L-AĦJAR “ĊERTIFIKATI” QED ISOSTNU L-EKONOMIJA Il-Ħadd, 22 ta’ Mejju, 2022
Ħarġa Nru 1,506
Prezz €1
Rapport f’paġni 8 u 9 Ritratt: SEBIO AQUILINA
INVESTITI €30M MINN START-UPS Il-Malta Enterprise tapprova 80 proġett f’niċeċ ekonomiċi ġodda fl-aħħar sentejn … se joħolqu mal-1,000 impjieg Malta rat rekord ta’ investiment minn start-ups f’oqsma innovattivi li qed joħolqu mal-1,000 impjieg ta’ kwalità għolja ħafna f’oqsma bħatteknoloġija medika, xjenzi, riċerka, teknoloġija tal-informatika u intelliġenza artifiċjali (AI), fost oħrajn. Minn tagħrif li għandha din ilgazzetta, jirriżulta li mill-2020 lil hawn, fl-agħar żmien tal-pandemija, il-Malta Enterprise approvat aktar minn 80 proġett ta’ kumpaniji start-ups. Dawn se jkunu qed jinvestu aktar minn €30 miljun fl-ekonomija Mal tija fuq medda ta’ tliet snin u se jkunu qed joħolqu aktar minn 1,000 karriera ta’ kwalità. Karrieri f’setturi varji fost l-aktar teknoloġiċi u speċjalizzati u għalhekk ikomplu jsaħħu l-ħiliet f’pajjiżna.
Investimenti li qed ikomplu jiddiversifikaw l-ekonomija u joħolqu impjiegi ta’ kwalità għall-istudenti Maltin “L-istart-ups mhux biss qegħdin joħolqu niċeċ ekonomiċi ġodda li, bla dubju, ikomplu jiddiversifikaw l-ekonomija, iżda qed joħolqu impjiegi għall-istudenti Maltin li ħerġin minn istituzzjonijiet edukattivi. Fl-is tess ħin jattiraw talenti internazzjo nali li jġibu magħhom ħiliet ġodda lejn pajjiżna. Dan huwa l-iskop talinċentivi li noffru mill-Malta Enterprise u li huma fost l-aqwa fl-Ewropa għal start-ups mid-dinja kollha,” qalilna Kurt Farrugia, Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, meta kien mit lub jikkummenta dwar dan il-feno menu lokali. Tkompli f’paġna 7
Temp sabiħ ilbieraħ reġa’ rrifletta fuq l-ilwien tal-kostumi u l-karrijiet artistiċi li ddominaw fil-kapitali bħala parti mit-tlett ijiem tal-edizzjoni speċjali tal-Karnival ta’ Malta. Il-briju se jasal fi tmiemu llum. Aktar dettalji u ritratti f’paġna 3
IL-ĠLIED FIL-PN JISPIĊĊA JAQSAM KARIGA FI TNEJN Id-Deputat Nazzjonalista Chris Said jisforza lill-Partit ilaħħaq żewġ rappreżentanti għal Għawdex fil-fergħa taż-żgħażagħ MŻPN, avolja dejjem kien hemm wieħed … in-neputi tiegħu issa se jħarislu l-interessi f’pożizzjoni diviża m’ieħor ta’ Alex Borg Għall-ewwel darba l-fergħa taż-żgħażagħ Nazzjonalisti – Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN) – se jkollha żewġ rappreżentanti għal Għawdex, minflok wieħed. Dan hu riżultat tal-ġlied intern kbir li qed jiddomina llum il-ġurnata fil-Partit inġenerali, mhux l-inqas f’Għawdex. Fil-kilba biex iżommu l-kontrolli f’kull livell fil-Partit, iżżewġ Deputati Chris Said u Alex Borg din il-ġimgħa kienu impenjati jaraw li r-rappreżentanza Għawdxija fl-MŻPN tkun tagħhom. Minkejja dan, il-pożizzjoni li kien jokkupa l-istess Borg
sa ftit ilu issa kellha tinqasam fi tnejn sempliċiment biex jiġu kkuntentati t-tnejn li huma. Id-deċiżjoni deskritta fidDar Ċentrali bħala “logħob tat-tfal”, se tara lil ċerti Thomas Mizzi u Kevin Curmi bħala rappreżentanti mhux uffiċjali ta’ Borg u Said rispettivament. Waqt li Mizzi hu meqjus bħala “l-id il-leminija” tad-Deputat il-ġdid, tant li mexxielu wkoll il-kampanja elettorali, Curmi jiġi n-neputi ta’ Said. Tkompli f’paġna 5
02
22.05.2022
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 26°C L-Inqas Temperatura: 17°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja fuq il-Libja ser testendi lejn iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi mill-Punent li jsir ħafif għal moderat mill-Punent Lbiċ Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 20°C
email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
28°C UV 11
17°C
Il-Ħamis
KUNTATT ĠENERALI
29°C UV 11
17°C
28°C UV 8
Il-Ġimgħa
18°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1 182
27°C UV 11
18°C
27°C UV 11
17°C
27°C UV 11
18°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Il-Belt Valletta — 21238355 Trinity Pharmacy, 32 Triq il-Marsa, Il-Marsa — 21235595 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi — 21487162 Marrit Pharmacy, Triq l-1 ta’ Mejju, Fleur-de-Lys, Birkirkara — 21488613 St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Ġużepp, Tal-Pietà — 21237327 Melita Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan — 21378657 Chemimart Pharmacy, 4,5,6, il-Piazzetta, Triq it-Torri, Tas-Sliema — 21338369 M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard — 21436531 Mġarr Pharmacy, Triq il-Kbira k/m Triq Vitale, L-Imġarr — 21577784 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba — 21571649 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien — 21802986 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Il-Kalkara — 21673811 Bellavista Pharmacy, 88 Triq il-Ħortan, Marsaskala — 21633788 St. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Ħal Għaxaq — 21808723 Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Ħal Luqa — 21692546 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ — 21465411 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli — 21452447 Għawdex Abela Pharmacy, Bellavista Court, Triq George Borg Olivier, Ir-Rabat — 21556170 Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, In-Nadur — 21566431 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
IL-KARNIVAL SPEĊJALI SE JINTEMM ILLUM L-edizzjoni speċjali tal-Karnival, li qed tiġi organizzata fi tmiem din il-ġimgħa wara t-tneħħija tar-restrizzjonijiet kontra l-pandemija talCOVID-19, se tasal fi tmiemha llum b’iżjed briju u lwien li ddominaw il-Belt Valletta mill-Ġimgħa li għadda. Programm ieħor varjat, li se jibda fit-3:00 ta’ waranofsinhar, illum se jinkludi żfin fi Pjaz-
Economy 3 mins The most affordable
4
za San Ġorġ u l-isfilata tal-karrijiet, fosthom dak tar-Re tal-Karnival. Ma’ dan illum tittella’ wkoll il-Qarċilla mill-pinna ta’ Ċikku l-Poplu li se ssir quddiem il-Konkatidral ta’ San Ġwann. Biljetti jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku ta’ Festivals Malta (festivals.mt/karnival) jew mit-Tourist Information Office li jinsab fi Pjazza Tritoni, il-Belt.
€4.00
Ritratt: SEBIO AQUILINA
03
22.05.2022
04
IL-PN LURA BL-ATTAKKI PERSONALI Sieħba ta’ Ministru fil-mira fl-ewwel mistoqsija li tressqet fil-Parlament din il-ġimgħa Meta t-Tnejn li għadda tressqet l-ewwel mistoqsija Parlamentari għal din il-leġiż latura, id-Deputata Claudette Buttigieg fetħet attakk fuq uffiċjal tas-Settur Pubb liku, sempliċiment għax din inzertat issieħba fil-ħajja privata ta’ Ministru. Din l-istess attitudni li ssegwi minn leġiżlaturi preċedenti u ġiet irriġettata diġà millelettorat għal darba darbtejn, jidher li l-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni ma jistax jinfatam minnha. Fil-fatt, jirriżulta li, anke wara li ngħatat tweġiba kif jixraq għal dak li kienet qiegħda timplika, Buttigieg ma ċeditx għal melħa u baqgħet tinsisti li tattakka bla ġustifikazzjoni lill-persuna inkwistjoni. It-talba tagħha lill-Ministru Michael Falzon, li taħtu taqa’ r-responsabbiltà ta’ din il-persuna, kienet biex jinvestiga jekk il-persuna, kinitx ħadet xi leave biex tikkampanja ma’ Ministru, li d-dettalji tiegħu wkoll ma ġewx ippubblikati. Huwa ta’ dispjaċir li wieħed jinnota kif id-Deputata tal-Oppożizzjoni, li fl-aħħar elezzjoni ġiet eletta grazzi għall-mekkaniżmu tal-ġeneru, kienet qed tirreferi b’mod speċifiku għallpersuna li lill-KullĦadd jirriżultalu li dejjem għamlet xogħolha b’impenn u b’dedikazzjoni f’settur li għamel avvanzi kbar f’dawn l-aħħar snin. Mhux hekk biss, iżda saħansitra jirriżultalna li l-persuna fil-mira mhux talli dejjem taqdi dmirha b’serjetà, iżda anke fil-perjodu li d-Deputata tal-Oppożizzjoni kienet qed tirreferi għalih, din baqghet taqdi d-doveri tagħha b’integrità u b’responsabbiltà kif inhu mistenni. Minn dan kollu jidher li l-Oppożizzjoni ma tgħallmet xejn anke wara r-riżultat elettorali tas-26 ta’ Marzu li għadda li ta lill-PN l-akbar telfa fl-istorja. Il-Ministru Falzon wieġeb li “ninsab infurmat li l-persuna indikata dejjem imxiet b’rettezza u wettqet dmirha kif inhu mistenni. Filwaqt li l-persuna hi wkoll issieħba tal-Ministru, li qed issir referenza għalih, ma jirriżultax li din aġixxiet b’mod li jikkomprometti x-xogħol tagħha, kif qed jiġi ssuġġerit mill-Onorevoli interpellanta.” Iżda fl-ewwel minuti tas-seduta, wara li ngħatat it-tweġiba, Buttigieg għamlet numru ta’ mistoqsijiet supplimentari biex tkompli tenfasizza fl-iskop tagħha, dak li tattakka personalment sempliċiment għax il-persuna fil-mira tinsab f’relazzjoni ma’ Ministru. Il-Ministru Falzon baqa’ jirribatti għallinsinwazzjonijiet ta’ Buttigieg u insista fuq il-fatt li sieħba ta’ Ministru ma tistax tisparixxi mill-pajjiż tul il-kampanji elettorali, iżda rrimarka li għalih l-aktar li jimpurtah hu li l-preżenza tal-persuna mal-Ministru ma taffettwa bl-ebda mod ix-xogħol li hi inkarigata twettaq u li filfatt twettqu bl-aħjar mod possibbli. Hu ma qagħadx lura milli jiġbed ukoll l-attenzjoni li dan l-atteġġjament tal-Op pożizzjoni ma jawgura xejn tajjeb għallkumplament tal-leġiżlatura.
22.05.2022
ID-DEJN NAZZJONALISTA Għalkemm huwa magħruf u kkonfer mat li s-sitwazzjoni finanzjarja Naz zjonalista hi waħda imwiegħra, donnu ħadd ma jista’ jaqbel dwar figura waħ da, jew għall-inqas waħda li hi qrib ir-realtà. Dan minħabba li għad hemm taħwid madornali fil-kotba finanzjarji tal-PN, b’uffiċjali għoljin tiegħu li lan qas jaqblu bejniethom dwar iċ-ċifri, anke għax hu magħruf ukoll kif hemm ammonti kbar li qed jinħbew, inkluż mill-Kap Bernard Grech innifsu. Id-dejn ilu jinġema’ u l-esponen ti tal-Partit Nazzjonalista ilhom daqstant żmien jaħbu ċ-ċifra pro prja tiegħu fl-aħħar disa’ snin min du l-problema nkixfet fl-2013, mhux b’kumbinazzjoni wara li ntilef il-kon troll fuq il-finanzi pubbliċi. Lura fl-2016, waqt il-programm Reporter fuq TVM, Ann Fenech, dak iż-żmien President tal-Kumitat Eże kuttiv Nazzjonalista, kienet ġiet mis toqsija minn Ian Borg, dak iż-żmien Segretarju Parlamentari, dwar jekk hux veru li l-PN għandu €20 miljun dejn. Iżda b’mod arroganti din kienet wieġbet: “mhux affarik”. Is-sitwazzjoni finanzjarja prekarja li jinsab fiha l-PN qed tinkwieta sew lit-tesserati u lis-sostenituri tiegħu, aktar u aktar wara li l-Kap innifsu uża attività pubblika biex jgħid li hemm €32 miljun dejn x’jitħallas u li dan qed ipoġġi f’riskju l-eżistenza tal-Partit. Iżda waqt li għamel dan biex iwerwer kull kompetizzjoni għall-kariga li jok kupa, Grech konvenjentement ippro va jostor il-fatt li fl-aħħar sena u nofs id-dejn sploda taħt idejh ukoll. Il-mistoqsija tibqa’ min se jġorr ir-responsabbiltà għall-immaniġġ jar ħażin tal-finanzi, li wkoll jinkludu miljuni f’dejn li suppost beda jitħallas mix-xahar li għadda bl-iskema kon troversjali taċ-ĊedoliPN. Meta kien qed jiġi intervistat minn Saviour Balzan fil-programm Xtra f’April li għadda, il-Kap Nazzjonalista kien qal li se jitqabbdu esperti biex jiggwidawh jieħu d-deċiżjonijiet biex jonqos id-dejn li akkumula l-Partit u li llum jammonta għal xejn inqas minn €40 miljun, inklużi t-€8 miljun oħra taċ-ċedoli u l-imgħax fuqhom. Skont l-aħħar kontijiet finanzjarji tal-2019, iċ-ċedoli kienu għadhom jammontaw għal €5.1 miljun. Minn dawn il-miljuni fl-iskema sigrieta hemm dawk li wkoll iridu jitħallsu lura sal-2026, lejlet elez zjoni ġenerali oħra. L-iskema kienet iddaħħlet fl-2016 taħt it-tmexxija ta’ Simon Busuttil biex tiskapula l-Liġi tal-Finanzja ment tal-Partiti u, permezz tagħha, individwi u kumpaniji jinvestu dirett fil-PN, avolja ssemmiet diversi dra bi l-akkuża li din hi l-magna perfetta biex taħsel flus ġejjin mill-kriminalità ladarba m’hemmx obbligu li d-dona turi jissemmew. Fl-2017 ġie rrappurtat li minn din l-iskema kienu ġew investiti iżjed minn €3 miljun, filwaqt li Robert Ar rigo fl-2020 saħaq li fi ftit jiem kienu
saru madwar 100 kuntratt ieħor taċ-ċedoli, b’dawn waħedhom ilaħħqu għal €1 miljun ieħor. Fl-intervista f’Xtra, Grech kien qal ukoll li, jekk hemm bżonn, jinbiegħu l-każini jew jiġu kkummerċjalizzati. Hu ammetta li hemm dan il-bżonn, waqt li insista li l-PN irid jara kif juża l-assi tiegħu bl-aħjar mod possibbli. Jirriżulta li mill-Patria Trust, li nħoloq fl-2015 biex proprju jtaffi d-de jn multimuljunarju, hemm madwar €1 miljun tal-flus li ġejjin mill-bejgħ tal-każini, xi ħaġa li madwar xahar ilu kienet deskritta bħala żball mill-Eks Membru Parlamentari Nazzjonalista Franco Debono, sempliċiment għax b’hekk “mhux talli ma ssolva xejn talli d-dejn żdied.” Fi żmien Simon Busutill il-PN kien biegħ numru ta’ każini. Fl-2016 kien qed jissemma li se jinbiegħ il-każin ta’ Bormla, ftit wara kien inbiegħ il-każin tal-PN ta’ San Ġiljan għal €0.5 miljun. Dak iż-żmien kien qed jissemma wkoll li se jinbiegħ il-każin ta’ San Ġwann, waqt li f’Novembru tal-2017 bdew jin biegħu l-Każini ta’ Fleur-De-Lys, ta’ Ħal Għaxaq, tan-Naxxar u taż-Żejtun. Sentejn wara kien hemm ħsieb li jin
biegħ dak tal-Belt Valletta. F’April li għadda wkoll, waqt li kien qed jindirizza lill-Kunsill Ġenerali talPN, Grech qal li l-PN għandu proble mi finanzjarji kbar b’dejn li jlaħħaq €32 miljun u m’għandux il-likwidità meħtieġa għall-kampanja elettorali tal-Parlament Ewropew fi żmien sentejn. Ta’ min ifakkar li waqt il-kam panja elettorali, il-Partit Nazzjonalista kellu telf ta’ madwar €300,000. F’dan il-Kunsill hu insista li l-kum panija tal-midja tiegħu ilha numru ta’ snin titlef eluf ta’ ewro kuljum kull xahar. Qal li filwaqt li l-Partit għandu l-assi meħtieġa, “l-ebda Kap ma jieħu pjaċir ibigħ il-każini tiegħu, jitlaq midDar Ċentrali jew jagħlaq il-kumpanija tal-midja tiegħu”. Dawk midħla tal-PN jgħidu li dak kollu li bena Robert Arrigo f’dak li għandu x’jaqsam il-finanzi tal-PN, reġa’ nħatt fi żmien Grech. Interes santi ferm, iżda, dak li kien qal sen tejn ilu l-istess Arrigo f’ittra ta’ riżenja minn Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Par tit. Fl-ittra, li ġiet ippubblikata, Ar rigo akkuża lill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, partikolarment dawk imsejħin il-“Blue Heroes” immexxijin
05
22.05.2022
JIKKOMPLIKA Il-valutazzjoni tal-assi li għandu f’idejh il-PN turi li dawn ilaħħqu mat-€13.7 miljun, bid-Dar Ċentrali inkluża, avolja din ma tiħux inkunsiderazzjoni problemi ta’ kważi nofs il-proprjetajiet, fost oħrajn taħwid fl-art, ċens mikri u werrieta mejtin
mill-establishment, li hedded l-istabbiltà finanzjarja tal-PN. F’din l-ittra hu jakkuża lill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista li ħoloq ostakli bil-għan li l-Partit ma jiħux ruħ finanzjarjament. Hu enfasizza li kemm kien ilu jokkupa din il-kariga u anke dik ta’ teżorier, ħadem biex iżid id-dħul minkejja l-ostakli li sab u insista li għandha tintrefa’ r-responsabbil tà kollettiva filwaqt li akkuża lid-de putati li ħadd minnhom qatt ma ħareġ “bi pjan konkret għall-PN.” Fl-ittra wkoll għamel referenza għad-dejn li wiret il-Partit minn żmien il-Kap Lawrence Gonzi u s-Segretarju Ġenerali Joe Saliba u saħaq li għall-kuntrarju hu kellu pjan ta’ 10 snin biex is-sitwazzjoni tistabbilizza ruħha. F’din l-ittra, fl-2020, Arrigo saħaq li sa ftit ilu kien għadu qiegħed iħallas għall-madum tal-irħam tadDar Ċentrali li twaħħal fl-2008. Imma anki f’intervista li ta lill-ġurmal Illum xahar wara l-elezzjoni li għaddiet, Arrigo deher ċar li hu urtat bil-mod kif twarrab minkejja li kellu pjani biex iġib lill-PN f’xi forma ta’ struttura finanzjarja stabbli. Qal li “waqt il-kampanja bdejt inbati, imma
ġbart għall-Partit darbtejn. Minn €1,400,000 li ġabar il-PN, jiena ġbart nofs miljun”. Il-problemi finanzjarji tal-PN huma mifruxa. Hemm il-ħas tal-VAT, tant li f’Awwissu li għadda d-Dipartiment talVAT kien bagħat ittri lil diversi uffiċjali tal-Partit u talabhom biex iħallsu eluf kbar ta’ flus f’VAT pendenti. Hemm it-telf li qed tagħmel ilmidja Nazzjonalista. Fis-sena 2021, il-midja tal-PN għamlet telf ta’ €2 miljun. Il-midja tal-PN donnha se terġa’ tkun il-vittma tas-sagrifiċċju. Wara li t-tmexxija ta’ Simon Busuttil kienet responsabbli għat-tkeċċija ta’ għexieren ta’ ħaddiema mill-Istamperija, anke l-Eks Kap Adrian Delia fl-2017 kien stqarr li s-sitwazzjoni hi inkwetanti. L-aħħar kontijiet finanzjarji tal-PN tal-2019 juru li l-midja tal-PN swiet lil dan il-partit €14.3 miljun salaħħar ta’ dik is-sena. Fl-2018 il-midja tal-PN kienet swiet lil dan il-partit €13.4 miljun. Dwar l-assi Nazzjonalisti wkoll ma hemmx qbil fuq iċ-ċifra eżatta. Filwaqt li l-PN fil-kontijiet finanzjarji tiegħu jiddikjara €16-il miljun, f’intervista li ta Robert Arrigo lill-ġurnal Illum, dan qal li l-assi jammontaw għal €45 miljun. Imma hawnhekk ukoll, iċ-ċifra ta’ €16-il miljun jidher li hija minfuħa, għax filwaqt li sorsi qrib id-Dar Ċentrali qalulna li l-valutazzjoni li għandu f’idejh il-PN hi ta’ €13.7 miljun bid-Dar Ċentrali b’kollox, jidher li l-periti li għamlu din il-valutazzjoni wkoll ma ħadux inkunsiderazzjoni jew ma kinux avżati li nofs il-proprjetajiet għandhom taħwid fl-art, ċens mikri, werrieta mejtin u proprjetà mibnija fuq art ħaddieħor, fost oħrajn. Din il-gazzetta kienet irrapportat li fl-2015 il-PN kellu proprjetajiet jiswew €13.9 miljun, u depożiti mal-banek ta’ ftit inqas minn €1 miljun. Imma l-Medialink kellha assi negattivi ta’ €8.5 miljun, jiġifieri diġà dakinhar l-assi u d-djun tal-PN kienu qrib xulxin. Sal2018 il-kontijiet pubbliċi tal-PN kienu juru li d-djun tiegħu telgħu kważi għal €10 miljun. L-assi tal-PN kienu telgħu għal €14.6 miljun fi proprjetà u d-depożiti kienu telgħu għal €1.8 miljun. Madankollu, il-Medialink kellha assi negattivi ta’ €13.4 miljun. Intant l-aħħar kontijiet finanzjar ji juru li l-PN kellu defiċit ta’ aktar minn €600,000 fl-2019. Għandu wkoll is-salarji dejjem telgħin, speċjalment bil-ħlasijiet li ngħataw is-sid tal-Lovin’ Malta Chris Peregin u l-Eks Chief Of Staff ta’ George Pullicino, Ray Bezzina, biex imexxu l-istrateġija ta’ Bernard Grech. Fil-fatt, bħala salarji dawn telgħu minn €425,179 fl-2018 għal €465,469 fl-2019. Il-ħlas tat-tesserati dejjem nieżel. Tant li dawn niżlu minn €112,658 fl2018 għal €106,435 fl-2019. Minn bejgħ ta’ merchandise, bħal imkatar, biros u keychains uffiċjali, il-PN għamel biss €428 fl-2019.
IL-MANUVRI KIENU ILHOM GĦADDEJJIN Tkompli minn paġna 1 F’post fuq Facebook nhar il-Ħamis, Alex Borg iddikjara t-tmiem tiegħu fil-fergħa Nazzjonalista u kif kien ta’ unur u privileġġ għalih li jservi fir-rwol bħala rappreżentant għal Għawdex fl-aħħar sena u nofs. “Dejjem emmint u se nkompli nemmen fil-kapaċità taż-żgħażagħ. Ilħidma tiegħi favur iż-żgħażagħ se tkompli għaddejja, però issa fi ħdan il-Par lament ta’ Malta,” tenna Borg, waqt li awgura kemm lil Mizzi kif ukoll lil Curmi “li issa se jkunu qed imexxu l-uffiċċju t’Għawdex”. Is-soltu mkejjen mill-PN qalu lillKullĦadd li Said kellu diffikultà kbira biex isib żagħżugħ li jidħollu fil-kumitat tal-MŻPN sakemm eventwalment waqa’ għal Kevin, li jiġi t-tifel ta’ Pat Attard, oħt Linda, il-mara tiegħu. Minkejja dan, din mhix l-ewwel darba li Said ipprova jinfiltra qraba tiegħu f’pożizzjonijiet strateġiċi biex iżomm il-qawwa li l-familja Said, magħrufa bħala “Tal-Ganga”, għandha f’Għawdex. Kienet din il-gazzetta li, b’mod esklussiv, żvelat kif wara l-elezzjoni ġenerali u wara d-deċiżjoni tal-Kap Nazzjonalista Bernard Grech li ma jagħtih l-ebda rwol fix-Shadow Cabinet bl-iskuża li kien parti mill-Kabinett ta’ Lawrence Gonzi qabel l-2013, Said ippropona lit-tmexxija Nazzjonalista li kien lest iċedi s-siġġu Parlamentari tiegħu b’kundizzjoni waħda, dik li postu jingħata direttament lil ħuh iżgħar minnu Andrew, li llum hu s-Sindku tan-Nadur. Peress li dan tal-aħħar ma kkontestax l-elezzjoni ġenerali, allura jkun irid jiġi co-opted fil-Parlament. Biex dan iseħħ il-kandidati Nazzjonalisti, li ma ġewx eletti fit-13-il Distrett, ma jridux jikkontestaw l-elezzjoni każwali, li trid issir skont il-liġi elettorali. Inkella min jiġi elett minn dik l-istess elezzjoni jiddeċiedi li jirriżenja minnufih. Il-manuvri għall-kontroll tas-sehem li l-PN għandu f’Għawdex kienu ilhom għaddejjin minn qabel il-kampanja għall-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu li għadda. L-establishment, li jappoġġja lil Said, beda jipprova jiskredita liż-żagħżugħ Borg, li kien jidher ovvju li se jkun ta’
theddida għaċ-ċansijiet tal-Eks Ministru min-Nadur. Saret ukoll pressjoni fuq it-tmexxija tal-Partit biex kemm jista’ jkun dan jidher mill-inqas bħala rappreżentant Nazzjonalista fuq il-midja u f’konferenzi stampa uffiċjali. Min-naħa tiegħu, Borg, li kellu kull sostenn mill-Eks Ministru Giovanna Debono warajh, sfida saħanistra lill-organizzazzjonijiet Repubblika u Civil Society Network u akkużahom li qed jagħmlu biss ħsara lill-PN, xi ħaġa li ġabet reazzjoni u akkużi ta’ tattiċi Faxxisti. Wara r-riżultat elettorali fit-13-il Distrett fejn Borg irredikola lill-veteran Said b’aktar mid-doppju tal-voti tiegħu, u spiċċa biex ingħata r-rwol ta’ Kelliem Nazzjonalista għal Għawdex, il-ġlied ħrax ferm iżjed. Nies qrib Borg kienu ammettew li l-attakki tal-establishment servew lil Borg biex jassigura ruħu minn riżultat ferm pożittiv u żgur aktar minn dak li kienu qed jistennew. Din mhix l-unika qasma li qed twassal għall-emorraġija ta’ membri minn ħdan il-PN. Nhar il-Ġimgħa stess, l-Eks Kap Adrian Delia, li wkoll għandu l-fazzjoni tiegħu tferfer fil-Partit, irreaġixxa b’mod qawwi għall-ġlied li għaddej, anke b’botti fuq l-amministrazzjoni attwali. Hu kien qed jitkellem wara li ftit taljiem ilu faqqgħu allegazzjonijiet serji fil-konfront tal-istrateġista Ray Bezzina, il-magħżul ta’ Bernard Grech. Is-Sindku ta’ San Ġiljan Albert Buttigieg allega tixħim minn negozjant mhux imsemmi, li għadda flus lil “uffiċjal għoli mhux elett fil-Partit” bil-patt li jagħlaqlu ħalqu (lil Buttigieg) u jimminalu l-kandidatura fl-elezzjoni ġenerali. Fuq programm televiżiv ta’ F Living, Delia qal li min jikkritika m’għandekx tagħlaqlu ħalqu. Hu kien qed jirreaġixxi wkoll għad-dikjarazzjoni tal-Kap attwali li, fit-tentattiv li jmewwet l-akkużi ta’ Buttigieg, iddikjara li min jitkellem barra l-istrutturi tal-Partit m’għandu l-ebda intenzjoni tajba. Konxju tal-kejl differenti li qed jintuża ma’ Grech għal dak li l-“Blue Heroes” użaw miegħu, Delia ma qagħadx jomgħodha u stqarr li fiż-żmien li għamel Kap tal-PN bejn l-2017 u l-2020 sar sabutaġġ kontinwu kontrih u l-kritika qatt ma kienet kostruttiva, iżda distruttiva.
Alex Borg
Chris Said
06
22.05.2022
IL-“MARSA TAL-INGLIŻI” TARA B’€400,000 TISBIĦ
Infrastructure Malta tejbet l-aċċess għall-Kumpless Sportiv tal-Marsa billi ffurmat passaġġ permezz ta’ bankina kompletament ġdida li twassal mid-daħla fi Triq Aldo Moro sa ħdejn il-Matthew Micallef St John Athletics Stadium. L-investiment ta’ €400,000 fil-kumpless sportiv magħruf aħjar bħala l-“Marsa tal-Ingliżi”, qed isir f’isem SportMalta u jinkludi poġġaman għal aktar sigurtà, dwal tul il-passaġġ kollu, tisbiħ fid-daħla, tħawwil ta’ madwar 80 siġra u kisi mill-ġdid bl-asfalt tal-parti tat-triq ħdejn id-dressing rooms u t-trakka tal-atletika.
JITNAQQSU L-KAWŻI PENDENTI Skont kejl ġdid tal-Kummissjoni Ewropea u l-Ewrobarometru, pajjiżna rreġistra titjib fl-ammont ta’ proċeduri ġudizzjarji fil-Qrati waqt li 70% tal-pubbliku inġenerali lokali jindikaw fiduċja fl-istituzzjoni Matul l-2020 Malta rnexxielha tnaqqas l-ammont ta’ kawżi pendenti fil-Qrati, minn dawk ċivili għal oħrajn kummerċjali, skont kejl ġdid li tnieda din il-ġimgħa mill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja Didier Reynders. Skont il-European Union Justice Scoreboard 2022 (EU JS 22), li jħares issistemi ġudizzjarji fl-Istati Membri fuq perjodu ta’ sena u jevalwahom skont l-effiċjenza, il-kwalità u l-indipendenza tagħhom, pajjiżna wkoll naqqas it-tul tal-proċeduri fil-kawżi ta’ ħasil tal-flus imqabbel mal-2019. L-iscoreboard hu bbażat fuq informazzjoni miġbura mill2020. Fis-sena li l-Ewropa kollha ntlaqtet mill-agħar kriżi dinjija f’għexieren ta’ snin kawża tal-virus tal-COVID-19, jirriżulta li kien hemm żidiet inġenerali fit-tul tal-proċeduri f’madwar nofs ilpajjiżi, inkluża Malta. Il-fatt li għal parti sew tal-2020 il-Qrati lokali ma kinux qed joperaw b’mod normali u kienet qiegħda ssir it-tħejjija
għal tranżizzjoni lejn sistema aktar diġi- erali u 65% tal-kumpaniji f’pajjiżna jqitalizzata, kien hemm effetti fuq l-effiċ- su li l-istituzzjoni hi indipendenti, titjib jenza tal-proċeduri ġudizzjarji. sinifikanti fuq is-snin l-imgħoddija. Minkejja dan, mindu pajjiżna nieFi stqarrija, il-Ministeru għall-Ġusda l-Istrateġija għall-Ġustizzja Diġitali tizzja laqa’ l-pubblikazzjoni tal-EU JS 22 f’Diċembru tal-2021 bl-iskop ewlieni li b’sens ta’ impenn li jtejjeb l-effiċjenza jtejjeb il-mod kif jaħdu jirriafferma l-mandat mu l-Qrati, mistenni biex jgħin it-tranżizzjkollu effett pożittiv fisjoni għal era aktar diġisnin li ġejjin. talizzata. “Il-Ministeru Dan l-iscoreboard hu jirrikonoxxi l-impenji Il-qalba diġitali li ta’ dawk kollha involuti, wieħed mill-għodda firRule of Law Toolbox li tnediet fis-sistema partikolarment matl-Kummissjoni Ewropea ul il-pandemija talġudizzjarja lokali COVID-19, u jħares ’il qed tuża biex tassessja s-sitwazzjoni tal-livell mistennija tħalli quddiem biex ikompli tas-saltna tad-dritt filjikkopera magħhom fiseffetti pożittivi pajjiżi kif indikat fir-rapsnin li ġejjin,” ingħad fis-snin li ġejjin port annwali tas-saltna fl-istqarrija. tad-dritt. Sadanittant, il-Kummissjoni Ewropea Kawżi mill-Qorti Ewropea wkoll twettaq l-istħarriġ annwali biex tad-Drittijiet tal-Bniedem tkejjel il-livell tal-perċezzjoni popolari fuq l-indipendenza ġudizzjarja fl-Istati Sadanittant, Ian Borg, il-Ministru Membri. Hawnhekk 70% tal-poplu ġen- għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u
l-Kummerċ saħaq li llum “hemm bżonn ta’ koperazzjoni b’saħħitha biex naraw li s-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ikunu implimentati u esegwiti.” Hu qal dan waqt li indirizza l-132 sessjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa f’Turin fl-Italja, fejn kien akkumpanjat mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Kunsill tal-Ewropa, Lorenzo Vella. “Aktar minn qatt qabel, f’dan iżżmien bla preċedent li qegħdin ngħixu bħalissa rridu niżguraw li l-popli tagħna jkollhom il-protezzjoni, ir-rispett u garanzija tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem kif imniżżel fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,” tenna l-Ministru b’referenza għall-gwerra fl-Ukrajna. Hu qal li l-poplu Malti se jibqa’ jippromwovi l-ideal tal-paċi ħalli jirrenja bejn ir-Russja u l-Ukrajna, għax dan hu l-uniku mod li nistgħu naraw din ilgwerra tintemm darba għal dejjem.
07
22.05.2022
IL-GAZZETTI B’€500,000 MILL-GVERN Il-Gvern ħabbar li se jkun qed jassisti lill-pubblikaturi tal-gazzetti fi żmien fejn dawn qegħdin jiffaċċjaw sfidi sini fikanti, b’riżultat taż-żieda sostanzjali fil-prezz tal-karta. Rappreżentanti tal-gazzetti stampa ti f’pajjiżna u dawk mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) iltaqgħu mal-Prim Ministru Robert Abela f’Kastilja biex jippreżentaw l-argumenti tagħhom u jispjegaw id-diffikultajiet kbar li qegħdin jiffaċċjaw fid-dawl ta’ avvenimenti straordinarji. Jirriżulta li, b’mod komplessiv, dawn jippubblikaw 14-il gazzetta differenti li joħorġu l-Ħadd, kuljum jew kull ġimgħa, waqt li jimpjegaw għexieren ta’ ġurnalisti full-time u ferm aktar fuq bażi part-time.
Ir-rwol tal-gazzetti huwa parti essenzjali mill-midja, element qawwi f’demokrazija Matul il-laqgħa, ġie diskuss ir-rwol li għandhom il-gazzetti bħala parti essenzjali mill-midja, li hi element qawwi f’demokrazija. Stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju talPrim Ministru qalet li hu fid-dawl ta’ dan ir-rwol kruċjali li l-Prim Ministru kkomunika li l-Gvern iħoss li għandu jsostni dan is-settur. Għalhekk ġie ddedikat fond ta’ €500,000 f’sena biex isostni l-ħidma tal-ġurnaliżmu stampat f’pajjiżna, fid-dawl taċ-ċirkostanzi straordinarji li komplew iżidu l-isfidi kbar li diġà kellu s-settur. Għal din il-laqgħa, il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Ministru għallFinanzi u x-Xogħol Clyde Caruana u l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici.
MALTA QED ISSIR IL-POST IDEALI GĦAS-START-UPS Tkompli minn paġna 1
tal-FinTech u MedTech, dak tas-sigur tà diġitali, il-qasam mediċinali, inIl-KullĦadd hi informata li nofs kluż dak personalizzat, u anke dawn l-istart-ups huma tagħmir elettroniku mħalmmexxijin minn imprenlat ma’ teknoloġija, bħal dituri Maltin, madan intelliġenza artifiċjali, kollu, aktar ma jgħaddi manifattura tal-pro żmien, Malta qiegħda dotti, u riċerka u żvi ssir ukoll il-post idefost oħrajn. Dawn negozji li jsaħħu lupp, ali għas-start-ups Pajjiżna qiegħed internazzjonali u s’is- niċeċ ekonomiċi ġodda jikkontribwixxi flsa diġà attirat dawk li diġà nikkontribwixxu iżvilupp ta’ dawn li ġejjin minn pajjiżi l-oqsma fuq livell globħall-Ġermanja, l-Istati fl-iżvilupp tagħhom bali u huma setturi li fuq livell globali wkoll esperjenzaw tkabUniti, it-Turkija, l-Olanda u Iżrael, fost oħrajn. bir matul ix-xhur tal-panFost in-niċeċ ekonomiċi demija u għalhekk huma setġodda li qed jissaħħu f’Malta turi reżiljenti li pajjiżna se jibqa’ permezz ta’ start-ups hemm dawk jinvesti fihom.
Il-Malta Enterprise qed toffri pakkett ta’ inċentivi finanzjarji attraenti ħafna għas-start-ups kemm lokali kif ukoll internazzjonali, waqt li l-iskemi joffru assistenza varja fuq pagi, għal rilokazzjoni ta’ impjegati u tagħmir, u spejjeż tal-operat, fost oħrajn. Dawn jiġu f’diversi forom, skont ilħtiġijiet tal-istart-up partikolari, li jvarjaw minn forma ta’ għotja, self li jibda jitħallas lura meta wieħed jirreġistra profitt, krediti ta’ taxxa u ħafna iżjed. F’dawn l-aħħar xhur, Malta Enterprise imbuttat ix-xogħol tagħha ma’ start-ups permezz tas-sit li twaqqaf apposta – www.startinmalta.com – fejn wieħed jista’ jsib aktar informazzjoni dwar dawn l-inċentivi kollha li toffri din l-entità governattiva.
GVERN TA’ MALTA MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ
SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET Jekk tixtieq li sservi u tirrappreżenta lil Malta madwar id-dinja, hemm karriera ta’ sodisfazzjon personali li qiegħda tistenniek.
Data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet Il-Ġimgħa 27 ta' Mejju 2022 sal-17:15 CET
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ qed jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Second Secretary. Din il-pożizzjoni tippermettilek li tingħaqad mas-servizz diplomatiku Malti, għal karriera li tipprovdilek l-opportunità li sservi f’waħda mill-Missjonijiet Diplomatiċi li għandha Malta madwar id-dinja. Jekk inti interessat/a fil-ġrajjiet kurrenti u tixtieq tagħmel differenza, titlifx din l-opportunità. L-applikazzjonijiet ser ikunu milqugħa sal-Ġimgħa, 27 ta’ Mejju 2022 (17:15 CET). Għal aktar informazzjoni ġentilment idħol fuq is-sit: https://foreign.gov.mt www.foreign.gov.mt
08
22.05.2022
Waqt li se tkompli tilqa’ għall-impatt internazzjonali b’riżultat li għandha fost l-inqas għoli tal-ħajja, l-ekonomija ta’ Malta se tkompli tikber b’waħda mill-akbar rati Ewropej fiż-żmien li ġej
L-AĦJAR “ĊERTIFIKATI” JSOSTNU LGħal ġimgħa oħra, is-sitwazzjoni ekonomika Maltija kompliet tirċievi rikonoxximenti ta’ preġju minn istituzzjonijiet rinomati lokali u internazzjonali, li wkoll qed ibassru żminijiet isbaħ f’dan il-perjodu ta’ rkupru mill-agħar kriżi globali f’għexieren ta’ snin. Wara li l-ġimgħa li għad diet l-aġenzija ta’ kreditu Fitch ikkonfermat ir-rating għoli tagħha lil pajjiżna u r-rapport annwali tal-Kunsill Fiskali Konsultattiv Malti ddikjara li l-irkupru ekonomiku fl-2021 kien akbar milli mbassar, issa kien imiss lil Moody’s u l-Kummissjoni Ewropea li jtennu l-akbar fiduċja f’pajjiżna. Magħhom jingħaqdu wkoll l-aħbarijiet pożittivi mir-rapport tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għar-raba’ kwart tal-2021 u ċifri għax-xahar t’April 2022 mill-uffiċċju tal-istatistika talUnjoni Ewropea, il-Eurostat, li jixhdu kif ir-rata ta’ inflazzjoni lokali reġgħet kienet fost l-inqas irreġistrati f’April li għadda. Anke Moody’s pożittivi dwar l-ekonomija Maltija L-aġenzija internazzjonali Moody’s ikkonfermat ir-rating A2 ta’ pajjiżna, l-istess livell miksub f’Lulju tal-2019, qabel feġġet il-pandemija u l-aqwa rating li qatt ingħatajna minn Settembru tal-2011 lil hawn. L-esperti ta’ Moody’s innutaw li dan ir-rating jirrifletti “ekonomija li hi dinamika u daqstant ieħor diversifikata
… livelli ta’ ġid għoljin li jsost- oħra, f’Malta l-impatt dirett wettaq fejn jidħol il-pjan manu r-reżiljenza fi żminijiet ta’ mistenni jkun limitat. Fil-fatt, qbul mal-Financial Action Task xokk … affordabilità qawwija ir-rapport jgħid li, waqt li l-in- Force (FATF). Ta’ min jinnota għad-dejn” (“an economy that flazzjoni hi ogħla milli kienet li, kemm-il darba x-xahar idis dynamic and well diversi- qabel, “ir-rata ta’ inflazzjoni dieħel l-FATF tieħu deċiżjoni fafied … elevated wealth levels attwali f’Malta hi fost l-iżgħar vur il-pożizzjoni Maltija, ir-rapthat support shock resilience… fiż-Żona Ewro” u ferm taħt port ta’ Moody’s jantiċipa li din strong debt affordability”). il-medja Ewropea. kapaċi taffettwa b’mod pożittiv Ir-rapport jindika li t-tkElement qawwi wara dan anke r-rating ta’ pajjiżna. abbir ekonomiku din is-sena l-iżvilupp hu l-appoġġ fiskali f’pajjiżna se jisboq l-4% u din qawwi li qed jagħti l-Gvern u li L-ekonomija Maltija hi “rata relattivament robusta Moody’s jikkalkolaw li jlaħħaq se tkompli tikber fid-dawl tat-tbassir ekonomiku għal madwar 3% tal-Prodott mdgħajjef” (“a relatively ro- Gross Domestiku (PGD) ta’ paj Sadanittant fl-aħħar tbassir bust rate in light of the weaken- jiżna. tagħhom, l-ekonomisti taling economic outlook”). Minkejja dan is-sostenn, Kummissjoni Ewropea qed Dan l-andament pożittiv se l-esperti xorta jemmnu li isostnu li l-ekonomija Maltija se jkun dovut għal domanda do- d-defiċit fiskali se jonqos, fil- tkompli tikber b’rati sostanzjali mestika tajba kif ukoll għal in- waqt li l-piż tad-dejn nazzjonali minkejja l-impatt tas-sitwazzvestiment sinifikanti, filwaqt li se jibqa’ taħt is-60%. joni internazzjonali. l-industrija turis Fil-fatt, dawn tika mistennija l-esperti jsostnu li tirpilja sewwa li “l-ekonomija din is-sena tant li Maltija mistennija r-rapport isostni li tkompli tespan“il-qabża kontinwa di b’4.2% fl-2022 u fit-turiżmu qed tipb’4% fl-2023, waqt li Grazzi għall-appoġġ fiskali qawwi li preżenta potenzjal tilqa’ għall-impatt pożittiv għal tkab- ta l-Gvern, Malta għandha fost l-inqas taż-żieda fil-prezbir fl-2022” (“con- inflazzjonijiet fiż-Żona Ewro. Minkejja zijiet tal-utilitajiet tinued rebound in u l-invażjoni Russa s-sostenn, id-defiċit xorta se jonqos tourism presents fl-Ukrajna” (“the upside potential for economy of Malta u d-dejn se jibqa’ taħt is-60% growth in 2022”). is set to continue L-esperti talexpanding, by 4.2% aġenzija ta’ kreditu internazzIr-rapport tal-Moody’s jitkel- in 2022 and by 4% in 2023 while jonali wkoll jemmnu li jekk it- lem ukoll fuq l-elezzjoni ġener- withstanding the impact of the turiżmu jkompli fit-triq li qabad ali u jinnota t-tielet rebħa kon- increase in commodity pricfl-aħħar xhur, it-tkabbir ekono- sekuttiva tal-Partit Laburista, es and the Russian invasion of miku din is-sena kapaċi jaqbeż xi ħaġa li mistennija twassal Ukraine”). sewwa t-tbassir tagħhom. għal aktar riformi istituzzjonali Fil-fatt, din is-sena Malta se Huma jinnutaw l-impatt li biex tissaħħaħ il-governanza u jkollha t-tielet l-akbar tkabbir, l-gwerra fl-Ukrajna għandha s-saltna tad-dritt. wara dak fl-Irlanda u l-Portufuq it-tkabbir u l-inflazzjoni flTant hu hekk li Moody’s ten- gall, waqt li s-sena d-dieħla se UE, tant li, imqabbel ma’ pajjiżi fasizza l-progress li pajjiżna jkollha t-tieni l-akbar rata ta’
tkabbir ekonomiku, wara dak tal-Irlanda. Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea jindika li l-fatturi ewlenin wara l-andament ekonomiku pożittiv ta’ pajjiżna hu li d-domanda domestika kif ukoll l-investiment se jkomplu jiżdiedu. Minbarra hekk, l-esperti Ewropej jirrimarkaw li s-settur turistiku mistenni jkompli jirpilja u t-tkabbir f’pajjiżna jibqa’ sostnut mill-investiment qawwi tal-Gvern innifsu. Dan filwaqt li r-rapport jinnota li wkoll mistennija deċiżjoni pożittiva f’Ġunju rigward ilpjan ta’ azzjoni maqbul mal-Financial Action Task Force (FATF). It-tkabbir ekonomiku mistenni jwassal biex pajjiżna jkollu t-tielet l-inqas rata ta’ qgħad minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, kważi nofs il-medja Ewropea. Dan issuċċess isib il-bażi tiegħu fissostenn li ngħata mill-Gvern waqt il-pandemija. Ir-rapport tal-Kummissjoni wkoll jindika li l-pressjoni tal-inflazzjoni f’pajjiżna qiegħda tinżamm relattivament baxxa mqabbla ma’ pajjiżi oħrajn, tant li din is-sena Malta se jkollha t-tieni l-inqas rata ta’ inflazzjoni fl-UE (4.5%), li hi ftit aktar mill-4.4% mbassra għall-Portugall, il-pajjiż bl-inqas rata. Is-sena d-dieħla l-inflazzjoni f’Malta mistennija tonqos bi kważi żewġ punti perċentwali oħra. Skont l-esperti tal-Kummissjoni d-defiċit tal-Gvern mis-
09
22.05.2022
LAQGĦAT ĠENERALI ANNWALI 2022 Fil-jiem li ġejjin se tissokta l-ħidma amministrattiva tal-Partit Laburista permezz tal-Laqgħat Ġenerali Annwali tal-kumitat lokali u reġjonali. Rappreżentanti u uffiċjali tal-Partit se jkunu qegħdin iduru l-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex biex jattendu għal dawn il-laqgħat ġenerali annwali. Dawn se jsiru fiċ-ċentri rispettivi tal-lokalitajiet fis-6:30 ta’ filgħaxija fost il-ġimgħa u fid-9:00 ta’ filgħodu nhar ta’ Ħadd. Il-Laqgħat Ġenerali Annwali li jmiss (bis-sehem tal-uffiċjali jew ir-rappreżentanti fil-parenteżi) huma:
IL-ĦADD 22 TA’ MEJJU 2022 Ir-Rabat, Għawdex (MPs Għawdxin)
EKONOMIJA LOKALI tenni jkompli jonqos fis-snin li ġejjin, minkejja s-sostenn sinifikanti li għadu jiġi offrut lill-familji u lin-negozji. It-titjib fid-defiċit, għalhekk, mhuwiex dovut għal xi miżuri ta’ awsterità, imma jirrifletti l-impatt pożittiv fuq id-dħul mistenni minħabba r-rata tajba ta’ tkabbir ekonomiku. Dan hu mbassar ukoll li jwassal biex il-piż tad-dejn nazzjonali jibqa’ taħt is-60%. L-irkupru kompla b’saħħtu fl-aħħar tal-2021 Minn rapport ieħor tal-Bank Ċentrali jirriżulta wkoll li bejn Ottubru u Diċembru tal-2021, pajjiżna kompla bl-irkupru ekonomiku b’saħħtu mill-effetti tal-pandemija. F’dan ir-rapport għar-raba’ kwart tas-sena ħareġ kif il-PGD lokali żdied b’10% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena ta’ qabel, l-2020, u allura kien ogħla minn dak irreġistrat fl2019, qabel il-pandemija. Il-Bank Ċentrali qal ukoll kif, f’dan l-istess perjodu, kompla jonqos il-qgħad (3.2%) u l-im pjiegi baqgħu f’livell ogħla mil-livelli ta’ qabel il-pandemija. Ġie nnutat li r-rata tal-qgħad f’Malta hi ferm iżjed baxxa minn taż-Żona tal-Ewro (7.2%). L-inqas għoli tal-ħajja Din il-ġimgħa wkoll statistika maħruġa mill-Eurostat kixfet kif, waqt li d-dinja kollha qed tesperjenza pressjoni kbira fuq
il-prezzijiet kawża ta’ fatturi bħall-ħruġ mill-pandemija u, issa, il-kunflitt armat fl-Ukrajna, Malta rreġistrat l-inqas rata ta’ għoli tal-ħajja fl-Unjoni Ewropea u fiż-Żona tal-Ewro x-xahar li għadda. Fil-fatt, ir-rata tal-inflazzjoni fl-UE kienet ta’ 8.1% u 7.4% fiż-Żona tal-Ewro, iżda f’pajjiżna din kienet 5.4%. Jew 2.7% u 2% aktar baxxa rispettivament. Ħarsa lejn iċ-ċifri fl-UE u ż-Żona Ewro hemm Malta u Franza (b’5.4%) fuq nett, segwiti mill-Finlandja (5.8%), waqt li l-ogħla żidiet fl-inflazzjoni ġew irreġistrati fl-Estonja (19.1%), fil-Litwanja (16.6%) u fir-Repubblika Ċeka (13.2%). F’pajjiżna, fid-dawl tal-pressjoni fuq il-prezzijiet, partikolarment fuq il-produzzjoni u l-fornitura tal-qmuħ, l-akbar impatt fuq ir-rata tal-inflazzjoni kien fl-indiċi tal-ikel u taxxorb mhux alkoħoliku, b’1.5%, waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.7% fil-prezzijiet fil-qasam tal-komunikazzjoni. Nhar il-Ħamis il-Kummissjoni Ewropea wkoll approvat skema Maltija ta’ €30 miljun biex tappoġġja kumpaniji attivi fl-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ qmuħ u prodotti simili oħra fil-kuntest tal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. L-iskema ġiet approvata filQafas Temporanju għall-Kriżijiet tal-Għajnuna mill-Istat, adottat mill-Kummissjoni fit23 ta’ Marzu 2022, fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat
dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”), li jirrikonoxxi li l-ekonomija tal-UE qed tesperjenza taqlib serju. Il-Viċi President Eżekuttiv Margrethe Vestager, respon sabbli mill-politika tal-kompe tizzjoni, qalet li “din l-iskema ta’ €30 miljun se tippermetti lil Malta ttaffi l-impatt ekonomiku tal-gwerra … aħna nkomplu naħdmu mill-qrib mal-istati membri biex niżguraw li l-miżuri ta’ appoġġ nazzjonali jkunu jistgħu jiġu stabbiliti b’mod f’waqtu, ikkordinat u effettiv, filwaqt li nipproteġu l-kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku.” Skont din il-miżura, l-għajnuna se tieħu l-forma ta’ self issussidjat u se tkun miftuħa għall-kumpaniji ta’ kull daqs attivi f’Malta fl-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ qmuħ u prodotti simili oħrajn, li huma affettwati mill-kriżi ġeo-politika attwali u s-sanzjonijiet relatati. F’dawn iċ-ċirkustanzi diffiċli għall-Ewropa u għall-bqija tad-dinja, il-Gvern Malti qed jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn biex iżomm il-prezzijiet tal-ikel bażiku u tal-enerġija stabbli għall-Maltin u l-Għawdxin, inkluż billi ma jgħabbix il-piż tat-taxxi fuq dawn il-prodotti fuq il-konsumatur. Kien b’riżultat ta’ din il-politika li Malta rnexxielha tirreġistra l-inqas rata ta’ żieda fl-inflazzjoni madwar l-Ewropa kollha.
IT-TNEJN 23 TA’ MEJJU 2022 Il-Belt Valletta (Tommy Dimech) Birżebbuġa (Fredrick Cutajar) L-Isla (Nettu Farrugia) IT-TLIETA 24 TA’ MEJJU 2022 Tal-Pietà (Keith Darmanin) San Ġwann (Salvu Borg) Ħal Luqa (Fredrick Cutajar) San Lawrenz (MPs Għawdxin) L-ERBGĦA 25 TA’ MEJJU 2022 Ix-Xgħajra (Lawrence Agius) Il-Fgura (Nettu Farrugia) Raħal Ġdid (Joe Falzon) Kerċem (MPs Għawdxin) IL-ĦAMIS 26 TA’ MEJJU 2022 San Pawl il-Baħar (Joe Zrinzo) Santa Venera (Stanley Mifsud) Bormla (Nettu Farrugia) Ix-Xewkija (MPs Għawdxin) IL-ĠIMGĦA 27 TA’ MEJJU 2022 Ħaż-Żebbuġ Iż-Żurrieq (Fredrick Cutajar) Ħal Qormi (Keith Darmanin) IS-SIBT 28 TA’ MEJJU 2022 Il-Qala (MPs Għawdxin) IL-ĦADD 29 TA’ MEJJU 2022 In-Naxxar (Yana Debono Grech) Marsaxlokk (Joe Falzon) Il-Mosta (Nettu Farrugia) In-Nadur (MPs Għawdxin)
10
Ritratti: OMAR CAMILLERI/DOI
22.05.2022
L-EWWEL KUMPLESS TAL-HOSPICE F’MALTA MIEXI LEJN IT-TLESTIJA Ix-xogħlijiet fuq l-ewwel kumpless tal-Hospice għal servizzi ta’ kura paljattiva huma kważi lesti u l-proġett mistenni jibda jopera bis-sħiħ sal-aħħar tal-2023. Il-kumpless ta’ 11,000 metru kwadru, li jinsab f’dak li kien l-Istitut Adelaide Cini f’Santa Venera, proprjetà tal-Knisja, ġie mgħoddi formalment lil Hospice Malta tliet snin ilu. Sussegwentement, permezz ta’ ftehim iffirmat is-sena l-oħra bejn il-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF) u l-organizzazzjoni, il-fond governattiv qabel li jiffinanzja wkoll il-proġett b’għotja soċjali ta’ €8 miljun. Iċ-Ċentru tal-Kura Paljattiva St Michael Hospice se jinkludi sezzjoni għallin-patients, li se tipprovdi aktar servizzi
ta’ kura paljattiva lil pazjenti b’mard li jillimitalhom ħajjithom. Is-servizzi ta’ terapija li huma offruti minn Hospice Malta preżentement se jiġu estiżi biex jiżdied il-programm ta’ għajnuna fil-komunità u se jiġu introdotti wkoll żewġ kliniċi mediċi għall-out-patients.
tagħha fi ħdan il-komunità, biex tkompli tappoġġja lill-pazjenti u lill-familji tagħhom. St Michael Hospice se jsaħħaħ ukoll il-fergħa edukattiva tiegħu, u dan se jiffaċilita l-bdil ta’ għarfien bejn esperti minn faċilitajiet oħrajn tal-Hospice madwar id-dinja. Filwaqt li l-karatteristiċi arkitettoniċi oriġinali tal-bini ġew ippriservati u rrestawrati, il-kumpless sar b’mod kompletament aċċessibbli għar-rekwiżiti €8 miljun mill-Fond Soċjali kollha ta’ mobilità. Il-kmamar huma ddisinjati biex jippermettu lill-pazu tal-Iżvilupp Nazzjonali jenti jaċċessaw il-ġnien mill-kmamar ffinanzjaw il-proġett tagħhom. Il-kumpless se jospita wkoll faċilità ta’ idroterapija u żona għall-fiżGħal dan il-għan, il-Hospice se tkom- joterapija, fost faċilitajiet oħrajn. pli tikkonsolida t-tim professjonali Il-Bord tal-Gvernaturi u l-Kap Eże-
kuttiv Raymond Andrew Ellul tal-NDSF fl-aħħar jiem żaru l-bini u raw b’għajnejhom ix-xogħlijiet estensivi li tlestew flaħħar xhur biex issa jonqos li jsiru l-finishings. Huma ntlaqgħu miċ-Chairperson ta’ Hospice Malta, Bernadette Bonnici Kind, il-Kap Eżekuttiv Kenneth Delia, l-Uffiċjal Kap tar-Relazzjonijiet is-Sur Andrew Zammit u l-Kordinatriċi talProġett, Lora Cascun. “Il-kontribut finanzjarju sostanzjali tal-NDSF lejn dan il-proġett juri l-impenn lejn il-finanzjament ta’ proġetti ta’ importanza nazzjonali li huma fl-aħjar interess tal-pubbliku. Is-St Michael Hospice se jiżgura li l-pazjenti kollha jiġu ttrattati b’dinjità u li l-familji tagħhom isibu l-appoġġ meħtieġ matul l-aktar mumenti diffiċli ta’ ħajjithom, f’atmosfera ta’ servizz professjonali u fi spirtu ta’ kompassjoni,” qal Ellul. Min-naħa tagħha, Bonnici Kind sostniet li s-St Michael Hospice hu l-pass naturali wara 33 sena ta’ servizz li Hospice Malta tat kontinwament lill-komunità, biex tkompli ssaħħaħ l-appoġġ ħolistiku bla ħlas lill-pazjenti u lill-familji tagħhom. “Il-Hospice hi grata li dan l-isforz ġie rikonoxxut bħala proġett ta’ importanza nazzjonali, għall-benefiċċju ta’ din il-ġenerazzjoni u tal-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni,” qalet iċ-Chairperson ta’ Hospice Malta.
22.05.2022
11
ONE RADIO JITLEF VUĊI POPOLARI Tingħata l-aħħar tislima lill-preżentatur veteran Leslie Gladwish li kien jispeċjalizza fil-Country Ix-xandar, preżentatur u attur po polari Leslie Glawdwish, li miet nhar it-Tlieta fl-għomor ta’ 80 sena, ingħata l-aħħar tislima minn bosta qraba, kollegi u ammiraturi fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera l-għada l-Erbgħa filgħodu. Tul il-karriera tiegħu hu ddeverta lil diversi semmiegħa radjufoniċi, partikolarment fuq Xandir Malta, qabel ingħaqad ma’ ONE Radio aktar tard fejn sal-aħħar ta’ ħajtu baqa’ jippreżenta l-programmi popolari tiegħu, li jispeċjalizzaw fil-mużika Country. Fil-fatt, sas-Sibt tal-ġimgħa li għaddiet hu kien għadu qed jippre żenta l-programmi tiegħu li kienu jżommu l-kumpanija lil eluf ta’ segwaċi ta’ dan il-ġeneru. Fost il-programmi li kien itella’ kien hemm “One Country”, li kien jippreżentah flimkien ma’ Joe Bartolo.
Kważi 2,000 persuna żaru l-Biblijoteka Nazzjonali fil-Belt fiżikament matul l-2021
MAL-4,700 RIĊERKA FL-2021 FIL-BIBLIJOTEKA NAZZJONALI Leslie Gladwish Il-mewt tiegħu fakkret ukoll f’dik ta’ Vince Laus, vuċi oħrajn popolari u relatata mal-mużika Country fuq ONE Radio. Laus kien miet ta’ 59 sena biss f’Awwissu tal-2004 u l-istess baqa’ sal-aħħar jippreżenta fuq ir-radju minkejja d-diffikultajiet f’saħħtu. Iċ-Ċermen tal-istazzjonijiet ONE, Jason Micallef, u l-Kap ta’ ONE Radio, Clint Bajada, sellmu l-memorja ta’ Leslie permezz ta’ kitbiet fuq il-midja soċjali fost mijiet ta’ messaġġi ta’ sogħba minn kollegi u semmiegħa tiegħu. ONE News ħa l-kummenti tar-rumanzier u produttur talfilms Elio Lombardi li, tul il-karriera tiegħu, fost l-akbar ħbieb ta’ Leslie u li flimkien ħadmu għal bosta snin fuq films Maltin, li tal-ewwel hu wkoll magħruf għalihom. Hu ddeskrivieh bħala “bniedem li kien iħobb il-fotografija, l-arti u wieħed li dejjem sibtu.” L-Editur u l-istaff tal-KullĦadd isellmu l-memorja ta’ Leslie Gladwish, waqt li jagħtu l-kondoljanzi lil qrabatu.
GAZZETTI, ARKIVJI TAL-ORDNI U MELITENSIA L-AKTAR IMFITTXIJIN MILL-VIŻITATURI Bil-pandemija tal-COVID-19 fl-aqwa tagħ Minbarra l-Biblijoteka Nazzjonali, Mal- żieda ta’ €15,000 fl-ispiża annwali tagħha ha, is-sena li għaddiet il-Biblijoteka Nazz- ta Libraries bħala entità governattiva biex taċċerta li l-postijiet ikunu siguri jonali xorta esperjenzat iż-żjara fiżika ta’ tiġbor fi ħdanha wkoll il-Librerija Naz- għall-viżitaturi daqskemm għall-ħaddie 1,829 persuna bil-għan li jwettqu riċer- zjonali f’Għawdex, il-Librerija Pubblika ma involuti. ka fuq ftit inqas minn 4,700 dokument Ċentrali fil-Furjana, il-libreriji reġjonali Skont l-istess rapport annwali, is-self fl-arkivji storiċi tagħha li jinsabu fi Triq u l-fergħat tagħhom u l-Uffiċċju Bibli- tal-kotba mil-libreriji lokali wkoll irreġisit-Teżorerija, il-Belt Valletta. Aktar minn jografiku Nazzjonali. tra ċifri inkoraġġanti. Fil-fatt, għalkemm nofs din ir-riċerka jirriżulta li kienet Il-missjoni tal-entità hi li tassigura iċ-ċifri xorta jibqgħu ’l bogħod minn f’gazzetti passati. l-ġbir u l-konservazzjoni tal-wirt doku dawk ta’ qabel il-pandemija, fl-2021 kien Mir-rapport annwali tal-Malta Librar- mentat Malti għall-ġenerazzjonijiet pre hemm żieda minima (0.5%) fuq l-2020 fisies għall-2021, li għadu kemm ġie self tal-kotba. ppubblikat, jirriżulta li kien hemm Waqt li fl-2020 u fl-2021 kien medja ta’ sitt persuni għal kull ġurirreġistrat is-self ta’ 617,820 u nata li l-Biblijoteka kienet miftuħa 621,202 ktieb rispettivament, flgħall-pubbliku li attendew fost 2019 is-self kien ilaħħaq kważi ir-restrizzjonijiet. l-1,100,000 ktieb. Fost l-aktar dokumenti li ntalL-aktar libreriji li n-nies irrikorIs-self ta’ 621,202 kotba mil-libreriji bu biex jiġu spezzjonati fiżikament rew għal tali self kienu l-Librerilokali wkoll kien inkoraġġanti, anke ja Pubblika Ċentrali fil-Furjana u fil-Biblijoteka kien hemm il-gazzetti (2,483), l-arkivji tal-Ordni ta’ dawk reġjonali ta’ Birkirkara u Ħal jekk jibqa’ ’l bogħod miċ-ċifra ta’ San Ġwann (906) u dawk relatati kważi 1,100,000 ktieb mislufin fl-2019 Luqa, iżda l-klijenti għal darb’oħra ma’ Melitensia (742). kienu inkoraġġiti jagħmlu użu Talbiet għal dokumenti jew mis-servizzi online permezz talvolumi mill-Adami Collection, li huma żenti u dawk futuri, waqt li tinkoraġġixxi app Libby jew is-sit elettroniku uffiċjali marbutin mal-ġenealoġija jew l-istudju l-qari bħala skop għal studju, riċerka, maltalibraries.overdrive.com għall-għażtad-dixxendenza familjari, raw żieda qa- informazzjoni għal żvilupp personali u la wiesgħa ta’ kotba diġitali. Fost dawn wwija fl-aħħar xahrejn tas-sena, tant li tagħlim matul il-ħajja, u divertiment. hemm l-e-books, li baqgħu jiksbu popominn massimu ta’ 6 f’xahar qabżu għal Jirriżulta li, minħabba l-kundizzjoni larità akbar u s-sena l-oħra ġew mislufin medja ta’ 38 f’Novembru u f’Diċembru li jiet imposti s-sena l-oħra b’riżultat tal- kważi 41,000, flimkien ma’ audiobooks u għadda. pandemija, il-Malta Libraries irrapportat rivisti.
12
22.05.2022
INFASSLU L-MALTA TA’ GĦADA
AARON FARRUGIA Ministru
jt fid-dettall il-viżjoni tiegħi għaż-żmien li ġej. Viżjoni msejsa fuq id-direzzjoni li l-Prim Ministru qed jagħti għal pajjiżna u bbażata fuq il-manifest elettorali rebbieħ. Dak hu l-punt tat-tluq, konxju millfatt li dak li se jikkaratterizza l-legat tagħna mhux se jkunu l-problemi u l-isfidi li jinħolqu kuljum iżda d-destinazzjoni li għandna quddiemna - il-Malta ta’ għada. Infrastruttura
Il-portafoll li ngħatajt ftit tax-xhur ilu jagħtini l-opportunità nkompli naħdem u nfassal il-Malta ta’ għada. Kontinwazzjoni mill-portafoll li kont immexxi qabel, jiġifieri l-ambjent, it-tibdil fil-klima u l-ippjanar għal portafoll preżenti, jiġifieri t-trasport, l-infrastruttura u l-proġetti kapitali. Il-ħidma hi kbira u ninsab mimli enerġija għal ħafna xogħol, ħafna deċiżjonijiet u iva iktar riżultati u suċċessi għal pajjiżna. Fl-ewwel intervisti li kelli u fl-ewwel diskors tiegħi f’din l-14-il leġiżlatura, spjega-
Hawn se nkomplu bil-ħidma biex ikollna Infrastruttura tas-seklu 21 li sservi u tipprepara għall-ekonomija tas-seklu 21. Infrastruttura li tipprepara għal niċeċ ekonomiċi ġodda, li tkun future-proof għall-bidliet demografiċi tagħna. Li tilqa’ żieda fl-ammont ta’ nies li jgħixu u jaħdmu f’pajjiżna flimkien ma’ żieda fin-numru ta’ turisti li jżuru pajjiżna. Dawn iridu jsiru filwaqt li naċċertaw kwalità ta’ ħajja tajba għallMaltin. Hu għalhekk li lesti nieħdu d-deċiżjonijiet kollha meħtieġa, konxji mill-fatt li wieħed ma jistax jagħżel li jo-
qgħod gallarija, li ma jiddeċidix jew li jibża’ jagħti direzzjoni. Hu għalhekk li pajjiżna se jkompli jikber u jespandi lejn orizzonti ġodda, fejn se naraw iktar flyovers, iktar underpasses u iktar junctions. Se nkomplu bil-pjan tagħna li nkomplu nagħmlu toroq ġodda fit-toroq arterjali u residenzjali flimkien ma’ proġetti ta’ natura infrastrutturali li jmissu mal-industrija marittima u mal-ibħra tagħha. Trasport Meta nitkellmu dwar it-trasport inkunu qed nitkellmu dwar industriji kbar u li Malta eċċellat u se tkompli tikber fihom bħal mhuma s-settur marittimu b’Malta tkun l-ikbar reġistru ta’ vapuri fl-Ewropa u s-sitt l-ikbar fid-dinja. Qed nitkellmu dwar setturi ekonomiċi importanti bħal cruiseliners, tiswijiet ta’ bastimenti, il-yachting, is-sajd u l-aquamarine. Imbagħad hemm is-settur tal-avjazzjoni, liema settur Malta qed tagħtih importanza kbira tant li qed insiru l-ġurisdizzjoni favorita taħt il-marka tagħna 9H. Kul-
ma jmur iktar ajruplani qed jiġu rreġistrati Malta bl-aħħar negozjati li kkonkludejna ma’ Wizzair biex jiftħu sussidjarja f’Malta. Hawn ukoll jeħtieġ nikbru u nġibu iktar kummerċ lejna. Minn cargo sa business aviation, minn drones għal eVGTOLs u oħrajn. Hawn jeħtieġ inkomplu nimirħu. Imbagħad hemm it-trasport tal-art, li bħala regolatur hemm xogħol kbir jistenniena flimkien mal-miri ambizzjużi tagħna li noffru trasport pubbliku b’xejn minn Ottubru u l-mira li sal-2030 ikollna mas-60,000 karozza elettrika. It-trasport tal-massa wkoll hu prijorità u se nkunu qed inkomplu nesploraw il-metro.
il-portijiet tagħna mhux l-inqas ir-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u oħrajn. Dawn huma l-proġetti li permezz tagħhom l-ekonomija Maltija se tkompli tikber. Dan hu fi ftit kliem il-pjan tagħna għal dan il-portafoll li bla dubju hu ħolqa minn katina ta’ ministeri li taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru se jagħtu, se jfasslu, il-Malta ta’ għada. Dan se jkun l-aqwa żmien għal pajjiżna.
Proġetti kapitali Apparti mill-fatt li issa hu ż-żmien opportun li pajjiżna jmexxi fejn jidħlu proġetti b’reklamazzjoni tal-art, bħalissa qed naħdmu mal-entitajiet rispettivi tagħna biex postijiet strateġiċi jiġu kkummerċjalizzati mal-privat biex nimmassimizzaw l-użu tagħhom. Dan flimkien ma’ proġetti madwar
Viżjoni msejsa fuq id-direzzjoni li l-Prim Ministru qed jagħti għal pajjiżna u bbażata fuq il-manifest elettorali rebbieħ
PJAN GĦAS-SAĦĦA MENTALI
FIONA BORG
Min kien jgħidli ħames snin ilu li kont ser nikteb artiklu fuq is-saħħa mentali. Hija diffiċli meta titlef individwu qrib tiegħek, li jkun għadda minn snin ta’ terapija iżda xorta jitlef il-ġlieda miegħu nnifsu għax kull għajnuna jibda jirrifjutaha u jaħseb li kulħadd kontrih. Ħafna drabi dawn innies iħossu li qed ikunu piż fuq ta’ madwarhom, fuq dawk li qed iduru bihom u jgħinuhom. L-Isptar Monte Carmeli għandu stigma u ħafna jgħidulek li ma jridux imorru għax iħossuhom aktar imdejqa. Ikunu jridu jkunu d-dar, imma jistgħu jieħdu l-kura neċessarja
mid-dar? Hemm min jieħu ħsiebhom id-dar, 24/7? Dawn huma ftit mis-sentimenti li wieħed iħoss meta jkun għaddej minn din il-marda. Mard illi n-nies ta’ madwar il-pazjent ftit għandhom kontroll. Meta titlef lil xi ħadd qrib tiegħek, b’din il-marda tirrealizza kemm għandna bżonn nisimgħu aktar lil min qiegħed ibati, biex intejbu s-servizzi tagħna. Fil-fatt, dan ix-xahar, Mejju hu ddedikat għassaħħa mentali. L-impatt fuq is-saħħa mentali huwa wieħed mill-akbar kwistjonijiet soċjali kawża tal-pandemija. Is-saħħa mentali hija prijorità u rridu naraw li jsiru r-riformi neċessarji ta’ kif individwi li jesperjenzaw nuqqas ta’ saħħa mentali għandhom jiġu mħarsa. F’dan is-settur irridu nammettu li għalkemm għamilna ħafna u minn hawn insellem lill-infermiera, lit-tobba u lill-ispeċjalisti li jaħdmu f ’dan il-qasam, irridu nkomplu ninvestu fl-infrastruttura, fir-riżorsi umani u aktar servizzi fil-komunità. Minn statistika li ħarġet ftit ilu wara riċerka li saret
minn Richmond Foundation, instab li f ’dawn l-aħħar sentejn il każijiet irduppjaw, filwaqt li fiż-żgħażagħ il-każijiet ġodda huma 10 darbiet aktar. Dawn huma figuri inkwetanti u rridu negħlbu l-istigma li tfixkel il-komunikazzjoni u r-relazzjonijiet miftuħa. Irridu nkomplu nbiddlu l-mod ta’ kif nitkellmu dwar dan is-suġġett sabiex ikollna iktar konverżazzjonijiet bla preġudizzju u hekk nagħmluha aktar faċli biex nagħrfu s-sintomi, nifhmuhom, u niksbu l-għajnuna meħtieġa. Dan il-Gvern fil-manifest fasal pjan li fih ħa nkunu qed naraw li s-saħħa mentali tingħata l-istess importanza tas-saħħa fiżika: 1) Sptar ġdid viċin Mater Dei b’120 sodda u ġnien terapewtiku li jinkludi wkoll servizz ta’ outpatient; 2) Integrazzjoni tal-Intervention Crisis Unit fl-Emerġenza; 3) Kura intensiva fl-isptar il-ġdid biex tilqa’ nies li jkunu ta’ periklu għalihom u għal dawk ta’ madwarhom; 4) Aktar servizzi fil-ko-
munità billi nsegwu lill-pazjent għal numru ta’ ġimgħat fid-dar personali fejn tiġi evalwata s-sitwazzjoni biex b’hekk nikkontrollaw il-kundizzjoni; 5) Monte Carmeli jinbidel biex jipprovdi servizz speċjalizzat lill-pazjenti b’effetti doppji minħabba dipendenza fuq ix-xorb u d-droga. 6) Is-servizzi għat-tfal u għaż-żgħażagħ jimxu għal post aktar addattat barra mill-Isptar San Luqa. Dawn il-proposti jinkludu wkoll taħriġ lis-sidien tan-negozji, impjegati u edukaturi biex jagħrfu kmieni s-sinjali relatati mas-saħħa mentali, kif ukoll appoġġ lillNGOs bħal Richmond Foundation u oħrajn. Jien nixtieq nara liżżgħażagħ tagħna jersqu għall-għajnuna minn kmieni u lill-ġenituri jersqu lejn il-professjonisti jekk jaraw xi ħaġa suspettuża. Fl-aħħar ġranet tnieda sit elettroniku ġdid minn Richmond Foundation, www.ankrayouth.org biex iwassal liż-żgħażagħ u lill-adulti għajnuna, sapport u informazzjoni. F’dan is-sit, tkun tista’ titkellem dirett
bl-aktar mod kunfidenzjali fuq ansjetà, dipressjoni, abbuż ta’ drogi jew self-harm. Ejjew ma niddejqux nirrikorru għall-għajnuna, u naraw li kulħadd isib s-sapport. Irridu niftħu d-diskussjoni ħalli dan is-suġġett nagħtuh l-importanza serja li għandu bżonn biex flimkien nagħmlu futur mill-aktar pożittiv u sabiħ.
Is-saħħa mentali hija prijorità u rridu naraw li jsiru r-riformi neċessarji ta’ kif individwi li jesperjenzaw nuqqas ta’saħħa mentali għandhom jiġu mħarsa
13
22.05.2022
LIL HINN MIR-REBĦ TAL-MIDALJI
JULIA FARRUGIA PORTELLI Ministru
Tul il-ġimgħa li għadha kemm għaddiet għexna esperjenza meraviljuża. Pajjiżna organizza b’suċċess Special Olympics 2022 bil-parteċipazzjoni ta’ 23 pajjiż u aktar minn 1,000 atleta f’diversi dixxiplini sportivi, fosthom atleti Maltin. Esperjenza meraviljuża li mhix riflessa biss fl-organizzazzjoni tal-avveniment u fir-rebħ ta’ 192 midalja li l-ambaxxaturi Maltin kisbu. Esperjenza li ġibdet fuqha l-lenti internazzjonali. Esperjenza li matulha Malta kienet il-wiċċ tal-inklużjoni. Għaliex semmejt din il-kit-
ba lil hinn mir-rebħ tal-midalji? Għażilt dan it-titlu għax filwaqt li nifraħ bil-kbir bir-rebħ tal-midalji, bis-suċċessi miksuba, inħares lejn dan l-avveniment bħala wieħed li jmur lil hinn mill-qoxra sportiva ewlenija tiegħu u mill-fatt li l-atleti parteċipanti huma persuni b’diżabilità. Kien avveniment li bagħat messaġġ qawwi ta’ ispirazzjoni u kuraġġ mhux biss lill-parteċipanti imma wkoll lil qrabathom. Kien avveniment li jirrifletti festa ta’ inklużjoni. Avveniment li jisboq l-attività fiżika. Messaġġ b’saħħtu lill-atleti parteċipanti: l-abbiltà hija ferm akbar mid-diżabbiltà. Ferm akbar għax kien messaġġ li ta tifsira qawwija lill-prinċipju tal-inklużjoni fis-sens wiesa’ tiegħu. Li minkejja kollox kulħadd huwa bħal u daqs kulħadd. Li ħadd m’għandu jitħalla jaqa’ lura. Tħaddim ta’ prinċipju li minnu nnifsu jnissel ukoll solliev. Inissel kuraġġ. Kuraġġ għax dak li spikka fl-avveniment tal-jiem li għaddew bil-protagonisti tiegħu jkunu atleti b’diżabilità, jista’
u għandu jkun applikat f’kull aspett ieħor tal-ħajja. Kien għalhekk li lleġiżlajna favur aktar impjiegi għal persuni b’diżabiltà. Kien għalhekk li ħloqna aktar minn skema waħda biex tinkoraġġixxi lil persuni b’diżabilità biex fejn huwa possibbli jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Ħloqna aktar minn skema waħda biex min iħaddem jikkonsidra b’mod xieraq lil persuni b’diżabilità meta jiġi biex iħaddem innies. Ċertament li hemm xogħolijiet li jistgħu jsiru minn persuni b’diżabilità. Ix-xogħol jagħti dinjità lill-individwu. Kien għalhekk ukoll li ħloqna diversi djar biex fihom jgħixu persuni b’diżabilità b’mod indipendenti, anke jekk b’għajnuna u sorveljanza. L-esperjenza f’dan il-qasam urietni li s-sodisfazzjon li jirnexxilek tnissel f’persuna b’diżabilità li tkun kapaċi tasal f’destinazzjoni li forsi sa ftit żmien qabel lanqas biss kienet toħlomha, ma tiddeskrivihx. Meta tara fuq wiċċ persuna b’diżabilità s-sodisfazzjon, il-konvinzjoni li hi kapaċi tasal għall-mira tagħha, li tibda temmen fiha
nnifisha, ikun ifisser li nqabeż tragward kbir. Mhux biss għall-persuna konċernata imma wkoll għal qrabatha, partikolarment dawk l-aktar qrib tagħha. Is-sens ta’ indipendenza, anke jekk limitata, jirrifletti bidla importanti fl-individwu. Il-fatt li qiegħed jikkontribwixxi għall-għajxien tiegħu, li m’għadux jiddependi daqskemm kien fuq qrabatu, għalih tkun tfisser ħafna. Konvinta li dak li esperjenzajna fil-jiem li għaddew permezz tal-avveniment Special Olympics 2022 se jservi ta’ stimulu f’kull livell, minn organizzar sa parteċipazzjoni ta’ atleti. Stimulu biex jiġbed lejn dan il-qasam aktar ġenituri ta’ tfal b’diżabilità biex irabbu kunfidenza u aktar kuraġġ. Kull meta jirnexxilna nikkonvinċu ġenituri ta’ persuni b’diżabilità li anke wliedhom jistgħu jaslu allura nkunu qegħdin ninkoraġġixxu bilkbir lill-persuna konċernata biex iżżid fl-isforz tagħha u tibda temmen aktar fiha nnifisha. Finalment irrid nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lit-tim kollu ta’ Spe-
cial Olympics Malta, b’mod speċjali lil Dr Lydia Abela, President, u lil Anna Calleja Direttur Nazzjonali, bla dubju persuna sinonima ma’ dawn l-avvenimenti sportivi għal persuni b’diżabilità. Grazzi wkoll lill-volontiera li jagħmlu xogħol kbir, ħafna minnu ma jidhirx, biex avveniment bħal dan kien is-suċċess li kien. Prosit minn qalbi lilhom kollha.
Esperjenza li ġibdet fuqha l-lenti internazzjonali. Esperjenza li matulha Malta kienet il-wiċċ tal-inklużjoni
GVERN LI MA JAGĦLAQX GĦAJNEJH GĦAR-REALTAJIET
ANTHONY AGIUS DECELIS
Meta wieħed iħares lejn ir-rebħa storika li kiseb il-Partit Laburista fl-elezzjoni li għaddiet ma jistax ma jirriflettix dwar dan ir-riżultat. Riżultat li jkompli jnissel fil-Partit Laburista iktar umiltà u iktar enerġija sabiex ikompli jaħdem għall-ġid tal-poplu Malti. Jagħmel dan filwaqt li jkollu għajnejh miftuħa għar-realtajiet li jkunu qegħdin jgħaddu
minnhom in-nies, b’widnejh miftuħin għall-esperjenzi tannies, u b’determinazzjoni li jkompli jmexxi lil pajjiżna ’l quddiem. Nemmen li dan ir-riżultat inkiseb mill-ħidma kollettiva tal-Partit Laburista, taħt it-tmexxija għaqlija tal-Prim Ministru u Mexxej tagħna Robert Abela, b’għaqda sħiħa. Mingħajr għaqda ma jistax ikollok rasek mistrieħa li pajjiżna qiegħed jitmexxa minn Gvern kompatt li jġib l-interessi nazzjonali qabel dawk personali. Il-poplu ra kif dan il-Gvern ma ħalla lil ħadd waħdu fiż-żmien ta’ pandemija u nemmen li dan il-fattur kien importanti sabiex il-poplu reġa’ wera l-fiduċja sħiħa tiegħu f’dan il-Partit. In-nies fi skiet ta’ darhom jafu li l-għaqal tal-Gvern Laburista kien se jkun importanti anke fi żmien ta’ turbulanzi li qegħdin naraw bħalissa madwar id-dinja minħabba l-ġlied bejn
ir-Russja u l-Ukrajna. Kien jaf li Gvern Laburista ma kienx se jagħlaq għajnejh għall-għoli tal-ħajja li dan il-ġlied qiegħed iġib miegħu. U proprju hekk għamel Gvern Laburista kif reġa’ ġie fdat bil-fiduċja tal-poplu Malti. Qiegħed ikun ta’ spalla kemm għan-negozji Maltin li jimpurtaw l-affarijiet essenzjali minn barra l-pajjiż, bħal ngħidu aħna l-qamħ, kif ukoll għall-poplu Malti, fejn se jkun qiegħed jgħin fiż-żieda tal-prezzijiet sabiex itaffi l-piż minn fuq ix-xerrej. Il-poplu fi tmexxija Laburista jara reżiljenza u determinazzjoni li jwettaq il-bidliet neċessarji, sabiex pajjiżna jibqa’ miexi ’l quddiem. Bidliet leġiżlattivi, miżuri soċjali, investiment bla preċedent fil-qasam ambjentali, kollha huma passi li dan il-Gvern huwa magħruf għalihom. Bit-tmexxija tal-Gvern Laburista, il-poplu jaf li pajjiżna se jkompli jimxi ’l quddiem kemm fil-qa-
sam tal-ekonomija, kif ukoll fil-qasam governattiv. Fil-qasam ekonomiku rajna Gvern Laburista li kabbar l-ekonomija, ħoloq il-ġid, iżda ma waqafx hemm, ra kif dan il-ġid iqassmu mal-poplu tagħna sabiex kulħadd, iva kulħadd, jimxi ’l quddiem. Rajna l-ikbar żidiet fil-pensjonijiet, u Gvern Laburista, kif wiegħed, se jibqa’ jgħolli l-pensjonijiet tal-anzjani tagħna. Gvern li jaħseb fl-istudenti, u jgħolli l-istipendji tal-istudenti tagħna, kif ukoll jaħdem sabiex jattira lejn pajjiżna setturi diversi ta’ xogħol, li jiggarantixxu opportunitajiet sbieħ għalina u għal uliedna. Rajna kif dak li qiegħed ikun imbassar għal pajjiżna jkompli jimliena b’kuraġġ u b’determinazzjoni għall-iktar ħidma. Hekk kif għas-sena d-dieħla qiegħed ikun imbassar li pajjiżna jkollu t-tieni l-ikbar tkabbir ekonomiku u t-tieni l-inqas rata t’inflazzjoni fl-Un-
joni Ewropea. Quddiem l-isfidi li qegħdin naraw madwar id-dinja, fi Gvern Laburista, naraw Gvern li jdawwar l-isfidi f’opportunitajiet u b’umilità u b’determinazzjoni jkompli jaħdem għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.
Il-poplu fi tmexxija Laburista jara reżiljenza u determinazzjoni li jwettaq il-bidliet neċessarji, sabiex pajjiżna jibqa’ miexi ’l quddiem
14
22.05.2022
L-AKBAR ĊELEBRAZZJO LOKALI TIĠI FI TM
Special Olympics Malta Invitational Games waslu fi tmiemhom nhar it-Tlieta wara erbat ijiem ta’ ċelebrazzjoni internazzjonali fostna ta’ inklussività favur persuni b’abbiltajiet differenti. Fi kliem il-President ta’ Special Olympics Europe, David Evangelista, pajjiżna rnexxielu jistabbilixxi livell ogħla għal dan illogħob permezz tal-organizzazzjoni perfetta li laqgħet 23 pajjiż flimkien wara sentejn u nofs ta’ nuqqas minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija tal-COVID-19. Imqassmin fuq sitt dixxiplini sportivi – atletika, għawm, boċċi, bowling, table tennis u futbol – l-Olimpjadi Speċjali f’Malta raw is-sehem ta’ kważi 900 atleta. Malta, li kellha l-akbar kontinġent ta’ 348 kompetitur u 175 atleta oħrajn li ħadu sehem f’dimostrazzjoni għal atleti żgħar u fil-Motor Activity Training Programme, rebħet 192 midalja – 65 deheb, 60 fidda u 67 bronż. “Naħseb li għall-organizzazzjoni tagħna dan tassew waqqaf standard ġdid. Inħarsu lejn ir-Repubblika ta’ Malta u Special Olympics Malta bħala mexxejja għal dan il-moviment ta’ inklużjoni. B’modi ġodda, dejjem kien hemm organizzazzjoni b’saħħitha, imma issa li nġiebu dawn il-pajjiżi kollha f’daqqa, nistgħu nħarsu lejn Malta bħala pajjiż innovatur, pijunier,” qal il-President ta’ Special Olympics Europe, waqt li kompla jfaħħar l-organizzazzjoni tal-logħob.
Hu kompla li “f’term jed importanti li għan persuni b’diżabilitajie joħolqu maġija mhux b għall-komunitajiet ta għad-dinja kollha.” Il-midalji tqassmu, Malta, Dr Lydia Abela, Volontarji u d-Drittijie tru għall-Edukazzjoni, Clifton Grima, is-Segr Zerafa Civelli, u l-Viċi K Waqt forum f’lukan dan il-logħob, Dr Lydia lid-dinja l-għaqda li te “Soċjetà tkun inklu portunità fil-ħajja, li k ma twemmin hu, ta’ li Kemm hu importanti l tifel, kull mara, kull ra Dr Abela dwar is-sinifi ganizzah bl-akbar prof L-Olimpjadi Speċja d-dieħla f’Berlin.
22.05.2022
ONI TA’ INKLUSSIVITÀ MIEMHA BIL-KBIR
mini ta’ komunità, naħseb li dak li hu l-iżndu jkun rikonoxxut f’dan l-avveniment hu li et intellettwali jistgħu joħolqu l-maġija. Jistgħu biss għall-familji tagħhom, għall-ġirien tagħhom, agħhom, iżda għal pajjiżhom u nazzarda ngħid
fost l-oħrajn mill-President ta’ Special Olympics , il-Ministru għall-Inklużjoni, l-Organizzazjonijiet et tal-Konsumatur, Julia Farrugia Portelli, il-Minis, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, retarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Kap Nazzjonalista David Agius. nda f’San Ġiljan, li fetaħ l-attivitajiet b’rabta ma’ ia Abela kienet qalet li dan il-logħob għandu juri eżisti f’pajjiżna. ussivà meta tagħti d-dritt li kulħadd ikollu l-opkulħadd jista’ jimxi ’l quddiem, hu min hu, ta’ lieliema razza hu, għandu abbiltajiet liema għandu. li kulħadd, kull persuna, kull atleta, kull tifla, kull aġel ikollu dritt fil-ħajja li jimxi ’l quddiem,” qalet fikat tal-avveniment u l-opportunità li pajjiżna jorfessjonalità. ali, li tnedew fl-1968, issa jirritornaw is-sena
15
16
22.05.2022
ĦIDMA LI TAGĦTI L-FROTT U L-KURAĠĠ GĦALL-ĠEJJIENI
CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL
Din il-ġimgħa rajna b’sodisfazzjon li r-rapport tal-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu Moody’s ibassar li l-ekonomija ta’ pajjiżna, matul din is-sena se tikber b’iżjed minn 4%. Skont din l-aġenzija internazzjonali, li ma tħares lejn wiċċ ħadd, dan it-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna huwa b’saħħtu, anki fid-dawl tal-isfidi internazzjonali li ġabu magħhom il-pandemija u l-gwerra fl-Ewropa. Moody’s qalet ukoll li d-dejn nazzjonali se jibqa’ taħt is-60%. Dwar il-proċedura ta’ aktar moniteraġġ tal-FATF, Moody’s innotaw kif fil-plenarja ta’ Frar li għadda ġie kkonfermat kif pajjiżna wettaq ir-rakkomandazzjonijiet li tressqu. Aktar minn hekk, minn statistika maħruġa ftit ġranet ilu mill-Uffiċċju tal-Istatistika u mill-Eurostat, filwaqt li d-dinja kollha qed tesperjenza pressjoni kbira fuq il-prezzijiet kawża ta’ fatturi bħall-ħruġ mill-pandemija u, issa, il-kunflitt fl-Ukrajna, rajna li x-xahar li għadda Malta rreġistrat l-inqas rata ta’ għoli talħajja fl-Unjoni Ewropea u fiż-Żona talEwro. Dan kollu jikkonferma r-rapport li ħareġ aktar kmieni mill-aġenzija ta’ kreditu Fitch fejn żiedet tinnota r-riżultat elettorali ta’ Marzu li għadda fejn il-poplu vvota b’mod b’saħħtu għall-kontinwità u wera fiduċja sħiħa fil-Prim Ministru Robert Abela u l-Gvern immexxi minnu. F’dawn l-aħħar ġranet ħareġ ukoll ir-rapport tal-Bank Ċentrali dwar ir-raba’ kwart tas-sena 2021 fejn innota li f’dan il-perjodu pajjiżna kompla bl-irkupru ekonomiku b’saħħtu mill-effetti tal-pandemija, hekk kif il-Prodott Gross Domestiku żdied b’10% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena ta’ qabel, jiġifieri l-2020. Ir-rapport tal-Bank Ċentrali jgħid ukoll kif, f’dan l-istess perjodu, kompla jonqos il-qgħad u l-impjiegi baqgħu f’livell ogħla mil-livelli ta’ qabel il-pandemija. Aħbarijiet pożittivi u inkoraġġanti ferm. Però dan ma jiġi xejn b’kumbinazzjoni. Ġie bl-għaqal ta’ Gvern li ħaseb u ħoloq il-ġid sabiex meta jiġu żminijiet ta’ sfida jkollna ekonomija b’saħħitha biżżejjed biex tilqa’
għall-maltemp bl-inqas riperkussjonijiet possibbli. X’ma rax ma’ wiċċu dan il-Gvern immexxi minn Robert Abela: pandemija globali bla preċedent u gwerra fl-Ewropa li qed tkompli tipparalizza l-kummerċ u l-ekonomija tad-dinja sħiħa. F’dawn iċ-ċirkustanzi diffiċli għall-Ewropa u għall-bqija tad-dinja, il-Gvern Malti mmexxi mill-Prim Ministru Dr Robert Abela qed jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn sabiex iżomm il-prezzijiet tal-ikel bażiku u tal-enerġija stabbli għall-Maltin u l-Għawdxin. Dan il-Gvern għaraf li joħloq energy mix sabiex nixtru u nutilizzaw enerġija li jkun jaqbel fil-mument u kif ukoll għaraf jagħmel hedging agreement li f’dan iż-żmien ta’ sfida globali żamm il-prezzijiet tal-fuel stabbli minkejja li f’pajjiżi oħra l-prezz qed jisplodi ’l fuq. Minħabba l-għoli fil-prezzijiet partikolarment tal-ikel u l-materja prima l-Gvern qed jieħu diversi miżuri permezz ta’ sussidji sabiex itaffi kemm jista’ jkun l-għoli fil-prezzijiet. Wally Farrugia Din il-ġimgħa nħsadna lkoll bit-telfa talħabib tagħna Wally Farrugia. Ilkoll konna konxji mit-tbatija li kien għaddej minnha, imma t-telfa taħsdek u tnikktek bi kbir. Dan għaliex ngħid għalija Wally mhux biss kien f’għajnejja attivist leali u b’saħħtu tal-Partit Laburista u kif ukoll konvint mill-ideali soċjalisti li kien iħaddan, imma f’Wally u f’martu Joan sibt żewġt iħbieb ta’ vera li tawni pariri siewja fil-mixja politika tiegħi. Ir-rispett ta’ Wally u Joan inġorru f’moħħi u f’qalbi għal dejjem. L-hena tiegħi li bħala membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL kont immexxi l-Laqgħat Ġenerali Annwali ta’ San Ġwann sena wara l-oħra. Hemm iltqajt mill-qrib ma’ din il-koppja. Dejjem sibthom ta’ sostenn u ta’ koperazzjoni kbira fil-ħidma fuq livell lokali tal-partit. Waqt l-omelija tal-quddiesa tal-funeral tieħu, iċ-ċelebrant qal li l-politika hija għodda sabiex tiġi mtejba l-kwalità tal-ħajja tal-individwi. U hekk hu filfatt. Il-politika hija missjoni u kull min hu fil-politika jrid jagħmilha l-milja u l-missjoni tiegħu li b’ħidmietu jtejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd. U Wally hekk kien. Il-Partit Laburista flimkien mal-familja sabiħa tiegħu kienu l-milja ta’ ħajtu. U jekk għalxejn, għalhekk kull filgħodu nirringrazzja lil Alla li jien nimmilita u nimpenja ruħi fil-Partit Laburista, għaliex permezz ta’ dan niltaqa’ u naħdem fil-qrib ma’ nies ta’ qalb kbira bħal Wally u martu Joan. Jarak bid-dwejjaq, jitfagħlek tbissima kontaġjuża li mhux lakemm tibqa’ bil-buri wara. Insellimlek ħabib tiegħi Wally. Kompli tbissem fuq il-familja tiegħek. Aħna nżommu l-memorja tiegħek f’qalbna sa ma nerġgħu niltaqgħu. Minn qalbi nibgħat il-kondoljanzi sinċiera lill-għażiża Joan, lil uliedhom u lill-familja kollha. Strieħ fissliem, ħabib.
Sur Editur, Kultant ngħid li dawn apposta jagħmlu, Sur Editur. Bħal meta Melda tiegħi tkun taf li se noħroġ nitma’ l-verdun li għandi fid-dell fil-bitħa, u taraha taqbad il-barmil u l-biċċa u taħsel il-kuritur minn fejn irrid ngħaddi. Apposta hux. Biex jew ngħaddi u tagħmel ġurnata teqred li għaffiġtilha l-art meta kienet għadha ma nixfitx, jew nidħlu f’argument li setgħet stenniet ħames minuti hux. Kif qed jgħaffġu d-deputati tagħhom. Mela ftit ilu kellna lil dak li se jtellaq waħdu għall-Kap tal-partit tagħhom li pprova jagħmilha tal-ħelu fil-Parlament. Meta qal li l-Gvern tagħna qed iressaq l-emendi tal-liġi tal-Aj Vee Eff minħabba deċiżjoni tal-Qorti Ewropea. Issa dawn ir-riformi kulħadd jaf li kienu proposti li tressqu fil-kampanja elettorali. Imma pprova jew jagħmilha tal-għaref dan Bernard, jew waqt il-kampanja kellu moħħu f’xi pjaneta oħra, bħassoltu nsomma. Issa ’kk Alla jrid Bertu Cutajar. Qalilna fil-Parlament li l-Gvern ma jurix impenn fl-ambjent. Bertu qal li l-Oppożizzjoni temmen li l-ambjent dejjem kellu jkun fuq quddiem tal-aġenda politika tal-Gvern u mhux issa qed jitkellem dwaru l-Gvern fid-diskors tal-President. Għad-diskors li għamel il-President fil-ftuħ tal-Parlament qed jgħid. U hawn ukoll, Sur Editur, kollha b’vuċi waħda nistaqsu, imma dan Bertu ma semax jew ma qarax il-proposti tal-partit tagħna waqt l-imniefaħ kampanja jew? Ħaqq l-ożbreċ possibbli ma jafx bil-proposta tagħna li se ninvestu €700 miljun fi spazji ħodor f’żoni urbani madwar Malta u Għawdex? Imma mhux dawn biss ta! Jien qanna nsegwi. Il-proġett tal-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali x’inhu allura? U hemm biżibilju ta’ proġetti oħra li saru u qed isiru mal-Kunsilli Lokali. U l-akbar proġett ta’ afforestazzjoni fin-naħa t’isfel ta’ Malta, ilPark tal-Inwadar f’Wied il-Għajn? U proġett ieħor bħal dan f’Birżebbuġa u hemm oħrajn. Fi pjaneta oħra jgħixu dawn l-intamati, Sur Editur. Mela l-Kummissjoni Kandidati tal-partit tagħhom qalet li Bernard huwa idoneu biex jikkontesta għall-kariga ta’ Kap. Għamlet eżerċizzju ta’ skrutinju u bbażat id-deċiżjoni tagħha, din il-Kummissjoni, fuq it-tweġibiet li taha Bernard Grech innifsu. How nice, istra! Seta’ qal li ried hux, naħseb! Imma nsomma dan Bernard ma jiswa xejn. Għax dejjem qed joħroġ ċar li mhux li jgħid hu, imma li jgħidu dawk li jiġbdulu l-ispag. U issa isbaħ, għax dak li fetaħ gwerra kontrih, Jason ‘il-Miskin’ l-Azzopardi u li m’għadx għandu x’jaqsam mal-partit tagħhom uffiċjalment, xorta għadu jiddetta x’jagħmel dan iż-żikk ta’ Bernard. Kif jiddettawlu Beppe l-Fenech Adami u Karol l-Aquilina. U dawk li jsejħu lilhom infushom Repubblika, fuq quddiem Manuel id-Delia. Se jtellaq waħdu Bernard. U dawn kollha se jirbħu t-tiġrija, hux! U mhux medalja tad-deheb se jieħdu, imma tal-platinu, għax aqwa minn Bernard dawn. Għax kollox li jgħidu huma. U ħalluna! Imbagħad dil-ġimgħa, Sur Editur, kellna wkoll lid-deputat tagħhom Jerome Caruana Cilia li qalilna li l-politika għandha bżonn nifs ġdid. U aħna ngħidulu charity begins at home. Għax mhux nifs ġdid biss għandhom bżonn biex ifiequ, imma urugan sħiħ. U mhux biex jirranġaw id-diżastru ta’ partit tagħhom biss qed ngħid. Imma biex forsi jdaħħluha f’dak il-qargħa moħħhom u ma jibqgħux jaraw kollox negattiv fejn mhux. Imbagħad nieħu gost naqra t-tliet rapporti li ħarġu f’dawn l-aħħar jiem li kollha taw ċertifikat b’saħħtu lill-ekonomija tagħna. Issa dawn rapporti ta’ barranin li huma esperti f’xogħolhom ta. U Alla jbierek, ħadd minn tagħhom ma jikkummenta fuqhom. Għax inkella jaqgħu għan-nelħ, hux. U għandna Prim li qed ikompli jieħu ħsiebna. Għax qed jagħmel minn kollox biex ma nbagħtux, ħabba l-misħuta gwerra li hemm fl-Ukrajna. Għadu kemm ġab l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għal skema Maltija ta’ 30 miljun ewro, biex ikompli jgħinna. X’ma nħobbuhx lill-Prim tagħna, Sur Editur! Għad-dieħla.
17
22.05.2022
IT-TORRI TA’ SAN TUMAS GĦAL MUŻEW TAL-PIRATERIJA Għaddej ix-xogħol ta’ restawr fuq it-Torri ta’ San Tumas f’Marsaskala, proġett li għandu jwassal biex din l-istess binja sservi bħala attrazzjoni oħra fil-portafoll turistiku tal-Gżejjer Maltin bħala mużew tal-piraterija. Dan il-proġett, li qed jitmexxa mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), jinvolvi investiment ta’ €3.2 miljun fir-riġenerazzjoni tat-Torri, b’kofinanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea. It-Torri, li nbena fl-1614 wara l-invażjoni taż-Żejtun mill-forzi Ottomani, hu wieħed minn sitta li ġew ikkummissjonati f’pajjiżna mill-Granmastru Wignacourt u l-akbar torri tal-għassa li għandna. Bit-tieni l-akbar spiża wara t-Torri ta’ Santa Marija f’Kemmuna, l-iskop tat-Torri ta’ San Tumas kien li jwaqqaf truppi milli jfittxu kenn fil-bajjiet qrib. Din il-fortifikazzjoni ngħatat L-innovazzjoni u l-bidla l-isem għal kappella li għall-aħjar fil-prodott kienet teżisti lokali għandha tkun l-ordni fil-post. Waqt żjara tal-ġurnata. Din għandha fuq il-post fejn għażla ta’ atqed isiru x-xogtkun il-mentalità li trid trazzjonijiet u ħlijiet mill-Mintmexxina ’l quddiem opportunitajiet istru għatkulturali madwar Turiżmu Clayton il-pajjiż kollu. Bartolo u s-Segretarju “L-innovazzjoni u Parlamentari għall-Fondi l-bidla għall-aħjar fil-proEwropej Chris Bonett, ingħad kif il-viżjoni għas-settur turistiku dott lokali għandha tkun l-ordgħall-10 snin li ġejjin tinkludi ħidma ni tal-ġurnata. Din għandha tkun kontinwa biex pajjiżna jkompli joffri il-mentalità li trid tmexxina ’l qud-
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.
Ritratt: OMAR CAMILLERI/DOI
Proġett b’investiment ta’ €3.2 miljun li se jkompli jsaħħaħ il-portafoll turistiku ta’ pajjiżna
diem biex Malta ssir ċentru ta’ eċċellenza turistika fil-Mediterran”, qal il-Ministru Bartolo, waqt li rringrazzja lill-MTA għall-impenn tagħha biex pajjiżna jibqa’ kompetittiv fid-dinja turistika. Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett qal li x-xogħol ta’ restawr fuq it-Torri ta’ San Tumas qiegħed isir b’investi-
ment ta’ €3.2 miljun, li minnhom €2.5 miljun huma fondi Ewropej mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Hu spjega li bl-għajnuna ta’ fondi Ewropej qegħdin isiru proġetti bħal dawn li jkomplu jsebbħu lil pajjiżna u kkonkluda billi qal li dan il-Mużew tal-Piraterija se jgħin biex ikompli jissaħħaħ il-valur turistiku f’Wied il-Għajn u fin-naħa t’isfel ta’ Malta.
18
22.05.2022
L-GĦAQDA TAL-MUDELLI FI F’pajjiżna għandna bosta dilettanti tal-mudelli: min jixtrihom lesti u min joħloqhom hu stess. Dawk li jgħaqqduhom huma stess, jagħtuhom il-kuluri li jixtiequ jew skont kif ikollhom indikat fl-istruzzjonijiet u erħilhom jitpaxxew kemm bil-mudell kif ukoll b’ħidmiethom. Għaqdiet bħal Association of Model Engineers, li minnhom hawn numru żgħir b’diversi membri, mhumiex minn dawk l-għaqdiet li jagħmlu l-qligħ, iżda l-iskop tagħhom hu li jilqgħu fi ħdanhom membri li jaqsmu l-passatempi flimkien, idaħħlu membri ġodda, fosthom tfal ukoll biex jgħaddulhom l-esperjenza tagħhom. Tkellimt mas-Sur Charles Mifsud, isSegretarju tal-AME f’Malta, li għaddielna ħafna informazzjoni dwar l-għaqda tagħhom li ġiet iffurmata fl-1983 minn grupp ta’ nies li jħaddnu d-delizzju tal-immudellar fi skala. Minn CHARLES B. SPITERI
Charles Mifsud spjega xi jfisser li jkollok mudell fi skala. Peress li jkun mudell, ikun jirrappreżenta l-oġġett reali iżda f ’qies imċekken sew. Illum wieħed jista’ jixtri mudell kompletament lest u kemm jagħmlu fuq l-ixkaffa, jew inkella jaħdmu u jibnih hu nnifsu. Ġeneralment il-passatemp tagħhom dawn id-dilettanti jikkonsisiti filli jixtru kit ta’ ajruplan, vapur jew ta’ mudell ieħor bl-istruzzjonijiet miegħu. Huma jistgħu jibnuh b’dak li jgħidulu out of the box, jiġifieri jibnuh skont l-istruzzjonijiet jew inkella skont ix-xewqa ta’ dak li jkun. Mifsud ta eżempju b’ajruplan Spitfire biex kulħadd jifhem. Meta wieħed jiġi biex jibni l-mudell minn kit li jkun fil-kaxxa u l-partijiet tal-mudell ikunu mwaħħlin ma’ frame tal-plastik, irid jiddeċiedi jagħmlux skont l-istruzzjonijiet li jkollu malmudell jew jagħmlux skont mudell partikulari. Inkomplu fuq l-eżempju tal-Ispitfire: wieħed jista’ jibnih fuq l-indikazzjonijiet tal-istruzzjonijiet fil-kaxxa jew fuq xi wieħed partikulari, pereżempju xi wieħed li tqabad f ’Malta matul l-aħħar gwerra dinjija. Fil-każ tat-tieni eżempju, trid issir ftit riċerka biex ikun deċiż liema kienu l-kuluri veri, ir-reġistrazzjoni (bħal tal-karozzi) u dettalji oħra. Ladarba jkun jaf dan kollu, jista’ jibda jibni billi jaqta’ l-biċċiet u jwaħħalhom flimkien. Juża wkoll żebgħa addattata biex jagħtih illewn u x-xejra ta’ dak li jkun qiegħed jipproduċi. Meta jlesti l-binja, jitwaħħlu d-decals, li huma speċi ta’ stickers apposta li juru kif kien il-mudell oriġinarjament. L-istess proċess jgħodd ukoll għall-mudelli ta’ vetturi jew
vapuri, militari jew le, u kull oġġett ieħor li wieħed jista’ jimmudella. Barra dawn li semmejna, jistgħu wkoll isiru mudelli fis-sezzjoni tal-figuri: dawn ikunu jirrappreżentaw xi persunaġġ famuż jew wieħed immaġinarju. Ir-reqqa li hemm bżonn fl-immudellar ta’ figura hi arti fiha nnifisha. Wieħed ukoll jista’ jagħmel figura ta’ ħlejqiet tal-fantaxjenza jew saħansitra ta’ annimali. L-iskala tal-mudelli Imbagħad hemm l-iskala, li hi r-relattività li biha tkun ċekkint l-oġġetti li qed tibni. Bħal meta wieħed jaqbad ngħidu aħna ajruplan u jċekknu biex jiġi żgħir. Pereżemp-
ju jekk il-mudell ikun skala ta’ 1:144 ikun ifisser li l-mudell se jkun bħal dak ta’ daqs veru, iżda mċekken b’144 darba. Skala 1:72 tfisser li l-mudell jirrappreżenta dak veru, iżda mċekken bi 72 darba. U hekk l-iskali l-oħra.
bri li mudell ta’ ajruplan jagħmluh huma mill-bidu sal-aħħar. Huma jkollhom il-pjanti u l-qisien u jagħmluh scratch-built, għax jibnuh mill-bidu nett mill-injam jew minn materjal ieħor. Wara jiżbgħuh u b’hekk l-ajruplan jew il-mudell ikun Charles għandu kollezzjoni ta’ kompletament lest. ajruplani tal-passiġġieri fuq skala ta’ 1:500. X’inhi d-dif- Mudelli lesti ferenza? Jekk wieħed jieħu ajruplan tal-AirMalta fuq ska- L-aħħar sett ta’ mudelli hu la 144, l-ajruplan se jkun ftit d-die-cast: meta wieħed jixtri inqas minn 30 ċentimetru. l-mudell lest. Dawn il-mudelL-istess ajruplan fuq skala ta’ li jkunu tal-metall għalkemm 500 ma jkunx twil aktar minn illum qegħdin jiġu miżjuda tmien ċentimetri. partijiet żgħar tal-plastik. Fis-sezzjoni tal-iskala 1:500 Il-bini ta’ mudell mhux biss Charles għandu l-ikpermezz ta’ kit bar kollezzjoni ta’ ajruplani f ’Malta, b’554 mudell. ImFl-għaqda AME nsibu mem- bagħad bħala mudelli oħra
magħmulin minn kits, għandu ’l fuq minn 800 ajruplan. Jekk iżda jżid il-mudelli l-oħra li għandu bħal tankijiet u vetturi militari, jaqbeż l-2,000 mudell! Dan hu passatemp li wieħed jista’ jintilef fih. Illum Charles għandu 69 sena u l-ewwel ajruplan li qatt xtara biex jibnih, kien meta kellu biss tmien snin. Dak iż-żmien ittip tal-mudell Airfix kien fuq skala ta’ 1:72, li meta jintrama jkun twil xi sitt pulzieri u kien jiswa 30ċ. Illum, għall-istess ajruplan, wieħed irid madwar €10 u għalhekk jidher ċar li dawn l-affarijiet għolew ġmielhom. Madankollu, l-interess hu kbir, tant li membri fl-AME biss insibu madwar 90, li fil-maġġoranza tagħhom jarmaw l-ajruplani.
19
22.05.2022
SKALA
Oħrajn jarmaw karozzi, vetturi militari u wkoll figuri ta’ persunaġġi magħrufin jew tal-cartoons bħal Asterix. Charles qalilna li dawn il-mudelli jkunu tabilħaqq sbieħ u t-tonalità tal-kuluri tal-wiċċ tkun tassew meraviljuża. Il-varjetà ta’ xogħol li tippreżenta din l-għaqda hi tassew vasta. Ferroviji Taqsima oħra importanti li nsibu fl-AME hija dik tal-ferroviji. Il-membri jibnu wkoll xeni fejn il-ferroviji jiġu jidhru bħal qishom għaddejjin tabilħaqq minn xi post. Semmieli, li wieħed mill-membri bena ferrovija bl-Istazzjon tal-Ħamrun. Dawn it-tip ta’ mudelli jiġbdu ħafna l-attenzjoni, speċjalment tat-tfal. Wirjiet Kull għaqda ttella’ l-wirjiet tagħha u qabel il-pandemija l-AME ħadu sehem f’wirja kollettiva taħt l-awspiċi ta’ Smart City, fejn is-sala kienet mimlija bl-esebiti. Meta jiġri hekk, kull għaqda jkollha żżomm ma’ limitu ta’ mudelli. Sa ftit snin ilu, l-AME kienet torganizza l-wirjiet tagħha fis-sala parrokkjali tan-Naxx-
ar u minkejja l-kobor tas-sala, il-mudelli varji kienu joħonquha. Lura għall-isem. Għaliex l-isem Association of Model Engineers u mhux Association of Modellers? L-arti tal-immudellar hi inġinerija fiha nnifisha. Li wieħed jibni mudell, bil-mod kif minn xejn jew minn partijiet differenti, wieħed jibni oġġett li jirrappreżenta xi ħaġa reali anki jekk fi skala, hu proċess mill-isbaħ. Iżda, kif diġà semmejna, hemm membri li jibnu wkoll il-magni mill-bidu nett. Numru minn dawn il-membri kienu jaħdmu t-Tarzna jew f’industriji privati fuq it-tornijiet u kienu joħolqu l-oġġetti. Jeżistu wkoll kits li huma rari ħafna, li bis-saħħa tagħhom wieħed jgħaqqad magna tal-metall bir-ram u bil-ħadid u jagħmilha taħdem. L-istess il-membri tal-AME, il-magna jibnuha huma stess; mhux bilfors riproduzzjoni ta’ magna li teżisti, għax ħafna drabi jiddisinjawha huma stess. Dawn il-magni jkunu finalment jaħdmu bil-petrol, bl-istim jew bl-ispirtu. Dawn l-inġiniera jkunu wkoll ivvintaw il-mudell huma stess. Is-sabiħ ta’ din it-taqsima hu l-ħolqien tal-oġġett, bħal speċi ta’ scratch built,
għax joħolqu kollox huma fuq it-torn. Ħidmiethom hi affaxxinanti għax waqt il-wirja, ħafna u ħafna nies, jieqfu f’din it-taqsima biex isiru jafu kif ġie maħdum kull esebit. Ilkoll naqblu li wieħed jieħu gost jara mudell mibni u lest, iżda li jkun taf li dak il-mudell xi ħadd xtrah biċċa biċċa f’kaxxa u bl-għajnuna tal-istruzzjonijiet għaqqdu fil-forma finali, hi ferm isbaħ.
jonijiet tal-pandemija, illimitawhom li ma jkunux aktar minn sitt persuni. Għalhekk lanqas kienu jistgħu jagħmlu laqgħa għall-membri kollha. Problema oħra li jaffaċċjaw hi meta mbagħad jiġu għall-ħlas tad-dawl u tal-ilma, minħabba li l-post/garaxx jitqisilhom bħala post kummerċjali, u l-kontijiet tal-provvista u l-meter jitħallsu b’rata ogħla. Riżultat ta’ dan tisparixxilhom parti kbira mill-ftit baġit Artiġjanat li jkollhom wara li jkunu organizzaw xi attivitajiet, li minnFl-AME wieħed isib ukoll hom, f’dawn is-sentejn, ma is-sezzjoni tal-artiġjanat. sar xejn. Niltaqgħu hawn ma’ membri femminili fejn waħda Għajnuna lit-tfal minnhom ħadmet il-vari talĠimgħa l-Kbira bin-knitting, Aspett ieħor mill-passatemp kif ukoll presepju magħmul tal-membri tal-AME jaf ikun minn materjal riċiklat, fost ta’ għajnuna lil dawk it-tfal ħafna oħrajn. u żgħażagħ li dan il-passaSfortunatament il-pan- temp jaf ineħħilhom ħafna demija tefgħet lill-membri mit-tensjoni li jkunu qegħdin ferm lura, iżda jekk Alla jrid iħabbtu wiċċhom magħha. dawn se jerġgħu jibdew jilt- Illum, sfortunatament, tfal aqgħu biex ikunu jistgħu jor- u żgħażagħ spiċċaw jagħmlu ganizzaw xi attivitajiet u lejn użu minn tagħmir elettroniku l-aħħar ta’ Ottubru jippruvaw għal-logħob u wkoll għall-isjerġgħu jorganizzaw il-wirja kola. B’hekk, fihom naqset li jmiss. Din id-darba mhix se ferm il-kreattività. Fi tfutkun in-Naxxar iżda għand- litu, Charles ma kellu xejn hom jiffinalizzaw dalwaqt minn dawn il-gadgets. Kien f’liema post ċentrali se tkun. ikollu jfittex l-informazzjoni Il-membri tal-AME jilt- mill-kotba u mhux mill-inaqgħu f’post, li bir-restrizz- ternet. La kellu l-pinzetti li
hawn illum u lanqas l-għażla ta’ bosta kuluri! Hu u min kien bħalu kienu jixtru biss żebgħa f’bott żgħir tad-ditta Brolac tal-10 soldi; kienu jiżbgħu biha u jgħattu d-dettalji kollha. Illum iż-żebgħa li m’għadhiex kollha ċomb, għax hi akrilika, (bl-ilma) tista’ tiġi applikata bil-pinzell jew bl-airbrush. Il-passatemp tal-bini tal-mudelli jgħin lit-tfal jidraw jużaw idejhom biex joħolqu u jgħaqqdu l-affarijiet flimkien bil-kolla, biex jiżbgħu b’mod li meta jikbru jibqgħu jmiddu jdejhom għal kulma jkollhom bżonn fid-dar u ’l quddiem fil-post tax-xogħol. Fuq kollox, minn tfal isiru adulti kreattivi, kapaċi u mimlijin ideat. Hi x-xewqa tal-AME li trawwem dawn il-passatempi wkoll fost il-ġenerazzjonijiet li telgħin. Tul is-sena, jistgħu jissieħbu fl-għaqda membri ġodda u jekk hawn xi qarrejja minnkom li jitħajru jissieħbu mal-Association of Model Engineers Malta, jibagħtu email fuq ameclub83@gmail. com jew ittra fl-indirizz AME 20, Triq l-Argotti, il-Furjana. Jibagħtu wkoll id-dettalji tagħhom, bħal indirizz, numru tal-mobile u età u tiġu kkuntattjati mill-membri tal-għaqda.
20
22.05.2022
IL-KARATTERISTIĊI LI JAGĦMLUNA MALTIN HUMA UNIĊI IL-MINISTRU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U GVERN LOKALI, OWEN BONNICI Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
Il-kultura Maltija hija tassew ixxurtjata li tinsab taħt idejn it-tmexxija tal-Ministru Owen Bonnici. Qed ngħid dan mhux biex nidher ħelu imma hija purament verità. Kelli l-opportunità naħdem fil-qrib mal-Ministru Bonnici mhux tant snin ilu, u naf sew kemm hu rett, ikkulturat u preċiż f ’xogħlu. Jitfa’ passjoni f ’dak li jagħmel u r-riżultat tal-ħidma tiegħu, jitkellem waħdu. Bħala bniedem li studjajt l-istorja u l-kultura Maltija u li nqishom bħala parti integrali minn ħajti, ma stajtx ma nifraħx li nara lill-Ministru Bonnici jsir Ministru tal-Kultura fost is-setturi l-oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu. Tkellimna dwar suġġetti interessanti. L-Onorevoli Dr Owen Bonnici u l-kultura imorru id f ’id. Inkun qed ngħid sew? Sew qed tgħid. L-imħabba li għandi lejn il-kultura hija kbira. Bħala wild raħal li tista’ tgħid miżgħud bit-tradizzjonijiet kulturali mill-isbaħ u residenti f ’ieħor ukoll miżgħud b’passjoni lejn il-kultura għalija dan hu settur kruċjali għal pajjiż aħjar. U anke l-ġenituri tiegħi minn dejjem ħassew l-importanza li jrawmu fija l-imħabba lejn il-kultura sa minn età żgħira. Malta u Għawdex, għalkemm huma gżejjer żgħar għandhom qalb kbira. Il-festi, pereżempju, huma xempju ta’ kemm il-Maltin għandhom qalbhom kbira u passjoni għal dak li jagħmel it-tradizzjoni u l-kultura Maltija. Dawn id-dilettanti, b’sens ta’ dover jiddedikaw ħafna u ħafna ħin biex jaraw li r-raħal tagħhom jibqa’ jissemma għal festa sabiħa. Fuq livell differenti minn dejjem kelli ammirazzjoni lejn in-niċċa ekonomika msejħa l-ekonomija kreattiva fejn nies jagħżlu li jagħmlu l-kultura l-post tax-xogħol tagħhom. Nammirahom immens u nemmen li bħala
fl-i fil u fl naz bi
Gvern għandna ħafna għal xiex inkunu kburin bil-ħidma ta’ kull min jikkontribwixxi f ’din l-ekonomija. Fiex jikkonsisti l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali?
Hu wkoll responsabbli biex nippromwovu l-ekonomija kreattiva u nkomplu nżidu x-xogħol u l-opportunitajiet f ’dan is-settur. Hemm ukoll komponent ieħor importanti li hu x-Xandir Pubbliku li hu kruċjali għad-demokrazija ta’ pajjiżna. Jekk tgħidli x’inhuma l-miri li tixtieq li l-Ministeru tagħna jwettaq, it-tweġiba li nagħti hi immedjata: li nsaħħu l-kwalità u l-esperjenza tal-prodott kulturali anke billi nsaħħu l-infrastruttura tagħha, li nkabbru l-udjenzi u li “nesportaw” iktar u iktar talent barra minn pajjiżna, ħalli b’hekk pajjiżna u ġensna jkomplu jikbru.
Ministeru vast u għal qalbi ħafna, fejn għandna varjetà ta’ entitajiet li jagħmlu xogħol imprezzabbli. Wara waqfa ta’ sentejn, pereżempju, issa għanda xelta ta’ attivitajiet varji li ġejjin u n-nies qed iħarsu lejn sajf mimli avvenimenti sbieħ. Dan il-Ministeru għandu rwol kruċjali fil-ħarsien u fl-iżvilupp tal-kultura nazzjonali, fil-protezzjoni tal-wirt kulturali u fl-interpretazzjoni tal-identità nazzjonali. Wasal il-Karnival Malti li
din is-sena qed isir f ’Mejju. X’hemm imħejji u kif għen il-Gvern biex tradizzjoni antika bħal din tissaħħaħ? Minħabba li dawn l-aħħar sentejn, kienu żminijiet li minħabba l-pandemija ma stajniex niċċelebraw il-Karnival bil-mod kif imdorrijin nagħmlu, fl-aħħar il-poplu Malti u Għawdxi jista’ jerġa’ jgawdi dan l-avveniment li hu tant għal qalb in-nies. Aktar kmieni din is-sena, sar programm ridott tal-Karnival ta’ Malta li inkluda esebizzjonijiet tal-kostumi u tal-fotografija, u interpretazzjoni tal-Qarċilla b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv, kif ukoll installazzjonijiet statiċi madwar il-Belt Valletta u f’diversi rħula. Dan il-pro-
gramm ġie maħsub apposta biex il-Karnival xorta waħda ġie ċċelebrat fil-parametri imposti mill-awtoritajiet tassaħħa f’dawk iż-żminijiet. Il-programm ta’ din l-edizzjoni jinkludi sfilata ta’ installazzjonijiet li kkompetew fi Frar flimkien mar-Re tal-Karnival u l-maskaruni, il-parata u kompetizzjonijiet taż-żfin ġewwa l-arena fi Pjazza San Ġorġ il-Belt. Is-Sibt filgħodu ser jirritorna l-Karnival tat-Tfal ġewwa l-arena u s-Sibt u l-Ħadd ser naraw il-Qarċilla mill-pinna ta’ Ċikku l-Poplu li ser issir quddiem il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt. Il-programm karnivalesk ser jinkludi wkoll ċelebrazzjonijiet tal-karnival f’diversi rħula madwar Malta, Karnival
21
22.05.2022
la nazzjon insaħħu u ntejbu l-ħajja fil-lokalitajiet. Dawn il-prinċipji jindirizzaw il-ħtiġijiet essenzjali fil-komunitajiet tagħna permezz ta’ qafas kollettiv għax aħna nemmnu li prinċipji bħal dawn huma importanti fl-iżvilupp ta’ pajjiżna u għandhom effett dirett fuq it-titjib tal-kwalità tal-ħajja tan-nies. L-isfidi f ’dan il-qasam huma l-prinċipji ta’ Governanza Demokratika tajba fil-livell lokali u li bħala Gvern Lokali nkunu aktar qrib il-komunità. Jien nemmen ħafna filħiliet tas-Segretarja Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli għal aktar ħidma sfiqa għall-komunitajiet Maltin u Għawdxin. M’għandix dubju li Alison se tagħmel id-differenza f ’dan is-settur. Kieku kellek tingħata mument biex tippromwovi lil Malta fl-isfera internazzjonali, x’tgħid dwarha? lill-Malti stess? X’jista’ jsir iżjed?
Ebda żjara f’Malta ma tkun kompluta jekk Dan il-Ministeru għandu wieħed ma jesperjenzax rwol kruċjali fil-ħarsien u il-kultura iżvilupp tal-kultura nazzjonali, u l-istorja inkredibbli l-protezzjoni tal-wirt kulturali li għandhom x’joffl-interpretazzjoni tal-identità fru l-Gżejjzzjonali. Hu wkoll responsabbli er tagħna. Il-mużewijiet iex nippromwovu l-ekonomija tagħna jmorru kreattiva u nkomplu nżidu lura għal ħafna u ħafna snin. x-xogħol u l-opportunitajiet Il-maġġoranza tal-mużewijiet f’dan is-settur jinsabu fil-Belt Valletta u jkopru affarijiet bħall-istorja naturali u l-arti, iżda madwar il-Gżejjer spon- tista’ ssib ukoll mużewijiet tanju f’Ħal Għaxaq u l-famuż oħrajn li għandhom il-karatBallu Tritoni b’kollaborazz- teristiċi uniċi tagħhom. Il-festi, il-mużewijiet joni mal-Valletta Cultural Agency, li ser isir tul it-tlett u l-bini storiku f’pajjiżna ijiem tal-Karnival fi Pjazza huma ġawhriet imprezzabbli għas-settur. Tritoni l-Belt. Hekk kif pajjiżna huwa Il-biljetti jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroni- miżgħud b’bini storiku li ku ta’ Festivals Malta, www. huwa l-għira ta’ ħafna, irridu festivals.mt/karnival, jew nżommu l-livell li nibqgħu mit-Tourist Information Of- fuq nett tal-lista rekwiżita fice li jinsab fi Pjazza Tritoni, mill-viżitaturi u t-turisti. Se nibqa’ impenjat bis-sħiħ li il-Belt Valletta. nara lil Malta tgawdi mill-aspetti u n-niċeċ kulturali Il-festi, il-mużewijiet u li kapaċi nisfruttaw bħala l-bini storiku f ’pajjiżna pajjiż sabiex nibqgħu nkunu huma suġġetti enormi filkobor ta’ ġmielhom u l-valur minn ta’ quddiem biex nimbuttaw l-ekonomija Maltija li għandhom. Qegħdin permezz ta’ aktar tkattir ta’ nużawhom biżżejjed biex ġid ekonomiku. nuruhom lit-turist u anke
Nifhem ix-xogħol iebes u d-dedikazzjoni tal-artisti li jqattgħu sigħat twal, biex iżommu l-kultura tagħna ħajja u permezz ta’ skemi li qed joħorġu u grazzi għallArts Council se nkunu qed nassistuhom fil-prattika. Sena wara sena, qed ninnotaw li l-proġetti sottomessi għall-għajnuna finanzjarja qed ikunu dejjem iktar avventurużi u kuraġġużi filwaqt li jesploraw attivitajiet ġodda u din hi xi ħaġa li tawgura tajjeb għas-settur. Xi prospetti hemm ġodda li jistgħu anke jkunu innovattivi fil-qasam kulturali ta’ pajjiżna? Il-Partit Laburista ressaq quddiem il-poplu 1,000 proposta li issa, ladarba ġew approvati mill-elettorat issa se jitwettqu. Fost dawn l-1,000 proposta hemm għadd ta’ proposti marbuta mas-settur kulturali li huma ambizzjużi u fl-istess waqt sbieħ immens u li kommessi li nwettquhom. Dawn imissu setturi varji bħall-infrastruttura kulturali, għajnuniet għall-artisti, skemi edukattivi biex inħajru iktar tfal jersqu lejn il-kultura u tant u tant innovazzjonijiet oħra. Jien m’għandix dubju li hekk kif jgħaddu dawn ilħames snin se nħarsu lura u ngħidu: kemm sar xogħol u kemm twettaq xogħol favur pajjiżna! Kemm sar iżjed importanti
maż-żmien il-wirt kulturali ta’ pajjiżna? Temmen li l-poplu japprezzah biżżejjed? Nistgħu, bi kburija, ngħidu li l-gżejjer tagħna huma mogħnija b’wirt kulturali imprezzabbli li hu apprezzat mill-pubbliku, kif ukoll imfittex minn ħafna turisti. Pajjiżna tant hu rikk fil-patrimonju kulturali li verament għandna biex inkunu kburin. Il-poplu Malti u Għawdxi għandu jkun kburi b’dan u japprezza dan il-wirt bissħiħ. Meta wieħed imur f ’pajjiżi ’l barra minn xtutna jifhem aktar l-importanza u l-kobor li Malta għandha x’toffri minn kull aspett kulturali. Għandna diversi karatteristiċi uniċi li jagħmluna Maltin u hu d-dover tagħna li nivvalorizzawhom. X’nifhmu meta ngħidu Gvern Lokali? X’inhuma l-isfidi f ’dan il-qasam? Il-wirt kulturali huwa espressjoni tal-modi ta’ għajxien żviluppati minn komunità u mgħoddija minn ġenerazzjoni għal oħra. Kull lokalità għandha l-wirt kulturali tagħha stess li jitgawda mill-komunità. Il-Kunsilli Lokali għandhom irwol importanti fil-priservazzjoni u fl-għoti ta’ informazzjoni dwar il-wirt kulturali tal-lokalità. Gvern Lokali jħaddan l-istess prinċipji li bħa-
Il-karatteristiċi li jagħmluna Maltin huma uniċi, affarijiet inspjegabbli li jagħmluna kburin li aħna Maltin. Il-wirt storiku u intanġibbli f’Malta huwa xi ħaġa ta’ valur enormi għal pajjiżna u għandna biex inkunu kburin għax aħna fost l-aqwa fid-dinja b’dan kollu. Din is-sena nedejt il-Padiljun Malti matul id-59 Wirja Internazzjonali tal-Arti “La Biennale di Venezia”, liema Padiljun ġie kkummissjonat mill-Kunsill Malti għall-Arti. Fil-Padiljun Malti ġiet esebita installazzjoni bl-isem ta’ “Diplomazija Astuta”, liema installazzjoni ntlaqgħet tajjeb ferm min-nies li żaru l-Biennale ta’ din is-sena f’Venezja. Avvenimenti bħal dawn juru kemm it-talent lokali qed ikun aċċessibbili anke għal udjenza internazzjonali. L-arti tagħna u r-rakkonti li jintisġu minnha qed ikunu mifruxa b’mod akbar. Illum l-artisti f’pajjiżna għandhom ukoll l-opportunità li jagħmlu karriera permezz tat-talenti tagħhom, u hu importanti li noħolqu esperjenzi uniċi li permezz tagħhom inlaqqgħu artisti Maltin ma’ dawk internazzjonali. B’hekk, inkunu qed nikkultivaw it-talent u noffru pjattaforma iżjed mifruxa. Artisti minn madwar id-dinja jingħaqdu flimkien biex jaqsmu l-ideat tagħhom, fejn qed jiġu ispirati kapulavuri kbar. Il-ħidma u l-investiment tal-Gvern fis-setturi tal-arti u l-kultura qegħdin joħolqu legat dejjiemi.
22
22.05.2022
NAKITA ATTARD VASSALLO
TGĦIN ELUF TA’ OMMIJIET OĦRA JEGĦLBU L-ISTRESS
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Fil-ħajja qatt mhu tard, speċjalment sabiex wieħed jirnexxi jew jippjana ħajtu b’mod aktar għaqli. Fil-fatt, sirt naf b’mara li bħala persuna tħaddan diversi rwoli differenti fil-ħajja – omm, mara miżżewġa, omm li taħdem, bloger u awtriċi ta’ ktieb. Sħabha u dawk li jafuha kienu jiġu jfittxuha għal pariri ta’ kif tlaħħaq ma’ dak kollu li tagħmel. Qed nirreferi għal Nakita Attard Vassallo. Għandha 35 sena u tgħix l-Imġarr mal-familja tagħha - ir-raġel u żewġt itfal. Fil-ħin liberu tagħha tħobb taqra, tgawdi n-natura, tara xi serje, jew tara x’tivvinta biex torganizza d-dar aħjar jew issebbaħha xi ftit ieħor. Tħobb ħafna tqatta’ ħin tgawdi d-dar, u l-familja, kif ukoll tagħmel memorji ma’ sħabha. Hija persuna avventuruża u tħobb is-safar — l-iktar biex tgawdi kulturi differenti speċjalment fejn jidħol l-ikel, kif ukoll attivitajiet bħal camping, ziplining, u hiking. Tqisha bħala persuna ġenwina u leali, pjuttost kunfidenti u dixxiplinata. Għalkemm ħafna jaħsbuha li hija estroverta, hija kemxejn introverta. Avolja tieħu
gost tkun man-nies u jkollha kumpanija tħobb tqatta’ ħin waħedha u tħoss li dan il-ħin jagħtiha ċerta enerġija. Issostni li fil-ħajja ta’ kuljum l-ewwel għandha tiġi l-omm għax trid tieħu ħsieb tagħha nnifisha l-ewwel biex tieħu ħsieb ħaddieħor. B’hekk staqsejtha kif jirnexxilha tlaħħaq ma’ dan kollu fil-ħajja ta’ kuljum. “Prijoritajiet. Kemm hu faċli ngħidu iva għal kollox, però huwa impossibbli li nwettqu kull ħaġa li taqa’ f’ħoġorna. Tajjeb li niftakru li kull darba li ngħidu iva għal xi ħaġa qegħdin ngħidu le għal xi ħaġa oħra. Illum, grazzi għat-teknoloġija u servizzi li qabel ma kinux jeżistu, nistgħu nagħmlu iktar f’inqas ħin. Ma nistax ma nsemmix l-importanza li niddelegaw, speċjalment fid-dar, mal-membri tal-familja tagħna,” wieġbet Nakita. Għallmet lilha nnifisha kif tissimplifika u torganizza ħajjitha Tajjeb li nsemmi, li fil-passat Nakita kienet persuna stressjata u mhux kuntenta, u llum il-ġurnata qed tgħin eluf ta’ ommijiet oħra jegħlbu dan
kollu. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar. “Tgħallimt mill-iżbalji tiegħi stess. Kif għedt sewwa inti, f’ħajja oħra kont stressjata (kronikament), u l-ħajja ma kienet tagħtini l-ebda sodisfazzjon. Sirt omm żgħira, ta’ 19-il sena, u bl-ebda mod ma kont preparata għad-domandi talħajja. Kont diżorganizzata u dan ma kien jgħin xejn. Jiena u r-raġel konna nħossuna qisna qegħdin f’tellieqa li qatt ma stajna nirbħu, waħda li terġa’ tibda kull filgħodu però kuljum issir iktar ta’ piż. Biex ma ntawwalx, f’punt minnhom tkellimna għall-fatt li għedna ‘imma żgur hawn mod aħjar kif nistgħu nagħmlu dan kollu.’ Fuq numru ta’ snin, għallimt lili nnifsi kif nissimplifika u norganizza ħajti biex sa fl-aħħar, bdejt ngħix ħajja b’ferm anqas stress u fejn stajt inkun preżenti mal-familja għal ħajja li tagħtini sodisfazzjon u ferħ. Nakita ssostni li fil-ħajja kemm jista’ jkun irridu nnaqqsu kull stress żejjed, u niffukaw kif ser ngħaddu l-ħin fil-pożittiv, u aktar minn kollox li niddedikaw ħin għall-familja u għalina
nfusna. Il-ħajja ta’ ħadd mhi perfetta. Biex tapprezza s-sabiħ irid ikun hemm ukoll l-ikrah u l-mumenti diffiċli. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar. “Għalkemm kollha kemm aħna żgur nixtiequ li ma ngħaddux minn mumenti diffiċli u ta’ swied il-qalb, iktar kemm nikber iktar nirrealizza li l-‘iżbalji’ li għamilt, u l-aktar mumenti ta’ toqol kienu dawk li l-aktar għallmuni u għenuni nikber bħala persuna. Ħajti żgur kienet tieħu xeħta differenti kieku m’għaddejtx minn kulma għaddejt minnu. Naħseb li din il-perspettiva tista’ tkun ta’ għajnuna għal ħafna,” stqarret miegħi. Bħala persuna, Nakita tħobb taqra kuljum. Minn dejjem kellha x-xewqa li tikteb, sa minn meta kienet żgħira, u l-ħolma tagħha li tikteb ktieb saret realtà. L-ewwel pubblikazzjoni tagħha hija The Mama Manual. Fittxet li tikteb fuq xi ħaġa li tħobb titkellem dwarha time management. Fil-fatt, il-ktieb tagħha The Mama Manual: How busy mums get organised kitbitu wara li rnexxielha tegħleb id-diffikultajiet relatati ma’ time
management u organizzazzjoni fil-ħajja u d-dar tagħha. “Xtaqt nilħaq ommijiet oħra li kienu qed jiffaċċjaw l-istess problemi li għaddejt minnhom jiena biex nispirahom u ngħinhom itejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ kuljum. Ilktieb ippubblikajtu jiena stess b’għajnuna ta’ tim żgħir għall-editing u għad-disinn, u jinbiegħ fuq is-sit tiegħi, fil-ħwienet tal-kotba ewlenin, kif ukoll fuq Amazon. Intlaqat tajjeb ferm u nbiegħu mijiet fl-ewwel ġimgħa meta ħareġ. Għamel xi ġimgħat fit-top 50 f’time management fuq Amazon ukoll,” qaltli b’ċertu sodisfazzjon. Nakita ssostni li t-tir talktieb hu kif l-omm tgħix il-ħajja, mhux kif tlaħħaq mal-ħajja. Il-ħajja ta’ ħadd mhi perfetta. Biex tapprezza s-sabiħ irid ikun hemm ukoll l-ikrah u l-mumenti diffiċli. Diversi ommijiet saru jsegwu l-bloggs tagħha Ftit żmien ilu, bdiet ukoll blogg fuq il-midja soċjali. Ħafna huma dawk l-ommijiet li saru jsegwu l-bloggs tagħha u xtraw il-ktieb biex ikollhom time management aħ-
08.11.2020 22.05.2022
23
SKEDA ONE 06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:00
ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Kalamita ONE News Popcorn Primetime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy Pjazza
19:20 19:30 20:10 20:35 22:20 23:00 23:30
ONE Sports & Temp ONE News Primetime Liquorish Music Legends Popcorn ONE News
06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 Ħabrikt 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:33 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Ieqaf 20 Minuta 10:00 Espresso
12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 16:00 16:25 16:55
ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Kalamita ONE News What’s Cooking Primetime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari fid-dettall
17:30 18:30 19:20 19:30 20:10 20:30 21:10 22:15 22:50 23:30
Dak li Jgħodd Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Reboot Flip the Venue Il-Willy The Local Traveller ONE News
06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:00
12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:40 16:05 16:20 17:20 18:00
ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Kalamita ONE News Żona Sport Primetime Preview Pink Panther Imqades l-Istorja What’s Cooking
18:30 19:20 19:30 20:10 20:30 21:10 22:30 23:30
ERBGĦA Pjazza 25-05 ONE Sports & Temp ONE News Primetime The Local Traveller Cash Ride Flip the venue ONE News
06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 What’s Cooking 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Ieqaf 20 Minuta 10:00 Espresso
12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 16:05 16:26 17:00
ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Kalamita ONE News Mill-Chcina ta’ Dari fid-dettall Primetime Preview Popcorn Żona Sport
17:30 18:30 19:20 19:30 20:10 20:40 21:40 22:50 23:30
Mhux kemm taf Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Ibgħathieli bil-posta Eko Djar Reboot ONE News
06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:00
12:30 12:35 12:50 15:30 15:35 15:55 16:00 16:20 16:50 17:30
ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview What’s Cooking Music Legends Indhouse
18:15 19:18 19:30 20:10 20:30 22:30 23:00 23:30
Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Brillanti Popcorn Żona Sport One News
06:30 ONE News 06:45 Music Legends 07:25 Reboot 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:33 Better Living 09:30 Żona Sport 10:05 The Local Traveller 10:35 Dak li Jgħodd 11:35 What’s Cooking
12:00 12:30 12:35 13:10 14:15 15:30 15:35 16:00 16:25
Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Mhux Kemm Taf ONE News Liquorish Omnibus Ħabrikt Flimkien ma’ Nancy
17:25 18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:30 23:30
Sabiħa l-Ħajja Pink Panther Ondroad ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News
06:30 06:45 07:12 07:43 08:00 08:40 10:00 10:30 12:30
12:40 13:15 15:30 15:35 16:00 16:35 17:05 18:15 19:25
Telebejgħ Arani Issa ONE News Arani Issa What’s Cooking Music Legends Imqades l-Istorja Eko Djar One Sport & Temp
19:30 20:10
ONE News Ieqaf 20 Minuta Willy Brillanti ONE News
TLIETA 24-05
ONE News Liquorish Popcorn ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Ieqaf 20 Minuta Espresso
ĦAMIS 26-05
jar.” Hemm irġiel li xtrawh u qrawh ukoll. Fil-fatt, il-blogg tagħha jismu ‘The Mama Manual’. “Darba fil-ġimgħa nippubblika post li tiffoka fuq suġġetti differenti, pereżempju, meal planning, batch cooking, tips biex tkun produttiv, modi kif tissimplifika, organizzazzjoni eċċ. Hemm sezzjoni mimlija riżorsi b’xejn fejn wieħed jista’ jkollu gwida għal affarijiet varji. Biex nagħti eżempju, l-iktar popolari huma ‘100 simple recipes’, ‘Clear the clutter - a 12 month plan’, ‘My step-by-step guide to organising your closet’, u ‘7 day meal plan schedule’.” Barra dan kollu, dan l-aħħar ħolqot ukoll kunċett li jinvolvi preparamenti ta’ dinner speċjali. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar. “Attwalment dan huwa t-tielet prodott diġitali li ser inkun ħloqt. L-ewwel prodott hu online course jismu ‘Dinner in a Flash’, fejn ngħallem is-sistema li nuża biex wieħed iqatta’ inqas ħin fil-kċina u iktar ħin mal-familja. Warajh ħriġt online course ieħor - ‘Slow Cooking & Fast Batching: How to get perfect slow cooker results, and prep 4 delicious family meals in a maximum of 45 minutes’.
Il-prodott il-ġdid jismu ‘The Dinner Plan’. Dan ġie ddisinjat għal dawk l-ommijiet li ġieli pruvaw jagħmlu meal plan, u ma rnexxilhomx, jew inkella ma jistgħux ilaħħqu ġimgħa wara ġimgħa. ‘The Dinner Plan’ huwa meal plan subscription membership li huwa faċli u sempliċi - fejn jingħata lilek kullma għandek bżonn biex issajjar f’ħin effettiv: meal plans, riċetti, għajnuna b’batch cooking u meal prepping, listi tax-xiri, gwida ta’ meal prepping, kif ukoll support ġo Facebook group. Bħalissa l-bibien huma magħluqin, għaliex niftħuhom għal membri ġodda kull ftit xhur u nieħu l-ħin naħdem magħhom sabiex nara li qed jagħmlu suċċess. Però sa ftit ġimgħat oħra nerġgħu nilqgħu membri ġodda”. Fl-aħħar nett, Nakita ħalliet messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Naħseb li l-iktar ħaġa li tgħinni nkun produttiva hija pjan. M’hemmx bżonn ikun elaborat, imma l-fatt li tkun għamilt pjan bilgħaqal jgħinek tibqa’ konxju tal-prijoritajiet tal-ġurnata u ma tinħeliex fuq affarijiet li mhumiex daqstant importanti”.
TNEJN 23-05
12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 16:00 16:25 17:30 18:30
ONE News Liquorish Niftakru ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Ieqaf 20 Minuta Espresso
ONE News Liquorish Żona Sport ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Ieqaf 20 Minuta Espresso
SIBT 28-05
ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Il-Quddiesa tal-jum Paperscan Ieqaf 20 Minuta Flip the Venue ONE News
20:35 21:15 23:30
ĠIMGĦA 27-05
ĦADD 29-05
24
22.05.2022
reċensjoni tal-ktieb
IL-GŻIRA TAX-XITAN U STEJJER OĦRA L-isem proprju tal-gżira Kubana ta’ żmien Fidel Castro huwa Inagua, imma kulħadd kien jafha bħala l-Gżira tax-Xitan għax fiha kienu jiġu eżiljati l-agħar nies li wettqu delitti kbar. Niltaqgħu ma’ Juan Carlos, raġel millagħar li wettaq kull xorta ta’ affarijiet ħżiena: serq, stupri u anke delitti kbar u talwaħx. Kien kap ta’ għaqda tal-agħar briganti li wieħed jista’ jimmaġina. Ma jibża’ u jiddejjaq minn ħadd u minn xejn. Mibegħda kbira biss kellu f’qalbu, kemm għan-nies
ta’ madwaru, u wisq aktar għall-membri tal-Ġustizzja. Kif jispiċċa dan Juan Carlos u l-familja tiegħu wara daqstant ħruxijiet li kien wettaq? Minn xiex kellu jgħaddi dan il-bniedem bla ebda skrupli? U b’liema mod tidħol f’dan ir-rakkont il-gżira ċkejkna ta’ Malta li hi wisq imbiegħda minn Kuba? Dan ir-rakkont, flimkien ma’ stejjer oħrajn tassew interessanti, iħallu lill-qarrej fuq ix-xwiek mill-bidu sal-aħħar.
Mistoqsija: X’kien l-isem proprju tal-gżira Kubana magħrufa bħala l-Gżira tax-Xitan? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IL-GŻIRA TAX-XITAN U STEJJER OĦRA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 29 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb GODFREY PIROTTA: IL-POLITIKA TA’ ĦAJTI hija:
ANNA MIFSUD - MOSTA
02 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm-il persuna żaret il-Biblijoteka Nazzjonali s-sena li għaddiet?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
22.05.2022
‘THE MOORHOUSE MURDERS’ Il-koppja David u Catherine Birnie joqtlu erba’ nisa f’darhom
L-EWWEL PARTI
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
David John Birnie u Catherine Margaret Birnie kienu koppja Awstraljana li flimkien qatlu erba’ tfajliet u pruvaw joqtlu l-ħames waħda iżda din irnexxielha ssalva billi ħarbet. Il-koppja wettqet id-delitne er ti fid-dar tagħha li kienet Bi tinsab fi Triq Moorhouse. Kien minħabba f ’hekk li d-delitti bdew jiġu msejħa bħala ‘The Moorhouse Murders’ fuq l-aħbarijiet. Da vi d
Id-dar fejn il-koppja Birnie ħadu lill-vittmi tagħhom
Min kien David Birnie
n
C
m
a’
miss
ierha
David John Birnie twieled fis-16 ta’ Frar tal1951 u flimkien ma’ ħutu trabba f ’Wattle Grove, li hu subborg ta’ Perth, fl-Awstralja. Il-ġenituri tiegħu ma kinux ta’ eżempju tajjeb għalih u għal ħutu u l-familja kienet magħrufa mal-ġirien għal diversi raġunijiet. L-omm kellha mġiba ħażina u kienet ta’ spiss tidgħi filwaqt li l-missier tar meta beda kien stramb. Il-ġenjfittex il-porituri kienu t-tnejn nografija. iħobbu l-qatra u qatt Meta kellu ma sajru ikel għal at ftit iktar minn uliedhom u lanqas qatt e he ki 20 sena, Birnie rin ma kielu flimkien bħala m i e Birnie fl żżewweġ lill-ewwel familja. Kien hemm għajdut mara tiegħu u flimukoll li l-membri tal-familja kien kellhom tifla. Lejn kien ikollhom x’jaqsmu sesswalment, li jaf veru kien il-każ bejn Da- nofs is-snin 80, Birnie reġa’ kellu kuntatt ma’ Catherine u flimkien vid u ħuh. Il-familja Birnie marret toqgħod bdew ifasslu pjan kif ħa jwettqu f ’subborg ieħor f ’Perth fis-snin 60. l-fantasiji sesswali tagħhom li kienu Hawnhekk, David iltaqa’ ma’ Cath- jinvolvu stupri u qtil. erine Harrison u bdew joħorġu flimkien meta kellhom 14-il sena. Min kienet Catherine Birnie Minħabba li t-tnejn kienu żgħażagħ imħarbtin, huma ġew arrestati Catherine Margaret Harrison twielkemm-il darba u saħansitra weħlu det fit-23 ta’ Mejju tal-1951. Hi tilfet sentenza ta’ ħabs. Matul l-iskontar lil ommha meta kellha biss sentejn ta’ dawn is-sentenzi, David u Cath- waqt it-twelid ta’ ħuha u missierha erine ma kellhomx kuntatt ma’ xulx- bagħatha tgħix man-nanniet tagħha. in u mbagħad reġgħu sabu lil xulxin Meta għalqet 10 snin, Catherine reġgħet marret tgħix ma’ missierha lejn nofs is-snin 80. David Birnie telaq mill-iskola u wissieha kemm-il darba biex taqta’ 15-il sena u beda jaħdem f ’kor- ta’ l-kuntatt ma’ Birnie. Catherine sa tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Sar ma kinitx tisma’ minn missierha u magħruf li waqt li kien jaħdem spiċċat xellfet difrejha mal-pulizija hemm, Birnie kien isawwat iż- diversi drabi sa ma fl-aħħar ġiet arżwiemel. Apparti minn hekk, Birnie restata u weħlet il-ħabs. Hekk kif ħarġet mill-ħabs, hi ġiet qabad vizzju li joqgħod jikxef l-organu sesswali tiegħu quddiem in- imħeġġa biex taħdem għall-familnies u beda saħansitra jfittex vittmi ja McLaughlin u hi aċċettat. Cathgħall-pjaċiri sesswali. Darba minn- erine spiċċat biex iżżewġet wieħed hom, Birnie daħal fil-kamra ta’ waħ- mill-membri tal-familja, Donald da anzjana għarwien u mgħammad, McLaughlin. Flimkien huma kellu prova jistupraha. Dan l-aġir was- hom sebat itfal iżda l-kbir miet waqt sal għat-tkeċċija tiegħu mix-xogħol. it-tfulija wara li tajritu karozza. FlHekk kif kompla jikber, ix-xewqat 1985, Catherine telqet lil żewġha u sesswali tiegħu gravaw, iktar u ik- lil uliedha u marret tgħix ma’ David.
Minkejja li ma żżewġux b’mod legali, Catherine xorta bidlet kunjomha għal Birnie. Il-koppja Birnie kienet perikoluża u fi żmien ħames ġimgħat ħatfet ħames nisa fejn erbgħa minnhom spiċċaw maqtula. Huma nqabdu bissaħħa tal-ħames vittma li rnexxielha taħrab l-għada mill-ħtif. Il-Vittmi L-ewwel vittma tal-koppja kienet Mary Neilson ta’ 22 sena. David kien tefa’ avviż fuq gazzetta lokali fejn qal li qed ibigħ tajers tal-karozzi bl-irħis. Neilson rat l-avviż u fis-6 ta’ Ottubru tal-1986, marret għand Birnie biex tixtrihom iżda minflok spiċċat marbuta mas-sodda. David stupraha filwaqt li Catherine qagħdet tara. Wara, David u Catherine ħaduha f ’foresta f ’Gleneagle fejn reġgħet ġiet stuprata, fgata u ngħatat daqqiet b’sikkina. Huma ħaffru qabar baxx u difnuha hemm. Ħmistax wara mill-qtil ta’ Neilson, il-koppja ħatfet lil Susannah Candy ta’ 16-il sena. Candy bdiet titlob għal rikba biex tmur lura d-dar iżda minflok spiċċat fid-dar tal-koppja Birnie. Hi spiċċat marbuta mas-sodda u ġiet stuprata. Wara li David stupraha, Catherine ngħaqdet miegħu u abbużawha flimkien għal diversi ġranet. Hekk kif iddeċidew li riedu jeħilsu minnha, David prova jifgaha iżda Candy bdiet tagħti kemm tiflaħ. Kien għalhekk li bellgħulha għadd ta’ pilloli tal-irqad u stennew sakemm
L-ewwel vittma Mary Neilson
It-tieni vittma Susannah Candy ħadmu. Wara, David qal lil Catherine biex tifgaha ħalli turih kemm vera tħobbu u din obdietu anke għax bdiet tgħir għal Candy. Il-koppja Birnie difnet lil Candy ftit ’il bogħod mill-ewwel vittma, Mary Neilson.
TKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA
26
22.05.2022
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
22.05.2022
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 435
JOAN BONNICI - ĦAŻ ŻABBAR
MIMDUDIN: 9. 1. Il-frott tas-siġar 10. tal-palm (5) 12. 4. Kompli l-qawl: 16. Għalija... imdawwar 18,21M. qagħaq (4) 7. Ara 2 19. Bi 3 NUMRI 096 163 172 307 310 315 373 420 590 664 741 798 841 851
909 B’4 NUMRI 0012 0721 0772 1198 1868 1909 1965 2217 2542 2785 2979 3831
4194 4287 4554 4897 5262 5288 5332 5414 6114 6769 6893 7210 7381 8144 8597
8664 8859 9094 9102 9448 9578 9947 B’5 NUMRI 01217 08006 09065 14638 17303 22456
22614 26821 30035 38763 43156 52372 60003 60102 68377 69093 77201 80451 89080 89223 91351
B’6 NUMRI 000230 028128 060131 105557 333903 402511 516910 661789 674735 707412 780346 794674
WEQFIN: 1. Viżitatur (6) 2,7. Jista’ jkun tal-ħajt (5) 3,17. Player tal-futbol Belġjan (6) 5,21W. Riħ qawwi (6)
6. 8. 11,22. 12,19. 13.
Aħmar Ingliż (3) 20. Sport (6) 21. Karettun? (6) 23. Għandha l-għerf (3) It-tren ikollu 24. diversi bħalu (5) Ara 12W Gidba Ingliża (3) Waqt il-pandemija 14. kulħadd kien qisu dawn (9) 15. Għoxrin Taljani 17. Challenge (5) 21. Robert Valletta 22.
Qabżet ix-xifer (5) Ara 18 Qbid tal-għasafar (4) Laqgħa reliġjuża fuq diversi ġranet? (5) Agius (1,1,1) Bdiet tinten ħafna (6) Naddaf (6) Ara 3 Ara 5 Ara 11
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Toroq, 4.Żbib, 7.23.Espost, 9,22. Rassas, 10.Taljan, 12.Patata, 16.NPA, 19.Rat, 21.Ass, 24.Nsibu
WEQFIN: 1.Tursin, 2,3.Resqet, 5,11.Bejta, 6,18. Ben Ur, 8.Samaritan, 12,20.Partiti, 13.Tut, 14.Aringi, 15.Studju, 17.Pas, 21.App
28
22.05.2022
M’HEMMX PARAGUNI Editorjal
llum il-Partit Laburista qed jitqies iżjed bħala l-partit nazzjonali, għax kull ħin u kull mument iġib l-interessi nazzjonali l-ewwel u qabel kollox. Il-PN irriduċa lilu nnifsu f’partit reġjonali u wara li ħalla anarkija sħiħa fi ħdanu, qed jistenna li jġib xi tip ta’ dixxiplina
Għal bniedem, bħall-Kap Nazzjonalista, li ma jkollux l-istoffa li jippretendi li għandu jew jittanta jwettaq missjonijiet li, bla dubju, mhumiex ħobż għal snienu, hemm dejjem destin wieħed jistennieh – il-falliment. U għax il-poplu mhuwiex xi ċuċ (bil-maqlub kif kien jemmen GonziPN), li fl-aħħar elezzjoni ġenerali vvota bi ħġaru lill-Partit Laburista, immexxi minn Robert Abela. Iżda apparti li f’Marzu li għadda lil dan tal-aħħar tah l-akbar maġġoranza fl-istorja, l-elettorat wera wkoll biċċar li lanqas biss joħlom li jafda l-ġejjieni tiegħu f’idejn prużuntuż li llum inzerta qed imexxi l-Partit Nazzjonalista. Għal Grech u anke għall-PN tiegħu din ma kinitx sempliċiment telfa elettorali, imma rifjut popolari lil politiku u partit medjokri, li llum jgħidu ħaġa u l-għada jgħidu oħra li hi kompletament bil-kontra. Ilkoll intbaħna bil-kapaċitajiet (jew in-nuqqas tagħhom) fi Grech sa minn dakinhar bħal dan iż-żmien 11-il sena ilu li dan intriga biex ikun wieħed
mill-kapurjuni fil-front kontra l-liġi tad-divorzju. Min jifli sew l-aġir ta’ Grech anke meta jitkellem, jinduna li dan il-povru assolutament ma jridx jitlaq minn fuq il-palk li għażel li jitla’ fuqu, anke jekk jiġi ssuttat b’mod kostanti mill-ġudikanti tiegħu quddiem kulħadd. Kif qed jindikaw minn ħdanu stess, Grech iżjed moħħu biex jibqa’ jgawdi l-pożizzjoni li poġġewh fiha, waqt li qed jiġi jaqa’ u jqum mill-konseg wenzi kollha. Issa li, bilkemm stejqer mir-riżultat ta’ Marzu, l-ewwel li ħaseb mhux fis-sitwaz zjoni ddisprata tal-Partit li ġej mit-tielet telfa infila, waħda agħar minn ta’ qabilha. Qed jaħseb biss kif se jiżgura li jibqa’ fil-kariga u jgawdi mis-salarju u l-perkaċċi, flimkien mal-importanza li ma immaġinax li setgħet taqa’ f’ħoġru xi darba. U għal dan il-għan, kompla jgħaddas lill-PN f’iżjed miżerja. Minbarra hekk, iżda, kull meta jiftaħ ħalqu l-poplu qed jispiċċa jisma’ l-istess diska partiġjana, xhieda li għalih
jeżisti biss il-Partit li minn żejżietu ma jridx jinfatam. Pereżempju meta fl-aħħar jiem il-President tal-Ukrajna indirizza l-Parlament Malti b’mod virtwali, il-fissazzjoni ta’ Grech, li għalih jeżisti biss il-PN u mhux il-pajjiż, għaġġ bet mhux biss lilna. Konvinti wkoll li l-intervent tiegħu ħawwad anke lill-istess Volodymyr Zelenskyy. Is-solidarjetà mal-poplu Ukren, il-Kap tal-Oppożizzjo ni kien jaf biss jesprimiha billi japprofitta ruħu millokkażjoni u minn diskors, li suppost kellu jkun nazzjonali, ħoloq litteralment reklam għall-PN. Lill-President Ukren u anke lid-dinja ġie jirrakkontalhom l-istorja tal-PN fil-qosor u qagħad isemmi x’għamlu l-Eks Kapijiet Ġorġ Borg Olivier u Eddie Fenech Adami, anke jekk dawn żgur ma kienx jinteressahom fiċ-ċirkostanzi. Għalhekk ħadd ma jlumna li nqabblu dan mad-diskors meqjus u prudenti tal-Prim Ministru Robert Abela, li kien minsuġ f’lingwaġġ diploma tiku fin u mimli kollu kuraġġ
u tama. Diskors ta’ statista ta’ livell għoli, li jagħżel kliemu fil-kwadru nazzjonali u mhux f’dak partiġjan. Kull mexxej kbir li ħalla timbru fuq żminijietu, dej jem fittex u għażel it-triq tal-għaqda u mhux dik tal-firda, għażel it-triq tal-imħabba u mhux tal-mibegħda, it-triq tat-tama u mhux tad-disprament, flimkien ma’ dak kollu li jaqbel lil poplu sħiħ u mhux lil xi rokna partikolari partiġjana. Mhux ta’ b’xejn, għalhekk, li llum il-Partit Laburista qed jitqies iżjed bħala l-partit nazzjonali. Iżjed milli s-saħħa li jgawdi f’kull parti elettorali tal-pajjiż, ir-raġuni proprja tibqa’ dik li kull ħin u kull mument dejjem jibqa’ jġib l-interessi nazzjonali l-ew wel u qabel kollox. Min-naħa l-oħra, il-PN irriduċa lilu nnifsu f’partit reġjonali u wara li ħalla anarkija sħiħa tirrenja fi ħdanu, issa qed jistenna li jġib xi tip ta’ dixxiplina. Il-verità li jaf kulħadd hi li bejn Robert Abela u Bernard Grech u bejn il-PL u l-PN m’hemm l-ebda paraguni.