Q&A www.kullhadd.com
Il-Ħadd 22 ta’ Diċembru, 2019
Ħarġa Nru 1,380
Prezz €1
MAL-KANDIDATI GĦAT-TMEXXIJA TAL-PARTIT LABURISTA
ELUF JIRREGOLAW IL-POŻIZZJONI TAGĦHOM BIEX JIVVUTAW ARA FEJN TRID TMUR BIEX TIVVOTA
ARA PAĠNI
8u9
7
10
Ejja ningħaqdu. Ejja niftakru li l-mard jista’ jolqot lil kulħadd. Il-mard ma jagħżilx il-persuni. Filli tkun b’saħħtek u filli tista’ tolqot lilek marda kiefra bħal sajjetta fil-bnazzi Ara paġna 3
IX-XHIEDA TURI KIF WAĦĦLU F’XULXIN Il-protagonisti wara l-frame-up ta’ Egrant, kienu qed jagħtu verżjonijiet kontradittorji meta ssejħu quddiem l-inkjesta maġisterjali. Dan fl-istess ħin li pubblikament kienu lkoll qed jirrepetu l-gidba li Egrant hija tal-familja tal-Prim Ministru. Meta wieħed idur ix-xhieda li hemm fl-inkjesta ta’ 1,500 paġna jsib diversi partijiet fejn dawk li kienu qed isostnu din il-gidba mhux biss ma qablux ma’ xulxin, iżda lanqas kienu konsistenti mal-verżjonijiet tagħhom stess. Tant li kif sar magħruf fl-aħħar jiem, l-inkjesta titlob ukoll passi kriminali minħabba dan. F’paġna 36 naraw xi dikjarazzjonijiet li jikxfu n-nuqqas ta’ kredibilità tal-protagonisti wara l-frame-up Egrant.
02
22.12.2019
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM
L-Ogħla Temperatura: 19°C L-Inqas Temperatura: 15°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa fuq it-Tramuntana tal-Italja ser tersaq lejn il-Lvant It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ftit qawwi għal qawwi mil-Lbiċ li jsir qawwi ħafna mill-Punent Majjistru Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Moderat li jsir qawwi ħafna L-Imbatt: Baxx mill-Majjistral li jsir mil-Lbiċ It-Temperatura tal-Baħar: 19°C
Editur ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR
It-Tnejn
tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Indirizz Postali KullĦadd
18°C
UV 3
13°C
Il-Ħamis
17°C
UV3
14°C
17°C
Il-Ġimgħa
UV 2
11°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
17°C
UV 3
10°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
17°C
UV 3
20/21, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21246051 Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238018 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221 Herba Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara – 21443406 Deby’s Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri, L-Imsida – 21227920 Potter Chemists Ltd, Triq Wilga, Paceville – 21363244 Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Tas-Sliema – 21313233 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741 Mġarr Pharmacy, Triq il-Kbira c/w Triq Vitale, L-Imġarr, Malta – 21577784 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554 Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21693412 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Il-Kalkara – 21673811 St. James Pharmacy, Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar – 21666194 St. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Ħal Għaxaq – 21808723 Safi Pharmacy, St. John Street c/w Bieb il-Ġarra Street, Ħal Safi – 21649552 Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Franġisk Farrugia, Ħaż-Żebbuġ – 21462068 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21455479 Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Ir-Rabat, Għawdex – 21556170 Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Ta’ Sannat, Għawdex – 21564447
12°C
16°C
UV 2
11°C
SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR L-ERBGĦA 25 TA’ DIĊEMBRU 20/21, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21246051 Chemimart International Pharmacy, 650, Triq ilKbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21236477 St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 21443045 St. Bartholomew Pharmacy, 30, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera – 21482558 St. Luke’s Pharmacy, Triq San Luqa, Tal-Pietà – 21241293 Spiżerija Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann – 213811776 Remedies Pharmacy, 133, Triq Rudolfu, Tas-Sliema (Ex Rudolph Pharmacy) – 21344722 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741 Medicine Chest Pharamcy, Triq Demitriju Farrugia, Ħal Għargħur. – 21422204 Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 21571764 Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija – 21677037 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal ilKottoner, Il-Fgura – 21673811 Mediatrix Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 27826685 Green Cross Pharmacy, 8, Misraħ Gregorio Bonnici, Iż-Żejtun – 21693723 Chrysantemum Pharmacy, Triq San Nikola, Il-Qrendi – 21680828 Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Is-Siġġiewi – 21460828 St. Anthony Pharmacy, 18 Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21454187 Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Ir-Rabat, Għawdex – 21556170 Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem, Għawdex – 27203615
03
22.12.2019
kullhadd.com
IL-MARD MA JAGĦŻILX PERSUNI • MART IL-PRESIDENT F’APPELL IMQANQAL LEJLET L-ISTRINA Qorob ġmielu l-Milied u jfisser li qorbot L-Istrina. Is-26 ta’ Diċembru sar jum importanti u għażiż għall-poplu Malti u Għawdxi kollu li jistenna minn sena għall-oħra, speċjalment l-imġarrab. Iżda mhux biss, f’dan il-jum il-poplu kollu jingħaqad f’mument biex jgħin lill-proxxmu u jipprattika l-valuri, il-prinċipji u t-twemmin tiegħu li spiss niftaħru bihom; il-valuri Nsara Kattoliċi. Huwa jum li għandna ninsew l-interess personali u l-ħsibijiet politiċi u nħarsu lejn il-bżonn li ma jkunx biss ta’ jum, iżda f’dan il-jum partikolari jsir ħafna ġid li l-frott tiegħu jinqata’ matul is-sena. Din hija l-ewwel Istrina tal-Eċċellenza Tiegħu, il-President ta’ Malta, Dr. George Vella, iżda kellimt lis-Sinjura tiegħu Mary li awtomatikament hija involuta. Mara ta’ valur, ta’ ftit kliem, iżda li tgħin bl-aħjar mod possibbli u li qalbha hija wkoll mal-batut. Nhar il-Ħamis l-Istrina. Xi tfisser l-Istrina fi ftit kliem?
l-bieb tal-MCCFF (Malta Community Chest Fund Foundation).
Fi ftit kliem L-Istrina tfisser ġbir ta’ fondi għal min hu fil-bżonn. Huwa jum importanti li lkoll għandna ningħaqdu fih u ngħinu. Ilkoll nafu xi tfisser din il-ġurnata.
X’kumment għandek dwar il-volontiera li jagħmlu avveniment bħal L-Istrina possibbli?
M’għandix biżżejjed kliem biex nirringrazzjahom lill-voluntiera għax mingħajrhom ma tistax issir L-Istrina. U bla X’involvew it-tħejjijiet għal dan dubju, dawn jagħmlu ħafna sagrifiċċju il-jum? wkoll u jqattgħu ħafna ħin biex jipĦafna laqgħat ta’ kull ġimgħa bi tħejjija, preparaw ix-xogħol meħtieġ. Xogħol li ma’ ammont kbir ta’ voluntiera u or- mhux ftit. ganizzaturi. Ħidma bla waqfien il-ħin kollu. Dejjem naraw x’se nagħmlu biex Donnu t-talbiet dejjem jiżdiedu. inkomplu ngħinu biex din l-attività ssar- Xi jwassal għal dan? raf fi frott għal min għandu bżonn. Imbagħad, dik il-ġimgħa, ix-xogħol jittrip- Ma nistax ngħid xi jwassal għal din iż-żieda fil-mard tal-kanċer però hu stat pla. ta’ fatt li l-mard qed jiżdied, minbarra li Int tiltaqa’ regolarment ma’ dawk li naħseb ukoll li n-nies għandhom fiduċja jibbenefikaw mill-Istrina. X’inhuma fl-għajnuna tal-MCCFF li qisha għandha missjoni nazzjonali f ’dan ir-rigward. dawn l-esperjenzi? J’Alla bl-għajnuna li l-Istrina toffri, Wiċċ imb wiċċ qatt ma ltqajt ma’ min inkunu ta’ kuraġġ u għajnuna. ibbenefika, però fuq il-karta, iva, jiġifieri nirċievu t-talbiet għall-għajnuna, Liema huma l-iktar talbiet komuni? neżaminaw x’qed jitolbu u nieħdu deċiżjoni dwar x’għajnuna jeħtieġu. Il- L-iktar talbiet komuni għall-għajnuna jikkonsistu f ’każijiet ta’ mediċina, sforbżonn huwa kbir. tunatament tal-kanċer. Semmili xi esperjenza li tibqa’ Kemm hu importanti l-appoġġ lillttimbrata f ’moħħok, miż-żjarat ġenituri tat-tfal f ’mumenti diffiċli? li għamilt lill-pazjenti? Ma nistax insemmi esperjenza waħda għax kollha jibqgħu ttimbrati f ’moħħok imma ż-żjara ta’ Londra, ovvjament l-aktar waħda li ħalliet impatt fuqi u li nibqa’ niftakar. Hemmhekk tifhem iktar il-bżonnijiet ta’ dawk li jiġu jħabbtu
Allaħares ma jkunux il-ġenituri f ’dawn il-każijiet għax ħafna drabi l-ġenituri ibatu iktar mit-tfal. It-tfal ħafna drabi ma jkunux qed jirrealizzaw minn xiex ikunu għaddejjin. Il-ġenituri apparti t-tbatija fiżika, ikollhom ukoll l-uġigħ
fil-qalb meta tara lil uliedek li qed isof- ħadu xejra oħra. ru. Kif tqatta’ dawn iż-żminijiet is-soltu? Se jinbidlu l-pjanijiet minħabba L-Istrina hija wkoll mument ta’ l-impenji li jġib miegħu l-irwol li għaqda. Kemm hi importanti għandu żewġek, il-President ta’ f ’dawn il-mumenti? Malta? Iva, għax il-mard u l-bżonn m’għandhomx kuluri. Sfortunatament għad- L-akbar differenza hi li din is-sena se dejjin minn ċirkostanzi li ftit jew wisq nkun barra mid-dar għax se nqattgħu għandhom effett fuq l-għaqda nazzjon- dawn il-ġranet fil-Palazz. Xorta se nipproali u li jtappnu l-ispirtu tal-Milied. Ejja va niġbor il-familja kif nagħmel is-soltu ningħaqdu. Ejja niftakru li l-mard jista’ minkejja l-impenji li għandna. Il-familja jolqot lil kulħadd. Il-mard ma jagħżilx il-per- tibqa’ dejjem viċin il-qalb, iżda din is-sena suni. Filli tkun b’saħħtek u filli tista’ tolqot L-Istrina qed nħossha iżjed. lilek mard kiefra bħal sajjetta fil-bnazzi. X’qed tistenna mill-2020? Din hija l-ewwel sena Nispera li tkun sena aħjar u li l-kalma fil-Presidenza. Kif qed tħares terġa’ ssaltan. -Nittama li l-poplu Malti u lejn dawn iż-żmien ta’ festi? Għawdxi jinsa d-differenzi u jingħaqad, F’din l-ewwel sena qed nara differenza kbira bil-għan li jkompli jħabrek għat-tkattir fil-mod kif inħares lejn il-festi għax jekk tal-ġid, biex imbagħad jitqassam għand xejn, taf li qed tgħin lil ħaddieħor. Il-festi kulħadd! Aħna poplu wieħed.
04
22.12.2019
kullhadd.com
IL-BELT LESTA GĦAL WIEĦED MILL-ISBAĦ ĦDUD
Illum mistenni wieħed mill-isbaħ Ħdud fil-Belt kapitali ta’ pajjiżna. Wara li lbieraħ eluf ta’ persuni invadew iċ-ċentri kummerċjali madwar il-pajjiż, illum mistenni jiġri l-istess hekk kif il-Ħadd ta’ qabel il-Milied huwa okkażjoni tajba għax-xiri, iżda wkoll biex wieħed jidħol iktar fl-atmosfera ta’ divertiment. Il-bidu ta’ Diċembru fil-kapitali kien ikkaratterizzat minn protesti li għalkemm għal ħafna minnhom kien hemm ftit mijiet naffru lin-nies milli jagħmlu l-qadi tagħhom fil-kapitali u għażlu ċentri kummerċjali oħra. Iżda, fl-aħħar jiem hekk
kif irrenjat il-kalma kienu eluf dawk li mawra sal-Belt f ’dawn iż-żminijiet ma rreżistewx għaliha u bir-raġun. Sal-bieraħ filgħaxija d-dwal, il-mużika u l-atmosfera fil-barijiet u r-ristoranti wasslu għal lejla mill-isbaħ u l-villaġġ li nħoloq fid-daħla tal-Belt kompla jagħmel l-atmosfera maġika. B’ħafna mistennija jidħlu l-Belt illum, l-Aġenzija Kulturali talBelt Valletta ħasbet ukoll biex tara li jkun hemm l-attivitajiet mixtieqa. Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef spjega kif f ’dawn
iż-żminijiet il-kapitali se tkun belt iżjed vibranti u ħajja milli hi diġà. Micallef qal: “L-attivitajiet se jkomplu jiżdiedu b’mod speċjali llum, b’korijiet u b’baned, it-Tnejn ukoll fi Pjazza Repubblika, Pjazza Reġina, Pjazza la Vallette u pjazez oħra li mbagħad bil-mod il-mod iwasslu wkoll għal folol kbar li se jiċċelebraw tmiem l-aħħar tas-sena fi Pjazza San Ġorġ. Dawn huma ġranet eċitanti ħafna għall-Belt kollha kemm hi, kif ukoll għan-nies li jaħdmu fl-ospitalità u n-negozju kollu inġenerali li jaħdmu filBelt Valletta.”
IR-RIŻOLUZZJONI TAL-PE DWAR MALTA TINKLUDI KUMMENTI IRRILEVANTI U SUĠĠETTIVI Skont l-Ewroparlamentari Alfred Sant, ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Malta hi mtappna b’numru ta’ kummenti irrilevanti, kontenzjużi u suġġettivi li m’għandux ikollhom post f ’riżoluzzjoni politika. Id-dibattitu fil-Parlament Ewropew aktar kmieni din il-ġimgħa dwar is-Saltna tadDritt f ’Malta, wara r-rivelazzjonijiet reċenti madwar il-qtil ta’ Caruana Galizia kkonċentra fuq is-sejħa għar-riżenja immedjata tal-Prim Ministru Malti. Dan jitfa’ r-riżoluzzjoni bi skadenza ta’ xahar. Nhar l-Erbgħa, b’maġġoranza ta’ 85% l-Membri tal-Parlament Ewropew appoġġjaw riżoluzzjoni li esprimiet tħassib dwar is-sitwazzjoni ta’ Malta u l-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-mozzjoni kienet appoġġjata minn 581 MPE u op-
posta minn 26, bi 83 astjenew. Dr Sant iddikjara li vvota kontra r-riżoluzzjoni bl-ikbar konvinzjoni u żied li d-dibattitu kkonferma l-agħar suspetti tiegħu dwar kif il-Parlament Ewropew iqis kwistjonijiet tas-saltna tal-liġi. “Huma qed jidħlu f ’taqbida partiġġjana, li fiha tirbaħ innaħa li hi l-iktar kapaċi li toħloq momentum politiku madwar fatti sinifikanti, reali jew foloz. M’hemm l-ebda kura dwar kif dawn il-fatti jiġu vvalutati u mqiegħda f ’perspettiva. Dr Sant qal li Malta għaddejja minn żmien ta’ tranżizzjoni politika, li messu ġie kkunsidrat fid-dibattitu tal-PE. Fil-“kontribuzzjoni” tiegħu għas-sitwazzjoni ta’ Malta, il-Parlament Ewropew ibbaża fuq rapport minn kumitat li wieħed mill-membri ewlenin tiegħu huwa l-avversarju ewlieni tal-Gvern Malti.
05
22.12.2019
kullhadd.com
TITJIB MILL-ISTUDENTI TAL-ETIKA L-istudenti li għamlu l-eżami ta’ livell ordinarju tal-Etika wrew titjib meta mqabbel mar-riżultati tas-sena li għaddiet. It-titjib mhux biss jirriżulta mill-istatistiċi iżda joħroġ ukoll mir-rapport tal-eżaminaturi li jkun ippubblikat għall-kull suġġett fix-xhur ta’ wara l-eżamijiet. L-Etika huwa suġġett li fl-aħħar snin daħal għall-istudenti li jixtiequ jagħżluh minflok ir-reliġjon u din is-sena kien hemm total ta’ 153 student li għamlu l-eżami tiegħu. Il-maġġoranza għażlu Paper A, il-karta li tagħti ċ-ċans li wieħed iġib l-ogħla marki anke għaliex il-livell ikun iktar diffiċli. “Kien hemm titjib fil-livell tar-risposti preżentati fl-2019 meta mqabbel ma’ dawk tal-2018,” intqal fil-rapport fejn kien innutat kif l-istudenti qed juru li qed jifhmu u japprezzaw aħjar il-kwistjonijiet etiċi u qed jirriflettu b’mod iktar
profond fuq id-domandi preżentati lilhom. “Uħud provdew risposti u argumenti b’saħħithom u validi, li kienu appoġġjati minn eżempji xierqa,” intqal fir-rapport li nnota kif il-maġġoranza tal-istudenti għażlu l-lingwa Ingliża. Il-lingwa kienet kwistjoni li ħassbet lill-eżaminaturi għalkemm ma ppenalizzawx lill-istudenti għalhekk. Anke minn dawk li wieġbu bil-Malti ftit biss urew użu tajjeb tal-lingwa. Is-suġġetti li kienu mitluba jwieġbu fuqhom l-istudenti tal-Etika kienu jvarjaw minn dawk fuq l-użu ta’ droga għal oħrajn dwar il-libertà tal-espressjoni, għal oħrajn fuq l-espressjoni sesswali u d-drittijiet ta’ ħaddieħor. Finalment, qalu l-eżaminaturi, il-marki globali li ġabu l-istudenti huma tajbin għalkemm huma mħassba bil-fatt li 2 minn kull 10 ma marrux għall-eżami.
IKOMPLI JONQOS L-IMGĦAX FUQ ID-DEJN Il-galbu fit-tmexxija tal-finanzi pubbliċi fl-aħħar snin wassal biex l-ispiża fuq imgħax fuq id-dejn nazzjonali fl-2019 waqgħet bi €11 miljun. Dan meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Dan jikkuntrasta bil-kbir dak li kien iseħħ taħt amministrazzjonijiet preċedenti, meta l-ispiża fuq l-imgħax fuq dejn pubbliku kienet tkun l-aktar spiża li tiżdied b’rata mgħaġġla. Id-dejn tal-Gvern Ċentrali f ’Novembru 2019 fil-fatt kien €94 miljun anqas milli kien fl-istess xahar tal-2017. Filwaqt li jinvesti aktar, il-Gvern qiegħed iħalli legat ta’ anqas dejn għall-ġenerazzjonijiet futuri. B’hekk il-Gvern qiegħed ikompli b’politika li tibni futur aħjar għall-familji u n-negozji ta’ pajjiżna. Jgħin f ’dan kollu hemm is-surplus. Fil-fatt, sa Novembru 2019 is-surplus fil-Fond Konsolidat
laħaq €8 miljun, kontra defiċit ta’ €35 miljun fl-istess xhur tal-2018. Din kienet it-tieni darba fl-istorja meta l-Gvern kellu surplus fil-Fond Konsolidat fl-ewwel 11–il xahar tas-sena. Fil-fatt, kien biss fl-2017 meta l-finanzi tal-Gvern kienu rreġistraw surplus akbar minn dak li ġie osservat din is-sena. Dan ir-riżultat kien dovut l-aktar minħabba ż-żieda fid-dħul tal-Gvern. Fil-fatt, minħabba t-tkabbir ekonomiku kien hemm żieda ta’ €463 miljun fid-dħul tal-Gvern. Dan kien xprunat minn żidiet fid-dħul mill-income tax (€137 miljun), kif ukoll mill-bolla (€72 miljun), VAT (€63 miljun), u għotjiet (€121 miljun). Fuq in-naħa l-oħra kien hemm żieda ta’ €387 miljun fl-ispiża rikorrenti. Kompliet ukoll iż-żieda qawwija fl-investiment pubbliku, li fil-fatt laħaq livell €45 miljun aktar mill-2018.
06
22.12.2019
kullhadd.com
SURPLUS DIFFERENTI... STORIKU WKOLL • L-AQWA RIŻULTAT FIL-PAGAMENTI INTERNAZZJONALI Pajjiżna kellu l-ogħla surplus fil-pagamenti internazzjonali fl-istorja. Dan jirriżulta meta statistika li ħarġet din il-ġimgħa mhux biss tkun irrappurtata fattwalment, iżda titqabbel ukoll ma’ dak li rriżulta tul is-snin. Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jindikaw li fittielet kwart tal-2019 pajjiżna kellu surplus ta’ kważi €604 miljun. Dan ifisser li l-esportazzjoni kienet aktar mill-importazzjoni b’dan l-ammont. Din iċ-ċifra tirrappreżenta l-ogħla surplus li qatt kellu pajjiżna fin-negozju li jagħmel ma pajjiżi barranin. Fil-fatt ir-rekord preċedenti kien fit-tielet kwart tal-2018 meta pajjiżna kellu surplus ta’ anqas minn €458 miljun. Meta wieħed jieħu l-ewwel disa’ xhur tal-2019 flimkien, isib li pajjiżna kellu surplus ta’ kważi €1.2 biljun. Dan huwa ekwivalenti għal 12% tal-ġid nazzjonali. B’kuntrast, fl-2012 pajjiżna kellu defiċit ta’ kważi €20 miljun jew 0.3% tal-ġid nazzjonali. Pajjiżna qaleb minn sitwazzjoni ta’ defiċits qawwija fejn tidħol esportazzjoni u importazzjoni għal qagħda fejn huwa l-pajjiż bit-tieni l-ogħla surplus fil-pagamenti internazzjonali fl-Unjoni Ewropea, wara l-Olanda. Dan jirrifletti numru ta’ fatturi fosthom it-tkabbir fit-turiżmu fejn f ’seba’ snin kien daqs dak li seħħ fl-40 sena ta’ qabel meħudin flimkien. Jirrifletti t-tkabbir tal-manifattura fejn f ’seba’ snin l-investiment dirett barrani żdied b’mitejn miljun ewro u qabeż il-biljun ewro għall-ewwel darba fl-istorja. Huwa wkoll dovut għar-riformi kbar li wettaq il-Gvern li wasslu biex l-importazzjoni taż-żejt għall-produzzjoni tal-enerġija spiċċat għalkollox u minflok qed jintuża l-gass naturali li mhux biss jiswa anqas imma huwa ferm aktar effiċjenti. B’hekk il-politika ekonomika tal-Gvern kienet kruċjali anke fit-trasformazzjoni ta’ pajjiżna minn sitwazzjoni fejn dejjem kien qed jiddejjen mal-barranin biex jiffinanzja l-konsum ta’ prodotti u servizzi barranin, għal sitwazzjoni fejn sar pajjiż fejn qed isir investiment dirett barrani f ’pajjiżi oħra.
07
22.12.2019
kullhadd.com
ELUF JIRREGOLAW Il-POŻIZZJONI BIEX JIVVUTAW GĦALL-MEXXEJ TAL-PL • JIBDEW JINTBAGĦTU N-NOTIFIKI LILL-VOTANTI • L-AĦĦAR JIEM BIEX WIEĦED JIRREGOLA L-POŻIZZJONI TIEGĦU Fi ftit jiem, madwar 4,000 membru tal-Partit Laburista rregolaw il-pożizzjoni tagħhom biex issa huma wkoll se jkunu jistgħu jivvutaw fil-Kungress li se jeleġġi l-mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista. Iċ-ċans biex wieħed jirregola l-pożizzjoni tiegħu, skont l-istatut tal-Partit Laburista, huwa miftuħ sal-31 ta’ Diċembru. Għalkemm il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista qed tħeġġeġ lil dawk li jistgħu jagħmlu dan biex jaħsbu kemm jista’ jkun kmieni. “Iktar ma wieħed jiċċekkja u jirregola ruħu malajr iktar ikun aħjar. Wieħed ikun qed jgħin fil-proċess ta’ elezzjoni li tinvolvi eluf kbar ta’ votanti, fl-istess ħin li anke hu jserraħ moħħu qabel dwar id-dritt tiegħu li jivvota,” qal mal-gazzetta KullĦadd l-Avukat Dean Hili, iċ-Chairperson tal-Kummissjoni
Iktar ma wieħed jiċċekkja u jirregola ruħu malajr iktar ikun aħjar. Wieħed ikun qed jgħin fil-proċess ta’ elezzjoni li tinvolvi eluf kbar ta’ votanti, fl-istess ħin li anke hu jserraħ moħħu qabel dwar id-dritt tiegħu li jivvota
Elettorali tal-Partit Laburista. L-Avukat Hili spjega li għalkemm dawn huma jiem ta’ btajjel, għal ħafna fil-Partit Laburista huma jiem ta’ ħidma ma taqta’ xejn hekk kif jinsab fl-aqwa tiegħu proċess elettorali estensiv. Biex wieħed jivvota fil-kungress irid ikun ilu ħames snin konse-
kuttivi membru bejn l-2015 u l-2019. Iżda, skont l-istatut teżisti l-fakultà li min għandu sentejn nieqsa jirregola l-pożizzjoni tiegħu. Dan bil-kundizzjoni li kien diġà membru fl-2015 jew qabel. “Dawk kollha li jistgħu jirregolaw il-pożizzjoni tagħhom irċivew ittra d-dar fl-aħħar jiem. Issa li jmiss hu li huma personalment iżuru ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista jagħmlu l-ħlas dovut u jistennew biex fil-jiem li jwasslu għall-elezzjoni jirċievu n-notifika tal-votant
id-dar,” kompla jispjega Hili li żied li diġà beda jirċeviha min id-dritt tal-vot huwa diġà tiegħu. “Dawk li kellhom il-ħames snin imħallsa mill-bidu nett u dawk li laħqu rregolaw il-pożizzjoni tagħhom fl-aħħar ġimgħat diġà bdew jirċievu din l-ittra jew inkella se jirċevuha fil-jiem li ġejjin. Dawk li rregolaw il-pożizzjoni fl-aħħar sigħat jew se jagħmlu dan fil-jiem li ġejjin jirċievu l-ittra iktar tard,” kompla jkun spjegat. Fuq din l-ittra hemm id-dettalji tal-persuna
u magħhom hemm ukoll il-post u l-mejda tal-votazzjoni. Din l-ittra trid tinżamm b’mod sigur biex dakinhar tal-votazzjoni tittieħed millvotant flimkien mad-dokument ta’ identifikazzjoni. Il-Partit Laburista ħaseb biex ikun hemm 13−il post tal-votazzjoni, b’diversi mwejjed fuq kull post tal-post tal-votazzjoni skont il-lokalitajiet. “Għamilna dak li stajna biex kemm jista’ jkun imorru viċin il-membri b’mod li jkun jagħmel sens loġistikament. Fiż-żmien li ġej se nkunu qed inħabbru wkoll diversi inizjattivi bl-għajnuna tal-Kumitati Lokali biex ngħinu anke n-nies jaslu sal-post talvotazzjoni jekk ikollhom bżonn,” kompla Hili li saħaq li l-ħsieb hu li kemm jista’ jkun dawk li għandhom id-dritt għall-vot jeżerċitawh. Ara wkoll paġni 10 u 11
08
22.12.2019
kullhadd.com
IL-ĦSIBIJIET TA’ ROBERT ABELA Fi tmiem ġimgħa oħra ta’ kampanja għat-tmexxija tal-Partit Laburista tkellimna ma’ Robert Abela, kontestant għal din il-kariga. Tlabna ħsibijiet dwar il-kampanja kif ukoll dwar temi diversi li fuqhom se jkollu jiddeċiedi jekk ikun Prim Ministru.
Kif tiddeskrivi l-ewwel jiem tal-kampanja għat-tmexxija? Kienu jiem fejn kelli l-opportunità li nispjega l-viżjoni tiegħi għat-tieni rivoluzzjoni soċjali li jrid jesperjenza dan il-pajjiż fiżżmien li ġej. Dan il-ħsieb huwa bbażat fuq erba’ pilastri: Housing Soċjali u Affordabbli. F’pajjiżna hawn eluf ta’ djar battala. Ħafna minn dawn id-djar, li huma mxerrdin ma’ diversi lokalitajiet, ikunu abitabbli kemm–il darba jiġu rranġati. Il-Gvern ser joħroġ espressjoni ta’ interess lil sidien privati sabiex ibigħu dawn id-djar ħalli jintużaw għal skop ta’ housing soċjali u affordabbli. B’hekk niżguraw li jkollna biżżejjed djar sabiex nakkomodaw lil kulħadd. Mediċini b’Xejn għall-Anzjani. L-anzjani tagħna huma għal qalbi. Irrid nirringrazzjahom tas-servizz li taw lill-pajjiżna tul is-snin u nagħtihom serħan tal-moħħ. Irrid li fuq medda ta’ ħames snin, l-anzjani tagħna – għandhom kemm għandhom pensjoni – ikollhom aċċess b’xejn għall-mediċini, anke dawk li ma jaqgħux taħt il-kartuna s-safra u/jew ir-roża. Minn din il-miżura ser jibbenefikaw 56,000 dar. Paga Xierqa lil Kulħadd. Ilkoll naqblu li hemm bżonn ix-xogħol biex jinħoloq ilġid. L-ekonomija tagħna mxiet ’il quddiem grazzi għall-ħolqien tax-xogħol. Il-ħaddiema barranin kienu kruċjali f ’dan kollu iżda rrid nara li taħt l-ebda ċirkostanza ma jiġi żvantaġġat il-ħaddiem Malti. Min iħaddem mhux ser jingħata permess iġib ħaddiema barranin jekk kemm–il darba: i) ma jħallasx lill-impjegati Maltin u barranin il-paga sħiħa li jixirqilhom; ii) ma jħallasx lill-ħaddiema barranin il-pagi tagħhom dirett f ’kont bankarju; iii) jinqabad jikser il-kundizzjonijiet tax-xogħol; iħaddem lill-ħaddiema bla ktieb tax-xogħol. Irrid nara wkoll li tinqata’ l-prattika li ħaddiema jitħallsu differenti għal xogħol ugwali. Ambjent Aħjar għal Uliedna. Irridu noffru kwalità ta’ ħajja aħjar. Irridu noħolqu bilanċ aħjar bejn it-tkabbir ekonomiku u l-ħarsien tal-ambjent ta’ madwarna. Inwiegħed li fuq medda ta’ ħames snin, fejn hu possibbli, jitħawlu varjetajiet ta’ siġar fl-ispazji rikreattivi, fl-ispazji miftuħa u f ’artijiet pubbliċi mhux użati. Irrid nara li s-siġar jingħataw l-attenzjoni meħtieġa. Dan sabiex niżguraw li jikbru f ’siġar kbar u sbieħ. Wiċċ gżiritna jrid jerġa’ jħaddar minn tarf sa ieħor. Esperjenza li laqtitek, f ’dawn il-jiem? Mara anzjana, nanna ta’ erbgħa, spjegatli
li minkejja l-pensjoni tagħha żdiedet sena wara l-oħra, xorta qed issib li minħabba l-mediċini mhijiex qed tgħix kwalità ta’ ħajja li jixraq lilha u lill-famija tagħha. Qaltli li l-proposta tal-mediċina b’xejn tgħinha ħafna tgħix aħjar bil-pensjoni li għandha. Assigurajtha li din il-proposta se nkun qed inwettaqha u nkomplu nżidu l-pensjonijiet. X’kienet liktar dikjarazzjoni li kellmuk nies dwarha? Illi nassiguraw l-għaqda fi ħdan il-Partit Laburista, xi ħaġa li se tkun prijorità għalija u li se nagħmel mingħajr kompromessi mas-sewwa.
Skont il-post u l-ambjent tal-madwar.
Il-kannabis rikreattiva. Se nibqgħu niddiskutu jew se naġixxu?
Sa meta tkun daħħalt ir-riforma għal iktar nisa fil-politika?
Sa issa bħala pajjiż imxejna b’għaqal kbir fejn tidħol il-kannabis għall-użu mediku, kemm bħala produzzjoni allura attività ekonomika ġdida, imma anke bħala mediċina għall-pazjenti Maltin. Kruċjali f ’dan il-kuntest illi nibqgħu naħdmu bil-għaqal fuq settur daqstant sensittiv. Jagħmel sens li nitkellmu fuq kif se nnaqqsu l-abbuż mid-droga, u allura f ’dan il-kuntest irridu naġixxu biex nieħdu deċiżjonijiet fl-aqwa interess taċ-ċittadini. Irridu nkomplu bil-kampanji edukattivi fost l-iskejjel tagħna bil-għan li nsaħħu r-reżiljenza tat-tfal tagħna għal kull tip ta vizzju relatat ma’ tabakk u drogi inġenerali. Ix-xogħol li qed isir mis-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia huwa kruċjali fuq riforma daqstant importanti u allura naraw li jkollna konklużjoni ta’ dan ix-xogħol sa tmiem il-leġiżlatura.
Ser naċċerta ruħi li tkun implimentata matul din il-leġiżlatura skont il-manifest elettoral li bih il-PL ġie elett fl-2017.
L-ODZ, għandhom jeżistu eċċezzjonijiet għal żvilupp fih? ODZ jibqa’ ODZ u rridu naraw li ma jiġix mittiefes ħlief f ’każijiet eċċezzjonali bħal infrastruttura kritika għall-pajjiż u f ’kull każ irid ikun hemm trasparenza sħiħa u diskuss fil-livelli kollha qabel tittieħed deċiżjoni li biha jiġi mittiefes l-ODZ. Irrid nassigura li l-liġijiet ma jkunx fihom loopholes u li l-bordijiet dejjem jaġixxu favur l-ambjent naturali qabel kwalunkwe żvilupp u l-policies ma jiġux mġebbda. Fuq kollox, ħadd mhu se jkun privileġġat jew ikollu xi saħħa li jiżviluppa bla rażan. Spiċċa ż-żmien tal-cowboys fl-ambjent. Il-bini għoli (high rise) tarah soluzzjoni jew problema?
Ir-riforma Kostituzzjonali għandek xi deadline għaliha? Irrid nara li kull saff tas-soċjetà Maltija jkun involut f ’din ir-riforma. Nemmen li riforma hekk jeħtieġ li tieħu ż-żmien tagħha, mingħajr dewmien żejjed u fejn hemm kwistjonijiet ta’ natura kostituzzjonali li jiġu identifikat bħala urġenti jitwettqu malajr. Irrid nara li x-xogħol fuqha jkun mexa ħafna sal-aħħar ta’ din il-leġiżlatura. L-età tal-edukazzjoni obbligatorja. Għad-diskussjoni jew kollox kif inhu? Ma hemmx lok ta’ esperimenti fuq uliedna. Waħda mill-prijoritajiet f ’dan il-qasam għandha tkun illi nkomplu naħdmu biex innaqqsu t-tfal li jitilqu mill-iskola wara s-sekondarja. Malta tiflaħ jew ma tiflaħx iktar barranin? Irridu nassiguraw illi l-ekonomija tagħna tkompli tikber b’mod sostenibbli. Għaldaqstant jeħtieġ li nnaqqsu l-effetti negattivi taż-żieda fil-popolazzjoni billi nieħdu l-miżuri meħtieġa għat-titjib fl-infrastruttura tagħna fil-pajjiż. Il-mina bejn Malta u Għawdex se ssir? Iva. Taqbel ma’ sħubija mandatorja f ’unjin?
Iva. Id-drittijiet tal-ħaddiema, f ’kull forma u xorta tagħhom, ma jistgħu qatt jiġu mittiefsa. Ma jien ser nippermetti li ebda ħaddiema, aktar u aktar dawk Maltin, ikunu b’xi mod żvantaġġati u anke fejn jidħol iddritt tagħhom tal-assoċjazzjoni ma’ unjin jeħtieġ li jiġi mħares akkost ta’ kollox. L-ewwel bidla li tagħmel fil-Partit Laburista jekk tinħatar mexxej? Il-Partit Laburista jrid jerġa’ jingħata s-saħħa u jkun iservi bħala parti miċchecks and balances għall-Gvern, inkluż li jipproponi policies u titjib fil-governanza. Il-Partit Laburista jrid ikun il-boxxla morali tal-Gvern u rridu nisimgħu u naħdmu qatiegħ fuq il-weġgħat tan-nies. Xi rwol għandha l-midja tal-partit jekk tmexxi int? Irridu niżguraw li l-midja tal-Partit twassal il-messaġġ b’mod effettiv fuq il-ħidma li jkun qed jagħmel il-Gvern. Dan nagħmluh b’rispett lejn il-pubbliku u dejjem b’rispett lejn l-etika ġurnalistika. L-istazzjon tal-Partit Laburista jista’ jkun ukoll għodda biex iwassal kritika kostruttiva lill-Gvern. Il-ħaddiema tal-istazzjon tagħna jistħoqqilhom kull tifħir, qed jagħmlu xogħol tajjeb però dejjem ikun hemm lok għal iktar titjib. Xi tgħid lil min qed jaqra din l-intervista? Il-Partit Laburista baqagħlu ħafna x’joffri. Nassigura li jekk kemm–il darba nkun elett bħala mexxej, ser nara li dan il-pajjiż ikollu rivoluzzjoni soċjali akbar bis-saħħa tal-proposti li semmejt hawn fuq. L-għan aħħari dejjem ikun kwalità ta’ ħajja aħjar għall-familji Maltin u Għawdxin, mhux biss fl-ekonomija, iżda wkoll fil-mod kif jgħixu.
09
22.12.2019
kullhadd.com
IL-ĦSIBIJIET TA’ CHRIS FEARNE Fi tmiem ġimgħa oħra ta’ kampanja għat-tmexxija tal-Partit Laburista tkellimna ma’ Chris Fearne, kontestant għal din il-kariga. Tlabna ħsibijiet dwar il-kampanja kif ukoll dwar temi diversi li fuqhom se jkollu jiddeċiedi jekk ikun Prim Ministru.
Kif tiddeskrivi l-ewwel jiem tal-kampanja għat-tmexxija? Fl-aħħar jiem jien u ndur il-bliet u l-irħula, il-pjazez u l-każini, iltqajt ma’ mijiet ta’ Laburisti ġenwini u li jħobbu lill-Partit, Laburisti li qed juru l-appoġġ għall-mexxejja ta’ dan il-Partit. Dan jibqa’ jimlieni b’kuraġġ kbir, għax naf li flimkien għad għandna ħafna fejn nibnu, għad għandna ħafna xi ntejbu u nistgħu nkomplu nagħmlu ħafna ġid lil Malta u Għawdex. U allura din l-ewwel ġimgħa tal-kampanja tiegħi kienet ġimgħa ta’ entużjażmu kbir. Esperjenza li laqtitek, f ’dawn il-jiem?
din ngħollu firxa wiesgħa ta’ ħaddiema u l-familji tagħhom li llum qed jgħixu b’paga ta’ madwar €900 fix-xahar. Din il-miżura tiswa madwar 10 miljuni iżda s-surplus għalhekk qiegħed – biex imur direttament fil-bwiet tal-familji ħabrieka tagħna. Il-kannabis rikreattiva. Se nibqgħu niddiskutu jew se naġixxu? Bħala tabib, jien personalment kontra kull forma ta’ tipjip, mhux biss kannabis imma anke sigaretti. Iżda l-opinjoni personali tiegħi m’għandhiex tinfluwenza l-politika tal-Gvern. Fuq il-kannabis rikreattiva għaddejja diskussjoni wiesgħa u se nkunu qed naġixxu fil-ħin opportun.
Ħa nkun skjett: ODZ huwa ODZ, bla kompromessi. It-tweġiba hija sempliċi. Aħna għandna nkunu l-aqwa promoturi tal-ambjent.
ma nistgħux ngħaġġluha. Huwa proċess delikat li jirrikjedi diskussjoni twila u sana. Issa aktar minn qatt qabel, qegħdin naraw oqsma fil-Kostituzzjoni li għandhom lacuna jew li hemm il-ħtieġa li jiġu adattati għar-realtajiet tal-lum. Madanakollu, irrid nara li l-problema attwali li għandu l-pajjiż u li tirrigwarda governabilità, tkun solvuta fl-ewwel 100 Jum ta’ Prim Ministru ġdid.
X’kienet l-iktar dikjarazzjoni li kellmuk nies dwarha?
Il-bini għoli (high rise) tarah soluzzjoni jew problema?
L-età tal-edukazzjoni obbligatorja. Għad-diskussjoni jew kollox kif inhu?
Hemm bosta, iżda tispikka l-weġgħa ta’ bosta li ma ħadux rimedju għal xi inġustizzji li sofrew. Evalwajt dak li qed jgħiduli n-nies u huwa għalhekk li nara l-ħtieġa li jerġgħu jitwaqqfu mill-ġdid il-bordijiet tal-inġustizzji. Irrid li jinstemgħu mhux biss appelli minn każijiet antiki, imma wkoll il-każijiet ġodda. Uħud kellmuni u spjegawli kif sabu evidenza ġdida li jaf tbiddel id-deċizjoni li ttieħdet, u għalhekk għandu jkun hemm il-possibbiltà ta’ appell. Jien qed inwiegħed li jekk dawn il-persuni jew oħrajn jersqu ’l quddiem għall-ewwel darba, u jinstab li għandhom raġun, se jinstabilhom rimedju. Hemm imbagħad il-ħaddiema tal-kuntrattur. Dawn huma ħaddiema li sfortunatament qed ibatu minn inġustizzja wkoll għaliex il-pagi tagħhom huma anqas minn ta’ ħaddiema oħra meta qed jagħmlu l-istess xogħol. Għalhekk, nara li jidħol fis-seħħ il-prinċipju ta’ ħlas ugwali għal xogħol l-istess. Hawn eluf ta’ ħaddiema li jaħdmu ma’ kuntrattur u li jaħdmu f ’entitajiet governattivi, iżda li l-paga tagħhom hija anqas minn tal-ħaddiema l-oħra. Jien irrid nara li dawn il-ħaddiema tal-kuntrattur jingħataw l-istess kundizzjonijiet, l-istess paga, l-istess rata ta’ overtime, l-istess żidiet u allowances biex hekk inkunu qegħ-
L-ambjent urban hu importanti għax hu l-ambjent dirett tagħna. Waqt li rridu nżommu l-pajsaġġ naturali tagħna fi stat tajjeb u mhux żviluppat, irridu spazju fejn niżviluppaw. Bini għoli f ’żoni kkontrollati jista’ jkunu waħda mis-soluzzjonijiet. Li hu żgur hu li għandna nipprijoritizzaw l-ispazji ħodor fl-ibliet u fl-irħula tagħna. Jekk inħarsu ftit kif kienu jibnu fl-antik, hemm lezzjonijiet kbar x’nistgħu nitgħallmu. Fil-qalba tal-irħula tagħna kienu jibnu b’mod li jkun hemm spazji rikreattivi, pjazez u ġonna. Dan għandu jibqa’ jiġi mħares. Irridu naħdmu id f ’id mal-Kunsilli Lokali sabiex nipproteġu l-wirt kulturali u storiku tagħna.
Nixtieq nara l-kunċett ta’ lifelong education jidħol sew f ’pajjizna. Jiġifieri niddedikaw iżjed riżorsi biex min irid ikompli jitgħallem tul ħajtu, anke b’mod formali, ikollu l-opportunità li jagħmel dan, u mhux joqgħod biss fuq dak li jkun tgħallem f ’żgħożitu.
Sa meta tkun daħħalt ir-riforma għal iktar nisa fil-politika?
Il-mina bejn Malta u Għawdex se ssir?
Fl-aħħar jiem esperjenzajt b’mod kontinwu l-qalb kbira Laburista li tixtieq tħalli dan l-episodju mudlam warajha u tkompli fit-triq tas-suċċess li jixirqilha. B’hekk din il-mixja tagħna flimkien inqisha bħala esperjenza kollettiva t’imħabba, lejn il-Partit Laburista u dak kollu li jgħaqqadna.
L-ODZ, għandhom jeżistu eċċezzjonijiet għal żvilupp fih?
Irrid nara li nlestu l-qafas legali U nibdew il-proċess fil-Parlament fl-2020. Din hija riforma neċessarja u nħares ’il quddiem sabiex nara Parlament iżjed bilanċjat, iżjed ugwali u iżjed effettiv! Ir-riforma Kostituzzjonali għandek xi deadline għaliha? Għalkemm ir-riforma kostituzzjonali hija neċessarja, anke abbażi ta’ dak kollu li għaddejna minnu fl-aħħar ġimgħat,
Malta tiflaħ jew ma tiflaħx iktar barranin? Biex l-ekonomija tkompli tikber jeħtieġ is-sehem tal-ħaddiema barranin. Iżda rridu niżguraw illi s-servizzi u l-infrastruttura tal-pajjiż ikunu jifilħu għal din iż-żieda fil-popolazzjoni.
Diġà ddikjarajt pubblikament li naqbel li ssir il-mina bejn iż-żewġ gżejjer. L-ekonomija u l-ħajja f ’Għawdex trid tkompli tiġi xprunata u l-konnettività hija fattur importanti ferm f ’dan kollu – mingħajr ma tiġi mittiefsa l-identità speċjali tal-gżira Għawdxija. Taqbel ma’ sħubija mandatorja f ’unjin? L-affarjiet mandatorji jdejquni. Madanakollu, nemmen li huwa importanti li
l-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol ikunu magħquda u rrappreżentati. Irrid nara li l-unjins jingħataw aktar spazju u riżorsi biex jikbru u jissaħħu. L-ewwel bidla li tagħmel fil-Partit Laburista jekk tinħatar mexxej? Il-proċess ta’ tiġdid li qed jgħaddi minnu l-Partit bħalissa għandu jagħmilna partit iżjed b’saħħtu. Irridu nibqgħu viċin il-qalb kbira tal-poplu Malti, u Gvern Laburista għandu bżonn Partit b’saħħtu li jkun il-vettura biex nisimgħu iżjed il-karba u l-weġgħat tan-nies. Nixtieq nara struttura fi ħdan il-partit li tkun qed tara li l-Membri Parlamentari, ir-rappreżentanti tal-poplu Malti u Għawdxi, jiltaqgħu b’mod regolari u strutturat mal-attivisti, id-delegati u l-fergħat tal-partit. L-għan aħħari hu li l-membri tal-partit ikollhom sehem ikbar u iżjed dirett fit-tfassil tal-politika. Xi rwol għandha l-midja tal-partit jekk tmexxi int? Fil-midja tal-Partit Laburista nara portavuċi għall-politika Laburista li kulma jmur għandha tibqa’ tissaħħaħ u ssir iżjed effiċjenti. Hija wkoll mezz importanti ta’ taħriġ għal politiċi żgħażagħ li għandhom jibqgħu jingħatalhom l-ispazju u l-opportunità jitgħallmu bl-iżjed mod dirett u effettiv. Xi tgħid lil min qed jaqra din l-intervista? Agħmlu kuraġġ – il-maltemp jgħaddi u noħorġu iżjed b’saħħitna! Bl-għaqda bejnietna u bil-lealtà lejn il-valuri li jgħaqqduna, dan il-Partit ser jibqa’ wieħed rebbieħ għal ħafna u ħafna snin! Nibqgħu dejjem kburin li Laburisti, kburin li Maltin!
13
22.12.2019
kullhadd.com
BUSUTTIL U CAMILLERI JSEGWU ’L XULXIN • MHUX L-EWWEL DARBA LI ĦADMU ID F’ID • BUSUTTIL JISTAQSI FIL-PARLAMENT DAK LI MA JĠIBX CAMILLERI
Il-ġurnalist mkeċċi mit-Times of Malta, Ivan Camilleri u l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttik kienu jsegwu lil xulxin fuq stejjer maħsuba biex jimbarazzaw lill-Gvern. Dan sal-aħħar ġimgħat. Il-gazzetta KullĦadd tista’ tikkonferma dan minn sorsi differenti li spjegaw kif filwaqt li kien normali ħafna li Simon Busuttil jibni n-narrattiva politika tiegħu fuq stejjer li jkun ħoloq Ivan Camilleri, kien hemm iktar minn dak li jidher. Fost oħrajn nistgħu nikkonfermaw b’ċertezza li meta Ivan Camilleri ma kienx jasal għall-istorja li jkollu f ’moħħu minħabba li ma jġibx l-informazzjoni, oħroġ il-għaġeb din l-informazzjoni kienet tintalab minn Simon Busuttil. Fil-fatt, nistgħu nikkonfermaw li hemm mistoqsijiet parlamentari ppreżentati minn Busuttil li nibtu ftit wara li talbiet permezz tal-Freedom of Information Act ma ntlaqgħux. Iżda, din ma kinitx l-unika okkażjoni fejn Ivan Camilleri ħadem għal Simon Busuttil jew ħadmu flimkien. Fil-fatt, Ivan Camilleri kien ukoll parti millfamuż google group tal-Eks Ministru Tonio Fenech. Dan kien grupp li nħoloq meta Si-
mon Busuttil kien beda jmexxi l-Partit Nazzjonalista biex tkun attakkata l-politika ekonomika ta’ Gvern Laburista. Fiha kien hemm uffiċjali taċ-ċivil li l-lealtà tagħhom kienet lejn il-Partit Nazzjonalista, politiċi u ġurnalisti bħal Ivan Camilleri li wkoll l-ewwel interess tagħhom kien il-Partit Nazzjonalista. It-Times of Malta mhux l-ewwel darba li kienet fil-mira minħabba n-nuqqas ta’ imparzjalità ta’ Camilleri li kien ukoll aggressiv u provokattiv fl-aġir tiegħu lejn politiċi tal-Gvern. Iżda, dejjem iddefendietu. Għalkemm issa jidher li ma setgħetx tagħmel mod ieħor. Saħansitra fl-aħħar sigħat irtirat id-difiża li għamlet għalih fl-aħħar xhur.
Il-gazzetta The Times of Malta rtirat stqarrija pubblika li ħarġet xahar ilu biex tiddefendi b’qawwa lill-ġurnalist Ivan Camilleri. L-istqarrija ġiet irtirata l-għada li ġie żvelat li kien il-ġurnalist ta’ The Times of Malta Ivan Camilleri li allegatament għadda informazzjoni lil Yorgen Fenech, li l-pulizija kienet qed issus warajh. Dan lejlet li Fenech ipprova jaħrab minn pajjiżna fuq il-jott lussuż tiegħu. Yorgen Fenech huwa s-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u l-Maltatoday irrappurtat li isem Ivan deher f ’messaġġi fuq il-WhatsApp li rat il-Pulizija bejn Yorgen Fenech u zijuh Ray Fenech. Sigħat wara li ġiet żvelata din
l-aħbar, il-kumpanija Allied Newspapers ikkonfermat li Camilleri tkeċċa minn senior journalist tat-Times of Malta. Dan għax qalet li waslu għandha bosta fatti fuq sensiela ta’ każijiet li kien involut fihom Camilleri. It-Times of Malta bidlet stqarrija ta’ difiża fil-konfront ta’ Ivan Camilleri anki wara li ġie rrappurtat li allegatament Camilleri nqabad jisraq oġġetti ta’ kwalità għolja ħafna minn supermarket fin-Naxxar. Fil-31 ta’ Ottubru t-Times of Malta kienet iddefendiet lil Camilleri u saħansitra attakkat lil Saviour Balzan tal-Maltatoday li kien ħareġ l-istorja. It-Times of Malta kienet qalet li dan il-każ ma kien xejn għajr
wieħed innoċenti li ġara bi żvista u sostniet li b’mod malizzjuż Saviour Balzan interpreta l-affarijiet b’mod ħażin. Saħansitra kienet qalet li kienet se tiddefendi lill-ġurnalist tagħha minn attakki personali. Madanakollu, wara l-aħbar xokkanti tal-bieraħ li allegatament kien ġurnalist tagħha li għarraf lil Fenech li l-Pulizija kienet warajh, it-Times of Malta qalet li kompliet tinvestiga l-allegazzjonijiet u skopriet affarijiet kontradittorji dwar il-każ li ġew ikkonfermati minn numru ta’ individwi. Intant wara li tkeċċa, Ivan Camilleri ħareġ stqarrija u attakka lit-Times of Malta u qal li din kienet biss interessata li ssib skuża biex twaqqaflu xogħlu.
15
22.12.2019
kullhadd.com
JIKKWOTAW DISKORS LI M’EŻISTIEX
Ġurnali bl-Ingliż dawru għalkollox stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Bank Ċentrali fuq it-tbassir ekonomiku li għamel għall-2019 sal-2021. Fil-fatt, itTimes of Malta intitolat ir-rappurtaġġ tagħha bħala “Economy risks slowdown if political crisis persists” Central Bank. L-istess titlu ngħata b’ “koinċidenza” mill-Independent. Dan jagħti wieħed x’jifhem li din il-frażi tinstab fl-istqarrija tal-Bank Ċentrali. Fil-fatt, din imkien ma tuża l-frażi “political crisis”. Minflok tuża l-frażi “the recent escalation of domestic political uncertainty”. Filwaqt li l-ġurnali bl-Ingliż qalu li l-Bank Ċentrali kkonkluda li l-iżviluppi politiċi f ’pajjiżna ser iwasslu għal tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, ir-rapport tal-Bank Ċentrali fil-fatt jgħid “the heightened political uncertainty towards the end of 2019 could offset this effect although at the current juncture the Bank does not have as yet sufficient information
to gauge this impact.” Ifisser li l-esperti tal-Bank Ċentrali għadhom jevalwaw dak li qed jiġri għax ma hawnx biżżejjed informazzjoni konkreta. Barra minn hekk, filwaqt li l-gazzetti bl-Ingliż u l-Oppożizzjoni qed jagħtu l-impressjoni li qed jonqos il-konsum u l-investiment, l-analisti tal-Bank Ċentrali kulma jgħidu li jista’ jkun li jekk il-perjodu tal-inċertezza jkun twil, ikun hemm xi posponiment tal-konsum u l-investiment. Li jfisser li mhux l-attività ekonomika tonqos imma li din isseħħ wara li titwettaq bidla politika. Dan jindika kemm kienet għaqlija d-deċiżjoni tal-Prim Ministru biex il-kampanja biex jinħatar Kap tal-Partit Laburista tkun qasira u sseħħ matul il-perjodu tal-festi, li tradizzjonalment huwa żmien fejn ħafna negozji kbar ikollhom operat ridott. Filwaqt li l-gazzetti bl-Ingliż ippruvaw jgħidu li l-Bank Ċentrali
BIDLIET MINN BOOKING.COM WARA LMENTI MILL-KONSUMATURI • DAK LI SE JINXTARA JRID IKUN ĊAR KRISTALL Is-sit popolari booking.com irid jagħmel numru ta’ bidliet bil-għan li l-konsumatur ikun mgħarraf aħjar dwar l-offerti li jkunu qed jiġu preżentati quddiemu. Is-sit, popolari wkoll ma’ ħafna Maltin, twassal biex jagħmel dan mill-Kummissjoni Ewropea u lmenti minn assoċjazzjonijiet tal-konsumatur. Filfatt, il-bidliet huma riżultat ta’ djalogu. Il-bidliet iridu jidħlu sa Ġunju 2020 bil-għan li l-konsumatur ikun jista’ jqabbel aħjar l-offerti li jkollu quddiemu skont il-liġijiet tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissarju Ewropew għall-ġustizzja u l-konsumatur, Didier Reynders, qal: “Il-kumpaniji kollha jridu jilħqu l-istandards tagħna għall-konsumatur jekk iridu jkomplu jagħmlu n-negozju fl-Unjoni Ewropea.” Fost oħrajn booking.com trid tibda tagħmilha ċara li meta tikteb li baqa’ l-aħħar kamra tkun qed tirreferi għall-offerta li tkun qed toffri u mhux fil-lukanda.
Hekk kif meta jingħad hekk, il-lukandi xorta waħda jista’ jkun baqgħalhom postijiet u għalhekk tkun qed tingħata impressjoni żbaljata li ġġiegħel lill-konsumatur jgħaġġel fl-għażliet tiegħu. Ma tistax lanqas tibqa’ tippreżenta offerti bħala offerti li għandhom xi limitu ta’ żmien jekk imbagħad l-istess prezz jibqa’ jkun offrut. Meta booking.com jagħti l-impressjoni li qed jagħti xi offerta irid jibda jqabbilha mal-prezz standard biex ikun ċar kemm qiegħed jiffranka l-klijent. Booking.com trid tibda turi wkoll b’mod evidenti jekk akkomodazzjoni tkunx offruta minn xi ħadd professjonali fis-settur jew jekk tkunx akkomodazzjoni privata. L-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur Ewropej se jkunu qed isegwu dawn il-bidliet u b’koordinazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea l-awtoritajiet se janalizzaw il-prattiċi ta’ platforms online li jipprovdu servizzi marbuta ma’ vjaġġar.
qed jgħid li l-konsum privat u l-investiment se jonqsu, fir-realtà r-rapport tal-Bank Ċentrali jbassar żieda ta’ 4.1% fil-konsum privat fl-2020 u ta’ 12.2% fl-investiment fl-istess sena. B’kuntrast fl-2012, sena fejn verament kien hawn inċertezza politika, il-konsum privat kien naqas b’0.5% waqt li l-investiment kien tela’ b’1.5% biss (u dan frott żieda qawwija fl-investiment tal-Gvern qabel tħabbret l-elezzjoni ġenerali). Minkejja li x-xenarju ekonomiku internazzjonali qiegħed ikompli jiċċajpar, b’aġenziji internazzjonali jirrevedu ’l isfel it-tbassir ekonomiku, il-Bank Ċentrali ta’ Malta jibqa’ kunfidenti mill-istat tal-ekonomija ta’ pajjiżna. Filfatt, ir-rapport isostni li “the Central Bank of Malta expects economic growth over the coming years to remain strong.” Skont l-esperti tal-Bank Ċentrali, minkejja l-andament negattiv fil-pajjiżi ta’ madwarna,
it-tkabbir ekonomiku f ’pajjiżna ser jkun ta’ 5.1% fl-2019. Dan huwa kważi d-doppju tat-tkabbir antiċipat fl-ekonomija dinjija mill-Fond Monetarju Internazzjonali u kważi erba’ darbiet it-tkabbir fiż-żona ewro antiċipat mill-Kummissjoni Ewropea. It-tkabbir f ’pajjiżna fil-fatt ser ikun xprunat minn żieda fil-konsum privat kif ukoll minn investiment qawwi. Dan mistenni jsostni t-tkabbir ekonomiku f ’pajjiżna sakemm ix-xejriet fl-ekonomija dinjija jitjiebu, u l-esportazzjoni minn pajjiżna terġa’ tibda tirranka. Skont it-tbassir tal-Bank Ċentrali, sal-2021 ir-rata tal-qgħad f ’pajjiżna mistennija tkun 3.8%, rata li hija fost l-anqas qatt osservata fl-istorja ta’ pajjiżna. L-esperti tal-Bank Ċentrali qed jantiċipaw li l-Gvern ser ikompli jirreġistra surplus fil-kontijiet pubbliċi, tant li l-piż tad-dejn nazzjonali huwa mbassar li jonqos
għal kważi 35% tal-ġid nazzjonali sa sentejn oħra. Ta’ min ifakkar li f ’Marzu 2013 id-dejn nazzjonali kien ilaħħaq 71% tal-ġid nazzjonali. Dan ifisser li l-piż tad-dejn nazzjonali ser tkun naqas b’aktar min-nofs. Dan it-titjib fil-finanzi pubbliċi qed iseħħ minkejja li l-ispiża kapitali mistennija tilħaq livelli rekord. Fil-fatt, fis-snin li ġejjin l-ispiża kapitali mistennija tkun kważi 5% tal-ġid nazzjonali. It-tbassir tal-Bank Ċentrali juri kemm din l-amministrazzjoni qed verament tibni Malta għal għada. Li f ’anqas minn żewġ leġiżlaturi, il-piż tad-dejn nazzjonali jonqos bin-nofs huwa l-aqwa legat li qatt ingħata lil ġenerazzjonijiet futuri. Barra minn hekk, dan qed iseħħ fi żmien meta l-investiment qed jilħaq livelli rekord. It-tkabbir ekonomiku preżenti qed jintuża biex jitpoġġew il-bażijiet għat-tkabbir ekonomiku futur ta’ pajjiżna.
16
22.12.2019
kullhadd.com
OLIVER FRIGGIERI: AWTUR TA’ KWADRI TAD-DINJA ANTIKA LI GĦEBET GĦALKOLLOX Twieled il-Furjana fl-1947, qrib il-Port, imbagħad trabba Balzunetta, in-naħa l-oħra tal-Furjana. Iż-żewġ naħat ħallew effett qawwi u sabiħ fuqu, u meta jħares lura llum jintebaħ li l-inħawi tat-tfulija huma l-inħawi tal-istejjer kollha li kiteb tul ħajtu kollha. Siefer kemm siefer matul iż-żmien, ebda post ieħor ma ħalla fuqu din l-influwenza. Għalih, il-fiction ma teżistix. Hi biss att li bih inżellġu stampa ffukata. Għal din l-intervista tkellimt mal-ħabib tiegħi, il-Professur Oliver Friggieri. Minn CHARLES B. SPITERI
Is-snin ta’ wara l-gwerra ġabu magħhom bosta dixxiplina fil-familji Maltin, fir-relazzjoni bejn ġenituri u tfal. Ħafna kienu familji foqra. Kif tiddeskrivi l-qagħda tal-familja tiegħek u l-ambjent Malti ta’ tfulitek? Iva, it-trobbija kienet dixxiplinata ħafna. Il-ġenituri kellhom poter kbir, sħiħ, fuqna. Anki meta konna tfarfarna ħafna. Il-ħinijiet, il-postijiet, il-ħbieb: dawn kienu elementi li kellhom l-approvazzjoni tal-ġenituri, l-aktar tal-missier. L-omm kellha s-setgħa tagħha wkoll, iżda għall-inqas fil-każ tiegħi, il-kmand kien kollu f ’idejn il-missier. Missieri kien jaħdem mal-Ingliżi, jiġifieri ma’ nies li kellhom sens qawwi ta’ dixxiplina. Ma naħsibx li konna sinjuri, u żgur li ma konniex fqar. Kellna kulma konna nixtiequ, minn ikel sa ġugarelli, minn flus fil-but sa toroq ħielsa, nodfa, u bla periklu. Illum it-toroq huma nervi, konfużjoni, mard u mewt. Ma kellna xejn ħdejn il-fsied tal-lum, iżda konna kuntenti. Kif taf, jien ma nqisx li ż-żmien ifisser dejjem progress. Hemm żvilupp li hu ħażin: pereżempju, art ta’ ftit kilometri kwadri kif ġara fi żmienna ġiet irvinata. Il-ftit ambjent naturali li fadal insteraq. Fil-ktieb tat-tifkiriet tiegħi, Fjuri li ma Jinxfux, maħruġ ftit snin ilu mill-Klabb Kotba Maltin, ippruvajt nagħti deskrizzjoni dettaljata tal-ħajja li għexna fis-snin ħam-
sin-sittin tas-seklu l-ieħor. X’tista’ tirrakkuntalna fuq it-trobbija kif tiftakar il-Furjana ta’ tfulitek, u r-relazzjoni jekk kellek, man-nanniet jew zijiet? Kemm in-nanniet u kemm iz-zijiet kienu għeżież ħafna għalina, l-aktar għax xi drabi konna norqdu għandhom, jew għax magħhom kellna aktar libertà. Fir-rumanz Ġiżimin li Qatt ma Jiftaħ, rakkont li jseħħ f ’Balzunetta fil-ħamsinijiet, il-figura tan-nannu hi kwadru li jien ippruvajt inpinġih b’rispett u b’ammirazzjoni. L-ambjent nadif u ferrieħi tal-iskola primarja tal-Furjana mexxieni waħdu fit-triq tal-kitba u tal-istudju. Tfuliti fl-iskola hi parti mid-dinja mitlufa li għalija fissret għajn ta’ ispirazzjoni. Bħala l-awtur ta’ kotba ta’ nostalġija u ta’ memorja nista’ ngħid li r-rumanzi u n-novelli tiegħi huma kollha kwadri ta’ dinja antika li għebet
għalkollox. Fil-qalba tal-kotba narrattivi tiegħi naħseb li hemm il-passat mixtieq bħala futur. Diversi nies ġieli waqqfuni fittriq jew b’modi oħra biex juruni kemm sabu lilhom infushom f ’dawn ir-rakkonti. Bħala regola kellhom id-dmugħ f ’għajnejhom. X’wasslek biex ħadt interess qawwi fl-ilsien Malti tagħna? Ma nafx nispjega kif beda fija l-interess fl-ilsien Malti. Naf żgur li minn dejjem laqatni bħala lingwa sinjura u espressiva ħafna. Bdejt nikteb il-poeżija minn meta kelli madwar 12 jew 13–il sena, l-istess żmien meta bdejt nippubblika xi versi u xi artikli fil-gazzetti, fosthom Il-Berqa u Leħen is-Sewwa. Wara l-attendenza fl-iskola primarja, naf li mort is-Seminarju. X’kienet ir-raġuni? Mill-iskola primarja għaddejt għas-sekondarja. Kont għaddejt għas-Seminarju Minuri u għall-iskola Politeknika. Missieri offrieli nagħżel fejn xtaqt immur. Għażilt is-Seminarju, avolja dan kien bi ħlas, u l-iskola l-oħra kienet
Ma naħsibx li kont influwenzat minn Dun Karm. Bħala kittieb ta’ poeżiji, ta’ novelli u ta’ rumanzi kienet il-mużika, l-aktar Franċiża u bla kliem, li kienet tinfluwenzani
b’xejn. Kont ili li wrejt ix-xewqa bil-Malti. Ġbart il-poeżiji tiegħu li nsir saċerdot, xewqa li għadni bit-Taljan, u wkoll dawk li kiteb nħossha llum ukoll. bil-Malti. L-istudju xjentifiku ta’ Dun Karm bħala bniedem u bħala poeta ħadli l-akbar perijodu ta’ X’kien li nissel fik il-ħajra ħajti. Ktibt ħafna fuqu, inkluża u l-gost għat-tkomplija l-bijografija tiegħu. Ma rajtu qatt, tal-istudju? iżda hu l-persunaġġ li naħseb li Bqajt nistudja fis-Seminarju Min- naf l-aktar. uri sakemm imbagħad, wara li għamilt l-eżamijiet tal-Matrikola, Tħoss iżda li ħajtek kienet dħalt fis-Seminarju Maġġuri biex influwenzata minn nibda l-istudji saċerdotali tiegħi. Dun Karm? Kienet is-sena tal-Indipendenza, l-1964. Din kienet ir-raġuni Ma naħsibx li kont influwenzat għala studjajt il-Latin u l-Grieg minn Dun Karm. Bħala kittieb għal seba’ jew tmien snin sħaħ. ta’ poeżiji, ta’ novelli u ta’ ruDawn l-istudji fetħuli dinja ġdi- manzi kienet il-mużika, l-aktar da, u komplew kabbru fija l-gost Franċiża, u bla kliem, li kienet tal-istudju tal-Letteratura u tal-Fi- tinfluwenzani. losofija. Personalità qawwija f ’pajjiżna kienet bla dubju dik Ħafna jassoċjawk ferm tal-Arċisqof Mikiel Gonzi, mal-ilsien Malti, iżda int li lħaqtu żgur. Tgħidli xi mhux mill-Malti bdejt. U ħaġa fuqu? għaliex dejjem twaħħadt u wrejt interess uniku u Il-laqgħat tiegħi mal-Arċisqof partikulari f ’Dun Karm? Gonzi bdew kmieni. L-ewwel Maż-żmien speċjalizzajt fil-livell laqgħa ġrat minħabba li jien u ta’ B.A., M. A. u Ph.D. fit-Tal- sieħbi Paul Midolo ktibna lill-Vajan. Għat-teżijiet tiegħi, dejjem tikan biex jibagħtulna speċi ta’ fid-Dipartiment tat-Taljan u messaġġ għax il-gazzetta li konbi Professuri Taljani, għażilt li na noħorġu bejnietna, Il-Verità, nagħmel riċerka dwar ir-rabta kienet għalqet xi numru ta’ snin. profonda bejn il-Malti u t-Taljan; Iżda konna għamilna wkoll żball qasam ta’ studju li speċjalizzajt kbir. Hekk deherlu Gonzi; ma fih u li għadni nikteb dwaru sal- konniex urejna l-ittra lilu qabel lum ukoll. Iż-żewġ teżijiet tiegħi ma bgħatnieha Ruma. L-istorja ħarġu bħala volumi fl-Italja, u kollha inkludejtha fi Fjuri li ma huma dawn: La Cultura Italiana a Jinxfux. Ftit snin wara, imbagħad, Malta – Storia e Influenza Attraverso l-Arċisqof Gonzi bagħat għalija l’Opera di Dun Karm (maħruġ f ’Fi- wara li kont ippubblikajt artiklu renze fl-1978) u Storia della Letter- f ’It-Torċa. Il-kwistjoni tal-Arċisatura Maltese (ippubblikat bħala qof mal-Perit Mintoff ma kinitx spiċċat għalkollox. Stejjer twal, volum f ’Milazzo fl-1986). L-interess tiegħi f ’Dun Karm insomma. wassalni biex ktibt diversi kotba fuqu, kemm bit-Taljan u kemm Xi rikordju tal-ewwel
17
22.12.2019
kullhadd.com
kienu tradotti f ’lingwi barranin. Xi kemm–il traduzzjoni f ’ilsna oħra kellek tax-xogħlijiet tiegħek? Bejn 60 u 70 ktieb fi traduzzjonijiet maħruġin f ’diversi pajjiżi. Lingwi: Ingliż, Taljan, Franċiż, Ġermaniż, Urdu, Għarbi, Ungeriż, Portugiż, Norveġiż, Bengali, Kors (korsikan), Russu, Finlandiż, Maċedonjan, Serbo-Kroat. Xi żmien ilu ħareġ kiteb bi tpinġijiet tiegħek. Għalija, din xi ħaġa ġdida. Ilek li bdejt bit-tpinġija?
safra tiegħek?
lħaqtu. B’dan l-iskop ippubblikajt ħafna studji bit-Taljan u bl-Ingliż L-ewwel safra tiegħi kienet fis-sa- f ’pajjiżi barranin f ’rivisti prestiġjf tal-1967. Konna sifirna Ritchie jużi. Vella Laurenti, ħabib kbir tiegħi, illum nutar, li kien seminaris- Bħala awtur, għandek xi ktieb ta miegħi. Maż-żmien hu ħareġ li tista’ tgħid hu aktar għal mill-kors, u siefer. U jien ukoll qalbek minn ieħor? ħriġt u sifirt. Liema pubblikazzjoni hi għal qalbi l-aktar... L-ewwel nett naqsam U nimmaġina li sifirt ħafna riżultat tal-istudju u t-tagħlim il-kotba tiegħi f ’żewġ ġeneri: riċerka u narrattiva. Ix-xogħol li li akkwistajt. Xi tgħidli? hu l-aktar għal qalbi hu t-triloġiIva, sifirt ħafna, indirizzajt mad- ja Hekk Tħabbat il-Qalb Maltija, war 70 kungress fi bliet Ewropej. xogħol ta’ madwar 12–il sena, Inħoss nostalġija kbira għal dawn magħmul minn tliet rumanzi, Itil-kungressi. Kont kuntent li Tfal Jiġu bil-Vapuri, La Jibbnazza f ’kull kungress, jekk ma kinitx xi Niġi Lura u Dik id-Dgħajsa f ’Nofs preżentazzjoni ta’ xi ktieb Taljan il-Port. tiegħi, kont kuntent li tkellimt dwar Malta. Dan kien wieħed Naf li numru ta’ mill-iskopijiet tiegħi, u naħseb li pubblikazzjonijiet tiegħek
Meta kont student fl-iskola primarja, kont inħoss ix-xewqa li npinġi. Darba kelli l-ħsieb li mmur nagħmel kors fl-hekk imsejħa School of Art iżda l-istudju ma kienx iħallili ħin. Imma bqajt nixtieq inpinġi. U dawn l-aħħar sentejn bdejt inpinġi kważi b’mod regolari u b’lapes u pinna, fuq kartuna, bil-pinna. Ingħoġbu, u ħarġuhom ukoll fi ktieb, u allura komplejt. Forsi din hi espressjoni tax-xewqa antika tiegħi li ma niktibx iżjed. Kuntent bil-kelma? Sa ċertu punt, iva, iżda mhux aktar. Ħdejn il-mużika ma joqgħod xejn u ħadd. Hi l-lingwa ta’ Alla, qariba tas-silenzju…Kont xtaqt nieqaf mill-kitba, u għal dan l-iskop qtajt is-sigaretti. Xewqti kienet li nsir direttur ta’ orkestra… iżda… Għaliex? Direttur ta’ orkestra jista’ jkun ukoll kompożitur, kantant, żeffien, kelliem, attur. Ħdejn il-mużika ma joqgħod ħadd, u xejn, ħlief is-silenzju. Lil pajjiżna tajtu ħafna minn saħħtek. Tħoss li lħaqt il-qofol ta’ dak kollu li xtaqt twettaq? Naħseb li iva, naħseb li kollox ma’ kollox għamilt kulma stajt u wasalt. Qabelxejn ridt li l-istudju kritiku tal-letteratura jittella’ għal-livell akkademiku tal-lettera-
turi l-oħra. U ħwejjeġ oħra wkoll ukoll li għandi nkun grat. Mhux fil-qasam tal-ħsieb. tassew li l-Maltin ma japprezzawx. Japprezzaw u japprezzaw ħafIl-Maltin u l-Għawdxin na iżda fil-kwiet u fil-privat. maż-żmien qisu li jnaqqsu l-apprezzament tagħhom Mil-lat intellettwali: X’tixtieq li lejn min ikun kiber fl-età. tara b’risq l-istudenti Qatt ħassejtek miċħud jew tal-lum u kif tħares lejn nieqes mill-apprezzament li il-futur tal-ilsien Malti jistħoqqlok għal dak kollu li f ’pajjiżna stess? wettaqt? L-interess fil-Malti kiber ħafna. Le, ma nħossnix miċħud, anzi Bosta studenti jagħżlu l-istudnħossni grat ħafna bl-apprez- ju tal-Malti bħala professjoni zament li nsib mingħand bosta tagħhom. Jonqos biss li jiżdiedu nies. Inkun qiegħed niftaħar jekk l-impjiegi f ’dan il-qasam. Hekk inkompli ngħidlek fuq l-apprezza- inkunu daqs u bħal pajjiżi barrment popolari li nsib, iżda nħoss anin.
18
22.12.2019
kullhadd.com
GĦAJNUNA MALTIJA LIL Stephen, tista’ tagħtini ħjiel fuq kif oriġinat din l-organizzazzjoni?
Madwar ħames snin u nofs ilu, f’Malta nħasset il-ħtieġa li titwaqqaf organizzazzjoni bl-isem ta’ Aid to the Church in Need. Fost il-bosta skopijiet li llum għandha din l-organizzazzjoni dinjija hemm li jiġu megħjuna numru ta’ nies li bi skuża jew oħra qed jiġu ppersegwitati f’pajjiżhom. Numru sew minnhom huma tfal iltima li raw lill-ġenituri tagħhom jinqatlu quddiem għajnejhom. Fuq l-organizzazzjoni, it-tmexxija u l-ħidma ta’ din l-NGO, tkellimt ma’ Stephen Axisa, Direttur għat-taqsima Maltija. Minn CHARLES B. SPITERI
Bdiet fl-1947 meta ċertu Fr Werenfried van Straaten, Olandiż, intalab mill-Papa ta’ dak iż-żmien biex jagħmel xi ħaġa għal dawk in-nies tal-Lvant li kienu ħerġin mill-gwerra. F’faqar u miżerja kbira, beda jdur lill-bdiewa, li kienu jagħtuh minn dak li jkollhom, ġieli anki xi ħanżira żgħira. Tlaqqam “bacon priest” u jidher f ’xi ritratti b’ħanżira f ’idejh. Dan is-saċerdot kien ambizzjuż u jirsisti ferm. Fil-fatt, l-ewwel proġett kbir tiegħu kien li ried jiġbor 120 karozza, biex jagħtiha lill-qassisin ħalli jwasslu l-kelma t’Alla fl-iktar postijiet imbiegħda. Ħasbuh miġnun; iżda fil-verità ġabar aktar karozzi milli xtaq. Kienu VW Beatles u qassamhom għall-iskop tagħhom. Ivvinta wkoll iċ-Chapel Trucks, li kienu trakkijiet tal-gwerra mibdula f ’kappelli, li jduru u jmorru ħdejn in-nies biex titqaddes il-quddiesa. L-organizzazzjoni kompliet tiżviluppa u qisha bdiet tindirizza l-ħidma tagħha fuq nies li bdew ikunu ppersegwitati; jiġifieri fejn il-Knisja ma tistax teżerċita l-missjoni tagħha qalb il-Kristjani għal xi raġuni jew oħra: bħal raġuni ekonomika jew politika. Illum, l-organizzazzjoni għandha 23 uffiċċju, fosthom dan ta’ Malta, li kien it-18–il wieħed li fetaħ, u ilu ħames snin u nofs. L-iskop tagħna hu li noħolqu kuxjenza fost il-Maltin u l-Għawdxin fuq dawn ħutna li qed jiġu ppersegwitati bl-aktar mod aħrax. Dawn l-uffiċċji qed jaħdmu f ’140 pajjiż, miċ-Ċina sal-Arabja Sawdija, is-Sirja, l-Iraq, il-Pakistan, fejn hemm minoranza Kristjana u kull fejn għal xi raġuni, l-Insara qed jiġu ppersegwitati. Iżda bħala Aid to the Church in Need x’tagħmel eżatt? Bħalissa qed ikollna madwar 10,000 talba għal proġetti fis-sena. Il-proġetti jmorru fil-kwartieri tagħna, li jinsab f ’Königstein, il-Ġermanja, fejn hemm id-direttriċi tal-proġetti u għandha l-impjegati magħha, li huma responsabbli għannies kollha tad-dinja u minn hemm jiġu studjati l-proġetti. Għax kif jaf kulħadd, ikollok min jersaq għal proġetti fl-arja, u aħna nkunu rridu nagħmlu mezz – u dik l-aktar li nagħfsu fuqha – li nagħmlu proġett li jaqa’ taħt l-iskop tal-organizzazzjoni, u li l-proġett ikun realistiku u jsir. Imbagħad, aħna mmorru naraw li qed isir u li jsir skont kif ftehimna, għax issib min jibda mod u jispiċċa mod ieħor. Jiġini f ’moħħi li l-Aid to the Church in Need konna minn tal-ewwel, mhux uffiċjalment, li dħalna fl-Iraq. Konna hemm qabel ma daħlu n-Nazzjonijiet Uniti. Hemm, il-ġeneru tal-bżonn kien divers. L-ewwel għenna lin-nies li kellhom jaħarbu mill-villaġġi tagħhom u sabu ruħhom fin-naħa ta’
fuq tal-pajjiż, ftit bogħod minn Mosul, li kienet assedjata mill-ISIS. Għamilnielhom dawk li jgħidulhom porta-cabins u tined b’saħħithom biex ikunu jistgħu jistkennu fihom, għax it-temp hu aħrax. Bnejna wkoll tmien skejjel f ’Erbil u Ankawa. L-iskejjel huma porta-cabins u kull skola tikkonsisti fi 22 porta-cabin; 18–il klassi, tnejn għat-toilets u tnejn għall-amministrazzjoni. Illum qed imexxuhom is-Sorijiet Dumnikani, li b’kooinċidenza huma stess spiċċaw barra t-triq, għax l-ISIS qabdu bulldozer u farrkulhom il-kunvent li kellhom. Barra minn hekk, konna u għadna nagħtuhom dawk li ngħidulhom food baskets biex familja jkollha xi ħaġa talikel. Tinsiex, li ħafna minnhom, raħħala u bdiewa, marru f ’post fejn m’għandhom xejn: la art u lanqas bhejjem. Jiġifieri m’għandhomx mnejn jaqilgħu l-flus u jridu jieklu, iridu d-dawl u s-sħana. Hemmhekk krejnielhom anki tliet postijiet biex ikunu jistgħu jistkennu fihom. U bdew mexjin. Konna qed nagħmlu mal-1,000 food basket kuljum fl-Iraq biss. Issa food basket jikkonsisti f ’żewġ flieken żejt, żewġ boroż ross, ġieli xi bottijiet tat-tadam u tal-preserve u xi tiġieġa jew tnejn fid-daqs ta’ flieles, li bihom, familja trid tgħaddi bejn wieħed u ieħor tliet ġimgħat. U dan mhux qed ngħidu li minnhom tiekol filgħodu, f ’nofsinhar u filgħaxija, iżda kemm jitrejqu u ma jmutux. Komplejna niżviluppaw u nagħmlu proġetti u qed ngħinu liż-żgħażagħ biex ikomplu jistudjaw, għax nemmnu li huma l-futur tagħna. Barra minn hekk tajjeb wieħed jgħid, għax dan hu fattur importanti wkoll, li l-Aid to the Church in Need tgħin lil dawn in-nies jibqgħu f ’pajjiżhom u ma jaħarbux, għax faċli jaħarbu. Tant li kull sena, meta jasal Ġunju u t-tfal ikunu se jispiċċaw l-iskola, jekk il-ġenituri ma jkollhomx jew ma jkunux sabu xogħol, dejjem jaraw fejn se jaħarbu, l-aktar lejn l-Ewropa. Għalhekk, tliet snin ilu dħalna fil-pass li kien imiss, ilproġett: Back to the Roots, fejn qed nerġgħu ndaħħlu lill-familji li ħarġu l-ISIS mill-pjan tan-Nineveh, li kien il-benniena tal-Kristjaneżmu. Hemm kienu daħlu l-ISIS u keċċew lil kulħadd, ħarqu d-djar u għamlu frakass sħiħ. Tliet snin ilu rnexxielna nġibu t-tliet knejjes li hemm, flimkien magħna, madwar mejda, u għamilna n-Nineveh Reconstruction Committee. Issa qed nerġgħu nibnu mat30,000 dar biex nerġgħu ndaħħlu lil dawn il-familji li bħalissa qegħdin jgħixu fin-naħa ta’ fuq. S’issa ġa daħħalna lura bejn 14 u 15–il elf familja. Għandna inġiniera voluntiera tal-post li jaraw x’hemm bżonn, isir ix-xogħol u wara li jitlesta, qabel ma nħallsu, nerġgħu mmorru naraw jekk li sar sarx sewwa, għax nesiġu fuq l-akkontabbiltà. Ikun hemm xogħol ta’ periklu?
19
22.12.2019
kullhadd.com
L-ewwel għenna lin-nies li kellhom jaħarbu mill-villaġġi tagħhom u sabu ruħhom fin-naħa ta’ fuq tal-pajjiż, ftit bogħod minn Mosul, li kienet assedjata mill-ISIS
LL-POPLI PPERSEGWITATI Fil-bini le, iżda mat-tifrik ġieli sibna mines mal-logħob tattfal, biex meta jidħlu lura jtiru b’kollox. Iżda mexjin u nisperaw li kollox jibqa’ sejjer sewwa. Fis-Sirja nistgħu ngħidu li hemm l-istess sitwazzjoni. Qed naħdmu fuq food baskets bħal fl-Iraq. F’Aleppo għandna kċina li minnha nagħmlu mal-10,000 ikla kuljum u fis-2.00 p.m. jiġu n-nies jiġbru l-ikel, mhux Insara biss, għax l-organizzazzjoni ma tħarisx lejn uċuħ. Fil-fatt, qed nagħmlu programm massiċċ mal-Gran Mufti ta’ Aleppo, fis-Sirja, fejn qed niġbru lit-tfal li hemm jiġġerrew fit-toroq – xi 4,000 mill-età tal-mixi sa 12–il sena, li raw lill-ġenituri tagħhom jinqatlu quddiemhom. Aħna nemmnu li dawn it-tfal huma xbieha t’Alla u rridu ngħinuhom u nagħtuhom l-edukazzjoni biex ma jirripetux l-istorja. Din ukoll hi parti mill-missjoni tagħna. Għandna diversi project partners f ’diversi pajjiżi. Waħda minnhom fis-Sirja hi Sister Annie Demerjian, li qed tara kif se tiżviluppa ċerti xogħlijiet biex tqabbadhom ir-ritmu tax-xogħol f ’fabbriki żgħar li għandha. F’pajjiżna għandna ħafna movimenti li jiġbru l-flus għall-missjonijiet tal-Knisja. Hemm bżonn dan in-numru kollu? Min-naħa tagħna naħdmu ma’ kulħadd u minn hawn ngħinu lill-missjunarji Maltin li jinsabu barra. Jiġifieri għenna kemm lill-MSSP fil-Pakistan u lis-Sorijiet Dumnikani fejn hemm Sister Farrugia, oħt il-Kappillan ta’ Ħal Balzan. Qed ngħinu lis-Sorijiet tad-Daughters of the Sacred Heart, fl-Afrika u fl-Asja u qed naħdmu biex nisponsorjaw lil 48 seminarista. Hemm hemm soru Maltija, Sister Emanuele Borg, li ilha hemm kważi 50 sena. Illum qed ngħinu wkoll lil madwar 18,000 seminarista madwar id-dinja u ġieli jkollna proġetti b’kofinanzjar, jiġifieri ma noħorġux il-ħlas kollu aħna. U għalhekk ngħidu li kull fejn kien hemm bżonn, għenna lil kulħadd. Barra minn hekk, il-missjoni mhi ta’ ħadd, għax tant hi kbira l-għalqa, li ħadd ma jista’ jagħmel kollox waħdu. Bħala organizzazzjoni taqgħu direttament taħt il-Papa. Iżda meta wieħed jara li l-Vatikan għandu $8 biljun l-Bank, x’jambihom dawn il-flus kollha, meta kellna x-xewqa ta’ dan il-Papa li l-flus jintefqu fuq il-batuti? Jien ma nistax inkellmek fuq il-Vatikan. Aħna hawn nesiġu kontabbiltà assoluta. Il-flus tagħna huma awditjati kontinwament u nawditjaw dawk tal-grupp kollu. Nesiġu wkoll man-nies li għal kull donazzjoni li jagħtu, toħroġ irċevuta. Għax aħna għandna l-obbligu li l-flus li jagħtuna n-nies jintefqu skont ix-xewqa tagħhom.
Kemm tħoss li l-Maltin għadhom jgħinu? Il-Maltin, kemm xjuħ u żgħażagħ huma ġenerużi. Għax meta lill-Maltin u lill-Għawdxin tgħidilhom x’qed nagħmlu – u dawn huma proġetti realistiċi – joffru l-flus. Issa aħna, għall-grazzja t’Alla, ħdejn in-nies ta’ pajjiżi oħra fil-bżonn, ma jonqosna xejn, aħna miljunarji. Għax m’għandhom litteralment xejn, lanqas tazza ilma. Dak li għalina hu bażiku, għalihom hu lussu. Kif iħarsu lejn ir-reliġjon Kattolika? Ma temminx. Darba minnhom mort nara waħda minn dawn l-iskejjel tal-Iraq u ġiet xbejba ta’ xi 18–il sena b’tifel u tifla żgħar. Kienu ħutha. Lil ommha u missierha qatluhom quddiemhom u spiċċat tieħu ħsieb lil ħutha hi. Tista’ timmaġina ta’ dik l-età, meta trid tieħu ħsieb tagħha nnifisha u qed twassal lil ħutha l-iskola. Waqaft inkellimha u staqsejtha għandhiex ‘tama’. Sammritni, għax kienet Nisranija u kif daret lejja qaltli: “Għandi tama f ’Ġesù Kristu!” Bqajt imbellah, għax għalkemm dan il-kliem ġieli smajtu, qatt ma ħareġ minn persuna li qiegħda f ’dik is-sitwazzjoni tant prekarja. Għax forsi kieku kont minflokha u xi ħadd kien jistaqsini l-istess mistoqsija, kont niżbranah. Iżda b’hekk jagħtuna eżempju ta’ kemm jieħdu r-reliġjon, li hi l-istess bħal tagħna, bis-serjetà. Issa mbagħad ngħinu lis-seminaristi. Għandna dawn il-proġetti, li jaf ikun ta’ karozza għall-kappillan jew Isqof ta’ xi villaġġ remot. U din il-karozza taf tkun il-karozza tal-Isqof, li sservi lill-kappillan kif ukoll l-ambulanza tarraħal meta jkun hemm bżonn, jiġifieri sservi għal kollox. Hemm xi pajjiżi oħra li qed igawdu mill-għajnuna tagħkom? Nistaqsik: Bħalissa kemm qed jinstema’ x’qed jiġri fil-Venezwela fuq il-midja? Kważi xejn. Iżda fil-Venezwela ltqajna mal-Isqfijiet t’hemm u wieħed minnhom stqarr li l-qagħda hi apokalittika, għax tant hemm inflazzjoni kbira li biex bniedem imur jixtri kilo ross, irid jieħu xkora kbira b’karti ta’ flus. Raġel li jdaħħal 50,000 bolivar fix-xahar u għandu t-tifla ma tiflaħx, irid 20,000 bolivar kuljum f ’mediċini. Tista’ timmaġina s-sitwazzjoni kif inhi. In-nies qed jaħarbu u qed jinqata’ d-dawl. Jiġifieri ara fiex inhuma. Iżda dawn ma jistgħux ikunu affarjiiet li nistgħu niġu fihom aħna? Aħna rridu noqogħdu attenti li ma niġux fihom, iżda aktar minn hekk, biex niġu fihom mhix daqshekk faċli, għalkemm il-Venezwela hi pajjiż sinjur.
Appuntu għalhekk. Aħna bħala riżorsi m’għandna xejn. Tassew, riżorsi m’għandniex, iżda għandna n-nies lesti li jaħdmu. Għandna l-ħaddiem Malti, li hu bieżel u għall-grazzja t’Alla dejjem vinċejna. Jiġifieri aħna qed ngħidu li hemmhekk hemm cocktail ta’ problemi politiċi u ekonomiċi f ’daqqa. Din hi l-istess problema li nsibu fis-Sirja, fejn qabel ma nqala’ dan l-inkwiet kollu, kien pajjiż industrijali u ekonomiku tajjeb. Kif naraha jien, aħna ngħinu postijiet sinjuri, li għandhom ħafna materja prima bħaż-żejt, deheb, eċċ. Allura xi jkun hemm ħażin, il-politika tal-pajjiż? Mhux dejjem. Pereżempju fis-Sirja hemm interessi ta’ xi 20 jew 25 pajjiż differenti, bejn Torok, Russi u postijiet oħra. Min irid iż-żejt, min ħaġa u min oħra. Għalhekk jidħlu l-interessi politiċi u mbagħad jidħlu wkoll id-diversi fazzjonijiet li hemm fil-pajjiż, li finalment jinġemgħu lkoll u tispiċċa waħda taqla’ lill-oħra u la tkun bdiet waħda, jibqgħu għaddejjin. Bħala l-iktar pajjiż li taraw li l-aktar għandu bżonn l-għajnuna, liema hu? Ifhem, qatt ma tista’ tgħid li pajjiż hu aħjar mill-ieħor, għax kull pajjiż għandu s-sintomi u l-bżonnijiet tiegħu. Jien inħoss ħafna meta nara pajjiżi fejn in-nies huma bil-ġuħ. Bħalissa jiġini f ’moħħi n-naħa t’isfel tas-Sudan, fejn hemm ħafna nies u tfal li qegħdin imutu bilġuħ, għalkemm ninsabu fl-2019. Iżda mbagħad, għaliex ikollhom ħafna tfal? Issa dik hi l-kultura tal-post, li titlob li jkollhom ħafna tfal. Ir-raġuni ma nistax nagħtiha jien, għax la hi kompitu tiegħi u lanqas nista’ ninfluwenzahom. Aħna għalhekk nesiġu li jkun hemm it-tagħlim u l-edukazzjoni. Nagħmlu l-almu tagħna, biex jekk nistgħu nikkonkorru b’xi mod, ngħinuhom. Qatt ma nġiegħlu lil ħadd jagħti xejn. Kulħadd hu liberu jagħti kemm u meta jrid. Kulma nagħmlu hu li nagħtu indikazzjoni ta’ xi nkunu nixtiequ nwettqu. Terġa’ l-organizzazzjoni tibgħat nies tagħha fil-postijiet fejn ikun qed isir ix-xogħol biex jaraw li qed isir sew u skont il-baġit. Din hi parti mill-project management, għax irridu naċċertaw ruħna u lin-nies li jafdaw flushom magħna għal dawn il-proġetti, li dak li qed jagħtuna qed imur fejn verament għandu jmur.
20
22.12.2019
kullhadd.com
IT-TORĊA Glenn Bedingfield Membru Parlamentari
F’dawn l-aħħar ġimgħat il-Partit Laburista għaddej minn perjodu diffiċli ħafna, forsi huwa l-aktar perjodu diffiċli għalina fl-istorja politika riċenti ta’ pajjiżna. Konsegwenza ta’ dan l-inkwiet tlifna wieħed mill-aqwa mexxejja u Prim Ministri li pajjiżna qatt kellu. Iżda minkejja dawn id-diffikultajiet, il-Partit Laburista jibqa’ partit reżiljenti, għaliex huwa partit kbir li jitmexxa bil-fehma u bil-ħila tal-kotra, kien kiteb Ġużè Ellul Mercer, politiku kbir ieħor tal-Partit La-
burista li bħal ħafna mexxejja oħra għadda minn esperjenzi f ’epoki oħrajn fl-istorja politika Maltija. Aħna fil-Partit Laburista hekk nemmnu, li mmexxu bil-fehma u bil-ħila tal-kotra u dak li nemmnu nipprattikawh. Is-simbolu tagħna hija t-torċa, li mhijiex simbolu frivolu. Il-fjamma tat-torċa tgħaqqad, issaħħan u ddawwal. It-torċa bdejna nużawha meta l-Partit Laburista taħt Dom Mintoff kien taħt attakk mill-establishment tal-pajjiż. Iż-żminijiet jinbidlu, il-forzi kontra l-Partit Laburista jibqgħu l-istess, bl-istess fehma u bl-istess saħħa. Dak li għadda minnu l-Partit Laburista matul is-snin qed nerġgħu nesperjenzawh issa wkoll. Inbidlu n-nies, inbidlet ir-raġuni imma l-għan jibqa’ l-istess. Li ma jħalluniex niggvernaw. Sfortunatament din id-darba kien hemm minn fostna li tahom il-ħabel. Għalhekk f ’dan il-perjodu kruċjali għall-Partit Laburista rridu nduru madwar it-torċa, bħala simbolu ta’ għaqda. It-
torċa ddawlilna moħħna biex nieħdu d-deċiżjonijiet li għandna bżonn nieħdu għall-ġid tal-pajjiż u tal-partit u fl-istess ħin tqawwilna qalbna li din il-maltempata kbira, tgħaddi u minnha nieħdu t-tagħlimiet li hemm bżonn. It-tagħlima tal-1998 ħadnieha. Partit mifrud qatt ma jista’ jirbaħ elezzjoni għax qatt ma jista’ joffri stabbiltà. Nafu x’ġara fl-1998 u nafu għaliex kellna mmorru għall-elezzjoni. Dak iż-żmien ukoll kien hemm min tahom il-ħabel, konna fuq sieq waħda u tlifna. L-għaqda ġġib magħha stabbiltà. Il-pajjiż jeħtieġ li jkollu stabbiltà u hemm fejn qed jattakkaw elementi estremisti fi ħdan il-Partit Nazzjonlista. Qed jippruvaw joħolqu klima ta’ instabbiltà u sa ċertu punt, irnexxilhom joħolqu klima ta’ firda u mibegħda. L-imħabba tagħhom lejn il-poter hija ferm akbar mill-mibegħda li għandhom lejna u mill-imħabba li għandhom għall-pajjiż, jekk għandhom nit-
fa mħabba għal Malta. Minn kif qed iġibu ruħhom niddubita! B’din il-klima qed jippruvaw ixekklu l-progress li konna bdejna nidraw taħt Gvern Laburista. Għax it-torċa hekk tfisser ukoll, ideat progressivi. Fis-snin li għaddew ġibna ħafna progress bid-deċiżjonijiet meħuda millGvern. Progress fl-ekonomija, progress fil-libertajiet ċivili, progress fil-ħajja tan-nies u llum għandna soċjetà aktar miftuħa għaliex għandna partit li hu aktar miftuħ. Dan hu l-progess li ġibna u li ma rridux nitilfu minħabba l-azzjonijiet ta’ xi individwi minn fostna. Il-Partit Laburista huwa bbażat fuq it-tmexxija tal-kotra li f ’anqas minn xahar ieħor se tkun imsejħa biex tiddeċiedi min se jkun il-mexxej il-ġdid, min se jmexxi lil Malta fil-kumplament tal-mandat. Għall-grazzja t’Alla ma għandniex il-problema li għandu l-PN bħalissa. Għandna kandidatura tajba. F’dan il-mument, ninġabru madwar it-torċa, ningħaqdu, naħsbu u nagħżlu
bl-akbar serenità. Għandna l-esperjenza ta’ sitt snin fil-gvern. Ma kinux sitt snin faċli. Għamilna ħafna tajjeb u għamilna ħafna żbalji wkoll. L-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u dak li ġara sussegwentement, tappan it-tajjeb kollu li għamilna. Imma ma jfissirx li għamilna kollox ħażin. Konna Gvern miftuħ u hekk irridu nibqgħu. Bla dubju li rridu nkunu aktar dixxiplinati magħna nfusna. Għandna bżonn tmexxija dixxiplinata b’ideat ċari li toffri kontinwità fuq bażi tal-esperjenza li ksibna fis-sitt snin li għaddew. Għax is-snin li ġejjin huma snin kruċjali. Is-sena 2020 timmarka l-100 sena mit-twelid tal-partit tagħna. Għexna għall-ġustizzja soċjali, kasbruna, għajruna, immalafamawna u se jibqgħu jaħdmu kontra tagħna. Għalhekk, irridu nkunu sodi kif qatt ma konna qabel għaliex l-attakki se jibqgħu ġejjin fuqna billi se jkunu ilhom disa’ snin ’l bogħod mill-poter. L-għażla tagħna għandha tibqa’ l-għaqda.
IS-SAĦĦA TAL-PRINĊIPJU Felix Busuttil
Jista’ mhux iħabbat il-mewġ mal-blat. Jista’ mhux ikollok dalma kerha f ’ħajtek li qisa taqbad miegħek bħal qarnita. Tista’ mhux tiġi insultat blagħar retorika tal-lingwa Ingliża u dik Maltija u tiġi ssuttat bil-bajd. U tista’ mhux tiġi mgħajjar u akkużat pubblikament bl-iktar għajdut mingħajr bażi ta’ pura verità – imwarrab, emarġinat, imżeblaħ u mibgħud. Jekk ikollok f ’qalbek u f ’moħħok prinċipji sodi mibnijin fuq il-valuri, l-esperjenza, l-intelliġenza, il-verità u fuq kollox l-imħabba l-ebda kelma, l-ebda ġebla, l-ebda insult u l-ebda akkuża ma tista’ tkissrek. Is-saħħa tagħna, ta’ kull ċittadin Malti li jemmen fil-ġus-
tizzja, ta’ kull Laburist ta’ rieda tajba mhijiex ikkaratterizzata minn persuna waħda jew tnejn – li forsi bħall-esperjenzi tagħna f ’ħajjitna ġejna ttraduti minnhom, għax dawn l-affarijiet jiġru u jiġru ta’ spiss fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna. It-tradiment bejn il-ħbieb u dawk li aħna fdajna fihom iġib miegħu rabja, diżillużjoni u dwejjaq kbar – u għalhekk nerġa’ nirrimarka l-essenza potenti tal-prinċipju. Bil-prinċipju, bit-twemmin, aħna nistgħu npoġġu lil dawk il-persuni li ttradewna fil-post adekwat mentalment. Ir-rieda tat-twemmin f ’qalbna tissupera kull rabja, kull diżillużjoni, kull dwejjaq. Għax dak li hu l-Partit Laburista hu miktub fil-blat minn dak li dejjem kien verità. Partit li dejjem emmen fil-ġustizzja. Dik kostituzzjonali. Dik istituzzjonali. Dik soċjali, familjari u personali. Il-Partit tagħna mhux magħġun minn elementi personali, imma elementi tant profondi li bissaħħa tagħhom bnew dak li nafu. Partit magħqud. Partit li jisma’ u jobdi l-organi tiegħu. Partit li juża d-dixxiplina fejn hemm bżonn. Partit kbir u
popolari. Partit maħbub. Partit mibni mill-prinċipju. U għalhekk Joseph nemmen li moħħu mistrieħ fuq il-futur ta’ meta hu jħalli r-riedni f ’idejn ħaddieħor – mhux biss tal-Partit imma wkoll tal-pajjiż. Joseph bena moviment mhux waħdu. Ma setax jagħmel dan is-suċċess kollu waħdu. Bnieh l-ewwel nett bi strateġija, ħsieb konkret u ċar, prinċipji kontemporanji u validi. Imbagħad flimkien mal-Eżekuttiv, it-tesserati u l-partitarji ppreżenta dan l-ideal lill-pubbliku Malti u tant kien b’saħħtu, tant kien effettiv, tant kien pożittiv li bħal ħuġġieġa laħaq mhux biss l-istrata Laburista imma wkoll miss il-qalb ta’ dawk li qatt ma resqu lejn id-dawl tat-torċa u dawn ukoll biddlu fehmthom u biddlu qalbhom – għaliex? Għax il-bażi ta’ dan il-moviment mhux biss persuna waħda, Joseph, Tom, Dick jew Harry imma l-prinċipju. Dan hu l-protagonist. Il-katalist. U tant kien suċċess li ntrebħet elezzjoni b’numri spettakolari u l-Partit Laburista taħt dawl ġdid resaq aktar lejn il-poplu Malti u Malta kibret, stanat u saret magna ekonomika straor-
dinarja. U l-moviment kompla jikber. Anke meta gideb pubbliku f ’dokumenti ġie merfugħ fl-ewwel triq prinċipali tal-belt tagħna lejn il-Qorti bħal xi trofew li ser ikisser lill-Gvern, il-Prim Ministru u lil martu, dawn il-prinċipji ġew ippreżentati lill-elettorat u li ġara jafu kulħadd – ir-rebħa tal-prinċipju kienet waħda lil kexkxet kull serp u kull ġurdien. Li kif jgħid l-Ingliż kienet a resounding success – suċċess li għandu eku. Kellna t-tieni rebħa soċjalistà li saret storja. Sentejn wara li tagħha jien kont parti rġajna preżentajna prinċipji sodi – bbażati fuq l-imħabba li għandna lejn pajjiżna. Fuq ħidma mingħajr waqfien. Fuq l-għaqda u l-perseveranza. Fuq il-verità. U ntrebaħ għax hekk kien jirrifletti dak li jħoss l-elettorat, ir-raba’ siġġu aħmar fil-Parlament Ewropew – u Malta anke fil-Kunsilli Lokali tpinġiet kważi kollha bil-kulur aħmar. Il-kulur mhux biss ta’ demm mxerred ta’ tfajla ħelwa fil-fjur ta’ ħajjitha li qatt ma strieħet mill-ġustizzja – mhux biss minn demm żagħżugħ mitfugħ mal-art f ’demmu li wkoll ma sabx serħan – u mhux biss
fid-demm ta’ ġurnalista li ma ħaqqiex tmut kif mietet, imma li b’dawn il-mumenti qiegħda ssib ġustizzja għall-mewt krudili tagħha – imma f ’kull demm ta’ kull Laburist li għandu f ’qalbu l-prinċipju tal-inklużjoni. Tal-gustizzja soċjali, tal-paċi u tar-rieda tajba f ’dawn il-ġranet meta għandna nsibu l-għaqda u mhux disgrazzjatament il-firda u l-provokazzjoni. Ta’ prinċipji bbażati fuq il-kultura Maltija – dik tal-Kristjaneżmu. Maħfra. Tolleranza. Għajnuna lil dawk l-iktar fil-bżonn. Karità. Fidi u fuq kollox, imħabba. U jien personalment – hekk nixtieq lil kull wieħed u waħda minnkom li qegħdin taqraw dan l-artiklu u li qegħdin tixxerjawh. Nixtiqilkom Milied hieni mimli mhux biss bir-rigali imma mogħni bl-isbaħ rigal li qatt tagħna Alla – u li ħadd ma jista’ jkisser jew jisraq. Li nixtieq hu li f ’qalbkom issibu l-prinċipju. Dak li jgħaqqadna u mhux dak li jifridna. Dak li jsaħħaħna u mhux li jagħmilna morda. Dak li dejjem kien u dejjem jibqa’. Is-saħħa tal-prinċipju. Il-Milied it-tajjeb u s-sena t-tajba lil kulħadd.
21
22.12.2019
kullhadd.com
NINGĦAQDU BIEX NGĦINU Editorjal
Min qatt ma mess ma’ din il-marda, qajla jaf li pillola waħda, injezzjoni waħda, tista’ wkoll tmiss l-eluf. Anki tnejn u għoxrin elf. U aktar. U għalhekk il-bżonn ta’ għajnuna
Jekk hawn okkażjoni partikolari li tgħaqqadna hija l-Istrina. Hija okkażjoni li tgħaqqadna għax kull sena nuru li aħna poplu wieħed, li aħna familja waħda. Hija okkażjoni li tagħtina l-opportunità li naħsbu f ’ħutna li huma inqas ixxurtjati minna. Li naħsbu f ’dawk l-aktar vulnerabbli. Li naħsbu f ’dawk kollha, li għal xi raġuni jew oħra, jiġu bżonn l-għajnuna tal-Malta Community Chest Fund. L-Istrina mhijiex biss ġurnata waħda, tagħmel jum tiġbor u daqshekk. Imma hija s-sena kollha. Il-bżonnijiet huma s-sena kollha. Dawk li jeħtieġu l-għajnuna, il-morda, m’għandhomx ġurnata, u lanqas ħin. Il-bżonn tal-għajnuna jista’ jkun wara l-bieb. Għal kulħadd, mingħajr ebda distinzjoni. Il-bieb iħabbat mingħajr ma jħares lejn il-wiċċ, l-għamla, il-kulur jew it-twemmin. Minn sena għal sena, jekk wieħed iħares lejn l-ispejjeż, jara li dawn tilgħin b’mod qawwi ħafna. Kif spjega l-Eċċellenza Tiegħu, il-President George Vella, l-am-
mont ta’ talbiet li deħlin għand il-Malta Community Chest Fund, speċjalment fejn jidħlu talbiet marbuta ma’ każijiet ta’ kanċer, qed jiżdiedu kuljum. Speċjalment meta wieħed jara l-prezzijiet tal-mediċini li jintużaw għall-kura ta’ din il-marda kiefra. Min qatt ma mess ma’ din il-marda, qajla jaf li pillola waħda, injezzjoni waħda, tista’ wkoll tmiss l-eluf. Anki tnejn u għoxrin elf. U aktar. U għalhekk il-bżonn ta’ għajnuna. U hawn qed insemmu biss il-kanċer. Tingħata għajnuna lil qraba li jagħmlu jiem, ġimgħat jew anki jħallu x-xogħol tagħhom u jagħmlu snin jakkumpanjaw pazjenti fid-djar ta’ Puttinu f ’Londra. Il-Malta Community Chest Fund ikollha talbiet varji li jmorru wkoll lil hinn mill-mard. L-għajnuna tal-Malta Community Chest Fund ma tiqafx mal-mard biss. Tingħata wkoll għajnuna lil każijiet soċjali. L-għajnuna tal-Malta Community Chest Fund hija varja u tmiss lil dawk il-vulnerabbli fis-soċjetà, lil dawk li għandhom bżonn sostenn
minħabba mard. Tajjeb li jingħad ukoll li apparti l-għotjiet tal-qlub ġenerużi, il-Gvern ukoll jgħin – u b’mod sostanzjali - biex jagħmel tajjeb għall-ħtieġa li dejjem tikber ta’ dan il-fond. Matul is-sena jsiru għadd ta’ attivitajiet bl-għan li jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund. Imma forsi l-qofol huwa f ’dawn iż-żminijiet tal-Milied, meta nkunu aktar sensittivi għall-bżonnijiet ta’ għajrna. Kull wieħed u waħda minna rridu naħsbu ftit. Vera li huma żminijiet tal-infiq. Imma huma żminijiet ta’ infiq għal affarijiet bla bżonn ukoll. Jekk verament inħarsu lejn dak li nonfqu l-flus fuqu, nirrealizzaw li ħafna millflus inkunu rmejniehom. Anki b’mod dirett. Għajnuna lill-Malta Community Chest Fund, kbira kemm hija kbira, żgħira kemm hija żgħira, hija għajnuna li żgur mhix fil-vojt. Hija għajnuna lejn ħutna, hija għajnuna għall-qraba tagħna. Hija għajnuna għas-soċjetà Maltija u
Għawdxija kollha kemm hi. Hija għajnuna li għada pitgħada, forsi tista’ tiġi bżonnha int ukoll. Sfortunatament, f ’dawn l-aħħar jiem kellna min indirettament, imma wkoll direttament, ipprova jxekkel din l-okkażjoni – bit-tixrid ta’ dubji jekk din is-sena kinitx se ssir jew le. Se ssir u t-tweġiba nagħtuha billi nkunu ġeneruzi aktar minn qatt qabel. Fejn jidħol il-mard ilkoll għandna naqblu u jkollna rieda komuni li dakinhar tal-Istrina l-poplu għandu ċans li jkun magħqud, minkejja dak li għaddej minnu l-pajjiż. Il-mard, la għandu staġun u l-anqas partit. Il-mard ma jħarisx lejn il-maktur politiku li xxejjer. Ningħaqdu mal-President u nfaħħru l-ħidma li qed issir minn bosta għaqdiet mhux governattivi, u wkoll nisħqu fuq ir-rispett lejn id-dinjità ta’ kull wieħed u waħda minna, filwaqt li nroddu ħajr lil min qed jagħti kontribut siewi lis-soċjetà b’inizjattivi varji biex tingħata għajnuna lil min huwa fil-bżonn.
22
22.12.2019
kullhadd.com
L-UŻU TAL-ISPAZJU PUBBLIKU MILL-PRIVAT
Mario Fava President Sezzjoni Kunsillier PL
Għadna naraw toqob ta’ garaxxijiet jiġu mdawra f ’kafetterija billi jittieħed spazju pubbliku. L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Loakli, ilha għal dawn l-aħħar sentejn u nofs titlob sabiex din il-policy tiġi riveduta mill-ġdid. F’waħda mill-laqgħat plenarji li saru fl-2017, kienet saret diskussjoni fejn għaliha kien hemm preżenti s-Sur Robert Vella, rappreżentant mill-Awtorità tal-Ippjanar li ta l-preżentazzjoni tiegħu fuq Outdoor Catering Areas on Public Open Space. Tlabna lill-entitajiet involuti biex jaħdmu fuq policy komuni biex is-settur privat tal-catering u l-entertainment ikun jista’ jġib il-permessi meħtieġa mingħand entità waħda mingħajr il-ħtieġa li jkollu jgħaddi minn awtoritajiet diversi biex jikseb permess. Kellha tiġi
adottata policy waħda u jsir pjan ħolistiku. Din il-policy kellha tgħin biex tinħoloq uniformità fil-mod kif joħorġu dawn il-permessi minn Transport Malta, mill-Awtorità tal-Ippjanar, mill-Malta Tourism Authority u mil-Lands Authority. Din il-policy għandha jkollha l-għan li wara konsultazzjoni pubblika tinħoloq multi entity policy waqt li jiġi offrut servizz fuq l-idea ta’ one stop shop. Din il-policy tindika fejn jistgħu jingħataw permessi għall-użu ta’ art pubblika. Tieħu kunsiderazzjoni li dawn il-permessi ma jkunux ta’ deterrent għall-pubbliku bħal li jtellfu aċċess fejn hemm bus stops. Hemm ukoll standard li jindika l-wisa’ minima ta’ passaġġ pubbliku. Dan m’għandux ikun inqas minn 1.5m. F’ċerti każijiet dan l-istandard jiżdied skont il-ħtieġa, bħal pereżempju f ’postijiet fejn l-influss ta’ pedestrains ikun kemxejn kbir. Il-policy titlob ukoll li l-istrutturi u l-pjattaformi jkunu jistgħu jiżżarmaw kif ikun meħtieġ. Kien issemma kif il-policy tibqa’ valida sakemm ma jsirx master plan għal dik l-lokalità partikolari. Saret referenza għal master plans li saru f ’ċerti lokalitajiet bħal fin-Nadur u x-xogħol li qiegħed issir biex jinħolqu master plans għax-Xlendi u għal partijiet mill-Belt Valletta. Normalment dan isir f ’żoni aktar frekwentati minn partijiet oħra.
Dan huwa ċans biex wieħed jippjana skont il-ħtieġa tal-lokal. IsSur Robert Vella għamel stedina lilL-Kunsilli kollha biex jagħmlu użu minn dan is-servizz. Is-Sur Carlo Mifsud rappreżentant tal-Lands Authority kien qal li anke f ’dan il-qasam l-akbar problema hija dik ta’ nuqqas ta’ infurzar. Bħala Awtorità huma kellhom jieħdu ħsieb li tiġi stabbilita Awtorità biex b’hekk jingħata servizz aktar professjonali. Kellu jiġi mibgħut avviż lis-sidien tal-ħwienet biex dawn jirregolarizzaw il-pożżizjoni tagħhom. Bħala Awtorità kellhom jaraw li kull minn qed jopera għandu l-permessi neċessarji u wara jibda l-infurzar. Il-Perit Odette Lewis, konsulent fi ħdan il-Kumitat li fassal din il-policy b’konsultazzjoni ma’ entitajiet diversi, qalet li minkejja li l-kumitat ipprova li jsib bilanċ bejn x’jixtiequ r-residenti u l-entitajiet kummerċjali, jidher ċar li dan s’issa għadu ma ntlaħaqx. Punt kruċjali kien l-importanza li għandha tingħata lill-pedestrians li għandhom dritt tal-użu tal-passaġġ. Dawn l-ispazji għandhom jiġu rregolarizzati. Dakinhar kien tkellem ukoll isSur Michael Cohen, konsulent u rappreżentant ta’ Transport Malta. Huwa rrefera għall-importanza tal-Kunsilli Lokali u li bħala awtoritajiet ikunu sensittivi għall-ħtiġijiet tagħhom.
Preżenti fil-panel kien hemm ukoll is-Sindku ta’ Tas-Sliema, isSur Anthony Chircop. Ċertament li Tas-Sliema hija waħda mil-lokalitajiet l-aktar milquta minn din il-problema. Matul iż-żmien bdew jingħataw permessi fuq il-bankini u wara saħansitra bdew ukoll jiġu estiżi l-bankini. Żgur li f ’Tas-Sliema dawn il-permessi mhumiex qegħdin joħorġu b’konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali u wisq inqas bil-kunsens tal-Kunsill. Il-Kunsilli Lokali qed jispiċċaw jidħlu f ’aktar spejjeż biex iressqu oġġezzjoni jew appell quddiem il-bord tal-PA. Trid issir ukoll enfasi fuq stabbilimenti li qegħdin f ’kantuniera u kif dawn il-permessi jistgħu jkunu ta’ periklu għal kulħadd. Uħud minn dawn il-permessi qed joħolqu inkonvenjent għar-resident. Il-Local Plan jiddefinixxi wkoll l-użu tat-toroq, biss però qegħdin joħorġu permessi li jieħdu parkeġġi, f ’toroq residenzjali. Il-Kunsilliera jridu li qabel jingħataw il-permessi, huma bħala Kunsill għandhom jiġu kkonsultati biex b’hekk il-Kunsill jevita spejjeż addizzjonali bħal meta jrid joħloq master plan jew jappella quddiem it-tribunal. Bħala Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, fost ħwejjeġ oħra qed ngħidu li: • Għandu jkun hemm analiżi li tieħu f ’konsiderazzjoni l-kobor
tal-kċina tal-istabbiliment qabel ma jingħataw dawn il-permessi, b’hekk ikun aktar ġustifikat l-ammont ta’ mwejjed u siġġijiet u strutturi oħra li jkunu jistgħu jintramaw barra. • Għandu jkun hemm sinjali li jindikaw b’mod ċar fejn suppost ikunu armati dawn l-istrutturi u l-post li għandhom permess jarmaw fih biex ikun aktar evidenti jekk ikun qed isir xi abbuż filwaqt li jsir l-infurzar li jkun hemm bżonn. • Il-qofol ta’ kollox huwa li l-infurzar irid issir b’mod serju. • Isir infurzar immedjat fuq strutturi li m’għadhomx temporanji. • Tiddaħħal sistema fejn meta jinħareġ permess l-Awtorità tal-Ippjanar tinforma lill-Kunsill Lokali rispettiv filwaqt li tingħata lista aġġornata ta’ permessi maħruġa. • Il-Kunsilli Lokali jiġu infurmati separatament meta tkun daħlet applikazzjoni ġdida. • Li l-Kunsilli Lokali jingħataw ir-rispett mistħoqq u li l-veduti tagħom jiġu mogħtija piż. • Li jkunu l-Kunsilli Lokali nfushom li fl-aħħar mill-aħħar jiddeċiedu xi jridu fil-lokalitajiet tagħhom. Għaldaqstant, bħala Assoċjazzoni, qed nitolbu lill-Gvern sabiex jissospendi l-proċess preżenti u b’mod immedjat tibda diskussjoni bejn il-partijiet kollha sabiex ikun hemm qafas ta’ policy ġdid kif jinħarġu dawn il-permessi.
23
22.12.2019
kullhadd.com
SENA TA’ ĦIDMA INTENSIVA FIL-QASAM TAL-HOUSING SOĊJALI
Roderick Galdes Segretarju Parlamentari
Bħala Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali nagħraf li l-housing soċjali huwa fundamentali. Iżda, illum il-ġurnata qed inħares ukoll lil hinn mill-housing soċjali, għaliex ir-riċerka turina li din mhix l-unika soluzzjoni għas-sitwazzjonijiet ta’ akkomodazzjoni varji. B’hekk qed niffoka l-ħidma tiegħi fuq varjetà ta’ soluzzjonijiet għal varjetà ta’ sitwazzjonijiet eżistenti. Il-varjetà ta’ skemi, miżuri u proġetti tas-segretarjat ivarjaw minn xogħol ta’ rinnovar sa ħidma għal aċċessibbiltà aħjar, minn skemi biex issir sid ta’ darek, għal housing speċjalizzat li joffri akkomodazzjoni u terapija professjonali fl-istess waqt, minn housing affordabbli, għal suq tal-kera privata aktar ġust u previdibbli. Il-ħidma tas-Segretarjat għall-Akkomodazzjoni Soċjali hija xhieda ta’ kemm is-suċċess ekonomiku qed jitwassal lill-familji u lill-persuni vulnerabbli f ’diversi forom. Permezz ta’ dawn l-għajnuniet qed naraw biddla diretta fil-ħajja tan-nies b’mod pożittiv. Iżda bħala Gvern xorta nibqgħu nirrikonoxxu li jeżistu individwi li għandhom bżonn aktar minn sempliċi imbuttatura u għalhekk qed nassiguraw li l-housing soċjali jibqa’ prijorità ta’ Gvern Laburista. Għalhekk qed nikkommettu ruħna għall-akbar investiment fil-bini tal-housing soċjali fl-aħħar 40 sena. Bħalissa għaddejja ħidma intensiva biex jinbnew 1,700 appartament mqassmin fuq 38 sit madwar Malta. Ix-xogħol fis-Siġġiewi, Ħ’Attard, Birkirkara, iż-Żurrieq u Bormla miexi b’ritmu tajjeb ħafna. Intant ġewwa Ħ’Attard tela’ t-tieni sular, filwaqt li fis-Siġġiewi u f ’Birkirkara tiela’ l-ewwel sular. F’Bormla u fiż-Żurrieq ukoll għaddej ix-xogħol tal-ġebla. L-1,700 unit ġdid jinkludu wkoll appartamenti li se jinbnew f ’Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Ħaż-Zebbuġ, l-Imsida, il-Qrendi, Raħal Ġdid, il-Mellieħa, ir-Rabat u Ħal Qormi.
Affaċċjat bi sfida ta’ nuqqas ta’ stokk, wara li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern kien waqqaf għalkollox il-bini tal-housing, mill-ewwel jiem ta’ din il-leġiżlatura ħsibna f ’alternattivi biex inżidu l-istokk ta’ housing soċjali sakemm noħolqu soluzzjoni permezz ta’ bini ġdid. L-istrateġija tagħna tinvolvi fost l-oħrajn l-iskema Nikru biex Nassistu. Permezz ta’ din l-iskema, bħala Gvern qed nikru propjetajiet mingħand il-privat, biex imbagħad ngħadduhom lill-persuni li huma fil-bżonn ta’ housing soċjali. Skema oħra b’għan simili, iżda b’inċentiv doppju hi dik li permezz tagħha qed indawru l-postijiet abbandunati f ’opportunità. Permezz ta’ din l-iskema qed inżidu l-istokk ta’ housing soċjali filwaqt li nagħmlu r-riġenerazzjoni ta’ postijiet privati abbandunati. Din l-iskema qed twassal biex postijiet li qabel kienu abbdandunati jibdew jiġu rinovati u jerġgħu jibdew jiġu użati bħala residenzi. Din l-iskema tagħti lil sid il-propjetà sa massimu ta’ €25,000 biex jagħmel l-interventi meħtieġa. Wara li l-propjetà tkun riġenerata għal stat abitabbli, ilGvern jikriha għal 10 snin għal skop soċjali. Il-ħidma tagħna bħala Segretarjat ma tiqafx biss fuq binjiet ġodda ta’ housing soċjali. Għarafna li wara għexieren ta’ snin mingħajr ebda xogħol ta’ rinnovar, il-Housing Estates preżenti jeħtieġu programm ta’ riġenerazzjoni, bil-għan ambizzjuż li l-Gvern, kemm jista’ jkun, jintervjeni fuq kull blokka. Għalhekk, ix-xogħol baqa’ sejjer b’ħidma intensiva li tiffoka fuq ir-rinnovar, il-manutenzjoni u t-tisbiħ fuq il-binjiet soċjali. B’dawn ix-xogħlijiet, il-familji li ilhom jgħixu f ’dawn il-blokok għal għexiren ta’ snin se jgawdu minn ambjent isbaħ u binjiet aktar siguri u aċċessibbli. Fi kliem ieħor, housing li jixirqilhom. Il-ħidma li qed issir fil-qasam tal-housing hija xhieda kemm issuċċess ekonomiku qed jitwassal lill-familji u lill-persuni vulnerabbli f ’diversi forom. Bħala Gvern qed naħdmu bi strateġija li fiċ-ċentru tagħha hemm il-familji b’konsiderazzjonijiet ta’ dħul varju li għandhom bżonn metodi varji ta’ kif jiġu indirizzati. Illum m’aħniex nieqfu sal-housing soċjali għaliex nafu li diversi familji b’imbuttatura mingħand il-Gvern jistgħu jgħixu fil-kera privata jew saħansitra jsiru sidien ta’ darhom; u għalhekk qed inkomplu noħolqu skemi innovattivi.
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 12 ta’ Diċembru Li kieku jien David Casa jew Roberta Metsola biex immur Brussell ħa nipprotesta, ma kontx ngħid le. L-aktar mhux biex immur nipprotesta imma biex nieħu vaganza minn fuq l-Unjoni Ewropea. Imma milli jidher dawk li kien hemm jipprotestaw huma kollha ħaddiema Maltin li jaħdmu fi Brussell u allura jafu aktar minni x’għandhom jagħmlu biex l-Unjoni Ewropea tagħti ċamata lil Joseph Muscat. Illum jew għada bilfors ikollhom jagħtuh ċamata għax ma jistgħux jaħarbu minn dak li qalilhom David Casa, sħabu ta’ Occupied Justice u dawk l-Ewroparlamentari li tant għandhom għal qalbhom il-partit darba glorjuż tagħna, li ma jiqfux jippruvaw jagħmlu ħsara lill-Gvern tal-Labour. Il-Ġimgħa, 13 ta’ Diċembru La stajt nemmen lil għajnejja, u lanqas lil widnejja meta qrajt u smajt li l-Kunsill tal-Ewropa lanqas biss iddiskuta dak li qiegħed jiġri f ’Malta. Anke jekk spiċċa Juncker, ġew jaqgħu u jqumu minn dak li qalulhom David Casa, Roberta Metsola, dik l-Olandiża li isimha dejjem ninsieh, dak il-Ġermaniż tal-ħodor, Occupy Justice u l-bella kumpanija. Anke l-Prim Ministru tal-Olanda ttradiena. Minn dak li kont qrajt u smajt, ħsibtu li ma kienx se joqgħod kwiet jekk il-Kunsill tal-Ewropa ma jiddiskutix dak li qiegħed jiġri f ’Malta. Minflok iltaqa’ ma’ Joseph Muscat u qagħad fuq dak li qallu. Insomma ma ttradiena xejn. Ittrada lill-klikka ta’ Simon Busuttil, David Casa, Manuel (mhux il-Kap) Delia u l-klikka tagħhom. Is-Sibt, 14 ta’ Diċembru Dalgħodu ma kellix fejn immur u rħejtilha lejn l-Istamperija. Xejn, xejn, issa li riesaq il-Milied, sieħbu grokk jew tnejn joffrili u mhux kafè biss. Iżda ma tantx ħadt gost u l-grokk li tani velenu niżilli. Ma’ kull
min iltqajt, kollha b’geddum sal-art, qishom mitilhom xi ħadd. Skont sieħbi r-raġuni kienet li l-Kunsill Ġenerali Straordinarju xejn ma rnexxa, anzi kompla kixef li aktar ma jgħaddi żmien, aktar qiegħda tikber il-firda. Għadd ta’ deputati ma tfaċċawx għax iridu li l-Kap Adrian (mhux Manuel) Delia jerġa’ jaħtar lil Simon Busuttil bħala kelliem għal governanza tajba. Iżda, Adrian Delia ma jridx jaf. Ngħiduha kif inhi, sewwa jagħmel. Mhux hu l-Kap, jewwilla! Il-Ħadd, 15 ta’ Diċembru Ma nafx x’ried jgħid biha l-Kap Adrian (mhux Manuel) Delia li reġa’ ħareġ bl-għajta ta’ “xogħol, ġustizzja, libertà”. Veru li fakkritni fiż-żminijiet glorjużi ta’ dan il-partit darba glorjuż tagħna, imma tnikkitt għax dak iż-żmien konna magħqudin wara l-kbir Eddie aktar minn qaqoċċa. U kemm kellna nies kapaċi, man! Minbarra l-kbir Eddie, kellna lil Gwido, il-Bambin jagħtih il-ġenna. Kellna lil Ugo Mifsud Bonnici. Lil Louis Galea li issa reġa’ lura fil-partit. Mhux għax xi darba kien qaleb, ta, imma issa qiegħed jerġa’ jaħdem b’mod dirett fil-partit. Mank jaħasra jirnexxilu jagħmel xi ħaġa biex jerġa’ jġib l-għaqda bejnietna u mhux sirna qisna kelb u qattus! It-Tnejn, 16 ta’ Diċembru Ma setax kellna bidu aħjar għal ġimgħa ġdida, man! Rebħa kbira għall-Kap Adrian (mhux Manuel) Delia. Ingħata raġun mill-Qorti tal-Appell u l-Avukat Ġenerali kellu jgħaddilu r-rapport tal-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant. Issa li dan ir-rapport qiegħed f ’idejn Adrian Delia, żgur li nkunu nafu l-verità kollha. Nispera li jsib mhux ħaġa waħda biss, imma ħafna affarijiet biex forsi nerġgħu nibdew insaħħu lil dan il-partit darba glorjuż tagħna, għax donnu li nagħmlu x’nagħmlu, fejn konna qegħdin nibqgħu. U jien
dan l-inkwiet li għandi, u huwa proprju għalhekk li ma nistax nifhem kif il-Kap, issa dawwar id-diska, u donnu qiegħed jgħid li għandha ssir elezzjoni bikrija. Insomma biex idawwar id-diska, ma jridx wisq. It-Tlieta, 17 ta’ Diċembru Lanqas ħaqq dak l-għaġeb kollu li għamilna dwar ir-rapport tal-inkjesta Egrant. Jien kont qiegħed naħseb li meta nsiru nafu x’fih u x’ma fihx, konna se naqilbu d-dinja ta’ taħt fuq. Imma minn dak li fhimt m’hemm xejn li nistgħu nieħdu rikba sewwa minnu biex forsi, ma tafx kif, inwaqqgħu l-Gvern minn hemm u nidħlu Kastilja aħna. Minn dak li smajt ir-rapport jikkonferma li l-istorja ta’ Egrant kienet mibnija fuq gidba ffabbrikata, saħansitra b’dokumenti foloz, tal-anqas skont accountants forensiċi, li għandi nifhem li huma esperti f ’dan il-qasam. Ma nafx, imma jien qiegħed inqis id-deċiżjoni tal-Qorti li l-Kap tagħna għandu jingħata kopja tar-rapport, bħala bomba li splodiet f ’wiċċna. L-Erbgħa, 18 ta’ Diċembru Kif sar il-Kap Adrian Delia! Qisu l-Prim Ministru jew il-President ta’ ma nafx liema pajjiż. Kuljum b’messaġġ għalina. Mhux għalina n-Nazzjonalisti biss, imma għalina l-familji Maltin u Għawdxin kollha. U kemm għandu rasu iebsa dak l-Avukat Ġenerali, ma jridx jirriżenja minkejja li l-Kap tagħna issa ilu jumejn, jekk mhux tlieta, jgħidlu biex jitlaq. U llum mhux biss il-Kap tagħna reġa’ talab għar-riżenja ta’ Joseph Muscat, imma anke l-maġġoranza tal-Ewroparlamentari. Imma Joseph Muscat ukoll għandu rasu iebsa u ma naħsibx li se jagħti kashom. U wisq nibża’ li anke l-Kummissjoni mhux se tagħti kashom għax skont il-President tal-Kunsill, m’għandhomx jindaħlu. Nistennew u naraw.
25
22.12.2019
kullhadd.com
IL-KARDINAL PROSPERO GRECH SE JINAWGURA L-FESTI BIĊENTARJI TAL-KOLLEĠĠJATA TAL-BIRGU “Fost il-parroċċi mwaqqfa fid-djoċesi tiegħi (Malta), l-eqdem waħda wara l-Katidral ċertament hija l-matriċi ddedikata lil San Lawrenz Martri (il-Birgu).” Hekk kiteb l-Isqof ta’ Malta Mons Ferdinandu Mattei f ’korrispondenza li kellu ma’ Ruma li ġġib id-data tas-16 ta’ Settembru 1819. Hu kien qed jikteb lill-Kardinal Prodatarju biex juri li minnaħa tiegħu kien jaqbel li l-knisja matriċi tal-Birgu tiġi mgħollija għad-dinjità ta’ Kolleġġjata għax verament hekk kien jistħoqqilha. Il-mument tant mistenni għal Vittoriosani wasal il-Ħamis 15 ta’ Ġunju 1820, meta l-Papa Piju VII ħareġ il-Bolla tattwaqqif tal-Kolleġġjata tal-Birgu. Permezz ta’ din il-Bolla huwa żejjen lillkanonċi tal-Birgu b’għadd ta’ privileġġi. Biex jitfakkar għeluq il-200 sena minn
din il-ġrajja unika fl-istorja tal-matriċi Vittoriosana, inħatar kumitat organizzativ presedut mill-Arċipriet Carmelo Busuttil, flimkien mal-Kanonċi tal-Kolleġġjata u diversi persuni oħra minn entitajiet diversi tal-parroċċa. Dan il-kumitat fassal programm sħiħ ta’ attivitajiet mifrux tul is-sena kollha, attivitajiet kemm pastorali kif ukoll soċjali. Il-qofol tal-attivitajiet ser jintlaħaq f ’Ġunju, fid-data meta eventwalment il-parroċċa ġiet elevata bit-titlu ta’ Kolleġġjata u ovvjament aktar ’il quddiem f ’Awwissu fil-ġranet tal-Festa titulari ta’ San Lawrenz. Il-festi ser ikunu inawgurati nhar ilĦadd 5 ta’ Jannar – Jum l-Epifanija talMulej. Bi preparazzjoni għal dan il-jum, f ’jum l-Ewwel tas-Sena ser tinħareġ l-istatwa ta’ San Lawrenz min-niċċa
tagħha, filwaqt li s-Sibt 4 ta’ Jannar il-Kanonċi tal-Kolleġġjata ser jieħdu sehem f ’Għasar solenni u wara l-Artist Għawdxi Manwel Farrugia ser jippreżenta l-logo uffiċjali ta’ dawn il-festi Biċentinarji. Il-Ħadd 5 ta’ Jannar imbagħad fid-9.15 a.m, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tibda marċ mill-Pjazza tal-Belt Vittoriosa, lejn Couvre Porte, id-daħla prinċipali tal-Birgu. Hemmhekk, ser jingħaqdu flimkien mas-Sindku u l-Kunsill Lokali tal-Birgu, l-għaqdiet tal-lokal u flimkien mal-poplu tal-Birgu jagħtu merħba xierqa lill-Kardinal Prospero Grech, iben ilBelt Vittoriosa. Minn hawn, jibda korteo bis-sehem tal-Kunsill Lokali, l-għaqdiet u l-Banda Vittoriosana San Lawrenz, li jwassal lill-Kardinal minn Triq il-Mina l-Kbira
IL-PRESIDENT U S-SINJURA VELLA JŻURU L-GĦADD TAL-MUNITI TAL-KAMPANJA BOV PIGGY BANK L-E.T. Dr George Vella, President ta’ Malta u s-Sinjura Miriam Vella, żaru l-proċess tas-sorting u l-għadd tal-muniti relatati mal-Kampanja tal-Istrina BOV Piggy Bank. Permezz tal-Kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank, mijiet ta’ karusijiet jiġu mqassma fl-iskejjel primarji u sekondarji kollha f ’Malta u Għawdex biex joħolqu kuxjenza dwar is-solidarjetà minn età żgħira. Dawn il-karusijiet imbagħad jinġabru u l-muniti jittieħdu fl-uffiċċju prinċipali tal-Bank of Valletta f ’Santa Venera fejn jingħaddu. Il-President u s-Sinjura Vella ġew milqugħa miċ-Ċermen tal-BOV Deo Scerri, il-Kap Eżekuttiv attwali tal-BOV Mario Mallia u Rick Hunkin, li se jokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-BOV mill1 ta’ Jannar 2020. Huma ltaqgħu mal-voluntiera tal-Malta Community Chest Fund Foundation u l-impjegati tal-BOV li kienu fil-proċess biex jorganizzaw u jgħoddu l-ammont kbir ta’ muniti miġbura permezz ta’ din il-kampanja. “Dan il-proċess huwa l-fażi finali tal-kampanja, u huwa impenjattiv u jinvolvi ħafna ħin,” qal il-Ċer-
men tal-Bank of Valletta. “Madanakollu, hija wkoll l-aktar fażi li tagħtina sodisfazzjon meta naraw iċ-ċifra tal-fondi miġbura dejjem tiżdied ma’ kull borża ta’ muniti magħduda. Żgħira kemm hi żgħira kull donazzjoni, meta jingħaddu flimkien, dawn jagħmlu s-somma sabiħa li aħna nkunu kuntenti ħafna li nippreżentaw waqt ix-xandira diretta ta’ L-Istrina flimkien ma’ donazzjoni ġeneruża mill-Bank.” Il-President Vella rringrazzja lill-Bank of Valletta għall-koperazzjoni tiegħu ma’ L-Istrina, l-avveniment ta’ karità annwali li bħas-snin ta’ qabel se jiġi organizzat fis-26 ta’ Diċembru. Huwa qal: “Kuljum, it-talbiet mill-pubbliku inġenerali qed jiżdiedu u għalhekk il-Malta Community Chest Fund Foundation dejjem għandha bżonn aktar fondi biex tkun tista’ tissodisfa l-għanijiet tagħha, jiġifieri, biex tkopri spejjeż għat-terapija tal-kanċer u għall-każijiet soċjali.” Is-somma finali miġbura permezz tal-kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank se tiġi ppreżentata lill-President waqt ix-xandira diretta ta’ L-Istrina nhar is-26 ta’ Diċembru 2019.
sal-Kolleġġjata Vittoriosana. Fl-10.30 a.m, jibda pontifikal solenni mmexxi mill-Kardinal Prospero Grech, flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata. Fi tmiem il-pontifikal, il-Kardinal ser ibierek libsa sekondarja ġdida, għall-istatwa titulari ta’ San Lawrenz. Wara l-pontifikal, dawk kollha preżenti huma mistiedna biex jakkumpanjaw lill-Kardinal u l-Kapitlu fl-inawgurazzjoni tal-isem ġdid tal-Pjazza biswit il-Knisja, li ser tissemma’ “Wesgħet il-Kolleġġjata 1820”. Kif diġà ngħad, dan il-programm ser ikun biss l-inawgurazzjoni ta’ dawn il-Festi Biċentinarji. Ser inkunu qed naġġornawkom kontinwament, bl-attivitajiet li ser ikunu qed isiru ta’ kull xahar, matul din is-sena speċjali għall-Belt Vittoriosa.
27
22.12.2019
kullhadd.com
IRRANĠA MHUX TARMI Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Li nkunu ngħixu f ’ambjent sabiħ jagħmel ħafna differenza milli ngħixu f ’ambjent ordinarju, meta jeżistu riżorsi sabiex minn xena ordinarja, faċilment tinqaleb għal waħda aktar pjaċevoli. L-individwu li tkellimt miegħu llum fil-fatt jgħix u jipprattika din it-teorija, tant li l-kuluri jaffettwawh immens. Qed nirreferi għal Carlo Olivari D’Emanuele. Għandu 44 sena u mill-Ħamrun, imma dawn l-aħħar 15-il sena għexhom il-Għargħur. Iggradwa bħala social worker u fl-istudji avvanzati fil-politika soċjali. Jaħdem bħala Focal Point fil-qasam tad-droga f ’Malta, u jirrappreżenta lil Malta fl-Aġenzija ta’ Monitoraġġ tad-Drogi fl-Unjoni Ewropea. Passatempi għandu ħafna, imma l-aktar wieħed li jgħożż hu meta jkollu ktieb tajjeb fuq ħoġru, għal kwiet u jivvjaġġa fejn l-awtur irid jieħdu. Xi wħud jgħidu li huwa mażetta, għax dawk li jaraw għajnejh jagħmlu jdejh. Dejjem tarah għal ħaġa jew oħra. Uħud jgħidu li huwa kwiet. Imma jqis lilu nnifsu bħala persuna kawta, jieħu riskji kkalkulati biex kemm jista’ jkun il-ħajja tiegħu u ta’ madwaru tkun aħjar. Kreattiv kemm fil-ħsieb kif ukoll f ’dak kollu li jagħmel. L-arti importanti biex tipprova tifhem il-ħajja li qed ngħixu fiha Carlo huwa persuna kreattiva ħafna. Huwa involut f ’ħafna oqsma soċjali, artistiċi u fi ċrieki differenti, tant li jemmen li l-ħidma soċjali u l-arti għandhom jimxu id f ’id. “Il-ħajja li għext s’issa, speċjalment fl-ewwel nofs, ma kinitx faċli. Iżda minn hemm irrealizzajt kemm hi importanti l-arti, speċjalment l-espressjoni artistika, biex tipprova tifhem il-ħajja li qed ngħixu. Dan mhux biss fuq livell personali, imma anke fuq livell soċjali u komunitarju. Li tgħix f ’ambjent li jista’ jkun ta’ ispirazzjoni, anke sempliċement kulur li jġiegħlek tħossok tajjeb, jgħin ħafna biex tħares lejn il-ħajja b’mod ftit aktar pożittiv. Eżempju prattiku hu housing estate. Immaġina grupp ta’ familji jgħixu flimkien fi blokka. Kemm ikun aħjar kieku l-ambjent tal-madwar ma jkunx sempliċement miżbugħ abjad, imma li jkun hemm kulur jew iktar, jew anke murals, li jiġu maqbula bejn kulħadd, biex ikun hemm ambjent aktar personalizzat u li jgħin fl-ownership tal-post,” beda jitħaddet miegħi. Caro ħadem u kien involut ukoll għal 20 sena sħaħ fil-Karnival, il-maġġoranza tagħhom bħala co-leader. “Ħafna mix-xogħol kien
jinvolvi disinn tal-kostumi, xogħol fuq forom tat-tafal, ħidma fuq issuġġett, preparazzjoni ta’ mużika, logistics ta’ movimenti fuq il-karru mal-mużika, koreografija, direzzjoni u promozzjoni tal-grupp – Talbanda Carnival Troupe – fuq livell nazzjonali u internazzjonali. “Din is-sena l-grupp ser ikompli, iżda jien iddeċidejt li nieqaf għal ftit biex nipprova nkabbar interessi oħra li għandi,” stqarr miegħi. Ta’ min jgħid ukoll li Carlo kien ħa sehem f ’xi drammi lokali. Fil-fatt bħala attur beda l-mixja f ’Ix-Xhud u minn hemm kellu partijiet qosra f ’Salib it-Toroq, Katrina u oħrajn. Partijiet prinċipali kellu f ’Leli ta’ Ħaż-Żgħir u f ’Il-Prinċep tal-Warda Bajda. Huwa wkoll awtur ta’ bosta kotba fosthom Iż-Żeffiena tal-Kerubini li ġie nnominat għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. S’issa ġew ippubblikati erba’ kotba minn tiegħu, tlieta għall-adulti u ieħor għat-tfal. “Fejn tidħol il-kultura jogħġobni prattikament kollox, imma speċifikament it-talent personali ta’ ħafna nies li jirnexxilhom jgħaqqdu dak li jafu ma’ elementi Maltin fil-wirjiet tagħhom, kemm fuq il-palk kif ukoll fil-wiri. Fil-fatt dawn l-elementi joħorġu fil-karattri prinċipali tal-kotba tiegħi, fejn għandek l-arti viżiva, iż-żfin u l-kant bħala elementi primarji li jiddistingwu l-karattri u l-istejjer tagħhom.”
Jgħin individwi u familji jirriċiklaw għamara u oġġetti Interessanti l-fatt li matul dawn l-aħħar snin Carlo beda jaħdem biex tgħin individwi u familji jirriċiklaw għamara u oġġetti li s-soltu nqisuhom bħala skart. B’hekk l-użu tagħhom jerġa’ jsir biex isebbħu djarhom stess u jnaqqsu mill-problema tal-iskart li għandu pajjiżna bħalissa. Ħallejt
f ’idejh sabiex jispjegali aktar dwar dan il-kunċett. “Bħala kreattiv, ma nħarisx lejn l-espressjoni artistika biss, iżda wkoll l-ambjent fejn l-arti tista’ tagħti risposti fuq affarijiet li jmissuna fil-qrib. F’dan il-każ l-iskart. Bħala gżira żgħira b’limitazzjonijiet ovvji ta’ fejn narmu l-iskart, irridu naħdmu biex nevitaw aktar skart bla bżonn. U hawn fejn jidħol l-element ta’ upcycling, bażikament nirranġaw dak li għandna biex naddattaw għall-ambjent li qed noħolqu madwarna. Kulħadd jaf li bħalissa qed issir ħafna kostruzzjoni. Flok dar qed jitilgħu blokok t’appartamenti. Immaġina, flok l-għamara tad-dar li ser taqa’ tintrema, tinżamm. U kull appartament jieħu biċċa waħda minn dik l-għamara, jirranġaha biex tiġi taqbel mal-istil ġdid talpost. B’dan il-mod inkunu qed insalvaw dar għamara milli tintrema jew tinħaraq, ngħinu fl-arja u fl-ambjent, u fl-istess ħin ngħinu ġenerazzjoni ġdida tapprezza x-xogħol tal-passat biex tinħadem l-għamara,” spjegali tajjeb Carlo. Naturalment ridt inkun naf aktar dwar dan il-proġett ta’ riċiklaġġ. Filfatt, Carlo infurmani li ftit tas-snin ilu fforma n-nom de plume Rescoli by Carlo. “Bażikament hija azzjoni li tgħin nies jirridekoraw għamara antika għall-gosti tagħhom. Dan isir b’ħafna modi, bħal pereżempju nintalab biex nirridekora jien, oħrajn jattendu korsijiet li nagħmel jien fejn jitgħallmu jagħmlu x-xogħol huma fid-dar tagħhom, u wkoll bdejt YouTube channel bis-saħħa ta’ ħija Antonio bl-istess isem, fejn kull ġimgħa nagħmlu proġett li jista’ jsir faċilment minn dak li jkun qed jarah fid-dar tiegħu stess. Niffoka ħafna anke fuq l-użu tal-prodotti, li jridu jkunu mingħajr kimika ħażina għall-ambjent, li jkunu eco-friendly,
child-friendly u pet-friendly. Anke l-użu tal-karti għad-decoupage, idealment nużaw rice paper jew karti riċiklati, li jgħinu fin-nuqqas ta’ użu ta’ karti.” Ta’ min jgħid ukoll li ftit ġimgħat ilu waqt il-European Week for Waste Reduction kien qed jikkampanja b’mod ikbar u kien qed juża r-Rescoli by Carlo bħala pjattaforma fejn juru kif jistgħu jnaqqsu l-iskart iġġenerat mill-għamara u skart ieħor, u kif nistgħu nsebbħuha b’mod aktar personalizzat. Kienu qed jużaw erba’ hashtags li jirriflettu l-elementi kollha tal-kampanja, li huma #EWWR2019, #respectyesterday, #savetoday, #enjoytomorrow. Tkellimt miegħu dwar ir-rispons tal-pubbliku inġenerali. “Ir-rispons huwa kbir, imma qatt mhu biżżejjed. Għalhekk nappella biex il-kelma tkompli tinxtered u nkabbru l-għarfien dwar ir-riċiklaġġ. Rigward jekk din il-kampanja hix tkun ta’ kontribut aħjar għall-problema tal-iskart li għandha Malta bħalissa f ’dan ir-rigward, Carlo jittama li qed iseħħ dan. “Imma ġeneralment inħalli lil ħaddieħor biex jevalwa dak kollu li nagħmel jien fl-aspetti kollha kreattivi, li hu l-pubbliku.” Fl-aħħar nett, Carlo għadda messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Kif jgħid il-Malti – Qis mitt darba u aqta’ darba – jiġifieri qabel ma tiddeċiedu li tarmu, għamlu eżerċizzju żgħir. Araw jekk tistgħux tbiddlu l-użu tal-oġġett jew issebbħuh, jekk ma triduhx araw jekk hemmx familjari jew ħbieb li forsi jsibulu użu għalihom, u jekk verament m’hemmx alternattiva staqsu NGOs jew aġenziji soċjali jekk jiħduhx; fejn ħafna drabi tista’ tkun soluzzjoni minnha nfisha,” temm jgħid.
29
22.12.2019
kullhadd.com
IĦOBB JILBES TA’ MARA SABIEX JOĦLOQ SPETTAKLU
Kitba ta’ Drag Queen: Hemm min hu RAMONA PORTELLI elaborat fil-kostumi u hemm min hu eleganti Ix-xena tad-drag queens f ’Malta għadha mhux daqstant popolari, Dan l-aħħar proprju mis-sena iżda xorta għandna drag queens 2015, beda jiffoka bħala drag Maltin li kultant jieħdu gost queen. Għal min forsi mhux jagħmlu dan ix-xogħol, sew biex tant jaf xi tfisser drag queen, din jieħdu gost huma stess u fl-istess tkun raġel liebes ta’ mara - sabiex waqt jagħtu pjaċir lil ħaddieħor, jagħmel show. Hemm diversi tipi lil min isegwihom. Barra minn ta’ drag, hemm min hu elaborat Malta, din il-prattika hija komuni fil-kostumi u hemm min hu eleganti. ħafna. Prattikament, li Mirko jibda Dan l-aħħar sirt naf b’individwu Malti li għal dawn l-aħħar jagħmilha ta’ drag queen ma kinitx erba’ snin beda jagħmilha ta’ drag fil-ħsibijiet tiegħu. Però kien daħal queen. Qed nirreferi għal Mirko għal kompetizzjoni sforz il-qrid u Bugeja magħruf aħjar bħala l-inkoraġġiment ta’ sħabu u spiċċa biex rebaħha. “Wara li kelli l-esElectra Shock. Għandu 28 sena, joqgħod Ħal perjenza bħala dama fuq il-palk Qormi, jaħdem bħala Adminis- kien hemm kompetizzjoni ta’ drag trator u bħala passatempi apparti ġewwa klabb f ’Paceville fejn jien li joħroġ, għandu l-mużika. Bħa- ma kinetx tinteressani għall-fatt la karattru jikkunsidra lilu nnifsu li jien qatt ma kont drag queen bħala persuna bubbly, filwaqt li qabel. Però biex nevita l-qrid, apmeta jkun bħala Electra Shock plikajt għal din il-kompetizzjoni, ikun persuna ferriħija, persuna li sibt għajnuna kbira mingħand tieħu gost magħha, persuna li kel- sħabi u mill-familja u spiċċajt biex ma taqbad u tgħidhielek, persuna irbaħt,” tbissem jgħidli. Mhux hekk biss, talli bis-saħħa li tħobb u tifhem lil dak li jkun fi kwalunkwe sitwazzjoni u persuna ta’ din il-kompetizzjoni sab ruħu ġewwa Glasgow jirrappreżenta lil li kapaċi tisma’ lil kulħadd. Malta. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “Prattikament il-premIkkompeta f ’diversi ju ta’ dik il-kompetizzjoni kien konkorsi tal-kant vjaġġ għal tnejn ġewwa gay club fi Bħala Mirko, ilu li beda jkanta Glasgow fejn hemmhekk għamilt minn mindu kellu ħames snin. pre-show tad-drag queen famuża Fil-fatt fix-xena tal-kant ikkom- Amerikana Adore Delano. Ixpeta f ’diversi konkorsi f ’Malta, show kien sar f ’Marzu tas-sena apparti l-kompetizzjonijiet ħa 2016.” sehem f ’diversi musicals fosthom Jesus Christ Superstar taħt Ix-xena lokali tad-drag queens l-orkestra tal-Mro Joe Brown u hija komunità żgħira anke pantos. Rigward il-futur qatt ma kellu l-ħsieb li jieqaf mill-kant Ta’ min jgħid ukoll, li bħala peru qatt mhu ser ikun il-ħsieb, anzi suna Mirko jinteressawh ħafna jħares ’il quddiem u jaħdem fuq l-performing arts. Però fi kliemu hija ħasra li hawn Malta fejn pjanijiet u proġetti ġodda. Minbarra l-kant, Mirko għamel tidħol ix-xena tad-drag queens, żmien ukoll jiffoka fuq id-dra- mhux biss hija komunità żgħira, ma fejn kien jirreċta fuq il-palk u iżda ssib min jikkritika flok jagħanke ħadem Pantos fejn kien ikun ti l-inkoraġġiment. Fi kliem ieħor id-dama. Ħallejt f ’idejh sabiex f ’Malta x-xena tad-drag queens jelabora aktar. “Għamilt żmien mhi b’saħħitha xejn. B’hekk twil nifforma parti mill-grupp te- staqsejt lil Mirko x’jaħseb li jista’ atrali Qormi l-għaqda Qawmien jibda jsir sabiex jissaħħaħ aktar fejn tellajna diversi drammi, pag- lokalment. “Nemmen li b’aktar eants tal-passjoni, kif ukoll fuq għajnuna speċjalment finanzjarja, il-qaddis San Ġorġ u anki pantos aktar żgħażagħ li tinteressahom fejn għal tliet darbiet konsekuttivi din ix-xena jersqu aktar ’il qudkont qed nospita l-parti tad-da- diem. Jekk il-komunità tipprovdi ma.” aktar bħal shows u events fejn
din l-idea wara dan l-istage name. “Proprja l-isem kien Electra u dan ġie sempliċement mingħand ħabiba kbira tiegħi. Sena qabel il-kompetizzjoni, kont iddeċidejt li nitla’ għall-karnival tan-Nadur tas-sena 2014, fejn hemmhekk ilbist l-ewwel darba ta’ mara, tellajt ir-ritratti fuq Facebook u staqsejt lill-pubbliku x’isem kieku kellhom jagħtu. Fost diversi ismijiet laqatni ħafna l-isem Electra u r-raġuni warajh skont il-persuna li tatni dan l-isem kien għax bil-karattru tiegħi narmi l-elettriku. Kif appena waslet il-kompetizzjoni, kellna nipreparaw stage name fejn hemmhekk żidt ix-shock u twieled l-isem Electra Shock,” spjegali Mirko. Mistoqsi dwar kif jaħseb li qed jintlaqa’ mill-pubbliku inġenerali, weġibni: “Daqskemm hemm min hu favur, hemm min hu kontra dan il-kunċett. Personalment apparti l-ftit kritika li qlajt u l-kummenti negattivi li kien hemm, sibt inkoraġġiment kbir u nemmen li ntlaqgħet tajjeb ħafna.” Ridt inkun naf ukoll dwar kif huwa personali jirnexxilu jaqleb il-karattru minn Mirko għal Electra Shock, u f ’liema minnhom Minn Mirko l-aktar li jħossu komdu. “Prattigħal Electra Shock kament il-karattru ta’ Mirko u ta’ Bħala drag queen, Mirko juża Electra huwa perfettament l-istess stage name ta’ Electra Shock. karattru, u għalhekk ma tkunx Ridt inkun naf minn fejn ġietu diffiċli biex naqleb minn karatt-
jidħlu d-drag, persuna tkun tista’ turi u ssaħħaħ aktar it-talent. Forsi anki t-televixin, għandu jkun ukoll ta’ pjattaforma għal drag queens li jixtiequ jsiru forsi preżentaturi ’l quddiem,” spjegali Mirko. Kompla jgħidli li bħala shows hemm diversi tipi, hemm min itella’ tip ta’ stand-up comedy, hemm min jagħmel lip-sync, però jagħfas fuq iż-żfin, hemm min ikanta live u aktar. Tkellimt miegħu wkoll dwar it-total ta’ ħin li jieħu sabiex jipprattika. Fil-fatt stqarr miegħi li jieħu sigħat twal ta’ rehearsals, prattikament kuljum, jiddependi mix-show li jkun ser jippreżenta. Mistoqsi jaħsibx jekk drag queen għadx tista’ tkun karriera personali li persuna tkun tista’ tgħix minn fuqha biss, Mirko weġibni mingħajr tlaqliq ta’ xejn. “Sfortunatament hawn Malta le. Il-mentalità hawn Malta la nista’ ngħid imxiet ħafna ’l quddiem, però lanqas nista’ ngħid li għadha lura, għax kemm ilni jien personalment bħala drag sibt sapport kbir, anke minn nies li ma nafhomx.”
ru għall-ieħor għax kulma naqleb huwa l-image biss.” It-trasformazzjoni tad-drag queen hija proċess daqsxejn twil Rigward isirux xi preparamenti speċjali qabel kull wirja ta’ drag queen, Mirko stqarr miegħi li qabel kull wirja, it-trasformazzjoni taddrag hija proċess daqsxejn twil. Biss biss, il-make-up ħafna drabi l-inqas li jieħu huwa sagħtejn. Fl-aħħar nett, Mirko għadda messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Il-messaġġ li għandi huwa wieħed ta’ inkoraġġiment lil drag queens oħra bħali li forsi qegħdin jaqtgħu qalbhom joħorġu fil-beraħ u juru l-kuluri lil ħaddieħor bit-talent u l-kapaċitajiet tagħhom. Kulħadd għandu d-dritt li jkollu l-mumenti tiegħu - twil, qasir, oħxon, irqiq, l-importanti kemm inti tkun kapaċi tiġbed in-nies lejk. Personalment nixtieq nirringrazzja lill-ġenituri tiegħi u lill-familja tiegħi li kienu hemmhekk dejjem għas-sapport, lill-ħbieb tiegħi li ma qatgħuli qalbi qatt u dejjem kienu ta’ għajnuna, u fl-aħħar u mhux l-inqas lis-segwaċi kollha tiegħi li dejjem kienu ta’ sapport kbir u li bis-saħħa ta’ din l-għanjuna kollha jiena dak li jien illum u nwiegħed li nibqa’ miexi dejjem ’il quddiem.”
31
22.12.2019
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
SENSIELA ĦREJJEF KLASSIĊI ALADDIN U L-LAMPA MAĠIKA
HANSEL U GRETEL
L-GĦEFIERET U L-ISKARPAN
IL-PEJXU TAŻ-ŻARBUN
IL-PRINĊEP ŻRINĠ
RAPUNZEL U S-SAĦĦARA L-KATTIVA Mistoqsija: Semmi karattru minn dawn il-kotba. Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu il-kotba SENSIELA ĦREJJEF KLASSIĊI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 29 ta’ Diċembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb QATRA GĦASEL F’BAĦAR IMRAR huwa: C. SALIBA - QORMI
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
01
TIRBAĦ €100
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm kien is-surplus fl-ewwel disa’ xhur tal-2019?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
Rebbieħ: C. ATTARD - VALLETTA
32
22.12.2019
kullhadd.com
Stejjer Qosra
MINN MARY CHETCUTI
L-ADOZZJONI Virginia Abela kienet qisha vara. Trid seba’ għajnejn biex taraha. Twila, mibruma, b’xagħarha lewn ix-xemx irranġat skont il-moda tal-mument. Sidirha kien l-iktar parti ta’ ġisimha li jiġbed attenzjoni għax kien ġeneruż u wieqaf......insomma tfajla tpaxxi l-għajn. Virginia magħrufa bħala Ginny ma tantx inħliet fuq l-istudju. Madanakollu, ma kinitx xi ċuċ lanqas. Kienet taf kif iħarsu lejha l-irġiel u x’effett tħalli fuqhom. Dit-tfajla kellha filosofija għaliha u taf xi trid mill-ħajja: “Ma rridx nispiċċa nsefter għand xi sinjura qisha “t-toqba ta’ għajni u s-sinjur żewġha japprofitta ruħu minni kif martu ddawwar wiċċha. Jiena rrid raġel għani li jkun kollu tiegħi u jżommni fuq wiċċ l-idejn.” Lill-ġuvintur tamparha mill-ewwel kienet taqtgħalhom l-għatx bilperżut għax dawk bla sold bħalha. Darba fost l-oħrajn ħabibitha, Rita, stednitha tmur magħha għall-festin ta’ għeluq snin ħuha, Gino. “Ħa jagħmlulu sorpriża sħabu tat-teatru. Sabni sieħbu, Edwin, u qalli biex immorru aħna wkoll. Ejja Gi, nieħdu gost. Wara jwassalna d-dar Gino.” Ginny ma kellhiex impenji: “Għal Gino niġi żgur.” U hekk għamlu. Marru l-Belt, daħlu t-teatru u poġġew fuq wara nett tal-platea jsegwu l-provi ta’ teatrin ġdid li kienu ħa jtellgħu Gino u sħabu tal-grupp teatrali. Kif spiċċaw il-provi Gino u l-oħrajn daħlu jbiddlu. Edwin reġa’ ħareġ u sejħilhom biex jiġu wara l-palk. Sakemm Gino lesta jbiddel, Rita
flimkien ma’ Ginny għenu lil sieħbu jarma mejda żgħira. Fuqha poġġew kejk b’25 xemgħa fuqu, xorb u tazzi għal kulħadd – 14 b’kollox, fosthom raġel li kien jidher ikbar mill-oħrajn u beda kull darba jħares lejn Ginny, jitkellem ma’ sħabu u jħares lejha. Malli indunat bih tbissmilha. Kif ħareġ Gino kulħadd infexx ikantalu l-awguri ta’ għeluq sninu u jċapċpu mar-ritmu. Gino deher sorpriż imbagħad beda jċapċap ukoll. Tawh sikkina żgħira biex jaqsam il-kejk wara li ħa nifs qawwi u tefa’ x-xemgħat f ’salt. Rita
tal-inbid ferrajtha għalik, sinjorina. Qatt ma rajtek hawnhekk, ħabiba ta’ Gino?” Ginny qaltlu li ilhom jafu lil xulxin mindu kienu tfal. Gino tliet snin ikbar minnha u minn oħtu Rita. “U inti qed tieħu sehem fir-reċta wkoll għax ma rajtekx fuq ilpalk?” qaltlu Ginny waqt li tellgħet it-tazza ma’ xufftejha biex idduq l-inbid. “Dażgur, jiena l-attur prinċipali!” u inkina ruħu ħa jdaħħaqha. Kemm għandha daħqa ħelwa, ħaseb, u x’ġisem għandha! Introduċa ruħu: “Jiena Lui-
L-għada, fis-sagħtejn ta’ waranofsinhar it-telefown fid-dar ta’ Ginny ċempel. Ħatfitu hi ħalli ma tirrispodihx ommha. Kien Ġiġi kif basret.
kompliet tqatta’ l-kejk, imliet platt u talbet lil Ginny iddur tqassam il-kejk. L-irġiel min-naħa tagħhom fetħu x-xorb u kulħadd għen ruħu. Ginny waslet quddiem ir-raġel li ma qalax għajnejh minn fuqha. Offrietlu l-kejk u hu b’id waħda ħa biċċa filwaqt li b’idu l-oħra l-ħadilha l-platt minn idha. “Dan inpoġġuh fuq il-mejda u min irid iżjed jieħu hu. Din it-tazza
gi, imma għalik Ġiġi. Inti Ginny hux għax smajtha lil ħabibtek issejjaħlek?” “Virginia imma għalik Ginny” u reġgħu daħqu flimkien. Qabdu parlata, anzi, hu jpaċpaċ u hi tisma’ u tiflih. Mhux xi ġmiel imma ċajtier, ikkonkludiet. Qalilha li hu negozjant imexxi tlett iħwienet tal-kmamar tal-banju.
“Iva, u żgur li naf liema huma! Dawk tiegħek?!” stagħġbet hi. Ġiġi iktar beda jiftaħar u kompla jgħidilha kemm hu bniedem imħabbat u kemm jagħtuh problemi l-impjegati tiegħu. “Imma xorta nipprova nsib ħin għall-passatemp favorit tiegħi; it-teatru.” Għajnejn Ginny xegħlu filwaqt li bdiet tagħmel il-kalkoli. Mimli liri u ċajtier! Xi trid iktar mill-ħajja, Ginny? Issa billi jkun ħelu u bl-irqajja ma’ sormu! Baqgħu fil-kumpanija ta’ xulxin sakemm sar il-ħin għall-għassies tat-teatru biex jagħlaq għal-lejl. Żbarazzaw kollox u rħewla ’l barra. Ġiġi ried iwassalha d-dar lil Ginny imma qaltlu li kienet sejra lura ma’ sħabha. Resaq aktar viċin u staqsiha minn taħt l-ilsien: “Nerġa’ narak Ginny? Meta trid immorru nieħdu drink, xi tgħid? Fejn nista’ nsibek?” Ginny pronta wiġbitu: “Missieri jismu Ċirillu Abela, issibu fuq id-direttorju tat-telefown għax waħdu b’dak l-isem. Jekk trid ċempilli.” U telqet tiġri biex tilħaq lil sħabha. “Lanqas biss naf min hu u qabad iparla qisu ilu jafni għomru,” bdiet Ginny. Gino daħaq u qalilha: “Ħalli għalih is-Sur Ġiġ! Dak fejn jara mara sabiħa warrablu!” Ginny qabditha l-kurżità. “Eh, mela tafu sew, Gino? Qalli li bilħwienet u ma nafx kemm għandu lavranti u bini......veru jew?” Gino taha daqqa ta’ għajn millmera tal-karozza. “Moħħok
hemm Ginny! Sinjur kemm tridu, imma qallek li hu miżżewweġ ukoll?” Ginny għolliet spallejha: “Ma jiġbidnix. Għandux it-tfal tamparna wkoll?!” Rita qabdet tidħaq. “Sinjur bla tfal, Ginny. Kollox lill-qassissin se jħalli!” Ginny ma qalet xejn u baqgħet tħares mit-tieqa tal-karozza bla ma tara xejn. Kienet qed taħseb fuq isSur Ġiġ. L-għada, fis-sagħtejn ta’ waranofsinhar it-telefown fid-dar ta’ Ginny ċempel. Ħatfitu hi ħalli ma tirrispodihx ommha. Kien Ġiġi kif basret. Staqsieha setax jgħaddi għaliha bil-karozza u jmorru jieħdu drink. Aċċettat. Ma fiha xejn ħażin billi tmur tieħu drink. *** Luigi Vella, negozjant li x-xorti bisitu fuq iż-żewġ wardiet ta’ wiċċu. Beda mix-xejn u f ’radda ta’ salib sar miljunarju. Iż-żwieġ tiegħu ma’ Mary għenu ħafna għax ħatnu kien sinjurun u investa flus bil-għama fin-negozju tiegħu. Martu Mary, tifla waħdanija, kwieta u dejjem xtaqet it-tfal li però b’xorti ħażina ma waslu qatt. Iżżwieġ tagħhom ma kienx wieħed feliċi. Hi kienet taf li Ġiġi ħadha għal flusha. Iżżewġu żgħar wisq, hu kien għad kellu 24 sena u hi erba’ snin ikbar minnu. Kienet taħseb li forsi xi darba għad isir iħobbha, imma Ġiġi raġel li jħobb in-nisa - fil-plural - mhux il-mara. Biż-żmien Mary aċċettat
33
22.12.2019
kullhadd.com
dan ukoll. Kienet taf li jaqlibhiel- il-ħajja bdiet togħġobha wisq lilha u kienet titlob għalih forsi xi ha u ma kellha l-ebda ħsieb li titdarba jibdel ħajtu. laqha......lanqas meta Ġiġi beda juriha x-xewqa li jsiru ħbieb aktar *** intimi. Ginny ma rat xejn ħażin billi Ġiġi, ta’ galantom li hu, ħa lil Gin- żżiegħel ftit bih. Miskin, imwarny ġo Bar ta’ lukanda lussuża. rab minn martu. U Ġiġi jkompli Ried ikun jaf kollox fuqha u jixtrilha affarijiet li qatt ma ħolmot għamlilha elf mistoqsija: taħdimx, li jkollha! għandhiex namrat, x’tixtieq Il-Malti jgħid li l-ġarra ġejja u setagħmel f ’ħajjitha...... Hi ma de- jra fl-aħħar tinkiser! Għax tgħid, jqitha xejn din l-attenzjoni kollha il-ġarra tas-Sur Ġiġ bdiet tixxfuqha u ħadet gost tirrakkunta- aqqaq u tagħmel l-ilma minn kullu u tgħidlu x’kienet l-ikbar ħol- limkien meta għodwa waħda waqt ma tagħha, “......li nsir mudella li kien fl-uffiċċju tiegħu ċempel famuża!” it-telefown. Kienet Ginny. “Isa ħej! Għandek il-pakkett kol“Ginny! Qalbi, aħjar ma ċċemlu, Ginny. Sabiħa, il-figura perfet- pillix hawn. Illejla ġej. Jaqaw tridni ta.....!” u għajnejh marru fuq sidir- ħdejk, pupa? Għadhom l-għaxra!” ha. Ginny ma kellhiex aptit paroli, Wiċċha ħmar peprin filwaqt li kienet sebħet għal darb’oħra imtbissmitlu: “U ejja Ġiġi.” dardra. Bla ma tatu ċans jitkellem kom“Ġigi, aħjar tgħaddi dalgħodu pliet: “Bilħaqq, m’għidtlix li inti għax għandi bżonn inkellmek.” miżżewweġ. Isma’, jiena tfajla serGinny issa kienet qed toqgħod ja ta. Taħsibnix waħda li noħroġ għal rasha ġewwa terran komdu u mal-irġiel miżżewġin.” l-kera jħallashielha Ġiġi. Ġiġi nħasad ftit. Basar min seta’ Ġiġi obdiha u mal-11 bumm feqalilha. taħ biċ-ċavetta li kien iżomm fuqu “Jiena konvint li m’intix tif- u baqa’ dieħel. Ginny ġriet għal la t’hekk. Ma tarax, kieku kont fuqu u Ġiġi tant ħa gost b’din ilsa nistiednek għal drink? Jiena laqgħa li qabadha minn qaddha u mill-ewwel ninduna li tfajla hi ser- ġibidha lejh ibusilha għonqha u ja. Ginny, infittex il-kumpanija ta’ spallitha mikxufa. tfajla bħalek biex niftaħ ftit qalbi Kienet għadha bil-ħwejjeġ talu xejn aktar. Mary, il-mara tiegħi, irqad, mhux soltu tagħha Ginny, ingħalqet fiha nnifisha u ma għad- ħaseb, għax kienet tħobb toqgħod niex nitkellmu. Kollha knejjes u imbiddla anki jekk ma tkun sejra rużarju u lili ma tifhimnix. Mara mkien. sew kemm tridha u qalbha f ’idha “Ma stajtx tistenna sal-lejla pupa, imma sirna qisna aħwa ngħixu hux!? Ma toqgħodx mingħajri....” taħt l-istess saqaf......” beda jgħidilha Ġiġi hu u jbewwes Baxxa ftit rasu bħallikieku tnik- fiha. Mexxa xufftejh aktar ’l isfel ket u b’leħen baxx u naqra mik- lejn l-abbundanza ta’ sidirha, ibusur kompla: “Il-Bambin għoġbu sha u jibda jeċita ruħu. jħallina bla tfal. Imma x’tagħmel? Ginny qalbet għajnejha. Dan Kulħadd b’xi salib, mhux hekk?” kien jonqosha! Bżonn urġenti li Ginny tħassritu ftit u riedet tik- titkellem kellha. “Ġiġi, qabiżli!” kunslah: “Forsi għad ikollkom tfal. Ġiġi, mitluf kif kien f ’dagħdigħa Jiena naf koppja....” ta’ passjoni ma fehemx. “X’inhu Ġiġi qatgħalha kliemha: “X’inhi qalbi? Kollox f ’postu għandek, ħelwa Ginny! Le, tard wisq għalina pupa!” ħanini. Marti għaddietu ż-żmien li “Uff! Ġiġi, m’intix tismani!” jista’ jkollha t-tfal. Imma ara, ħalli- sabbtet saqajha mal-art. “L-afna mid-dwejjaq. Xi tħobb tagħmel fari....qabiżli b’xahrejn! Ittardjali! fil-ħin liberu tiegħek?” Tifhem bil-Malti int?!” Ginny, ħadet ir-ruħ li s-suġġett Ġiġi waqaf ħesrem mill-bews reġa’ dar fuqha u kompliet tirrak- b’xufftejh għadhom ibbuzzati ’l kuntalu. Ġiġi, bi tbissima wiesgħa barra. Ħares lejha b’għajnejh imfuq wiċċu, jismagħha, jiggustaha berqin. “X’qed tgħidli Ginny?” u......jikkalkula li ġewwa x-xilep! staqsa mbellaħ. Il-ħbiberija bejn Ġiġi u Ginny Ginny inġibdet lura minnu u kompliet dieħla ’l ġewwa. Sar jaf rranġat ħwejjiġha biex tinsatar. li tħobb ir-rigali allura kull darba li “Naħseb li taqqaltni, Ġiġ! Din ma jiltaqgħu beda jġibilha xi ħaġa biex kellix xi rridha! Ma nħossnix lesta tifraħ biha. Daqqa xalla, daqqa par biex inrabbi tarbija, qed tifhem? kalzetti tal-ħarir. Aktar ma bdiet Ara x’se tagħmel,” u qabdet tnewtissoda l-ħbiberija aktar beda jik- waħ. ber il-valur tar-rigali. Moħħ Ġiġi telaq jiġri, lilha pprova Ġiġi drah sew il-karattru tagħha. jikkalmaha. “Ginny, ejja noqogħGinny tħobb tkun fiċ-ċentru du kalmi..... hemm soluzzjoni għal tal-attenzjoni u hu kien jagħtiha kollox, tinkwetax mhijiex se taqa’ l-attenzjoni tiegħu kollha meta d-dinja b’daqsekk!” jkunu flimkien. Mill-banda l-oħra, “Forsi għalik ma taqax, Ġiġ, Ginny bdiet tistħajjilha reġina ma’ imma jiena għadni żgħira! GħanĠiġi. di futur quddiemi. X’se nagħmel Jeħodha fl-aqwa postijiet tad-di- b’tarbija ma’ djuli?” wieġbet inkvertiment. Kull fejn imorru wetata u rrabjata Ginny. kulħadd jafu u jsejħulu b’ismu. “Ginny, pupa, teħodhiex hekk. Jaqduh mill-koxxa għax kien jaf Issa, Ġiġinu tiegħek jieħu ħsiebek, ikun ġeneruż ma’ kulħadd. Din kollox hu, tajjeb?”
Gidmet ilsiena għax dak il-ħin kellha aptit tibagħtu......! Ma riedx jifhem li tarbija ma kinitx fil-pjani tagħha. Ġiġi ħa lil Ginny għand tabib tat-tqala mustaċċun. Ġabilha sef-
Rita qabditha minn idha u mexxietha ’l barra mill-ħanut. “Ejja miegħi ħa nħallaslek kafè u ngħidlek kollox, trid?” “Dażgur li rrid!” daħqu flimkien u telqu.
Rasha bdiet iddur biha. Lanqas kienet taf x’se tibda titfa’ fil-bagalji daqskemm kellha lbiesi, żraben, basktijiet......
tura tagħmlilha kollox hi, fetħilha kont kurrenti mal-bank ħalli tixtri kulma jkollha bżonn għat-tarbija mingħajr ma toqgħod titlob il-flus lilu. Insomma, kulma kien jonqos iġibilha l-ilma jiżfen. Madanakollu, il-burdata ta’ Ginny bdiet sejra mill-ħażin għallagħar - gdiedem, jitilgħulha malajr u tibki mix-xejn. Ġiġi ħa paċenzja biha u kien iżiegħel biha qisha tifla mfissda. Kienu tnejn l-affarijiet li ma setax jgħidilha lil Ginny - waħda li kien ferħan se jtir li fl-aħħar, ta’ 48 sena, kien se jsir missier, u l-oħra li jiġri x’jiġri lil martu ma kien se jitlaqha qatt. Veru li qatt ma ħabbha lil Mary imma kien jitħassarha. Ginny, min-naħa tagħha qatt ma talbitu jitlaq lil martu, lanqas. Mela minn daqsekk ma kienx hemm problemi. Ginny għalqilha ż-żmien u wara ħlas qasir welldet tifel il-ġmiel tiegħu. Semmewh Sammy għal missier Ġiġi. Il-maternità tant xerqitilha lil Ginny. F’għajnejn Ġiġi bdiet tisbieħ kuljum. Ġisimha ma damx ma reġa’ ħa l-forma senswali ta’ qabel it-tqala u Ginny għamlet minn kollox biex terġa’ tidħol fl-ilbiesi ta’ xbubitha. Fl-entużjażmu tiegħu, Ġiġi ma bediex jinduna li Ginny kienet qed tinbidel. Kienet taħtfu u tieħdu bl-għerra, imma Ġiġi kien jikkumpatiha għax kien jaf kemm qed jeħdilha ħin iċ-ċkejken Sammy. Meta kien jipprova jkun amoruż magħha bdiet twarrbu ’l hemm bl-iskuża li għadha għajjiena mill-ħlas. Darba fost l-oħrajn daħlet il-Belt u kienet qed tipprova fwieħa ġdida ġo spiżerija meta lemħitha l-ħabiba antika tagħha, Rita. Bħas-soltu, lil Sammy ħallietu d-dar mas-seftura għax ma kinetx toħorġu magħha. “Ginny! Fejn hi rasek kemm ili ma narak?” ferħet biha Rita. Ginny tant ħadet gost b’Rita li għannqitha magħha u bisitha. “Rita! Lanqas f ’miljun sena ma kont nobsor li se narak hawn. X’minnek? Smajt li mortu tgħixu Londra. X’qed tagħmlu sabiħ hemmhekk?”
“X’qed tagħmel Gi? Għadek tiltaqa’ mas-Sur Ġiġ jew ħlist minnu?” saqsietha Rita. Ginny rrakkuntatilha kollox mill-bidu sal-wasla ta’ Sammy. Fetħet qalbha beraħ ma’ Rita u ma ddejqet xejn tistqarr magħha kemm xebgħet b’ħajjitha għax qisha qed tgħix mingħajr skop. Rita kkonfondiet. “Skużani Ginny, ma kont naf b’xejn għax kieku kont inċempillek jew niktiblek imma lanqas naf fejn qed toqgħod.” Ginny xenglet rasha. “Dak l-iżball li għamilt li nqtajt mill-ħbieb kollha minħabba dak ix-xiħ. Imma daqshekk dwejjaq, Rita. Issa, għidli kollox fuqkom.” Rita ħarset f ’għajnejn ħabibitha u bi tbissima kbira qaltilha. “Lanqas ħa temmen Gi! Gino qed jaħdem ma’ kumpanija tat-teatru mużikali. Għalissa partijiet żgħar qed jagħtuh, imma qalulu li għandu t-talent. U jien....” Hawn it-tbissima ċċartet iktar. ‘Għidli!” riedet taf Ginny bla sabar. “Qed nimmudella ma’ kumpanija tal-ħwejjeġ ta’ taħt!” Ginny kważi werżqet. “Aħħ x’gost! Veru? Iridu iktar mudelli, Rit?” Rita sserjat. “Int bis-serjetà qed tistaqsini, Ginny?” *** Ginny ġriet lejn darha ma tafx mnejn se tibda. Passaport kellha u bagalji kellha wkoll. Rita avżatha biex tfittex tlesti għax hi kienet sejra lura Londra dik il-lejla stess minħabba l-impenji tax-xogħol li kellha. Rasha bdiet iddur biha. Lanqas kienet taf x’se tibda titfa’ fil-bagalji daqskemm kellha lbiesi, żraben, basktijiet......saħansitra nsiet li dalwaqt kellu jgħaddi Ġiġi biex jarahom. Ġiġi wasal u baqa’ dieħel fil-kamra tas-sodda fejn sabha tqalleb u tgħolli l-ħwejjeġ li ħarġet mill-gwardarobba, tagħżel liema għal ġol-bagalji u liema se tħalli għal Karmena, is-seftura. “Ginny! X’ġara? X’qed tagħmel?!” stagħġeb Ġiġi.
Ginny, fetħet dirgħajha biex turih u kompliet tistiva. “X’taħseb li qed nagħmel Ġiġ? Tielgħa Londra ma’ Rita għax sabitli xogħol......u int ma tistax twaqqafni!” “Im....imma....x’jiġifieri se..sejra Londra u fejn se niġi narah lil Sammy jien?!” Ginny waqfet taħseb għal ftit, għolliet spallejha u qaltlu: “Ħudu għand is-sorijiet. Hemmhekk tista’ tarah kemm trid!” Ġiġi, telgħetlu fawra f ’wiċċu u sploda. Qabad jgħajjat u jgħajjarha qaħba bla qalb. Hi ma ħallitux b’xejn lanqas għax qalgħet kulma kellha fuq l-istonku. Għajritu xiħ u nittien. “Mela ibni xi bagħal! Inrabbih jien u ma għandekx ċans tarah!” qalilha bir-ragħwa f ’ħalqu. Ginny reġgħet għolliet spallejha u qaltlu: “Ħudu, wara kollox int għabbejtni bih!” Qabad it-tarbija rieqda bil-benniena b’kollox, telaq ’il barra u bit-tisbita li tah il-bieb kien għoddu qalgħu miċ-ċappetti. Saq qisu miġnun lejn daru. Qabel ħareġ mill-karozza żgura ruħu li Sammy kien għadu rieqed fuq is-sit ta’ wara. “Xi d-dimonji ħa ngħidilha lil Mary?!” Fid-daqqa u l-ħin faqqset idea f ’moħħu. Fetaħ il-bieb u baqa’ dieħel spratat fil-kamra tas-sodda. Qabad bagalja li kien juża għas-safar, sabbatha mal-art u fetaħ il-kxaxen kollha tal-gradenza fejn Mary kienet tħallilu l-ħwejjeġ nodfa mitwijin puliti. Beda jixħet kulma jsib fil-bagalja u jitkellem waħdu b’leħen għoli: “Issa xbajt. XBAJT!” Mary ġiet tiġri biex tara xi ġralu żewġha. “Madonna Santissma! Ġiġi, x’ġara?! Xi ġralek?!” qaltlu mwerwra. “Mer, iż-żwieġ tagħna spiċċa! Xbajt ngħix ħajja doppja! Jiena għandi mara oħra! Miġnuna warajja u tridni magħha bis-saħħa kollha......u għandna tarbija wkoll. Ħa mmur ngħix magħha l-Ingilterra ’l bogħod mill-ilsna ħżiena. Tippruvax twaqqafni, ma rridx naf!” Mary qabadha ferħ ta’ġenn, bdiet tibki, twerżaq u tagħti fuq wiċċha. “X’se tagħmilli Ġiġi! X’se ngħidilhom lin-nies! Madonna tiegħi x’diżgrazzja ġratli!” Ġietu x-xoqqa f ’moxtha. Ħallieha tibki u tixxenja u kompla jixħet il-ħwejjeġ ’l hawn u ’l hinn, sakemm..... “Ieqaf Mer! Għax ħaqq........! Ara x’ħa ngħidlek, ma nitlaqx mid-dar b’kundizzjoni waħda BISS!” “Tista’ tagħmel mitt kundizzjoni imma titlaqnix Ġiġ! Ma jien xejn mingħajrek.....” “Inġib it-tarbija titrabba hawn u m’hemmx mistoqsijiet!” kompla jirreċta Ġiġi. Mary, ixxukkjata u ma’ tista’ tifhem xejn wiġbitu: “Ġibha hawn it-tarbija, Ġiġ! Ġibha nrabbiha jien qisni ommha, imma titlaqnix Ġiġ!” kompliet tnewwaħ martu. Ġiġi ħa r-ruħ u kkalma. “Jismu Sammy u qiegħed hawn barra fil-karozza.”
34
22.12.2019
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
35
22.12.2019
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 308
R. ELLUL - ĦAL GĦAXAQ
Bi 3 Numri 005 111 148 163 177 280 341 483 549 571 597 604
694 778 843 957 B’4 Numri 0013 0448 0735 0849 1061 1341 2075
2096 2146 2344 2827 2958 3085 3849 3911 3958 4051 4367 4601 4870
5094 5288 5790 6444 6544 6665 6938 6987 7028 7451 8230 8730 8767
8967 9220 9739 B’5 Numri 03660 04146 05006 53323 85328 88904 B’6 Numri
204754 386126 783214 903191 B’7 Numri 4246566 7840605 Bi 8 Numri 82764013 93414573
Mimdudin: 1. Kontra jinżel (5) 4. Dawn dejjem festa! (4) 7. Ara 2 9,11. Fil-ħalq tkun (5) 10. Għamel xogħlu sew l-iskola (6) 12. Isem (6) 16. Din doppja qed jissejjaħ servizz tat-trasport b’xejn għall-anzjani (3) 18,19. Skansa (5) 19. Ara 18
20. 21. 23. 24.
Kiesaħ? (5) Tony Desira Farrugia (1,1,1) Ara 13 Iniżżel il-baħar (5)
11. 12. 13,23. Weqfin: 1. Kompli l-qawl: 14. Fejn tqarrem 15. il-mogħża, ...... (6) 17. 2,7. Ma tiftakarx (5) 21. 3,17. Redikolu (6) 22. 5. Tal-art dawn? (3) 6,12W. Isiru l-ħwejjeġ minnu (5) 8. Jaħdmu ferm
dawn!! (9) Ara 9 Ara 6 Dawk xotti jittieklu l-aktar filgħodu kmieni!!! (7) Tal-kafè? (6) Frotta (6) Ara 3 Tlieta Taljani (3) Tajjeb nej mal-ħobż biż-żejt (3)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Torta, 4.Sala, 7,9. Vażun, 10.Abbuża, 12.Tirana, 16.Iro, 18,21W. Ankra, 19.Rig, 20.Indri, 21. Kbi, 23.Amin, 24.Anita
Weqfin: 1.Teżori, 2,11.Renti, 3.Ava, 5.AIU, 6,12W. Amato, 8.Abbanduna, 13.Ran, 14.Aringi, 15.Żgarra, 17,22. Rubini
36
22.12.2019
kullhadd.com
1,500 PAĠNA LI KKONFERMAW FRAME-UP...
VERŻJONIJIET DIFFERENTI U DOKUMENTI FOLOZ • IL-PROVA TA’ KIF MARIA EFIMOVA U DCG SPIĊĊAW IMIERU LIL XULXIN BOSTA DRABI • FL-INKJESTA JOĦROĠ KEMM EFIMOVA KIENET TAF IX-XENA POLITIKA FI TLIET XHUR BISS Mijiet ta’ paġni ta’ xhieda li sema’ l-Imħallef Aaron Bugeja, meta kien qed jagħmel l-inkjesta dwar Egrant, urew kif tnejn mill-iktar żewġ persuni li kienu fuq quddiem nett biex jgħidu li Egrant hi tal-familja tal-Prim Ministru, tfixklu f ’xulxin kemm–il darba meta taw ix-xhieda tagħhom. F’diversi istanzi l-Imħallef Bugeja, dak iż-żmien il-Maġistrat inkwirenti, kellu juża n-noti fil-parti ta’ isfel tad-dokument biex jispjega kif Maria Efimova, ir-Russa eks impjegata mal-bank Pilatus, u Daphne Caruana Galizia ma qablux flimkien. Maria Efimova xehdet erba’ darbiet u minn xhieda għal oħra anke mal-verżjonijiet tagħha stess tfixklet jew bidlet dak li qalet. Fl-istess sitwazzjoni Pierre Portelli li mal-Partit Nazzjonalista pubblikament kien qed jirkeb fuq l-istorja li Egrant hi tal-familja Muscat. B’verżjonijiet differenti wkoll fix-xhieda tiegħu l-Eks Spettur Jonathan Ferris. “Hawnhekk hawn diskrepanza oħra,” jikteb l-Imħallef f ’paġna 445 fejn iżid li “għal darb’oħra, Efimova qiegħda tixhed bil-kontra ta’ dak li kitbet u xehdet Daphne Caruana Galizia.” F’parti oħra tax-xhieda, f ’paġna 434, kien innotat kif Maria Efimova kienet qalet li d-dokumenti
vat ta’ Austin Gatt, Manuel Delia, jiffinanzjaha. L-inkjesta tgħid ukoll : “Hemm diversi punti li Maria Efimova u Daphne Caruana Galizia ma bdewx jaqblu fuqhom kemm bejniethom kif ukoll separatament mal-kumplament tal-evidenza miġbura.” Il-Maġistrat insista li fost il-kwistjonijiet fejn kien hemm xhieda ma rriżultatx li kien hemm aspetti importanti u kruċjali. “Irriżultaw jew inkompatibbli ma’ xulxin jew kompletament meruti mill-provi miġbura,” qal il-Maġistrat li ta lista twila ta’ fejn ma qablux.
Maria Efimova xehdet erba’ darbiet u minn xhieda għal oħra anke mal-verżjonijiet tagħha stess tfixklet jew bidlet dak li qalet li kellha Daphne Caruana Galizia ma kinetx ġabithom mingħandha. Iżda, l-Imħallef Bugeja kellu jerġa’ jikkjarifika: “Dan huwa eżatt bil-maqlub ta’ dak li xehdet Daphne Caruana Galizia,” tgħid l-inkjesta li matulha Maria Efimova qalet għal ħafna drabi li hi la qatt kellha dokumenti, la skennjat dokumenti u wisq inqas żammet kopja. Xi ħaġa li issa li l-inkjesta giddbitha qed tgħid bil-kontra tagħha. Anke fuq meta ltaqgħet l-ewwel darba ma’ Daphne Caruana Galizia ma kinetx korretta. Meta kien qed janalizza dikjarazzjonijiet oħra ta’ Efimova dwar
suġġetti differenti kien hemm referenzi kontinwi għal dubji li tqajmu. “Dan iwassal għal dubju kemm Efimova kienet rat dawn il-payment instructions,” kien innotat f ’parti oħra tal-inkjesta li għalkemm ma kinetx qed titkellem dwar Egrant ukoll qajmet dubju kbir dwar il-kredibbiltà ta’ Efimova. L-inkjesta dwar ir-rapport Egrant ippubblikata b’mod sħiħ uriet għall-ewwel darba kif il-Maġistrat ordna lill-Kummissarju tal-Pulizija jiftaħ proċeduri kriminali kontra Maria Efimova fuq kalunnja. “Għal dan il-għan il-Kummissar-
ju tal-Pulizija qiegħed jiġi ordnat sabiex jibda proċeduri kriminali kontra Maria Efimova għar-reat ta’ kalunnja skont l-Artiklu 101 tal-Kap. 9 tal-Liġijiet ta’ Malta u ta’ ġurament falz ai termini tal-Artiklu 108 tal-Kodiċi Kriminali,” tgħid l-inkjesta ta’ 1,500 paġna li titlob ukoll passi kontra persuni oħra li uża ħafna l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar snin. Tul is-snin Maria Efimova sabet il-protezzjoni ta’ uffiċjali għolja tal-Partit Nazzjonalista fosthom l-Eks Kap Simon Busuttil u l-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa. Dan tal-aħħar flimkien mal-Eks Segretarju Pri-
Tul is-snin Maria Efimova sabet il-protezzjoni ta’ uffiċjali għolja tal-Partit Nazzjonalista fosthom l-Eks Kap Simon Busuttil u l-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa
ANKE FERRIS SUPPOST INVESTIGAT L-Eks Spettur tal-Pulizija u Eks Uffiċjal tal-FIAU Jonathan Ferris għandu jiġu invesigat mill-Pulizija dwar ġurament falz li għamel quddiem il-Maġistrat fl-inkjesta Egrant. Dan joħroġ mill-konklużjonijiet ulterjuri li għamel l-Imħallef Aaron Bugeja fi tmiem tal-investigazzjoni tiegħu li kkonfermat il-gidba li saret fuq il-Prim Ministru u l-familja tiegħu permezz ta’ dokumenti foloz. Jonathan Ferris allega li mill-bank Pilatus sar trasferiment ta’ miljun lill-kumpanija Buttardi li skontu
kienet ta’ Michelle Buttigieg u ta’ Michelle Muscat. Xi ħaġa li Michelle Muscat spjegat kif mhix minnha meta xehdet fl-inkjesta nnifisha. Meta din l-allegazzjoni tqiegħdet taħt il-lenti forensika u talImħallef Bugeja, irriżulta li din ukoll kienet allegazzjoni falza li ġiet ippubblikata minn Daphne Caruana Galizia u mtennija minn Jonathan Ferris quddiem l-inkjesta. Quddiem l-inkjesta Ferris qal li din kienet f ’rapport tal-FIAU u li l-flus għaddew mill-kont ta’ ċertu
Leyla Aliyeva. Iżda l-Maġistrat iddikjara li kemm ix-xhieda teknika u kemm ix-xhieda ta’ rappreżentati preżenti u passati tal-FIAU bl-ebda mod ma kkonfermaw dak li xehed Jonathan Ferris. Qal li dan ried jingħad ukoll ma’ dak misjub mill-Forensic Accountant Miroslava Milenovic dwar l-interpretazzjoni tal-miljun imsemmi minn Jonathan Ferris. Il-Maġistrat qal: “Anke hawnhekk dak li kien qiegħed jallega Jonathan Ferris kien imur kontra dak miktub minn Caruana Galizia
u minn dak li qalet li rat Maria Efimova fil-bank. Dan meta Caruana Galizia u Efimova kienu qalu li t-trasferiment kien sar minn ċertu Negarin Sadrhasheminejad u mhux minn Leyla Aliyeva, il-persuna li semma Ferris fl-inkjesta. Kien għalhekk li l-Imħallef Bugeja talab lill-Kummissarju tal-Pulizija biex abbażi ta’ dak li rriżulta mill-provi diretti u d-dokumenti tal-analiżi forensika jinvestiga lil Jonathan Ferris għax fi kliem il-Maġistrat juru li hemm prima facie ġurament falz daparti tiegħu.