Il-Ħadd, 21 ta’ Novembru, 2021
Ħarġa Nru 1,480
Prezz €1
FITCH: MALTA B’SALTNA TAD-DRITT EFFETTIVA
Rapport f’paġna 5
ĠIMGĦA TENSJONI FID-DAR ĊENTRALI Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech isejjaħ lid-deputati tiegħu biex jiżvoga magħhom ras imb ras, fl-istess ħin li baqa’ jitlef il-fiduċja personali kemm internament kif ukoll fuq barra
Rapport f’paġni 4 u 5
50 DARBA IŻJED MILL-PN GĦAL INĠUSTIZZJI Għaż-€2 miljun imwegħdin mill-Oppożizzjoni, il-Gvern se jkun diġà ħareġ mal-€100 miljun sal-aħħar tal-2021 Gvern Laburista se jkun diġà ħallas kważi €100 miljun fuq anomaliji u reviżjonijiet ta’ pensjonijiet, inklużi dawk li kellhom jitwettqu mill-aħħar Gvernijiet Nazzjonalisti. Dan hu 50 darba iżjed minn kemm qed iwiegħed il-Partit Nazzjonalista, jekk jingħata l-fiduċja tal-poplu fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. F’konferenza tal-aħbarijiet nhar it-Tlieta li għadda, il-Viċi Kap Nazzjonalista David Agius u l-kandidat Ivan Castillo qalu li l-PN fil-Gvern jalloka €2 miljun biex jissettilja inġustizzji li seħħew f’salarji u pensjonijiet ta’ ħaddiema ingaġġati f’entitajiet statali. Dawn imorru lura sa minn żmien Gvernijiet Nazzjonalisti.
Minkejja dan, minn informazzjoni li rnex 27 ta’ Novembru. Rigward arretrati ta’ penxielha tikseb il-KullĦadd jirriżulta li, minsjonijiet, Gvern Laburista kellu jirrevedi du Gvern Laburista beda jindirizza dawn wkoll dawk li suppost twettqu fi żmien il-kwistjonijiet f’din il-leġiżlatura u ta’ l-aħħar Gvernijiet Nazzjonalisti salqabilha, diġà nħarġu mal-€55 miljun 2013. Pagament biex issir ġustizzja ma’ persuni li sofrew Minbarra hekk, il-pagament talanomaliji fi ħlasijiet u mal-€40 miljun ġimgħa li ġejja mhuwiex l-aħħar ta’ €9 miljun oħra f’arretrati ta’ reviżjonijiet tal-penwieħed u, kif diġà mwiegħed anke filoħra s-Sibt sjoni. Baġit 2022, pagamenti simili huma Dawn jinkludu wkoll il-pagament li skedati għas-sena d-dieħla. li ġej jmiss ta’ madwar €9 miljun b’kollox, li se jkun qed jitqassam proprju nhar is-Sibt li ġej, Tkompli f’paġna 7
02
21.11.2021
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI
IT-TEMP GĦAL-LUM
L-Ogħla Temperatura: 21°C L-Inqas Temperatura: 14°C L-Indiċi UV: 3 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja ser tkun fuq iċ-Ċentru tal-Mediterran It-Temp: Ftit imsaħħab li jsir pjuttost imsaħħab b’xi ħalbiet tax-xita iżolati filgħaxija Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Punent li jsir mill-Punent il-Lbiċ Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 21°C
email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
22°C UV 3
KUNTATT ĠENERALI
16°C
Il-Ħamis
22°C UV 3
16°C
Il-Ġimgħa
22°C UV 1
17°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI
22°C
KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1 182
UV 2
16°C
21°C UV 2
17°C
22°C UV 1
17°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Il-Belt Valletta – 21238355 The Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21227682 St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 21443045 St. Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant’Elena, Birkirkara – 27441913 Regional Pharmacy, Triq E. H. Furse, L-Imsida – 21312449 Retail Outlet, Level 0, 135, Central Business Centre, Spinola Bay, San Ġiljan – 21333886 Chemimart Pharmacy . 4,5,6, il-Piazzetta, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21338369 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 Sgħajtar Pharmacy, Triq is-Sgħajtar, Il-Mosta – 21415198 El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Il-Qawra – 21576308 Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid – 21696893 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 St. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbelika, Ħaż-Żabbar – 21663750 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consigli, Iż-Żejtun – 21806009 Remedies Pharmacy, 5, Triq Santa Katerina, L-Imqabba – 21641133 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454247 Għawdex Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq is-7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat – 21557819 Gozo Chemists, Mġarr Road, Ix-Xewkija – 21557278 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
03
21.11.2021
ĠID FIS-SAĦĦA U FL-EDUKAZZJONI Żewġ oqsma importanti fl-iżvilupp tas-soċjetà b’riżultati pożittivi bil-ħidma u bl-investimenti tal-Gvern Prijoritajiet għal kull soċjetà sana huma s-saħħa u l-edukazzjoni, żewġ setturi lokali fejn naraw ħidma ma taqta’ xejn mill-Istat u riżultati pożittivi b’aktar impjiegi u servizzi ta’ kwalità. Kif mistenni, is-settur tas-saħħa ngħata l-akbar attenzjoni li ħaqqu f’dawn l-aħħar xhur bil-pandemija dinjija fejn ukoll ħriġna bl-unuri f’għajnejn id-dinja kollha. Iżjed minn hekk, fil-Parlament id-Deputat Laburista Anthony Agius Declis staqsa lid-Deputat Prim Mi nistru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dwar impjiegi ġodda fl-aħħar ħames snin mas-Saħħa Pubblika. Mit-tweġiba joħroġ li llum hemm total ta’ 1,608 tobba (minn house officers sa konsulenti) u 3,092 infermier ingaġġati. Fl-aħħar ħames snin, mill-2017 sal-11 ta’ Novembru li għadda ġew impjegati 631 tabib u 818-il infermiera oħrajn, total ta’ 1,449 speċjalista f’dan il-perjodu. Il-ħidma tal-Gvern biex jiġu atti rati u ingaġġati aktar ħaddiema fis-settur tibqa’ għaddejja u tiffoka fuq diversi binarji. Is-sena l-oħra kien hemm madwar 130 gradwat li
ngħaqdu fis-settur. Fl-aħħar ġranet sar magħruf li, minħabba l-pressjoni li nħolqot bilpandemija, għadd ta’ ħaddiema barranin fis-settur, l-iżjed mill-Indja, telqu lejn ir-Renju Unit u l-Irlanda, fejn huma u l-familji tagħhom ġew offruti ċittadinanza immedjata basta jidħlu fis-servizz tas-saħħa lokali. Minkejja dan, il-Ministeru għasSaħħa għaddej b’xogħol biex isaħ ħaħ l-impjiegi fis-settur u, minbarra li jagħti impjieg lil dawk l-istudenti li jiggradwaw, se ssir sejħa wkoll għal infermieri lil hinn mill-UE. Fil-qasam edukattiv, din il-ġim għa wkoll l-Uffiċċju Nazzjonali talIstatistika ħabbar kif l-edukaturi żdiedu minn 7,814 fis-sena skolastika 2012/13 għal 9,670 fis-sena skolastika 2019/20 – żieda ta’ 24%. F’dak li hu staff kumplimentari, dan ukoll żdied minn 5,235 għal 8,544 jew 63%. Imqabbel mas-sena skolastika li għaddiet, iż-żieda fl-edukaturi kienet ta’ 325 jew 4.7% biex illum ilaħħqu għal 7,254. Mitluba tikkummenta, il-Minis tru għall-Edukazzjoni Justyne Ca ruana qalet li s-settur kien, għadu
u jibqa’ prijorità assoluta ta’ dan il-Gvern, kif jidher bil-Baġit 2022 b’investiment ta’ €800 miljun għal dan il-għan. Tajjeb li jitfakkar ukoll li l-kors fl-Università għal min irid isir għalliem għandu stipendju ogħla minn korsijiet oħrajn ħalli jattira aktar studenti lejh. Ta’ min jinnota wkoll li, filwaqt li fl-2012, 55.8% tal-popolazzjoni kellhom livell ta’ edukazzjoni baxx u 44.2% biss kellhom livell ta’ edukazzjoni medja u għolja, illum dawk b’edukazzjoni baxxa niżlu għal 37% u dak medju u għoli żdied għal 63%. Ovvjament hemm ħafna iktar li jrid isir. Għalhekk ukoll l-impenn ċar kif issemma fid-diskorsi tal-Baġit biex ikun hemm id-dħul fis-seħħ talAtt li jirregola l-Professjoni tal-Edukaturi li għadda mill-Parlament u li qed jiġi evalwat fil-kuntest tad-direttiva Ewropea ftit ilu. Din il-professjoni se tkompli tissaħħaħ ukoll bid-dħul fis-seħħ talLiġi li tirregola l-professjoni tal-edukaturi. Din għandha twassal biex tagħti status aktar professjonali lilledukaturi kollha irrispettivament f’liema livell jgħallmu.
04
21.11.2021
PRESSJONI INTERNA U MINN BARRA L-aħħar sebat ijiem komplew ikunu mimlijin tensjoni kbira għall-Kap talOppożizzjoni Bernard Grech. Minn sorsi fid-Dar Ċentrali, il-KullĦadd tista’ tiżvela li l-Kap Nazzjonalista sejjaħ għal deputati biex ikollu laqgħat ras imb ras fil-kwartieri stess biex jipponta subgħu lejhom. Fi żmien fejn f’kull stħarriġ talopinjoni pubblika baqa’ sejjer għallagħar, din il-gazzetta hi infurmata li Grech beda jgħid lill-membri tal-Grupp Parlamentari tiegħu li hu qed jerfa’ l-piż tad-deċiżjonijiet tagħhom u tal-fatt li l-Grupp qed joħnoq id-deċiżjonijiet ta’ wħud minn ta’ madwaru. Iżda, is-sorsi tagħna sostnew li d-deputati ma niżlulhom xejn dawn l-argumenti u riżultat ta’ hekk kien hemm żgur laqgħa li kienet taħraq. Is-sorsi tagħna qalulna li l-messaġġ li ntbagħatlu kien l-istess wieħed li ngħata fil-Grupp Parlamentari u li xxandar mal-erbat irjieħ wara li kien żvelat fil-gazzetti Maltatoday u The
Malta Independent. tal-Grupp Parlamentari issa għandu persuni, li saħansitra kienu qablu malLill-Kap tal-PN qalulu li hu l-mod kif jibqa’ miexi qisu qatt ma ġara xejn u ħtieġa li jinbidel Adrian Delia, illum qed qed imexxi hu li qed joħloq il-problema min qed jgħidlu li s-sitwazzjoni fejn jiġi jistaqsu fuq l-għażla li saret. u mhux huma. Intqal li jeħtieġ li jwaqqaf umiljat wara li għamel dikjarazzjonijiet Diversi kritikaw lil Grech fosthom il-mossi li jixhdu opportuniżmu politiku pubbliċi ma tistax tibqa’ għaddejja qisu l-Eks Ministru Nazzjonalista Michael li juri li ma jkunx jaf fejn hu sejjer. xejn mhu xejn. Għalhekk Grech reġa’ Falzon li qal li l-PN “għadu ma sabx ilGrech, min-naħa l-oħra, mexxej li għandu bżonn indika li jekk mhux se … jiena naħseb li qiegħed jingħata l-appoġġ li qed hemm il-mexxej. Imma jitlob se jikxef fl-apert mhux se noqgħod ngħid min huma d-deputati li min hu jew min hi. Għadu Dawn id-dikjarazzjonijiet u oħrajn jkunu responsabbli f’każ ma sabx il-mexxej li għandu li f’elezzjoni ġenerali ma bżonn u jgħaqqad idminn Nazzjonalisti tradizzjonali xejn ma jinkisibx ir-riżultat mixtieq. diversi nies li għandhom niżlu tajjeb mal-Kap tal-PN u ta’ madwaru opinjonijiet differenti.” Kien ċar kristall li mhux lest jerfa’ waħdu l-piż jekk F’kummenti li ta l-akka l-elettorat ma jippremjahx. sab ruħu f’inċertezza kbira. demiku George Vital Zammit hu F’dan il-mument mhux eskluż li filAnke għax kummenti pubbliċi li saħansitra semma l-possibbiltà ta’ vot jiem li ġejjin jitlaqqa’ mill-ġdid il-Grupp saru komplew juru kif qed ifalli f’bosta ta’ fiduċja. “Naħseb li wasal iż-żmien Parlamentari bl-aġenda tinkludi pro oqsma. Kienet ġimgħa fejn l-istil li jekk hemm bżonn li kap ta’ partit prju din il-kwistjoni. adotta Grech laqqatha minn kull lat tas- iressaq kunsill ġenerali, (jgħid) dawn Għalkemm, bħal f’ħafna affarijiet soċjetà, bi kritika ġenerali għall-mod huma l-ideat tiegħi, se nerġa’ nitlob vot oħra, Grech qed jingħata pariri kun kif ħadem iktar milli għal xi ddeċieda. ta’ fiduċja fija nnifsi,” qal Vital Zammit trastanti minn dawk ta’ madwaru. Min Komplew jidħlu dubji kbar dwar fil-programm Xtra fuq TVM. qed jgħidlu biex la ċeda fl-aħħar laqgħa l-abbiltà tiegħu li jmexxi lill-PN. Tant li L-opinjonist Raphael Vassallo kiteb
MARIO THOMAS VASSALLO RAPHAEL VASSALLO
“Skużi ġodda … biex jibqa’ jitqatta’ biċċiet”
“Toqogħdux tgħidu li l-PN mużajk … konsenturi hemm”
MICHAEL FALZON
“Il-Partit għadu ma sabx il-mexxej li għandu bżonn”
GEORGE VITAL ZAMMIT
“Wasal iż-żmien li jissejjaħ vot ta’ fiduċja”
05
21.11.2021
kif donnu hemm manwal fil-PN dwar kif tispara f’saqajk. “Kelli l-impressjoni li l-PN eleġġa lil Bernard Grech biex jerġa’ jgħaqqad lill-Partit u mhux biex joħloq skużi ġodda u mhux meħtieġa biex jibqa’ jitqatta’ biċċiet,” hu kiteb. Vassallo saħansitra qal li bil-mod kif aġixxa Grech donnu għamilha apposta u tenna kif illum il-kwistjoni hi waħda ta’ tmexxija (leadership). Dwar il-qasma fil-PN ma darx mallewża lanqas l-akkademiku Mario Tho mas Vassallo li qal: “L-ikbar problema li l-PN maqsum ideoloġikament … u toqogħdux tgħidu mrewħa jew mużajk, għax il-mużajk kollu xquq u hemm konsenturi hemm.” Skont l-istess sorsi li tkellmu magħna, jirriżulta li dawn id-dikjarazzjonijiet u ħafna oħrajn magħhom minn Nazzjo nalisti tradizzjonali xejn ma niżlu tajjeb mal-Kap tal-PN u ta’ madwaru. Fl-istess ħin ma waqfux il-battuti kif anke min għażel li jibda jitħallas l-eluf mid-Dar Ċentrali jista’ jkun qed juża kuntatti u riżorsi li għandu biex jagħti ċerti daqqiet.
FITCH: MALTA B’SALTNA TAD-DRITT EFFETTIVA
L-aġenzija ta’ klassifikazzjoni talkreditu Fitch reġgħet ikkonfermat ir-rating A+ għal Malta u fost ir-raġunijiet li ssemmi fir-rapport tagħha għal dan ir-rating b’saħħtu lil pajjiżna hemm is-saltna taddritt effettiva. Magħha tenfasizza l-istabbiltà politika li hawn f’pajjiżna u dawk li Fitch iddeskriviet il-livelli baxxi ta’ korruzzjoni. Fitch li tanalizza lil diversi pajjiżi tgħid preċiżament hekk: “Malta has a high WBGI ranking at 79.8, reflecting its long track record of stable and peaceful political transitions, well established rights for participation in the political process, strong institutional capacity, effective rule of law and a low level of corruption.” Anke jekk pajjiżna, bħall-kumplament tad-dinja, għadda minn pandemija, ir-rapport ta’ Fitch mhux biss iżżomm ir-rating ta’ Malta, iżda wkoll il-prospetti għażżmien li ġej bħala stabbli. Saħansitra meta l-esperti tagħha ġew biex janalizzaw l-aspett ekonomiku tejbu t-tbassir tagħhom għas-sena d-dieħla. Aktar kmieni din is-sena kienu qed ibassru li fl-2022 se nikbru bi 3.9%, issa qed ibassru tkabbir ta’ 6.1%. Dan filwaqt li qed ibassru li din is-sena l-ekonomija tagħna tkun kibret b’5.7%. Dan l-irkupru hu dovut għal diversi fatturi, imma dak prinċipali hu s-suċċess tal-programm ta’ tilqim. L-esperti ta’ Fitch jinnutaw ukoll kemm
baqa’ b’saħħtu s-suq tax-xogħol u kif dan qed iwassal għal-livell taj jeb ta’ konsum u investiment. Fi stqarrija, il-Gvern qal li “filwaqt li l-kelliema tal-Oppożizzjoni jsostnu li l-Gvern qed iberbaq ilflus u s-sitwazzjoni fiskali mhix sostenibbli, l-esperti ta’ Fitch ibassru li d-defiċit din is-sena se jkun inqas milli qed ibassar il-Gvern stess. Fil-fatt, għal darb’oħra reġgħu rrevedew ’l isfel it-tbassir tagħhom għad-defiċit fl-2021. Dan minħabba li s-saħħa tal-irkupru ekonomiku qiegħed itejjeb ħafna d-dħul tal-Gvern.” Fir-rigward tal-inflazzjoni, ir-rapport ta’ Fitch Ratings jinnota kif pajjiżna qed jirnexxilu jikkontrolla l-pressjoni li ġejja mis-swieq internazzjonali. Tant li l-esperti internazzjonali jsostnu li “l-Gvern hu impenjat li jżomm il-prezzijiet baxxi u riċentement ħabbar tnaqqis immedjat fit-taxxa tas-Sisa fuq il-petrol u d-diesel b’27% u b’20% rispettivament sal-livelli minimi permessibbli mir-regoli tal-Unjoni Ewropea.” Fir-reazzjoni tiegħu, il-Gvern kompla jispjega kif, minbarra tif ħir għall-andament ekonomiku, ir-rapport tal-aġenzija ta’ kreditu fih ċertifikat pożittiv ħafna għallpjan ta’ rkupru u reżiljenza li ġie ppreżentat. Fil-fatt, jingħad li “bħala parti mill-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza, il-Gvern ippreżenta pjan komprensiv ta’ riforma u investiment bil-mira li jsaħħaħ is-siste-
ma edukattiva u tas-saħħa, waqt li jikseb titjib ambjentali u jippromwovi d-diġitalizzazzjoni.” Waqt li l-esperti jinnutaw li d-de ċiżjoni tal-Financial Action Task Force (FATF) “għad ma kellhiex impatt materjali fuq l-ekonomija Maltija”, huma jgħidu li l-Gvern qed jintensifika l-ħidma biex Malta tagħmel progress fuq dan il-qasam u jsemmu li s-sistema finanzjarja baqgħet ferm reżiljenti u ma kellhiex impatti mill-pandemija. “Iċ-ċertifikat pożittiv li ngħata lil pajjiżna mill-aġenzija internazzjonali Fitch Ratings hu konferma oħra tal-għaqal li bih tmexxiet l-ekonomija tagħna u l-finanzi pubbliċi f’dan iż-żmien ta’ sfida. Dan flimkien mat-titjib fil-qasam talgovernanza li se jipprovdi pedament sod għat-tkabbir b’saħħtu ta’ pajjiżna fis-snin li ġejjin,” temm jgħid il-Gvern fl-istqarrija tiegħu.
Waqt li l-Oppożizzjoni tiddikjara li l-Gvern qed iberbaq il-flus u tgħid li s-sitwazzjoni fiskali mhix sostenibbli, l-esperti ta’ Fitch ibassru li d-defiċit nazzjonali din is-sena se jkun inqas milli qed ibassar il-Gvern stess
06
21.11.2021
L-AVVANZ GĦAWDXI BL-ILMA WKOLL Bl-inawgurazzjoni tal-impjant il-ġdid tar-reverse osmosis fil-bajja ta’ Ħondoq, il-gżira Għawdxija mhux biss se tkun qed tipprovdi lilha nnifisha b’ilma tal-vit tal-ogħla kwalità, iżda tista’ wkoll tissupplixxi lil Malta f’każ ta’ bżonn permezz tal-pajp eżistenti, li sal-lum kien jissupplixxi l-ilma mir-Reverse Osmosis taċ-Ċirkewwa lejn in-naħa l-oħra tal-fliegu. Dan issa se jkun qed jintuża biss f’każi ta’ emerġenza, lejn jew minn Għawdex skont il-ħtieġa. Dik li kienet binja mibnija f’nofs is-snin 60 fil-bajja ta’ Ħondoq, issa ġiet mibdula u saret l-aktar reverse osmosis effiċjenti fid-dinja. B’investiment ta’ €11-il miljun, Għawdex beda jipproduċi l-ilma indipendentement minn Malta biex b’hekk anke l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) issa hi aktar effiċjenti u qed tassigura kwalità ta’ ilma aħjar lil Għawdex u lill-Għawdxin. Il-proġett, li ġie inawgurat nhar il-Ħamis filgħaxija millPrim Ministru Robert Abela, il-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, ħa tliet snin biex tlesta, inkluż minħabba problemi tekniċi fiż-żmien diffiċli tal-pandemija. Id-dewmien seħħ anke minħabba li esperti barranin u merkanzija minn barra twaqqfu bir-restrizzjonijiet imposti. Ix-xogħol biex isir impjant ta’ reverse osmosis hu wieħed kumpless partikolarment minħabba li ħafna minnu jsir fl-ilma baħar, bħalma pereżempju hu t-tħaffir
Ritratt: DANIEL CILIA
L-impjant il-ġdid tar-reverse osmosis f’Ħondoq se jkun jista’ jipprovdi r-riżorsa essenzjali lil Malta f’każ ta’ bżonn
fil-blat għas-sitt ibjar biex jinġabar l-ilma baħar, f’fond ta’ 100 metru. Imbagħad kien hemm it-tħaffir ta’ mina twila madwar 270 metru biex l-ilma mielaħ jerġa’ jintefa’ lura l-baħar f’distanza ’l bogħod mill-kosta biex ma ssir l-ebda ħsara lill-ħajja marittima tal-madwar. L-operazzjoni loġistika biex dan tqiegħed fil-baħar kienet waħda diffiċli immens għax dan kellu jiġi wweldjat fuq il-post. Intgħażel Marsalforn bħala ż-żona fejn dan it-tul kbir ta’ pajp seta’ jitqiegħed mal-art, isir ix-xogħol fuqu, jiġi rmunkat fuq braken u meħud bil-baħar lejn Ħondoq.
Il-maltemp ukoll għamilha diffiċli immens biex dan il-pajp twil seta’ jitniżżel taħt il-baħar, tant li l-operazzjoni damet ġranet twal biex ġiet fi tmiemha. Il-ħidma tal-Korporazzjoni biex tlestiet din l-opra ta’ inġinerija ħaqqha kull tifħir. Mis-sittinijiet, Malta bdiet tiżviluppa b’rata mgħaġġla u saru diversi distillaturi tal-ilma. Dawn kienu jsaħħnu l-ilma u mbagħad ikessħuh biex jinġabar l-ilma u d-distillatur ta’ Ħondoq kien proprju wieħed minn dawn. Dan kien jipproduċi madwar 2,200 kubu ta’ ilma kuljum, fi proċess li kien jikkonsma ħafna elettriku u allura ma
baqax aktar vijabbli. Illum, permezz ta’ membrane, dan il-proċess sar wieħed mill-aktar effiċjenti u se jkun qed jipproduċi madwar 9,000 metru kubu ta’ ilma kuljum. Id-disinn dettaljat sar bi pjan biex l-impjant jilqa’ għall-isfidi eżistenti ta’ produzzjoni tal-ilma għall-gżira Għawdxija u dawk futuri. L-impjant il-ġdid f’Ħondoq se jara li Għawdex, bħall-bqija ta’
Malta, ikollu ilma ta’ kwalità ogħla fil-vit u tajjeb għax-xorb.
07
21.11.2021
PROPOSTI F’MANIFEST MIT-TFAL Manifest b’99 proposta li jirrifletti l-vuċi ta’ tfal u żgħażagħ ġie mniedi lbieraħ biex iħeġġeġ lill-politiċi jaħdmu ħalli dawn iħossuhom mismugħa, ferħanin u siguri. L-għan hu li l-proposti jiġu inklużi fi strateġija nazzjonali, permezz tal-ħolqien ta’ dipartiment speċifiku għad-drittijiet tat-tfal. Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tatTfal, id-dokument tnieda quddiem il-Parlament minn rappreżentanti mill-Kunsill tat-Tfal fil-Fondazzjo ni ta’ Malta Għall-Ġid tas-Soċje tà (MFWS). Ingħad li l-manifest tfassal wara konsultazzjonijiet ma’ eluf ta’ tfal biex jiġi żgurat li jinstemgħu l-aspirazzjonijiet tagħ hom. Il-manifest hu bbażat fuq f’ħames pilastri – il-komunità u l-ambjent, is-saħħa u benesseri, l-edukazzjoni, id-diversità u l-inklużjoni, kif ukoll id-drittijiet tattfal u l-parteċipazzjoni attiva – u kull proposta hi rakkomandazzjoni mit-tfal infushom. Id-99 proposta jmissu ma’ għażla wiesgħa ta’ suġġetti, minn spazji miftuħa aktar ħodor u sikuri, għal kampanji dwar l-obeżità fittfal, tnaqqis tal-kurrikuli u l-iffukar mill-ġdid fuq il-ħiliet tax-xogħol, fost oħrajn. Fit-tħejjija għall-elezz joni, il-Kunsill tat-Tfal qal li qed jippjana li jiltaqa’ mal-mexxejja tal-partiti differenti. Il-President Emeritus MarieLouise Coleiro Preca, li hi ċ-Chairperson tal-MFWS, qalet li l-Jum Dinji tat-Tfal hu żmien għas-soċjetà biex tirrifletti fuq ir-respon sabbiltajiet tagħha u tiżgura ġejjieni sostenibbli. Hi appellat liżżgħażagħ kollha Maltin u Għawd xin biex ikunu ispirati minn dan il-manifest.
INĠUSTIZZJI U ANOMALIJI SA MINN GVERNIJIET TAL-PN Tkompli minn paġna 1 Fid-diskors tiegħu dwar l-estimi għallMinisteru għall-Ġustizzja Soċjali u s-Solidarjetà, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon qal li “matul is-sena se nkomplu bl-eżerċizzju ta’ reviżjoni ta’ pensjonijiet biex jiġu f’sintonija ma’ ċaqliq li jseħħ fil-pagi ta’ aġġornament ta’ ftehim kollettiv fisServizz Pubbliku, fis-Settur Pubbliku u dak privat.” Hu kompla jgħid li bis-saħħa ta’ dan l-eżerċizzju, li tnieda fl-2017, pensjonanti tal-irtirar u tar-romol gawdew minn titjib fir-rati tal-pensjoni tagħhom u fejn kien japplika, tħallsu arretrati għal snin imgħoddija. “Amministrazzjonijiet ta’ qabilna ċaħħdu lill-pensjonanti minn dan it-titjib bi ksur tal-liġi, l-aktar għax kienu xotti mill-finanzi biex iwettqu dan l-obbligu. Mill-ġid li ħloqna ridna li din l-inġustizzja tieqaf u f’dawn l-aħħar ħames snin aktar minn 83,000 pensjonant gawdew minn rati mtejbin u arretrati li b’kollox swew madwar €40 miljun. Nittama li dawn il-ħlasijiet mhux meqjusin bħala tberbiq ta’ flus ukoll,” tenna Dr Falzon, b’referenza għad-dikjarazzjoni tal-Kap Nazzjonalista Bernard Grech Mat-83,000 pensjonant gawdew minn titjib u arretrati ta’ madwar dwar l-għajnuna lill-poplu waqt il-pan€40 miljun, inklużi dawk imċaħħdin minn Gvernijiet Nazzjonalisti demija. Filwaqt li rrefera għall-ħlasijiet talinġustizzji, il-Ministru semma wkoll suni eliġibbli, imma li laħqu mietu, sar Filwaqt li ddeskriva l-aħbar bħala dawk li bbenefikaw s’issa. “Infakkar lir-romol tagħhom jew werrieta oħrajn. “messaġġ pożittiv”, il-PN qal li “dak li ukoll li f’dawn l-aħħar erba’ snin eluf Min-naħa l-oħra, stqarrija uffiċja- l-gvernijiet tal-passat u l-Gvern tal-lum ta’ pensjonanti gawdew mill-ħlas glo- li tal-PN, li ħalliet barra anke ċ-ċifra jistgħu jew setgħu jagħmluh aħjar, irbali ta’ madwar €46 miljun f’għotjiet li mwiegħda, qalet: “Din il-wegħda turi ridu nagħmluh aħna.” Dan anke jekk tajna bħala kumpens għall-inġustizzji li r-ruħ soċjali li fuqha se nkunu qed in- dak li qed iwiegħed jekk ikun fil-Gvern sofrew fl-imgħoddi. Il-pagamenhu biss 50 darba inqas milli diġà ti tħallsu bħala parti minn skeħareġ Gvern Laburista għall-istmi miftuħin għall-eks ħaddiema ess raġuni. tax-Xatt, membri tal-Korp tal-Pu“Dawn il-każi jinkludu eks lizija u eks ħaddiema fis-Servizz ħaddiema tal-Air Malta, TelemalPubbliku u fis-Settur Pubbliku, ta, Malta Casino u oħrajn. Mindawk li kienu f’korpi tax-xog- Fl-aħħar erba’ snin €46 miljun ukoll barra hekk, qed inwiegħdu wkoll ħol qabel l-1979. Magħhom kien li jekk il-Labour jibqa’ ma jwetmarru f’għotjiet bħala kumpens hemm ukoll l-eks ħaddiema taqx il-wegħda mħabbra fl-aħħar tal-Gas Board, apprentisti u stu- għall-inġustizzji li seħħew fl-imgħoddi Baġit b’rabta mal-eks ħaddiema denti ħaddiema li kienu bdew ittax-Xatt, mal-eks ħaddiema taltaħriġ jew studju tagħhom qabel l-1979 sejsu wkoll il-bidla b’viżjoni li jrid il-PN Gas Board u tal-Electricity Board, Gvern u fit-tmiem tal-apprentistat jew studji għal Malta.” Is-somma mwiegħda mill- ġdid Nazzjonalista hu kommess li jwetngħataw impjiegi fis-Servizz Pubbliku.” PN ta’ €2 miljun saret magħrufa biss taqha hu,” kompla jgħid il-PN dwar inMid-dettalji li ta fl-ogħla istituzz- mill-mistoqsijiet li twieġbu lill-ġurnal- ġustizzji jew anomaliji li twettqu taħt joni l-Ministru, joħroġ li l-ħlas lil per- isti. Gvernijiet preċedenti Nazzjonalisti.
08
21.11.2021
763 SIDIEN TA’ DJARHOM BL-APPOĠĠ QAWWI TAL-ISTAT
Mir-rekord ta’ 600 investitur li l-Festival Sigma Europe 2021 qed jilqa’ din is-sena f’pajjiżna, jirriżulta li hemm aktar minn 100 investitur ġejjin minn industriji emerġenti, fosthom tal-blockchain, qalulna sorsi qrib l-organizzazzjoni. Dan jerġa’ jikkonferma kemm pajjiżna qed ikun minn ta’ quddiem fl-iżvilupp ta’ swieq ġodda simili. Minkejja dan, l-aħbar ukoll tixhed kemm il-Partit Nazzjonalista ma jafx x’inhu jiġri fis-settur wara li Jason Azzopardi, il-Kelliem Ewlieni tiegħu għax-Xogħol, Taħriġ, Kompetittività u Intrapriża, dan l-aħħar qal li l-ħidma nazzjonali fil-blockchain hi “flop”. Għas-seba’ sena konsekuttiva, l-organizzaturi ta’ Sigma Europe, li llum saret waħda mill-akbar fieri tal-iGaming fid-dinja, reġgħu għażlu lil pajjiżna biex fuq tlett ijiem fl-MFCC f’Ta’ Qali jesebixxu l-aqwa talent fis-settur. Għall-ewwel darba, ma’ madwar 400 esebitur u investitur fil-qasam tal-gaming, qed jingħaqdu dawk interessati f’Malta fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali u l-blockchain. Magħhom inħoloq ukoll “villaġġ” għal numru ta’ start-ups. Fil-bidu ta’ dan ix-xahar, id-Deputat Nazzjonalista qal li l-Awditur Ġenerali għandu jinvestiga lill-Gvern għall-investimenti fil-blockchain. Il-ġimgħa li għaddiet ukoll ħareġ kif l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) tinsab fil-proċess biex tirreġistra 13-il aġent tal-VFA, u tawtorizza 15-il fornitur tas-servizz Virtual Financial Asset (VFA), fost żidiet kbar irreġistrati f’din l-industrija emerġenti. Dan minbarra li, fit-tliet snin mindu nediet il-qafas regolatorju kontra l-ħasil talflus u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-Awtorità wkoll irreġistrat 23 aġent talVFA, nediet żewġ White Papers u awtorizzat 15-il fornitur tas-servizz VFA. Dawn il-kisbiet setgħu jintlaħqu biss għax kienu segwiti l-ogħla standards fl-industrija u ngħatat attenzjoni fuq il-kwalità minflok il-kwantità – żewġ elementi kruċjali biex jiggarantixxu tkabbir sostenibbli tas-settur. Skont il-PN, l-industrija tal-crypto għenet biex Malta tiġi mċanfra mill-Fi nancial Action Task Force (FATF), iżda l-Kap tal-FATF Marcus Pleyer ġie kkwotat jgħid li dan mhux il-każ. Meta din il-ġimgħa inawgura l-fiera ta’ Sigma, il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri qal li qed jiġu implimentati diversi strateġiji fi swieq emerġenti li lkoll jagħtu impetu ġdid biex Malta tara l-ekonomija tagħha tkompli tiddiversifika. Minbar ra hekk, jitkompla t-tisħiħ ta’ opportunitajiet f’niċeċ ekonomiċi innovattivi u
familja li applikaw għall-iskema biex il-Gvern jgħinhom billi joħroġ l-10% tal-prezz tal-proprjetà meħtieġa bħala depożitu għall-konvenju. Wara Mistoqsijiet Parlamentari mid-Deputat Laburista Jean Claude Micallef, sar magħruf ukoll li 214-il familja oħra daħlu għall-iskema tal-Equity Sharing, li hi mmirata għal dawk li għandhom iżjed minn 40 sena u fejn il-Gvern jidħol għal nofs il-prezz tal-proprjetà. Ma’ dawn, kien hemm 213-il familja li bbenefikaw mill-iskema ta’ Social Loans li tnediet f’Ġunju 2020.
Minbarra hekk, l-Awtorità wkoll għenet fiddmirijiet tagħha lil 3,437 familja bil-benefiċċju tal-kera, li sal-lum ammonta għal kważi €6 miljun. Din l-għajnuna tingħata biex il-ħlas tal-kera ma jaqbiżx il-25% tad-dħul tal-familja. Fl-iskema għall-irranġar u t-tkomplija tal-ewwel residenza ngħataw medja ta’ €2,900 lil dawk eliġibbli. Minn dawn, is-sena l-oħra kien hemm 188 familja li gawdew mill-għajnuna kumplessiva ta’ kważi €500,000 wara li lestew ix-xogħli jiet fir-residenzi tagħhom. Ritratt: GARETH DEGIORGIO
Bis-saħħa ta’ skemi li ġew introdotti biex jgħinu persuni li jsibu problemi biex jissellfu mill-bank, 763 familja diġà saru sidien ta’ djarhom fl-aħħar snin. Dan minbarra li skemi oħrajn mill-Awtorità tad-Djar qed jgħinu kontinwament lil dawk li jinsabu f’kirjiet privati jew oħrajn fil-faxex iżjed ’l isfel li assolutament ma jaffordjawx li jikru u wisq inqas jixtru proprjetà. Minn tagħrif li ngħata din il-ġimgħa fil-Parlament mill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes, ħareġ li s’issa hemm 336
Waqt iż-żjara tal-Prim Ministru fil-fiera ta’ Sigma fl-MFCC nhar l-Erbgħa
INTERESSI FI BLOCKCHAIN IKOMPLU JIKBRU F’MALTA Wieħed minn kull sitt parteċipanti f’Sigma 2021 ġejjin minn oqsma emerġenti diġitali li tant saret ħidma fuqhom flaħħar snin. Nhar l-Erbgħa li għadda, il-Prim Ministru Robert Abela wkoll żar il-fiera fl-MFCC fejn innota s-sens ta’ ottimiżmu fost l-investituri preżenti li qed iħarsu lejn Malta bħala opportunità fejn jinvestu. Hu awgura li, għal sena oħra, Sigma Europe tkun fiera oħra ta’ suċċess li tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ pajjiżna f’dawn is-setturi. Kif irrappurtat dan l-aħħar mill-portal tal-aħbarijiet SIGMA, fi stħarriġ li sar minn Boston Link, fl-ewwel kwart tal-2021, in-numru ta’ impjiegi ġodda li nħolqu kien diġà ogħla minn dak ta’
qabel il-COVID-19. Fil-fatt, f’Malta stess fl-aħħar ġimgħat, tħabbru 250 impjieg ġdid fis-settur tal-iGaming waħdu u fis-settur tal-eSports tħabbar li sas-sena 2030 dan irid jilħaq l-2,500. Il-Kap Uffiċjali tal-Operazzjonijiet ta’ Gaming Malta, Ivan Filletti, qal li festival bħal Sigma, li qed jgħaqqad esebituri internazzjonali mill-iGaming u mill-blockchain f’konferenza waħda, juri kif Malta verament hi “The Home of Gaming Excellence”. Rigward ir-rispons mill-investituri, hu qal li dan kien wieħed eċċellenti. “Ottimisti ħafna. Hawn ħafna investituri ġodda li qed iħarsu lejn Malta. Dan għax Malta
għandha ekosistema b’saħħitha. Hawn issib kemm konsulenti esperti, framework legali, talent b’saħħtu u edukazzjoni ta’ livell għoli. Dan kollu jagħmel l-ekosistema tagħna bħala waħda interessanti għall-investituri”. Il-fundatur ta’ Sigma Group, Eman Pulis, qal li “n-nies kienu ħerqana biex jiġu Malta u ġew bl-eluf. Ksirna kull rekord li qatt kellna. Ottimist ħafna mill-feedback li qed nieħu mid-delegati u l-esebituri kollha. Malta, dejjem tat prova ta’ xi ssarraf. Malta hi pajjiż żgħir u taddatta għax-xejriet ferm aktar malajr minn pajjiżi kbar oħrajn li jieħdu ħafna iżjed żmien biex jaddattaw.”
09
21.11.2021
JIBDEW IL-VJAĠĠI GĦAL SQALLIJA B’INQAS MINN €10 Ponte Ferries tibda topera skeda ta’ ħamest ijiem Il-vjaġġi bil-fast ferry lejn Sqal lija mit-tieni kumpanija fis-suq bdew joperaw minn din il-ġim għa fuq skeda ta’ ħamest ijiem fil-ġimgħa u bi prezzijiet speċjali, li jibdew minn €9.99 oneway għal persuna waħedha, filħin għall-bonanza tax-xiri waqt il-perjodu tal-Black Friday. Il-katamaran, li jsalpa lejn u mill-port ta’ Augusta, se jkun qed jopera wara li ngħata permess temporanju mill-awtoritajiet Taljani u kien imrażżan milli jaħdem fis-sajf li għadda minħabba kwistjoni legali. Ilport ta’ Augusta hu viċin Katanja, Taormina u Sirakuża. Fost l-offerti li Ponte Ferries qed joffru lill-klijenti tagħhom f’dan ix-xahar li ġej hemm dik li l-vjaġġ ta’ vettura u xufier ma tiswiex iżjed minn €100 bir-ri-
torn, waqt li kull adult ieħor jivvjaġġa għal inqas minn €10 one-way. Tfal taħt it-13-il sena u pets jivvjaġġaw b’xejn, waqt li ċiklisti jistgħu jtellgħu r-rota magħhom mingħajr ħlas żejjed. Minbarra dan, il-kumpanija wkoll qed toffri rati speċjali għat-trasbord ta’ merkanzija matul dan ix-xahar. Il-kumpanija qalet li dawn l-offerti jaħbtu eżatt mal-Black Friday fi Sqallija, inkluż filfamuż Sicilia Outlet Village u shopping malls oħrajn, li huma vjaġġ qasir minn Augusta. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-website uffiċjali tal-kum panija (www.ponteferries. com), permezz ta’ email (reservations@ponteferries.com) jew fuq in-numru tat-telefown 27998989.
10
21.11.2021
MARSASKALA JILQA’ “XMAS IN THE PARK” Adulti u tfal se jkunu jistgħu jgawdu l-Milied b’differenza din is-sena hekk kif Parks Malta se torganizza l-ewwel edizzjoni ta’ “Christmas in the Park” filPark tal-Familja f’Marsaskala. B’attivitajiet għat-tfal, divertiment, u xogħol maħdum mill-artiġjani, il-villaġġ tal-Milied, li se jintrama, se joffri spettaklu differenti għal kulħadd bejn it-12 u t-30 ta’ Diċembru li ġej. Dan ħabbritu l-Ministru għall-Ener ġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli, fil-preżenza tas-Segretarju Permanenti fl-istess Ministeru Anthony Gatt u d-Direttur Ġenerali ta’ Parks Malta Adrian Attard. Il-preparamenti biex il-Park jinbidel f’villaġġ tal-Milied diġà bdew, bil-għan li jinħolqu diversi żoni għal-logħob, mużika u divertiment, ikel u attivita jiet oħrajn marbuta ma’ dan il-perjodu festiv. L-attrazzjonijiet ewlenin se jinkludu wkoll presepju u siġra tradizzjonali tal-Milied. Matul dawn il-ġranet, min jattendi l-Villaġġ tal-Milied se jkollu l-opportunità li jiltaqa’ ma’ personalitajiet differenti u jgawdi l-mużika minn artisti lokali. Minbarra hekk, se jkun hemm xogħol artiġjanali li l-pubbliku jista’ jixtri. Il-Ministru Dalli ħabbret ukoll inizjattiva li permezz tagħha se jinħolqu dekorazzjonijiet tal-Milied mill-ħad diema ta’ Parks Malta u li se jkunu jistgħu jinxtraw għal donazzjoni. Eventwalment id-donazzjonijiet kollha se jmorru għall-Istrina ta’ din is-sena b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF). “Tul ix-xhur tas-sajf, il-ħaddiema ta’ Parks Malta warrbu zkuk biex issa l-mastrudaxxi tal-parks qed jużawhom biex joħolqu siġar tal-Milied u ornamenti oħrajn. Fl-istess ħin, il-pubb liku se jkollu l-opportunità li jagħżel u jżejjen dan ix-xogħol hu stess, u l-flus li se jingħataw bħala donazzjoni se jmorru għall-Istrina”, spjegat il-Minis tru. Il-pubbliku hu mħeġġeġ biex jattendi l-“Christmas in the Park” ħalli jgawdi l-festi fi spazju aċċessibbli u f’ambjent sigur. Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-villaġġ se jkunu bejn il-5.00 p.m. u l-11.30 p.m. kuljum mis-17 ta’ Diċembru sat-30 ta’ Diċembru, waqt li l-villaġġ se jkun miftuħ ukoll fit-12 u fit-13 taxxahar.
Waqt it-tnedija tat-tieni edizzjoni ta’ “Kartolina Milied” fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi nhar il-Ħamis
“KARTOLINA MILIED 2021” F’IDEJN TFAL SA 16-IL SENA Mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela għamlet stedina nazzjonali lit-tfal kollha taħt is-16-il sena biex ikunu l-artisti li jiddisinjaw il-kartolina tal-Milied li se tkun qed tintbagħat uffiċjalment mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall-festi li ġejjin. F’konferenza stampa fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi, li jagħmel parti mill-Kulleġġ San Injazju, Dr Abela ħabbret it-tieni edizzjoni tal-inizjattiva “Kartolina Milied” li s-sena l-oħra twettqet b’suċċess b’parteċipazzjoni pożittiva ħafna mit-tfal u miż-żgħażagħ li jgħixu fi djar residenzjali. “Is-sena l-oħra nedejna għall-ewwel darba din l-inizjattiva bi stedina lit-tfal u liż-żgħażagħ li jgħixu fi djar residenzjali biex joħorġu bi tpinġijiet oriġinali tagħhom u minnhom intgħażlu disinji li tqassmu mill-Uffiċċju talPrim Ministru lil tant persuni, dinjitarji u entitatijiet,” qalet Dr Abela. Kartolina Milied 2021 din id-darba se tieħu xejra differenti għax l-istedina se
tkun miftuħa għal kull tifel u tifla f’Malta u f’Għawdex ta’ bejn l-età ta’ erbgħa u 16-il sena. “Permezz tal-immaġinazzjoni tagħkom se tgħidulna xi jfisser il-Milied għalikom,” spjegat is-Sinjura Abela bittfal preżenti fil-bitħa tal-iskola. “Għal-
Ix-xogħlijiet artistiċi kollha tat-tfal se jkunu esebiti f’wirja apposta fi Spazju Kreattiv hekk jien u Robert qed nafdawkom biex, bit-talent u bil-ħiliet tagħkom, tkunu intom l-artisti tal-kartolini uffiċjali li se jintużaw għal dan il-Milied.” It-tfal qed ikunu mistiedna wkoll biex, apparti t-tpinġija, jiktbu messaġġ sabiħ biex jiġi inkluż fin-naħa ta’ ġewwa
tal-kartolina tal-Milied. “Ftakru li l-ħolm li se tkunu qed tesprimu f’dik il-kartolina se jkun qed iwassal l-awguri uffiċjali tal-Gvern Malti mhux biss f’Malta iżda wkoll fl-Ewropa u fid-dinja. Ninsab tassew ħerqana biex nara l-frott tal-kreattività tagħkom,” temmet Dr Abela. Wara d-Direttur għall-Fondi u l-Istrateġija fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti, Mary Ann Cauchi, spje gat iżjed fid-dettall il-linji gwida li hemm marbuta mal-inizjattiva “Kartolina Milied 2021”. Is-sottomissjonijiet fetħu nhar il-Ħamis li għadda, 18 ta’ Novembru, u se jagħlqu fit-3 ta’ Diċembru 2021. Dawn għandhom jintbagħtu bil-posta fuq l-indirizz “Kartolina Milied”, Uffiċċju tal-Prim Ministru, Berġa ta’ Kastilja, Valletta, jew b’email fuq kartolinamilied@gov.mt. Ix-xogħol artistiku tat-tfal kollha se jiġi esebit f’wirja fi Spazju Kreattiv bejn is-16 ta’ Diċembru 2021 u d-9 ta’ Jannar 2022.
BOGNOR BEACH AQUATIC SPORTS CLUB BUĠIBBA PROMENADE TENDER FOR BAR AND RESTAURANT 2022-2025 Tender Document can be collected against a fee of €100 from the Club’s President Mr. Francis Piscopo – Mobile No. 99495385 CLOSING DATE FOR OFFERS: 2nd December 2021 at 12:00PM
21.11.2021
11
12
21.11.2021
INĦAWI RESIDENZJALI AĦJAR
RODERICK GALDES Ministru
Jiena bniedem li għandi għal qalbi ħafna l-istorja ta’ pajjiżna u tassew nemmen li ftit hawn pajjiżi fid-dinja li jistgħu jiftaħru b’wirt storiku bħal tagħna! Malta u Għawdex għandhom tradizzjonijiet li jżewġu influwenzi kulturali u politiċi minn kull rokna tad-dinja, u l-passat rikk tagħna għandu jagħmilna tassew kburin li aħna Maltin
u Għawdxin. Madankollu, ma nistgħux naħarbu mill-fatt li bħala soċjetà llum aħna l-prodott tal-iżviluppi storiċi li ġarrbu missirijietna, kemm dawk tajbin kif ukoll dawk il-ġrajjiet negattivi u trawmatiċi li xorta waħda ħallew il-marka tagħhom fuq l-identità tagħna. Il-kolonjaliżmu li Malta esperjenzat għal eluf ta’ snin huwa eżempju ċar ta’ realtà storika li għadha taffettwa l-mod kif jaġixxu u jaħsbuha l-Maltin sal-ġurnata tal-lum. Karatteristika ewlenija ta’ kull stat żagħżugħ li jkun għadu għaddej jew għadu kif għadda mill-perjodu post-kolonjali hija l-mentalità li kull ħaġa li teżisti barra mill-għatba ta’ biebna hija responsabbiltà ta’ ħaddieħor, primarjament ta’ min jinzerta fil-Gvern f’dak iż-żmien partikolari. Din l-idea li nieħdu ħsieb biss dak li jinsab ġewwa l-erba’ ħitan ta’ djarna u niġu naqgħu u nqumu minn dak li
hemm barra jmur kontra dak li bl-Ingliż insejħulu l-urban commons. Il-kunċett tal-urban commons huwa msejjes fuq l-idea li l-ispazji pubbliċi, l-art urbana, u l-infrastruttura, għandhom ikunu aċċessibbli, u ta’ użu għal komunitajiet urbani biex jipproduċu u jsostnu ħwejjeġ u servizzi importanti għas-sostenibbiltà ta’ dawn il-popolazzjonijiet, partikolarment dawk il-popolazzjonijiet vulnerabbli. Minn dan il-kunċett modern ta’ kollaborazzjoni u ħidma konġunta f’dawk l-ispazji li huma ta’ kulħadd nibtet ix-xewqa tiegħi bħala Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali li tibda diskussjoni serja u matura li għandha twassalna bħala nazzjon li nkunu f’qagħda nrendu l-inħawi fejn noqogħdu (in-neighbourhoods) aktar sostenibbli. U għal dan il-għan, flimkien mal-Awtorità tad-Djar, ħlo-
qna l-Housing Development Fund, entità li hija inkarigata li tiġbor flejjes mingħand terzi persuni (kemm pubbliċi kif ukoll privati) u terġa’ tinvestihom biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti ta’ żoni urbani f’Malta u Għawdex li forsi jħossu li l-inħawi fejn jgħixu ħaqqhom aktar attenzjoni u investiment. U dan l-investiment m’għandux ikun biss proġetti kożmetiċi ta’ tisbiħ, iżda jista’ jieħu forom oħra, bħalma huma kampanji ta’ edukazzjoni, l-iżvilupp ta’ ċentri sportivi, kulturali u spazji oħra għall-komunità, proġetti li jtejbu l-ambjent urban, investimenti f’enerġija rinnovabbli u appoġġ konkret għal għaqdiet jew gruppi li jagħtu servizzi lill-istess komunità. Dawn huma lkoll inizjattivi li huma intiżi biex inħallu bliet u rħula b’saħħithom lil min ġej warajna, anke għal dawk li għadhom lanqas twieldu.
Ninsab tassew sodisfatt li s-settur privat qiegħed jirrispondi b’ħeġġa u b’entużjażmu għas-sejħa tal-Housing Development Fund li jsib imsieħba li lesti jappoġġjaw dawn il-proġetti fil-komunità. Fil-business breakfast li organizzat l-HDF nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Novembru, ’il fuq minn 100 rappreżentant tas-settur privat ġew flimkien biex jiddiskutu modi kif il-Gvern u l-intrapriżi jistgħu jingħaqdu biex intejbu l-livell tal-għejxien fil-bnadi urbani tagħna u x’jista’ jsir biex l-iżvilupp urban f’dawn iż-żoni jkun imnebbaħ minn dan il-kunċett ta’ sostenibbiltà. Ħadt pjaċir nisma’ x’kellhom xi jgħidu, u ninsab ċert li l-atmosfera ta’ kollaborazzjoni li jġibu magħhom attivitajiet bħal dawn tista’ sservi ta’ pjattaforma għal aktar ħidma sfiqa għall-ġid tar-residenti kollha ta’ Malta u Għawdex.
VIŻJONI LI TĦEJJI T-TRIQ GĦALL-FUTUR
STEFAN ZRINZO AZZOPARDI
Segretarju Parlamentari
Fil-jiem li għaddew intemmet id-diskussjoni fil-Parlament fuq l-Estimi Ġenerali għas-sena 2022 li fi kliem ieħor ifisser li ntemmet id-diskussjoni dwar il-Baġit. Dan issa qed ikun evalwat mill-Kummissjoni Ewropea filwaqt li l-Parlament Malti jivvota dwaru biex japprovah lejn nofs ix-xahar id-dieħel. Id-diskussjoni li ssir kull sena dwar l-Estimi Finanzjarji tal-Ministeri kollha dejjem tkun opportunità biex il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jagħtu rendikont tax-xogħol li jkun sar fid-dekasteru tagħhom fis-sena preżenti u jispjegaw b’aktar dettall dak li jkun se jsir fis-sena ta’ wara skont dak li jkunu pprogrammaw flimkien mal-Ministeru
għall-Finanzi. Fid-dibattitu li kellna fil-Kamra tad-Deputati kienet evidenti sew id-differenza li spikkat f ’diskorsi li saru miż-żewġ naħat tal-Kamra. Bdejna bid-diskors li kien għamel il-Prim Ministru Robert Abela b’risposta għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni, diskors li kien iħares ’il quddiem, li jqanqal fiduċja fil-poplu tagħna u li fuq kollox irawwem l-għaqda fil-pajjiż. Dan kien f ’kuntrast kbir man-negattività fid-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni, diskors li joħloq il-firda, diskors li kien ivarja bejn estremiżmu li konna naħsbu li spiċċa mill-politika Maltija u l-populiżmu, jiġifieri kliem mimli retorika ta’ wegħdiet fiergħa li min jaf sew lill-partit fl-Oppożizzjoni, jaf li huma magħrufin għal dak li wiegħdu fl-imgħoddi imma qatt ma wettqu. Imbagħad bdejna d-diskussjoni fi stadju ta’ Kumitat ta’ Provvista fuq il-Ministeri kollha u hawnhekk ukoll, kellna kelliema tal-Oppożizzjoni li biex jittantaw jirbħu xi punti politiċi għażlu li jitkellmu fuq kollox minbarra fuq id-dekasteru li suppost kienu qed jitkellmu dwaru u minflok infexxew fi kritika distruttiva u negattiva dwar
l-operat tal-Gvern. Min-naħa tal-Gvern, kellna l-kelliema tagħna li spjegaw b’dettall fejn irridu naslu bil-pjani tagħna għas-sena d-dieħla u anke għas-snin ta’ wara. Mil-lat finanzjarju wrejna kif irridu nerġgħu npoġġu l-finanzi tal-pajjiż fuq sisien sodi wara d-daqqa kbira li qlajna bħala pajjiż minħabba l-pandemija. Il-Gvern ma kienx xħiħ mal-poplu tagħna f ’dan iż-żmien diffiċli u għalhekk id-daqqa fuq il-finanzi tal-pajjiż kienet mistennija. Imma għax konna bil-għaqal fl-imgħoddi, qlibna sitwazzjoni ta’ defiċit f ’waħda ta’ surplus u anke faddalna għal meta ġejna bżonn, il-pajjiż kien b’saħħtu biżżejjed biex għelibna l-isfida li kellna quddiemna. Mil-lat ta’ ekonomija wrejna kif irnexxielna nwasslu lill-pajjiż biex ikun l-aktar wieħed li qed jirkupra malajr wara l-pandemija u għandna fost l-aqwa tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea kollha. It-tbassir għas-snin li ġejjin huwa wkoll wieħed sabiħ. Minkejja l-pandemija irnexxielna nniżżlu l-għadd ta’ dawk jirreġistraw għax-xogħol fl-inqas livell tiegħu fl-istorja. Min-naħa l-oħra, id-diskussjoni dwar il-Baġit kompliet tikkonferma wkoll ir-ruħ soċjali tal-Gvern Laburista
meta minkejja d-diffikultajiet finanzjarji li ġabet magħha l-pandemija, komplejna naħdmu biex ħadd ma jibqa’ lura. Dan għamilnieh, b’żidiet kbar fil-pensjonijiet kontributorji u mhumiex, lir-romol, lill-persuni b’diżabilità. Komplejna ninċentivaw lin-nies biex isiru sidien ta’ djarhom b’aktar eżenzjonijiet fit-taxxa lill-first time buyers u lil dawk li jixtiequ jirrestawraw binjiet fil-qalba tal-ibliet u l-irħula tagħna. Anke f’dak li huwa ambjent tkellimna fuq għadd kbir ta’ inizjattivi ambjentali, fosthom bosta li se jkunu finanzjati minn Fondi Ewropej biex komplejna nuru l-impenn tagħna li minkejja ċ-ċokon tagħna aħna wkoll nikkontribwixxu fil-ġlieda globali kontra t-tibdil fil-klima li jista’ jkun ta’ theddida għalina u għal uliedna fis-snin li ġejjin. Fost dawn l-inizjattivi hemm dik ta’ għotjiet kbar li qegħdin nagħtu fuq ix-xiri ta’ karozzi elettriċi filwaqt li ħa nkomplu nħeġġu lin-nies biex jużaw it-trasport pubbliku permezz tal-miżura li biha minn Ottubru tas-sena d-dieħla, it-trasport pubbliku kollu f’Malta se jkun b’xejn għall-Maltin u l-Għawdxin kollha. Fuq kollox, komplejna nuru kemm jimpurtana
mis-saħħa tal-poplu tagħna billi ressaqna Baġit rekord għall-qasam tas-saħħa biex inkomplu nsaħħu dan il-qasam u nagħtu lill-poplu tagħna s-serħan il-moħħ li f’dan iż-żmien ta’ pandemija globali, se nkunu hemm biex nassistuh f’dak kollu li jkollu bżonn. Dan se nagħmluh mhux biss billi nkomplu nipprovdu l-vaċċini kollha meħtieġa għal kulħadd imma anke nsaħħu l-lista tal-mediċini fuq il-formularju tal-gvern fosthom bl-inklużjoni ta’ mediċini għall-mard tal-kanċer u għall-IVF. Nistgħu nsemmu l-oqsma l-oħra kollha tal-ħidma tal-Gvern li fihom f’dawn l-aħħar ġimgħat fissirna fil-Parlament il-viżjoni tagħna għall-futur. Ninsab ċert li l-poplu tagħna fis-skiet ta’ daru għaraf min tassew qed joffri viżjoni għal dan il-pajjiż. Id-diskussjoni dwar il-Baġit fil-Parlament kienet bla dubju okkażjoni oħra li fiha spikkat l-attitudni pożittiva ta’ Gvern magħqud u ħabrieki b’kuntrast ma’ Oppożizzjoni mifxula u maqsuma, li qed taqa’ f’kontradizzjonijiet u u-turns li jkomplu jnaqqsulha l-kredibilità. Dan kollu jkompli jsaħħaħ id-determinazzjoni tagħna li naħdmu aktar biex inkomplu nibnu din Malta li rridu għal uliedna.
13
21.11.2021
L-IRKUPRU TAS-SETTUR TURISTIKU
CLAYTON BARTOLO Ministru
Meta tqis li l-industrija tatturiżmu ntlaqtet mill-agħar kriżi fl-istorja, ir-regolamenti tas-saħħa tal-ivvjaġġar li kellhom jiġu rispettati sabiex tiġi salvagwardjata s-saħħa tar-residenti u tal-viżitaturi bl-istess mod, iż-żmien meħtieġ biex tingħeleb ilbiża’ tal-ivvjaġġar li rrenja f ’moħħ ħafna kif ukoll il-kompetizzjoni kbira minn destinazzjonijiet kompetituri kollha li qed jikkompetu għat-turist ta’ kwalità, jista’ jingħad li fid-dawl ta’ dawn
l-isfidi kollha t-traffiku turistiku lejn il-Gżejjer Maltin tjieb ġimgħa wara ġimgħa tant li l-irkupru tas-settur għadu għaddej. Turija ta’ dan kollu kienet l-istatistika li ħarġet aktar kmieni din il-ġimgħa mill-Eurostat fejn pajjiżna bejn Ġunju u Awwissu ta’ din is-sena rreġistra l-ogħla żieda f ’iljieli mqattgħin f ’akkomodazzjonijiet turistiċi mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2020, Malta rreġistrat żieda ta’ kważi 120% segwita minn Spanja u l-Greċja b’100% rispettivament. Filwaqt li meta fl-istess perjodu tas-sena l-oħra n-numri ta’ ljieli kien ta’ 838,151, fl-2021 dawn telgħu għal 1,808,918. Apparti minn hekk, din iż-żieda fl-ammont ta’ turisti li qattgħu ljieli f ’pajjiżna tisboq il-medja Ewropea, dik ta’ 20%. Ir-riżultati tjiebu b’mod progressiv għaliex il-fiduċja tal-vjaġġaturi kibret u r-regolamenti tal-ivvjaġġar
tas-saħħa saru aktar ċari. Volumi bilanċjati huma meħtieġa biex jiggarantixxu l-konnettività bl-ajru, id-diversità tar-rotot kif ukoll il-frekwenzi regolari sbiex l-operat tal-investimenti turistiċi, bħal lukandi u stabbilimenti oħra tal-akkomodazzjoni, stabbilimenti tal-catering, mużewijiet, postijiet u attrazzjonijiet jinżammu fattibbli u profittabbli. Barra minn hekk, huma ta’ importanza kbira partikolarment fiż-żoni ewlenin tatturiżmu. Fix-xhur u s-snin li ġejjin irridu nżommu bilanċ bejn il-volumi b’rendiment ogħla għal kull turist biex id-domanda u d-dħul jibqgħu sostenibbli. Barra minn hekk, il-pjan aħħari biex nimxu lejn viżitaturi ta’ kwalità ogħla hija trasformazzjoni li mhux ser issir mil-lum għal għada, anzi dan il-punt ta’ prinċipju għandu jinbena fuq pedamenti li jkunu sostenibbli għaż-żmien li ġej. Irridu naraw li jkollna pjan ħolistiku li jqis il-prodott
kurrenti kif ukoll il-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-klijentela li rridu nattiraw biex gradwalment naslu għal-livell mixtieqa fl-aspetti kollha. Il-kwalità għandha tkun għan ġenerali riflessa f’akkomodazzjonijiet ta’ kull livell, fl-appartamenti, fit-tours u fl-attrazzjonijiet kollha li joffru l-Gżejjer Maltin. Il-pandemija kienet opportunità biex nieħdu rendikont ta’ dak li għamilna fis-snin li għaddew u nibnu mill-ġdid suq turistiku li jkun sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. L-industrija turistika trid tkun waħda kuraġġuża, innovattiva u li tara l-bidla bħala aspirazzjoni ta’ futur mill-isbaħ. Irridu nimmiraw li noffru valur ogħla, saħansitra esperjenzi aħjar għat-turist li jġiegħlu lill-viżitatur iħallas u jonfoq aktar f’pajjiżna. Ilpjan tagħna jeħtieġ li jkun ibbażat fuq strateġija diversifikata li tkun utli biżżejjed biex ixxerred l-influssi tatturiżmu matul is-sena. Filġimgħat li ġejjin se nkomplu
naħdmu bis-sħiħ biex niżviluppaw is-swieq, in-niċeċ u s-segmenti li jqarrbuna lejn il-viżjoni tagħna li Malta tkun ċentru ta’ eċċellenza turistika fil-Mediterran għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.
Ir-riżultati tjiebu b’mod progressiv għaliex il-fiduċja tal-vjaġġaturi kibret u r-regolamenti tal-ivvjaġġar tas-saħħa saru aktar ċari
GĦALIEX QIEGĦED FIL-POLITIKA?
SILVIO GRIXTI Membru Parlamentari
Illum għeżież qarrejja nixtieq nitkellem ftit dwar ir-raġunijiet tiegħi li wassluni sabiex nidħol fil-ħajja politika u l-iskopijiet tiegħi, l-għanijiet tiegħi, jiġifieri dak li jien nixtieq nilħaq permezz tal-ħidma tiegħi parlamentari. Ix-xogħol tiegħi ta’ tabib tal-familja, ta’ spiss iġibni wiċċ imb wiċċ ma ħafna sitwazzjonijiet fejn ikun hemm in-nies qed ibatu minħabba raġuni jew oħra. Iva, sfortunatament hawn min qed ibati. Hawn min qed jogħtor taħt il-piż tas-salib li għandu. U għalhekk, wara li ħsibt u rriflettejt ħafna kont iddeċidejt li nsegwi l-pass
taz-ziju tiegħi, il-mibki tabib Dr Vincent Moran u ddeċidejt li nidħol għal din il-missjoni tiegħi li nkun rappreżentant tagħkom fil-Kamra tad-Deputati mal-Partit Laburista, il-leħen tagħkom fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Ridt inkun il-leħen ta’ min ma għandux leħen. Għax jien nemmen li kulħadd hu mwieled bl-istess drittijiet, kulħadd għandu jkollu għejxien xieraq, kulħadd għandu jkollu aċċess għal akkomodazzjoni xierqa u dinjituża u kulħadd għandu jkollu aċċess għallaqwa edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali b’xejn biex hekk kulħadd ikun jista’ javvanza u jimxi ’l quddiem fil-ħajja. Nemmen ukoll li kulħadd għandu dritt sagrosant għall-aqwa kura b’xejn f ’każ ta’ mard jew bżonn ta’ xi trattament. Iva, nemmen f ’dawn l-affarijiet. F’dawn il-prinċipji bażiċi. U jien nemmen li fost l-aktar vulnerabbli u l-aktar li għandhom bżonn ta’ vuċi fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż huma dawk li qed jiffaċċjaw diversi sfidi fis-soċjetà tagħna bħalma huma l-anzjani tagħna, il-morda tagħ-
na, dawk li ma għandhomx saqaf fuq rashom, dawk li qed ibatu minn xi forma ta’ diskriminazzjoni, dawk li ma jistgħux jaħdmu minħabba xi mard jew xi impediment ieħor ġustifikabbli u l-familji tagħhom qed ibatu minn nuqqasijiet materjali kbar u anke dawk kollha li jsofru minn xi diżabilità. Iva, nemmen li jien għandi nkun favur il-batut, favur l-iżvantaġġjat. Nemmen li għandi nuża s-siġġu fil-Parlament sabiex inkun ta’ spalla għal min jinsab imġarrab u għandu qalbu maqtugħa u ma jiflaħx jitħabat iżjed mal-ħajja. U għalhekk proprju għażilt li nikkontesta u naħdem fi ħdan il-Partit Laburista, fi ħdan il-Partit tan-nies tax-xogħol. Iva, hekk hu, minn mindu bdejt il-ħidma tiegħi fil-qasam politiku dejjem tħabat u ħdimt ġewwa u fi ħdan il-Partit Laburista għax dejjem kien il-Partit li ġab l-interessi tal-poplu l-ewwel u qabel kollox. M’iniex ser noqgħod nintilef dwar dak li diġà kiseb il-Partit tal-Ħaddiema matul is-snin li ilu mwaqqaf. Dik storja magħrufa. Kburi ħafna bl-istorja tal-Partit tiegħi
però hawnhekk qed nitkellem dwar il-futur. Li jinteressani hu kif aħna bħala Gvern Laburista, ser inkomplu ntejbu l-ħajja tal-poplu tagħna. Għax dak għandu jkun l-iskop ta’ kull politiku tal-affari tiegħu. U hawnhekk jien ninsab fiduċjuż li aħna bħala l-Partit Laburista filGvern mexjin fit-triq it-tajba biex intejbu l-ħajja tal-poplu tagħna b’mod sinifikanti f ’bosta oqsma. Biżżejjed wieħed jara x-xita ta’ miżuri li biħsiebna nwettqu matul is-sena d-dieħla permezz tal-Baġit 2022. Impossibbli li noqgħod nelenka l-miżuri kollha li ħabbarna fil-Baġit għas-sena d-dieħla għax kieku ma nispiċċa qatt, imma naħseb li kollha smajtu dwar il-mijiet ta’ miżuri li ħabbar il-Gvern Laburista fejn filwaqt li ma introduċa l-ebda taxxa ġdida u ma żied l-ebda taxxa, ferrexx xita ta’ ġid bħal diversi żidiet fil-pensjonijiet, żieda fl-għotja lil ċittadini anzjani li għandhom 80 sena jew aktar u li jgħixu d-dar jew ġewwa dar tal-anzjani privata, żidiet fl-għajnuna tas-supplimentari, żidiet fl-istipendji għall-istudenti
tagħna, żidiet fir-rifużjonijiet tat-taxxa, żidiet fl-ammont ta’ mediċini u trattamenti li jingħataw b’xejn fuq il-formularju tal-Gvern u tant miżuri oħrajn ta’ ġid għall-poplu tagħna. Iva, din hi tassew Malta li noħlom li nħalli lil uliedna. Insellmilkom.
Nemmen li għandi nuża s-siġġu fil-Parlament sabiex inkun ta’ spalla għal min jinsab imġarrab u għandu qalbu maqtugħa u ma jiflaħx jitħabat iżjed mal-ħajja
14
21.11.2021
INVESTIMENT IRODD TRIQ GĦERI Triq Għeriexem intraddet lura lis-sewwieqa li jgħaddu miż-żona bejn ir-Rabat u l-Imtarfa. Għall-ewwel darba ngħatat ukoll lill-poplu li issa jista’ jgawdi ż-żona wara li Infrastructure Malta bnietha mill-ġdid flimkien ma’ belveder fuq Wied Għeriexem, li ma kienx jeżisti, u b’rotta pedonali aktar sigura bejn iż-żewġ lokalitajiet. Dan il-proġett b’investiment ta’ €4 miljun kien jinkludi l-bini mill-ġdid tat-triq fuq pedamenti aktar b’saħħithom, biex rażżan snin twal ta’ ħsarat ikkawżati miċ-ċediment tal-art taħt l-istess triq. Il-belveder jikkumplimenta bankini ġodda u punti ta’ qsim aktar siguri fi triq li qabel ma kien fiha l-ebda infrastruttura għal dawk li jgħaddu minnha bil-mixi. It-triq issa fiha wkoll aktar spazji għall-parkeġġ, stazzjon għall-iċċarġjar tal-karozzi elettriċi, l-ewwel mogħdijiet solari f’Malta, dawl dekorattiv, bankijiet u ringiela ta’ konok b’40 siġra ġdida u pjanti oħrajn. Ir-residenti li jgħixu f’din it-triq kienu ilhom għexieren ta’ snin jappellaw lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni ħalli s-sisien ta’ din it-triq ma jibqgħux iċedu u jikkaġunaw ħsarat kbar liddjar tagħhom, b’uħud minnhom saħansitra kienu f’periklu li jiġġarrfu. Infrastructure Malta daħlet biex tibnieha mill-ġdid f’Lulju tas-sena l-oħra. Il-pjanti għal dan il-proġett tħejjew mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura fi ħdan il-Ministeru
għat-Trasport, Infrastruttura u joni mal-awtoritajiet ambjentali u jista’ jkun l-impatti mhux mixt storiċi fl-istess inħawi. Investigazzjonijiet ġeotekniċi, fermaw li din it-triq twila 800 me aqqaq u tafal. Il-ħajt antik li kien ħafna konsenturi u beda jmil pe barra biċ-ċaqliq. Anke s-sistemi triq kienu ġarrbu ħsarat, bil-ko d-drenaġġ kompla ggrava l-probl Infrastructure Malta bniet it-t pilastru tal-konkos u l-azzar im lari taħt l-art. Żewġ ringieli ta’ p ta’ barra tat-triq, li tinkorpora Il-kuntratturi tal-aġenzija niffdu in-naħa l-oħra tat-triq, fejn il-bin tat-triq taħtu. Ix-xogħlijiet kollha tal-iskava sien ta’ arkeologi approvati misKulturali, tant li Infrastructure oriġinali biex diversi fdalijiet li ns hom importanza arkeoloġika, ġew aċċessibbli għal aktar studji fil-fu
21.11.2021
TA’ €4 MILJUN IEXEM LILL-POPLU
Proġetti Kapitali, b’konsultazzBħala parti mill-istruttura ġdida li fuqha sserraħ it-triq, u arkeoloġiċi, biex jonqsu kemm hemm mina (walk-through culvert) li minnha jgħaddu l-cables tieqa fuq l-għelieqi u l-fdalijiet tal-elettriku għat-tisħiħ tas-sistema tal-provvista tal-elettriku f’dawn l-inħawi. Din il-mina se tnaqqas il-ħtieġa li t-triq terġa’ , li saru waqt l-ippjanar, ikkon- titħaffer meta fil-futur ikun hemm bżonn tiswijiet jew xogħol etru tinsab fuq saffi ta’ blat imx- ieħor ta’ titjib. net isserraħ fuqu t-triq kien fih Il-proġett jinkludi wkoll sistemi ġodda tad-drenaġġ u għalleress li kien qed jiġi imbuttat ’il ilqugħ tal-ilma tax-xita, kif ukoll pajpijiet għall-provvista tasi tas-servizzi taħt l-art f’din it- servizzi tal-ilma, u pajpijiet għall-cables biex ġew imtejba onsegwenza li l-ħruġ tal-ilma u s-servizzi tal-internet u telekomunikazzjonijiet oħra f’din iż-żolema. na tar-Rabat. triq il-ġdida u l-belveder fuq 370 Il-pannelli fotovoltajċi tal-mogħdija solari ġdida jaħdmu b’temniffdin bejn tlieta u ħames su- knoloġija innovattiva għall-bankini solari li qed tiġi introdotpilastri jinsabu taħt l-istruttura ta f’għadd ta’ pajjiżi oħrajn. Dawn il-pannelli huma magħmulin wkoll il-mogħdija tal-belveder. minn ċelloli fotovoltajċi rqaq ħafna mdaħħlin fl-art tal-bankina u t-tielet ringiela ta’ pilastri fuq u mgħottija b’saffi ta’ materjali ta’ reżina u polymers trasparenti, ni kien qed iċedi mal-moviment b’saħħithom biżżejjed biex tgħaddi minn fuqhom. Dawn kapaċi jiġġeneraw aktar minn 4,600 kWh t’elettriku ar tal-proġett saru taħt il-ħar- kull sena, jiffrankaw 21 tunnellata f’emissjonijiet tad-dijossidu -Sovrintendenza tal-Patrimonju tal-karbonju u jipprovdu biżżejjed elettriku għal 40% tal-lanterni Malta kellha tbiddel id-disinn fi Triq Għeriexem. Dan hu l-ewwel pass biex fil-futur isiru aktar stabu u li potenzjalment għand- mogħdijiet u korsiji simili, waqt li Infrastructure Malta se tanalw imħarsa. Dawn issa se jibqgħu izza d-data miġbura mill-proġett biex tiddetermina s-sostenibutur. biltà tal-investiment f’sistemi simili f’lokalitajiet oħrajn.
15
16
21.11.2021
L-AĦĦAR ĊANS GĦALL-EWROPA
MARIO FAVA
President Sezzjoni Kunsilliera PL
Is-sena d-dieħla se naraw l-avveniment tal-Konferenza Ewropea dwar il-Futur tal-Ewropa. Konferenza li fiha suppost għandu jingħata widen ta’ xi jrid iċ-ċittadin Ewropew u kif l-istituzzjonijiet jistgħu jersqu aktar qribu. Imma fil-verità ħafna qed isostnu li din hija Konferenza oħra bħal ħafna li se twassal biss għal ħela ta’ spejjeż u opportunità biex jinħolqu postijiet ġodda f ’karigi għal ftit. Min isostni dan, jargumenta li l-Ewropa fil-passat rari rnexxielha ssolvi problemi maġġuri u ċertament li l-fatt li issa din tinsab f ’salib it-toroq, huwa kruċjali li din ma tkunx repetizzjoni ta’ oħrajn. Waħda mill-aktar domandi jew kummenti li tisma’ huma li l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom diversi kapijiet u ħafna istituzzjonijiet. Dan jagħmilha diffiċli biex wieħed jirrelata mat-tmexxija. Barra dan, ħafna mill-karigi ta’ Presidenza, jalternaw kull sentejn u nofs u allura din tkompli tikkumplika s-sitwazzjoni. Dan kollu jista’ jwassal biex ikun hemm inqas ippjanar u anki tonqos il-kontabbiltà fit-tmexxija. Ħafna jsostnu li l-Konferenza ta’ Mejju li ġej, anki bit-titlu tagħha, qed tipprova tagħti l-impressjoni li l-Ewropa kif inhi llum għad għandha jew jista’ jkollha futur. Kritika ġenwina hija t-twist li dawn il-konferenzi jingħataw. Dan anki fejn tidħol preżenza u parteċipazzjoni. Laqgħat simili jsiru b’mod virtwali u allura mqar jekk wieħed jirreġistra, anki bla ma jipparteċipa, malajr jibda jingħad li għall-konferenza nnifisha pparteċipaw xi 400 miljun ċittadin Ewropew. Kritika oħra li qed issir hi li din il-Konferenza bl-ebda mod mhi se tħares lejn il-Konvenzzjoni Ewropea dwar il-futur tal-Ewropa li saret snin ilu. Proċess li ċertament jimmerita diskussjoni. Ħafna qed iħarsu lejn dak li qed jintqal minn Ursula Von der Leyen u David Sassoli, mill-Kummissjoni u l-Parlament rispettivament, kif ukoll mill-President tal-Kunsill. Żgur kulħadd jiftakar il-każ li ġie mlaqqam #sofagate f ’Ankara, it-Turkija. L-Ewropa trid tifhem, il-mexxejja tagħha jridu jifhmu li ċ-ċittadin Ewropew għadu lanqas qed jifhem x’impatt id-deċiżjonijiet meħuda Brussell qed iħallu fuq il-kwalità tal-għejxien tiegħu. Il-komunikazzjoni fl-għeruq tal-ibliet u
rħula mhix tinżel. Il-livell ta’ komunikazzjoni huwa fqir u dak li jiġri fi Brussell, qiegħed verament jibqa’ Brussell. Bl-istess mod, dak li qed jipprova jwassal iċ-ċittadin, mhux jippenetra l-ħġieġ doppju li jdawwar l-binjiet tal-istituzzjonijiet. Il-livell ta’ komunikazzjoni huwa direzzjoni waħda u ħafna mil-laqgħat iktar iservu bħala networking bejn dawk li jiffurmaw għadd ta’ kumitati u kummissjonijiet milli biex jiġi implimentat dakli verament jagħmel differenza fil-ħajja tan-nies. L-ispiża li tintefaq kull xahar għall-Plenarja ta’ Strasburgu hija evidenza ta’ dan. Eżerċizzju li ma’ jista’ jifhmu ħadd. Għaldaqstant, lil hinn mit-titli u l-konferenzi, pjattaformi online, armar ta’ settijiet sbieħ, tgħanniq u ħakk tal-ponnijiet, min jinsab wara l-ħġieġ ileqq u t-tajjar tal-uffiċini, irid jifhem li din l-Ewropa jekk tassew trid timxi u tibda tindirizza t-tħassib taċ-ċittadini tagħha, trid tibda tisma’, trid tibda tiddiskuti u timplimenta dak li verament jista’ joffri kwalità aħjar ta’ ħajja lil aktar minn 500 miljun ċittadin. Din hija l-aħħar opportunità. Bniedem meta tagħtih spazju jew mekkaniżmu u twiegħdu li permezz tiegħu se ttejjeb ir-relazzjoni tiegħek miegħu, dan se jkun qed jistenna. U jekk dan ma jsirx, dan se joħroġ aktar diżappuntat milli kieku ma jkun sar xejn u ma ġie mwiegħed xejn. Huwa proprju għalhekk li din hija opportunità li l-Ewropa ma tistax titlef, bħal oħrajn li għaddew fil-passat. Għax jekk il-passat huwa mera jew garanzija ta’ kif se jibqgħu jitmexxew l-affarijiet, mela allura f ’Mejju tal-2024, se nkomplu naraw tkabbir u aktar appoġġ għall-partiti popolari u bla prinċipju li ma jistgħu joffru l-ebda futur, la fl-immedjat u lanqas fil-futur imbiegħed.
L-Ewropa trid tifhem, il-mexxejja tagħha jridu jifhmu li ċ-ċittadin Ewropew għadu lanqas qed jifhem x’impatt iddeċiżjonijiet meħuda Brussell qed iħallu fuq il-kwalità tal-għejxien tiegħu
Sur Editur, Kultant biex inserraħ widnejja mill-qrid ta’ Melda tiegħi, inkun mejjet biex ngħidlek ħa nieqaf nikteb. Għax emminni l-kariżma li għandha Melda tiegħi għall-qrid u t-tgergir, hija xi ħaġa inkredibbli. Persważ li jien għandi d-difetti tiegħi ta! Biex ma jkunx hemm xi għaqda tan-nisa toħroġ kontrija għax qed nikteb hekk, biex niftiehmu. Imma. Imma meta nkompli nisma’ u naqra l-kazzati li joħroġ bihom il-partit tagħhom, ngħid aħjar nisma’ l-qrid ħa npatti ta’ dnubieti, milli nieqaf. Ummi ma! Imbagħad meta nisma’ u naqra kritika ġejja mingħandhom stess, għasel tinżilli. Mhux għax jien persuna kattiva ta u nieħu gost bid-deni ta’ ħaddieħor. Lanqas xejn. Imma jekk jikkritikawhom tal-partit tagħna, allura malajr jgħidu: “X’tistenna, hux?” Imma meta jikkritikahom xi ħadd minn ta’ ġewwa, jew xi ħadd li jħalluh fuq l-għatba, allura, ħeqq! Mela ftit tal-jiem ilu fetħilna Michael Falzon. Mhux Michael Falzon tagħna ta. Il-Ministru li vera għandi grazzja miegħu, għax jaħdem bil-qalb u b’dedikazzjoni. Michael Falzon li kien tagħhom, ma nafx għadux. Dak li kien Ministru għall-Edukazzjoni u r-Riżorsi Umani fi żmien Eddie “Hawn jien suq! u Fejnhom il-Laburisti” Fenech Adami, u kien ukoll Segretarju Ġenerali taż-Żgħażagħ tagħhom ftit inqas minn 50 sena ilu, u kien Segretarju tal-Informazzjoni tagħhom f’nofs is-sebgħinijiet. U kien ħareġ għal tal-Ewropa wkoll. Mela dan Falzon qal li l-Partit Nazzjonalista għadu ma sabx il-mexxej li għandu bżonn. U kompla jpoġġi ċ-ċirasa fuq il-kejk meta qal li jemmen li l-mexxej li għandu bżonn il-Partit Nazzjona lista jeżisti, imma minn kliemu deher ċar li dan mhux Bernard Grech. Musmar fost il-ħafna li qed isammru wiċċ it-tebut politiku ta’ Bernie. Għax, Sur Editur, naħseb inti bħali taqra u tisma’, hux? Kantaliena ta’ opinjonisti, akkademiċi u attivisti li bħalissa qed jitfgħu dubji kbar dwar kemm Bernie għandu boċċi daqs ta’ dak l-avukat biex imexxi l-partit tagħhom. Bla kapaċità. Issa li ma naqbilx ma’ Falzon, huwa li qabbel lill-Kap tagħhom mat-Talibani. U ejja! Qal: “Naħseb Bernard Grech kif tkellem ipprova jogħġob lit-Talibani, Talibani fis-sens li mhumiex lesti jiddiskutu ċerti suġġetti. Tant moħħhom lest u dritt u riġidi fuq il-pożizzjoni tagħhom li ma jaċċettawx lanqas li jiddiskutu l-pożizzjoni.” Stenn, qed jerġa’ jibdieli ta, Sur Editur. Falzon għandu raġun! Talibani mhux għal Grech, issa qed nifhem sew. Għal dawk li jġebbduh minn imnieħru u jgħidulu kif imexxi. Hekk iva. Stil Talibandelia. Dak il-minfuħ li jinħeba wara skoss nies għax mingħalih li f’pajjiżna jrid isir dak li jiddetta hu. Taliban. Imbagħad nhar l-Erbgħa fil-Parlament, il-Gonz – li jiġi r-raġel ta’ Violet – qal li trid issir ħidma biex insaħħu l-Parlament Malti. And so say all of us, Gonz! Il-Gonz kien mistieden fil-parlament biex jagħmel diskors waqt l-attività imtella’ mill-Fondazzjoni Fortunato u Nerik Mizzi. Mela, ħa ngħidlek jien, Sur Editur. L-ewwel tisħiħ fil-Parlament għandu jkun li l-Parlament ikollu Oppożizzjoni sura. Dik namber wan. In-namber tu, min jaf x’jitqallbu fil-qabar Furtu u Nerik meta qed jaraw il-legat tagħhom spiċċa fix-xejn! Il-legat tal-Fundatur tal-Moviment Nazzjonalista u ibnu li sar un tas de merde, ħa ngħidha bil-Franċiż għax tinstema’ aktar pulita. Fl-istess okkażjoni, Bernard Grech ukoll qal li jeħtieġ li l-Parlament ikollu bidla. Daqt se jkun hemm bidla. Se jibdew minnek ruħi għax qed jgħidu li bla sinsla u mhux kapaċi. Ta’ madwarek qed jgħidu hekk. Anyway. Imnalla jkunu huma. Għax nogħxa bil-praspar, bl-inkonsistenza, u bil-kritika pwerili tagħhom. Avolja qed ngħaddi martirju ma’ Melda. U kelli xi ngħid magħha l-ġimgħa li għaddiet. Qaltli ħallik mill-kitba, hemm il-kamra tas-sodda għandha bżonn dawra sew! Qanna bħallikieku għandha għalfejn tfakkarni kuljum għal dawn l-aħħar sitt xhur, x’kull waħda. Għad-dieħla.
17
21.11.2021
FILMS KLASSIĊI FL-AMBJENT TA’ ĊINEMA FIL-KAPITALI L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (VCA) se tkun qed toħloq ċinema b’differenza, bil-wiri ta’ films li ħarġu fis-snin 20 u anki qabel, fil-Biblijoteka Nazzjonali fil-Belt Valletta. Dan l-avveniment, bl-isem ta’ “Capitol Cinema – Vintage Reels”, se jkun qed jittella’ fuq żewġ iljieli, nhar ilĠimgħa 26 u s-Sibt 27 ta’ Novembru li ġejjin. Il-biljetti għall-postijiet, li huma limitati ħafna, jistgħu jinkisbu minn fuq showshappening.com. L-ewwel serata se tkun iddedikata għall-ġeneru komiku fejn se jin-
twerew il-films The Tramp (1915) ta’ Charles Chaplin u The General (1926) ta’ Buster Keaton. L-isem Chaplin kulħadd jaf bih u bla dubju nassoċjawh ma’ dak il-karattru bl-isem ta’ The Tramp, bil-mustaċċi u bil-kappell u li joħloq tbissima fuq fomm kulħadd. Avolja Chaplin kien interpreta dan il-karattru f’films preċedenti, The Tramp hu meqjus ilfilm li ta bidu lill-karattru li nafu llum. The General, imbagħad, għalkemm kummiedja, hu ispirat minn dik li magħrufa bħala The Great Locomotive
L-isem Chaplin kulħadd jaf bih u bla dubju nassoċjawh ma’ dak il-karattru bl-isem ta’ The Tramp, bil-mustaċċi u bil-kappell u li joħloq tbissima fuq fomm kulħadd
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.
Chase, storja vera li ġrat matul il-Gwerra Ċivili Amerikana. It-tieni serata se tkun iddedikata għall-ġeneru tal-orrur fejn se jintwerew il-films Dr Jekyll & Mr Hyde (1912) u l-klassiku The Cabinet of Dr Caligari (1920). Tal-ewwel hu bbażat fuq in-novella bl-istess isem li ħarġet fl-1886 u fuq id-dramm li kien ħareġ sena wara. Dawk dilettanti tal-films żgur jafu bil-ħafna spekulazzjonijiet dwar jekk l-attur James Cruze interpretax il-partijiet ta’ Dr Jekyll u Mr Hyde kollha hu jew jekk kienx hemm biċċiet li ġew interpretati mill-attur Harry Benham. Il-film The Cabinet of Dr Caligari hu meqjus bħala x-xogħol kwintessenzjali ta’ ċinema tal-Espressjoniżmu Ġermaniż u jgħid l-istorja tal-ipnotista (Wernes Krauss) li juża sonnambulist (Conrad Veidt) biex iwettaq id-delitti. Dawk kollha li għandhom għal qalbhom iċ-ċinema m’għandhomx jitilfu din l-opportunità. Għal aktar informazzjoni żur is-sit vca.gov.mt u l-paġna ta’ Facebook tal-VCA.
18
21.11.2021
ILLUM HUWA JUM TA’ SOLIDARJETÀ
Illum huwa jum speċjali: The President’s Solidarity Fun Run b’risq il-Malta Community Chest Fund. Din hija t-12-il edizzjoni li qed tittella’ hekk kif is-sena li għaddiet, ma saritx minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Huwa mument fejn ilkoll ningħaqdu u apparti li nkunu qed nieħdu sehem u nipprattikaw l-isport, inkunu qed nuru l-altruwiżmu tagħna lejn ħaddieħor. Din hija xi ħaġa unika għall-pajjiż anke meta mqabbel ma’ pajjiżi oħrajn. Jekk qed taqra dan l-artiklu filgħodu, għadek fiċċans li tipparteċipa. Kun parti minn dan il-mument sabiħ ta’ solidarjetà b’risq kawża ġusta. Tkellimt ma’ Sandro Mangion, Kelliem għall-Uffiċċju tal-President ta’ Malta dwar il-Fun Run ta’ din is-sena partikolari u l-iskop tagħha. X’effett kellu n-nuqqas tal-fun run fis-sena 2020 minħabba l-pandemija? Il-Fun Run hija biss waħda mid-diversi attivitajiet li jagħmlu parti integrali mill-kalendarju annwali ta’ inizjattivi li minnhom jinġabru l-fondi tant meħtieġa mill-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund biex tkun tista’ ssostni l-ħidma
ma taqta’ xejn tagħha ma’ dawk il-bosta li jiġu bżonn isservizzi tagħha. Dawn kollha, b’xi mod jew ieħor, qalgħu daqqa ta’ ħarta minħabba l-pandemija. Bla dubju, il-fatt li l-attivitajiet kellhom jitħassru għalkollox jew isiru f’format imċekken wassal biex intilfu sorsi imprezzabbli ta’ dħul għall-Fondazzjoni. Dan minbarra l-fatt li diversi donaturi, kemm kumpaniji kif ukoll individwi, li qabel faqqgħet il-pandemija kienu komdi li jagħtu donazzjonijiet regolari, spiċċaw inltaqtu ħażin huma stess u allura d-donazzjonijiet tagħhom naqsu u, f’ċerti każijiet, waqfu.
X’inhu l-format tagħha għal din is-sena? Kif se tkun qed tiġi organizzata? Minkejja li, fortunatament, m’għadniex taħt ir-restrizzjonjiet ħorox li kellna aktar kmieni din is-sena, xorta waħda hemm rakkomandazzjonijiet tal-Awtoritajiet tas-Saħħa li jridu jiġu rispettati mija fil-mija f ’avvenimenti kbar bħal dawn sabiex nissieltu t-tixtrid tal-virus. Domna ħafna ntellgħu u nniżżlu dwar jekk għandniex naqbżuha din is-sena, iżda r-rispons li kien qed ikun hemm mill-pubbliku ilmiżien xaqleb lejn li ssir. It-12-il edizzjoni tal-Fun
Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
Run se ssir dalgħodu iżda filwaqt li s-soltu kienet issir b’mod aktar ċentralizzat, din id-darba se ssir tista’ tgħid f ’kull lokalità f ’Malta u f ’Għawdex fi gruppi li ma jaqbżux il-100 kull wieħed. Ninsabu ħerqanin li naraw mijiet ta’ nies magħqudin mas-sindki u l-kunsilliera tagħhom, mal-familji tagħhom, mal-ġirien, ma’ sħabhom tax-xogħol, u ma’ ħbiebhom jimxu flimkien madwar il-belt jew ir-raħal tal-għażla tagħhom għal skop filantropiku. Mhux se nkunu lkoll flimkien bħala eluf f ’daqqa li jinġemgħu f ’post wieħed, bħas-soltu, iżda se nkunu
Din hija xi ħaġa unika għall-pajjiż anke meta mqabbel ma’ pajjiżi oħrajn. Jekk qed taqra dan l-artiklu filgħodu, għadek fiċ-ċans li tipparteċipa. Kun parti minn dan il-mument sabiħ ta’ solidarjetà b’risq kawża ġusta
ċertament magħqudin fl-ispirtu. Il-President ta’ Malta u s-Sinjura Vella, flimkien mal-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni, u l-Arċisqof, se jimxu ż-Żejtun. Wieħed ma jistax ma jirringrazzjax lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u lil Sport Malta tal-ħidma sfiqa li wettqu biex dan l-avveniment jirnexxi, kif ukoll lill-isponsors kollha. X’inhu l-iskop tal-Fun Run? L-iskop huwa doppju: li niġbru l-flus għal min għandu bżonn l-għajnuna tagħna filwaqt li nieħdu gost flimkien bħala komunità. Jekk hemm xi ħaġa li żgur ġegħlitna nirrealizzaw il-pandemija hija kemm il-bniedem mhux magħmul għal waħdu. Meta ninġabru flimkien għal għan komuni, inħossuna tabilħaqq li qed ngħixu. Irrid nirrimarka li attivitajiet bħal dawn juruna, kif jisħaq spiss il-President ta’ Malta George Vella, kemm huwa tajjeb li ma niffukawx dejjem fuq id-differenzi ta’ bejnietna imma pjuttost fuq il-ħafna li fuqu naraw għajn m’għajn u li jgħaqqadna. Jekk persuna tixtieq tagħti donazzjoni mingħajr ma tipparteċipa, huwa
19
21.11.2021
Jekk hemm xi ħaġa li żgur ġegħlitna nirrealizzaw il-pandemija hija kemm ilbniedem mhux magħmul għal waħdu. Meta ninġabru flimkien għal għan komuni, inħossuna tabilħaqq li qed ngħixu
possibbli dan? Naturalment. Il-ġid li twettaq il-Community Chest Fund huwa possibbli biss grazzi għad-donazzjonijiet. Wieħed jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu fl-uffiċini tal-Fondazzjoni, jew inkella online fuq mccf.store. Barra minn hekk, hemm l-inizjattiva L-Istrina Crowdfunding. Wieħed jista’ jidħol fis-sit strinacrowdfunding.mt u jagħmel l-għotja tiegħu bi klikk. Hemm diversi inizjattivi oħrajn li għaddejjin bħalissa, u li permezz tagħhom wieħed jista’ jgħin. Fost dawn hemm l-irkant online tal-arti (artsauction. mt) u s-sett sabiħ ta’ kartolini li l-Maltapost ħarġet b’risq il-Fondazzjoni kif ukoll l-edizzjoni tal-2021 tal-ktieb Tisjir mill-Qalb. Għaddejja wkoll il-BOV L-Istrina Piggy Bank Campaign fl-iskejjel u bdew jinbiegħu l-biljetti għar-Rockestra, li din is-sena se jkollu żewġ serati u li d-domanda għalih hija impressjonanti. X’għajnuna qed tagħti l-Malta Community Chest Fund? X’kienet l-akbar domanda matul din is-sena? Il-missjoni tal-Fondazzjoni hija li tipprovdi, mingħajr ebda diskriminazzjoni, sostenn finanzjarju, mater-
jali u professjonali lill-membri vulnerabbli tas-soċjetà tagħna sabiex itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom. Is-servizzi li toffri l-Fondazzjoni jinkludu l-ħlas għat-trattament tal-kanċer kif ukoll mediċini speċifiċi għall-kanċer, il-finanzjament ta’ alloġġ tal-ġenituri ta’ tfal li qed jirċievu trattament barra minn Malta, il-provvista ta’ vouchers tal-ikel, u servizzi oħra vitali għal għajxien dinjituż, u biex tittaffa t-tbatija materjali u psikoloġika. L-ispejjeż għal din l-għajnuna jammontaw għal kważi miljun u nofs ewro (madwar €1,400,000) fix-xahar, bil-parti l-kbira marbutin mal-kura għall-kanċer. Il-poplu Malti u Għawdxi xorta waħda baqa’ ġeneruż matul iż-żmien tal-pandemija? Ħafna. Inħobbu mmaqdru lilna nfusna aħna, iżda difett li żgur m’għandniex huwa dak li, meta naraw lil xi ħadd minna fil-bżonn, ma nagħmlux li nistgħu biex ngħinuh. Kull sejħa li saret mill-Fondazzjoni għall-għajnuna, qatt ma waqgħet fuq widnejn torox. Ta’ dan, minn qalbna u f’isem dawk li permezz ta’ dawn il-fondi għexu jew gawdew minn kwalità aħjar tal-ħajja, niżżu ħajr lil kulħadd.
20
21.11.2021
IL-BELT VALLETTA: MILL-ĠENTLOMI GĦALL-ĠENTLOMI Minn dejjem kien hemm il-ħsieb li fuq l-għolja ta’ Sceberras tinbena belt fortizza, minħabba l-pożizzjoni strateġika tagħha, fejn għandek id-difiża taż-żewġ portijiet. L-Assedju ta prova ta’ dan. Jiġifieri qabel ma nbeda l-Assedju, it-Torok kellhom aċċess liberu għall-Port ta’ Marsamxett u wkoll l-għolja ta’ Sceberras. Il-Forti Sant’Iermu fuq l-istess għolja rreżista minn Mejju, meta beda l-Assedju u dam sa Ġunju. Issa, it-Torok kienu jiddominaw ukoll il-Port il-Kbir u setgħu jassedjaw lill-Kavallieri, li kienu magħluqin fil-Birgu. Dan setgħu jagħmluh kemm mill-art kif ukoll mill-baħar. L-istoriċi moderni jiddeskrivu l-Assedju bħala Stalingrad tat-Tieni Gwerra Dinjija. Dan peress li kien assedju deċiżiv għall-Ewropa, li fih il-Maltin issieltu spalla ma’ spalla mal-Kavallieri, kontra l-għadu Tork. Dan it-tagħrif ksibtu mingħand Michael Galea ta’ 88 sena mill-Belt Valletta, li għandu għal qalbu l-istorja tagħha. Minn CHARLES B. SPITERI
Michael, iżda l-popolazzjoni Maltija ma kinitx ftit dik il-ħabta? Relattivament kemm ilMaltin kif ukoll il-Kavallieri kienu ftit, iżda huma kienu ingaġġaw numru ta’ merċenarji. Kif intemm l-Assedju, Malta tqiegħdet fuq il-mappa tal-Ewropa, għax ġibdet l-ammirazzjoni tagħha. Sitt xhur biss mir-rebħa tal-Assedju, il-Gran Mastru de Valette qiegħed l-ewwel ġebla tal-Belt Valletta. Għal dan il-bini ġiet l-għajnuna mill-Ewropa. Fost dawk li għenu b’mod mill-aktar ġeneruż, insibu lill-Papa Piju Ħamsa, li bagħat ukoll lil Francesco Laparelli, li f ’qasir żmien ħażżeż il-pjanta. Kien ħareġ b’disinn innovattiv: toroq dritti mdawrin bis-swar. Laparelli ried jieħu sehem fil-battalja ta’ Lepanto iżda f ’Firenze ntlaqat mill-pesta. Ġlormu Cassar, li kien studja l-inġinerija militari fl-Italja, kompla fejn kien ħalla Laparelli. Xi nsibu li nbnew l-ewwel? L-ewwel ma nbnew kienu l-bereġ tat-tmien lingwi li kienu jiffurmaw l-Ordni. Dawn kienu palazzi sbieħ fejn kienu joqogħdu l-Kavallieri. Id-dinjitarji tal-Ordni kellhom il-prerogattiva li joqogħdu fid-djar tagħhom. Dan jispjega d-djar palazzi li għadhom jeżistu u jsebbħu lill-Belt Valletta. Inbniet ukoll is-Sacra Infermeria, l-Isptar ewlieni tal-Ordni, li
Meta kien għaddej qrib Malta, fi żmien li kien diġà stabbilit bħala pittur, sema’ bih il-Gran Mastru Verdalle, li ġab il-permess li jieqaf f’Malta. Paladin li ħalla patrimonju artistiku f’pajjiżna kien sa mill-bidu tiegħu Ordni Ospedalier. Inbena l-Palazz, ir-residenza tal-Gran Mastru. L-ewwel knisja talBelt hi dik dedikata lit-Twelid tal-Madonna (komunement magħrufa bħala tal-Vitorja) li kienet isservi bħala l-knisja konventwali tal-Ordni. Tal-Vitorja hi knisja jew kappella? Hi knisja żgħira. B’kappella nifhem parti minn knisja. Fl1578 ġiet ikkonsagrata l-knisja konventwali ta’ San Ġwann kif nafuha llum. Dan wara li l-Ordni kien ħareġ mill-Birgu fl-1571 u stabbilixxa ruħu filBelt Valletta. Il-knisja tal-Vitorja saret issa l-knisja parrokkjali tal-Ordni biex taqdi l-kura spiritwali tal-impjegati tal-Ordni. Biddlet l-isem li kellha għal dak ta’ Sant’Antin Abbati. Ma kinitx parroċċa kif nifhmuha llum taħt il-ġurisdizzjoni tal-Isqof Djoċesan, iżda taħt il-Gran Prijur Konventwali tal-Ordni, li xi
ħelwa. Kavallier nobbli Ġermaniż, Wilhelm Nesselrode, devot ħafna tal-qaddisin, ġietu l-idea li jwaqqaf l-ewwel statwi fit-toroq tal-Belt. Dan kien fl-1745 u l-ewwel ħames statwi kienu: S. Injazju Loyola; S. Francesco Borgia; S. Aloysius Gonzaga; S. Stanislao Kostka, Pollakk; (dawn l-aħħar tnejn huma l-iżgħar qaddisin Ġiżwiti) u S. Franġisk Saverju. Huma kollha madwar il-blokk talKulleġġ tal-Ġiżwiti. Kull statwa kellha musbieħ. Mal-lejl kien ikun hemm nitfa dawl fit-toroq baħħ u mudlama tal-Belt. Malajr bdew jitfaċċaw l-istatwi fit-toroq tal-Belt. L-istatwa ta’ S. Mikiel Arkanġlu fi Strada Arciveskova u Strada S. Ursola hi skolpita fil-ġebla fil-kantuniera tattriq – jiġifieri nħadmet filpost. L-unika waħda li nafu biha. Fi Strada S. Giuseppe, magħrufa bħala Triq ilFranċiżi, ħdejn Sant’Iermu (aktarx f ’dawk l-inħawi kienu joqogħdu xi Kavallieri Franċiżi) hemm statwa tal-Madonna ta’ Pompei, maħduma minn ġebla waħda (monolith). Jingħad li fl-Ewwel Gwerra Dinjija, mara li kienet toqgħod f ’dawk l-inħawi, ma kinitx ħadet aħbar żewġha, suldat. Għamlet wegħda lill-Madonna ta’ Pompei billi kienet timxi għarkupptejha t-triq kollha. Ftit żmien wara rċeviet l-aħbar li żewġha kien priġunier!
wħud minnhom ġew konsa- Ġonna fil-Belt kienu pprograti Isqfijiet ta’ Malta. jbiti minħabba l-problema tal-ilma. Kull dar ried ikollMichael, biex inbniet il-Belt, ha bir għall-ilqugħ tal-ilma kien hemm sehem l-ilsiera? tax-xita. L-ilma kien jinġieb fil-Belt mill-Marsa. Kien jasal Bħala parti mid-difiża tal- bil-braken. Il-problema tal-ilBelt hemm il-foss maqtugħ ma ġiet riżolta permezz tal-Akmill-blat samm. Xogħol li sar wedott fl-1615. Allura twaqqfet mill-ilsiera, il-manodopera funtana f’nofs Misraħ il-Palaprinċipali. zz. Il-Gran Prijur bierek il-funSadanittant, inbnew id- tana fil-preżenza tal-Gran djar għax il-popolazzjoni Mastru Alof de Wignacourt, tal-Belt Valletta kompliet Kavallieri, kleru u poplu. Saret tikber. Kien hemm l-Ufficio festa kbira, hekk kif l-ilma delle Case, li kien jammin- beda ħiereġ mill-funtana. istra l-art għall-bini ta’ djar Wara dan l-avveniment bdew għall-Kavallieri, l-abitanti jitfaċċaw il-funtani fit-toroq u u bini tal-knejjes u kunven- pjazez tal-Belt Valletta. ti. Il-Belt Valletta bdiet tikFil-fatt, id-djar antiki ber u saret il-hub ta’ Malta tal-Kavallieri għadek taralfl-attività marittima. Il-Belt hom bitħa kif tiftaħ u m’hemħadet atmosfera kożmopoli- mx ġnien. Imbagħad regoltana minħabba l-Kavallieri u ament ieħor kien li kull dar l-attività marittima fil-Port ried ikollha l-bir, għall-ilqugħ kienet qawwija ferm peress li tal-ilma. l-baħar kien tista’ tgħid l-aktar mezz ta’ trasport użat. Xi tgħidli fuq l-istatwi fil-Belt Valletta? Għaliex id-djar tal-Belt ma Jiġifieri mbagħad, in-niċeċ fihomx ġonna? L-istatwi għandhom storja kif oriġinaw?
21
21.11.2021
L-istatwa antika ta’ San Injazju ta’ Loyola fuq il-portiku tal-Università l-qadima li saret fl-1745 Dawk ħarġu mid-devozzjoni tal-poplu u mill-wegħdiet. Probabbli li l-aktar niċċa antika tal-Belt Valletta tinsab taħt il-loġoġ maġenb il-Biblijoteka. Niċċa ta’ Santu Rokku bi gwarniċ sabiħ tal-ġebel li tfakkar il-pesta tal-1676, li kaxkret magħha 9,000 vittma. Fl-inħawi tal-Belt fejn tinsab, ma kien intlaqat ħadd mill-pandemija. Jintrabtu xi leġġendi ma’ dawn l-istatwi? Fi Strada San Giuseppe, magħrufa bħala Triq ilFranċiżi, ħdejn Sant’Iermu, hemm statwa oħra tal-Madonna ta’ Pompei, magħmula minn ġebla waħda. L-istorja tagħha tirrakkonta li kien hemm mara, li fi żmien l-Ewwel Gwerra ma kinitx ħadet aħbar ta’ żewġha suldat. Għamlet wegħda lill-Madonna ta’ Pompei u kienet timxi għarkupptejha fit-triq quddiem l-istatwa. Ftit żmien wara saret taf li kien priġunier. Xi tgħidli dwar knejjes oħra żgħar fil-Belt?
Għall-funzjonijiet ta’ festi liturġiċi solenni kien hemm il-Knisja ta’ San Ġwann. Għall-quddiesa ta’ kuljum, il-Kavallieri kienu jmorru fil-knisja partikolari tagħhom. Ħafna drabi dawn il-knejjes kienu jkunu qrib ilbereġ rispettivi. Dik ta’ Santa Barbara kienet viċin il-Bereġ ta’ Provenza u ta’ Auvergne. F’din il-knisja ta’ Santa Barbara – patruna tas-suldati – kien hemm il-Fratellanza tal-Bumbardieri. Il-Knisja ta’ Santa Katarina ta’ Lixandra,
kienet tat-Taljani. Il-kwadru titulari hu ta’ Mattia Preti, Donat tal-Ordni. Il-Knisja ta’ San Ġakbu, Appostlu pellegrin, kienet tal-Portugiżi. Il-kwadru titulari hu xogħol Filippo Paladini, li kien involut fi qtil u kkundannat jaqdef fuq ix-xwieni. Meta kien għaddej qrib Malta, fi żmien li kien diġà stabbilit bħala pittur, sema’ bih il-Gran Mastru Verdalle, li ġab il-permess li jieqaf f ’Malta. Paladin li ħalla patrimonju artistiku f ’pajjiżna. Il-Kavallieri Franċiżi kellhom il-knisja tagħhom f ’Notre Dame de Liesse (Il-Madonna tal-Ferħ) fix-Xatt tal-Belt, ’il bogħod millberġa tagħhom. Huma riedu jibnu knisja aktar qrib ilberġa tagħhom, iżda l-ħsieb ma seħħx.
Le, żbaljat min jgħid hekk. Iddue balli hi korruzzjoni talkliem. Fejn tispiċċa Strada Forni kien hemm żewġ kolonni li fuqhom kien hemm żewġ bombi kbar tal-ġebel, bħalma hemm fil-Furjana. Mela l-Balli huma balle, bombi. U saret magħrufa hekk, għax il-popolin ma jaqrax kelma, iżda hu jagħmel il-lingwa. Jisma’ u jekk jeħodha ħażin, tibqa’ hekk. Taf tgħidli xi ħaġa fuq l-ismijiet tat-toroq?
bħal Triq Strada Zakkarija. Taf għaliex? Għax din it-triq tinsab quddiem il-Knisja ta’ San Ġwann: u Żakkarija kien missier San Ġwann Battista. Triq Nofsinhar kienet diġà ħadet l-isem ta’ Strada Del Palazzo, għax kien hemm il-ħsieb li l-Palazz tal-Gran Mastru jinbena fejn illum hemm il-Berġa ta’ Kastilja, iżda mbagħad ħa postu fiċ-ċentru tal-Belt fejn hu llum.
Sir Walter Scott irrefera għall-Belt bħala mibnija Mal-mixja taż-żmien, it-to- mill-ġentlomi għallroq bidlu l-ismijiet. Oriġinar- ġentlomi. X’wasslu jament kienu kollha bit-Tal- jgħid hekk? jan, għax il-Kavallieri li kienu poliglotti, nies kolti tal-aħjar Malta kisbet ammirazzjoni familji tal-Ewropa, kienu kbira għan-nies tal-Ewrojużaw il-lingwa Taljana bħala pa. Dari, l-awturi u letterati lingwa franka bejniethom. bħal Byron, Newman, ThacImbagħad ġew il-Franċiżi keray u Scott kienu jagħmlu Fil-Belt insibu l-post li qaċċtu kollox. Warajhom il-grand tour fil-Mediterran, magħruf bħala d-Due Balli. ġew l-Ingliżi li reġgħu bidlu jiġbru materjal għall-kitba Kif oriġina l-isem: minn xi xi wħud minnhom. Xi toroq letterarja tagħhom. Kien ballijiet? żammew l-isem oriġinali ikollhom ukoll waqfa f ’Malta. Scott affaxxina ruħu millBelt Valletta li rrefera għaliha bħala belt mill-ġentlomi għall-ġentlomi. Hu sa beda jikteb l-istorja tal-Assedju, iżda laħaq miet. Illum hawn viżjonijiet kbar biex nagħmlu mill-Belt taċ-Cinquecento, belt moderna. Il-kunċett hu ħażin. Mal-mixja taż-żmien, it-toroq bidlu l-ismijiet. Belt funzjonali iva, iżda hu dmir tagħna li nirrispetOriġinarjament kienu kollha bit-Taljan, għax il-Kavallieri taw l-istorja u l-kultura talli kienu poliglotti, nies kolti tal-aħjar familji tal-Ewropa, Belt Kapitali Valletta. Ma ninsewx li fl-1988, l-UNESCO kienu jużaw il-lingwa Taljana bħala lingwa ddikjarat lill-Belt Valletta bħala belt ta’ kultura Ewrofranka bejniethom pea u tatha l-istatus ta’ sit ta’ patrimonju dinji.
22
21.11.2021
MIRAN SAPIANO
MINN SPIŻJARA, GĦAL KUMMISSJONANTA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Il-mewt huwa suġġett li ħafna persuni jiddejqu jitkellmu dwaru. Iżda sfortunatament huwa realtà tal-ħajja li kulħadd irid jgħaddi minnha. Proprju dwar dan is-suġġett, dan l-aħħar sirt naf b’persuna li minn spiżjara, illum qed taħdem bħala kummissjonanta tal-funerali. Qed nirreferi għal Miran Sapiano. Għandha 33 sena, it-tifla l-kbira minn erba’ aħwa, miżżewġa lil Matthew u għandha żewġ subien. Imwielda Ħaż-Żebbuġ u toqgħod il-Mosta. Il-professjoni tagħha hija dik ta’ spiżjara u sena ilu ħasset il-vokazzjoni li tispeċjalizza fil-qasam tal-bereavement sabiex tkun tista’ tkun iktar viċin il-komunità f’mumenti delikati ħafna – meta l-familji jitilfu lil xi ħadd għażiż għalihom. Illum il-ġurnata x-xogħol tagħha huwa dak ta’ kummissjonanta tal-funerali. Dan ix-xogħol jirrikjedi li tkun flessibbli ħafna u għalhekk il-passatempi tagħha tagħmilhom fil-ħinijiet fejn ma tkunx qiegħda mal-familji. Minħabba n-natura tax-xogħol tagħha, hija prijorità li tieħu ħsieb issaħħa mentali u fiżika tagħha. Għalhekk l-ikbar passatemp tagħha huwa l-eżerċizzju. Tipprova ssib ħin kuljum u tħos-
sha tajba ħafna meta tattendi xi klassi tal-fitness jew meta tmur għal mixja fil-kampanja. Għamlet 10 snin taħdem bħala spiżjara u qatt ma kienet taħseb li ser titlaq u jkollha xogħol differenti. Iżda ġara li l-kumpanija tal-farmaċewtika li kienet taħdem magħha waqfet milli topera minn hawn Malta. B’hekk l-affarijiet kellhom jieħdu xejra oħra. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar dwar x’ġara minn hemm ’il quddiem. “Jiena nemmen ħafna li minn kull ħaġa ħażina, toħroġ xi ħaġa tajba! Meta flimkien mal-kollegi tiegħi ħadna l-aħbar li l-kumpanija tagħna sejra tagħlaq il-bibien tagħha lokalment, jiena kelli erba’ xhur tqala bit-tieni wild. Il-pjan oriġinali tiegħi kien li
nqatta’ sena mat-tarbija l-ġdida u mbagħad insib xogħol ieħor ta’ spiżjara fil-futur. Però mbagħad ħassejt din il-vokazzjoni u bdejt nakkumpanja lil missieri waqt ix-xogħol li jagħmel u iktar bdejt nuri interess; bdejt inħoss li dan huwa x-xogħol adattat għalija. U minn hemm, qatt ma ħarist lura.” Tara xebh kbir bejn ix-xogħol ta’ spiżjara u dak ta’ kummissjonanta Fil-fatt, illum il-ġurnata flimkien ma’ missierha qed topera bħala kummissjonanta. Staqsejtha x’qabża nnotat minn spiżjara għal kummissjonanta. “Huwa interessanti l-fatt li jiena nara xebh kbir
bejn ix-xogħol ta’ spiżjara u dak ta’ kummissjonanta. Il-professjoni tagħna ta’ spiżjara hija bbażata fuq patient care. Aħna nagħmlu l-almu tagħna sabiex inkunu ċerti li l-pazjenti qed jieħdu l-kura tagħhom bl-aħjar mod possibbli filwaqt li aħna dejjem hemm, lesti biex nisimgħuhom.” Kompliet tgħidli li issa, ix-xogħol tagħha huwa li tissapportja lill-familji li għaddejin minn żmien diffiċli kemm qabel, waqt kif ukoll wara l-funeral. “Qed ninduna li l-ikbar biża’ tal-familji hija dik tal-inċertezza. Il-fatt li ma jafux eżattament xi jridu jagħmlu meta jitilfu lil xi ħadd għażiż tagħhom, tikkawżalhom ansjetà kbira. Għalhekk, is-sodisfazzjon tiegħi huwa meta
Għalhekk, is-sodisfazzjon tiegħi huwa meta f’mumenti hekk diffiċli, jiena qed inkun ta’ spalla għalihom. Fil-fatt, l-ikbar qabża li nnutajt fix-xogħol hija proprju din: is-sodisfazzjon ta’ xogħli. Inħossni ferm iktar sodisfatta llum il-ġurnata
f’mumenti hekk diffiċli, jiena qed inkun ta’ spalla għalihom. Fil-fatt, l-ikbar qabża li nnutjat fix-xogħol hija proprju din: is-sodisfazzjon ta’ xogħli. Inħossni ferm iktar sodisfatta llum il-ġurnata,” stqarret miegħi Miran. Maż-żmien ħolqot paġna fuq Facebook - Celebrate Life Malta. Permezz tal- ħidma tagħha, qed tgħin lill-familjari tal-mejjet biex jiċċelebraw il-ħajja tal-għeżież tagħhom. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar. “Dan huwa kunċett ġdid għalina l-Maltin u l-Għawdxin. Semmejt il-kumpanija tagħna Celebrate Life proprju minħabba din il-perspettiva: meta nitilfu lil xi ħadd għażiż għalina, aħna apparti li nħossuna mnikkta, ħafna drabi nħossuna grati għall-eżistenza tal-persuna li nkunu għadna kemm tlifna. Il-paġna ta’ Facebook - Celebrate Life Malta – nużaha bħala pjattaforma fejn niddiskuti aktar ix-xogħol li nagħmlu li għadni kemm iddeskrivejt hawn fuq kif ukoll il-mewt minn perspettiva naqra iktar tanġibbli.” Fil-fatt, waqt xogħolha, tiltaqa’ ma’ kull realtà. Funerali fejn ma kien hemm ħadd jakkumpanja l-mejjet kellha u funerali fejn attendew ħafna
08.11.2020 21.11.2021
23
SKEDA ONE Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari
19:20 19:30 20:10 20:30 21:15 22:50 23:30
ONE Sports & Temp ONE News Primetime Reboot Min Imissu NIftakru ONE News
06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt
13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:00 17:30 18:30
Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak li Jgħodd Pjazza
19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 22:50 23:30
Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Revved X’Taf X’qed Jgħidu? The Big Step Country Jamboree ONE News
06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00
15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:15 18:00 18:30 19:15 19:20
ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Pink Panther Mqades l-Istorja What’s Cooking Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp
ERBGĦA 19:30 ONE News 24-11 20:10 Primetime 20:30 The Local Traveller 21:00 Tuna ċ-Ċans Ħa Ngħidu Storja 22:25 Niftakru 22:45 Mill-Chcina ta’ Dari 23:30 ONE News
06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt
13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:00 17:30 18:30
Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Popcorn Żona Sport Mhux kemm taf Pjazza
19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 22:30 23:30
Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Awla Reebot ONE News
06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 10:00 12:30 12:35 13:00
15:30 15:35 15:50 16:00 16:20 16:50 17:30 18:30 19:15 19:20
ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview What’s Cooking Country Jamboree Indhouse Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp
19:30 20:10 20:30 21:00 22:30 23:00 23:30
ONE News Primetime Niftakru Min Imissu Popcorn Żona Sport ONE News
06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:20 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:35 ŻonaSport 10:03 The Local Traveller 10:35 Dak Li Jgħodd
11:30 11:58 12:30 12:35 13:15 14:15 15:30 15:35 16:30
What’s Cooking? Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Taf x’qed jgħidu?! ONE News Mhux Kemm Taf Flimkien ma’ Nancy
17:30 18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:33 23:30
Sabiħa l-Ħajja Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News
06:30 06:45 07:15 07:40 07:55 08:00 08:40 10:00 10:30
11:25 11:55 12:30 12:35 13:15 15:30 15:35 16:30 17:00
Sabiħa l-Ħajja Mill-Chcina ta’ Dari ONE News Telebejgħ Arani Issa ONE News Arani Issa Country Jamboree Mqades l-istorja
18:00 19:20 19:30 20:10 20:35 21:15 22:50 23:30
L-Argument 28-11 One Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Reboot Awla The Local Traveller ONE News
ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up
TLIETA 23-11
nies kellha wkoll. Xogħolha tappoġja lill-familjari tal-mejjet u trid tara kif ser tgħinhom. Tħossha f’responsabbiltà li f’dawk il-mumenti tagħti sapport u servizz lill-familjari. Ħallejt f’idejha sabiex telabora dwar x’tip ta’ sapport u servizz toffrilhom. “Kull funeral għandu l-istorja tiegħu u aħna nagħmlu dak kollu li huwa possibbli fil-kapaċità tagħna sabiex il-persuna jkollha ċelebrazzjoni tal-ħajja kif jixirqilha.” Bniedem avżat, nofsu armat Fil-fatt, maż-żmien, skopriet li hija passjoni naturali tagħha li tipprepara għal dan il-jum speċjali fejn il-familjari jinġabru biex jagħtu tislima xierqa lil dak li miet. Tħoss li ħafna għadhom jibżgħu jitkellmu fuq il-mewt, bħal donnu tabù. Tixtieq li din il-perċezzjoni titkisser. “Kulħadd jaf li ċ-ċirku naturali tal-ħajja huwa wieħed li jibda mat-twelid tagħna u jispiċċa mal-mewt. Nifhem li huwa iktar eċitanti li nitkellmu fuq it-twelid, filwaqt li huwa kemxejn skomdu għalina li naħsbu fuq tmiem ilħajja. Nemmen b’konvinzjoni kbira, li kieku naqraw iktar fuq il-mewt u niddiskutuh b’mod iktar naturali, aħna jirnexxilna naffaċċjaw il-mewt tagħna stess u tal-għeżież tagħna b’ħafna inqas biża’. Biex nipprova nkisser dan it-tabù, waqt ix-xogħol tiegħi nirsisti ħafna fuq it-tfal fil-familji li niltaqa’ magħhom. Importanti li nirrispondu kull domanda li jista’ jkollhom u ma niddejqux nibku u nuru l-veru emozzjonijiet quddiemhom.” Ta’ min jgħid ukoll li Miran għandha xewqa personali li tkun l-ewwel organizzatriċi tal-funerali ta’ livell profess-
jonali f’Malta. Kif qaltli hija stess, ix-xogħol ta’ kummissjonanta tal-funerali huwa sensittiv immens għaliex aħna niltaqgħu man-nies fl-agħar mumenti ta’ ħajjithom. “Importanti ħafna li l-familji speċjalment, isibu dik il-persuna professjonali li tista’ tgħinhom u tiggwidahom. U din hija proprju l-ħolma tiegħi – li nkun l-ewwel persuna f’Malta li nista’ noffri dan is-servizz fuq livell professjonali. Ħa nikkwalifika proprju fuq hekk: biex ngħin lill-familji li għadhom kif sofrew telfa għażiża. Bħala professjonista fil-qasam tassaħħa, nixtieq nara li l-affarijiet isiru b’iktar professjonalità f’dawn is-sitwazzjonijiet tassew delikati.” Fatt magħruf f’Malta u Għawdex huwa li mal-20 persuna fis-sena ma jkollhomx min jidfinhom. Realtà li hija tassew waħda ta’ qsim il-qalb li titratta s-solitudni tal-ħajja. Hija ħasra li xi katavri ma jkun hemm ħadd waqt il-funeral u l-korteo jkun vojt, u għat-talb jew għall-quddies ma jkun hemm ħadd. Il-ħolma tagħha hija li ħadd ma jispiċċa f’din is-sitwazzjoni, għaliex l-ebda persuna ma jistħoqqilha tispiċċa l-ħajja fuq din l-art b’dan il-mod. Fl-aħħar nett, xtaqet tħalli messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Xogħli jġegħelni naprezza kemm il-ħajja hija rigal u hija prezzjuża! Ejjew niċċelebraw kull mument li qegħdin ngħixu u nippruvaw ma nieħdu xejn forgranted. Bħal kulħadd, aħna jkollna l-mumenti inqas tajbin ukoll. Però, inżommu f’moħħna, li bl-imħabba u bis-sapport talħbieb u l-familji tagħna, kollox jgħaddi u huwa proprju hawnhekk fejn aħna nikbru bħala persuni,” temmet tgħid.
TNEJN 22-11
13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:30 18:30 19:15
06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30 12:35
ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita
ĦAMIS 25-11
ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita
SIBT 27-11
ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Mill-Chcina ta’ Dari Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Ieqaf 20 Minuta Attivita’ Politika
ĠIMGĦA 26-11
ĦADD
24
21.11.2021
reċensjoni tal-ktieb
MITT ELF ISEM IEĦOR Jules vloger popolarissima online – eluf ta’ teenagers isegwu l-vloggs tagħha dwar ħajjitha u jaspiraw li jkunu perfetti bħalha. Fuq in-naħa l-oħra tal-iscreen hemm Manda, li kulma għandha Jules hi m’għandhiex. U Manda tant tixtieq tkun bħal Jules u l-ħin kollu ssegwiha u tipprova ssir Jules. “Iva, f’Jules għoġobni dak kollu li jien m’għandix. F’Jules għoġobni kollox għax jien m’għandi xejn. Imma mhux vera, jien ma nixtieqx inkun bħal Jules. Jien nixtieq inkun Jules. Nixtieq li kulħadd flok isejjaħli Manda, jibda jsejjaħli Julia, Jules jew b’mitt elf isem ieħor.” Din l-ossessjoni, li tikkonsma ruħha minn naħa għall-oħra tal-iscreens, hija l-bażi tar-rumanz Mitt Elf Isem Ieħor: Happy Vegan Girl Jules ta’ Lon Kirkop. Fl-2013, biex jindirizza n-nuqqas ta’ kotba għall-adolexxenti bil-Malti, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien ma’ Aġenzija Żgħażagħ nieda l-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għażŻgħażagħ. U ta’ kull sena, l-aqwa ktieb ġdid miktub għaż-żgħażagħ jiġi ppubblikat biex l-ixkaffa ta’ kotba għall-adolexxenti tkompli dejjem timtela. Dis-sena, ir-rumanz ġdid rebbieħ hu Mitt Elf Isem Ieħor tal-kittieb emerġenti Lon Kirkop. Kirkop, pittur u awtur ta’ diversi drammi, hawn midd idejh għall-ewwel darba għall-kitba ta’ rumanz. B’riżultati eċċellenti tant li l-ktieb, li ħareġ proprju għall-Festival tal-
Ktieb li sar reċentement ġewwa Ta’ Qali, kien is-suċċess bla mistenni tal-Festival. Li tant ħakem l-interess u l-kurżità tal-qarrejja kien kemm ir-rumanz hu frisk, mexxej u provokattiv fl-istess waqt. Ir-rumanz jittratta l-ossessjoni li tant minna għandna għal dak kollu li hu diġitali, dak li jiġi trażmess lilna mill-midja soċjali. Il-karattri ta’ Mitt Elf Isem Ieħor qed jgħixu – l-istess bħalna – realtà ta’ ħajja fejn aħna esposti 24/7 għal immaġnijiet li jidhru “perfetti” online, ta’ nies li jippreżentaw verżjoni pperfezzjonata tagħhom infushom. Ir-rumanz hu miktub apposta għall-adolexxenti. Jitkellem dwar il-biżgħat tagħhom, dwar l-aspirazzjonijiet u dak li jgħaddu minnu. Jitkellem, fuq kollox, bil-lingwaġġ tagħhom: lingwaġġ ta’ messaġġi u group chats WhatsApp, ta’ Instagram u TikTok u vloggs. Il-preżentazzjoni grafika tar-rumanz, xogħol l-awtur stess flimkien mad-disinjatur tal-kotba Pierre Portelli, tkompli tagħti lir-rumanz laqta kontemporanja, bejn il-ktieb u l-feeds tal-midja soċjali. Mitt Elf Isem Ieħor huwa rumanz li se jibqa’ jinqara u jissemma, anki għax jiġbor fih l-essenza tar-realtà diġitali li l-adolexxenti tallum qed jgħixu. Mitt Elf Isem Ieħor, pubblikazzjoni Merlin Publishers, jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online – b’pustaġġ lokali b’xejn – minn merlinpublishers.com.
Mistoqsija: Għal min hu miktub l-iktar dan il-ktieb u dwar xiex jitkellem? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb MITT ELF ISEM IEĦOR. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 28 ta’ Novembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb MASKRI U MISTERI hija:
V. AQUILINA - MOSTA
01 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm-il familja bbenefikat mill-iskema ta’ Social Loans li tnediet f’Ġunju 2020?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
Rebbieħ: E. MANGION - IL-QRENDI
25
21.11.2021
L-ANĠLU TAL-MEWT TA’ TEXAS Infermiera li toqtol minflok issalva
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
Vickie Dawn Carson Jackson hija qattiela tal-massa Amerikana li fi żmien xahrejn qatlet minn tal-inqas 10 pazjenti fl-Isptar Ġenerali ta’ Nocona f’Texas. Carson Jackson qatlet lill-vittmi billi tathom doża qawwija ta’ rilassant tal-muskoli. Hi ċaħdet li qatlithom iżda nstabet ħatja xorta bis-saħħa tal-evidenza li nġabret kontriha u weħlet għomorha l-ħabs. Min kienet Vickie Dawn Carson Jackson Vickie Dawn Carson Jackson twieldet fit-13 ta’ Frar tal-1966 f’Montague County f’Texas fl-Istati Uniti. Ma hemm xejn magħruf dwar it-trobbija u l-edukazzjoni ta’ Carson Jackson ħlief li kienet ilha taħdem bħala infermiera mill-1989. Hi ħadmet f’diversi sptarijiet u saħansitra ħadmet f’dar tal-anzjani fit-Tramuntana ta’ Texas sakemm ma sabet xogħol fl-Isptar Ġenerali ta’ Nocona fis-sena 2000. Dan l-isptar kien jieħu ħsieb pazjenti anzjani li kellhom mard ħafif u kien meqjus bħala wieħed millaqwa sptarijiet. Jibdew l-imwiet misterjużi Bejn Diċembru tal-2000 u Frar tal-2001, l-isptar kellu għadd kbir ta’ mwiet ta’ pazjenti li kellhom bejn 65 u 100 sena. Il-ħaġa stramba kienet li l-pazjenti kienu f’qagħda stabbli u f’saħħithom qabel ma mietu. Għall-bidu kien maħsub li l-anzjani mietu għax kellhom l-età u b’hekk ma kellhomx sistema immunitarja b’saħħitha. Iżda din it-teorija sfaxxat fix-xejn hekk kif beda jinxtered l-għajdut li xi ħadd kien qiegħed joqtol lil dawn il-pazjenti. Kien għalhekk li l-amministratur talisptar, Charles E. Norris, ikkuntattja lil spiżjar biex jgħarrfu dwar xi diskrepanzi li nnota waqt li bdew imutu l-pazjenti. Norris qal li kien hemm għadd kbir ta’ fliexken ta’ rilassant tal-muskoli li għosfru u għall-bidu ntqal li jaf kien żball fl-inventarju peress li dan ir-rilassant tal-muskoli ma kienx meqjus bħala sustanza li twassal għall-mewt. Wara l-konsulta mal-ispiżjar, Norris ordna li l-vettrini li kien hemm maħżun fihom dan ir-rilassant tal-muskoli għandhom jissakkru. Norris innota wkoll li ħafna mill-imwiet seħħew f’lejl wieħed ma’ grupp ta’ ħaddiema partikolari u b’hekk għarraf lill-pulizija. Il-pulizija lokali, it-Texas Rangers u l-FBI ħadmu flimkien biex jaraw kif iktar minn 20 pazjent inqatel b’doża tar-rilassant tal-muskoli. Waqt li kienet għaddejja l-investigazzjoni, fil-ġurnali xxandret aħbar fejn pazjent li kien l-isptar, Donnelley Reid ta’ 61 sena, akkuża lil Vickie Dawn Carson Jackson li injettatlu xi ħaġa fid-dripp. Reid salva għax għenitu infermiera oħra iżda miet wara xahrejn b’kumplikazzjonijiet oħrajn.
Ġimgħa wara din l-aħbar, il-familja ta’ Boyd Bruce Burnett ta’ 87 sena, fetħu kawża lill-isptar hekk kif allegaw li Carson Jackson tat injezzjoni lil missierhom li wasslet għall-mewt tiegħu. L-arrest Carson Jackson tkeċċiet mill-isptar u fis-16 ta’ Lulju tal-2002 ġiet arrestata mixlija b’erba’ omiċidji. Waqt tfittxija fid-dar tagħha, il-pulizija sabu r-rilassant tal-muskoli li injettat fil-pazjenti. Wara li ġiet arrestata, il-pulizija baqgħu jinvestigaw u jagħmlu l-awtopsji fuq il-pazjenti biex ikomplu jibnu l-każ kontriha. Fil-fatt, sa ma wasal il-ġuri, Carson Jackson ġiet mixlija b’6 omiċidji oħrajn, b’total ta’ 10 omiċidji. Kien hemm aġent speċjali tal-FBI li xehed kontra Carson Jackson. David Burns qal li waqt l-interrogazzjonijiet, Carson Jackson tatu x’jifhem li qatlithom għax kienu “jridu wisq” u b’hekk kienu jirrabjawha. Hu saħaq li hi pruvat tweġġa’ żewġ pazjenti oħrajn, waħda ta’ 14-il sena u oħra ta’ 40 sena. Għalaq billi qal li meta staqsieha għalfejn qatlithom, hi wieġbet li ma kinitx taf ir-raġuni. Kien għalhekk li nstabet ħatja ta’ 10 omiċidji u weħlet għomorha l-ħabs. L-10 vittmi kkonfermati kienu Donna Alice Jennings ta’ 100 sena, Sanford Ray Mitchell ta’ 62 sena, James Wesley Gore ta’ 80 sena, Jimmy Ray Holder ta’ 65 sena, Dorothy Jean Vandenburg ta’ 78 sena, J.T. Nichols ta’ 80 sena, John Walter Williams ta’ 78 sena, Omo Ovella Glenn Wyler ta’ 95 sena, Orvel Lee Moore Jr ta’ 82 sena u Everett E. Jackson ta’ 92 sena. Vickie Dawn Carson Jackson qed tiskonta s-sentenza tagħha fil-Christina Melton Crain Unit f’Gatesville. Hi għandha ċans għall-parole fl-2042.
26
21.11.2021
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
21.11.2021
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 408
A. VELLA - BIRKIRKARA
MIMDUDIN: 1. Bħali (5) 4. Il-mara ta’ (4) 7,9. Mhux lest (5) 9. Ara 7 10. Swali żgħar (6)
Bi 3 NUMRI B’4 NUMRI 073 0711 128 1264 198 1392 415 1660 515 1758 608 3758 718 3979 758 4001 791 4069 951 6226 6759
7072 7396 7736 9174 9837 B’5 NUMRI 01597 04605 07963 11376 11692
15271 18111 19096 21631 25167 28277 33564 36691 41351 45275 48177 53143
60011 60161 62439 64630 81232 84512 86232 87809 91719 96451 99961
B’6 NUMRI 1091510 317105 5791381 631169 7950223 721286 751108 B’9 NUMRI 769445 057810695 780717 098171016 890135 234586797 897898 B’10 NUMRI B’7 NUMRI 7600860056 0303790 8372199767
12. Qajmet storbju sħiħ f’Wied il-Għajn (6) 16. Kunjom (3) 18, 21W. Jixħet (5) 19. Frott (3)
WEQFIN: 1. Kompli l-qawl: 5,11. F’Santa Luċija (5) iżra’ fin-niexef u 6. fil-............ (6) 2,12W. Bla ġenituri (5) 8. 3,23. Ħadulhom posthom 11.
20. 21. 23. 24.
Qalleb il-ħamrija (5) Nimxu fuqha (3) Ara 3 Mhix qasira (5)
12. 13. 14. Għamel 15. bħall-għasfur (3) 17. Ġie minn pajjiż 21. ieħor (9) 22. Ara 5
Ara 2 Jonfoħ dan (3) Jirreċtaw (6) Xbieha (6) Iris Agius Rapa (1,1,1) Ara 18 Kunjom (3)
it-tissues (7) Mitilha r-raġel
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Libsa, 4.Ċatt, 7,17.Garbo, 9.Ċen, 10.Armata, 12.Barokk, 16.Ara, 18,23. Ugwali, 19,22.Bagoll, 20.Mnara, 21.Hoo, 24.Ittri
WEQFIN: 1.Luċija, 2,5.Banana, 3,6.Agatha, 8.Arroganti, 11.Da, 12,13.Barun, 14.Kbarat, 15.Igawdi, 21.How
28
21.11.2021
IL-PN BEJN ĊIKKU U BRIKU Editorjal
Dawk fil-qalba tal-PN stess u li sena ilu ġew konvinti bil-“ħtieġa” li jitwarrab il-Kap wara tliet snin, qed jintebħu xi żball irrepetew meta reġgħu taw il-fiduċja lill-istess klikka li kienet wasslet għad-diżastru ta’ tmien snin ilu
Wara tmien snin u tliet kapijiet ġodda, il-Partit Nazzjona lista xorta baqa’ mitluf. Anzi llum jinsab mitluf ferm iżjed milli diġà kien qabel tniżżel mill-poter fl-2013. Kif ingħad diversi drabi, inkluż hawnhekk, ir-raġuni għal dan ilhom jafuha sa minn dakinhar. Saħansitra kellhom rapport sħiħ dwar dan, li ġie kkummissjonat minnhom stess. Minkejja dan, beżgħu jif tħuh u wisq aktar jattwawh meta skoprew biex ġej. Il-fatt li llum għadu jibbaża u anke jirraġuna bl-istess boxxla identika ta’ dawk iż-żmini jiet ġabu lill-Partit dekadenti u anke prattikament irrelevanti f’għajnejn aktar nies, inklużi Nazzjonalisti ferventi. Ma tridx tkun għaref biex tirrealizza li politika b’mentalità simili ma tista’ qatt ittejjeb l-għajxien tiegħek u tal-għeżież tiegħek. Għaldaqstant, ħafna aktar qed jaqbżu d-dgħajsa Nazzjona lista u jħallu lil dawk, li jedhew jisimgħu l-istess mużika stunata, jibqgħu jinbelgħu mill-ħalel taż-żminijiet. Illum li l-ħidma politika għall-ġid tas-soċjetà
ngħatat u għandha valur ferm akbar, kif jixraq, bi standards li ma konniex imdorrijin bihom taħt Gvernijiet Nazzjonalisti, iżjed ċittadini qegħdin iħarsu b’għajnejn, forsi differenti milli kienu sa ftit ilu, lejn mergħat li qed iwasslu għal ġid kbir. Dawn ukoll ma jistagħġbux meta llum qed jaraw lill-PN jitħabbel fit-truf tiegħu stess. Pjuttost ma jistennewx aħjar. U proprju kif rajna fl-aħħar jiem u kif qed nirrapportaw anke llum, Nazzjonalisti sinċieri jaraw li l-Partit, li dejjem ħaddnu, għandu d-destin tiegħu mmarkat u l-affarijiet mhuma xejn sbieħ. L-aħħar saga relatata maddeċiżjoni biex tittieħed pożizzjoni fuq il-liġi ġdida dwar l-użu responsabbli tal-kannabis, li bdiet tiġi diskussa din il-ġim għa fil-Parlament, kompliet tikxef iżjed l-għawar tad-Dar Ċentrali. Il-pompożità u l-ego ċentriżmu ta’ Bernard Grech jaħtu daqs l-arroganza u s-sens ta’ superjorità li għandhom dawk li poġġewh hemm fl-ewwel lok. U issa bil-“karti” ta’
bejniethom ukoll imqattgħin fil-pubbliku, l-inkwiet seta’ biss jiżdied. Wara li kien falla l-appuntament tal-White Paper rispettiva biex jikkummenta, Grech ħoloq working group biex jipprova jiġbor ġieħu fil-liġi l-ġdida. Minkejja dan, kif ġie rrappurtat b’mod estensiv f’diversi mezzi tal-midja, id-diverġenzi estremi fi ħdanu għamluha impossibbli li jintlaħaq xi kompromess xi darba. Il-membri tiegħu, minflok, farfru r-responsabbiltà f’ħoġor il-Grupp Parlamentari biex jiddeċiedi hu. Iżda, kif inhu magħruf ukoll, hawn ma nstabitx lanqas l-animożità. Almenu jista’ jingħad li dan il-grupp iltaqa’ xi drabi, kontra l-każ ta’ working group ieħor li suppost kellu jfassal il-politika Nazzjonalista għal waqt il-pandemija tal-COVID-19. Minbarra li nħoloq sena tard, kellna niskopru li fil-verità dan m’għamilx pass wieħed ’il quddiem, għajr biex jieħu ritratt. Inħoloq għal għajn in-nies jew aħjar biex jitmejlu bin-nies, avolja probabbilment kienu
wkoll jispiċċaw bit-trikki trakki bejn dawk li m’emmnux li t-tilqima soluzzjoni u oħrajn li jaħsbuha mod ieħor. Ir-riżultat ta’ dan kollu kien li Grech spiċċa jiżvoga fid-de putati tiegħu għax qies li dawn qed joħonqulu ħidmietu u, bilmaqlub, dawn ġew irrapportati jgħidu li huma mxebbgħin bih kull darba jmur quddiemhom wara li jkun fattarha u ntrabat b’pożizzjoni. Din hi biss tgħaffiġa waħda li qed tankra lill-PN fil-proble mi dejjem jikbru tiegħu. Dawk fil-qalba tal-Partit stess u li sena ilu ġew konvinti bil“ħtieġa” li jitwarrab il-Kap wara tliet snin, qed jintebħu xi żball irrepetew meta reġgħu taw il-fiduċja lill-istess klikka li kienet wasslet għad-diżastru ta’ tmien snin ilu. Din il-mostrożità ta’ nuqqas ta’ kompromessi, instigata primarjament minn ċorma żgħira li biddlet lill-Partit fil-fewdu tagħha fl-istil tal-Medjuevu, qed iċċaħħad lill-pajjiż minn Oppożizzjoni denja kif titlob il-Kostituzzjoni tagħna.