JITKELLEM PATRI ĠWANN XERRI MILL-BRAŻIL
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 22 ta’ Mejju, 2016
Ikompli f ’paġnaAra paġna 7
Ħarġa Nru 1,193 Prezz €1
PACE ĠIE JAQA’ U JQUM MILL-PARIR TA’ FRENDO • TIKBER IL-PRESSJONI BIEX JIRRIŻENJA L-aġir tal-Kummissarju għall-Ambjent, David Pace, flaħħar snin imur għalkollox kontra parir li kien ta l-eksSpeaker tal-Parlament Michael Frendo. Parir ċar u bil-miktub mibgħut lill-eks-Ombudsman Joseph Said Pullicino li taħt it-tmexxija tiegħu Pace baqa’ jaġixxi b’mod li qajjem kwistjonijiet etiċi kbar; xi ħaġa li wasslet biex għand l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż wasal ‘file’ anonimu biddettalji ta’ kif Pace baqa’ għaddej b’xogħol bi qligħ wara li nħatar fl-Uffiċċju tal-Ombudsman – kariga li suppost titlob imparzjalità kbira. Dokument li għandha f ’idejha l-gazzetta KullĦadd jindika b’mod ċar li l-eksSpeaker Michael Frendo kien ta parir bil-miktub biex ma jsirx xogħol filprivat li jista’ jitfa’ dell ikrah fuq innies maħtura fl-Uffiċċju tal-Ispeaker. Ikompli f ’paġna 4
PROMOZZJONIJIET MERITOKRATIĊI
IL-KABINETT SE JIDDISKUTI L-PROPOSTA TAL-FKNK
300 KAŻ TA’ INĠUSTIZZJA F’SITT SNIN Minn sistema ta’ promozzjonijiet għas-suldati li kienet ħolqot mijiet ta’ inġustizzji, issa hemm sistema ġdida li hi trasparenti u maħduma biss fuq il-meritokrazija. B’differenza ta’ dak li kien isir fl-imgħoddi, fejn bejn l-2009 u l-2015 kienu konklużi kważi 300 każ ta’ inġustizzja, minn din is-sena l-promozzjonijiet se jsiru abbażi sistema trasparenti ta’ punteġġi li jirċievi kull suldat skont il-ħidma tiegħu. Ara paġna 2
Il-proposta tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK), li jkun hemm moratorium fuq il-kaċċa fuq il-gamiema, mistennija tkun diskussa fil-Kabinett tal-ġimgħa d-dieħla, li normalment jiltaqa’ f ’nofs il-ġimgħa. Kien kelliem għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru li kkonferma dan mal-gazzetta KullĦadd meta mitlub jirreaġixxi għall-proposta li saret mill-Federazzjoni tal-Kaċċaturi li kienet appoġġjata wkoll millGħaqda Kaċċaturi San Ubertu. Ikompli f ’paġna 8
02 22|05|2016
kullhadd.com
LOKALI
SISTEMA ĠDIDA TA’ PROMOZZJONIJIET MERITOKRATIĊI GĦAS-SULDATI Minn sistema ta’ promozzjonijiet għas-suldati li kienet ħolqot numru kbir ta’ inġustizzji issa hemm sistema ġdida li hi trasparenti u maħduma biss fuq ilmeritokrazija. Din ħadet post is-sistema antikwata li kienet waslet sabiex, bejn l-2009 u l-2015, ikunu konklużi b’kollox 291 każ ta’ inġustizzji mas-suldati tal-Forzi. Dawn il-każi kienu konklużi mill-Ombudsman jew mill-bord maħtur apposta. B’differenza ta’ dak li kien isir fl-imgħoddi, din is-sistema l-ġdida ta’ promozzjonijiet introduċiet il-kunċett li suldat irid ikun laħaq ċertu punteġġi bażiċi biex ikun jista’ jieħu promozzjoni. Introdotta lejn l-aħħar tassena li għaddiet u mdaħħla fisseħħ din is-sena, din neħħiet is-suġġettività u suldat issa jaf x’punti jista’ jġib f ’kull eżerċizzju, u kemm attwalment ikun ġab. Dan għax il-punteġġi qed jingħataw biss skont ilmertu tas-suldat f ’dak kollu li jagħmel u li tiegħu jkun jaf kemm ġab punteġġi. Għal gradi oħrajn, li bejniethom ikun hemm qabża fir-responsabbiltajiet mistennija, iddaħlu ċertu korsijiet fuq bażi professjonali li jippreparaw lil dak li jkun għall-grad li fih ikun se jkun promoss. Fil-fatt, hawnhekk bħalissa qed isiru diskussjonijiet
Ritratt: DAVID BUGEJA | PUBLIC AFFAIRS OFFICE sabiex dawn il-korsijiet jiġu ekwivalenti f ’livell 4 millMQRIC, u għaldaqstant b’ċertifikat rikonoxxut għassuldat għal meta jispiċċa millForza. Dan jikkuntrasta ferm mal-proċeduri użati flamministrazzjoni preċedenti, fejn fis-sena 2009 kienet iddaħħlet sistema fejn il-
promozzjonijiet kienu joħorġu meta jidhirlu l-Kap Kmandant u ġieli damu ħames snin. B’din is-sistema l-assessjar kien isir mill-uffiċjal ta’ fuq is-suldat li kellu d-diskrezzjoni kollha ta’ kemm jagħti punteġġi lissubordinati eliġibbli tiegħu. B’hekk seta’ faċilment jilgħab bil-punti kif ried hu u dan kien joħloq ħafna allegazzjonijiet ta’
inġustizzji. F’dan ir-rigward, minn informazzjoni li għandha l-KullĦadd, is-Soldier’s Career Handbook tal-Armata, ġie wkoll aġġornat ma din ilproċedura oġġettiva li tpoġġi lis-suldat, għall-ewwel darba, fil-biċċa l-kbira tal-kontroll talprogressjoni tiegħu fil-gradi. Dan huwa manwal ta’ għarfien
għas-suldati fejn fih hemm elenkat informazzjoni dwar kif jista’ javvanza fil-karriera tiegħu. Fih hemm spjegat ukoll ir-rekwiżiti biex persuna tkun eliġibbli għal promozzjoni u l-metodoloġija użata fl-għadd tal-punti. Din l-għodda li qed telenka lis-suldat il-kwalifikazzjonijiet, l-esperjenza, l-għarfien u ż-żmien meħtieġa biex jimxi għall-pass li jmiss, hija żgur inizjattiva innovattiva li qed tipprovdi lis-suldati l-aħjar prospettivi fl-iżvilupp talkarriera militari tagħhom. Ikkuntattjat minn din ilgazzetta għall-kummenti tiegħu, il-Ministru għallIntern Carmelo Abela sostna l-importanza li s-suldat mhux biss jingħata l-għodda meħtieġa biex ikun jista’ javvanza fil-karriera tiegħu permezz ta’ taħriġ ta’ livell għoli u apparat teknoloġiku, imma li saħansitra s-sistemi li jkunu adottati jagħmlu dan ilprogress possibbli. Mistoqsi fuq il-każi talinġustizzji, huwa tkellem fuq il-ħidma ta’ dan il-Gvern biex issir ġustizzja ma’ dawk li batew inġustizzji fil-passat. Semma kif dan ma kienx l-ewwel eżerċizzju tan-natura tiegħu u hawn elenka kif ftit tal-ġranet ilu beda l-proċess biex 30 pulizija jirċievu rimedju għal inġustizzji li sofrew f ’amministrazzjoni preċedenti.
IKTAR MINN 6,000 SID TA’ VETTURI MĦEĠĠA JAPPLIKAW GĦAR-RIFUŻJONI TAL-VAT
Għat-tielet darba f ’din illeġiżlatura, il-Gvern se jkun qed iżomm il-wegħda li għamel sa minn meta kien għadu flOppożzzjoni; dik li jħallas lura liċ-ċittadini t-taxxa inġusta li kienu ħallsu fuq vetturi li xtraw. Permezz ta’ din id-deċiżjoni, il-Gvern wera li din ma kinitx sempliċiment gimmick biex jirbaħ l-elezzjoni ġenerali, bħalma kien intqal mill-Partit Nazzjonalista illi, kieku kien għalih, dawn ilflus ma tħallsux lura. Din is-sena hemm baġit ta’ €4.3 miljun allokati għall-għotjiet li se jitħallsu lil sidien ta’ vetturi li rreġistraw il-vettura tagħhom fl-2005. Transport Malta, taħt il-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura, se tkompli l-iskema ta’ għotja ta’ taxxa żejda li tħallset fuq il-vetturi sakemm dawk kollha li ngidmu jieħdu flushom lura; ammont li se jitħallas f ’pagament wieħed permezz ta’ ċekk. Matul dawn il-ġranet ġew impostati 6,171 ittra lis-sidien eliġibbli tal-vetturi rreġistrati bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2005. Fl-ittra,
l-applikanti li rreġistraw ilvettura tagħhom, qegħdin ikunu notifikati bil-miktub għal din l-iskema biex jivverifikaw id-dettalji personali tagħhom, jiffirmaw u jibagħtu l-formola tal-applikazzjoni lura lil Transport Malta sa mhux aktar
tard mid-29 ta’ Lulju 2016. L-istess proċess se jiġi adottat għas-snin konsekuttivi għallvetturi rreġistrati sas-sena 2008, sakemm il-pagamenti kollha lillapplikanti eliġibbli jkunu tħallsu. Jirriżulta li s’issa l-ammont totali li ngħata lura fi flus permezz tar-
refużjoni tat-taxxa tal-VAT fuq reġistrazzjoni tal-vetturi kien ta’ €3,274,480.00 fis-sena 2014, filwaqt li fis-sena 2015 ngħata l-ammont ta’ €2,315,847.57. Filwaqt li bejn is-sena 2014 u s-sena 2015, 29,126 persuna ħadu pagament ta’ €110 jew
ta’ €55 bħala refużjoni exgratia ta’ VAT fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi, fissena 2015 kien hemm 3,336 persuna li ħadu l-ħlas kollu dovut bħala refużjoni ta’ VAT fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi reġistrati bejn l-1 ta’ Mejju u Diċembru 2004. Sidien ta’ vetturi li kienu rreġistraw vettura għall-użu personali bejn il-perjodu tal1 ta’ Mejju 2004 u l-31 ta’ Diċembru 2005 u li huma eliġibbli għall-iskema iżda li ma kinux applikaw matul issena 2014 jew 2015, jistgħu xorta jissottomettu formola tal-applikazzjoni (li tista’ tiġi miksuba minn Transport Malta) sad-29 ta’ Lulju 2016. Filwaqt li dawk il-persuni li kienu applikaw fl-2014 u llum ġew nieqsa, jistgħu japplikaw l-eredi tagħhom. Għal iktar informazzjoni jew assistenza wieħed jista’ jċempel fuq il-Freephone 8007 2373 mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it8.00am u t-3.00pm, jew jibgħat email lil: grantscheme.tm@ transport.gov.mt
LOKALI
kullhadd.com
22|05|2016 03
KIEN JOE SALIBA LI DAĦĦAL LIL BORG HEDLEY FIL-MINISTERU TAL-FINANZI
Kien Joe Saliba, l-eksSegretarju Ġenerali talPartit Nazzjonalista u l-isem sinonimu mal-famuża JS List, li avviċina lil Noel Borg Hedley biex jaħdem fil-Ministeru tal-Finanzi taħt Tonio Fenech. Dan stqarru Borg Hedley nnifsu meta kien qed jixhed f ’kawża ta’ libell li Tonio Fenech fetaħ lill-midja. Noel Borg Hedley xehed li kien jinsab bla xogħol, meta Joe Saliba ċempillu biex jistaqsih jekk huwiex interessat li jaħdem filMinisteru ta’ Fenech; fejn sussegwentement beda
jaħdem f ’April 2004. Fl2010 Borg Hedley, li kien is-Segretarju Privat filMinisteru ta’ Tonio Fenech, ammetta mal-Pulizija li kien irċieva rigali mingħand l-aħwa Montebello, sidien ta’ dik li kienet il-lukanda Jerma. Borg Hedley qatt ma deher komdu jgħid għalfejn ingħata l-flus, u l-verżjonijiet dwar ir-raġuni għall-għoti tarrigali kienu diversi. Fil-bidu Borg Hedley ammetta li kien irċieva rigali għall-kampanja ta’ Tonio Fenech u għallPartit Nazzjonalista u, iktar tard, żied li kien irċieva wkoll
…kienu ċempluli għax kont qiegħed bla job u talbuni biex…jekk irridx naħdem fis-segretarjat… Ċempilli Joe Saliba kien, niftakar.
rigali għalih innifsu biex jintervieni f ’multi li l-aħwa Montebello kellhom iħallsu lid-dipartimenti tal-Gvern. Is-serjetà tal-każ kienet żdiedet meta sar magħruf li l-kuntratturi Montebello kienu qed jagħmlu xogħol fuq ir-residenza privata ta’ Fenech “bi pjaċir”. Dan ġie allegat minn sub-contractor li kien qed jagħmel dan ix-xogħol għall-aħwa Montebello u li ma tħallasx, għax intqal lilu li x-xogħol kien sar bi pjaċir sabiex Fenech jgħin lill-kuntratturi fil-bejgħ talJerma, liema bejgħ baqa’ qatt ma sar. Min-naħa tiegħu, Joe Saliba jibqa’ magħruf bħala l-amministratur tal-finanzi tal-Partit Nazzjonalista matul ħafna mis-snin li dan il-partit dam fil-Gvern. Il-lista ta’ negozjanti u kuntratturi li kienu jagħtu d-donazzjonijiet lill-Partit Nazzjonalista saħansitra ssemmiet għal Saliba nnifsu, u hija magħrufa bħala l-JS List. Is-sehem ta’ Saliba jidher li ma kienx limitat biss għallfinanzi tal-partit hekk kif, skont ix-xhieda ta’ Borg Hedley, Saliba kien jagħżel ukoll persuni speċifiċi biex
Tas-Sur Fenech… iva, iva…dejjem fuq struzzjonijiet tiegħu jiena Sur Maġistrat tal- kamra tas-Sur Fenech”. Hedley baqa’ jsostni wkoll li dejjem aġixxa fuq Ma jiċħadx li Fenech struzzjonijiet ta’ Fenech kien jiltaqa’ mal-aħwa innifsu. Dan meta beda jispjega l-appuntamenti Montebello fil-Ministeru li kienu jsiru għall-aħwa fil-Ministeru, Fix-xhieda tiegħu Borg Montebello Hedley ma ċaħadx li l-aħwa u meta kien jiċċekkjalhom Montebello kien ikollhom xi ħlasijiet pendenti li laqgħat privati mal-Ministru kellhom mad-dipartimenti. Fenech fl-uffiċċju tiegħu. Hedley lanqas ma ċaħad l-aħwa Montebello Mistoqsi jekk kienx ikun li jiġu l-Ministeru preżenti fil-laqgħat bejn kienu Fenech u l-aħwa Montebello, b’ċekkijiet biex jiffinanzjaw Borg Hedley wieġeb: “Qatt.” il-kampanji ta’ Fenech u Dan wara li ddikjara li hu ma l-Partit Nazzjonalista, iżda kien jaf xejn dwar il-problemi sempliċiment sostna li ma tal-Jerma għax “qatt ma kont jafx u ma jiftakarx kemm-il involut f ’ebda meeting fil- darba ġew b’dawn iċ-ċekkijiet. jaħdmu Finanzi.
fil-Ministeru
04 22|05|2016
kullhadd.com
LOKALI
IWIEĠEB WARA LI L-KAŻ ĦAREĠ FIL-MIDJA ALEANDER BALZAN
aleander.balzan@one.com.mt
Tkompli minn paġna 1 “Jiena tal-fehma li fl-aħjar interess tal-Uffiċċju talOmbudsman u tal-fiduċja talpubbliku f ’tali uffiċċju, biex ikun evitat kull ekwivoku jkun għaqli li l-ombudsman u l-kummissarji nominati taħt l-Att dwar l-Ombudsman m’għandhom jagħmlu l-ebda ħidma oħra għal qligħ jew rikompens ieħor, anke jekk din il-ħidma ssir b’mod okkażjonali,” kien kiteb l-Ispeaker Frendo. Frendo kien iċċara wkoll li artikli dwar konflitt li jinsabu fil-liġi dwar l-ombudsman jgħoddu wkoll għallkummissarji. Minkejja dan, Pace ġie jaqa’ u jqum u baqa’ għaddej jagħmel xogħol bi qligħ. Il-Kummissarju għallAmbjent fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman kien konxju
bit-tagħrif li wasal dwaru, iżda rreaġixxa bil-miktub wara li l-każ ħareġ filmidja. F’ittra mibgħuta lillIspeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia, David Pace pprova jiġġustifika l-pożizzjoni tiegħu u saħansitra ammetta li, minbarra dak imsemmi fiddokument anonimu, għamel xogħol ieħor. Qal li f ’Lulju 2012, meta nħatar bħala kummissarju, beda jorganizza l-uffiċċju privat u l-Perit Katia Agius, li sab biex taħdem miegħu, riedet il-ħin biex issib polza tal-assigurazzjoni. Żied li, sakemm seħħ dan, il-MEPA talbet method statement b’rabta mal-permess li kien qed jintalab fuq proprjetà fil-Belt u, għalkemm kien inħatar kummissarju, aġixxa f ’isem l-applikant. “Però, kien hemm objectors li fetħu appell kontra l-ħruġ tal-permess. Għalhekk, minħabba li kellha tiddaħħal risposta fi żmien qasir,
lestejt tweġiba min-naħa talapplikant,” kiteb Pace lillIspeaker. Filwaqt li f ’ebda ħin ma’ indika li lest jerfa’ xi tip ta’ responsabbiltà, żied iktar minn hekk: “Jien kelli diversi kawżi tal-Qorti li fihom kont ġejt maħtur perit. Dawn ilperizji jien għalaqthom billi lestejt ir-rapport tiegħi, fejn l-aħħar waħda ppreżentajtha xi ġimgħat ilu,” qal Pace biex ammetta li xogħol privat għamel iktar minn dak magħruf sa issa. Però, żied li meta ħa l-kariga qalulu li seta’ jtemm ix-xogħol li kellu, anke jekk ma indikax min qallu dan. Ammetta wkoll li għad hemm kawżi fejn qed jassisti bħala perit legali. B’hekk dan kollu sar wara l-ittra ta’ Frendo. Il-każ ta’ Pace kien diġà qajjem mistoqsijiet kbar fl2012 meta Flimkien għal Ambjent Aħjar kienet qajmet oġġezzjonijiet b’rabta malapplikazzjoni fil-Belt.
STRUTTURI LEGALI BIEX JITNAQQSU L-ABBUŻI Matul is-snin instabu għadd ta’ każijiet ta’ persuni li kellhom il-blue badge u li mbagħad irriżulta li ma kinux intitolati għaliha. Dan kien isir minħabba li, sa ftit ilu, la kien hemm liġi biex tirregola dan u wisq anqas kien hemm struttura. Fid-dawl ta’ dan kollu, din il-gazzetta tista’ tikkonferma li permezz tal-liġi l-ġdida fl-għoti tal-blue badges se jkunu qed jitwaqqfu strutturi legali għal talapposta biex jitnaqqsu dawn l-imsemmija abbużi. Proprju għal dan il-għan, se jkun qed jitwaqqaf bord ta’ tliet professjonisti fil-qasam mediku, fosthom minn fiżjoterapista, tabib, kif ukoll occupational therapist. Din il-gazzetta tinsab infurmata wkoll li meta applikazzjoni tiġi miċħuda se jkun qed jingħata d-dritt tal-appell u se jkun qed jitwaqqaf bord ieħor li, fost nies differenti, se jkun hemm fuqu persuna b’diżabbiltà. Pieni għal min jikser il-liġi Minħabba li l-blue badge qatt ma kellha struttura legali, qatt ma setgħu jittieħdu ċerti passi kontra min ma kienx intitolat għaliha. Permezz ta’ din il-liġi se jkunu qegħdin jiddaħħlu reati u pieni ġodda.
Il-liġi se tkun qed titlob li l-blue badge trid tintuża biss mill-persuna intitolata għaliha jew inkella fil-preżenza tal-persuna li għandha l-blue badge. Min jinqabad juża l-blue badge mhux kif suppost se jkun qed jeħel multa ta’ €250 u mhux aktar minn €500, inkluż it-towing. Jekk persuna terġa’ tinqabad tagħmel dan ir-reat tista’ teħel multa ta’ mhux inqas minn €1,000 u mhux aktar minn €1,500, inkluż it-towing, kif ukoll tittiħdilha l-blue badge b’mod permanenti. Eliġibbli persuni ta’ inqas minn sentejn Bil-kontra ta’ kif kienet il-prassi qabel, permezz ta’ din il-liġi persuni li għandhom inqas minn sentejn se jkunu wkoll eliġibbli biex japplikaw għall-blue badge. Apparti minn hekk, se jiġu inklużi persuni li għandhom diżabbiltajiet differenti, fosthom dawk li għandhom challenging behaviour. Il-kriterji biex tingħata l-blue badge huma komuni għal dawk li jintużaw f ’pajjiżi Ewropej oħra, iżda permezz ta’ din il-liġi l-ġdida se tkun qed tingħata ħarsa aktar ħolistika biex min verament għandu bżonn il-blue badge ma jkunx imċaħħad minnha.
LOKALI
kullhadd.com
22|05|2016 05
IR-RAPPORT TAL-CARITAS
KONFERMA LI MIŻURI TAL-GVERN IMMITIGAW IŻ-ŻIEDA FL-ISPEJJEŻ
RITIANNE AGIUS erba’ snin din il-familja frankat ritianne@kullhadd.com total ta’ madwar €332 fis-sena. Koppja anzjana fl-istess xenarju It-tnaqqis fl-ispejjeż tal-familji frankat medja ta’ €319 fis-sena. bejn l-2012 u l-2015 huma kollha dovuti għal prodotti u servizzi L-anzjani jgawdu l-iktar mirli jiġu regolati mill-Gvern. roħs tal-gass u l-mediċini Dawn jinkludu tnaqqis filprezzijiet tad-dawl, l-ilma, l-gass, Relevanti wkoll kien ir-roħs filil-mediċini u l-uniformijiet. gass, li minnu frankaw l-iktar L-uniku żieda kienet fil-kirja l-anzjani, b’medja ta’ €64 inqas tal-akkomodazzjoni soċjali, fis-sena. Familji b’żewġt itfal iżda din kienet tammonta biss frankaw medja ta’ €50 fis-sena. għal €1 fi-xahar. Fil-fatt l-uniċi L-anzjani marru tajjeb ukoll prodotti u s-servizzi li raw żidiet bir-roħs fil-mediċini u t-tnaqqis konsiderevoli fl-aħħar erba’ tal-mediċini out-of-stock, hekk kif snin huma dawk dipendenti minn spiża ta’ madwar €367 fl2012, fl-2015 dawn bdew jonfqu totalment mis-settur privat. Dan kollu joħroġ minn analiżi biss €185, li jammonta għal li din il-gazzetta għamlet tal- tnaqqis fenomeneali ta’ iktar ispejjeż tal-familji hekk kif min-nofs. Inizjattiva tal-Gvern preżenti preżentati fir-rapporti annwali jorħsu l-uniformijiet tal-Caritas. Dawn ir-rapporti biex juru li fuq medda ta’ erba’ snin hija evidenti fir-rapport talil-familji bbenefikaw minn roħs Caritas, li juri roħs marġinali l-uniformijiet tat-tfal. bis-saħħa ta’ inċentivi tal-Gvern, fuq li żammew kemm jista’ jkun Familji b’żewġt itfal kienu l-ispejjeż totali ta’ kull familja jonfqu madwar €201 fis-sena fluniformijiet, liema spiża niżlet milli jogħlew iktar. għal €192.50 fl-2015. Minkejja Il-familji frankaw medja ta’ li dan it-tnaqqis jidher minimu, wieħed irid jikkunsidrah fl€389 fis-sena għall-enerġija isfond tal-prezzijiet tal-ħwejjeġ Ir-rapporti tal-Caritas jixhdu li ġenerali, li l-ispiża għalihom għal fis-settur tal-enerġija; li jinkludi familja b’żewġ ġenituri u żewġt d-dawl, l-ilma u l-gass u jeskludi itfal żdiedet ukoll marġinalment fjuwils bħal petrol u dijżil, il- minn €450 fis-sena għal €454. familji Maltin frankaw medja ta’ Dan ifisser li l-uniformijiet €389 fl-2015 meta mqabbel mal- raħsu filwaqt li l-kumplament 2012. Jekk wieħed jikkunsidra tal-ħwejjeġ għolew. wkoll ir-roħs ta’ dawk il-fjuwils li ma ġewx ikkunsidrati fir-rapport Child care mhux ikkunsidrat, tal-Caritas, l-ammont frankat tiddaħħal l-ispiża għaċovvjament ikun wieħed ogħla. ċellulari Filwaqt li fl-2012 familja ta’ żewġ ġenituri u żewġt itfal Fattur li r-rapport tal-Caritas ma kellha bżonn medja ta’ €52.42 kkunsidrax għall-finijiet ta’ dan fix-xahar għall-kont tad-dawl u l-istudju kien l-introduzzjoni l-ilma, fl-2015 l-istess familja qed taċ-child care b’xejn, li ħalla tħallas biss €23.05. Dan ifisser effett pożittiv kbir fuq familji tnaqqis ta’ €29.38 fix-xahar u bi tfal żgħar. Dawn il-familji €352.56 inqas fis-sena. Tnaqqis frankaw madwar 5,000 fis-sena simili kien esperjenzat minn għal kull wild jekk iddeċidew li familja tipika ta’ ġenitur single u jagħmlu użu mis-servizz ġdid żewġt itfal, fejn fuq medda ta’ offrut minn dan il-Gvern.
Mill-banda l-oħra, ir-rapport ippubblikat din il-ġimgħa jdaħħal spiża ġdida li ma kinitx ikkunsidrata fl-2012; dik tattelefonija ċellulari. Fid-dinja tal-lum hija diffiċli biex wieħed jgħix mingħajr mowbajl, u l-ispiża kienet ikkalkulata għal madwar €11 fix-xahar għal kull adult. Proposta żieda minima nazzjonali
fil-paga
Iż-żidiet fuq l-aħħar erba’ snin ġew osservati fuq prodotti bħall-ikel, lgħamara, id-drapp, l-appliances u l-manutenzjoni tagħhom, u l-istationery, fost oħrajn. Dawn wasslu biex bejn l-2012 u l-2015 l-ispejjeż għallfamilja ta’ żewġ ġenituri u żewġt itfal jiżdiedu b’madwar €71 fixxahar, dawk għal ġenitur wieħed u żewġt itfal jiżdiedu b’€51 fixxahar, u għal koppja anzjana jiżdiedu b’€17 fix-xahar. Tajjeb wieħed jinnota kif, li kieku l-Gvern ma raħħasx iddawl, l-ilma u l-gass, bil-kalkoli tal-Caritas l-istess familja ta’ żewġ ġenituri u żewġt itfal kienet tiżdied b’€105 fix-xahar, u mhux b’€71. Familja b’ ġenitur wieħed u żewġt itfal kien ikollha spiża ta’ €83 fix-xahar u mhux €51, filwaqt li l-ispiża għal koppja anzjana kienet tiżdied b’€49, u mhux b’€17 biss. Minkejja din id-differenza, fid-dawl taż-żidiet fl-ispejjeż talfamilji dovuti għas-settur privat, il-Caritas qed tipproponi żieda fil-paga minima nazzjonali. F’reazzjoni l-Ministru għallFamilja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia m’eskludiex li din il-proposta tiġi kkunsidrata ġaladarba l-ekonomija tal-pajjiż tkompli titjieb. Huwa sostna li minkejja li l-persuni f ’riskju ta’ faqar kien qed jiżdied kull sena, ir-rapport tal-Caritas innota tibdil fl-2015 grazzi għal miżuri li ħa dan il-Gvern.
ŻIEDA REALI: + €71 KIEKU MA RAĦSITX L-ENERĠIJA: + €105
ŻIEDA REALI: + €51 KIEKU MA RAĦSITX L-ENERĠIJA: + €83
ŻIEDA REALI: + €17 KIEKU MA RAĦSITX L-ENERĠIJA: + €49
Fl-2012 l-anzjani kienu qed jonfqu iktar mid-doppju fuq il-mediċini meta mqabbla mal-2015
06 22|05|2016
kullhadd.com
LOKALI
GĦADA SE JIĠU VARATI L-ISKILLS CARDS GĦALL-KOSTRUZZJONI…
MISTENNIJA JITNAQQSU L-INĊIDENTI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL
Din il-gazzetta tinsab infurmata li għada se tkun qed titnieda l-iskema tal-iskills card (CISC) għal dawk li jaħdmu fl-industrija tal-kostruzzjoni, hekk kif ġie fi tmiemu perjodu ta’ konsultazzjoni. Din is-sistema innovattiva għal pajjiżna saret permezz tal-Kunsill Konsultattiv għallIndustrija tal-Bini (BICC) blgħan ewlieni li ttejjeb u ssostni l-aqwa livell f ’din l-industrija. F’Malta ilna għaddejjin minn żmien fejn inħass nuqqas ta’ ħaddiema tas-sengħa kwalifikati, għalhekk is-CISC se tkun mezz biex jogħlew l-istandards tal-industrija, jitjiebu l-prattiki kemm fissaħħa u s-sigurtà u kemm filkundizzjonijiet tal-impjieg. L-iskills card se obbligatorja għal kuntratt pubbliku
tkun kull
CISC se tkun l-iskema li tirrikonoxxi r-reġistrazzjoni
tal-ħaddiema fi ħdan l-industrija tal-kostruzzjoni kollha kemm hi. Wara perijodu ta’ tranżizzjoni ta’ ħames snin, is-CISC se ssir obbligatorja għal kull kuntratt ta’ xogħol pubbliku. Il-ħaddiema kkonċernati se jkunu mitluba li jġeddu regolarment (kull ħames snin) l-iskills card tagħhom, wara li jkunu temmew b’suċċess taħriġ dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. L-ewwel nies ta’ snajja’ li se jiddaħħlu f ’din l-iskema huma l-plumbers, l-assistenti tal-electricians, id-decorators (tibjid, tikħil u xogħol bilġibsum), u dawk li jqiegħdu l-madum. Minn dejjem kienet tinħass il-ħtieġa li l-ħaddiema fl-industrija tal-kostruzzjoni jingħataw għarfien formali tal-ħiliet li jkunu akkwistaw b’ħidmiethom matul is-snin bis-saħħa ta’ apprentistat mal-kuntratturi. Dan l-għan intlaħaq proprju permezz tas-
sistema tal-iskills card. Kelliem għall-Ministeru tadDjalogu Soċjali, Affarijiet talKonsumatur u Libertajiet Ċivili sostna li s-CISC mistennija tnaqqas sew in-numru ta’ inċidenti li huma assoċjati malindustrija tal-kostruzzjoni. Se tgħin ukoll biex trażżan ilkompetizzjoni inġusta, u tagħti lill-konsumatur iċ-ċertezza li qed jingħata l-aqwa servizz minn ħaddiema ta’ ħila. Għan ieħor hu li tinċentiva lill-ħaddiema f ’din l-industrija li jibqgħu jżommu ruħhom aġġornati, jimmodernizzaw u jiżviluppaw is-servizz li jagħtu biex b’hekk jiffaċċjaw l-isfidi tal-futur. Dawk li għandhom f ’idejhom is-CISC se jkollhom il-ħiliet tagħhom fis-snajja’ rikonoxxuti fil-pajjiżi talUnjoni Ewropea. Apparti minn dan kollu, l-iskills card toħroġ level playing field malħaddiema kollha billi telimina l-prattiki abbużivi li jsiru minn xi ħaddiema.
IL-VANTAĠĠI: • Il-ħaddiema se jkollhom rikonoxximent formali tal- ħiliet tagħhom; •
Jitnaqqsu l-inċidenti kkawżati minn nuqqas ta’ għarfien b’rabta mas-saħħa u s-sigurtà;
•
Se titrażżan il-kompetizzjoni inġusta minn dawk li jidħlu fis-suq mingħajr is-sengħa;
•
Il-konsumatur ikollu ċertezza li qed jingaġġa ħaddiem tas-sengħa.
IS-SEHEM TA’ KULL ENTITÀ: • L-ETC se tkun qed tiċċertifika l-ħiliet tal-ħaddiema li mhumiex jew m’għandhomx ċertifikati x’juru; •
L-NCFHE issettjat l-istandards tal-kapaċitajiet tal- ħaddiema;
•
Il-BRO se tkun qiegħda tinforza l-iskills cards;
•
L-OHSA fasslet pjan li kull ħaddiem se jkun qiegħed jiċċertifika ruħu fejn tidħol saħħa u sigurtà;
•
Il-kunsilli lokali se jassistu billi joffru konvenjenza għall-ġbir tal-applikazzjonijiet għall-iskills card.
LOKALI
kullhadd.com
22|05|2016 07
“ROUSSEFF TILFET L-APPOĠĠ TAL-KLASSI L-BAXXA”
Fr Ġwann Xerri
LIAM GAUCI lill-fqar. Hekk ġara fil-Brażil liam@kullhadd.com ukoll.” Għaldaqstant, spjega Xerri, Fr Ġwann Xerri huwa patri tul il-Gvern tal-eks-President Dumnikan ta’ 69 sena li ilu Lula da Silva, is-sinjuri, iljgħix fil-Brażil mill-1974 predeċessur ta’ Rousseff, ilfejn serva bħala kappillan banek u l-korporazzjonijiet f ’ħafna bliet. Matul dan il- qalgħu ħafna aktar milli perjodu huwa ddedika ruħu qalgħu taħt il-Gvern ta’ qabel. wkoll għal ħafna ħidma Sadanittant, ma saret ebda ta’ ġustizzja u paċi fi ħdan riforma maġġuri li kienet l-Ordni Dumnikana, kemm imwiegħda fil-programm talfuq livell nazzjonali, kif ukoll partit tiegħu. Però, minħabba li l-ekonomija Brażiljana internazzjonali. Fiż-żmien twil li għamel taħt it-tmexxija ta’ Lula fil-Brażil kellu l-opportunità kienet sejra tajjeb grazzi li jara l-pajjiż jinbidel taħt għaż-żieda fil-prezzijiet tardiversi gvernijiet Brażiljani, riżorsi naturali, huwa kellu inkluż dak dittatorjali li sitwazzjoni fejn seta’ jħalli baqa’ fil-poter sal-1985. lis-sinjuri jistagħnew, imma Xerri m’għamilx dan bħala xorta qassam xi ġid lill-fqar spettatur estern, imma mill-minjieri u l-bjar taż-żejt. Fl-istess ħin, wieħed seta’ protagonista attiv hekk kif ilu midħla tal-Partit tal- jinnota li taħt Lula dawk il-ministri hekk imsejħa Ħaddiema għal ħafna snin. Dan il-partit kellu affiljat soċjali, bħal dawk relatati miegħu diversi movimenti, mad-drittijiet umani, dejjem inkluż dawk reliġjużi. Fil- kienu dgħajfa. B’hekk, kien fatt, minkejja li qatt ma hemm diversi sitwazzjonijiet kienx membru tal-partit, fejn ċertu minoranzi, bħal etniċi, għaddew Xerri stess kien jagħmel dawk parti mill-kummissjoni tar- minn esperjenzi tal-waħx relazzjonijiet internazzjonali taħt il-Gvern tal-Partit talĦaddiema. tiegħu. Minħabba dan l-involviment attiv li għandu fil-ħajja Mexxejja differenti politika u soċjali Brażiljana, ill-oħra, tenna gazzetta KullĦadd tkellmet Min-naħa ma’ Fr Xerri biex tifhem aħjar Xerri, Rousseff kienet aktar xellugija x’qiegħed jiġri f ’dan il-pajjiż ideoloġikament hekk kif fl-aħħar xhur rajna minn Lula. Dan tal-aħħar taqlib politiku li fost l-oħrajn kien ġej minn passat unjinista sewa l-kariga tal-President u għalhekk kien aktar jinqala’ għan-negozjati, filwaqt li Dilma Rousseff. l-oħra kellha passat fi grupp armat xellugi. Teżisti biss sistema waħda militanti Minħabba f ’hekk, Rousseff Tradizzjonalment, il-Partit kienet aktar tal-punt u inqas tal-Ħaddiema li tagħmel kapaċi biex tiddjaloga u tasal parti minnu Rousseff gawda għal kompromess. Dan il-fatt għamlilha ħsara minn appoġġ kbir fost ilklassi baxxa. Madankollu, kbira meta saret president meta din iffaċċjat akkużi ta’ għax hija kienet tmexxi manipulazzjoni tal-kontijiet gvern ta’ koalizzjoni ta’ pubbliċi lejn l-aħħar tas-sena partiti b’ideoloġiji differenti, l-oħra, hija ma sabitx dik il- fosthom dawk tal-lemin li ma militanza tant kbira li tant ngħaqdux madwar programm drajna naraw madwarha. elettorali wieħed. Minħabba Meta staqsejna għaliex kien f ’hekk, kull darba li kellha hemm din il-bidla kbira fl- tgħaddi liġi, kien ikun hemm attitudni, Xerri spjega li bżonn ta’ negozjati wara l-Partit tal-Ħaddiema ġralu l-kwinti, sitwazzjoni li fetħet kif jiġrilhom bosta partiti il-bieb għall-ġlied intern u tax-xellug li jitilgħu fil-gvern; l-korruzzjoni. jiġifieri li jabbanduna valuri Barra minn hekk, Xerri saħaq tiegħu biex jaġevola l-klassi li Rousseff ma kinitx kapaċi tas-sinjuri. daqs Lula biex tasal għal Fil-fatt, huwa sostna kompromessi mal-klassijiet li fil-verità ma jeżistux soċjali differenti. Bħala gvernijiet tax-xellug għax eżempju, huwa semma kif teżisti biss sistema waħda Lula wasal għal ftehim mal– dik kapitalista. “Illum, klassi kapitalista fil-famuża gvernijiet hekk imsejħa tax- ‘Ittra lill-Poplu Brażiljan’ talxellug huma, fil-politika eks-President, ippubblikata tagħhom, gvernijiet taċ- fl-2003, fejn huwa wiegħed ċentru li jaċċettaw is-sistema li jmexxi lill-ekonomija ’l kapitalista u jinnegozjaw quddiem mingħajr ma jmiss magħha. Mingħajr ma id-drittijiet tas-sinjuri. jmissulha xejn, jitolbuha Sadanittant, Lula żamm permess biex jagħtu xi ħaġa ukoll diversi figuri militanti
immexxi mill-kap talMoviment Demokratiku Brażiljan Michel Temer, Xerri qal li s’issa dan mhu popolari xejn. Dan għax huwa mistenni li jkompli jieħu aktar mingħand il-fqir. “Il-partit tiegħu qatt ma kiseb riżultat tajjeb ħafna flelezzjonijiet. Għalhekk ħafna qegħdin jaraw li hu sab ixxoqqa f ’moxta biex jieħu post Rousseff.” Però, Xerri ammetta li għadu kmieni wisq biex wieħed jiġġudika l-Gvern preżenti. Però, diġà hemm min innota li l-wegħda ta’ Temer li jżid l-għaqda u l-inklużjoni fil-pajjiż ma tidhirx li se tinżamm hekk kif dan ħabbar kabinett li la għandu membri b’karnaġġjon skur u lanqas nisa; deċiżjoni li ħalliet barra sezzjoni kbira tas-soċjetà. Sadanittant, il-kapitlu Rousseff jidher magħluq għax l-impeachment, u b’konsegwenza l-interdizzjoni tagħha milli tikkontesta għal kariga pubblika għal diversi snin, jidher li huwa l-garantit. Madankollu, Xerri sostna li l-problemi tal-Partit talĦaddiema għadhom fil-bidu tagħhom. Fil-fatt, ħafna Brażiljani li jappoġġjaw lill-Partit tal-Ħaddiema għadhom ma jistgħux jifhmu x’għażla se jkollhom flelezzjoni li jmiss għax dan ilpartit m’għandux suċċessur ċar għal Rousseff. Xerri stqarr li hemm min qiegħed jgħid li Lula stess jista’ jerġa’ jirritorna bħala mexxej ta’ dan il-partit. Madankollu, Lula huwa implikat f ’investigazzjoni seperata ta’ korruzzjoni. Għaldaqstant, l-inċertezza jgawdi madwar il-futur ta’ dan ilil-ġdid partit hija kbira.
xellugin fi ħdan il-partit kwieti b’diversi karigi malGvern li, fil-pożizzjonijiet ġodda tagħhom, ħadu aktar interess fl-eżiġenzi personali tagħhom milli tas-soċjetà b’mod ġenerali. Kif semmejna qabel, l-eksPresident Brażiljan seta’ jsib dan il-bilanċ grazzi għarrotta pożittiva li qabdet l-ekonomija fi żmienu. Madankollu, meta laħqet Rousseff, is-sitwazzjoni nbidlet notevolment hekk kif, b’riżultat ta’ fatturi barra mill-kontroll tagħha, il-prezz ta’ bosta riżorsi naturali kkrolla. Din ir-realtà l-ġdida ħalliet impatt negattiv ferm fuq l-ekonomija Brażiljana li hija dipendenti ħafna fuq l-esportazzjoni ta’ dawn irriżorsi. Ir-rotta negattiva li qabdet l-ekonomija urtat lillkapitalisti, li malajr bdew ifittxu mod kif jeħilsu minn Rousseff. Sadanittant, però, id-deċiżjoni tagħha li tibda tħott parti missistema ta’ benefiċċji biex tipprova ttejjeb is-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiż tellfitha parti sostanzjali mill-appoġġ li dejjem gawdiet mill-klassi l-baxxa. Għaldaqstant, skont Xerri, minkejja li ħafna mill-partitarji tradizzjonali tal-Partit tal-Ħaddiema mhumiex tal-fehma li Rousseff hija korrotta, huma xorta waħda naqsu milli jingħaqdu madwarha meta l-forzi tal-klassi sinjura bdew jimmanuvraw biex itajruha minn postha fl-aħħar xhur. Temer mhux fdat Mistoqsi minnha
x’fiduċja l-gvern
Kuntest simili Tul l-intervista, Xerri qal li ma jiddejjaq xejn li jkun militanti politikament minkejja l-fatt li huwa membru ta’ ordni reliġjuża għax, fil-fehma tiegħu, wieħed ma jistax ma jkunx militanti. “Meta bniedem ma jkunx militanti, huwa xorta jkun militanti. Militanti tax-xejn, tal-għażż.” Madankollu, dak li qiegħed jara fid-dinja tal-lum, speċjalment fuq in-naħa xellugija tal-isfera politika, qiegħed inaqqaslu l-fiduċja tiegħu fil-politiċi. “Anke l-Papa qal ċar u tond li għandna sistema politika waħda: dik kapitalista. Illum il-Papa sar l-uniku kap ta’ stat xellugi, il-bqija għandek lil Sanders fl-Amerika u Corbyn fl-Ingilterra jitkellmu ftit dwar dawn il-kwistjonijiet, imbagħad m’għandek xejn – baħħ u waħx. Hekk ġara filBrażil ukoll.” Fl-aħħar, Xerri qal li s-sitwazzjoni fil-Brażil fakkritu fi ħsieb li qasmu miegħu Sammy Meilak u Michael Grech diversi snin ilu meta Malta kellha kuntest politiku simili bejn l-aħħar tas-snin tmenin u l-bidu tassnin disgħin. “Meta bniedem jemanċipa lillfqir permezz tal-konsum, dak il-fqir, kif jitla’ u jikkonsma aktar, jivvota lil-lemin. Hekk ġara Malta fi żmien Mintoff. Il-fqar li ġew emanċipati permezz tal-konsum, ivvutaw lin-Nazzjonalisti. Hekk qiegħed jiġri fil-Brażil. Jekk inti ma temanċipax permezz tal-kultura u l-kuxjenza tal-klassi, il-konsum huwa awtomatikamnent individwalista u għalhekk wieħed jivvota lil-lemin.”
08 22|05|2016
kullhadd.com
LOKALI
PROPOSTA MHUX MISTENNIJA ALEANDER BALZAN
aleander.balzan@one.com.mt
Il-proposta tal-FKNK saret fid-dawl tat-tħassib li jeżisti dwar il-gammiema u l-fatt li din qed tkun meqjusa bħala speċi vulnerabbli. Għalkemm l-FKNK iċċarat li “l-moratorium mhux xi ħaġa permanenti u jista’ jitneħħa fi kwalunkwe ħin”. Minkejja dan, f ’attitudni responsabbli l-FKNK ma injoratx dak li għaddej fuq livell Ewropew, anke jekk fl-istess ħin kienet ċara d-dikjarazzjoni li għandu jieqaf it-theddid talKummissjoni Ewropea. Però, fiċ-ċirkustanzi ntqal li l-Federazzjoni se tagħmel dak kollu possibbli ma’ entitajiet u xjentisti barranin sabiex turi li l-kaċċa tal-gamiem f ’Malta hija sostenibbli. Qalet li tittama li stati membri Ewropej jaqdu d-dover tagħhom biex terġa’
l-gamiema qed tkun meqjusa bħala speċi mhedda u, għalkemm in-numri li jinqabdu f ’Malta jaf jidhru insinifikanti fuq livell globali u Ewropew, fl-aħħar ġimgħat ma naqset xejn il-pressjoni fuq livell Ewropew fid-dawl li pajjiżna fetaħ ukoll l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa; pressjoni li saret ukoll mal-Kummissjoni Ewropea minkejja li l-istaġun li nfetaħ għandu ħafna limitazzjonijiet, bil-Gvern konxju mill-isfidi biex tkun applikata d-deroga f ’dawn iċċirkostanzi ġodda. Il-kaċċa fir-rebbiegħa f ’Malta baqgħet kontroversjali u, flaħħar ġimgħat, l-FKNK qalet li kien hemm diskrepanzi fiċ-ċifri dwar il-gamiema li x-xjentisti tal-BirdLife International taw tkun stabbilita l-popolazzjoni diġà ppruvat u l-Gvern ma lill-International Union for tal-gamiema fl-Ewropa. messu fetaħ qatt l-istaġun tal- the Conservation of Nature (IUCN) meta kkomparati maċDifferenti kienet ir-reazzjoni kaċċa fir-rebbiegħa. tal-Birdlife li qalet li dan huwa Huwa fuq livell Ewropew li ċifri li l-Istati Membri tal-UE
rrappurtaw lill-Kummissjoni Ewropea fuq l-istess gamiema. Din is-sitwazzjoni kienet diskussa f ’dettall kbir filKumitat Ornis Malta, inkluż mir-rappreżentanti talFKNK mill-istess Kumitat. Waqt dawn il-laqgћat dejjem ġie trattat l-istat ta’ konservazzjoni tal-gamiema, u eventwalment il-Kumitat gћamel ir-rakkomandazzjoni tiegћu lill-Gvern. Irrispettivament minn dan, l-FKNK kienet insistiet li kwalunkwe restrizzjoni li kellha ssir fuq id-deroga, digà saret is-sena l-oћra. “Meta wieћed jikkunsidra li madwar 2,000,000 sa 3,000,000 gamiema jinqabdu kull sena fl-Ewropa, l-FKNK ma tistax ma tikkummentax dwar l-gћaġeb li qed isir rigward l-4,000 li jistgћu jinqabdu f ’Malta,” dejjem argumentat l-FKNK.
PL B’SAĦĦTU: CHRIS CARDONA JNIEDI L-KAMPANJA UFFIĊJALI ‘Partit Laburista b’Saħħtu’ hija l-viżjoni ta’ Chris Cardona għall-Partit Laburista, liema viżjoni tkellem dwarha lbieraħ waqt li kien qed iniedi l-kampanja uffiċjali għallkandidatura ta’ Deputat Mexxej. onenews.com.mt is-Sibt
filgħodu rrapporta kif f ’Baċir numru 1, il-post li offra impjieg lil tant Maltin fil-passat u li huwa s-sit li se jospita l-investiment tal-futur, Cardona saħaq li l-vizjoni tiegħu għall-Partit hija simili għal dik adottata mill-Gvern għall-ekonomija ta’ pajjiżna.
Kemm-il darba jkun elett Deputat Mexxej għallAffarijiet tal-Partit, Cardona biħsiebu jiltaqa’ b’mod iktar regolari mal-kumitati lokali, distrettwali u l-fergħat talPartit Laburista, filwaqt li jintroduċi sensiela ta’ laqgħat interreġjonali għad-delegati u
l-attivisti Laburisti. Sabiex iktar nisa jkunu attirati fl-isfera politika, Cardona ppropona servizz ta’ child care facility fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex l-attivisti ġenituri jew nanniet ikollhom il-faċilità li jissuktaw bil-ħidma politika tagħhom filwaqt li jieħdu magħhom littfal u n-neputijiet. Kienu ppreżentati wkoll għadd ta’ proposti għall-Għawdxin, fosthom Konferenza Ġenerali Straordinarja f ’Għawdex kull sentejn u l-ftuħ ta’ ċentru
reġjonali li jospita laqgħat għall-attivisti Għawdxin, fost oħrajn. Għall-kunsilli lokali, Chris Cardona ppropona sistema li biha persuna fic-Ċentru Nazzjonali Laburista tkun tista’ tlaqqa’ l-bżonnijiet talkunsilli lokali mal-ministeri, awtoritajiet u dipartimenti talGvern għal iktar assistenza. Kemm-il darba jikseb ilfiduċja tad-delegati, Cardona saħaq li se jkun qed jistinka biex il-Partit Laburista jkun iktar reazzjonarju.
LOKALI
kullhadd.com
22|05|2016 09
LIBRERIJA: MEZZ TA’ INKLUŻJONI
2015
2013 2014
Nhar il-Ħamis li għadda s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo għamel żjara fil-librerija reġjonali ta’ Birkirkara li tinstab fiċĊentru Ċiviku tal-istess raħal fejn ra l-aħħar xogħol ta’ titjib fil-librerija tal-komunità illi fost l-oħrajn inkluda xiri ta’ kotba dyslexia-friendly biex jingħata aċċess għall-qari lil persuni li għandhom din iddiżordni tat-tagħlim. Servizz ta’ komunità Matul iż-żjara tiegħu, isSegretarju Parlamentari Buontempo saħaq fuq l-importanza li l-libreriji filkomunità jinżammu ħajjin sabiex ikompli jitkattar iddelizzju tal-qari. “Nafu kif it-teknoloġija bidlet il-mod ta’ kif ngħixu u kif it-tfal il-ħin kollu jridu jilgħabu xi video games, imma ma nistgħux ninsew l-importanza tal-qari u li għandna nżommu bilanċ ta’ kif inqassmu l-ħin.” Huwa għamel referenza wkoll għall-programmi li qed iwettaq dan il-Gvern kontra l-illiteriżmu u fakkar kif numru sabiħ ta’ kunsilli lokali qed jieħdu sehem f ’dawn ilprogrammi flimkien manNational Literacy Agency, l-iskejjel u l-libreriji. Is-Segretarju Parlamentari Buontempo tenna li l-libreriji mhumiex hemm biss għattfal, iżda huma riżorsa siewja għall-komunità kollha, speċjalment għal nies ta’ ċertu età li mhux biss jistgħu jagħmlu użu mill-kotba imma jistgħu jinvolvu ruħhom f ’inizjattivi żgħar organizzati mill-kunsilli lokali, bħal dawk fejn it-tfal jaqraw xi storja ħelwa lill-anzjani. Huwa ħeġġeġ lil dawk li għandhom għal qalbhom il-komunità u li għandhom xi ftit tal-ħin x’jiddedikaw,
biex jgħinu fil-librerija sabiex ikunu ta’ servizz għall-komunitajiet tagħhom. “Jiena nemmen li l-libreriji pubbliċi għandom ikunu mezz ta’ kif ngħaqqdu l-komunità flimkien, mezz ta’ kif inżommu l-identità tallokalità, mezz ta’ inklużjoni soċjali, mezz ta’ tagħlim matul il-ħajja, u mezz ta’ kif il-komunità taħseb f ’kulħadd u li ma tħalli lil ħadd jaqa’ lura,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Buontempo. Ħidma kollaborattiva Il-qofol ta’ din l-attività kienet preżentazzjoni li saret minn Steve Borg prinċipal ta’ Libreriji Maltin li huwa risponsabbli mir-rinovament tal-libreriji, li spjega x’ħidma kollaborattiva li twettqet matul dawn l-aħħar tliet snin bl-għan li jsir rinovament tal-librerija reġjonali ta’ Birkirkara. Borg qal li fl-istadju bikri ta’ dan il-proġett il-Libreriji Maltin u l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara fasslu skeda ta’ xogħol li jrid isir fiddamma tal-kotba, żieda ta’ servizzi u titjib fl-istandard fil-librerija reġjonali. Bħala parti minn din l-iskema ta’ xogħol kien hemm ittneħħija ta’ materjal skadut mill-kollezzjoni eżistenti minn staff professjonali ta’ Libreriji Maltin. Dawn il-kotba antiki ġew sostitwiti minn oħrajn ġodda li żdiedu b’mod sostanzjali bil-flus ta’ Libreriji Maltin, donazzjonijiet ta’ kotba li saru mill-kunsilli lokali kif ukoll permezz tal-iskema għax-xiri ta’ kotba li l-istess Kunsill jipparteċipa fiha fuq bażi annwali. Barra minn hekk, ingħaqdu wkoll maddamma tal-librerija mijiet ta’ kotba magħżulin minn
Libreriji Maltin permezz tal-ftehim mal-Fondazzjoni Inspire, b’dawn tal-ewwel jinvestu wkoll f ’materjal letterarju dyslexia-friendly. Iż-żieda fil-kotba ħolqot il-bżonn ta’ aktar xkaffar; sfida li kienet indirizzata b’mod kollaborattiv fejn ilKunsill Lokali ta’ Birkirkara xtara l-injam li nħadem millimpjegati ta’ Libreriji Maltin. Sabiex i l-viżitaturi tallibrerija jkollhom esperjenza aktar interattiva, il-Kunsill Lokali investa fi tliet kompjuters moderni li ħadu post wieħed antik. Riċentement inxtara wkoll televixin mill-Kunsill biex jintuża għal waqt l-irrakkontar tal-istejjer u t-tixrid ta’ tagħrif komunitarju. Sar ukoll titjib fiż-żona talattivitajiet għat-tfal fi ħdan illibrerija fejn il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara xtara tapit ġdid tal-lastiku għall-irrakkontar tal-istejjer, tisbiħ tal-ħitan bi tpinġijiet b’karattri animati, flimkien ma’ siġġijiet u mejda adattati għat-tfal. Min-naħa l-oħra, Libreriji Maltin u l-Fondazzjoni Inspire xtraw għodod kreattivi għat-tfal bħal abakus tal-injam. Borg temm il-preżentazzjoni billi esprima l-konvinzjoni tiegħu li se tkompli tiżdied il-konkorenza fil-librerija u li se jsir użu tajjeb mill-materjal ġdid mill-komunità Karkariża. Huwa ta ħajr speċjali lisCEO ta’ Libreriji Maltin Cheryl Falzon u s-Sindku Joanne Debono Grech, isCEO ta’ Inspire Antonello Gauci, il-Kunsillier Karkariż Liam Gauci u s-Segretarju Eżekuttiv Neil Spiteri, u lill-kollegi Michael Cachia u Cynthia Chetcuti li huma impjegati f ’din il-librerija. Fl-aħħar ta’ din l-attività saru għotjiet ta’ kotba lil-librerija minn diversi awturi li kienu preżenti għal din l-attività.
10 22|05|2016
kullhadd.com
RUBRIKA
X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI 16 ta’ Mejju
Ġie deċiż li d-Dementia Helpline tibda topera 24 siegħa kuljum
17 ta’ Mejju
Permezz ta’ negozjar ta’ kuntratt ġdid għall-Isle of MTV Concert ġew iffrankati €200,000
18 ta’ Mejju
Il-Kummissjoni Ewropea bassret tkabbir ekonomiku kbir għal Malta
19 ta’ Mejju
Ġie deċiż li jingħata sussidju lill-istudenti Maltin li jistudjaw f ’Għawdex
20 ta’ Mejju
Raħas il-prezz taċ-ċilindri tal-gass
21 ta’ Mejju
Ġie deċiż li dak li kien magħruf bħala l-grawnd ta’ Pace Grasso jinbidel f ’ċentru tas-saħħa tal-aqwa kwalità
22 ta’ Mejju
Ġie deċiż li fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija, Għawdex isir park ta’ teknoloġija għolja
OPINJONI
kullhadd.ċom
22|05|2016 11
INVESTIMENT TA’ KWAŻI €2 MILJUN: IGAWDU L-AKTAR IL-KUNSILLI LOKALI
Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL
Tul dawn l-aħħar ġimgħat kienu għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ, is-Segretarjat reponsabbli mill-Kunsilli Lokali u l-Assoċjazzjoni talKunsilli Lokali dwar l-hekk imsejħa Intrapriża għal Skema Xogħol Komunitarju. Id-diskussjonijiet wasslu biex twaqqfet fondazzjoni li tipprovdi ħaddiema milliskema ta’ xogħol komunitarju tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ, u li jkunu kapaċi jwettqu ċertu xogħlijiet. Isservizz offurt huwa għal wieħed soċjali; primarjament fl-iskejjel u l-kunsilli lokali. Dan minkejja li l-Korporazzjoni tista’ tidentifika għaqdiet mhux governattivi li wkoll jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema. Dan ġie diskuss ukoll fillaqgħa tas-sindki u l-viċi sindki li saret fis-7 ta’ Mejju li għadda f ’Għawdex, fejn issindki u l-viċi sindki kellhom l-opportunità jisimgħu kif se taħdem din l-iskema, wara spjegazzjoni mill-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni, Clyde Caruana, li kien mistieden biex jitkellem dwar dan. Xogħol full-time
Filwaqt li qed tassisti lil entitajiet bħal kunsilli lokali u oħrajn, qed tagħti wkoll dinjità sħiħa lil dawn il-ħaddiema li se jkunu mħallsa b’mod diċenti u li jagħmel differenza f ’ħajjithom u dik tal-familji tagħhom
Ix-xogħol tal-persuni ingaġġati huwa full-time u għalhekk se joffri benefiċċji mhux biss lillentità li tkun qed tagħmel użu mis-servizz tagħhom imma wkoll għal dawn il-ħaddiema li issa mhux se jibqgħu biss fuq il-kotba tal-Korporazzjoni bħala persuni jirreġistraw imma se jkunu qed jiġu impjegati minn din il-fondazzjoni b’kundizzjonijiet tajbin u salarju fiss. L-entità, li tfisser il-kunsilli lokali, skejjel jew l-NGOs li għamilt referenza għalihom qabel, trid tipprovdi deskrizzjoni tax-xogħol jew xogħlijiet li għandha bżonn jew li dawn il-ħaddiema jkunu kapaċi jagħmlu. Tali xogħol ma jistax ikun biċċiet ta’ ’l hawn u ’l hinn, imma xogħol fiss li jagħti dinjità lill-ħaddiem li jkun qed jagħmlu. L-istess irid isir fuq is-sigħat ta’ xogħol rikjesti. Dan sabiex ma jkunx hemm l-anomalija li jkollok fondazzjoni li qed tħallas salarju lil xi ħadd biex jagħmel xogħol f ’entità u l-istess entità ma tkunx kapaċi timmaniġġja lillistess ħaddiem/a u nispiċċaw li kulħadd jagħmel dak li jidhirlu hu fil-ħin li jiddeċiedi hu. Il-fondazzjoni qed tintrabat li jkollha u tagħmel superviżjoni hi tal-ħaddiema tagħha biex taċċerta li l-ħaddiema tagħha qed jesegwixxu x-xogħol mogħti lilhom u qed jaqdu d-doveri tagħhom bl-aħjar mod possibbli. Dan se jgħin lill-kunsilli lokali għax dawn ma jkollhomx għalfejn jużaw sigħat prezzjużi tal-istaff tagħhom
Struttura f ’qafas legali
Qed nagħti dawn id-dettalji sabiex wieħed jifhem li din mhix skema li ġiet imwaqqfa biex jitnaqqsu n-numri ta’ ħaddiema jirreġistraw, jew biex taparsi sar xi ħaġa. L-istess dettalji juru bl-iktar mod ċar li hemm struttura f ’qafas legali li, filwaqt li qed toffri u tagħti għajuna filkomunità, filwaqt li qed tassisti lil entitajiet bħal kunsilli lokali u oħrajn, qed tagħti wkoll dinjità sħiħa lil dawn il-ħaddiema li se jkunu mħallsa b’mod diċenti u li jagħmel differenza f ’ħajjithom u dik tal-familji tagħhom. biex jaraw x’qed jagħmlu u ma jagħmlux dawn il-ħaddiema. Min-naħa tagħhom, ilkunsilli lokali, permezz tassegretarji eżekuttivi jew issindki nfushom, għandhom jagħtu rapport jew dettalji ta’ punti pożittivi jew negattivi li jkunu qed jaraw fit-tħaddim tas-sistema minn żmien għal żmien. Kif għedt aktar qabel, se tkun il-fondazzjoni li tħallas fuq bażi full-time ta’ 40 siegħa xogħol lil dawn il-ħaddiema. Dan ilħlas se jkun salarju fiss li ma jkunx jista’ jinkludi fih sigħat ta’ overtime. F’każ li l-entità, jew kunsilli lokali jkunu jridu jżommu lil dawn il-ħaddiema wara l-ħin stabbilit, il-ħlas għal dan irid isir mill-istess entità. Fejn jidħlu ċerti drittijiet bħal leave li jkunu jridu jieħdu l-ħaddiema tal-fondazzjoni, dawn iridu jimlew applikazzjoni apposta u jgħadduha lill-kunsill lokali fejn dan imabgħad jinforma biha lill-fondazzjoni li tagħti l-approvazzjoni tagħha. L-entità hija wkoll marbuta li f ’każ li xi ħaddiem iċempel biex jinforma li ma jiflaħx, l-entità trid tinforma immedjatament lill-fondazzjoni biex din imbagħad taġġorna r-rekords tagħha kif meħtieġ. L-entità se jkollha wkoll irresponsabbiltà li tara li żżomm time sheet li fuqha l-ħaddiema jridu jiffirmaw kull filgħodu. L-istess time sheets għandhom jintbagħtu lill-fondazzjoni kull ġimgħa permezz ta’ email biex ikun hemm regolarizzazzjoni ta’ dak kollu li jkunu qed jagħmlu l-ħaddiema. Bl-istess mod, il-kunsilli lokali jridu jipprovdu t-tagħmir ta’ sigurtà u jaraw li l-ħaddiema qed jaħdmu f ’ambjent tajjeb u bla periklu. Apparti s-salarju li, kif għedt, se jkun imħallas millfondazzjoni, il-kunsilli lokali jistgħu, bla obbigazzjoni u minn jeddhom, jirrakkomandaw lillfondazzjoni biex xi ħaddiem jew ħaddiema li jkunu magħhom, jingħataw tip ta’ performance bonus fl-aħħar tassena bħala rikonoxximent taxxogħol tagħhom. Dan sabiex jgħin u jkattar inizjattiva filħaddiema li jagħtu l-massimu
fil-ħin li jkunu assenjati ma’ xi entità jew oħra. Sabiex jingħata dan il-bonus, il-ħaddiem irid ikun issodisfa wkoll il-kriterji kollha diġà stabbiliti bħalma huma puntwalità, rispett, ħarsien tar-regolametni ta’ sigurtà u regolamenti oħra li jissalvagwardjaw liż-żewġ naħat. F’din l-evantwalità, il-kunsill jew entità jridu jħallsu dan l-ammont ta’ bonus li jingħata. Dan ifisser li l-kunsill lokali se jkun qed jagħmel użu minn ħaddiem jew ħaddiema għal 40 siegħa fil-ġimgħa għal sena sħiħa bla ma jħallas xejn missalarju tiegħu jew tagħhom u se jkun qed jikkontribwixxi biss jekk hu jkun qed jirrakkomanda lill-fondazzjoni sabiex xi ħadd mill-ħaddiema assenjati lilu jingħata dan il-bonus. F’termini ta’ flus, kunsill lokali jkun qed jiffranka madwar €11,000 fissena salarju għal kull ħaddiem li jkollu.
Seminar u workshop dwar fondi Ewropej mill-Europe Direct u l-Assoċjazzjoni talKunsilli Lokali L-Uffiċċju taċ-Ċentru Europe Direct (Edic) b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, se jtella’ seminar u workshop ta’ nofstanhar dwar fondi Ewropej. Dan se jsir nhar il-Ħamis 26 ta’ Mejju 2016, mis-2.00pm ’il quddiem. Fost it-temi li se jiġu diskussi se jkun hemm il-fondi li jistgħu jagħmlu użu minnhom ilkunsilli lokali, l-applikazzjonijiet għall-istess fondi u programmi tal-Interreg Med, fost affarijiet oħra. Din hija inizjattiva tajba u opportunità għall-kunsilli lokali biex jiksbu iktar għarfien dwar dawn il-fondi. Min jixtieq iktar informazzjoni jista’ jagħmel kuntatt mal-Assoċjazzjoni talKunsilli Lokali fuq lca@lca.org. mt
12 22|05|2016
kullhadd.com
DISTRUTTIVI
OPINJONI
Naomi Cachia Koordinatur Politiku FŻL
Hija diżgustanti l-attitudni ta’ dawk li għalihom, feel good factor f ’Malta taħt Gvern Laburista bħal donnu hu xi tip ta’ virus li għandu jiġi evitat akkost ta’ kollox
Għal dawn l-aħħar tliet snin f ’pajjiżna, il-jum tas-sbatax ta’ Mejju kellu sinifikat iktar speċjali f ’pajjiżna hekk kif Malta ċċelebrat Idahot, ilJum Internazzjonali kontra l-omofobija, it-transfobija u l-bifobija, filwaqt li qiegħda dejjem tavvanza fil-klassifika Rainbow Europe; avvanz li din is-sena kkulmina b’Malta tiġi kkonfermata bħala l-pajjiż li jinsab fil-quċċata. Din mhi xejn ħlief konferma li pajjiżna qed jilleġiżla u jieħu azzjoni biex jagħti l-protezzjoni xierqa lillkommunità LGBTI+ filwaqt
li jkun, għal darb’oħra, ta’ ta’ vantaġġ minnha l-Gvern Qed nirreferi eżempju għall-bqija tad- Laburista. għall-kummenti li saru fuq dinja. il-midja soċjali mill-Boċċa fir-rigward tal-ambaxxatriċi L-antiprogressivi? Maltija għall-Eurovision u Iżda jkolli ngħid li din l-Prim Ministru, li bir-raġun il-ġimgħa, li fiha kellna qajmu ċerta rabja. okkażjoni niċċelebraw it- Qatt ma immaġinajt li xi darba tolleranza u l-ugwaljanza u kien se jkolli niddiskuti xi xhieda ta’ kemm is-soċjetà ħaġa relatata mal-Eurovision Maltija qed tinbidel, ġiet f ’din il-kolonna, u dan hu imtappna minn dawk li preċiżament l-ewwel punt għalihom il-progress u kull li nixtieq nagħmel. Tħobbu ħaġa li għandha l-potenzjal li jew tobogħdu, dejjem kont tkun ta’ ġid għal pajjiżna, hija inqis dan il-konkors bħala mill-avvenimenti xi ħaġa mistmerra, iktar u wieħed iktar meta jista’ jieħu xi forma li jirnexxilu jgħaqqad lill-
Maltin u l-Għawdxin wara rappreżentant wieħed. B’hekk nistaqsi: x’ġara din is-sena biex l-affarijiet ħadu żvolta daqshekk differenti? Possibbli li l-ħsieb li pajjiżna jmur tajjeb fil-Eurovision ħoloq tant paniku u disperament għall-elites talkamp Nazzjonalista? Ma nafx għandix nidħak jew nibki bl-assurdità ta’ dan ittip ta’ loġika. Hija diżgustanti l-attitudni ta’ dawk li għalihom, feel good factor f ’Malta taħt Gvern Laburista bħal donnu hu xi tip ta’ virus li għandu jiġi evitat akkost ta’ kollox. Dan huwa evidenti fl-attitudni distruttiva li qed tikkaratterizza ż-żmien li se jagħmlu fl-Oppożizzjoni. Dawn huma l-istess nies li kienu fit-tmun ta’ pajjiżna tliet snin ilu u li l-għatx għallpoter ma batta xejn minn dak iż-żmien ’l hawn. Nitħasseb ukoll b’dan ittip ta’ mentalità diviżiva; li ma tifraħx bil-fortuna talopponent tiegħek, nifhimha. Iżda li tqis f ’dawl negattiv dak li tista’ tibbenefika minnu inti stess huwa sintomu ta’ malizzja profonda u irrazzjonali, xprunata minn sens qawwi ta’ disprament. Barra minn hekk, hija ħasra li l-politika partiġġjana rridu bilfors indeffsuha kullimkien. Il-lingwaġġ dispreġġjattiv li ntuża f ’dan il-każ ma ħasadni xejn; huwa tipiku tal-megalomanja u, flaħħar mill-aħħar, il-ħdura li jesibixxu diversi individwi ma’ kull ċans li jkollhom filkonfront tal-Partit Laburista. Fid-dawl ta’ dan kollu, ilGvern għandu jgħaddas rasu u jkompli jaħdem biex joħloq il-ġid sabiex il-feel good factor f ’pajjiżna jkompli jitkattar ma’w kulħadd. Min irid, igawdih. Min ma jridx, affarih!
EDITORJAL
kullhadd.com
22|05|2016 13
www.kullħadd.com agħmel kuntatt magħna
EDITUR
Aleander Balzan aleander.balzan@one.com.mt +356 2568 2230
ĠURNALISTI
Ritianne Agius ritianne@kullhadd.com +356 2090 1410
SALES U DISTRIBUZZJONI
Liam Gauci liam@kullhadd.com +356 2090 1413
INDIRIZZ POSTALI
KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717
Alan Saliba sales@kullhadd.com +356 2090 1520
KUNTATT ĠENERALI
DISINN TAL-GAZZETTA
editorial@kullhadd.com + 356 2090 1411
Leanne Grech
DIFFERENZA BIL-PROVI F’ġimgħa waħda reġa’ kien hemm żewġ episodji partikolari li fakkruna tassew għaliex fl-2013 il-poplu għażel bidla fid-direzzjoni. Għalkemm jitkellmu fuq temi totalment differenti, ilmessaġġ kien wieħed ċar: ilbidla ta’ Marzu 2013 kienet meħtieġa u qed tħalli l-frott. L-ewwel episodju li nagħmlu referenza għalih huwa r-rapport tal-Caritas dwar illivell tal-għajxien tal-Maltin. Kollox ward u żahar? Dażgur li le. Għad hemm familji li għandhom sfida biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet tal-ħajja. Però, analiżi dettaljata tar-rapport tixhed kif l-aħħar tliet snin għamlu differenza kbira. Ċerti familji li ma setgħux ilaħħqu mal-basket tal-ħajja, illum qiegħed jirnexxilhom u dan grazzi għal diversi inċentivi li ta l-Gvern biex iktar nies jidħlu fiddinja tax-xogħol. Xi ħaġa kkonfermata wkoll mill-fatt li nhar il-Ġimgħa ħarġet statistika li dawk ifittxu
impjieg niżlu għal 3,750 biss. L-inqas f ’37 sena. Ir-rapport tal-Caritas, li sa erba’ snin ilu kien tkellem dwar bosta sfidi, jirrikonoxxi miżuri li hawn semmejna kemm-il darba. L-inwork benefit, it-tapering tal-benefiċċji u ż-żieda filpensjonijiet. Ir-rapport ma kienx sorprendenti. Wieħed kien qed jistenna li dawn se jħallu l-frott u għalhekk ir-rapport jindika titjib mal-istess studju ppubblikat fl-2012. Mhux ta’ b’xejn inħossuna kburin meta nirreferu għalih. Għax huwa prova ċara li llum mill-ġid ekonomiku qed igawdu ferm iktar nies. X’kuntrast meta mqabbel mal-aħħar amministrazzjoni meta, fi żmien li l-familji kienu qed iħallsu l-ogħla kontijiet tal-enerġija, ilKabinett kien qed jieħu €500 żieda fil-ġimgħa bil-moħbi ta’ kulħadd. X’differenza bejn min qed iservi għall-ġid tal-poplu u min il-Gvern użah biex jisserva hu. Xi ħaġa ħażina ħafna, tiġri meta tiġri u tiġri
minn min tiġri.
Parassiti u traffic jam It-tieni rapport li wera d-differenza bejn iż-żewġ partiti kien dak li fih kien ikkwotat jitkellem l-eksKap Eżekuttiv tal-Arriva f ’Malta. Fisser kif dak li welldu l-eks-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-eksMinistru Austin Gatt kien mostru destinat biex ifalli. Fuq kollox stqarr li dan kien imfassal fuq konsulenzi li ngħataw lill-parassiti li tħallsu biz-zalza iżda li ma setgħu jaħdmu qatt; li jfisser li, filwaqt li kienu qed jgħidulna li l-bużullotti spiċċaw, kienu konxji li b’tal-linja konna deħlin biss “gas down” filħajt. Anke hawn hija ċara d-differenza mil-lum. Għall-Ministeru tatTrasport illum, l-aqwa konsulenti kienu l-kunsilli lokali li jirrappreżentaw ixxewqat tan-nies fl-irħula u l-ibliet. Kien fuq ix-xewqat tagħhom li sar it-tibdil firrotot u, anke jekk mhux perfetti mill-ewwel, illum
hemm qbil li qed issir iddifferenza li ftit ftit qiegħda tinħass f ’settur li joffri fost l-ikbar sfidi f ’pajjiżna. Settur fejn ukoll toħroġ id-differenza bejn Gvern li jaħdem u Oppożizzjoni li tikkritika u mhux kapaċi toffri s-soluzzjonijiet. Kif ġara fil-qasam tat-traffiku. Wara xhur jgħidulna li se jiġu b’rapport li jsolvi l-problema tat-traffiku short term illum hemm rapport li mhu kapaċi jispjegah ħadd mid-deputati tal-Partit Nazzjonalista. Rapport li, wara l-fjask li għamlu fl-Arriva, ma fih ebda proposta serja għattrasport pubbliku. Rapport li juri kif dan il-pajjiż m’għandux gvern alternattiv fl-Oppożizzjoni, iżda għandu Gvern li, għalkemm mhux perfett, huwa bieżel daqs il-poplu li jmexxi u li taħt it-tmexxija tiegħu hemm bidla li qed isseħħ. Forsi għadna m’aħniex filpunt tal-wasla, iżda t-triq ittajba nqabdet u b’dan aħna tassew kburin.
14 22|05|2016
kullhadd.com
ITTRI
SEMMA’ LEĦNEK Ibagħtilna ittra biex nippubblikawha fil-gazzetta KullĦadd. Preferibbilment l-ittri jkunu miktuba bil-kompjuter. INDIRIZZ POSTALI KullĦadd Ittri, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. INDIRIZZ ELETTRONIKU editorial@kullhadd. com. Annotaw l-email billi fis-suġġett tindikaw li qed tibagħtu ittra.
FIDUĊJA
IR-RUMANIJA F’MALTA?
Sur Editur,
Hi ħaġa tajba li f ’artna għandna ekonomija li għaddejja b’ritmu robust. Anke fiċ-Ċina sa ftit ilu l-ekonomija kienet sejra flat out għalkemm dan l-aħħar naqqset ir-ritmu. Li wieħed jistenna hu li, f ’pajjiżi fejn l-ekonomija tkun sejra tajjeb, jitjiebu l-kundizzjonijiet ġenerali anke tal-ħaddiema u tal-familji tagħhom. Motiv kbir favur li pajjiżi, bħar-Rumanija, kellhom li jissieħbu fl-Unjoni Ewropea, bla dubju għall-popolin, kien mhux biss li l-ekonomija tmur aħjar minn kif kienet taħt sistema Sur Editur, komunista iżda wkoll li jitjiebu l-kundizzjonijiet; fosthom għallMela skont il-Ministru Dell tas-Saħħa Claudette Buttigieg ħaddiema li baqgħu bin-nieqes (mingħajr ebda dottorat mediku) li ħolom biha Dr Xmun mal-waqgħa tal-komuniżmu Busuttil, il-Maltin qed jimirdu aktar għax fil-Gvern hemm il- għax mal-libertà tal-inizjattiva Partit tal-Ħaddiema. Din hi n-negattività ta’ dawk li, għax ma jistgħux jilħqu l-għeneb, jgħidu li hu qares. Mill-pożittiv tgħid li l-Maltin kif ukoll il-barranin residenti u t-turisti jirrikorru Mater Dei, polikliniki jew djar tal-anzjani għax għandhom fiduċja għamja fil-professuri, tobba, infermiera u l-ħaddiema l-oħra għas-servizz professjonali li jagħtu. Xogħol vokazzjonali. Xogħol li dak li jkun ikemmex xufftejh biex Sur Editur, jagħmlu, speċjalment dak fid-djar tal-anzjani. Ma nixtieqx Andrew Borg ninsa wkoll is-sezzjoni tal-mediċini, dipartiment importanti, L-Avukat Cardona, magħruf l-aktar fejn infaqgħet bużżieqa oħra f ’wiċċ il-Ministru Dell Claudette u l-Partit Nazzjonalista dwar il-mediċini out of stock (mhux il- bħala l-Boċċa, jiftaħar li għandu DNA differenti bottijiet tal-piżelli). mil-Laburisti. Ta’ dan, aħna Ħajr lill-amministraturi tad-diversi dipartimenti għall-ħidma l-Laburisti għandna għax tagħhom biex ikabbru l-livell mediku b’risq il-poplu Malti. Prosit nirringrazzjaw lil Alla li nies lill-Ministru Chris Fearne kif ukoll lill-eks-Ministri Konrad Mizzi psataż u maledukati bħallu Godfrey Farrugia għax-xogħol siewi li għamlu f ’dawn l-aħħar tliet snin. Ħajr lil Chris Fearne għar-risposti dettaljati li jagħti Boċċa jżommu ’l bogħod minna. għall-mistoqsijiet parlamentari. L-aħħar paprata li wettqet din ir-ras kbira għalxejn kienet DEJJEM GĦALL-AĦJAR, meta rrefera għall-kantanta IL-ĦAMRUN
privata imprenditorjali ma’ twettqux dawk il-miżuri meħtieġa biex jipproteġu l-ħaddiem bil-paga. Pereżempju, minn jaf kemm kumpaniji għalqu l-fabbriki tat-tessuti li kellhom flItalja, u f ’pajjiżi oħra fl-Ewropa biex fetħuhom fir-Rumanija fejn ma kienx hemm infurzar tarregolamenti tas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Għadni niftakar, waqt żjara f ’belt fitTramuntana tar-Rumanija, fejn blokk appartamenti kienu bidluhom f ’workshops tal-ħjata għall-ilbies li jkun ħiereġ moda fl-Ewropa tal-Punent fejn iġibu flus kbar. Xogħol li kien isir b’magni storbjużi u ħaddiema Rumeni bla protezzjoni għaludit. Ma nafx fir-Rumanija kemm tjieb l-infurzar tar-regolamenti
IL-BOĊĊA
Maltija Ira losco bħala ‘bitch’. Imissu jistħi jikteb dawn ir-rimarki fil-konfront ta’ Maltija bħalu. Jaqaw il-Boċċa ħass li għandu joffendi lil Ira għax m’għandhiex l-istess DNA bħalu? Sintendi, dan l-imdejjaq bih innifsu ma tilifx l-okkażjoni biex jattakka wkoll lill-Prim Ministru Joseph Muscat. Boċċ, inutli wara tagħmel elf apoloġija, għax ilħsara tkun saret. U bir-raġun il-Boċċa jkun iddisprat u ma jaħmilx lil Joseph
tas-saħħa u s-sigurtà. Li nittama hu li f ’Malta u Għawdex dan l-infurzar ikompli jissaħħaħ biex mhux ikollna anqas fatalitajiet u korrimenti immedjati fuq ilpostijiet tax-xogħol, iżda wkoll biex nevitaw lill-ħaddiema kundizzjonijiet li jiżviluppaw biż-żmien bħal mard fil-pulmun minn abra ġġenerata minn ċertu xogħol, nuqqas ta’ smigħ minn storbju mhux mitigat u mard mentali minn perjodi twal maqfulin fl-istess post. B’xorti ħażina, ċertu nuqqasijiet ma ġewx indirizzati taħt amministrazzjoni demokristjana. Però, wieħed jittama li dawn jiġu indirizzati taħt amministrazzjoni soċjodemokratika J. BONNET BALZAN, IL-BALLUTA
Musact, għax Alla biss jaf, u sintendi hu, kemm qed jitlef eluf ta’ ewro mill-konsulenzi li kien idabbar taħt gvernijiet Nazzjonalisti. Bħall-kapo tiegħu, miskin il-Boċċa ma jistax iniżżilha minn gerżumtu li m’għadhomx imexxu huma. Ħbieb, ikkumpatuh ftit u ħalluh jitpastaż kemm irid u jwaqqa’ l-professjoni talavukati għaż-żufjett. TICHY, Il-FGURA
PANAMA PAPERS U SKIŻOFRENIJA Sur Editur, Id-drammaturgu u kittieb prolifiku Sqalli Luigi Pirandello, rebbieħ talPremju Nobel għall-Letteratura fl-1934, kien jemmen li l-verità hija relattiva, fis-sens li kulħadd ikollu opinjonijiet u ħsibijiet differenti fuq ħwejjeġ komuni, ngħidu aħna is-sbuħija. Fl-opinjoni umli tiegħi naħseb li Pirandello kellu nofs raġun u fejn jidħlu temi metafiżiċi bħat-twemmin reliġjuż, il-filosofija, l-estetika u domandi dwar l-eżistenza tal-bniedem, kulħadd għandu l-verità tiegħu. Is-sabiħ hu li t-tweġibiet għal ċertu domandi – ngħidu aħna: x’qed nagħmlu hawn? għaliex il-ħażen? – huma differenti iżda kollha validi. Fl-istess ħin, it-teorija ta’ Pirandello tispiċċa fix-xejn meta niddiskutu temi ta’ natura xjentifika għax ixxjenza u r-risposti li tagħti huma oġġettivi u empiriċi; jiġifieri frott tal-ħsieb u tal-esperimentazzjoni talmetodu xjentifiku. Xjenzi bħall-fiżika, matematika, l-elettronika, il-mediċina u dixxiplini oħra simili jagħtu risposta waħda li ma tħalli ebda dubju. Jekk indaħħal idi f ’ilma ta’ temperatura ta’ 100°C se nismot idejja; wieħed
u wieħed jagħmlu tnejn; il-moħħ jikkontrolla l-ħiliet tal-bniedem. Dawn huma fatti xjentifikament ippruvati u ma jitolbu ebda diskussjoni dwar ilvalidità tagħhom. Il-patoloġija mentali msejħa skiżofrenija tiġi meta f ’moħħ dak li jkun jikkoeżistu atteġġjamenti, ħsibijiet u saħansitra raġunar li huma totalment opposti għal xulxin. Ngħidu aħna, f ’mument isostni li Alla jeżisti u wara ftit jisħaq li hu ateu. Issa għandi dubji serji jekk Simon Busuttil hux qed juri sintomi ta’ din il-kundizzjoni mentali (b’rispett sħiħ lejn min ibati minn din il-kundizzjoni serja). Dan għax dwar il-prattika ta’ ħabi ta’ flus qed ikun ambivalenti. Fuq naħa qajjem pogrom sħiħ għax Konrad Mizzi fetaħ kont fil-Panama u Simon akkużah li ried jaħbi l-flus. Simon ilu x-xhur jisħaq dwar il-ħażen li wieħed imiss mal-Panama. Min ikollu flus ilPananma huwa korrott jew għandu riħa ta’ korruzzjoni. F’Malta bosta tkażaw u talbu r-riżenja ta’ Konrad Mizzi, u filfatt hekk ġara. Dan kien l-atteġġjament assolut kontra kull min kien imiss mal-Panama. F’daqqa waħda nfetħet il-Kaxxa ta’
Pandora u sirna nafu li hemm uffiċjali u eksministri Nazzjonalisti marbutin mal-Panama iżjed milli kellhom nies fiddimostrazzjoni tas-soċjetà ċivili kontra l-korruzzjoni. Issa Simon qed jgħid hu li dawn il-talin kienu konsulenti, u diretturi u li ma hemm xejn ħażin f ’dan. Dan hu kollu paroli vojt għax min jgħin, jindokra, u jieħu ħsieb, jew min qed igawdi minn xi kont sigriet f ’xi ġenna fiskali, hu responsabbli daqs minn għandu l-kont. Ann Fenech qalet dnub tal-abbatini. Nistaqsiha li din illuminari tal-liġi: jekk immur għandha u ngħidilha biex taħbili miljun ewro u hi tiftaħlai kont sigriet fil-Panama, jien biss inkun ħati ta’ mġiba ħażina, jew hi tkun responsabbli miegħi? Issa l-flus moħbija m’għandhomx ħżiena għall-Partit Nazzjonalista għax għamel skema ta’ self sigriet. Iva, sewwa qrajtu, self sigriet; jiġifieri dak li jkun isellef bil-moħbi lill-PN somma flus għal numru ta’ snin bi mgħax ta’ 4% mingħajr garanzija li joħodhom lura. Mela li wieħed jaħbi somma flus għand il-PN għal Simon Busuttil hu tajjeb, imma li ħaddieħor jiftaħ kont (bla flus) mistur fil-Panama hu ħażin. X’differenza hemm bejniethom? Din
mhux imġiba skiżofrenika minn Simon Busuttil? Fid-dinja demokratika qiegħed dejjem jinħass il-bżonn ta’ trasparenza sħiħa fixxogħol tal-banek u s-servizzi finanzjarji, imbagħad jiġu n-Nazzjonalisti bi skema ta’ self fejn wieħed jaħbi l-flus. Din hija stedina għall-korruzzjoni għax minn se jagħtihom jaf li se jieħu flusu lura blimgħax taħt forma ta’ pjaċiri, kuntratti lukrattivi u promozzjonjiet meta, Alla ħares qatt, ikunu fil-Gvern. Fuq kollox, min għandu motivazzjonjiet ulterjuri mċajpra se jissogra flusu ma’ partit li f ’25 sena faqa’ lil Malta bid-dejn u l-istess partit issa jinsab fallut. Dan kollu jindika li l-iskiżofrenija hija fil-fatt is-sintomu ewlieni tal-marda proprja li hija l-patoloġija tad-delużjoni ta’ kobor ta’ dan il-partit. Dan il-partit li tiegħu biss hu tajjeb, li jippretendi li għandu monopolju fuq l-għerf u li tal-oħrajn hu dejjem ħażin u inferjuri. Dan il-partit jippretendi li hu l-midluk t’Alla bit-dritt divin li jmexxi. Partit psewdo-Knisja u li bħalha jemmen li hu infallibbli. L-ERETIKU, TAS-SLIEMA
TA’ BARRA
kullhadd.com
22|05|2016 15
MIN GĦANDU RAĠUN? LIAM GAUCI liam@kullhadd.com
Il-Ministri għall-Ekonomija u Finanzi taż-Żona Ewro se jiltaqgħu nhar it-Tlieta li ġej biex japprovaw pakkett ta’ riformi maqbul mal-Gvern Grieg bl-għan li jintlaħqu l-miri strutturali li hemm bżonn sabiex tiġi żborżata parti oħra mill-flejjes li qegħdin jingħataw lil dan ilpajjiż skont il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES). It-tama tal-membri tażŻona Ewro hija li dan ilpjan joffri l-assigurazzjoni mitluba mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) biex din l-organizzazzjoni tipparteċipa fil-programm Grieg. Madankollu, s’issa jidher li dawn it-tamiet se Grieg ikkommetta ruħu li jagħmel serje ta’ riformi jkunu diżappuntati. ekonomiċi estensivi. Dak iż-żmien kien hemm Xettiċiżmu qbil li l-ammont preċiż ta’ Is-sena l-oħra l-Bord tal- għajnuna finanzjarja millGovernanza tal-MES qabel MES se jiddependi fuq idli jipprovdi lill-Greċja deċiżjoni tal-Fond Monetarju b’massimu ta’ €86 biljun Internazzjonali rigward ilf ’għajnuna finanzjarja fuq parteċipazzjoni tiegħu filtliet snin li se jżid id-dejn finanzjament tal-programm, totali tal-Greċja għal madwar kif ukoll is-suċċess ta’ miżuri €250 biljun. Il-Gvern Grieg ta’ riforma mill-Greċja, inkluż intrabat li juża dawn il-fondi il-privatizzazzjoni ta’ assi għas-servizz tad-dejn, ir- statali. Madankollu, malajr deher rikapitalizzazzjoni tas-settur bankarju, it-tneħħija tal- ċar li din il-parteċipazzjoni arretrati, u l-finanzjament tal- ma kinitx se tasal faċilment. baġit. Barra minn hekk, sabiex Dan ħareġ minn stqarrija li ireġġgħu lura l-ekonomija għamlet id-Direttriċi tal-FMI tagħhom lejn trajettorja ta’ Christine Lagarde li fl-14 tkabbir u jagħmlu l-piż tad- ta’ Awwissu 2015 sostniet li dejn sostenibbli, il-Gvern hija tal-fehma li d-dejn tal-
Risposta fil-qrib
xi bnadi taż-Żona Ewro, b’mod speċjali l-Ġermanja li għadha tinsisti li l-ftehim eżistenti mal-Greċja huwa tajjeb biżżejjed kif inhu. Ilmotivazzjoni tal-Ġermanja hija li s-self tal-Greċja li ngħata skont il-programm tal-MES se jkun qiegħed jitħallas lura fi żmien meta l-ekonomija Griega mistennija li tkun irkuprat mir-riċessjoni; jiġifieri bejn l-2034 u l-2059. Din ir-reżistenza Ġermaniża wasslet għal xhur ta’ diskussjoni fejn bosta stati taż-Żona Ewro baqgħu jinnegozjaw mal-Greċja b’mod normali bit-tama li Jibqgħu jirreżisti l-FMI se jbiddel il-fehma Il-pożizzjoni tal-FMI, però, tiegħu. B’hekk insibu li tal-Eurogroup ma ntlaqgħet tajjeb xejn minn l-laqgħa Greċja sar insostenibbli u li dan il-pajjiż ma jistax jikkoreġi din is-sitwazzjoni waħdu. Għaldaqstant, hija qalet li kien essenzjali għas-sostenibbiltà fitterminu medju u fit-tul ta’ dan id-dejn li l-imsieħba Ewropej jieħdu impenn konkret biex jirrevedu l-programm ta’ finanzjament tal-Greċja. Din ir-reviżjoni kellha tinkludi fih tnaqqis sinifikanti tad-dejn, magħruf bħala ‘haircut’. Skont Lagarde, dan il-pjan kellu jiġi mfassal sal-ewwel review tal-programm tar-riformi Griegi li se jsir mill-Eurogroup nhar it-Tlieta li ġej.
ATTAKK TERRORISTIKU?
Proprju nhar il-Ġimgħa li għadda l-awtoritajiet Eġizzjani kkonfermaw li fost l-affarijiet li nstabu fil-baħar Mediterran kien hemm saħansitra fdalijiet umani. Instabu wkoll partijiet mill-ajruplan tal-EgyptAir u affarijiet personali talpassiġġieri li kienu fuq l-istess ajruplan. Dawn is-sejbiet huma l-ewwel konferma konkreta li l-ajruplan tal-EgyptAir, li abbord kellu 66 persuna, spiċċa fil-baħar. Rapporti mhux ikkonfermati ta’ informazzjoni mit-titjira ta’ dan l-ajruplan li, għal xi raġuni jew oħra, sparixxa waqt li kien qed jivvjaġġa minn Pariġi għall-Kajr, kollha ppuntaw lejn problemi kbar li l-pilota veteran seta’ esperjenza minuti biss qabel ma ġġarraf l-ajruplan. Dan kollu kien ikkonfermat minn stqarrija maħruġa millMinisteru tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Eġittu li qalet li l-flotta navali Eġizzjana rnexxielha tirkupra aktar debris mill-ajruplan li fost oħrajn kienu jinkludu dawn ilfdalijiet imsemmija. Il-flotta navali Eġizzjana bdiet tagħmel it-tfittxija tagħha f ’żona
ta’ madwar 290 kilometru (180 mil) lejn it-Tramuntana ta’ Lixandra, kemm kemm lejn in-Nofsinhar ta’ fejn intilef issinjal mill-ajruplan kmieni nhar il-Ħamis li għadda. Ta’ min isemmi li ma kien hemm l-ebda sinjal ta’ dawn il-fdalijiet jew inkella ta’ sinjal tal-post millflight recorders tal-kaxxa s-sewda, li x’aktarx huma l-aħjar għodda
għall-Ekonomija u l-Finanzi tad-9 ta’ Mejju ntemmet bi stqarrija li sostniet li l-pajjiżi taż-Żona Ewro kienu lesti biss li joffru aktar flessibbiltà fil-pagamenti, però l-ebda haircuts. Madankollu, l-FMI qatt ma tat indikazzjoni li se tbiddel il-pożizzjoni tagħha hekk kif qalet li l-previżjoni Ġermaniża dwar l-ekonomija Griega hija ottimista wisq u sal-2034 il-Greċja se jkollha dejn ieħor xi tħallas relatat ma’ impenji preċedenti.
possibbli li tista’ tagħti ħjiel ta’ tfittxija tespandi aktar u dwar il-kawża li wasslet biex b’hekk jiżdiedu ċ-ċansijiet li tkompli tinstab aktar evidenza jiġġarraf l-ajruplan. dwar dan il-każ. Min-naħa il-Prim Ministru Ikkunsidrata espansjoni taż- tiegħu, Eġizzjan Sherif Ismail qal li żona ta’ tiftix għadu kmieni wisq biex wieħed F’kummenti li ta lill-midja wara jelimina xi possibbiltajiet li jista’ dawn l-iżviluppi, iċ-Chairman jkun hemm u li jsarrfu bħala tal-EgyptAir Safwat Moslem l-kawżi ta’ din it-traġedja. Filsostna li hemm ċans li ż-żona fatt, il-Ministru tal-Avjazzjoni
Eżempju ta’ dawn l-impenji se jidher b’mod partikolari fixxahrejn li ġejjin meta l-Gvern Grieg irid irodd lura madwar €11-il biljun lill-FMI, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank għall-Investiment Ewropew u f ’ishma tal-Gvern. Minkejja l-ottimiżmu tal-Ġermanja dwar l-ekonomija Griega, hemm diversi ekonomisti li esprimew it-tħassib tagħhom fir-rigward tal-impatt talpagamenti ta’ Ġunju u Lulju fuq is-sostenibbiltà tal-finanzi ta’ dan il-pajjiż mingħajr l-appoġġ addizzjonali talFMI. Għaldaqstant, wara sena ta’ tnikkir u kontradizzjonijiet, fil-jiem li ġejjin probbabilment se nkunu nafu min għandu raġun bejn l-FMI u l-Ġermanja. Però, wieħed jistaqsi: din il-kjarezza se tasal fil-ħin biex l-ekonomija Griega tinżamm fuq saqajha?
sostna li hemm aktar ċans li seta’ kien attakk terroristiku aktar milli ħsara teknika. Madankollu, għad m’hemm l-ebda evidenza li tikkonferma dawn l-istqarrijiet. Minkejja li s-suspett qed imur fuq militanti Iżlamiċi li wkoll splodew ajruplan ieħor seba’ xhur ilu fl-Eġittu, sal-lum għadu ħadd ma refa’ r-responsabbiltà. Apparti minn hekk, kien irrappurtat li l-flight data missistema awtomatika bl-isem ta’ Aircraft Communications Addressing and Reporting System (ACARS) irrappurtat smoke alerts ftit qabel ma l-ajruplan iġġarraf u spiċċa fil-baħar. Din l-allegazzjoni ma kinitx ikkonfermata minn żewġ uffiċjali Amerikani iżda sostnew li l-electronic sensor system qabad xi tip ta’ disturbanza fuq barra tal-ajruplan fl-istesss ħin li l-investigaturi jemmnu li l-ajruplan beda nieżel ’l isfel mill-ajru lejn il-baħar. Dawn l-avvenimenti xejn mhu qed jagħmlu ġieħ lill-industrija turistika tal-Eġittu hekk kif komplew ibiegħdu aktar nies milli jżuru dan il-pajjiż.
16 22|05|2016
1
kullhadd.com
TA’ BARRA
MINN MADWA
AKTAR TERREMOTI FL-EKWADOR
3 Żewġ terremoti b’saħħithom laqtu l-kosta tal-Ekwador nhar l-Erbgħa li għadda. L-epiċentru tal-ewwel terremot, illi kellu saħħa ta’ 6.7 grad fuq l-iskala Richter, kien il-villaġġ ta’ Mompiche, filwaqt li dak tat-tieni wieħed, illi kien ta’ 6.8 grad, kien 82 kilometru ’l bogħod mir-raħal ta’ Esmeraldas. Fortunatament, minkejja s-saħħa ta’ dawn it-terremoti, kien hemm biss vittma waħda rrappurtata mill-awtoritajiet. Sadanittant, però, il-ħsarat infrastrutturali kienu notevoli fiżżoni affettwati. L-istess żoni kienu milquta minn terremot ta’ 7.8 grad fuq l-iskala Richter ix-xahar li għadda; diżastru li ħalla ’l fuq minn 600 persuna mejta u madwar 2,500 oħra midruba.
2
1
KUNTRASTI
3 Stħarriġ differenti li sar fir-Renju Unit fl-aħħar jiem dwar ilfutur ta’ dan il-pajjiż bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea kellu riżultati kontrastanti. Stħarriġ ippubblikat minn YouGov nhar l-Erbgħa li għadda ta vantaġġ ta’ 4% lill-‘In’ fuq l-‘Out’. Dan ir-riżultat wera li l-vantaġġ ta’ dawn tal-ewwel qiegħed jiżdied hekk kif ġimagħtejn ilu d-differenza kienet biss ta’ 2%. Riżultat aktar qawwi ħareġ minn stħarriġ bit-telefown li sar mill-kumpanija ICM li wera li l-‘In’ kienu qegħdin igawdu minn vantaġġ ta’ 10%. Madankollu, fl-istess jum, stħarriġ separat li sar bl-internet minn ICM stess ta vantaġġ ta’ 4% lill-‘Out’. Ir-referendum uffiċjali dwar din il-kwistjoni se jsir fit-23 ta’ Ġunju.
AKTAR PROTESTI Franza kienet iġġammjata minn ġimgħa oħra ta’ protesti hekk kif ħaddiema tal-ferrovija, tal-portijiet u membri tal-Forza tal-Ordni, fost oħrajn, abbandunaw il-post tax-xogħol biex jesprimu r-rabja għallkundizzjonijiet tagħhom. Dawn il-protesti ħarbtu wkoll il-konnessjonijiet ta’ Franza mal-pajjiżi ġirien tagħha. Matul dawn l-aħħar xhur il-Gvern Soċjalista mmexxi mill-President Francois Hollande kien involut f ’ħidma intensiva biex jipprova jgħaddi diversi liġijiet li għandhom l-għan li jagħmlu s-suq tax-xogħol aktar flessibbli u kompetittiv fi żmien meta Franza għandha livell ta’ qgħad ta’ madwar 10%. Madankollu, dawn ir-riformi mill-ewwel sabu reżistenza kbira fejn qiegħed jiġi spekulat li Hollande jista’ saħansitra ma jikkontestax l-elezzjoni presidenzjali tas-sena d-dieħla minħabba l-kollass fil-popolarità tiegħu.
2
TA’ BARRA
kullhadd.com
AR ID-DINJA 6
22|05|2016 17
MESSAĠĠ GĦAĊ-ĊINA
2
4
5
6
Il-President il-ġdid tat-Tajwan Tsai Ing-wen ħadet il-kariga tagħha b’mod uffiċjali f ’ċerimonja li saret nhar il-Ġimgħa li għadda. L-elezzjoni tagħha hija mistennija li ġġib magħha bidla fir-relazzjoni ta’ dan l-istat maċ-Ċina hekk kif il-partit ta’ Tsai fil-passat ħa pożizzjonijiet ibsin fil-konfront taċĊiniżi b’differenza għall-Kuomintang, il-partit li issa sab ruħu fl-Oppożizzjoni. Fil-fatt, fl-ewwel diskors tagħha, Tsai sostniet li hija se tkun kommessa li tiddefendi l-valuri tal-libertà u d-demokrazija f ’pajjiżha. Dan il-messaġġ jidher intenzjonat li juri d-determinazzjoni tagħha li tirreżisti kull pressjoni militari, politika u kummerċjali li tista’ tipprova tagħmel iċ-Ċina biex timponi l-aġenda tagħha fuq din il-gżira.
5
4
RAWND ĠDID TA’ NEGOZJATI
GĦAŻLA KONTROVERSJALI Nhar il-Ġimgħa li għadda l-Ministru għadDifiża ta’ Iżrael Moshe Yaalon ħabbar li se jirriżenja mill-kariga tiegħu b’riżultat ta’ għajdut qawwi li l-Prim Ministru Benjamin Netanyahu ried idaħħal minfloku lil Avigdor Lieberman – esponent tal-lemin estrem li jagħmel parti millkoalizzjoni tal-Gvern. Yaalon sostna wkoll li se jabbanduna s-siġġu tiegħu fil-Parlament. L-għażla ta’ Lieberman, li jmexxi l-Partit Yisrael Beiteinu, waslet hekk kif Netanyahu qiegħed jipprova jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-koalizzjoni tiegħu fil-Parlament fejn bħalissa għandu maġġoranza ta’ siġġu wieħed biss. Madankollu, huwa mistenni li, jekk Lieberman jingħata dan il-portafoll, in-negozjati ta’ paċi mal-Palestina se jkomplu jikkumplikaw rwieħhom minħabba l-ideat nazzjonalisti estremi tiegħu.
Din il-l-ġimgħa beda rawnd ġdid ta’ negozjati kwadrilaterali bejn l-Afganistan, il-Pakistan, l-Istati Uniti u ċ-Ċina li għandhom l-għan li jġibu l-paċi f ’dan il-pajjiż tal-ewwel wara diversi snin ta’ konflitt ċivili. L-akbar theddida għall-paċi fl-Afganistan bħalissa huma l-militanti Talibani li baqgħu attivi anke wara r-rebħa talkoalizzjoni internazzjonali fl-2001. Wara li din l-koalizzjoni rtirat fl-2014, is-sitwazzjoni fil-pajjiż kompliet tikkumplika ruħha fejn huwa maħsub li t-Talibani għandhom f ’idejhom l-akbar medda ta’ territorju mill-2001 ’l hawn. Il-Gvern Afgan qiegħed jittama li jikkonvinċi lit-Talibani jersqu lejn il-mejda tan-negozjati wara li abbandunaw ir-rawnd preċedenti b’konsegwenza tal-fundatur tagħhom Mullah Mohammed Omar. Madankollu, dawn l-attentati s’issa kienu inutli.
18 22|05|2016
kullħadd.com
PERSONAĠĠI
L-ISQOF LI GĦAŻEL LI JINĦARAQ ĦAJ SABIEX IĦARES LIL NIESU Eman Bonnici
Mons. Frans Wiertz, Isqof ta’ Roermond fl-Olanda, f ’dawn l-aħħar xhur sejjaħ l-introduzzjoni ta’ kawża għall-beatifikazzjoni ta’ kompajżan mill-pajjiż tiegħu, Mons. Frans Schraven CM, li l-istess Mons. Wiertz issuġġerixxa li dan il-pass isir sabiex ikun jista’ jinħatar patrun tal-vittmi ta’ abbużi sesswali. Il-każ ta’ Mons. Schraven joħodna fiċ-Ċina lura għall-1937 u dak li wassal għal mewtu kien marbut proprju mal-abbuż sesswali, li b’kuraġġ impedieh lil dawk li kien biħsiebhom iwettquh. Naraw min kien dan l-isqof missjunarju. Mons. Frans Schraven CM
L-artist Belġjan Geert de Sutter kien imqabbad jippreżenta ħajjet l-Isqof fi ktieb ta’ stil komiks bl-isem Mail from China – A history of lived faith with a surprising actuality
Imwieled Lottem, flOlanda, fit-13 ta’ Ottubru 1873, Franciscus Hubertus Schraven issieħeb fi ħdan il-Kongregazzjoni talMissjoni mwaqqfa minn San Vinċenz de Paul fl-1625, bilmembri tagħha popolarment magħrufa bħala l-Lazzaristi minħabba l-Prijorat ta’ San Lazzru f ’Pariġi mgħoddi lilhom mill-Kanonki Regolari ta’ San Vittorju, liema binja kienet isservi lura fiż-żmien proprju bħala lazzarett. Ilpreżenza tagħhom ma damitx ma ġiet stabbilita fl-Italja, Tuneż, l-Alġerija, l-Irlanda, il-Madagascar, il-Polonja, flImperu Ottoman, ir-Russja, il-Portugall, il-Messiku u iċĊina. Ordnat presbiteru fil-belt ta’ Pariġi fis-27 ta’ Mejju 1899, Schraven kien mibgħut iċ-Ċina u fis-16 ta’ Diċembru 1906 kien appuntat Vigarju Appostoliku ta’ Chengdingfu, illum imsejjaħ Zhengding. Kien ikkonsagrat isqof tas-sede titulari ta’ Amyclea fl-10 ta’ April tassena ta’ wara minn Mons. Frans Geurts CM. Iċ-Ċina ma damitx ma għaddiet minn għadd ta’ konflitti interni, l-prelat ma damx ma ffaċċja huwa wkoll diversi problemi fil-vigarjat tiegħu, mitejn u sittin kilometru bogħod minn Peking. L-isqof fetaħ ir-residenza tiegħu għarrefuġjati li bdew jaslu fil-lok minn bnadi diversi, bit-total tagħhom ilaħħaq il-ħamest elef sforz tat-Tieni Gwerra Ċino-Ġappuniża, Darba fost l-oħrajn, truppi minn dan l-aħħar pajjiż, jiġifieri l-Ġappun, waslu Zhengding u minn fost il-folla li sabu quddiemhom fil-madwar tal-katidral, għażlu mitejn xbejba Ċiniża sabiex iservu ta’ skjavi sesswali għattruppi. Quddiem din iddehra, Mons. Schraven, b’kuraġġ u determinazzjoni, mar quddiem l-istess truppi
u qalilhom: “Tistgħu toqtlu lili jekk tridu, iżda m’intom se tieħdu qatt dak li qed titolbu!”. Il-militari warrbu u ħallew il-post, iżda ma damux ma rritornaw u wara li sfurzaw ir-residenza episkopali, kaxkru ’l barra lill-Isqof flimkien ma’ tmien missjunarji oħra. It-truppi li arrestawhom kienu wiċċhom mgħammad u l-priġunieri, b’għajnejhom mgħammda u jdejhom marbutin, ittellgħu abbord trakk u sparixxew. Martirju iebes In-nies tal-post damu ftit mhux ħażin ma saru jafu x’seħħ sewwasew millIsqof Frans u t-tmien missjunarji arrestati miegħu, sakemm jum fost l-oħrajn qrib pagoda nstab il-fdal
ta’ xi bċejjeċ ta’ għadam uman u fdal ieħor maħruq. Il-missjunarji kienu tliet patrijiet Lazzaristi – wieħed Olandiż, ieħor Awstrijakk u ieħor Franċiż; ajk Lazzarist mill-Polonja; raħeb Trappist Franċiż; u organista Slovakk ta’ denominazzjoni mhux Kattolika. Wara li kienu ttorturati, ilkoll ġew imxarrba bil-pitrolju u mogħtija n-nar. Dan kollu seħħ fid-9 ta’ Ottubru 1937 u l-inċident baqa’ jissejjaħ ‘il-Massakru tal-Knisja ta’ Zhengding’. Zhengding illum tgħodd mal-100,000 Kattoliku klandestin taħt il-gwida ta’ Mons. Julius Jia Zhiguio. Ilkatidral li darba kien ta’ Mons. Schraven, illum jifforma parti minn sptar tal-armata Ċiniża. Fil-knisja parrokkjali ta’ Broekhuizenvorst fl-
Olanda, fejn trabba l-futur prelat martri, f ’dan l-aħħar żmien twaqqfet kappella b’tifkira tiegħu, waqt li Mons. Everard de Jong, Isqof Awżiljarju ta’ Roermond, ħa ħsieb jorganizza pellegrinaġġ fiċ-Ċina fejn dawk li ħadu sehem fih ħadu ħsieb iżuru l-eksresidenza tal-Isqof imnejn ġie arrestat; il-lok tal-martirju u l-post fejn jinsab midfun il-fdal tiegħu u dak tal-oħrajn. L-artist Belġjan Geert de Sutter kien imqabbad jippreżenta ħajjet l-isqof fi ktieb ta’ stil komiks bl-isem Mail from China – A history of lived faith with a surprising actuality, li kien maħruġ f ’erba’ lingwi millFondazzjoni Mons. Schraven f ’għeluq il-75 sena millmartirju ta’ dan il-prelat u t-tmien missjunarji l-oħra.
MILL-ISTORJA
kullhadd.com
22|05|2016 19
MILL-ISTORJA
L-ORIĠINI TA’ ROMEO U ĠULJETTA
Id-drammaturgu Ingliż William Shakespeare kiteb it-traġedja taż-żewġ żgħażagħ maħbubin Romeo u Ġuljetta madwar l-1594 u l-1595 u ġiet stampata għall-ewwel darba fi ktejjeb fl-1597. Kif forsi diġà taf, irrakkont tiegħu ma kienx oriġinali imma meħud minn ġabra ta’ proża bl-isem ta’ Palace of Pleasure li kiteb William Painter fl-1567. Madankollu, lanqas Painter ma kien qed ikun oriġinali fil-kitba tiegħu, anzi għamel adattament mill-poeżija ‘The Tragicall Historye of Romeus and Juliet’ li Arthur Brooke kien kiteb xi ħames snin qablu. Il-poeta Arthur Brooke kien sab l-ispirazzjoni għall-poeżija tiegħu minn traduzzjoni Ingliża tan-novelli miġburin taħt l-isem Novelle miktubin fl-1554 missaċerdot-awtur Taljan Matteo Bandello. Min-naħa tiegħu, Bandello kien silet l-istorja tiegħu minn rakkont ta’ Luigi da Porto; xogħol li kien ġie stampat
Kitba ta’
MARY
CHETCUTI fl-1530 wara mewtu, intitolat Istoria Novellamente Ritrovata di Due Nobili Amanti. Rakkont ieħor li jixbah ftit lil dak ta’ Luigi da Porto kien inkiteb fl-1476 mill-awtur medjevali Masuccio Salernitano fejn il-maħbubin kienu Mariotto u Gianozza minn Siena, liema rakkont jagħmel parti minn kollezzjoni ta’ stejjer bl-isem Il Novellino. Maħbubin leġġendarji Luigi da Porto kien l-awtur li ta l-ismijiet ta’ Romeo u Ġuljetta lillmaħbubin leġġendarji, semma l-familji għedewwa Montecchi u Cappelletti (li Shakespeare bidel għal Capuleti) u għażel il-belt romantika ta’ Verona fil-provinċja ta’ Veneto bħala l-post tat-traġedja. Imma ara ma taħsibx li Luigi da Porto kiteb dan ir-rakkont biex jikkopja lil ħaddieħor jew biex jgħaddi l-ħin; ir-rakkont tiegħu fih messaġġ moħbi u saħansitra ċanfira għall-
maħbuba tiegħu Lucina li kienet qasmitlu qalbu. Mela x’kien ġara bejn Luigi u Lucina? Kienet il-ġimgħa tal-karnival u l-burdata f ’Udine, fil-Friuli, kienet brijuża u x-xalar kien sfrenat. Fil-lejla tal-Erbgħa 26 ta’ Frar 1511, Luigi da Porto kaptan ta’ sitta u għoxrin sena fl-armata ta’ zijuh, in-Nobbli Antonio Savorgnan del Torre, kien preżenti waqt ballu talkarnival f ’Palazzo Savorgnan. Hemmhekk issaħħar bil-leħen anġeliku tax-xbejba kuġintu ta’ ħmistax-il sena, Lucina Savorgnan del Monte, meta din intalbet tkanta għall-mistednin fil-palazz ta’ missierha. Lucina ntebħet bl-attenzjoni ta’ Luigi u, meta neħħew il-maskri karnivaleski li kienu lebsin, għajnejhom ma nqalgħux minn fuq xulxin u dlonk nibdet l-imħabba bejniethom. L-1511 kienet forsi l-agħar sena fl-istorja ta’ Friuli minn kemm kienet ilha li waqgħet taħt ittmexxija Venezjana. L-għada tal-ballu, il-Ħamis 27 ta’ Frar, inqalgħet l-akbar rewwixta talbdiewa li għadha mfakkra sallum bħala ‘Crudel Zobia Grassa’ fejn ġew maqtula l-familji nobbli msejħin Strumieri għas-simpatija tagħhom lejn l-Imperatur talEwropa Karlu V ta’ Habsburg. L-inġustizzji tas-sidien, il-faqar u l-ġuħ, flimkien mat-tixwix minnaħa ta’ Antonio Savorgnan del Torre, alleat tal-Istat ta’ Venezia u għaldaqstant influwenti filgrupp oppost taz-Zambarlani,
akkumulaw f ’massakru mdemmi fejn ħafna vittmi tqattgħu biċċiet u ntefgħu għallklieb u l-ħnieżer u oħrajn tħallew fejn inqatlu sakemm bdew jitmermru filwaqt li l-proprjetà tagħhom ġiet misruqa minn kollox u mogħtija n-nar. Sfortuni Lucina u Luigi nqabdu f ’din ix-xibka politika meta l-familji rispettivi tagħhom skjeraw ruħhom kontra xulxin u ħraxu l-atti ta’ vendetta bejn iż-żewġ fergħat tal-familja Savorgnan. B’dankollu, xorta waħda sabu l-mezz kif jiltaqgħu bil-moħbi u waslu biex ħalfu lil xulxin li, jiġri x’jiġri, huma kienu se jibqgħu jinħabbu sal-mewt. Jeżistu wkoll spekulazzjonijiet li din il-ħalfa setgħet ġiet issiġillata bi żwieġ sigriet u allura mħabbithom kienet ikkunsmata wkoll. Imma l-isfortuni ma waqfux. Fl-istess sena seħħ dak li probabbilment jibqa’ l-akbar terremot fl-istorja ta’ Friuli u, bħallikieku l-ħerba li ħalla warajh ma kinitx biżżejjed, faqqgħet pesta li kompliet tħalli aktar vittmi. Fl-isfond ta’ dan kollu, Luigi u Lucina ġarrbu żewġ diżgrazzji personali li temmewlhom ħesrem l-istorja ta’ mħabbithom. Ferita f ’għonqu f ’qalbu
u
oħra
Fil-bidu tas-sajf Luigi ntlaqat
minn lanza fil-kozz ta’ għonqu meta hu u suldati sħabu nqabdu fi ġlieda ma’ suldati rivali. Il-lanza ma daħlitx filfond u baqa’ ħaj, imma missitlu x-xewka ta’ dahru u ħallietu pparalizzat minn għonqu ’l isfel fuq in-naħa tax-xellug; spiċċa invalidu magħluq f ’kamartu filkastell tal-familja f ’Montorsi Vincentino. Ipprefera kieku miet milli tilef kulma kellu għal qalbu b’dan il-mod kiefer. Luigi da Porto ħa t-tieni daqqa ta’ ħarta meta, ftit wara li korra, waslitlu l-aħbar li l-familja ta’ Lucina ġiet ordnata biex iżżewwiġha ma’ kuġinuh Francesco Savorgnan del Torre sabiex fl-aħħar tinġieb il-paċi f ’dan ir-reġjun mifni bil-ġlied u delitti bejn il-famiji rivali. Dan il-kmand kien ġej mill-ogħla awtorità fl-Istat ta’ Venezja u Lucina ma setgħet tagħmel xejn għajr tbaxxi rasha u tobdi. L-aħbar fetħet beraħ ferita fil-qalb diġà mweġġa’ ta’ Luigi għax ħassu ttradut minn Lucina. Il-fatt li hu minn dejjem kien iħobb il-letteratura għenu jesprimi l-ħsieb tiegħu dwar il-lealtà tal-imħabba meta kiteb in-novella Giulietta. Bidel l-identità tal-persunaġġi u l-lokalità, imma r-rakkont baqa’ wieħed awtobijografiku. Luigi bagħat kopja tan-novella tiegħu lil Lucina għax riedha taqraha biex tirrealizza li, għallkuntrarju ta’ dak li għamlet hi, Ġuljetta ħabbet lill-maħbub tagħha Romeo sal-mewt.
KALEJDOSKOPJU
20 22|05|2016
kullħadd.com
KURŻITAJIET
L-OGĦLA WHISKY FID-DINJA… LI ŻGUR MA JINXTARAX! Fatti miġbura minn
CHARLES B.
SPITERI
ĠRAW BĦAL-LUM
1945: Winston Churchill jirriżenja minn Prim Ministru talIngilterra; riżenja li ġabet fi tmiemha l-kabinett ta’ koalizzjoni ffurmat matul il-gwerra. L-elezzjoni fil-pajjiż se ssir fil-5 ta’ Lulju. 1960: Wara li faqqa’ terremot qerried fiċ-Ċilì, bħal-lum seħħ tsunami kkaġunat mill-istess terremot, li wassal għall-mewt ta’ numru ta’ nies fil-Hawaii u fil-Ġappun. 1972: Is-Ceylon ibiddel ismu għal Sri Lanka. 1972: Il-President Richard Nixon isir l-ewwel President Amerikan li jasal Moska għal taħditiet mal-mexxejja Sovjetiċi fuq kwistjonijiet internazzjonali, fosthom it-tmiem tal-gwerra tal-Vjetnam u t-tellieqa tal-armi nukleari. Tul il-ġimgħa li qatta’ hemm, kien iffirmat it-trattat SALT (Strategic Arms Limitation Talks) li jorbot liż-żewġ superpotenzi jkollhom biss 200 missila nukleari kull wieħed. Il-qbil l-ieħor kien li jaħdmu aktar flimkien fl-esplorazzjoni tal-ispazju. 1990: Wara separazzjoni ta’ 150 sena, il-Jemen Marxist tannaħa t’isfel u l-Jemen konservattiv tan-naħa ta’ fuq, jingħaqdu bħala r-Repubblika tal-Jemen. 1998: Suldati armati sa snienhom jidħlu fil-Parlament ta’ Jakarta biex iwarrbu u joħorġu studenti li qed jipprotestaw kontra l-ammont qawwi ta’ korruzzjoni mill-Gvern. Dan iwassal għal ġimgħat ta’ rvellijiet kontra l-amministrazzjoni preżenti minħabba l-korruzzjoni u l-ekonomija tal-pajjiż. 2003: Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jagħti l-mandat lill-Istati Uniti u lill-Gran Brittanja biex jiggvernaw flIraq. B’hekk jintemmu 13-il sena ta’ sanzjonijiet ekonomiċi.
Skont dak li jirriżulta bejn il-produtturi tal-whiskies, l-aktar flixkun b’dan l-ispirtu li jiswa flus hu l-Isabella Original. Skużawni nħabbar il-prezz ta’ dan il-whisky Skoċċiż…$6.2 miljun. Madankollu, ir-ridikolaġni fil-prezz mitlub mhux għax il-whisky fih xi ħaġa speċjali, iżda għax il-flixkun li jinsab fih hu mdawwar bid-djamanti. Biżżejjed jingħad li hemm xejn inqas minn 8,500 djamant u 300 rubina. Għalhekk jidher li l-Isabaella Islay qarraq xi ftit fil-klassifika tal-ogħla whisky iżda, b’dankollu, teknikament hu meqjus bħala l-ogħla wieħed. Meta wieħed jiġi għat-togħma tiegħu, ħadd ma jista’ jgħid hux whisky superjuri jew normali, għax l-ebda sinjur u dilettant tal-whisky għadu ma kien kuraġġuż biżżejjed li jħallas il-prezz mitlub għalih. Probabbilment anke l-multimiljunarji jitmeżimżu jixtru minnu għax, fil-verità, tkun qed tieħu l-istess ammont ta’ whisky bħal ta’ fliexken oħra. Jista’ jingħad biss li jekk jinstab xi ħadd li jasal jixtri flixkun, ikun qed jagħmel dan bħala investiment u mhux għax-xorb li hemm ġo fih. U la qed nittrattaw il-whisky nistgħu ngħidu li fl-2005, id-Dalmore 62 kien l-aktar whisky Skoċċiż li jiswa flus. Sitt negozjanti ordnaw wieħed u xorbuh bejniethom għall-prezz ta’ $58,000. Bħala tipp, lil dak li servihulhom ħallewlu boqqa fil-flixkun, li tiswa bejn wieħed u ieħor $1,700.
GĦALQA LI TAĦTHA NSTABET L-IKBAR VILLA RUMANA FL-INGILTERRA
2008: Tmien nisa u tliet irġiel, ta’ bejn it-80 u s-96 sena, jinħarqu ħajjin wara li kienu akkużati bħala sħaħar fin-naħa talpunent tad-distress Kisii fil-Kenja. 19-il persuna jisfaw arrestati b’konnessjoni ma’ dan il-qtil. 2008: Il-Gvern Taljan iħabbar li se jerġa’ jibda l-programm nukleari tiegħu wara aktar minn għoxrin sena ta’ waqfien. Ilprogramm ta’ qabel twaqqaf minħabba l-inċident nukleari ta’ Chernobyl, fl-Ukrajna. Uffiċjali Taljani qalu li programm nukleari ġdid jista’ jnaqqas id-dipendenza tal-pajjiż għas-sorsi tal-enerġija, bħaż-żejt u l-gass naturali. 2009: Mara fl-istat Amerikan ta’ Washington saret l-ewwel persuna li tmut skont il-liġi ta’ qtil megħjun. Il-mara, ta’ 61 sena, bl-isem ta’ Linda Flemming, kienet qed isofri mill-marda terminali tal-kankru. Hi mietet imdawra mill-membri tal-familja u mit-tabib tagħha. 2010: Jordan Romero, tifel ta’ 13-il sena mill-Istati Uniti, isir l-iżgħar persuna li jixxabbat mal-Muntanja Everest. Hu telaq ma’ missieru u tliet gwidi, minn Kathmandu għan-naħa tal-muntanja li tinsab fiċ-Ċina fejn m’hemm ebda restrizzjoni ta’ età. Romero diġà tela’ f ’ħamsa mill-ogħla qċaċet fis-seba’ kontinenti, blEverest tkun is-sitt waħda. 2011: Ġeneral tal-armata Messikana li kien għadu kif irtira jinqatel fi sparatura qrib il-Belt tal-Messiku. Il-Ġeneral Jorge Juarez Loera, kien it-tielet l-ogħla ġeneral fl-armata u figura ewlenija fil-gwerra kontra d-droga. Hu kien qed jivvjaġġa bilkarozza privata tiegħu u ħareġ minnha biex jinvestiga inċident, xħin ġie milqut. Baqa’ mhux magħruf kienx fil-mira biex jinqatel. 2014: Meg Whitman, l-Uffiċjal Eżekuttiv ta’ Hewlett-Packard, iħabbar it-tnaqqis ta’ 45,000 impjieg mill-kumpanija tiegħu. 2015: Ħaddiema tal-bini jsibu bomba mhix sploduta tat-Tieni Gwerra Dinjija qrib Wembley Stadium f ’Londra. Wara li n-nies ġew evakwati, l-ispeċjalisti tal-isplussivi neħħew il-periklu u kollox reġa’ għan-normal.
Sid ta’ razzett li kien qed jgħaddi xi cables taħt l-art biex uliedu jkunu jistgħu jilagħbu t-table tennis f ’maħżen, sab dik li qed jingħad li hi l-akbar villa Rumana fil-Gran Brittanja. Luke Irwin sab il-fdalijiet elaborati u ppriservati blaqwa mod, wara li kixef parti mill-mużajk Ruman fid-dar tiegħu fil-villaġġ ta’ Tisbury f ’Wiltshire. Hu sejjaħ lill-esperti arkeoloġici u wara tħaffir li dam sejjer tmint ijiem mill-Għaqda Storika Ingliża u l-Mużew ta’ Salisbury, sabu li din il-familja sinjura kienet qiegħda tgħix fillussu f ’dik li tista’ titqies bħala l-akbar villa Rumana tal-pajjiż.
Fit-tħaffir instabu muniti, labar tan-nisa, għadam tal-annimali, fdal ta’ qażquż, annimali selvaġġi li kienu jiġu kkaċċjati mir-Rumani, kif ukoll dak li l-esperti identifikaw bħala tebut ta’ tifel Ruman li kien fih ilġeranji fil-kċina ta’ Luke Irwin. Il-villa, li qed tkun imqabbla mad-Dar Rumana f ’Chedworth, Gloucestershire, kemm fil-qies kif ukoll firrikkezza, inbniet f ’xi żmien bejn is-sena 175 u 220 Wara Kristu u baqgħet tkun rimudellata sa nofs is-seklu erba’ Wara Kristu. Fl-istess skavar instab li, qabel ma saret villa Rumana, il-post kien diġà abitat.
L-arkeologi sabu fuħħar tasseklu ħamsa u strutturi talinjam f ’parti fejn il-villa kellha l-ħsarat u qed jippreżumu l-preżenza ta’ familja RumanaIngliża li ma kellhiex riżorsi biex tgħix iżda baqgħet fl-istess post biex tgħammar. Irwin qal li s-sejba li saret ġegħlitu jistagħġeb għall-fatt li sar jaf li, fl-istess post fejn toqgħod il-familja tiegħu, kienu jgħixu nies oħra għal 2,000 sena sħaħ. “Li tħares mill-bieb ta’ barra, tara għalqa vojta u f ’salt wieħed issir taf li 1,500 sena qabel kien hemm l-akbar dar possibbli fl-Ingilterra kollha hi tabilħaqq ħaġa taliskantament.”
KUN AF
kullhadd.com
22|05|2016 21
KUN AF
GĦALA DIN ID-DGĦUFIJA FIR-RELIĠJONIJIET? Kurżitajiet minn hawn u minn hemm Kitba ta’
SAVIOUR
MAMO
Fil-bidu tal-ħamsinijiet, meta jien kont għadni daqsxejn ta’ tifel, kont nara numru kbir ta’ novizzi jassistu filquddiesa ta’ kuljum. Kien sinjal tajjeb, għax probabbli llum il-maġġoranza tagħhom saru qassisin jew patrijiet. Għaddew kważi sittin sena u l-folja nbidlet għax illum bilkemm għadek tara novizz wieħed. U jekk dan xi darba jsir saċerdot, nagħmlu festa festun u nxandruh mal-erbat irjieħ tad-dinja għax tkun saret grazzja kbira minn Alla. Dan il-fenomenu qed jiġri wkoll f ’reliġjonijiet oħra. Tajjeb wieħed jgħid li l-Kristjaneżmu, li jibbaża t-tagħlim fuq Ġesù Kristu, huwa l-aktar reliġjon ipprattikat fid-dinja. Fil-fatt, iħaddan mal-1.7 biljun ruħ. Insibu wkoll reliġjonijiet popolari bħall-Buddiżmu,
Induwiżmu u l-Iżlam, li wkoll jinsabu ħosbiena fuq din il-ħaġa. Id-dinja tallum m’għadhiex bħal qabel – dik li bniedem jingħalaq f ’kamra waħdu u joqgħod jitlob u jimmedita jew imur f ’nofs deżert u jitlaq kollox warajh. Illum qed ngħixu ħajja totalment differenti. Imbagħad immorru fl-estrem u, bl-iskuża tar-reliġjon, issib lil xi ħadd joqtol mijiet ta’ nies innoċenti. Raġunijiet Riċerkaturi mill-Università ta’ Michigan jgħidu li l-interess fir-reliġjon jonqos minħabba l-iżvilupp tal-pajjiż. Iktar ma l-pajjiż ikun modern u b’teknoloġija kbira, iktar il-fidi f ’individwu tibred. Ir-rivista Bible Review dan l-aħħar qalet li l-Knisja Kattolika Rumana
tinsab inkwetata minħabba li l-attendenza fil-knejjes nieżla b’rata mgħaġġla. Il-knejjes fl-Amerika Latina qegħdin jibagħtu ħafna missjunarji barra l-pajjiż biex jippruvaw ireġġgħu lura lil dawk li abbandunaw lil Alla. Jekk inħarsu lejn l-Ewropa nsibu li l-attendenza fil-knejjes tal-pajjiżi Skandinavi hija l-iktar fqira. Fin-Norveġja u d-Danimarka, 5% biss talpopolazzjoni jmorru l-knisja regolarment. Fl-Iżvezja din tinżel għal 4% u fir-Russja tkompli tinżel għal 2%. Bejn l-1984 u l-1993, il-Knisja Kattolika fil-Ġermanja rat in-numru ta’ dawk li jmorru l-knisja regolarment jonqos minn 25% għal 19%. Flistess żminijiet, 4% biss millProtestanti kienu jattendu s-servizzi fil-knisja kull nhar ta’ Ħadd. Riċentament, ilġurnal Christianity Today b’dispjaċir irrapporta li wieħed minn kull għaxar Ġermaniżi biss imur il-knisja kull ġimgħa. Il-gazzetta Ingliża The Guardian riċentament ukoll qalet li l-Kristjaneżmu qatt ma kien f ’kundizzjoni agħar minn hekk. Bejn l-1950 u s-sena 2000 il-Knisja filGran Brittanja qalgħet daqqa ta’ ħarta. Din il-gazzetta rrapurtat li mhux iż-żagħżagħ
biss qed jitilfu l-fidi f ’Alla, imma anke dawk imdaħħlin fiż-żmien. Riċerka fuq din issitwazzjoni sabet li l-anzjani, iktar ma jikbru fl-età, iktar inaqqsu mit-twemmin reliġjuż. Din hija l-agħar kriżi għax suppost l-anzjani għandhom iktar jagħtu eżempju tajjeb liż-żgħażagħ. Siltiet minn rivisti Din is-sitwazzjoni ta’ waqgħa fit-twemmin qiegħda tkun riflessa mad-dinja kollha. Rivista Kanadiża bl-isem Alberta Tiport tgħid li l-Kanada qed tesperjenza twemmin modern – minflok il-fidi t’Alla, jissottomettu ruħhom għal twemmin ta’ fantasija. Dawn huma nuqqasijiet li wieħed għandu jirrifletti fuqhom. Ta’ min ifakkar li l-Knisja Kattolika Rumana kellha xi nuqqasijiet bħalma għandhom u kellhom reliġjonijiet oħra. The Guardian issemmi l-ftehim bil-moħbi mal-Faxxisti fis-seklu għoxrin waqt ilGwerra Ċivili Spanjola; u meta l-Papa Piju XII fi żmien it-Tieni Gwerra kien kuntent li jagħmel xi ftehim ma’ Hitler biex ma jħossux imbarazzat li jikkundanna l-Olokawst. Minn jaf kemm
saru gwerer, serq u qtil bliskop li jikkonvertu n-nies lejn il-Kristjaneżma. Qiegħed nirreferi għall-kruċjati. Bħalma qed jiġri issa bl-iskuża tal-Iżlam. Ta’ min isemmi wkoll li kemm l-Olokawst, kif ukoll il-gwerra atomika fuq il-Ġappun, it-tnejn saru minn pajjiżi bit-twemmin Kristjan. Id-dinja moderna llum moħħha biss fit-teknoloġija elettronika, kif teqred iktar l-ambjent, tivvinta iktar armi sofistikati, tiskopri l-ispazju u tberbaq il-biljuni fi flus, basta tinjora l-faqar. L-Ewropa, l-Amerika ta’ Fuq u l-Awstralja huma l-iktar tliet kontinenti li jaħlu r-riżorsi tagħhom fi sfruttar. Il-libertà żejda ġġib magħha abbużi u kriminalità. Illum għandna Papa differenti minn dawk ta’ qablu. Huwa Papa li jifhem il-problema tad-dinja. Jinżel fil-livell ta’ bniedem ordinarju u ma jħobbx lussu jew ċerimonji. Dan qiegħed jipprova jerġa’ jaqbad in-nagħaġ li ħarbu b’mod differenti għax jaf li l-Krisjaneżmu m’għadux stabbli. Ix-xjenza kompliet naffret kull xorta ta’ reliġjon għax kuljum toħroġ b’xi aħbar li tmur lil hinn mittagħlim Kristjan.
kullhadd.com
22 22|05|2016
MADWARNA
FESTA TA’ NBID U IKEL MALTI F’ĦAL GĦAXAQ L-Għaqda Mużikali San Gużepp ta’ Ħal Għaxaq flimkien mal-produtturi Għawdxin Ta’ Mena Estate se jttellgħu Maltese Food & Wine Festival f ’Ħal Għaxaq nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Mejju, mis-7.00pm ’il quddiem. Waqt dan il-festival se jkun hemm varjetà kbira ta’ platters b’ikel tipikament Malti, fosthom laħam tażżiemel, fniek, majjal, bebbux, arjoli, bigilla, ġbejniet ta’ Għawdex, zalzett tal-Malti, imqaret u ħafna iktar. Dawk kollha li jattendu se jkollhom għażla sħiħa ta’ ikel minn fejn jagħżlu fejn żgur se jintlaqtu l-gosti ta’ kulħadd, bl-unika limitazzjoni tkun li l-ikel kollu servut se jkun ikel Malti. Platt ikel Malti ma jkunx komplut jekk miegħu ma tixrobx daqsxejn inbid tajba u waqt dan il-festival se jkun hemm varjetà kbira ta’ nbid Malti minn fejn wieħed jista’ jagħżel skont il-preferenza tiegħu. B’kollox se jkun hemm madwar 14-il tip differenti ta’ nbid minn fejn tagħżel. Minbarra l-ikel u l-inbid li wieħed jista’ jgawdi waqt dan il-festival, se jkun hemm ukoll posti bi prodotti tal-
ikel magħmula lokalment. Dawk kollha li jattendu se jkunu jistgħu iduqu u jixtru biex igawdu l-ikel fi djarhom ukoll. L-organizzaturi ħadu ħsieb ukoll li, minbarra l-bejgħ tal-ikel Malti u l-inbid, dan il-festival joffri esperjenzi
differenti għal dawk li jattendu. Għal dan il-għan waqt il-festival se jsiru żewġ attivitajiet interessanti għal dawk kollha li jħobbu l-inbid. L-ewwel attività se tkun kompetizzjoni għad-dilettanti Maltin talgħasir tal-inbid, fejn se jkun
hemm ġurija professjonali u r-rebbieħa se jingħataw premeijiet sbieħ. Attività oħra se tkun wine and olive oil tasting fejn se jinżammu sessjonijiet ta’ madwar siegħa u dawk interessati jduqu tipi differenti ta’ nbejjed kif ukoll żejt taż-żebbuġa manifatturat
lokalment. Dan kollu grazzi għal Ta’ Mena Estate ta’ Għawdex. Din l-attività se ssir fi Pjazza Santu Rokku f ’Ħal Għaxaq, fejn hemm spazju tajjeb ħafna biex wieħed jiġi u, minbarra li jgawdi l-ikel u l-inbid, jitpaxxa bid-divertiment lokali li se jkompli jpaxxi l-widna ta’ dawk li jattendu. Fost il-mistednin speċjali għal dan il-festival hemm il-grupp Virtuosi u d-dwett Xarulu. Barra dawn ġew mistiedna wkoll gruppi ta’ folklor Malti li żgur se jagħtu laqta tradizzjonai lil din l-attività. Dan il-festival se jittella’ ġimgħa biss qabel il-festa ta’ San Ġużepp li se tiġi ċċelebrata f ’Ħal Għaxaq nhar il-Ħadd 5 ta’ Ġunju. Għaldaqstant, ir-raħal pittoresk ta’ Ħal Għaxaq se jkun diġà mlibbes bil-libsa rikka tal-festa. Biex iżżomm ruħek aġġornat bl-aħħar informazzjoni dwar din l-ewwel edizzjoni talFestival tal-Inbid u l-Ikel Malti inħeġġuk tidħol filpaġna ta’ Facebook Maltese Food & Wine Festival li tiġi aġġornata kuljum b’dettalji ġodda dwar din l-attività li mhux ta’ min jitlef.
FESTA TA’ MUŻIKA B’RISQ IL-HOSPICE MOVEMENT #SHARETHELOVE Fil-jiem li ġejjien se jittella’ kunċert #Sharethelove fejn se jipparteċipaw bands u mużiċisti li se jkantaw u jdoqqu live. Dan l-avveniment se jsir nhar ilĠimgħa, 17 ta’ Ġunju 2016, fil-Valletta Waterfront Cruise Terminal u huwa għall-familja kollha. L-għan ewlieni ta’ dan l- avveniment huwa biex ilHospice Movement ikun jista’ jgħin aktar familji Maltin li jkunu għaddejjin minn mumenti ħżiena u koroh ta’ mard. Fost l-artisti lokali li se jipparteċipaw ikun hemm il-kantanta Gaia, rebbieħa tal-Junior Eurovision Song Contest, b’akkumpanjament fuq ilkitarra ta’ Wayne Camilleri; Cushion; u The Crickets. L-artist prinċipali u mistieden speċjali huwa Mitchell Brunings. Imwieled f ’Surinam, fl-Amerika t’Isfel u mrobbi fin-Netherlands, Mitchell Brunings kellu xalata ta’ influwenzi mużikali minn madwar id-dinja bħal reggae, bossanova, samba, soul,
rhytm, blues, calypso, country, salsa, meringue, kaseko u stili mużikali oħra F’Awwissu 2013, Mitchell kellu l-opportunità li jipparteċipa waqt The Voice of Holland, li huwa programm segwit minn miljuni ta’ nies madwar iddinja kollha, fejn irnexxielu jasal sal-final u tant impressjona li ġie mlaqqam bħala ‘Bob Marley re-
incarnated’. Dan seħħ għax fl-ewwel apparenza tiegħu fil-programm kanta diska mir-repertorju tal-leġġenda u impressjona lil kulħadd bil-vuċi tiegħu li tixbah tant lil dik ta’ Bob Marley. Il-membri tal-ġurija qalulu li qatt ma kienu semgħu vuċi li toqrob daqshekk lejn dik il-leġġenda tal-mużika tar-reggae. Tant hu hekk li saħansitra kellu x-xorti
jiltaqa’ mat-tfal tiegħu filJamaica u jdoqq magħhom, kif ukoll jirrekordjaw xi diski flimkien. Bil-popolarità li kiseb, illum il-ġurnata Mitchell qed idur id-dinja u jkanta bħala l-Bob Marley Tribute. Il-parteċipazzjoni tiegħu f ’Malta mistennija tkun waħda ta’ stennija kbira peress li hija l-ewwel darba li se jkun f ’pajjiżna. Il-
post għal dan l-avveniment jikkumplimenta l-okkażjoni hekk kif fl-istess post saru avvenimenti ta’ ċertu livell bħall-kunċert tal-Winter Moods, ċelebrazzjonijiet ta’ Malta fl-Ewropa, kif ukoll id-DJ famuż Gareth Emery. Id-dħul huwa bla biljetti, iżda b’donazzjoni minima ta’ €5 li tingħata fil-bieb lill-membri volontarji talHospice Malta. Għal dawk li jħobbu iktar kumdità se jkun hemm biljetti VIP għall-prezz ta’ €20. Se jkun hemm area maqtugħa għalih li tasal sa taħt l-istage, kif ukoll bars b’aċċess ristrett. Il-bibien għal dan l-avveniment jinfetħu fis-7.00pm u l-kunċert jibda mit-8.oopm ’il quddiem. Inħeġġukom tħajru lil sħabkom u l-familjari tagħkom għal din il-festa ta’ mużika, u wara kollox ngħinu lil min għandu vera bżonn għax, kif jgħid ilMalti: illum jien u għada int! Għall-biljetti u aktar informazzjoni ċemplu fuq 9960 0286.
MADWARNA
kullhadd.com
22|05|2016 23
REAZZJONI POŻITTIVA GĦAĊ-ĊENTRI TA’ INVESTIMENT TAL-BOV
Erba’ snin wara li nfetaħ l-ewwel ċentru ta’ investiment tal-BOV, il-Bank of Valletta esprima s-sodisfazzjon tiegħu għar-rispons qawwi li rċieva mingħand il-klijenti fir-rigward ta’ dawn iċ-ċentri. Meta tkellmet dwar l-inizjattiva waqt iż-żjara tagħha fiċ-ċentru ta’ investiment ta’ Ħal Qormi, Roberta Bellizzi, il-Maniġer tal-Operazzjonijiet taċ-Ċentri ta’ Investiment, spjegat: “l-Bank of Valletta evolva minn bank konvenzjonali għall-konsumaturi biex sar organizzazzjoni ta’ servizzi finanzjarji li toffri lill-klijenti tagħna l-firxa sħiħa ta’ servizzi u prodotti finanzjarji. Matul is-snin, bnejna l-kompetenza f ’diversi oqsma speċjalizzati, inkluż il-konsulenza dwar l-investimenti, il-Wealth Management, l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u l-istockbroking. Madankollu, ħaġa waħda baqgħet kostanti: il-fokus tagħna dejjem baqa’ fuq il-klijenti.” Il-mudell wara ċ-ċentri ta’ investiment reġjonali evolva biex jikkumplimenta b’mod naturali l-portafoll dejjem jikber tal-Bank fil-qasam ta’ soluzzjonijiet ta’ investiment. Dawn iċ-ċentri jinsabu f ’postijiet strateġiċi madwar Malta u Għawdex, u huma mmexxija minn konsulenti finanzjarji bi kwalifiki għolja u liċenzjati mill-MFSA li jgħinu lill-klijenti fil-bżonnijiet finanzjarji tagħhom u joffrulhom pariri finanzjarji rigward il-portafoll tagħhom. B’hekk, dawn iċ-ċentri jnaqqsu d-distakk bejn is-servizzi ta’ investiment offruti fil-livell talfergħa u miċ-ċentru tal-Wealth Management li huwa maħsub għall-klijenti aktar affluwenti. “Fil-Bank of Valletta, aħna rridu niżguraw li l-benefiċċji li noffru l-firxa sħiħa ta’ servizzi finanzjarji jaslu għand il-klijent,” spjegat is-Sa Bellizzi. “Hekk kif id-dinja tas-servizzi finanzjarji tinsab għaddejja
minn tibdil dinamiku, l-ispeċjalizzazzjoni ssir kritika. It-timijiet tagħna fiċ-ċentri ta’ investiment jiġbru flimkien il-kompetenza mistennija minn organizzazzjoni professjonali filwaqt li joffru servizz amikevoli li huwa t-trademark tal-Bank of Valletta.” Kull ċentru jaħdem mannetwerk tiegħu ta’ fergħat satellitari. It-tim fiċ-ċentru ta’ investiment jaħdem mill-qrib mal-kollegi tiegħu fil-fergħat biex jiżgura li l-klijenti jirċievu servizz konsistenti u
effiċjenti. Teżisti komunikazzjoni reċiproka miftuħa bejn iċ-ċentru u l-fergħa permezz ta’ sistema ddedikata tal-IT, kif ukoll laqgħat regolari, li jiżguraw il-kontinwità bejn ilfergħa li tieħu ħsieb il-bżonnijiet bankarji ta’ kuljum tal-klijent, u l-konsulent finanzjarju fiċ-ċentru ta’ investiment li jieħu ħsieb il-ħtiġijiet ta’ investiment tal-klijent. Meta tkellmet dwar it-timijiet fiċ-ċentri ta’ investiment, is-Sa Bellizzi enfasizzat: “Il-konsulenti finanzjarji tagħna ji-
rċievu taħriġ kontinwu biex jiżguraw li jkollhom għarfien profond, mhux biss dwar ilfirxa wiesgħa ta’ prodotti li jagħtu pariri dwarhom, imma wkoll dwar l-ambjent makroekonomiku, li jimpatta fuq il-prestazzjoni tal-portafolji tal-klijenti. L-informazzjoni tiġi diskussa b’mod attiv fi ħdan it-tim, li b’mod regolari jikkomunika mal-kollegi tiegħu fiċ-ċentru tal-Wealth Management u fit-taqsima tas-swieq finanzjarji, sabiex jiżgura li jkun kontinwament
aġġornat bix-xejriet fis-swieq.” Il-klijenti li huma interessati jiddiskutu l-għażliet ta’ investiment offruti mill-Bank of Valletta huma mistiedna jikkuntattjaw il-Customer Service Centre tal-Bank fuq 2131 2020. Alternattivament, jistgħu jikkuntattjaw il-fergħa jew iċ-ċentru ta’ investiment tal-għażla tagħhom. Iċ-ċentri ta’ investiment tal-Bank of Valletta jinsabu f ’Bir-id-Deheb, Birkirkara, il-Gżira, Ħal Qormi, il-Belt Valletta, u r-Rabat Għawdex.
24 22|05|2016
kullhadd.ċom
ULIEDNA RIGAL
KTIEB GĦALL-ĠENITURI TA’ WLIED GAY Li tkun gay hija għażla? Tort tagħna li t-tifla hi lesbjana? Din marda li tista’ tfiq minnha? Jew xi fażi li tgħaddi? Kif se ngħidu lil tal-familja? Min jaf x’se jgħidu n-nies! Ibni gay tista’ taqbdu l-AIDS? Jekk naċċetta lil ibni gay inkun qed immur kontra l-Knisja? X’jiġifieri bisesswali, trans u intersex? Ibni se jsofri minn xi diskriminazzjoni? Nattendi għall-unjoni ċivili ta’ binti? U jekk trid tadotta?… Grupp ta’ ġenituri bi wlied gay diġà ffaċċjaw dawn ilmistoqsijiet – u ħafna oħrajn – u qed jagħtu t-tweġiba tagħhom. Tweġiba mhux mill-kotba imma mill-esperjenza, mittaqbidiet u mill-uġigħat, imma wkoll mill-ferħiet u r-rebħiet li ġarrbu. Drachma Parents’ Group għadhom kemm ippubblikaw il-ktieb Uliedna Rigal: 50 mistoqsija u tweġiba għal ġenituri ta’ wlied LGBTIQ biex jaqsmu l-esperjenza tagħhom ma’ oħrajn. Drachma Parents’ Group huwa grupp ta’ ġenituri Nsara bi wlied lesbjani, gay, bisesswali, trans, intersex jew questioning (LGBTIQ). Ommijiet u missirijiet li jissapportjaw ġenituri oħrajn bħalhom li qed isibuha diffiċli jifhmu, jaċċettaw u jkunu ta’ sapport huma stess għal uliedhom li qed jgħixu din irrealtà. Din l-esperjenza għallbidu tista’ tkun xokk, veru, imma x-xewqa ta’ Drachma
hi li dan il-ktieb ikabbrek bħala persuna u bħala ġenitur, jgħinek tħobb lil ibnek jew bintek bla kundizzjoni, u tiskopri li wliedna huma tabilħaqq rigal! Dan il-ktieb huwa għodda tajba mhux biss għall-ġenituri imma wkoll għall-edukaturi u kull min hu f ’kuntatt mar-
realtà LGBTIQ. Il-ktieb huwa produzzjoni ta’ Horizons li ġentilment offrew li l-qligħ kollu jmur biex jgħin lil Drachma fil-missjoni tagħha. Il-ktieb jinsab għallbejgħ mill-ħwienet tal-kotba ewlenin, Horizons, BDL jew Drachma Parents Group (7944 2317; 2741 7034).
MADWARNA
PRODUZZJONI ĠDIDA
Wara s-suċċess kbir ta’ The Three Sunsets l-istaġun li għadda, it-Teatru Manoel Youth Theatre (TMYT) jirritornaw bi produzzjoni ġdida msemmija Rubbish, il-Ħadd 29 ta’ Mejju 2016, fis-6.00pm. Rubbish hija produzzjoni teatrali immaġinattivi u provokanti kompletament imfassla mill-artisti li fihom jikkombinaw varjetà eċitanti ta’ ħiliet u talenti biex jindirizzaw il-ħajja tan-nies li huma klassifikati bħala ‘rubbish’ (żibel) mis-soċjetà. L-atturi jirrakkuntaw l-istejjer individwali tal-persuni spostati li jvarjaw minn runaways u refuġjati permezz ta’ rakkonti, puppetry, teatru fiżiku u kanzunetta fi produzzjoni li twiegħed li tkun umoristika, rilevanti b’mod sinifikanti u, fuq kollox, edukattiva u divertenti. TMYT hija diretta min Denise Mulholland u tifforma parti mit-Toi Toi, il-programm edukattiv tat-Teatru Manoel li huwa maħsub u mħaddem minn Rosetta Debattista. Id-dramm Rubbish huwa għal dawk kollha li għandhom aktar minn 8 snin, u l-biljetti huma €10 għall-kbar u €7 għat-tfal minn www.teatrumanoel.com.mt, bookings@ teatrumanoel.com.mt jew 2124 6389.
NIĊĊELEBRAW 100 SENA TA’ SCOUTING FIL-MOSTA Kitba ta’ Edward Vella, Group Scout Leader, Mosta Scout Group Kien Novembru tal-1916 meta l-moviment tal-iscouts beda jxettel l-għeruq tiegħu fir-raħal tal-Mosta. Ilfundatur kien Rev. Edgar Salomone, li kien ukoll iddirettur tal-oratorju tassubien Qalb ta’ Ġesu filMosta. L-ewwel truppa bdiet tissejjaħ Musta Oratory Troop, peress li bdiet f ’dan l-istess oratorju. L-ewwel bandiera oriġinali tinsab għall-wiri fil-kwartieri biex tfakkar il-bidu tal-iscouts filMosta. Din l-istess bandiera ġiet imbierka waqt rally kbir li sar għall-iscouts kollha ta’ Malta li sar il-Belt Valletta fil11 ta’ Frar, 1917. Sal-aħħar tas-sena 1917, Rev. Edgar irreżenja millIscouts għax offra lilu nnifsu bħala voluntier biex jaħdem bħala kapillan militari filBattalja tal-Balkani. Ftit wara, l-Iscouts sabu ma’ wiċċhom problemi kbar u kienu waslu biex jitilfu l-identità tagħhom. Il-problema tal-emigrazzjoni tas-snin għoxrin m’għenitx is-sitwazzjoni. Ħafna millleaders telqu minn Malta u ftit
wara nqalgħet il-problema tal-kwartieri. Fil-fatt, fl-1927 il-grupp ma kellux fondi biex iħallas il-kera tal-kwartieri u spiċċaw bla saqaf fuq rashom. Fl-1932, il-Kurunell PR Warren, li kien il-Kummisarju tal-iscouts ta’ Malta, tħabat biex l-iscouts tal-Mosta jiġu organizzati mill-ġdid. Ġie elett Carmelo Tabone Adami bħala scoutmaster u rnexxielu jiġbor xi scouts mill-antiki u jerġa’ jlaqqa’ lill-grupp. Illaqgħat bdew isiru f ’garaxx żgħir fi Triq Gafà, però fi
żmien seba’ snin reġgħu marru lura lejn l-oratorju tal-Qalb ta’ Ġesu taħt issuperviżjoni ta’ Rev. Karm Xiberras. Kollox kien sejjer tajjeb sakemm bdiet ilgwerra u ħarbtet dak kollu li kien inbena. Kellu jsir ħafna xogħol mill-iscout master, isSur Carmelo Schembri, biex l-iscouts tal-Mosta jerġgħu jibdew mill-ġdid. Wara s-Sur Schembri, ilgrupp beda jitmexxa mis-Sur Salvu Frendo u iktar tard misSur Charles Vella li għamel 63 sena involut fil-moviment,
b’41 sena minnhom bħala group scout leader. Nistgħu ngħidu li, bla dubju, is-Sur Vella ddedika ħajtu kollha għall-ġid taż-żgħażagħ Mostin. Fl-2002, ġie onorat bis-Silver Dolphin, li hu l-ogħla unur li jingħata għal servizz twil fl-iscouting. F’Jannar 2005, is-Sur Joseph Sciberras ġie nnominat bħala l-group scout leader il-ġdid, u hu u t-tim tiegħu komplew jibnu fuq il-pedamenti li kien ħejja tant tajjeb is-Sur Vella. Matul dan il-perjodu s-Sur Edward Vella ġie elett bħala assistent.
F’April 2008, is-Sur Sciberras irreżenja millpożizzjoni ta’ GSL u Edward Vella beda jmexxi l-grupp. Fil-preżent is-Sur Sciberras huwa t-teżorier fil-kumitat tal-grupp u huwa wkoll scouter emeritus fl-assoċjazzjoni. Filmument il-grupp ta’ scouts tal-Mosta huwa l-ikbar grupp f ’Malta b’200 membru. Il-grupp tal-Mosta huwa magħruf għall-maratona talabseiling ta’ 34 siegħa li ssir kull sena f ’Novembru bl-għan li jinġabru fondi b’risq id-Dar tal-Providenza. Nisperaw li dan il-grupp ikompli jagħmel tant xogħol tajjeb għall-ġid tal-komunità filMosta. Ix-xogħol volontarju li jagħmlu l-mexxejja talgrupp huwa imprezzabli u jalla dejjem ikun hemm mexxejja biżżejjed biex l-organizzazzjoni tkompli tissaħħaħ. L-iscouting mhuwiex magħmul biss għal attivitajiet tradizzjonali bħalma huma hikes, tisjir bil-ħatab, l-ewwel għajnuna u l-użu tal-mapep, imma huwa wkoll mod kif isir it-tagħlim informali, filwaqt li jipprepara liż-żgħażagħ biex jiffaċċjaw l-isfidi tal-ħajja ta’ kuljum.
MADWARNA
kullhadd.com
Fr Mario Attard OFM Cap
Ħaġa oħra li jiena u int irridu niftakru hija li mal-Mulej aħna lkoll midjunin
22|05|2016 25
GIDEB U DISFATTI
“U mur ara! Gidba għall-bżonn mhix dnub! Mhux white lie?” Veru! Mitt darba u elf! Imma dejjem lie jew gidba tibqa’. Mhux hekk? Il-gidba velenuża għax tnaqqar il-fiduċja. Mela qabel kont nafdak għax ngħidlek kollox. Sal-inqas għomma li kien ikolli fuq l-istonku. U kont nafdak għax fik kont nara ħabib u ħabiba. Kont inqisek b’waħda u b’wieħed mill-familja stess. Imma mbagħad qbadtek tigdibli. U weġġajt. Għax li kieku kien Ċikku l-poplu kont ngħid: “U ija! Ħalliha! Tgħaddi mal-oħrajn! Imma proprju int li kont taf b’kull xagħra u sufa li għandi?” Inkella ġejt nixtri mingħandek. Għax, minħabba r-rispett kbir li għandi lejk, hija l-għaxqa tiegħi li int tqum fuq saqajk. Għax m’għandekx tirnexxi int ukoll fin-negozju tiegħek? Mhux kulħadd irid jiekol x’kull waħda? Imma x’ġara? Ridt issir sinjur mil-lum għal għada. U jaħasra, minflok ħaddimt rasek u rajt kif ħa tagħmel biex tkabbar in-negozju tiegħek, kif, wara kollox, għandek kull dritt li tkabbru, sibt lili, beċċun u beċċuna! U slaħtni! Issa, għidli ftit, kif nista’ nibqa’ niġi nixtri mingħandek? Mela dawn mhumiex disfatti fil-ħajja! Disfatta għax il-fatt
kellu jkun xorta oħra. Li int u jien noqogħdu madwar medja u ngħidu kelma flimkien. Li jiena nafdalek parti minn flusi ħa tistagħna int ukoll. Ara taħseb li kien il-pjaċir tiegħi li narak bla nies fil-ħanut. Lanqas xejn! Anzi! Ridtek tikber bħal kulħadd. Imma, bħalma jiġri dejjem, ideffes denbu x-xitan u ssir it-tiġrifa. Madankollu, nista’ ngħid li seħħet il-qerda totali? Hawnhekk terġa’ lura fuq fommi t-tbissima tat-tama. Meta l-għażiża Malta tagħna ġiet attakkata bil-kbir millgħadu, fit-Tieni Gwerra Dinjija, kienet disfatta kbira għalina. Madankollu, minflok li kulħadd qagħad b’idejh fuq żaqqu u ħalla kullimkien tiġrif, il-Maltin kollha ngħaqdu biex jerġgħu jibnu l-pajjiżna mill-ġdid. Filfatt, kien hemm il-fond tal-war damage. Alla jbierek, sebgħin sena wara, fejn hu l-bini mġarraf tal-aħħar gwerra?
Fejn huma d-djar imwaqqgħin? Inkella t-tifrik tal-bombi? Mhux kollox ġie mnaddaf? Illum tela’ bini ġdid, sabiħ u modern li ħa l-post tal-bini antik tal-gwerra. Għax l-imġarraf jgħajjat għallbini mill-ġdid. Daqstant ieħor fir-relazzjonijiet ta’ bejnietna ħbieb. U mela ma jgħaddux minn mumenti ta’ attakki, bumbardamenti u tiġrif; imma hemm it-tama tal-fejqan, tal-bini mill-ġdid, tal-korrezzjoni ta’ fejn għandu jiġi kkoreġut. U hekk ir-relazzjonijiet tagħna, huma x’inhuma, miżżewġin, partners, ħbieb, jerġgħu jitilgħu mill-ġdid, u jissaħħew. Il-ħaġa hi li bil-prattika nirfinaw irrelazzjonijiet ta’ bejnietna. Li wieħed jammetti li żbalja għax gideb huwa importanti. Dan għax ikun inħeles mit-toqol talqerq li jkun ħadem u jkun anke serraħ lill-vittma tal-gidba mittogħma qarsa tal-gideb. Issib min jirraġunalek li vażun li
jinkiser, anke jekk twaħħlu millġdid, xorta waħda ma jerġax jiġi bħalma kien. Imbagħad hawn min tant kemm għandu fiduċja fil-Mulej u fil-bnedmin li jgħidlek: “Iva. Żbalja! Żbaljat! Min ma jiżbaljax? Mela jiena ma niżbaljax ukoll? Ejja naraw kif se nfiqu.” Tiskanta kif min jirraġuna b’dan il-mod għandu aktar ċans li jasal fejn jixtieq. Għax fil-ħajja kollox jiddependi xi rrid fil-fond ta’ qalbi. Jekk tassew miftuħ u miftuħa għallfejqan ħa nissallab biex dan iseħħ. Imma jekk iddeċidejt li nuża s-sitwazzjoni biex nimpika u npatti lanqas jekk jinżlu l-anġli mis-sema m’hu ħa nċedi. Ħaġa oħra li jiena u int irridu niftakru hija li mal-Mulej aħna lkoll midjunin. Min minna lillMulej ma joffendihx? Il-ħasra hi jekk nirraġunaw: “U iva! Dak mhux Alla! Jiena bniedem!” Dan hu raġunament żbaljat għalkollox. Bla dinjità. Għax dak li lili għamilni sensittiv għat-tajjeb u l-ħażin, hu nnifsu mhux sensittiv? Le ħbieb! La l-Mulej ħafirli jiena għandi naħfer. U nibda paġna ġdida, inkella f ’ħajti disfatta, għaliex bla paċi! Ħa nkun għaqlija fuq min għandi nafda. Ejja nfiq billi ninħeles mir-rabja fija. Ħa ngħix! Minkejja l-gideb u d-disfatti!
26 22|05|2016
kullħadd.com
PERSONALITÀ
MAL-EWWEL DARBA KAXKRET TLIET AWARDS RAMONA
PORTELLI TINTERVISTA LIL
KIRSTEN
DALMAS
Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com Email: ramonaportelli@hotmail.com
Dan l-aħħar sirt naf b’atleta tal-bodybuilding u li tikkwalifika fil-kategorija tal-bikini fitness skont il-kriterji tal-IFBB, u li lokalment qiegħda wkoll tagħmel ħoss. Xi ġimgħat ilu saru kompetizzjonijiet u rebħet fi tliet kategoriji differenti. Qed nirreferi għal Kristen Dalmas. Minn informazzjoni li ksibt, sirt naf li l-Federezzajoni Internazzjonali tal-bodybuilding tikklassifika l-atleti skont ilmassa ta’ muskoli li jkollhom. Kirsten tikkwalifika taħt ilkategorija ta Bikini Fitness fejn tirrikjedi li l-figura talmara tkun toned kemm jista’ jkun, iżda mhux immuskolata żżejjed għax imbagħad taqa’ taħt kategorija differenti li jsejħulha Body Fitness. Kirsten għandha sitta u għoxrin sena, single u tgħix Wied il-Għajn. Taħdem bħala accountant ma’ kumpanija privata u l-passatempi li għandha ħin għalihom huma t-taħriġ fiżiku, il-qari u t-tisjir. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna ferriħija u dħulija ħafna u li tagħmel minn kollox biex tgħin lil dak li jkun. “Inħobb nagħmel minn kollox biex ngħin lin-nies u nara n-nies aħjar minni. Inħobb nagħmel ħafna kuraġġ lil nies li jbatu fejn jidħol dan l-isport, speċjalment għax nemmen li kulħadd għandu jħossu komdu fil-ġisem li għandu,” bdiet tgħidli Kirsten. Ilha interessata fl-isports minn mindu kellha tmien snin. Fil-fatt, kienet tipprattika l-ġinnastika, il-basketball, tenis u canoeing. Missierha dejjem għamel minn kollox biex bagħatha tagħmel kull tip ta’ sport li kien jinteressaha minn
età żgħira. “Minn dejjem kien jemmen li l-isports huwa utli għalija u bqajt inżomm ruħi attiva sakemm kbirt. Kelli nieqaf għal ftit żmien għax kelli niffoka fuq studju u karriera u kien wara dan il-perjodu li ddeċidejt li nibda nittrenja f ’gym. Jiena nemmen li kulħadd għandu bżonn xi tip ta’ strength training għax jipprevieni minn telf ta’ saħħa li tiġi meta nibdew nikbru, kif ukoll saħħa għallgħadam u saħħa inġenerali. Li tkun b’saħħtek jgħinek ħafna biex tagħmel l-attivitajiet normali tal-ġurnata li jibdew sempliċiment milli titla’ sular taraġ bla ma taqta’ nifsek. Nemmen ukoll li t-taħriġ jgħin biex iżżomm pressjoni baxxa fid-demm u jgħin ħafna l-metaboliżmu tal-bniedem,” sostniet Kirsten. Proprju erba’ snin ilu, għallewwel darba Kirsten daħlet f ’gym bit-tir li jkollha figura aħjar, bħal kull ħolma ta’ tfajla oħra. Fil-fatt, sentejn wara li kienet tittrenja, bdiet tinteressa ruħha fil-fitness, fejn sabet inkoraġġiment kbir minn sħabha. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora aktar. “Bdejt nittrenja waħdi f ’gym, imma ma tantx kont nifhem fis-settur tad-dieti u taħriġ adattati għalija. Kont immur u nagħmel training fuq magni li kont nifhem fihom biss bla ma naf kemm irrid
nagħmel reps u sets, u nerfa’ xi weights. Rajt kambjament, imma t-tir tiegħi kien li niġi ħafna iktar lean milli kont u, sfortunatament, waħdi ma kontx qiegħda nasal. Kien hawn meta qbadt nagħmel riċerka fuq diet advisors u personal trainers Maltin sakemm għamilt appuntament ma’ Anthony Meachen, li llum huwa kemm il-kowċ kif ukoll l-ikbar ħabib tiegħi, u jeħodli ħsieb id-dieta kif ukoll it-training.” Kif qaltli hi stess, it-taħriġ kollu tagħha meħtieġ filfitness fdatu f ’idejn il-kowċ tagħha Anthony Meachen, li tiddeskrivih bħala l-aqwa kowċ li jista’ jkollha. “Jifhimni u jieħu ħafna paċenzja bija. Niddiskutu ħafna d-dieta flimkien fejn jekk, pereżempju, b’ċertu dieta ġieli nħossni daqsxejn batuta, ivarjali d-dieta biex inkun iktar b’saħħti u jkolli biżżejjed enerġija biex nittrenja kif suppost. It-taħriġ nieħdu bisserjetà ħafna u ftit li xejn infalli ġurnata ta’ training. Nipprova nittrenja kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd u l-programm ivarja skont f ’liema fażi nkun wasalt. Il-kowċ tiegħi jemmen li cardio huwa importanti ħafna, allura dejjem nibda bih, imbagħad nagħmel weight training fejn indaħħal partijiet differenti kuljum,” spjegatli Kirsten. Suċċess sorpriża, kemm għax l-ewwel darba u anke għax stinkat ħafna Xi ġimgħat ilu, proprju f ’April li għadda, Kirsten għallewwel darba dehret fuq il-palk tikkompeti fil-Bikini Fitness (over 163cm) waqt il-Malta IFBB National Championships, fejn kisbet l-ewwel post filkategorija tagħha, ħadet l-ewwel fl-Overall Bikini Fitness, kif ukoll kisbet l-ewwel post filMalta International Grandprix 2016. B’hekk kisbet tliet tazzi. Bla dubju din kienet suċċess sorpriża għaliha, kemm għax l-ewwel darba tagħha u għax
probabbli stinkat ħafna. Issa li rebħet din il-kompetizzjoni tħoss li nfetħulha bibien ġodda. Fil-fatt, kellha rispons tajjeb ħafna mingħand il-ġurija talkompetizzjoni li jemmnu li għandha potenzjal kbir u t-tir tagħha huwa li tkompli tittrenja u żżomm id-dieta li jagħtiha l-kowċ biex tkompli tikkompeti, kemm f ’Malta kif ukoll barra. Għandha nies li jemmnu ħafna fiha u li jixtiequ li tikseb suċċessi kemm jista’ jkun. Kirsten ikkonfermat li ħadmet ħafna biex ippreparat ruħha għal din il-kompetizzjoni. “Kien hemm mumenti fejn kont se naqta’ qalbi, iżda l-kowċ dejjem kien hemm għalija u baqa’ jimbuttani salaħħar. Kulħadd kien jgħidli li lesta biex nikkompeti imma mingħajr ma ridt – u mhux għax ma kontx nemmen fijja nnifsi imma f ’dan l-isport – qatt ma tħossok tajba biżżejjed. Dejjem tħoss li hemm partijiet ta’ ġismek li jridu jitjiebu Xtaqt ħafna li mmur tajjeb, iżda qatt ma kont nemmen li se nikseb tliet awards bħal dawk! Kont ferħana immens, kemm għax irbaħt, kif ukoll għax kelli bżonn sinjal pożittiv biex nemmen iktar fija nnifsi u nkun iktar kunfidenti fuq il-palk.”
Ritratt: NELLA’S PHOTOGRAPHY
Ħafna sagrifiċċji b’riżultati xierqa wara Immaġinajt li qabel ma daħlet għal dawn il-kompetizzjonijiet kellha tagħmel ħafna sagrifiċċji bħal taħriġ, preparamenti ta’ ikel apposta, u taqbeż xi avvenimenti. “Sagrifiċċji kelli nagħmel ħafna; wisq, tista’ tgħid, imma kont naf għal xiex dieħla meta għażilt dan l-isport. Naqqast ħafna l-ħruġ mal-ħbieb u l-ftit drabi li nakkumpanjahom dejjem bilcooler miegħi bl-ikel tiegħi, u nixrob ilma biss. Kelli naqta’ l-ħelu li kien l-ikbar sagrifiċċju għalija, imma ma jiddispjaċini
xejn għax is-sagrifiċċji kollha li għamilt ħadt ir-riżultati tagħhom wara.” Ta’ min jgħid li Kirsten mhux l-ewwel darba li siefret sabiex tagħti sapport lill- ħbieb tagħha atleti li kellhom l-opportunità li jikkompetu barra minn Malta. “Kien hawn li sirt inħobb aktar din l-industrija tal-fitness fejn iltqajt ma’ nies professjonali f ’dan is-settur u ddeċidejt li xi darba nixtieq inkun bħalhom. Issa l-pjan huwa li nibda nsiefer biex nikkompeti jien stess flimkien ma’ sħabi bħala tim wieħed, li dejjem urejna sapport kbir lil xulxin u ħdimna id f ’id,” żvelat miegħi Kirsten. Fuq nota personali u pjuttost opinjoni tiegħi u forsi ta’ xi wħud oħra, inħares lejn il-bikini fitness u nqabblu mal-modelling minħabba l-fatt li trid tesponi xi pożi fuq il-palk. B’hekk qbadt dan is-suġġett ma’ Kirsten, u min-naħa tagħha esprimiet miegħi li taqbel u ma taqbilx. “Il-mod kif tippreżenta ruħek fuq il-palk u l-mod kif timxi huwa simili ħafna tal-catwalk fil-modelling iżda, sfortunatament, il-midja tagħtini l-impressjoni li biex tkun catwalk model jew Miss Malta jew tieħu xi titlu simili trid tkun kemxejn irqiqa. Dan huwa l-oppost ta’ li suppost tkun fil-bikini fitness. Aħna ma rridux inkunu irqaq, iżda jrid ikun jidher li nittrenjaw u li għandna kemxejn muskoli,” sostniet miegħi Kirsten. Fl-aħħar nett, Kirsten saħqet fuq il-fatt li, jekk hemm xi ħaġa li veru tixtiequ tagħmlu, inutli ssibu miljun skuża għax bl-iskużi ħadd qatt ma wasal imkien. “L-importanti li tagħmlu dak li tixtiequ intom u dak li jagħmilkom kuntenti. Qatt tħallu lil ħadd jiġġudikakhom għax għażiltu ċertu lifestyle, jew nies jgħidulkom ‘imġienen’ minħabba s-sagrifiċċji li tkunu qed tagħmlu,” temmet tgħid Kirsten.
SKEDA
kullhadd.com
103 06.50 Flimkien ma’ Nancy (R) 07.45 Sejjaħtli Helpline (R) 08.30 Paperscan 10.00 Telebejgħ 10.15 Malta li Qed Tinbidel 11.25 Mad-Daqqa t’Għajn (R) 12.30 Aħbarijiet 12.35 Kyrios 12.45 Telebejgħ 13.00 In d House 14.00 R16 Malta (R) 16.45 Dak li Jgħodd Teens (R) 17.30 Aħbarijiet 17.35 Telebejgh 17.50 L-Argument 19.30 Aħbarijiet 20.10 Ieqaf 20 Minuta 20.35 Andrew & Sue 21.35 On d Road 22.20 Il-Patt (R) 23.30 Aħbarijiet
151 06.30 Cultura Memex 07.00 Due Uomini e Mezzo 07.20 San Valentino 07.40 Heartland 08.20 Viaggi da Record 08.45 Il Nostro Amico Charly 09.30 I Nostri Amici Animali: Cesar Millan 10.15 Cronache Animali 11.00 Mezzogiorno in Famiglia 13.00 TG2 Giorno 13.30 TG2 Motori 13.45 Delitti in Paradiso 15.45 Squadra Omicidi 17.15 Squadra Speciale 18.05 Toni Costa un Commissario a Ibiza Pioggia Rossa 19.35 Squadra Speciale Cobra 11 20.30 TG2 20.30 21.05 N.C.I.S. Decompressione 21.50 C.S.I. Cyber 23.25 La Domenica Sportiva Estate
154 06.00 Prima Pagina Tg5 07.55 Traffico 08.00 TG5 Mattina 09.10 Le Frontiere Dello Spirito 09.50 Life Lo Spettacolo Della Vita 10.50 La Ricetta Perfetta 12.00 Melaverde 13.00 TG5 13.40 L’Arca di Noè 14.00 Domenica Live 18.45 Caduta Libera 19.57 TG5 Prima Pagina 20.00 TG5 20.40 Paperissima Sprint 21.11 Riassunto Romanzo Siciliano 21.12 Romanzo Siciliano 23.45 X-Style
22|05|2016 27
101 06.00 Aħbarijiet 07.30 Qalb in-Nies 08.00 Paq Paq on Test 08.15 Madwarna 08.45 Ħadt l-Aħbar 10.00 New Rooms 10.30 Malta u Lil Hinn Minnha 12.00 Aħbarijiet 12.10 Ħadd Għalik 15.00 Ħbieb u Għedewwa 18.00 Aħbarijiet 18.15 Għawdex Illum 18.45 L-Ordni 19.15 Il-vjaġġatur 20.00 Aħbarijiet 20.50 Britian’s Got Talent 21.50 Aħbarijiet 21.55 Superhuman 22.55 Paq Paq on Test 23.15 Aħbarijiet 23.30 Smack Down WWE
104 07.00 Aħbarijiet 08.30 Paq Paq on Test 08.40 Kelma għall-ħajja 09.00 Quddiesa tal-Ħadd 09.45 Vatican Magazine 10.15 Qalb in-nies 10.45 Dot Eu 11.00 L-ordni 11.30 Awtokura 12.00 New Rooms 12.30 Il-Vjaggatur 13.00 Paq Paq Lifestyles 13.30 Gadgets 14.00 Final Europa League 16.00 Amoris Laetitia 16.30 Ninvestigaw x’qed nieklu 17.30 Tertuqa 35 18.00 Animal Diaries 19.00 Ghawdex Illum 19.30 Dwarna 20.30 Aħbarijiet għall-persuni b’nuqqas ta’ smigħ
152 07.00 Il Fuggitivo 07.25 Il Forziere di Ferro 07.50 Un, Due, Tre Vianello – Tognazzi 08.05 Film: Café Chantant 09.20 La Donna che Lavora 09.35 Attenti a Quei Due al Mio Bel Castello 10.30 Speciale Community: Le Storie 11.10 TGR 12.55 Ritratti Nino Manfredi 14.00 TG Regione 14.15 TG3 14.30 In ½ Ora 15.00 TG3 LIS 15.05 Giro d’Italia 2016 17.15 Processo Alla Tappa 17.40 Giro d’Italia 2016 18.10 I Misteri di Murdoch un’Esplosi One di Silenzio 19.00 TG3 19.30 TG Regione 20.00 Blob
153 06.55 TG4 Night News 07.15 Media Shopping 07.45 Super Partes 08.15 Terra! 09.20 I Grandi Della Fede 10.00 Santa Messa 10.50 I Grandi Della Fede 11.30 TG4 Telegiornale 12.02 Perry Mason: Furto d’Autore 13.52 I Viaggi Di Donnavventura 14.02 Messalina: Venere Imperatrice 16.00 L’ Uomo Che Amo: Gatta Danzante 18.50 Anteprima TG4 18.55 TG4 Telegiornale 19.36 Dentro La Notizia 19.55 Tempesta d’Amore 21.15 Maurizio Costanzo Show
155 07.00 Super Partes 07.56 Iacchi Du-Du 08.05 Scooby Doo 08.30 I Flinstones 09.30 Pippi Calzelunghe 10.35 Una Mamma Per Amica 12.25 Studio Aperto 13.00 Sport Mediaset 13.45 Step Up 3D 16.00 Vincere Insieme 17.50 Friends 18.20 Emigratis 18.30 Studio Aperto 19.01 Bad Boys 21.25 Tower Heist: Colpo Ad Alto Livello 23.40 Emigratis
162 06.00 Media Shopping 06.57 Anica Flash 07.00 Extreme Makeover Home Edition 08.40 Media Shopping 08.55 Cambio Casa Cambio Vita ’16 10.05 The Rachel Zoe Project 11.55 Il Matrimonio Più Bello 12.30 Dr. House 14.30 Lana, Fashion Blogger 17.15 Rosamunde Pilcher: La Rosa Più Bella 19.15 Dr House Medical Division 21.10 Bounce 23.25 In Cucina Niente Regole
102 07.00 Aħbarijiet 08.45 Telebejgħ 10.15 Għalkulħadd 11.15 Quddiesa mis-Santwarju ta’ Pinu 12.00 L-Arkivji 12.45 Telebejgħ 13.00 Road Trip (R) 14.00 Aħbarijiet 14.05 Telebejgħ 15.20 Iswed fuq l-Abjad (R) 16.40 Wheelspin (R) 17.30 Flusek (R) 18.00 Aħbarijiet 18.05 What’s for Dinner 18.45 Newsfeed 19.30 Aħbarijiet 20.00 Newsfeed 20.30 Vittmi 21.30 Aħbarijiet 21.35 Replay 23.15 Aħbarijiet
307 06.50 Caribbean Life 07.15 Hawaii Life 07.40 Healthy Gourmet 08.30 Beachfront Bargain Hunt 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Curb Appeal 12.00 House Hunters 12.50 Fixer Upper 13.45 Platinum Weddings 14.35 Tiny House Big Living 15.25 Fixer Upper 16.15 Restoration SOS Victoria 17.05 Platinum Weddings 18.00 Million Dollar Contractor 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Caribbean Life 20.35 Rehab Addict 21.00 Rachel Hunter’s Tour of Beauty 21.55 Tiny House Big Living
405 06.00 Call of the Wildman 06.25 DogTV 07.15 Gator Boys 08.10 Rugged Justice 09.05 Austin Stevens: Most Dangerous 10.00 DogTV 10.55 Ten Deadliest Snakes 11.50 Mutant Planet 12.45 Wildest Islands 13.40 Untamed China with Nigel Marven 14.35 Swimming With Monsters With Steve Backshall 15.30 Speed of Life 16.25 Wildest Islands 17.20 Life After Chernobyl 18.15 Rugged Justice 19.10 Austin Stevens. Most Dangerous 20.05 Village Vets 21.00 Life After Chernobyl 21.55 Ten Deadliest Snakes 22.50 Gator Boys
150 06.00 Parlamento Punto Europa 06.30 Unomattina in Famiglia 10.00 Easy Driver 10.30 A Sua Immagine 10.55 Santa Messa 11.50 A Sua Immagine 12.00 Recita Angelus 12.10 A Sua Immagine 12.20 Linea Verde 13.30 Telegiornale 14.00 L’Arena Replay 16.30 TG 1 16.33 Che Tempo Fa 16.35 Domenica In 18.45 L’Eredità 20.00 Telegiornale 20.35 Flavio Insinna Conduce Affari Tuoi 21.30 Una Pallottola Nel Cuore 23.26 TG1 60 Secondi 23.30 Speciale TG1
410 06.00 House Hunters International 08.05 Salvage Dawgs 09.00 Rev Runs Around the World 10.00 Baggage Battles 11.00 The Treehouse Guys 12.00 Building Alaska 13.00 Man Caves 14.00 Lake Life 15.00 Salvage Dawgs 16.00 The Treehouse Guys 17.00 Building Alaska 18.00 Hotel Impossible 19.00 Expedition Unknown 20.00 Mysteries at the Museum 21.00 Mysteries at the Castle 22.00 Building Alaska 23.00 The Treehouse Guys
312 06.30 Dr. Goldfoot and the Bikini Machine 08.00 Geronimo: An American Legend 09.55 Fuzz 11.25 Island of the Lost 12.55 Big Screen 13.10 Brannigan 15.00 If It’s Tuesday This Must Be Belgium 16.40 Dr Goldfoot and the Bikini Machine 18.10 Overboard 20.00 Dracula 2000 21.40 A Life of Sin 23.30 Parked
412 300 06.00 Nina and the Neurons: In the Lab 06.15 Charlie and Lola 06.25 Jollywobbles 06.35 CBeebies Stories 06.45 Gigglebiz 07.00 Nina and the Neurons: In the Lab 07.15 Charlie and Lola 07.25 Doctors 09.25 EastEnders 11.25 Only Fools and Horses... 12.55 Bargain Hunt 15.10 Atlantis 16.40 The Secret Diaries of Miss Anne Lister 17.35 Father Brown 20.00 Our Zoo 20.55 Hustle 21.50 The Fear 23.25 Silent Witness
403 07.40 Cake Boss 09.30 Little People Big World 11.20 The Undateables 12.15 Baby Changes Everything 13.10 Little People Big World 14.05 Cake Boss 15.00 Happily Ever Laughter 15.30 Say Yes to the Dress 15.55 Say Yes to the Dress: Bridesmaids 16.25 My Crazy Italian Wedding 16.50 Curvy Brides 17.20 Something Borrowed Something New 17.50 My Crazy Italian Wedding 18.15 Say Yes to the Dress Canada 18.45 Say Yes to the Dress: Randy Knows Best 19.10 Randy’s Wedding Rescue 20.05 Psychic Matchmaker 21.00 Say Yes to the Dress: The Big Day 21.55 My 600-Lb. Life 22.50 My Extreme Excess Skin
400
372 06.00 Diners Drive-Ins and Dives 07.00 Chopped 08.00 Amazing Wedding Cakes 09.00 The Pioneer Woman 10.00 Siba’s Table 11.00 Barefoot Contessa. Back to Basics 12.00 Chopped 13.00 Diners Drive-Ins and Dives 16.00 Chopped 17.00 Siba’s Table 18.00 Valerie’s Home Cooking 19.00 Chopped 20.00 Cutthroat Kitchen 21.00 Man v Food 22.00 Valerie’s Home Cooking 23.00 Chopped
452 07.35 PAW Patrol 08.00 Winx Club 08.55 The Fairly OddParents 09.30 Sanjay and Craig 10.00 Alvinnn!!! and the Chipmunks 10.25 Kung Fu Panda 11.20 One Crazy Cruise 12.30 Victorious 13.00 Big Time Rush 13.25 Alvinnn!!! and the Chipmunks 13.50 SpongeBob SquarePants 14.30 The Penguins of Madagascar 15.15 The Fairly OddParents 15.55 iCarly 16.20 Big Time Rush 16.45 Nicky Ricky Dicky & Dawn 17.15 iCarly 17.40 SpongeBob SquarePants 18.10 Teenage Mutant Ninja Turtles 18.35 The Penguins of Madagascar 18.50 Henry Danger 19.15 The Thundermans
06.00 How Do They Do It? 06.25 Fat N’ Furious 07.15 Fast N’ Loud 08.10 Wheeler Dealers 09.05 Extreme Car Hoarders 09.55 Classic Car Rescue 10.50 Salvage Hunters 11.40 Storage Hunters UK 12.30 Property Wars 13.30 The Liquidator 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Classic Car Rescue 16.15 Extreme Car Hoarders 17.10 Outback Truckers 18.05 World’s Toughest Jobs 19.00 Men Women Wild 20.00 Free Ride 21.00 Bear Grylls 22.00 Racing Extinction
306 06.00 Rich Kids of Beverly Hills 11.00 L.A. Clippers Dance Squad 16.00 Keeping Up With the Kardashians 21.00 Botched 22.00 Rich Kids of Beverly Hills 23.00 Keeping Up With the Kardashians
600 06.00 European Championship Swimming 07.00 South American Football Show 07.30 Tour of California Cycling 08.30 Giro dItalia Cycling 09.30 European Championship Swimming 10.00 European Championship Swimming 11.00 The French Open Tennis 14.15 Giro dItalia Cycling 17.45 The French Open Tennis 20.30 Game, Set and Mats 20.55 Eurosport2 News 21.00 European Championship Swimming 22.00 Tour of California Cycling 23.00 Major League Soccer 23.55 Eurosport2 News
09.00 Pawn Stars: Spacing Out 09.30 Pawn Stars. 17.00 Storage Wars 18.00 Pawn Stars 19.00 Swamp People 20.00 American Restoration 21.00 American Pickers 22.00 Storage Wars 23.00 Black Sails
28 22|05|2016
kullhadd.com MIĊ-
ĊINEMA
RAPPORT TA’
ĊINEMA
CARMEL BONNICI
OUR KIND OF TRAITOR
EĊITANTI
PAR INNOĊENTI JINQABDU FIN-NOFS
Atturi Ewlenin: Ewan McGregor, Stellan Skarsgaard, Damian Lewis, Naomie Harris;, Jeremy Northam, Mark Gatiss Direttriċi: Susanna White Distributur: Studiocanal Ltd Films Maħruġ minn KRS Releasing. Ibbażat fuq novella ta’ John Le Carrè, l-espert fil-kotba dwar l-ispjunagg l-aktar fi żmien il-Gwerra Bierda, Our Kind Of Traitor jesibixxi forma oħra ta’ spjunaġġ fi żmienna, din id-darba b’aktar intriċċi movimentati u azzjoni. Wara l-waqgħa talkomuniżmu, il-Mafja Russa li jidher li qabdet għeruq fondi, saret suġġett popolari fil-films. Din id-darba ilklaxx primarju hu bejn ilMafja Russa u s-Servizz Sigriet Brittaniku. Wara bidu f ’Moska, fejn pistola antika tkun imfittxija blaħrax minħabba kemm valur sentimentali u aktar minħabba sigriet li nkunu nafuh fil-final estrem, dan il-film jaqleb f ’Marrakesh, ilMarokk. Hemmhekk, Peter (McGregor) u l-maħbuba tiegħu, Gail (Harris) ikunu jinsabu fuq btala.
Ħin: 107 min. Ċert. 15
Id-destin ilaqqagħhom ma’ Dima (Skarskaard), Russu kariżmatiku bi lsien tazzokkor, li malajr iħajjar lil Peter għal-logħba tenis. Dima, li ilu jservi lill-Mafja Russa issa jinsab f ’sitwazzjoni talbiża’, għax hu u l-familja se jkunu l-mira ta’ din l-għaqda potenti. Hu jrid li Peter jindaħal għalih mas-Servizz Sigriet Brittaniku biex jieħu kenn fil-pajjiż. Min- naħa tiegħu, Dima lest biex jikxef katina ta’ korruzzjoni li twassal sal-qalba ta’ Londra. Dan l-intrigu perikoluż idaħħalhom bejn il-basla u qoxritha u jeħodhom fuq vjaġġ strapazzuż minn Pariġi sa post sigriet fl-Alpi Żvizzeri, bil-Mafja Russa qed tagħfas fuqhom. Our Kind Of Traitor jesibixxi ingredjenti normali għal Le Carrè, però hawn l-azzjoni u t-tensjoni aktar jiddominaw.
RATCHET & CLANK
AVVENTRUŻ
IL-GWARDJANI TAL-GALASSJA Vuċijiet Ewlenin: James Arnold Taylor, David Kaye, Paul Giamatti, John Goodman, Bella Thorne, Rosario Dawson, Sylvester Stallone Diretturi: Jericca Cleland u Kevin Munroe Distributur: Lionsgate UK Maħruġ minn KRS Releasing
Ratchet & Clank, film animat Amerikan/Kanadiż huwa l-ewwel xogħol minn serje ta’ logħbiet vidjow ta’ Insomniac Games. Din hi produzzjoni taxxjenza fittizja, mimlija azzjoni kontinwa u avventuri umortistiċi, naturalment adattata wkoll għall-familji. L-andament tal-film li jixbah sewwa lis-serje Star Wars u b’xi ħjiel ta’ The Transformers, mhux wieħed faċli biex issegwih jew iżżomm f ’moħħok l-isem tal-pjaneti varji involuti. Ratchet, mekkanik żagħżugħ li bħala tarbija misterjożament niżel fuq il-pjaneta Veldin u trabba minn Grimroth, jixtieq isir Galactic Ranger, bħal pulizija spazjali li jżomm il-paċi bejn id-dinjiet. Clank,
Ħin: 94 min. Ċert. U
robot maħrub, isir il-ħabib kbir tiegħu. Chairman Drek li jgħix fuq il-pjaneta Quartu, li għandha popolazzjoni kbira ħafna, ivvinta d-Deplanitizer, – arma li teqred il-pjaneti u tiġbor partijiet minnhom biex tinbena dinja ġdida. Minkejja li ma jkunx aċċettat mill-Galactic Rangers, Ratchet u Clank jivvjaġġjaw madwar il-Galassija Solana biex iwaqqfu lil Drek u lillmisħut Dr Nefarious milli jeqirdu pjaneti oħra. Ratchet & Clank għandu animazzjoni attraenti, b’kuluri ċari ffukati tajjeb, iżda mimli wisq b’battalji bir-raġġi laser, li jtellfu mill-attenzjoni għallistorja. Għalkemm dan ixxogħol hu mmirat l-aktar għat-tfal, l-effetti speċjali viżwali huma stupendi.
ĊINEMA
kullhadd.com
22|05|2016 29
X-MEN: APOCALYPSE (3D)
IMĦARREK SEW
GĦADU POTENTI MILL-PASSAT REMOT JISFIDA LIS-SUPEREROJI
Atturi Ewlenin: James McAvoy, Jennifer Lawrence, Michael supereroj oriġinali tal-X-Men, Fassbender, Oscar Isaac, Sophie Turner, Olivia Munn, isir immortali u invinċibbli, iżda jintradam taħt piramida Rose Byrne, Kodi Smit-McPhee li tiġġarraf. Wara difna ta’ eluf ta’ snin, fl-1983 jinħeles Direttur: Bryan Singer Ħin: 144 min. u, meta jħoss li l-kwalità th Distributur: 20 Century Fox tiegħu m’għadhomx meqjusa Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. 12A bħala allat, jaħlef li jeqred lillDawk is-supereroji mibdula minn Bryan Singer. X-Men: umanità billi jfarrak it-tempji (mutants). X-Men, mill-folji Apocalypse jiftaħ fl-Eġittu ta’ u t-torrijiet tagħhom. Apocalypse jħarreġ grupp tal-kotba komiks Marvel 3600 sena Qabel Kristu, bi ta’ eroji mibdula, fosthom, prologu ta’ parti minnu simili ittrasferew ruħhom għal fuq il-liżar taċ-ċinema għall-ewwel minn The Ten Commandments Magneto (Fassbender), li darba fis-sena 2000. Issa wasal (1956), però aktar jixbah lil jinsab diżilluż, bil-għan li ir-raba’ film dwarhom dirett Land Of The Pharaohs (1955). jirrenja f ’dinja ta’ ordni Apocalypse (Isaac), l-ewwel ġdida. Raven (Lawrence), ukoll, bħal dawk ta’ qabel,
bil-għajnuna ta’ Professor X (McAvoy), imexxi tim ġdid ta’ X-Men żgħażagħ, kollha b’abbiltà speċjali diversa, biex jiffaċċjaw lil dan l-avversarju potenti. X-Men: Apocalypse, li hu bit3D diġitali, jeċċella fl-effetti speċjali viżwali, speċjalment dawk ta’ qerda totali, b’azzjoni qawwija kultant kaotika u b’andament mimli fantasija. Apocalypse hu l-aktar għadu aggressiv fl-univers tal-X-Men u d-dilettanti li baqgħu wara
li spiċċaw il-kreddti tal-aħħar ta’ X-Men: Days Of Future Past (2014) setgħu jaraw lil Apocalypse aktar żagħżugħ, jibni l-piramidi permezz ta’ telepatija, bis-sudditi tiegħu ċċassati lejh. Il-karattru ta’ dan il-qawwi hu wieħed kumpless billi juri li hu bniedem fiżiku wkoll li kapaċi jibbilanċja vjolenza u krudeltà ma’ tip ta’ umanità unika. Is-segwaċi numerużi tal-komiks għandhom sewwa fiex jedhew.
L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn il-11.05.2016 u l-15.05.2016
1. 2. 3. 4. 5.
Captain America: Civil War The Jungle Book Bad Neighbours Eye in The Sky Robinson Crusoe
KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA
Mistoqsija għal din il-ġimgħa:
F’liema sena ħareġ l-ewwel film tal-X-MEN?
Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: S. SCIBERRAS – Buġibba
30 22|05|2016
kullhadd.com
AVVIŻI KLASSIFIKATI
PROPRJETÀ
Il-Baħrija: Appartamenti għall-bejgħ bi tliet kmamar tas-sodda, l-ewwel darba fuq issuq bi prezzijiet speċjali. Prezz: €165,000. Ċempel 7931 0597. Mingħajr aġenti jekk jogħġbok.
Franċiż, Fiżika u oħrajn. Noffru wkoll korsijiet tal-ECDL. Prezz €35 kull module. Noffru wkoll korsijiet bażiċi fil-kompjuter, €50. Ċempel 2166 2241 jew 7766 2241 jew żur is-sit elettroniku www.tudorinstitute. com
Tewmi Group għal lezzjonijiet tal-karozzi kemm manual u kif ukoll automatic. Cab service u karozzi għall-kiri bi prezzijiet raġonevoli. Żur is-sit www. tewmi.com jew ċempel 9942 Ix-Xemxija: wwAppartament bi 2422. tliet kmamar tas-sodda b’veduti mill-isbaħ u lock-up garage inkluż. Lezzjonijiet taż-żfin fuq stil Prezz: €215,000. Ċempel 7931 ballroom jew Latin-Amerikan. 0597. Mingħajr aġenti jekk jogħġ- Lezzjonijiet taż-żfin għallbeginners u kompetizzjonijiet bok minn Imperial Qualified Dance TANAYA’S Dev. Ltd: Għażla Teacher (ISTD) Ibgħat SMS kbira ta’ appartamenti f ’kull fuq 7925 3015 jew ċempel 2138 żona ta’ Malta. Jinbiegħu 6818 sa 12.00pm. mingħajr depożitu u nħallsulek il-kuntratt. Offerta speċjali. Care and Cure Group Ltd: Għal aktar dettalji ċempel 9992 infermiera mħarrġa, caring 4999. Mingħajr aġenti jekk assistants, nannies, nies imħarrġin biex iżommu kumpanija, jogħġbok. għajnuna fid-djar u night sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna wkoll għall-kiri: wheelchairs, hoists, SERVIZZI commodes, walking frames u hospital Ray’s Woodworks, il-Mosta. beds. Għal aktar informazzjoni Xogħol ta’ restawr fuq għamara ċempel fuq dawn in-numri: u nagħmlu kull għamara li 2137 6946/9947 0178. tinħtieġ fid-djar bħal kċejjen u kmamar tas-sodda. Ċempel AFFARIJIET 7905 2497. GĦALL-BEJGĦ Investigazzjoni Privata: Żwiġijiet, għerusija u Disa’ qsari tal-galletti, sbieħ u relazzjonijiet oħra, DNA forensic fihom ħafna weraq. Ċempel tests, tfal maħtufin minn Malta, 2149 3207 jew 9949 3207. każijiet ċivili, każijiet oħra filQorti, problemi f ’kumpaniji Aħna nixtru kollox, bħal jew negozju. Nagħmlu xhieda għamara, fajjenza, arloġġi, figfil-Qorti. Naħdmu f ’Malta u urini, muniti, midalji, u kull anke barra. Għal appuntament ħaġa oħra. Ċemplu fuq 2147 ċemplu 7959 0000. Email: info@ 0128, 2123 7597 jew 9986 9519. privateinvestigationmalta.com Għandna varjetà kbira ta’ Korsijiet f ’Livell Ordinarju arloġġi bħal Tissot, Citizen, f ’diversi suġġetti bħall- Casio, Michael Kors, Fossil, Matematika, Ingliż, Malti, Esprit, Festina u Q&Q. Ħad-Dingli: Appartamenti għall-bejgh bi tliet kmamar tas-sodda. Prezz: €150,000. Ċempel 7931 0597. Mingħajr aġenti jekk jogħġbok.
Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għall-ilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ clock. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq ilKungress Ewkaristiku, il-Mosta. Ċempel 2141 7235. XOGĦOL TA’ MANUTENZJONI
Installazzjoni u tiswija ta’ aerials tat-televiżjoni. Offerti vantaġġjużi fuq sistemi tassatellita u fuq l-android TV boxes. Għal aktar informazzjoni ċempel 2148 6211. Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq ilpond, madum, membrane, dawl u ilma. Ċempel fuq 7928 5444. Tiswija u installazzjoni ta’ estensjonijiet tat-telefowns għal kull tip ta’ linji fissi. Ċempel fuq 7993 0419. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq innumru 2143 2352 jew 9947 7167. Jason Gatt għal kull xogħol ta’ tibjid u tikħil, kisi normali, fuq il-fil, fuq xogħol antik u bil-pont, kisi bil-ġibs u graffiato. Kiri ta’ cherry picker (tower ladder). Ċempel fuq 9945 4235 jew 2180 5811. WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol
ta’ waterproof membrane, damp proofing u rubberised paint. 25 sena esperjenza. Stimi b’xejn u prezz moderat. Ċempel 2148 8972, 2143 8326, 9944 5527 jew 7981 2784 jew żur is-sit www.wpmalta. com
ISEM, KUNJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ
AGR AUTO JAPANESE Parts għall-karozzi: Inbigħu kull tip ta’ parts ta’ karozzi Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: alex@agrautoparts.com
Għal kull tip ta’ xogħol fuq faċċata, bjut, appoġġi, gallarijiet, eċċ. Membrane jew liquid membrane. Mela pproteġi l-proprjetà tiegħek mill-ilma tax-xita u ċempel issa għal stima b’xejn bin-numru 7905 Nigret Night Club and 8883 jew idħol fuq is-sit www. Restaurant, Labour Ave, irdarrendoitall.com Rabat, Malta. Naċċettaw riservazzjonijiet għal coffee Il-bejt tiegħek jagħmel l-ilma? mornings, lunches u dinner dances u kull okkażjoni oħra. Miftuħin filGħandek problema ta’ moffa? Kenda Ltd issolvilek il-problema. weekends, lejla Maltija b’differenza Nispeċjalizzaw fuq xogħol ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar waterproofing u membrane b’10 snin ta’ Sibt mużika għal kulħadd garanzija. Xogħol professjonali ma’ Franz Grech. Inservu bl-aqwa materjal ISO Pool. wkoll take-away fil-weekends. riservazzjonijiet Għal stima bla obbligu ċemplu Naċċettaw 7972 9967 jew żur is-sit www. għal kull okkażjoni. Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 kendawaterproofing.com 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www.nigretnightclub.com jew AVVIŻI OĦRA www.nigretnc.com Paul & Waters – The Perfumery. LILL-ISPIRTU Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, TALBA oriġinali u bl-orħos prezzijiet S-SANTU: Int li ssolvi f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul l-problemi kollha, dawwal it& Waters – The Perfumery. toroq kollha tiegħi biex nikseb Il-ħwienet tagħna tal-Fgura, il- dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don Mosta, Ħal Qormi u Raħal Ġdid divin biex naħfer u ninsa d-deni ikunu miftuħin kuljum mid-9.00 kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull san-12.30 u mill-16.00 sas-19.00. mument ta’ ħajti tkun maġenbi. Paul & Waters Free Delivery F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, Service. Ċempel 2766 3361. waqt li nikkonferma mill-ġdid li MUSIC LINK Issibilna kull tip qatt ma ninfired minnek, anke ta’ strumenti mużikali, fosthom quddiem l-illużjonijiet materjali. drums kemm akustiċi u elettriċi, Nixtieq li nkun miegħek fil-glorja cymbals, percussion, pjanijiet diġitali, ta’ dejjem. Grazzi għall-ħniena baby grand pianos, sound mixers tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu u sound cards. Apparat ta’ DJ minni. sound systems, kitarri klassiċi u Din it-talba għandha tingħad tlett akustiċi, bass guitars, strumenti ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem tar-ram, wood winds, vjolini, spare it-talba tkun maqlugħa, anke jekk parts u aċċessorji oħra. Issib ukoll għall-bidu tidher diffiċli. It-talba kotba tal-mużika tat-tagħlim. Mur għandha tkun ippubblikata millMusic Link, 262, Triq Fleur-de- ewwel wara li tinqala’ l-grazzja, Lys, B’Kara. Ċempel 2148 2796. bla ma tissemma’ x’kienet.
KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU
AVVIŻI
Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa
€5 €10 €15 €30 €56 €93
ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL: Sound Vision Print Ltd, KullĦadd, Avviżi Klassifikati, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717.
AVVIŻI
kullhadd.com
22|05|2016 31
AVVIŻI TAL-PL Ħarġa kulturali Il-Veterani Laburisti jixtiequ javżaw li l-ħarġa kulturali li jmiss se tkun attività biż-żfin li se ssir nhar il-Ħamis 26 ta’ Mejju 2016, fil-Lukanda Qawra Palace, il-Qawra. Membri u ħbieb huma mistiedna jiġu magħna. Tluq mill-postijiet tas-soltu fit8.30am. Biljetti jinkisbu mingħand il-helpers tas-soltu. Għal aktar dettalji ċempel lil Veronica Cuschieri fuq 9948 6416, Connie Green fuq 7920 1576, jew Arthur Vassallo fuq 9811 2615. Aħsbu kmieni għall-bijetti.
AVVIŻI ĠENERALI Library info session Nhar is-Sibt li ġej 28 ta’ Mejju, il-librerija ta’ Birżebbuġa se tkun qed tagħti info session dwar is-servizzi li toffri filwaqt li tagħmel diskussjoni qasira dwar l-użu tal-librerija u s-soċjetà. Għal din l-attività se jkun hemm mistieden l-awtur poplari Carmel Cauchi. L-attività tibda fl-10.00am, fl-iskola primarja ta’ Birżebbuġa. Dħul minn Triq San Mikiel (segwu t-tabelli tal-librerija). Kulħadd huwa mistieden jattendi. Ġita ta’ erbat jiem Ġita għal erbat ijiem fi Sqallija fejn inżuru: Catania, Palermo, Cefalu, Montepellegrino, Castelbuono, Enna, u Porte di Catania Il-ġita hija organizzata mill-Għaqda Soċjomużikali Aniċi ta’ Ħal Qormi bil-kollaborazzjoni tal-aġenzija Micallef Joe Travel, u se ssir bejn it-Tlieta u l-Ġimgħa, 29 ta’ Lulju, 2016 Għal aktar dettalji u riservazzjonijiet ċempel lil John M. Spiteri fuq-7970 2874 jew ibgħat email lil: info@anicibandclub.org Mur, u xandar Se jsir kungress tal-predikazzjoni bejn is-26 u s-27 ta’ Mejju 2016 fis-Sala Yvonne, kunvent tad-Dumnikani, Gwardamanġa. Mis-6.30pm sat-8.30pm. Kulħadd huwa mistieden jattendi. Adorazzjoni ewkaristika Programm ta’ ċelebrazzjonijiet li se jsiru fl-Insinji Bażilika, Parroċċa Matriċi u Prinċipali ta’ Sidtna Marija tal-Portu Salvu u San Duminku, il-Belt Valletta bejn it-23 u s-26 ta’ Mejju. Matul dawn l-erbat ijiem se jkun hemm quddiesa bis-salmi fis7.00am, u wara tibda l-adorazzjoni. Fit-8.30am issir quddiesa u tkompli l-adorazzjoni sal-10.00am. Mill-4.00pm sas-6.00pm jerġa’ jkun hemm adorazzjoni. Fis6.00pm l-għasar kantat, u fis-6.15 quddiesa solenni u l-kant O Salutaris Hostia u barka sagramentali. Il-Ħamis, 26 ta’ Mejju, wara l-quddiesa ssir il-purċissjoni ta’ Korpus. Stazzjon tar-radju komunitarju Il-Kummissjoni Radju fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba se tniedi is-17-il skeda tal-istazzjon tar-radju komunitarju tagħha bl-isem ‘Tal-Ġilju FM 95.4’. Fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Ġilju, l-istazzjon se jkun qiegħed ixandar u se jiftaħ uffiċjalment nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju 2016 permezz ta’ programm speċjali ta’ inawgurazzjoni li jibda fl-4.00pm mill-istudios il-ġodda fis-sede tal-Każin tas-Soċjetà, li jinsab fil-pjazza ewlenija tal-Imqabba. L-iskeda tikkonsisti minn bosta programmi varjati u hija bbazata l-aktar fuq l-ispirtu tal-festa tal-Madonna tal-Ġilju 2016, fejn se jkun hemm enfasi fuq marċi, l-andament tal-festa u xandiriet diretti li jagħtu ħarsa lejn dak kollu li qieghed jiġi ppreparat mid-diversi kummissjonijiet tas-Soċjetà għal din il-festa. Se jkun hemm il-programmi tas-soltu bħalma huma l-Breakfast Show, Drive Time u Festa Warm-up. Kif dejjem sar fuq dan l-istazzjon, se jixxandar ir-Rużarju filgħodu, u filgħaxija tixxandar il-quddiesa. Ir-radju jibqa’ jxandar sa nhar it-Tnejn 20 ta’ Ġunju, l-għada tal-festa tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba. Dan l-istazzjon se jkun imxandar dirett fuq www.radio.talgilju.com
32 22|05|2016
kullhadd.com
TEMP GĦAL-LUM
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
25°C
25°C
26°C
17°C
16°C
16°C
09
09
08
Il-Ħamis
Il-Ġimgħa
Is-Sibt
27°C
28°C
26°C
18°C
19°C
20°C
09
09
09
ALMANAKK
RITRATT MILL-ANTIK
L-OGĦLA TEMPERATURA: 26°C L-INQAS TEMPERATURA: 15°C INDIĊI UV: 8 SITWAZZJONI ĠENERALI: Firxa ta’ pressjoni għolja tiksi ċ-Ċentu talMediterran UV
TEMP: Xemxi VIŻIBBILTÀ: Tajba
Ritratt: Bay Retro
RIĦ: Ħafif għal moderat mill-Majjistral li jdur mill-Punent BAĦAR: Moderat li jsir ħafif IMBATT: Baxx mill-Majjistral li jsir ftit li xejn TEMPERATURA TAL-BAĦAR: 19°C
UV
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Tfal fit-Teatru Manoel jiċċelebraw l-inkurunazzjoni tar-Re Ġorġ VI
DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA
Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant’Anna, il-Furjanana – 2124 6051 Cosmed Pharmacy, Soccors, 7, Triq il-Franġiskani fi Triq Villambrosa, il-Ħamrun – 2122 5991 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 2149 9697 St Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara – 2149 2151 Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta’ Xbiex, l-Imsida – 2133 1732 Spiżerija Merħa, Shop 2, Triq Lapsi, Ta’ Giorni – 2133 3886 Victor’s Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 2133 0352 Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovani Curmi, l-Iklin – 2143 5567 Sgħajtar Pharmacy, Triq is-Sgħajtar, il-Mosta – 2141 5198 Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, il-Qawra – 2158 0881 St Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid – 2166 5848 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, il-Birgu – 2180 7829 Polymer, Triq ix-Xagħjra, Ħaż-Żabbar – 2167 6263 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Cosniglii, iż-Żejtun – 2180 6009 Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, iż-Żurrieq – 2164 7391 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 2146 7459 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, ir-Rabat, Malta – 2145 5479 23.05.1568 L-Olanda tiddikjara l-indipendenza tagħha minn Spanja
Għawdex Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, il-Fontana – 2156 6979 Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, ix-Xagħra – 2155 1140 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi - 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
NUMRI REBBIEĦA LOTTU
35 84 47 21 05 78 80 14
SUPER 5
41 12 21 31 03
GRAND LOTTERY
00 01 00 05 02 03 03
28.05.1937 Ġiet imwaqqfa l-kumpanija Volkswagen
KOMPETIZZJONI KTIEB
kullhadd.com
22|05|2016 33
KOMPETIZZJONI KTIEB RUMANZ
NIRIEN MA JSAĦĦNUX
li jagħti leħen sod lil dawn il-minoranzi billi jikteb xogħlijiet li huma faċilment jidentifikaw irwieħhom magħhom. L-awtur jinbex il-karattri li joħloq, f ’xi waqtiet idaħħak lill-qarrejja, imma s-suġġetti tiegħu dejjem jiġbdu l-ħniena u l-kompassjoni. Kawt u
jimxi fuq ħabel stirat u rqiq, Scicluna jagħraf li m’għandux jibbanalizza, jittrivjalizza jew jissensazzjonalizza s-sitwazzjonijiet prekarji msejkna li jsibu rwieħhom fihom il-protagonisti eċċentriċi tiegħu. Dawn ivarjaw minn fetiċista, raġel bi problema ta’
masturbazzjoni kronika, Cam-Girl, omosesswali marid, prostituta li taf ħafna xorti fuq il-qoħob tal-politiċi, travestit miżżewweġ, ivvizzjati fuq issess u xi oħrajn. Nirien ma Jsaħħnux hu l-ħames ktieb u l-14-il xogħol letterarju bil-Malti ta’ Carmel Scicluna, li ilu jikteb mindu kien għadu adolexxenti. Beda bilpoeżiji, kompla bil-kitba ġurnalistika fil-gazzetti lokali, ippubblika stejjer populisti, u qaleb għal-letteratura serja u impenjata meta kellu viċin it-tletin sena. Minn dakinhar ’l hemm ma waqafx jirriċerka, jippjana l-istejjer u r-rumanzi tiegħu fuq laptop Alienware fil-kamra tal-ħasil fuq il-bejt ta’ daru, u rħilu jħażżeż l-abbozzi u jippubblika xogħlijietu. L-ewwel manuskritt lestieh meta kien għadu kif iggradwa fil-Farmaċija fl1992. It-tieni ktieb ta’ Scicluna ħareġ ħames snin wara. Seba’ snin wara ddeċieda li jibdel ir-rotta letterarja, u minflok xogħol ta’ divertiment jibda jipprepara letteratura differenti għalkollox u jitbiegħed millpopuliżmu. L-aħħar kotba tiegħu jisimhom IlKummidjanti tal-Parlament, stejjer li jwaqqgħu għaċ-ċajt il-politiċi Maltin; Feruti, li hu fuq it-traġedji ta’ nies imsejkna; u Il-Ħaddiema ta’ Miss Wilma, li hu fuq il-praspar kotrana li jagħmlu l-ħaddiema tal-gvern sakemm isiru l-ħamsa u kwart u jparpru ’l barra. Nirien ma Jsaħħnux, bħall-kotba msemmija, hu ppubblikat ukoll minn Horizons u jinsab għall-bejgħ millħwienet tal-kotba kollha. Ma tistgħux titilfuh jekk tħobbu stejjer intelliġenti fuq is-sess b’waqtiet li jdaħħkuk, oħrajn li jħassbuk, aktar iva milli le jiddevertuk, u forsi jġegħluk tirrifletti ftit f ’liema qagħda morali mwiegħra tinsab fiha llum Malta.
u l-konsegwenzi nfexxew f ’ġismi. Tant hu hekk li f ’ħin wieħed venvinli dal-ħsieb b’mod hekk konvinċenti li werwirni: hekk ikun il-purgatorju fid-dinja. Nammeti li qed inħawwad: m’għandix l-aħjar spjegazzjoni razzjonali biex nispjega x’ġarrabt
sewwasew. Il-biċċa kienet konfużjonali wisq. Għax li ġara donnu ma riedx spjegazzjoni. Donnu kien hemm ir-rifjut ta’ kull tentattiv biex l-affarijiet jidhru ċari. Ebda tagħrifa li tixħet imqar merżuq dawl sfajjar. Is-sabiħa, biex kompla jagħqad il-bubun, kienet din: aktar
ma ppruvjat nirraġuna miegħi nnifsi biex ngħarbel x’ġara bir-reqqa, aktar tħawwadt, aktar l-esperjenza elużiva tkeffnet f ’misterji ġodda. Wiċċi sar vampa malli ħbatna flimkien. Id-dinja waqfet iddur. Kulħadd donnu waqaf milli kien qed jagħmel.
rakkonti ta’ Carmel Scicluna fuq pervertiti u perverżjonijiet Merħba fid-dinja moderna ta’ Carmel Scicluna fejn kulħadd nesa xi tkun boxxla morali, u fejn il-bnedmin jgħixu għas-sess, ma fadlilhom xejn x’jagħmlu f ’ħajjithom ħlief jieħdu pjaċir fis-sodda, u agħtihom ħa jaraw x’se jivvintaw ħalli jibqgħu jagħtu gost lil ġisimhom u tagħtihom xejn iżjed. Patri Dumnikan jixbah ħafna liz-ziju Fester ta’ The Addams Family u direttur ta’ Radju Santa Tereżina jiffitta l-camgirl tiegħu biex tmur Lurt miegħu millflus tas-semmiegħa. Glass Blower jippreferi jisfoga waħdu quddiem il-pupi tal-internet milli jersaq lejn martu. Grezzju jħallas tajjeb lil ħatnu biex jinstalla wireless spy camera filkamra tal-banju tal-villa ta’ avukatessa li l-ħwejjeġ ta’ taħt tagħha jisparixxu daqqa mill-kexxun tal-kredenza u daqqa mil-laundry bin…imbagħad jerġgħu jiġu. Wieħed jabbanduna lil ibnu u t-tieni mara li hu poġġut magħha biex jerġa’ jpoġġi mal-ewwel waħda għax kienet tagħtih gost iktar fis-sodda. Dawn huma biss ftit millistejjer. Miktub b’Malti idjomatiku, sabiħ u mirqum għall-aħħar, dan il-ktieb bi stejjer ta’ Maltin ordinarji, b’sesswalità li m’aħniex imdorrijin biha imma hi komuni fostna aktar milli naħsbu, fih ġabra ta’ rakkonti li, għad li mimlijin bis-sess, ma jaqgħu qatt fin-nassa tal-pornografija. Il-ktieb, barra minn hekk, ma fih ebda oxxenitajiet, dagħa jew blasfemiji li wieħed isib f ’xi awturi lokali kontemporanji meta jiġu biex jittrattaw suġġett delikat bħas-sess kif ipprattikat minn uħud, bosta drabi vulnerabbli u terribbilment weħedhom. Scicluna, bħal drabi oħra, donnu deċiż
SILTA MILL-KTIEB Malli bqajna deħlin f ’xulxin smajt xi ħaġa ċċaqċaq ġo rasi, tismot il-basal ta’ xuxti, titkaxkar taħt il-qorriegħa. F’qalbi bħal daħal kurrent qawwi. Ngħaġġel ngħid li ma kontx ċert jekk ix-xokk kienx fin-nofs talqafas ta’ sidri. Nissuspetta li l-qofol ta’ kulma ġara seħħ f ’ruħi
Mistoqsija: Lil min kien jixbah il-Patri Dumnikan?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ĊNL, Triq Mile End, il-Ħamrun, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Nirien ma jsaħħnux. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd id-29 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, eskluż festi pubbliċi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Ċpar fix-Xefaq huwa: S. CAMILLERI – il-Qrendi
34 22|05|2016
kullhadd.com
LOGĦOB
TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri
B’5 Numri
B’6 Numri
B’9 Numri
073 128 198 415 515 608 718 758 791 951
01597 04605 07963 11376 11692 15271 18111 19096 21631 25167 28277 33564 36691 41351 45275 48177 53143 60011 60161 62439 64630 81232 84512 86232 87809 91719 96451 99961
317105 631169 721286 751108 769445 780717 890135 897898
057810695 098171016 234586797 308668640 619046528 652750521
B’4 Numri 0711 1264 1392 1660 1758 3758 3979 4001 4069 6226 6759 7072 7396 7736 9174 9837
B’7 Numri 0303790 1091510 5791381 7950223
B’10 Numri 7600860056 8372199767
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADA
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz:
Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: M.K. PSAILA – il-Gżira
KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA ]
5
Ġemma’ sitt kupuni u ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz: Nru tal-kartà tal-identità:
Nru tat-telefown:
LOGĦOB
22|05|2016 35
kullhadd.com
IRBAĦ €25 FI FLUS
Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.
124
TISLIBA
Mimdudin:
1. 4. 7,9. 9. 10. 12. 16,18. 18. 19. 20. 21. 23. 24.
Il-frisk iġibuh mill-annimali (5) Kompli l-qawl: Alla jagħlaq bieb u jiftaħ .... . (4) Mhux iżgħar (5) Ara 7 Radam bil-ġebel (6) Tnejn u wieħed (6) Pass ta’ żiemel? (5) Ara 16 Ta’ rmonk bl-Ingliż (3) Mhu komdu xejn (5) Jurih l-arloġġ (3) Mhux komuni (4) Ħallas u għamel hekk (5)
Weqfin:
1. Għamel hekk u jif- tħulek (6) 2,5. Frott (6) 3,21W. Hekk għamel il-vapur (6) 5. Ara 2 6,15. Jara lil kulħadd dubbien (9) 8. Jinġibdu miż- żwiemel (9) 11. L-artiklu bla sing (2) 12,17. Biċċa taċ-ċess (5) 13. Ivan Tellus Abela (1,1,1) 14. Moħħu hemm (6) 15. Ara 6 17. Ara 12 wieqfa 21. Ara 3 22. Jaħraq (3)
SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin:
Weqfin:
1.X’inhu, 4.Qawl, 9,21 wieqfa. Daniżi, 10.Ibixxu, 12,23. Kitarrista, 16.Ilu, 19.Età, 20.Ardit, 21.Int, 24.Aħrab
1.Xadini, 2,7.Nanna, 3,12. Uniku, 5.ATX, 6,11.Lhudi, 8.Abbanduna, 13.Tir, 14.Rettur, 15.Tabbab, 17,18.Lenin, 22.Tut
QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Żewġ preżentaturi tal-late night shows fl-Amerika. Inzertaw it-tnejn jisimhom l-istess. Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown:
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u tibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: Ibagħtu l-paġna ta’ din il-logħba tal-Ħadd 29 ta’ Mejju flimkien mal-logos tal-ħarġiet tal-1, 8, 15 u 22 ta’ Mejju.
RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA
Ira Losco
Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: R. CUTAJAR– il-Ħamrun L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.
Francesca Michielin
36 22|05|2016
kullhadd.com
SPORTS
SIT ĠDID GĦALL-VIKINGS SAILING CLUB
Il-Vikings Sailing Club issa reġa’ għandu sit minn fejn jista’ jibqa’ jopera, hekk kif ftit tax-xhur ilu kellu jiżgombra l-faċilità tiegħu f ’Xatt it-Tiben sabiex iħalli spazju għallproġett tal-FAM iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea. “Il-Gvern ra kif ta lura dak li ħa lill-club tal-Vikings. Il-Gvern fehem l-uġigħ li għadda minnu dan il-club meta l-bini tiegħu ttieħed, ra x’għamel biex instabet alternattiva sakemm beda x-xogħol fuq is-sit il-ġdid u kien ta’ spalla fil-mument talbżonn”. Dan qalu s-Segretarju
Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn semma’ li l-Gvern japprezza l-ħidma li qed jagħmel club bħall-Vikings kemm fl-isport tal-ibburdjar imma aktar u aktar ma’ tfal u żgħażagħ li jipparteċipaw f ’sessjonijiet diversi li jorganizza l-club. Is-Segretarju Parlamentari sostna li ma kinitx ħaġa faċli li jinstab sit alternattiv li joffri faċilitajiet simili ta’ dak li diġà kellu l-club speċjalment għaliex fost l-oħrajn is-sit ried ikun qrib il-baħar minn fejn
jistgħu jkunu varati d-dgħajjes. Madankollu dawn l-ostakli issa huma megħluba u bissaħħa tal-għotja finanzjarja ta’ Yachting Malta, flimkien mal-impenn tal-voluntiera li jimmilitaw fil-club talVikings, dawn tal-aħħar se jerġa’ jkollhom sit denju għalihom. Huwa fakkar li l-Vikings Sailing Club se jkunu qed joffru sessjonijiet waqt il-programm Summer on the Move organizzat minn SportMalta fis-sajf li ġej, liema applikazzjonijiet issa huma miftuħa. Il-konferenza tal-aħbarijiet
kienet ukoll indirizzata millKap Eżekuttiv ta’ Yachting Malta Wilfrid Buttiġieġ li spjega li Yachting Malta kienet strumentali biex tassigura li l-Vikings Sailing Club ikompli bl-operat tiegħu u għen finanzjarjament sabiex jinbeda x-xogħol ta’ ristrutturar fuq issit il-ġdid. Huwa kompla jispjega li meta nħolqot Yachting Malta l-għan kien li iġġib ’il quddiem u tippromwovi l-isport tal-ibburdjar, b’enfasi fuq iż-żgħażagħ. Din tinkludi l-promozzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ fir-regoli tat-tbaħħir,
tat-tlielaq u tas-sigurtà fuq ilbaħar. Bl-intervent ta’ Yachting Malta u l-kollaborazzjoni tar-Royal Malta Yacht Club, Vikings Sailing Club setgħu wkoll joħorġu d-dgħajjes tagħhom mill-imħażen u b’hekk setgħu jkomplu joffru l-lezzjonijiet talibburdjar waqt #OnTheMove Skolasport fuq Laser 16 u Topper anke fix-xhur taxxitwa, hekk kif id-dgħajjes bdew ikunu varati mir-Royal Malta Yacht Club. Dan kien eżempju eċċellenti ta’ rieda tajba u kollaborazzjoni bejn iż-żewġ clubs.
ISSIR IL-FAŻI FINALI TAL-KOMPETIZZJONIJIET TAL-GĦAWN U L-WATERPOLO
Il-kompetizzjonijiet tal-waterpolo u l-għawm ġabu fi tmiemha l-ewwel edizzjoni tal-Ischool Sport Festival. Kompetizzjonijiet li saru għall-iskejjel kollha tal-istat, tal-Knisja u tal-Privat. Il-waterpolo u l-għawm ma kienux l-uniċi dixxiplini li saru kompetizzjonijiet fihom, imma kien hemm wkoll l-atletika, l-basketball, l-football, l-futsal u t-table tennis. Fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-waterpolo ħadu sehem 20 skola, li minnhom 15 għaddew għall-fażi finali.
Il-kategorija tas-subien ta’ taħt it-13-il sena intrebħet mill-Kulleġġ De La Salle, bl-iskola San Anton u St Michael School jispiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Il-kategorija tal-bniet ta’ taħt il-15-il sena ntrebħet mill-Kulleġġ San Tumas Moore Sta Lucia, b’finali ferm missielta kontra St Martin’s College li spiċċat 4-3 wara l-għoti tal-penalties. L-iskola Sacred Heart spiċċat fit-tielet post. Il-kategorija tas-subien rat finali ferm kumbattuta bejn il-Kulleġġ De La Salle u St Martin’s College,
liema logħba ntrebbħet minn St Martin’s College bliskor ta’ 5-3. L-iskola Nazzjonali tal-Isport spiċċat fit-tielet post. Intant fil-jiem ta’ qabel saret wkoll il-fażi finali tal-kompetizzjonijiet tal-għawm bejn l-iskejjel Sekondarji u Primarji, bniet u subien, bilparteċipazzjoni ta’ Special Olympics Malta. Dawn l-attivitajiet gew imtella’ mill-Isport Promotion Unit fi ħdan SportMalta, mid-Direttorat tal-Kwalita’ u Standards fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni, l-MSSF u l-ASA. L-isponsor ewlieni kien Go & Fun.
SPORTS
kullhadd.com
22|05|2016 37
“M’HEMMX GĦAĠLA” It-tieni l-aqwa fid-dinja fit-tennis Andy Murray qal li l-forma li għaddej minnha bħalissa turi li m’għandux bżonn jappunta kowċ ġdid qabel ma jkun hemm il-French Open. Murray, li nfired minn mal-eks kowċ tiegħu Amelie Mauresmo dan ix-xahar, għeleb lil Novak Djokovic għall-ewwel darba l-ġimgħa l-oħra, liema rebħa waslet għar-rebħ talItalian Open. F’kummenti li għamlet dwar dan l-atleta, Mauresmo ddeskriviet lil Murray bħala persuna “kumplessa” u tat x’tifhem li l-imġiba tiegħu fil-grawnd tat-tennis kienet waħda mill-fatturi li wasslet għal din il-qasma bejniethom. Madankollu, il-preżenza ta’ Jamie Delgado fit-tim tiegħu, ifisser li Murray “m’għandux xi għaġla” partikolari biex isib lil xi ħadd ieħor flok Mauresmo. Il-Brittaniku sostna li għadu ma avviċina lill-ebda kowċ prospettiv iżda jinsab miftuħ għall-idea li jinġieb xi ħadd ġdid fit-tim tiegħu.
COLEMAN SE JESTENDI L-KUNTRATT Il-kuntratt tal-kowċ tat-tim nazzjonali ta’ Wales Chris Coleman se jkun qed jiġi estiż, jiġri x’jiġri fil-Kampjonati Ewropej tal-Euro 2016, li se jkunu qed jingħataw bidu fl-10 ta’ Ġunju li ġej. Coleman huwa mistenni li jġedded il-kuntratt b’sentejn sat-Tazza tad-Dinja tal-2018 u dan minħabba li rnexxielu jwassal lit-tim ta’ Wales għall-ewwel finali Ewropej tagħhom mit-Tazza tad-Dinja tal-1958. L-Assoċjazzjoni tal-Futbol ta’ Wales mistennija tħabbar dan kollu proprju għada stess. Coleman, li l-kuntratt tiegħu jiskadi wara l-Euro 2016, kien inħatar il-kowċ ta’ Wales f ’Jannar tal-2012, wara li kien ħa post Gary Speed. Coleman, l-eks difensur ta’ Wales li lagħab għal pajjiżu 32 darba, tilef logħba waħda biss fl-aħħar ħdax-il logħba ta’ kwalifikazzjoni. Fi kliem ieħor, huwa rnexxielu jirbaħ tnax-il logħba minn 29 partita li hu kien fit-tmun ta’ Wales fil-kompetizzjonijiet kollha. It-tim ta’ Wales se jkun qed jibda l-avventura tiegħu kontra l-Islovakkja nhar il-11 ta’ Ġunju li ġej.
MAZZARRI JIFFIRMA MA’ WATFORD Ilbieraħ filgħodu Watford ħabbru li eks-kowċ ta’ Inter Walter Mazzarri se jkun qed jinħatar bħala l-kowċ tat-tim Ingliż mill-1 ta’ Lulju li ġej wara t-tluq tal-Ispanjol Quique Sanchez Flores. Dan il-kowċ Taljan ta’ 54 sena, li wkoll mexxa timijiet bħal Sampdoria u Napoli, iffirma kuntratt ta’ tliet snin f ’Vicarage Road. Min-naħa tiegħu, Flores telaq lil dan il-klabb wara inqas minn sena fit-tmexxija ta’ Watford. Dan l-istaġun Watford spiċċaw fit-13-il post fi staġun fejn ukoll inqalgħu mis-semifinali tal-FA Cup wara telfa kontra Crystal Palace. Mazzarri se jkun it-tmien kowċ ta’ dan it-tim f ’dawn l-aħħar erba’ snin. Wara t-tluq ta’ Flores mill-ewwel kien jidher ċar li Mazzarri kien l-għażla preferuta tal-familja Pozzo, li xtraw lil dan il-klabb fl-2012. It-Taljan rebaħ il-Coppa Italia ma’ Napoli fl-2012 u wassal lill-istess klabb sat-tieni post fl-istaġun ta’ wara. Huwa ngħaqad ma’ Inter fuq kuntratt ta’ sentejn f ’Mejju tal-2013 fejn dan il-klabb spiċċa fil-ħames post fl-ewwel staġun tiegħu. Ftit żmien wara, proprju f ’Novembru tal-2014, huwa safa mkeċċi minn Inter wara li dan it-tim kien fid-9 post bi tnax-il punt bogħod mill-quċċata.
“JIXBAĦ LIL RONALDO L-BRAŻILJAN” Il-leġġenda ta’ Manchester United Eric Cantona faħħar bil-kbir lill-attakkant tal-istess tim Anthony Martial tant li qal li jfakkru f ’Ronaldo l-Brażiljan. Martial, li l-wasla tiegħu mingħand Monaco swiet xejn inqas minn £36 miljun liema somma qanqlet dubji kbar dwar il-potenzjal tiegħu, kien l-istilla tat-tim dan l-istaġun. Dan l-attakkant Franċiż skurja sbatax-il gowl dan l-istaġun, u jista’ jkun li dan l-ammont jiżdied wara l-finali tal-bieraħ tal-FA Cup kontra Crystal Palace. Cantona, li se jkun qed jagħlaq 50 sena nhar it-Tlieta li ġej, qal li Martial huwa matur ħafna għall-età li għandu u jekk jibqa’ sejjer hekk għandu l-potenzjal li jilħaqq l-istess livell li ntlaħaq qablu minn Ronaldo. Dan il-plejer Brażiljan huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers li qatt rat id-dinja tant li rebaħ darbtejn itTazza tad-Dinja fl-1994 u fl-2002 kif ukoll rebaħ il-World Player of the Year għal tliet darbiet. Huwa lagħab għall-Barċellona, PSV Eindhoven, Inter u Real Madrid tul il-karriera brillanti tiegħu.
9.98 SEKONDI GĦAL BOLT Usain Bolt, l-atleta ta’ fama internazzjonali, kiseb l-aħjar ħin tiegħu din l-istaġun, dak ta’ 9.98 sekonda, biex b’hekk irnexxielu jirbaħ it-tellieqa tal-100 metru tal-irġiel fl-attività Golden Spike fir-Repubblika Ċeka. Fl-ewwel dehra tiegħu Ewropea għal din is-sena, dan l-atleta mill-Ġamajka irnexxielu jirkupra minn bidu kemxejn laxk u spiċċa biex irnexxielu jirbaħ b’Ramon Gittens jispiċċa fit-tieni post wara li daħal 0.23 sekonda wara l-istess Bolti. Fl-unika tellieqa li kellu qabel din dan l-istaġun fil-Cayman Islands Invitational Meet, Bolt irnexxielu jagħmel il-100 metru f ’10.05 sekondi. Ta’ min isemmi li wara din it-tellieqa, Bolt kellu bżonn xi ftit terapija minħabba li weġġa’ l-hamstring.
XHAKA VIĊIN ARSENAL
LI
JINGĦAQAD
MA’
It-tim Ingliż ta’ Arsenal mistenni jiffinalizza t-trasferiment tal-plejer Żvizzeru ta’ Borussia Monchengladbach u captain tal-istess tim Granit Xhaka. Huwa mifhuma li kemm il-klabb Ingliż kif ukoll dak Żvizzeru waslu għall-ftehim fuq il-prezz li huwa mistenni jkun madwar £30 miljun. Xhaka, li għandu 23 sena, diġà wasal Londra biex jiffinalizza u jkun hemm qbil fuq it-termini personali u huwa skedat li se jkollu t-test mediku proprju f ’dan il-weekend. Żgur mhux forsi li l-wasla tiegħu se tkun qed issaħħaħ id-dipartiment tan-nofs fit-tim ta’ Arsenal hekk kif din iddgħajfet riċentament bit-tluq ta’ Mikel Arteta, Tomas Rosicky u possibbilment ukoll Mathieu Flamini. Dan il-plejer Żvizzeru se jkun l-ewwel akkwist għattim ta’ Arsene Wenger fi żmien fejn dan it-tim mistenni jkun impenjat ħafna fejn jidħlu plejers ġodda – xi ħaġa li s-sapporters infushom ilhom jitolbu u jistenni għal ħafna żmien.
39 22|05|2016
kullhadd.com
FORMULA 1
RAPPORT U ANALIŻI TA’ LIAM GAUCI
LIL HINN MIĊ-ĊIRKWIT
Kollox ma’ kollox l-aħħar jiem kienu kemxejn kwieti fid-dinja tal-Formula 1 hekk kif għajnejn d-dilettanti daru fuq it-testijiet ta’ Barċellona li saru nhar it-Tlieta u l-Erbgħa li għaddew. Minkejja din il-kalma apparenti, wara l-kwinti kien hemm xi aħbarijiet interessanti li huwa ta’ min jisemmihom. L-ewwel jum It-timijiet baqgħu f ’Barċellona wara t-tellieqa tal-Ħadd biex jipparteċipaw fl-ewwel sett ta’ testijiet ta’ matul l-istaġun. Filquċċata tal-klassifika tas-sessjoni ta’ nhar it-Tlieta spiċċa Sebastian Vettel b’vantaġġ ta’ 0.117 sekondi fuq Nico Rosberg. Warajhom spiċċa Jenson Button li kien wieħed mill-ftit li uża s-supersofts f ’dan il-jum. Fir-raba’ post spiċċa Romain Grosjean li ngħata l-opportunità li juża’ chassis ġdid hekk kif flaħħar tliet tlielaq ilmenta minn problema fil-vettura li qatt ma ġiet identifikata b’mod preċiż. Pascal Wehrlein kien 0.455 sekondi anqas veloċi minnu bil-Manor. Dan it-tim daħal għat-testijiet ta’ Barċellona bl-għan li jifhem aħjar kif jista’ jisfrutta l-iżviluppi li saru riċentament fil-vetturi tagħhom fosthom fix-chassis, il-qiegħ u l-ġwienaħ. Il-Manor introduċew dawn l-avvanzi b’ċertu ottimiżmu fl-
kwieta minn dik ta’ qabilha. Warajh spiċċa Stoffel Vandoorne b’McLaren li reġgħet tat sinjali pożittivi bis-supersofts. Dan il-jum kien impenjattiv ħafna għat-tim minn Woking li ffoka b’mod partikolari fuq l-aspetti ajrudinamiċi tal-vettura tagħhom biex jikkonfermaw fuq it-traċċat id-data li kisbu fil-laboratorju matul ix-xhur li għaddew. Barra minn hekk, huma għamlu diversi tibdiliet mekkaniċi bl-għan li janalizzaw l-impatt li dawn qegħdin ikollhom fuq settijiet ta’ roti ġodda, kif ukoll dawk antiki. Ta’ min isemmi li l-kap tassezzjoni tal-Formula 1 tal-Honda Yusuke Hasegawa diġà ħabbar aktar kmieni din il-ġimgħa li l-kumpanija Ġappuniża m’għandhiex pjan li toffri żviluppi kbar fil-magni għallMcLaren sa Monaco. Minflok, il-prijorità immedjata tagħhom se tkun il-verifika tal-kundizzjoni tal-power unit ta’ Alonso li abbandunatu matul fl-aħħar gran premju. L-istorja mistennija tkun differenti fil-Kanada fejn il-Honda għandhom il-ħsieb li jintroduċu power unit b’żviluppi sostanzjali li se jingħataw liż-żewġ sewwieqa tal-McLaren. Fit-tielet post spiċċa Wehrlein li It-tieni jum din id-darba saq mal-Mercedes. Oriġinarjament it-tim Ġermaniż It-tieni sessjoni, li rat lil Max kien qiegħed jippjana li jagħti ċans Verstappen jispiċċa fl-ewwel post lil Esteban Ocon isuq magħhom. b’vantaġġ komdu, kienet aktar Madankollu, tard nhar it-Tlieta, aħħar gran premju. Madankollu, ir-riżultat finali kien kemxejn diżappuntanti għax is-sewwieqa tagħhom reġgħu spiċċaw fl-aħħar żewġ pożizzjonijiet. Daniel Ricciardo, li spiċċa fissitt post, kellu l-opportunità li juża verżjoni żviluppata talmagna Renault għall-ewwel darba. Minkejja li kien aktar minn sekonda ’l bogħod minn Vettel, huwa sostna li l-magna l-ġdida offriet pass ċar ’il quddiem f ’termini ta’ rendiment. Skont l-Awstraljan, din il-qabża taf tkun saħansitra biżżejjed biex iżżommhom quddiem ilFerrari b’mod konsistenti. Huwa esprima t-tama li din il-magna tista’ tagħmel id-debutt il-propju tagħha fit-tellieqa ta’ Monaco, però s’issa jidher li r-Renault se jistennew sal-Kanada. L-aħħar punt ta’ interess matul is-sessjoni ta’ nhar it-Tlieta kienu bidliet strutturali interessanti li introduċew il-Williams fuq ilġwienaħ ta’ quddiem u ta’ wara. Madankollu, ħafna spekulaw li dawn il-biċċiet il-ġodda huma maħsubin għall-vettura tas-sena d-dieħla għax imorru kontra r-regolamenti tekniċi tal-istaġun attwali.
huma bidlu l-fehma tagħhom hekk kif riedu sewwieq ta’ esperjenza akbar biex jippruvaw xi żviluppi ġodda li qegħdin jintroduċu. Dan wara li t-tim naqas milli jlesti l-programm kollu ta’ ġbir ta’ data relatat mal-ajrudinamika li kellu ppjanat għall-ewwel jum ta’ provi. Għaldaqstant, is-sewwieq Ġermaniż irritorna lejn iċċirkwit matul il-lejl għal seat fitting biex l-għada kompla fejn ħalla Rosberg. Dawn it-testijiet tlestew filgħodu biex imbagħad waranofsinhar it-tim iffoka fuq is-sewqan fuq distanza twila ħalli jevalwa l-affidabbiltà tal-vettura. Lil hinn mill-ewwel pożizzjonijiet, ta’ min isemmi l-prestazzjoni ta’ Kevin Magnussen li kiseb it-tmien l-aktar ħin veloċi tal-ġurnata birRenault tiegħu. F’dawn it-testijiet kien hemm interess partikolari fit-tim Franċiż hekk kif dan, bħar-Red Bull, għamel użu minn verżjoni aġġornata tal-power unit tar-Renault. Fil-verità, f ’termini ta’ ħin, ma deherx li saru xi avvanzi kbar. Madankollu, Magnussen sostna wara l-provi li huwa ħass li l-power unit żviluppat li pprovdewlu kien aktar b’saħħtu minn dak preċedenti, filwaqt li l-vettura kienet aktar faċli biex tinstaq. Sinjal ieħor pożittiv kienet l-affidabbiltà kbira ta’ din ilmagna l-ġdida li, skont id-direttur tekniku tar-Renault Nick Chester, ippermettiet lit-tim jagħmel it-
FORMULA 1
kullhadd.com
testijiet kollha li kellu ppjanati. Gwerra? Wieħed ma jistax ma jsemmix il-ħabta ta’ Hamilton u Rosberg fil-Gran Premju ta’ Spanja u l-konsegwenzi tagħha. L-istewards taċ-ċirkwit iġġudikaw dan l-inċident bħala wieħed normali ta’ matul it-tlielaq. Madankollu, ebda wieħed mis-sewwieqa ma deher sodisfatt b’din id-deċiżjoni, però ħadd minnhom ma baqa’ jippersisti biex jieħu r-raġun minkejja li t-tnejn taw sinjali ta’ rabja fil-konfront ta’ xulxin. Din il-kalma apparenti ma waqfitx lill-midja Brittanika milli tispekula li fil-verità hemm tensjonijiet kbar fi ħdan ilMercedes li kienet saħansitra deskritta bħala “gwerra” minn xi ġurnali. Skont l-istess spekulazzjoni, il-gravità ta’ dan il-konflitt wassal lit-tim Ġermaniż biex jiddubita l-kapaċità tiegħu li jikkontrolla din ir-rivalità kbira. Għaldaqstant, il-Mercedes jidhru li qegħdin jaħsbu biex ineħħu wieħed minnhom fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. Il-kandidat prinipali għat-tluq huwa Nico Rosberg għaliex ilkuntratt tiegħu jiskadi fl-aħħar ta’ din is-sena. Din is-sensazzjoni ssaħħet hekk kif Hamilton, li
22|05|2016 39 għandu kuntratt sal-aħħar tal2018, din il-ġimgħa sostna li għandu l-intenzjoni li jtemm ilkarriera tiegħu mal-Mercedes. Post xi ħadd minnhom jista’ jieħdu Pascal Wehrlein, li qiegħed ikollu riżultati sodisfaċenti mal-Manor u li fl-aħħar jiem iddikkjara li jħossu lest biex jingħaqad mal-Mercedes fl-2017 jekk it-tim jibgħat għalih. Alternattiva oħra jista’ jkun Alonso li diġà kien assoċjat mal-Mercedes qabel ma ngħaqad mal-McLaren is-sena l-oħra. F’dan ir-rigward m’hemmx wisq informazzjoni konkreta s’issa. Però, meta Toto Wolff, id-direttur eżekuttiv talMercedes, kien mistoqsi dwar din il-possibbiltà huwa qal li l-età ta’ Alonso mhix ostaklu hekk kif l-Ispanjol għad għandu l-kapaċità u l-motivazzjoni biex jirbaħ ilkampjonat. Pressjoni fuq Arrivabene Wara staġun pożittiv fl-2015, il-Ferrari kienu mistennijin li jnaqqsu d-distakk tekniku minn mal-Mercedes fl-2016. Madankollu, wara ħames tlielaq it-tim minn Maranello għadu mingħajr rebħiet, fatt li tefa’ pressjoni kbira fuq id-diriġenti tiegħu. Din il-pressjoni kompliet tiżdied wara il-Gran Premju ta’ Spanja fejn il-froġa tal-Mercedes
tat opportunità tad-deheb lillFerrari biex jiksbu rebħa li però ma kinitx sfruttata mit-tim Taljan. Wieħed mill-persuni taħt pressjoni huwa Maurizio Arrivabene li, skont rapporti fil-midja, qiegħed fixxifer li jitlef postu biex minfloku jidħol id-direttur tekniku attwali James Allison. Madankollu, flaħħar jiem Arrivabene sostna li din l-ispekulazzjoni hija redikola u li għandha biss l-għan li toħloq tensjonijiet fi ħdan il-Ferrari. Il-kunfidenza tiegħu sabet l-appoġġ tal-President tal-Ferrari Sergio Marchionne li qal li għandu fiduċja sħiħa f ’Arrivabene hekk kif fil-fehma tiegħu t-tim huwa ferm aktar organizzat milli kien taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Ibiddlu l-fehma Kif inhu magħruf, ftit taż-żmien ilu, saret bidla fir-regolamenti tekniċi li tat is-saħħa lill-FIA li titlob lill-fornituri tal-power units li joffru l-magni lil tim li jonqos milli jsib fornitur alternattiv mal-iskadenza ta’ kuntratt. Flimmedjat, din ir-riforma dehret li se taffettwa l-aktar lill-Honda li hija l-unika kumpanija li toffri l-magni tagħha lil tim wieħed biss. Sa madwar xahar ilu l-Honda kienu taw x’jifhmu li ma jsibu
ebda problema biex jindirizzaw din it-talba. Madankollu, matul dawn l-aħħar ġimagħtejn, ilkumpanija Ġappuniża tidher li bidlet l-pożizzjoni tagħha kemxejn. F’kummenti li ta lillmidja riċentement, Yusuke Hasegawa sostna li, minkejja li jaqblu mal-prinċipju, il-Honda mhumiex se jkunu kuntenti jekk l-FIA tipprova timponi fuqhom it-termini ta’ din ir-riforma minn dan l-istaġun. Dan għax bħalissa jippreferu jinvestu r-riżorsi tagħhom fliżvilupp tal-power unit aktar milli l-manifattura ta’ aktar magni minħabba li l-iżvantaġġ tekniku notevoli li għad għandhom ikkumparati mal-fornituri l-oħra. Hasegawa, però, sostna li s-sitwazzjoni se tinbidel fl-2017 meta l-kumpanija mistennija tkun f ’pożizzjoni komda biex tespandi l-involviment tagħha fl-isport. Ta’ min jgħid li r-regolamenti inkwistjoni ma jagħtux is-saħħa li l-FIA timponi l-obbligu ta’ forniment mill-ewwel. Minflok, huma jagħtuha l-awtorità li tirrakkomanda li fornitur partikolari jidħol għall-obbligu hu. Jekk din il-kumpanija ma taċċettax, l-FIA tista’ titlob għal diskussjonijiet fost il-fornituri kollha biex tinstab soluzzjoni alternattiva.
FROĠA TAL-MERCEDES Nuqqas ta’ attenzjoni tas-sewwieqa tal-Mercedes fl-ewwel dawra fetaħ il-bieb beraħ għar-Red Bull Racing (RBR) u l-Ferrari biex jippruvaw jiksbu l-ewwel rebħa tagħhom għall-2016. Din l-okkażjoni ħatafha Verstappen li għalaq ħalq il-kritiċi tiegħu bi prestazzjoni matura li għamlitu kandidat ewlieni li jsir kampjun tad-dinja fis-snin li ġejjin.
’il barra mit-traċċat u fuq ilħaxix. Din l-eskursjoni tellfet ilkontroll tal-vettura lill-Brittaniku li reġa’ daħal fuq it-traċċat b’veloċità kbira u ħabat malkollega tiegħu. Il-qawwa tal-impatt fisser l-eliminazzjoni taż-żewġ kompetituri u t-tiġdid tal-memorji ta’ okkażjonijiet bħall-Gran Premju tal-Belġju tal-2014. Minkejja li wara it-tellieqa ż-żewġ Disfatta sewwieqa ppruvaw iwaħħlu f ’xulxin b’akkużi sottili, l-istewards Mat-tluq Hamilton deher li se tat-tellieqa sostnew li dan kien jirnexxilu jżomm postu quddiem inċident normali u li ħadd mhu Rosberg hekk kif il-kollega tiegħu responsabbli. ma offriex wisq reżistenza fl-ewwel metri tat-tellieqa. Il-Ġermaniż, Opportunità però, irranka sew sat-tieni kurva u ħa post il-Brittaniku b’attakk fuq L-inċident ta’ dawn it-tnejn ta barra. Din it-taqtigħa indikat li se opportunità tajba lis-sewwieqa nerġgħu naraw battalja interna fi tar-Red Bull u l-Ferrari li jiksbu ħdan il-Mercedes bħall-ħafna li l-ewwel rebħa tagħhom fl-2016. kellna mill-2014 ’l hawn. Sadanittant, però, bejniethom Madankollu, ir-raba’ kurva ġabet daħal Sainz li rnexxielu jaqbeż magħha diżastru għall-Mercedes quddiem il-Ferraristi kmieni fitfejn Rosberg imbotta lil Hamilton tellieqa. Minkejja din il-wirja KLASSIFIKA: SPANJA POŻ. 01 02 03 04 05 06 07 08 09 10
SEWWIEQ Max Verstappen Kimi Raikkonen Sebastian Vettel Daniel Ricciardo Valtteri Bottas Carlos Sainz Jr. Sergio Perez Felipe Massa Jenson Button Daniil Kvyat
TIM Red Bull Racing Ferrari Ferrari Red Bull Racing Williams Toro Rosso Force India Williams McLaren Toro Rosso
pożittiva tas-sewwieq Spanjol, sad-disa’ dawra l-Ferraristi reġgħu kienu quddiemu u bdew jippuntaw għall-ewwel pożizzjonijiet. Is-sewwieqa tal-Ferrari dehru li kienu aktar veloċi mir-Red Bulls, però ma kellhomx il-pass neċessarju biex jaqbżuhom. Għaldaqstant, il-Ferrari ppruvaw inaqqsu kemm jista’ jkun mill-vantaġġ tal-RBR permezz tal-ewwel rawnd ta’ pit stops. Id-distakk fil-fatt tnaqqas permezz ta’ din l-istrateġija, però l-RBRs żammew posthom fuq quddiem. Żball? Madankollu, l-affarijiet ma kinux ward u żahar għal Ricciardo li sab ruħu mwaħħal wara Haryanto, fatt li ppermetta lil Verstappen u Vettel jersqu lejh. Hawnhekk, ir-Red Bull iddeċidew li jaqilbu għal tattika tar-roti aggressiva fejn daħħlu lillAwstraljan kmieni fil-pits għal sett ta’ roti rotob. Il-Ferrari għamlu
KLASSIFIKA: SEWWIEQA ĦIN 1:41:40.017 +0.616 +5.581 +43.950 +45.271 +1:01.395 +1:19.538 +1:20.707 +1 lap +1 lap
POŻ. 01 02 03 04 05 06 07 08 09 10
SEWWIEQ Nico Rosberg Kimi Räikkönen Lewis Hamilton Sebastian Vettel Daniel Ricciardo Max Verstappen Felipe Massa Valtteri Bottas Daniil Kvyat Romain Grosjean
PUNTI 100 61 57 48 48 38 36 29 22 22
l-istess b’Vettel. Min-naħa l-oħra, Verstappen u Raikkonen tħallew barra fuq sett ta’ roti medji biex eventwalment iddaħħlu għal sett ieħor tal-istess għamla. It-tattika ta’ dawn it-tnejn tal-aħħar spiċċat kienet l-aktar effettiva. Dan għax ir-roti rotob ma tawx il-vantaġġ mixtieq u b’hekk dawn tal-ewwel ma rnexxilhomx jagħmlu tajjeb għall-ħin li tilfu bilpit stop żejda li għamlu. Fl-aħħar fażi tat-tellieqa, Raikkonen ipprova jisfida lil Verstappen għall-ewwel post, però l-Olandiż kien kalm u żamm ilpożizzjoni tiegħu. Battalja aktar interessanti kienet dik bejn Vettel u Ricciardo. L-Awstraljan ipprova jagħmel daħla aggressiva fuq ilĠermaniż f ’dawra 59. Dan l-attakk mhux biss ma rnexxiex, imma probabbilment ikkontribwixxa għal puncture li ġiegħel lil Ricciardo jidħol fil-pits fid-dawra ta’ qabel tal-aħħar, inċident li żammu firraba’ post.
KLASSIFIKA: KOSTRUTTURI POŻ. 01 02 03 04 05 06 07 08 09 10 11
KOST. Mercedes Ferrari Red Bull Racing Williams Toro Rosso Haas Force India McLaren Renault Sauber Manor
PUNTI 157 109 94 65 26 22 14 12 6 0 0
40 22|05|2016
kullhadd.com
LOKALI
QRIB TIEGĦEK: STABBILTÀ, SINERĠIJA, ĠUSTIZZJA SOĊJALI Owen Bonnici Kandidat għall-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-PL
L-għajta li qed tmexxi ’l quddiem il-ħidma tiegħi filġimgħat u x-xhur li ġejjin ta’ ‘Qrib Tiegħek’ mhijiex sempliċi campaign slogan
Tmien snin ilu, b’deċiżjoni waħda, biddilna l-politika tal-passat fi proġett għallpreżent u l-futur. Bil-ħatra ta’ Joseph Muscat bħala Mexxej, il-Partit Laburista reġa’ beda jemmen u, għax emmen u ħadem, rebaħ l-appoġġ talpoplu bl-ikbar mandat millIndependenza ’l hawn. Konvint li, hekk kif ninsabu fi ftit iktar minn nofs il-leġiżlatura, dan huwa mument kruċjali għall-pass li jmiss tal-ġenerazzjoni rebbieħa li bena madwaru l-Prim Ministru.Jien lest nagħti sehem iktar dirett, bis-saħħa kollha tiegħi, biex il-Partit Laburista jibqa’ protagonist fl-ideat li jikkonvinċu. Huwa għalhekk li qiegħed noffri li nservi bħala Deputat Mexxej għallAffarijiet tal-Partit. Ma’ kull min tkellimt, il-messaġġ kien ċar. L-aspirazzjoni hija li l-kariga ta’ Deputat Mexxej tkun viċin u qrib il-ħin kollu taddelegati u l-membri tal-Partit Laburista f ’sinerġija malħidma tal-Gvern biex joffri stabbilità u viżjoni soċjaldemokratika. L-għajta li qed tmexxi ’l quddiem il-ħidma
Ritratt: one.com.mt
tiegħi fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin ta’ ‘Qrib Tiegħek’ mhijiex sempliċi campaign slogan. Irrid li, jekk nigi fdat fil-kariga ta’ Deputat Mexxej, il-frażi ‘Qrib Tiegħek’ tkun it-timbru tal-ħidma tiegħi. Ftit tal-jiem ilu ħabbart 20 punt li se nkun qed inwettaq bħala Deputat Mexxej ġdid jekk ningħata l-fiduċja taddelegati. Dawn l-20 punt huma maqsumin fi tliet prijoritajiet: l-istabbiltà, issinerġija u l-ġustizzja soċjali. Il-kariga ta’ Deputat Mexxej
għandha toffri stabbilità lill-Partit Laburista sabiex il-Prim Ministru jkun jista’ jiffoka bla xkiel fuq il-ħidma tal-Gvern u jkompli jwettaq u jagħti r-riżultati. Il-kariga ta’ Deputat Mexxej għandha wkoll toffri sinerġija sħiħa bejn ilGvern u l-Partit Laburista. It-tnejn ma għandhomx isiru ħaġa waħda imma lanqas għandhom ikunu estranji għal xulxin. Iridu jaħdmu flimkien biex inkomplu nirnexxu. Il-Prim Ministru
tant jemmen fil-bżonn ta’ din is-sinerġija li kien tana parir ċar fil-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista, tant li flimkien imbagħad iddeċidejna li nbiddlu l-istatut biex tkun tista’ ssir din il-ħaġa. Il-ġustizzja soċjali se tkun il-ġebla tax-xewka tal-ħidma tiegħi jekk niġi fdat filkariga ta’ Deputat Mexxej. Jiena l-ġustizzja soċjali naf x’inhi għax għextha u rrid li kulħadd f ’pajjiżna jkollu l-istess opportunità li jirnexxi u jagħmel suċċess. Qed inħares ’il quddiem b’entużjażmu u enerġija bla preċedent għal din il-missjoni politika. Nirringrazzja lil Ġuża Cassar u l-MEP Dr Miriam Dalli talli nnominawni għal din il-kariga u lil ħafna oħrajn li ħeġġewni nressaq ismi. Fil-ġimgħat li ġejjin, u x-xhur ta’ wara, jiena se nkun qrib tiegħek; se nkun it-tweġiba għall-bżonn li noħolqu iktar sinerġija bejn il-Gvern u l-Partit, u bejn il-Partit Laburista u l-familji Maltin u Għawdxin. Fil-pass li jmiss tal-ġenerazzjoni rebbieħa, se nkomplu nirnexxu.