IL-MALTIN L-IŻJED LI JSIBU IMPJIEG MILL-EWWEL WARA L-ISKOLA Il-Ħadd, 21 ta’ Frar, 2021
Ħarġa Nru 1,441
Prezz €1
Rapport f’paġna 7
DEPOŻITI REKORD FIL-BANEK Matul l-2020 il-familji faddlu ħames darbiet aktar minn żmien kriżi iżgħar taħt Gvern tal-PN F’sena kkaratterizzata mix-xokk ekonomiku tal-pandemija, iċ-ċifri tal-Bank Ċentrali xorta jindikaw li sar ammont rekord ta’ depożiti malbanek lokali f’pajjiżna. Fil-fatt, familji Maltin u Għawdxin sal-aħħar ta’ Diċembru kellhom €14.3 biljun imfaddlin mal-banek lokali biex għall-ewwel darba fl-istorja d-depożiti tal-familji qabżu l-ġid nazzjonali ġġenerat f’pajjiżna. Fi kliem sempliċi, il-familji għandhom flus imfaddlin mal-banek daqs u aktar mill-produzzjoni sħiħa li kapaċi jiġġenera l-pajjiż f’sena. Matul l-2020, sena li skont l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet diffiċli ħafna għall-familji f’pajjiżna, jirriżulta li fil-fatt dawn tal-aħħar Fl-2009, żiedu t-tfaddil il-familji tagħhom malbanek b’aktar Maltin daru minn €1.13il biljun jew għat-tfaddil, madwar €3 flok żiedu miljun kuljum. Ta’ min ifak d-depożiti kar li fil-leġiżlafil-banek tura 2008-2013 taħt l-aħħar Gvern Nazzjonalista, il-familji f’pajjiżna kienu faddlu medja ta’ €0.6 miljun kull jum, ħames darbiet inqas ir-rata tal-2020. Dan wassal ukoll biex fis-sena tal-pandemija sar aktar tfaddil milli kien sar taħt leġiżlatura sħiħa Nazzjonalista. Din id-differenza kbira fiċ-ċifri tispikka wkoll kif tul il-kriżi ekonomika tal-2009 l-familji f’pajjiżna mhux talli faddlu, imma saħansitra kienu ġew f’pożizzjoni li kellhom iduru għat-tfaddil li kellhom. F’dik is-sena d-depożiti tal-familji mal-banek lokali kienu naqsu bi €48 miljun, l-unika sena fl-istorja riċenti ta’ pajjiżna li fiha seħħ dan. Kemm ilha li nbidlet l-amministrazzjoni fl-2013, il-familji f’pajjiżna żiedu d-depożiti tagħhom mal-banek b’€6.6 biljun jew b’85%. Taħt amministrazzjonijiet preċedenti, fl-istess numru ta’ snin, iż-żieda fid-depożiti kienet ta’ €2.4 biljun biss jew madwar terz tal-ammont fl-aħħar snin. Tkompli f’paġna 3
TNAQQIS DRASTIKU FL-AĊĊIDENTI WARA T-TITJIB FIT-TOROQ
Rapport f’paġni 4 u 5
“BLUE HEROES” F’LAQGĦA WARA DAHAR GRECH ● Se jżidu l-pressjoni fuq il-Kap il-ġdid Nazzjonalista biex jagħmel biss kif jgħidulu ● Wara l-laqgħa Manuel Delia beda l-manuvri u komplew b’ordnijiet oħrajn ● Fid-Dar Ċentrali sorpriżi għax il-“magħżul” spiċċa ċeda anke fuq ir-reshuffle Xi deputati mill-fazzjoni Simon Busuttil, li laqqmu lilhom infushom bħala “blue heroes”, iltaqgħu fl-aħħar jiem biex jiddeċiedu kif se jżidu l-pressjoni fuq Bernard Grech biex jassiguraw li fil-Partit Nazzjonalista jsir biss dak li jridu huma. Il-KullĦadd tista’ tiżvela li l-ispirtu tal-laqgħa kien li, għalkemm Grech b’mod ġenerali jsegwi dak li jitolbuh, hemm oqsma fejn qed jippretendu li jkun aktar aggressiv fl-attakki tiegħu u għamluha ċara li jekk ma jiġrix hekk għandu jistenna anke pressjoni fil-pubbliku. Din il-gazzetta hi infurmata li f’din il-laqgħa, li kienet
imbottata minn Jason Azzopardi, kontinwament ingħad li hu kruċjali li lil Grech ifakkruh min poġġieh fejn qiegħed u għal xiex. Jidher li, kif ma ħallewhx jagħmel ir-reshuffle għax-Shadow Cabinet li ried ftit ġimgħat ilu, l-istess mhux se jħalluh jabbanduna dak li kien miftiehem minn qabel tawh l-appoġġ fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap biex jaqilgħu lil Adrian Delia mit-tmun tal-Partit. Fil-fatt, ma damux m’għaddew mill-paroli għall-fatti. Tkompli f’paġna 5
02
21.02.2021
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 17°C L-Inqas Temperatura: 11°C L-Indiċi UV: 4 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja qed testendi minn fuq il-Baħar l-Iswed sa fuq iċ-Ċentru tal-Mediterran. It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif mix-Xlokk li jdur ħafif għal moderat mix-Xlokk il-Lvant. Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 18°C
email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570
18°C UV 4
KUNTATT ĠENERALI
13°C
Il-Ħamis
18°C UV 2
12°C
Il-Ġimgħa
17°C UV 2
12°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI
16°C UV 1
KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1 182
11°C
16°C UV 2
11°C
16°C UV 2
10°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21244114 Chemimart International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21236477 Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera – 21482856 Mackie’s Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta’ Paris, Birkirkara – 21496089 Remedies Pharmacy, 5, Tagliaferro Mansions, Triq il-Prinċipessa Margerita, L-Imsida – 21346547 St. Julian’s Pharmacy, 24, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan – 21369426 Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema – 21313535 Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan – 21444035 Rotunda Pharmacy, 7, Triq il-Kungress Ewkaristiku, Il-Mosta – 21411197 Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, Il-Mellieħa – 21523536 De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21826408 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, Ix-Xgħajra – 27032296 Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq – 21663311 Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Il-Qrendi – 21683781 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21551841 Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem – 27203615 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
03
21.02.2021
ŻIEDA TA’ €227 MILJUN UKOLL FID-DEPOŻITI TAL-KUMPANIJI Tkompli minn paġna 1 Interessanti wkoll li minkejja d-diffikultajiet kollha, anke d-depożiti tal-kumpaniji żdiedu matul l-2020. Dawn telgħu għal €3.4 biljun sal-aħħar ta’ Diċembru. Bil-maqlub, fil-kriżi tal-2009 il-kumpaniji ta’ pajjiżna kulma kellhom il-bank kien €1.3 biljun. Filwaqt li dakinar id-depożiti tal-kumpaniji malbanek niżlu b’€60 miljun, is-sena li għaddiet irreġistrat żieda ta’ €227 miljun f’tali depożiti. L-ammont qawwi ta’ likwidità fil-pajjiż ġie nnotat anke mill-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu Moody’s, li fl-aħħar rapport tagħha rrimarkat li dan jagħmel lil pajjiżna ferm aktar reżiljenti u għalhekk mistenni jgħin fl-irkupru tal-attività ekonomika din is-sena. F’dan ir-rigward ukoll, ilBank Ċentrali ta’ Malta din il-ġimgħa rreveda ’l fuq ittkabbir fl-ekonomija Maltija għas-sentejn li ġejjin u ddik-
jara li l-andament ekonomiku li kien qabad pajjiżna fl-2019, qabel laqtitna l-pandemija, se jkun qed jerġa’ jintlaħaq lejn tmiem is-sena d-dieħla. Fir-rapport tiegħu, il-Bank Ċentrali qal li s-sena l-oħra, minħabba l-pandemija, il-Prodott Gross Domestiku (PGD) naqas bi 8.2%. Minkejja dan, stqarr li qed ibassar li sal-2023 il-PGD se jerġa’ jikber b’5%, b’5.5% u b’4.7% kull sena rispettivament. Innota li dan hu biss riżultat ta’ reżiljenza eċċezzjonali fis-suq tax-xogħol, grazzi wkoll għall-miżuri fiskali li introduċa l-Gvern b’mod partikolari l-COVID Wage Supplement, li salva l-għajxien lil madwar 100,000 impjegat. Dan l-aħħar il-Kummissjoni Ewropea wkoll iddikjarat li s-sena d-dieħla Malta se jkollha l-akbar tkabbir ekonomiku fost l-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea. Studju għall-ewwel kwart
ta’ din is-sena, ikkummissjo nat mill-Kamra tal-Kummerċ, wera li 57% tan-negozjanti, kapijiet eżekuttivi u diretturi ta’ negozji u kumpaniji lokali jistennew li jżommu l-impjegati kollha tagħhom tul din is-sena, filwaqt li 25% saħansitra qalu li biħsiebhom iżidu l-impjegati magħhom. Min-naħa l-oħra, 15% biss tal-kumpaniji Maltin jaħsbu li se jkollhom inaqqsu l-ħaddiema tagħhom f’din is-sena. David Xuereb, President tal-Kamra tal-Kummerċ qal kif l-istudju, li se jibda joħroġ kull kwart tas-sena, jixhed ottimiżmu b’kawtela min-negozjanti ewlenin Maltin. Hu spjega wkoll għal xiex hemm differenza meta dan jitqabbel mar-Renju Unit u l-Istati Uniti, fejn aktar minn 60% tan-negozji mistennija jżidu l-impjegati f’din is-sena. Xuereb qal li din iċ-ċifra hi baxxa f’pajjiżna għax hawn ma ntilfux xogħlijiet daqskemm intilfu f’dawn iż-żewġ pajjiżi kbar.
04
21.02.2021
TRIQ REĠJONALI/MIKIEL ANTON VASSALLI
TRIQ SAN TUMAS, LIMITI TA’ ĦAL LUQA
TNAQQIS FL-AĊĊIDENTI WARA T-TITJIB FIT-TOROQ EWLENIN L-EWWEL INDIKAZZJONIJIET LI INVESTIMENTI KBAR BĦALL-FLYOVERS TAL-MARSA, IL-MINI ĠODDA F’SANTA LUĊIJA, IT-TWESSIGĦ TAL-MARSA-ĦAMRUN BYPASS, IL-KAPPARA JUNCTION, TRIQ REĠJONALI/MIKIEL ANTON VASSALLI, IT-TELGĦA TA’ ĦAL FARRUĠ U S-CENTRAL LINK F’Ħ’ATTARD MA JNAQQSUX BISS IT-TNIĠĠIS Fi tnaqqis fiż-żoni kollha madwar il-pajjiż, ir-reġjun tan-Nofs inhar tal-Port il-Kbir irreġistra l-akbar tnaqqis fl-għadd ta’ aċċidenti tat-traffiku fl-aħħar tliet xhur tal-2020. Inċidentalment, proprju fl-istess perjodu, it-traffiku f’din l-istess żona beda jgawdi mill-kumdità sħiħa ta’ proġetti infrastrutturali massiċċi bħall-użu sħiħ tas-seba’ flyovers fil-Marsa Junction Project, il-mini ta’ taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija u t-twessigħ tal-Marsa-Ħamrun Bypass u t-triq minn Ħal Qormi għal Ħal Luqa, b’investiment kumplessiv ta’ madwar €105 miljun. Iż-żona, li tifrex mill-Belt Valletta sa Ħal Luqa u Ħaż-Żabbar, irreġistrat tnaqqis ta’ 26.2% fl-aċċidenti inġenerali u tnaq qis ta’ 46.1% fl-aċċidenti li involvew persuni midrubin fuq l-istess perjodu sena qabel. Dettalji skont il-lokalitajiet jixhdu kif il-Marsa u Ħal Luqa waħedhom irreġistraw tnaqqis ta’ 52% ta’ aċċidenti fil-perjodu indikat. Reġjuni oħrajn, li bdew igawdu minn titjib ieħor kbir infrastrutturali, ukoll irreġistraw tnaqqis sinifikanti fl-aċċidenti fuq is-sena ta’ qabel. L-ibliet u l-irħula tat-Tramuntana tal-Port il-Kbir u tal-Punent, li gawdew minn proġetti
bħall-Kappara Junction, Triq Reġjonali, Triq Mikiel Anton Vassalli u issa s-Central Link, irreġistraw tnaqqis ta’ aktar minn 18% fl-aċċidenti kumplessivi. L-effett ta’ dawn il-proġetti kollha, li eliminaw għadd ta’ konġestjonijiet, mistenni jkompli jħalli impatti pożittivi fuq statistiċi oħrajn futuri relatati ma’ aċċidenti simili, flimkien ukoll ma’ dawk dwar it-tniġġis u l-ekonomija, partikolarment bil-Marsa Junction Project li, minn Novembru li għadda, iffaċilita kull aċċess fl-akkwati taċ-Ċimiterju tal-Addolorata fejn hu stmat li jivvjaġġaw ta’ kuljum mal-110,000 vettura. Dan jikkumplimenta wkoll analiżi oħra li kienet saret millKullĦadd fil-bidu tas-sena li għaddiet fejn ħareġ li t-twessigħ ta’ Triq Aldo Moro, li tin sab biswit dan l-akbar proġett infrastrutturali, wassal biex tnaqqas drastikament il-livell ta’ periklu li kienet toffri t-triq qabel, ibbażat fuq statistika tal-aċċidenti miġbura minn Transport Malta (TM). Statistika, li l-Uffiċċju Nazz jonali tal-Istatistika jippubblika perjodikament għall-aċċidenti tat-traffiku, din il-ġimgħa wriet li, għall-ewwel darba, l-għadd ta’ ħabtiet fin-Nofsinhar tal-
MARSA JUNCTION PROJECT Port il-Kbir niżel taħt is-600 meta l-medja bejn Ottubru u Novembru fl-aħħar 10 snin kienet ta’ 755 aċċident. Fl-aħħar tliet xhur tal-2020, ir-reġjun, li hu magħmul millBelt Valletta, il-Furjana, Bormla, il-Birgu, l-Isla, il-Kalkara, il-Marsa, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Fgura, Santa Luċija, Ħal
Luqa, Ħaż-Żabbar u x-Xgħajra, ra wkoll tnaqqis kbir fl-aċċidenti li involvew persuni midrubin. Fil-fatt, bejn Ottubru u Diċembru li għaddew ġew irreġistrati 48 aċċident simili, inqas minn nofs il-medja tal-aħħar snin (+90). Bejn Ottubru u Diċembru li għaddew ir-reġjuni tat-Tra-
muntana tal-Port il-Kbir u tal-Punent waħedhom raw 351 aċċident inqas meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2019. Dan jammonta għal 52% tas-670 aċċident li ġew irreġistrati inqas fil-pajjiż kollu fl-istess perjodu. Flimkien man-Nofsinhar tal-Port il-Kbir, fejn kien hemm 207 aċċident inqas, it-tliet reġ-
05
21.02.2021
SFUMA KULL DUBJU F’IDEJN MIN HU L-PN Tkompli minn paġna 1
CENTRAL LINK PROJECT juni flimkien jgħoddu għal 83% tas-suċċess irreġistrat. Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, ir-reġjun tal-Punent irreġistra t-tieni l-akbar tnaqqis fl-aċċidenti fejn indarbu xi persuni (-24.5%) fl-aħħar tliet xhur tal-2020. L-indikazzjoni hi li fir-reġjun qed ikollu impatt sostanzjali l-proġett ta’ €55 miljun tas-Central Link, fil-limiti ta’ Ħ’Attard, li waħdu rreġistra 40% inqas aċċidenti. L-ewwel triq tas-Central Link, li tagħti mill-Imrieħel sa qrib id-daħla ta’ Wied Inċita, bdiet tintuża fl-aħħar ta’ Settembru li għadda. Meta l-proġett ikun lest, il-bypass se tibqa’ tielgħa sar-roundabout ta’ taħt is-Saqqajja fir-Rabat. Fil-bidu tas-sena l-oħra, statistika ppubblikata minn Transport Malta żvelat kif Triq Aldo Moro, li tgħaqqad Triq Diċembru Tlettax mal-proġett tal-flyovers biswit iċ-Ċimiterju tal-Addolorata, saħansitra rat il-klassifikazzjoni tagħha fil-lista tal-aktar toroq b’inċidenza ta’ aċċidenti tinżel mit-tieni għall-25 post fl-2018. Dik kienet is-sena li rat it-tlestija tat-twessigħ tat-triq, partikolarment fil-parti tagħha qrib id-daħla għall-kumpless sportiv tal-Marsa. L-aċċidenti akkumulati fl2018 kienu biss sebgħa, imqabblin mal-24 aċċident fl-2016 u 21 aċċident fl-2017. Skont din il-klassifikazzjoni tat-toroq l-aktar perikolużi f’pajjiżna, li TM hi obbligata twettaq kull tliet snin, kien ħareġ ukoll li Triq il-Kosta, fil-limiti tan-Naxxar, rat tnaq qis drastiku ta’ aċċidenti simili mindu beda u tlesta l-proġett kbir ta’ €53 miljun. Il-proġett, li inkluda t-twessigħ tal-karreġġjati u mmoder nizzar fuq medda ta’ 7.3 kilometri, ġie inawgurat fl-aħħar tal-2015 u wassal biex it-triq tinżel fil-klassifikazzjoni tagħha mill-aktar triq perikoluża fil-
pajjiż kif kienet irreġistrata sal2011. Mill-istatistika provduta għas-snin bejn l-2010 u l-2018 irriżulta li l-medja tal-aċċidenti fi Triq il-Kosta niżlet minn iżjed minn 26 fis-sena fil-perjodu 2010-2012 għal 17 fis-sena fil-perjodu 2016-2018 wara t-tlestija tal-proġett. Sorsi qrib l-awtoritajiet kon ċernati kienu wrew is-sentiment tagħhom ma’ din ilgazzetta li l-istess riżultati jiġu rreġistrati wkoll fit-toroq ta’ Triq Reġjonali u Triq Mikiel Anton Vassalli, li bħal Triq il-Kosta wkoll kienet meqjusa bħala perikoluża ħafna (“black spot”) sa ftit ilu. It-tagħrif mill-NSO fl-aħħar jiem ukoll ta indikazzjoni li tali proġetti qed iħallu effett pożittiv fl-istatistika miġbura dwar aċċidenti tat-traffiku. Din ir-rotta prinċipali, li tgħaqqad lil Santa Venera ma’ San Ġiljan, kienet meqjusa fost l-aktar b’inċidenza kbira ta’ aċċidenti tat-traffiku, tant li l-medja ta’ aċċidenti fiha kompliet tiżdied bejn l-2010 u l-2016. Waqt li l-piż li Transport Malta tagħti fil-klassifika tagħha lil din il-medda ta’ triq, b’riżultat tal-aċċidenti u l-fatalitajiet li ġew ikkawżati minnhom, żdied mill-perjodu 2010-2012 (178) għal dak tal-2013-2015 (216), dan reġa’ beda nieżel fil-perjodu 2016-2018 (198). Il-waqgħa f’dan l-aħħar perjodu seħħet proprju mill-2017 ’il quddiem, mindu bdiet tintuża parti sew mill-proġett infrastrutturali fiha, inkluż il-ftuħ tal-flyover li biha s-sewwieqa bdew jiskansaw il-waqfien mar-roundabout tal-Kappara kemm-il darba riedu jkomplu lejn San Ġiljan. Dan wassal ukoll biex, waqt li sal-2016 dejjem kienet tissemma mal-aktar ħames toroq perikolużi fil-pajjiż, tinżel fid-disa’ post fl-2017 u fis-16-il post fl-2018.
Ġurnalist tat-Times, deskritt qrib ħafna l-estab lishment u anke l-istess Jason Azzopardi, il-Ħamis filgħodu b’sorpriża mar jagħfas lil Grech b’mistoqsijiet diretti dwar Pierre Portelli u Adrian Delia. Ftit tal-ħin wara bagħatlu twiddiba wkoll fuq il-blogg tiegħu ħadd ħlief Manuel Delia fejn, f’kitba twila b’referenza għat-tweġibiet tal-Kap Nazzjonalista, temm jisħaq li “nitolbu aħjar minn hekk.” Filgħaxija stess, Grech mar ukoll quddiem it-taraġ ta’ Kastilja biex jixgħel ix-xemgħat u jippolitiċizza l-COVID-19 f’mossa li tfakkar flinizjattivi ta’ Occupy Justice. Sorsi tagħna qrib il-“Blue Heroes” spjegaw li din il-ġimgħa kienet biss l-ewwel twissija f’każ li Grech jaħseb li se jinsa min poġġieh hemm. Meta vverifikajna ma’ sorsi oħrajn fidDar Ċentrali dawn ukoll qalu li jinsabu sorpriżi b’din l-attitudni, ladarba fl-aħħar jiem spiċċa
ċedielhom anke fuq ir-reshuffle u fuq kollox aċċetta li jdaħħal lill-idolu tagħhom, Richard Cachia Caruana, fit-tmexxija tal-istrateġija talPartit. Bil-għan li jurihom li, f’dan il-mument, mhux se jiġġieled magħhom, Grech aċċetta mill-ewwel ukoll it-talba li fil-Kunsill Am ministrattiv nhar il-Ħamis filgħaxija jittieħed vot favur Simon Busuttil b’messaġġ lejn l-Eks Kap Adrian Delia. B’mod simboliku l-vot qal li mhux se jittieħdu passi kontra Simon Busuttil dwar il-gidba ta’ Egrant. B’reazzjoni għal din l-aħħar mossa f’ġimgħa li indikat kemm il-Kap il-ġdid Nazzjonalista kellu idu milwija biex jagħmel eżatt dak li jrid l-establishment, fi stqarrija nhar il-Ġimgħa l-Partit Laburista ddikjara li “jekk qatt kien hemm dubju min imexxi fil-PN nqata’ filKunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista lbieraħ (il-Ħamis). Bernard Grech hu l-ostaġġ ta’ min poġġieh fil-kariga.”
06
21.02.2021
6,500 GAWDEW MILL-GARANZIJA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ SA MILL-2013 IL-MIŻURA, LI ĠIET IRREDIKOLATA MILL-PN, GĦENET BIEX TINKISEB L-INQAS RATA TA’ QGĦAD F’PAJJIŻNA Fl-aħħar tmien snin, mindu pajjiżna kien l-ewwel fl-Unjoni Ewropea kollha li introduċa l-Garanzija għaż-Żgħażagħ, aktar minn 6,500 persuna mqassmin f’erba’ programmi tal-JobsPlus gawdew mill-opportunità ta’ xogħol, taħriġ jew edukazzjoni. Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ hi impenn biex ikun żgurat li ż-żgħażagħ kollha taħt l-età ta’ 25 sena jkunu attivi f’xi impjieg, edukazzjoni jew apprentistat sa mhux aktar minn erba’ xhur minn meta jispiċċaw l-edukazzjoni formali. Il-miżura għenet ukoll biex, f’sena waħda biss, Malta taqta’ l-qgħad fost iż-żgħażagħ b’terz, waqt li llum għandna t-tieni l-inqas rata ta’ żgħażagħ qiegħda minn fost il-pajjiżi kollha taż-Żona Ewro. Minkejja dan, meta din kienet proposta l-ewwel darba, il-Partit Nazzjonalista kien qabbel din il-garanzija ma’ dik tal-washing machines, fl-istess mentalità li għadha tiddominah illum il-ġurnata kif uriena din il-ġimgħa stess. Għax jekk qatt kien hemm bżonn prova li l-PN ma jemminx fiż-żgħażagħ, tahielna fir-reazzjoni tiegħu għall-ħatra ta’ żagħżugħ ta’ 19-il sena fuq il-bord tal-gvernaturi ta’ Finance Malta. Fid-dagħdigħa biex tattakka lil dan iżżagħżugħ, l-Oppożizzjoni lanqas indunat li l-appuntament tiegħu sar skont id-deed of foundation tal-istess aġenzi-
ja biex ikun hemm persuna li tirrappreżenta l-kumitat tażżgħażagħ fi ħdanha. U minn din ir-reazzjoni tara kemm il-PN jarmi liż-żgħażagħ minkejja l-kliem sabiħ fuq il-karta, li huwa kuntrastanti bil-kbir ma’ dak li taparsi jemmen fih. Fil-konsultazzjoni dwar id-Dokument tal-Politika Nazz-
jonali taż-Żgħażagħ 2021-2030, il-PN jgħid li ż-żgħażagħ huma wieħed mill-aktar elementi importanti fis-soċjetà tagħna. U jkompli jgħid li bħala PN, jinsab determinat li jagħti liżżgħażagħ spazju ewlieni biex ikunu kontributuri ewlenin fit-tfassil tal-futur ta’ pajjiżna. Anke fir-replika tal-aħħar diskors tal-baġit, il-Kap tal-Op-
pożizzjoni Bernard Grech kien qal li jemmen bis-serjetà fiż-żgħażagħ u allura poġġa dan il-qasam bħala wieħed mill-pilastri ewlenin tal-viżjoni tiegħu li se jippermettilu jirriġenera l-fibra soċjali ta’ dan il-pajjiż biex ninfetħu għall-ideat, l-innovazzjoni, il-kreattività u l-enerġija li għandhom iż-żgħażagħ. Kom-
FIRST TIME BUYERS IFFRANKAW €66.3M Grazzi għall-iskema tal-First Time Buyers, waħda mill-ħafna li introduċa Gvern Laburista biex tagħti nifs lil koppji żgħażagħ b’mod partikolari, gawdew mat-23,700 persuna sallum il-ġurnata, u kumplessivament iffrankaw €66.3 miljun f’taxxi. Jirriżulta li, mindu ddaħħlet l-iskema li qed tgħin lil koppji żgħażagħ u individwi li jixtiequ jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom, saru 17,539 kuntratt. Minbarra dan, iż-żgħażagħ gawdew ukoll minn aktar għajnuna ta’ tnaqqis fit-taxxi, kemm mid-deċiżjonijiet li ttieħdu biex jimmitigaw l-effetti tal-pandemi-
ja kif ukoll b’riżultat tal-aħħar baġit. Fil-fatt, is-suq tal-proprjetà ra xejn inqas minn 9,545 konvenju jseħħu bejn Ġunju u Diċembru tas-sena li għaddiet, bil-valur globali tal-proprjetà jaqbeż iż-€2 biljun. Statistika mid-Dipartiment tatTaxxi Interni tindika li f’Jannar 2021 saru 1,157 konvenju, jew aktar minn 37 konvenju ta’ kul-
jum. Dan kien ifisser tranżazzjonijiet ta’ kważi €274 miljun, l-akbar valur ta’ konvenji qatt ġie ffirmat fix-xahar ta’ Jannar. Imqabbel mal-istess xahar fl-2020, qabel bdiet il-pandemija, kien hemm tkabbir ta’ 27%, jew €58.5 miljun. Ta’ min jinnota li qabel Jannar 2021, l-aktar Jannar li fih kien sar kummerċ ta’ proprjetà kien l-2018 meta kienu saru konvenji b’valur ta’ €260 miljun, jew €14 miljun inqas minn dak li seħħ din is-sena. Sorsi fis-settur indikaw li sa Marzu se jibqa’ jkun hemm ammonti rekord ta’ konvenji, li jispiċċaw jissarrfu f’kuntratti sa tmiem is-sena.
pla jgħid li liż-żgħażagħ qed jagħtihom din l-importanza għaliex jemmen li dawn mhumiex sempliċiment qegħdin hemm għar-ritratti jew biex jiġu użati, iżda għax huma għandhom il-kapaċitajiet kollha li jwettqu u jikkontribwixxu biex jagħmlu l-viżjoni realtà. Minkejja dan, għalih, għad-deputati tiegħu u l-establishment, li llum hu pprovat li jiġbdu minn imnieħru, persuna ma tistax isservi f’istituzzjoni pubblika jekk ikollha 19-il sena. Għax, kif ngħidu, mill-kliem għall-fatti hemm baħar jikkumbatti! L-istorja ta’ tmien snin ilu, meta Gvern Laburista kien l-ewwel wieħed li implimenta l-Garanzija taż-Żgħazagħ biex isalva lil dawk iż-żgħażagħ li għal snin twal kienu jispiċċaw emarġinati u dipendenti biss fuq il-benefiċċji socjali, qed tirrepeti ruħha llum. Bil-fatti, il-politika Laburista qed isservi bħala għodda siewja għal dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ jingħataw opportunità oħra biex jitilgħu skaluna f’ħajjithom u anke jinvestu f’għajxien aħjar. Tajjeb li jingħad li fl-2012 kien hawn kważi 13.9% tażżgħażagħ (4,000 żagħżugħa u
07
21.02.2021 żagħżugħ) mingħajr impjieg, waqt li sal-aħħar ta’ Settembru tas-sena li għaddiet il-persentaġġ kien 10.8% (madwar 3,100) avolja f’nofs pandemija. Disa’ snin ilu l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, Lawrence Gonzi, kien jinsisti li l-qgħad fost iż-żgħażagħ kien insinifikanti. Jekk inqabblu mallum, il-qgħad fost iż-żgħażagħ prattikament ma jeżistix.
MALTA 93.4% Ġermanja 92.7% Olanda 91.9% Iżlanda 91.5% Norveġja 90.5% Lussemburgu 89.4% Awstrija 89% Żvezja 88.7% Żvizzera 87.9% Rep. Ċeka 87.3% Slovenja Ungerija Renju Unit Danimarka Irlanda Finlandja Latvja Polonja Slovakkja Belġju Estonja Ċipru Bulgarija Portugall Litwanja
€28M fi stipendji, €9.2M f’boroż ta’ studji L-għajnuna mogħtija millGvern liż-żgħażagħ hi aktar minn hekk. Dan il-Gvern qed jgħin lil dawk li għadhom qed jistudjaw permezz tal-istipendju u għadd kbir ta’ boroż ta’ studju. B’hekk qed juri li hu kburi bil-kapaċitajiet tażżgħażagħ, li jsostnihom u jweżinhom biex jgħinhom fittriq tagħhom lejn il-futur ta’ ħajjithom. Bla dubju mument li fih żgħażagħ ikollhom bżonn appoġġ hu meta jkunu għaddejjin bl-istudji tagħhom, fejn jista’ jkun ukoll piż finanzjarju fuq il-familji tagħhom. L-istima li dan il-Gvern se jkun ta fi stipendju sal-aħħar ta’ din is-sena akkademika hi ta’ €28 miljun, kważi €10 miljun aktar minn kemm kienu jinħarġu sa 10 snin ilu. Dan anke jekk sa qabel l-Elezzjoni tal-2013 il-PN kien jipprova jbeżża’ li jekk jitla’ l-Partit Laburista fil-Gvern dan kien se jnaqqas l-istipendji. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ boroż ta’ studju, dan il-Gvern ħareġ €9.2 miljun f’boroż bejn l-2013 u l-2020, li minnhom gawdew 2,200 student. Bejn l-2006 u l-2012, taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista, kienu ġew allokati €2.7 miljun u minnhom gawdew madwar 960 student. F’dan ir-rigward, il-PN ukoll kien maqdar miżuri li minnhom kienu se jibbenefikaw iż-żgħażagħ. Ta’ min ifakkar li dawn kienu ħarġu qatta bla ħabel kontra l-proposta li l-istipendju għandu jingħata wkoll lil dawk l-istudenti li jridu jirrepetu sena għax m’għaddewx minn xi eżami u allura jkunu qed jingħataw inkoraġġiment fl-impenn ġdid tagħhom. Fi żmien li kien Segretarju Ġenerali Nazzjonalista, Clyde Puli, li llum hu Kelliem Ewlieni għall-Edukazzjoni ta’ Grech, kien iddikjara fl-Università li “m’aħniex Father Christmas” meta tressqet il-proposta. IlKap Simon Busuttil dakinhar ukoll kien qal li l-PN ma jaqbilx ma’ din il-bidla. Minn dan kollu toħroġ differenza kuntrastanti ferm: Partit fl-Oppożizzjoni li jżeblaħ garanzija ta’ xogħol, taħriġ jew edukazzjoni għaż-żgħażagħ u Partit fil-Gvern li jitfa’ fiduċja sħiħa wara kull żagħżugħ f’pajjiżna.
Rumanija Kroazja Franza Spanja Serbja Montenegro Greċja Italja Turkija Maċedonja ta’ Fuq
86% 85.6% 85.4% 85.1% 84.5% 84.4% 84.1% 84% 83.9% 83.5% 83.3% 81.7% 80.7% 80.3% 80.1% 76.1% 75.8% 75.7% 73% 66.5% 65.4% 59.4% 58.7% 57.8% 57.2%
IL-MALTIN L-IŻJED LI JAĦDMU MILL-EWWEL WARA L-ISKOLA Il-Maltin għandhom l-akbar ċans li jsibu impjieg mill-ewwel wara li jtemmu l-istudji tagħhom fost ilpajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea u lil hinn. Stħarriġ, li għadu kif ġie ppubblikat ibbażat fuq tagħrif riċenti mill-uffiċċju tal-istatistika Ewropew, il-Eurostat, ipoġġi lil Malta fil-quċċata ta’ lista ta’ 35 pajjiż u b’punteġġ li jaqbeż dak ta’ ġganti bħall-Ġermanja, in-Norveġja, l-Awstrija u l-Iżvizzera, fost oħrajn. Savoy Stewart, kumpanija rinomata fir-Renju Unit li tispeċjalizza fis-suq tal-proprjetà u tagħti pariri lill-klijenti li jfittxu l-aħjar livelli ta’ għajxien għalihom u għall-familji tagħhom anke f’pajjiżi oħrajn, din ilġimgħa ppubblikat rapport li jevalwa l-istatistika relatata tal-Eurostat
aġġornata fit-8 ta’ Frar li għadda. Għal min qed ifittex li jmur jaħdem fi nħawi oħrajn Ewropej, partikolarment f’dawn iż-żminijiet diffiċli tal-pandemija, li kompliet tagħlaq il-bibien għal ħafna gradwati, Savoy Stewart staqsiet jekk, minbarra l-kwalifiċi, il-pajjiż jagħmilx differenza f’dan ir-rigward. Pajjiżna qiegħed fl-ewwel post bi 93.4% fejn persuna għandha l-aħjar ċansijiet li ssib impjieg minnufih. Peress li l-istatistika tal-Eurostat tinħadem fuq it-tliet snin ta’ qabel li persuna tkun temmet l-istudji tagħha, imqar f’livell edukattiv sekondarju, l-effetti tal-pandemija għad iridu jiġu kkalkulati aħjar. Minkejja dan, bir-riżultati pożit-
Bir-riżultati pożittivi kollha li nkisbu f’pajjiżna fl-aħħar sena l-oqsma tas-saħħa u x-xogħol, grazzi għall-miżuri bla preċedent li ġew introdotti mill-Gvern, pajjiżna aktarx ikompli jtejjeb din il-prestazzjoni
tivi kollha li nkisbu f’pajjiżna flaħħar sena l-oqsma tas-saħħa u x-xogħol, grazzi għall-miżuri bla preċedent li ġew introdotti millGvern, pajjiżna aktarx ikompli jtejjeb din il-prestazzjoni. Fit-tieni post, il-Ġermanja għand ha livell ta’ 92.7%. Skont il-kumpanija bbażata f’Oxford Street, Londra, u tinkludi għadd ta’ prattiċi multidixxiplinarji bħal dawk ta’ konsulenti u aġenti tal-proprjetà, dawn ir-riżultati jixhdu sistemi edukattivi impressjonanti u l-isplużjoni fil-ħolqien tal-impjiegi li kien hemm fl-aħħar snin f’dawn il-pajjiżi. Fuq in-naħa l-oħra tal-klassifika, il-Maċedonja ta’ Fuq, li qed tittama li tissieħeb fl-Unjoni Ewropea filgrupp li jmiss ta’ pajjiżi, għandha l-agħar riżultat b’57.2%, segwita mit-Turkija b’57.8%. Fost l-istati l-oħrajn f’nofs il-klas sifika hemm Franza, fejn iċ-ċittadini tagħha, li jkunu għadhom kemm temmew l-iskola, għandhom inqas minn 76% ċans li jsibu impjieg mill-ewwel.
08
21.02.2021
JIMMIRA LI JERĠA’ JKUN SEGRETARJU ĠENERALI
Francis Zammit Dimech reġa’ kkonferma li se jkun qiegħed jikkontesta għall-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista appena jintemmlu l-mandat li għandu x-xahar id-dieħel. Waqt li ħa sehem f’diskussjoni fuq l-istazzjon tar-radju tal-Knisja lbieraħ filgħodu, l-Eks Ministru ta’ GonziPN, li se jagħlaq 67 sena, argumenta li d-deċiżjoni hi mnebbħa biss mill-“interessi tal-Partit”. Mistoqsi dirett, Zammit Dimech qal li din mhix kwistjoni dwaru personali, għax mhuwiex f’qagħda li joqgħod iħares lejn xi ambizzjonijiet futuri. “Diġà weġibt lill-gazzetta Illum u tawni front page … iva beħsiebni nikkandida ruħi.” Id-dikjarazzjoni ġabet ir-reazzjoni tal-President tal-Partit Laburista Ramona Attard, li kienet qed tieħu sehem ukoll fil-programm. Hi, ġustament, irrimarkat kif inhu ironiku li waqt li Zammit Dimech jitkellem ħafna dwar tiġdid fil-PN, fl-istess nifs jiddikjara kif għandu interess li jikkontesta għal Segretarju Ġenerali.
SE JIRDOPPJA L-INFURZAR FIL-KOSTRUZZJONI Ftit ġimgħat bogħod mittwaqqif ta’ awtorità ġdida għall-bini u l-kostruzzjoni, ilGvern ħabbar sensiela ġdida ta’ riformi li se jaraw l-Aġen-
zija għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) tirdoppja l-ħaddiema tal-infurzar tagħha, flimkien ma’ ingaġġ ta’ esperti li se jkunu qed jagħmlu l-iskruti-
nju neċessarju fuq il-method statements. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farru-
gia flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Kostruzzjoni Chris Agius waqt żjara fuq sit ta’ kostruzzjoni bilgħan li jiskattaw sensiela ta’ riformi li huma neċessarji biex ikomplu jagħtu serħan il-moħħ lill-familji u jagħmlu din l-industrija aktar sigura u sostenibbli. Waqt li saħaq li l-Gvern se jkompli jaħdem biex ikollna industrija aktar sostenibbli fil-pajjiż, il-Ministru qal li l-Gvern spjega li dawn l-ispetturi se jkunu inkarigati li jagħmlu spezzjonijiet regolari fuq proġetti ta’ kostruzzjoni biex jiżguraw li huma konformi mal-proċeduri regolatorji u amministrattivi. Dawn għandhom jinvestigaw kwalunkwe rapport ta’ allegat irregolaritajiet u jiżguraw li n-notifiki ta’ infurzar jiġu segwiti dejjem. Farrugia qal li tnieda wkoll freephone ġdid (80049000) biex il-pubbliku jkun jista’ jirrapporta kwalunkwe irregolaritajiet fix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, biex jiġi indirizzat it-tħassib u jiżgura li kul ħadd iħossu sigur f’daru. Il-Gvern għandu wkoll ħsieb li jikollabora ma’ professjonisti biex jevalwaw id-dikjarazzjoni tal-metodu fuq twaqqigħ, skavar u xogħlijiet ta’ kostruzzjoni sottomessi mill-perit responsabbli mill-proġett. “Dawn il-miżuri huma par ti minn sensiela ta’ rifor mi fl-industrija tal-bini u l-kostruzzjoni. Il-bżonn ta’ twaqqif tal-Awtorità hu l-qafas li fuqu hu miktub ir-rapport tal-inkjesta mmexxija mill-Imħallef Quintano. Filġimgħat li ġejjin se nħabbru iktar riformi, skemi u miżuri id f’id mal-istakeholders kollha biex flimkien niksbu ir-riżultati li lkoll nixtiequ,” qal il-Ministru. Is-Segretarju Parlamentari Agius ħabbar li reċentement il-BCA implimentat sistema
ġdida għall-għoti tal-liċenzji tal-bennejja u kif dawn issa qegħdin fil-proċess li jiġġeddu wara numru ta’ snin. Il-bennejja għandhom dejjem iżommu din il-liċenzja magħhom fuq is-sit ta’ kostruzzjoni minħabba l-ispezzjonijiet li jistgħu jsiru fi kwalunkwe ħin. Reġistru tal-liċenzji validi kollha tal-bennejja huwa disponibbli wkoll fuq is-sit elettroniku tal-istess Aġenzija. Agius tenna li f’Settembru tal-2018 tnediet konstultazzjoni pubblika dwar it-twaqqif ta’ regolatur għall-bini u l-kostruzzjoni, b’konformità mal-aħħar manifest tal-Partit Laburista. “F’Awwissu tal-2019 ġiet imwaqqfa l-Aġenzija li s’issa serviet bħala katalist biex titwaqqaf l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni. F’dawn ixxhur l-Aġenzija ħadmet biex iddaħħal sistemi ġodda amministrattivi, fostom sistema dwar il-liċenzjar tal-bennejja, ħadmet fuq abbozzi ta’ liġijiet, fetħet fergħa f’Għawdex u saħħet il-preżenza tagħha f’kull lokalitajiet. Għalkemm il-politika tagħna kienet li nedukaw lis-settur, xorta waħda għadhom jeżistu istanzi fejn l-Aġenzija ħasset li kellha tieħu azzjoni,” kompla s-Segretarju Parlamentari. Hu stqarr li, matul l-2020, il-BCA ħarġet 38 multa, issiġillat erba’ siti ta’ kostruzzjoni, fetħet tliet kwereli mal-Pulizija minħabba ksur tal-Liġi u ħarġet 48 ordni ta’ infurzar. Minbarra hekk, fl-istess sena saru 4,077 spezzjoni madwar Malta u 437 f’Għawdex, waqt li ġew ipproċessati 2,595 ilment mill-Aġenzija. Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-BCA Ivor Robinich qal li “l-missjoni tagħna hi li ndaħħlu aktar stabbiltà u kontabbiltà fis-settur u b’hekk jinħoloq ambjent aħjar għal kulħadd.”
09
21.02.2021
GĦERUQ FIL-ĠUSTIZZJA SOĊJALI Fl-intervent tagħha, mart il-Prim Ministru qalet li ħadet pjaċir tisma’ l-interventi kollha li saru, għax jixhdu l-ħidma sfiqa li qiegħda ssir biex inkomplu nagħmlu minn Malta pajjiż aktar ġust. Fl-istess waqt hi tkellmet dwar il-ħidma politika personali tagħha li kienet xprunata l-iżjed mill-impenn li mhux biss tkun vuċi għal min m’għandux, iżda ferm aktar minn hekk taġixxi u toffri soluzzjonijiet li tabilħaqq iġibu bidla għall-aħjar fil-kwalità talħajja tal-familji tagħna. Dr Abela stqarret li rridu nassiguraw li nkomplu nsostnu u noħolqu aktar xogħol, li t-tkattir tiegħu fl-aħħar snin Dr Abela tagħmel l-intervent tagħha fil-konferenza nhar il-Ġimgħa kien fattur importanti biex komplejna nsaħħu l-welfare ta’ aktar minn 92,000 persuna €20,530,000, żieda ta’ €12.5 mil- se tissokta, inkluż bil-ftuħ ta’ state ta’ pajjiżna u nkompf’pajjiżna. Qal li “dan għaliex il- jun,” qalet il-Ministru Farrugia żewġt idjar oħra speċjalizzati lu nindirizzaw realtajiet li ma pajjiż jiflaħ u ma jarax dan bħa- Portelli, waqt li semmiet kif din fil-komunità, waħda fil-Qrendi nistgħux nagħlqu għajnejna għalihom. la piż.” il-ħidma tal-Gvern Laburista u oħra fiż-Żurrieq. Il-Ministru Farrugia Portelli qalet kif mhux biss għandna nitkellmu dwar il-ġustizzja soċjali, imma għandna wkoll inwettquha bl-aktar mod konkret, kif kien qed isir fl-aħħar snin. “Meta tqis x’sar fejn jidħlu persuni b’diżabbiltà, faċilment tifhem kemm dan is-settur kien tħalla lura. Fl-2012, il-fondi allokati għal programmi u inizjattivi għad-diżabbiltà kienu jammontaw għal €1,028,000, f’kuntrast ma’ investiment li din is-sena tela’ għal €13.8 miljun. Bl-istess mod, filwaqt li għall-Aġenzija Sapport fl-2012 kienu allokati €8,120,000, għal din is-sena qegħdin nallokaw Ritratti: KEVIN ABELA / DOI
Il-mod li l-Partit u l-Moviment Laburista minn dejjem fehem u aġixxa biex jgħin lil dawk l-aktar batuti u kellu rwoli kruċjali biex jiffaċilita sistema fejn kulħadd jitla’ tarġa u iżjed, irrelevanti minn liema livell soċjali ġej minnu, jagħti sodisfazzjon bla qies, stqarr il-Ministru Michael Falzon waqt li nhar il-Ġimgħa indirizza konferenza bit-tema “Ġustizzja Soċjali, itTriq ’il Quddiem”. “Kulħadd għandu dritt għall-ġustizzja soċjali, meta niġu quddiem sfida ta’ ġustizzja soċjali, ejjew ma naħsbux li hawn xi ħadd li se jsolvi kollox. Biss kull wieħed u waħda minna jista’ jagħmel differenza fil-ħajja ta’ xi ħadd,” iddikjara l-Ministru responsabbli mill-oqsma tas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal. Fil-konferenza lejlet il-jum internazzjonali li jfakkar l-importanza tat-twettiq tal-ġustizzja soċjali ħadu sehem ukoll il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli u mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela. Il-Ministru Falzon fakkar kif, lura għall-2013, Gvern Laburista tela’ bil-wegħda li jwettaq aktar ġid u jerfa’ lil eluf ta’ persuni li ħassewhom minsijin minn amministrazzjonijiet preċedenti. Hu semma kif l-istess kif sar fis-sebgħinijiet u t-tmeninijiet, fl-aħħar tmien snin inħolqu opportunitajiet ġodda ta’ xogħol, inizjattivi biex aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol u żidiet sena wara oħra fil-pensjoni
TAD-DJAR TAL-ANZJANI SE JITLAQQMU KOLLHA SAL-4 TA’ MARZU LI ĠEJ Ir-residenti tad-djar tal-anzja ni kollha, kemm tal-gvern kif ukoll tal-privat, se jkunu qed jirċievu ż-żewġ tilqimiet tagħhom sa ġimgħa u nofs oħra. Dan hekk kif fl-4 ta’ Marzu li ġej jirċievu l-aħħar dożi. Fil-proċess ta’ tilqim kontra l-pandemija tal-COVID-19 f’pajjiżna, li hu l-aqwa wieħed li jeżisti fost l-istati kollha fl-Unjoni Ewropea, l-immuni tà sħiħa tad-djar tal-anzjani se tkun antiċipata b’madwar tmien ġimgħat minn kif kien ippjanat oriġinarjament. Din il-gazzetta hi infurmata li matul il-ġimgħa li ġejja, ir-Residenza San Vinċenz de Paul, l-akbar residenza għall-
anzjani fil-pajjiż, se tkun qed tara r-residenti kollha tagħha jieħdu t-tieni t-tilqima wkoll. Nhar il-Ġimgħa, is-Supre tendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci wriet is-sodisfazzjon tagħha li l-proċess tat-tilqim miexi b’pass tajjeb ħafna, tant li qed jitlaqqmu medja ta’ 2,000 persuna kull ġurnata. Attwalment dawk li jinsa bu fit-tieni u t-tielet stadju tal-popolazzjoni qed jirċievu t-tilqima tagħhom, inklużi anzjani ta’ bejn it-80 u l-85 sena, flimkien ma’ frontliners mhux kliniċi, bħall-Pulizija, s-Suldati u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili.
10
21.02.2021
SENA FID-DJARJU TAL-PRIM MINISTRU: SETTEMBRU-OTTUBRU
LEJN AKTAR GĦAJNUNA BIL-BAĠIT Minbarra t-tkomplija ta’ miżuri diġà eżistenti u l-ħidma fuq oħrajn ġodda biex isalvaw il-ġurnata bl-aħjar mod possibbli fil-kwistjoni tal-pandemija, matul dan ix-xahar il-Prim Ministru Robert Abela baqa’ impenjat fil-kawża lokali dwar l-immigrazzjoni irregolari mill-Afrika, inkluż b’laqgħat fuq livell internazzjonali. Wara li tħabbar li l-COVID-19 Wage Supplement u l-validità tal-vouchers ta’ €100 se jkunu estiżi sal-aħħar ta’ Ottubru, Dr Abela jgħid ukoll li fil-Baġit t’Ottubru l-Gvern se jniedi pjan fit-tul li jinkludi aktar għajnuna lin-negozji u l-familji. Minbarra ħidma normali amministrattiva u aktar investimenti, il-Gvern baqa’ ffokat fuq l-immigrazzjoni, is-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba. Lejn tmiem ix-xahar, waqt laqgħa mas-Segretarju tad-Difiża Amerikan Mark T. Esper, id-diskussjoni ffokat l-iżjed fuq l-isfidi tal-migrazzjoni. Determinat li jkun hemm soluzzjoni, il-Prim Ministru jgħid ukoll lill-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel, li kien fuq żjara uffiċjali, li għal Malta mhux biżżejjed li jintefgħu l-flus fuq il-problemi eżistenti, jekk ma jkunx hemm il-qsim tal-piż bejn il-pajjiżi kollha. Hu jisħaq li wara kollox mhux qed nitkellmu biss fuq il-fruntiera ta’ Malta, iżda fuq il-fruntiera tal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Anke meta ħa sehem attiv f’laqgħa mal-mexxejja tal-pajjiżi tal-Mediterran tal-Unjoni Ewropea, il-Med 7, f’Korsika, il-Prim Ministru kien sod: “Ma nistgħux nibqgħu niffaċċjaw il-kriżi talimmigrazzjoni dgħajsa, dgħajsa – l-Unjoni Ewropea ma tistax tibqa’ tħalli pajjiżi bħal Malta u l-Italja waħedhom.” Il-Kummissjoni Ewropea rrikonoxxiet formalment ir-riformi kostituzzjonali u istituzzjonali mwettqin mill-Gvern dwar issaltna tad-dritt fl-UE, ċertifikat ieħor għall-ħidma mwiegħda u mwettqa tal-Prim Ministru. Settembru jara wkoll ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali talIstatistika jikkonfermaw li l-irkupru ekonomiku kompla għaddej f’Awwissu, filwaqt li S&P Global Ratings issostni li l-miżuri bla preċedent meħuda mill-Gvern issalvagwardjaw l-ekonomija Maltija. Fil-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku, il-Prim Ministru jirrikonoxxi l-ħaddiema fis-settur pubbliku u jgħid li dawn għandhom sehem ewlieni biex jagħmlu minn pajjiżna post aħjar għaċ-ċittadini tiegħu. Dan ix-xahar kien ukoll ittimbrat minn investiment privat, turija ta’ fiduċja fil-politika ekonomika tal-Gvern, u dak infrastrutturali, bl-inawgurazzjoni tal-ewwel triq fil-proġett tasCentral Link, fost oħrajn. Sadanittant, Ottubru kien ikkaratterizzat mill-preżentazzjoni tal-Baġit għall-2021, li ġie deskritt minn imsieħba soċjali u analisti ekonomiċi bħala l-aqwa wieħed fl-istorja ta’ pajjiżna. Il-Prim Ministru sostna li din l-amministrazzjoni, iffaċċjata minn kriżi ekonomika bla preċedent, irnexxielha tagħmel dak li qatt ma sar qabel u, minflok miżuri ta’ awsterità kif għamel ħaddieħor, dan il-Gvern ippreżenta l-aqwa pakkett finanzjarju għal pajjiżna. Dan kien xahar ukoll fejn il-Prim Ministru ħa sehem attiv f’diversi laqgħat barra minn xtutna, inkluż Summit Speċjali tal-Kunsill Ewropew fi Brussell fejn saħaq li l-UE trid tħares lejn Mediterran wieħed u mhux settorjali li jinkludi wkoll issitwazzjoni bejn Malta u l-Libja inkluża l-immigrazzjoni. Tħabbru wkoll numru ta’ miżuri biex titrażżan l-imxija tal-COVID-19, li wasslu biex tintwera fiduċja qawwija filGvern u l-mod kif mexxa waqt il-pandemija, bl-istħarriġ talEwrobarometru jikkonferma kif, minkejja l-pandemija, f’pajjiżna fl-aħħar xhur xorta kien hawn livell tajjeb ta’ ottimiżmu u fiduċja. Fost l-akbar proġetti jinfetħu wkoll il-mini ta’ Santa Luċija Roundabout Underpass Project li jgħaqqad mal-proġett ilkbir tas-seba’ flyovers fil-Marsa Junction Project. Il-kullana ta’ investimenti tinkludi wkoll żieda fil-faċilitajiet tal-MITA b’investiment ta’ €1 miljun għall-moniteraġġ u ħarsien kontinwu tas-sigurtà tal-infrastruttura diġitali tal-Gvern. Finalment, il-Gvern jieħu nota tal-opinjoni finali talKummissjoni Venezja li tikkummenta favur 6 minn 10 riformi leġiżlattivi li llum saru atti tal-Parlament li emendaw ilKostituzzjoni tagħna u li kienu jirrikjedu l-vot taż-żewġ terzi, iżda ġew maqbula b’mod unanimu mal-Oppożizzjoni.
12 TA’ SETTEMBRU: Il-Prim Ministru jħabbar li l-COVID-19 wage supplement u l-validità tal-vouchers se jkunu estiżi sal-aħħar ta’ Ottubru. Iħabbar ukoll li fil-Baġit, il-Gvern se jħabbar pjan fit-tul li jinkludi aktar għajnuna lin-negozji u lill-familji. 7 TA’ SETTEMBRU: Il-Prim Ministru jinawgura investiment ġdid ta’ €2.1 miljun mill-Grupp Bonnici Brothers li se jkompli jżid il-ħaddiema – makkinarju li se jwassal għal qabża fil-kwalità tal-materja prima f’pajjiżna. 8 TA’ SETTEMBRU: Il-Gvern iħabbar li Dr Victoria Buttigieg intgħażlet bħala l-Avukat Ġenerali ġdid ta’ Malta - l-ewwel darba li qed jinħatar Avukat Ġenerali ġdid wara s-separazzjoni ta’ dan l-uffiċċju f’Diċembru li għadda, meta Dr Buttigieg kienet intgħażlet bħala l-ewwel Avukat tal-Istat ta’ pajjiżna. 10 TA’ SETTEMBRU: Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa mal-mexxejja tal-pajjiżi tal-Mediterran tal-Unjoni Ewropea. Il-Med 7 f’Korsika huwa organizzat mill-President Franċiż Emmanuel Macron u se jiffoka fuq temi marbuta mal-Mediterran, fosthom is-sitwazzjoni fil-Lvant tal-Mediterran u l-kwistjoni tal-migrazzjoni. “Ma nistgħux nibqgħu naffaċċjaw il-kriżi tal-immigrazzjoni dgħajsa, dgħajsa – l-Unjoni Ewropea ma tistax tibqa’ tħalli pajjiżi bħal Malta u l-Italja waħidhom,” il-Prim Ministru Robert Abela. 12 TA’ SETTEMBRU: S&P Global Ratings issostni li l-miżuri bla preċedent meħuda millGvern issalvagwardjaw l-ekonomija Maltija. 15 TA’ SETTEMBRU: Il-Kabinett tal-Ministri jiltaqa’ fil-Gozo Innovation Hub fix-Xewkija, Għawdex. “Il-viżjoni ta’ dan il-Gvern hi li Għawdex ikun mutur ewlieni ta’ tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna bla ma jitlef mill-karatteristiċi li tant jagħmluh partikolari u sabiħ” - Il-Prim Ministru Robert Abela. 15 TA’ SETTEMBRU: Il-Prim Ministru Robert Abela jżur il-fabbrika ta’ Magro Brothers fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija, jiltaqa’ mal-ħaddiema u jara mill-viċin il-produzzjoni tal-prodotti li din il-kumpanija hija magħrufa għalihom. Imdawwar mis-Sur John Magro, Charmain, u s-Sur Christian Magro, Kap Eżekuttiv ta’ Magro Brothers, il-Prim Ministru Abela żar l-aħħar investiment li sar fil-fabbrika fix-Xewkija, fejn b’investiment ta’ €300,000, il-kumpanija xtrat faċilità oħra li permezz tagħha tista’ toħloq range ġdida ta’ prodotti mill-ħalib. 16 TA’ SETTEMBRU: Jibda żjara uffiċjali l-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel. F’messaġġ skjett, Robert Abela jisħaq li “għalina mhix soluzzjoni li nibqgħu nirċievu l-flus biex inżommu l-immigranti f’Malta, iżda s-soluzzjoni hi li jkun hemm burden sharing, wara kollox din mhux biss il-fruntiera ta’ Malta, iżda l-fruntiera tal-Unjoni Ewropea”. 18 TA’ SETTEMBRU: Il-Prim Ministru Robert Abela jżur il-faċilità state of the art għattaħriġ fil-marittimu MaritimeMT, li nbena b’investiment ta’ €4 miljun. Il-Prim Ministru Abela jfaħħar l-investiment li sar minn MaritimeMT biex tkun tista’ tuża teknoloġiji ġodda
fit-taħriġ li tagħti lil dan is-settur tant importanti għall-ekonomija ta’ pajjiżna. 18 TA’ SETTEMBRU: Il-Prim Ministru Robert Abela jiltaqa’ mal-plejer Maltija ta’ US Sassuolo, Haley Bugeja, fil-Berġa ta’ Kastilja u jtenni li Bugeja qed tagħmel mhux biss isem għaliha, iżda anke isem għal pajjiżna fosthom bi prestazzjoni mill-aqwa fl-ewwel logħba malklabb Taljan tas-Serie A. 22 TA’ SETTEMBRU: Messaġġ tal-Prim Ministru Robert Abela għall-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2020: Il-ħaddiema fis-settur pubbliku għandhom sehem ewlieni biex jagħmlu minn pajjiżna post aħjar għaċ-ċittadini tiegħu. 24 TA’ SETTEMBRU: It-tielet xahar konsekuttiv bi tnaqqis fil-qgħad: Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jikkonfermaw li l-irkupru ekonomiku kompla għaddej f’Awwissu. 26 TA’ SETTEMBRU: Fil-ftuħ tal-ewwel triq ġdida tas-Central Link Project, il-Prim Ministru jisħaq li dan hu xhieda tal-enerġija li għandu dan il-Gvern biex ikompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. 28 TA’ SETTEMBRU: Malta tibda tuża l-Karta tal-Identità Maltija l-ġdida, li tidħol fiċ-ċirkolazzjoni għall-ewwel darba, deskritta minn Robert Abela bħala wieħed mill-aktar dokumenti siguri u konformi mal-ogħla standards. 30 TA’ SETTEMBRU: Il-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi r-riformi kostituzzjonali u istituzzjonali mwettqa mill-Gvern. Il-Gvern jilqa’ l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea fl-ewwel Rapport Annwali tagħha dwar l-istat tas-Saltna tad-Dritt fl-Unjoni Ewropea u s-27 Stat Membru Ewropew. Dan ir-rapport jikkonferma li fl-aħħar xhur il-Gvern ta’ Malta kompla b’ħidma li ssarrfet f’riformi bla preċedent biex isaħħaħ is-saltna tad-dritt permezz tattisħiħ tal-indipendenza tal-ġudikatura, riformi kostituzzjonali u istituzzjonali. 30 TA’ SETTEMBRU: Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa mas-Segretarju tal-Istat Amerikan tad-Difiża Mark T. Esper. Matul il-laqgħa l-Prim Ministru Abela u s-Segretarju tal-Istat Amerikan Mark T. Esper iddiskutew għadd ta’ kwistjonijiet, fosthom ir-relazzjonijiet bilaterali u kif din ir-relazzjoni tista’ tkompli tissaħħaħ. Id-diskussjonijiet iffukaw ukoll fuq l-isfidi tal-migrazzjoni, kif ukoll, b’mod separat, il-koperazzjoni bejn il-Forzi Armati ta’ Malta u l-Forzi Armati tal-Istati Uniti. Aċċennaw li l-Forzi Armati tal-Istati Uniti se jipprovdu taħriġ formattiv u tekniku lis-suldati Maltin. 1 TA’ OTTUBRU: Il-Prim Ministru Robert Abela f’kummenti li ta lill-ġurnalisti fl-ewwel jum ta’ Summit Speċjali tal-Kunsill Ewropew fi Brussell jisħaq li l-Unjoni Ewropea trid tħares lejn Mediterran wieħed u mhux settorjali li jinkludi wkoll is-sitwazzjoni bejn Malta u l-Libja inkluża l-immigrazzjoni. 8 TA’ OTTUBRU: Il-Prim Ministru Robert Abela jsostni li bl-implimentazzjoni tar-rakkoman-
11
21.02.2021
dazzjonijiet tal-MoneyVal, il-Gvern qies sew li ma jweġġax lin-negozji permezz ta’ distinzjoni ċara u netta bejn il-kriminalità organizzata u l-operat ta’ negozji leġittimi u onesti f’pajjiżna. Dr Abela qal dan f’laqgħa li kellu fil-Berġa ta’ Kastilja mar-rappreżentanti tal-Malta Chamber of SMEs bħala parti minn sensiela ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni għall-Baġit 2021. 8 TA’ OTTURBU: Il-Prim Ministru jżur l-uffiċini tal-Awtorità tat-Teknoloġija u l-Informatika (MITA): Żieda fil-faċilitajiet tal-MITA b’investiment ta’ €1 miljun għall-moniteraġġ u ħarsien kontinwu tas-sigurtà tal-infrastruttura diġitali tal-Gvern. 9 TA’ OTTUBRU: Il-Gvern ta’ Malta jirringrazzja lill-Kummissjoni Venezja u jieħu nota tal-opinjoni finali ffinalizzata dwar l-għaxar atti u abbozzi ta’ liġijiet li kienu suġġett tal-opinjoni tal-istess Kummissjoni f’Ġunju tal-2020. Din l-opinjoni tirrikonoxxi u b’mod ġenerali tikkummenta favur sitta minn għaxar riformi leġiżlattivi li llum saru atti tal-Parlament li emendaw il-Kostituzzjoni tagħna u li kienu jirrikjedu l-vot taż-żewġ terzi iżda ġew maqbula b’mod unanimu mal-Oppożizzjoni. 9 TA’ OTTUBRU: Il-prijorità għalina jibqgħu l-ħaddiema – il-Prim Ministru Robert Abela. Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-prijorità għal dan il-Gvern jibqgħu l-ħaddiema Maltin u Għawdxin b’mod partikolari dawk fl-iskala ta’ isfel, u għalhekk li diġà ħabbar li l-wage supplement se jiġi estiż. Qal li dan se jassigura li l-ħaddiem ikollu l-flus fil-but waqt li jagħti serħan talmoħħ lill-familji u lin-negozji. Dr Abela qal dan f’laqgħa li kellu fil-Berġa ta’ Kastilja mar-rappreżentanti tal-GWU bħala parti minn sensiela ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni bi tħejjija għall-Baġit għas-sena d-dieħla. 9 TA’ OTTUBRU: It-tnaqqis fit-taxxa tal-boll tat riżultati immedjati - ilPrim Ministru Robert Abela. F’laqgħa mar-rappreżentanti tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin, l-MDA, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-proposta li tressqet u li ġiet implimentata mill-Gvern fil-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika biex it-taxxa tal-boll tonqos minn 5% għal 1.5%, tat riżultati immedjati tant li ħalliet impatt pożittiv fuq l-impjiegi. 12 TA’ OTTUBRU: Kruċjali li nkomplu ninfurzaw ir-regolamenti biex noħorġu minn dan il-perjodu b’suċċess – il-PM Robert Abela. “Huwa kruċjali li nkomplu ninfurzaw ir-regolamenti minkejja li nifhem li ħadd ma jieħu pjaċir b’ħafna infurzar. Qegħdin nagħmluh tajjeb iżda se jkun hemm bżonn ta’ aktar infurzar. Dan ma jfissirx li se noqtlu xi settur jew ieħor, iżda bil-kontra, ifisser li l-infurzar miżjud se jissarraf biex inħallu s-setturi miftuħin u biex noħorġu minn dan il-perjodu b’suċċess.” Hekk sostna l-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa oħra ta’ konsultazzjoni li kellu fil-Berġa ta’ Kastilja mar-rappreżentanti tal-Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u r-Ristoranti l-MHRA b’rabta mal-Baġit għas-sena d-dieħla. 12 TA’ OTTUBRU: Il-Baġit mhux biss se jindirizza l-isfida tal-lum iżda anki
16 TA’ SETTEMBRU 2020: FI ŻJARA UFFIĊJALI TAL-PRESIDENT TAL-KUNSILL EWROPEW CHARLES MICHEL, ROBERT ABELA JISĦAQ LI PAJJIŻNA JIPPRETENDI LI JKUN HEMM BURDEN SHARING KIF JIXRAQ BEJN IL-PAJJIŻI EWROPEJ FIL-KWISTJONI TAL-IMMIGRAZZJONI MILL-AFRIKA. tal-futur – il-Prim Ministru Robert Abela. Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-Baġit li kien se jitħabbar it-Tnejn ta’ wara mhux biss se jindirizza l-isfidi tal-mument kawża tal-pandemija, iżda se jkun katalista wkoll għall-futur. Dr Abela qal dan f’laqgħa mar-rappreżentanti tal-Kamra tal-Kummerċ fil-Berġa ta’ Kastilja bħala parti minn proċess ta’ konsultazzjoni għall-Baġit 2021. 13 TA’ OTTUBRU: Irridu nħarsu l-impjiegi fis-setturi ekonomiċi kollha f’pajjiżna – il-PM Robert Abela. F’laqgħa mar-rappreżentanti tal-industrija tad-divertiment f’Malta u mal-Assoċjazzjoni tal-Arti, l-MEIA, il-Prim Ministru Robert Abela qal li fil-Baġit għas-sena d-dieħla l-Gvern se jħares li jissalvagwardja l-impjiegi fl-oqsma ekonomiċi kollha tal-ekonomija ta’ pajjiżna, inklużi dawk fis-settur tar-rikreazzjoni u tal-arti. Il-Prim Ministru qal li pajjiżna kellu suċċess fil-priservazzjoni tal-impjiegi mhux biss għax laqa’ għat-tbassir fuq ir-rata tal-qgħad fejn kienu mbassra 50,000 ruħ qiegħda, iżda rnexxielu jegħleb dan it-tbassir b’suċċess. Qal li waqt li fiż-Żona Ewro l-qgħad tela’ b’0.8%, f’pajjiżna niżel b’0.4%. 14 TA’ OTTUBRU: L-għan tal-Gvern jibqa’ li l-ħaddiema u min iħaddem ikollhom dħul garantit – il-Prim Ministru Robert Abela. Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-għan tal-Gvern jibqa’ li l-ħaddiema u min iħaddem ikollhom id-dħul tagħhom garantit. Dr Abela qal dan f’laqgħa ta’ konsultazzjoni li kellu mal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, l-MEA, fil-Berġa ta’ Kastilja bħala parti minn sensiela ta’ laqgħat b’rabta malBaġit għas-sena d-dieħla. 14 TA’ OTTUBRU: Gvern aċċessibbli għal kulħadd u miftuħ għad-djalogu – ilPrim Ministru Robert Abela. F’laqgħa ta’ konsultazzjoni għall-Baġit 2021 mar-rappreżentanti tal-Kummissjoni għall-Persuni b’Diżabilità fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru qal li dan hu Gvern aċċessibbli għal kulħadd u
miftuħ għad-djalogu. Matul il-laqgħa, il-Prim Ministru laqa’ kritika kostruttiva dwar l-impatt li kellhom ir-restrizzjonijiet li ddaħħlu kawża tal-pandemija fuq il-persuni b’diżabilità. 14 TA’ OTTUBRU: Il-mira ewlenija talGvern tibqa’ li nkomplu nnaqqsu l-faqar f’pajjiżna – il-Prim Ministru Robert Abela. “Il-mira ewlenija ta’ dan il-Gvern hi li nkomplu nnaqqsu l-faqar f’pajjiżna. Sena wara oħra naqqasnieh iżda fadal xi jsir biex neradikawh. Biex tindirizzah, trid taċċetta li l-faqar mhux perċezzjoni iżda realtà li teżisti madwar id-dinja inkluż f’Malta.” Hekk sostna l-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa ta’ konsultazzjoni li kellu mal-Alleanza Kontra l-Faqar fil-Berġa ta’ Kastilja b’rabta mal-Baġit għas-sena d-dieħla. 16 TA’ OTTUBRU: Qed naraw li nżidu l-infurzar tar-restrizzjonijiet u li nħeġġu l-ilbies tal-maskri – il-Prim Ministru Robert Abela. Il-Prim Ministru Robert Abela qal li f’pajjiżna qed naraw li nżidu l-infurzar tar-restrizzjonijiet li diġà hemm fis-seħħ billi jiżdiedu aktar pulizija fit-toroq biex jiżguraw rispett lejn il-miżuri kollha li ħarġu l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika u fl-istess waqt ninkoraġġixxu aktar l-ilbies tal-maskri. Dr Abela qal dan f’kummenti lill-ġurnalisti fi tmiem l-ewwel sessjoni tal-Kunsill Ewropew fi Brussell li fost oħrajn għandu fuq l-aġenda tiegħu l-pandemija talCOVID-19. 16 TA’ OTTUBRU: Imħabbra numru ta’ miżuri sabiex titrażżan l-imxija talCOVID-19. Mill-għada ilbies tal-maskra obbligatorju fuq barra, aktar infurzar mill-erba’ awtoritajiet konċernati, mit-Tnejn stabbilimenti ta’ divertiment bħal bars u każini jridu jagħlqu sal-11pm. Il-Gvern qed jieħdu pożizzjoni ta’ responsabilità lejn il-poplu kollu, liema responsabilità qed nitolbu li tintrefa’ minn kulħadd biex nipproteġu lil dawk vulnerabbli u dan
b’imħabba lejn pajjiżna – Il-Prim Ministru Robert Abela. 19 TA’ OTTUBRU: Ippreżentajna l-aqwa Baġit fl-istorja ta’ pajjiżna – il-Prim Ministru Robert Abela. Il-Prim Ministru Robert Abela sostna li din l-amministrazzjoni rnexxielha tagħmel dak li qabel l-ebda amministrazzjoni ma rnexxielha tagħmel u meta ffaċċjata minn kriżi ekonomika bla preċedent u minflok għamlet bħalma kienu għamlu amministrazzjonijiet ta’ qabilha, li qagħdu lura u ħadu miżuri ta’ awsterità, dan ilGvern ippreżenta l-aqwa Baġit fl-istorja ta’ pajjiżna. Dr Abela qal dan f’konferenza tal-aħbarijiet fi tmiem il-preżentazzjoni tal-Baġit 2021 bit-tema ‘Maltin b’Saħħitna ’l Quddiem’. 23 TA’ OTTUBRU: Il-Prim Ministru Robert Abela jżur is-sit tas-Santa Luċija Roundabout Underpass meta għall-ewwel darba nfetħu u bdew jintużaw għat-traffiku ż-żewġ mini ġodda li jgħaqqdu malproġett tal-Marsa Junction. 23 TA’ OTTUBRU: Fiduċja qawwija filGvern u l-mod kif mexxa waqt il-pandemija. L-istħarriġ tal-Eurobarometer li għamlet il-Kummissjoni Ewropea fit-tieni nofs ta’ Lulju li għadda jikkonferma kif, minkejja l-pandemija, f’pajjiżna fl-aħħar xhur xorta hawn livell tajjeb ta’ ottimiżmu u fiduċja. 25 TA’ OTTUBRU: Il-Prim Ministru jżur il-bini ta’ Ċentru Akkwatiku u Sportiv ġdid fir-Rabat, Għawdex. Dan il-proġett b’investiment ta’ madwar €9 miljun mistenni jkun lest sas-sena dieħla, u se jinkludi pixxina ta’ daqs Olimpiku u numru kbir ta’ faċilitajiet sportivi indoor. 29 TA’ OTTUBRU: F’laqgħa virtwali bejn il-membri tal-Kunsill Ewropew, ilPrim Ministru Robert Abela, flimkien mal-mexxejja Ewropej, jiddiskuti t-tema tal-COVID-19 u l-ħtieġa ta’ kollaborazzjoni u ta’ koordinament bejn l-istati membri tal-Unjoni Ewropea.
12
21.02.2021
MALTA, MUDELL TA’ ĠUSTIZZJA SOĊJALI
MARK MUSÙ
Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali
Kull soċjetà tajba u effettiva, hija mibnija fuq strutturi ekonomiċi b’saħħithom, fejn il-ġid jitqassam b’mod ugwali, bejn is-saffi kollha tas-soċjetà. Il-ħidma tiegħi fil-qasam soċjali tul dawn l-aħħar 34 sena, għenitni nifhem aktar, kemm verament jeħtieġ illi l-Istat, jifhem u jwieżen lil dawk l-aktar fil-bżonn u meqjusa vulnerabbli. Jeżistu pajjiżi, fejn hemm separju komplut bejn is-sinjur u l-fqir, u r-riżultat ta’ dan huwa faqar estrem b’kundizzjonijiet li żgur mhumiex aċċettabbli għall-bniedem. Il-kunċett ta’ ġustizzja soċjali twieled mal-bidu tar-revoluzzjoni industrijali, fejn bdew jinfetħu kumpaniji, fabbriki, u hemmhekk bdew jiddiversifikaw il-mod li d-dinja topera bih. Hemmhekk bdew għajtiet għal drittijiet umani u soċjali, li għalkemm illum xi wħud għadhom relevanti, imma naturalment is-sitwazzjoni hija ferm aħjar milli kienet dik ta’ 100 sena ilu jew aktar. Rajna kif mmaterjalizzaw l-għajtiet kontra d-diskriminazzjoni, favur aktar drittijiet umani, favur il-ġustizzja soċjali, u għal aċċess sħiħ u ekwu għal servizzi soċjali biex jitla’ ’l fuq l-aktar batut. Dan mhuwiex kliem fieragħ biss, iżda ngħidu għax nemmen li Malta, hija verament mudell ta’ dan. Fl-aħħar snin wettaqna bosta miżuri b’saħħtihom: lura fl2014, Malta adottat strateġija għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Sal-lum, din qed isservi ta’ gwida għalina u għal Ministeri oħra, sabiex nimplimentaw il-policy actions tagħha. F’dan is-settur ma tistax tqum illum u tgħid ser nagħmel hekk b’reazzjoni għal xi sitwazzjoni partikulari. Triq tkun proattiv iżjed milli tkun reattiv. Irid ikollok pjan fit-tul, meqjus, ibbaġittjat u
tara eżattament lil min trid tilħaq bih. Bħala parti mill-istrateġija ddaħħlu ċerti miżuri, ewlenin fosthom dawk immirati lejn il-pensjonanti, fejn anke hawnhekk imxejna b’ċerta ġustizzja soċjali, għaliex fil-bidu ż-żidiet tajniehom lil min kien fuq il-pensjoni minima ħalli ngħolluh ’il fuq u wara bdejna nżidu lill-pensjonanti kollha. Għollejna wkoll il-pensjonijiet mhux kontributorji għax ħassejna li ħafna minnhom dawn ma jkunux b’kapriċċ li ħadmu ftit u għalhekk ma ridnihomx jaqgħu lura. ‘Making work pay’ Forsi waħda mill-akbar riformi progressivi u fl-istess ħin soċjalment ġusti li saru fl-aħħar snin kienet il-pakkett ta’ miżuri bħala parti mill-politika tal-‘Making Work Pay’, fi kliem sempliċi, li tassisti, tinċentiva u tippromovi kunċetti u metodi, li jħeġġu aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jinfatmu mid-dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali. Ewlenija fosthom it-tapering tal-benefiċċji, l-in-work benefit, u ċ-childcare b’xejn għal kulħadd. B’riżultat ta’ dan kollu, rajna li dawk li jgħixu bl-assistenza soċjali naqsu b’aktar minn 50%, bil-maġġoranza ta’ dawn ikunu nisa. Dan mhux biss qed jiggarantilhom dħul aħjar illum u allura kwalità ta’ ħajja
aħjar iżda garanzija ta’ dħul aħjar meta jirtiraw għax ikollhom pensjoni. Din ir-riforma ħadmet għax in-nies fehmu li bix-xogħol verament jaqbillek. Inklużjoni soċjali Il-Ministeru li tiegħu jien Segretarju Permanenti kien katalista sabiex ipprovda l-għeruq u l-qafas meħtieġa, biex persuni b’diżabilità jingħataw kull mezz, sabiex jiżviluppaw il-massimu tal-kapaċitajiet tagħhom. Kuntent, illi llum qed naraw Ministeru speċifikament iffukat fuq dan il-qasam tant sensittiv u għal qalb il-Gvern. Infakkar fl-assistenzi ġodda kollha għal persuni b’diżabil-
ità, dawk b’diżabilità severa li ma jistgħux jaħdmu li qed jieħdu l-ekwivalenti tal-paga minima nazzjonali netta. Kienet ħaġa importanti li dawk li setgħu jaħdmu tajniehom kull ċans li jagħmlu dan mingħajr ma ħadnielhom xejn mill-benefiċċji, għall-oħrajn wettaqna ġustizzja soċjali magħhom ukoll billi ftaħna għadd ta’ djar fil-komunità għax il-ġustizzja soċjali titlob li anke dawn il-persuni jkunu parti mis-soċjetà. Oqsma vulnerabbli Fl-aħħar snin rajna investiment bla preċedent, speċjalment f ’dawk l-oqsma vulnerabbli, bħalma huma
l-anzjani fejn saħħaħna s-servizzi fil-komunità u kabbarna u mmodernizzajna l-faċilitajiet għall-kura fit-tul. Investejna wkoll fis-servizzi għal tfal li jkunu taħt ordni ta’ kura, vittmi ta’ vjolenza domestika, jew ta’ vizzji u problemi soċjali oħra. Fil-qasam tat-tfal, wettaqna investiment kbir fil-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, rajna r-riżorsi jirduppjaw, mhux biss fejn jidħlu ħaddiema soċjali, iżda anke permezz ta’ programmi ġodda li qed jilħqu aktar familji. Nelenka wkoll is-sehem tal-għaqdiet volontarji f ’dan is-settur, b’dan il-Ministeru jiffinanzja sostanzjalment dawn l-għaqdiet b’madwar €18-il miljun fis-sena. Nemmen illi qed jirnexxilna nindirizzaw issues ta’ sfida bħalma huma l-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli, liema ħidma qed twassal sabiex jikber l-istokk ta’ units għall-housing soċjali waqt li skemi u għajnuniet oħra jgħinu lil min jgħix f ’kirjiet privati jew jixtieq isir sid ta’ daru. Minkejja l-ħidma kbira li għamilna fl-aħħar tmien snin mhux se nieqfu hawn. Bħalissa, bħala Ministeru qed immexxu ’l quddiem inizjattiva sabiex flimkien mal-istakeholders kollha, l-għaqdiet volontarji u l-ħassieba soċjali ta’ dan il-pajjiż, noħolqu viżjoni għas-settur soċjali għall-10 snin li ġejjin. B’hekk inkunu ċari dwar fejn irridu mmoru u lil min irridu nilħqu. B’hekk biss nistgħu nitkellmu dwar ġustizzja soċjali fis-seħħ!
KUMMENT MILL-MINISTRU MICHAEL FALZON
MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL
It-terminu ġustizzja soċjali, huwa dak li ta’ kuljum jagħtini aktar enerġija naħdem f’dan is-settur, tant għal qalbi. Settur, li jeħtieġ enerġija kostanti, sabiex nibqgħu ngħinu aktar nies jitilgħu ’l fuq, speċjalment f’dawn iż-żminijiet ta’ sfidi li ġabet magħha l-pandemija. Din tal-aħħar, ma waqqfitniex milli nkomplu ninvestu soċjalment f’dan il-pajjiż. Fil-Baġit allokat għal din is-sena, rajna l-ikbar nefqa soċjali ta’ kull żmien, €1,920,000,000. Somma li ser tkompli tibni fuq dak illi diġà ksibna matul is-snin. Dan il-Ministeru, saħansitra żied il-kelma ġustizzja soċjali fl-isem tiegħu, u dan mhux b’mod kosmetiku iżda għaliex vera nemmnu illi din għandha titwettaq. Kienet l-għeruq u r-raġuni għall-eżistenza ta’ dan il-partit glorjuż. Wettaqna elenku ta’ miżuri u servizzi soċjali biex inwieżnu l-familji, speċjalment dawk l-aktar fil-bżonn, il-pensjonanti, il-vulnerabbli u persuni b’diżabilità. Għalkemm sodisfatti u kburin bil-progress li nkiseb, xorta nibqgħu saqajna mal-art u sensibbli, għax nagħrfu li l-faqar mhux perċezzjoni, imma jeżisti u li r-realtà tal-ħajja u l-istess statistiċi juruna li għad baqa’ xi jsir biex nilħqu aktar nies li nqatgħu lura. F’atmosfera t’għaqda nazzjonali, se nkomplu niksbu iktar miri soċjali, filwaqt li nifhmu realtajiet ġodda li jistgħu jxekklu dan il-progress li qed issir. Inwiegħed li se nkompli nkun il-leħen ta’ kull persuna vulnerabbli f’pajjiżna, illum, għada u pitgħada.
13
21.02.2021
L-GĦAQDA HI Ċ-ĊAVETTA TAS-SUĊĊESS
CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL
Il-Partit Laburista sa mit-twelid tiegħu kien ilpunt ta’ referenza għal eluf ta’ Maltin u Għawdxin sabiex jassoċċjaw lilhom infushom miegħu, għat-twemmin li joffri, għad-diversità li lest li jilqa’ dan il-moviment, għassens ta’ għaqda li jħeġġeġ, għall-ħaqq soċjali li jkebbes f’kull wieħed u waħda minna, għall-għatx għall-bidla li dejjem xpruna. U dan il-moviment qatt ma waqaf jikber u jattira nies li probabbli qatt ma ħolmu li se jassoċċjaw ruħhom ma dan il-moviment għax proprju qatt ma beża’ mill-bidla, qatt ma ddejjaq li jbiddel u jitbiddel. Dan il-moviment iżomm lilu nniffsu ħaj sakemm aħna lkoll li nassoċċjaw ruħna fih, lesti li nifhmu lil xulxin, li nirrispettaw l-opinjoni diversa ta’ xulxin u lesti li ninbidlu sabiex il-partit jissokta bħala moviment li jilqa’ lil kull min lest li jaħdem għall-għan ewlieni li jitkattar il-ġid ekonomiku u soċjali għall-poplu kollu u dan jiġi distribwit b’mod ekwu.
U dan li għamel lil dan il-partit l-għażla naturali tal-elettorat Malti u Għawdxi, għaliex kien kapaċi li jittrasmmetti u jipprattika l-għanijiet ewlenin ta’ għaqda u tibdil ukoll bħala Gvern Laburista. Dan hu l-moviment fil-Gvern li taf fejn int miegħu, il-moviment fil-Gvern li mhux biss lest li jisma’ imma wkoll moviment li mhux supperv, anzi lest li jammetti fejn żbalja u jbiddel u jirrimedja. Il-Partit Laburista huwa kburi bil-passat tiegħu għax kien dak il-partit fil-Gvern li ta leħen lil min għal ħaddieħor lanqas kellu dritt li jiftaħ ħalqu, li ma kellux dritt jgħix f’dinjità u jgawdi wara għexieren ta’ snin jaħdem għal ħobżu. Imma aktar minn hekk il-Moviment Laburista huwa ħerqan għall-preżent u sabiex iwettaq iktar għall-poplu u jħares ’il quddiem b’għaqal, bi pjan u b’impenn biex ifassal futur ta’ serħan il-moħħ għal pajjiżna. Dan kollu nkiseb meta l-partit infetaħ imma wkoll ta l-importanza u ta kas bil-kbir lill-għeruq tiegħu li qatt ma telquh, xemx jew xita. Għaliex l-għeruq huma l-forzi li jżommu lis-siġra b’saħħitha u jżommu l-prinċipji ewlenin ta’ dan il-partit fuq moħħ kull wieħed u waħda minna, prinċipji ta’ ġustizzja soċjali, mobbiltà soċjali, imħabba lejn pajjiżna, rispett lejn xulxin, il-prinċipju ta’ tim wieħed, ilkoll magħqudin flimkien. Dan hu l-messaġġ ewlieni tal-Prim Ministru u l-Mexxej Laburista Dr Robert Abela, messaġġ ta’ tim wieħed, għalenija flimkien b’rieda
tajba għal pajjiżna. Kulħadd għandu l-ideali tiegħu, mela le, imma fl-aħħar mill-aħħar aħna lkoll poplu wieħed u fuq affarijiet ta’ interess nazzjonali fejn se nintlaqtu lkoll, għandna nkunu front wieħed u niksbu l-għanijiet tajba għal pajjiżna flimkien. Tim Malta mhix xi cliché li ħaddieħor qed jipprova jidħak biha. Għal min għandu tassew rieda tajba, għal min tassew iħoss imqar ftit tqanqil għal pajjiżu, għal min ma jistħix jgħid li hu Malti barra minn xtutna u mal-barranin, Tim Malta jirrappreżenta l-għaqda ta’ poplu li meta kien magħqud għal skop nazzjonali dejjem ħareġ b’saħħtu u rebbieħ. II-Moviment Laburista minn dejjem ġab l-interessi ta’ pajjiżna l-ewwel u qabel kollox, qabel kull interess partiġjan. U dan kollu jagħmilna differenti minn partiti jew għaqdiet politiċi oħra. L-interess ewlieni mhux is-siġġu għall-poter, mhux li nkissru u nifirdu sabiex mingħalina nsaltnu. Il-poplu tgħallem. Il-poplu jaf jiżen u jifhem li l-Partit Laburista biss jista’ jkun il-partit fil-Gvern li kapaċi jwassal u jwettaq l-għaqda u eventwalment ilġid fil-pajjiż. Il-ġid mhux biss dak materjali, il-flus fil-but, imma wkoll kwalità ta’ ħajja aħjar, aktar ħin ta’ tgawdija mal-familja, kuntentizza fik innifsek. F’seba’ snin Gvern Laburista stinka biex ta dan lil poplu. U l-poplu jafu dan u rikonoxxenti mill-ġenwinità u l-għanijiet tajba ta’ ħidmet dan il-Gvern, li minkejja wkoll l-isfidi bla preċedent, li
minkejja iva, wkoll in-nuqqasijiet li saru u li ma messhomx saru, xorta qed jirnexxielu jikseb u jaqta’ l-frott tal-ħidma li wettaq għall-istess poplu. Dan kollu ma jsirx waħdu, ma jsirx b’kumbinazzjoni. Isir għax hemm tim magħqud mimli talent u fuq kollox ħeġġa u għatx biex ikompli jikseb is-suċċessi li jgawdihom il-poplu kollu. U din l-għaqda tibda mid-dar. Ma jistax ikollok Gvern magħqud, Kabinett magħqud, Grupp Parlamentari magħqud, jekk f’darek, fil-partit tiegħek issaltan il-firda, jeżistu l-klikek. U dan il-poplu kollu jagħrfu. L-Oppożizzjoni qabel tippontifika fuq Gvern alternattiv l-ewwel trid toffri imqar lill-partitarji tagħha, partit magħqud wara Kap wieħed u madwar l-istess prinċipji u partit sod finanzjarjament, b’viżjoni ċara ta’ fejn se jwassal fis-snin li ġejjin u kemm kapaċi jinbidel għas-sitwazzjoni ta’ din is-soċjetà li rridu nammettu li qed tinbidel milllum għal-llum u mhux milllum għal għada. Il-PN huwa eżempju ħaj kontra ta’ dan kollu. Il-garanzija ta’ moviment magħqud, b’finanzi sodi, tmexxija għaqlija, moviment li jispikka fit-talent tal-membri li hemm fi ħdanu u fuq kollox moviment li jagħti l-ispazju u l-leħen lil kulħadd, fil-mument huwa biss il-Partit Laburista. Il-Partit Laburista jibqa’ jgawdi l-fiduċja tal-poplu sakemm jibqa’ jżomm għal qalbu l-prinċipji sagrosanti tal-għaqda u tal-umiltà. Irid ikompli jkun ta’ widna, jibqa’
’l bogħod mis-suppervja, jissokta fit-tibdil, ikompli jkun lest li jirrimedja fejn jiżbalja. Partit Laburista fil-Gvern irid jibqa’ jkun il-kenn u t-tarka ta’ dawk li huma l-aktar vulnerabbli, l-ixprun ukoll tan-negozjant u l-imprenditur sabiex ikompli jinvesti u joħloq xogħol ta’ kwalità, jibqa’ jiġġedded, ibiddel u joħloq policies u pjanijiet friski u ġodda u fuq kollox it-twettiq u t-tħaddim tagħhom sabiex is-soċjetà u l-pajjiż ikompli jimmodernizza u jkompli jikseb is-suċċessi u jkun fost l-aqwa pajjiżi fl-Ewropa. Imma fuq kollox jibqa’ kburi li jġorr il-bandiera tal-ġustizzja soċjali u jixpruna l-mobbiltà soċjali u l-imħabba u l-kburija lejn din l-art ħelwa li nsejħulha darna, Malta. U għaldaqstant, m’għandix l-iċken dubju li l-poplu Malti u Għawdxi jibqa’ jagħti l-fiduċja lill-Moviment Laburista sabiex jibqa’ jmexxi lil dan ilpajjiż, mhux għax m’hemmx alternattiva, imma għaliex Gvern Laburista f’seba’ snin biss diġà wettaq dan kollu u qed iwettaq aktar fil-preżent minkejja l-isfidi enormi li għandu quddiemu. U għalhekk fil-preżent u fil-ġejjieni Gvern Laburista biss jista’ joffri direzzjoni serja lil dan il-pajjiż u jagħti garanzija ta’ serħan il-moħħ, għaliex ma Gvern Laburista taf fejn int u dak li jwiegħdek iwettqu, għax fi ħdan daru stess jipprattika dan kollu b’għaqal u b’suċċess u jittrasmetti din il-prattika fil-Gvern b’mod tant professjonali, b’serjetà u bla suppervja.
GVERN LI GĦANDU GĦAL QALBU L-ĦIDMA SOĊJALI
SEAN APAP MELI Kandidat fl-1 u s-6 Distrett
Gvern Laburista ma jistax ma jkollux għal qalbu l-ħidma soċjali. Gvern li dejjem baqa’ jinvesti f’għadd ta’ ftehimiet rigward servizzi
offruti minn għadd ta’ entitajiet non-governattivi. Dawn l-investimenti huma finalment investimenti fis-soċjetà tagħna. L-aħħar ftehim li l-Gvern għamel kien dak fil-qasam tas-saħħa, billi permezz tad-Deputat Prim Ministru l-Onor Chris Fearne se jkun qed jaħdem fil-qrib mal-Hospice Movement sabiex jingħata servizz tal-kura paljattiva lil min jeħtieġha ġewwa daru wkoll. Il-kura li tingħata lil dawk li jkunu jeħtiġuha tmur lil hinn mill-isptarijiet u anke hemm bżonn li tkun fil-livell tal-komunità
sabiex tagħmel il-ħajja ta’ dak li jkun aktar faċli u serena. Din ukoll tagħti serħan il-moħħ lil dawk li huma qrib il-pazjent. Il-ħsibijiet dejjem ikunu li kemm jista’ jkun il-pazjenti tul is-snin tal-kura jkollhom dak kollu li jkun meħtieġ fosthom tagħmir tas-saħħa. Kellu bżonn li din l-għajnuna li ngħatat mingħand il-Maltin u l-Għawdxin tul il-ġurnata tal-Ħadd li għadda, tkun sostnuta tul is-snin sabiex il-pazjenti jkomplu jkunu megħjuna tul iż-żmien tal-kura li jkunu qed jingħataw f’entitajiet statali.
Gvern li jaħseb f ’dawk li ntlaqtu mill-pandemija tal-COVID-19 Dan il-Gvern fost il-ħafna ħidmiet li għamel, saħħaħ il-pensjonijiet għal dawk li llum huma rtirati mid-dinja tax-xogħol. L-aħħar miżura li saret kienet li dawk li bħalissa qed jaħdmu u se jirtiraw daqt u d-dħul kien wieħed baxx minħabba nuqqas fil-paga b’konsegwenza tal-pandemija, għall-pensjoni l-Gvern se jqis id-dħul tal2019 u mhux dak tal-2020. Dan huwa sinjal ieħor li dan il-Gvern jaħdem sabiex dawk li l-aktar li jkoll-
hom bżonn, isibu gvern li jwieżen lil dawk li l-aktar ikunu jinħtieġu l-għajnuna. Gvern li lill-anzjani investa fihom bis-sħiħ sabiex meta jkollhom ċerti spejjeż huma jkollhom pensjoni vijabbli li biha jkunu jistgħu jgħixu ħajja komda kif huwa mistħoqq lilhom. Għalhekk dan il-Gvern irid jibqa’ jieħu ħsieb l-anzjani billi kif provdielhom pensjonijiet siguri, ikompli jieħu ħsieb ukoll is-saħħa tal-anzjani billi huma wkoll jieħdu l-vaċċin kontra l-COVID-19 u għalhekk jassiguraw li l-ħajja tibqa’ għaddejja b’mod normali kemm jista’ jkun.
14
21.02.2021
140 SENA MINN META REĠGĦ
ID-DOMVS Minn DANIELA ATTARD BEZZINA, Heritage Malta
Il-mużew li jilqa’ fih il-fdalijiet tad-Domvs Romana fir-Rabat
Uħud mir-reċipjenti esibiti fid-Domvs Romana
Ir-Rabat, Malta, Frar tal-1881. Fil-wesgħa siekta li llum nafuha bħala Ġnien Howard jinstema’ biss il-ħoss ta’ mgħażqa togħdos ħelu ħelu għal darba, tnejn, tlieta, fil-ħamrija ratba biex jitħawlu siġar ġodda. F’daqqa waħda l-ħoss jinbidel. L-imgħażqa sabet l-iebes! Il-ħaddiema jitilqu minn idejhom bla dewmien u jgħarrfu lil ta’ fuqhom b’dak li ġara, mingħajr l-iċken ħjiel tal-kobor tas-sejba li għamlu. Id-Domvs Romana, midfuna fid-dlam għal sekli sħaħ bit-teżori u s-sigrieti kollha tagħha, dalwaqt terġa’ tara d-dawl tax-xemx... Kważi seklu u nofs wara, ninsab hawn, f’did-dar maestuża ta’ żmien Ruma tal-qedem, nistagħġeb għal darb’oħra bil-ġmiel tal-mużajk li jżejjen il-bitħa interna tagħha u nisma’ lil David Cardona – Kuratur Anzjan għas-Siti Feniċi, Rumani u Medjevali fi ħdan Heritage Malta – jiddeskrivili kif l-aġenzija nazzjonali għall-wirt kulturali qed tfakkar il-140 anniversarju mis-sejba tad-Domvs Romana. Biex inkunu aktar preċiżi, id-Domvs qed tiċċelebra tliet anniversarji, u mhux wieħed. Dan għaliex l-2020 immarkat il-100 sena minn meta Sir Temi Zammit beda l-iskavi tiegħu fis-sit, l-2021 tfakkar il-140 sena minn meta d-dar Rumana ġiet skoperta, u fl-2022 id-Domvs tagħlaq 140 sena minn meta nfetħet għall-pubbliku bħala mużew. Kif irrakkontali David, wara dak li seħħ waqt it-tħawwil tas-siġar fi Ġnien Howard, Antonio Annetto Caruana, il-librar tal-Biblijoteka u l-kuratur tal-kollezzjoni arkeoloġika ta’ ġo fiha, tqabbad minnufih biex jinvestiga. Ħafna miż-żoni tad-dar Rumana nkixfu waqt l-intervent ta’ Caruana, u sussegwentement ġie deċiż li jinbena mużew biex jipproteġi l-mużajk misjub filwaqt li jilqa’ fih l-antikitajiet Rumani ta’ pajjiżna. B’xorti ħażina, medda ta’ art fit-Tramuntana tas-sit inqerdet fl-1899 meta s-servizzi Ingliżi ħaffru t-triq għall-istazzjon tal-ferrovija biswit il-mużew. Ma nżammet l-ebda dokumentazzjoni waqt dawn ix-xogħlijiet, u aktarx parti kbira mid-dar kif ukoll strutturi oħra tal-madwar intilfu għal dejjem. Bejn l-1920 u l-1925, Sir Temi Zammit għamel aktar stħarriġ u skavi f’dan issit, bl-għajnuna ta’ Robert V. Galea, Harris Dunscombe Colt u Louis Upton Way. Ix-xogħol sar fuq kull naħa tas-sit u bis-saħħa tiegħu nkixfu numru mdaqqas ta’ oqbra Iżlamiċi fuq il-fdalijiet ta’ djar żgħar oħra Rumani. Dak li naraw illum meta nżuru d-Domvs Romana huwa differenti ħafna minn kif din id-dar lussuża kienet tidher fl-aqwa tagħha, bejn wieħed u ieħor mit-tieni nofs tal-ewwel seklu qabel Kristu sal-ewwel nofs tal-ewwel seklu wara Kristu. Aktarx li tul iż-żjara tagħna nkunu qed nirfsu biss fuq kwart tal-ispazju kollu li d-dar kienet tokkupa oriġinarjament, jiġifieri d-daħla, il-bitħa interna u t-triclinium, jew il-kamra tal-ikel. Dak li l-istudjużi tal-istorja jistgħu jobsru bla ma jitbiegħdu mill-verità huwa li din ma kinitx xi dwejra fejn tgħammar familja fqira. Għall-kuntrarju, fid-Domvs kien jgħix xi ħadd għani biżżejjed biex ikun fil-klassi soċjali ta’ fuq nett – xi ħadd b’rabtiet sodi mal-mexxejja f’Ruma, kif jixhdu żewġ statwi skolpiti fi rħam fin li juru membri tal-familja tal-Imperatur Klawdju nnifsu. Is-sejba ta’ statwi imperjali fini f’dar privata ta’ żmien ir-Rumani hija okkorrenza rari ħafna. Dan jista’ jimplika li sid id-Domvs kien persuna pubblika importanti, forsi saħansitra l-gvernatur ta’ dawn il-gżejjer. Kien min kien, żgur li huwa daħal għal spejjeż kbar biex juri l-lealtà u l-qima tiegħu lejn id-dinastija imperjali li kellha l-poter fi żmienu.
21.02.2021
15
ĦET RAT ID-DAWL TAX-XEMX
S ROMANA Il-kelma “huwa” għandha importanza kbira meta niddiskutu l-ħajja ta’ kuljum f’dar tipika Rumana tal-qedem. Il-missier (pater familias) kien il-Kap ta’ kollox, b’poter assolut fuq id-dar, l-artijiet u kull min jgħix f’daru. Hu biss kellu l-awtorità li jikkastiga, joqtol, jabbanduna jew ibigħ bħala skjav lil kwalunkwe membru tal-familja tiegħu bla ma jagħti spjegazzjoni għal għemilu. Id-dmirijiet ta’ kuljum tal-pater familias kienu jvarjaw skont il-professjoni u l-istatus tiegħu fis-soċjetà. Raġel aristokratiku filgħodu kien normalment jilqa’ n-nies li jżuruh biex isellmulu jew biex jinnegozjaw. Waranofsinhar ħafna drabi kien iddedikat għall-mistrieħ (otium), xi żjara fil-banjijiet pubbliċi u l-festeġġjamenti li r-Rumani kienu magħrufin għalihom. Il-mara (matrona) ftit li xejn kellha drittijiet u kienet dejjem tiddependi fuq ir-raġel u wliedha subien. Madankollu, in-nisa kellhom rwol importanti għax kienu jieħdu ħsieb l-edukazzjoni tat-tfal, li kienet issir mid-dar stess, u jorganizzaw ix-xogħol domestiku tal-iskjavi. L-oġġetti esibiti fid-Domvs Romana jirnexxilhom jixegħlulek l-immaġinazzjoni biex tistħajjel kif setgħet kienet il-ħajja f’din id-dar. Diversi għodod tal-kċina, ngħidu aħna, jitfgħuk dritt f’dik li kienet tissejjaħ culina, fejn kien jitħejja l-ikel mill-iskjavi. L-ikel kien jissajjar f’borom tal-fuħħar imqiegħda fuq fuklari jew fi fran tal-briks, u jinżamm f’reċipjenti taċ-ċaqquf, bħal anfori u dolia, issiġillati b’għotjien, li xi drabi kont issibhom parzjalment midfunin taħt l-art. Il-platti kienu jvarjaw fil-kwalità skont is-sid u t-tip tal-ikla. In-nies komuni kienu jużaw platti sempliċi taċ-ċaqquf li kultant kienu jkunu mżejnin, iżda l-ikliet tal-aristokratiċi kienu jisservew fi platti fini. L-inbid u x-xorb kellhom sehem importanti, kemm matul l-ikla kif ukoll warajha. Ir-Rumani kienu magħrufa għal lejliet twal ta’ xorb b’divertiment kontinwu. Dan ġieli kien jinkludi kompetizzjonijiet fejn dak li jkun jixrob minn speċi ta’ lembut tal-ħġieġ imsejjaħ rython, li bħalu hemm esibit fid-Domvs. Esibiti oħra, bħal fliexken ta’ għamliet differenti fejn kienu jinħażnu l-fwejjaħ, iż-żjut u l-irtokk, kif ukoll moxtijiet, ġojjellerija u furfiċetti magħmulin mill-għadam, ilkoll jagħtu indikazzjoni ċara li r-Rumani tal-qedem kienu jieħdu ħsieb id-dehra tagħhom daqsna, jekk mhux aktar minna. Mhux in-nisa biss kienu jieħdu l-ħin biex ilestu – l-irġiel ukoll kienu jieħdu ħsieb il-ġilda tagħhom billi jidilkuha b’ingwent li mbagħad kienu jneħħuh b’oġġett tawwali u għat-tond magħruf bħala strigil. Fejn jidħlu ġojjelli Rumani, dawn ma nstabux wisq minnhom f’Malta iżda l-biċċiet esibiti fid-Domvs jixhdu sengħa u rikkezza kbira. Għadd ta’ ċombini tal-għadam u piżijiet tal-ġebel li kienu jintużaw fin-newl jitfgħu dawl fuq l-industrija tal-insiġ fi żmien ir-Rumani, li kellha rwol ewlieni fl-ekonomija. Dawn l-esibiti jġiegħlu lil moħħna jimraħ fuq kif aktarx kienu l-ħwejjeġ milbusa mill-abitanti tad-Domvs. L-aktar ilbies komuni tal-irġiel fil-perjodu Ruman kien jikkonsisti f’tunika sempliċi u sandli tal-ġilda. Madankollu, ħafna ċittadini Rumani kienu jħobbu jilbsu wkoll toga bajda li, jekk irraġel ikun imlaħħaq, kienet tiżżejjen b’faxx vjola. In-nisa kienu jilbsu stola kkulurita fuq it-tunika, kif ukoll palla li kienet xalla kbira milbusa b’modi differenti. Fix-xhur tal-kesħa, imbagħad, kienu jippreferu jilbsu mantell. Iżda din hi biss farka mill-minjiera ta’ tagħrif li hemm jistenniek f’dik il-meravilja msejħa Domvs Romana. Il-fatt biss li nistgħu mmiddu riġlejna fiha meta għandha mal-2,000 sena huwa minnu nnifsu xi ħaġa tal-għaġeb, u raġuni oħra biex Heritage Malta tfakkar kif imiss il-mument maġiku meta nstabet din id-dar.
Il-bitħa interna
Tpinġija rikostruwita mill-Perit Galizia li turi l-kolonni madwar il-bitħa interna tad-Domvs
Din l-inċiżjoni li turi l-iskavi ta’ Caruana dehret fil-faċċata ta’ quddiem tal-gazzetta Ingliża The Graphic fil-25 ta’ Ġunju 1881
16
21.02.2021
IR-RIŻULTATI JITKELLMU WAĦEDHOM
RODERICK GALDES Ministru
Fil-15 ta’ Ottubru 2018, konna ġejna quddiemkom u nedejna white paper fuq is-suq tal-kirjiet privati. White paper li biha proponejna qafas regolatorju għall-kirjiet ta’ wara l-1995. Proposti li ġew formulati wara li rreferejna għall-id leminija tagħna, għar-riċerka u konsultazzjoni wiesgħa li wasslu għal liġi li sabet il-bilanċ bejn is-sidien u l-inkwilini. Liġi li biha ħtarna lill-Awtorità tadDjar bħala regolatur tas-suq tal-kirjiet privati. Dakinhar konna tennejna li kien ikun inutli jekk ir-riformi u l-liġijiet li nressqu ’l quddiem jibqgħu biss kitba sewda fuq karta bajda għaliex jekk ma
jiġux attwati ma jkunu għamlu l-ebda differenza fil-ħajja tal-familji li jgħixu f’pajjiżna. Illum, sena wara minn meta l-Awtorità tad-Djar bdiet timplimenta u twettaq din il-liġi, ġejna quddiemkom bir-riżultati. Riżultati f’sena diffiċli għad-dinja kollha, li jixhdu li dak li wegħedniekom tliet snin ilu jiġifieri t-trasparenza, l-istabbiltà u s-sigurtà f’dan is-settur ma kienx kliem fieragħ. Huwa daqstant ċar ukoll li l-proċess twil ta’ konsultazzjoni li wassal għal-liġi kien fundamentali biex din ir-riforma tibda fuq nota pożittiva u tintlaqa’ tajjeb. Dan mhux qed ngħiduh aħna biss bħala Gvern iżda qegħdin jgħiduh in-numri li ma jista’ jmerihom ħadd. Fl-ewwel sena ta’ reġistrazzjoni tal-kirjiet privati ġew reġistrati aktar minn 30,000 kuntratt ta’ kirja li llum fl-ewwel xhur tal-2021 diġà żdiedu għal 39,000. Apparti n-numru ta’ reġistrazzjonijiet li minnu nnifsu huwa inkoraġġanti, jagħtini sodisfazzjon ukoll ilfatt li fil-maġġoranza tal-każi kienu s-sidien li rreġistraw mingħajr il-bżonn ta’ ebda intermedjarju ieħor. Kuntratti li 70% tagħhom
ġew maqbula għal sena. Illum permezz ta’ din l-istatistika għandna wkoll, għall-ewwel darba, informazzjoni dwar in-numru ta’ proprjetajiet li qegħdin jinkrew għal skopijiet residenzjali u f’liema lokalitajiet qegħdin. Fil-fatt, irriżulta li l-maġġoranza ta’ dawn il-proprjetajiet jinsabu f’San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema, l-Imsida, San Ġiljan u l-Gżira. Irnexxielna nsaħħu ukoll r-relazzjoni ta’ 94 sid u inkwilin li ressqu quddiem il-panel ta’ arbitraġġ li waqqafna fl-Awtorità tad-Djar f’Mejju. Panel li għall-ewwel darba qiegħed joffri soluzzjoni spedita fuq kwistjonijiet żgħar rigward ħlasijiet u manutenzjoni li ma jammontawx għal aktar minn €5,000. Kwistjonijiet li mir-riċerka u konsultazzjoni twila li għamilna kien irriżulta li huma wieħed mis-sorsi ewlenin li kienu qed iwasslu biex tintemm kirja. Matul din is-sena l-maġġoranza tal-każijiet kienu jirrigwardaw kwistjonijiet ta’ dawl u ta’ ilma kif ukoll dwar depożitu, bil-każijiet deċiżi sal-aħħar tas-sena, iffavorixxew lis-sidien. L-ispirtu tar-riforma dejjem kien wieħed ta’ professjonalità u bilanċ u jiena minn dejjem
emmint li aħna l-politiċi biex nagħmlu deċiżjonijiet infurmati, għandna nkunu dejjem gwidati bir-riċerka, bl-evidenza u bl-istudji rigorużi u xjentifiċi tal-qasam li qegħdin niggvernaw. Dan ma nemmnuhx biss, iżda qegħdin nagħmluh bil-fatti. Dan hekk kif waqqafna Osservatorju tal-Kirjiet Residenzjali Privati biex dejjem ikollna stampa ċara tas-sitwazzjoni f’dan is-suq. Mingħajr ir-reġistrazzjonijiet li ġew permezz tar-riforma, aħna konna nibqgħu fil-għama. Permezz ta’ dan l-osservatorju, kompost mill-aqwa mħuħ f’pajjiżna, il-politika tagħna tista’ tkun ibbażata fuq fatti reali. Din hija s-serjetà li biha rrid naħdem f’dan is-settur, is-serjetà li wegħedtkom mill-bidu nett u li dejjem żammejt, għaliex dan huwa qasam kumplikat li jixraqlu policies ta’ kalibru. Dan huwa wkoll il-mod kif beħsiebna naffaċjaw sfidi oħrajn f’dan is-settur, ewlenin fosthom huma l-isfidi li jġibu magħhom il-kirjiet antiki ta’ qabel l-1995. Għal darb’oħra se nkunu aħna bħala Gvern li nsolvu dak li tħalla għal snin twal fuq l-ixkaffa jimtela bit-trab.
FTEHIM GĦALL-ANZJANI GĦAWDXIN
MICHAEL FARRUGIA Ministru
Din il-ġimgħa, flimkien mal-kollega tiegħi l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, żorna l-proprjetà f’Għawdex li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) jużaw bi ftehim mal-Għaqda Ħbieb tal-Morda u l-Anzjani f’Għawdex (FSEG) għal self ta’ apparat lill-anzjani u morda f’Għawdex. Apparat li l-għaqda toffri jinkludi użu ta’ sodod, krozzi, wheelchairs u lifters fost oħrajn. Self li jsir bla ebda ħlas. Min-naħa tagħha, din l-għaqda karitattiva tixri l-apparat li jkun hemm bżonn permezz ta’ attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi. Wara li saru diversi taħdi-
tiet bejn din l-għaqda u l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità nħasset il-ħtieġa li jikkollaboraw flimkien biex is-servizzi għall-anzjani u l-morda f’Għawdex jinkludu wkoll servizzi ta’ self ta’ apparat li jassistihom fil-ħajja ta’ kuljum biex jibqgħu jgħixu fil-komunità f’Għawdex, apparti s-servizzi li tipprovdi l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità f’Għawdex. Għalhekk l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità fi ħdan il-Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva ħadet ħsieb li tipprovdi binja minn fejn l-għaqda FSEG tkun tista’ topera (uffiċċju u spazju ta’ fejn jintrefa’ l-apparat), kif ukoll tħallas l-ispejjeż li jinvolvi l-uffiċċju (telefown, WiFi, kontijiet tad-dawl u tal-ilma, eċċ). Sadanittant, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunita’ ħarġet tender li bħalissa jinsab għand id-Dipartiment tal-Kuntratti biex l-anzjani Maltin ikollhom servizz simili f’Malta. Din hija aħbar tajba oħra li tiżdied mas-servizzi li diġà jeżistu f’Malta biex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani tagħna. Ftit tal-ġranet ilu ħabbar-
TLIET “Iżra’ l-ferħ fil-ġnien ta’ ħuk u tarah jikber fil-ġnien tiegħek.” Huwa b’din il-kwotazzjoni ta’ Patri Piju li Falzon jiftaħ il-ktieb tiegħu Tliet Ċrieket. Billi d-daħla tal-ktieb mhix twila, rajt li jkun tajjeb li nġibha sħiħa hawnhekk kif kitibha l-awtur innifsu: Iż-żmien ma jistenna lil ħadd. Hu bħal ħolma. Diġà għaddew tmien snin minn mindu ħriġt l-ewwel ktieb tiegħi, Vażett Dmugħ, li kien fih ġabra ta’ 13-il rakkont. Kif ngħidu, l-ewwel pass fil-ħajja hu iebes, it-tieni jsir eħfef u titgħallem timxi pass wara ieħor. U issa wasalt biex lilkom ħbieb tiegħi nagħtikom ġabra ta’ seba’ rakkonti oħra bl-isem Tliet Ċrieket, bl-ewwel ħamsa ta’ natura awtobijografika u l-aħħar tnejn novelli qosra. Nammetti li minn mindu kont tifel ħabbejt il-kotba u matul iż-żmien din il-ġibda kibret fuq li kibret, speċjalment lejn il-kotba Maltin. F’dawn ir-rakkonti ssib kif trabbejt fi tfuliti 50 sena ilu. Żmien it-tfulija hu sabiħ wisq. Dan jammettih kull min hu tampari. Ma jiġi qatt lura. B’kull rakkont ridt inwassal messaġġ pożittiv, speċjalment dwar kemm huma sbieħ l-imħabba u l-maħfra, li jidħlu f’ħafna rakkonti. Jien nemmen li dak li nikteb niktbu biex inwassal valuri tajbin. Kieku ma jkunx hekk, nista’ ma nikteb xejn. F’dawn ir-rakkonti hemm esperjenza ta’ bniedem u, kif jgħid il-Malti, l-esperjenza hi l-aqwa mgħallma. Dawk li qraw l-ewwel ktieb għamluli ħafna kuraġġ għax qaluli li ħadu gost jaqrawh u swielhom ta’ ġid. Ngħidilhom grazzi tal-apprezzament u f’qalbi ngħid li għall-inqas ma kienx ħela ta’ ħin! Nixtieq nirringrazzja lil Alla li silifni 57 sena biex, fejn nista’, nibqa’ nagħmel il-ġid bl-eżempju, bil-kelma u bil-kitba minkejja d-difetti kollha tiegħi. Id-diskors itir imma l-kelma tibqa’
na wkoll li bħalissa qed issir ħidma kontinwa biex id-djar tal-anzjani kollha tal-Gvern jiġu attrezzati bis-servizz tal-WiFi sal-aħħar ta’ Marzu 2021. Is-servizz ta’ WiFi se jkun fil-kmamar kollha bil-għan li aktar anzjani jużaw l-internet u għodod oħrajn tal-informatika filwaqt li jkunu jistgħu jżommu kuntatt aktar fil-qrib
ma’ qrabathom fil-kumdità u fil-privatezza ta’ kamarthom. Aħbar pożittiva oħra hija li hekk kif bħalissa għaddejjin bit-tilqim lill-anzjani u lill-ħaddiema fid-djar kollha tal-anzjani, inkluż dawk privati, bir-ritmu li qbadna l-anzjani fid-djar kollha tal-anzjani, se jkunu ngħataw it-tieni doża sal-aħħar ta’ Frar.
Nixtieq nirringrazzja lil ħafna ħbieb tiegħi li bl-għajnuna u l-paċenzja tagħhom għandna dan il-ktieb f’idejna. Issa li bdejt l-40 sena tiegħi bħala għalliem u katekist, mill-esperjenza ngħid li kelma waħda tista’ tkun ta’ ġid kbir u kelma żejda tista’ tagħmel ħafna ħsara. U dan jgħodd għall-kelma miktuba wkoll. Ngħid grazzi mill-qalb lil tant għalliema u katekisti li għamluni dak li jien, fosthom l-aqwa żewġ benefatturi tiegħi, ommi u missieri, li t-tnejn jinsabu fejn il-Mulej. Ngħid grazzi wkoll lil
17
21.02.2021
ĊRIEKET KTIEB TA’ JOSEPH FALZON
mijiet ta’ studenti u tfal li għallimt l-iskola u l-Mużew tul dawn is-snin kollha. Qawl Latin jgħid: “Verba volant, scripta manent” li bil-Malti nafuh: “Il-miktub mhux maħrub.” Id-diskors itir imma l-kitba tibqa’, u għalhekk dawn il-memorji jistgħu jibqgħu jinqraw fil-futur. Paul P. Borg bi kliem ta’ tifħir għal Falzon L-awtur magħruf Paul P. Borg, li kien jikteb regolarment f’dan il-ġurnal, iltaqa’ ma’ Joseph Falzon inċidentalment meta kien jieħu lin-neputi tiegħu l-Qasam tal-Mużew taż-Żurrieq. Jgħid hekk, fl-introduzzjoni sabiħa li jagħmillu għal Tliet Ċrieket: “Matul il-ħin tal-lezzjoni nistenna lil Bernard (in-neputi) qbadt taħdita li ma stennejt qatt hemmhekk. Iltqajt ma’ Joseph Falzon, wieħed mis-soċji tal-qasam taż-Żurrieq. Ma nafx kif imma waqqajna kliemna fuq il-letteratura, fuq il-qari u fuq il-kitba. Sibt illi Joe kien qarrej li jiekol kotba bla waqfien. Qbadnieha fuq punti hekk ta’ rilevanza għal-letteratura b’impenn, kitba b’gost kbir kemm għall-kittieb kif ukoll għall-qarrej, imma kitba li jkollha dik ix-xeħta hekk meħtieġa bħala mnibbta mis-soċjetà u aktarx mill-għawġ li jaħkem fuq is-soċjetà kif ukoll li tirrifletti lill-istess soċjetà. Kienu
ħsibijiet profondi li ma stennejt qatt sa nkun niddiskutihom filbitħa tal-Mużew.” “Inzerta kien ġa qara xi kotba tiegħi, u kien midħla sewwa ta’ kitbieti. Li ma stennejt qatt kien li sa nkun qiegħed nitkellem ma’ kittieb li kien ilu hu stess, snin twal jikteb u jippubblika.” “Kif qatt ma ġie ktieb tiegħek f’idi, allura?” staqsejtu. “Faċli!” qalli. “Għax jien nikteb novella għall-Milied, nipprintja jiena stess minn buti għadd minnha, u ngħaddiha lil ħbiebi bħala rigal tiegħi tal-Milied ...” Jiena bqajt inħares lejh. “Stenna ftit,” qalli. “M’iniex sa ndum ... hawn noqgħod jiena ...” U telaq, fhimtu li kien mar id-dar. Fil-fatt, wara ftit ġie u ġabli għadd ta’ ktejbiet li kien ippubblika u stampa hu stess mhux biex ikunu fis-suq imma biex ikun jista’ jqassamhom hu stess lil ħbiebu bħala qari ta’ messaġġ li jsaħħaħ il-mixja tal-bniedem li jaqra fil-mixja t-tajba. “Dak li rrid jien,” qalli mill-ewwel. “It-tagħlim sabiħ wisq. Il-kelma t-tajba sabiħa wisq. Allura jien nikteb biex noħroġ it-tagħlima ...”
ka ewlenija tal-kitba tiegħu u l-mutur li jimbuttah għall-kitba. Meta mort id-dar ma domtx ma qrajthom kollha l-kitbiet li rregalali, u ntbaħt mill-ewwel dak is-soċju Joseph Falzon xi ħsieb kellu dejjem iberren f’moħħu: il-qari tajjeb li jinbet minn qagħdiet li llum huma l-pjagi soċjali.” “Kien imiss il-ħajja soċjali sewwa b’idejh, u kien jaf iċ-ċirkustanzi li jkissru l-ħajja tal-bniedem u tal-miżżewġin. Imma fuq kollox kien ukoll jaf il-ħtieġa tat-twassil lura lejn triq tajba. Kien jaf li kien irid ikun permezz tal-esperjenza tiegħu bħala katekista miżjuda mat-tiġrib tal-ħajja, biex iwassal bihom il-messaġġ tal-fejqan soċjali u Nisrani mit-taqlibiet li kien jidhirlu kellha s-soċjetà.” “Intbaħt mill-ewwel kemm is-Soċjetà tad-Duttrina kienet ħasbet sa mill-bidu nett tagħha li twassal it-tagħlim bil-Malti u rnexxielha tkun hekk strumentali biex issaħħaħ l-użu tal-ilsien Malti f’dan il-qasam. Barra minn hekk, kienet sa minn snin il-ħolqien tagħha maħsuba li twassal il-kelma t-tajba ta’ Leħen il-Maħbub kemm lis-soċji tagħha kif ukoll lill-bnedmin kollha. Ma setax ikun li dawn il-viżjonijiet ta’ tagħlim ma jnisslux kilba għall-kitba f’soċji mimlijin ħerqa u immaġinazzjoni.” Tliet Ċrieket
Dan hu ktieb li juri l-ħajja sempliċi tagħna l-Maltin li konna ngħixu madwar kull raħal Malti sa ftit ta’ snin ilu biss, imma li issa tlifna għalkollox. Wieħed jista’ jgħid mill-ewwel illi l-kitba ta’ Falzon kif imressqa f’dan il-volum hi wkoll tkomplija mal-kitbiet oħra tiegħu f’Vażett Dmugħ (2010). Fil-volum li l-qarrej għandu f’idejh l-awtur jiġbor kitbiet oħrajn li kiteb matul is-snin fis-sensiela tiegħu ta rigali lillħbieb tiegħu. Dawn il-kitbiet huma: Żewġ Xkejjer (2011), Djarji (2012), Ir-Rebħa tal-Imħabba (2013), Avventuri Oħra (2014), Tliet Ċrieket (2015), Il-Kelma li ma Lħaqtx Għedt, (2016) u Maħfra li nibtet bejn żewġ Sodod (2017). Dawn il-kitbiet fihom matulhom ħemel mill-isbaħ ta’ tifkiriet li jferrħu lil min għandu ċertu żmien. Mhux biss imma hi wkoll ġabra ta’ tagħrif li jgħin lill-ġenerazzjoni żagħżugħa biex tifhem is-sabiħ ta’ dak li għadda, Falzon jikteb biex jgħallem kif ukoll liema kienu l-punti tat-tluq tas-soċjetà Maltija. Paul P. Borg ikompli jgħid li, Huma indikaturi kemm spazja“Kienet fil-fatt karatteristi- li kif ukoll temporali tal-qagħda
tas-soċjetà Maltija. Dan il-ktieb hu dokument ieħor li qiegħed minn żmien għal żmien jiżdied mal-volumi l-oħrajn li nkitbu bil-Malti minn għadd ta’ kittieba oħrajn biex ifakkru s-soċjetà kontemporanja tagħhom. Ritratt ta’ Malta tal-Imgħoddi Għandu jkun, għalhekk, ktieb minn dawk li bħall-kitba ta’ Kilin Fuq il-Għajn Ta’ San Bastjan, baqa’ juri ritratti mimlijin ħajja ta’ dak li kienet il-ħajja Maltija u li issa m’għadhiex. Mhux biss it-toroq tbiddlu, mhux biss inbnew il-widien li kienu jsebbħu l-kampanja, mhux biss il-persunaġġi qodma mietu, mhux biss id-drawwiet tbiddlu għalkollox, imma saħansitra l-istess taħdit u l-istess mentalità tar-raħal Malti donnhom tqallbu ta’ taħt fuq. Fil-ktieb ta’ Falzon hemm tentattiv ġenwin biex it-triq tar-raħal ma jħallihiex titlaq, u l-wied qadim li kien isebbaħ il-kampanja tar-raħal iħallih mimli ħajja, biex it-taraġ tal-ġebel tiela’ mill-baħar ta’ Għar Lapsi ma jħallihx aktar imkisser bil-katusi tal-impjant tal-ilma li bnew hemm isfel. Iħossu jibki għax ma jistax jagħmel ieħor: id-dagħwa ambjentali issa saret bħal ħafna oħrajn. Id-dagħwa dejjem dagħwa: il-ħasra kbira tagħha hi li meta tindara, ix-xejn mhu xejn jirrenja fl-istess soċjetà. Dan hu dak li Falzon irid jgħidilna fil-kitbiet tiegħu. Mhux li jilħaq qċaċet letterarji l-għan tiegħu, imma li f’idu l-istess letteratura taqdi l-funzjoni eżistenzjali tagħha bħala strateġija li twassal ir-riflessjonijiet, it-twiddib u l-ajma tiegħu lill-oħrajn. Kemm konna aħjar meta konna agħar? It-tweġiba għall-mistoqsija li ta’ sikwit iddur fi żmien l-anzjani ta’ kull ġens hi konniex aħjar meta konna agħar. Konniex aħjar meta konna ifqar. Konniex aktar għorrief meta konna aktar injuranti dwar l-iġjene, is-saħħa, it-trobbija tal-ulied u l-bqija. Konniex soċjetà aktar serja meta l-progress konna għadna ma smajniex bih. Falzon nistħajlu jistaqsi: tajjeb li ma bqajniex niġru ħafjin fil-widien li ħabbejna għax rabtuna man-natura, jew li ma nersqux lejn il-widien imma xorta neqirduhom? Dan il-ktieb jippermetti l-possibbiltà li wieħed jieqaf jirrifletti meta jara l-pinzellati li jagħti Falzon lill-kwadru soċjali. Id-dmir tal-kittieb
Minn ROBERT ALOISIO
Falzon – aktar u aktar bħala għalliem għal snin sħaħ kemm bħala soċju tal-Mużew kif ukoll fi skola sekondarja – mhux li jsib tarf il-ħofor soċjali, imma li jagħmel ħiltu biex jurihom. Id-deċiżjoni għal Falzon hi faċli u hekk espliċita għax kellu tiġribiet u vokazzjoni li dawruh matul ħajtu kollha maż-żgħażagħ, mal-ambjent Malti u ma’ ċirkustanzi soċjali mill-aktar wiesgħa. Hekk ukoll nemmen li l-qarrej jasal għaliha waħdu bla diffikultà ta’ xejn. Għalliem fl-Iskola tal-Mużew Għal Falzon, it-tagħlim hu “avventura u missjoni li ... nagħmilha ... bil-qalb, qatt ma qomt u ma kellix aptit immur l-iskola ... Kumditajiet ma kellniex, u l-paga baxxa ... Ridna nagħmlu kollox aħna wara l-iskola, ridna naħslu l-iskola, filgħodu nikinsu l-klassijiet u nbattlu d-dustbins, fil-break inbigħu l-pastizzi u l-ħelu. Ilħin kollu konna ngħadduh mat-tfal, nilagħbu magħhom, nagħmlu r-reċti, nitkellmu magħhom ... konna qisna familja ... It-tfal kienu jħobbuna u spiss jiftħu qalbhom magħna l-għalliema.” Paul P. Borg jgħid: “Il-ktieb hu miżgħud b’sensiela ta’ ġrajjiet u episodji ta’ min ta ruħu għalkollox mhux biex jikber professjonalment u jimxi ’l quddiem f’karriera, imma ta’ min ried jikber skont il-ħtieġa tal-għajnuna li jħoss li kellu jagħti liż-żgħażagħ.” “Bil-ġenerożità solita tas-soċju tal-Mużew il-flus mill-paga ma kinux imorru għat-tfaddil jew għas-safar, imma għax-xiri ta’ vann kbir li jesa’ għadd ta’ żgħażagħ Aspiranti biex bih ikun jista’ jwettaq dak li għalih kienet saret missjoni ta’ tagħlim. U jekk jibqa’ flus, ikun hemm biżżejjed biex il-klassi tattagħlim tiegħu tkun tilqgħek u tiġbed liż-żgħażagħ aktar lejn it-tagħlim. Falzon hu s-soċju tal-Mużew, u l-għalliem: fl-istess ħin hu l-kittieb għalliem, l-għalliem fil-kitbiet.” Minn fejn tikseb dan il-ktieb? Falzon iddeċieda li l-ktieb jippubblikah hu stess, kollox minn butu. Minkejja li l-ktieb huwa voluminuż u fih anke ritratti sbieħ bil-kulur, l-awtur qed ibigħu biss għall-prezz ridott ta’ 10 ewro, għax dejjem bil-ħsieb uniku li jagħmel il-ġid u jgħallem. Min jixtieq jakkwista Tliet Ċrieket jista’ jibgħatlu email fl-indirizz: falzonjoseph@yahoo.com
18
21.02.2021
IL-WIRT LETTERARJU MALTI Huma ftit li jafu bil-ktejjeb Taqbila Bikrija li fih ħames poeżiji mill-Ġabra ta’ Ward, iżda tgħoddhom bl-eluf in-nies li għadhom jiftakru fil-‘Ħamiema bajda’ ta’ Ġorġ Pisani, fil-‘Pupa wisq sabiħa’ ta’ Mikelanġ Mizzi, f’‘Bertu u oħtu Katarin’ u ‘Kemm nixtieq kelli ġewlaq sabiħ’ ta’ Patri Anastasju Cuschieri, u l-‘Kelb iż-żaqqieq’ ta’ Sir Temi Zammit. Dawn il-poeżiji (li ssibhom f’Taqbila Bikrija), u għexieren ta’ siltiet oħra, kemm veri kif ukoll mistħajla, li konna nsibu fis-sensiela ta’ kotba Ġabra ta’ Ward, illum jagħmlu parti mill-wirt letterarju Malti. Għal din l-intervista tkellimt ma’ MIRIAM CASSAR, B.A. Malti, li ppubblikat għadd ta’ riżorsi Maltin u hi fundatriċi ta’ VersAgħtini IKM vo/50. Minn CHARLES B. SPITERI Miriam, semmejt is-sensiela tal-kotba Ġabra ta’ Ward. Meta kienu f ’idejn l-istudenti Maltin? Huma ħarġu fis-snin 30 tas-Seklu 20, meta mad-90%, (jekk mhux aktar), tal-poplu Malti kien jitkellem bid-djaletti li wiret mingħand familtu. L-editur tagħhom kien il-Mosti Emanuel Benjamin Vella jew E.B. Vella, li miet fl-1946. Din kienet l-ewwel sensiela ta’ kotba bil-Malti miktuba għat-tfal tal-iskejjel talGvern u kien fiha għexieren ta’ suġġetti u ġeneri ta’ kitba. Minn stejjer fuq Malta u l-ħakkiema tagħha sa stejjer mill-Bibbja Mqaddsa; tagħrif fuq Marco Polo; fuq il-poplu Ċiniż; il-melħ; il-ħrejjef ta’ Esopu; il-praspar ta’ xadin; Pupull; għadd ta’ kliem ix-xiħ u proverbji; l-ittri; l-indafa u l-famuż Toninu, kemm Toninu l-fessud tan-nanna kif ukoll Toninu jipprova jigdeb lil ommu, għax min qatt ma pprova jgħid xi gidba żgħira? Apparti l-istorja, it-twemmin, u siltiet bażiċi fuq ix-Xjenza, nistgħu ngħidu li dawn il-kotba kienu mibnija fuq id-drawwiet u t-tradizzjonijiet tagħna l-Maltin, mhux hekk? Iva, u b’hekk bdejna nsiru konxji li bħala poplu stajna naqraw siltiet bil-lingwa Maltija fuq kull suġġett li jmiss mal-bniedem. U kien bissaħħa tad-djaletti ta’ missirijietna li flimkien mal-Maltin, il-ħakkiema Ingliżi ħasbu u fasslu pjan biex fl-iskejjel idaħħlu l-Ingliż u l-Malti standard biex b’hekk jeħilsu darba għal dejjem mid-dominanza tat-Taljan, li sa dak iż-żmien kien għadu l-lingwa uffiċjali tal-Gżejjer Maltin. Għax il-lingwa hi dejjem element importanti fejn tidħol l-identità u l-kultura ta’ poplu jew reġjun. Taqbel li meta tintilef lingwa jew djalett, tkun intilfet kultura sħiħa ta’ dik il-ġemgħa ta’ nies?
Dażgur, tant li minħabba f’hekk, mal-20 sena ilu l-għaqda internazzjonali UNESCO waqqfet il-Jum Internazzjonali ta’ Ilsien Pajjiżi (li jiġi ċċelebrat kull sena fil-21 ta’ Frar), bilħsieb li tirrikonoxxi d-diversità kbira ta’ lingwi u djaletti li nsibu madwar id-dinja. Ir-raġuni ewlenija li twaqqaf dal-jum internazzjonali teħodna f’Bangladesh ftit wara li kiseb l-indipendenza tiegħu u beda jissejjaħ il-Pakistan tal-Lvant. Il-ħakkiema preċedenti għażlulhom l-Urdu bħala l-lingwa uffiċjali – f’reġjun magħmul minn miljuni kbar ta’ nies li jitkellmu bil-Bengali. Minħabba dil-kwistjoni tal-lingwa, fl-1952 l-istudenti mexxew protesti mal-pajjiż kollu u kien f’waħda mill-protesti li nqatlu erba’ studenti universitarji. Illum jissejħu l-martri tal-lingwa u s-sagrifiċċju li għamlu ġie rikonoxxut saħansitra f’Ash-
joni, Malta’s Got Talent, tal2020, intrebħet mill-koppja eċċellenti ta’ missier u iben li kantaw makkjetti Maltin. Il-pubbliku Malti u Għawdxi vvota u għażel lilhom, lil Jomike u Lydon Agius, bħala dawk li l-aktar għoġbuhom, u waħda mir-raġunijiet kienet proprju li kantaw bil-Malti. Il-makkjetti huma parti millkant popolari tagħna l-Maltin. Dawn jafu l-bidu tagħhom mijiet ta’ snin ilu meta kienu jkantawhom l-għannejja flimkien ma’ ġeneri oħra tal-għana. Illum xi awtur/riċerkatur jew student universitarju jirriċerka fuqhom biex iniżżilhom mal-ġeneri letterarji għall-posterità. Wara kollox bil-Malti nsibu l-ġeneri kollha ta’ kitba li ssib f’letteraturi ta’ pajjiżi oħra; ibda minn storja fittizja; il-poema; il-monologu; il-bijografija u l-awtobijografija; studji riċerkati fuq ix-xjenza; il-filosofija; it-teoloġija, sa siltiet ġurnalistiċi; innijiet reliġjużi; rumanzi; radjudrammi; films u l-kumplament. U dawn ma bdewx illum. Ġużè Muscat Azzopardi, li miet fl-1927 kien meqjus bħala missier il-letteratura Maltija proKif tħoss li naslu nagħrfu prju għax tana diversi ġeneri aktar l-importanza tal-lingwi ta’ kitba, fosthom il-quddieu d-djaletti? sa bil-Malti, u għadd sabiħ ta’ drammi għall-palk, lejn Turihulna l-istorja stess, tant l-aħħar tas-seklu 19 u l-bidu li bħalissa l-poplu tal-Belġ- tas-seklu 20. ju għandu Gvern temporanju b’mandat li jmexxi l-politi- Nerġgħu għall-kotba Ġabra ka marbuta mal-pandemija ta’ Ward. Tħoss li kellhom COVID-19. Dan il-Gvern tempo- jitwarrbu għalkollox? ranju hu frott in-nuqqas ta’ qbil fuq l-għażla tal-lingwa uffiċjali Jaf kellhom għas-sempliċi tal-Belġju. L-ebda wieħed mit- raġuni li kien għadda żmientliet reġjuni ewlenin (tal-Fjam- hom, minħabba li nbidlu mingi, tal-Franċiżi u tal-Ġer- ċ-ċirkustanzi politiċi u soċmaniżi), ma jrid iċedi. Kull jali ta’ pajjiżna. Iżda stajna wieħed minnhom irid li tgħad- bla Inkwiet ta’ xejn nibnu fuq di tiegħu u tintgħażel il-lingwa l-għexieren ta’ poeżiji u siltiet tiegħu biex tkun dik uffiċjali. varji, anki dawk umoristiċi, li ħallewlna l-poeti u l-kittieba Għar-rigward ta’ pajjiżna, kbar Maltin u Għawdxin. kemm nistgħu ngħidu li aħna l-Maltin għadna nħobbu X’wasslek biex ħriġt Taqbila l-Malti? Bikrija?
field Park, f’Sydney l-Awstralja, fejn hemmhekk waqqfu l-monument magħruf bħala Shaheed Minar bħala tifkira ta’ dawn l-istudenti martri. Hu stmat li madwar id-dinja hawn mas-7,000 lingwi u djaletti differenti, iżda din iċ-ċifra dejjem nieżla minħabba l-gwerer u d-diżastri naturali bħal terremoti, għargħar u nirien kbar, li minn staġun għall-ieħor nisimgħu li ġraw madwar id-dinja. Meta jsiru dawn id-diżgrazzji, ħafna drabi l-poplu li jkun joqgħod hemm, jispiċċa bla saqaf fuq rasu u b’hekk ikollu jemigra lejn inħawi oħra. Waħda mir-raġunijiet li jitwaqqfu gruppi ta’ emigranti f’kull pajjiż li jaċċettahom hu proprju li dawn ifittxu li jingħaqdu bejniethom biex jitħaddtu bil-lingwa jew bid-djalett tagħhom u jfak- Xhieda tabilħaqq tajba kienet Snin ilu, meta kont għadni kru attivitajiet li huma parti dik ta’ ftit tax-xhur ilu, meta ngħallem il-klassijiet tal-Kinmill-kultura tagħhom. s-serje popolari fuq it-televiż- dergarten, ġejt konxja mill-fatt
19
21.02.2021 li konna warrabna għalkollox s-siltiet mill-Ġabra ta’ Ward. Kien hemm għadd ta’ taqbiliet u poeżiji li kienu ideali għal tfal minn 5 snin ’l isfel. Għalhekk għażilt il-ħames poeżiji li semmejt fil-bidu u b’hekk dammejt it-Taqbila Bikrija. Il-poeżiji qosra fihom ir-rima u b’hekk faċli tiftakarhom, meħuda mill-ambjent Malti u allura tirrelata magħhom, u fihom ukoll dik it-tagħlima li ma tmut qatt. Kollha elementi meħtieġa fil-binja tal-karattru u li huma parti essenzjali mill-kultura u l-identità Maltija. Ispirata minn dan il-wirt letterarju u bil-għajnuna finanzjarja ta’ żewġi, fl-1997 ippubblikajt il-ktejjeb Taqbila Bikrija b’ħames poeżiji millĠabra ta’ Ward, biex nerġa’ nagħtihom il-ħajja. Tant intlaqa’ tajjeb mill-Ministeru għall-Edukazzjoni li għamilt il-kuraġġ biex nippubblika aktar xogħol bil-Malti. B’hekk illum għandi għażla mdaqqsa ta’ riżorsi varji bil-Malti u ftit bl-Ingliż, li jistgħu jintużaw kemm fl-iskola, id-dar u anki fit-tagħlim mhux formali. Miriam, naf li int kont waqqaft l-għaqda mhux governattiva VersAgħtini. X’kien l-iskop għaliha? Dik waqqaftha fl-2008 biex taħdem u xxerred l-apprezzament u l-għarfien tal-wirt letterarju Malti u tad-djaletti. U x’inhu, jew kif tqis il-wirt letterarju? Il-wirt letterarju hu damma wiesgħa ta’ siltiet u ġeneri letterarji miktuba mill-aqwa poeti u kittieba kbar Maltin u Għawdxin. Dawn il-kitbiet għadhom relevanti sal-lum; l-ewwel nett għall-fatt li miktubin bit-teknika poetika jew letterarja skont il-prattika lokali u internazzjonali. Huma wkoll miktubin minn perspettiva Maltija u b’hekk taqra fuq il-leġġendi; il-ħrejjef; l-ambjent Malti; it-twemmin; id-drawwiet; is-superstizzjonijiet, u l-bqija; u fl-aħħar nett, peress li miktuba bil-Malti jagħtu l-identità lil-letteratura Maltija. Meta fuq il-midja soċjali għandna invażjoni ta’ kliem u frażijiet bl-Amerikan u bl-Ingliż, aħna li nħobbu l-lingwa qed naraw dejjem tikber l-isfida tat-tħaddim, l-għarfien u l-apprezzament tal-Ilsien Malti. Dan il-fenomenu żdied bil-bosta tul dawn l-aħħar snin, u apparti l-midja soċjali hemm fin-nofs l-importanza li aħna stess nagħtu lill-Ingliż fuq il-Malti. Ir-riżultat hu ċar daqs il-kristall; spiċċa l-iskop li tikteb kotba akkademiċi bilMalti, għax dawn ħadd mhu se jużahom. B’hekk f’dawn l-aħħar snin jiddispjaċini nara
Malti. U nintroduċuhom ma’ ġeneri differenti ta’ kitba. Kemm ilu mwaqqaf il-grupp VersAgħtini, x’organizzajtu? Organizzajna diversi attivitajiet biex infakkru l-Jum Internazzjonali ta’ Ilsien Pajjiżi. F’waħda minn dawn l-attivitajiet introduċejna l-ġeneru tal-epigrammi. Oliver Friggieri (li miet fl-2020) fid-Dizzjunarju ta’ Termini Letterarji (PEG,1986, Malta), iffiser l-epigramm bħala: ‘kitba fil-versi jew fil-proża li tesprimi xi ħaġa b’mod milqut, fil-qosor, b’ton serju, filosofiku jew satiriku u l-bqija.’ Għażilna l-epigrammi tal-poeta Anton Buttigieg (li miet fl-1983), u dan hu wieħed minnhom:
lill-Malti jiftaqar bil-kbir. Ma’ dan ikolli nsemmi t-tħaddim tal-Malti fl-Università ta’ Malta, meta bis-saħħa tal-liġi tal-Ilsien Malti tal-2008, li ġiet in vigore fl-2011, ħlief għad-Dipartiment tal-Malti, l-ebda lekċer ma tista’ tkun bil-Malti u b’hekk fl-Università ta’ Malta ħlief Ingliż ma tismax. Daqslikieku l-mijiet ta’ gradwati li jiggradwaw kull sena sejrin jaħdmu qalb poplu li jitkellem bl-Ingliż biss. Jidher ċar li hawn rebħet l-ekonomija tal-pajjiż għax l-argument hu li bl-Ingliż nattiraw studenti minn barra l-Ewropa li lesti jħallsu biex jistudjaw hawn Malta. Minbarra l-għexieren ta’ siltiet tal-awturi tal-Ġabra ta’ Ward, għandna ruxxmata ta’ eżempji ta’ ġeneri differenti ta’ kitba li llum issarrfu f’eluf kbar ta’ kotba u volumi li jinsabu fuq l-ixkafef u l-kxaxen, jiġbru t-trab. Dawn juma miktuba minn awturi u poeti li naqqxu isimhom fil-letteratura Maltija u jinkludu kittieba u poeti bħal Dun Karm Psaila, Wallace Philip Gulia, Herbert Ganado, Ġużè Ellul Mercer, Dwardu Cachia, Ġwann Mamo, Rużar Briffa, Patri Wistin Born, Doreen Micallef, Ġużè Cassar Pullicino, Ġużè Cardona, Ġużè
Bonnici, Dun Frans Camilleri, Patri Manwel Magri, u Oliver Friggieri, biex insemmu ftit minnhom. L-istima li Dun Karm Psaila, il-poeta nazzjonali, kellu lejn E.B. Vella, li damm is-sensiela ta’ kotba Ġabra ta’ Ward, sarrafha f’sunett mill-isbaħ: Lil E. B. Vella Malti tassew! Malti fil-qalb, ħabbejtha Lil din l-art ċkejkna fejn tnehid tarbija; Fraħt bil-ġmiel li jlibbisha w qatt ma nsejtha, Fejn kienet xierqa, l-kelma tal-foħrija. Malti fil-ħsieb, oh b’liema reqqa flejtha Id-damma mżewqa tal-ġrajjiet Maltija! Kemm qassamtha sabiħ, u kemm għanejtha B’kitbiet mirquma, u bid-dehen mimlija! U Malti wkoll f’agħmilek, qatt ma tgħeja Tgħallem lil għajrek dak li tgħallimt int, Biex tajfa aħjar fiż-żgħar u l-kbar tithejja. Agħnet hekk ’il quddiem u s-sema miegħek,
Għad joktor dak li int bilgħaqal ħżint, Oħrajn għad jimxu fuq il-passi tiegħek. Dun Karm Psaila. Tajjeb li kieku naqsmu ma’ wliedna ż-żgħar l-istejjer, il-ħrejjef, il-proverbji, id-drawwiet, u t-tradizzjonijiet li ħallew missirijietna. Dawn huma rakkonti li jagħmlu parti mill-kultura tagħna u b’hekk jagħmel sens li ngħiduhom bil-Malti. Lanqas noħlomha li t-tfal Ingliżi ma jafux ‘Humpty Dumpty sat on a wall’; jew it-tfal Taljani ma jafux ‘Giro giro tondo ...’ Għaliex it-tfal Maltin m’għandhomx ikunu jafu ‘Ara ġejja l-mewt għalik ...’ jew ‘Toni tagħna tani tina talli tajtu tuta tajba...’ u għexieren ta’ taqbiliet u poeżiji oħra li jirrimaw u li jgħinuhom fil-ħakma tal-Malti? Tajjeb li jkunu jafu taqbiliet Ingliżi/Amerikani, allura għala le bil-Malti? Il-poeżiji u t-taqbiliet għandhom ikunu l-ewwel pass lejn it-taħdit bil-Malti u li jwasslu għall-identità Maltija. Bis-saħħa ta’ dawn il-poeżiji mhux biss nintroduċu l-Malti liż-żgħar tagħna u nkabbru l-vokabularju tagħhom imma nlaqqgħuhom mal-kittieba u mal-poeti tal-wirt letterarju
Il-makkjetti huma parti mill-kant popolari tagħna l-Maltin. Dawn jafu l-bidu tagħhom mijiet ta’ snin ilu meta kienu jkantawhom l-għannejja flimkien ma’ ġeneri oħra tal-għana. Illum xi awtur/riċerkatur jew student universitarju jirriċerka fuqhom biex iniżżilhom mal-ġeneri letterarji għall-posterità
Ir-ritratt Bagħtilha għar-ritratt biex jiżżewwiġha, ritratt bagħtitlu f’poża tas-sbuħija; ’mma meta tfaċċat hi ġewwa l-Awstralja flok ir-ritratt, ried jgħid Ġesù Marija! Anton Buttigieg. L-adulti, l-istudenti u t-tfal qalulna bil-gost li ħadu meta semgħu dawn l-epigrammi għall-ewwel darba. Suppost li aħna poplu bilingwi għax l-Ingliż u l-Malti huma l-lingwi uffiċjali tagħna, iżda dan kemm hu hekk fil-verità? Narah li hu ’l bogħod ferm. Dan, flimkien mal-qagħda uffiċjali tagħna tal-litteriżmu narawh miċ-ċifri uffiċjali li minn żmien għall-ieħor joħorġu fuq il-mezzi tax-xandir. U ma tista’ tindaħal lil ħadd b’liema lingwa jitkellem jew ikellem lil uliedu. Iżda l-esperti tal-lingwa huma tal-fehma li fl-ewwel snin tal-ħajja l-aħjar li tkellem lit-tfal bi lsien art twelidhom; il-lingwa li huma jisimgħu fi djarhom u fl-ambjent ta’ madwarhom. Il-prattika li minn mindu żgħar nesponu lit-tfal u l-istudenti għal ġeneri differenti ta’ kitba, li tgħodd għalihom, hija komuni fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi żviluppati madwar id-dinja. Ma nistax nifhem kif din mhix il-prassi hawn Malta u nibqgħu ffukati biss fuq l-Ingliż, qisu bil-Malti m’għandna xejn! Billi qed nitkellem favur l-Ilsien Malti ma jfissirx li għandi xi ħaġa kontra l-Ingliż. Anzi, l-Ingliz importanti ħafna. Madanakollu, m’għandniex għalfejn narmu u nwarrbu l-Malti daqslikieku aħna l-Maltin ma nitkellmux bih. Almenu għandna nintroduċu t-taqbiliet u l-poeżiji b’mod nazzjonali mill-età ta’ 3 snin ’il fuq, bħala l-ewwel pass lejn il-ħakma tal-lingwa u tal-wirt letterarju Malti.
20
21.02.2021
RICKY CARUANA
IPPUBBLIKA KOTBA B’RIFLESSJONI TAL-ĦAJJA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Fil-ħajja l-bniedem jeħtieġ li jitgħallem mill-esperjenzi li jgħaddi minnhom. Dan l-aħħar sirt naf b’żagħżugħ bis-saħħa ta’ persuna oħra li rreferietni għalih. Interessajt ruħi fih u anke fil-kotba tiegħu, tant li akkwistajt il-kopji kollha tiegħu. Qed nirreferi għal Ricky Caruana. Għandu 39 sena, miż-Żurrieq, tewmi ma’ ħuh u għandu żewġ ħutu bniet ikbar minnu. F’ħajtu għamel diversi xogħlijiet minn salesman ta’ prodotti għal negozju fil-bini. Kellu ħafna intoppi, għax kif jista’ jobsor kulħadd in-negozju daqqa jagħtik mumenti ta’ glorja u sodisfazzjon u ġieli jurik snienu. Tfulitu wkoll ma tantx tbissmitlu. Meta kellu tliet snin, il-familja tiegħu qalbulu t-twemmin tiegħu minn dak Kattoliku għal Jeħova. Ricky jsostni li malli daħal il-kindergarten, ħajtu inbidlet. Minħabba f’hekk kien anke jiġi bullied minn sħabu, għalliema u xi saċerdoti li meta kienu jmorru jagħmlu vista l-iskola kienu jenfasizzaw li dawk li huma tal-Jeħova huma tfal tax-xitan, u tista’ timmaġina x’agunija kien jgħaddi minnha. Ħallejt f’idejh sabiex jirrakkonta. “Li tifel ta’ erba’ snin fis-sena 1985 ikun tal-Jeħova ġo skola Kattolika, nassigurak li ma kinitx l-isbaħ ħaġa. Niftakar fil-Kindergarten, kif it-tfal saru jafu li jien tal-Jeħova kienu qabdu ċikkulata, waddbuha fl-art, bdew jobżqulha u jgħaffġuha b’saqajhom u tawhieli nikolha. M’hemmx għalfejn ngħidlek l-istonku kif irreaġixxa. Meta kont fil-Year 1 kont immur fil-kju għall-ħalib. Mhux l-ewwel darba li wara li kont naħli kważi l-break sħiħ nistenna fil-kju, xħin ikun imissni jien, jiġi xi bully u jew jigdimni f’sidri jew f’wiċċi jew jimbuttani u jaqbiżni. Waqt il-lezzjoni tar-reliġjon, ridt kuljum noħroġ barra mill-klassi biex żgur iktar niġi spotlight għall-bullying tal-klassi hekk kif nerġa’ nidħol lura. Fil-Year 2, jien u ħija ġejna mifrudin mill-istess klassi. Minn hawn beda kollox għal rasi. Fil-Year 3, l-għalliem li kien jgħallimna kien bniedem iħobb ibagħbas. Kien jgħidilna min jitla’ mill-break bl-għaraq jew aħmar jaqla’ xeba’ pointer. Hekk kien jiġri u darba kont
sfidajtu. Bullying ieħor baqa’ jirrepeti ruħu wkoll meta tlajt fil-Form 1. Dawn kienu xi ftit mill-esperjenzi li fi tfuliti dejquni. Madankollu, xorta kont tifel dejjem ferħan, pożittiv u nilgħab,” beda jgħidli. Minħabba dak li ġarrab, fi tfulitu kien jistaqsi diversi domandi lilu nnifsu Riżultat t’hekk, minn tifel ċkejken, Ricky kien jistaqsi diversi domandi lilu nnifsu bħal kif jista’ jkun bniedem jobgħod persuna oħra minħabba reliġjon differenti, jekk aħna lkoll ulied Alla wieħed. Mistoqsi jaħsibx li dan kollu affettwahx matul il-kumplament ta’ ħajtu sallum, Ricky weġibni: “Kien f’dan iż-żmien li f’moħħi beda jinbet il-filosfu u xjenzat ta’ ġo fija. Minn dawn l-esperjenzi kont dejjem infittex risposta mingħand ta’ madwari. Però r-risposti li kont nirċievi ma kinux jissodisfawni. L-ewwel ma beda jimlieni kuraġġ ironikament kien cartoons I cavailieri dello Zodiaco. Dan
kelli qisu xi seba’ snin. Imbagħad ta’ xi 13-il sena kont noqgħod nitkellem ma’ kuġin tiegħi li kien ikbar minni xi ħames snin. Hawnhekk bdew djalogi fuq il-ħajja differenti minn kif kont mgħallem qabel. Kien ukoll laqqagħni ma’ żewġt iħbieb oħra tiegħu li wieħed minhom inzerta artist ipenġi u kittieb ukoll. Mingħandhom it-tlieta wkoll tgħallimt ħafna. Minn hawn ’il quddiem bdiet esplorazzjoni fuq il-ħajja b’mod intens.” Waqt dan kollu ta’ 16-il sena beda jsir jaf ħbieb ġodda oħra li magħhom għadu ħabib sal-lum. Fil-fatt grazzi għal dawn u diversi persuni oħra li daħlu u ħarġu minn ħajtu, nibtu l-kotba tiegħu. Dawn huma Resonance – A Glimpse of Infinity, l-istess verżjoni tiegħu iżda bil-Malti - Riżonanza – Daqqa t’għajn lejn l-infinità u t-tieni ktieb tiegħu The Strings of Fate. Ħallejt f’idejh sabiex jgħidli x’jittrattaw dawn iż-żewġ kotba tiegħu. Resonance – A Glimpse of Infinity jittratta diver-
si suġġetti varji, imma l-qofol talktieb huwa dan li ġej. “Minn meta kont tifel żgħir dejjem kelli kurżità kbira għaliex jien kelli nkun naf bija nnifsi. Kif inħoloq kollox u l-kobor tal-univers infinit. Kienu u għadhom jaffaxxinawni l-istilel u aktar kemm bdejt nikber iktar ġejt bżonn li nifhem għaliex hemm jien fl-univers, aktar saret parti integrali fija. Ħaġa li qatt ma stajt nifhem hu għaliex l-unika ħaġa li naf biċ-ċert hi li ser immut, u x’ser jiġri minni wara? Imbagħad bdejt nisma’ ħafna teoriji bħala risposti għal dawn id-domandi eżistenzjali li jagħmel kull individwu fil-ħajja. Però ltqajt ma’ min iltqajt qatt ma ssodisfali r-risposti. Fittixt fil-kotba sagri, xjenza, filosofija, bijoloġija, nitkellem ma’ kull min niltaqa’, dokumentarji serji. Bdew jiġruli esperjenzi strambi u straordinarji fejn tidħol il-konoxenza li tmur lil hinn mill-menti umana. Jew
kif jafuhom ħafna nies bdejt nesperjenza bħal out of body experience b’mod naturali. Naf li dan jinstema’ tal-ġenn għal ħafna nies jew kif isibuhom fil-psikoloġija bħala ‘in thoughts’. Ma għandi ebda intenzjoni nikkonvinċi lil ħadd hux vera jew le. Jien qatt ma fittixt dawn it-tip ta’ esperjenzi jew użajt xi sustanzi, imma ġraw waħedhom b’mod naturali waqt l-irqad. Dawn l-esperjenzi bdew mis-sena 2008 u aktar bdew jintensifikaw ruħhom f’surealiżmu. Wara esperjenza mistika ta’ tiet sigħat f’Settembru 2014, moħħi qisu bħal beda jespandi u jifhem ħafna materja u know hows tal-ħajja. B’hekk fl-aħħar fis-sena 2020 ippubblikajt dawn ittliet kotba. Resonance jagħti stampa fuq fuq ta’ aħna min aħna, għaliex ninsabu hawn, xi tfisser karma, jekk hux vera teżisti rinkarnazzjoni u hemmx provi ta’ dan? Alla min hu, x’jiġri wara li mmutu u kif bniedem jista’ jilħaq ċertu għarfien biex jinħeles missamsara. Biex niftiehmu qed ngħidu hekk. Jekk ġisimna maħluq 100% minn a t o m s , u nafu li l-atomi ma jispiċċaw qatt għax kienu minn żmien il-big bang u ser jibqgħu sakemm jibqa’ jeżisti dan l-univers enormi, allura minn aspett ta’ enerġija atomika xi jsir minna meta mmutu? Immutu jew le jekk il-materja tagħna hi eterna? Jiġifieri jekk nafu li ġisimna magħmul minn dawn l-atomi eterni, allura fil-verità x’jiġri meta aħna niġu ċċertifikati mejta? Immutu jew le? Jew aħjar x’jiġri minn dawn l-atomi tagħna, il-memorja u l-esperjenzi li nkunu għamilna f’ħajjitna? Dan huwa fuq xiex bejn wieħed u ieħor jitratta Resonance,” fissirli b’mod tajjeb ħafna Ricky. Min-naħa l-oħra, Strings of Fate jittratta iktar fuq il-ħajja ta’ kuljum. Qisu viżjoni għal x’qed jistenniek fil-ħajja, kif evolva l-bniedem u moħħu. It-tricks ta’ behind the scenes tal-esperjenzi ta’ kuljum tagħna. Eżempju għaliex niġu attirati lejn ċerta per-
21
21.02.2021
suna u mhux oħra. Is-sess kif jibdlilna ħajjitna, x’inhu l-ego, għaliex nagħżlu ċertu twemmin u mhux ieħor, kif ftit ftit nispiċċaw fl-ansjetà u d-dipressjoni, x’inhi d-differenza bejn il-body, brain u mind, x’inhu l-għerf tal-ħajja u l-għerf spiritwali, x’jiġifieri bniedem mistiku, kif it-trobbija u t-tfulija jaffettwawna meta nikbru, x’inhu bniedem narċisist, x’inhuma toroq biex tibda tgħix ħajja aħjar u takkwista ’l hena, it-trankwillità, il-paċi f’qalbek u l-kuntentizza. Familtek, sħabek u r-relazzjonijiet ta’ ħajtek kif jidħlu fil-mixja spiritwali tiegħek, xi jfisser l-40 jum fid-deżert li Kristu mar isum fih, u t-12-il sena meditazzjoni tal-Budda, Alla u aħna kif aħna relatati, għaliex aħna neżistu u kif konnessi dirett mal-infinit u Alla, jeżistu l-aljeni u vera ġew fid-dinja tagħna? Tempji megalitiċi, piramidi, rakkonti Ħindu li jirrakontaw kif il-bniedem evolva, kemm hu minnu li ġew aljeni, kif aħna nistgħu nilħqu l-għerf kożmiku u nsiru ħaġa waħda mal-kożmo, u ħafna domandi simili oħra. Ta’ min jgħid li dawn iżżewġ kotba, Ricky kitibhom biex jasal għat-tielet ktieb li jgħaqqad it-triloġija. Fil-fatt it-tielet ktieb tiegħu ser ikun jismu The Book of Death – ktieb li ser jittratta l-mument li l-bniedem jieħu l-aħħar nifs
u ’l quddiem. L-ansjetajiet, it-thewdin u l-istress żejjed - ilkoll kienu l-akbar għalliema ta’ ħajtu Kif qed naraw, il-kotba tiegħu huma bejn wieħed u ieħor riflessjoni tal-ħajja, inkontri tal-ħajja u mumenti fejn nistaqsu diversi domandi lilna nfusna. Ma stajtx ma nistaqsihx jekk minbarra l-ħajja personali tiegħu, tgħallimx jew qara fid-dettall dwar l-infinità tad-dinja. “Ħafna fil-fatt jistaqsuni din id-domanda. Ħa nagħmilha ċara li skola waqaft sal-O Levels, allura dak hu l-livell akkademiku tiegħi. Ħajti però qattajtha f’paradoss. Fost il-ġimgħa kważi l-maġġoranza tal-ħin waħdi, nimxi ġon-natura, ngħum jew mal-klieb, inħawwel siġar u affarijiet simili. Però fil-weekend divertiment assolut parties, żfin, u xorb. Minn dawn l-esperjenzi blajt ħafna kanen u b’hekk tgħallimt ukoll. Inħobb nara dokumentarji interessanti fuq kollox. Nieħu gost nitkellem mal-anzjani, qwiel, proverbji, idjomi, kotba interessanti li għenuni nikber. Però l-akbar għalliema tiegħi kienu l-ansjetajiet, it-thewdin u l-istress żejjed, l-inkwiet li dħalt fih, ilkoll kienu l-akbar għalliema ta’ ħajti. Sibt nies li weġġgħuni emozjonalment u abbużaw mill-ġenwinità
tiegħi u dawn l-esperjenzi ukoll għallmuni. Jekk tkun mkabbar u mimli bik innifsek, apparti li tkun tgħix ħajja paranojka, imdejjaq u negattiva, titlef ukoll il-vera gost tal-ħajja - dak li tkun imdawwar b’nies sempliċi u onesti.” Illum il-ġurnata għalkemm immatura, xorta għadu jħoss li qed iġorr parti mill-passat tiegħu li għadda minnu. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “F’ħajti tgħallimt bit-tajjeb u l-ħażin tiegħek kun int. Bniedem inutli l-ħin kollu jitkellem fuq Alla, jikkwota versi x’qal Kristu jew il-Budda, jekk imbagħad ħajtu jgħixha ġol-miżerja talego tiegħu. Waħda mill-ikbar problemi li nara fin-nies inġenerali hi, li kulħadd irid jgħallmek x’jemmen hu, irid jurik kemm jaf, irid li l-Istat u l-awtoritajiet ikunu ġusti u onesti, kulħadd jippretendi l-onestà, l-imħabba mingħand kulħadd barra minnu nnifsu! Kun int l-imħabba, kun int onest, kun int umli, kun int dak li taħfer u tgħader il-ħaddieħor. Imbagħad tibda tattira lejk nies bl-istess kwalitajiet. Qisu fid-dinja kulħadd moħħu u ffissat fuq l-immaġini tiegħu, kif ser jidher f’għajnejn ħaddieħor u jinsa l-iktar bniedem importanti ma’ min irid vera jħossu u jidher tajjeb miegħu nnifsu.” Fil-ħajja, Ricky tgħallem li fl-opinjoni sempliċi tiegħu, bniedem lanqas għandu joqgħod fuq bniedem li jkellmu llum għax illum ikellmu mod diment li għandu interessi fih, u l-għada xħin ikun ħa li jrid minnu, ser ikellmu mod ieħor. “Aħseb u ara fuq x’intqal eżatt 2,500 sena ilu jew 2,000 sena ilu. Toqgħod fuq ħadd u ħallik minn kulħadd u investi fik innifsek. Kun int l-għalliem u l-istudent tiegħek innifsek. Kun int ta’ għajnuna u spalla għal ħaddieħor. Kun int ta’ bniedem tajjeb għalik innifsek. Xi ħaġa lil hinn mill-kotba hija li Ricky fil-preżent iħobb iqatta’ ħafna ħin l-għalqa man-natura. Fil-fatt flimkien ma’ sieħbu għandhom inizjattiva fejn s’issa ħawlu madwar 5,000 siġra f’Malta. Ħallejt f’idejh sabiex jispjegali aktar dwar din l-inizjattiva. “Niftakar meta kelli xi 23 sena fost il-ħafna stejjer li għamilt, kont qlajt xi ħames siġriet minn ġo roundabout imwarba biex inħawwilhom fl-għalqa tiegħi. Ġara li darba serquli s-siġar tiegħi li ħawwilt u vera kont ħassejtni ħażin. Hemm fhimt x’ħass ħaddieħor għal dawk il-ħames siġriet li ħadt jien. Minn hemm ’il quddiem jien u sieħbi Robert ftaħna paġna fuq Facebook jisimha I am hundreds of years u bdejna nħawlu siġar kullimkien
fix-xogħol li nwettqu. Sal-lum naħseb ħawwilna 5,000 siġra jew qribhom, u hekk pattejt għal dawk il-ħames siġriet li kont ħadt. Hekk naħseb hu l-aħjar mod kif titgħallem filħajja billi tifhem fejn żbaljajt u tikkoreġi lilek innifsek int bla ħtija. Trid tkun cool illum il-ġurnata? Agħmel it-tajjeb ħabib u ħajtek tkun iktar cool mentalment.” Ma jfissirx li sar qaddis miexi fl-art Madanakollu, Ricky għamilha ċara miegħi u mal-qarrejja li wara dan kollu ma jfissirx li sar qaddis miexi fl-art. “La qatt kont u qatt mhu ser inkun. Imma llum minn dak li tgħallimt bi spejjez tiegħi naqsmu biex b’hekk bniedem jagħmel kuraġġ u hekk lili b’xi mod jarani xi bniedem pożittiv jifhem li forsi għalkemm bħalissa f’ħajtu forsi jinsab ħażin jew għaddej minn mument diffiċli, jiftakar li huwa permezz ta’ dawn l-iscars li bniedem jimmatura, jevolvi, isir bniedem aħjar u tajjeb. Billi jgħallem lilu nnifsu u jeduka l-impulsi tiegħu, jagħmel kuraġġ u jqawwi qalbu li hekk vera jikkommetti ruħu biex isir bniedem aħjar - iva ser jasal ikun aħjar mill-bieraħ. Kull meta tqum, ftakar li l-ħajja reġgħet tatek ċans tagħmilha aħjar. Aprofitta mill-ħin u għamel dak li vera hu tajjeb għalik u jagħmlek ġenwinament kuntent. Fl-aħħar nett, Ricky xtaq iħalli messaġġ lil kull min qed jaqra din l-intervista. “Kulħadd l-istess twieled u kulħadd bl-istess mod joħroġ mid-dinja. Twielidna ma nafux għaliex kellna nitwieldu u ser immutu ma nafux x’ser isir minna. Mill-aspett fiżiku aħna kollha l-istess, imma li jagħmlek uniku hu fatt wieħed biss. Mhux kemm taf nies, kemm taf xjenza, filosofija, versi mill-Bibbja jew kemm għandek ġid. Imma kemm int bħala bniedem imxejt ta’ bniedem mal-bnedmin bħalek. Dak huwa fil-free will ta’ kulħadd. Jiġifieri fid-dinja għamel dak kollu li hu sabiħ u jogħġbok. Agħmlu, imma int u tagħmlu dejjem żomm sentenza waħda f’moħħok: Ma nagħmilx dak li ma rridx ħaddieħor jagħmilli. Din hija ċavetta biex tgħix ħajtek bilanċjata, tajba u ferħana. Kull persuna b’naqra sforz tista’ tkun l-isbaħ persuna li hawn fid-dinja. Jekk tifhem li bħalma int trid min jisimgħek, jifhmek, ifaħħrek, jagħtik l-importanza tiegħek, jgħannqek u jħobbok - ħaddieħor jixtieq proprju hekk ukoll minnek. Allura agħti dawn l-emozzjonijiet, dawn il-vibes u enerġija pożittiva għax il-bniedem b’dawk jgħix.
Jekk tikseb suċċess aqsmu. Jekk tirnexxi ftakar f’min għenek fl-ewwel skaluni. Inutli tipprova tagħti x’tifhem li għamilt kollox waħdek, tista tbellagħha lil xi ftit nies li int xi superman, imma kull bniedem li esperjenza naqra l-ħajja jaf li fid-dinja waħdek ma tasal imkien. Allura warrab il-pride u l-ego u għid kif vera jkunu marru l-affarijiet. Taqsam l-esperjenza tiegħek u tagħti credit lil min issapportjak u għenek vera, mhux talli tkun qed tagħmel l-aħjar ħaġa, imma tħossok kuntent miegħek innifsek li qed tkun reali. Jekk għamilt il-ġid materjali użah għat-tajjeb, mhux biex ikunu l-mistħija u rovina tiegħek. Jekk għadek ma rnexxejtx, tinkwetax fadal ħin. Jekk tinsab down - hija parti mill-ħajja wkoll. Tinkwetax għax kollox momentarju, ħin jew ieħor iddur ukoll. Tħossok imweġġa’, tradut, jew fallut - ftakarhom dawn il-mumenti, ħalli meta terġa’ tiġi fuq saqajk tirrispetta lil ħaddieħor u ma tgħaddix lil ħaddieħor mill-istess martirju li għaddew lilek. Ħobb lil kull min tista’ u lill-ħlejjaq u l-ambjent ta’ madwarek. Fejn tista’ bniedem għinu, imqar issellimlu b’mod ġenwin. Dejjem ftakar li ħadd mhu għal hawn, allura fittex aħfer ma jmurx ikun tard wisq tiskuża ruħek jew isserraħ moħħ xi ħadd. Tużax l-injoranza ta’ kif imxew miegħek in-nies fil-konfront tiegħek biex tiġġustifika r-rabja, il-vjolenza, it-tradimenti, vizzji ħżiena jew ħajja laxka. Dawn in-nies li jweġġgħuk jistgħu jkunu nies qrib bħal familtek, partners, ħbieb tal-qalb jew kollegi tax-xogħol. Tirrepetix il-ħażin li ħaddieħor għaddiek minnu għax inkwiet, dwejjaq, negattività u ansjetà hemm jistennewk b’dik l-attitudni. Żomm ftit paċenzja u sib bnedmin tajba, kalmi u jifhmu kif jagħtuk parir tajjeb u imxi f’dik it-triq biex b’hekk issir bniedem u mhux annimal liebes il-ħwejjeġ. Mur mixja kuljum ħalli sserraħ il-menti. Itlob f’dak li temmen fih int personali, irrelevanti fiex nemmen jien u l-kumplament. Għin l-annimali, ħawwel is-siġar u żomm nadif. Kul u ixrob tajjeb u prova għamel l-affarijiet sewwa mill-bidu. Int tista’ tkun bniedem vera sabiħ, tista’ tkun bniedem vera qalbek tajba u sabiħa. Tista’ tkun bniedem kuntent u ferħan. Tista’ tkun bniedem trankwill u onest. Tista’ tkun bniedem li minkejja l-ħażen tal-ħajja tkun pożittiv u uman. Kull min huwa interessat ikun jaf aktar fuq hekk jista’ jakkwista kopja tal-kotba tiegħi minn fuq Facebook tiegħi,” temm jgħid Ricky.
22
21.02.2021
Dan iż-żmien iservi ta’ okkażjoni biex wieħed jiddritta l-imgħawweġ fil-ħajja tiegħu tar-ruħ
IR-RANDAN …. ŻMIEN IT-TRADIZZJONI Kitba ta’ CLIFFORD GALEA Forsi nitkellmu ta’ kull sena fuq dawn iż-żminijiet. Imma dan juri wkoll l-importanza tal-kitba għaliex jgħaddi ż-żmien u l-memorja ma tħassar qatt dak li huwa parti minna. Reliġjużi jew le, dak kollu li jseħħ f’pajjiż bħal Malta, jaffettwana. Din is-sena iżjed, għaliex bla ċelebrazzjonijiet. Għalhekk ktibt dan l-artiklu. Ir-Randan ta’ dari, bil-festi tal-Ġimgħa l-Kbira kien ħafna differenti minn dak tal-lum. Kien żmien għażiż u żmien qaddis, kollu drawwiet ġejjin millqedem. Illum baqa’ biss ismu u għadd ta’ tifkiriet tiegħu għal dawk li għadhom jiftakruhom. Għal xi wħud, minkejja li huma anzjani, ir-Randan għadu dak ta’ dari u josservawh bħalma kien jobbliga l-preċett tal-imgħoddi. Ir-Randan kien jibda mill-Erbgħa tal-Irmied, l-għada li jintemm il-Karnival u jispiċċa nhar Sibt il-Għid f’nofsinhar. Is-sawm kien obbligatorju għal dawk kollha li għalqu t-18-il sena sa dawk li jkunu għalqu s-60. Għal min ma jsumx kien jitqies bħala dnub mejjet. Nhar ta’ Ġimgħa ħadd ma kien jiekol laħam u ħafna lanqas prodotti tal-ħalib. Is-sawm kien jibda minn filgħodu bilkafè jew te u xi ħaġa żgħira miegħu. L-ikla ta’ nofsinhar u ta’ filgħaxija kienet tkun bilqies u maċ-ċena ma kontx tista’ tiekol aktar minn kwart ħobż. Illum għalkemm is-sawm kif kien fl-antik spiċċa, baqa’ biss l-obbligu nhar l-Erbgħa tal-Irmied u l-Ġimgħa l-Kbira. Il-Knisja tistieden ukoll lin-Nisrani jagħżel xi tip ta’ penitenza oħra u tħajjar ħafna l-prattika li nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa fi żmien ir-Randan jitħarsu s-sawm u l-astinenza.
Bħal dari, il-parroċċi għadhom jorganizzaw ukoll l-eżerċizzi għall-Insara bħala gwida għallħajja Nisranija: fejn hemm in-nuqqasijiet jitneħħew u nilbsu l-virtù biex inħejju t-triq għall-Mulej. Wara li jintemmu l-jiem tal-bluha fi żmien il-Karnival, jibda mill-ewwel Ras ir-Randan. Aħna l-Maltin għandna qawl dwar Ras ir-Randan li jgħid: Min ma jsumx f’Ras ir-Randan jikluh il-klieb. Kien hemm min tant kien jibża’ li Ras ir-Randan kien iħarsu bla ma jiekol ikel ta’ ebda tip. Tul iż-żmien tar-Randan l-unika kwalità ta’ ħelu li wieħed seta’ jiekol kien dak magħruf bħala kwareżimal. Dan it-tip ta’ ħelu mhux tradizzjoni tagħna l-Maltin u l-Għawdxin biss. Hija drawwa impurtata minn Sqallija. Għat-tfal imbagħad kien hemm il-karamelli tal-ħarrub. Dan kien speċi ta’ ħelu magħmul mill-ħarrub, għasel u ġulepp u kien jinbiegħ imkebbeb f’biċċiet ta’ kartastrazza. Ġewwa Ħaż-Żabbar, nhar ilĦadd fuq il-Karnival li jaħbat ukoll l-ewwel Ħadd tar-Randan isir pellegrinaġġ ta’ tpattija għan-nuqqasijiet li jkunu seħħew tul il-jiem ta’ xalar fil-Karnival. Din id-drawwa ilha ġejja sa minn żmien il-Kavallieri u aktar issaħħet hekk kif ġie introdott il-Karnival organizzat. It-tip ta’ xalar li kien iġib miegħu l-Karnival kien jitlob li jsir tpattija għalih u dan il-pellegrinaġġ fil-bidu taż-żmien tar-Randan kien okkażjoni addatata biex jintlaħaq dan il-għan. Nies minn kull naħa tal-gżira kienu jaslu Ħaż-Żabbar biex jirringrazzjaw lill-Madonna tal-Grazzja għal xi grazzji li jkunu qalgħu bl-interċessjoni tagħha jew biex iwettqu xi we-
21.02.2021 08.11.2020
23
SKEDA ONE 07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:40
Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy Pjazza
19:15 19:30 20:10 20:30 21:15 22:15 22:50 23:30
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News
12:35 12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:30
Ftit Ħin għal saħħtek Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Follow Up Dak li Jgħodd
18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Gladiator 22:00 Distintivi 23:00 Ondroad 23:30 ONE News
07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:40
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif
12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Duurella 16:45 Pink Panther 17:30 Better Living 18:30 Pjazza
19:15 ONE 24-02 Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 PrimeTime 20:30 The Local Traveller 21:00 Division 7 22:30 Reboot 23:30 ONE News
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Ftit Ħin għal saħħtek
12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00 17:35 18:00
Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Popcorn Ħabrikt Mhux kemm taf
18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 Twenty One 21:05 Ilsien in-Nisa 22:40 Ondroad 23:24 Teżori 23:30 ONE News
13:15 13:20 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:00 17:30
ONE News Kalamita ONE News Kalamita Telebejgħ Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Twenty One Indhouse
18:30 Pjazza 26-02 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Kick OFF 21:40 Country Jamboree 22:15 Gladiator 23:30 ONE News
TLIETA 23-02
Ħadd in-Nies - Ħaż-Żabbar
għda li jkunu għamlu. Minħabba li Ras ir-Randan kien jum ta’ xogħol, il-pellegrinaġġ kien ġie trasferit għall-Ħadd ta’ wara u minħabba l-folol kbar li jattendu, dan il-Ħadd baqa’ magħruf bħala Ħadd in-Nies. Xi 80 sena ilu din l-attività ġiet modifikata biex tingħata lura t-tifsira reliġjuża tagħha peress li l-follol kienu jispiċċaw il-jum jiddevertu fl-ikel u l-inbid. Għal xi żmien kienu jipparteċipaw ukoll xi karrijiet żgħar b’tema reliġjuża iżda dawn inqatgħu ukoll biex il-pellegrinaġġ isir bl-inqas distrazzjonijiet possibbli. Ir-Randan huwa ż-żmien ukoll tal-eżerċizzi spiritwali. F’kull parroċċa, knisja jew kappella jiġu organizzati prietki skont il-kategoriji differenti tan-nies. Dawn iservu ta’ okkażjoni biex wieħed jiddritta l-imgħawweġ fil-ħajja tiegħu tar-ruħ. Filwaqt li f’dawn iż-żminijiet is-saċerdot jippriedka minn fuq l-ambone jew min-nofs l-artal maġġur, fejn ħafna drabi jkun hemm espost kurċifiss imdaqqas, fl-imgħoddi il-qassis kien jitla’ fuq palkett żgħir armat apposta fil-knisja, b’mejda żgħira fin-nofs u kurċifiss kbir fil-ġenb. Il-prietki aktar jiffukaw fuq problemi attwali, filwaqt li fl-imgħoddi kienu jitkellmu fuq suġġetti li sfortunatament ftit li xejn għadhom jissemmew jew inkella jissemmew b’mod ħafif ħafna. Qed nirreferi għal suġġetti bħalma huma l-mewt, il-ġudizzju u l-premju ta’ wara ħajjitna. Il-poplu kien jattendi bi ħġaru fl-imgħoddi għal dawn l-eżerċizzi tar-Randan iżda llum l-attendenza naqset konsiderevolment. Ir-raġunijiet jistgħu jkunu ħafna fosthom l-għażż għall-ħwejjeġ t’Alla jew għax ilħajja tal-lum ma tantx tħallilna wisa’ għal Alla. Imma kif jgħid
is-salmista: “Għalxejn jitħabtu l-bennejja jekk ma jkunx Alla li jibni l-belt.” F’xi wħud mill-knejjes Maltin u Għawdxin, matul il-ġranet tar-Randan nibdew naraw ukoll it-tħejjijiet għall-armar tas-sepulkru, tal-istatwi tal-Ġimgħa l-Kbira kif ukoll tad-damask iswed mal-ħitan tal-knisja. L-aħħar kelma dwar il-ħelu ta’ żmien ir-Randan. Bħalma għamlu għal kull żmien partikolari ieħor tas-sena, anki għal dan iż-żmien, missirijietna żviluppaw ukoll tradizzjonijiet relatati mal-ikel u l-ħelu. Kif rajna qabel, dari s-sawn tar-Randan kien rigoruż ħafna u l-Insara kienu joqogħdu lura u ma jiklux ħlewwiet. Għalhekk missirijietna żviluppaw xi ħaġa li kienet speċi ta’ ħelu u li kienet popolari kemm mat-tfal kif ukoll mal-kbar. Qed nirreferi għall-karamelli magħmula mill-ħarrub. Ilum forsi għadek tara xi raġel b’qoffa f’idu ibigħ minn dan il-ħelu nhar il-Ġimgħa l-Kbira waqt il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Matul ir-Randan insibu wkoll il-verżjoni Maltija tal-hot cross buns bis-sinjal tas-salib jidher ċar fil-wiċċ tal-ħelu ġeneralment magħmul minn ġelu abjad. Żgur li l-aktar ħelu msemmi u rinomat għal żmien ir-Randan jibqa’ l-kwareżimal. Meta iktar ’il quddiem nitkellmu dwar it-tradizzjonijiet marbuta mal-iktar ġimgħa solenni tas-sena fil-ħajja tal-Insara Maltin, il-Ġimgħa Mqaddsa, insemmi wkoll tradizzjonijiet kulinari oħra bħal qagħaq tal-appostli li huma ħobża tonda fil-forma ta’ qagħaqa miksija bil-ġunġlien u l-lewż. Bħat-tipi l-oħra ta’ ħelu li semmejt, huma żgur ta’ tentazzjoni kbira biex tikser is-sagrifiċċji li tkun wegħedt li ħa tagħmel fir-Randan!
TNEJN ONE Sports & Temp 22-02 ONE News Prime Time Reboot Follow Up Stejjer wara t-Tmienja Music Legends ONE News
12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif
ĦAMIS 25-02
08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:35
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 Press Conference: Covid-19
SIBT 27-02
ERBGĦA
ĠIMGĦA
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:45 Twenty One 10:18 #Pajjiżi 10:57 Indhouse
11:53 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:37 Żonasport 13:10 Country Jamboree 13:43 Reboot 14:25 Ħabrikt 14:45 The Local Traveller 15:30 ONE News 15:35 Dak li Jgħodd 16:30 Flimkien ma’ Nancy
17:30 18:05 18:45 19:22 19:30 20:04 20:30 23:30
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:40 Paper Scan 10:30 Attività Politika 12:00 Maratona Dar Nazareth
12:30 ONE News 12:35 Maratona Dar Nazareth 15:30 ONE News 15:35 Maratona Dar Nazareth 17:30 L-Argument 19:15 One Sport & Temp
19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 Attività Politika 21:15 Maratona Dar Nazareth 0:00 ONE News
Il-Kelma Pink Panther Ondroad ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News
ĦADD 28-02
24
21.02.2021
reċensjoni tal-ktieb
IL-ĦREJJEF MAĠIĊI IS-SULDAT TAL-LANDA IT-TIFLA TAS-SULFARINI IT-TLIET QŻIEQEŻ Merlin Publishers għadha kemm nediet Il-Ħrejjef Maġiċi sensiela ta’ fairy tales klassiċi b’kulur sħiħ u b’format kbir bil-Malti. Ippubblikat oriġinarjament mid-dar tal-pubblikazzjoni Taljana rispettata internazzjonalment DeAgostini, Il-Ħrejjef Maġiċi, ġew tradotti għall-Malti mill-awtur Noel Tanti. Merlin Publishers huma ħerqana li jagħmlu dawn ir-rakkonti mimlijin illustrazzjonijiet aċċessibbli għat-tfal għax ir-rakkonti maġiċi huma parti kruċjali fit-trobbija tattfal u jistgħu jsawruna matul ħajjitna kollha. Skont psikologi tat-tfal madwar id-dinja, in-natura ċara tal-fairy tales tagħti lit-tfal l-opportunità li jitgħallmu lezzjonijiet tal-ħajja importanti dwar l-imġiba u l-moralità bażika. Huma jagħtu forma lill-biżgħat u l-ħolm profondi dwar il-ħajja iżda fid-dinja sigura tal-fantasija. Il-karattri jistgħu ma jkunux familjari mat-tfal iżda l-problemi u s-sentimenti huma trattati bi kwistjonijiet li jistgħu jidentifikawhom
faċilment magħhom. Ir-rakkonti jagħtu littfal mod kif jifhmu wħud mis-sentimenti verament konfużi u diffiċli li għadhom ma jistgħux jartikulaw għalihom infushom. Huma jippermettu lit-tfal jesploraw il-kunċett li l-ħajja mhix dejjem rikba bla xkiel, li l-affarijiet jistgħu jmorru ħażin, u n-nies mhux dejjem ikollhom l-aħjar interessi tagħhom fil-qalb. Madankollu, dan iseħħ flimkien mal-karattri ‘tajbin’ li jiġu ppremjati fl-aħħar, u b’hekk tissaħħaħ l-importanza li tkun tista’ tagħmel empatija, tkun onest u veru lejk innifsek. Mhumiex biss it-tfal ta’ 7 snin u aktar li jibbenefikaw minn Il-Ħrejjef Maġiċi. Ġenituri u gwardjani li jaqraw dawn l-istejjer għall-ulied tagħhom qabel l-irqad, se jġeddu l-memorji ta’ tfulithom. Fl-aħħar mill-aħħar dawn l-istejj-
er iserrħu moħħ kulħadd għax b’xi mod, maż-żmien kollox ikun tajjeb fl-aħħar. Id-disa’ kotba ta’ Il-Ħrejjef Maġiċi huma disponibbli għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba ewlenin kollha f ’Malta jew direttament online minn merlinpublishers. com.
Mistoqsija: Kemm hemm kotba b’kollox fis-sensiela Il-Ħrejjef Maġiċi? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu 3 KOTBA MIS-SENSIELA IL-ĦREJJEF MAĠIĊI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 28 ta’ Frar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb AMALIA - IL-ĠUSTIZZJA hija:
M. GATT - IL-MOSTA
02 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 X’inhu l-persentaġġ li bih persuna għandha ċans issib impjieg minnufih f ’pajjiżna?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
21.02.2021
RICHARD RAMIREZ: IN-‘NIGHT STALKER’ JABBUŻA, JISRAQ U JOQTOL MATUL IL-LEJL... IT-TIELET PARTI Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
Jumejn wara, Ramirez saq karozza misruqa oħra lejn id-Diamond Bar f ’Kalifornja u daħal fid-dar ta’ Sakina Abowath u r-raġel tagħha, Elyas Abowath. Kif daħal fil-kamra tas-sodda, Ramirez spara tir f ’ras Elyas u qatlu mill-ewwel. Wara rabat lil Sakina bil-manetti u beda jsawwatha biex tgħidlu fejn kienu l-oġġetti prezzjużi fiddar tagħhom. Apparti s-swat, Ramirez stupraha u qalilha biex taħlef fuq ix-xitan li ma kinitx se tgħajjat. It-tifel tal-koppja, li kellu tliet snin, daħal fil-kamra tas-sodda xħin sema’ ħafna ħsejjes. Ramirez rabtu u kompla jistupra lil omm it-tifel. Hekk kif Ramirez telaq mid-dar tal-familja Abowath, l-omm ħallet lil binha u bagħtitu għand il-ġirien għall-għajnuna. Ramirez kien isegwi l-aħbarijiet biex jara x’inhu jingħad fuqu u f ’Awwissu stess telaq minn Los Angeles u mar f ’San Francisco. Fit-18 ta’ Awwissu, Ramirez daħal fid-dar ta’ Peter u Barbara Pan. Peter, li kellu 66 sena, qala’ tir f ’nagħsu waqt li kien rieqed. Barbara ġiet aggredita sesswalment u qalgħet diversi daqqiet qabel ma sparalha tir f ’rasha u ħallieha tal-post. Ramirez pinġa pentagramma u kiteb il-frażi ‘Jack the Knife’ fuq il-ħajt tal-kamra tas-sodda. Waqt l-investigazzjoni sar magħruf li l-għamla tal-balal u l-forma taż-żarbun kienu jaqblu mad-delitti u serqiet li saru f ’Los Angeles. Kien għalhekk li s-Sindku ta’ San Francisco ta’ dak iż-żmien, Diane Feinstein, għamlet stqarrija fuq dawn id-dettalji waqt konferenza stampa. Dan l-aġir qajjem għagħa sħiħa fost il-pulizija li kienu qegħdin jaħdmu fuq il-każ għax huma ma kinux taw dawn id-dettalji lill-pubbliku biex l-aggressur ma jkunx jaf li qegħdin pass ’il bogħod milli jaqbduh. Dan kien ifisser ukoll li l-aggressur issa seta’ jeħles minn din l-evidenza li l-pulizija kienu qegħdin jiġbru kontrih, jiġifieri l-arma tan-nar użata u ż-żarbun. Ftit jiem wara l-konferenza stampa, Ramirez reġa’ mar lura lejn Los Angeles. Fl-24 ta’ Awwissu, Ramirez saq lejn in-Nofsinhar ta’ Los Angeles b’karozza misruqa tal-għamla Toyota, li kienet ta’ kulur
RAMIREZ FLIMKIEN MAL-MARA LI KELLU
oranġjo. Xħin Ramirez wasal f ’Mission Viejo, hu beda jdur mad-dar ta’ James Romero Jr, li kien għadu kif jasal id-dar wara vaganza mal-familja. It-tifel ta’ Romero Jr sema’ l-passi barra middar u mar qajjem lill-ġenituri tiegħu. Il-missier ħareġ jara u ra lil Ramirez jaħrab minn fuq il-post bil-karozza misruqa. Hu rnexxielu jieħu nota ta’ xi numri tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni, l-għamla u l-kulur tal-karozza. Romero Jr għarraf lill-pulizija għax ħaseb li dik il-persuna bdiet tħuf biex tisraq. Wara li Ramirez ma rnexxilux jidħol fid-dar ta’ Romero Jr, hu daħal fid-dar ta’ Bill Carns u tal-għarusa tiegħu, Inez Erickson. Ramirez daħal fil-kamra tas-sodda fejn il-koppja kienet rieqda u qajjem lil Carns hekk kif semgħu jikkarga l-arma tan-nar. Ramirez sparalu tliet darbiet f ’rasu u dar lejn Erickson, fejn ammetta magħha li huwa kien in‘Night Stalker.’ Hu ġegħelha taħlef li kienet tħobb lix-xitan u wara taha daqqiet bilponn u rabatha bl-ingravajjet li sab fil-gwardarobba. Wara kaxkarha f ’kamra oħra u beda jġegħelha taħlef li ma kienx hemm iktar ġojjelli x’jisraq, dejjem bil-ħalf f ’isem ix-xitan. Ramirez stupraha u qalilha biex tgħid lill-pulizija li n-‘Night Stalker’ kien hawn. Hekk kif telaq, Erickson irnexxielha tinħall u marret għand il-ġirien għall-għajnuna. Carns salva l-attakk hekk kif ġie operat u tneħħewlu żewġ balal minn ġo rasu. Erickson tat id-dettalji
RAMIREZ WARA SNIN MAQFUL kollha fuq Ramirez u bdiet it-tfittxija għall-karozza misruqa. Il-karozza nstabet erbat ijiem wara abbandunata f ’Wilshire Center f ’Los Angeles u l-pulizija rnexxielhom isibu marka waħda tas-swaba’. Hekk kif għamlu t-testijiet, irriżulta li l-marka tas-suba’ kienet ta’ Richard Ramirez, raġel ta’ 25 sena, li kien jiġġerra minn post għal ieħor, u li ġie arrestat diversi drabi fuq ksur ta’ liġi fejn jidħol traffiku u użu tad-drogi. L-uffiċjali ddeċidew li joħorġu ritratt ta’ Ramirez fuq il-midja, ritratt ta’ sena qabel ta’ meta kien ġie arrestat. Jinqabad in-Night Stalker Fit-30 ta’ Awwissu tal-1985, Ramirez mar f ’Tucson f ’Arizona biex iżur lil ħuh. Wara li ma rnexxilux jiltaqa’ ma’ ħuh, Ramirez reġa’ mar lura lejn Los Angeles. Sadanittant, Ramirez kien għadu ma jafx li wiċċu xxandar ma’ kulħadd u li kien imfittex. Hekk kif wasal fis-sigħat bikrin tal-għada filgħodu f ’Los Angeles, Ramirez sema’ nisa Messikani jgħidu ‘el matador,’ xħin rawh, li tfiss-
er ‘il-qattiel’. Kif sema’ hekk, Ramirez daħal f ’ħanut u ra wiċċu fuq il-faċċata tal-gazzetti. Kif ra hekk, ħarab jiġri mill-ħanut u prova jisraq xi karozzi iżda ma rnexxilux għax bdew jintervjenu n-nies. Għalxejn ġera kemm felaħ għax in-nies qabduh u żammewh sakemm ġew il-pulizija. Kien hemm raġel fost il-folla li tah daqqa ta’ ħadida fuq rasu biex ma jipprovax jaħrab, apparti s-swat li qala’ min-nies ta’ madwaru. Il-psikjatra Michael H. Stone qal li Ramirez ma kienx imwieled psikopatiku iżda ġie magħmul hekk. Stone qal li Ramirez kien ibati minn diżordni fil-personalità tiegħu minħabba l-fatt li ma kienx jagħder. Ramirez dam erba’ snin maqful jistenna l-ġuri u fl-20 ta’ Settembru tal-1989 instab ħati ta’ 43 offiża, fosthom 13-il omiċidju, ħames
attentati ta’ qtil, 11-il stupru u 14-il serqa. Ħmistax wara, l-istess ġurija kkundannatu l-piena tal-mewt għal 19-il darba. Hu kellu jinqatel f ’kamra tal-gass fis-7 ta’ Novembru tal-istess sena u ntbagħat fis-San Quentin Prison f ’Kalifornja. Minkejja dan, Ramirez, wara kważi 24 sena jistenna li jingħata l-piena tal-mewt, miet b’kanċer fl-età ta’ 53 sena. Erba’ snin qabel il-mewt tiegħu, Ramirez instab ħati wkoll għall-qtil u stupru ta’ tifla ta’ 9 snin, każ li seħħ fl10 ta’ April tal-1984. Instab ħati wara li saru testijiet tadDNA u din qablet ma’ dik ta’ Ramirez. Din l-aħbar wasslet lill-mara ta’ Ramirez, Doreen Lioy, biex tiddivorzjah. Lioy kienet tikteb lil Ramirez, bħalma kienu jagħmlu ħafna nisa oħrajn, u żżewġitu filħabs stess.
Tmiem
26
21.02.2021
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
21.02.2021
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 369
D. SANT - MELLIEĦA
Bi 3 NUMRI 921 029 974 030 215 B’4 NUMRI 217 0233 340 0250 502 0548 539 0570 555 1190 649 1529 653 2087 835 2335 836 2971
3275 3600 3831 5330 5504 5509 5900 6089 6333 7190 7395 7602 8081
8299 8426 9028 9061 9441 9527 9620 9738 9926 9982 B’5 NUMRI 02050
03471 09825 09951 10765 11650 19269 23709 40223 45052 47811 50009 51949 52566
56251 66407 68642 93903 96163 98563 B’6 NUMRI 067552 088797 151309 368516 558803
604185 652030 657486 693708 840093 B’7 NUMRI 2326590 2845942 3018196 4087032 4385619 9009260
MIMDUDIN: 7. 1. Il-kelb iferfru 9,16. meta jifraħ (5) 10. 4. Kompli l-qawl: 12. Fid-dinja tagħmel16. il-ġid u jisfagħlek 18. ...... (4) 19.
Ara 2 20. COVID-19 (6) Dejjem f’ħalqna (6)21. Ninħaslu biha (6)23. Ara 9 24. Ġewwa bl-Ingliż (2) Ara 6
Neħħi l-frak mil-likwidu (5) Ara 11 Ara 12 wieqfa Hekk tagħmel wara li tomgħod (5)
WEQFIN: 1. Jipproduċu l-għeneb (6) 2,7. Nakkuża (5) 3,5. Uliedi (6) 5. Ara 3
Giddeb? (6) Annimal (9) Suspett! (5) 15 Ħut (6) 17. Isem (3) 21. Il-vokali fl-ordni 22.
u l-ewwel konsonanti (6) Torbot biha (6) Ġurnata (3) Telaq (3) Isem (3)
6,19. 8. 11,21M. 12.23. 13. 14.
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Bżonn, 4.Forn, 7,21 mimduda. Ankri, 10.Tabakk, 12.Mazzun, 20.Sposi, 23.Anġl, 24.Ltima
WEQFIN: 1.Bdiewa, 2,11.Ostja, 3,16.Natale, 5.Ora, 6,18.Nikaj, 8,9.Nazzjonalist, 12,21 wieqfa. Mekka, 13,19.Zappun, 14.Npinġi, 15.Ġnejna, 17,22. Larinġ
28
21.02.2021
PARTIT MA’ SPAGA Editorjal
Il-kliem ta’ Grech jiswa inqas minn duħħan, anke għal min illum qed imexxih minn imnieħru … dawk li wkoll m’għandhomx valuri morali biex jitkellmu jew jiddettaw meta, fl-ewwel lok, huma stess ma jaċċettawx riżultat demokratiku
Li llum ngħidu li Bernard Grech hu ostaġġ tal-establishment Nazzjonalista nkunu qed noħolqu sottovalutazzjoni politika kbira, l-istess bħalma staj na emminna għal snin twal li dan tal-aħħar kellu biss influwenzi minimi fuq it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Fil-verità għandna Oppożizzjoni sħiħa li tinsab imqabbda ma’ spaga biex timxi u tiċċaqlaq kif jaqbel. Fejn jispiċċa t-tarf l-ieħor tal-ispaga se nsibu karattri bħal Richard Cachia Caruana u l-“filjozzi” kollha li dejjem servew tajjeb ħafna l-interessi vasti ta’ din ix-xirka perikoluża. Il-Kap il-ġdid tal-PN irid jimxi fuq il-linja li qed titpinġa quddiemu u f’żarbun li jaf li hu temporanjament misluf lilu. Joħroġ mil-linja darba u jkollu jbati konsegwenzi serji, kif kellu jesperjenza proprju din il-ġimgħa. Wara biss erba’ xhur fil-pożizzjoni, hu stess żgur hu aktar konxju li l-prużunzjoni u l-egoċentriżmu ma jiswew l-ebda ġid fil-ħajja, wisq inqas fil-politika.
Kieku kien stuż, bħalma jipprova jagħti l-impressjoni li hu, żgur kien jintebaħ ’il fejn kienu se jġebbduh minn imnieħru tal-establishment sa minn dik il-ġurnata tbaqbaq f’Lulju ta’ sena ilu meta f’rokna ta’ kafetterija f’Tas-Sliema Jason Azzopardi mlielu rasu li se jsib kull appoġġ biex jikkontesta l-elezzjoni għat-tmun tal-PN. Avolja mingħajr esperjenza politika, Grech ma kellux għal xiex jistenna l-ħatra tiegħu biex jibda jħoss il-frosta fuq dahru, bħal meta heddu Manuel Delia biex jara li ma jirrovinax dan iċċans ta’ ħajtu li kienu qegħdin jagħtuh u li għajnejhom kienu l-ħin kollu fuqu. Wisq inqas kellu jistenna li joqgħod jiġi rredikolat talli din il-ġimgħa meta wrewh li kien żgarra fil-pubbliku bid-dikjarazzjoni tiegħu li ma kienx hemm lok li jieħu azzjoni fuq il-predeċessur tiegħu Adrian Delia dwar xi konnessjonijiet mal-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Fil-fatt, wara li qagħad ifarfar ġwenħajh quddiem il-kamera
tat-Times u jgħid li ħadd ma kien se jġiegħlu jagħmel dak li ma jridx, bilkemm għaddew 24 siegħa biex skoprejna li kliemu kien jiswa inqas mid-duħħan. Il-fatt li l-Kunsill Amministrattiv tal-PN l-għada stess ħa pożizzjoni fuq każ riċiklat minn erba’ snin ilu u jiddikjara pubblikament li ma kien hemm l-ebda intenzjoni li jittieħdu passi ulterjuri kontra l-Eks Kap Simon Busuttil, talli għamel tiegħu l-akbar gidba politika Egrant qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, jixhed biss li l-miżien kellu jixxaqleb akkost ta’ kollox biex ipatti u jpaċi lill-forza do minanti fil-Partit. Grech, li seta’ biss ibaxxi rasu u jinkina quddiem l-establishment, kellu wkoll jattendi f’attività tal-establishment fuq it-taraġ ta’ Kastilja biex ippo litiċizza l-uġigħ tal-qraba li tilfu lill-għeżież tagħhom fil-pande mija tal-COVID-19. Mhu se nlumu lil ħadd li jemmen li Grech hu inqas Kap milli jixtieq hu. Li l-politika tiegħu mhix dik ta’ moħħu, imma dik li toħroġ minn moħħ ħaddieħor, li
wkoll nafu li jissimbolizza mentalità skaduta u diviżiva bilprovi. Ta’ min m’għandux valuri morali biex jitkellem jew jiddetta meta hu stess ma jaċċettax riżultat demokratiku fl-ewwel lok u skontu, kull azzjoni, gambetta u sabutaġġ kontra l-amministrazzjoni Laburista huma dover imsejjes fuq dak li hu jifhem li hu veru … iżda mhux. Dan aktar jitfa’ piż fuq irresponsabbiltà li jġorr il-Partit Laburista biex, mill-Gvern u anke barra, ifittex l-għaqda fost ġensna u jħalli waħdu lil min irid jinħela fil-ġbid tal-ispag għall-gost u l-ħtiġijiet tiegħu. Għalhekk illum, meta qed nibdew ukoll it-triq għall-irkup ru mill-agħar kriżi mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn, jaqbel li nagħtu l-appoġġ sħiħ lill-argument tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela li, bħala Maltin u Għawdxin, għandna ningħaqdu f’Tim Malta. Bl-istess mod li wrietna din l-aħħar sena, il-kapaċitajiet u r-reżiljenza tagħna bħala ġens jispikkaw ferm aktar meta nkunu forza waħda.