KullĦadd_23.02.2020

Page 1

MHUX BOTOX … SBUĦIJA MALTIJA!!

Suppliment speċjali ta’ 8 paġni dwar is-saħħa u s-sbuħija f’din ilħarġa

www.kullhadd.com Il-Ħadd 23 ta’ Frar, 2020

Ara minn paġna 15 sa 22

Ħarġa Nru 1,389 Prezz €1 Ritratt ta’ JOE CAMENZULI

F’NOFS IR-RENJU TAL-BLUHA INFLUSS KBIR FIL-MATRIKOLA Żdiedu l-istudenti għall-eżamijiet tal-A Level u tal-Intermediate mindu ġew b’xejn … l-etajiet ivarjaw minn 16 sa 73 sena

It-tneħħija tal-miżati għall-eżamijiet wasslet għal influss kbir ta’ studenti li għall-ewwel darba qagħdu għall-eżamijiet tal-A Level u tal-Intermediate bit-tama li jaslu għaċ-Ċertifikazzjoni tal-Matrikola, li hi l-ħtieġa ġenerali biex ikomplu bl-istudji tagħhom fl-Università ta’ Malta. Dan jirriżulta mill-pubblikazzjoni tal-Università ta’ Malta din il-ġimgħa dwar statistika marbuta ma’ dawn l-eżamijiet li saru fl-2019, l-ewwel sena sħiħa li daħħlet fis-seħħ il-miżura soċjali tal-Gvern Laburista. L-akbar faxxa ta’ etajiet li esperjenzat iż-żieda kienet dik ta’ studenti ta’ 18–il sena li fl-ewwel sessjoni tal-eżamijiet, li saru bejn Marzu u Ġunju 2019, applikaw 3,895 student, żieda ta’ aktar minn 3% fuq l-istess perjodu s-sena ta’ qabel. Tkompli f’paġna 6

Rapport u aktar ritratti f’paġni 10 u 11

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-PN FIL-KUMMISSJONI ELETTORALI SE JAGĦMLU L-WISA’ WKOLL JIRRIŻENJAW MILL-POŻIZZJONIJIET KOSTITUZZJONALI WARA SENTEJN U NOFS Iż-żewġ rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista fil-Kummissjoni Elettorali, Angelito Sciberras u Antoine Portelli, fl-aħħar jiem bagħtu ittra konġunta biex jinżgħu minn din ir-responsabbiltà Kostituzzjonali kif iddettata fil-Liġi tal-Elezzjonijiet Ġenerali. Ir-riżenja tagħhom se tidħol fis-seħħ eżatt bħal-lum ġimgħa, fl-1 ta’ Marzu. Din kienet l-aħħar daqqa ta’ ħarta għat-tmexxija ta’ Adrian Delia, li kien proprju hu li għażel lil Sciberras u Portelli għal dan ir-rwol importanti sentejn u nofs ilu. Waqt li Sciberras kien meqjus bħala punt ta’ referenza għaż-żgħażagħ tal-Partit fi żmien l-Eks Kap Lawrence Gonzi, Portelli jiġi ħu l-Eks Kap tal-midja Nazzjonalista Pierre Portelli, li kien meqjus bħala l-id il-leminija ta’ Dr Delia u li wkoll kellu jirriżenja wara pressjoni mill-fazzjoni tal-Eks Kap Simon Busuttil. Dan kollu jidħol f ’sintonija mal-emorraġija li qiegħda ssofri t-tmexxija attwali Nazzjonalista u fl-istess ħin il-manuvri li qegħdin isiru minn dawk li akkost ta’ kollox iridu jtajru lil Adrian Delia minn Kap.

Fl-ittra tar-riżenja tagħhom, iż-żewġ rap- oħra, għandu jkollhom kull dritt u ħelsien preżentanti fil-Kummissjoni Elettorali ind- li jidħlu fl-Uffiċċju Elettorali, li jaraw kull ikaw li qed jagħmlu dan proprju biex jagħm- dokumentazzjoni miżmuma f ’dak il-lok, li lu l-wisa’ għal ħaddieħor u l-PN ikun jista’ jingħataw kopji relattivi f ’format bil-miktub jew elettromanjetiku, u li jqabblu, jivverijressaq l-ismijiet ta’ oħrajn flokhom. Fit-12 ta’ Frar li għadda kien ġie rrappurtat fikaw u jiksbu kull tagħrif dwar ix-xogħol tal-Uffiċċju Elettorali.” li Sciberras kien irriżenja minn direttur tal-fergħa tal-PN li tieħu ħsieb Tkompli f’paġna 5 il-proċessi elettorali, l-ELCOM, ftit sigħat wara laqgħa taħraq tal-Eżekuttiv. Aktarx li dakinhar irriżenja wkoll miegħu l-istess Portelli. Huma kienu ddaħħlu fil-Kummissjoni Elettorali minflok Matthew Mangion u Boris Xerri, li kienu l-għażla ta’ Simon Busuttil. Il-Liġi tal-Elezzjonijiet Ġenerali tenfasizza r-rwol importanti u neċessarju tar-rappreżentanti. Fost oħrajn, tgħid li “d-delegati tal-partit, minkejja Sciberras (xellug) u Portelli d-dispożizzjonil-aħħar ismijiet fl-emorraġija Nazzjonalista jiet ta’ kull liġi


02

23.02.2020

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 17°C L-Inqas Temperatura: 9°C L-Indiċi UV: 4 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja qed testendi minn fuq il-Bajja ta’ Biscay sal-Eġittu It-Temp: Il-biċċa l-kbira msaħħab Ir-Riħ: Majjistral forza 4 li jdur mill-Grieg il-Lvant Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat li jsir lokalment moderat L-Imbatt: Baxx mill-Majjistral li jsir l-aktar millGrigal billejl It-Temperatura tal-Baħar: 16°C

Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR It-Tnejn

tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

17°C

UV 4

11°C

Il-Ħamis

Indirizz Postali KullĦadd

18°C

UV 4

11°C

18°C

Il-Ġimgħa

UV 4

11°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd

18°C

UV 4

10°C

16°C

UV 4

11°C

17°C

UV 5

10°C

kullhadd.com

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21226281 San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Il-Marsa – 21221118 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi – 21487162 Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara – 21441513 Tony’s Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Il-Gżira – 21332080 Lourdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann – 21387479 The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema – 21330376 M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard – 21436531 St. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Ħal Għargħur – 21413402 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien – 21802986 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, Il-Fgura – 21673811 Mediatrix Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 27826685 Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillan c/w Triq William Baker Il-Gudja – 21696422 Chrysantemum Pharmacy, Triq San Nikola, Il-Qrendi – 21680828 Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Franġisk Farrugia, Ħaż-Żebbuġ – 21462068 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447 Għawdex

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21551841 St. John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, Ix-Xewkija – 21563052

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182


03

23.02.2020

kullhadd.com

STĦARRIĠ FL-UE JIĠĠUSTIFIKA L-INĊENTIVAR LILL-ANZJANI …IN-NEFQA TAL-GVERN MALTI F’DAN IR-RIGWARD ILLUM HI €264 MILJUN AKTAR MILLI KIENET FL-2013

Stħarriġ ta’ aġenzija tal-Unjoni Ewropea, li enfasizza kif aktar nies fil-blokk Ewropew illum qegħdin jgħixu waħedhom imqabbel ma’ 10 snin qabel, jagħti ġustifikazzjoni akbar lill-inizjattivi varji tal-Gvern Laburista Malti li jinċentiva dejjem iżjed liċ-ċittadini anzjani. Skont ir-rapport ta’ Eurofound, l-aġenzija Ewropea ffukata fuq it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, persuni li jgħixu waħedhom fl-UE fl-2017 kienu jlaħħqu għal medja ta’ wieħed minn kull tlieta. Dawn jinsabu f ’riskju akbar li jaqgħu filfaqar u fl-esklużjoni soċjali, parzjalment b’riżultat li d-dħul finanzjarju jkun singulari u allura aktarx ma jlaħħaqx mal-ispejjeż involuti. L-akbar persentaġġi ta’ persuni li jgħixu f ’residenzi waħedhom huma dawk li ġejjin mill-faxxa ta’ 80 sena ’l fuq. Skont Eurofound, 28% minn dawn jgħixu waħedhom. Warajhom jiġu dawk ta’ bejn il-65 u d-79 sena u ta’ bejn il-50 u l-64 sena, fejn hemm 16% u 14% rispettivament minnhom li qed jgħixu waħedhom (ara t-tabella). Il-faxex l-oħrajn tal-etajiet fost iċ-ċittadini Ewropej jaqgħu taħt l-10% tal-ammonti fosthom li jgħixu waħedhom. Għalkemm bħall-pajjiżi l-oħrajn, Malta rat żieda (minn 8% għal 12% tal-popolazzjoni) f ’dan ir-rigward bejn l-2007 u l-2017, pajjiżi bħal-Litwanja (+8%) u l-Bulgarija (+7%) kellhom l-akbar qabżiet. Minkejja dan, b’24%, il-Ġermanja tibqa’ fl-ewwel post.

Pajjiżna, flimkien ma’ Spanja, il-Lussemburgu, il-Greċja u l-Irlanda, jinsab fit-18–il post b’persentaġġ ta’ 12% tal-popolazzjoni li jgħixu waħedhom. Il-fatt li l-bniedem qiegħed dejjem jgħix iżjed u li jeżistu diskrepanzi fil-pagi u l-pensjonijiet bejn l-irġiel u n-nisa jkomplu jagħmlu l-affarijiet diffiċli f ’dan ir-rigward. B’reazzjoni għal dan l-istudju, Eszter Sandor, Maniġer tar-Riċerka fuq il-Politika Soċjali ta’ Eurofound, qalet li dan jissuġġerixxi li ż-żieda ta’ persuni jgħixu waħedhom, flimkien mad-diskrepanzi abbażi tal-ġeneru fil-pensjonijiet, qed jikkontribwixxu għal livelli ogħla ta’ nuqqas ta’ ugwaljanza. “Dan għandu jittieħed inkonsiderazzjoni bħala parti mill-azzjonijiet f ’dan ir-rigward,” qalet Sandor. Il-ġimgħa li għaddiet, din il-gazzetta ppubblikat analiżi dettaljata dwar kif l-għajnuniet lill-anzjani u persuni vulnerabbli oħrajn mill-Gvern żdiedu mill-2013 ’il quddiem. Fil-fatt jirriżulta li llum qed jintefqu aktar minn €264 miljun milli kienu minfuqin fl-2013, waqt li kważi 90% minn din iż-żieda tirrappreżenta nefqa fuq il-pensjonijiet tal-irtirar, tar-romol u l-invalidità u fuq dik tal-età. Wara kwart ta’ seklu fejn il-pensjonanti u l-anzjani kienu prattikament minsijin taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u s-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon fakkar fl-impenn ta’ dan il-Gvern li jkompli jwettaq aktar miżuri ta’ fejda għall-pensjonanti u mhux biss f ’din il-leġiżlatura, imma anke wkoll f ’dawk li għad iridu jiġu.

L-istħarriġ Ewropew jikkonferma li dawk li jgħixu waħedhom huma l-aktar f’riskju ta’ faqar, b’mod partikolari l-anzjani


04

23.02.2020

kullhadd.com

SIMON BUSUTTIL: LEGAT TA’ DISFATTI, KONĠINTURI, FAVORITIŻMI U QRUSA Lil hinn mill-aħħar diskors li għamel fil-Parlament din ilġimgħa, li ħafna wkoll iddeskrivewh bħala patetiku u irresponsabbli għall-aħħar, wieħed jistaqsi x’inhu l-legat li se jħalli warajh l-Eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil? Għaliex dan id-diskors jirrifletti eżattament dak li hu dan il-filjozz ta’ Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi? Ħafna jsostnu li minkejja li huwa se jmur Brussell biex jokkupa l-kariga ta’ Segretarju tal-Partit Popolari Ewropew, il-klikka lealissima tiegħu se tibqa’ għaddejja bil-ħidma tagħha, iggwidata mill-“ispirtu” tiegħu u l-akkolti tiegħu. U jekk, fil-privat, Adrian Delia ħa nifs ta’ serħan ilmoħħ li Busuttil daqt ma jkunx għadu ma’ saqajh, minkejja t-taptip kollu li taptaplu fuq dahru, għad irid ikollu iżjed okkażjonijiet fejn iżomm in-nifs fit-tul jew jieħu nifsijiet fil-fond minħabba gambetti oħrajn li se jkollu, inkluż “Made in Brussels”. Storja politika Jiddeskrivuh bħala politiku. Fi żmien l-Università kien President tal-Istudenti Demokristjani Maltin.

Kellu sehem ewlieni biex pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea. Kien imexxi ċ-Ċentru ta’ Informazzjoni Malta-UE (MIC) wara li ġie magħżul (hand-picked, il-kelma li uża Beppe Fenech Adami) u kien ukoll membru tal-grupp li nnegozja s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Fl-2004 ġie elett fil-Parlament Ewropew u l-istess fl-2009. Fi tmiem l-2012, Busuttil inħatar mill-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista bħala Viċi Kap tal-Partit, ftit ġimgħat biss qabel l-Elezzjoni Ġenerali li saret f ’Marzu 2013. Imbagħad f ’Mejju tal-

2013, wara d-damdima mistennija, Busuttil kien elett bħala suċċessur ta’ GonziPN. Avolja fl-2017, wara damdima ikbar, irriżenja mill-pożizzjoni, kien għadu meqjus miċ-ċorma tiegħu bħala li hu kien baqa’ Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit … sal-aħħar diskors tiegħu ta’ nhar it-Tlieta li għadda. Għax bl-atteġġjamenti tiegħu, inkluż fil-konfront ta’ dak li fuq il-karta biss hu l-Kap Nazzjonalista, kollox baqa’ jindika li Busuttil u l-klikka tiegħu tal-establishment baqgħet salaħħar “calling the shots”, kif jgħid l-Ingliż. Legat ta’ disfatti Jekk xejn, Busuttil se jibqa’ mniżżel fl-istorja politika ta’ pajjiżna bħala l-Kap tal-Oppożizzjoni li qatt ma sar Prim Ministru, minkejja l-pretensjonijiet kollha tiegħu. Żgur ukoll li, s’issa, għadu għall-fini ta’ storja l-Kap tal-Oppożizzjoni bl-akbar disfatti politiċi, waħda akbar mill-oħra, u mhux nitkellmu dwar riżultati elettorali biss. Minbarra hekk, illum hawn min iqisu li kien iċ-ċirasa fuq il-kejk fit-tkissir u t-tifrik tal-PN u li b’riżultat t’hekk il-Partit jinsab fejn jinsab. Fl-ewwel disfatta elettorali marbuta ma’ ismu, l-elezzjonijiet Ewropej f ’Mejju tal-2014, Busuttil iffaċċja lill-elettorat sena wara l-ħatra tiegħu ta’ Kap. Il-Partit Laburista rebaħ dawn l-elezzjonijiet għat-tielet darba bi 53.3% tal-voti, jiġifieri 33,675 vot aktar mill-PN. F’Ġunju 2017, Busuttil mar għat-test tal-ewwel Elezzjoni Ġenerali tiegħu bħala

Kap. U erba’ snin wara li ngħata t-tmun f ’idejh, sofra l-akbar umiljazzjoni s’issa. Il-PL rebaħ l-Elezzjoni għat-tieni darba konsekuttiva b’55% tal-voti jew 35,280 vot aktar mill-PN waħdu. Iżda, kif kulħadd jaf, Busuttil kien rabat xortih mal-Partit Demokratiku li kien għadu jitwieled, taħt Marlene u Godfrey Farrugia, f ’dik li baqgħet magħrufa bħala l-“koalizzjoni tal-konfużjoni”. Għaldaqstant meta jitqiesu l-voti ta’ dawn tal-aħħar, il-maġġoranza Laburista titla’ għal 40,000 vot. F’Ġunju tal-2017, Busuttil ma kellux triq oħra għajr li jħabbar ir-riżenja tiegħu minn Kap tal-Partit, avolja qal li se jibqa’ fit-tmun sakemm jinħatar suċċessur tiegħu. Fis-17 ta’ Settembru 2017 u wara bidla fl-istatut tal-Partit minn Busuttil stess, Dr Delia ntgħażel mit-tesserati Nazzjonalisti b’vot ċar biex ikun il-Kap il-ġdid u fis-6 t’Ottubru sar Kap tal-Oppożizzjoni. Fil-verità, iżda, la dan ma kienx mill-fazzjoni ta’ Busuttil, allura qatt ma kellu biċċa barka minn ta’ qablu, aħseb u ara barka sħiħa. Busuttil baqa’ jmexxi lill-PN kif xtaq hu u f ’liema direzzjoni xtaq hu tant li ħabba fih Delia spiċċa jagħmel għadd ta’ u-turns favolużi. Simon u l-MIC 30 ta’ April 2003: l-aħħar ġurnata ta’ Simon Busuttil bħala Kap taċ-Ċentru ta’ Informazzjoni Malta-UE. U Busuttil irritorna għall-prattika legali tiegħu. Imma l-perjodu bejn Mejju tal-1999 u April tal-2003, minn meta nħatar sa meta spiċċa, kien ukoll perjodu ta’ kontroversji … xejn rari għal fejn ideffes denbu Busuttil. Bħala Kap tal-MIC, Busuttil intgħażel mingħajr sejħa pubblika u ngħata kariga ta’ fiduċja (person of trust). Inċidentalment anke llum Busuttil u sħabu għadhom fuq quddiem nett biex jikkritikaw karigi ta’ persons of trust u s-salarji tagħhom, iżda meta hu kien fl-istess pożizzjoni fl-MIC kellu salarju goff ta’ kważi €41,000, 80% aktar minn kemm kien jaqla’ l-Kap taċ-Ċivil jew l-Avukat Ġenerali ta’ dak iż-żmien, kollox kien sew. Dak li għalihom ma jgħoddx illum, dak iż-żmien kien l-ordni tal-ġurnata. Jiġifieri mhux setgħu jgħaddu b’mod partiġġjan u jisolħu flus il-poplu waqt li jqar-

rqu bih, iżda bħala Kap tal-MIC kien daħħal 17–il persuna bħala persons of trust, kollha barra miċ-Ċivil. Fost kontroversji li kienu tqajmu kien hemm l-għadd ta’ direct orders li ngħataw lill-kumpanija li kellu sehem fiha, Europa Research & Consultancy Services, b’kuntratti minn ministeri differenti, fil-maġġoranza b’direct orders. Il-gidba Egrant Żgur li l-akbar legat li se jħalli warajh Busuttil hu dak marbut mal-gideb. U meta ssemmi l-gideb ma tistax ma ssemmix l-akbar waħda fl-istorja poltika, li wkoll għadu jemminha sal-lum: il-fabbrikazzjoni tal-Egrant. Storja maħmuġa li rriżultat li kienet biss fabbrikata b’firem foloz u għadd ta’ konġinturi oħrajn, waqt li l-elementi prinċipali tal-PN rikbu fuqha u għamluha tagħhom, bil-perċimes ikun Busuttil. U din hi wkoll wasslet għannuqqas ta’ Delia li jżomm f ’idejh ir-riedni tal-Partit li mingħalih imexxi. Dak li ġara fi ħdan il-PN, mal-pubblikazzjoni tal-konklużjoni tal-inkjesta, mhux biss xehed it-taħwid li sal-lum, imma Delia wkoll ma damx biex baxxa rasu għall-pressjoni li saritlu mill-fazzjoni ta’ Busuttil. Wara li ħarġet fil-beraħ il-konfoffa li sawret din il-gidba, f ’Lulju tal-2018, Delia neħħa lil Busuttil minn Shadow Minister għal Governanza Tajba u ddikjara b’mod kategoriku quddiem Malta u Għawdex kollha li talbu jġorr ir-responsabbiltà politika. Tenna wkoll li xejn ma jbiddel mill-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant li qalet li sar frame-up fuq il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, Joseph Muscat u l-familja tiegħu. Il-Kunsill Amministrattiv tal-PN ukoll appoġġja lil Delia meta indika li Simon kien ħati. Il-Kap tal-Partit kemm–il darba saħaq li għandu fiduċja sħiħa fil-Maġistrat inkwirenti Dr Aaron Bugeja u l-Partit kien aċċetta l-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant. Minkejja dan, żewġ hashtags (#notinmyname u #strongertogether) ’il bogħod u pressjoni massiċċa minn nofs il-Grupp Parlamentari malajr ġiegħlet lil Delia jitfa’ denbu bejn saqajh u kellu jilgħaq kollox. Il-każ Egrant hu biss eżempju wieħed li juri sa fejn kapaċi jaslu tal-Partit ta’ Terinu biex jippruvaw jaslu għall-poter meta l-elettorat ikun ċanfarhom minnu.


05

23.02.2020

kullhadd.com

Nuqqas ta’ kredibilità Fil-karriera tiegħu, Busuttil wera diversi drabi kemm mhux politiku kredibbli, mhux biss f ’azzjonijietu, imma anke f ’dak li jispara bl-amment. Waħda milli spikkat fil-kampanja għall-Elezzjoni tal-2017 kienet il-wegħda tiegħu li kull familja, li titla’ tgħix Għawdex, tingħata somma: “Aħna nimpenjaw ruħna li kull familja Għawdxija li tagħżel tibqa’ tgħix Għawdex jew minn Malta terġa’ tirritorna lura Għawdex, nagħtuha inċentiv finanzjarju ta’ €10,000.” It-tajba hi li meta kien mistoqsi biex jelabora ftit, Busuttil ma kienx jaf iwieġeb u qal li wara l-Elezzjoni jkun jista’ jagħti dettalji ta’ kif se taħdem, kemm se tiswa, eċċ. Għax ovvjament kienet waħda mill-wegħdi/praspar li faqqgħalna kemm dam Kap Nazzjonalista. Tant kienet redikola din il-wegħda li gazzetta, li xxaqleb lejn il-PN, The Malta Independent, fil11 ta’ Mejju tal-2017 kienet sejħitilha “a half-baked proposal”, “a pie in the sky” u li “Busuttil ma jistax jittieħed bis-serjetà … għax hu stess jidher li ma jafx kif se jwettaq din il-wegħda”. L-istess ibbrilla n-nuqqas ta’ kredibilità tiegħu meta, f ’Jannar tal-2017, biex jaħrab milli jwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti, ħareġ il-mobile u beda jippretendi li kien medhi f ’diskursata, mentri fil-verità ma kienx, għax il-mobile kien rasu ’l isfel. Xena tipika tal-Marx Brothers. L-aħħar diskors Niġu għall-aħħar diskors, li ma niżel tajjeb xejn ma’ dawk li verament huma oġġettivi. Ma impressjonawx lanqas it-tixjir tar-ritratti u lanqas li għoġbu jdeffes fin-nofs lill-Papa Franġisku. L-istess ma niżilx tajjeb it-tifħir tiegħu għal tal-Occupy Justice, li kien isellifhom il-karozza tiegħu biex jarmaw il-kartelluni kontra l-liġi fi Pjazza Kastilja, u lil dawk tar-Repubblika. Dawn it-tnejn kontinwament isejħu għar-riżenja tal-Kap attwali Nazzjonalista u jfakkruh fl-akkużi gravi ta’ ħasil tal-flus li għamlet dwaru Daphne.

Fil-fatt, Busuttil innifsu ma qagħadx lura milli indirettament jagħtih xi daqqtejn jew tlieta taħt iċ-ċinturin. Li spikka fid-diskors tiegħu kienet il-kontinwità tal-vjaġġ negattiv li ma wasslu għal imkien, ħlief għad-diżastri, u l-irresponsabbiltà politika li kien kapaċi jħaddan, fuq kollox bl-imminar tal-awtoritajiet filpajjiż. Għax tabilħaqq, Busuttil jipproġetta lilu nnifsu bħala champion tad-demokrazija, is-saltna tad-dritt u r-rule of law, anke jekk, bla ebda skruplu ta’ xejn, fetaħ attakki kontra l-forzi tal-ordni u l-ġudikatura. Baqa’ sal-aħħar jallega li l-ġudikatura m’għadhiex indipendenti, li hemm imħallfin u maġistrati li mhux jaqdu dmirhom sew u konnessjonijiet ma’ dik li jsejħilha l-mafja li qatlet lil Caruana Galizia. Ma ninsewx ukoll kif f ’Mejju 2017, fit-temperatura għolja ta’ kampanja elettorali, stieden biex tinkiser il-liġi meta qal li r-rapporti tal-FIAU kellhom jiġu ppubblikati “fl-interess nazzjonali”. Il-bużillis hu li, din il-ġimgħa stess, sieħbu Jason Azzopardi tkaża li Editur kienet twasslitlu silta minn rapport ieħor tal-FIAU minn sorsi tiegħu, li ġustament iddefenda kif tagħtih dritt il-liġi nnifisha. F’intervista li saritlu fil-programm The Newsbook Hour, Busuttil iddikjara li wieħed ma jistenniex li fl-Ewropa jkun hemm politiċi Maltin li jqarrqu bin-nies. Bl-istess kejl wieħed ma jistenniex, lanqas, li l-Ewropa tħaddan persuni, Maltin inklużi, li, għall-fini partiġġjani tagħhom, jinżlu fil-livell baxx u jaħdmu kontra pajjiżhom, kif għadhom jiġu akkużati l-abbatini tiegħu, David Casa u Roberta Metsola. L-istess nittamaw li Busuttil ma jesportax il-qrusa kollha tiegħu miegħu meta jibda jokkupa l-kariga l-ġdida fi Brussell, dik ta’ Segretarju tal-Partit Popolari Ewropew (PPE). Imma issa aktarx li qed inkunu ottimisti żżejjed, għax kif għallmuna missirijietna, min jitwieled tond, ma jistax imut kwadru.

Ħafna jsostnu li minkejja li huwa se jmur Brussell biex jokkupa l-kariga ta’ Segretarju tal-Partit Popolari Ewropew, il-klikka lealissima tiegħu se tibqa’ għaddejja bil-ħidma tagħha, iggwidata mill-“ispirtu” tiegħu u l-akkolti tiegħu.

BLA ĦATRIET OĦRAJN L-EBDA UNIFORMITÀ MAL-LIĠI ELETTORALI Tkompli minn paġna 1 attwali Nazzjonalista, ġie infurmat ukoll bir-riżenji. Biż-żewġ postijiet battala, jisArtikolu 10(4) tal-istess Liġi jgħid ċar u tond li d-delegati ta’ ma jkunx hemm uniformità jibqgħu fil-ħatra sakemm jit- mal-Liġi, sakemm ma jinħatrux neħħew mill-partit politiku li żewġ persuni oħra sa tmiem iljkun issottometta n-nomina ġimgħa d-dieħla. Din il-gazzetta hi infurmata li, tagħhom lill-Kummissjoni Eletfl-ittra għar-riżenja tagħhom li torali. Għaldaqstant, ladarba dan bagħtu nhar l-Erbgħa li għadda Elettorali ma ġarax għax kienu d-dele- lill-Kummissarju gati nfushom li għażlu li jieqfu Ewlieni Joseph Church, Scibermill-kariga, mhux magħruf jekk ras u Portelli tennew li issa l-PN il-Kummissjoni Elettorali hijiex se jkun jista’ jressaq l-ismijiet ta’ se taċċetta r-riżenji u/jew titlob persuni oħrajn għal dawn il-kariformalment lill-PN biex jissot- gi. Ta’ min ifakkar ukoll li diġà tomettihom. Francis Zammit Dimech, is-Segretarju Ġenerali kien hemm nuqqas u ksur tal-

Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti meta l-PN dam tliet xhur biex isib min jokkupa l-pożizzjoni ta’ Teżorier wara r-riżenja ta’ Antoine Zammit f ’Settembru li għadda. Fil-fatt kellu jkun l-Eks Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo li jitgħabba wkoll b’din ir-responsabbiltà delikata f ’kull organizzazzjoni, ladarba ħadd ma ried jidħol għall-piż ta’ djun u problemi finanzjarji enormi. Arrigo diġà ħabbar li se jirriżenja mill-pożizzjoni fejn iffaċċja problemi li tfaċċaw u kienu ilhom jikbru qatigħ minn mindu l-PN tilef il-poter fl-2013.

IKOMPLU L-MANUVRI BIEX JITWARRAB DELIA Id-deċiżjoni ta’ Zammit Dimech li jitħabbeb ma dawk ta’ Manuel Delia fidDar Ċentrali deskritta bħala li daħħlu l-lifgħa f’ħobbhom Diskors ieħor mis-Segretarju Ġenerali ġdid tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech qed jitqies minn persuni midħla tad-Dar Ċentrali bħala sejħa biex tiżdied is-saħħa ta’ dawk kontra t-tmexxija attwali. Fost dawn hemm il-bloger Manuel Delia, li Zammit Dimech saħansitra laqgħu fid-Dar Ċentrali f ’waħda mill-ewwel laqgħat uffiċjali tiegħu u ftit ħin wara li dan kien għadu kemm attakka online lill-Kap Adrian Delia. Għas-sostenituri talKap Nazzjonalista, id-deċiżjoni ta’ Zammit Dimech qabbluha mal-metaforia li kienu qed idaħħlu lifgħa f ’ħobbhom. Iżda waqt il-programm Sorsi Infurmati fuq NET Television din il-ġimgħa, Zammit Dimech kompla jiftaħ il-bibien beraħ għall-għedewwa ta’

Delia billi stieden lis-soċjetà ċivili, lill-għaqda Repubblika u għaqdiet oħrajn, aktarx b’referenza wkoll għal Occupy Justice, biex jingħaqdu bejniethom u jkunu forza kontra l-Gvern. Manuel Delia, li hu wara dawn l-għaqdiet, jistqarr pubblikament li Adrian Delia qatt ma jista’ jwassal biex imexxi lill-PN għal rebħa elettorali u li l-ħatra tiegħu bħala Kap tal-Partit tagħtu liċenzja biex jgħid li jrid u jagħmel li jrid filwaqt li ma jimpurtahx mill-konsegwenzi. Fil-fatt siegħa qabel li rifes l-għatba tad-Dar Ċentrali fuq stedina tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid, Manuel Delia qal li waħda minn dawn il-konsegwenzi kienet il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u staqsa lill-Kap Nazzjonalista jekk jassigurax lil kulħadd li l-kampanja għall-ħa-

tra tiegħu jew il-PN inġenerali qattx ġew iffinanzjati minn Yorgen Fenech, li llum qed jaffaċċja akkużi fil-Qorti bħala l-allegat mandant fid-delitt makabru tal-2017. Appell li ovvjament ma niżel tajjeb xejn mat-tesserati li b’mod demokratiku għażlu lil Adrian Delia bħala l-Kap tagħhom. Sorsi qrib id-Dar Ċentrali, li tkellmu ma’ din il-gazzetta, qalu li l-manuvri ta’ Zammit Dimech ikomplu jwessgħu l-ferita tal-ġlied intern. Dan kollu qed jiġi interpretat bħala l-pjan biex l-establishment jidħol bilmod il-mod fid-Dar Ċentrali minn fejn ikun jista’ jagħti spinta tajba lill-pjan oriġinali li Adrian Delia jitqabbeż ’il barra mill-kariga ta’ Kap u mill-Partit kollu kemm hu.


06

23.02.2020

kullhadd.com

10 FATTI DWAR IL-ĦATRA TA’ 17–IL SENA TA’ KUMMISSARJU ĠDID KKWALIFIKAW

GĦALL-MATRIKOLA

Il-Parlament beda jiddiskuti fi stadju tat-tieni qari r-riforma fil-mod kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija. Bħal kull bidla oħra din iġġib diskussjoni, speċjalment bejn min jaqbel u min ma jaqbilx. Il-ħsibijiet differenti huma dejjem xi ħaġa sabiħa fi proċess demokratiku u nhar it-Tlieta meta l-Ministru għall-Intern għamel id-diskors tiegħu rajna differenzi sostanzjali bejn il-pożizzjoni tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni. Iżda, imbagħad hemm fatti li ma jista’ jmerihom ħadd. Slitna 10 minnhom. jaqbilx mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-Servizz pubbliku. Il-Prim Ministru kien ċar li se jirrifjuta dan id-dritt u se jimxi mar-rakkomandazzjoni li ssir Le, għaliex din ir-riforma se tibdel il-proċess mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku biex jassigura li dan il-proċess jibqa’ wieħed ġust u nadif. tal-għażla b’mod drastiku. Se tinħareġ sejħa mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Din il-Kummissjoni hija organu indip- Il-pubbliku jista’ jipparteċipa f ’dan il-proċess? endenti, mwaqqfa mill-Kostituzzjoni ta’ Malta u ċ-Chairperson huwa maqbul mill-Prim Ministru u Iva! Il-pubbliku jista’ jsegwi l-grilling fuq l-istazzjon jew is-sit tal-Parlament. Però iktar minn hekk qamill-Kap tal-Oppożizzjoni. Il-Kummissjoni ser tevalwa l-applikazzjonijiet, bel il-grilling wieħed jista’ anke jipproponi xi mistagħmel shortlist ta’ żewġ kandidati u tirreferi l-is- toqsijiet li jixtieq jagħmlu Membri Parlamentari fuq mijiet lill-Kabinett sabiex jagħżlu l-aħjar kandidat il-Kumitat. fosthom. X’inhi l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni f ’dan kollu? Il-Parlament ser ikun involut? Jista’ l-Prim Ministru jew il-Gvern ilaħħaq lil min irid bħala Kummissarju tal-Pulizija?

Iva. Il-Parlament se jkun involut fl-għażla għaliex il-kandidat magħżul irid tidher għall-grilling quddiem il-Kumitat tal-Ħatriet Pubbliċi. Għalhekk, il-kandidat se jitpoġġa taħt l-iskrutinju tal-ogħla stituzzjoni tal-pajjiż. Wara li jittieħed vot f ’dan il-Kumitat, jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija. Permezz ta’ din il-bidla l-Gvern se jkun qed jikteb l-istorja għaliex għall-ewwel darba fil-Korp, il-Kummissarju se jinħatar wara sejħa pubblika. X’inhi l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku? Il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku (PSC) hija stabbilita mill-Kostituzzjoni u għandha l-poter li toħroġ direttivi u tamministra d-dixxiplina fisservizz pubbliku. Il-membri tagħha ġejjin miż-żewġ naħat tal-kamra u hemm qbil mill-Prim Ministru u mill-Kap tal-Oppożizzjoni dwar iċ-Chairperson.

L-Oppożizzjoni bidlet il-ħsieb tagħha tliet darbiet fi żmien ftit xhur. Fil-proposta tagħhom ta’ ftit ġimgħat ilu, il-Kap tal-Oppożizzjoni ppreżenta abbozz fil-Parlament biex il-Kummissarju tal-Pulizija jintgħażel b’żewġ terzi tal-Kamra. Allura l-Oppożizzjoni trid li l-kontroll ikun f ’idejn il-politiċi biss? Iva. F’kuntrast għall-proposta tal-Gvern li jrid li tinħareġ sejħa pubblika, l-Oppożizzjoni trid sistema li tibda u tispiċċa bil-politikanti. Għalfejn hemm min qed jgħid li l-proposta tal-Oppożizzjoni mhix realistika?

Għaliex l-aħħar proposta tal-PN ma toffrix alternattiva f ’każ ta’ kriżi kostituzzjonali fejn ma jkunx hemm qbil bejn iż-żewġ naħat. Darba kienu qalu li jekk jiġri hekk dan għandu Din ir-riforma ssegwi r-rakkomandazzjonijiet jintgħażel b’maġġoranza sempliċi. Però dan ifisser tal-Kummissjoni Venezja? li l-Kummissarju jista’ jintgħażel mill-Gvern. B’li trid l-Oppożizzjoni jew riskju ta’ kriżi kostiIva. Fir-rapport tagħha l-Kummissjoni Venezja kienet inekwivokat dwar liema proposta kienet tuzzjonali jew il-politiċi biss waħedhom jaħtru l-aktar importanti. Din insistiet, li l-Kummissarju l-Kummissarju u xejn ma jkun inbidel. tal-Pulizija għandu jiġi appuntat wara sejħa pubblika. Il-Gvern ħa konjizzjoni ta’ din ir-rakkomanda- X’jiġri f ’pajjiżi oħrajn? zzjoni u għalhekk qed jipproponi li tkun il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku li tmexxi l-proċess Ħafna pajjiżi Ewropej għandhom metodu għalihom ta’ kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija. tal-għażla. Jekk naraw Franza, id-Direttur Ġenerali tal-Pulizija Franċiża jintgħażel direttament mill-Ministru Il-Gvern aċċetta kull rakkomandazzjoni għall-Intern, fl-Iżvezja jintgħażel mill-Gvern għal tal-Kummissjoni Venezja? perjodu ta’ sitt snin. Fl-Estonja, il-Kummissarju Il-Gvern għazel li ma jimplimentax proposta waħda tal-Pulizija Nazzjonali jiġi appuntat direttament biss. Il-Kummissjoni Venezja qalet li l-Prim Minis- mill-Gvern. Din ir-riforma se tpoġġi lil Malta tru jista’ jkollu l-veto, jiġifieri jista’ jimblokka u ma f ’pożizzjoni aħjar mill-pajjiżi Ewopej.

Tkompli minn paġna 1 wija fl-istudenti ta’ 17–il sena li ammontaw għal 664 reġisIr-rapport tal-Università jgħid li trazzjoni. Magħhom jiżdiedu “s-sessjoni tal-2019 kienet is-se- 12 fl-etajiet ta’ 16–il sena li apba’ waħda mindu nbidlu r-regoli plikaw għal-Livell Avvanzat u fl-2012 u l-ewwel waħda mindu l-Livell Intermedjarju fl-ewwel l-ispejjeż għar-reġistrazzjoni sessjoni. Seba’ kandidati li qagħdu tal-kandidati tħallsu mill-Gvern tal-Matrikola ta’ Malta. Din id-deċiżjoni ak- għall-eżamijiet tarx affettwat in-numri tal-kan- fl-2019 kellhom iżjed minn 60 didati li qagħdu għal dawn sena, l-akbar ta’ 73 sena. L-aktar suġġetti magħżulin l-eżamijiet hekk kif, waqt li n-numri tar-reġistrazzjonijiet għal-Livell Avvanzat kienu kienu qegħdin jonqsu matul iż- l-Ingliż, il-Malti, il-Marketing żmien, din it-tendenza ġiet mib- u l-Accounts, waqt li dawk għal-Livell Intermedjarju kienu dula ta’ taħt fuq din is-sena.” Fost dawk li kellhom riżultati l-Ingliż, il-Psikoloġija u l-IT. Ir-rapport ukoll jisħaq li pożittivi f ’din is-sistema, fejn għat-talbiet studenti normalment jistudjaw l-persentaġġi żewġ suġġetti f ’Livell Avvanzat tar-reviżjoni tal-karti kienu u erbgħa oħrajn f ’Livell Inter- fil-medja ta’ 9.2% għas-suġġetti medjarju, kien hemm saħansi- fil-Livell Avvanzat u 4.2% għal tra erbgħa ta’ 17–il sena li kk- dawn fil-Livell Intermedjarju walifikaw għaċ-Ċertifikazzjoni fis-sessjoni ta’ Marzu-Ġunju, waqt li dawk fis-sessjoni tal-Matrikola. Minbarra hekk, mindu tmien ta’ Awwissu-Settembru kienu snin ilu sar tibdil fir-regol- fil-medja ta’ 5.2% u 5.9% amentazzjoni, ġiet innutata għal-Livell Avvanzat u Livell għall-ewwel darba żieda qaw- Intermedjarju rispettivament.

TAĦRIĠ LOKALI FL-ICT JIBDA JISSODISFA L-KILBA TAS-SETTUR …bid-differenza ta’ pajjiżi oħrajn fl-UE, kumpaniji Maltin jindikaw tnaqqis fid-diffikultajiet biex jingaġġaw speċjalisti It-taħriġ aktar speċjalizzat u l-inklinazzjoni biex aktar persuni jitħajru f ’suġġetti relatati mal-Teknoloġija tal-Informatika u l-Komunikazzjoni (ICT) qed iħallu l-effetti pożittivi tagħhom fuq is-settur, li hu fost l-aktar għadmiet ibsin fejn jidħlu xogħlijiet li l-Unjoni Ewropea qed tħabbat wiċċhom magħhom attwalment. Fil-fatt, waqt li l-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej u l-UE inġenerali qed jesperjenzaw nuqqas akbar ta’ persuni li lesti jitħarrġu u eventwalment jaħdmu fis-settur, ftit pajjiżi rreġistraw titjib f ’dan ir-rigward. Malta waħda minnhom. Stħarriġ annwali Ewropew dwar id-diffikultà li s-settur tal-ICT iffaċċja fl-2018 biex iħaddem nies imħarrġin wera kif mhux biss din għadha sfida ewlenija għan-negozji involuti, li jammontaw għal 9%

tan-negozji kollha, imma qed tiħrax sena wara oħra. Il-medja Ewropea f ’dan ir-rigward żdiedet għal 58% fl-2018, 5% iktar mis-sena ta’ qabel. Dawk li qed jirnexxilhom jirreġistraw titjib, bħal Malta, u allura jissodisfaw il-kilba tas-settur huma tassew l-eċċezzjonijiet, indika l-istħarriġ li ġie ppubblikat nhar il-Ġimgħa li għadda. Għalkemm pajjiżna għadu jitqies mal-pajjiżi b’diffikultajiet serji b’67% tal-kumpaniji fis-settur jirreġistraw problemi biex isibu professjonisti u dan fisser ukoll tnaqqis ta’ 6% fuq l-2017. Waqt li tliet snin ilu konna t-tielet l-aktar pajjiż b’diffikultajiet ta’ professjonisti fis-settur, is-sena ta’ wara nżilna fittmien post. L-istess titjib mistenni jkun irreġistrat ukoll fl-2019.


07

23.02.2020

kullhadd.com

130 TRIQ RESIDENZJALI F’SENA U DIĠÀ NBDEW 50 TRIQ OĦRA

F’sena waħda, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ 130 triq residenzjali u bħalissa għaddejja b’xogħlijiet f ’50 triq oħra b’uħud minnhom dalwaqt ikunu lesti. Waqt li eluf ta’ familji li joqogħdu fit-toroq li tlestew qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom, diġà hemm ikkuntrattati wkoll il-bini mill-ġdid ta’ 150 triq oħra għax-xhur li ġejjin. Kollha flimkien dawn it-330 triq iġibu tul li jaqbeż il-110 kilometri, erba’ darbiet it-tul ta’ Malta. Kien lejn l-aħħar ta’ Jannar tal-2019 meta l-Aġenzija varat l-investiment ta’ €700 miljun biex ittejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali fil-pajjiż. Fl-ewwel 330 triq qed jiġu mgħoddijin minn taħt l-art madwar 370 kilometri ta’ pajpijiet, cables u katusi biex iwasslu s-servizzi tal-ilma, elettriku, drenaġġ, internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni, lejn id-djar u n-negozji fl-inħawi. Fihom qed jinbnew ukoll 215–il kilometru f ’bankini. U biex isirilhom wiċċ ġdid wara li jissaħħulhom il-pedamenti jeħtieġ jintużaw mat-352,000 tunnellata t’asfalt. Minbarra dawn ix-xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid tat-toroq residenzjali li se jissokta fis-sitt snin li ġejjin, matul l-2019 Infrastructure Malta ħadet ħsieb ukoll tiswijiet estensivi u manutenzjoni f ’85 triq oħra. Dan it-titjib jinkludi bankini ġodda, sistemi għall-ġbir tal-ilma tax-xita u kisi bl-asfalt.


08

23.02.2020

“SFIDA30” FIL-PROGRAMM PJAZZA

Il-programm popolari Pjazza għada se jniedi kampanja ġdida bl-isem ta’ “SFIDA30” fejn il-mira se tkun li jinġabru €30,000 b’risq il-ħidma tal-Partit Laburista. “Din hi sfida ferm akbar minn dik ta’ sentejn ilu, iżda nemmen li b’ħidma u b’aktar impenn mingħandi, kif ukoll mingħand ilcrew li hu s-sinsla wara s-suċċess tal-programm Pjazza, kapaċi wkoll nilħqu ċ-ċifra l-ġdida ta’ €30,000 f ’temp ta’ ħamest ijiem bejn it-Tnejn (għada) u nhar ilĠimgħa,” qalilna Karl Stagno Navarra, il-preżentatur tal-aktar programm televiżiv segwit filfaxxa ta’ filgħaxija. Sentejn ilu l-programm popolari televiżiv Pjazza ġabar mal€35,000 f ’temp ta’ ġimgħa, waqt kampanja mlaqqma “SFIDA10”, li kienet ukoll taħbat mal-10 anniversarju fit-tmexxija tal-Eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Jo-

seph Muscat. “Dakinhar kellna mira li niġbru €10,000 f ’temp ta’ ġimgħa tul il-programmi tagħna. Il-poplu rrisponda b’ġenerożità kbira, tant li ġbarna ħafna iżjed milli stennejna. Fil-fatt ġbarna €35,000!” kompla Stagno Navarra. Minn għada, fil-programm, li jixxandar mis-6.30 ta’ filgħaxija, se jkunu qegħdin jidhru n-numri fejn jistgħu jsiru d-donazzjonijiet mill-pubbliku. Minbarra hekk, appena jispiċċa, Pjazza se jkun qed joħroġ mill-istudio għal dan il-għan u jżur iċ-Ċentri Laburisti minn fejn ikun jista’ jkompli l-isfida tiegħu. Din il-gazzetta hi infurmata li ċ-Ċentri Laburisti ta’ Raħal Ġdid (għada), taż-Żejtun (it-Tlieta), ta’ Marsaxlokk (l-Erbgħa), tan-Naxxar (il-Ħamis), tar-Rabat (il-Ġimgħa) u ta’ Victoria (s-Sibt) se jkunu tal-ewwel li jagħtu sehemhom f ’dan ir-rigward.

MILL-ERBGĦA JIBDEW IL-LAQGĦAT ĠENERALI ANNWALI TAL-KUMITATI LOKALI LABURISTI Il-Laqgħat Ġenerali Annwali tal-Kumitati Lokali tal-Partit Laburista se jibdew minn din il-ġimgħa li ġejja u jissoktaw kull ġimgħa sal-aħħar ta’ Marzu, qabel imbagħad issir il-Konferenza Ġenerali lejn l-aħħar t’April. Minn dawn il-kolonni se nibdew nagħtukom aġġornament kull ġimgħa tal-Laqgħat Ġenerali Annwali li jkunu se jsiru fil-ġimgħa ta’ wara. Ta’ min jinnota li l-laqgħat fost il-ġimgħa jibdew fis-6.30 p.m., waqt li dawk li jinzertaw is-Sibt jew il-Ħadd jibdew fid-9.00 a.m. Il-postijiet ikunu fiċ-Ċentri Laburisti rispettivi sakemm ma jkunx indikat mod ieħor. L-ewwel laqgħa minn din is-sensiela se tkun dik tal-Għarb, Għawdex, li ssir filgħaxija nhar l-Erbgħa 26 ta’ Frar, segwita l-Ġimgħa 28 ta’ Frar minn tal-Għaqda Veterani Laburisti fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun u ta’ Kerċem l-għada s-Sibt 29 ta’ Frar. Bħal-lum ġimgħa, l-1 ta’ Marzu, isiru l-Laqgħat Ġenerali Annwali tal-Kalkara, iż-Żejtun, Ħal Lija, il-Belt Valletta u San Lawrenz, Għawdex.

kullhadd.com

TAĦDITIET INKONKLUSSIVI FIS-SUMMIT EWROPEW Il-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-qafas finanzjajru tal-baġit Ewropew ħadet madwar 28 siegħa, b’diskussjonijiet intensivi li baqgħu għaddejjin mal-lejl u komplew matul il-jum tal-bieraħ. F’kummenti lill-mezzi tax-xandir, il-Prim Ministru Robert Abela, li kien qed jattendi għall-ewwel summit Ewropew tiegħu, qal li kien hemm progress, imma f ’dan l-istadju t-taħditiet mhumiex konklussivi. Jirriżulta li l-punt prinċipali ta’ diverġenza huwa d-daqs talbaġit Ewropew għas-seba’ snin li ġejjin, fejn hemm erba’ pajjiżi li qed jisħqu li għandu jiċkien, u 17–il pajjiż, fosthom Malta, li jgħidu li għandu jkun ikbar minn dak propost mill-President

tal-Kunsill Ewropew. “Kulħadd spjega l-pożizzjoni tiegħu. Aħna qed ngħidu li t-total ta’ dan il-baġit m’għandux ikun inqas għaliex hemm oqsma partikolari, bħall-politika komuni agrarja u l-fondi ta’ koeżjoni, li huma tant importanti għall-prinċipji li hija mibnija fuqhom l-UE,” qal il-Prim Ministru. “Għaldaqstant dawn id-diskussjonijiet issa jridu jkomplu f ’summit ieħor, u jien fiduċjuż li eventwalment jintlaħaq ftehim.” Dan il-baġit irid jidħol fis-seħħ minn Jannar li ġej, u għalhekk fadal żmien biex wieħed ikompli jiddjaloga lejn ftehim sodisfaċenti għal kulħadd. Dr Abela rrimarka li l-aktar li

laqtu kien ir-rispett kbir li jgawdi pajjiżna. “Ħassejtni milqugħ tajjeb ħafna, wassalt il-pożizzjoni ta’ Malta u nnegozjajt b’mod sod f ’isem pajjiżna. Kommess li nibqa’ naħdem biex pajjiżna jkompli jimxi ’l quddiem,” temm jgħid il-Prim Ministru.

ŻIDIET FENOMENALI GĦAS-SITI TA’ HERITAGE FL-AĦĦAR TLIET SNIN Ċifri ta’ Heritage Malta jixhdu li mill-2017 lil hawn is-siti storiċi tagħha raw żidiet fenomenali, mhux biss minħabba għadd dejjem ikbar ta’ turisti li żaru lil pajjiżna, imma anke bissaħħa ta’ inċentivi li introduċa il-Gvern biex studenti, adulti li jakkumpanjawhom, u anzjani jkunu jistgħu jidħlu b’xejn. Waqt li s-sena 2017 kienet waħda fenomenali fl-għadd ta’ viżitaturi, is-sentejn ta’ wara żammew l-istess ritmu, anke sadanittant il-Belt Valletta kienet qiegħda ġġorr it-titlu talBelt Kapitali Ewropea tal-Kultura. Biex tgħaxxaq, fl-2019, l-Aġenzija nnutat żieda ta’ madwar 4% fil-viżitaturi individwali meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Dan irrifletta wkoll gwadann ikbar f ’ċerti siti ta’ Heritage Malta. Il-Ministru responsabbli Josè Herrera din il-ġimgħa

ta tagħrif dwar it-tali żjarat f ’uħud mill-aktar siti importanti tal-Aġenzija: it-Tempji Neolitiċi f ’Ħal Tarxien, il-Ġgantija, fixXagħra Għawdex, Ħaġar Qim u l-Imnajdra fil-limiti tal-Qrendi, Ta’ Skorba fiż-Żebbiegħ u l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, f ’Raħal Ġdid. Wara li ġie mistoqsi mid-Deputat Carmelo Mifsud Bonnici dwar id-dħul li kellhom, kemm bħala viżitaturi kif ukoll bħala flus, il-Ministru qal li żaruhom aktar minn 578,000, waqt li daħħlu ftit inqas minn €4 miljun bejniethom mill-entraturi u bejgħ fil-ħwienet rispettivi tagħhom. Minn dawn, €1.6 miljun marru għaż-żamma tal-postijiet. Iż-żidiet fil-viżitaturi, li fil-maġġoranza kienu turisti, huma riżultat tal-“Passaporti” li introduċa l-Gvern minn Novembru 2018 għall-istuden-

ti kollha tal-Primarja u s-Sekondarja u sussegwentement għall-anzjani ta’ 60 sena ’l fuq f ’Mejju 2019. Dawn jippermettulhom li jidħlu b’xejn (kullimkien, ħlief f ’Ħal Saflieni) u fil-każ tal-istudenti, anke żewġ adulti li jkunu qed jakkumpanjawhom. Madwar 97,000 student u 18,000 anzjan ħadu din l-opportunità u żaru s-siti tal-Aġenzija permezz tal-“Passaport” fl-2019. Jirriżulta wkoll li s-sena l-oħra l-Palazz tal-Armerija fil-Belt, il-Katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat, il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali fl-Imdina, il-Mitħna ta’ Kola fix-Xagħra Għawdex, u s-siti kollha fiċ-Ċittadella, ir-Rabat Għawdex, irreġistraw l-akbar żidiet fl-attendenzi mqabbel mal-2018. Għal din is-sena, Heritage Malta se tkun qed torganizza madwar 150 avveniment.

“BIBIEN MIFTUĦIN” GĦAL KARRIERI FIT-TURIŻMU Fil-kampus tiegħu ta’ Ħal Luqa u dak fil-Qala, Għawdex, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) se jkun qed jorganizza open days bejn għada u nhar l-Erbgħa għal dawk kollha li huma interessati f ’karriera fl-oqsma varji tatturiżmu. Bl-isem ta’ “Open Doors”, l-ITS qed jorganizza l-attivitajiet partikolari waqt dawn il-vagan-

zi tal-Karnival biex kemm studenti li għadhom mhux deċiżi fuq il-futur tagħhom kif ukoll oħrajn li jixtiequ jtejbu l-istudji tagħhom ikunu mgħarrfin aktar dwar il-possibbiltajiet fi ħdanu. Għal dan il-għan se jiġu organizzati taħditiet ta’ informazzjoni ġenerali u dik spefiċika individwali, waqt li jkun hemm tours madwar il-kampus.

Il-kampus f ’Ħal Luqa se jkun miftuħ għada u t-Tlieta, b’taħditiet fid-9.00 a.m., fl-10.30 a.m., fil10.45 a.m., f ’11.45 a.m., f ’12.00 p.m. u fis-1.30 p.m., waqt li l-Erbgħa tkun iddedikata għall-kampus t’Għawdex, b’taħditiet fis1.00 p.m. u fis-2.30 p.m. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb minn fuq is-sit uffiċjali (www.its. edu.mt) tal-Istitut.


09

23.02.2020

kullhadd.com

ĦAMES ĊERTIFIKATI POŻITTIVI F’XAHAR MINN ISTITUZZJONIJIET INTERNAZZJONALI L-ekonomija Maltija mhux biss hi mill-aktar stabbli, iżda saħansitra fost dawk l-aktar prosperużi li jeżistu llum il-ġurnata, grazzi għall-għaqal fit-tmexxija finanzjarja u l-investimenti li ġew attirati fl-ekonomija mill-bidla fil-Gvern fl-2013 lil hawn. Dan jikkonfermawh saħansitra għexieren ta’ rapporti minn aġenziji u istituzzjonijiet internazzjonali fl-istess perjodu, inkluż ħamsa infila f ’dan l-aħħar xahar. Dan minkejja li fl-aħħar ġimgħat iż-żewġ fazzjonijiet li jagħmlu l-Oppożizzjoni Nazzjonalista pprovaw jagħtu l-impressjoni li pajjiżna għaddej minn saram ekonomiku u waslu biex qalu li Malta tinsab f ’riċessjoni. Din ma kinitx l-ewwel darba li l-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni pprova joħloq inċertezza ekonomika, waqt li joħroġ siequ kontinwament biex jagħti gambetti li ma jagħmlux ħlief ħsara lin-negozji u l-familji Maltin u Għawdxin. Iżda, kif ġara fl-imgħoddi wkoll, analiżi oġġettiva minn entitajiet internazzjonali serji u rispettabbli wriet li dan in-negattiviżmu m’għandu ebda bażi ta’ xejn. Hawn hu elenku tal-aħħar ħames ċertifikati pożittivi minn entitajiet internazzjonali differenti li jagħtu ġieħ lil Malta, xi ħaġa li hi l-għira anke għal pajjiżi u ekonomiji ġganti madwarna u lil hinn. 12/1/2020: Fitch Ratings

L-ewwel ċertifikat pożittiv ingħatalna mill-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu, Fitch Ratings. Din affermat mill-ġdid il-credit rating ta’ Malta bħala A+ Positive, l-aqwa rating li qatt irċieva pajjiżna kemm ilhom jingħataw dawn ir-ratings. Dan ir-rating ingħata minħabba “an expectation of sustained high economic growth from diverse sources”, kif ukoll tnaqqis qawwi fid-dejn nazzjonali minħabba dik li ddeskrivew bħala “sound fiscal performance”. Fir-rapport tagħhom, l-esperti ta’ Fitch sostnew li “Malta outperforms the ‘A’ median on the World Bank human development and governance indicators” u li l-istituzzjonijiet f ’pajjiżna huma “stronger than the majority of ‘A’ rated peers”. L-esperti internazzjonali nnotaw ukoll li t-tisħiħ riċenti fil-governanza wassal għal “a surge in administrative penalties being enforced”. Fitch ukoll jenfasizzaw li l-Partit Laburista fil-Gvern għadu jgawdi appoġġ wiesa’ fost il-poplu (“the ruling Labour Party continues to enjoy broad public support”). 31/1/2020: DBRS

Fi tmiem ix-xahar li għadda kien imiss lill-aġenzija mill-Amerka ta’ Fuq, DBRS, biex tikkonferma r-rating ta’ pajjiżna bħala A (high) b’outlook stabbli. Dan ukoll kien l-aħjar rating li qatt ingħata lil Malta minn din l-aġenzija, waqt li sostnew li jistennew li pajjiżna jibqa’ jikber b’pass sod ħafna u jibqa’ jirreġistra aktar riżultati finanzjarji pożittivi (“Malta to continue to grow at a solid pace and continue to post fiscal surpluses in coming years”). Tad-DBRS irrimarkaw li pajjiżna kellu

“7% annual average GDP growth from 2013 to 2019, well above the 2.1% average rate between 2004 and 2012”. Il-prudenza fit-tmexxija wasslet lid-DBRS biex tbassar li l-piż tad-dejn nazzjonali se jsir “one of the lowest in the European Union”. Dwar il-governanza, l-esperti Amerikani sostnew li “looking at the World Bank’s governance indicators, Malta compares favourably with the EU average”. Huma wkoll innutaw kif il-Prim Ministru l-ġdid “has pledged policy continuity and further steps to strengthen governance in the country”. 11/2/2020: Moody’s

It-tielet rapport mingħand l-aġenzija ta’ kreditu, Moody’s, fejn ikkonfermat ir-rating ta’ pajjiżna bħala A2 Stable, wara li ttejjeb f ’Lulju 2019 għall-ewwel darba fi 11–il sena, l-esperti tagħhom ma rawx “bozoz ħomor”, li jwissu bihom il-fazzjonijiet Nazzjonalisti. Ta’ Moody’s qalu speċifikament li Malta għandha “track record of strong economic growth in recent years and elevated per capita income levels”. Fil-fatt, huma bassru li fl2019 l-ekonomija Maltija kibret b’5.1% li skont huma “would represent the highest rate of growth in the EU”. Dawn l-esperti internazzjonali wkoll ibassru li fis-snin li ġejjin l-ekonomija Maltija se tibqa’ tikber aktar mill-medja Ewropea. Dan għax jemmnu li s-suq tax-xogħol se jibqa’ b’saħħtu b’qgħad fl-inqas livelli rekord u tkabbir tal-impjiegi li se jissokta. L-esperti tal-Moody’s bassru wkoll li tkabbir b’saħħtu u surpluses finanzjarji se jkomplu jirromblaw ’l isfel lid-dejn nazzjonali, anke għax għalihom il-ħatra ta’ Dr Robert Abela bħala Prim Ministru għandha twassal għal kontinwità f ’din il-linja ekonomika. Minbarra hekk, filwaqt li nnotaw li mhawnx riskji politiċi minħabba l-mandat qawwi li jgawdi l-Gvern, Moody’s jisħqu li, kieku kellha tissejjaħ elezzjoni barra minn żmienha, jistennew li l-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza li għandu. 13/2/2020: Kummissjoni Ewropea

Jumejn wara kien imiss ċertifikat pożittiv u sinifikanti mill-Kummissjoni Ewropea li, fil-Winter 2020 Economic Forecast tagħha, bassret li din is-sena u s-sena d-dieħla Malta se tirreġistra l-akbar tkabbir ekonomiku minn fost l-ekonomiji Ewropej kollha. Fil-fatt, fl-2020 il-ġid nazzjonali lokali mistenni jikber b’4%, jew b’aktar minn tliet darbiet ir-rata medja fl-UE. L-istess distakk fir-rata ta’ tkabbir mistenni wkoll għall-2021. Dan wara li s-sena li għaddiet, skont il-Kummissjoni, pajjiżna kellu l-akbar rata ta’ tkabbir minn fost il-membri taż-Żona Ewro. Filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea esprimiet it-tħassib tagħha fuq l-ekonomija Ewropea tant li qalet li “bilanċ fraġli, li faċilment joħroġ minn triqtu” (“a fragile equilibrium, which could be easily derailed”), dwar Malta sostniet li l-wirja ekonomi-

ka tagħha “mistennija tibqa’ fil-wiċċ” (“Malta’s economic performance is expected to remain buoyant”). Fl-istess ħin, kontra dak li jsostnu talPN, jiġifieri li, skont huma, il-poplu Malti qed ikollu jħabbat wiċċu ma’ ħafna għoli tal-ħajja, l-esperti Ewropej sostnew li l-inflazzjoni naqset għal 1.5% fl-2019 u mistennija tibqa’ l-istess għall-2020 u l-2021. Din ir-rata, li qed tbassar il-Kummisjoni, hi kważi n-nofs ta’ dik osservata qabel il-bidla fil-Gvern fl-2013. 14/2/2020: IMF

Finalment, għal San Valentinu (!), wasal il-ħames ċertifikat għall-ekonomija ta’ pajjiżna. Fi tmiem iż-żjara annwali tagħhom f ’pajjiżna, l-esperti tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) sostnew li “Malta has enjoyed very rapid economic growth in recent years” u li “prudent fiscal policy and timely structural reforms have helped boost employment and build fiscal buffers while promoting social cohesion”. Dan ifisser li, skont dawn l-esperti dinjin, il-politika mħaddna mill-Gvern Laburista mhux talli kabbret l-ekonomija u saħħet il-finanzi pubbliċi għal li huma, iżda wkoll wasslet għal tisħiħ soċjali. Ir-rapport jinnota li l-2019 mistennija tkun ir-raba’ sena konsekuttiva ta’ surplus finanzjarju f ’Malta, waqt li l-bilanċ strutturali hu stmat li jkompli jaqbeż il-miri medium-term tal-Gvern. Waqt li l-IMF faħħar il-qagħda fiskali tal-Gvern, irrimarka li “l-appoġġ għall-inklużjoni soċjali għandu jkompli permezz ta’ miżuri speċifiċi” (“support for social inclusion should continue through well-targeted measures”), flimkien mat-tkomplija ta’ proġetti ta’ investiment infrastrutturali. L-esperti internazzjonali faħħru wkoll il-miżuri li jgħinu biex aktar nisa jaħdmu kif ukoll biex il-ħaddiema jtawlu l-karriera tagħhom. Bidliet fil-qasam edukattiv u dak tat-taħriġ ukoll kienu taħt l-iskrutinju tal-IMF li tenna li dawn għandhom potenzjal qawwi biex itejbu l-ħiliet tal-workforce nazzjonali. Fit-triq it-tajba Dawn il-ħames ċertifikati pożittivi jispjegaw ukoll għal xiex stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea fost negozji u familji Maltin u Għawdxin indika li f ’Jannar il-fiduċja ekonomika żdiedet b’10%, l-akbar żieda Ewropea u aktar minn tliet darbiet il-medja fl-UE. Ta’ min jinnota, li dan it-titjib f ’xahar wieħed biss kien ilu ma jiġi osservat f ’pajjiżna aktar minn 10 snin, konferma wkoll tal-għaqal favur kontinwità fl-istess direzzjoni ekonomika tal-aħħar seba’ snin, flimkien ma’ xogħol b’saħħtu biex jiġu indirizzati nuqqasijiet u sfidi ġodda. Għaldaqstant, bħalma jemmnu dawn l-istituzzjonijiet u oħrajn, id-deċiżjonijiet tal-Prim Ministru Robert Abela diġà qed iħallu l-frott mixtieq.

Malta taqbeż indikaturi tal-Bank Dinji … u għandha istituzzjonijiet b’saħħithom iżjed minn mistenni

Il-pajjiż se jibqa’ jikber b’pass sod u b’iżjed riżultati pożittivi

Il-qgħad f’Malta se jibqa’ fl-inqas livelli rekord u t-tkabbir tal-impjiegi se jissokta

Sal-2021 Malta mistennija żżomm l-istess rata ta’ inflazzjoni baxxa ta’ 1.5%, kważi nofs dik irreġistrata fl-2013

Il-politika tal-Gvern Laburista kabbret l-ekonomija, saħħet il-finanzi pubbliċi u wasslet għal titjib soċjali


10

23.02.2020

kullhadd.com

ŻFIN U LWIEN JIDDOMINAW F’DAWN IL-JIEM TAL-BLUHA

Ritratti ta’ JOE CAMENZULI

Għal darb’oħra, l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Karnival qed tesibixxi numru mdaqqas ta’ karrijiet spettakolari, maskri grotteski, kostumi elaborati u żfin kompetittiv mifruxa fuq diversi kategoriji, fejn it-talent lokali f’dan ir-rigward jispikka fuq kull ħaġa oħra partikolarment fit-toroq ewlenin tal-kapitali. L-ispettakli, li bdew nhar il-Ġimgħa, komplew ilbieraħ bil-parata stil Amerikan waranofsinhar, li saret tul Triq il-Merkanti u Triq ir-Repubblika. Din kienet qiegħda ssir għall-ewwel darba fostna u kif mistenni attirat eluf ta’ spettaturi lejn il-Belt Valletta. Aktar tard saru l-isfilata tal-karrijiet fi Pjazza San Ġorġ, u barra Bieb il-Belt it-“Tritoni Carnival Party

by Tenishia”, li jirritorna llejla wkoll. Dan tal-aħħar ukoll qed jiġi streamed live għat-tgawdija ta’ iżjed persuni online. Il-Karnival ta’ din is-sena, li kellu l-logo tiegħu maħdum minn studenti u jorbot mal-oriġini tal-ispettaklu nnifsu f’Malta, jissokta llum b’ġurnata oħra mistennija, għada fil-Ħamrun u t-Tlieta jagħlaq fi Triq Sant’Anna fil-Furjana. Sadanittant, f’dawn il-jiem tal-bluha, għadd ta’ rħula qed jorganizzaw il-parati rispettivi tagħhom. Fost dawn, bla dubju, tispikka dik tal-Karnival spontanju tan-Nadur, Għawdex, li attira mad-900 parteċipant.


11

23.02.2020

kullhadd.com

IL-112 F’MALTA FOST L-IKTAR EFFIĊJENTI FL-UE L-aktar 10 pajjiżi li jwieġbu malajr għas-sejħiet tal-112

...imma l-Maltin jistgħu jużawh aħjar L-Irlanda Ir-Renju Unit L-Olanda Ir-Repubblika Ċeka

0.1s 0.5s 3s 3.8s

Ir-Rumanija

4.4s

L-Iżlanda

4.4s

Malta

4.7s

Il-Finlandja

5s

Il-Litwanja

5s

L-Ungerija

5s

Rapport tal-Kummissjoni Ewropea xehed li s-servizz tal-112 f ’Malta huwa wieħed mill-iktar effiċjenti fl-Unjoni Ewropea. Kull fejn kien analizzat kemm hu l-ħin ta’ reazzjoni għat-talba għall-għajnuna, is-servizz f ’Malta mmarka ftit sekondi u għalkemm kien hemm xi ftit pajjiżi fejn ir-rispons sar b’iktar ħeffa r-riżultat ta’ Malta huwa wieħed fost l-aqwa fl-Unjoni Ewropea. Dan minkejja li l-Maltin huma fost l-iktar li jċemplu fuqu għall-iskopijiet il-ħżiena, primarjament konsegwenza ta’ nuqqas ta’ għarfien iżda wkoll xi kultant abbuż. Fl-aħħar ġimgħat il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-liġi qed jieħu inizjattivi bil-għan li jqajjem iktar kuxjenza sabiex servizz li hu b’saħħtu ma jkunx mgħobbi b’piż żejjed. Skont ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea l-iktar pajjiż fejn is-servizz tal-112 jdum biex jirċievi l-lokazzjoni ta’ min qed jitlob l-għajnuna huwa l-Awstrija fejn id-dewmien huwa ta’ minuta. F’Malta dan it-tagħrif jasal fi tmien sekondi biss b’Malta tkun waħda mill-iktar effiċjenti f ’din it-taqsima wkoll. F’Malta wkoll għandna wieħed mill-inqas ħinijiet fejn wieħed idum jistenna li t-telefonata tiegħu tkun imwieġba b’medja ta’ 4 sekondi kif tindika t-tabella li qed nippubblikaw. Kif mistenni l-maġġoranza tat-telefonati fuq il-112 jaslu minn fuq il-mobile. Dan b’rata ta’ 72%. Il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea kienu mitluba jirrappurtaw ukoll fuq kemm jirċievu telefonati li ma jkunux destinati għall-112. F’pajjiżna kellna l-ogħla rata b’iktar minn 80% tat-telefonati mhux suppost imorru fuq il-112. Is-sena l-oħra fis-sala tal-kontroll tal-112 daħlu 382,747 telefonata.

L-aktar servizz mitlub kien l-assistenza medika b’madwar 56,000 telefonata fl-2019. Bil-għan li s-servizz jintuża b’mod iktar effiċjenti u ċertu tagħrif li jintalab b’mod ħażin fuq il-112 jinstab b’mod mill-iktar faċli l-Ministeru għall-Intern nieda verżjoni ġdida tal-APP 112. Il-verżjoni l-ġdida tal-app 112MT qed toffri mezz effiċjenti biex iċ-ċittadin ikun jista’ jagħmel kuntatt faċilment mal-Pulizija, il-Forzi Armata ta’ Malta, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Isptar. Fost il-ħafna faċilitajiet li se toffri din l-app, l-aktar li se jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies se jkunu servizz ta’ lokalizzazzjoni ladarba jiġi stabbilit kuntatt mas-servizzi tal-emerġenza. B’hekk, il-GPS jindikalhom fejn iridu jmorru biex jagħtu l-għajnuna tagħhom. Kif ukoll l-assistenza mhux verbali permezz ta’ icons informattivi għall-persuni neqsin missmigħ fejn wieħed jista’ jindika x’tip ta’ għajnuna għandu bżonn pereżempju theddida għall-ħajja jew nirien fid-dar. Fejn qabel kienet tkun diffiċli għal dawn il-persuni biex jikkomunikaw x’tip ta’ assistenza għandhom bżonn meta jċemplu fuq il-112, issa permezz tal-icons speċifiċi għal kull emerġenza li tista’ tinqala jistgħu jibagħtu għall-għajnuna mingħajr telf ta’ żmien. Għalhekk il-verżjoni ġdida tal-app 112MT hija aktar inklussiva u se tolqot il-bżonnijiet ta’ kulħadd. Barra minn hekk, din l-app se toffri aktar riżorsi lis-servizzi tal-emerġenza għaliex ċerti telefonati li kienu jidħlu biex jistaqsu għal kuntatt ta’ xi għassa partikolari jistgħu jiġu evitati hekk kif fl-app hemm imniżżel il-kuntatt ta’ kull għassa madwar Malta u Għawdex.


12

23.02.2020

kullhadd.com

GĦAL ĠEJJIENI B’AKTAR SUĊĊESSI Fl-2017 ingħata r-responsabbiltà bħala Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji u kien ikkonfermat f’din ir-responsabbiltà f’Jannar li għadda. Wettaq diversi miżuri u wkoll proġetti fil-qasam li huwa responsabbli għalih u qed jara li dan il-qasam dejjem jissaħħaħ u jitjieb. Fuq quddiem hemm l-Istrateġija Nazzjonali għall-Isport u l-Attività Fiżika. Għaddew xahrejn mis-sena l-ġdida. Kif qiegħed jaħdem il-Gvern biex tiġi implimentata l-Istrateġija Nazzjonali għall-Isport u l-Attività Fiżika? Matul is-sena li għaddiet il-Gvern Malti nieda l-Istrateġija Nazzjonali għall-Isport u l-Attività Fiżika, li ser tara li jkollna infrastruttura li twassal għal kultura sportiva ferm aktar b’saħħitha li minnha ser igawdi kulħadd. Din l-istrateġija ġiet mfassla wara konsultazzjoni wiesgħa u numru ta’ studji ma’ diversi assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet sportivi. Ġew identifikati ħames prijoritajiet prinċipali għal din l-istrateġija. Biex jinkisbu dawn il-ħames prijoritajiet, ġew imfassla seba’ pilastri strateġiċi ewlenin, li għalkemm ta’ natura separata, huma interkonnessi. Bħala pilastri hemm l-edukazzjoni, il-parteċipazzjoni u l-kwalità tal-ħajja, il-faċilitajiet, l-industrija, Għawdex, l-integrità fl-isports u high-performance. Kull wieħed minn dawn il-pilastri jinkludu numru ta’ objettivi prinċipali li jridu jintlaħqu fl-10 snin li ġejjin u li huma mistennija li jittrasformaw il-landscape tal-isport u l-attività fiżika. Sal-2023 il-Gvern ser ikun investa madwar €30 miljun fuq faċilitajiet sportivi, u dan apparti l-€11–il miljun li l-Gvern jagħti kull sena lil SportMalta. Biex inkomplu nassiguraw li jkollna l-infrastruttura li għandna

spita l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fl-2023, u l-preparazzjoni fuq diversi livelli diġà qed issir. Għalhekk il-Gvern qed jagħmel ħiltu biex ikun ta’ spalla għall-atleti tagħna, li għandna għalfejn inkunu kburin bis-suċċessi li diġà kisbu. Aħna kommessi li noffru l-għajnuna li hemm bżonn biex dawn l-atleti jkomplu jiksbu is-suċċessi kemm għalihom personalment kif ukoll għal pajjiżna. Dan kollu jammonta għal €1.8 miljun investiment fl-aspetti relatati mal-coaching. Somma li turi l-impenn tal-Gvern biex jagħti spinta ’l quddiem lil dan il-qasam f ’pajjiżna, u jara li l-atleti tagħna għandhom il-gwida professjonali li jixirqilhom. Barra minn dan kollu, għandna wkoll fondi mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali li jammontaw għal €4 miljun li ħa jkunu qed jintużaw mill-assoċ-

jazzjonijiet sabiex naraw li atleti speċifiċi li kienu ġew identifikati bħala promettenti, ikollhom ċans tajjeb li jġibu medalja f ’isem pajjiżna. Irridu inkunu żguri li dawn l-atleti tant promettenti jkollhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex jiżviluppaw it-talent tagħhom b’mod sħiħ.

Għandna viżjoni li se twassalna għal riżultati tajbin b’mod konsistenti u f’diversi dixxiplini sportivi. Huwa fatt li l-impenn tal-Gvern lejn l-isport kiber sostanzjalment matul l-aħħar snin u dan wassal għal investiment kbir fl-infrastruttura sportiva

X’inhi t-triq li l-isport Malti ser ikun qed isegwi sabiex Malta tilħaq il-miri ta’ eċċellenza u tkun fost l-aqwa fl-Ewropa fl-isport?

bżonn, il-Gvern qiegħed jikkommetti €600,000 fis-sena – qabża kbira minn dak li kien jingħata qabel l-2013 - bħala investiment kemm f ’dik li hija infrastruttura sportiva ġewwa pajjiżna imma wkoll f ’fondi lill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC). Ser nerġgħu mmorru oltre billi nikkommettu €600,000 oħra għat-tliet snin li ġejjin li permezz tagħhom ser inkunu qed nassiguraw li l-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet li ser jieħdu sehem fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, ikollhom l-istruttura neċessarja biex jagħtu l-coaching professjonali lill-atleti tagħna. Sfortunatament din għadha mhix issir, kemm minħabba d-daqs tagħna bħala pajjiż kif ukoll minħabba d-daqs tal-assoċjazzjonijiet li m’għandhomx ir-riżorsi biex jagħmlu dan kollu. Infakkar li Malta ser tkun qed to-

Dan kollu xi jfisser? Dan juri li l-Gvern, f ’24 xahar, se jkun nefaq is-somma ta’ €6 miljun biex tingħata l-għajnuna kollha lil dawn id-dixxiplini sportivi li jaqgħu taħt il-kappa tal-Kumitat Olimpiku Malti. Irrid li dan l-investiment iservi bħala tarġa sabiex dawn l-atleti jkunu jistgħu jħarsu lejn riżultati ikbar minn dawk li qed jiksbu llum u jikkompetu f ’kompetizzjoni ta’ livell ogħla minn dawk li qed nipparteċipaw fihom illum. Nemmen illi nistgħu naslu aktar ’il quddiem, u l-Gvern ser ikun qed jagħti s-sapport meħtieġ biex inwasslu l-atleti tagħna għal aktar suċċessi.

Għandna viżjoni li se twassalna għal riżultati tajbin b’mod konsistenti u f ’diversi dixxiplini sportivi. Huwa fatt li l-impenn tal-Gvern lejn l-isport kiber sostanzjalment

matul l-aħħar snin u dan wassal għal investiment kbir fl-infrastruttura sportiva. Matul is-sena 2018, tlestiet l-ewwel fażi tal-Proġett tax-Shooting Range Internazzjonali ġewwa ta’ Kandja li ospitat l-ewwel kampjonat dinji tal-isparar f ’Malta. B’investiment ta’ nofs miljun ewro, sar resurfacing tat-telgħa tal-Imtaħleb, biex l-entużjasti tal-hill climb għandhom post xieraq fejn jipprattikaw l-isport tagħhom. Proġett ieħor hu fis-sit tal-eks skola ta’ Maria Assunta, fejn tlestiet l-ewwel fażi tal-isnooker hall u l-handball court. Bħalissa għaddejjin ukoll bil-pjanijiet għall-faċilitajiet tar-raffa boċċi u t-table football fl-istess kumpless. Sar ukoll investiment fil-qasam tal-atletika, fejn il-wiċċ tat-trakka tal-Marsa nbidel b’investiment ta’ €600,000. Proġett ambizzjuż ieħor hu l-bini tal-pixxina indoor ta’ daqs Olimpiku fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. Dan il-proġett ta’ livell olimpiku mwiegħed fil-manifest elettorali huwa ta’ opportunità eċċellenti biex is-settur akwatiku tal-isport f ’pajjiżna jkompli jieħu spinta ’l quddiem u jkompli jagħti kontribut għal aktar suċċessi li nkisbu fl-aħħar snin. Matul l-2019 intemmet it-tieni fażi ta’ dan il-proġett li kienet tikkonsisti fiż-żarmar u twaqqigħ tal-Boċċi Dromo. Issa ngħata bidu għat-tielet fażi li tinvolvi l-prepara-


13

23.02.2020

kullhadd.com

menti kollha biex tinbena l-pixxina indoor innifisha. Din il-pixxina indoor state-ofthe-art se tkun immexxija minn SportMalta u se tkun fost l-aqwa kumplessi sportivi fil-Mediterran li se tkun qed tikkumplimenta l-Istrateġija Nazzjonali għall-Isport. Inawgurajna wkoll il-kumpless tal-futbol f ’Marsaskala b’investiment ta’ żewġ miljuni u kif ukoll ħabbarna proġett ambizzjuż ieħor, b’investiment ta’ €4.2 miljun, ta’ waterpolo pitch ġdid fl-istess lokal. L-investiment ta’ €28 miljun għall-Proġett ta’ Riġenerezzjoni tal-Korsa taż-Żwiemel fil-Marsa li ġie approvat b’mod unanimu mill-Parlament. L-investiment f ’dan is-sit se jirdoppja u se jiġi ottimizzat b’vantaġġi u b’oppor-

L-investiment f’dan is-sit se jirdoppja u se jittejjeb b’vantaġġi u b’opportunitajiet sabiex ikompli jikber dan l-isport b’mod aktar dinamiku tunitajiet sabiex ikompli jikber dan l-isport b’mod aktar dinamiku. Iżda l-istrateġija tagħna ma tkoprix biss kisbiet mill-atleti tagħna. Fl-istrateġija naraw ukoll rieda min-naħa tal-Gvern biex l-isport u l-attività fiżika jkunu parti ewlenija mill-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin. Irridu naraw li f ’Malta u Għawdex il-komunitajiet isiru aktar at-

tivi u jinkludu l-isports fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. B’dan il-mod l-isport isir pilastru fil-ħajja soċjali tagħna. Iżda biex dan isir, irridu kemm volontà min-naħa tagħna kollha, kif ukoll investiment millGvern biex jara li dan isir. Kemm hu importanti li jkollna faċilitajiet sportivi tal-ogħla livell?

Il-Gvern jemmen bis-sħiħ li hemm bżonn ta’ aktar faċilitajiet sportivi adekwati u ta’ livell għoli biex iktar persuni ta’ kull età jkunu attivi u biex ikun jista’ jintlaħaq il-livell meħtieġ mill-atleti Maltin. Barra minn hekk, ilGvern qiegħed jaħdem biex Malta ssir destinazzjoni attraenti għatturiżmu sportiv. Hekk kif ikollna infrastruttura u faċilitajiet ta’ livell għoli, pajjiżna jista’ jattira aktar kompetizzjonijiet internazzjonali u training camps. Dan is-settur tat-turiżmu jista’ jikkontribwixxi għal aktar impjiegi u jkompli jżid mat-tkabbir ekonomiku li l-pajjiż kellu f ’dawn l-aħħar snin. Dan l-investiment kollu jkompli jikkonferma kemm il-Gvern qed jagħti importanza lill-isport u l-attività fiżika f ’kull livell,

kemm dak ta’ parteċipazzjoni f ’livell bażiku, jew grassroots, u anke f ’dak f ’livell kompetittiv, jew elite. Dawn tal-aħħar jistgħu jkabbru s-suċċessi tagħhom fil-qasam internazzjonali u jwasslu l-Maltin biex ikunu aktar kburin bħala nazzjon, u biex aktar tfal u żgħażagħ jitħajru jibdew l-isport. Dan huwa impenn li l-Gvern qed jagħti biex l-isport ikompli jsir aċċessibbli għal kulħadd, biex aktar persuni ta’ kull età jkunu attivi u sportivi, biex l-għaqdiet sportivi jsiru iktar sostenibbli, biex ikollna aktar suċċess fl-isport internazzjonjali, biex jinħolqu iktar impjiegi fl-isport, biex l-isport jikkontribwixxi aktar lejn l-ekonomija ta’ Malta, u biex finalment ikollna poplu iktar b’saħħtu u kuntent.


14

23.02.2020

kullhadd.com

IL-VILLAĠĠ LI HU MATER DEI Celia Falzon CEO Mater Dei

Mater Dei spiss inżuruh għal raġuni jew oħra, spiss jissemma fil-paġni tal gazzetti, jew fuq ir-radju u t-televixin, binja kbira fiha kważi daqs it-tul tal-bypass ta’ Birkirkara. Imma meta ngħidu Mater Dei fil-verità fuq min jew fuq xiex inkunu qegħdin nitkellmu? L-ewwel xahar ta’ ħidma tiegħi f ’din l-entità għallmitni ħaġa waħda. Mater Dei mhu xejn għajr katina ta’ servizzi offruti minn 7,000 ruħ li jaħdmu f ’dan

l-isptar li xogħolhom ma jieqaf qatt. F’Mater Dei jaħdmu aktar nies fih milli jgħixu fil-Belt Valletta. Nistgħu nqisuh villaġġ imdaqqas, li fih tgħix u taħdem komunità bil-kultura u l-identità tagħha. F’dan il-villaġġ jgħixu wkoll mal-1,000 pazjent li jkunu l-isptar għall-kura kuljum. Ma’ dan wieħed irid iżid madwar 1,500 persuna oħra li jiġu l-isptar għall-vista, u mat-3,000 viżitatur li jiġu jżuru qraba u ħbieb.

Villaġġ pjuttost movimentat!

Illum dan il-villaġġ huwa wieħed kożmopolitan, li jiġbor fih nies kemm Maltin u dawk minn bosta ġnus oħra viċini u anke mbiegħda minn Malta. Mingħajr dawn kollha l-isptar ma joperax. Kull wieħed u waħda minnhom għandu rwol importanti, kultant anke kruċjali. Madanakollu, il-kultura ta’ Mater Dei tibqa’ waħda – dik ta’ servizz lejn il-pazjent. Din il-kultura, li

tinħass b’mod tanġibbli kull fejn tmur f ’dan l-isptar, irridu nkomplu dejjem inrawmuha u nsaħħuha. Dan jirrikjedi ambjent ta’ xogħol fejn il-ħaddiem jista’ jaħdem b’mod seren u jagħti l-aħjar tiegħu. Irridu naħdmu bla waqfien biex nassiguraw dan. Hawnhekk, il-pazjenti u dawk li jżuru l-isptar ukoll għandhom rwol importanti ferm f ’kull interazzjoni li jkollhom mal-istaff. Insellem lill-ħaddiema kollha, u nawgura fejqan ta’ malajr lill-pazjenti. Illum l-isptar ilu jopera 12–il sena u nofs. L-Isptar tal-Onkoloġija li jifforma parti minn Mater Dei, diġà ilu jopera kważi ħames snin. Matul dan iż-żmien dejjem żdied in-numru ta’ nies li jaħdmu l-isptar u żdiedu s-servizzi li joffru – hekk irridu nkomplu nagħmlu biex inkomplu noffru dejjem l-aħjar servizz possibbli lill-poplu Malti. L-avvanzi fit-teknoloġija fis-settur mediku huma kbar u jirrikjedu investiment kontinwu f ’apparat, u f ’taħriġ tal-istaff. Din il-ġimgħa bdiet topera l-ewwel sala b’riċetti tal-mediċini elettroniċi. Bidla diffiċli u kumplessa li iżda se twassal għall-qabża fil-kwalità fejn jidħlu l-mediċini li jingħataw lill-pazjenti fis-swali. Ir-robots li jippreparaw il-mediċini skont dawn ir-riċetti elettroniċi biex l-infermiera mbagħad jagħtuhom lill-pazjenti diġà huma installati kemm fl-ispiżerija talisptar u f ’żewġ swali. Qegħdin isiru l-preparamenti kollha biex isiru l-ewwel operazzjonijiet assistiti minn robots. Fl-istess waqt wasalna biex ninstallaw magna ġdida tal-MRI biex inlaħħqu mad-domanda għal dawn is-servizzi dijanjostiċi. Dawn huma ftit biss mill-proġetti li hemm għaddejjin f ’Mater Dei bħalissa. Nafu li l-binja li għandna mhux kbira biżżejjed biex tlaħħaq mad-domanda ta’ xogħol u għalhekk għaddejjin bil-proċess ta’ approvazzjoni tal-ippjanar għall-binja ġdida tal-outpatients. Hawnhekk irridu nagħmlu bidla mhux biss fil-binja iżda wkoll fil-mod kif nużawha. Sakemm tinbena rridu inkunu qlibna għallfiles tal-pazjenti elettroniċi. Irridu sistemi fejn il-pazjent ikollu l-informazzjoni li għandu bżonn dwar l-appuntament tiegħu wkoll b’mod elettroniku filwaqt li noffru servizzi personalizzati għal dawk li jkollhom bżonn. Madanakollu, irridu nkomplu naħdmu mal-pazjenti u l-poplu kollu biex nibżgħu u nieħdu ħsieb saħħitna għax wara kollox l-għan aħħari tagħna hu li l-poplu jkun b’saħħtu u jiġi bżonn ta’ sptar mill-inqas possibbli.


15

23.02.2020

kullhadd.com

MHUX BOTOX … SBUĦIJA MALTIJA!! L-eks mudella, preżentatriċi u attriċi Awstraljana Kyly Clarke qalet li sbuħitha hi waħda naturali, bla ebda rtokki kożmetiċi. Hi rringrazzjat għal dan lill-għeruq tad-dixxendenza tagħha li huma Maltin min-naħa t’ommha. Diversi esperti tas-sbuħija ilhom żmien jikkummentaw dwar kif Kyly, li għandha 38 sena, aktarx għamlet numru ta’ interventi ta’ sbuħija – kirurġiċi u mhux – biex tidher kif inhi. Minkejja dan, l-eks Miss Australia, li llum tmexxi blogg popolari bl-isem ta’ Lifestyled By Kyly Clarke, stqarret li għall-mod kif baqgħet tidher trid tirringrazzja biss lil ommha, Yvonne Boldy. “Fortunata bil-ġilda tiegħi. Ommi hi Maltija u hi wkoll għandha ġilda tassew sabiħa,” stqarret Kyly f’kummenti lid-Daily Mail tal-Awstralja. Avolja l-midja ilha s-snin interessata f’ħajjitha, l-attenzjoni fuq Kyly Clarke kompliet tiżdied mindu sar magħruf li ħames xhur ilu hi u r-raġel Michael, eks captain tat-tim nazzjonali tal-cricket fl-Awstralja, ftiehmu li jtemmu r-relazzjoni ta’ bejniethom b’mod amikjevoli. Huma għandhom tifla ta’ erba’ snin, KelseyLee. Dwar is-saħħa ħejjejnielkom dan is-Suppliment speċjali ta’ tmien paġni ma’ din il-ħarġa tal-lum


16

23.02.2020

kullhadd.com


kullhadd.com

17

23.02.2020


18

23.02.2020

TQAJJEM GĦARFIEN DWAR MARD RARI Kitba ta’ l-connective tissue tal-ġisem, li RAMONA PORTELLI fost funzjonijiet oħra qiegħed hemm biex jissapportja u jipIl-personalità li tkellimt proteġi l-organi. B’hekk il-Marmagħha llum inzertajt sirt naf- fan Syndrome tista’ taffettha matul dawn l-aħħar snin wa b’modi differenti l-organi permezz ta’ xi ħbieb komuni. kollha tal-ġisem, però l-aktar li Mhux l-ewwel darba li tkellim- taffettwa huma l-qalb u s-sistena fit-tul flimkien. Għandha 26 ma kardjovaskulari, il-pulmun, sena, tgħix Ħad-Dingli u tħobb l-iskeletru, u l-għajnejn. Filtqatta’ xi ħin waħedha tħares fatt, fost is-sinjali li jistgħu lejn xi veduta sabiħa, tikteb u jindikaw li persuna għandha ssiefer. Tħobb ukoll tqatta’ ħin l-Marfan Syndrome huma: itta’ kwalità mal-familja u mal- tul, fejn l-idejn, is-swaba’ u s-saqajn ikunu sproporzjonati; ħbieb. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħa- l-għadma tas-sider tkun imqabla persuna li tħobb tirrifletti, bża jew imdaħħla ’l ġewwa; tipprova dejjem tkun onesta flessibilità fil-ġogi; flat feet; u konxja tal-attitudni tagħha crowded teeth; u stretch marks lejn ħaddieħor. Hija attivista fuq il-ġilda li mhumiex konf ’diversi oqsma soċjali, u tip- segwenza ta’ differenzi fil-piż. prova tqajjem kuxjenza dwar Minħabba d-diversi aspetti li dak li qiegħed jiġri madwarha, tista’ taffettwa din il-kundizspeċjalment biex kif tista’ tkun zjoni, kull persuna li għandvuċi għal ħaddieħor. In-nies ha l-Marfan Syndrome tista’ ta’ madwarha jgħidu wkoll li tesperjenzaha b’mod differhija persuna kuraġġuża u per- enti, anke fis-severità tagħha. suna b’saħħitha. Ikollha ħafna Fil-fatt, esperjenza li ltaqgħet biżgħat ukoll, imma tipprova magħha Samantha permezz tegħlibhom, anke bl-għajnuna tal-midja soċjali kienet fejn ġuta’ dawk qrib tagħha. Dejjem vni li għandu din il-kundizzjoni tipprova tara l-pożittiv fil-ħajja, kellu jgħaddi minn 22 operazzanke meta ma jkunx daqstant joni bejn l-età ta’ sentejn u 26 faċli. Qed nirreferi għal Saman- sena! Kompliet tgħidli li tista’ tha Pace Gasan. Ħajjitha kienet waħda norma- tgħid li ħajjitha nbidlet ħafna li, u biex ngħid hekk għadha minn meta kellha l-ewwel konwkoll sa ċertu punt, sakemm segwenza tagħha li minħabba tfaċċat fuqha l-kundizzjoni f ’hekk kellha tagħmel operta’ Marfan Syndrome. Ħallejt azzjoni f ’qalbha b’emerġenza. f ’idejha sabiex taġġornani ak- “Minn hemm beda l-proċess tar. “Milli nista’ nifhem, minn għad-dijanjożi tal-kundizzjoni. dak li qaluli l-professjonisti u Illum naf li rrid noqgħod akmilli qrajt minn sorsi affidabbli, tar attenta għal ċerti affarijiet, il-Marfan Syndrome hija kun- fosthom it-tip t’eżerċizzju li dizzjoni ġenetika, u għalhekk nagħmel u kemm nistrapazza. titwieled biha. Però, is-sintomi Iktar minn hekk, naħseb l-aktagħha jistgħu jibdew jidhru bar impatt s’issa kien dak psiaktar tard. Hija kundizzjoni li koloġiku. Mhux faċli li wieħed tipprogressa maż-żmien. Kull jaċċetta bidliet kbar fil-ħajja. persuna li għandha l-Marfan Meta titlef lil xi ħadd f ’ħajtek, Syndrome tista’ tiġi affettwata tgħaddi minn perjodu ikrah, b’mod differenti għaliex hemm proċess li jinvolvi diversi fażidiversi sintomi u konsegwenzi. jiet, fosthom li wieħed jiċħad Ngħid il-verità, inħossni grata it-telfa, jesperjenza iżolament, li għext l-ewwel 25 sena ta’ ħajti rabja, dipressjoni jew niket, mingħajr ma kelli sintomi gravi u fl-aħħar li jaċċetta. Dan ilta’ din il-kundizzjoni u allura proċess il-bniedem jista’ jgħadkelli l-opportunità li nifforma di minnu wkoll meta jħossu li l-karattru li għandi llum u nes- tilef lilu nnifsu. Fil-verità, dan perjenza ħajti mingħajr biżgħat il-proċess ma jsirx pass wara u ristruzzjonijiet minħabba l-ieħor, imma jkollok żminijifiha,” bdiet tgħidli Samantha. et li terġa’ tmur lura. Kultant inħossni aċċettajtha din id-diSaret taf li għandha janjożi, imma kultant inkun irl-Marfan Syndrome rabjata, imdejqa u nkun nixtieq nerġa’ nkun il-persuna li kont Minn informazzjoni li ksibt mingħajr ma noqgħod niżen mingħand Samantha stess, kull pass li nieħu. Però, jiena il-Marfan Syndrome taffettwa m’iniex biss il-kundizzjoni. Jie-

kullhadd.com

Waħda mill-iskopijiet tiegħi wara din il-kampanja li qiegħda nagħmel għax-xahar idddedikat għall-Marfan Syndrome u anke għal mard rari ieħor hija li jkolli l-opportunità li niltaqa’ ma’ persuni oħrajn li għandhom din il-kundizzjoni na Samantha, attivista, persuna dħulija u li ġenwinament nixtieq inħalli impatt pożittiv fiċċokon tiegħi,” stqarret miegħi. Mistoqsija x’sintomi ħasset l-ewwel darba u kif ħadet l-aħbar, bla tlaqliq ta’ xejn Samantha stqarret miegħi li bdiet tibki. Kienet taf li sejra għal dan ir-riżultat. “It-tobba kienu qalulna mill-ewwel li s-sintomi huma ċari, però jien ma ridtx nagħmilha fatta. Ridt nistenna r-riżultati uffiċjali. Donnhom il-membri tal-familja tiegħi kienu aċċettawha diġà, imma jiena le. Il-professur qalli li minkejja li ġiet ikkonfermata, ma kien se jinbidel xejn aktar minn dak li diġà hemm. Għandu raġun, u nirringrazzjah ta’ dan il-kliem għaliex inżommu f ’moħħi. Imma l-moħħ annimal salvaġġ li diffiċli tikkontrolla, u minkejja kemm nipprova nkun pożittiva, ikun hemm ġranet li ma nkunx niflaħ niġġieled il-ħsibijiet negattivi. Għaddewli ħsibijiet bħal kif se jibdew iħarsu lejja n-nies u li rrid noqgħod nispjega kull darba din il-kundizzjoni minħabba li ftit jafu x’inhi. U għalhekk meta bdejt naċċettaha għażilt li nqajjem

kuxjenza. Fl-aħħar mill-aħħar, din hija jien. Kif iħares lejja ħaddieħor ma nistax inħalliha taffettwani, u jekk ma rridx noqgħod nispjega kull darba, issa ħafna aktar nies jafu x’inhi,” sostniet miegħi. Tixtieq li jkollha l-opportunità li tiltaqa’ ma’ persuni oħrajn li għandhom din il-kundizzjoni Normalment persuna minn kull 5,000 tbati minn din il-kundizzjoni. Samantha hija waħda minnhom. Staqsejtha kif tħares lejn dan il-fatt, u jekk hemmx fejqan għaliha. Fil-fatt, stqarret miegħi li jidher li fejqan m’hemmx, però llum permezz ta’ avvanzi kbar fil-mediċina u t-teknoloġija, ilfatt li jafu x’inhuma s-sinjali u kif taffettwa jsiru testijiet regolari sabiex jekk jinstabu xi kumplikazzjonijiet tittieħed azzjoni mill-ewwel. “Jiena persuna li nħobb nibni relazzjonijiet ma’ persuni li jkunu qegħdin jesperjenzaw sitwazzjonijiet simili għal tiegħi. Il-fatt li jien waħda minn ftit jagħmilha aktar diffiċli għalija biex niltaqa ma’ xi

ħadd li wkoll għandu d-dijanjożi tal-Marfan Syndrome. Waħda mill-iskopijiet tiegħi wara din il-kampanja li qiegħda nagħmel għax-xahar iddedikat għall-Marfan Syndrome u anke għal mard ieħor rari hija li jkolli l-opportunità li niltaqa’ ma’ persuni oħra li għandhom din il-kundizzjoni.” Minbarra dan kollu, kont konxja mill-fatt li ħajjet Samantha dan l-aħħar xi ftit jew wisq, imtliet b’visti għand tobba l-isptar. B’xi mod ħajjitha nqalbet mil-lejl għan-nhar. “Dan ma seħħx mindu ħarġu r-riżultati tat-testijiet neċessarji biex ħarġu r-riżultat tal-Marfan Syndrome, imma minn mindu għamilt l-operazzjoni tal-qalb f ’Marzu tal-2018. Kif għedt qabel, it-tobba kienu konvinti, u mill-ewwel bdew jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji. Però iva, minħabba li tista’ taffettwa diversi organi fil-ġisem, iċ-check-ups ikunu għand diversi professjonisti differenti. Kull check-up isir qisu kull sitt xhur, iżda hemm ukoll dawk li jsiru aktar spiss, bħal kull erba’ ġimgħat. Naturalment, ma jkollix aptithom. Apparti li jtelfu


19

23.02.2020

kullhadd.com

mir-rutina, kull darba nkun xi ftit anzjuża bil-biża’ li minn sempliċiment check-up, ser isibu xi ħaġa ħażina u jkun hemm bżonn ta’ xi operazzjoni oħra. Kultant inħosshom qishom invażjoni ta’ ġismi. Grata ħafna li jsiru dawn ic-check-ups, u nħoss li l-professjonisti flisptar tagħna verament jieħdu ħsiebek bl-aħjar mod li jistgħu; imma l-bniedem jegħja. Ilħsieb li dawn se nibqa nesperjenzahom għall-kumplament ta’ ħajti wkoll idejjaqni,” stqarret miegħi. Tkellimt magħha wkoll dwar il-kundizzjoni u s-sitwazzjoni ta’ saħħitha u jekk din tistax tmur għall-aħjar minn ħin għall-ieħor, jew jekk ikollhiex qtiegħ il-qalb li ma tkunx taf x’ser jiġri. Fil-fatt, stqarret miegħi li mhux tara l-possibilità li tmur għall-aħjar. Li ma jinbidlux l-affarijiet forsi, iżda mhux li tmur għall-aħjar millatt fiżiku jew mediku. “Mill-aspett psikoloġiku, nittama li nkun aħjar. Biex nindirizza dawn l-isfidi li għaddejja minnhom, jien għażilt li nfittex l-għajnuna professjonali. Għad hawn stigma kbira dwar servizzi ta’ psikoterapija jew counselling. Mill-esperjenza tiegħi, kull darba li nitkellem mal-counsellor tiegħi nħossni ħafna aħjar. Ħajti ma waqfitx minn mindu kelli d-dijanjożi u hemm aspetti oħra f ’ħajti li rrid nibqa’ għaddejja bihom u li jkunu qegħdin jaffettwawni, anke jekk għaddejja minn żmien aktar diffiċli. Il-counsellor tgħinni ħafna norganizza l-ħsibijiet tiegħi u nindirizza l-isfidi varji.” Kollox ma’ kollox, naf li Samantha hija persuna pożittiva, u minkejja li jkollha diversi appuntamenti l-isptar, grata ħafna lejn is-sistema preżenti, fejn ħaddiema bħalha jistgħu jibbenefikaw mill-ħin flessibli fuq il-post tax-xogħol flok jieħdu leave, u li anke l-kura tas-saħħa hija b’xejn. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora aktar. “F’mistoqsija preċedenti semmejt ir-rutina. Kont qed nirreferi għax-xogħol l-aktar. Persuni li jkollhom bżonn ta’ check-ups regolari nemmen li għandhom ikollhom aktar flessibbiltà fuq il-post tax-xogħol u mhux li jkollhom joqogħdu jieħdu leave jew sick. Forsi għal appuntament li jieħu nofstanhar, dawk is-sigħat jista’ jaħdimhom ġurnata oħra, jew iqassamhom mal-ġimgħa. Li għandna sistema tas-saħħa b’xejn hija essenzjali għall-kura medika tagħna. Tħares lejn l-Amerka pereżempju tibda tisma’ stejjer fejn bniedem jew ma jkollux l-aċċess għall-kura medika, jew jispiċċa b’tilja dejn. Tal-biża’. Aħna lanqas tgħaddilna minn moħħna, u lanqas nirrealizzaw kemm aħna fortu-

Fl-istudji u l-karriera tiegħi dejjem iffukajt fuq sfidi soċjali, li wassluni anke biex inkun attivista u voċifera fuq diversi suġġetti

nati minn dan l-aspett. L-operazzjoni li għamilt jien u t-testijiet li nagħmel regolari jiswew ħafna flus, li kieku mhux għax b’xejn, jekk il-familja tiegħi ma tkunx taffordjahom, kieku llum ngħix fil-faqar, jew agħar minn hekk - mejta. Is-saħħa taffettwa l-ħajja soċjali tal-bniedem, u għaldaqstant naħseb li ma nistgħux nisseparaw l-aspett mediku minn dak soċjali. “Eżempju ċar huwa fejn jidħol ix-xiri tal-proprjetà. Għandna sitwazzjoni fejn persuna jew koppja li tkun qed tħares biex tixtri proprjetà trid tissellef mill-bank. Naturalment, ilbank mhux ser isellfek mingħajr assigurazzjoni. Persuni li jkollhom diżabilità, mard kroniku jew kundizzjonijiet rari jħabbtu wiċċhom ma’ rati ta’ poloz t’assigurazzjoni għaljin ħafna, u ġieli l-anqas isibu lil min jassigurahom. Dan iwassal għal diffikultajiet biex wieħed jixtri proprjetà jew li jkun f ’riskju ogħla ta’ faqar. Naf li għaddejjin diskussjonijiet fuqha din, u nħares ’il quddiem biex nara x’ser ikun qiegħed jiġi propost. Huma dawn l-aspetti differenti li nixtieq inkompli nqajjem kuxjenza dwarhom, sabiex jiġu indirizzati dawn il-bżonnijiet soċjali li joħorġu minħabba raġunijiet ta’ saħħa.” Tkellimt magħha wkoll dwar kemm hawn jew m’hawnx għarfien f ’Malta dwar il-Mar-

fan Syndrome. Fi kliem Samantha stess, meta semgħet l-ewwel darba dwarha baqgħet tħares lejn il-professuri. “Ma kellix l-iċken idea dwar din il-kundizzjoni. Meta nsemmiha man-nies, l-istess reazzjoni jkollhom. Ir-reazzjonijiet li qed ikolli mingħand nies li qegħdin isegwu l-kampanja li qiegħda nagħmel permezz tal-midja soċjali tiegħi huma pjuttost simili. Għadna lura ħafna fejn jidħol għarfien, mhux ta’ din il-kundizzjoni biss, imma ta’ mard rari ieħor ukoll. Bħal donnu trid tkun persuna li għaddiet mill-esperjenza li tagħżel li taqsam din l-informazzjoni biex jasal il-messaġġ. L-Alleanza Nazzjonali għal Mard Rari minn naħa l-oħra tagħmel xogħol siewi ħafna biex tqajjem kuxjenza u tkun ta’ sapport għal persuni li jkollhom dijanjożi ta’ xi marda rari.” Temmen li meta persuna taqsam l-esperjenzi tagħha, oħrajn ikunu jistgħu jiffamiljarizzaw ruħhom magħha Fatt interessanti dwar Samantha huwa li fuq Facebook tagħha ta’ sikwit ittella’ għarfien dwar il-Marfan Sydrome u taf tkun ta’ ispirazzjoni lejn ħaddieħor. B’hekk iddiskutejt magħha dwar b’liema mod pożittiv qed taħdem fuqha

eżattament, u jekk tafx oħrajn b’din l-istess kundizzjoni bħalha hawn Malta. “Kulħadd ikun għaddej minn sfidi differenti fil-ħajja. L-iskop li nagħżel li naqsam il-ħsibijiet tiegħi mhux għax nemmen li jien aħjar minn xi ħadd, jew li naħseb li jien nindirizza l-isfidi tiegħi b’mod aħjar minn ħaddieħor. Fl-istudji u l-karriera tiegħi dejjem iffukajt fuq sfidi soċjali, li wassluni anke biex inkun attivista u voċifera fuq diversi suġġetti. Nemmen li meta persuna taqsam l-esperjenzi tagħha, aktar persuni jkunu jistgħu jiffamiljarizzaw ruħhom magħha, biex jifhmu aħjar l-esperjenza tal-bniedem. Nemmen ukoll li tagħmel kuraġġ lil ħaddieħor. Waħda mill-aktar affarijiet koroh li jista’ jesperjenza l-bniedem hija s-solitudni, u li tkun taf li hawn ħaddieħor li qiegħed għaddej minn sitwazzjonijiet simili twassal għal aktar kuraġġ. Bdejt fil-bidu billi għedt li ħafna jarawni bħala persuna kuraġġuża. “Nista’ nassigurak li dak il-kuraġġ ma jiġix waħdu, imma għax naf li għandi s-sistema ta’ sapport fil-familja, ħbieb u kollegi, u llum anke professjonisti. Naf li jekk se naqa’, se jgħinuni. Mhux kulħadd għandu dan il-privileġġ, u jekk nista’ nkun ta’ għajnuna mqar għal persuna waħda, mela jien lesta nissagrifika l-mod ta’ kif

jista’ ħaddieħor iħares lejja b’mod negattiv għax għandi din il-kundizzjoni.” Fl-aħħar ta’ din l-intervista, stedint lil Samantha tgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Għall-persuni li għandhom xi marda jew kundizzjoni rari, u għal dawk kollha li għaddejjin minn żmien diffiċli – fittxu l-għajuna u s-sapport ta’ għaqdiet u professjonisti li joffru diversi servizzi. Għall-persuni li jafu lil xi ħadd li għandu kundizzjoni rari - pruvaw ifhmu aħjar x’inhi din il-kundizzjoni u l-implikazzjonijiet li jista’ jkollha, mhux biss fiżiċi imma anke psikoloġiċi. “Jekk il-bniedem ma jħossux wisq komdu jitkellem fuqha, tistgħu tagħmlu riċerka minn sorsi affidabbli. Lil dawk li jistgħu b’xi mod jinfluwenzaw il-politika soċjali f ’pajjiżna, nittama li s-saħħa ma tiġix ikkunsidrata biss mill-aspett mediku, imma anke mill-aspett soċjali. F’dan il-qasam għandna fejn inkomplu ntejbu s-sapport u s-servizzi li jingħataw. Lill-pubbliku ġenerali, li nkunu sensittivi għall-bżonnijiet ta’ ħaddieħor u li noqogħdu attenti għad-diskors u l-azzjonijiet tagħna, għaliex kelma nieqsa verament aħjar milli kelma żejda, speċjalment meta bniedem ikun qiegħed ibati,” temmet tgħid.


20

23.02.2020

kullhadd.com

ONOR. SILVIO PARNIS

SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U PERSUNI B’DIŻABILITÀ Nistqarr magħkom li hekk kif ħadt din il-kariga l-ġdida, jien bdejt minnufih niltaqa’ ma’ dawk ilpersuni konnessi ma’ dan il-qasam u se nkun qiegħed naħdem magħhom b’saħħti kollha sabiex inkomplu nagħmlu l-bidla meħtieġa li se tkun ta’ ġid għall-anzjani u l-persuni b’diżabilità. Se nkun qed naħdem fost l-oħrajn sabiex il-waiting list biex persuna anzjana tidħol ġo home, tiġi eliminata darba għal dejjem u biex is-servizzi relatati mal-anzjani u l-persuni b’diżabilità jkunu tal-ogħla livell. Bdejt ukoll inżur ukoll il-homes tal-anzjani u anki r-residenzi għallpersuni b’diżabilità bil-għan li niltaqa’ mar-residenti ta’ dawn id-djar, u nkun nista’ nitkellem magħhom u anki mal-istaff u naraw it-triq ’il quddiem. IL-QASAM TAL-ANZJANI Fir-residenza ta’ San Vinċenz De Paul għaddejjin diversi proġetti kbar. Ftit ġimgħat ilu tajna bidu għal investiment f’sistemi effiċjenti fl-enerġija għal din ir-residenza. Dan jikkonsisti flinstallazzjoni ta’ sistemi ġodda u effiċjenti fl-enerġija ta’ arja kkundizzjonata, ventilazzjoni, mezzi tad-dawl u tisħin. Barra minn hekk hemm ukoll il-proġett ta’ €30 miljun li se jwassal f’żieda ta’ 500 sodda, il-proġett bl-isem ta’ Narcis LTC Rehab u anki l-bini ta’ spiżerija ġdida. Minn naħa tad-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità qed isiru wkoll diversi proġetti. Bħalissa qed isir ftehim mal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi sabiex jinfetaħ Ċentru għallAnzjanità Attiva. Dan is-servizz se jikkumplimenta s-servizz taċ-ċentu ta’ matul il-jum li hemm bħalissa. Wara li ġie introdott servizz pilota ġdid ta’ flebotomija fil-komunità fil-lokalitajiet ta’ Birkirkara u l-Mosta, issa dan is-servizz ġie estiż ukoll fil-lokalitajiet ta’ Ħaż-Żabbar u l-Fgura. Dan is-servizz jinvolvi fit-teħid tad-demm għat-testijiet. Dan is-servizz huwa ddedikat għal dawk l-anzjani li jgħixu fi djarhom u ma jkunux jistgħu joħorġu minn darhom minħabba xi problemi f’saħħithom. Ħafna minn dawn l-anzjani qed ikollhom iħallsu lil xi ħadd privatament għal dan is-servizz. Huwa għalhekk li qed isiru wkoll preparamenti sabiex dan is-servizz jinfirex fuq skala nazzjonali. Bħalissa għaddejjin ukoll diskussjonijiet sabiex jiġi żviluppat ċentru ta’ matul il-jum kif ukoll night shelter f’Ħal Safi għal dawk il-persuni li jbatu bid-dimenzja. IL-QASAM TAL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ L-Aġenzija Sapport, bħala l-aġenzija nazzjonali li tipprovdi servizzi lil persuni b’diżabilità u lill-familjari tagħhom, fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għallAnzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità, toffri diversi servizzi u interventi. Fil-pjanijiet għax-xhur li ġejjin insibu: 1. Jitkompla xogħol fuq 2 residenzi ġodda fil-Qrendi u ż-Żurrieq. Dawn ir-residenzi jippermettu lil numru żgħir ta’ persuni b’diżabilità sabiex jgħixu b’mod indipendenti fil-komunità, bl-għajnuna ta’ Support Workers. Dawn ir-residenzi huma parti mill-Proġett Soċjetà Ġusta. 2. Jitkompla l-eżerċizzju ta’ modernizzar ta’ numru ta’ Ċentri ta’ Matul il-Jum. 3. Jitkompla x-xogħol fuq il-proġett REACH fin-Naxxar. Dan huwa kofinanzjat mill-UE. 4. Inżidu n-numru ta’ vetturi aċċessibbli mal-flotta li diġà għandha l-Aġenzija, għall-benefiċċju tal-persuni b’diżabilità li jagħmlu użu mid-diversi servizzi tal-Aġenzija. 5. Aċċenn fuq servizzi u inizjattivi li jippromwovu l-użu tat-teknoloġija aċċessibbli anke permezz ta’ żvilupp / provediment ta’ servizzi ġodda sabiex niffukaw fuq interventi minn kmieni (early interventions) u inklużjoni 6. Inkomplu noffru servizzi ta’ sostenn u sessjonijiet informattivi għall-ġenituri ta’ tfal b’diżabilità kif ukoll aħwa adulti ta’ persuni b’diżabilità. Ta’ min li ngħid ukoll li ftit jiem ilu introduċejna wkoll defibrillaturi f’diversi residenzi għal persuni b’diżabilità. Barra minn hekk l-istaff qed jirċievu wkoll taħriġ dwar kif dawn għandhom jintużaw. Din bla dubju hija inizjattiva li se tkompli żżid is-siġurtà f’dawn irresidenzi. Il-viżjoni ewlenija tal-Gvern f’dan il-qasam hija li jiġi żgurat li l-anzjani tagħna jkollhom kwalità ta’ ħajja dejjem aħjar fil-komunità, li s-servizzi komunitarji jkomplu jitjiebu u anki li jiġu eliminati l-barrieri għall-aċċessibilità li l-persuni b’diżabilità qed jiffaċċjaw. Bħala s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u għall-Persuni b’Diżabilità jien se nkun qed naħdem b’saħħti kollha sabiex inkompi nibni fuq ix-xogħol siewi li sar qabli.


kullhadd.com

21

23.02.2020

ID-DIPARTIMENT GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U L-KURA FIL-KOMUNITÀ JOFFRI DIVERSI SERVIZZI GĦALL-ANZJANI SERVIZZ TAL-COMMCARE Servizz multidixxiplinarju pprovdut minn infermiera, carers, podoloġisti, fiżjoterapisti, occupational therapists, social workers u practice nurses. Tingħata kura ħolistika u personalizzata lill-persuni li jgħixu fil-komunità u għandhom diffikultá sabiex joħorġu mid-dar, jew dawk li l-kura tagħhom trid tingħatalhom d-dar, jew dawk li l-indipendenza tagħhom tista’ tkun f’riskju jekk ma jkollhomx għajnuna fil-komunità. Il-klijent jingħata l-għajnuna li għandu bżonn wara li jsir assessjar minn tim professjonali. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq in-numru 22589393. SERVIZZ TA’ RESPITE F’RESIDENZI GĦALL-ANZJANI Servizz li jagħti sapport u mistrieħ lil min ikun qed jieħu ħsieb anzjani dipendenti fil-komunità. Allokazzjoni għal perjodu ta’ tliett ġimgħat ġewwa San Vinċenz De Paul, Casa Leone, Residenza San Gużepp fil-Fgura u St. Thomas Community Living f’M’Scala. Is-servizz jista’ jingħata għal tliet darbiet fis-sena. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq in-numru 227888231/22589393. SERVIZZ TA’ RESPITE FID-DAR Servizz li jipprovdi appoġġ ta’ carer fir-residenza tal-persuna anzjana stess. Carer kwalifikata tagħti l-għajnuna lill-individwu dipendenti biex b’hekk dik il-persuna li ssoltu tieħu ħsiebu/ha jista’ jieħu ftit mistrieħ jew jagħmel xi qadi. Kull talba għal dan is-servizz tiġi valutata minn professjonisti tad-dipartiment. Min huwa eliġibbli jista’ jibbenifika minn pakketti varji ta’ għajnuna. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq in-numru 22589393. SERVIZZ TA’ CARER FID-DAR Tingħata għajnuna finanzjarja sabiex anzjani jkunu jistgħu jimpjegaw carer kwalifikata tal-għażla tagħhom biex jassistihom fil-bżonnijiet ta’ kuljum. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq in-numru 22788800/13. KONSULENT TAL-PSIKJATRIJA FIL-KOMUNITÀ Servizz ta’ żjara minn Psikjatra lill-anzjani fid-dar tagħhom, u li minħabba problemi fil-mobilità, bl-ebda mod ma jistgħu joħorġu minn darhom biex imorru jaraw psikjatra fi sptar jew ċentru tas-saħħa. Irid ikun hemm referenza minn tabib tal-familja. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq in-numru 22589383. KONSULENT TAL-ĠERJATRIJA FIL-KOMUNITÀ Servizz ta’ żjara minn konsulent tal-Ġerjatrija, lill-anzjani fid-dar tagħhom, u li minħabba problemi fil-mobilità, bl-ebda mod ma jistgħu joħorġu minn darhom biex jiġu invistati minn dawn il-konsulenti, meta jkun hemm il-bżonn, fi sptari jew ċentru tas-saħħa. Irid ikun hemm referenza minn tabib tal-familja. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq in-numru 22589393. SERVIZZ GĦAJNUNA FID-DAR FIL-KOMUNITÀ Servizz li jingħata lill-persuni anzjani u lil dawk bi bżonnijiet speċjali u li għandhom Special ID valida maħruġha mis-CRPD. Helpers jipprovdu għajnuna domestika fid-djar għal ftit siegħat fil-ġimgħa u jgħinu wkoll fix-xiri jew xi qadi ieħor skond il-bżonn. Hemm kontribuzzjoni minima ta’ €2.33 jew €3.49 skond kemm persuni jgħixu fid-dar. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq in-numru 22788435/6/7. SERVIZZ TA’ NIGHT SHELTER Servizz li joffri kenn sigur u protett għal dawk li jinsabu waħidhom fi djarhom, iżda matul il-lejl isibuha diffiċli jorqdu waħidhom. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq in-numru 22788800/15. SERVIZZ TELECARE PLUS Servizz li jipprovdi serħan il-moħħ u jinkoraġġixxi lill-abbonati jibqgħu jgħixu f’darhom fil-komunità. Dan huwa alarm personalizzat, u li f’kaz ta’ emerġenza l-abbonat b’linja fissa mal-GO, għandu jagħfas il-buttuna tal-pendent . Min m’għandux linja fissa mal-GO, xorta jista’ jkollu dan is-servizz b’arranġament speċjali mal-GO għal-linja speċifikament għat-Telecare. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq ċċempel fuq in-numru 21483600. SERVIZZ TAL-HANDYMAN Servizz ta’ manutenzjoni u tiswija għal xi xogħlijiet li jistgħu jinqalgħu fid-dar. Isir xogħol fuq ilma u dawl u xi xogħol ieħor skont lista pprovduta mid-dipartiment. Dawk il-persuni li għandhom il-karta r-roża jew Special ID valida maħruġha misCRPD, ix-xogħol isir mingħajr ħlas. Għall-persuni l-oħra hemm ħlas sussidjat għal kull biċċa xogħol speċifika. F’kull każ il-materjal irid jiġi pprovdut minn min jitlob

is-servizz. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq in-numru 21242725/6. ĊENTRI ANZJANITÀ ATTIVA Joffru opportunitajiet lill-persuni jiltaqgħu flimkien, biex jibqgħu attivi fil-komunità kemm fiżikament, soċjalment u mentalment. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq in-numru 22788832. SERVIZZ SILVER T Servizz ta’ trasport , bla ħlas, għall-anzjani ġewwa l-komunità tagħhom biex jgħinhom jagħmlu l-qadi tagħhom fir-raħal fejn joqgħodu, mingħajr ma jiddependu mill-qraba. Għalissa dan is-servizz hu offrut fl-irħula Żurrieq, Safi, Gżira, Ta’ Xbiex, Msida, Mosta, Burmarrad, Rabat, Baħrija u Mtarfa. VALLETTA SCOOTERS Servizz biex tissaħħaħ l-aċċessibilità għall-anzjani fil-Belt Valletta permezz ta’ scooters u jista’ jintuża sa massimu ta’ tliet sigħat. Min jagħmel użu minn dan is-servizz irid juri l-karta tal-Identita, jiffirma l-formola ta’ ċaħda ta’ responsabbilità u jilbes elmu tas-sigurtà. Dawn iż-żewġ servizzi huma pprovduti mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn is7.00am u 2.00pm. Għal aktar informazzjoni u biex tibbukkja tista’ ċċempel fuq in-numru 21695544. SERVIZZ MEALS ON WHEELS Ikel li jitwassal direttament id-dar. Persuna tista’ tordna ikla jew tnejn kuljum, għal kemm trid ġranet fil-ġimgħa bi prezz sussidjat ta’ €2.20 għal kull ikla. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq in-numru 22788800/16. ROĦS FUQ IL-KERA TAL-LINJA TAT-TELEFOWN Miżura li jistgħu jibbenifikaw minnha, persuni ’l fuq minn 60 sena u li għandhom il-karta r-roża valida maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u li għandhom linja fissa tal-GO. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq in-numru 22788800/03. SERVIZZ TA’ KONTINENZA Servizz li joffri appoġġ u serħan il-moħħ f’kuntest kemm psikoloġiku u iġjene personali għal dawk il-persuni li jista’ jkollhom kundizzjoni t’ inkontinenza. Hemm żewġ skemi, A u B li jpprovdu ħrieqi u incontinence pads: A: Għal dawk li għandhom Special ID. Jingħataw mingħajr ħlas. B: Għal dawk li għandhom 60 sena ’l fuq. Jinxtraw bi prezz sussidjat . Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq in-numru 22788801/9. SERVIZZ TA’ FLEBOTOMIJA Servizz fejn professjonisti jżuru lill- persuni f’darhom biex jitteħdilhom kampjuni taddemm u xi testijiet oħra. Dan huwa servizz immirat biss għal dawk li minħabba xi problema fil-mobilità ikun ħafna diffiċli għalihom biex imorru f’ċentru tas-saħħa jew sptar biex isiru dawn it-testijiet. Għalissa dan huwa servizz pilota f’erba’ lokalitajiet, Birkirkara, il-Mosta, il-Fgura u Ħaż-Żabbar. Aktar ’il quddiem dan is-servizz se jkun disponibbli fil-lokalitajiet kollha ta’ pajjiżna. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq in-numru 22589393. ĊENTRI TA’ MATUL IL-JUM GĦALL-PERSUNI BID-DIMENSJA Iservu biex inaqqsu l-istress u joffru ftit serħan lil min ikun qed jieħu ħsiebhom, filwaqt li tingħata terapija li tgħin biex dawn in-nies jibqgħu attivi. Dawn iċ-centri jinsabu fir-Residenza San Vincenz de Paul u f’Dar Padova f’Għawdex. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq in-numru 22912336/30. SERVIZZ MID-DEMENTIA INTERVENTION TEAM Servizz fil-komunità lill-persuni bid-dimensja u lil dawk li jieħdu ħsiebhom. Professjonisti jagħmlu valutazzjoni tal-persuna, u jipprovdu informazzjoni u edukazzjoni dwar il-kundizzjoni tad-dimensja bl-għan prinċipali, li dawn il-persuni, sakemm hu possibli, ikomplu jgħixu b’mod attiv u dinjituż fil-komunità. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq in-numru 22589301. NATIONAL DEMENTIA HELP LINE Servizz ta’ 24 siegħa kuljum u li l-għan tiegħu huwa li jagħti informazzjoni u joffri wens għall-persuni bid-dimensja u l-qraba tagħhom.

Biex tikseb aktar informazzjoni u kopji tal-applikazzjoni tista’ Iċċempel Ċentru Servizz Anzjan 22788800 jew Servizz.gov 153 Jew tmur Ċentru Servizz Anzjan 3, Triq Żekka, Valletta. Jew tidħol fil-Website www.activeageing.gov.mt


22

23.02.2020

kullhadd.com


23

23.02.2020

kullhadd.com

MOVIMENT GĦALL-FUTUR

Edward Zammit Lewis Ministru

Il-Ħadd li għadda kienet okkażjoni importanti għall-Partit laburista hekk kif beda jfakkar il-100 sena mittwaqqif tiegħu. Kien jum importanti wkoll għaliex il-Prim Ministru Robert Abela indirizza għall-ewwel darba l-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista. F’dan il-kontribut tiegħi se nelenka seba’ punti importanti li ħarġu minn diskors ta’ viżjoni li ta l-Mexxej u li huma il-bażi għall-futur tal-Partit Laburista u ta’ pajjiżna. Voluntiera. Robert Abela semma fil-bidu tad-diskors tiegħu lill-voluntiera tal-Partit Laburista. Dawn huma persuni li tul dawn il-100 sena taw ħafna minn ħajjithom għall-Partit mingħajr ebda interess jew qligħ ta’ flus. Huma dawn l-istess persuni li żammew il-Partit ħaj ankè fi żminijiet diffiċli. Għalhekk f ’dinja ddominata mill-gwadann personali, dawn huma mudelli per eċċellenza tal-attiviżmu politiku ġenwin. Dawn huma nies li anke fil-ġejjieni se jżommu l-Partit ħaj. Partit miftuħ. Il-Mexxej għamilha ċara li hu se jibqa’ għaddej bilproġett li beda Joseph Muscat fis-sena 2008. Dan il-proġett kien imsejjes fuq tliet binarji; li l-Partit iżomm innies li dejjem kienu miegħu, li jġib lura “n-nagħaġ il-mitlufa” u li jġib miegħu setturi mill-elettorat li qatt ma kienu joħolmu li jkollhom x’jaqsmu mal-Partit Laburista. Dan wassal għal rebħiet elettorali bla preċedent. Robert Abela determinat li jibqa’ jwessa’ dan l-appoġġ għall-Partit, għaliex b’hekk biss jista’ il-Partit Laburista jkompli għaddej bil-pjan tiegħu għallġid tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Tkabbir ekonomiku. Il-Mexxej wera biċ-ċar fid-diskors tiegħu l-ħtieġa li l-pajjiż iżomm l-andament ekonomiku li qabad. Dan hu importanti għall-miżuri pożittivi li Gvern Laburista ħa u se jibqa’ jieħu fittliet pilastri fundamentali; is-saħħa, il-benefiċċji soċjali u l-edukazzjoni. Aħna Laburisti għaliex nemmnu f ’ekonomija with a purpose. Ekonomija li l-ġid li toħloq jibqa’ b’xi mod nieżel għand kulħadd. Dan hu proġett li rridu nkomplu naħdmu fuqu sabiex niżguraw jew nassiguraw li ħadd ma jibqa’ lura. Ġustizzja, Governanza u Riformi. Inħossni kburi li Robert

Abela fdali portafoll tant importanti, speċjalment fiċ-ċirkustanzi politiċi li għaddej minnhom pajjiżna bħalissa. Dan nilqgħu b’sens ta’ dover sabiex naħdem bla heda ħalli f ’pajjiżna tirrenja n-normalità. Din iġġib stabbiltà, aktar ġid ekonomiku u investiment f ’pajjiżna. Il-Mexxej semma r-riformi li se jsiru f ’pajjiżna mingħajr dewmien. F’dan ix-xahar sar ħafna u l-momentum se jkompli jiżdied. Dan ser nagħmluh bi djalogu wkoll mal-Kummissjoni Ewropea u mal-Kummissjoni Venezja. Ir-riformi se nagħmluhom għaliex nemmnu fihom li huma meħtieġa biex insaħħu id-demokrazija, inkattru l-ġid u ntejbu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna kemm fl-Ewropa, kif ukoll fil-komunità internazzjonali. Ugwaljanza. Il-Mexxej ta importanza ħafna lis-settur tal-ugwaljanza u tal-libertajiet ċivili. Huwa elenka kemm sar xogħol tajjeb f ’dan ir-rigward f ’dawn l-aħħar sitt snin sabiex bdilna il-mentalità tas-soċjetà tagħna. Dan huwa wkoll parti mill-portafoll Ministerjali tiegħi. Determinat illi nibqa’ għaddej fuq il-passi tajba tal-ħabiba tiegħi, illum Kummissarju Ewropew, Helena Dalli. Bħalissa qed immexxi żewg abbozzi ta’ liġi importanti ferm li se jpoġġuna fost l-aqwa fl-Ewropa u fid-dinja fejn tidħol il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, b’rimedji effettivi lill-vittmi ta’ din id-diskriminazzjoni. Determinat illi din is-sena dawn iż-żewg abbozzi jsiru liġi u titwaqqaf il-Kummissjoni għall-ugwaljanza li se tkun entità b’saħħitha, attrezzata biex inkissru kull diskriminazzjoni fis-soċjetà tagħna. It-tieni sfida f ’dan is-settur li semma bosta drabi l-Mexxej, hija li nimplimentaw b’mod konkret u b’serjetà fis-setturi kollha tax-xogħol, il-prinċipju equal pay for work of equal value. Bżonn ta’ Oppożizzjoni. Il-Prim Ministru semma l-bżonn li sabiex id-demokrazija f ’pajjiżna taħdem tajjeb għandu jkun hawn Oppożizzjoni effettiva. Dan iwassal sabiex il-Gvern ikollu ma’ min jitkellem u jmexxi ’l quddiem ir-riformi li hemm bżonn. Fl-istat li qiegħda fih l-Oppożizzjoni, din qiegħda tabdika mid-dover tagħha li żżomm kontabbli lill-amministrazzjoni, tikkritika lill-Gvern fejn hemm bżonn, tgħarbel l-abbozzi tal-liġijiet u toħroġ bi proposti sabiex l-elettorat jaraha bħala “gvern alternattiv”. Mhux ser nieqfu hawn. Robert Abela wera fid-diskors tiegħu li hu determinat, li mhux iħares lura, iżda jħares lejn futur sabiħ għall-Partit Laburista. Id-demm ġdid li kien fl-istess Konferenza u l-kelliema li tkellmu qabel il-Mexxej huma xhieda ta’ dan. Il-Mexxej semma kif l-għanijiet li għandna quddiemna jintlaħqu biss b’għaqda fostna, għaliex dak li jwettaq il-Partit Laburista u l-Gvern huwa ta’ kulħadd.

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 13 ta’ Frar Tħassartu lill-Viċi Kap (sa issa) Robert Arrigo llejla fuq l-istazzjon tagħna. Qasamli qalbi u ngħid il-verità anke dmugħ qabiżli. Għamlulu fuq li għamlulu miskin, minkejja li kien qiegħed jagħti ħinu u saħħtu għall-partit darba glorjuż tagħna. Imma Robert Arrigo mhux se jaqta’ qalbu. Għalhekk fl-istess ħin imlieni bil-kuraġġ. Qalilna ċar u tond li se jkun qiegħed jerġa’ jikkontesta fuq żewġ distretti. Ta’ Nazzjonalist onest li hu, qalilna wkoll li anke qiegħed iħajjar kandidati ġodda biex joħorġu fuq l-istess distretti tiegħu. Qalilna wkoll li ma vvutax għall-Kap Adrian Delia, imma ladarba aħna t-tesserati għażilna lilu, huwa kien leali lejh. Hekk ikunu l-vera Nazzjonalisti, mela bħal Simon Busuttil u Jason Azzopardi. Minn fuq isejħu lilhom infushom eroj! Il-Ġimgħa, 14 ta’ Frar Domt naqra ma stenbaħt, iżda malli qomt erħejtilha lejn l-Istamperija forsi niltaqa’ ma’ xi ħadd li jtarrafli xi ħaġa dwar x’inhu għaddej fil-partit darba glorjuż tagħna. Kif kont fuq tal-linja nnutajt ħafna trakkijiet ibigħu l-ward, blu u aħmar, u b’koppja żagħżugħa quddiemi jitbewsu, pront ftakart li llum Jum San Valentinu. Inżilt mill-karozza niġri għax għedt l-Istamperija żgur mhux il-post fejn għandi mmur f ’Jum il-Maħbubin. Qbadt karozza oħra u tlaqt lejn il-Belt. Iltqajt ma’ Jason Azzopardi ħiereġ mill-Qorti, imma ma kellimtux. Anzi tajtu dahri. U ma qbadtx ngħajru għax bżajt li niġi fl-inkwiet. Is-Sibt, 15 ta’ Frar Qiegħed tara man, kif anke huma għandhom l-inkwiet! U mhux inkwiet żgħir. Inkwiet li m’għandi l-ebda dub-

ju li se jwassal għal għadd ta’ riżenji fil-ġimgħat li ġejjin. Għandi seba’ mitt sena sakemm xi ħadd minnhom jagħmel bħal Jason Azzopardi u jippubblika lista ta’ eroj-tradituri (jew tradituri-eroj). B’hekk inkunu nafu kemm huwa kbir l-inkwiet li għandhom. U aktar ma jgħaddu ġimgħat aktar se jkollhom inkwiet għax ilKap tagħna, Adrian Delia se jibqa’ jgħid lil Robert Abela biex ineħħi lil dak jew lill-ieħor, u fl-aħħar Robert Abela jkollu jieħu passi, jew inkella jwarrab hu. Kultant tiġri bija wisq l-immaġinazzjoni! Il-Ħadd, 16 ta’ Frar Dejjem nieħu gost immur Haż-Żabbar għax iż-Żabbarin dejjem jagħtuh merħba kbira lill-Kap Adrian Delia. U llum ma kinitx oġġezzjoni. Ma kienx hemm fejn toqgħod labra, għalkemm is-sala aktar tista’ ssejħilha kamra milli sala. Ħadt gost li fost il-kelliema kien hemm Stephen Spiteri li lil Jason Azzopardi qallu biex jaqtgħu minn fuq il-lista tat-tradituri-eroj jew eroj-tradituri. Li dejjaqni kien Francis Zammit Dimech għax lili xejn ma għoġbitni l-mossa li għamel meta stieden lil Manuel Delia fid-Dar Ċentrali. Jien lil dak ma naċċettah qatt, għax dak ħlief ħsara lill-Kap tagħna mhux jagħmillu. It-Tnejn, 17 ta’ Frar Tgħidx x’bokka kellu Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna. Ħsibtu rebaħ xi somma ġmielha. Dan kollu għax dawn l-aġenziji ta’ kreditu, bħal Moody’s u Fitch, u issa wkoll il-Fond Monetarju Internazzjonali, reġgħu taw ċertifikati tajbin lill-Gvern, issa ta’ Robert Abela. Għalxejn ippruvajt nispjegalu li dawn kollha jistgħu jkunu mixtrijin, għax ma riedx jaf. Għalih dawn iċ-ċertifikati jfissru li l-esperti ta’ dawn l-aġen-

ziji diġà indunaw li b’Robert Abela Prim Ministru, se nibqgħu mexjin ’il quddiem kif, skont hu, għamilna f ’dawn l-aħħar seba’ snin. Insomma, ma nistax ngħid li mhux minnu li mxejna ’l quddiem għax iż-żieda li tana fil-pensjoni jien diġà bdejt inħossha. L-istess ħaġa qaltli oħti. It-Tlieta, 18 ta’ Frar Għandu jkun li Simon Busuttil jaħseb li lkoll kemm aħna mzazen u nibilgħu kulma jgħidilna hu. Fl-aħħar diskors tiegħu fil-Parlament illejla qalilna li mhux minnu li fil-partit darba glorjuż tagħna għandna l-fazzjonijiet. Nixtieq nemmnu kieku, u tgħidx kemm nifraħ, imma meta niftakar li Clyde Puli qal li hemm min jagħtih il-gambetti u mbagħad jagħtih ukoll bis-sieq fuq l-għaksa, ma nistax nemmnu. U jekk m’hemmx fazzjoni għal min qal Robert Arrigo meta qal li hemm min qiegħed ikisser lill-partit. U kieku m’għandniex fazzjonijiet, kieku għandna listi ta’ eroj-tradituri jew tradituri eroj! Ħallina Simon! Insomma l-aqwa li issa ħlisna minnu! L-Erbgħa, 19 Frar X’aħna nagħmlulhom fil-Parlament, man! Ma kienx mument għalihom li ma qablux magħna li l-Kummissarju tal-Pulizija għandu jinħatar b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-Parlament. Għax ara x’qiegħed jiġrilhom. Ta’ kuljum, fil-Parlament qegħdin nagħtuhom damdima. Beda Beppe Fenech Adami li tgħidx x’diskors għamel, u kompla Jason Azzopardi li tgħidx kemm qalalhom. Il-veru tpaxxejt nismagħhom, anke jekk it-tnejn li huma kontra l-Kap tagħna Adrian Delia u parti mill-grupp ta’ 17–il eroj-tradituri, jew tradituri-eroj, sejħilhom li trid.


24

23.02.2020

kullhadd.com

TKABBIR EKONOMIKU TA’ KWALITÀ

Silvio Schembri Ministru

Hija surreali li tara l-Oppożizzjoni tkompli bit-tattiċi tagħha tipprova tagħti l-impressjoni li l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna hu sinjal ta’ riċessjoni. Donnu nsew li qabel ma tela’ Gvern Laburista, pajjiżna daħal fi proċedura ta’ defiċit eċċessiv, l-ekonomija ħallewha staġnata u li kienet qed tmajna, l-għoli tal-ħajja kien inkontrollabbli, ċifri rekord ta’ rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ u l-Kummissjoni Ewropea tiġbed widnejn il-Gvern Nazzjonalista biex inaqqas spejjeż baġitarji saħansitra titlob tnaqqis fil-flus allokati fissaħħa u l-edukazzjoni. Xenarju li jikkuntrasta bil-kbir mal-aħħar ħames rapporti li ħarġu minn aġenziji internazzjonali tal-kreditu u istituzzjonijiet internazzjonali: Moody’s, Fitch, Fond Monetarju Inter-

nazzjonali, DBRS MorningStar u l-Kummissjoni Ewropea. Il-ħamsa li huma qablu fuq bosta affarijiet komuni partikolarment li l-ekonomija ta’ Malta se tkompli tikber, li l-finanzi tal-Gvern se jkomplu jesperjenzaw surplus anke jekk ix-xenarju internazzjonali għaddej minn sfidi, li l-qgħad se jibqa’ baxx f ’livelli rekord, il-bżonn li nibqgħu mexjin ’il quddiem bil-politika makroekonomika u naraw li din tiffavorixxi tkabbir li jsostni l-inklussività soċjali kif ukoll li Malta tkompli bir-ritmu li qabdet li tkompli tinvesti fl-infrastruttura tagħha; kemm dik fiżika, istituzzjonali, kapital uman u klima ideali għan-negozji. Fuq kollox, l-aġenziji kienu ċari fi ħsibijiethom meta qalu li hija biss l-amministrazzjoni mmexxija millPrim Ministru Robert Abela li tista’ timplimenta din il-viżjoni. Biex naslu għal dan, l-istrateġija ekonomika tagħna hija bbażata fuq tliet pilastri. Irridu nkomplu niddiversifikaw l-istrateġija ekonomika bi tkabbir ta’ niċeċ ekonomiċi ġodda, nindirizzaw aħjar il-bżonnijiet ta’ setturi li ilhom għal snin twal is-sinsla tal-ekonomija tagħna, ninċentivaw l-investiment filwaqt li ntejbu wkoll il-kwalità tal-ħajja tal-poplu tagħna. Din is-sena se naraw l-implimentazzjoni ta’ ammont sos-

tanzjali ta’ proġetti ta’ espansjoni f ’setturi differenti, u dan ifisser li d-deċiżjonijiet li diġà qed nieħdu sabiex insostnu setturi u industriji eżistenti se jkun qed iħallu l-frott fl-ekonomija ta’ pajjiżna. Minn din is-sena se naraw l-implimentazzjoni ta’ 19–il proġett ta’ espansjoni li se jwasslu għal injezzjoni ta’ €200 miljun u ħolqien ta’ 800 impjieg ġdid. Iktar minn hekk aktar minn 100 kumpanija lokali se tkun ukoll timplimenta l-proġetti ta’ espansjoni tagħha. Dan kollu jikkonferma sens ta’ fiduċja li tinħass fl-ekonomija tal-pajjiż, liema fiduċja qed toħloq iktar impjiegi ta’ kwalità u kwalità ta’ ħajja aħjar. Iktar minn hekk, li kumpaniji li ilhom f ’Malta jkomplu jespandu jikkonfermaw li dawn il-kumpaniji se jibqgħu hawn għal snin kbar oħra. Il-proġetti ta’ espansjoni jvarjaw, mis-settur tal-avjazzjoni, farmaċewtika, manifattura u teknoloġija. Il-prijorità tagħna hi li dawn il-proġetti jibdew jiffunzjonaw minnufih billi fost oħrajn nemmen li jkomplu jitnaqqsu sistemi burokratiċi li jistgħu jaqtgħu qalb dak li jkun. Dan qed isir b’ħidma ma’ entitajiet varji li kontinwament jisimgħu l-bżonnijiet tan-negozji li jkunu jridu jwettqu l-proġetti tagħhom. Fis-snin li ġejjin hemm bżonn li nkomplu nattiraw operaturi

f ’setturi li qed jespandu b’rata mgħaġġla bħal teknoloġiji emerġenti, intelliġenza artifiċjali, blockchain, game development, life sciences u l-ekonomija l-ħadra. Inkomplu nibnu fuq setturi li konna minn ta’ quddiem nett fihom u fejn diġà isem Malta huwa fuq il-mappa ta’ dawn l-oqsma, anzi ngħid punt ta’ referenza ewlieni. Naraw li Malta tkompli fil-vjaġġ li qabdet bħala post naturali ta’ ideat, ċentru finanzjarju, ta’ tagħlim, kreattività u teknoloġiji ġodda u nkomplu nimbuttaw ilkunċett ta’ test bed, fejn pajjiżna jintuża bħala post minn fejn jinbtu ideat u proġetti ġodda li jkunu maħsuba għal użu f ’pajjiżi ferm ikbar. Hemm niċeċ ġodda li qed naraw li jkomplu jkunu esplorati u diġà bdew jiġu esplorati anke b’mod kollaborattiv minn aġenziji fi ħdan il-Ministeru. Il-pass li jmiss huwa li inħarsu lejn Malta bħala pajjiż avvanzat li jista’ jiġbed lejh investiment tal-ogħla valur mhux sempliċiment investiment b’impjiegi speċjalizzati li joffru karrieri speċjalizzati f ’oqsma li jagħtu dħul ta’ kwalità u karrieri ġodda f ’industriji ġodda. Min-naħa l-oħra se nkomplu bil-programm estensiv ta’ investimenti, l-ikbar wieħed fl-istorja ta’ pajjiżna, li nikkommettu

baġit ta’ edukazzjoni u taħriġ, u ssostni l-isforzi biex ikunu indirizzati l-isfidi tal-ħiliet u tkun sostnuta l-għajnuna finanzjarja lil SMEs fl-istess waqt li nidentifikaw modi sabiex nistimulaw l-innovazzjoni. Dak li intqal mir-rapporti jidher biċ-ċar li l-politika ta’ dan il-Gvern qed twassal għal tkabbir sostenibbli. Evidentament għall-kuntrarju tal-impressjoni li qed tipprova tagħti l-Oppożizzjoni, din is-sena se naraw ammont kbir ta’ proġetti li se jkunu implimentati u allura se nkomplu naraw aktar tkabbir b’investiment. Qed nesperjenzaw ngħid jien il-maturità tal-ekonomija ta’ pajjiżna għaliex deħlin minn fażi ta’ tkabbir rapidu għal waħda ta’ tkabbir b’aktar enfasi fuq il-kwalità tat-tkabbir. Mhux se nieqfu hawn. Ser inkunu qed nużaw il-frott tat-tkabbir tal-aħħar snin biex ninvestu aktar u biex inpoġġu l-bażi tas-suċċess futur tagħna. Fl-aħħar nett, se nara li l-ġid li se nkomplu niġġeneraw jibqa’ jasal għand kulħadd. Nixtieq nara b’mod speċjali li nkomplu ngħinu lil dik il-faxxa li jaqilgħu l-anqas biex nassiguraw li bil-ħidma tagħna ntejbu l-ħajja tan-nies filwaqt li ninkoraġġixxu lil min hu bieżel u lest li jkompli jinvesti.

INFAKKRU L-ISTORJA, B’VIŻJONI GĦALL-ĠEJJIENI lijiet tas-7 ta’ Ġunju, 1919 li l-pijunieri tal-Partit Laburista ngħaqdu biex f ’Ottubru tas-sena 1920 welldu moviment iffurmat minn nies minn kull qasam tal-ħajja Maltija. Fil-fatt, insibu li fost dawk li ltaqgħu biex waqqfu l-Partit Laburista nsibu ġurnalista, stampatur, kunsillier, ħajjat, skrivan, negozjant, editur, arġentier, inċizur, prokuraStefan Zrinzo Azzopardi tur legali, ħaddiem tal-elettriku Segretarju Parlamentari u anke sinjur. Uħud minnhom kienu ġejjin mit-Tarzna magħrufin bħala partitarji ta’ Manwel Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet Dimech. Mill-bidu l-partit kien il-Partit Laburista ta bidu għal partit favur ix-xogħol. sensiela ta’ attivitajiet li se jkun qed jorganizza matul din is-sena Moviment li jilqa’ lil kulħadd biex ifakkar il-mitt anniversarju mit-twaqqif tiegħu. Għal ħaf- Bla dubju, din il-firxa wiesgħa na, din is-sena se ġġib magħha tas-soċjetà Maltija ta’ dak iżtifkiriet sbieħ tal-istorja glorjuża żmien iġġibna konxji kemm iltal-partit tagħna li sa mit-twel- kunċett ta’ Moviment li jilqa’ id tiegħu 100 sena ilu ħadem u fi ħdanu lil kulħadd baqa’ rilestinka favur il-fqir, favur il-ba- vanti fil-100 sena li għaddew. tut, favur il-ħaddiem u aktar tard Qatt, il-Moviment Laburista ma biex lill-poplu tagħna tah il-ħel- kien b’saħħtu daqskemm meta sien minn kull ħakma barranija. kien tassew jirrappreżenta lil Ħadem biex ta dinjità u drittijiet. kulħadd, kemm lil dawk li jaħdKien sewwasew wara l-irvel- mu kif ukoll lil dawk li jiġġen-

eraw il-ġid permezz tar-riskju li jieħdu bin-negozju tagħhom. Il-ġid li ksibna għall-pajjiż f ’dawn il-100 sena diffiċli biex tikkwantifikah. Il-ġid twettaq għax dejjem żamm mal-ideal li għalih twaqqaf u dejjem għaraf biex juża ż-żmien li fih ma kienx fdat bit-tmexxija tal-pajjiż biex jipprepara ruħu għal meta l-poplu jerġa’ jagħtih il-fiduċja tiegħu. L-ideal li għalih twaqqaf il-Partit Laburista mitt sena ilu għadu jgħodd għal-lum. Minn dakinhar il-Partit stqarr li huwa organizzazzjoni politika li tiġbor fiha persuni bi ħsieb progressiv, imsejjes fuq prinċipji soċjalisti demokratiċi, li jaħdem għal soċjetà inklussiva li tipprovdi xogħol għal kulħadd, isseħħ il-ġustizzja soċjali u li s-saħħa tal-istess soċjetà titkejjel mill-progress ta’ dawk l-iktar dgħajfa fost il-membri tagħha. U dan kollu l-Partit Laburista wettqu fil-prattika biex illum qegħdin ngħixu f ’soċjetà inklussiva b’livell tal-għajxien ogħla minn qatt qabel, b’ekonomija b’saħħitha li tħalli l-ġid twassal il-ġid għand

kulħadd. Inħarsu ’l quddiem Żgur li mhuwiex il-mument ta’ ċelebrazzjonijiet biss. Kif fisser tant tajjeb il-Prim Ministru Robert Abela fl-ewwel diskors tiegħu fil-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista, xogħolna issa huwa li nħarsu ’l quddiem, lejn il-mitt sena li ġejjin, biex il-Partit Laburista jibqa’ jkun it-tarka taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Il-Prim Ministru wasslilna l-messaġġ li l-pass li jmiss issa huwa li nkomplu nġeddu lill-Partit Laburista biex dawk l-aktar fil-bżonn ikomplu jingħataw l-għajnuna. Il-Partit tagħna jrid jibqa’ jkun il-forza li joħloq ix-xogħol u bl-istess mod ikompli jsebbaħ lil pajjiżna. Kien tassew f ’waqtu l-messaġġ tal-mexxej tagħna meta stqarr li l-moviment tagħna huwa l-uniku li ġab it-tkabbir ekonomiku li għandna llum f ’pajjiżna bil-klima ta’ fiduċja li nħolqot fil-pajjiż, klima li ssarrfet f ’in-

vestiment lokali u barrani bla preċedent f ’pajjiżna. Il-viżjoni li fisser Robert Abela fid-diskors tiegħu l-Ħadd li għadda hija l-viżjoni tagħna lkoll. Din hija l-viżjoni ta’ moviment li se jkompli jbiddel kull fejn hemm bżonn inbiddlu biex f ’pajjiżna jkompli jinħoloq aktar ġid u li fid-dinja jerġa’ jkollu l-istima li jixraqlu. Il-Partit Laburista jrid jibqa’ hemm għaż-żgħażagħ, għall-ħaddiema, għal min iħaddem, għall-familji, għall-anzjani u għall-pensjonanti. Il-Partit għandu jservi bħala l-benniena tal-ideat ġodda li jitwettqu mill-Gvern Laburista. Irid iservi wkoll bħala l-kuxjenza u l-ixprun biex il-Gvern iwettaq dak meħtieġ għal pajjiżna blaqwa mod. B’dan kollu f ’moħħna u bl-ideal li nżommu sodi dejjem mal-prinċipji li sawruna, irridu nkomplu nħarsu ’l quddiem ħalli l-Moviment tagħna jibqa’ jkun il-Moviment tal-bidla, il-Moviment tal-progress u l-innovazzjoni, il-forza favur aktar bidla u tiġdid fis-soċjetà Maltija.


25

23.02.2020

kullhadd.com

TKOMPLI L-ĦIDMA B’RISQ KULĦADD

Ian Borg Ministru

Fis-sena l-ġdida 2020, komplejna nġeddu u nsaħħu l-impenji li għamilna fis-snin ta’ qabel, filwaqt li komplejna l-ħidma li żammet fuq nett tal-aġenda tagħna l-impenn li nwasslu kwalità ta’ ħajja aħjar lill-Maltin u lill-Għawdxin kollha. Komplejna nsaħħu l-infrastruttura ta’ pajjiżna hekk kif matul is-sena l-oħra għamilna passi ta’ ġgant fil-Marsa Junction Project fejn ftaħna l-ewwel tliet strutturi ta’ pontijiet, ħidma li komplejna nwettqu fuq il-pontijiet l-oħra matul din is-sena filwaqt li għamilna wkoll avvanzi sostanzjali filproġett tal-mini ta’ Santa Luċija. Lestejna numru ta’ investimenti oħra fit-toroq prinċipali - €64 miljun f ’14−il proġett differenti. Rajna toroq importanti bħal Tal-Balal, Triq Reġjonali u Triq il-Buqana li tlestew biex id-diversi benefiċċji bħat-tnaqqis fil-konġestjoni, fil-

ħin ta’ stennija u titjib fis-sigurtà setgħu jibdew jitgawdew filwaqt li bdejna proġetti oħrajn bħal ta’ High Ridge, it-tieni fażi tal-Marsa-Ħamrun Bypass, u xogħol fuq il-pontijiet pedonali, b’impenn sħiħ favur mezzi alternattivi. Kellna wkoll ħidma bla heda fuq it-toroq residenzjali, proġett bla preċedent b’€700 miljun mifruxa fuq seba’ snin biex nagħmlu t-toroq residenzjali kollha. Lestejna diġà 130 triq, filwaqt li għaddej ix-xogħol fuq 50 oħra u kkuntrattajna 150 oħra. Dan flimkien ma’ aktar minn titjib f ’100 triq rurali madwar il-pajjiż. U ftit tal-ġranet ilu rajna kif is-Central Link Project ġie kkonfermat għall-ħames darba b’deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell biex fissnin li ġejjin pajjiżna jkun jista’ jgawdi mill-benefiċċji kollha li ser iġib miegħu dan il-proġett - il-bini mill-ġdid ta’ 13−il junction, l-eliminazzjoni ta’ erba’ sistemi ta’ traffic lights, żieda ta’ seba’ kilometri f ’korsiji ġodda tul ir-rotta ta’ 4.3 kilometri, l-introduzzjoni ta’ diversi faċilitajiet għal min jivvjaġġa bil-mixi, bir-rota jew bit-trasport pubbliku, l-itwal korsija għar-roti mifruda mit-triq fil-pajjiż u 51,000 metru kwadru ta’ passaġġi u spazji miftuħa msebbħa b’siġar u pjanti. Tfajna anke ħarsitna fuq investimenti fl-infrastruttura marittima. Diġà kellna ħafna titjib fil-faċilitajiet għas-sajjieda f ’Marsaxlokk u għall-passiġġieri f ’Marsamx-

ett. Issa qed naraw li naħdmu għat-twessigħ tas-servizz tal-ferries u favur proġett ta’ aktar minn €49 miljun għal enerġija nadifa għall-cruise liners fil-Port il-Kbir, liema proġett ser ikun qed inaqqas it-tniġġis fl-arja b’aktar minn 90% favur kwalità ta’ arja aħjar għar-residenti kollha li joqogħdu fil-lokalitajiet li jdawru l-Port ilKbir. Is-settur tat-trasport kompla jara aktar ċaqliq fl-2019. Aktar minn 1,860 persuna bbenefikaw minn inċentivi finanzjarji favur vetturi aktar nodfa u sostenibbli, b’investiment ta’ €2.5 miljun f ’sitt skemi differenti. Aktar minn 39,000 żagħżugħ u żagħżugħa bejn l-14 u l-20 sena u studenti full-time gawdew minn aktar minn tmien miljun vjaġġ fuq it-trasport pubbliku b’xejn. Dan is-servizz kiser kull rekord fl-2019, b’aktar minn 57.5 miljun passiġġier. Komplejna naraw aktar aspettattivi jintlaħqu fil-marittimu u fl-avjazzjoni. Il-ħidma kompliet f ’dan is-settur ukoll. Issa wessajna l-benefiċċ-

RARI, IŻDA UGWALI

Josianne Cutajar Membru Parlamentari Ewropew

Spiss nisimgħu fuq il-bżonn ta’ iktar riċerka, u iktar studji fuq il-mard, u fuq kif nistgħu ntejbu s-servizzi tas- saħħa tagħna. Is-settur tas-saħħa diġà fih innifsu hu sfida għall-Gvernijiet Ewropej, għaliex hu settur li jolqot lil kull wieħed u waħda minna, u li dejjem qiegħed jevolvi. Id-diffikultajiet jirduppjaw meta niffukaw fuq il-mard rari, ċoè dawk il-kundizzjonijiet li jolqtu lil madwar persuna minn kull 2,000. Għalkemm din il-figura tista’ tidher żgħira, wieħed irid jikkun-

sidra li fil-preżent, ġew identifikati madwar 6,000 tip ta’ marda rari, u allura, flimkien, dawn jaffettwaw madwar 30 miljun Ewropew – mingħajr ma wieħed jaħseb ukoll fil-familjari tagħhom, li wkoll jiġu affettwati mill-bidla fil-ħajja tal-pazjent. Iżda lil hinn min-numri, il-ġustizzja soċjali u s-sens ta’ umanità tagħna jitolbu li kull pazjent, hi kemm hi rari l-kundizzjoni tiegħu, jingħata l-aqwa kura possibbli. Din trid tkun il-missjoni tagħna, kemm fuq livell lokali, iżda wkoll, kemm nistgħu, anke fuq livell Ewropew. Fil-fatt, din il-ġimgħa fil-Parlament Ewropew sħaqt fuq l-importanza ta’ iktar koperazzjoni bejn il-pajjiżi, biex ngħaqqdu r-riżorsi tagħna u flimkien nistabbilixxu politika konkreta fuq kif nistgħu ngħinu lil kull pazjent. Fil-kollettiv Ewropew inkunu nistgħu naħdmu b’mod iktar konkret biex intejbu l-kwalità talħajja ta’ kull pazjent b’mard rari. Bħala leġiżlaturi, verament nemmen li rridu nkunu proattivi f ’dan

il-qasam, u fuq kollox, li nisimgħu lill-pazjenti, biex inkunu nafu xi sfidi qegħdin jaffaċċjaw fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom, u nadattaw għalihom. F’Malta wkoll, il-ħidma ma tiqafx. L-Alleanza Nazzjonali għall-Appoġġ ta’ Mard Rari hija pilastru fis-soċjetà ċivili li taħdem biex iżżid l-għarfien dwar dan issuġġett f ’pajjiżna, tinkoraġġixxi iktar riċerka medika, u fuq kollox, tagħti l-appoġġ tagħha lil kull individwu. Għalija, pazjenti ta’ mard rari ma jistgħux ikunu pazjenti sekondarji, jew tat-tieni klassi. Hemm bżonn li kull kundizzjoni tingħata l-prijorità li ħaqqha u li għandha bżonn. Dan mhux bilfors ifisser bidla radikali fis-sistemi ta’ kura tagħna, iżda sempliċement rikonoxximent ġust f ’dik is-sistema. Minħabba r-rarità ta’ dawn il-kundizzjonijiet, l-industrija farmaċewtika, motivata mill-profitti li tagħmel mill-bejgħ tal-mediċini, ma tagħtix importanza lir-riċerka dwar dawn il-kundizzjonijiet. Iżda bi pressjoni min-naħa tal-Ewropa,

ju tat-trasport pubbliku b’xejn għall-anzjani 75+ u għall-persuni b’diżabilità. Tellaqna proġett pilota b’karozza tal-linja elettrika, b’ħarsitna mitfugħha lejn futur aktar sostenibbli għas-settur tat-trasport, filwaqt li dalwaqt se nħabbru skemi finanzjarji oħrajn bħalma kellna fis-snin li għaddew. Sadanittant, qed inkomplu ntejbu l-faċilitajiet għall-utenti tat-trasport pubbliku, b’aktar bus shelters adekwati u investiment ġdid fil-pedestrian subway ta’ fejn Bieb il-Bombi. Ħabbarna aspettattivi ġodda għas-settur tal-avjazzjoni – 460 ajruplan fir-reġistru u żieda fiċ-Ċertifikati tal-Operaturi tal-Ajru, u se nkomplu naħdmu fis-settur marittimu wkoll. Is-sena l-oħra rajna wkoll riformi importanti fis-settur tal-kostruzzjoni, favur aktar sigurtà, responsabbiltà u trasparenza. Din is-sena nħarsu ’l quddiem għat-twaqqif uffiċjali tal-Awtorità għal dan is-settur, favur aktar u aktar titjib. Investejna bis-sħiħ fil-komunitajiet tagħna. Id-Dipartiment

tax-Xogħlijiet Pubbliċi wettaq madwar 60 proġett b’investiment ta’ ftit inqas minn €2 miljun. Il-ħidma ma qatgħetx u diġà bdejna nżuru x-xogħlijiet li qed isiru minn dan id-Dipartiment bieżel. Sadanittant l-2020 se tkun is-sena li tara l-bidu tal-proġett tal-Malta National Park f ’Ta’ Qali, proġett għall-komunitajiet kollha tagħna. Sena 2020 li ġabet magħha opportunitajiet u sfidi ġodda. Ingħaqdet magħna l-GHRC, entità li twettaq ħidma bla heda u li diġà wasslet għal ħafna u ħafna ġid. Qed nitkellem dwar ir-restawr tas-swar tan-naħa ta’ Marsamxett, tal-koppla tal-Bażilika tal-Karmnu, tal-faċċati tal-Bereġ tal-Baviera u Aragona u l-House of Catalunya, pavimentar fil-Belt u xogħol ta’ konverżjoni biex illum għandna aktar units għall-akkomodazzjoni soċjali fil-Belt Valletta. Il-ħidma tagħna ma waqfet xejn u se tkun qiegħda tkompli b’pass impenjat u b’determinazzjoni u rieda li nwasslu kwalità ta’ ħajja li dejjem titjieb għall-Maltin u għall-Għawdxin kollha. Ix-xogħol tagħna ser ikun iktar impenjattiv anke bl-addizzjoni ta’ aktar entitajiet bħal GHRC, Projects Malta u Projects Plus li issa jaqgħu fi ħdanna. Imma għalina dan ma jfisser xejn ħlief li nistgħu nwasslu ħafna aktar proġetti lill-poplu. Għaliex aħna qegħdin hawn għalikom, u ser inkomplu naħdmu biex inwasslulkom s-suċċess.

u b’liġijiet dwar l-hekk imsejħa prodotti mediċinali orfni, qegħdin naraw żieda sostanzjali fil-mediċini żviluppati biex jgħinu lill-pazjenti b’mard rari. Iżda meta nisimgħu mingħand pazjenti li ta’ kuljum għadhom isibu diffikultà biex jaċċessaw il-kura li għandhom bżonn, nirrealizza kemm fadal xi jsir f ’dan il-qasam. Din il-ġimgħa stess, smajna kif madwar 8 minn kull 10 pazjenti jbatu biex jagħmlu l-iċken affarijiet waħidhom, pereżempju, ma jistgħux jippreparaw ikel għalihom infushom, jew jagħmlu qadjiet sempliċi, mingħajr għajnuna. Għalhekk kburija li fil-Parlament Ewropew, nagħti l-appoġġ sħiħ tiegħi lil kull inizjattiva favur kura aħjar. Din kienet wegħda speċifika li matul il-kampanja elettorali tal2019, ikkommettejt ruħi għaliha: li fejn nista’ nadvoka għall-bżonnijiet tal-pazjenti ta’ kundizzjonijiet rari, u nagħmel pressjoni sabiex naraw Ewropa magħquda għallġid ta’ kull pazjent. Nixtieq nara, pereżempju, iktar teknoloġija u diġitializzazzjoni

fil-qasam tas-saħħa, u pressjoni biex nirregolaw il-prezzijiet ta’ mediċini għal kundizzjonijiet rari, li spiss, minħabba l-prezz għoli tagħhom, ma jkunux aċċessibbli għall-pazjenti. Dawn u iktar inizjattivi ser ikunu parti mill-pjan ta’ azzjoni għall-ħames snin li ġejjin, fejn flimkien ma’ kollegi fil-Parlament Ewropew, u flimkien mal-Għaqda Ewropea għall-Mard Rari, se nkunu qed naħdmu favur dawn il-pazjenti. Il-ħidma mhijiex faċli: in-natura kumplessa tal-mard jagħmilha diffiċli li jiġu kategorizzati, u dijanjostikati. Għad hawn nuqqas t’għarfien dwarhom, mhux biss mal-pubbliku inġenerali, iżda wkoll fil-qasam professjonali mediku. Irridu nkunu ċerti wkoll li kull politika u kull liġi li ngħaddu tkun iffukata fuq il-bżonnijiet tal-pazjent, lil hinn mill-interessi tal-industriji privati. L-għan aħħari tagħna għandu jkun li hi x’inhi l-kundizzjoni li persuna tbati minnha, kulħadd għandu jkun megħjun biex jgħix ħajja indipendenti u serena.


26

23.02.2020

kullhadd.com

IL-MEUSAC – NGĦAQQDUK MAL-UNJONI EWROPEA INTI TAF XI TFISSER MEUSAC? JEW HIJA KELMA LI SPISS NISIMGĦU U MHUX DEJJEM NIFHMU? Spiss nisimgħu kliem li jkun daħal filvokabolarju tagħna, kemm kliem mitkellem jew ismijiet jew titli ta’ xi aspett jew ieħor li għalkemm inkunu familjari miegħu, ġieli lanqas biss nifhmu xi jkun irid ifisser jew għal xiex jirreferi. Il-MEUSAC ilha li twaqqfet f’pajjiżna sa minn qabel is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Forsi dak iż-żmien konna naraw anke clips minnhom fuq it-televixin iżda meta jgħaddi ż-żmien, anke minħabba bumbardament ta’ vokabolarju ieħor, jiġri li ninsew. II-MEUSAC tagħmel ħafna ġid u tgħin bosta setturi fissoċjetà. Inti wkoll tista’ tgawdi minn dak li tista’ toffrilek il-MEUSAC bl-għajnuna min-naħa tagħha u b’kollaborazzjoni mal-Unjoni Ewropea. Tkellimt ma’ Mandy Falzon li hija l-Kap ta’ din l-aġenzija governattiva. Kitba ta’ CLIFFORD GALEA X’inhi l-MEUSAC? Kif bdiet u għaliex? Il-MEUSAC twaqqfet fil-perjodu ta’ qabel is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea (UE). Dak iż-żmien kienet isservi bħala forum fejn l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili setgħu jagħtu sehemhom fit-tfassil tal-pożizzjoni li pajjiżna kien ser jieħu fuq diversi aspetti tad-drittijiet u l-obbligi li jorbtu lill-pajjiżi kollha msieħba fl-UE (imsejjaħ “acquis communautaire”). In-negozjati, li kienu jsiru mal-Kummissjoni Ewropea wasslu biex Malta saret Membru tal-UE fl-1 ta’ Mejju tal-2004. Wara li Malta daħlet fl-UE, dan il-proċess kien waqaf minħabba li l-iskop tiegħu kien intlaħaq. Madanakollu, l-istess imsieħba soċjali kienu talbu li l-proċess ta’ konsultazzjoni jkompli biex ilGvern jikkonsulta dwar proposti ta’ liġijiet ġodda li Malta kellha tadotta bħala Stat Membru. Għaldaqstant, il-MEUSAC reġgħet twaqqfet fl-2008, biex tiffaċilita l-konsultazzjonijiet bejn rappreżentanti tal-Gvern u s-soċjetà ċivili fi stadju kemm jista’ jkun bikri. Permezz tal-konsultazzjoni, il-Gvern ikun jaf aħjar kif jintlaqtu setturi differenti b’liġijiet ġodda tal-UE li jkunu qed jiġi proposti. B’hekk, meta l-ministri tal-Gvern ikunu jiddiskutu ma’ ministri ta’ Stati Membri oħra fil-Kunsill tal-UE, ikunu jistgħu jinnegozjaw aħjar dak li l-iktar jaqbel għal Malta. Iżda fl-2008, il-MEUSAC ma

reġgħetx twaqqfet biss biex tikkonsulta, imma ngħatat żewġ rwoli oħra: it-tixrid tal-informazzjoni dwar l-UE u l-assistenza teknika biex jinkisbu fondi Ewropej għal proġetti ta’ fejda għas-soċjetà Maltija. Fl-2017, il-MEUSAC ġiet stabbilita bħala aġenzija governattiva bl-Avviż Legali 154, biex tkun f ’pożizzjoni aħjar li taqdi l-funzjonijiet tagħha. Meta tgħidu li permezz tal-MEUSAC tgħaqqdu liċ-ċittadini u lill-istakeholders f ’Malta mal-Unjoni Ewropea, xi tkunu qed tfissru? Malta, għalkemm l-iżgħar Stat Membru tal-UE, tieħu sehem f ’dak kollu li jkun qed jiġri fl-Unjoni, mit-teħid tad-deċiżjonijiet, għall-programmi ta’ fondi, u d-drittijiet u l-obbligi li ġġib is-sħubija. Iżda ħafna drabi jiġri li ċ-ċittadini Ewropej, inkluż dawk Maltin, iħossuhom maqtugħin minn dak li jkun għaddej fl-UE. Parti mir-raġuni għal dan is-sentiment hija li mhux dejjem jifhmu kif taħdem l-UE, fejn tista’ taġixxi u fejn le, kif jibbenefikaw mill-benefiċċji tas-sħubija, min jieħu d-deċiżjonijiet u kif jistgħu jsemmu leħinhom. Dawn huma r-raġunijiet għalfejn il-Gvern waqqaf il-MEUSAC, biex isservi ta’ pont bejn l-istrutturi u l-istituzzjonijiet tal-UE u ċ-ċittadini. Il-MEUSAC iwettaq dan ir-rwol b’di-

versi modi, kemm permezz ta’ kuntatt ma’ dawk li jinħtieġu xi tip ta’ informazzjoni marbuta mal-UE u kemm bis-sehem tal-uffiċjali tagħha fi programmi fuq it-televixin u r-radju, artikli f ’gazzetti u pjattaformi online, permezz tal-website, il-midja soċjali u billi jorganizza attivitajiet għall-pubbliku bl-għan li jinforma u jinvolvi liċ-ċittadini fid-dibattitu fuq kwistjonijiet Ewropej. Sa mill-2018, il-MEUSAC bdiet ukoll toffri s-servizzi tal-informazzjoni billi tmexxi ċentru msejjaħ Europe Direct. Fl-UE nsibu madwar 450 ċentru kofinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea li jaqdu din il-funzjoni. Intom twasslu wkoll lill-pubbliku ġenerali, informazzjoni relatata mal-Unjoni Ewropea. Taħsbu li l-pubbliku dejjem jifhem dak li tkunu qed tippruvaw twasslu? Dik hija sfida kontinwa imma interessanti. Huwa fatt li l-mod kif taħdem l-UE huwa ħafna drabi kkumplikat u mhux dejjem faċli tispjegah fi ftit kliem. Din hija sfida kontinwa imma interessanti għalina, li nispjegaw b’mod li jinftiehem u nwasslu l-informazzjoni korretta. Nemmnu li iktar ma nagħmlu dan, innaqqsu l-informazzioni ħażina u l-iskorrettezzi dwar l-UE. Fl-aħħar mill-aħħar, iktar ma ċ-ċittadini jifhmu x’tagħmel l-UE, bid-drittijiet u l-obbligi li

ġġib magħha, iktar ifittxu kif igawdu minnhom għall-benefiċċju tagħhom. Il-MEUSAC tistinka biex twassal informazzjoni korretta u fattwali dwar l-UE, id-drittijiet u l-obbligi ta’ Malta bħala Stat Membru, kif ukoll taċ-ċittadini Maltin bħala ċittadini tal-UE. Spjegali kif tippromwovu d-djalogu Ewropew fir-rigward ta’ ideali, valuri u azzjoni? Is-sħubija ta’ pajjiżna fl-UE tfisser sħubija f ’unjoni ta’ pajjiżi li jħaddnu l-valuri tal-paċi, is-solidarjetà, ir-rispett lejn id-dinjità u d-drittijiet umani, l-ugwaljanza u l-ġustizzja soċjali, fost l-oħrajn. Kienu dawn il-valuri li wasslu lill-mexxejja fundaturi ta’ sitt pajjiżi Ewropej biex jingħaqdu flimkien u jaħdmu biex jibnu l-proġett Ewropew - li jaraw Ewropa magħquda. Illum, iktar minn qatt qabel, l-Ewropa qiegħda tiffaċċja diversi sfidi biex twettaq fil-prattika l-ideali li sawruha u biex tkompli tibni l-proġett Ewropew li beda 70 sena ilu. Meta Malta ssieħbet fl-UE 16–il sena ilu, is-sitwazzjoni kienet differenti mil-lum. L-UE tal-lum qed tiffaċċja sfidi bħal dawk tas-sigurtà marbuta malfenomenu tal-immigrazzjoni u theddida dejjem tikber tat-terroriżmu li qed joħolqu dubji serji fuq il-valuri fundamentali tal-UE bħall-moviment ħieles tal-persuni. F’dawn l-aħħar snin,

l-UE kienet għaddejja minn proċess ta’ riflessjoni dwar il-futur tagħha, biex issib soluzzjonijiet konvinċenti li jagħmluha aktar Unjoni. Id-deċiżjoni li ħa l-elettorat biex ir-Renju Unit ma jibqax Stat Membru tal-UE, żgur li se tħalli impatt fuq il-futur tal-UE. U dan huwa fattur ieħor importanti fl-istorja tal-UE, li jekk ma ħareġ xejn pożittiv minnu, qajjem dibattitu sħiħ dwar x’futur għandu jkollha l-Unjoni. Dan id-dibattitu huwa ħaj ukoll f ’Malta; dibattitu li fih il-MEUSAC qiegħed ikollu sehem importanti. Fl-2018, konna responsabbli biex f ’Malta norganizzaw sensiela ta’ konsultazzjonijiet ma’ diversi faxex u setturi tas-soċjetà. Kien eżerċizzju li semmejnieh ‘Għid tiegħek dwar l-Ewropa’ għax kull min ipparteċipa seta’ jgħid tiegħu/tagħha fuq diversi temi li jolqtu l-ħajja tagħna ta’ kuljum. Wara dan l-eżerċizzju ħriġna rapport bil-konklużjonijiet tallaqgħat li ġie mibgħut għall-kunsiderazzjoni ma’ rapporti ta’ Stati Membri oħra fil-Kunsill Ewropew. Minn hemm ħarġet id-direzzjoni politika tal-UE għall-ħames snin li ġejjin imsejħa Aġenda Strateġika. Din is-sena wkoll biħsiebna nagħmlu eżerċizzju simili, meta l-Kummissjoni Ewropea l-ġdida se tniedi dik li qed tissejjaħ ‘Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa’, biex iżżomm ħaj id-dibattitu dwar x’għandha tkun l-UE fis-snin li ġejjin. Il-MEUSAC u


27

23.02.2020

kullhadd.com

Europe Direct Valletta se jkunu fuq quddiem biex dan id-dibattitu jkun ħaj u jħalli l-frott. Intom toffru wkoll assistenza lill-Kunsilli Lokali u NGOs fir-rigward ta’ kisbiet ta’ fondi Ewropej. Kif isir dan? Servizz ieħor li l-MEUSAC bdiet toffri 12–il sena ilu, u li rnexxa sew għall-benefiċċju ta’ ħafna NGOs, Kunsilli Lokali, entitajiet tal-Gvern u individwi, kien l-assistenza biex jinkisbu fondi Ewropej għal proġetti ta’ fejda għas-soċjetà Maltija. Din l-għajnuna tikkonsisti li l-MEUSAC iwassal informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ fondi Ewropej u, iktar minn hekk, jassisti lill-Kunsilli Lokali u NGOs fil-proċess kultant tqil u kkumplikat tal-mili u s-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għall-fondi. Sal-lum, grazzi għal din l-għajnuna, li tingħata bla ħlas, il-MEUSAC għenet biex jinkisbu ’l fuq minn €60 miljun f ’fondi Ewropej. Fl-2019 biss, il-MEUSAC għenet biex jiġu sottomessi 95 applikazzjoni għall-fondi. L-Unjoni Ewropea għandha ħafna programmi differenti ta’ fondi Ewropej li jiffukaw fuq setturi diversi – fosthom l-edukazzjoni, l-isport, ir-riċerka u l-innovazzjoni. Kwalunkwe entità li tkun tixtieq informazzjoni dwar liema minn dawn il-programmi huma ta’ interess għaliha tista’ tikkuntattja lill-MEUSAC biex tikseb l-informazzjoni. Is-servizz li tagħti l-MEUSAC fejn jidħlu fondi tal-UE huwa wieħed ħolistiku għax jibda mill-informazzjoni u jibqa’ għaddej sakemm l-entità tissottometti l-applikazzjoni. Il-MEUSAC tgħin lil dawn l-entitajiet mhux biss biex ifasslu proposta tajba imma biex jiżviluppaw proġett kompetittiv li jkollu ċans jiġi magħżul għall-fondi. Mal-assistenza offruta

Infittxu wkoll li nkunu nafu jekk min juża s-servizzi tagħna jkunx sodisfatt. Mir-rispons li nieħdu, aħna magħrufin għas-servizz professjonali, b’attenzjoni individwali u fil-pront kemm jista’ jkun mill-MEUSAC għall-iżvilupp ta’ proġett u l-kitba tal-applikazzjoni, huwa importanti ferm li l-organizzazzjonijiet jifhmu tajjeb il-proċess li għandu jiġi segwit kemm biex jitfassal proġett kompetittiv u anke biex jiġu mwieġba tajjeb il-mistoqsijiet tal-applikazzjoni. Għal din irraġuni, il-MEUSAC issa qed toffri wkoll taħriġ dwar l-iżvilupp ta’ proġett u l-kitba tiegħu. Jista’ individwu waħdu li m’għandux NGO javviċinakom u jkollu opportunità wkoll li jikseb fondi mill-Unjoni Ewropea? Għalkemm ħafna mill-opportunitajiet ta’ fondi huma iktar intiżi għall-organizzazzjonijiet li jkollhom xi forma legali, bħal pereżempju, għaqda mhux governattiva, intrapriża jew dipartiment tal-Gvern, jeżistu opportunitajiet għall-individwi taħt numru ta’ proġetti li qed jiġu mmexxija minn entitajiet talGvern. Fost dawn insibu boroż ta’ studju li jagħtu l-opportunità lil studenti li jistudjaw f ’universitajiet madwar l-Ewropa. Parti mill-ispejjeż jiġu finanzjati minn fondi Ewropej. Skema oħra, ‘Investing in Skills’ toffri taħriġ għall-ħaddiema fl-intrapriżi. Jeżistu wkoll opportunitajiet biex nies jingħataw l-għajnuna biex jiksbu ħiliet li jistgħu jgħinuhom biex jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar. Madanakollu, l-aħjar parir li

nistgħu nagħtu jibqa’ dak li individwu jkellem lill-MEUSAC bil-każ partikolari tiegħu sabiex inkunu nistgħu niggwidawh fuq l-opportunitajiet li jista’ jibbenefika minnhom. Hemm ideat ġodda futuri dwar kif il-MEUSAC tkun aktar viċin in-nies biex isir iżjed użu minn dak li hemm offrut? Matul is-sena nesploraw regolarment kif nistgħu nilħqu aktar nies biex ikunu jafu s-servizzi li noffru. Nużaw mezzi differenti biex nilħqu sezzjonijiet differenti tas-soċjetà anki billi nagħrfu modi differenti ta’ kif nies differenti jżommu lilhom infushom aġġornati. Hekk pereżempju nużaw il-mezzi elettroniċi, online u l-midja soċjali, mezzi stampati u anki dawk tar-radju. Huwa ta’ prijorità għalina li nagħtu attenzjoni individwali u ngħinu b’kull mod li nistgħu. Infittxu wkoll li nkunu nafu jekk min juża s-servizzi tagħna jkunx sodisfatt. Mir-rispons li nieħdu, aħna magħrufin għasservizz professjonali, b’attenzjoni individwali u fil-pront kemm jista’ jkun. Jeżistu aktar uffiċini bħalkom madwar il-pajjiżi Ewropej? Isir kuntatt bejnietkom? Isiru proġetti kollaborattivi? Kif jista’ ċ-ċittadin Malti jibbenefika mill-MEUSAC? Għaliex

għandu wieħed jagħmel kuntatt magħkom? Fl-ebda pajjiż tal-UE ma teżisti aġenzija bħall-MEUSAC, għaliex f ’entità waħda, nistgħu niftaħru li għandna onestop-shop fejn iċ-ċittadini jsibu informazzjoni u assistenza marbuta mad-drittijiet u l-obbligi tagħhom fl-UE, isemmgħu leħinhom dwar x’pożizzjoni għandha tieħu Malta fuq liġijiet li jaffettwawna, u fl-aħħar u mhux l-inqas kif jibbenefikaw b’mod konkret mill-fondi talUE. Meta ngħidu ‘one-stop-shop’ nifhmu li dawk kollha li jiġu għandna u jkollhom bżonn għajnuna speċjalizzata fuq każijiet partikolari, aħna nkunu nistgħu nidderiġuhom lejn entitajiet partikolari li jkunu jistgħu jindirizzaw il-każ tagħhom. F’Malta, bħal f ’pajjiżi oħra tal-UE, għandna ċentri speċjalizzati f ’oqsma differenti li joffru assistenza liċ-ċittadini u negozji f ’pajjiżi oħra tal-UE, peress li Malta bħala Stat Membru talUE hi parti mis-Suq Waħdieni tal-UE, miż-Żona Schengen u l-ewro. Iċ-ċentri speċjalizzati li qed nirreferi għalihom jassistu ċ-ċittadini fejn jidħlu xiri ta’ pro-

dotti u servizzi, is-saħħa, l-ivvjaġġar, l-edukazzjoni u r-rikonoxximent tal-kwalifiki, il-fondi tal-UE, l-impjiegi, u għexieren ta’ oqsma oħra. Darba f ’sena, f ’Jum l-Ewropa li jaħbat fid-9 ta’ Mejju nagħmlu attività fil-Belt Valletta li fiha l-pubbliku jkun jista’ jsib dawn is-servizzi kollha f ’post wieħed u jkun jaf fejn għandu jirrikorri f ’każ ta’ bżonn. Il-MEUSAC għandu kuntatt ma’ dawn l-entitajiet u jkun jista’ jidderieġi lil dak li jkun mingħajr ma joqgħod jipprova jsib fejn għandu jmur jew jistaqsi. Kif jista’ wieħed jikkuntattjakom? L-uffiċini tagħna jinsabu f ’280 Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, ftit ’l isfel mill-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija. F’Għawdex għandna wkoll uffiċċju li jinsab fl-NGO Centre, Triq il-Madonna tar-Rummiena fix-Xewkija. Tistgħu tikkuntattjawna bit-telefown 2200 3300 jew bl-email info.meusac@gov.mt, u tistgħu ssegwuna fil-midja soċjali facebook.com/ meusacmalta jew permezz tassit elettroniku tagħna www.meusac.gov.mt.


28

23.02.2020

kullhadd.com

MINN MINISTRU ENERĠETIKU GĦAL PRESIDENT Il-ħerqa għan-nomina għall-Presidenza ta’ Dr Ugo Mifsud Bonnici ma tantx kienet mistennija, għax bħala Ministru kien għal qalbu jagħmel affarijiet li ħajtu kollha xtaq iwettaq. Mill-Ministeru tal-Edukazzjoni għamel ċerti tibdiliet fl-Università u fl-iskejjel u kien kuntent. Barra minn hekk kellu d-dekasteru tal-Kultura wkoll. Fetaħ il-Mużew Marittimu, beda r-restawr ta’ bosta postijiet u swar u l-Kappella ta’ Liesse. Jiġifieri dar kull post storiku li kellu bżonn restawr u kien għad fadallu x’jagħmel. Kellu (jew fetaħ) ukoll l-Iskola tal-Bini, fejn l-istudenti jitgħallmu s-sengħa u fl-istess ħin, bil-prattika tagħhom jagħmlu x-xogħol ta’ restawr. Kien ferm għal qalbu. Kien hu li rranġa l-qagħda tal-mużiċisti tal-Orkestra Nazzjonali, irranġalhom il-kundizzjonijiet, il-kuntratt tax-xogħol u t-Teatru Manoel. Jiġifieri wettaq bosta xogħlijiet iżda l-programm ma kienx għadu lestieh kollu. Dan minħabba li darba minnhom il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami qallu li xtaq jinnominah għal President. Dr Mifsud Bonnici wieġbu li la kellu ambizzjoni u lanqas xtaq il-ħatra. Iżda Eddie baqa’ jinsisti u fl-aħħar, għamilhielu b’mod li qisu ried jobdih, għax qallu li l-pajjiż kellu bżonnu f’dik il-kariga u kellu jaċċetta. Kif tistgħu tobsru, din hi intervista li għamilt lill-President Emeritu Dr. Ugo Mifsud Bonnici. Minn Charles B. Spiteri

Eċċellenza, x’tirrakkuntali fuq twelidek? Twelidt f ’Bormla fl-istess dar li għadni ngħix, fit-8 ta’ Novembru 1932. Meta twelidt, missieri kien Ministru tat-Teżor u tal-Pulizija tal-Gvern Nazzjonalista ta’ Sir Ugo Mifsud. Għext f ’Bormla sakemm kelli ħames snin, fejn attendejt sena l-Kulleġġ St Edward’s, peress li mbagħad faqqgħet il-Gwerra u morna refuġjati f ’Għawdex, fejn għamilt ħames snin oħra. L-iskola primarja bdejtha fis-Seminarju ta’ Għawdex, imbagħad fl-iskola elementari talGvern. Fl-1941 għamilt l-eżami għal-Liċeo u dħalt f ’dak ta’ Għawdex, sakemm fl-1945 irritornajna Malta u komplejt il-Liċeo hawn. Tliet snin wara dħalt l-Università. Bħala aħwa konna tlieta: jien, ħija sentejn u erba’ xhur ikbar minni u tifla, li mietet meta kellha sena. Allura missierek, li kien Ministru, kien ikollu jitla’ u jinżel minn Għawdex għal Malta? Kien jivvjaġġa kuljum għax kellu l-kawżi l-Qorti. Tinsiex li fi żmien il-Gwerra ma kienx Ministru, għax fl-1933 il-Gvern Ingliż

ħadilna l-Kostituzzjoni. Kien jiddefendi fil-ġurijiet u kellu għadd minnhom li jirrigwardjaw l-ispjunaġġ. Fl-istess żmien tal-Gwerra, missieri marad. Kellu kolp wara l-ieħor u minn Għawdex ġejna bih fis-sodod. Kien ukoll fil-ġuri ta’ Carmelo Borg Pisani? Le, għax kien diġà marid iżda segwieh minn fuq ir-radju. Lil Carmelo Borg Pisani kien jafu u kien jaf ukoll lil ħuh il-qassis, għax kienu mill-Isla. Kiteb fuqu, għax imbagħad għamel lectures fuq is-sedizzjoni u l-każ ta’ Borg Pisani kien fihom, iżda ma ddefendiehx hu. Bħala trobbija u dixxiplina, kellkom? It-trobbija kienet daqsxejn f ’biċċiet, għax parti qattajnieha Bormla, parti Għawdex u parti l-Kulleġġ St. Edward’s, fejn konna norqdu wkoll. Bħala dixxiplina nafuha l-aktar lil ommna, minħabba l-mard ta’ missierna. Niftakar li meta jien u ħija konna għadna l-Liċeo konna nqaxxrulu l-leħja. Lanqas ikellimna ma seta’ għax ilsienu żammlu wkoll.

U l-Liċeo kien bħal-lum, tidħol pedija Britannika u naħseb li kien ħaqqni. Il-bqija qatt ma sawwatni. ta’ xi 10, 11–il sena? Ukoll il-mamà, qatt ma sawtitna, Dażgur, iżda jien dħalt ta’ disa’ iżda b’għajnejha kienet issammarsnin, f ’dak ta’ Għawdex. Kien na u tbeżżagħna, għax iddaħħlek Liċeo żgħir iżda tajjeb. Kienu fik innifsek. Imbagħad tgħidilna: jgħallmuna nies bħal Ġorġ Pisani, “Ma tafux li hemm Alla fis-sema li bdieli l-Malti; Dun Pawl Cauchi, u tridu tagħtu rendikont?” Ommi li kien stupend fit-Taljan. L-Istorja kienet mara reliġjuża ferm. kien jgħallimhielna Dun Ġużepp ta’ Ġuljoża. Jiġifieri mil-Liċeo ta’ Tiftakar iż-żmien tal-ħefa. Xi Għawdex ħadt pedament mill- tgħidli fuqu f ’Bormla? aqwa. Meta ttrasferejt ruħi għal-Liċeo Niftakarha kemm kemm qabel ta’ Malta niftakar li l-Kap tal-Is- il-Gwerra, iżda mhux l-aktar fost kola kien J.P. Vassallo, li kien jieħu il-Bormliżi, iżda n-nies li jiġu ħsiebna wkoll, għax kien jaf li mis- mill-irħula tal-madwar. sieri kien marid u kienet il-mamà li riedet tlaħħaq ma’ kollox. Ġieli Għax hawn, minħabba li kien baqbaqnieha għax ma nagħmlux port, naħseb li kien hawn ftit il-homework u brikkunati simi- xogħol mhux ħażin, mhux li. Kienu jugżawna biex nerġgħu hekk? niġu għall-ordni u l-mamà kienet tipprova żżommilna d-dixxiplina. Barra mix-xogħol, in-nies ta’ Iżda għall-grazzja t’Alla spiċċajna Bormla aktarx kienu jippruvaw dħalna t-tnejn l-Università u lħaq- jagħmluha ta’ ċivilizzati aktar na avukati. minn dawk tal-irħula. Kienet tinħass id-distinzjoni bejn in-nies Kont se tgħidli xi ħaġa fuq tar-raħal u tal-belt. Jekk jista’ jkun, id-dixxiplina. Kif kienet dak in-nies tal-belt kienu jippruvaw iż-żmien? jilbsu ż-żarbun bil-kalzetti. Dawk tar-raħal, minn dak li niftakar jien, Aħna kellna dixxiplina morali, kienu għadhom ħafjin, fis-sens li mhux swat. Niftakar li missieri kienu jiġu l-bejjiegħa u tarahom darba biss tani daqqa fuq kuxxtejja, ħafjin. Iżda l-Bormliżi, kollha għax tfajtlu l-linka fuq l-Enċiklo- kienu jxiddu ż-żarbun.

Bħala qagħda finanzjarja, kif kienet? Il-biċċa l-kbira tan-nies ta’ Bormla kienu jaħdmu t-Tarzna. Allura niftakar li t-tfal li konna nilagħbu magħhom, jgħidulna li laħam nhar ta’ Ħadd biss. Ma kienx hemm lussu. Il-paga kienet ta’ 13–il xelin fil-ġimgħa u kellhom valur tajjeb, għax il-lira Ingliża kienet b’saħħitha, iżda ma kienx hawn sinjorija. Sa minn qabel il-Gwerra, in-nies ta’ Bormla ma kinux mitluqa. Ma jfissirx li ma kienx hawn delinkwenza, għax kien hawn ukoll, iżda t-tfal li konna nilagħbu magħhom, għalkemm ma kinux sinjuri, fi djarhom kellhom kollox għall-ordni. Semmejtli ż-żmien li mortu Għawdex fil-Gwerra. Kien milqut sew Għawdex? Dażgur li kien milqut. L-ewwel nett kien hemm ħafna Maltin, tant li kellhom ikabbru l-iskola primarja, għax tant marru Maltin refuġjati f ’Għawdex, li kien hemm ħafna tfal u l-iskola tar-Rabat ma kinitx biżżejjed. Kollha jgħixu ma’ nies oħra Għawdxin?


29

23.02.2020

kullhadd.com

Dażgur u min ħa furnished. li l-ħbieb tiegħi, bħal Toni BonPereżempju aħna, l-ewwel ma nici, li wara sar sumast tal-Banda morna kien f ’dar mgħammra. tal-Iljun. Kien ipinġili l-iljuni fuq l-iskritti kull xħin indawwar wiċċi, Għand nies li jiġu minnkom, għax Għawdex huma maqsumin jew lanqas? bejn dawk li jżommu ma’ tal-Iljun u tal-Istilla. Le, krejna. U kienet storja ħelwa, Aħna konna ngħidulhom li aħna għax missieri ma ġabarx il-familja Maltin u newtrali. U kien jgħidtagħna biss, iżda ġabar lill-famil- li: “Newtrali xejn, ħa npinġilek ji tal-mara tiegħu wkoll, jiġifieri iljun.” Toni kien ħadni wkoll oħtha miżżewġa, in-nanna u żewġ il-Banda tal-Iljun u ħajjarni nibxebbiet. Sa ma konna fuq il-bas- da nistudja l-klarinett. Għamilt timent, missieri kien għadu ma seba’ lezzjonijiet tiegħu, imbagħad ħasibx fejn kellna mmorru no- il-mamà qaltli li kelli l-iskola, qogħdu, għalkemm tlajna hemm nagħmel il-homework, immur ilbl-għamara b’kollox. Fuq il-bas- mużew... il-klarinett kien jonqostiment qagħad idur u jistaqsi fejn ni! U waqqfitni, għalkemm bdejt stajna nikru post sa ma sab qassis nistudja l-mużika magħha, għax xiħ li qallu: “Karm, m’għandix kienet iddoqq il-pjanu. fejn nagħtik, ħlief dar antika ħdejn il-Katidral, li ilha vojta żmien, Jiġifieri l-linja tal-avukaterija għax in-nies jgħidu li fiha l-ħares.” ma ħadthiex mingħand U hemm spiċċajna. il-papà tiegħek? Għax hu Din id-dar la kien fiha ilma u kien diġà kiber. lanqas dawl. WC biss kien fiha. Għall-ilma konna mmorru nġibuh Dażgur li ħadtha mingħandu, jien u l-kuġina minn fuq l-għajn, għalkemm kien ġa kiber u mafil-bramel u l-buqari. Għall-ew- rad. L-uffiċċju u l-klijenti li kellu wel lejl kellna xemgħa, li tahielna ħadhom f ’idejh l-Avukat Ċensu s-sagristan tal-Katidral, imbagħad Scerri, li ħa l-prattika mingħand xtrajna l-lampi tal-pitrolju. Iżda missieri. Dak għalhekk sar Avukat ma stajniex nibqgħu tliet familji tal-Kriminal, għax kompla jmexxi fuq xulxin f ’post ċkejken, li parti l-kawżi ta’ missieri. Imbagħad minnu kien umdu sew. Missieri laħaq Imħallef. reġa’ beda jfittex u sab min jikrilu furnished u krejna dar biex naħżnu Il-kriminal ta’ dak iż-żmien l-għamara. Niftakar lill-mamà fiex kien jikkonsisti l-aktar? tħeġġiġna noqogħdu attenti, għax dak il-post ma kienx tagħna. Fi żmien il-Gwerra kien hawn Anki meta nagħmlu l-homework, ħafna serq u delitti ekonomiċi, kienet tridna niktbu bil-linka, għax fis-sens li kont issib min jisraq il-ponta tal-lapes setgħet tigref mill-konvojs. Irridu nifhmu li kien l-injam tal-mejda. hawn il-ġuħ. Għal-landa bully beef bniedem kien jasal jagħti xeGħandek xi aneddotu bgħa lil ieħor biex ikollu x’jiekol partikolari ta’ dak iż-żmien? hu u familtu. Il-ġenerazzjoni ta’ warajna u dik Aħna għexna ħames snin sħaħ u tal-lum ma tirrealizzawx li aħna, għalhekk għamilnieha mat-tfal ta’ bħala tfal, konna nieklu biċċa ħobż hemm il-ħin kollu. Għalhekk kel- żejda, għax in-nanna u ommi ma

Ugo Mifsud Bonnici u Giuseppe Mifsud Bonnici fuq it-taraġ tal-Knisja ta’ Santa Margerita, Bormla

kinux jieħdu sehemhom. Kienu jibqgħu bil-ġuħ biex jien, ħija u t-tfal taz-zija, nieklu biċċa ħobż żejda, għax ir-razzjon kien ta’ kwart u nofs u ħadd ma kien jixba’ bih, la jkun fl-iżvilupp tiegħu. Imbagħad ma ssibx affarijiet oħra. Pereżempju konna nieklu l-imgħażel (clover). Illum, tgħid dan, jidħqu bik, iżda aħna konna nqaxxruh u nikluh. Iżda ma jingħadx li f ’Għawdex batew inqas ġuħ? Ir-raġuni kienet li kien hemm aktar agrikoltura u mingħand talmogħoż kont tiddobba ftit ħalib. Terġa’, xi prodotti tar-raba’ li llum ma nikluhomx, dak iż-żmien konna nikluhom. Niftakar li missieri, għamel żmien mitfugħ fuq il-bajtar tax-xewk biex jixba’. Kellna l-ġnien b’żewġ siġriet tal-bajtar tax-xewk u aħna t-tfal nitilgħu b’sellum, naqtgħuh, inqaxxruh u hu jiekol. U minbarra n-nuqqas ta’ ikel, kellna l-attakki tal-ajru l-ħin kollu fuqna. Għawdex konna nitilgħu fuq il-bejt u naraw l-ajruplani jitfgħu l-bombi fuq Malta. Niġu aktar lejna. Sirt avukat, iżda fuq liema qasam l-aktar li kont? Jien kont kważi nagħmel kollox. Bdejt fl-uffiċċju ta’ Ċensu Scerri, jiġifieri kont nattendi miegħu għall-ġurijiet, iżda kien iħallini għal xi kumpilazzjoni. Meta mbagħad ftaħt uffiċċju hawn, f ’Bormla, bdew jiġu n-nies għandi direttament u bdejt naħdem fil-kriminal, iżda kelli wkoll xogħol ċivili. Ix-xogħol tiegħi fil-Qorti kien mifrux ħafna. Bħala qasam, liema kien l-iktar interessanti?

Ovvjament, il-qasam kriminali. Iżda anki fiċ-ċivil kont nipprova nagħmel miri mal-klijent, li nistudja l-każ anki mill-awturi. Jien kelli ftit vantaġġ li missieri kellu librerija legali. Għalhekk nara l-awturi x’kienu jgħidu u nistudja fil-fond. U kelli xi suċċessi, fosthom irnexxieli xi darbtejn naqleb ġurisprudenza. Jiġifieri l-Qrati kienu qed jiddeċiedu b’ċertu mod, imbagħad studjajt aktar fil-fond u rnexxieli nipperswadi, darba lill-Imħallef Caruana Curran u darb’oħra lil Caruana Colombo, biex naqilbu l-ġurisprudenza minn kif kienet, għax fil-fehma tiegħi kienu qed jiddeċiedu ħażin, u qablu miegħi. Anki fil-Qorti tal-Appell. Dak iżżmien kien hemm l-Imħallfin Sir Luigi Camilleri, Harding u Montanaro. Kienu tliet pilastri. Iżda anki meta ġie Sir Anthony Mamo flok Sir Luigi Camilleri, kienet Qorti formidabbli, iżda meta raw li kelli raġun, dejjem tawhuli. Meta Sir Anthony Mamo sar il-President tar-Repubblika, bgħatt nifraħlu u għedtlu grazzi li bħala Prim Imħallef, ma qagħadx fuq dak li ddeċidew ta’ qablu, iżda reġa’ ddeċieda minn rajh u ħa l-intrigu li jbiddel il-ġurisprudenza. U dawk tawni xi żewġ suċċessi fiċ-ċivil. Fil-kriminal, daqqa tirbaħ u daqqa titlef. Wara kemm iżżewwiġt minn mindu lħaqt Avukat? Iżżewwiġt fl-1959 wara erba’ snin li ħadt il-lawrja. U billi mietet ommi fl-1956, jien u ħija bqajna weħidna fid-dar. Allura qisu kellna pressjoni biex niżżewġu. Jien iżżewwiġt sitt xhur qabel ħija, għax iddeċidejna li jien nibqa’ naħdem minn hawn u hu ntefa’ xogħol il-Belt, għax il-Professur Cremona, missier il-mara tiegħu, kellu klijentela kummerċjali kbira.

Ugo Mifsud Bonnici ma’ missieru Il-Gross, bil-ktieb f’idu

Għalhekk beda jaħdem fl-uffiċċju tiegħu. Jien bqajt marbut mal-klijentela ta’ Bormla. U peress li kelli d-dar lesta, iżżewwiġt qablu. X’tiftakar mit-tieġ? Inċident sabiħ! Kont tlabt ħabib tiegħi, Ġanni Danza jeħodli r-ritratt tat-tieġ. Dan ħa r-ritratti taċ-ċerimonja reliġjuża, rawh xi ħbieb tiegħu, staħa u telaq. U kulma għandna huma ritratti tal-knisja u tat-tieġ m’għandna xejn. Naf li kellna ħafna nies mistednin. Għamilt ħames snin fi prattika privata u fl-1964 bdiet il-kampanja tar-referendum tal-Indipendenza u Borg Olivier talabni nkun wieħed mill-Kummissarji. Aċċettajt u kien l-ewwel darba li għamilt xogħol pubbliku. Konna 10 u lili bagħtuni Għawdex. Wara tajtha għall-politika u servejt bħala Ministru għal seba’ snin.

Il-ġenerazzjoni ta’ warajna u dik tal-lum ma tirrealizzawx li aħna, bħala tfal, konna nieklu biċċa ħobż żejda, għax in-nanna u ommi ma kinux jieħdu sehemhom

Mary Mifsud Bonnici flimkien ma’ wliedha Giuseppe u Ugo fi Pjazza Santa Margerita, Bormla


30

23.02.2020

kullhadd.com

MINKEJJA LI MALTA MINGĦAJR MUNTANJI, ĦAJTU MDAWRA BIL-MOUNTAIN BIKES

Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Dan l-aħħar sirt naf b’individwu li ħajtu hija mdawra bil-mountain bikes, sew bħala passatemp u anke bħala wieħed mill-mezzi ta’ trasport tiegħu stess. Qed nirreferi għal Jonathan Darmanin. Għandu 39 sena, mill-Mosta fejn ilu jgħix minn tfulitu, u xogħlu huwa speċjalista fuq l-iżvilupp u l-awtomatika ma’ kumpanija fl-industrja tal-ħġieġ fejn wieħed mis-snajja’ b’saħħithom tiegħu hi li jagħmel għal iktar minn 20 sena glassblowing u welding tal-ħġieġ. Għandu għal qalbu ħafna l-passatemp li jdur bir-rota, mod speċjali qalb in-natura sabiħa li għandna hawn Malta. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem kreattiv, kompetittiv u sportiv ħafna b’valuri sodi. Iħobb u jirrispetta lid-dixxiplini sportivi kollha u mhux biss dawk li jaf jew li ġieli għamel hu personalment. Tul ħajtu kellu diversi sports għal qalbu fosthom il-futbol fejn kellu l-pożizzjoni ta’ goalkeeper fejn flimkien mat-timijiet li kien jilgħab magħhom rebħu ħafna tournaments flimkien, kellu għal qalbu ukoll l-arti marzjali, però din qatt ma pprattikaha fuq livell kompetittiv, dejjem żammha biss għall-iżvilupp personali tiegħu. Kien iħobb ukoll u forsi għadu xi ftit, issewqan sportiv bil-muturi fejn barra t-teknika ta’ kif isuqu fuq livell sportiv, kien tgħallem jagħmel kull parti tal-mutur minn suspentions sal-ġeometrija nnifisha tal-muturi. Kien fil-fatt bis-saħħa tal-mutur li daħal fix-xena tar-roti. Ridt inkun naf xi kemm ilu dilettant tal-ġiri bir-roti, u kemm ilu jikkompeti. Fil-fatt ilu madwar sitta/seba’ snin li beda joħroġ bir-rota fl-imħarbat (off-road) maż-żewġt iħbieb kbar li kellu mid-dinja tal-muturi bil-għan li jitilfu ftit piż u jiġu fiżikament aktar b’saħħithom għal fuq il-mutur. Però ftit ftit beda jirrealizza li dan l-isport bir-rota kien qed jagħtih iktar sodisfazzjon mill-mutur. “Waħda mill-ikbar raġunijiet ovvji hija li bil-mutur ridna nitilgħu ġo track fi Sqallija biex niprattikaw l-isports, mentri bir-rota stajt niprattikah kuljum hawn Malta stess. Bil-

mod il-mod bdejt nibda noħroġ bir-rota iktar regolari u bdejt inħares lejn it-teknika li hemm bżonn sabiex tinstaq b’veloċità għolja ħafna għan-niżla ġol-imħarbat, li kultant anki bil-mixi jkun diffiċli ħafna biex tinżel bil-mod aħseb u ara fuq żewġ roti.” Rebaħ il-Kampjonati Downhill tal-Mountain Bike li saru f ’Selmun Żied jgħidli li l-istess li għamel fuq il-mutur, għamlu bir-rota, jiġifieri l-ewwel tejjeb it-teknika tas-sewqan, imbagħad beda jħares lejn it-teknika tas-set-up tar-roti u minn hemm dejjem kompla jiżviluppahom u jtejjeb il-livell. “Eventwalment dħalt nikkompeti fit-tlielaq lokali purament għas-sodisfazzjon li nipparteċipa fl-iktar tlielaq agressivi u ta’ guts li jsiru fuq ir-roti hawn Malta, għax iva li jkollok ismek imniżżel fuq il-final results sheet għal tellieqa minn dawn tad-Downhill hija diġà xi ħaġa li kull min ħa sehem u rnexxielu jlesti tellieqa għandu jkollu unur u sodisfazzjon tal-ogħla grad bit-twettiq tagħha. Wara kull tellieqa nanalizza x’għamilt ħażin jew xi stajt għamilt aħjar u anke liema parti fiżika batejt l-iktar ħalli minn hemm inkun nista naħdem biex ngħolli l-livell. Pass, pass, tellieqa wara tellieqa, sibt ruħi nersaq dejjem aktar viċin l-atleti ta’ quddiem bl-għajnuna u l-gwida tal-akbar ħabib u team mate tiegħi li dak iż-żmien kien huwa iċ-champion nazzjonali. Kif bdejt nidħol mal-ewwel ħamsa bdejt inħares u nimmira kull darba għallpoduim, eventwalment spiċċajt bdejt nidħol podiums u anke nirbaħ xi tellieqa ’l hemm u ’l hawn.” Dan l-aħħar Jonathan rebaħ il-Kampjonati Downhill tal-Mountain Bike li saru f ’Selmun bejn total ta’ 17−il sewwieq fejn ikkompetew bejniethom fuq rotta teknika għall-aħħar. Ħallejt f ’idejh sabiex jgħaddili aktar dettalji dwar l-istess tellieqa. “Iva, fit30 ta’ Novembru kellna t-tellieqa għaċ-champion nazzjonali tad-Downhill għas-sena 2019 organizzata mill-MMBA - Mal-

ta Mountain Bike Association sponsorjata minn WheelWizard fejn jien kont qed niddefendi t-titlu peress li kont ir-rebbieħ tas-sena ta’ qabel ukoll. MMBA huma l-organizzaturi prinċipali tat-tlielaq XC u Downhill f ’pajjiżna. Is-sodisfazzjon li kelli u li għad għandi huwa kbir ħafna speċjalment xħin irnexxieli nżomm it-titlu nazzjonali għat-tieni sena konsekuttiva. Din kienet il-prova għalija personali li l-ewwel darba ma rbaħthiex b’kumbinazzjoni u li dan it-titlu tassew jistħoqqli,” stqarr miegħi. Konxja mill-fatt li t-taqtigħa għar-rebħa kienet waħda kbira minħabba li l-ewwel tliet ċiklisti rreġistraw l-istess ħin u li kien hemm inqas minn ftit sekondi fid-distakk ta’ bejniethom. Sew jgħidu li kull marka tgħodd, u f ’dan il-każ kull sekonda tgħodd għax ilftit sekondi distakk rebħuh. B’hekk ħadt il-kummenti minn għandu. “Iva, fil-verita 13−il milleżmu ta’ sekonda biss kien

hemm bejni u t-tieni wieħed u milleżmu biss ieħor għat-tielet atleta. It-trakka kienet dejqa iktar mis-soltu. Din is-sitwazzjoni tpoġġi lill-atleti kollha jgħaddu kważi eżatt minn fuq l-istess linja fejn bit-trakka aktar wiesgħa jkun hemm l-għażla għall-atleti biex jagħżlu individwalment minn fejn jgħaddu l-linja tat-tiġrija tagħhom. Għaldaqstant, il-perfezzjoni assoluta kienet meħtieġa biex tagħmel id-differenza bejn il-postijiet ta’ quddiem, bejn ir-rebħa jew podium.” It-tellieqa tirrikjedi teknika speċifika kontra l-ħin Ta’ min jgħid ukoll li din it-tellieqa tirrikjedi teknika speċifika kontra l-ħin. B’hekk ridt inkun naf fiex kienet tikkonsisti t-tiġrija li saret Selmum, u x’hemm jistennieh wara din ir-rebħa. “Barra il-wisa’ tat-trakka, kellna livelli ġodda fit-trakka għal din is-sena li għamluha interessanti ħaf-

na, kemm għall-ispettaturi, kif ukoll għalina l-atleti. Dawn il-livelli jfissru li meta tkun għaddej b’veloċità għan-niżla fl-imħarbat, imbagħad ikun hemm livell fl-art ta’ bejn metru jew tnejn, nispiċċaw bir-rota b’kollox fl-ajru sakemm ninżlu għal-livell ta’ isfel. Kellna post partikolari, fejn hemm xaqq kbir fl-art ta’ madwar erba’ metri wisa’ u bir-rota ridna naqbżu fl-ajru min-naħa għall-oħra tiegħu. Din tkun possibbli billi eżatt qabilha ninżlu minn fuq irdum wieqaf ħafna li jgħin intellgħu veloċità għolja ta’ madwar 55 kilometru fis-siegħa.” Kurżità li ddiskutejt miegħu hija li immaġinajt li l-mountain bike personali tiegħu, hija waħda attrezzata ħafna u li tiflaħ għal ċertu elementi tan-natura. Ħallejt f ’idejh sabiex jispjegali eżattament xi jkollha differenti minn kull rota normali oħra r-rota tiegħu. “L-iktar ħaġa li jkollha differenti rota apposta għad-downhill, barra li tkun b’saħħitha iktar hija l-ġeometri-


31

23.02.2020

kullhadd.com

F’Marzu li ġej ser jerġa’ jkollna t-tellieqa nazzjonali tad-downhill u bħas-soltu ser inkun qed neħodha u nippjana għaliha bis-serjetà li jistħoqqilha

ja tagħha u d-distanza tat-tul tas-suspension li ġeneralment tkun madwar 200 millimetru. Hemm qabża kbira meta tikkumpara man-naqra ta’ 40 millimetru li jkollha rota komuni, għalkemm xorta waħda jagħtuk pjaċir. Jien pereżempju, l-ewwel rota li kelli għall-off-road eżattament 40 millimetru suspension quddiem biss kellha. Ngħid ukoll li l-valur tar-rota li ntellaq biha tiswa daqs karozza normali. Fil-fatt ma nistax ma nsemmix kemm jien grat lejn l-isponsors li emmnu fija u fl-ambizzjonijiet tiegħi.” Ma’ Jonathan iddiskutejt ukoll it-taħriġ li jkollu jinvolvi fih sakemm ikun attiv f ’dan l-isport. Fil-fatt infurmani li kemm jista’ jkun iżomm lilu nnifsu fit. “Barra li noħroġ għall-passatemp bir-rota, regolarment nagħmel eżerċizzju fiżiku li jindirizza l-muskoli tal-upper body li jkollhom impatt dirett waqt li nkunu niżlin downhill bir-rota. Il-ġiri huwa eżerċizzju ieħor li nagħmel regolarment. Dawn it-tnejn inżommhom għal tul is-sena kollha, filwaqt li t-taħriġ bir-rota għat-tlielaq tad-downhill, ġeneralment isir għal kull tellieqa individwali fil-post fejn tkun magħrufa li ħa ssir it-tellieqa, però nagħmlu wkoll dawk li nsejħulhom aħna Downhill for Fun events. F’dawn l-events ikunu jistgħu jiġu beginners, anke b’roti taloff-road normali u jgħaddu siegħa pjaċir u ta’ taħriġ mal-atleti b’aktar esperjenza. Dawn l-events jiġu mifthema fuq Facebook group li jġib l-isem ta’ Malta DH Riders.” B’kurżità fuqi, staqsejtu jekk

bħala ċiklista, hux ġieli juża r-rota tiegħu bħala mezz ta’ trasport ukoll, jew jippreferix juża r-rota għall-passatemp tiegħu biss. “Għandi rota għal kuljum u nużaha biex immur ix-xogħol biha u għal xi qadjiet żgħar. F’Malta għandna t-temp jiffavorixxi ħafna. Però l-insfrastruttura tat-toroq qiegħda magħfusa ħafna fuq prijoritajiet għal meta nkunu qed insuqu vettura u mhux għal meta nkunu l-iktar vulnerabbli. Eżempju sewqan bir-rota fit-toroq. Min-naħa l-oħra għalkemm minn ħafna jitqies bħalha periklu, fil-verità jien ninnota li kull meta wieħed juri biċ-ċar billi jgħolli jdejh sew mingħajr mistħija u jindika ’l fejn jixtieq imur dejjem sibt rispett qawwi mix-xufiera.” Għalkemm bla muntanji, f ’Malta xorta rnexxielna nilħqu livelli tajbin ħafna Ma’ Jonathan iddiskutejt ukoll kif mill-viżjoni tiegħu jħares lejn l-isport ta’ mountain biking f ’Malta. “Naħseb li meta tikkunsidra li pajjiżna m’għandux muntanji, xorta rnexxielna nilħqu livelli tajbin ħafna. Però żgur li għadna ma lħaqniex il-potenzjal kollu. Il-qbiż bir-rampi u d-diżlivelli għadhom jikbru minn żmien għal żmien. Fil-fatt sal-ġimgħa l-oħra stess kien hemm group ta’ riders li rnexxielhom jivvintaw passaġġ li jgħaddi minn diżlivell u qabża ta’ madwar erba’ metri għal isfel. Għandi seba’ mitt sena biex immur nipruvaha,” tbissem jgħidli. Staqsejtu għandux xi rakkont

jew episodju umoristiku li jista’ jaqsam mal-qarrejja. “L-ewwel ġrajja li qed tiġini f ’moħħi, niftakar fl-ewwel darba li ħriġt bir-rota u mort off road ma’ żewġt iħbieb. Ir-rota li kont qed nuża dakinhar kellha qishom qrun fil-ġnub tal-handle bars li taqbad magħhom b’idejk waqt li tkun tiela’ xi telgħa qawwija biex tkun aktar komdu. Niftakarni naqbad magħhom jien u

tiela’, u kont għamilt iktar minn kwarta tiela’ din it-telgħa ħalli mbagħad naqbdu niżlin downhill. Insomma biex ma ntawwalx qbadt nieżel din id-downhill off road u kif tellajt il-veloċità, indunajt li kont qed inżomm il-handle bars minn dawn l-imberkin ta’ qrun u għaldaqstant bl-ebda mod ma stajt nuża l-breaks għax b’dik il-veloċità u d-daqqiet tal-iskossi, minn l-art imħarbta ma tkunx tis-

ta’ titlaq il-handle bar biex terġa’ taqbdu minn fejn suppost. Waslet l-ewwel kantuniera u ma kellix triq oħra ħlief li nibqa’ sejjer dritt u nindaħan ġol-ġebel u l-ħamrija li kien hemm fil-ġenb. Fortunatment kont għamilt xi erba’ kutrumbajsi mingħajr ma ħbatt ma’ ġebel kbir u ma weġġajtx, qomt bilwieqfa, tfarfart, ħarist lejn sħabi u nsibhom jitgħawġu biddaħk,” irrakkontali Jonathan.


32

23.02.2020

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

MARIJA IL-ĦAQQ

Jasal pellegrin fil-Kastell l-Iswed għall-kenn. Min kien tabilħaqq dan il-pellegrin fqir, bla flus u bla dar? In-nanu, dejjem waħdu, ’il bogħod minn kollox u minn kulħadd, isir ħabib ta’ dan il-pellegrin. Il-pellegrin jispiċċa jiftaħ qalbu man-nanu. Clotilde tinġibed lejn dak il-pellegrin li tant kienet tiġih ħniena minnha. Il-kampanjol iż-żgħir kien jibża’ min-nanu. Ma kienx jafdah. Kien jgħasses lil Clotilde mingħajr ma jħalli lil ħadd jinduna. Jiġu żewġ saltimbanki fil-bosk. Min kienu, u

x’riedu jiġu jagħmlu f ’dan il-post tant imwarrab? Luciano u s-Sinjura Leonia jingħaqdu għal għan wieħed. Jirnexxi l-għan tagħhom wara tant tbatija u taqtigħ ta’ qalb? Marija l-Ħamra, ix-xiħa li kienet tgħix fis-suq il-qadim, tisfa waħidha wara l-inkwiet li kienet għaddiet minnu f ’ħajjitha. Ħsiebha kien biss fi wliedha. Imma x’setgħet tagħmel sabiex isserraħ moħħha? Addattat minn Charles B. Spiteri

Silta Mill-Ktieb Għall-ħabta tal-għaxra ta’ billejl, il-Baruni Vamba kien ħiereġ mill-villa tiegħu. Kien liebes żbozz u kellu kappell tant goff f ’rasu, li kien jagħtih xeħta ta’ xi mgħallem kampanjol. Is-sema kien sabiħ. Il-qamar jiddi fil-ġmiel tiegħu kollu. It-toroq kienu battala u ma kienx jinstema’ ħoss ieħor ħlief dak tal-passi tal-Baruni, li ż-żarbun tiegħu fin, li xejn ma jaqbel għal dawk il-ħwejjeġ, beda jċaqċaq fuq ir-ramel. Beda jgħaġġel sakemm wasal Porta Romana, iżda xħin beda dieħel il-belt, il-pass tiegħu beda jonqos. Imbagħad waqaf taħt fanal biex iħares lejn l-arloġġ. “Għadu ftit kmieni biex immur Il Buco del Grillo,” qal. “Dal-ħin ma hemmx lil min irrid jien. Aħjar nibqa’ sejjer dritt għand Marija l-Ħamra.”

U kompla sejjer. “It-triq ftit twila,” qal, “imma ma jaqbillix nieħu karozzin, għax nista’ nagħti xi suspetti u biex nasal fil-ħsieb tiegħi, inħoss ruħi bħal meta kont xi għoxrin sena ilu.” Beda jħaffef il-pass u f ’inqas minn nofs siegħa, sab ruħu ħdejn id-dar ta’ Marija. Id-dawl li kien jidher minn barra, żgur kien tal-musbieħ li kellha fil-kamra x-xiħa. Kienet għadha ma daħlitx fis-sodda, avolja ta’ dik l-età. Marija żammet id-drawwiet ta’ meta kienet għadha man-nanu u ta’ meta kienet tistenna l-ħin biex tmur mas-soċi tal-Miżerja biex tgħinhom iqassmu l-priża. Il-Baruni Vamba ħabbat żewġ taħbitiet qawwija fuq il-bieb tad-dar. Malajr inġibed il-ħabel mingħajr ma ġie mistoqsi min kien.

Mistoqsija: Għand min baqa’ sejjer il-Baruni meta kien għadu kmieni biex imur fejn jixtieq hu? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb MARIJA - IL-ĦAQQ. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 1 ta’ Marzu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb ALBERT MARSHALL POEŻIJI 1964-2019 huwa: G. TABONE - ĦAL QORMI

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

05

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm żdied l-ammont li qed jintefaq fuq inċentivar għall-anzjani meta mqabbel mal-2013?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


33

23.02.2020

kullhadd.com

IR-RUĦ LI KIXFET DELITT Kitba ta’ MARY CHETCUTI

Mill-ewwel mument li xeħtu għajnejhom fuq xulxin inxtegħlet ix-xrara tal-imħabba bejniethom – hekk tibda l-istorja tażżagħżugħa Elva Zona Heaster u Erasmus (Edward) Stribbling Trout Shue fil-belt ta’ Greenbrier, West Virginia, l-Istati Uniti. Zona kienet omm xebba u meta Erasmus, li kien ġej minn barra l-belt, talabha tiżżewġu ftit ġimgħat wara li ltaqgħu hija aċċettat. Huma żżewġu fis-26 ta’ Ottubru 1896. Omm Zona, Mary Jane Heaster, xejn ma niżlitilha tajba dil-għaġla kollha u lanqas l-għażla ta’ bintha m’għoġbithiex – Erasmus kellu xi ħaġa fih li kienet timbuttaha. Il-koppja Shue marru jgħixu għalihom fejn Zona kienet tieħu ħsieb id-dar filwaqt li Erasmus kien jaqla’ ħobżu ma’ ħaddied. Kollox mexa ħarir sal-għodwa tat-23 ta’ Jannar 1897. Dakinhar, Erasmus bagħat lil Andy Jones, tfajjel ta’ 11–il sena, id-dar b’risposta għal martu Zona. Andy ħabbat fuq il-bieb u meta ma fetaħlu ħadd qabad u daħal u sab lil Zona mixħuta mal-art wiċċha ’l fuq b’id waħda fuq l-istonku tagħha u l-oħra dritta ’l isfel bħallikieku rieqda. Andy Jones beda jsejħilha sabiex tqum u meta ra li l-mara ma tħarrkitx ġera ’l barra u mar jgħid kollox lil ommu. Omm Andy inkwetat u sejħet għat-tabib filwaqt li bagħtet lil binha jġib lil Erasmus mix-xogħol. Ġara però li t-Tabib George Knapp kien maqbud fuq biċċa xogħol oħra u ddawwar biex wasal. Meta finalment ġie fid-dar biex jara x’kien ġralha Zona Shue sab li żewġha Erasmus kien diġà tellagħha fil-kamra tas-sodda, keffinha bl-aħjar libsa li kellha u xeħtilha velu fuq wiċċha. It-Tabib Knapp ipprova jispjega lil Erasmus li għalkemm kien ovvju li martu mietet, hu ried bilfors jeżaminaha biex jivverifika l-kawża tal-mewt. Ma’ dal-kliem Erasmus beda jixxenja, jolfoq u jħannen ras martu f ’dirgħajh u ma ħalliex lit-tabib jersaq lejha. Meta ma seta’ jagħmel xejn aktar, it-tabib iddeċieda li jiċċertifikaha li mietet minn kumplikazzjonijiet wara l-ħlas.

Malli saret taf bil-mewt ta’ bintha, Mary Jane Heaster ħassitha se tiġġennen. Ma setgħetx taċċetta li Zona mietet ħabta u sabta meta kienet tarmi s-saħħa – u din l-istorja li mietet bil-ħlas kienet assurda għax kienet ċerta li bintha lanqas biss kienet tqila. Mary Jane mill-ewwel issuspettat li Erasmus kellu x’jaqsam mal-mewta traġika ta’ Zona. Is-suspetti ta’ Mary Jane komplew jissudaw meta waqt ir-riċeviment li tradizzjonalment isir qabel id-difna, l-għaġir ta’ Erasmus beda jikkonfondi lil kulħadd – filli jibki, filli nervuż u ma ried lil ħadd jersaq viċin it-tebut miftuħ ta’ martu. Ħin minnhom poġġa mħadda fuq naħa u liżar mitwi fuq in-naħa l-oħra ta’ ras Zona biex, skont hu, tkun aktar komda. Barra minn hekk, dawrilha xall m’għonqha għax qal li kien għal qalbha wisq u ried jidfinha bih. Ir-riċeviment spiċċa u malli r-reffiegħa għollew it-tebut ħafna nies innutaw li ras Zona kienet qed tiċċaqlaq wisq – ħaġa mhux komuni f ’katavru. Madanakollu, Zona Shue indifnet u ommha Mary Jane irritornat lejn darha b’qalbha maqsuma u ffrustrata li s-suspetti tagħha ma setgħetx tippruvahom. Ftit jiem wara l-funeral, Mary Jane Heaster riedet trodd lura l-liżar li Erasmus kien ħalla ħdejn ras martu u li hi neħħiet mit-tebut qabel id-difna; Erasmus irrifjutah u Mary Jane iddeċidiet li tibqa’ żżommu b’tifkira ta’ bintha. Biss, riedet taħslu sew qabel terfgħu għax beda jerħi riħa xejn pjaċevoli. Tista’ taħseb kif inħasdet Mary Jane malli xeħtet il-liżar f ’mejjilla u l-ilma ġie lewn id-demm. Meta għadditilha l-qata’ qabdet buqar u tellgħet ftit ilma bih; ħaġa tal-iskantament l-ilma fil-buqar kien ċar kristall imma l-liżar baqa’ mtebba’ kulur roża. Mary Jane ippruvat minn kollox biex tneħħi t-tbajja imma kien kollu għalxejn. Meta rat hekk, interpretatu bħala messaġġ mingħand bintha Zona li kienet qed tipprova tgħidilha xi ħaġa. Mary Jane Heaster bdiet titlob bi ħrara

kbira sabiex bintha tagħtiha aktar sinjali ħalli tkun taf il-verità. Jingħad li f ’lejla xitwija waqt li Mary Jane kienet qed tkebbes il-fuklar, dehritilha għall-ewwel darba l-għażiża bintha Zona li riedet tgħidilha x’kien għadda minnha fl-aħħar mumenti ta’ ħajjitha. Ruh Zona qalet lil ommha li Erasmus mhux veru kien iħobbha. Sa mill-ewwel ġranet taż-żwieġ intebħet li żewġha kien raġel krudili u beda jerfa’ jdejh fuqha wkoll. Iż-żagħżugħa rrakkuntat lil ommha kif f ’dak il-jum fatali għaliha, Erasmus ifferoċja għax kienet qaltlu li ma kellhiex laħam xi ssajjarlu għall-ikel. Zona kompliet tgħid lil ommha kif ħebb għaliha u ħatafha minn għonqha u beda jifgaha. Ma setgħetx tiddefendi lilha nnifisha kontra l-qilla tiegħu u kisrilha għonqha daqskemm għafasha; biex tagħtiha prova ta’ dan qabded iddawwar rasha bilmod sakemm ġiet ta’ wara quddiem. Sa fl-aħħar, Mary Jane Heaster kellha l-prova li riedet. Bla telf ta’żmien, is-Sinjura Heaster marret u rrakkuntat kollox lill-Prosekutur lokali, John Alfred Preston li qagħad jisma’ l-istorja mill-bidu sal-aħħar u kellu jammetti li kien hemm tassew affarijiet li jixħtu dubji fuq Erasmus, għalkemm ilbiċċa dwar ruħ Zona ma tantx kien qed jemminha. Il-Prosekutur Preston ordna l-eżumazzjoni tal-katavru u saritlu awtopsja li tat raġun lil Mary Jane Heaster – għonq Zona kien miksur u l-passaġġ tan-nifs

kien mgħaffeġ kaġun ta’ strangulazzjoni vjolenti. Erasmus (Edward) Shue ġie arrestat u akkużat bil-qtil ta’ martu. F’Ġunju tal-1897 beda għaddej ġuri fejn inkixef il-passat ikrah tiegħu. Erasmus Shue kien diġà żżewweġ darbtejn oħra; kien iddivorzja mill-ewwel wieħed u romol f ’ċirkustanzi xejn ċari mit-tieni wieħed. Barra minn hekk, gwardjani talħabs fejn kien qed jinżam qalu lill-Qorti li Erasmus Shue kien qed jiftaħar ma’ ħabsin oħrajn li ried jiżżewweġ seba’ darbiet. Meta waslitlu għal widnejh l-istorja ta’ ruħ Zona li kellmet lil ommha, l-Avukat difensur ta’ Erasmus ried lil Mary Jane Heaster titla’ tixhed bil-ħsieb li jirredikolaha. Il-pjan marlu żmerċ għaliex Mary Jane Heaster sammret awla mimlija daqs bajda bl-istorja tal-apparizzjoni ta’ bintha li akkużat lil żewġha, Erasmus Shue, bħala l-qattiel tagħha filwaqt li ppruvatilha b’liema kefrija temmilha ħajjitha. Erasmus Shue ntbagħat għomru l-ħabs. Jekk baqgħalek dubju dwar dan ir-rakkont ngħidlek li fis-Soule Chapel Methodist Cemetery, Greenbrier, West Virginia, il-lapida fejn hi midfuna Zona Heaster Shue tgħid hekk: “Her death in 1897 was presumed natural until her spirit appeared to her mother to describe how she was killed by her husband Edward (Erasmus). Autopsy on the exhumed body verified the apparition’s account. Edward, found guilty of murder, was sentenced to the state prison. Only known case in which testimony from ghost helped convict a murderer.”


34

23.02.2020

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


35

23.02.2020

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 316

C. FALZON - L-IMQABBA

B’4 Numri 0028 0164 0222 0611 1098 1223 1442 1678 1782 1912 2033 2284 2882 2901

3591 4223 4284 4286 4382 4427 4694 4976 6257 7446 7495 7932 8396 8645 8722

8772 9117 9222 9240 9521 B’5 Numri 00815 10226 17885 19088 20770 22293 22780 28225

29972 34188 36469 39023 47212 55818 56402 56992 62368 67176 82009 87766 90523 92627

B’6 Numri 036489 326335 493363 500553 855789 935654 B’7 Numri 0782520 1914517 5356089 6469692 6516821

9331963 Bi 8 Numri 82699035 99902913 B’9 Numri 271026862 574338271 794309109 8937123

1. 4. 7,9. 9. 10. 12. 16. 18,19. 19.

Mimdudin: Kompli l-qawl: Meta ........ San Anard, iżra’ kull art (5) Toqgħod bieb ma’ bieb miegħi (4) Pjazza? (5) Ara 7 B’dawn f ’idejk tmexxi (6) Nobbli (6) Ara 2 Tilef il-ġenituri (5) Ara 18

20. 21. 23. 24.

Jista’ jkun għall-ikel (5) Ara 11 Bla tlugħ u nżul (4) Jinvistaw (5)

11,21M. Jista’ jkunu tax-xemx (5) 12,22. Il-femminil ta’ subien (5) 13. Strieħ fis-sliem bl-Ingliż Weqfin: imqassar (1,1,1) 1. Minn ħalqu 14. Tagħmlu jagħmel hekk (6) bħall-għasafar (6) 2,16. Minn Wied 15. Immorru ħdejn il-Għajn (6) il-Mulej (6) 3,17. Frott (6) 17. Isem (3) 5. U bl-Ingliż (3) 21. Waslu (3) 6. Isem (3) 22. Ara 12 wieqfa 8. Jaslu fl-aħħar (8)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Naħal, 4.Melħ, 7,16.Eħfef, 9,21W. Galdes, 10.Ballun, 12.Bnadar, 18,19. Rieda, 20.Iknes, 21.Dar, 23.Stil, 24.Inqas

Weqfin: 1,11.Nugrufun, 2,3.Ħalleb, 5.EML, 6.Ħin, 8.Ħad-Dingli, 12.BF, 13.Ark, 14.Ressaq, 15.Ċaflas, 17.Eva, 22.Rai


36

23.02.2020

kullhadd.com

M’AĦNIEX L-IMZAZEN LI JIXTIQUNA Editorjal

Ipokrisija ta’ dawk li jemmnu li r-regoli u l-liġijiet jeżistu biss għalihom meta jaqbel

Veru li inzertajna f ’nofs ir-“renju tal-bluha”, imma fil-Partit Nazzjonalista jaħsbu li fuq wiċċ din l-art kulħadd hu mazzun li lest jibla’ kollox. Jidher li għadhom jemmnu dak li kienu jiddikjaraw qabel l-2013, anke jekk minn dakinhar qalgħu sensiela twila ta’ tumakki elettorali. Din il-ġimgħa, waqt li kellna tliet seduti fl-inkjesta pubblika dwar jekk il-Gvern setax evita l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, esperjenzajna l-kejl doppju u estrem mill-paladini (!) Nazzjonalisti tarrule of law u l-governanza t-tajba. Din id-darba t-tema kienet il-libertà tal-espressjoni. Jekk xejn kienet konferma oħra tal-ipokrisija minn dawk li jemmnu fermament li r-regoli u/ jew il-liġijiet jeżistu biss għalihom jekk u meta jkun jaqbel. Il-livell ta’ arroganza u ardir ma tbaxxa qatt, anzi l-oppost. Ovvjament ma rridux u mhux se nidħlu fil-mertu proprju tal-inkjesta, imma ma tistax ma tikkummentax fuq ċerti mistoqsijiet u kummenti li saru lix-xhieda

mill-avukati Jason Azzopardi, Therese Comodini Cachia u Andrew Borg Cardona. Litteralment iħalluk perpless. Għax meta Jason u sħabu jħambqu fit-toroq tagħna jew fil-Parlament dwar kemm għandna niddefendu lill-ġurnalisti u l-libertà tal-espressjoni inġenerali, żgur ma tistenniex li fil-Qorti se joħorġu x-xwabel u l-pistoli kollha tagħhom kontra dan id-dritt fundamentali. Dan il-punt tad-double standards irrimarkah tajjeb id-Deputat Kap tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Nigel Vella meta ntalab jikkummenta dwar jekk kienx ġust li jikkummenta dwar attwalità politika. Vella insista: “Aħna ma nistgħux ngħaddu l-opinjoni tagħna, imma intom tistgħu.” Jason Azzopardi wkoll kellu l-ardir li jistaqsi lil uffiċjal ieħor fis-Segretarjat tal-Prim Ministru Josef Caruana minn fejn ġab silta minn rapport tal-FIAU, li ppreżenta fi programm televiżiv meta kien għadu Editur tal-ġurnal L-Orizzont.

Tista’ tlum lil xi ħadd li jistaqsi: “Ara hu seta’ jippubblika rapport sħiħ tal-FIAU, avolja qatt ma ddikjara jew irreġistra bħala ġurnalist!” L-istess Caruana kellu jiddefendi ruħu anke dwar editorjali li kiteb fuq Caruana Galizia. Tgħid ma kienx ikun xi ġurnalist ieħor minn xi midja differenti li jagħmlulu l-istess mistoqsija u ma tixgħelx Malta?! Imma dik hi r-riga mgħawġa li issa drajniehom jużaw. L-Eks Editur, ġustament, indika li l-libertà tal-kelma mhi monopolju ta’ ħadd u kulħadd, inkluża Caruana Galizia li setgħet faċilment tiftaħlu libell li kieku ħassitha malafamata jew inġurjata b’xi ħaġa. Inkluż b’libell kriminali, li ma tneħħiex qabel wasal Gvern Laburista. L-istonar fil-Qorti f ’dan is-sens, iżda, kompla wkoll mal-Eks Ġurnalist Glenn Bedingfield, illum Deputat. Dan ukoll ġie assedjat dwar kemm kien ekwu li jkollu rokna satirika dwar Caruana Galizia fi programm televiżiv li kien jippreżenta fuq ONE. Għal dan laħaq antiċipa tali ip-

okrisija Dr Joe Brincat li, fil-ħarġa ta’ L-Orizzont tal-Ħamis, kiteb li mhux biss is-satirika hi parti mil-libertà tal-espressjoni, imma fakkar fl-attakk imdemmi f ’Pariġi fuq il-ħaddiema tal-magażin satiriku Charlie Hebdo fl-2015. Ilkoll niftakru kif tal-PN amalgamaw lilhom infushom mal-kampanja sussegwenti #JeSuisCharlie u rikbu fuq l-istess idea wara d-delitt ta’ Daphne (#JeSuisDaphne). Minbarra hekk baqgħu jagħmlu kapital minn sentenza ta’ ħabs li ngħatat għexieren ta’ snin ilu lill-Editur tal-gazzetta satirika Nazzjonalista, In-Niggieża, wara li dan ammetta li dak iż-żmien inġurja lill-Ministru Ġużè Cassar billi vvinta storja fuqu dwar relazzjoni sesswali ma’ mara barra ż-żwieġ. Għalkemm konvinti mill-intelliġenza ta’ ġensna, li żgur ħadd mhu mazzun, jidher li sfortunatament se jkollna nibqgħu nitqannew b’din l-ipokrisija grassa. Dan kollu juri x’inhuma l-intenzjonijiet proprji ta’ ċerti karattri skaduti li għadhom iduru ma’ saqajna.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.