’Għawdex. Mingħajr ma jinbidel l-għan tal-presepju, il-grupp qed jaħdem sabiex jippreżenta presepju orġinali u innovattiv li huwa kompletament differenti minn dak li sar tul l-aħħar snin. B’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex, Milied f ’Għawdex u l-Għaqda Milied fixXagħra, il-grupp ser iniedi għall-ewwel darba Presepju Suq u Mexxi. Din ir-rappreżentazzjoni bl-atturi ser tkun miftuħa nhar
is-Sibt 26 u l-Ħadd 27 ta’ Diċembru bejn il-5.00pm u d-9.00pm. Sadanittant, is-sit tal-presepju ser ikun miftuħ ukoll għall-pubbliku l-Ħadd 27 ta’ Diċembru mit-8.00am sa 12.00pm, iżda mingħajr il-preżenza tal-atturi. Filwaqt li d-dħul huwa b’xejn, ta’ min jinnota li l-presepju se jkun aċċessibbli min-naħa tan-Nadur (Triq Għajn Qasab) u b’vetturi żgħar biss. Il-presepju mhux se jkun aċċessibbli min-naħa tax-Xagħra u ma jitħallewx jidħlu persuni bil-mixi, bir-roti jew b’vetturi kbar bħal xarabanks jew minibuses. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 9900 6787, 9988 5583, 7905 4865 jew iżur il-paġna ta’ Facebook Presepju Suq u Mexxi.
Kif ilha tagħmel mit-twaqqif tagħha fi żmien il-Milied, is-Soċjetà Mużikali Spinola ta’ San Ġiljan, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan, se ttella’ l-programm mużikali annwali tal-Milied fil-kappella tal-Immakulata Kunċizzjoni fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan, illum fis-7.30pm. Dan il-programm, li se jkun taħt il-patroċinju tal-Arċisqof Emeritu ta’ Malta, l-E.T. Mons. Pawlu Cremona OP, se jkun l-ewwel fost sensiela ta’ attivitajiet li s-Soċjetà se ttella’ matul is-sena li ġejja biex tfakkar il-125 sena mit-twaqqif tal-parroċċa ta’ San Ġiljan. Fost il-mużika li se tindaqq, se nsibu xogħlijiet ta’ Adolphe Adam, Charles Gounod, Johann Strauss, Andrea Bocelli, John Lennon, Boney M u Josè Feliciano. Il-banda se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Aldo Minuti, filwaqt li l-preżentazzjoni tal-programm ġiet fdata f ’idejn Joe Azzopardi. Fuq stedina tal-qasam tal-Museum ta’ San Ġiljan, il-bandisti tal-post tas-Soċjetà Mużikali Spinola ta’ San Ġiljan, immexxija mis-Surmast Direttur Aldo Minuti, se jingħaqdu ma’ xi bandisti tal-banda l-oħra Ġiljaniża sabiex bħala banda waħda jakkumpanjaw id-dimostrazzjoni ta’ Ġesù Bambin mat-toroq ta’ San Ġiljan bid-daqq ta’ għanjiet tal-Milied nhar it-Tlieta 22 ta’ Diċembru 2015 fil-5.30pm. Għalhekk inħeġġu lill-Ġiljaniżi u lil kull min hu dilettant biex jingħaqad magħna għal dawn is-servizzi. Għal iktar informazzjoni rigward it-tliet attivitajiet, tista’ ċċempel fuq 9904 4123 jew tibgħat email lil spinolabandclub@gmail. com
MADWARNA
kullħadd.com
20|12|2015 23
JIBNI PRESEPJU MILL-BIDU SAL-AĦĦAR
Dettall ta’ waħda mix-xeni li ħadem din is-sena
Christopher Calleja biswit il-presepju li ħadem din is-sena
Dettall mill-presepju fejn jidhru bosta aċċessorji
ALAN SALIBA l-istess Anton Agius li ħażżiżlu ix-xogħol m’għandux ikun sales@kullhadd.com tpinġija tan-Nattività li ġiet ip- hemm kompetizzjoni għax Fost in-numru ta’ presepji li nsibu għall-wiri f ’pajjiżna f ’dawn iż-żminijiet, insibu dak maħdum minn Christopher Calleja, f ’dar privata fir-Rabat Malta. Presepju mdaqqas b’qies ta’ madwar 125 pulzier b’69 pulzier, maħdum kollu kemm hu minnu stess mill-bidu sal-aħħar. Pasturi u annimali tat-tafal, aċċessorji tal-qasab u njam, frott u dak kollu li jidher huwa maħdum minnu stess kollu bl-idejn u mingħajr forma. Saħansitra l-ġebel li jidher bħal dak tal-kmamar u turġien, huma mpoġġija waħda waħda fuq struttra tal-kartun li jkun ħadem qabel. L-ambjent li jidher, fuq stil tradizzjonali, li jixbah dak ta’ wied, huwa kollu maħdum fil-jablo u ġibs. Il-bidu tan-namra il-presepju
lejn
Meta kellu disa’ snin, Chris ħadem l-ewwel presepju tiegħu, meta kien membru tas-soċjetà tal-Museum. Minn hemm, huwa qatt ma ħares lura u dejjem ħa ħsieb li jkabbar xi ftit jew ieħor il-presepju li jagħmel kull sena. Ta’ ħmistax-il sena ħaseb biex jagħmel presepju ikbar fid-daqs ħdejn dawk li kien jagħmel qabel, u fih għamel l-ewwel mekkaniżmu bħal mitħna li ddur, ilma nieżel u l-Madonna u San Ġużepp jiċċaqalqu. Taħt il-gwida tal-mibki artist Rabti, Anton Agius, li kien ġar ta’ Christopher stess, beda jaħdem ukoll xi pasturi huwa stess. Minn hemm daħal membru fl-Għaqda Ħbieb tal-Presepju biex ikompli jitħarreġ iżjed f ’dan id-delizzju ferm għal qalbu. Minn hemm, fl-1992, ikkompeta bl-ewwel presepju tiegħu f ’kompetizzjoni li saret fir-Rabat stess, fejn għal sentejn wara xulxin kiseb l-ewwel post. Sentejn wara ġie offrut post biex seta’ jibni presepju ta’ daqs ikbar, kif narawh illum. Ma kienx faċli għalih li jkabbar għal dan il-kobor f ’daqqa. Kien
pubblikata fil-qoxra tal-fuljett li ħareġ għal din l-ewwel wirja ta’ presepju mekkanizzat li tella’ hu. Huwa daħħal dan il-presepju għall-kompetizzjoni organizzata mill-Kummissjoni Festi Nazzjonali fil-kategorija ta’ Presepji Mekkanizzati. Ta’ min jgħid li Chris baqa’ jaħdem presepju mekkanizzat kull sena sal-2008, sakemm mill-2009 beda jagħmel presepju statiku. Tul iż-żmien li għamel jaħdem il-presepju mekkanizzat huwa kiseb bosta premjijiet fil-kompetizzjoni Nazzjonali. Fl-1999 kiseb it-tieni post, u fis-sena 2000 kiseb l-ewwel post. Mill2001 sal-2003 reġa’ kiseb it-tieni post, u fl-2004 kiseb it-tielet post. Minn hemm huwa qatt ma ħares lura u dejjem ra x’jivvinta biex jagħmel il-presepju tiegħu wieħed uniku. Apparti li jibni presepju ġdid kompletament kull sena, huwa kompla jżid il-pasturi li jaħdem huwa stess u jbiddel uħud li forsi tiġrilhom xi ħsara maż-żmien. Fl-2009 iddeċieda li jbiddel id-dehra tal-presepju u l-pasturi kollha, biex minn presepju mekkanizzat beda jesibixxi presepju statiku fejn għadu jagħmel hekk sal-lum. Il-presepju ta’ din is-sena Il-presepju ta’ din is-sena jinkludi stil ta’ raħal f ’wied b’ħafna rkejjen u għerien fondi b’attrazzjonijiet fihom li jqanqlulek kurżità. Għal dan il-presepju huwa ħadem xi bhejjem bit-tafal, bħal żwiemel, baqar u ħmir. Minkejja li beda dan il-presepju f ’Awwissu, Chris spiċċa jiġġieled mal-ħin biex seta’ jlesti. B’rakkont dwar il-ġrajja li seħħet 2015-il sena ilu, u diversi effetti ta’ dwal li jaqilbu minn ħin għall-ieħor li jissimbolizzaw diversi ħinijiet tal-ġurnata, wieħed jidħol iżjed fil-qofol tal-atmosfera tal-Milied. F’dawn l-aħħar snin Christopher iddeċieda li ma jiħux iżjed sehem fil-kompetizzjoni nazzjonali għax jemmen li f ’dan
kulħadd ħaqqu għall-inqas premju żgħir tal-isforz li jkun ħa biex ikun ħadem presepju, ikun f ’liema kategorija jkun. Appell għal dawk li jixtiequ jibdew dan id-delizzju Chris jappella lil dawk kollha li huma mħajrin li jibdew dan id-delizzju mill-isbaħ, biex ma jaqtgħux qalbhom. “Illum hawn ħafna min jista’ jgħin
għax hawn għarfien kbir. Hija ħasra li hawn min jaf bosta tekniki u dak li jaf hu ma jurihx lil ħaddieħor. Jien lest li ngħin lil ħaddieħor, bħalma ħaddieħor għen lili,” temm jgħidli Chris. Apparti dan il-presepju li jibni kull sena, Christopher għandu presepju permanenti f ’daru fuq stil Naplitan. Presepju li bena hu stess ukoll, iżda b’pasturi li jġib min Napli ftit ftit. Finalment huwa jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha
li għenuh biex wasal sa fejn wasal illum, lil dawk li jisilfulu l-post biex ikun jista’ jarma dan il-presepju u lil martu u lill-familja kollha tiegħu tal-appoġġ kontinwu li jagħtuh matul is-sena kollha. Dan il-presepju jinsab għall-wiri f ’24, Triq il-Kulleġġ, ir-Rabat, Malta. Ikun miftuħ sas-6 ta’ Jannar kuljum mill4.30pm sat-8.00pm, waqt li s-Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi jitfaħ mid-9.00am sa 12.00pm u mit-3.30pm sat-8pm.
24 20|12|2015
kullħadd.com
RIĊETTI
MENÙ TALJAN GĦAL DAN IL-MILIED Id-drawwiet tagħna l-Maltin fejn jidħol l-ikel ta’ żmien il-Milied nistgħu ngħidu li writniehom mingħand l-Ingliżi: il-pudina, il-kejk, id-dundjan, eċċ. Għalhekk ħsibt li din id-darba nippreparaw ikla b’riċetti ħfief li huma aktar popolari mal-ġirien tagħna t-Taljani. L-ingredjenti huma biżżejjed għal erba’ persuni. Jekk tixtiequ sservu wkoll l-antipasto qabel, tistgħu żżejnu platt kbir b’taħlita ta’ laħmijiet bħal prosciutto u salami; ġobon; mozzarella friska; tadam frisk; ħaxix mixwi bħal brunġiel, bżar ħelu kkulurit u qarabagħli; jew ħaxix immarinat bħal qlub tal-qaqoċċ u faqqiegħ, u żebbuġ imħallat. Servi din it-taħlita ma’ grissini u biċċiet tal-focaccia sħan.
SOPPA TAL-GĦADS BIL-GAMBLI VITELLA MIXWIJA BIL-ĦAXIX
Ingredjenti: • • • • • • • •
350g għadz aħmar (oranġjo), imnaddaf u maħsul 2 kurratiet, imnaddfin u maqattgħin (il-parti bajda u ħadra ċara biss) Żejt taż-żebbuġa Kuċċarina ġinġer frisk, maħkuk ½ kuċċarina paprika Melħ oħxon u bżar mitħun frisk 12-il gamblu kbir Litru stokk tal-ħaxix
Metodu: 1. 2. 3. 4.
Saħħan 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa f ’kazzola u qalli l-kurrat sakemm jirtab ftit. Żid l-għads, il- ġinġer u l-paprika u ħawwad sakemm jitħallat kollox, imbagħad żid il-brodu tal-ħaxix, niskata melħ u bżar mitħun frisk. Meta t-taħlita tiftaħ tagħli, għatti l-kazzola, baxxi n-nar u tektek għal 45 minuta. Sadanittant, aqla’ l-qoxra tal-gambli mingħajr ma tneħħi d-denb. Saħħan mgħarfa żejt taż-żebbuġa f ’taġen u aqli l-gambli għal minuta jew tnejn sakemm jibdlu l-kulur. Roxxhom bi ftit melħ u bżar u żomm il-gambli għas-sħana. Itħan tajjeb is-soppa sakemm tiġi lixxa għalkollox. Aqleb is-soppa fi platti sħan u fuq kull platt poġġi tliet gambli fin-nofs. Roxx is-soppa bi ftit żejt taż-żebbuġa u servi.
Ingredjenti: • • • • • • • • • • •
800g vitella ta’ taħt l-għonq, maqtugħa f ’biċċa sħiħa 300g panċetta (jew bejken), imqattgħa listi rqaq 4 zunnarijiet żgħar, imnaddfin u maqsumin għat-tul Basla kbira, imqattgħa flieli Kurrata, imnaddfa u mqattgħa roti ħoxnin 150ml inbid abjad 150ml stokk taċ-ċanga jew ħaxix Klin frisk Sagħtar frisk 3 werqiet tar-rand Melħ u bżar mitħun frisk
Metodu: 1. 2. 3. 4. 5.
Saħħan il-forn għal temperatura ta’ 180°C. Idlek dixx tal-forn biż-żejt taż- żebbuġa. Ifrex il-biċċiet tal-panċetta jew bejken fuq karta strazza. Roxx bi ftit melħ u bżar, klin u sagħtar. Poġġi l-vitella fuq tarf minnhom u bl-għajnuna tal-karta stess gerbeb il-panċetta/bejken mal-laħam. Orbot dawramejt bl-ispag biex iżżomm kollox flimkien u daħħal il-weraq tar-rand taħt l-ispag. Poġġi l-vitella fid-dixx u ferrex il-ħaxix madwarha. Ferra’ l-inbid u l-istokk fuq kollox u għatti d-dixx ħafif b’biċċa foil. Sajjar fil-forn għal 45-50 minuta. Neħħi l-foil u b’mgħarfa xarrab il-laħam bil-meraq tad-dixx stess. Erġa’ daħħal fil-forn mingħajr ma tgħatti d-dixx u kompli sajjar għal 30-40 minuta oħra. Il-ħin tas-sajran jiddependi minn kif tiggosta l-laħam u mill-forn. Oħroġ id-dixx mill-forn u għattih b’biċċa foil. Ħalli l-laħam joqgħod għal 15-il minuta, imbagħad qattgħu u servih sħun mal-ħaxix u patata mixwija.
ZABAIONE BL-AMARETTI Ingredjenti: • • • •
4 isfra tal-bajd kbar 2 mgħaref zokkor fin (caster sugar) 2 mgħaref inbid marsala jew sherry 150g gallettini amaretto, imfarrkin
Metodu: 1. 2. 3.
Poġġi bieqja fuq kazzola bi ftit ilma fuq nar baxx mingħajr ma tħalli l-qiegħ imiss mal-ilma (banjumarija). Fil-bieqja poġġi l-isfra tal-bajd u z-zokkor u ħabbat b’ħabbata sakemm it-taħlita titla’ u tibda tagħqad. Żid l-inbid marsala jew sherry u kompli ħabbat għal madwar 4-5 minuti oħra sakemm it-taħlita teħel meta tmissha ma’ wara ta’ mgħarfa. Poġġi ftit mill-gallettini fil-qiegħ ta’ erba’ tazzi tawwalin u qassam iz-zabaione fuqhom. Roxx il-kumplament tal-gallettini fil-wiċċ.
Nota: iz-zabaione tista’ sservih kiesaħ jew sħun. Minflok gallettini tista’ tuża frott frisk bħal frawli jew rasberries; jew tista’ timxi mar-riċetta u żżejjen il-wiċċ bil-frott.
MADWARNA
kullħadd.com
XARBIET TRADIZZJONALI GĦAL ŻMIEN IL-MILIED EGGNOG (Għal 2 persuni)
20|12|2015 25
ONE RADIO - 25 SENA TA’ SERVIZZ U KISBIET
Ingredjenti: • • • • • • • • •
2 bajdiet ippastirizzati ¼ kikkra zokkor Kikkra ħalib mhux xkumat Ponta trab tal-kannella Ponta piment mitħun (all spice) 2 kikkri krema doppja Niskata noċemuskata maħkuka 2 kuċċarini essenza tal-vanilla 2 grokkijiet whiskey
Metodu: 1. 2. 3. 4. 5. 6. 7. 8.
Issepara l-isfar tal-bajd minn mal-abjad F’reċipjent ħabbat l-isfar tal-bajd. Żid il-whiskey u ħawwad. F’reċipjent ieħor ħabbat l-abjad u żid iz-zokkor. Żid it-taħlita tal-isfar tal-bajd flimkien mal-abjad tal-bajd. Żid il-ħalib u l-krema u ħawwad kollox flimkien. Żid il-ħwawar. Ħawwad kollox flimkien u servi.
Hekk kif is-sena d-dieħla jiċċelebra l-25 sena mill-ewwel xandiriet tiegħu, ONE Radio matul din il-ġimgħa għamel re-branding’ fost oħrajn b’logo ġdid u anke studjo ġdid. ONE Radio beda jxandar f ’Awwissu 1991 bħala Super 1 Radio u kien l-ewwel stazzjon tar-radju privat filpajjiż peress li sa dak iż- żmien kien hawn biss Radju Malta. Għalkemm matul is-snin twaqqfu bosta stazzjonijiet oħra, il-popolarità ta’ ONE Radio baqgħet tissaħħaħ tant li stħarriġ wara l- ieħor tal-Awtorità tax-Xandir poġġieh fl-ewwel post fost is-semmiegħa.
Studjo Ġdid
Metodu:
Kanzunetta tal-Milied
Xandir dirett mill-Belt Valletta
1. 2. 3. 4. 5.
L-istazzjon iddeċieda wkoll li jirrekordja mill-ġdid il-kanzunetta “Il-Milied tal-Maltin” li kienet ħarġet fl-1992. Isem il-kanzunetta nbidel għal “F’dal-Milied tal-Maltin” u għalkemm il-mużika hija bbażata fuq dik oriġnali ġew inklużi ħsejjes ġodda. Il-kantanti li ħadu sehem fil-kanzunetta l-ġdida huma Mary Spiteri, Tiziana Calleja, Marisa Damato, Renato, Mary Rose Mallia, Ivan Grech, Doreen Galea, Claudia Faniello, Lawrencey Gray, Jessica Muscat, Karen Debattista, Mikaela, Kevin Borg, Xarulu, Franklin u Victorio Gauci. Il-kliem tal-kanzunetta huma ta’ Ray Mahoney, il-mużika kienet fdata f ’idejn is-Surmast Domenic Galea u irrekordjata għand Manolito Galea. Il-mużiċisti li ħadu sehem huma Peter Borg, Ivan Borg u Robert Spiteri, li jagħmlu parti mill-band popolari f ’pajjiżna Red Electrick. Għal din il-kanzunetta, l-istazzjon ONE ħejja video mużikali mill-aqwa li wieħed jista’ jsegwi fuq l-istazzjon televiżiv u fil-paġna uffiċjali one. com.mt. ONE Radio ħejja wkoll numru limitat ta’ CDs b’diski tal-istazzjon li kienu popolari matul is-snin u anke d-diska l-ġdida ‘F’dal-Milied talMaltin’.
Bejn is-16 u t-23 ta’ Diċembru, ONE Radio se jingħaqad mal-kumpanija tat-telefonija ta’ ONE Group, Redtouch fone u l-ONE Club b’xandiriet live mill-Belt fejn is-segwaċi tal-istazzjon se jkunu jistgħu jwasslu l-awguri tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.
IMBULJATA (Għal 4 persuni) Ingredjenti: • • • • • • • •
500g qastan 200g ċikkulata Qoxra ta’ madolina Meraq tal-mandolina Trab tal-kannella ½ kuċċarina imsiemer tal-qronfol maħkukin 3 kuċċarini zokkor 2 kuċċarini trab taċ-ċikkulata
Xarrab il-qastan għal madwar 12-il siegħa. F’borma itfa’ l-qastan flimkien mal-ilma tiegħu, qoxra u meraq tal-madolina, ħwawar, zokkor u trab taċ-ċikkulata. Sajjar sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli. Itfi u żid iċ-ċikkulata. Kif tinħall iċ-ċikkulata, servi.
MULLED WINE (Għal 4 persuni) Ingredjenti: • • • • • • • •
Flixkun inbid aħmar 2 larinġiet maqsumin f ’erba’ Kuċċarina trab tal-kannella Kuċċarina piment mitħun (all spice) 16-il musmar tal-qronfol Kikkra għasel ½ kikkra zokkor Kikkra brandy
Metodu: 1. Waħħal l-imsiemer tal-qronfol mal-larinġ. 2. Itfa’ l-ingredjenti kollha f ’borma. 3. Sajjar sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli. 4. Neħħi l-larinġ sabiex jiksħu. 5. Neħħi l-imsiemer tal-qronfol u għasar il-meraq tal-larinġ fit-taħlita. 6. Poġġi l-ingredjenti kollha f ’bieqja kbira u żomm it-taħlita għas-sħana. 7. Servi
Avveniment importanti ieħor seħħ il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru meta l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat inawgura l-studjo l-ġdid ta ONE Radio. Dan l-istudjo huwa mgħammar bl-aktar teknoloġija avvanzata li tagħti kwalità għolja ta’ xandir u kumdità assoluta lil preżentaturi u DJs li jaħdmu fih. Wara xhur ta ħidma sabiex jitlesta, dan l-istudjo huwa l-aktar studjo avvanzat u ta’ kwalità li hawn fil-pajjiż. Fi kliem il-Prim Ministru waqt l-ingawurazzjoni uffiċjali, stqarr li Logo Ġdid jħossu kburi b’dan l-investiment, bl-istazzjonijiet ONE u bil-ħadHekk kif jinsab ftit xhur biss bogħod diema kollha u jaħdmu fih, filmilli jiċċelebra l-25 sena tiegħu, l- waqt li ħeġġeġ lil ħaddiema sabiex istazzjon iddeċieda li jkompli jtejj- ikomplu jaħdmu bil-qalb f ’dan eb il-prodott tiegħu billi fost oħrajn l-istazzjon li jgawdi popolarità kbira iniedi logo ġdid. fil-pajjiż.
Attivitajiet oħra matul is-sena 2016 Matul l-2016, ONE Radio għandu ppjanati numru sabiħ ta’ kompetizzjonijet b’rigali kbar għas-semmiegħa bħala rikonoxximent għal-lealtà tagħhom. L-istazzjon se jtella’ wkoll il-ONE Tribute u għal żmien il-festa ta’ San Gejtanu tal-Ħamrun se jagħmel programm speċjali mill-post fejn l-istazzjon għamel l-ewwel xandir tiegħu. ONE Radio ħaseb ukoll biex mhux biss isellem lil dawk li għadhom jagħtu l-kontribut tagħhom imma anke lil dawk li sfortunatament ħallew din id-dinja matul dawn is-snin. Dan se jsir b’quddiesa li se ssellem lil dawk li matul is-snin taw is-sehem tagħhom biex ONE Radio seta’ jsir dak li huwa llum ... stazzjon segwit u maħbub minn eluf ta’ Maltin u Għawdxin.
26 20|12|2015
THE HOLIDAY
kullħadd.com
FILMS GĦALL-MILIED
Il-film The Holiday jitratta storja ta’ Iris Simpkins, li mingħajr ma tgħid lil ħadd tkun ilha tħobb lil Jasper Bloom għal aktar minn tliet snin u issa ssir taf li hu għarus lil mara oħra. Sadanittant, Amanda Woods, persuna li tgħix għax-xogħol issir taf li l-għarus tagħha Ethan Ebbers ma kienx leali lejha. Imweġġgħa, Amanda issib sit elettroniku li tħajjar lin-nies ibiddlu darhom għal ftit jiem. Iris, li tgħix l-Ingilterra, u Amanda, li tgħix l-Amerika, jiddeċiedu li jbiddlu darhom għal ġimagħtejn. Waqt dawn il-ġimagħtejn, Amanda, li issa tinsab f ’Surrey, tiltaqa’ ma’ ħu Iris, Graham, u t-tnejn li huma jinġibdu lejn xulxin. Mill-banda l-oħra, Iris tiltaqa’ mal-ħabib ta’ Amanda, Miles u l-għarusa tiegħu Maggie. Iktar tard hi tiltaqa’ ma’ raġel anzjan, Arthur Abbott. Iris issir taf li Arthur kiteb numru kbir ta’ films antiki. Iktar kemm Iris u Miles isiru ħbieb, iktar Iris bdiet titlef l-interess f ’Jasper. Kif ikun riesaq l-aħħar tas-sena, l-erba’ protagonisti jirrealizzaw li ma jistgħux jgħixu mingħajr xulxin u għalhekk iħejju pjanijiet biex iqattgħu dawn iż-żminijiet sbieħ flimkien.
ELF Elf huwa film għat-tfal li jittratta kif waqt żjara ta’ Santa Claus lejlet il-Milied, tifel li kien jgħix fi stitut, bl-isem ta’ Buddy, spiċċa fil-barżakka fost ir-rigali. Meta Buddy kiber sar jaf li huwa mhux wieħed mill-elves, iżda uman. Għalhekk, imur New York biex ifittex lil missieru, Walter. Buddy issir jaf li missieru żżewweġ u għandu tifel, bl-isem ta’ Michael. Buddy u Michael malajr jagħmlu ħbieb wara li Buddy jkun għenu jiġġieled kontra xi bullies u Michael jgħin lil Buddy jistaqsi lil Jovie biex toħroġ miegħu. Iżda jiġri li xi inkwiet li jkun inqala’ fuq ix-xogħol, jaffettwa wkoll ir-relazzjoni bejn Buddy u missieru u għalhekk Walter jgħidlu li ma jridx jara lil Buddy iżjed. Meta jirrealizza x’għamel, Walter, flimkien ma’ Michael, imur ifittex lil Buddy. Walter isib lil Buddy ħdejn Santa Claus wara li tkun inkisret is-slitta minħabba li ftit nies għadhom jemmnu f ’Santa Claus. Buddy jikkonvinċi lil Walter li Santa Claus veru jeżisti u s-slitta terġa’ tibda taħdem.
THE POLAR EXPRESS The Polar Express hu film animat ibbażat fuq ktieb li ħareġ fl-1985, miktub minn Chris Van Allsberg. Il-film jirrakkonta storja kif f ’lejlet il-Milied, tifel żgħir li jħobb ħafna l-Milied isir jaf li hemm ferrovija, bl-isem Polar Expres, tistennieh u li se tkun se tieħdu n-North Pole. Hekk kif jitla’ fuqha jsib ħafna tfal oħra libsin il-piġama u jieklu l-ħelu. Kif jaslu n-North Pole, jaraw ħafna elves fil-pjazza jħejju għal vjaġġ li jkun se jagħmel Santa Claus madwar id-dinja. Qabel jitlaq, Santa Claus jagħti oppurtunità lit-tifel jagħżel liema rigal irid. It-tifel għażel il-ġonġol li jkollhom iċ-ċriev. Santa Claus jagħtihielu u t-tifel jitfagħha fil-but tal-piġama. Imma, hu u sejjer lura d-dar, it-tifel jinduna li tilef il-ġonġol. Nhar il-Milied, oħt it-tifel issib pakkett indirizzat lit-tifel, fost ħafna rigali taħt is-siġra tal-Milied. It-tifel jiftaħ il-pakkett u jsib il-ġonġol. Kemm it-tifel u kemm oħtu jimmeraviljaw ruħhom bilħoss sabiħ tal-ġonġol, bil-kuntrarju tal-ġenituri tagħhom li ma jkunux jistgħu jisimgħuha. Iżda, għalkemm biż-żmien it-tifel ma baqax jisma’ l-ħoss sabiħ tal-ġonġol, hu xorta baqa’ jemmen f ’Santa Claus.
CHRISTMAS WITH THE KRANKS Christmas with the Kranks huwa film komiku Amerikan li jittratta koppja li ddeċiediet ma tiċċellebrax il-Milied, peress li għall-ewwel darba t-tifla tagħhom, Blair, ma tkunx tista’ tmur id-dar għall-vaganzi. Sadanittant, filwaqt li jippruvaw jikkunslaw lilhom infushom, Luther Krank jikkalkula li għall-Milied tas-sena l-oħra huma nefqu iżjed minn $6,000. Għaldaqstant, hu u martu Nora jiddeċiedu li bl-istess ammont ta’ flus jistgħu jmorru cruise għal għaxart ijiem fil-Karibew. Però, il-pjan tagħhom jieħu xejra oħra meta l-komunità li jgħixu fiha ma jiħdux pjaċir li se jkunu se jitilfu l-festin tradizzjonali li s-soltu jorganizzaw il-familja Krank. Għalhekk, jibdew serje ta’ intriċċi sabiex jikkonvinċu lill-koppja Krank ibiddlu l-ħsieb tagħhom. Minkejja li għall-bidu l-koppja tibqa’ determinata li tkompli bil-pjan tagħha, kollox jinbidel meta Blair iċċemplilhom u tgħidilhom li sejra d-dar għall-Milied, u li se tintroduċihom mal-għarus il-ġdid tagħha, Enrique. Blair tkun tixtieq turi lil Enrique t-tradizzjoni tal-Milied li jiċċelebraw l-familja tagħha. Nora u Luther, għalkemm ippanikjati, jagħmlu minn kollox biex il-festa tal-Milied tkun suċċess.
MADWARNA
SKEDA
kullħadd.com 103
06.10 Pink Panther 06.50 Flimkien ma’ Nancy 07.50 Sejjaħtli Helpline 08.30 Paperscan 10.00 Aroma Kitchen 11.05 Il-Mistiedna 11.35 Cibus 12.30 One Aħbarijiet 12.40 Kaxxa Magħluqa 14.15 Arani Issa 16.55 On D Road 17.30 One Aħbarijiet 17.35 Telebejgħ 17.50 My Home 18.50 Joe’s Kitchen 19.30 One Aħbarijiet 20.10 Ieqaf 20 Minuta 20.30 Andrew&Sue (Episodju 12) 21.30 Indemand Afterhours 21.40 L-Argument 23.10 Telebejgħ 23.30 One Aħbarijiet
151 06.00 Lena 06.25 Memex 06.55 Heartland 08.20 Frigo 08.45 La Notte Del Genio Italiano 09.30 I Nostri Amici Animali 10.15 Il Meglio Di Cronache Animali 11.00 Mezzogiorno in Famiglia 13.00 Tg2 Giorno 13.30 Tg 2 Motori 13.40 Meteo 2 13.45 Quelli Che Aspettano 15.30 Quelli Che Il Calcio 17.05 Tg2 L.I.S. 17.10 90° 19.35 Squadra Speciale Cobra 11 20.30 Tg2 20.30 21.00 N.C.I.S. 22.40 La Domenica Sportiva
162 06.00 Media Shopping 07.00 Find My Family Australia 07.53 Media Shopping 08.10 Gossip Girl 10.35 X Style 11.05 Cena Di Mezzanotte 12.00 Inga Lindstrom 14.00 The Vampire Diaries 15.50 Gossip Girl 17.30 Una Mamma Per Amica 21.10 Innamorati Cronici 23.15 Sos Family Business 23.40 In Cerca D’Amore
372
06.00 Chopped 07.00 Amazing Wedding Cakes 08.00 The Kitchen 10.00 Chopped 11.00 Guy’s Big Bite 12.00 Diners Drive-Ins and Dives 15.00 Chopped 16.00 Siba’s Table 18.00 Rev Run’s Sunday Suppers 19.00 Chopped South Africa 20.00 Follow Donal to Vietnam 21.00 Girl Eat World 22.00 Diners Drive-Ins and Dives 23.00 Siba’s Table
412 06.00 Teleshopping 09.00 Pawn Stars 16.00 Storage Wars Texas 17.00 Pawn Stars UK 18.00 Pawn Stars 19.00 Mountain Men 20.00 The Curse of Oak Island 21.00 Ancient Aliens 22.00 Storage Wars 23.00 Hunting Hitler
20|12|2015 27 102 07.00 Net Aħbarijiet 08.00 The Client (R) 08.45 Telebejgħ 10.15 Ghalkulħadd 11.15 Quddiesa mis-Santwarju ta’ Pinu 12.00 Distinti (R) 12.45 Telebejgħ 13.00 Intriċċi (R) 14.00 Net Aħbarijiet 14.05 Telebejgħ 15.20 Iswed Fuq l-Abjad (R) 16.40 Wheelspin (R) 17.30 Flusek (R) 18.00 Net Aħbarijiet 18.05 What’s For Dinner 18.45 Aħbarijiet – News feed 19.30 Net Aħbarijiet – News feed 19.50 Aħbarijiet 20.30 Becky 21.30 Net Aħbarijiet 21.35 Replay 23.15 Net Aħbarijiet
101 07.20 Tebqa 07.30 Qalb in-Nies 08.00 Paq Paq on Test 08.15 Madwarna 08.45 Ħadt l-Aħbar 10.00 Gadgets 10.30 Malta u lil hinn minnha 12.00 Aħbarijiet 12.10 Ħadd Għalik 15.00 Tebqa 15.05 Ħbieb u Għedewwa 18.00 Aħbarijiet 18.15 Għawdex Illum 18.45 Ninvestigaw x’Qed Nieklu 19.45 Tebqa 20.00 Aħbarijiet 20.50 X-Factor 21.45 Headline Aħbarijiet 21.50 X-Factor 23.00 Aħbarijiet 23.15 Smack Down WWE
152 06.00 Fuori Orario. Cose (mai) Viste 07.00 Zorro 07.50 Film: Ti Koyo e il Suo Pescecane 09.40 Doc Martin 10.30 Telethon 11.10 TGR 13.15 Correva l’Anno 13.16 Rommel – Montgomery 14.00 TG 14.30 In 1/2 Ora 15.00 TG3 LIS 15.05 Kilimangiaro 18.55 Meteo 3 19.00 TG3 19.30 TG Regione 19.53 TG Regione Meteo 20.00 Blob 20.10 Che Tempo Che Fa 21.45 Report 23.30 TG3 23.40 TG Regione 23.45 Gazebo
153 06.30 TG4 Night News 06.50 Media Shopping 07.20 Super Parties 07.50 Due Per Tre 08.20 Ciak Speciale 08.23 Magnifica Italia 08.57 Confessione Reporter 10.00 Santa Messa 10.50 Le Storie di vVaggio a… 11.30 TG4 Telegiornale 12.02 Agatha Christie – L’Uomo dall’Abito Marrone 14.00 Donnavventura 14.45 I Ragazzi Della Via Pal 18.51 Anteprima TG4 18.55 TG4 Telegiornale 19.35 Tempesta d’Amore 21.14 Fantozzi Va in Pensione 23.21 I Bellissimi di R4 23.23 Film: The Blues Brothers
300 06.00 Teletubbies 06.25 Green Balloon Club 06.45 Charlie and Lola 07.00 Teletubbies 07.25 Green Balloon Club 07.50 Charlie and Lola 08.00 Doctors 10.00 EastEnders 11.55 The Vicar of Dibley 12.40 As Time Goes By 13.30 Lapland 14.45 Doctor Who 16.45 Lapland 18.00 Call the Midwife 20.40 Lapland 21.55 Sherlock 23.25 The Turn of the Screw
307 07.15 Hawaii Life 07.40 Giada at Home 08.30 Healthy Appetite With Ellie Krieger 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Desperate Landscapes 12.00 Junk Gypsies 12.50 Model. NYC 13.45 Giada’s Weekend Getaways 14.35 Restoration SOS Buffalo 15.25 Fixer Upper 16.15 Rehab Addict 17.05 Extreme Homes 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Caribbean Life 20.35 Rehab Addict 21.00 Extreme Homes 21.55 Daryl’s Restoration Over-Hall 22.45 Caribbean Life
400 06.00 How Do They Do It? 06.25 Misfit Garage 07.15 Fast N’ Loud 08.10 MythBusters 09.05 Impossible Engineering 10.50 Troy 11.40 Storage Hunters 12.35 Container Wars 13.30 Legendary Motorcar. 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Junkyard Empire 16.15 Misfit Garage 17.10 Wheeler Dealers 18.05 Fast N’ Loud 19.00 Treasure Quest 20.00 Naked and Afraid 21.00 Dual Survival 22.00 Rival Survival 23.00 Big Fish Man
403 06.00 Toddlers & Tiaras 07.40 Cake Boss 09.30 Little People Big World 11.20 Obsessive Compulsive Cleaners 12.15 Best Of Buddy’s 13.10 I Am Jazz 14.05 New Girls on the Block 15.00 My Big Fat Fabulous Life 15.55 Sister Wives 16.50 Cake Boss 17.45 Say Yes to the Dress 21.00 Say Yes to the Dress: The Big Day 21.55 Curvy Brides 22.50 New Girls on the Block 23.45 Dr. Christmas
452 07.05 Blaze and the Monster Machines 07.35 PAW Patrol 07.55 Winx Club 08.50 The Fairly OddParents 09.45 Sanjay and Craig 10.25 Kung Fu Panda. 11.20 A Fairly Odd Christmas 12.30 Victorious 12.55 Big Time Rush 13.20 Marvin Marvin 13.50 SpongeBob SquarePants 14.45 The Penguins of Madagascar 15.25 The Fairly OddParents 15.50 iCarly 16.15 Big Time Rush 16.45 Victorious 17.10 iCarly 17.35 SpongeBob SquarePants 18.00 Teenage Mutant Ninja Turtles 18.25 The Penguins of Madagascar 18.50 Henry Danger 19.15 The Thundermans
600 06.00 07.30 08.30 11.30 12.45 14.30 16.00 17.00 18.00 19.00 20.00 21.00 21.45 21.50 22.45 22.55
FIS World Cup Alpine Skiing Wintersports Today FIS World Cup Alpine Skiing IBU World Cup Biathlon FIS World Cup Alpine Skiing FIS World Cup Ski Jumping IBU World Cup Biathlon FIS World Cup Cross-Country Skiing FIS World Cup Ski Jumping IBU World Cup Biathlon Wintersports Today FIS World Cup Ski Jumping Horse Excellence FEI World Cup Equestrian Horse Racing Time Horse Excellence
104 06.00 Euronews 07.00 Aħbarijiet 08.30 Paq Paq on Test 08.40 Kelma ghall-hajja 09.00 Quddiesa tal-Ħadd 09.45 Vatican Magazine 10.15 Qalb in-nies 10.45 Tebqa 11.00 MEA 11.30 FIFA Club World Cup FINAL 13.30 Gadgets 14.00 Qormi vs Sliema BOV Premier 16.00 FIFA Club World Cup 18.00 Animal Diaries 19.00 Għawdex illum 19.30 Dwarna 20.30 Aħbarijiet għall-persuni b’nuqqas ta’ smigħ 20.45 Paq Paq on Test 21.00 Kontrattakk 23.00 Aħbarijiet Sportivi 23.15 Aħbarijiet bl-Ingliż
154 06.00 Prima pagina 08.00 TG5 Mattina 09.10 Le Frontiere Dello Spirito 09.50 Bella Più di prima 11.00 Le Storie di Melaverde 12.00 Melaverde 13.00 Tg5 13.40 L’Arca di Noè 14.00 Un Avvocato per Babbo Natale 16.30 Domenica Rewind 18.45 Avanti un Altro! 19.57 TG5 Prima Pagina 20.00 TG5 20.40 Paperissima Sprint 21.10 Riassunto 21.11 Il Segreto 23.31 I Misteri di Shadow Island
306 06.00 Beyond Candid with Giuliana 07.00 Rich Kids of Beverly Hills 09.00 I Am Cait 11.00 E! News 12.00 Dash Dolls 16.00 Keeping Up with the Kardashians 18.00 E! News 19.00 Keeping Up With the Kardashians 21.00 House of DVF. 23.00 E! News
405 06.00 Call of the Wildman 06.25 Treehouse Masters 10.55 Austin Stevens: Most Dangerous 11.50 Into the Pride 16.25 The Lion Queen 17.20 Killer IQ. Lion vs Hyena 18.15 Biggest & Baddest 19.10 Killer IQ. Lion vs Hyena 20.05 The Lion Queen 21.00 River Monsters 21.55 The Lion Queen 22.50 Austin Stevens: Most Dangerous 23.45 Into the Pride
150 06.00 Parlamento Punto Europa 06.30 Uno Mattina in Famiglia 09.45 Telethon 10.30 A Sua Immagine 10.55 Santa Messa 11.50 A Sua Immagine 12.00 Recita Angelus 12.10 A Sua Immagine 12.20 Concerto Di Natale 13.30 Telegiornale 14.00 L’Arena 16.30 Tg 1 16.33 Che Tempo Fa 16.35 Domenica In – Speciale Telethon 18.45 L’Eredità 20.00 Telegiornale 20.35 Affari Tuoi – Speciale Telethon 23.19 Tg1 60 Secondi 23.20 Speciale TG1
155 07.00 Super Partes 07.36 I Puffi 08.03 Tom & Jerry 08.15 Looney Tunes Show 09.02 Incantesimo Del Lago 3 – Lo Scrigno Magico 10.35 Il Topolino Marty 2 12.25 Studio Aperto 13.00 Sport Mediaset XXL 13.55 The Musketeers 16.10 Duma 18.15 Camera Cafè 18.28 Studio Aperto 19.01 Il Signore Degli Anelli le Due Torri 21.25 Transformers 3
312 06.35 Movers and Shakers 07.55 Impromptu 09.40 Jakob the Liar 11.35 Big Screen 11.50 If It’s Tuesday This Must Be Belgium 13.30 Music of the Heart 15.35 How to Murder Your Wife 17.35 It Runs in the Family 19.00 The Man in the Iron Mask 21.10 Groundhog Day
410 06.00 House Hunters International 09.30 The Vanilla Ice Project 10.00 More Christmastown USA 10.30 Xtreme Xmas 11.30 Shed & Buried 12.00 Building Alaska 13.00 Lake Life 13.30 Salvage Dawgs 14.00 The Vanilla Ice Project 15.00 Luxury Trains 16.00 Tough Trains 17.00 Tough Rides: India 18.00 Shane Delia’s Moorish Spice Journey 19.00 Shed & Buried 20.00 Mysteries at the Monument 21.00 Mysteries at the Museum 22.00 Most Terrifying Places in America 23.00 Time Traveling With Brian Unger
28 20|12|2015
kullħadd.com
ĊINEMA
MIĊ-
RAPPORT TA’
ĊINEMA
CARMEL BONNICI
CHRISTMAS WITH THE COOPERS
VARJAT
TAĦWID TA’ FAMILJA FI ŻMIEN IL-MILIED Atturi Ewlenin: Alan Arkin, John Goodman, Diane ftit sigħat oħra, se jinkixfu Keaton, Amanda Seyfried, Marisa Tomei, Ed Helms, bil-kbir. Eleanor (Wilde), kittieba Anthony Mackie, Olivia Wilde mingħajr xogħol, qed titlajja fl-ajruport għax Direttrici: Jessie Nelson Ħin: 107 min. ma tixtieqx tmur id-dar Distributur: E-One Films mingħajr sieħeb. Hi tiltaqa’ Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. U ma’ Joe (Jake Lacy), suldat fl-armata. Hank (Helms) Il-motto ta’ Christmas With Cooper se jinġabru flimkien qed irabbi tlett itfal The Coopers hu li l-familja u kollox se jisfratta. Wara waħdu, jinsab bla xogħol li jargumentaw bis-sħiħ erbgħin sena, iż-żwieġ ta’ u Angie (Alex Bornstein), flimkien, jibqgħu flimkien. Charlotte u Sam Cooper eksmartu, se tiġi għallDan ix-xenarju mhux xi (Keaton u Goodman) ikla. Oħt Charlotte, Emma ħaġa ġdida għax rajnieh jidher li se jintemm, iżda (Tomei), tinqabad tisraq f ’diversi films tal-passat, Charlotte talbet lil żewġha mis-supermarket u tingħata fosthom Home For The li, biex jgħaddu Milied f ’idejn il-pulizija Williams Holidays u The Family Stone ferħan ilkoll, iżżomm dan (Mackie). Missier il-ġenituri, ixtal-istess produttur ta’ sigriet mill-membri kollha Coopers. li dalwaqt jaslu għandhom. xwejjaħ Buck (Arkin), F’lejlet il-Milied il-familja In-nuqqasijiet tagħhom, fi jitħabbeb maż-żagħżugħa
timida Ruby (Seyfried) li sservih f ’ristorant u li jqisha aktar ta’ ġewwa mittfal tiegħu stess. Dawn l-erba’ generazzjonijiet talfamilja, b’ideat u użanzi diversi, miġburin taħt saqaf wieħed, se jaġixxu ħafna ’l bogħod millispirtu ta’ ferħ u paċi talMilied, waqt li barra s-silġ nieżel bil-qliel. Għalkemm Christmas With The Coopers, kummiedja soċjali varjata, ma fih xejn oriġinali u jiżviluppa b’ċerta pawsa, ir-reċtar talatturi jpatti għal dan, barra li jinkludi wkoll xi djalogi pjuttost interessanti.
ĊINEMA
kullħadd.com
20|12|2015 29
STAR WARS, EPISODE VII: THE FORCE AWAKENS (3D)
BLOCKBUSTER
TFITTXIJA INTENSA MIMLIJA PERIKLI GĦAL LUKE SKYWALKER Atturi Ewlenin: Daisy Miller, John Boyega, Jason għall-battalja finali. Skywalker kien sar Isaacs, Adam Driver, Harrison Ford, Carrie Fisher, eremita; sparixxa u ħadd Mark Hamill, Max Von Sydow. ma jaf fejn qiegħed. Direttur: J. J. Abrams Ħin: 135 min. Jiġri warajhom hemm ilkattiv b’superpoteri Kylo Distributur: Disney/Buena Vista Int. Ren (Driver) bis-suldati Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. PG (Stormtroopers) tiegħu. Ġo villaġġ fuq il-pjaneta Il-kliem: In a galaxy, far, Hans Solo (Harrison Jakku, li l-parti kbira far away, li dehru madwar Ford), il-Prinċipessa Leia minnha hi deżert kollu erbgħin sena ilu fi Star Organa (Carrie Fisher) ramel, jieħdu ħjiel ta’ fejn Wars (1977) (wara sar Star u Luke Skywalker (Mark jista’ jinstab Skywalker u Wars, Episode IV: A New Hamill), issa kollha ta’ età magħhom jingħaqad ilHope) affaxxinaw b’mod avvanzata, bir-ritorn ukoll merċenarju anzjan Hans meraviljuż lil miljuni kbar tar-robots R2D2 u CP30, Solo, bil-fidila kumpanja ta’ nies, l-aktar żgħażagħ, flimkien ma’ Chewbacca, tiegħu Chewbacca. madwar id-dinja. Matul ix-xadina li takkumpanja Dawn se jinqabdu milldan iż-żmien kollu, is- lil Solo. qilla tal-Mexxej Suprem, saga Star Wars baqgħet Din id-darba,l- Snoke (Andy Serkis) li popolarissima, dejjem protagonista hija Rey jeqred ħafna partijiet iżżid l-akkaniti, tant li kull (Miller), kaċċatura ta’ minn fejn jgħaddu. film li joħroġ minn żmien relikwi antiki. L-istorja Bħalma għamel fl-ewwel qabel joħloq stennija li ma tiżvolġi tletin sena wara The triloġija u anke fit-tieni, titwemminx. Return Of The Jedi u Rey, li l-avvenimenti tagħha Il-produzzjoni ġdida, flimkien ma’ Stormtrooper jseħħu qabel dik oriġinali, Star Wars, Episode VII: Finn (Boyega) li jsalva lil il-produttur eżekuttiv The Force Awakens, hija X-Wing Poe Dameron George Lucas introduca l-bidu ta’ triloġija oħra li (Isaacs) mit-torturi tal- atturi ġodda li żgur li se tkompli ma’ The Return Of First Order, jingħaqdu jieħdu l-popolarità f ’dawn The Jedi (1983), li hu s-sitt mar-Reżistenza biex ifittxu l-aħħar tliet episodji. episodju. Għaldaqstant, lil Luke Skywalker, l-eroj L-iffilmjar sar f ’diversi f ’din il-puntata reġa’ Jedi Knight tal-ewwel postijiet imbegħdin, bħal għandna magħna lil triloġija ħalli jmexxihom New Mexico, Abu Dhabi,
l-Irlanda, California, l-Islanda u l-Iskozja. L-effetti speċjali viżwali huma eċċellenti, bit-3D jiddomina, kif ukoll din il-produzzjoni tiġġenera l-istess spirtu (inkluż ilkuluri) tal-ewwel tliet puntati.
Tassew ħelu hu l-android (robot) ċkejken BB-8 li jgħin lill-qalbiena erojina kontinwamen t. Erġgħu sibu ruħkom miljuni kbar ta’ mili ’l bogħod fl-univers, qalb il-pjaneti għal aktar avventuri tassew gwappi!
L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn id-09.12.2015 u t-13.12.2015
1. 2. 3. 4. 5.
Spectre The Good Dinosaur The Hunger Games: Mockingjay Part 2 Bridge Of Spies By The Sea
KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA
Mistoqsija għal din il-ġimgħa Min hi l-protagonista fl-aħħar film ta’ Star Wars?
Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717
Rebbieħ taż-żewġ biljetti taċ-ċinema tal-ġimgħa l-oħra huwa
M. GATT – ir-Rabat
30 20|12|2015
kullħadd.com
AVVIŻI KLASSIFIKATI PROPRJETÀ
TANAYA’S Dev. Ltd: Għażla kbira ta’ appartamenti f ’kull żona ta’ Malta. Jinbiegħu mingħajr depożitu u nħallsulek il-kuntratt. Offerta speċjali. Għal aktar dettalji ċempel 9992 4999. Mingħajr aġenti jekk jogħġbok. SERVIZZI Investigazzjoni Privata: Żwiġijiet, għerusija u relazzjonijiet oħra, DNA forensic tests, tfal maħtufin minn Malta, każijiet ċivili, każijiet oħra fil-qorti, problemi f ’kumpaniji jew negozju. Nagħmlu xhieda fil-Qorti. Naħdmu f ’Malta u anke barra. Għal appuntament ċemplu 7959 0000. email: info@privateinvestigationmalta.com Korsijiet f ’Livell Ordinarju f ’diversi suġġetti bħall-Matematika, Ingliż, Malti, Franċiż, Fiżika u oħrajn. Noffru wkoll korsijiet tal-ECDL. Prezz €35 kull module. Noffru wkoll korsijiet bażiċi fil-kompjuter, €50. Ċempel 2166 2241 jew 7766 2241 jew żur issit elettroniku www.tudorinstitute.com Tewmi Group għal lezzjonijiet tal-karozzi kemm manual u kif ukoll automatic. Cab service u karozzi għall-kiri bi prezzijiet raġonevoli. Żur is-sit www. tewmi.com jew ċempel 9942 2422. Lezzjonijiet taż-żfin fuq stil ballroom jew Latin-Amerikan. Lezzjonijiet taż-żfin għallbeginners u kompetizzjonijiet minn Imperial Qualified Dance Teacher (ISTD) Ibgħat SMS fuq 7925 3015 jew ċempel 2138 6818 sa 12.00pm. Care and Cure Group Ltd: infermiera mħarrġa, caring
assistants, nannies, nies imħarrġin biex iżommu kumpanija, għajnuna fid-djar u night sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna wkoll għall-kiri: wheelchairs, hoists, commodes, walking frames u hospital beds. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq dawn in-numri: 2137 6946/9947 0178.
taġġjużi fuq sistemi tas-satellita u fuq l-android TV boxes. Għal aktar infromazzjoni ċempel 2148 6211
AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ
Tiswija u installazzjoni ta’ estensjonijiet tat-telefowns għal kull tip ta’ linji fissi. Ċempel fuq 7993 0419.
Għamara: Sett għamara ta’ kamra tas-sodda double. Prezz €700. Ċempel 2165 9311. Sett komplut ta’ car-seat covers ta’ lewn griż ċar. Inxtraw 6 xhur ilu. Prezz €35. Ċempel 7930 0261. Cover tal-karozza għax-xita u ta’ taħt tad-drapp. Kundizzjoni tajba. Prezz €40. Ċempel 7930 0261. Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ mal-hajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għall- ilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ clock. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs.com jew irrikorru 110, Triq il Kungress Ewkaristiku, il-Mosta. Ċempel 2141 7235. XOGĦOL TA’ MANUTENZJONI Installazzjoni u tiswija ta’ aerials tat-televiżjoni. Offerti van-
Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, dawl u ilma. Ċempel fuq 7928 5444.
Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq in-numru 2143 2352 jew 9947 7167. Jason Gatt għal kull xogħol ta’ tibjid u tikħil, kisi normali, fuq il-fil, fuq xogħol antik u bil-pont, kisi bil-ġibs u graffiato. Kiri ta’ cherry picker (tower ladder). Ċempel fuq 9945 4235 jew 2180 5811. WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol ta’ waterproof membrane, damp proofing u rubberised paint. 25 sena esperjenza. Stimi b’xejn u prezz moderat. Ċempel 2148 8972, 2143 8326, 9944 5527 jew 7981 2784 jew żur issit www.wpmalta.com Għal kull tip ta’ xogħol fuq faċċata, bjut, appoġġi, gallarijiet, eċċ. Membrane jew liquid membrane. Mela pproteġi l-proprjetà tiegħek mill-ilma tax-xita u ċempel issa għal stima b’xejn bin-numru 7905 8883 jew idħol fuq is-sit www.darrendoitall.com Il-bejt tiegħek jagħmel l-ilma? Għandek problema ta’ moffa? Kenda Ltd issolvilek il-problema. Nispeċjalizzaw fuq xogħol ta’ waterproofing u membrane b’10 snin garanzija. Xogħol
professjonali bl-aqwa materjal ISO pool. Għal stima bla obbligu ċemplu 7972 9967 jew żur is-sit www.kendawaterproofing.com AVVIŻI OĦRA Paul & Waters – The Perfumery. Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, oriġinali u bl-orħos prezzijiet f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul & Waters – The Perfumery. Il-ħwienet tagħna tal-Fgura, il-Mosta, Ħal Qormi u Raħal Ġdid ikunu miftuħin kuljum mid-9.00 san-12.30 u mill16.00 sas-19.00. Paul & Waters Free Delivery Service. Ċempel 2766 3361. MUSIC LINK Issibilna kull tip ta’ strumenti mużikali, fosthom drums kemm akustiċi u elettriċi, cymbals, percussion, pjanijiet diġitali, baby grand pianos, sound mixers u sound cards. Apparat ta’ DJ sound systems, kitarri klassiċi u akustiċi, bass guitars, strumenti tar-ram, wood winds, vjolini, spare parts u aċċessorji oħra. Issib ukoll kotba tal-mużika tat-tagħlim. Mur Music Link, 262, Triq Fleur-de-Lys, B’Kara. Ċempel 2148 2796. AGR AUTO JAPANESE Parts għall-karozzi: Inbigħu kull tip ta’ parts ta’ karozzi Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: alex@ agrautoparts.com Nigret Night Club and Restaurant, Labour Ave, ir-Rabat, Malta. Naċċettaw riservazzjonijiet għal coffee mornings, lunches u dinner dances u kull okkaż-
KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU
ISEM, KUNJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ
AVVIŻI
joni oħra. Miftuħin fil-weekends, lejla Maltija b’differenza kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt mużika għal kulħadd ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. Naċċettaw riservazzjonijiet għall-festi tal-Milied. Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www.nigretnightclub.com jew www.nigretnc.com Talba lill-Ispirtu s-Santu “Int li ssolvi l-problemi kollha, dawwal it-toroq kollha tiegħi biex nikseb dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don divin biex naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mument ta’ ħajti tkun maġenbi. F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma mill-ġdid li qatt ma ninfired minnek, anke quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek fil-glorja ta’ dejjem. Grazzi għall-ħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni.” Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem it-talba tkun maqlugħa, anke jekk għall-bidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata mill-ewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet.
Aħna nixtru kollox, bħal għamara, fajjenza, arloġġi, figurini, muniti, midalji u kull ħaġa oħra. Ċemplu fuq 2147 0128 jew 2123 7597 jew 9986 9519.
Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa
€5 €10 €15 €30 €56 €93
ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL Sound Vision Print Ltd, KullĦadd, Avviżi Klassifikati, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717.
AVVIŻI
kullħadd.com
AVVIŻI ĠENERALI Joys of Gospel Illum l-20 ta’ Diċembru fil-pjazza tal-knisja parrokkjali ta’ Birżebbuġa u l-madwar ser ikunu mżejnin u mixgħulin għall-okkażjoni mill-5.00pm sal-10.00pm. Dan l-armar jinkludi installazzjonijiet b’materjal riċiklat u riċiklabbli mifrux mill-Bajja s-Sabiħa sa San Ġorġ. L-attività prinċipali u innovattiva huwa kunċert tal-mużika gospel. Il-kunċert jibda fis-7.00pm bis-sehem tal-Joy Gospel Singers, kor u mużiċisti attivi ħafna li jispeċjalizzaw fil-mużika gospel fi stili differenti: gospel tradizzjonali, Negro spirituals u kontemporanju. Iż-żewġ baned tal-lokal: l-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen u s-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa; u ż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK) se jieħdu sehem f ’din l-attività. Bejn il-5.30pm u l-10.00pm ser ikun hemm posti tal-ikel u xorb b’rabta mal-Milied fil-pjazza mtellgħin mill-għaqdiet; esibizzjoni ta’ krafts tat-tfal b’materjal riċiklat fuq iz-zuntier tal-knisja; esibizzjoni ta’ krafts minn persuni b’diżabbiltà u esibizzjoni mill-membri taċ-Ċentru tal-Anzjani fiċ-Ċentru tal-Anzjani ta’ Matul il-Jum. Fit-8.30pm isir marċ minn mass band li ddoqq għanjiet tal-Milied fl-inħawi tal-pjazza u l-Bajja s-Sabiħa u li jispiċċa b’kunċert fil-pjazza. Il-presepju ħaj għall-wiri f ’Ħal Lija Il-presepju ħaj din is-sena ser jittella’ fil-bitħa tal-każin tas-Soċjetà Sant’Andrija f ’Nru 39, Triq Sant’Andrija, Ħal Lija. Organizzat mis-Soċjetà u mill-membri tagħha, il-presepju se jikkonsisti minn xeni li jirrappreżentaw ilBelt ta’ Betlem u xeni tradizzjonali oħra li huma assoċjati ma’ presepju tradizzjonali Malti. Din l-attività ser tkun animata bi tfal u adulti minn Ħal Lija stess, ilkoll libsin kostumi Bibliċi. Il-presepju ħaj ser jinfetaħ uffiċjalment mill-Kappillan ta’ Ħal Lija. Għall-pubbliku ser ikun miftuħ il-Ħadd 20 ta’ Diċembru bejn il-5.30pm u t-8.30pm, kif ukoll f ’jum il-Milied, ilĠimgħa 25; is-Sibt 26; u l-Ħadd 27 ta’ Dicembru matul l-istess ħinijiet. Il-familji u l-pubbliku inġenerali huma mistiedna jżuru din il-wirja ta’ presepju ħaj. Id-dħul hu b’donazzjoni minima ta’ €1 għal kull persuna adulta. Min jixtieq aktar tagħrif jista’ jċempel 2143 5499 jew iżur is-sit: www. santadrijalija.com Wirja tradizzjonali tal-Milied L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir jistidnuk iżżur it-18-il edizzjoni tal-wirja tradizzjonali tal-Milied fiċċentru ta’ kultura nazzjonali, fir-razzet tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied il-Għasel, il-Mosta. Il-ftuħ tal-wirja huwa bejn it-12 ta’ Diċembru 2015 u t-3 ta’ Jannar 2016. Ħinijiet tal-wiri: kuljum mill-5.30pm sad-9.00pm, Ħdud u festi mid-9.30am sa nofsinhar u mill5.30pm sad-9.00pm. Din l-esibizzjoni għandha turi s-sbuħija u l-mottiv talpresepju. Numru sabiħ mill-presepji esibiti qegħdin jieħdu sehem fil-kompetizzjoni mnedija mill-Kummissjoni Nazzjonali tal-Folklor. Se jkunu esibiti wkoll Bambini, statwetti, kwadri, skultura, ritratti u artiġġjanat li jesprimu b’mod artistiku n-Nattività tal-Feddej. Kulħadd huwa mistieden. Dħul bla ħlas u parkeġġ mhux problema. Festin tal-Milied għat-tfal Il-Junior Club fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna talĠilju tal-Imqabba se jorganizza l-festin annwali tal-Milied għat-tfal Imqabbin, speċjalment dawk tas-soċji u partitarji. Dan il-festin se jsir nhar il-Ħadd 27 ta’ Diċembru 2015 mid9.30am ’il quddiem fis-sala tal-każin tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, fil-pjazza ewlenija tal-Imqabba. Hemm imħejji programm ta’ divertiment għat-tfal, u bosta sorpriżi oħra u se jingħataw rigali sbieħ lil dawk kollha preżenti. Se jattendu wkoll Micky u Minnie. Għal aktar dettalji jew biex tirriserva post ċempel 7946 0156 jew żur is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com
20|12|2015 31
32 20|12|2015
kullħadd.com It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
18 C°
18 C°
18 C°
11 C°
11 C°
11 C°
02
03
03
Il-Ħamis
Il-Ġimgħa
Is-Sibt
IMBATT: Ftit li xejn
17 C°
18 C°
17 C°
TEMPERATURA TAL-BAĦAR: 19C°
10 C°
10 C°
11 C°
02
02
02
TEMP GĦAL-LUM
ALMANAKK
RITRATT MILL-ANTIK
L-OGĦLA TEMPERATURA: 17C° L-INQAS TEMPERATURA: 10C° INDIĊI UV: 2 SITWAZZJONI ĠENERALI: Arja ta’ pressjoni għolja qed tiksi ċ-ċentru tal-Mediterran TEMP: Pjuttost imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita iżolati li jistgħu jkunu bir-ragħad f ’xi waqtiet
UV
Ritratt: BAY RETRO
VIŻIBBILTÀ: Tajba minbarra x-xita RIĦ: Ħafif u varjabbli li jsir ħafif għal moderat mix-Xlokk aktar tard BAĦAR: Ħafif
UV
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
SPIŻERIJI LI JIFTĦU F’JUM IL-MILIED
Floriana Dispensary, 29, Triq Vincenzo Dimech, il-Furjana Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi St Paul’s, Triq Brared, Birkirkara Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa, Tal-Pietà Pembroke Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke Remedies Pharmacy, 133, Triq Rudolfu, Tas-Sliema Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali, Ħ’Attard Rotunda Pharmacy, 7, Triq il-Kungress Ewkaristiku, il-Mosta Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, il-Qawra Brown’s Pharmacy, 45, Telgħet Rahal Ġdid, Raħal Ġdid Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, il-Birgu Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, ix-Xgħajra Brittania Pharmacy, 5, Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa Bronja Pharmacy, Sonata, Triq il-Bronja, iż-Żurrieq The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzoppardi, is-Siġġiewi Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat
Regent Pharmacy, 70, Triq Merkanti, il-Belt Valletta Trinity Pharmacy, 32 Triq il-Marsa, il-Marsa Sta Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera St Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant’Elena, Birkirkara O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, il-Gżira Potter Chemists Ltd, Triq Wilga, Paceville The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema St Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija St Mary Pharmacy, Mġarr Dispensing Chemists, 71, Triq Sir Harry Luke, l-Imġarr Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, il-Mellieħa Sta Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, l-Isla Hompesh Pharmacy, 207/2011, Triq Hompesch, il-Fgura Health Junction Pharmacy, Triq Alfred Cachia Zammit, iż-Żejtun Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, iż-Żurrieq Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli
Għawdex
Għawdex
Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, ir-Rabat, Għawdex Tony’s Pharmacy, “Egret Court”, Triq il-Wied, Marsalforn, Għawdex
Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, ir-Rabat, Għawdex Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, in-Nadur, Għawdex
Parata mill-RAF fil-Pjazza ta’ Kastilja fl-1923
DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA
21.12.1995 Il-Belt ta’ Betlem tgħaddi mill-kontroll Palestinjan għall-kontroll Iżraeljan
NUMRI REBBIEĦA LOTTU
36 70 02 04 78 43 30 10
SUPER 5
36 08 37 16 38
GRAND LOTTERY
00 04 00 00 07 04 02
25.12.2000 Il-President Russu, Vladimir Putin, jiffirma kuntratt li bih sar l-innu nazzjonali ġdid tar-Russja, b’mużika adottata mill-innu tal-Unjoni Sovjetika li ġiet miktuba minn Alexander Vasilyevich Alexandrov
KOMPETIZZJONI KTIEB
kullħadd.com
20|12|2015 33
KOMPETIZZJONI KTIEB
MINGU
Jum wieħed Klarissa semgħet ħoss ġej millbitħa. X’ġara? Waqa’ ajruplan? Jew dragun? Flimkien ma’ ommha u ħutha, ħarġet inkiss inkiss u hemm sabet lil Mingu, fjamingu mill-isbaħ. Imma Mingu kien muġugħ – ħafna. Xi ħadd kien sparalu hu u għaddej itir minn fuq Malta, u issa bilkemm seta’ jiċċaqlaq, aħseb u ara jtir. Il-familja ta’ Klarissa ddeċidiet li tieħu ħsiebu u tgħinu jikseb saħħtu lura, sakemm ikun jista’ jkompli fi triqtu. Mingu, pubblikazzjoni Merlin Publishers, huwa ktieb bl-istampi li jagħti direzzjoni ġdida lil-letteratura bil-Malti għ aż-żgħar nett. Huwa uniku kemm fil-kontenut u kemm fl-istil. Filfatt Mingu huwa kollaborazzjoni bejn tnejn mill-iżjed artisti popolari Maltin: l-awtriċi Clare Azzopardi u l-illustratriċi Lisa Falzon. Din hi l-ewwel darba li s-suġġett tant kumpless tal-kaċċa qed jiġi ttrattat Malta fi ktieb għat-tfal bil-Malti. Fi kliem Chris Gruppetta, direttur tal-Merlin Publishers, li jiġi ppubblikat ktieb dwar dan is-suġġett sensittiv kien pass naturali. “Għaliex le? Il-kotba bl-istampi huma primarjament dwar il-gost tal-qari, imma jistgħu wkoll iservu ta’ mezz kif it-tfal jistgħu jiġu stimulati jiddiskutu anke temi diffiċli – dejjem sakemm dan isir b’mod delikat u attent,” qal. “Il-kaċċa hija realtà f ’Malta, allura Mingu huwa pass ieħor fl-iżvilupp tal-letteratura Maltija għat-tfal li tittratta temi li jinteressaw lil pajjiżna.”
Huwa spjega kif l-awtur u l-illustratur użaw metafori kemm testwali u kemm viżivi b’mod inkredibbli biex jistimulaw il-konverżazzjoni u d-diskussjoni. Ir-riżultat huwa ktieb bl-istampi eleganti u sofistikat li jgħin lit-tfal jifhmu faċilment il-kunċetti wara l-ktieb u jservi ta’ għodda għall-ġenituri biex iqajmu s-suġġett tal-kaċċa mat-tfal. L-idea oriġinali għall-istorja ġiet lill-awtriċi Clare Azzopardi f ’ħin ta’ ‘rabja’. “Kien il-perjodu, xi tliet snin ilu, meta fl-aħbarijiet smajna dwar xi fjamingi li, huma u jtiru minn fuq Malta, sparixxew…kienet aħbar li sewditli qalbi ħafna,” qalet. Biż-żmien, din ir-rabja naqset u mmaturat fi
storja, liema storja llum tinsab f ’dan il-ktieb “li jgħin lit-tfal iħobbu u jempatizzaw ma’ min hu vulnerabbli.” Azzopardi qalet li l-ktieb jagħti l-lok lit-tfal biex jaqraw lil hinn mill-istorja u jużaw l-immaġinazzjoni tagħhom. Azzopardi ħadmet id f ’id mal-illustratriċi Lisa Falzon, Maltija bbażata Berlin. Falzon, li hi vegana, ma ħasbithiex darbtejn meta ġiet avviċinata għal dan il-proġett. “Hemm bżonn nibdlu r-relazzjoni tagħna mad-dinja, inkella bħala razza se nispiċċaw estinti,” qalet Falzon. “Il-vuċi tiegħi nista’ nwassalha permezz tal-arti tiegħi – billi npinġi għal kawżi li nħoss li huma l-uniċi kawżi li għandna nitbaqbqu dwarhom f ’dawn l-ewwel deċennji tal-millennju,” żiedet tgħid. Falzon ħadmet, fl-illustrazzjonijiet għal Mingu, biex toħloq bilanċ bejn l-estetika u l-messaġġ viżiv li xtaqet twassal. “Ħallejt lit-test jispirani…ma ridtx indur mal-lewża inkwantu għat-tema ċentrali – li hi pjuttost qawwija – iżda fl-istess ħin ridt noħloq xi ħaġa sabiħa li kienet se tintriga lit-tfal.” Mingu għandu jappella għal tfal ta’ etajiet differenti. Huwa ideali kemm biex jinqara littfal meta dawn ikunu għadhom żgħar ħafna, kif ukoll la jikbru ftit u jkunu bdew jaqraw, biex jinqara mit-tfal stess. Apparti l-messaġġ emozzjonali tal-ktieb, huwa perfett biex jistimola mħabba għall-qari bil-logħob bil-ħsejjes, kliem u rima li fih u jagħmluh gost taqrah u tisimgħu.
Mistoqsija: X’tip ta’ għasfur kien Mingu?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ĊNL, Triq Mile End, il-Ħamrun, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: MINGU ġentilment ipprovdut minn Merlin Publishers. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 27 ta’ Diċembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun billi jippreżentaw il-karta tal-identità mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, eskluż festi pubbliċi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb IL-FURBAN MALTI EL SAKR IŻUR IL-KARIBEW huwa: R. VELLA – Santa Venera
34 20|12|2015
kullħadd.com
LOGĦOB
TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM 3 Numri
3628 3738 3904 3925 3989 4028 4077 4389 7992 8467 8933 9269 9348 9452 9952
159 228 273 371 382 419 554 672 694 743 759 855 907 923 943 971
5 Numri 00949 03895 04849 08435 10967 18234 18606 19266 21219 21272 28689 29211
4 Numri 1603 1673 1846 2084 2192 2367 2597 3273 3308
39833 46474 49736 50347 51079 53594 56711 58316 70123 71281 72777 80823 83393 83473 86484 90123 91582
94685 6 Numri 136618 196011 261705 539017 552523 554579 740004 763288 799099 901603 932839 999600
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADA
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella Aqta’ din il-logħba u ibgħata lil: KOMPETIZZJONI WELLA KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz:
Rebbieħ tal-Ġimgħa l-oħra: R. LIA – iż-Żejtun
KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA ]
Ġemma sitt kupuni u ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem:
1
Indirizz: Nru tal-kartà tal-identità:
Nru tat-telefown:
Rebbieħ tal-magna tal-kafè huwa: A. VASSALLO – San Ġwann
LOGĦOB
20|12|2015 35
kullħadd.com
IRBAĦ €25 FI FLUS
102
Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fuq l-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna Mimdudin: 1. 4. 7. 9,17. 10. 12. 16,19. 18. 19. 20. 21. 23. 24.
TISLIBA
Sogħba (5) Mediċina (4) Nota mużikali (2) Jikkopja (6) Frott (6) Jaħarquh fil-knejjes (6) Jaħasra (6) L-ewwel tnejn ta’ Enid Blyton! (1,1) Ara 16 Folla (5) Stephen Anċilleri Abela (1,1,1) Missejt xoffti ma’ xi ħaġa (4) Kunjom (5) Weqfin:
1.
Kompli l-qawl:
2,22. 3. 5,6. 6. 8. 11,21m 12. 13. 14. 15. 17. 21. 22.
Aħseb ...... x’jiġri wara (6) Belt imsemmija fil-Bibbja (6) Fredu mqassar (3) Indaqs (6) Ara 5 Il-Papa minn hemm (9) Dan imur mal- kaċċa? (5) Qed jikkaġunaw ħafna inkwiet mad-dinja (1,1) Dan imexxi l-azjenda (1,1,1) M’għadux komuni (6) Stediniet (6) Ara 9 Ara 11 Ara 2
SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin: Weqfin: 1.Aħseb, 4.Penz, 7.AB, 9,18.Gaffa, 10.Mantil, 12.Piatzz, 16.Ada, 20.Falla
1.Awguri, 2,22.Sifirt, 3.Bam, 5.Ect, 6,23.Zalzett, 8.Battaljun, 11,21 wieqfa. Pizez, 12,21 mimduda. Pazzi, 13.AFA, 14.Zzatur, 15.Ħudulu, 17,19,24.Dizzjunarju
QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f'wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Żewġ atturi li ħallewna matul din is-sena Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown: RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta' €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta' qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u ibgħathom flimkien ma' din il-paġna.
Kevin Bacon
Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra huwa: C.APAP – Tal-Pietà L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta' wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.
Kevin Spacey
LOKALI
kullħadd.com
20|12|2015 37
PREMIER LEAGUE MALTI ST ANDREWS FLORIANA
0 5
TARXIEN NAXXAR
4 0
MOSTA BIRKIRKARA
0 3
PEMBROKE A BALZAN
0 0
Ritratti: STEPHEN GATT
XALATA TA’ GOWLS MINN FLORIANA
Gabral Juninho (F) miżmum mill-flokk minn Matthew Guillaumier (L)
Fl-ewwel logħba li kien hemm ilbieraħ fil-Victor Tedesco Stadium, it-tim ta’ Floriana għeleb lit-tim ta’ St Andrews mingħajr l-ebda diffikultà bl-iskor kbir ta’ 5-0. L-ewwel azzjoni tal-logħba waslet fis-16-il minuta proprju minn Floriana meta minn xutt minn qagħda angolata ta’ Steve Pisani, il-ballun għadda ftit barra. Fit-32 minuta wasal l-ewwel gowl ta’ Floriana meta pass minn Piciollo lejn Fontanella, b’dan tal-aħħar tefa’ l-ballun lejn in-nofs biex sab lil Chiesa li millviċin tefa’ l-ballun fix-xibka wara li l-gowler ta’ St Andrews Dorian Bugeja biex b’hekk l-ewwel taqsima spiċċat bl-iskor ta’ 0-1. Floriana ma naqsux ir-ritmu fit-tieni taqsima tant li żiedu 4 gowls oħra. It-tieni gowl wasal fit-53 minuta meta minn cross ta’ Steven Pisani bil-plejer ta’ St Andrews Uzeh tefa’ fix-xibka tiegħu stess mill-viċin. Fis-56 minuta Floriana skurjaw it-tielet gowl meta minn ta’ Villa lejn Piciollo li minn qagħda angolata tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka. Żewġ minuti wara Floriana reġgħu skurjaw u komplew kabbru l-vantaġġ meta minn pass ta’ Piciollo lejn Fontanella li qassam lejn Villa li waħdu minn quddiem il-lasti sab ix-xibka għar-raba’ darba fil-partita. Ilħames u l-aħħar gowl tal-partita wasal fit-83 minuta meta r-referee Esther Azzopardi ssaffar foul mill-ħdax-il metru meta l-gowler Dorian Bugeja waqqa’ lil Fontanella b’dan tal-aħħar jinkariga ruħu mill-istess penalty li tefa’ x-xibka wara l-gowler Bugeja. Tliet minuti mit-tmiem, Floriana għal ftit ma żidux ieħor meta minn pass ta’ Kabral lejn Clyde Borg, ix-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa bil-gowler Bugeja jsalva b’diffikultà biex il-partita spiċċat bl-iskor ta’ 0-5 għal Floriana. Min-naħa tagħhom, St Andrews kienu diżappunt f ’din il-partita tant li ftit li xejn offrew sfida għall-attakk wara l-ieħor ta’ Floriana li jidher li qed jerġgħu jsibu saqajhom fil-Kampjonat Malti. Referee – Esther Azzopardi REBĦA KOMDA GĦAL TARXIEN
Jose Angel Godar Pereira (N) u Anderson Raimundo Da Silva (T)
Thomas Sarina (N) u Brandon Muscat (T)
IL-PREMIER LEAGUE MALTI
Andrea Scozzese (F) u Joseph Farrugia (L)
Fl-ewwel logħba li kien hemm ilbieraħ fil-Hibernians Stadium, ittim ta’ Tarxien għeleb lil dak ta’ Naxxar bl-iskor kbir ta’ 4-0. L-ewwel azzjoni tal-partita waslet proprju minn Tarxien meta xutt ta’ Luke Montebello kien imdawwar għal corner minn Luke Pecorella u mill-istess corner mogħti minn Joao Pedro Oliveira Santos, il-ballun ġie mbiegħed mid-difensur ta’ Naxxar. Fl-24 minuta oħra kien hemm azzjoni oħra għal Tarxien meta cross-shot ta’ Anderson Raimondo da Silva kien salvat minn Pecorella. Fit-31 minuta xutt minn pożizzjoni angolata ta’ Ayron Azzopardi kien salvat minn Pecorella. Naxxar wieġbu fit-38 minuta meta minn free-kick minn pożizzjoni angolata ta’ Demba Toure, il-ballun ġie salvat b’mod brillanti minn Andrea Cassar biex l-ewwel taqsima spiċċat bl-iskor ta’ 0-0. Fit-tieni taqsima, Tarxien komplew fuq l-attakk meta fil-51 minuta azzjoni personali ta’ Alex da Paixao Alves li wara li għadda bejn tliet plejers, ixxuttja iżda l-ballun jgħaddi barra. Fil-64 minuta Tarxien fetħu l-iskor meta Jose Angel Pereira jintwera t-tieni karta safra wara foul fuq Alves u mill-free-kick mogħti minn Azzopardi, Bruno Giglio de Oliveira kkonkluda fix-xibka b’daqqa ta’ ras. Tarxien żiedu ieħor fis-70 minuta meta Ayrton Azzopardi għeleb lil Pecorella b’xutt mid-dawra minn barra l-kaxxa. Tarxien żiedu reġgħu ieħor meta minn cross fil-baxx ta’ Luke Montebello wasal għand Alves u minn żewġ passi ‘l bogħod ma kellu l-ebda diffikultà li jitfa’ l-ballun fix-xibka. Huma ssiġillaw ir-rebħa meta pass ta’ Lucky Omerou lejn Montebello u dan ikkonkluda fix-xibka b’xutt mill-ewwel. Referee – Malcolm Spiteri
KLASSIFIKA
Hibernians Valletta Birkirkara Floriana Tarxien R. Balzan Mosta Pembroke A Sliema W. Qormi Naxxar Lions St. Andrews
L 15 15 16 16 16 16 16 16 15 15 16 16
R 10 11 9 10 8 8 7 5 5 2 2 0
D 4 1 5 2 4 3 4 3 3 3 2 0
T 1 3 2 4 4 5 5 8 7 10 12 16
F 35 33 35 29 28 24 24 22 16 14 14 7
K 16 14 16 16 14 19 19 27 22 22 47 49
+/- +19 +19 +19 +13 +14 +5 +5 -5 -6 -8 -33 -42
LOGĦOB GĦAL-LUM
Stadium Nazzjonali Ta’ Qali Qormi v Sliema Valletta v Hibernians
14.00 16.00
Pti 34 34 32 32 28 27 25 18 18 9 8 0
38 20|12|2015
kullħadd.com
PREMIER LEAGUE
RIŻULTATI TAL-BIERAĦ
CHELSEA V SUNDERLAND
Fl-ewwel logħba mingħajr Jose Mourinho, it-tim ta’ Chelsea għeleb lil Sunderland bl-iskor ta’ 3-1 hekk kif kien hemm qed isegwi din il-partita l-kowċ interim tagħhom Guus Hiddink li kien appuntat lbieraħ stess. Il-gowls waslu minn Branislav Ivanovic, Pedro u Oscar minn penalty. Dawn il-gowls taw l-ewwel rebħa lit-tim ta’ Chelsea fl-aħħar tliet logħbiet u l-ħames rebħa dan l-istaġun. Madankollu, is-sapporters taċ-Chelsea ma qagħdux lura milli jsemmgħu leħinhom biex juri diżapprovazzjoni għallfatt li tneħħa Jose Mourinho. L-ewwel logħba ta’ Hiddink se tkun fi Stamford Bridge fis-26 ta’ Diċembru li ġej hekk kif dan it-tim minn Londra se jkun qed jagħmel minn kollox biex isalvaw l-istaġun. MAN. UNITED V NORWICH Is-sorpriża tal-ġimgħa waslet proprju lbieraħ f ’Old Trafford hekk kif it-tim ta’ Norwich għeleb lil Manchester United barra minn darhom bl-iskor ta’ 1-2. Din it-telfa kompliet iżżid il-pressjoni fuq il-kowċ Louis van Gaal hekk kif diġà bdew jissemmgħu ismijiet bħal Pep Guardiloa, Jose Mourinho u Carlo Ancelloti li jistgħu jieħdu l-post l-Olandiż.
SPORTS
Chelsea Everton Man. United Southampton Stoke City West Brom Newcastle U.
v v v v v v v
Sunderlans Leicester City Norwich City Tottenham H. Crystal Palace Bournemouth Aston Villa
3-1 2-3 1-2 0-2 1-2 1-2 Tard
LOGĦOB GĦAL-LUM Watford v Liverpool 14.30 Swansea City v West Ham 17.00
LOGĦOB GĦAL GĦADA Arsenal
v Manchester City 21.00
KLASSIFIKA
Id-diżappunt evidenti fuq wiċċ il-plejers tal-United Norwich marru fil-vantaġġ fit-38 minuta minn Camerone Jerome bit-tieni gowl jasal fl-54 minuta minn Alexander Tettey, gowl għal darb’oħra minn kontra-attakk. Il-United irrispondew minn xutt tajjeb ta’ Anthony Martial li tista’ tgħid kien l-unika plejer li spikka lbieraħ għal dan it-tim. Din kienet l-ewwel rebħla għal Norwich f ’Old Trafford mill-1989 lil hawn. WATFORD V LIVERPOOL Jurgen Klopp ikkonferma li Liverpool se jkunu mingħajr is-servizzi ta’ James Milner għal-logħba tal-lum kontra Watford wara dan li weġġa’ l-pexxul. It-tim ta’
Tim Leicester City Arsenal Manchester City Tottenham H Manchester Utd Crystal Palace Watford West Ham Utd Liverpool Everton Stoke City Southampton West Bromwich Bournemouth Chelsea Norwich City Newcastle Utd * Swansea City Sunderland Aston Villa *
L 17 16 16 17 17 17 16 16 16 17 17 17 17 17 17 17 16 16 17 16
R 11 10 10 7 8 9 7 6 6 5 6 5 5 5 5 4 4 3 3 1
D 5 3 2 8 5 2 4 6 6 8 5 6 5 4 3 5 4 5 3 3
T 1 3 4 2 4 6 5 4 4 4 6 6 7 8 9 8 8 8 11 12
F 37 29 32 28 22 23 18 25 20 31 14 21 17 22 21 20 18 15 18 13
K 24 13 17 14 14 16 16 21 19 24 16 21 23 32 27 29 31 24 33 30
Watford għaddejjin minn forma tajba hekk kif irnexxielhom jirbħu l-aħħar tliet logħbiet konsekuttivi għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom u fil-Kampjonat Ingliż. Iżda għalihom żgur li se tkun diffiċli jkomplu jkabbru dan ir-rekord minħabba l-fatt li fil-perjodu ta’ Milied għandhom logħbiet diffiċli bl-ewwel waħda tkun kontra l-istess Liverpool. Min-naħa l-oħra, Klopp se jkun qed jagħmel minn kollox biex Liverpool jerġgħu jibdew jirbħu. Dan hekk kif, minn mindu taw 6 lis-Southampton fil-Capital One Cup, huma ġew draw darbtejn u tildu darba fl-aħħar tliet logħbiet. * Il-pożizjonijiet ivarjaw minħabba li r-riżultat inħareġ wara li morna għall-istampar tagħhom.
P 38 33 32 29 29 29 25 24 24 23 23 21 20 19 18 17 16 14 12 6
FORMULA 1
kullħadd.com
20|12|2015 39
ANALIŻI TA’ LIAM GAUCI
LIL HINN MIĊ-ĊIRKWIT Il-battibekki ta’ wara l-kwinti komplew għaddejjin din il-ġimgħa hekk kif il-Ferrari u l-Mercedes komplew jirreżistu l-attentati tal-FIA u l-FOM illi jintroduċu magni fl-2017 illi jkunu orħos minn dawk preżenti. Sadanittant, però, it-timijiet qegħdin ukoll jippruvaw jieħdu idea ta’ kemm se jkunu kompetittivi fl-2016, staġun illi matulu diversi minnhom se jkollhom pressjoni kbira biex inaqqsu d-distakk minn mal-Mercedes. Theddida Kif inhu magħruf, il-Ferrari huwa l-aktar tim illi huwa oppost għall-introduzzjoni ta’ magni minn fornituri indipendenti. Ir-raġunament tagħhom huwa li ma jkunx sewwa li fornituri tradizzjonali bħalhom ikollhom jikkompetu ma’ oħrajn indipendenti b’magni irħas meta dawn tal-ewwel investew mijiet ta’ miljuni fir-riċerka u l-iżvilupp li wasslet għallħolqien tal-magni V6 ibridi. Din il-mentalità wasslet lit-tim minn Maranello biex juża l-veto tiegħu f ’laqgħa tal-iStrategy Group - illi jiġbor fih rappreżentanti tal-FIA, FOM u l-akbar timijiet - li saret ftit talġimgħat ilu. Madankollu, b’mossa li kienet kemxejn sorprendenti l-World Motor Sport Council (WMSC) iddeċieda li jantagonizza lill-Ferrari billi jagħti l-awtorità lil Bernie Ecclestone u Jean Todt, il-kapijiet tal-FOM u l-FIA rispettivament, biex ifittxu soluzzjonijiet li jnaqqsu l-ispejjeż għat-timijiet. B’hekk naslu għall-iżvilupp ta’ din il-ġimgħa fejn waslet, b’sorpriża għal ħadd, it-theddida ta’ Sergio Marchionne, iċ-Chairman tal-Ferrari, li jirtira lil-tim ta’ Maranello mill-Formula 1. Theddida ta’ din ix-xorta mhijiex ġdida għat-tim Taljan illi għandu ħabta jirrikorri għaliha meta l-affarijiet jibdew imorru kontriha mil-lat politiku jew finanzjarju. Wieħed jista’ jsemmi l-eżempju ta’ Lulju 2009 meta l-Ferrari kienu rreżistew pressjoni min-naħa tal-FIA biex il-baġit staġjonali għat-timijiet jinżel għal €60 miljun. Dak iż-żmien, it-tim Taljan kien sab appoġġ kbir mit-timijiet l-oħra hekk kif il-baġits ta’ bosta minnhom kien ivarja minn €100 miljun għal €200 miljun. Għaldaqstant, ftit kienu dawk li kienu lesti li jaċċettaw limitazzjonijiet ta’ din ix-xorta. Madankollu, din id-darba l-Ferrari tista’ ssib ruħha b’ammont limitat ta’ alleati. Dan għaliex l-FIA u l-FOM qegħdin jevitaw li jattakkaw il-baġits b’mod dirett u minflok qegħdin imorru għal elementi speċifiċi li jżidu l-ispejjeż għat-timijiet, fosthom, il-magni. Għaldaqstant, l-unika timi-
jiet li qegħdin jirreżistu din ir-riforma b’mod iebes huma l-Ferrari u l-Mercedes, fornituri illi jiddependu fuq il-bejgħ tal-magni lil timijiet klijenti biex il-proġett tagħhom fil-F1 ikun vijabbli.
wara li t-tim minn Woking imblokka l-attentat tagħhom li jibdew joffru l-magni lir-Red Bull. Għaldaqstant, proġetti ta’ forniment ta’ magni lil timijiet oħrajn mhuwiex suġġett li jinteressahom fl-immedjat.
Iżolati?
Prospetti tajbin
Wieħed ma jeskludix li fix-xhur li ġejjin jingħaqdu wkoll ir-Renault magħhom. Però, s’issa il-kumpanija awtomobilisitika Franċiża żammet ruħha ‘l barra minn din il-kontroversja hekk kif qegħda tiffoka l-istrateġija tagħha b’mod partikolari fuq ir-ritorn bħala tim kostruttur. Għaldaqstant, hija mhijiex daqstant interessati fl-aspett ekonomiku relatata mal-forniment lil timijiet terzi f ’dan l-istadju. Tim ieħor li mhux se jagħti appoġġ lill-Ferrari jidher li se jkunu r-Red Bull fejn Horner ikkritika l-fatt li t-timijiet għandhom wisq saħħa biex jiddettaw dwar kwistjonijiet amministrattivi. Skont it-Team Principal tar-Red Bull, din ir-responsabbiltà għandha taqa’ esklussivament fuq l-FIA u l-FOM illi bejniethom jirrappreżentaw l-aspett sportiv u dak ta’ divertiment tal-F1. B’mod partikolari, huwa kkritika lill-iStrategy Group, illi fil-fehma tiegħu qiegħed jinħela fuq kwistjonijiet politiċi u jimblokka t-teħid ta’ deċiżjonijiet illi huma essenzjali biex l-isport jibqa’ vijabbli u interessanti. Għaldaqstant, Horner, filwaqt li sostna li t-timijiet għandu jkollhom vuċi b’saħħitha, ikkonkluda li d-deċiżjoni finali għandha tasal minn l-istakeholders illi jaħdmu fl-interess tal-isport b’mod globali. Il-Honda wkoll qegħdin jibqgħu barra mill-kamp tal-Ferrari u l-Mercedes. Però, il-motivazzjoni tagħhom hija differenti hekk kif il-fornituri Ġappuniżi qegħdin jiffukaw b’mod esklussiv fuq il-McLaren għall-2016
Sadanittant, dwar il-prospetti għall-McLaren fl-2016 tkellem il-Kap tagħhom Ron Dennis illi esprima l-ottimiżmu tiegħu dwar il-possibbiltà li l-istaġun li ġej ikun ferm aħjar minn dak li għadu kemm intemm. L-2015 kien mistenni li jkun staġun diffiċli hekk kif alleanzi tekniċi ġodda bħal dik li l-McLaren għamlu mal-Honda rarament jagħtu frott mill-ewwel. Madankollu, ħadd ma stenna li dan it-tim jgħaddi mill-martirju li esperjenza fl-aħħar xhur fejn bosta drabi sabu ruħhom jikkompeti għall-aħħar pożizzjonijiet. F’diskors li għamel din il-ġimgħa, Dennis sostna li l-McLaren qegħdin jaħdmu lejl u nhar biex fl-2016 ikunu kompetittivi. Huwa qal ukoll li l-informazzjoni li qegħdin jiġbru mil-lat ajrudinamiku hija inkoraġġanti ferm u li l-koppja ta’ sewwieqi li għandu t-tim hija l-aħjar waħda fl-isport. Ilmod kif poġġa kliemu Dennis jindika mill-ġdid li huwa qiegħed jitfa’ t-tort tal-prestazzjonijiet medjokri tat-tim fl-2015 fuq il-Honda illi f ’bosta okkażjonijiet ammettew li qegħdin ibatu biex jisfruttaw it-teknoloġija ibrida. Espressjonijiet ta’ ottimiżmu was lu wkoll min-naħa tar-Renault fejn Rémi Taffin, l-Operations Manager ta’ Renault Sport, illi sostna li l-kumpanija Franċiża tgħallmet mill-iżbalji talistaġun li għadu kif intemm. Huwa sostna li r-Renault bdew l-istaġun konvinti li kienu għamlu qabża ‘l quddiem ikkumparat mal-2014. Madankollu, matul l-ewwel tlielaq bdew ħerġin problemi relatati mal-af-
fidabbiltà li ma dehrux waqt is-simulazzjonijiet ta’ matul ix-Xitwa. Mil-lat ta’ rendiment is-sitwazzjoni bdiet tmur xi ftit għall-aħjar mill-Gran Premju ta’ Spanja. Però, hawnhekk ir-Renault kellhom iħallsu l-konsegwenzi ta’ dawn it-tibdiliet regolari tal-magni hekk kif qabżu l-limitu stabbilit ta’ ħames power units fis-sena. Dan wassal għall-impożizzjoni ta’ diversi penalitajiet li bosta drabi nnewtralizzaw il-passi ‘l quddiem li saru f ’termini ta’ żvilupp. Għaldaqstant, lejn nofs l-2015, ir-Renault bdew jiffukaw ir-riċerki tagħhom fuq l-istaġun li ġej biex tal-inqas jużaw din il-kriżi biex jibdew l-2016 b’vetturi kompetittivi. Dawn il-provi direttament fuq iċ-ċirkwit ippermettewlhom li jevitaw illi jserrħu fuq is-simulazzjonijiet daqs kemm għamlu matul ix-xitwa li għaddiet. Ismijiet ta’ prestiġju Min-naħa l-oħra, żvilupp li nafu ma narawx fl-2016 huwa d-dħul fl-isport tal-Aston Martin. Dan hekk kif Simon Sproule, il-Marketing and Communication Director tal-Aston Martin, ammetta li din il-kumpanija għadha qegħda tevalwa kemm ikun ta’ benefiċċju għaliha d-dħul fil-Formula 1. Dan minkejja l-fatt li f ’Ottubru li għadda s-sid tal-Force India, Vijay Mallya, kien sostna li kien qrib ta’ ftehim kummerċjali biex mis-sena d-dieħla t-tim tiegħu jieħu l-isem tad-ditta awtomobilistika Brittanika. Madankollu, Sproule indika li n-negozjati mistennijin li jkomplu għaddejjin mill-inqas sa Jannar li ġej. Huwa sostna wkoll li l-Aston Martin għadhom mhumiex ċerti x’direzzjoni futura se jieħdu fis-settur tal-awtomobiliżmu sportiv. B’riżultat ta’ dan id-dewmien, huwa sostna li l-kumpanija li jirrappreżenta qegħda teskludi kważi għal kollox il-possibbiltà li tidħol f ’xi ftehim fl-2016 stess. Isem ieħor ta’ prestiġju li jista’ eventwalment jidħol fil-Formula 1 huwa dak tal-Alfa Romeo. Ironikament, din il-prospettiva ġiet imsemmija minn Sergio Marchionne fl-istess konferenza stampa li fiha poġġa fid-dubju l-parteċipazzjoni tal-Ferrari. Is-sehem tiegħu f ’dan il-proġett joħroġ mill-fatt illi huwa s-CEO tal-Fiat Chrysler Automobiles illi hija l-kumpanija li tikkontrolla lill-Ferrari u lill-Alfa Romeo. Marchionne ma tax dettalji speċifiċi dwar meta u kif jista’ jseħħ dan ir-ritorn. Madankollu, ma eskludiex il-possibbiltà li xi wieħed mit-timijiet klijenti tal-Cavallino Rampante, jiġifieri s-Sauber, il-Haas jew it-Toro Rosso, juża magni bl-isem Alfa Romeo minflok dak tal-Ferrari.
40 20|12|2015
kullħadd.com
LOKALI
ADOLEXXENTI FUQ L-INTERNET
Miriam Dalli Membru fil-Parlament Ewropew
Bħalissa fil-Parlament għaddej dibattitu fuq ir-regoli ġodda dwar il-ħarsien taċ-ċittadini online
Il-każ li rajna din il-ġimgħa, fejn tfajla xerrdet filmat ta’ ħabib tagħha jsawwat tfajla oħra, jitfa’ dawl fuq ir-realtà li jgħixu fiha ż-żgħażagħ tagħna llum. Dak li rajt u qrajt inkwetani. Apparti l-użu tal-vjolenza fuq tfajla, att li nikkundanna totalment, dan kien inċident li juri kemm il-bullying permezz tal-interent, smart phones u midja soċjali sar realtà li qiegħda taffettwa l-ħajja taż-żgħażagħ tagħna. Dan huwa suġġett li ma nistgħu qatt nieqfu naħdmu fuqu għax imiss u jaffettwa lill-familji tagħna u lit-tfal tagħna sew jekk huma żgħażagħ u anke jekk għadhom aktar żgħar fl-età. Jekk ma nagħrfux nikkontrollaw dan il-fenomenu, l-effetti fuq issoċjetà tagħna jistgħu jkunu koroh ħafna. Iżda, apparti l-kliem, għandna bżonn aktar azzjoni u liġijiet li jindirizzaw is-sitwazzjoni. Nhar il-Ħamis, matul laqgħa tal-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili fil-PE kien hemm vot importanti dwar il-protezzjoni tad-data li jinkludi wkoll ilħarsien tat-tfal u minuri online. Bħalissa, fil-Parlament għaddej dibattitu dwar ir-regoli ġodda dwar il-ħarsien taċ-ċittadini online, hekk kif is-sistema preżenti li ddaħħlet fl-1995 u ma taħsibx għar-realtajiet tallum. Kif jafu ħafna ġenituri, nanniet, guardians u persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, l-aċċess
tal-adoloxxenti għll-midja soċjali u l-bullying fuq l-internet hija waħda mill-isfidi l-kbar fittrobbija llum il-ġurnata. Pereżempju, li tfal jużaw siti soċjali jew apps bħal Facebook, Instagram u Ask.fm f ’ċertu każi, u jekk ma jkunx hemm kontrolli, jista’ anke jkun perikoluż. Nemmen li t-tfal u l-minuri jridu jkunu ggwidati flużu tal-internet u speċjlament fis-siti soċjali għax ir-regoli huma differenti mill-ħajja normali u dak li jiktbu u jtellgħu online jista’ jaffettwahom ħażin fil-ħajja reali tagħhom. Minkejja li dan huwa fatt, huwa fatt ukoll li ħafna tfal taħt l-14-il sena għandhom paġni u profili fuq dan it-tip ta’ siti. Din minnha nnifisha, mhux neċessarjament xi ħaġa ħażina, imma huwa fatt li għandna tfal li ma jirrealizzawx li meta jkollhom dan it-tip ta’ profil ikun qed jara r-ritratti u l-posts tagħhom kulħadd. Għalhekk, nemmen li s-suġġeriment li qed isir filpolitika aġġornata dwar ilprotezzjoni tad-data għal mekkaniżmu ta’ parental consent, jiġifieri li jingħata permess millġenituri biex it-tfal ikollhom dan it-tip ta’ profil, jagħmel ħafna sens. Jekk jidħol fisseħħ, dan il-punt ikun ifisser li l-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea jkunu obbligati li jpoġġu id-deċiżjoni dwar jekk it-tfal jkollhomx aċċess għallmidja soċjali jew le f ’idejn il-
ġenituri. Il-PE ippropona li l-permess tal-ġenituri jibqa’ jintalab sa-età ta’ 13-il sena. Ċertu pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea qegħdin jgħidu li dan il-permess għandu jibqa’ jintalab sal-età ta’ 16-il sena. Onestament, nippreferi t-triq tan-nofs. Nemmen li fid-dinja tal-lum, li l-permess jibqa’ jintalab sakemm żagħżugħ jew żagħżugħa talaq 16-il sena, hija waħda estrema ħafna fir-realtà tal-lum. Għalija, il-ġenituri għandhom jibqgħu ikunu mitluba jagħtu permess sal-età ta’ 14-il sena. Iżda tibdil fil-liġi mhux biżejjed. Dan it-tibdil irid isir id f ’id ma’ aktar edukazzjoni, imma mhux biss għat-tfal u l-adolexxenti. Filwaqt li l-minuri jridu jifhmu x’effett jista’ jkollu l-materjal li jitfgħu online, anke l-ġenituri jridu jitgħallmu dwar l-imġiba ta’ wliedhom online u b’liema mod għandhom jgħinuhom jirrispondu għallbullying li jistgħu jiltaqgħu miegħu. Iridu jagħrfu jaqraw bidliet fl-attitudni ta’ wliedhom u jaraw jekk dawn humiex b’xi mod relatati ma’ esperjenzi ħżiena online jew ma’ cyber bullying. Meta nittrattaw il-protezzjoni tad-data tagħna online, jiena favur kull sforz li jagħti iktar saħħa u drittijiet liċ-ċittadini rigward id-data tagħhom fuq l-internet. Li niddeċiedu aħna
x’għandu jsir bid-data tagħna huwa dritt ta’ kull wieħed u waħda minnha, speċjalment illum fejn it-teknoloġija saret parti essenzjali minn ħajjitna bl-użu tal-ismartpones, midja soċjali u l-internet banking. Irregoli dwar il-protezzjoni taddata għandhom jirriflettu dawn id-drittijiet. Naqbel ukoll mal-proposta li qed tissemma f ’din il-policy aġġornata biex ikollna politika dwar il-protezzjoni taddata; waħda li tkun komuni fl-Unjoni Ewropea. Policy robusta li, pereżempju, tara li kumpaniji ma jitħallewx ixerrdu l-informazzjoni talklijenti tagħhom mingħajr approvazzjoni. Dan billi jkun hemm sistemi fejn klijenti juru attivament huma x-xewqa li l-informazzjoni tagħhom tingħata lil ħaddiehor u fl-ebda każ m’għandha kumpanija tieħu r-riedni f ’idejha u tiddeċiedi li xxerred l-informazzjoni talklijenti. Sistema bħal din tagħti wkoll serħan il-moħħ lill-kumpaniji għax il-liġi tkun l-istess għal kulħadd u ma jkunx hemm ekwivoċi. Regoli bħal dawn huma wkoll tajbin għan-negozji għax inaqqsu l-burokrazija u joħolqu kompetizzjoni ġusta fuq livell ta’ negozju malEwropa kollha. Nawgura lill-qarrejja kollha l-isbaħ xewqat għal Milied hieni u sena ġdida mimlija saħħa.