KullHadd_21.08.2016

Page 1

ĦARSA LEJN

23 RAPPORT TA’ STUPRU

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 21 ta’ Awwissu, 2016

Ara paġna 2 Ħarġa Nru 1,206 Prezz €1

MINN TARĠA GĦALL-OĦRA • DARET IR-ROTA MAL-AĠENZIJI TAL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KREDITU WKOLL • ERBA’ BIDLIET GĦALL-AĦJAR FI TLIET SNIN

Fl-aħħar sigħat Fitch bidlet minn stabbli għal pożittiv il-ġudizzju tagħhha fuq Malta. Iżda din mhix l-unika bidla minn aġenzija internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu; fl-aħħar tliet snin kien hemm ħames bidliet simili li bidlu għalkollox ir-reputazzjoni ta’ Malta lil hinn minn xtutna. Stħarriġ li għamlet din il-gazzetta juri kif f ’Lulju 2015 kien hemm bidla minn stabbli għal pożittiv minn Standard & Poor’s. F’Ottubru 2013 Moody’s bidlu minn negattiv għal stabbli, xi ħaġa li Fitch kienu għamluha fl-2013. B’reazzjoni għal din l-aħħar bidla, il-Prim Ministru

Joseph Muscat qal: “Din hija konferma ta’ dak li jħossu l-familji Maltin u Għawdxin u dawk in-negozji fi bwiethom. Li jafu li hawn ix-xogħol, li jafu li hawn il-ġid, li jafu li bdejna minn sitwazzjoni ta’ ekonomija li kienet qed tistaġna u qgħad qiegħed jogħla, u dawwarna dan kollu biex illum għandna l-aktar ekonomija li qed tikber fl-Ewropa, l-inqas rata ta’ qgħad fl-Ewropa u l-inqas rata ta’ żgħażagħ qiegħda fl-Ewropa.” Ara paġna 5

IS-SINDKU TAL-ILLEGALI • RAPPORT JIKKUNDANNA T-TMEXXIJA FINANZJARJA TIEGĦU

IL-MANWAL TAT-TRASPARENZA

• €2,000 FIX-XAHAR MILL-PN WARA LI TILEF L-ONORARJA L-eks-Sindku ta’ Birkirkara Michael Fenech Adami kien ikkundannat bil-kbir minn rapport tal-Bord ta’ Governanza tal-Gvern Lokali. Rapport li fih instabu nuqqasijiet kbar fil-mod kif, meta kien sindku Fenech Adami, mexxa l-finanzi tal-Kunsill Lokali. F’iktar minn okkażjoni waħda Fenech Adami aġixxa waħdu u minn wara dahar il-Kunsill Lokali fuq ‘deals’ li kienu jlaħħqu l-eluf ta’ ewro. Quddiem rapport mill-iktar iebes, Fenech Adami sab id-difiża pronta tal-Partit Nazzjonalista tattakka lill-Bord ta’ Governanza. Mhux soltu li l-Partit Nazzjonalista jattakka l-Bord, iżda għal Fenech Adami nbidlet il-prassi. Fil-fatt, meta Fenech Adami spiċċa minn sindku u tilef l-onorarja, il-Partit Nazzjonalista impjegah miegħu fi żmien li keċċa għexieren ta’ nies. Dan b’madwar €2,000 fixxahar. Ara paġna 7

PASS IEĦOR B’RABTA MAL-LIĠI TAL-FINANZJAMENT TAL-PARTITI Pass ieħor fit-twettiq tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti sar fl-aħħar jiem meta kien ippubblikat avviż legali li jelenka l-mod kif il-partiti jridu jagħtu d-dettalji dwar il-qagħda finanzjarja tagħhom. Il-partiti qed ikunu mitluba jagħtu rendikont finanzjarju skont regoli internazzjonali. Hemm disa’ sezzjonijiet li l-partiti jridu jimlew f ’dak li hu manwal li jiġi segwit mis-settur privat. “Ir-riga li aħna nitolbu min-naħa ta’ awditjar hija dik skont livelli stabbiliti. Dak li japplika għall-privat. Is-serjetà li rridu mill-privat, irriduha wkoll mill-partiti politiċi,” qal il-Ministru Owen Bonnici f ’kummenti lill-gazzetta KullĦadd. Ara paġna 3


02 21|08|2016

kullhadd.com

LOKALI

23 RAPPORT TA’ STUPRU U SITTA GĦALL-QORTI Kitba ta’ PAULA CAUCHI

“Qomt f ’nofs ta’ lejl bittwerżiq u t-tisbit mal-bieb ta’ barra, u leħen binti tgħajjatli għall-għajnuna. Jien u missierha qomna niġru, ftaħt il-bieb u nsibha bi flokk imqaċċat, wiċċha aħmar nar b’forma t’id għadha tidher friska fuq sidirha.” Bintha, li għandha inqas minn 18-il sena, sfat vittma ta’ attentat stupru. Omm emozzjonata qasmet l-esperjenza ta’ bintha miegħi, għal għarrieda, meta bdiet tavża lil kull tfajla li toqgħod fil-viċinanzi b’dan ir-raġel li kien qed iħuf it-toroq tar-raħal. Għalhekk, meta ftit tal-ġimgħat wara ġiet fuqi tgħidli li wara investigazzjoni intensiva r-raġel kien identifikat u nstab, ħassejt soljev imma ħsiebi dlok mar fuq il-vittmi l-oħra, li siekta se jibqgħu jġorru magħhom episodju trawmatiku tul ħajjithom. Fl-2015, f ’pajjiżna l-pulizija rċiviet 23 rapport ta’ każ ta’ stupru. F’kollha kemm

huma l-vittmi kienu nisa. Għal gżira fejn il-maġġoranza jħossuhom siguri għaddejjin fit-triq waħedhom, din żgur li hi figura allarmanti, iżda filverità dan l-ammont mhuwiex

rappreżentattiv u l-każijiet ta’ stupru huma iktar numerużi. Dan għax, minbarra li hemm vittmi li jagħżlu li ma jkellmux lill-pulizija, hemm oħrajn li jirrappurtaw il-każijiet taħt

kappa oħra ta’ vjolenza jew skontata bir-reklużjoni jew offiża volontarja. mingħajrha. Is-sena li għaddiet Irrispettivament tressqu sitt jekk vittma persuni l-Qorti tmurx għand Ikun f ’idejn akkużati bi il-pulizija stupru, jew l-isptar, il-ġudikatura li t n e j n Victim tagħżel it-tul ta’ minnhom Support k i e n u M a l t a żmien ta’ ħabs, marbuta joffr u b’minimu ta’ tliet m a ’ diversi każijiet servizzi snin u massimu ta’ stupru taħt il-kappa ta’ disa’ snin li ġraw flta’ Care for 2014 u l-oħrajn Victim of b’rabta ma’ każijiet Sexual Assault. Isli saru fl-istess sena. servizzi, li jingħataw Jekk misjub ħati, il-liġi Maltija b’mod personalizzat skont iltistipula li kull min, bil-vjolenza, bżonn tal-vittma, huma offruti jikkommetti stupru fuq kemm immedjatament wara persuna, irrispettivament jekk l-aggressjoni u anke snin wara. hux mara jew raġel, jingħata Dawn jinkludu assistenza ta’ l-piena ta’ priġunerija. Ikun emergenza ta’ social worker flf ’idejn il-ġudikatura li tagħżel it- isptar u għand il-pulizija, pariri tul ta’ żmien ta’ ħabs, b’minimu u rappreżentazzjoni legali ta’ ta’ tliet snin u massimu ta’ disa’ avukati l-Qorti b’xejn u servizzi snin, u jekk is-sentenza tkunx psikoloġiċi bla ħlas, fost oħrajn.

UNIT BEJN TRANSPORT MALTA U L-KUNSILLI LOKALI Twaqqaf unit bejn Trasport Malta u l-kunsilli lokali bil-għan li jkun hemm kordinament aħjar fid-dawl li huma d-diversi t-talbiet li jsiru mill-kunsilli lokali. Il-Ministru Joe Mizzi, responsabbli mit-Trasport u l-Infrastruttura, qal li huwa konxju mill-ħtieġa li l-kunsilli lokali jridu jingħataw attenzjoni aktar immedjata u effettiva. Proprju għalhekk li qed jittieħdu dawn l-inizjattivi ġodda biex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-kunsilli lokali u l-Ministeru. Saħansitra stqarr li kienu bosta l-ilmenti mill-kunsilli lokali li ma kinux qegħdin jilħqu l-livell mixtieq ta’ attenzjoni minn Transport Malta. “Dan mhux b’kapriċċ iżda minħabba ċirkustanzi li mhux dejjem wieħed ikun jista’ jindirizza u jsolvi l-problemi għassodisfazzjon ta’ kulħadd,” qal il-Ministru Mizzi. Spjega li kien proprju għal din ir-raġuni li Transport Malta ħadet ħsieb li tindirizza din is-sitwazzjoni u impenjat ruħha li tagħti l-għajnuna kollha possibbli lill-kunsilli lokali. Dan dejjem jista’ jseħħ fil-limiti tar-riżorsi finanzjarji li Transport Malta jkollha għad-dispożizzjoni tagħha. Mizzi jemmen li din il-miżura diġà bdiet tħalli l-effett u l-kunsilli lokali se jkunu qegħdin jirċievu komunikat maqbul mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali dwar kif għandhom jaslu l-ilmenti, il-kummenti u s-suġġerimenti għand Transport Malta. Din hija biss waħda mill-miżuri li l-Ministru ddiskuta fid-dettall mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali biex, permezz ta’ din ilħidma, il-kunsilli lokali jingħataw aktar attenzjoni immedjata u effettiva.


LOKALI

kullhadd.com

21|08|2016 03

RENDIKONT B’DISA’ OBBLIGI • IPPUBBLIKAT AVVIŻ LEGALI LI JINFORZA L-LIĠI TAL-FINANZJAMENT TAL-PARTITI ALEANDER BALZAN

aleander.balzan@one.com.mt

Kien ippubblikat l-avviż legali dwar il-forma li għandu jieħu r-Rendikont Annwali u Finanzjarju talPartiti Politiċi. Dan f ’pass ieħor biex tkun attwata l-liġi tal-finanzjament tal-partiti wara li fl-aħħar ġimgħat ilpartiti politiċi rreġistraw mal-Kummissjoni Elettorali għall-ewwel darba. L-avviż legali jistabbilixxi disa’ sezzjonijiet li l-partiti jridu jimlew biex ikun hemm it-tagħrif kollu. B’hekk, dan kollu se jkun qed ipoġġi rendikonti finanzjarji talpartiti f ’konformità malogħla livelli ta’ financial reporting internazzjonali. Issa r-rendikonti finanzjarji tal-partiti politiċi Maltin se jkunu tal-istess livell ma’ dawk ta’ entitajiet kummerċjali kbar Maltin u anke dawk internazzjonali. Qabel kollox, l-avviż legali huwa f ’kontinwazzjoni malliġi dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi biex jippreparaw r-rendikonti finanzjarji annwali li, wara li jiġu sottomessi għallawditjar, eventwalment ikunu saħansitra ppubblikati millKummissjoni Elettorali għallinformazzjoni tal-pubbliku. Id-dokument kif mitlub mill-avviż legali jagħmel irrendikont finanzjarju talpartit iktar komprensiv u joffri tagħrif ċar fuq l-attività u l-qagħda finanzjarja talpartit skont l-ispirtu tal-liġi. Liġi li, fi kliem il-Ministru talĠustizzja Owen Bonnici, hija

Dak li japplika għall-privat. Is-serjetà li rridu mill-privat, irriduha wkoll mill-partiti politiċi

mibnija fuq “il-kontabbiltà u t-trasparenza tal-operat talpartiti politiċi.” “Il-liġi ddaħħal serjetà, u s-serjetà tfisser li l-mod kif tagħmel l-affarijiet ikun skont prassi internazzjonali u, għalhekk, ir-riga li aħna nitolbu min-naħa ta’ awditjar hija dik skont livelli stabbiliti. Dak li japplika għall-privat. Is-serjetà li rridu mill-privat, irriduha wkoll mill-partiti politiċi,” qal il-Ministru Bonnici. Fisser kif huwa konxju talpiż fuq il-partiti politiċi u, għalhekk, il-Kummissjoni

Elettorali għamlet linji gwida li bihom tkun qed tgħin lillpartiti. “Iżda, l-iktar ħaġa importanti hi dik li issa l-poplu se jkun jaf iktar b’dettall il-mod kif il-partiti politiċi jikkonduċu l-flus li se jiġbru mingħand id-donaturi tagħhom. Din hija wiegħda kruċjali ta’ kif twettaq it-trasparenza politika. Ħaddieħor kien ipaċpaċ, aħna aġixxejna u għamilna d-differenza,” qal il-Ministru Bonnici, wara li daħħal fis-seħħ parti oħra ta’ dak li pajjiżna kien ilu jistenna snin twal.

ID-DISA’ SEZZJONIJIET TAD-DOKUMENT LI JRIDU JIMLEW IL-PARTITI HUMA: 1. Informazzjoni ġenerali 2. Rapport tal-amministraturi 3. Rapport tar-responsabbiltajiet tal-amministraturi 4. Rapport tal-awditur indipendenti tal-partit politiku 5. Rapport tad-dħul u ħruġ 6. Rapport dwar il-pożizzjoni finanzjarja 7. Rapport dwar il-moviment fir-riservi finanzjarji 8. Rapport dwar il-moviment tal-fondi, u 9. Noti

MIRAKLU KULL DARBA LI TIRNEXXI • IT-TIENI TRAPJANT TAL-QALB FUQ MARA F’PAJJIŻNA

Kitba ta’ il-maġġoranza tal-pazjenti PAULA CAUCHI li tbattilhom qalbhom f ’età li tiflaħ għat-trapjanti huma Għat-tieni darba f ’pajjiżna rġiel. mara ngħatat ħajja ġdida S’issa, f ’pajjiżna saru 16b’trapjant tal-qalb li sar il trapjant tal-qalb, bi 88% b’suċċess. Il-mara ta’ 43 sena minnhom li kienu suċċess. ila tbati minn kundizzjoni Ħdax mill-14-il pazjent f ’qalba mill-età ta’ 18-il sena u li salvaw l-operazzjoni issa hija t-tieni mara li rċiviet għadhom ħajjin qalb ta’ donatur fid-19-il sena snin wara t-trapjant. li ilu li nfetaħ il-programm ta’ Pazjent minnhom trapjanti tal-qalb f ’pajjiżna. saħansitra għamel Il-konsulent u kirurgu tal- trapjant ieħor, ta’ qalb Alexander Manché kilwa, wara dik talddeskriva kif il-pazjenta ma qalb. setgħetx temmen li, wara Iżda, irrispettivament episodji ta’ deterjorazzjoni minn kemm isiru u diżappunti, setgħet tikseb trapjanti, il-fatt li saħħitha lura tant li issa tgħid l-qalb, l-iktar organu li tagħlaq żmienha f ’żewġ kruċjali fil-ġisem, dati: il-jum tat-twelid u l-jum tinqala’ minn postha tat-trapjant. u minflokha titpoġġa It-trapjanti tal-qalb fost qalb ta’ persuna oħra huwa in-nisa huma rari hekk kif kkunsidrat miraklu.


• L-AWTORITÀ TAL-IPPJANAR TĦARES LEJN IKTAR INFURZAR FUQ SITI PERIKOLUŻI 04 21|08|2016

kullhadd.com

LOKALI

BĦALL-JERMA U L-MISTRA HEMM SITI OĦRA • L-AWTORITÀ TAL-IPPJANAR TĦARES LEJN IKTAR INFURZAR FUQ SITI PERIKOLUŻI Kitba ta’ “Dalwaqt ħierġa white paper fuq multi JANICE BARTOLO fuq bini kummerċjali fiż-żona taliżvilupp u li huma abbandunati. U Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità min ma jiħux azzjoni, l-Awtorità tista’ tal-Ippjanar, Johann Buttigieg, tidħol u tieħu azzjoni hi,” kompla ikkummenta li s-siti tal-Jerma u jispjega, wara li l-Awtorità aġixxiet fuq l-Mistra Village, li jridu jitranġaw jew is-siti tal-Jerma u l-Mistra Village. jitneħħew, mhumiex l-uniċi li għandha Kien wara li nhar il-Ġimgħa, b’mod għajnejha fuqhom l-Awtorità. “Hemm esklussiv, one.com.mt żvela li ħareġ numru ta’ siti oħra, fosthom Buġibba,” avviż ta’ infurzar biex il-lukanda qal il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità. Jerma titneħħa jew titwaqqa’ fi żmien Din l-azzjoni kienet possibbli grazzi stipulat, li ilbieraħ l-Awtorità talgħall-firda tal-MEPA: f ’Awtorità tal- Ippjanar ħabbert uffiċjlament li ħarġet Ambjent u Awtotità tal-Ippjanar, u avviż ta’ infurzar ieħor f ’dik li kienet l-bidla fil-liġijiet li din ġabet magħha. il-Mistra Village Holiday Complex

fix-Xemxija. Dan ukoll, bħall-Jerma, kien żvilupp fuq medda kbira ta’ art li tħalla abbandunat għal snin twal. IlMistra tkopri medda art ta’ 28,500m2 – ħafna minnha art mibnija. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar qal li l-infurzar f ’dan il-każ huwa simili ħafna tal-Jerma. “Huma sidien differenti imma t-tnejn fi stat ta’ abbandun u periklu. Is-sit tal-Mistra huwa ħafna ħafna ikbar u hemm telqa u abbandun totali,” qal Johann Buttigieg. Is-Segretarju Parlamentari għallIppjanar Deborah Schembri stqarret magħna li l-fatt li nħareġ avviż ta’

DWAR XIEX QED NITKELLMU? IS-SIT TAL-JERMA IS-SIT TAL-MISTRA VILLAGE

infurzar għal dan it-tip ta’ żvilupp jindika li, f ’għajnejn dan il-Gvern, kulħadd huwa l-istess taħt il-liġi. Siti li qed ikerrhu l-ambjent Malti u Għawdxi ma jitħallewx ikomplu jeżistu f ’dak l-istat. Dan ma jfissirx li jitneħħa d-dritt tal-iżvilupp fl-istess medda art. B’dan il-mod ikun jista’ jsir żvilupp f ’art li bħalissa qed timtela biss minn kruha u żdingar. Fil-fatt, kienet din il-gazzetta stess li fl-aħħar ġimgħat irrappurtat kif l-Awtorità għalqet numru ta’ vilel madwar il-pajjiż li kellhom permess oriġinali ta’ stalel.


LOKALI

kullhadd.com

21|08|2016 05

L-ISTABBLI JINBIDEL GĦAL POŻITTIV • L-AĦĦAR RAPPORT TA’ FITCH IKOMPLI JIKKONFERMA L-QAGĦDA EKONOMIKA TAJBA TA’ PAJJIŻNA • BIDLA MINN SENSIELA TUL L-AMMINISTRAZZJONI MUSCAT

L-aġenzija internazzjonali ta’ credit rating, Fitch, filwaqt li kkonfermat il-qagħda ta’ Malta fil-kategorija A, għolliet il-prospettivi tal-ekonomija Maltija minn stabbli għal pożittv. Dan ir-rapport huwa biss l-aħħar minn sensiela ta’ ċertifikati li jkompli jikkonferma kemm l-istrateġija ekonomika u finanzjarja li mexa fuqhom f ’dawn l-aħħar tliet snin ilGvern Laburista qed tħalli l-frott. Fil-fatt, ftit aktar minn xahar ilu, l-aġenzija Standard & Poor’s ukoll ħarġet rapport pożittiv immens fuq il-qagħda ekonomika eċċellenti ta’ pajjiżna. Tema komuni bejn dawn irrapporti hija li l-Gvern Laburista rnexxielu jdaħħal miżuri li bihom saħħaħ l-ekonomija li kienet mifnija minn snin ta’ telqa taħt amministrazzjoni Nazzjonalista. Dan jiġi kkonfermat ukoll mill-fatt li Fitch tiddeskrivi lill-Enemalta bħala “kumpanija li tiġġenera l-profitt”. Dwar il-qasam tal-enerġija, ir-rapport ta’ Fitch jiddikjara

li, grazzi għall-investiment immirat ta’ dan il-Gvern fi proġetti kbar, grazzi għal dan ilqasam biss, iż-żieda fil-Prodott Domestiku Gross sal-2020 se jikber bi 3%. F’dan ir-rapport Fitch qed issostni li kibret sew il-fiduċja internazzjonali fil-prospetti ta’ Malta, hekk kif minn pajjiż stabbli issa qed jikklassifikaw lil Malta bħala wieħed b’ġejjieni pożittiv. Fitch waslet għal din il-konklużjoni wara li studjat sensiela sħiħa ta’ indikaturi ewlenin u l-mod kif dawn se jħallu impatt pożittiv fuq l-iżvilupp sostnut ta’ pajjiżna. Fir-rapport tagħha Fitch tgħid li fuq ix-xefaq qed tara li d-dejn tal-Gvern se jkompli jonqos grazzi għaż-żieda qawwija filprodott nazzjonali u l-proċess kontinwu ta’ konsolidazzjoni fiskali. Fitch tgħid ukoll li r-riformi wiesa’ li qed jimplimenta dan ilGvern fil-qasam tal-pensjonijiet se jtejbu s-sostenibbiltà tassistema tal-pensjonijiet. Dan għall-kuntrarju għal dak li kien jiġri fi żmien Gvern Nazzjonalista wara snin sħaħ ta’ tmexxija bla wisq għaqal minn

Gvern Nazzjonalista li wassal ilpajjiż fix-xifer u li, fost oħrajn, wassal sabiex jinfetħu proċeduri ta’ deficit eċċessiv kontra Malta. Fitch qed tibbaża r-reviżjoni tagħha, fost oħrajn, fuq ittnaqqis tad-defiċit fiskali minn 1.5% tal-Prodott Domestiku Gross fl-2015 għal 0.6% fl2017. Issemmi wkoll ir-riformi strutturali li qed iwettaq il-Gvern u t-titjib fil-kompetittività sabiex il-pajjiż ikun f ’qagħda aħjar biex jattira aktar investiment produttiv li jżid l-impiegi. Dan qed iwassal għal sitwazzjoni bla preċedent fejn qatt f ’Malta ma kien hawn impjiegi daqskemm għandna llum. Fitch qed turi fiduċja li r-ritmu tal-iżvilupp ekonomiku Malti fis-snin 2016-2018 se jkun ta’ 3.6% waqt li fl-istess ħin il-flus fi bwiet il-poplu se jiżdiedu bissaħħa ta’ żieda fin-numru ta’ ħaddiema, rata ta’ inflazzjoni li tkun qed tinżamm taħt kontroll u żieda fil-pagi. Skont Fitch, il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jista’ jkollu effett negattiv iżda limitat peress li n-nuqqas ta’ turisti mir-Renju Unit jiġi kkumpensat

“Din hija konferma ta’ dak li jħossu l-familji Maltin u Għawdxin u dawk in-negozji fi bwiethom. Li jafu li hawn ix-xogħol, li jafu li hawn il-ġid, li jafu li bdejna minn sitwazzjoni ta’ ekonomija li kienet qed tistaġna u qgħad qiegħed jogħla, u dawwarna dan kollu biex illum għandna l-aktar ekonomija li qed tikber fl-Ewropa, l-inqas rata ta’ qgħad fl-Ewropa u l-inqas rata ta’ żgħażagħ qiegħda fl-Ewropa” – Joseph Muscat minn turisti ġejjin minn pajjiżi oħra. Fil-fehma ta’ Fitch, is-settur bankarju f ’Malta jibqa’ wieħed b’saħħtu hekk kif il-pożizzjoni ta’ Malta tikkompara sew ma’ dawk il-pajjiżi l-oħra li huma kklassifikati bħala ‘A’. Dan iwassal biex il-kont kurrenti ta’ Malta għas-snin 2016-2018 se jkun pożittiv u jilħaq medja ta’ 4.6% bis-saħħa ta’ żieda fit-turiżmu u l-esportazzjoni

L-Aġenzija Fitch tagħmel ukoll referenza għal żviluppi li jistgħu jkomplu jġibu ’l quddiem l-ekonomija Maltija, fosthom il-bżonn li Malta tkompli tikkonsolida l-finanzi pubbliċi u li tkompli tindirizza n-nuqqasijiet li jxekklu milli aktar investiment jiġi attirat lejn il-pajjiż. Fl-istess ħin, ir-rapport jisħaq li Malta m’għandhiex titbiegħed mill-miri fiskali ewlenin li għandha.

DEJN ĠENERALI Id-dejn ġenerali tal-Gvern waqa’ għal 63.9% tal-Prodott Domestiku Gross fl-2015, minn 67.1% fl2014. Huwa mbassar li jinżel għal 56% fl-2018. Dan grazzi għal tkabbir nominali b’saħħtu tal-Prodott Domestiku Gross u l-konsolidazzjoni fiskali kontinwa.

IL-BIDLIET TAL-AĠENZIJI TAL-KLASSIFIKAZZJONI

DEFIĊIT FISKALI Id-defiċit fiskali huwa mbassar li jonqos għal 0.9% tal-Prodott Domestiku Gross fl-2016 u għal 0.8% fl-2017; inqas mill-medja ta’ pajjiżi f ’kategorija A. Dan wara li fl-2015 kien 1.5%. TKABBIR EKONOMIKU Il-potenzjal ta’ tkabbir ekonomiku huwa stmat fil-livell ta’ 4.5% fl-2015 mill-Gvern, li jirrifletti r-riekwilibriju strutturali tal-ekonomija mill-mannifattura lejn setturi b’iktar valur miżjud u intensivi fix-xogħol. Il-Gvern implimenta sensiela ta’ riformi strutturali biex itejjeb l-ambjent tan-negozju tal-pajjiż u l-kompetittività u jitrawwem tkabbir għal żmien medju. It-tkabbir ekonomiku kompla jkun aħjar mill-medja taż-Żona Ewro u fl-ewwel kwart tal-2016 tela’ fil-livell ta’ 5.2%. Fitch tistenna li t-tkabbir jibqa’ dinamiku iżda b’moderazzjoni bejn l-2016 u l-2018 fil-livell ta’ 3.6%, immexxi minn domanda domestika b’saħħitha.

Awwissu 2016, FITCH: minn STABBLI GĦAL POŻITTIV Lulju 2015, Standard & Poor’s: minn STABBLI GĦAL POŻITTIV Ottubru 2013, Moodys’, minn NEGATTIV GĦAL STABBLI Settembru 2013, Fitch, minn NEGATTIV GĦAL STABBLI


06 21|08|2016

kullhadd.com

LOKALI

META S-SEJĦA TKUN IKTAR URĠENTI • F’SISTEMA EWROPEA TA’ ALLERT BIEX IKUNU SALVATI T-TFAL • MALTA R-RABA’ PAJJIŻ LI SE JUŻA DIN IS-SISTEMA ALEANDER BALZAN

aleander.balzan@one.com.mt

Fl-ewwel nofs tal-2017 Malta se tibda tuża s-sistema Amber Alert li se tippermetti lill-Pulizija tagħmel użu minn arranġament strutturat, effiċjenti u rapidu biex tgħarraf lill-pubbliku meta jkun hemm il-biża’ li tifel jew tifla maħtufin jew neqsin ikunu f ’periklu imminenti. B’hekk, in-nies se jkunu f ’pożizzjoni aħjar biex jgħinu lill-Pulizija biex f ’każi bħal dawn it-tfal jinstabu kemm jista’ jkun malajr. Kull sena fl-Unjoni Ewropea jiġu rrappurtati neqsin 250,000 tifel u tifla. F’76% tal-każijiet ta’ tfal li jinħatfu u jinqatlu, ilqtil iseħħ f ’temp ta’ tliet sigħat minn mindu jsir il-ħtif. Fi ħdan il-Korp tal-Pulizija għaddejjin diversi tħejjijiet. Tkellimna malIspettur Paula Ciantar li fissret aħjar x’inhi din is-sistema. “L-Amber Alert hija simili għal meta aħna noħorġu filmidja appell lill-pubbliku biex jagħtina tagħrif. Bdiet fl-Istati Uniti għax kien hemm tifla blisem ta’ Amber Hagerman u wara ftit taż-żmien instabet mejta. Ommha bdiet tinduna, mill-affarijiet li bdew jgħidu l-ġirien li rawha riekba r-rota jew f ’ċertu post, li kieku kisbet dik l-informazzjoni qabel setgħet sabet it-tifla iktar malajr u qabel ġiet fil-periklu,” spegat l-Ispettur Ciantar. “Jiġifieri, bħala kunċett dak hu, li meta jkollna tfal filperiklu, persuni vulnerabbli, noħorġu dik li tissejaħ Amber Alert,” qalet l-Ispettur. Bilgħan li dan isir hemm bżonn kollaborazzjoni ma’ bosta entitajiet. Fl-Ewropa hija Amber Alert Europe li toffri pjattaforma biex jiġu salvati t-tfal u network tal-Pulizija dwar it-tfal neqsin li tistabbilixxi s-sistema u tikkollabora ma’ dik ta’ Stati Membri oħrajn tal-UE. Permezz ta’ dan, titjieb ilkoperazzjoni transkonfinali bejn

il-Pulizija, u l-pubbliku jkun mgħarraf aħjar biex ikun jista’ jgħin ħalli jiġu salvati l-ħajjiet tat-tfal neqsin. Malta qiegħda wkoll tikkunsidra attivament tipi oħrajn ta’ koperazzjoni fillivell Ewropew f ’dan il-qasam għax, filpreżent, it-tiftix għal tfal neqsin li jkunu f ’periklu imminenti spiss jitlef ilmomentum tiegħu malli jasal mal-fruntieri interni tal-UE. Iżda, x’jiġri? “Aħna nkunu għamilna risk assesment tal-persuna u nkunu rajna ċ-ċirkustanzi tagħhom. Permezz tal-Amber Alert, fejn naraw li hemm periklu ċar għall-ħajja tal-persuna, noħorġu l-Amber Alert u l-pubbliku jkun jaf li huwa każ li jitlob ċertu bżonn li tinħadem ta’ malajr. Meta tinħareġ, huwa sinjal ċar li tinħtieġ azzjoni immedjata,” qalet l-Ispettur, li fissret kif dan mhux se jsir f ’kull każ. B’kollox hemm 17-il Stat Membru tal-UE li stabbilixxew sistema ta’ allert dwar tfal li jkunu f ’periklu imminenti. Malta se tkun ir-raba’ pajjiż li

se tagħmel użu mis-sistema tal-Amber Alert ipprovduta minn Amber Alert Europe, wara l-Olanda, is-Slovakkja u l-Lussemburgu. Is-sistema tagħmilha possibbli biex, bla ebda telf ta’ żmien, pajjiż jinvolvi lill-pubbliku fittiftix għal tfal neqsin bl-użu ta’ għażla ta’ mezzi bħatteleviżjoni, ir-radju, ittabelli tattoroq b’avviżi li jinbidlu, ittrasport pubbliku, il-messaġġi bil-mowbajl, l-emails, l-istrixxuni fuq is-siti elettroniċi, l-iscreens tar-reklamar fil-pubbliku, messaġġi li jitilgħu meta l-iscreen tal-kompjuter jistrieħ, applikazzjonijiet għallmowbajls, u l-midja tal-kuntatti soċjali. Fix-xhur li ġejjin, il-Pulizija se tkun qed issaħħaħ il-kuntatti tagħha fil-komunità biex tkun f ’pożizzjoni aħjar ħalli xxerred informazzjoni li twassalha biex tgħaddi l-messaġġ lill-pubbliku b’mod effettiv f ’każ ta’ allert. Riċentament, Ciantar kienet fil-Lussemburgu fejn stħarrġet x’inhi s-sitwazzjoni fil-pajjiż.

Dawn għandhom popolazzjoni simili għal dik ta’ pajjiżna, għalkemm bħala pajjiż huwa ikbar. “Ovvjament, f ’Malta għandna l-kuntest u r-realtajiet tagħna. Anke hemm ċerti limitazzjonijiet fis-safar, u dawn huma partikolari għal Malta. Jekk inqabblu ma’ pajjiżi oħra, nistgħu naraw jekk hix qed tintuża l-Amber Alert jew kemm-il darba. Però, on the whole, l-Amber Alert hija xi ħaġa pjuttost rari u dan jirrifletti l-gravità tal-każ,” qalet Ciantar. Mhix spissa Il-mistoqsija li kien imiss kienet sempliċi: allura kemm-il darba tintuża? “Mill-ftit li tħadditt ma’ persuni barra minn Malta, l-iktar li tintuża darba, darbtejn fis-sena,” qalet Ciantar. Mistoqsija jekk dan jirriflettix fuq każi matrimonjali fejn xi ġenitur jaħrab bit-tfal, l-Ispettur Ciantar spjegat li s-sitwazzjoni hi differenti. “Dak huwa każ daqsxejn tricky. L-Amber Alert tiffoka fuq fejn it-tfal qegħdin f ’periklu. Issa t-tfal dejjem huma vulnerabbli. Però, fejn jidħlu l-kustodja u dawn l-affarijiet, dik hija xi ħaġa oħra. Hemm każi fejn nistgħu

nieħdu azzjoni ma’ entitajiet bħal Interpol u Europol, però hemm każi fejn il-kwistjoni tkun ċivili. Irridu nqisu kull każ fuq ilmerti tiegħu,” qalet Ciantar. Il-Membri Parlamentari Ewropej Maltin, Miriam Dalli u Roberta Metsola, kienu fuq quddiem nett fost grupp ta’ membri tal-Parlament Ewropew li taw bidu għal dikjarazzjoni bil-miktub biex jitwettaq il-pjan ta’ ħames punti li ppreżentat l-Amber Alert Europe blgħan li fl-Unjoni Ewropea jkollna protezzjoni aħjar għattfal neqsin li jkunu f ’periklu imminenti billi tissaħħaħ ilkoperazzjoni transkonfinali f ’dan il-qasam. Dan l-aħħar ilParlament Ewropew approva din id-dikjarazzjoni bil-miktub. Żviluppi oħra mistennija jkunu fiż-żmien li Malta jkollha l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea. “Il-Maltin minn dejjem għożżew il-valur tal-benesseri u l-ħarsien tat-tfal,” qal il-Ministru Carmelo Abela. “Il-kwistjoni tat-tfal li jinħatfu jew jonqsu dejjem ngħatat l-ogħla prijorità mill-Korp tal-Pulizija tagħna, u tul il-Presidenza tagħha talKunsill tal-UE, Malta se tkun qed taħdem qatigħ għal aktar żviluppi fil-livell Ewropew f ’dan il-qasam.” Fiċ-ċirkustanzi, l-Ispettur Ciantar temmet tgħid li tħares ’il quddiem biex din is-sistema titħaddem f ’Malta. Din tagħti iktar serħan il-moħħ: “Semmejt diġà li hija struttura simili għal dak li nagħmlu diġà meta jkollna persuna nieqsa. Iżda, hija xi ħaġa utli għax, jekk aħna se nedukaw li meta jkun hemm xi ħaġa se jkun hemm ċertu importanza u r-rispons tal-pubbliku huwa importanti ħafna. Li nagħtu deskrizzjoni tajba, li tkun tirrifletti l-persuna u għalhekk huwa importanti biex ma niżvijawx. Se nutilizzaw ir-riżorsi kemm jista’ jkun to the maximum. Din se tkun utli ħafna.”


LOKALI

kullhadd.com

21|08|2016 07

FENECH ADAMI JIDDEĊIEDI WAĦDU BI KSUR TA’ LIĠI • XOGĦOL MHUX APPROVAT LEJLET ELEZZJONI ĠENERALI • L-AMMONTI JLAĦĦQU L-ELUF U JITQAJMU DUBJI KBAR ALEANDER BALZAN

aleander.balzan@one.com.m

Diversi każi investigati millBord ta’ Governanza Lokali jitfgħu dawl fuq kif Michael Fenech Adami kien imexxi l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. It-tmexxija ta’ Fenech Adami ddur minn każ għall-ieħor ta’ abbuż u potenzjal ksur ta’ liġi tal-kunsilli lokali. Każi li għalihom Michael Fenech Adami ddefenda ruħu ħafna drabi assistit mill-Avukat Karol Aquilina, uffiċjal tal-Partit Nazzjonalista qrib ħafna ta’ Simon Busuttil. Kollox idur ma’ ksur ta’ proċeduri finanzjarji fejn f ’kuntratti ta’ eluf ta’ ewro Fenech Adami ddeċieda waħdu mingħajr ma informa lill-Kunsill Lokali, anke meta l-ammonti ma kinux żgħar. Fost il-każi li jispikkaw hemm xogħol infrastrutturali li ngħata lill-kuntratturi V&C. Dan ingħata qabel l-elezzjoni tal-kunsilli lokali u x-xogħol twettaq mill-kuntrattur meta ma kien għad hemm ebda deċiżjoni tal-Kunsill u wisq anqas l-aġġudikazzjoni ta’ tender relatat. Skont Fenech Adami, dan sar għax ix-xgoħol kien urġenti. Il-Bord ikkummenta hekk dwar din id-deċiżjoni: “Dan il-Bord iħoss li dan l-aġir huwa eżempju ċar ta’ governanza ħażina fejn persuna tiddeċiedi u taġixxi mingħajr l-approvazzjoni formali talKunsill kif ukoll tikser irregolamenti u l-proċeduri stabbiliti dwar ix-xiri pubbliku kif ukoll tal-għoti tal-kuntratti tal-Gvern.” Żied ifakkar li ebda sindku m’għandu dritt jagħmel xi tip ta’ arranġament simili mingħajr l-approvazzjoni talkunsill lokali. Intqal ukoll li

Il-bord huwa konvint li Northern Cleaning Group kienet taf dwar dan kollu u għalhekk hija kompliċi fi ksur tar-regolamenti finanzjarji relattivi

anke l-kuntrattur ma segwix proċeduri stabbiliti mil-liġi. Jirriżulta li l-kunsill li daħal wara Marzu 2013 ma jridx iħallas għal dawn ix-xogħlijiet għax ma kinux skont ilproċedura u l-bord talgovernanza qal li ma jidħolx fil-kwistjonijiet ta’ ħlasijiet mitluba mill-kuntrattur.

Direct orders Anke fuq kiri ta’ karozzi u kiri ta’ photocopiers, Michael Fenech Adami ma mexiex skont illiġi. Għall-kiri ta’ karozzi l-Kunsill Lokali ħallas madwar €30,000, u għal photocopier ħallas madwar €54,000; dan mingħajr ma ħareġ sejħa għallofferti ta’ dawn is-servizzi meta l-ammonti kienu jaqbżu

MAGĦŻUL TA’ SIMON BUSUTTIL Fil-Partit Nazzjonalista, Michael Fenech Adami mhuwiex kunsillier bħal oħrajn. Huwa fost il-magħżula tal-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, tant li, meta mid-Dar Ċentrali għexieren spiċċaw mingħajr impjieg, hu ddaħħal jaħdem l-istamperija. Xogħlu hu li jkun fejn ikun hemm il-Kap. Fost oħrajn iħejji l-loġistika. Ħu Beppe Fenech Adami, il-Viċi Kap Nazzjonalista, għandu saħħa kbira fil-Partit Nazzjonalista, tant li għalih il-Partit Nazzjonalista bidel ukoll l-attitudni fil-konfront tal-Bord ta’ Governanza. Fl-aħħar tliet snin ilBord għamel diversi rapporti u sab nuqqasijiet minn kunsilli lokali bi tmexxija differenti. Iżda, issa għax fin-nofs hemm Fenech Adami, il-Partit Nazzjonalista qal li mhux se jaċċetta l-ġudizzju tal-Bord.

dak stabbilit bl-istess liġi. Għal darb oħra rriżulta li xi kuntratti kienu ffirmati mill-eks-Sindku Michael Fenech Adami waħdu. Dan meta, skont il-liġi, kull kuntratt irid ikun iffirmat ukoll mis-segretarju eżekuttiv. “Dan qed jingħad għax, apparti li fih innifsu jammonta għal ksur ta’ liġi, huwa wkoll indikatur ċar ta’ governanza mhux tajba,” qal għal darb’oħra l-bord, li kkwota l-liġijiet li jagħmluha ċara kif dak li għamel Fenech Adami ma kellu qatt isir. Anke biex inxtraw numru ta’ bankijiet tal-kompjuter, ma mxewx mal-proċeduri. “IlBord ta’ Governanza Lokali rriżultalu li dan l-arranġament ta’ xiri ta’ bankijiet sar mingħajr l-approvazzjoni tal-Kunsill Lokali kif ukoll minn wara

dahar is-segretarju eżekuttiv u sar kollu mill-eks-Sindku Michael Fenech Adami,” kompla jingħad f ’rapport dettaljat, li sab li anke fuq landi taż-żibel Michael Fenech Adami rnexxielu jħawwadha. Dawn l-għaxar kontenituri tar-riċiklaġġ inkrew mingħand General Cleaners bis-somma ta’ €2,809 għall-perjodu 20132014. Biex għal darb’oħra din kienet deċiżjoni ta’ Fenech Adami waħdu. Iżda, kien hemm agħar minn hekk. Ftehim ta’ €3,000 fix-xahar ma’ Northern Cleaning Group sar b’mod verbali minn Fenech Adami u rappreżentanti talkumpanija mingħajr ebda sejħa għall-offerti. Peress li din il-kumpanija diġà kellha kuntratt, Fenech Adami

ddefenda ruħu billi qal li din kienet biss varjazzjoni għal tender oriġinali; varjazzjoni ta’ madwar 30%. Iżda hawn ukoll Fenech Adami sab il-liġi tmerih, għax meta varjazzjoni f ’tender tkun ta’ aktar minn 10% għandha toħroġ sejħa għallofferti. Saħansitra kienu anke l-awdituri li ġibdu l-attenzjoni kif għas-servizz addizzjonali kien hemm obbligu li tinħareġ sejħa biex il-Kunsill Lokali jikseb l-iktar rata vantaġġjuża. Hawn il-Bord kien iebes aktar minn f ’każi oħra. “Il-Bord ta’ Governanza jikkundanna bl-aktar mod kategoriku dan in-nuqqas lampanti fl-infiq ta’ fondi pubbliċi. Il-Bord huwa konvint li Northern Cleaning Group kienet taf dwar dan kollu u għalhekk hija kompliċi fi ksur tar-regolamenti finanzjarji relattivi,” inkiteb fir-rapport, li jiddeskrivi kif id-deċiżjoni kienet waħda “unilaterali” misSindku. Fid-deċiżjoni studjata l-Bord kompla jikkwota liġi wara oħra li tixhed kif Michael Fenech Adami kellu jimxi differenti. Il-piż intefa’ wkoll fuq isSegretarju Eżekuttiv li suppost kien qed iżommlu milli jagħmel dan kollu. Hawn il-Bord ikkonkluda hekk: “Għaldaqstant, il-Bord ta’ Governanza Lokali qiegħed jirrakkomanda lid-Direttur tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali biex jieħu dawk il-miżuri li fl-opinjoni tiegħu jidhirlu li huma xierqa fil-konfront ta’ Michael Fenech Adami u eks-Sindku tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, kif ukoll filkonfront ta’ Arthur Pizzuto, l-eks-Segretarju Eżekuttiv talKunsill Lokali ta’ Birkirkara, u li fi żmienhom seħħew l-irregolaritajiet.”


08 21|08|2016

kullhadd.com

LOKALI

MA ĠARA XEJN LI MHUX KOLLOX SEW • L-ISTIGMA TIBQA’ TĦASSEB LIL MIN JAĦDEM FIL-QASAM TAS-SAĦĦA MENTALI

ALEANDER BALZAN affarijiet, fosthom dawk aleander.balzan@one.com.mt finanzjarji. Imbagħad hemm

realtajiet oħra; dawk fejn il-bniedem iħossu waħdu. Minkejja t-teknoloġija, ilbniedem sar iħossu waħdu – qabel kellna sens isbaħ ta’ komunità,” qalet Meli li fi kliemha dan seta’ naqqas spalla importanti għal min ikun għaddej minn xi problemi. “L-appoġġ li hemm bżonn, jekk tfittxu ssibu, imma qed ninbidlu u m’għadniex kif konna. Naħseb l-akbar p r o b l e m a Mary Rose Meli Infor mazzjoni hija li m’għadx u Għarfien dwar għandna daqshekk is-Saħħa Mentali ħin x’niddedikaw għal tkellmet dwar ir-rwol tagħha xulxin. Forsi qabel kont u kif għaliha s-saħħa mentali tmur titkellem ma’ oħtok, hi meta l-moħħ ikun ċar biex tpoġġi ma’ oħtok u toqgħod jieħu ċertu deċiżjonijiet li tisimgħek…issa oħtok ukoll jwasslu biex il-bniedem jgħix għandha l-problemi tagħha. ħajja sodisfaċenti. Xi kultant m’hemmx dak il“Bla dubju hemm ħafna ħin li wieħed jiddedika biex pressjonijiet u ħafna affarijiet jisma’ lil ħaddieħor,” tgħid li jikkawżaw stress u anzjetà. Meli, li issa ilha sitt snin Ħafna huma affarijiet li huma f ’dan ir-rwol. imponuti fuqna, pereżempju M’hemmx dubju li, jekk il-ħajja mgħaġġla u anke l-fatt hemm diffikultà, hija li rridu nlaħħqu ma’ ħafna l-istigma li għadha teżisti. Li taħdem fi sptar fejn tingħata kura b’rabta massaħħa mentali hija sfida. Iżda, x’aktarx hija l-istess sfida li jiffaċċja kull professjonist fil-qasam tas-saħħa. Dan sakemm magħha ma żżidx l-istigma li għadha teżisti b’rabta ma’ dan issuġġett. Mary Rose Meli, ilp e r s u n a responsabbli g ħ a l l Kampanja Nazzjonali ta’

Ilna nitkellmu dwarha s-snin, mhix ġejja minn hekk biss. iżda mid-dehra kien kollu Biżżejjed ninnutaw kif ċerti għalxejn jew, biex ma nkunux nies saħansitra jitkellmu daqstant negattivi, ngħidu li minn taħt l-ilsien meta jiġu ma saritx differenza kbira. biex jitkellmu fuq Monte “Hemm ċertu biża’ assoċjata Carmeli. Sakemm ma jgħidux mas-saħħa mentali. Forsi “hemm fuq”. Ir-rakkonti l-ewwel tinjoraha, ma tkun mhux dejjem kienu sbieħ trid taf xejn fuq is-suġġett, u, agħar minn hekk, ħafna imbagħad tibda tibża’ għax drabi ma rriflettewx realtà. ma tafx x’inhi r-realtà. Hawn “Anke films u produzzjonijiet tidħol l-istigma,” tgħid Meli. li naraw ma tantx jitfgħu Tirrakkonta b’awtorità minn dawl sabiħ fuq is-saħħa dak li ltaqgħet miegħu, mentali. Iġibu nies b’mard li persuni li jħossuhom mentali jaġixxu b’mod naqra ftit imdejqin jew too much. Taf kif ? għaddejjin minn Not the reality. żmien diffiċli Ma jurux irAnke films u mhux lesti realtà vera produzzjonijiet li jitkellmu u bla ma daqshekk trid, jekk li naraw ma malajr. tara dawn tantx jitfgħu Jista’ jkun li l-affarijiet l-għajnuna kollha, dawl sabiħ fuq j m o r r u jfittxuha is-saħħa tard wisq: mentali “Dan bħal timpressjona meta għandek ruħek – taqa’ kundizzjoni fiżika: għall-effett tasjekk mort għand it-tabib sensazzjonaliżmu,” tgħid mill-ewwel iċ-ċansijiet huma Meli li, b’nofs tbissima, li ħa tilħaqha fil-bidu u, jekk issemmi t-twerżiq eċċessiv tħalli ħafna, tiġi bżonn kura f ’ħafna films biex issostni iktar aggressiva. L-istess dak li qed tgħid. hawn.” Problema ta’ saħħa mentali Però, din l-istigma kollha ma tafx uċuħ, livell ta’

edukazzjoni jew età. Tista’ tolqot lil kulħadd. Iżda, dehru xi bidliet fost dawk li jieħdu l-kura għal dawn ilkundizzjonijiet. “Tista’ tkun għaddej tajjeb, imbagħad jinqalagħlek xi ħaġa u hemm tibda tiffaċċja d-diffikultajiet. Jiġifieri t-‘trends’ baqgħu l-istess. Ovvjament, naraw iktar pressjonijiet fl-adulti, fejn għandek ir-relazzjonijiet, il-pressjonijiet tal-finanzi u tal-ħajja. Dan biex inkun semmejt ftit minn ħafna,” tispjega Meli. Tfisser li dan ma jfissirx li kull min jgħaddi minn separazzjoni se jkollu din il-problema, iżda hemm min ma jkunx jiflaħ għaċċirkustanzi xejn sbieħ li toffri l-ħajja. Lura għall-istigma u nirreferi għall-pilloli bħala eżempju ieħor. Għaliex ħafna ma jkunux iridu jieħdu l-pilloli meta dawn ikunu meħtieġa biex wieħed jikkura lilu nnifsu? “Ma naħsibx li hawn xi ħadd li jkun irid jieħu xi pilloli u, qabel wieħed jeħodhom, faċilment jaħseb li jgħaddi mingħajrhom. Iżda, kif inti tibda tieħu Tkompli paġna 9 >>


LOKALI

kullhadd.com

l-mediċina u tħossok aħjar tirrealizza l-importanza. Din dejjem teħodha sakemm hemm bżonn. Mhux mort għand psikjatra u tibqa’ teħodha għal għomrok u littabib qatt ma terġa’ tarah,” issostni Meli, li tirrimarka kif dik bejn il-professjonist u l-pazjent hija relazzjoni talikbar importanza. Bil-għan li iktar nies jieħdu l-għajnuna li għandhom bżonn, l-enfasi tas-servizz tas-saħħa qed timxi lejn ilkomunità. Filwaqt li f ’Monte Carmeli jkun hemm madwar sitt mitt pazjent, fil-komunità hemm l-eluf. “F’Monte Carmeli bniedem idum sakemm jibda jħossu aħjar. Għandna tiġi bħala recovery u ma tiġix biex tibda tgħix. Hija idea ħażina li, jekk inti dħalt Monte Carmeli se tibqa’ hemm għal dejjem. Tiġi biss għal dak ilperjodu fejn il-marda li tkun qed tesperjenza ma tħallikx tkompli tgħix fis-soċjetà,” tgħid Meli li titkellem bi

21|08|2016 09 kburija dwar il-professjonisti li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei. “Dawk jgħinuk terġa’ tmur lura fis-soċjetà għax int tinżamm l-isptar kemm hemm bżonn; sakemm tħossok li tista’ terġa’ taqbad ir-rutina u forsi anke terġa’ tibda tmur għax-xogħol. Għandna professjonisti li wieħed jerġa’ jibni l-ħiliet u l-kunfidenza,” kompliet tispjega, għalkemm reġgħet tenniet li dan ma jfissirx li m’hemmx bżonn appoġġ ta’ oħrajn. Għalhekk, il-kura filkomunità tgħin lil dawk li għandhom veru bżonn imma qed jiddejqu minħabba Monte Carmeli: “Anke bħala post, ċertu nies għandhom biża’. Uħud anke mill-isem. Għalhekk, iktar ma taqbad l-affarijiet fil-bidu, aktar aħjar. U forsi anke l-ġenituri li qed jaraw ċertu bidliet fit-teenagers iridu jkunu moħħhom hemm. Jekk inti qed tara lit-teenager jinbidel

b’xi mod wieħed għandu ammont ta’ taħriġ u jkun jieħu parir mill-ewwel.” hemm ukoll exposure. Imma Mitluba tikkummenta dwar bħal kull bniedem ieħor kemm hu faċli għallanke l-ħaddiem jista’ infermier f ’Monte jkun għaddej minn Carmeli, Meli żmien diffiċli Ma naħsibx tgħid li f ’ħajtu, u huwa faċli g ħ a l h e k k li hawn xi ħadd li wieħed trid tqis li jkun irid jieħu jiġġudika kollox. x-xogħol V e r u xi pilloli u, qabel tan-nies w k o l l wieħed jeħodhom, li jaħdmu li jista’ iżda dan j k u n faċilment jaħseb għandu ukoll li, li jgħaddi j k u n minħabba familjari li l-post mingħajrhom ma’ dak li huwa sensittiv jkun għaddej. u delikat dan Donnha taqa’ fuq jikkontribwixxi id-difensiva u għalhekk ċertu affarijiet,” tgħid Meli, nistaqsi jekk Monte Carmeli li bħala parti minn xogħolha huwiex xi post fejn infermier tagħmel ukoll sessjonijiet ma jridx imur. Tagħmilha ta’ counselling mal-ħaddiema. ċara li mhux il-każ. Ħaddiema li, fi kliemha, ma “Qabel ma wieħed ikun jsibu ebda diffikultà bil-fatt jaħdem f ’Monte Carmeli, u li jaqdu d-dmir tagħhom kull professjonist li jaħdem f ’dan il-lok. fis-settur tas-saħħa mentali, “L-idea tiegħi hija li, jekk ma jiġix mingħajr ma jkun hu jħossu li huwa apprezzat imħarreġ. Jidħol b’ċertu għal li qed jagħmel, jista’

jibqa’. Wieħed jieħu gost isir aktar speċjalizzat għax, altru li l-affarijiet titgħallimhom mill-kotba u ssib kollox millktieb, u altru tesperjenza l-ħajja u l-problemi kuljum. Però, imbagħad naf infermiera li ma jħossuhomx apprezzati u x-xogħol tagħhom forsi mhux dejjem kien rikkonoxut, allura jaqtgħu qalbhom u jgħidulek, ‘ħa mmur xi mkien ieħor, forsi fejn ma hemmx daqshekk stigma u fejn niġu apprezzati iktar’,” tistqarr b’ton realistiku ħafna. Bejn kelma u oħra wieħed jifhem li għas-servizz tassaħħa mentali hemm viżjoni minkejja d-diffikultajiet, bl-ikbar waħda tibqa’ dik li jasal il-messaġġ ta’ tama, tant li meta nitlobha tislet esperjenza li baqgħet ittimbrata f ’moħħha tgħid: “L-iktar li nammira lil dawk in-nies li jgħaddu minn żmien diffiċli u they come forward biex bl-esperjenza tagħhom jgħinu oħrajn.”

Jisimni Alastair Campell. F’nofs is-snin tmenin waqgħet fuqi dipressjoni u din kienet tgħaddi u terġa’ titfaċċa minn żmien għal żmien. Nista’ ngħid li l-aħjar ħaġa li għandi hi li jien miftuħ fuq dak li nħoss u, meta nħoss id-dipressjoni fuqi, jien konxju biżżejjed ta’ x’qed inħoss u x’għandi bżonn. Kienet is-sena 1994 u, wara l-mewt ta’ John Smith, Tony Blair kien fit-tmun tal-Partit Laburista Ingliż. Ġurnata minnhom ġie Blair fuqi u staqsieni jekk irridx naħdem fl-uffiċċju tiegħu. Għalkemm kont qed nistenna li hu jiġi fuqi għax kont nafu qabel, mill-banda l-oħra ma stennejtx li se jiġi għandi wara l-passat tiegħi. L-istress u l-pressjoni li kien se jġib ix-xogħol ma’ Blair stajt inħossu minn qabel. Jien diġà kont naħdem ta’ ġurnalist u kien hemm mumenti fejn ma flaħtx għall-pressjoni, allura min jaf x’kien imiss għalija. Għalhekk dlonk għedt lil Tony, “Agħtini xahar ċans naħsibha.” Blair u jien iltqajna xi xahar wara fi Franza meta kont fuq btala. Hemmhekk iltqajna fi triqitna lejn l-ajruport ta’ Marsilja fejn huwa kien mar iwassal lill-kunjata tiegħu. Kif ħallejna lill-kunjata l-mitjar, jien qbadtlu l-kliem fil-karozza. Għedtlu li kont inbati b’dipressjoni, li kont taħt kura psikoloġika, spiċċajt arrestat u tarraftlu kull għawġ ieħor li ltqajt miegħu. Blair kien jaf bil-passat tiegħi u baqa’ jħares lejja jien u nirrakkuntalu s-sitwazzjonijiet kemxejn stambi. Huwa forsi ma basarx li s-sitwazzjoni tiegħi kienet agħar milli ħaseb hu, iżda imbagħad dlonk qalli, “Ma jimporta xejn, jien lilek irrid.” Pront weġibtu, “Jekk taqbiżli u nitlaq?” “Xorta ma jimpurtax. Jien nafek biżżejjed u naf xi ssarraf,” wieġeb hu. Dan kien ifisser ħafna għalija sabiex nimtela bil-kuraġġ u nħares ’il quddiem. Bla dubju li nista’ ngħid li dejjem kien siewi għalija li nkun miftuħ dwari nnifsi, iżda dan mhux bilfors jaħdem għal kulħadd. Hawn min jista’ jbati mill-istigma li teżisti fuq nies b’dipressjoni. Biss nemmen li, kieku flimkien nagħmlu l-qabża li jmiss u nkunu miftuħin mingħajr ma npoġġu xi suġġett f ’tabù, kemm dawk meqjusa morda u dawk le jkampaw aħjar flimkien.


10 21|08|2016

kullhadd.com

LOKALI

IL-GŻIRA LI MA TEŻISTIX JISIMHA MALTA

Minn żmien għall-ieħor il-Prim Ministru Joseph Muscat jintalab jagħti intervisti lil għadd ta’ ġurnali u rivisti internazzjonali. Waħda mill-aktar intervisti li ġibdet attenzjoni dan l-aħħar kienet dik mal-ġurnal ewlieni Taljan, Il Foglio. Din l-intervista dehret fl-ewwel paġna tal-ħarġa tal-10 ta’ Awwissu 2016 ta’ dan il-ġurnal influwenti Taljan. It-titlu tal-intervista bit-Taljan kien ‘L’isola che non c’e della sinistra’. ‘Il-gżira li ma teżistix’ hija post ideali fejn jgħix Peter Pan fix-xogħol tal-awtur J. M. Barrie. Bl-Ingliż ‘Neverland’, bit-Taljan ‘L’isola che non c’e’. Illum qed inxandru traduzzjoni bil-Malti ta’ din l-intervista. Fl-Ewropa hemm politiku Soċjalista Demokratiku żagħżugħ li jikser xi preġudizzji kulturali talunivers politiku li hu parti minnu, li bidel drastikament il-kodiċi ġenetiku tal-partit tiegħu, li wassal għal rebħa ta’ partit li kien waqaf jirbaħ, u li fi ftit xhur, filwaqt li hu kemm Prim Ministru kif ukoll Mexxej tal-partit tiegħu u billi uża punti ewlenin mill-aġenda ekonomika konservattiva, wera li l-aħjar mod kif pajjiż jista’ javvanza, jiżdied ix-xogħol u jiġi miġġieled il-qgħad, ma hux billi żżid in-nefqa talGvern jew toqgħod tittallab mal-Ewropa biex ikollok nofs punt deċimali aktar fiddefiċit, iżda billi tagħmel għażla sempliċi li permezz tagħha l-pajjiż immexxi minn dan iż-żagħżugħ irnexxielu jsir dak bl-inqas rata ta’ qgħad fl-Ewropa, u dak b’rata ta’ tkabbir ekonomiku fost l-ogħla fl-Ewropa, bl-Irlanda biss ikollha rata ogħla fl-2015. Il-politiku Soċjalista Demokratiku żagħżugħ li kiser xi preġudizzji kulturali

tal-univers politiku li hu parti minnu, li ħa xi ideat ekonomiċi tipikament konservattivi, u billi bidel il-politika ta’ aktar taxxi u aktar nefqa ma’ politika ta’ anqas nefqa u anqas taxxi għal kulħadd jismu Joseph Muscat. Huwa twieled fit-22 ta’ Jannar 1974, sar il-Mexxej tal-Partit Laburista f ’Ġunju 2008, u ilu Prim Ministru ta’ Malta minn Marzu 2013. Malta hija pajjiż li għandu, bejn wieħed u ieħor, l-istess popolazzjoni ta’ Bologna, u d-daqs ta’ Malta ma jista’ jitqabbel mal-ebda pajjiż kbir Ewropew, għax huwa l-istess bħal dak ta’ Isola d’Elba u Lipari flimkien. Madankollu, fl-istorja ta’ Joseph Muscat teżisti tendenza ċara li jġib flimkien ittentattiv ta’ xi partiti Soċjalisti Demokratiċi Ewropej li jwarrbu l-preġudizzji talpassat u li jaddattaw il-mudelli kulturali tagħhom għal dinja li fiha, skont Muscat, l-uniku

triq biex tikber hi billi wieħed jagħmel tiegħu il-prinċipji fundamentali tas-suq miftuħ. “M’iniex prużuntuż u ma naħseb li għandi xejn x’ngħallem lil ħadd. Ma vvintajt l-ebda rota. Li għamilna kien li osservajna d-dinja ta’ madwarna. Ilmudell użat mix-xellug flEwropa għal ħafna snin ma ħadimx. Jekk irridu li x-xellug jitwemmen u jiggverna fil-pajjiżi differenti rridu nibdew mill-bidu, inwarrbu l-preġudizzji u nirraġunaw mingħajr ma nkunu priġunieri tal-ideoloġiji. Irridu nużaw issens komun li llum jgħidilna li ma jagħmilx sens li titkellem dwar ugwaljanza u tqassim ġ u s t tal-ġid

ġid.” Kif jista’ jitwettaq dan kollu? “Mod wieħed hemm: tnaqqas it-taxxi u twettaq riformi li jiftħu s-suq.” Muscat tana xi eżempji waqt li tkellem magħna b’Taljan perfett li tgħallem “grazzi għal Berlusconi meta s-sinjal tatteleviżjoni tiegħu beda jasal Malta qabel l-istazzjonijiet satellitari”. “L-ewwel riforma li għamilna u li ħalliet frott bla preċedent kellha x’taqsam mal-enerġija. Sa ftit snin ilu pajjiżna kellu sistema tal-enerġija tradizzjonali fejn il-Gvern kien jagħmel kollox hu u fejn ħadd ma kien jiġi ttollerat jgħid li dan il-qasam għandu jinfetaħ għall-privat. Illum biddilna s-sistema u tajna konċessjoni għal tul ta’ żmien lil konsorzju privat, għamilna s-settur aktar effiċjenti u b’hekk raħħasna l-kontijiet b’25%. It-tieni ħaġa, b’mod kruċjali, naqqasna l-income tax, bl-ogħla rata tonqos minn 32% għal 25%.” Imma mhux suppost li s-sinjuri għandhom jibku u jbatu? “Irridu niġġieldu l-faqar mhux il-ġid. Dan għamilnieh bil-fatti mhux bil-kliem. Filwaqt li qtajna l-ogħla rata ta’ taxxa, eżentajna mill-income tax lil dawk li jaqilgħu il-paga minima. Bosta kienu qalulna li dan se jkun suwiċidju għax kien se jonqos id-dħul tal-Istat. Minflok ġara bilmaqlub u żidna d-dħul filwaqt li naqqasna t-taxxi. Urejna

Il-pajjiż immexxi minn dan iż-żagħżugħ irnexxielu jsir dak bl-inqas rata ta’ qgħad fl-Ewropa, u dak b’rata ta’ tkabbir ekonomiku fost l-ogħla fl-Ewropa jekk m a noħolqux ġid x’jitqassam. Jekk nibqgħu biss bir-retorika, il-kunċett tal-ugwaljanza jkun vojt u li jaħrabilna. L-ewwel trid tkabbar l-ekonomija, imbagħad tista’ tqassam il-

li l-aħjar mod kif tiġġieled l-evażjoni fiskali huwa billi nuru li l-livell ta’ taxxi huwa tali li ma jaqbillkekx ma tħallasx.” F’diskors li għamel f ’Malta fi tmiem is-sena li għaddiet, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Ewropew, Mario Draghi, faħħar “ir-riformi strutturali li permezz tagħhom l-ekonomija reġgħet bdiet tikber b’ritmu tajjeb”. Draghi rrefera għassistemi ġodda użati millGvern ta’ Muscat biex inaqqas il-burokrazija u jindirizza d-dewmien fil-kawżi ċivili filqrati. Muscat jirrikonoxxi li wieħed mill-punti ta’ saħħa ta’ pajjiżu huwa proprju l-faċilità li biha wieħed jista’ jiftaħ kumpaniji konformi mar-regoli Ewropej iżda b’inqas spejjeż. Jumejn ilu, anke permezz talkundizzjonijiet favorevoli talliġijiet Maltin, il-Prim Ministru ppreżenta, f ’konferenza talaħbarijiet, proġett ta’ €7.5 miljun ta’ Azimut Benetti, kumpanija ewlenija Taljana filqasam tas-superyachts. Azimut Benetti rebħu konċessjoni għal 25 sena għal port żgħir fil-Belt Valletta fejn se jkunu jistgħu jidħlu yachts ta’ 28 metru. IċChairman ta’ Azimut Benetti, Paolo Vitelli, f ’intervista malġurnal La Stampa diġà qal x’inhi d-differenza fl-attitudni bejn is-sistema Taljana u dik Maltija. Huwa qal li biex ikabbar it-tarzna tiegħu f ’Livornobuex u jlaħħaq mażżieda fil-bejgħ dam jistenna 12-il sena, filwaqt li biex jasal fi ftehim dwar yacht marina f ’Malta dam inqas minn 24 xahar.


LOKALI

kullhadd.com

Muscat kompla jgħidilna: “Fil-fehma tiegħi, ilglobalizzazzjoni hija bħal treadmill: biex ma taqax trid tiġri u tkun imħarreġ biex tiġri; jekk tagħżel li tieqaf, veru ma tħossx aktar għeja u wgigħ, iżda tkun qed tnaqqas, tinqata’ lura u ċċaħħad lil pajjiżek milli jkun fl-istess livell malkumplament t a d - d i n j a . Għalhekk nemmen li l-aħjar mod biex tiġri fittiġrija tal-globalizzazzjoni huwa billi niftħu l-pajjiż tagħna dejjem aktar għas-suq. Biex nagħmlu hekk ma jistax ikollok saqajk imxekkla minn burokrazija żejda. Mhux bilfors kwistjoni ta’ liġijiet, iżda kwistjoni ta’ attitudni fejn tippremja mhux biss lil min isegwi l-proċeduri, iżda wkoll lil min jieħu d-deċiżjonijiet. Lis-Servizz Pubbliku kemmil darba għedtilhom li nippreferi li jieħdu żball għax jieħdu deċiżjoni, milli ma jiħdux żbalji għax ma jiħdux deċiżjonijiet.” Għal Muscat dan is-suċċess jista’ jiġi mhux billi tberbaq il-fondi pubbliċi. “Jien mhux wieħed minn dawk li jgħidu li għandek tintaxxa u tonfoq, u

21|08|2016 11 b’xejn għal min jaħdem; tiswa l-flus, iżda ħadna r-riżultati permezz ta’ aktar xogħol, aktar produzzjoni u aktar konsum. Qed nagħtu tax credits lin-nisa li jidħlu jaħdmu; tiswa l-flus iżda, millġdid, ħadna r-riżultati. Indunajna wkoll li kien hemm min għandu l-benefiċċji soċjali u li kien jara li jaqbillux joħroġ jaħdem. Biex insolvu din il-problema u nkabbru aktar l-ekonomija għamilna esperiment fejn għedna li persuna tista’ żżomm parti mill-benefiċċji soċjali jekk tibda taħdem u, ovvjament, tikkontribwixxi għallpajjiż. B’dan il-mod erġajna kabbarna l-ekonomija u daħħalna aktar flus. B’kollox, mill-2013 sal-lum, il-persuni li jgħixu biss minn benefiċċji soċjali naqsu b’40%, filwaqt li l-middle class żdiedu b’14%, megħjuna minn ekonomija li qed taħdem.” “Fil-bqija tal-Ewropa,” ikkonkluda l-Prim Ministru Malti, “hemm ħafna mudelli Soċjalisti Demokratiċi li huma minn ta’ quddiem nett fuq drittijiet ċivili u drittijiet soċjali, iżda għad hemm minna li għadhom jaħsbu li politika tas-sens komun hija politika konservattiva sempliċiment għax fil-passat kienu kontra dawn l-ideat. Qed nitkellem dwar politika ekonomika iżda wkoll dwar ilpolitika tas-sigurtà. M’iniex sorpriż li madwar l-Ewropa hemm ħafna postijiet li kienu fortizzi tax-xellug u li issa qed jivvutaw għal-lemin estrem. Dan se jkun trend inevitabbli fil-futur jekk ikun hemm min jibqa’ jgerrex ilvotanti billi jgħid li ma jistax ikun hemm l-ebda tip ta’ kontrolli fuq l-immigrazzjoni. Bħala prinċipju, huwa tajjeb li nilqgħu lill-barranin, iżda mhux biżżejjed li tgħid li ma tridx ħitan jekk ma turix li tifhem il-problema u l-inkwiet tan-nies. Wieħed jifhem li l-immigrazzjoni hija fenomenu inevitabbli iżda li dan il-fenomenu ma jistax jiġi aċċettat bla kontrolli ta’ xejn. Hemm bżonn limiti u aktar kontrolli. Iva, m’għandux ikun hemm ħitan, iżda l-fruntieri hemm jibqgħu. Irridu nkunu pragmatiċi u nifhmu li dak li qed jeqred lix-xellug fl-Ewropa mhux itthreadmill tal-globalizzazzjoni, iżda l-ipokresija tas-suppost korrettezza politika.”

Mod wieħed hemm: tnaqqas it-taxxi u twettaq riformi li jiftħu s-suq

Bħala prinċipju, huwa tajjeb li nilqgħu lill-barranin, iżda mhux biżżejjed li tgħid li ma tridx ħitan jekk ma turix li tifhem il-problema u l-inkwiet tan-nies nemmen li huwa proprju għax irrifjutajna li nagħmlu hekk li rnexxielna nnaqqsu d-defiċit u d-dejn. Il-flus insibuhom billi nkabbru l-ekonomija, nagħtu fiduċja, nistimulaw il-konsum, u nattiraw investiment minn barra. Jgħiduli spiss li jien ekonomikament lemini, iżda dejjem nirrispondi bl-istess mod: li jien soċjalment xellugi u ekonomikament lemini. Nemmen li x-xellug modern għandu jagħmel tiegħu s-suq u jirregolah b’ mod soċjali. Li wieħed jaħseb li tista’ tbiddel pajjiż billi tkun kontra kollox hija illużjoni. Nagħti eżempju. Jien kontra li wieħed joqgħod jissussidja kollox. Nemmen li hemm metodi oħra ta’ welfare soċjali fejn tipproteġi lin-nies filwaqt li tħeġġiġhom jaħdmu. F’Malta daħħalna l-ħarsien tat-tfal

Il-Gvern ta’ Joseph Muscat investa fil-ġustizzja soċjali

L-edukazzjoni ngħatat prijorità. Ekonomija b’saħħitha wasslet biex sar iktar investiment

Malta għandha l-inqas rata ta’ qgħad fl-Ewropa


12 21|08|2016

kullhadd.com

F’ISEM IL-KUXJENZA NINGĦAQDU F’ĠUNTA Catherine Fenech Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL

Hemm min qed jissuġġerixxi li terġa’ ssir il-Ġunta – umbrella ta’ għaqdiet u partiti kollha b’għan ewlieni sabiex ikissru ‘għadu’ wieħed

Is-sittinijiet jien ma lħaqthomx, però bħala studjuża ta’ l-istorja bi mħabba speċjali lejn l-istorja politika kontemporanja ta’ pajjiżna, qrajt ħafna fuq dan ilperjodu. Fid-dinja tal-ispettaklu kien żmien tad-deheb. Żmien il-Beatles u r-Rolling Stones, hux? Imma fix-xena politika ta’ Malta, meta ssemmi s-sittinijiet, tara l-uċuħ ta’ diversi nies jitqarrsu. Iż-żmien inessi u forsi jaħfer imma, ħaġa tal-għaġeb, għalkemm kien episodju iswed li mhux ta’ min jerġa’ jaqilgħu, hawn min dan l-aħħar qed jerġa’ jissuġġerixxi li terġa’ titħaddan din il-politka sabiex neħilsu minn dan il-Gvern li, skont huma, huwa ta’ barra minn hawn. U hekk hu, fil-fatt. Tant kemm huma konvinti li elezzjoni oħra l-Partit Laburista se jerġa’ jikseb il-fiduċja assoluta tal-elettorat u jingħata mandat ieħor ta’ ħames snin, li hemm min qed jissuġġerixxi li terġa’ ssir il-Ġunta – umbrella ta’ għaqdiet u partiti kollha b’għan ewlieni sabiex ikissru ‘għadu’ wieħed. U din issir għax jafu li l-argumenti politiċi ta’ kritika li qed jużaw mhumiex qed jiġu emmnuti, mhumiex fondati,

OPINJONI

mhux qed iħallu effett għax hija kritika distruttiva, kritika negattiva, kritika li l-poplu xeba’ minnha. U għax il-politika talkritika negattiva u l-politika ta’ tixrid ta’ informazzjoni li tagħmel il-ħsara lill-pajjiż, saħansittra barra minn xtutna, mhux tkun effettiva biex ittellef il-fiduċja li għandu l-poplu f ’ħidmet dan ilGvern, allura qed jiġu suġġeriti l-politika tal-vilifikazzjoni, bojkotts u saħansittra proposta biex tinħoloq din l-umbrella talpartiti: il-Ġunta, ħalli flimkien jegħlbu l-għadu ewlieni. Qed jaraw li l-PN m’għandux is-sinsla li jkun oppożizzjoni b’saħħitha; jafu li, għalkemm għadna sentejn qabel l-elezzjoni ġenerali, il-Partit Laburista qiegħed f ’pożizzjoni li jkaxkar l-elezzjoni li jmiss. Diġà qed ivenvnu fl-arja l-opinjonisti politiċi u jistqarru li l-Partit Laburista reġa’ riesaq għal rebħa kbira oħra. Lill-PN mhumiex jarawh bħala gvern alternattiv serju li l-poplu qatt jista’ jikkonsidra li jafda fittmun tal-pajjiż u, għalhekk, b’Oppożizzjoni dgħajfa, l-uniku soluzzjoni għal xi wħud hi li jingħaqdu l-forzi kollha li għandhom l-intenzjoni li jaraw lil

dan il-Gvern ma jiffunzjonax u jagħmlu sforz kollettiv…inkella l-PL jerġa’ jirbaħ l-elezzjoni, qalulna xi wħud. Maaa x’biża’, hux?! Ħames snin oħra ta’ Gvern Laburista! Ħames snin oħra ta’ garanzija ta’ ġid għall-poplu kollu u mhux għal xi wħud biss; garanzija għal kwalità ta’ ħajja aħjar; garanzija għal aktar feel good factor. Tiskanta kemm hawn min tuġgħu żaqqu għal din il-possibbiltà. Tiskanta kemm hawn min għall-kilba talpoter lest li jara lill-poplu ma jgawdix mill-ġid li qed jinħoloq bħalissa u jiġi jaqa’ u jqum li l-poplu qed iħossu aħjar illum il-ġurnata. U dan mhux qed ngħidu jien imma huwa ppruvat minn stħarriġ wieħed wara l-ieħor, kemm lokali u kemm barrani. U wara l-Ġunta, xi jkun imiss? Xejn ma nieħu bi kbir li jkun hawn min jissuġġerixxi l-introduzzjoni tal-Interdett ukoll ħalli ngħaqqdu l-borma. Però, dawn il-persuni jaraw biss sa mneħirhom. Min irid jerġa’ jirrikorri għall-politika tal-biża’ u l-konfrontazzjoni talpassat donnu mhuwiex jinduna jew, aħjar, ma jridx jemmen li l-poplu kiber intellettwalment,

m’għadekx tbellagħlu l-karawett, il-poplu Malti evolva; sar jaf jiżen u ma jibżax jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu waħdu. L-ebda azzjonijiet negattivi, ta’ tixrid ta’ biża’ u logħob sentimentali mal-kuxjenza mhuma se jerġgħu jqarrqu bilpoplu bħalma kien ġara 90 u 60 sena ilu. Għax issa qisu indunajna li ġo fina teżisti xi ħaġa jsejħula kuxjenza u peress li, milli jidher, saret tniggeż aktar minn qabel, kulħadd sar espert ta’ xi trid din il-kuxjenza. Tgħallimt flIskrittura Mqaddsa li Kristu ma kienx jista’ għall-ipokriti; fi ftit kliem, ma kellux grazzja ma’ min jimxi bid-double standards. Ma ddejjaq xejn jindirizza lillmexxejja tal-kuxjenza tal-poplu bħala ‘oqbra mbajda’. Min jaf x’kien jagħmel illum il-ġurnata meta jara min joħroġ jippilla għal żvilupp ta’ bini għoli f ’TasSliema u mbagħad ma jlissnux kelma ta’ solidarjetà għall-poplu ta’ Birżebbuġa li ġie ffaċċjat bl-estensjoni tal-Port Ħieles?! Fejn kienu l-għaqdiet li qed joġġezzjonaw bħalissa kontra l-bini għoli meta dan l-isfreġu, partikolarment tan-naħat ta’ Tas-Sliema, ilu sejjer missittinijiet? Fejn kienu l-PN, li issa jridu jilagħbuha tal-paladini talambjent? Kienu huma li ħolqu l-policy li tippermetti bini għoli. Kien fi żmienhom li Tas-Sliema, b’mod partikolari, saret belt talkonkrit.

x’inhu l-għan ta’ dan ittaħriġ? L-għan huwa wieħed: dak li l-membri tagħna jakkwistaw aktar ħiliet biex itejbu u jsaħħu l-argumenti politiċi tagħhom u, permezz ta’ aktar kreattività u argumenti sodi u ċari, ifissru dak li jkunu jixtiequ jwasslu lil min ikunu qed jindirizzaw.

japplika għal dan it-taħriġ, kulma jrid jagħmel huwa li jimla’ l-formola li tinsab fuq il-paġna ta’ Facebook talForum Żgħażagħ Laburisti jew fuq is-sit elettroniku li huwa www.fzl.org.mt. L-applikazzjonijiet huma bla ħlas. ‘Taħriġ 2016’ huwa maqsum fuq erbat ijiem mifruxin fuq erba’ Sibtijiet differenti. Matul dawn is-sessjonijiet se jittellgħu workshops differenti skont xi tkun it-tema talġurnata partikolari. Fis-17 ta’ Settembru se jsiru l-workshops ta’ creative thinking, filwaqt li fit-tieni ġimgħa se niffukaw fuq ilkomunikazzjoni u kif wieħed għandu jwassal messaġġ ċar, anke quddiem grupp ta’ nies. Fl-1 ta’ Ottubru, il-lenti se tmur fuq il-midja soċjali u x’opportunitajiet toffri biex, permezz ta’ dan it-tip ta’ komunikazzjoni, twassal ilkampanja politika tiegħek. Fl-aħħar workshop se nkunu

qed niffukaw aktar fuq ilmessaġġ permezz tal-kitba u x’inhuma l-aħjar metodi biex twassal messaġġ ċar bilkitba. Dawn is-sessjonijiet kollha se jsiru minn persuni li huma esperti fil-qasam biex b’hekk nassiguraw l-aħjar taħriġ possibbli. Nagħlaq billi nħeġġeġ lil dawk iż-żgħażagħ li huma interessati li jikkontribwixxu biex jipparteċipaw u jieħdu l-opportunità u jsaħħu l-ħiliet personali tagħhom ukoll. Għal aktar informazzjoni dwar ‘Taħriġ 2016’ inħeġġek sabiex tikkomunika magħna permezz ta’ email lil info@ fzl.org.mt. Matul iż-żmien li ġej, permezz tal-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-FŻL, se nwasslu aktar informazzjoni dwar il-workshops. Għaldaqstant, inħeġġek biex tibqa’ ssegwi l-midja tagħna biex tibqa’ żżomm ruħek aġġornat.

TAĦRIĠ

Georvin Bugeja Kordinatur PR tal-FŻL

Qegħdin inġeddu dan l-impenn tagħna sabiex inkomplu nħarrġu lill-membri tagħna permezz ta’ workshops li qed norganizzaw fisSibtijiet tas-17 u l-24 ta’ Settembru u l-1 u t-8 ta’ Ottubru 2016

Il-ħajja hija minjiera għattagħlim u, tkun taf kemm tkun taf, dejjem hemm lok biex tkompli żżid l-għarfien tiegħek. Tul dawn l-aħħar tliet snin, f ’diversi okkażjonijiet ilForum Żgħażagħ Laburisti wera l-impenn tiegħu biex iħarreġ lill-membri tiegħu f ’diversi oqsma, mill-aspett politiku sal-midja soċjali u ħafna aktar. Dan permezz ta’ seminars, li saħansitra wħud minnhom kellhom bixra internazzjonali, fosthom l-iskola politika tal-IUSY u weekend seminar li kienu organizzati mal-għaqdiet internazzjonali YES, u IUSY, apparti l-akbar attività għaż-żgħażagħ Soċjalisti, il-World Festival, li kien opportunità tajba ta’ tagħlim ma’ żgħażagħ barranin li għandhom esperjenzi u kulturi differenti x’jaqsmu. Qegħdin inġeddu dan l-impenn tagħna sabiex inkomplu nħarrġu lillmembri tagħna permezz ta’ workshops li qed norganizzaw fis-Sibtijiet tas-17 u l-24 ta’ Settembru u l-1 u t-8 ta’ Ottubru 2016. Tul dawn ilworkshops bit-tema magħżula ‘Taħriġ’, se ntellgħu sessjonijiet li jvarjaw minn kif wieħed ikun kreattiv fil-ħsieb tiegħu, għallkomunikazzjoni. Iżda, fl-aħħar minn l-aħħar,

Kif wieħed jista’ japplika għal ‘Taħriġ 2016’? Huwa tajjeb li nenfasizza li dan huwa investiment fir-riżors uman tagħna. Il-Forum Żgħażagħ Laburisti japprezza ħafna d-dedikazzjoni li għandhom il-membri lejn din il-fergħa u l-Partit Laburista, għax il-ħin u x-xogħol kollu li jsir huwa kollu volontarjat. Għaldaqstant, għalina huwa importanti li nassiguraw li opportunitajiet bħal dawn jingħataw lill-membri tagħna u jkunu disponibbli għalihom. Dan ifisser li, sabiex wieħed


EDITORJAL

kullhadd.com

21|08|2016 13

www.kullhadd.com agħmel kuntatt magħna KullĦadd, ONE Complex A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000 editorial@kullhadd.com |+ 356 2568 2568

EDITUR Aleander Balzan aleander.balzan@one.com.mt +356 2568 2230

ĠURNALISTI Liam Gauci liam@kullhadd.com

SALES U DISTRIBUZZJONI

DISINN TAL-GAZZETTA

Alan Saliba sales@kullhadd.com

Leanne Grech

Glen Falzon glen@kullhadd.com

IL-VERITÀ DWAR IL-BINI GĦOLI Fl-aħħar ġimgħat smajna ħafna dwar il-bini għoli, iżda ma smajniex kollox. Tkellimna dwar żewġ proġetti partikolari li sabu l-oppożizzjoni ta’ min donnu se jsib problema b’kull tip ta’ żvilupp li jġib tkabbir u suċċess fil-pajjiż. Però, min ġenwinament iħares lejn il-pajjiż b’mod sħiħ u bla għamad, jara li għall-ewwel darba l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel ilMEPA) adottat bidliet importanti fil-politika dwar bini għoli. Mhux iktar kollox bl-addoċċ u fejn trid, imma b’ordni u sens komun. Anke hawn toħroġ id-differenza bejn iż-żewġ partiti. Anke hawn il-kredenzjali ambjentali ta’ Gvern Laburista huma iktar kredibbli minn ta’ Gvern Nazzjonalista. Kien dan il-Gvern li naqqas b’mod sostanzjali l-lokalitajiet li fihom jista’ jsir high rise; biex insejħulu kif qed isejjaħlu kulħadd. Taħt Gvern Nazzjonalista seta’ jsir high rise f ’Malta u Għawdex kollha. Fi kliem ieħor, f ’77 belt jew raħal f ’Malta u 15-il raħal jew belt f ’Għawdex. Iżda, birreviżjonijiet maħsuba li saru taħt

din l-amministrazzjoni, huma biss sitta l-lokalitajiet li fihom hu permess bini għoli. Dawn huma l-Qawra, il-Marsa, il-Gżira, Tignè, Paceville u l-Imrieħel. Nafu biċċert li huma applikazzjonijiet f ’dawn iż-żoni li jistgħu jkunu kkunsidrati, mill-bqija mkien aktar. Fosthom f ’Għawdex, gżira mfissra bħala ġawhra ambjentali, ma jistax ikun aċċettat bini għoli kif kien approvat taħt amministrazzjoni preċedenti. Għal darb’oħra qed naraw Partit Nazzjonalista li qed jirkeb fuq karru – li għalih jaf ikun temporanju għax ma jemminx fih – tal-ambjentalisti. Tal-ODZ hija prova ċara ta’ dan: l-ewwel jipprotesta kontra proġett edukattiv fuq ODZ li ma jġib miegħu ebda tniġġis, imbagħad irid jespandi l-art li jokkupa l-Port Ħieles fuq ODZ minkejja li r-residenti diġà ma jifilħux l-inkonvenjent kif inhu. Iktar minn hekk, il-high rise, bħala kunċett fih innifsu, ma kienx problema għal meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern. Anzi l-politika tal-bini għoli bdieha hu fis-sena 2000, ikkonfermaha fl-2005 u reġa’ kkonfermaha fl-

2007. Forsi tgħidu: imma issa hemm Gvern Laburista. Veru wkoll, imma hemm ukoll Partit Nazzjonalista li ma nbidilx u li fi ħdanu għad għandu l-istess klikka ta’ GonziPN. Fis-sena 2014, meta reġgħet ġiet proposta din il-policy taħt Gvern preżenti, ir-rappreżentant talPartit Nazzjonalista, Ryan Callus, ivvota favur – inkluż li jkun hemm bini għoli fl-Imrieħel. Jekk imbagħad inħarsu lejn l-iktar proġett li qanqal kontroversja dan l-aħħar, dak ta’ Townsquare f ’Tas-Sliema, insibu li kien ilu quddiem il-MEPA mill-2005 u qatt ma saret oġġezzjoni għalih mill-Gvern ta’ dak iż-żmien; anzi, l-outline permit tal-proġett ġie approvat taħt amministrazzjoni preċedenti. Fuq kollox, l-uniku bini għoli approvat sal-lum dejjem kien taħt Gvern Nazzjonalista. La Ryan Callus, la George Pullicino, la Mario de Marco, la Beppe Fenech Adami u wisq anqas Simon Busuttil ma tkellmu kontra l-proġett tal-MIDI, Porto Maso, l-A3 Towers f ’Raħal Ġdid, Fort Cambridge jew ilFortina. Mela issa huwa stabbilit

li l-oppożizzjoni ta’ Busuttil għal proġetti ta’ suċċess mhija xejn ħlief okkażjoni oħra fejn jipprova jkun negattiv sempliċiment għax l-establishment tiegħu m’għadux bil-poter f ’idejh. Il-verità hija li, b’mod ikkontrollat, u mhux kullimkien kif seta’ jsir fi żmien Gvern Nazzjonalista, il-bini għoli jaf hu soluzzjoni għal pajjiż b’densità kbira fejn l-iżvilupp ma jistax jieqaf għax huwa l-pajjiż bl-ikbar tkabbir ekonomiku u bl-inqas qgħad fl-Ewropa. Mudell għallpajjiżi sħabna. Fir-realtà, bini high rise jieħu inqas art u nofs iż-żona identifikata trid bilfors tkun spazju miftuħ. Ilparkeġġ isir taħt l-art u mhux fittoroq tal-madwar. Bini ta’ dan ittip jassigura skema waħda fiż-żona u huwa wkoll marbut ma’ disinji artkitettoniċi tal-ogħla livell, tant li nafu li xi proġetti diġà attiraw periti ta’ fama internazzjonali. Fuq kollox, il-bini għoli huwa wkoll xhieda tad-differenza bejn partit u ieħor: ma’ wieħed taf fejn qiegħed; malieħor, dak ta’ Simon Busuttil, ma tafx.

b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta f ’Jannar ta’ din issena, filwaqt li l-ammont ta’ emissjonijiet sulphur dioxide fl-inħawi tal-Marsa naqsu b’madwar 80%, l-emissjonijiet tal-carbon dioxide naqsu b’madwar 761,000 tunnellata. Ir-riżultati tal-ammonti ta’ SO2 – wieħed mis-sorsi ta’ tniġġis li jistgħu jwasslu għal mard respiratorju, l-ażma u l-allerġiji – fil-Marsa tant huma pożittivi li kważi laħqu l-istess livelli li normalment jinstabu f ’postijiet rurali fejn m’hemmx industrija. Ir-riżultati tal-livelli ta’ SO2 filMarsa kien kważi l-istess innutat fl-istazzjon tal-monitoraġġ talkwalità tal-arja Global Air Watch li għandha l-Università ta’ Malta fil-Fanal tal-Ġordan, fl-Għarb, Għawdex. Meta ntfiet il-power station, waqfu wkoll ir-rapporti u l-ilmenti dwar it-trab l-iswed li dwaru kienu jitkellmu ta’ spiss ir-residenti talMarsa, il-Furjana, Raħal Ġdid, ilFgura u Santa Luċija. F’rapport tal-2011, il-Professur Alfred Vella, illum Rettur tal-

Università ta’ Malta, spjega li t-trab iswed li kien qed jaqa’ fuq il-bjut u l-btieħi tal-familji f ’dawn l-inħawi kien se jitnaqqas bil-kbir malli tintefa’ l-power station. Din intfiet fl-ewwel xhur tassena li għaddiet meta l-aħħar boiler u turbina li kienu għadhom qed jintużaw għall-ġenerazzjoni talelettriku f ’pajjiżna ntfew għallaħħar darba u tpoġġew fuq cold standby għal każi ta’ emerġenza. Din il-power station mhux se tkun qed tiżżarma kompletament sakemm l-Enemalta jkollha biżżejjed kapaċità alternattiva fil-power station ta’ Dellimara, hekk kif jitlestew il-proġetti li għaddejjin bħalissa. Saret referenza wkoll għallinvestiment ta’ €80 miljun li għamlet l-Enemalta bilgħan li ssaħħaħ is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku. Dan il-proġett, li fi kliem Azzopardi kien possibbli li jsir għax l-Enemalta reġgħet bdiet tqum fuq saqajha, jinkludi sitt ċentri ta’ distribuzzjoni ġodda madwar Malta u Għawdex, u l-bini millġdid ta’ tnejn oħra, fost oħrajn.

IL-PASS LI JMISS

Miriam Dalli Membru Parlamentari Ewropew

Meta ntfiet il-power station waqfu wkoll ir-rapporti u l-ilmenti dwar it-trab l-iswed

Matul żjara li għamilt filkumpanija Enemalta plc, ikkummentajt b’mod pożittiv dwar il-mod kif l-Enemalta qed jirnexxilha tbiddel ir-rotta biex tkun aktar sostenibbli sew finanzjarjament u ambjentalment. F’laqgħa mal-bord talkumpanija rrimarkajt kif ilpass li qed jagħmel pajjiżna, li jaqleb il-produzzjoni talenerġija għal-liquified natural gas (LNG) jinkwadra preċiżament mal-ħsibijiet tal-Kummissjoni Ewropea li, bħala parti millEnergy Union, għandha inkluża strategija biex l-LNG ikun sors alternattiv u importanti ta’ enerġija. Dan ifisser li Malta qed tkun minn ta’ quddiem biex taqleb għal sorsi aktar nodfa u dan huwa importanti biex pajjiżna jkun low-carbon. Ladarba għandna sitwazzjoni fejn l-elettriku qed jiġi prodott minn sorsi aktar nodfa, nistgħu nagħmlu l-pass li jmiss, li naraw kif ninvestu aktar f ’karozzi li jaħdmu bl-elettriku billi anke jiżdiedu charging stations

u inizjattivi li jgħinu lillkonsumaturi jinvestu aktar f ’karozzi ta’ dan it-tip. Semmejt ukoll il-possibbiltà li vapuri li jidħlu f ’portijiet Ewropej, inkluż Malta, jaqilbu l-ġenerazzjoni tal-enerġija abbord għall-elettriku minn fuq l-art minflok bl-użu ta’ fjuwils li ħafna drabi jniġġsu ħafna. Impenjata li fil-Parlament Ewropew nimbuttaw soluzzjonijiet alternattivi li jistgħu jnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja u nemmen li f ’pajjiżna nistgħu wkoll nintroduċu inizjattivi li jagħmlu differenza. Min-naħa tiegħu, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemalta, l-Inġinier Fredrick Azzopardi, sostna li anke għall-Enemalta t-tnaqqis fl-emissjonijiet huwa importanti. Spjega kif aktar minn sena wara li l-power station tal-Marsa ġiet mitfija, l-Enemalta kkonfermat li l-lokalitajiet tal-inħawi qed igawdu minn kwalità ta’ arja aħjar u l-ilmenti dwar it-trab l-iswed waqfu kompletament. Skont studji li saru


kullhadd.com

14 21|08|2016

SEGWI L-GAZZETTA KULLĦADD

X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI

FUQ FACEBOOK BILLI TAGĦFAS LIKE FUQ IL-PAĠNA TAGĦNA facebook.com/kullhadd

RUBRIKA

15 ta’ Awwissu

Tħabbar li Malta kellha t-tielet l-inqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea kollha

16 ta’ Awwissu

Ġie deċiż li tinfetaħ Ward tal-Emerġenza għat-Tfal fl-Isptar Mater Dei

17 ta’ Awwissu

Il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni tal-katarretti naqset minn sena u nofs għal erba’ xhur

18 ta’ Awwissu

Ġiet introdotta d-Dementia Helpline 24 siegħa kuljum

19 ta’ Awwissu Kienu konklużi l-arranġamenti kollha biex il-ħaddiema kollha fil-qasam tas-saħħa joħorġu mill-prekarjat

20 ta’ Awwissu

Ġie deċiż li jsir tisbiħ ta’ Misraħ 4 ta’ Settembru fl-Isla

21 ta’ Awwissu

Ġew finalizzati r-regolamenti ġodda dwar l-annimali fit-toroq


TA’ BARRA

kullhadd.com

21|08|2016 15

IL-LABURISTI NORVEĠIŻI FUQ QUDDIEM GLEN FALZON glen@kullhadd.com Il-Partit Laburista Norveġiż, li bħalissa qiegħed flOppożizzjoni, flimkien malalleati tiegħu jinsabu aktar ’il quddiem mir-rivali tagħhom, jiġifieri l-Konservattivi. Dan ħareġ minn sondaġġ li sar pubbliku nhar il-Ġimgħa li għadda, sena biss ’il bogħod minn elezzjoni ġenerali oħra f ’dan il-pajjiż Nordiku. Irriżultat ta’ dan is-sondaġġ ħareġ fil-ġurnal ta’ kuljum bl-isem ta’ Aftenposten, u jindika li l-Partit Laburista għandu 36.1% tal-appoġġ fost il-votanti, filwaqt li l-Konservattivi, li bħalissa qegħdin fil-Gvern, għandhom biss 24.7%. Dan ir-riżultat huwa indikatur li l-Partit Laburista u l-alleati tiegħu jista’ jkun li jkollhom saħħa u appoġġ biżżejjed biex jiffurmaw gvern ġdid jekk jirbħu l-elezzjoni ġenerali li ġejja. Fil-preżent, dan il-pajjiż Nordiku ta’ madwar ħames miljun persuna, qed jitmexxa mill-partit Konservattiv taċċentru lemin immexxi millPrim Ministru u l-Kap talKonservattivi Erna Solberg, flimkien mal-partit popolist tal-Progress bil-Ministru tal-

Finanzi tkun Siv Jensen bħala rappreżentanta ta’ dan ilpartit, fejn flimkien iffurmaw gvern ta’ koalizzjoni. Minn dan is-sondaġġ ħareġ ukoll li, fuq bażi individwali, il-pubbliku jippreferi aktar lill-mexxej Laburista Jonas Gahr Stoere biex ikun ilprim ministru li jmiss, milli

lill-prim ministru preżenti Solberg. Fil-fatt, il-mexxej Laburista Stoere rreġistra 45% tal-appoġġ filwaqt li r-rivali tiegħu ġabet biss 37%. Fattur ewlieni li jista’ jkun indikatur għal dawn ir-riżultati pożittivi għal-Laburisti huwa l-fatt li l-immigrazzjoni f ’dan il-pajjiż qiegħda kulma tmur tonqos

u għalhekk, f ’dan il-mument, din il-kwistjoni mhijiex fost ilprijoritajiet tal-aġenda politika tal-pajjiż. Fil-fatt, skont id-direttur maniġerjali ta’ Respons Analyse, il-kumpanija li mexxiet dan is-sondaġġ, Thore Gaard Olaussen qal li, minħabba l-fatt li n-numri

tal-immigranti naqas u għalhekk naqset ukoll il-biża’ mill-pubbliku li jkun hemm ħafna persuni li jfittxu l-ażil, din ibbenefikat bil-kbir lilLaburisti u tat daqqa’ ta’ ħarta kbira lill-Partit tal-Progress. Dan hekk kif din il-kwistjoni kienet tintuża bħala ‘arma’ minn dan il-partit biex jikseb il-voti. Fil-fatt, dan l-istess partit mhux talli ma baqax fejn kien iżda naqqas l-appoġġ tiegħu u rreġistra biss 13.7% tal-appoġġ fost il-votanti. Skont id-Direttorat talImmigrazzjoni Norveġiż, issena l-oħra 31,145 persuna fittxet l-ażil fin-Norveġja iżda, minn dak iż-żmien lil hawn, dawk in-numri naqsu ferm hekk kif pajjiżi viċin in-Norveġja għalqu l-fruntieri tagħhom u n-Norveġja stess introduċiet aktar miżuri ta’ restrizzjoni. Dawn l-avvenimenti huma kkonfermati wkoll millistatistika hekk kif fl-ewwel nofs ta’ din is-sena kien hemm biss madwar 1,678 persuna li applikat għall-ażil – l-inqas rata rreġistrata mill-1997 lil hawn. Dan is-sondaġġ sar fuq kampjun ta’ 1,001 telefonata bejn il-15 u s-17 ta’ Awwissu li għadda. L-elezzjoni ġenerali li jmiss fin-Norveġja se ssir f ’Settembru tas-sena d-dieħla.

MP UKREN JIKXEF L-GĦAWAR TA’ TRUMP! GLEN FALZON glen@kullhadd.com Nhar il-Ġimgħa li għadda membru parlamentari Ukren żvela dettalji ġodda ta’ dawk li sejħilhom “pagamenti” li saru lill-mexxej tal-propaganda ta’ Donald Trump mill-partit politiku li kien imexxi l-Ukren Viktor Yanukovich u li kien ukoll appoġġat mill-Kremlin. Dan il-membru parlamentari, bl-isem ta’ Serhiy Leshchenko, sostna li dawn il-flus marru għand Paul Manafort, ilmexxej tal-propaganda ta’ Trump, u bihom seta’ jiffinanzja għadd ta’ servizzi fosthom is-sondaġġi, xiri ta’ kompjuters u riċerka fir-run-up għall-elezzjoni presidenzjali li ġejja. Skont Leshchenko, l-akbar ammont li ngħata kien dak ta’ $3.5 miljun f ’pagament wieħed. L-investigaturi Ukreni ta’ kontra l-korruzzjoni rrikonoxxew il-fatt li jeżisti xi forma “reġistru illeċitu” ta’ pagamenti li saru mill-partit ta’ Yanukovich. Madankollu, dawn enfasizzaw li ma jistgħux jistabbilixxu jekk kienx Manafort innifsu li rċieva dawn il-flus. Leshchenko, li jifforma parti mill-fazzjoni parlamentari tal-President Petro Poroshenko, appella lill-awtoritajiet Ukreni biex jagħmlu talba formali għallgħajnuna minn Washington

biex Manafort ikun investigat. Waqt konferenza stampa, Leshchenko qal li Manafort ma ħadimx b’xejn fl-Ukrajna, dan hekk kif kien serva fil-Partit tar-Reġjuni għal aktar minn 10 snin u għalhekk huwa ċar li dan tħallas b’xi mod għax-xogħol li għamel. Żied jgħid li dawn il-flejjes imsemmija kienu trasferiti f ’cash u għalhekk huwa impossibbli li wieħed

jintraċċa t-tranżazzjonijiet tagħhom. “Madankollu, m’għandi l-ebda dubju li dawn id-dokumenti huma awtentiċi,” enfasizza Leshchenko. Dawn l-allegazzjonijiet xirfu għallewwel darba proprju nhar itTnejn li għadda fil-gazzetta New York Times u li għaliha Manafort ħareġ stqarrija jiċħad dawn l-allegazzjonijiet kollha. Min-naħa l-oħra, il-kandidata

demokratika għall-presidenza Amerikana Hillary Clinton qalet li dawn l-allegazzjonijiet huma evidenza ta’ “konnessjonijiet aktar inkwetanti bejn ittim ta’ Donald Trump u l-elementi pro-Kremlin flUkrajna”. Trump, il-kandidat Repubblikan, diġà kien tkellem favur il-President Russu Vladimir Putin fil-passat. Ixxahar li għadda, Trump kien

stieden għadd ta’ hackers Russi biex isibu dawk l-emails ‘nieqsa’ taż-żmien ta’ meta Clinton serviet bħala segretarja talistat, meta din allegatament kienet użat email privat biex tagħmel xi xogħol relatat malgvern. Intant, fl-istess jum ta’ dawn l-avvenimenti kollha, Manafort tefa’ r-riżenja tiegħu minn chairman talkampanja ta’ Trump, wara li effettivament dan tneħħa mill-kariga li kellu u ngħata waħda inqas. Din ġiet fiddawl tal-fatt li, nhar l-Erbgħa li għadda, Trump għamel bidla radikali fit-tim tal-kampanja tiegħu, fejn poġġa persuna partikolari li kienet tmexxi sit konservattiv tal-aħbarijiet minflok Manafort biex tgħinu jġib riżultati aħjar fis-sondaġġi, li dan l-aħħar xejn ma kienu inkoraġġanti. Minkejja li din kienet ir-raġuni li ngħatat għarriżenja ta’ Manafort, ħafna qed jattribwixxu din ir-riżenja minħabba l-allegati rabtiet li ħareġ li għandu Manafort mal-partit pro-Kremlin firRussja. Ħafna kritiċi talpolitika huma tal-fehma li din is-sitwazzjoni, tħares minn fejn tħares lejha, ma tawgura xejn tajjeb għall-kampanja qalila li mbarka fuqha l-istess Trump. Dan hekk kif l-elezzjoni biex jiġi elett President ġdid, qiegħda kulma jmur toqrob.


16 21|08|2016

1

kullhadd.com

MINN MADW

IPARTU L-ARMI MA’ PRODOTTI ELETTRONIĊI

Il-pulizija fil-Venezwela għamlu ‘straġi’ fil-pubbliku hekk kif kissru u farrku xejn inqas minn 2,000 shotgun u pistoli oħrajn f ’misraħ partikolari fil-belt ta’ Caracas. Dan hekk kif il-ministru l-ġdid tal-intern nieda mill-ġdid kampanja favur ilkontrolli tal-armi wara li din tħalliet tistaġna għal ħafna żmien. Dan il-pajjiż huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar pajjiżi fiddinja li huwa mifni bil-kriminalità. Dan l-avveniment, skont il-Ministru Nestor Reverol, immarka t-tiġdid fl-isforzi talGvern biex jiġġieled lil din il-pjaga. Fost il-miżuri li ttieħdu kien hemm dik li jkun hemm tpartit bejn l-armi u prodotti elettroniċi, b’dawn tal-ewwel spiċċaw imkissra wara x-xogħol li għamlu l-pulizija.

2

TA’ BARRA

1

‘JISPARIXXI’ MINN PAJJIŻU

3 Uffiċjali tal-Oppożizzjoni fis-Sudan qed isostnu li l-eks-Viċi President tan-Nofsinhar tas-Sudan u Kap tal-Oppożizzjoni Riek Machar telaq mill-pajjiż. Dan wara li kellu jitlaq millkapitali Juba waqt ġlied kbir li kien hemm mat-truppi talGvern tal-ġurnata. Minn stqarrija maħruġa mill-partit flOppożizzjoni, intqal biss li dan mar f ’xi pajjiż fl-istess reġjun fejn jista’ jħossu sigur minn pajjiżu. Dan kollu jista’ jiġi attribwit għall-fatt li Machar mexxa ribelljoni għal sentejn sħaħ kontra forzi leali lejn ir-rivali eterni tiegħu l-President Salva Kiir. Minkejja li ż-żewġ naħat laħqu ftehim ta’ paċi f ’Awwissu tas-sena l-oħra, jidher li l-instabbiltà politika għadha renjanti. Intant, irriżulta li Machar sab il-kenn fil-pajjiż tal-Kongo – pajjiż qrib ħafna s-Sudan.

6 MEJTA U 200 MIDRUBA Żewġ splużjonijiet viċin ħafna ta’ għases talpulizija fit-Turkija qatlu total ta’ sitt persuni u 200 oħra sfaw midruba. L-ewwel splużjoni saret minn karozza bomba tard l-Erbgħa filgħaxija li ħalliet tliet vittmi, fosthom pulizija, u darbet 73 persuna oħra, li 20 minnhom ukoll inzertaw uffiċjali tal-pulizija. Splużjoni oħra segwiet ftit sigħat wara, jiġifieri l-Ħamis filgħodu, din id-darba qrib il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Lvant tal-belt Torka Elazig. Din l-isplużjoni ħasdet il-ħajja ta’ tliet uffiċjali oħra tal-pulizija u darbet xejn inqas minn 100 persuna oħra, fosthom nies ċivili. Minkejja li ħadd ma refa’ r-responsabbiltà mill-ewwel għal dan l-attakk imdemmi, ftit ħin wara l-militanti Kurdi ddikjaraw li kienu l-moħħ wara dan kollu.


TA’ BARRA

kullhadd.com

WAR ID-DINJA 6

3 2

6 4

5

QED ITELLA’ U JNIŻŻEL FUQ ŻJARA ‘STORIKA’

Qed ikun irrappurtat li l-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe qed jaħsibha jekk iżurx Kuba x-xahar id-dieħel bl-għan li jissaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi, filwaqt li jkunu promossi l-investimenti Ġappuniżi f ’dan il-pajjiż. Madankollu, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Ġappuniż, pjuttost irrapporta l-kontra u qal li m’hemm l-ebda pjan li jsir hekk. Dan il-vjaġġ, jekk ikun ikkonfermat, jaħbat mal-attendenza talistess Abe għal-laqgħa tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York. Madankollu, jekk iż-żjara f ’Kuba ssir, din tkun l-ewwel żjara li qatt għamel prim ministru Ġappuniż f ’dan il-pajjiż. Meqjus bħala pass biex din iż-żjara storika ssir realtà, huwa l-fatt li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin fil-kabinett ta’ Abe żar Kuba proprju s-sena l-oħra.

5

4

21|08|2016 17

DAQSHEKK POKEMON GO!

SE JIĠBDU ĦABEL WIEĦED Fiż-żmien li ġej iċ-Ċina u l-Myanmar se jkunu qed jiffirmaw ftehim bejniethom biex jinbena pont strateġiku ħdejn il-fruntieri ta’ xulxin flimkien ma’ żewġ sptarijiet fil-Myanmar stess. Dan tħabbar proprju din il-ġimgħa meta l-mexxejja Aung San Suu Kyi ltaqgħet mal-mexxejja tal-Gvern f ’Beijing. Suu Kyi, li ma tistax tikkontesta għal President skont il-Kostituzzjoni iżda għandha pożizzjonijiet għolja fil-Gvern inkluż dik ta’ Ministru għall-Affarijiet Barranin, iltaqgħet mal-Prim Ministru Li Keqiang kif ukoll mal-President Xi Jinping. Ħafna qed jittamaw li, permezz ta’ dawn il-ftehimiet, ir-relazzjonijiet bejn dawn iżżewġ pajjiżi qrib xulxin ikomplu jiżviluppaw u jwasslu għal aktar ftehimiet simili fil-futur.

Il-Vjetnam iddikjara li se jkun qed jipprojbixxi persuni milli jilagħbu l-Pokemon Go qrib l-uffiċini tal-Gvern u dawk talPartit Komunista, kif ukoll postijiet oħrajn ta’ difiża tal-pajjiż. Din l-ordni ħarġet wara li eluf ta’ ċittadini ssaħħru wara din il-logħba li tirrikjedi li taqbad karattri differenti f ’postijiet ta’ importanza fil-pajjiż. Mijiet ta’ eluf ta’ nies niżżlu din il-logħba fil-Vjetnam minn mindu tnediet f ’dan il-pajjiż fis-6 ta’ Awwissu li għadda. Ħafna niżżlu wkoll mappa talpajjiż biex isservihom ta’ għajnuna ħalli jsibu aktar karattri f ’din il-logħba, iżda din il-mossa xejn m’għoġbot lill-Gvern Komunista. Miżuri simili diġà ttieħdu fil-Kambodja, u oħrajn mistennija fit-Tajlandja dalwaqt.


18 21|08|2016

kullhadd.com

MILL-ISTORJA

JUANA MANUELA GORRITI (1818-1892) KITTIEBA POLITIKA MILL-ARĠENTINA kitba ta’ l-indipendenza ta’ pajjiżha, ALFRED CONSIGLIO missier Gorriti, José Ignacio de Gorriti (1770-1835) kien Juana Manuela Gorriti favur l-Unitarji, u l-familja twieldet fil-15 ta’ Ġunju kellha taħrab wara r-rebħa 1818 f ’Horcones, Salta, tal-Federalisti. Il-familja l-Arġentina, f ’familja tat- marret tgħix f ’Tarija, iltajjeb ta’ dixxendenza Bolivja. Hemmhekk Gorriti Spanjola. Hija bdiet ltaqgħet ma’ Manuel Isidro l-edukazzjoni tagħha Belzú (1808-1865), fizzjal f ’kunvent, iżda ma fl-armata, iżżewġu u setgħetx tissaporti kellhom żewġ ulied bniet: d-dixxiplina u Edelmira u Mercedes. telqet. Kienet Iż-żwieġ kien vjolenti, u qarrejja akkanita l-koppja sseparaw xi snin u kurjuża u wara. Sadanittant, Belzú ħadet vantaġġ sar il-President tal-Bolivja m i l - l i b r e r i j a permezz ta’ kolp ta’ stat. tal-familja u Gorriti rrifjutat li tmur mill-istejjer li tgħix miegħu u marret tgħix s-sefturi kienu f ’Lima, il-Perù, fejn fetħet j g ħ i d u l h a . skola għat-tfal subien u B’rieħet hekk bniet, u skola għal tfajliet hija saret mara żgħażagħ. b’livell għoli Hemmhekk bdiet tikteb ta’ tagħlim għal u, fl-1845, ippubblikat żmienha, anke jekk l-ewwel storja, ‘La Quena’. kienet differenti u Minn hawn ’il quddiem diżorganizzata. l-attività ta’ Gorriti qatt Fil-kunflitti ma naqset. Hija ħolqot illi ġew wara Velades Literarias –laqgħat soċjali f ’darha – fejn ħafna mill-intellettwali Peruvjani ta’ żmienha, bħal Clorinda Metto de Turner (1852-1909) u Ricardo Palma (1833-1919), kienu

jiltaqgħu. Matul ħajjitha hija kompliet tikteb, teditja diversi rivisti, u fetħet aktar skejjel. Gorriti rabbiet iż-żewġ uliedha u żewġt itfal oħra, Clorinda u Julio, li kellha minn relazzjoni barra ż-żwieġ. Hija kienet vjaġġatura bla serħan, u fil-vjaġġi tagħha żaret l-Arġentina diversi drabi wara li ngħatat pensjoni bħala bint Ġeneral tal-Indipendenza. FlArġentina ppubblikat rivisti u stejjer, u fetħet il-Veladas Literarias imma, minkejja l-kundizzjoni biex tgħix filpajjiż jekk trid tibqa’ tieħu l-pensjoni, marret ħafna drabi l-Perù. Il-ħajja tagħha kienet novellistika kif juri l-ktieb ta’ Martha Mercader (1926-2010), Juanamanuela muchamujer. Hija kienet mara avvanzata għaż-żmien li għexet fih, u rrispettata minkejja l-imġiba mhix konvenzjonali tagħha. Hija rabbiet it-tfal illeġittmi tagħha, u tkellmet filmiftuħ dwarhom, kienet diplomatika u evitat twarrib soċjali minkejja l-modi kontroversjali tagħha. Prova tajba talaċċettazzjoni tagħha huwa l-fatt li familji sinjuri bagħtu lil uliedhom fl-iskejjel tagħha, u l-kitbiet tagħha kienu ppubblikati. Ħafna mix-xogħol letterarju bikri tagħha kien miġbur f ’żewġ volumi: Sueños y realidades (1865) u Panoramas de la vide (1876). Dawn kienu xogħlijiet ta’ stejjer, memorji u bijografiji. Hija ppubblikat ukoll bijografija tal-Ġeneral Dionisio de Puch (1804-1873), u l-ktieb tat-tisjir Cucina Ecléctica (1890). Ħafna mill-istejjer tagħha huma dwar il-mara. L-eroji tagħha huma nisa li jieħdu kontroll taddestin tagħhom; drabi oħrajn, il-karattri femminili huma vvittimizzati millirġiel, mill-ġlied politiku u militari li fih in-nisa ta’ spiss jilagħbu l-parti ta’ medjaturi. F’termini soċjali hija dehret tiddefendi l-konfini ta’ razza u klassi, kontra żwiġijiet imħalltin, iżda hija wriet fehma ħanina lejn il-klassi baxxa, l-isfruttati, l-Indjani u s-Suwed. Juana Gorriti mietet fis6 ta’ Novembru 1892 fi Buenos Aires, l-Arġentina.


PERSONALITÀ

kullhadd.com

21|08|2016 19

BID-DRAMA SABET LILHA NNIFISHA RAMONA

PORTELLI TINTERVISTA LIL

SHARON

FERRIS

Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com Email: ramonaportelli@hotmail.com

Il-personalità li intervistajt illum hija eżempju ċar ta’ kif il-bniedem m’għandu qatt jgħid li huwa tard wisq fil-ħajja u lanqas m’għandu jaqta’ qalbu għax forsi m’għadux żgħir. Fil-fatt, l-attriċi li intervistajt illum hija Sharon Ferris, li daħlet fix-xena tar-reċtar ftit ilu. Minkejja dan, qed ikollha suċċess f ’dan il-qasam. Sa ftit ilu, Sharon kienet tinterpreta l-karattru ta’ Veronica fit-teledramm Libra, fuq One TV. Sharon Ferris għandha 39 sena, hija mill-Ħamrun imma tgħix Baħar iċĊagħaq. Sharo hija miżżewġa u għandha tifla ta’ 14-il sena. Ilha taħdem fis-servizz pubbliku għal dawn l-aħħar 21 sena. Minbarra d-drama, Sharon tħobb is-safar, it-tisjir, ilmake-up, il-kura tal-wiċċ, ilmoda u l-mużika. Is-safar tħobbu ħafna u żaret diversi pajjiżi kemm fl-Ewropa kif ukoll l-Amerika. L-aktar għal qalbha hu li tara kulturi differenti u żżur is-sbuħija tal-pajjiż, u ma jonqosx xi ftit xiri minn fejn tkun. Minn età żgħira xtaqet tidħol fid-dinja talispettaklu. “Kont niċċassa nħares lejn il-programmi televiżivi Taljani, u kont dejjem ngħid kemm nixtieq

telespettatur Malti japprezza d-drama Maltija u, apparti s-sodisfazzjon, dan jagħmlilna l-kuraġġ biex naħdmu aktar bil-qalb.” Kompliet tgħidli li bejn teatru u televiżjoni ma għandhiex preferenza speċjali; anzi t-tnejn jogħġbuha, imma fitteatru tħoss li l-pubbliku jħossu aktar viċin tal-attur u l-apprezzament jinħass iktar. Fuq nota personali, Sharon hija ammiratriċi kbira tal-grupp rock Amerikan Bon Jovi. Xtaqt inkun naf x’jaffaxxinaha eżatt f ’dan il-ġeneru ta’ mużika. “Jiena nħobb ilmużika rock u fan kbira talgrupp Amerikan Bon Jovi, u saħansittra tlajt Londra għall-kunċert tagħhom – esperjenza indimentikabbli. Normalment dik li ħafna jsejħulha storbju mhi xejn ħlief, bħal kull diska oħra, deskrizzjoni ta’ esperjenza li toffri l-ħajja ta’ kuljum imdawra f ’lirika u ħsejjes strumentali,” sostniet Sharon.

xi darba nkun bħalhom imma, sfortunatament, ilħajja ma kinitx wisq faċli. Sitt snin ilu bdejt nitħarreġ fid-drama mal-Freespirit Acting. Minn hemmhekk dħalt fil-qasam tar-reċtar, fejn kont parti minn dramm li tellajna u ħadt sehem ukoll fi drama fuq it-telviżjoni lokali,” bdiet tgħidli Sharon dwar il-bidu tagħha fix-xena Fil-ħajja qatt mhu tard tad-drama lokali. Ta’ min jgħid li, minħabba li Id-drama huwa mezz kif kellha ċertu responsabbiltà bl-immaġinazzjoni tidħol familjari, Sharon daħlet fixxena tar-reċtar dan l-aħħar f ’dinja oħra u mhux bħal ħafna li jkunu Sharon issostni li d-drama bdew minn ċkunithom. għenitha ssib lilha nnifisha B’hekk iddiskutejt magħha u ssir aktar kunfidenti. jekk tħosshiex li tilfet xi “Id-drama hija mezz kif żmien partikolari minn bl-immaġinazzjoni tidħol ħajjitha, jew jekk tħossx f ’dinja oħra, billi tinterpreta li xorta kisbet dak li forsi karattri differenti. It- m’għamiltx qabel. “Qatt

mhu tard li twettaq ixxewqa li jkollok u, fl-opinjoni tiegħi, xorta rnexxieli nilħaq l-għan mixtieq. Madankollu, nemmen li kieku bdejt fil-qasam tar-reċtar f ’età iżgħar kien ikolli aktar opportunitajiet u esperjenza. Stajt ninterpreta aktar karattri bi rwoli differenti tul is-snin,” saħqet Sharon. Xtaqt inkun naf aktar fuq il-fatt li l-atturi jridu jitgħallmu diversi linji blamment. B’hekk, lil Sharon staqsejtha jekk tħossx li dan huwa proċess tal-pappagalli, u b’liema mod jirnexxilha titgħallem il-linji tagħha blamment. “Naqbel li, sa ċertu punt, ikollok titgħallem il-linji bl-amment, però, meta jirnexxilek tidħol fil-karattru, dan isir parti

m i n n e k jkun aktar faċli li tiftakarhom u tinterpretahom b’mod naturali u realistiku,” saħqet Sharon. Meta mistoqsija dwar l-ammont ta’ ħin, ħlas miżeru u ċertu kundizzjonijiet li, sfortunatament, iħabbtu wiċċhom magħhom atturi lokali, Sharon insistiet i li hi personali temmen li, bħal f ’kollox, hemm lok għal titjib, però, min bħalha jħobb id-drama, jagħmel ix-xogħol bil-passjoni u b’ċerta dedikazzjoni. Fl-aħħar ta’ din l-intervista Sharon enfasizzat biex il-qarrejja tal-gazzetta KullĦadd ikomplu jagħtu l-appoġġ tagħhom littalent Malti biex b’hekk ikunu jistgħu joffru produzzjonijiet ta’ livell aktar għoli. u


KALEJDOSKOPJU

20 21|08|2016

kullhadd.com

Fatti miġbura minn

KURŻITAJIET

ARMI ĠODDA INGLIŻI GĦAL KONTRA T-TERRUR

CHARLES B.

SPITERI

1841: Tinħareġ il-liċenzja lil John Hampton għall-ewwel venetian blind. 1915: L-Italja tiddikjara gwerra lit-Turkija fl-Ewwel Gwerra Dinjija. 1938: L-Italja ma tippermettix għalliema Lhud fl- iskejjel Pubbliċi u dawk ta’ livell ogħla. 1942: Il-kaċċaturi Alpini jtellgħu l-bandiera Ġermaniża fuq l-Elbroezgebergte, fil-Kawkasu. 1943: Tintwera x-xewqa li Gromyko jsir l-Ambaxxatur tal-Unjoni Sovjetika f ’Washington. 1959: Il-Hawaii isir il-50 stat tal-Istati Uniti. 1961: Jinħeles mill-ħabs Jomo Kenyatta, attivist politiku Kenjan, wara disa’ snin priġunerija. Hu kien intbagħat il-ħabs fl-1952 mill-awtoritajiet Ingliżi, matul l-irvell tal-Mau Mau, flimkien ma’ mexxejja nazzjonalisti oħra. 1963: Iddikjarata l-liġi marzjali fil-Vjetnam t’Isfel wara attakki fuq il-pagodas Buddisti. 1967: Mikis Theodorakis, kompożitur u kittieb tal- kanzunetti, arrestat fil-Greċja. 1968: Għal darb’oħra wara ħames snin, ir-Russja twaqqaf ir-radju Voice of America. 1968: Fis-12.50am, ir-Radju ta’ Praga (Ċekoslovakkja) iħabbar invażjoni mmexxija mis-Sovjetiċi. 1969: Nar fil-moskea f ’Al-Aksa f ’Ġerusalemm. 1972: L-ewwel ballun tal-arja jtir fuq l-Alpi. 1972: Il-pulizija jisprejjaw fuq Grace Slick, kompożitriċi, meta uffiċjal tal-banda rrefera għall pulizija bħala ‘majjali’. 1975: L-Istati Uniti ttaffi ftit mill-embargo tal-kummerċ kontra Kuba. 1982: Terroristi Palestinjani jisfaw imferrxa minn Bejrut. 1985: Mary Decker Slaney tiġri mili f ’rekord dinji ta’ erba’ minuti 16.71 sekonda. 1986: L-iżbruffar volkaniku fil-Kamerun jarmi gass qattiel, li joqtol 2,000 persuna. 1987: Jinstab ħati Clayton Lonetree, l-ewwel morin Amerikan li għadda qorti marzjali fuq spjunar. 1991: Kolp ta’ stat Komunist jisfaxxa f ’jumejn fl-Unjoni Sovjetika. 1991: Il-Latvja tiddikjara l-indipendenza tagħha mill- Unjoni Sovjetika. 1993: In-NASA titlef il-kuntatt tagħha mal Osservatorju f ’Mars. 1994: Jinħarġu mir-Rwanda l-aħħar truppi Franċizi biex intemmet l-akar missjoni kontroversjali hemmhekk. 1997: Il-Gvern Amerikan iġiegħel lil Hudson Foods jagħlqu minħabba li faqqgħet l-E Coli. 2001: In-NATO tiddeċiedi li tibgħat forza taż-żamma tal-paċi f ’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal- Maċedonja. 2012: 20 persuna jmutu kawża tal-virus tal-Ebola fir- Repubblika Demokratika tal-Kongo. 2014: F’attakk mill-ajru Iżraeljan f ’Rafah, jinqatlu Mohammed Abu Shammala, Raed al Atar u Mohammed Barhoum – tliet kmandanti għoljin tal-Ħamas. 2015: Ifalli attakk terroristiku fuq il-ferrovija bejn Amsterdam u Pariġi hekk kif erba’ passiġġieri jegħlbu lill-attakkant armat. 2015: Jinstab l-eqdem messaġġ fi flixkun…aktar minn 108 snin wara. Kien tqiegħed mill-Assoċjazzjoni Bijoloġika tal-Baħar Amerikana u nstab fix-xatt ta’ Amrum, fil-Ġermanja. 2015: Il-Kriżi tar-Refuġjati Ewropej: Il-Ġermanja tagħmilha iktar faċli għar-refuġjati Sirjani biex jingħataw kenn billi ssospendiet ir-Regoli ta’ Dublin.

ĠRAW BĦAL-LUM

Tip ta’ ajruplan ċkejken ħafna, li jitħaddem bir-remote control fuq il-mudell ta’ insett, se jkun l-aħħar arma Ingliża għal kontra t-terrur. Dan l-ajruplan – li tant hu żgħir li joqgħod fil-pala tal-id – se jispjuna fuq il-qagħdiet tal-għadu u jiġbor it-tagħrif meħtieġ kemm għall-militari kif ukoll għall-aġenti Ingliżi Il-ħsieb għalih kien ispirat mill-mazzarell (dragonfly) b’żewġ pari ta’ ġwienaħ u erba’ saqajn biex jgħinuh jtir fl-ajru fejn, mingħajr ma jagħti fil-għajn, jispjuna fuq it-terroristi. Din l-invenzjoni tista’ tittajjar fi kmamar mgħassin tajjeb, u tgħarraf u turi kulma jkun qed isir bejn dawk preżenti lissuldati fil-kamp tal-battalja.

Bħalissa, l-invenzjoni qed tkun żviluppata millMinisteru tad-Difiża u l-Forzi tas-Sigurtà Ingliżi. Qed jaħdmu wkoll fuq sistema ta’ armi bil-laser li jkunu kapaċi jikkaġunaw toqob fid-drones tal-għedewwa. Minn dak li jidher s’issa, illaser isib u jeqred it-theddid mill-ajru kkaġunat mid-drones u minn ajruplani tal-għadu. Dan l-apparat b’saħħtu u eżatt fil-mira tiegħu jkun kapaċi jattakka lill-għedewwa fi tliet modi. Fl-aktar impatt qerried iwaqqa’ ajruplan billi bin-nar jikkaġunalu toqba u jeqridlu l-apparat elettroniku. Jista’ wkoll jagħmi lillekwipaġġ fil-cockpit u jġegħilhom jabbandunaw

it-titjira u jniżżlu l-ajruplan tagħhom. Finalment, il-laser ikun jista’ jiġi sparat lejn is-sensors tal-ajruplan u tant jgħabbih bid-dawl li ma jkunx jaħdem iktar. Hu jkun jista’ jibqa’ jtir, li la jispara missili u lanqas iwaddab bombi. Michael Fallon, Segretarju tad-Difiża qal li din l-inizjattiva innovattiva se tgħin biex il-Britannja tkun aktar żgura. Sadanittant, qed isir xogħol fuq robot li kapaċi jsib l-armi kimiċi. Dan se jintbagħat f ’postijiet perikolużi u jieħu post l-aġenti. Dawn id-dettalji tħabbru mill-Gvern, li nieda inizjattiva innovattiva għad-difiża ta’ pajjiżu.

DAR TA’ REĠINA F’AJRUPLAN!

Intqal li l-ajruplan tal-Forzi tal-Ajru Amerikan, l-F-22 Rapto, hu l-aqwa stealth fighter fid-dinja. Iżda issa nstab li ma jirnexxilu jagħmel xejn ma’ kolonja ta’ naħal tal-għasel li kienu qed ifittxu dar ġdida għar-reġina tagħhom. Wara titjira f ’Virginia, l-ekwipaġġ tal-manutenzjoni raw dik li dehret bħala sħaba

ta’ eluf ta’ naħal imdendlin mal-exhaust nozzle talajruplan. Minkejja l-ħasda inizjali tagħhom, it-tim ma sejjaħ lil ħadd biex joqtol lil dawn in-naħal; minflok, il-kolonja ttieħdet għand produttur talbirra lokali biex tkun tista’ tipproducilu l-għasel. Il-kwantità ta’ naħal tal-

għasel instabet fil-11 ta’ Ġunju waqt provi fil-bażi f ’Virginia, imqabbda mal-exhaust pipe ta’ dan il-fighter jet li jiswa $150 miljun. L-ekwipaġġ sejjaħ lil Andy Westrich, raġel navali rtirat li jipproduċi l-birra u ġabarhom hu. Andy qal li qatt ma ra dik il-kwantità ta’ naħal, li ammontaw għal madwar 20,000 naħla.


KUN AF

kullhadd.com

21|08|2016 21

KUN AF

ATTENTI MILL-BRAM! U, X’TAF FUQ IL-BRAM? Kurżitajiet minn hawn u minn hemm Kitba ta’

SAVIOUR

MAMO

Fl-ibħra ta’ madwar iddinja jeżistu għexieren ta’ eluf ta’ kreaturi li jwaħħxuk bid-dehra tagħhom imma jimmeraviljawk bil-forom u l-kuluri tagħhom. Qiegħed nirreferi l-iktar għall-bram. Din l-ispeċi ta’ kreatura hija stramba għall-aħħar; la għandha moħħ u lanqas għandha għajnejn, ħlief għal xi wħud li jagħrfu d-dawl mid-dlam. Iżda din il-medusa għandha sistema ta’ nervituri li kapaċi tħoss u saħansitra xxomm. Anke tiddiġerixxi; jiġifieri għandha stonku, imma sempliċi ħafna. L-akbar razza jew speċi ta’ bram, li l-bniedem jaf li teżisti, għandha swaba’ (tentakli) twal madwar 30 metru (100 pied) u d-daqs ta’ ġisimha għandu dijametru ta’ tliet metri

jistgħu jkunu anke iktar, skont l-ispeċi. Ma dawn it-tentakli jkollha numru kbir ta’ xagħar inviżibbli.

Il-fiżjonomija tal-brama

velenu tagħha kapaċi toqtol bniedem fi 30 sekonda. Il-brama ma tigdimx u lanqas tattakka, imma tweġġgħek għax tkun missejt magħha. Meta t-tentakli tal-brama jintlaqtu, jerħu l-velenu. Kull tentaklu għandu mijiet ta’ ċelloli, jew bħal xagħar irqiq, Bram velenuż u kull xagħra għandha borża fit-tarf li, meta xi ħaġa tmiss Fil-Baħar Mediterran insibu magħha, tinfaqa’ u joħroġ ilkwalità ta’ bram li, meta jmiss velenu. Dan il-velenu jissejjaħ miegħek, jista’ jqabbdek nematocysts. ħafna ħruq fil-ġilda, imma mhux perikoluz daqstant. Kura kontra l-gdim Teżisti kwalità ta’ brama lejn il-kontinent Awstraljan, M’hemmx dubju li meta tmiss imsejħa box jellyfish, li bil- ma’ brama tipprova ssib,

Il-brama tikkonsisti fi speċi ta’ ġilda rqiqa u trasparenti, bħal dik li tissejjaħ epidermis li għandha għamla ta’ koppla. Taħt din il-ġilda għandha ġilda oħra, ftit iktar iebsa, li tissejjaħ gastrodermis. Bejn ilġilda ta’ barra u dik ta’ ġewwa hemm bħal xaħam li jgħidulu mesoglea li jgħin il-brama żżomm fil-wiċċ. Minn taħt għandha ftuħ wieħed – bħal borża rasa ’l isfel, li sservi bħala ħalq minn fejn tiekol. Mad-dawra ta’ barra għandha bejn erbgħa u tmien tentakli maġġuri li

Fejn jinsab l-iktar Nistgħu ngħidu li l-bram jgħix f ’kull tip ta’ baħar, sew jekk ikun baħar fond jew inkella baxx, sew jekk ikun baħar sħun jew kiesaħ, u sew jekk ikun mielaħ jew ħelu bi ftit salinità. Semmejt il-fond. Instab bram li jgħix f ’abbissi ta’ 12,000 pied. Ta’ minn jgħid li f ’dan il-fond il-pressjoni tal-baħar tkun tremenda u jkun dlam ċappa. Għall-kuntrarju, hemm imbagħad ċertu bram li jgħix f ’baħar baxx ħafna u mhux l-ewwel darba li jitkaxkru fuq il-blat waqt maltempata. Ilbram ipassi u l-iktar li jimxi bil-kurrent, imma għandu speċi ta’ muskolu, bħal talqarnita, li jarmi l-ilma u dan jimbuttaha biex tiċċaqlaq. Hemm speċi ieħor ta’ bram li jeħel mal-qiegħ tal-baħar, b’saqajh ’il fuq. Dan ngħidulu polyp.

malajr kemm jista’ jkun, mezz kif tneħħi l-ħruq. F’każ ta’ emerġenża uża ftit ketchup. Jekk ma ssibx, tista’ tuża ftit alkoħol, zokkor jew surgical spirit. Importanti ħafna li meta tmiss ma’ xi brama u din timmarkak sewwa, tieħu parir mediku wkoll biex tevita infezzjoni. Qatt ma għandek tapplika silg jew ilma naturali fuq il-marka għax b’hekk tkun qed issaħħaħ il-qawwa tal-velenu.

Dawn jimblukkaw id-dħul fissistema taċ-ċirkolazzjoni talilma li tkessaħ il-ġeneraturi, bir-riżultat li jieqfu l-magni. Fl-1999, power station filFilippini waqfet kaġun talbram. L-istess ġara fl-2008, meta d-Diablo Canyon Power Station f ’California kellha titwaqqaf kaġun tal-bram. Ta’ min jgħid ukoll li ġieli anke waqfu xi vapuri kaġun ta’ din il-kreatura tal-baħar. In-numru ta’ bram qiegħed kulma jmur dejjem jiżdied Iktar tagħrif minħabba li l-baħar qiegħed dejjem jisħon, kif ukoll mhux Mhux l-ewwel darba li power qed isib biżżejjed predaturi, stations jieqfu kaġun tal-bram. bħall-fkieren li jieklu l-bram.


22 21|08|2016

kullhadd.com

QALB FAMILJARI

Fr Mario Attard OFM Cap

Il-Papa ħeġġeġ lill-ħaddiema biex jieħdu ħsieb aktar lill-familji tagħhom

Qalb il-Papa Franġisku hija, mingħajr dubju, familjari. Qalb li tħabbat mal- u għall-familja. Dan l-aħħar iltqajt ma’ diskors li l-Papa għamel nhar it-Tnejn 21 ta’ Diċembru tas-sena li għaddiet lill-ħaddiema li jaħdmu mas-Santa Sede u mal-Belt-Stat tal-Vatikan. Dan id-diskors fih erba’ battuti li tassew iġegħluk taħseb. Fih ftit pariri li tassew jinżlu għasel għall-familji tagħna l-Maltin. Il-Papa ħeġġeġ lill-ħaddiema biex jieħdu ħsieb aktar lillfamilji tagħhom. Qalilhom: “Inħeġġiġkom biex tieħdu ħsieb iż-żwieġ tagħkom u ’l uliedkom.” Saħqilhom: “Ħudu ħsiebhom u twarrbuhomx. Ilagħbu ma’ wliedkom.” Franġisku mbagħad għadda biex qabbel iż-żwieġ ma’ pjanta. “Iż-żwieġ huwa bħall-pjanta. Mhuwiex bħall-komodina li wieħed ipoġġi fil-kamra. U jkun biżżejjed li wieħed, xi minn daqqiet, ifarfarha. Il-pjanta hija ħajja. Wieħed jieħu ħsiebha kuljum. Wieħed jara kif inhi sejra. Isaqqiha u l-bqija. Iżżwieġ huwa realtà ħajja. Il-ħajja tal-koppja m’għandha qatt tittieħed ta’ kafkaf fl-ebda fażi tal-ħajja tal-familja.” Imbagħad il-Papa ssokta juża l-metafora tal-pjanta biex biha fisser l-għaqda fiżżwieġ tal-ġenituri. “Niftakru li l-aktar rigal prezzjuż għattfal mhuwiex l-affarijiet, imma l-imħabba tal-ġenituri. U b’hekk m’iniex qed infisser biss l-imħabba tal-ġenituri għallulied imma, fil-fatt, l-imħabba tal-ġenituri bejniethom. Jiġifieri r-relazzjoni miżżewġa tagħhom. Din tagħmel lilkom

u wkoll lil uliedkom tant tajjeb! Tittraskurawx il-familja! Għalhekk, qabel kollox, ħudu ħsieb il-‘pjanta’ taż-żwieġ, li intom intom il-miżżewġin”. Aspett ieħor li l-Papa Franġisku saħaq fuqu hija l-importanza li l-ġenituri jqattgħu ħin ma’ wliedhom. Issokta jgħid ilPapa: “U, fl-istess ħin, ħudu ħsieb tar-relazzjoni tagħkom ma’ wliedkom. Anke hawnhekk iffukaw aktar fuq ir-relazzjoni umana aktar milli l-affarijiet. Tkellmu ma’ wliedkom. Isimgħuhom. Staqsuhom dwar kif jaħsubha. Dan id-djalogu bejn il-ġenituri u l-ulied jagħmel tant tajjeb! Jgħin lit-tfal jikbru fil-maturità.” Waqt dan il-kliem tant ħelu, fejqani u mimli għerf, ilPapa ħeġġeġ lill-miżżewġin biex jieħdu ħsieb lin-nanniet. “Niffukaw fuq il-ħniena, fuq ir-relazzjonijiet ta’ kuljum, bejn

ir-raġel u l-mara, bejn il-ġenituri u l-ulied, bejn l-aħwa subien u bniet. U aħna nieħdu ħsieb in-nanniet.” Il-Papa Franġisku ssokta jfisser dwar l-importanza li lin-nanniet tagħna nieħdu ħsiebhom. “In-nanniet huma tant importanti fil-familja. Innanniet għandhom memorja, għandhom l-għerf. Tħallux linnanniet f ’ġenb wieħed! Huma importanti ħafna.” Biex isaħħaħ il-punt tiegħu Franġisku qasam ma’ dawk preżenti esperjenza personali ta’ x’għallmitu omm żagħżugħa. “Mara żagħżugħa kienet qed tgħidli li hi għandha tifel ta’ seba’ snin u li nannitha, li daħlet fid-disgħinijiet, tgħix magħha. Imma mhijiex daqshekk tajba f ’saħħitha. Tawha parir li tpoġġiha f ’dar tal-mistrieħ. U din il-mara żagħżugħa għaqlija, li ma studjatx fl-università, wieġbet lil dak li taha l-parir

MADWARNA

biex tpoġġi lil nannitha f ’dar tal-mistrieħ: ‘Le! Nixtieq li ibni jgħix ma’ nanntu!’ Għarfet ittajjeb li n-nanniet jagħmlu linneputijiet.” Fl-aħħar nett il-Papa indirizza l-problema tat-tilwim fi ħdan il-familja. “Ħudu ħsieb ilpaċi fil-familja: ilkoll nafu li hemm it-tilwim fil-familja. Fejn m’hemmx tilwim fiż-żwieġ jidher li mhux normali. Dak li hu importanti hu li ma ttemmux iljum qabel tagħmlu paċi. Jeżiżtu aħwa li ma jkollhomx xi jgħidu? Imma huma dejjem jagħmlu paċi. U intom, ġenituri, meta wliedkom ikollhom xi jgħidu, qabel ma jmorru fi friexhom, għidulhom: ‘Agħmlu paċi. Ħudu b’idejn xulxin. Agħtu bewsa lil xulxin.’ Jinħtieġ li wieħed jitgħallem dan l-għerf li jagħmel paċi. Għamiltu gwerra lil xulxin matul il-ġurnata? Għadha sħuna l-gwerra tagħkom? Tħalluhiex issir kiesħa għax il-‘gwerra kiesħa’ tal-jum ta’ wara tkun aktar perikoluża mill-‘gwerra sħuna’. Fhimtu? Agħmlu paċi filgħaxija, dejjem!” Dan id-diskors tad-deheb, fisSena tal-Ġublew tal-Ħniena li qegħdin ngħixu bħalissa, jgħallimna li, kif qal il-Papa Franġisku, “il-Mulej iħobb lil min jipprattika l-ħniena fiċċirkustanzi ordinarji”. U mela ejjew bħala koppja naħfru lil xulxin kuljum! Inqattgħu aktar ħin ma’ wliedna! Inżommu linnanniet tagħna jgħixu magħna! Għax x’hemm tassew isbaħ milli nesperjenzaw il-ferħ talħniena, ibda mill-familji tagħna stess? Kif għallmitna b’tant għerf, ħlewwa u qawwa l-qalb familjari tal-Papa Franġisku?

L-ISTATWA TAL-MADONNA TAL-KARMNU LI SARET F’NAPLI FL-1780

Fr Hermann Duncan O.Carm

Fis-sena 1896 saret l-ewwel purċissjoni f ’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu fil-Balluta b’din l-istatwa tant devota u li llum tinsab fil-knisja parrokjali ddedikata lilha filBalluta stess

Fil-gżejjer tagħna għandna bosta statwi sbieħ li wħud minnhom ġew maħduma minn artisti Maltin kif ukoll barranin. Fost dawn se nsemmu l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu li tinsab fil-knisja parrokkjali tal-Balluta. Millistorja nafu li fl-atti notarili ta’ Francesco Bovio, li sar f ’Napli fil-5 ta’ Novembru 1779, kien sar ftehim bejn is-Sur Pasquale Guido f ’isem il-Fratellanza talKarmnu tal-Belt u l-iskultur Gennaro Reale. Il-ftehim kien jgħid biex, sal-aħħar tax-xahar ta’ Marzu tal-1780, jaħdem bl-akbar eżatezza u skont ir-regoli, figura twila sitt ixbar u tliet kwarti, u l-bażi tagħha kellu jkun għoli nofs xiber. Dan kellu jsir skont il-mudell magħmul mit-tafal mill-istess skultur bil-kundizzjoni li l-mudell jiġi mpitter kif trid tkun miżbugħa l-istatwa. Il-prezz ta’ dan ixxogħol kellu jkun ta’ 70 dukat ta’ Napli. Dan ix-xogħol, kif ukoll l-iskultura, kellu jsir taħt il-parir u bl-assistenza tal-

Professur Carlo Mondicello. Tajjeb li wieħed jgħid li kienet saret konsulta ġenerali għall-fratelli li saret fl-oratorju tagħhom fil-Belt Valletta nhar id-19 ta’ Marzu 1780. F’din il-konsulta ġenerali kulħadd qabel ma’ dan il-ftehim. FilBelt Valletta dak iż-żmien kien hemm statwa oħra talMadonna tal-Karmnu u għalhekk sar ftehim li, billi l-injam tal-pedestall ta’ din l-istatwa kien għadu tajjeb ħafna, kellu jintuża għallpedestall ta’ din l-istess statwa ġdida. Is-Sur Ewgenio Borg, li kien mastrudaxxa prim, ħadem ix-xogħol tal-injam għal dan ilpedestall. Barra minn hekk, il-fratellanza ħadet ħsieb li tħallas lill-kaptan tax-xwieni li kien is-Sur Giacomo Burlo Corriva biex ikun jista’ jġib l-istatwa minn Napli sa Malta fuq xini tal-Ordni ta’ San Ġwann. Din l-istatwa waslet Malta nhar is-17 ta’ Settembru 1780 mingħajr induratura u żebgħa. Aktar tard, hawn Malta stess,

sar ix-xogħol taż-żebgħa millpittur J. Antonio Grech li dak iż-żmien kien jaħdem fil-palazz tal-Gran Mastru f ’Sant’Anton, waqt li l-induratura saret misSur Michele Galdes. Nistgħu ngħidu li din l-istatwa ħarġet għall-ewwel darba waqt purċissjoni li nżammet filBelt Valletta, il-Ħadd, fost l-ottava tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu fis-sena 1882. L-istatwa tbierket bis-solennità kollha u tpoġġiet għallqima tal-poplu fl-oratorju li l-konfraternità għandha biswit is-santwarju bażilika talKarmnu fil-Belt Valletta. Kien fis-sena 1890, meta l-patrijiet Karmelitani marru fil-Balluta, li din l-istatwa ngħatat lilhom. Fis-sena 1896 saret l-ewwel purċissjoni f ’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu fil-Balluta b’din l-istatwa tant devota u li llum tinsab fil-knisja parrokjali iddedikata lilha fil-Balluta stess. Nistgħu ngħidu li din is-sena jaħbat għeluq il-120 sena mindu l-istatwa ħarġet proċessjonalment l-ewwel

darba. Illum il-purċissjoni ssir fl-aħħar Ħadd ta’ Lulju b’solennità kbira billi llum teżisti ukoll l-Għaqda Mużikali Madonna tal-Karmnu Balluta kif ukoll il-Kummissjoni Festa Esterna. Din il-banda ġiet imwaqqfa fid-29 ta’ Settembru 1987 meta saret l-ewwel seduta tal-kumitat proviżorju. Is-sena ta’ wara, jiġifieri fit-23 ta’ Lulju 1988, sar il-ftuħ uffiċjali talewwel każin tal-banda. Illum, il-każin jinsab f ’post ieħor fi Triq Sant’Elena u jġib l-isem tal-Papa Ġwanni Pawlu II. Fi żmien il-festa l-banda tagħti l-kontribut tagħha kemm permezz tal-marċi kif ukoll permezz tal-programmi vokali u strumentali li jinżammu f ’lejlet il-festa fil-pjazza talBalluta. Barra min hekk, isiru diversi attivitajiet oħra li jiġbdu n-nies lejhom. Jalla l-Verġni Marija Sultana tal-Karmelu tħares bi mħabba kbira lejn din il-parroċċa u jalla minnha jkollna iżjed vokazzjonijiet qaddisa.


MADWARNA

kullhadd.com

21|08|2016 23

“IL-ĦOBŻA TA’ KULJUM KRUĊJALI FIL-KITBA TAL-ISTORJA”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-ħobża ta’ kuljum hija kruċjali fit-tfassil u filkitba tal-istorja tal-ġens Malti. Dr Muscat qal li d-diffikultajiet u l-kundizzjonijiet materjali li l-ġnus f ’Malta u madwar id-dinja ħabbtu wiċċhom magħhom tul iż-żmien huma elementi importanti fil-kitba tal-istorja. Il-Prim Ministru qal dan meta ġie ppreżentat b’kopja tal-ktieb A Materialist Revision of Maltese History: 870-1919 mill-istoriku Mark Camilleri, li jitfa’ dawl ġdid fuq 1049 sena ta’ storja Maltija. “It-tfassil tal-istorja u l-kitba tal-istorja huma qaddejja talfatti. It-tnejn huma konxji tas-sensittività tal-istorja. Il-metodoloġija u t-teknika tagħna huma bbażati fuq suppożizzjonijiet teoretiċi u immaġinarji. Jien tal-fehema li għandna nkunu konxji talkundizzjonijiet materjali li fihom il-poplu Malti kellu jikseb il-ħobża ta’ kuljum tul iż-żminijiet. L-istess għandna nagħmlu dwar

popli oħra, speċjalment ilpopli Ewropej.” qal il-Prim Ministru. Dr Muscat qal li l-istoriċi kultant dan jinsewh. “Ġieli jirraġunaw li l-ideat huma l-forza ewlenija li ġġib il-bidla fis-soċjetà u fil-politika. Jew inkella li l-poter huwa ’l bogħod minn opportunitajiet konkreti li jagħmlu d-deċiżjonijiet possibbli. Riċerkaturi bħal Mark Camilleri huma konxji biżżejjed biex ifakkruna li dan mhux minnu. Ilpubblikazzjoni l-ġdida tiegħu forsi sservi ta’ sejħa biex riċerkaturi oħra jiftakru li l-istorja hija kwistjoni ta’ dak li jillimita l-potenzjal uman biex jikseb dak li jista’ fid-dawl tar-riskji u d-diffikultajiet li jiltaqa’ magħhom. Apprezzajt il-kawtela li joffri dan il-ktieb u l-impenn tal-awtur biex jitfa’ dawl ġdid fuq l-istorja ta’ Malta.” A Materialist Revision of Maltese History: 870-1919 qed jinbiegħ €15 mill-ħwienet talkotba.

Mark Camilleri jippreżenta kopja tal-ktieb tiegħu lill-Prim Ministru f ’Kastilja

IL-ĦAMSA U GĦOXRIN EDIZZJONI TAL-PROGRAMM ANNWALI TAL-EWWEL TA’ SETTEMBRU L-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina A.D. 1947 tal-Mellieħa se ttella’ l-kunċert annwali tagħha flokkażjoni tal-festa ta’ Marija Bambina nhar il-Ħamis 1 ta’ Settembru, fit-20.00 fil-pjazza tal-parroċċa tal-Mellieħa. Dan il-kunċert se jkun imżewwaq b’diversi tipi ta’ mużika, minn stil klassiku sa dak modern, li żgur għandu jolqot il-gosti ta’ kulħadd. Il-kunċert mużikali, li ilu jiġi mtella’ mill-1992 u din is-sena se jiġi organizzat il-ħamsa u għoxrin edizzjoni tiegħu, se jkollu kantanti, żeffiena, kor u orkestra, u diversi protagonisti oħra lokali. Dan il-kunċert huwa mingħajr ħlas u nħeġġu lil kulħadd biex jaħseb kmieni. Ta’ min jgħid ukoll li d-daqq li jsir filknisja parrokkjali tal-Mellieħa, kemm ta’ lejlet kif ukoll ta’ nhar il-festa huma

fir-responsabbiltà tal-kor u l-orkestra tal-istess Għaqda. Il-mużika tal-quddies u l-għasar li jindaqqu fil-festa hija kompożizzjoni ta’ ekssurmast tal-istess Għaqda, il-Mro Carmel Muscat, filwaqt li ż-żewg antifoni huma tal-Mro Carmel Muscat u ta’ Aronne Sultana. Il-Kumitat tal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina jixtieq jistieden ukoll lil min jixtieq jara l-aħħar żviluppi fil-proġett tal-bini, speċjalment is-sala prinċipali li ġiet inawgurata proprju fi Frar ta’ din is-sena permezz ta’ fondi Ewropej immaniġġjati mill-MAGF, billi jasal wasla sad-dar tal-Għaqda, 91, Triq il-Parroċċa tal-Mellieħa. Kemm il-programm annwali tal-1 ta’ Settembru kif ukoll il-mużika fil-knisja parrokkjali tal-Mellieħa jkunu taħt iddirezzjoni tal-Mro Kenneth Fenech.


24 21|08|2016

kullhadd.com

MADWARNA

GREENPAK ISSEJJAĦ GĦALL-IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART FUQ LIVELL DISTRETTWALI Dan l-aħħar saru għadd ta’ rapporti fil-midja li juru ż-żieda ta’ skart mormi bl-addoċċ madwar Malta kollha. Agħar minn hekk, l-iskart jattira aktar skart, bilproblema tal-ħmieġ u żibel fil-pajjiż tiżdied minn ġurnata għall-oħra. Kampanji ta’ tagħrif jgħinu biex tittaffa din il-problema nazzjonali, li qed tolqot ittkabbir ekonomiku, iżda dawn l-isforzi waħedhom mingħajr infurzar serju tal-liġi huma ineffettivi. Fl-isfond tal-mod fragmentat li bih joperaw il-kunsilli lokali fl-obbligi tagħhom għall-immaniġġjar tal-iskart, GreenPak qed issejjaħ biex il-Gvern jiġbor flimkien lokalitajiet li huma ġirien ta’ xulxin taħt sistema reġjonali biex b’hekk l-iskart ikun immaniġġjat aħjar u b’mod effettiv. “Mil-lat loġistiku u ekonomiku, ma jagħmilx sens li f ’Malta jkollna 68 fruntiera lokali b’kull lokalità tipprova timmaniġġja l-iskart tagħha għal rasha. Meta tiġbor flimkien lokalitajiet fil-viċinanzi ta’ xulxin taħt umbrella reġjonali waħda jitnaqqsu l-ispejjeż u l-burokrazija, filwaqt li tiżdied l-effiċjenza fl-operat,” qal l-Inġ. Mario Schembri, Kap Eżekuttiv tal-GreenPak Coop Society. Sistema reġjonali għallimmaniġġjar tal-iskart tinkludi l-ġbir, riċiklaġġ u r-rimi b’mod korrett tal-iskart iġġenerat mill-komunitajiet

L-Inġ. Mario Schembri, Kap Eżekuttiv ta’ GreenPak Coop Society: “GreenPak issejjaħ lill-Gvern biex jiġbor flimkien lokalitajiet ġirien taħt sistema reġjonali għall-immaniġġjar tal-iskart.” li jagħmlu parti minn dan irreġjun partikolari. It-twaqqif ta’ sistemi ta’ mmaniġġjar tal-iskart fuq livell reġjonali jippermetti lill-komunitajiet jgħaqqdu flimkien ir-riżorsi u jiksbu flimkien dak li mhux kapaċi jiksbu waħedhom individwalment bħala lokalità.

Dan il-mod għandu jgħin biex jitnaqqas, b’mod sinifikanti, ir-rimi illegali ta’ skart u l-problema ta’ ħmieġ u żibel madwar Malta u Għawdex. “Filwaqt li nifhmu li hu naturali li jkun hemm ċerta reżistenza għal kull bidla, bħala organizzazzjoni newtrali,

imma b’interess ġenwin biex intejbu l-prestazzjoni baxxa ta’ Malta fis-settur tar-riċiklaġġ, qed nimpenjaw ruħna biex niltaqgħu mal-kunsilli lokali b’mod individwali. Irridu nisimgħu t-tħassib tagħhom ħalli flimkien insibu soluzzjonijiet aċċettabbli.

L-għan hu li nimxu ’l quddiem lejn futur aktar sostenibbli,” qal l-Inġ. Schembri. Filwaqt li sistemi talimmaniġġjar tal-iskart kapaċi jinstemgħu bħala idea ġdida għal Malta, sistemi bħal dawn ilhom jitħaddmu fl-Unjoni Ewropea għal numru ta’ snin. L-Aġenzija Ewropea għallAmbjent tirrapporta li pajjiżi li jadottaw dawn is-sistemi jiksbu riżultati tajbin firrati ta’ riċiklaġġ. Barra minn hekk, kapaċi jkunu identifikati u analizzati key performance indicators (KPIs) bil-għan li jintużaw biex jitfasslu policies u strateġiji nazzjonali. Dan għandu jwassal għal tnaqqis ta’ skart bijodegradabbli mormi fil-miżbliet, żieda filġbir ta’ skart riċiklabbli, u implimentazzjoni effettiva ta’ programmi ta’ prevenzjoni ta’ skart. GreenPak, skema awtorizzata mill-ERA (magħrufa qabel bħala MEPA), hi l-akbar skema ta’ ġbir ta’ skart f ’Malta. L-organizzazzjoni hi membru fundatur ta’ EXPRA, li hi organizzazzjoni internazzjonali li ma taħdimx għal skop ta’ qligħ – tippromovi l-kunċett li hi l-industrija nnifisha li għandha tagħmel ir-riċiklaġġ, u mhux tħalli r-riċiklaġġ ikun piż fuq il-Gvern u awtoritajiet lokali. Għal dawn l-aħħar għaxar snin, il-GreenPak kienet waħda mill-35 sistema ta’ responsabbiltà tal-produtturi nazzjonali taħt l-umbrella ta’ PRO Europe.


MADWARNA

kullhadd.com

21|08|2016 25

MAESTRO & FRIENDS 2016 LIVE F’KOURION

Il-grupp pop/rock Malti Red Electrick mhux biss se jkun qed ibattal il-bagalji tiegħu mal-wasla tiegħu f ’Ċipru bittitjira tal-Emirates, imma wkoll se jwassal għand il-pubbliku bagalja mimlja mużika mill-album il-ġdid blisem Inside You kif ukoll diski oħra magħrufa. Din il-festa ta’ mużika għandha ssaħħar lil dawk kollha li jħobbu l-mużika hekk kif il-kunċert se jsir fl-amfiteatru maestuż ta’ Kourion f ’Ċipru. Il-kunċert se jitmexxa millMaestro Yiannis Hadjiloizou li hu l-president u d-direttur artistiku talAkkademja tal-Mużika ta’ Ċipru. Il-Maestro Hadjiloizou ta mijiet ta’ kunċerti madwar id-dinja bħala pjanista, direttur tal-orkestra u kompożitur, bil-mużika tiegħu tindaqq mill-Orkestra Sinfonika ta’

Ċipru. Il-mużika tiegħu ngħatat ġieħ f ’Cannes u saħansitra kienet sound tracked f ’Hollywood. Hu jokkupa l-kariga ta’ artist rappreżentattiv talPresidenza Ċiprijotta tal-Kunsill talUnjoni Ewropea. Il-kunċert live bl-isem Maestro and Friends 2016, se jsir nhar il-Ħadd 11 ta’ Settembru 2016, fit-8.30pm. Kull sena Maestro Hadjiloizou jistieden mużiċisti differenti minn madwar iddinja, bi sfondi differenti ta’ mużika, biex idoqqu flimkien miegħu. Il-grupp minn Malta, Red Electrick, magħmul minn Peter Borg, Matthew James Borg, Ivan Borg, Jonas Delicata u Robert Spiteri, se jkunu qed idoqqu diski popolari tagħhom bħal Like Paul, Young Again, Runaway, Who the Heck is REK?, u diski oħra ġodda bħal Everybody’s Listening mill-album

il-ġdid tagħhom. REK se jdoqqu wkoll għall-ewwel darba wħud millkompożizzjonijiet oriġinali ta’ Maestro Hadjiloizou bħal Miracles, Midsummer Night’s Dream, u Song of Colours. Appoġġjat mill-Awtorità Maltija għatTuriżmu (MTA), l-Organizzazzjoni tat-Turiżmu ta’ Ċipru (CTO), il-linja tal-ajru Emirates, u Cyprus Villages Traditional Houses, il-kunċert qed ikun organizzat b’kollaborazzjoni bejn l-Akkademja tal-Mużika ta’ Ċipru u l-aġenzija ewlenija talmarketing communications f ’Malta, BPC International. “BPC issa ilha preżenti f ’Ċipru għal numru ta’ snin tieħu ħsieb klijenti ewlenin. Matul dawn l-aħħar snin żammejt kuntatt mill-qrib ma’ Carmel Bonello ta’ BPC International, u li miegħu kkollaborajt kemm f ’Ċipru u kemm f ’Malta b’suċċess. Wieħed

mill-proġetti tagħna jinvolvi lill-grupp magħruf Malti: Red Electrick (REK). Is-sena l-oħra, konna ppreżentajna lil REK f ’Academy 32 f ’Nikosija, Ċipru, li ntlaqgħu tajjeb ħafna. Wara, flimkien mas-Sopran Ċiprijotta Aliki (www.alikimusic.com), żort Malta biex nibdew kollaborazzjoni ma’ REK fuq album li se joħroġ dalwaqt. Aliki Chrysochou kienet waħda millfinalisti tal-edizzjoni tal-2013 Britain Got Talent,” qal Maestro Hadjiloizou. Aktar dettalji dwar il-biljetti se jitħabbru dalwaqt. Barra minn hekk, l-aġenzija Enrico Travel qed toffri tours lejn Ċipru minn nhar l-Erbgħa 7 ta’ Settembru sat-Tnejn 12 ta’ Settembru 2016. Emirates ittir bejn Malta u Larnaka kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Erbgħa b’ajruplan Boing777300ER

ARGUS TIRBAĦ INTERNATIONAL STEVIE AWARD GĦAT-TIENI SENA KONSEKUTTIVA Argus Insurance Agencies Limited f ’Malta rebħet Bronze Stevie Award bħala l-Kumpanija tas-Sena 2016 – Assigurazzjoni. L-unuri Stevie jirrikonoxxu l-aqwa kumpaniji fid-dinja li joperaw f ’diversi kategoriji. Din hi t-tieni sena konsekuttiva li Argus kienet rikonoxxuta waqt l-International Business Awards (IBA). Dan hu l-aqwa programm ta’ rikonoxximent għan-negozji fid-dinja, li hu miftuħ kemm għal individwi kif ukoll għal kumpaniji privati u tal-gvern minn madwar iddinja. Għall-edizzjoni talInternational Business Awards (IBA) tal-2016 kien hemm sottomissjonijiet minn aktar minn 60 pajjiż u territorju. Ilġurija tal-IBA eżaminat numru totali rekord ta’ aktar minn 3,800 nomimazzjoni minn organizzazzjonijiet ta’ kull daqs u kważi minn kull industrija, f ’għadd ta’ kategoriji. Dr Vanessa Borg, Kap

It-tim ta’ Argus rikonoxxut mill-IBA għat-tieni sena konsekuttiva Eżekuttiv ta’ Argus Insurance Agencies Limited, qalet: “LInternational Business Awards huma l-Oscars tad-dinja kummerċjali u li tirbaħ Stevie Award sentejn infila hi kisba kbira. F’dawn l-aħħar 12-il xahar, Argus f ’Malta kompliet tikber u tiżviluppa, filwaqt li

saħħaħna n-negozju waqt li komplejna ninvestu fit-tim tagħna. Dan l-unur, għalhekk, jappartieni lit-tim kollu, għax hu xhieda tal-impenn u d-dedikazzjoni tagħhom. Fl-istess waqt juri b’liema eċċellenza Argus topera fissettur tal-assigurazzjoni.”

Ir-rebbieħa ta’ Stevie Awards intgħażlu b’punteġġi li taw aktar minn 200 persuna mlaħħqa finnegozji minn madwar id-dinja li ħadu sehem fil-proċess talġurija minn Mejju sal-bidu ta’ Awwissu. Imsemmija ‘Stevie’ għall-kelma Griega ‘inkurunat’, l-unuri se jkunu ppreżentati

lir-rebbieħa waqt pranzu gala f ’Rome Cavalieri Waldorf Astoria Hotel, Ruma, l-Italja fil-21 ta’ Ottubru 2016. Aktar tagħrif dwar ir-rebbieħa tal-International Business Awards u ta’ Stevie Awards minn www.StevieAwards.com/ IBA.


26 21|08|2016

kullhadd.com

ITTRI

DJAR TAL-GAZZETTI KONTRA L-PL Sur Editur, Nagħmel referenza għallartiklu ‘Laqgħat Urġenti fidDar Ċentrali’ li ġie ppubblikat f ’din il-gazzetta l-Ħadd 7 ta’ Awwissu 2016, fejn saret referenza għal karikatura ta’ The Times tal-Ħadd 31 ta’ Lulju 2016, li kellha messaġġ iebes ħafna lejn Simon Busuttil. Flartiklu tal-KullĦadd inkiteb li kulħadd jaf ir-rabta ta’ The Times mal-Viċi Kap Mario De Marco. L-Allied Newspapers, li tippubblika The Times u The Sunday Times ilha tati l-appoġġ politiku tagħha lill-PN sa mill-1950. Waqfet biss minn dan l-appoġġ lill-PN wara li George Borg Olivier, ħabta u sabta bħal sajjetta fil-bnazzi, talab l-indipendenza lill-Gvern Kolonjali Ingliż. L-Allied Newspapers, li tqis lilha nfisha bħala parti millistampa indipendenti, qatt ma tat appoġġ lill-PL anke fl-agħar żminijiet ta’ tmexxija ħażina ta’ gvernijiet Nazzjonalisti bħal dawk ta’ George Borg Olivier fl-aqwa tal-emigrazzjoni sfurzata ta’ eluf ta’ ħutna

Maltin, jew fl-aħħar Gvern Nazzjonalista ta’ GonziPN blarroganza kollha tiegħu. Matul iż-żmien kien hemm kritika mill-gazzetti tal-Allied Newspapers lejn il-PN, bħal meta nkiteb editorjalment li l-PN inqabad bil-qalziet ta’ taħt, matul il-mixja fejn il-Gvern

Laburista ta’ Dom Mintoff ried li Malta tkun Repubblika. Mill-bqija, l-Allied Newspapers, kemm meta l-PL kien fl-Oppożizzjoni kif ukoll aktar u aktar meta jkun fil-Gvern, tfittex ix-xagħra fl-għaġina, tinsa kull ġid li jagħmel il-Gvern Laburista u

toħroġ tattakka lill-Gvern talĦaddiema u b’hekk fl-istess ħin tkun qed tagħti appoġġ lillPN. L-istorja tkun differenti meta l-PN ikun fil-Gvern għax aktar isiru attakki lillOppożizzjoni Laburista milli lill-Gvern Nazzjonalista. Ċert li sal-elezzjoni din it-tattika se tkompli, anzi żżid, għax ilPN jinsab imħawwad waħda sew wara s-suċċessi enormi ekonomiċi li kiseb u qed ikompli jikseb il-pajjiż. Standard Publications, li jippubblikaw The Malta Independent u The Malta Independent on Sunday, wkoll jagħtu l-appoġġ tagħhom lillPN, kemm meta dan ikun filGvern kif ukoll meta jkun flOppożizzjoni. Dawn iż-żewġt idjar tal-ġurnali ma jagħmlux bħal xi gazzetti Ingliżi, li jagħtu l-appoġġ tagħhom lillGvern jew lill-Oppożizzjoni tal-ġurnata skont il-ħidma tagħhom. Anzi, il-fehma soda tiegħi hi li The Malta Independent u oħta tal-Ħadd jagħtu appoġġ lill-PN ferm aktar mill-ġurnali l-oħra tal-Allied Newspapers, u għal

X’ĠIRJA KELLNA FIL-ĦAMRUN! Sur Editur

Din is-sena, għall-festa ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun, kellna ġirja kbira. Kellna maratona ta’ marċi brijużi, maratona ta’ tiżjin, kellna ġirja tajba bilvara ta’ San Gejtanu u kellna maratona ta’ numru kbir ta’ nies li bl-attendenza tagħhom qed jagħmlu mill-festa ta’ San Gejtanu festa nazzjonali. U dan żgur jixhduh il-filmati li dehru fuq it-televiżjoni u fuq il-midja soċjali. Ħasra li dan l-ispettaklu kbir li toffri din il-festa mhux qed jiġi rreklamat bħala attrazzjoni turistika għax żgur li lit-turisti spettaklu bħal dan jogħġobhom, bħalma jogħġob lil Ingliżi u barranin oħrajn li jiġu mistiedna għall-festa millħbieb tagħhom Ħamrunizi. Intant, wieħed ma jistax ma jagħtix prosit lill-presidenti, kumitati u kummissjonijiet żgħażagħ tal-għaqdiet mużikali, dik tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp imexxija mill-President is-Sur Louis Cuschieri, u dik tal-Għaqda talMużika San Gejtanu mmexxija mis-Sur Anselm Sciberras, għall-isforzi tagħhom biex ilfesta tkun suċċess. Għal dan is-suċċess li qed ikun hemm sena wara sena, xieraq li wieħed jagħti prosit ukoll lixxogħol tal-pulizija li din is-sena wkoll kienu mmexxijin misSupretendent Carmelo Bartolo u l-Ispettur Robert Vella. Ħadt pjaċir nisma’ li grupp ta’ pulizija kull sena joffru li jidħlu għal dan ix-xogħol. Dan ifisser li dawn qed jagħmlu dan ix-

xogħol bil-qalb u, barra minn hekk, illum saru esperti dwar l-immaniġġjar ta’ din il-festa. Il-Kunsill Lokali mmexxi misSindku Christian Sammut ta s-sehem tiegħu wkoll u kienet tajba l-idea tal-ambulanza, ilbins ipprovduti għall-iskart u l-mobile toilets. Xieraq li jiġi pprovdut ukoll bawżer tal-ilma biex inaddaf Strada Rjali wara l-marċi, speċjalment dawk talĦadd filgħodu. Din is-sena wkoll kienet l-ewwel festa talKappillan Dun Walter Cauchi, li ħaqqu prosit għall-mod kif mexxa kollox bil-qalb u bilgħaqal. Ta’ min jagħti prosit ukoll liż-żewġ gruppi tal-armar: dak li jarma taħt l-awspiċi tal-knisja, mill-pjazza ’l fuq,

immexxi miż-żagħżugħ ħabriki Nigel Sciberras, u l-ieħor li għandu x’jaqsam mal-Ħamrun Liberty li jarma mill-pjazza ’l isfel, immexxi mill-ħabriki Antoine Zahra. Iż-żewġ gruppi qed jagħmlu xogħol innovattiv li qed jiżżanżan kull sena. Fil-bidu semmejna l-ġirja bil-vara li din is-sena wkoll kienet ta’ suċċess. Jidher li l-fatt li r-reffiegħa qed isegwu s-suġġerimenti ta’ taħriġ – li inċidentalment jien kont għaddejt lill-Kummissjoni u li ġew aċċettati minnha speċjalment dwar ġirjiet mattaraġ taz-zuntier bi speċi ta’ bradella bil-piż tal-vara – qed iħallu l-effett meħtieġ. Forsi jkun tajjeb ukoll li, barra li

jitħarrġu b’ġirja fuq it-taraġ, jimxu daqsxejn ukoll fittriq biex dejjem jidħlu flatmosfera proprja. Hawn ta’ min jissuġġerixxi li jkun hemm sejħa għal aktar voluntiera biex jiġu mħarrġa fl-irfigħ tal-vara għax faċli jiġri kif diġà ġara, li xi reffiegħ jew iktar jinqalalhom xi ħaġa fl-aħħar minuta u jkun diffiċli li jimtela’ posthom. La semmejna l-vara, kien sabiħ li fl-aħħar Erbgħa, meta l-vara tpoġġiet fuq il-bradella, kienet akkumpanjata mill-kant talinnu popolari Xerrdu l-Ferħ għax b’hekk setgħu jieħdu sehem in-nies. Hawn ta’ min jissuġġerixxi li, jew dan l-innu bi ftit arranġamenti minn surmast tajjeb jinqaleb

dan hemm raġuni valida u soda. Kif inhu magħruf, 95% talġurnali tal-Allied Newspapers jinqraw minn partitarji Nazzjonalisti. L-unika soluzzjoni li għandha Standard Publications biex tisraq aktar qarrejja lill-Allied Newspapers hu li tkun favur il-PN aktar minn The Times u The Sunday Times. Ċert li l-appoġġ lejn il-PN minn dawn iż-żewġt idjar talpubblikazzjonijiet tal-ġurnali sal-elezzjoni se jiżdied ferm, aktar u aktar wara s-suċċess ekonomiku li qed tikseb Malta permezz tal-Gvern Laburista taħt il-gwida soda u professjonali tal-PM Joseph Muscat. Li hu ċert hu li aktar huwa diffiċli għall-PL li jirbaħ ilGvern u li jżomm il-Gvern fis-sitwazzjoni kif fissirt aktar ’il fuq milli jkun diffiċli għallPN. Għalhekk, hu fid-dmir ta’ kull Laburist li jkun ta’ forċina u mhux ta’ tfixkil lill-Partit talĦaddiema, aktar u aktar meta jkun fil-Gvern. OSSERVATUR ĦAJ, RAĦAL ĠDID

f ’antifona, jew jiġi inkarigat surmast tajjeb biex jagħmel antifona proprja għal San Gejtanu li tkun tal-knisja ta’ San Gejtanu biss, jew tinxtara l-copyright tal-antifona tasSurmast Camilleri li mdorrijin nisimgħu fil-knisja fil-festa ta’ San Gejtanu għal tul ta’ żmien għax, kif inhi s-sitwazzjoni llum, din l-antifona tasSurmast Camilleri għal San Gejtanu qed tindaqq f ’festi ta’ rħula oħra bil-konsegwenza li issa San Gejtanu m’għandux l-antifona proprja tiegħu. Inħoss li din hi sitwazzjoni ambigwa u li għandha tissolva. Ta’ min jissuġġerixxi wkoll jekk, kif isir f ’ċerti rħula, ikunx isbaħ li, wara li jindaqqu l-innijiet taż-żewġ baned Ħamruniżi, l-isparar miż-żewġ każini jsir f ’daqqa bi ftehim bejniethom ta’ kemm idum. Forsi jekk dan ma jkunx twil (u allura inqas spejjeż) jistgħu jiġu mħajra jisparaw ukoll iżżewġ każini politiċi u s-Civic Club Ħamruniż. Dan barra li jnaqqas il-ħin li l-vara tagħmel wieqfa fuq iz-zuntier (ħaġa li toħloq anticlimax għallentużjażmu tad-dħul tal-vara lura fil-knisja) naħseb li jkun spettaklu sabiħ jekk dan innar jingħata kollu f ’daqqa, u żgur ikun spettaklu dehen talgħeluq tal-festi ta’ barra hekk kif il-vara tiddaħħal il-knisja għad-daqq tal-innu popolari Xerrdu l-Ferħ. Mill bqija, prosit lil kulħadd. JOE C. CORDINA, IL-ĦAMRUN


SKEDA

kullhadd.com

103 06.30 Aħbarijiet 08.00 Skorfina (R) 09.00 Paperscan 10.05 Multisport (R) 10.35 Sejjaħtli (R) 11.15 Mad-Daqqa t’Għajn (R) 12.20 Sketches mad-Dulli (R) 12.30 Aħbarijiet 12.35 Better Living (R) 14.00 Telebejgħ 15.00 Arani Issa (R) 17.30 Aħbarijiet 17.35 Hazzzard Daily 17.45 Telebejgħ 18.00 Madre Margerita DeBrincat 18.50 Fresh & Funky 19.30 Aħbarijiet 20.15 Sketches mad-Dulli 20.30 Mill-Arkivji tal-Aħbarijiet 22.30 Talk to Me (R) 23.20 Hazzzard Daily 23.30 Aħbarijiet

151 06.00 Rio 2016 11.30 Tg2 L.I.S. 13.00 Tg2 Giorno 13.30 Rio 2016 18.00 Tg2 L.I.S. 18.07 Rio 2016 20.30 Tg2 21.00 Rio 2016 23.20 Domenica Sportiva Estate

162 06.00 Mediashopping 06.55 Anica Flash 07.00 Tempesta d’Amore 08.35 Media Shopping 08.55 CentoVetrine 11.30 Il Segreto 12.30 Royal Pains 16.20 Tuozoo 17.20 Cosi Vanno le Cose 19.15 Royal Pains 21.10 Rosamunde Pilcher 23.05 Anica Flash 23.10 Siffredi Late Night 23.15 Lol: Il tempo dell’Amore

372 06.00 Roadtrip With G. Garvin 07.00 Chopped 08.00 Amazing Wedding Cakes 09.00 The Pioneer Woman 10.00 Sibas Table 11.00 Barefoot Contessa 12.00 Diners, Drive-Ins and Dives 14.00 Chopped 15.00 Guys Grocery Games 16.00 Amazing Wedding Cakes 17.00 Sibas Table 18.00 Andy Bates Brazilian Street Feasts 19.00 Cutthroat Kitchen 20.00 Kitchen Casino 21.00 Man v Food 22.00 Mystery Diners 23.00 Man v Food 23.00 Cutthroat Kitchen 23.30 Man v Food

410 08.05 Extreme Vacation Homes 09.00 Durban Beach Rescue 10.00 Big Crazy Family Adventure 11.00 Hotel Impossible 12.00 Building Alaska 13.00 The Treehouse Guys 14.00 Lake Life 15.00 Salvage Dawgs 16.00 Building Alaska 17.00 Lifes a Beach 18.00 Hotel Impossible 18.30 Lifes a Beach 19.00 Extreme RVs 19.30 Durban Beach Rescue 20.00 Mysteries at the Museum 21.00 Mysteries at the Hotel 22.00 Building Alaska 22.30 Xtreme Waterparks 23.00 Delicious Destinations 23.05 Non annunciato 23.30 Delicious Destinations 23.30 Durban Beach Rescue

21|08|2016 27

101 07.00 Aħbarijiet 08.30 Mill-Arkivji 08.45 Ħadt l-Aħbar 10.00 X’Joffri l-Kunvent 10.30 Fil-ġnien ma’ Melo 11.00 Ħadd Għalik 14.00 Materjal Promozzjonali 15.00 Simpatiċi 17.05 Ninvestigaw x’Qed Nieklu 18.00 Aħbarijiet 18.15 Għawdex Illum 18.45 Ħallih Iħabbat! 19.30 Mill-Imħażen tal-Festa 20.45 Film: Confessions of a Dangerous Mind 23.15 Aħbarijiet 23.30 Smack Down WWE

152 06.30 Rassegna Stampa 08.00 Speciale Cinema in TV 08.15 Joe Petrosino 09.25 Eneide 10.10 Fuori Binario 11.10 Attenti a Quei Due 12.00 Tg3 12.25 Colpo di Scena 13.00 Geo Magazine 13.10 Il Grande Freddo 14.10 Tg Regione Meteo 14.15 Tg3 14.40 Lerba Dei Vicini 16.45 Perception 17.30 Rivediamoli 18.00 Kilimangiaro Magazine 18.55 Meteo 3 19.00 Tg3 19.30 Tg Regione 20.00 Blob 20.10 I Dieci Comandamenti 21.05 Circo Estate

300 07.05 Gigglebiz 07.20 Mr Blooms Nursery 07.40 Jollywobbles 07.50 Doctors 09.50 EastEnders 11.50 Blackadder the Third 12.50 Absolutely Fabulous 13.50 Bargain Hunt 16.05 Doctor Who 17.30 Upstairs Downstairs 20.10 Father Brown 21.00 Orphan Black 21.45 DCI Banks 23.15 The Turn of the Screw 23.30 DCI Banks

400 06.00 How Do They Do It? 06.25 Misfit Garage 07.15 Fast N Loud 08.10 Wheeler Dealers 09.05 Extreme Car Hoarders 09.55 Junkyard Empire 10.50 Misfit Garage 11.40 Storage Hunters UK 12.35 Property Wars 13.30 The Liquidator 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Driving Wild 16.15 For the Love of Cars 17.10 How Its Made: Dream Cars 18.05 Wheeler Dealers 19.00 Alaskan Bush People 20.00 Men, Women, Wild 21.00 Dark Woods Justice 22.00 Alcatraz: Escaping The Rock 23.00 River Monsters 23.50 Men, Women, Wild

412 06.00 Teleshopping 09.00 Pawn Stars 15.00 Car Hunters 16.00 Storage Wars 18.00 Pawn Stars 19.00 Smartest Guy in the Room 20.00 Mountain Men 21.00 Pawn Stars 22.00 Inside Hitlers Reich Chancellery 23.00 American Pickers 23.00 Storage Wars

104

102

07.00 Known Universe 08.00 News Loop 08.45 Kelma għall-Ħajja 09.00 Holy Mass 09.45 Vatican Magazine 10.15 L-Ordni 11.00 Għanafest 12.15 Paq Paq on Test 12.30 Euronews 13.30 Britain’s Got Talent 15.00 Madwarna 15.30 Madagascar 16.30 Sports Għawdex 17.00 Euronews 18.00 Gastrokultura 18.30 New Rooms 19.00 Għawdex Illum 19.30 Known Universe 20.30 Aħbarijiet għal persuni b’nuqqas ta’ smigħ 20.40 Ħallih Iħabbat 21.10 Il-Vjaġġatur

07.00 Net News 09.00 Mill-Familja Rjali 09.15 Missjoni 10.15 Telebejgħ 11.15 Quddiesa mis-Santwarju Ta’ Pinu 12.00 Telebejgħ 14.00 Aħbarijiet 14.05 Telebejgħ 14.30 It-Tfal Jiġu bil-Vapuri 16.00 Iswed fuq l-Abjad (R) 17.00 Mister Fisherman (R) 18.00 Aħbarijiet 18.05 Flusek (R) 18.35 Road Trip 19.30 Aħbarijiet 20.30 Kuġini 21.30 Aħbarijiet 21.35 Id-Djarju l-Iswed 23.00 Aħbarijiet

153

150 06.00 Rai News 07.05 Overland 16 08.00 Tg1 08.20 Passaggio a Nord-Ovest 09.05 Dreams Road 09.55 Easy Driver 10.25 A Sua Immagine 10.55 Santa Messa 11.50 A Sua Immagine 12.00 Recita dell’Angelus 12.10 A Sua Immagine 12.20 Linea Verde Estate 13.30 Telegiornale 14.00 Supereroi 14.50 Solstizio d’Estate 17.05 Legami 18.45 Reazione a Catena 20.00 Telegiornale 20.35 Techetechete: Stasera Con Noi 21.25 Provaci Ancora Prof 23.00 Mozart: Don Giovanni 23.30 Speciale Tg1

154

06.15 Norma e Felice 07.25 Tg4 Night News 07.45 Media Shopping 08.15 Mondo Sommerso 09.20 Generazione Terra 10.00 Santa Messa 10.50 Generazione Terra 11.25 Donnavventura 11.30 Tg4 Telegiornale 12.02 Franco e Ciccio: Ladro e Guardia 13.59 Donnavventura 14.50 Amore all’Italiana 17.10 L’Isola Degli Uomini Pesce 18.50 Anteprima Tg4 18.55 Tg4 Telegiornale 19.35 Colombo 21.15 Apocalypse: Il Grande Racconto Della Storia

306

06.00 Prima Pagina 07.59 Tg5 Mattina 09.13 Rosamunde Pilcher 11.10 Speciale Tg5 12.00 Melaverde 13.00 Tg5 13.40 Larca di Noè 14.01 In Viaggio Con Papà 16.21 Febbre da Fieno 18.45 Il Segreto 20.00 Tg5 20.40 Paperissima Sprint 21.10 Io ti Trovero 23.20 Paperissima Sprint 23.50 Almost Blue

155 06.25 MediaShopping 06.45 Settimo Cielo 07.30 Al lupo! Al lupo! 07.50 Taz-Mania 08.05 Taz-Mania 08.20 Scooby Doo 08.45 I Flintstones 09.10 Mila e Shiro 10.30 Una Mamma Per Amica 12.25 Studio Aperto 13.00 Sport Mediaset Extra 13.55 AandF: Ale e Franz Show 15.45 Zelig1 18.04 Camera Cafè 18.30 Studio Aperto 19.00 Fattore Umano 19.25 Scuola di Polizia 5 21.25 Operazione Vacanze 23.00 Studio Aperto: La Giornata 23.15 Premium Sport 23.15 Transporter: The Series 23.40 Human Target

307

06.00 Keeping Up With the Kardashians 07.00 Botched 20.00 Botched By Nature 21.00 Hollywood Medium With Tyler Henry 22.00 Botched By Nature 23.00 Famously Single 23.00 Hollywood Medium With Tyler Henry

403

07.40 Healthy Gourmet 08.30 Beachfront Bargain Hunt 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Curb Appeal 12.00 House Hunters 12.50 Fixer Upper 13.45 Platinum Weddings 14.35 Tiny House, Big Living 15.25 Fixer Upper 16.15 Restoration SOS Virginia 17.05 Platinum Weddings 18.00 Island Hunters 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Caribbean Life 20.35 Island Life 21.00 Vacation House for Free 21.55 Tiny House, Big Living 22.45 Caribbean Life 23.10 Hawaii Life

406 06.00 Big Fish, Texas 07.00 Yukon Gold 08.00 Breakthrough 09.00 Cosmos. A Spacetime Odyssey 10.00 Titanics Nuclear Secret 11.00 Drain the Titanic 12.00 Nazi Megastructures 13.00 Terror in the Skies 14.00 Aftermath 16.00 The Story of God With Morgan Freeman 17.00 Genius by Stephen Hawking 18.00 Brain Games 19.00 Primal Survivor 20.00 The Story of God With Morgan Freeman 21.00 Cosmos: A Spacetime Odyssey 22.00 Genius by Stephen Hawking 23.00 The Story of God With Morgan Freeman 23.00 Brain Games

312

06.00 Cake Boss 09.30 Fat Chance 13.10 Surviving the In-Laws 14.05 Cake Boss 15.00 Bride by Design 15.30 Say Yes to the Dress 15.55 Say Yes to the Dress: Bridesmaids 16.25 Say Yes to the Dress: Randy Knows Best 16.50 Curvy Brides 17.20 Something Borrowed, Something New 17.50 My Crazy Italian Wedding 18.15 Say Yes to the Dress Canada 18.45 Say Yes to the Dress. Randy Knows Best 19.10 Randy to the Rescue 20.05 What If We Get Married? 21.00 Say Yes to the Dress 21.55 Supersized 22.50 Im Married to a… 23.35 Your Style in His Hands

06.00 Big Screen 06.15 Jakob the Liar 08.10 Late for Dinner 09.45 De-Lovely 11.50 Big Screen 12.05 Mannequin 13.35 Geronimo: An American Legend 15.30 The Great Escape 18.20 Mirrormask 20.00 Yours, Mine and Ours 21.30 Rivers Edge 23.10 Mothers Boys

405 06.00 Village Vets 06.25 DogTV 07.15 Yankee Jungle 08.10 Zoltan the Wolfman 09.05 The Wild Life of Tim Faulkner 10.00 DogTV 10.55 Austin Stevens. Snakemaster 11.50 Queens of the Savannah 14.35 Wild Capture School 17.20 Treehouse Masters 18.15 Zoltan the Wolfman 19.10 The Wild Life of Tim Faulkner 20.05 Dr Jeff: Rocky Mountain Vet 21.00 Treehouse Masters 21.55 Austin Stevens. Snakemaster 22.50 Gator Boys

600 07.00 Major League Soccer 08.30 Going for Gold 08.35 Cycling 10.00 Open de Suede Vargarda Womens Road 12.00 Major League Soccer 13.50 Eurosport2 News 13.55 Going for Gold 14.00 Cyclassics Cycling 15.30 Vuelta Extra 15.45 Cycling 17.45 Vuelta Extra 18.00 Major League Soccer 18.55 Eurosport2 News 19.00 Going for Gold 19.15 Cyclassics Cycling 20.00 Cycling 20.55 Going for Gold 21.00 Major League Soccer 23.00 Eurosport2 News 23.05 Going for Gold 23.10 Major League Soccer

ESPRESSJONI TA’ INTERESS GĦALL-KIRI TEMPORANJU TA’ SPAZJU GĦAL UFFIĊĊJU

(REF. GF/Admin/18/2016) L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tgħarraf li sa nofsinhar (12.00) ta’ nhar il-Ġimgħa, is-16 ta’ Settembru, 2016, f ’Hexagon House, Spencer Hill, il-Marsa, jintlaqgħu offerti magħluqa. Tagħrif dwar din l-offerta jista’ jinkiseb mis-sit elettroniku tal-ERA https.//eracms.gov.mt/en/Pages/Call-for-Tenders.aspx Sottomissjonijiet li jaslu tard jew li ma jkunux kompluti ma jiġux ikkunsidrati.


28 21|08|2016

kullhadd.com MIĊ-

ĊINEMA

RAPPORT TA’

ĊINEMA

CARMEL BONNICI

WEINER DOG

MALINKOLIKU

L-ISFORTUNI TA’ KELB TASSEW GUSTUŻ U KWIET Atturi Ewlenin: Ellen Burstyn, Kieran Culkin, Julie Delpy, Danny DeVito, Greta Gerwig Direttur: Todd Solondz Ħin: 88 min. Distributur: Picturehouse Ent Films Maħruġ minn Side Street Films, Eden Cinemas Ċert. 15

Weiner Dog, li ntwera filfestival tal-films ta’ Sundance, jirrakkonta l-avventuri li jgħaddi minnhom kelb b’saqajn qosra u ġisem twil (bħal tar-razza dachshund) għand erba’ sidien. Dirett minn Todd Solondz, direttur ta’ films provokattivi u qawwija bħal Happiness (1998) u Welcome To The Dollhouse (1995), li juri r-realtà talħajja tal-adoloxxenti, Weiner Dog hu tip ta’ kummiedja allegorika li aktar jaqleb lejn sitwazzjonijiet drammatiċi. Missier jieħu kelb weiner iddar biex iservi ta’ terapija għal ibnu li kien marid gravi u li jsostni li kapaċi jieħu ħsiebu. Wara li, intortament, il-kelb iħammeġ u l-missier jieħdu għand il-veterinarju, tkun Dawn (Gerwig) li tibda tieħu ħsiebu. Din tħallih f ’idejn mhux

responsabbli u l-isfortunat annimal jaqa’ għand Dave Schmerz (DeVito), professur anzjan ta’ natura negattiva li jikteb xogħlijiet għall-palk. Meta dan ikun imżeblaħ minn xi studenti, jipprova juża l-kelb biex jagħmel xi ħsara Fl-aħħar nett, tkun ix-xwejħa Nana (Burstyn) li titwikka bih. Hi, bilkemm tiflaħ timxi u ma tistax tieħu ħsiebu biżżejjed u, meta tiġi għandha n-neputija, il-kelb jitlaq mingħajr ħadd ma jinduna. X’se jiġri minnu? F’dawn l-erba’ stejjer qosra, dan il-kelb ħelu, kwiet u tassew ġentili, jisfa vittma tal-egoiżmu u arroganza talumani u jitqies aktar bħala xi ħaġa taż-żejjed u n-nieqes u li qiegħed hemm biex jissodisfa biss il-burdata tal-bnedmin. Weiner Dog bħal xogħlijiet oħra ta’ Solondz, mhix produzzjoni li tħossok komdu ssegwiha u

sens palpabbli ta’ melankolija jinvadi l-andament kollu. Min iħobb l-annimali se jħoss bilkbir għall-isfortuni li jġarrab dan il-miskin. Tassew eżileranti, unika u sorprendenti hija s-sekwenza

NINE LIVES

meta tidher il-kelma ‘intermission’ bil-kelb mixi f ’pajsaġġ pittoresk li malajr jinbidel u tinstema The Ballad Of Weiner Dog, kanzunetta country fil-vena ta’ Ghost Riders In The Sky. PWERILI

JIDĦOL FIL-ĠISEM TA’ QATTUS Atturi Ewlenin: Kevin Spacey, Jennifer Garner, Robbie Amell, Cheryl Hines, Malina Weissman, Christopher Plummer Direttur: Barry Sonnenfeld Distributur: Lionsgate UK Maħruġ minn KRS Releasing Nine Lives hija kumiedja leġġera, bi promessa banali, mimlija effetti specjali viġwali tajbin, dwar bdil ta’ personalitajiet. Tom Brand (Spacey) huwa biljunarju ambizzjuż, kburi, medhi biss f ’xogħlu u kif se jkattar ġidu. Il-kumpanija tiegħu, FireBrand, dalwaqt tlesti wieħed mill-ambizzjonijiet prinċipali tiegħu – l-itwal skyscraper fit-Tramuntana taddinja. Il-fissazzjonijiet tiegħu fuq xogħlu begħduh mill-familja tiegħu stess, partikolarment mis-sbejħa martu Lara (Garner) u minn bintu Rebecca (Weissman) li tant iħobb. Din waslet biex tagħlaq

Ħin: 86 min. Ċert. PG

11-il sena u kull darba tixtieq qattus iżda, billi missierha jobgħodhom, dejjem baqgħet b’xejn. Fl-aħħar isib ħanut misterjuż li jbigħ l-annimali u l-eċċentriku sid, Felix Parker (Walken) jippreżentalu qattus qisu boċċu, tassew sbejjaħ, jismu Mr Fuzzypants. Fi triqtu lura d-dar biex jirregalah lil bintu, fantastikament isib ruħu ġolġisem ta’ Mr Fuzzypants, waqt li hu jaqa’ f ’koma u ġismu jittieħed l-isptar. Dan il-qattus isir il-mimmi ta’ għajnejn bintu u anke martu, u hawn jibda jinnota kemm għandu familja li taf tħobb u tirrispetta u li hu dejjem injora.

Nine Lives hu strettament immirat għall-familji u t-tfal żgħar, bil-qattus, permezz tal-imagni ġġenerati bilkompjuter, jiddomina l-andament fl-aħħar parti.

Skantajt kif attur tal-kalibru ta’ Kevin Spacey aċċetta din il-parti. F’idejn il-kumpanija Disney (That Darn Cat (1965)) dan il-proġett kien joħroġ b’ħafna aktar sustanza.


ĊINEMA

kullhadd.com

21|08|2016 29

PETE’S DRAGON

DIVERTENTI

ĦBIBERIJA ĠENWINA BEJN TIFEL U DRAGUN

aktar avvanzata, bi storja Atturi Ewlenin: Bryce Dallas Howard, Oakes Fegley, Wes aktar impenjattiva, mingħajr Bentley, Oona Laurence, Karl Urban, Robert Redford mumenti mużikali, fejn iddragun biss hu animat. Direttur: David Lowery Ħin: 102 min. Pete’s Dragon il-ġdid, mimli Distributur: Disney/Buena Vista Int. effetti viżwali stupendi fejn Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. U jikkonċerna d-dragun, kważi m’għandu x’jaqsam xejn malWara li riċentement ħareġ The reali u sekwenzi animati, ħrafa produzzjoni ta’ 39 sena ilu. BFG, dwar ħbiberija bejn tifla maħbuba bejn tifel ċkejken li Ix-xwejjaħ Mr Meachum orfni u ġgant, issa għandna jagħmel ħabib ma’ dragun ta’ (Redford), li jnaqqax l-injam, l-attrazzjoni sfiqa bejn tifel u kulur aħdar. iħobb iferraħ lit-tfal fil-belt Wara kważi 40 sena, dan żgħira ta’ Millhaven bi stejjer dragun kbir. Fl-1977, il-kumpanija Disney, l-istudio ra li jista’ jerġa’ inkredibbli ta’ dragun feroċi b’mezzi limitati fl-effetti jintroduċi dan il-film lil li jgħix fil-foresti tal-qrib. Itsħiħa ta’ tifla tiegħu, Grace (Dallas viżwali speċjali, ħarġu Pete’s ġenerazzjoni Dragon – film mużikali b’atturi ċineasti, b’teknoloġija ħafna Howard), li xogħolha hu

li tindokra dawn il-foresti, dejjem ħarset lejn dawn irrakkonti bħala ħrejjef li ma jitwemmnux. L-opinjoni tagħha tibda tieħu xejra oħra meta, qalb is-siġar, tiltaqa’ ma’ Pete (Fegley), tfajjel misterjuż ta’ 10 snin, mingħjar familja u li jgħix fil-foresta stess, u jgħidilha li għamel ħbieb ma’ dragun u li semmieh Elliot. Meta hi turih li verament tridlu l-ġid, hu jmur jgħix magħha u anke jkun il-kaġun biex hi tirrevedi ħajjitha u r-relazzjoni li għandha ma’ Jack (Bentley),

is-sid ta’ negozju tal-injam. Il-ħbiberija bejn it-tfajjel u d-dragun tkun fil-periklu meta ċorma ta’ ħaddiema li jaqtgħu s-siġar imorru biex jikkaċċjaw lil dan il-mostru fidil. Pete’s Dragon għandu atmosfera sabiħa ta’ belt miftuħa, fejn il-maġġoranza tan-nies jaħdmu fl-injam, b’diversi waqtiet ġentili bejn l-annimal u żewġt itfal li jaqleb f ’azzjoni spettakolari meta d-dragun jifferoċja għax l-eżistenza tiegħu tkun mhedda. Film tipikament ta’ Disney.

L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn l-10.08.2016 u l-14.08.2016

1. 2. 3. 4. 5.

Suicide Squad Finding Dory Jason Bourne The BFG The Shallows

KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA

Mistoqsija għal din il-ġimgħa:

F’liema sena ħareġ l-ewwel Pete’s Dragon?

Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000 Rebbieħa tal-ġimgħa l-oħra: R. AZZOPARD – Ħaż-Żabbar


30 21|08|2016

kullhadd.com

AVVIŻI KLASSIFIKATI ­­­­SERVIZZI

Lezzjonijiet tal-privat: Maths minn Form 1 sa Form 5. Accounts minn beginners sa Livell Ordinarju, Intermediate u Avvanzat. Ċempel 9922 3915 jew 2143 7886. Investigazzjoni privata: żwiġijiet, għerusija u relazzjonijiet oħra, DNA forensic tests, tfal maħtufin minn Malta, każijiet ċivili, każijiet oħra fil-Qorti, problemi f ’kumpaniji jew negozju. Nagħmlu xhieda fil-Qorti. Naħdmu f ’Malta u anke barra. Għal appuntament ċemplu 7959 0000. Email: info@ privateinvestigationmalta. com Korsijiet f ’Livell Ordinarju f ’diversi suġġetti bħallMatematika,  Ingliż, Malti, Franċiż, Fiżika u oħrajn. Noffru wkoll korsijiet tal-ECDL. Prezz €35 kull module. Noffru wkoll korsijiet bażiċi filkompjuter, €50. Ċempel 2166 2241 jew 7766 2241 jew żur is-sit elettroniku www.tudorinstitute.com Lezzjonijiet taż-żfin fuq stil ballroom jew LatinAmerikan. Lezzjonijiet taż-żfin għall-beginners u kompetizzjonijiet minn Imperial Qualified Dance Teacher (ISTD) Ibgħat SMS fuq 7925 3015 jew ċempel 2138 6818 sa 12.00pm.

djar u night sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna wkoll għall-kiri: wheelchairs, hoists, commodes, walking frames u hospital beds. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq dawn in-numri: 2137 6946/9947 0178.

xogħol ta’ tibjid u tikħil, kisi normali, fuq il-fil, fuq xogħol antik u bil-pont, kisi bil-ġibs u graffiato. Kiri ta’ cherry picker (tower ladder). Ċempel fuq 9945 4235 jew 2180 5811.

Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura AFFARIJIET qadima jew ġdida, kantun GĦALL-BEJGĦ qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq inGħamara għall-bejgħ numru 2143 2352 jew 9947 f ’kundizzjoni tajba. Kċi- 7167. na tal-oak bil-mejda u sitt siġġijiet. Kamra tas-sodda. Għal kull tip ta’ problema Wall unit u vetrina tal-ka- ta’ moffa jew bjut jagħmlu wba kollha ħġieġ. Ċempel l-ilma aħna għandna 2731 2977. s-soluzzjoni. Nispeċjalizzaw f ’waterproofing membrane u Għandna varjetà kbira liquid membrane fuq bjut, ta’ arloġġi bħal Tissot, appoġġi, btieħi, basements, Citizen, Casio, Michael eċċ. Nużaw materjal ta’ Kors, Fossil, Esprit, kwalità kollu ċċertifikat Festina u Q&Q. Issibilna b’10 snin garanzija. Għal wkoll arloġġi ta’ mal-ħajt, stima b’xejn ċempel 7908 żveljarini u selezzjoni ta’ 6715. cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, rigward tiswija ta’ kull tip ramel u siment, graffiato, ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu żebgħa, xogħol fuq l-antik, batteriji, ċineg, naqtgħu xogħol fuq il-pont, madum, kull forma ta’ ħġieġa, membrane, dawl u ilma. eċċ. Għal dawk l-arloġġi Ċempel fuq 7928 5444. tajbin għall-ilma, noffru s-servizz ta’ water pressure Tiswija u installazzjoni ta’ test waqt li tistennew għalih. estensjonijiet tat-telefowns Nispeċjalizzaw ukoll fuq għal kull tip ta’ linji fissi. tiswija ta’ grandfather clocks Ċempel fuq 7993 0419. u kull tip ta’ clock. It-tiswija hija bil-garanzija. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, Għal aktar informazzjoni kanali tal-ilma, ċangatura żur is-sit: www. qadima jew ġdida, kantun expresswatchrepairs.com qadim, lavur ta’ kull tip. jew irrikorru 110, Triq il- Ċempel lil Jason fuq inKungress Ewkaristiku, il- numru 2143 2352 jew 9947 Mosta. Ċempel 2141 7235. 7167.

Care and Cure Group Ltd: infermiera mħarrġa, XOGĦOL TA’ caring assistants, nannies, nies MANUTENZJONI imħarrġin biex iżommu kumpanija, għajnuna fid- Jason Gatt għal

WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol ta’ waterproof membrane, damp proofing u kull rubberised paint. 25 sena

esperjenza. Stimi b’xejn u prezz moderat. Ċempel 2148 8972, 2143 8326, 9944 5527 jew 7981 2784 jew żur is-sit www.wpmalta.com AVVIŻI OĦRA Paul & Waters – The Perfumery. Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, oriġinali u bl-orħos prezzijiet f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul & Waters – The Perfumery. Il-ħwienet tagħna tal-Fgura, il-Mosta, Ħal Qormi u Raħal Ġdid ikunu miftuħin kuljum mid-9.00am san12.30pm u mill-4.00pm sas7.00pm. Paul & Waters Free Delivery Service. Ċempel 2766 3361. MUSIC LINK: Issibilna kull tip ta’ strumenti mużikali, fosthom drums kemm akustiċi u elettriċi, cymbals, percussion, pjanijiet diġitali, baby grand pianos, sound mixers u sound cards. Apparat ta’ DJ sound systems, kitarri klassiċi u akustiċi, bass guitars, strumenti tarram, wood winds, vjolini, spare parts u aċċessorji oħra. Issib ukoll kotba tal-mużika tattagħlim. Mur Music Link, 262, Triq Fleur-de-Lys, B’Kara. Ċempel 2148 2796.

AGR AUTO JAPANESE PARTS għall-karozzi: Inbigħu kull tip ta’ parts ta’ karozzi Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504.

KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU

ISEM, KUNJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ

AVVIŻI

Fax: 2147 0295. Email: alex@agrautoparts.com Nigret Night Club and Restaurant, Labour Ave, ir-Rabat, Malta. Naċċettaw riservazzjonijiet għal coffee mornings, lunches u dinner dances u kull okkażjoni oħra. Miftuħin fil-weekends, lejla Maltija b’differenza kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt mużika għal kulħadd ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. Naċċettaw riservazzjonijiet għal kull okkażjoni. Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www. nigretnightclub.com jew www.nigretnc.com TALBA LILL-ISPIRTU S-SANTU: Int li ssolvi l-problemi kollha, dawwal it-toroq kollha tiegħi biex nikseb dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don divin biex naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mument ta’ ħajti tkun maġenbi. F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma mill-ġdid li qatt ma ninfired minnek, anke quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek fil-glorja ta’ dejjem. Grazzi għall-ħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni. Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem it-talba tkun maqlugħa, anke jekk għall-bidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata millewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet.

Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa

€5 €10 €15 €30 €56 €93

ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL: Avviżi Klassifikati, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000


AVVIŻI

kullhadd.com

AVVIŻI ĠENERALI Pool party mis-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju – l-Imqabba Is-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba se torganizza pool party nhar is-Sibt 27 ta’ Awwissu 2016. Din l-attività hija miftuħa għal kulħadd u se ssir fil-Cosmos Farmhouse li tinsab fil-limiti talImqabba, mis-2.00pm ’il quddiem. Dan il-post huwa mgħammar b’pool mill-isbaħ li se jkun miftuħ għal dawk kollha li jattendu. Waqt din l-attività ikun servut varjetà ta’ ikel f ’atmosfera sajfija mill-aqwa. Ikun hemm faċilità ta’ bar kif ukoll logħob għat-tfal. Ikun hemm transport ipprovdut li jitlaq mill-pjazza tal-Imqabba. Riservazzjonijiet isiru fuq 9811 9139 u aktar informazzjoni tinkiseb mis-sit elettroniku tasSoċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju. com Rebbieħa tal-lotterija tal-Ġilju – L-Imqabba Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba jinforma li l-lotterija, li bħala premju kellha gwarniċ bi xbieha tal-vara artistika u devota tal-Madonna tal-Ġilju, telgħet nhar it-Tnejn 15 ta’ Awwissu 2016 u ntrebħet mis-Sinjura Lily Farrugia mis-Siġġiewi. Il-biljett rebbieħ kien bin-numru 10018. Il-Kumitat jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem f ’din il-lotterija. Aktar informazzjoni tinkiseb mis-sit www.talgilju. com Ġurnata Għawdex għall-familja kollha Nhar il-Ħamis 8 ta’ Settembru 2016 (festa talVitorja) se tkun organizzata ġurnata Għawdex millħbieb tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici A.D. 1988. Tul din il-ġurnata nżuru r-Rabat, ix-Xagħra fejn inżuru l-Bażilika ta’ Maria Bambina, immorru nieklu fir-ristorant popolari Seashells fix-Xlendi, u wara għal Marsalforn. Dan kollu għal donazzjoni ta’ €23 il-kbar, u €10 iżżgħar. Dan jinkludi t-transport f ’Malta u Għawdex u l-ikla fir-ristorant. Aħseb kmieni għall-biljetti li jistgħu jinkisbu millkażin. Għal aktar informazzjoni ċempel 7970 2874. Narawk. Ġita ta’ ġurnata fi Sqallija Nhar is-Sibt 17 ta’ Settembru 2016 se tiġi organizzata ġurnata fi Sqallija. Inżuru s-suq ta’ Catania b’ikla buffet inkluża; inżuru wkoll Aci Trezza, Aci Castello, u Auchan Porte Di Catania Din il-ġita hija organizzata mill-Għaqda SoċjoMużikali Anici ta’ Ħal Qormi bil-kollaborazzjoni ta’ Micallef Joe Travel (Ħadd ma jista’ jurik Sqallija aħjar.) Għal aktar dettalji u biex tirriserva post ċempel lil John M. Spiteri fuq 7970 2874 jew ibgħat email lil info@anicibandclub.org Kummissjoni Nisa Madonna tal-Ġilju talImqabba 2016/2017 Il-Kummissjoni Nisa fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba tħabbar li għadha kemm waqqfet il-kumitat il-ġdid. Il-kumitat huwa kompost hekk kif ġej: chairperson: Julie Abdilla; segretarja: Romina Galea; kaxxiera: Sarah Scicluna; delegati tal-Junior Club: Anna Grech u Kylie Caruana; delegati tal-attivitajiet: Sharon Falzon u Lilian Bonnici; membri: Beatrice Farrugia, Gigliola Briffa u Maria Muscat. Dan il-kumitat se jkun qiegħed jaħdem tul is-snin 2016 u 2017. Aktar informazzjoni tinkiseb mis-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com

21|08|2016 31

AVVIŻ KLASSIFIKAT MAL-

KULLĦADD

GĦAL 5 ĠIMGĦAT JISWA BISS

€10

Ara paġna 30 għal aktar informazzjoni


32 21|08|2016

kullhadd.com

TEMP GĦAL-LUM

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

32°C

31°C

29°C

23°C

22°C

21°C

08

08

08

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

30°C

30°C

29°C

22°C

21°C

22°C

08

08

08

ALMANAKK

RITRATT MILL-ANTIK

L-OGĦLA TEMPERATURA: 34°C L-INQAS TEMPERATURA: 22°C INDIĊI UV: 09 SITWAZZJONI ĠENERALI: Arja ta’ pressjoni għolja se tibqa’ fuq iċċentru tal-Mediterran

UV

TEMP: Xemxi RIĦ: Ħafif u varjabbli

Ritratt: Bay Retro

VIŻIBBILTÀ: Tajba BAĦAR: Ħafif IMBATT: Ftit li xejn TEMPERATURA TAL-BAĦAR: 25°C UV

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Empire Pharmacy (Branch), 46 Triq Melita, il-Belt Valletta – 2122 5785 Cosmed Pharmacy, Soccors, 7, Triq il-Franġiskani fi Triq Villambrosa, il-Ħamrun – 2122 5991 St George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 2144 3045 St Bartholomew Pharmacy, 30, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera – 2148 2558 Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, l-Imsida – 2124 4366 Mensija Pharmacy, 92, Triq il-Mensija, San Ġwann – 2137 3275 Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 2133 4102 Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovani Curmi, l-Iklin – 2143 5567 Naxxar Pharmacy, Vjal il-21 ta’ Settembru, in-Naxxar – 2141 1438 Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 2157 1764 Brown’s Pharmacy, 45, Telgħet Raħal Ġdid, Raħal Ġdid – 2169 4818 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 2182 4720 May Day Pharmacy, Triq il-Vittorja, Ħaż-Żabbar – 2182 6529 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Cosniglii, iż-Żejtun – 2180 6009 Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir-Repubblika, iż-Żurrieq – 2168 0761 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 2146 4128 Make Over Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, l-Imtarfa – 2145 2833 Għawdex

Mara taħdem basket bil-ħabel tan-nylon f ’Marsaxlokk

DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA

24.08.1891 Thomas Edison irreġistra l-privattiva (patent) tal-motion picture camera

Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq is-7 ta’ Ġunju 1919, ir-Rabat, Għawdex – 2155 7819 Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, ix-Xagħra, Għawdex – 2175 51140 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. FilĦdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.

NUMRI REBBIEĦA SUPER 5 GRAND LOTTERY

14 17 38 31 01 05 02 08 00 05 07 09

25.08.1830 Tibda r-revoluzzjoni Belġjana


KOMPETIZZJONI KTIEB

kullhadd.com

21|08|2016 33

KOMPETIZZJONI KTIEB RUMANZ

NEX

Qtil, preferibbilment makabru. Qattiela mhux magħrufa. Misteru. Investigazzjoni. U investigatur li jagħmel ta’ rasu. Dawn huma l-elementi ewlenin ta’ wieħed millġeneri ta’ rumanzi l-aktar popolari fid-dinja: id-detective novel jew thriller. Iżda għal xi raġuni, fir-rumanzi bil-Malti dan huwa fost l-inqas ġeneri rrappreżentati. Għajr xi rumanzi antiki tal-ħamsinijiet, illum prattikament kollha out of print u m’għadhomx jinstabu fil-ħwienet, ma ssib xejn. Sakemm wasal Mark Camilleri, awtur kontemporanju Malti millMosta li ħoloq il-karattru talIspettur Victor Gallo. L-ewwel rumanz li laqqagħna ma’ Gallo kien Prima Facie, li ħareġ fl-2010 u li minnu kienet saret ukoll sensiela televiżiva ta’ suċċess kbir imxandra fuq One TV. Fl-2013 ħareġ Volens, u issa għadu kif ġie ppubblikat it-tielet rumanz fis-sensiela: Nex. Ippubblikat mill-Merlin Publishers, Nex jibdiena f ’lejla sajfija tal-2003, il-Belt Valletta, hekk kif Malta qed tħejji ruħha għar-referendum għaddħul fl-Unjoni Ewropea. Ġurnalist

magħruf jgħib fix-xejn. Ħadd ma rah iżjed, u ħadd ma jaf għala. Imbagħad, flash-forward għal 12-il sena wara: omiċidju brutali flimkien ma’ sejba makabra jerġgħu jiftħu beraħ il-każ tal-ġurnalist. L-Ispettur Victor Gallo, Kap tatTaqsima Kontra l-Omiċidji, isib ruħu f ’nofs riefnu ta’ vjolenza bla preċedenti, iterraq f ’labirint ta’ provi, xhieda u memorji mċajpra. Iżda mhux kulħadd għandu interess li Gallo jasal għall-verità. Għax ilverità skomda u bil-wisq aktar talbiża’ minn dak li qatt jimmaġinaw Gallo u sħabu. Nex ilaqqagħna mal-kollegi ta’ Gallo li sirna nafu fl-ewwel żewġ rumanzi, u li jgħinu lil Gallo jsib tarf dal-misteri. Waħda mill-aqwa karatteristiki tal-kotba ta’ Camilleri hi proprju l-ambjentazzjoni skwiżitament Maltija: bliet u rħula Maltin, lokalitajiet oħra bħal bars, ristoranti u toroq se jkunu kollha magħrufin mill-qarrejja. Nex jinsab għall-bejgħ millħwienet tal-kotba kollha, jew online direttament minn www. merlinpublishers.com

SILTA MILL-KTIEB Beda jiġri, nifsu kważi maqtugħ, f ’ġirja waħda kontra l-ħin, għalkemm warajh ma kien hemm ħadd. Iżda għalih daqslikieku kien hemm. Il-ħoss iżarżar ma qata’ xejn. Mnejn ġej? Ħarstu biss ’il quddiem. Għaliex kien ħalla l-arloġġ warajh illum, min daqstant ġranet? Sema’ lil xi ħadd jgħajjatlu minn wara persjana imma ma tax kas la min u lanqas x’kienu qed jgħidulu. Għax ħsiebu kien wieħed biss: jasal fil-ħin. Victor Gallo kkalkula li kien fadallu daqs għaxar minuti oħra u dan il-fatt imlieh ansjetà liema bħalha. Akkost ta’ kollox ma riedx jaqa’ għan-nejk ma’ missieru u jtih x’jgħid bih. Fil-kredu ta’ missieru l-irġulija kienet sagra u f ’din iċċirkustanza partikolari seta’ kellha konsegwenzi serji. L-arloġġ talknsija daqq il-ħdax. Tikk tokk, tikk

tokk. ’Qas ruħ imġiddma oħra flakkwati. Ħliefu, donnu Mennea fit-tellieqa ta’ ħajtu fl-Olimpjadi ta’ Moska. Iżda jekk ma jasalx filħin ma kien ħa jsib l-ebda medalja tad-deheb tistennieh. Minflok, iċ-ċansijiet kienu li għadmu jħoss il-ġilda taċ-ċinturin oħxon ta’ missieru. Għaliex il-kmandamenti tax-xiħ ħadd ma seta’ jazzarda jxellifhom. Lanqas hu, li maż-żmien kien rabba xejra sovverżiva. Malli mill-bogħod lemaħ l-antiporta beda jteftef fiċ-ċwievet lest għallkastig. Xorta waħda ma kienx imħejji biżżejjed għal dak li sab jistennieh. “Fejn iż-ż*** bqajt? Mela inti taħseb li tista’ tagħmel li ż-ż*** trid? Mhux billi tgħarrast.” Għax għalkemm missieru kellu Malti mfarrak, fejn jidħol kliem ħażin kollu kien tgħallem jgħidu

kif jixraq. Gallo waqaf ħesrem fl-intrata. Ma kienx l-oġġett iżarżar f ’idejn missieru li ġibidlu l-attenzjoni l-iżjed. Fl-istampa sħiħa sabu dettall sekondarju. Dik l-istrixxa wiesgħa ta’ demm, daqslikieku xi ħadd kien kaxkar ġisem matul il-kuritur, imnejn kienet ġiet? Għoqla telgħet fi ġriżmejh. U agħar minn hekk: għaliex missieru ma kienx missieru iżda Jeremt Marlowe, dak li kien ħasad ħajjet bintu, b’leħen ix-xiħ? Fejn il-m****** kien sab ruħu? Bla ma ħasibha darbtejn imbotta lil Marlowe/missieru, qabad jiġri tul il-kuritur jgħaffeġ fid-demm, u jittawwal f ’kull kamra sakemm wasal f ’dik tat-tarf nett. Fil-bieb ħass nifsu jieqaf zoptu u saqajh jogħtru. “Che succede?” saqsieh leħen femminili mimli ngħas, mis-

sodda maġenbu, malli nstemgħet it-twerżieqa tiegħu. Gallo qam għarqan xraba għalkemm kienet għadha t-tieni ġimgħa ta’ Jannar. X’kien ifisser dak kollu? Għarwien ħuta ħareġ mis-sodda u rħielha konfuż lejn it-tieqa. Il-ħoss iżarżar kien għadu għaddej, anki f ’din irrealtà. Rasu ttanbar ukoll, bħal suldati f ’marċ trijonfali. Il-pjazza ewlenija ta’ Montecatini – li minn kamartu fit-tieni sular ta’ lukanda erba’ stilel seta’ jaraha fil-kobor ċkejken tagħha kollu – kienet battala: ħlief għal ħaddiem jiżbor il-weraq tal-ġnejna madwar il-funtana u ieħor inaddaf warajh. Kien ilu alloġġjat hemm mill-għada tal-ewwel tas-sena għax minkejja l-perjodu tal-festi kien sabha birribass. L-irqad, dik il-ħabta, kien ta’ spiss sar simili twergħir bħal tal-ħolma.

Mistoqsija: Gallo lil min sab fl-intrata minflok missieru?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: NEX. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 4 ta’ Settembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mil-ONE Complex, il-Marsa billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, eskluż festi pubbliċi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Imħabba Għamja huwa: C. MAGRO – in-Naxxar


34 21|08|2016

kullhadd.com

LOGĦOB

TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri 096 163 172 307 310 315 373 420 590 664 741 798 841 851 909 B’4 Numri 0012 0721 0772 1198 1868 1909 1965 2217 2542 2785 2979 3831 4194

4287 4554 4897 5262 5288 5332 5414 6114 6769 6893 7210 7381 8144 8597 8664 8859 9094 9102 9448 9578 9947 B’5 Numri

38763 43156 52372 60003 60102 68377 69093 77201 80451 89080 89223 91351

333903 402511 516910 661789 674735 707412 780346 794674

B’6 Numri 000230 028128 060131 105557 IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

01217 08006 09065 14638 17303 22456 22614 26821 30035

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000 Isem: Indirizz:

Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: M. D’Amato – San Ġwann

WWW.KULLHADD.COM B’DISINN ĠDID U AKTAR INFORMAZZJONI


LOGĦOB

21|08|2016 35

kullhadd.com

IRBAĦ €25 FI FLUS

137

Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000 Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.

TISLIBA

1. 4. 7. 9. 10. 12. 16. 18. 19. 20. 21. 23. 24.

msemmija hekk f ’nofs Wied il-Għajn Kompli l-qawl: (6) Alwett bil-gzuz xita 2,7. Nodfa (5) bil-..... (5) 3,6. Mhux sabiħ ikollok Tajjeb biż-żejt (4) dan għan-nies (6) Ara 2 5,12 M. Għandhom jagħtu? Ġuvni Ingliż (3) (9) Tella’ l-weraq ġdid (6) 6. Ara 3 Ara 5 8. Imħallas (9) Stazzjon tat-TV 11,19. Ma baqax żgħir (5) Taljan (1,1,1) 12,21M. Sinjal (5) Royal Navy (1,1) 13,21W. Materjal iebes ferm Ara 11 (6) Nixorbu fiha (5) 14. Inaqqas (6) Ara 12 wieqfa 15. Kienu jmexxu tal- Ara 17 linja (6) Mhux qasira din (5) 17,23. Iħobb jiċċajta (7) 21. Ara 13 Weqfin: 22. ... Marija (3)

1.

Hemm triq twila

Mimdudin:

SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin:

Weqfin:

1.Ħafna, 4.Dras, 9.Tin, 10.Ineħħi, 12.Sirena, 16.Fti, 18.IR, 19.Pio, 20.Tonno, 23.Zija

1.Ħuttaf, 2,3.Fanali, 5,7.Raħli, 6.SBI, 8,15.Inter nazzjonali, 11,21 mimduda. Ċilen, 12.Si, 13.Rio, 14.Apollo, 17.Tre, 21,24.Lezzjoni, 22.Nej

QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f ’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Dawn l-atturi jaf issibhom taħt l-isem Matt & Dave Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown: RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u tibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: ibagħtu l-paġna ta’ din il-logħba tal-lum il-Ħadd 28 ta’ Awwissu flimkien mal-logos tal-ħarġiet tas-7, 14, 21 ta’ Awwissu.

Penn

Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: M. DEMANUELE – Ħal Tarxien L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.

Teller


36 21|08|2016

MALTA REBBIEĦA FIL-MEDITERRAN!

L-MHRU (Mediterranean Horse Racing Union), hija organizzazzjoni magħmula minn pajjiżi Ewropej li kull sena bejniethom jorganizzaw kampjonat ta’ tiġrijiet f ’diversi korsi fejn jingħataw punti għal kull tiġrija, bil-pajjiż li l-aktar jakkumula punti jiġi ddikjarat rebbieħ tal-kampjonat. Sfortunatament, dawn l-aħħar snin l-interess f ’dan il-kampjonat naqas konsiderevolment u, filfatt, kien hemm xi snin meta Malta ma kinitx qed tipparteċipa. Din is-sena l-Malta Racing Club iddeċieda li jerġa’ jieħu parti u, bħal qabel, organizza l-ewwel tappa tal-kampjonat. It-Tim Malti, li dakinhar kien jikkonsisti minn sitt sewwieqa, kien ukoll ħareġ rebbieħ f ’dan il-kampjonat fis-sena 2010. Din is-sena dan il-kampjonat kien ipprogrammat fuq erba’ tapep. L-ewwel waħda saret Malta fil-31 ta’ Marzu b’żewġ tiġrijiet, bir-rappreżentant Malti Julian Farrugia jirnexxilu jirbaħ tiġrija u fl-oħra jispiċċa t-tieni sabiex b’hekk Malta kienet iddikjarata rebbieħa ta’ din it-tappa. Wara kien imiss il-Korsa ta’ Palermo (Sqallija) nhar id-29 ta’ Ġunju, fejn is-sewwieq Rodney Gatt rebaħ tiġrija u fl-oħra ngħata t-tielet post biex Malta spiċċat b’punti daqs l-Italja u għalhekk qasmu bejniethom ir-rebħ tat-tieni tappa. Sfortunatament, it-tiġrija li kellha ssir f ’Cagnes-sur-Mer (Franza) fis-16 ta’ Lulju kienet ikkanċellata bħala luttu wara l-attakk terroristiku li seħħ f ’Nizza jumejn qabel. Ir-rappreżentant Malti hawnhekk kellu jkun Charles Camilleri. L-aħħar tappa, li wkoll kellha tkun waħda deċiżiva, saret fir-Russja nhar is-6 u s-7 ta’ Awwissu. It-tiġrijiet kienu mifruxa fuq żewġ korsi. Is-sewwieq Malti Anthony Demanuele rebaħ it-tiġrija li saret Ramenskoye, filwaqt li fil-korsa ta’ Moska huwa rebaħ l-ewwel tiġrija u spiċċa t-tielet fl-oħra sabiex Malta kienet iddikjarata rebbieħa tat-tappa filwaqt li t-Tim Malti kien iddikjarat rebbieħ talkampjonat quddiem l-Italja u Franza. Il-pajjiżi l-oħra li pparteċipaw f ’dan il-kampjonat kienu l-Italja, Franza, ir-Russja, is-Serbja, Spanja, l-Ukrajna, id-Dagestan, il-Khazakstan u l-Uzbekistan. Nifirħu lis-sewwieqa li ffurmaw it-tim Malti: Julian Farrugia, Rodney Gatt, Charles Camilleri u Anthony Demanuele.

MALTI JIRREFFJA FL-AWSTRIJA

Ir-referee internazzjonali Clinton Cassar ġie appuntat mill-UEFA Referees’ Committee biex din ilġimgħa jikkontrolla logħbiet fil-miniturnew Grupp E mill-Fażi Preliminari tal-UEFA Futsal Cup 2016-2017 organizzat mill-Austrian Football Association. SC Kaiserebersdorf (l-Austrija), IFK Göteborg (l-Iżvezja), Amsterdam SV (in-Netherlands) u FC Cosmos (l-Estonia), kienu l-kontestanti ta’ dan il-miniturnew li ntlagħab nhar l-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa li għaddew, fi Sporthalle Brigittenau ta’ Vjenna. Fl-ewwel jum ta’ logħob, jiġifieri nhar l-Erbgħa li għadda, Clinton Cassar kien appuntat bħala Referee 2 fil-logħba bejn SC Kaiserebersdorf u IFK Göteborg. Ir-referees l-oħra appuntati ma’ Clinton Cassar huma Damian Jaruchiewicz (il-Polonja), Kaloyan Kirilov (il-Bulgarija) u Damir Radovic (is-Serbja); Mile Lukic (l-Awstrija) huwa timekeeper. Kleomenis Bontiotis (il-Greċja) kien il-UEFA Referee Observer, filwaqt li Mateo Beusan (il-Kroazja) huwa d-Delegat tal-UEFA.

KORS PREPARATORJU GĦAL REFEREE MALTI FL-OGĦLA KATEGORIJA TAL-UEFA Ir-referee tal-FIFA Clayton Pisani – referee tal-UEFA fl-ewwel kategorija – bejn l-10 u t-12 ta’ Awwissu 2016 ingħaqad ma’ referees Ewropej internazzjonali ewlenin oħra għal kors importanti u preparatorju ta’ qabel l-istaġun 2016/2017 li sar f ’Ġineva u Nyon (Kwartieri Ġenerali tal-UEFA), fl-Iżvizzera. Matul dan il-kors sajfi, l-uffiċjali tal-logħba ngħataw pariri dettaljati fuq diversi oqsma tar-refereeing, bil-għan li tintlaħaq uniformità fid-deċiżjonijiet meħuda fl-istaġun li ġej, skont il-bidliet li seħħew riċentament fir-regolamenti tal-logħba. L-għan aħħari ta’ dan il-kors kien sabiex wieħed jitgħallem mill-esperjenza tal-istaġun preċedenti (UEFA EURO 2016, Champions League, Europa League u logħob Ewropew ieħor), jiġu enfasizzati l-punti ewlenin għall-istaġun li jmiss, u jitqies il-livell fiżiku tal-parteċipanti permezz tat-testijiet rigorużi tal-UEFA. Suġġetti oħra kienu jittrattaw tattiki preparatorji għal-logħba u Goal Line Technology – dan kollu bil-għan li tisseddaq ħidmet ir-referees.

kullhadd.com

SPORTS

ITEMMU L-AVVENTURA FUQ NOTA TAJBA

Valletta ħadu l-ewwel rebħa fi Grupp F tar-rawnd preliminari tal-UEFA Futsal Cup, meta għelbu lil Wattcell United bl-iskor ta’ 9-3. Kienet rebħa kollettiva għall-Beltin, li kellhom l-aktar pussess tal-ballun u rnexxielhom jiskurjaw erba’ gowls fl-ewwel 16-il minuta.L-Iskoċċiżi ppruvaw iwettqu reazzjoni iżda l-Beltin daħlu għall-mistrieħ b’vantaġġ ta’ 4-1. Fit-tieni taqsima, Valletta komplew jiddominaw u skurjaw ħames gowls oħra li kienu jfissru l-ewwel rebħa fi tmiem din l-avventura fil-Finlandja. B’hekk, it-tim immexxi mill-kowċ Clayton Felice spiċċa fit-tielet post, filwaqt li Wattcell Futsall Club baqgħu flaħħar post mingħajr l-ebda punt. Għal Valletta kellna doppjetti għal Cristian Cuadros Silva u Chris Cardona, flimkien mal-gowls ta’ Jovica Milijic, Dylan Musu, Denis Di Maio, Vanderlei Augusto Reis u Endrit Kaca. Doppjetta għal Christopher Donnelly u gowl ta’ Ian McIntosh ma kinux biżżejjed fl-ewwel esperjenza tagħhom barra millIskozja.


SPORTS

kullhadd.com

21|08|2016 37

PREMIER INGLIŻ

RIŻULTATI 2-0 1-4 2-0 0-2 1-0 1-2 1-2 Tard

Manchester United Stoke City Burnley Swansea City Tottenham Hotspur Watford West Bromwich Albion Leicester City*

Southampton Manchester City Liverpool Hull City Crystal Palace Chelsea Everton Arsenal*

*Ir-riżultat kien magħruf wara li morna għall-istampar

LOGĦOB GĦAL-LUM 14.30 17.00

Sunderland West Ham United

vs vs

Middlesbrough AFC Bournemouth

KLASSIFIKA

Aguero jiskurja minn penalty DOPPJETTA KULL WIEĦED Fl-ewwel logħba li kien hemm ilbieraħ fil-Kampjonat Ingliż kmieni wara nofsinhar, it-tim ta’ Manchester City għeleb lil dak ta’ Stoke barra minn daru bl-iskor ta’ 4-1. Reġa’ kien is-solitu attakkant Arġentin Sergio Aguero, li wara l-hatrick fost il-ġimgħa kontra Steaua Bucharest fiċChampions League, skurja tnejn oħra biex issa skurja ħames gowls f ’temp ta’ żewġ logħbiet. L-ewwel gowl wasal wara foul minn Ryan Shawcross fuq Nicolas Otamendi li rriżulta f ’penalty. Wara li fost il-ġimgħa falla tnejn kontra t-tim Rumen, Aguero poġġa lit-tim tiegħu fil-vantaġġ mill-11-il metru. Ftit minuti wara wasal it-tieni gowl tal-Arġentin, meta minn free-kick ta’ Kevin de Bruyne, il-ballun spiċċa fix-xibka b’daqqa ta’ ras ta’ dan il-plejer. Madankollu, hekk kif bdiet it-tieni taqsima, Stoke ngħataw penalty għall-foul ta’ Raheem Sterling u li minnu, l-eks-Barċellona Bojan Krkic, naqqas il-marġni. Is-sostitut Nolito aċċerta r-rebħa erba’ minuti mit-tmiem wara pass ta’ Kelechi Iheanacho tefa’ l-ballun f ’lasti vojta u żied ieħor simili fil-ħin miżjud. MEGĦLUBA MINN TIM LI GĦADU TIELA’ Għalkemm ħafna mis-segwaċi tal-futbol kienu tal-fehma li dan jista’ jkun l-istaġun għal-Liverpool wara r-rebħa stupenda barra minn darhom kontra Arsenal fl-ewwel logħba tal-Kampjonat Ingliż, ilbieraħ sfaw megħluba 2-0 minn Burnley barra minn darhom u mingħajr ma offrew l-ebda sfida denja. Mat-tokk tat-tieni minuta t-tim ta’ Burnley mar fil-

vantaġġ meta l-ballun waqa’ f ’saqajn Sam Vokes li b’xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa l-kbira għeleb lil Simon Mignolet, fost id-dellirju ta’ ferħ tas-sapporters tagħhom. Minkejja li Liverpool ippressaw għall-gowl taddraw, kienu Burnley li reġgħu marru fil-vantaġġ. Din iddarba kien Andre Gray li fid-debutt tiegħu ma’ dan ittim, irċieva ballun mingħand Steve Defour, li b’xutt għarrokna tax-xibka tefa’ lit-tim tiegħu tnejn minn fuq qabel intemmet l-ewwel taqsima. Minkejja li fit-tieni taqsima t-tim li lagħab f ’daru naqqas ir-ritmu, xorta waħda għaraf jikkontrolla l-vantaġġ tiegħu sew u għelbu kull mewġa li Liverpool tefgħu għalihom. Dan żgur huwa riżultati diżappuntanti għal Jurgen Klopp li jista’ jservih ta’ tbeżbiża għax litteralment ittim ta’ Burnley ma seraq xejn. IDAWRU TELFA F’REBĦA BARRA MINN DARHOM Logħba oħra missielta kienet dik bejn it-tim ta’ Watford u dak ta’ Chelsea, fejn dan talaħħar irnexxielu jdawwar telfa f ’rebħa, għal darb’oħra, flaħħar minuti tal-partita u bissaħħa tal-istess plejer li għamel l-istess fl-ewwel partita; Diego Costa. Kienu proprju Watford li marru fil-vantaġġ kmieni fittieni taqsima meta Etienne Capoue, wara li rċieva l-ballun, fajjar xutt b’saħħtu lejn il-lasti u li għalih Thibaut Courtois ma kellux risposta. Fit-80 minuta Chelsea bdew ir-rimonta hekk kif il-plejer il-ġdid tagħhom Michy Batshuayi, wara x-xutt ta’ Eden Hazard, il-ballun spiċċa f ’saqajh li minn qagħda komda ma żbaljax u għamel l-iskor 1-1. Fis-87 minuta

wasal il-gowl tar-rebħa meta kien l-attakkant kontroversjali Spanjol Diego Costa li wara pass tajjeb ma kellux diffikultà li jitfa’ wara l-gowler Heurelho Gomes. Minkejja li skurja dan il-gowl tar-rebħa, Costa seta’ faċilment irċieva t-tieni karta s-safra wara li għamel simulation. Rebħa dejjem tibqa’ rebħa, tiġi kif tiġi, imma Antonio Conte jaf li diffiċli jibqa’ jirbaħ il-logħob fl-aħħar minuti filKampjont Ingliż u għalhekk irid jagħmel xi ħaġa biex jindirizza din is-sitwazzjoni.

TIM

L

R

D

T

F

K

PT

01

Manchester City

2

2

0

0

6

2

6

02

Manchester United

2

2

0

0

5

1

6

03

Hull City

2

2

0

0

4

1

6

04

Chelsea

2

2

0

0

4

2

6

05

Everton

2

1

1

0

3

2

4

06

Tottenham Hotspur

2

1

1

0

2

1

4

07

Burnley

2

1

0

1

2

1

3

08

West Bromwich Albion

2

1

0

1

2

2

3

09

Liverpool

2

1

0

1

4

5

3

10

Swansea City

2

1

0

1

1

2

3

11

Middlesbrough

1

0

1

0

1

1

1

12

Watford

2

0

1

1

2

3

1

13

Southampton

2

0

1

1

1

3

1

14

Stoke City

2

0

1

1

2

5

1

15

Arsenal *

1

0

0

1

3

4

0

16

Leicester City *

1

0

0

1

1

2

0

17

Sunderland

1

0

0

1

1

2

0

18

West Ham United

1

0

0

1

1

2

0

19

AFC Bournemouth

1

0

0

1

1

3

0

20

Crystal Palace

2

0

0

2

0

2

0

DEĊIŻIVI FL-AĦĦAR MINUTI TAL-LOGĦBA F’wieħed mill-ħafna derbies li toffri l-belt kapitali Ingliża ta’ Londra, bil-bieraħ ikun wieħed minnhom, it-tim ta’ Tottenham għeleb lill-ġirien Crystal Palace bl-iskor minimu ta’ 1-0, biex b’hekk waslet ukoLl l-ewwel rebħa għal Tottenham dan l-istaġun. Ittim ta’ Mauricio Pocchettino kiseb din ir-rebħa permezz tal-akkwist il-ġdid tagħhom Victor Wanyama, li wkoll fiddebutt f ’White Hart Lane ħalla impatt tajjeb. Wanyama kkonkluda fixxibka wara l-flick bir-ras ta’ Harry Kane fit-82 minuta wara li t-tim ta’ Tottenham falla ħafna ċansijiet matul il-partita. Vincent Janssen, li wkoll kien qed jagħmel id-debutt tiegħu f ’White Hart Lane, kellu jitfagħhom fil-vantaġġ fit-tieni taqsima meta wiċċ imb wiċċ mal-gowler Wayne Hennessey tefa’ l-ballun barra. Min-naħa tagħhom, it-tim ta’ Crystal Palace ddiżappuntaw mhux ftit hekk kif fallew milli joħolqu opportunitajiet denji ta’ gowls. Kienu biss Jason Puncheon u Connor Wickham li ressqu l-aktar viċin li jagħmlu xi tip ta’ impatt għal Crystal Palace.

Evidenti r-rabja ta’ Klopp


38 21|08|2016

kullhadd.com

SPORTS

SERIE A

L-ekskowċ ta’ Milan, Sinisa Mihajlovic ID-DESTIN ILAQQGĦU Napoli se jkunu qed MILL-EWWEL MAT-TIM jiltaqgħu kontra t-tim ta’ LI KEĊĊIEH Pescara, li fl-istaġun li għadda qala’ xejn inqas minn 52 gowl; Minkejja li din se tkun l-ewwel statistika li turi l-vulnerabbiltà logħba għaż-żewġ timijiet tad-difiża. Minkejja dan, dan l-istaġun fil-Kampjonat Pescara mhumiex lesti li Taljan, żgur li mhux se tkun jintefgħu lura u jħallu lil ta’ nieqsa mit-tensjonijiet. Dan kontrihom jassedjawhom hekk kif il-kowċ preżenti bl-attakki, mingħajr ma ta’ Torino, jiġifieri Sinisa joffru sfida denja. Min-naħa Mihajlovic, se jkun qed l-oħra, il-kowċ Maurizio Sarri jilgħab kontra t-tim ta’ Milan, m’għandux sitwazzjoni feliċi li d-diriġenti tiegħu għażlu li taħt idejh bħalissa. Dan hekk jkeċċuh f ’April li għadda. kif għandu tim li xejn mhu Jidher li għas-sidien u stabbli, b’Lorenzo Insigne l-mexxejja tal-klabb ta’ mistenni jsaħħan il-bank tasMilan, ma kienx biżżejjed li sostituti minħabba kwistjoni Mihajlovic rebbaħ lil dan it- ta’ flus li għandu mal-istess tim l-ewwel Coppa Italia fi klabb. 13-il sena. Fit-tmun ta’ Milan Ħafna huma tal-fehma li bħalissa hemm l-ekskowċ flok Insigne, għandu jibda ta’ Fiorentina Vincenzo l-Belġjan Dries Mertens, li Montella, li ħa post Cristian dejjem għamel li seta’ biex itBrocchi, il-predeċessur tal- tim ta’ Napoli jiskurja. Kollox istess Mihajlovic f ’April li ma’ kollox, għalkemm fuq ilgħadda. karta tidher ovvja għand min Minkejja li dan il-klabb sejra r-rebħa, se tkun logħba sar proprjetà ta’ konsorzju missielta li diffiċli taqtgħalha Ċiniż, ma’ dan il-bejgħ ġew rasha minn kmieni. ukoll tliet plejers ġodda għal Milan, fosthom Gustavo ĦALLATA BALLATA Gomez, Jose Sosa u Gianluca FIL-KAMP TA’ LAZIO! Lapadula, għalkemm Gomez biss huwa probabbilment Dan is-sajf ma kienx wieħed eliġibbli li jilgħab illejla. mill-aħjar għat-tim ta’ Lazio Torino wkoll ma qagħdux u bħalissa l-kunfidenza tatlura milli jiffirmaw plejers tim tinsab fil-qiegħ hekk kif ġodda, fosthom Iago Falque, illejla jitla’ s-separju għal Antonio Barreca, Adem dan l-istaġun, b’logħba barra Ljajic u Luca Rossettini. minn darhom fil-grawnd feroċi ta’ Atalanta. ERA ĠDIDA GĦAL Dawn l-aħħar tliet xhur NAPOLI MINGĦAJR kienu ħallata ballata għalHIGUAIN Lazio hekk kif l-ewwel tkeċċa l-kowċ Stefano Pioli f ’April, B’differenza minn staġuni l-interim manager li inġieb oħrajn, illejla, it-tim ta’ Napoli minfloku, Simone Inzaghi, se jkun qed jibda era ġdida ingħata l-aħbar li s-servizzi fl-istorja tiegħu mingħajr tiegħu m’għadhomx l-attakkant Arġentin Gonzalo meħtieġa, u fl-aħħar iffirma Higuain, li aktar kmieni dan Marcela Bielsa iżda rreżenja is-sajf ingħaqad mar-rivali jumejn biss wara li tħabbret eterni Juventus, għas-somma il-kariga tiegħu. rekord fl-Italja ta’ €94 miljun. Il-borma kompliet

Gonzalo Higuain meta ffirma ma’ Juventus titħawwad aktar bit-tluq ta’ plejers importanti bħalma huma Antonio Candrea, Miroslav Klose u Edson Braafheid. Waħda mill-ftit aħbarijiet pożittivi li għandu t-tim mill-kapitali huwa li l-plejer Ciro Immobile qed iqis din l-esperjenza bħala waħda kruċjali għall-karriera tiegħu. Inċidentalment, fit-tmun ta’ Atalanta, hemm ekskowċ ta’ Inter u Genoa, Gian Piero Gasperini, li bil-formazzjoni favorita tiegħu ta’ 3-4-3 żgur mhux se tkun faċli għad-difiża ta’ Lazio. Fil-fatt, Atalanta saħħew l-attakk bl-akkwist tal-plejer Taljan mingħand Swansea Alberto Paloschi, wara avventura qasira filKampjonat Ingliż ma’ dan ittim minn Wales. JIDDEBUTTA L-OLANDIŻ FRANK DE BOER Skont l-istorja tal-futbol Taljan, it-tim ta’ Inter m’għandux isib diffikultà biex ifalli kontra t-tim ta’ Chievo, hekk dan it-tim tal-aħħar għandu rekord li mhux ta’ min jiftaħar bih kontra l-istess Inter. Ħafna huma tal-fehma li meta tim ibiddel kowċ, dan m’għandux isir meta l-istaġun il-ġdid qiegħed wara l-bieb. Madankollu, id-diriġenza ta’ Inter iddeċidiet li tagħmel dan billi ġabet lill-eks-Ajax Frank De Boer, minflok itTaljan Roberto Mancini. Tħares minn fejn tħares lejha s-sitwazzjoni ta’ Intern, dan mistenni jkun staġun kruċjali għall-Inter hekk kif iridu li jerġgħu jidħlu fiċ-Champions League, għall-ewwel darba mill-2012 lil hawn. Fost l-uċuħ ġodda li ġabu Inter, hemm l-Arġentin Ever Banega li jista’ jkun l-arkitett

Il-kowċ il-ġdid ta’ Inter, Frank de Boer

LOGĦOB GĦAL-LUM 18.00 20.45 20.45 20.45 20.45 20.45 20.45 20.45

AC Milan Atalanta Bologna Chievo Verona Empoli Genoa Palermo Pescara

f ’nofs il-grawnd, kif ukoll l-internazzjonali Taljan Antonio Candrea, li huwa meqjus bħala crosser prolifiku fil-Kampjonat Taljan. Min-naħa l-oħra, it-tim ta’ Chievo ma tantx inbidel

vs vs vs vs vs vs vs vs

Torino Lazio Crotone Inter Sampdoria Cagliari Sassuolo SSC Napoli

wisq mill-istaġun li għadda. Minkejja li fuq quddiem huwa tim fjakk ħafna, dan it-tim xorta jibqa’ għadma iebsa biddifiża b’saħħitha li għandu kif ukoll bil-futbol organizzat li l-plejers jilagħbu.


FORMULA 1

kullhadd.com

21|08|2016 39

ANALIŻI TA’ LIAM GAUCI

LIL HINN MIĊ-ĊIRKWIT Minkejja l-brejk tas-sajf, l-aħbarijiet ma naqsux fl-aħħar jiem għax it-timijiet komplew għaddejjin bil-ħidma fit-tfassil tal-futur tagħhom. L-ippjanar tattimijiet, però, ma kienx limitat biss għall-kwistjonijiet interni tagħhom hekk kif wieħed minnhom ressaq proposta interessanti li għandha l-għan li tagħti aktar flessibbiltà fejn jidħlu t-testijiet u l-iżvilupp tal-vetturi.

dipartimenti se jidħlu dawn l-impjegati l-ġodda. Però, huwa sostna li f ’xi każijiet l-impatt tagħhom fuq it-tim jista’ jdum sa sentejn oħra biex jinħass. Għaldaqstant, wieħed jispekula li numru minnhom se jidħlu jaħdmu ma’ dipartimenti li jiffukaw fuq proġetti tekniċi li mhux se jaraw id-dawl tax-xemx qabel l-2018.

Alternattivi oħra?

Deċiżjoni oħra li t-tim se jkollu jieħu fix-xhur li ġejjin hija dwar l-impjegati prinċipali tiegħu; jiġifieri s-sewwwieqa. S’issa kemm Kevin Magnussen, kif ukoll Jolyon Palmer għad m’għandhom l-ebda ċertezza għall-2017 hekk kif it-tim xtaq iżomm ruħu flessibbli għallistaġun li ġej. Fil-fatt, fl-aħħar jiem saħansitra ssemmiet l-possibbiltà li t-tnejn li huma jispiċċaw barra bit-tim fl2017. Ewlieni fost il-kandidati biex jieħu post wieħed minnhom hemm Valtteri Bottas. Allegatament, il-Williams għandhom l-għażla li jġeddulu l-kuntratt b’mod awtomatiku għal staġun ieħor. Madankollu, it-tim minn Grove ma jidhirx li għandu xi għaġla partikolari jagħmel dan. Is-sewwieq l-ieħor tal-Williams, Felipe Massa wkoll jidher qiegħed qrib il-bieb ta’ barra. Minħabba l-età tiegħu, 35 sena, bosta kienu tal-fehma li din tista’ twassal lill-Brażiljan biex jabbanduna l-isport. Però, din il-ġimgħa huwa ta x’jifhem li mhuwiex qiegħed jinnegozja mal-Williams biss. Għaldaqstant, jista’ jkun il-każ li hemm timijiet, bħar-Renault, li għandhom bżonn ta’ sewwieqa bl-esperjenza ta’ Massa biex jagħtu spinta lill-iżvilupp tekniku tagħhom.

Fil-fatt, se nibdew il-ħarsa lejn l-aħbarijiet direttament b’din ilproposta li tressqet mill-Force India. Skont id-Deputy Team Principal Bob Fernley, it-tim Indjan riċentement talab lillIstrategy Group biex jikkunsidra l-possibbiltà ta’ riforma firregolamenti tekniċi li tippermetti użu aktar estensiv ta’ CFD (Computational Fluid Dynamics). Din it-teknoloġija diġà hija użata mit-timijiet fejn, permezz tagħha, huma jagħmlu simulazzjonijiet ajrudinamiċi bil-kompjuter biex jiżviluppaw ix-chassis tal-vetturi tagħhom. Attwalment, però, irregolamenti jitolbu għal bilanċ bejn il-ħin li kull tim jiddedika għal CFDs u testijiet prattiċi fil-Mini tar-Riħ (Wind Tunnels). Oriġinarjament, dawn irregolamenti kellhom l-għan li jnaqqsu l-użu tal-Mini tar-Riħ hekk kif dawn iwasslu għal spejjeż sostanzjali għat-timijet. Għal dak iż-żmien miżura ta’ din ix-xorta kienu f ’waqthom għax offrew kompromess li kien tajjeb biżżejjed għal ħafna mit-timijiet. Però, iż-żieda fil-pressjoni fiskali li esperjenzaw fl-aħħar snin wasslet bosta mit-timijiet iż-żgħar biex jikkunsidraw l-abbandun totali tal-Mini hekk kif ħafna minnhom qegħdin ikollhom jikruhom minn organizzazzjonijiet terzi. Meta r-riformi kienu introdotti, it-tranżizzjoni għas-CFDs ma setgħetx tkun totali għax dak iżżmien simulazzjonijiet virtwali ma kinux affidabbli daqs dawk prattiċi. Dan il-fatt kien ħareġ ċar millproblemi li esperjenzaw il-Virgin Racing fl-2010, staġun li matulu serrħu kompletament fuq dan ittip ta’ simulazzjonijiet virtwali. Għajnejn it-timijiet l-oħra kienu kollha fuq dan il-pass mingħajr preċedent, imma r-riżulatati ma kienu sbieħ xejn hekk kif il-Virgin spiċċaw fl-aħħar pożizzjoni talklassifika tal-kostrutturi fi tmiem l-istaġun. Madankollu, Fernley huwa talfehma li issa din it-teknoloġija avvanzat biżżejjed biex it-timijiet ikunu jistgħu jerġgħu jippruvaw jabbandunaw il-Mini tar-Riħ għalkollox. Minkejja din il-

Jikkunsidraw il-futur tagħhom

konvinzjoni, il-Force India xorta waħda pproponew kompromess fejn fil-bidu tal-istaġun kull tim ikollu l-possibbiltà li jagħżel hu jibqax jaderixxi mas-sistema ta’ testijiet attwali jew jagħmilx ittranżizzjoni total għal CFDs. Il-pożizzjoni ta’ Fernley irċeviet l-appoġġ minn biżżejjed membri tal-Istrategy Group biex dan jgħaddiha għall-evalwazzjoni talgrupp responsabbli mir-riformi tekniċi. Fil-parti l-kbira tiegħu, dan il-grupp huwa magħmul millesperti tekniċi tat-timijiet stess li se jaraw jekk din ir-riforma tistax tiġi implimentata mingħajr ma toħloq xkiel għall-iżvilupp tal-vetturi rispettivi tagħhom. Il-konklużjonijiet tagħhom imbagħad jiġu mgħoddija lura lillIstrategy Group għall-ġudizzju. S’issa għad m’hemmx indikazzjoni dwar meta riforma ta’ din ix-xorta tista’ tiġi introdotta. Minn aspettattivi ambizzjonijiet kbar

baxxi

għal

Sakemm għaddej dan iddibattitu, it-timijiet għaddejjin ukoll b’diversi riformi interni biex jippreparaw ruħhom aħjar għall-isfidi tal-ġejjieni. Ewlenin fosthom huma r-Renault li flaħħar tal-istaġun li għadda wirtu l-infrastruttura b’potenzjal kbir, imma diżorganizzata, li ħallew warajhom il-Lotus. F’intervista interessanti li t-Team Principal tar-Renault Frederic Vasseur għamel mas-sit elettroniku uffiċjali tal-Formula 1, huwa ta ftit idea ta’ xi sfidi offra dan il-wirt u t-triq ’il quddiem li qiegħed jara

għat-tim Franċiż. Fil-kummenti tiegħu, Vasseur spjega li l-iżvilupp tax-chassis kienet uġigħ ta’ ras kbira għat-tim. Dan għax il-kumpanija Franċiża ħadet il-kontroll tat-tim tard ħafna matul is-sena li għaddiet; żmien li fih l-iżvilupp ikun normalment konkluż. Jekk dan ma kienx biżżejjed, ix-chassis li ħallew warajhom il-Lotus kien ġie ppreparat biex jospita power unit tal-Mercedes u mhux wieħed tarRenault. Għaldaqstant, it-tim tekniku l-ġdid kellu ġirja kontra l-ħin biex jipprova jara kif jillapazza u jaddatta dan ix-chassis għal magna tar-Renault f ’temp ta’ biss tliet xhur qabel ma beda l-kampjonat attwali. Dan in-nuqqas ta’ ħin għall-iżvilupp deher ċar fuq it-traċċati hekk kif, wara 12-il tellieqa, it-tim Franċiż irnexxielu jikseb biss sitt punti; riżultat li poġġihom fid-disa’ post tal-klassifika tal-kostrutturi. Il-kuntest diffiċli li t-tim sab ruħu fih wassal lit-tim biex iżomm l-aspettattivi għall-2016 baxxi u minflok idawwar l-attenzjoni tiegħu fuq l-2017. Fil-fatt, ixchassis attwali huwa tant imlaqqat li Vasseur ammetta li t-tim qiegħed juża dak tal-2015 bħala l-bażi għalliżvilupp għal dak tas-sena d-dieħla. Għal dan l-għan, żvela li r-Renault, se jkunu qegħdin ikabbru n-numru ta’ impjegati tagħhom matul ixxhur li ġejjin. Huwa sostna li dan in-numru diġà tela’ għal 570 mill470 li kienu diġà mat-tim fil-bidu tal-istaġun, u t-tekniku Franċiż qed jistenna li jiżdiedu madwar 80 ruħ oħra fiż-żmien mhux imbiegħed. Vasseur ma qalx eżatt f ’liema

Apoloġija Sewwieqa oħrajn li għandhom ilfutur tagħhom imdendel huma dawk tal-Haas. Din forsi kienet waħda mir-raġunijiet prinċipali għalfejn Esteban Gutierrez għamel apoloġija din il-ġimgħa rigward kummenti li għamel dwar it-tim filġimgħa li għaddew. S’issa, la hu u lanqas Romain Grosjean, ma jafu se jiġri minnhom l-istaġun li ġej. Madankollu, Gutierrez qiegħed taħt pressjoni partikolari hekk kif s’issa t-28 punt li l-Haas kisbu fl-istaġun attwali waslu kollha bis-saħħa ta’ Grosjean. Għaldaqstant, iċ-ċans huwa li l-mannara taqa’ fuq għonq il-Messikan u mhux il-Franċiż. Minfloku jista’ jidħol Charles Leclerc, żagħżugħ Monegask promettenti ħafna li bħalissa qiegħed fil-quċċata tal-klassifika tas-sewwieqa tal-kategorija GP3.


40 21|08|2016

kullhadd.com

LOKALI

L-FAM B’180 SEJĦA MILL-ISPTAR TA’ GĦAWDEX F’ĦAMES SNIN ALEANDER BALZAN

aleander.balzan@one.com.mt

F’ħames snin il-Forzi Armati ta’ Malta kellhom 180 sejħa biex jittrasferixxu pazjenti għall-kura minn Għawdex għal Malta. Jikkonferma dan tagħrif miksub minn kelliem għallarmata ftit tal-jiem wara li tnieda servizz ta’ ambulanza tal-ajru bejn iż-żewġ gżejjer, grazzi għal ftehim fil-qasam tas-saħħa bejn il-Gvern u Vitals Health Care. Għal snin twal l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ma kellux dan is-servizz u għalhekk kollox kien jiddependi fuq issehem tal-armata b’medja ta’ 36 sejħa fis-sena jew madwar tlieta fix-xahar. Imkejjen fl-armata sostnew li, ladarba din l-ambulanza tal-ajru tkun qed taħdem għalkollox, tkun qed tiswa mitqilha deheb, u r-riżorsi kollha tal-Armata jibqgħu ffukati f ’postijiet oħra. Bħalissa l-ambulanza talajru għadha ma bdietx taħdem għax, kif qal il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne filjum ta’ tnedija tagħha, qed tkun mgħammra b’dak kollu meħtieġ f ’każ ta’ emerġenza.

L-ambulanza tal-ajru se tkun ta’ nifs għall-forzi armati wkoll Se jsiru wkoll numru ta’ titjiriet ta’ emerġenza bejn iż-żewġ gżejjer bil-għan li tkun assigurata s-sigurtà talpazjenti. F’dawn it-testijiet hemm involuti wkoll ilħaddiema mill-qasam mediku li se jkunu qed jakkumpanjaw

lill-pazjenti minn Għawdex għal Malta. Persuni viċin il-proġett fissru wkoll kif din l-ambulanza talajru kienet possibbli wkoll grazzi għall-fatt li l-proġett f ’Għawdex jinkludi element qawwi ta’ turiżmu mediku.

Għaldaqstant, se jkun offrut is-servizz li pazjenti li se jkunu kkurati f ’Għawdex ikunu jistgħu jitwasslu mill-ajruport ta’ Malta għal Għawdex direttament b’dan il-ħelikopter. Dan għax dan it-tip ta’ pazjenti jkunu jfittxu ċertu kumdità u

lesti jħallsu għaliha, tant li kull wieħed huwa stmat li jħalli mal-€10,000. B’hekk, dan huwa eżempju ieħor ta’ kif hemm firxa wiesgħa ta’ persuni u interessi li se jgawdu minn dan ilproġett fil-qasam tas-saħħa. L-ambulanza tal-ajru se tkun ibbażata fil-heliport tax-Xewkija dejjem lesta għal li jkun hemm bżonn. U meta jkun lesti il-bini mill-ġdid tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex issib postha filhelipad tal-isptar bis-servizz allura jkompli jitjieb għax, f ’każ ta’ emerġenza, kull sekonda tgħodd. F’Malta l-helipad jinsab flIsptar San Luqa fejn ukoll se jkun hemm investiment qawwi li mistenni jibdel il-post fi sptar ieħor ta’ kwalità. Filwaqt li f ’Mater Dei m’hemmx helipad għax, meta l-isptar kien ippjanat, il-helipad kellu jkun fuq is-soqfa tal-emerġenza imma eventwalment irriżulta li dawn ma kinux b’saħħithom biżejjed u l-helipad sar quddiem il-kamra mortwarja. Però, kellu jitneħħa minn hemm meta nbena l-Isptar tal-Onkoloġija biex sal-lum Mater Dei għadu bla helipad kawża tal-ippjanar u x-xogħol ħażin fl-imgħoddi.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.