KullHadd_23.07.2017

Page 1

www.kullhadd.com Ħarġa Nru 1,254 Prezz €1

MICHELLE GĦAMLITHA!

Ara paġna 10

Il-Ħadd, 23 ta’ Lulju, 2017

MILL-ENEMALTA GĦALL-AIR MALTA

L-Air Malta se tkun qed tkabbar l-attività kummerċjali. Iddikjara dan iċ-Chairman il-ġdid tal-kumpanija Charles Mangion, li fl-ewwel intervista tiegħu minn meta ħa l-kariġa qal li dan irid isir fuq fundamenti finanzjarji sodi li jrendu l-kumpanija kompetittiva u profittabbli. “Nista’ ngħid li kif jgħidu we hit the ground running. Kien hemm bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet pendenti u imminenti li infatti dawn ittieħdu u hemm oħrajn fil-pipeline wkoll,” qal Charles Mangion jum wara li l-Air Malta ħabbret li se tkun qed iżżid ajruplan ieħor. “Li tikber il-flotta huwa essenzjali...kif dan isir jiddependi minn diversi fatturi li kollha kemm huma għandhom impatt finanzjarju. Kull deċiżjoni trid tkun xprunata mill-kriterji ta’ effiċjenza, ekonomija, kwalità u profitt,” qal Mangion. Ara paġni 8 u 9

JIDDEJNU D-DOPPJU BIEX SETGĦU JAĦDMU Ara paġna 5

CHRIS SAID “JISPLODI” F’ĦAŻ-ŻABBAR Chris Said, kontestant għall-kariga ta’ kap talPartit Nazzjonalista, kellu laqgħa taħraq Ħaż-Żabbar meta wieħed mill-kunsillieri tal-partit qallu kif qed jippretendi li jrebbaħ lillPartit Nazzjonalista fuq bażi nazzjonali meta lanqas kien kapaċi jrebbħu Għawdex. Said irreaġixxa b’tisbita mal-mejda u qal li Għawdex ma ħallewhx jaħdem u jagħmel l-affarijiet kif suppost. Saħansitra fetħilha fuq kif, skont hu, fissentejn li għamel segretarju ġenerali ried inaddaf il-partit minn ġewwa u ma ħallewhx u kien għalhekk li bagħtuh jieħu ħsieb Għawdex fejn ftaħar li hu personali żied 600 vot. Intant, parti millestablishment qed tibqa’ timmanuvra bit-tama li ma jkun ħadd mill-erba’ kontestanti li jieħu l-kariga ta’ kap anke jekk issa din qed tidher possibbiltà iktar remota. Ara paġna 6

DEBONO LEST IĊEDI S-SIĠĠU LIL DELIA • DAN BI FTEHIM LI MARTU KRISTY DEBONO TKUN VIĊI KAP Id-Deputat Nazzjonalista Jean-Pierre Debono ftiehem mal-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li jekk kemm-il darba Delia jinħatar kap tal-Partit Nazzjonalista, Debono jċedilu s-siġġu Parlamentari. Debono kien elett għall-ewwel darba fil-Parlament fl-aħħar elezzjoni ġenerali mis-seba’ distrett elettorali. Wara li diġà kien issagrifika l-kandidatura tiegħu fl-2013 għal dawk il-ftit li semgħu b’dan l-arranġament fil-Partit Nazzjonalista, dan ilftehim seta’ deher sorpriża. Dan sakemm sar magħruf li bħala parti minn dan il-ftehim hemm arranġament li jekk Delia jirbaħ, Kristy Debono, mart Jean-Pierre Debono, issir viċi kap għallaffarijiet tal-Parlament. Fil-fatt, Debono hija interessata b’saħħa fil-kariga li sal-lum jokkupa Mario De Marco. Il-koppja Debono qed tappoġġja bis-sħiħ lil Delia, u JeanPierre Debono, li l-kariga ta’ assistent segretarju ġenerali qabditu sew mal-għeruq, qed jgħin lil Delia b’kull mod li jista’. Nies qrib Chris Said huma rrabjati li nies qrib il-koppja Debono qed ixerrdu l-kelma li meta kien segretarju ġenerali, l-Għawdxi ġġieled ma’ ħafna nies.


02

23.07.2017

kullhadd.com

Editur ALEANDER BALZAN

L-Ogħla Temperatura: 34°C L-Inqas Temperatura: 23°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja fuq iċ-ċentru tal-Mediterran ser tippersisti Temp: Xemxi Ir-Riħ: Ħafif għal moderat min-Nofsinhar il-Lbiċ Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 26°C

email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572

Disinn tal-Paġni LEANNE ABELA GRECH tel: (+356) 2568 2571

Kuntatt Ġenerali KullĦadd

It-Tnejn

email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Indirizz Postali KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

33°C

UV 8

22°C

Il-Ħamis

31°C

UV 9

23°C

30°C

Il-Ġimgħa

UV 9

23°C

Is-Sibt

Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

30°C

UV 9

23°C

31°C

UV 9

24°C

31°C

UV 9

23°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD 20/21, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21246051 National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Il-Ħamrun – 21225539 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221 The Local Dispensary, Triq Kan. K. Pirotta, Birkirkara – 21493549 O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, Il-Gżira – 21330268 Numri Importanti Krypton Chemists, Triq l-Ibraġġ, Tal-Ibraġġ – 21370141 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​ Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Tas-Sliema – 21313233 112​ Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali, Ħ’Attard – 21434137 Medicine Chest Pharamcy, Triq Demitriju Farrugia, Il-Għargħur – 21422204 Il-Pulizija ta’ Malta Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554 2122 4001-9​ Brown’s Pharmacy, 45, Telgħet Raħal Ġdid, Raħal Ġdid – 21694818 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Il-Kalkara – 21673811 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ​ St. James Pharmacy, Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar – 21666194 2393 0000 Pompei Pharmacy, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk – 21651278 Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Ħal Luqa – 21692546 Il-Gwardjani Lokali ​2132 0202 Remedies Pharmacy, 1, Triq il-Parroċċa, Is-Siġġiewi – 21460828 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479

Stampat Progress Press

L-Isptar ta’ Malta 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex ​2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza ​ 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku ​1182

Għawdex Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat – 21556970 Nadur Pharmacy, Pjazza it-28 t’April 1688, In-Nadur – 21563589 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.


03

23.07.2017

kullhadd.com

WEBBSU RASHOM U SOFREW IL-KONSEGWENZI • L-AWTORITAJIET JINFURZAW FIL-BAJJIET TAL-ARMIER • L-OPERATURI KIENU MWISSIJA U MA TAWX KAS

Il-bajja qabel l-azzjoni ta’ infurzar u kif bdiet tidher wara

Is-Sibt filgħodu l-awtoritajiet ħadu passi bil-għan li l-operaturi fuq il-bajja tal-Armier ikunu konformi mal-permessi li għandhom, u l-bajja ngħatat lill-pubbliku li għandu jkollu l-għażla jekk jagħmilx użu mill-faċilitajiet li jikru huma u jekk le m’għandux jispiċċa mingħajr post fuq il-bajja. F’operazzjoni mill-Awtorità tat-Turiżmu u l-Awtorità tal-Artijiet tneħħew għexieren ta’ deckchairs u umbrelel minn fuq il-bajjiet tal-Armier u Little Armier. Saħansitra fi stqarrija l-Awtoritajiet qalu li tgħabbew mal-ħames trakkijiet t’umbrelel u deckchairs miġbura li kienu qed jiksru r-regoli tal-permessi tal-bajjiet. Iċ-Chairman tal-Awtorità tat-Turiżmu, Gavin Gulia, spjega kif qabel ittieħdet din

l-azzjoni, l-operaturi tal-istabbilimenti kienu mwissija kemm-il darba biex isegwu r-regoli u l-kundizzjonijiet. “Ir-regolamenti huma kemm tal-MTA għal dak li għandu x’jaqsam mal-operating licence, però b’mod partikolari mad-dipartiment tal-artijiet, illi jagħtu l-allokazzjoni partikolari, jiġifieri ż-żona fejn wieħed irid li jpoġġi d-deckchairs. Iħallsu kera għaliha jew fee. Naturalment jekk dawn joħorġu barra mill-allokazzjoni jkunu qed jokkupaw art pubblika kontra l-liġi u allura azzjoni tal-infurzar tittieħed mhux ġol-allokazzjoni imma tittieħed fejn ikun hemm armat barra l-allokazzjoni,” qal Gulia. Fil-fatt bosta persuni kienu qed jilmentaw fuq is-siti soċjali f ’dawn l-aħħar ġimgħat hekk kif bosta bajjiet pubbliċi

bdew jidhru mhux aċċessibbli għal dawk li ma jħallsux. Fi ftit kliem ħafna esprimew ir-rabja li l-bajjiet Maltin spiċċaw ta’ erba’ operaturi. Saħansitra lbieraħ attivisti fil-Kamp Emerġenza Ambjent ħarġu stqarrija fejn fiha wkoll innotaw li bosta bajjiet madwar Malta u Għawdex ittieħdu minn entitajiet kummerċjali li qed jimlewhom b’deckchairs u umbrelel minn filgħodu kmieni. “Huwa kompletament inġust li ftit kumpaniji privati jagħmlu profitti kbar għas-skapitu tal-bqija tannies, minn fuq postijiet li suppost qegħdin hemm biex ikunu aċċessati u mgawdija minn kulħadd,” qalu l-attivisti li żiedu li l-kumpaniji għandhom iwaqqfu immedjatament dawn il-prattiċi tar-regħba li qed joħonqu l-bajjiet pubbliċi, u li l-awtoritajiet ikkonċer-

nati jiżguraw li d-dritt tannies li jgawdu dawn il-bajjiet ikun imħares. “Is-sitwazzjoni preżenti hija inaċċettabbli. Jekk mhux se tieqaf, l-attivisti fil-Kamp Emerġenza Ambjent qed jimpenjaw ruħhom li jorganizzaw azzjonijiet diretti miċ-ċittadini sabiex jittieħdu lura l-bajjiet tagħna,” iddikjaraw fi stqarrija. Iżda, Gavin Gulia qal li hija importanti li biex ikunu effettivi azzjonijiet bħal dawn wieħed ma jgħaġġilx. “Aħna kif tidħlilna l-informazzjoni ma naqbdux u mmorru niżgumbraw. Immorru imma, naraw x’ikun għaddej, naraw jekk l-informazzjoni tkunx waħda li wieħed jista’ jorbot fuqha, naraw x’inhuma d-drittijiet tal-MTA u tad-dipartiment tal-artijiet ukoll u d-drittijiet x’inhuma tal-operatur. Naraw

jekk hux jokkupa biss l-allokazzjoni li tkun ingħatatlu jew jekk ikunx qiegħed jokkupa aktar. Sabiex meta aħna ninżlu u nagħmlu l-infurzar, u dak li tagħtina l-poter li nagħmlu l-liġi, inkunu qegħdin fil-parametri tal-liġi u firrispett tal-liġi,” temm jgħid Gulia. L-Awtoritajiet saħqu li din l-azzjoni turi li din il-problema qed tiġi indirizzata u tibgħat messaġġ qawwi lil operaturi oħra simili f ’bajjiet oħrajn li kull minn ma jżommx mar-regoli, se jittieħdu passi kontrih. Fil-fatt Gulia saħaq li l-infurzar għaddej kontinwament, madankollu huma biss azzjonijiet kbar bħal dawn li jagħmlu daqshekk ħoss. Filfatt hemm bosta bajjiet oħra li diġà ttieħdet azzjoni fihom fosthom il-Bajja ta’ Blue Lagoon.


04

23.07.2017

kullhadd.com

IKOMPLI T-TQASSIM TAT-TABLETS • F’SETTEMBRU JIBDA T-TIENI ĊIKLU

Fil-bidu tas-sena skolastika li ġejja t-tfal li telgħin ir-raba’ sena tal-primarja jingħataw it-tablet biex hekk jibda t-tieni ċiklu tat-tqassim ta’ din l-għodda edukattiva u għas-sena skolastika li jmiss ikunu t-tfal fir-raba’ sena u fil-ħames sena tal-primarja li jużaw din l-għodda. Dan wara li s-sena li għaddiet ingħatat lit-tfal tar-raba’ sena tal-primarja. Kien il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, li ħabbar kif huwa maħsub li bejn Settembru u Ottubru ta’ din is-sena jibda l-proċess li jingħataw it-tablet it-tfal kollha tar-raba’ sena, għas-sena skolastika 2017/2018. Dan ifisser li jkun beda t-tieni ċiklu, liema ċiklu jerġa’ jirrepeti ruħu fit-tielet sena. Bartolo nnota wkoll kif bdiet l-evalwazzjoni tal-ewwel ftit xhur u l-monitoraġġ ta’ kif intuża t-tablet mit-tfal. Kien f ’Diċembru li għadda li beda t-tqassim tat-tablets lit-tfal kollha tar-raba’ sena li jattendu l-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti. Dan wara li f ’Settembru 2016, l-għalliema u l-LSAs tar-raba’ sena attendew taħrig fuq din l-għodda edukattiva. Bejn Settembru 2016 sal-ġranet meta t-tfal bdew jirċievu t-tablet, l-għalliema komplew jiġu megħjuna biex jużaw it-tablet waqt ittagħlim ta’ diversi suġġetti. Kien hemm taħriġ addizzjonali għall-għalliema kumplimentari u anke taħriġ onlajn. Minn Jannar sa Ġunju 2017, l-għalliema u l-LSAs komplew jingħataw għajnuna u taħriġ minn għalliema speċjalizzati fi ħdan id-Direttorat tal-Litteriżmu Diġitali, fejn ġew identifikati lezzjoniji-

et li fihom it-tablet intuża bħala għodda biex jintlaħqu l-għanijiet kurrikulari. Meta fil-Parlament kien qed iwieġeb domanda parlamentari tad-deputat Alex Muscat, il-Ministru Bartolo kompla jfisser kif “matul il-bidu tal-programm jiġifieri f ’Novembru 2016, u li tkompla f ’Jannar u Frar 2017, saru diversi laqgħat għal ġenituri biex ikunu infurmati fuq din l-għodda u jaraw kif għandhom jgħinu lil uliedhom jużaw it-tablet sew. Saru laqgħat kemm fil-format ta’ lectures kif ukoll oħrajn fejn il-ġenituri attendew il-lezzjoni flimkien mat-tfal tagħhom fil-klassi.” Iktar minn hekk matul ixxhur ta’ bejn Frar u Mejju 2017 ġew identifikati l-għalliema u l-LSAs kollha tal-ħames sena mill-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex. Dawn ġew imsejħa biex jattendu għat-tieni sensiela ta’ taħriġ indirizzat għal dawn l-edukaturi li ser ikunu qed jaħdmu b’din l-għodda mis-sena skolastika li jmiss. Madwar 500 edukatur attendew għal dan it-taħriġ u ngħataw t-tablet. Iktar minn hekk anke għalliema prospettivi qed jingħataw it-taħriġ. Tant li ġie ffirmat ftehim mal-Università ta’ Malta biex jintuża t-tablet li qed jitqassam lill-għalliema u lill-istudenti sabiex l-Università jkollha sett ta’ tablets li tista’ tħarreġ lill-għalliema-studenti fil-Fakultà tal-Edukazzjoni. Tfassal ukoll programm ta’ taħriġ li se jagħtuh għalliema speċjalizzati mid-Direttorat tal-Litteriżmu Diġitali. L-ammont ta’ investiment li ntefaq f ’dan il-proġett s’issa huwa ta’ €4,864,148.


05

23.07.2017

kullhadd.com

IDDEJNU D-DOPPJU BIEX IKUNU JISTGĦU JAĦDMU • INKOMPLU NANALIZZAW IL-QAGĦDA FINANZJARJA TAL-PARTIT NAZZJONALISTA • RIŻULTATI LI MHUMIEX KONFORMI MA’ STANDARDS INTERNAZZJONALI Is-sena li għaddiet il-Partit Nazzjonalista kellu bżonn jiddejjen id-doppju ta’ dak li ddejjen is-sena ta’ qabel biex jiffinanzja l-ħidma tiegħu. Dan jirriżulta minn iktar analiżi tal-kontijiet finanzjarji tal-Partit Nazzjonalista. Kontijiet ippreżentati tard lill-Kummissjoni Elettorali u li analisti finanzjarji studjaw f ’dettall għall-gazzetta KullĦadd. Fil-ħarġa tal-lum nħarsu lejn dak li jissejjaħ debt to equity ratio u hawn ir-riżultat għall-Partit Nazzjonalista xejn mhu sabiħ. Id-debt to equity ratio huwa aspett importanti ħafna li jintuża fl-analiżi tal-qagħda finanzjarja ta’ kumpanija jew entità. Dan jindika kemm dejn qed tuża kumpanija biex tiffinanzja l-operat tagħha. Fuq naħa waħda tal-kalkolu wieħed jiehu l-liabilities kollha ta’ kumpanija, jiġifieri dak kollu li għandha tati l-kumpanija. Dan jinkludi djun mal-banek, kontijiet mhux imħallsa, u obbligi lejn terzi, inkluż il-Gvern. Fuq l-oħra, wieħed jieħu dak li jissejjaħ total equity, jiġifieri d-differenza bejn l-assi ta’ kumpanija u dak li għandha tħallas. Id-debt to equity ratio fl-analizi finanzjarja jigi msejjaħ b’mod tekniku r-risk jew il-gearing ta’ kumpanija. Kumpanija li

jkollha gearing għoli tfisser li tkun waslet f ’sitwazzjoni fejn għandha bżonn ħafna dejn biex tkun tista’ tkompli topera. Normalment kumpanija b’gearing għoli ssibha diffiċli biex takkwista aktar dejn millbanek. Dan għax min isellef ikun xettiku fuqha. Xi ħaġa li tispjega wkoll għalfejn fl-aħħar snin il-Partit Nazzjonalista kellu jdur fuq iċ-ċedoli biex jiffinanzja l-operat tiegħu. B’livell ta’ dejn ogħla, tiżdied l-ispiża tal-imgħax u dan jista’ jwassal biex il-kumpanija żżid it-telf tagħha u b’hekk jiżdied il-piż tad-dejn. Fil-każ tal-Partit Nazzjonalista d-debt to equity ratio nbidel minn valur ta’ 1.0 fl-2015 għal valur ta’ 1.9 fl-2016. Skont l-analisti finanzjarji li tkellmu mal-gazzetta KullĦadd żvilupp bħal dan huwa inkwetanti ferm. Għax huwa dan li jindika li biex jopera fl-2016 il-Partit Nazzjonalista kellu bżonn kważi d-doppju tad-dejn li kellu bżonn sena qabel. Barra minn hekk, id-debt to equity ratio għal entità bħall-Partit Nazzjonalista huwa mistenni li jkun ferm iżgħar mill-valur ta’ 1.0. Dan minħabba li tipikament entità jkollha bżonn id-dejn biex tixtri assi ġodda bħal proprjetà jew makkinarju.

L-akbar spiża ta’ partit politiku hija fuq pagi u spejjeż amministrattivi u għalhekk mhux mistenni li jkollu bżonn ħafna djun biex jopera. Indikatur ieħor li jintuża flanaliżi finanzjarja huwa d-debt ratio. Dan iqabbel id-djun ta’ kumpanija mal-valur totali tal-assi tagħha. Fl-istudji finanzjarji internazzjonali jingħad li d-debt ratio għandu jkun bejn 30% u 40%, skont il-volatilità tad-dħul ta’ kumpanija. Dan minħabba li huwa ferm diffiċli li wieħed jagħmel qligħ ta’ aktar minn 40% tal-valur tal-assi u b’hekk ikun ferm diffiċli biex id-djun ta’ kumpanija jitħallsu lura jekk dawn ikunu aktar minn dak il-proporzjon. Il-Partit Nazzjonalista ra d-debt ratio jiżdied minn 51% għal 65% f ’sena waħda biss. Dan huwa livell kważi d-doppju tal-istandards internazzjonali. Fl-2016 il-Partit Nazzjonalista kellu jagħti €10.6 miljun, kontra assi ta’ €16.3 miljun. It-tielet indikatur finanzjarju li juri li l-qagħda finanzjarja tal-Partit Nazzjonalista sejra għall-agħar jirrigwardja l-proporzjon taddħul li qed jintefaq fuq l-imgħaxijiet. Fil-fatt l-audited accounts jindikaw li l-ispiża fuq l-imgħaxijiet kienet tlaħħaq is-26% tad-dħul tal-Partit Nazzjonalista. Dan meta sa sena qabel dan il-proporzjon kien ta’ 15%. L-ispiża fuq

l-imgħaxijiet saret l-akbar spiża tal-Partit Nazzjonalista. Saħansitra aktar mill-pagi tal-uffiċjali tal-amministrazzjoni, li s-sena li għaddiet żdiedu minkejja l-qagħda finanzjarja mwiegħra tal-Partit Nazzjonalista. Iż-żieda fil-piż tad-dejn, flimkien mat-telf qawwi li jeżisti fil-Medialink, se tkun l-ewwel sfida li se jiffaċċja l-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista. Il-pjan ta’ ristrutturar tal-amministrazzjoni preċedenti kien imfassal fuq medda ta’ 15-il sena. L-audited accounts tal-2016 li nħarġu wara li din l-amministrazzjoni qalet li mhux se terġa’ tikkontesta, jindikaw li hemm bżonn azzjoni ferm aktar immedjata. Fil-fatt jirriżulta li huwa għalhekk li l-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, ma riedx li dawn ir-riżultati finanzjarji jkunu preżentati lill-Kummissjoni Elettorali qabel l-elezzjoni

ġenerali. Fost oħrajn għaliex ma riedx li dawn il-fatti jiġru fost il-partitarji Nazzjonalisti f ’mument ta’ kampanja elettorali u f ’perjodu li kienu diġà qed jonqsu mill-Partit Nazzjonalista t-tesserati. Tant li kif urejna bil-fatti fl-aħħar ġimgħat jirriżulta li fost l-oqsma minn fejn il-Partit Nazzjonalista daħħal inqas finanzi kien hemm id-dħul mit-tesserati.


06

23.07.2017

kullhadd.com

L-ESTABLISHMENT JIBQA’ JIMMANUVRA • GĦAD HEMM MIN MA TILIFX IT-TAMA LI JŻOMM LIL BUSUTTIL • IL-KONTESTANTI RIEDU JIBAGĦTU MESSAĠĠ LI L-ELEZZJONI SE SSIR Il-laqgħa tal-erba’ kontestanti fi Triq ir-Repubblika l-Ġimgħa filgħaxija kienet maħsuba wkoll biex tibgħat messaġġ lil parti

mill-establishment f ’Tal-Pietà li l-elezzjoni għal kap bdiet u m’għandu jkun hemm xejn li jxekkilha. Dan b’risposta għall-

fatt li grupp ta’ nies għadhom għaddejjin b’manuvri bil-għan li ma jkun hemm ħadd, mill-erba’ kontestanti li tefgħu isim-

hom, li jikseb appoġġ biżżejjed biex isir kap. Dan bit-tama li terġa’ tinfetaħ tieqa għal Simon Busuttil. Irrapportajna

dan fl-aħħar ġimgħat u storja ppubblikata fit-Times of Malta fl-aħħar jiem dwar vot ta’ protesta li jista’ jkun hemm minn kunsillieri u tesserati Nazzjonalisti kienet interperata bħala konferma oħra li dan il-pjan jeżisti. Għax filwaqt li parti mill-establishment intefgħet b’ruħha u ġisimha wara Adrian Delia, parti oħra qed timmanuvra biex l-elezzjoni ma ssirx jew tidher bħala waħda li mhix leġittima. Daphne Caruana Galizia, l-elezzjoni sejħitilha ċajta u Ivan Camilleri, ġurnalist tal-PN fit-Times of Malta, qal li għandha tkun posposta. Dawn huma kollha mossi li xejn ma niżlu tajjeb ma’ Chris Said u l-kontestanti l-oħra li jafu li anke jekk Simon Busuttil qed jgħid kontinwament li se jwarrab hu ma tantx jixtieq jagħmel dan. Tant li fl-aħħar jiem organizza konferenza tal-aħbarijiet oħra u fiha ddikjara b’mod ċar li mhux beħsiebu jċedi s-siġġu Parlamentari tiegħu. Għalkemm l-idea ta’ vot ta’ protesta tista’ tidher remota, il-kontestanti jafu li hemm ċirkostanza, li jekk jispiċċa wieħed waħdu, jintalab vot ta’ appoġġ ta’ iktar minn 65% u hija din it-tieqa li jridu jżommu miftuħa ta’ madwar Busuttil. Saħansitra meta mitlub jibgħat ir-regoli tal-elezzjoni minn ONE NEWS fl-aħħar sigħat, kelliem tal-Partit Nazzjonalista naqas li jagħmel dan. B’hekk il-kontestanti għandhom l-ewwel sfida li jikkonvinċu lin-Nazzjonalisti li huma għażla tajba biżżejjed biex imorru jivvotawlhom. U dan iridu jagħmluh filwaqt li dawk ta’ madwar Simon Busuttil ikomplu bil-kampanja dwar kemm il-Kap baqagħlu x’joffri lill-Partit Nazzjonalsita. Tant li artiklu tal-Kap tal-Kommunikazzjoni tal-Gvern dwar ittmiem ta’ Busuttil ġab ir-reazzjoni immedjata ta’ Ann Fenech, waħda mill-iktar qrib ta’ Simon Busuttil. Il-President tal-Eżekuttiv Nazzjonalista, Ann Fenech, irreaġixxiet bl-aħrax għall-artiklu u f ’ “Talking Point” fitTimes of Malta, l-għada li Kurt Farrugia kiteb kif ħadd mhu se jibki t-telfa ta’ Simon Busuttil, Ann Fenech kitbet li l-korruzzjoni għandha kelliem u bdiet il-litanija li l-Partit Nazzjonalista kellu qabel l-elezzjoni ġenerali.Għax Farrugia kkritika l-operat ta’ Simon Busuttil, Ann Fenech kitbet li qed “jitkellem daqslikieku l-poplu Malti xi speċi injoranta.” Imbagħad minn hemm erħitilha tfaħħar lill-Kap tagħha, li fl-aħħar elezzjoni ġenerali wassal lill-Partit Nazzjonalista għal telfa enormi.


07

23.07.2017

kullhadd.com

1,400 KISBU L-MATSEC • ANALIŻI DETTALJATA TMERI RAPPORT LI ĠABUH BISS WIEĦED MINN TLIETA • KWAŻI SUĊĊESS TA’ 50% Kitba ta’ RACHEL POWELL Analiżi dettaljata tal-istatistika dwar ir-riżultati tal-MATSEC turi li kienu kważi nofs l-istudenti li pprovaw jiksbu l-kwalifika taċ-ċertifikat talMATSEC, biex jidħlu l-Università, li rnexxielhom jagħmlu dan. B’hekk din l-analiżi xxejjen rapport li qal li kienu biss 34%, jew wieħed minn kull tlieta tal-istudenti, li ssodisfaw dawn il-kriterji. Dario Pirotta Direttur tal-bord tal-MATSEC ikkonferma li “dan ‘il-fatt’ ma joħrogx minn analizi dettaljata tal-istatiska ippreżentata. Din turi li 4019-il kandidat resqu għall-eżamijiet tal-Matrikola fil-livell Avvanzat u Intermedju. Dan ma jfissirx li kollha resqu għas-sitt suġġetti mitluba biex jikkwalifikaw għaċ-ċertitifikat tal-Matrikola.” Fil-fatt spjega li kienu 808 kandidat li għamlu s-sitt suġġetti f ’din is-sezzjoni tal-eżamijiet biex x’aktarx imorru l-Università. Minnhom 382 [47.3%] irnexxielhom jikkwalifikaw għaċ-ċertifikat. “Naturalment aktar minn dawn il-kandidati jkunu jistgħu jikkwalifikaw wara s-sessjoni ta’ Settembru. Mit-3,211-il kandidat ieħor li għamlu xi eżami f ’Mejju hemm numru li kienu bdew jgħaqqdu s-suġġetti meħtieġa minn snin qabel. Fil-fatt, minn barra it-382 kandidat li ġabu ċ-ċertifikat, kien hemm 1,017-il kandidat ieħor li wkoll ikkwalifikaw għaċ-Ċertifikat tal-Matrikola biex b’kollox 1,399 kandidat ġabu l-kwalifika meħtieġa biex jidħlu l-Università f ’din is-sessjoni,” qal id-Direttur. Huwa spjega wkoll kif fir-rappport statistiku li joħroġ wara s-sessjoni ta’ Settembru jkun hemm informazzjoni tan-numru ta’ kandidati minn kull reġjun li jkunu resqu għall-eżamijiet tal-Matrikola u għalhekk tkun tista’ ssir analiżi iktar dettaljata dwar f ’liema żoni ġie rreġistrat titjib.

“Għalkemm l-analzi dettaljata ta’ din is-sena għadha ma saritx però tul l-aħħar snin il-bniet dejjem marru aħjar. Fil-fatt hemm differenza sinifikanti bejn il-bniet u s-subien, b’xi differenza ta’ 10% jew aktar favur il-bniet.” Biex wieħed ikun jista’ javvanza fl-istudji tiegħu u jidħol fl-Università ta’ Malta, hemm bżonn taċ-Ċertifikat tal-Matrikola li jirrikjedi tal-anqas 44 punt li huma kkalkulati fuq 2 suġġetti f ’livell Avvanzat, 3 f ’livell Intermedju u s-Systems of Knowledge li huwa suġġett mandatorju. F’Malta u Għawdex kienu b’kollox 9,516-il student li matul din il-ġimgħa rċevew ir-riżultati tal-eżamijiet taċ-Ċertifikat tal-Iskola Sekondarja u tal-Matrikola iktar magħrufa bħala l-A u O levels (livell Avvanzat u livell Ordinarju)

L-istatistika ppubblikata mill-Bord tal-MATSEC, il-bord responsabbli minn dawn l-eżamijiet, turi li l-marki sabiex wieħed jgħaddi mill-eżamijiet kienu relattivament għoljin u ġie rreġistrat titjib fis-suġġetti ewlenin tal-livell Ordinarju

li għalihom qagħdu 5,497 u 4,019-il student rispettivament. L-istatistika ppubblikata mill-Bord tal-MATSEC, ilbord responsabbli minn dawn l-eżamijiet, turi li l-marki sabiex wieħed jgħaddi mill-eżamijiet kienu relattivament għoljin u ġie rreġistrat titjib fis-suġġetti ewlenin tal-livell Ordinarju. Infatti, kienu 69.9% tal-istudenti li għaddew mill-Ingliż li ġabu marka bejn 1 u 5, 68% filMalti, 54.5% fil-Matematika u 67.2% fil-Fiżika. Fl-eżamijiet tal-Matematika f ’kull livell saret petizzjoni

minn 1,217-il student jilmentaw li d-diffikultà tal-karti kienet eċċessiva u li b’hekk sabu l-eżami tqil ħafna. Infatti kien hemm titjib marġinali fuq is-sena li għaddiet fejn fil-Pure Maths fil-livell Avvanzat kienu 66.4% li għaddew mill-eżami filwaqt li s-sena l-oħra għaddew 64.4%. Madanakollu għalkemm fl-2016 fil-livell Intermedju kienu 71.6% tal-istudenti li għaddew, din is-sena in-numru naqas għall-67.7%. Kien hemm suċċess fis-suġġetti vokazzjonali fejn 89.1% tal-istudenti ġabu marka bejn 1

u 5. Dawn is-suġġetti jinkludu agribusiness, engineering technology, health and social care, hospitality u l-IT. L-iktar suġġetti popolari f ’livell Avvanzat kienu l-Ingliz (867), il-Bijoloġija (635), il-Malti (594), il-Pure Maths (494) u l-Accounting (459). Ta’ min jinnota li fis-suġġetti xjentifiċi kien hemm rati għolja ta’ studenti li għaddew mill-eżamijiet (56.4% fil-Bijoloġija, 55.5% fil-Kimika u 49.3% fil-Fiżika ġabu marki minn A sa E). Madanakollu kienu biss 42.3% li ġabu dawn il-marki fl-Ingliż.


08

23.07.2017

kullhadd.com

FIT-TMUN TAL-AIR MALTA QABEL IT-TAKE OFF CHARLES MANGION hu bniedem li għalih l-isfidi mhumiex xi ħaġa ġdida. Għex il-ħajja pubblika għal ħafna snin, tħallat man-nies fil-politika u l-professjoni u kellu wkoll karigi importanti fit-tmexxija tal-pajjiż. Issa jinsab fi tmun tal-linja nazzjonali tal-ajru bħala chairman. Mhux mument faċli. Il-ġejjieni talAir Malta ilu suġġett ta’ diskussjoni għal ħafna snin u kull darba li ssemmiet fl-aħħar snin magħha dejjem kien hemm l-“imma”. L-imma ta’ jekk hux se tirnexxi jekk hux se ssalva, u biex isir dan xi trid tkun it-triq il-quddiem. Flaħħar snin sar ħafna xogħol u ttieħdu deċiżjonijiet importanti li poġġew lill-Air X’wassal biex tieħu d-deċiżjoni li taċċetta din ilkariga f ’mument li mhux faċli għall-Air Malta? Qabel kollox, inħossni onorat li l-Prim Ministru kif ukoll il-Ministru Konrad Mizzi wrew din il-fiduċja fija u fdawli din il-kariga tant importanti u nirringrazzjahom. Personalment nemmen li l-kumpanija Air Malta għandha rwol strateġiku għall-pajjiż u li Malta ma tistax timxi ’l quddiem mingħajr ma jkollha kumpanija talajru tagħha li tgħaqqad lill-pajjiżna mal- kumplament tad-dinja. Għallhekk il-kariga toffri sfida. Konvint li bil-kollaborazzjoni tal-impjegati bravi li hemm filkumpanija nkunu nistgħu naslu li ndawru s-sitwazzjoni preżenti f ’suċċess għall-Air Malta. Int fl-imgħoddi ħdimt fl-Enemalta, korporazzjoni li kienet f ’xifer falliment u llum hija ass għall-pajjiż. Hemm tagħlimiet għall-Air Malta minn dik l-esperjenza u jekk iva x’inhuma? L-Enemalta kienet problematika u sfida oħra. L-ewwel pass fl-Enemalta kien li ndawru strutturalment il-kumpanija biex issir aktar effiċjenti. Wara l-investiment strateġiku ta’ Shangai Electric, li bissaħħa tiegħu l-kumpanija mxiet ’il quddiem permezz tal-investiment qawwi li sar. Aktar importanti huwa

Il-ħaddiema tal-Air Malta jinsabu fl-istess sitwazzjoni li kienu l-ħaddiema tal-Enemalta - li jekk il-kumpanija tfalli jitilfu l-impjieg tagħhom. Din hija r-realtà

Malta fid-direzzjoni t-tajba, iżda issa hemm bżonn li l-Air Malta tasal. Mangion jaf xi ħaġa dwar kumpaniji li jkunu jeħtieġu bżonn ta’ direzzjoni ġdida. Kien fit-tmun tal-Enemalta meta flimkien mat-tmexxija politika ta’ Konrad Mizzi, illum Ministru għat-Turiżmu, tawha direzzjoni ġdida u minn mażżra spiċċat ass importanti. Għalhekk ma kinetx sorpriża li ddeċieda li jgħid iva għal din l-isfida l-ġdida f ’mument fejn l-Air Malta bilfors trid tgħamel take off u titla’ għal mumenti glorjużi li kellha fl-imgħoddi. Dwar kif jaħseb li dan jista’ jsir, wieġeb il-mistoqsijiet ta’ ALEANDER BALZAN.

l-fatt li l-Gvern żamm il-maġġoranza tal-ishma filkumpanija minħabba l-importanza strateġika tagħha. L-importanza strateġika tal-Air Malta hija daqstant vitali għall-pajjiż u għallhekk huwa essenzjali li bħala entità nazzjonali, il-Gvern jibqa’ jkollu kontroll biex jissalvagwardja l-interess nazzjonali, altrimenti t-tmexxija trid tkun fuq linji purament kummerċjali kif jitlob is-suq li nikkompetu fih. L-ewwel pass huwa li nissudaw il-kumpanija fi pjan ta’ ristrutturar illi għandu jwassal għal tkabbir kummerċjali li jkun intiż primarjament sabiex ikabbar l-attività kummerċjali talkumpanija u jkun realizzat qligħ. Wara li jintlaħaq dan, inħarsu lejn binarji oħra sabiex il-kumpanija tibqa’ tiżviluppa b’mod sostenibbli u tilħaq il-potenzjal kollu tagħha u terġa’ tkun għajn ta’ ħolqien ta’ impjiegi tajbin. Dħaltu fit-tmexxija bħala bord ġdid fl-aħħar jiem. Mill-ewwel ħjiel kemm kien importanti ċertu xogħol u deċiżjonijiet li ttieħdu fl-aħħar snin?

taħthom. Għandi fiduċja sħiħa li dan jkun jista’ jsir bl-għajnuna tal-maniġment u l-impjegati kollha li m’għandniex dubju li għandhom għal qalbhom il-kumpanija li għal ħafna snin ipprovdiet lilhom l-għajxien għalihom u għall-familja. Trid tara Air Malta bi flotta ta’ ajruplani ikbar jew iżgħar? Li tikber il-flotta huwa essenzjali; kif dan jsir jiddependi minn diversi fatturi li kollha kemm huma għandhom impatt finanzjarju. Kull deċiżjoni trid tkun xprunata mill-kriterji ta’ effiċjenza, ekonomija, kwalità u profitt. Għalhekk l-għażla tal-ajruplani trid tkun ibbażata fuq studji strateġiċi u finanzjarji bbażati fuq informazzjoni u data preċiża. Kif tista’ l-Air Malta fis-sitwazzjoni li qiegħda ssaħħaħ il-flotta tal-ajruplani u tkun iktar moderna?

Nista’ ngħid li kif jgħidu we hit the ground running. Kien hemm bżonn li jittieħdu deciżjonijiet pendenti u imminenti li dawn ittieħdu u hemm oħrajn fil-pipeline wkoll. Dawn id-deċiżjonijiet jagħtu ħjiel ta’ triq ’il quddiem u jsarrfu fi tkabbir tal-attività kummerċjali tal-kumpanija però dan isir fuq fondamenti finanzjarji sodi li jrenduna kompettitivi u profittabbli.

Importanti l-indentifikazzjoni korretta ta’ rotot ġodda jew żieda fil-frekwenza ta’ rotot stabiliti li hemm domanda qawwija għalihom. Il-kontroll fuq l-ispiża u t-tisħiħ ta’ effiċjenza huma essenzjali flimkien ma’ titjib fil-prodott. Kollox huwa bbażat fuq pjan komprensiv u strateġiku biex l-inizjattivi kollha jingranaw flimkien bil-għan li l-kumpanija tiġi fuq saqajha.

Hemm ukoll fejn wara konsultazzjoni se tbiddlu. Diġà ħabbartu r-rotta għal Frankfurt mill-ġdid li ntlaqgħet tajjeb. Nistennew iktar minn dawn id-deċiżjonijiet?

Il-ħaddiema tal-Air Malta. X’inhi s-sitwazzjoni tagħhom?

Is-suq tal-avjazzjoni huwa miftuħ u kompetittiv u rridu nikkompetu bl-aħrax. Il-kumpanija għandha isem tajjeb barra l-pajjiż u storja li tagħmilna kburin, però ċ-ċirkustanzi nbidlu u għalhekk hemm bżonn li tirristruttura ruħha sabiex taffaċċja ċ-ċirkustanzi ġodda tal-lum u dawk futuri b’suċċess u mhux togħtor

Il-ħaddiema tal-Air Malta jinsabu fl-istess sitwazzjoni li kienu l-ħaddiema tal-Enemalta - li jekk il-kumpanija tfalli, jitilfu l-impjieg tagħhom. Din hija r-realtà. Jekk nirnexxu, l-impjieg tagħhom ikun salvagwardjat, kif inhu llum, u jinħolqu wkoll opportunitajiet ta’ avvanz Tkompli f ’paġna 9 >>


09

23.07.2017

kullhadd.com

Għallhekk l-għażla tal-ajruplani trid tkun ibbażata fuq studji strateġiċi u finanzjarji bbażati fuq informazzjoni u data preċiża

u opportunitajiet ġodda ta’ xogħol. Għalhekk nappella lill-ħaddiema biex jaħdmu flimkien miegħi, mal-bord tad-diretturi u malmaniġment sabiex flimkien nagħmlu t-turnaround tal-kumpanija u nirnexxu. L-isforz irid jkun wieħed kollettiv. Ir-rappreżentanti tal-ħaddiema jafu sew ħafna s-sitwazzjoni tal-kumpanija u dan grazzi għall-isforz ġenwin u effettiv li sar taħt il-gwida talPresident Emeritus George Abela, li nirringrazzjah ta’ dak kollu li qed jagħmel primarjament firrelazzjonijiet industrijali. Il-ħaddiema jafu li l-Gvern, bħala l-azzjonist b’maġġoranza assoluta, irid iħares u lest li jagħmel kollox possibbli fiċ-ċirkustanzi biex isalva u jżomm il-kundizzjonjiet preżenti ta’ kull impjegat. Diskussjonijiet mar-rappreżentanti talħaddiema kienu u jibqgħu. Ovvjament, l-Air Malta hija kumpanija kummerċjali u l-element sostanzjali ta’ kunfidenzjalità huwa essenzjali - dan ukoll fl-interess tal-kumpanija. Nappella il-buon sens sabiex dan jixpruna r-relazzjonijiet industrijali ’l quddiem. Salġurnata tal-lum nista’ ngħid li l-buon sens ipprevala. Ċerti ħaddiema jilmentaw ħafna li ma jkunux mgħarrfa biżżejjed b’dak li għaddej. Kif se tegħleb din l-isfida? Flimkien ma’ Dr George Abela ser inkunu qed imexxu r-relazzjonjiet industrijali bl-aktar mod apert u informattiv, però dejjem fil-ħarsien ta’ kunfidenzjalità kummerċjali.

u dan jitlob diskussjoni miftuħa mal-Unjoni Ewropea. X’jista’ jwaqqaf is-suċċess tal-Air Malta? In-nuqqas ta’ kooperazzjoni ġenwina minn dawk kollha involuti u jekk il-kumpanija tispiċċa ballun politiku. Fil-ftit li ilek fil-kariga x’tak l-iktar ħeġġa? Il-ħaddiema u d-dedikazzjoni li juru lejn il-kumpanija. Qiegħed bil-mod niltaqa’ ma’ kull ħaddiem u ma’ dawk li ltqajt, ilkoll esprimew imħabba u sense of belonging lejn il kumpanija u kollha jixtiequ li l-Air Malta terġa’ tikseb il-kburija li kellha fl-istorja riċenti tagħha. Dan jagħtini kuraġġ kbir.

Nafu li l-Air Malta ħarset ħafna lejn sieħeb strateġiku. F’liema fażi se tħarsu lejn dan? Kif spejgajt aktar kmieni nimplimentaw b’suċċess l-ewwel fażi u wara mmorru għat-tieni u tielet fażi b’aktar saħħa dejjem f ’ħarsien sħiħ talkumpanija, tal-ħaddiema u tal-pajjiż – tlieta li huma fl-istess ordni ta’ importanza. Ħafna jgħidu li f ’dinja tal-ġganti mingħajr sieħeb strateġiku ma tagħmel xejn. Taqbel? Li tibni rabta ma’ sieħeb strateġiku fil-format li jkun jaqbel għall-kumpanija kif wkoll għassieħeb strateġiku jibqa’ importanti – kull opportunità li ssaħħaħ l-operat kummerċjali tal-kumpanija trid tiġi kkunsidrata u evalwata. Ma nistgħux ninjoraw l-iżvilupp ekonomiku fis-settur tal-avjazzjoni internazzjonali u li s-suq hu miftuħ u kompetittiv immens. Hemm taħdidiet mal-Kummissjoni Ewropea fuq il-pjanijiet għall-ġejjieni anke fid-dawl tal-pjan għal ristrutturar li kien hemm? Diskussjonijiet mal-Unjoni Ewropea jibqu dejjem għaddejjin – aħna nibqgħu noperaw fil-qafas ta’ direttivi Ewropej

Ritratti: RAMON PORTELLI - AIR MALTA


10

kullhadd.com

23.07.2017

SFIDA LI NGĦELBET B’SUĊĊESS

Qadfa wara oħra għal 10 kilometri sħaħ wasslu lil Michelle Muscat mill-kosta fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta sal-Port ilKbir, jew kif kienet magħrufa l-għawma għal din is-sena, From North to Port. Din kienet it-tielet sena konsekuttiva fejn mart ilPrim Ministru għamlet l-isfida ta’ għawma fuq distanza

twila bil-għan li tiġbor il-flus għall-Fondazzjoni Marigold li tagħmel tant ġid. U għalkemm l-isfida kienet ikbar, xorta waħda għelbitha b’suċċess frott xhur ta’ tħejjija. Bejn nifs u ieħor, fi tmiem l-għawma fejn laqgħuha żewġha u wliedhom, stqarret magħna li għalkemm kienet ilha tipprepara għall-għaw-

ma minn Novembru, din ma kinitx sfida faċli. “Illum kien wieħed min dawk il-baħar li minn fuq l-art kulħadd jaħsbu żejt imma fil-baħar ħafna kurrent u jkun hemm mumenti fejn tibda tħossok minflok sejra ’l quddiem, sejra lura imma wasalna wkoll,” qalet Michelle Muscat b’sodisfazzjon.


11

23.07.2017

kullhadd.com

DINGLIN KONTRA L-IŻVILUPP TA’ LUKANDA F’ŻONA ODZ

Applikazzjoni ta’ outline permit preżentata fl-1 ta’ Ġunju għat-twaqqigħ u żvilupp millġdid tal-eks fabbrika tal-isplussiv f ’Ħad-Dingli, iktar magħrufa mir-residenti bħala l-fabbrika tal-Ġelatina fiż-żona tal-Qaws, f ’resort u spa ma niżlet tajjeb xejn mar-residenti Dinglin li se jkunu qed jagħmlu minn kollox biex joġġezzjonaw l-hekk imsejjaħ żvilupp propost. Wara laqgħa mar-residenti fl-aħħar jiem, is-Sindku ta’ Ħad-Dingli Sandro Azzopardi stqarr li “l-ambjent rurali għandu jibqa kif inhu! Il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli dejjem poġġa fuq quddiem l-interess tad-Dinglin u se jkun qed ikompli jagħmel dan. Se nagħmel ħilti kollha u nieħu l-passi kollha neċessarji sabiex skont ix-xewqa tad-Dinglin dan jibqa’ bla mittiefes.” L-Applikanti Dirk Hili, Bianca Anastasi u Veli Holdings huma l-propjetarji tal-kumapnija La Toc Hotels Limited, liema kumpanija ġiet iffurmata fl-2014. Il-pjan għal din il-lukanda jinvolvi eskavazzjoni tas-sit sabiex jiġu kreati tliet livelli sotterrani: tnejn minnhom għall-parkeġġ u l-ieħor bħala restorant, spa, kċina, reception u bar lounge. Il-pjanti sottomessi jindikaw li l-lukanda hija proposta fuq 11-il blokka separata b’ żewġ pixxini. Jekk approvat dan se jkun qed jirrikjedi tqattigħ tal-art sabiex jitwassal id-dawl u l-ilma. Żvilupp lussuż jekk mhux għall-impatt ambjentali negattiv li se jkun qed iħalli fuq iż-żona ODZ. Iżda din mhix l-ewwel darba li d-Dinglin raw l-ambjent tagħhom mhedded. L-Aw-

torità tal-Ippjanar diġà kienet irrifjutat applikazzjoni simili ħafna għal dan l-iżvilupp 17-il sena ilu. Fis-sena 2000 kemm l-Awtorità kif ukoll il-Bord tal-Appell irrifjuta applikazzjoni li kienet ġiet ippreżentata mis-Sur Edgar Pugliesevich li kienet tbiddel l-użu tal-fabbrika għall-użu agrikolu, edukattiv kif ukoll residenzjali. Infatti l-iżvilupp kien ġie rrifjutat minħabba li ż-żona kienet taqa’ f ’Żona ta’ Konservazzjoni Rurali. Barra minn hekk, l-iżvilupp kif propost ma kienx meqjus li jirrappreżenta b’mod sostanzjali kontribuzzjoni għall-agrikultura, ekoloġija jew għax-xenajru mill-isbaħ li toffri din iż-żona. Gvern Nazzjonalista ried jirriloka l-materjal splussiv li jiġi użat għall-manifatturar tal-murtali f ’din iż-żona. Din il-proposta rat il-korla tar-residenti Dinglin u l-Kunsill Lokali li kienu oġġezzjonaw bil-kbir hekk kif is-sit jinsab f ’żona protetta klassifikata bħala Natura 2000 u żona speċjali ta’ konservazzjoni. Infatti, l-applikazzjoni kienet ġiet irrifjutata. Is-Sindku ta’ Ħad-Dingli tenna li l-użu jew aħjar in-nuqqas ta’ użu ta’ din iż-żona m’għandux jintuża bħala ġustifikazzjoni sabiex jiġi akkomodat dan l-iżvilupp. Dan kien il-ħsieb ewlieni li ħareġ wara konsultazzjoni pubblika li l-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli għamel mar-residenti tiegħu l-ġimgħa li għaddiet. Kienu ħafna r-residenti u l-bdiewa li għandhom l-għelieqi tagħhom fil-madwar li esprimew rabja kbira għal dak li ddiskrivew bħala “sfreġju f ’żona ta’ Natura 2000.”


12

23.07.2017

kullhadd.com

IL-KUNFLITT F’ŻONI MARITTIMI PROTETTI

Kitba ta’ kif ukoll jista’ jitnaqqas il-valur MARIO SALIBA naturali tagħhom. L-evidenza hija li jeżistu limiti soċjali u biId-Dwejra u Mġarr ix-Xi- joloġiċi kritiċi. Iż-Żoni tal-Baħar Protetti ni huma stabbiliti bħala żoni marittimi protetti mill-Aw- msemmija huma mistennija li torità tal-Ambjent u l-Ippjanar, jgawdu minn grad għoli ta’ proil-MEPA. Żoni protetti tal- tezzjoni ambjentali. Dan ma baħar (MPAs) huma ddikjarati jimplikax li l-attivitajiet kollha hekk prinċipalment biex jitħar- li jseħħu jew li jiġu proposti su l-valuri bijoloġiċi u ambjen- fihom, xi darba se jkunu awtali fil-qasam fejn dawn il-valuri tomatikament ipprojbiti. Imma huma speċjali. Id-dikjarazzjoni l-attività tal-għadis qiegħda ta’ dawn iż-żoni hija aċċettata dejjem tiżdied u għalhekk qed sew u nsibu ħafna żoni ta’ dan tagħmel impatt fuq ir-riżorsi it-tip f ’għadd ta’ pajjiżi. Żoni tal-baħar. It-tkabbir kontinwu marittimi protetti għandhom f ’din l-industrija, għalkemm hija valuri differenti bħalma huma ta’ ġid ekonomiku, jekk ma nol-konservazzjoni, ir-rikreazz- qogħdux attenti jista’ jitnaqqas joni, il-kummerċ, l-edukazz- il-valur intrinsiku ta’ dawn iżjoni, l-aspett storiku u r-riċerka. żoni u għalhekk fil-futur jista’ Jien ser nillimita ruħi għall-val- jkun hemm impatt negattiv fuq ur rikreattiv fir-rigward tal-op- in-numru ta’ għaddasa li jiġu portunitajiet rikreattivi li dawn f ’Għawdex. Konġestjoni f ’dawn is-siti iż-żoni jofru għall-iscuba diving li huwa tant popolari u impor- tista’ saħansitra twassal għal degradazzjoni ambjentali tanti għall-ekonomija tagħna. L-għadis huwa attività ta’ aċċellerata. Hemm evidenza rikreazzjoni li qed tesperjenza li tissuġġerixxi li użu eċċessiv ta’ dawn s-siti minn għaddasa rata akbar ta’ parteċipazzjoni. Konsegwentament, konflit- l-iktar li jaffettwa huwa l-valti bejn rikreazzjoni u l-kon- uri naturali milli l-valuri bijoservazzjoni jistgħu jinħolqu loġiċi. Valuri naturali huma f ’dawn iż-żoni. Numru kbir ta’ dawk il-valuri li jirriżultaw għaddasa jista’ jħalli impatt am- mis-sbuħija naturali u għalhekk bjentali negattiv fuq dawn is-siti l-opportunitajiet rikreattivi li

jipprovdu dawn is-siti. Dawn il-valuri huma mkejla mis-sodisfazzjon miksub mill-għaddasa li jagħmlu użu minn dawn il-postijiet fil-vaganzi tagħhom. Il-valuri bijoloġiċi jiddependu mill-manutenzjoni tal-funzjonijiet ekoloġiċi u d-diversità bijoloġika. Dan ma jfissirx li ma nħallux isir għadis f ’dawn il-postijiet, iżda għandna bżonn li l-attività f ’dawn is-siti tkun sorveljata biex inkunu nafu x’qed jiġri fihom biex nevalwaw f ’termini tal-probabbiltà u s-sinifikat tal-impatt fuq il-bijodiversità tas-siti biex nipprovaw inżommu dawn il-ħabitats u nipproteġu kwalunkwe speċi rari u vulnerabbli li jagħtu valur bijoloġiku lil dawn il-postijiet. Jekk aħna mhux se nipproteġu u nissorveljaw dawn is-siti, l-użu żejjed huwa possibbli minħabba li l-aċċess għalihom huwa miftuħ. Wieħed jista’ jinnota li speċjalment matul ċerti kundizzjonijiet tar-riħ meta siti oħra fuq in-nofsinhar tal-gżira ma jkunux aċċessibli għallgħadis, l-għaddasa jintefgħu kollha din n-naħa. Hemm ukoll il-possibbiltà li jista’ jkun hemm għaddasa mhux akkumpanjati minn gwidi ta’ ħwienet lokali tal-għadis u dawn l-individwi

jagħmel ħsara għax l-imġiba tiegħu tkun taħt l-iskrutinju tal-għaddasa l-oħra, mentri meta ma jkunx akkumpanjat minn gwida, iktar għandu Fi kliem ieħor, libertà. Kull żvilupp turistiku meta wieħed f ’dawn l-oqsma għandu jimmira biex ikun hemm bilanċ bejn ikun fi grupp il-gwadann ekonomiku u l-ħarhemm inqas ċans sien tal-ambjent. Huwa ferm improbabbli li l-politika tas-suq li jagħmel ħsara ħieles se tirriżulta f ’livelli effiċjenti ta’ protezzjoni ta’ dawn għax l-imġiba iż-żoni. Fil-fatt id-dikjarazzjoni tiegħu tkun ta’ status ta’ żona protetta hija forma ta’ intervent pubbliku taħt l-iskrutinju biex jipproteġu u jżommu l-valtal-għaddasa uri bijoloġiċi u naturali ta’ dawn iż-żoni. l-oħra, mentri Fil-fatt wieħed isib xi ftit studmeta ma jkunx ji fuq l-impatt tal-attivitajiet bħall-iscuba diving fuq dawn akkumpanjat iż-żoni. Xi studji juru li l-imminn gwida, iktar pat ta’ numru kbir ta’ għaddasa mhuwiex daqstant fuq l-ekogħandu libertà sistemi ta’ dawn iż-żoni imma fuq l-estetika ta’ dawn iż-żoni li jsiru anqas attraenti minħabba l-konġestjoni li jista’ jkun hemm f ’dawn iż-żoni u għalhekk l-għaddasa stess ifittxu anqas dawn il-postijiet. Għalma jkollhom l-ebda inċentiv hekk, fil-preżent nistgħu ngħibiex jikkonservaw is-sit. Fi du li l-valur naturali tas-sbuħikliem ieħor, meta wieħed ikun Tkompli f ’paġna 13 >> fi grupp hemm inqas ċans li


13

23.07.2017

kullhadd.com

L-iffullar żejjed f’dawn is-siti jista’ jwassal għal ħsara f’dawn il-postijiet f’għajnejn il-barranin. Ilkonġestjoni tista’ definittivament tnaqqas il-valur naturali ta’ dawn il-postijiet u tista’ wkoll tnaqqas il-funzjonijiet u l-valuri ekoloġiċi f’dawn is-siti

ja u l-attrazzjoni huwa aktar affettwat mill-valur bijoloġiku. Illum nafu minn sondaġġi li jsiru fost l-għaddasa li dawn ifittxu l-kwalità tas-sit meta jiġu biex jagħżlu fejn imorru jgħodsu u jekk isibu post aħjar minn tagħna huma ma jiġux jgħodsu hawn. Hemm studji li juru li żoni partikulari jiddependu ħafna minn dawn il-kriterji u jekk iż-żoni tagħna jitilfu l-valur naturali tagħhom minħabba dan in-numru kbir ta’ għaddasa jistgħu jsofru minn tnaqqis drastiku li jkun diffiċli biex jinkiseb lura. Għalhekk mill-kalkoli li għandna ninsabu qrib dan il-livell kritiku u rridu noqogħdu attenti. Huwa importanti li jinħolqu postijiet oħrajn bħal wrecks naħa oħra bħalma hemm ix-Xatt l-Aħmar biex meta l-baħar ikun qawwi fuq din in-naħa mhux kulħadd jintefa’ f ’post wieħed. Għalhekk, għandna bżonn pjanijiet serji għall-immaniġġjar ta’ dawn is-siti marittimi protetti li jiżguraw l-amministrazzjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali f ’dawn l-oqsma protetti bl-involviment sħiħ tal-partijiet interessati kollha. L-iffullar żejjed f ’dawn is- siti jista’ jwassal għal ħsara ta’ dawn il-postijiet f ’għajnejn il-barranin. Il-konġestjoni tista’ definittivament tnaqqas il-valur naturali ta’ dawn il-postijiet u tista’ wkoll tnaqqas il-funzjonijiet u l-valuri ekoloġiċi f ’dawn is-siti. Rigward l-aspetti ekonomiċi ta’ dan il-qasam jeħtieġ studju serju biex nilqgħu kontra xi ħsara li s-suq stess jista’ jikkawża. Irid jintlaħaq bilanċ bejn il-potenzjal ekonomiku u l-impatt negattiv li jista’ jkun hemm. Għandna bżonn strateġiji sabiex jitnaqqas il-kunflitt bejn r-rikreazzjoni u l-konservazzjoni u biex jiġi żgurat bilanċ bejn il-benefiċċji ekonomiċi u l-valuri naturali ta’ dawn iżżoni.

F’Għawdex aħna jkollna madwar 40,000 għaddasa kull sena, b’total ta’ madwar 200,000 għadsa kull sena

Hemm min qed jipproponi li f’kull żona m’għandux ikun hemm iktar minn

190,000-200,000 għadsa kull sena


14

23.07.2017

kullhadd.com

IL-FAMUŻI ĦAMSA TA Sa ċertu punt xortih tajba għax l-Awditur Ġenerali r-rapporti ħariġhomlu tnejn tnejn. Dan għax kieku konna nisimgħu ħafna iktar fuq il-famużi rapporti dwar dak li kien jiġri meta Jason Azzopardi kien politikament responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet fi żmien li kien hu l-Ministru responsabbli minn dan id-Dipartiment (illum inbidel awtorità) li kellu f ’idejh fost l-ikbar assi tal-pajjiż. Issa r-rapporti li konna qegħdin nistennew huma lesti kollha. Forsi ma ntebħux bihom Ivan Camilleri, tat-Times of Malta, jew Stephen Calleya ta’ The Malta Independent, imma hemm qegħdin. Mijiet ta’ paġni u dokumenti annessi. Id-deals skandalużi, dawk biss li sal-lum sirna nafu bihom permezz tal-mezzi tax-xandir, ilkoll għandhom

it-timbru tal-istituzzjoni awtonoma tal-Awditur Ġenerali, li anke jekk ċertu deċiżjonijiet minn tiegħu kien hemm min iddubitahom u bir-raġun, ir-rapporti tiegħu xorta waħda ftit li xejn iħallu lok fejn wieħed idur. Fiżżmien li Jason Azzopardi kien responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet ittieħdu fost l-iktar deċiżjonijiet skandalużi li permezz tagħhom mar ħażin min iħallas it-taxxa. Anke fejn ir-rapport tal-Awditur Ġenerali seta’ ħalla bieb imbexxaq minn fejn wieħed jgħaddi, ladarba wieħed jirnexxilu jiżgiċċa minnu, malajr jerġa’ jsib ruħu f ’ħofra kbira għaliex f ’deals li jiswew il-miljuni tal-ewro, qatt m’għandu jkun hemm lok ta’ imma. Iżda, irid ikun hemm deċiżjonijiet ċari u spjegati bi trasparenza. Filkaż ta’ Jason Azzopardi dan ma ġarax u f ’rapport wara

IR-RAPPORT TAL-ENCROACHMENTS Fi tliet xhur qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, meta Jason Azzopardi kien Ministru, Gvern Nazzjonalista ta l-ikbar numru ta’ artijiet b’encroachment, imqabbel mal-istess perjodu fis-snin ta’ qabel. Iżda, dan ma kienx biżżejjed. Għamel dan bi prezzijiet iktar baxxi mill-minimu stabbilit. Dan ħareġ ukoll minn rapport tal-Awditur Ġenerali, f ’dan il-każ ippreżentat f ’Novembru 2015. Ir-rapport ħares lejn l-encroachments li ngħataw mid-Dipartiment tal-Artijiet bejn Diċembru 2012 u Marzu 2013. L-Awditur Ġenerali nnota kif il-Ministru responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet, dak iż-żmien baqa’ joħroġ il-permessi sa lejlet l-elezzjoni ġenerali. Fil-perjodu analizzat, ingħataw 25 permess ġdid. Fil-ġimgħa tal-elezzjoni nħarġu seba’ permessi. Wieħed minnhom saħansitra fil-jum tal-elezzjoni ġenerali nnifisha. U permess wieħed seta’ inkluda numru t’encroachments. Mill-11-il permess li ħarġu fl-aħħar ġimagħtejn qabel l-elezzjoni, tmienja minnhom ġew awtorizzati mill-eks Ministru Azzopardi. Fir-rapport li kien ippubblika, l-awditur innota b’mod partikolari l-indħil ta’ Jason Azzopardi f ’sejħa ta’ garaxx f ’Santa Luċija, lokalità mid-distrett li tiegħu huwa deputat. Minkejja li kien hemm tliet persuni oħra li esprimew interess għal din il-proprjetà qabel, permezz tal-intervent ta’ Jason Azzopardi, il-permess ħareġ lill-individwu magħżul ġurnata qabel l-elezzjoni. L-Awditur Ġenerali għamilha ċara li ma kellux ikun hemm indħil ta’ din il-kwalità. “NAO deems the intervention as unwarranted… intervention at this level should be avoided,” kien qal. Bl-Ingliż, biex nużaw kliemu b’mod preċiż. L-Awditur Ġenerali nnota anomaliji u nuqqasijiet kbar ukoll fil-ħlasijiet ta’ dawk li ngħataw l-encroachments u li suppost huma stabbiliti, biex il-pajjiż tilef ammont konsiderevoli ta’ dħul fuq medda ta’ snin.

MORNA ĦAŻIN MAL-HSBC UKOLL

1

Deal ieħor li l-Gvern ma tantx mar tajjeb minnu u li ma sarx bil-livelli xierqa ta’ trasparenza kien l-akkwist ta’ bini mingħand l-HSBC filBelt Valletta. Bħal fil-bejgħ jew kiri jew encroachments lanqas fix-xiri ma morna tajjeb b’Jason Azzopardi. L-Awditur Ġenerali għamel rapport dwar dan id-deal fejn skont il-kuntratt tal-bejgħ, datat 22 ta’ Diċembru 2011, kien ilaħħaq iż-€2,220,000. Filwaqt li l-Gvern kellu wkoll iħallas lill-HSBC subċens annwali ta’ €69,071 għall-proprjetà, rivedibbli b’10 sa 30 fil-mija kull ħames snin. Fir-rapport aħħari tiegħu, l-Awditur Ġenerali wera l-fehma li l-identifikazzjoni tal-proprjetajiet ma saritx b’mod trasparenti. Enfasizza li kellu jkun hemm proċess aktar miftuħ ta’ akkwist. Saħansitra f ’paġna 80 tar-rapport estensiv tiegħu, l-Awditur Ġenerali qal li l-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba kienu jeħtieġu li jsiru attentati biex wieħed janalizza s-suq u jara jekk kienx hemm proprjetajiet simili li jindirizzaw il-ħtieġa tal-Gvern u forsi setgħu jinxtraw bi prezz iktar vantaġġjuż, xi ħaġa li ma kinetx il-każ. L-Awditur Ġenerali nnota kif imxew ukoll in-negozjati. Qal li dak li sar mill-Grupp tan-Negozjar kien wieħed difettuż minn aspetti varji. L-attenzjoni tal-Uffiċċju nġibdet lejn l-irwol tal-Grupp tan-Negozjar li wassal lill-Gvern biex jaqbel li jakkwista l-proprjetajiet fuq bażi tale quale għal €2,360,000. L-Awditur Ġenerali nnota kif saħansitra kien hemm nuqqasijiet fid-dokumentazzjoni li juru nuqqas ta’ kontabbiltà u trasparenza mistennija fi tranżazzjonijiet bħal dawn. Saħansitra l-Grupp tan-Negozjar naqas milli jestabbilixxi l-kundizzjoni vera tal-proprjetajiet. Dan ukoll kien responsabbli għalih Jason Azzopardi.

ieħor ismu jitfaċċa f ’mumenti kruċjali tal-proċess fejn ittieħdet deċiżjoni. Xi minn daqqiet ikun hemm firma, filwaqt li f ’każi oħra dik il-firma ma nsibuhiex għaliex nieqsa jkun hemm dokumenti importanti. Huwa minnu li bħalissa l-Partit Nazzjonalista jinsab għaddej bi proċess ta’ tranżizzjoni wara l-ikbar telfa elettorali fl-istorja, iżda Jason Azzopardi reġa’ kien elett deputat u beħsiebu jilgħab rwol importanti fil-leġiżlatura li jmiss. Dan meta kollox jindika li messu rriżenja. Illum inħarsu lejn il-famużi ħames rapporti dwar l-operat tad-Dipartiment tal-Artijiet fi żmien Jason Azzopardi. Rapport wara ieħor juru kif l-istandards għall-Partit Nazzjonalista ma jeżistux ladarba kien deċiż li ma jittieħdu ebda passi.

2


15

23.07.2017

kullhadd.com

A’ JASON AZZOPARDI 3

IL-KAŻ LÖWENBRÄU Il-każ Löwenbräu iddomina l-ewwel xhur ta’ din is-sena wara li r-rapport kien ħareġ ftit jiem qabel il-Milied tas-sena li għaddiet. Fir-rapport tiegħu l-Awditur Ġenerali kkonkluda li d-deputat Jason Azzopardi għandu jerfa’ r-responsabbiltà politika għad-deal li bih il-Gvern daħħal biss €700,000 għal art ta’ €8 miljuni. L-art ta’ 21,000 metru kwadru għal somma miżera minn gvern preċedenti lill-benefattur tal-Partit Nazzjonalista Żaren Vassallo li, xahar wara dan il-ftehim, ta kwart ta’ miljun ewro lill-istess Partit Nazzjonalista. Fost l-iktar fatti li qajmu suspetti f ’dan id-deal hemm il-mod li bih il-gvern preċedenti aċċetta li jinfeda ċ-ċens imma wkoll li jbigħ id-dirett dominju mingħajr riżoluzzjoni Parlamentari. Dan kien ifisser li tisparixxi l-kundizzjoni li dik l-art setgħet tintuża biss bħala birrerija, u b’hekk, Żaren Vassallo seta’ jiżviluppa l-istess art kif irid fl-imperu li nbena llum. “Dan każ ta’ ħabs” kien qal l-eks Kummissarju tal-Artijiet f ’xhieda qawwija u indikattiva f ’kawża bejn il-kumpanija Marsovin u l-kuntrattur Żaren Vassallo quddiem l-Imħallef Joseph R. Micallef. Minkejja li kien jokkupa l-ogħla kariga fid-Dipartiment tal-Artijiet, Albert Mamo żvela li dan id-deal sar minn wara dahru. Minflok, tħalla kollox f ’idejn id-Direttur Ġenerali li, fi kliem Albert Mamo stess, lanqas kien jaf jagħmel distinzjoni bejn ċens u kera. Żaren Vassallo nnifsu żvela li t-tneħħija tal-kundizzjoni kienet ilha miftiehma. F’affidavit, Vassallo qal li huwa kien interessat biss f ’dik l-art ġaladarba jkun jista’ jibni li jrid fuqha. Il-Marsovin min-naħa tagħha assiguratu li kellha ftehim mal-Lands u l-Ministru responsabbli li l-kundizzjoni se tkun illiberata. L-Awditur Ġenerali, fir-rapport tiegħu, qal ċar u tond li minkejja ċ-ċaħdiet minn dawk involuti, il-fatti kollha tal-każ juru li l-verżjoni ta’ Żaren Vassallo hija kredibbli. F’xhieda ġuramentata, Żaren Vassallo kixef kif, meta sar magħruf li l-kuntratt kien illegali, mar jitkellem mal-Lands u mal-Ministru responsabbli u r-risposta tagħhom kienet li lesti jpoġġu madwar mejda u jsibu kompromess. Fil-fatt il-kompromess intlaħaq, b’indikazzjoni ċara ta’ intervent politiku.

4

L-ART TA’ SPINOLA Dan hu sit li l-Awditur Ġenerali qal li jiswa żewġ miljuni u erba’ mitt elf ewro (€2,400,000), id-Dipartiment tal-Artijiet taħt it-tmexxija ta’ Jason Azzopardi biegħu lill-kumpanija li tilfet kawżi l-Qorti fuq l-istess sit għal ħames mija ħamsa u għoxrin elf ewro (€525,000). Din hi waħda mill-iktar konklużjonijiet li jispikkaw f ’wieħed minn żewġ rapporti ta’ kundanna li l-Awditur Ġenerali ppubblika t-Tnejn filgħaxija. L-art fi Triq Spinola San Ġiljan inbiegħet lil Eighty Two Co. Ltd. L-awditur kien ċar ħafna meta qal li d-Dipartiment tal-Artijiet kellu kontroll dirett tal-valur li bih tgħaddi l-art għand din il-kumpanija. Meta ħares lejn il-valur li l-art inbiegħet bih, l-Awditur Ġenerali qal li l-valur għall-flus għad-Dipartiment ma kienx assigurat. “Meta stabbilixxa l-prezz u bil-qbil li jidħol f ’negozjati mal-kumpanija, id-Dipartiment tal-Artijiet naqas milli jissalvagwardja dħul ġust li jirrappreżenta l-valur tal-art,” qal l-Awditur Ġenerali f ’paġna sebgħa ta’ rapport b’iktar minn 100 paġna. Dan dwar art li fuqha nbniet blokka appartamenti li f ’deċiżjoni wara oħra tal-Qorti ntqal li kellha titwaqqa’ għax il-kumpanija involuta bniet fuq art tal-gvern mingħajr ma kellha dritt. Iżda, minflok esegwixxa d-deċiżjoni tal-Qorti, id-Dipartiment tal-Artijiet fi żmien Jason Azzopardi għadda lil din il-kumpanija l-art bi prezz ferm irħas mill-valur tas-suq. U dan kollu sar b’mod li wieħed diffiċli jifhem. Ma tħallew ebda traċċi li joffru spjegazzjoni ta’ kif ġraw l-affarijiet u min iddeċieda xiex u meta. “L-involviment tal-Ministru, is-Segretarju Permanenti u l-Kap tas-Segretarjat mhumiex ċari għal dan l-uffiċċju, partikolarment minħabba d-dokumentazzjoni nieqsa,” jgħid l-Awditur li jinnota kif id-deċiżjonijiet ittieħdu wara laqgħa fejn dawn kienu preżenti.

5

IL-FEKRUNA WASLET

Rapport ieħor huwa dwar l-art tal-Fekruna fix-Xemxija li kif jikkonferma l-Awditur Ġenerali nnifsu dwarha sar kuntratt tlett ijiem qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2008. Dan f ’deal li l-valur tiegħu kien ilaħħaq ftit inqas minn ħames miljun ewro. Ftehim fejn il-gvern akkwista l-art tal-Fekruna lura u l-iżviluppatur li kellu din l-art ħa artijiet għall-iżvilupp fis-Swieqi u San Ġwann flimkien ma’ dejn maħfur li kellu mal-gvern. L-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali nnota kif ftehim b’dan il-valur miljunarju kien nieqes minn dettalji fil-file. Fost oħrajn intqal kif ma nżamm ebda rekord tal-proċess li wassal għall-identifikazzjoni tal-artijiet għat-tpartit. L-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali qal li n-nuqqas ta’ dokumentazzjoni kien nuqqas serju ħafna li wassal biex l-uffiċċju ma setax jiddetermina żviluppi importanti, u għalhekk ma setax jestabbilixxi l-prinċipji ta’ governanza tajba, kontabbiltà u trasparenza. Anke dwar in-nuqqas ta’ qbil fuq il-valur ma kienx hemm dokumentazzjoni u iktar minn hekk l-Awditur Ġenerali esprima dubji dwar il-proċess tal-arbitraġġ li nħatar f ’dan il-każ. Saħansitra l-Awditur jinnota kif rapport tal-IAID, id-dipartiment tal-Awditjar tal-Gvern, wera diskrepanza ta’ iktar minn miljun ewro kontra l-gvern. Hawn ukoll l-Awditur Ġenerali jinnota li l-interess tal-gvern seta’ kien issalvagwardjat aħjar. Xi ħaġa li ma saritx u oħroġ il-għaġeb hawn ukoll gawda benefattur tal-Partit Nazzjonalista, din id-darba bl-isem ta’ Raymond Vella.


16

23.07.2017

1

MADWAR kullhadd.com

L-AMERKA

FIL-QOSOR

2 1

IR-RIFORMA TAS-SAĦĦA TIKKOLLASSA Żewġ senaturi Repubblikani oħra Mike Lee u Jerry Moran qalu li se jkunu qed jopponu dak li l-partit tagħhom qed jipproponi minflok is-sistema tas-saħħa li ħoloq l-eks President tal-Istati Uniti Barack Obama. Dan għaliex il-liġi proposta ma tbiddilx biżżejjed is-sistema iktar magħrufa bħala Obamacare. B’hekk tagħmilha impossibbli li l-abbozz tal-liġi jgħaddi fil-forma li jinsab fiha bħalissa, potenzjalment daqqa ta’ ħarta kbira għall-President Donald Trump.

2

IL-POLONJA

3

IL-PARLAMENT B’LIĠI LI TNEĦĦI L-IMĦALLFIN

Jekk jgħaddi, l-abbozz mistenni li jġiegħel lill-imħallfin kollha tal-Qorti Suprema fil-Polonja jirtiraw. Il-partit talliġi u l-ġustizzja qed jgħid li dan qed isir sabiex is-sistema ġudizzjarja ssir iktar effettiva. Madanakollu, dawn l-iżviluppi ma ntlaqgħu xejn tajjeb minn Donald Tusk, il-President talKunsill tal-Ewropa, u mal-eks Prim Ministru Pollakk li qal li dan it-tibdil jitfa’ l-pajjiż lura. Kienu eluf li pprotestaw fittoroq kontra l-abbozz tal-liġi li issa għadda mit-tieni qari.

IL-MONTENEGRO

L-EU MITLUBA TGĦIN SABIEX JIKKONTROLLAW NIRIEN QAWWIJA Is-sħana qawwija li laqtet il-Montenegro wasslet sabiex jitkebbsu nirien qawwija mal-fruntiera tal-Kroazja. Dawn qed jheddu saħansitra żoni turistiċi hekk kif waslu sa 300 metru bogħod minn żona residenzjali. L-awtoritajiet bagħtu l-forzi kollha possibbli sabiex jikkontrollaw innirien. Madanakollu, dan ma kienx biżżejjed u l-Ministeru għall-Intern talab l-għajnuna tal-Unjoni Ewropea sabiex jintbagħtu forzi tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu l-awtoritajiet lokali.


R ID-DINJA

17

23.07.2017

kullhadd.com

3

6

IL-MALASJA

4 5 6

ĊENSURI

Id-diska ferm poplari Despacito saret l-aktar diska li ndaqqet, sitt xhur biss minn mindu nħarġet f ’Jannar li għadda hekk kif din indaqqet 4.6 biljun darba. Madanakollu, din id-diska ma niżlet xejn tajjeb mar-residenti tal-Malasja u rċeviet kritika dwar il-lirika. Infatti, id-diska ġiet ipprojbita milli tindaqq fuq l-istazzjonijiet tar-radju u t-televiżjoni tal-istat. Ukoll, fiċ-Ċina jiġi ċċensurat Winnie the Pooh hekk kif fl-aħħar jiem kienu qed jiġu kkanċellati posts fuq Sina Weibo u WeChat, l-ekwivalenti għal Twitter u WhatsApp fejn l-ors tant popolari kien qed jiġi msemmi.

5 4

L-INDJA

IL-BAĦAR EĠEW

MILL-IKTAR KLASSI SOĊJALI BAXXA GĦAL PRESIDENT

TERREMOT FIL-GREĊJA U T-TURKIJA

Terremot qawwi b’magnitudni ta’ 6.7 fil-Baħar Eġew ħalla minn tal-anqas żewġ persuni mejta u mijiet oħra midruba fuq il-gzira Griega ta’ Kos. Fil-belt Torka ta’ Bordum, kienu ħafna dawk li sfaw feruti. It-terremot seħħ fis-01:31 tal-Ġimgħa 21 ta’ Lulju.

Ram Nath Kovind, politikant ta’ kasta baxxa, irnexxielu jirbaħ l-elezzjoni presidenzjali fl-Indja bl-appoġġ tal-koalizzjoni Hindu Nazzjonalista. B’hekk huwa saħħaħ il-pożizzjoni li l-gvern għandu fuq il-poteri eżekuttivi tal-pajjiż. Kovind li għandu 71 sena ġej mill-komunità Dalit - l-iktar waħda baxxa tal-ġerarkija Indjana, liema klassifikazzjoni soċjali ilha teżisti għal sekli sħaħ.


18

23.07.2017

MARA B’IKTAR MINN PASSJONI WAĦDA

kullhadd.com

Moira Delia - isem magħruf sew fix-xena tal-ispettaklu f’Malta, biż-żewġ dixxiplini talfencing u l-kickboxing flimkien mal-imħabba lejn l-annimali jkunu tliet elementi ewlenin li jsawru l-karattru tagħha. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-fencing? L-imħabba tiegħi lejn il-fencing bdiet meta sitt xhur wara li twieled it-tifel, xtaqt nagħżel sport mhux tas-soltu u li fl-istess ħin itini saħħa psikoloġika aħjar sabiex naffaċċja l-ħajja b’ċerta pożittività. Xtaqt ukoll li wiċċi ma jidhirx waqt

li nkun qed nipprattika dan l-isport u tiddefendi ruħha. għalhekk l-għażla awtomatika tiegħi It-taħriġ tal-kickboxing minnu nnifsu marret fuq il-fencing. huwa iebes ħafna u fih ħafna fażijiet sabiex tasal biex tieħu ċ-ċintorin l-iswed. Kif għenek dan l-isport bħala Jien ma rnexxilix nasal sa dan iċ-ċinkarattru u dixxiplina miegħek torin minħabba li kont nidher spiss fuq innifsek? it-televiżjoni u għalhekk kelli noqgħod lura milli nieħu xi daqqiet f ’wiċċi li Ifhem, kif diġà għedtlek fil-fencing mbagħad kien ikolli ngħattihom bilwiċċek ma jidhirx, id-dehra tiegħek make-up. bħal qisu tinbidel u narani nsir bnied- Għalhekk wasalt saċ-ċintorin kannella ma oħra. u xorta ngħid li ninsab kuntenta b’dak Inħobb inqabbel dan l-isport ma’ li ksibt. logħba ċess fejn trid tuża moħħok u l-kapaċitajiet tiegħek sabiex tagħmel Illum il-ġurnata m’għadekx il-mossa t-tajba fil-mument deċiżiv. tipprattikahom dawn l-isports. Iżda Il-fencing iżidlek ħafna l-kunfiden- tikkonsidra za fik innifsek minħabba li trid tkun li forsi terġa’ tibdiehom? ferm dixxiplinat u fl-istess ħin dejjem moħħok hemm għal li jis- Minkejja li m’għadnix nipprattikahom ta’ jinqala’. uffiċjalment, illum tista’ tgħid li nitħarreġ u niġri ġirja kuljum. Qed nieħu Naf ukoll li int kont rwoli oħra f ’ħajti apparti li l-ġisem ma tipprattika l-kickboxing. jibqax l-istess, l-età tkun hemm u għalBla dubju li anke dan hekk minkejja li tieqaf tipparteċipa l-isport għenek sabiex issir f ’dak l-isport partikolari, il-ġisem xorta il-mara b’saħħitha li int. jkollu bżonn it-trejning regolari. Trid taċċetta wkoll li ġismek mhuIl-kickboxing sibtu ta’ għa- wiex ta’ għoxrin jew tletin u għalhekk jnuna wkoll biex iqawwili ġirja u ikel tajjeb u sustanzjuż jgħinuk l-personalità minħabba li bħala biex iżżomm ġismek b’saħħtu. Barsport isaħħek ħafna f ’kull sens. ra minn hekk din ir-rutina tgħinek Fil-fatt, dan isaħħaħlek il-karat- biex tnaqqas il-mard u affarijiet li tru tiegħek u fl-istess ħin, fiżika- xejn ma jagħmlu ta’ ġid għal ħajjitna. ment tħossok ferm aħjar. L-għan tiegħi kien li nsaħħaħ il-fig- Kif taraha l-mentalità sportiva ura tiegħi kif ukoll intejjeb l-istami- f ’pajjiżna? Jinkwetak il-fatt li hawn na. rata kbira ta’ obeżità f ’pajjiżna? Insibha wkoll attraenti li Fil-verità hawn żgħażagħ li jittrenjaw mara jkoll- b’mod regolari sabiex iżommu ruħhom ha dik is- b’saħħithom. Madankollu, hawn numsaħħa li ru kbir ieħor li ma jagħmlux eżerċizzju b i h a u mhux fir-rutina tagħhom li jinkludu t k u n xi tip ta’ sport jew għallinqas xi mixja t i s - żgħira. ta’ Warakollox, jekk int tagħmel xi tip t’eżerċizzju kapaċi żżomm il-figura tiegħek pulita u tikkontrolla d-dieta tiegħek. Jinkwetani ħafna l-fatt li hawn ħafna tfal u żgħażagħ li m’għandhomx sport f ’ħajjithom u din il-mentalità għandna bżonn inbiddluha. Kollox iħoll u jorbot jekk int tipprattikax sport jew le. Jien bħala persuna ma noqgħodx lura milli niekol l-ikel li nħobb, però, l-fatt li nitrenja jgħinni biex dak l-istess ikel li niekol, naħarqu. Fl-aħħar mill-aħħar, is-sigriet ta’ ħajja aħjar mingħajr problemi ta’ saħħa huwa kollu marbut ma’ eżerċizzju li tagħmlu fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum. Naf li int għandek għal qalbek ħafna l-annimali. Għaliex huwa

importanti li aħna bħala umani nirrispettaw lill-annimali? Nista’ nirrispondi l-mistoqsija tiegħek f ’sentenza waħda. Peress li l-annimali m’għandhomx vuċi aktar u aktar għandna nisimgħuhom u nirrispettawhom. Aħna bħala bnedmin għandna nieħdu ħsiebhom filwaqt li ntuhom ħafna mħabba. Jekk int għandek annimal domestiku, int għandek ir-responsabbiltà li tieħu ħsiebu daqs membru ieħor tal-familja, kważi kważi daqs it-tfal. Bħala persuna jien kbirt f ’din il-kultura li nħobb u nindokra kemm nista’ lill-annimali. Illum in-nies inbidlu fir-rigward ta’ kif iħarsu lejn l-annimali. Il-bnedmin saru iktar konxji ta’ kemm għandhom jirrispettaw lil dawn il-kreaturi għax flaħħar mill-aħħar anke huma għandhom id-drittijiet tagħhom. Nemmen li bi programmi fuq it-televixin u avviżi fuq il-midja soċjali, dan it-tagħlim biex inħarsu d-drittijiet tal-annimali se jkompli jitkattar aktar f ’pajjiżna. Nafu wkoll li l-annimali kapaċi jkunu ta’ terapija għalina l-bnedmin minħabba li jnaqqsulna l-istress b’mod partikolari meta nfissduhom. Min-naħa l-oħra jekk bħala bniedem m’għandekx ħin għall-annimali, m’għandekx flus għalihom u mhux lest tieħu ħsiebhom, aħjar ma tintrigax trabbihom. Hawn bosta nies li jagħtu ferħ ta’ annimal bħal qattus u kelb bħala rigal. X’tikkummenta fuqha din il-ħaġa? Jien naraha bħala nuqqas ta’ responsabbiltà kbira min jagħti annimal domestiku bħala rigal. Nemmen li qabel ma tkun ser iddaħħal pet f ’darek irid ikun hemm diskussjoni bejn il-membri tal-familja u apparti minn hekk, tipprepara bl-aħjar mod għalih sabiex toffrilu dar fejn ikun jista’ joqgħod. Dan irid jidħol bħala membru tal-familja u għandu bżonn ta’ ħafna mħabba. Ir-responsabbiltajiet bejn il-membri iridu jitqassmu sabiex tipprovdilu dak kollu li għandu bżonn. Irridu nikkunsidraw ħafna fatturi bħall-ikel li ntuh mhux nitimgħuh minn dak li jibqa’ fil-platt u anke l-viżti għand il-veterinarju fejn għandna neħduh meta jkun hemm bżonn. Jekk annimal ikun ma jiflaħx għandu bżonn il-mediċina u għalhekk irridu nwarrbu xi flus għalih biex dejjem jibqa’ f ’saħħtu. Għalhekk meta wieħed jagħti annimal bħala rigal irid jaħseb għal kull eventwalità li tista’ tinqala’ fil-futur sabiex ma jkunx hemm dispjaċiri wara.


19

23.07.2017

kullhadd.com

Ċerti nies li jsibu annimal abbandunat barra jikkuntattjaw lilek u mhux dejjem jirreferu għal xi istitituzzjonijiet li jeżistu f ’pajjiżna u li wkoll jipprovdu ċertu refuġju għal dawn l-annimali. Tista’ tgħidilna xi ħaġa aktar dwar dawn il-postijiet? Jien għalija huwa kumpliment il-fatt li jirreferu għalija meta jsibu annimal abbandunat fit-triq speċjalment jekk ma jkollhomx soluzzjonijiet oħra dak il-ħin. Madankollu, jien m’iniex xi uffiċjal mid-dipartiment tal-ħarsien tal-annimali. Biex ngħidlek il-verità mhux dejjem inkun nista’ nagħtihom l-għajnuna li nixtieq. Hemm barra hemm ħafna nies li għandhom għal qalbhom l-annimali partikolarment klieb u qtates li jkunu barra fit-triq fejn jipprovdulhom ikel u xorb għal matul il-ġurnata. Allura fl-opinjoni tiegħi hemm bżonn insaħħu dan id-dipartiment tal-annimali fejn fost l-oħrajn qed jinħass ilbżonn ta’ ambulanza oħra mhux waħda biss li hemm eżistenti. Barra minn hekk, l-istess uffiċjali impjegati ġieli jbatu biex ilaħħqu mad-diversi rapporti li jirċievu. B’hekk in-nies jispiċċaw iċemplu jew lili jew inkella lil xi voluntiera li għandhom għal qalbhom l-annimali. B’hekk jien ma nħossnix waħdi f ’dan il-proġett li bdejt snin ilu fejn nedukaw lill-poplu fuq drittijiet u ħarsien ta’ dawn il-ħbieb żgħar tagħna. U xi tgħidli dwar il-mentalità tal-Maltin fir-rigward tal-ħarsien tal-annimali? B’xorti tajba f ’dawn l-aħħar snin il-kuxjenza favur id-drittijiet tal-annimali żdiedet ħafna fost il-Maltin. Minnaħa l-oħra nixtieq li d-dipartiment għall-ħarsien tal-annimali jieħdu iktar bis-serjetà rapporti li jsirulhom fuq każijiet ta’ abbużi u jiżdied l-infurzar għal dawk li jiksru l-liġi. Tisma’ rapporti li jwaħħxuk bħal klieb li jinżammu taħt l-art jew inkella fuq il-bejt fix-xemx u oħrajn marbutin biċ-ċinga. Anke żwiemel m’għandhomx joqogħdu fix-xemx speċjalment f ’dawn iż-żminijiet ta’ sħana. Dawn in-nies bħal qishom mhumiex lesti jobdu l-liġi u għalhekk għandhom jitressqu l-qorti. Sfortunatament għadna nisimgħu bi ġlied ta’ klieb u sriedak. Kemm jinkwetak dan il-fatt? Jinkwetawni mhux ftit. U għalhekk qed nerġa’ ntenni biex jiżdied l-infurzar f ’din il-liġi għax in-nies b’hekk biss jitgħallmu. Jekk il-qrati jagħtu l-pieni li hemm skont il-liġi, ser ikun hemm inqas moħqrija fuq dawn il-kreaturi innoċenti. Iċ-ċirkli li jkunu Malta m’għadhomx jiġu bl-annimali. Għalik din żgur hija aħbar pożittiva hux hekk? Bla dubju li kienet aħbar pożittiva għax kont ili niddiskuti b’mod insistenti fuq dan is-suġġett. Madankollu, ma ninsabx kuntenta li daħlu ċerti annimali oħra f ’parks privati f ’pajjiżna. L-ironija hi li d-dipartiment li semmejna ma jistax ilaħħaq mal-ilmenti kollha li jidħlulu, aħseb u ara kemm jista’ jinforza kif jixtieq lil dawk li qed

Jien nemmen li bniedem għandu jimxi wara x-xewqat ta’ qalbu. Jekk għandek talent li tieħu ħsieb nies vulnerabbli jew inkella fil-bżonn, int qed tesponi t-talenti tiegħek b’mod nobbli. Jekk int ħassejt il-ħtieġa li tgħin, mela sinjal li hemm barra hemm nies li għandhom bżonnok. Il-premju ta’ dan kollu huwa s-sodisfazzjon li tieħu meta tara t-tbissima fuq fomm dak li jkun jimpurtaw annimali minn barra u li jaqfluhom ġo gaġeġ. Forsi tgħidli li l-post fejn jinsabu fih huwa kbir biżżejjed u li l-gaġeġ tagħhom huma kbar. Madankollu, aħna l-bnedmin qed inċaħħduhom mill-ambjent naturali tagħhom u ninsab sorpriża kif fis-sena 2017 qed naċċettaw dan kollu. Anke fir-referendum tal-kaċċa int ukoll semmajt leħnek. X’kienet l-esperjenza tiegħek f ’dan ir-rigward? Wara din l-esperjenza partikolari naf li nofs il-poplu Malti ma jaqbilx mal-opinjoni tiegħi. Madankollu, hemm innofs l-ieħor li ammira fija l-fatt li kont l-unika kelliema mara li tkellimt fuq dan is-suġġett. Ħassejt li kelli nieħu din il-kariga għax anke l-għasafar għandhom id-drittijiet tagħhom u għalhekk dħalt għaliha b’ċerta serjetà. Kien referendum jaħraq ħafna u jien ħassejt li kelli naqdi dmiri ta’ ċittadina li għandi għal qalbi l-annimali. Minkejja li forsi ċerti nies ma tantx tinżlilhom l-opinjoni tiegħi, jien dan kollu nagħmlu għax għandi għal qalbi kull tip ta’ annimal li għandu dritt jgħix ħajja sabiħa. B’hekk jien fil-programm televiżiv li għandi qed inwassal il-vuċi ta’ dawk in-nies li bħali għandhom għal qalbhom l-annimali. Il-programm li tippreżenta int kemm għenek biex tkompli tkabbar l-għarfien u l-imħabba tiegħek lejn l-annimali? Il-programm AnimalDiaries huwa programm li nippreżentah b’ċerta mħabba u dedikazzjoni kbira. Tant jien dedikata fuq dan il-programm li neħħejt programmi u produzzjonijiet oħra li

kelli fil-passat sabiex nagħti ħini kollu fuqu. Għalkemm forsi jien nidher biss għal tliet kwarti f ’dan il-programm, nista’ nassigurak li fih preparazzjoni kbira apparti l-ħin l-ieħor li nqatta’ nieħu ħsieb l-annimali. Naf ukoll li kont involuta fil-HappyPaws. Għadek tagħti xogħlok f ’din l-għaqda?

dawn il-ħamiem. Madankollu, konxja mill-fatt li hemm problema kbira li fiha qegħdin isofru r-residenti. Għalhekk jien sħaqt mas-sindku li din għandha tkun tema nazzjonali aktar milli waħda ta’ xi belt jew raħal. Jien nemmen li impossibbli toqtol il-ħamiem kollu li hemm il-Birgu. Anzi, wisq nibża’ li dawk li ma jinqatlux imorru f ’xi belt jew raħal ieħor u jkomplu jkattru hemmhekk. Għalhekk tkun solvejt il-problema b’mod temporanju u fl-aħħar millaħħar lokalità oħra se tkun qed tbati minn din il-problema. Is-suġġeriment tiegħi kien li nkellmu lid-dipartiment għall-ħarsien tal-annimali, nindirizzaw din il-problema b’mod nazzjonali kif diġà għedt u apparti minn hekk, jintużaw metodi oħra iktar umani biex titnaqqas il-popolazzjoni tal-ħamiem f ’pajjiżna. Waħda mis-soluzzjonijiet tista’ tkun li jingħatalhom ikel li jnaqqsu ċ-ċansijiet li ħamiem jirriproduċi u b’hekk b’mod gradwali titnaqqas din il-problema. Spanja kellha din l-istess problema tal-ħamiem u ħadet dan il-pass li semmejt u tista’ tgħid li l-pjan irnexxa.

Jien il-fundatriċi ta’ din l-għaqda u ma jistax ikun li ma nagħtix daqqa t’id fejn ikun hemm bżonn. Il-HappyPaws hija klinika li tgħin sabiex insewwu xi annimali milli jkomplu jkattru aktar il-popolazzjoni ta’ klieb u qtates abbandunati. Fil-fatt, li kieku ma jissewwewx annimali bħal qtates żgur li jkollna ħafna iktar minnhom jiġru fit-toroq, l-istess bħalma issa żviluppat il-problema talħamiem f ’ċerti rħula u bliet. Apparti minn hekk, aħna wkoll nippruvaw infejqu annimali morda u li jkunu bil-ġuħ. Jien nammira b’mod partikolari d-diversi voluntiera li għandna mxerrda madwar il-gżejjer Maltin li jagħtu kontribut kbir sabiex il-ħajja tal-annimali tagħna tkun aħjar. Xtaqt li tgħaddi messaġġ ta’ Hu għalhekk li l-HappyPaws tibqa’ kuraġġ li dawk għal qalbi mmens! iż-żgħażagħ li qed isibuha problema li jesponu t-talenti Dan l-aħħar qamet tagħhom minħabba xi problema il-kwistjoni tal-ħamiem jew oħra. fil-Birgu. Kien hemm pjanijiet li dawn jinqatlu sabiex ma jkunx Jien nemmen li bniedem għandu jimxi hemm inkonvenjent wara x-xewqat ta’ qalbu. Jekk għandek għar-residenti. Kellek xi laqgħat talenti li tieħu ħsieb nies vulnerabbli mas-sindku tal-Birgu fuq din jew inkella fil-bżonn, int qed tesponi il-kwistjoni? t-talenti tiegħek b’mod nobbli. Jekk int ħassejt il-ħtieġa li tgħin, mela Iva, jien kellimt lis-sindku tal-Birgu li sinjal li hemm barra hemm nies li min-naħa tiegħu assigurani li qed jip- għandhom bżonnok. pruvaw ifittxu alternattivi sabiex tis- Il-premju ta’ dan kollu huwa s-sodissolva din il-problema. fazzjon li tieħu meta tara t-tbissima Jien personali ma nixtieqx li jinqatlu fuq fomm dak li jkun.


20

23.07.2017

kullhadd.com

BDIET IL-KANT B’KUMBINAZZJONI Kitba ta’ kant, u fil-fatt żvelat miegħi li toqgħod aktar attenta RAMONA PORTELLI x’tiekol bħal pereżempju affarijiet spicy u ma tiħux affarijiet kesħin. Fil-fatt tevitahom kemm fis-sajf Li persuna minn ċkunitha tkun iffukata fuq xi pas- kif ukoll fix-xitwa u bħal kull ħaġa oħra meta jkun satemp jew talent, huwa delizzju sabiħ. Mhux biss riesaq festival iżżid il-ħin tal-prattika u l-eżerċizzji iżomm persuna okkupata bil-ħin, iżda wkoll jista’ jif- tal-vuċi. taħ orizzonti ġodda fil-ħajja. Għall-intervista tal-lum, Tkellimt magħha wkoll dwar il-viżjoni tagħha lejn tkellimt ma’ kantanta żagħżugħa li bil-vuċi tagħha qed kif inhi miexja l-mużika lokali. “Ifhimni jien nara li tipprometti bil-mod il-mod, mhux hawn Malta biss, għamilna avvanzi kbar fil-mużika lokali, imma fadal iżda anke barra minn xtutna. Qed nirreferi għal Ra- iżjed xi jsir għax il-fatt li trid titla’ għall-Eurovision biex tieħu naqra spinta tħalli wisq kantanti l-art, almona Mifsud. Għandha 16-il sena, single, toqgħod San Ġwann, lura nemmen li hawn ħafna talent u jistgħu jimirħu ma taħdimx għaliex bħalissa ffukkata fuq l-eżamijiet. iżjed. Forsi ’l quddiem iżidu iktar attivitajiet u festiIl-passatemp favorit tagħha huwa l-kant u tixtieq li vals bħall-Eurovision biex jagħtu iktar ċans lill-kanjkollha futur f ’dan il-qasam. It-tieni passatemp tagħha tanti l-ġodda wkoll,” fissritli Ramona. Kont konxja wkoll li ħafna persuni jassoċjaw ilhuwa l-isport fejn tipprattika diversi attivitajiet bħal shot put, long jump, discuss u anke ġiri. Tħobb ukoll kant ma’ spejjeż kbar. B’hekk iddiskutejt dan il-fatt l-arti, għaliex tħossha rilassata meta tkun qed tpinġi, u argument magħha. “Spejjeż kbar ħafna kemm biex titkif ukoll il-kant għaliex tista’ tesprimi ruħha. Tħobb ħafna l-mużika u l-arti. Fil-fatt ftit ta’ snin għallem il-kant kif ukoll ilu kienet iddoqq l-arpa u l-pjanu, iżda waqfet milli għall-festivals biex tagħmel dan sabiex tkun tista’ tiffokka aktar fuq il- tikkompeti barkant. Tħobb ħafna l-annimali, u tiddejjaq meta tara ra minn Malta moħqrija fuqhom. “Kien hemm ħafna drabi meta sal- fejn jirrikjedu vajt annimali u erġajt laqqajthom mal-familji tagħhom safar bi spejjenormi. u ħassejtni verament onorata b’li għamilt. Inħobb eż ħafna ngħin lil ħaddieħor, anke lil dawk li huma an- G ħ a n d e k qas ixxurtjati minni. Inqis lili nnifsi bħala tifla ċa- ukoll il-ħwejjjtiera ħafna, persuna bubbly wkoll, u sensittiva,” bdiet eġ u tibdiliet differenti tgħidli dwarha Ramona fil-bidu ta’ din l-intervista. għal kull fesTixtieq li jkollha futur akbar fil-qasam tal-kant Ilha involuta fil-kant għal dawn l-aħħar tliet snin. Bdiet tgħidli li b’kumbinazzjoni kienet marret kor mal-kuġina u lill-ġenituri tagħha ġibdulhom l-attenzjoni biex tibda l-kant, għax kellha leħen partikolari, u minn hemm bdiet it-triq tal-kant. Magħha ġibt id-diskors dwar il-fatt li peress li bdiet il-kant t’età mhux tant żgħira bħal tfal oħra, jekk taħsibx li dan il-fatt affettwahiex jew le ħdejn kantanti oħra li bdew t’età ferm iżgħar. Fil-fatt weġbitni: “Ma naħsibx li affettwani daqshekk, għax la tkun qed tagħmlu mill-qalb, ħassejtni diġà kunfidenti.” Ta’ min jgħid li għal tliet snin biss li ilha titgħallem il-kant, diġà b’wiċċha pparteċipat f ’festivals internazzjonali fis-Slovenja, fi Spanja u fl-Italja. B’hekk ħadt il-kummenti tagħha dwar dan il-fatt. “Il-fatt li diġà pparteċipajt ġo festivals barra minn Malta, inħossni li nkun għamilt pass ieħor fil-karriera tiegħi u kif ukoll inġib iktar esperjenzi speċjalment meta nikkompeti mal-barranin.” Magħha ddiskutejt ukoll dwar jekk tinnotax xi differenza meta tmur biex tkanta f ’festivals lokali għal meta tkanta f ’festivals barranin. Ramona stqarret miegħi li barra minn Malta jkun hemm ħafna aktar pressjoni meta tkun qed tikkompeti f ’festivals barranin għaliex tkun qed tirrappreżenta ’l pajjiżha u tagħmel isem lil Malta wkoll. “Il-post u n-nies ma jkunux familjari allura l-eċitament jiżdied aktar, imma l-atmosfera tkun differenti minn ta’ Malta allura tkun esperjenza ġdida wkoll. Ikun hemm ħafna aktar nies jikkompetu f ’dawn il-festivals għaliex ikunu ġejjin minn pajjiżi differenti, u dik hija xi ħaġa sabiħa mmens, għaliex tara kulturi differenti u tisma’ lingwi u kanzunetti differenti bi stili versatili, u anke kulturali. Tagħmel ħbieb ġodda, u għandi wkoll ħbieb li ltqajt magħhom permezz ta’ dawn il-festivals u għadni nagħmel kuntatt magħhom permezz tal-internet u dik hija xi ħaġa sabiħa mmens,” stqarret miegħi Ramona.

tival, make-up u anke xagħar,” sostniet miegħi. Is-sapport nofs il-kuraġġ taż-żgħażagħ Erġajt staqsejtha dwar il-kant, u sirt naf li għalissa qed tkanta kanzunetti varjati li tkun studjat. Madanakollu, qed taħdem ukoll biex ’il quddiem ikollha singles personali tagħha wkoll. Filwaqt li bdiet tgħidli li permezz tal-kant tħossha tirrilassa u anke tkun qed tgħaddi messaġġ lill-udjenza permezz ta’ xi diska, tkellimt magħha dwar il-futur li qed tara lest għaliha rigward karriera fil-kant. “Nixtieq li jkolli futur fil-kant u li nagħmel suċċessi anka barra minn xtutna wkoll. Dawk huma l-akbar xewqat tiegħi u determinata biex dawn isiru realtà. Qed nimmira wkoll biex ’il quddiem inkun kantanta stabbilita hawn Malta,” sostniet miegħi Ramona. Kompliet tgħidli li bħala prattika tagħmel siegħa kuljum eżerċizzji tal-vuċi u tipprattika d-diski, u meta jkun ġej festival tagħmel aktar eżerċizzji għall-vuċi. Fl-aħħarnett xtaqet tgħaddi messaġġ għall-qarrejja tal-KullĦadd. “Il-messaġġ tiegħi huwa li min għandu xewqa jibda jew iħoss li għandu talent, għandu joħorġu u ma jibqax lura. Nemmen li kulħadd ikollu xi talent u l-messaġġ tiegħi għall-qarrejja kollha hu li jagħtu s-sapport tagħhom lill-kantanti Maltin speċjalment dawk li għadhom tilgħin, kif dejjem jagħmlu l-Maltin u l-Għawdxin bil-qalb kbira tagħhom. Is-sapport nofs il-kuraġġ taż-żgħażagħ,”temmet tgħid Ramona.

Sagrifiċċji varji li jirrikjedi l-kant Ridt inkun naf jekk hemmx xi tip ta’ sagrifiċċji li normalment issegwi sabiex il-vuċi toħroġ aħjar waqt il-

Ritratt: CNG PHOTOGRAPHY


21

23.07.2017

kullhadd.com

IL-PASS LI JMISS BRYONY

BARTOLO

Segretarju

Ġenerali FŻL

Ftit tal-ġimgħat ilu assistejna għal rebħa oħra ta’ Gvern Laburista li saħħet il-fiduċja li l-poplu Malti u Għawdxi għandu f ’dan il-Gvern. Kienet turija ċara li l-poplu kien kuntent bix-xogħol tal-Gvern u ried jibqa’ mixi fl-istess direzzjoni. Iżda dan is-suċċess ma jfissirx li l-ħidma tieqaf mar-riżultat elettorali. Il-poplu ried illi dak li sar fl-aħħar leġiżlatura jservi ta’ pedament sod sabiex fuqu nkomplu nibnu aktar suċċessi għal pajjiżna u fuq kollox għal kull wieħed u waħda minna. Sa mill-ewwel ftit ġranet dan hu dak li ħa ħsieb jagħmel il-Partit Laburista kemm bħala Gvern kif ukoll bħala partit. Fil-fatt f ’dawn il-ġimgħat diġà sar ħafna xogħol bil-qofol tkun il-liġi tażżwieġ ugwali u anke l-pjan sabiex aktar nisa jidħlu fil-politika. It-12 ta’ Lulju 2017 żgur li se jibqa’ mnaqqax fl-istorja ta’ pajjiżna. Dan hekk kif assistejna għad-dħul tal-liġi li permezz tagħha għandna żwieġ ugwali għal kulħadd, irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali. Minkejja l-biża’ li ppruvaw inisslu esponenti tal-Partit Nazzjonalista, dan huwa pass importanti li żgur se jbiddel il-ħajja ta’ diversi koppji għall-aħjar. Fuq kollox spikkat id-distinzjoni bejn min ivvota favur din il-liġi għaliex b’konvinzjoni jemmen fl-ugwaljanza, u min ivvota favur sempliċiment għall-konvenjenza, b’uħud anke kienu assenti mill-Parlament. Iżda lil hinn min din il-liġi rridu naħdmu sabiex l-ugwaljanza ssir parti mis-soċjetà tagħna u nkattruha bħala valur fil-ġenerazzjonijiet iż-żgħar tagħna. Irridu li minn liġi li toffri l-ugwaljanza tissarraf ukoll f ’bidla fil-mentalità. Anke bħala partit qed inkunu proattivi u dan jidher ċar filproġett preżentat mill-Ewroparlamentari Miriam Dalli bil-għan li, fuq medda ta’ 10 snin, inżidu n-numru ta’ kandidati nisa li jikkontestaw għall-elezzjoni kemm f ’elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, tal-Membri Parlamentari Ewropej kif ukoll dik ġenerali. Dan imur lil hinn mill-gender quotas u jiffoka fuq pjan dettaljat li joffri għajnuna ta’ mentoring u networking. B’hekk juri t-twemmin sħiħ li għandu dan il-partit fl-ugwaljanza f ’kull sens wiesgħa tagħha. Biex verament ikollna rappreżentazzjoni addattata tal-poplu jrid ikollna ammont sostanzjali ta’ nisa. U dan irid isir minn kull partit rappreżentat fil-Parlament. Is-sistema eżistenti hi mibnija ħafna fuq mentalità patrijarka

li wasslet biex taddatta ix-xogħol politiku għar-raġel biss u mhux għall-mara wkoll. Dan il-proġett huwa wieħed li l-Forum Żgħażagħ Laburisti se jkun qed jilgħab rwol importanti ħafna fih sabiex jindividwa nisa li għandhom potenzjal iservu fil-politika. Dan huwa biss il-bidu tal-ħidma pjanata minn dan il-Gvern kif ukoll il-Partit Laburista għal matul din il-leġiżlatura. U sabiex nassiguraw rappreżentazzjoni taż-żgħażagħ f ’dan kollu, il-Forum Żgħażagħ Laburisti se jibqa’ jilgħab irwol importanti. U sabiex dan ikun jista’ jsir bl-aħjar mod possibbli se tkun qed issir il-laqgħa ġenerali straordinajra nhar il-Ħamis 27 ta’ Lulju fis-6.30pm ġewwa ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Ħamrun. Matul din illaqgħa l-għaqda se tħares lejn il-pass li jmiss filwaqt li tkompli tiġġedded għall-ġid tal-Partit u tal-Gvern sabiex b’aktar ideat ġodda tkompli sservi ta’ vuċi taż-żgħażagħ. Inħeġġiġkom sabiex tattendu għal din il-laqgħa filwaqt li tkomplu tagħtu l-appoġġ tagħkom lil din l-għaqda li sa mill-bidu tal-istorja tagħha dejjem kienet hemm sabiex tisma’ l-aspirazzjonijiet tażżgħażagħ u tmexxi ’l quddiem proposti bil-għan li jtejbu l-ħajja tas-soċjetà tagħna. F’dan l-aħħar erba’ snin kelli l-opportunità li nservi ta’ Segretarja Ġenerali f ’din l-għaqda. Kienet esperjenza mill-isbaħ li minnha tgħallimt ħafna. Hawnhekk nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-President Alex Saliba li kien ħeġġiġni biex nagħmel dan il-pass u lil sħabi fl-eżekuttiv uxxenti li kelli l-opporunità naħdem magħhom matul dawn is-snin. Nawgura ukoll lill-eżekuttiv il-ġdid li se jkun iffurmat fil-jiem li ġejjin għal aktar ħidma u suċċess f ’din l-għaqda sabiex tkompli tkun strumentali u timbotta ’l quddiem inizjattivi u ideat ġodda.

Il-poplu ried illi dak li sar fl-aħħar leġiżlatura jservi ta’ pedament sod sabiex fuqu nkomplu nibnu aktar suċċessi għal pajjiżna u fuq kollox għal kull wieħed u waħda minna

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist

Il-Ħamis, 13 ta’ Lulju Ma nafx għaliex dan l-għaġeb kollu għax il-Parlament tagħna approva l-liġi dwar iżżwieġ ugwali, jew xi xjaten isejħulha għax tant tawha ismijiet li lili ħawduni! Is-sabiħa hi li dan l-għaġeb mhux hawn Malta biss qiegħed isir, imma saħansitra anke l-midja fl-Ingilterra tgħidx kemm faħħru lil Joseph Muscat fuq din il-liġi. U bil-wiċċ tost kollu ma jagħtu l-ebda mertu lil Simon (s’issa) tagħna minkejja li huwa wkoll ivvota favur il-ligi. Mhux sew. Simon jixraqlu ħafna aktar, mhux hekk!! Jew għaxxaqielu dak Edwin Vassallo li baqa’ jivvota kontra sal-aħħar! Il-Ġimgħa, 14 ta’ Lulju Jekk ħasbu li Simon (s’issa) tagħna se jċedilhom kif ġib u laħaq, jgħarralhom, u jgħarralhom bil-kbir. Se jibqa’ jiġri wara Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi sal-aħħar nifs ta’ ħajtu. Illum mar il-Qorti ta’ Malta, u jekk ma jġibhiex żewġ hemmhekk, bla dubju jmur fi kwalunke qorti oħra li jista’ jmur fid-dinja kollha. M’hawn ħadd li għandu l-kuraġġ u d-determinazzjoni li għandu hu, man! Mhux għalhekk jien dejjem nitlob u nittama li fl-aħħar mill-aħħar ibiddel fehmtu u jibqa’ kap hu. Fuq kollox, minn dawk li qalu li se jikkontestaw, m’hemm ħadd tal-kalibru tiegħu. Is-Sibt, 15 ta’ Lulju Min jaf xi dwejjaq għandha Therese Comodini Cachia issa li taf li postha fil-Parlament Ewropew se jkollha ċċedih lil xi ħaddieħor li nkunu nafu min hu nhar it-Tlieta!? Kulħadd jaf li kontra qalbha, għax li kien għaliha s-siġġu ta’ Malta ċediet u mhux dak ta’ Brussell. Kellha tibdel fehmitha għax inġustament kilulha wiċċha u qalulha li qed tagħmel għal żaqqha. Safejn naf jien riedet tibqa’ Brussell mhux għall-flus, imma għax minħabba r-riżultat tal-elezzjoni, ma kinitx se tkun qed taħdem spalla ma’ spalla ma’ Simon (s’issa) tagħna, ladarba Simon iddeċieda li jwarrab. Skont Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, imissha kienet aktar għaqlija, bħalma kienu Casa u Metsola u beżqet mis-sunnara! Il-Ħadd 16 ta’ Lulju Xi dwejjaq man! Rega’ kkonferma li m’hemm l-ebda ċans li jibdel fehemtu u se jwarrab. Insomma, mhux se jwarrab għalkollox, għax għamilha ċara li se jibqa’ attiv u se jibqa’ jiġġieled għas-sewwa. Għax għal Simon (s’issa) tagħna, l-aktar ħaġa importanti qatt ma kienet li nirbħu l-gvern u li hu jkun prim ministru, imma li jirbaħ

il-ġlieda favur is-sewwa, u għalhekk għadu jinsisti sal-lum il-ġurnata, u se jibqa’ jinsisti li b’xi mod jew ieħor isiru l-investigazzjonijiet li hemm bżonn isiru. Ovvjament minbarra investigazzjoni waħda: dik dwar il-ftehim bejnu u bejn id-DB! Mhux hekk man! It-Tnejn, 17 ta’ Lulju Naħseb li jien bħal David Thake se nagħmel, tgħid x’tgħid Marlene Farrugia li qalet li t-tliet kontestanti, Adrian Delia, Chris Said u Alex Perici Calascione, mhumiex tajbin biex imexxu l-partit glorjuż tagħna. Se nagħti l-appoġġ tiegħi, u eventwalment nappoġġja lil Alex għax ismu fih żewġ sillabi, ezattament bħall-kbir Eddie u bħal Simon (s’issa) tagħna. B’Alex kap tal-partit glorjuż tagħna, xorta waħda nkun nista’ nkanta “għax għandna lil Alex magħna, aħna magħqudin...” u “Viva, Alex, Viva Alex, hej!” Il-problema tkun jekk jikkontesta Claudio Grech, għax dak ismu wkoll b’żewġ sillabi. It-Tlieta, 18 ta’ Lulju Tajjeb ħafna, man! Il-problema li ħsibt fuqha lbieraħ, mhix se tinħoloq għax Claudio Grech ħabbar li mhux se jikkontesta. Issa m’għandix dubju lil min se nivvota. Għalija għażla wahda għandi, Alex Perici Calascione. Naturalment għad fadal sa għada u biex jitfaċċa xi isem ġdid u jerġa’ jibdieli ma rrid xejn, għalkemm biex jibdieli l-isem irid ikun b’żewġ sillabi bħal dak talkbir Eddie u dak ta’ Simon (s’issa tagħna). Pereżempju, jekk jitfaċċa Jason Azzopardi, żgur li jerġa’ jibdieli. Mhux biss għax ismu b’żewġ sillabi, imma l-aktar għax Jason ikun jista’ jkompli fit-triq li beda Simon (s’issa) tagħna bl-eżempji eċċellenti tiegħu fejn tidħol governanza tajba. L-Erbgħa, 19 ta’ Lulju Biex se ngħabbu, man! Immutajt kif smajt li ħareġ ukoll Frank Portelli. Ma nistax nifhem kif mill-Grupp Parlamentari ħareġ biss Chris Said. U anke dik Metsola baqgħet ma kkontestatx, mhux billi qalu tal-One li kien reġa’ bdielha u se titfagħha fl-aħħar ħin. Naħseb li Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna għandu raġun jgħid li dik intelliġenti u mhux se titlef is-siġġu ta’ Brussell u l-eluf ta’ ewro li jġib miegħu, biex tiġi tieħu t-tmexxija ta’ partit imfarrak. Imfarrak għalissa, għax wara l-Indipendenza nerġgħu nieħdu r-ruħ u nibdew it-triq tar-rebħa. Fuq kollox Simon (s’issa) tagħna diġà qal li se jkompli jaħdem u li qatt mhu se jabbanduna l-partit glorjuż tagħna.


22

23.07.2017

kullhadd.com

PARTIT POŻITTIV U MĠEDDED CATHERINE

FENECH Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL

Il-Konferenza Ġenerali Straordinarja ġiet u marret. Din il-Konferenza immarkat ir-rieda ta’ dan il-partit li hu kommess li jibqa’ jiġġedded. It-tibdil li jsir qatt mhu biżżejjed. Dejjem lesti biex inkomplu niġġeddu u biex inbiddlu sabiex is-soċjetà tħossha parti min dan il-pajjiż. Dan it-tibdil ma jiġix suġġerit u implimentat biss biex jiġu ssalvagwardjati id-drittijiet tal-minoranzi imma wkoll ta’ sezzjonijiet fis-soċjetà li, fin-numru jistgħu jgawdu l-maġġoranza imma frott il-mentalità soċjali u anki politika li bqajna nġorru għal għexieren ta’ snin mingħajr wisq progress, xorta baqgħu

żvantaġġjati. Il-viżjoni tal-Prim Ministru għall-parteċipazzoni politika femminili aktar wiesgħa wasslet sabiex il-Partit Laburista jipproponi il-Programm LEAD immexxi mill-Membru Parlamentari Ewropew Dr. Miriam Dalli. Ċertament li Dr. Dalli se tixpruna dan il-programm għas-suċċess mixtieq. Persważa li l-programm LEAD se jwassal sabiex mhux biss jintlaħqu l-miri tal-PL għal parteċipazzjoni akbar ta’ nisa fl-elezzjonijiet imma wkoll iqanqal interess fl-elettorat sabiex minn għażla akbar ta’ kandidati nisa fuq il-ballot sheet, tkun ħaġa naturali li jagħżlu kandidati femminili għaliex il-kandidati nisa li jkunu qed jippreżentaw ruħhom ikunu kkonfermati bħala kandidati ta’ potenzjal, ta’ rieda u leali, grazzi għal dan il-programm li ċertament se jkun ta’ għodda katalista sabiex l-għażla ta’ kandidati femminili issir għażla naturali u mhux eċċezzjonali.

Madanakollu, il-parteċipazzjoni mhix biżżejjed. Nilqa’ wkoll il-mandat li għandu dan il-Gvern sabiex idaħħal il-kwoti tal-ġeneru fl-elezzjonijiet, kwoti temporanji sabiex jgħin jinkiser l-iżvantaġġ politiku bejn is-sessi. Iżda nemmen li l-kwoti mhumiex biżżejjed lanqas. Dan l-istess mudell għandu jiġi mfassal ukoll sabiex il-mara issib id-dawl fit-tarf tat-triq li twassalha għas-suċċess politiku. Parlament family friendly huwa ta’ benefiċċju mhux biss għad-deputati nisa imma wkoll għallirġiel. Il-ħinijiet xejn ma huma kumplimentużi sabiex taqdi l-irwol mixtieq ta’ ġenitur, ta’ iben/bint jew ta’ partner. Personalment nilqa’ l-ħsieb tal-introduzzjoni ta’ family friendly measures bħas-servizz ta’ childcare fil-Parlament, kif ukoll deputati full-time fost miżuri oħra. Dawn il-miżuri kollha flimkien żgur li jħajru nisa bħali li ilna attivisti tal-partit, kif ukoll tfajliet li jaspiraw għal karriera politika li jrabbu l-kuraġġ u jagħmlu

l-pass sabiex iwettqu dik il-ħolma li żammew lura milli jwettqu minħabba responsabbiltajiet ħafna drabi attribwiti mal-familja. U dan jinkludi wkoll ix-xewqa ta’ parteċipazzjoni femminili akbar fuq livell ta’ partit, partikolarment fuq livell amministrattiv. Inħeġġeġ li anki fuq livell lokali u distrettwali jkun hemm aktar attivisti nisa li jikkontestaw għall-irwoli amministrattivi ta’ President, Segretarji, Kaxxiera u Koordinaturi Distrettwali. Il-Konferenza Ġenerali Straordinarja kkonfermat ukoll kemm il-Partit Laburista huwa partit komplut b’mexxej b’saħħtu u maħbub u b’amministrazzjoni serja. Nifraħ kemm lill-Prim Ministru Joseph Muscat kif ukoll lid-Deputat Mexxej il-Ministru Chris Cardona għall-konferma b’saħħitha li kisbu mingħand id-delegati. Nifraħ ukoll lill-Amministrazzjoni li wkoll ġiet ikkonfermata f ’din il-Konferenza. U fuq kollox nirringrazzja lid-delegati sħabi li kkonkorrew u pparteċipaw bi

ħġarhom. F’tiġrija bejn il-ħbieb, id-delegati għamlu l-għażla għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament. Nieħu l-okkażjoni sabiex nawgura u nifraħ minn qalbi lill-Ministru Chris Fearne li hu d-Deputat Mexxej il-ġdid għall-Affarijiet tal-Partit. Nirringrazzja lill-Ministri Edward Scicluna u Helena Dalli li kkontestaw għal din il-kariga b’lealtà u b’impenn. X’differenza mill-Oppożizzjoni li għandhom ukoll għażla quddiemhom. Il-PL kien spoilt for choice. Għal PN, the choice is spoilt. Id-delegati Laburisti huma parti mill-ogħla struttura fil-PL fejn huma mogħnija bl-imħabba u bir-rispett lejn il-partit, u bla dubju jafu jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom b’serenità u b’kuxjenza. U fl-aħħar millaħħar jistgħu jispjegawlna kif dan seta’ kien vot ta’ protesta mid-delegati meta fl-istess Konferenza l-istess delegati kkonfermaw lil Joseph Muscat bħala mexxej b’99% u aktar tal-voti mitfugħa?

IRRIDU NSIBU S-SOLUZZJONIJIET MARIO

FAVA President Sezzjoni Kunsilliera PL

Bosta huma l-lokalitajiet li fihom, ġurnata jew oħra, jarmaw dawk hekk imsejħa “swieq fil-beraħ” jew kif huma magħrufa minn kulħadd, il-Monti. F’ċerti lokalitajiet, dawn insibuhom darba fil-ġimgħa, oħrajn iktar frekwenti, u oħrajn kuljum. Dawn jagħtu servizz lill-komunitajiet filwaqt li għas-sidien tagħhom, min joperahom għalih huwa d-dħul għall-familja tiegħu. Għalhekk, kull riforma f ’dan is-settur, trid tħares dan il-fatt. Bl-istess mod u fl-istess waqt, wieħed ikollu jammetti li dawn l-istess swieq, huma ta’ wġigħ ta’ ras kemm għall-Kunsilli Lokali kif ukoll għar-residenti. Għax minkejja li dawn jagħtu servizz liċ-Ċittadin, bl-istess mod joħolqu inkonvenjent b’kull mod lill-istess komunitajiet. Tajjeb li lkoll flimkien, dawk kollha involuti u milquta, naraw kif noħlqu bilanċ bejn il-bżonnijiet tar-residenti tagħna kif ukoll l-operaturi u s-sidien ta’ dawn is-swieq. Din se toffri sfida kbira u rridu naraw li nfittxu nibdew naffaċċjawha. Tawwalna biżżejjed u issa wasal verament iż-żmien illi wieħed jibda jindirizza dawn

il-problemi. U x’inhuma l-prob- kola innifisha diġà hija sors ta’ lemi primarji li qed niffaċċjaw problema tat-traffiku. Aħseb u ara meta fl-istess ħin ikollok kuljum fil-lokalitajiet tagħna? toroq oħra magħluqa biex jarma s-suq. Dan b’konsegwenza Il-Finanzjament tas-Swieq fejn residenti ma jkunux jistgħu Is-“swieq fil-beraħ” ma jist- jidħlu u joħroġu minn djarhom għux jibqgħu jiġu ffinanzjati u biex ma nsemmux iż-żieda mill-Kunsilli Lokali. Il-Kunsilli fit-traffiku fl-istess żona. ImLokali b’mod indirett qed jaħ- bgħad nitkellmu dwar it-tinġis lu r-riżorsi tagħhom kull fejn tal-arja! Jidhirli li l-Kunsilli Loikunu qed jarmaw dawn is-swi- kali għandhom ikollhom seheq. Dan isir b’diversi modi fost- em fid-deċiżjoni tal-ħin tal-ophom fejn iridu jżommu l-lista erat fil-lokalità tagħhom. Wara ta’ stennija, jaraw min qed jat- kollox qed nitkellmu fuq Gvern tendi u jarma b’mod regolari Lokali. jew le u fuq kollox inaddfu l-ħmieġ kollu li jitħalla wara li Il-Post fejn jarmaw – s-suq iżarma. Dan iwassal għal Aċċessibbiltà u Sigurtà ħela ta’ riżorsi umani u fuq kollox finanzjament li jlaħħaq eluf Din hija problema oħra. Problema kemm għar-residenti kif kbar fis-sena. Dan mhux aċċettabli iktar u ukoll għall-bejjiegħa nfushom. l-Kunsilli lokali jew għand- Meta jkollok suq, wieħed irid hom jingħataw il-flus diretti li jara li r-residenzi jibqgħu kolljagħmlu tajjeb għal din l-ispiża, ha aċċessibbli u bla tfixkil. Ma jew irid ikun il-Gvern li jara’ li jistax ikollok housing estate jitnaddfu dawn is-siti f ’kull lo- sħiħ illi jekk aċċidentalment kalità u f ’kull ġurnata li dawn ikun hemm aċċident ta’ ħruq is-swieq jarmaw. Nifhem u naf jew bżonn ta’ ambulanza, dawn li l-Gvern diġà qed joffri din ikollhom problema biex jaċċesl-għajnuna imma mhux kullim- saw il-post. Bl-istess mod, kien u mhux kuljum. Dan mhux dan jgħodd għall-bejjiegħa. tort tad-dipartiment tat-tindif Ma jistax ikollok suq f ’żoni imma għax m’hemmx riżorsi fejn m’hemmx aċċessibilità umani biżżejjed biex dan isir. għall-parkeġġ jew żona fejn minnha nfisha diġà hija kalamiIl-Ħinijiet li fihom joperaw ta għat-traffiku. Dan iwassal biex jaqta’ qalb ix-xerrej u alDonnu li m’hemmx uniformità lura ma jersaqx lejn dak issuq fil-ħinijiet li jibdew u jispiċċaw partikolari. dawn is-swieq. Il-ħin ivarja minn lokalità għal oħra. Dan Faċilitajiet Sanitarji bla ma jittieħdu inkonsiderazzjoni l-ħtigijiet tal-lokal rispet- Il-postijiet fejn jarmaw dawn tiv. Nagħti eżempji bħal siti is-swieq, għandhom ikollhom fejn viċin hemm skola u l-is- faċilitajiet sanitarji, kemm għal

min iżurhom imma iktar u iktar għal min joperahom. Ma nistax nimaġiena bejjiegħ fuq il-monti li jagħmillek dawk issigħat kollha fuq saqajh bla ma jkollu bżonn jaqdi l-ħtiġijiet naturali tiegħu. Bla dubju ta’ xejn, jekk in-natura issejjaħ, wieħed irid iwieġeb u spiss jiġri li dak li jkun ma jkollux alternattiva ħlief jagħmel dan mhux bl-aktar mod diċenti. Din mhix dinjità. Lista ta’ Stennija Għandha tiġi esplorata l-possibilita ta’ iktar żoni fejn jarmaw dawn is-swieq. Hija ħaġa ovvja u naturali illi dawn il-listi mhux se jonqsu qatt bis-sistema eżistenti. Jekk għal dawn in-nies dan hu l-uniku dħul tagħhom, irridu naraw li nipprovdulhom il-post minn fejn joperaw. Soluzzjoni oħra tista’ tkun li jinstab qafas li tiġi offruta somma lil dawk li jiddeċiedu li jċedu l-liċenzja tagħhom biex b’hekk jidħol xi ħadd ieħor flokhom. Ħlas ta’ Liċenzja Irridu nesploraw flimkien għandux jiddaħħal xi tip ta’ ħlas minn dawn il-bejjiegħa li permezz tagħha, dawn jiġu assigurati minn postijiet diċenti bi stalls uniformi li bihom jaħdmu iżjed komdi u fl-istess waqt iħarsu l-ambjent viżiv li minnu qed joperaw. Dan irid isir b’diskussjoni mar-rappreżentanti tagħhom fejn wieħed jara dawn x’iridu, jekk hux sigurtà talpost tagħhom jew inkella sistema li ħadd ma jaf kif se tkun

qed titħaddem minn issa sa ftit ġimgħat jew xhur oħra. Abbużi u Korruzzjoni Kulħadd jaf li bis-sistema kif inhi, qed isiru abbużi fejn ħadd ma jkun jaf min qed jarma u fuq liema post jew żona qed jagħmel dan. Dan iwassal biex il-post jibdlu l-idejn bla awtorizzazzjoni u kontra ħlasijiet esaġerati. Wieħed għandu jibda diskussjonijiet sabiex naraw wasalx iż-żmien li jekk wieħed ikun se jbiegħ il-post tiegħu, bħala goodwill, dan isir b’mod regolarizzat minn kull att. La nafu li dan qed isir b’mod irregolari, ejja nagħmlu xi ħaġa sabiex nirregolarizzawh. Forsi ma’ dan wieħed jista’ jitkellem ukoll dwar possibilità li jkun hemm xi tip ta’ ownership kontra ħlas tipo b’ċens, sabiex wieħed ikollu l-assikurazzjoni tal-post bħalma semmejt qabel. Dan ovvjament, irid isir b’konsultazzjoni wiegħsa ma’ kulħadd. Nispiċċa bl-istess mod li bdejt. Is-sitwazzjoni preżenti f ’dan il-qasam, mhix waħda sostenibbli. Sistema li qed twassal għal ħafna inkonvenjenza, ħmieġ, u problemi għall-lokalitajiet tagħna u s-sidien infushom. Intenni, ma jien niġbed in-naħa ta’ ħadd imma l-interess uniku tiegħi hu li tinstab soluzzjoni, nerġa’ ngħid, b’konsultazzjoni wiegħsa iżda b’time frames ċari. Irridu niddiskutu imma rridu wkoll immorru għall-azzjoni. Azzjoni li trid tkun ġusta u toħloq bilanċ bejn kulħadd.


23

23.07.2017

kullhadd.com

INKOMPLU FUQ IS-SUĊĊESSI OWEN BONNICI Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali

Il-konferma tiegħi mill-Prim Ministru bħala Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali għalija kienet ukoll konferma tas-suċċessi milħuqa fil-leġiżlatura li għaddiet, fil-portafoll vast li jaqa’ taħt dan il-Ministeru. U ta’ dan jien kburi. Ilħaqna miri u wettaqna wegħdiet li għamilna mal-poplu Malti u Għawdxi, kemm fil-qasam tal-Ġustizzja, kemm fil-qasam tal-Kultura u wkoll f ’dak li huwa Gvern Lokali. Quddiemi f ’din il-leġiżlatura hemm sfidi ġodda, kif millġdid wegħedna bħala Gvern qabel l-elezzjoni li għaddiet. Sfidi li mill-ewwel ġurnata li erġajt dħalt fil-Ministeru bdejt naħdem fuqhom bi ħġari flimkien mall-kollegi tiegħi s-Segretarji Parlamentari Deo Debattista u Silvio Parnis. Jekk wieħed iqalleb il-Manifest Elettorali jgħodd mat-80 wegħda li huma mifruxa bejn

il-Ministeru, is-Segretarjati Parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħthom. Mhux ftit. Imma b’ħidma li qed nikkordina mat-tim li jaqa’ taħt il-Ministeru, flimkien mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, dawn il-wegħdi wkoll se jaraw iddawl. Għax il-poplu Malti u Għawdxi jixraqlu l-aħjar, speċjalment f ’dan l-aqwa żmien li għaddejjin u se nkunu għaddejjin minnu fis-snin li ġejjin. Ħa nieħu settur wieħed il-kultura. Matul il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li pajjiżna mexxa b’suċċess kbir, f ’waħda mill-aktar laqgħat importanti li ftaħt marbuta mal-kultura għidt: “L-għarfien u l-apprezzament tal-kultura huma essenzjali għal soċjetà aħjar u wkoll biex ilkoll inkunu ċittadini aħjar.” U din nemmen fiha b’qalbi kollha. U huwa proprju għalhekk li filwaqt li se jsir ħafna xogħol importanti fis-settur tal-Ġustizzja u wkoll fis-settur tal-Gvern Lokali, se nkun qed niffoka sew fuq il-qasam tal-kultura. Anki fil-kultura hemm ħafna xi jsir. Poplu mingħajr il-kultura li tikkaratterizzah huwa poplu mneżża mill-identità tiegħu. Huwa poplu għarwien. Il-kultura tgħaqqad u tagħti kulur lil dak li jsawwarna bħala

poplu Malti u Għawdxi. Bħala mal-individwu u maċ-ċittapoplu Ewropew. Bħala poplu din. Din inħoss li hija wkoll dinji. prijorità f ’dan il-qasam. Diġà Żewġ proġetti kbar, żewġ proġetti kapitali, li qed naħdem fuqhom huma l-proġett tal-Karnival u wkoll dak li qed jissejjaħ ir-Rock Band Garage. Il-proġett tal-Karnival, li se jieħu post il-garaxx tal-Gvern fil-Marsa, miexi. Ingħataw żewġ tenders għat-tħaffir u għat-twaqqigħ tal-bini eżistenti, filwaqt li fil-ġimgħat li ġejjin se tiġi ppubblikata t-tender għall-bini tal-kumpless biex ikun jista’ jibda x-xogħol. Dan huwa proġett li huwa mistenni ħafna mid-dilettanti tal-Karnival u se jgħin lill-parteċi- Il-poplu Malti panti biex ikollhom aktar spazju minn fejn jaħdmu. U u Għawdxi jkunu jistgħu wkoll jaħdmu jixraqlu l-aħjar, flimkien. Il-kultura, iva, iġġib l-għaqda, kif għidt. Il-viżjoni speċjalment tiegħi hija li l-post iservi biex f’dan l-aqwa il-prodott kulturali u tradizzjonali Malti jissaħħaħ. Ir-Rock żmien li Band Garage wkoll huwa intiż għaddejjin biex isevi ta’ spazju kreattiv u wkoll spazju tant bżonnjuż li u se nkunu fih iż-żgħażagħ ikunu jistgħu għaddejjin jesprimu t-talenti tagħhom. Il-kultura mhix biss proġet- minnu fis-snin li ti. Imma hija wkoll il-binja u t-tisħiħ ta’ pedamenti, kemm ġejjin amministrattivi kif ukoll ta’ inizjattivi li jqarrbu l-kultura rikka li għandna fil-pajjiż

sar ħafna. Imma għad jonqos xi jsir. U b’wiċċi ’l quddiem ngħid li ninsab kuntent li għal li ġej hemm numru sostanzjali ta’ inizjattivi li se jsiru u li se jkomplu jagħtu l-ġieħ mistħoqq lill-qasam kulturali. Il-pedamenti ta’ dawn l-inizjattivi kulturali huma tlieta: li jkollna kultura eqreb lejn kulħadd; li jkun hemm professjonalità fis-settur u li l-kultura wkoll tkun qed tagħti kontribuzzjoni lejn l-ekonomija tal-pajjiż permezz ta’ impjiegi fil-kultura u t-turiżmu. Ma nistax nagħlaq jekk ma nsemmix iċ-ċelebrazzjoni talBelt Kapitali, il-Belt Valletta, bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura, li issa tinsab dejjem eqreb. Matul dawn l-aħħar ħames xhur li fadal qed inkomplu nagħtu spinta qawwija għal dak kollu li huwa meħtieġ biex din l-esperjenza unika għal pajjiżna tkun ukoll suċċess. U b’konvinzjoni ngħid li din l-okkażjoni, ilkoll flimkien, se nagħmlu minnha okkażjoni memorabbli mhux biss għallMaltin u għall-Għawdxin, imma wkoll għal dawk l-eluf kbar bejn parteċipanti u udjenza minn kull naħa tad-dinja li se jżuru pajjiżna matul is-sena d-dieħla. Anki f ’din l-okkażjoni se nerġgħu nkunu l-għira tal-Ewropa.

MALTA MAGĦQUDA CLAYTON BARTOLO

Membru Parlamentari

It-13-il Parlament ta’ Malta nfetaħ b’diskors mill-Eċċellenza tagħha l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, diskors li mill-bidu tiegħu kien mibni fuq premessa differenti minn diskorsi tas-soltu li konna mdorrijin bihom. Il-Malti jgħidlek li l-ġurnata minn filgħodu turik, u dan id-diskors differenti minn tas-soltu wera biċ-ċar kif il-Gvern tal-ġurnata sema’ dak li qallu l-poplu u ħa azzjoni dwarha. Anke minn dan biss, qiegħed jingħata messaġġ ċar li dan huwa gvern elett mill-poplu u għall-poplu u għaldaqstant huwa verament gvern tal-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu. Dan kien diskors li qed jagħti messaġġ ċar ta’ għaqda għall-poplu kollu Malti u

Għawdxi – messaġġ li jiena nemmen huwa ferm bżonnjuż speċjalment wara l-kampanja elettorali li esperjenza pajjiżna. Kampanja elettorali li għalkemm forsi kienet iqsar minn dik ta’ erba’ snin ilu, jiena tal-opinjoni li ħalliet divizjonijiet kbar fost il-familji tagħna. Kemm hija ħaġa kerha li tara familji u ħbieb li jagħmlu żmien ma jitkellmux minħabba l-politika. Kemm hija ħaġa kerha li agħar minn hekk tara nies li wara li jkun ġie deċiż ir-riżultat elettorali jibqgħu għaddejjin bl-istess diskors diviżorju li kienu qed jużaw waqt il-kampanja elettorali. U huwa proprju għalhekk li wieħed kellu japprezza dawn l-ewwel espressjonijiet fil-messaġġ tal-President. U hawnhekk toħroġ l-importanza tal-għaqda – għaliex fejn ikun hemm poplu magħqud jinħolqu opportunitajiet ġodda għall-poplu kollu kemm hu. Qegħdin ngħixu f ’pajjiż li qiegħed jesperjenza tkabbir ekonomiku storiku, fażi fl-istorja li għad tibqa’ tissemma għad-diversi riżultati pożittivi li qed jinkisbu. U riżultat ta’ dan kollu pajjiżna kiseb surplus

fil-finanzi tiegħu għall-ewwel darba fl-2016 u issa rajna kif anke fl-ewwel kwart tal-2017 il-finanzi tal-pajjiż irreġistraw surplus ieħor. Surplus miksub fi żmien li normalment ikun wieħed kemxejn kajman għall-finanzi tal-pajjiż, li iżda grazzi għall-bżulija tal-poplu Malti u Għawdxi li qed jisfrutta bl-aħjar mod possibbli l-ambjent ekonomiku tajjeb li għandna f ’pajjiżna, qed ikompli jsaħħaħ il-finanzi tal-pajjiż. Għalkemm l-ekonomija hija importanti, u jiena ngħid għandha tkun is-sisien ta’ kwalunkwe programm elettorali li jressaq partit politiku quddiem l-elettorat, il-Gvern għandu wkoll dmir lejn is-soċjetà – dmir li jsaħħaħ it-tessut soċjali sabiex is-soċjetà tagħna tkun kapaċi tlaħħaq malbidliet li ilhom deħlin f ’dan il-pajjiż għal dawn l-aħħar snin. U huwa d-dmir tagħna l-Membri Parlamentari li nilleġiżlaw billi naħsbu sabiex bilgħaqal nagħrfu nimmaniġġjaw din il-bidla. Jekk infallu milli nagħmlu dan allura din il-bidla se tieħu f ’idejha r-riedni tas-soċjetà tagħna u ma nkunux nistgħu

nlaħħqu magħha. U għalhekk huwa importanti li nżommu saqajna mal-art sabiex b’hekk nibqgħu dejjem b’ide-

Qegħdin ngħixu f’pajjiż li qiegħed jesperjenza tkabbir ekonomiku storiku, fażi fl-istorja li għad tibqa’ tissemma għad-diversi riżultati pożittivi li qed jinkisbu

jna fuq il-polz tal-poplu u nagħrfu nieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn nieħdu għall-ġid tas-soċjetà tagħna li qiegħda tevolvi u tinbidel ma’ kull ġurnata li tgħaddi. Inħares ’il quddiem li ngħix f ’pajjiż fejn filwaqt li nkomplu għaddejjin bil-progress, l-ambjent jikseb il-protezzjoni li tistħoqqlu. Pajjiż fejn il-kaċċa u l-insib, il-biedja u s-sajd flimkien ma’ tradizzjonijiet oħra jkomplu jiġu trattati fl-interess ta’ dawk kollha li għandhom għal qalbhom dawn it-tradizzjonijiet. Pajjiż fejn filwaqt li nħallsu inqas taxxi, inkomplu nilħqu l-miri finanzjarji li tant huma importanti għalina. Pajjiż fejn tkompli tissaħħaħ l-ekonomija sabiex b’hekk tkompli tikber ir-ruħ soċjali tal-gvern. Pajjiż fejn ikompli jinħoloq il-ġid u x-xogħol għal kulħadd – sabiex b’hekk dawk li huma l-inqas fostna ngħolluhom ’il fuq u tkompli tikber il-middle class ta’ dan il-pajjiż. Fuq kollox, irrid ngħix f ’Malta li tilqa’ b’idejha miftuħa lil uliedha kollha kemm huma u tħaddanhom magħha bħalma omm tħaddan magħha lillgħeżież uliedha.


24

23.07.2017

kullhadd.com

IL-KRUĊJATA TAT-TFAL

MARY ISTORJA CHETCUTI MILL-

Il-belt qaddisa ta’ Ġerusalemm reġgħet għaddiet taħt ħakma Musulmana wara li l-Kruċjati Kristjani ħarġu telliefa fil-battalja qalila tal-1187 kontra s-Sultan Salaħuddin. Ingħaqdu Kruċjati oħra mill-Ewropa biex jirbħuha lura mingħand l-infidili imma fallew bil-kbir. Jum wieħed f ’Mejju tal-1212, tfajjel ta’madwar 12–il sena jismu Stephen mill-belt ta’ Cloyes fi Franza ħadha bil-mixi sal-belt ta’ Saint-Denis għax ried ikellem lir-Re Filippu II. Ir-rgħaj żagħżugħ kellu f ’idejh ittra li b’passjoni kbira insista li kienet ingħatatlu mingħand il-Mulej innifsu sabiex tissejjaħ kruċjata li ġġib ir-rebħa tal-Art Imqaddsa; ir-re semgħu bi ftit li xejn interess u bagħtu ’l hemm. Imma Stephen, li jingħad kien ikollu viżjonijiet u jisma’ ilħna mis-smewwiet ikellmuh, ma qatax qalbu u beda jmur fi bliet u rħula jipprietka l-ħtieġa ta’ gwerra qaddisa oħra għall-fidwa ta’ Ġerusalemm. L-enerġija u entużjażmu li kien jitkellem bihom tant għamlu impatt li żgħażagħ

tamparu jew ftit ikbar bdew isegwuh kullimkien sakemm ġabar ġemgħa ta’ madwar 20,000 tifel u tifla li kontra r-rieda ta’ ġenituri u qraba abbundanaw djarhom biex jimxu wara Stephen u jmorru jirbħu Ġerusalemm; kif fil-prattika kellhom iwettqu dan baqa’ misteru ladarba ħadd minnhom ma kellu esperjenza ta’ ġlied militari. Però dan ma kellu l-ebda relevanza għal dawn l-adoloxxenti. Huma emmnu b’għajnejhom magħluqa li Stephen minn Cloyes kien profeta mmexxi minn forza divina sabiex iwassalhom lejn rebħa glorjuża li s’issa lanqas gwerriera mustaċċuni ma kien irnexxielhom iwettqu. Il-ġemgħa ta’ Stephen kompliet tikber fid-daqs meta segwaċi tiegħu tferrxu ma’ Franza kollha jipprietkaw il-profezija tiegħu li l-baħar sa jinxef bejn Marsilja u l-Palestina sabiex it-tfal jaqsmu bil-mixi għar-rebħa tal-Art Imqaddsa. Minn kull fejn għaddew ingħataw ikel u ftit kenn. Madanakollu l-mixja għal Marsil-

ja kienet diffiċli ħafna u tfal mardu taħt il-qilla tax-xemx u wħud mietu wkoll. Tfal oħra marritilhom il-ħeġġa u rritornaw f ’dirgħajn l-għeżież tagħhom. Meta dawk li baqgħu wara Stephen finalment waslu filport ta’ Marsilja u l-baħar ma nixifx kif kien qalilhom, uħud minnhom ħaduha kontrih u telquh. Oħrajn ipperseveraw u riedu jbaħħru lejn il-Lvant Nofsani. Żewġ negozjanti minn viċin il-port imlaqqmin Ugo l-Ħadida u Guliermu l-Ħanżir, offrew li jħallsu l-ispejjeż minn buthom biex jinġarru t-tfal kollha li riedu jaqsmu bil-baħar; Stephen laqa’ dil-offerta bħala providenza mis-smewwiet u lejn l-aħħar tas-sajf tal-1212 seba’ xwieni mgħobbija kruċjati tfal salpaw mill-port ta’ Marsilja u ħadd ma sema’ aktar b’aħbarhom. Fl-1230, patri Franċiż wasal lura f ’art twelidu wara vjaġġ twil mil-Lvant Nofsani. Dalpatri kellu x’jirrakkonta u stqarr li 18–il sena qabel hu kien għadu kemm jilħaq saċerdot meta ingħaqad dixxiplu wara Stephen ta’ Cloyes u baħħru għal-Lvant Nofsani. Innies kienu jiftakruh sew dalfenomenu u daru qaqoċċa mal-patri biex jgħidilhom x’ kien sar minnhom dawk it-tfal. B’leħnu miksur il-patri qa-

lilhom li ftit ġranet wara li ħallew il-port għerqulhom tnejn mis-seba’ xwieni meta nqabdu f ’maltempata tal-biża’ qrib Sardejna. Meta ħasbu li l-kbir kien għadda u mingħajr ma ntebħu, l-ħames xwieni li salvaw sabu ruħhom bejn sema u ilma imdawrin minn flotta xwieni tal-furbani. Il-patri kompla jirrakkonta: “Konna boloh wisq biex nindunaw li dawk iż-żewġ negozjanti kienu ttradewna u ‘flok wassluna l-Palestina bigħuna lsiera lill-pirati Alġerini. Min baqa’ ħaj għadu fl-iskjavitù. Jiena kont iffortunat meta ħelisni mill-jasar il-gvernatur tal-Kajr għax ried edukatur fil-lingwi għal ibnu.” Iżda jidher li t-tfal Franċiżi ma kinux l-uniċi vittmi ta’ dal-fanatiżmu. Il-fervur reliġjuż li qajjem Stephen ta’ Cloyes fl-1212 kien laħaq infirex lil hinn mill-fruntieri Franċiżi u wasal b’saħħa kbira fil-belt ta’ Kolonja, il-Ġermanja. Nikola, tfajjel tampar il-kontemporanju tiegħu Franċiż, beda jipprietka l-profeziji ta’ Stephen bid-differenza li skont hu, minflok li l-ġemgħa tiegħu jiddikkjaraw gwerra qaddisa, ikun aħjar jekk imorru jipprietkaw minn belt għal belt u jikkonvertu lill-Musulmani, biex b’hekk, Ġerusalemm tkun meħlusa darba għal dejjem. Ġuvintur u tfajliet imxew

wara Nikola lejn l-Iżvizzera mnejn kellhom jaqsmu l-Alpi biex jaslu l-Italja u jkomplu għal Ruma ħalli jirċievu l-barka tal-Papa qabel isalpaw għalLvant Nofsani. Inqas minn terz ta’ dawn iż-żgħażagħ irnexxielhom jaslu sat-Tramuntana tal-Italja. Ħafna minnhom waqfu Ġenova u baqgħu hemm meta n-nies talbelt laqgħuhom. Il-kumplament baqgħu mexjin wara Nikola u meta waslu Ruma, Papa Innoċenz III wera ruħu kommoss b’ħeġġa żagħżugħa imma talabhom jirritornaw għand il-ġenituri tagħhom u jistennew ftit snin oħra sakemm isiru adulti. Segwaċi ta’ Nikola obdew lill-Papa imma ħadd ma’ jista’ jgħid jekk qatt waslux lura f ’darhom. Dawk li bħal Nikola ippersistew li jmorru l-Palestina, imxew sa Brindisi u embarkaw minn hemm biex l-istess ma nstema’ xejn aktar dwarhom. Fl-istess waqt, fil-belt ta’ Kolonja it-tħassib ta’ ġenituri mnikkta għal uliedhom inbidel f ’rabja kbira; akkużaw lil missier Nikola li t-tort kien kollu tiegħu għax kompla jħeġġeġ lil ibnu fanatiku flok waqqfu minn dil-ġennata. Il-qiegħa tal-kotra tant saħnet li ħebbew għalih u dendluh minn għonqu sakemm miet bi tpattija għallulied li ma rritornaw qatt.


25

23.07.2017

kullhadd.com

reċensjoni tal-

KTIEB

ŻIFFA MQARBA F’ĦAL BUFFURA F’Ħal Buffura kienu qed jiġru ħwejjeġ strambi... In-nies ta’ Ħal Buffura kienu medhijin wisq fil-ħiliet tagħhom f ’dan ir-raħal immelles mir-riħ. Renè ma kellux minn dawn it-talenti. Lanqas ma kien jaf ikanta bħal ħutu Dora u Miranda. Ħabbel moħħu kemm-il

darba x’jista’ jagħmel biex jibqa’ mfakkar. U kien f ’mument bħal dan li ġiet iżżuru żiffa riħ, tellfitu milli jaħseb u fixklitu milli jibqa’ sejjer għal triqtu. Is-Sindku ta’ Ħal Buffura kien qed jitħabat wisq. Jeħtieġ li jiġbed it-turisti f ’dar-raħal ħalli jiżdied il-kummerċ... biex ħadd

ma jsir jaf min hu tassew... Iżda f ’Ħal Buffura, li ħa ismu mill-irjieħ li kienu jżuruh, l-arja ma kellhiex kwiet. Xi ħadd kien qed iqajjem riħ, buffura jew riefnu f ’ħin bla waqt. X’riedu dawn il-buffuri? Min kien qed iqajjimhom? Tgħid xi żiffa mqarba?

lill-prinċep, “jisimni Magda” “Kollox sew, Magda. Għandi pjaċir! Issa tista tħallini ngħaddi u ma toqgħodx...” “Twerwirni Buuu!” Magda resqet wiċċha ma’ wiċċu u bdiet tipprova tbeżżgħu. “Uff! Kemm int fitta!” Renè ried ifittex jeħles minnha. “U se nibqa’ niffitta!” qaltlu Magda. “Lilek għandi bżonnok,” tennet hekk kif rabtet idejha. “Lili?!” staqsieha kollu mistagħġeb Renè. Magda għamlet sinjal b’rasha. “U jien x’nista’ nagħmel?” kompla jistaqsiha Renè, li issa kien qata’ qalbu li kienet se tħallih bi kwietu. “Buuu! X’nista’ nagħmel?” reġgħet imitatu dik l-inkejjuża. “Irridek tiġi miegħi!” ordnatlu. “X’nagħmel?” Renè ma xtaqtx juriha li daqt kien se jagħmel taħtu. Dit-tifla tidher u tisparixxi f ’salt kienet qed twerwru. “Irridek tiġi miegħi sat-Torri!”

“Xiex!” Renè beda jersaq lura minn magħha. Renè kien jgħaddi jiġri minn ħdejn it-Torri. Kien bini antik bil-ġebel qed jiswied u t-twieqi bil-persjani mkissrin. “Il-mamà tgħidilna biex ma mmorrux ma’ nies li ma nafuhomx. U lilek ma nafekx. Lanqas biss inti minn hawn!” Malajr sabilha skuża lil Magda. “Mingħalik,” qaltlu Magda hi u tisparixxi u terġa’ titfaċċa bilqiegħda fuq zokk ta’ siġra, “jien minn hawn iktar minnek!” “X’jiġifieri?” staqsa Renè, issa mħawwad għall-aħħar. “Imma kif trid toqgħod tispjegalek kollox lilek!” qaltlu Magda hi u tħares lejn is-sema. “Jien twelidt hawn f ’Ħal Buffura, żmien twil ilu, taf, imma. U mitt mirduma fil-gwerra. Qed tifhem issa? Allura jien ili ħafna żmien aktar minnek hawnhekk, mhux hekk?” Renè baqa’ jħares lejha ċċassat. l-mistoqsijiet. Ħaseb li jekk jiġu “Imma ngħid jien jekk mitt, xi Ried jistaqsiha ħafna xorti f ’salt f ’moħħu, jagħmel lista oħra rġajt tagħmel hawn?” ried ikun jaf wara ftit. imma ma setgħux jiġu f ’moħħu għal Magda.

SILTA MILL-KTIEB Renè ħassu msammar mal-art. Tassew kien ilu jinnota affarijiet strambi imma qatt ma kien qed jistennieha ħaġa bħal din. “Xi trid?” Staqsa lit-tifla mgermda, abjad karti bil-biża’, U min int?” “Xi trid? Min int?” irrepetiet warajh it-tifla, “Ara kif twerwer Renè!” “Fejn taf x’jisimni?” staqsieha. “Fejn naf? Għax nismagħhom jgħajtulek! Mhux għalhekk ituk isem?” qaltlu t-tifla l-imgermda. “Hekk sew! Int taf x’jisimni u jien ma nafx min int!” qalilha Renè huwa u jqum mill-art, iżda beda riesaq lura. “Għalxejn qed tersaq lura,” qaltlu b’leħinha qisu kantaliena, “għax jien nista’ niġi ħdejk malar!” U kif qalet jekk, Renè reġa’ sabha ma’ wiċċu tidħak. “Int se tħallini bi kwieti? Xi trid?” staqsieha b’saqajh jirtogħdu. “Mela,” bdietlu filwaqt li baxxiet rasha donnha qed issellem

Mistoqsija: X’jisimha t-tifla li ltaqa’ magħha Renè? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ŻIFFA MQARBA F’ĦAL BUFFURA Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 30 ta’ Lulju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb ĦSIEBU JSUQU.? huwa: A.VASSALLO - San Ġwann

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

04

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Min hu ċ-Chairman il-ġdid tal-Air Malta? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:

Indirizz:


26

23.07.2017

kullhadd.com

GREENPAK TESTENDI IL-ĠBIR TA’ FLIEXKEN MINN BARS U RISTORANTI F’PACEVILLE

GreenPak Coop Society, li tħaddem l-ikbar skema ta’ rkuprar ta’ skart f ’Malta, qed testendi s-servizz ta’ kuljum għall-ġbir ta’ fliexken tal-ħġieġ vojta minn bars u ristoranti f ’Paceville. Dan is-servizz isir mis-1.00am ’il quddiem tul ix-xatt tal-Gżira, Tas-Sliema u San Ġiljan, u issa wkoll f ’Paceville. It-trakk tal-ġbir jibda minn Manoel Island, jgħaddi mix-Xatt, Qui-si-Sana, Triq it-Torri, il-Bajja ta’ Balluta, għat-telgħa ta’ Spinola, u jkompli r-rotta madwar iż-

żoni kummerċjali ta’ Paceville. Ir-rotta ta’ Paceville tinkludi Triq Dobbie, Triq Gort, Triq Dragonara, Triq il-Knisja, Triq Paceville, Triq Ross, Triq Salvu Privitera, Triq Schrieiber, Triq Sant’Andrija, Triq Santu Wistin, Triq Wilġa, u x-Xatt San Ġorġ. “Il-ġbir tal-ħġieġ li jsir fissigħat bikrin minn GreenPak ilu jitmexxa mingħajr waqfien u mingħajr ħlas minn Awwissu 2016, u b’hekk qed niżguraw strateġija tal-iskart aktar favur l-ambjent għal dawn

il-bars u l-istabbilimenti talikel. S’issa ġbarna 35,200 kilo ta’ fliexken tal-ħġieġ vojta,” qal Daniel Tabone, Maniġer tal-Operat ta’ GreenPak Coop Society. “Matul ix-xhur bieżla tas-sajf, l-istabbilimenti f ’dawn il-lokalitajiet, jipproduċu volum akbar ta’ fliexken vojta. Apparti li minflok jispiċċaw fil-miżbliet, qed niżguraw ukoll l-inqas tniġġis minn ħsejjes u konġestjoni tat-traffiku possibbli, bl-inqas interruzzjonijiet għan-negozji, kif ukoll

ambjent aktar pulit f ’dawn il-postijiet tax-xogħol u madwarhom,” żied Tabone. B’kollaborazzjoni bejn il-Kunsilli Lokali ta’ Tas-Sliema, tal-Gżira u ta’ San Ġiljan, flimkien mad-Dipartiment tas-Servizzi tat-Tindif, is-servizz li qed isir bla ħlas, jiġbor biss fliexken u vażetti tal-ħġieġ vojta. Dan is-servizz ta’ kuljum, inklużi l-Ħdud, jibqa’ għaddej sal-1 t’Ottubru 2017. Mis-6 t’Ottubru 2017 is-servizz jitkompla fil-weekends (nhar ta’ Ġimgħa, Sibt u

Ħadd) fl-istess ħin. Barra minn hekk, GreenPak Cooperative Society tmexxi wkoll is-servizz ta’ kull xahar ta’ ġbir ta’ ħġieġ minn wara l-bieb u minn ħwienet kummerċjali kull nhar l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. F’Għawdex, dan is-servizz jitħaddem kull l-ewwel Ħamis tax-xahar. Għal aktar tagħrif, persuna tista’ tikkuntattja lil GreenPak Coop Society fuq in-numru tat-telefown: 2166 0233 jew iżur il-websajt: www.greenpak. com.mt

AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ

ilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. Ittiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235. Għandna għamara antika bħal kamra tas-sodda, salott, kamra tal-pranzu, fajjenza u aċċessorji tad-dar. Ċempel fuq 99151939

XOGĦOL U MANUTENZJONI

kompiti li ġejjin: Il-fatturazzjoni u d-debituri li jibagħtu, irrikonċiljazzjoni tal-kontijiet tad-debituri, l-ipproċessar ta’ impenji ta’ kuljum u depożiti bankarji, dmirijiet oħra fi ħdan id-dipartiment tal-kontijiet. Biex tapplika waħda għandha tibgħat email b’CV u tkopri ittra lil careers@ozogroup.com jew iċċempel fuq 22471428.

għal mara anzjana fl-Iklin. Ixxogħol jikkonsisti minn tisjir u tindif kif ukoll li tgħix fl-istess dar anka matul il-lejl.

Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għall-

Offerta għall-kiri tal-bar

Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista ta’ Ħal Balzan jixtieq javża li qiegħed jilqa’ l-offerti għall-kiri tal-bar tal-istess lokal sa nhar it-Tlieta 25 ta’ Lulju sas-6.00 ta’ filgħaxija. Dawk interessati jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet flimkien ma’ kopja tal-kundizzjonijiet mingħand xi membru tal-kumitat jew billi jċemplu lit-teżoriera fuq 99895304. Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta anke l-aktar waħda vantaġġjuża.

Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, katusi u gypsum boards ċempel 7928 5444. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq OzoMalta qed tfittex li in-numru 2143 2352 jew 9947 tirrekluta individwi biex 7167. jaħdmu bħala chefs malkumpanija tagħna, wieħed irid AVVIŻI OĦRAJN ikun fluwenti bl-Ingliż u kapaċi jaħdem fuq bażi ta’ shift. Biex Ozosecurity teħtieġ in- japplika wieħed għandu jibgħat nies biex jaħdmu fi ħdan email lil careers@ozogroup.com il-kumpanija tagħhom. jew iċempel fuq 22471428. Il-kandidati magħżula għandhom ikunu fluwenti bl- OzoMalta qed tfittex li Ingliż, kapaċi jaħdmu fuq bażi tirrekluta individwi biex ta’ shift. Biex japplika wieħed jaħdmu bħala bartenders/ għandu jibgħat c.v. dettaljata waiters mal-kumpanija tagħna. lil careers@ozogoup.com jew bil- Wieħed irid ikun fluwenti blposta lil Nru 6, Triq L-iskultur, Ingliż u kapaċi jaħdem fuq Ħal Qormi. bażi ta’ shift. Biex tapplika waħda għandha tibgħat email OzoMalta teħtieġ individwu lil careers@ozogroup.com jew metodiku u sistematiku, kapaċi iċċempel fuq 22471428 jaħdem taħt superviżjoni minima. Bħala Accounts Clerk, Pożizzjoni tax-xogħol: inti tkun responsabbli għall- Tinħtieg live-in care worker

Titħabbar l-mewt ta’ Dr. Joseph Costantino minn Ta’ Xbiex nhar il-Ħamis 13 ta’ Lulju fletà ta’ 68 sena. Ħalla jikbu lil uliedu Kenneth Joseph, Airiel John u l-familja tagħhom, ħutu Helen u Miriam u l-familji tagħhom, qraba u ħbieb. Ilquddiesa se ssir fis-26 ta’ Lulju, fis-6.00 ta’ filgħaxija, fil-knisja tal-laboratorju tal-paċi Ħal Far. AVVIŻI KULTURALI Fl-okkażjoni tal-Festa Titulari ta’ Kristu Re li ser tiġi ċċelebrata ġewwa Raħal Ġdid, il-Banda Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ġiet mistiedna tagħti s-servizz mużikali tagħha nhar it-Tlieta 25 ta’ Lulju 2017. Is-servizz jibda fit-8.00pm permezz ta’ marċ brijuż madwar it-toroq ta’ Raħal Ġdid li l-qofol tiegħu jintlaħaq ġewwa l-Pjazza fl10:30pm. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju. com.


27

23.07.2017

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

S.DEBONO - Il-Mosta

TISLIBA 184

Bi 3 Numri 140 170 237 257 359 395 426 464 497 780 888 896 B’4 Numri 0000 0060 0737 0820

1118 1564 3328 3769 3782 4104 4405 4691 4907 5169 5688 5747 6323 6606 6608 6881 6883 7156 7241 7481 7847

7888 8844 8860 8898 8982 9051 9301 9361 9464 9504 9688 B’5 Numri 04026 07590 07600 07675 08866 09013 14787

17047 19047 21576 29991 38794 40517 43079 44743 52685 58737 60649 66220 66794 74575 94736 B’6 Numri 088111 131224 178921

185034 330408 385657 471011 665101 686649 781721

786972 804467

IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

Mimdudin:

Weqfin:

1. Is-singular ta’ qraba (5) 4. Kompli l-qawl: Bil- kliem biss ma nagħmlu ....... (4) 7. Ara 2 9. Ċapep tal-ħamrija (3) 10. Żmien ta’ penitenza (6) 12. Akkumpanja d-diska bix-xufftejn imma mhux bil-kant (6) 16,21w. Ġar tagħna (6) 18,23. Ħuta mqadda (6) 19. Ara 17 20. Tal-ġustizzja dawn (5) 21. Ara 11 23. Ara 18 24. Iffastidjat (5)

1. Annimal domestiku (6) 2,7. Pitirross Ingliż (5) 3. Inżommu l-ilma fih (3) 5. Edward Attard Demicoli (1,1,1) 6,12 w. Ma niftakarx (5) 8. Diżgrazzja tal-baħar (9) 11,21m. Togħma? (5) 12. Ara 6 13. Ġurdien kbir (3) 14. Pensjonant (6) 15. Bċejjeċ tad-drapp (6) 17,19. Plural ta’ qantar (6) 21. Ara 16 22. Vapur ta’ rmonk Ingliż (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: Weqfin: 1.Toqba, 4.Serq, 7.RN, 9.Ann, 10.Garaxx, 12.Antika, 16,23. Ideali, 18.AĠ, 19.Rum, 20.Travi, 24.Reali

1.Tħalli, 2,17.Qandel, 3,15. Argumenti, 5.Età, 6.QRX, 8.Navigatur, 11,21 mimduda. Anġlu, 12.AE, 13.Tar, 14.Aringa, 21.Ġej,22.URL


28

23.07.2017

kullhadd.com

X’GĦAŻLA DIK! EDITORJAL

Ġimgħat ta’ diskussjoni wasslu biex meta għalqu n-nomini għallkap tal-Partit Nazzjonalista, kien hemm biss deputat wieħed minn grupp Parlamentari sħiħ li wera interess fl-ogħla kariga tal-partit

Hija ħasra meta wieħed jara kif spiċċa l-Partit Nazzjonalista meta għandu 137 sena ta’ storja warajh u tul iżżmien, bħall-Partit Laburista, ikkontribwixxa wkoll għal uħud mill-iktar mumenti importanti fl-istorja ta’ pajjiżna. Il-partit ta’ Nerik Mizzi, Ġorġ Borg Olivier u Eddie Fenech Adami, li anke jekk wieħed ma jaqbilx magħhom f ’ħafna affarijiet irid bilfors jirrikonoxxi li kienu mexxejja kbar, spiċċa m’għandux għażla ta’ kap. Ġimgħat ta’ diskussjoni wasslu biex meta għalqu n-nomini għall-kap tal-Partit Nazzjonalista, kien hemm biss deputat wieħed minn grupp Parlamentari sħiħ li wera interess fl-ogħla kariga tal-partit. Addio l-għażliet ta’ bejn nies bħal Guido De Marco u Eddie Fenech Adami, jew Lawrence Gonzi, Louis Galea u John Dalli. M’aħniex ngħidu li l-kap irid jintgħażel bilfors minn fost il-grupp Parlamentari. Iżda, il-fatt li dawk li fl-aħħar xhur ħabbtu l-bibien u ssieltu biex il-Partit Nazzjonalista jirbaħ il-gvern u jkollhom siġġu Parlamentari ma jridux jieħdu r-riedni mingħand il-

kap preżenti, Simon Busuttil, jgħid ħafna dwar il-wirt li se jħalli Busuttil u l-qagħda tal-Partit Nazzjonalista llum. Agħar minn hekk id-Deputat li tefa’ ismu biex imexxi l-Partit Nazzjonalista, Chris Said, insibuh fost dawk il-membri tal-kabinett li taw lilhom infushom żieda ta’ €500 filġimgħa u ħadu fost l-iktar deċiżjonijiet skandalużi f ’ħafna snin bħala parti mill-kabinett ta’ GonziPN. Biex ma noqogħdux nidħlu fil-fatt li meta f ’Għawdex issemmi lil tal-Ganga hemm ħafna xi tgħid. Biex imbagħad jieħdu r-riedni mingħand Simon Busuttil hemm tlieta li ġejjin minn barra l-grupp Parlamentari. M’aħniex sorpriżi b’Adrian Delia u dawk li jafu xi ħaġa mid-dinja tal-ballun huma sorpriżi inqas. Delia għandu l-karattru ta’ xi ħadd li jħobb jara kbir u anke meta fl-imgħoddi ma wasalx fejn xtaq, prova jagħti l-impressjoni li rnexxa ferm iktar milli fil-fatt kien. Hemm ħafna mistoqsijiet xi jwieġeb u l-kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista diġà bdew iqanqlu wħud minnhom. Fuq ħafna

affarijiet Delia hu eżempju ta’ kif bejn kliem u fatti hemm baħar jikkumbatti. Kemm se jtuhom piż il-kunsillieri tal-PN, wieħed għad irid jara f ’Settembru li ġej. Iżda, għal ħafna li jafu sew lil Delia u lill-Partit Nazzjonalista din hi kandidatura li lill-ġurnalisti li jridu jagħmlu x-xogħol tagħhom sew tista’ ttihom ħafna x’jiktbu. Alex Perici Calascione mbagħad qed jikkontesta għax ra ċans li f ’ċirkostanzi straordinarji anke hu seta’ jsir papabbli. Ikkontesta elezzjoni tal-Parlament Ewropew, elezzjoni ġenerali u oħra każwali u m’għamel suċċess f ’ebda waħda. Però, tant hemm min jemmen li l-kandidati l-oħra mhumiex denji ta’ kap li ħeġġewh sakemm ikkonvinċewh li jkun kandidat. Fil-preżentazzjoni tal-kandidatura deher makakk politikament bħalma fuq kollox jidher li hu Chris Said, iżda meta mistoqsi dwar temi importanti li jaffettwaw ilħajja taċ-ċittadini, kien evażiv u ħarab. Żgur mhux kwalitajiet li għandu jkollu mexxej. Biex ma nsemmux il-qagħda finanzjarja tal-Partit Nazzjonalista li għaliha, miegħu jaħti

ftit ukoll Chris Said, bħalma jaħtu Simon Busuttil u Ann Fenech. Imbagħad hemm Frank Portelli, li jfakkarna fil-kandidatura ta’ Josie Muscat għallaħħar elezzjoni ġenerali. Sa issa għad ma nistgħux nifhmu eżatt għaliex se jikkontesta din l-elezzjoni għalkemm fuq Facebook qalilna li r-reġina għandha 90 sena u forsi hawn bżonn ta’ “father figure”. Jekk l-età tar-reġina raġuni biex ilPN jagħżel kap, allura tassew kollox inqaleb ta’ taħt fuq. Din hi l-għażla, jekk tista’ ssejħilha hekk, li għandu l-Partit Nazzjonalista. Saħansitra min il-Partit Nazzjonalista jafu sew sejħilha “ċajta” u oħrajn fil-PN qalu li għandha tkun posposta l-elezzjoni. X’se jagħżlu n-Nazzjonalisti għad irridu naraw u x’se jkun ir-riżultat tal-għażla jgħidulna ż-żmien. Għalkemm jekk kif jgħidu missirijietna, il-ġurnata minn filgħodu turik, allura ma tantx hemm għodwa tajba fuq l-istamperija. M’hemmx dubju li għal dan is-sħab iswed jaħtu mhux ftit Simon Busuttil u l-klikka ta’ madwaru li lill-Partit Nazzjonalista ġabuh għarkupptejh.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.