Il-GWERRIER MALTI
Ara paġni 22-23
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 23 ta’ Ottubru, 2016
Ħarġa Nru 1,215 Prezz €1
JGĦAWWEĠ IR-REGOLI GĦAL €23 • KAŻ LI JIKXEF IL-KARATTRU TAL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI • DAN FI ŻMIEN LI KIEN QED IDAĦĦAL L-ELUF Meta kien Kap taċ-Ċentru tal-Informazzjoni (MIC), il-Kap tal-Oppożizzjoni pparkja ħażin u qala’ ċitazzjoni. Anke jekk it-tort kien kollu tiegħu, insista malMinisteru għall-Affarijiet Barranin biex iħallaslu dawn it-€23 (dak iż-żmien Lm10) u għalkemm din kienet xi ħaġa kontra r-regoli, il-Ministeru għamel eċċezzjoni għalih. Jikkonferma dan dokument li qed nippubblikaw f’paġna 8. Dan il-każ seħħ fi żmien li Simon Busuttil kien f’kariga li minnha daħħal kwart ta’ miljun ewro fuq medda ta’ ftit snin.
Iktar midja internazzjonali tirraporta l-każ
TINFIREX L-INVESTIGAZZJONI DWAR FALCON FUNDS • NIŻVELAW DOKUMENTI LI JPOĠĠU DUBJI FUQ DIKJARAZZJONIJIET TA’ TONIO FENECH “Ma naħsibx li wieġeb b’mod ċar. Nisperaw li issa jkun iżjed ċar.” Dan kien kliem ġurnalista Żvediża dwar l-Eks Ministru Tonio Fenech u dikjarazzjonijiet li għamel fl-ewwel ġimgħat ta’ meta faqqa’ l-każ Falcon Funds. F’Malta, Sara Recabarren kienet staqsiet lil Tonio
Fenech dwar ir-relazzjoni ma’ ċertu Emil Amir Ingmanson u r-rabta ta’ dan ma’ Falcon Funds. Dakinhar Fenech ta impressjoni li Ingmasson ftit li xejn għandu x’jaqsam. Iżda, illum għandna dokumenti f ’idejna li jixhdu mod ieħor, u f ’isem Falcon Funds kien jif-
firma l-emails. Bil-kredibbiltà ta’ Tonio Fenech taħt il-lenti fl-Iżvezja l-każ qed jibqa’ jiddomina l-midja filwaqt li KullĦadd jista’ jiżvela li l-każ wasal sal-Istati Uniti u sar-Renju Unit. Ara paġna 7
KIF SE JITQASSAM IL-ĠID? Il-miżuri ewlenin tal-baġit L-analiżi tal-baġit Eżempji ta’ x’jieħdu l-familji Il-baġit fi tmien paġni Ara paġni 13-20
02
23.10.2016
kullhadd.com
INFORMAZZJONI editur
L-Ogħla Temperatura: 28°C
email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500
Temperatura tal-Baħar: 24°C
L-Inqas Temperatura: 21°C
ALEANDER BALZAN
Indiċi UV: 4 Temp: Il-biċċa l-kbira xemxi
reklamar/distribuzzjoni
Sitwazzjoni ġenerali: Firxa ta’ pressjoni baxxa
ALAN SALIBA
qed testendi minn fuq l-Atlantiku sa fuq iċ-
email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2573
Riħ: Ħafif għal moderat mix-Xlokk
ċentru tal-Mediterran. Viżibbiltà: Tajba
disinn tal-paġni u illustrations
Baħar: Ħafif għal moderat li jsir moderat
LEANNE GRECH
Imbatt: Ftit li xejn li jsir baxx min-Nofsinhar
tel: (+356) 2568 2571
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
kuntatt ġenerali KULLĦADD
email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 28°C
indirizz postali
UV 4
21°C
Il-Ħamis
KULLĦADD
27°C
UV 3
21°C
27°C
Il-Ġimgħa
UV 4
21°C
Is-Sibt
ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000 26°C
sit elettroniku
UV 4
17°C
22°C
UV 4
16°C
23°C
UV 3
17°C
kullhadd.com
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
mezzi soċjali
www.facebook.com/kullhadd
stampata PROGRESS PRESS
numri importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza
112
Il-Pulizija ta’ Malta
2122 4001-9
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta
2545 0000
New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Il-Belt Valletta – 21244813 Lister Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21245627 Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera – 21444648 Brown’s Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488884 Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa, Tal-Pietà – 21232954 J.V.’s Pharmacy, Wied is-Swieqi, Is-Swieqi – 21371062 Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334627 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 Brown’s Chemists, Triq San Pawl, In-Naxxar – 21417652 El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Il-Qawra – 21576308 St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Paola – 21665848 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 St. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbelika Ħaż-Żabbar – 21663750 St. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Iż-Żejtun – 21678039 Bronja Pharmacy, Sonata, Triq il-Bronja, Iż-Żurrieq – 21682251 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 21465411 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat Malta – 21454247 Għawdex
L-Isptar ta’ Għawdex 2156 1600
Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Victoria – 21556970 St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, il-Qala – 21555348
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza 5004 3888
Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku 1182
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
03
23.10.2016
kullhadd.com
BHEJJEM BIL-LIĊENZJA • 449 APPLIKAZZJONI MA’ TRANSPORT MALTA SKONT IR-REGOLI ĠODDA • SE JIBDEW SPEZZJONIJIET FUQ IL-VETTURI Kitba ta’ ALEANDER BALZAN Fl-aħħar xhur kien hemm 449 applikazzjoni minn sidien ta’ bhejjem li jridu jsuquhom fittriq. Dan skont ir-regolamenti l-ġodda dwar l-Użu fit-Triq ta’ Bhejjem u Vetturi Miġbuda minn Bhima. Jirriżulta li l-applikazzjonijiet li rċeviet huma mqassma kif ġej: • 181 applikazzjoni għal-Liċenzji ta’ vetturi miġbuda minn bhima għallużu privat (srieken u xarretti); • 20 applikazzjoni għalLiċenzji ta’ bhejjem ta’ rkib bis-sarġ; • 248 applikazzjoni għal-Liċenzji tas-sewqan ta’ bhejjem u vetturi miġbuda minn bhejjem. Kelliema għallMinisteru għat-Trasport u Infrastruttura kkonfermat kif “bħalissa, l-awtorità regolatorja, Transport Malta qiegħda tipproċessa dwar l-applikazzjonijiet u qed tħejji biex jibdew l-ispezzjonijiet fuq il-vetturi kollha involuti.” Jirriżulta wkoll li Transport Malta qiegħda wkoll tħejji sejħa għall-approvazzjoni ta’ istituti għat-taħriġ tassewwieqa tal-karozzini u vetturi oħra miġbuda minn bhima, kif ukoll qiegħda tħejji dokument tekniku li jispeċifika d-dehra u l-qisien tal-karozzin tipiku Malti. Dan huwa proċess li ra l-bidu tiegħu wara pressjoni li saret mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, minħabba li dan is-settur qatt qabel ma kien regolat. Fil-fatt, ’Ġunju li għadda, għalaq proċess li ilu għaddej għal dawn l-aħħar snin u li permezz tiegħu, grazzi għal diversi laqgħat ta’ informazzjoni li saru malpubbliku interessat kemm f ’Malta kif ukoll f ’Għawdex, mill-bidu ta’ din is-sena bdew jiġu implimentati r-Regolamenti dwar l-Użu fitTriq ta’ Bhejjem u Vetturi. Biex jiċċertifikaw il-bhejjem hemm tlettax-il veterinarju li qed jipparteċipaw u s-sidien li ma kellhomx dokument ta’ identifikazzjoni uffiċjali tal-bhejjem tagħhom ġew imħeġġa jibdew il-proċess sabiex jiksbu t-tali dokument. Wara t-tħejjija taddokumentazzjoni meħtieġa minn dawn ir-regolamenti, kif ukoll laqgħat intensi mad-Dipartiment tasServizzi Veterinarji u malVeterinary Surgeons Council, f ’Diċembru tal-2015, permezz
tal-Avviż Legali 432 tal-2015 fit-triq; Transport Malta ppubblikat • qafas ġdid ta’ liċenzji dawn ir-regolamenti. tas-sewqan għal min isuq jew jirkeb tali vetturi jew bhejjem; Ir-Regolamenti jistipulaw: • qafas ġdid ta’ liċenzji • qafas ġdid ta’ liċenzji ta’ operatur għat-tħaddim talgħat-tipi kollha ta’ vetturi liċenzji tal-karozzini; miġbuda minn bhima u għall- • l-obbligu li l-bhejjem bhejjem li jintrikbu bis-sarġ liċenzjati għall-użu fit-
triq jinħarġilhom ċertifikat tas-saħħa ġenerali minn veterinarju; • l-obbligu li l-bhejjem liċenzjati għall-użu fit-triq ikunu identifikati permezz ta’ dokument ta’ identifikazzjoni uffiċjali; • l-obbligu li l-vetturi
miġbuda minn bhima liċenzjati għall-użu fit-triq ikunu ċċertifikati bħala adatti għal dan il-għan; • l-obbligu ta’ polza ta’ assigurazzjoni għal bhejjem u vetturi miġbuda minn bhima liċenzjati għall-użu fit-triq; • li vetturi miġbuda minn bhima u bhejjem mirkuba ma jistgħux jintużaw fit-toroq arterjali u distributorji filħinijiet peak tal-ġurnata. L-Implimentazzjoni Transport Malta (TM) bdiet timplimenta dawn irregolamenti f ’Jannar tal-2016. Proċess sabiex jiġu sorveljati diversi sfidi, fosthom: • Diversi sidien ta’ bhejjem ma kinux filpussess ta’ dokument ta’ identifikazzjoni uffiċjali talbhejjem tagħhom; kemm għax ħafna bhejjem imwielda f ’Malta ma kinux ġew irreġistrati mad-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji, kif ukoll għax id-dokumenti ta’ ħafna bhejjem li kienu impurtati ntilfu tul is-snin. Għal dan il-għan ġie stabbilit proċess li jinvolvi liċenzji proviżorji li jagħtu ċ-ċans lissidien jiksbu d-dokumenti ta’ identifikazzjoni uffiċjali; • Ġie kkreat ċertifikat tas-saħħa ġenerali tal-bhejjem li seta’ jissodisfa kemm irregolamenti kif ukoll irrekwiżiti professjonali talveterinarji, u li seta’ jiġi applikat mill-veterinarji bi prezz baxx għas-sidien tal-bhejjem.
04
23.10.2016
kullhadd.com
DARBA KULL 100,000 SENA • RAPPORTI TEKNIĊI JĠIBU FIX-XEJN IL-BIŻA’ DWAR IT-TANKER TAL-GASS • IKKONFERMAT BĦALA SORS TA’ ENERĠIJA SIKUR
Rapporti minn kumpaniji rinomati fid-dinja bħal Marin (Istitut tar-Riċerka Marittima fl-Olanda) u l-SGS (kumpanija multinazzjonali li tagħmel xogħol ta’ verifika u testijiet, ibbażata fl-Iżvizzera) jikkonfermaw firrapporti tagħhom li t-tanker f ’Marsaxlokk, li se jkun qed jissuplixxi l-gass lill-power station il-ġdida, huwa sikur. Dawn ir-rapporti kienu sottomessi lill-Awtorità talAmbjent mill-operatur sabiex b’mod sussegwenti jinħarġu l-permessi kollha neċessarji b’rabta ma’ dan il-proġett kif dejjem intqal sa mill-bidu nett. Fir-rapporti estensivi tagħhom li jistħarrġu diversi istanzi u jaraw x’inhuma l-possibilitajiet ta’ riskji li jistgħu jeżistu minħabba t-tanker tal-LNG, iqisu li hemm ċans biss ta’ darba kull 100,000 sena f ’xenarji estremi, li jkunu milquta l-viċinanzi ta’ fejn ikun sorġut it-tanker. Dan kollu jifqa’ għal kollox il-bużżieqa tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil li ilha għal dawn l-aħħar tliet snin tipprova tnissel biża’ fost ir-residenti ta’ Marsaxlokk b’mod partikolari. Bħala parti mir-rapport ta’ sigurtà, ġew identifikati numru ta’ xenarji differenti l-aktar dawk relatati ma’ ħruġ ta’ gass u qsim ta’ pajpijiet jew oġġetti oħra relatati u wara li saru t-testijiet kollha, fejn tqisu l-konsegwenzi possibbli tat-tali xenarji, fosthom ta’ nirien, splużjonijiet jew sħaba tal-gass, ġie ċċarat li mhux biss ittieħdu l-prekawzjonijiet kollha, iżda m’hemm l-ebda riskju li jaqbeż il-livelli u l-istandards fi prattiċi bħal dawn. Dan kollu
fil-kuntest li ċ-ċans li jintlaqtu Lanqas ma jeżistu perikli jew partijiet lil hinn mill-impjant u possibilitajiet li t-tanker li se t-tanker huwa biss ta’ darba kull jkun qed iġib il-fjuwil lejn Malta jkun ippenetrat kemm waqt li 100,000 sena. Ir-rapporti jgħidu wkoll li mhux jkun qed jimmanuvra u anke biss qed jittieħdu l-miżuri kollha permezz ta’ impatt ma’ bċejjeċ biex is-sigurtà tkun assigurata tal-baħar. u biex ix-xenarji li ġew studjati Dan it-tanker li se jkun qed jimla ma jseħħux, fost l-oħrajn miżuri lit-tanker l-ieħor huwa mistenni preventivi li jinkludu proċeduri li jidħol darba fix-xahar u ċ-ċans bħal alarms, sistemi ta’ sigurtà ta’ ħabta huwa ta’ darba f ’71,866 sena. Jekk kemm-il u pressure safety darba jkun hemm valves, iżda aktar ħabta, dawn minn hekk Dan it-tanker il-ħabtiet qed jittieħdu h u m a miżuri li li se jkun qed jimla mistennija jekk f ’każ lit-tanker l-ieħor li jkunu estrem head-on jinqala’ huwa mistenni li u allura xi ħaġa, jidħol darba m’hemm i k u n l-ebda hemm fix-xahar u ċ-ċans ta’ ċans li l-għodda k o l l h a ħabta huwa ta’ darba ssir ħsara fejn ikun g ħ a d f’71,866 sena merfugħ il-gass dispożizzjoni li jkun qed jinġarr sabiex wieħed ikun mit-tanker. jista’ jaħdem permezz ta’ sistemi li jinnotifikaw f ’każ ta’ ħruq, u ħruġ ta’ gass, sistemi Oppożizzjoni Nazzjonalista ta’ għeluq biex il-ħsara ma li qed tipprova tbeżża’ tinfirixx u tifi tan-nar. Ir-rapporti jgħidu wkoll li waqt li se jsiru Filwaqt li r-rapporti tekniċi li l-operazzjonijiet neċessarji fuq ħejjew l-esperti dinjija f ’dan ilit-tanker u l-power station, biex qasam qed jgħidu bl-aktar mod ikun trasferit il-gass, se jibqa’ jsir ċar li t-tanker mhux biss huwa eżerċizzju regolari biex tittieħed sikur iżda li ċ-ċans li jekk jinqala’ l-informazzjoni kollha sabiex il- xi ħaġa jkunu milquta l-akwati tal-madwar huwa remot ħafna, prattiċi jkunu dejjem imtejba. Ir-rapporti marittimi jaraw jekk mhux kważi impossibli, li hemm possibbiltà remota l-Oppożizzjoni Nazzjonalista li jkun hemm impatt bejn it- ta’ Simon Busuttil ilha minn tanker tal-LNG sorġut fil-bajja tal-inqas tliet snin għaddejja u t-tanker l-ieħor li se jkun b’kampanja ta’ biża’ dwar itqed jagħmel ir-refuelling, kif tanker li se jkun qed iġib arja ukoll ċansijiet baxxi ta’ impatt aktar nadifa għar-residenti kollha ma’ bċejjeċ oħra tal-baħar. tan-naħa t’isfel ta’ Malta hekk
kif se jaqta’ d-dipendenza minn fuq l-aktar fjuwil li jħammeġ, ilheavy fuel oil, u se jfisser ukoll li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma se jibqgħu jinżammu rħas. It-tanker ma kienx ikun hawn il-ħtieġa tiegħu li kieku dak li kellu jkun ir-‘rigal tal-millenju’, il-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija, li kien imwiegħed minn Gvern Nazzjonalista, seħħ. Dan il-proġett li llum qed jaħdem fuqu dan il-Gvern u li diġà bdew l-istudji ġeoloġiċi, kien twaqqaf fl-istess żmien li kien hemm min qed jieħu l-kummissjonijiet minn fuq ix-xiri taż-żejt. F’wieħed mill-aktar każijiet riċenti rajna lill-kelliema talPartit Nazzjonalista Marthese Portelli tgħid, waqt il-programm ‘Dissett’ fuq l-istazzjon Nazzjonali, li jista’ jkun hemm inċident bħal ta’ Chernobyl, li qabel xejn kien nukleari iżda, xi ħaġa li assolutament ma jaqblux magħha l-esperti f ’dan il-qasam u dan joħroġ mir-rapporti sottomessi għand l-Awtorità tal-Ambjent. L-istess Portelli mbagħad ma weġbitx mistoqsija ta’ Reno Bugeja jekk tqisx dan it-tanker bħala bomba minkejja kampanja qalila ta’ biża’ u dan biex ma ġġorx ir-responsabbiltà. Huwa ċar li l-Oppożizzjoni kienet u għadha qed tipprova tbeżża’, iżda kien hemm min prova jdawwar id-diska, bħal Ann Fenech, il-President talPartit Nazzjonalista, li issa qalet li hija qatt ma kienet stqarret li l-LNG huwa ta’ periklu. Dan meta hi flimkien ma’ Marthese Portelli għamlu programm sħiħ dakinhar li daħal ittanker fuq l-istazzjon tal-Partit
Nazzjonalista juru l-pjanti u jippruvaw jivvintaw kull ċirkustanza dwar x’jista’ jiġri, sempliċimet biex jippruvaw jallarmaw. Ironikament kien magħruf, f ’dik il-ġimgħa stess li l-istess Fenech rreġistrat hi stess, permezz tal-kumpanija tagħha ,żewġ tankers. Interessanti l-fatt li proprju bħal-lum ġimgħa l-Kap talOppożizzjoni għażel li jinżel f ’Marsaxlokk biex jagħmel ‘protesta’ li wara saret attività politika, fil-post fejn ironikament ftit jiem qabel sar vox pop fost in-nies, minn mezzi tax-xandir mhux direttament affiljati mal-partiti politiċi, u ħareġ bl-aktar mod ċar li ma teżisti l-ebda biża’ mittanker tal-gass. Simon Busuttil irid aktar żmien Ir-reazzjoni tal-Kap talOppożizzjoni għallpubblikazzjoni tar-rapporti u d-dokumenti kienet dik li jrid aktar żmien. Dan meta kien ilu mit-Tlieta li għadda jipprova jħawwad l-imħuħ dwar ilpubblikazzjoni ta’ dawn l-istess rapporti, xi ħaġa li kien ilu jagħmel tul il-proċess qabel ilwasla tat-tanker f ’Marsaxlokk u l-bini tal-power station ilġdida. Dan juri biċ-ċar kif jew l-Oppożizzjoni ma tafx x’inhu l-proċess meħtieġ, fejn hija l-awtorità li tiddeċiedi kif fil-fatt għamlet (iċChairman tal-Awtorità estenda l-perjodu b’għaxart ijiem), jew sempliċiment riedet tqarraq bin-nies bl-argumenti tagħha.
05
23.10.2016
kullhadd.com
JIRRIĊERKA DWAR IL-LOGĦOB U JILGĦAB • PROFESSUR JINNOTA KIF ID-DINJA TAL-INTERNET QED IŻŻID IL-KONTROLL Kitba ta’ KELLY PEPLOW Il-logħob online huwa sfida kbira għal dawk li faċilment jinħakmu mill-vizzju, b’siti fejn isir ċertu logħob illum iħaddmu sistemi fejn il-klijent ikun jaf kemm qed jilgħab. Dawn huma sistemi li fi kliem il-Professur Mark Griffiths jistgħu jkunu effettivi għalkemm ir-riċerka għad trid tistabilixxi kemm dawn qed iħallu l-frott mixtieq. Waqt li kien f ’pajjiżna għall-konferenza fuq is-suġġett il-Professur Griffiths qal li hemm ċerti klijenti li tagħmel x’tagħmel mhux se jisimgħu minnek. Griffiths jgħid: “Ir-riċerka li għamilt fl-aħħar ħames snin urietni li meta int ittihom l-għodda li għandhom bżonn biex jikko n t r o l l aw il-vizzju ħafPajjiżna, li mill-logħob idaħħal na drabi jikkoperaw iva. miljuni f ’taxxi, għandu diversi Ovvjament inizjattivi biex jindirizza ikollok nies li ma jikkopdin il-problema u jgħin lillerawx imma vittmi tal-logħob. Fosthom tal-inqas dan huwa l-ewil-freephone fejn jekk tħoss li wel pass. tista’ tkun qed tiffaċja problema L-industrija kontinwatista’ ċċempel fuq 1777. ment tintroduċi għodda ġdida biex tgħin lill-klijenti imma li rri- iżżomm dan il-kontroll,” tenna du nagħmlu bħala riċerkatu- l-Professur. Hawn joħroġ b’dikjarazzjoni ri huwa li nevalwaw ir-riżultat sew. Pereżempju ċerti siti għandhom regola li tgħid li wara ċertu ħin jiffriżaw il-kont tal-klijent għal għaxar minuti. Taħdem dik?” Griffiths tenna li dawn huma l-mistoqsijiet li jridu jitwieġbu, jekk il-miżuri u l-passi li huma ‘sens komun’ iħallux frott. “Pereżempju fuq din tal-għaxar minuti għadni kif sibt li meta tagħmlilhom hekk lill-klijenti, iktar isiru għatxana biex ikomplu l-logħba. Għandna bżonn ir-riċerka biex naraw liem ideat jaħdmu iktar minn oħrajn,” kompla jispjega l-Professur. Griffiths li ilu jirriċerka fuq is-settur għal tletin sena qal li qatt ma immaġina li se jkunu jistgħu jintużaw l-internet u t-tagħrif li jittieħdu minn dawn is-siti biex jipproteġu l-klijenti tagħhom u jgħinuhom jilagħbu b’mod responsabbli. “Li qed ngħidu hu li jekk int tilgħab regolarment u ġenwinament tieħu pjaċir, l-industrija qed tintroduċi mekkaniżmu li jgħinek tikkontrolla l-logħob. Ħafna siti responsabbli jagħtuk l-opportunità li tistabilixxi l-limitu tiegħek stess ta’ kemm trid titlef flus pereżempju. Imma anke jekk tiddeċiedi li ma tridx tilgħab għax-xahar li ġej, is-sit se jgħinek biex
li forsi wieħed ftit jistennieha: “Il-logħob tal-azzard mhux xi ħaġa ħażina. Jien naqbel ħafna mallogħob responsabbli u m’iniex kontrih. U minkejja li ilni tletin sena nirriċerka dwar is-suġġett ta’ problem gambling naf biċċar li proporzjon żgħir ħafna ta’ persuni li jilagħbu jħallu l-vizzju jaħkimhom.”
Jgħid li llum jemmen dan iktar minn qatt qabel għax għandna t-teknoloġija li tgħinna nkunu nafu l-passi tal-klijenti tas-siti tal-logħob bħal kemm qed jonfqu u kemm qed iqattgħu ħin. “Aħna llum nistgħu nużaw dik l-informazzjoni u ngħidu lill-klijent: ‘Isma’ kont taf
li fl-aħħar xahar infaqt dan l-ammont ta’ flus u għal dan it-tul ta’ ħin?’ Ovvjament ma nagħmlux hekk biex niġġudikawhom. Meta ntuhom din l-informazzjoni hemm ċans kbir li jgħidulek ‘le, ma kontx naf ’, umbagħad jaraw x’passi jridu jieħdu u kif se jikkontrollaw dan,” jirrimarka l-Professur mill-Università ta’ Nottingham Trent. Irrimarka wkoll li l-vizzju tallogħob m’għandu xejn differenti minn vizzji oħrajn f ’dawk li huma konsegwenzi fit-tul. “Meta vera tkun iffissat taħkimlek ħajtek u tinsa relazzjonijiet, karriera, eċċetra, simili bħallikieku kellek il-vizzju tax-xorb jew tad-droga. F’każi estremi fejn dak li jkun jonfoq flus li hu m’għandux, idur għal atti kriminali. M’hemm xejn għajr detriment għal dak li jkun, jekk ovvjament il-vizzju jaħkmek,” jgħid Griffiths li jistqarr li anke hu ġieli jilgħab xi ewro jew tnejn. “Jien personalment nilgħab minkejja li ilni tletin sena nistudja fuq problem gambling. M’hemm xejn ħazin fiha, anzi hija attività pjaċevoli ħafna u ħafna min-nies li jilgħabu ma jkollhom ebda problema. Fl-opinjoni tiegħi huwa tajjeb immens li r-riċerka qed turi l-pożittività ta’ dan kollu. Trid tqis li ħafna nies jaqblu li meta tixrob l-alkoħol b’mod moderat ikun hemm effetti pożittivi iktar milli negattivi. Kwalunkwe attività tista’ tkun ħazina jekk tipprattika b’mod eċċessiv, u l-logħob tal-azzard huwa wieħed minnhom,” temm jgħid il-Professur li jieħu attitudni differenti ħafna minn dik imdorrijin biha.
06
23.10.2016
kullhadd.com
IRREĠISTRAT SURPLUS Għall-ewwel darba fl-aħħar sittax-il sena, fit-tieni kwart tal-2016, ġie rreġistrat surplus fil-finanzi pubbliċi. Fil-fatt, skont il-Eurostat, il-Gvern kellu surplus ta’ €11-il miljun fit-tieni kwart ta’ din is-sena, imqabbel mad-defiċit ta’ €38 miljun fl-istess żmien, is-sena li għaddiet. Fl-istess perjodu matul l-aħħar sena talamministrazzjoni preċedenti,
id-defiċit kien ta’ €88 miljun. It-tnaqqis fid-defiċit seħħ għax l-ispiża tal-Gvern naqset bi 3.2% imqabbel mas-sena li għaddiet, filwaqt li d-dħul tal-Gvern għola bi 2.2%. Minkejja t-tnaqqis repetut fl-income tax, miżura li tat miljuni lil għexieren ta’ familji, fit-tieni kwart tal-2016 il-Gvern kellu dħul ta’ €382 miljun minn taxxi fuq id-dħul. Dan huwa €140 miljun aktar
mill-istess żmien fl-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti. Tkabbir ta’ din innatura huwa l-aqwa ċertifikat tal-andament ekonomiku qawwi li kellu pajjiżna sa millbidla tal-amministrazzjoni. It-tisħiħ fil-finanzi talGvern qed iwassal biex il-piż tad-dejn nazzjonali jaqbad it-triq tan-niżla. Aġenziji tal-kreditu qed ibassru li, sa tmiem il-leġiżlatura, din
l-amministrazzjoni se tkun ġabet fix-xejn iż-żieda fil-piż finanzjarju tad-djun li wettqu tliet amministrazzjonijiet Nazzjonalisti. Din hija waħda mir-raġunijiet ewlenin għalfejn Standard and Poor’s għażlet li tagħti upgrade lir-rating ta’ pajjiżna wara għoxrin sena ta’ tnaqqis gradwali. Fi stqarrija tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru ntqal li
r-riżultati fiskali jseddqu d-determinazzjoni tal-Gvern li ma jħaddanx politika ta’ awsterità u li jkompli jaħdem favur klima ta’ investiment u ottimiżmu fost il-familji u n-negozji. Kif wera bil-baġit tat-Tnejn li għadda, il-Gvern se jkompli jħaddan aġenda progressiva sabiex pajjiżna jilħaq verament il-potenzjal tiegħu u jsir fost l-aqwa fl-Ewropa.
BEDA JINĦADEM IL-PRESEPJU MALTI GĦALL-VATIKAN
Kitba ta’ Maltin fosthom dak tax- kkulurit. Iżda għall-ewwel l-figura tal-qaddis Malti San purċissjoni tradizzjonali ta’ NEIL AZZOPARDI xagħri u l-blat selvaġġ, darba fl-istorja tal-presepji Ġorġ Preca akkumpanjat lejlet il-Milied. Dan l-avveniment storiku FERRIGI il-villaġġ Malti u l-luzzu Maltin qed tiġi inkluża minn diversi tfal waqt ilqed jitqies bħala wieħed importanti wkoll għallIl-presepju Malti se Orkestra Nazzjonali hekk jkun l-ewwel presepju li kif din ser tkun qed itella’ mhuwiex magħmul fl-Italja kunċert fil-Bażilika ta’ San li se jintrama fil-Vatikan. Paolo Fuori Le Mura u Dan wara li għal dawn ser tesegwixxi wħud milll-aħħar erbgħa u tletin sena akbar kompożizzjonijiet fi Pjazza San Pietru dejjem ta’ Beethoven deskritti intrama presepju maħdum bħala monumentali. Isfl-Italja. Kienet il-ħolma Surmast tal-Orkestra Brian tal-Vatikanista Frank Schembri qal li għall-ewwel Zammit li xi darba l-Vatikan darba l-Orkestra ser tkun jagħżel presepju li jkun qed idoqq ma’ wieħed millmaħdum barra mir-reġjuni aqwa Korijiet Taljani iltal-Italja. Huwa stqarr li ‘Coro dell’Accademia di kien permezz ta’ intervent li Santa Cecilia’ u ser tkun għamel mal-Prim Ministru akkumpanjata minn erba’ Joseph Muscat, li flimkien solisti famużi. Dan il-proġett mal-kuntatti tiegħu fi ħdan tħabbar f ’konferenza tall-istituzzjonijiet tal-Vatikan, aħbarijiet indirizzata millli din it-tradizzjoni talMinistru għall-Kultura presepju evolviet u minn din Owen Bonnici fejn qal li is-sena ser jintgħażlu djoċesi permezz ta’ dan il-proġett differenti biex jarmaw ta’ kważi nofs miljun ewro il-presepju tagħhom, blqed inkomplu naħdmu ewwel waħda tkun dik sabiex is-settur kulturali ta’ Malta. Permezz talikun dejjem aktar ħaj, għajnuna tal-Gvern Malti aċċessibbli u sostennibbli. ntgħażel l-artist Għawdxi Il-presepju ser ikun esebit Manwel Grech li beda fi Pjazza San Pietru milljaħdem dan il-presepju fi ewwel ġimgħa ta’ Diċembru Frar u li llum jinsab fl-aħħar sat-tmienja ta’ Jannar u fisfażijiet tiegħu qabel ma’ snin ta’ wara se jibqa’ jiġi xahar ieħor jittieħed Ruma. esebit f ’pajjiżna filwaqt li Apparti l-għar prinċipali l-kunċert ser jittella’ nhar tas-soltu dan il-presepju is-sbatax ta’ Diċembru. juri diversi xeni tipikament
07
23.10.2016
kullhadd.com
KOMPLA JIŻVILUPPA L-KAŻ FALCON FUNDS • ISEM TONIO FENECH JIBQA’ REGOLARI FIL-MIDJA ŻVEDIŻA Fil-fatt jidhru wkoll Kitba ta’ DINAH SEGUNA korrispondenzi li saru bejn Ingmason ma’ banek. Il-ġurnalista Żvediża Sara L-investigazzjoni fil-każ ta’ Falcon Funds, li fih hemm Recabarren li qed tinvestiga direttur l-Eks Ministru Tonio l-każ spjegat illi meta staqsiet Fenech, infirxet f ’pajjiżi oħra, persuni fi ħdan il-Falcon xhieda li turi kemm dan huwa Funds dwar l-involviment ta’ Emil, dawn naqsu milli każ serju. Filwaqt li fil-midja Żvediża jwieġbu. kompliet tiddomina Qalet li qabel ma ġiet pajjiżna l-istorja, sar magħruf li biex issaqsi lil Tonio Fenech l-investigaturi kellmu nies kellha bosta sorsi li kienu qed informazzjoni fir-Renju Unit u anke fl- jgħaddulha Istati Uniti. Ikkonfermat dan dwar il-każ. Fost oħrajn il-lista talmal-gazzetta KullĦadd ilġurnalista Sara Recabarren azzjonisti fi ħdan l-Aġenzija waħda mill-ġurnalisti li fl- Żvediża għall-Pensjonijiet kif Emil biegħ Iżvezja qed tinvestiga l-każ turi strumenti finanzjarji lil talfid-dettall. “Il-pulizija u l-awtoritajiet Falcon Funds. dan kollu Żvediżi qed jieħdu dan il- Quddiem każ b’serjetà liema bħalha. l-ġurnalista Żvediża Sara L-investigazzjoni ħadithom Recabarren stqarret li rata stramba meta ukoll fl-Istati Uniti u pjuttost r-Renju Unit. Daqshekk Tonio Fenech qal li Emil hu kbir dan il-każ,” qalet Amir Ingmason mhuwiex Recabarren li rrimarkat kif involut fil-Falcon Funds. “Ma stajtx nifhem għaliex hemm erba’ prosekuturi jmexxu l-investigazzjoni li Tonio Fenech qal hekk. hija meqjusa bħala waħda Iżjed u iżjed meta rajt iddokumenti li juru mod ieħor. estensiva ħafna. Kull jum li jgħaddi qed Ma naħsibx li wieġeb b’mod joħorġu wkoll fatti ġodda. ċar, nisperaw li jkun iżjed Qed jitnisslu dubji wkoll ċar,” qalet Recabarren. dwar l-irwol ta’ Emil Amir hu Emil Amir Ingmason u anke r-rabta Min tiegħu mal-fond u ma’ Tonio Ingmason? Fenech. Dokumenti esklussivi li Emil Amir Ingmason huwa jinsabu għand il-gazzetta Żvediż li qed ikun investigat Kullħadd juru li l-Eks mill-Awtoritajiet Żvediżi dwar Ministru Nazzjonalista Tonio l-allegat mod frodulenti li bih Fenech, li hu direttur ta’ flus il-pensjonanti Żvediżi fond investigat mill-pulizija għaddew minn fond privat Żvediża, ma qalx il-verità għall-Falcon Funds. Għandu kollha lill-ġurnalista Żvediża track record ta’ kumpaniji li meta ġiet Malta tinvestiga fallew u li tagħhom hu kien membru. l-każ. Serva bħala n-negozjant Dakinhar prova jagħti l-impressjoni li Ingmanson li wassal għat-twaqqif talma kienx involut ħafna Falcon Funds tliet snin ilu u f ’Falcon Funds. Iżda, f ’idejna huwa msemmi bħala is-sid għandna emails li jixhdu mod benefiċjarju tal-istess fond. Minn informazzjoni li ieħor. Dawn huma emails li kisbet din il-gazzetta, hemm bagħat l-Iżvediż Emil Amir indikazzjonijiet li Emil Amir Ingmason u emails oħra li Ingmason huwa involut sew rċieva indirizzati lilu. fil-Falcon Funds tant li qed Fost dawn hemm email ta’ ikun investigat mill-Pulizija Ingmason innifsu. L-email Żvediża. Fil-fatt, fl-emails li intbagħtet fl-għaxra ta’ ntbagħtu jidher kif Ingmason Novembru tal-elfejn u kitibhom f ’isem tal-Falcon ħmistax u fiha tidher il-firma Funds. ta’ Ingmason bil-kliem Falcon Xi ħaġa li l-ġurnalista Funds taħtu. Żvediża Recabarren stqarret li Huwa proprju hawnhekk li kienet pjuttost sorpriża meta jqum is-suspett, dak li Emil Ingmason qallha li m’għandu Amir Ingmason jista’ jkun x’jaqsam xejn ma’ tal-Falcon ferm iżjed minn konsulent Funds. fi ħdan il-Falcon Funds, Ingmasoa: Nippreżenta l-impressjoni li prova jagħti lili nnifsi, jien negozjant Tonio Fenech. indipendenti.
Korrispondenzi ma’ Emil
L-email li bagħat Emil Amar Ingmanson iffirmata bil-kliem Falcon Funs taħt
Ġurnalista: Imma taġixxi f ’isem il-Falcon Funds meta tavviċina banek oħra... Ingmason: Jista’ jkun li weġibt l-email bi traskuraġni... ma nafx. Ġurnalista: Użajt il-logo tagħhom. Ingmason: Ma naġixxix għallFalcon. Qatt ma kont parti mill-bord tad-diretturi, ma naġixxix għall-Falcon. L-istess kienet sorpriża meta l-ġurnalista ġiet Malta u staqsiet direttament lil Tonio Fenech. Fenech kien wieġeb li r-relazzjoni bejn il-Falcon Funds u l-Iżvediż Emil Amir Ingmason hija biss fuq livell ta’ konsulenza u li Ingmason mhuwiex involut. Madanakollu, d-dokumenti iswed fuq l-abjad jissuġġerixxu xorta oħra, l-istess dokumenti li l-ġurnalista Żvediża wriet lil Tonio Fenech f ’pajjiżna u li jinsabu f ’idejn din il-gazzetta. Tonio Fenech il-protagonist
qrib
Il-konnessjoni bejn l-Eks Ministru Nazzjonalista Tonio Fenech u Emil Amir Ingmason ma tiqafx hawn. Artiklu li deher fl-aħħar jiem fl-aħbarijiet Żvediżi jirraporta kif Tonio Fenech, li kien Ministru għallFinanzi ta’ pajjiżna, qed juża kumpanija, ċertu Springtime li din qed tibgħat l-istqarrijiet tal-Falcon Funds lill-aġenzija
Żvediża g ħ a l l pensjonijiet. Fl-artiklu jingħad li din il-kumpanija hija l-istess waħda li uża Emil Amir Ingmason meta kien intervistat millprogramm Cold Facts li investiga l-każ. Emil Amir Ingmason, huwa l-istess persuna li l-awtoritajiet Żvediżi jaħsbu li kellha rwol ċentrali fil-mod kif flus ta’ pensjonanti Żvediżi għaddew minn fond privat għall-Falcon Funds. Azzjoni li wasslet biex ingidmu eluf ta’ pensjonanti.
pensjonanti Żvediżi lillAġenzija Żvediża. Ilflus kellhom j i n t r a d d u erba’ xhur ilu. Madanakollu, kien ilġimgħa li għaddiet li talFalcon Funds bdew iroddu l-flus ftit ftit, xi ħaġa li hija inaċċettabbli. Dan wassal biex ikomplu jqumu iżjed suspetti dwar ilkaż, tant li l-Aġenzija Żvediża għal Reati Kriminali qed tinvestiga dan kollu wara li l-Aġenzija Żvediża għallpensjonijiet waslu għandha dokumenti anonimi li jqajmu suspetti ta’ frodi.
Skandlu li qed jiddomina Tkompli l-pressjoni biex fl-Iżvezja tal-Falcon Funds iħallsu Għal dawn l-aħħar ħames xhur il-każ tal-Falcon Funds Anke jekk tal-Falcon Funds kompla jiddomina l-aħbarijiet bdew iroddu lura ftit millŻvediżi. Ir-reazzjonijiet fil- miljuni, l-Awtorità Żvediża qed pajjiż kienu kbar, l-artikli għall-Pensjonijiet kienu kontinwi u għadhom tagħmel pressjoni sabiex għaddejjin s’issa. Każ li ħoloq jintraddu l-flus mill-iktar fis rabja għall-ammont ta’ flus li possibli. Il-flus li jlaħħqu l-mitejn u tista’ tilfet l-Aġenzija Żvediża għall-pensjonijiet u insigurtà erbgħin miljun ewro, kellhom fost il-pensjonanti nfushom. jitħallsu erba’ xhur ilu. Dan Il-każ kompla jiddomina ma seħħx. Ħaġa li filwaqt li iżjed meta l-Aġenzija Żvediża rrabjat lill-Awtorità Żvediża għall-Pensjonijiet iddeċidiet għall-Pensjonijiet, l-istess li tieħu azzjonijiet kriminali Awtorità ma kienx fadlilha kontra tal-Falcon Funds. Dan alternattiva ħlief li tieħu passi wara li marru kontra l-ftehim kriminali. Passi li ttieħdu filmilħuq biex iħallsu l-biljuni li jum li tal-Falcon Funds bdew allegatament insterqu minn jibagħtu xi ħaġa tal-flus.
08
23.10.2016
kullhadd.com
ĊITAZZJONI TIKXEF LI BUSUTTIL
KISER IR-REGOLI GĦAL FTIT EWRO META KIEN JIEĦU L-ELUF
Meta kien Kap taċ-Ċentru tal-Informazzjoni tal-Unjoni Ewropea, Simon Busuttil, kellu każ fejn ma setax isib parkeġġ u għalhekk ipparkja ħażin il-karozza li kien qed jikrilu l-gvern. Dan wassal biex qala’ ċitazzjoni mingħand gwardjan lokali li kien qed idur il-Belt. Iżda, dak li llum huwa Kap tal-Oppożizzjoni insista li €23 multa ma jħallashiex. Dan huwa pruvat minn korrispondenza li għandha l-gazzetta KullĦadd fejn f ’Awwissu tas-sena 2000, Alfred Falzon kien qed iwieġeb għall-ilment li għamel Simon Busuttil li kontra dak li jagħmel kull ħaddiem, ilmenta li ma riedx iħallas il-multa. Alfred J Falzon, Direttur tas-Servizzi Korporattivi, spiċċa jgħid lil Simon Busuttil li se jagħmel eċċezzjoni. “Irrid ninfurmak li b’eċċezzjoni, iċ-ċitazzjoni talli pparkjajt fuq il-bankina ħdejn il-Ministeru tħallset. Filwaqt li nirrikonoxxi li kont magħfus bilħin biex tattendi dawn il-laqgħat u li tista’ taħli l-ħin biex issib parkeġġ, ġentilment nitolbok biex tevita li tipparkja f ’żoni fejn ma tistax. Il-Ministeru mhux se jassumi responsabbiltà ta’ kontravenzjonijiet ta’ dan it-tip fil-ġejjieni,” kiteb lil Simon Busuttil. Simon Busuttil li ta’ spiss jitkellem fuq onestà poltika għawweġ ir-regoli biex jiffranka €23 meta bħala Kap tal-MIC bejn l-1999 u l-2003 tħallas kwart ta’ miljun ewro. Dan ifisser li Busuttil ingħata paga seba’ darbiet ogħla mill-paga minima f ’dak iż-żmien. Il-paga li ngħata sbatax-il sena ilu, fl-1999 u li baqa’ biha sakemm baqa’ Kap tal-MIC, kienet ta’ €40,800 fis-sena. U Busuttil ingħażel mingħajr ebda sejħa pubblika. Ta’ min jinnota li l-paga tal-Kap taċ-Ċivil u tal-Avukat Ġenerali fl-1999 kienet ta’ €22,500. Jiġifieri l-paga ta’ Simon Busuttil bħala persuna ta’ fiduċja sbatax-il sena ilu kienet 80% ogħla minn dik tal-Kap taċ-Ċivil dak iż-żmien. Il-paga tal-Kummisarju tal-Pulizija fl-1999 kienet ta’ €20,800. Jiġifieri l-paga ta’ Simon Busuttil bħala persuna ta’ fiduċja sbataxil sena ilu kienet 96% ogħla minn dik tal-Kummissarju tal-Pulizija dak iż-żmien. Il-paga tal-Kummissarju Elettorali Ewlieni fl-1999 kienet ta’ €17,600 li jfisser li l-paga ta’ Simon Busuttil bħala persuna ta’ fiduċja kienet 130% ogħla minn dik tal-Kummissarju Elettorali Ewlieni dak iż-żmien. Ta’ min jgħid li mal-paga Simon Busuttil kellu karozza bil-fjuwil imħallas u mowbajl imħallas ukoll.
09
23.10.2016
kullhadd.com
IL-“ĦUTA LJUN” TIBQA’ TĦASSEB LIR-RIĊERKATURI Kitba ta’ ALEANDER BALZAN
Dik magħrufa bħala Lionfish qed tkompli tinfirex malMediterran b’mod li jħasseb lir-riċerkaturi dwar il-baħar Mediterran u l-ibħra Maltin, fost l-oħrajn. Fl-aħħar jiem ir-riċerkatriċi Adriana Vella qalet li hemm allarm fi Sqallija u fit-Tuneżija wara rapport ta’ din il-ħuta. Ir-riċerkatriċi Vella spjegat kif din il-ħuta hija ta’ tħassib għaliex hija waħda li tinvadi. “F’postijiet bħal Ċipru, din infirxet malajr. Hija predatur opportunist li jibqa’ jikkaċċja lill-priża tiegħu anke meta din tonqos fin-numru, b’detriment għall-ispeċi. F’postijiet bħallAtlantiku, din ma għandha l-ebda predatur bil-konsegwenzi li issa infirxet bla kontroll. L-istess jista’ jiġri fil-Mediterran,” kompliet tirrimarka Vella li hi parti minn grupp ta’ riċerkaturi Maltin. Din il-ħuta kapaċi tgħix fil-baxx kif ukoll fil-fond u għalkemm perikoluża l-ħuta hija tajba ħafna għall-ikel. Iżda, oqgħod attent li ma tmissx max-xewk tagħha.
Ritratt: Malcolm Nobbs “Ix-xewk tagħha huwa perikoluż għall-bniedem jekk jitniggeż bih. Il-velenu fihom jikkawża uġigħ, nefħa u anke paraliżi. Il-velenu jibqa’ attiv ukoll wara li l-ħuta tmut. Għalhekk, huwa importanti li
wieħed joqgħod attent. Ix-xewk jintuża minn din il-ħuta bħala difiża mill-predaturi. Għalhekk m’hemmx il-periklu li l-Lionfish se tattakkak. Wieħed però xorta jrid joqgħod attent meta jkun qed jgħum madwarha,” spjegat
Vella li rrimarkat kif faċilment tinqabad f ’xi sajda ta’ xi sajjied Malti. “Din il-ħuta tista’ tinqabad ma’ ħut oħrajn allura s-sajjieda jridu jkunu avżati dwar il-perikli tagħha biex joqogħdu attenti
huma u jimmaniġjawha. Din hi ħuta li tikkaċċja u għalhekk jekk tikber fin-numri taf tolqot l-ispeci li għandna jgħixu flibħra tagħna,” tenniet Vella. Din hi biss ħuta waħda minn fost diversi fil-mira ta’ riċerka dwar ħut aljen u biex isir dan ixxogħol ikunu involuti msieħba differenti. “Isir xogħol mas-sajjieda kummerċjali u anke rikreattivi mal-kosta u fil-baħar. Nikkolaboraw anke ma’ għaddasa biex isir xogħol ta’ moniteraġġ dwar dawn l-ispeċi li mhumiex indiġeni tal-ibħra tagħna. B’hekk qed naraw jekk humiex qed jinfirxu u jekk hemmx bżonn xi pjan ta’ konservazzjoni, kif ukoll inkunu qed nagħtu għarfien lis-sajjieda u lill-għaddasa dwar dawn l-ispeċi,” kompliet tispjega filwaqt li appellat biex ilpubbliku jgħin fir-riċerka. Min jieħu xi ritratti jew jaqbad xi kampjun ta’ Lionfish jew ħut aljen ieħor għandu jikkuntattja lil Adriana Vella fuq adriana.vella@ um.edu.mt jew 99429592. Importanti li l-ħut jinżamm frisk sakemm jinġabar għar-riċerka.
10
23.10.2016
1 L-ISTATI UNITI
MADWAR kullhadd.com
FIL-QOSOR
1
JAĊĊETTA BISS LI JIRBAĦ
2
Waqt id-dibattitu finali televiżiv f ’Las Vegas kontra Hillary Clinton, ir-Repubblikan Donald Trump irrifjuta li jikkommetti ruħu li jaċċetta r-riżultat elettorali jekk jitlef. Madankollu f ’rally f ’Ohio, ftit wara d-dibattitu, qal li jekk jirbaħ l-elezzjoni Presidenzjali huwa se jkun qed jaċċetta r-riżultat. Trump kien saħaq li l-elezzjoni Presidenzjali hija mbagħbsa. Il-kandidati Presidenzjali ma ħadux b’idejn xulxin waqt iddibattitu, li kien mimli għajjat u interruzzjonijiet. Trump qal li se jaħtar qorti suprema li tagħmel l-abort illegali u tipproteġi d-drittijiet tal-armi, filwaqt li jibgħat lura immigranti bla dokumenti u jassigura l-fruntieri Amerikani. Clinton iddikjarat li se tipproteġi l-komunità LGBT, tiddefendi d-drittijiet tal-abort u tiffoka fuq il-klassi tan-nofs u l-ugwaljanza.
2 IL-BRAŻIL
3 L-IRAQ
JINQATLU 25 PRIĠUNIER Ħamsa u għoxrin priġunier inqatlu fi ġlied li seħħ bejn żewġ fazzjonijiet rivali f ’ħabs li huwa ffullat wisq fil-Brażil. Uffiċjal tal-Pulizija qal li sebgħa mill-mejta tħanxritilhom rashom filwaqt li sitta oħra nħaqru ħajjin. Il-każ seħħ f ’Boa Vista, il-kapitali tal-istat Roraima, waqt ilħin li fih ikun hemm il-viżitaturi. Mal-mitt viżitatur li ttieħdu bħala ostaġġi nħelsu u l-ġlied waqaf. Il-vjolenza bdiet meta numru ta’ priġunieri daħlu f ’sezzjoni oħra tal-ħabs fejn kienu qed jinżammu membri ta’ fazzjoni oħra. Xhieda fuq il-post qalu li l-ħabsin kienu armati bisskieken u stikek tal-injam. Rapporti qalu li fil-ħabs hemm elf u erba’ mitt priġunier, minkejja li jesa’ seba’ mija u erbgħin persuna.
OPERAZZJONI MILITARI F’MOSU Il-forzi tal-Gvern Iraqqin bdew operazzjoni militari biex jerġgħu jieħdu taħt idejhom lil Mosul, belt ikkunsidrata l-kapitali tal-Istat Iżlamiku fl-istess pajjiż. Skont in-Nazzjonijiet Magħquda, iktar minn miljun u ħames mitt elf persuna baqgħu fil-belt, hekk kif hemm il-biża’ li l-istess Stat Iżlamiku jużahom bħala tarka huma u jattakkaw lura. Mosul hija t-tieni l-ikbar belt fl-Iraq u l-aħħar ċentru urban taħt il-kontroll tal-Istat Iżlamiku fl-istess pajjiż. Deskritta bħala operazzjoni storika, il-forzi Iraqqini għandhom l-appoġġ tal-Amerikani, kemm mill-ajru kif ukoll fuq l-art.
R ID-DINJA
11
23 .10.2016
kullhadd.com
6 IL-FILIPPINI
4
3
6 5
ATTAKK FUQ DIMOSTRANTI Vann tal-pulizija instaq għal fuq dimostranti f ’Manila quddiem l-ambaxxata Amerikana. Dan hekk kif elf persuna nġabru biex jappoġġjaw il-kummenti tal-President Duterte, li jrid iħoll irrabtiet ta’ pajjiżu minn mal-Istati Uniti. Intqal li d-dimostranti kienu qed ixejru stikek f ’idejhom. Ilpulizija użat ukoll il-gass tad-dmugħ biex jippruvaw iferrxu liddimostranti. Kienu arrestati minn tal-inqas tlieta u għoxrin persuna, filwaqt li d-dimostranti daħlu anke fiż-żona fejn mhux suppost daħlu, jiġifieri dik li kienet mgħassa mill-pulizija biex jipproteġu l-gradi tal-ambaxxata Amerikana. Is-sewwieq tal-vann qal li huwa prova jsuq il-vann ’il bogħod mid-dimostranti hekk kif beża’ li kienu se jippruvaw jaħtfuh u jużawh biex jattakaw lill-pulizija.
5 L-INDONEŻJA
4
IĊ-ĊINA
PIENI ĦOROX
TIFUN JOLQOT IĊ-ĊINA It-tifun Haima jinsab fi triqtu lejn iċ-Ċina wara li għamel ħerba fit-Tramuntana tal-Filippini. Qabel ma jmiss l-art Ċiniża, Haima mistenni jinżel għal tifun tal-ewwel kategorija. Ir-raġuni wara dan hija li minkejja li baqa’ f ’forma ta’ tifun wara li għadda minn fuq il-Filippini, Haima tilef is-saħħa fuq il-Muntanja Sicapoo, li hija l-ogħla punt fil-gżira Luzon. Il-Gvern Provinċjal ta’ Cagayan qal li d-djar f ’Tuguegarao City kienu jew meqruda kompletament jew inkella parzjalment meqruda. Hong Kong għadu qed isofri minn għargħar minn tifun ieħor bl-isem Sarika. Dan filwaqt li l-belt Shenzhen esperjenzat mitejn erbgħa u għoxrin millimetru ta’ xita f ’temp ta’ jumejn.
Il-President Indoneżjan Joko Widodo qal li pajjiżu jista’ jelimina għal kollox il-pedofelija bil-politika l-ġdida ta’ kastrazzjoni kimika. Widodo sostna li l-Indoneżja tirrispetta d-drittijiet umani iżda ma jista’ qatt ikun hemm kompromess meta jiġu biex ikunu kkastigati dawk b’reati sesswali. Iktar kmieni matul ix-xahar t’Ottubru, l-Indoneżja approvat liġijiet kontroversjali li jippermettu l-kastrazzjoni kimika għall-pedofeli, liġijiet li kienu suġġetti għal dibattitu aħrax filParlament. L-Assoċjazzjoni tat-Tobba Indoneżjani qalet li l-membri tagħha m’għandhomx ikunu involuti hekk kif il-proċedura tmur kontra l-etika medika. Kastrazzjoni kimika ssir billi jintużaw drogi biex tonqos ix-xewqa sesswali mingħajr l-isterilizzazzjoni jew tneħħija tal-organi.
13
23.10.2016
kullhadd.com
BAĠIT PARTI MINN 2017
Ir-raba’ baġit tal-Gvern Muscat jibni fuq ta’ qablu Jassigura li l-ġid li nħoloq jasal għand kulħadd
L-inizjattivi mħabbra huma diversi
Int, kif se tgawdi?
14
23.10.2016
kullhadd.com
MHUX NUMRI IŻDA VIŻJONI Ir-raba’ baġit imfassal u preżentat minn gvern immexxi minn Joseph Muscat jibni fuq it-tlieta ta’ qablu fejn dan l-avveniment inbidel minn eżerċizzju ta’ accounting għal pjan ta’ viżjoni. L-ewwel baġit reġa’ ġab iċ-ċertezza u l-istabbiltà fil-pajjiż wara snin ta’ inċertezza taħt it-tmexxija ta’ Lawrence Gonzi u Simon Busuttil. F’dak il-baġit kienu preżentati l-miri u ttieħdu l-ewwel passi biex tinbena ekonomija dinamika fejn in-negozji jħossuhom kunfidenti biżżejjed biex jinvestu u jimpjegaw, u fejn ilfamilji jkollhom inqas piżijiet ħalli jonfqu u jfittxu opportunitajiet ġodda. Imbagħad kienet ippremjata l-bżulija. Ittieħdu passi biex kull min irid jaħdem ikun mgħejun jagħmel dan.
Karm Farrugia
Tnaqqset it-taxxa tad-dħul u ngħataw krediti fuq ittaxxa. Dan fost benefiċċji biex aktar nies joħorġu jaħdmu. Iċ-child care b’xejn u l-wegħda li jorħsu l-kontijiet saru realtà filwaqt li sar investiment qawwi fl-enerġija. Minn hemm bdiet tkun riformata b’mod progressiv is-sistema tal-benefiċċji soċjali. Filwaqt li kienu attakkati l-abbużi, iddaħlu inċentivi ċari għal min ried joħroġ minn qagħda ta’ dipendenza soċjali. Reġgħet tnaqqset it-taxxa fuq id-dħul filwaqt li naqsu l-kontijiet tad-dawl għall-industrija. Minn hemm bdiet l-għajnuna għal dawk li kienu għadhom ma ntlaħqux biżżejjed. Naqsu t-taxxi għal dawk bi dħul baxx. Iddaħħlu tax credits għal min lest
ifaddal b’mod volontarju f ’pensjoni privata. Reġa’ żdied l-In-Work Benefit għall-ħaddiema bi dħul inqas mill-medja, u l-Gvern baqa’ jsostni lil dawk li qed jixtru l-ewwel propjetà tagħhom – għax id-dota tal-Gvern Laburista lill-koppji żgħażagħ reġgħet kienet estiża. Fl-istess waqt għall-ewwel darba f ’ġenerazzjoni, għolew il-pensjonijiet b’aktar miż-żieda għall-għoli tal-ħajja. Miżura li laqtet 12,000 pensjonant bl-inqas dħul, filwaqt li r-romol li ħadmu ingħataw dritt għal pensjoni ferm aħjar. Dawn huma kollha inċentivi li baqgħu jingħataw u bħalhom hemm ferm iktar. Magħhom kompla jibni dak ippreżentat mill-Ministru tal-Finanzi din is-sena.
Dan kien baġit li fl-opinjoni tiegħi qed jirrispondi għal dak li jrid il-poplu. Kieku kelli niddeskrivih fi frażi waħda ngħid li dan kien baġit “fair”. Fuq kollox jispikka l-mod kif il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna rnexxielu jnaqqas id-defiċit tal-pajjiż għal kważi żero. Malta qed issir xempju fl-Ewropa ta’ kif għandek tmexxi pajjiż b’defiċit minimu
L-OPPOŻIZZJONI MHIX KREDIBBLI Il-Kap tal-Oppożizzjoni ħareġ jgħid li l-baġit huwa wieħed kosmetiku. Iżda kemm hu kredibbli jitkellem dwar ilbaġit? Ftit li xejn. Mhux kredibbli fil-ġlieda kontra l-qgħad. Kemm dam Viċi Kap Simon Busuttil kuljum żewg persuni aktar spiċċaw jirreġistraw. Fi tmiem Novembru 2012 kien hemm 7,098 u sa Marzu telgħu għal 7,350. Simon Busuttil sejjaħ ilgaranzija għaż-żgħażagħ “one big menace for our economy,” u qabbilha ma’ garanzija talwashing machine.
soċjali żdied b’4,000. Dejjem skont il-Eurostat fl-2012, b’Simon Busuttil Viċi Kap, f ’pajjiżna dawk f ’sitwazzjoni ta’ severe material deprivation kienu żdiedu b’10,000. Minn 27,000 għal 37,000.
fiha Simon Busuttil kien Viċi Kap, l-2012, f ’pajjiżna skont il-Eurostat l-ammont ta’ nies f ’riskju ta’ faqar u t’esklużjoni
li jsostni li kieku hemm hu jmexxi, ma jżidx l-impjiegi mas-settur pubbliku, statistika uffiċjali turi li meta kien Viċi
Mhux kredibbli fil-ġlieda kontra l-faqar: Fis-sena li
Mhux kredibbli fit-tnaqqis tad-dejn nazzjonali: Fi tliet
xhur li dam Viċi Kap tal-Partit fil-Gvern, id-dejn nazzjonali żdied minn €4.9 biljun ghal €5.2 biljun. Żieda ta’ mitt miljun fix-xahar. L-akbar żieda fi tliet xhur fid-dejn nazzjonali fl-istorja ta’ pajjiżna.
Mhux kredibbli meta jgħid li hu jmexxi b’responsabbiltà s-servizz pubbliku: Filwaqt
Kap tal-Partit fil-Gvern, żied l-impjiegi fis-settur pubbliku b’570 full-timer, jew sitta kull jum. Gvern Laburista f ’dawn l-aħħar sentejn impjega nies daqs kemm impjega Simon Busuttil fi tliet xhur biss. Mhux kredibbli fuq irroħs fil-kontijiet tad-dawl u l-fjuwil: Simon Busuttil kien parti minn Gvern li taħtu l-prezz tal-fjuwil żdied b’36%, jew id-doppju taż-żieda madwar l-Unjoni Ewropea. Simon Busuttil kien parti minn Gvern li taħtu l-prezz tal-elettriku żdied b’71%, jew darbtejn u nofs ir-rata madwar l-Unjoni Ewropea. Gvern Nazzjonalista lill-familji medja naqqsilhom il-poter ta’ akkwist tagħhom b’madwar €1,500 fissena minħabba dawn il-miżuri.
Tkabbir ekonomiku medjokri:
Fil-pjan li kien ippubblika fil-kampanja elettorali tal2013, Simon Busuttil kien bassar li fl-2013 bit-tmexxija tiegħu l-ġid nazzjonali kien jikber bi 2.3%. Taħt din l-amministrazzjoni kellna tkabbir ta’ 4.5%. Fl-2014 Simon bassar tkabbir ta’ 2.4%. Dan il-Gvern ra tkabbir ta’ 3.5%. Fl-2015 Simon bassar tkabbir ta’ 2.8%. Dan il-Gvern ra tkabbir ta’ 6.2%. Fi tliet snin hu bassar tkabbir ta’ 7.5%. Taħt dan il-Gvern kien hemm tkabbir ta’ 14.2%. Jiġifieri d-doppju ta’ dak li wiegħed Simon Busuttil. Ġid nazzjonali baxx: Simon Busuttil fil-pjan tiegħu bassar li fl-2016 il-ġid nazzjonali
jkun ilaħħaq €8.1 biljun. Dak il-livell intlaħaq sentejn qabel taħt Gvern Laburista. Il-ġid nazzjonali issa huwa €1.2 biljun aktar milli qal li kien jikseb Simon Busuttil. Rata ta’ impjiegi: Simon Busuttil kien parti minn amministrazzjoni li bħala mira kellha li sal-2020 ir-rata tal-impjiegi f ’pajjiżna tkun laħħqet 62.9%. Dik il-mira ntlaħqet fl-ewwel sena ta’ Gvern Laburista u telgħet għal 70%. Diġà ntlaħqet ilmira ta’ 68%. Piż ta’ dejn nazzjonali akbar: Simon Busuttil bassar li taħt it-tmexxija tiegħu sal2016 id-dejn nazzjonali jkun 64%. Dan il-Gvern se jilħaq il-mira ta’ 62.6%.
15
23.10.2016
kullhadd.com
MIŻURI SOĊJALI OĦRA • Se titnieda skema ta’ tfaddil għall-pensjonanti li jkollha interessi ogħla minn tas-suq. Din maħsuba biex tgħin lill-pensjonanti jtejbu d-dħul tagħhom. • Tingħata assistenza finanzjarja lill-anzjani li qegħdin fuq illisti ta’ stennija biex jidħlu f ’dar għall-anzjani. Dan hekk kif se jibqa’ jkun estiż il-proġett tal-live-in carer. L-assistenza titla’ għal €5,200 fis-sena. • Studenti full-time li għadhom m’għalqux l-24 sena u li jaħdmu bħala self-employed jistgħu jħallsu s-sigurtà soċjali pro-rata, birrata ta’ 15% fuq id-dħul. • Se jkun stabbilit fond ta’ €8 miljun ewro biex jibdew ikunu indirizzati inugwaljanzi li sofrew persuni fl-imgħoddi bħal dawk tal-korpi, overtime tal-pulizija, u l-Malta Electricity Board fost l-oħrajn. • Żieda ta’ €50 fil-bonus lil dawk li waslu għall-età tal-irtirar u ma ħallsux biżżejjed bolol biex jirċievu pensjoni. • Il-perjodu kopert mill-karta r-roża se jkun estiż minn tliet xhur għal sena għal persuni b’diżabbiltà.
ĠINA U ĠORĠ
KOPPJA TA’ 75 SENA+
Gawdew €800 fis-sena u binthom €7,280
Żdiedu €9.62 fil-ġimgħa fil-pensjoni Binthom Mary se tibda tieħu l-pensjoni tal-wens Ħadu €300 għax jgħixu d-dar
INĊENTIVI GĦAN-NEGOZJU • Malta Enterprise se tniedi skema biex tgħin negozji mwaqqfa minn individwi li jkollhom bżonn assistenza speċjali. Din se tinkludi kreditu fuq it-taxxa li tvarja bejn 25% u 45% tal-ammont minn fuq ir-riċerka. • Se jingħata wkoll kreditu fuq it-taxxa għall- żvilupp ta’ logħob diġitali b’tema kulturali. Il-kreditu se jammonta għal 30% talinfiq. • Malta Enterprise se tkun qed toffri kreditu ta’ taxxa fuq irrinovar ta’ lukandi u ristoranti. • Kumpanija ġdida (start-up) li għandha dħul ta’ mhux iktar minn €80,000 fis-sena tista’ tagħżel li jew tkun eżentata milli tagħmel awditjar finanzjarju fl-ewwel sentejn, jew tagħmel l-awditjar u tieħu tnaqqis fit-taxxa sa 120% tal-ħlas biex ikun sar l-awditjar. Dan sa massimu ta’ €700 fis-sena. • Hemm kreditu massimu ta’ €250,000 għall-persuni li jinvestu f ’SMEs jew f ’fondi li jkunu investiti fuq pjattaforma ta’ negozju alternattiva bħal programmi amministrati mill-Borża ta’ Malta. • Se tonqos għal 1.5% it-taxxa tal-boll fi trasferimenti ta’ negozju mill-ġenituri għat-tfal is-sena d-dieħla. INIZJATTIVI MAL-PENSJONIJIET • Minn Jannar li ġej il-pensjoni minima tal-irtirar se tkun miżjuda b’€4 fil-ġimgħa. Żieda ta’ €208 fis-sena. • L-ewwel €1,866 tal-pensjoni tas-servizz mhux se jkunu meqjusa meta tiġi biex titnaqqas il-pensjoni tal-irtirar. Dan ifisser żieda ta’ €200 fil-pensjoni ta’ dawn il-pensjonanti. • Żieda li tlaħħaq l-€20 fil-ġimgħa fil-pensjoni se telimina d-diskriminazzjoni bejn il-ġeneru. • Mis-sena d-dieħla l-pensjoni tal-carers se tkun mibdula għal Increased Carers’ Allowance u mhux se tibqa’ mkejla bit-test talmezzi. • Il-pensjoni ta’ Increased Carers’ Allowance se tiżdied b’€35 filġimgħa, għal €140 fil-ġimgħa li tfisser żieda ta’ €1,820 fis-sena. • Il-Carers’ Allowance se tiżdied b’€14-il ewro għal €90 filġimgħa. Din tfisser żieda ta’ €728 fis-sena. Hawn jibqa’ jsir it-test tal-mezzi. • Se ssir riforma fil-pensjoni tad-diżabbiltà u se jkun hemm tliet livelli. B’hekk se tinfirex iktar fejn fost l-oħrajn se tingħata għallewwel darba lill-persuni li jkunu mingħajr xi riġel jew id. • Mill-ewwel ta’ Jannar id-dħul mill-pensjoni se jkun eżentat mittaxxa tad-dħul. Wieħed se jgawdi skont id-dħul tiegħu u l-iktar ammont gwadanjat huwa dak ta’ madwar €580 fis-sena.
Koppja anzjana li għandhom iktar minn 75 sena u li qegħdin fuq il-pensjoni minima. Wara dan il-baġit it-tifla li ma kenitx tgħaddi mill-means test, issa li tneħħa dan ilmeans test tista’ tieqaf mix-xogħol u tkun full-time carer biex tiehu ħsieb il-ġenituri tagħha. Din il-koppja ħadet żieda fil-pensjoni minima u għajnuna supplimentari li jitilgħu għal €9.62 fil-ġimgħa u għal €500 fis-sena. Ingħataw li-benefiċċju ta’ €300 fis-sena għax baqgħu d-dar u ma daħlux ġo home. Wara ż-żieda fil-benefiċċju tal-carers li żdiedet b’€35 fil-ġimgħa u ġiet €140 filġimgħa, it-tifla se tieħu benefiċċju ta’ €7,280. Ħadd minn din il-familja mhu se jħallas it-taxxa. Bil-bidliet fil-baġit l-anzjani se jibdew jieħdu wkoll kura b’xejn għad-dijabete bħal kura dentali, għas-smigħ u għall-għajnejn. B’kollox din il-familja (mingħajr il-benefiċċji għad-dijabete) iggwadanjat minn: €800 fis-sena l-koppja u benefiċċju ta’ €7,280 it-tifla.
16
23.10.2016
kullhadd.com
TRASPORT • Se jingħata tnaqqis fit-taxxa ta’ 150% fuq l-ispiża għan-negozji li jipprovdu t-trasport għall-impjegati tagħhom bla ħlas. It-tnaqqis fit-taxxa jista’ jitla’ sa massimu ta’ €35,000 għall-kumpanija li tipprovdi s-servizz waħedha jew €50,000 fis-sena jekk dan isservizz jingħata minn numru ta’ kumpaniji flimkien. • Se tingħata tallinja card b’xejn liż-żgħażagħ kollha li jagħlqu tmintax-il sena. • Se jkomplu jingħataw pagamenti ex gratia relatati mat-taxxa ta’ reġistrazzjoni li tħallset żejda minn persuni li rreġistraw vettura bejn l-1 ta’ Mejju, 2004 u l-31 ta’ Diċembru, 2008. Din is-sena se jitħallsu dawk li xtraw vettura fl-2006. Sal-aħħar tas-sena d-dieħla jkunu tħallsu €9,700,000. • Mis-sena d-dieħla, l-entitajiet tal-gvern b’aktar minn 50 impjegat se jintalbu biex iressqu pjan ta’ trasport sostenibbli.
INIZJATTIVI MARBUTA MAL-KERA • Persuni b’postijiet għall-kiri li jidħlu fi ftehim ta’ kera li jkopri perjodu ta’ seba’ snin ma’ familji meqjusa li għandhom dħul baxxa se jgawdu minn rati ta’ taxxa ta’ 5% fuq id-dħul mill-kera. • Il-kuntratti tal-kiri kollha ta’ iktar minn tliet xhur għandhom ikunu rreġistrati mad-Dipartiment tatTaxxi Interni. • Is-sussidju tal-kera mill-Gvern għal dawk il-familji bi dħul baxx se jkun irdoppjat. Se jitwessa’ wkoll il-kriterju ta’ eliġibbiltà u għalhekk se jgawdu d-doppju ta’ dak li jgawdu llum. • Il-kirjiet fuq djar mikrija mill-Gvern mhux se jiżdiedu meta jiġġeddu u se jkun hemm rifużjoni għal żidiet li daħlu skont il-liġi tal-2009.
PENSJONIJIET PRIVATI • Kienu mnedija inċentivi ġodda għal min jikkontribwixxi f ’pensjoni privata li ssir minn min iħaddem (jew l-assoċjazzjoni li tirrappreżentah) f ’isem l-impjegat. Ikun hemm tnaqqis fit-taxxa ekwivalenti għall-ammont li jkun ikkontribwixxa min iħaddem. • Jingħata kreditu ta’ €150 għal kull €1,000 li jikkontribwixxi min iħaddem. • Għall-ħaddiem l-ammont mhux se jkun meqjus bħala benefiċċju supplimentari. GĦAJNUNA FIL-LOKALITAJIET • Negozji li jgħinu proġetti fil-lokalitajiet bil-għan li jibbenefika l-lokal, bħal ngħidu aħna t-tisbiħ ta’ xi ġnien jew xi żona, jieħdu tnaqqis fit-taxxa sal-valur ta’ 120% tal-valur tax-xogħol li jkun sar..
KARL U DORIS KOPPJA MIDDLE CLASS
Gwadanjaw €411 fis-sena u €4,812 ta’ darba
Doris se tieħu €5.20 iktar fil-ġimgħa Karl se jieħu tax refund ta’ €150 Binhom jagħlaq 18 u jieħu tallinja card b’xejn Se jiffrankaw €4,500 fuq it-tieni propjetà Koppja middle class li bejniethom jaqilgħu €26,000 u li għandhom żewġt itfal. Wieħed mit-tfal għadu kemm għalaq 18-il sena. Minħabba li l-mara taħdem part-time, il-benefiċċji li tikkwalifika għalihom se jiżdiedu b’€5.20 fil-ġimgħa. Jiġifieri €270 fis-sena. Ir-raġel se jibda jfaddal f ’pensjoni volontarja u allura se jieħu tax refund ta’ €150. It-tifel se jingħata tallinja card għal sena b’valur ta’ €312. Il-familja ddeċidiet li dak li ġemmgħet matul is-snin se tinvestihom fi flat Għawdex b’valur ta’ €150,000, u bit-tnaqqis tal-boll, għal propjetà f ’Għawdex li niżlet minn 5% għal 2%, se jkunu ffrankaw €4,500.
EDUKAZZJONI • Reġgħu żdiedu l-istipendji u twessa’ iktar in-numru ta’ persuni li jibbenefikaw minnu. • Introduzzjoni ta’ tablets fil-klassijiet tar-raba’ sena tal-primarja minn Diċembru li ġej. • Se jerġgħu jinbnew tliet skejjel ġodda. • Impenn li titjieb l-infrastruttura tal-Wi-Fi fl-iskejjel u investiment f ’kompjuters ġodda.
17
23.10.2016
kullhadd.com
PROPJETÀ • Reġgħet kienet estiża l-iskema tal-first time buyers li jkunu eżentati mit-taxxa tal-boll. • Tnediet skema ġdida maħsuba għall-first time buyers biex jirrestawraw propjetajiet f ’Urban Conservation Area jew propjetà oħra skedata. Il-benefiċċju ma jistax jaqbeż il-€100,000. B’kollox din il-familja • Min jixtri proprjetà f ’Għawdex se jħallas 2% minflok 5% taxxa iggwadanjat €2,592 KOPPJA ŻAGĦŻUGĦA BI DĦUL BAXX tal-boll. • Se tingħata rifużjoni parzjali għall-ispejjeż li wieħed jidħol għalihom meta jirrestawra faċċata storika. • Se titwaqqaf Property Malta maħsuba biex tħeġġeġ barranin li jgħixu u jinvestu f ’Malta jistabilixxu ruħhom hawn anke permezz Bil-bidliet fl-In-Work Benefit u supplimentari żdiedu ta’ propjetà.
MARK U RITA €10.85 fil-ġimgħa
Is-sussidju tal-kera żdied b’€39 fil-ġimgħa Ma jħallsux taxxa Koppja żagħżugħa, it-tnejn jaħdmu f ’fabbrika, jitħallsu paga minima u għandhom żewġt itfal żgħar. Permezz tal-bidliet fl-In-Work Benefit u s-supplimentari se jieħdu żieda ta’ €10.85 filġimgħa. Żieda ta’ €564 fis-sena. Qed jikru flat ir-Rabat u jikkwalifikaw għas-sussidju tal-kera. Wara l-bidliet f ’dan ilbaġit se jiżdied b’€39 fil-ġimgħa. Jiġifieri se jiffrankaw €2,028 fis-sena. Dawn għadhom igawdu mill-fatt li l-paga minima f ’pajjiżna, taħt dan il-Gvern, mhijiex tiġi ntaxxata. It-tfal qed imorru skola ġdida b’investiment ta’ miljuni ta’ ewro. It-tifla fir-raba’ sena se tkun qed tieħu tablet b’xejn sal-aħħar tas-sena. ENERĠIJA • Se terġa’ toħroġ skema għall-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi, double glazing, solar water heaters u rranġar ta’ bjar fost l-oħrajn. • Malta Enteprise se jibdew jaħsbu fuq skema għal negozji li jikkonsmaw ħafna enerġija. L-iskema se tgħin investiment f ’sistemi u makkinarju li jwassal għal użu effiċjenti tal-enerġija. • Skema oħra se tkun ippjanata għal-lukandiera u r-ristoranti fejn il-membri tal-MHRA se jibbenfikaw għat-tnaqqis fil-konsum talenerġija tradizzjonali. • Sa tmiem din is-sena se tintlaħaq nofs il-mira, ta’ 10% enerġija rinovabbli, li trid tintlaħaq sal-2020. B’hekk, sal-aħħar ta’ din is-sena f ’Malta se jkollna bejn 95 u 100 Megawatt Peak ta’ installazzjonijiet ta’ pannelli fotovoltajċi bis-saħħa ta’ skemi innovattivi u sostenibbli. GĦAWDEX • Jissemma l-fibre optic link bejn Malta u Għawdex. Dan bil-għan li titjieb l-infrastruttura f ’Għawdex. • It-tnedija ta’ fast ferry service bejn il-Belt u l-Imġarr kif ukoll it-tender għal mina bejn Malta u Għawdex. • Fis-sena li ġejja se jibda x-xogħol fuq proġett għat-twaqqif tal-Mużew għal Għawdex li hu stmat li se jiswa madwar €5 miljun. • Se jkompli x-xogħol fuq il-Qorti ta’ Għawdex biex tinħareġ miċ-Ċittadella u minflok din topera minn kumpless modern. • Għawdex fl-aħħar se jkollu pixxina ġdida li tista’ sservi wkoll biex inġibu ’l quddiem it-turiżmu sportiv f ’din il-gżira.
NIES BI DĦUL BAXX • Għal koppji li jaħdmu t-tnejn is-ceiling biex jikkwalifikaw għall-In-Work Benefit se jogħla minn €20,400 għal €24,000 fis-sena. Hawn il-benefiċċju se jiżdied minn €1,000 għal €1,200 fis-sena. • Għas-single parents li jaħdmu, is-ceiling se jogħla minn €15,000 għal €16,500 fis-sena. Hawn ir-rati se jogħlew b’€50 fis-sena għal €1,250 fis-sena. • Koppji fejn wieħed biss jaħdem, is-ceiling se jogħla minn €13,000 għal €16,500 fis-sena. Għal koppji fejn wieħed biss jaħdem, ir-rati se jogħlew minn €150 sa massimu ta’ €350 fissena skont id-dħul. • Se ssir riforma fl-għajnuna supplimentari li titħallas lill-ħaddiema miżżewġin, li m’għandhomx tfal u li ma jiħdux children’s allowance. Is-ceiling se jiżdied minn €11,089 għal €13,000. • Persuni single li jaħdmu, u d-dħul tagħhom ma jaqbiżx id-€9,012 se jibbenefikaw minn żieda ta’ €126.36. • B’dawn ir-riformi, u meta wieħed jieħu inkonsiderazzjoni l-COLA kull min qiegħed bilpaga minima se jiżdied b’minn tal-inqas €4 ewro fil-ġimgħa, jew €,208 fis-sena. Żieda li se jerfagħha kollha l-Gvern.
18
23.10.2016
kullhadd.com
IL-VERDETT DWAR IL-BAĠIT AARON FARRUGIA EKONOMISTA
Wara li ġimagħtejn ilu għamilt analiżi ta’ ħames sfidi ċari għallbaġit 2016/7, illum nista’ nagħti ħarsa lejn il-miżuri mressqa u nagħti l-verdett tiegħi. L-aħħar tliet baġits kienu differenti minn ta’ qabel għax tlaqna minn dak li kien ikun baġit fil-forma ta’ eżerċizzju ta’ accountant billi dawwarnieh f ’għodda li timplimenta r-road map tal-amministrazzjoni Muscat. Bl-istess mod, dan il-baġit kellu jkun differenti mill-aħħar tlieta proprju għax kellu jilħaq speċifikament il-faxex li huma l-iktar vulnerabbli fis-soċjetà, primarjament nies fuq paga minima, pensjonanti u dawk li jmissu ma’ kirjiet privati. Il-verdett ġenerali hu li l-għanijiet intlaħqu. Dawk li ħasbu li dan il-baġit kellu jindirizza s-setturi u l-isfidi kollha jew dawk li kellhom aspettattivi surreali b’aġenda partiġġjana u personali, mhux se jaqblu. Se jaqblu dawk kollha li lil hinn mill-politika tal-blu u tal-aħmar, għandhom għal qalbhom il-ġid komuni u jemmnu fil-kunċett ta’ komunità. Se jaqblu wkoll dawk li fehmu l-approċċ ta’ dan ilGvern, jiġifieri l-missjoni li l-ewwel indawru l-ekonomija tagħna għal waħda stabbli, imbagħad inkabbruha u issa naraw li l-ġid maħluq jasal għand kulħadd. Wara kollox mhuwiex veru li writna ekonomija b’saħħitha – fl-2013 konna fi proċedura ta’ defiċit eċċessiv u kellna downgrade fl-ekonomija tagħna. Fiċ-ċentru Ippermettili nesprimi s-sodisfazzjon tiegħi li nara lil dan il-Gvern jibqa’ ankrat fiċ-ċentru tal-kumpass politiku, jibqa’ kommess li jippremja l-bżulija u jmexxi n-nies minn fuq il-benefiċċji soċjali għas-suq
tax-xogħol. Il-kunċett marbut ma’ gvernijiet tax-xellug estrem li tintaxxa kemm tiflaħ biex tonfoq kemm tiflaħ, indifen darba għal dejjem. Gvernijiet tal-boom and bust jissejħu. Minflok għandna Gvern li mistenni jniżżel iddefċit għal 0.5% u allura jimxi għall-inqas livell ta’ dejn li pajjiżna kellu fl-aħħar tmintax-il sena. Għalfejn dan kollu għandu jinteressak? Sempliċi. Għax minflok Malta se tkun qed tonfoq miljuni ta’ ewro f`imgħaxijiet lillbanek internazzjonali li nisselfu minn għandhom, issa b’dawk il-flus nistgħu nkomplu nibnu skejjel ġodda, inħaddmu iktar tobba, LSAs u għalliema u jibqa’ l-flus biex ngħinu lil dawk tassew vulnerabbli. Li hu affaxxinanti mil-lat ekonomiku hu li dan qed isir mingħajr bżonn ta’ miżuri ta’ awsterità jew li nżidu t-taxxi. Bil-kontra ta’ ħafna pajjiżi oħra li llum jgħidulna f ’wiċċna li jgħiru għall-ekonomija Maltija, is-suċċess tal-qagħda finanzjarja tagħna hu mibni fuq l-inqas livell ta’ self, l-inqas taxxi possibbli u tkabbir ekonomiku li llum jippermetti li nimplimentaw baġit tassew soċjali. Il-pern ta’ dan kollu hu Gvern li jħalli s-settur privat jaħdem u jimraħ b’regoli ċari u ġusti. Dinjità lill-pensjonanti
Il-miżuri li huma l-iktar importanti huma bla dubju d-dinjità li se nerġgħu nagħtu lill-pensjonanti. Mhux biss koppji miżżewġin fuq pensjoni minima se jiżdiedu b’€4 fil-ġimgħa, żieda fis-supplimentari, bonus u għotja ta’ €300 għat-tieni sena konsekuttiva u li sa fl-aħħar neħħejna t-taxxa mill-pensjonijiet li jaslu sa massimu ta’ €13,000, iżda qed nagħtuhom inċentivi monetarji biex jibqgħu jgħixu f ’darhom ma’ carers professjonali jew m’uliedhom, b’dawn tal-aħħar ukoll jibbenefikaw minn żieda fil-ħlas tal-pensjoni tal-wens. Għarafna li familji bi dħul baxx kienu qed ibatu biex jaslu sal-aħħar tax-xahar u żidna l-In-Work Benefit b’dawk kollha fuq il-paga minima issa jiżdiedu b’€208 fis-sena. Bl-istess mod komplejna nagħtu dinjità
lill-persuni b’diżabbiltà li għal ħafna snin tħallew fil-ġenb u esklużi mis-soċjetà. Fil-fatt se nimxu lejn dħul, għal dawk li ma jistgħux jaħdmu, li jilħaq il-paga minima filwaqt li se nwessgħu l-means testing għall-karta r-roża, iktar ċentri fil-lokalità u servizzi ta’ respite. Timbru ta’ Gvern b’ruħ soċjali li jagħraf li l-faqar f ’pajjiżna mhuwiex perċezzjoni u jikkommetti ruħu li l-ebda tifel jew tifla taħt is-16il sena ta’ familji jaħdmu mhuma se jibqgħu fil-faqar fi żmien tliet snin. Nistennew l-impatt
ma tal-edukazzjoni, tas-saħħa u tal-enerġija huma kollha parti mill-pjan ħolistiku tagħna li nkunu l-aqwa fl-Ewropa. Huma lkoll miżuri li joffru pjattaforma għall-mobilità soċjali, il-ħolqien ta’ middle class ġdida u kwalità ta’ ħajja aħjar kif dejjem xtaqna. Fl-istess ħin komplejna noffru inċentivi lis-sidien tan-negozju, opportunitajiet liż-żgħażagħ biex ikunu imprendituri, u tax credits oħra. Is-sena d-dieħla se naraw ukoll abbozzi ġodda bħalliġi tal-koabitazzjoni, id-dritt biex ġenituri jużaw sick leave meta t-tfal ikunu
morda u konsultazzjoni pubblika biex żgħażagħ ta’ 16-il sena jivvutaw fl-elezzjoni ġenerali. U bilħaqq – sa fl-aħħar tipjip filkarozzi fil-preżenza tat-tfal se jkun illegali. Tassew ekonomija dinamika li qed tibdel lil Malta bil-Maltin jilħqu orizzonti u tragwardi ġodda, kuljum. Gvern li sar l-għira ta’ sħabna Ewropej fi żmien tliet snin. Verdett ċar mill-aġenziji ta’ kreditu internazzjonali, investituri barranin, u l-iktar importanti għalina, mill-poplu Malti.
Il-miżuri li għadni rrid nara x’impatt se jħallu huma ż-żieda fis-sussidju li ngħata lil min jikri,. Kif spjegajt f ’artikli oħra, iż-żieda fis-sussidju kapaċi jibqa’ sejjer fil-but tas-sid għax iżid il-kirja bl-istess ammont. t-tajjeb hu li wisq probabbli jkun hemm inqas kirjiet fuq l-ekonomija s-sewda li issa jkollhom jiġu rreġistrati. Xorta għadni nemmen li s-soluzzjoni hi kontroll tal-kera. Bl-istess mod m’iniex konvint li l-miżura tat-tneħħija tat-taxxa talboll għall-first time buyers qed tħalli l-effetti mixtieqa hekk kif is-sid wisq probabbli issa beda jżid l-ammont fil-prezz stess. Il-miżuri l-oħra, l-oqs-
MARTIN
MISSIER PERSUNA B’DIŻABILITÀ
Se jiggwadanjaw €4,680 kull sena
Bintu b’diżabiltà qawwija lejn żieda ta’ €55 fil-ġimgħa bil-benefiċċji Il-missier se jieħu €35 fil-ġimgħa aktar fil-pensjoni tal-wens Familja fejn it-tifla Rosemary li għandha diżabiltà severa li ma tistax taħdem. Il-missier irtira mix-xogħol biex jiehu ħsieb lil bintu. Grazzi għal dan il-baġit, il-pensjoni tad-diżabbiltà għat-tifla se jogħla gradwalment sakemm jilħaq il-paga minima. Dan ifisser żieda ta’ €55 fil-ġimgħa jew €2,860 fis-sena. Fl-istess ħin il-missier, grazzi għall-bidliet fil-pensjoni tal-wens, se jieħu €35 fil-ġimgħa aktar. Dan ifisser €1,820. Qabel il-karta r-roża kien ikollhom jerġgħu japplikaw għaliha kull tliet xhur. Issa se tkun valida għal sena.
19
23.10.2016
kullhadd.com
IL-BAĠIT BIN-NUMRI 4
0.7%
Ir-raba’ baġit imfassal minn Gvern ta’ Joseph Muscat u moqri mill-Ministru Edward Scicluna
Kemm mistenni jkun id-defiċit għal din is-sena
Kemm mistenni jkun id-defiċit is-sena d-dieħla
€9.3Bn
4.9% L-ammont ta’ nies jirreġistraw għax-xogħol skont it-tagħrif ta’ Ġunju
€1.8Bn
Dak li jissejaħ trade gap fejn l-esportazzjoni żdiedet b’rata inqas mill-importazzjoni
€1.75
1.1%
€3.3Bn
1,293
€5.9Bn
Il-Prodott Gross Domestiku għal din issena. Żieda ta’ 3.5% (reali)
50c 5c
20c
0.5%
Iż-żieda għall-ogħli tal-ħajja. Din tingħata wkoll lill-pensjonanti u pro-rata lill-istudenti
9.7%
Iż-żieda fit-turisti fixxahar ta’ Lulju meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet
Ir-rata medja ta’ inflazzjoni fuq tnax–il xahar
Kemm il-Gvern qed jistma li jdaħħal mit-taxxa din is-sena
Malta
In-numru ta’ skemi għal investiment kollettiv bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena
Id-dejn tal-Gvern li bħala total talProdott Gross Domestiku qed jibqa’ nieżel
20
23.10.2016
kullhadd.com
GVERN LABURISTA BIL-FATTI SILVIO
SCHEMBRI Membru Parlamentari Laburista
Jekk qatt kien hemm bżonn ta’ turija li dan huwa l-partit li għandu għal qalbu l-ħaddiem u l-batut, il-baġit huwa prova ċara ta’ dan. L-istatut tal-partit jgħid li l-Partit Laburista huwa organizazzjoni politika li tiġbor fiha persuni bi ħsieb progressiv, imsejjes fuq prinċipji soċjalisti demokratiċi, li jaħdem għal soċjetà inklussiva li tipprovdi xogħol għal kulħadd, isseħħ il-ġustizzja soċjali u li s-saħħa tal-istess soċjetà, titkejjel mill-progress ta’ dawk l-iktar dgħajfa fost il-membri tagħha. U dan huwa dak li qegħdin nagħmlu. Illum ħa nsemmi biss tnejn minnhom.
L-anzjani u l-persuni miżura tat-tneħħija tal-income tax fuq pensjonanti li jaqilgħu b’diżabilità fuq pedestall sa €13,000. Ħa nżidu wkoll ilĦabib tiegħi anzjan minn pensjoni tad-diżabilità u nagħtu Ħal Qormi qalli li meta kien l-kartuna r-roża għal sena mhux żagħżugħ, fi żmien meta għal tliet xhur. Daħħalna miżura Gvern Laburista ried jintroduċi oħra ta’ rifużjoni tat-taxxa midl-pensjonijiet f ’pajjiżna, in- dħul tad-dividends. Minħabba ekonomika Nazzjonalisti kienu jgħidu li s-sitwazzjoni jekk tagħti l-flus lill-anzjani, fl-Ewropa, il-bonds sikuri dawn imorru jilagħbuhom u qegħdin joffru rati ta’ imgħax jużawhom biex jiskru. Għalhekk baxxi ħafna u għalhekk ħafna nista’ nifhem għaliex f ’25 sena pensjonanti qegħdin jirriskjaw Gvernijiet Nazzjonalisti qatt dak li jkunu faddlu għal imgħax ma żiedu l-pensjonijiet. Il-PN ftit iktar għoli. Ħsibna għal minn dejjem kien kontra li dawn ukoll u għalhekk ill-pensjonanti jieħdu pensjoni Gvern ħa jkun qiegħed joħroġ u fil-ħsieb tagħhom għadhom government savings bonds għall-pensjonanti kontra sal-lum. Qalli wkoll li indirizzati kien Gvern Laburista li kien fejn l-imgħax se jkun aktar ħareġ lill-persuni b’diżabilità vantaġġjuż mir-rati kummerċjali mill-kantina! X’differenza hux. offruti bħalissa mill-banek. Ma waqafniex hemm, ħsibna Aħna lill-anzjani u lill-persuni b’diżabilità tellajniehom fuq wkoll f ’dawn id-9,500 koppja miżżewġa li għandhom pensjoni pedestall! Wara li s-sena l-oħra waħda u li bħalissa ma jħallsux introduċejna l-pensjoni minima taxxa, dawn se jingħataw żieda issa din se terġa’ tiżdied b’€4 fil- fl-allowance supplemetari u ġimgħa jew €208 fis-sena. 22,000 se terġa’ tingħata l-għotja ta’ pensjonant se jiggwadanjaw €300 lil dawk li għandhom minn massimu ta’ €585 fis- aktar minn 75 sena. Il-bonus sentejn li ġejjin grazzi għall- li introduċejna s-sena l-oħra
għall-anzjani li m’għandhomx biżżejjed kontribuzzjonijiet li jikkwalifikaw għall-pensjoni, se jiżdied b’€50. Permezz ta’ din il-miżura se jkunu qed jibbenefikaw 12,500 persuna illi l-maġġoranza tagħhom huma nisa. Daħħalna miżura oħra għal dawn li kienu jieħdu pensjoni inqas għaliex kienu nisa. Dawn ħa jkunu qegħdin jieħdu żieda ta’ €1,040 fis-sena. Aħna rridu nippremjaw lil dawk li jieħdu ħsieb l-anzjani tagħna u għalhekk żidna l-pensjoni talwens b’€1,820 fis-sena. Housing – pjaga soċjali
Il-ġimgħa l-oħra waqt li kont qiegħed nara l-kostitwenti ġewwa l-uffiċċju Ħal Luqa ġiet tkellimni mara b’żewġt itfal żgħar. Qabadni l-biki. Mara m’għandhiex għejxa ta’ lejla u qaltli li ilha tistenna post talhousing tmintax-il sena. Grazzi għall-miżura taċ-child care u l-In-Work Benefit din il-mara ħarġet taħdem però xorta m’għandhiex flus u garanzija ta’ xogħol sabiex tkun tista’ tieħu
loan u tixtri post. Jekk mhux se jgħinha l-Gvern ħa tispiċċa barra t-triq. Is-settur tal-housing in-Nazzjonalisti għamluh farsa. Abbużi sfrenati. Dejn kbir fuq l-awtorità, lista tal-fuq minn 3,000 ruħ u postijiet xejn. Dan il-Gvern mill-ewwel beda bi proġett sabiex is-sena d-dieħla jinbnew l-ewwel units. Però ma nistgħux nibqgħu nistennew sena oħra. Dawn in-nies għandhom bżonn l-għajnuna issa. Huwa għalhekk li se nkunu qegħdin nirduppjaw issussidju tal-kera sa massimu ta’ €166 fix-xahar, total ta’ €2,000 fis-sena. Kap stordut!
tal-Oppożizzjoni
Ħabib tiegħi Żebbuġi qalli stordejtuh lil Simon b’dan il-baġit. Sinċerament ma jinteressanix minn x’għamel dan il-baġit lill-Kap talOppożizzjoni; li jinteressani li bħala Gvern Laburista nkomplu noħolqu l-ġid ħalli nkunu nistgħu nqassmuh kif xieraq, u hekk se nkomplu nagħmlu.
PASS IEĦOR F’MOVIMENT BI PJAN COLIN
DEGUARA Membru FŻL
Waqt li l-Maltin kienu qed jisimgħu l-miżuri tal-baġit nhar it-Tnejn, żgur mhux forsi, wieħed reġa’ beda jisma’ dik l-għajta ta’ ‘Malta Tagħna Lkoll’ li tant smajna fl-elezzjoni li għaddiet. Dan għaliex dan il-baġit kien wieħed maħsub biex igawdi minnu l-poplu
kollu. Wieħed faċilment seta’ jinnota kif it-tkabbir ekonomiku li Malta rnexxielha tikseb grazzi għal dan il-Gvern issa se jkun jista’ jitgawda minn kull klassi soċjali f ’pajjizna. Wieħed mill-iktar fatturi importanti f ’dan il-baġit kien li l-Gvern ta importanza kbira lil dawk in-nies li l-iktar għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Waħda mill-iktar marda li tant tkisser familji Maltin hija l-marda qerrieda tal-kanċer. Il-Gvern ħabbar li se jkun qed jimmodernizza l-mediċina biex tiġi miġġielda din il-marda filwaqt li jnaqqas il-piż ekonomiku fuq il-pazjenti u l-familji tagħhom billi jipprovdi din
il-mediċina b’xejn. Biex ikompli jżid l-għajnuna lill-pazjenti, il-Gvern ser jintroduċi sistema ta’ sick leave bi ħlas lil min qiegħed jiġġieled din il-marda kronika. Fis-settur tal-enerġija, ilGvern ikompli jaħdem biex itejjeb l-ambjent Malti filwaqt li jżid il-flus f ’but il-poplu Malti u Għawdxi. Huwa dan li se tkun qed tagħmel l-introduzzjoni ta’ skema li biha l-familji se jkunu jistgħu jinvestu f ’bonds soċjali li permezz tagħhom jibbenefikaw mill-produzzjoni tal-enerġija mis-sistemi fotovoltajċi li jkunu installati f ’postijiet pubbliċi. B’dan il-mod il-konsum tal-enerġi-
ja jerġa’ jiġi irħas lill-familji Maltin. L-istudenti se jerġgħu jibbenefikaw minn għadd ta’ miżuri li se jgħinuhom kemm fl-istudji tagħhom kif ukoll filħajja ta’ kuljum. F’dan il-baġit il-Gvern ħabbar li se jerġa’ jgħolli l-istipendji mal-għoli tal-ħajja. Wara li l-Gvern żied stipendji oħra bħalma huma l-istipendji għal min ikun qed jirrepeti xi sena ta’ studju, issa se jkun qed jagħti stipendji wkoll lil studenti li jkunu qed jagħmlu korsijiet alternattivi f ’livell inqas t’edukazzjoni, kif ukoll lil studenti b’diżabilità u studenti li jgħixu ġo orfanatrofji. Ħabbar ukoll li se jkun qed iniedi skema ġdida ta’ stipendji għal dawk iż-żgħażagħ li jagħmlu xogħol volontarju barra minn xtutna. Matul din is-sena l-istudenti Maltin mhux se jsibu għajnuna finanzjarja biss: il-Gvern se jkun qed jgħin biex isir parkeġġ komunitarju f ’tal-Qroqq u b’hekk tonqos il-problema ta’ parking fl-Università. Dan juri kemm Gvern Laburista qed jagħti kas il-problemi li jaffaċċjaw ta’ kuljum studenti Maltin. Għal darba oħra l-Gvern juri bil-provi kemm hu qrib tal-poplu kif wara proposta li tpoġġiet quddiemu miż-żgħażagħ Maltin issa se jkun qed jiftaħ konsultazzjoni pubblika fuq ilvot ta’ sittax fl-elezzjoni ġenerali. B’dan il-mod iż-żgħażagħ ma jibqgħux biss ornament wara l-politiċi fi żmien l-elezzjonijiet iżda jkollhom sehem importanti fit-tmexxija ta’
pajjiżna. Kif rajna f ’dan ilbaġit ħafna mill-miżuri jolqtu lil żgħażagħ ta’ din l-età u għalhekk għandhom ikollhom dritt jagħżlu f ’idejn min iridu jpoġġu l-futur ta’ pajjiżhom u l-futur tagħhom rispettivament. Il-poplu għad għandu parti mit-tmexxija ta’ pajjiżna hekk kif il-Gvern fetaħ numru ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi. Fosthom insibu dik fuq it-talba li għamlu ż-żgħażagħ biex persuni LGBTIQ ikunu jistgħu jagħtu d-demm ukoll. Il-Forum Żgħażagħ Laburisti nieda l-kampanja “Ilkoll Għandna l-Istess Demm” u din il-mira u s-sejħa tidher li waslet għand l-awtoritajiet kif deher b’din il-miżura. Meta wieħed iħares lejn ftit mill-miżuri li fih dan il-baġit jinduna li “Inwasslu l-Ġid Għand Kullħadd” mhux biss slowgan politiku marbut ma’ dan il-baġit iżda hu dak li effetivament se jkun qed jagħmel il-Gvern matul din is-sena li ġejja. Ħafna ddeskrivew dan il-baġit bħala wieħed ta’ qabel l-elezzjoni minħabba l-ammont ta’ miżuri tajbin li fih. Dan juri kemm il-poplu Malti kien dara li jkollu baġit tajjeb qabel elezzjoni biss. Madankollu llum qed naraw pjan ta’ Gvern li ta s-saħħa lura lill-ekonomija Maltija u issa qiegħed iqassam dan il-ġid b’mod ġust lil kullħadd b’mod speċjali lil dawk li l-iktar għandhom bżonn l-għajnuna. Minħabba n-natura soċjali tiegħu, dan l-baġit huwa wieħed li l-poplu Malti kien ilu jistenna.
22
23.10.2016
kullhadd.com
IL-GWERRIER ŻURRIEQI FIR-RING TAL-PRO WRESTLING RAMONA PORTELLI TINTERVISTA LIL
WAYNE PACE
ramonaportelli@hotmail.com www.ramonaportelli.com
Kull ma jmur it-talent lokali qed jirnexxi aktar. Kultant bilkemm nirrikonoxxuh. Jista’ jkun għax ma nkunux daqstant intiżi, jew għax il-ħajja mgħaġġla, jew għax dak li jkun ma jdoqqx it-trombi jew jiftaħar b’rixu. Dan l-aħħar sirt naf b’ġuvni li x-xogħol tiegħu huwa ta’ wrestler professjonali, kif ukoll il-fundatur ta’ skola fejn jgħallmu r-wrestling. Qed nirreferi għal Wayne Pace. Ir-wrestling mhux xi logħba, iżda huwa entertaining sport fejn atleti ta’ kapaċità enormi jikkompetu fir-ring biex jippruvaw jirbħu l-logħba b’pinfall (meta żżomm lillavversarju b’dahru malart għal tliet sekondi) jew submission (fejn l-avversarju jċedi għal xi mossa). Ħafna mil-logħob m’għandhomx limitu ta’ ħin, però jista’ jkun hemm spekulazzjonijiet u regoli speċjali għal xi logħob importanti. Imwieled u mrobbi ż-Żurrieq, Wayne huwa twil 6 piedi u 4 pulzieri u jiżen 110kg, magħruf aktar bħala “The Maltese Warrior”’ Gianni Valletta. Xogħlu huwa ta’ wrestler professjonali u CEO & Founder ta’ Pro Wrestling Malta, li hija l-ewwel akkademja tal-pro prestling f ’Malta. Bħala passatempi, apparti r-wrestling, iħobb imur jittrenja l-gym, kif ukoll iqatta’ l-ftit ħin liberu tiegħu mal-kelb. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem kalm, paċenzjuż u ddedika ħajtu għal dan
l-isport. Dejjem lest li jagħmel ħiltu kollha f ’kollox biex jasal fejn irid. Il-karattru tiegħu fir-ring jirrifletti l-imħabba u s-sodisfazzjoni li jħoss meta jirrappreżenta lill art twelidu. Wayne kellu ħafna suċċessi fil-karriera tiegħu. Apparti li dar u kkompeta madwar l-Ingilterra kollha u parti kbira mill-Ewropa, għadu kemm lesta l-ewwel tour tiegħu fl-Amerka ta’ Fuq. Kellu ’l fuq minn għoxrin ġlieda f ’disa’ ġimgħat u niżel lura Malta bla telfa. FlIstati Uniti wkoll ingħaqad ma’ Malta, “The Damager,” wrestler li jgħix l-Amerka b’dixxendenza Maltija, fejn taħt l-isem ta’ “The Maltese Marauders” kkompetew f ’numru ta’ kumpaniji u ġġieldu wkoll għat-titlu mondjali tat-tag teams fis‘Sanctuary’ f ’Pennsylvania. Matul il-karriera tiegħu kkompeta għal numru ta’ titli oħra, b’żewġ title shots oħra fix-xhur li ġejjin. Kont kurjuża li nsir naf xi jfisser eżatt li persuna tkun
23
23 .10.2016
kullhadd.com
wrestler professjonali. Filfatt kif ħsibt jiena u forsi ħafna jaħsbu l-istess bħali, ħafna nies jaħsbu li wrestler professjonali għandu ħajja faċli, ħajja ta’ VIP u TV star. Però r-realtà hija li hi ħajja ta’ sagrifiċċju u tbatija kontinwa. “Ilni niprattika dan l-isport seba’ snin u professjonali ili sitt snin. Il-ħajja ta’ pro wrestler hija ħajja li tqatta’ ħafna ħin u żmien waħdek u ’l bogħod mill-familja. Dejjem tivvjaġġa, iddur postijiet li qatt ma smajt bihom u tispiċċa postijiet li m’għandekx idea fejn jinsabu. Mhux l-ewwel darba li rqadt f ’ajruporti, bus stops jew fuq sufan ta’ xi ħadd meta nsib xi qalb tajba. Dan kollu waqt li trid tibqa’ titrenja, iżżomm ruħek flaqwa forma fiżika possibli u ssegwi dieta stretta. Peress li l-pro wrestling huwa contact sport, hemm riskju kbir li wieħed iweġġa’ jew saħansita jmut ,” beda jispjegali Wayne. Kollox beda mit-televiżjoni Proprjament, il-ħajra għarwrestling ġietu meta kien isegwih fuq it-televiżjoni man-nannu tiegħu. Malewwel inġibed lejn dan l-isport, però f ’Malta dak iżżmien ma kellniex akkademji fejn wieħed seta’ jipprattikah. Wayne tant kien determinat li jsegwi r-wrestling li qabad u telaq minn Malta meta kellu għoxrin sena u mar l-Ingilterra tista’ jgħid kważi b’idejh vojta. Wara xahar u nofs, kellu l-opportunità li jkompli bil-ħolma tiegħu. Wara sena taħriġ l-Ingilterra, beda d-debutt tiegħu f ’Wales. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “Dawk kienu żminijiet diffiċli ħafna, speċjalment meta mort ngħix waħdi barra. Ħafna nies ma kinux jemmnuni li ser nasal fejn wasalt, anke nies viċin tiegħi sew f ’ħajti. Però ngħożżu sew dak iż-żmien, għax għamilni l-persuna li jien illum, persuna ħafna aktar b’saħħitha, speċjalment mentalment”. Sirt naf li Wayne telaq kollox u mar jgħix l-Ingilterra speċifikament minħabba li f ’Malta ma kinux jeżistu skejjel ta’ dan l-isport u
l-unika possibbiltà li kellu biex jippratikka l-isport kienet li jitlaq minn Malta għal dejjem. Fl-Ingilterra sab akkademja li vera laqtitu, VPW, li hi mmexxija minn student ta’ WWE Hall of Famer Shawn Michaels. Minn hemm Wayne beda l-ewwel passi fil-karriera tiegħu. Bejni u bejn ruħi bdejt ngħid imma possibbli li persuna bħalu jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum mir-wrestling biss? Ikkonfermali li pro wrestler jagħmel biżżejjed flus biex jgħix, però mhux biżżejjed biex jgħix ħajja komda. “Filwaqt li hawn eluf ta’ wrestlers jikkompetu madwar id-dinja, hawn biss madwar 300 post fi ftit kumpaniji fejn wieħed jista’ jkollu kuntratt b’paga tajba ħafna. Fi kliem ieħor hija diffiċli ħafna,” sostna Wayne. Tkellimt miegħu wkoll dwar it-tip ta’ taħrig fiżiku u dieti li jsegwi sabiex ikun tajjeb għal qabel kull loghba tar-wrestling li jkollu. Wayne sostna miegħi li dan l-isport jirrikjedi li dejjem tkun fl-aqwa forma fiżika possibbli, allura apparti t-taħriġ tar-wrestling erba’ darbiet fil-ġimgħa, tliet sigħat kull sezzjoni, imur il-gym kuljum fejn dejjem iqatta’ madwar sagħtejn jittrenja. Huwa jsegwi dieta fissa u jiekol platti mdaqqsin li fihom il-vitamini u nutrijenti li għandu bżonn, tmien darbiet kuljum. Kont kurjuża biex insir naf jekk waqt sessjoni wrestling, id-daqqiet u t-tisbit ikunux finti jew veru. L-istess għallbotti li jgħaddu lil xulxin qabel ġlieda. “Kulħadd għandu l-opinjoni tiegħu, però ħadd ma jista’ jiċħad l-ugigħ fiżiku li pro wrestler jgħaddi minnu. Meta għandek persuna ta’ iktar minn 120 kilo taqtgħek minn mal-art u ssabbtek b’saħħitha kollha, m’hemm l-ebda mod kif tipproteġi lilek innifsek. Meta wrestler ta’ aktar minn 130 kilo jaqbeż fuqek minn fuq l-ogħla ħabel tar-ring, m’hemm l-ebda mod kif tevitaha. Bħalma fi sports oħra hemm ir-rivalitajiet, hekk ukoll hemm fl-isport tal-pro wrestling. Dawk ilbotti u l-argumenti jinsabu
Ħafna nies ma kinux jemmnuni li ser nasal fejn wasalt, anke nies viċin tiegħi sew f’ħajti
hemm biex ikabbru l-kompetizzjoni u jagħmluha iktar interessanti,” sostna Wayne. Wara kważi ħames snin jgħix l-Ingilterra, Wayne niżel lura Malta u fetaħ akkademja tal-professional wrestling. Huwa kkonfermali li wara ħames snin idur l-Ewropa u l-Ingilterra ddeċieda li jagħti opportunità lil nies oħra li jħobbu l-isport u xtaqu jipprattikaw il-professional wrestling. “Kont naf li hawn min hu interessat ħafna u fl-14 ta’ Frar 2014 kellna l-ewwel sezzjoni ta’ taħriġ. Bħalissa qegħdin total ta’ tnax-il persuna bl-etajiet ivarjaw bejn 16 u 30 sena. Nittrenjaw tliet darbiet filġimgħa, it-Tlieta u l-Erbgħa mis-6 sat-8.30 ta’ filgħaxija u s-Sibtijiet bejn is-2.30 u l-5.30 fiż-Żurrieq. Apparti t-taħriġ tal-pro wrestling, niffukaw ukoll ħafna fuq it-taħriġ fiżiku u li wieħed ikun fit, li huma importanti ħafna għal dan l-isport. Wara sena u nofs ta’ taħriġ, kellna l-ewwel avveniment pubbliku li kien suċċess kbir. Minn hemm bdejna nagħmlu avveniment kull erba’ xhur ġo Montekristo. L-istudenti tal-akkademja dejjem ikunu parti mill-avveniment, apparti t-talent li jiġi minn madwar iddinja kollha. Wayne infurmani li t-talenti ta’ klassi mondjali ġew mill-Istati Uniti, millMessiku, mill-Ingilterra, minn Wales, mill-Portugall, minn Spanja, mill-Olanda, millKroazja, mill-Italja kif wkoll mill-Iran u mill-Polonja. Jitla’ jikkompeti spiss barra minn Malta Wayne għadu jsiefer kull xahar barra minn Malta biex jikkompeti u jkompli jikber. U spjegali kif bħal kull business u sport ieħor, il-pro wrestling huwa bħal netwerk. Waqt kompetizzjonijiet li jkollu barra minn Malta, jiltaqa’ ma’ ħafna nies li jkunu scouts ta’ kumpaniji ohra u jistidnuh biex jaħdem magħhom. Apparti minn hekk, bħal kull xogħol ieħor, jipprova jikkuntattja kumpaniji oħra li
jinteressawh u li jkun jixtieq jaħdem magħhom. Tkellimt miegħu dwar l-ikbar suċċess personali li kiseb s’issa. Fil-fatt dan kien meta kellhom l-ewwel avveniment tagħhom għallpubbliku li kien ukoll l-ewwel avveniment ta’ dan it-tip fl-istorja ta’ Malta, organizzat minn kumpanija tal-pro wrestling Maltija. Li jikkompeti f ’Malta, quddiem il-familjari u l-ħbieb kien unur kbir u ħolma oħra li saret realtà għalih innifsu. Apparti minn hekk huwa sodisfazzjon kbir jara fejn waslu l-istudenti tiegħu u li qed jagħmlu dak li tant huwa għal qalbhom. Rigward l-interess tal-Maltin fl-isport tar-wrestling, Wayne stqarr miegħi li l-interess f ’dan l-isport ilu żmien twil f ’Malta. Ħafna nies jogħġobhom u jsegwuh, iżda hawn ħafna oħrajn li ma jafux li jiġi pprattikat f ’pajjiżna. Ir-wrestling huwa wieħeda mill-iktar sports u avvenimenti segwiti madwar id-dinja, kemm onlajn u fuq it-televiżjoni, kif wkoll live. Għalkemm Pro Wrestling Malta ilha miftuħa sentejn u nofs biss, rajna tkabbir flavvenimenti li norganizzaw u l-interess fl-isport. Fl-aħħar nett, Wayne xtaq jistieden lill-qarrejja sabiex imorru jesperjenzaw l-avveniment li jmiss fid19 ta’ Novembru, 2016 f ’Montekristo Estates. “Dejjem nieħdu gost naraw uċuħ ġodda, speċjalment nies li se jesperjenzaw avveniment ta’ dan it-tip għall-ewwel darba. B’talent minn madwar id-dinja kollha, tista’ tgħid li dan se jkun l-aqwa avveniment li Pro Wrestling Malta organizzat s’issa. Ilbiljetti jistgħu jinxtraw onlajn minn www.pwmalta.com jew iċemplu fuq 9927 3656. Għal aktar informazzjoni kemm fuq l-avvenimenti kif ukoll fuq l-akkademja jistgħu jsegwuna fuq facebook u twitter taħt Pro Wrestling Malta,” temm jgħid Wayne f ’din l-intervista.
24
23.10.2016
kullhadd.com
25
23.10.2016
kullhadd.com
INTIMIDAZZJONI X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU F’BIRŻEBBUĠA Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI
17.10
Ġew imnedija 19 -il standard biex jirregolarizzaw isservizzi residenzjali mogħtija lill-persuni b’diżabilità
18.10
Bdiet topera l-ewwel dar fil-komunità għal persuni b’diżabilità fis-Siġġiewi
MARIO
FAVA President Sezzjoni Kunsilliera PL
Xi ħaġa li m’għandux ikun hemm diskussjoni fuqha, bla dubju ta’ xejn hija l-qasam talenerġija f ’pajjiżna. Sa minn qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, ilPartit Laburista tkellem b’mod ċar fuq il-viżjoni li kellu dwar kif għandha tiġi ġġenerata l-enerġija f ’pajjiżna u fuq kollox dwar ilqalba mill-iktar żejt li jniġġes għall-gass. Għaldaqstant, il-Partit Laburista, issa bħala Gvern, għandu mandat ċar ħafna, bi kważi 36,000 vot, li jara li dan ilproġett jitwettaq. Anzi, għandu l-obbligu lejn il-familji Maltin u Għawdxin li jara li din il-wiegħda tinżamm u titwettaq. Mhux kulħadd huwa sodisfatt li issa se jkollna livell ta’ arja aħjar bħalma mhux kulħadd huwa ħerqan biex jara l-power station tal-Marsa magħluqa u ċ-ċumnija ta’ Delimara żmantellata. Ċertament, fuq quddiem nett tal-lista ta’ dawn il-ftit hemm ilPartit Nazzjonalista u l-Kap li jmexxih. Id-dwejjaq tal-Partit Nazzjonalista dwar dan kollu huwa sintomatiku u tista’ tgħid f ’kull livell li wieħed jista’ jimmaġina. Mill-mexxejja tiegħu, sal-midja u issa anki wħud millkunsilliera tiegħu. Qed ngħid dan għaliex dik li kellha tkun seduta normali fil-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa, inbidlet f ’farsa b’intervent dirett ukoll talmidja Nazzjonalista li ħasbet li l-preżenza tagħha b’xi mod se tintimida l-kunsilliera Laburisti
fil-qadi ta’ dmirijiethom. L-istess kif pruvaw jagħmlu wkoll iżżewġ kunsilliera Nazzjonalisti f ’dan il-lokal li pretendew li jressqu mozzjoni dak il-ħin stess li kienet għaddejja s-seduta u din tiġi diskussa. Dan meta jafu tajjeb x’tgħid il-liġi tal-Kunsilli Lokali dwar materja simili u kif għandha titressaq mozzjoni sabiex tiġi diskussa f ’seduta tal-Kunsill. Il-liġi tgħid illi, waqt il-laqgħat, il-Kunsill għandu jimxi fuq l-ordnijiet permanenti li hemm fis-sitt skeda li tinsab f ’Att 363. Artiklu speċifiku jgħid ukoll li mal-aġenda għandu jintbagħat kull dokument li jkollu x’jaqsam direttament mal-aġenda, li jinkludu dikjarazzjonijiet jew partikolaritajiet oħra, u kopji ta’ dokumenti oħra li jkunu meħtieġa biex juru x-xorta tassuġġett li jkun inkluż fil-kopja tal-aġenda. Dawn iridu jaslu għand il-kunsilliera mill-inqas ħames ġranet ta’ xogħol qabel id-data tas-seduta. Ejja issa naraw il-kontenut. Dawn riedu jitkellmu fuq xi ħaġa li skont huma tolqot mill-qrib lillfamilji ta’ Birżebbuġa. Irreferew għat-tanker u għamlu l-istess argument li issa ilna nisimgħu minn fomm Simon Busuttil. Tul dawn l-aħħar snin, taħt ittmexxija ta’ Gvern Nazzjonalista, Birżebbuġa kienet milquta minn ħafna proġetti u sa fejn naf jien, l-ebda kunsillier Nazzjonalist qatt ma ressaq mozzjoni biex ma jikbirx il-Port Ħieles, jew biex ma ssirx il-miżbla li ried jitfa’ l-Partit Nazzjonalista fin-naħa t’isfel ta’ Malta. Bħalma qatt ma rajt mozzjoni ta’ xi kunsillier Nazzjonalista biex fi żmien ilGvern tagħhom, jiġi żarmat l-impjant tal-31 ta’ Marzu. Fittixt, imma wkoll ma sibtx li qatt ġiet ippreżentata minn xi kunsillier Nazzjonalista xi tip ta’ mozzjoni
fuq il-bini tal-power station lura fis-snin. Lanqas ma sibt talba biex tiġi diskussa d-deċiżjoni ta’ Gvern Nazzjonalista li jibni power station li taħdem bl-iżjed żejt li jħammeġ u li jniġġes. Fejn kienu dak iż-żmien il-kunsilliera Nazzjonalisti? Imma issa, għax ma jifilħux l-imsaren fl-istonku tagħhom, iridu jiddiskutu xi ħaġa li mhi se ġġib xejn għajr vantaġġi mhux biss għall-poplu ta’ Birżebbuġa imma għall-pajjiż kollu. Dan għaliex Gvern Nazzjonalista, ħela 25 sena filGvern bla ma qatt ħaseb jew fassal pjan ta’ enerġija għal pajjiżna. Tajjeb wieħed jgħid li minn fuq il-unit tal-ħażna, il-gass jgħaddi f ’forma likwida għallpajpijiet li mbagħad iwassluh filpower station. F’forma likwida l-gass ma jisplodix, kontra kull tnissil ta’ biża ta’ Simon Busuttil u sħabu l-kunsilliera. Dan ifisser li hemm iktar sigurtà fil-kwalità tal-enerġija u inqas possibiltajiet ta’ qtugħ ta’ dawl kif kien jigri fil-passat. Madanakollu, irrid inżid il-punt li l-Gvern ilu x-xhur issa li għamilha ċara illi se jkun qed jippubblika kull rapport li sar jew qed isir dwar is-sigurtà kemm dwar it-tanker kif ukoll ilpower station. Tant hu perikoluż it-tanker li nhar il-Ħadd, Simon Busuttil niżżel ġemgħa nies. Għax tant hu responsabbli, li għall-politika partiġġjana lest jieħu n-nies tiegħu, fejn skontu huwa perikoluż, sabiex jiġbor il-fondi. Dik responsabbiltà! Perikoluż jew le Marsaxlokk? Lura għall- midja Nazzjonalista u s-seduta tal-Kunsill. Din kellha kull dritt tkun preżenti għas-seduta tal-Kunsill, imma li tipprova toħloq storja negattiva li ħlief pożittiv ma hemmx fiha jfisser li vera qed jaqbdu ma’ kull xagħra li jsibu biex forsi jibqgħu jieħdu n-nifs.
19.10
Infetah uffiċjalment ċentru ta’ matul il-jum għall-anzjani f ’Santa Luċija
20.10
Filwaqt li t-turiżmu internazzjonali żdied b’4%, f ’Malta żdied b’5.3%
21.10
Tlestew tiswijiet fuq diversi blokok ta’ appartamenti tal-gvern fil-lokalitajiet tal-Isla, San Pawl il-Baħar u Raħal Ġdid
22.10
Cardiac MRIs, Ii kienu jsiru f ’Monza l-Italja, bdew isiru fl-isptar Mater Dei
23.10
In-numru ta’ nies jirreġistraw għax-xogħol naqas b’2,000 persuna
26
23.10.2016
kullhadd.com
DELITT U KASTIG EMAN BONNICI Dwar Dun Melchiorre Grimaldi
Castrogiovanni - fil-Provinċja ta’ Enna fi Sqallija - huwa villaġġ li jgħodd qrib it-tletin elf ruħ li mill-1927 addatta l-isem oriġinali tiegħu ta’ Enna li minnu ħadet isimha l-provinċja nfisha. Kienu l-Faxxisti li reġgħu introduċew mill-ġdid dan l-isem lil-lokal, fil-perjodu li fih tqajjem interess sabiex fejn kien possibbli, l-ismijiet tal-lokalitajiet fl-Italja jiksbu mill-ġdid l-ismijiet mogħtija lilhom fl-età klassika. L-orġini tal-kelma ‘Enna’ ġej mill-lingwa Sicana ‘Ennaan’ - darba preżenti fi Sqallija u llum estinta - terminu addottat mill-Grieg Eννα’ (Henna). IrRumani ssuktaw huma wkoll jirreferu għal-lok bħala ‘Hennae’ waqt li l-Għarab sejħulu ‘Qasr Yanna’. In-Normanni mbagħad niżżlu isem il-post bħala ‘Castrum Ioannes’ u minn hemm żvilippa għaldaqstant itterminu Castrogiovanni. B’rabta ma’ pajjiżna, mill-annali talKapuċċini tal-Furjana, jeħtieġ insemmu allura lil Fra Adriano minn Castrogiovanni, li miet b’fama ta’ qdusija fil-kunvent imsemmi fl-1614, u li jingħad li kien imżejjen bid-don talprofezija u rċieva viżjonijiet minn San Mikiel Arkanġlu li tiegħu kien bil-kbir devot. Salġurnata tal-lum infatti hekk kif wieħed jitla’ t-taraġ li jieħdu għall-ewwel sular fil-kunvent tal-Furjana jsib quddiemu niċċa mill-isbaħ li tikkomemora lil dan il-qaddis fil-lok li darba skont kif jingħad, kienet issorġi ċ-ċella ta’ dan l-ajk twajjeb, li ftit aktar minn mitt sena fuq il-mewt tiegħu, waqt it-tqattigħ tal-kripta li hemm taħt il-kunvent, instabet kaxxa taċ-ċomb magħluqa blawtentika li kienet turi li fiha kien hemm miġbur il-fdal tiegħu, li sal-lum għadu meqjum fil-kripta msemmija.
tal-Viżitazzjoni, il-Knisja Matriċi ta’ Enna hija meqjusa bħala monument nazzjonali u magħduda mill-imkejjen ta’ paċi mill-UNESCO fis-sena 2008. Wieqfa fiċ-ċentru storiku tal-post, l-oriġini tagħha tmur lura għall-1307, meta fuq ordni ta’ Eleonora ta’ Anġù, sorġiet knisja ddedikata lill-Madonna - li tagħha kienet devota partikolari - taħt it-titlu tal-Assunta. Bittitular mibdul għal dak talViżitazzjoni fl-1412, fis-seklu sbatax il-knjsja nbniet mill-ġdid għad-dehra majestuża li tħaddan illum. Fis-sagristija tagħha wieħed għadu jista’ jilmah ilkwadri tal-arċiprieti li matul issekli amministraw u mexxew il-Matriċi. Fost dawn hemm wieħed li juri figura axxetika ta’ saċerdot rqajjaq u qargħi, b’ħarstu ffissata fuq il-Kurċifiss, iżomm il-berittin f ’idu, liebes l-abiti korali. Dan il-qassis, li ħajtu nħasdet f ’lejla sħuna ta’ Mejju lura fl-1771, kien wild is-sinjuri u bniedem erudit, kif tixhed l-istess xbieha li ġġib l-arma talfamilja u bibljoteka b’għadd ta’ manuskritti waranijiet tal-figura tiegħu. Dun Melchiorre Grimaldi
Membru tal-familja nobbli Grimaldi, Dun Melchiorre kien ta’ kull filgħaxija jmur jiekol għand oħtu, armla tal-Baruni Pollicarini, fil-palazz ta’ nies dan l-aħħar, li maż-żmien għadda f ’idejn il-familja Patelmo u tagħhom għadu sal-lum. Issa ġara li dan Dun Melchiorre kellu neputi jismu Francesco Carnazza, li geddumu fix-xgħir u bin-natura ħanina miegħu fiddehra, kien l-għaxqa ta’ bosta xbejbiet li ħafna minnhom daqu minnu biss disprezz. L-atteġġjament u l-modi li kien iħaddan ħolqu inkonvenjenti diversi għaz-ziju u għalih dawn Il-Knisja Matriċi ta’ Enna kienu lkoll suġġett ta’ skandlu Iddedikata lil Sidtna Marija intollerabbli. Spiss, biex iwitti
l-bawxati ta’ Francesco, kellu jdaħħal idejh ġo butu u joħroġ somom kbar mhux ħażin biex jikkalma s-sitwazzjoni ma’ dawk imġarrba. Imma fid-dinja kollox fih il-limiti tiegħu u jum minnhom hekk kif Francesco tfaċċa quddiemu fl-uffiċċju urieh li kien wasal iż-żmien li l-affarijiet jieħdu żvolta oħra u kien issa l-mument għalih li jiżżewweġ u jrażżan din il-ħajja xellerata tiegħu. Minkejja l-kburija li biha kien mimli, iż-żgħażagħ, anki jekk midgħub għal dan l-amar ta’ zijuh, ma lissen l-ebda kelma u wara li sellimlu, bewweġ ’il barra. Dakinhar stess, xħin wasal ħin l-ikla ta’ filgħaxija, Dun Melchiorre fetaħ il-kaxxarezz fis-sagristija tal-Matriċi, xedd ilfirjolun u rħielha għal għand oħtu l-Barunissa għas-soltu ċena. Ma’ tmiem l-ikla, sellem bil-ħlewwa ’l oħtu u akkumpanjat mill-qaddej tiegħu bil-fanal mixgħul f ’idejh - kif kienet prassi fost in-nobbli tal-epoka - irħielha lejn daru bilpass il-pass. Iżda ma laħaqx mexa wisq hekk kif tir ta’ xkubetta laqtu f ’ġenbu u ħallieh għaxi flart. Għall-ħoss tal-isparatura, ilBarunissa bagħtet bilġri xi sefturi jaraw x’ġara, u f ’għadira demm sabu lill-qassis bis-seftur tiegħu għarrkupptejh maġenbu jibki u jitlob għall-ajjut. Meħud bil-ġirja lejn il-Palazz Pollicarini, Dun
Melchiorre miet ftit wara f ’idejn oħtu. Wara li sarlu l-funeral filMatriċi presjedut mill-isqof talpost, bdiet għaddejja ġmielha t-tfittxija għall-qattiel tiegħu biex jitressaq f ’idejn il-ġustizzja. In-neputi fl-inkwiet Ilsien in-nies ma damx ma wassal lill-awtoritajiet sabiex jiġbru linneputi tal-arċipriet. Minn dak li semgħu Francesco Carnazza kien ġuvni fuq ruħu, u rrabjat dwar l-għemil tiegħu zijuh ilqassis urieh fl-għodwa stess taddelitt li kien xebgħan b’dan l-istil ta’ ħajja u li t-tali xelleriżmu kellu jieqaf dlonk. Mal-arrest tiegħu għalxejn saħaq u wera li fil-ħin tad-delitt kien tnax-il mil bogħod minn Castrogiovanni għax misjub ħati, kien ikkundannat għall-mewt. Kien hemm min semma wkoll li ġurnata jew tnejn qabel id-delitt tiegħu, parruċċan kien hedded lill-arċipriet wara li sab li martu marret tiftaħ qalbha miegħu. Din il-mara, li kienet ittrattata mill-agħar minn dan żewġha, tkellmet dwar il-ħsieb li titlaq lil dan tal-aħħar malarċipriet u meta sema’ dwar dan kollu, ir-raġel waħħal f ’moħħu li kien il-qassis li daħħlilha f ’rasha din l-idea u mar affaċċjah. Madankollu, is-suspetti xorta marru fuq Francesco. Peress
li kien membru tan-nobbiltà, is-sentenza kellha tiġi esegwita permezz tal-qtugħ ir-ras. L-istoriku Dom Giovanni Evangelista di Blasi OSB., fittielet volum ta’ “Storia del Regno di Sicilia - Dall’epoca oscura e favolosa sino al 1774”, jitħaddet fit-tul mhux ħażin dwar il-każ u filwaqt li jiddeskrivi lil Dun Melchiorre bħala “ekkleżjastiku eċċellenti, żelanti tal-kult divin u miġjub ħafna mill-merħla lilu afdata”, jissokta jsemmi li Francesco kellu affari skandaluża ma’ mara li zijuh prova jrażżan akkost ta’ kollox. Dan wassal għall-qtil tiegħu u eventwalment, biex is-suspetti waqgħu n-neputi u ġaladarba arrestat, minkejja x-xhieda li ssokta jtenni dwar kemm kien imbiegħed mil-lokal fil-ħin taddelitt, imkisser taħt l-għodod tattortura, stqarr id-delitt. Peress li membru ta’ familja nobbli kien ilu dik il-ħabta ma jingħata piena ta’ mewt tnejn u tmenin sena, sewwasew fl-1689, saru tentattivi diversi kien tinbidillu s-sentenza - saħansitra quddiem il-Viċi-Re, il-Markiż Giovanni Fogliani Sforza d’Aragona imma kienu kollu għalxejn, għax fit-12 ta’ Settembru talistess sena - jiġifieri 1771 - ilKavallier Carnazza tilef rasu fuq il-patibolu.
27
23.10.2016
kullhadd.com
MASSAKRU F’JONESTOWN
MARY ISTORJA CHETCUTI MILL-
James Warren Jones twieled nhar it-13 ta’ Mejju 1931 filbelt ta’ Lynn ġewwa Indiana, l-Istati Uniti. Kien magħruf ma’ kulħadd bħala Jim u trabba bi ftit li xejn imħabba u attenzjoni mingħand ilġenituri tiegħu. Sa mill-età żgħira ta’ 10 snin Jim beda jieħu interess speċjali firreliġjon u kien jiffrekwenta komunitajiet u knejjes ta’ twemmin Kristjan differenti. Malajr tgħallem mingħandhom kif iżomm l-attenzjoni ta’ kongregazzjoni bi prietki mqanqla u beda jimitahom quddiem ħbieb tiegħu li kienu jibqgħu impressjonati kemm kien passjonali u reali. Bħala raġel żagħżugħ Jim qabad karrieri ta’ infermier ġo sptar fejn iltaqa’ ma’ studenta infermiera Marceline Baldwin u żżewwiġha fit-12 ta’ Ġunju 1949. Jones kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Indiana u fl-1952 ingħaqad mal-Knisja Metodista ta’ Somerset f ’ Indianapolis bħala apprentist ‘Pastor’. Jim u Marceline adottaw u rabbew disat itfal minbarra tifel naturali tagħhom. Fl-1961 sabu ruħhom f ’nofs kontroversja meta kienu l-ewwel koppja bajda li adottaw tifel iswed. Jim Jones kien imdejjaq ferm bil-politika razzista ta’ segregazzjoni bejn bojod u razez oħra f ’kull qasam tal-
ħajja saħansitra fejn tidħol reliġjon u tempji ta’ qima. Kellu ħolma li jmexxi knisja bbażata fuq integrazzjoni u ugwaljanza, liema ħolma wettaqha fl-1956 meta waqqaf il-‘Wings of Deliverance Church’ li wara ftit żmien bidilha fil-‘People’s Temple’ (it-Tempju tal-Poplu). Il-knisja ta’ Jim Jones bdiet tkun protagonista f ’attivitajiet tal-movementi għad-drittijiet ċivili u għal xi żmien kien kap tal-Kummissjoni tad-Drittijiet Umani f ’ Indianapolis. Iżda għall-familja Jones beda jberraq meta Jim irċieva ittri ta’ theddid fuq ħajtu u martu bdiet tiġi insulentata fit-triq; kien għalhekk li ħa l-familja, u l-kongregazzjoni segwietu, lejn it-Tramuntana ta’ Kalifornja. Wara perjodu qasir jgħixu fil-bliet żgħar ta’ Ukiah u Redwood Valley, Jim ried ikabbar il-kongregazzjoni u beda kampanja ta’ prietkar ġol-belt kbira ta’ San Francisco fejn tant għamel suċċess li fetaħ fergħa permanenti talPeople’s Temple. Jim Jones kellu kariżma kbira u kapaċi jżomm sala mimlija nies issummati jisimgħuh mingħajr ma’ jaqilgħu ħaristhom minn fuq għajnejh skuri u penetranti. Sal-1971 l-imsieħba fil-knisja tiegħu kienu żdiedu għal madwar 20,000 ruħ; nies ta’ kull lewn
ta’ ġilda, età u passat li sabu fi ħdanu faraġ u refuġju filwaqt li offrewlu lealtà u devozzjoni għamja. Konxju sew tal-impatt li kellu fuq dawn l-individwi, Jim Jones beda jinbidel u adotta tattiki oħra. Ħa vantaġġ millvulnerabbiltà tas-segwaċi u beda jitlobhom ibigħu kulma kellhom u jgħaddu flushom kollha inklużi pensjonijiet u għajnuniet soċjali lit-Tempju; madankollu ħafna mill-flus bdew imorru f ’kont bankarju fuq ismu. Il-prietki nbidlu f ’ logħba ta’ manipulazzjoni mentali. Beda jagħti dimostrazzjonijiet ta’ fejqan minn tumuri talkanċer u kien iħalli lil kulħadd b’ħalqu miftuħ hu u jgħolli f ’idu ċappa laħam għadha ċċarċar id-demm biex jurihom li qala’ ’l barra tumur qattiel; kienu biss organi tal-annimali u ħafna waqgħu għan-nasba. Psikologi llum jargumentaw jekk Jim Jones kienx qarrieqi intenzjonalment jew inkella kienx qed jgħix illużjoni ta’ divinità. Li huwa żgur hu li Jones kien qed isir ilsir ta’ psikofarmaċi perikolużi li beda jibla’ qishom ħelu. Ried kontroll assolut fuq il-kongregazzjoni u impona ċ-ċelibat meta hu kien jikkommetti adulterji ma’ nisa membri. Familji sħaħ li ngħaqdu fis-setta riedhom jinħallu mill-kunċett ta’ familja u jaqtgħu l-intimità tal-koppja. Min ma jimxix mar-regoli tiegħu kien jiġi kkastigat u umiljat quddiem ilmembri kollha. L-aktar ħaġa li kien jinsisti fuqha kienet li kulħadd isejjaħlu ‘Missier’
għax skontu kien il-missier ta’ kulħadd. Fl-1972, is-setta ta’ Jones sabet ruħha taħt il-lenti kritika tal-ġurnalist Les Kingsolving li kiteb sensiela ta’ artikli fuq The Examiner, gazzetta ta’ San Fransisco. Meta fl-1977 ilfamilja Mertle ħarbu mis-setta u rrakkuntaw kulma għaddew minnu lir-rivista New West, Jim Jones inħakem minn paniku u ddeċieda li joħroġ ilkongregazzjoni kollha ’l barra mill-Istati Uniti. Mexxa lil kulħadd għal fuq medda art ta’ madwar 15 –il kilometru kwadru fil-ġungla ta’ Guyana, l-Amerika t’ Isfel, li kien xtara ftit tas-snin qabel; il-membri fidili lejh komplew jemmnu l-gideb tiegħu meta qalilhom li kien sa joħodhom f ’ Jonestown - ġenna fuq l-art. Fil-verità Jonestown kien kumpless ta’ gabbani ffortifikati bil-wajer mgħassa lejl u nhar minn gwardjani armati ta’ Jim Jones fejn ilmembri riedu jaħdmu sittax – il siegħa kuljum għal sitt ijiem. L-ikel kien bl-eżatt u wara x-xogħol il-membri kollha kienu soġġetti għal sigħat ta’ indottrinazzjoni. Biex jingħata prova tal-lealtà talmembri, Jones kien iġiegħel il-gwardjani jqajmu lil kulħadd f ’nofs ta’ lejl u jordnawlhom jixorbu xarba li wara kien jgħidilhom kienet ivvelenata u dalwaqt imutu. Il-White Nights, kif kien isejħilhom Jones b’sarkażmu ma damux ma saru rutina li l-membri intimitizzati bdew jobdu awtomatikament minflok jiġu kkastigati. F’Novembru 1978, il-
membru tal-Kungress Amerikan għall-Istat ta’ Kalifornja, Leo J Ryan, mexxa delegazzjoni ta’ ġurnalisti u fotografi sabiex jinvestiga allegazzjonijiet gravi li għamlu ex membri u qraba ta’ membri tas-Setta Jim Jones. Il-membri taddelegazzjoni ġew murija fejn jabitaw u jaħdmu d-dixxipli tat-Tempju tal-Poplu; ittieħdu ritratti u xi filmati imma meta tkellmu ma’ Jones indunaw li qed jitkellmu ma’ miġnun iddrogat li jħobb iżomm ruħu mdawwar bi gwerilli armati. Qabel ħalla Jonestown, Leo Ryan stieden lil min xtaq iħalli l-kumpless u jiġi lura miegħu l-Amerika. Uħud aċċettaw l-istedina u wara nofsinhar tat-18 ta’ Novembru delegati u eks segwaċi rħewlha lejn l-ajruport f ’Port Kaituma. Kif niżlu mill-vetturi biex jirkbu l-ajruplan privat li kien hemm jistenniehom, gwardjani ta’ Jones attakkawhom u fetħu n-nar fuqhom. Inqatlu ħamsa min-nies fosthom Leo J Ryan u ġurnalisti. Il-paranojja ta’ Jim Jones laħqet il-quċċata dakinhar stess meta ordna lill-gwardjani jħalltu l-velenu Ċjanid (Cyanide) u Valjum ma’ xarba rinfreskanti u qassmuha f ’ tazzi lill-membri kollha; min ma riedx jixrobha bellgħuhilu bil-forza. Mietu aktar minn 900 ruħ li 276 minnhom kienu tfal. L-awtoritajiet li mexxew l-investigazzjoni ta’ dan ilmassakru sabu lil Pastor Jim Jones mixħut fuq il-padiljun prinċipali ta’ Jonestown b’ tir f ’ rasu.
28
23.10.2016
kullhadd.com
29
23.10.2016
kullhadd.com
reċensjoni tal-
KTIEB
IL-KAMRA TA’ JONAS
Mistoqsija: X’isem għandu l-colouring book?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Il-Kamra ta’ Jonas flimkien ma’ colouring book għat-tfal. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 30 ta’ Ottubru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mil-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Il-Maħbub ta’ Lady Chatterley huwa: J.CALLEJA - Il-Marsa
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
05
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000
Mistoqsija: Kemm żdiedet il-pensjoni minima għall-miżżewġin fil-ġimgħa? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:
Indirizz:
30
23.10.2016
kullhadd.com
TISLIBA 144
Mimdudin:
Bi 3 Numri 090 111 127 243 300 409 423 598 850 991 999 B’4 Numri 0274 0474 0815 1136 1344
1384 1977 2124 2770 3509 3707 4044 4124 4615 4866 4912 5056 5423 5630 5682 5700 5733 6453 6583 6708 7034
7180 7444 8104 8144 8182 8219 8249 8479 8740 8794 8828 8908 8980 9264 9484 9917 B’5 Numri 04114 05588
05861 10639 41292 46210 47519 48278 48494 52249 58622 66892 70717 70744 74095 77508 77891 90249 91803
073609 124591 389771 528461 711501 795246 893831
B’7 Numri 3589279 7115959
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
1. 4. 7,18. 9,11. 10. 12. 16. 18. 19. 20. 21. 23. 24.
Kompli l-qawl: Armla ta’ tletin tfittex ....... bħall-għamjin (5) F’baħar qawwi ssibu (4) L-ewwel raġel (4) Prezz? (5) Il-plural ta’ 9,11 (6) Għamlet xi żmien tmexxi t-trasport pubbliku (6) To ...... għall-bejgħ bl- Ingliż (3) Ara 7 Itlaq (3) Isofri (5) Ġie maqlub (3) Ara 13 Saħħa bit-Taljan (5)
1. 2,12W. 3,15. 5. 6,17. 8. 11. 12. 13,23. 14. 15. 17. 21. 22.
Weqfin:
Ikel (6) Ikun kiesaħ (5) Qegħdin naħdmu bit- Taljan (9) Għasfur (3) Feriti (6) Pajjiż (9) Ara 9 Ara 2 Ħadt ħsieb? (7) L-għaxar waħda bit- Taljan maqluba (6) Ara 3 Ara 6 Eric Abela Buttieġieġ (1,1,1) Dalwaqt nasal (3)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: Weqfin: 1.Raġel, 4.Mewġ, 7,18.Adam, 9,11.Valur, 10.Valuri, 12.Arriva, 16.Let, 19.Mur, 20.Ibati, 21.Eiġ, 24.Addio
B’6 Numri 014509
1.Ravjul, 2,12 wieqfa. Ġelat, 3,15.Lavorando, 5.Emu, 6,17. Ġrieħi, 8.Danimarka, 13,23. Rabbejt, 14.Amiced, 21.EAB, 22.Ġej
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000 Isem: Indirizz:
C.AGIUS - Attard
31
23.10.2016
kullhadd.com
AVVIŻI KLASSIFIKATI S ERVIZZI Investigazzjoni privata: żwiġijiet, għerusija u relazzjonijiet oħra, DNA forensic tests, tfal maħtufin minn Malta, każijiet ċivili, każijiet oħra fil-Qorti, problemi f ’kumpaniji jew negozju. Nagħmlu xhieda fil-Qorti. Naħdmu f ’Malta u anke barra. Għal appuntament ċemplu 7959 0000. Email: info@ privateinvestigationmalta. com
Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www. expresswatchrepairs.com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, il-Mosta. Ċempel 2141 7235. XOGĦOL U MANUTENZJONI
Installazzjoni u tiswija ta’ aerials tat-televiżjoni. Offerti vantaġġużi fuq sistemi tas-satellita u fuq l-Android TV Boxes. Care and Cure Group Ltd: Ċempel fuq 2148 6211. infermiera mħarrġa, caring assistants, nannies, nies Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, imħarrġin biex iżommu kanali tal-ilma, ċangatura kumpanija, għajnuna qadima jew ġdida, kantun fid-djar u night sitters. qadim, lavur ta’ kull tip. Servizz ta’ 24 siegħa, Ċempel lil Jason fuq inGħandna wkoll għall- numru 2143 2352 jew kiri: wheelchairs, hoists, 9947 7167. commodes, walking frames u hospital beds. Għal aktar Għal kull tip ta’ problema informazzjoni ċempel ta’ moffa jew bjut fuq dawn in-numri: 2137 jagħmlu l-ilma aħna 6946/9947 0178. għandna s-soluzzjoni. Ni s peċj a l i zzaw f ’water proofing membrane u VAKANZA liquid membrane fuq bjut, appoġġi, btieħi, basements, Jinħtieġu ħaddiema fuq eċċ. Nużaw materjal ta’ bażi part-time biex jagħmlu kwalità kollu ċċertifikat t-tindif f ’dar tal-irtiri. Tel b’10 snin garanzija. Għal 2276 0000 stima b’xejn ċempel 7908 6715. AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ
Tiswija u installazzjoni ta’ estensjonijiet tattelefowns għal kull tip Aħna nixtru kollox, ta’ linji fissi. Ċempel fuq bħal għamara, fajjenza, 7993 0419. arloġġi, figurini, muniti, midalji, u kull ħaġa oħra WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, tad-dar.Ċemplu fuq 2147 Ħal Qormi, jispeċjalizzaw 0128/2123 7597/9986 f ’xogħol ta’ water proof membrane, damp proofing u 9519. rubberised paint. 25 sena Għandna varjetà kbira esperjenza. Stimi b’xejn ta’ arloġġi bħal Tissot, u prezz moderat. Ċempel Citizen, Casio, Michael 2148 8972, 2143 8326, Kors, Fossil, Esprit, 9944 5527 jew 7981 Festina u Q&Q. Issibilna 2784 jew żur is-sit www. wkoll arloġġi ta’ mal-ħajt, wpmalta.com żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi AVVIŻI OĦRA rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu Paul & Waters – The Għall-aqwa batteriji, ċineg, naqtgħu Perfumery. kull forma ta’ ħġieġa, ditti ta’ fwejjaħ, oriġinali eċċ. Għal dawk l-arloġġi u bl-orħos prezzijiet tajbin għall-ilma, noffru f ’Malta, żur il-ħwienet s-servizz ta’ water pressure ta’ Paul & Waters – The Il-ħwienet test waqt li tistennew Perfumery. għalih. Nispeċjalizzaw tagħna tal-Fgura, il-Mosta, ukoll fuq tiswija ta’ Ħal Qormi u Raħal Ġdid grandfather clocks u kull ikunu miftuħin kuljum tip ta’ clock. It-tiswija hija mid-9.00am san-12.30pm u mill-4.00pm sasbil-garanzija.
7.00pm. Paul & Waters coffee mornings, lunches Free Delivery Service. u dinner dances u kull Ċempel 2766 3361. okkażjoni oħra. Miftuħin fil-weekends, lejla Maltija AGR AUTO JAPANESE b’differenza kull nhar ta’ PARTS għall-karozzi: Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt Inbigħu kull tip ta’ parts mużika għal kulħadd ma’ ta’ karozzi Ġappuniżi Franz Grech. Inservu u Koreani, fosthom Kia, wkoll take-away filToyota, Isuzu, Daewoo, weekends. Naċċettaw Mitsubishi, Honda, riservazzjonijiet għal kull Subaru. Huma wkoll okkażjoni. Għal aktar importaturi ta’ żjut u informazzjoni ċempel air filters, shock absorbers, 2145 4858/2145 brake pads, clutches, eċċ. 4908/7945 4908. Tistgħu Parts ġenwini. Għal aktar żżuru s-sit elettroniku informazzjoni ċempel www.nigretnightclub.com 2144 6839 jew 9947 4504. jew www.nigretnc.com Fax: 2147 0295. Email: alex@agrautoparts.com TALBA LILL-ISPIRTU S-SANTU: Int li ssolvi Nigret Night Club and l-problemi kollha, dawwal Restaurant, Labour Ave, it-toroq kollha tiegħi biex ir-Rabat, Malta. Naċċettaw nikseb dak li neħtieġ. Inti riservazzjonijiet għal li tajtni d-don divin biex
naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mument ta’ ħajti tkun maġenbi. F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma mill-ġdid li qatt ma ninfired minnek, anke quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek fil-glorja ta’ dejjem. Grazzi għallħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni. Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem ittalba tkun maqlugħa, anke jekk għall-bidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata millewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet.
32
23.10.2016
kullhadd.com
IS-SLOWGANS TAL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI
EDITORJAL
Għax pajjiż tmexxih bil-viżjoni u mhux bl-opportuniżmu politiku. Pajjiż tmexxih għax tkun tħobb lilu u lil niesu mhux għax tkun tħobb il-poter
Fil-politika l-għażla ta’ slowgan jaf tfisser ħafna. Mhux għax bis-slowgans tbiddel il-ħajja tan-nies, iżda għax meta tagħżel messaġġ għandu jkun wieħed li jirrifletti x’temmen u għaliex se taspira li taħdem. Jista’ jkun magħżul għaliex dak il-messaġġ ikun jirrifletti ilburdata fost is-soċjetà f ’dak il-mument partikolari. L-għażla tal-messaġġ tirrifletti fuq min jagħmilha. Iżda, iktar minn hekk huwa importanti jekk dak li jkun intqal fil-messaġġ ikunx twettaq jew inkella dak imbassar fih seħħx. Nieħdu waħda mill-għajtiet ewlenin tal-Prim Ministru flaħħar snin. Għal darba wara l-oħra l-Prim Ministru għażel l-għajta “Malta Ekonomija B’Saħħitha.” U hekk kien. Malta żviluppat f ’pajjiż b’ekonomija li kibret mingħajr preċedent. Tant li dan irrikonoxxewh l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-klassifikazzjoni talkreditu internazzjonali. Dan mhux każ iżolat. Għax kull darba li wassal messaġġ, ilPrim Ministru żamm miegħu. B’kuntrast, jekk hawn xi ħadd li kważi kull slowgan li għażel marlu żmerċ kien il-Kap talOppożizzjoni. Faċilment insibu ftit eżempji.
GIMMICK TALMILLENJU: Hekk kien iddeskriva r-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma Simon Busuttil. Meta l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi kien diġà għażel il-power station talBWSC, dik li ħaddem bil-heavy fuel oil, Simon Busuttil kien jgħid li impossibbli traħħas il-kontijiet tal-enerġija. Illum qed jgħid li għandhom jorħsu iktar. Però għandu problema kbira ta’ kredibbiltà. Għax huwa dan il-Gvern li raħħas il-kontijiet ferm taħt il-medja Ewropea, xi ħaġa li Busuttil kien qal li ma tistax isseħħ u lil min wegħedha qallu li qed joħloq il-gimmick tal-millenju. MUSCAT IFISSER BAILOUT: Hekk kien qalilna f ’waħda mill-ħafna frażijiiet tiegħu l-Kap talOppożizzjoni. Kien bassar li jekk Joseph Muscat isir Prim Ministru Malta kienet se tispiċċa bħall-Greċja titkarrab għand l-Unjoni Ewropea biex toħroġna minn xi kriżi finanzjarja u n-nies jitilfu flushom. Ma rridux ninsew li waħda mir-raġunijiet għaliex suppost kellu jiġri dan kien proprju r-roħs fil-kontijiet tal-enerġija. Ma ġarax hekk. Roħsu l-kontijiet, roħsu t-taxxi, daħal iċ-child care b’xejn u saru
biżibilju miżuri oħra. Minflok tlabna bailout ħriġna mill-proċedura ta’ defiċit eċċessiv u għandna l-inqas rata ta’ dejn pubbliku f ’ħafna snin. Minflok bailout għandna finanzi fis-sod u Standard & Poor’s tatna l-ewwel upgrade fir-rating f ’għoxrin sena. ONESTÀ POLITIKA: Slowgan sabiħ kieku. Però ma joqgħod xejn għal Simon Busuttil u l-partit tiegħu. Kif qed nuru fl-istorja li qed niżvelaw fl-ewwel faċċata llum il-Kap tal-Oppożizzjoni lanqas fuq affarijiet żgħar mhu kapaċi jkun onest aħseb u ara fuq il-kbar. Jitkellem dwar l-onestà iżda ħalla miegħu lil Toni Bezzina li nstab ħati li bagħat ħaddiema tal-gvern jagħmlu xogħol f ’każin tal-PN u iktar minn hekk ġegħelhom jieħdu ġurament falz. Jitkellem dwar onestà politika u komdu sew b’deputat minn tiegħu involut f ’investigazzjoni mill-pulizija Żvediża b’rabta ma’ frodi fuq pensjonanti. Jew jitkellem fuq onestà politika u m’għandux farka problema li isem Beppe Fenech Adami tfaċċa f ’każ internazzjonali ta’ ħasil ta’ flus. Dawn biex tajna ftit eżempji.
l-aħħar wieħed li ħareġ bih kien: Baġit Kosmetiku. Ma tantx jidher li għamel avvanz bil-campaign manager ilġdida. Għax dak li hu sejjaħ kosmetiku kien imfaħħar mill-imsieħba soċjali. Dak li sejjaħ kosmetiku, il-Caritas qalet li hu sinjal li l-vuċi tażżgħar qed tinstema’. Dak li sejjaħ kosmetiku ntlaqa’ millpensjonanti li se jiffrankaw it-taxxa u minn dawk bi dħul baxx li se jieħdu benefiċċji ġodda. Għażilna biss erba’ temi li juru kif kull darba l-Kap talOppożizzjoni kellu ġudizzju żbaljat. It-tbassir tiegħu jfalli, il-kalkoli politiċi jagħmilhom ħżiena u n-negattiviżmu u l-bitterness ma jħalluhx joħroġ b’argumenti rraġunati. Mhux kwalitajiet sbieħ dawn għal min jaspira li jmexxi pajjiż. Għax pajjiż tmexxih bil-viżjoni u mhux blopportuniżmu politiku. Pajjiż tmexxih għax tkun tħobb lilu u lil niesu mhux għax tkun tħobb il-poter. Il-Kap tal-Oppożizzjoni falla t-test tal-messaġġ imma iktar minn hekk dan huwa riflessjoni li jfalli l-ikbar test, dak tal-ħila li jkun Prim Ministru. Mhux ta’ b’xejn fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika, wieħed wara l-ieħor, BAĠIT KOSMETIKU: Issa baqa’ ma qabadx art.