Ħarsa lejn Ir-rapport ta’ Litus Advisory dwar Malta
www.kullħadd.com Il-Ħadd, 24 ta’ Jannar, 2016
Ara paġna 3
Ħarġa Nru 1,176 Prezz €1
PRIM MINISTRU TA’ PAJJIŻ MIBDUL
Lejn tmiem ġimgħa li matulha reġa’ kien qed jieħu deċiżjonijiet importanti u li setgħu dehru wkoll diffiċli, f ’intervista ma’ Aleander Balzan il-Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara li hu għandu dover li jagħmel l-affarijiet differenti minn kif kienu jsiru fl-imgħoddi. Huwa spjega għaliex stenna r-rapport tal-Awditur Ġenerali biex jieħu ċerti deċiżjonijiet, filwaqt li fisser kif bil-bidla fid-Dipartiment talArtijiet irid jaqta’ l-politiku mid-day-to-day. Iwieġeb ukoll dwar il-mod kif l-Oppożizzjoni tidher il-ħin kollu f ’burdata elettorali u jgħid li l-pożizzjoni li jinsab fiha l-Gvern f ’nofs leġiżlatura timlieh b’kuraġġ.
IPPUBBLIKATA L-INKJESTA
Ritratt: ALAN SALIBA
Ara paġna 5
It-tieni karozza tal-ministri Nazzjonalisti…
KAPRIĊĊUŻI BI FLUSEK Ilbieraħ filgħodu l-Ministru għall-Ġustizzja u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ppubblika l-inkjesta maġisterjali b’rabta mal-inċident li seħħ f ’Paceville ftit taż-żmien ilu u li fih weġġgħu madwar 70 persuna. Minn din l-istess inkjesta, li tmexxiet mill-Maġistrat Doreen Clark, irriżulta li meta seħħ l-inċident kien hemm ħafna nuqqasijiet, b’mod speċjali fejn tidħol is-saħħa u s-sigurtà tan-nies, tant li fil-jiem li ġejjin il-Pulizija mistennija tressaq aktar minn 20 persuna l-Qorti b’akkużi differenti, fosthom id-diretturi tal-kumpanija li għandha l-istabbiliment kif ukoll uffiċjali oħrajn li kienu jaħdmu hemmhekk.
Il-Ħadd li għadda l-gazzetta KullĦadd żvelat kif l-eksMinistru Nazzjonalista Tonio Fenech kien qiegħed jipprova jbigħ għal madwar €8,000 il-karozza li kien xtralu l-Gvern minn fondi pubbliċi fl-2004 għal €25,000 u li kellha sservi bħala t-tieni karozza tiegħu, liema karozza huwa xtara mingħand il-Gvern għal inqas minn €2,000, tlett ijiem qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013. Din il-ġimgħa l-gazzetta KullĦadd qiegħda tagħti ħarsa lejn każijiet oħra fejn deputati Nazzjonalisti użaw flus il-poplu b’mod kapriċċuż. Fost dawn hemm George Pullicino, li ngħata fiduċja mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, minkejja l-fatt li bejn Novembru 2010 u Marzu 2013 ġiegħel lill-poplu jħallas kirja ta’ €15-il kuljum fuq karozza li huwa ma baqax juża filwaqt li kien qiegħed jitħallas allowance ta’ €7,000 fis-sena.
Ara paġna 2
Ara paġna 4
02 24|01|2016
kullħadd.com
LOKALI
IPPUBBLIKATA L-INKJESTA DWAR L-INĊIDENT TA’ PACEVILLE…
’IL FUQ MINN 20 PERSUNA MISTENNIJA JITRESSQU L-QORTI GLEN FALZON glen@kullhadd.com Ilbieraħ filgħodu l-Ministru għall-Ġustizzja u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar ir-riżultati tal-inkjesta dwar l-inċident li seħħ f ’Paceville fejn diversi persuni kienu weġġgħu serjament wara li kien ċeda poġġaman fil-klabb Plus One f ’Paceville. B’rabta ma’ dan kollu, il-Ministru Bonnici ħabbar li fil-jiem li ġejjin mistennija jitressqu numru ta’ persuni l-Qorti marbuta ma’ dan il-każ, liema numru mistenni jaqbeż l-20 persuna. Kif eżatt ġara l-inċident Mill-inkjesta ppubblikata li għamlet il-Maġistrat Doreen Clark, irriżulta li fil-ħin li seħħ l-inċident kien hemm xi diżgwid bejn żagħżugħ ta’ 17-il sena u persuna ta’ nazzjonalità barranija li għadha ma ġietx identifikata fil-klabb imsemmi, Plus One. Irriżulta li żagħżugħ ta’ 18-il sena bl-isem ta’ Zack Latif daħal f ’din il-ġlieda li nqalgħet billi tefa’ l-pepper spray fid-direzzjoni tal-barrani. B’riżultat ta’ dan, il-pepper spray inxtered u l-effett tiegħu beda jinħass mill-persuni li nzertaw kienu ġewwa dan ilklabb, tant li wħud minnhom iddeċidew li joħorġu minn dan l-istabbiliment. Minn din l-inkjesta dettaljata ħareġ ukoll li, meta seħħ dan
jistgħu joqogħdu nies fit-tali stabbiliment. Skont l-esperti, dan l-istabbiliment jesa’ sa massimu ta’ 200 persuna, iżda fih kien hemm 450 persuna meta ġara dan il-każ. Apparti minn hekk, la l-poġġaman, la l-ħġieġ u lanqas il-mod kif twaħħlu ma kienu fil-livell meħtieġ u adegwat skont illiġi u għalhekk irriżulta li ma kinux sikuri. Mill-inqas 34 persuna taħt l-età l-inċident, fuq il-post kien hemm uffiċjal tas-sigurtà blisem ta’ Bojan Spasic li ra li kien hemm xi nies li qed iħosshom ħażin u ħaseb li kienu qed ibatu minn xi effett ta’ xi sustanza partikolari u għalhekk iddeċieda li jkeċċi lin-nies ’il barra. Madankollu, Spasic wasal għal din iddeċiżjoni waħdu u mingħajr ma kkonsulta lil ħadd. Il-persuni li kien hemm fi Plus One bdew jippruvaw joħorġu ’l barra mill-istess stabbiliment u proprju ħarġu mill-istess bieb li jagħti għattriq. Kien preċiżament f ’dan il-ħin li nqalgħet konfużjoni tant li fuq in-naħa ta’ barra tal-istabbiliment kien hemm żewġ uffiċjali tas-sigurtà li bdew iżommu lin-nies milli jkomplu joħorġu bil-ħsieb li dawk li waqgħu f ’xulxin ma jkomplux jitgħaffġu. B’riżultat ta’ din il-konfużjoni, it-taraġ
iffolla u, sfortunatament, ġara dak li ġara. Nuqqasijiet kbar Mill-inkjesta rriżulta wkoll li l-Awtorità Maltija għatTuriżmu (MTA) ħarġet illiċenzja għal diskoteka u nightclub fl-2003 biex b’hekk ikun jista’ jopera dan innegozju fuq l-isem ta’ Carmelo Schembri f ’isem il-kumpanija Hugo Cast & Co Ltd u mhux lis-soċjetà Three Sixty Limited, minkejja li din talaħħar tmexxi l-istabbiliment Plus One. Mill-kunsiderazzjonijiet tal-inkjesta ħareġ li, middiversi bibien li hemm, l-ebda wieħed minnhom ma jilħaq l-istandards biex jikkwalifika bħala bieb ta’ emerġenza, apparti l-bieb ta’ barra. Lanqas hemm plakka mwaħħla li tindika kemm
Irriżulta wkoll li l-ammont ta’ kimika li tefa’ l-istess Latif filpost kien wieħed mill-fatturi sinifikanti li seta’ jaffettwa lil għadd kbir ta’ nies u żgħażagħ li kien hemm fi Plus One u dan kien fattur ieħor u priċinpali li ħoloq dik ir-rassa kbira li kien hemm. Ta’ min isemmi wkoll li Pasic mhux impjegat tal-kumpanija Three Sixty Limited imma talkumpanija Executive Security Services ta’ Stephen Ciangura. Apparti minn hekk, ħareġ ukoll li dan l-uffiċjal tas-sigurtà ma kienx irreġistrat bħala persuna impjegata ta’ din ilkumpanija mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) u lanqas għandha liċenzja li taħdem bħala gwardjan privat. Mill-inkjesta rriżulta wkoll li kien hemm mill-inqas 34 persuna taħt is-17-il sena, li l-maġġoranza tagħhom baqgħu deħlin fl-istabbiliment mingħajr ħadd ma waqqafhom
jew talabhom il-karta talidentità. Fl-istabbiliment huma kkunsmaw l-alkoħol, apparti li kien hemm nies li qed ipejpu, inkluż Pasic stess. Ittieħed il-parir tal-Avukat Ġenerali Fir-reazzjoni tiegħu għal dan ir-rapport, il-Ministru Bonnici fisser li bl-inkjesta maġisterjali ma jitressqux nies il-Qorti awtomatikament iżda l-inkjesta sservi ta’ indikazzjoni għallPulizija Maltija dwar min għandu jitressaq jew le. Fost il-kunsiderazzjonijiet li ħarġu minn din l-inkjesta, numru ta’ persuni jistgħu jkunu mixlija b’reat ta’ ġrieħi involontarji fuq dawk il-persuni kollha li weġġgħu. Huwa possibbli ħafna li fost dawk in-nies li se jitressqu l-Qorti se jkun hemm iddiretturi tal-kumpanija Three Sixty Limited li jistgħu jkunu mixlija b’nuqqas ta’ ħarsien tal-liġijiet li jirregolaw is-saħħa u s-sigurtà, fosthom minħabba li kien hemm magni li jbigħu s-sigaretti qrib persuni taħt l-età kif ukoll kien hemm tipjip f ’post magħluq. Jista’ jagħti lok li jitressqu l-Qorti wkoll dawk il-persuni li biegħu l-alkoħol lil persuni taħt is17-il sena li kienu hemm ġew kontra l-liġi. Fl-aħħar nett, il-Ministru Bonnici qal li l-parir tal-Avukat Ġenerali ttieħed u l-akkużi qegħdin jiġu fformulati.
INVESTIMENT TA’ €1,509,000 MILL-AWTORITÀ TAD-DJAR GLEN FALZON glen@kullhadd.com
Aktar kmieni din il-ġimgħa, minn sensiela ta’ mistoqsijiet parlamentari li għamel idDeputat Laburista Charles Mangion lill-Ministru għallFamilja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia, irriżulta li fl-2015 in-numru ta’ każijiet fejn tlestew it-tiswijiet f ’postijiet residenzjali mikrija mill-Awtorità tad-Djar, mill-Gvern u mill-Uffiċċju Konġunt, kienu ta’ 941, li flimkien jammontaw għal nefqa ta’ €1,509,000. Mit-tweġiba tal-istess mistoqsija joħroġ biċ-ċar li l-2015 kienet l-aktar sena li kien hemm każijiet fejn tlestew tiswijiet f ’postijiet residenzjali. Ta’ min isemmi wkoll li fl-2013 u fl-2014 flimkien kien hemm 895 każ fejn tlestew ix-xogħlijiet u n-nefqa totali laħqet is-
komun ta’ blokki residenzjali, liema investiment laħħaq issomma ta’ €577,458. Għal darb’oħra, dan jikkuntrasta bil-kbir mal-2011 u l-2012 meta kienu saru biss 11-il lift u 5 lifts ġodda rispettivament fil-blokok residenzjali, bin-nefqa totali ta’ dawn is-sentejn tkun dik ta’ €562,920. Fi kliem ieħor, fl2015 biss saru aktar lifts milli saru fl-2011 u fl-2012 flimkien taħt gvern Nazzjonalista. Tiswijiet lill-inkwilini somma ta’ aktar minn miljun u nofs. Dan jikkuntrasta bilkbir mal-2011 u mal-2012, fejn f ’pajjiżna kien għad hawn amministrazzjoni Nazzjonalista, tant li fl-2011 in-nefqa fuq każijiet fejn tlestew it-tiswijiet kienet biss ta’ €287,000, filwaqt li fl-2012 in-nefqa żdiedet ftit għal
€366,000. Tmintax-il lift ġdid fl-2015 Intant,f ’mistoqsija parlamentari oħra tadDeputat Laburista Mangion lill-istess Ministru responsabbli mill-Awtorità tad-Djar, irriżulta li fl-2015 ġew installati 18-il lift ġdid mill-Awtorità tad-Djar fil-
Mitlub jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Awtorità tadDjar biex isiru tiswijiet lillinkwilini li qegħdin f ’kirjiet u li m’għandhomx mezzi biżżejjed biex isiru dawn it-tiswijiet kif ukoll kemm gawdew familji permezz ta’ din l-għajnuna, il-Ministru Farrugia wieġeb li, barra min-nefqa ta’ €1,509,000 li
għamlet l-Awtorità tad-Djar fis-sena 2015 fuq tiswijiet f ’postijiet b’kirjiet tal-istess Awtorità jew tal-Gvern, permezz tal-Iskema talIrranġar u Titjib, l-Awtorità kompliet tipprovdi għotjiet sabiex l-inkwilini setgħu wkoll jagħmlu xogħlijiet oħra ta’ titjib fir-residenzi mikrija lilhom. Fis-sena 2015, l-Awtorità tadDjar irċeviet 120 applikazzjoni mingħand inkwilini talGvern taħt din l-iskema ta’ Irranġar u Titjib, fejn 17 minnhom kienu rtirati jew invalidi. S’issa ġew approvati 73 applikazzjoni u hemm 30 oħra fil-proċess. Filwaqt li fl2015 ġew approvati €237,903 f ’għotjiet għal xogħlijiet taħt din l-iskema, in-nefqa talAwtorità tad-Djar f ’għotjiet li ġew mogħtija lura lillinkwilini fis-sena 2015 stess, dejjem taħt din l-iskema, laħqet is-somma ta’ €210,348.
LOKALI
kullħadd.com
24|01|2016 03
IPOĠĠU LIL MALTA MAL-EKONOMIJI LI JIBBRILLAW FIL-MEDITERRAN Kitba ta’ ALEANDER BALZAN
Żgħira, iżda importanti, bi prospetti ekonomiċi eċċellenti. Hekk jiddeskrivi lil Malta fi ftit kliem rapport dwar il-pajjiżi tal-Mediterran, ikkummissjonat minn organizzazzjoni privata fi Brussell blisem ta’ Litus Advisory. Din l-organizzazzjoni tanalizza fiddettall dak li jkun qed iseħħ fil-pajjiżi talMediterran, mhux biss dawk Ewropej iżda anke Afrikani. Il-ħsieb dwar pajjiżna jikkonferma dak ta’ aġenziji oħra li flaħħar ġimgħat diġà taw fehma pożittiva dwar Malta, fosthom Standard & Poor’s u l-Fond Monetarju Internazzjonali. “L-ekonomija għelbet il-kriżi finanzjarja” Bħal f ’bosta rapporti oħra jispikka r-riżultat ekonomiku li qed jikseb pajjiżna u, filwaqt li r-rapport jgħid li l-ekonomija tagħna hija fost l-iżgħar fiżŻona Ewro, ifisser kif hija ekonomija sinjura u miftuħa b’setturi diversifikati. 1
2
“L-ekonomija għelbet il-kriżi finanzjarja b’mod effettiv. Għandha sistema finanzjarja b’saħħitha u d-dejn tal-Gvern imqabbel mal-Prodott Domestiku Gross huwa baxx,” jgħid ir-rapport. Ir-rapport ifisser kif it-tkabbir ekonomiku ta’ Malta huwa mnebbaħ mill-investiment u l-konsum privat. “Malta rnexxielha tiffaċċja l-kriżi ekonomika aħjar mill-maġġorparti tal-pajjiżi taż-Żona Ewro bi tkabbir li laħħaq it-3.5% fl-2014. Huwa mbassar li t-tkabbir jibqa’ b’saħħtu u jkompli jkun imsaħħaħ mill-investiment u l-konsum privat, primarjament b’investimenti infrastrutturali kbar u proġetti fil-qasam tal-enerġija,” jgħid ir-rapport. L-esperti jinnotaw kif għal diversi snin il-qgħad żdied b’riżultat tal-kriżi finanzjarja tal-2008. Iżda riċentement dan beda jonqos b’ritmu mgħaġġel li wasslu għal minimi storiċi grazzi għallmod kif l-ekonomija bdiet tirranka. Dan seħħ fl-istess ħin li l-inflazzjoni naqset għax il-Gvern irreveda t-tariffi tal-enerġija għall-familji, ħaġa li eventwalment għamel ukoll għan-
negozji. B’riżultat ta’ dawn il-fatturi, in-negozji qegħdin jesprimu ottimiżmu dwar il-qagħda hekk kif is-sitwazzjoni ekonomika Maltija kompliet titjieb. Barra dan it-titjib, ir-rapport innota wkoll li l-investituri prospettivi qegħdin isibuha aktar faċli biex jagħmlu n-negozju ma’ pajjizna; aspett li ra bidla sinifikanti għall-aħjar fl-aħħar snin. Kien indikat ukoll li, filwaqt li fl-2006 Malta kienet fil-102 post fid-dinja filklassifika ta’ kemm hu faċli tagħmel negozju magħhom, illum telgħet għat80 post; titjib ta’ 22 post. Governanza u edukazzjoni
huwa fuq quddiem nett fir-reġjun Mediterranju fejn tidħol l-esportazzjoni tat-teknoloġija kkumparat malpopolazzjoni. B’mod partikolari nġibdet l-attenzjoni għall-ħidma li qiegħda ssir min-naħa tal-Malta Council for Science and Technology li saħħet l-attività fil-kamp teknoloġiku, filwaqt li l-edukazzjoni terzjarja ta’ pajjiżna qed toffri korsijiet speċjalizzati li qed jagħtu l-għodod neċessarji lill-istudenti biex jaħdmu f ’dan is-settur. Minkejja s-suċċessi li nkisbu f ’dan l-ambitu, ir-rapport innota li l-Gvern għandu l-għan li jkompli jgħolli l-livell ta’ teknoloġija u innovazzjoni fil-pajjiż.
Iżda, ir-rapport semma affarijiet pożittivi oħra f ’Malta, fosthom il-governanza. “Malta għandha governanza b’saħħitha u livell għoli ta’ stabbiltà politika,” intqal fir-rapport li jinnota ħtieġa ta’ titjib filqasam tal-edukazzjoni, anke jekk jinnota kif il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni ogħla qed tiżdied. Fil-fatt, ir-rapport isostni li pajjiżna
Tabella nru 1: Malta għandha waħda mill-inqas rati ta’ qgħad f ’bosta snin. Tabella nru 2: It-tkabbir ekonomiku ta’ Malta jiżboq dak ta’ taż-Żona Ewro filwaqt li fl-aħħar sentejn laħaq il-qofol tiegħu. Tabella nru 3: Malta ttejjeb il-pożizzjoni tagħha fil-klassifika tal-pajjiżi li hu faċli biex wieħed jagħmel negozju magħhom.
3
04 24|01|2016
kullħadd.com
LOKALI
IT-TIENI KAROZZA TAL-MINISTRI NAZZJONALISTI…
SAGRIFIĊĊJI GĦALIK, KUMDITÀ GĦALIHOM Bejn Novembru 2010 u Marzu 2013 Gvern Nazzjonalista kien qiegħed iħallas kirja ta’ €15-il kuljum fuq karozza li l-eks-Ministru George Pullicino ma baqax juża u fl-istess ħin Pullicino kien qiegħed jitħallas allowance ta’ €7,000 fis-sena. L-eks-Ministru Nazzjonalista George Pullicino kien kera karozza għal ħames snin sħaħ bir-rata ta’ €15-il kuljum, li bejn l-2008 u l-2010 serviet bħala t-tieni karozza tiegħu, minbarra l-karozza l-oħra li kien juża bħala l-karozza uffiċjali tiegħu. Lejn l-aħħar tal-2010 l-eks-Ministru Nazzjonalista ddeċieda li minflok it-tieni karozza jibda jirċievi allowance ta’ €7,000 fis-sena, benefiċċju li seta jieħu bħala membru tal-Kabinett. Bil-konsegwenza li għal ftit iktar minn sentejn, bejn Novembru 2010 u Marzu 2013, Gvern Nazzjonalista min-naħa ħallas b’kollox mas-€16,000 lil George Pullicino f ’allowance minflok it-tieni karozza, waqt li xorta ħareġ €12,500 oħra f ’kirja fuq din l-istess tieni karozza. George Pullicino kien ukoll wieħed mill-ministri Nazzjonalisti li taw lilhom infushom żieda ta’ €500 filġimgħa. Il-Ħadd li għadda l-gazzetta KullĦadd żvelat kif l-eks-Ministru Nazzjonalista Tonio Fenech, li bħal George Pullicino kien Ministru talaħħar Gvern Nazzjonalista, u t-tnejn huma membri tal-Grupp Parlamentari ta’ Simon Busuttil, kien qed jipprova jbigħ għal madwar €8,000 il-karozza li kien xtralu l-Gvern minn fondi pubbliċi fl-2004 għal €25,000 u li kellha sservi bħala t-tieni karozza tiegħu, liema karozza huwa xtara mingħand il-Gvern għal inqas minn €2,000, tlett
ijiem qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013. Mitlub jagħti kummenti fuq dan ilkaż minn ONE News, Simon Busuttil talab lill-ġurnalist biex “ma jdaħħakx in-nies bih”. Fl-istess ħin, ġimgħa ilu Busuttil ħabbar se jkun qiegħed jagħti promotion lil Tonio Fenech meta qabbdu biex ironikament ilestilu rapport fuq ittraffiku u l-karozzi. €120,000 għat-tieni karozza ta’ tliet eks-Ministri tal-PN Sadanittant, l-ispiża sħiħa fuq it-tieni karozza li kienu jużaw tliet eks-Ministri biss Nazzjonalisti: Tonio Fenech,
Austin Gatt u Tonio Borg, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013 laħħqet il-€120,000. Il-karozzi waħidhom li Tonio Fenech, Austin Gatt u Tonio Borg kienu jużaw bħala t-tieni karozza: Peugeot 307 XRS, Opel Corsa, Alfa Romeo u Honda CRV Estate, inxtraw mill-Gvern u swew €68,000. Kien hemm imbagħad spiża oħra ta’ €28,000 f ’tiswijiet fuqhom u f ’kirjiet ta’ karozzi oħra waqt li t-tieni karozzi kienu għattiswija, u €24,000 fi fjuwil għal dawn il-karozzi. Kien matul dan il-perjodu, preċiżament f ’Novembru tal-2011, illi l-eksMinistru għall-Finanzi, l-Ekonomija
u Investiment Tonio Fenech kien għamel diskors fil-baġit fejn sostna li, “matul l-aħħar tliet snin iffaċċjajna taqlib kbir. Kien biss b’ħafna għaqal, b’deċiżjonijiet iebsa imma tajbin, u bixxogħol, bil-bżulija, u bis-saġrifiċċji talfamilji Maltin u Għawdxin li żammejna ’l pajjiżna miexi ’l quddiem, minkejja l-kollass ta’ madwarna”. Fil-verità, però, minkejja s-sagrifiċċji li għamel il-poplu Malti u Għawdxi, l-ekonomija ma marritx ’il quddiem kif wiegħed Fenech u l-infiq skandaluż tal-eks-Ministru Nazzjonalisti qiegħed jurina x’kienet waħda mir-raġunijiet għalfejn ġara hekk.
IL-MERITOKRAZIJA TA’ BUSUTTIL
JINNOMINA LIL MIN ĦA ĦATRIET U KONSULENZI BLA RAŻAN TAĦT IL-PN Fl-istess ħin li kien qiegħed jitkellem dwar kemm suppost jemmen fil-meritokrazija, ilKap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil innomina persuna fuq il-Kummissjoni Elettorali li fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti ngħata ħatra waħda wara l-oħra f ’diversi bordijiet, waqt li d-ditta legali li jaħdem fiha ngħatat eluf ta’ ewro f ’konsulenzi. Il-persuna nnominata millKap tal-Oppożizzjoni hija l-Avukat Joe Zammit Maempel li huwa qarib tal-eks-Ministru Austin Gatt u ilu involut filPartit Nazzjonalista sa missnin tmenin. Nomina wara oħra L-Avukat Zammit Maempel beda jingħata l-ħatriet minn gvernijiet Nazzjonalisti sa minn wara l-elezzjoni ġenerali tal-1987. Fil-fatt, f ’dik issena nħatar Kummissarju tal-Ġustizzja; kariga li dam
jokkupa sal-1996. Inħatar ukoll Direttur tal-Mimcol u tal-Malta Government Investments bejn l-1990 u l-1993, tal-Malta Development Corporation bejn l-1993 u l-1996, tal-Air Malta plc bejn l-1999 u l-2003 u tal-AzzurrAir Srl bejn l-1999 u l-2004. L-Avukat Zammit Maempel kien Chairman tal-Kumitat tas-Sejħiet għall-Offerti u tax-Xiri tal-Air Malta plc bejn l-1999 u l-2004, tal-Bord tal-
Appell tal-Professjonisti tasSaħħa bejn l-2004 u l-2008, talBord tal-Appelli tal-Kumpaniji kkontrollati bejn l-2002 u l-2006, tal-Bord tal-Awtorità tal-Lotteriji u l-Logħob bejn l-2003 u l-2008, tal-Kumitat tal-Offerti u x-Xiri Pubbliku tal-Awtorità tat-Turiżmu bejn l-2005 u l-2014. Zammit Maempel serva wkoll bħala membru tal-Bord tal-Fakultà tal-Liġi, fl-Università ta’ Malta bejn l-1998 u l-2003.
Id-ditta legali li fiha jaħdem l-Avukat Zammit Maempel bħala sieħeb hija GVTH. F’din id-ditta legali hemm involut ukoll George Hyzler eks-Deputat u Segretarju Parlamentari Nazzjonalista. Taħt gvernijiet Nazzjonalisti GVTH ingħatat €180,000 b’direct orders f ’konsulenzi mill-Privatisation Unit. Dawn kienu maqsuma fi tliet direct orders fl-2010, 13-il direct order fl-2011, 15-il direct order fl-2012 u erba’ direct orders fl-2013. GVTH ingħatat ukoll għal 15-il sena sħaħ permezz ta’ direct orders, xogħol ta’ konsulenza legali mill-Port Ħieles. Bejn l-1999 u l-2007 permezz ta’ direct order, kull sena GVTH tħallset €3,500 għax-xogħol ta’ konsulenza legali, għal total ta’ €31,500. F’dan iż-żmien George Hyzler kien Segretarju Parlamentari fil-Kabinett Nazzjonalista tal-eks-Prim Ministru Eddie Fenech Adami.
Mill-2008 ’il quddiem, għal darb’oħra permezz ta’ direct order, id-ditta legali tal-Avukat Zammit Maempel bdiet tħallas €7,000 fis-sena millPort Ħieles, ħlas li baqa’ jsir sal-bidu tal-2013, għal total ta’ kważi €40,000. B’kollox, millkonsulenza legali mal-Port Ħieles, GVTH daħħlet iktar minn €70,000. Kien f ’Settembru li għadda li Simon Busuttil innomina lill-Avukat Zammit Maempel fuq il-Kummissjoni Elettorali. Din in-nominazzjoni ta’ persuna li ngħatat ħatriet u konsulenzi għal 25 sena sħaħ ta’ gvernijiet Nazzjonalisti, tkompli tikkontradixxi d-dikjarazzjonijiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar kemm suppost jemmen f ’ħatriet ibbażati fuq il-meritokrazija. Fil-jiem li għaddew sar magħruf li fil-bidu tas-sena, Busuttil innomina żewġ ħbieb personali tiegħu fuq il-bord tal-Awtorità tax-Xandir.
LOKALI
kullħadd.com
24|01|2016 05
IN-NIES QED JARAW ID-DIFFERENZA Kitba ta’ ALEANDER BALZAN “Il-poplu vvota għall-bidla. Għalxejn noqogħdu ngħidu li l-Gvern ta’ qabel qatt m’għamel affarijiet bħal dawn.” Hekk iddikjara l-Prim Ministru f ’intervista li matulha kien mistoqsi dwar ir-riżenja ta’ Michael Falzon minn Segretarju Parlamentari fl-aħħar jiem. Riżenja wara rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-esproprjazzjoni ta’ proprjetà fi Triq Zekka, il-Belt Valletta. Iffaċċjat bil-kummenti ta’ diversi persuni, partikolarment partitarji tal-Partit Laburista, dwar il-fatt li fi żmien ieħor ma kienx ikun hemm dan ittip ta’ responsabbiltà politika, il-Prim Ministru ddikjara: “Innies riedu xi ħaġa differenti. Li kieku mhux hekk kienu jerġgħu jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista. Għalhekk aħna fid-dover li nagħmlu l-affarijiet differenti. Filwaqt li l-Oppożizzjoni m’għandhiex kredibbiltà u ma jistennew xejn minnha, jistennew ħafna mill-Gvern. Kellhom u għad għandhom fiduċja fil-Gvern għax qed nuru li ż-żmien inbidel u miegħu qed jinbidel il-pajjiż.” Deċiżjoni investigazzjoni
wara
Fl-aħħar xhur il-kritika dwar il-ftehim b’rabta malesproprjazzjoni fi Triq Zekka kienet waħda konsistenti. IlPrim Ministru nnifsu spiċċa filmira tagħha u għalhekk kienet naturali l-mistoqsija għaliex baqa’ jistenna r-rapport talAwditur Ġenerali. It-tweġiba kienet ċara. “Għax nemmen fis-saltna taddritt. Ma tiħux deċiżjoni fuq xi jkun qal Simon Busuttil jew xi rapport fil-midja. Issa qabel x’kien jiġri? Ma kien jiġri xejn. Għalhekk hemm ċerti nies, partikolarment Laburisti, irrabjati,” argumenta l-Prim Ministru li reġa’ sostna l-punt li n-nies riedu bidla. Tenna li jekk ikun hemm allegazzjoni hu jitlob li tkun investigata u hekk ġara f ’dan il-każ. Spjega kif, minkejja li l-eks-Segretarju Parlamentari Michael Falzon baqa’ jgħid li m’għandux x’jaqsam, refa’ r-responsabbiltà. “M’għandix raġuni għaliex niddubita lil Michael Falzon. Iżda aġixxa ta’ politiku responsabbli u tellajna l-kwistjoni tal-kontabbiltà politika f ’livelli mingħajr preċedent,” iddikjara Joseph Muscat. Iżda, jekk il-poplu jrid li tintrefa’ r-responsabbiltà politika, irid ukoll li każi talimgħoddi ma jgħaddux qisu qatt ma kien xejn.
Ritratt: ALAN SALIBA
Irrid naqta’ l-politiku mid-day-today tad-Dipartiment
Irreferejt lill-Prim Ministru għal investigazzjoni talInternal Investigations and Audit Department. Dipartiment li, minbarra li stħarreġ il-każ ta’ Triq Zekka, innota wkoll nuqqasijiet f ’każi oħra, bħal tal-Fekruna, fost oħrajn. “Se jibqgħu għaddejjin qisu qatt ma kien xejn?” kienet ilmistoqsija. “Le ma jistgħux jibqgħu għaddejjin u dwarhom qed jittieħdu l-pariri tal-Avukat Ġenerali. Hemm każi minnhom li qegħdin ukoll għand l-Awditur Ġenerali u nistenna li jinvestiga,” tenna l-Prim Ministru. Anke jekk hu jitkellem b’konvinzjoni dwar kif inbidlu l-affarijiet, jidher li fil-politika lokali donnu malOppożizzjoni wieħed qatt ma jista’ jġibha żewġ. Minkejja diversi liġijiet biex tissaħħaħ il-governanza, bħall-Whistleblower Act u t-tneħħija tal-preskrizzjoni fuq il-politici, Simon Busuttil jibqa’ jikkritika lill-Gvern fuq governanza. “Il-Kap tal-Oppożizzjoni hemm kelma waħda li tiddeskrivih b’mod sħiħ: negattiv. Daħħal il-Partit Nazzjonalista fi triq tannegattiviżmu,” qal il-Prim Ministru li fakkar li dan huwa rifless f ’oqsma oħra talpolitika. “Li kien għalih jerġa’ jgħolli l-kontijiet, ma jaqlibx malpower station għall-gass u jmur fil-klassi jagħti ‘lunch’ li jumilja
studenti minn familji foqra. Dawn l-uniċi proposti tiegħu għax intefa’ b’ruħu u ġismu biex ikun negattiv,” kompla jsostni. “Iżda m’hemmx dubju li n-negattiviżmu jista’ jkollu xi effett,” nargumenta filwaqt li nisħaq li ħaġa, meta tirrepetiha, tista’ tibda titwemmen. “Jista’ jkun li tagħtik xi riżultati għal xi żmien, imma fl-aħħar mill-aħħar teħel miegħek. Jekk niġu lura għallgovernanza, il-fatti juru li llum ittieħdu ferm iktar passi minn kemm ittieħdu qabel. In-nies se jistaqsu x’għamel hu meta kellu każi ta’ governanza ħażina quddiemu u hemm ukoll se jaraw id-differenza,” wieġeb il-Prim Ministru li fisser kif jemmen li anke hawn
fis-saħħa qed nirranġaw ħafna mit-taħwid li ħallew huma u n-nies jifhmu dan, u filġustizzja l-istess. Issa n-nies trid tiżen ukoll fuq kwistjoni ta’ governanza u meta tara l-fatti tifhem kemm aġixxejna b’mod differenti,” kien ilkumment tiegħu. Iżda, biex qed jaġixxi differenti l-Prim Ministru żgur li ġieli jkollu jħallas prezz qares. Ngħidlu li riżenja mhix faċli u hemm min qed jikkritikah li wiegħed l-aqwa Kabinett fl-istorja biex kellu jibdlu maż-żmien. “Għandi grupp parlamentari b’ħafna kwalità u għalhekk nista’ nagħmel ukoll ċerti bidliet. Ta’ qabli kien ilmenta dwar li ma kellux minn fejn jagħżel. Jien għandi. Issa dwar jekk tħallasx prezz għoli, irrisposta hi sempliċi. Fl-aħħar sirna pajjiż normali Ewropew. Din hija n-normalità f ’soċjetà moderna,” tenna Joseph Muscat. Riforma fid-Dipartiment tal-Artijiet Mistoqsija ovvja oħra hi jekk f ’dipartiment fejn tul is-snin
Għandi grupp parlamentari b’ħafna kwalità
in-nies jistgħu jafdaw iktar lillGvern. Dikjarazzjoni instigata wkoll b’kumment min-naħa tiegħi dwar id-deputat Jason Azzopardi. “In-nies taf min kien ragel,” jirrispondi u jiftaħ xi ftit iktar l-argument. “Fl-ekonomija l-Oppożizzjoni lanqas tibda,
qamu dubji kbar kif jaħdmu l-affarijiet, kienx hemm bżonn dan il-każ u dan ir-rapport biex il-Gvern jintebaħ li hemm ħtieġa ta’ bidliet. “Michael Falzon kien diġà qed jaħdem fuqha. Iżda, ilGvern ikun għaddej fuq numru ta’ affarijiet. Kellna wkoll ir-riforma tal-MEPA fejn
inqasmet f ’żewġ awtoritajiet, waħda ffukkata fuq l-ippjanar u oħra fuq l-ambjent. Kien proċess mhux faċli iżda sar b’mod tajjeb ħafna, grazzi għal Michael Falzon u Leo Brincat. Mela l-ewwel kellna l-MEPA, issa għandna d-Dipartiment tal-Artijiet,” spjega l-Prim Ministru li f ’dan il-każ reġa’ wera l-istil tiegħu li jibdel totalment l-affarijiet meta meħtieġ. Fil-fatt, fil-konferenza talaħbarijiet tal-Erbgħa, ħabbar b’mod immedjat li ried riforma kbira. Id-Dipartiment tal-Artijiet se jispiċċa minn dipartiment u jsir awtorità. “Irrid naqta’ l-politiku mid-day-to-day running ta’ dan id-Dipartiment,” iddikjara b’mod ċar, wara li ħatar bord immexxi minn Imħallef Emeritu biex jissorvelja l-operat f ’dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni sakemm tidħol fis-seħħ awtorità ġdida. “Irid ikollna liġi ċara u aġġornata li tindirizza n-nuqqasijiet li ilhom hemm is-snin kif ukoll biex ikollna sistema moderna għattmexxija ta’ asset kbir li għandu l-pajjiż. L-għan li jkollna awtorità awtonoma, b’bord ta’ governanza li jserraħ moħħ il-familji u n-negozji li l-affarijiet qed isiru bil-mod li jixraq,” żied il-Prim Ministru li qal li f ’dan il-proċess hemm bosta entitajiet li jistgħu jkunu involuti. F’nofs leġiżlatura Għaldaqstant, filwaqt li l-Prim Ministru huwa ffokat fuq dawn il-bidliet u riformi f ’oqsma oħra, bħal dawk fissaħħa u s-settur tal-enerġija fost oħrajn, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għaddejja f ’vena ta’ kampanja elettorali. Ma jħassbux dan lill-Prim Ministru, li biex jibqa’ għaddej bil-proġett tiegħu għal Malta, sentejn oħra jrid jirbaħ elezzjoni? “Naħseb il-poplu diġà qed jagħti tweġiba. Fi żmien meta f ’nofs il-mandat il-Kap talOppożizzjoni suppost ikun qed jirkeb fuq mewġa u jżid il-punti ta’ fiduċja b’mod qawwi, minflok qed inaqqas. Mela l-poplu diġà qed juri li qed jirrifjuta n-negattività. Minflok qed jiggwadanja qed jitlef,” jinnota l-Prim Ministru. Iżda, għal darb’oħra jsostni li jifhem li hemm min irid u jistenna iktar mill-Gvern. “Ilmoviment għandu l-fiduċja tal-poplu. Iżda hemm sezzjoni ta’ nies li qed tirriserva l-ġudizzju tagħha, bħalissa li qegħdin f ’nofs it-terminu tagħna. U aħna se nkomplu naħdmu biex il-ġudizzju ta’ dawn ikun wieħed pożittiv. Però, l-pożizzjoni li ninsabu fiha f ’nofs it-terminu tagħna timlieni b’kuraġġ,” temm jgħid il-Prim Ministru.
06 24|01|2016
kullħadd.com
LOKALI
IL-KREDIBBILTÀ AMBJENTALI TAL-OPPOŻIZZJONI…
IL-PN ATTAKKAT MIN-NIES TIEGĦU STESS RITIANNE AGIUS ritianne@kullhadd.com
Waqt li kien qed jindirizza l-Konvenzjoni tal-PN intitolata ‘Idea Ambjent’, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li jekk il-Partit Nazzjonalista jieħu pożizzjoni favur l-ambjent, dan ikun jista’ jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss. B’dan id-diskors Busuttil ikkonferma kemm il-PN qed jirkeb fuq il-karru tal-ambjentalisti, mhux għax verament jemmen f ’politika favur l-ambjent, iżda għax din tista’ trebbħu punti politiċi għall-elezzjoni. Konferma ta’ kemm il-pożizzjoni tal-PN fuq l-ambjent hija waħda nieqsa mill-kredibbiltà, kienet id-dikjarazzjoni ta’ Dr Simon Mercieca din il-ġimgħa, li sostna li l-konvenzjoni talPN dwar l-ambjent kienet serviet tajjeb lill-elementi korrotti fil-politika, u li biha dawn kienu kkonsolidaw issaħħa tagħhom fil-partit. Huwa saħaq li kien irrifjuta li jattendi għal din il-konvenzjoni li permezz tagħha “l-PN irnexxielu jibdel il-proċess politiku kollu f ’farsa”. Mercieca kien wieħed minn dawk fdati mill-PN biex iħejji r-rapport tal-aħħar telfa elettorali. F’dan is-servizz nagħtu ħarsa lejn ftit mill-iskandli li tappnu r-rekord ambjentali tal-Partit Nazzjonalista, fejn uħud minn dawk responsabbli għal sfreġji ambjentali flaħħar snin għadhom sal-lum jiffurmaw parti mill-grupp parlamentari Nazzjonalista. Art ODZ għall-iżvilupp
tinfetaħ
Fl-2006 il-Kabinett Nazzjonalista ħa d-deciżjoni li jneħħi kważi tliet miljun metru kwadru ta’ art minn ODZ, u dan minkejja li dak iż-żmien il-MEPA kienet iddikjarat li l-art disponibbli għall-iżvilupp kienet diġà ħafna ikbar mid-domanda. Fil-fatt, kien imbassar li sal-2020 ikun hemm bżonn ta’ 41,200 binja ġdida, filwaqt li l-ispazju disponibbli għall-iżvilupp kien ta’ 98,300 binja. Minkejja li l-art disponibbli għall-iżvilupp kienet iktar mid-doppju ta’ dak li kien hemm bżonn, Gvern Nazzjonalista, li Simon Busuttil kien parti minnu, xorta waħda kien għażel li jibdel il-pjan lokali b’mod li jagħti artijiet ODZ għall-iżvilupp. Art meqjusa bħala ODZ iddaħħlet fiż-żona tal-iżvilupp u għalhekk ingħatat il-barka minn amministrazzjoni Nazzjonalista biex l-ispekulaturi
jkunu jistgħu jibnu binjiet li mhumiex ta’ natura edukattiva jew ta’ saħħa. Dan kollu sar taħt it-tmexxija ta’ George Pullicino, li dak iż-żmien kien il-Ministru għall-Ambjent, u li llum għadu jifforma parti mill-grupp parlamentari talPN.
Power station jniġġes
b’żejt
li
Waħda mill-agħar deċiżjonijiet ambjentali tal-Gvern preċedenti kienet bla dubju d-deċiżjoni li jħaddem il-power station ta’ Dellimara bl-iktar żejt li jniġġes. Sabiex ikun jista’ jagħmel dan, il-Gvern saħansitra kien bidel il-liġijiet ambjentali; liema deċiżjoni kellha xamma qawwija ta’ korruzzjoni. Fl-2006, fil-Generation Plan approvat mill-Kabinett, kien ingħad li l-Gvern għandu jiġġenera l-elettriku bil-gass. L-Enemalta stess, f ’seminar li għamlet fl-istess sena, qalet li l-estensjoni ta’ Dellimara kellha titħaddem bil-gass. Fl2007 intefgħu proposti biex kumpaniji jipprovdu gass naturali għall-estensjoni tal-power station “għal raġunijiet ta’ ħarsien ambjentali u iżjed effiċjenza fil-produzzjoni tal-enerġija”. Sa dak iż-żmien kienet għadha fis-seħħ liġi tal-2002 li kienet tisħaq li ma jintużawx magni fil-power station li jitħaddmu bil-heavy fuel oil, u kollox kien juri li l-estensjoni l-ġdida tal-power station, li għaliha kienet ħarġet sejħa għall-proposti f ’Novembru 2006, kellha titħaddem bilgass naturali skont kif kienet tistipula l-liġi ambjentali.
Meta tfaċċat il-BWSC f ’Malta, bdiet tagħmel pressjoni biex issir bidla fil-liġi ambjentali li tippermetti power stations jaħdmu bil-heavy fuel oil (HFO). Din il-pressjoni bdiet fis-sena 2005. Fl- 2007, il-Gvern Nazzjonalista bidel il-ligi ambjentali biex tkun tippermetti li l-impjant il-ġdid ikun jista’ jitħaddem bl-HFO. F’April tal-2009 intgħażlet ilBWSC biex tħaddem il-powers tation bl-HFO. L-iskandli ambjentali ta’ Trafigura Lil hinn mill-iskandlu nazzjonali ta’ commissions fix-xiri taż-żejt mill-Enemalta mingħand il-kumpanija Trafigura, din il-kumpanija li magħha Gvern Nazzjonalista għażel li jinnegozja, kienet involuta f ’diversi skandli ambjentali li saħansitra wasslu għal traġedji umani. Minbarra l-allegazzjonijiet ta’ xiri illegali ta’ żejt minn pajjiżi bħall-Iraq u s-Sudan, fejn fl-ewwel każ ġie saħansitra sospiż uffiċjal tan-Nazzjonijiet Uniti, din il-kumpanija kienet involuta wkoll f ’rimi ta’ skart tossiku fil-Kosta tal-Ivorju. Dan l-iskart huwa kkalkulat li wassal għall-avvelenament ta’ xejn inqas minn 100,000 persuna, kif ukoll diversi fatalitajiet, fosthom numru ta’ tfal u żgħażagħ. Dan kien ikkonfermat minn rapport dettaljat tal-aġenzija Amnesty International u Greenpeace, li ħareġ f ’Settembru 2012. Il-każ imur lura għal Awwissu 2006, meta residenti fil-belt ta’ Abidjan fil-Kosta tal-Ivorju stenbħu f ’jum minnhom
għal riħa tossika qawwija. Jirriżulta li, matul is-sigħat ta’ qabel, diversi trakkijiet ħadu l-iskart tossiku minn fuq vapur u ddepożitawh f ’madwar 18-il post differenti madwar il-belt. Ir-riżultat kien sitwazzjoni ta’ emerġenza medika, b’eluf kbar ta’ persuni jirrikorru fl-isptarijiet għat-trattament u oħrajn li tilfu ħajjthom. Fl2007 l-kumpanija Trafigura laħqet ftehim mal-Gvern talKosta tal-Ivorju għall-immunità mill-prosekuzzjoni f ’dan il-pajjiż, fejn ħallset is-somma ta’ madwar €145 miljun. Minkejja dawn l-oxxenitajiet, f ’Diċembru tal-2012, Gvern Nazzjonalista reġa’ għażel lil din il-kumpanija biex jixtri ż-żejt mingħandha, f ’kuntratt validu għal sitt xhur. Fid-dawl tal-commissions li ngħataw lil Frank Sammut u l-iskandli internazzjonali li Trafigura kienet involuta fihom, Tonio Fenech, dak iż-żmien responsabbli mill-Enemalta, baqa’ jinsisti li l-kuntratt ma’ Trafigura ma kienx se jitwaqqaf. Trab iswed fin-Nofsinhar Għal snin sħaħ Gvern Nazzjonalista mhux biss m’għamel xejn biex isolvi l-problema tat-trab iswed fin-naħa t’isfel ta’ Malta, iżda saħansitra ċaħad li din il-problema teżisti. Kien biss f ’Settembru 2011, meta ċ-ċaħdiet perpetwi tal-Gvern kienu bdew iħabbtuha mal-aqwa kummiedja, li finalment l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar ikkonfermat li t-trab iswed kien ġej mill-power station tal-Marsa.
Ir-rapport tal-MEPA mhux biss kien ta raġun lir-residenti u l-kunsilli lokali ta’ diversi lokalitajiet fin-Nofsinhar ta’ Malta li kienu ilhom snin sħaħ jisħqu li l-problema kienet ġejja mill-power station tal-Marsa, iżda ta raġun ukoll lill-Partit Laburista, li dejjem saħaq li dan it-trab kien ġej mill-power station tal-Marsa u li suppost kienet ilha li ngħalqet minħabba l-ammont kbir ta’ tniġġis li kienet qed tikkawża. Għall-konvenjenza politika, il-Gvern ta’ dak iż-żmien għażel li jippubblika dan ir-rapport sitt xhur tard, għax id-dokument innifsu kien jindika li dan tlesta mill-MEPA f ’Marzu tal-istess sena. L-istorja tat-trab iswed kienet tmur lura diversi snin, tant li lura għas-sena 1999 il-Ministru Francis Zammit Dimech kien ikkummissjona rapport imsejjaħ Stacey Report, fejn tqabbdu numru ta’ esperti Inglżi biex janalizzaw din il-problema, u li kienu kkonkludew li dan it-trab seta’ kien marbut mal-emissjonijiet tal-power station tal-Marsa. Fis-sena 2002, studju li kien sar minn studenta universitarja fid-Dipartiment tal-Kimika kien ikkonkluda li t-trab iswed li kien waqa’ fuq il-Fgura bejn l-2000 u l-2002 kien fil-fatt ġej mill-powersta tion tal-Marsa. Madankollu, sal-pubblikazzjoni tar-rapport tal-MEPA fl-2011, Gvern Nazzjonalista baqa’ jiċħad li t-trab iswed kien ġej mill-power station tal-Marsa u, fl-2010, il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, Lawrence Gonzi, saħansitra ċaħad li kienet teżisti xi problema ta’ trab iswed.
LOKALI
kullħadd.com
24|01|2016 07
Il-KORP TAL-PULIZIJA FL-AĦĦAR SENTEJN U NOFS…
IKTAR MINN 3,300 OPPORTUNITÀ TA’ TAĦRIĠ
F’din l-akkademja ġew imnedija wkoll korsijiet dwar il-vjolenza domestika li ngħataw lil numru ta’ pulizija minn professjonisti mill-Isptar Monte Carmeli. Skont informazzjoni ppubblikata fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela, għall-mistoqsija tadDeputat Anthony Agius Decelis, jirriżulta li minn Marzu 2013 sa Settembru 2015 fost il-membri tal-Korp tal-Pulizija kien hemm aktar minn 3,300 reġistrazzjoni għall-korsijiet, eskluż dawk tar-reklutaġġ. Ġaladarba l-Korp illum huwa magħmul minn madwar 2,160 membru, dan l-ammont jixhed li numru sostanzjali ta’ pulizija attendew għal iktar minn kors wieħed. Madwar 200 membru tal-Forzi Armati ngħaqdu ma’ dawn il-pulizija biex jirċievu taħriġ f ’setturi partikolari. Minn Marzu sa Diċembru 2013 saru sitt tipi ta’ korsijiet li kienu mifruxa fuq perjodi differenti matul is-sena. Dawn il-korsijiet kienu jinkludu, fost oħrajn, taħriġ fuq facial composite production lill-membri tal-forensika, taħriġ fil-
Malti lill-ispetturi, u taħriġ fuq l-immaniġjar tal-armi u l-isparar. Matul l-2013 kien hemm total ta’ 456 membru li rċevew dawn il-korsijiet. Bejn Jannar u Diċembru 2014 saru ħdax-il tip ta’ korsijiet differenti. Dawn kienu jinkludu wħud li ngħataw fl-2013, kif ukoll korsijiet oħra bħal dawk relatati mad-dokumentazzjoni talimmigrazzjoni u l-prevenzjoni tal-Ebola. L-iktar korsijiet li saru matul din is-sena kienu dawk magħrufa bħala in-service courses li jinkludu, fost oħrajn, taħriġ fil-liġi u l-preżentazzjoni tal-evidenza, community policing u etika. B’kollox kien hemm total ta’ 2,310 li rċevew ittaħriġ matul l-2014. Bejn Jannar u Settembru tal2015 ukoll saru ħdax-il tip ta’ korsijiet, li kienu jinkludu fire safety, first aid u kors li wassal għal-liċenzja fil-logħob tannar. Għas-searching officers course attendew ukoll membri
tal-Forzi Armati. B’kollox, fl-ewwel tmien xhur tas-sena kien hemm 775 membru li rċieva t-taħrig. Barra minn dawn temmew b’suċċess il-kors ta’ reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija 113-il individwu fl-2014 u 116-il individwu fl-2015. 500 jattendu korsijiet barra minn Malta Intant, minn informazzjoni pprovduta mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali fuq talba ta’ din il-gazzetta, jirriżulta li huma madwar 500 il-membri filkorpi dixxiplinati li attendew għal taħriġ speċjalizzat barra lpajjiż, liema taħriġ iġorr valur ta’ €800,000. Fil-Forzi Armati ta’ Malta, madwar 170 membru attenda taħriġ speċjalizzat f ’aktar minn 20 akkademja militari differenti inkluż l-Amerika, l-Italja, Franza, il-Ġermanja u l-Marokk; liema taħriġ flaħħar sentejn ammonta għal total ta’ €660,000. Mill-2013 ’l hawn, fil-Protezzjoni Ċivili, 69 segwew taħriġ barra minn xtutna ivvalutat għal €18,500. Fuq livell reġjonali u internazzjonali, membri talKorp ukoll jattendu għal korsijiet residenzjali organizzati mil-Europol u l-Frontex, kif ukoll f ’kulleġġi jew akkademji tal-Pulizija barranin oħra. Il-membri tal-Korp jieħdu sehem fi programmi ta’ skambju fuq livell reġjonali bħal dawk imnedija millEuropean Police Exchange
Programme (CEPOL), kif ukoll f ’web seminars edukattivi fuq diversi suġġetti tal-Pulizija. Fil-fatt, fl-aħħar sentejn ,madwar 260 pulizija ngħataw taħriġ f ’oqsma bħall-forensika, reati ekonomiċi, cyber crime u traffikar tal-persuni barra minn xtutna. Dan b’valur ta’ madwar €200,000 minn fondi lokali. L-Akkademja se jkollha Direttur tal-Edukazzjoni F’kummenti li l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela ta lil din il-gazzetta, huwa saħaq fuq l-importanza li membri tal-korpi dixxipplinati jkomplu jingħataw opportunitajiet biex javvanzaw fil-karrieri tagħhom. Qal li t-taħriġ speċjalizzat barra l-pajjiż huwa ferm importanti għax iwassal għat-tisħiħ tal-ħiliet, għalhekk fis-sena li ġejja se jkompli jsir aktar investiment fih. Spjega kif, fl-istess waqt, dan ma jnaqqasx l-importanza għal taħriġ lokali. Anzi, iżżewġ aspetti għandhom jikkumplimentaw lill-xulxin. Hawn Abela spjega kif fl-aħħar sentejn sar ittrasferiment minn Santa Venera għal Ta’ Kandja u tlesta x-xogħol fuq il-bini ta’ din l-Akkademja. Bħalissa għaddej ix-xogħol biex fiż-żmien li ġej din issir Akkademja għal Korpi Dixxiplinati b’ħatra għal Direttur tal-Edukazzjoni responsabbli li jfassal programmi edukattivi minn livell bażiku sa livell avvanzat
skont il-ħtiġijiet partikolari talforzi. Kollaborazzjoni Università ta’ Malta
mal-
Din il-gazzetta hija infurmata li preżentament għaddejjin diversi korsijiet f ’din l-Akkademja f ’Ta’ Kandja. Riċentament kien hemm korsijiet għar-rekluti fi grad ta’ kuntistabbli fil-Pulizija li, fost it-tagħlim intensiv li rċevew, kien hemm għarfien f ’oqsma ġodda, inkluż filqasam kulturali u storiku, sabiex dawn ikunu jistgħu jassistu b’mod partikolari litturisti waqt iż-żjara tagħhom f ’postijiet ta’ storja u interess. F’din l-Akkademja ġew imnedija wkoll korsijiet dwar il-vjolenza domestika li ngħataw lil numru ta’ pulizija minn professjonisti millIsptar Monte Carmeli. Din hija miżura oħra tal-baġit li daħlet fis-seħħ bil-għan li jissaħħu l-ħiliet tal-membri tal-Korp tal-Pulizija, kemm dawk li jieħdu r-rapporti fiddistretti, kif ukoll dawk fliskwadri speċjalizzati, bħallIskwadra ta’ Kontra l-Vizzji li ta’ kuljum jiffaċċjaw vittmi kif ukoll aggressuri ta’ vjolenza domestika. Attwalment, l-Akkademja tal-Pulizija qed taħdem ukoll bi sħubija mal-Università ta’ Malta fuq ċertu korsijiet bħalma huwa dak tadDiploma in Policing li bħalissa qed jingħata mid-Dipartiment tal-Kriminoloġija għal membri fi grad ta’ spettur.
08 24|01|2016
PORTELLI U DEBONO MA JIKKORDINAWX BEJNIETHOM
Minkejja li Marthese Portelli hija Shadow Minister għall-Enerġija, din ma tafx li r-rapporti annwali u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Enemalta għas-snin 2012 u 2013 ilhom li ġew ippubblikati fil-Parlament minn Ottubru tas-sena li għaddiet. F’mistoqsija parlamentari li saret din il-ġimgħa d-Deputat Nazzjonalista Marthese Portelli talbet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi biex ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti annwali u d-dikjarazzjonijiet finanzjari tal-Enemalta għas-snin 2012 u 2013. Portelli qalet li dawn id-dokumenti kienu għadhom ma tpoġġewx minkejja d-diversi talbiet li kienu saru. Fir-risposta tiegħu, il-Ministru Mizzi informa lil Marthese Portelli li d-dokumenti li kienu qed jintalbu minnha kienu diġà ġew impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra. Fil-fatt jirriżulta li dawn id-dokumenti ġew ippubblikati fis-26 ta’ Ottubru 2015, meta l-Ministru Mizzi kien qed iwieġeb għal mistoqsija parlamentari oħra, din id-darba min-naħa tad-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono. Debono, li hija Kelliem għas-Servizzi Finanzjarji, l-IT u l-Gaming, kienet talbet lill-Ministru Mizzi l-istess informazzjoni. Dawn iż-żewġ dokumenti jinsabu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit tal-Parlament, u qegħdin annessi mat-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari ta’ Debono. Dan l-inċident mhux biss jista’ jindika li d-deputati Nazzjonalisti ma jikkordinawx bejniethom, iżda jqajjem ukoll dubji fuq l-affidabbiltà tal-kritika li l-Oppożizzjoni spiss tagħmel dwar it-tmexxija tal-Enemalta. Dan għaliex huwa evidenti li din il-kritika kienet qed issir fil-għama, mingħajr kunsiderazzjoni tar-rapporti finanzjarji tal-korporazzjoni.
kullħadd.com
LOKALI
ELUF IGAWDU MILL-PROĠETT TAS-SOTTOTITOLI
Ftit tal-ġimgħat ilu l-Gvern ħabbar proġett pilota li se jintroduċi s-sottotitoli għal drama ewlenija li tixxandar fuq l-istazzjon TVM. Il-gazzetta KullĦadd ħadet il-kummenti ta’ kelliema għas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà u Anzjanità Attiva hekk kif dan il-proġett, immirat għal aktar aċċessibbiltà għal persuni neqsin mis-smigħ fejn jidħol ix-xandir pubbliku, daħal f ’fażi ġdida. Kelliem għal dan is-Segretarjat spjega li, permezz ta’ dan ilproġett, id-drama popolari Strada Stretta qed tintwera bis-sottotitoli u għalhekk persuni li għandhom nuqqas ta’ smigħ issa jistgħu jgawdu minn dan is-servizz u jsegwu din il-produzzjoni fuq ix-xandir nazzjonali. Barra minn hekk, id-drammi bdew jitilgħu fuq is-sit ta’ Television Malta on demand minn ftit tal-jiem ilu u, minn statistika li nġabret, jidher li dawn l-episodji diġà rawhom aktar minn 4,000 darba. “Dan huwa proġett pilota u huwa intiż biex il-produtturi ta’ drammi popolari f ’Malta jibdew jieħdu eżempju u jipproduċu drammi bis-sottotitoli għal min għandu nuqqas ta’ smigħ. L-għan tal-Gvern huwa li, mas-sejħa li jmiss, is-sottotitoli ikunu parti mir-rekwiżiti għax-xandir nazzjonali u għal stazzjonijiet oħra,” tenna l-kelliem. Huwa temm jgħid li dan il-proġett kellu l-appoġġ sħiħ tal-Broadcasting Services u s-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà u Anzjanità Attiva diġà qiegħed jesplora proġetti oħrajn simili
LOKALI
kullħadd.com
24|01|2016 09
IT-TIENI EDIZZJONI TAL-ĠIMGĦA TAS-SERVIZZ PUBBLIKU
NINVESTU FIN-NIES Mid-29 ta’ Jannar li ġej se jingħata bidu għat-tieni edizzjoni tal-Ġimgħa tas-Servizz Pubbliku, li din is-sena se jkollha t-tema Ninvestu fin-Nies. Kif tixhed it-tema, l-għan li din il-ġimgħa hija li tiġi rrikonoxxuta ħidmet dawk kollha li jaħdmu fis-Servizz Pubbliku hekk kif ħafna drabi x-xogħol li jagħmlu ftit li xejn ikun jidher. Il-gazzetta KullĦadd ħadet il-kummenti ta’ kelliema għas-Segretarjat Permanenti Ewlieni biex tifhem aħjar fiex jikkonsistu l-attivitajiet ta’ din is-sena u x’tip ta’ preparamenti involvew. Wirja ta’ apprezzament Il-kelliema spjegat li l-preparamenti jibdew minn xhur qabel, bit-tfassil tal-kontentut ta’ din il-ġimgħa u saħqet li l-għan ewlieni tagħha huwa li s-Servizz Pubbliku jingħata l-attenzjoni li tixraqlu għax, wara kollox, huwa l-id amministrattiva tal-Gvern. Hija fakkret li s-sena li għaddiet saret il-konferenza annwali għat-tmexxija tasServizz Pubbliku, fosthom għas-segretarji permanenti, diretturi ġenerali, diretturi, assistenti diretturi u chief information officers. Għal din
il-konferenza attendew 250 ruħ; numru simili għal dak mistenni fl-edizzjoni ta’ din is-sena. Attività oħra li ġiet organizzata s-sena li għaddiet u li kienet tinvolvi l-partiċipazzjoni ta’ numru kbir ta’ persuni kienet l-attività Nirrikonoxxu x-Xogħol, fejn matulha dawk l-uffiċjali pubbliċi li ressqu
ideat biex jitjieb is-Servizz Pubbliku ngħataw rikonoxximent. Għal din l-attività attendew ’il fuq minn 150 ruħ. Il-kumplament tal-attivitajiet kienu jikkonsistu f ’konferenzi tal-aħbarijiet indirizzati mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar, u numru ta’ konferenzi żgħar oħra interni għall-uffiċjali
pubbliċi fosthom dwar it-teknoloġija tal-informazzjoni u riżorsi umani. Attivitajiet pubbliċi Il-kelliema spjegat li kienu ttellgħu wkoll numru ta’ ġranet għall-pubbliku bl-għan li dan jara kif jitwettaq ix-xogħol fis-Servizz Pubbliku.
Fosthom kien hemm l-Impjant ta’ Riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin, il-MITA, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, filwaqt li l-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta nfetħu bla ħlas għall-pubbliku. Din is-sena se terġa’ ssir il-konferenza annwali, l-attività li fiha jiġu rikonoxxuti l-uffiċjali pubbliċi li ssottomettew idea kif ukoll il-ġranet għall-pubbliku. Madankollu, din is-sena se jkun hemm attività ta’ ringrazzjament għal dawk li rtiraw mis-Servizz Pubbliku fl-2015. “Din hija xi ħaġa ġdida li qed issir għall-ewwel darba din is-sena. Se tittella’ konferenza organizzata mill-Employee Support Programme; programm li joffri assistenza lill-uffiċjali fl-Amministrazzjoni Pubblika bl-għan li joffri assistenza lil min ikun għaddej minn sfidi personali u emozzjonali li jkunu ta’ xkiel fil-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tagħhom. Barra minn hekk, matul din il-gimgħa, bħalma ġara s-sena li għaddiet, se titnieda edizzjoni oħra tal-pubblikazzjoni Miżuri ta’ Simplifikazzjoni. Dan id-dokument jelenka l-miżuri ta’ simplifikazzjoni li jkunu ħadu l-ministeri matul is-sena ta’ qabel,” temmet tgħid il-kelliema.
ENTITAJIET PUBBLIĊI U POSTIJIET STORIĊI LI SE JKUNU AĊĊESSIBBLI GĦALL-PUBBLIKU B’XEJN IĊ-ĊITTADELLA, GĦAWDEX – Nhar it-30 u l-31 ta’ Jannar 2016 Ħinijiet tal-ftuħ: Dħul: Attrazzjonijiet:
Iċ-Ċittadella – il-ġurnata kollha; tour gwidat – fit-30 ta’ Jannar fil-11.00am u fit-3.00pm, u fil-31 ta’ Jannar fil- 11.00; il-mużewijiet fiċ-Ċittadella bejn id-9.00am u l-5.00pm (l-aħħar dħul fl-16.30) It-tour u l-mużew huma bla ħlas Sejbiet arkeoloġiċi li saru madwar is-sit kollu u kif dawn ġew protetti jew integrati. Spjegazzjoni kif proġett ta’ dan il-kobor ikkunsidra wkoll pjanti endemiċi li bilkemm jidhru, kif ukoll annimali żgħar li jgħixu fiċ-Ċittadella.
REVERSE OSMOSIS, PEMBROKE – Nhar it-30 u l-31 ta’ Jannar 2016 Ħinijiet tal-ftuħ: Dħul: Attrazzjonijiet:
Bejn id-9.00am u l-4.00pm (tour kull siegħa) Bla ħlas Kif isir l-ilma ħelu mill-ilma baħar. Spjegazzjoni ta’ kif il-korporazzjoni ttaffi l-effetti fuq l-ambjent permezz ta’ aktar titjib fl-effiċjenza tagħha billi tnaqqas mill-konsum tal-enerġija li tuża.
MITA, SANTA VENERA – Nhar il-31 ta’ Jannar 2016 Post: Ħinijiet tal-ftuħ: Dħul: Attrazzjonijiet:
MITA Data Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera. Bejn id-9.00am u l-5.00pm Bla ħlas Tour madwar il-bini tal-MITA fejn il-pubbliku jiġi mgħarraf dwar l-infrastruttura u t-teknoloġija eżistenti fid-Data Centre kif ukoll għarfien dwar l-aħħar sistemi u programmi implimentati. Esibizzjoni b’posti informattivi dwar proġetti u sistemi tal-Gvern kif ukoll posti b’gadgets innovattivi. Jingħata materjal promozzjonali.
HERITAGE MALTA – Nhar il-31 ta’ Jannar 2016 Post: Ħinijiet tal-ftuħ: Dħul: Attrazzjonijiet:
Il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, il-Belt Valletta; il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, il-Belt Valletta; l-Armerija tal-Palazz, il-Belt Valletta; il-Kmamar Statali tal-Palazz, il-Belt Valletta; il-Forti Sant’ Iermu, il-Belt Valletta; il-Mużew Nazzjonali tal- Gwerra, il-Belt Valletta; il-Palazz tal-Inkwiżitur, il- Birgu; it-Tempji ta’ Ħal Tarxien, Ħal Tarxien; il- Mużew Marittimu, il-Birgu; Għar Dalam, Birżebbuġa; it-Tempji tal-Imnajdra u Ħaġar Qim, il-Qrendi; il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali, l-Imdina; id-Domus Romana, l-Imdina; il-Katakombi ta’ San Pawl, l-Imdina; il-Mużew tal-Arkeoloġija, iċ-Ċittadella; il-Mużew tan-Natura, iċ-Ċittadella; il- Mużew tal-Folklor, iċ-Ċittadella; il-Ħabs l-Antik, iċĊittadella; it-Tempji tal-Ġgantija, ix-Xagħra; Il-Mitħna ta’ Kola, ix-Xagħra. Bejn id-9.00am u l-5.00pm (l-aħħar dħul fl-4.30pm) Bla ħlas It-Tempji ta’ Ħal Tarxien li għadhom kif ġew inawgurati mill-ġdid
IT-TEATRU MANOEL, Il-BELT VALLETTA – Nhar il-31 ta’ Jannar 2016 Post: It-Teatru Manoel (dħul mill-uffiċċju tar- riservazzjonijiet) Ħinijiet tal-ftuħ: Fis-1.00pm, fit-3.00pm u fil-5.00pm (tour kull siegħa) Dħul: Bla ħlas. Jistgħu jidħlu persuni ta’ aktar minn sitt snin. Attrazzjonijiet: L-istorja fil-qosor tat-Teatru Manoel. Tour tal-mużew, l-awditorju, l-istage, il-backstage, il-costume house, id-dressing rooms u r-rehearsal rooms.
10 24|01|2016
kullħadd.com
OPINJONI
TOLLERANZA LIMITATA? Naomi Cachia Uffiċjal Politiku FŻL
Ma ninsewx li l-Kostituzzjoni tagħna tirrispetta reliġjonijiet oħra u li dawn jiġu pprattikati.
Xahar ilu, fi żmien il-Milied, bħala Forum Żgħażagħ Laburisti nedejna kampanja bit-tema Reach Out bl-għan li jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund u li, fuq kollox, ngħaddu messaġġ ta’ paċi u solidarjetà, speċjalment lit-tfal. Il-membri tagħna kienu preżenti Tas-Sliema u t-tfal li kienu preżenti kellhom l-opportunità jiżbgħu jdejhom b’kulur u jimmarkaw il-pala ta’ idhom fuq bord; att sempliċi iżda simboliku, speċjalment fi żmien il-festi. Xahar wara, kliem bħal ‘solidarjetà’ u ‘tolleranza’ jinsabu għal darb’oħra fi ħsibijieti, hekk kif segwejt l-aħbarijiet fuq l-għagħa li nqala’ fuq il-talb li kien qed isir minn grupp ta’ Musulmani quddiem il-knisja tal-Imsida. Ngħidlu għagħa, għax niskanta kif att ta’ libertà ta’ espressjoni u reliġjon bħalma hu t-talb għadu jinstiga reazzjonijiet bħalama rajna ġimgħa ilu, f ’forma ta’ protesti u tqassim ta’ ħobż bil-perżut. Il-komunità Musulmana kulma jmur dejjem qiegħda tikber, u l-bżonnijiet tagħhom iridu jiġu mħarsa u, fid-dawl ta’ dan, il-bżonn biex jinstabu spazji alternat-
tivi għall-bżonnijiet spiritwali tagħhom qed jikber ukoll. Ma ninsewx li l-Kostituzzjoni tagħna tirrispetta reliġjonijiet oħra u li dawn jiġu pprattikati. B’hekk, ikun skorrett li wieħed jgħid li qed jingħataw xi drittijiet speċjali lill-Musulmani: dawn id-drittijiet huma tagħhom, diġà! B’hekk, ilqajt bi pjaċir l-aħbar li l-Gvern offrielhom
spazju alternattiv temporanju bil-ħsieb li jkun hemm koperazzjoni miż-żewġ naħat biex tinstab soluzzjoni permanenti. Nifhem ukoll, mill-kummenti li nisma’ u naqra fuq il-midja soċjali, li din mhix l-opinjoni popolari. L-argumenti li nisma’ spiss huma li għandna nissalvagwardjaw lil pajjiżna, u dan jinkludi
l-kultura u r-reliġjon. Iżda, nistaqsi: lesti li biex nagħmlu dan nissagrifikaw l-hekk imsejħa karatteristika ta’ pajjiż b’qalb kbira li tant nisħqu li aħna? Jew is-solidarjetà tagħna bħala Maltin testendi biss għal dawk Maltin Kattoliċi? Fl-opinjoni tiegħi l-ikbar theddida għall-kultura tagħna hija proprju din l-intolleranza.
u nagħtihomlok. Imma tiġix għada sieħbi, meta nkun bihom, għax malajr nibagħtek issaqqi l-ħass tal-Marsa u ngħidlek bil-ħatfa: “Ħallini kwiet!” Il-biċċa tax-xogħol hi li l-Mulej f ’ħajjithom għadu jidħol bil-Wifi. U l-viżjoni li għandhom tiegħu hija mċajpra. Ġieli jispiċċaw jiddakkru wkoll minn ċertu virus li jismu nofs kedda! Ħeqq! Jiena wkoll ġieli jattakkani! Ajma! L-aktar meta tiġi fuqi xi ġurnata li ma nkun irrid nara lil ħadd quddiem wiċċi! Issa dan it-tip ta’ virus ikrah! Fil-fatt, il-kelma ta’ Alla, li m’għandhiex tidwir ta’ kliem, tkellimna fuqu wiċċ imb wiċċ! Jogħġobna jew ma jogħġobniex! “U lill-anġlu talknisja li hemm f ’Laodiċija iktiblu hekk: ‘Dan jgħidlek l-Ammen, ix-Xhud fidil u veru,
minnu l-bidu tal-ħolqien ta’ Alla: jiena naf l-opri tiegħek, u naf li la inti kiesaħ u lanqas sħun. Mhux li kont jew kiesaħ jew sħun! U hekk, ladarba inti biered, u la sħun u lanqas kiesaħ, jiena sa nobżqok minn ġo ħalqi. Int tgħid: ‘Jiena għani, jiena stagħnejt u ma jonqosni xejn’, bla ma taf li l-imsejken huwa int, ta’ min jitħassrek, fqir, għama u għeri’” (Apk 3 :14-17). Dan kien tal-Wifi miskin! L-għana telagħlu għal rasu! U beda jieħu kollox alla buona! Irtab wisq! U ġralu li, għax ħajtu ma kinitx mibnija fuq Ġesù Kristu, sar “jixbah lil bniedem iblah li bena daru fuq ir-ramel. Niżlet ix-xita, ġew il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, u ġġarrfet; u kbira kienet il-qerda tagħha!” (Mt 7:26-27). Imma dak tal-cable le! Dak huwa minn “dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha!” (Lq 11:28). Jimxi mal-prinċipju li jagħti ‘lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari, u lil Alla dak li hu ta’ Alla’ (Lq 20:25). Dan hu dak li jisma’ kliem Ġesù u jwettaq li jgħidlu! Dan huwa dak il’bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat. Niżlet ix-xita, ġew il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, iżda ma ġġarrfitx għax kellha s-sisien tagħha fuq il-blat’” (Mt 7 :2425). X’saħħa! X’ċarezza! U aħna? Tal-Wifi jew tal-cable?
BIL-WIFI JEW BIL-CABLE? Fr Mario Attard OFM Cap
Jiena wkoll ġieli jattakkani! Ajma! L-aktar meta tiġi fuqi xi ġurnata li ma nkun irrid nara lil ħadd quddiem wiċċi!
Wifi! Cable! Kulħadd isemmihom! Illum qegħdin ngħixu fi żmien tal-informatika sieħbi! Jekk għadek m’intix midħla tal-kompjuter inħeġġek biex tkun. Din mhix kwistjoni ta’ lussu! Dan sar bżonn! Il-Wifi u l-cable huma forom ta’ kif wieħed ikun jista’ jidħol fis-sistema tal-internet. Niftakar li meta smajt għallewwel darba bl-internet, jiġifieri fis-sena 1998, kont issaħħart bl-idea li daqstant miljuni ta’ nies madwar id-dinja jirnexxilhom jikkomunikaw ma’ xulxin permezz ta’ katina ta’ kompjuters! X’idea ġenjali! Mhux sabiħa jew, li tkun tista’ tkellem lil ħbiebek u l-qrabatek li qegħdin tant ’il bogħod minnek b’mod virtwali? Dak il-ħin stess? Qabel, dawn il-ħwejjeġ konna tabilħaqq noħolmuhom! Imma llum, għall-grazzja ta’ Alla, litteralment ngħumu fihom! Madankollu, il-biċċa talWifi u l-cable minn dejjem baqgħet tiffittali ’l moħħi u ’l qalbi. Imma l-Wifi u l-cable x’għandhom x’jaqsmu ma’ ħajjitna ta’ kuljum? Għallewwel ma tantx rajtha r-rabta. Imma mhux meta tibda’ tużahom sieħbi! Il-wifi huwa wireless. Għandek spazju ristrett fejn tużah. M’għandekx il-cable li jxekklek imma kif taqbeż iddistanza tispiċċa bla reception! Biex tuża dan is-servizz irid ikollok il-password, inkella nini
tużah! Tista’ ddum turiha l-Ipad is-sabiħa, għax mingħajr servizz tibqa’! Il-Wifi difettuż. Ġieli jmur malajr. Ma jkunx daqshekk b’saħħtu. U, nistħajlek tistaqsini: “Int bħalek, Patri, kif tafu dan kollu?” Ħeqq! Il-mistoqsija oħt il-għerf sieħbi. Darba minnhom tekniku bravu ħafna fil-qasam tal-internet qagħad jispjegali dawn l-affarijiet bilkalma kollha. Niftakru jgħidli: “Bil-cable aħjar. L-internet jidħol aktar b’saħħtu.” Waqt li kien qiegħed jgħidli dan iddiskors mimli għaqal, fettilli nitbissem. Il-connection mal-ħajja l-Imgħallem issa wrihieli! Hawn uħud fostna li ttesseraw ruħhom mal-grupp tal-Wifi. Jew aħjar ma dawk li jqabblu fejn jaqblilhom. Kollox jagħmlu bl-aptit. Jekk illum għandi aptit ngħinek naqla’ għajnejja
OPINJONI
kullħadd.com
GVERN LABURISTA GVERN LI JAĦDEM
24|01|2016 11
X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI 18 ta’ Jannar Tħabbar li, filwaqt li f ’Marzu 2013 in-numru ta’ mediċini out of stock kien 130, matul ix-xahar ta’ Jannar kien hemm biss żewġ mediċini out of stock
Emanuel Cuschieri
1. Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg tniżżel f ’waħda mil-listi ta’ Forbes; fi ftit kliem Dr Borg tniżżel f ’lista internazzjonali li tindika lil dawk iż-żgħażagħ li jkunu qed jispikkaw fil-ħidma tagħhom. 2. Persuni b’diżabbiltà fid-dinja tax-xogħol, filwaqt li fl-2010 kienu 50 il-persuni li sabu xogħol, fl-2014 kienu 100 l-persuni li sabu xogħol. Is-sena li għaddiet dan in-numru ttrippla – fl-2015 kienu 350 il-persuni b’dizabbiltà li sabu ruħhom fid-dinja tax-xogħol.
19 ta’ Jannar
Intensifika ruħu x-xogħol biex jissewwew ħsarat fil-pixxina nazzjonali f ’Tal-Qroqq
3. Bejn Novembru 2014 u Novembru 2015 il-bejgħ mill-ħwienet żdied bi 2%. 4. Ġiet introdotta skema oħra mill-Gozo Channel ta’ vjaġġar bi rħis għal tmiem il-ġimgħa matul ix-xahar ta’ Jannar. 5. Il-Eurostat għadha kemm ikkonfermat li Malta huwa l-pajjiż bit-tielet l-inqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea. 6. Bdew il-preparamenti biex jibda jopera l-fast ferry minn u lejn Għawdex. Dan se jkun ifisser li fl-iqsar żmien possibbli l-Għawdxin se jkunu jistgħu jaqsmu lejn iċ-ċentru ta’ Malta. 7. F’sena l-lista ta’ stennija għas-servizzi residenzjali tal-anzjani naqset bi 800. 8. Statistika maħruġa mill-Eurostat poġġiet lil Malta bħala l-aħjar pajjiż fejn persuna għandha ċans issib xogħol wara li tlesti l-edukazzjoni fil-livell postsekondarju u terzjarju. 9. Is-Segretarju għall-Istat għall-Affarijiet Ewropej fl-Uffiċċju talPrim Ministru Taljan, Sandro Gozi, qal li t-tkabbir ekonomiku li qed tesperjenza Malta huwa eċċezzjoni meta mqabbel mal-bqija tal-Ewropa; filwaqt li f ’Malta t-tkabbir ekonomiku huwa ta’4%, l-Ewropa għandha tkabbir ta’ 1.5%. 10. L-allowance tas-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta żdiedet minn €279 għal €627. 11. Il-pulizija se jibdew iħallsu inqas taxxa fuq l-extra duties tagħhom. 12. Il-foss li hemm taħt iċ-Ċittadella f ’Għawdex, minn post żdingat issa sar post organizzat fejn wieħed jista’ jistrieħ u anke jgawdi s-sbuħija taċ-Ċittadella. 13. F’Lulju tas-sena li għaddiet in-numru ta’ persuni li jaħdmu full-time żdied b’4% meta kkumparat mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel. 14. Din is-sena mistennija jidħlu aktar pulizija ġodda fil-Korp talPulizija. 15. Permezz ta’ sistema ġdida fil-qasam tal-liċenzjar, issa l-kaċċaturi u n-nassaba se jkunu qed jiffrankaw €652,500 bejniethom fi ħlas ta’ liċenzji.
20 ta’ Jannar
Tħabbret żieda ta’ 3% fit-turiżmu
21 ta’ Jannar
Tħabbar pjan kif se jiġi rranġat Kennedy Grove biex ikun jista’ jitgawda aħjar mill-familji
22 ta’ Jannar
F’Għawdex sar tisbiħ tal-ġnien tal-Qbajjar
23 ta’ Jannar
Tlesta x-xogħol ta’ pavimentar fi Triq l-Ordinanza fil-Belt Valletta
24 ta’ Jannar
Tħabbret żieda ta’ 3.6% fil-ħolqien ta’ impjiegi full-time
12 24|01|2016
kullħadd.ċom
OPINJONI
IL-POLITIKA: KONTABBILTÀ U RESPONSABBILTÀ Catherine Fenech Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL
Id-distakk elettorali
Din hija l-kontabbiltà politika u ta’ kif fil-verità tieħu responsabbiltà politika. Dan hu l-mod serju u vera ta’ kif tagħmel standards ġodda fil-politika.
Ngħiduha kif inhi, ma tiħux pjaċir li tnaqqas ilpopolarità politika, għalkemm f ’nofs leġiżlatura din hi ħaġa aċċettabli li l-partit filGvern jitlef diversi punti perċentwali fil-popolarità malelettorat. Normalment, f ’nofs leġiżlatura l-partit fil-Gvern ikun qiegħed fl-agħar żmien ta’ popolarità u l-Oppożizzjoni tkun qed tgawdi l-aqwa żmien fil-popolarità tagħha. Madankollu, il-punti li tilef il-Partit Laburista waqt li hu fil-Gvern, ma marrux għand l-Oppożizzjoni. L-Oppożizzjoni ma ggwadanjat xejn fil-popolarità tul dawn is-sentejn u nofs, anzi fl-aħħar stħarriġ pjuttost naqqset ukoll. Il-fatt hu li l-elettorat bħalissa jippreferi li jkun indeċiż jew jgħid li ma jivvutax. U bir-raġun. Dan għax l-elettorat ma jarax lill-PN bħala gvern alternattiv, ma għandux fiduċja fl-Oppożizzjoni. Min hu xettiku fuq il-ħidma ta’ dan il-Gvern mhux juri fiduċja fl-Oppożizzjoni, jippreferi li jiddikjara li ma jrid jivvota lillebda partit. Imma l-elettorat jistenna aktar minn Gvern Laburista. Għalhekk tellgħu fil-Gvern b’tant fiduċja massiċċa. Ma jridx li Gvern Laburista jkun fl-istess keffa tal-PN. Il-Prim Ministru qal li l-elettorat tilef il-fiduċja flOppożizzjoni imma jrid ilgvern jwassal aktar u aħjar u dan huwa li l-Gvern Laburista huwa kommess li jagħmel. U tara d-differenza ta’ kif jaħdem dan il-Gvern u kif kienu jaħdmu gvernijiet preċedenti meta issa, kif ġie ppubblikat ir-rapport tal-awditur ġenerali fuq l-esproprjazzjoni talbini fi Strada Zekka u l-każ Gaffarena, il-Prim Ministru aġixxa mill-ewwel. Din hija il-kontabbiltà politika u ta’ kif fil-verità tieħu responsabbiltà
politika. Dan hu l-mod serju u vera ta’ kif tagħmel standards ġodda fil-politika. Ir-rapport qal li nuqqas ta’ governanza tajba fid-Dipartiment talArtijiet ilha timmanifesta ruħha taħt diversi gvernijiet preċedenti. Però, kien dan l-ewwel gvern li ħa azzjoni u investiga bis-serjetà. U ma waqafx hemm lanqas. Irresponsabbiltà politika ttieħdet u se tkompli l-investigazzjoni interna fid-Dipartiment talArtijiet u riforma sħiħa flistess Dipartiment. Hekk imorru l-affarijiet fil-politika. Din hi s-serjetà. U dan ilpoplu jarah u jirrikonoxxih. Għax filwaqt li taħt gvernijiet preċedenti, meta jkun hemm xamma ta’ skorrettezza, jew kienet tintefa’ taħt it-tapit jew inkella taparsi ssir inkjesta u mbagħad tinqafel f ’kexxun, dan il-Gvern jagħmel inkjesta immedjatament u kif joħroġ ir-riżultat jieħu azzjoni millewwel b’kuraġġ u mingħajr ma jħares lejn wiċċ ħadd. Id-depreciation Missieri dejjem għallimni li mhux għaqli li tinvesti f ’karozza għax malli toħroġha mix-showroom il-valur tagħha jibda jdub bħal biċċa silġ. Imma, balleċ, dawn l-aħħar ġranet it-teorija tad-depreciation li tant jemmen fiha missieri ġiet sfidata bil-kbir hekk kif rajna li kien hawn min xtara karozza bi flus il-poplu għal aktar minn €25,000 u wara tmien snin xtraha mill-ġdid biex iżommha għalih bi prezz tassew vantaġġjuż ta’ inqas minn €2,000 tlett ijiem qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali (għax dan hu ż-żmien li taħdem), u issa, ħaġa tal-għaġeb, l-istess karozza ntefgħet għall-bejgħ għall-prezz ta’ ftit inqas minn €8,000. Missier, jiddispjaċini ngħidlek li t-teorija tiegħek m’għadhiex tapplika għal ċertu nies. Il-
passat mhux garanzija talfutur, u l-valur jista’ jinżel kif ukoll jogħla. Għal ċertu nies ilkarozza, minn biċċa silġ iddub, aktar saret bħal biċċa deheb solida li żżid il-valur, avolja teqdiem. Kważi kważi, ittrasparenza u l-onestà politika qed tittantani tant li mmur fissit elettroniku fejn kien hemm il-karozza maġika għall-bejgħ u nara jekk insibx xi arloġġ tal-lira għall-bejgħ ukoll. Ħeqq! Min jaf ? Ma nieħu xejn bi kbir. Dawn huma l-istess nies li kienu lesti li jbigħu l-Enemalta b’€1. Mhux ta’ b’xejn li l-Oppożizzjoni ma ċċaqalqitx fil-popolarità politika mill-aħħar elezzjoni ġenerali ’l hawn, għax il-poplu qed jara li dawn għadhom l-istess nies li huma sfiduċjaw bil-qawwa, in-nies li baqgħu jippruvaw imaxtru sal-aħħar ftit ġranet. Tislima lil Tonina u Mary Rose Din hi l-ewwel opportunità li kelli biex insellem pubblikament lil żewġ nisa li fil-kwiet taw ferm lillPartit Laburista. Jien, li nesperjenza kuljum il-ħajja li kienet tgħix Tonina, nista’ nifhem is-sagrifiċċju ta’ mara miżżewġa u omm meta tkun daqshekk involuta fil-ħidma politika, kemm hi u kemm żewġha. Ikun hemm żminijiet li l-familja, sfortunatament, tieħu t-tieni post għax iddedikazzjoni ġġiegħlek tħares lejn il-ħidma politika bħala missjoni. Għadna pjuttost inbatu minn nuqqas ta’ nisa li jinvolvu ruħhom fil-politika. Meta Tonina kienet tiffrekwenta l-Maċina, l-involviment tan-nisa seta’ kien anqas. Għalhekk, dawn innisa ta’ min jammirahom u ta’ min ifaħħarhom. Madankollu, ix-xogħol tal-mara fil-Partit Laburista mhux għax ma kienx preżenti, pjuttost għax
ma kienx esponut. In-nisa filPartit Laburista kienu jaħdmu fis-skiet. Illum l-affarijiet qed jinbidlu. In-nisa llum qed jersqu aktar ’il quddiem biex jieħdu rwolijiet aktar eżekuttivi fil-politika. Tonina ħadmet f ’kull livell politiku, minn Sindku tażŻurrieq, sa membru flEżekuttiv Nazzjonali talPartit, sa fil-livell lokali u distrettwali. U ta’ dan ixxogħol inħossni li għandi nkun grata lejha u nqisha bħala role model ta’ kif, iva, bl-impenji kollha li mara jista’ jkollha minħabba l-familja, b’id f ’id mas-sieħeb tagħha xorta tista’ tagħti l-kontribut li tixtieq lejn it-twemmin politiku tagħha. Però, inżomm dejjem f ’moħħi l-parir li tani żewġha, il-ħabib tiegħi Nettu, meta qalli: “Cath, aħdem imma qatt tabbanduna lil uliedek għax wara jiddispjaċik.” Kliem mill-qalb. Mary Rose Dimech; telfa oħra li ġarrab il-Partit Laburista f ’dawn l-aħħar ġimgħat. Lil Mary Rose kulħadd kien jafha f ’Ħal Lija. Tat snin twal ta’ ħidma u dedikazzjoni lillPartit Laburista, speċjalment fir-raħal ta’ Ħal Lija u fit-8 distrett fuq livell ta’ kumitat lokali u distrettwali. Mary Rose kienet kollega tiegħi fil-kumitat lokali ta’ Ħal Lija bħala Uffiċjal għan-Nisa. Meta jkollna l-laqgħa tal-kumitat nibqa’ nistenna li se naraha dieħla mill-bieb tal-kamra tal-kumitat, hekk kif drajtha kalma kalma. Tlifna pilastru. Tlifna attivista formidabbli u bieżla, b’gheruq antiki u sodi fil-PL, speċjalment f ’Ħal Lija. Fuq kollox, tlift ħabiba u persuna leali u li nafda. M’hemmx kliem biex nesprimi l-kondoljanzi profondi tiegħi u n-niket għat-telfa ta’ Mary Rose u ta’ Tonina. Strieħu fissliem, għeżież Tonina u Mary Rose. Qatt ma tkunu minsija. Sa ma nerġgħu niltaqgħu.
EDITORJAL
kullħadd.com
24|01|2016 13
www.kullħadd.com agħmel kuntatt magħna
INDIRIZZ POSTALI
ĠURNALISTI
KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717
Ritianne Agius ritianne@kullhadd.com Liam Gauci liam@kullhadd.com Glen Falzon glen@kullhadd.com
SALES U DISTRIBUZZJONI 2090 1410 2090 1413
Alan Saliba
sales@kullhadd.com
2090 1520
Leanne Grech
editorial@kullhadd.com
2090 1411
IMPAĠNAR U DISINN
ROAD MAP Meta l-Partit Laburista kien flOppożizzjoni, irrapporti tal-Awditur Ġenerali kienu jkunu l-akbar lenti fuq il-Gvern ta’ dak iż-żmien. U mhux rapport wieħed kien hemm iżda lista twila. L-aktar tnejn li jiġu f ’moħħi iżda li dwarhom ħadd qatt ma rriżenja kienu dawk tat-tender tal-BWSC, u dak dwar iżżieda li taw lilhom infushom fl-onorarja l-membri kollha tal-Kabinett ta’ dak iż-żmien. F’tal-ewwel ħareġ ċar li kien hemm kemm abbużi kif ukoll irregolaritajiet u, f ’tat-tieni, tant kellu raġun l-Awditur li parti minn dak li ttieħed raddewh lura – prova ċara ta’ kemm ħadu dak li ma kienx tagħhom. Dak iż-żmien kien hemm rapporti, kulħadd baqa’ fejn kien u ma kinitx ħaġa taċ-ċajt li l-Kabinett kollu kien involut f ’teħid ta’ fondi mhux dovuti. Ma nistgħux nimmaġinaw xi tkun is-sitwazzjoni kieku, Alla ħares qatt, jiġri l-istess taħt dan il-Gvern. Kieku ħoll xagħrek u ġib iż-żejt. Ara li kieku kemm sejħiet biex ilKabinett kollu jirriżenja! Jekk ukoll ma jippruvawx idaħħlu lill-Pulzija għax jibdew jgħidu li din kienet misapproprjazzjoni ċara! Il-Gvern tal-lum għandu benefiċċju importanti quddiemu dwar kif għandu jkun iggvernat il-pajjiż. Għandu quddiemu road map ċar li ħalla warajh il-Partit Nazzjonalista meta kien filGvern. Road map ta’ x’ma għandniex nagħmlu biex ma niżbaljawx. B’dan kollu żbalji qegħdin isiru. Konvinti li ħadd mill-politiċi ma huwa involut personalment, iżda hija l-fehma ta’ din ilgazzetta li l-amministrazzjoni ta’ ħwejjeġ pubbliċi għandha titħalla f ’idejn nies li jafu sewwa kif jaħdem iċ-Ċivil Pubbliku. Nies li qatt ma ħadmu fiċ-Ċivil u ma jafux kif jaħdem hemm ċans qawwi li jiżbaljaw u, mingħjar ma jridu, jimbarrazzaw lil kulħadd. Kemm ilu fil-Gvern il-Partit Laburista ħadd ma għadu
jibża’ mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Kemm ilu hemm ilPartit Laburista l-ekonomija mhux biss tjiebet iżda hija l-aqwa fl-Unjoni Ewropea. Kemm ilu fil-Gvern il-Partit Laburista sett ta’ miżuri li ma jispiċċaw qatt taw nifs liż-żgħażagħ u ċ-ċans li jibdew il-ħajja bl-inqas spejjeż possibbli. Ommijiet ingħataw iċ-ċans li joħorġu jaħdmu mingħajr ma jitilfu l-benefiċċji u jlaħħqu mattrobbija ta’ wliedhom. Dawk li huma l-aktar vulnerabbli sa fl-aħħar qed jaraw id-dawl. Min hu fin-negozju jgħidlek li reġa’ sab saqajh. Iżda din is-sensiela ta’ miżuri pożittivi tassew bħal donnhom intradmu minħabba avvenimenti li huma marbutin mhux malpolitika tal-Gvern iżda ma’ isem u kunjom ta’ xi ħadd. Hija ħasra kbira li x-xogħol kbir li għamel dan il-Gvern qed jiddallam minn sensiela ta’ deċiżjonijiet li mingħajrhom konna ngħaddu. Min-naħa l-oħra, l-Oppożizzjoni, li għadha ma ħaslitx taħt idejha, erħilha titkaża, tkabbarhom u għal kull ħaġa ta’ xejn tuża kliem bħal “skandlu” u “korruzzjoni”. Ngħiduha kif inhi: ħadd daqshom ma huwa f ’pożizzjoni li jagħraf lit-tnejn. Iżda rridu naċċettaw ilkonklużjonijiet tal-Awditur Ġenerali li lanqas hemm mod kif tista’ tikkontestah. Dan l-Uffiċċju huwa mwaqqaf mill-Kostituzzjoni u jagħmel xogħol antipatiku għax irid jikxef l-iżbalji u n-nuqqasijiet li jista’ jiltaqa’ magħhom waqt li jkun qed jinvestiga l-operat ta’ min ikun fil-Gvern. F’qalbna jista’ jkollna r-riservi tagħna dwar dawn ix-xorta ta’ rapporti, iżda fil-pubbliku rridu noqogħdu għall-ġudizzju tiegħu kif qalet tajjeb Deborah Schembri waqt il-ħatra tagħha bħala Segretarju Parlamentari responsabbli għad-Dipartiment tal-Artijiet u l-MEPA. Nistgħu nagħmlu bħalma kien jiġri qabel. Dak iż-żmien l-Awditur Ġenerali kien ikun irridikolat, mhedded u kkritikat bl-aktar
mod inġust. Iżda ma nkunu qegħdin nagħmlu xejn ħlief li nkomplu negħrqu kif fil-fatt ġralu l-Gvern ta’ qabel. Ħallewlna road map dwar
liema żbalji għandna nevitaw; kulma rridu nagħmlu huwa li nħarsu lejha.
14 24|01|2016
kullħadd. com
ITTRI
SEMMA’ LEĦNEK Ibagħtilna ittra biex nippubblikawha fil-gazzetta KullĦadd. Preferibbilment l-ittri jkunu miktuba bil-kompjuter. INDIRIZZ POSTALI KullĦadd Ittri, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, Ħamrun ĦMR 1717. INDIRIZZ ELETTRONIKU editorial@kullhadd. com. Annotaw l-email billi fis-suġġett tiktbu li hija ittra.
KAROZZI BISS
IL-PN HU PARTIT PINNUR
Sur Editur, Sur Editur, Meta kont ferm iżgħar milli jien illum kont naħseb li l-politika hija eżistenti biex pajjiżna jkun aħjar u biex in-nies jgħixu ħajja diċenti. Kont żgħira, iffissata fiżżewġt itfal li l-Mulej għoġbu jagħtini; kont dik li bl-Ingliż tisejjaħ ‘naive’. Kellhom jgħaddu bosta u bosta snin biex moħħi jirreġistra l-fatt li hawn min juża l-politika għall-finijiet ta’ moħħu. Kont naħseb li anke n-Nazzjonalisti kellhom ideat tajbin biex bihom imexxu pajjiżna. F’għajnejja kienu nies li jaħsbu f ’buthom l-ewwel, u għadni naħseb hekk salġurnata tal-lum. In-nies riduhom għall-voti biss, wara setgħu jmorru jsaqqu l-ħass tal-Marsa. Din id-darba, anzi għat-tieni darba wara l-każ tal-arloġġ mogħti lilek, hemm il-każ tal-karozza li xrajt għal €1,908. Alla jbierek kemm
ġejt stmat! Prezz miżerabbli għal karozza lussuża. Għajb għalik Tonio Fenech; xi programm fuq ir-radju għamilt bija snin ilu meta ġejt akkużata li kont qed inħassar ċertu appuntamenti l-isptar dak iż-żmien San Luqa. Mhux talli ma ħassart l-ebda appuntament, talli lanqas kont xogħol dakinhar. Ebda pulizija ma ġie jħabbatli l-bieb u għadni sal-ġurnata tal-lum naħdem f ’dak l-isptar li issa hu Mater Dei; dak li bnejtu intom; dak li kien periklu kbir in-naħa tal-Emerġenza; dak li dejjem kien bil-mediċina out of stock, bi kmamar gabubi u li ridt tkun iffurtunat biex ikollok sodda. Din l-imbierka karozza hija l-qofol tal-inkwiet għal Tonio Fenech bħalissa; karozza li ried ibigħ għas-somma ta’ €7,800. M’għandix dubju ta’ x’inhu l-ħsieb ta’ kull persuna li semgħet din l-aħbar. Possibbli
REKLAMAR IVA… ĦARSIEN LE?
Sur Editur,
Tul iż-żmien suppost li l-ħarsien taċ-ċittadin jitjieb. It-Triq Nazzjonali fil-Blata l-Bajda ilha diċenji li saret. Għaż-żmien li saret kienet state of the art, iżda maż-żmien l-istandards jogħlew. Jiġini f ’moħħi l-inċident
sfortunat ta’ dak il-barrani li waqa’ għal isfel f ’dawk in-naħiet fejn hemm żewġ irqajja’ ta’ ħamrija bl-arbuxelli u li f ’tarf minnhom hemm ċerta għoli għat-triq t’isfel. Tal-anqas, meta dħalna flUnjoni Ewropea ma kellux isir eżerċizzju fit-toroq biex jaraw
jekk hemmx xi perikli li jistgħu jiġu indirizzati? Irid ikun xi inċident bħal dan biex dawk inkarigati u mgħobbija birresponsabbiltà jaraw x’għandu jsir u jwettquh?
Ftit jiem qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, l-eks-Ministru Nazzjonalista Jason Azzopardi, f ’isem il-Gvern Nazzjonalista u l-PN, laħaq ftehim fejn ta assigurazzjoni bil-kitba lillbejjiegħa tal-monti tal-Belt Valletta li Gvern Nazzjonalista jpoġġihom fi Triq l-Ordinanza. Iżda wara li l-PN ħa tkaxkira nobis wara l-aħħar elezzjoni u ġustament ġie mibgħut fl-Oppożizzjoni fejn jixraqlu li jkun, Il-PN għamel bħal pinnur u dawwar wiċċu n-naħa l-oħra. Warrab għalkollox il-wegħda solenni li ta lill-bejjiegħa talmonti, u ħadha qatta bla ħabel kontra l-Gvern Laburista li ried ipoġġi lill-ħaddiema tal-monti fi Triq l-Ordinanza. Ftit qabel l-elezzjonijiet tal-2003 u l-2008 gvernijiet Nazzjonalisti għamlu ftehim mal-proprjetarji tal-kmamar talArmier iżda wara għaxar snin in-Nazzjonalisti, bħal pinnur, dawru wiċċhom in-naħa l-oħra u ma wettqux dak li wiegħdu. Ftit qabel l-aħħar elezzjoni, il-PN, bħal pinnur, reġa’ dawwar wiċċu u l-Prim Ministru Lawrence Gonzi stqarr li huwa jirrispetta kull ftehim li sar; jiġifieri l-PN reġa’ għamel wegħda lill-proprjetarji tal-kmamar tal-Armier. Wara l-elezzjoni l-PN reġa’ għamel bħal pinnur u dawwar wiċċu n-naħa l-oħra, u qed jagħmel pressjoni biex il-Gvern Laburista jieħu passi kontra dak li issa l-PN qed isejħilhom ‘illegalitajiet’. Għal 25 sena n-Nazzjonalisti dejjem sostnew li l-Community Chest Fund kienet solidarjetà. Iżda issa l-Kap tal-PN qed jittimbra lil dawk li jitolbu għajnuna mingħand il-Community Chest Fund bħala ‘tallaba’. Iżda meta l-Kap preżenti tal-PN Simon Busuttil kien Viċi Kap tal-partit kif ukoll Delegat Speċjali tal-PM Lawrence Gonzi, ma stqarrx li dawk li jitolbu l-għajnuna huma tallaba. Għalhekk, għal darb’oħra, il-PN għamel bħal pinnur u dawwar wiċċu n-naħa l-oħra u dak li kien tajjeb għal 25 sena issa sar ħażin. Barra minn hekk, bl-argument tal-Kap tal-PN ‘ta’ tallaba’ dan ifisser li issa l-PN hu kontra s-solidarjetà? Hu kontra l-Community Chest Fund u l-ġbir tal-flus għal għan filantropiku? Jaqaw il-PN se jissuġġerixxi li l-Community Chest Fund jisfaxxa? Jaqaw il-PN hu kontra kull tip ta’ ġbir għax min se jgawdi min dan il-ġbir se jkun stmat bħala tallab? Dawn il-fatti juru ċar kemm verament il-PN hu partit pinnur; kemm verament il-poplu jrid joqgħod attent, mhux biss minn dak li jgħid il-PN, iżda aktar u aktar mill-wegħdi fiergħa li jagħmel biex jaħtaf il-voti. Ma tistax tafda lill-PN għax jidher ċar li dan il-partit kien u għadu partit pinnur. Dak li jwiegħdek illum l-għada jgħid u jagħmel assolutament il-kontra.
J. BONNET BALZAN IL-BALLUTA
ĊENSU W. MUSCAT, RAĦAL ĠDID
l-paga ta’ ministru ma kinitx biżżejjed għal karozza? Jekk il-paga ta’ ministru ma kinitx sodisfaċenti, mela kemm inqas hija sodisfaċenti għal dak li jaħdem daqs kelb b’paga minima? Din il-kwistjoni tal-karozza, bla dubju ta’ xejn, tqanqal ħafna mistoqsijiet bħal: “Għaliex xtara din il-karozza u, aktar, għaliex ried ibigħha?” “Għaliex xtraha jumejn qabel l-elezzjoni? Mela kien jaf li sħabu u hu kienu ser jieħdu tkaxkira nobis fl-elezzjoni u mhux ser jibqa’ ministru, u għalhekk ried idaħħal issomma ta’ aktar minn €5,000 sħan sħan? Il-Partit Nazzjonalista huwa partit tal-gideb u s-Sur Tonio Fenech mhux anqas minnhom. Għall-karozzi tajtuha Tonio – l-ewwel Joe Cassar, issa int. VALERIE BORG, IL-BELT VALLETTA
TA’ BARRA
kullħadd.com
24|01|2016 15
BŻONN TA’ BIDLA FL-ISTRATEĠIJA LIAM GAUCI liam@kullhadd.com Nhar it-Tlieta li għadda, isCenter for Strategic and International Studies (CSIS) ħareġ rapport intitolat AsiaPacific Rebalance 2025; Capabilities, Presence and Partnerships, li pprovda analiżi indipendenti tal-istrateġija ta’ sigurtà tal-Istati Uniti fir-reġjun Asja-Paċifiku. Matul ir-riċerki tiegħu, is-CSIS sab diversi nuqqasijiet serji filpolitika tal-amministrazzjoni attwali f ’dan ir-rigward. F’dan l-artiklu se nagħtu ħarsa lejn xi wħud mil-motivazzjonijiet wara din il-konklużjoni u x’suġġerimenti ngħataw biex dawn jiġu indirizzati sal-2025. Iridu jikkommettu ruħhom Ir-rapport tas-CSIS kien mitlub mill-Kungress Amerikan illi, meta approva n-National Defense Authorization Act tal2015, talbet lid-Dipartiment tad-Difiża tipprovdi studju dwar l-istrateġija Amerikana fil-Paċifiku. Dan kien riżultat tal-fatt li, minkejja li fl-2011 ilPresident Obama kien ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jiffoka ferm aktar riżorsi f ’dan irreġjun, l-istrateġija li adotta eventwalment ma ssodisfatx lill-kritiċi tiegħu li sostnew li għadu ma pproduċiex politika ċara f ’dan ir-rigward. Id-deċiżjoni ta’ Obama li jbiddel il-prijoritajiet internazzjonali ta’ pajjiżu waslet fi żmien meta l-amministrazzjoni tiegħu kienet għaddejja bi proċess li tnaqqas il-preżenza u l-involviment tal-Istati Uniti fil-Lvant Nofsani. L-għanijiet prinċipali li kellhom jintlaħqu kienu t-tisħiħ tar-relazzjonijiet kummerċjali tal-Istati Uniti mal-pajjiżi Ażjatiċi, żieda filpreżenza militari Amerikana fir-reġjun Paċifiku u l-ftuħ ta’ djalogu diplomatiku mal-istess pajjiżi biex jiġu indirizzati diversi nuqqasijiet fil-kamp tad-drittijiet umani. Permezz tar-riċerka li għamel, is-CSIS ikkonkluda li bosta pajjiżi Ażjatiċi laqgħu l-inizjattivi mħabbra minn Obama b’mod pożittiv hekk kif kienu ħerqana li jaraw l-Istati Uniti tikkommetti ruħha b’dan il-mod. Madankollu, l-instabbiltà f ’numru ta’ pajjiżi tal-Lvant Nofsani u t-tisħiħ ta’ gruppi li approfittaw ruħhom minnha ġiegħlu lil Obama jerġa’ jikkommetti bosta riżorsi li kellhom imorru fit-teatru Ażjatiku. Dan kien rifless filkummenti li tawhom uffiċjali għolja ta’ pajjiżi Ażjatiċi li tradizzjonalment kienu alleati tal-Istati Uniti, fejn bosta minnhom esprimew il-biża’ li se jsibu ruħhom weħidhom
f ’każ li s-sigurtà tagħhom tkun mhedda. Sitwazzjoni kumplessa Il-problemi li ħolqu dawn l-iżviluppi kienu diġà qegħdin jinħassu sa sena wara li l-President Amerikan ħabbar it-tnedija tal-istrateġija l-ġdida. Fil-fatt, l-istess CSIS kienu ħarġu rapport f ’Settembru 2012 fejn wissew li l-ammont ta’ flus li kienu kommessi għal din l-istrateġija ma kinux biżżejjed biex isiru l-inizjattivi kollha li kienu mħabbra. Is-CSIS sostnew li minn dak iż-żmien ’l hawn is-sitwazzjoni tjiebet mhux ħażin hekk kif kien hemm qbil bejn iżżewġ partiti dwar il-bżonn li tingħata aktar attenzjoni lillkontinent Ażjatiku minħabba l-fatt li ċ-Ċina adottat politika aggressiva fil-konfront talġirien tagħha. Hawnhekk, l-esperti li taw sehemhom fit-tfassil ta’ dan ir-rapport sostnew li, minkejja li kien hemm indikazzjonijiet ta’ titjib fir-relazzjoni bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti, l-ambizzjonijiet ekonomiċi u diplomatiċi ta’ din tal-ewwel ħolqu sitwazzjoni kumplessa li tista’ twassal għal problemi fil-ġejjieni. Għaldaqstant, ir-rapport spjega li hemm bżonn ċar li l-Istati Uniti taċċellera l-pjanijiet tagħha biex issaħħaħ il-kordinazzjoni mal-alleati Ażjatiċi għax s’issa l-pass tal-implimentazzjoni talistrateġija tagħha huwa kajman ikkumparat ma’ dak taċ-Ċina. Jekk dan is-sens ta’ urġenza ma jiġix adottat mill-Gvern Amerikan, is-CSIS esprima l-fehma li l-kredibbiltà tal-Istati Uniti fejn tidħol id-difiża talinteressi tal-alleati tagħha se titpoġġa fid-dubju, sitwazzjoni li tmur għall-vantaġġ taċ-Ċina. Il-problemi identifikati
li
ġew
Fir-rapport kienu identifikati erba’ nuqqasijiet prinċipali fil-
politika tal-amministrazzjoni ta’ Obama fil-konfront talAsja-Paċifiku. L-ewwel kien il-fatt li l-President Amerikan ma fassalx strateġija ċara filkonfront ta’ dan ir-reġjun, speċjalment fejn għandha x’taqsam iċ-Ċina. Is-CSIS, fil-fatt, innutat li l-lingwaġġ li ntuża fid-diskorsi relatati ma’ din il-kwistjoni varja ħafna matul dawn l-aħħar erba’ snin. It-tieni problema li ġiet identifikati kienet dik talammont limitat ta’ fondi li kienu ddedikati għallesekuzzjoni ta’ din l-istrateġija. Hawnhekk kien innutat li, fl-istess żmien meta Obama ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jespandi l-preżenza tal-Istati Uniti fl-Asja-Paċifiku, huwa kien qiegħed jissielet malKungress biex jiġu evalwati l-baġits ta’ diversi dipartimenti governattivi biex ikun hemm bilanċ fiskali aħjar. Eventwalment, wieħed millvittmi li kien affettwat millkompromess li ntlaħaq bejn il-White House u l-Kungress kien id-Dipartiment tadDifiża, li ra r-riżorsi tiegħu jiġu mrażżna sostanzjalment taħt l-amministrazzjoni preżenti. Dan l-istat ta’ fatt wassal għat-tielet problema li ġiet identifikata mis-CSIS, jiġifieri li l-Istati Uniti ma adattatx l-israteġija militari tagħha b’mod effettiv fil-konfront taċĊina biex tkun tista’ tiddefendi l-interessi tagħha fir-reġjun talAsja-Paċifiku. B’mod speċifiku, ir-rapport ġibed l-attenzjoni għall-investiment kbir li ċ-Ċiniżi għamlu f ’armamenti ballistiċi u l-flotta tagħha; żvilupp li għamel l-istrateġija Amerikana attwali inadegwata. Barra minn hekk, is-CSIS ġibed l-attenzjoni lejn l-investiment sostanzjali li għamlet iċĊina f ’riżorsi informatiċi li jistgħu jintużaw biex jitwettqu attakki ċibernetiċi li jħarbtu l-kordinazzjoni tad-diversi fergħat militari Amerikani f ’każ ta’ konflitt armat. L-aħħar aspett allarmanti
li kien innutat matul din irriċerka kien il-fatt li ċ-Ċina tat xhieda ta’ dak li kien definit bħala “livell ta’ tolleranza għarriskju ferm aktar għoli milli mistenni”. Fi kliem ieħor, sa ftit tas-snin ilu kienu ftit dawk li stennew li ċ-Ċiniżi huma lesti li jisfidaw is-supremazija Amerikana f ’dan ir-reġjun. Dan il-fatt għamilha aktar urġenti li l-Istati Uniti taddatta l-prijoritajiet biex l-interessi tagħha ma jkunux mhedda filġejjieni. X’jista’ jsir? Is-soluzzjonijiet li kienu elenkati fir-rapport biex dawn il-problemi jiġu indirizzati wkoll kienu erbgħa. L-ewwel proposta kienet li tiġi mfassla strateġija ċara dwar dan irreġjun biex tiġi eliminata l-konfużjoni li nħolqot b’riżultat tal-bdil kontinwu tal-lingwaġġ użat millamministrazzjoni preżenti. F’dan ir-rigward huma ssuġġerew li jitħejja rapport simili għal dawk li kienu ppreparati fi żmien it-tmexxija tal-President George H. W. Bush li poġġew pedament tant sod li kienu adottati missuċċessur tiegħu Bill Clinton tul is-snin disgħin. Is-CSIS innota li l-aktar tentattiv li qarreb dawn irrapporti fi żmien il-presidenza ta’ Obama kien l-Asia-Pacific Maritime Security Strategy li tfassal is-sena li għaddiet. Madankollu, huma qalu li dan ir-rapport ma kienx biżżejjed għall-bżonnijiet attwali għax jiffoka ħafna fuq l-aspett militari u ftit li xejn jidħol fi kwistjonijiet diplomatiċi u ekonomiċi. It-tieni proposta li tressqet kienet dik li l-Istati Uniti żżid l-investiment biex tgħin lillalleati tagħha jaddattaw ilkapaċitajiet militari tagħhom għall-politika barranija aggressiva li ċ-Ċina adottat matul dawn l-aħħar snin, speċjalment fejn jidħlu
kwistjonijiet marittimi. Proċess ta’ din ix-xorta għandu jkun ikkordinat m’approċċ aktar multilaterali fejn tidħol is-sigurtà b’kuntrast ma’ dak attwali li kien bilaterali b’inizjattivi li kienu nieqsa minn viżjoni ħolistika. Dan imur id f ’id mattielet proposta fejn is-CSIS issuġġeriet li l-Istati Uniti għandha tbiddel il-kwantità u l-kwalità tal-preżenza militari tagħha stess fl-Asja-Paċifiku. Fi kliem ieħor, l-Amerika għandha żżid l-ammont ta’ persunell u tagħmir militari f ’dan ir-reġjun. Jekk, minħabba restrizzjonijiet baġitarji, dan ma jkunx possibbli, il-Gvern għandu jorganizza lit-truppi tiegħu f ’unitajiet iżgħar biex tal-inqas ikunu jistgħu joperaw b’mod aktar effiċjenti. Fl-aħħar, ir-rapport sostna li l-pass mgħaġġel li bih iċĊina qiegħda timmodernizza l-infrastruttura militari tagħha għandu jwassal lillForzi Armati Amerikani biex jadottaw strateġiji aktar innovattivi. Minħabba li l-impenji militari attivi naqsu għall-Forzi Armati tal-Istati Uniti, is-CSIS issuġġeriet li dawn il-metodi l-ġodda jiġu implimentati u rfinuti permezz ta’ simulazzjonijiet fuq skala kbira magħrufa bħala wargames li jistgħu jsiru flimkien malalleati Ażjatiċi. Skont l-istess rapport, dan il-proċess ta’ mmodernizzar għandu jinkludi fih sistema virtwali biex il-pajjiż ikun jista’ jiddefendi ruħu wkoll minn attakki ċibernetiċi, metodu ta’ aggressjoni li sar popolari mal-Gvern Ċiniż matul dawn l-aħħar snin. Tkun xi tkun ir-reazzjoni talamministrazzjoni attwali għal dan ir-rapport, l-iskala mdaqqsa tal-bidliet mitluba mis-CSIS tindika li r-responsabbiltà biex dawn jiġu mwettqa probabbilment se taqa’ fuq issuċċessur ta’ Obama li għandu jieħu r-riedni tat-tmexxija f ’Jannar tas-sena d-dieħla.
16 24|01|2016
1
kullħadd.com
TA’ BARRA
MINN MADWA
PUTIN ‘PROBABBLI’ WARA L-OMIĊIDJU
1
Inkjesta pubblika li saret mill-Qorti Ingliża kkonkludiet li l-President Russu Vladimir Putin probabbilment kien wara l-qtil tal-ispija Alexander Litvineko. Litvineko miet fl-età ta’ 43 sena fl-2006 wara li kien avvelenat b’sustanzi radjoattivi. L-inkjesta kkonkludiet ukoll li l-avvelenament sar minn Andrei Lugovoi u Dmitry Kovtun, li tefgħulu s-sustanzi fix-xorb tiegħu meta kien f ’lukanda. Dawn kienu qed jaħdmu għasservizz sigriet Russu, u kellhom l-approvazzjoni ta’ Putin. Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron qal li l-Ingilterra bilfors trid iżżomm xi forma ta’ relazzjoni mar-Russja minħabba l-kwistjoni tas-Sirja, iżda li dan se tagħmlu “b’għajnejn miftuħa u qalb bierda”. Ir-reazzjoni tar-Russja kienet li dan il-każ kriminali kien ġie politiċizzat.
2
IL-MAJJAL MANDATORJU F’RANDERS
3 F’Randers, belt fid-Danimarka, il-majjal sar mandatorju. B’vot li għadda bi żbrixx mill-kunsill, il-majjal issa jrid jidher bilfors fuq il-menus ta’ ċertu postijiet, bħal skejjel u djar tal-anzjani. Skont il-politiċi li ħadu din id-deċiżjoni, dan sar sabiex il-pajjiż jippreserva it-tradizzjonijiet kulinari tiegħu. Minkejja li wieħed mill-membri ta’ dan il-kunsill li approva din id-deċiżjoni jimmilita f ’partit li huwa kontra l-immigrazzjoni, il-kunsill saħaq li dan ma kienx attakk fuq il-Musulmani. Id-Danimarka hija produttur ewlieni tal-majjal, u l-influss ta’ immigranti u refuġjati li huma Musulmani u Lhud jidher li qajjem tħassib li l-popolarità tal-majjal setgħet tkun affettwata. Din il-mossa, iżda, ġiet redikolata minn oħrajn li saħqu li dawk li jħobbu l-majjal ma kinux se jitilfu l-aptit għalih.
9 SNIN ĦABS FUQ KRIMINI TA’ GWERRA Politiku magħruf fil-Kosovo, Oliver Ivanovic, kien ikkundannat għal disa’ snin ħabs wara li nstab ħati ta’ krimini tal-gwerra. Huwa kien akkużat li inkoraġġixxa lill-forzi militari Serbi biex joqtlu membri tal-grupp etniku Albaniż matul il-gwerra tal-Indipendenza mis-Serbja fl-1999. Huwa se jinżamm taħt arrest f ’daru sakemm isir l-appell. Ivanovic, li għandu 60 sena, kien arrestat f ’Jannar 2014. Peress li huwa meqjus fost il-politiċi moderati tal-Kosovo, il-verdett mill-EU Rule of Law Mission (Eulex) jista’ jwassal għal ċertu tensjoni fil-pajjiż. Il-Eulex għandha l-awtorità li tiftaħ każijiet sensittivi li għal xi raġuni ma jkunux ġew indirizzati mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż.
TA’ BARRA
kullħadd.com
AR ID-DINJA
1
6
24|01|2016 17
21 MAQTULA FIL-PAKISTAN
2 3 4
Attakk ieħor fuq Università f ’Charsadda, il-Pakistan, ħalla 21 persuna mejta. Erba’ persuni fetħu n-nar fuq grupp ta’ studenti f ’Bacha Khan University, li kienu miġbura għal avveniment letterarju. Dawk maqtula kienu jinkludu professur, żewġ ġardinara, purtinar, u 17-il student. L-awtoritajiet qalu li għandhom indikazzjonijiet ċari ta’ min kien wara l-attakk, iżda ma ġiex stabbilit b’ċertezza liema grupp kien responsabbli. Ftit jiem biss qabel l-attakk fuq Bacha Khan, numru ta’ skejjel f ’Peshawar ingħaqlu minħabba xnigħat li kien qed jitħejja attakk simili. Wieħed mill-agħar attakki fuq skejjel f ’Peshawar kien fl-2014, u kien ħalla 130 persuna mejta.
6
5
5
4
SE JGĦADDI ĠURI?
IĊ-ĊINA TGĦIN LILL-EĠITTU Il-President taċ-Ċina Xi Jinping wasal għal qbil mal-President Eġizzjan Abel Fattah el-Sisi li permezz tiegħu se jkun qed jgħin lill-Eġittu jżomm l-istabbiltà fil-pajjiż. Dan il-qbil fuq investimenti u għajnuna jammonta għal biljuni ta’ dollari. Dan il-ftehim intlaħaq meta Jinping żar l-Eġittu bħala parti minn serje ta’ żjarat li qed jagħmel fl-Afrika ta’ Fuq u filLvant Nofsani. Din iż-żjara u l-eżitu tagħha qed jiġu meqjusa bħala vot ta’ kunfidenza fit-tmexxija tal-President Eġizzjan el-Sisi. Il-qbil kien mifrux fuq 21 settur, u filwaqt li se jgħin lill-amministrazzjoni Eġizzjana finanzjarjament fl-immedjat, għandu jissarraf f ’era ġdida ta’ investiment u rabtiet mill-qrib għaċ-Ċiniżi f ’din iż-żona mogħnija bir-riżorsi naturali.
Dominic Ongwen huwa l-ewwel membru tal-Lord’s Resistance Army (LRA) fl-Uganda li qed jidher quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC). Fil-konfront tiegħu qed isiru 70 akkuża, li jinkludu krimini tal-gwerra u krimini kontra l-umanità, fosthom l-użu tat-tfal bħala suldati u l-iskjavitù. Akkuża li qed tiġbed l-attenzjoni tal-midja hija dik tal-kannibaliżmu, fejn qed jiġi allegat li Ongwen ordna lis-suldati tiegħu biex joqtlu u jieklu numru ta’ persuni ċivili. Ongwen insteraq mil-LRA meta kien għad kellu 10 snin, sakemm kiber biex sar wieħed mill-mexxejja ta’ dan il-grupp ta’ ribelli. Id-difiża mistennija tuża l-fatt li Ongwen għadda minn esperjenza trawmatizzanti fi tfulitu. Fil-ġimgħat li ġejjin se jiġi deċiż jekk hemmx biżżejjed evidenza biex Ongwen jgħaddi ġuri.
18 24|01|2016
kullħadd.com
MILL-ISTORJA
MILL-ISTORJA
IL-POETA U L-ĠENERAL
Kemm il-Poeta kif ukoll ilĠeneral ħabbew lil pajjiżhom. Iċ-Ċilì kien art twelidhom u demmhom kien ibaqbaq bilpatrijottiżmu. Id-differenza bejniethom kienet li Pablo Neruda għaxxaq u għamel unur lil pajjiżu bil-letteratura fuq l-imħabba, filwaqt li Augusto Pinochet itterrorizza popolazzjoni sħiħa meta ħataf il-Gvern f ’idejh u waqqaf dittatura Faxxista. Augusto Pinochet Ugarte kien dixxendent ta’ immigranti Franċiżi li, aktar minn mitt sena qabel twelidu fl-1915, marru jfittxu futur fl-Amerika t’Isfel u għażlu ċ-Ċilì bħala d-dar ġdida tagħhom. Ta’ tmintax-il sena Pinochet kompla l-istudji tiegħu f ’Akkademja Militari mnejn iggradwa bħala sottotenent. Karriera brillanti Augusto Pinochet ibbrilla filkarriera militari tiegħu u f ’qasir żmien inħatar kmandant ta’ ħabs għad-dissidenti Komunisti. Fl-1948, Pinochet iltaqa’ għallewwel darba mas-Senatur Soċjalista żagħżugħ, Salvador Allende, meta dan tal-aħħar għamel żjara fil-ħabs li kien qed imexxi. Meta Salvador Allende rebaħ l-elezzjoni ġenerali tal-1970, għolla lil Pinochet
Kitba ta’
MARY
CHETCUTI għal kmandant tat-truppi ta’ Santiago. Barra minn hekk, ilPresident Allende riedu ħdejh biex jgħinu fit-tmexxija u t-titjib tal-ekonomija tal-pajjiż. Għalkemm il-Gvern Soċjalista ta’ Allende wettaq riformi kbar biex jgħolli l-għajxien talpoplu ħaddiem, wettaq riformi fl-edukazzjoni u s-saħħa u nnazzjonalizza parti kbira millindustrija tal-minjieri tar-ram, hu sab ma’ wiċċu konfronti kbar mill-klassijiet għolja tas-soċjetà, negozjanti u saħansitra millKnisja Kattolika. Deċiżjoni żbaljata F’kemm trodd salib, il-pajjiż infena b’azzjonijiet industrijali xprunati u ffinanzjati misservizzi sigrieti tal-Istati Uniti tal-Amerika. L-inflazzjoni għolliet rasha u l-koalizzjoni governattiva nqasmet. Hawnhekk bdiet issir pressjoni fuq Salvador Allende biex iwarrab, u hu ppropona li jħalli din id-deċiżjoni f ’idejn il-poplu Ċilen permezz ta’ referendum. F’nofs dan il-kaos kollu, Allende ħatar lil Pinochet bħala Kap Kmandant tal-qawwiet militari kollha; kienet deċiżjoni żbaljata b’konsegwenzi diżastrużi. F’inqas minn għoxrin jum millħatra tiegħu u bl-għajnuna tasCIA, nhar il-11 ta’ Settembru
1973, il-Ġeneral Augusto Pinochet ordna lill-armata biex taħtaf il-kapitali, Santiago, f ’idejha. Fl-istess waqt ordna li jsir attakk mill-ajru fuq irresidenza ta’ Salvador Allende, fejn wara ntqal li l-President ipprefera jneħħi ħajtu b’idejh milli jaqa’ priġunier ta’ Pinochet. Kif tassew seħħet il-mewt ta’ Allende għadu suġġett dibattibbli sal-lum. Pinochet għamel lilu nnifsu kap ta’ ġunta militari li ħadet it-tmexxija taċĊilì f ’idejha; minn hawn beda t-terrur. B’mod immedjat bdew isiru arresti sistematiċi ta’ persuni b’fehma Soċjalista jew Komunista, ġew interrogati taħt tortura biex jikxfu lil sħabhom u parti kbira minn dawn innies għosfru u ħadd ma jaf x’sar minnhom. Fl-ewwel tliet snin mid-dittatur ta’ Pinochet ġew arrestati xejn inqas minn 130,000 ruħ. Pablo Neruda, il-poeta u kittieb rebbieħ ta’ Premju Nobel għall-Letteratura, b’karriera twila diplomatika u ħabib kbir ta’ Salvador Allende, twaħħax b’dan kollu u ddeċieda li jitlaq miċ-Ċilì minħabba li kien Komunista magħruf. Għat-tieni darba f ’ħajtu beda jipprepara biex imur jgħix fl-eżilju, però, eżatt qabel il-vjaġġ tiegħu lejn il-Messiku, Neruda rċieva telefonata biex jagħmel viżta filklinika Santa Marija f ’Santiago, fejn kien ilu għal xi żmien jingħata kura għall-kanċer talprostata. Ftit wara, saħħet Pablo Neruda tant marret għall-agħar li ma setax jivjaġġa u fil-fatt miet fit-23 ta’ Settembru 1973 fl-età ta’ 69 sena, 12-il jum biss wara l-kolp ta’ stat ta’ Pinochet. Ir-reġim ta’ Pinochet għamel minn kollox biex jipposponi l-funeral tal-poeta ‘tal-poplu’.
Madankollu, xahrejn wara mewtu, Pablo Neruda ttieħed għad-difna fost biki, kant ta’ innijiet u l-għajta “Neruda qiegħed magħna! Salvador Allende qiegħed magħna!” Dakinhar attendew aktar minn għaxart elef ruħ u kienet l-unika darba taħt id-dittatura li l-poplu Ċilen irnexxielu jagħmel dimostrazzjoni pubblika. Bi tpattija, is-suldati tar-reġim daħlu f ’dar il-poeta u qerdu x-xogħlijiet letterarji tiegħu kollha. Il-Ġeneral Augusto Pinochet, mexxa renju ta’ terrur sakemm għamel attentat biex ibiddel il-kostituzzjoni favurih u ġie mġiegħel iċedi l-presidenza fl-1988, imma baqa’ jżomm postu bħala Kap Kmandant tal-Armata sal-1998. Kemm dam president kien involut sew fil-pjan Operazzjoni Condor fejn, b’kollaborazzjoni malArġentina, il-Brażil, il-Bolivja, il-Paragwaj u l-Urugwaj wettaq ħtief ta’ dissidenti xellugin li wara ġew assassinati jew għebu għal dejjem. Il-pjan ma kien xejn għajr kaċċa illegali għalloppożituri tal-faxxiżmu tiegħu u għaldaqstant qatt ma tista’ tingħata ċifra eżatta tal-vittmi; madankollu huwa stmat li l-ammont ilaħħaq għal mijiet ta’ eluf ta’ ħajjiet umani. Id-dnub ma jorqodx Iżda d-dnub ma jorqodx għax f ’Ottubru 1998, waqt li kien fuq żjara medika fir-Renju Unit, ilĠeneral Pinochet sab ma’ wiċċu akkużi mill-Qorti Spanjola li bdiet titlob l-estradizzjoni tiegħu lejn Spanja biex jgħaddi ġuri għal ġenoċidju u terroriżmu mwettqa fuq eluf ta’ dissidenti b’dixxendenza Spanjola. L-eksPrim Ministru u ħabiba antika
tiegħu, Margaret Thatcher, ma qagħditx lura u pubblikament esprimiet id-diżapprovazzjoni tagħha għal din l-estradizzjoni. Sadanittant, hu baqa’ jinżamm arrestat f ’daru fir-Renju Unit sakemm, fis-sena 2000, l-avukati tiegħu irnexxielhom jissospendu l-ġuri fuq l-argument li kien qed ibati mid-dimenzja. Augusto Pinochet miet fl-2006 mingħajr ma ħallas għall-għemiel kriminali tiegħu. Wieħed mill-vittmi taddittatura probabbilment kien ilpoeta Pablo Neruda. L-ewwel li tkellem kien ix-xuffier talpoeta meta fl-2011, waqt intervista ma’ rivista Messikana, stqarr li Neruda kien qallu kif inħakem minn deni qawwi immedjatament wara li ngħata injezzjoni dakinhar li żar ilKlinika Santa Marija. F’April 2013, il-fdalijiet ta’ Pablo Neruda ġew eżumati u saru eżamijiet forensiċi fuqhom minn esperti Ċileni, Amerikani, Spanjoli u Żvizzeri li ddikkjaraw li ma sabu l-ebda ħjiel ta’ sustanzi velenużi, iżda l-każ ma ngħalaqx. Il-familja ta’ Pablo Neruda kompliet tinsisti għall-verità u, f ’Ġunju tal-2015, saru aktar eżamijiet forensiċi biex sa flaħħar instabu traċċi ta’ proteina mhux kompatibbli mal-marda li kellu. Eduardo Frei Montalva, oppożitur ieħor tar-reġim ta’ Pinochet, kien miet fl-istess klinika fl-1982 wara operazzjoni żgħira. Dik li għall-bidu dehret bħala mewta naturali, fl-2006 ġie kkonfermat li kienet ikkawżata minn gass velenuż. Aktar tard fl-2015, il-Ministeru tal-Intern Ċilen ħareġ stqarrija fejn qal li tidher ħaġa possibbli u wisq probabbli li terzi persuni kienu responsabbli għall-mewt tal-poeta nazzjonali Pablo Neruda.
MILL-ISTORJA
kullħadd.com
24|01|2016 19
ALEXANDRE MARTIN: PROTAGONIST FIR-RIVOLUZZJONI TAL-1848
ALEXANDRE MARTIN
Kitba ta’ ALFRED CONSIGLIO Il-personaġġi tal-1848 kienu d-dixxendenti diretti ta’ dawk li kienu wettqu r-Rivoluzzjoni l-Kbira, ir-Rivoluzzjoni Franċiża, u kkunsidraw lilhom nfushom il-werrieta tal-membri tal-Assemblea Kostitwenti, il-Ġirondini jew il-Montanji. It-tnessija li waqgħu fiha hija riżultat tal-għajb totali li leffifhom wara d-disfatta. B’konġettura stramba n-nies tal-1848 sofrew kemm l-insulti tassostenituri tal-ordni stabbiliti u tradizzjonali u l-kritika taddemokratiċi. Imwielda f ’żiffa ta’ romantiċiżmu, huma kienu kkundannati f ’isem irrealiżmu u l-pożittiviżmu. Ilkundanni waqgħu ugwalment fuq ir-rettorika vojta tagħhom, l-idealiżmu mistiku tagħhom u l-illużjonijiet ġenerużi tagħhom. Minn Marzu sa Ġunju 1848,
innijiet ta’ libertà u fraternità kienu rbumbjaw minn Pariġi sa Poznan u Bukarest, minn Holstein sa Sqallija. Żewġ stati kbar biss skappaw ilmarda: l-Ingilterra industrijali, kapitalista u liberali; u r-Russja agrikola, fewdali u aristokratika. L-Ewropa wriet l-unità tagħha fl-idea ta’ rivoluzzjoni, imma wkoll id-diversità tagħha fl-iżvilupp ta’ dik ir-rivoluzzjoni. Ilproblemi fundamentali li l-personaġġi tal-1848 ippruvaw isolvu kienu imposti fir-reġjuni għax l-eżistenza tar-reġjuni, imfassla fl-1815, kienet kwestjonabbli kważi kullimkien. Konsegwenza inevitabbli In-nies tal-1848 ma jistgħux jiċċanfru li kienu diżinteressati fid-destin tal-klassijiet il-baxxi. Ħafna minnhom emmnu li demokrazija soċjali tkun ilkonsegwenza inevitabbli ta’
demokrazija politka. L-oħrajn, is-Soċjalisti u l-Komunisti, appellaw lill-istat biex itejjeb il-ħajja tal-klassijiet talħaddiema. “L-organizzazzjoni tax-xogħol” u “Id-dritt għaxxogħol”; dawn kienu frażijiet Franċiżi li fl-1848 kellhom ikunu ż-żewġ prinċipji l-kbar tal-partiti progressivi flEwropa. Wieħed mill-protagonisti tal1848 kien Alexandre Martin. Huwa kien magħruf bħala ‘Albert il-Ħaddiem.’ Martin iffunzjona primarjament bħala d-dell ta’ Louis Blanc (1811-1882). Martin twieled fis-27 ta’ April 1815 f ’Bury, bin bidwi. Meta kiber mar Pariġi bħala apprentist fil-fabbrika ta’ zijuh. Aktar tard huwa ħadem f ’fabbrika tal-buttuni f ’Bapterose. Huwa kien membru ta’ ħafna soċjetajiet sigrieti involuti filmovimenti rivoluzzjonarji fissnin 1830 u 1840, speċjalment
is-soċjetà Les Saisons; però, jidher li ma kellu ebda ambizzjoni politika. Fl-24 ta’ Frar 1848, bl-appoġġ ta’ Blanc, Martin inħatar segretarju fil-gvern proviżorju biex ikun jista’ jinkiseb l-appoġġ tal-ħaddiema. Huwa ntbagħat biex iservi fuq ilKummissjoni Luxembourg bħala viċi president, u dam filkummissjoni sal-irvell tal-15 ta’ Mejju. Arrestat u mitfuħ il-ħabs Fl-elezzjoni ta’ April, sitta biss mill-membri tal-Kummissjoni Luxembourg ġew eletti, fosthom Blanc u Martin. Flelezzjoni ta’ Mejju għal gvern ġdid, il-membri tal-gvern proviżorju ġew eletti kollha minbarra Martin u Blanc. Malli attivisti radikali saru jafu r-riżultat, fil-15 ta’ Mejju, ħarġu fit-toroq. Martin, flimkien ma’ Barbes, ġie arrestat fil-Hotel de Ville u mitfuh il-ħabs ta’
Vincennes. L-irvell sfaxxa u l-Kummissjoni Luxembourg ġiet xolta. Martin għażel li ma jiddefendix ruħu f ’Bourges issena ta’ wara; huwa nstab ħati li pprova jwaqqa’ l-Gvern u li jqajjem gwerra ċivili. Huwa ġie ddeportat lejn Belle-Isle, fejn dam erba’ snin sakemm marad. Wara ntbagħat Tours fejn dam il-ħabs għal ħames snin. Martin inħeles mill-ħabs wara l-amnestija mill-Gvern fl-1859 u beda jaħdem f ’Pariġi ma’ kumpanija tal-gass. Fl-1870, Martin inħatar membru tal-Kummissjoni talBarrikati mill-Gvern ta’ Difiża Nazzjonali. Meta fl-elezzjoni tal-1871 huwa ma ġiex elett, irtira mix-xena politika iżda, fl-1879, reġa’ pprova għal siġġu fis-senat, però l-votanti reġgħu ma eleġġewhx. Martin irtira f ’Mello fejn miet fit-28 ta’ Mejju 1895. Il-Gvern għamillu funeral nazzjonali.
KALEJDOSKOPJU
20 24|01|2016
kullħadd.com
KURŻITAJIET
Fatti miġbura minn
CHARLES B.
SPITERI
ĠRAW BĦAL-LUM
1908: Il-Ġeneral Baden-Powell jibda l-moviment tal-Boy Scouts. 1924: Benito Mussolini ma jippermettix unjons tal- ħaddiema li mhux Faxxisti. 1924: Il-belt Russa ta’ San Pitruburgu tingħata l-isem ta’ Leningrad; kien inbidel isimha fl-1991. 1927: Alfred Hitchcock joħroġ l-ewwel film li tiegħu kien direttur, The Pleasure Garden, fl-Ingilterra. 1935: L-ewwel birra fil-bottijiet, il-Kruger Cream Ale, tibda tinbiegħ mill-kumpanija Amerikana Kruger Brewing Co. 1939: 30,000 persuna jmutu f ’terremot f ’Concepcion, fiċ- Ċilì. 1939: Il-Gvern Spanjol jiċċaqlaq u jmur f ’Figueras. 1941: It-truppi Brittaniċi jimmarċjaw fl-Abbissinja. 1943: Hitler jagħti ordnijiet lit-truppi Ġermaniżi fi Stalingrad, biex jiġġieldu sal-mewt. 1943: Pazjenti Lhud, infermiera u tobba jinħarqu f ’Auschwitz-Birkenau. 1944: It-truppi alleati jokkupaw Nettuno fl-Italja. 1951: Vincent Massey jingħata l-ġurament bħala l-ewwel Gvernatur Ġenerali tal-Kanada li twieled fil-Kanada. 1956: Riżultat ta’ inkjesta jikkunsidra li jinbnew djar fil- parti li ġiet meqruda fil-gwerra, f ’Londra. 1958: Wara li ssaħħnu għal 100,000,000 grad, żewġ atomi ħfief jinfaqgħu flimkien biex joħolqu atomu aktar tqil, li jirriżulta fl-ewwel taħlita nukleari maħduma mill-bniedem. 1960: L-Alġerija tirvella kontra l-President Franċiż De Gaulle. 1962: 28 refuġjat jaħarbu mill-Ġermanja tal-Lvant għal dik tal-Punent. 1962: Brian Epstein jiffirma l-kuntratt biex imexxi lill- Beatles. 1966: Aktar minn mitt passiġġier jinqatlu wara li Boeing-707 tal-Air India jikkraxxja f ’Mont Blanc. 1969: Ir-Reġina Juliana tal-Olanda tiġi appuntata ċittadina onorarja ta’ Addis Ababa. 1969: Id-dittatur Spanjol, il-Ġeneral Franco, iħabbar stat ta’ emerġenza. 1969: Studenti jipprotestaw kontra t-twaqqif ta’ rixtelli tal- azzar madwar l-Iskola tal-Ekonomija f ’Londra. 1972: Is-Surġent Ġappuniż Shoichi Yokoi jinstab moħbi fil-ġungla Guam, fejn baqa’ minn mindu ntemmet it-Tieni Gwerra Dinjija. 1977: Massakru f ’Atocha, f ’Madrid: ħames avukati jinqatlu mill-Faxxisti waqt it-tranżizzjoni Spanjola għad-demokrazija. 1984: L-Apple Computer Inc tvara l-kompjuter personali rivoluzzjonarju Macintosh. 1986: Voyager 2 jagħmel l-ewwel titjira lejn Uranus (81,593km bogħod) u jsib qmura ġodda. 1989: Rappurtat l-ewwel każ ta’ AIDS, trażmess mis-sess orali eterosesswali. 2009: Il-Papa Benedittu XVI ineħħi l-iskomunika lil erba’ isqfijiet li kienu kkonsagrati fl-1988 mill-Arċisqof Marcel Lefebvre, mingħajr il-permess tal-Papa ta’ dak iż-żmien.
“Iż-żgħażagħ jinsabu mqarrqa…mill-użu ħażin tat-teknika tar-reklamar, li tistimulahom jaħarbu x-xogħol iebes u twegħidhom is-sodisfazzjon immedjat għal kull xewqa li jkollhom.” Il-Papa Ġwanni Pawlu II
KIF JAGĦĠINNA L-JUM LI FIH TWELIDNA
L-ewwel parti Ftit żmien ilu, esperti tan-numeroloġija ddiskutew kif il-jum tat-twelid ta’ kull individwu jirrifletti fuq il-karattru ta’ dak li jkun. Ħsibt għalhekk biex ngħaddilkom dan it-tagħrif u araw għalikom infuskom, għandhomx raġun jew le. Nibda bl-ewwel jum tax-xahar: 1 Individwu b’saħħtu b’ħiliet ta’ tmexxija. Moħħ inventiv u kreattiv li għandu jintuża. Tip li tmexxi int jew taħdem għal rasek. 2 F’ħajtek tfittex il-bilanċ u l-armonija. Tikkopera, tħenn u tifhem il-problemi tal-oħrajn. Taħdem sew mal-oħrajn iżda tinħtieġ aktar fiduċja fik innifsek. Għalik, l-imħabba u s-sħubija huma meħtieġa ferm. 3 Għandek sens ċajtier u tħobb tikkomunika mal-oħrajn. Għandek ukoll ħiliet artistiċi u kreattivi. In-nies jinġibdu lejn il-personalità kariżmatika tiegħek. Għandek dik ix-xi ħaġa li tagħmlek li int. 4 Rasek iebsa u determinat. Tagħmel livelli għoljin għalik innifsek u għall-oħrajn. L-onestà hi ferm importanti għalik. Taħdem ħafna u kuxjenzjuż. L-oħrajn jafdaw fik. 5 Għandek don. Twelidt komunikatur u tista’ tkellem lil kulħadd fuq kollox. Tiddejjaq faċilment meta xi ħaġa ma tkomplix toffrilek sfida. Tħobb ħidma li tinvolvi l-moħħ. 6 Ta’ min jafdak u responsabbli. Tħobb tieħu ħsieb ħaddieħor. In-nies jersqu lejk għall-pariri u għajnuna. Tħobb il-familja u ma tafx tgħix waħdek. L-imħabba hi importanti għalik. 7 Għandek moħħ analitiku. Ma tħobbx superfiċjalità u tfittex il-kwiet. Int intuwittiv ferm. Imxi mal-istinti tiegħek. 8 Int mexxej. Għandek moħħ loġiku, prattiku u talent qawwi għan-negozju. Kapaċi taħdem għal rasek, jew maniġer, team leader jew supervisor. Għalik id-dehra tiegħek stess u dak li twettaq huma importanti. 9 Għandek natura sensittiva u ġeneruża. Moħħok miftuħ u kapaċi timraħ. Aktar kapaċi tifhem lill-bnedmin milli lill-kulturi. Jaf għandek talent kreattiv ta’ xi xorta. 10 Għandek natural ta’ maniġer u ta’ mexxej. Indipendenti ferm u uniku. Taf tkun kompetittiv u insigur, iżda dejjem trid tkun l-aqwa wieħed. 11 Sensittiv u intuwittiv għall-aħħar. Tħobb tgħin u tgħolli l-moral tal-oħrajn. Iżda tweġġa’ ħafna meta tirrealizza li ħaddieħor ħa vantaġġ minnek. Meta temmen fik innifsek, tista’ twettaq ferm aktar. 12 Soċjevoli u ħabib tal-oħrajn. Tħobb tkun fil-kumpanija u taf toffri spettaklu naturali, b’kapaċità li tferraħ lil dawk li jkunu mtaqqla. Għandek l-indipendenza u d-determinazzjoni tal-1, imħallta mat-tjubija u l-kumpassjoni tat-2. 13 Kellek titgħallem il-valur tax-xogħol iebes. Int mhux biss kapaċi ssolvi l-problemi iżda twettaq kulma għandu jsir. Għandek is-saħħa u d-determinazzjoni tal-1 mal-moħħ kreattiv tat-3. 14 Bejjiegħ naturali u komunikatur u n-nies jinġibdu lejk għall-kariżma tiegħek. L-isfida għalik hi li toħlom b’xi ħaġa u tibqa’ miexi magħha. Attent mill-addizzjoni u l-eċċess. 15 Tgħin lill-oħrajn u int mogħni b’personalità manjetika. Minħabba l-indipendenza tan-numru 1 u l-ħtieġa tal-libertà fin-numru 5, tinħtieġ l-ispazju biex tkun int innifsek fir-relazzjonijiet. L-imħabba u l-familja huma imporanti għalik.
KUN AF
kullħadd.com
24|01|2016 21
KUN AF
IL-LOGĦOB TA’ TFULITI LI SPARIXXA Kurżitajiet minn hawn u minn hemm Kitba ta’
SAVIOUR
MAMO
Ftit xhur wara t-Tieni Gwerra Dinjija, il-Maltin kienu għadhom imbikkmin bil-ħsarat u xi telf fil-familja kkaġunati mill-gwerra imma, ta’ tfal li konna, ma konniex nagħtu kas dan kollu. Kull filgħaxija kont tara mijiet ta’ tfal jilagħbu u jiġġerrew fit-toroq kollha trab u ħafjin. Ma kellniex ġugarelli bħal dawk li nsibu llum. Tajjeb wieħed ifakkar xi ftit mil-logħob li konna nilagħbu dawk iż-żminijiet. L-iktar logħob komuni kien il-logħob bil-ballun taċ-ċarruta jew il-ġiri fil-kampanja. Il-bniet kienu jilagħbu l-logħba taż-żibeġ, b’xi pupa taċ-ċarruta mimlija bis-sirratura, jew bil-ħames ġebliet. Il-qbiż tal-bottijiet Minn xejn konna nivvintaw xi logħba li kull tifel kien jieħu gost biha. Waħda mill-iktar logħbiet li kienet tiġbed is-subien kienet il-qbiż tal-bottijiet. Konna nsibu l-bottijiet tal-ħalib jew tal-preserve vojta u nagħmluhom fuq xulxin. Kien jirbaħ dak li jaqbeż l-iktar numru ta’ bottijiet. Minħabba li t-triqat ma kinux lixxi, konna npoġġu dawn il-bottijiet fuq xi tappiera tad-drenaġġ fin-nofs tat-triq. Ix-xixu Din il-logħba, li tixbaħ ħafna l-logħba tal-cricket, x’aktarx ħadnieha mill-Ingliżi. Konna nsibu xi biċċa njama u
nużawha bħala paletta. Ix-xixu kien ikun jew ċombin (rukkel tal-bizzilla) jew xi biċċa njama żgħira, daqs sigarru. Ix-xixu kien jitwaddab lejn il-paletta. Iktar ma x-xixu jmur ’il bogħod, wara li jkun intlaqat bil-paletta, iktar takkwista punti. Mhux l-ewwel darba li nolqtu lil xi ħadd. Il-karretta jew l-iskuter Minħabba li ma kienx hawn traffiku, konna niġru u nilagħbu f ’nofs it-triq mingħajr problemi ta’ xejn. Konna nagħmlu speċi ta’ karru ċatt mal-art, b’erba’ roti li ġeneralment kienu jkunu tal-ħadid, nirkbu fuqu u nerħula għan-niżla. Ir-roti ta’ quddiem kienu jduru ’l hemm u ’l hawn biex iservu ta’ steering. Minn kien iktar avventuruż kien jippreferi l-iskuter. Rukkel bil-ħabel Anke b’daqsxejn ta’ rukkel tal-ħajt vojt konna nqattgħu sigħat sħaħ nilagħbu għall-kwiet f ’xi sqaq. Konna nsibu rukkel u minn ġot-toqba tan-nofs konna ngħaddu biċċa lastiku rqieqa u norbtuha ma’ biċċa sulfarina. Minnaħa l-oħra tat-toqba konna npoġġu biċċa xemgħa żgħira biex tiżloq u nkebbu l-lastiku b’sulfarina twila, bħall-ħabel tal-arloġġ. Meta l-lastiku kienet titkebbeb, ir-rukkel jaqbad idur u jimxi waħdu bl-għajnuna tas-sulfarina
t-twila. Konna spiss nimpikaw ta’ min kien l-iktar rukkel li jiġri. Il-lazz Nibqgħu fuq ir-rukkel. Konna nwaħħlu erba’ msiemer malġenb tar-rukkel u permezz ta’ malja wara malja, ninsġu lazz jew ħabel irqiq b’suf ikkulurit. Dan il-lazz konna nużawh bħala riedni meta tifel jagħmilha ta’ żiemel u ieħor ta’ sewwieq. Kienet tidħol il-pika ta’ min kien jagħmel l-itwal u l-isbaħ lazz. Anke l-bniet kienu jitħajru jaħdmu dan il-lazz.
nsuqu ċ-ċirku. Iċ-ċirku kien ikun xi rota mingħajr vireg u tinstaq b’biċċa fildiferru ħoxna. Il-logħob tal-bniet L-iktar logħba favorita mal-bniet kienet il-qbiż bil-ħabel. Waqt il-qbiż tal-ħabel kienet tintqal lista ta’ kwalitajiet li jista’ jkollu l-għarus futur tagħhom. Fejn jieqaf il-ħabel tkun xortihom. Kienu wkoll jaqbżu u jgħoddu kull qabża. Wara tant numri jsemmu isem, u ta’ min ikun irid jidħol jaqbeż mingħajr ma jitlef.
Il-ġiri biċ-ċrieki
Il-passju
Ċertu logħob tat-toroq kien isib postu anke fl-isports fl-iskejjel. Wieħed mill-avvenimenti tal-isports kien il-ġiri biċ-ċirku. Kienet tkun ġirja madwar il-bitħa tal-iskola
Logħba oħra ħelwa mal-bniet kienet il-logħba tal-passju. Kien hemm xi erba’ logħbiet differenti tal-passju, imma l-iktar waħda li kienet tintlagħab kienet dik tad-disa’
numri. In-numru disgħa kien jippreżenta d-disa’ xhur tqala. Ma kienx hemm sqaq li ma kellux xi passju maħżuż malart. Il-bżieżaq tas-sapun Din ma kinitx logħba, imma speċi ta’ passatemp. It-tfal kienu jonħfu l-blalen tas-sapun b’xi mqarruna jew b’xi karta mgerrba. Il-gost tagħha kien li kulħadd jiġri u jogħla biex jifqħu l-bżieżaq. Hemm ħafna iktar xi tgħid fuq il-logħob ta’ dari. Nixtieq fl-aħħar insemmi u nfakkar ukoll fil-logħba tal-ħames ġebliet, il-logħob biż-żugraga, il-bombos (naqbżu minn fuq dar xulxin), il-logħob bilboċċi tal-ħġieġ, u ntajru xi tajra. Illum dan il-logħob kollu spiċċa. It-tfal tal-lum agħtihom xi video game jew xi logħba fuq il-mowbajl jew kompjuter.
22 24|01|2016
kullħadd.com
MADWARNA
MEXXEJJA ŻGĦAŻAGĦ JIDDISKUTU L-OBJETTIVI TAL-UE2020 Il-Mini European Assembly, programm organizzat minn National Student Travel Foundation (NSTF) biex jipprovdi liż-żgħażagħ bl-għodda meħtieġa biex ikunu l-mexxejja t’għada, iddibattiet fuq l-objettivi ta’ Unjoni Ewropea (UE) 2020 waqt simulazzjoni ta’ sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew il-ġimgħa li għaddiet. L-objettivi li l-mira tagħhom hija t-tisħiħ tal-produttività u l-għaqda u l-istabblità fil-UE kienu analizzati u ġiet ippreżentata riżoluzzjoni mittim rappreżentant tal-Ġermanja mill-Kulleġġ De la Salle, li tiffoka fuq il-ħames miri ewlenin tal-UE; l-impjiegi, riċerka u żvilupp, il-klima u l-enerġija, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali. It-tim ta’ din is-sessjoni, li qed jirrappreżenta l-Ungerija, huwa millUniversità ta’ Malta. Kull grupp kien qed jirrappreżenta pajjiż differenti tal-UE u dawn iddibattew fuq jekk l-objettivi jistgħux jintlaħqu jew le fil-pajjiżi tagħhom; u x’qed isir f ’dawn il-pajjiżi biex l-objettivi jintlaħqu. It-timijiet ipproponew xi bidliet fir-riżoluzzjoni, iżda fl-aħħar kollha vvutaw favur l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni hekk kif ġiet mibdula.
Il-kelliem ewlieni, l-Inġinier Anthony Rizzo, li huwa l-Kap Eżekuttiv talAwtorità Maltija għar-Riżorsi, qal li l-objettivi mhux impossibbli biex jintlaħqu imma hemm bżonn ta’ attitudni ta’ kuraġġ, kreattività u
volontà biex nifhmu li l-ħidma se tiswiena tajjeb ’il quddiem. Meta wieħed jieħu l-każ ta’ Malta, l-Inġinier Rizzo qal li Malta qiegħda fil-proċess li tilħaq dawn l-objettivi rigward il-klima u l-enerġija.
Il-Professur Simone Borg, l-Ambaxxatriċi Maltija għat-Tibdil tal-Klima, qalet li Malta għamlet qabżiet kbar fejn jidħol dan is-suġġett, u għandna bażi soda biex nistgħu inkomplu bit-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Il-Professur Borg qalet ukoll li ser ikunu l-ġenerazzjonijiet li ġejjin li għad jibbenefikaw mill-arja nadifa u futur iktar sostenibbli li l-UE qed tippromovi. Imwaqqfa fl-1977, l-NSTF hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ magħrufa għall-organizzazzjoni ta’ numru ta’ programmi edukattivi mhux formali għal studenti Maltin, liema programmi jinkludu esperjenzi kulturali u soċjali kif ukoll parteċipazzjoni f ’attivitajiet internazzjonali. Programmi talNSTF jinkludu l-NSTF Mini European Assembly, l-NSTF Science Programmes u l-Malta Student Psychology Forum għal kull livell ta’ edukazzjoni. L-applikazzjonijiet għallprogrammi tax-xjenza tal-NSTF għal din is-sena huma miftuħa sal-aħħar ta’ Jannar. Kull min hu interessat li jgħin b’xi donazzjoni ta’ flus jew jieħu sehem f ’xi attività għandu jżur is-sit elettroniku: http://www.nstfmalta.eu/
mistoqsijiet oħra jsibu t-tweġiba biss fil-kummiedja Żbiba fil-Mazzita. Tħobb tidħak? Min ma jħobbx? Mela għażla waħda għandek…li tiġi tara din il-kummiedja kollha daħk. Jieħdu sehem: Tonio Vella, Eileen Micallef, Simon Curmi, Doreen Cini, Ina Robinich, Stephanie Grech Mallia, Graziella Casha, Alison Abela, Dom-
inic Cini, Pauline Busuttil u Alaizah Montebello. Ir-riservazzjonijiet jinsabu miftuħin minn www.bronk.org; mill-uffiċċju tar-riservazzjonijiet tal-Istitut Kattoliku, 2123 8429; mill-bar tal-Istitut Kattoliku, 2124 2551; minn Viri’s Take Away il-Kalkara, 2180 2993 jew mill-uffiċċju ta’ Bronk, 2122 3347/2722 3347.
ŻBIBA FIL-MAZZITA Wara s-suċċess li kisbet bil-pantomima Scooby Doo għal Żonqor Point, Bronk Productions se ttella’ l-kummiedja ġdida fi tliet atti, kitba ta’ Ninu Borg u direzzjoni ta’ Tonio Vella, Żbiba fil-Mazzita. Din il-kummiedja se tittella’ fit-teatru tal-Istitut Kattoliku l-Furjana nhar isSibt 13 ta’ Frar fis-7.00pm u l-Ħadd 14 ta’ Frar 4.00pm. Kustanz, xwejjaħ sinjurun ta’ aktar minn tmenin sena, tħajjar li jieħu l-istat tiegħu, jiġifieri jiżżewweġ biex ikollu t-tfal, għax ried li ġidu jirtuh uliedu biss. Wara sittin sena ma jħarisx lejn wiċċ ta’ mara, tfeġġ quddiemu Charlotte, tfajla bi ġmiel ta’ anġlu…imma mingħajr ġwienah, u ħelwa iktar mill-għasel ta’ Malta. Biss, kellha lil ommha Ersilja, xitan bla qrun u ħażina iktar minn volpi, li ħolqot praspura biex tiġbed kollox lejn xawwatha ħalli fl-iqsar żmien possibbli tisloħ kemxa flus lil Kustanz. Nies Kustanz ħaduha bi kbira mhux ftit din l-aħbar, għax kien ilu snin imexmixha minn fuq daharhom, u issa kienu se jibqgħu b’xiber imnieħer. Elena, tfajla b’moħħ ta’ avukat, tieħu l-każ f ’idejha biex tisfratta n-nasba li kien dieħel fija z-ziju u, biex tgħinha fil-pjan tagħha, talbet l-għajnuna ta’ Marlene, spiżjara tal-bijoetika, biex tkewwes xi mediċina għaz-ziju. Iżda Kustanz, immexxi minn dik ix-xitan ta’ Ersilja, jibqa’ jirreżisti sakemm wasal iljum tat-tnedijiet. Din il-ġrajja tkompli titħabbel bl-intriċċi meta, bla mistenni, tasal Grace b’inkwiet kbir fuqha għax kellha lil bintha Flavia qiegħda tistenna tarbija, u s-sabiħa hi li ħadd ma jaf min hu l-missier. Daniel, ħu Elena, jiġi mġiegħel biex qatt ma jara lil Charlotte u lil ommha. Imma ngħid jien, dan għaliex? Taf li biex iseħħilha l-pjan Elena kellha bżonn tifla ta’ għaxar snin u pupa? Pupa? Mela x’inhu, pupa! Imma dawn x’ridithom?
U kif tidħol il-Professoressa Helga Schmidt? Il-Kappilan kif deffes imnieħru? Dak għax ma jmurx jitmejjel? It-tiben x’għandu x’jaqsam? Imissu m’għandux! X’qalu Erminja u Pawlu, omm u missier Elena? Dawk x’ridthom jgħidu daqskemm huma ġwejdin. Eh, bilħaqq, għax kont ser ninsa: x’kellha Flavia, tifel jew tifla? Dawn u ħafna
MADWARNA
kullħadd.com
TNEDIJA TAS-CD GOLGOTA
Id-dilettanti tal-Ġimgħa l-Kbira u tal-marċi funebri se jkollhom l-opportunità li jakkwistaw sett ġdid ta’ marċi funebri mill-pinna ta’ Robert Magro L.Mus.LCM. Is-CD bl-isem ta’ GOLGOTA ser ikun fiha 12-il marċ funebri li ġew irrekordjati minn banda magħmula minn 41 mużiċist taħt id-direzzjoni tal-kompożitur innifsu. Ir-recording sar mis-sound engineer, is-Sur Vanni Farrugia. Is-CD se tkun imnedija f ’Ras ir-Randan, l-Erbgħa 10 ta’ Frar 2016, fl-10.30 ta’ filgħodu fis-sala Hector Dalli, fil-każin tal-Banda Beland, iż-Żejtun. Dan tħabbar waqt stqarrija għall-istampa mill-istess kompożitur flimkien mal-preżentaturi, is-Sur Joseph Chetcuti u s-Sur Daniel Vella, li se jkunu qegħdin jippreżentaw l-attività tat-tnedija. Id-dilettanti tal-Ġimgħa l-Kbira huma mistednin jattendu għal din it-tnedija u se jkollhom l-opporunità li jakkwistaw is-CD għall-prezz ta’ €12. Fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed jitħabbru iżjed dettalji fuq il-paġna ta’ Facebook #cdGOLGOTA2016
ŻEWĠ XOGĦLIJIET MONUMENTALI F’KUNĊERT
L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se tesegwixxi tnejn mill-aktar xogħlijiet monumentali ta’ Tchaikovsky fl-ewwel Kunċert Orkestrali Grandjuż tagħha ta’ din is-sena f ’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi nhar is-Sibt 30 ta’ Jannar. Is-Surmast Brian Schembri, li huwa magħruf għall-interpretazzjonijiet dettaljati u passjonali tiegħu tal-mużika klassika, se jidderieġi l-Orkestra. Huwa privileġġ li wieħed jara kif iddedikazzjoni u l-ispirazzjoni għall-mużiċisti tas-Surmast Schembri jiġu riflessi fl-eżekuzzjoni talorkestra ta’ kwalunkwe mużika, aħseb u ara f ’dan il-każ, fejn l-affinità tas-Surmast mal-kultura Russa bla dubju se tibbrilla f ’dawn iż-żewġ kompożizzjonijiet ta’ Tchaikovsky. Il-vjolinist Franko-Serb ta’ fama mondjali, Nemanja Radulović, se jkun is-solist fl-ewwel biċċa tal-programm – il-Kunċert tal-Vjolin ta’ Tchaikovsky, li huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar biċċiet teknikament diffiċli fir-repertorju tal-vjolinisti. Radulović huwa partikolarment imfaħħar għall-virtwożiżmu tiegħu u jgħaġġeb lill-udjenzi meta jesegwixxi mingħajr ebda sforz biċċa iebsa bħal din. It-tieni parti tas-serata tikkonsisti fis-Sinfonija Nru 6 (Pathétique) ta’ Tchaikovsky; xogħol enerġetiku li l-kompożitur innifsu jiddeskrivi bħala “l-aqwa ħaġa li qatt ikkomponejt jew li se nikkomponi”. Il-kunċert se jittella’ f ’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi nhar is-Sibt 30 ta’ Jannar, fis7.30pm. Għall-biljetti, ibgħat email lil bookings@mcc.com.mt jew ċempel 2559 5750. Għal aktar informazzjoni, żur is-sit elettroniku www.maltaorchestra.com. L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se tipprovdi servizz shuttle komplimentari mill-Waterfront tal-Belt Valletta.
24|01|2016 23
€850 GĦAL PUTTINU CARES
B’telefonata minn Għawdex lil Santa Klaws, tfal minn kull rokna ta’ Malta u Għawdex irnexxielhom jiġbru €848.31 b’risq Puttinu Cares. Għat-tieni sena konsekuttiva, iċ-ċentru kummerċjali The Duke, reġa’ offra opportunità lit-tfal li riedu jitkellmu ma’ Santa Klaws. Wara li jagħtu donazzjoni, it-tfal jidħlu fil-kju u jistennew biex jidħlu fil-kamra maġika. Xħin joħorġu mill-kamra jingħataw xi ħelu u rigal żgħir. Il-Kumitat ta’ Puttinu Cares f ’Għawdex jirringrazzja lill-maniġment u lill-impjegati ta’ The Duke, li minn sena għall-oħra jagħmlu l-għalmu tagħhom biex jgħinu lil dawk fil-bżonn. Irringrazzja wkoll lill-voluntiera li taw ukoll daqqa t’id fejn kien hemm bżonn.
GO SE TAKKWISTA L-MAĠĠORANZA TAL-ISHMA TA’ CABLENET F’ĊIPRU
GO plc, il-fornitur ewlieni tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet quad play f ’Malta, se tkun qed takkwista l-maġġoranza tal-ishma ta’ Cablenet Communications Systems Limited, kumpanija Ċiprijotta tat-telekomunikazzjoni triple play fejn qabel GO kellha biss sehem minuri. F’Settembru 2014, f ’konformità mal-istrateġija tagħha li tikseb opportunitajiet ta’ tkabbir kull meta dan jagħmel sens, GO kisbet 25% tal-kapital azzjonarju ta’ Cablenet f ’Ċipru. GO kienet estendiet ukoll self konvertibbli ta’ €12-il miljun lil Cablenet li seta’ jkun konvertit f ’ekwità (equity), kif ukoll l-għażla li, fil-futur, takkwista l-kontroll tal-maġġoranza tal-ishma fil-kumpannija Cablenet. Il-Bord ta’ GO issa ddeċieda li jagħmel dan il-pass u jikkonverti s-self f ’ekwità. B’riżultat ta’ dan, is-sehem tal-ishma ta’ GO fil-kumpannija Cablenet ser jiżdied minn 25% għal 45% tal-kapital azzjonarju ta’ Cablenet. Barra minn hekk, GO qed teżerċità wkoll l-għażla, li kienet inkluża fil-ftehim oriġinali tax-xiri tal-ishma, li tikseb 6% oħra tal-ishma kapitali, biex tilħaq total ta’ 51% tal-ishma u b’hekk tikseb il-maġġoranza tal-ishma. Cablenet hi kumpannija privata li bdiet topera fl-2003 bħala l-fornitur tal-cable TV f ’Ċipru. Sa minn dak iż-żmien, il-kumpanija espandiet in-network u l-operat tagħha b’mod konsistenti. Illum, Cablenet hi l-fornitur privat ewlieni għal broadband f ’Ċipru u toffri pakketti li jinkludu aċċess għall-internet bil-broadband, telefonija b’linji fissi u HD TV diġitali lil għadd ta’ abbonati li n-numri tagħhom dejjem qed jikbru. Yiannos Michaelides, il-Kap Eżekuttiv ta’ GO, qal: “Apparti mill-fatt li dan se jwassalna għal aċċess ta’ suq ikbar, u sorsi ġodda ta’ dħul, iż-żieda tas-sehem tagħna f ’Cablenet ser tippermettilna sinerġiji effettivi bejn GO u Cablenet. Żgur li se jkollna strateġiji rebbieħa u l-aqwa prattiki f ’numru ta’ oqsma. Qed naraw ukoll potenzjal li nkomplu nikbru f ’suq li, minkejja li għandu l-karatteristiki tiegħu, hu simili ħafna għal Malta.” Deepak Padmanabhan, iċ-Chairman ta’ GO, ikkummenta: “GO temmen bis-sħiħ fis-suq ta’ Malta, kif muri biċ-ċar mill-akkwist riċenti tal-maġġoranza tal-ishma f ’kumpannija li tispeċjalizza f ’soluzzjonijiet tal-IT. Minkejja l-fatt li hi impenjata bis-sħiħ lejn Malta, GO qed tħares b’viżjoni fuq skala reġjonali, u Ċipru għandu parti sew minn din il-viżjoni. Minn dakinhar li akkwistajna sehem minuri f ’Cablenet fl-2014, il-kumpannija kompliet tikseb riżultati b’saħħithom, kif jidher mit-tkabbir notevoli kemm tad-dħul kif ukoll tal-EBITDA matul dawn l-aħħar snin. Għalhekk qed naraw potenzjal sinifikanti li se jkomplu joffrulna dawn l-assi. Il-fatt, li GO hi f ’pożizzjoni li tidħol għal investimenti stateġiċi bħal dawn, proprju f ’dan il-punt tal-istorja tagħha, turi kemm GO hi entità dinamika, kapitalizzata tajjeb, u b’viżjoni ċara ta’ fejn trid tasal, mhux biss fis-suq Malti imma ’l hemm minn xtutna. Nemmen li din hi aħbar tajba għal kull min hu involut b’mod jew ieħor fil-ħidma ta’ GO.
24 24|01|2016
kullħadd.com
MADWARNA
ĊENTRU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA ĠDID FIX-XEWKIJA
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà u Anzjanità Attiva Justyne Caruana lbieraħ fetħet uffiċjalment l-ewwel ċentru għall-anzjanità attiva f ’Għawdex, li jinsab fix-Xewkija. Justyne Caruana spjegat li dan iċ-ċentru ġie addattat apposta għall-anzjani fejn sar permezz ta’ ftehim bejn is-Segretarjat Parlamentari, il-Kunsill Lokali tax-Xewkija u s-Soċjetà Filarmonika Prekursur tax-Xewkija. Hija qalet li dan iċ-ċentru se joffri programm ta’ Life Long Learning varjat b’bosta attivitajiet, fosthom taħriġ fil-ganutell, fit-teknoloġija diġitali, fl-arti, fir-reliġjon u fil-ġrajjiet kurrenti, fost oħrajn. Waqt din is-sessjoni tqassmu wkoll programmi ta’ sessjonijiet differenti li se jsiru sal-aħħar ta’ Mejju 2016. Fil-ftuħ ta’ dan iċ-ċentru, is-Segretarju Parlamentari esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-fatt li kien hemm interess qawwi u dan juri l-bżonn u d-domanda għasservizzi tal-komunità f ’Għawdex ukoll. Hija fakkret kif kien dan il-Gvern, permezz tas-Segretarjat Parlamentari li tmexxi hi, li beda jniedi l-ewwel servizzi fil-komunità ta’ din ix-xorta fil-gżira Għawdxija u huwa għalhekk li llum l-anzjani Għawdxin jistgħu jibbenefikaw minn dawn is-servizzi tant bżonjużi għas-soċjetà. Hija kkonkludiet b’referenza għall-istrateġija għall-anzjanità attiva mnedija u adottata minn dan il-Gvern, fejn qalet li dan iċ-ċentru huwa turija ċara tal-impenn li għandu l-Gvern biex ikompli jimplimenta l-miżuri tal-istrateġija għall-anzjanità attiva u biex jgħin lil aktar anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità. Hija rringrazzjat lis-Sindku Paul Azzopardi għall-kollaborazzjoni tiegħu għal din l-inizjattiva.
PROFITT TA’ AKTAR MINN MILJUN EWRO
Il-Gozo Channel ħabbret li matul is-sena li għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2015 għamlet profitt ta’ €1,014,025. “Din il-figura turi l-impenn tat-tmexxija tal-Gozo Channel biex tindirizza s-sitwazzjoni finanzjarja ħażina li kienet tinsab fiha l-kumpanija fl-2012,” sostna ċ-Chairman talGozo Channel Joe Cordina. Fl-2012 il-Gozo Channel spiċċat is-sena b’telf ta’ €1.6 miljun. Din il-figura tnaqqset għal €1.3 miljun fl-2013. Issena li għaddiet, għall-ewwel darba fl-istorja riċenti, il-Gozo Channel irreġistrat l-ewwel profitti tagħha. “Il-kumpanija tinsab kommessa li tkompli tibni fuq dawn ir-riżultati pożittivi, filwaqt li tkompli bl-impenn tagħha biex toffri servizz lejn il-poplu Malti u Għawdxi u t-turisti li jivvjaġġaw bejn iż-żewġ gżejjer,” sostna ċ-Chairman talGozo Channel.
MADWARNA
kullħadd.com
24|01|2016 25
AĊĊESS USA’ GĦALL-FINANZJAMENT EKOLOĠIKU PERMEZZ TAL-BOV ECO LOAN Il-Bank of Valletta ħabbar titjib filBOV Eco Loan li qed joffri, billi wessa’ l-ambitu tal-finanzjament għal prodotti u servizzi ekoloġiċi. Il-BOV Eco Loan issa tista’ tintuża wkoll biex tiffinanzja x-xiri ta’ vetturi bil-mutur, sakemm il-livelli tal-emissjonijiet tasCO2 tagħhom ma jaqbżux livelli u limiti partikolari. Din il-faċilità ta’ self favur l-ambjent, li tnediet l-ewwel darba fis-suq għaxar snin ilu, hija ddisinjata biex tipprovdi aċċess faċli għall-finanzjament, flimkien ma’ termini attraenti għal klijenti individwali li jkunu qed jikkunsidraw li jinvestu f ’tagħmir u prodotti favur l-ambjent bħal sistemi fotovoltajċi, heaters tal-ilma solari u tagħmir domestiku tal-Klassi A li jiffranka l-enerġija. Alan Micallef, il-Kap tal-Consumer Finance fil-Bank of Valletta spjega: “Mill-2016, il-Bank of Valletta qed jaċċetta applikazzjonijiet għall-BOV Eco Loan relatati max-xiri ta’ vetturi bil-mutur ġodda, sakemm il-livelli tal-emissjonijiet tas-CO2 tagħhom ikunu taħt il-100g/km, jew 130g/ km meta fl-istess ħin l-applikant ikun qed jiskreppja vettura bil-mutur oħra taħt l-iskema tal-Gvern ta’ Skreppjar ta’ Vetturi. Il-BOV Eco Loan qed tiġi estiża wkoll għax-xiri ta’ muturi.” Huwa kompla: “Ċertament, il-BOV Eco Loan tista’ tintuża wkoll biex tiffinanzja x-xiri ta’ vetturi bil-muturi elettriċi jew hybrid, kif ukoll biex vetturi bil-mutur jiġu konvertiti biex jaħdmu bl-autogas.”
Is-Sur Micallef qal li dawn l-għanijiet il-ġodda li qed jiġu kkunsidrati taħt il-BOV Eco Loan huma allinjati marresponsabbiltà korporattiva tal-Bank, li permezz tagħhom il-Bank qed ifittex mhux biss li jadotta prattiki favur l-ambjent huwa stess, imma wkoll li jinkoraġġixxi u jippremja lill-klijenti li jieħdu deċiżjonijiet favur l-ambjent. Il-finanzjament permezz tal-BOV
Eco Loan jista’ jinkiseb għal ammonti li jibdew minn €500, u li jitilgħu sa massimu ta’ €40,000. Ġeneralment it-terminu ta’ ħlas lura jkun ta’ seba’ snin, madankollu jista’ jiġi estiż għal tmien snin fil-każ ta’ self mogħti għax-xiri ta’ vetturi bil-mutur b’livelli baxxi ta’ emissjonijiet tas-CO2, karozzi elettriċi jew karozzi hybrid. Il-BOV Eco Loan fiha wkoll marġni tal-imgħax
skontat u ma tinkludi l-ebda miżati amministrattivi. Iżjed informazzjoni rigward ilBOV Eco Loan kif ukoll it-termini u l-kundizzjonijiet relattivi huma disponibbli mis-sit elettroniku: bov.com. Wieħed jista’ wkoll iżur kwalunkwe fergħa tal-BOV jew jikkuntattja l-BOV Customer Service Centre fuq 2131 2020.
26 24|01|2016
kullħadd.com
PERSONALITÀ
KANTANTA ŻGĦIRA FL-ETÀ, IMMA ŻGUR MHUX MIS-SUĊĊESSI RAMONA
PORTELLI TINTERVISTA LIL VERONICA ROTIN
Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com
Email: ramonaportelli@hotmail.com
Il-passatempi tagħha huma t-tpinġija, tilgħab il-futbol u l-basketball, tiżfen, tħobb issajjar, iddoqq xi strument u tħobb ukoll taqra. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala tifla determinata, li tħobb tqatta’ ħafna ħin mal-familja tagħha u mażżewġ ħbieb tal-qalb tagħha, u temmen li l-familja hija l-iktar ħaġa importanti f ’ħajjitha. “Ħafna jgħiduli li jien avventuruża għax inħobb nipprova affarjiet ġodda u nara pajjiżi differenti. Inħobb ngħin fejn nista’, u jdejjaqni ħafna l-ġlied,” bdiet tgħidli dwarha Veronica. Fatt interessanti dwar kif Veronica bdiet tinteressa ruħha fil-kant huwa li, fil-verità, bdiet turi dan l-interess minn meta kellha tliet snin. Dan għax minn dejjem kellha passjoni għall-mużika, u kienet tisma’ ’l oħtha tkanta, u minn hemm bdiet tħobb il-mużika. “Millkant inħoss is-sodisfazzjon li nferraħ lil ħaddieħor bil-vuċi tiegħi u normalment nagħmel
Dan l-aħħar ġejt avviċinata biex nintervista lill-kantanta ċkejkna, iżda żgur li brava, Veronica Rotin. Kont smajt dwarha u b’hekk aċċettajt bi ħġari biex insir nafha aktar mill-viċin. Għandha ħdax-il sena u tgħix Ħal Tarxien. Tattendi l-iskola u fl-istess waqt tiddedika wkoll il-ħin tagħha għall-kant. sagħtejn u nofs kuljum nipprattika l-vuċi tiegħi billi nkanta noti u diski differenti. L-eżerċizzju fiżiku huwa wkoll importanti bħala prattika għall-kant għax jgħin lin-nifs.” Suċċessi barra minn Malta Ta’ min jgħid li, għalkemm Veronica għadha żgħira, is-suċċessi li kisbet s’issa żgur li mhux żgħar jew ftit. L-aktar suċċess riċenti tagħha kien fit-13 ta’ Diċembru li għadda, meta, waqt Tra Sogno e Realtà, Veronica kienet ir-rebbieħa fil-kategorija tal-kant u anke runner-up overall winner. Dan il-festival kien imxandar fuq l-istazzjon Taljan La 5. Ħallejt f ’idejha sabiex tgħaddi l-kummenti tagħha dwar dan is-suċċess riċenti li kellha. “Tra Sogno e Realtà huwa l-iżjed festival riċenti tiegħi. Kienet esperjenza sabiħa ħafna u għamilt ħafna ħbieb ġodda. Kuntenta li kelli din l-opportunità li nieħu sehem f ’dan
il-festival u li rnexxieli nirbaħ il-kategorija tal-kant kif ukoll kont runner-up overall winner,” sostniet b’sodisfazzjon Veronica. Lura għas-sena 2014, Veronica ħarġet album li jġib l-istess isem tagħha: Veronica Rotin. Fil-fatt, dan huwa l-uniku album tagħha s’issa. Kif spjegatli hi stess, huwa sett ta’ cover songs li huma għal qalbha ħafna. “Kuntenta li dan l-album irnexxa għax ħafna nies għoġobhom. Id-diska Hallelulia hija l-iktar waħda għal qalbi għax hija dwett ma’ oħti Kelly, u hija ddedikata lin-nanna tagħna Polly,” kompliet tgħid Veronica. Fatt kurjuż dwar Veronica huwa li, minn mindu kellha sentejn sa ma għalqet tmien snin, kienet tgħix l-Awstralja u hemmhekk diġà kienet tkanta. Kif qaltli hi stess, ta’ tliet snin kienet diġà tipprova tagħmel rittmu bl-għajjat tagħha. Tal-istess età Veronica u l-familja tagħha marru jgħixu
l-Awstralja u damu tliet snin u nofs hemmhekk. “Avolja kont għadni żgħira, xorta niftakar id-dar fejn konna ngħixu, il-ħbieb li kelli, l-iskola li kont nattendi u wkoll meta konna mmorru Sydney u Bright għall-vaganzi. Il-Milied li għadda erġajt irritornajt l-Awstralja biex inqatta’ l-Millied mal-familja tiegħi hemm, kif ukoll kelli l-opportunità li nkanta f ’għaqdiet Maltin,” ikkonfermatli Veronica. Lura Malta mill-Awstralja, bdiet tistudja l-kant għand La Voix Academy Lura Malta, meta kellha tmien snin, Veronica kompliet tistudja l-kant fejn bdiet tattendi għall-lezzjonijiet tal-kant għand Gillian Attard fl-akkademja tagħha La Voix Academy. Xtaqt inkun naf b’liema mod żviluppat il-vuċi u l-kant
tagħha f ’dan iż-żmien tal-studji tagħha hawn Malta. “Meta ġejt lura Malta jiena u l-ħabiba tiegħi morna nitgħallmu flimkien għand Gillian Attard u minn hawn bdiet il-proprja karriera tiegħi tal-kant. Mingħand Gillian tgħallimt ħafna, għenitni niżviluppa l-vuċi tiegħi u wrietni kemm hemm affarijiet importanti fil-mużika, u li mhux lakemm tiftaħ ħalqek u tkanta. Għallmitni wkoll l-importanza li tagħti prestazzjoni tajba. Uritni x’inhi verament mużika,” sostniet Veronica. Suċċessi oħra li kellha Veronica kienu, fost oħrajn, meta rebħet Cantagirò. Ma stajtx ma nistaqsihiex jekk tarax differenza minn meta tkun qed tkanta hawn Malta stess għal meta tkun qed tkanta barra minn xtutna. “Cantagirò kien esperjenza oħra sabiħa ħafna, fejn kelli l-opportunità nerġa’ mmur l-Italja. Peress li Malta hija pajjiżi, dejjem inkanta minn qalbi, però meta nkanta barrra minn xtutna nħoss li jkolli rispons iktar qawwi mill-udjenza barranija, li hija xi ħaġa pożittiva għal pajjiżna.” Ta’ min jgħid ukoll li s’issa Veronica kellha esperjenza waħda li tkun co-host fuq programm tar-radju lokali. Fi kliemha stess kienet avventura sabiħa li tatha l-opportunità li tiltaqa’ ma’ ħafna personaġġi Maltin peress li kien ikollhom mistieden differenti kull ġimgħa. Kienet ukoll l-ewwel esperjenza tagħha fuq ir-radju. Lejn l-aħħar tal-intervista tlabt lil Veronica tagħti parir lil dawk l-istudenti li qed jitħajru jaqbdu l-linja tal-kant. “Nisuġġerilhom li ma jaqtgħux qalbhom, u jieħdu l-lezzjonijiet bis-serjetà biex jaslu fejn jixtiequ.” Għall-futur, Veronica għandha pjanijiet li toħroġ diska oriġinali tagħha u li tipparteċipa f ’festivals oħrajn barra minn Malta u, naturalment, li tibqa’ tieħu l-lezzjonijiet talkant għax qatt ma tista’ tkun taf biżżejjed.
SKEDA
kullħadd.com
103 06.50 Flimkien ma’ Nancy (R) 07.50 Sejjaħtli Helpline (R) 08.30 Paperscan 10.00 Aroma Kitchen (R) 11.05 Karriera (R) 11.30 Cibus 12.30 One News 12.40 Telebejgħ 13.00 In D House (R) 14.00 Arani Issa (R) 16.45 Attività Politika PL 17.30 One News 17.35 Telebejgħ 17.50 L-Argument 19.30 One News 20.10 Ieqaf 20 Minuta 20.35 Andrew & Sue 21.35 On D Road 22.15 Il-Patt (R) 23.30 One News
151 06.00 Lena 06.30 Cultura Memex 06.55 Heartland 07.35 Un Giorno Sarò Re 08.20 Viaggi da Record 08.45 Il nostro amico Charly 09.30 I Nostri Amici Animali 10.15 Cronache Animali 11.00 Mezzogiorno in Famiglia 13.00 TG2 Giorno 13.30 TG 2 Motori 13.45 Quelli Che Aspettano 15.30 Quelli Che il Calcio 17.05 TG2 L.I.S. 17.10 90° Minuto 19.35 Squadra Speciale Cobra 11 20.30 TG2 20.30 21.00 N.C.I.S. L’Isola Che Non C’è 21.45 Limitless – Le Regole Del Gioco 22.40 La Domenica Sportiva
162 06.00 Media Shopping 06.57 Anica Flash 07.00 Find My Family Australia 07.53 Media Shopping 08.10 Downton Abbey 10.35 X-Style ’16 11.10 Il Matrimonio Più Bello 11.40 Love Affair 14.00 The Originals 15.40 Gossip Girl 17.20 Non Ditelo Alla Sposa la Rivincita Delle Spose 18.35 Grey’s Anatomy 21.10 Il Mio Finto Fidanzato 23.05 Semplicemente Irresistibile
372 06.00 Chopped 07.00 Amazing Wedding Cakes 08.00 The Kitchen 10.00 Chopped 11.00 Guy’s Big Bite 12.00 Diners Drive-Ins and Dives 15.00 Chopped 16.00 Siba’s Table 17.00 Dinner at Tiffani’s 18.00 Rev Run’s Sunday Suppers 19.00 All-Star Academy 20.00 Ching: Amazing Asia 21.00 The Freshman Class 22.00 Diners Drive-ins and Dives 23.00 Rev Run’s Sunday Suppers
405 06.00 Call of the Wildman 06.25 America’s Next Cat Star 07.15 Africa’s Trees of Life 08.10 The Dog Rescuers 09.05 Dr. Dee. Alaska Vet 10.00 River Monsters 10.55 Snake Sheila 11.50 Bahama Blue 12.45 Wild Iberia 13.40 North America 14.35 Deadly Islands 15.30 Wildest Africa 16.25 Wild Things With Dominic Monaghan 17.20 Dr. Dee. Alaska Vet 18.15 Africa’s Trees of Life 19.10 The Dog Rescuers 20.05 River Monsters 21.00 Dr. Dee. Alaska Vet 21.55 Snake Sheila 22.50 Gator Boys
24|01|2016 27
102 07.00 Aħbarijiet 08.00 The Client (R) 08.45 Telebejgħ 10.15 Għalkulħadd 11.15 Quddiesa mis-Santwarju Ta’ Pinu 12.00 Distinti (R) 12.45 Telebejgħ 13.00 Intriċċi (R) 14.00 Aħbarijiet 14.05 Telebejgħ 15.20 Iswed fuq l-Abjad (R) 16.25 Mill-Familja Rjali 16.40 Wheelspin (R) 17.30 Flusek (R) 18.00 Aħbarijiet 18.05 What’s for Dinner 18.45 Newsfeed 19.30 Aħbarijiet 19.50 Newsfeed 20.30 Becky 21.30 Aħbarijiet 21.35 Replay
152 06.00 Fuori Orario. Cose (mai) Viste 07.00 Geo 07.20 Un Ballo in Maschera 07.45 Sogni d’Oro Governatore 08.10 Film: I Quattro Moschettieri 09.55 La Quarta Età 10.30 Speciale Community – Le Storie 11.10 TGR 12.25 Il Posto Gusto 13.15 Simon Wiesenthal 14.00 TG Regione 14.15 TG3 14.30 In 1/2 Ora 15.00 TG3 LIS 15.05 Kilimangiaro 19.00 TG3 20.00 Blob 20.10 Che Tempo Che Fa 21.45 Presa diretta Unioni Civili 23.30 TG3 23.40 TG Regione 23.45 Gazebo
300 06.00 Teletubbies 06.25 Green Balloon Club 06.50 Nina and the Neurons 07.25 Nuzzle and Scratch: Frock and Roll 07.45 Doct ors 09.45 EastEnders 11.40 The Weakest Link 12.25 Doctor Who 13.15 Last of the Summer Wine 14.15 The Weakest Link 15.00 Doctor Who 15.45 Daddy Daycare 16.35 Tough Guy Or Chicken? 17.25 37 Days 20.05 Call the Midwife 21.00 Prey 21.50 DCI Banks 22.35 Spooks
400 06.00 How Do They Do It? 06.25 Misfit Garage 07.15 Fast N’ Loud 08.10 MythBusters 09.05 Engine Addict With Jimmy de Ville 09.55 Rise of the Machines 10.50 Troy 11.40 Storage Hunters 12.35 Property Wars 13.30 Auction Kings 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Extreme Car Hoarders 16.15 Engine Addict With Jimmy de Ville 17.10 Wheeler Dealers 18.05 Fast N’ Loud 19.00 What on Earth? 20.00 Naked and Afraid 21.00 Gold Divers 22.00 Hijack - El Al Flight 426 23.00 Big Fish Man. Europe
452 06.00 Olive the Ostrich 06.15 Dora the Explorer 06.40 Ben & Holly’s Little Kingdom 07.05 Blaze and the Monster Machines 07.30 PAW Patrol 07.55 Winx Club 08.50 The Fairly OddParents 09.40 Sanjay and Craig 10.25 Kung Fu Panda 11.20 Sam & Cat 12.30 Victorious 13.00 The Haunted Hathaways 13.25 The Thundermans 20.00 Sam & Cat 20.25 SpongeBob SquarePants 21.00 Avatar. The Legend of Aang 21.25 The Legend of Korra 21.50 Big Time Rush 22.40 The Penguins of Madagascar 23.20 iCarly
101 06.00 Aħbarijiet 07.30 Qalb in-Nies 08.00 Paq Paq on Test 08.15 Madwarna 08.45 Ħadt l-Aħbar 10.00 New Rooms 10.30 Malta u lil Hinn Minnha 12.00 Aħbarijiet 12.10 Ħadd Għalik 15.00 Ħbieb u Għedewwa 18.00 Aħbarijiet 18.15 Għawdex Illum 18.45 L-Irkant 19.15 Pellikola 20.00 Aħbarijiet 20.50 X-Factor 23.00 Aħbarijiet 23.15 Smack Down WWE
104 06.00 Euronews 07.00 News 08.30 Paq Paq On Test 08.40 Kelma għall-Ħajja 09.00 Quddiesa tal-Ħadd 09.45 Vatican Magazine 10.15 Qalb in-Nies 10.45 Dot EU 11.00 MEA 11.30 Awtokura 12.00 New Rooms 12.30 Venere 13.00 Paq Paq Lifestyles 13.30 Gadgets 14.00 Mesc 2016 (R) 18.00 Animal Diaries 19.00 Għawdex Illum 19.30 Dwarna 20.30 Aħbarijiet għall-persuni b’nuqqas ta’ smigħ 20.40 Paq Paq On Test 21.00 Kontrattakk
153 07.35 Tg4 Night News 07.55 Media Shopping 08.25 Super Partes 08.57 Terra! 10.00 Santa Messa 10.50 Le Storie Di Viaggio A.... 11.30 Tg4 Telegiornale 12.00 Il Comandante Florent 14.00 Donnavventura 14.52 Wyatt Earp 18.51 Anteprima Tg4 18.55 Tg4 Telegiornale 19.50 Tempesta D’amore 21.15 Più Forte, Ragazzi! 23.20 Volesse il Cielo
06.00 Prima Pagina 08.00 Tg5 Mattina 09.10 Le Frontiere Dello Spirito 09.50 Nord America 11.00 Le Storie di Melaverde 12.00 Melaverde 13.40 L’Arca Di Noè 14.00 Domenica Live 18.45 Il Segreto 19.57 Prima Pagina Tg5 20.40 Paperissima Sprint 21.10 Riassunto il Segreto 21.11 Il Segreto 23.30 X-Style
155 07.00 Super Partes 07.30 Titti E Silvestro 07.45 I Flinstones 08.35 Lupin e il Tesoro del Titanic 10.25 La Bomba 12.25 Studio Aperto 13.00 Sport Mediaset XXL 13.55 La Tempesta Perfetta 16.30 Matrimonio Per Papà 2 18.28 Studio Aperto Anticipazioni 18.30 Studio Aperto 19.00 Tutti Pazzi Per l’Oro 21.25 Le Iene Show 1A Puntata 23.50 I Griffin
307 06.50 Caribbean Life 07.15 Hawaii Life 07.40 Giada at Home 08.30 Healthy Appetite With Ellie Krieger 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Desperate Landscapes 12.00 Junk Gypsies 12.50 Cousins on Call 13.15 Kitchen Cousins 13.45 Giada’s Weekend Getaways 14.35 Restoration SOS Buffalo 15.25 Fixer Upper 16.15 Rehab Addict 17.05 Extreme Homes 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Caribbean Life 20.35 Rehab Addict 21.00 Rachel Hunter’s Tour of Beauty 21.55 America’s Most Desperate Kitchens
410 06.00 House Hunters International 08.00 Salvage Dawgs 09.00 The Vanilla Ice Project 10.00 Time Traveling With Brian Unger 11.00 Shed & Buried 12.00 Building Alaska 13.00 Man Caves 14.00 The Vanilla Ice Project 15.00 Shed & Buried 16.00 Salvage Dawgs 17.00 Building Alaska 18.00 House Hunters International 19.00 Epic Attractions 20.00 Mysteries at the Monument 21.00 Mysteries at the Museum 22.00 Building Alaska 23.00 Time Traveling With Brian Unger
412
403 06.00 Toddlers & Tiaras 07.40 Bakery Boss 09.30 Little People Big World 11.20 The Surgery Ship 12.15 Our Little Family 13.10 Little People Big World 14.05 The Autistic Gardener 15.00 My Big Fat Fabulous Life 15.55 Obsessive Compulsive Cleaners 16.50 Belief 17.45 Say Yes to the Dress 20.05 Bride by Design 21.00 Belief 21.55 My Giant Life 22.50 An Hour to Save Your Life 23.45 What Have I Got
06.00 Da Da Da Musica E Cinema 06.30 Unomattina in Famiglia 09.45 Dreams Road 2015 Svizzera 10.30 A Sua Immagine 10.55 Santa Messa 11.50 A Sua Immagine 12.00 Recita Angelus 12.10 A Sua Immagine 12.20 Linea Verde Latte 13.30 Telegiornale 14.00 L’Arena 15.50 Roma. Visita di Papa Francesco alla Sinagoga 17.20 Domenica In 18.45 L’Eredità 20.00 Telegiornale 20.35 Affari Tuoi 21.25 Riassunto 21.30 Tutto Può Succedere 23.30 Tg1 60 Secondi
154
306 06.00 Blinging Up Baby 07.00 I Am Cait 11.00 E! News 12.00 Dash Dolls 13.00 Christina Milian Turned Up 14.00 Keeping Up With the Kardashians 20.00 Botched
150
06.00 Teleshopping 09.00 Pawn Stars 19.00 Swamp People 20.00 The Curse of Oak Island 21.00 Ancient Aliens 22.00 Storage Wars 23.00 Pawn Stars
312 06.00 Teleshopping 09.00 Pawn Stars 19.00 Ax Men 20.00 The Curse of Oak Island 21.00 Ancient Aliens 22.00 Storage Wars 23.00 Pawn Stars
600 07.00 Australian Open Tennis 10.30 Game, Set and Mats 10.45 Australian Open Tennis 14.15 Game, Set and Mats 14.30 IBU World Cup Biathlon 16.00 FIS World Cup Ski Jumping 17.45 IBU World Cup Biathlon 18.55 Eurosport2 News 19.00 Wintersports Today 20.00 Mats Choice 21.00 Australian Open Tennis 22.00 Wintersports Today 23.00 Eurosport2 News 23.05 Mats Choice
ANDREW & SUE Illum il-Ħadd, 24 ta’ Jannar, fit-20.35 fuq ONE. Paul u Sue jiddeċiedu li jqattgħu l-lejl flimkien. Iżda se jirnexxi l-pjan tagħhom? Mike għandu problema serja u jitlob lil Andrew biex jgħinu. Carmen tkompli targumenta ma’ Manwel. Andrew jaħseb li sab soluzzjoni għall-problema ta’ Mike iżda dan jidher li mhuwiex konvint.
28 24|01|2016
kullħadd.com MIĊ-
ĊINEMA
RAPPORT TA’
ĊINEMA
CARMEL BONNICI
THE BIG SHORT
FATTWALI
IR-RIĊESSJONI FINANZJARJA GLOBALI Atturi Ewlenin: Christian Bale, Steve Carell, Ryan Gosling, Brad Pitt, Melissa Leo, Rafe Spall Direttur: Adam McKay Distributur: Paramount Maħruġ minn KRS Releasing Kulħadd għadu jiftakar ir-riċessjoni kbira mondjali li laqtet lil diversi pajjiżi u ħafna banek fallew. The Big Short jirrakkonta storja vera ta’ kif din il-kalamità laqtet l-Istati Uniti, fejn intilfu miljuni kbar ta’ dollari u anke impiegi u kif xi ftit individwi ssuspettaw dan minn qabel u għamlu l-kalkoli tagħhom sew biex jeħduha ma’ dawn il-ġganti bankarji u r-reħba tagħhom. Dan il-film hu bbażat minn fuq il-ktieb tal-espert f ’dawn il-materji, Michael Lewis, The Big Short: Inside the Doomsday Machine li kiteb ukoll volumi b’temi finanzjarji bħal Moneyball: The Art of Winning an Unfair Game u The Blind Side: Evolution of a Game. Minkejja li The Big Short jittratta suġġett li ħafna jsibuh ambigwu u diffiċli biex tidħol fid-dettall tiegħu, id-direttur u kittieb Adam McKay, il-moħħ wara kummiedji riċenti bħal Step Brothers u Anchorman: The Legend of
Ħin: 130 min. Ċert. 15
Ron Burgundy, żviluppa dan ix-xogħol f ’forma ta’ kummiedja mħarrka, sottili u bi sfond serju. Il-ktieb jittratta l-waqgħa tas-sistema bankarja, il-korruzzjoni u n-nuqqas ta’ attenzjoni u rimedju minn dawk li suppost iħarsu l-interessi tad-depożituri. Fil-film dan narawh mil-lat ta’ erba’ individwi, mingħajr l-ebda konnessjoni malbanek, fejn jindunaw li ammonti kbar ta’ flus f ’self individwali huma suspettużi, tant li fi ftit żmien ieħor se jfallu. Meta l-banek u l-bankiera ta’ Wall Street, kif ukoll aġenziji tal-Gvern ma jagħtux kas ta’ din il-bomba li dalwaqt tisplodi, l-individwi barranin, b’kompetizzjoni ħarxa bejniethom, jivvintaw investiment kontra biex inaqqsu l-prezz tan-negozju tal-bini li sejjer eċċellenti u b’hekk jippruvaw iħaxxnu bwiethom. F’kelma waħda, taqtigħa sħiħa għal min se jipprova jgawdi minn żbalji ta’ ħaddieħor meta sseħħ din
id-diżgrazzja finanzjarja. The Big Shot għandu andament
AT ANY PRICE
mexxej bi grupp ta’ atturi ta’ fama. TOPIKU
ID-DINJA KOMPETITTIVA TAL-AGRIKULTURA MODERNA Atturi Ewlenin: Dennis Quaid, Zac Efron, Kim Dickens, Maika Monroe, Heather Graham, Clancy Brown Direttur: Ramin Bahrani Distributur: Studiocanal Ltd Films Maħruġ minn KRS Releasing
Il-panorami kbar tal-Istat ta’ Iowa, mimlijin qamħ dehbi kemm tagħti l-vista tal-għajn, rajniehom f ’diversi films, anke f ’xi westerns tal-cowboy Roy Rogers. Illum, it-teknika li jużaw il-bdiewa tbiddlet radikalment, b’teknoloġija avvanzata moderna fejn jitmexxew negozji li jiswew miljuni ta’ dollari. Id-direttur Ramin Bahrani, li qatta’ sitt xhur fil-Midwest tal-Amerika, kien jisma’ biss dawn iż-żewġ frażijiet indirizzati lill-bdiewa tal-post: “Espandu jew tmutu” u “Ikbru jew itilqu”. At Any Price jiffoka fuq dawn il-prinċipji li semmejt u jixtieq ikun jaf x’jiġrilu wieħed ambizzjuż u supperv li, mingħajr skrupli, jespandi n-negozju tiegħu b’detriment għall-ġirien tiegħu, il-komunità kollha,
Ħin: 104 min. Ċert. 15
għal familtu u anke għalih inniffsu. F’din id-dinja kompetittiva tal-agrikultura moderna, Henry Whipple (Quaid) irid li ibnu Dean (Efron) jieħu ħsieb u jkabbar l-imperu agrikolu tiegħu. Dean, iżda, hu aktar moħħu li jsir xufier professjonali talkarozzi tal-ġiri. Meta, wara xi rapport, investigaturi jżuru r-razzett tiegħu minħabba xi rregolaritajiet, il-missier u l-iben jidħlu f ’inkwiet kbir, f ’argumenti sħan li se jġibu xi aċċident fatali u kriżi serja fil-familja. Dennis Quaid, kollu arja u preżunzjonijiet u anke mossi żejda, fil-fatt hu bniedem iddisprat li, jekk se jkompli jaġixxi waħdu ta’ wieħed dominanti u li jara lil kulħadd dubbien, se jsib il-falliment tiegħu. At Any Price għandu
storja nteressanti u forsi wkoll topika, b’fotografija tassew
brillanti u final mhux għalkollox sodisfaċenti.
ĊINEMA
kullħadd.com
24|01|2016 29
THE REVENANT
MAESTUŻ
IL-BNIEDEM LI SALVA MINN ĦALQ IL-MEWT
już, spettakolari u maestuż Atturi Ewlenin: Leonardo DiCaprio, Tom Hardy, Domhnall tas-sbuħija selvaġġa u naturali Gleeson, Will Poulter, Forrest Goodluck tal-fruntiera verġni Amerikana tassew tnissel sens ta’ Direttur: Alejandro G. Inarritu Ħin: 156 min. stagħġib fl-ispettatur, u hawn Distributur: 20th Century Fox tinduna kemm il-bniedem hu Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. 15 verament ċkejken u dgħajjef quddiem kobor bħal dan. Stejjer ta’ nies li ħelsuha mill- li jkunu fuq spedizzjoni filIl-mużika bombastika, mewt f ’ċirkustanzi verament fruntiera għadha mhix mim- però effettiva, tal-Ġappuniz diffiċli huma bil-bosta, però, susa min-nies tal-Amerika, Ryuichi Sakamoto u Carsten dik ta’ Hugh Glass, esplora- fejn ukoll ikunu attakkati Nicolai tnissel f ’dak li jkun tur, fost affarijiet oħra, tal- mill-Indjani tal-post, Hugh biża’ u ddaħħlek f ’qoxortok. fruntiera selvaġġa Amerikana, Glass (DiCaprio) ikun kważi Il-qofol tal-film hu l-vjaġġ li ġie mbiċċer minn attakk ta’ mmassakrat minn ors feroci. skabruż li Glass jidħol għaors, b’ġismu mfarrak, mitluq F’xifer il-mewt, jitħalla lih, bil-perikli kollha li jiltaqa’ għall-mewt minn sħabu stess, waħdu mill-membri tat-tim magħhom fi triqtu fuq l-art u tiżboqhom ilkoll. tiegħu. Fi ħsiebu hemm mar- fix-xmajjar u fit-tfittxija ħerThe Revenant (li tfisser xi tu, ta’ razza Indjana u ibnu. Bi qana tiegħu għall-ikel. ħadd li salva minn mewt ċer- tbatija jimbarka fuq vjaġġ ta’ The Revenant għandu atmosta) jirrakkonta b’mod intens u 200 mil f ’territorju kiefer u fera ta’ bruda kontinwa, b’xeqawwi, l-istorja ta’ dan l-im- kesħa tremenda, silġ u perik- ni li timmaġinahom fil-kotba plakabbli pijunier li, b’deter- li oħra, biex ifittex u jagħmel tal-Apokalissi jew fil-Ġenesi minazzjoni soda, jirrifjuta vendetta minn John Fitzger- tal-Bibbja u f ’kumbattimenti li jċedi u jimtela’ b’vendetta ald (Hardy), il-perċimes li ab- brutali bla ħniena. DiCaprio, għal dawk li abbandunawh bandunah. taħt direzzjoni soda, jerġa’ ħesrem. Fuq dan il-leġġendarF’dawn l-aħħar tletin sena juri l-ħila tiegħu f ’din is-saga ju nkitbu bosta bijografiji u kellna ħafna u ħafna films erojka ta’ qilla u redenzjoni, novelli, bl-aktar waħda ddet- li jissejħu ‘epiċi’, speċjal- fejn wieħed Indjan maħrub taljata u riċerkata tkun dik ta’ ment dawk tas-supereroji jagħtih parir li l-vendetta tinsMichael Punke, The Revenant: tal-kotba komiks, iżda The ab biss f ’idejn il-Kreatur. A Novel Of Revenge (2002), li Revenant mhux biss jista’ Niddeskrivi dan il-film minnha hi bbażata din il-pro- jissejjah epiku, imma wkoll b’kelma waħda biss bl-Ingliż: duzzjoni. Fis-sena 1823, waqt kolossali. Ix-xenarju grand- awsome. Dan għandu jkun
wieħed mill-kompetituri ewlenin għall-Oscars. Titilfuhx
għax ilna ma naraw il-kwalità tiegħu!
SUNSET SONG
PITTORESK
IL-ĦAJJA AGRIKOLA TA’ SEKLU ILU
Id-direttur Brittaniku Terence Atturi Ewlenin: Agyness Deyn, Peter Mullan, Kevin GuthDavies hu wieħed mill-aqwa rie, Daniela Nardini, Jack Greenlees esponenti ta’ diżgwid familjari. Għall-aħħar xogħol tiegħu, Direttur: Terence Davies. Ħin: 136 min. hu dar fuq in-novella agrikoDistributur: Metrodome Films la ta’ l-Iskoċċiż Lewis Grassic Maħruġ minn Side Street Films, Eden Cinemas Gibbons tal-1932, Sunset Song, WĊert. 15. li l-qofol tagħha huwa l-pajsaġġ pittoresk tal-kampanja Skoċċiża. Il-protagonista hija tfajla fqira iżda intelliġenti, b’mezzi li tista’ teħles mill-ħajja iebsa tar-raba’, però m’għandhiex il-kuraġġ li tibdel. Il-familja Presbiterjana tagħha hija ddominata mill-missier strett u ta’ dixxiplina kbira li anke juża swat fuq ibnu għal xi diżubbidjenza kwalunkwe. Dan ix-xenarju mhuwiex xi ħaġa ġdida għal Davies, billi diġà esplora dan fis-superjuri Distant Voices, Still Lives (1988). Fis-sena 1911, Chris Guthrie (Deyn) hija l-aktar waħda brava fil-klassi tagħha. Il-bidwi missierha, John (Mullan) huwa dixxiplinarju u ma jittollera xejn, u sikwit isawwat lil ibnu Will (Greenlees) b’mod vjolenti, filwaqt li l-familja kollha tibża’ minnu, inkluż martu (Nardini), għalkemm normalment jimxi b’sinċerità ma’ kulħadd. Naturalment, traġedji se jolqtu lil din il-familja u Chris, fiċ-ċirkustanzi, se ssib ruħha s-sid ta’ kollox. Hi,
li dejjem kienet tħossha indipendenti, issa kif se tirreaġixxi? Sunset Song hu film rikk b’fotografija meraviljuża, imma jinħass pjuttost twil u mhuwiex wieħed mill-aqwa ta’ dan id-direttur. Xorta waħda, bil-kompożizzjonijiet tax-xenarju rurali Davies wera li hu artist (pittur) ukoll. Agyness Deyn, sbejħa, żnella u twila, bħala Chris, tassew jixirqil-
ha l-ilbies ta’ seklu ilu u b’dik il-ħarsa pjuttost ċassa u nofs tbissima ħelwa tnissel serħan fil-qlub, però għadha mhijiex daqshekk determinata daqs Bathsheba Everdene, l-erojina ta’ Thomas Hardy f ’Far From The Madding Crowd. Peter Mullan, fi rwol familjari, jinterpreta tajjeb ħafna l-parti ta’ puritan li ma jissaportix ilħmerijiet.
L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn it-13.01.2016 u s-17.01.2016
1. 2. 3. 4. 5.
Daddy’s Home Star Wars: Episode VII – The Force Awakens Creed The Hateful Eight In the Heart of the Sea
KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA
Mistoqsija għal din il-ġimgħa: F’liema film ħa sehem Leonardo DiCaprio? Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: T. SCICLUNA – Ħal Tarxien
30 24|01|2016
kullħadd.com
AVVIŻI KLASSIFIKATI PROPRJETÀ
Għall-kiri: House of Character f ’Ħaż-Żebbuġ li tikkonsisti fi kċina, kamra tal-banju, żewġ kmamar tas-sodda, spare toilet bix-shower u washroom mal-bejt. Ċempel 9949 7113. TANAYA’S Dev. Ltd: Għażla kbira ta’ appartamenti f ’kull żona ta’ Malta. Jinbiegħu mingħajr depożitu u nħallsulek il-kuntratt. Offerta speċjali. Għal aktar dettalji ċempel 9992 4999. Mingħajr aġenti jekk jogħġbok. SERVIZZI Investigazzjoni Privata: Żwiġijiet, għerusija u relazzjonijiet oħra, DNA forensic tests, tfal maħtufin minn Malta, każijiet ċivili, każijiet oħra fil-qorti, problemi f ’kumpaniji jew negozju. Nagħmlu xhieda fil-Qorti. Naħdmu f ’Malta u anke barra. Għal appuntament ċemplu 7959 0000. email: info@ privateinvestigationmalta.com Korsijiet f ’Livell Ordinarju f ’diversi suġġetti bħallMatematika, Ingliż, Malti, Franċiż, Fiżika u oħrajn. Noffru wkoll korsijiet talECDL. Prezz €35 kull module. Noffru wkoll korsijiet bażiċi fil-kompjuter, €50. Ċempel 2166 2241 jew 7766 2241 jew żur is-sit elettroniku www.tudorinstitute.com Tewmi Group għal lezzjonijiet tal-karozzi kemm manual u kif ukoll automatic. Cab service u karozzi għall-kiri bi prezzijiet
Qed infittex post li huwa għall-bejgħ il-Belt Valletta jew il-Furjana, kwalunkwe stat, anke proprjetajiet tal-wirt. Ibgħat email fuq holbornpty@gmail.com jew SMS fuq 7957 1185.
raġonevoli. Żur is-sit www. tewmi.com jew ċempel 9942 2422.
Lezzjonijiet taż-żfin fuq stil ballroom jew Latin-Amerikan. Lezzjonijiet taż-żfin għallbeginners u kompetizzjonijiet minn Imperial Qualified Dance Teacher (ISTD) Ibgħat SMS fuq 7925 3015 jew ċempel 2138 6818 sa 12.00pm. Care and Cure Group Ltd: infermiera mħarrġa, caring assistants, nannies, nies imħarrġin biex iżommu kumpanija, għajnuna fid-djar u night sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna wkoll għallkiri: wheelchairs, hoists, commodes, walking frames u hospital beds. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq dawn in-numri: 2137 6946/9947 0178. AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ Kanapè – sufan tal-injam antik, prezz €375. Xkaffa lewn il-kewba b’qies ta’ 4 piedi bi 3 piedi wisa’, prezz €145. Ċempel 9968 9100. Sett ta’ 11-il vara tal-Ġimgħa l-Kbira; qies ta’ 8 pulzieri. Kompluti bil-bradelli, dawl, ħadid, misteri u fjuri. Jinbiegħu kollha f ’daqqa. Ċempel 9915 1939 jew 2182 0575. Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għallilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew
għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ clock. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www. e x p r e s s wa t ch r e p a i r s. c o m jew irrikorru 110, Triq ilKungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235. XOGĦOL TA’ MANUTENZJONI
Installazzjoni u tiswija ta’ aerials tat-televiżjoni. Offerti vantaġġjużi fuq sistemi tas-satellita u fuq l-android TV boxes. Għal aktar infromazzjoni ċempel 2148 6211. Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, dawl u ilma. Ċempel fuq 7928 5444. Tiswija u installazzjoni ta’ estensjonijiet tat-telefowns għal kull tip ta’ linji fissi. Ċempel fuq 7993 0419. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq in-numru 2143 2352 jew 9947 7167. Jason Gatt għal kull xogħol ta’ tibjid u tikħil, kisi normali, fuq il-fil, fuq xogħol antik u bilpont, kisi bil-ġibs u graffiato. Kiri ta’ cherry picker (tower ladder). Ċempel fuq 9945 4235 jew 2180 5811. WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol ta’ waterproof membrane, damp proofing u rubberised paint. 25 sena esperjenza. Stimi b’xejn u prezz moderat. Ċempel 2148 8972, 2143 8326, 9944 5527 jew 7981 2784 jew żur is-sit www.wpmalta.com
Għal kull tip ta’ xogħol fuq faċċata, bjut, appoġġi, gallarijiet, eċċ. Membrane jew liquid membrane. Mela pproteġi l-proprjetà tiegħek mill-ilma tax-xita u ċempel issa għal stima b’xejn bin-numru 7905 8883 jew idħol fuq is-sit www. darrendoitall.com Il-bejt tiegħek jagħmel l-ilma? Għandek problema ta’ moffa? Kenda Ltd issolvilek ilproblema. Nispeċjalizzaw fuq xogħol ta’ waterproofing u membrane b’10 snin garanzija. Xogħol professjonali blaqwa materjal ISO pool. Għal stima bla obbligu ċemplu 7972 9967 jew żur is-sit www. kendawaterproofing.com AVVIŻI OĦRA Paul & Waters – The Perfumery. Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, oriġinali u blorħos prezzijiet f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul & Waters – The Perfumery. Il-ħwienet tagħna tal-Fgura, il-Mosta, Ħal Qormi u Raħal Ġdid ikunu miftuħin kuljum mid9.00 san-12.30 u mill-16.00 sas-19.00. Paul & Waters Free Delivery Service. Ċempel 2766 3361. MUSIC LINK Issibilna kull tip ta’ strumenti mużikali, fosthom drums kemm akustiċi u elettriċi, cymbals, percussion, pjanijiet diġitali, baby grand pianos, sound mixers u sound cards. Apparat ta’ DJ sound systems, kitarri klassiċi u akustiċi, bass guitars, strumenti tar-ram, wood winds, vjolini, spare parts u aċċessorji oħra. Issib ukoll kotba tal-mużika tat-tagħlim. Mur Music Link, 262, Triq Fleur-de-Lys, B’Kara. Ċempel 2148 2796. AGR AUTO JAPANESE Parts għall-karozzi: Inbigħu
KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU
ISEM, KUNJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ
AVVIŻI
kull tip ta’ parts ta’ karozzi Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: alex@agrautoparts.com Nigret Night Club and Restaurant, Labour Ave, irRabat, Malta. Naċċettaw riservazzjonijiet għal coffee mornings, lunches u dinner dances u kull okkażjoni oħra. Miftuħin fil-weekends, lejla Maltija b’differenza kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt mużika għal kulħadd ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. Naċċettaw riservazzjonijiet għal kull okkażjoni. Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www.nigretnightclub.com jew www.nigretnc.com Talba lill-Ispirtu s-Santu “Int li ssolvi l-problemi kollha, dawwal it-toroq kollha tiegħi biex nikseb dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don divin biex naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mument ta’ ħajti tkun maġenbi. F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma mill-ġdid li qatt ma ninfired minnek, anke quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek fil-glorja ta’ dejjem. Grazzi għall-ħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni.” Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem it-talba tkun maqlugħa, anke jekk għall-bidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata mill-ewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet.
Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa
€5 €10 €15 €30 €56 €93
ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL: Sound Vision Print Ltd, KullĦadd, Avviżi Klassifikati, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun ĦMR 1717.
AVVIŻI
kullħadd.com
AVVIŻI PARTIT LABURISTA Buffet dinner dance mtella’ mill-Għaqda Veterani Laburisti, is-Sibt 30 ta’ Jannar 2015 fis-San Antonio Hotel & Spa, ilQawra, bejn is-7.00pm u l-11.30pm. Biljetti miċ-Ċentru Laburista l-Ħamrun, jew ċemplu lil Veronica fuq 9946 8416, Connie fuq 7920 1576, jew Arthur fuq 9811 2615. Prezz għall-kbar huwa €24; u għal tfal bejn is-6 u t-12-il sena huwa €12. Aħsbu kmieni għall-biljetti għax il-postijiet huma limitati. L-Għaqda Veterani Laburisti tirringrazzjakom bil-quddiem.
AVVIŻI ĠENERALI Wine and pizza karaoke mis-sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju, l-Imqabba Is-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna talĠilju tal-Imqabba ser torganizza wine and pizza karaoke nhar isSibt 30 ta’ Jannar 2016 fil-każin tas-Soċjetà li jinsab fil-pjazza ewlenija tal-Imqabba fit-8.00pm. Kulħadd huwa mħeġġeġ biex jattendi f ’atmosfera ferriħija. Id-divertiment se jkun karaoke bissehem ta’ dawk preżenti. Riservazzjonijiet isiru fuq 9992 0684 u aktar informazzjoni tinsab fuq is-sit elettroniku tas-Soċjetà Mużikali Madonna talĠilju www.talgilju.com Il-Banda Konti Ruġġieru fil-Belt Valletta Bħal f ’dawn l-aħħar 100 sena l-Banda Ċittadina Konti Ruġġieru sejra tieħu sehem fil-festa ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta, li din is-sena sejra tkun iċċelebrata nhar is-Sibt 30 ta’ Jannar. Il-Banda Ċittadina Konti Ruġġieru se tilqa’ l-istatwa ta’ San Pawl fil-ħruġ mill-knisja kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu biddaqq tal-innu mmortali Marcia San Paolo ta’ Cardenio Botti u wara takkumpanja l-purċissjoni sa Pjazza San Ġwann. Il-Banda Cittadina Konti Ruġġieru terġa’ ddoqq fi Triq San Pawl sad-dħul tal-purċissjoni fil-knisja kolleġġjata tal-Belt Valletta. Festin tal-Karnival Wasal iż-żmien mistenni minn kulħadd! U din is-sena l-Għaqda tal-Malti – Università, flimkien mal-KSU, qed torganizza l-festin tal-Karnival, Maskarat Tini Perlina. Inħeġġuk biex tingħaqad magħna biex niċċelebraw din it-tradizzjoni u fl-istess waqt nistrieħu ftit mill-eżamijiet. Se jkun hemm mużika, logħob, ikel u xorb. L-attività se ssir nhar id-9 ta’ Frar fil-Common Room, l-Università. Bejn is-7.00pm u t-8.00pm jsir festin għat-tfal, fosthom tfal mill-istituti, b’logħob u rigali. Mit-8.00pm ’il quddiem isir festin għall-kbar b’qari mill-Qarċilla ta’ Trevor Żahra minn Stefan Caruana u Antonella Mifsud, mużika u ħafna iktar. Tinsiex tiġi bil-kostum! Imma jekk tinsa, xi ħaġa xi nlibbsuk issibilna żgur. Narawk!
Buffet breakfast mill-Kummissjoni Nisa Madonna talĠilju, l-Imqabba Il-Kummissjoni Nisa fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna talĠilju tal-Imqabba se torganizza buffet breakfast nhar il-Ħamis 11 ta’ Frar 2016 f ’San Antonio Hotel & Spa, il-Qawra. Waqt din l-attività se jkun servut varjetà ta’ ikel u l-attività hija miftuħa għal kulħadd. Trasport se jkun provdut u jitlaq mill-pjazza ewlenija tal-Imqabba, quddiem il-każin tas-Soċjetà, fid-9.00am. Riservazzjonijiet isiru fuq 7953 9542 jew 9927 5037 u aktar informazzjoni tinsab fuq is-sit elettroniku tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com A Dialogue Between Broken Pieces L-Għaqda Filantropika Talent Mosti tippreżenta esibizzjoni ta’ mużajk minn Raymond Aquilina u Flavia Marmarà. L-esibizzjoni se tkun bejn it-13 u t-18 ta’ Frar 2016 fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied il-Għasel, il-Mosta. Il-ħin tal-ftuħ huwa mit-Tnejn sas-Sibt mis-6.30pm sat-8.00pm u l-Ħdud mill-10.00am sa 12.00pm u bejn is-6.30pm sat-8.00pm. Għal aktar tagħrif idħlu żuru s-sit elettroniku talentmosti.com jew il-paġna ta’ Facebook: Razzett tal-Markiż. Kulħadd huwa mistieden li jattendi.
24|01|2016 31
SEGWI L-GAZZETTA KULLĦADD FUQ FACEBOOK BILLI TAGĦFAS LIKE FUQ IL-PAĠNA TAGĦNA facebook.com/kullhadd
32 24|01|2016
kullħadd.com
TEMP GĦAL-LUM
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
15°C
16°C
17°C
08°C
09°C
10°C
03
03
03
Il-Ħamis
Il-Ġimgħa
Is-Sibt
17°C
18°C
16°C
10°C
10°C
11°C
03
02
02
ALMANAKK
RITRATT MILL-ANTIK
L-OGĦLA TEMPERATURA: 15°C L-INQAS TEMPERATURA: 08°C INDIĊI UV: 02 SITWAZZJONI ĠENERALI: Arja ta’ pressjoni baxxa li se tiżviluppa fuq Sqallija, se testendi fuq iċ-ċentru tal-Mediterran TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab b’xi ħalbiet iżolati tax-xita għall-ewwel, li jsir ftit imsaħħab
UV
VIŻIBBILTÀ: Ġeneralment tajba Ritratt: Bay Retro
RIĦ: Ħafif mill-Majjistral idur bilmod mill-Grigal u jsir moderat BAĦAR: Ħafif lokalment moderat għallewwel IMBATT: Baxx mix-Xlokk li jsir baxx milLbiċ TEMPERATURA TAL-BAĦAR: 17°C
UV
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD 20/21, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta St Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, il-Ħamrun Fatima Pharmacy, Triq iż-Żonqor, Santa Venera Holy Cross Pharmacy, 37, Triq il-Kbira, Birkirkara Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, l-Imsida Potter Chemists Ltd, Triq Wilga, Paceville Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Tas-Sliema Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan St Mary Pharmacy, -Mġarr Dispensing Chemists, 71, Triq Sir Harry Luke, l-Imġarr Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, il-Mellieħa Maddalen Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija Kalkara Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, il-Kalkara Polymer, Triq ix-Xagħjra, Ħaż-Żabbar Blossoms Pharmacy, Triq il-Ġurġier, Birżebbuġa Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir-Republika, iż-Żurrieq Remedies Pharmacy, 1, Triq il-Parroċċa, is-Siġġiewi Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, ir-Rabat Għawdex
Folol kbar jinġemgħu il-Belt waqt l-isfilata tal-Karnival qabel it-Tieni Gwerra Dinjija
DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA
29.01.1948 Jitwaqqaf il-Partit Soċjalista Pakistani
Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq is-7 ta’ Ġunju 1919, ir-Rabat Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
NUMRI REBBIEĦA LOTTU
87 55 15 05 88 53 37 30
SUPER 5
39 20 45 33 08
GRAND LOTTERY
04 02 09 01 04 03 07
26.01.2015 Libby Lane tinħatar bħala l-ewwel isqof mara ta’ Church of England
KOMPETIZZJONI KTIEB
kullħadd.com
24|01|2016 33
KOMPETIZZJONI KTIEB
VESPRI
Tkun maqbud fit-traffiku – x’tagħmel? Tilgħab mar-radju? Tisma’ l-paroli tad-DJs, jew… toqgħod tissindika lis-sewwieqa tal-karozza ta’ maġenbek, u tiffissa biha tant li tispiċċa ssuq warajha? Hekk jiġri f ’waħda min-novelli f ’Vespri – l-antoloġija l-ġdida ta’ Trevor Żahra – meta n-narratur jirvilla fit-traffiku, jitlaq isuq wara Nissan Terrano numru JES-010 misjuqa minn tfajla bjonda. Is-37 novella f ’din il-ġabra ta’ Żahra jpinġu kwadru uniku ta’ karattri u sitwazzjonijiet mill-ħajja ta’ kuljum, b’laqtiet ta’ temi differenti fosthom sess, mużika u mewt. Kull wieħed mill-karattri jieħu l-ħajja hekk kif Żahra joħloqlu rakkont minn xi dettall, kurżità, osservazzjoni jew partikolarità tiegħu. Hekk, pereżempju f ’Vespri niltaqgħu ma’ wieħed ibakkar jixtri l-gazzetta biex jara lill-bejjiegħa, ittra mpustata ġo lapida ta’ ċimiterju, pjanu li ma jridx jindaqq, u affarijiet bizzarri oħra. Dawn in-novelli jilagħbu u jixxalaw bis-sensi: inxommu l-krema ta’ kontra x-xemx f ’Ambra Solare; nisimgħu l-melodija Spanjola fi Mħabba fi Żmien il-Kolera; nesperimentaw bis-senswalità f ’Ħamsin Sfumatura; is-sens ta’ vojt f ’Pitirross; u s-suġġestjoni viżiva f ’Inviżibbli u Xagħar Aħmar. “Din il-ġabra ilni naħdem fuqha għall-aħħar ħames snin,” qal Żahra, wieħed mill-iżjed awturi ikoniċi Maltin. Iqabbel l-istejjer tiegħu ma’ sajjetta: “Jiġru f ’ħakka t’għajn imma jġorru magħhom skossa elettrika qawwija.” Vespri tnieda f ’Novembru quddiem udjenza rekord fil-Bibljoteka Nazzjonali, il-Belt Valletta, u huwa x’aktarx l-iżjed xogħol intens ta’ Żahra, b’temi ta’ mħabba u mewt jiġbdu ma’ kull rokna tal-istejjer. Żewġ temi li għandhom bżonn lil xulxin: l-imħabba u l-mewt jimxu id f ’id, skont l-awtur. “Jinstemgħu qishom opposti imma l-imħabba u l-mewt huma marbuta intrinsikament. Mingħajr l-imħabba, il-ħajja stess ma tagħmilx sens u tkun insopportabbli. Min-naħa l-oħra l-imħabba timmanifesta ruħha bilqawwa kollha tagħha meta tirbaħ fuq il-mewt,” kompla Żahra. Id-direttur tal-Merlin Publishers, Chris Gruppetta, ikkummenta dwar kif “din il-ġabra ta’ novelli terġa’ tikkonferma kemm Trevor Żahra huwa awtur li kapaċi jieħu l-polz tan-nazzjon u jittrażmettih lil udjenza mifruxa permezz tal-kitba tiegħu.” Il-fantasija u logħob bil-kliem li kapaċi joħloq Żahra fil-kitba tiegħu, u l-kapaċità li jfassal rakkont b’teknika impekkabbli, jagħmlu dan il-ktieb xogħol sofistikat u jagħtu esperjenza rikka ta’ qari lill-qarrejja. L-ewwel edizzjoni b’qoxra iebsa ta’ Vespri inbiegħet prattikament kollha f ’inqas minn xahar, u issa ħarġet edizzjoni ġdida. Vespri jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew blinternet direttament minn www.merlinpublishers.com
SILTA MILL-KTIEB Drajt insuq fuq il-karreġġata ta’ barra; forsi għax inħobb nagħfasha kemxejn iżżejjed, jew għax dawk li jsuqu fuq ġewwa jkunu qishom tfew il-magna, jew għax tassew qed insir bla sabar. Ninsab fi triqti lejn id-dar wara nofstanhar laqgħat u ġiri. Ma stajtx għażilt ħin agħar minn dan, Il-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar. Hawn traffic jam jaqtagħlek nifsek. Nipprova nedha mar-radju, niġġerra minn stazzjon għal ieħor: il-ġardinar jagħti pariri lil nies li lanqas kapaċi jagħrfu werqa ta’ tursina minn waħda tal-banana, DJ jitbellah, qassis għadu jqum minn raqda li jikkonverti
l-univers, il-mija u ħamsin puntata mill-qari tal-awtobijografija tal-eksMinistru…naħseb nippreferi t-traffic jam. Nitfi r-radju u minnufih ninduna biha: Nissan Terrano nitfa ’l quddiem minni fuq il-karreġġata ta’ ġewwa misjuqa minn tfajla...għandu jkun. Ma nistax naraha sewwa. Għandha xagħarha safrani ċar ċar, kważi abjad, x’aktarx miżbugħ, lixx u jleqq fid-dawl tax-xemx. Imma wiċċha ma jidhirx. Stenn...donnha se ddur nitfa laġenba. Kieku nista’ nsuq ħarira ’l quddiem niġi preċiżament ħdejha u naraha. Iżda fil-pront issuq nofs metru u taħrabli…u dan ta’ quddiemi qisu
mejjet. Imma lħaqt rajtha l-pjanċa: JES-010. Tgħid jisimha Jessie? Jew forsi Jessica! Iva naħseb li Jessica, għax dak ix-xagħar lixx u leqqien jixraq perfettament lil xi Jessica. Jew jisimha Jesabel. Jesabel? Le… allaħares Jesabel! Żewġ tfajliet biss naf b’dak l-isem u t-tnejn inzertaw skifużi, antipatki, u jqabbduk l-aptit li ssabbathom mal-ħajt. Jesabel ma jkollhiex xagħar sabiħ bħal dak. Iskot…se nimxu metru ieħor. Issa żgur naraha. Ostreċ! Għal naqra ma dħaltx f ’ta quddiemi! U hi donnha qed tagħmilli apposta; hekk kif dak ta’ quddiemha jimxi ċentimetru
tkun pronta titkaħħal miegħu. Qisha indunat li qed nipprova niġi ħdejha u mhix tagħtini ċans. Inkejjuża. Issa ħarġet idejha ’l barra mit-tieqa. Difrejha mpittrin u maqtugħin ċatti mit-truf. Qisha għandha xi fossa tleqq fuq kull difer. Tal-moda. U għandha żewġ ċpiepet irqaq tad-deheb. Tippretendihiex ta’ mart is-sultan? Qed tirranġa l-mera, imma xorta wiċċha ma nistax narah. JES-010. Qed ngħid, forsi din hija l-karozza ta’ żewġha Jesmond. Hekk hu, għax Nissan Terrano donnha aktar tixraq lil raġel milli lil tfajla b’xagħarha bajdani u b’difrejha mpittrin.
Mistoqsija: X’inhi l-karozza li għandha l-pjanċi JES-010?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ĊNL, Triq Mile End, il-Ħamrun, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Vespri ġentilment ipprovdut minn Merlin Publishers. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 31 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta. mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, eskluż festi pubbliċi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Herbert Ganado: Bejn Storja u Miti huwa: M. DARMANIN – Ħaż-Żabbar
34 24|01|2016
kullħadd.com
LOGĦOB
TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri 021 026 189 296 334 435 437 548 572 655 725 818 832 835 870 B’4 Numri 0473 0759 0907 1238 2082 2767 3024 3081 3231 3507 3645
4276 4283 4769 5259 5265 6453 6590 6633 7332 7415 7628 7756 7837 8188 8210 8253 8275 8551 8613 8694 8840 9293 9485 9878 9937
20752 32567 38880 43673 45363 48525 55353 59396 61747 65453 68317 71873 78596 80945 82657 83068 83748 83888
87300 90457 93096 94315 B’6 Numri 295158 472597 493382 519050 531605 545553 634203 959250
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADA
B’5 Numri 08968 09340 11784
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħata lil: KOMPETIZZJONI WELLA KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz:
Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: L. ABELA – iż-Żurrieq
KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA ]
6
Ġemma’ sitt kupuni u ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz: Nru tal-kartà tal-identità:
Nru tat-telefown:
LOGĦOB
24|01|2016 35
kullħadd.com
IRBAĦ €25 FI FLUS
107
Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.
TISLIBA
Mimdudin:
1. 4. 7,21W. 9. 10. 12. 16,19. 18. 19. 20. 21. 23. 24.
Tikteb bih (5) Kompli l-qawl: Aktar .... milli ħut(4) Isem mhux komuni (5) Rest in Peace (1,1,1) Il-vuċi tiegħek (6) Isseparat (6) Jiem (6) It-tieni u t-tielet vokali (1,1) Ara 16 Jgħaddi l-ilma minnha (5) Ray Tabone Refalo (1,1,1) Patri Ingliż! (4) Plural ta’ darba (5)
Weqfin:
1. 2,22. 3,11. 5,12. 6,17. 8. 11. 12. 13. 14. (6) 15. 17. 21. 22.
Ċitru (6) Fjuri (6) Give best wishes bil- Malti (5) Tiddendel mas-saqaf (5) Marbut mal-qiegħ? (6) Isem il-Gran Mastru Hompesch (9) Ara 3 Ara 5 Era mħawda (3) Taqla’ l-imsiemer biha Monumenti? (6) Ara 6 Ara 7 Ara 2
SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin: 1.Akbar, 4.Ċfuf, 7,17.Inżid, 9,24.Garibald, 10.Nislek, 12.Blokki, 16,19.Iżidni, 18.RO, 20.Marad, 21.FDS
Weqfin: 1.Awguri, 2,3.Barrin, 5,11.Felul, 6,23.Fekruna, 8.Nikkoreġi, 12,22.Bison, 13.Ora, 14.Id-Dama, 15.Miżdud, 21.Far
QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Żewġ kandidati mill-partiti politiċi opposti għall-elezzjoni tal-presidenza Amerikana. Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown:
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u tibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: Ibagħtu l-paġna ta’ din il-logħba tal-31 ta’ Jannar flimkien mallogos tal-ħarġiet tat-3, 10, 17, 24 ta’ Jannar.
RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA
Cliff Richard
Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: M. GALEA – Ħal Tarxien. L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.
David Bowie
36 24|01|2016
kullħadd.com
SPORTS
JOĦORĠU BL-UNURI FIL-KOMPETIZZJONI TAR-RELAY Rebbieħ is-sena l-oħra kemm tal-league tat-tlielaq fit-toroq u dak tat-Track & Field, ittim tal-atletika ta’ Pembroke Athleta Athletics & Triathlon kellu kompetizzjoni waħda li baqgħet tiżloq minn taħt idejn il-klabb. Din mhi xejn għajr il-kompetizzjoni tarrelay, li fil-qasam tal-irġiel, it-tim ta’ Pembroke rnexxielu jirbaħ biss darba kemm ilha ssir f ’Wied il-Għajn. Ir-relay tat-timijiet f ’Marsaskala, li tradizzjonalment tiftaħ is-sena kompettitiva talAssoċjazzjoni Maltija, ilha tiġi organizzata hemmhekk tista’ tgħid tul dawn issnin kollha mill-bidu talMillenju, fejn tim ta’ erba’ atleti kull wieħed, ikun irid jiġri fuq korsa ċirkulari twila 5 kilometri biex dak it-tim li jagħmel l-anqas ħin magħdud jiġi ddikjarat rebbieħ. Is-sena li għaddiet, bħattnejn ta’ qabel, kienu St Patrick’s, klabb bi tradizzjoni qawwija fit-tlielaq tat-tul, li żamm it-titlu fuq Pembroke b’differenza ta’ 34 sekonda. Fis-16 ta’ Jannar li għadda, b’wirja kollettiva, l-ħomor ta’ Pembroke dawru x-xejra meta ħarġu rebbieħa f ’ħin totali ta’ siegħa 5 minuti u 19-il sekonda, minuta eżatta fuq ir-rivali tagħhom, li għal daqsxejn ma kellhomx saħansitra jċedu t-tieni pożizzjoni lit-tim b’saħħtu ta’ Birkirkara St Joseph, li sattielet parti tat-tellieqa kien quddiemhom. Taqtigħa sal-aħħar Intant,
il-bidu
tat-tellieqa
rivelazzjonijiet tal-ġiri fit-tul determinat li ma jfallix, deher ċar li rebħa kienet fil-qrib. Madanakollu, bħal sħabu l-oħra, huwa ukoll ma spiċċax l-ewwel, għax ironikament kien sieħbu fit-taħriġ Simon Spiteri tas-St. Patrick’s li b’wirja qalbiena refa’ l-klabb tiegħu mir-raba’ għat-tieni post meta għamel ħin ta’ 15.43 minuti, it-tielet l-aħjar tal-ġurnata. Warajh daħal Steve Chetcuti ta’ Birkirkara li żamm it-tim it-tielet b’wirja daqstant b’saħħitha. Żurrieq Wolves bidlu ma’ St Patrick’s għar-raba’ pożizzjoni filwaqt li t-tim Għawdxi Athletix, birraġun ferħan bl-ewwel dehra tiegħu, jispiċċa l-ħames. Attendenza sabiħa
kien wieħed b’saħħtu, fejn ħames atleti daħlu f ’temp ta’ minuta, bl-ewwel tlieta kien hemm tifridhom niss 15-il sekonda. B’wirja stupenda kien l-Għawdxi Charlton Debono, li qabel ma ġie ffurmat il-klabb Għawdxi Athletix, kien protagonista fl-istess tim ta’ Pembroke, li spiċċa fuq quddiem. Ilħin tiegħu kien fost l-aqwa rreġistrati fuq din il-korsa dawn is-snin, ħin ta’ 15-il minuta u 23 sekonda - 10 sekondi qabel Mark Herrera ta’ Pembroke. 21 sekonda wara daħal iż-żagħżugħ Jean Paul Debono ta’ Żurrieq Wolves, segwit minn Keith Galea ta’ Birkirkara u b’Mario
Grech tas-St Patrick’s filħames post. Għat-tieni fażi, Pembroke ħarġu żagħżugħ, Luke Camilleri, li għadu jrid jagħlaq it-18, iżda li diġà qed juri xi jsarraf. Fil-fatt, Camilleri spiċċa l-5 kilometri tiegħu bit-tieni l-aħjar ħin ta’ 16-il minuta 46 sekonda wara l-atleta taż-Żurrieq Joe Saliba, li temporarjament tella’ lit-tim tiegħu t-tieni wara Pembroke u qabel Birkirkara, li wkoll telgħu tarġa, bl-Athletix fir-raba’ u St. Patrick’s il-ħames post rispettivament. Wirja stupenda Il-wirja ta’ Brian Magri, li issa ilu fuq ix-xena sportiva
madwar 40 sena, reġgħet spikkat bil-bosta. Fil-fatt ilwirja tiegħu, b’differenza ta’ sekonda waħda, kienet it-tieni l-aħjar minn dik tar-rappreżentant tas-St. Patrick’s, Matthew Cutajar, li bil-ħin ta’ 16-il minuta 47 sekonda tiegħu tella’ lit-tim fir-raba’ post, 5 sekondi biss distakk minn Birkirkara li baqgħu t-tielet, b’huma stess 5 sekondi biss ‘il bogħod mit-tim taż-Żurrieq, fit-tieni post. L-eċitament ma naqasx għalkemm s’hawn kienet tkun xi ħaġa minn ewl iddinja li Pembroke jitilfu din il-kompetizzjoni. B’distakk ta’ 80 sekonda, bl-aħħar atleta tagħhom Dario Mangion, wieħed mir-
Biex jagħmlu l-okkażjoni tassew memorabbli u storika għalihom, Pembroke għelbu l-isfida tas-sitt timijiet l-oħra u ħarġu rebbieħa anke filkategorija tan-nisa, biex b’hekk temmew id-dominju twil tas-St. Patrick’s. Lisa Marie Bezzina, Lara Scerri, Angie Mangion u Hannah Pace, kollha atleti li f ’xi żmien jew ieħor irrappreżentaw lill-pajjiżna, spiċċaw l-20 kilometru f ’ħin magħdud ta’ 1:20.40, b’Bezzina tispiċċa f ’ħin ta’ 17.56 minuti, ħin li l-aħħar li kien issuperat kien minn Carol Walsh meta Pembroke kienu rebħu l-aħħar darba din il-kompetizzjoni. AS Libertas u Starmax rispettivament temmew ittieni u t-tielet, f ’ġurnata fejn l-atletika Maltija rat l-akbar attendenza sal-lum għal din il-kompetizzjoni.
SPORT MALTA AWARDS Il-Kumitat Organizattiv ta’ Sport Malta Awards l-Għażliet Sportivi Nazzjonali ħabbar uffiċjalment il-ħames finalisti tal-edizzjoni ta’ din is-sena li se ssir nhar is-Sibt 13 ta’ Frar 2016 f ’Dar il-Mediterran għall-konferenzi. Għal sena oħra l-edizzjoni ta’ din issena se tkun organizzata flimkien bejn Sport Malta u l-Għaqda Ġurnalisti Sports. Fl-edizzjoni ta’ din is-sena, li se tkun qed tippremja l-kisbiet sportivi tas-sena 2015, se jkunu preżentati xejn inqas minn 11 il-kategorija li jinkludu: Sportiv tas-Sena, Sportiva tas-Sena, Żagħżugħa tasSena, Żagħżugħ tas-Sena, Tim tas-Sena, Kowċ tasSena, Uffiċjal tas-Sena, u
l-People’s Choice Award. Jingħataw wkoll irrikonoxximent għall-atleta f ’Għawdex u l-Avveniment tas-Sena flimkien ma’ żewġ rikonoxximenti lil Special Olympics Malta; wieħed filkategorija tan-nisa u l-ieħor tal-rġiel. F’Konferenza Stampa, fejn fiha ġew ippreżentati ċ-ċertifikati lis-semi finalisti kollha, kienu preżenti s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius, iċ-Ċermen tal-Kumitat Organizattiv Mark Cutajar, il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Charles Camenzuli u ċ-Ċermen ta’ Sport Malta Luciano Busuttil.
LOKALI
kullħadd.com
24|01|2016 37 BIRKIRKARA DEĊIŻIVI FL-EWWEL TAQSIMA
PREMIER LEAGUE MALTI 2 0
FLORIANA VALLETTA
Ritratti: STEPHEN GATT
BIRKIRKARA SLIEMA W.
Marko Potezica (S) u Ryan Camenzuli (B)
1 2
Fl-ewwel logħba li kien hemm ilbieraħ fil-Kampjonat Malti fl-Istadium Nazzjonali f ’Ta’ Qali, it-tim ta’ Birkirkara għeleb lit-tim ta’ Sliema bliskor ta’ 2-0 wara żewġ gowls fl-ewwel taqsima. Kienu proprju Sliema li ħolqu l-ewwel azzjoni fit-13-il minuta meta minn pass ta’ Gary Muir lejn Ledesma, dan minn qagħda tajba ra l-ballun jgħaddi ftit għoli minn mallasta. Minuta wara s-Slimiżi marru viċin ħafna li jiftħu l-iskor tal-partita. Kien pass bit-takkuna mis-solitu Ledesma lejn Muir, b’dan tal-aħħar waħdu quddiem il-gowler ta’ Birkirkara Kopric ra x-xutt fil-baxx tiegħu jaħbat ma’ sieq il-lasta l-wieqfa, bil-ballun jispiċċa f ’saqajn Friggieri li l-pass tiegħu lejn in-nofs, ma ġie interċettat mill-ebda plejer Slimiż biex b’hekk l-azzjoni sfumat. L-ewwel azzjoni denja għal Birkirkara wasslet għall-ewwel gowl tal-partita. Kien proprju fis-17-il minuta meta r-referee Esther Azzopardi ordnat free-kick minn barra l-kaxxa li minnu Camenzuli ra l-ballun jaħbat mal-barriera u jispiċċa fir-rokna tax-xibka għal 1-0. Azzjoni oħra ta’ Sliema, din id-darba minn Ledesma, fejn dan baqa’ javvanza u minn barra l-kaxxa dan ittanta xortih iżda l-ballun spiċċa. Fit-38 minuta Birkirkara rduppjaw l-iskor meta minn corner ta’ Bubalovic, jidħol tajjeb Mazzetti li ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tiġi parzjalment salvata mill-gowler Slimiż Zammit u pront jidħol Temile li mill-viċin tefa’ fix-xibka biex b’hekk l-ewwel taqsima spiċċat bliskor ta’ 2-0. It-tieni taqsima ftit li xejn offriet azzjonijiet miż-żewġ timijiet fejn Birkirkara għarfu jikkontrollaw tajjeb il-vantaġġ b’saħħtu li kellhom. B’din ir-rebħa, il-Karkariżi komplew jestendu s-sensiela pożittiva tagħhom, wara r-rebħa kontra Valletta fost il-ġimgħa, liema rebħa poġġithom żewġ punti wara Hibernians li qegħdin fit-tieni post. Għas-Sliema, din kienet ittieni telfa infila li ħallithom fit-tmien post tal-klassifika, b’erbatax-il punt differenza wara l-istess Birkirkara. Referee: Esther Azzopardi REBĦA DRAMMATIKA GĦAL VALLETTA
Peter Xuereb (S) u Mislav Andelkovic (B)
Fit-tieni logħba li kien hemm ilbieraħ fl-Istadium Nazzjonali f ’Ta’ Qali, it-tim ta’ Valletta għamel rebħa drammatika fuq ir-rivali eterni Floriana bl-iskor ta’ 2-1. Kienu proprju Floriana li l-ewwel marru fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima meta fit-18-il minuta r-referee tal-logħba Alan Mario Sant jordna foul fil-kaxxa hekk kif Jonathan Caruana waqqa’ fil-kaxxa lil Piciollo. Il-penalty inkariga ruħu minnu Mauricio Villa li mill-ħdax-il metru tefa’ lill-gowler Belti Nicky Vella naħa u l-ballun in-naħa l-oħra biex b’hekk tefa’ lil Floriana fil-vantaġġ fost il-ferħ tas-sapporters ta’ Floriana. Fit-tieni taqsima Valletta biddlu totalment l-andament tal-partita hekk kif bdew jippressaw aktar lejn il-lasti Furjaniżi biex jipprovaw iġibu l-gowl tad-draw. Iżda għal darb’oħra, Floriana reġġgħu marru viċin li jiskurjaw proprju fl-54 minuta meta xutt minn barra l-kaxxa tas-solitu Piciollo ra l-ballun jaħbat mal-mimduda. Floriana sfortunati għal darb’oħra fil-55 minuta meta minn corner ta’ Steve Pisani jidħol tajjeb Villa bil-ballun, iżda dan jaħbat għal darb’oħra mal-minduda u l-ballun jispiċċa barra. Fis-56 minuta Valletta ħolqu l-ewwel azzjoni denja tal-partita hekk kif minn cross jidħol tajjeb Federico Falcone li mill-viċin isalva tajjeb Calleja Cremona. Fil-61 minuta azzjoni oħra għall-Furjaniżi tas-solitu Pisani li minnn free-kick tiegħu jidħol tajjeb Emanuel Briffa li millviċin naqas milli jikkonkludi. Fid-69 minuta bdiet ir-rimonta Beltija hekk kif minn azzjoni bejn Benitez u Roderick Briffa, dan tal-aħħar qabbeż il-ballun minn fuq id-difiża fejn Benitez waħdu quddiem Calleja Cremona tefa’ f ’xibka vojta. Il-gowl tar-rebħa wasal proprju fis-87 minuta meta cross ta’ Briffa, il-ballun spiċċa f ’saqajn Calistus li mill-viċin tefa’ lis-sapporters Beltin f ’dellirju ta’ ferħ. Valletta setgħu faċilment skurjaw ieħor fid-90 minuta meta kien Briffa li mill-viċin tefa’ ferm għoli. Referee: Alan Mario Sant
Clyde Borg (F) u Jhonnattann Benites Da Conceicao (V)
Nicolas Chiesa (F) u Jhonnattann Benites Da Conceicao (V)
IL-PREMIER LEAGUE MALTI
KLASSIFIKA
Valletta Hibernians Birkirkara Floriana Tarxien R. Balzan Mosta Sliema W. Pembroke A. Qormi Naxxar Lions St. Andrews
L 19 18 18 19 18 17 18 19 18 17 18 17
R 14 12 11 11 9 9 7 7 6 2 2 0
D 2 4 5 2 5 3 4 3 3 3 2 0
T 3 2 2 6 4 5 7 9 9 12 14 17
F K +/- Pti 41 19 +22 44 43 20 +23 40 38 16 +22 38 32 22 +10 35 32 15 +17 32 28 20 +8 30 25 27 -2 25 29 30 -1 24 25 29 -4 21 17 29 -12 9 15 51 -36 8 8 55 -47 0
LOGĦOB GĦAL-LUM
Stadium tal-Hibernians Hibernians v Qormi Naxxar L. v Mosta
14.00 16.00
Stadium Victor Tedesco Tarxien v Pembroke A. Balzan v St. Andrew’s
14.00 16.15
38 24|01|2016
kullħadd.com
PREMIER LEAGUE
RIŻULTATI TAL-BIERAĦ
NORWICH V LIVERPOOL
Fl-ewwel logħba li kien hemm ilbieraħ, wirja fantastika li jaf joffri l-Kampjonat Ingliż, it-tim ta’ Liverpool irnexxielu jegħleb lit-tim ta’ Norwich, barra minn daru, bl-iskor ta’ 5-4. Kien proprju Adam Lallana li skurja l-gowl tar-rebħa għal-Liverpool proprju fl-94 minuta. Norwich kien irnexxielhom idawru r-riżultat għal 3-1 wara li sabu ruħhom minn taħt b’gowl Firmino. Kienu gowls minn Dieumerci Mbokani, id-debuttant Steven Naismith u penalty minn Wes Hoolahan li tawhom dan il-vantaġġ lil Norwich. Liverpool bdew irrimonta permezz ta’ gowl minn Jordan Henderson minuta wara l-penalty u Firmino skurja ieħor wara azzjoni tajba. Liverpool marru fil-vantaġġ wara żball ta’ Russell Martin iżda kien jidher li Norwich sabu l-gowl tad-draw wara gowl ieħor ta’ Bassong, qabel ma Lallana ta r-rebħa lil Liverpool b’xutt imxellef ta’ Adam Lallana. MAN. UNITED V SOUTHAMPTON F’logħba oħra li kien hemm ilbieraħ, it-tim tal-United safa megħlub f ’daru mit-tim ta’ Southampton biex b’hekk ilpressjoni kompliet tiżdied fuq il-kowċ Olandiż tal-istess tim Louis van Gaal. Kienet logħba li
Norwich Crystal Palace Leicester City Manchester Utd Sunderland Watford West Brom West Ham
Everton Arsenal
ftit li offriet azzjonijiet għajr għal xi azzjonijiet iżolati miż-żewġ timijiet bl-aħjar ċans fl-ewwel taqsima jaqa’ f ’saqajn Sadio Mane iżda dan falla mill jikkonkludi. Minkejja l-United kienu aktar offensivi fit-tieni taqsima, kienu proprju Southampton li sabu l-gowl fis-87 minuta meta d-debuttant Charlie Austin skurja l-ewwel gowl tiegħu ma’ dan ittim, fost l-ibbujar ġustifikat tassapporters tal-United. ARSENAL V CHELSEA Fil-logħba tal-ġimgħa filKampjonat Ingliż, it-tim ta’ Arsenal se jkun qed jilqa’ lir-rivali eterni tiegħu minn Londra wkoll
LOGĦOB GĦAL-LUM v Torino 12.30 v Genoa 15.00 v Carpi 15.00 v Verona 15.00 v Udinese 15.00 v Napoli 15.00 v Bologna 15.00 v Roma 20.45
KLASSIFIKA Tim
L
R D T
F
K
P
Napoli Juventus Internazionale Fiorentina Roma Milan * Sassuolo Empoli * Lazio Chievo Torino Atalanta Udinese Sampdoria Bologna Genoa Palermo Carpi Frosinone Hellas Verona
20 20 20 20 20 20 20 20 20 20 20 21 20 20 20 20 20 20 21 20
13 13 12 12 9 9 8 9 8 7 7 7 7 6 7 6 6 4 4 0
41 37 25 37 37 27 25 25 25 26 27 21 18 29 22 23 19 19 22 13
16 15 13 21 23 23 21 24 29 22 26 24 31 32 27 26 33 35 45 32
44 42 40 38 35 32 32 31 28 27 26 26 24 23 23 22 21 17 16 9
2 4 4 6 3 6 4 7 8 7 8 9 10 9 11 10 11 11 13 11
* Il-pożizzjonijiet ivarjaw minħabba li r-riżultat inħareġ wara li morna għall-istampar.
4-5 1-3 3-0 0-1 1-1 2-1 0-0 Tard
v Swansea v Chelsea
14.30 17.00
Tim
L
R D T
F
K
P
Arsenal Manchester City* Tottenham H Manchester Utd West Ham Utd * Liverpool Southampton Stoke City Watford Crystal Palace Everton West Brom Chelsea Bournemouth Norwich City Swansea City Newcastle Utd Sunderland Aston Villa
23 22 22 23 23 22 23 23 23 23 23 22 23 22 23 23 22 23 23 23
13 13 13 11 10 9 9 9 9 9 9 6 7 6 6 6 5 5 5 2
42 37 43 41 28 34 30 32 24 27 24 39 22 31 27 28 20 25 28 18
26 21 21 19 21 26 32 24 25 26 27 32 30 34 38 43 30 41 46 38
47 44 43 42 37 35 34 33 33 32 31 29 28 25 25 23 22 21 19 13
Il-ferħ tal-plejers ta’ Liverpool wara li skurjaw il-gowl tar-rebħa fl-94 minuta Leicester City
v Atalanta 0 - 0 v Milan Tard
5 3 4 2 8 5 8 4 4 6 5 5 3 5 2 4 3 5 4 9
Liverpool Tottenham H. Stoke City Southampton Bournemouth Newcastle United Aston Villa Manchester City
KLASSIFIKA
RIŻULTATI TAL-BIERAĦ
Firoentina Verona Inter Lazio Palermo Sampdoria Sassuolo Juventus
v v v v v v v v
LOGĦOB GĦAL-LUM
SERIE A Frosinone Empoli
SPORTS
ta’ Chelsea fl-Emirates Stadium, biż-żewġ timijiet mistennija jilqgħu lura plejers importanti. Fil-fatt, Arsenal mistennija jkollhom lura lil Alexis Sanchez u lil Mesut Ozil. Chelsea wkoll se jkollhom lura pedini importanti fosthom lil Eden Hazard wara li ilu nieqes tliet logħbiet minħabba injury fil-groin. Interessanti l-fatt li Arsene Wenger ma rnexxielux jirbaħ lil Chelsea meta fittmexxija tagħhom kien hemm Jose Mourinho. Issa, wara l-Portugiż tkeċċa aktar kmieni dan l-istaġun, ħafna qed jistaqsu jekk dan huwiex il-mument għal Arsenal. Xi ħaġa li hija żgur hi li ż-żewġ timijiet għandhom bżonn il-punti għal raġunijiet differenti.
PUNTI OĦRA
Imqabbla ma’ kif kienu qed jilagħbu fil-bidu talistaġun, dan l-aħħar, il-forma ta’ Inter bdiet tbatti xi ftit tant li fl-aħħar seba’ logħbiet li lagħbu, f ’erba’ minnhom, waqqgħu l-punti inkluż dak id-draw sorpriża ma’ Atalanta fl-aħħar rawnd. Madankollu, huma t-timijiet hekk meqjusa ‘kbar’ li s-soltu jagħmlu l-aktar ħsara lil Inter. Carpi, minkejja li jinsabu fiż-żona tar-relegazzjoni, se jkunu qed jilagħbu din il-partita mhux megħluba għal tliet logħbiet infila u dan grazzi għall-plejer Taljan ta’ nofs il-grawnd Lorenzo Lollo, li rnexxielu jiskurja fl-aħħar żewġ rebħiet tat-tim tiegħu.
DEWMIEN TAL-UEFA
Sampdoria se jkun qed jistennew logħba iebsa llum hekk kif f ’darhom se jkunu qed jilqgħu littim li bħalissa qiegħed fil-quċċata fil-Kampjonat Taljan. Is-Sampdoria kienu ħasbu li sabu saqajhom taħt it-tmexxija ta’ Vincenzo Montella iżda malajr ħadu tidrisa hekk tilfu żewġ logħbiet fuq xulxin. Min-naħa tagħhom, Napoli, minkejja li fost il-ġimgħa kienu fuq in-naħa telliefa filCoppa Italia, xorta waħda jinsabu f ’pożizzjoni tajba fis-Serie A tant li jekk jirbħu din il-logħba jkun irnexxielhom jirbħu ħames logħbiet infila fil-Kampjonat Taljan. JUVENTUS V ROMA Fil-logħba tal-ġimgħa fil-Kampjonat Taljan, ittim ta’ Juventus se jkun qed jilqa’ f ’daru lil Roma llejla bit-tir li jestendi s-sensiela ta’ għaxar rebħiet infila. Juventus irnexxielhom jimbarkaw fuq din is-sensiela ta’ rebħ wara li kellhom bidu ta’ staġun ftit diffiċli kif ukoll, din il-ġimgħa stess, irnexxielhom jgħaddu għas-semifinali tal-Coppa Italia. Min-naħa tagħhom, Roma għadhom qed jagħtu ċans lil Luciano Spalletti biex isib saqajh fit-tim u jara fejn hemm bżonn isir titjib iżda żgur li dan mhux se jkun konfront faċli għallebda tim.
2 4 5 3 6 5 7 8 8 9 10 5 9 9 10 12 10 12 14 14
* Il-pożizjonijiet ivarjaw minħabba li r-riżultat inħareġ wara li morna għall-istampar.
INTER V CARPI
SAMPDORIA V NAPOLI
8 5 4 9 7 8 7 6 6 5 4 11 7 7 7 5 7 6 4 7
FL-ELEZZJONIJIET
PRESIDENZJALI
Il-Uefa mhux se tkun qed tmur għall-elezzjonijiet presidenzjali sakemm jinstema’ l-appell kollu ta’ Michel Platini liema appell sar wara li dan ingħata sentenza ta’ tmien snin mill-attivitajiet kollha tal-futbol. Platini, li llum il-ġurnata għandha 60 sena, kien sospiż mill-kumitat tal-etika tal-Fifa f ’Diċembru flimkien mal-president tagħha Sepp Blatter. Huma t-tnejn instabu ħatja dwar ksur ta’ liġijiet fuq ‘pagament mistur’ li sar lil Platini, iżda Platini għażel ittriq li jappella mid-deċiżjoni tal-kumitat tal-appelli tal-Fifa. F’dan l-isfond, Platini rtira n-nomina tiegħu għall-elezzjoni presidenzjali tal-Fifa fi Frar li ġej. Huma qalu dan fi stqarrija u sostnew ukoll li isem Platini jitnaddaf illum qabel għada biex jerġa’ jingħaqad ma jdumx mal-familja tal-istess Uefa.
GOAL-LINE TECHNOLOGY FIL-EURO 2016 Ftit tal-jiem ilu, il-Uefa kkonfermat li kemm fil-kompetizzjoni talEuro 2016 tas-sajf li ġej kif ukoll fil-kompetizzjoni Ewropea taċChampions League tas-sena d-dieħla, se tkun qed tintuża l-goalline technology. Dan hekk kif nhar il-Ġimgħa li għadda, il-kumitat eżekuttiv tal-korp governattiva tal-futbol Ewropew ivvota favur din il-bidla. Dan kollu wassal wara li din it-tip ta’ teknoloġija kienet suċċess fil-Kampjonat Ingliż kif ukoll minħabba kien hemm istanzi fejn diversi gowls kienu kkanċellati minn referees. Il-President tal-Uefa, li bħalissa qiegħed sospiż, kien kontra din il-prosposta u tkellem ħafna b’saħħa dwar l-opinjoni tiegħu iżda jidher li din il-pressjoni battiet xi ftit wara li bdiet issir reviżjoni dwar jekk għandhiex tintuża jew le fl-Euro 2016. MAN. UNITED GUARDIOLA
JIĊĦDU
LI
LTAQGĦU
MA’
It-tim Ingliż ta’ Manchester United ċaħad li ltaqa’ mal-kowċ ta’ Bayern Munich Pep Guardiola biex jiddiskutu miegħu l-possibbiltà biex jieħu post il-kowċ preżenti, l-Olandiż Louis van Gaal. France Football sostniet li din il-laqgħa seħħet ilġimgħa l-oħra f ’Pariġi iżda l-United xorta waħda qegħdin jiċħdu dan kollu. Guardiola, li għandh 45 sena, se jkun qed jitlaq littim Ġermaniż is-sajf li ġej u dan qal li għandu diversi offerti li ġejjin minn timijiet Ingliżi. Manchester City huma l-favoriti għallfirma tiegħu iżda kemm Chelsea kif ukoll l-istess United qed jissemmew li jista’ jingħaqad magħhom.
FORMULA 1
kullħadd.com
24|01|2016 39
ANALIŻI TA’ LIAM GAUCI
LIL HINN MIĊ-ĊIRKWIT
L-aħbarijiet tal-Formula 1 ta’ din ilġimgħa kienu ddominati minn żewġ laqgħat importanti li saru f ’Ġinevra bejn it-timijiet, l-FIA u d-detenituri tad-drittijiet kummerċjali illi ddiskutew modi differenti kif jistgħu jagħmlu l-isport aktar vijabbli għallparteċipanti u interessanti għallispettaturi.
Kwistjoni kontroversjali L-aktar suġġett jaħraq kien dak talfutur tal-power units ibridi hekk kif Jean Todt, il-President tal-FIA, u Bernie Ecclestone, il-Kap tal-FOM, ippressaw lill-fornituri tal-magni biex ibaxxu l-prezzijiet hekk kif dawn ħolqu pressjoni kbira fuq ilfinanzi tat-timijiet klijenti mill-2014 ‘l hawn. Kif jafu bosta dilettanti tal-F1, dwar dan il-punt kien hemm nuqqas ta’ qbil matul ix-xhur li għaddew għaliex il-fornituri ma kinux lesti illi jbaxxu l-prezzijiet tal-magni mill-€20 miljun attwali għall-madwar €12il miljun proposti minn Jean Todt. L-oppożizzjoni tagħhom kienet tirriżulta mill-fatt illi l-investiment li għamlu biex tiġi introdotta t-teknoloġija l-ġdida fl-2014 kienet tagħmilha impossibbli għalihom li joffru l-magni bil-prezz issuġġerit. B’reazzjoni għal dan, Ecclestone kien ipprova jimbotta l-introduzzjoni ta’ fornituri indipendenti biex jikkompetu ma’ dawk attwali. Wara din il-proposta, barra l-kwistjoni finanzjarja, kien hemm dik relatata mal-bżonn ta’ garanzija ta’ forniment. Dan il-bżonn inħass wara li r-Red Bull Racing (RBR) sabu ruħhom mingħajr magni wara li xoljew il-kuntratt li kellhom minn mar-Renault. Is-sejħa li saret għal dan it-tip ta’ forniment ġibed l-interess ta’ diversi manifatturi indipendenti, sitwazzjoni li tefgħet ftit tal-pressjoni fuq dawk attwali biex jaslu għal kompromess mal-FIA u l-FOM.
Kompromessi L-FIA ma ħarġitx konferma dwar x’ftehim intlaħaq bejnha, l-FOM u t-timijiet. Madankollu, hemm għajdut b’saħħithom dwar x’ħareġ mil-laqgħat. Ewlenija fosthom kien il-fatt illi l-fornituri qablu li jbiegħu l-magni bil-prezz mitlub minn Todt. Però, dan it-tnaqqis se jkun attwat mill2018 u mhux mill-2017 kif kien maħsub oriġinarjament. Għadu mhuwiex ċar min se jkun qiegħed jassorbi din id-differenza fil-prezz. Sa ftit taż-żmien ilu, Sergio Marchionne, il-President talFerrari, kien għamilha ċara li, jekk Ecclestone jrid li l-klijenti jkollhom aċċess għal prezzijiet aktar baxxi, trid tkun l-FOM li tagħmel tajjeb għall-flus li se jitilfu l-fornituri. Jista’ jkun li x-xewqa tad-diriġent Taljan inqatgħet? Forsi nkunu nafu aktar
‘il quddiem meta l-FIA tħabbar ilftehim b’mod uffiċjali. Barra minn hekk, biex jitnaqqsu l-ispejjeż, kien hemm qbil biex jiġu użati parts komuni bejn il-fornituri, filwaqt li l-limitu massimu ta’ gearboxes għal kull sewwieq se jinżel minn ħamsa għal tlieta. Dan il-kompromess dwar ilprezzijiet saħħaħ il-possibbiltà li l-magni ibridi jkomplu jibqgħu użati fil-Formula 1. Dwar dan kien hemm nuqqas ta’ qbil bejn Todt u Ecclestone hekk kif dan tal-ewwel riedhom jibqgħu b’saħħa kbira, filwaqt li l-ieħor ilmenta dwar ilprezz għoli tagħhom u n-nuqqas ta’ ħoss li kienu jipproduċu. Kif semmejna qabel, il-kwistjoni tal-prezz tidher li se tkun indirizzata fl-2018. Sadanittant, minn din issena stess il-vetturi mistennjin li jkollhom exhaust ieħor li għandu jwassal għal żieda ta’ madwar 25% fil-ħoss tal-magni. Sabiex jiġi evitat riskju bħal dak li affaċċjaw ir-Red Bull Racing, ġiet diskussa l-possibbiltà li jkun hemm limitu minimu ta’ timijiet li kull fornitur irid jissupplixxi. Bħalissa jeżisti biss limitu massimu. Madankollu, fl-aħħar staġun inħass illi kieku kien hemm minimu ta’ millinqas żewġ timijiet għal kull fornitur, il-Honda kienu jkunu obbligati li joffru l-magni tagħhom lill-RBR. Nieqes dan l-obbligu, il-McLaren kienu f ’pożizzjoni li jdaħħlu klawżola fil-kuntratt li għandhom mal-fornitur Ġappuniż biex iwaqqfuh milli jissupplixxi lit-tim Awstrijak. Minkejja li l-ispekulazzjoni firrigward ta’ din ir-riforma tal-aħħar hija qawwija, għad ma kien hemm l-ebda konferma dwar xi qbil. Sadanittant, l-RBR irnexxielhom jaslu għal ftehim biex jużaw magna tar-Renault żviluppata minn kumpanija tal-inġinerija indipendenti. Madankollu, dan ilftehim ikopri biss l-2016 u għalhekk għadhom iridu jaraw x’se jagħmlu għal wara.
Jippruvaw iqajmu l-interess Suġġett ieħor li ngħata prominenza fid-dibattitu kien dak li jinsabu modi kif jiżdied il-kuntatt maddilettanti. Matul dawn l-aħħar snin bosta timijiet ilmentaw dwar ilfatt illi l-FOM ma ħaditx biżżejjed inizjattivi biex tressaq lid-dilettanti tal-Formula 1 lejn l-isport. B’mod partikolari kien qiegħed jinħass li dan l-isport waqa’ lura kkumparat ma’ oħrajn fejn tidħol il-preżenza fuq il-midja soċjali u l-internet in ġenerali. Sabiex jiġi indirizzat dan in-nuqqas, tidher li ġiet proposta l-introduzzjoni ta’ votazzjoni f ’kull tellieqa fejn id-dilettanti jkunu jistgħu jużaw ilmedja soċjali biex jagħżlu l-aqwa sewwieq u l-aktar sorpass tajjeb. Irrebbieħa ta’ dawn il-votazzjonijiet jingħataw trofew. Minħabba li din ir-riforma ma tinvolvix bidliet kbar hemm il-possibbiltà li narawha implimentata dan l-istaġun stess. Bl-istess għan li jiżdied l-interess fost id-dilettanti, it-timijiet ippruvaw jikkordinaw mal-FOM u l-FIA sabiex isibu modi kif jagħmlu t-tlielaq anqas prevedibbli. Però, fuq dan il-front ma jidhirx li kien hemm xi kisbiet partikolari. S’issa l-unika bidla kkonfermata kienet dik tal-introduzzjoni tat-tielet rota min-naħa tal-Pirelli biex it-timijiet ikollhom aktar flessibbiltà fl-għażla tal-istrateġiji tagħhom. Jidher li fil-laqgħa ta’ din il-ġimgħa Jean Todt ipprova jerġa’ jqajjem l-idea li l-vetturi jibdew jingħataw il-fjuwil matul it-tellieqa biex tiżdied il-varjetà fl-istrateġija li jistgħu jiġu adottati. F’laqgħa tal-iStrategy Group li kienet saret f ’nofs l-istaġun li għadda, din ir-riforma kienet ġiet ikkunsidrata b’mod serju. Però, ftit taż-żmien wara t-timijiet kienu esprimew l-oppożizzjoni tagħhom għaliha u l-idea ġiet arkivjata. Fil-jiem li għaddew, b’mod sorprendenti, din ir-riforma reġgħet sabet ruħha fuq l-aġenda hekk kif kien hemm nuqqas
kbir ta’ alternattivi min-naħa talistakeholders l-oħra. Madankollu, qiegħed ikun spekulat li l-proposta ta’ Todt ma sabitx ħafna appoġġ u għalhekk hemm ċans tajjeb li ma nerġgħux nisimu dwarha fil-ġejjieni.
Nuqqas ta’ ambizzjoni Kif semmejna qabel, din hija biss spekulazzjoni bbażata fuq rapporti li dehru fl-aħħar jiem fuq il-midja sportiva internazzjonali. Però, jidher li dawn l-għajdut għandhom bażi soda fir-realtà hekk kif l-ebda wieħed mill-partijiet imsemmija għadu ma ħareġ biex jiċħadhom. Is-suċċess ta’ dawn il-laqgħat huwa dibattibbli. Fuq naħa, wieħed jista’ jilqa’ l-fatt li sa fl-aħħar jidher li l-kwistjonijiet marbutin mal-futur tal-magni ibridi ġew indirizzati b’mod sodisfaċenti għal kulħadd. Fil-fatt, jekk dak li kien spekulat huwa minnu, għandu jkun hemm xi ftit ta’ stabbiltà f ’dan ir-rigward sal-2020. Forsi sa dak iż-żmien din it-teknoloġija ssir aktar abbordabbli mil-lat finanzjarju u tibqax sors ta’ kontroversja. Però, min-naħa l-oħra wieħed ma jistax jinjora l-fatt li l-istakeholders f ’dan l-isport reġgħu naqsu milli jsibu soluzzjoni biex l-isport ma jibqax daqshekk prevedibbli u d-dilettanti jkollhom sehem aktar attiv fil-Formula 1. Il-ftit proposti li saru ma kinux ambizzjużi biżżejjed, xi ħaġa sorprendenti meta din il-kwistjoni laħqet livell ta’ urġenza kbira hekk kif l-isport qiegħed jitlef miljuni ta’ spettaturi kull sena fejn l-udjenza niżlet mill-quċċata ta’ 600 miljun tal-2008 għal qrib l-400 miljun fl2015. Il-proposti li tressqu s’issa jridu jkomplu jiġu diskussi matul iż-żmien li ġej bl-għan li jiġu approvati millWorld Motor Sport Council aktar tard din is-sena. Wieħed jittama li sa dak iż-żmien l-istakeholders involuti joħorġu bi proposti aktar ambizzjużi minn dawk li tressqu s’issa.
40 24|01|2016
kullħadd.com
LOKALI
Ara paġna 6
ĦERQA GĦALL-WASLA TAL-ISTUDENTI FL-ISKOLA TA’ BARTS
Michael Grech President tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija
Ta’ inkoraġġiment huwa l-fatt li f ’Għawdex qiegħda tkun imfittxija aktar proprjetà ta’ kwalità
Is-sena 2015 reġgħet kienet waħda ta’ ċertu sfidi għallekonomija Għawdxija għax, filwaqt li Malta bħall-pajjiżi oħra kellha l-isfidi tagħha, Għawdex dejjem ikollu dawk l-ostakli żejda li jrid jara kif jegħleb. Jekk wieħed jara l-andament ġenerali tan-negozju f ’Għawdex matul is-sena 2015, jista’ jgħid b’mod kunfidenti li ġeneralment kien wieħed pożittiv u probabbilment aħjar minn dak tas-sena ta’ qabel. L-ekonomija Għawdxija tiddependi ħafna, b’mod dirett u anke indirett, fuq itturiżmu. Ovvjament, barra t-turiżmu hemm diversi setturi oħra bħalma huma l-manifattura, proprjetà u kostruzzjoni, bejgħ blimnut, servizzi inġenerali, agrikultura u sajd, u oħrajn. Iżda ħalli nħarsu lejn itturiżmu bħala l-pilastru ewlieni tal-ekonomija Għawdxija. It-turiżmu f ’Għawdex jinqasam fi tnejn: dak intern u dak estern. Wieħed ukoll irid jifhem li f ’dan is-settur, meta wieħed iħares lejn l-akkomodazzjoni, għandna wkoll ċertu differenzi meta nqabbluh ma’ Malta.
Dan għax f ’Għawdex, barra l-akkomodazjoni fillukandi, għandna wkoll akkomodazzjoni oħra differenti permezz ta’ farm houses u appartamenti oħra li jkunu għall-kiri. Għalkemm ma għandniex data uffiċjali ta’ kif jinqasam dan issettur, wieħed jista’ jgħid li, bejn wieħed u ieħor, daqskemm hemm sodod fil-lukandi hemm sodod f ’akkomodazzjoni privata. Dan is-settur jidher li mar tajjeb ħafna għax kien hemm numru ta’ inċentivi kordinati bejn il-Ministeru għal Għawdex, il-Gozo Channel u l-partijiet interessati Għawdxin. Is-settur tal-proprjetà u kostruzzjoni jidher ukoll li rpilja tajjeb fuq is-snin ta’ qabel. Ta’ inkoraġġiment huwa l-fatt li f ’Għawdex qiegħda tkun imfittxija aktar proprjetà ta’ kwalità. Fejn tidħol il-manifattura, l-affarijiet setgħu jmorru aħjar. Huwa importanti li Għawdex ikun jista’ joffri aktar spazju industrijali biex jiġbed anke investiment barrani. Fejn jidħlu servizzi, hawn ukoll jidher li kien hemm titjib. Nittamaw li l-miġja ta’ kumpanija bħal
RS2 u l-ħsieb li jitwaqqaf digital hub f ’Għawdex ikunu inċentiv biex oħrajn jitħajru jiġu wkoll. Fejn jidħlu l-biedja u s-sajd jidher li kellna tnaqqis meta wieħed iqabbel mas-snin ta’ qabel. Huwa tajjeb li l-Gvern tejjeb ċerti faċilitajiet, bħalma hu l-Port ta’ Marsalforn, iżda jibqa’ l-fatt li, għal diversi raġunijiet, dawn is-setturi jista’ jkun li jibqgħu jonqsu fis-snin li ġejjin. Fil-bejgħ blimnut qegħdin nieħdu sinjali differenti għax, filwaqt li ċerti stabbilimenti qalulna li l-bejgħ żdied, oħrajn qegħdin jirrappurtaw li l-bejgħ naqas xi ftit. Il-figuri li ħarġu matul issena, kemm mill-Uffiċċju tal-Istatistika kif ukoll minn dak tal-Gozo Channel u data oħra miġbura b’metodi oħra, jindikaw tkabbir ġenerali filgżira ta’ Għawdex. Fil-fatt, huwa kkonfermat li matul l-2014 it-tkabbir f ’Għawdex kien aktar minn dak ta’ Malta (8.1% kontra 5.8%). Iżda ejja nħarsu ’l quddiem. Ma hemmx dubju li għad fadal ħafna xi jsir. B’ħerqa qegħdin nistennew l-ewwel studenti tal-iskola medika Barts li għandhom ikunu f ’Għawdex għal Jannar tal-
2017. Magħhom ukoll se jkun hemm l-investiment barrani fl-Isptar Ġenerali. Bħala Kamra tal-Kummerċ ninsabu kuntenti li fl-aħħar hemm mhux biss konsensus politiku iżda wkoll jidher li l-maġġoranza tan-negozjanti Għawdxin kif ukoll il-poplu Għawdxi inġenerali jaqblu li għandha ssir il-mina bejn Malta u Għawdex. B’dan kollu aħna xorta nibqgħu nisħqu fuq il-ħtieġa ta’ fast ferry service u servizz bl-ajru bejn iż-żewġ gżejjer, kif ukoll l-istallazjoni tat-tieni fibre optic cable lejn Għawdex. Irridu naraw li l-investiment kbir li għamilna fl-edukazzjoni ta’ wliedna jsarraf billi dawn ikunu jistgħu jaħdmu f ’Għawdex. Nibqgħu ninsistu li Għawdex għandu bżonn ilkwalità u mhux il-kwantità. Hemm ċerti niċeċ partikolari li nistgħu nisfruttaw aħjar, bħalma hija dik tat-turiżmu mediku u reliġjuż. Diġà kien hemm inizjattivi tajbin f ’dan ir-rigward, kemm millGvern u anke mill-privat. L-importanti hu li wieħed jibqa’ ffukat u li l-Gvern jibqa’ jinvolvi l-entitajiet li jirrappreżentaw in-negozju f ’Għawdex fil-pjanijiet li għandu għal din il-gżira.