KullHadd_23.04.2017

Page 1

www.kullhadd.com

GAME OVER SIMON!

Il-Ħadd, 23 ta’ April, 2017

Ħarġa Nru 1,241 Prezz €1

L-unika forma ta’ evidenza tal-ikbar gidba fl-istorja politika ta’ Malta hija dik li qed tissejjaħ transcript ta’ dokumenti li llum huma ppruvati foloz.

Transcript mhux dokument oriġinali

Indirizz ta’ Malta ... Mhux tal-Panama

Egrant inbiegħet fl-2013, mhux fl-2015

Ma jeżistix safe fil-kċina tal-bank Pilatus

Ma fih l-ebda firma

• ELUF RAW XARABANK U STENNEW IS-SUPPOST PROVA; SPIĊĊAW B’XEJN • DAPHNE CARUANA GALIZIA TIRRIFJUTA LI TIXHED QUDDIEM L-INKJESTA MAĠISTERJALI Ara paġni 3, 4 u 5


02

23.04.2017

kullhadd.com

Editur ALEANDER BALZAN

L-Ogħla Temperatura: 18°C L-Inqas Temperatura: 12°C L-Indiċi UV: 7 Is-Sitwazzjoni ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja fuq iċ-ċentru tal-Mediterran se tersaq lejn il-Lvant tal-Libja. Temp: Sabiħ li jsir ftit imsaħħab waranofsinhar. Ir-Riħ: Majjistral it-Tramuntana ħafif għal moderat li jdur mill-Punent il-Lbiċ filgħodu u jsir ħafif filgħaxija. Il-Viżibbiltà: Tajba. Il-Baħar: Ħafif lokalment moderat li jsir ħafif. L-Imbatt: Ftit li xejn. It-Temperatura tal-Baħar: 17°C

email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572

Disinn tal-Paġni LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571

Kuntatt Ġenerali KullĦadd

It-Tnejn

email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Indirizz Postali KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

19°C

UV 8

14°C

Il-Ħamis

19°C

UV 8

15°C

20°C

Il-Ġimgħa

UV 8

15°C

Is-Sibt

Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

20°C

UV 7

15°C

19°C

UV 6

13°C

20°C

UV 8

14°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Il-Belt Valletta – 21238355 National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Il-Ħamrun – 21225539 Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi – 21487739 The Local Dispensary, Triq Kan. K. Pirotta, Birkirkara – 21493549 St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Ġużepp, Tal-Pietà – 21237327 Numri Importanti Pembroke Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke – 21372784 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​ Chemimart Pharmacy . 4,5,6, il-Piazzetta, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21338369 112​ St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Ħ’Attard – 21436348 St. Louis Pharmacy, Triq Cali, Il-Mosta – 21432802 Il-Pulizija ta’ Malta St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 2122 4001-9​ St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid – 21665848 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ​ Felice Pharmacy, 95, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 21827939 2393 0000 Brittania Pharmacy, 5 Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa – 21658622 Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Ħal Luqa – 21692546 Il-Gwardjani Lokali ​2132 0202 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 21465411 Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli – 21457128

Stampat Progress Press

L-Isptar ta’ Malta 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex ​2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza ​ 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku ​1182

Għawdex Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Ir-Rabat – 21556170 Nadur Pharmacy, Pjazza it-28 t’April 1688, In-Nadur – 21563589 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.


03

23.04.2017

kullhadd.com

IL-ĦAMES FATTI LI JIXHDU LI D-DOKUMENT FALZ Il-logħba ta’ Simon Busuttil bis-suppost dokumenti li suppost jippruvaw ta’ min hi Egrant spiċċat hekk kif qed jiġi ppruvat li dawn id-dokumenti huma foloz u ffabbrikati. Dan joħroġ minn analiżi sempliċi ta’ dak li Daphne Caruana Galizia qalet li hu kopja miktuba (transcript) ta’ dak li hemm fuq suppost dokument magħruf bħala declaration of trust. L-ewwel prova – transcript mhux dokument oriġinali Fil-fatt l-ewwel sinjal li d-dokument huwa falz joħroġ mill-fatt li dak żvelat mhuwiex dokument uffiċjali, imma biss transcript ta’ dan is-suppost declaration of trust. Kieku Caruana Galizia u Busuttil kellhom dan id-dokument, illi li kieku veru jeżisti kien ikun ittimbrat b’mod uffiċjali, kienu jippubblikaw lilu mill-ewwel. It-tieni prova – Egrant inbiegħet fl-2013, mhux fl-2015 L-ishma ta’ Egrant għaddew għand Brian Tonna fl-2013. Ma jista’ jkun qatt li min għadda l-ishma tal-kumpanija

lil Tonna, sentejn wara reġa’ għadda l-ishma tal-kumpanija lil xi ħadd ieħor, f ’dan il-każ, lill-mart il-Prim Ministru Michelle Muscat. Esperti sostnew li jekk xejn, kien ikun Tonna li għamel din id-declaration of trust lil xi ħadd ieħor. B’mod sempliċi, min biegħ xi ħaġa u telaqha minn idejh, ma jistax jerġa’ jbigħha lil ħaddieħor. It-tielet prova – Indirizz ta’ Malta... Mhux tal-Panama Is-suppost dokument li Caruana Galizia u Busuttil jirreferu għalih bħala declaration of trust iġib l-indirizz ta’ Malta, mhux talPanama. L-iskuża hi li Nexia BT għandhom l-uffiċini f ’dak

l-indirizz. L-esperti li tkellimna magħhom spjegawlna illi li kieku s-suppost dokument li kkupjaw minn fuqu kien wieħed awtentiku, l-indirizz kien ikun fil-Panama għax il-kumpanija Egrant hija inkorporata u reġistrata fil-Panama. Dan is-suppost dokument li qed jissemma, għandu jġib l-indirizz oriġinali ta’ fejn ilkumpanija kienet reġistrata oriġinarjament. Allura jekk din hija kumpanija inkorporata u reġistrata “filPanama”, kif jista’ jkun li qed iġġib indirizz ta’ Malta? Ir-raba’ fatt – l-ebda firma Ġie nnutat ukoll li fis-suppost dokumenti ma hemm l-ebda

firma. Anzi Caruana Galizia tgħid ċar u tond li ma teżisti l-ebda firma ta’ mart il-Prim Ministru Michelle Muscat li qed jintqal li Egrant hija tagħha. Din minnha nfisha hija prova mill-aktar ċara li ma jeżistux dokumenti awtentiċi. Il-ħames fatt – Ma jeżistix safe fil-kċina tal-bank Pilatus Forsi l-iktar fatt sempliċi li jista’ jiġi vverifikat huwa dak li Caruana Galizia tgħid fit-titlu, jiġifieri li dawn issuppost dokumenti tneħħew mis-safe li jinsab fil-kċina ta’ Pilatus Bank. Fil-fatt, l-editur talMaltatoday Saviour Balzan qal fi tweet li fil-kċina tal-

CARUANA GALIZIA MA TMURX GĦALL-INKJESTA Daphne Caruana Galizia rrifjutat li tidher quddiem l-inkjesta li qed jagħmel ilMaġistrat inkwirenti dwar allegazzjonijiet li għamlet hi stess. Allegazzjonijiet li qed jirriżulta iktar minn qatt qabel li huma foloz. Caruana Galiza kkonfermat li mhux se tidher quddiem il-Maġistrat fuq ilblogg tagħha anke jekk intalbet tagħmel dan minn pulizija li qed jgħinu flinvestigazzjoni. Qalet li meta ċemplulha biex tidher quddiem il-Maġistrat hi wieġbet li ma setgħetx tmur u skont hi għamlitha ċara li min hu investigat hu obbligat li jmur u

mhux hi. Saħansitra talbet lill-Maġistrat jiktbilha formalment jekk irid xi rispons mingħandha. Skont hi huwa ħażin li ġurnalist jitkellem ma’ maġistrat inkwirenti għax ġurnalist jiddependi fuq is-sors. Għalkemm hija normali li ġurnalisti jwieġbu għal sejħiet f ’investigazzjonijiet bħal dawn anke jekk jipproteġu s-sorsi tagħhom. Naturalment, jekk ikunu jeżistu. Caruana Galizia attakkat ukoll l-integrità tal-Maġistrat u l-inkjesta nnifisha li sejħilitha “shame”. L-inkjesta qed titmexxa mill-Maġistrat Aaron Bugeja li jkun ħa l-inkarigu

skont skeda li għandhom bejniethom ilmaġistrati. Intant, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-mara tiegħu Michelle Muscat xehdu quddiem l-inkjesta li fuq talba tal-Prim Ministru qed tinvestiga l-allegazzjonijiet li saru dwaru minn Daphne Caruana Galizia, Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonalista. Fil-kummenti tiegħu wara tmiem isseduta, il-Prim Ministru qal li hu u martu taw ix-xhieda tagħhom fil-Qorti biex inaddfu isimhom minn dak li l-Prim Ministru sejjaħ bħala ħmieġ li ġie allegat fil-konfront tagħhom.

bank ma hemmx u lanqas qatt kien hemm safe, aħseb u ara kemm seta’ kien hemm dokumenti ġo dan is-safe immaġinarju. Issa qed jingħad li dan issafe seta’ tneħħa. Persuni midħla ta’ banek qalulna li dan is-safe ma jkunx wieħed li taqbdu u ġġorru minn post għall-ieħor kif ġieb u laħaq. Safe ta’ bank li fih jinżammu dokumenti sensittivi ċertament huwa safe li wieħed ma jneħħiex kif ġib u laħaq u bniedem waħdu ma jġorrux qisu mhu xejn. Iktar tard intqal ukoll li d-dokumenti mis-safe tneħħew f ’Marzu ta’ sena ilu. Dan wara jumejn sħaħ jallegaw li dawn is-suppost dokumenti tneħħew nhar ilĦamis li għadda.


04

23.04.2017

kullhadd.com

MIN MAR MINGĦAJR PROVI SPIĊĊA TILEF • SIMON BUSUTTIL GĦARQAN U SKOMDU F’ĦAFNA MILL-ĦINIJIET • MAL-ĦIN BUSUTTIL MA BAQAX KOMDU JITKELLEM FUQ IS-SUĠĠETT

Id-dibattitu ta’ Xarabank kien wieħed mistenni. F’mument fejn il-pajjiż kien qed jitkellem dwar l-ikbar gidba fl-istorja

politika ta’ Malta, l-isfida diretta li għamel il-Prim Ministru, Joseph Muscat il-Ġimgħa filgħodu ġibdet l-attenzjoni ta’

bosta li ammiraw kif il-politiku li seta’ deher li jinsab taħt xi ftit ta’ pressjoni għażel li jmur fuq l-istazzjon nazzjonali u

jħares f ’għajnejn min għamillu l-allegazzjonijiet biex jgħidlu li qed jigdeb. Il-kważi sagħtejn ta’ dibattitu bidlu kollox. Ħareġ taħt pressjoni, Simon Busuttil, għaliex Malta kollha stenniet li jmur bi prova biex jissostanzja l-allegazzjonijiet tiegħu u ta’ Daphne Caruana Galizia. Iżda, m’għamilx dan. Kien għalhekk li l-Partit Laburista qal f ’konferenza tal-aħbarijiet li Simon Busuttil falla l-ikbar test politiku tiegħu sal-lum. Li Busuttil kien qed ifalli t-test tiegħu deher mal-ħin filprogramm Xarabank. Ħafna mill-ħin għajnejh bdew iħarsu fil-vojt u l-għaraq beda jxoqq iktar għalih. Kien kollu għalxejn li f ’kull waqfa reklami bdew iduruh il-konsulenti tiegħu Matthew Bonnet u Caroline Muscat fost oħrajn. Jidher li meta nqabad li fuq Egrant u r-rabta li prova jagħmel malfamilja Muscat ma kellu ebda prova ngħata l-parir jitkellem fuq suġġetti oħra. Iżda, kien

kollu għalxejn. Sa dan il-ħin għal Simon Busuttil kienet Game Over. Dan il-ħsieb esprimewh opinjonisti ewlenin li ma setgħux jifhmu kif kap taloppożizzjoni kien lest jibbaża l-argumentazzjoni tiegħu u attakk serju kontra l-Prim Ministru fuq il-qlajjiet. Fuq dak li ma kellux provi għalih.

Ħafna mill-ħin għajnejh bdew iħarsu fil-vojt u l-għaraq beda jxoqq iktar għalih


05

23.04.2017

kullhadd.com

Dik serjetà wkoll, ta’ min irid ikun Prim Ministru. Illi jiġi għal deċiżjoni mingħajr ma jkollu l-provi

Il-Prim Ministru daħal hawnhekk jgħid illi jrid il-provi mingħandi u se joħroġ minn hawn jippretendi li l-provi jridhom mingħandi

ANDY ELLUL, AVUKAT “Għandek min-naħa waħda l-Prim Ministru li ġie sottopost għal attakk iffabbrikat mill-Partit Nazzjonalista, attakk moqżież illi qatt ma rajna bħalu, huwa frame-up perikoluż ħafna. Minkejja dan, baqa’ kompost u hemmhekk vera wera l-leadership skills tiegħu u anke għamilna kburin bħala Maltin li huwa l-Prim Ministru tagħna. Min-naħa l-oħra għandek Kap tal-Oppożizzjoni li wera kemm għandu karattru fjakk meta kellu l-wiċċ jirkeb fuq allegazzjonijiet infondati u foloz u ffabbrikati proprju biex jiskurja punti politiċi.” “U l-elezzjoni li jmiss mhux ħa tkun rebħa għall-partitarji Laburisti imma ħa tkun rebħa wkoll għall-partitarji Nazzjonalisti li ddejqu u ma jifilħux iktar lil din il-klikka moqżieża li ħakmet lill-Partit Nazzjonalista. Għaliex in-Nazzjonalisti ġenwini qed jiddisassoċjaw ruħhom minn Simon Busuttil, u Simon Busuttil min-naħa l-oħra mhux jiddisassoċja mill-hate bloggers moqżieża bħal Daphne Caruana Galizia.”

ROBERT MUSUMECI, PERIT / AVUKAT “Għadni qed nistenna lill-Partit Nazzjonalista jissostanzja dan il-fatt. Għaliex jekk issa ħa nibnu l-politika fuq allegazzjonijiet li nsibu fuq l-internet, naħseb dik hija triq perikoluża bħala mindset, jiġifieri iktar minn kollox, din mhix xi ħaġa ta’ darba. Jiġifieri din jekk b’mod sistematiku, turi system of conduct naqra perikoluża.” “Biex jiena ngħid li inti ħati, bilfors qabel m’għidt li inti ħati, jien għandi l-indizji, id-dokumenti, il-fatti f ’idejja jew għexthom jew rajthom biex nasal għaliha. Allura għandha tkun l-iktar ħaġa faċli din għall-Partit Nazzjonalista. Il-prova għandha tkun l-iktar ħaġa faċli.” BRENDAN ZERAFA, STUDENT “Simon Busuttil ma ppruvax l-allegazzjonijiet illi beda jagħmel. Allura fl-opinjoni tiegħi, dik iġġiegħel jew tinfluwenza sabiex hu ma jidhirx kredibbli.” “Is-sistema tgħidlek illi min qed jallega jġib il-provi. Inti anke meta tmur il-Qorti, il-Qorti tgħidlek li trid tistabbilixxi lil hinn minn kull dubju dettat mir-raġuni. Issa l-provi ma jġibhomx l-akkużat. Il-provi jġibhom min itellgħu l-Qorti.”

ROGER MIFSUD, EKS DEPUTAT EDITUR TIMES OF MALTA “Jekk se tkun qed tikkumenta fuq dak li jkun qed jingħad, trid tkun taf jekk dak li qed jingħad hux sew. Jiġifieri jekk Daphne Caruana Galizia għamlet din l-allegazzjoni li l-kumpanija hi ta’ Michelle Muscat, qabel joħroġ jgħidha u jirrepetiha hu qisu pappagall, irid jara daqsxejn kemm hi veritiera din l-affari. Kif tista’ taqbad tgħid li l-Prim Ministru għandu jirriżenja fuq ħaġa li qal ħaddieħor u inti ma investigajt xejn? Caruana Galizia kulħadd jaf illi kulma jagħmlu l-PN tal-qaddisin u kulma jagħmel il-Labour kollu ħażin. Din biased għalkollox. Ma tistax titwemmen fuq li tgħid fuq il-Partit Laburista.” YOSANNE VELLA, PROFESSUR FL-UNIVERSITÀ “Il-verdett tiegħi wara d-dibattitu. 95% il-Prim Ministru qed jgħid il-verità u 5% mhux. Lil hinn minn dan, Simon Busuttil tilef iċ-ċans li jagħti prova li l-Prim Ministru qed jigdeb. Għala ma użax id-dokument li DCG poġġiet online? Għala qagħad daqshekk attent li ma jsemmihx? Jekk emmen l-allegazzjoni tagħha, għala mhux qed jappoġġja l-provi tagħha issa?” Il-Professur tal-Università Yosanne Vella għaddiet dan il-kumment fuq facebook

Il-Kap tal-Oppożizzjoni jridni nitlaq, jien irridu jibqa’

Jiena bdejt b’36,000 minn taħt, inħossni qisni David u Gulija. Imma x’nagħmel? Ma nagħmel xejn?


06

23.04.2017

kullhadd.com

KOMPLA L-INKWIET KOALIZZJONI • ARRIGO JITKARRAB GĦALL-APPOĠĠ U JIKKONFERMA T-TĦASSIB

Fil-Partit Nazzjonalista ssokta l-inkwiet b’rabta mal-mod kif il-Kap, Simon Busuttil, ħadem il-koalizzjoni ma’ Marlene Farrugia. Koalizzjoni li ftehim dwarha sar minn wara dahar il-grupp parlamentari Nazzjonalista tant li meta qabel il-waqfa għall-vaganzi tal-Għid saret laqgħa talgrupp kien hemm membri li m’attendewx il-laqgħa li saret fil-Parlament anke jekk kienu fil-bini. Fosthom id-deputati Claudio Grech u Martese Portelli. Meta ħriġna d-dettalji minn dik il-laqgħa konna żvelajna wkoll kif fost dawk li jappoġġjaw lil Simon Busuttil dwar dan kien hemm Robert Arrigo li l-Ġimgħa kiteb fit-Times of Malta jitkarrab għall-appoġġ favur din il-koalizzjoni. Il-KullĦadd tista’ tiżvela li Arrigo kien mitlub jagħmel dan mill-uffiċċju komunikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fid-dawl tal-kritika interna għall-aħbar li Busuttil aċċetta li l-kandidati tal-Partit ta’ Marlene Farrugia jkunu fuq l-istess lista tal-PN. Biex jiġġustifika dak li ħema Simon Busuttil ma’ Marlene Farrugia, f ’wieħed minn diversi attentati ddisprati biex ilKap Nazzjonalista jirbaħ il-poter, Robert Arrigo uża lil Silvio Berlusconi, eks Prim Ministru Taljan. Qal li bħalu għandu jagħmel Simon Busuttil u jipprova jiġbor miegħu lil kull min jista’. Skont hu l-kompetizzjoni mal-Partit Laburista hija raġuni għaliex il-Partit Nazzjonalista ngħaqad mal-Partit Demokratiku. Arrigo kiteb li koalizzjoni hija possibbli b’aġenda li hi ċara. U b’ton ta’ wieħed li qed jiddefendi proposta qal li huwa

faċli li wieħed isib nuqqas fi proposta, imma dan m’għandux ikun l-għan din id-darba. Fi kliem Arrigo l-esiġenzi tas-sistema elettorali Maltija jitolbu li l-Partit Demokratiku u l-Partit Nazzjonalista jingħaqdu flimkien. Arrigo qal li “nieħdu ċans li niksbu iktar voti tal-ewwel għażla taħt umbrella komuni u nibqgħu niġġieldu għal voti oħra jaf tkun xi ħaġa li ma tintlaqax mill-ewwel mill-bażi tal-votanti.” Intant, għalkemm Simon Busuttil u Marlene Farrugia rtiraw biċċa meta pubblikament qalu li l-ftehim mhux finalizzat l-imkejjen tagħna fid-Dar Ċentrali spjegaw kif dak li kiteb Anthony Buttigieg fl-artiklu fit-Times of Malta kien ikkonfermat. Buttigieg huwa d-Deputat Mexxej tal-Partit Demokratiku. Fost oħrajn Anthony Buttigieg kien żvela li se jkun hemm manifest elettorali komuni bejn iż-żewġ partiti. Filwaqt li l-kandidati se jkunu taħt l-istess lista, dik blu tal-Partit Nazzjonalista, Anthony Buttigieg kiteb fit-Times of Malta li jekk tintrebaħ l-elezzjoni mill-Partit Nazzjonalista, it-tmexxija tal-pajjiż se tieħu l-forma ta’ koalizzjoni. Skont hu, fil-Gvern ikollna żewġ partiti u mhux partit wieħed. Saħansitra indika li kien hemm diskussjonijiet biex minflok il-Partit Nazzjonalista kif nafuh illum ikun hemm partit għalkollox ġdid. Però kiteb ukoll li ma kienx hemm ċans għal dan u għalhekk ittieħdet l-ewwel għażla li tal-Partit Demokratiku jmorru fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista.


07

23.04.2017

kullhadd.com

TNEĦĦA L-FAQAR KOLLU TA’ ŻMIEN GONZI U BUSUTTIL Inqered għalkollox ilfaqar li nħoloq flaħħar amministrazzjoni Nazzjonalista bil-Prim Ministru Joseph Muscat jispjega f ’Kastilja li dan hu riżultat tal-miżuri li ħa l-Gvern fl-aħħar snin fejn ilprosperità ekonomika kellha skop. Il-proporzjon ta’ nies filfaqar naqas għal dak li kien kważi għaxar snin ilu. Il-Prim Ministru saħaq li kieku l-Partit Laburista kabbar l-ekonomija mingħajr ma ra li l-middle class tissaħħaħ u l-persuni żvantaġġjati fissoċjetà jimxu ’l quddiem, kien ikun fil-Gvern bla ebda skop għaliex il-ġustizzja soċjali hija punt prinċipali. Kien għalhekk li l-Gvern, filbidu tal-leġiżlatura forsi deher bħala wieħed probusiness, spjega l-Prim Ministru, biex fiċ-ċokon tiegħu, pajjiżna jirnexxilu jegħleb il-mudell ta’ awsterità rakkomandat mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali. Huwa għalhekk li bi tnaqqis

ta’ 3.7% Malta kellha l-ikbar tnaqqis fil-faqar fl-Unjoni Ewropea. Illum ir-rata ta’ faqar materjali u sever hija n-nofs tal-medja Ewropea. Il-livelli baxxi f ’pajjiżna llum qed

joqorbu lejn l-Iżvizzera, ilpajjiżi Skandinavi, l-Olanda, il-Lussemburgu, l-Iżlanda u l-Awstrija. Jinsabu wkoll flistess livell tal-Ġermanja u ta’ Franza. Ir-rata f ’Malta hi iktar baxxa mir-Renju Unit,

il-Belġju, l-Italja, Spanja, ilPortugall, l-Irlanda u l-Greċja. Din hija l-aktar rata baxxa fost il-11-il pajjiż li daħlu flUnjoni Ewropea flimkien ma’ Malta jew wara. Il-Prim Ministru u l-Ministru

Michael Farrugia spjegaw f ’Kastilja li f ’din il-leġiżlatura nħolqu 28,000 impjieg u għalhekk dan ix-xogħol ma ġiex b’kumbinazzjoni. Saħansitra, il-qgħad naqas għall-inqas livell fl-istorja.

KIF JONQOS IL-FAQAR

ĠORG U MARIA

CARMEN

MARK U RITIENNE

Koppja anzjana li għandhom iktar minn 75 sena u li qegħdin fuq il-pensjoni minima. Din il-koppja bil-miżuri li daħlu din is-sena ħadu żieda fil-pensjoni minima u għajnuna supplimentari li jitilgħu għal €9.62 fil-ġimgħa li jitilgħu għal €500 fissena. Is-sena l-oħra ħadu €215 żieda filpensjoni. Jiġifieri f ’sentejn raw żieda ta’ €715 dħul. Minbarra dan, ingħataw ilbenefiċċju ta’ €300 fis-sena għax baqgħu d-dar u ma daħlux ġo home. Bil-bidliet ta’ dan il-Gvern ma jħallsux taxxa fuq il-pensjoni, minkejja li d-dħul tagħhom żdied. Din il-koppja ta’ pensjonanti rat żieda ta’ 10% fid-dħul tagħha f ’sentejn.

Carmen, armla li qabel miet irraġel kienet tikkwalifika għal pensjoni żgħira f ’isimha. Is-sena li għaddiet grazzi għar-riforma fil-pensjoni tar-romol ħadet żieda ta’ €35 fil-ġimgha, jew €1,820 fissena. Għax is-sena li għaddiet raħset it-taxxa għal dawk bi dħul baxx gawdiet minn roħs ta’ €104 fil-kont tat-taxxa tagħha. Din issena frott il-bidla fit-tassazzjoni tal-pensjonijiet, sejra tiffranka €286 oħra. F’sentejn biss din l-armla rat id-dħul tagħha jitjieb bi kważi 25%.

Koppja żagħżugħa, it-tnejn jaħdmu f ’fabbrika u jitħallsu l-paga minima. Għandhom żewġt itfal. Permezz tal-bidliet flinwork benefit u s-supplimentari qed jieħdu €10.85 fil-ġimgħa iktar; €564 fis-sena. Qed jikru appartament u jikkwalifikaw għas-sussidju. Wara l-bidliet fl-aħħar baġit żdiedu b’€39 filġimgħa. Jiġifieri se jiffrankaw €2,028 fis-sena. B’kollox din ilfamilja ggwadanjat €2,592 fis-sena. Titjib fid-dħul disponibbli tagħha ta’ 15%. Minħabba miżuri li daħħal dan il-Gvern, la Mark u Ritienne jaqilgħu paga minima ma jiġux intaxxati. Kieku ma nbidlitx id-direzzjoni, minflok, Mark u Ritienne kienu jħallsu €224 f ’taxxa tad-dħul bejniethom. Kieku ma nbidlitx id-direzzjoni fl-2013, la Mark u lanqas Ritienne ma kienu se jieħdu l-inwork benefit ta’ xi €1,880. Jiġifieri kieku ma seħħewx il-baġits ta’ dan il-Gvern, Mark u Ritienne kienu jkunu kwazi €4,700 minn taħt. U dan minn bidliet f ’benefiċċji u taxxa biss. Mark u Ritienne illum igawdu wkoll miċ-childcare b’xejn.


08

23.04.2017

kullhadd.com

IDURU D-DINJA B’TIFLA TA’ SITT SNIN • MALTA L-EWWEL PAJJIŻ FL-EWROPA Kitba ta’ TRISCHIA FALZON Malta huwa l-ewwel pajjiż Ewropew magħżul minn Sean u Valerie Clifford. Koppja li flimkien maċ-ċkejkna binthom Enya ta’ sitt snin, qed iduru d-dinja u, bi travel series imsejħa TheKidTrotter, iwasslu l-messaġġ ta’ kif u fejn l-aħjar tivjaġġa meta jkollok it-tfal żgħar. Barra minn hekk, imbarkaw fuq vjaġġ t’esperjenzi li juru kemm huwa faċli li ssiefer u ddur id-dinja bi ftit flus, anki bit-tfal. Għal pajjiżna ddedikaw għaxart ijiem; u tkellimna magħhom meta kienu waslu f ’nofs l-avventura tagħhom, u fi kliemhom “bdew bl-aħjar”. “Naħseb l-iktar ħaġa importanti li tgħallimna dwar Malta fl-aħħar jiem mhijiex ix-xemx, iżda l-mod sabiħ kif jilqgħuk in-nies,” qal Sean Clifford. Ilhom snin iduru d-dinja flimkien, iżda kien biss sentejn ilu li ddeċidew li jimbarkaw fuq vjaġġ li permezz tiegħu jwasslu lis-segwaċi tagħhom l-esperjenza ta’ x’jiġifieri ddur id-dinja kontinwament fla daru ħafna pajjiżi fl-Asja. bit-tfal. Issa kien imiss l-Ewropa, Fl-aħħar sentejn kisbu popo- u Malta huwa l-ewwel pajjiż larità li qatt ma basru, u bit-ti- li għażlu biex jibdew dan il-

vjaġġ; hekk kif fi kliem Sean pajjiżna huwa destinazzjoni unika fil-Mediterran. Valerie Clifford qalet li ridna pajjiż

bi storja kbira u twila u Malta għandha kollox. “L-arkitettura sabiħa ħafna u l-kultura hija taħlita bejn l-imgħoddi ta’ ċivilizzazzjoni Ewropea u Għarbija u għalhekk għalina din hija xi ħaġa li sibna sinjura ħafna. Għalhekk għalina hija interessanti ħafna li niskopru l-kultura tagħkom,” sostniet Valerie Clifford. Fiż-żjarat tagħha, il-familja Clifford tmur lil hinn mill-attrazzjonijiet turistiċi. Anzi l-koppja saħqet li l-għan tagħhom huwa li jagħtu togħma tal-kultura tal-pajjiż billi jitkelmu man-nies tal-lokal. Meta staqsejna lil Valerie dwar l-esperjenza tagħha bħala vjaġġatura fl-istess ħin li hija omm ta’ tifla ta’ sitt snin, qaltilna li t-tifla minn dejjem uriet l-għatx li titgħallem u tassorbi l-kulturi differenti minn madwar id-dinja. Valerie kompliet tgħid kif dik li għaddejjin minnha hija esperjenza mill-isbaħ. “Qabel, meta konna nsiefru waħedna, konna ngħidu li diffiċli tivjaġġa b’tifla u li seta’ jkun ikkumplikat. Imma huwa totalment il-kontra għax donnu t-tfal jadattaw iktar malajr milli nadattaw aħna u tiftaħ ħafna bibien anke għax tiltaqa’ ma’ ġenituri oħra, tfal oħra, u tidħol fil-kultura għax ikollok it-tfal,” qalet l-omm. Sean huwa Irlandiż u Valerie Franċiża, u ltaqgħu meta kienu għadhom żgħar ħafna – it-tnejn bl-istess ħolma: li jduru d-dinja. Ilhom iduru minn pajjiż għall-ieħor għal dawn l-aħħar

20 sena, u meta ddeċidew li jiżżewġu u jibdew familja, ma qatgħux qalbhom li jkomplu fuq dak li bnew u kebbsu l-imħabba tagħhom fuqu. Meta staqsejniehom dwar kif ikampaw finanzjarjament, Sean kien ċar. Meta l-ivjaġġar ikun prijorità, l-affarijiet l-oħra jiġu waħedhom. Stqarr li l-materjaliżmu ma jagħmilx bihom, allura jippruvaw inaqqsu l-ispejjeż żejda. Meta jkunu ’l bogħod minn darhom għal amont ta’ xhur, jikru l-post tagħhom u jwaqqfu spejjeż bħall-assigurazzjoni tal-karozza li ma jkunux qed jużaw. Flimkien daru l-maġġoranza tal-pajjiżi fil-kontinenti kollha, u filwaqt li Valerie qalet li n-Nepal huwa l-pajjiż li rabtet sew ma’ qalbha, Sean semma li aktar milli d-destinazzjoni hija l-esperjenza li jiltaqa’ ma’ nies differenti. U hawnhekk reġà semma lil pajjiżna. “Iktar milli d-destinazzjoni, hija iktar dwar li titlaqa’ man-nies. Xi jumejn ilu konna l-Qbajjar insuqu l-iscooter u konna mistiedna minn mara anzjana biex nixorbu l-Kinnie,” qal Clifford. B’ġirja bl-iscooter f ’kull pajjiż li jmorru tkun is-simbolu tagħhom, il-koppja Clifford ġabret dak kollu li esperjenzat fl-aħħar 20 sena f ’għaxar kelmiet. “Fil-qosor ngħid wieħed għandu joħroġ miż-żona komda tiegħu, u jipprova l-avventuri madwar id-dinja,” temmet tgħid Valerie.


09

kullhadd.com

TIKBER L-INVESTIGAZZJONI DWAR L-ISKANDLU FALCON

23.04.2017

• INVESTIGAZZJONI FUQ LIVELL GLOBALI DWAR IL-KAŻ FALCON FUNDS – IL-FOND TA’ “TONIO FENECH” • IL-ĦIDMA BEJN IL-PULIZIJA MALTIJA U ŻVEDIŻA GĦADHA GĦADDEJJA Kitba ta’ Mal-gazzetta Kullħadd inDINAH SEGUNA tqal li iktar ma iżjed nies qed jispiċċaw taħt investigazzjoni Investigazzjoni li bdiet minn tal-Pulizija, iktar qed jiskopru Malta u l-Iżvezja u li issa daħlu affarijiet ġodda dwar il-fond. fiha pajjiżi oħra: Din hi l-in- Dan wassal biex il-Pulizija vestigazzjoni kriminali b’rabta Żvediża titlob l-għajnuna legali mal-Falcon Funds, il-fond li fuq livell internazzjonali tant li fost id-diretturi tiegħu hemm pajjiżi bħar-Renju Unit u l-Finl-eks ministru nazzjonalista landja qed jagħtu l-għajnuna Tonio Fenech. tagħhom f ’każ li l-Iżvediżi jiSorsi li tkellmu mal-gazzetta rreferu għalih bħala l-Iskandlu Kullħadd spjegaw kif l-inves- Falcon. tigazzjoni mill-Pulizija Żve- “L-involviment ta’ pajjiżi oħra diża intensifikat tant li minn f ’din l-investigazzjoni huwa tliet persuni li kienu investiga- kruċjali dan għaliex il-proti fil-bidu, issa l-ammont tela’ sekuzzjoni qed tagħmel minn għal għaxar persuni li b’xi mod kollox biex tikseb lura l-flus jidher li għandhom konness- tal-pensjonanti Żvediżi,” qal joni ma’ dan il-fond. Fond li is-sors li tkellem mal-gazzetta għadu jiddomina l-aħbarijiet Kullħadd. Żvediżi dan hekk kif għadhom Ma’ Expressen, ġurnal Żvema ġewx irritornati il-biljuni ta’ diż, il-prosekutur Żvediż li flus li nsterqu mingħand pens- qed imexxi l-investigazzjoni, jonanti Żvediżi wara li t-tfaddil Arne Fors kien kwotat jgħid li tagħhom għaddew b’mod fro- anke jekk l-investigazzjoni indulenti minn fond privat għal tensifikat u mxiet ’il quddiem fond ta’ Tonio. qal li kien qiegħed jittama li sa

issa l-każ ikun magħluq. Madanakollu dak li xtaq ma seħħx. Qal li l-każ hu wieħed delikat, u l-prosekuzzjoni qed taħdem bla waqfien anke jekk xi drabi tkun limitata mir-riżorsi. “Irridu l-għajnuna legali minn pajjiżi differenti biex nittraċċaw

il-biljuni. Għad fadal xi jsir u rridu nħaffu l-ħidma,” qal Arne Fors ma’ Expressen. Sa issa, l-investigazzjoni qed tindika li flus il-pensjonanti għaddew f ’pajjiżi oħra u dan f ’tentattiv li l-biljuni ma jkunux

intraċċati. Dan il-ħjiel importanti, żied it-tama għall-Awtorità Żvediża għall-Pensjonijiet li xi darba l-pensjonanti se jaraw xi forma ta’ ħlas. Ma’ ġurnal Żvediż kelliem għall-Aġenzija qal li fix-xhur li ġejjin il-pensjonanti jistgħu jaraw t-tfaddil tagħhom. Is-sors li tkellem malgazzetta Kullħadd ikkonferma li l-ħidma bejn il-pulizija Żvediża u dik Maltija għadha għaddejja u hemm kollaborazzjoni sħiħa miż-żewġ naħat. Kien daqs xahar ilu li l-Pulizija Maltija daħlet fl-investigazzjoni dwar il-Falcon Funds. Dan wara li kienet il-Pulizija Żvediża li talbet l-għajnuna tagħha u minn hemm bdiet azzjoni konġunta li flimkien qed jaħdmu biex isibu l-flus ta’ 22 pensjonant li sfaw vittma tal-fond ta’ Tonio.


10

23.04.2017

kullhadd.com

FEJN MARRU L-MILJUNI? • L-ISPIŻA LI JITKELLEM KONTRA TAGĦHA BUSUTTIL HI FL-EDUKAZZJONI, IS-SAĦĦA U S-SETTUR S-SOĊJALI • ANALIŻI TEKNIKA - PROVA LI MILL-ĠID GAWDA KULĦADD Analiżi teknika turi li l-ispiża rikorrenti, li l-Kap talOppożizzjoni tant jitkellem dwarha, żdiedet fl-iktar oqsma importanti fil-ħajja tan-nies. Meta mqabbel mal-2012 iżżidiet f ’oqsma importanti s-sena li għaddiet kienu fenomenali. Dan minbarra l-bidu ta’ servizzi ġodda. Fost dawn insibu l-qasam tas-saħħa fejn kien hemm żidiet sostanzjali f ’oqsma bħax-xiri tal-mediċini u l-pagi kif turi t-tabella li qed nippubblikaw. Imbagħad daħlu servizzi ġodda li fi żmien Gvern Nazzjonalista ma kinux jeżistu. Fosthom dawk marbuta mal-IVF li permezz tagħhom familji ngħataw ħajja ġdida. Servizzi oħra huma marbuta mal-kanċer fejn mhux biss qed tingħata mediċina ġdida, iżda qed jinxtara apparat li jagħmilha possibbli biex kura li qabel kienet tingħata barra l-pajjiż jew saħansitra ma kinitx disponibbli issa tingħata f ’Malta. B’hekk jekk biex tinżel l-ispiża rikorrenti tonqos l-ispiża fuq is-saħħa, l-impatt jinħass direttament fuq il-familji. Bħalma jinħass jekk Simon

Busuttil jitħalla jreġġa’ l-arloġġ lura fil-qasam tal-edukazzjoni għax uħud mill-proposti ewlenin li kienu attwati Simon Busuttil kien tkellem kontra tagħhom. Fost dawn hemm il-garanzija għaż-żgħażagħ u l-istipendju għal min jirrepeti. Il-garanzija għaż-żgħażagħ kien sejħilha l-garanzija tal-washing machine. Minkejja li kien jaf li kienet maħsuba biex ma jintilfux mis-sistema edukattiva u middinja tax-xogħol żgħażagħ, jew aħjar adolexxenti, li fid-dinja akkademika ma jkunux qed jirnexxu. L-istipendu għal min jirrepeti wkoll kien qal li hu kontra tiegħu. Fost oħrajn f ’artiklu ta’ opinjoni fit-Times of Malta, Simon Busuttil kien semma dawn il-proposti fost dawk li kellhom iwasslu għal bailout. Naturalment, magħhom kien hemm oħrajn bħall-ħlas lura tat-taxxa mħallsa żejda fuq ilkarozzi. Bl-argumentazzjoni tiegħu, Simon Busuttil jimmina wkoll iċ-child care b’xejn għax fuqha qed jintefqu 12–il miljun ewro fis-sena. Bdiet ukoll nefqa fuq programmi li jgħinu lill-ġenituri

jibbilanċjaw l-impenji taxxogħol mal-ħajja tal-familja, fuq quddiem nett il-Breakfast Club. Club li jagħti kolazzjon bnin lit-tfal li jkunu twasslu l-iskola siegħa qabel. Fid-dawl li la jitkellem kontra l-ispiża rikorrenti li żdiedet minn xi mkien trid inaqqasha, hemm iktar x’nistaqsu dwaru. Ilmistoqsija li ssegwi hi jekk hux se tintlaqat l-ispiża fuq l-iskejjel tal-Knisja li żdiedet bil-miljuni tal-ewro bħalma żdiedet dik fuq il-Kulleġġ Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija u l-Università ta’ Malta. In-nefqa soċjali Għal Simon Busuttil u sħabu ż-żidiet huma kollha flus filħela u attentati biex jinxtraw il-voti. Hekk tkellem wara kull baġit ippreżentat mill-Gvern ta’ Joseph Muscat. Hekk jgħid kull nhar ta’ Ħadd fil-laqgħat politiċi tiegħu. Iżda, Simon Busuttil kien parti minn Gvern li ħalla l-ammont ta’ nies f ’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali jiżdied bi 18,000 persuna. Għax għalih l-investiment fin-nies huwa

Wieħed ma joħodhiex bi kbira għax fil-fatt diġà vvota kontra dawn il-proposti kollha meta dan il-baġit tressaq fil-Parlament nefqa żejda. Dan meta kien wiegħed lillUnjoni Ewropea li se jnaqqsu b’6,560. Aktar inkwetanti kien li taħt il-gvern preċedenti, in-numru ta’ persuni f ’faqar assolut kien tela’ minn 17,000 għal 37,000, b’aktar minn nofs iż-żieda fl-aħħar sena ta’ dik il-leġiżlatura - proprju meta Busuttil kien Viċi Kap tal-partit fil-Gvern. Biex ma jżidx l-ispiża rikorrenti, Gvern Nazzjonalista kien ukoll iddeċieda li ma jagħti

l-ebda żieda aktar miż-żieda talgħoli tal-ħajja lill-pensjonanti u fiż-żewġ manifesti elettorali li kiteb qatt ma wiegħed żieda fil-pensjoni minima. B’hekk meta wieħed jisimgħu jitkellem kontra ż-żieda fin-nefqa rikorrenti, il-mistoqsija hi jekk hux se jerġa’ jagħmel l-istess jew inkella saħansitra jmurx lura fuq ċerti żidiet li ngħataw. Hemm miżuri oħra li jistgħu jisfaw fil-mira ladarba jitkellem kontra n-nefqa rikorrenti u jgħid li mhix sostenibbli, minkejja li waqt li żdiedet pajjiżna rreġistra l-ewwel surplus f ’35 sena. Iżda, x’jagħmel? Ineħħi t-tapering tal-beneficcji soċjali lil dawk li jidħlu jaħdmu, fosthom lis-single parents? Ineħħi wkoll l-inwork benefit għax minħabba li huwa spiża rikorrenti Busuttil jemmen li dan huwa ħela u attentat biex jinxtraw il-voti? Fil-baġit li għadda l-Gvern ħabbar riforma enormi filqasam tal-persuni b’diżabbiltà, fejn dawk li ma jistgħux jaħdmu se jaraw il-benefiċċju tagħhom jitla’ għall-valur tal-paga minima. Dan il-Gvern fil-baġit li għadda wettaq riforma oħra enormi. Permezz tagħha l-carers ser ikollhom il-benefiċċju tagħhom jitla’ għal €140 fil-ġimgha, jew żieda ta’ €1,820 fis-sena. Żdiedet ukoll b’madwar €728 fis-sena l-carer’s allowance li hija benefiċċju li jingħata lill-carers ta’ persuni li għandhom livell anqas ta’ dipendenza. Permezz ta’ dawn ir-riformi l-kontribut qawwi tal-carers ġie mogħti r-rispett xieraq. Issa jekk għal Busuttil u sħabu dawn iż-żidiet fl-ispiża rikorrenti huma kollha ħżiena u frott attentat biex jinxtraw ilvoti, x’se jagħmel? Konklużjoni waħda hemm. Busuttil ireġġa’ lura l-ispiża fuq djar tal-anzjani u jħalli l-waiting lists jikbru b’rata allarmanti. Busuttil ineħħi l-appoġġ għal dawk li jagħżlu li joqogħdu fid-dar tagħhom. Lill-carers u lill-persuni b’diżabbiltà Busuttil ineħħilhom iż-żidiet li ngħataw fl-aħħar baġit? Wieħed ma joħodhiex bi kbira għax fil-fatt diġà vvota kontra dawn il-proposti kollha meta dan il-baġit tressaq filParlament. Anke jekk kien jaf li dawn huma proposti li qed ikunu attwati mill-pajjiż li kellu l-ikbar tkabbir ekonomiku flEwropa u għalhekk kien jiflaħ għalihom b’mod tajjeb ħafna. Kif fil-fatt irriżulta għax filwaqt li saru dawn in-nefqiet kollha, pajjiżna elimina għalkollox ilkelma defiċit. Tkompli f ’paġna 11 >>


11

23.04.2017

kullhadd.com

SAĦĦA 2012

2016

ŻIEDA

€64 MILJUN

€92 MILJUN

44%

€0

€1 MILJUN

Ġdida

€3 MILJUN

€11 MILJUN

267%

MAKKINARJU

€8.1 MILJUN

€12.3 MILJUN

52%

MONTE CARMELI

€24 MILJUN

€31.3 MILJUN

30%

PAGI

€166 MILJUN

€250MILJUN

50%

2012

2016

ŻIEDA

€30 MILJUN

€35 MILJUN

20%

PENSJONI TAR-ROMOL

€46.9 MILJUN

€62.2 MILJUN

33%

PERSUNI B’DIŻABBILTÀ

€11.9 MILJUN

€17.1 MILJUN

44%

€0

€10.6 MILJUN

Ġdida

€577 MILJUN

€731 MILJUN

27%

MEDIĊINI IVF POYC

EDUKAZZJONI 2012

2016

ŻIEDA

€45 MILJUN

€65 MILJUN

44%

€22.8 MILJUN

€28 MILJUN

3%

CHILDCARE B’XEJN

€0

€11.5 MILJUN

Ġdida

PROGRAMMI

€0

€1.6 MILJUN

Ġdida

STUDENTI F’DIFFIKULTÀ

€0

€1 MILJUN

Ġdida

UNIVERSITÀ

€49.7 MILJUN

€72.3 MILJUN

45%

MCAST

€15.4 MILJUN

€24.5 MILJUN

59%

PAGI

€161 MILJUN

€204 MILJUN

27%

SKEJJEL TAL-KNISJA MAINTENANCE GRANTS

BENEFIĊĊJI SOĊJALI

PENSJONI MINIMA

TAPERING BENEFIĊĊJI KONTRIBUTORJI

KURA TAL-ANZJANI U PERSUNI B’DIŻABBILTÀ 2012

2016

ŻIEDA

€5 MILJUN

€13.5 MILJUN

170%

DJAR TAL-ANZJANI

€8.7 MILJUN

€10.5 MILJUN

21%

PAGI

€34.4 MILJUN

€44 MILJUN

28%

ĦAJJA INDIPENDENTI

€300,000

€9 MILJUN

2500%

DAR PERSUNI B’DIŻABBILTÀ

€200,000

€1 MILJUN

500%

€0

€1 MILJUN

Ġdida

€800,000

€1 MILJUN

25%

DJAR PRIVATI

LIVE-IN CARER KNPD


12

23.04.2017

kullhadd.com

ĠIRJA BIEX IGAWDU MINN “POWER STATION” FUQ IL-BEJT • IN-NEGOZJI FIS-SETTUR TAL-PANNELLI BAQGĦU GĦADDEJJIN Kitba ta’ DINAH SEGUNA Kien aktar kmieni dan ix-xahar li tħabbret inizjattiva oħra għal dawk li jridu jinvestu fl-enerġija alternattiva fi djarhom. Hemm tmien miljun ewro u li minnhom se jibbenefikaw familji li jixtiequ li fuq il-bejt tagħhom ikollhom sistema li tiffrankalhom ħafna iżjed fuq il-kont tad-dawl. Ġimagħtejn wara li tħabbret din l-iskema, ir-rispons tal-familji diġà kien b’saħħtu ferm. Familji minn kull sfera tas-soċjetà resqu ’l quddiem biex jinvestu f ’enerġija rinovabbli. Deborah Schembri – responsabbli minn enerġija rinovabbli fi ħdan l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi u sid ta’ negozju hi stess qalet li “r-rispons kien pożittiv kemm min-naħa tas-settur kif ukoll min-naħa tal-familji Maltin li qed imorru għal dawn it-tip ta’ skemi t’għajnuna finanzjarja. Ma ninsewx illi s-settur tagħna għadda minn żminijiet verament diffiċli fejn aħna biex ikollna għotja maħruġa mill-gvern konna ġieli nistennew sentejn sħaħ. Konna nkunu fl-aqwa tagħna meta toħroġ għotja, imbagħad meta tispiċċa jispiċċa x-xogħol b’konsegwenza li konna nispiċċaw sentejn bil-ħaddiema ma nafux x’ser nagħmlu bihom.” Schembri qalet li n-nies ovjament meta jkunu jafu li hemm l-inċentivi jersqu lejn dawn l-inizjattivi. “Nafu li dan l-aħħar kien hemm miljuni oħra li kollha ġew eżawriti. It-tmien miljuni li għadu

Deborah Schembri kif tefa’ l-Gvern fis-suq hija xi ħaġa pożittiva ħafna tant li bħala settur lilna żammitna għaddejjin bix-xogħol filwaqt li l-familji Maltin u Għawdxin moħħhom mistrieħ li meta jasal il-mument tagħhom biex jinvestu f ’pannelli solari hemm għajnuna finanzjarja għalihom. Mhux imorru biex jinvestu u ma jsibux għajnuna,” kompliet tispjega. Insistiet li bħalma gawda l-konsumatur gawdew is-sidien u l-ħaddiema tagħhom. “Il-munita trid taraha miżżewġ naħat. Għandek il-kumpaniji li jipprovdulek dan is-servizz, u għandek il-familji li mhux kulħadd jinzerta li għandu l-flus f ’idejh biex jgħaqqad il-kumplament tas-somma li għandu bżonn biex jinvesti fil-pannelli solari. Din l-iskema qed tgħin ħafna biex ix-xogħol ikun stabbli u dejjem għaddej,” qalet Schembri f ’kummenti mal-gazzetta KullĦadd. Schembri żiedet tgħid li kulħadd jaf li b’sistema tal-pannelli se jiffranka ħafna flus mill-kontijiet tad-dawl u m’hemmx differenza bejn klassi tan-nofs jew għolja minn klassi baxxa. “Dan għaliex anke banek qed jof-

Abigail Mamo

vestu meta l-Gvern iħabbar xi skema. Li kien qed jiġri qabel hu li l-bejjiegħa kienu jagħmlu snin mingħajr xogħol imbagħad malli titħabbar xi skema kienu jispiċċaw ifuru bix-xogħol bil-konsegwenza li ma jlaħħqux mad-domanda. Anke għaliex kien ikun hemm ammont kbir ta’ flus allokati li jkunu jridu jintużaw f ’qasir żmien,” temmet Mamo li wriet kif hawn ukoll inbidlu ż-żminijiet. Qed isir iktar pjanar biex iċ-ċittadini jgawdu iktar. “Kien hemm żmien li meta tingħalaq l-iskema ma kienx ikollhom iżjed ordnijiet. Din kienet sistema ħażina, għax kienu jneħħu r-riżorsa umana tagħhom imbagħad jerġgħu jffitxuha. B’hekk l-estensjoni tal-iskema tal-pannelli kif inhi bħalissa għenet biex in-negozji jkollhom kontinwità fl-attività ekonomika tagħhom,” qalet Mamo li fl-aħħar nett spjegat x’kien is-sigriet ta’ dan kollu. “Din id-darba ftehemna minn qabel mal-Gvern. Għamilna allokazzjoni għal ħames snin sħaħ u l-bejjiegħa kienu jafu meta kienet se tinfetaħ l-iskema u l-flus allokati taħt kull skema. Din ħadmet tajjeb ħafna tant li l-problemi li kellna qabel m’għadhomx hemm,” temmet tgħid Mamo. Biex b’hekk in-negozji huma sodisfatti, iżda iktar minnhom madwar għoxrin elf familja li jistgħu jinvestu u jiffrankaw mill-kont tal-enerġija li għalkemm roħos dejjem hu ta’ sodisfazzjoni li wieħed iġibu żero.

fru skemi ta’ self raġonevoli biex ikollhom il-kumplament tas-somma li jkollhom bżonn biex jinvestu. Għaldaqstant, kulħadd jista’ jilħaq din is-somma u jkun jista’ jagħmel power station żgħira tiegħu fuq il-bejt,” kompliet tirrimarka. L-istess ħsibijiet esprimiethom Abigail Mamo, Direttur Ġenerali tal-GRTU. “Minnaħa tagħna kif stennejna kien hemm rispons tajjeb mill-bejjiegħa li huma membri tal-GRTU. Fil-fatt l-estensjoni konna tlabnieha aħna stess għax rajna domanda qawwija. Kien hemm mat-30 negozju membru tal-GRTU li bbenefikaw minn din l-iskema. Il-bejjiegħa qalulna li l-klijenti baqgħu deħlin b’mod regolari u issa l-klijenti għadhom ġejjin. Għall-klijenti li huma residenti domestiċi din hija għajnuna sostanzjali li flimkien ma’ skema li għamilna aħna li tista’ tissellef mingħajr interessi wieħed jista’ jagħmel l-investiment faċli,” irrimarkat Mamo. Bħar-rappreżentant fi ħdan l-MDA tinnota kemm kien essenzjali li dawn in-negozji jkollhom sens ta’ kontinwità. Ħolqa “Aħna nafu li l-Maltin jin- bosta

importanti

minn

Il-Ministru għall-Enerġija Konrad Mizzi spjega kif din hija wkoll ħolqa importanti minn bosta, tant li fl-aħħar erba’ snin sar investiment ta’ €41 miljun. “Apparti minn hekk, nedejna skemi ġodda li jinkludu skemi għal min m’għandux aċċess għall-bejt. Bdejna naħdmu fuq solar farms fuq ġibjuni tal-WSC, biex nimmasssimizzaw l-assi li għandhom il-WSC filwaqt li nikkontribwixxu għall-miri tal-2020 tal-enerġija rinnovabbli ta’ Malta. S’issa diġà lħaqna aktar minn nofs il-miri tagħna dwar enerġija rinovabbli li għandna nilħqu sal-2020,” spjega l-Ministru Mizzi. Il-Ministru Mizzi fakkar kif is-settur tal-enerġija dejjem kien meqjus bħala wieħed mill-aktar setturi importanti għal dan il-Gvern. Kien għal-

Aħna biex ikollna għotja maħruġa mill-Gvern konna ġieli nistennew sentejn sħaħ. Għamilna allokazzjoni għal ħames snin sħaħ u l-bejjiegħa kienu jafu meta kienet se tinfetaħ l-iskema u l-flus allokati taħt kull skema. Din ħadmet tajjeb ħafna

hekk li fl-2013 il-Partit Laburista fil-manifest kien iddikkjara li Gvern Laburista kien ser jenfasizza li jkollna enerġija nadifa, u jwettaq il-qalba mill-Heavy Fuel Oil, l-aktar żejt li jniġġes għall-gass. Illum qegħdin nosservaw ir-riżultati ta’ dan il-Gvern wara erba’ snin ta’ ħidma sfiqa b’risq il-poplu Malti u Għawdxi. Mizzi fakkar ukoll f ’waħda mill-ikbar kisbiet; l-għeluq tal-power station tal-Marsa. “Wara li ilha taħt cold standby mill-2015, il-power station tal-Marsa illum hija uffiċjalment magħluqa. Mhux talli hekk, inbeda l-process tat-twaqqigħ u llum qegħdin fil-proċess biex inwaqqgħu għalkollox il-main turbine hall tas-sit. Ċertu tankijiet talHeavy Fuel Oil li kienu jintużaw diġà żżarmaw, u inbeda l-proċess sabiex jitneħħa l-fdalijiet tal-aħħar Heavy Fuel Oil li kien fadal. Din tfisser ħafna għall-poplu tal-Marsa għaliex din il-power station kienet ilha mibnija għal żmien twil u kienet tarmi ħafna emmissjonijiet tossiċi għar-residenti tal-madwar, speċjalment tal-inħawi tal-Marsa, Raħal Ġdid, il-Ħamrun, il-Belt, il-Furjana, il-Fgura, Santa Lucija u Ħal Tarxien. Prattikament din tfisser nifs ġdid u nadif għall-poplu Malti u Għawdxi,” qal Mizzi li fisser Tkompli f ’paġna 13 >>


13

23.04.2017

kullhadd.com

kif issa se jkun hemm konsultazzjoni dwar l-użu ta’ dan is-sit. “Il-Marsa mhux l-unika impjant li jaħdem bil-Heavy Fuel Oil. L-eqdem parti ta’ Delimara, dik magħrufa bħala Delimara Phase 1 li tinkludi ċ-ċumnija l-kbira, se tingħalaq ukoll. Dalwaqt

se nkunu qegħdin nesperjenzaw it-tmiem tal-era tal-Heavy Fuel Oil darba għal dejjem. Dan ser ikun ifisser arja aktar nadifa, b’90% anqas trab fl-arja u 50% anqas emmissjonijiet, filwaqt li ser inkunu qegħdin inwaqqgħu iċ-ċumnija mostruża ta’ Deli-

mara,” kompla jgħid il-Ministru Mizzi. Biex dan ikun possibbli wasal il-Floating Storage Unit f ’pajjiżna u bdew jaslu l-konsjeni ta’ gass. Permezz tal-konverżjoni tal-impjant tal-BWSC li saret permezz tal-investiment tas-Shanghai Electric Power fl-Enemalta, illum bdejna niġġeneraw l-ewwel elettriku mill-gass natu-

rali. Illum lestejna l-konverżjoni ta’ nofs dan l-impjant, li tinkludi erba’ turbini. Erba’ oħra bdiet il-konverżjoni tagħhom, u l-impjant mistenni jkun komplut dalwaqt u jkun jaħdem kompletament permezz tal-gass. “L-impjant il-ġdid tal-gass tal-Electrogas illum jinsab lest kompletament u qiegħed fi stadju ta’ ttestjar. Fil-ġranet

li ġejjin ser inkunu qegħdin niftħu uffiċjalment dan l-impjant li ser ikun qiegħed iservi bħala s-sors ewlieni tal-elettriku f ’pajjiżna. Permezz ta’ dan l-impjant illum għandna kontijiet orħos għall-familji u għan-negozji u arja aktar nadifa,” żied Mizzi f ’kummenti ma’ din il-gazzetta meta b’sodisfazzjon innota kif inbidel is-settur tal-enerġija.


14

23.04.2017

kullhadd.com

MINN LENTI DIFFERENTI SE

Wara t-terremot fl-2015, ma tistax ma tibżax li jerġa’ jiġri l-istess. Niftakar x’ġara dakinhar ċar kristall. Id-dinja bdiet tiċċaqlaq u ma waqfitx għal minuta sħiħa

Kitba ta’ ruħ u wieħed fost l-aktar pajjiżi foqra fid-dinja, TRISCHIA FALZON għadu qed ibati r-riperkussjonijiet – speċjalment fejn jidħol it-turiżmu. Is-Sibt 25 t’April tal-2017. Erba’ minuti qabel Żjara fin-Nepal ġranet qabel it-tieni anniversarju nofsinhar. minn dik deskritta bħala waħda mill-agħar traġedji Terremot b’qawwa ta’ sebgħa punt tmienja fuq li qatt esperjenza l-pajjiż, kienet iddominata minn l-iskala Richter, meqjus l-agħar wieħed fl-aħħar 80 sentiment ta’ biżà. sena, heżżeż lin-Nepal. Mal-ewwel daqqa t’għajn hekk kif tirfes fil-pajjiż, 39 reġjun intlaqtu, u binjiet fosthom fil-kapitali jinħass sens ta’ ġenn u kaos fost in-nies. Kathmandu ġġarrfu – bl-imwiet jaqbżu t-tmint elef Xi ħaġa li fi bliet f ’pajjiżi Ażjatiċi hija komuni, persuna. iżda d-differenza kienet is-sens t’inċertezza fost irAktar minn 20,000 indarbu, u mat-800,000 dar residenti. nqerdu għalkollox. In-Nepal minn dejjem kien pajjiż fqir, iżda minn U bħallikieku t-terremot u l-aftershocks ma kinux dakinhar li seħħ it-terremot, l-iskarsezza u l-qoħta biżżejjed, 17-il ġurnata wara, il-kapitali u l-madwar żdiedu b’mod konsiderevoli. esperjenzaw terremot ieħor – din id-darba b’qawwa Ħafna min-nies għadhom qed jippruvaw jirkupraw ta’ sebgħa punt tlieta. mit-trawma li ġarrbu fid-diżastru. Għaddew sentejn, u n-Nepal – nazzjon ta’ 28 miljun Aktar minn nofs miljun resident għadhom qed

jgħixu f ’tined temporanji jew fi djar bla saqaf. Il-Gvern tal-pajjiż qed jaffaċċja kritika ma taqta xejn għall-mod kajman li bih qed jgħin lill-vittmi tatterremot. Ritratti drammatiċi li ħadna fuq il-post juru d-diżastru li għad hemm f ’żoni diversi fil-qalba talepiċentru fejn seħħ it-terremot. Uħud minnhom postijiet popolari ferm mat-turisti; binjiet storiċi li sentejn wara għadhom ma nbnewx. Is-sentiment ta’ biżà ma jinħassx biss fost irresidenti foqra, iżda anki fost in-negozjanti. Fl-ewwel lejl f ’Kathmandu għamlet xita kbira. Konna fuq l-ogħla sular tal-lukanda fiċ-ċentru ta’ Thamel f ’Kathmandu, meta tant qam riħ qawwi li fuq il-bejt bdew jiċċaqalqu l-affarijiet, jitkisru l-pjanti, u jinqalgħu l-ħwejjeġ li kienu minxura malħbula. Dan ma kien xejn għajr lejl ta’ xita u maltemp, iżda


15

23.04.2017

kullhadd.com

Ritratti: TRISCHIA FALZON

ENTEJN WARA T-TERREMOT

tant kemm in-nies fin-Nepal saret tistenna l-agħar, li l-ħaddiema tal-lukanda bdew iniżżlu lit-turisti għallkenn u jiċċekkjaw x’qed jiġri onlajn biex jaraw jekk hemmx xi sinjal ta’ terremot. Tkellimna mal-manager tal-lukanda li konna qed noqogħdu fiha. “Wara t-terremot fl-2015, ma tistax ma tibżax li jerġa’ jiġri l-istess. Niftakar x’ġara dakinhar ċar kristall. Id-dinja bdiet tiċċaqlaq u ma waqfitx għal minuta sħiħa. Ma kienx hemm post sigur fejn wieħed seta’ jistkenn. Kont fil-lukanda u rajna l-binjiet jaqgħu wieħed wieħed. Ħriġna t-turisti mil-lukanda kemm jista’ jkun malajr u ppruvajna ngħinuhom kif stajna għax fortunatament il-lukanda tagħna kienet waħda fost il-ftit li ma ġġarrfux kompletament. Ippruvajt nagħmel kuntatt mal-familja tiegħi. Ippruvajt inċempel imma lanqas linja ma kien hawn. Mort id-dar iżda ma sibthiex. La sibt id-dar u lanqas

lil familti. Rajt biss tifrik u nies mejta. Ħafna ndifnu ħajjin qalb it-tifrik.” Mixja fit-toroq ta’ Kathmandu tatna togħma talħajja li jgħixu n-Nepaliżi. Kamra żgħira tesa’ mal-erba’ jew ħames persuni. Normalment tkun bla madum, mingħajr faċilitajiet sanitarji u bla dawl. Kamra li normalment tfisser dar għal familja sħiħa. Il-maġġoranza tal-poplu Nepaliż m’għandux mezzi biex jilħaq il-bżonnijiet bażiċi ta’ kuljum; bħall-ikel, l-ilbies u l-kenn. It-turiżmu fiċ-ċentru tan-Nepal qatt ma kien b’saħħtu meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra, speċjalment għax il-maġġoranza ta’ dawk li jżuru l-pajjiż imorru għall-muntanji u għall-attivitajiet bħat-trekking u l-paragliding. Iżda minn wara t-terremot, kompla jaqbad ittriq tan-niżla, kif stqarr il-manager tal-lukanda li

tkellimna miegħu. “In-nies għadhom qed jibżgħu jiġu n-Nepal minħabba t-terremot tal-2015. Sentejn wara s-sitwazzjoni hi ftit aħjar, imma xorta għandna ħafna ġuħ għat-turisti.” Iżda b’dan kollu fl-isfond, kien hemm xi ħaġa li spikkat aktar mit-tifrik u l-ħerba. It-tbissima fuq fomm it-tfal, u s-simpatija u l-affezzjoni tan-Nepaliżi lejn it-turisti. F’għaxart ijiem esperjenza fil-qalba tan-Nepal, ma rajtx tifla waħda jew tifel wieħed jibku jew jiġġieldu bejniethom. Tfal kuntenti jaqbżu u jifirħu; jilagħbu bil-gremxul u b’dak li jsibu mal-art. Affarijiet li aħna l-Maltin lanqas noħolmu li nagħmlu iżda li għalihom dawn ifissru d-dinja. Affarijiet li jġiegħluk tirrifletti u tapprezza l-ħajja, u l-kuntentizza li tista’ ġġib magħha s-sempliċità.



07/04/2017 1:04 PM


Mallia 4 PAGES .indd 3-4


07/04/2017 1:04 PM


Mallia 4 PAGES .indd 1-2


21

23.04.2017

kullhadd.com

JIDDOMINA FIX-XENA TAL-KICKBOXING Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

L-ammiraturi tal-kickboxing lokali dan l-aħħar qed ikollhom opportunità sabiex jaraw it-talent lokali f ’azzjonijiet diversi. Filfatt, lokalment dan l-isports miexi ’l quddiem b’mod sodisfaċenti. Riċentament, proprju f ’Jannar li għadda, kickboxer lokali rebaħ il-ġlieda kontra t-Taljan Andrei Racarlu li saret waqt l-edizzjoni tas-sena 2017 ta’ Thai Boxe Mania ġewwa Palaruffini ta’ Torino. Kien hemm attendenza ta’ 3,000 persuna fl-avveniment li sar popolari ferm fl-Ewropa. Qed nirreferi għal Keith Azzopardi magħruf aktar fix-xena sportiva bħala Keith The Speed. Fil-fatt għal din il-ġlieda, Keith iġġieled bis-shorts tal-mibki kickboxer Reuben Azzopardi, li kien tielef ħajtu waqt inċident bi quadbike. “Nemmen li Reuben kien miegħi waqt din il-ġlieda prestiġġjuża għalija,” beda jgħidli emozzjonat Keith fil-bidu ta’ din l-intervista miegħu. Keith huwa atleta versatili ħafna u s-suċċessi tiegħu qed ikomplu jżidu mar-ruxxmata ta’ riżultati tajba li qed ikompli jkollhom il-klabbs lokali. L-ewwel titlu dinji li kien irnexxielu jikseb imur lura għal Awwissu tas-sena l-oħra meta kien rebaħ it-titlu semi-professjonali tad-dinja tal-World Kickboxing Network. Keith huwa minn Bormla, iżda joqgħod il-Fgura, għandu 24 sena, u bħala passatempi jħobb jagħmel it-tattoos. Huwa jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna pożittiva ħafna, jaħdem għal ċertu ispirazzjonijiet f ’ħajtu, jemmen fih innifsu u jieħu gost bis-suċċessi ta’ ħaddieħor. Ilu jipprattika l-kickboxing għal dawn l-aħħar 12-il sena. Fi kliem Keith stess, il-kickboxing huwa tip ta’ combat sport li min jipprattikah irid jagħti bis-saqajn, bl-idejn, u bl-irkoppa. Keith għażel dan l-isports għax minn dejjem kien miġbud lejn dak

it-tip ta’ sports u minn dejjem kien jara li kellu t-talent fih. Kien ikun ibbuljat fi żmien l-iskola Miegħi, Keith stqarr li fi żmien l-iskola ġieli kellu mumenti iebsin. Fil-fatt għamel xi żmien kien l-iżgħar tal-klassi, u kien ikun ibbuljat minn studenti oħrajn. Dak iż-żmien ommu kienet ħajritu jibda jipprattika l-arti marzjali. “Li nista ngħid huwa li mal-ewwel inġbidt lejh, u komplejt nipprattikah maż-żmien,” beda jgħidli Keith. Meta kont żgħir, minn 13 sa 17-il sena, kelli interess partikolari fil-kickboxing. Fil-fatt kont diġà mmur training camps barra minn Malta u għal kompetizzjonijiet, ovvjament biex nipprattika dan l-isport. Dak iż-żmien ma kontx naħdem, u ma kontx qed nara flus matul dak il-perjodu. Eventwalment kelli nwaqqaf it-taħriġ tiegħi sabiex nibda naħdem, u qbadt naħdem għal rasi fuq tattoos.” Is-sapport tal-kowċis tiegħu kien wieħed pożittiv, tant li ntlaqa’ tajjeb u qabad jikkompeti mal-ewwel. “Mill-kowċis sibt ħafna sapport, kelli tir ewlieni sabiex nidħol fil-kompetizzjonijiet. Inzerta kienu ċempluli personalment biex ma naqtax mit-taħriġ, u dejjem tawni kuraġġ biex inkompli.” Jibda jkun rikonoxxut bħala Keith the Speed Ta’ min jgħid li l-istage name li juża għall-kickboxing – Keith The Speed, l-oriġini tiegħu tmur lura għal tliet snin ilu. Kien proprju s-Segretarju tal-Federazzjoni tal-Boxing, meta waqt li Keith kellu ġlieda kontra Skoċċiż, dan l-istess Segretarju kien affronta lil Keith u riedu jibda juża stage name għalih stess. “Niftakar kien qalli, li jien persuna ħafifa u li għandi ċertu ħeffa fija nnifsi, u allura minn dakinhar ’il quddiem beda jirreferi għalija bħala Keith The Speed. Personalment għoġobni u qbilt malidea li nibda nużah u sabiex jirreferu għalija bih.” Mhux hekk biss, iżda Keith ser ikompli jipprattika dan l-isports fuq livell nazzjonali u ser ikun it-tieni kickboxer professjonali fl-istorja ta’ Malta wara Daniel The Jet Zahra. Fuq bażi personali, Keith jipprattika l-kickboxing mit-Tnejn sas-Sibt, sessjonijiet ta’ sagħtejn kuljum. “Dejjem sibt il-ħin għat-taħriġ tiegħi ta’ kuljum, però ovvjament aktar ma jogħla l-livell, fil-futur ikolli ndaħħal sessjoni oħra filgħodu.” Finalment xtaq jgħaddi messaġġ lill-qarrejja kollha ta’ din il-gazzetta. “Nixtieq li kull min qed jaqra din l-intervista, jibda jew ikompli jagħti s-sapport tiegħu lil kull sports lokali li jeżisti. Jien personalment wara l-esperjenza li kelli f ’Torino rajt ħafna sapport mill-media, u verament apprezzajt. B’hekk żidt il-kuraġġ fija nnifsi biex nirsisti għal avvenimenti oħra – u anke sabiex atleti oħrajn bħali jkollhom kuraġġ bis-sapport meħtieġ,” temm jgħid Keith.


22

23.04.2017

1

MADWAR kullhadd.com

L-ISTATI UNITI

FIL-QOSOR

2 1

INEĦĦI ĦAJTU WARA LI PPUBBLIKA FILMAT TA’ QTIL Steve Stephens, suspettat li qatel lil Robert Godwin, filwaqt li ppubblika filmat tal-qtil fuq Facebook, neħħa ħajtu b’idejh. Il-pulizija sabet lil Stephens wara li ntlemaħ minn ħaddiema f ’restorant tal-ikel f ’Pennsylvania. Huma żammew l-ordni u ċemplu lill-pulizija. Dawn tal-aħħar marru warajh u qalu li s-suspettat spara lilu nnifsu hekk kif il-vettura tiegħu bdiet iddur u tagħqad bla kontroll. Stephens, li kellu 37 sena, spara u qatel lil Godwin ta’ 74 sena, hekk kif il-vittma kien sejjer lura daru wara l-ikla ta’ nofsinhar nhar l-Għid il-Kbir f ’Cleveland. Is-sinjal taċ-ċellulari tiegħu kien traċċat l-aħħar il-Ħadd waranofsinhar f ’Erie, mitt mil ’il bogħod minn fejn inqatel Godwin.

2

L-INGILTERRA

3

FRANZA

THERESA MAY TĦABBAR ELEZZJONI BIKRIJA Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May ħabbret pjan biex issejjaħ elezzjoni bikrija fit-8 ta’ Ġunju. Hija qalet li r-Renju Unit jeħtieġ ċertezza, stabbiltà u tmexxija b’saħħitha wara r-referendum li sar dwar l-Unjoni Ewropea. Meta kienet qed tispjega d-deċiżjoni tagħha, May qalet li l-pajjiż qed jingħaqad flimkien, iżda mhux l-istess seta’ jingħad fuq il-Parlament f ’Westminster. Il-Mexxej Laburista Jeremy Corbyn qal li l-partit tiegħu ried din l-elezzjoni, u ddeskrivieha bħala ċans biex jinħoloq gvern li jpoġġi lill-maġġoranza l-ewwel. Sorsi fl-uffiċċju tal-Prim Ministru Ingliż qalu li mhux se tkun qed tieħu sehem f ’dibattiti televiżivi qabel il-vot.

ATTAKK F’PARIĠI JĦALLI PULIZIJA MEJJET L-aggressur li spara lejn pulizija u qatlu f ’Pariġi l-Ħamis filgħaxija kien identifikat minn karti li nstabu fil-karozza tiegħu. L-uffiċċju tal-prosekutur qal li l-isem tiegħu kien Karim Cheurfi. L-Istat Iżlamiku qal li l-aggressur kien wieħed mill-ġellieda tiegħu. Il-midja lokali qalet li huwa kellu 39 sena u kien jgħix fil-periferiji tal-belt, u kien ikkunsidrat b’potenzjal ta’ radikaliżmu Iżlamiku. L-aggressur weġġa’ żewġ uffiċjali tal-pulizija qabel ma l-forzi tas-sigurtà f ’Champs Elysees sparaw fuqu u tilef ħajtu. L-istazzjon televiżiv Franċiż BFMTV rrapporta li fil-karozza tiegħu instabu shotgun u numru ta’ skieken.

3


R ID-DINJA

23

23.04.2017

kullhadd.com

6

IS-SIRJA

4 5

6

IKOMPLU L-EVAKWAZZJONIJIET

Il-grupp Syrian Observatory for Human Rights qal li kompliet l-evakwazzjoni u t-trasferiment ta’ eluf ta’ Sirjani minn erba’ żoni li jinsabu assedjati. Dan wara li l-evakwazzjonijiet minn żewġ postijiet ikkontrollati mill-Gvern, Foua u Kefraya, u tnejn oħra kkontrollati mir-ribelli, Zabadani u Madaya, kienu mxekkla bi splużjoni li qatlet iktar minn 120 persuna. Grupp kbir ta’ karozzi tal-linja minn Foua u Kefraya waslu fit-tarf tal-punt ta’ tranżizzjoni kkontrollata mir-ribelli f ’Rashidin, barra l-belt Aleppo. Il-kap tas-Syrian Observatory qal li l-proċess kompla bi 3,000 persuna jitilqu minn Foua u Kefraya, u madwar 300 jitilqu minn Zabadani u żewġ żoni oħra kkontrollati mir-ribelli.

5 4

IT-TURKIJA

IL-ĠERMANJA

JIVVUTAW FAVUR IKTAR POTERI IS-SUSPETTAT RIED JAGĦMEL IL-FLUS Il-Pulizija Ġermaniża arrestat raġel suspettat li kien il-moħħ wara l-attakk li seħħ fuq ixxarabank tat-tim tal-Borussia Dortmund. Iktar milli kellu rabtiet mal-Iżlamiżmu radikali, huwa kien operatur tas-suq u kien qed jittama li jagħmel il-flus jekk il-prezz tal-ishma tal-istess tim jaqgħu. Ir-raġel ta’ 28 sena, identifikat bħala Sergej W, kien qed joqgħod fil-lukanda fejn kien it-tim Ġermaniż f ’kamra li kienet tagħti għal fuq it-triq fejn seħħet l-isplużjoni. Żewġ persuni kellhom bżonn l-għajnuna medika wara li tliet bombi splodew viċin ix-xarabank. Il-plejer Spanjol Marc Bartra kellu jagħmel operazzjoni f ’idejh filwaqt li uffiċjal tal-pulizija ittieħed l-isptar minħabba li sofra minn xokk.

Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan iddikjara rebħa għalih f ’referendum, u b’hekk ingħata poteri ġodda li jistgħu jżommuh fil-kariga tiegħu sal-2029. Il-bidliet kostituzzjonali se jieħdu post is-sistema parlamentari Torka bi presidenza eżekuttiva, bil-partitarji jgħidu li din se timmodernizza l-pajjiż. Erdogan qal li mal-25 miljun persuna appoġġjat il-proposta, bil-kamp favur il-bidliet jikseb 51% tal-voti. Il-bidliet, li jinkludu t-tneħħija tal-irwol ta’ Prim Ministru, preżentament okkupata minn Binali Yildrim, se jidħlu fisseħħ wara l-elezzjoni li jmiss skedata fl-2019. Il-pakkett ta’ 18-il emenda se jagħti lill-President l-awtorità li jfassal il-baġit, jiddikjara stat t’emerġenza u joħroġ digrieti mingħajr l-approvazzjoni parlamentari.


24

23.04.2017

kullhadd.com

SOĊJETÀ MALTIJA LIL HINN MILL-VALURI? Minn Charles B. Spiteri

Tul dawn l-aħħar 30 sena tant ġraw ħwejjeġ, uħud minnhom legalizzati, li s-soċjetà Maltija skussjat ruħha sew. Il-valuri qishom qed jitmermru anki b’liġijiet li jistgħu jkunu bla sens u li jwasslu għal ħela ta’ flus u ħin. Ħadd ma jaqbel

Kevin Bonello President tal-MUT

Anna Mallia Avukat

pereżempju mas-swat, iżda kull swat hu ħażin? Il-gideb sar aktar jitwemmen mill-verità, u l-anonimità saret issib id-driegħ tal-liġi aktar mill-verità? Il-gazzetta KullĦadd tistħarreġ.

Roberta Lepre Avukat

Joe Julian Farrugia Kittieb u Xandar

Kellna każ fejn missier intbagħat il-ħabs fuq akkuża falza ta’ bint, li kienet imġiegħla mill-omm biex tagħmel dan. L-Awtorità, anki dik legali emmnet lit-tifla. Tħoss li dan hu sew fid-dinja tal-lum? Meta bniedem jiġi akkużat fuq kwalunkwe akkuża li mhix reali hi xi ħaġa ovvja li qed issir inġustizzja. Il-problema iżda hi ħafna iktar kumplessa. F’Malta għad għandna struttura legali fejn il-Qorti m’għandhiex saħħa investigattiva iżda xogħol il-Qorti hu biss limitat li tisma’ x-xhieda, il-prosekuzzjoni u d-difiża u tiddeċiedi skont ma tisma’. Dan ifisser li l-Qorti Maltija hi dipendenti totalment minn investigazzjonijiet tal-pulizija jew ta’ terzi, bir-riżultat li jekk il-Qorti tħoss li l-investigazzjonijiet li saru mhumiex penetranti biżżejjed ma tista’ tagħmel xejn ħlief taqta’ l-każ skont ma ġie ppreżentat quddiemha. Fil-fehema tiegħi din l-istruttura fejn il-pulizija huma l-investigaturi u l-prosekuturi fl-istess nifs hi waħda li toħloq anomaliji u nemmen li għandha tiġi indirizzata. Nemmen ukoll li wasal iż-żmien li l-Qorti tissaħħaħ b’kapaċità investigattiva.

għeruq tal-problema, li fil-fehma tiegħi huma l-kbar li qed inawru lis-soċjetà Maltija u m’aħniex inħallu littfal jgħixu tfulithom. Qed ngħabbuhom bil-problemi tal-kbar u fl-istess nifs, ħafna mill-ġenituri qed jixtru l-imħabba tat-tfal bil-flus u mhux bil-karezzi u blattenzjoni; kif ukoll minflok jikkoreġu lil uliedhom, imorru jagħmlu għal dak li jkun qed jipprova jrawwem lil dawn it-tfal bid-dixxiplina li sservihom għal meta jikbru. Każi tipiċi: tifel jinqabad għaxar darbiet ipejjep fi stabbiliment u l-ġenitur jiġi mat-tifel biex jaqbeż għalih meta jkollu l-kawżi u jgħid “miskin it-tifel kemm hu sfortunat.” Każ ieħor: it-tifel tilef il-liċenzja minħabba l-punti u l-missier jaċċetta li jkun taxi driver tat-tifel.

Ebda akkuża falza ma tista’ qatt titqies bħala xi ħaġa sew. Iżda mingħajr ma nagħmel referenza speċifika għall-każ li qed jissemma hawn fuq, nixtieq Le mhux sew. Iżda kulħadd jaf li trid tibda mill- infakkar li meta akkuża tiġi rtirata, ma jfissirx bilfors

li din kienet falza. L-istess dwar akkużi li ma jiġux ippruvati fil-Qorti u għaldaqstant l-akkużat jinħeles – dan mhux dejjem ifisser li l-akkuża kienet falza iżda sempliċiment li l-oneru tal-prova mitlub mil-liġi ma jkunx intlaħaq. Ir-riċerka tindika li hemm ħafna aktar każi ġenwini li ma jitwemmnux jew li lanqas biss jiġu rrappurtati, milli akkużi foloz. Ħadd ma hu ħati qabel ikun ippruvat li hu ħati mill-Qorti. Imma b’xorti ħażina l-poplu jqis lil dak li jkun ħati, imqar meta tkun għadha kif issemmiet l-akkuża. Hija aktar ħażina meta tkun l-awtorità nnifisha li temmen akkuża qabel tinstab prova. Dażgur li mhux sew! U huwa żball kbir! Naħseb biex jitnaqqsu dawn il-każi jrid ikun aktar effiċjenti s-servizz tal-Qorti. Filwaqt li xejn m’għandu jsir b’għaġla żejda u għamja, il-ġustizzja għandha tkun effiċjenti biex il-verità toħroġ malajr kemm jista’ jkun u jitnaqqas l-impatt ta’ żbalji bħal dawn.


25

23.04.2017

kullhadd.com

Mill-istatistika u dak irrappurtat, hu aktar faċli li mara tirrapporta lil żewġha (li tkun trid tinfired minnu), milli bil-maqlub. Jirriżulta li fejn dari, mara riedet tobdi lil żewġha f ’kollox, illum din għandha drittijiet indaqs u hawn każi fejn xi nisa jmorru jagħmlu rapport fl-Għassa bi ħwejjeġ imqattgħin u b’xi feriti superfiċjali u jirrappurtaw li kkaġunawhomlhom żwieġhom. Il-pulizija m’għandha ebda triq oħra għajr li tipproċedi kontra r-raġel. X’taħseb fuq dan? Jien ma naqbilx ma’ din l-interpretazzjoni tal-fatti. Wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn rappurtaġġ u prosekuzzjoni. Kull ċittadin, hi x’inhi l-orjentazzjoni sesswali tiegħu, għandu kull dritt li jirrapporta lillpulizija jekk iħoss li ġie abbużat jew mhedded. Il-fatt li inqas irġiel jersqu għall-għajnuna u iktar nisa jsofru abbuż, ma jfissirx li l-pulizija qed jagħmlu xogħolhom ħażin iżda jfisser li f ’pajjiżna hemm bżonn ikun hemm iktar għarfien ta’ dawn l-affarijiet u aċċess iktar faċli u diskret għall-għajnuna. L-irġiel għadhom ma tgħallmux li jekk tiġi msawwat minn mara mhix xi ħaġa degradanti. Għalhekk ftit li xejn jingħataw għajnuna biex joħorġu minn din il-problema; għax hemm nisa li jabbużaw

ukoll. Is-swat dejjem ħażin iżda jkun hemm xi rġiel jista’ jwassal għal titjib fil-kwalità tal-ħajja tal-partijiet li jaqgħu f ’din l-lixka li sservi lill-mara biex tkeċċi lir- kollha konċernati. raġel mid-dar. Minkejja li vjolenza domestika tista’ tiġi minn Il-liġi ma tagħmel ebda distinzjoni bejn mara u kull parti, huma aktar komuni stejjer ta’ vjolenza raġel f ’dak li jirrigwarda l-vjolenza domestika. ta’ raġel fuq mara milli viċi versa. Forsi dan jiġri Ta’ min ifakkar li l-esperjenza u wkoll ir-ricerka għax min-natura r-raġel għandu saħħa fiżika aktar juru li meta vittma tasal biex tagħmel rapport mal- minn mara. Dan il-fatt ħoloq il-perċezzjoni li awtoritajiet, rari tkun dwar l-ewwel inċident vjolenti qisha l-vjolenza domestika tiġi dejjem mir-raġel – iżda tkun l-aħħar minn sensiela ta’ aggressjonijiet. b’detriment tal-mara. Imma l-ġustizzja ma għandha Nemmen li l-pulizija għandha dejjem tipproċedi tħares lejn wiċċ ħadd, lejn il-ġeneru ta’ ħadd, u tieħu kontra min iwettaq vjolenza, kemm jekk tkun mara passi biss meta tkun esposta l-verità, biex ma toħloqx jew raġel, għax il-proċeduri fil-Qorti biss jistgħu joffru inġustizzja hi stess. Għandhom jiħraxu s-sentenzi protezzjoni lill-vittma u wkoll għax il-Qorti tista’ kontra min jigdeb u jwaħħal f ’nies innoċenti f ’każi tordna lill-aggressuri biex imorru għat-trattament, li bħal dawn.

L-anonimità u rapporti foloz. Taqbel li fuq il-midja soċjali jintqalu ċerti ħwejjeġ fil-konfront ta’ terzi, mingħajr ma dawn jistgħu jieħdu passi? U l-anonimità? Eżempju: Issib min ikollu għalik, iqabbad tliet persuni fi tliet xhur jibagħtu sms falz lil Transport Malta li l-karozza tiegħek qed tarmi duħħan eċċessiv, u bla ma jindagaw, Transport Malta jibagħtu għalik għal spezzjoni. Iġegħluk tħallas spezzjoni, itellfuk jum xogħol u tibqa’ filgħama fuq min għamillek l-azzjoni ħażina. Tħoss li llum, fl-2017 dan hu ġust meta l-liġi qisha qed timxi id f ’id ma’ min għandu intenzjonijiet ħżiena? X’temmen li għandu jsir? Iva hawnhekk nemmen li hawn problemi kbar. Sfortunatament, f ’dawn l-aħħar 10 snin il-poplu ingħata x’jifhem li jista’ jibgħat li jrid lil min irid mingħajr ma jġorr ir-responsabbiltà ta’ għemilu. L-MUT ilha snin tgħid li akkużi anonimi għandhom jitwarrbu għax qed isiru abbużi serjissimi mill-anonimità u diversi persuni spiċċaw vittmi ta’ harassment u bullying. Issa li l-pajjiż daħħal il-whistleblower’s act minflok, għandna niżguraw li min għandu każi ġenwini x’jirrapporta, jingħata protezzjoni xierqa.Millbanda l-oħra għandna wkoll problema ta’ etika ġurnalistika fejn uħud mill-ġurnalisti jippreferu jkunu sensazzjonali milli veritiera u jgħaġġlu biex joħorġu rapporti aktarx mhux ikkonfermati. Nemmen bis-sħiħ li l-liġijiet għandhom ikunu hemm biex ikun hawn ġustizzja mhux biex jiġu msawta nies tal-affari tagħhom.

L-ewwel nett hu żball li Transport Malta taċċetta rapporti anonimi. Li tobbliga ruħha li ma tikxifx is-sors, hekk għandu jkun iżda mhux anonimi. Dwar il-midja, il-prinċipju issa nqaleb ta’ taħt fuq, għax issa ma għadux min jallega jrid jipprova iżda min hu l-vittma jrid jipprova. Nemmen li għandna nkunu nies ta’ prinċipju u ma nibżgħux mill-midja soċjali u li min jallega xi ħaġa ghandu mill-ewwel ikun obbligat jissostanzjaha jew jirtiraha u mhux let the court decide kif qed jiġri filpreżent. Jekk awtorità timponi sanzjonijiet mingħajr ma ssir investigazzjoni kif suppost, ikun hemm ksur tad-drittijiet fundamentali tal-persuna. Ebda awtorità m’għandu jkollha dritt li ssib persuna ħatja mingħajr ma tagħtiha l-opportunità li tiddefendi lilha nnifisha. Nemmen li hemm bżonn

taħriġ serju dwar kif għandhom jitmexxew ittali investigazzjonijiet u għandu jkun hemm proċeduri li dawn l-awtoritajiet għandhom jimxu magħhom. Rigward l-anonimità ta’ min jagħmel rapport iżda, nemmen li din għandha tinżamm, iżda mbagħad huwa f ’idejn l-awtoritajiet li jindagaw kif suppost. Nemmen li l-midja soċjali hija midja bħal kull midja tradizzjonali u allura jekk jien nikteb xi ħaġa malafamanti dwar ħaddieħor, għandu jkollu dritt li jfittixni. Dwar l-sms ta’ Transport Malta, hija xafra li taqta’ minn żewġ naħat. Allaħares ilġustizzja tikxef lil kull min jagħti tagħrif. Kieku ma ssir ġustizzja qatt minħabba raġunijiet ovvji. IMMA l-ġustizzja għandu jibqgħalha d-dritt li jekk rapport ikun falz, jitressaq min ressaq ir-rapport falz, għax rapport falz huwa reat.


26

23.04.2017

kullhadd.com

X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI

17.04 Ġiet inawgurata sala gdida f ’San Vinċenz, il-ħames waħda minn Marzu 2013 ’l hawn.

18.04 Ġie deċiż li jiħraxu l-pieni għal min jipparkja f ’parkeġġ riservat għal persuni b’diżabilità.

19.04 Il-kumpanija tal-ajru multimiljunarja, Vistajet, li kienet topera fl-Iżvizzera, iddeċidiet li tibda topera minn Malta: inħolqu 40 impjieg ġdid.

20.04 Sa din id-data kienu raħsu 103 mediċini.

21.04 L-aġenzija ta’ kreditu Standard &Poor’s għolliet il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-Enemalta.

22.04 Ġie deċiż li jiġi pprovdut servizz ta’ WIFI b’xejn għall-pazjenti fl-Isptar Mater Dei.

23.04 Ġie deċiż li jidħol id-dritt li jekk pazjent ma jaqbilx mal-ispeċjalista tiegħu, jista’ jinbidel mingħajr problemi.

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist

Il-Ħamis, 13 ta’ April Bsartha jien li mhux se jħalluh bi kwietu lil Simon tagħna biex talinqas igawdi l-vaganzi tal-Għid. Minnaħa l-oħra kont nistennieha, imma mhux min-naħa tagħna. U l-aktar li ssorprendietni kienet dik Marthese Portelli, għax minn Claudio kont nistennieha li ma jmurx għal-laqgħa li l-iskop tagħha kien li jiddiskutu l-koalizzjoni ma’ Marlene, għax flistamperija kulħadd jaf li Claudio jrid iqaċċat lil Simon biex jilħaq hu. Ikolli ngħid li diġà qegħdin jingħaqdu biex jaqlibuhielu lil Simon. Mhux se jirnexxilhom, għax la “għandna lil Simon magħna, aħna magħqudin...” Il-Ġimgħa, 14 ta’ April Ġurnata bla inkwiet, suppost. Mort għamilt il-viżti ma’ Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna. Ftehemna minn qabel li ma nitkellmux fuq politika, u li wara l-viżti mmorru nieklu xi ħaġa xi mkien. Ma felaħx iżomm, għax meta morna nieklu ma naqasx milli jikkummenta dwar kemm kien hemm nies firrestaurants. Mhux għax m’għandux raġun, għax veru li domna nagħqdu aktar minn siegħa biex sibna post fejn nieklu bukkun. Biex tgħaxxaqha, flistess restaurant kien hemm Victoria li qabel ħarġet ġiet fuqi u qaltli: “Kulħadd mimli Naz! Hawn il-ġid”. Ma kienx moment li ftehemt ma’ Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna. Is-Sibt, 15 ta’ April Tal-Bidnija mhux bħal Claudio, Mario, Marthese u l-bella kumpanija. Dik lil Simon tagħna tappoġġjah bissħiħ. U ma tiddejjaq xejn tattakka, mhux lil tagħna, ovvjament, imma lil tagħhom. Reġgħet qabdet ma’ Konrad Mizzi u Keith Schembri. Dawn qalu li se jagħmlulha libell nhar it-Tnejn u li se jagħmluh b’urġenza. Jien konvint li nhar it-Tnejn tal-Bidnija se tkun il-Qorti tistenniehom u tgħid lillmaġistrat biex jisma’ l-libell tagħhom dakinhar stess. X’ħasbu dawn li se jbeżżgħuha billi jagħmlulha libell b’urġenza! Dik ma tibża’ minn ħadd! Il-Ħadd, 16 ta’ April Drajt kull nhar ta’ Ħadd filgħodu niġri wara Simon tagħna, imma llum Simon qagħad igawdi l-figolli u ma kellix fejn immur. Fettilli mmur sal-

Irxoxt. Ħadt gost nara t-tfal bil-figolli u bil-bajd. Imma kien hemm ħafna tfajliet tentazzjoni. Ma nafx xi jridu jgħidu biha li f ’dan il-jum jiddeċiedu li jikxfu sidirhom u kuxxtejhom, biex ma ngħidx patatthom ukoll. Veru li s-sħana bdiet kmieni imma mhux li jikxfu daqshekk! It-Tnejn, 17 ta’ April Iddiżappuntat mhux ftit illum. Sa minn filgħodu kmieni tlaqt lejn ilBelt biex inkun fil-Qorti xħin Keith Schembri jressaq il-libell kontra talBidnija. Stennejt li se jkun hemm ukoll Simon tagħna biex nuru l-appoġġ tagħna lejn dik tal-Bidnija. Stennejt li tal-Bidnija stess se tkun hemm biex tgħid lill-maġistrat li hija m’għandha ebda oġġezzjoni li l-libell jinstema’ b’urġenza. Imma minn dan kollu ma sibt xejn. Il-Qorti sibt ruħi waħdi, u meta staqsjet lil avukat minn tagħna jekk kienx jaf xi ħaġa, it-tweġiba tiegħu kienet “kemm int iblah”. Imma iblah jien m’iniex. Hekk naħseb, tal-inqas! It-Tlieta, 18 ta’ April Ma nafx x’qed tistenna dik tal-Bidnija biex tgħidilna ta’ min hi l-kumpanija Egrant. Ara x’ġara issa. Il-Prim Ministru qal li la hu u la ħadd millfamilja tiegħu m’għandhom x’jaqsmu ma’ din il-kumpanija u n-nies jibdew jiddubitaw lil min se jemmnu. Fuq kollox ikun ta’ ġid għall-pajjiż jekk tixkef illum qabel għada, ladarba jien qed nittama li b’dak li se tixef Joseph Muscat ikollu jħalli Kastilja. Aktar ma jidħol malajr f ’Kastilja Simon tagħna id f ’id ma’ Marlene, aktar ikun ta’ ġid għalina lkoll. Mela isa jaħasra, fittex ikxef li għandek! L-Erbgħa, 19 ta’ April Qatgħalhom l-għatx bil-perżuta Simon tagħna dwar l-iskandlu talpagi tal-PN. Skandlu insomma! TalLabour jgħidulu hekk. Hu x’inhu. issa żgur li Simon tagħna m’għandux għalfejn joqgħod iwieġeb dwar ilpubblikazzjoni tal-invoices taddb. Kemm hu intelliġenti hux! Mar il-Qorti u issa qabel l-elezzjoni m’hemmx ċans li jkollna sentenza. Vera bravu Simon tagħna. Nini nini nippubblikaw l-invoices! Issa, mil-lum ’il quddiem it-tweġiba tkun: issa l-każ qiegħed quddiem il-Qorti!


27

23.04.2017

kullhadd.com

IŻ-ŻAMMA TAL-BANKINI U S-SIGURTÀ HIJA RESPONSABBILTÀ TAL-KUNSILL LOKALI MARIO

FAVA President Sezzjoni Kunsilliera PL

Huwa fatt magħruf li l-Kunsilli Lokali huma kkontestati mill-Partiti politiċi. Daqstant ieħor l-parti l-kbira tal-Kunsilliera, ladarba jiġu eletti, jaħdmu id f ’id għall-ġid tal-lokalità tagħhom. Dan jistgħu jixhduh il-Kunsilliera Nazzjonalisti kollha li servew tul dawn l-aħħar 16-il sena ġewwa l-Kunsill Lokali tas-Swieqi, kif ħdimna flimkien tul dan il-perjodu. Għalhekk tiskanta kif issib Kunsilli Lokali li jagħżlu li jkunu partiġjani anki minn sempliċiment inċident li jinqala’ fil-lokalità tagħhom li jkun qed jaffettwa ħażin lill-istess vittma. Ftit tal-ġimgħat ilu, persuna anzjana kellha inċident fuq bankina fil-lokalità ta’ Paceville, San Ġiljan. L-inċident li

seta’ kien agħar, xorta wassal lil din il-persuna biex tagħmel numru ta’ ġimgħat f ’wheelchair, bl-inkonvenjent kollu li dan iġib miegħu. Il-każ ġie rrappurtat bi prominenza f ’wieħed mill-ġurnali lokali fejn kien irrappurtat li din żelqet fuq bankina u sofriet xi ksur. Fl-istess rapport kien hemm li l-inċident seħħ minħabba rampa li saret f ’tarf ta’ bankina fejn sar żvilupp ta’ kostruzzjoni. Fl-istess rapport l-anzjana ġiet rrappurtata tgħid li jħossha dispjaċuta għall-istat ħażin li jinsabu fihom il-bankini f ’din iż-żona, żona li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan. Meta l-Kunsill Lokali ġie kkuntattjat dwar l-istat ta’ din il-bankina, intqal li din saret mill-kuntrattur li żviluppa s-sit imsemmi u l-Kunsill ma kienx sodisfatt bix-xogħol li sar u ordna lill-kuntrattur sabiex jieħu miżuri temporanji ta’ sigurtà, inkluż miżuri sabiex il-bankina ma tkunx tiżloq. Kellha wkoll issir laqgħa malperit tal-kuntrattur fil-jiem li għaddew. L-argument iqum meta l-Kunsill ġie mistoqsi fuq l-istat

ġenerali tal-bankini fil-lokalità u hawn ġie rrappurtat li s-Segretarju Eżekuttiv, qal li filwaqt li l-Kumitat Amministrattiv ta’ Paceville u San Ġiljan jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni, huma m’għandhomx flus biżżejjed allokati sabiex jagħmlu dan. Qal ukoll li l-Kumitat Amministrattiv m’għandux fondi għal dan. Nibdew biex ngħidu li kull Kunsill Lokali huwa responsabbli mill-bankini fil-lokal tiegħu. Għal dan, kull Kunsill Lokali jingħata fondi apposta proprju għaż-żamma tat-toroq, inkluż il-bankini. Mela li l-Kunsill m’għandux flus għall-manutenzjoni tal-bankini mhux minnu. Daqstant ieħor mhux minnu li l-Kumitat Amministrattiv ta’ Paceville m’għandux fondi. Il-fondi tal-Kumitati Amministrattivi joħorġu b’mod awtomatiku skont l-area tagħhom, mill-fondi tal-Kunsill Lokali li minnu jkunu jiffurmaw parti. Tant hu hekk, li dawn għandhom il-baġit tagħhom u l-accounts tagħhom separati. Għandi nifhem li segretarju eżekuttiv, jekk forsi ma jafx li m’hemmx

vot sigriet f ’seduta tal-Kunsill Lokali, tal-inqas ikun jaf din. L-iskuża li ġab il-Kunsill li kien hemm diskussjoni fuq masterplan u allura ma jagħmilx sens li wieħed jieħu ħsieb il-bankini f ’dik iż-żona b’ din l-istess skuża, hija assurdità u r-residenti jixraqilhom ferm aħjar minn skuża banali bħal din. Tajjeb wieħed jgħid

Mela li l-Kunsill m’għandux flus għallmanutenzjoni tal-bankini mhux minnu. Daqstant ieħor mhux minnu li l-Kumitat Amministrattiv ta’ Paceville m’għandux fondi

li dan id-diskors qed jingħad fl-isfond ta’ tliet snin konsekuttivi u bla preċedent, li fihom il-Kunsilli Lokali raw żieda sostanzjali fl-allokazzjoni diretta tagħhom. San Ġiljan kien wieħed mil-lokalitajiet li l-aktar li gawda minn tibdil fil-formola ta’ kif tqassmu l-fondi din is-sena. Allura kumment partiġjan bħal dan fejn qed jinqeda minn inċident sfortunat ta’ persuna biex nagħmlu argument politku, assolutament ma jreġix. Infakkar li għas-sena finanzjarja 2017, il-Gvern alloka żieda ta’ iktar minn erba’ miljun ewro għal Kunsilli Lokali. Jien nistieden lill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan jagħmel eżerċizzju għal dawn l-aħħar ħames snin billi jara kemm kellu allokazzjoni diretta għaż-żamma ta’ toroq u bankini u jara fl-istess perjodu kemm kienet in-nefqa tiegħu f ’xogħlijiet simili. Hija konvenjenti li tgħid li m’għandekx fondi meta l-fondi li jkollok potenzjalment tkun qed tonfoqhom f ’affarijiet oħra, li minkejja li jistgħu jkunu ġustifikati, xorta waħda ma jkunux qed imorru fl-oqsma li għalihom ikunu qed jingħataw.


28

23.04.2017

kullhadd.com

RAJNA MALTA TINBIDEL MICHAEL

FALZON

Membru Parlamentari

Għal min iħobb jaqra bilMalti żgur li sema bil-ktieb ta’ Herbert Ganado, Rajt Malta Tinbidel, li jitkellem dwar kif inbidlet Malta fuq medda ta’ għexerien ta’ snin. Aħna wkoll tul dawn l-aħħar erba’ snin, kellna l-okkażjoni illi naraw lil Malta tinbidel; biss aħna kellna l-PRIVILEĠĠ illi naraw lil Malta tinbidel tant għall-aħjar f ’erba’ snin biss. Kellna l-PRIVILEĠĠ illi nkunu parti integrali minn dik il-bidla tant għall-aħjar illi ġab il-Partit Laburista fil-Gvern,

f ’dawn l-aħħar erba’ snin. 1. Rajna Malta tinbidel għall-aħjar għal dawk ittfal kollha illi llum qegħdin jingħataw tablet b’xejn, hi x’inhi l-pożizzjoni finanzjarja tal-familja tagħhom; 2. Rajna Malta tinbidel għall-aħjar, għal dawk iż-żgħażagħ kollha illi ġew biex jixtru darhom u sabu lil dan il-Gvern jagħtihom rigal ta’ €5,000; 3. Rajna Malta tinbidel għall-aħjar għal dawk il-koppji żgħażagħ kollha illi illum igawdu minn childcare b’xejn; 4. Rajna Malta tinbidel għall-aħjar ukoll, għal dawk in-nisa kollha illi daħlu fid-dinja tax-xogħol u li llum qed jikkontribwixxu għall-ekonomija b’saħħitha ta’ pajjiżna; 5. Rajna Malta tinbidel b’mod drastiku għall-aħjar, għal dawk kollha illi kienu għatxana għad-drittijiet ċivili illi kienu ilhom imċaħħdin minnhom, tul 25 sena ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti; 6. Rajna Malta tinbidel b’mod

b’saħħtu għall-aħjar għal dawk Għal uħud fostna, speċjalkollha illi jkollhom bżonn is- ment għal min ilu bħali jimmilservizz mediku tal-pajjiż, fejn ita fil-Partit Laburista għal aksparixxew il-mediċini out-ofstock u fejn naqsu b’mod drastiku l-waiting lists; 7. Rajna Malta tinbidel ferm għall-aħjar għal dawk kollha bil-minimum wage, illi llum m’għadhomx iħallsu l-ebda taxxa; 8. Rajna wkoll Malta tinbidel għall-aħjar għal dawk l-istudenti koll- Kellna ha illi jekk jirrepetu sena jibqgħu jieħdu l-istipendju, l-privileġġ illi għax dan hu gvern illi jemmen illi kulħadd ħaqqu t-tieni ċans, nkunu parti jemmen fis-sħiħ u wettaq il-ga- integrali minn ranzija għaż-żgħażagħ: 9. Bħalma rajna Malta tinbidel dik il-bidla tant ukoll għall-aħjar għall-pens- għall-aħjar illi jonanti kollha, illi għall-ewwel darba f ’25 sena, raw il-pens- ġab il-Partit joni tagħhom tiżdied għal dar- Laburista ba, darbtejn. Nista’ nibqa’ sejjer u sejjer, fil-Gvern kif dan il-Gvern biddel lil Malta għall-aħjar, għal kulħadd, f ’dawn l-aħħar erba’ snin.

tar minn 25 sena, ċerti bidliet mhumiex faċli. Biss, inbdilna kemm inbdilna, u ninbidlu kemm għad irridu ninbidlu, għandna u se jibqa’ jkollna l-istess valuri veri illi dejjem kellna. Il-valuri tal-wens, tas-solidarjetà u tal-gustiżżja soċjali. Għadna u konvint illi se nibqgħu dak il-partit, illi jibqa’ jagħti dejjem dak ir-raġġ ta’ dawl u ta’ kuraġġ għal kulħadd, u l-aktar lil dawk illi l-iżjed ikollhom bżonn. Huwa dan illi jagħżilna minn oħrajn. Huwa dan illi jagħmilna politikalment AĦJAR mill-oħrajn. B’dan il-kuraġġ, u b’din id-determinazzjoni, għad irridu ngħidu wkoll kif inkunu RAJNA MALTA TKOMPLI TINBIDEL, wara t-tieni rebħa elettorali u wara t-tieni leġiżlatura ta’ Gvern Laburista, mmexxi minn Dr. Joseph Muscat.

HOUSING SOĊJALI: DIREZZJONI AARON

FARRUGIA

Kandidat ġdid tal-Partit Laburista fuq l-1 Distrett

Ħadt pjaċir li s-suġġett tas-seminar tal-Partit Laburista waqt il-Konferenza Ġenerali ta’ din is-sena kien il-qasam tal-housing fil-pajjiż. Sfida għal ħafna speċjalment għal deputati u kandidati li jintalbu housing mill-kostitwenti tagħhom. Dawn li missew mal-inner harbour district jafu x’qed ngħid. L-impenn tal-Gvern Laburista f ’dan il-qasam qiegħed hemm. Ittieħdu numru ta’ azzjonijiet pożittivi iżda stajna ħaffifna iktar. Stajna għamilna iktar. Għal ħafna snin dan il-qasam ġie abbużat u l-fatt li issa jidher li se niddiskutu r-riformi meħtiega huwa ta’ serħan ilmoħħ. Se nkun ċar. Dan hu suġġett sensittiv ħafna u ebda politiku mhu se jazzarda jitkellem fuqu. L-Ingliżi jsejħu każ bħal dan addressing the elephant in the room. B’differenza, jien ma nħossnix parti minn dawk li jridu jistaħbew u ma jitkellmux dwar il-problema għax inħoss li l-ewwel dmir tiegħi hu lejn il-familji li jħallsu t-taxxi u jafdaw it-tħaddim ta’ dawn ilflus f ’idejn il-politiku. Nistaqsi: Qed nużaw dawn il-flus tajjeb fil-qasam tal-housing soċjali? Bla dubju li le.

Nibda billi nelenka l-problemi li mmissu magħhom. L-ewwel problema hi dik li semma l-Prim Ministru fid-diskors tiegħu, jiġifieri li fil-pajjiż hawn sens ta’ entitlement minn parti mis-soċjetà li tħoss li għandha tingħata housing soċjali bi dritt. Jien ngħid li l-problema hi ferm ikbar. Inħoss li hawn kultura li rridu nibdlu darba għal dejjem. Flimkien ma’ din il-kultura, hemm tmiss magħha sistema li ġiet abbużata għal ħafna snin, jiġifieri li persuna tilgħabha li għandha bżonn għajnuna iżda fil-verità dan ma jkunx veru. Hawn koppji li ma żżewġux proprju biex ikunu jistgħu jitolbu housing soċjali. Is-sistema farsa li kulħadd jaf biha iżda ħadd ma jindirizzaha, anzi jippromwoviha qisha ċ-ċavetta li tiftaħlek il-bibien għall-pjaċiri. Issa li dan il-Gvern beda jaqta’ l-abbuż li kien istituzzjonalizzat, nemmen li għandu jindirizza dan is-settur bl-istess mod. Jekk se ndaħħlu riformi, allura rridu bilfors nikkunsidraw b’serjetà li l-politiku jinqata’ kompletament. Nifhem li hemm l-Awtorità tad-Djar iżda din tirrispondi lill-politiku. Jekk irridu nimxu ’l quddiem u jispiċċa l-abbuż darba għal dejjem, irid ikun hemm awtorità awtonoma totalment li tirrispondi lil istituzzjoni waħda, il-Parlament Malti. Irridu mbagħad indaħħlu sistema li tagħmel sens għaż-żminijiet tal-lum u mhux sistema ta’ punti li ilha hemm snin. Min ħaqqu prijorità? Min le? Fattur

ieħor importanti hu li s-sistema ta’ one size fits all ma tagħmel ebda sens. Hemm min jeħtieġ housing iktar affordabbli għax ma jiflaħx il-prezz tas-suq biex jixtri. Hemm oħrajn li għandhom bżonn għajnuna inizjali, jiġifieri il-famużi 10% li l-bank jitolbok biex jisilfek ammont ta’ flus. Infurmat li l-Gvern se jniedi skema dwar dan fiżżmien li ġej. Imbagħad niġu għal problema oħra li jien qatt ma stajt nifhem, jiġifieri li l-Gvern stess dejjem ippromwova mentalità li l-housing soċjali qed jingħata għal dejjem. Ħazin. Irridu ninċentivaw u ngħinu iżda bil-kundizzjoni li post tal-housing irid jingħata lura lill-Gvern wara numru ta’ snin biex dan jgħaddi għand familji oħra. Familja li tingħata housing soċjali b’kirja trid tiġi mmoniterjata sena wara sena u jkun hemm għajnuna biex dawn eventwalment ikollhom dħul biżżejjed biex isibu kirja jew jixtru mingħajr il-bżonn ta’ għajnuna. Illum dan ma jsirx u persuna tibqa’ tistrieħ fuq il-famuza safety net tal-Gvern. Għalfejn koppja żagħżugħa li jidħlu għal loan biex jixtru post tagħhom jissallbu għal 40 sena u persuna li tħallas ftit mijiet kull sena f ’kirja ssussidjata tagħmel dan ħajjitha kollha? Mhux ġust, mhux sew. Ma rridx imbagħad ninsa nsemmi punt ieħor li ma jagħmel ebda sens, jiġifieri li l-binjiet ta’ housing soċjali jinbnew kollha fl-istess għamla. Housing soċjali għandu jkol-

lu faċilitajiet bażiċi u dinjitużi iżda ma jistax ikun li l-binjiet għandhom ikunu l-għira ta’ min jissallab biex jixtri jew jikri post mingħajr għajnuna. Dan hu l-każ illum il-ġurnata b’binjiet li rajna fil-passat ma jiġġustifikaw bl-ebda mod il-bżonn tagħhom. Il-punti t’hawn fuq huma direzzjoni li jista’ jieħu l-Gvern fiż-żmien li ġej. Ngħaddu issa

Għal ħafna snin dan il-qasam ġie abbużat u l-fatt li issa jidher li se niddiskutu r-riformi meħtieġa huwa ta’ serħan il-moħħ

għall-inċentivi u l-problemi reali biex jiġu kkonfermati. Il-Gvern ħa pass tajjeb li jżid is-sussidju minn massimu ta’ €80 għall-massimu ta’ €160. Pass tajjeb iżda li ma qbiltx miegħu kompletament. Dan għax stajt nara b’għajnejja postijiet li l-kirja tagħhom żdiedet immedjatament u allura s-sussidju tal-Gvern ittiekel mill-ewwel. Oħrajn ma setgħux jibbenefikaw għax is-sid infurmahom li jekk jirreġistraw il-kirja u jibda jeħel it-taxxa, il-kirja kienet se tiżdied. Abbuż u illegalità, iżda din hi realtà. L-aħħar punt u nagħlaq hawn illum. Il-Gvern jidher li mhux lest jikkunsidra jagħżel żoni f ’Malta fejn il-kirja tkun ikkontrollata. Nifhem il-punt u nifhem li jippreferi jissussidja. Iżda l-verità hi li l-ammont kbir ta’ barranin li qed jikru u li lesti jikru bi prezzijiet għolja ħafna jfisser li l-kirjiet f ’Malta se jkomplu jiżdiedu b’rata allarmanti. Dan anke fid-dawl li m’hawnx inċentivi biżżejjed biex persuna li għandha iktar minn proprjetà waħda tibda tikri ż-żejda li għandha. Nies fuq paga minima u pensjonanti ma jistgħux jaffordjaw dawn il-kirjiet. Għandna familji anzjani li issa bdew ukoll ikollhom iċ-ċens tagħhom jagħlaq u jispiċċaw barra t-triq. Tgħiduli setgħu ħadu passi qabel iżda din hi realtà oħra li tinsab quddiemna. Nibqa’ nemmen li pajjiżna jeħtieg housing soċjali, housing affordabbli iżda wkoll żoni b’tariffi kkontrollati.


29

23.04.2017

kullhadd.com

L-IĦIRSA TA’ VERSAILLES Anne Moberly

Eleanor Jourdain

Il-Palazz Petit Trianon

MARY ISTORJA CHETCUTI MILL-

Fi ħdan l-Università Ingliża ta’ Oxford jeżisti l-Kulleġġ ta’ St Hugh li twaqqaf fl1886 min-neputija tal-poeta famuż William Wordsworth. Għalkemm illum jilqa’ fih studenti rġiel u nisa, dan il-kulleġġ kien twaqqaf apposta għal żgħażagħ nisa li xtaqu jkomplu bl-istudji tagħhom f ’livell terzjarju iżda ma kellhomx aċċess għal Oxford jew Cambridge sempliċiment għax kienu nisa. Il-proġett tas-Sinjorina Elizabeth Wordsworth irnexxa u sal-1901 kien irranka sew u kien jitmexxa daqs l-aqwa università. Kulma kien jonqsu kien li jitpoġġa taħt il-patroċinju tal-Universita’ ta’ Oxford biex b’hekk ikun rikonoxxut internazzjonalment bħala kulleġġ universitarju. Storja kurjuża u kontroversjali kważi tefgħet dawn il-pjanijiet għall-Kulleġġ ta’ St Hugh il-baħar. L-ewwel prinċipal ta’ St Hugh kienet is-Sinjorina Anne Moberly bint George, l-isqof Anglikan ta’ Salisbury. Anne, mara b’livell akkademiku għoli u tmexxi dal-kulleġġ b’serjetà kbira, bdiet tħoss li kien wasal iż-żmien li timpjega persuna magħha sabiex tgħinha fit-tmexxija tal-kulleġġ ħalli eventwalment tgħaddi t-tmexxija f ’idejha. Waqt il-vaganzi tas-sajf tal1901 saru intervisti bir-reqqa sakemm l-għażla tal-bord talkulleġġ waqgħet fuq is-Sinjorina Eleanor Jourdain, bint Francis vigarju ta’ Ashbourne f ’Derbyshire. Eleanor kienet mara akkademika li fost suċċessi oħrajn kienet waqqfet u mexxiet skola privata.

Anne Moberly kienet kuntenta ħafna bl-għażla ta’ Eleanor Jourdain li kienet 17-il sena iżgħar minn Anne u allura kien baqalha ħafna aktar snin ta’ xogħol u enerġija x’toffri lillkulleġġ. Għaldaqstant Anne xtaqet li hi u Eleanor isiru jafu aktar lil xulxin fuq livell personali qabel imiddu għonqhom għax-xogħol. Kien hawnhekk li Anne issuġġeriet lil Eleanor li jagħmlu btala kulturali ġewwa Pariġi flimkien; Eleanor laqgħet l-istedina u f ’Awwissu rħewlha lejn Franza għal vaganza ta’ ġimgħa. Matul dik il-ġimgħa żaru ħafna postijiet storiċi u ħadu ġost jiddiskutu l-ġmiel u patrimonju ta’ mużewijiet u palazzi li żaru. Kien jonqoshom iżuru l-Palazz ta’ Versailles, li jinsab ftit kilometri ’l barra mill-kapitali Franċiża, u fl-10 ta’ Awwissu 1901 qabdu t-tren li wassalhom hemm wara vjaġġ qasir. Iddeċidew li l-ewwel iżuru l-palazz biex imbagħad wara joħorġu jgawdu l-ġonna meraviljużi tiegħu filwaqt li jippruvaw isibu l-Petit Trianon, l-iżgħar minn żewġ palazzini li jinsabu fuq parti mill-firxa kbira ta’ art li ddawwar il-Palazz ta’ Versailles. Petit Trianon kien inbena bejn l-1762 u l-1768 mir-Re Luwiġi XV għall-maħbuba tiegħu Madame de Pompadour. Iduru ’l hawn u ’l hemm, Anne u Eleanor ma setgħux isibuh dal-palazzin u f ’xi ħin ħassewhom mitlufin fuq dil-medda ġonna daqstant kbira. Imxew ftit ieħor u ġew quddiem razzett żdingat li quddiemu, mitluq mal-ġenb tat-triq, kien

hemm moħriet qadim. Hawhekk ġrat xi ħaġa stramba - il-burdata taż-żewġ nisa ma baqgħetx waħda trankwilla; bdew iħossu bħal toqla kbira negattiva tagħfas fuq qalbhom u moħħhom. F’dak ilwaqt għaddew minn ħdejhom żewġt irġiel lebsin ġkieket twal ta’ lewn griż ħadrani u kpiepel bi tliet ponot. Eleanor saqsiet lil wieħed minnhom jekk kinux fit-triq it-tajba għall-Petit Trianon; wieħed mill-irġiel urihom passaġġ quddiemhom u qalilhom li riedu jgħaddu minnu. Fit-tarf tal-passaġġ sabu gazebo għall-kenn tas-siġar. Hawnhekk it-toqla fuq il-burdata ta’ Anne u Eleanor bdiet tinħass iktar; barra minn hekk ħassewhom qishom qegħdin f ’xena minn pittura fejn xejn ma jiċċaqqlaq u la tinħass iż-żiffa u lanqas is-sħana tax-xemx. Bilqiegħda ħdejn dal-gazebo lemħu raġel b’wiċċu mħaffer minn ġrieħi qodma tal-ġidri li baqa’ jħares bl-ikrah lejhom mingħajr ma lissen kelma. F’dak il-ħin għaddiet persuna tiġri minn ħdejhom li wissiethom li kienu sejrin fid-direzzjoni żbaljata u biex jaslu Petit Trianon riedu jaqsmu pont żgħir. Anne u Eleanor qasmu l-pont u mxew ftit ieħor sakemm waslu ħdejn il-palazzin. Quddiemu kien hemm mara żagħżugħa bilqiegħda fuq banketta baxxa tpinġi x-xenarju naturali ta’ quddiemha. Dil-mara, b’mopp xagħar dehbi, kellha fuqha libsa li kienet ilha li ħarġet mill-moda filwaqt li spallejha kienu mgħottijin b’xalla sajfija ta’ lewn aħdar ċar. F’dan il-waqt Anne u Eleanor inħakmu minn diqa soffokanti u inspjegabbli. Iż-żewġ nisa ġew quddiem bieb u ħasbu li setgħu jidħlu minnu biex iżuru l-Petit Trianon imma fid-daqqa u l-ħin tfaċċa qaddej minnu li wara li qalilhom biex jużaw l-entratu-

ra fuq in-naħa l-oħra tal-binja, sabbat il-bieb warajh u telaq bl-għaġla ’l hemm. Anne u Eleanor imxew fejn indikalhom dal-qaddej u sabu ġemgħa viżitaturi miġburin lesti biex jibdew żjara tal-palazz; hawnhekk il-burdata negattiva telqithom ħesrem qisu qatt ma kien xejn. Anne u Eleanor komplew il-btala tagħhom però qatt ma tkellmu bejniethom dwar dak li ġralhom ġewwa Versailles. Ftit żmien wara, lura fl-Ingilterra Anne Moberly ġietha f ’moħħha dik il-mara żagħżugħa qed tpinġi u semmietha ma’ Eleanor. Eleanor qaltilha bl-akbar sinċerità li għalkemm tiftakarha sew il-mawra tagħhom f ’Versailles, hi ma kienet rat l-ebda mara tpinġi. Anne skantat kif setgħet ma rathiex ladarba huma t-tnejn waqfu jħarsu lejha; Eleanor reġgħet ċaħdet li ratha. Issa bdew jintebħu li ġewwa Versailles esperjenzaw xi ħaġa li qajla setgħu jispjegawha; għaldaqstant iddeċidew li jniżżlu bil-miktub x’raw u ħassew biex wara jipparagunaw in-noti ma’ xulxin. Irriżulta li Anne rat nies u nnutat affarijiet li Eleanor stqarret li hi ma rathomx; madankollu t-tnejn qablu li esperjenzaw xi ħaġa bizzarra ferm. Eleanor Jourdain riedet tidħol fil-fond ta’ din l-istorja u ntefgħet b’ruħha u b’ġisimha fuq riċerka storika biex tipprova tifhem. B’sorpriża kbira sabet li fl-10 ta’ Awwissu kien il-jum fis-sena 1792 meta l-popolazzjoni mxebbgħa ta’ Pariġi attakkat il-Palazz ta’ Tuillerie fejn kienu qed jinżammu arrestati Re Luwiġi XVI u martu Marie Antoinette; dakinhar inqatlu quddiem għajnejn ir-renjanti l-għassiesa Żvizzeri li kienu jipproteġuhom. Sena wara, Eleanor Jourdain

iddeċidiet li terġa’ żżur Versailles imma l-kobba tħabblet aktar meta l-istess post ratu mibdul totalment u saret taf li l-pont li kienu għaddew minn fuqu kien iġġarraf għexieren ta’ snin qabel filwaqt li l-bieb mnejn kien ħareġ il-qaddej kien ilu snin imsakkar u mbarrat. Mill-banda l-oħra, Anne Moberly ħadet ħasda kbira meta b’kumbinazzjoni ġiet wiċċ imb wiċċ ma’ tpinġija tat-traġika Reġina Marie Antoinette liebsa eżatt kif kienet ratha hi quddiem Petit Trianon li fil-fatt kien ir-refuġju rekreattiv favorit ta’ din ir-reġina. Anne u Eleanor bagħtu l-esperjenza tagħhom bil-miktub lis-Soċjetà tar-Riċerka Psikika imma dawn ma rawx li kien hemm element ta’ investigazzjoni. Madankollu, la Anne u lanqas Eleanor ma kienu se jieqfu hawn. Komplew jagħmlu aktar riċerka u fl-1911 ippubblikaw l-esperjenza tagħhom fil-ktieb An Adventure taħt il-psewdonemi ta’ Miss Morrison u Miss Lamont. Il-ktieb qajjem interess kbir u qanqal polemika sħiħa fejn il-kittieba ġew saħansitra rridikolati. Anne u Eleanor ħarġu jiddefendu lilhom infushom u ppubblikaw in-notamenti li kienu għamlu fl-1901 flimkien mar-riċerka estensiva li wettqu. Hawnhekk kienet qed tiżżeffen fin-nofs ir-reputazzjoni prestiġġjuża tal-Kulleġġ ta’ St Hugh u ż-żewġ nisa, li wara kollox kienu l-prinċipal u l-viċi prinċipal tal-kulleġġ, kienu mwissija kemm-il darba sabiex ma jikxfux l-identità tagħhom. L-ismijiet proprji tagħhom ħarġu fil-pubbliku fl-1931 meta kulħadd ħaseb li l-qiegħa kienet raqdet. Madankollu, il-fatti juru mod ieħor għax il-każ kurjuż u kontroversjali taż-żewġ nisa akkademiċi Anne Moberly u Eleanor Jourdain għadu jqanqal ħafna mistoqsijiet sal-lum.


30

23.04.2017

kullhadd.com

GVERN LI ĦADEM GĦALL-ISTABBILTÀ EKONOMIKA

Illum pajjiżna qed jesperjenza u jgawdi millgħaqal ta’ Gvern li mexa b’mod strateġiku u b’għan wieħed - li noħolqu klima fejn min irid, jista’ jaħdem u jikseb suċċess. F’erba’ snin wettaqna dak li l-Prim Ministru Joseph Muscat sejjaħlu miraklu ekonmiku. Irrealtà ta’ pajjiżna, l-andament pożittiv li tant ħdimna għalih huwa wieħed ferm differenti minn dak li writna mill-Gvern Nazzjonalista preċedenti. Bnejna ekonomija li toffri finanzi sodi, regolamentazzjoni soda, komunikazzjoni faċli, l-ebda tassazzjoni punittiva, swieq miftuħa, qgħad baxx li pprovda l-istabbiltà politika. Kumpaniji jiġu f ’pajjiżna biex jirnexxu. Dan sar mingħajr ma ġew implimentati miżuri ta’ awsterità, iżda billi embarkajna fuq proġetti kapitali, investimenti u miżuri kbar flenerġija, fis-saħħa, fl-edukazzjoni u turiżmu. Mill-bidu tal-mandat tagħna bdejna wkoll issimplifikazzjoni tal-burokrazija li biha kien ikkaratterizzat il-Gvern biex jiġi megħjun innegozju, l-SMEs u l-konsum tas-suq lokali. Filwaqt li fittixna s-setturi ġodda, assigurajna li dawk is-setturi li kienu diġà fostna imma li sfortunatament kienu abbandunati jingħataw l-importanza li jistħoqqilhom. Dan il-Gvern ra kif għamel, biex jimmassimizza, s-setturi li diġà kellna fil-pajjiż, bħalissa, eżempju klassiku,

huwa l-manifattura. Il-prijorità primarja tagħna hija li niżguraw li t-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna huwa wieħed sostenibbli, li dan ma jkunx tkabbir artifiċjali għal żmien qasir jew medju, iżda li huwa tkabbir fit-tul. Diversifikazzjoni tagħti serħan tal-moħħ. Ma jistax jkollok pajjiż Ewropew, żgħir kemm hu żgħir, li jiddependi fuq numru żgħir ta’ setturi biss. Allura aħna minn dejjem fittixna d-diversifikazzjoni tal-ekonomija. L-irwol tagħna huwa wieħed sempliċi ħafna, dak li nkomplu niffaċilitaw, ninċentivaw u fuq kollox nieħdu d-deċizjonijiet. Ħdimna biex ħloqna klima stabbli sinonima mas-suċċess. Aħna nibqgħu impenjati li nisimgħu u naġixxu, li nipproteġu u nħeġġu l-investimenti u l-impjiegi. Ir-riżultati ta’ dan l-impenn jidher fir-rapporti ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea, aġenziji tal-klassifikazzjoni talkreditu bħall-IMF u Standard & Poor’s, li kollha jagħrfu l-aġilità u l-versatilità ta’ dan ilpajjiż. Ħa nkomplu naħdmu sabiex jiġi żgurat li n-negozju jirċievi l-appoġġ li jeħtieġu millGvern u nilqgħu l-input ta’ nies ġodda u ideat ġodda. L-aspirazzjoni ta’ dan il-Gvern kienet dejjem li jaħdem għall-ġid komuni u bħala Gvern għaqli qed naħdmu biex dan il-ġid jiġi mqassam ma’ kulħadd.


kullhadd.com

31

23.04.2017

Il-prijorità primarja tagħna hija li niżguraw li t-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna huwa wieħed sostenibbli


32

23.04.2017

kullhadd.com

PIJUNIER TAL-IRĦIEB CAMALDOLESI FIL-PJEMONTE Kitba ta’ EMAN BONNICI Mal-irħieb Camaldolesi ltqajna diġà permezz tal-figuri ta’ P. Emiliano Piergentili u P. Mariano Pichelli talmonasteru ta’ Monte Corona. Il-personaġġ tal-lum, kien bħalhom ukoll, membru talistess Ordni, li għex qabilhom u seħħlu jippromwovi l-Eremiti Camaldolesi fil-Pjemonte. Imwieled fit-13 ta’ Jannar 1538 fil-kastell ta’ Garessio, Cuneo, Pjemonte fl-Italja, Ascanio Pallavicino kien it-tielet wild ta’ Giovanni Pallavicino u Caterina Scarampi, Markiżi ta’ Ceva, proprjetarji ta’ Garessio u Ormea. L-ewwel wild, Giorgio, kien kunsillier tadDuka Vittorio Amedeo I ta’ Savoia u t-tieni, Pompeo, membru tal-Ordni Franġiskan Konventwal. Il-Markiż bagħat lill-Ascanio jistudja taħt l-Abbati Francesco Galbiati, li ’l quddiem seħħlu jkun prepostu ta’ Vimercate u isqof ta’ Ventimiglia. Ma’ tmiem l-istudji, sforz talħiliet u l-għarfien li kien imżejjen bihom, kien mibgħut Ruma, fejn ma damx ma kien appuntat segretarju talKardinal Alessandro Crivelli, li ordna saċerdot wara l-mewt ta’ martu, li minnha kellu tlett itfal. Għal għaxar snin, Ascanio serva taħt Crivelli, iżda minkejja l-lussu li kien imdorri fih tul ħajtu kollha, sew f ’daru, kif ukoll filpostijiet fejn studja u ħadem, l-imħabba għassolitudni wasslitu biex iħalli kollox u jissieħeb mal-irħieb Camaldolesi. Imwaqqfa minn San Romwaldu Abbati fuq l-għoljiet ta’ Camaldoli ’l barra minn Arezzo, li minnhom ħa eventwalment ismu l-Ordni, dawn l-irħieb, preżenti llum f ’diversi monasteri madwar id-dinja: fl-Italja, il-Polonja, Spanja, l-Istati Uniti talAmerka, il-Kolombja, ilVeneżwela, il-Brażil, l-Indja u t-Tanzanija, huma mħarrġa f ’ħajja eremitika u silenzjuża għall-aħħar, mgħoddija fittalb, fl-istudju u fil-ħidma talid. Imsieħeb fl-istess Abbazija ta’ Camaldoli, Ascanio rċieva l-abitu u l-isem reliġjuż ta’ Alessandro fl-1 ta’ Novembru 1571. Maħtur prokuratur ġenerali tal-Ordni tiegħu fl1592, kien mibgħut Ruma biex jieħu ħsieb affarijiet diversi marbuta maleremitaġġ tiegħu, fejn kien milqugħ sewwa ħafna millPapa Klement VIII, li kien jafu personalment meta kienu għadu jgħix f ’din il-belt fisservizz tal-Kardinal Crivelli.

Il-Camaldolesi fil-Pjemonte Lura fiż-żmien, San Giovanni Vincenzo, Arċisqof ta’ Ravenna, seħħlu jintroduċi l-irħieb Camaldolesi filPjemonte, sforz tal-imħabba tiegħu lejn il-ħajja axxetika, li għaliha ħalla l-kattedra tiegħu biex għex il-kumplament ta’ ħajtu bħala eremita fl-għerien ta’ Monte Caprasio f ’Valle di Susa. Fl-1596, P. Ascanio kien elett pirjol tal-monasteru ta’ Santa Maria di Pozzo Strada ġewwa Turin, bil-fakultà sħiħa li jkabbru u jwaqqaf monasteri oħrajn ġodda fil-Pjemonte. Fittex għalhekk, li jidħol f ’kuntatt mad-Duka Carlo Emmanuele I ta’ Savoia u mal-Arċisqof Carlo Broglia ta’ Turin, bid-Duka hekk milqut mill-merti tiegħu, li dlonk ħa ħsieb jagħżlu bħala konfessur tiegħu. Bl-idea ta’ twaqqif ta’ monasteru ġdid approvata mid-Duka, il-proġett kellu jitħalla fuq l-ixkaffa għal perjodu ta’ żmien sforz talpesta li faqqgħet fil-belt ta’ Turin. Id-Duka talab lil P. Ascanio jassisti l-moribondi, liema talba laqa’ fil-qalb kollha,

minkejja l-perikli li konxju tagħhom, sab ruħu fihom. Dlonk ħa ħsieb iqiegħed artal kbir f ’nofs Triq Dora Grossa, illum Triq Garibaldi, fejn kuljum kien iqaddes fil-beraħ assistit minn tant ċittadini desolati. Mifni quddiem irrealtà kruduli li laqtet il-belt tiegħu, id-Duka wiegħed li jibni l-eremitaġġ minn flusu. Meta l-epidemija ġiet fi tmiemha, ħa ħsieb iżomm kelmtu u ordna għalhekk lillambaxxatur tiegħu f ’Ruma, il-Konti ta’ Verrua, kien jikseb il-permess għall-kostruzzjoni tal-monasteru ġdid mingħand il-Papa, li t-tmexxija tiegħu kellha titħalla f ’idejn P. Ascanio. Hekk, fuq l-għoljiet ta’ Pecetto, ingħata bidu għallbini ta’ monasteru, fuq pjanta ta’ Ascanio Vitozzi, meqjus bħala l-aktar kostruzzjoni importanti tad-Duka Carlo Emmanuele. Bl-ewwel ġebla tiegħu mqiegħda fil-21 ta’ Lulju 1602, fil-preżenza tad-Duka u l-familja tiegħu, P. Ascanio ssokta jrieġi t-tmexxija tiegħu fis-snin li segwew u minkejja li d-Duka offrielu s-sedi vesovili ta’ Saluzzo, Ivrea u Tarantasia, m’aċċettax u minflok wera

x-xewqa li jibqa’ jservi minflok bħala konfessur tad-Duka nnifsu. Fundatur ta’ żewġ eremitaġġi oħra fil-Pjemonte, wieħed f ’Lanzo u ieħor f ’Belmonte, P. Ascanio kien ukoll ħabib talPapa Pawlu V u ta’ San Franġisk de Sales. Miet f ’kunċett ta’ qdusija fl-eremitaġġ ta’ Pecetto fis-16 ta’ Ottubru 1612 u kien midfun f ’riġlejn l-artal maġġur wara funeral solenni li għalih attenda wkoll id-Duka. Misjub għadu sħiħ 30 sena fuq mewtu, il-fdal tiegħu kien eventwalment ittrasportat lejn il-knisja parrokkjali ta’ Sidtna Marija tas-Silġ ta’ Pecetto, wara li l-monasteru ngħalaq millFranċiżi fl-1801. Eventwalment mibdul f ’residenza estiva għasseminaristi ta’ Turin fl-1874, maż-żmien waqa’ fi stat ta’ abbandun tant li matul dawn l-aħħar snin kellu jitwaqqaf, b’parti mill-Isptar Maġġuri ta’ Turin tieħu allura postu. Millmonasteru ma fadalx ħlief ittorri tal-kampnar u l-kappella tal-Lunzjata. Il-kalendarju Camaldolese, fis-6 ta’ Ottubru, ifakkar lil P. Ascanio u jattribwilu t-titlu ta’ beatu.


33

23.04.2017

kullhadd.com

reċensjoni tal-

KTIEB

NISA LI QATLU Minn analiżi li saret ta’ sitta u tmenin serial killer mara fl-Istati Uniti, instab li ħafna drabi l-vittmi tagħhom kienu żwieġhom, uliedhom, jew nies anzjani. Barra minn dan, il-modi ta’ kif saru d-delitti kienu differenti minn dawk ta’ qattiela rġiel. Infatti l-użu tal-armi tan-nar minn dawn

in-nisa kien ferm inqas minn tal-omiċidju mwettqa mill-irġiel. Ħafna mill-qattiela nisa nstabu li kienu jbatu millMunchausen Syndrome, diżordni mentali ta’ persuna li tivvinta li hi marida, biex tiġbed l-attenzjoni u s-simpatija. Uħud min-nies

b’din id-diżordni mentali jkollhom tagħrif tajjeb dwar il-mard, u għalhekk ikunu kapaċi jivvintaw sintomi biex jiġġustifikaw il-mard fittizju tagħhom. L-isem ta’ din issyndrome ġej mill-Baruni Munchausen li kien jivvinta stejjer li kien jgħid li għadda minnhom.

kienx hemm xi frejm li qalet li xtaqet. F’dak il-ħin Hawkins daħlet turiha l-frejms, u f ’daqqa waħda ħasset xi ħaġa tissikka m’għonqha. Il-mara kienet dawret ħabel m’għonq Hawkins u bdiet tissikkah biex tifgaha. Għalkemm irreżistiet kemm felħet. Hawkins intilfet minn sensiha u damet f ’dan l-istat għal madwar 40 minuta. Kien il-ħoss tat-telefown iċempel li ġabha f ’sensiha, u wara li sejħet għall-għajnuna, ittieħdet l-isptar minħabba l-ġrieħi li kellha f ’rasha u f ’għonqha. Dakinhar, mill-ħanut kienu nsterqu $25 mill-cash register u xi flus oħra mill-portmoni ta’ Hawkins. Ilħabel użat fl-attentat ta’ qtil instab fil-ħanut. Sadanittant, tliet ġimgħat qabel dan l-attentat, Norma Davis,

ta’ 87 sena, kienet instabet mejta fir-residenza tagħha f ’Continental Drive, Canyon Lake. L-anzjana kienet tgħix waħedha u kienet il-ħabiba tagħha li sabitha mejta fuq siġġu, meta marret għandha. Il-vittma kellha żewġ skieken ġo ġisimha, waħda f ’għonqha u l-oħra f ’sidirha. Wara eżami bir-reqqa tal-post tad-delitt, ma nstab l-ebda żgass fid-dar. Barra minn dan, il-pulizija sabet biċċa wajer tattelefown u marka ta’ żarbun. Peress li d-daqs taż-żarbun kien żgħir, il-pulizija ħasbet li kien tal-vittma, u għalkemm ftit ingħatat attenzjoni għal din is-sejba. Il-fatt li ċurkett f ’id il-vittma, u diversi oġġetti ta’ valur, ma kinux insterqu kompla ħaseb lill-pulizija għax

SILTA MILL-KTIEB Fl-10 ta’ Marzu 1994, kmieni waranofsinhar, Dorinda Hawkins, ta’ 57 sena, kienet fil-ħanut fil-Main Street Trading Post, f ’Lake Elsinore, California, fl-Istati Uniti. Hawkins kienet impjegata f ’ħanut fejn kienu jinbiegħu l-oġġetti antiki, imma minkejja s-serq li kien isir mill-ħwienet f ’dik il-lokalità, qatt ma beżgħet li ħajjitha kienet fil-periklu. Bħalma ssoltu jiġri fi ħwienet ta’ din ix-xorta, dakinhar fil-ħanut daħlu diversi nies, fosthom mara blondija ta’ madwar 35 sena. Il-mara bdiet iddur mal-ħanut bħallikieku qed tfittex xi ħaġa tgħodd għaliha. Wara xi ħin, il-mara staqsiet lil Hawkins jekk kinitx waħedha fil-ħanut, imbagħad daħlet filparti ta’ ġewwa biex taparsi tara

ma setgħetx tistabbilixxi l-motiv tad-delitt. Mir-rapport tal-awtopsja rriżulta li Davis kellha ħdax-il daqqa ta’ sikkina u d-delitt sar jumejn qabel instabet mejta. Il-vittma kellha wkoll sinjali madwar għonqha li saru bl-

idejn waqt li xi ħadd ipprova jifgaha. Waqt li kienet qed tinvestiga l-qtil ta’ Davis, fit-28 ta’ Frar 1994, il-pulizija kellha rapport li June Roberts instabet mejta filmobile home tagħha f ’Big Tee Drive, f ’Sun City…

Mistoqsija: Kemm-il daqqa kellha Davis?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: NISA LI QATLU. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 30 ta’ April. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-kotba WERAQ TAL-FIDDA u IL-BUFFU L-MISTĦI huwa: I.MANGION - Il-Gudja

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

01

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

X’inhu s-suġġett tal-artiklu f ’paġni 12 u 13? It-tweġiba:

Rebbieħ: R.FARRUGIA - Iż-Żurrieq

Isem:

Indirizz:

Numru tat-telefown:


34

23.04.2017

kullhadd.com

AVVIŻI AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ

AVVIŻI KULTURALI

Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ mal-ħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għall-ilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www. expresswatchrepairs.com jew irrikorru 110, Triq ilKungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235.

L-edizzioni ta’ din is-sena tanNadur Song Festival ser issir nhar is-Sibt 29 t’ April 2017, fis-7.30pm, ġewwa t-Teatru M.B.C. in-Nadur. Dan ilfestival qed jiġi organizzat mill-Għaqda Teatrali Mnarja fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Mnarja u bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tanNadur. L-applikazzjonijiet sabiex tipparteċipa jistgħu jiġu rikjesti permezz t’email u jagħlqu nhar l-Erbgħa 12 t’April 2017. Għal aktar informazzjoni kkuntattjana fuq l-email ghaqdateatralimnar ja@gmail. com jew fittixna fuq Facebook.

XOGĦOL U MANUTENZJONI Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, katusi u gypsum boards ċempel 7928 5444. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason bin-numru 2143 2352 jew 9947 7167. PROPJETÀ GĦALL-BEJGĦ Tliet għelieqi għall-bejgħ fl-akkwati tas-Sanab, ilMunxar, Għawdex. Għalqa nru.1 - 7 sigħan Għalqa nru.2 - 2 sigħan Għalqa nru.3 - nofs tomna Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 21557059. AVVIŻI OĦRAJN

Ikla Majjal, Fenek jew Tiġieġ fil-Każin tal-Banda Anici, organizzata minn Anici Stars Supporters, nhar is-Sibt 22 t’ April 2017. L-ewwel platt Għaġin; ittieni platt - Majjal, Fenek, jew Tiġieġ; Deżerta; Tazza nbid jew Soft Drink. GħatTfal; Burgers jew Chicken Nuggets. Jintwerew filmati mill-Festi ta’ San Ġorġ Martri tal-passat. Dan kollu għal donazzjoni ta’ €13 il-Kbar u €7 iż-Żgħar. Biljetti mill-Bar tal-Każin jew inkella ċempel fuq 79480807 - 79641009. Il-Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem ta’ Birkirkara ser torganizza Lejla Maltija għall-familja kollha, nhar is-Sibt 22 t’April, mis-7.30 p.m. ’il quddiem, fi Triq Gori Mancini, biswit il-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem. Waqt din il-Lejla Maltija, li ser isservi bħala tħejjija għall-Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, ser ikun hemm diversi stands b’ikel u xorb. Divertiment ser ikun provdut minn kantanti lokali u oħrajn stabbiliti. Ser tittella’ wkoll wirja ta’ karozzi militari, bil-kollaborazzjoni ta’ Battlefields Re-enactment Group. Ma jonqsux lanqas sketches komiċi, logħob għattfal u diversi attrazzjonijiet oħra.

Nixtru fajjenza, arloġġi, figurini, muniti, midalji Il-Kumitat Amministrattiv u kull ħaġa oħra tad-dar. fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Ċemplu fuq 9922 3541. Madonna tal-Ġilju talImqabba jinforma li l-lotterija Pożizzjoni tax-xogħol: li bħala premju kellha statwa waiter / waitress. Ħtiġijiet ta’ Marija Addolorata telgħet tax-xogħol: full-time jew nhar Ħadd il-Għid 16 t’April part-time. Jitkellmu fluwenti 2017 u ntrebħet mis-Sur bl-Ingliż u kapaċi jaħdmu Ġilju Grech mill-Imqabba. Ilb’shift. Biex japplika wieħed biljett rebbieħ kien b’numru jista’ jibgħat c.v bl-email lil 09070. Il-Kumitat jixtieq careers@ozogroup.com jew bil- jirringrazzja lil dawk kollha li posta lil OzoGroup Head ħadu sehem f ’din il-lotterija. Office, No6, Triq l-Iskultur, Aktar informazzjoni tinkiseb Ħal Qormi. fuq www.talgilju.com.


35

23.04.2017

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

V. MUSCAT - Il-Mellieħa

TISLIBA 171

Bi 3 Numri 018 048 064 568 625 659 671 720 851 868 940 B’4 Numri 0575 0860 0965 1165 1280

2322 2438 4296 4380 4659 5188 5198 5206 5232 5359 5611 5697 5830 5873 6276 6458 6616 6664 6717 6954 7185

7309 7390 7789 7805 8010 8183 8278 8391 8701 8859 9028 9690 B’5 Numri 04702 09902 11440 11849 16244 21354

26510 45558 45578 47919 50562 54354 58897 59891 62714 66552 69616 77985 81922 82531 83494 84711 90493 92809 97467

B’6 Numri 004724 015083 241251 485587 486660

544955 606342 769907 856102 952226

IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

Mimdudin:

Weqfin:

1. Kompli l-qawl: Biex titgħallem tgħum, ma tridx ........... mill-ilma (5) 4. Dawn jistgħu jfaqqsu (4) 7,23. Jista’ jkun ħa xi ittra bil-posta (6) 9. Jirrepeti warajk? (3) 10. Tipprova taqbad? (6) 12. Nieqaf (6) 16. Ħabb bit-Taljan! (3) 18. E .... Brutus (2) 19. Ara 13 20. Ibgħat l-awguri? (5) 21. Ara 5 23. Ara 7 24. Ara 22

1. Titfa’ fit-tazza (6) 2,12W. Kienet tintuża fil-ħasil tal-ħwejjeġ (5) 3. Nimxu fuqha (3) 5,21M. Kunjom (6) 6. Spiss jissejħu tal-art (3) 8. Biha jinżammu infurmati l-membri (9) 11,15. Dawn jolqtu ħafna? (8) 12. Ara 2 13,19. Ieqaf (6) 14. Tqattar xi likwidu (6) 15. Ara 11 17. Telaq (3) 21. Isem Għarbi (3) 22,24. Jaqsam! (8)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:

Weqfin:

1.Konti, 4.Kont, 7.MT, 9,17. Pinnur, 10,21W. Tingombra, 12.Kankri, 18,19.Costa, 20.Manka, 21.BRT, 24.Agius

1.Koppla, 2,12W. Ninku, 3,23. Imtaten, 5,16.Organu, 6.Tom, 8.Tiskonġra, 11,13.Lanċa, 14.Isaqqi, 15.Qassis, 22.Tre


36

23.04.2017

kullhadd.com

BUSUTTIL REĠA’ ĦAREĠ TA’ FALZ U OPPORTUNIST EDITORJAL

Il-gidba sfaċċata li Daphne Caruana Galizia rrikorriet għaliha din il-ġimgħa, u li mbagħad rikeb fuqha il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, saret bi skop.

Fl-aħħar jiem il-Prim Ministru Joseph Muscat, għax m’għandu xejn x’jaħbi, ma ddejjaq xejn jissottometti lilu nnifsu għal inkjesta magisterjali. Forsi għal ħafna din hija deċiżjoni iebsa, iżda min hu seren u kalm għax qiegħed fuq in-naħa tas-sewwa ma jiddejjaq xejn jieħu dawn il-passi. Illum, kull min għandu rasu fuq għonqu, jirrealizza li l-istorja dwar il-kumpanija Egrant, kienet storja ivvintata. Kien gidba sfaċċata mill-bidu sal-aħħar. Gidba oriġinata, jew aħjar ngħidu ivvintata minn xi ħadd li mhux biss ma jaħmilx lill-Partit Laburista, ikun immexxi minn min ikun immexxi, imma min xi ħadd li meta fil-gvern ikun hemm ilPartit Nazzjonalista, igawdi bilkbir u jaqla’ l-eluf ta’ ewro. Kif jgħid il-Malti, kull deni ħudu b’ġid. Għax finalment, il-frame up li pprova jibni Simon Busuttil, ovvjament bilgħajnuna tal-blogger Daphne Caruana Galizia, sploda f’wiċċu. Sploda f’wiċċu għax kompla joħroġ bħala mexxej dgħajjef. Kompla joħroġ bħala mexxej li m’għandu l-ebda

alternattiva għat-tmexxija talGvern Laburista, tmexxija li ma’ kull jum li jgħaddi, qiegħda tħalli riżultat pożittiv, wieħed wara l-ieħor. Il-gidba sfaċċata li Daphne Caruana Galizia rrikorriet għaliha din il-ġimgħa, u li mbagħad rikeb fuqha il-Kap talOppożizzjoni Simon Busuttil, saret bi skop. Anke l-ġurnata magħżula kienet intenzjonata. L-għan tal-gidba deher ċar. Ma ridux li l-poplu jikkonċentra fuq il-ftehim kollettiv li f’dak l-istess jum kien iffirmat bejn il-Gvern u l-unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema tal-gvern, fiddiversi oqsma. Ma ridux li l-poplu jagħraf li permezz ta’ dak il-ftehim, 30,000 familja se jkomplu JTEJBU l-livell talgħajxien tagħhom. Kif wara kollox għamlu l-familji Maltin u Għawdxin kollha f’dawn l-aħħar erba’ snin, grazzi għal għadd ta’ miżuri li ttieħdu mill-Gvern Laburista, fosthom ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, iċ-childcare b’xejn, tnaqqis fit-taxxi, żidiet lillpensjonanti, żidiet fl-istipendju, u ħafna u ħafna miżuri oħrajn. Aktar minn hekk, skop ieħor

tal-gidba sfaċċata ta’ Daphne Caruana Galizia, li mbagħad rikeb fuqha il-Kap talOppożizzjoni Simon Busuttil, kien li tinħeba l-ipokresija ta’ Simon Busuttil innifsu blinvolviment tiegħu fl-iskandlu PagiPN. Tajjeb li nibqgħu nżommu f’moħħna li Simon Busuttil, (‘iċ-champion tat-trasparenza u governanza tajba’) għamel ftehim mal-Grupp db liema ftehim huwa ksur sfaċċat talliġi dwar il-finanzjament talpartiti. Hekk kif tfaċċa dan l-iskandlu, Simon Busuttil ipprova jagħti l-impressjoni li ma kellux x’jaħbi, meta filverità kellu ĦAFNA X’JAĦBI. Saħanistra kien qal li tant ma kellux x’jaħbi, li ma kellu l-ebda diffikultà biex jiddefendi ruħu quddiem il-Kummissjoni Elettorali. Fi ftit ġimgħat, biex ma ngħidux fi ftit jiem, sirna nafu li l-ftehim li għamel Simon Busuttil kien jinkludi wkoll ħruġ ta’ invoices FOLOZ. Sfidat kemm-il darba biex jippubblika dawn l-invoices, Simon Busuttil baqa’ b’idejh fuq żaqqu, ovvjament biex

jgħatti xturu. U proprju qabel il-gidba sfaċċata ta’ Daphne Caruana Galizia, Simon Busuttil, mhux talli ma marx quddiem ilKummissjoni Elettorali ‘għax m’għandu xejn x’jaħbi’, imma talli mar il-Qorti biex jitlobha twaqqaf lill-Kummissjoni Elettorali milli tinvestigah. IPOKRESIJA FL-AQWA TAGĦHA. Hekk spiċċa l-frame-up li ppruvaw jibnu Simon Busuttil u Daphne Caruana Galizia, anke minn wara dahar ilmembri tal-grupp parlamentari Nazzjonalista. Fuq naħa għandna lil Simon Busuttil jipprova jaħrab wara li kiser il-liġi tal-finanzjament talpartiti b’mod sfaċċat; u fuq innaħa l-oħa għandna lil Joseph Muscat ipoġġi lilu nnifsu għal kull investigazzjoni. Joseph Muscat m’għandux x’jaħbi. Joseph Muscat iħares ’il quddiem biex inkomplu nwettqu dak li kien imwiegħed lill-familji Maltin u Għawdxin ħames snin ilu, u biex fuq ilkisbiet li għamilna, inkomplu nibnu l-ġejjieni għal uliedna u wlied uliedna.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.