KullHadd_22.10.2017

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 22 ta’ Ottubru, 2017

Ħarġa Nru 1,267 Prezz €1

Il-PINNA TIRBAĦ LILL-BIŻA’ Jibqgħu jorbtu l-qtil ta’ DCG mal-każ tad-”Dirty Oil” | Bejn is-sodisfazzjon u l-biża’ tal-kriminal | Ir-reazzjonijiet tal-poplu taħt xokk | Appoġġ għal dimostrazzjoni favur ġustizzja | Editorjal Ara paġni 3 - 8 u 28


02

22.10.2017

kullhadd.com

Editur ALEANDER BALZAN

L-Ogħla Temperatura: 25°C L-Inqas Temperatura: 19°C L-Indiċi UV: 5 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja qed testendi minn fuq l-Atlantiku sa fuq iċ-ċentru tal-Mediterran. It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab. Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Majjistral li jsir moderat aktar tard. Il-Viżibilità: Tajba. Il-Baħar: Ħafif li jsir moderat. L-Imbatt: Baxx mix-Xlokk li jsir ftit li xejn. It-Temperatura tal-Baħar: 24°C

email: aleander.balzan@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572

Disinn tal-Paġni LEANNE ABELA GRECH tel: (+356) 2568 2571

Kuntatt Ġenerali KullĦadd

It-Tnejn

email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Indirizz Postali KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

23°C

UV 4

17°C

Il-Ħamis

22°C

UV 4

17°C

23°C

Il-Ġimgħa

UV 4

17°C

Is-Sibt

Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

23°C

UV 4

16°C

23°C

UV 4

17°C

22°C

UV 4

16°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21252396 National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Il-Ħamrun – 21225539 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697 The Local Dispensary, Triq Kan. K. Pirotta, Birkirkara – 21493549 Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta’ Xbiex, L-Imsida – 21331732 Numri Importanti J.V.’s Pharmacy, Wied is-Swieqi, Is-Swieqi – 21371062 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​ Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334627 112​ Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali, Ħ’Attard – 21434137 St. Mary Pharmacy, Mġarr Dispensing Chemists, 71, Triq Sir Harry Luke, L-Imġarr – 21580711 Il-Pulizija ta’ Malta Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, Il-Qawra – 21580881 2122 4001-9​ De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21826408 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ​ Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, Ix-Xgħajra – 27032296 2393 0000 Brittania Pharmacy, 5 Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa – 21658622 Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Iż-Żurrieq – 21647391 Il-Gwardjani Lokali ​2132 0202 The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzoppardi, Is-Siġġiewi – 21461681 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 79455477

Stampat Progress Press

L-Isptar ta’ Malta 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex ​2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza ​ 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku ​1182

Għawdex Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana – 21566979 Nadur Pharmacy, Pjazza it-28 t’April 1688, In-Nadur – 21563589 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – – 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.


03

22.10.2017

kullhadd.com

IT-TALJANI JIBQGĦU JORBTU LIL DCG MAL-KAŻ “DIRTY OIL” Il Fatto Quotidiano, ġurnal Taljan, kompla jgħaqqad il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia nhar it-Tnejn li għadda mal-każ ta’ fuel tal-kuntrabandu li mil-Libja jgħaddi minn Malta għall-Italja. Il-ġurnal Taljan jinnota kif Caruana Galizia kienet kitbet li dawk li jittraffikaw il-fuel jinqatlu b’karozzi bomba, filwaqt li dawk li jinnegozjaw fid-droga jinqatlu fi sparatura. Dakinhar kienet għamlet referenza wkoll lejn każi ta’ karozza bomba f ’Wied il-Għajn u Marsaxlokk fejn ċerti Martin Cachia u Darren Degabriele wkoll inqatlu b’karozza bomba kif inqatlet hi t-Tnejn li għadda. B’rabta mal-kuntrabandu tal-fuel iktar kmieni din il-ġimgħa kien arrestat l-eks plejer tat-tim nazzjonali Malti Darren Debono u Il Fatto Quotidiano rrapporta kif kien arrestat ir-raġel li jgħaqqad lil Caruana Galizia mal-inkjesta fuq iż-żejt mil-Libja. Ma’ Debono kienu arrestati numru ta’ Tal-

Ir-rapport jiżvela li Caruana Galizia kienet qed issegwi dan it-traffikar ta’ żejt mill-qrib u jidher li rifset xi kallu ta’ negozjanti Maltin li kienu involuti f’din l-operazzjoni illeċita

jani u Libjani. Caruana Galizia kienet kitbet dwar Darren Debono fil-blog tagħha. Hemm semmiet kif sajjieda bħalu nqatlu b’karozzi bomba minħabba l-mod kif kienu qed jinnegozjaw mal-Libjani. Il-każ li fih hemm involut Debono hu magħruf bħala “Dirty Oil”. Suspettat fil-każ hemm ukoll Gordon Debono, li sa issa ma kienx arrestat. Ir-rapport jgħid ukoll li Galizia nqatlet bi splussiv Semtek li minnu wieħed isib kemm irid fil-Libja. Iżda, dan ma kienx l-ewwel rapport investigattiv fil-midja internazzjonali li sostna li l-qattiela ta’ Daphne Caruana Galizia setgħu ntbagħtu minn barra minn pajjiżna wara li l-blogger bdiet issegwi mill-qrib operazzjoni ta’ traffikar illegali taż-żejt lejn Malta u l-Italja mil-Libja. Rapport intitolat “FBI, Scotland Yard Join Hunt for Malta Journalist’s Killers” jiżvela li l-investigaturi qed isegwu xejn anqas minn 42 tarf li jistgħu jwassluhom mal-qattiela fosthom ma’ persuni li kellhom rabtiet ma’ kriminalità organizzata u ċrieki ta’ traffikar ta’ droga u żejt f ’Malta u fin-Nofsinhar ta’ Sqallija. Jinnota b’importanza kbira r-rabta li l-isplussiv li ngħad li ntuża mal-karozza, jinsab b’abbundanza kbira fl-ekonomija s-sewda fil-Libja. Jirrapporta li Caruana Galizia kienet qed tinvestiga rabtiet bejn żejt misruq fil-Libja u li fih hemm involuti gruppi kriminali f ’Malta u fl-Italja. Jingħad ukoll li l-pulizija ta’ kontra l-mafja fl-Italja kienet diġà qed issegwi l-informazzjoni ta’ Caruana Galizia dwar it-traffikar ta’

Tnejn mid-diversi rapporti fil-midja Taljana

żejt misruq mil-Libja u li kien qed jinbiegħ fl-Ewropa. Ir-rapport jgħid li fl-aħħar jiem disa’ persuni ġew arrestati fi Sqallija b’suspett li kienu qegħdin iservu ta’ intermedjarji bejn il-mafja ta’ Sqallija u l-operazzjonijiet talISIS fil-Libja biex jinbiegħ diesel misruq fl-ekonomija s-sewda. Il-Prosekutur ta’ Catania Carmelo Zuccaro kkonferma ma’ The Daily Beast li l-pulizija fi Sqallija kienet qed tinvestiga serq ta’ diesel minn raffinerija fi Tripli fl-2015. Jingħad li dakinhar ġew importati fl-Ewropa mat-82 miljun kilo ta’ diesel minn Malta u l-Italja u li dan id-diesel ġie ttrasportat fuq dgħajjes żgħar tal-immigranti u wara tgħabba fuq vapuri akbar li kienu jistennew barra minn Malta. Ir-rapport jiżvela li Caruana Galizia kienet qed issegwi dan it-traffikar ta’ żejt mill-qrib u jidher li rifset xi kallu ta’ negozjanti Maltin li kienu involuti f ’din l-operazzjoni illeċita.


04

22.10.2017

kullhadd.com

BEJN IS-SODISFAZZJON U L-BIŻA’ TAL-KRIMINAL Kitba ta’ CLAIRE AZZOPARDI “F’dan il-każ u f ’każijiet oħra il-mandant/i jħossuhom li laħqu l-iskop permezz ta’ dak kollu li joħroġ fil-midja. Jistgħu jħossuhom ukoll beżgħana li hemm ħjiel ta’ tisjib tal-identità u għaldaqstant timbuttahom lejn potenzjal ta’ krimini akbar biex jgħattu xturhom. Każijiet reali ta’ individwi li jinstigaw u jinbxu l-forzi tal-ħarsien tas-sigurtà.” Dan hu kliem il-kriminologu Dr Janice Formosa Pace b’reazzjoni għar-rapportaġġ mistenni u estensiv tad-delitt tal-blogger Daphne Caruana Galizia li nqatlet permezz ta’ karozza bomba nhar is16 ta’ Ottubru ftit metri ’l bogħod mir-residenza tagħha fil-Bidnija. Dr Formosa Pace spjegat mal-gazzetta KullĦadd xi tkun qed taħseb il-persuna jew persuni li wettqu dan iddelitt, jew anke delitti oħra, meta jaraw dibattitu bħal dak li għaddej fil-preżent f ’pajjiżna. Dibattitu mhux biss fuq il-midja soċjali iżda anke fuq it-televiżjoni, ir-radju u l-gazzetti. Spjegat kif dawk li jkunu wettqu att bħal dan jista’ jkollhom reazzjoni differenti għal dak li jibdew jaqraw u jsegwu fuq il-każ. Hemm dawk li mill-informazzjoni li jibdew jaraw, iħossu sodisfazzjon akbar wara li jwettqu d-delitt filwaqt li hemm dawk li taħkimhom il-biża’. “Dan jiddependi mill-każ u t-tip ta’ informazzjoni li tkun qed toħroġ fil-midja.” Informazzjoni li tista’ twassal għal atti ta’ kriminalità oħra, li fi kliem il-kriminologu jistgħu jkunu saħansitra akbar mill-ewwel att, bil-għan li l-persuna jew persuni ħatja jippruvaw jgħattu dak li jkunu għamlu f ’każ li mill-informazzjoni li toħroġ fil-midja jew li jiktbu dwarha xi persuni fuq il-midja soċjali turi li dawk ħatja jistgħu jinqabdu mill-awtoritajiet. Dr Formosa Pace stqarret li l-possibbiltà li l-midja tkun qed tagħti informazzjoni ta’ fejn waslet l-investigazzjoni dwar att kriminali hija dejjem hemm u sejħitilha bħala “xi ħaġa inevitabbli.” “Mhux l-ewwel darba li permezz tal-midja nkunu qed ngħaddu informazzjoni ta’ x’nafu u sa fejn nafu dwar iddelitt konċernat.” Iżda fi żmien fejn aħbar saret issir magħrufa kważi

mill-popolazzjoni kollha talpajjiż fi ftit ħin – huwa possibbli li dan jiġi evitat? Il-kriminologu stqarret li f ’dinja ideali l-ebda informazzjoni m’għandha tgħaddi fil-midja u fuq il-midja soċjali “però r-realtà hija esseru ieħor.” “Ir-realtà tokrob għal informazzjoni realtime li tista’ tkun qed tforni biċċiet minn informazzjoni jew anke misinformazzjoni. Wieħed irid jgħarbel sewwa xi jrid jgħid qabel ma jgħidu - għaliex iġorr responsabbilità partikolari u għandu jkun immirat lejn is-sigurtà tal-pajjiż, tal-komunità u tal-individwu.” Għalhekk dak li ngħidu, anke f ’sempliċiment kumment fuq Facebook, jaf ikollu konsegwenzi oħra mingħajr ma nkunu nafu. Il-kriminologu spjegat li informazzjoni f ’każijiet ta’ atti kriminali tista’ mhux biss tinstiga l-ħati jagħmel atti oħra iżda tista’ wkoll toħloq paniku mingħajr bżonn jew saħansitra tweġġa’ lill-familjari tal-persuna li tkun vittma tar-reat. “Il-libertà tal-espressjoni hija dritt, iżda jekk wieħed janalizza dak li jingħad u jinkiteb permezz tal-midja soċjali f ’ċirkostanzi ta’ delitt, wieħed jinnota kliem, kummenti u posts li jistgħu

ba. Dan għaliex pereżempju, bħalma rajna f ’numru ta’ każijiet mhux biss f ’Malta iżda anke mix-xena internazzjonali, il-bomba tiġi detonata b’mowbajl jew xi tip ta’ remote. Dan jagħmilha aktar faċli għall-qattiel biex iwettaq id-delitt? “There is no hard and fast rule in this; jiddependi mid-delitt, min għamel id-delitt u l-vittma/i. Dan idur madwar żewġ teoriji: l-opportunità u l-attività tar-rutina. Skont kemm wieħed isib l-opportunità ġusta li jikkommetti r-reat jew għaliex dejjem għamlu.” Il-motivi li wieħed jasal jagħmel omiċidju jistgħu jkunu ħafna. Biex tispjega aktar dwar dan, il-kriminologu għamlet referenza għad-delitt tal-blogger Daphne Caruana Galizia. “Il-motiv jiddependi mit-tip ta’ omiċidju; jekk hux crime of passion eżempju f ’każ ta’ tradiment bejn koppja, każijiet frekwenti f ’Malta; omiċidju instigat minn vendetta; omiċidji instigati fuq tilwim wirt, territorji (għalqa) eċċ; każijiet ta’ serial Wieħed irid killers li ma narawx jgħarbel sewwa xi jrid Malta - il-fatturi huma varji. F’dan iljgħid qabel ma jgħidu joħolqu pankaż ta’ din il-ġimgħa ic modes li ma wieħed għad irid għaliex iġorr responsabbiltà jagħmlux ġid, jistenna l-esperpartikolari u għandu jkun użu ta’ kliem ti jaslu għall-motiv insensittiv li tal-każ biex wieħed immirat lejn is-sigurtà jweġġgħu lill-vitikun jista’ jagħti tal-pajjiż, tal-komunità u tmi u lill-familji spjegazzjonijiet.” rispettivi tagħhom.” Każ ta’ karozza bomtal-individwu Iżda minkejja li kull ba li affettwa b’modi diftip ta’ dibattitu dwar idferenti lis-soċjetà Maltija. delitt jista’ jwassal infor“Is-soċjetà tweġġa’, emozzmazzjoni lill-persuna li tkun jonijet bħal rabja u biża’ wettqitu – din l-informazzhuma inevitabbli. Iqumu joni tista’ tagħti ideat lill-per- “Wieħed għandu joqgħod at- ħafna mistoqsijiet... ir-rabja suna li tkun għadha qed tip- tent milli juża l-kelma ‘popo- tal-familjari, il-biża’ tal-kolpjana att kriminali? lari’ minħabba li hija relattiva legi, l-apprensjoni tas-soċDwar dan il-kriminologu u l-fatt li jkollok ftit istanzi ta’ jetà, il-pressjoni fuq il-forzi sostniet li dak li joħroġ dawn il-każijiet ma jagħmilx tal-ordni, l-argumenti politiċi, fuq il-pjattaformi differ- il-proċess faċli li wieħed jgħid il-polarizzazzjoni tal-ħsieb.... enti tal-midja mhuwiex li hemm xi tip ta’ pattern. dawn huma kollha fatturi li l-unika sors ta’ idea jew Li hu żgur li dan il-metodu soċjetà taffaċċja f ’każijiet informazzjoni. huwa aktar effettiv sabiex bħal dawn.” “Min ikun qed jippjana delitt toqtol lill-vittma/i u fejn Soċjetà li fiha għandha rwol żgur li għandu sorsi oħra l-evidenza tiġi meqruda fil- importanti l-midja. Bil-krimminn fejn iġib l-informazz- proċess innifsu fejn jagħmel inologu kellha appell imqanjoni, lil hinn mid-dibattiti.” il-probabbiltà ta’ soluzzjoni qal għall-midja Maltija. Il-gazzetta KullĦadd tkell- aktar diffiċli. Aktar milli xe“Inħoss li midja u/jew met ukoll mal-kriminologu narji soċjoloġiċi hemm dawk il-midja soċjali trid tkun akDr Janice Formosa Pace li jassiguraw l-eliminazzjoni tar sensittiva. Din il-ġimgħa dwar l-att innifsu, dak li per- aktar probabbli tal-vittma u ċċirkola ritratt li qatt ma kellu suna toqtol persuna jew per- allura huwa mod tattiku ta’ jiċċirkola; mhux biss mhux suni oħra b’karozza bomba. kif taġixxi, kemm jekk waqt etiku imma insensittiv għallStaqsejnieha jekk dan it-tip mument iddisprat jew wara aħħar. Għajta għar-rispett ta’ delitt li sirna narawh ak- ħafna ħin ta’ ppjanar.” u d-dinjità tal-vittma hija tar fiż-żmien riċenti jkunx in- Apparti li dan it-tip ta’ delitt meħtieġa u huwa hawn fejn stigat minn raġunijiet soċjali jagħmel l-investigazzjoni il-midja naqset. Is-sensazzjew psikoloġiċi, bil-krimino- waħda diffiċli biex tiġi konk- jonaliżmu jweġġa’ u jixxokklogu tgħidilna li wieħed irid luża, il-persuna ħafna drabi ja u dak diffiċli biex tneħħih joqgħod attent meta jgħid li ma tkunx fuq ix-xena tad- mill-ħsieb. The end does not jusdan l-att sar wieħed popolari. delitt meta tiskatta l-bom- tify the means.”


05

22.10.2017

kullhadd.com

MILJUN EWRO GĦAL MIN IWASSAL GĦALL-ĠUSTIZZJA Il-Gvern ikkonferma li se jagħti miljun ewro lil min jagħti informazzjoni li twassal li ssir ġustizzja fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan fi sforz ieħor biex issir ġustizzja wara li fl-aħħar jiem il-Gvern diġà għamilha ċara li se jagħti r-riżorsi kollha għall-investigazzjoni tant li ġew esperti barranin fosthom l-FBI. “Il-Gvern huwa impenjat bis-sħiħ biex il-każ talqtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia jiġi riżolt u min kien responsabbli jiġi identifikat u mressaq quddiem il-qrati. Il-Gvern hu kommess li ssir ġustizzja,” intqal fi stqarrija li fiha kien spjegat kif dan hu każ

ta’ importanza straordinarja li jirrikjedi t-teħid ta’ miżuri straordinarji. Min jgħaddi din l-informazzjoni jingħata protezzjoni biex jixhed dak kollu li jaf quddiem il-Maġistrat Inkwerenti u fl-istadji meħtieġa. Wieħed jista’ jgħaddi wkoll l-informazzjoni lill-Pulizija b’mod kunfidenzjali u xorta waħda jkun eliġibbli għar-reward sakemm dik l-informazzjoni tkun sostnuta minn provi oħra indipendenti u twassal biex jiġi identifikat min wettaq id-delitt. Il-Gvern qal li mhux se jiddeċiedi hu jekk l-informazzjoni jew ix-xhieda tkunx suffiċjenti u tkunx

Infetħet ix-xena tar-reat, madanakollu t-triq li tagħti għad-dar ta’ Daphne Caruana Galizia baqgħet magħluqa u sorveljata mill-pulizija.

Ritratt: Faculty for Social Wellbeing

Tislima lill-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia

L-għalqa fejn instabet il-karozza ta’ Daphne Caruana Galizia - proprju fuq dan il-post saret it-tielet splużjoni

kredibbli iżda l-punt ta’ riferiment se jkun dejjem ir-rapport tal-Inkjesta Maġisterjali li huwa att ta’ awtorità ġudizzjarja indipendenti. Ir-reward jitħallas biss abbażi ta’ dan ir-rapport. Il-Gvern ifakkar li hemm ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Whistleblower’s Act u emendi oħra anċillari li saru fl-aħħar leġiżlatura li jistgħu jintużaw minn min seta’ kien involut u jrid jikkollabora mal-pulizija biex jinqabad il-mandant. Min ikun irid jersaq biex jagħti l-informazzjoni jista’ jċempel fuq in-numru 22942008 jew email: crimeinfo.police@gov.mt.

Daphne Caruana Galizia kienet qed issuq il-karozza ’l isfel meta proprju hawnhekk saret l-ewwel splużjoni. Fiż-żjara tagħna lbieraħ innutajna wkoll dan ilktejjeb li żgur għandu messaġġ xi jwassal.


06

IR-REAZZJONI TA’ POPLU TAĦT XOKK 22.10.2017

kullhadd.com

Bidu ta’ ġimgħa fejn il-pajjiż kien qed jistenna li l-mexxejja tiegħu jiddiskutu l-baġit għas-sena d-dieħla. Ħafna kienu qed jistennew li l-Kap tal-Oppożizzjoni jagħmel l-ewwel replika tiegħu għall-baġit. Iżda, ma kellux ikun. Għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar ħarġet l-aħbar li kien hemm karozza bomba. Il-Mosta kien l-ewwel ħjiel. Iktar tard ikkonfermat li l-Bidnija. Ftit minuti wara ġriet l-aħbar li l-vittma hi Daphne Caruana Galizia,

blogger u artikolista ta’ esperjenza. B’mod immedjat irreaġixxa l-Prim Ministru f’konferenza tal-aħbarijiet li qal dak li seħħ mhux aċċettabbli u kien qed jikkundanna l-att barbaru fuq il-libertà ta’ pajjiżna. Fil-Bidnija bdew l-investigazzjonijiet. Fuq ix-xena tad-delitt bdew jaslu l-esperti. Kien hemm min saħansitra ra x’ġara. “Nara qisu l-ewwel splużjoni żgħira. Il-veloċità naqset. F’erba’ sekondi splodiet it-tieni splużjoni li kienet qawwija tremenda,” irrakkonta

JOSEPH MUSCAT, Prim Ministru, Parlament Illum ir-responsabbiltà tiegħi qiegħda hawn bħala Prim Ministru ta’ pajjiż imweġġa’… Ħadd ma jkollu l-iċken dubju f ’dan il-pajjiż, ħadd ma joqtol lil ħadd u jgħaddiha lixxa. F’dan il-pajjiż ir-rule of law, l-istat tal-liġi qiegħed hemm biex

raġel li nzerta fl-akkwati,” qal fuq il-midja soċjali u madwar ilpajjiż bdiet tiġri l-kundanna. Tkellmu l-President, l-Arċisqof, politiċi, ġurnalisti u fuq kollox il-poplu. Inkluż minn tul iż-żmien kien imweġġa’ minn kitbet Caruana Galizia esprima r-rabja għal dak li ġara. Għax Malta hi pajjiż li jħaddan il-libertà tal-kelma. Mingħajr riservi. F’dawn il-paġni nsegwu wħud mill-kummenti ewlenin fl-aħħar jiem.

jipprevali. Dan huwa mument ’il fuq mill-politika. Nemmen li hemm sens komun li għandu jipprevali… l-iktar li jkidd lill-id jew idejn malinji li kienu wara dan id-delitt hi li jsibu pajjiż magħqud.

KEVIN DRAKE, Ħassieb, Facebook Dan hu mument ta’ traġedja nazzjonali… ta’ xokk kollettiv. Twettaq delitt li l-kelma “faħxi” lanqas biss tibda biex tiddeskrivih. L-agħar ħaġa li wieħed jista’ jagħmel hu li jiżżattat biex mingħalih jidher bravu u jkompli jħaffer ħofor bi stqarrijiet u kitbiet żobiċi tax-xorta li qed inkunu innondati bihom kull fejn inħarsu u nduru. Jien qed nagħżel li ma nkomplix inżid mal-kakofonija ttarrax ta’ vuċijiet u opinjonijiet li qed joħonqu saħansitra l-ħsieb ta’ dak li

jkun. Meta jkun hemm fatti u veritajiet dwar xiex wieħed jista’ joffri opinjoni mirquma, naf nittanta nagħti l-kontribut tiegħi wkoll... Jekk taħsbu, onestament, li n-nies kollha ta’ rieda tajba qegħdin b’xi mod jiggustawkom.... qed jgħarralkom u bil-goff. Kulma qed tqanqlulna huwa remettar bla rażan. Kont ngħidilkom li kieku: “Istħu, jekk tafu kif!”. Imma jkun kollu għalxejn. “Żejt fil-bażwa”, kif jgħid il-Malti.

SAVIOUR BALZAN, Editur, Maltatoday Ma konniex naraw għajn m’għajn… Konna niġġieldu bil-pinna u kienet tieqaf hemm. Dan il-qtil kien ikkalkulat, preċiż, kiesaħ u li ma jinħafirx. Xogħol ta’ individwu li kellu l-ikbar riżorsi u li

kellu kull ħsieb li jwettaq qtil. Ma nemminx li kien qtil politiku. Iżda, għadu kmieni biex tgħid. Li kellu jkun motivat politikament tkun aħbar ħażina ta’ veru.


07

22.10.2017

kullhadd.com

JOHN BALDACCHINO, Professur, Times of Malta Nagħżel li nibqa’ sieket mhux għax nirrifjuta li nikkummenta, imma għax f ’dawn iċ-ċirkostanzi qed isir iktar evidenti li dak li wieħed jgħid mhu se jwassal għal xejn sostanzjali. Jekk l-għan hu li naqbdu min wettaq dan l-att kriminali tal-biża’ u nassiguraw ġustizzja, mela in-

JOSANNE CASSAR, opinjonista, Maltatoday Sfortunatament il-ħafna investigaturi u l-esperti forensiċi li għandna online diġà ddeċidew lejn min jippontaw subgħajhom u min għandu jkun meqjus ħati. Huwa iktar sfortunat meta nisma’ lill-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid il-ħaġa l-ħażi-

qas ma ngħidu, aħjar. Filwaqt li nsib ruħi mingħajr kliem, qed tiżdied fija l-biża’ ta’ dak li qed jingħad. Distoritions (irridu nsibu kelma li toqgħod bil-Malti) u passjoni qed jidhru bejn l-ammiraturi u dawk li ma togħġobhomx, il-vuċi tal-opinjoni qed issir storbju u mgerfxa.

na fil-ħin il-ħażin, minflok jiżen kliemu f ’dan il-mument delikat meta l-pajjiż għadu numb u jipprova jifhem l-implikazzjonijiet ta’ għaliex Daphne Caruana Galizia nqatlet brutalment.

ANTONIO TAJANI, President Parlament Ewropew, Brussell Għamilt premessa. Il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia joffri miex biżejjed. Kif għidt, għandi fiduċja sħiħa fihom kif għandi kuntest ta’ tħassib. Probabbilment hemm inizjattivi, żviluppi, fl-awtoritajiet tal-pajjiżi kollha tal-membri tal-Unjoni Ewropea. persuni li mxew lil hinn mill-konfini ta’ Malta. Huwa għalhekk Imma fuq din il-kwistjoni ma jistax ikun ma tkunx immobilizli l-investigazzjonijiet tal-Pulizija ta’ Malta u l-ġudikatura mhu- zata l-Ewropa kollha.

JAN CHIRCOP, Tabib, Facebook Dak li seħħ kien barbaru u kundanabbli bl-iktar kliem iebes possibbli. Att bħal dan jibgħat messaġġ ta’ mibegħda u disperazzjoni… Il-messaġġ tiegħi huwa wkoll dwar l-effett u l-akkużi infondati li qed ikun hemm fuq pajjiżi. Ħafna nies qalu li l-Gvern u l-istituzzjonijiet m’għamlux biżżejjed għad-demokrazija, ir-

rule of law u l-libertà tal-kelma. Kif wieħed jista’ jagħmel dikjarazzjonijiet hekk mingħajr ma jaf l-għan u l-identità ta’ min wettaq l-att. Ikun insensittiv min-naħa tagħna li nissoponu xenarji possibbli li jmeru dawn id-dikjarazzjonijiet. Imma huma l-iktar possibbli.

JOE BRINCAT, Avukat, one.com.mt Inbidel il-Maġistrat ħalli ma jkunx hemm paroli. Imma x-xogħol tal-Maġistrat fl-inkjesta huwa biss li jippriserva l-provi. Ix-xhieda jinstemgħu u jekk ikun hemm xi ħadd li jaf u ma jissejjaħx, għandu dritt jitlob li jinstema’. Ix-xogħol tal-inkjesta jsir mill-esperti tal-forensika li jiġbru biċċiet li għall-Magistrat ma jfissru xejn imma għall-espert forensiku jfissru ħafna u jagħtu ħjiel. Kien hemm min

ilmenta li l-Maġistrat inħatar tard wisq. Kemm jaħsbu li n-nies ċwieċ? Mela l-Maġistrat jagħmel l-analiżi fil-laboratorju? U biex ħadd ma jista’ jgħid xejn, ġejjin esperti forensiċi minn barra! Dawn ma vvutawx hawn Malta! L-ewwel darba li l-Pulizija Maltija użat esperti barranin kien fil-każ ta’ Anthony Aquilina, aktar magħruf bħala l-każ Terreni fl-1955 fi żmien Gvern Laburista.

MARIE LOUISE COLEIRO PRECA, President ta’ Malta, Stqarrija F’dawn il-mumenti, fejn pajjiżna huwa xxukkjat b’delitt daqshekk Galizia. Hekk titlob id-diċenza, u wkoll, sabiex inħallu l-ġustizzfaħxi, nappella biex kulħadd ikun meqjus fi kliemu, ma jagħmilx ja tieħu l-kors tagħha, fl-aħjar interess tal-familja u d-demokraziġudizzji u juri s-solidarjetà ma’ wlied u żewġ is-Sinjura Caruana ja f ’pajjiżna.

EVARIST BARTOLO, Ministru, Facebook Irridu nifhmu li dan ma kienx biss attakk fuq il-kontenut, iżda fuq id-dritt innifsu. Bħala eks ġurnalist u persuna li ħadmet fil-midja matul iż-żmien dan il-qtil brutali jibgħat messaġġ li jgħidulu ‘chilling effect’, fejn int bħala ġurnalist tingħata l-mes-

saġġ biex tiskot. Biex int tiffriża u taħsibha darbtejn qabel tikteb dwar xi verità skomda. Irridu nkomplu naħdmu biex nipproteġu x-xogħol tal-ġurnalisti u nsaħħuhom u nipproteġuhom bit-tibdiliet meħtiega tal-liġi.


08

22.10.2017

kullhadd.com

APPOĠĠ LID-DIMOSTRAZZJONI B’SEJĦA GĦALL-ĠUSTIZZJA Il-Partit Laburista qed jagħti l-appoġġ tiegħu lid-dimostrazzjoni li se ssir illum, fil-Belt Valletta, b’sejħa għall-ġustizzja wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Fi stqarrija ntqal li, li ssir ġustizzja hi l-ikbar xewqa tal-Partit Laburista u tal-poplu Malti f ’dan il-mument. Għalhekk delegazzjoni tal-Partit Laburista se tilqa’ l-istedina tas-Civil Society Network u tattendi d-dimostrazzjoni. Il-Partit Laburista nnota l-appell tal-organizzaturi biex id-dimostrazzjoni ma tkunx waħda partiġjana u offensiva u jtenni li huwa dan l-ispirtu li għandu jiggwidana bħala nazzjon quddiem l-att barbaru ta’ nhar it-Tnejn. “Att li rridu nwieġbu għalih bħala poplu magħqud,” qal il-Partit Laburista.

BUSUTTIL IKOMPLI BIL-QLAJJIET Il-Membru Parlamentari Simon Busuttil fil-Parlament qal li l-Gvern ma sseħibx fl-uffiċċju li għadu kemm twaqqaf tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (EPPO) għax għandu x’jaħbi. Dan f ’diskors fejn tkellem ukoll dwar dak li seħħ din il-ġimgħa. Il-Ministeru

tal-Ġustizzja wieġeb u spjega kif dawn huma allegazzjonijiet għalkollox foloz. “L-EPPO m’għandu x’jaqsam xejn ma’ prosekuzzjonijiet ta’ omiċidji, kif implikat b’mod inkorrett minn Busuttil, iżda għandu l-funzjoni li jgħarbel u jmexxi prosekuzzjonijiet fuq reati li

jolqtu l-Baġit u interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea,” qal il-Ministeru tal-Ġustizzja. Id-deċiżjoni li Malta ma tissiħibx f ’dan l-uffiċċju kienet ibbażata fuq raġunijiet tekniċi sodi u ttieħdet bi qbil bejn ilGvern u l-Oppożizzjoni ta’ dak iż-żmien immexxija minn Si-

mon Busuttil innifsu. Dan ġie saħansitra kkonfermat minn ruling tal-Ispeaker Anġlu Farrugia wara li membru ieħor tal-Oppożizzjoni kien irrepeta l-implikazzjonijiet inġusti li semma l-istess Busuttil. Kien spjegat li r-raġuni li wasslet lil pajjiżna li ma jifformax

parti mill-EPPO hi bbażata fuq il-prinċipju tad-dritt li pajjiż iżomm ċertu oqmsa taħt il-kontroll assolut tiegħu. Bħal Malta, hemm l-Iżvezja, l-Irlanda, id-Danimarka, il-Polonja, l-Ungerija u r-Renju Unit li mhumiex parti minn dan l-uffiċċju.


09

22.10.2017

kullhadd.com

MHUX JESKLUDU LIL JEAN PIERRE DEBONO GĦAL SEGRETARJU ĠENERALI • PROBLEMA BISS IL-KAŻ TAL-FIREM FOLOZ • PIERRE PORTELLI JIDHER LI JIPPREFERI JOQGĦOD KONSULENT Filwaqt li l-attenzjoni tal-poplu din il-ġimgħa kienet fuq it-traġedja li ħasdet lill-ħafna fil-Partit Nazzjonalista komplew il-kampanji għall-karigi diversi bi żjarat fil-każini mill-kandidati għall-karigi ta’ viċi kap u nomini li ntlaqgħu għal karigi oħra. Iżda, l-iktar li qed tibqa’ mhux ċara hi min se jikkontesta għall-kariga ta’ Segretarju Ġenerali. Pierre Portelli, li diġà daħal b’ruħu u b’ġismu fl-istamperija tant li rriżenja mix-xogħol li kellu f ’The Malta Independent, qed jindika li jippreferi ma jikkontestax għal din il-kariga u minflok jibqa’ konsulent talKap Adrian Delia. Xogħol li diġà beda jwettaq kif seta’ jidher fl-intervista mar-RAI li xxandret din il-ġimgħa fejn Pierre Portelli deher wara l-kwinti isegwi dak li kien għaddej. Portelli qed jieħu din il-pożizzjoni minkejja li ddikjara iktar minn darba, anke pubblikament, li kien interessat jikkontesta din il-kariga. B’hekk il-grupp ta’ Delia qed jimbotta lil Jean Pierre Debono biex ikun hu li jikkontesta l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali, li għaliha hemm interessat ukoll David Casa li fit-tellieqa għallkap appoġġja lil Chris Said. Jean Pierre Debono ċeda s-siġġu lil Adrian Delia u għamilha ċara li

jrid post jew kariga i m portanti anke għax fit-tellieqa għall-kap kien wieħed mill-imħuħ wara l-kampanja ta’ Adrian Delia. Fil-fatt kien ukoll membru tal-grupp tal-whats app fejn partitarji ta’ Delia kienu għaddejjin b’theddid kontinwu fil-konfront ta’ Carauna Galizia b’Jean Pierre Debono wkoll daħal f ’konfront magħha tul din il-kampanja. Ta’ Delia qed jgħidu li Jean Pierre Debono jista’ jibni fuq il-fatt li għandu l-esperjenza ta’ Assistent Segretarju Ġenerali biex iġib iktar appoġġ anke fost dawk fil-partit li ma tantx jarawh ħelu. Minnaħa l-oħra, Jean Pierre Debono għandu fuqu l-kundanna wara li nstab ħati b’rabta ma’ prokuri foloz fil-kampanja biex sar kap Delia. Xi ħaġa li lil nies bħal Portelli qed tinkwetahom għax fost l-erba’ kontestanti għall-viċi kap kulħadd għandu ġrajjiet li jtappnulu ismu. Kif wara kollox għandu l-kap innifsu.

DELIA JRID ĠBIR TA’ FONDI DAN IX-XAHAR Adrian Delia ilu għal dawn l-aħħar jiem iffukat fuq kif se jiġbor iktar flus biex ikun jista’ jlaħħaq mal-ispejjeż li l-Partit Nazzjonalista għandu fl-aħħar tax-xahar. Anke għaliex irid jasal f’punt fejn jibda jieħu wkoll il-paga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista minbarra dik ta’ Kap tal-Oppożizzjoni. F’sitwazzjoni prekarja ħafna issa ttieħdet deċiżjoni li sal-aħħar tax-xahar trid issir kampanja ġbir ta’ fondi li tingħaqad man-numru kbir ta’ kampanji ta’ ġbir ta’ fondi li saru din is-sena. Anke jekk l-eks kap Simon Busuttil kien jgħid li rranġa l-finanzi tal-partit, dawk li bħalissa qegħdin jippruvaw jaqbsu kaptu tas-sitwazzjoni jafu li mhux il-każ u l-iktar soluzzjoni immedjata li qed jara Delia hi ġbir ta’ fondi dan ix-xahar bit-tama li jdaħħal xi ħaġa tal-flus. Fl-aħħar sigħat qam xi ftit xettiċiżmu kemm għandha ssir il-kampanja ġbir ta’ fondi f’dan il-mument, iżda r-risposta kienet li l-flus minn xi mkien iridu jiġu u jaf dan ikun ħin tajjeb biex in-nies jikkontribwixxu.


10

22.10.2017

kullhadd.com

WARA LI TONI BEZZINA WEBBES RASU, GĦANDU JAĠIXXI ADRIAN DELIA Id-deputat Toni Bezzina rrikorra għall-gideb biex jiddefendi ruħu wara li l-Qorti kkonfermat li bagħat ħaddiema tal-gvern jagħmlu

xogħol f ’każin tal-Partit Nazzjonalista u sfurzahom jiffirmaw dikjarazzjoni falza. Irreaġixxa għal dan ilPartit Laburista li nnota kif

fi stqarrija: “Toni Bezzina qal li l-Qorti kienet qalet f ’sentenza oħra li l-Partit Laburista gideb dwaru. Mhux minnu. Il-Partit

Laburista u l-midja tiegħu qatt ma tilfu libell b’rabta ma’ dan il-każ.” Il-Qorti qalet b’mod ċar fis-sentenza tagħha li “kien

għalkollox barra minn loku li l-attur jingaġġa impjegati pubbliċi li jaqgħu taħt irresponsabbiltà tiegħu biex jagħmlu xogħol fil-każin talPartit Nazzjonalista ġewwa ż-Żurrieq.” L-aħbar b’rabta ma’ dan il-każ kienet żvelata għallewwel darba fil-gazzetta KullĦadd. Tant li l-Qorti kienet diġà nnotat f ’sentenzi oħra li “hu evidenti li meta dan il-każ ġie rapportat filgazzetta Kullħadd tal-21 ta’ April 2012, l-attur inħakem minn sens ta’ paniku.” Il-Qorti qalet li hekk biss tista’ tinterpeta l-fatt li l-Perit Toni Bezzina bagħat għall-ħaddiema li għamlu xogħol fil-każin u talabhom jiffirmaw dikjarazzjoni. Wieħed mill-ħaddiema saħansitra kien mitlub imur jagħmel dan fil-jum talfuneral ta’ ommu. Id-dikjarazzjoni li talabhom Bezzina kienet tgħid li x-xogħol għamluh b’mod volontarju u minn jeddhom. Iżda, il-Qorti tal-Appell kienet ċara. “Id-dikjarazzjoni u l-affidavit, għall-inqas f ’parti minnhom, ma jirriflettux il-fatti kollha tal-każ.” Il-Partit Laburista nnota lbieraħ li “la Toni Bezzina qed iwebbes rasu u saħansitra jrid jilħaq Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, issa jrid ikun il-Kap Adrian Delia li jgħid x’passi se jieħu. Ta’ qablu kien qal li se jistenna s-sentenza tal-appell u s-sentenza tal-appell issa ħarġet. Ikkonfemat li Toni Bezzina abbuża mill-kariga tiegħu.”


kullhadd.com

440 PAZJENT GĦALL-KURA BARRA FI TMIEN XHUR

Sal-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena saru 561 vjaġġ ta’ Maltin għall-kura barra l-pajjiż fejn ibbenefikaw minn dawn il-vjaġġi total ta’ 440 pazjent. Il-maġġoranza assoluta ta’ dawn il-vjaġġi saru lejn ir-Renju Unit. L-etajiet tal-pazjenti li kellhom bżonn trattamenti barra l-pajjiż tvarja minn ftit ġranet sa nies li jkunu qabżu t-80 sena. “F’Malta aħna xxurtjati li għandna għadd kbir ta’ servizzi fil-qasam tas-saħħa li jsiru direttament f ’pajjiżna. Bin-numru ta’ operazzjonijiet ġodda u tal-ogħla livell isiru pajjiżna jiżdiedu ta’ kull sena. Iżda xorta numru ta’ pazjenti jkollhom bżonn jitilgħu għal trattament f ’ċentri speċjalizzati għall-kundizzjoni tagħhom,” qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. Skont informazzoni li ngħatat fil-Parlament aktar kmieni din il-ġimgħa, matul l-2015 kien hemm total ta’ 759 episodju ta’ trattamenti barra l-pajjiż għal 499 pazjent, filwaqt li fl-2016 kien hemm 825 episodju għal 549 pazjent. Il-Ministru Fearne qal li Gvern Laburista jirrikonoxxi t-tbatija li pazjenti li jkollhom bżonn trattament barra minn Malta jgħaddu minnha. “Għalhekk kien Gvern Laburista li matul il-leġiżlatura li għaddiet introduċa skema fejn ikunu ż-żewġ ġenituri li jingħataw vjaġġi mħallsa biex jakkumpanjaw lil uliedhom għal trattamenti barra l-pajjiż,” qal il-Ministru Fearne. Sa Awwissu ta’ din is-sena kien hemm diġà 141 persuna li bbenefikat minn din l-inizjattiva.

11

22.10.2017


12

22.10.2017

kullhadd.com

META TĦOBB DAQSLIKIEKU TIEGĦEK

Minn Charles B. Spiteri Bejn l-1 u l-4 ta’ Novembru, Malta se tospita konferenza fuq il-fostering. Din se ssir fil-Palazz Presidenzjali l-Belt Valletta u se jkun hawn rappreżentanti internazzjonali. Il-konferenza hi organizzata minn erba’ organizazzjonijiet, li huma l-International Foster Care Organization, in-National Foster Care Association Malta, il-President’s Foundation for the Wellbeing of Society u l-Foundation for Social Welfare Services. L-aħħar darba li l-konferenza saret f ’Malta kien fl-2007. Fost il-kelliema barranin se jkun hemm dawk li huma foster carers huma stess u se jaqsmu l-esperjenza tagħhom, waqt li minn Malta hemm Foster Carers kelliema li għamlu riċerka lokali fuq il-fostering.

Min jista’ jkun fostered: tfal Maltin jew barranin ukoll? Jekk anki barranin, il-ġenituri tagħhom iridu jkunu f ’Malta? Bħala etajiet tat-tfal ikunu varji; sa minn trabi tat-twelid, fejn il-ġenitur ikun f ’qagħda tant ħażina li ma jistax jieħu ħsieb it-tfal, l-aktar f ’sitwazzjonijiet ta’ droga. Dawn ġieli jittieħdu għall-fostering anki mill-Isptar. F’dawn l-aħħar snin, l-akbar kaġun kienet id-droga, iżda mhux biss, kellna każi wkoll ta’ traskuraġni kbira, swat, abbużi sesswali u sfortunatament f ’sitwazzjonijiet ta’ saħħa mentali kbira. Ħafna drabi, ir-raġuni biex it-tfal imorru għall-fostering tkun għax is-sitwazzjoni tkun gravi ħafna, fejn anki wara li jkun sar xogħol mal-ġenituri tat-tfal xorta

s-sitwazzjoni tibqa’ ħażina, u b’riżultat t’hekk il-ġenituri bijoloġiċi ma jkunux jistgħu jieħdu ħsieb uliedhom. L-akbar numru ta’ tfal fos-

Jidher li l-istat qed juri apprezzament għax-xogħol li qed iwettqu dawn il-carers

Fl-istess waqt se jkun hemm laqgħat għaż-żgħażagħ u għat-tfal; speċi ta’ żewġ konferenzi għaddejjin fl-istess ħin. Imbagħad, il-vuċi tażżgħażagħ u tat-tfal titressaq għand l-adulti matul il-konferenza. L-idea se tkun li jinġabru l-esperjenzi kollha tal-adulti, tal-Foster Carers, tal-professjonisti, taż-żgħażagħ li għaddew jew qed jgħaddu mill-esperjenza tal-fostering u tat-tfal li jinsabu fostered. Minn dan kollu jkun studjat x’jista’ jsir aktar fil-qasam lokali. Il-gazzetta KullĦadd intervistat lil John Rolè, Membru tal-Bord tal-IFCO u wieħed mill-organizzaturi tal-Konferenza.

mid-droga. Allura permezz tat-taħriġ, tagħmel lil dawn in-nies konxji ta’ liema sitwazzjonijiet ikunu jridu jidħlu. Waqt it-taħriġ imorru kemm foster carers ikellmu lill-parteċipanti u anki jintużaw videos fuq esperjenzi ta’ Maltin dwar il-fostering, Xi jkun meħtieġ kemm min-naħa tat-tfal, kif għall-fostering? ukoll min-naħa tal-ġenituri L-ewwel ħaġa tkun li tagħmel bijoloġiċi. kuntatt mal-Aġenzija Appoġġ, li torganizza kors ta’ Allura d-differenza bejn taħriġ ta’ sitt laqgħat ta’ tliet addozzjoni u fostering hi sigħat il-waħda, fejn il-parteċi- li l-addozzjoni ssir lil tfal panti jifhmu l-kunċett barranin u l-fostering għal tal-fostering; pereżempju li tfal Maltin? l-fostering mhux addozzjoni; li f ’fostering se jkollok Iva, għalkemm kien hawn x’taqsam ma’ tfal li għaddew xi każi ta’ addozzjoni millminn trawmiet diffiċli u dif- Maltin għall-Maltin. Wieħed ferenti, uħud minnhom sa irid jiftakar li l-addozzjoni mill-ġuf, speċjalment meta ta’ tfal barranin toffri ktieb jkun ġenitur li jkun abbuża magħluq lill-koppji Maltin, tered huma Maltin iżda għandna wkoll numru żgħir ta’ barranin. Dawn minħabba li l-ġenitur ma jkunx f ’qagħda li jista’ jieħu ħsieb lit-tfal. Żgur iżda li għall-foster carers Maltin, il-kulur tal-ġilda ma jagħmilx differenza.

għax ma jkunux jafu xi jkunu t-trawmiet li għaddew minnhom it-tfal miġjubin minn barra. Bil-fostering tkun taf l-istejjer kollha wara kull tifel u tifla. Din l-informazzjoni tingħata lill-foster carers, biex ikunu jafu ma’ xiex se jħabbtu wiċċhom. Madankollu, lill-foster carers jgħidulhom mill-ewwel li min jidħol għall-fostering ma tfissirx addozzjoni. Jidħlu fil-fostering biex jgħinu u jekk ikun fl-interess tat-tfal li jmorru lura mal-ġenituri proprji tagħhom, ikunu jistgħu jagħmlu dan bla problemi. Mil-laqgħat issir taf x’qagħda u x’ħiliet ikollha dik


13

22.10.2017

kullhadd.com

U meta tisma’ b’ċerti stejjer li jgħaddu minnhom, tibda tgħid li li kieku kienu t-tfal tiegħek stess kont tqalfathom ’il barra, tifhem kemm irid ikollhom konvinzjoni dawk il-foster carers li lesti li jduru b’dawn it-tfal

il-familja, waqt li s-social workers ikunu jafu wkoll is-sitwazzjonijiet tat-tfal, u jippruvaw iqabblu xi jkun l-aħjar għal dik il-familja mat-tfal fil-bżonn ta’ Foster Family. Ġeneralment, familja tingħata tifel jew tifla li jkun jew tkun iżgħar mill-istess tfal tal-koppja, biex l-ulied proprji jservu ta’ mudell għalihom. Hemm xi żmien sa liema età tat-tfal, familja tibqa’ tagħmel fostering? Mill-esperjenza li għandna, it-tfal idumu mal-foster carers. Ftit wisq kienu l-esperjenzi fejn it-tfal jagħmlu ftit xhur u jitilqu, għax ġeneralment, il-kura u d-diffikultajiet tal-ġenituri proprji jġebbdu għal tul ta’ żmien. Ikun għalhekk li l-foster carers jidħlu b’responsabbiltà qawwija biex joffru stabbiltà lil dawn it-tfal. U naħseb li r-raġuni li l-foster carers kienu talbu għall-introduzzjoni tal-permanenza tal-fostering, iktar kienet ġejja mix-xewqat tat-tfal li rrealizzaw li jekk jibqgħu f ’dik il-familja b’mod permanenti, ikunu jistgħu jaħdmu aħjar fuq it-trawmiet li jkunu għaddew minnhom huma stess. Għax jekk ikunu jafu fi żmien qasir li se jinbidlu l-affarijet għalihom, quddiemhom isibu baħħ u jaqgħu fi trawma oħra. U dan, kemm mil-lat uman u dak psikoloġiku, joħloq ansjetà, li hi l-iktar ħaġa li dawn it-tfal għandhom jaħarbu, għax waħda mit-trawmiet li

jkunu għaddew minnha hi dik li ma kinux jafu jilqgħu għal qagħdiet problematiċi li sabu ma’ wiċċhom. Biex tifel jew tifla jwarrbu stress, hu meħtieġ li jkollhom ambjent seren, li jsibu jilqagħhom għand il-foster carers b’aktar intensità milli kieku baqgħu fid-dar tal-ġenituri proprji. Barra minn hekk meta nitkellmu fuq permanenza ma jfissirx li l-foster carers ikunu jridu jqisu lit-tfal bħala tagħhom, iżda biex ittfal ikunu jistgħu jaħdmu fuq l-ansjetajiet u d-diffikultajiet li jkunu għaddew minnhom. Imbagħad, ladarba dak it-tifel u tifla jkunu sebqu l-problemi tagħhom, ikollhom iċċans jagħżlu jridux jibqgħu fejn ikunu jew imorrux millġdid mal-ġenituri ġenetiċi tagħhom. Hawn Malta saret riċerka minn Dr Olivia Galea Seychell fuq il-kuntatt tat-tfal mal-ġenituri tagħhom (Supervised Access Visits) u waħda mill-affarijiet li enfasizzat kienet ir-Readiness tattfal għal dan il-kuntatt. Dan hu importanti ħafna. It-tfal għandhom jingħataw iċ-ċans li jaħdmu fuq it-trawmiet li għaddew minnhom qabel ma jiltaqgħu wiċċ imb wiċċ mill-ġdid mal-ġenitur, għax jekk ma jsirx hekk; meta jiltaqgħu, it-tfal l-ewwel ma jġibu quddiem għajnejhom xeni xejn sbieħ li jkunu għaddew minnhom. X’jiġri jekk dawn it-tfal jaqbdu xi vizzju. Min ikun finalment responsabbli għalihom? Fil-fostering, il-carers ikunu qed jaqsmu r-responsabbiltà mal-Aġenzija Appoġġ jew mal-Fondazzjoni u mal-ġenituri bijoloġiċi jew f ’każ ta’ care order, ukoll mal-Ministeru. F’kull każ hemm pjan għal kull minuri u skont dak il-pjan tittieħed deċiżjoni, kemm jekk il-placement tattifel jew tat-tifla jkun sejjer tajjeb u anke jekk le. Mill-esperjenza tiegħi ftit huma l-każi fejn kellna esperjenzi negattivi ħafna. Ħaġa li żgur nista’ ngħid, li l-foster carers Maltin ma joqogħdux ifittxu l-flus ma’ dawn it-tfal fostered, għax huma jidħlu għar-responsabbiltà għax verament iħobbu lit-tfal, u kellna każi fejn ħallsu l-ħsarat huma stess. Omm u missier bla xogħol, b’iben bijoloġiku jingħataw €22.23ċ filġimgħa bħala childrens’ allowance, waqt li min jagħmel fostering jingħata €100 fil-ġimgħa. Ma tarax li hemm diskrepanza? Irridu nifhmu li dawn it-tfal għandhom ħtiġiet partikulari,

li kieku hu iktar faċli jkun hawn min jieħu ħsiebhom, kieku għandna ħafna iktar foster carers. Hemm ħafna tfal jistennew għall-fostering iżda ftit huma n-nies li lesti jidħlu għaliha u hi realtà li minħabba d-diffikultajiet u l-isfidi li jippreżentaw dawn it-tfal, mhix xi ħaġa li jista’ jagħmilha kulħadd. Tant li kien hemm familji li jibdew jagħmlu l-kors għall-fostering u wara jieqfu, għax jirrealizzaw li hu xogħol diffiċli. Għalhekk hu siewi li din id-deċiżjoni tittieħed qabel l-assessment. Mill-banda l-oħra hu tajjeb li tingħata r-realtà tas-sitwazzjoni ta’ dawn it-tfal u meta tqabbel il-benefiċċju li jingħata ġenitur naturali, żgur bħala ġenitur naturali se jagħmel minn kollox biex ibnu jew bintu ma jgħaddux minn trawma u ma jitteħdux it-tfal minn miegħu. Iva, il-gvernijiet kienu bdew inċentiv ta’ għajnuna, li llum tela’ għal €100 fil-ġimgħa, iżda kulħadd irid idaħħal f ’moħħu li l-foster carers mhux il-€100 jonfqu, iżda ferm iktar, għax numru minn dawn it-tfal ikollhom bżonn l-għajnuna tal-psikologi u t-tobba; kif ukoll hemm min kellu l-bżonn isiefer minħabba mard gravi. Hu minnu li għandna organizzazzjonijiet li jgħinu lill-foster carers, iżda qabel ma nħarsu lejn iċ-ċifri, irridu naraw kemm huma ftit dawk il-familji li lesti jagħmlu fostering u li din il-missjoni jagħmluha għax verament iħobbu lit-tfal u mhux għall-gwadann tal-flus. U meta tisma’ b’ċerti stejjer li jgħaddu minnhom, tibda tgħid li li kieku kienu t-tfal tiegħek stess kont tqalfathom ’il barra, tifhem kemm irid ikollhom konvinzjoni dawk il-foster carers li lesti li jduru b’dawn it-tfal. Jidher li l-istat qed juri apprezzament għax-xogħol li qed iwettqu dawn il-carers u meta kienet introdotta l-ewwel darba, il-carers ferħu mmens mhux bil-flus li ngħataw, iżda għax il-Gvern wera li japprezza ħidmiethom. Terġa’ fil-bidu la kienu jirċievu childrens’ allowance u lanqas kien hemm referenza fil-liġi għall-foster carer. Issa, il-fatt li l-fostering sar magħruf mil-liġi, il-foster carers ġew aktar imħarsa mill-istituzzjonijiet governattivi u għandhom il-protezzjoni tal-pulizija, tal-Aġenzija Appoġġ u tal-Ministeru. Min irid aktar informazzjoni fuq il-fostering, jista’ jidħol Facebook fuq NFCAM u jsib artikli fuq fostering, it-tfal, u l-esperjenzi tattfal u tal-foster carers, biex dak li jkun jitrawwem iktar. U mill-istess website http:// nfcam.org jista’ jsir membru.

Offerta għall-kiri tal-bar Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista tal-Fgura jixtieq javża li qiegħed jilqa’ l-offerti għall-kiri tal-bar mit-22 sa 31 ta’ Ottubru. Dawk interessati jistgħu jiġbru l-formoli tar-regolamenti mill-istess ċentru. Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta anke l-aktar waħda vantaġġjuża.

Permezz ta’ digriet mogħti fl-24 ta’ Lulju, 2017, mill-Bord li Jirregola l-Kera fl-atti tal-Mandat ta’ Żgumbrament Numru 880/2017, fl-ismijiet (rikkorenti) Mary Anne Bonavia vs (intimat) Joseph Bongailas a tenur tal-Artikolu 187(3) tal-kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12). Permezz ta’ rikors ippreżentat fil-Bord li Jirregola l-kera, flismijiet (rikorrenti) Mary Anne Bonavia (KI 469866M) vs (intimat) Joseph Bongailas (KI 8483M) fl-14 ta’ Ġunju, 2017, irrikorrenti Mary Anne Bongailas talbet lil din l-Onorabbli Qorti: Tordna l-ħruġ ta’ Mandat ta’ Żgumbrament kontra l-intimat (mill-fond infraskritt) in eskuzzjoni tas-sentenza infraskritta, u billi l-intimat naqas li jagħmel dan sal-illum. Fond: 189, Geloramu House, Vjal Kottonera, Il-Fgura; u garaxx. Grez. Vjal Kottonera, Il-Fgura (okkorendo permezz ta’ sgass). Sentenza: mogħtija minn dan il-Bord fil-kawża fl-ismijiet premessi datata s-16 ta’ Mejju, 2017. Illum l-14 ta’ Ġunju, 2017. Ippreżentant mill-Avukat M. E. Agius u l-PL Edgar Montanro. Mandat ta’ Żgumbrament Repubblika ta’ Malta Mandat tal-Qorti Lill-Marixxall tal-Qorti Mogħti mill-Qorti hawn fuq imsemmija bix-xhieda tal-Bord talkera mill-Maġistrat Dr. Josette Demicoli, LLD. Illum id-19 ta’ Ġunju, 2017 Esekuzzjoni: 189, Geloramu House, Vjal Kottonera, Il-Fgura; u garaxx. Grez, Vjal Kottonera, Il-Fgura. Notifika: Joseph Bongailas, 189, Geloramu House, Vjal Kottonera, Il-Fgura: u/jew garaxx, Grez, Vjal Kottonera, IlFgura. Reġistru tal-Qrati Superjuri, illum il-11 ta’ Awwissu, 2017. ALEXANDRA DEBATTISTA Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali


14

22.10.2017

IL-MARA U R-RAĠEL MALTIN

kullhadd.com

Bidu ta’ edukazzjoni obbligatorja (5 snin)

Bidu tal-ewwel impjieg (21 sena)

(2

DAK LI JAGĦMLU L-ISTESS U DIFFERENTI Ta’ spiss nitkellmu dwar id-differenzi bejn in-nisa u l-irġiel, l-ugwaljanza u l-ħtieġa li ż-żewġ sessi jkunu stmati l-istess mis-soċjetà. Dwar il-prinċipju m’hemmx dubju. Iżda, oħrajn żgur isostnu li hemm differenzi li huma naturali. U liema huma dawn id-differenzi jekk jeżistu? Studju dettaljat tal-Unjoni Ewropea jislet uħud mid-differenzi fl-istil ta’ ħajja li jgħixu n-nisa u l-irġiel fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Interessatna r-realtà f’pajjiżna.

Bidu ta’ edukazzjoni obbligatorja (5 snin)

L-ISTIL TA’ ĦAJJA

FUQ L-INTERNET

36% tal-irġiel li għandhom iktar minn 18-il sena jixorbu l-alkoħol ta’ kull ġimgħa u din ir-rata tinżel għal 20% fejn għandhom x’jaqsmu n-nisa. Id-differenza fejn jidħol tipjip hija inqas. 24% tal-irġiel ipejpju ta’ kull ġimgħa u 17.4% tan-nisa. Min-naħa l-oħra n-nisa jieklu iktar frott u ħaxix. 48.5% tan-nisa jikkonsmaw bejn frotta u erbgħa kuljum, l-irġiel 46.7%. U filwaqt li n-nisa jieklu iktar san, l-irġiel jagħmlu iktar eżerċizzju fiżiku. 38.3% tal-irġiel jagħmlu iktar minn 150 minuta ta’ eżerċizzju fiżiku fil-ġimgħa, filwaqt li 31.5% tannisa jagħmlu dan. Però dan ma jfissirx li l-irġiel huma inqas ħoxnin. 65.4% tal-irġiel Maltin għandhom piż żejjed u 53.9% in-nisa.

In-nisa jużaw l-internet għas-social networks iktar millirġiel, 85% u 81%, differenza ta’ 4%. Iżda mbagħad 61% talirġiel Maltin jużaw l-internet għall-internet banking, iktar min-nisa li huma 59% li jagħmlu dan. Meta jiġu biex ifittxu xogħol 33% tannisa jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom online u 27% talirġiel jagħmlu dan. 80% tan-nisa Maltin użaw l-internet għall-aħbarijiet online, filwaqt li 78% tal-irġiel għamlu dan. Fejn jidħol l-internet biex jintbagħtu l-messaġġi, isiru t-telefonati u jintbagħtu l-emails m’hemmx differenza bejn in-nisa u l-irġiel. Minnaħa l-oħra n-nisa jużaw iktar l-internet biex jixtru u dan b’77%, 9% iktar mill-irġiel.

KEMM JAĦSBU LI HUMA B’SAĦĦITHOM

93.1%

Età ta’ 16 - 44 sena

Bidu tal-ewwel impjieg (20 sena)

IL-ĦAJJA

F’Malta 81% tan-nisa jagħmlu filwaqt li huma 37% tal-irġiel tan-nisa jieħdu sehem fit-tr wliedhom kuljum. 56% tal-irġ

94.3%


15

22.10.2017

kullhadd.com

Età tal-ewwel żwieġ (29.2 sena)

Età tal-ewwel żwieġ (31.6 sena)

Età fejn jitilqu mid-dar tal-ġenituri (32.9 sena)

A D-DAR

u x-xogħol tad-dar ta’ kuljum li jagħmlu dan. F’Malta 93% robbija u fl-edukazzjoni ta’ ġiel biss jagħmlu dan.

Età kemm mistennija jgħixu (79.7 sena)

Età tal-irtirar (59.1 sena)

IX-XOGĦOL

ID-DIVERTIMENT

F’Malta 78.3% tal-irġiel bejn il-15 u l-64 sena jinsabu fixxogħol. Għan-nisa r-rata hi ferm inqas bi 52.7%. F’Malta 5.8% tal-irġiel li jaħdmu jinsabu f ’xogħol part-time u fost in-nisa 26.5%. Fost dawk jirreġistraw għax-xogħol ir-rata tan-nisa hi ta’ 5.2% u tal-rġiel 4.4%. Malta għandha fost l-inqas differenzi fil-ħlasijiet bejn in-nisa u l-irġiel għalkemm differenzi jeżistu u l-ikbar huma fost dawk li jinsabu fl-ogħla pożizzjonijiet. Ngħidu aħna f ’Malta manager raġel għandu paga medja ta’ €19.14 fissiegħa u mara €15.02 fis-siegħa. Filwaqt li fuq in-naħa l-oħra tal-iskaluna fost dawk b’xogħol elementari n-nisa għandhom paga medja ta’ €5.83 fissiegħa u l-irġiel ta’ €6.68 fis-siegħa.

In-nisa u l-irġiel li għal diversi drabi jmorru xi ħarġa ma’ sħabhom huma t-tnejn f ’rata ta’ 14%. In-nisa u l-irġiel imorru ċ-ċinema bl-istess rata ta’ 19.9%. Min jaf. Tgħid imorru dejjem flimkien? In-nisa mbagħad ifittxu ftit iktar it-teatru, il-kunċerti u l-avvenimenti live - 19.8% tan-nisa u 17.7% talirġiel. Anke s-siti kulturali jattiraw ftit iktar nisa milli rġiel, għalkemm id-differenza mhix kbira. 16% għan-nisa u 15.1% għall-irġiel. Imbagħad l-irġiel imorru iktar avvenimenti sportivi. 12% tal-irġiel kienu marru tliet avvenimenti sportivi fit-12-il xahar ta’ qabel sar l-istħarriġ u 8.6% tan-nisa. In-nisa Maltin jaqraw iktar mill-irġiel b’36% u 16% tal-irġiel qraw minn tal-inqas ħames kotba fit-12-il xahar ta’ qabel kien ippubblikat l-istħarriġ.

65.3%

Età ta’ 45 - 64 sena

Età kemm mistennija jgħixu (84 sena)

Età tal-irtirar (58.8 sena)

67.7%

27.0%

Età ta’ 65+ sena

30.7%

Sors: EUROSTAT

Età meta twelled l-ewwel tarbija 28.8 sena)

Età fejn jitilqu mid-dar tal-ġenituri (30.6 sena)


16

22.10.2017

kullhadd.com

INVESTIMENT INFRASTRUTTURALI, IL-KARBA TAL-KUNSILLI MARIO

FAVA President Sezzjoni Kunsilliera PL

Fil-jiem ta’ matul il-kampanja elettorali tal-Elezzjoni tat-3 ta’ Ġunju, il-Prim Ministru kien semma b’mod mill-aktar ċar illi l-infrastruttura tal-pajjiż ser tkun waħda mill-prijoritajiet ta’ Gvern Laburista ġdid. Kien itenni li issa li pajjiżna beda jindirizza l-isfidi ewlenin ekonomiċi li kellu, wara erba’ snin ta’ tmexxija, Gvern Laburista se jkun qed jagħti spinta kbira ’l quddiem sabiex jindirizza l-problema tat-toroq f ’pajjiżna. Dan kollu ġie amplifikat bl-aktar mod qawwi billi saret proposta fil-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista, li Gvern ġdid se jkun qed jalloka s-somma ta’ €700 miljun f ’investiment fuq medda ta’ seba’ snin sabiex jinbnew mill-ġdid it-toroq kollha ta’ pajjiżna. Xi ħaġa li konna ilna nitolbu għal snin sħaħ. Proġett li miegħu se jkollu abbinat investiment indirett għaliex toroq aħjar, se jwasslu għal aċċess aħjar u allura iktar mobiltà. Ifisser ukoll ta’ inċentiv għal dawk l-investituri li bħalissa jħarsu lejn pajjiżna bħala wieħed li l-problema tat-traffiku hija akuta u allura spiża addizzjonali fuq l-operat tagħhom biex imorru minn post għallieħor. Dan għaliex dan l-investiment qed iħares ukoll għal titjib fis-sistema tat-toroq f ’pajjiżna permezz ta’ bini ta’ konnettività aħjar biex wieħed jasal f ’inqas żmien minn post għall-ieħor. Però donnu li l-Partit Nazzjonalistà se jibqa’ jkun negattiv fuq kollox għaliex proprju ftit taljiem ilu rajna kif dan ħareġ jikkritika din il-miżura u b’xi mod irnexxielu jdawwarha li dan se jwassal biex il-Kunsilli Lokali jiżżarmaw u jitilfu mill-awtonomija tagħhom. Għax irrid infakkar kif Gvern Nazzjonalista kien għadda t-toroq lill-Kunsilli Lokali fl-istat diġà ħażin li kienu jinsabu fihom. Ta’ dan, lill-Kunsilli Lokali għaddielhom flus biex jagħmlu l-manutenzjoni tagħhom (mhux biex jagħmluhom ġodda). Gvern Nazzjonalista, minkejja li wkoll kien jirċievi bosta ilmenti minn ħafna Kunsilli Lokali, qatt ma ta widen għal dan u fl-ebda mument ma rnexxielu joħroġ bi proposta konkreta sabiex isolvi din il-problema. Niftakru l-leaflets li kien joħroġ dak iż-żmien Austin Gatt b’numru ma jispiċċa qatt ta’ ismijiet ta’ toroq residenzjali, li wħud minnhom għadhom sallum mhux lesti.

Imbagħad kellna l-bravura, bħalma kien imdorri joħroġ bihom Chris Said. Dan li jqis lilu nnisfu bħala l-paladin tal-Kunsilli Lokali ħareġ bl-idea brillanti u sublimi li biex isolvi din il-problema, jagħti permess lil Kunsilli Lokali sabiex jiddejnu għal tmien snin sħaħ b’mod li l-allokazzjoni ta’ tmien snin, jallokawha bil-quddiem sabiex jidħlu fi ftehim mal-privat u dan jgħamlilhom it-toroq. Dan kien ifisser li triq li kellha tiġi tiswa ċertu ammont ta’ flus, il-Kunsill kien irid iħallas iktar għaliex hija ħaġa naturali li l-kuntratturi fil-prezz tagħhom kienu jinkludu l-fatt li se jitħallsu sa tmien snin wara. Dan kien se joħloqilhom problemi fil-cash flow tagħhom u anki fuq over drafts mal-banek. Għaldaqstant, biex wieħed jagħmel tajjeb għal dan kollu, kien ikollu jgħolli l-prezzijiet li normalment jieħu. Din kienet is-soluzzjoni għall-problema tat-toroq ta’ Gvern Nazzjonalista! B’kuntrast, dan il-Gvern sema’ l-għajta tal-Kunsilli Lokali u se jroddilhom lura toroq ġodda. Mhux biss, iżda dan il-Gvern wiegħed ukoll li l-allokazzjoni ta’ €7.5 miljun, li għandhom bħalissa l-Kunsilli Lokali għall-manutenzjoni tat-toroq, ser jibqgħu għand l-istess Kunsilli. Dan ifisser żieda diretta fl-allokazzjoni ta’ €7.5 miljun, għaliex dawn issa ser ikunu jistgħu jintużaw għal ħtiġijiet oħra fil-lokalitajiet rispettivi. Jidher li dan, il-Partit Nazzjonalista għadu ma fehmux. Hu proprju għalhekk li ma nifhimx il-kontenut tal-Konferenza Stampa tal-Partit Nazzjonalista dwar il-kwistjoni tat-toroq. Dan għaliex diġà kien hemm ftehim mal-Ministru Ian Borg biex fil-laqgħa Plenarja tas-Sindki, jattendi sabiex jiddiskuti mal-istess Sindki, ix-xogħol ta’ din l-Aġenzija. Bħas-soltu, ilPN ma kienx kapaċi jistenna u għaġġel. Dan għaliex il-Kunsilli se jkunu parti integrali mal-konsultazzjoni u pjanifikazzjoni tal-Gvern. Il-Kunsilli Lokali jinteressahom li ma jibqgħux jirċievu ilmenti minn residenti dwar ħsarat fil-vetturi tagħhom. Il-Kunsili Lokali ma jistgħux jibqgħu ma jirrispondux għall-ilmenti tannies dwar toroq ħżiena, toroq kollha trabijiet itiru fis-sajf u toroq mimlijin għadajjar u tajn fix-xitwa. Dan il-Gvern se jkun qed jagħti rigal lill-Kunsilli Lokali bla ma jdaħħalhom fi mqar ewro wieħed dejn. Dan b’kuntrast qawwi ħafna mal-politika li mexa biha mal-Kunsilli Lokali Gvern Nazzjonalista, immexxi minn Prim Ministru inkompetenti u minn Ministri u Segretarji Parlamentari fuq il-Kunsilli Lokali li użaw lil Kunsilli Lokali għall-gwadann politiku tagħhom.

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist

Il-Ħamis, 12 ta’ Ottubru

Gvern. Insomma, jgħid x’jgħid mhux importanti. L-aqwa dak li jagħmel mhux li jgħid. Fuq kollox il-poplu għad irid jiġġudikah fuq dak li jagħmel u mhux fuq dak li jgħid. L-importanti li jibqa’ jgħid li dan il-Gvern m’għandu l-ebda pjan biex meta l-esperti ta’ Moody’s, Standard and Poor’s, u l-oħrajn, ifaħħru lil Joseph Muscat, in-nies ma jemmnuhomx għax dawk l-esperti ħlief ifaħħru lil Joseph Muscat ma jafux. Keep it up, Adrian. Aħna kollha warajk. Min biex jappoġġjak u min b’xi stallet f ’idu!

Nispera li mhux se jkolli noqgħod nisma’ ta’ kuljum li aħna lesti ngħinu lillGvern bla pjan. Għax illum, minbarra Adrian Delia, tfaċċat Marthese Portelli flimkien ma’ Robert Cutajar u qalulna li lesti jgħinu lill-Gvern bla pjan. L-ewwel nett jien ma naqbilx li ngħinuhom, man! Ngħinuhom x’jiġifieri! Mhux huma qegħdin fil-gvern. Mela nħalluhom jgħaffġu u jħawdu weħidhom, x’kull waħda! Aktar u aktar meta m’għandhomx pjan. La m’għandhomx pjan, kulma rridu nagħmlu hu ngħidulhom biex iwarrbu It-Tnejn, 16 ta’ Ottubru minn hemm ħalli nidħlu aħna li, grazzi għall-kap il-ġdid, għandna pjan għal Dwejjaq kbar ħakmuni llejla. Qatt u qatt ma bsart li f ’pajjiżna jkollna nies li jaslu kollox. biex jagħmlu dak li għamlu lil Daphne Caruana Galizia. Naqbel mal-Prim Il-Ġimgħa, 13 ta’ Ottubru Ministru Joseph Muscat li dan huwa Battalja oħra ġejja, man, mhux tellieqa jum iswed fl-istorja ta’ pajjiżna. Bħalma bejn il-ħbieb! Insomma bejn Arrigo u naqbel mal-appelli li saru mill-ogħla Bezzina ma tantx hemm għażla, imma awtoritajiet, fosthom dak tal-President l-oħra żgur li se tkun kumbattuta ħafna, tar-Repubblika. Jien inqis ruħi bħala għax skont ma qaluli l-istamperija dawk l-akbar Nazzjonalist li qatt kellu pajjiżna, ta’ Delia jridu lil David Agius, waqt li imma llum inħossni aktar Malti milli dawk ta’ kontrih iridu lil Edwin Vassallo. Nazzjonalist. Naturalment, jekk ma jitlax David Agius, Delia jieħu daqqa ta’ ħarta. Imma jien It-Tlieta, 17 ta’ Ottubru ngħid li David Agius jitla’ għax dak jaf minn fejn, u kif għandu jgħaddi. U Iddiżappuntat ftit illejla. L-ewwel għax kważi kważi lanqas l-appoġġ tal-kap biex qgħadt nisma’ lil Adrian, immissjajt m’għandu bżonn. Biex wieħed ikun jaf li mmur bix-xemgħa quddiem Kastilja kemm David Agius jaf minn fejn, u kif nsellem lil Daphne Caruana Galizia. għandu jgħaddi, biżżejjed jistaqsi għalih Iddiżappuntat ukoll għax stennejt aħjar minn Adrian, għax kulma għamel kien li l-Università. rrepeta dak li kien qal il-ġurnata ta’ qabel. U ma nafx kemm jagħmel sens li nerġgħu Is-Sibt, 14 ta’ Ottubru noqogħdu nitolbu r-riżenja ta’ Joseph Jason Azzopardi u David Grixti qegħdin Muscat, għax Simon kienu ilu ħames snin, jippruvaw jagħtu l-impressjoni li Adrian għal xi raġuni jitlob ir-riżenja ta’ Joseph Delia huwa xi beżżiegħ minkejja li fl- Muscat. Dan qatt ma ta kasu u qatt ma ewwel diskors tiegħu kien ħareġ jgħid li rriżenja u spiċċa biex tana tkaxkira akbar ma jibżax minn Joseph Muscat. Skont minn ta’ qabilha. huma, Adrian beża’ minn David Agius u ħallieh jikkontesta għall-kariga ta’ viċi L-Erbgħa, 18 ta’ Ottubru kap biex baqa’ barra Chris Said. Imma l-verità hi li hekk ried Adrian Delia u Jien Nazzjonalist kont, Nazzjonalist l-offerta li għamel lil Chris Said kienet għadni, u Nazzjonalist nibqa’. Ikunu xi biss ċajta, biex jgħaddi ż-żmien bih. U jkunu ċ-ċirkostanzi. Ikun min ikun kap, mela jgħidu li beża’ minn David Agius! lili jsibni warajh. Imma jkolli nammetti li Ma jibża’ minn ħadd għax għandu pjan xejn mhu faċli li nsibu kap kapaċi daqs għal kollox. Iġri jasal nhar it-Tnejn. Mhux Joseph Muscat. Meta Adrian kien qal se ninqala’ minn quddiem it-tv. Min jaf li ma jibżax minn Joseph Muscat, kont ħsibt li Joseph Muscat kien se jitwerwer. x’għerf ħiereġ! Imma mhux talli ma twerwirx, talli jidher li ssaħħaħ. Tal-inqas din l-impressjoni li Il-Ħadd, 15 ta’ Ottubru ħadt wara li smajtu jitkellem fil-Parlament Illum ħawwadni ftit Adrian. Għax illejla. Nispera li jżommha kelmtu u jitlaq, filli jgħid li l-Oppożizzjoni mhix għalkemm tal-Labour għandhom ħafna qiegħda hemm biex tgħin imma biex minn fejn jagħżlu, mhux bħalna se jerġa’ tikkritika, u filli jgħid li jrid jgħin lill- jkollna elezzjoni bejn non-starters.


17

22.10.2017

kullhadd.com

FORMAZZJONI BL-EDUKAZZJONI STEFAN

ZRINZO AZZOPARDI

Membru Parlamentari

L-investiment fl-edukazzjoni huwa l-aqwa investiment biex inlestu għall-futur. Investiment li jrid ikun imfassal biex nagħtu l-aħjar tagħlim, l-aħjar taħriġ u l-aqwa formazzjoni possibbli għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Pajjiżna matul is-snin għamel avvanzi kbar. Dawn l-avvanzi seħħu għaliex il-poplu Malti dejjem kien ħawtiel u dejjem fittex dak kollu meħtieġ biex, minkejja ċ-ċokon tiegħu, dejjem jikseb aktar. Hija biss il-ħila tal-Maltin li wasslet is-suċċessi li ksibna tul is-snin. Dak li ksibna huwa l-bażi li fuqu nistgħu nibnu iżda rridu naċċertaw tħejjija ferm aħjar għall-ġejjieni. Għalhekk, ilħtieġa li nagħrfu liema huma dawk il-mezzi u liema huma l-aħjar sistemi biex naċċertaw li wliedna ikunu lesti biex jiffaċċjaw l-isfidi tal-futur b’suċċess.

Żgur li dan il-Gvern qiegħed isaħħaħ il-qafas meħtieġ biex tkompli timxi ’l quddiem l-edukazzjoni f ’pajjiżna. Jekk nagħtu ħarsa lejn dak li sar tul dawn l-aħħar erba’ snin fejn tidħol l-infrastruttura tal-iskejjel issib li f ’erba’ snin saret nefqa ta’ €49 miljun biex inbnew skejjel, estensjonijiet u faċilitajiet ġodda. Investiment qawwi li se jkun segwit b’nefqiet sostanzjali oħra f ’bini ta’ skejjel ġodda, estensjonijiet u manutenzjoni fil-bini tal-iskejjel tal-istat. Il-ħsieb fid-disinn tal-bini tal-iskejjel irid ikun maħsub biex jiġbed lit-tfal u l-adoloxxenti lejn l-ambjent li joffru. Irridu naħsbu fi skejjel li jkunu aktar aċċessibbli biex naċċertaw aktar inklussività fl-iskejjel. Miżura importanti hija dik li l-ambjent tal-iskejjel ikun addattat għall-kundizzjonijiet tal-awtiżmu, magħdud ma’ dan l-investiment ta’ multi-sensory rooms f ’aktar kulleġġi fl-iskejjel tal-istat. Dawn il-miżuri huma ferm importanti għaliex it-tfal ħaqqhom li jkollhom l-aħjar ambjent possibbli fl-iskejjel li jgħinhom aktar fit-tagħlim. Iżda biex inkomplu nsaħħu aktar l-edukazzjoni ta’ pajjiżna hemm bżonn investiment

ma jaqtax fl-għalliema. Għalhekk l-importanza tal-miżura mħabbra fil-baġit 2018 li l-Gvern qiegħed jimpenja ruħu biex, flimkien mal-Unjin tal-għalliema, ikun hemm qbil fuq Ftehim Settorali li minnu jibbenefikaw l-għalliema. It-taħriġ għall-għalliema u għal dawk kollha li jassistu fit-tagħlim bħal LSAs, huwa essenzjali biex inkomplu nsaħħu l-qasam edukattiv tagħna. L-għan tagħna fittagħlim huwa l-persuna. Kull persuna titgħallem bil-metodu tagħha u kif jirriżulta mir-riċerka, turi li n-nies titgħallem b’modi differenti, f ’kull waqt. Il-metodi tattagħlim jeħtieġ li jirriflettu dawn il-metodi diversi ta’ tagħlim, b’rispett sħiħ lejn l-istudent li jixtieq jitgħallem. Kull miżura li tiġi implimentata fit-tagħlim teħtieġ li tikkunsidra d-diversità tal-bnedmin u tkun ta’ għodda f ’idejn l-istudent sabiex jifhem, jitgħallem u jikber. Kull tagħlim għandu jwassal għal aktar tagħlim. Dan kollu jeħtieġ investiment kontinwu biex l-għalliema jkunu jistgħu jużaw mezzi differenti ta’ tagħlim, mill-preżentazzjoni għall-prattika, mill-ispjega għad-diskussjoni, billi jżom-

mu l-istudenti fiċ-ċentru tattagħlim f ’kull ħin. L-għodda tat-tagħlim huma diversi u jolqtu ġeneri differenti ta’ kif wieħed jitgħallem. Ma hemmx għodda aħjar minn oħra, imma kull għodda tikkumplimenta t-tagħlim. Il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba mill-istudenti għandhom iwasslu għal tagħlim tul il-ħajja. L-istudenti wkoll se jkomplu jingħataw aktar għodod

It-taħriġ għall-għalliema u għal dawk kollha li jassistu fit-tagħlim bħal LSAs, huwa essenzjali biex inkomplu nsaħħu l-qasam edukattiv tagħna

biex jitgħallmu. Issa li bdiet tidaħħal il-miżura ta’ one tablet per child, din l-inizjattiva trid tkompli tinfirex fost l-istudenti. Din hija miżura oħra importanti li se tkun qed titwettaq fis-sena 2018. Biex inkomplu nirnexxu f ’dan il-qasam, jeħtieġ illi naċċertaw li aktar żgħażagħ ikomplu bit-tagħlim tagħhom wara l-età ta’ 16-il sena. Ir-riżultati ta’ stħarriġ li ġie ppublikat riċentement juri li fl-2015 jirriżulta li minn 4,317-il student kien hemm 4,106 li wieġbu għall-istħarriġ. Minn dawn l-istudenti 3,662 komplew bl-istudji tagħhom wara li temmew il-ħames sena sekondarja. Dawn huma numri inkoraġġanti li rridu nkomplu naħdmu fuqhom. Filwaqt li l-edukazzjoni trid tkun il-bażi ta’ formazzjoni sħiħa ta’ persuna u mhux sempliċement mezz li tgħaddi l-informazzjoni, se jkun qed jitwaqqaf il-Bord Nazzjonali tal-Edukazzjoni Obbligatorja. Dan il-Bord se jkollu rwol konsultattiv biex it-tagħlim ikun estiż mil-klassi għallpost tax-xogħol. Inizjattiva li se ssaħħaħ il-ħiliet u l-possibilitajiet li persuna tirnexxi aktar. Bil-fatti qegħdin inlestu għall-futur.

LEAD - TMEXXIJA FLEUR VELLA Opinjonista

Ħafna staqsew imma dan il-programm LEAD, imniedi mill-Partit Laburista x’inhu u għaliex hemm bżonnu? Għaliex dan il-programm jagħmel id-differenza? Għaliex dan il-programm se jpoġġi lill-Partit Laburista fuq in-naħa t-tajba tal-istorja biex jibqa’ partit kapaċi jiġġedded u jkompli jirbaħ elezzjoni wara l-oħra? Kwalità importanti ta’ min imexxi attività ta’ suċċess, li tibqa’ għal żmien twil suċċess, hija li jrawwem madwaru nies kapaċi li jkomplu x-xogħol kbir li jkun sar. Irid ikun verament mexxej eċċezzjonali biex jagħmel dan għaliex ħafna mexxejja moħħhom biss fil-preżent tagħhom u ma jimpurtahomx fil-futur meta għal xi raġuni ma jibqgħux fil-politika. Hemm min jagħmel minn kollox biex jelimina kull tip ta’ kompetizzjoni minn madwaru biex ħadd ma joħodlu postu u

jibqa’ hu jibbrilla waħdu. Nistgħu ngħidu li din hija iċ-ċirkostanza li sab ruħu fiha l-Partit Nazzjonalista fejn ċirku risrett ta’ nies riedu jżommu kontroll fuq il-partit u ma ħallew ebda nies ġodda jidħlu fil-partit anzi raw kif iwarrbu nies kapaċi li setgħu jheddu l-poter tagħhom. Tassew xi ħaġa li laqtitni fil-Partit Laburista hija li l-maġġoranza tan-nies fi ħdanu ma jarawkx bħala theddida iżda jippruvaw jaħdmu miegħek. Din l-attitudni tibda minn fuq nett, fejn Joseph Muscat jisma’ lil kulħadd mhux jgħix f ’xi torri tal-avorju b’musiċisti jdoqqulu dak li jrid jisma’. Hemm rispett lejn il-kontribut li jistgħu jagħtu n-nisa, tant li nħass in-nuqqas ta’ kandidati nisa fil-partit u ttieħdet azzjoni. Din l-inizjattiva LEAD hija xiehda tanġibbli li l-partit hu miftuħ għal nies u ideat ġodda biex ma jinqatax mill-bqija tal-poplu. Forsi dak li jkun jgħid imma n-nisa, mindu ġabu l-vot u jistgħu joħorġu għall-elezzjoni, għandhom l-istess opportunitajiet bħall-irġiel, allura għaliex hemm bżonn ta’ programm speċjali għan-nisa? Filwaqt li fit-teorija huwa minnu li kulħadd jista’ joħroġ għall-elezzjoni, l-opportunitaji-

et biex wieħed ikun ta’ suċċess fil-ħajja politika mhumiex indaqs. L-ewwel nett anki li mara tkun f ’pożizzjoni li tmexxi rġiel u nisa oħra, mhix xi ħaġa li tinżel tajjeb ma’ kulħadd. Innuqqas ta’ nisa f ’pożizzjonijiet ta’ tmexxija tagħmel ċerti nies iħossuhom f ’sitwazzjoni mhux familjari. Sitwazzjonijiet ġodda dejjem iġibu magħhom biża’ u xewqa li l-affarijiet ma jinbidlux. Anki biex mara stess tagħti widen lis-sejħa għall-ħajja politika mhix faċli. F’dinja fejn il-piż tax-xogħol tad-dar għadu l-iktar jaqa’ fuq in-nisa, kemm f ’Malta kif ukoll barra minn Malta, hija verità li dak li jkun jipprova l-ewwel jagħti kas il-bżonnijiet tal-familja mbagħad sejħiet oħra. Il-ġmiel tal-programm LEAD huwa li jaħseb għall-ħtiġiet ta’ mara li trid tlaħħaq max-xogħol u mal-familja. Għalhekk, pereżempju, il-laqgħat isiru s-sibt filgħodu, ħin liberu mixxogħol għal ħafna nisa u għal persuni oħra fil-familji li jkunu jistgħu jindukraw il-bżonnijiet tal-familja. Xi ħaġa li laqtitni partikolarment fil-programm LEAD huwa li kelli ċ-ċans li niltaqa’ ma’ nisa li bħali jridu jlaħħqu max-xogħol, mad-dar u mal-

familja u fl-istess ħin għandhom fihom ix-xewqa li jkunu vuċi għal min ma għandux leħen u jaqbżu għall-iktar fraġli fis-soċjetà tagħna. Filħajja tiegħi, qabel ma sirt attiva fil-Partit Laburista, nista’ ngħid li qatt ma kont iltqajt ma’ mara oħra li tinteressaha tkun attiva fil-politika. Li nsib nisa li nħoss li huma bħali tani ħafna enerġija biex ma naqtax qalbi anzi nieħu lili nnifsi aktar bis-serjetà. Is-suġġetti li qed jiġu diskussi fil-programm LEAD jagħtu

Din l-inizjattiva LEAD hija xiehda tanġibbli li l-partit hu miftuħ għal nies u ideat ġodda biex ma jinqatax mill-bqija tal-poplu

għajnuna prattika lin-nisa li jridu jidħlu fid-dinja politika. Pereżempju l-home visits u l-fatt li mara taf tħossha mhedda meta tidħol f ’ċerti djar waħedha. Għalhekk bniedem għandu jippjana sew il-home visits biex jevita sitwazzjoniet perikolużi. Suġġetti oħra interessanti ferm huma l-użu tal-midja soċjali, il-politka Maltija, il-politika tal-Partit Laburista, l-Unjoni Ewropea, kif tiddibatti, kif titkellem fil-pubbliku, preżenza fil-midja, il-politika ekonomika, kif tikteb artiklu, kif tagħmel diskors, kif tikteb stqarrija għall-istampa, kif tibni kampanja u tim. Kull sessjoni tibda dejjem b’eżerċizzju prattiku. F’dan il-programm hemm 70 mara kollha b’esperjenzi u kapaċitajiet ferm differenti. Nemmen li bħala grupp nistgħu tassew ngħinu lil xulxin fil-kampanji politiċi tagħna u nitgħallmu ħafna minn xulxin. Nixtieq nirringrazzja ta’ bilħaqq lill-Prim Ministru Joseph Muscat, lil Miriam Dalli, Deborah Schembri, Kurt Farrugia, Lydia Abela, Daniel Micallef u Aleander Balzan kif ukoll ħafna nies oħra fil-Partit Laburista li qed jgħinuna. Grazzi mill-qalb.


18

22.10.2017

1

MADWAR kullhadd.com

IL-BRAŻIL

FIL-QOSOR

2

IL-PULIZIJA TARRESTA 108 B’RABTIET MAL-PEDOFILIJA

1

Il-pulizija fil-Brażil arrestat 108 persuna, fl-akbar operazzjoni li qatt saret kontra l-pedofeli fl-Amerika Latina. Is-suspettati ġew arrestati f ’24 stat u l-kapitali, Brasilia. Il-Ministru talĠustizzja Torquato Jardim qal li dawk miżmuma kienu parti minn ċirku li kien jaqsam ritratti pornografiċi tat-tfal permezz ta’ kompjuters u telefowns ċellulari. L-operazzjoni ġabet fi tmiemha investigazzjoni ta’ sitt xhur, li kienet tinvolvi uffiċjali tal-immigrazzjoni Amerikani u Ewropej. L-investigaturi sabu aktar minn 150,000 fajl li fihom ritratti inkwetanti. Fost dawk arrestati hemm pulizija rtirati, ħaddiema taċ-ċivil u nies inkarigati mill-klabbs tal-futbol taż-żgħażagħ.

2

SPANJA

3

L-AWSTRIJA

IL-KATALUNJA MISTENNIJA TIMPONI KONTROLL DIRETT Il-Gvern Spanjol se jkollu laqgħa speċjali tal-kabinett biex japprova miżuri biex jieħu kontroll dirett fuq il-Katalunja, tliet ġimgħat wara li r-reġjun kellu referendum dwar l-indipendenza, li ġie ddikjarat illegali mill-Qorti Suprema tal-pajjiż. Il-Mexxej Katalan Carles Puigdemont irrifjuta li jabbanduna l-indipendenza, u argumenta li għandu mandat. Il-Gvern huwa mistenni li jevoka Artikolu 155 talkostituzzjoni, li jippermettilu li jimponi kontroll dirett fi kriżi. Il-Prim Ministru Mariano Rajoy qal li l-miżuri kienu mmirati biex jirrestawraw l-istat tad-dritt, bi ftehim mal-partiti taloppożizzjoni fi Spanja. Dan jiġi diskuss mill-kumitat tassenat qabel il-vot finali.

SEBASTIAN KURZ MISTENNI JKUN L-IŻGĦAR MEXXEJ FID-DINJA

Il-Partit Popolari Konservattiv tal-Awstrija, immexxi minn Sebastian Kurz, ta’ 31 sena, huwa mistenni li jirbaħ l-elezzjoni ġenerali tal-pajjiż. Il-Partit Popolari mistenni li jirbaħ aktar minn 31% tal-voti. S’issa għadu mhux ċar jekk is-Soċjalisti Demokratiċi jew il-Partit tal-Ħelsien jispiċċawx it-tieni. F’Mejju 2017 huwa sar il-mexxej tal-Partit Popolari. Beda l-karriera politika tiegħu fis-sezzjoni taż-żgħażagħ tal-partit, u serva fil-kunsill tal-belt ta’ Vjenna. Huwa biddel l-isem tal-Partit Popolari li ilu fil-poter għal aktar minn 30 sena għal “Il-Partit Popolari Ġdid”.


R ID-DINJA

19

22.10.2017

kullhadd.com

6

NEW ZEALAND

3 5 4

JACINDA ARDERN: L-IŻGĦAR MEXXEJJA MARA TAL-PAJJIŻ

6

New Zealand se jkollu gvern ta’ koalizzjoni ċentru xellugi mmexxi minn Jacinda Ardern. Is-Sinjura Ardern mexxiet l-oppożizzjoni għall-aħħar tliet xhur. Fl-età ta’ 37, hi mistennija tkun l-iżgħar prim ministru tal-pajjiż mill-1856. Il-Partit Laburista ġie t-tieni fl-elezzjoni ta’ Settembru, fejn l-ebda partit ma seta’ jiżgura maġġoranza. Il-partit New Zealand First qabel li jingħaqad magħha fil-gvern. Il-koalizzjoni l-ġdida se tkun appoġġjata wkoll mill-Partit tal-Ħodor.

5 4

IĊ-ĊINA

IL-BANGLADEXX

IT-TNIĠĠIS KAWŻA TA’ WIEĦED MINN KULL SITT IMWIET

Rapport juri li t-tniġġis kien marbut ma’ disa’ miljun mewt madwar id-dinja fl-2015. Kważi l-imwiet kollha seħħew f ’pajjiżi bi dħul baxx u medju, fejn it-tniġġis jista’ jammonta għal kwart tal-imwiet. Il-Bangladexx u s-Somalja kienu l-agħar milquta. It-tniġġis tal-arja kellu l-akbar impatt, li jammonta għal żewġ terzi tal-imwiet mit-tniġġis. Il-Brunej u l-Isvezja kellhom l-iktar numru baxx ta’ mwiet relatati mat-tniġġis. Ħafna minn dawn l-imwiet kienu kkawżati minn mard mhux infettiv marbut mat-tniġġis, bħall-mard talqalb, puplesiji u kanċer tal-pulmun.

XI JINPING JIKKONSOLIDA L-POTER B’IDEOLOĠIJA ĠDIDA Il-President taċ-Ċina Xi Jinping ħoloq l-ideoloġija politika tiegħu stess, bl-għan li jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fil-quċċata tal-Partit Komunista. Il-partit mistenni jikteb mill-ġdid ilkostituzzjoni tiegħu, biex jinkorpora din it-teorija, qabel jiġi fi tmiemu l-kungress il-ġimgħa d-dieħla. Fl-istess ħin, uffiċjal għoli Ċiniż qal diversi membri ta’ livell għoli tal-Partit Komunista ppjanaw li jneħħu lill-President Xi Jinping millpoter.


20

22.10.2017

kullhadd.com

KERENSKY vs LENIN

MARY ISTORJA CHETCUTI MILL-

Alexander Fyodorovich Kerensky twieled fl-4 ta’ Mejju 1881 f ’Simbirsk, belt fuq ixxmara Volga fil-Lvant ta’ Moska. Fl-1889 il-familja Kerensky marret tgħix fil-belt ta’ Tashkent l-Użbekistan li kienet tagħmel parti mill-Imperu Russu, fejn missier Alexander ħadem għal snin bħala surmast ta’ skola. Iż-żagħżugħ Alexander kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta’ San Pietruburgu mnejn iggradwa fil-liġi u fl-1904 iżżewweġ lil Olga, bint ġeneral fl-armata Russa. Wara li qatta’ ftit żmien fil-ħabs fuq suspetti li kien imsieħeb f ’milizzja kontra l-imperu, Kerensky ingħaqad man-Narodniki – moviment imwaqqaf minn klassijiet medji u intellettwali li bdew iħeġġu lill-bdiewa mjassrin biex jiġġieldu għad-dinjità tagħhom u jqumu kontra t-tirannija tas-sidien. Imxebbgħin bil-gwerer u l-ġuħ f ’Jannar 1905 ħaddiema u studenti mxew fi protesta paċifika biex jippreżentaw petizzjoni lill-Kzar Nikolai II jitolbuh għal tibdil tant meħtieġ fit-tmexxija Medjevali li kienet għadha teżisti fir-Russja Imperjali. Id-dimostranti sabu ruħhom wiċċ imb wiċċ ma’ ħajt ta’ suldati Kosakki armati bl-azzarini li fetħu n-nar fuq il-folla u qatlu u ferew mijiet ta’ rġiel u nisa ta’ kull età. Biex jip-

prova jberred ftit il-qiegħa, ilKżar waqqaf id-Duma – l-ewwel parlament elett fir-Russja Imperjali. Madankollu, għadd kbir ta’ nies li ħadu sehem fil-protesta ġew arrestati mill-pulizija sigrieta u bdew jingħataw sentenzi kiefra ta’ xogħol iebes f ’kampijiet fis-Siberja għalkemm Kerensky irnexxielu jiddefendi ħafna minnhom b’ suċċess fil-Qorti. Fl-1912 hu ġie elett fir-raba’ Duma f ’isem it-Trudoviki – Partit Laburista moderat mhux Marxista; iżda ftit żmien wara qaleb mal-Partit Soċjalista Rivoluzzjonarju u pprova jirradikalizza d-Duma biex iressaqha aktar lejn il-poplu. Ironikament, Vladimir Ilyich Ulyanov magħruf bħala Lenin twieled fl-istess belt fejn twieled Kerensky imma 11-il sena qabel. Jingħad li ż-żewġ familji kienu jafu lil xulxin u saħansitra kienet teżisti ħbiberija bejniethom; li hu żgur hu li missier Kerensky kien l-għalliem ta’ Lenin u fih mill-ewwel lemaħ student ta’ intelliġenza straordinarja. Sfortunatament iż-żgħożija ta’ Lenin ma kenitx ward u żahar. Għadda minn kriżi u tilef il-fidi meta missieru miet ħesrem. Il-karattru ribell issawwar fih meta fl-1887 ħuh il-kbir Aleksandr kien arrestat, akkużat u ġġustizzjat għax allega-

tament kien parti minn grupp li ppjanaw biex jassassinaw lillKżar Alessandru III; il-mewt ta’ ħuh kienet daqqa ta’ ħarta kbira għall-familja Ulyanov. Fl-istess sena ż-żagħżugħ Lenin daħal l-Università ta’ Kazan fil-Fakultà tal-Liġi imma ma damx ma tkeċċa wara li ġie arrestat għax ħa sehem f ’dimostrazzjoni kontra restrizzjonijiet tal-gvern fil-konfront ta’ għaqdiet studenteski. Lenin intbagħat eżiljat fil-villaġġ Tartaru ta’ Kokushkino ma’ membri oħra ta’ familtu. Kemm dam eżiljat, Lenin studja b’fervur kbir il-kotba ta’ Karl Marx; l-aktar favorit tiegħu kien Das Kapital li fil-fatt kien il-ktieb li ffurmah politikament. Fl-1892 iggradwa filliġi u mar jgħix u jaħdem f ’San Pietruburgu fejn ukoll issieħeb ma’ gruppi Marxisti u sal-1894 kien imexxi ċirku ta’ ħaddiema Marxisti li kienu jikkritikaw lin-Narodniki għall-ideoloġija dgħajfa u ineffettiva tagħhom. L-attività politika rivoluzzjonarja reġgħet ġabet lil Lenin fl-inkwiet mas-servizzi sigrieti u din id-darba ġie eżiljat għal tliet snin fis-Siberja. Sena wara fl-1898 iżżewweġ lill-maħbuba tiegħu Nadya Krupskaya, għalliema u attivista Marxista bħalu li kienet ġiet eżiljata ftit qablu. Kif temmew l-eżilju Lenin u Nadya marru l-Ġermanja fejn ma’ oħrajn waqqfu l-gazzetta Iskra (Xrara) bil-għan li jgħaqqdu l-Marxisti Russi u Ewropej. Fl-1903 seħħet qasma storika fi ħdan il-Partit Soċjal Demokratiku Laburista Russu wara nuqqas ta’ qbil dwar id-direzzjoni politika ta’ dal-partit li anki Lenin kien

jagħmel parti minnu; it-twemmin rivoluzzjonajru ta’ Lenin kellu l-maġġoranza tal-membri warajh fl-argumenti tiegħu u minn hemm twieled il-Moviment Bolxevista. Meta Kżar Nikolai II daħħal ir-Russja fl-Ewwel Gwerra Dinjija tal-1914, il-poplu Russu għall-ewwel wera entużjażmu patrijottiku imma ma damx ma tilef il-fiduċja fi gwerra li ttawlet. Ir-Russja bdiet titlef battalja wara l-oħra u miljuni ta’ suldati tilfu ħajjithom barra li l-iskarsezza u l-ġuħ infirxu bħal ħuġġieġa u l-poplu mġewwaħ xeba’ u beda joħodha kontra l-Kżar u t-tmexxija dgħajfa tiegħu. Il-ħaddiema tal-fabbriki tal-armamenti strajkjaw u s-suldati tefgħu l-azzarin fuq spallithom u abbundaw ilfront tal-ġlied; fi Frar tal-1917 faqqgħet l-ewwel rivoluzzjoni tal-poplu f ’San Pietruburgu li ġabet fi tmiemhom 300 sena renju tad-dinastija Romanov. Kżar Nikolai II abdika u twaqqaf il-Gvern Proviżorju b’Alexander Kerensky u eks membri tad-Duma imperjali fit-tmexxija; il-gvern ġdid sab oppożizzjoni immedjata u qawwija mill-kunsilli tal-ħaddiema u l-bdiewi magħrufa bħala Sovjetiċi. Fir-rebbiegħa tal-1917, Lenin irritorna lejn ir-Russja u immedjatament ħadem biex għaqqad is-Sovjetiċi Russi f ’moviment rivoluzzjonarju bl-għajta ta’ “Setgħa lis-Sovjetiċi!” Dal-perjodu baqa’ magħruf bħala ż-żmien taż-żewġ gvernijiet. Il-Gvern Proviżorju żarma s-servizzi sigrieti, neħħa ċ-ċensura minn fuq il-ġur-

naliżmu u ħeles il-priġunieri politiċi fosthom iż-żgħażugħ Josef Stalin. Il-Bolxevisti kkritikaw bl-aħrax lill-Gvern ta’ Kerensky li ma kienx qed jindirizza problemi aktar kbar bħall-gwerra u l-ġuħ. Kerensky ried ikompli l-gwerra u f ’Ġunju 1917 ordna offensiva fuq l-għadu Awstrijak li rriżultat f ’diżastru mdemmi għar-Russi. Fir-rabja tiegħu l-poplu Russu dar bi ħġaru mal-Bolxevisti u segwa l-għajta ta’ Lenin ta’ “Paċi, Ħobż u Art lill-Poplu Russu”. Filwaqt li Lenin ħeġġeġ lill-bdiewa jaħtfu l-art agrikola minn idejn is-sidien aristokratiċi, il-Gvern ta’ Kerensky bagħat is-suldati li użaw il-vjolenza fuq il-bdiewa li qabdu u okkupaw biċċa art. Fl-24 ta’ Ottubru 1917 Lenin kiteb ittra imqanqla lill-membri tal-Kumitat Ċentrali fejn tenna li s-siegħa tar-rivoluzzjoni kienet waslet u bla telf ta’ aktar żmien il-gvern jiġi arrestat. Dik il-lejla stess il-Bolxevisti ħatfu l-istazzjonijiet tal-ferrovija, l-istazzjon tat-telefon u l-bank statali. L-għada l-folla ċċirkondat il-Palazz Imperjali f ’San Pietruburgu fejn kienu moħbijin il-membri tal-Gvern Proviżorju. Il-Kosakki ddefendew il-palazz imma fid-disgħa ta’ billejl il-bastiment tal-Qawwa Navali Russa Aurora fetaħ in-nar fuq il-palazz u kull min kien ġewwa ċeda. Lenin inħatar l-ewwel mexxej tal-Unjoni Sovjetika Russa filwaqt li Alexander Kerensky ħarab mir-Russja u baqa’ jgħix fl-Ewropa u fl-Istati Uniti tal-Amerika sa mewtu fl-1970.


21

22.10.2017

kullhadd.com

ESPLORA L-HALLOWEEN

Halloween, jew All Hallows’ Eve, li tfisser lejlet il-Festa tal-Qaddisin, saret waħda popolari mad-dinja kollha. Kulħadd jara li jilbes xi karattru talbiża’. It-tfal speċjalment, iduru bieb bieb għat-tradizzjoni trick or treat fejn jistaqsu għall-ħelu, inkella tikolha bil-qares, għaliex malajr jagħmlulek xi nasba jekk ma tagħtihomx il-ħelu! Filwaqt li t-tradizzjoni ta’ Halloween tmur lura eluf ta’ snin, din il-festa hija opportunità li wieħed imidd idejh biex joħloq xi kostum jew biex iżejjen fiddar biex jidħol fl-atmosfera. Drawwa divertenti li ħafna nies iħobbu jagħmlu tradizzjonalment, hija li jħaffru l-qargħa ħamra. Din l-attività, fejn fil-qargħa titqiegħed xemgħa u d-dawl tagħha jiddi mit-toqob li jkunu tnaqqxu forom ta’ għajnejn u ħalq, hija waħda li fiha tista’ tinvolvi lill-familja kollha. Iżda nistħajjel tgħidu li tista’ tkun attività kemxejn monotona li wieħed jaqta’ qargħa u jpoġġi xemgħa

ġo fiha. Biex l-attività tkun aktar interessanti, wieħed jista’ jagħtiha trattament tal-kimika sabiex din ma titnawwarx meta tkun inqatgħet. Biex isir dan it-trattament wieħed irid iferra’ erba’ mgħaref bleach ġo barmil ilma, jara li jitħawwad sew u mbagħad il-qargħa tintefa’ kompletament taħt l-ilma għal minuta jew tnejn. Wara li jkun sar dan il-proċess, il-qargħa għandha titħalla barra tinxef. Iżda wieħed ma għandux jieqaf hawn! Wieħed jista’ juża tip ta’ spray bħal WD-40 fuq ċarruta u l-qargħa tintmesaħ biex ikollha dehra aktar tleqq. Wieħed jista’ jkun kreattiv biex iżejjen il-qargħa bħal pereżempju bid-dwal LEDs minflok xemgħa, bħal meta wieħed iżejjen għall-Milied, u b’hekk wieħed ikun żgur li ma jkunx hemm xi inċidenti ta’ ħruq. Esplora ser ikun qed jiċċelebra l-festa tal-Halloween fil-31 t’Ottubru bejn is-sitta u l-għaxra ta’ filgħaxija. Iżda wieħed jistaqsi dan kif ? Il-viżi-

taturi ser ikunu qed jesperimentaw flimkien ma’ ħafna oħra f ’din il-lejla b’laqta kemxejn differenti u tal-waħx. Iċ-ċentru interattiv għax-xjenza ser ikun imlibbes b’temi differenti: Electr-O-City fejn ser ikun hemm Cyborg, bniedem fittizju li l-kapaċitajiet fiżiċi tiegħu jmorru lil hinn mil-limitazzjonijiet umani billi fih elementi mekkaniċi mibnija fil-ġisem tiegħu. Dan is-cyborg ser ikun qed jesperimenta bil-fenomenu ta’ l-elettriku bħat-tesla coil u l-Van der Graaff generator, fejn wieħed jista’ jqajjem xagħru! Il-viżitaturi ser jidħlu fid-dinja tas-sħaħar u ser ikunu jistgħu jattendu Potions Class fejn saħħar ser ikun qed jagħmel esperimenti inġenji bil-għan li joħloq ġenerazzjoni ta’ tlaqqim ta’ sħaħar-xjentisti. F’Esplora wkoll ser ikun hemm teatru tal-operazzjonijiet abbandunat fejn ser ikun hemm ħares kirurgu li ser ikun qed jagħmel esperimenti fuq partijiet differenti tal-ġisem. Fl-aħħar

nett ser ikun hemm Zombie Apocalypse Survival Workshop, fejn ser tingħata informazzjoni dwar ix-xjenza taz-zombies u informazzjoni oħra relatata. Dan mhux biss, is-swali ta’ fejn hemm l-esibizzjonijiet ser jittrasformaw ruħhom fi spazju mudlam u tal-waħx. Attività oħra li ser tinteressa lil ħafna hija l-bodypainting makeup workshop, fejn il-viżitaturi jistgħu jkollhom xi ferita mpinġija minn esperta f ’dan il-qasam kif ukoll spjega ta’ kif dan isir. Mhux ser tonqos it-trick or treat ukoll! Għal din l-attività l-Planetarium mhux ser ikun miftuħ, iżda l-EsploraCafé ser ikun miftuħ bi ħlas u jkun qed joffri platti relatati ma’ din il-festa. Għal aktar informazzjoni żur: esplora.org.mt Ċempel: 2540 1999 https://www.eventbrite.com/e/ esplora-goes-halloween-tickets-38770763397




24

22.10.2017

kullhadd.com

IL-KARATE BĦALA XPRUN EWLIENI GĦALL-IŻVILUPP ĦOLISTIKU TAL-BNIEDEM

JOSEPH TANTI - wieħed mill-kowċis nazzjonali fi ħdan il-Malta Karate Federation u li jemmen li dan l-isport huwa xprun ewlieni fl-iżvilupp ħolistiku tal-bniedem. Iddeskrivi l-ewwel passi tiegħek fil-karate.

zjonijiet kbar bħal Spanja, il-Ġappun, l-Italja u Franza għad irridu nkomplu nżidu l-grad tagħna. Minkejja kollox għandna ġenerazzjoni ta’ atleti illi huma tajbin ferm, b’mod partikolari dawk ta’ bejn l-10 snin u t-13-il sena. B’xorti ħażina, il-problemi jibdew meta t-tfal jagħlqu dawk l-14-il sena, fejn imbagħad l-iskola tieħu preċedenza. Hemmhekk fejn ikollna nuqqas ta’ atleti li jagħżlu toroq oħra u fejn għal kull kategorija tażżgħażagħ ikollna biss xi tnejn jew tlieta waqt illi pajjiżi oħra jkollhom madwar 80 atleta.

Niftakar li meta kelli dawk l-14-il sena kont nara l-films ta’ Bruce Lee, li dak iż-żmien kienu ferm famużi. Dan l-attur kien jaffaxxinani bil-movimenti tiegħu. Tant hu hekk li mal-ewwel ċans li kelli mort ninkiteb għall-karate l-Imtarfa. Kelli l-vantaġġ li dan il-klabb tal-karate kien viċin ommi allura ma kelli l-ebda diffikultà sabiex immur hemmhekk. Issa fil-verità Bruce Lee kien iktar jipprattika l-kungfu milli l-karate, imma taf int, xorta jibqa’ arti marzjali. U kien proprju minn hemm li bdiet l-imħabba X’għajnuna ssibu mill-Karate tiegħi lejn il-karate. Federation ta’ Malta? Naf li għadkom ġejjin minn kompetizzjoni internazzjonali fejn ksibtu riżultati tajbin. Tista’ M’hemmx dubju illi l-federazzjoni tal-karate f ’Maltgħidilna x’ġara, fejn mortu u x’suċċessi ksibtu? ta tikkollabora ħafna magħna u din tiġi mgħejjuna mill-Kumitat Olimpiku Malti u anke minn Sport Bħala delegazzjoni tal-karate irrappreżentajna lil Mal- Malta. Anke l-atleti nfushom jirċievu għajnuna minn ta fl-SSE Games li jfissru Small States of Europe. dawn l-entitajiet. Għax meta int tmur għall-kompeDawn qishom logħob tal-pajjiżi ż-żgħar li jsiru kull tizzjoni barra minn Malta għal aktar minn tliet darsentejn però kienu ddedikati għal dan l-isport. Jieħdu sehem disa’ pajjiżi li huma Monaco, San Marino, Lichtenstein, Malta, Andorra, il-Lussemburgu, Ċipru, Montenegro u l-Iżlanda. Ħadu sehem ħafna atleti waqt dawn il-logħob u l-karate inqasam f ’żewġ partijiet li huma l-KATA u l-KUMITE. Il-kompetizzjoni tal-KATA trid tagħmilha waħdek waqt illi l-KUMITE huwa fil-veru sens tal-kelma kumbattiment bejn żewġ atleti li jikkonsisti f ’dawk illi Fil-karate għandna bl-Ingliż jissejħu kicks and punch. Issa aħna ħadna sehem fit-tnejn illi huma u kellna regolamenti ċari li dak li 34 atleta jirrappreżentaw lil pajjiżna u rnexxielna nirbħu 11-il midalja tad-deheb, 12 tal-fidda u 12 oħra nipprattikaw fil-gym ma tal-bronż. Irnexxielna niġu fl-ewwel post fil-KATA u t-tielet nagħmluhx fil-ħajja ta’ fil-KUMITE. Min-naħa l-oħra ġejna t-tielet post kuljum man-nies. Biss ilminn disa’ pajjiżi u ninsabu onorati li għamilna dan kunfidenza li jagħtik hi kbira kollu. Kif tqis il-livell tal-karate f ’Malta? Rajt progress f ’dawn l-aħħar snin? Iva, qed nara progress f ’din id-dixxiplina u l-fatt li ġejna mal-ewwel tliet postijiet f ’dawn il-logħob jikkonferma dan kollu. Meta mbagħad tikkonsidra naz-

u din nistgħu narawha kif int tiffaċċja l-ħajja minkejja l-problemi li jkollok

biet f ’sena, dak li jkun ikollu joħroġ il-flus mill-but. Madankollu dejjem insibu għajnuna għax il-federazzjoni qiegħda warajna f ’kulma nagħmlu. Huma jġibu kowċis barranin biex jagħmlu seminars apposta ħalli dejjem ntejbu l-livell tagħna kemm fil-KATA kif ukoll fil-KUMITE. B’hekk nistgħu ngħidu li dejjem sibna l-appoġġ ta’ kull min hu involut f ’din id-dixxiplina. Kif għenek il-karate fil-ħajja tiegħek? Żgur illi l-karate jgħinek ħafna fil-karattru tiegħek u tkun iktar sod fid-deċiżjonjiet illi tieħu. Bħal kull sport ieħor, il-karate ibiegħdek mill-vizzji ħżiena. Ittfal jikbru aktar trankwilli u jbegħedhom mill-istress li taf toffri din il-ħajja. Bil-karate ma jitgerfxux anzi jibqgħu moħħhom hemm f ’dak li jagħmlu u awtomatikament ikunu aħjar anke fl-iskola. U kif jgħinek il-karate psikoloġikament? Dan l-isport jgħinek taħseb aktar u ma tgħaġġilx f ’ċerti deċiżjonijiet li tieħu. Nafu li xi kultant aħna l-bnedmin inkunu rridu dik il-ħaġa immedjatament mingħajr ma naħsbu fuq ċerti konsegwenzi li jistgħu jinqalgħu. Hawnhekk fejn il-karate jaħdem sabiex tieħu d-deċiżjoni f ’ħinha u f ’waqtha. Kemm hu importanti li tkun ippreparat psikoloġikament sew qabel xi kompetizzjoni? Huwa verament kruċjali li tkun ippreparat psikoloġikament sew qabel il-kompetizzjoni. Aħna bħala kowċis u diriġenti nħobbu nippreparaw minn qabel lit-tfal u liż-żgħażagħ li jattendu sabiex jifirħu meta jirbħu, iżda fuq kollox ma jaqgħux ħażin meta jitilfu. Nispjegawlhom illi bħal kull sport ieħor tista’ titlef ukoll mhux tirbaħ biss. Dejjem ngħidulhom illi aħna ħa mmorru fit-tali post, ser nagħtu l-aħjar tagħna u mbagħad jiġri x’jiġri mir-riżultat, aħna xorta nkunu ferħana. L-importanti li tkun tajt l-aħjar tiegħek. Kif jgħinek fil-kunfidenza fik innifsek dan l-isport? Iva nikkonferma illi l-karate jagħtik ħafna kunfidenza bħala persuna. Mhux li ssir kburi jew tiftaħar b’dak


25

22.10.2017

kullhadd.com

li għamilt! Din id-dixxiplina taħdem sabiex tagħtik stima pożittiva u apparti minn hekk ma tiddejjaq xejn tagħmel l-affarijiet illi huma importanti li twettaqhom. Ninnutaw ukoll li t-tfal illi jiġu jitħarrġu magħna jsiru aktar kunfidenti ma’ sħabhom u ħafna joħorġu mill-qoxra u jagħmlu ħbieb ġodda. Anke fid-dinja tax-xogħol għada pitgħada huwa mportanti li jkollok kunfidenza fik innifsek. Kemm tgħinek id-dixxiplina tal-karate fir-relazzjonijiet li jkollok mal-oħrajn? Fil-karate għandna regolamenti ċari li dak li nipprattikaw fil-gym ma nagħmluhx filħajja ta’ kuljum man-nies. Biss il-kunfidenza li jagħtik hi kbira u din nistgħu narawha kif int tiffaċċja l-ħajja minkejja l-problemi li jkollok. Nemmen ukoll illi meta tifel ikun imdorri minn meta jkun żgħir jittrenja l-karate, isibha iktar faċli jkun dixxiplinat u mhux jispiċċa jagħmel li jrid. Aħna bħala kowċis ngħinu f ’dan l-iżvilupp għalkemm għandna bżonn ukoll l-għajnuna tal-ġenituri biex ikomplu dak li nkunu bnejna aħna. Il-karate huwa kkunsidrat bħala arti marzjali jew sport, jew inkella t-tnejn li huma? Il-karate hu meqjus bħala sport Olimpiku u ser jiġi introdott fl-Olimpijadi tal-Ġappun fis-sena 2020. Din ser tkun l-ewwel darba li ser naraw il-karate fl-Olimpjadi. Aħna li kollha dilettanti ta’ din id-dixxiplina ninsabu kuntenti illi fl-aħħar intgħażel biex ikun sport olimpiku. Aktar qabel f ’din l-intervista semmejt lit-tfal. X’inhi l-parteċipazzjoni tagħkom fl-iskejjel sabiex ixxerrdu l-popolarità tal-karate?

Nemmen ukoll illi meta tifel ikun imdorri minn meta jkun żgħir jittrenja l-karate, isibha iktar faċli jkun dixxiplinat u mhux jispiċċa jagħmel li jrid. Aħna bħala kowċis ngħinu f’dan l-iżvilupp, għalkemm għandna bżonn ukoll l-għajnuna tal-ġenituri biex ikomplu dak li nkunu bnejna aħna

Ħafna nies jaħsbu illi dan l-isport huwa wieħed perikoluż u li forsi tista’ tweġġa’. Xi tgħidilhom lil dawn in-nies? Naf li fl-antik din id-dixxiplina kienet tabù imma issa m’għadhiex. L-ewwel ħaġa hemm ilbies apposta illi jipproteġi lill-atleti tagħna milli jweġġgħu speċjalment fil-KUMITE li huma s-shinguards u l-mouthgards. Apparti minn hekk hemm ċerti postijiet li ma tistax tolqothom għax tiġi ppenalizzat il-punti. Jien mhux qed ngħidlek illi ma jintlaqtux xi ftit iżda aħna nippruvaw innaqqsu kemm nistgħu l-perikli u l-injuries. Pereżempju matul il-ġimgħa li ħadna sehem fit-turnament ħadd ma weġġa’ għajr wieħed illi ntlaqat f ’xufftejh għalkemm ma kien xejn gravi. Wara kollox bħal kull sport ieħor tistenna li jkun hemm xi ftit ta’ injuries meta tkun qed tikkompeti.

Bħalissa għandna għaxart itfal mill-Iskola Nazzjonali tal-Isport illi qed jitħarrġu fil-karate. Jien naraha kruċjali illi dan l-isport jinbeda minn età żgħira. L-ideali hu li tibda ta’ seba’ snin. F’dan iż-żmien it-tifel jibda jitgħallem il-kordinazzjoni, l-istretching kif ukoll jibda juri l-ħeffa fil-movimenti tiegħu. Ngħallmuhom kif għandhom jużaw il-muskoli u meta l-aktar jagħmlu intensità Xi tgħidli dwar l-infrastruttura preżenti fihom, kif iċaqalqu saqajhom, jgħollu jde- fejn tipprattika l-karate? Kif tqabbilha jhom kif ukoll kif jaqbżu. ma’ postijiet oħra fejn tmorru barra l-pajjiż?

Nitlob lill-ġenituri biex ma jibżgħux jibagħtu lil uliedhom għall-karate. Ejja nneħħu din l-idea li dan huwa sport talġlied, anzi lanqas xejn. Il-karate jibnilek karattru filwaqt illi ssir iktar dixxiplinat. Hemm kontroll assolut, hemm ir-regoli u dawn trid tobdihom

Ifhem hawnhekk għandna tmien klabbs u kulħadd għandu l-post fejn jitħarreġ. M’hemmx xi ngħidu, il-klabbs mhumiex daqshekk kbar iżda minkejja kollox kulħadd huwa armat b’aċċessorji bħal mats fejn jitħarrġu. Żgur illi ma nistgħux ingergru, iktar u iktar meta qabel ma kellna xejn. Minn 10 snin ilu ’l hawn kulħadd rama b’mod professjonali. Kemm isiru kompetizzjoni bejn il-klabbs lokali? F’Malta ssir kompetizzjoni darbtejn fis-sena bil-federazzjoni li tikkontribwixxi għall-organizzazzjoni tagħhom. Dawn ikunu bħal kompetizzjonijiet nazzjonali, u f ’nofs dawn iż-żewġ avvenimenti jkollna wkoll kompetizzjoni oħra barra minn xtutna. X’inhu l-aħħar appell tiegħek sabiex it-tfal u ż-żgħażagħ jikkonkorru iktar filwaqt illi jaqbdu dan l-isport għall-ewwel darba? L-ewwel nett nitlob lill-ġenituri biex ma jibżgħux jibagħtu lil uliedhom għall-karate. Ejja nneħħu din l-idea li dan huwa sport tal-ġlied, anzi lanqas xejn. Il-karate jibnilek karattru filwaqt li ssir iktar dixxiplinat. Hemm kontroll assolut, hemm ir-regoli u dawn trid tobdihom.


26

22.10.2017

kullhadd.com

reċensjoni tal-

KTIEB

FRA MUDEST 50 SENA “Meta talbuni biex nikteb storja dwar karattru li kien se jismu Fra Mudest, lanqas qatt ma immaġinajt li din il-kreazzjoni tiegħi se tgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra u jirnexxilha tibqa’ popolari wara dawn is-snin kollha,” ikkummenta Charles Casha b’ċerta kommozzjoni meta żamm f ’idejh l-ewwel kopji tal-ktieb ġdid tiegħu Fra Mudest 50 sena. Għaddew 50 sena minn dik l-ewwel storja, li dehret filgazzetta The Children’s Own numru 292 fl-1967. Din ilgazzetta għat-tfal, li kienet kemm bil-Malti u kemm

bl-Ingliż, kienet fost l-uniku materjal għall-qari li t-tfal Maltin kellhom aċċess għalih dak iż-żmien. Ftit wara li John Demanuele, il-preżentatur televiżiv popolari, sar l-editur tal-gazzetta wara missieru, kien sab fuq skrivanija stampa ta’ patri ftit robust, bl-isem Fra Mudest miktub fuqha. John assuma li missieru kien xtaq li tinkiteb storja umoristika dwar fra simpatiku, u għalhekk ikkummissjona lil Charles Casha biex jiktibha. U hekk twieled Fra Mudest. Din l-ewwel storja kienet suċċess kbir u l-qarrejja bdew isaqsu għal aktar episodji

dwar dan il-patri. Sal-1971 Charles kiteb numru ta’ stejjer oħra dwar Fra Mudest li wkoll dehru fiċ-Children’s Own. Imbagħad, dik is-sena, il-Merlin ġabar dawn l-istejjer u ppubblikahom fi ktieb wieħed. Minn dak iż-żmien, saru ħafna reprints u edizzjonijiet ġodda tal-ktieb oriġinali Fra Mudest, u warajh ħarġu ħames kotba oħra bi stejjer ġodda, li b’kollox jgħoddu mija u għaxar stejjer: Aktar Praspar dwar Fra Mudest (1974), Mill-ħorġa ta’ Fra Mudest (1977), Mid-dinja ta’ Fra Mudest (1995), Fra Mudest 40 sena (2007) u proprju issa ħareġ l-aħħar wieħed: Fra

IMELDINA U L-UĊUĦ Liema ġenitur ma kellux iqum mitt darba billejl bil-biki tat-tifel jew it-tifla u l-kliem familjari: “Ma, Pa, kelli ħolma kerha!” L-istorja ġdida fis-sensiela ta’ Imeldina – Imeldina u l-Uċuħ – tittratta proprju dwar dan: ilħmar il-lejl tat-tfal u kif dawn jistgħu jagħmlu l-kuraġġ u jaffaċċjaw il-biżgħat tagħhom. L-istorja kollha sseħħ hekk: Fi triqitha lejn l-iskola, Imeldina trid tgħaddi minn Triq isSeħer – triq tipikament Maltija b’ħafna djar bil-gallariji Maltin ikkuluriti. Taħt kull gallarija hemm is-saljaturi. Dawn huma

statwi ta’ ljuni, mermaid, ġganti – kollha jidhru pjuttost inkorlati u tal-biża’ għaċ-ċkejkna Imeldina li tħares ’il fuq lejhom bil-ħarba. Timxi tgħaġġel biex tevitahom, imma billejl dawn l-“uċuħ” jerġgħu jitfaċċawlha fil-ħolm. U proprju għax Imeldina hija tifla tipika tal-età tagħha, għall-bidu ma tkunx trid tgħid lill-ġenituri tagħha x’qed iġegħelha tqum billejl twerżaq. Eventwalment però, tirrealizza li meta problema titkellimha ma’ xi ħadd, issir inqas tqila u taf tinstab soluzzjoni.

Kitba ta’ Sandra Hili Vassallo, pubblikazzjoni Merlin Publishers, Imeldina u l-Uċuħ hu miktub primarjament għal tfal bejn it-tlieta u s-sitt snin. Huwa t-tielet ktieb wara Imeldina, l-ewwel ktieb li kien ħareġ tliet snin ilu, u Imeldina u l-Imbarazz li ħareġ is-sena l-oħra – żewġ kotba li kienu suċċess enormi u għadhom popolari immens mat-tfal għax it-tfal mill-ewwel identifaw ma’ din it-tifla ta’ xagħarha aħmar, fuq ruħha u xi ftit rasha iebsa. L-awtriċi Sandra Hili Vassallo ferħana immens li did-darba

Mudest 50 sena. Fra Mudest witta t-triq għall-pubblikazzjoni tal-kotba għat-tfal. Fil-fatt, kien l-ewwel pubblikazjoni bil-Malti fl-istorja tal-Merlin. U għalkemm l-istejjer ta’ dan il-fra kollu praspar seħħew f ’ambjent ta’ villaġġ Malti antik, ambjent li ma jeżistix aktar fis-seklu 21, Fra Mudest baqa’ popolari sal-lum kemm mal-adulti kif ukoll maż-żgħar. Għal dawk li għexu fis-sebgħinijiet, Fra Mudest iqanqal ħafna memorji sbieħ ta’ tfulithom. Eluf ta’ fans u qarrejja matul is-snin, li issa kibru u saru ġenituri huma wkoll, kitbu

bi ħġarhom lil Casha biex ifaħħruh u jirringrazzjawh għal dan il-karattru tant maħbub. “Fra Mudest huwa karattru li nħobb. Nieħu gost nikteb l-istejjer tiegħu. Fil-fatt għandi tliet familji li ngħożż – il-familja proprja tiegħi, ħbiebi u l-kollegi li ħdimt magħhom tul il-karriera tiegħi ta’ għalliem, u l-karattri li ħloqt fil-kotba tiegħi,” qal Casha. Fra Mudest 50 Sena, kif ukoll il-ħames kotba l-oħra fis-sensiela ta’ Fra Mudest, jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew direttament mis-sit: www.merlinpublishers.com

l-istorja ta’ Imeldina qed tittratta ambjent u karatteristika tipikament Maltin. “Il-ġenituri u t-tfal flimkien jistgħu jieħdu ħafna gost ifittxu t-tipi differenti ta’ saljaturi meta jkunu l-Belt jew f ’xi belt jew raħal,” qalet. Hija tittama li din l-istorja tgħin lit-tfal jiftħu qalbhom u, bħalma tagħmel Imeldina, jitkellmu dwar il-biżgħat tagħhom mal-ġenituri. Bħall-kotba l-oħra ta’ qablu, dan il-ktieb ingħata ħajja viżwali bl-illustrazzjonijiet tal-bravissima Beatrice Costamagna, illustratriċi żagħżugħa Taljana li

rnexxielha tpinġi ambjent Malti qisha kienet tal-post. “Imeldina kien karattru għal qalbi mill-ewwel darba li qrajt l-ewwel storja tagħha!” qalet Costamagna. “Fl-istejjer hi tifla simpatika: bimba intelliġenti u fuq ruħha imma wkoll ta’ rasha, b’dawk l-għajnejn kbar espressivi. U dak it-tip ta’ karattru kien ideali biex inpinġi illustrazzjonijiet vivaċi.” Imeldina u l-Uċuħ jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online direttament minn www.merlinpublishers.com

Mistoqsija: F’liema gazzetta dehret l-ewwel storja ta’ Fra Mudest? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-kotba FRA MUDEST 50 SENA u IMELDA U L-UĊUĦ. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 29 ta’ Ottubru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb IL-KULUR TAL-LELLUX huwa: D.BONNICI - Il-Qawra

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

02

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

F’liema kariga fil-PN mhux qed jeskludu lil Jean Pierre Debono? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:

Indirizz:


27

22.10.2017

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

G.POLIDANO - Ħal Qormi

TISLIBA 197 Mimdudin:

Bi 3 Numri 046 069 159 179 181 186 217 222 276 308 327 382 425 522 523 532 540 557 650 670

680 709 744 749 882 921 B’4 Numri 0052 0334 0566 1298 1610 1664 1724 1820 2770 2825 2833 3429 3452

3765 3923 4017 4953 5045 5736 5964 6768 6797 7152 7276 7744 7855 8217 8403 8406 8557 8572 9618

B’5 Numri 11645 12755 15612 20128 23820 26171 36780 41303 60669 65082 67051 68838 77111 78495 79603 84234 B’6 Numri 222814

294717 867834 904237 B’7 Numri 4954295 6652545

8679028 8784695 B’10 Numri 2678865268 5020676702

IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

1. 4. 7,17. 9,16. 10. 12. 16. 18,19. 19. 20. 21. 23. 24.

Kompli l-qawl: Bla qaddisin ma tmurx il- ..... (5) Nazzjonijiet (4) Kunjom (5) Tal-baħar (6) Jiġi qabel il-Milied (6) Kulħadd għandu xi wieħed (6) Ara 9 Fih l-alkoħol (5) Ara 18 Ħafna minnha tifforma l-ilma (5) Iħaffru għaż-żejt bih bl-Ingliż (3) Kul bla ma tomgħod (4) Iniżżel fl-ilma (5)

Weqfin: 1. 2,3. 3. 5,21w. 6,11. 8. 11. 12. 13. 14. 15. 17. 21. 22.

Taħwid? (6) Stat Amerikan (6) Ara 2 Naqdi (6) Nofs tużżana (5) Ġrajjiet (9) Ara 6 Gażaża - Ti.... (2) Kunjom (3) Ħmieg? (6) Irranġalna (6) Ara 7 Ara 5 Fix-xibka! (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1,7.Tleflef, 4.Tmut, 9,11.Eħfef, 10.Tambur, 12.Offiża, 16,21W. Derogi, 18,24.Slimiżi, 19.Tut, 20.Ajjut, 21.OND, 23.Irid

Weqfin: 1.Twelid, 2,17.Elfejn, 3,6. Lettur, 5.MUB, 8.Familjari, 12,22.Ordni, 13.FSJ, 14.Atturi, 15.Studji


28

22.10.2017

kullhadd.com

EDITORJAL

Napprezzaw għalhekk li l-Gvern ukoll bagħat messaġġ ċar, li dak li hu meqjus bħala r-raba’ pilastru tad-demokrazija għandu jkun imħares

Il-faċċatta tal-gazzetta llum titkellem waħedha. Flimkien ma’ gazzetti oħra qed nibagħtu l-messaġġ ċar li l-pinna tirbaħ il-biża’. F’kemm ilha teżisti din ilgazzetta, aħna li naħdmu fiha issa u ta’ qabilna, ktibna fuq skandli, persuni u ġrajjiet mingħajr qatt ma stennejna li jkun hemm xi ħadd li jipprova jwaqqafna. Ikun hemm mumenti fejn ir-responsabbiltà ġġegħelna naħsbu u niddiskutu jekk storja għandhiex tinkiteb bi stil jew ieħor. Mhux darba u tnejn fl-uffiċċju ddibattejna jekk artiklu, jew saħansitra ritratt, kellux ikun ippubblikat jew le. Dan anke għaliex nemmnu li dak li nippubblikaw għandna nagħmluh ukoll b’rispett. Għaliex mhux dejjem faċli, speċjalment meta nkunu nafu li artiklu se joqros jew jolqot fil-laħam il-ħaj, anke b’mod personali. Iżda, qatt m’għadditilna minn moħħna li jkun xi ħadd ieħor jiddeċiedi għalina jekk nippubblikawx xi ħaġa jew le. Kien hemm drabi wara li ppubblikajna fejn ġurnalisti rċevew theddid u xi minn daqqiet anke ġew imżebilħa u aggrediti. Kull meta jiġri

dan nimtlew b’iktar kuraġġ u grinta biex il-Ħadd ta’ wara jkollna storja filfaċċata iktar b’saħħitha. Huwa f ’dan l-ispirtu li qed nużaw il-faċċata tal-gazzetta biex nikkundannaw bl-iktar mod qawwi dak li ġara nhar it-Tnejn. Il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia jrid isibna nirreaġixxu bħala poplu magħqud u għalhekk aħna parti minn din l-inizjattiva li qed turi d-dinja tal-midja għal min wettaq dan l-att barbaru. Però fir-rabja għal ġrajja bħal din, il-kelma kundanna nħossu li mhix b’saħħitha biżżejjed. Għalhekk għal dak li ġara rridu nwieġbu billi nippromwovu iktar illibertà tal-kelma. Huwa minnu li dan il-pajjiż flaħħar snin kellu tmexxija li rrilassat il-liġijiet fejn għandha x’taqsam din illibertà, fosthom bit-tneħħija ta’ liġijiet ta’ ċensura. Iżda, dan mhux biżżejjed. Għax bħal f ’oqsma oħra hija l-mentalità li trid tinbidel. Il-bżonn li f ’era fejn kulħadd huwa espost iktar għal ħsibijiet differenti, kemm miktuba u kemm imxandra, nitgħallmu nidibattu b’iktar rispett. Filwaqt li nirriaffermaw

dan kollu bħala prinċipju bażiku fis-soċjetà li ngħixu fiha ma rridux ngħaġġlu filkonklużjonijiet ta’ x’seta’ wassal għal dak li ġara nhar it-Tnejn. Id-dinja tal-kriminalità titkellem lingwa differenti minn dak li nitkellmu aħna u jekk l-appelli tagħna jkunu indirizzati lill-kriminalità organizzata ftit li xejn jiswew. Għalhekk l-appelli huma lis-soċjetà biex tibqa’ titkelllem dwar dak li taħseb u temmen. B’hekk lil min wettaq dan l-att inġegħluh jifhem li mhux se jsikket ilpinna jew lill-Maltin. Fl-istess ħin l-investigaturi għadhom għaddejjin u rapporti fil-midja barranija jirreferu wkoll għall-każi serji b’rabtiet internazzjonali li setgħet kienet qed tinvestiga Daphne Caruna Galizia. Quddiem sitwazzjonijiet li jidhru iktar kumplessi u iktar diffiċli, id-dinja tal-kitba u x-xandir trid tkun magħquda b’mod qawwi biex tissokta toħroġ il-verità. Trid tkun ġenwina u sinċiera biex tirbaħ iktar fiduċja millpoplu u għalhekk hi wkoll tissaħħaħ. Fuq kollox, nemmnu li dan

l-attakk ma kienx biss attakk fuq persuna waħda imma kien attakk fuq is-soċjetà tagħna. Għalhekk fhimna u apprezzajna li l-awtoritajiet ta’ pajjiżna ħadu b’serjetà kbira dan il-każ u hemm dikjarazzjonijiet u inizjattivi li m’hemmx preċedenti għalihom. Napprezzaw għalhekk li l-Gvern ukoll bagħat messaġġ ċar, li dak li hu meqjus bħala r-raba’ pilastru tad-demokrazija għandu jkun imħares. Issa huwa l-poplu li għandu jappoġġja l-ġurnaliżmu biex jitkellem f ’ismu. Huwa naturali li xi kultant nistgħu niddiżappuntawh. L-istess Daphne Caruana Galizia ddiżappuntat lil ħafna bil-kitba tagħha. Iżda, il-ġurnaliżmu jagħti ċ-ċans lill-poplu jwassal leħnu f ’mumenti fejn ma jkun qed jisimgħu ħadd. Forsi dan hu mument fejn wieħed ikun se jaqta’ qalbu. Fejn jgħid li dan l-inkwiet m’għandux xi jridu. Imma jkun żball. Il-ġurnaliżmu m’għandu jieqaf qatt lanqas jekk din il-ġimgħa nħasad bil-fatt li kien hemm min wasal ineħħi ħajja. Għax il-pinna se tibqa’ tegħleb ilbiża’ kif għamlet tul is-snin.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.