KullĦadd_22.09.2019

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd 22 ta’ Settembru, 2019

Ħarġa Nru 1,367

Prezz €1

JAGĦFSU LIL DELIA BIEX JATTAKKA L-INKJESTA • Il-klikka ta’ Simon Busuttil trid lil Delia joħroġ kontra l-inkjesta pubblika fil-każ DCG • Adrian Delia qal li se jlaqqa’ l-Grupp Parlamentari fil-jiem li ġejjin • David Casa u Jason Azzopardi diġà ħarġu kontra qatta bla ħabel

• Il-Kunsill tal-Ewropa jilqa’ l-inkjesta bħala pass pożittiv Ara paġna 6

IMMUTAW META ĠEW QUDDIEM IL-KUMMISSARJU TAL-ISTANDARDS • Pierre Portelli ma tax dettalji dwar l-akkuża li MPs tal-PN appoġġjaw attività kriminali, filwaqt li Adrian Delia farfar billi qal li ma daħalx fil-każ Ara paġna 3

€20 MILJUN F’ĦAMES SNIN GĦAL KURA BARRA MINN MALTA

Ara paġna 7


02

22.09.2019

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 28°C L-Inqas Temperatura: 23°C L-Indiċi UV: 7 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ arja ta’ pressjoni għolja testendi minn fuq il-Balkani sa fuq il-Libja It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi mix-Xlokk Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 26°C

Editur ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

29°C

Indirizz Postali KullĦadd

UV 6

22°C

Il-Ħamis

29°C

UV 6

22°C

28°C

Il-Ġimgħa

UV 6

22°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd

28°C

UV 5

22°C

28°C

UV 5

22°C

29°C

UV 5

22 °C

kullhadd.com

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000

20/21, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21246051 Lister Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21245627 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi – 21487162 Brown’s Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488884 Pharmaland Dispensers, 5, Tagliaferro Mansions, Triq il-Prinċipessa Margerita, Ta’ Xbiex – 21346547 Spiżerija Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann – 213811776 Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigné, Tas-Sliema – 21313233 Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan – 21444035 Grognet Pharmacy, 41, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta – 21432038 Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, Il-Mellieħa – 21523536 St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid – 21665848 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 21824720 Polymer, Triq ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar – 21676263 St. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Iż-Żejtun – 21678039 Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Il-Qrendi – 21683781 Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Is-Siġġiewi – 21460828 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479

Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

Għawdex

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21551841 St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Il-Qala – 21555348 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

22.09.2019

kullhadd.com

PORTELLI JALLEGA ATTIVITÀ KRIMINALI U JIEQAF HEMM • DELIA MA JINVESTIGAX L-ALLEGAT AĠIR TA’ MEMBRI FIL-GRUPP TIEGĦU • BIN-NUQQAS TA’ TAGĦRIF IL-KUMMISSARJU GĦALL-ISTANDARDS GĦALAQ IL-KAŻ Adrian Delia u Pierre Portelli mmutaw meta ġew biex jixhdu quddiem il-Kummissarju għall-Istandards dwar allegat aġir kriminali minn membri tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. Allegazzjonijiet li qamu wara r-riżenja ta’ Pierre Portelli minn Kap Eżekuttiv f ’Ġunju li għadda qalb inkwiet kbir fil-Partit Nazzjonalista. Fl-ittra ta’ riżenja tiegħu, Pierre Portelli kien kiteb li nies fil-Grupp Parlamentari kienu qed isostnu u jgħinu attività kriminali minn persuni li riedu jeħilsu minn Delia. Biex nużaw kliem Portelli eżatt, fl-ittra lil Adrian Delia kien qal: “It is evidently clear that perservering in my role will not bring further changes due to the constant and coordinated attacks on the party and its media by some of your MPs within the Parliamentary Group who went as far as sustaining and aiding criminal activity by third party simply to get you out of the way.” Din il-kitba kienet wasslet biex fit-18 ta’ Ġunju ċertu

Marco Farrugia talab lill-Kummissarju tal-Istandards jinvestiga. Iżda, l-investigazzjoni ma wasslet għal imkien għax Portelli u Delia ftit li xejn ikkoperaw. Dak li kiteb fl-ittra Pierre Portelli ma deherx li kien lest jissostanzjah meta deher quddiem il-Kummissarju għall-Istandards, George Hyzler. Dan anke jekk l-akkużi li għamel hu kienu mill-iktar serji tant li fi kliemu stess kienu ta’ natura kriminali. “Portelli ma żvelax l-ismijiet tal-Membri Parlamentari li kien qed jirreferi għalihom fl-14 ta’ Ġunju 2019. L-informazzjoni li provda ma kinetx biżżejjed,” qal il-Kummissarju Hyzler. Dan anke jekk skont il-Kummissarju seta’ jidentifikahom. Lanqas il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, ma tefa’ dawl fuq il-każ. Saħansitra qal lill-Kummissarju li ma daħalx fl-allegazzjonijiet li għamel Portelli u li mhux se jiddiskutihom ma’ Pierre Portelli. Delia żied li ma tax importanza għal din l-allegazzjoni għax ma ki-

netx il-fattur tar-riżenja tiegħu. Il-Kummissarju għall-Istandards kien ċar ħafna meta kiteb li dak allegat lilu seta’ kien materja li tintbagħat għand

il-Kummissarju tal-Pulizija. Iżda, fid-dawl tan-nuqqas ta’ tagħrif li ngħata l-każ donnu weħel. Biex Delia għandu filGrupp Parlamentari persuni li

55 SENA INDIPENDENTI

Ilbieraħ Malta ċċelebrat il-55 sena mill-kisba tal-Indipendenza. B’ċerimonji statali u uffiċjali fil-Belt Valletta l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż poġġew fjuri fuq il-Monument tal-Indipendenza fil-Furjana biex b’hekk taw ġieħ lil din il-ġrajja importanti fl-istorja ta’ pajjiżna. Iċ-ċelebrazzjoni bdiet b’quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann mill-Arċisqof Charles Scicluna. Fir-ritratt jidher il-Prim Ministru jpoġġi l-fjuri fuq il-monument u l-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta li tat parata mat-toroq tal-Belt li ħolqot atmosfera mill-isbaħ li ġibdet l-attenzjoni ta’ dawk kollha li kienu fil-belt kapitali.

għalkemm saru allegazzjonijiet kriminali fil-konfront tagħhom hu ftit li xejn għamel biex jara x’kienu u kif setgħet toħroġ il-verità.


04

22.09.2019

kullhadd.com

INIZJATTIVA TA’ TINDIF FIL-FAMILY PICNIC AREA F’TA’ QALI • XOGĦOL FUQ IS-SIT LI SE JIFFORMA PARTI MILL-PARK NAZZJONALI TA’ MALTA Ingħata bidu għal proġett ta’ diversi ġimgħat, li matulu se jkun hemm programm sħiħ ta’ tindif u manutenzjoni maġġuri fl-inħawi u l-madwar tal-Family Picnic Area f ’Ta’ Qali. Dan qed isir biex fil-jiem tax-xitwa l-familji li jmorru hemm għall-mistrieħ isibu ambjent li jixraq u kif imwiegħed mill-Gvern, li jkompli joħloq aktar spazji miftuħa biex jitgawdew mill-poplu. Dan huwa wkoll parti mill-Park Nazzjonali ta’ Malta. Diversi ministeri qed jikkoordinaw flimkien dan il-proġett. Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera sostna li wara li kien ippreżentat il-proġett għar-riġenerrazzjoni tal-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali, fejn ser jitħawlu 80,000 siġra u li se jiġi mmaniġġjat minn Ambjent Malta, il-Gvern se jkompli bix-xogħol biex itejjeb is-sitwazzjoni taż-żoni pubbliċi u spazji miftuħa. Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici tkellem fuq l-importanza li nkomplu nżidu aktar kuxjenza dwar il-manutenzjoni u t-tin-

dif ta’ spazji pubbliċi. “Permezz ta’ din it-tindifa maġġuri, qegħdin noħolqu spazji aktar siguri u nodfa għall-komunità tagħna biex tqatta’ l-ħin tagħha fihom, filwaqt li nkomplu nżidu l-għarfien dwar l-importanza tal-indafa pubblika. Huwa grazzi għal dawn l-inizjattivi li nistgħu nassiguraw ambjent aħjar għaż-żgħar tagħna u għall-ġenerazzjonijiet futuri,” kompla jgħid il-Ministru Owen Bonnici. Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg irrefera għall-proġett tal-Malta National Park li tħabbar ftit tax-xhur ilu flimkien malPrim Ministru Joseph Muscat. Huwa ddeskriva dan il-proġett bħala wieħed li se jżewweġ dan ilpark fejn qiegħed isir it-tindif ma’ sit ieħor kbir li l-Gvern, permezz tal-Awtorità tal-Ippjanar, ħa lura biex jagħtih lill-poplu. “Flimkien, bħala tim wieħed impenjat bis-sħiħ favur il-kwalità tal-ħajja tan-nies, hawnhekk se nwettqu ħidma li sserraħ fuq viżjoni ċara li tagħti l-ewwel prijorità lill-poplu. Se nimpli-

mentaw proġett li b’investiment ta’ €20 miljun se jwassal għal spazju miftuħ ta’ mhux inqas minn 450,000 metru kwadru, daqs 60 grawnd tal-futbol, għax nafu li n-nies jixtiequ aktar spazji miftuħa. Nemmnu li spazji bħal dawn huma essenzjali biex il-poplu jilħaq il-bilanċ essenzjali bejn il-ħajja mgħaġġla u l-mistrieħ dovut,” qal il-Ministru Borg. Il-Malta National Park se

ELUF F’SITI STORIĊI F’JUM FESTA PUBBLIKA Eluf ta’ nies ilbieraħ ħadu l-opportunità offruta lilhom minn Heritage Malta biex iżuru s-siti storiċi u l-mużewijiet f ’Malta u f ’Għawdex bla ħlas. Din kienet l-ewwel attività għall-familja kollha organizzata bħala parti millĠimgħa għas-Servizz Pubbliku ta’ din is-sena, li għandha t-tema ‘Lejn Servizz ta’ Eċċellenza’. Matul il-jum tas-Sibt, il-membri tal-pubbliku laqgħu bi ħġarhom l-istedina ta’ Heritage Malta biex iżuru bla ħlas il-mużewijiet u s-siti storiċi kollha, ħlief l-Ipoġew u l-Forti Sant’Iermu. Matul in-nofstanhar ta’ filgħodu biss, żaru l-mużewijiet u s-siti madwar 5,500 persuna. Dawk li attendew kellhom l-opportunità li jmorru lura fiż-żmien u jsiru jafu aktar dwar il-ġrajjiet li sawru l-istorja ta’ pajjiżna permezz ta’ fejn iddawru mal-postijiet u ngħataw tagħrif storiku dwar is-siti rispettivi u l-artefatti esebiti.

Is-Sur Mario Cutajar, Direttur Eżekuttiv ta’ Heritage Malta, kmieni waranofsinhar indirizza attività għall-membri tal-midja fejn spjega l-viżjoni ġdida ta’ Heritage Malta għas-snin li ġejjin u ta tagħrif dwar proġetti li qegħdin jitwettqu bħalissa. Huwa fisser ilmod li bih se jitwassal il-messaġġ tal-patrimonju Malti kif inhu rilevanti għal-lum, u spjega kif is-siti ta’ Heritage Malta se jsiru hubs fuq iż-żewġ naħat tal-Port il-Kbir

(il-Kottonera u l-Belt Valletta) u fiċ-ċentru ta’ Malta (ir-Rabat). IsSur Cutajar tkellem ukoll dwar l-eżerċizzju ta’ rebranding ta’ Heritage Malta. Fl-indirizz tiegħu waqt din l-attività, l-Aġent Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta, is-Sur Noel Zammit, tkellem dwar il-ħidma li għaddejja minn Heritage Malta u l-attivitajiet li qed jiġu organizzati bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2019.

jkun jinkludi spazji rikreattivi, spazji għall-kampeġġ, spazji għall-kunċerti, faċilitajiet għallmixi u għaċ-ċikliżmu, pjattaforma għall-arti u għall-arkivji nazzjonali, faċilitajiet għall-bdiewa u estensjoni tad-dog park. Il-Ministru Borg tenna l-impenn tal-Gvern li jkompli jsaħħaħ il-komunitajiet tagħna u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies, u fakkar fil-ħidma li ssir mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura u mill-kunsilli grazzi għad-Development Planning Fund. Huwa rrefera wkoll għall-investiment ta’ €1 miljun biex sal-aħħar tal-2019 Infrastructure Malta tkun ħawlet 6,700 siġra madwar il-pajjiż. Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius saħaq li hekk kif ninsabu

fuq l-għatba tal-ħarifa u l-familji jibdew ifittxu aktar il-kampanja għar-rikreazzjoni tagħhom, irridu nagħtu lill-familji tagħna l-aħjar ambjent possibbli xi jgawdu. Għalhekk huwa faħħar l-inizjattivi ta’ tindif u tisbiħ li qed isiru fil-Park Nazzjonali. Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u s-Sostenn talBelt Kapitali Deo Debattista tkellem dwar ix-xogħol estensiv li qiegħed isir bħalissa f ’Ta’ Qali. Huwa spjega kif id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni qiegħda dejjem ittejjeb l-operat tagħha permezz ta’ investiment f ’makkinarju ġdid u aktar riżorsi biex tkun tista’ tlaħħaq aħjar mal-esiġenzi tas-servizz.

B’tifkira għażiża ta’ Maurice de Gaetano li mar jiltaqa’ mal-Mulej fl-20 ta’ Settembru 2019 fl-età ta’ 70 sena. Qatt minsi minn martu Carmen u ħuha Godfrey, uliedu Alistair u Oliver u l-familjari, ommu Mary, ħuh Edward u martu Grace, neputijiet, bosta qraba u ħbieb. Il-funeral se jsir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Balzan nhar l-Erbgħa, 25 ta’ Settembru, fit-8.30 ta’ filgħodu. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.


05

22.09.2019

kullhadd.com

IL-GVERN REĠA’ MFAĦĦAR GĦAT-TRASPARENZA FISKALI • RAPPORTI JURU LI L-MIRI NTLAĦQU U SE JKOMPLU JINTLAĦQU Il-Kunsill Fiskali Konsultattiv Malti, entità awtonoma li tiskrutinizza l-pjani finanzjarji tal-Gvern, reġa’ kellu kliem pożittiv għal rapporti tal-Ministeru għall-Finanzi li fi kliem il-Kunsill “jikkontribwixxu b’mod pożittiv għat-trasparenza fiskali, billi jipprovdu rendikont tar-riżultat tas-sena ta’ qabel meta mqabbla mal-miri.” Iżda, mhux biss isiru r-rapporti. Jintlaħqu wkoll il-miri li jitpoġġew fihom. “Il-Kunsill jilqa’ wkoll il-fatt li fl-2018 is-surplus fiskali, meta mkejjel skont il-linji gwida ta’ statistiċi Ewropej, kien akbar minn dak li kien oriġinarjament immirat,” jgħid il-Kunsill li spjega li waħda mir-raġunijiet ewlenin għal dan kienet dik li l-Gvern daħħal ukoll iktar flus.

Fir-rapport tiegħu l-Kunsill innota kif is-surplus ta’ €250 miljun fl-2018 kien b’mod sinifikanti ferm iktar mill€54 miljun li oriġinarjament indikati. Mhux biss is-surplus kien ikbar minn dak previst, iżda anke l-konsum privat li fl-2018 żdied bi 8.2%. Dan ifisser li riżultat tal-qagħda ekonomika n-nies għandhom iktar flus x’jonfqu. It-tkabbir fl-impjiegi kien ta’ 5.8%, ogħla mit-3.8% previst. Għax hemm iktar nies jaħdmu mill-kontribuzzjonijiet soċjali l-Gvern daħħal €47.8 miljun iktar milli stmat u €9.1 miljun f ’iktar taxxa tad-dħul. Dan anke jekk il-Gvern ma żiedx ir-rati ta’ taxxi, anzi ta rifużjoni fuq il-ħlas tal-income tax wara li kien anke naqqas ir-rati fissnin li għaddew.

Intant, fir-rapporti għal din is-sena t-tkabbir fil-Prodott Domestiku Gross qed ikun stmat għal 6.2%, filwaqt li l-mira għas-surplus reġgħet kienet ikkonfermata għal 0.9%. “Dawn il-previżjonijiet kienu diġà tqiesu bħala plawżibbli mill-Kunsill Fiskali fir-rapport li kien ippubblikat f ’Ġunju ta’ din is-sena,” qal il-Kunsill li talab lill-Ministeru biex jibqa’ viġilanti. “Biex jiżgura li l-miri fiskali għall-2019 jintlaħqu bis-sħiħ, b’mod partikolari f ’dawk l-oqsma fejn ilbidliet meħtieġa matul it-tieni nofs tal-2019 jidhru aktar ambizzjużi,” kompla l-Kunsill li kellu kliem ta’ ħajr għall-mod kif il-Ministeru tal-Finanzi jikkollabora mal-Kunsill biex isir dan l-iskrutinju.


06

22.09.2019

kullhadd.com

JATTAKKAW L-INKJESTA

Il-klikka ta’ Simon Busuttil fil-Partit Nazzjonalista trid li l-Kap Adrian Delia u l-partit kollu joħorġu kontra l-inkjesta pubblika li ħatar il-Prim Ministru b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Biex jikkundizzjonawh membri tal-Grupp Parlamentari diġà ħarġu jattakkaw l-inkjesta pubblikament b’nies bħad-Deputat Jason Azzopardi u l-MEP David Casa jiftħu attakk fuq il-midja soċjali kontra l-persuni li ġew appuntati biex ipoġġu fuq il-bord ta’ inkjesta. Adrian Delia ma għamel ebda referenza meta l-Ġimgħa kien qed jitkellem fil-mass meeting tal-Indipendenza. Dan anke

jekk meta beda jitkellem l-aħbar li l-Gvern ħatar din l-inkjesta pubblika kienet diġà ħarġet. Jidher li dan kien riżultat tal-fatt li kien qed ikollu pressjoni biex joħroġ jattakka l-inkjesta. Xi ħaġa li jista’ jkun jagħmel għax imġiegħel. Fil-fatt, ilbieraħ filgħodu fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia kien ferm iktar kawt milli kienu d-deputati tal-klikka ta’ Simon Busuttil. Fil-fatt, Delia m’attakkax il-membri tal-bord u qal li l-Prim Ministru għandu jiltaqa’ mal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia. Imbagħad żied li se jkun qed ilaqqa’ l-Grupp Parlamentari tal-partit.

EBDA KRITIKA GĦAT-TERMS OF REFERENCE Fi stqarrija lbieraħ il-Gvern innota li ma kien hemm ebda kritika lejn it-terms of reference li saru għall-bord ta’ inkjesta. Fl-istess ħin tkellem dwar xi kummenti li saru dwar il-membri tal-bord. Fost oħrajn minn membri tal-Partit Nazzjonalista u mill-gruppi ta’ Manuel Delia, fosthom Repubblika. Il-Gvern qal li l-irwol talImħallef Michael Mallia bħala espert fil-ġbir ta’ provi fil-kumpilazzjoni ta’ Daphne Caruana Galizia kien sar bi qbil tal-partijiet kollha involuti u dan bl-ebda mod mhu se jinX’inhi l-inkjesta? Il-Ġimgħa filgħaxija tħabbar li l-Prim Ministru Joseph Muscat ħatar lill-Imħallef Emeritu Michael Mallia, biex jippresiedi Kummissjoni ta’ Inkjesta Pubblika indipendenti dwar l-omiċidju tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia skont l-Att dwar l-Inkjesti, Kap. 273 tal-Liġijiet ta’ Malta. Il-Kummissjoni se tkun magħmula wkoll mill-Eks Dekan tal-Fakultà tal-Liġi u Espert Kostituzzjonali l-Professur Ian Refalo u l-Espert Forensiku Dr Anthony Abela Medici. Il-Gvern qal li ħa din id-deċiżjoni b’konsistenza mal-pożizzjoni ċara li dejjem kellu, jiġifieri li ma hemm l-ebda diffikultà li tinħatar inkjesta pubblika ġaladarba jkun assigurat li din issir b’mod li ma timminax investigazzjonijiet u/ jew proċeduri kriminali li hemm pendenti dwar dan l-omiċidju. Dan wara li f ’temp ta’ 50 jum

terferixxi max-xogħol li se jkollu bħala Ċerpersin tal-bord ta’ inkjesta. Il-kritika lejn il-Professur Ian Refalo kienet marbuta mar-rwol professjonali tiegħu bħala avukat u l-Gvern innota kif id-dritt li avukat jipprattika l-professjoni tiegħu u d-dritt ta’ individwu għal avukat huma prinċipji tarrule of law, filwaqt li fakkar kif l-avukati huma mmexxija minn kodiċi tal-etika. Rigward Anthony Abela Medici li huwa wkoll Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji, il-Gvern qal li f ’dan l-irwol Abela Medici għandu

sigurtà għat-terminu tiegħu u għalhekk mhux dipendenti fuq il-Gvern kif kien allegat. Wara li l-Gvern ħabbar l-inkjesta pubblika, il-familja ta’ Daphne Caruana Galizia qalet li riedet tiltaqa’ mal-Prim Ministru. Fi stqarrija esprimew xi riservi dwar in-nies fuq l-inkjesta u indikaw li riedu jiddiskutuhom f ’laqgħa mal-Prim Ministru. Ilbieraħ, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kkonferma li l-Prim Ministru kien lest jiltaqa’ u saħansitra kien hemm kuntatt mal-familja biex tkun stabbilita d-data tallaqgħa.

mill-omiċidju, tliet persuni kienu ġew imressqa l-Qorti akkużati bl-omiċidju tas-Sinjura Caruana Galizia u issa ġew formalment impoġġija taħt att ta’ akkuża. Fid-dawl tar-riżoluzzjoni approvata mill-Kamra tad-Deputati nhar it-12 ta’ Dicembru, 2018 u tar-riżoluzzjoni tas-26 ta’ Ġunju, 2019 mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Gvern daħal f ’diskussjonijiet tekniċi ma’ uffiċjali tal-Kunsill tal-Ewropa biex jiġi evitat li din l-inkjesta pubblika tipperikola l-integrità tal-investigazzjonijiet u/jew proċeduri kriminali li diġà jinsabu għaddejjin f ’dan il-każ. Il-Gvern kellu, u għad għandu, riservi kbar dwar il-metodoloġija użata u l-konklużjonijiet milħuqa fir-riżoluzzjoni msemmija tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, iżda għandu l-ikbar rispett lejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-ħidma magħmula fl-aħħar ġimgħat hija turija ċara tar-rispett

reċiproku li hemm bejn pajjiżna u din l-istituzzjoni importanti. Il-Prim Ministru talab li din l-Inkjesta Pubblika tiġi konkluża fi żmien disa’ xhur u tiġi ppubblikata fuq gwida tal-istess Kummissjoni. Min huma l-membri tal-bord? Dr Michael Mallia serva bħala Imħallef fil-Qrati Superjuri mindu ħa l-ġurament tal-ħatra fid-29 ta’ Settembru 2009 sal-irtirar tiegħu bl-età fit-30 ta’ Marzu 2015. F’dan il-perjodu, serva fil-Qrati Kriminali u ppresieda fuq diversi ġurijiet. Din il-kariga segwiet esperjenza vasta ta’ 23 sena bħala Maġistrat fil-Qrati Inferjuri, fejn serva wkoll bħala Maġistrat Anzjan. Magħruf għall-integrità tiegħu, fl-2004 Dr Mallia kien nominat bħala President tat-Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Inġustizzji, pożizzjoni li żamm sa Diċem-

“Huwa żvilupp pożittiv li l-awtoritajiet Maltin iddeċidew li jsegwu r-rakkomandazzjoni tal-Assemblea Parlamentari f’Ġunju li għadda biex iniedu fi żmien tliet xhur inkjesta pubblika indipendenti dwar l-isfond għall-assassinju tas-Sinjura Caruana Galizia. Il-Kunsill tal-Ewropa se jsegwi x-xogħol ta’ din il-Kummissjoni mill-viċin.” Marija Pejcinovic-Buric, Segretarja Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa li laqgħet l-aħbar tal-Gvern li jaħtar l-inkjesta. bru 2005, meta l-każijiet kollha pendenti quddiem it-Tribunal kienu deċiżi. Bħalissa Dr Mallia huwa ċ-Chairperson tal-Kumitat tat-Taħrig għall-Ġudikanti. Dr Ian Refalo huwa Professur tal-Liġi Pubblika u d-Dekan Emeritu tal-Fakultà tal-Liġi fl-Università ta’ Malta u jokkupa l-pożizzjoni ta’ Professur Ad Personam Jean Monnet fl-Università ta’ Malta. Huwa meqjus bħala awtorità filliġi amministrattiva u pubblika u pprattika bħala avukat għal iktar minn 40 sena. L-esperjenzi tiegħu varjaw f ’diversi kampi, senjatament dawk tad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-liġi ċivili, kummerċjali

u amministrattiva, fejn aġixxa bħala avukat ewlieni f ’każijiet ta’ importanza. Ħadem bħala avukat quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Dr Anthony Abela Medici serva bħala Direttur tal-Laboratorju tax-Xjenza Forensika fi ħdan il-Pulizija ta’ Malta bejn l-1981 u l-2010. Abela Medici kien, u għadu, jinħatar mill-Qrati Maltin bħala espert forensiku f ’diversi oqsma ta’ studju. Huwa serva fil-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament jew Kastig Inuman jew Degradanti li huwa kumitat ta’ esperti fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa.


07

22.09.2019

kullhadd.com

€20 MILJUN F’ĦAMES SNIN GĦAL KURA BARRA MINN MALTA Tul perjodu ta’ ħames snin, mis-sena 2013 sas-sena 2017, l-ispiża tal-Gvern għal kura li pazjenti Maltin u Għawdxin kienu jeħtieġu li jingħataw fi sptarijiet barranin kienet ta’ madwar €20 miljun. Tul dan l-istess perjodu in-numru ta’ pazjenti li ntbagħtu għal kura barra kien ta’ 2,702. Kien meħtieġ li xi wħud imorru aktar minn darba u fil-fatt l-ammont ta’ drabi li marru kien ta’ 3,534. L-akbar ammont ta’ paz-

Mhux faċli tasal biex tassumi kemm se jkunu meħtieġa flus kull sena għal qasam bħal dan u ċertament mhux se nżommu lura milli nallokaw dak li jkun hemm bżonn, speċjalment fejn jidħlu pazjenti tfal

jenti, 2539, marru għall-kura fi sptarijiet fir-Renju Unit filwaqt li 163 kienu jeħtieġu kura fi sptarijiet barra mir-Renju Unit. Jirriżulta li s-somma attwalment allokata kienet kull sena akbar minn dik oriġinarjament allokata. Fil-fatt, filwaqt li fuq dan il-perjodu ta’ żmien intefqu madwar €20 miljun is-somma allokata oriġinarjament kienet tammonta għal €11.5 miljun. In-nefqa oriġinarjament allokata qiegħda tiżdied kull sena, tant li filwaqt li għas-sena 2013 kienu ġew allokati €1.7 miljun imma attwalment intefqu €2.3 miljun, sas-sena 2017 l-allokazzjoni kienet telgħet għal €3.8 miljun bin-nefqa attwalment tilħaq il€5,727,567. Filwaqt li għas-sena 2018 ġew allokati €4.6 miljun s’issa għadu mhux magħruf kemm attwalment kienet in-nefqa. Tul dik is-sena n-numru ta’ pazjenti li ntbagħtu fi sptarijiet fir-Renju Unit kien jammonta għal 463 filwaqt li 33 oħra ntbagħtu fi sptarijiet barranin mhux fir-Renju Unit. S’issa tul din is-sena intbagħtu 355 pazjent fi sptarijiet fir-Renju Unit u 26 fi sptarijiet barra mir-Renju Unit. Mitlub jikkummenta minn din il-gazzetta dwar dawn l-attwalitajiet, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li “mhux faċli tasal biex tassumi kemm se jkunu meħtieġa flus kull sena għal qa-

sam bħal dan u ċertament mhux se nżommu lura milli nallokaw dak li jkun hemm bżonn, speċjalment fejn jidħlu pazjenti tfal. Fejn qabel il-Gvern kien iħallas l-ispejjeż għal ġenitur wieħed biex jakkumpanja lill-wild, fl-ewwel leġiżlatura din il-miżura bdejna napplikawha għaż-żewġ ġenituri. Fil-Programm Elettorali għall-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju 2017 konna wegħedna li nestendu dan is-servizz lill-pazjenti adulti billi l-Gvern jagħmel tajjeb għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-pazjent. Fil-fatt,

mill-1 ta’ Ġunju 2018 iddaħħlet il-miżura li permezz tagħha pazjenti li mhumiex means tested xorta jkollhom it-titjira mħallsa mill-Ministeru għas-Saħħa, miżura li mistennija tkun tiswa €200,000 fis-sena.” Sadanittant jirriżulta li matul

l-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena kien hemm 104 pazjenti taħt it-18-il sena li ntbagħtu għall-kura fi sptarijiet barranin u li għalihom kienet applikata l-miżura li jitħallas il-vjaġġ tat-tieni ġenitur ukoll. Dan sar b’nefqa ta’ madwar €50,000.


08

22.09.2019

kullhadd.com

MINISTRI GĦAL LAQGĦA F’MALTA DWAR L-IMMIGRAZZJONI

Ħames Ministri Ewropej responsabbli mis-settur tal-immigrazzjoni se jkunu qed jiltaqgħu Malta għada bil-għan li jiddiskutu soluzzjonijiet ġodda quddiem l-isfida tal-immigrazzjoni li dan is-sajf reġgħet kienet waħda li għolliet rasha fil-Baħar Mediterran. Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia ddeskriva l-laqgħat li se jsiru tul il-jum tat-Tnejn bħala laqgħat im-

portanti fejn il-Ministri ta’ numru ta’ pajjiżi se jippruvaw iġibu qrib xulxin żewġ dokumenti li nħadmu b’mod separat. Il-Ministri li se jkun hawn Malta huma dawk tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Italja u tal-Finlandja, li bħalissa għandha l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea. “Tajjeb li wieħed jirrealizza li kien hemm żewġ dokumenti li tressqu ġewwa Helsinki ftit tax-xhur ilu.

Dokument imressaq minn Malta u l-Italja u dokument imressaq mill-Ġermanja u Franza. Meta konna Helsinki poġġejna flimkien l-erba’ ministri responsabbli mill-intern fejn pruvajna nifhmu u ressaqna lejn xulxin id-dokumenti u għaliex ressaqniehom. Wara dik il-laqgħa kien hemm numru ta’ laqgħat oħrajn. Issa bi ftehim li għamilna ġewwa Helsinki u wara laqgħa li kien hemm

f ’Pariġi l-laqgħa biex tiddiskuti fid-dettall tiġi konkluża f ’Malta,” spjega l-Ministru Farrugia. Il-Ministru spjega kif fuq dokumenti bħal dawn ikun hemm ħafna xogħol tekniku xi jsir u ħafna mit-taħditiet ta’ għada se jkunu ffukati fuq hekk. Dan wara li fl-aħħar ġimgħat ikun sar ix-xogħol preparatorju. “Għad hemm xi punti li huma tekniċi ħafna u deċiżjonijiet politiċi li jridu jittieħdu. L-importanti li kulħadd ipoġġi lilu nnifsu fiż-żarbun ta’ ħaddieħor. Dak li tkellimt mal-Ministri l-oħra u nisperaw li nikkonkludu dokument aħħari li jwassal biex ikun hemm iktar koordinament fejn tidħol l-immigrazzjoni,” qal Farrugia. Spjega li waħda mill-bidliet li jrid jara hi li dawk il-pajjiżi, bħal Malta, li jkunu qegħdin taħt pressjoni jaraw il-pressjoni li għandhom fuqhom tiġi mnaqqsa. “Anke jekk inkunu qed nipparteċipaw f ’ħafna mill-każi

dwar bastimenti tal-NGOs u nagħtu l-għajnuna tagħna u min ikun hemm fuqhom jiġi rilokat, bħalma ilu jiġri, l-affarijiet jibdew isiru b’mod iktar koordinat. Irridu naraw li dawn l-NGO boats ikun hemm ċertu regolamentazzjoni fejn mhux kulħadd jagħmel li jrid fil-Baħar Mediterran,” żied il-Ministru Farrugia. Mistoqsi kemm hu konvint li se jkun hemm qbil finali, il-Ministru rrikonoxxa kif għad hemm punti diverġenti minn xulxin. Fuq kollox żied li mbagħad huwa iktar importanti minn hekk li jkun hemm ftehim iktar wiesa’. “Din l-ewwel parti. Prinċipji ta’ kif isiru l-affarijiet. Fit-8 ta’ Ottubru nkunu qed niltaqgħu f ’Kunsill tal-Ministri fejn ikun hemm il-Ministri kollha fejn irridu naraw kemm hemm minn dawk il-pajjiżi li lesti jipparteċipaw. Għaliex huwa tajjeb li jkollok dokument fuq xiex timxi. Imma mbagħad irridu dokumenti biex oħrajn jattwawh,” qal Farrugia.

L-OLANDA: “INQABEŻ LIMITU ĠDID” Il-qtil ta’ avukat Olandiż li kien qed jidher għal klijent f ’każ mill-iktar serju qed ikun deskritt bħala wieħed ta’ tħassib serju għar-rule of law f ’dan il-pajjiż fil-qalba tal-Ewropa.

Dan b’mod speċjali meta qed ikun ikkunsidrat li hu mhux l-ewwel vittma ta’ dik li hija investigazzjoni b’rabta ma’ ċirku ta’ kriminalità, li jinvolvi gangs mill-iktar perikolużi u traffikar

ta’ droga. Il-qtil ta’ Derk Wiersum, ta’ 44 sena, seħħ nhar l-Erbgħa li għadda. Raġel liebes barnuża ġo rasu sparalu meta kien ħiereġ minn daru f ’dak li kien deskritt

bħala qtil mill-iktar brutali. Wirsum kien l-avukat ta’ xhud tal-istat kontra membri ta’ grupp vjolenti li membri tiegħu qed ikunu akkużati bil-qtil ta’ ħames persuni bejn l-2015 u l-2017. Huma 16 l-akkużati f ’dawn ilkażi. Il-Kap tal-Pulizija Erik Akerboom qal li “b’dan il-qtil brutali, inqabeż limitu ġdid: issa lanqas nies li qegħdin sempliċiment jagħmlu xogħolom m’għadhom siguri.” Il-Ministru għall-Ġustizzja Ferd Grapperhaus iddeskriva l-qtil bħala “attakk fuq ir-rule of law.” F’dan il-każ l-Avukat Wiersum kien qed jiddefendi membru talgrupp li sar whistleblower. Ħuh diġà kien vittma ta’ din id-deċiżjoni għax inqatel is-sena li għaddiet. Il-grupp wara dawn il-każ huwa

magħruf bħala Mocro Maffia u nies fi ħdanu huma mniżżla mill-Europol fost l-iktar persuni mfittxija fl-Ewropa. L-Avukat maqtul, li huwa wkoll missier, beda jaħdem fl-uffiċċju tiegħu iktar kmieni din is-sena wara li qabel kien parti minn ditti legali oħra u serva anke lill-istat f ’karigi pubbliċi. Il-pulizija qed tfittex żagħżugħ ta’ bejn is-16 u l-20 sena. Femke Halsema, is-Sindku ta’ Amsterdam, iddeskriva l-qtil bħala attakk fuq il-professjonijiet legali kollha li jolqot ukoll is-saltna tad-dritt fil-pajjiż. “Dan hu qtil orribbli, ta’ missier, avukat, Amsterdammer... dan iwassal għal biża’ u inċertezza fost l-avukati,” qal is-Sindku li ħa sehem f ’laqgħat serji fl-aħħar jiem bil-għan li tkun analizzata s-sitwazzjoni.


09

22.09.2019

kullhadd.com

20 SENA ILU EFA RIED JITFA’ ĠURNALIST IL-ĦABS • BEDINGFIELD IFAKKAR KIF L-EKS PM HU L-UNIKU F’DIK IL-KARIGA LI PROVA JAGĦMEL HEKK • TIBQA’ TIDWI D-DIKJARAZZJONI: “FEJN HUMA L-LABURISTI?”

Bħal nhar it-Tlieta li ġej 20 sena tensjoni kbira rrenjat quddiem il-bini tal-Qrati Maltin wara li l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, Eddie Fenech Adami, kien talab għall-passi kriminali kontra Glenn Bedingfield, dak iż-żmien ġurnalist ta’ ONE. F’perjodu fejn ħafna fil-Partit Nazzjonalista jitkellmu dwar il-libertà tal-espressjoni, Glenn Bedingfield fakkar kif ħafna li llum issibhom fuq quddiem nett jitkellmu dwar id-dritt għall-espressjoni ħielsa, dak iżżmien kienu għalkollox wara d-deċiżjoni ta’ Eddie Fenech Adami. Fl-24 ta’ Settembru tal1999 Fenech Adami kien mar il-Qorti mdawwar minn irġiel ta’ statura u miegħu anke ibnu Beppe, illum Deputat tal-Partit Nazzjonalista u voċiferu ħafna dwar is-saltna tad-dritt.

Quddiem il-Qorti setgħu saħnu l-irjus u fost l-iktar provokattivi kien hemm l-istess Fenech Adami li jibqa’ magħruf għad-dikjarazzjoni ta’ sfida bid-diskors “Fejn huma l-Laburisti?” Iżda, x’kien wassal għal dakinhar? Glenn Bedingfield kien kiteb li kien idur fuq Żeppi l-Ħafi, bniedem ta’ kondotta kriminali qrib l-Eks Prim Ministru Fenech Adami. Il-każ fil-fatt kien marbut mal-ktieb il-ĠURAMENT u l-involviment ta’ Eddie Fenech Adami fl-investigazzjoni tal-Pulizija u l-indħil mill-Gvern biex tingħata maħfra presidenzjali lil Joseph Fenech il-Ħafi biex suppost isolvi l-każ tal-attentat ta’ qtil ta’ Richard Cachia Caruana, meta kien Assistent Person-

ali tal-Prim Ministru. Attentat li kien ġara l-Imdina fit-18 ta’ Diċembru 1993. Il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami kien ressaq kwerela kontra Bedingfield fl-għassa tal-Hamrun u l-Pulizija kienu ressquh il-Qorti fuq malafama. Il-piena dak iż-żmien kienet ta’ massimu ta’ 6 xhur habs. Eddie Fenech Adami seta’ fetaħ kawża ċivili ta’ libell kif kien jagħmel dejjem imma, f ’dan il-każ kien ħass li kellu jiftaħ kwerela biex tkun il-Pulizija li tipproċedi kontra ġurnalista u bil-possibbiltà li jekk jinstab ħati jitfgħu il-ħabs. Filwaqt li Fenech Adami ma kienx l-uniku politiku li rrikorra għal-libell kriminali, jibqa’ l-fatt li hu l-uniku Prim Ministru li għamel dan, bilGvern li neħħa ċ-ċans li ġurnalist imur il-ħabs għal dak li jkun

kiteb kien dak li għandna bħalissa meta r-riforma l-liġijiet biex ta iktar drittijiet lill-ġurnalisti. “Meta llum inħares lura lejn l-avvenimenti ta’ 20 sena ilu ninnota llum isibuha konvenjenti li jitkellmu fuq it-theddida għal-libertà tal-espressjoni. Dawk li llum qed jgħidu li d-dritt tagħhom li jitkellmu huwa mhedded, dak iż-żmien kienu jiddefendu lil Fenech Adami li jibqa’ mniżżel fl-istorja politika bħala l-uniku Prim Ministru Malti li pprova jitfa’ ġurnalista l-ħabs,” tenna Bedingfield li qal li dak li jgħidu llum, irridu neħduh fil-kuntest tal-istorja. “Dawn jinvokaw id-dritt tal-libertà tal-espressjoni meta u kif jaqbel lilhom,” kien ċar Bedingfield. Mal-gazzetta KullĦadd qal li hu dejjem kien u jibqa’ favur li

kulħadd ikollu dritt jitkellem bla biża’. “Kburi li nifforma parti minn Gvern li neħħa darba għal dejjem il-libell kriminali. Aħna verament nemmnu fil-libertà tal-kelma u t-track record tagħna jitkellem għalina,” kompla dak li llum hu Deputat tal-Gvern. “Ninnota wkoll b’sodisfazzjon, li minkejja dak kollu li Fenech Adami kien għamel, il-Qorti ma kinitx emmnet il-verżjoni taxxhud ewlieni ta’ Fenech Adami għaliex l-akkużat li kien il-moħħ wara l-attentat ta’ qtil u wieħed mill-akkużati li xehed kontrihom Joseph Fenech ma kinux instabu ħatja. Ta’ min jinnota wkoll, li wara l-verdett, Fenech Adami, għax ma għoġbux il-verdett ta’ 9 ġurati ried ibiddel is-sistema tal-ġurija. Daqshekk huma demokratiċi n-Nazzjonalisti,” żied Bedingfield.


10

22.09.2019

kullhadd.com

L-10 SENA TAL-FONDAZZJONI IDEAT

AKTAR IDEAT FRISKI U MIFTUĦIN GĦALL-PUBBLIKU Kelli x-xorti li fil-bidu tal-Fondazzjoni IDEAT kont nieħu ħsieb is-settur kulturali meta kienet għadha titwaqqaf. 10 snin wara, din ilFondazzjoni hija ħajja iżjed minn qatt qabel b’bosta attivitajiet kontinwament imtellgħin u

miftuħin għal kulħadd. Tkellimt ma’ Dominic Grech; iċ-Ċermen attwali ta’ din il-Fondazzjoni dwar l-iskop tagħha, x’inhu ppjanat għażżmien li ġej u anke dwar x’għandha tagħmel persuna li għandha xi ideat ġodda li tixtieq

għas-seklu 21 taħt il-kunċett ta’ diversità u inklussività, fl-ispirtu innovattiv ta’ Ewropa soċjali, ħielsa u demokratika. Illum 10 snin wara t-twaqqif Il-Fondazzjoni IDEAT din is-sena qiegħda tikkommemo- tal-Fondazzjoni IDEAT, nistra għeluq l-10 snin mit-twaqqif għu ngħidu li l-ħidma tal-Fontagħħa fi ħdan il-Partit Laburis- dazzjoni IDEAT kienet waħda ta. Kien proprju fl-2009 meta sinifikattiva permezz ta’ inizfi ħdan il-Partit Laburista, ftit jattivi u liġijiet li għaddew minn xhur wara li Dr Joseph Muscat Gvernijiet Laburisti tul dawn ħa f ’idejh it-tmun tal-Partit La- l-aħħar sitt snin ta’ Gvern. Fost l-oħrajn insibu il-liġi burista, bdiet ħidma li wasslet tal-finanzjament tal-partigħal numru ta’ riti, liġi li illum il-ġurformi kbar li saru nata qiegħda fi ħdan il-ParIltig garantixxi tit, fosthom trasparenir-reviżjoni Fondazzjoni za ferm tal-istatut. IDEAT kellha sehem a k b a r F’dawn fit-tħadid-diattiv fit-tħejjija għalld i m skussmanifest elettorali li ġie tal-fijonijiet, i n ħ a s s ppreżentat fejn wettqet għadd n a n z i tal-parukoll ta’ proposti interessanti t i t i i l politiċi bżonn li ġew implimentati flf ’pajjiżli l-Partit na u l-liġi Laburista istess manifest ta’ dik dwar il-prejkollu dik l-elezzjoni skrizzjoni fuq li hi magħril-korruzzjoni ufa bħala think għall-politiċi, liġijiet li tank (grupp ta’ nies li joħorġu b’ideat) tal-partit, jiggarantixxu trasparenza akbl-għan li sservi bħala ċentru bar. Dawn huma liġijiet li llum politiku li tiddiskuti, tiżvillup- pajjiżna qed igawdi, grazzi pa, tipproponi u finalment tip- għal inizjattivi li l-Fondazzjoni promwovi politika progressiva IDEAT ħadet snin ilu, taħt X’inhi l-Fondazzjoni IDEAT u x’kien l-iskop li għalih twaqqfet?

it-tmexxija ta’ Dr Aaron Farrugia, li serva bħala l-ewwel Ċermen tal-Fondazzjoni IDEAT. Dawn kienu diskussjonijiet li llum il-Poplu Malti u Għawdxi qiegħed igawdi. B’hekk l-iskop li titwaqqaf din il-Fondazzjoni, qed jidher l-ewwel frott mittwaqqif tagħha lura fl-2009. Min jifforma parti minn din il-Fondazzjoni? Il-Fondazzjoni IDEAT hi mmexxija minn statut tal-istess Fondazzjoni li ġie stabbilit mat-twaqqif tal-istess Fondazzjoni lura f ’Settembru 2009, fejn fost l-oħrajn ġiet stabbilita kif għanda tkun l-istruttura tal-Fondazzjoni, biċ-Ċermen li għandu r-responsabbiltà li jagħti d-direzzjoni lill-Fondazzjoni, id-Deputat Ċermen, li jassisti flimkien ma’ Bord Eżekuttiv li hu kompost minn 15-il membru fi ħdan il-Bord li flimkien jieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji b’risq l-istess Fondazzjoni. Aktar minn hekk fi ħdan il-Fondazzjoni hemm dawk li huma msieħba bħala membri fejn flimkien magħhom isiru laqgħat b’mod perjodiku fejn jiġu infurmati u fl-istess waqt involuti fil-ħidma tagħha. Aktar minn hekk fi ħdan

taqsam ma’ din il-Fondazzjoni vibranti.

il-Fondazzjoni IDEAT twaqqaf dak li hu magħruf bħala l-Policy Forum tal-Fondazzjoni li hu kumitat kompost minn numru ta’ professjonisti li ġejjin minn setturi differenti, flimkien mal-Membri tal-Bord tal-Fondazzjoni, fejn dawn jiltaqgħu ta’ sikwit sabiex jiddiskutu għadd ta’ temi u suġġetti li jistgħu jkun ta’ kontribut b’risq is-soċjetà, bħas-saħħa, it-trasport, il-governanza, il-persuni b’diżabbiltà u għadd ta’ temi oħra ta’ interess ġenerali. Tajjeb ngħidu wkoll li fl-aħħar elezzjoni ġenerali, dik ta’ Ġunju 2017, il-Fondazzjoni IDEAT kellha sehem attiv fit-tħejjija għall-manifest elettorali li ġie ppreżentat, fejn wettqet għadd ta’ proposti interessanti li ġew implimentati fl-istess manifest ta’ dik l-elezzjoni. X’korsijiet ġodda qed toffru li huma ta’ interess għall-pubbliku? Il-Fondazzjoni IDEAT apparti r-rwol ta’ think tank fi ħdan il-Partit Laburista, tul is-snin żviluppat ukoll f ’ċentru ta’ studji politiċi fejn għal dawn l-aħħar sitt snin ilha toffri korsijiet ta’ taħriġ politiku għal żgħażagħ u adulti li jixtiequ jwessgħu l-għarfien politiku

minn CLIFFORD GALEA

tagħhom. Tajjeb ngħidu wkoll li f ’dawn l-aħħar snin numru sabiħ ta’ parteċipanti li ssieħbu fil-korsijiet tal-Fondazzjoni IDEAT ikkontestaw b’suċċess elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, kif ukoll elezzjonijiet ġenerali. Dan il-fatt jimliena b’kuraġġ sabiex inkomplu bil-ħdima tagħna sabiex inkomplu noffru aktar opportunitajiet ta’ tagħlim. Infatti minn Ottubru li ġej il-Fondazzjoni IDEAT se tkun qiegħda toffri mill-ġdid il-kors YouProgress, kors li matul dawn l-aħħar xhur ħdimna lkoll bħala tim fi ħdan il-Fondazzjoni sabiex nipprovdu kors ta’ livell għoli għal dawk il-parteċipanti li se jipparteċipaw filkors. Dan il-kors se jibda minn Ottubru li ġej u se jkun strutturat fuq 16-il ġimgħa, fejn matul dawn is-sessjonijiet se nittrattaw diversi temi politiċi ta’ interess, bħal teoriji politiċi, is-sistema politika Maltija, tmexxija u governanza, komunikazzjoni effettiva u kif torganizza kampanja elettorali, il-politika Ewropea u dik barranija, il-ġurnaliżmu, l-etika fil-politika, u għadd ta’ temi oħra ta’ interess. Waqt dawn is-sessjonijiet, apparti li l-parteċipanti se jkoll-


kullhadd.com

hom l-opportunità li jitgħallmu iwasslu l-proposti tagħhom. suġġetti varji, se jkun hemm Aktar minn hekk, il-Fondazzukoll l-opportunità li jieħdu joni dejjem hi miftuħa għal kull sehem f ’diskussjonijiet dwar proposta u idea li jersqu lejdawn l-istess temi, filwaqt li na. Konvinti li s-sehem dirett għall-ewwel darba se nkunu tas-soċjetà ċivili hu kruċjali saqegħdin nipprovdu l-kunċett biex f ’pajjiżna ssaltan id-diverta’ mentoring, fejn il-parteċi- sità tal-ħsieb u ta’ opinjonijiet panti se jkollhom il-possib- differenti. biltà li jesperjenzaw b’mod ħaj u dirett esperjenza ta’ ħidma X’qed tiċċelebraw b’mod politika f ’għadd ta’ Ministeri u partikolari din is-sena? Segretarjati Parlamentari, f ’DiDin is-sena l-Fondazzjoni partimenti, fl-Uffiċju IDEAT qiegħda tal-Prim Ministru u timmarka għeluq fiċ-Ċentru NazzHu l-10 snin mitjonali Laburista’ pjaċir twaqqif ta. tagħħa, Din se għalina li għal dan hekk kif tkun esper jenza il-kors se jkollna numru f l - 2 0 0 9 , l-Amli apparsabiħ ta’ ambaxxaturi ministi l-astrazzjoni pett teu esperti fil-politika u l-Eżeoretiku, internazzjonali li se kuttiv b’mod t tanġibbli jkunu qegħdin jagħmlu a l - Pa r t i t Laburista se nkunu l-preżentazzjonijiet kienet waslet qegħdin bi ftehim sanoffru optagħhom biex titwaqqaf portunità politika b’mod tanġibbli din il-Fondazzjoni lill-istess parteċipanti talintiża sabiex isservi bħala kors. ċentru ta’ ħsieb politiku fi ħdan Għall-ewwel darba, il-Fon- l-istess partit. dazzjoni IDEAT se tkun qed Il-Fondazzjoni IDEAT mattoffri wkoll kors introdut- ul din is-sena ppreżentat protorju fl-istudji diplomatiċi. gramm ta’ ħidma fejn orgaDan il-kors se jkun intiż għal nizzajna numru ta’ attivitajiet dawk kollha li huma interes- u inizjattivi politiċi, edukattivi sati fid-diplomazija u se jkun u soċjali sabiex niċċelebraw mifrux fuq 11-il ġimgħa fejn għeluq l-10 snin anniversarju. f ’kull sessjoni se nkunu qegħF’Novembru li ġej intant se din nittrattaw tema partikolari nkunu qegħdin b’mod uffiċjali fid-diplomazija. niċċelebraw dan l-anniversarju, Hu ta’ pjaċir għalina li għal fejn filwaqt li se tingħata ħardan il-kors se jkollna numru sa lejn il-kisbiet miksuba minn sabiħ ta’ ambaxxaturi u espe- din il-Fondazzjoni matul dawn rti fil-politika internazzjonali l-aħħar snin, se sservi ta’ mezz li se jkunu qegħdin jagħmlu sabiex naraw fejn ninsabu llum, l-preżentazzjonijiet tagħhom u fejn irridu nkomplu nimxu fiswaqt dan il-kors. Dan mingħa- snin li ġejjin. Il-ħdima kollha li jr dubju se jassigura livell ferm saret tul dawn l-aħħar snin, tisgħoli ta’ kontenut li se nkunu pirana sabiex inkomplu naħdmu qegħdin nipprovdu waqt dan qatigħ għal aktar ħidma sabiex il-kors. il-Fondazzjoni IDEAT tkomMingħajr dubju lkoll ninsabu pli tkun ta’ servizz mhux biss nħarsu ’l quddiem sabiex minn fi ħdan il-Partit Laburista, iżda Ottubru bħala Fondazzjoni se fuq kollox fl-interess tas-soċjetà nkunu qegħdin noffru dawn Maltija b’mod ġenerali. iż-żewġ korsijiet ta’ livell għoli. Il-Fondazzjoni IDEAT: Jekk il-qarrejja ghandhom il-ġejjieni tagħha... xi ideat, huwa possibbli jiltaqgħu magħkom u Nemmen li dawn l-aħħar 10 jaqsmu s-suġġerimenti snin għandhom iservu ta’ tagħhom? Tista’ tispjegali mera għas-snin li ġejjin. Konsew kif jaħdem vint li l-futur tal-Fondazzjoni il-mekkaniżmu ta’ IDEAT? IDEAT hu sabiħ. Dan għaliex ir-rwol tal-istess Fondazzjoni Il-Fondazzjoni IDEAT sa għadu ferm relevanti u impormill-bidu tat-twaqqif tagħħa tanti fit-twettiq ta’ ħsibijiet u dejjem kienet miftuħa ideat politiċi ġodda li għandna għall-konsultazzjoni fuq għadd nkomplu naħdmu dwarhom. ta’ temi ta’ diskussjoni. Kuntent ukoll li llum bit-tim Matul is-sena bħala Fondazz- formidabbli li għandi madwari joni norganizzaw ukoll num- fi ħdan il-Fondazzjoni, inħares ru ta’ attivitajiet u dibattiti li ’il quddiem sabiex fiż-żmien li jkunu miftuħin għall-pubbliku ġej inkomplu naħdmu u nibfejn dawk preżenti jkollhom nu fuq dak li nbena tul dawn il-faċilità li jintervjenu kif ukoll l-aħħar snin.

11

22.09.2019



13

kullhadd.com

MALTA ANIMATA Reciprocal huwa grupp ta’ individwi li għandhom nuqqas kbir ta’ kwiet f’ġisimhom. Hekk qaluli malli ltqajt magħhom fejn spjegawli li l-kreattività tagħhom tvarja mill-mużika għallanimazzjoni. Din il-klikka tieħu pjaċir tinfexx fi proġetti kreattivi li għandhom xi forma ta’ valur soċjokulturali. Intant magħhom tkellimt dwar serje ġdida televiżiva li se tkun qed tixxandar dalwaqt fuq ONE bl-isem ta’ Animalta. Il-bidu tagħhom jafuh lil Jp li beda permezz ta’ reciprocal records waħdu fejn kien jaħdem mal-bands lokali billi joffrilhom cd manufature u servizzi relatati oħra tant li kien jaħdem ma’ kantanti bħal Ira Losco, Wintermoods, u Tribali fost oħrajn, kif ukoll bands tax-xena underground. Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

X’inhu Storja Animalta? Storja Animalta huwa serje animata li jittratta fuq l-istorja u l-wirt kulturali ta’ Malta. Kull episodju ser jipprovdi narrattiva sempliċi u ħelwa li ser tiffoka fuq karattru, grupp ta’ nies, jew perjodu minn wirt artna. L-episodji ser jiġu miżgħuda b’informazzjoni fattwali li tgħin lill-udjenza tifħem aħjar il-kuntest ta’ kull episodju. Kull storja ser tieħu lill-udjenza fuq mawra tul iż-żminijiet differenti tal-istorja Maltija. Dan huwa mod aċċessibbli biex l-udjenza tibni pedament tajjeb biex tifhem l-istorja ta’ Malta. Il-mod kif ser jiġu ppreżentati l-episodji ser ikun b’xejra ħafifa u interessanti biex tintlaħaq udjenza varja. L-iskop tal-programm mhux li jinħoloq trattat storiku iżda li jiġi mqanqal interess fis-suġġett f ’min qiegħed jara l-programm. Storja Animalta ser jintwera fuq ONE TV u jibda nhar it-Tnejn 30 ta’ Settembru 2019 għall-ħabta tat8.30 ta’ filgħaxija. Dan il-proġett huwa kofinanzjat mill-Kunsill Malti għall-Arti taħt l-inizjattiva

Kultura TV u maħdum b’kollabo- li jintlaqa’ tajjeb mill-pubbliku. Fil-verità, il-paġna tagħna fuq razzjoni ma’ Heritage Malta. Facebook (“Storja Animalta”) diġà qed turina riżultati tajbin Kif twieled il-proġett? u dan jagħmilna kunfidenti li Qisu erba’ snin ilu Neil, Jp u Nico, la jitnieda l-programm ser jintingħaqdu u ħarġu b’idea li jagħmlu għoġob. Ħaġa li tatna sodisfazzesperiment, proġett żgħir li jismu jon kbir kienet ir-rebħa tal-premju ‘Għidli Storja’. Dan kellu taħlita “Proprjetà Intellettwali - Malta ta’ animazzjoni u vidjow. F’dan 2018 għall-Kreattività” imtella il-proġett Reciprocal kienu jmor- mill-Ministeru għall-Ekonomija, ru jiltaqgħu ma’ persuni anzjani Investiment u Intrapriżi. Il-premu joqogħdu jitkellmu magħhom. ju ġab miegħu wkoll, il-Medalja Wara, kienet tintgħażel xi storja għall-Kreattività mogħtija lilna jew rakkont u dan jiġi animat u mill-WIPO (World Intellectual ppreżentat fuq YouTube (fittex Property Organisation). Dawn iżStorja Malta u jitla’). Iż-żmien żewġ premjijiet kienu indikazzjoni jgħaddi u xi nies li intervistajna, tajba li l-proġett tagħna għandu b’xorti ħażina, ħallewna. Hemm valur u li ħaqqu jiġi żviluppat. tara l-valur fi proġetti bħal dan. Fuq kollox, aħna nixtiequ li min Is-sodisfazzjon li ħalla ‘Għidli ser jara l-programm tagħna jitħajjar Storja’ ħajjar lil Reciprocal jibdew jitkixxef iktar dwar il-wirt storiku proġett ikbar. B’xorti tajba, Neil ta’ pajjiżna. Malta tagħna miżgħuu Nico daħlu f ’argument ħafif da bi storja kkulurita li tixhed ħafdwar x’ġie l-ewwel; hix ir-Repub- na mill-imperi u l-ġrajjiet li qatt blika jew l-Indipendenza u wara missew il-Mediterran. Huwa dnub tfittxija qasira fuq l-oraklu diġitali, li ħafna Maltin ma jżurux il-ħafna saru jafu li Neil kellu raġun. Iżda teżori storiċi ta’ pajjiżhom. Ħafna dan l-argument serva ta’ ispirazz- nies ma jafux li Malta għandha joni, għax wera nuqqas t’għarfien fost l-ikbar konċentrazzjoni ta’ Siti fl-istorja li ħolqitna - nuqqas li ta’ Wirt Dinji maħruġa mill-UNEb’daqsxejn ta’ ħsieb kreattiv ġie SCO u forsi bin-naqra ta’ lixka ffurmat fi “Storja Animata” anzi komika ta’ Animalta jitħajru fi “Storja Animalta”. Issa, wara jiskopru iktar dwar pajjiżhom. sentejn xogħol iebes iżda pjaċevoli, il-proġett wasal biex jitnieda fuq Liema ġrajjiet ser tittrattaw? ONE. Prattikament ser nittrattaw X’aspirazzjoni għandkom il-Gġantija, il-Feniċi, San Pawl għall-futur ta’ Storja Animalta? u r-Rumani, il-Konti Ruġġieru u n-Normanni, l-Assedju Il-ftira sħuna tajba u għalhekk ż-żgħir tal-1551 fuq GħawReciprocal diġà beda jaħdem fuq dex u l-Imblokk tal-Franċiżi il-proġett li jmiss. Dan ser jint- tal-1799 li ser ikun fuq żewġ wera f ’Settembru tas-sena li ġejja, episodji. Xtaqna nagħtu akperò għalissa għadu kollox mistur tar dwar l-istorja Maltija. għall-pubbliku. Fil-fatt, għandna riċerka Storja Animalta għallimna bos- lesta għal numru ta’ epita affarijiet u qegħdin nisperaw sodji oħra fosthom dwar

Caravaggio u anke dwar it-Tieni Gwerra Dinjija. Kull episodju jirrikjedi ħafna xogħol fosthom laqgħat ma’ speċjalisti minn Heritage Malta fejn noħorġu bl-istorja proprja u nippruvaw insibu lenti komika kemm jista’ jkun dwarha. Imbagħad insibu l-karattri prinċipali, naħdmu l-istorja u l-iscript u wara li jsiru d-disinji tal-karattri, nibdew dik li nsejħulha animazzjoni bażika. Mal-animation nirrikordjaw il-vocals fejn b’hekk tiġi ffinalizzata l-animazzjoni b’mod komplet. Fl-ewwel episodju se niltaqgħu ma’ telle r i t a mill-kbar, Vanni, li jmur sa Għawdex minn Skorba biex jeħles mix-xogħol. Jiltaqa’ ma’

22.09.2019

Ċensu l-Għawdxi; bniedem intelliġenti iżda żorr li flimkien ikollhom sehem fil-bini tal-Gġantija. Mil-lat prattiku nafu x’potenzjal għandu Storja Animalta u allura qegħdin infittxu kollaboraturi oħra biex nagħmlu sensiela oħra ta’ dan il-programm. Qegħdin ukoll infittxu kollaboraturi biex niffinanzjaw verżjoni bl-Ingliż ħalli nkunu nistgħu nwasslu dan il-programm ’il barra minn xtutna. Min jemmen li jista’ jew jixtieq jikkollabora magħna jista’ jkellimna billi jibgħat email fuq info@storja-animalta. com. Jalla Animalta tkun esperjenza sabiħa għall-pubbliku li se jarah.


14

22.09.2019

BUTTUNA kullhadd.com

Id-destin ta’ xi wħud kultant jibda juri lilu nnifsu mal-ewwel ħaġa waqt il-quċċija passjoni tagħhom ħabta u sabta, sakemm bil-mod il-mod issir parti ewlenija mill-id Hekk infatti ġralu Mattia Scicluna, artist emerġenti li jsib l-għaxqa tiegħu jesplora Mattia rnexxielu jħaddan repertorju wiesa’ ta’ xogħlijiet artistiċi, bi stil esperiment

Kif dħalt fid-dinja tal-fotografija?

ispirazzjonijiet oħrajn fix-xogħol tiegħek?

L-arti minn dejjem kienet tinteressani però qatt ma bsart li se naqbad ir-rotta tal-fotografija: kienet xi ħaġa verament spontanja. Fuq YouTube bdejt insegwi ħafna intiżi tal-fotografija jaqsmu t-teknika tagħhom u juru kif jeditjaw u jipproduċu xogħolhom, u minn hemm jien u ħabibti twebbilna li nixtru kamera u nibdew niġbdu r-ritratti flimkien. Issa ili kważi sentejn li bdejt nesplora u nesperimenta bil-fotografija. Qatt ma ħadt lezzjonijiet tal-fotografija per se: kulma naf ġbartu minn videos online ’l hemm u ’l hawn, u bdejt nitgħallem waħdi.

Fuq il-midja soċjali nsegwi diversi fotografi u mudelli li jispiraw dak li nagħmel, imma bħala ġeneri noqrob aktar lejn fotografija tal-moda u l-belli arti: dawn inħosshom jikkumplimentaw sew lil xulxin, għaliex it-tnejn li huma jieħdu xejra mhux tas-soltu meta tikkunsidra l-kompożizzjoni u kif jinġibdu. Apparti minn hekk inħoss li kważi kważi nispiċċa nispira ruħi minn kollox, kemm minn xi oġġett ta’ kuljum u kemm minn xi opra tas-seklu 18.

Hemm ħafna mezzi ta’ espressjoni artistika, u inti tagħżel li tiġbed ir-ritratti. X’fiha l-fotografija li tħajrek daqshekk? Naħseb tħajjart l-aktar lejn il-fotografija peress li hija waħda mill-aktar affarijiet aċċessibbli li wieħed jista’ jagħmel. Tippermettini nkun pjuttost spontanju: mhijiex xi ħaġa li tirrikjedi wisq ippjanar, u ħassejt li kelli ħafna libertà fil-kreattività tiegħi. Barra minn hekk, ma tiħux ħin daqskemm tieħu pereżempju t-tpenġija: jista’ jkollok idea f ’moħħok, tmur għaliha, u tispiċċa b’xi ħaġa kompletament differenti minn dak li bdejt bih. Dan il-proċess sibtu faċli nidrah, u minnu tgħallimt ħafna kif nista’ noħloq biċċa arti li togħġobni. X’tip ta’ kamera tuża? Biex ngħidha kif inhi, il-kamera li nuża kienet l-ewwel waħda li sibt u li kienet xierqa għall-budget li kelli! Li nbiddel kultant huma l-lentijiet tal-kamera, però l-bqija dejjem bl-istess waħda bqajt. Qatt tħajjart tesperimenta b’midja oħrajn, bħal kameras bil-film? Ikkunsidrajt il-film, però l-problema hija li dawn għaljin ħafna u m’għadx għandi kamera ta’ dak ittip bħalissa. Fil-futur żgur nikkunsidra naqleb għallfilm, però kemm biex nesperimenta biha u mhux xi ħaġa permanenti. Id-diġitali għandu ħafna vantaġġi, u naħseb li se nżommu bħala l-mezz ewlieni tiegħi. Kieku kellek tiddeskrivi l-istil tiegħek, xi ssejjaħlu? Naħseb l-aktar deskrizzjoni xierqa hija li nsejjaħlu “innu għall-istramberija”, għaliex nipprova kemm nista’ naqbad elementi li n-nies mhumiex imdorrijin jitkellmu fuqhom. Togħġobni l-idea tas-surrealiżmu, u dan huwa aspett li nipprova noħorġu fid-dieher fix-xogħol li noħloq; ħaġa li nħobb nagħmel hija li nimplimenta l-mirja, biex nagħti perspettiva differenti jew ngħawweġ il-kompożizzjoni. Madankollu, nixtieq nesperimenta aktar fejn jidħol il-proċessar tar-ritratti, u mill-istampi oriġinali noħroġ xbihat li jistgħu jinksibu biss permezz tal-editjar. Semmejt is-surrealiżmu, però x’inhuma

Taħseb li xogħlok jieħu mill-ħajja personali tiegħek? Għalkemm ma ngħidx li jħaddan xi elementi awtobijografiċi, xogħli nħoss li huwa riflessjoni tal-movimenti differenti li nappartjeni għalihom, bħall-komunità LGBTIQ+ ġewwa pajjiżna. Ninġibed ħafna lejn l-ideat tal-komunitajiet li nifforma parti minnhom, u hija xewqa tiegħi li ningħaqad aktar fi proġetti mhux biss ma’ organizzazzjonijiet ta’ dan it-tip iżda wkoll mal-membri li jinstabu ġo fihom. Jidher li l-aktar li tħobb tiġbed huma n-nies, għall-kuntrarju ta’ pajsaġġi jew natura mejta. Għaliex? L-uċuħ jattirawni. Minn wiċċ wieħed kapaċi toħloq diversità enormi ta’ espressjonijiet u emozzjonijiet, u minn ritratt wieħed kapaċi toħroġ storja sħiħa mingħajr il-bżonn li tlissen kelma waħda. L-ispettatur irid jifhem il-messaġġ b’mod indipendenti, u din tista’ ssir permezz ta’ kollaborazzjoni mal-mudell fir-ritratt. Kull persuna għandha wiċċ differenti, u kull wiċċ jista’ jadatta ruħu għall-kuntesti differenti li jitpoġġa fih: trid tikkunsidra wkoll l-attitudni tal-persuna u l-imġiba li jkollha, u tara kif din tista’ tiġi tradotta skont il-kuntest tar-ritratt. Kif tiddeskrivih il-proċess artistiku li jwassal għall-ħolqien ta’ proġett ġdid? Normalment dejjem nibda b’ispirazzjoni ġo moħħi, pereżempju xi ħaġa li nkun inzertajt fuq l-internet. Minn hemmhekk noħloq abbozz tal-idea li tiġini biex nibda pjan ġenerali, u s-soltu anki nispiċċa nħażżeż ‘l hemm u ‘l hawn kif nixtieq li jidhru xi ritratti fl-aħħar stadju tagħhom. Wara li nkun fassalt kollox nibda nqabbel il-kunċett li nkun ħloqt ma’ xi mudelli prospettivi, però ġieli jinzerta li dawk li se jieħdu sehem ikunu diġà magħżulin minn qabel: f ’dak il-każ, normalment nispiċċa nimmudella l-kunċett wara l-mudell stess. Kif tista’ tara, il-proċess jista’ jieħu diversi xejriet u mhux bilfors jikkonsisti minn sekwenza fissa. Fil-verità kollox jiddependi minn x’jinzerta jasal l-ewwel, u minn hemmhekk kollox jiżviluppa organikament. Liema elementi tqis li huma l-aktar importanti fid-dinja tal-fotografija? Personalment, it-teknika ma tantx tolqotni wisq: jis-


15

22.09.2019

kullhadd.com

BISS ’IL BOGĦOD

a, iżda kif ta’ spiss jidher dan mhuwiex dejjem il-każ: oħrajn jibdew jinnamraw maldentità tagħhom. a l-mekkaniżmi tal-kamera u jpitter stampa sħiħa biss f’ħakka t’għajn. F’qasir żmien, tali iżda li jingħaraf li huwa tiegħu. Kitba ta’ KURT GABRIEL MELI ta’ jkollok l-aħjar teknika jew abbiltà possibbli, imma r-riżultat finali xorta ma jkunx l-aħjar li jista’ jkun. Bl-istess mod jista’ jkollok l-ifjen kamera fid-dinja u l-potenzjal sħiħ tal-proġett xorta waħda ma jirnexxilux joħroġ. Għalija, l-emozzjoni u l-viżjoni huma l-elementi kruċjali li jwasslu għal ritratt ta’ sugu: tista’ tiġbed ritratti bl-agħar apparat immaġinabbli, imma jekk jirnexxilek tittrasmetti l-emozzjoni u l-viżjoni tiegħek permezz tagħhom, hemmhekk tkun għamilt xogħlok sew. Dak li jgħodd, għalija, huwa dejjem il-prodott aħħari: huwa xhud ta’ serjetà fix-xogħol u ppjanar sew. Li jimpurtani bħala fotografu huwa kif se joħorġu r-ritratti b’mod koerenti mat-tema li tkun qed tiffoka fuqha. X’inhuma xi proġetti li verament ħadt pjaċir tagħmel? “Beauty in the Abandoned” huwa proġett li jibqa’ f ’moħħi sal-lum il-ġurnata għaliex wittieli t-triq għal xogħol aktar kunċettwali: konna madwar erba’ fotografi flimkien ma’ mudella waħda, u kulħadd kellu l-libertà jiġbed kif xtaq. Dak iż-żmien kont għadni debuttant fid-dinja tal-fotografija u kważi kważi lanqas kelli idea ta’ x’kont qed nagħmel, però kien proġett fejn verament intbaħt li stajt nirrakkonta storja sħiħa permezz ta’ ritratt sempliċi. “Secrets on Fire” kien ukoll mument kruċjali fil-karriera tiegħi: kienet esperjenza li fetħitli moħħi u għenitni mmur lil hinn minn dak li kont komdu bih. Il-professjoni tal-fotografija kapaċi tkun waħda ferm impenjattiva. Hemm xi mumenti ta’ sfida jew frustrazzjoni li ġieli sibt ruħek tħabbat wiċċek magħhom? F’din il-karriera jinqalgħu ħafna affarijiet u trid tipprepara ruħek għalihom: kull ġimgħa nsib ruħi nik-

kanċella xi sessjoni ta’ ritratti minħabba raġuni jew oħra. Ġieli ma nkunx nista’ jiena, ġieli ma jkunux jistgħu l-mudelli – ġieli tkun f ’qalb is-sajf u f ’daqqa waħda tinqala’ maltempata minn imkien! Min-naħa l-oħra, kemm-il darba nasal fuq il-post lest ħa nqatta’ xi siegħa sagħtejn niġbed... biex imbagħad nirrealizza li nsejt indaħħal il-batteriji ġol-kamera. Madankollu, kultant jinzerta li l-fotografu u l-mudell sempliċement isibuha diffiċli jaħdmu ma’ xulxin għaliex ma jaqblux bejniethom. Tiġri ħafna din, jiġifieri la hu tort tal-mudell u lanqas tort tal-fotografu, però l-viżjonijiet tagħhom ma jkunux kompatibbli: il-fotografu jaf ikollu xi ħaġa partikolari f ’moħħu, mentri l-mudell jaħsibha mod ieħor għalkollox. Għaldaqstant, b’xi mod jew ieħor dejjem tkun tista’ tiggwadanja xi ħaġa mill-esperjenza, imqar xi ritratt wieħed tajjeb jew tnejn. B’mod personali, kif taħseb li din il-linja għenitek tikber u tiżviluppa? Naħseb li nbdilt l-aktar fil-maturità. Qabel ma bdejt nieħu r-ritratti kelli mod ta’ ħsieb aktar lineari u strett ta’ kif nesplora l-arti, u wara dawn is-sentejn irnexxieli nakkwista sens usa’ ta’ x’inhi verament l-arti u x’inhu l-iskop tagħha. Issa kapaċi niftaħ fuq ħafna aktar ideat, anki dak li qabel kont inqisu monotonu: siġġu sempliċi jista’ jsir l-aktar parti essenzjali ta’ ritratt, mentri qabel ma kontx tal-fehma li kwalunkwe oġġett ta’ kuljum kapaċi jitqiegħed f ’kuntest artistiku. Fl-aħħar mill-aħħar kollox għandu skop: kull ħaġa preżenti fir-ritratt dejjem tkun qiegħda hemmhekk b’għan partikolari. Għandek xi proġetti f ’moħħok li tixtieq twettaq? Dejjem ikolli xi proġett jew kunċett f ’moħħi li nixtieq inwettaq – bħalissa għandi lista sħiħa. Kultant inkun irrid nistenna sakemm nista’ nwettaqhom għaliex ikunu wisq ambizzjużi, iżda nixtieq li din is-sena nesplorahom kemm niflaħ waqt li nkun qed nistudja ġewwa Londra peress li se jkolli spazju aktar liberu biex nesperimenta fih. Kieku stajt tmur fil-passat u titkellem miegħek innifsek, x’kont tgħidlu lill-Mattia ta’ sentejn ilu hu u jibda din l-avventura?

Biex ngħidha kif inhi, il-kamera li nuża kienet l-ewwel waħda li sibt u li kienet xierqa għall-budget li kelli! Li nbiddel kultant huma l-lentijiet tal-kamera, però l-bqija dejjem bl-istess waħda bqajt

L-ewwel ħaġa li kont ngħidlu żgur tkun li ma jibżax jesperimenta u li ma jiddejjaqx jieħu riskji. Hawnhekk f ’Malta nħoss li ma nistgħux nitkellmu b’mod liberu dwar ċerti affarijiet, speċjalment minħabba xi biża’ li n-nies mhux ħa jifhmuna. Bħala fotografu, xi darba jew oħra trid tintebaħ li m’intix tiġbed ir-ritratti għall-oħrajn, iżda fl-aħħar mill-aħħar huwa xogħol tiegħek personali: l-udjenza se tarah ix-xogħol tiegħek, però trid tkun fidil lejn il-viżjoni tiegħek u dak li temmen fih int. Sintendi kont ngħidlu wkoll li qatt m’għandu jaqta’ qalbu, u dan għandu jgħodd għal kollox u mhux għall-fotografija biss. Kulħadd għandu l-opportunità li jispikka, u jekk hux issa jew 10 snin oħra, xi darba ħa tasal tiegħek.


16

22.09.2019

kullhadd.com

DAWL FUQ IL-KURSARI TA’ MALTA Ħafna jaħsbu li l-kors, jew is-serq fil-piraterija fuq ilbaħar beda hekk kif wasal fostna l-Ordni ta’ San Ġwann. Iżda dan kollu mhux minnu, għax il-kors f’Malta kien ilu jsir sa qabel il-wasla tiegħu. Kien permezz talkors li l-ħajja f’Malta kienet xi ftit aħjar milli mistennija. Ilkursari kienu forza militari li l-Ordni sab stabbilità għaddispożizzjoni tiegħu. Il-kors kien magħmul minn irġiel qalbenin, imħarrġin sew flarmi u fil-battalji, u għalhekk ingħaddu bħala nies navali għall-Ordni f’pajjiżna. Aktar tagħrif fuq dan is-suġġett ksibtu għalikom mingħand Liam Gauci, Kuratur talMużew Marittimu. Il-Kursari tal-Prinċep ta’ Malta fl-azzjoni. Waħda mil-lunetti fil-Palazz tal-Gran Mastri l-Belt Valletta. Anonima ċ 1764. Żejt fuq il-canvas.

minn Charles B. Spiteri Naturalment dawn it-tlieta kienu jaħdmu favur l-Afrika ta’ Fuq u kien l-Imperu Ottoman li spiss kien jiftaħar bihom. Iżda Malta laqgħetilhom bil-kbir permezz tal-figura u l-ħila spjetata ta’ de Valette, li kien wera xi jsarraf ferm qabel ma laħaq Gran MasF’Malta nsibu li ħafna nobbli tru. Maltin armaw il-qxur tal-baħar li kellhom għall-kors. Iżda meta Liema kienu l-aktar qawwiet fl-1432 ir-Re Aragoniż attakkat dominanti fil-Mediterran, lis-Saraċini fl-Afrika ta’ Fuq, fis-seklu 16? kien megħjun bil-kbir mill-bastimenti li kellhom il-kursara lo- Irridu niftakru li dak iż-żmien kali Maltin, li kienu attivi ferm. l-akbar gwerer kienu jkunu Nafu li dak iż-żmien, kull oġġett politiċi u reliġjużi. Kemm Spanli jżomm f ’wiċċ il-baħar kien ja kif ukoll l-Imperu Ottoman mgħammar sew għat-taqbid kienu saru l-poteri dominanti kontra l-bastimenti tas-Saraċini fil-Mediterran u ħafna armati madwar il-Mediterran. Jirriżulta u navies twaqqfu kemm f ’isem wkoll li Malta kienet tiddependi il-fidi Kristjana kif ukoll dik ħafna mill-baħar għall-għajxien Musulmana. ta’ niesha u għalhekk il-ħtif u t-teħid tal-prejjeż, infirex f ’Mal- Meta kien li l-kursara qalbu minn irwol militari għal ta ta’ qabel il-wasla tal-Ordni. wieħed ekonomiku? Għaliex l-Ordni kien Dan il-qlib li qed issemmi seħħ jiffavorixxi l-kors u x’kienet fil-bidu tas-seklu 17, għax irir-rabta bejnu u s-sidien tax-xwieni? Liam, kif semmejt diġà, ħafna jassoċjaw il-kors mal-Kavallieri u mal-Ordni, iżda hemm xhieda li dan inbeda fl-1432. X’kien ir-riżultat u kif daħlu l-kursara Maltin?

Għax jirriżulta li fl-1480 ilkursara Maltin kienu għenu lill-Ordni ta’ San Ġwann fil-battalja tagħhom f ’Rodi. Għalhekk meta l-Ordni ġie Malta, tejbu r-relazzjonijiet ta’ bejniethom biex għamlu minn pajjiżna bażi aktar b’saħħitha fil-Mediterran. Jissemmew il-kursara Barbarossa, Dragut u Occhiali. Għal min kienu jaħdmu u min kien jiqfilhom?

riżulta li l-ħtif kien qed jgħin lillKaxxa tal-monarki u tal-politiċi, kif ukoll lill-komunitajiet li jgħixu mal-port. Seklu wara, il-kors ġie suġġett għal numru ta’ regoli u kundizzjonijiet li kkontrollawlu l-ħidma tiegħu. Dawn il-liġijiet, imwaqqfa mill-qrati, trattati internazzjonali u liġijiet marittimi ddaħħlu biex jikkontrollaw l-attività tal-piraterija. Madankollu, ma setax jinstab mod faċli kif jinkisbu l-benefiċċji ekonomiċi.

jonijiet li kellu. Barra minn dan, il-kaptan kellu jwiegħed li la jattakka u lanqas jimmolesta xwieni Nsara, peress li kien se jbaħħar f ’isem l-Ordni ta’ San Ġwann. B’hekk, il-Magistrato degli Armamenti kien qed iwaqqaf il-bażi għal sistema legali li kellha tirregola lill-kursara f ’Malta.

setgħu faċilment jappellaw f ’Ruma. Terġa’ l-Papa kien dejjem attent biex jaħbi l-firda li kien hemm bejn il-Knejjes Kattoliċi u Ortodossi, u b’hekk l-appelli ta’ Ruma rari ferm ħadmu favur il-kursari Maltin.

X’bandiera kienu jtajru u x’perikli kienu jippreżentaw biha?

Għall-bidu l-ħtif jew akkwist tal-kors ma kienx regolat. Meta ġie regolat?

Hawn irridu nsemmu li l-Qorti kienet għamlet żball li aktar tard fis-seklu 17 irriżulta li kien fatali. Dan peress li ordnat li l-kursari jtajru l-bandiera tar-reliġjon, jew aħjar il-bandiera tal-Ordni ta’ San Ġwann, li kienet salib abjad fuq sfond aħmar. Issa waqt li l-Qorti kienet attiva u ħsiebha fil-piraterija u l-bastimenti li joħorġu minn Malta, dawn, ladarba bil-bandiera tal-Ordni, kienu jaqgħu taħt il-Qorti tal-Appell ta’ Ruma. Għalhekk meta ma kienx ikun hemm qbil fuq il-priża, l-akkużat dejjem seta’ jappella lill-Papa f ’Ruma, li kien il-kap ewlieni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. Ġara wkoll li lejn tmiem is-seklu 17, l-aktar negozju fil-Mediterran tal-Lvant kien fdat f ’idejn il-merkanti Griegi, immexxija mill-Ottomani. Peress li l-Griegi kienu meqjusin bħala Nsara, u l-Magistrato ma ppermetta ebda attakk fuq bastimenti Nsara, dan naqqas ferm is-saħħa tal-bastimenti b’bandiera tar-reliġjon. U anki jekk il-Qorti ddikjarat li attakk kien ġust, il-vittmi Griegi

Kien fl-1697 li l-Gran Mastru Ramon Perellos waqqaf il-Consolato del Mare, fil-kapaċità tiegħu ta’ Prinċep ta’ Malta. Hawn, ilGran Mastru u l-Kunsill tiegħu kienu qed joħolqu mill-ġdid dak li kien ġa qed iseħħ fil-portijiet kummerċjali tal-Mediterran. L-istituzzjoni l-ġdida saret biex tipprovdi għat-tbaħħir kummerċjali f ’Malta, u għalhekk, fi ftit snin, bdiet tieħu ħsieb kulma jikkonċerna lill-kursara li bdew itajru l-bandiera tal-Prinċep ta’ Malta. Din il-bandiera ma kinitx il-bandiera tal-Ordni, iżda waħda li tirrappreżenta lill-Gran Mastru bħala Prinċep ta’ pajjiżna. Issa, il-bandiera tal-Gran Mastru kienet il-bandiera ta’ Stat, u għalhekk tirrappreżenta lillPrinċep, lill-Qorti u lid-dominju tiegħu. Fissret ukoll li b’xi mod twarrbet l-influwenza tal-Papa minn Ruma. Dan ma kien xejn ġdid, għax fl-1580, meta kien Gran Mastru de Verdalle, kien diġà kellu bastimenti f ’ismu, u issa, wara dawn is-snin, ma kien hemm xejn, la fil-ftehim tal-Magistrato degli Armamenti u lanqas fil-Consolato del Mare, kontra l-użu ta’ din il-bandiera. Biex kollox jimxi b’normalità,

L-ewwel tentattiv sar mill-Gran Mastru Alof de Wignacout. Fl1605, hu waqqaf il-Magistrato degli Armamenti, kemm biex jirregola l-kors u biex jipprovdi statut għall-kursara. Kien sforz meħtieġ immens, fejn qabel kull żbark, il-kaptan kursar kellu jipprovdi rapport lill-Gran Mastru li fih jistqarr il-qawwa tal-bastiment, l-armamenti u l-proviż-

Hawn irridu nsemmu li l-Qorti kienet għamlet żball li aktar tard fis-seklu 17 irriżulta li kien fatali. Dan peress li ordnat li l-kursari jtajru l-bandiera tar-reliġjon, jew aħjar il-bandiera tal-Ordni ta’ San Ġwann, li kienet salib abjad fuq sfond aħmar

Allura x’ġara biex il-Maltin jilqgħu għal dan kollu?


17

22.09.2019

kullhadd.com

Il-Gran Mastru Ramon Perellos, fil-monument li għandu fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

kien il-Gran Mastru Perellos innifsu li f ’nota qasira għarraf lill-Papa, li kienet teżisti lakuna u li l-Prinċep ta’ Malta kien se jużaha favur tiegħu. Biha bdiet taqtigħa qawwija bejn Ruma u Malta, fejn inħoloq paradoss, għax il-Gran Mastru kellu żewġ setgħat: dik ta’ Prinċep ta’ Stat u mexxej sovran, waqt li jibqa’ Prijur ta’ kunvent li jwieġeb għal Ruma u l-Papa. Ġara għalhekk li waqt li l-bastimenti bil-bandiera tar-reliġjon baqgħu jaqgħu taħt Ruma, dawk bil-bandiera tal-Prinċep, kienu jwieġbu biss għal dak li jgħid il-Gran Mastru u mhux għall-Papa. Dan kollu inkoraġġixxa lill-kursara lokali biex aktar jarmaw il-bastimenti tagħhom f ’pajjiżna. Meta fl-1784, il-Codice de Rohan, stabbilixxa t-Tribunale degli Armamenti biex jieħu post il-Magistrato degli Armamenti, il-Gran Mastru saħħaħ il-qagħda tiegħu u l-Qorti nqasmet fi tnejn, għax kien dikjarat li issa, iż-żewġ bnadar kellhom iwieġbu għaż-żewġ fergħat differenti tat-Tribunal il-ġdid. Il-bandiera tar-reliġjon baqgħet twieġeb għal Ruma, iżda l-bandiera tal-Prinċep, speċifikament u kategorikament, ma kinitx tbaxxi rasha għall-Papa. L-istess tibdiliet kostituzzjonali taw ħajja ġdida lill-ekonomija tal-kors f ’Malta, iżda l-qagħda internazzjonali wkoll lagħbet il-parti tagħha biex tistimula lill-komunità ta’ kursara lokali. Fl-1760, waqt il-Gwerra tas-Seba’ Snin madwar id-dinja, Malta, pajjiż newtrali għall-qawwiet kollha Ewropej, kellha s-sehem diplomatiku tagħha.

joffri biex jesegwixxu gwerra fuq l-Imperu Ottoman. Sadanittant, il-konnessjonijiet li kellu l-Ordni ma’ Pariġi nżammu wkoll. Tant, li ż-żwieġ bejn ittifel il-kbir tar-Re ta’ Franza ma’ Marie Antoinette, kien ċelebrat b’pompa kbira fostna. Kienu organizzati banketti ta’ ikel (banquets) u ballijiet. Nisa sinjuri li kienu jgħixu f ’dawk is-snin kienu mistiedna għall-festini li kienu jibqgħu sejrin sal-ħamsa ta’ filgħodu. Issa Franza kellha s-sehem ġust tagħha minn dak kollu li jinqabad mill-kors. Fl-istess snin, il-gwerra għall-indipendenza Amerikana, kienet qed iġġebbed lin-Navy Franċiża għal kollox, tant li ħafna kursari Maltin telqu mis-servizz ta’ kursara mal-flotta lokali u ntbagħtu Franza biex iservu fil-flotta Franċiża. Insibu li l-1779, 17 minn 81 raġel abbord bastiment tal-kursari Maltin ingħaqdu man-Navy Franċiża. Meta faqqgħet il-Gwerra bejn ir-Russi u t-Torok, bejn l-1787 u l-1792, l-involviment uffiċjali ta’ Malta kien wieħed ta’ newtralità. Iżda l-kursari bbażati fuq il-gżira qabdu l-armi f ’idejhom b’mod illegali favur it-Tsarina u għalhekk kontra l-Imperu Ottoman. Dan l-involviment kabbar l-interess Russu f ’Malta u fl-Ordni. Għall-kursara f ’Malta, dan ħeġġiġhom jinvestu aktar fil-bastimenti u l-armamenti tagħhom. Għall-ewwel darba fi kważi seklu, individwi privati beda jkollhom bastimenti enormi għallkors, b’kobor li kien jaqbeż lil dawk li kellu l-Ordni ta’ San Ġwann innifsu.

X’rabta nsibu bejn Malta, Franza u r-Russja?

Kif intlaqtet Malta fi żmien ir-Rivoluzzjoni Franċiża?

Is-snin ta’ wara l-1770 kabbru l-interess Russu f ’pajjiżna. Ir-Russi baqgħu jagħmlu użu mill-port Malti u l-faċilitajiet li

Fl-aħħar sforz biex l-Ordni jsalva lill-monarkija ta’ dak l-Istat u probabbilment biex jipprova jsalva l-proprjetà tiegħu stess,

Fl-1760, waqt il-Gwerra tas-Seba’ Snin madwar id-dinja, Malta, pajjiż newtrali għall-qawwiet kollha Ewropej, kellha s-sehem diplomatiku tagħha

il-Gran Mastru de Rohan, għen fil-ħarba tar-Re lejn Varenne. Din taf kienet waħda mill-gafef politiċi li kkommetta de Rohan innifsu. Il-Kumitat li kien qed jiggverna lil Franza, issekwestra l-proprjetà kollha li kellu l-Ordni, waqqfilhom il-flus kollha li kienu ġejjin fil-gżira u ġiegħel lill-Ordni jirtogħod mill-pedament. F’dan il-ġenn kollu resqet opportunità: dehru ftit snin ta’ profitt għall-komunità tal-pirati, li ħadd qabel ma seta’ ħabbar. In-navy Franċiża ma kinitx għadha tipproteġi lill-merkanti Ottomani u l-kursari Barbari kisbu saħħithom. It-Tuneżija daħlet fl-inkwiet ma’ Venezja u l-gwerra li rriżultat kattret l-investiment għall-flotta ta’ pirati f ’Malta. Mela dan kien l-aktar żmien ta’ suċċess għall-kors? Bla dubju, hekk kienu s-snin tal-1790. Kienu għaxar snin ta’ suċċess tremend, li tefgħu d-dada għall-gwerra qaddisa f ’pajjiżna. Għall-ewwel darba f ’għaxriet ta’ snin, Malta kellha l-bastimenti privati ta’ kursara, b’Kavallieri professati li servew ta’ baħrin. Żminijiet imqallbin kienu jitolbu għal miżuri ddisprati mill-membri aristokratiċi tal-Ordni. Ordni li kien wasal biex ikun mirbuħ minn Franza l-ġdida, li hu pprova jopponi. Iżda meta wasal iż-

żmien, fl-1798, il-kursari wrew li kienu għadhom jeżistu. Huma sempliċiment dawru r-rotta tagħhom, għax il-professjoni, antika għal sekli sħaħ, ma kinitx lesta ċċedi l-opportunitajiet profittabbli li kienu jinsabu fuq il-gżira Maltija. Għalhekk inbidlet il-bandiera u bdiet era ġdida. U meta Franza rivoluzzjonarja ħadet dawn il-passi kontra l-Ordni, x’ġara? L-Ordni kellu jdur għall-assi lokali li kellu f ’pajjiżna. Il-kors kien wieħed mill-assi li kien lest għal kulma seta’ jinqala’; jiġġenera l-flus, ix-xogħol u t-taħriġ. Din il-forza paramilitari, li kienet il-flotta tal-kursara Maltin, kienet teħtieġ il-faċilitajiet mill-aqwa li kienet toffri t-Tarzna tal-Ordni. Il-faċilitajiet u l-ħiliet mill-ewwel kienu aċċessibbli u l-Ordni ħa l-aqwa vantaġġi mill-merċenarji tiegħu ta’ fuq il-baħar. L-aqwa assi tal-Ordni fil-port kienu l-Arsenal u d-Dock numru 1. Sa minn tmiem is-seklu 18, il-port, partikolarment Galley creek, French creek u l-English creek, kienu qed iserrħu ħafna fuq xogħlijiet relatati mal-bini ta’ bastimenti. Dawn l-istess faċilitajiet inkoraġġew it-twaqqif għal xogħol marbut mal-piraterija. Li jintrama bastiment għallkors fit-Tarzna kien faċli fuq

gżiritna u apparti mill-ħtiġiet tal-Ordni, l-istess Ordni kera spazji oħra lil individwi privati. Kienx intenzjonat jew le, dawn l-individwi spiss spiċċaw involuti fil-kors innifsu. Allura l-kursara kienu jħallsu xi drittijiet biex jaħdmu fil-mestier tagħhom? Dażgur. Insibu li fl-1794 kien hemm il-Dritto di Ammiragliato, li kien il-ġbir ta’ flus f ’taxxa dovuti mill-kursari lill-Prinċep (de Rohan) talli jagħmlu użu mill-bandiera tiegħu. Għal dik is-sena biss, il-flus miġbura ammontaw għal 4,854 skud. Is-sena ta’ wara, il-Gran Mastru rċieva 6,080 skud oħra. Din ma kinitx xi somma straordinarja, meta tqis l-ispejjeż tal-Ordni f ’dawk l-aħħar snin f ’Malta. Madankollu, wieħed irid iqis li fl-1792, il-bini ta’ Forti Tignè, sewa 7,000 skud. Il-Balì Tignè kien ħareġ 1,000 skud u l-Gran Mastru de Rohan ħareġ il-kumplament ta’ 6,000 skud. Il-Dritto di Ammiragliato, magħruf ukoll bħala Dritto di Lancia, kien jispeċifika li 10% tal-profitt ġenerat mill-ħidma ta’ piraterija kellha titħallas lill-Ordni. Għalhekk wieħed malajr jista’ jikkonkludi li għas-sena 1795, il-kors f ’Malta, iġġenera 6,800 skud. U meta tħares lejn din is-somma jkollok tammetti li ma kinux flus ġenerati minn xi attività ekonomika moribonda. U wieħed irid jiftakar ukoll li l-oġġetti mibjugħin kienu jġibu aktar flus minn hekk bħala valur fis-suq. Iżda b’daqshekk ma rridux naħsbu li l-kors kien jiġġenera biżżejjed fondi biex ipatti għaddefiċit finanzjarju tal-Ordni. Madanakollu, il-flus miksuba kienu dejjem xi ħaġa li l-Ordni ta’ San Ġwann kien jieħu gost bihom.


18

22.09.2019

kullhadd.com

MALTA MADWAR ID-DINJA Carmelo Abela Ministru

Ħafna drabi ssib uħud li jkollhom il-perċezzjoni li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jeżisti għad-dinja madwar Malta. Jien li ilni nkarigat mit-tmexxija ta’ dan il-Ministeru għal ftit aktar minn sentejn, nista’ ngħid b’wiċċi minn quddiem li dan mhux ilkaż, anzi s-sitwazzjoni hija relattivament bil-maqlub. Apparti r-relazzjonijiet bilat-

erali u kwistjonijiet reġjonali u globali, xogħolna huwa wkoll li nħarsu u ngħinu lill-Maltin barra minn Malta. Dan qed nagħmluħ bil-fatti. Forsi xi kultant ikollna nammettu però li l-messaġġ tagħna mhux jasal b’saħħtu biżżejjed hemm barra. Għaldaqstant illum ser inkun qiegħed nispjega l-ħidma tagħna f ’dan ir-rigward, jiġifieri kif aħna qed ngħinu lill-Maltin u nippromovu lill-Malta u dak kollu li hu Malti barra minn xtutna. Il-ġimgħa li għaddiet kont Ruma u l-Vatikan, fejn anke kelli laqgħa mal-Papa Franġisku. Biss għalkemm laqgħa mal-Papa dejjem tkun xi ħaġa speċjali, din illaqgħa ma kinitx l-iskop ewlieni taż-żjara tiegħi hemmhekk. Filfatt, tlajt Ruma flimkien mas-Soċjetà Mużikali Beland taż-Żejtun li kellhom l-opportunità li jdoqqu fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, filwaqt li kellhom ukoll udjenza mal-Papa Franġisku proprju fil-

11 ta’ Settembru. Dan apparti li s-Soċjetà Mużikali Beland tat kunċert ukoll ġewwa l-Conservatorio di Musica Santa Cecilia, tant rinomat f ’Ruma, taħt id-direzzjoni tal-Maestro Ray Sciberras nhar l-10 ta’ Settembru. Dan kollu kien possibbli grazzi għallFond għad-Diplomazija Kulturali, liema fond l-iskop tiegħu hu li jinbnew il-pontijiet bejn pajjiż u ieħor grazzi għall-mużika, l-arti u proġetti oħrajn. Fuq nota kemxejn simili, ftit talġimgħat ilu kont ġewwa Moska fir-Russja fejn inawgurajt esebizzjoni ta’ pittura tal-Imperatriċi Catherine the Great li ġiet resawrata riċentement. Din il-pittura kienet ingħatat lill-Gran Mastru Emmanuel de Rohan Polduc bħala rigal diplomatiku, u din l-esebizzjoni ser tkun qed tikkommemora l-290 anniversarju mit-twelid tal-Imperatriċi. Biss din l-esebizzjoni ser tibqa’ miftuħa għal ħames xhur

u madwar kwart ta’ miljun ruħ li mistennija jżuru din l-istess esebizzjoni. Permezz ta’ inizjattivi bħal dawn, apparti li ser inkunu qed nibnu l-pontijiet, ser inkunu wkoll qed nagħmlu riklam għal pajjiżna. Apparti l-Affarijiet Barranin, il-Ministeru huwa wkoll inkarigat bil-Promozzjoni tal-Kummerċ. Forsi rajtu xi rapporti fl-aħħar ġimgħat fejn ingħad li l-Gvern qiegħed isaħħaħ ir-relazzjonijiet tiegħu mal-Ġappun, fejn mistennija tinfetaħ l-Ambaxxata Maltija ġewwa Tokyo. Però, għalkemm l-Ambaxxata għad trid tinfetaħ, ma jfissirx li l-ħidma fil-qasam kummerċjali għada ma bdietx. Fl-aħħar ġimgħat kelli diskussjonijiet mal-Kamra tal-Kummerċ Malta-Ġappun, fejn assigurajthom li ser isibu s-sapport assolut tal-Ministeru fil-ħidma tagħhom. Iddiskutejna kif nistgħu nolqtu ħafna setturi tas-suq Ġappuniż, fosthom il-manifattu-

ra, is-servizzi, il-blockchain, itturiżmu u anke t-tagħlim tal-Ingliż. Smajt mingħand negozjanti li ngħataw għajnuna mingħandna, kif is-suq Ġappuniż kien kruċjali biex huma jġibu studenti Ġappuniżi jistudjaw Malta. F’każ ieħor partikolari sirt naf li wara kumpanija partikolari espandiet għal swieq differenti, fosthom għall-Ġappun, it-turnover tal-istess kumpanija kiber minn €600,000 fis-sena għal aktar minn €5 miljun fis-sena. Kollha stejjer li jkomplu jimbuttawna biex inkomplu naħdmu. Bħalissa għandna madwar 40 kumpanija Maltija li qed jesportaw lejn il-Ġappun. Inħeġġeġ oħrajn li huma mħajrin biex jagħmlu bħalhom biex jersqu lejna ħalli nkomplu naraw aktar Maltin jagħmlu suċċess barra minn xtutna. Wara kollox, bħalma jgħid il-Malti: l-għajjat nofs il-bejgħ.

IL-ĦAMES KONFERENZA ANNWALI TAL-MMUNS

Mark A. Schapiro Chargé d’Affaires, U.S. Embassy

Kien unur għalija li ningħaqad mal-President George Vella u dinjitarji oħra biex ninawguraw il-konferenza tal-Malta Model United Nations Society (MaltMUN) aktar kmieni dan ix-xahar. Taħt it-tema ta’ “Ego Vs. Leadership: Restoring the Balance,” aktar minn 50 żagħzugħ Malti u internazzjonali u gradwati riċenti simulaw dibattiti fil-Kumitati tal-Ġnus Magħquda u ppreżentaw riżoluzzjonijiet dwar varjetà ta’ suġġetti, inkluż il-kriżi tal-Venezwela, il-korruzzjoni fl-istrutturi tal-poter, il-persekuzzjoni reliġjuża, il-migrazzjoni minħabba l-klima, u t-tibdil fil-klima. Il-konferenza kienet opportunità għalija biex niddiskuti kif niżviluppaw mexxejja fil-Gvern tal-Istati Uniti, u nispjega wkoll uħud mill-għanijiet tal-politika barranija tagħna. Jien nixtieq niddeskrivihom hawn illum. Din is-sena hija partikolarment importanti għalina, għaliex niċċelebraw il-230 anniversarju tad-Dipartiment tal-Istat Amerikan. Id-Di-

partiment tal-Istat huwa l-eqdem aġenzija tal-Gvern tal-Istati Uniti, u għal raġuni tajba. L-isforzi tagħna biex nippromwovu l-poplu Amerikan, u biex nippromwovu l-valuri demokratiċi u d-dinja libera, paċifika u sinjura huma essenzjali. B’mod simili, MaltMUN tqajjem kuxjenza, dwar kwistjonijiet globali importanti, li turi l-valur li naħdmu flimkien bħala nazzjonijiet biex insolvu kwistjonijiet ta’ paċi, kummerċ u sigurtà. Is-suġġetti ta’ din is-sena kienu partikolarment f ’waqthom għaliex qed naraw tħassib dejjem akbar dwar il-korruzzjoni, l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u attakki fuq l-istat tad-dritt. F’din l-era diġitali li qed timxi b’ritmu mgħaġġel, uħud jistgħu jargumentaw li t-teknoloġija qiegħda tiffaċilita l-korruzzjoni. Nistgħu nistaqsu: “It-teknoloġiji emerġenti jiffaċilitaw il-korruzzjoni jew jgħinu biex tintrebaħ il-ġlieda kontra l-korruzzjoni?” Li nafu huwa li t-teknoloġija għamlet passi kbar fis-setturi kollha. F’inqas minn għaxar snin, il-cryptocurrencies tbiddlu minn sempliċi kurżità tal-internet fi klassi ġdida ta’ assi f ’diversi biljuni. Iż-żieda fil-popolarità u l-valur tal-cryptocurrencies ġabhom taħt skrutinju mill-gvernijiet u l-banek ċentrali madwar id-dinja. Ir-regolaturi qed ibatu biex jifhmu l-impatt ekonomiku potenzjali tal-cryptocurrencies, l-implikazzjonijiet tagħhom għall-politika monetarja, u l-għażliet għar-regolazzjoni. Il-konferenza tal-MaltMUN enfa-

sizzat li l-qasam ewlieni tat-tħassib huwa l-potenzjal għall-użu ħażin ta’ cryptocurrencies għall-evażjoni tat-taxxa, il-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar ta’ attivitajiet illegali, minħabba l-kapaċità tagħhom li jevitaw networks bankarji formali u kontrolli transkonfinali tal-fluss ta’ kapital. Naqbel mal-opinjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat li l-blockchain, it-teknoloġija ledger distribwita u l-cryptocurrency huma l-oqsma fejn l-innovazzjoni qed isseħħ illum u nfaħħar il-leġiżlazzjoni tal-Parlament Malti ta’ tliet liġijiet, li jistabbilixxu l-ewwel qafas regolatorju għall-blockchain, għall-cryptocurrency, u għat-teknoloġija ledger distribwita. Dan jagħmel lil Malta l-ewwel pajjiż li jipprovdi sett uffiċjali ta’ regolamenti għal operaturi f ’dawn is-setturi. Punt importanti ieħor tal-konferenza kien l-abbuż tad-drittijiet tal-bniedem. Mis-16 sat-18 ta’ Lulju, is-Segretarju tal-Istat Pompeo indirizza t-tieni Ministerial to Advance Religious Freedom (MARF). Il-Ministerial ġab flimkien mexxejja minn madwar id-dinja biex jiddiskutu l-isfidi li taffaċċja l-libertà reliġjuża, u biex jaffermaw mill-ġdid l-impenji internazzjonali biex jippromwovu l-libertà reliġjuża għal kulħadd u jiffukaw fuq riżultati konkreti li jipproduċu bidla dejjiema u pożittiva. Dan ipprovda pjattaforma għas-superstiti ta’ persekuzzjoni reliġjuża minn madwar id-dinja biex jaqsmu l-istejjer tagħhom ta’ kuraġġ u reżistenza. L-għan tas-Segretarju kien sempliċi, dak li jippromwovi

d-dritt fundamentali tal-bniedem li jemmen dak li jrid jemmen. Il-Gvern tal-Istati Uniti huwa mħasseb ħafna dwar l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem. Aħna mħassba dwar il-persekuzzjoni fiċ-Ċina tal-minoranza Musulmana tagħha. L-antisemitiżmu qiegħed jiżdied madwar id-dinja. L-Arabja Sawdija timponi piena ta’ ħabs fuq individwi għal apostasija u dagħa. Ir-Rohingya jkomplu jsofru minn tindif etniku f ’Burma. U l-awtoritajiet Russi jippersegwitaw gruppi reliġjużi paċifiċi fir-Russja u barra – Kristjani u x-Xhieda ta’ Ġeħova, l-Ortodossi Ukreni u t-Tatari talKrimea. Aħna impenjati ħafna fuq il-promozzjoni u d-difiża tal-libertà reliġjuża internazzjonali. Imma l-isfida hija kbira wisq għal kwalunkwe nazzjon waħdu. Il-gvernijiet, il-gruppi tas-soċjetà ċivili, il-mexxejja reliġjużi ta’ kull twemmin iridu jipproteġu u jiddefendu l-libertà tar-reliġjon għal kulħadd, f ’għaqda ma’ xulxin. L-Istati Uniti jieħdu pożizzjoni soda kontra l-persekuzzjoni reliġjuża u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem b’mod ġenerali u dawn il-kwistjonijiet huma prijorità tal-politika barranija. Kif qal is-Segretarju Pompeo: “Il-promozzjoni tal-libertà reliġjuża għal kulħadd mhux biss tavvanza l-interessi tal-individwi, iżda talpajjiżi u l-gruppi reliġjużi madwar id-dinja. Pajjiżi li jħaddnu l-libertajiet individwali ħafna drabi huma l-aktar siguri, ekonomikament vibranti, u sinjuri fid-dinja. Il-libertà reliġjuża

hija element essenzjali tal-bini ta’ soċjetajiet ħielsa.” L-74 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Ġnus Magħquda bħalissa qed tiltaqa’ fi New York. L-Istati Uniti tinsisti li l-għan tal-gvernijiet huwa li jħarsu d-drittijiet fundamentali. Ma jista’ jkun hemm l-ebda ekwivalenza morali bejn in-nazzjonijiet li jżommu l-istat tad-dritt, jagħtu s-setgħa lin-nisa, u jirrispettaw id-drittijiet individwali u dawk li jippersegwitaw u jrażżnu n-nies tagħhom. Aħna nfittxu li nenfasizzaw il-qasma bejn soċjetajiet miftuħa u soċjetajiet magħluqa, u permezz ta’ kliemna u għemilna, naħdmu biex niżguraw li tal-ewwel jipprevalu fuq tal-aħħar. Inħeġġeġ lill-ġenerazzjoni li jmiss ta’ mexxejja emerġenti biex jikkontribwixxu għal dibattiti politiċi u soċjali lokali u internazzjonali. Bħala mexxejja futuri tridu tkunu parti mill-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li jsawru l-futur tagħkom. L-attiviżmu jbiddel id-dinja, u organizzazzjonijiet bħall-MaltMUN huma kanali ideali biex jamplifikaw il-vuċijiet tagħkom u jiksbu bidla. L-Ambaxxata tal-Istati Uniti tat l-appoġġ tagħha lill-MaltMUN mill-bidu nett, fis-sena 2013, u jien kuntent ħafna li hija l-ixprun ta’ parteċipanti fil-programm ta’ skambju Benjamin Franklin Transatlantic Fellowship (BFTF), flimkien ma’ mexxejja żgħażagħ oħra promettenti. Il-President Emma Grech u s-Segretarju Ġenerali Andrea Schwaiger huma t-tnejn BFTF Fellows. Inħeġġiġkom tikkuntattjahom biex tingħaqdu ma’ tim ta’ trailblazers b’passjoni kbira!


19

22.09.2019

kullhadd.com

LURA L-ISKOLA Editorjal

Fil-fatt f’dak li għandu x’jaqsam mal-edukaturi, għall-ewwel darba f’ħafna snin, kien iffirmat ftehim settorjali ġdid li fisser żieda b’mod sostanzjali fid-dħul tal-edukaturi

Eluf ta’ studenti fil-jiem li ġejjin jerġgħu lura għall-bankijiet tal-iskola wara l-pawsa għall-jiem tas-sajf. Mal-ewwel nawgurawlhom għas-sena skolastika li ġejja. Din is-sena skolastika se tibda mal-ewwel b’differenza. L-istudenti għandhom għażla, jew jattendu l-iskola bl-uniformi preżenti jew bit-tracksuit tal-uniformi attwali. Dan wara konsultazzjoni pubblika fuq l-uniformi tal-iskola mal-istudenti, mal-għalliema u mal-ġenituri li l-għażla tal-maġġoranza fost kull grupp kienet favur li l-uniformi tkun tracksuit komda u sportiva. Tajjeb li jingħad li din it-tracksuit bħala uniformi se tiddaħħal fuq perjodi differenti, biex ma jkunx hemm piżijiet żejda fuq il-ġenituri. Biex għal darb’oħra hawn qegħdin naraw awtoritajiet li lesti jikkonsultaw u jisimgħu. Piż żejjed li tar ukoll minn fuq spallejn il-ġenituri huwa dak tat-trasport - bit-trasport b’xejn għall-istudenti kollha li jattendu skejjel obbligatorji tal-Istat, tal-Knisja, u dawk indipendenti – inizjattiva li bdiet fis-sena skolastika 2018-2019 u li ssaħħet għal din is-sena skolastika li deħlin għaliha u li qed jibbenifikaw minnha ak-

tar minn 25,000 student. Dan ifisser €10 miljun fil-bwiet tan-nies grazzi għall-introduzzjoni tat-trasport b’xejn. F’dan il-qasam ittieħdu u qed ikomplu jittieħdu diversi miżuri biex l-esperjenza skolastika tkun esperjenza sabiħa mhux biss għall-istudenti, imma wkoll jitnaqqas il-piż minn fuq spallejn il-ġenituri. Tajjeb li nsemmu l-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC b’xejn u li ġew ipprovduti l-past papers online b’xejn; klassijiet ta’ reviżjoni tas-SEC b’xejn u l-introduzzjoni tat-tablet li kienet pass importanti biex titnaqqas id-digital divide bejn it-tfal u tinkiseb esperjenza edukattiva aktar relevanti. L-investiment qed isir mhux biss fuq din l-iskala, imma wkoll fuq skali akbar f ’dik li hija infrastruttura – infakkru fl-iskola l-ġdida f ’Marsaskala b’investiment ta’ madwar €6 miljun, l-ewwel fażi talproġett tal-binja tal-Istitut tal-Inġinerija u t-Trasport fl-MCAST - b’investiment ta’ €6 miljun oħra, apparti l-investiment li qed isir fil-Junior College u fl-Università ta’ Malta. L-investiment li qed isir f ’dan il-qasam huwa vast – ma ninsewx investiment li tħabbar ftit

qabel għalqet is-sena skolastika li għaddiet - aktar minn miljun ewro f ’kotba b’xejn fil-klassijiet biex jitrawwem il-qari u l-kitba fit-tfal. Meta nitkellmu dwar l-edukazzjoni ma nistgħux ma nsemmux ir-riforma ta’ My Journey li se tidħol fis-seħħ mal-ftuħ ta’ sena skolastika ġdida għall-istudenti tas-Sena 9 fl-iskejjel tal-Istat fejn se tagħti valur ugwali lill-programmi ta’ tagħlim akkademiku, vokazzjonali u applikat. Din is-sistema edukattiva se tagħti bidla radikali għal dik li aħna konxji minnha, edukazzjoni one size fits all. L-aspett akkademiku se jibqa’ hemm imma għal dawk l-istudenti li jridu xi forma oħra biex jitgħallmu issa se jkollhom il-mezzi. Il-ħtieġa għal din ir-riforma jixhduha l-istudenti stess hekk kif 60% tal-istudenti tas-Sena 9 għażlu tal-inqas suġġett wieħed applikat jew vokazzjonali. Biex ir-riforma setgħet tidħol fisseħħ il-Gvern investa f ’disa’ laboratorji u workshops state of the art għal kull kulleġġ. Titjib sar u qed ikompli jsir. Hemm proġetti għaddejjin, anki ta’ bini ta’ skejjel. Madankollu, ninsabu konxji wkoll li f ’dan is-settur vast għad hemm xi jsir. Ejja nħarsu lejn l-għalliema. Tajj-

eb li nfakkru li dawn kienu ilhom snin sħaħ staġnati u għalhekk waqgħu lura f ’dawk li huma kundizzjonijiet finanzjarji tax-xogħol. Imma dan il-Gvern ħaseb ukoll fl-edukaturi, għalkemm hemm min iħoss li forsi dan mhux biżżejjed. Fil-fatt f ’dak li għandu x’jaqsam mal-edukaturi, għall-ewwel darba f ’ħafna snin, kien iffirmat ftehim settorjali ġdid li fisser żieda b’mod sostanzjali fid-dħul tal-edukaturi. U żdiedu anke l-opportunitajiet biex l-għalliema jkunu jistgħu jkomplu jtejbu l-ħiliet tagħhom u wkoll jimirħu f ’aktar opportunitajiet. Fl-istess ħin trid tiżdied l-enfasi fuq ir-rispett lejn din il-professjoni. Għax hekk ukoll inkomplu nħeġġu aktar żgħażagħ jidħlu f ’din il-professjoni u vokazzjoni nobbli għax il-futur ta’ pajjiżna jiddependi mix-xogħol fl-iskejjel. Irridu lit-tfal jiġu jitgħallmu f ’post li jieħdu gost u magħhom l-edukaturi, biex b’mod ħolistiku lill-istudenti niżviluppawlhom il-ħiliet u l-valuri tagħhom f ’ambjent li jkun ta’ esperjenza sabiħa kemm għalihom kif ukoll għall-edukaturi. Nafu li sar ħafna u li baqa’ xi jsir. Nappellaw li fiċ-ċentru jinżamm dejjem l-istudent.


20

22.09.2019

kullhadd.com

L-GĦAQDA ĠĠIB IR-RIŻULTATI

Catherine Fenech Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL

Fil-waqfa tas-sajf fejn donnu kollox deher kwiet u kalm, ix-xogħol issokta sew u l-Parlament se jiftaħ fi ftit ġranet oħra u l-preparamenti għall-baġit qegħdin fil-quċċata tagħhom. Dan hu t-8 baġit li Gvern Laburista se jippreżenta lill-poplu minn mindu tela’ fil-Gvern mill-2013 ’l hawn. Irridu nammettu li taħt Gvern Laburista ma teżistix klima ta’ tensjoni b’rabta mal-baġit fejn in-nies u n-negozji jkunu inkwetati li se tiżdied xi taxxa, iżda bil-maqlub, għax kif aċċenna l-Prim Ministru, illum hemm l-aspettattiva għall-baġits li jkunu preżentati u kulħadd jistenna,

bir-raġun li jkun hemm iż-żidiet. Il-Ħadd li għadda l-Prim Ministru tana togħma ta’ x’nistennew minn dan il-baġit, li se jkun kontinwazzjoni fuq dawk preċedenti sabiex ikompli jitwettaq il-programm elettorali li l-PL rebaħ bih l-aħħar elezzjoni. Il-Prim Ministru saħaq li se nkomplu noħolqu middle class ġdida. Min sejjer tajjeb, naraw li jkompli sejjer tajjeb u jtejjeb lilu nnifsu. Hu tenna wkoll l-importanza li nneħħu l-faqar mill-pajjiż. Saħaq ukoll li t-tielet punt ewlieni tal-pjan ekonomiku tal-Gvern huwa dak li naraw li l-intrapriżi tagħna jkollhom il-kuraġġ li jkomplu jinvestu għaliex dan huwa Gvern li kien, għadu u jibqa’ pro-business. Għax meta tkun favur in-negozju, tkun favur ix-xogħol, qal il-Prim Ministru. Huwa wkoll ġibed l-attenzjoni li kien ta’ sodisfazzjon li f ’dawn is-7 snin il-kwistjoni tal-qgħad qatt ma kienet fuq l-aġenda. U dan kollu jagħmilna Gvern soċjalista u demokratiku. Dan li jagħmilna partit tal-ħaddiema. Dawn l-għanijiet prinċipali li jsejsu l-baġit li se jiġi ppreżen-

tat fi ftit jiem oħra huma fundamentalment imnaqqxa fl-istatut ta’ dan il-partit fil-kapitlu 2: Għanijiet u Prinċipji. Il-prinċipju tax-xogħol bi dritt, il-prinċipju li kulħadd ikollu opportunitajiet indaqs u t-tisħiħ tal-mobbiltà soċjali; il-ħidma lejn il-ġustizzja soċjali, is-sostenibbiltà, l-istabbiltà, il-ħarsien tad-demokrazija u l-paċi, il-ħidma favur l-ambjent, l-indafa, l-investiment fissaħħa, l-edukazzjoni u l-infrastruttura sabiex il-poplu Malti jibqa’ fost l-aktar popli kuntenti fid-dinja. Quddiemna għandna Gvern Laburista li ma jiqafx jaħdem flimkien għall-ġid ta’ Malta u Għawdex tagħna. U n-naħa l-oħra għandna Oppożizzjoni sparpaljata li lanqas kapaċi tipprova tiftiehem sabiex tibda mqar tiġbor il-biċċiet tal-puzzle. Agħar minn hekk, tirrenja fosthom klima ta’ inkonsistenza politika rampanti fuq kwistjonijiet li konna mingħalina li ħadu pożizzjoni fuqhom imma issa qed jagħmlu u-turn wara l-oħra fosthom fuq il-liġi tal-kera u fuq il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex. Il-

Kap tal-Oppożizzjoni nħanaq iħambaq kontra l-barranin li qed jiġu f ’pajjiżna sabiex jaħdmu u meta ftit ilu ġie mistoqsi li kieku minnu lil min minn dawn il-barranin ikeċċi, ma weġibx. U għalhekk nieħdu l-aħbar li tana l-Ħadd li għadda l-Prim Ministru b’ewforija kbira meta stqarr li se jibqa’ għaddej fil-missjoni li fdalu l-poplu b’fiduċja kbira sabiex il-programm elettorali tal-2017 jiġi mwettaq kollu, għax dan hu Gvern li mhux biss jikteb u jippjana imma jwettaq fil-verità f ’medda ta’ żmien kif ippjanat. Dan li jagħmel dan il-Gvern speċjali. L-għaqda hija l-pern tas-suċċess. L-għaqda ġġib ix-xogħol, l-investiment, ilħeġġa u r-riżultati, għax għandna kabinett li jimxi katina immexxi minn mexxej wieħed li għandu viżjoni ċara ta’ fejn irid jieħu lill-pajjiż. Il-Prim Ministru kompla jimliena bil-ħeġġa biex inkomplu t-triq flimkien. M’hemmx lok li nieqfu nofs triq. Inkomplu nirbħu flimkien, mhux għalina personali, mhux għall-glorja tal-PL, imma sabiex inkomplu nagħmlu l-ġid lil pajjiż u nof-

fru sostenn lill-familji u l-anzjani tagħna, kuraġġ u futur mill-aqwa lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. Għax il-PL fil-Gvern biss hu l-garanzija tal-ħolqien tax-xogħol, taż-żidiet fil-pensjonijiet, taż-żidiet fl-istipendji, ta’ kura u mediċini b’xejn, ta’ tnaqqis fit-taxxi, ta’ kontijiet tad-dawl u ilma u prezzijiet tal-enerġija stabbli u fost l-orħos, ta’ sensittività lejn il-batut, ta’ Gvern li jammetti li għad fadal xi jsir bħall-housing, l-isfida tal-kera, l-infrastruttura, l-ambjent, l-indafa u l-iskart. Imma dan hu Gvern li ma jiqafx mar-rikonoxximent tal-problema imma jmidd idu għax-xogħol, jisma’ l-ideat, jistudja, jippjana, joħroġ b’soluzzjonijiet u ma jibżax li jieħu d-deċiżjonijiet ħalli jwettaq. Kittieb Latin Publius Syrus kiteb li “fejn hemm l-għaqda, hemm dejjem ir-rebħa.’’ U dan hu dak li qed nesperjenzaw f ’dawn l-aħħar snin għax bi Gvern Laburista magħqud flimkien immexxi minn Joseph Muscat qed inġibu riżultati u ġid bla preċedent li se jibqgħu igawduh bħala legat uliedna u wlied uliedna fil-ġejjieni.

NGĦIXU S-SUĊĊESS F’AMBJENT AĦJAR

Josè Herrera Ministru

Il-poplu Malti kulma jmur qiegħed dejjem aktar jagħraf li l-politika li qiegħed iħaddan dan il-Gvern qiegħda tissarraf f ’suċċess li huwa mifrux bl-aktar mod wiesa’ mal-familji Maltin u Għawdxin. Gvern li qed joffri mhux biss tama għal ħajja aħjar lill-familji tagħna imma politika li tpoġġi l-ġid u titjieb fl-istandards bħala parti integrali minn din il-politika. Prijorità Ambjent L-ambjent mhux biss ingħata

attenzjoni speċjali fil-Manifest Elettorali fl-aħħar elezzjoni, li llum huwa l-programm ta’ ħidma tal-Gvern. Il-kwalità tal-arja u s-saħħa ambjentali huma fuq quddiem nett fil-ħidma kemm tal-Gvern kif ukoll tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, b’sinerġija ma’ dawk il-Ministeri u entitajiet l-oħra kollha direttament marbutin ma’ dawn is-setturi. Il-baġit li jmiss se jkun qed jipprovdi l-mezzi biex ikunu jistgħu jitfasslu strateġiji f ’dan ir-rigward. Bħalissa qed issir ħidma sabiex pajjiżna jkompli jinvesti f ’sistemi aktar moderni biex jiġi mmaniġġjat l-iskart tal-pajjiż b’faċilitajiet ġodda li se jservu biex nilħqu l-miri ekoloġiċi ta’ pajjiżna. Il-Gvern beda l-proċess li ser jiddaħħal fi ftit ta’ żmien magħruf aktar bħala l-Beverage Container Refund Scheme, fejn din l-iskema ser toffri mezz kif il-kontenituri tax-xorb ikunu jistgħu jinġabru u jiġu depożitati f ’magni fejn il-persuna li tikkollabora ser tkun qed tingħata rifużjoni lura, wara li dak l-ammont ikun tħal-

las meta nxtara l-prodott inkwistjoni. Fl-istess ħin wieħed ma jistax jinsa l-progress u s-suċċess tal-proġett tal-ġbir tal-iskart organiku estiż ma’ Malta kollha, filwaqt li ser titkompla l-ħidma wkoll tat-tindif u r-riabilitazzjoni tal-widien. Sabiex inkomplu nqarrbu liċ-ċittadini għat-tgawdija tal-ambjent mhux biss ser tissaħħaħ il-ħidma f ’parks bħallPark tal-Majjistral u l-Park tal-Familja, iżda l-baġit jipprovdi wkoll għall-proġetti intiżi biex iħaddar u jsebbaħ il-komunitajiet b’mod partikolari żoni urbani, bil-Kunsilli Lokali konċernati jkunu involuti f ’dan il-proċess bl-iskop li jinfirex madwar il-Gżejjer Maltin. IlGvern impenjat bis-sħiħ sabiex iżid l-infurzar ambjentali, għaldaqstant f ’dan il-baġit rajna aktar impenn lejn l-infurzar hekk kif qed isir xogħol sabiex jissaħħaħ id-direttorat għall-infurzar għar-reati ambjentali fi ħdan l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, fejn ser ikollu aktar għodda u saħħa li jinvestiga u jipprosegwixxi reati relatati

mal-ambjent. Permezz ta’ AmbjentMalta qegħdin inwettqu proġetti ambjentali diversi. Hekk kif mill2013 sal-lum diġà ħawwilna ’l fuq minn 23,000 siġra u arbuxell, din is-sena diġà għandna pjanat sabiex jiġu mħawla mal40,000 siġra u arbuxell f ’diversi postijiet fosthom fi Ġnien il-Mediterran, is-Salina, Kemmuna, l-Inwadar, Bengħajsa kif ukoll diversi widien madwar Malta u Għawdex. Il-ħidma tal-Gvern f ’dan il qasam ser tkompli ttejjeb il-kwalità ta’ ħajja li qegħdin jgħixu fihom il-Maltin u l-Għawdxin, filwaqt li nippreparaw lil pajjiżna b’infrastruttura li tara lil Malta lesta tilqa’ l-isfidi tal-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni. Sfidi marbuta mat-tibdil fil-klima u l-kwalità tal-arja Hekk kif madwar id-dinja l-poplu qiegħed isemma’ leħnu dejjem aktar dwar l-effetti tat-tibdil fil-klima, ir-regolaturi, il-politiċi, kif ukoll l-azjendi privati għandhom iwettqu

aktar ħidma b’mod tanġibbli kif ukoll b’mod urġenti sabiex nindirizzaw dawn l-isfidi. L-azzjoni tal-politika dwar it-tibdil fil-klima f ’Malta hija mmexxija minn azzjoni ta’ politika fuq livell internazzjonali, partikolarment permezz tal-azzjonijiet meħuda f ’livell ta’ Unjoni Ewropea. L-għanijiet ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-2030 jirrappreżentaw livell kbir ta’ sforz għal Malta, bil-mira għall-2030 tkun saħansitra aktar onoruża mill-mira tal-2020. It-tnaqqis sinifikanti li deher fis-settur tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f ’dawn l-aħħar snin jeħtieġ li jkun ikkumplimentat b’azzjoni ulterjuri f ’attivitajiet bħat-trasport, użu ta’ F-gases, agrikoltura u skart. Bħala politiċi u ċittadini rridu nkunu onorużi u nieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa. Irridu nkunu aħna bħala poplu li nkunu determinati li nwettqu l-miżuri neċessarji u dan mingħajr il-ħtieġa li nwaqqfu r-ritmu ekonomiku b’saħħtu li kulħadd qiegħed igawdi minnu.


21

22.09.2019

kullhadd.com

KOLLOX F’ĦINU U F’WAQTU

Felix Busuttil

Inutli l-ispekulazzjonjiet. Ħadd mhu saħħar jew profeta. U ħadd minna, inkluż jien, ma nafu fiċċert x’ser jiġri sentejn oħra, sena oħra, xahar ieħor u lanqas ġimgħa oħra. U lanqas ħaqq il-biki, l-inkwiet, it-tgħeżżiż ta’ snien, l-għajdut fuq dak li possibilment jew impossibilment ser jiġri għada. Ilna xhur nisimgħu fil-midja. Saħansitra din il-mistoqsija kienet għal ħafna drabi indirizzati waqt konferenzi stampa, fuq ir-radju, fuq it-televixin u fit-toroq Maltin u Għawdxin. “Sur Prim Ministru, meta ser tirriżenja?” “Joseph, se tibqa’ magħna?” “Ser tibqa’ sa qabel il-baġit li jmiss jew se titlaq wara l-baġit?” Fost dawn il-ħafna mistoqsijiet, jien nemmen ħaġa waħda biss. U din minn dejjem kienet il-filosofija tiegħi fuq dak li qiegħed jiġri jew dak li jiddeċiedi l-Prim Ministru. Joseph għaqli. Joseph jaf x’inhu jagħmel. Joseph għandu għal qalbu l-interess tal-pajjiż. L-imħabba u r-rispett lejn il-poplu. Il-lealtà lejn il-Partit. U jien b’għajnejja magħluqa noqgħod fuq id-deċiżjoni tiegħu għax nirrispettah u fuq kollox għax ikun ta’ dispezz kbir lejh u lejn persuntu nindaħallu f ’dak li min jaf kemm qatta’ ljieli jinkwieta fuqu, jimmedita u jaħseb x’inhu korrett. Hemm ħafna kwistjonijiet li huma fatti u ma tistax tinnegahom. Nafu fiċ-ċert li Joseph f ’dak kollu li jagħmel jgħarbel, jieħu pariri u joħloq strateġiji li r-riżultat tagħhom huwa suċċess. Nafu fiċ-ċert li dak li ħoloq Joseph Muscat matul dawn l-aħħar tmien snin mhumiex biss ibbażati fuq il-preżenza tiegħu, imma dak li wettaq, wettqu sabiex ibiddel l-imħuħ ta’ ħafna inkluż tiegħi. Fetaħli moħħi u qalbi. U l-legat tiegħu huwa qawwi biżżejjed li ser jibqa’ jidwi għal ħafna u ħafna snin fi ħdan dan il-moviment. U jien għalhekk nemmen li Joseph għamel użu integrali mill-kelma moviment. “Moviment” kien il-qofol tal-policy tiegħu. Moviment ifisser qawwa. Ċaqliq. Nuqqas serju ta’ staġnar. Tibdil. Rinovazzjoni,. Riġenerazzjoni. Moviment ifiss-

er forza – li tmiss b’idejk u tara b’għajnejk. Nafu fiċ-ċert li aħna bħala Partit għandna għal qalbna il-qofol tal-Partit. Ħaddieħor, u dan rajnieh matul is-snin li għaddew, kien lest u għadhom ikissru dak kollu li ta’ qabilhom, missirijiethom u ommijiethom ħadmu għalih b’tant dedikazzjoni u passjoni. Għalhekk il-Partit Nazzjonalista mfarrak – mhux għax għandhom lil Adrian Delia jew lil Jason Azzopardi jew lil David Casa, jew Simon Busuttil – imma għax għandhom f ’qalbhom sewda l-kilba għall-poter, ix-xewqat tan-negattività u l-firda, xewqat personali li jsarrfu biss sabiex idgħajfu l-emblema, l-ispirtu u t-tamiet ta’ partit li xi darba kien sod u magħqud. Iva, min fil-futur ser jieħu f ’idejh it-tmun, għandu żarbun pjuttost iebes x’jilbes. Għax Joseph tassew uniku u eċċezzjonali. Però, il-Partit mimli wkoll b’politiċi li huma uniċi u eċċezzjonali. Politiċi li jemmnu fl-għaqda. Politiċi li jemmnu fil-ġustizzja. Politiċi li fl-ispirtu tas-Soċjaliżmu, fl-ispirtu Mintoffjan għandhom minqux f ’qalbhom il-kliem – Malta l-ewwel u qabel kollox. U jien naf fiċċert li Joseph mhux lest ikisser dak li bena, dak li jgħożż f ’qalbu, dak li huwa prinċipalment fl-interess nazzjonali. Joseph huwa wkoll bniedem ta’ familja – familja li tissapportjah f ’kollox anke fil-kalunnji, iż-żebliħ u l-akkużi infami. U jien li personalment għaddejt minnha ħdejn dak li għaddiet il-familja Muscat, farka ta’ nemla. Nifhem l-istress li tgħaddi l-familja fil-kampanji tqal u soffokanti – nifhem il-pressjoni li jgħaddu dawk ta’ madwarek f ’deċiżjonijet li tkun ħadthom int. Għax il-familja tiegħek, dik li tħobb trid ukoll ħafna attenzjoni, ħafna ħin u ħafna mħabba. U l-familji tal-politiċi jsofru – mingħajr ma jilmentaw għax huma ta’ pilastru għal dawk li jħobbu. U dawn huma eroj. Jiġri x’jiġri fil-futur, nibqa dejjem leali għal dak li jemmen fih Joseph – nibqa’ leali għad-deċiżjonijiet għaqlin tal-partit tiegħi. Mhux għax għami jew għax għandu xi ħaġa x’joffrili personalment. Mhux għax stupidu jew injorant u noqgħod għal dak kollu li jingħad – imma għax għandi f ’qalbi l-interess tal-għażiż Partit Laburista u dak kollu li hu fil-qofol tal-politika tiegħu. Inbaxxi rasi għax naf fiċ-ċert li l-Gvern u t-tmexxija tiegħu għandhom għal qalbhom l-imħabba kbira lejn pajjiżna. Lejn il-warda ħamra u bajda.

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 12 ta’ Settembru na qatt ma kienu jagħmlu rapport ifaħħru lill-Gvern Kellna bżonn nibqgħu se- tagħna, u llum il-kontra jrin hekk, man! Magħqudin f ’kull rapport li jagħmlu daqs qaqoċċa. Il-Kap Adri- jfaħħru lill-Gvern ta’ Joseph an Delia jissoda ġurnata Muscat, qisu qiegħed iġibulwara oħra. Bi pjani sostenib- hom sħun. Jien m’għandi bli biex nuru lil kulħadd li l-ebda dubju li dawn l-esperlesti nidħlu Kastilja. U bil- ti huma mixtrija mill-Gvern Gvern ta’ Joseph Muscat biex lanqas biss jagħtu kas jaqla’ d-daqqiet minn barra. x’inhu jgħid il-Kap tagħna Kif ġralu llum bir-rapport Adrian Delia. Proprju llum, tal-Moneyval. Ħalliha li jien waqt li kont qiegħed nisila naf x’inhuma u lanqas mgħu fuq ir-radju, smajtu min huma. U lanqas jinter- jgħid li Malta falliet. Ovvjaessani. L-aqwa li jibqgħu ment Adrian Delia jaf aktar jagħtu d-daqqiet lill-Gvern mill-esperti ta’ Standard & ta’ Joseph Muscat għal dawn Poor’s, mhux hekk! it-tliet snin li ġejjin. B’daqqiet bħal dawn inkabbar il-ku- Il-Ħadd, 15 ta’ Settembru raġġ li xi darba nerġa’ nara kap tal-partit tagħna dieħel Għamilt ftit nervi llum għax Kastilja u mbagħad ħallini l-ebda waħda mill-attivitaniddandan indur minn Min- jiet li organizzajna llum ma isteru għal ieħor. Mhux biex kienet tgħodd għalija. Iżnitlob il-pjaċiri, għax il-partit żwiemel u l-annimali ma tagħna pjaċiri ma jagħmilx! tantx niggustahom u għalhekk ma ersaqtx lejn il-BusIl-Ġimgħa, 13 ta’ Settembru kett. L-attività organizzata minn tal-isport żgur li ma Ġimgħa biss baqa’ biex tgħoddx għalija, għax illum niċċelebraw l-akbar festa għandi ż-żmien u l-isport tal-partit darba glorjuż tagħ- għalija sar xi ħaġa ta’ fuq na. Bħal-lum ġimgħa jkollna it-televixin biss. Il-Gala Dinl-Mass Meeting li, m’għand- ner tħajjart immur, imma niex xi ngħidu se jispikka jien iċ-ċfuf ma naħmilfih id-diskors tal-Kap Adri- homx. Darba biss f ’għomri an Delia. Ħafna minn sħa- lbist ċoff, meta qgħadt xhud bi qegħdin jaqblu miegħi li fit-tieġ tat-tifla t’oħti. Tant ma’ kull diskors li jagħmel, ma naħmilhomx iċ-ċfuf li qiegħed dejjem jissaħħaħ, lanqas wieħed m’għandi. u ovvjament, għal bħallum ġimgħa qiegħed iħalli It-Tnejn, 16 ta’ Settembru l-aqwa tiegħu. Jien jidhirli li dar-raġel huwa ġenju. Jaf Waranofsinhar fettilli nieħu jitkellem fuq kollox. Fuq nagħsa u ħlomt li jien ġejt ekonomija sostenibbli, fuq magħżul biex immexxi finanzi, fuq liġijiet tal-kera lill-partit darba glorjuż tagħu oħrajn, fuq il-faqar. U lil na. Rajtni nagħmel diskors tal-Labour ħawwadhom, li fih ikkritikajt lill-Gvern man, għax illum jgħid mod, għax il-ġid li qiegħed joħloq mhux jasal għand kulħadd. u għada jgħid mod ieħor. Rajtni ngħid li l-prezzijiet Is-Sibt, 14 ta’ Settembru qegħdin dejjem jiżdiedu bla ma jiżdiedu l-pagi u s-salaJien nixtieq inkun naf min rji. Rajtni ngħid li kulħadd huma l-esperti tal-aġenzija għandu dritt jgħix ħajja Standard & Poor’s ħalli nib- diċenti u jkollu saqaf fuq għathom jixxejru. Fi żmien- rasu. Stenbaħt hekk il-fol-

la li kelli quddiemi bdiet iċapċap u tgħajjat Nazju, Nazju. Kif stenbaħt, f ’qalbi għedt li anke jekk ħolma, id-diskors kien tajjeb, għax l-istess kliem qiegħed jgħidu il-Kap Adrian Delia kull fejn imur. It-Tlieta, 17 ta’ Settembru Ikolli ngħid li l-Kap Adrian Delia mhux biss huwa konvint li se jirbaħ l-elezzjoni li jmiss, imma li konvint ukoll li se jibqa’ Prim Ministru għal snin twal. Kieku ma kienx hekk, mhux jagħmel dawk il-wegħdi kollha. Qiegħed iwiegħed kollox lil kulħadd. U mhux biss isemmi l-wegħdi, imma saħanistra jiggarantixxi li dak li jgħid se jwettqu. Meta llum għamilt dan l-argument ma’ Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, spiċċajt inkwetat ftit għax skont Ġorġ, Adrian Delia qiegħed iwiegħed kollox lil kulħadd għax jaf li qatt mhu se jkollu ċ-ċans li jidħol Kastilja u jispiċċa t-tieni kap tal-partit tagħna li ma rebaħx elezzjoni. L-Erbgħa, 18 ta’ Settembru Jien b’attivitajiet bħal tallum nieħu pjaċir u mela biż-żwiemel u bl-annimali u bil-gala dinners! Ħsibtlu kmieni biex nilħaq post sew ħalli nkun nista’ nsegwi l-intervista li l-Kap Adrian Delia kellu mal-ġurnalista Brian Hansford. Ma jiddispjaċinix għax il-veru mar tajjeb ilkap tagħna, anke jekk kien intervistat minn ġurnalista tan-naħa l-oħra. Għada l-istess nerġa’ nagħmel biex insegwi l-intervista ma’ Saviour Balzan. U kemm sar iebes il-Kap, man! Kuljum jgħidilna li mhux se nħallu lill-Gvern jagħmel hekk jew hekk. Dalwaqt jgħidilna li mhux se nħallu lill-Gvern jiggverna!


22

22.09.2019

kullhadd.com

45 PAJJIŻ DIĠÀ LESTI U OĦRAJN DALWAQT Kitba ta’ Ramona Portelli Is-safar huwa infinit. Jekk taqbad miegħu, ma jitilqek qatt, tkun trid tiskopri aktar. Almenu hekk jiġrili jiena, qatt mhu biżżejjed, u b’hekk fuq bażi frekwenti kemm jista’ jkun inħobb nagħmel xi safra biex naqta’ mir-rutina. Dan l-aħħar sirt naf b’żagħżugħ li diġà żar ħafna pajjiżi fi tliet kontinenti, minkejja l-età tenera li għad għandu. Qed nirreferi għal Marc Edward Pace Portanier. Joqgħod Pembroke u bħalissa student full-time tan-negozju f ’università barranija f ’Malta, jaħdem bħala fotografu u vidjografu freelance, kif ukoll jagħmel xogħol ta’ volontarjat ma’ organizzazzjonijiet li jippromovu l-intraprenditorija fiż-żgħażagħ. Mil-lat ta’ passatempi minbarra li jħobb ħafna is-safar togħġbu ħafna l-mużika speċjalment dik Underground u Techno tant li ġieli jsiefer biss biex jara deejays, kif ukoll Spotter tal-Avjazzjoni. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala “miġnun” għall-fatt li ħafna minn sħabu jqisuh bħala miġnun għaliex l-praspar li jagħmel jew iktar li jiddeffes kexxun fihom ma jitwemmnux. Persuna fuq tiegħu u wieħed li ma tantx iħobb jogħmodha. Avventura jidħlilha birras. Marc għad għandu 22 sena, u diġà tista’ tgħid li żar madwar 45 pajjiż minn madwar id-dinja fi tliet kontinenti. Ridt inkun naf x’ħajru u kif żviluppa din in-namra tiegħu għall-ivvjaġġar matul is-snin. “Missieri ffissat fuq l-avjazzjoni u tista’ tgħid li meta kont żgħir kont nqatta’ ħafna Ħdud u weekends il-planka tal-ajruport niġbed ir-ritratti tal-ajruplani tilgħin u neżlin. Allura tista’ tgħid li dik kienet parti mir-riċetta, minbarra li jien u nikber bħala familja konna nsiefru regolarment madwar ġimagħtejn fl-aħħar tas-sajf, kif ukoll fil-vaganzi matul l-iskola. Meta kelli madwar 13-il sena bdejt ninkiteb għal kull exchange li stajt insib, kemm mal-iskola, kif ukoll mal-iscouts eċċ..., għaliex tliet darbiet fis-sena ma kinux biżżejjed. Iktar minn nofs il-pajjiżi li żort kienu flaħħar sentejn,” beda jgħidli dwaru.

nità li jipprova affarijiet ġodda, jiltaqa’ ma’ nies ġodda, kif ukoll memorji li tgħożżhom għal ħajtek kollha. “Ifisser ukoll opportunità għal xi ġennata ħafifa wkoll. Jien nemmen li d-dinja hija ktieb, naf li tinstema’ bħala cliché però verità u nixtieq li kemm jista’ jkun naqra kull paġna speċjalment la għadni żgħir u niflaħ,” stqarr miegħi. Mistoqsi xi kemm-il darba jikkalkula li jsiefer f ’sena, Marc weġibni: “Bejn l-Università kif ukoll xogħli hija wġigħ ta’ ras kbira biex nippjana l-vjaġġi, però nipprova li darba fix-xahar naħrab xi mkien u tal-inqas kull sitt ġimgħat.” B’hekk immaginajt li l-bagalja tiegħu qatt ma tkun merfugħa, anzi dejjem lesta fil-kamra tiegħu tistenna għad-destinazzjoni li jmiss. “Mhux b’ċajta, però din vera. Normalment insiefer biss bil-bagalja tal-idejn u għalkemm ma tkunx ippakkjata għax drajt nippakkja ta’ malajr, dejjem inżomm tibdila lesta u xi affarijiet tal-iġjene personali fiha għaliex taf int m’iniex kapaċi noqgħod kwiet. Din ukoll għaliex peress li għandi klijenti barranin ġieli nsiefer ħabta u sabta,” spjegali Marc. Mitlub jagħtini l-ismijiet ta’ xi wħud mill-pajjiżi li żar s’issa u kemm l-aktar bogħod li siefer s’issa, ikkonferma miegħi li hemm lista mhux ħażin, fosthom l-Italja, l-Ingilterra, Franza, Spanja, il-Ġermanja, is-Serbja, l-Ukrajna, l-Ungerija u r-Rumanija, kif ukoll Opportunità għal xi ġennata il-Marokk, il-Ġordan, l-Iżrael u ħafifa l-Palestina. Mar ukoll it-Turkija, Għalih is-safar ifisser l-opportu- kif ukoll l-Iskandinavja u l-Bal-

tiku. “Bħalissa l-iktar li qed immur il-Polonja. L-iktar bogħod kienu pajjiżi madwar l-Ewropa għax minħabba x-xogħol u l-Università problema nippjana minn qabel biex noħroġ mill-Ewropa għalkemm it-tir tiegħi hu li nżur kull kontinent abitabbli qabel nagħlaq 25 sena,” tbissem jgħidli. Ridt inkun naf jekk il-vjaġġi tiegħu jkunux dejjem fuq vaganza jew fuq xogħol. Fil-fatt stqarr miegħi li jiddependi. “Normalment bħala vaganza, però nitla’ fuq xogħol ukoll, kif ukoll nattendi ħafna konferenzi barra.” Ta’ min isemmi li l-ewwel safra tiegħu kienet meta kellu biss sitt ġimgħat u kienu ħaduh Lourdes fi Franza mal-familja tiegħu. Minn dakinhar ’l hawn qatt ma ħarist lura, u l-lista ta’ pajjiżi bdiet tiżdied. Is-sodisfazzjon li jieħu mis-safar immaġinajt li huwa wieħed enormi. “Jagħtik sodisfazzjon li ftit issib bħalu. Titgħallem tiddependi fuqek innifsek, kif ukoll titgħallem tapprezza l-ħajja u l-isforz għaliex speċjalment meta ssiefer waħdek meta jinqala’ xi ħaġa (li dejjem se jinqala’) int biss tista’ ssib soluzzjoni u jekk trid titla’ tara dik il-fortizza fil-quċċata ta’ għolja b’veduta indimentikabbli trid tagħmel sforz u titlagħha. Jien persuna li l-hena tiegħi niddeffes f ’sitwazzjonijiet ġodda u dawk li xi kultant ma nkunx komdu fihom (comfort zone) allura s-sodisfazzjon li tieħu meta titla’ fil-quċċata jew meta jirnexxilek tasal xi mkien mwarrab wara li jkun inqala’ kollox ma nibdlu ma’ xejn,” fissirli Marc.

Mistoqsi jekk normalment iħobbx isiefer waħdu jew mal-familja jew mal-ħbieb, Marc stqarr miegħi li fortunatament il-friends list ta’ Facebook hija miżgħuda minn ħbieb minn madwar id-dinja fuq kull kontinent, allura anke meta jsiefer waħdu, dejjem se jispiċċa jiltaqa’ ma’ xi ħadd minnhom. “Però nħobb insiefer ma’ sħabi u l-famlja u nipprova tal-inqas darba fis-sena ndeffes safra hekk. Nippreferi nsiefer waħdi għaliex ikolli ċans naħseb u niskopri abbiltajiet ġodda. Ma hemm xejn isbaħ milli tirrifletti int u tħares lejn il-veduta minn fuq xi ferrovija jew ajruplan. Kull belt jew pajjiż kapaċi jħallu impatt differenti

gram televiżiv kelli l-opportunità li nqatta’ xi jiem ġol-aħħar foresta tax-xita li fadal fl-Ewropa – Prasuma Perucica u ġegħlitni naħseb ħafna fuq kemm l-azzjonijiet tagħna qed jaffettwaw l-ambjent u d-dinja ta’ madwarna. Minn lenti differenti Berlin ħalliet impatt artistiku fuqi li ma nistax naħrab minnu – jien bniedem kreattiv ħafna, kif ukoll togġħobni ħafna l-mużika Techno li Berlin magħrufa għaliha u Berlin tħalli impatt li tħajrek tkun trid tirritorna anke jekk tisma’ xi diska li tkun smajt hemmhekk jew tara xi film li nħadem hemm u l-impatt mhux wieħed żgħir. Xorta kemm-il darba, kif ukoll f ’perjodu partikolari kont sejjer noqgħod hemm għaliex insibha bħala belt kreattiva u ta’ ispirazzjoni sfrenata grazzi għall-influwenzi ta’ kulturi bl-addoċċ li hemm. Mil-lat emozzjonali l-Palestina ħalliet impatt kbir fuqi. Waqt l-istess programm kelli l-opportunità li ndur ftit il-Palestina u l-fatt li n-nies avolja jinsabu

Ridt inkun naf jekk hemmx xi pajjiż partikolari li għoġbu l-aktar mil-lista sħiħa li żar s’issa. Fil-fatt Marc stqarr miegħi li kull pajjiż fih tiegħu, kif ukoll kull belt fiha dik l-ispark li tagħmilha naqra isbaħ f ’għajnejk minn oħrajn. “Kif ukoll kull belt jew pajjiż kapaċi jħalli impatt differenti fuqek. Eżempju mil-lat ta’ sbuħija tan-natura l-Bożnija u l-Montenegro Meta kelli ħallew impatt madwar 13-il sena fuqi. Waqt filming bdejt ninkiteb għal kull exchange t a ’ li stajt insib, kemm mal-iskola, pro-

kif ukoll mal-iscouts eċċ..., għaliex tliet darbiet fis-sena ma kinux biżżejjed. Iktar minn nofs il-pajjiżi li żort kienu fl-aħħar sentejn


23

22.09.2019

kullhadd.com

mhedda mill-vjolenza u ma jistgħux joħorġu minn hemm ġew b’ċerta libertà, xorta bit-tbissima fuq fommhom lesti biex jgħinuk, meta ħarist lejn il-ħajt bħal ħassejtni segregat u bħallikieku n-naħa l-oħra qed tibża’ minni u ġegħlitni naħseb ħafna fuqha,” fissirli b’tant emozzjoni fuqu. B’kurżità fuqi ridt inkun naf minn Marc bħala persuna li żar ħafna pajjiżi madwar id-dinja, b’liema mod iħossu xxurtjat aktar minn persuna oħra li bilwisq inqas żaret id-dinja bħalu u f ’tant età tenera. Fil-fatt bl-ikbar sinċerità fuqu, weġibni: “Inħossni xxurtjajt iktar minn ħaddieħor le, għaliex kulħadd għandu l-esperjenzi tiegħu u dawk storja oħra. Jien nemmen li kulħadd jista’ jsiefer għaliex hemm ħafna opportunitajiet u safra tiġik għalja kemm trid int. Jien ġieli tlajt weekend xi mkien u nfaqt ċuċata u ġieli mort weekend xi mkien u għamilt festa. Int tiddeċiedi kemm trid tonfoq u mhux kemm iddur pajjiżi u kontinenti li jgħodd, iżda kemm tieħu minn dawk l-esperjenzi. L-unika ħaġa hi li nirringrazzja lil min hemm, hemm fuq, tal-opportunitajiet li għandi.” Siefer Ruma apposta biex jiekol u jiġi lura fl-istess jum Peress li Marc iħobb l-avventuri u l-ġennati, ma naqsux li jidħlu parti minn ħajtu waqt xi safar ukoll. Fi kliemu stess kważi f ’kull safra jivvinta xi waħda. “Minbarra li darba kilt serp għax ma fhimtx il-menù u ppuntajt lejn platt fuq mejda oħra, kelli ħafna iktar, bħal meta kelli kwarta biex nibdel titjira fejn kelli nerġa’ ngħaddi mis-sigurtà għaliex kien l-uniku mod ta’ kif stajt nasal fejn ridt f ’dak il-perjodu ta’ ħin. Normali ħafna li wieħed jarani niddendel minn karozzi u pontijiet biex nieħu xi shot waqt li nkun xogħol, l-adrenalina hija xi ħaġa li tispikka fija. Darba oħra niftakar mort ngħum f ’maltempata ħarxa, kif ukoll il-famuża titjira li bbukkjajt waqt li kont sejjer l-ajruport – fil-qosor kont qomt filgħodu u fettili nsiefer – u ċempilt għal taxi waqt li qed nippakkja u niftakar ir-reazzjoni tax-xufier meta staqsieni fejn sejjer sabiħ u għedtlu issa naraw skont x’hemm fuq il-monitor,” tbissem jgħidli. Mhux hekk biss, talli darba f ’perjodu partikolari fettillu jmur jiekol f ’nofsinhar minn Ruma. Fil-fatt qabad u qata’ biljett f ’dik il-ġurnata stess, mar jiekol u ġie lura dakinhar stess. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “Jien hekk, nagħmel ċerti affarijiet bla ma naħseb. Kienet waħda minn tal-bidu, kont għadni l-Junior College naħseb. Dak kont rajt offerta ta’ flights ma’ airline partikolari u kienu xi ċuċata fil-veru sens tal-kelma u fettilli nitla’ Ruma niekol. Tlajt niekol u erġajt inżilt ma kontx domt, però avventura,” tbissem jgħidli. Għall-futur, Marc stqarr miegħi li

hemm ħafna pjanijiet għalih, però l-iktar ħaġa li qed jiffoka hu li wara li jlesti mill-Università, jesplora u jdur ftit sew kontinwament ’il bogħod minn Malta. “Għalkemm dejjem nippjana, l-iskeda tiegħi ma tikkoperax, allura l-pjan hu li ndur ftit l-Amerka t’Isfel u nżur Machu Michu, kif ukoll ir-reġjun magħruf bħala Patagonia u nipprattika naqra iktar passatemp ieħor tiegħi – trekking u espedizzjonijiet tal-muntanji partikolarment Kilimanjaro.” Ridt nieħu l-opinjoni tiegħu dwar Malta, bħala persuna li ssiefer ta’ spiss u allura jista’ jqabbilha ma’ pajjiżi oħra. “Meta ddur u tagħqad, tieħu ħafna lura u tesperjenza ħafna affarijiet ġodda. Malta bil-ħażin kollu tagħha, dejjem tibqa’ dari. Twelidt u trabbejt hawn u meta nkun fl-ajruplan u nħares ’l barra mit-tieqa waqt li l-ajruplan ikun riesaq lejn Malta u tara l-franka taqta’ l-ħdura tal-għelieqi hi xi ħaġa emozzjonanti, tħossok home għalkemm ħaġa oħra li meta ddur u tagħmel ħbieb ġodda qalbek tkun f ’biċċiet differenti madwar id-dinja u qatt ma tħossok home għaliex dak hu l-prezz li wieħed iħallas talli jsiefer u jesperjenza avventuri ġodda.” Jekk tibża’ mill-ajruplan hemm il-vapur u l-ferroviji Bħala persuna li jsiefer ta’ spiss, stedintu jikkummenta għal dawk il-persuni li forsi għadhom qatt ma ħarġu ’l barra minn Malta f ’ħajjithom. “Ippakkjaw u morru! Għadkom ma’ tafux x’intom titilfu. Morru issa li għadkom tistgħu għax l-ikbar dispjaċir hu li kellek opportunità li tmur u tesplora u ma ħadtiex. Jekk tibża’ mill-ajruplan hemm il-vapur u l-ferroviji (meta tasal fuq il-kontinent). M’hemmx skużi għal xiex ma ssifirx – il-flus imorru u jiġu – l-esperjenzi li tieħu meta ssiefer ma jiġux jekk ma tmurx imma. Is-safar raħas issa – ġieli nibbukkja titjiriet għall-prezz ta’ kafè u croissant minn Malta. Hemm ħafna affarijiet u abbiltajiet li titgħallem meta ssiefer bħal tippakkja ħafif, kif tqassam ħinek, kif ukoll jġiegħlek taħseb u jgħinek taħseb aħjar.” Fl-aħħar nett xtaq jgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Tinqabdux fil-monotonija tan-9 to 5 fejn teżisti biss u tinsa tgħix. Jekk m’għandekx ħin biex issiefer sib weekend u itla’ jumejn xi mkien – dawk il-jumejn biżżejjed biex jgħinuk terġa’ tikkalibra l-boxla u terġa’ tiffoka. Morru u esploraw – tonfqux flus f ’affarijiet materjali u ta’ bla bżonn. Flok toħroġ Paceville kull weekend u dejjem tiekol barra faddal ftit u f ’kemm ili ngħidlek faddalt għal vaganza. Fl-aħħar mill-aħħar – ippakkja u itlaq, aqta’ dak il-vjaġġ u aqbad dik it-titjira. Jekk trid issir taf aktar dwar l-avventuri ta’ Marc idħol fuq www. maltesenomad.com


24

22.09.2019

kullhadd.com

IL-QATTUSA TAL-KATIDRAL Kitba ta’ du ħsiebha għażlulha isem u saħansitra MARY CHETCUTI kunjom – Doorkins Magnificat. L-isem huwa logħba bil-kliem b’botta Kien għall-ħabta tal-Milied tal-2008 meta għall-bijologu evoluzzjonarju u ateu konkull filgħodu wieħed mis-sagristani kien vint, Richard Dawkins; la l-qattusa ħadet jiftaħ il-bieb fuq in-naħa tal-Lbiċ tal-Kati- iż-żmien tagħha sakemm rifset għall-ewdral Anglikan ta’ Southwark u jsib qattu- wel darba l-għatba tal-Katidral, forsi hekk sa bebbuxija magħmula kemxejn ċkejkna għad jagħmel Profs. Dawkins. Mill-banda bilqiegħda tħares lejh qisha qed tistenna l-oħra Magnificat hija l-għanja lil Marija li xi ħaġa. Is-sagristan iggustaha u tħassar- titkanta kuljum mill-kleru ġewwa l-Katiha fl-istess ħin u kien għalhekk li beda dral. jġibilha ftit ikel li hi kienet tiekol bil-qalb Doorkins Magnificat malajr drat ir-rutiu malli tlesti ddabbar rasha min jaf fejn. na ta’ dan il-post sagru u f ’radda ta’ salib Għodwa wara l-oħra ġie u għadda l-bidu saret maħbuba minn kulħadd. Tista’ tiltas-sena l-ġdida imma l-qattusa baqgħet maħha miexja fil-Katidral bil-pass kwiet tiġi tistenna wara l-bieb li malli jinfetaħ tagħha jew rieqda fuq wieħed mis-siġġikien ifisser li wasal ħin l-ikel. Ma tantx jiet tal-kor. Kultant tissellef it-tron tadgħadda aktar żmien sakemm il-qattusa dekan; imma titkebbeb u torqod taħt l-albebbuxija ddeċidiet minn jeddha li l-Kati- tar meta t-tron ikun okkupat. dral huwa l-post fejn xtaqet tgħix. Meta Fil-ġranet sbieħ toħroġ tilgħaq ix-xemx bħas-soltu s-sagristan fetħilha l-bieb, hi fiċ-ċimiterju li jagħmel parti mill-binja. baqgħet dieħla ġewwa u hemm għadha Kif il-kesħa xitwija tibda tinħass anki ġewwa, erħilha tintefa’ togħnos quddiem sal-ġurnata tal-lum. Ma kellhomx qalb ikeċċuha ’l barra wieħed mir-radiators. Mal-bidu tal-avfil-kesħa. Għaldaqstant, la kienet se tibqa’ vent jintrama l-presepju u Doorkins ma tinżamm ġewwa, il-qattusa ma setgħetx tinqalax minn fuq it-tiben sakemm jerġa’ tibqa’ mingħajr isem. Is-sagristani li jieħ- jiżżarma wara l-festi tal-Milied.

Il-popolarità ta’ Doorkins bdiet tikber saħansitra mal-kongregazzjoni u viżitaturi li jiġu minn barra Londra biex jaraw dan il-Katidral maestuż. Persuni minn barra l-pajjiż stqarru li żaru l-Katidral apposta biex jiltaqgħu ma’ Doorkins Magnificat. Sabiex tilħaq lill-ammiraturi kollha, fetħulha kont Twitter fejn Doorkins tirrakkonta l-ġranet tagħha u tirrispondi għall-kummenti sbieħ li jagħmlulha. Fit-12 ta’ Awwissu 2013, Doorkins iltaqgħet mar-Reġina Eliżabetta II meta żaret il-Katidral ta’ Southwark sabiex tinawgura tieqa tal-ħġieġ ikkulurit li saret fl-okkażjoni tal-Ġublew tad-Djamanti tagħha. Doorkins kienet bilqiegħda ħdejn it-tieqa qisha qed tistennieha. Ir-reġina staqsiet jekk il-qattusa hix residenta tal-Katidral. Baqgħet skantata meta d-dekan irrakkuntalha kif Doorkins saret litteralment l-ambaxxatriċi tal-Katidral. Matul iċ-ċerimonja tat-tieqa, Doorkins ippreferiet tieħu nagħsa fuq il-post. Fl-2017 ġie ppubblikat l-ewwel minn sensiela ta’ kotba dwar Doorkins Magnificat u l-ħajja tagħha kemm ilha tgħix

fil-Katidral. Il-kotba dwarha jinsabu għall-bejgħ mill-ħanut tal-Katidral u parti mill-qligħ imur għall-ikel u l-kura ta’ Doorkins. Fi kliem id-Dekan Reverendu Andrew Nunn innifsu, huwa tenna li Doorkins Magnificat qed tagħmel xogħol ta’ evanġelizzazzjoni estensiv tant kemm ġibdet nies lejn din il-knisja. Mhux ta’ b’xejn żdied id-dħul li bih issir il-manutenzjoni tal-bini tal-Katidral. Spiċċa l-istqarrija tiegħu fejn bl-akbar serjetà qal li ħadd ma’ jattendi l-knisja daqs Doorkins, lanqas hu stess. Illum Doorkins Magnificat tgħodd ’il fuq minn 11–il sena, għalkemm ħadd ma jaf eżatt kemm hi l-età tagħha. Fiż-żmien li ilha tgħix ġol-Katidral, hija għolliet il-popolarità tal-post għal-livell internazzjonali u dan mhux b’esaġerazzjoni. B’turija ta’ ringrazzjament ta’ dan, f ’Ġunju 2018, il-kleru tal-Katidral bierek ħarrieġa ġdida (corbel) minquxa bix-xbieha ta’ Doorkins Magnificat li immortalizzat lil din il-qattusa bebbuxija li sabet il-wens u ħafna mħabba ġol-Katidral Anglikan ta’ Southwark ġewwa Londra.


25

22.09.2019

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

FIS-SATRA TAL-VELU Fid-daħla tagħha Helen Borg tiddiskrivi l-ktieb hekk:

Matul is-snin li għaddew minn fuqi, iltqajt ma’ bosta nies li ħassew li setgħu jirrakkuntawli stejjer li xi kultant lanqas jitwemmnu. Il-qalb tal-kittieba tingħafas bil-ħsieb li dawn il-ġrajjiet se jintilfu mal-ħajja li tiżvinta maż-żmien. Azzardajt niġbor dawn l-istejjer u nsiġthom fi storja waħda li għandha aspetti fittizji mmaljati mal-verità. L-ismijiet u ċ-ċirkostanzi huma kollha frott l-immaġinazzjoni tiegħi imma l-karattri huma msawra fuq nies li b’xi mod jew ieħor imxew ftit passi miegħi. X’jirrakkonta l-ktieb? F’sentenza waħda: Ħajjiet ta’ diversi nisa li xi darba libsu l-velu ta’ sorijiet, u x’għadda minnhom kemm qabel l-għażla tagħhom, u kemm warajha. L-ambjenti li jiddeskrivu r-rumanz huma: Il-Kunvent tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet ta’ Marija Madalena; is-sorijiet li jgħixu fih, ormaj xjuħ, b’ħajjithom warajhom jgħixu l-aħħar snin t’għomorhom; djar u rħula ta’ dari u tfal u ċ-ċirkostanzi familjari tagħhom. Ħafna minnhom nerġgħu niltaqgħu magħhom libsin il-velu; l-indukrar, il-kura, u l-attenzjoni kostanti mogħtija miż-żewġ

infermiera Elisa u Manuela. Elisa hija n-narratriċi prinċipali tar-rakkonti li jiffurmaw dan ir-rumanz. Min huma l-karattri li niltaqgħu magħhom? Stella, Irene, Rose, Mary, Sor Kristina, Sor Dorotea, Sor Teodora, Sor Innoċenza, Sor Isabella, Sor Pierina, u sorijiet oħrajn. Sor An-

jeże tibda r-rakkont tal-ktieb u tispiċċah hi wkoll. Hija speċi ta’ ankra li torbot magħha ħafna mill-istejjer l-oħra. Ċerti karattri niltaqgħu magħhom bl-isem sekulari tagħhom, biex iktar tard fir-rakkont nibdew nagħrfu l-istess bniedma bl-isem ta’ soru. Helen Borg fasslet Fis-Satra

tal-Velu f ’37 taqsima (fejn kull taqsima tieħu l-isem ta’ waħda mill-protagonisti) u fejn kull storja rrakkontata f ’dik it-taqsima tista’ titqies bħala eżempju ta’ flash fiction (fejn storja tipikament qasira tista’ kważi kważi titqies indipendenti u li tista’ tieqaf fuq saqajha). Madankollu, kull waħda minn dawn is-37 storja hija – għal min jaqra – stage wara l-ieħor li jwassluk għall-istage li jmiss, u finalment għad-destinazzjoni aħħarija. B’hekk ir-rumanz jinbena, tista’ tgħid, bil-metodu ta’ kif jinbena mużajk. Ir-rakkont fih ħjiel ta’ waqtiet fejn seħħu stejjer ta’ mħabba kif ukoll ta’ moħqrija, stmerrija, tgħajjir u ġlied bejn is-sorijiet, u bejn familji, imma wkoll ta’ maħfra li tfakkarna fl-umanità dejjiema fi bnedmin li huma finalment bħalna lkoll – tad-demm u l-laħam. Għalhekk il-kitba ta’ Helen hija wkoll kummentarju li ma jiġġudikax dwar in-natura umana – bid-dgħufija, in-nuqqasijiet, u s-saħħa kollha tagħha. Helen Borg tikteb b’kompassjoni u bi mħabba kbira għall-karattri tagħha fejn it-tgħanniq, l-għafsa t’id, u dik il-kikkra te fil-waqt meħtieġ huma speci ta’ leitmotif tul ilktieb kollu. Tikteb b’sempliċità mexxejja u b’awtorità li bla

dubju hi xhieda tal-esperjenza personali tal-awtriċi fuq l-ambjenti u l-proċeduri tal-indukrar, kif ukoll tas-suriet u l-imġiba ta’ dawn il-pazjenti mgħobbija biż-żmien. Kultant ċerti dettalji grafiċi jeħduk għal għarrieda u jħalluk sorpriż biċ-ċarezza tagħhom. Il-ħila ewlenija tal-kitba ta’ Helen tinsab filkapaċità li biha tibni l-karattri tagħha u tal-ambjenti li jgħixu fihom. Fis-Satra tal-Velu, ngħid għalija ma nkunx qed niżbalja jekk insejjaħlu rumanz psikologiku fejn il-ħajja ġewwiena tal-karattri tispikka. Fih ukoll aspetti parapsikoloġiċi li jitfaċċaw mill-inqas erba’ darbiet fir-rakkont. Apparti minn hekk, Elisa l-infermiera tas-sorijiet li hi wkoll in-narratriċi, niskopru li għandha wkoll relazzjoni affaxxinanti ta’ ħbiberija ma’ ħadd ħlief il-karattru tal-Mewt li – b’kuntrarju għal kif normalment narawha rrappreżentata – għal Elisa huwa karattru maskili li kienet iltaqgħet miegħu iktar minn darba f ’ħajjitha, u li ssellimlu bil-kliem “Sa ma nerġgħu niltaqgħu.” Fis-Satra tal-Velu titilqu minn idejk biex tagħmel il-qadjiet li jkollok bżonn matul il-jum, imma jibqa’ jdur ġo moħħok sakemm tmur lura biex tiskopri fejn se jwasslek l-istage li jmiss.

Mistoqsija: X’jisimha l-infermiera tas-sorijiet? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu il-ktieb ta’ FIS-SATRA TAL-VELU. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 29 ta’ Settembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb AMINA huwa: G. CAMILLERI - ŻABBAR

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

03

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm żdied il-konsum privat fl-2018?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


26

22.09.2019

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

22.09.2019

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 295

V. MIFSUD - MOSTA

Bi 3 Numri 035 073 116 117 258 301 386 428 519 582

596 707 711 742 792 793 849 881 912 963 974 985

B’4 Numri 0012 0104 0227 0351 0366 0942 1215 1680 1846 2662

3137 3213 3779 4541 4792 4827 5077 5170 5271 6150 6220 6225

6445 6457 7454 7594 8175 8448 B’5 Numri 08817 17361 52237

63857 75203 75628 B’6 Numri 046613 135501 176849 376211 560670 762871

B’7 Numri 8139041 9451719 Bi 8 Numri 00287159 61866348

1. 4. 7,9. 9. 10. 12. 16.

Mimdudin: Wieħed, ......... , tlieta (5) Kompli l-qawl: It-Tramuntana dar il-........ (4) Jista’ jkun tal-kuxjenza (5) Ara 7 Titlaq bla ma tgħid lil ħadd? (6) Ma użax il-qanpiena tal-bieb ta’ barra! (6) Parti minn reċta (3)

18. Lemaħ (2) 19,21W. Londra twieled dan (6) 20. Fatat (5) 21. Louis Rapa Inglott (1,1,1) 23. Ġebel żgħir (4) 24. Kapsuli mimlija biż-żejt tal-ħuta (5)

3. 5,15. 6,11. 8. 11. 12,22. 13. 14. Weqfin: 1. Taqla’ l-imsiemer 15. biha (6) 17. 2,17. Il-kap 21. tal-gazzetta? (6) 22.

Stazzjon tat-tv (3) Jara lil kulħadd dubbien (9) Ħmara? (5) Minn Belt Hompesch din (9) Ara 6 Tort (5) Riċipetto (3) Daqqiet ta’ rabja? (6) Ara 5 Ara 2 Ara 19 Ara 12 wieqfa

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Bwiet, 4.Sala, 7,23.Isaqqi, 9,11. Ardit, 10.Raċanċ, 12.Stirat, 16,18. Leħħa, 19.Ara, 20.Timer, 21.Uno, 24.Tuhom

Weqfin: 1.Bramel, 2,22.Indoqq. 3,5.Tirana, 6,17.Aċċenn, 8.Sagrament, 12,21W. Sħuna, 13,24.Iħituhom, 14.Tarmuh, 15.Ħamiem


28

22.09.2019

kullhadd.com

FESTI FALLIMENT • NAZZJONALISTI RRABJATI GĦAĊ-ĊELEBRAZZJONI TAL-INDIPENDENZA • SIMON BUSUTTIL REĠA’ MA KIENX WARA DELIA... L-ISTESS DAVID CASA Teżisti rabja kbira fost Nazzjonalisti attivi għall-mod kif żviluppaw il-festi tal-Indipendenza din is-sena. Fejn mhux biss iċċaqalqu minn fuq il-Fosos għal quddiem id-Dar Ċentrali, iżda kienu l-iktar festi fqar li jiftakru f ’deċennji. Il-kritika lejn is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli u l-Viċi Kap Robert Arrigo, hi li kienu fqar anke fil-kontenut politiku li mhux tant marbuta mal-kwistjoni finanzjarja. Fost oħrajn kien innutat kif uffiċjali tal-partit u membri tal-Grupp Parlamentari kienu esklużi għalkollox mid-diskussjonijiet politiċi. Konsegwenza tal-fatt li t-tmexxija għadha mhix qed tieħu riskji wara l-konfużjoni li nqalgħet dan is-sajf meta sar sforz kbir biex jitneħħa l-Kap u li warajh kien hemm l-idejn moħbija ta’ membri prominenti tal-Grupp Parlamentari. Fil-fatt, il-laqgħat ta’ diskussjoni kienu inqas minn tassoltu u llimitawhom għal żewġ intervisti fid-daħla tad-Dar Ċentrali biex ma jkunx hemm il-ħtieġa li jitkellmu uffiċjali oħra. Daħla li mtliet bi żbrixx anke jekk fi snin oħra kienu jimtlew it-tined fuq il-Fosos, fejn il-Kap tal-partit kien ikun imdawwar minn folol sbieħ ta’ nies. Iżda, l-iktar li reġa’ spikka kien in-nuqqas tal-Eks Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, li meta tkellem Adrian Delia f ’dak li kellu jkun ilmass meeting, reġa’ ma kienx warajh. Din mhix l-ewwel sena li għamel hekk. Iżda, l-ewwel darba wara l-vot ta’ fiduċja talaħħar ġimgħat. Bħalma ma kienx warajh lanqas il-Membru tal-Parlament Ewropew David Casa li sa ftit xhur ilu kien qed jgħid li n-nies ta’ Delia ma riduhx jerġa’ jsir MEP u fl-aħħar jiem reġgħu dehru diverġenzi kbar ta’ ħsieb bejn iż-żewġ persuni. Attivist tal-Partit Nazzjonalista li magħruf li mhux xi wieħed li jiffansja lil Delia qalilna: “Jekk xejn dawn il-festi huma xhieda ta’ fiex niżlet lill-Partit Nazzjonalista t-tmexxija preżenti. Dak li kellu jkun mass meeting bilkemm jista’ jissejjaħ mass rally biex ma nsemmux in-nuqqas ta’ entużjażmu evi-

Waqt li qed jitkellem il-Kap tal-PN Adrian Delia

denti li kien hemm fil-pjazzetta ta’ quddiem id-Dar Ċentrali. Dak li qalulna n-nies f ’Mejju ma tajniex kasu u issa jidher li qed inbatu l-konsegwenzi.” Għalkemm mhumiex tal-istess fehma l-uffiċjali preżenti tal-Partit Nazzjonalista, bis-Segretarju Ġenerali Clyde Puli jgħid li ċert li se jkun hemm żminijiet aħjar. Fi gruppi magħluqa fejn jitkellmu n-Nazzjonalisti kien hemm fehmiet differenti, għalkemm l-imkejjen tagħna qalu li llum tirrenja iktar minn kollox l-apatija b’ħafna qatgħu qalbhom li Adrian Delia jista’ jieħu l-messaġġ li dak li sar fl-aħħar sentejn mhuwiex tajjeb biżżejjed biex irebbaħ lill-Partit Nazzjonalista. Id-diskors ta’ Delia kien deskritt mill-Partit Laburista bħala ripetizzjoni tad-diskors tas-sena li għaddiet u fi stqarrija l-Partit laburista qallu li jekk ried jiffranka l-flus seta’ xandar id-diskors li għamel fl2018. Għax tkellem dwar l-istess suġġetti bl-istess narrattiva, b’mod li juri li ma tgħallem xejn mill-elezzjoni ta’ Mejju li għadda. Il-KullĦadd hija infurmata li anke fost ġurnalisti li kienu qed isegwu kien hemm tgemgim dwar x’kien eżatt il-messaġġ li ried iwassal Delia f ’dak li hu wieħed mill-iktar appuntamenti importanti għal min ikun

Kap tal-PN. Il-festival qala’ daqqa wkoll Nies li waqgħetilhom żokrithom fil-Partit Nazzjonalista tkellmu magħna kif anke l-festival Indipendenza ħa daqqa ’l isfel. Filwaqt li uffiċjali tal-Partit tkellmu dwar il-lingwa Maltija u l-importanza tagħha bħala l-ikbar inizjattiva li seta’ kellu l-PN favur il-lingwa saret b’nofs qalb. “Tant ma sabux lil min jgħin u jieħu ħsieb li l-Whip tal-Grupp Parlamentari spiċċa ħa ħsieb il-festival hu. U biex tgħaxxaqha l-ewwel ħaġa li għamlu kienet li talbu ħlas ta’ €10 lil min kien se jattendi. Flus biss sirna narawhom lin-nies. Minn ġbir għall-ieħor, minn fund raising għall-ieħor.

U dak li konna nagħtuhom bħala rigal issa wkoll irridu l-flus għalih,” kompla jingħad lilna minn attivist li jiftaħar li fil-vot ta’ fiduċja lil Delia ma vvotalux. L-istess attivist qalilna li mnalla kien Robert Cutajar li daħal għal diversi inizjattivi li għalkemm jidhru żgħar ħawru xi ftit il-programm b’mod li l-pressjoni fuq Puli u Jean Pierre Debono kompliet tiżdied. Anke għax huma nies b’salarji ħoxnin li mid-dehra l-enfasi tagħhom dan is-sajf kienet kif se jsalvaw ġildhom.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.