APATIJA, ABBANDUN U STENNIJA Il-Ħadd, 24 ta’ April, 2022
DEFIĊIT U DEJN INQAS MIT-TBASSIR Irreġistrat titjib sinifikanti fl-iżbilanċ finanzjarju lokali minkejja l-pandemija L-aġenzija tal-istatistika tal-Unjoni Ew ropea, Eurostat, ikkonfermat li s-sena li għaddiet id-defiċit ta’ Malta naqas għal 8%, li jfisser titjib ta’ 1.5% minn kemm kien imbassar u simili għat-titjib ta’ 2% osservat bħala medja madwar iż-Żona Ewro. Fil-fatt, il-Kummissjoni Ewropea kienet qed tbassar li d-defiċit ta’ Malta kellu jilħaq 11.1%, jew 1.4% aktar minn sena qabel. Dan ir-riżultat kien ikkumplimentat ukoll b’titjib ferm akbar fid-dejn nazzjonali li issa jlaħħaq 57% tal-ġid li jipproduċi l-pajjiż, il-Prodott Gross Domestiku (PGD), minflok il-61.4% kif kien antiċipat qabel. Dan it-titjib iżjed b’saħħtu minn dak imbassar jikkonferma t-triq it-tajba li kien fiha pajjiżna anke fl-aktar żminijiet diffiċli tal-pandemija u issa se jħalli impatt aktar pożittiv fuq il-qagħda finanzjarja tal-Gvern Malti, anke aħjar minn dik ta’ gvernijiet f’pajjiżi ferm akbar minna. Aktar u aktar meta r-raġuni wara dawn ir-riżultati aħjar ma kinux xi miżuri ta’ awsterità.
Ħarġa Nru 1,502
Diżappuntat bid-deċiżjoni tal-Kap li ma jinkludihx fix-Shadow Cabinet, l-Eks Segretarju Ġenerali Nazzjonalista lest iċedi s-siġġu Parlamentari bil-kundizzjoni li, floku, jieħdu direttament ħuh is-Sindku tan-Nadur Id-Deputat Nazzjonalista Għawdxi Chris Said qed iħossu li ġie rredikolat wara li ġie skartat għall-aktar livell baxx bħala parti mill-Partit. Il-KullĦadd hi infurmata li Said tant hu mxebba’ bis-sitwazzjoni li wera ruħu lest jabbanduna l-karriera politika darba għal dejjem, b’kundizzjoni waħda prinċipali … dik li postu jirtu direttament ħuh Edward, li attwalment huwa s-Sindku tan-Nadur. Minn tagħrif li għandha din il-gazzetta, jirriżulta li, meta fl-aħħar jiem hu ġie avviċinat mit-tmexxija
RIDLEY SCOTT LURA F’MALTA Id-direttur ċinematografiku famuż jirritorna għall-ġbid ta’ kapolavur ieħor f’pajjiżna
Tkompli f’paġna 6
Rapport f’paġna 3
SAID IMXEBBA’
Tkompli f’paġna 7
Iċ-ċelebri Ridley Scott, wieħed mill-akbar diretturi ċinematografiċi ta’ Hollywood, din il-ġimgħa se jkun qed jasal f’pajjiżna bi tħejjija għall-ġbid ta’ xeni f’għadd ta’ lokalitajiet imferrxin għall-kapolavur il-ġdid tiegħu, “Napoleon”. Il-KullĦadd hi infurmata li l-film dwar il-ħajja tal-Imperatur Franċiż se jkun qed jinġibed f’żoni b’karatteristiċi partikolari li Scott diġà għażel fix-xhur li għaddew waqt żjara preċedenti. Dawn mistennija jinkludu l-Belt Valletta, l-Imdina, Ħ’Attard, il-Kalkara, l-Isla u l-Mellieħa. Il-ġbid, li se jkun mifrux fuq numru ta’ xhur, mistenni jħalli dħul tajjeb ħafna għall-ekonomija lokali.
Prezz €1
ID-DEPUTAT U S-SINDKU: Chris Said flimkien ma’ ħuh iżgħar minnu Edward
Nazzjonalista, Said ma qagħadx jomgħod kliemu u esprima l-għadab sħiħ tiegħu. Dan anke jekk fil-pubbliku ddikjara li jirrispetta l-għażliet, li qed jieħu l-Kap Bernard Grech, wara l-elezzjoni. Minkejja dan, sorsi ta’ min joqgħod fuqhom qalul na li, wara li sentejn ilu kien fost il-protagonisti biex Grech jieħu post Adrian Delia fit-tmun tal-Partit, Said ma ddejjaqx jistqarr li “llum qed iħossu ltim”. Tkompli f’paġna 3
02
24.04.2022
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 23°C L-Inqas Temperatura: 14°C L-Indiċi UV: 8 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja ser tkompli tiksi ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Ħafif u varjabbli Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 16°C
KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
21°C UV 7
14°C
Il-Ħamis
KUNTATT ĠENERALI
20°C UV 9
14°C
Il-Ġimgħa
20°C UV 9
14°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 111Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112 Il-Pulizija ta’ Malta 2122 – 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili 2393 – 0000 Il-Gwardjani Lokali –2132 0202 L-Isptar ta’ Malta 2545 – 0000 L-Isptar ta’ Għawdex 2156 – 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza 5004 – 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku 1182 –
20°C UV 4
14°C
20°C UV 10
14°C
17°C UV 4
12°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Regent Pharmacy, 70, Triq Merkanti, Il-Belt Valletta – 21245135 Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, Il-Marsa – 21221701 St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 21443045 Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara – 21441589 Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, L-Imsida – 21244366 Spiżerija Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann – 21381177 Stella Maris Pharmacy, 34, Triq Milner, Tas-Sliema – 21335217 St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 21414051 Smiths (Pama) Pharmacy, Triq Valletta, Il-Mosta – 21417593 Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 21571764 Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija – 21677037 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 21824720 St. Elias Pharmacy Triq San Elija, Ix-Xgħajra – 21660300 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consiglii, Iż-Żejtun – 21806009 Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir-Repubblika, Iż-Żurrieq – 21680761 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Is-Siġġiewi – 21462957 White’s Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, L-Imtarfa – 21452833 Għawdex Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat – 21557819 Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imġarr, Għajnsielem – 21563017 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
03
24.04.2022
APATIJA, ABBANDUN U STENNIJA FIL-PN Meta llum jiltaqa’ l-Kunsill Ġenerali talPartit Nazzjonalista, l-iktar ħaġa li qed tiddomina fost l-aktar attivi hi l-apatija. Wara l-akbar telfa elettorali fl-istorja, jeżisti nuqqas ta’ interess kbir dwar ilġejjieni tal-PN … almenu fil-pubbliku. Mhux biss m’hemmx diskussjoni dwar fejn għandu jmur il-Partit, iżda dawk li għandhom ideat ċari ta’ x’jemmnu li għandu jsir qegħdin joqogħdu lura milli jesprimuhom jew saħansitra jagħmluhom disponibbli għall-Kap tal-Partit, Bernard Grech. Urtati mill-fatt li Grech innifsu qed joħnoq kull tip ta’ diskussjoni u l-uniku interess li għandu hu li jimmanuvra biex isalva postu fost membri prominenti tal-Grupp Parlamentari, sorsi midDar Ċentrali, li tkellmu mal-KullĦadd, jisħqu li l-kliem komuni internament bħalissa hu “jagħmel hu!” b’referenza għall-Kap. Din l-attitudni hi waħda mill-ftit affarijiet li bħalissa qed jgħaqqdu żewġ fazzjonijiet differenti fil-PN, dik tal-Eks Kap Adrian Delia u dik tal-establishment li fil-Grupp Parlamentari għadhom rappreżentanti b’saħħa minn nies bħal Mark Anthony Sammut, Beppe Fenech Adami u Karol Aquilina. Fil-fatt, Sammut, li tradizzjonalment hu voċiferu fuq kollox u fuq quddiem nett biex tqaċċat Delia sentejn ilu, issa qed jagħżel li joqgħod gallarija u f’dan il-mument jagħmel biss kalkoli personali. Anke jekk nies ta’ Delia jakkużawh li ftit jista’ jitkellem, ladarba kien parti mill-manuvra li wasslet għall-qasma kbira fil-Partit u għar-riżultat diżastruż. Minkejja dan, jidher li m’hemmx biss apatija li qed tirrenja, iżda saħansitra sinjali ta’ abbandun. Dawk li differenti minn oħrajn illum iħossuhom, li ma tantx għad fadlilhom x’jitilfu, fl-aħħar ġimgħat telqu minn karigi li kellhom, jew saħansitra
F’Partit li suppost qed jagħmel eżami tal-kuxjenza hemm ħafna li għamlu pass lura wara li l-Kap impona lilu nnifsu u oħrajn li qegħdin idabbru rashom ma’ kull ġurnata
baqgħu fihom, iżda ddikjaraw ruħhom indipendenti. Doris Borg, Ivan Bartolo, Alessia Psaila Zammit u Frank Psaila huma biss ftit minn diversi li għamlu ha ċara li llum ma jridux jibqgħu jirrappreżentaw lill-PN. Oħrajn, partitarji attivi anke f’kumitati, kitbu dan fil-midja soċjali jew bagħtu t-tessera lura fidDar Ċentrali. Dan, iżda, ma jfissirx li min qed juri nuqqas t’interess jew għamel pass lura
mhux josserva x’se jiġri mill-PN. Għaldaqstant hemm ukoll dan l-element ta’ stennija. Ħafna jemmnu li, wara telfa oħra ta’ dan il-livell, mhux il-mument li jidħlu għall-piż li Grech irid ikompli jerfa’ hu u li b’suppervja wera li lest jagħlaq il-bibien lil kulħadd biex jassigura li ħadd ma jeħodlu postu. Mill-imkejjen tagħna, jirriżulta li bħalissa ħafna qed jagħmlu l-kontijiet u joqogħdu pass lura u hu dan li qed iwassal
għal apatija f’partit li llum suppost qed jagħmel eżami tal-kuxjenza. Minflok, jidher li se jagħmel tellieqa fejn jiġri bniedem waħdu, anke jekk tilef b’iktar milli tilef Simon Busuttil u ġab l-istess riżultati diżastrużi ta’ Adrian Delia. L-aħħar darba li Kap Nazzjonalista kkontesta elezzjoni waħdu kien fl-2012 fi żmien it-tmexxija tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi, li kien tilef kull kontroll tad-deputati tiegħu fi Gvern fi kriżi.
SAID QED IĦOSSU AGĦAR MINN ŻMIEN DELIA Tkompli minn paġna 1 Said saħansitra ddikjara li llum qed iħossu agħar minn meta kien Kap Delia, li wkoll kien fdah b’portafoll importanti fil-Partit, avolja kien ikkontestah perso nalment fl-elezzjoni għall-Kap fl-2017. Jirriżulta li f’dik l-istess laqgħa Said wera kull intenzjoni fil-Partit li jirriżenja mill-Kamra tad-Deputati bil-patt u l-kundizzjoni li postu jirtu b’mod dirett ħuh Edward, li hu iżgħar minnu. Nifhmu li dan tal-aħħar, li hu persunaġġ kariżmatiku, jista’ jkun kompetitur akbar fid-distrett biex almenu tinżamm il-preżenza tal-familja magħrufa bħala tal-“Ganga” u li hi għandha l-bażi tagħha fir-raħal fejn ilhom imexxuh għal snin twal issa. Bħal Edward, ħutu Chris u warajh Charles kienu sindki tal-lokal. Bir-riżenja ta’ Said, il-Kummissjoni Elettorali tkun trid bilfors tilqa’ n-nominazzjonijiet mingħand dawk li kkontestaw l-aħħar elezzjoni fuq it-13-il Distrett f’isem il-PN, imma ma ġewx eletti. Biex iseħħ dak li qed jesiġi li għandu jsir Chris Said, ladarba ħuh ma kienx
kandidat Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali, ħadd m’għandu jitfa’ n-nomina tiegħu għal din l-elezzjoni każwali. Imbagħad tkun tista’ ssir il-co-option diretta ta’ Edward Said fil-Parlament. Aktar ikkumplikata tista’ tkun l-eventwalità wkoll li min jiġi elett mill-elezzjoni każwali jirriżenja wkoll minnufih. Din il-ġimgħa Chris Said fetħilha mal-gazzetti u wera d-diżappunti tiegħu li, flimkien mad-Deputati Mario De Marco u Carm Mifsud Bonnici, tħalla barra mix-Shadow Cabinet Nazzjonalista bliskuża li t-tlieta kienu parti mill-Kabinett fil-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi. Persuni qrib Said kienu diġà qed imexxuha sa minn qabel l-elezzjoni ġenerali li “ż-żiemel” tagħhom ma kienx kuntent bl-involviment tal-Eks Ministru Giovanna Debono, li bdiet tinvesti bilgoff fil-kandidat ġdid Alex Borg. Debono u Said huma avversarji eterni fil-gżira Għawdxija u, permezz ta’ Borg, kellha l-għan li timmina l-possibbiltajiet elettorali ta’ Said, kif wera r-riżultat elettorali.
Said ma setax iniżżilha kif, imqabbel mal-Elezzjoni tal-2017, spiċċa tilef kważi nofs il-voti tal-ewwel preferenza, anke meta l-kompetizzjoni din id-darba kienet ferm iżgħar. L-Eks Ministru fl-amministrazzjoni ta’ GonziPN u Eks Segretarju Ġenerali tal-PN fi żmien Simon Busuttil kien irnexxielu jikseb aktar minn 4,600 vot minn fost 11-il kandidat tal-PN fuq it-13-il Distrett ħames snin ilu. Issa fl-elezzjoni li għaddiet kiseb biss 2,700 vot, meta kien qed jikkompeti ma’ ħames kandidati oħrajn. Anke jekk kellu l-appoġġ tal-establishment warajh, Said spiċċa jikseb kważi terz biss tal-voti tal-ewwel preferenza mqabbel ma’ Borg fl-ewwel ħarġa tiegħu. L-imminar u l-attakki minn esponenti ewlenin tal-establishment, inkluż mill-President tal-għaqda Repubblika Robert Aquilina, ħu Karol Aquilina, iżjed servew biex saħħew lill-filjozz ta’ dik li sa ftit ilu kienet magħrufa bħala r-“Reġina t’Għawdex”. Ġimagħtejn ilu rrapportajna kif sorsi viċin iż-żagħżugħ Għawdxi saħqu li Borg
jemmen kif il-ħidma tal-establishment u l-friegħi tiegħu ta’ Repubblika u Civil Society Network qed toħloq ħsara kbira u irreparabbli fil-PN, kif riflessa fir-riżultat elettorali tas-26 ta’ Marzu li għadda. Sussegwentement għal dan Said ħassu iżjed iddispjaċut għall-mod kif Bernard Grech ma inkludihx fix-Shadow Cabinet li ħabbar fil-bidu ta’ din ilġimgħa. L-argumenti li kien jagħmel parti mill-Kabinett sal-2013 ġew kontradetti mill-fatt li fid-diskorsi tiegħu l-Kap attwali Nazzjonalista spiss jirreferi għażżmien tal-aħħar Gvern Nazzjonalista bħala s-“snin tad-deheb”. Minbarra hekk, mindu ġie elett Kap tal-PN, ingaġġa lill-Eks Chief of Staff tal-Ministru George Pullicino bħala konsulent prinċipali tiegħu. Id-dikjarazzjoni din il-ġimgħa ta’ Grech li, bil-ħatra tax-Shadow Cabinet tiegħu, qed tidher iżjed l-“enerġija ġdida fil-PN” ma għenitx lanqas biex ittaffi r-rabja ta’ Said. Anzi kienet biss melħ fuq il-ferita, saħqu s-sorsi li tkellmu magħna.
04
24.04.2022
ĦSIEB U KRITIKA GĦAT-TQASSIM Wara l-istennija tar-riżultat tal-elezzjoni ġenerali u dik għall-ħatra ta’ Kabinett tal-Gvern, l-akbar stennija tkun il-ħolqien tax-Shadow Cabinet mill-Kap tal-Oppożizzjoni. Ħatra li ġġib magħha spekulazzjoni dwar il-ħsieb, il-manuvri u wkoll id-deċiżjoni politika wara l-għażliet li jsiru. Iżda minbarra hekk, din id-darba, l-akbar kontroversja tibqa’ dik li l-istess Bernard Grech kien qed jimponi deċiżjoni meta, qabelxejn, għad jonqos id-deċiżjoni tal-kunsillieri (jew it-tesserati jekk jiġi kkontestat) Nazzjonalisti li jikkonfermaw lilu nnifsu fit-tmun tal-Partit. UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
MINISTERU GĦAS-SAĦĦA
MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻI
Meta Grech ħatar ix-Shadow Cabinet nhar it-Tnejn li għadda mill-ewwel spikka kif ġew skartati tliet deputati veterani – Chris Said, Mario De Marco u Carmelo Mifsud Bonnici – bl-iskuża tkun li t-tlieta kienu parti mill-aħħar Gvern u Kabinett Nazzjonalista, dak immexxi minn Lawrence Gonzi. Filwaqt li De Marco u Misfud Bonnici ma kkummentawx fil-pubbliku, Said mill-ewwel ħareġ b’messaġġ li fih wera b’mod ċar li hu maħruq bid-deċiżjoni. Minbarra hekk, eks kandidat Nazzjonalista, li tkellem ma’ ONE News, esprima l-fehma tiegħu li b’din l-għażla kif imħabbra, bosta deputati Nazzjonalisti se jkunu qed jirfsu fuq xulxin, bil-possibbiltà li iżjed joħolqu dubji milli gwida jew xi gvern alternattiv. Dr Herman Farrugia osserva li, bilmod kif Grech qassam ir-responsabbiltajiet tal-portafolli, 19 minn 32 deputat se jkollhom jaħbtu f’xulxin biex jidentifikaw ruħhom u jaħdmu fl-oqsma fdati bihom. Hu fil-fatt ikkalkula li 60% tad-deputati fl-Oppożizzjoni se jkollhom jidħlu fl-għalqa ta’ xulxin. Fl-għażliet ta’ Grech spikkat ukoll dik li l-Eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jingħata wieħed mill-aktar portafolli qawwija – Kelliem għat-Trasport, Mobiltà u l-Proġetti Kapitali. B’din il-mossa u wara r-riżultat elettorali li eleġġieh minn żewġ distretti, Delia, li ma jarax għajn m’għajn ma’ Grech għal raġunijiet ovvji, irritorna bi prominenza u b’saħħa kontra x-xewqa naturali tal-establishment li fil-leġiżlatura li għaddiet ċaħdu mill-ewwel ġurnata li rifes id-Dar Ċentrali u baqa’ sakemm tajru f’konġura makabra. Ta’ min jinnota li fix-Shadow Cabinet ta’ Grech, erba’ biss żammew l-istess portafoll li kellhom qabel: Robert Arrigo, Kelliem għat-Turiżmu; Karol Aquilina, Kelliem għall-Ġustizzja; Ivan Bartolo, Kelliem għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u l-ġlieda kontra l-faqar; u Stephen Spiteri, Kelliem għas-Saħħa. Ħamsa oħra nbidlilhom ir-rwol tagħhom. Robert Cutajar, li qabel kellu l-Ambjent u t-Tibil fil-Klima f’idejh, issa hu Kelliem għas-Self Employed u l-Intrapriżi ż-Żgħar, apparti li nħatar ukoll bħala l-Whip u Segretarju tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista; Toni Bezzina
MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI
MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI
MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL
MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET
minn Kelliem għall-Infrastruttura issa hu l-Kelliem għall-Agrikoltura u s-Sajd; Claudette Buttigieg minn Kelliema għall-Politika Soċjali u l-Familja issa hi l-Kelliema għal-Libertajiet Ċivili, id-Djalogu Soċjali u l-Ġlieda Kontra d-Dijabete; Ryan Callus minn Kelliem għall-Enerġija u l-Iżvilupp Sostenibbli issa sar Kelliem għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Infrastruttura; waqt li Beppe Fenech Adami, minn Kelliem għall-Intern issa hu Kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ. Anke jekk stqarrija uffiċjali Nazzjonalista qalet li għad iridu jinħatru l-persuni li se jirrappreżentaw lill-Oppożizzjoni fil-varji kumitati Parlamentari, minnufih tħabbar li Fenech Adami mhux se jibqa’ ċ-Ċermen tal-Kumitat tal-Kamra għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC). Wara li sal-bidu ta’ din is-sena kien xebba’ lil kulħadd b’atteġġjament arroganti u ardit, flimkien ma’ abbuż mill-pożizzjoni, Grech issa għażel li post Fenech Adami jieħdu d-Deputat ġdid Darren Carabott. Probabbilment minħabba kunjomu u anke jekk serva bħala Assistent Parlamentari fl-aħħar Gvern Nazzjonalista, hu interessanti kif Fenech Adami ma twarrabx bħal Said, De Marco u Mifsud Bonnici. Meta wieħed iħares lejn l-għażliet l-oħrajn li għamel Grech, joħorġu l-kontroversji li wieħed irid jistudja sew il-ħsieb warajhom, fosthom li, bħala Kelliema għat-Tibdil fil-Klima, l-iżgħar Deputata Eve Borg Bonello trid tħabbatha mal-Ministru Miriam Dalli. Mhux kwistjoni ta’ età, imma fuq naħa għandek deputata ġdida u bla esperjenza politika u fuq naħa oħra għandek Eks Membru Parlamentari Ewropew li kienet fuq quddiem li mexxiet l-aġenda f’dan is-settur, apparti oħrajn, fil-Parlament Ewropew. Magħha, Mark Anthony Sammut, favorit mal-establishment Nazzjonalista, ingħata r-responsabbiltajiet ta’ Kelliem għall-Enerġija u l-Intrapriża, li wkoll jaqgħu taħt il-Ministru Dalli. Waħda mill-aktar għażliet interessanti hi wkoll dik ta’ Jerome Caruana Cilia bħala l-Kelliem għall-Finanzi. Fl-elezzjoni li għaddiet għamel suċċess kbir mal-elettorat Nazzjonalista u għandu esperjenza fis-settur. Imma jrid iħabbatha mal-Ministru Clyde Caruana b’esperjenza vasta u li mexxa b’suċċess kbir lil dan il-Ministeru fis-sitwazzjoni bla preċedent tal-pandemija. Fost id-deputati tal-PN għal darba oħra m’hemmx min hu ekonomista jew li għandu esperjenza f’dan is-settur. Għalhekk hawnhekk ukoll naraw tqabbil interessanti bejn il-Ministru Silvio Schembri u Ivan J. Bartolo, Kelliem għall-Ekonomija u l-Ħolqien ta’ Setturi Ekonomiċi Ġodda. Qed jingħad ħafna fuq l-għażla ta’ Joe Giglio bħala l-Kelliem għall-Intern, is-Sigurtà u r-Riformi u għalhekk Shadow Minister ta’ Byron Camilleri. Giglio wkoll għamel suċċess mal-elettorat Nazzjonalista, minkejja li kellu u għad għandu l-establishment kontrih, u ġie rikonoxxut b’portafoll sensittiv. Karol Aquilina, politiku kontrovesjali u li kellu bżonn elezzjoni każwali biex jitla’ fil-Parlament, żamm il-portafoll li kellu qabel. Min-naħa tal-Gvern Laburista jrid jiffaċċja lill-Ministru Jonathan Attard, li kkontesta elezzjoni ġenerali għall-ewwel darba u għamel suċċess mill-ewwel. Meħud kont l-għadd ta’ voti li kiseb fuq it-13il Distrett, il-portafoll li ngħata ż-żagħżugħ Alex Borg fl-ewwel ħarġa tiegħu, dak ta’ Kelliem għal Għawdex, forsi kien iżjed minn mistenni. Borg kellu wkoll jgħum f’baħar imqalleb fi ħdan il-PN minħabba l-imminar u l-manuvri kontrih mill-establish-
05
24.04.2022
TAX-SHADOW CABINET TAL-PN MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA
MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA
MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR
ment, li kien qed jappoġġja lil Chris Said. Issa li dan tal-aħħar twarrab għalkollox mir-responsabbiltajiet fl-Oppożizzjoni, żgur li l-ġlieda interna għal Borg, li warajh għandu l-appoġġ tal-Eks Ministru Giovanna Debono, mhux se tieqaf għalissa. Wieħed xorta għad irid jara kif se taħdem l-għażla tal-Kap fil-ħidma Parlamentari għal din il-leġiżlatura, dejjem jekk jiġi kkonfermat fil-pożizzjoni. B’bidla filKap, wieħed faċilment jistenna wkoll bidla mill-ġdid fix-Shadow Cabinet sakemm jerġa’ jiftaħ il-Parlament nhar is-7 ta’ Mejju li ġej. B’Kunsill Ġenerali Nazzjonalista, li se jibda jitlaq qa’ mil-lum, Grech għad irid jikseb l-approvazzjoni tal-Partit wara r-riżultat katastrofiku tas-26 ta’ Marzu li għadda. Kollox jindika li Grech, li kien l-għażla tal-establishment sentejn ilu, se jkun qed itellaq waħdu sakemm ma jkunx hemm xi sorpriża minn xi ħadd li jiddeċiedi li jrid jisfidah. F’indikazzjoni li abbli xejn mhu se jinbidel fis-sitwazzjoni attwali, Manuel Delia, li kien fost il-perċimes li mbuttaw lil Grech fl-elezzjoni għal Kap f’Ottubru tal2020, qal li għadu prematur li l-Kap tal-Oppożizzjoni jiġi ġġudikat fuq l-għażla tax-Shadow Cabinet tiegħu u waqt li stqarr li hi ħasra li Said tħalla barra, injora lil De Marco u Mifsud Bonnici, li żgur mhumiex tal-istess pezza u, bħal missirijiethom qabilhom, ukoll dejjem qalgħuha fuq rashom mill-establishment.
Ġie osservat kif bosta deputati Nazzjonalisti se jkunu qed jirfsu fuq xulxin, bil-possibbiltà li iżjed joħolqu dubji milli gwida jew xi gvern alternattiv
MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA
MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI
MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN, AFFARIJIET EWROPEJ U L-KUMMERĊ
MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, L-ORGANIZZAZZJONIJIET VOLONTARJI U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR
MINISTERU GĦAL GĦAWDEX
MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTI U L-GVERN LOKALI
MINISTERU GĦAT-TURIŻMU
MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORTS, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL
06
24.04.2022
IL-FORTI RIKAŻLI FL-ASSEDJU TA’ TOULON Tkompli minn paġna 1 “Napoleon”, li oriġinarjament kien se jkun jismu “Marengo” u mbagħad “Kitbag”, mistenni jkun it-tielet blockbuster ta’ Scott miġbud f’pajsaġġi Maltin wara “White Squall” fl-1996 u “Gladiator” fl-2000. Il-parti prinċipali tal-mexxej politiku u militari, li kien assedja u ħataf lil pajjiżna bejn l-1798 u l-1800, se tkun qed tinħadem mill-attur famuż Joaquin Phoenix. Dan tal-aħħar, li wkoll rebaħ l-Oscar għall-Aqwa Attur filfilm “Joker” fl-2020, diġà kellu esperjenza tajba f’pajjiżna ma’ Scott meta 22 sena ilu, bħala parti mill-film “Gladiator”, interpreta l-parti tal-Imperatur Ruman Commodus. Għal dak ilfilm rebbieħ ta’ ħames Oscars, Phoenix kien anke nnominat għal Best Supporting Actor, waqt li l-parti prinċipali rat lill-attur ukoll famuż Russell Crowe jirbaħ l-Oscar. Issa hemm antiċipazzjoni kbira għal dan il-film il-ġdid storiku ta’ Scott bi screenplay ta’ David Scarpa, li wkoll ikkollabora miegħu fit-thriller “All the Money in the World” tal2017. F’Jannar tal-2021 Apple Studios kienu ħabbru l-impenn tagħhom li jiffinanzjaw u jipproduċu l-film. Meta kien ħabbar il-proġett, Scott kien qal: “Napuljun minn dejjem kien jaffaxinani. Ġie minn imkien biex jikkontrolla kollox – fl-istess ħin li kien qed iniedi gwerra romantika mal-mara adultera tiegħu Josephine. Iddomina d-dinja biex jipprova jirbaħ imħabbitha u, meta ma setax, iddominaha biex jeqridha u fil-proċess qered lilu nnifsu.” Skont l-iscript, il-film se jinkludi sitt battalji prinċipali kontra films oħrajn fuq is-suġġett li jiffokaw biss fuq il-Battalja ta’ Waterloo. Waqt li xi xeni diġà nġibdu fir-Renju Unit, f’pajjiżna dawn mistennija jinkludu wkoll ġlied qalil tant li l-Forti Rikażli, fejn attwalment għaddej xogħol intensiv mill-Kummissjoni
BEJGĦ TA’ PROPRJETÀ Post terran fi triq prinċipali fil-Marsa,mingħajr ċens, ideali biex jintuża bħala uffiċċju għal attività professjonali jew negozju żgħir. Prezz: €180,000. Numru ta’ kuntatt: 21487079; 99298365
L-attur ċelebri Joaquin Phoenix fil-kostum tal-Imperatur Franċiż fl-ewwel xeni tal-film ta’ Scott (inset) li se jkompli jinġibed fostna fil-jiem li ġejjin. Taħt, iż-żewġ films preċedenti li d-direttur ta’ Hollywood ħadem ukoll f’Malta – “Gladiator” (2020) u “White Squall” (1996)
Nazzjonali tal-Films, se tinbidel fis-sit tal-assedju tal-belt ta’ Toulon fejn fl-1793 iż-żagħżugħ Napuljun kien kiseb l-ewwel vittorja tiegħu u anke l-fama nazzjonali. Atturi oħrajn ikkonfermati għal “Napoleon” huma Vanessa Kirby u Tahar Rahim, fost oħrajn.
L-NDSF JIKKONTRIBWIXXI B’RISQ PUTTINU Il-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF) ħabbar kontribuzzjoni ta’ solidarjetà soċjali ta’ €10,000 lejn il-ġabra ta’ Puttinu Cares, li saret nhar il-Ġimgħa l-Kbira. Waqt il-preżentazzjoni tal-kontribuzzjo ni finanzjarja, il-Kap Eżekuttiv tal-NDSF Raymond Ellul sostna li din se tgħin biex ittaffi l-piżijiet tal-pazjenti u tal-familji li għaddejjin minn mumenti diffiċli. F’inizjattivi preċedenti, l-NDSF ukoll għen lil Puttinu Cares biex jakkwista 21 appartament fiċ-ċentru ta’ Londra taħt l-isem “Dar Calvagna”, permezz ta’ għotja
soċjali oħra ta’ €5 miljun, u wkoll €100,000 biex ikunu jistgħu jinkrew appartamenti għal tfal Ukreni li qed ifittxu kura medika urġenti fir-Renju Unit, bħala parti mis-solidarjetà lejn poplu fi gwerra. “Dar Calvagna” hi msemmija għall-mibki Dr Victor Calvagna, il-membru fundatur tagħha, u se tipprovdi akkomodazzjoni lil kull ċittadin Malti li jkollu bżonn jivvjaġġa lejn Londra għal kura medika urġenti. Fil-preżent jirriżulta li hemm bejn 60 u 90 pazjent lokali li kull xahar jivvjaġġaw lejn l-Ingilterra għal kura speċjalizzata,
bil-maġġoranza tagħhom jibqgħu fiċ-ċentru tal-kapitali Ingliża. L-NDSF għandu l-għan li jamministra 70% tal-kontribuzzjonijiet kollha li jidħlu mill-Individual Investor Programme ta’ Malta u sussegwentement jikkontribwixxi lejn proġetti kbar ta’ importanza nazzjo nali. Ma’ dawn ukoll jassisti fi proġetti u inizjattivi ta’ interess pubbliku, partikolarment fl-oqsma tal-edukazzjoni, ir-riċerka, l-aspetti soċjali, l-innovazzjoni, il-ġustizzja u s-saltna tad-dritt, ix-xogħol, l-ambjent u s-saħħa pubblika.
07
24.04.2022
Ritratt: ANTHONY AXIAQ
INFLAZZJONI: L-INQAS RATA FL-UE TIBQA’ TA’ PAJJIŻNA
IL-GVERN KELLU DĦUL REKORD TA’ €5.5 BILJUN Tkompli minn paġna 1 Minflok il-Gvern, immexxi millPrim Ministru Robert Abela, żamm mal-pjani li kellu u, minbarra l-appoġġ sostnut lil dawk affettwati l-agħar mill-pandemija tal-COVID-19, bħall-estensjoni tal-Wage Supplement, daħħal ukoll għajnuna ġdida biex jilqa’ għall-għoli tal-prezzijiet internazzjonali. Matul l-2021 il-Gvern żied l-ispiża tiegħu b’9%, dovuta partikolarment għal iżjed investment, servizzi soċjali aħjar u sussidji akbar. Imma għal din iż-żieda fl-ispiża ta’ aktar minn €560 miljun, għamel tajjeb dħul ferm aktar milli mbassar. Id-dħul tal-Gvern laħaq rekord ta’ kważi €5.5 biljun. Din iż-żieda ta’ kważi €650 miljun fuq sena qabel kienet riżultat tal-irkupru b’saħħtu tal-ekonomija ta’ pajjiżna matul is-sena li għaddiet. Dan wassal ukoll biex, minkejja li r-rati tat-taxxi baqgħu stabbli jew saħansitra naqsu f’xi każi, kien hemm tkabbir qawwi fid-dħul għall-Istat. Id-dħul tal-Gvern żdied partikolarment anki għax dan daħħal iżjed flus mill-Income Tax f’kuntest ta’ settur tax-xogħol b’saħħtu u rata ta’ qgħad baxxa ħafna. Fir-raba’ kwart tas-sena li għad diet, jiġifieri bejn Ottubru u Diċembru
2021, id-dħul tal-Gvern żdied bi kważi €261 miljun meta mqabbel mat-tielet kwart, jiġifieri bejn Lulju u Settembru tal-2021. Il-fatt li matul l-2021 il-Gvern kien għadu qed jagħti appoġġ sħiħ lill-familji u lin-negozji daqskemm kien għamel magħhom fl-2020, ifisser li meta jibda jitneħħa s-sostenn dovut
Meta jibda jitneħħa s-sostenn għall-impatt tal-pandemija, il-qagħda tal-Gvern se tkompli titjieb ħafna iżjed għall-impatt tal-pandemija, il-qagħda tal-Gvern se tkun qiegħda tmur ħafna għall-aħjar. B’hekk l-istrateġija ekonomika – li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet ittimbratha sempliċiment bħala ħela u tberbiq – kellha suċċess qawwi u wasslet biex id-dħul tal-Gvern jirkupra ferm iżjed malajr, anke għax il-qagħda tan-negozji baqgħet b’saħħitha minkejja l-effetti tal-kriżi globali. Ta’ min ifakkar li l-Kap Nazz jonalista Bernard Grech kien iddik-
jara, fir-risposta tiegħu għall-Baġit 2021, li tista’ tkun biss fantażija jew realtà virtwali li d-dħul tal-Gvern jerġa’ jilħaq il-livell tal-2019. Fil-verità, dan mhux talli seħħ, imma d-dħul tal-Gvern kiber ferm aktar milli kien bassar l-istess Ministru għall-Finanzi fid-diskors tiegħu. Biex jipprovaw jgħattu l-inkompetenza tal-Kap f’dan il-qasam, illum dawk madwar Grech jinsistu li, f’dawk iż-żminijiet, kienu jingħataw pariri ħżiena mill-kelliema preċedenti tal-finanzi, b’indikazzjoni partikolari għad-Deputat Mario Demarco, li llum ukoll tħalla barra mix-Shadow Cabinet Nazzjonalista. Waqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni dak iż-żmien kien iħobb jirrepeti li l-finanzi tal-pajjiż tilfu kull sens ta’ kontroll, issa l-Eurostat ikkonfermat li, anke wara sentejn ta’ pandemija, ilpiż tad-dejn nazzjonali kulma laħaq kien 57%. Dan hu kważi 40% inqas mill-medja taż-Żona Ewro u huma biss sitt pajjiżi li qed iġorru inqas piż. Dan hu wkoll inqas mid-dejn nazzjonali fis-snin kollha taħt Gvernijiet Nazzjonalisti mill-1998 sal-2013. Anzi taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista kien hemm perjodi meta l-piż tad-dejn kien saħansitra qabeż is-70% u kkontribwixxa biex pajjiżna jispiċċa taħt il-lenti tal-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv.
Skont il-Eurostat, pajjiżna baqa’ dak bl-inqas rata ta’ inflazzjoni fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea f’Marzu 2022. Imqabbel mal-medja Ewropea, pajjiżna jidher li għandu rata ta’ għoli tal-ħajja li hi ftit aktar minn nofs. Il-pajjiż bl-ogħla rata ta’ inflazzjoni hu l-Litwanja b’rata ta’ 15.6%, jew tliet darbiet u nofs dik f’pajjiżna. F’seba’ pajjiżi l-għoli tal-ħajja jaqbeż l-10%, jew aktar mid-doppju ta’ pajjiżna. Il-fattur li l-aktar qiegħed iwassal għal żieda fil-prezzijiet hu l-isplużjoni fil-prezz tal-enerġija, tant li, bħala medja, il-kontijiet li qed iħallsu l-familji Ewropej kienu 44% akbar minn dawk fl-istess xahar sena qabel. Fil-fatt, 4.4% mir-rata ta’ inflazzjoni madwar iż-Żona Ewro ġejja miż-żieda fil-prezz tal-enerġija. B’kuntrast, f’pajjiżna la l-prezz taddawl u lanqas dawk tal-fuels ma żdiedu u dan għax il-Gvern qed iservi ta’ tarka kontra l-effetti tal-kriżi internazzjonali. Dan ifisser li riżultat tal-politika Laburista fl-enerġija, il-familji f’pajjiżna qed jiffaċċjaw għoli tal-ħajja li hu n-nofs ta’ dak fil-bqija tal-Ewropa.
L-IMF ibassar aktar titjib lokali fl-inflazzjoni u l-qgħad Sadanittant, il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) qed ibassar li, salaħħar tas-sena, l-inflazzjoni f’pajjiżna se tkun 4.7%, żieda żgħira fuq l-4.5% osservata s’issa. Min-naħa l-oħra, fil-bqija tal-Ewropa l-inflazzjoni mistennija titla’ għal 12.6% din is-sena u mbagħad tonqos għal 7.5% s-sena d-dieħla. L-inflazzjoni f’pajjiżna fl2023 mistennija tonqos għal 2.8%. Mingħajr dubju, l-istabbiltà fil-prezzijiet hi fost il-fatturi ewlenin għaliex l-IMF qed ibassar tkabbir medju ta’ kważi 5% għal pajjiżna din is-sena u anke s-sena d-dieħla. Fiż-Żona Ewro t-tkabbir hu mbassar għal ftit aktar minn 2.5% jew nofs dak ta’ pajjiżna. Anke fejn tidħol ir-rata ta’ qgħad, skont l-aħħar tbassir tagħhom talWorld Economic Outlook, l-esperti tal-IMF jaraw lil Malta tnaqqas ilqgħad għal 3.5%, li terġa’ hu 3% inqas mill-medja taż-Żona Ewro.
08
24.04.2022
MINIMU STORIKU ĠDID TA’ QGĦAD
S&P TAGĦTI ĊERTIFIKAT POŻITTIV LILL-ENEMALTA Filwaqt li madwar id-dinja kumpaniji li jfornu l-enerġija qed jiffaċċjaw futur inċert, l-aġenzija ta’ kreditu S&P Global Ratings ħabbret outlook pożittiv lill-Enemalta, waqt li kkonfermat ir-rating “B+” tal-kumpanija. Dan kollu wkoll seħħ minkejja żieda qawwija fil-prezz tal-elettriku mixtri mill-interconnector, fil-pagamenti dovuti għal emissjonijiet tal-karbonju u fil-prezz internazzjonali tal-gass. Min-naħa l-oħra, fost il-fatturi li għamlu tajjeb għal dawn l-iżviluppi, hemm il-fatt li l-Gvern Malti ggarantixxa għajnuna qawwija ħalli l-kontijiet tad-dawl jibqgħu stabbli għall-familji u n-negozji. Bil-maqlub, madwar l-Ewropa kollha, hemm żidiet esaġerati li qed iwasslu għal tbatija kbira u diffikultajiet sinifikanti għall-familji kif ukoll għan-negozji. Fi kliem S&P Global Ratings “appoġġ kontinwu finanzjarju neħħa l-pressjoni immedjata ta’ likwidità”, filwaqt li tejjeb il-profittabilità. Jekk dan is-sostenn ikompli, l-esperti internazzjonali sostnew li hemm possibilità li r-rating tal-Enemalta jiġi saħansitra mtejjeb fiż-żmien li ġej.
Ir-rapport tal-esperti jinnota kif il-prezz tal-elettriku mixtri mill-interconnector tela’ minn €58 kull mWh fl-2020 għal €148 kull mWh fl-2021. Dan ifisser li kieku, kif ipproponiet l-Oppożizzjoni Nazzjo nalista, il-Gvern mar għal dipendenza unika fuq l-interconnector, allura l-prezz tad-dawl kien kważi jittripla għall-konsumatur Malti u Għawdxi.
Kieku l-pajjiż kien jiddependi unikament fuq l-interconnector, allura l-prezz tad-dawl kien kważi jittripla għall-konsumatur Malti u Għawdxi, minbarra li ħsarat fih kienu jiżolawna Minbarra hekk, kieku, il-pajjiż kien ukoll jispiċċa iżolat kompletament kull darba li jkun hemm il-ħsarat fl-interconnector, kif ġara għal diversi ġimgħat fl-aħħar tal2019 meta ankra ta’ vapur ikkawżat
ħsarat kbar fih f’qiegħ il-baħar. Skont S&P Global Ratings, l-Enemalta xorta m’għamlitx telf fl-2021 minkejja ż-żieda enormi fl-ispejjeż. Ta’ min ifakkar li fl-2012 l-Enemalta kienet għamlet telf ta’ €60 miljun u kienet viċin li tfalli hi u magħha tfalli l-pajjiż minħabba dak dovut lill-banek lokali. Dak iż-żmien il-Ministru respon sabbli Tonio Fenech kien spiċċa saħansitra jiddikjara fil-pubbliku li kien lest ibigħha għal mhux iżjed minn €1 jekk isib min jeħodha kif kienet. Dakinhar Gvern Nazzjonalista kulma kien kapaċi joffri lill-Enemalta kienet għajnuna ta’ €25 miljun. Bil-maqlub, illum il-Gvern għadda €200 miljun f’għajnuna jew kważi għaxar darbiet aktar. L-esperti internazzjonali ta’ S&P ikompli jsostnu li l-Enemalta issa se tiġġenera cashflow pożittiva ta’ madwar €32 miljun din is-sena u tkompli tiġġenera likwidità għal madwar tliet snin oħra, grazzi għall-għajnuna tal-Gvern. Dan stabbilizza lill-kumpanija u jikkonferma li l-Gvern se jkun it-tarka kontra bidliet fil-prezzijiet internazzjonali, eżatt kif wiegħed fl-aħħar xhur.
F’Marzu li għadda l-ammont ta’ persuni jirreġistraw għall-impjieg laħaq minimu storiku ġdid. Dan meta kien hemm biss 1,008 persuni fuq ir-reġistru tal-Jobsplus. Dan ifisser tnaqqis ta’ 1,379 persuna meta mqabbel mal-istess xahar sena qabel. Meta Dr Robert Abela sar Prim Ministru, f’Jannar 2020, dawk jirreġistraw kienu 1,691, jiġifieri dawk ifittxu impjieg naqsu b’40% minkejja l-pandemija. Minbarra hekk, għalkemm it-tbassir li kien sar meta faqqgħet il-pandemija kien li se jkun hawn aktar minn 50,000 persuna bla xogħol, l-aktar li l-qgħad żdied kien f’Mejju tal-2020 meta l-ammont ta’ nies jirreġistraw kien tela’ għal 4,409. Dan b’kuntrast għal kważi 8,000 li kienu jirreġistraw fl-eqqel tal-kriżi ekonomika li seħħet fl-2008.
PERJODU Snin 60 Snin 70 Snin 80 Snin 90 2000-2007 2008-2012 2013-2019 2020-2022
MINIMU INKISEB 3,620 Ott ’69 2,930 Aww ’79 2,980 Ġun ’80 4,220 Mej ’91 6,172 Diċ ’07 5,861 Ġun ’08 1,616 Ġun ’19 1,008 Mar ’22
Minn Ġunju 2020 ’il quddiem kull ġurnata f’pajjiżna kellna ħames persuni li sabu impjieg, l-aktar tnaqqis rapidu fil-qgħad fl-istorja. Biex pajjiżna reġġa’ lura ż-żieda fil-qgħad li kienet seħħet wara r-riċessjoni tal-2008 kien dam 72 xahar, jew ħames darbiet aktar fit-tul. Is-suċċess tat-tmexxija ekonomika ta’ Dr Robert Abela joħroġ ukoll millfatt li qatt qabel fl-istorja ta’ pajjiżna l-qgħad ma kien daqshekk baxx. Dan anke meta qabel pajjiżna kellu popolazzjoni ferm iżgħar milli għandu llum. Ta’ min ifakkar, pereżempju, li l-Gvern ta’ Dr Lawrence Gonzi kien ħalla warajh 7,350 persuna fuq ir-reġistru, jew kważi seba’ darbiet u nofs aktar nies bla impjieg. Imma anke jekk wieħed imur lura għal żmien il-Perit Mintoff, dakinhar il-qgħad kien kważi tliet darbiet dak preżenti. Biex wieħed jifhem kemm il-Gvern ta’ Dr Abela kellu suċċess fil-ġlieda kontra l-qgħad biżżejjed iħares lejn tliet aspetti partikolari: l-ammont ta’ dawk taħt it-30 sena jfittxu impjieg f’Marzu 2022 kien 276 biss, seba’ darbiet inqas minn Marzu 2013; l-ammont ta’ Għawdxin jirreġistraw illum hu ta’ 115 biss kontra 742 disa’ snin qabel; dawk li ilhom qiegħda aktar minn sena jammontaw għal 279 biss, waqt li f’Marzu 2013 kienu kważi 2,800, għaxar darbiet aktar. Issa l-istennija hi għal meta l-qgħad jaqa’ għall-ewwel darba fl-istorja taħt il-livell ta’ 1,000 persuna.
09
24.04.2022
L-AKBAR ŻIEDA FIR-RATA TAL-IMPJIEGI LOKALI Artiklu ppubblikat mill-Eurostat jinnota li f’Malta seħħet l-akbar żieda fost l-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea fir-rata tal-impjiegi bejn it-tielet u r-raba’ kwart tal-2021. Fil-fatt, fl-aħħar kwart tas-sena l-oħra, ir-rata ta’ impjiegi f’Malta żdiedet b’1.8 punti perċentwali. Din kienet 3.6 darbiet iż-żieda osservata bħala medja fl-UE. Kien hemm sitt pajjiżi tal-UE fejn ir-rata ta’ impjiegi baqgħet stabbli jew saħansitra waqgħet. Skont il-Eurostat, 80.4% tal-popolazzjoni Maltija ta’ bejn l-20 u l-64 sena kienu f’impjieg fl-aħħar kwart tal-2021, iżjed minn 6% aktar mill-medja tal-UE ta’ 74%. Dan hu riżultat spettakolari meta wieħed jiftakar li, sal-2013, Malta kellha defiċit fir-rata ta’ impjiegi tagħha ta’ madwar 5% meta mqabbla mal-UE, tant li pajjiżna dakinhar kien jiġi kkritikat li għandu rata
ta’ impjiegi relattivament baxxa. Issa Malta għandha l-ħames l-ogħla rata ta’ impjiegi fl-UE u t-tielet l-ogħla fiż-Żona Ewro. Storikament Malta kellha rata ta’ impjiegi fost in-nisa li kienet sostanzjalment inqas minn dik fil-bqija tal-Ewropa, tant li sa ftit ilu kellna l-inqas rata fiż-Żona Ewro f’dan ir-rigward. B’kuntrast, skont il-Eurostat, għal dawn l-aħħar sentejn Malta qabżet il-medja tal-UE f’termini ta’ impjiegi fost in-nisa. Fl-aħħar kwart tal-2021, ġiet osservata rata rekord ta’ 72.4%, li hi kważi 4% aktar mill-medja tal-UE. Filfatt, il-Eurostat irrimarkat li madwar l-Ewropa d-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi tjiebet l-aktar f’Malta. Dan għaliex fl-aħħar kwart tas-sena li għaddiet kien hemm żieda fl-impjiegi ta’ 3.4% fir-rata tan-nisa kontra titjib ta’ 0.4% fost l-irġiel.
Bejn it-tielet u r-raba’ kwart tal-2021, ir-rata talqgħad f’Malta naqset b’madwar 0.9%, li kienet aktar mid-doppju tat-titjib osservat fil-bqija tal-Unjoni. Bi 3.2%, ir-rata tal-qgħad f’Malta kienet l-aktar baxxa fiż-Żona Ewro u t-tielet l-aktar baxxa fl-UE, wara l-Polonja u r-Repubblika Ċeka. Meta wieħed iħares lejn miżura usa’ ta’ inattività, magħrufa bħala “labour market slack”, li tqis ukoll persuni li qed jaħdmu sigħat imnaqqsin minħabba li l-kumpaniji tagħhom ma jifilħux joffru sigħat fulltime, il-pożizzjoni ta’ Malta hi saħansitra ferm aktar b’saħħitha. Ir-rata ta’ “labour market slack” f’Malta hi ta’ 3.8%, kontra t-12.3% fil-bqija tal-UE jew aktar minn tliet darbiet aħjar. Abbażi ta’ dan l-indikatur, Malta għandha t-tieni l-aktar attività b’saħħitha fissuq tax-xogħol fl-UE, ftit biss wara r-Repubblika Ċeka.
IT-TITJIRIET LEJN MALTA F’MARZU JLAĦĦQU 81% TAL-LIVELL FL-2019 Statistika ppubblikata mill-Eurostat tindika li f’Marzu li għadda l-interess lejn pajjiżna fejn jidħlu titjiriet laħaq l-aqwa livell mindu bdiet il-pandemija. Dan meta l-ammont ta’ titjiriet li saru kienu 81% ta’ dawk li kienu saru fl-istess xahar fl-2019. Waqt li fi Frar li għadda l-ammont ta’ titjiriet kien 63% biss tal-livell tal-2019, ix-xahar ta’ wara saħansitra kien aqwa minn dak osservat fix-xahar rekord preċedenti li kien Diċembru li għadda. Dakinhar it-titjiriet kienu laħqu d-79% tar-rata li kien hemm fl-2019. Dan kien jirrifletti l-irkupru qawwi li kien seħħ minn Lulju ’l quddiem, anke jekk l-impatt tal-varjant Omicron kien tali li f’Jannar it-titjiriet kienu naqsu għal 59% biss. L-ammont ta’ titjiriet lejn Malta f’Marzu li għadda kien tliet darbiet u nofs dak li kien hemm fl-istess xahar sena qabel. B’mod differenti, madwar l-Ewropa t-titji riet f’Marzu 2022 kienu darbtejn u nofs dak li kienu sena qabel. Anke meta wieħed iqabbel mal-2019 hu ċar li f’Malta l-irkupru hu ferm aktar qawwi milli kien fil-bqija tal-Unjoni Ewropea. Dan ma kienx il-każ f’xhur oħrajn. L-inqas ammont ta’ titjiriet li qatt kellu pajjiżna tul il-pandemija tal-COVID-19 kien f’April tal-2020 meta kienu saru biss 379 titjira, jew 8% tal-livell ta’ qabel il-pandemija. Din kienet daqqa akbar milli kien hemm fil-bqija tal-Ewropa. Minkejja dan, issa Malta qed ikollha rkupru ferm aktar mgħaġġel tant li huma biss seba’ pajjiżi fiż-Żona Ewro li għandhom rata ta’ rkupru fit-titjiriet akbar minn dik ta’ pajjiżna. Ta’ min jinnota li fil-każ ta’ pajjiżna, minbarra li t-turiżmu għadu taħt il-livell tal-2019, hemm ukoll żewġ fatturi importanti. Fil-fatt jidher li l-Maltin u l-Għawdxin għadhom ma bdewx isiefru bl-istess rata li kienu qabel, filwaqt li ħafna mill-vjaġġi għal skopijiet ta’ xogħol u negozju għadhom ma bdewx lanqas, għax ħafna laqgħat qed isiru b’mod virtwali. Sadanittant, fix-xhur li ġejjin mistenni li jkompli jirkupra s-settur tal-avjazzjoni hekk kif hu mbassar sajf tajjeb għas-settur turistiku.
Mar ’19
Mar ’20
Mar ’21
Mar ’22
TITJIRIET LEJN MALTA (numru)
3,750
2,019
866
3,026
TITJIRIET LEJN MALTA (persentaġġ tal-2019)
100%
54%
23%
81%
TITJIRIET LEJN L-UE (persentaġġ tal-2019)
100%
56%
29%
73%
10
24.04.2022
ESPERTI BARRANIN OTTIMISTI “L-AĦJAR DWAR IT-TURIŻMU F’PAJJIŻNA PERJODU” GĦAWDXI
Postijiet ta’ akkomodazzjoni jirreġistraw okkupanza sa 90% fil-ġimgħa tal-Għid
Farrugia mill-ITS tenna kif kollox qed juri li hemm futur sabiħ ħafna għall-qasam turistiku f’pajjiżna, anke wara li tgħaddi l-pandemija tal-COVID-19. “Ir-riċerka tidher ukoll li qed tindika prospetti sbieħ ħafna għat-turiżmu, speċjalment għall-kwalità u dak li jirrigwarda lill-konsumatur. Is-sodisfazzjon tal-konsumatur biex kemm jista’ jkun jerġa’ jiġi lura, iżur Malta, u jxerred il-kelma li pajjiżna hu destinazzjoni im-
portanti u interessanti biex dak li jkun jiġi hawnhekk u jieħu prodott mill-aktar sodisfaċenti,” qal Farrugia. Circle International ta’ kull sena tiġbor flimkien, f’pajjiżi differenti, professuri u letturi minn universitajiet diffe renti biex jiddiskutu u jippreżentaw riċerki varji. It-tema ewlenija fis-Circle Conferen ce f’Malta kienet dwar it-turiżmu u l-effetti tal-pandemija fuq is-settur.
Ritratt: PIERRE SAMMUT/DOI
L-esperti turistiċi barranin, il-Ġermaniż Hans Rudiger Kaufmann u Sinisa Dukic mill-Bożnija-Ħerzegovina, jemmnu li Malta u Għawdex għandhom il-kwalita jiet kollha biex jibqgħu jiksbu s-suċċessi u r-riżultati tajbin ferm fil-qasam turistiku. Iż-żewġ professjonisti kienu f’pajjiżna biex jattendu għat-18-il edizzjoni tal-avveniment internazzjonali Circle Conference, li din is-sena kien qed jiġi organizzat għall-ewwel darba fostna b’kollaborazzjoni mal-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS). F’kummenti ma’ ONE News din ilġimgħa, Kaufmann, li hu Professur f’għadd ta’ universitajiet prominenti fil-Ġermanja u Ċipru, qal kif baqa’ impressjonat bil-mod kif Malta tiċċeleb ra t-tradizzjonijiet tagħha, bħall-Għid, u saħaq li dan kollu jgħin bil-kbir biex ikompli jissaħħaħ it-turiżmu. “Ħadt l-opportunità biex intawwal il-waqfa tiegħu f’Malta u niċċelebra l-vaganzi tal-Għid. Kont impressjonat biċ-ċelebrazzjonijiet u l-ammont enormi ta’ wirt li għandkom f’pajjiżkkom, li hu kundizzjoni meraviljuża għal turiżmu ta’ suċċess,” saħaq il-Professur. Fuq l-istess vena, Dukic, li hu riċerkatur fl-industrija turistika fil-Bożnija-Ħerzegovina, innota wkoll il-wirt kulturali sinjur li għandu pajjiżna u spjega kif Malta, anke permezz ta’ investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni, tista’ tkun fuq nett tal-lista tal-aqwa żoni turistiċi fl-Ewropa. Dukic stqarr: “Malta għandha dak kollu li teħtieġ u hi post mill-isbaħ għall-vaganzi, inklużi l-Belt Valletta u l-postijiet l-oħrajn. Aħna bħala riċerkaturi u professuri nistgħu nagħtu l-pariri tagħna lilkom dwar kif ir-riċerka u l-innovazzjoni fit-turiżmu jistgħu jgħinu lil Malta tkompli tikber u ssir l-attrazzjoni turistika ewlenija fl-Ewropa kollha.” Dwar riċerka li saret minn bosta professjonisti u li ġiet diskussa fil-konferenza Circle Conference, il-Professur Glen
31 restorant lokali ġew rikonoxxuti mill-Michelin Guide li kull sena tagħraf u tippremja l-kwalità u l-ħiliet kulinari ta’ wħud mill-aqwa restoranti fid-dinja. Din is-sena spikkaw il-ħames restoranti li kisbu t-titlu prestiġjuż ta’ One-MICHELIN Star Status li huma Under Grain, Noni, ION-The Harbour, De Mondion u Bahia, kif ukoll dawk fil-kategorija Bib Gourmand li huma Grain Street, Terrone, Rubino u Commando. Il-preżentazzjoni tal-premjijiet saret mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo u ċ-Ċermen tal-MTA Gavin Gulia.
L-andament turistiku f’Għawdex filjiem tal-Għid kien pożittiv ferm u anke l-aħjar għall-gżira mindu faqggħet il-pandemija sentejn ilu, skont l-Assoċjazzjoni Għawdxija għatTuriżmu (GTA). F’kummenti ma’ ONE News, il-Kap Eżekuttiv tal-GTA Joseph Muscat ta ċifri inkoraġġanti dwar l-okkupanza li kien hemm fil-postijiet varji ta’ akkomodazzjoni f’Għawdex. “Fil-ġimgħa tal-Għid l-andament turistiku f’Għawdex kien forsi l-aħjar f’dawn l-aħħar snin illi ilna għaddejjin bil-pandemija, fejn l-okkupanza fl-akkomodazzjoni f’Għawdex kienet qed tvarja minn 85% għal 90%,” saħaq Muscat. Hu kompla jgħid kif s’issa għadhom ma ntlaħqux il-livelli turistiċi għoljin ferm ta’ qabel il-pandemija, partikolarment tal-2019, iżda kollox juri li issa l-qasam turistiku f’Għawdex miexi ’l quddiem u fid-direzzjoni t-tajba.
L-indikazzjonijiet li għandna huma li mistenni influss ta’ turisti barranin u Maltin fis-sajf li ġej Mistoqsi dwar kif bħala assoċjazzjoni turistika qed iħarsu lejn l-istaġun tas-sajf, Muscat qal li l-indikazzjonijiet huma pożittivi u li Għawdex mistenni jerġa’ jara influss ta’ turisti, barranin u Maltin, li jaqsmu l-fliegu biex jitpaxxew bis-sbuħija li toffri l-gżira tat-tliet għoljiet. “L-indikazzjonijiet li għandna huma li s-sajf jidher li se jkun perjodu movimentat ħafna, fejn qed ikollna ħafna talbiet li huma inkoraġġanti ħafna.” Hu qal li l-istabbilimenti tal-akko modazzjoni b’mod speċjali qed iwasslu rapporti lill-Assoċjazzjoni li jidher li se jkun sajf li jkun qabad it-triq ta’ rkupru tas-settur turistiku fil-gżira Għawdxija wara sentejn ta’ pandemija.
24.04.2022
11 L-AĦBAR MAL-EWWEL
TIĠDID MAĠĠURI FIL-BYPASS L-ANTIKA TA’ WIED IL-GĦAJN Se jkunu qed jinħolqu kemm korsija għar-roti kif ukoll bankini tul ir-rotta bejn il-lokalitajiet ta’ Ħaż-Żabbar u Marsaskala Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid Triq Wied il-Għajn u Triq Ħaż-Żabbar biex tintroduċi bankini u korsija għar-roti f’żewġ direzzjonijiet miksija bl-asfalt, li se testendi għal aktar minn kilometru tul iż-żewġ toroq biex toħloq konnessjoni aktar sigura u effiċjenti għall-ivvjaġġar b’mezzi alternattivi bejn iż-żewġ lokalitajiet. Iż-żewġ toroq eżistenti, magħrufin bħala l-Bypass l-antika ta’ Wied il-Għajn, bħalissa m’għandhomx faċilitajiet adekwati għal dawk li jivvjaġġaw bil-mixi, bit-trasport pubbliku jew bir-rota. Bil-proġett ta’ madwar €3.6 miljun se jinbnew mill-ġdid il-karreġġjati taż-żewġ toroq, li se jibqgħu b’żewġ korsiji imma se jkunu disinjati mill-ġdid f’inqas spazju, u b’allinjament aktar sigur. Dan id-disinn se jiftaħ l-ispazju meħtieġ għal bankini ġodda, korsija għar-roti maqtugħa mit-triq u waqfiet aktar siguri għall-karozzi tal-linja. Is-siġar kbar li hemm fuq ġenb ta’ Triq Wied il-Għajn se jinżammu fejn huma u jiġu inkorporati f’konok ġodda bil-ħamrija msebbħa b’aktar siġar u pjanti. Il-proġett jinkludi wkoll tisħiħ tas-sistemi għad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin taħt iż-żewġ toroq. Uħud minn dawn ix-xogħlijiet diġà tlestew mill-entitajiet rispettivi s-sajf li għadda. Infrastructure Malta ser tagħmel
ukoll spralli ġodda għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita u se tinstalla sistemi biex idawlu l-karreġġjata tal-karozzi, tal-bankini u tal-korsiji għar-roti. Fejn meħtieġ, se jinbnew ukoll ħitan ġodda malġnub tat-triq. Minn għada t-triq tingħalaq f’direzzjoni waħda, lejn Wied il-Għajn, sabiex ix-xogħlijiet tal-bini mill-ġdid tat-triq ikunu jistgħu jsiru b’mod sigur. Il-proġett huwa ppjanat li jkun lest fi żmien sena.
12
24.04.2022
DJALOGU SOĊJALI B’SAĦĦTU
ANDY ELLUL
Segretarju Parlamentari u Whip għall-Gvern
Id-djalogu soċjali huwa l-proċess li matulu tlaqqa’ msieħba soċjali madwar mejda sabiex tiddiskuti u tħabbat l-ideat differenti bil-għan li ssib l-aħjar soluzzjoni u ftehim dwar politika u attivitajiet oħra. Il-Prim Ministru Robert Abela għoġbu jafdali dan id-dekasteru fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu. Irwol li nemmen li huwa wieħed vitali, partikolar-
ment f’dan il-perjodu sensittiv mhux biss fuq livell lokali iżda wkoll internazzjonali. L-aħħar xhur u snin li bla dubju ta’ xejn ma kinux faċli minħabba l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq issaħħa tagħna, il-ħajja ta’ kuljum, u l-ekonomija u issa t-tensjoni li nħolqot minħabba l-invażjoni fl-Ukrajna. Minħabba li aħna m’aħniex f’bozza, dan kollu b’xi mod jew ieħor ikollu l-impatt tiegħu fuq ilħajja ta’ kuljum tal-ħaddiema, ta’ min iħaddem u anke tan-negozji. Waqt il-pandemija talCOVID-19 rajna kif għal darba wara oħra, il-Gvern ħa ħsieb li jipproteġi kemm lin-negozji tagħna, imma wkoll l-għajxien tal-ħaddiema u l-familji tagħhom, skont dak li kienu jirrikjedu ċ-ċirkostanzi. Dan hu eżempju ċar ta’ x’jista’ jsarraf djalogu soċjali b’saħħtu. Fl-ewwel jiem tiegħi bħala Segretarju Parlamentari bdejt mill-ewwel bil-kuntatt ma’
msieħba differenti biex nifhem aħjar l-isfidi li, huma, lil min jirrappreżentaw kif ukoll is-setturi differenti, jaffaċċjaw. U hekk beħsiebni nibqa’ nagħmel. Dan għaliex irridu nisimgħu, filwaqt li jkollna direzzjoni ta’ djalogu miftuħ u kontinwu, inkluż fl-isferi stabbiliti bħall-MCESD. Irrid nara li nkomplu nsaħħu l-opportunitajiet għad-djalogu soċjali għax b’hekk biss nistgħu nifhmu aħjar il-prijoritajiet u t-tħassib, u nkunu fiċ-ċans li b’mod kollettiv insibu s-soluzzjonijiet għal dawn l-isfidi, biex flimkien indawruhom f’opportunitajiet. Apparti minn hekk, fl-ewwel ġimgħa tiegħi bħala Segretarju Parlamentari, kelli ċ-ċans li nirrappreżenta lill-Gvern Malti fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Unjoni Ewropea fi Strasburgu. Permezz ta’ din l-istess konferenza, liema proċess issa qed joqrob lejn it-tmiem tiegħu, iċ-ċittadini Ewropej kellhom iċ-ċans li jissottomettu l-ideat tagħhom dwar x’di-
mensjoni jridu jagħtu lill-futur ta’ din l-istess Unjoni li fiha tiġbor 27 Stat Membru. L-Istati Membri, kollha kemm huma għandhom ir-realtajiet tagħhom. Kien għalhekk li fil-Working Group li segwejt, tal-migrazzjoni, sħaqt li r-realtà ġeografika ta’ pajjiżna, tibqa’ tkun riflessa fid-diskussjoni sabiex il-proposti li effettivament se jitressqu ’l quddiem għall-kunsiderazzjoni tal-Istituzzjonijiet Ewropej ikunu sensittivi għar-realtajiet ta’ kull Stat Membru. Apparti dan il-grupp ta’ ħidma, kelli ċ-ċans ukoll li niltaqa’ ma’ rappreżentanti ta’ setturi u strutturi differenti. Ħadt gost fost l-oħrajn niltaqa’ ma’ Membri tal-Parlament Ewropew Soċjalisti, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u rappreżentanti ta’ min iħaddem, fejn magħhom tkellimt fuq suġġetti varji u qsamt bi kburija l-esperjenza ta’ Malta fl-iżviluppi li għamilna tul dawn l-aħħar snin, fi sferi differenti. Issa
nħares ’il quddiem biex dan ilproċess ikun konkluż. It-triq ’il quddiem se tkun li nkompli niltaqa’ fuq livell nazzjonali ma’ aktar rappreżentanti u stakeholders sabiex inkompli nifhem il-ħsibijiet tagħhom. Fl-esperjenza professjonali tiegħi dejjem hekk ħdimt, u hekk beħsiebni nkompli nagħmel f’din il-missjoni li ġejt fdat biha. Dan apparti l-ħidma parlamentari li rridu nagħmlu biex nassiguraw li nibdew nimplimentaw leġiżlazzjoni li tkompli ttejjeb il-ħajja tan-nies. Il-Partit Laburista huwa xxurtjat li għandu Grupp Parlamentari b’saħħtu b’rappreżentanza minn sferi differenti tas-soċjetà Maltija u Għawdxija. Bħala Whip talGrupp Parlamentari Laburista, qed inħares ’il quddiem biex nibda naħdem mat-tim dinamiku Laburista sabiex nimplimentaw il-programm elettorali u nkunu nistgħu nilleġiżlaw fl-aħjar interess tal-Maltin kollha.
RITORN LEJN IĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET
JOSIANNE CUTAJAR Membru Parlamentari Ewropew
Żgur li nista’ nitkellem f’isem il-maġġoranza tal-Maltin u l-Għawdxin meta ngħid li lkoll ħadna gost li erġajna bdejna niċċelebraw l-attivitajiet relatati mal-Għid il-ġimgħa li għaddiet. Kienu sentejn diffiċli għal kulħadd mhux biss mill-aspett ekonomiku imma anke minn lenti soċjali u kulturali, fejn ilkoll ħassejna n-nuqqas tal-ħajja li konna ngawdu qabel. Dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-festi u t-tradizzjonijiet ħassewha mhux ftit. Kienet xi ħaġa sabiħa ferm li stajna nerġgħu naraw il-ħruġ tal-purċissjonijiet u l-ġirja assoċjata mal-Irxoxt
nhar il-Ħadd li għadda. Sfortunatament, il-maġ ġoranza tal-attivitajiet talĠimgħa l-Kbira kellhom jitħassru minħabba l-maltemp li ħakem lill-Gżejjer Maltin. Minkejja dan, it-temp ippermetta sabiex l-attivitajiet tal-Ħadd setgħu jsiru b’mod normali, apparti ammont ta’ wirjiet madwar Malta u Għawdex li kelli l-opportunità nżur. Kif l-attivitajiet tal-Festi Mqaddsa kienu mistennija, daqstant ieħor issa ninsabu ħerqana sabiex niċċelebraw il-jum speċjali ddedikat lill-ħaddiema kollha fl-1 ta’ Mejju. Aħna li nimmilitaw fil-Partit Laburista, nifhmu sew is-sinifikat li din il-festa għandha għalina, speċjalment għal dawk bħali li ġejjin minn familja tal-ħaddiem. Għeruq soċjalisti li jixprunaw fina l-valuri ta’ ruħ soċjali u l-ġid komuni mqassam bejn kulħadd. Din li tfisser għalina l-festa tal-1 ta’ Mejju. Li nfakkru u niċċelebraw bis-sħiħ il-kisbiet li għamilna flimkien sabiex bħala pajjiż bqajna nkunu ta’ sostenn għall-ħaddiema tagħna anke fi żminijiet mhux daqshekk faċli u li nħarsu ’l quddiem biex nindirizzaw sfidi u realtajiet oħra li
jiżviluppaw. Ninsab kburija li nagħmel parti minn Partit li għandu għal qalbu ż-żgħir u l-vulnerabbli, Partit li hu viċin in-nies u li hu ta’ spalla għall-ħaddiema tagħna. Min jaħdem u min iħaddem, familji, anzjani, żgħażagħ, studenti, għalliema, artisti u frontliners, irridu nkomplu noħolqu l-opportunitajiet sabiex ilkoll inkomplu nibnu futur sabiħ. Għaliex hu grazzi għall-Partit Laburista fil-Gvern, li matul żminijiet straordinarji bħal dawn, bqajna ngħinu lin-negozji u lill-ħaddiema tagħna, bl-ekonomija ta’ pajjiżna tibqa’ għaddejja b’ritmu b’saħħtu. Flimkien urejna kif bil-għaqal u bir-rieda tajba ta’ kulħadd nafu negħlbu sfidi iebsa. Determinati li nkomplu nħallu impatt pożittiv fl-iżvilupp ta’ pajjiżna u fil-kwalità tal-ħajja tal-poplu tagħna. Kollha għandna sehem x’nagħtu f’dan. L-investiment qawwi li rajna fl-aħħar snin ħoloq opportunitajiet ta’ xogħol għal kulħadd. Ħidma li taħseb f’kulħadd, valur li dejjem kien fiċ-ċentru tal-politika tal-Partit Laburista li matul is-snin dejjem issielet sabiex
kulħadd jingħata l-istess opportunitajiet, sabiex kulħadd ikollu dritt għall-edukazzjoni b’xejn u kulħadd jingħata d-dritt li jaħdem. Partit li grazzi għall-fiduċja li ngħata biex ikun fil-Gvern seta’ jwettaq tant u tant miżuri biex ħeġġiġna eluf ta’ nies jidħlu fis-suq tax-xogħol. Dan nistgħu ngħiduh b’wiċċna minn quddiem għaliex għandna l-anqas rata ta’ qgħad fl-istorja, anke meta kkumparat mal-pajjiżi membri stati fl-UE. U dan ma ġiex b’kumbinazzjoni. Dan il-Gvern qed jara li jippremja l-bżulija b’inċentivi diversi li qed iħallu aktar flus fil-bwiet tal-familji Għawdxin u Maltin. U issa qed inħarsu ’l quddiem hekk kif pajjiżna qed jerġa’ jiftaħ il-bibien għall-attivitajiet li konna mdorrijin bihom. Hawnhekk ma nistax ma nsemmix l-istaġun tal-festi. Dan is-sajf ser ikunu qegħdin jiġu ċċelebrati tant u tant festi f’Malta u Għawdex: festi li bħall-Għid il-Kbir, kellhom jiġu posposti fl-aħħar sentejn minħabba l-pandemija. B’antiċipazzjoni kbira, se nkunu qed nistennew li dawn il-festi nerġgħu nibdew niċċelebrawhom flimkien u nkom-
plu ngawdu t-tradizzjonijiet tagħna stess. Madanakollu, mhumiex dawk biss li għandhom għal qalbhom il-festi li ser ikunu qed jistennew dawn l-avvenimenti, imma wkoll dawk kollha li jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum mill-attività ekonomika li l-festi stess iġibu magħhom. Ma kinitx faċli li din l-attività ekonomika kellha titwaqqaf ħesrem sabiex tiġi salvagwardjata s-saħħa. L-interess li nieħdu ħsieb saħħitna kellu jkun. Madanakollu, issa wasal iż-żmien li naraw li l-ħidma u s-sagrifiċċju tal-aħħar sentejn iħallu l-frott tagħhom. Naturalment, sfidi dejjem ser jibqa’ jkun hemm, mhux anqas minħabba l-gwerra fl-Ukrajna u l-impatti tal-pandemija fuq il-ktajjen tal-provvistà u ż-żieda fil-prezzijiet anke ta’ diversi importazzjonijiet. Iżda, bħalma dejjem għamilna, m’għandna qatt naqtgħu qalbna. Konna minn ta’ quddiem bħala pajjiż globalment fil-mod kif indirizzajna l-pandemija b’mod għaqli. Daqstant ieħor irridu nkomplu nkunu katalisti fi sfidi oħra li naffaċċjaw minn żmien għal żmien. Il-Ħadd it-tajjeb lilkom!
13
24.04.2022
IN-NORMALITÀ: RISPETT U LIBERTÀ!
MALCOLM PAUL AGIUS GALEA
Membru Parlamentari
Kemm hu sabiħ li f’dawn l-aħħar ġimgħat qed naraw, b’mod tanġibbli ħafna iktar minn qabel, ir-ritorn tal-ħajja soċjali tagħna l-Maltin! Iva, rajna kampanja elettorali li kienet xi ftit jew wisq differenti mis-soltu; però din il-kampanja tatna wkoll l-ewwel togħma tal-ħajja soċjali wara l-pandemija. Komplew jikkonfermaw
ir-ritorn lejn l-hekk imsejħa normalità l-festi tal-Ġimgħa l-Kbira (minkejja li dawn kienu sostanzjalment imħassrin minħabba t-temp li ma ppermettiex dak kollu li kien pjanat) u l-Irxoxt. Din il-ġimgħa, rajna l-avvenimenti sbieħ ta’ żewġ festivals ta’ arti u kultura: il-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar u Mużika Mużika. Żgur li dawn servew ta’ nifs għall-artisti kollha li tul dawn l-aħħar sentejn kienu mċaħħdin milli juru l-ħidma tagħhom b’mod pubbliku. Qed inħarsu ’l quddiem lejn rebbiegħa u sajf mill-isbaħ. Ir-ritorn lejn in-normalità żgur li kien mistenni minn ħafna. Inżid, bħala tabib, li għandna bżonn ta’ normalità, anke jekk xi ftit jew wisq mibdula għax dak li għaddejna minnu ma nistgħux inneħħuh mill-memorja tagħna. Il-każijiet ta’ ansjetà u problemi psikoloġiċi bħala riżultat
ta’ nuqqas ta’ soċjalizzazzjoni ma kinux ftit; biex ma nsemmux iż-żieda fil-każijiet ta’ vjolenza domestika kif ukoll suwiċidji. Nixtieq, però, immiss punt mhux daqshekk ovvju. Għal persentaġġ ta’ individwi, huwa proprju r-ritorn lejn in-normalità nnifsu li qed joħloq ansjetà soċjali, anke f’uħud li qatt ma esperjenzaw din il-problema qabel. Ansjetà soċjali tista’ tirriżulta minn skumdità u ħsibijiet negattivi meta wieħed ikun iffaċċjat b’sitwazzjoni soċjali. Fejn il-maġġoranza huma ħerqana li jerġgħu jattendu attivitajiet soċjali bħalma huma festi, tiġijiet u attivitajiet kulturali, hemm numru ta’ individwi li l-ħsieb biss ta’ dan inissel fihom ansjetà u inċertezza. Hawn nixtieq nisħaq fuq ir-rispett. Ħadd ma għandu jimponi fuq ħaddieħor dak li jaħseb hu. Filwaqt li mex-
jin lejn inqas u inqas miżuri, ikun jista’ jgawdi dak li ħdimhuwa importanti li nibqgħu na għalih flimkien bħala popnirrispettaw opinjonijiet li lu. jvarjaw minn tagħna. Jekk hemm min iħossu komdu jibqa’ jilbes maskra, għandna nħalluh fil-libertà li jagħmel dan, daqskemm għandha tkun rispettata opinjoni viċiversa. Mill-banda l-oħra, fejn wieħed iħoss li l-ansjetà tmur oltre minn opinjoni diversa, għandu jħossu komdu li jitkellem ma’ persuni professjonali biex jara hemmx lok ta’ għaIr-ritorn lejn jnuna, mhux neċessarjament farmaċewtika. Nappella biex in-normalità rridu fejn inħossu li għandna niġbdu l-attenzjoni ta’ xi persuna naħdmu għalih, għax nissuspettaw li wieħed mhux biss fuq jista’ ikollu bżonn għajnuna, għandna nagħmlu dan bi il-karta, imma billi skop ġenwin u b’mod sensittiv għall-emozzjonijiet tal-persunwasslu lil kull na. Ir-ritorn lejn in-normalità individwu biex ikun rridu naħdmu għalih, mhux jista’ jgawdi dak li biss fuq il-karta, imma billi ħdimna għalih nwasslu lil kull individwu biex
ward ta’ persuni li jixtiequ jsiru ġenituri. Kap ta’ Partit li minflok ammetta li sa mill-ewwel jiem telaq fuq sieq ħażina, fosthom bit-twaqqif tal-kandidatura ta’ erba’ deputati, prova jattakka lill-Partit Laburista billi jgħid li Robert Abela ma kienx jaf x’inhu jagħmel u se jkun qed ikisser l-ekonomija tal-pajjiż. Dan meta istituzzjonijiet internazzjonali jgħidu kif pajjiżna baqa’ miexi ’l quddiem minkejja ż-żmien diffiċli li għexna lkoll flimkien. Però, l-akbar sens ta’ nuqqas ta’ umiltà seħħ ftit minuti biss wara li kien iddikjarat ir-riżultat elettorali. Bernard Grech minflok qal li hemm bżonn mument ta’ riflessjoni biex jara x’mar ħażin, ħareġ fil-pubbliku jgħid li aktar minn qatt qabel se jkompli jaħdem u jmexxi lill-Partit Nazzjonalista minkejja li kiseb l-agħar riżultat elettorali. Fejn tista’ tmur aktar minn hekk? U allura mhux ta’ b’xejn li meta tara dan it-tip ta’ atteġjament, tasal għal konklużjoni faċli, dik li l-PN qed qed ikompli jogħdos ’l isfel. Dan mhux qed ngħidu jien biss, però
anke kummentaturi ewlenin tal-PN fosthom dwar il-ħatra tax-shadow cabinet il-ġdid, fejn fost oħrajn id-Deputat Karol Aquilina jerġa’ jingħata rwol b’saħħtu ħafna minkejja li n-nies irriġettaw il-politika li hu u sħabu l-Blue Heroes dejjem mexxew ’il quddiem, dik tal-odju. Però, aktar minn hekk, jitkellmu waħedhom ukoll ir-riżenji li minn żmien għal ieħor qed nibqgħu naraw. L-aħħar waħda kienet dik ta’ Alessia Psaila Zammit, Eks Sindku fis-Siġġiewi u r-raġel tagħha Frank Psaila li kien kandidat stilla tal-PN fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li għaddiet. Min-naħa l-oħra għandek Partit Laburista, li l-Mexxej tiegħu jixba’ jħambaq dwar il-bżonn li ma tikbrilniex rasna u li nibqgħu qrib in-nies bil-kwotazzjoni tipika tiegħu tkun: ‘L-aħna hija akbar mill-jiena’. Kif nista’ ma nkunx kburi b’dan il-Partit li minkejja li darba wara oħra qed jibqa’ jġib riżultati storiċi jibqa’ jkun umli lejn l-elettorat u jagħti dan is-sinjal sa mill-ewwel sigħat fit-tmexxija. Jgħidu li l-para-
L-UMILTÀ
RODRICK AZZOPARDI ZERAFA
L-umiltà fil-politika hija element importanti ħafna. Nazzarda ngħid li hija wieħed mill-elementi kruċjali li permezz tagħha tirbaħ il-fiduċja tan-nies. Kważi għadda xahar milljum li l-pubbliku ntalab sabiex jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu u li bih għat-tielet darba konsekuttiva reġa’ ta mandat b’saħħtu ħafna lill-Partit Laburista biex imexxi lil dan il-pajjiż għall-ħames snin li ġejjin. Madanakollu, xorta waħda hemm ħafna messaġġi li l-Partit Laburista u
anke l-Partit Nazzjonalista jridu jixtarru, fosthom it-tnaqqis fl-ammont ta’ nies li għoġobhom joħorġu jivvutaw. Huwa għalhekk li l-ewwel ftit ġimgħat minn wara l-jum tal-elezzjoni għandhom iservu sabiex il-partiti jkunu jistgħu jagħmlu l-evalwazzjonijiet tagħhom, kif anke qed jagħmel il-Partit Laburista billi jiltaqa’ u jitkellem mad-delegati tiegħu. Iżda, primarjament il-Partit Nazzjonalista jrid jagħmel eżami tal-kuxjenza qawwi hekk kif għal darb’oħra reġa’ ġarrab disfatta qawwija. Fil-fehma tiegħi, waħda mir-raġunijiet primarji għal dan ir-riżultat diżastruż għall-Partit Nazzjonalista hija n-nuqqas ta’ umiltà. Nuqqas ta’ umiltà li rajnieha l-aktar mill-Kap tal-Oppożizzjoni nnifsu Bernard Grech. Kap ta’ Partit li jaspira li jkun ilPrim Ministru tal-pajjiż u li fit-tweġibiet tiegħu lill-ġurnalisti nfexx f’attakki u saħansitra pprova jwaqqahom għar-redikolu jew aktar minn hekk joħroġ b’dikjarazzjonijiet insensittivi fir-rig-
guni huma odjużi, iżda fil-fehma tiegħi jridu jsiru. Inħares ’il quddiem biex fil-ġimgħat li ġejjin hekk kif jerġa’ jiftaħ il-Parlament Malti nerġgħu nitilqu bil-ħidma li b’umiltà fdalna l-poplu sabiex inwettqu u li permezz tagħha nibqgħu nġibu l-bidla u nagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies.
L-umiltà fil-politika hija element importanti ħafna. Nazzarda ngħid li hija wieħed mill-elementi kruċjali li permezz tagħha tirbaħ il-fiduċja tan-nies
14
24.04.2022
L-ATTRAZZJON EDUKATTIVA
Il-Valletta Green Festival 2022 għandu l-għan li jqajjem k Il-Valletta Green Festival, l-avveniment annwali sinonimu mar-rebbiegħa fil-Belt Valletta, jirritorna fi tmiem il-ġimgħa bejn nhar il-Ħamis 28 ta’ April u l-Ħadd 1 ta’ Mejju. It-tema għall-edizzjoni ta’ din is-sena hi konformi ma’ dak li l-istess avveniment tal-infjorata annwali jibgħat, jiġifieri l-importanza tal-ispazji pubbliċi, il-protezzjoni tal-abitat naturali u l-effett li dan għandu fuq il-flora u l-fawna tal-gżejjer tagħna. L-attrazzjoni prinċipali tal-festival, l-infjorata, issir fi Pjazza San Ġorġ u se tkun magħmula minn aktar minn 50,000 pjanta, inklużi ħwawar, fid-disinn ta’ żrinġ fi spazju ta’ 500 metru kwadru. Dan sabiex titqajjem kuxjenza akbar dwar il-qerda tal-abitat taż-Żrinġ Impinġi (Painted Frog) li hu l-uniku amfibju li għandna f’Malta. Din l-attrazzjoni, li baqgħet tikseb suċċess wara l-ieħor mindu tnediet, tattira eluf ta’ persuni lejn il-kapitali. Bi tħejjija għall-attività ta’ din is-sena, ġbarna kollezzjoni ta’ ritratti mill-edizzjonijiet passati, waħda isbaħ mill-oħra. Wara l-inizjattiva tas-sena l-oħra, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta se tkompli bil-kontribut tagħha favur it-tħaddir urban u se tħalli warajha legat ta’ 15% ta’ diversi pjanti u siġar fi Triq il-Gendus u Triq San Karlu, il-Belt Valletta. Diversi stands se jittellgħu fi Pjazza San Ġorġ biex tingħata kull informazzjoni lill-pubbliku dwar l-ambjent u inizjattivi ħodor. Il-festival ta’ din is-sena jinkludi wkoll il-korsa ta’ ostakli għall-klieb –
24.04.2022
NI MLEWNA U MILL-ĦAMIS
kuxjenza akbar dwar il-qerda tal-uniku amfibju f’Malta Ruff Mudder –fi Ġnien Laparelli nhar it-30 ta’ April mill-10:00 a.m. sas6:00 p.m. Fit-tnedija tal-attivitajiet ta’ din is-sena, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici stqarr kif il-Valletta Green Festival kull sena qed iżid fil-popolarità tiegħu. “Dan il-festival juri biċċar il-viżjoni tal-Gvern li żamm il-wegħda tiegħu biex jintroduċi aktar tħaddir urban.” Hu spjega li l-festival se jkun qed iġib flimkien il-kultura u l-ambjent, żewġ sorsi ta’ ispirazzjoni li mingħajrhom nitilfu parti importanti mill-identità tagħna. L-entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, se jkunu qed jipparteċipaw f’dan il-festival, biex joħolqu kuxjenza akbar dwar l-ispazji miftuħa, ir-riċiklaġġ, il-protezzjoni tal-abitat naturali, il-bijodiversità u l-konservazzjoni tar-riżorsi. “Permezz ta’ dan il-festival, se noffru spazju ta’ informazzjoni għall-pubbliku dwar il-ħidma li entitatjiet differenti qed jagħmlu favur is-sostenibilità, ambjent aktar b’saħħtu u sigur, u spazji aċċessibbli,” spjegat il-Ministru Miriam Dalli. Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef tenna li “l-Valletta Green Festival, li issa daħal fid-disa’ sena tiegħu, hu mezz ewlieni għall-aġenzija biex bil-fatti titqajjem kuxjenza ambjentali madwar il-pajjiż, mhux biss fil-Belt Valletta.”
15
16
24.04.2022
ĊELEBRAZZJONI TA’ POPLU WIEĦED
CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL
Tistħajjel li hi b’kumbinazzjoni kif fi ftit ġimgħat seħħew avvenimenti u se nfakkru avvenimenti jew personaġġi storiċi Maltin li meta tagħġinhom flimkien tagħraf kemm jagħmlu kompożizzjoni perfetta ta’ dak li jagħmilna poplu Malti u Għawdxi sovran, ta’ dak li jagħmilna nazzjon. Xahar ilu l-elettorat Malti eżerċita d-dritt u d-dmir demokratiku tiegħu billi eleġġa l-Gvern bil-vot sovran tiegħu. Huwa appuntament mad-destin ta’ kull ħames snin, appuntament naturali. Ma jgħaddilna qatt minn moħħna li d-dritt fundamentali talvot ikun miċħud minna. Imma hemm ħafna minnkom li tafu żminijet oħra, żminijiet li dan id-dritt kien għand sezzjoni ċkejkna ta’ nies biss, għand l-ipprivileġġati, għand tal-professjoni, għand l-għani. Missirijietna xprunati minn persuni li dawlu l-imħuħ, xerrdu demmhom, intefgħu l-ħabs, mietu eżiljati u interdettati għal dan id-dritt. F’dawn il-ġranet fakkarna l-101 sena mill-mewt ta’ Manwel Dimech li kien voċiferu sabiex il-poplu Malti jqum u jisħaq għad-drittijiet tiegħu ġewwa artu stess. Bħalu, snin wara, sejħu għall-istess qawmien Gużè Ellul Mercer u Duminku Mintoff. Saħqu fuq l-importanza tal-edukazzjoni għas-subien u għall-bniet kollha, l-aċċess għall-għarfien, għat-tkissir tal-istigma u l-injoranza li jġibu biss għaks u ġuħ. Emmnu li dan iwassal għall-indipendenza ekonomika tal-pajjiż u eventwalment indipendenza politika u fit-tmexxija ta’ pajjiżna. Kellhom il-viżjoni u r-riċetta prattika għal Malta Maltija, ta’ Repubblika sovrana mibnija fuq l-għarfien u x-xogħol. L-irvellijiet tas-Sette Giugno li se nfakkru fi ftit ġimgħat oħra kienu sinifikanti u pass ewlieni sabiex għandna l-pajjiż sovran u demokratiku li ngawdu llum, b’kostituzzjoni li tiggwidana u tipproteġina. Meta nħarsu lura lejn l-istorja nirrealizzaw kemm għandna għalfejn nikkommemoraw dawn il-persuni u dawn l-avvenimenti għaliex dak li ngawdu llum, missirijietna ħallsu prezz għoli għalih u għaldaqstant għandna dejjem napprezzaw dawn il-kisbiet. Aktar minn hekk dawn il-kisbiet biddlu lil pajjiżna u biddlu lilna lkoll. Meta l-poplu Malti u Għawdxi ma
beżax mit-tiġdid u t-tibdil, kiber u ġie rispettat. Bata għat-tiġdid imma meta l-kisbiet seħħew, il-poplu mexa ’l quddiem. Fil-ġranet li ġejjin se nfakkru l-1 ta’ Mejju. Dan il-jum ma kienx jiġi ċċelebrat bil-libertà kollha li nafu llum. Il-Partit Laburista kien jiċċelebra Jum il-Ħaddiem fil-magħluq, fl-istadium tal-Gżira u mbagħad aktar tard il-Ħamrun sa ma fl-aħħar bdejna niċċelebraw dan il-jum fil-Belt Valletta, fejn jixraq. Fis-snin l-imgħoddija dan il-jum kien il-jum li jippersonifika t-taqbida tal-ħaddiem għad-dritt tax-xogħol, għal kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa, għal salarji xierqa, għad-dritt tal-mobbiltà soċjali. It-taqbida għal dan kollu għadha valida u fis-seħħ f ’kull rokna tad-dinja. Madanakollu, f ’soċjetà li tinbidel f ’ħakka t’għajn, il-klassijiet soċjali tħawdu flimkien. Il-ħaddiem ma jirrappreżentax biss dak tal-mazza u l-inkwina, tal-moħriet jew tax-xbiek, tal-kantun jew tas-serrieq. Il-ħaddiem huwa wkoll l-iskrivan, l-għalliem, ittabib, l-avukat, il-professjonist u wkoll in-negozjant, is-self-employed u min iħaddem. Ilkoll ħaddiema. Ilkoll katina li nipprovdu għat-tkattir tax-xogħol u l-ġid f ’pajjiżna. Soċjetà li tagħraf il-bżonn tat-tiġdid u t-tibdil, tibqa’ soċjetà reżiljenti u produttiva, pożittiva u b’viżjoni għal futur sabiħ. Nemmen li l-għażla tal-poplu Malti u Għawdxi xahar ilu kienet imsejsa fuq dan kollu. Għaraf lil Robert Abela bħala l-mexxej li jixpruna l-bidla u lest li jsarraf dan it-tiġdid f ’aktar kisbiet u aktar ġid. Għaraf li Gvern Laburista mmexxi minn Robert Abela jista’ jagħti garanzija ta’ serħan il-moħħ lill-familji tagħna u fuq kollox garanzija ta’ deċiżjonijiet b’responsabbiltà biex ilkoll nibqgħu mexjin ’il quddiem bħala poplu wieħed u pajjiż wieħed.
Meta nħarsu lura lejn l-istorja nirrealizzaw kemm għandna għalfejn nikkommemoraw dawn il-persuni u dawn l-avvenimenti għaliex dak li ngawdu llum, missirijietna ħallsu prezz għoli għalih u għaldaqstant għandna dejjem napprezzaw dawn il-kisbiet
Sur Editur, Illum ġurnata importanti ħafna għax hemm il-Kunsill Ġenerali tal-PeNe li se jibda l-proċess għall-ħatra tal-Kap tagħhom. Meta kont il-Pjazza tar-raħal, għax kultant nitla’ ftit s’hemm noqgħod ngħid kelma, speċjalment meta Melda tiegħi tqum b’burdata ħażina, kien hemm uħud ilsienhom taz-zokkor. Qalu li biex jagħtu atmosfera ta’ ferħ, lill-kunsilliera tagħhom qalulhom biex ma jilbsux qishom staneg stirati. Imma jilbsu ftit kuluri. Għax inkella jkun qisu kunsill tal-bekkamorti. Għandu wġigħ ta’ ras il-Kap tagħhom e! Sakemm qed inħarbex dawn l-erba’ sentenzi, it-tellieqa għall-kap waħdu se jagħmilha. Ħaduha drawwa dawn itellqu waħedhom! Niftakar meta kellu l-inkwiet ma’ Franco d-Debono, Lawrence ‘Par idejn Sodi’ Gonzi, hekk kien għamel fl2012. Issa ma nafx hix kumbinazzjoni jew le, imma din ta’ Par Idejn Sodi reġa’ rrepetieha Bernard tagħhom, dak li se jtellaq waħdu. Fil-kampanja tal-elezzjoni li għaddiet, f’Marzu hekk kien qal ukoll, li Malta għandha bżonn Prim Ministru b’par idejn sodi. Dawn ta’ par idejn sodi jħobbu jtellqu waħedhom, Sur Editur. Imma nsomma. Mela kif telgħet fil-parlament bis-sistema li daħħal il-partit tagħna, Eve BeeBee mhux Bridget Bardot ta, imma Borg Bonello, żgarrat bl-ikrah għax tkellmet bl-aktar mod partiġjan u tan-nelħ aktar minn ma nafx xiex. U qalet li se tagħmel minn kollox biex il-pajjiż jerġa’ jitmexxa mill-partit tagħhom. Ħa nżomm ilsieni, Sur Editur! Naħseb li din Eva l-BeeBee qed taħseb li hija xi Greta l-Iżvediża. Dik it-tfajla attivista tal-ambjent li kunjomha ma jdurlix. Xi Thunnbiżżejt xi ħaġa. U biex tgħaxxaq, din Eva hija l-kelliema tal-Oppożizzjoni għat-tibdil fil-klima. Ajma jaħasra. Aħjar tibdel il-klima li qed tipprova toħloq din l-għafrid! Niftakar nannuwi min-naħa ta’ missieri, Alla jagħtih il-Glorja tal-Ġenna, taf x’kien jgħidli meta jara xi ħadd liebes żarbun akbar minnu? Li l-ewwel trid titgħallem timxi biex titlaq tiġri. U kien jgħidli wkoll li l-ewwel trid titgħallem tpoġġi fuq loki qabel taqta’ l-ħarqa. Mhux għall-età qed ngħid, Sur Editur, għall-imġiba. Mela l-Kap tagħhom iltaqa’ mad-deputati eletti kollha tal-Partit Nazzjonalista u assenjalhom ir-responsabbiltajiet bħala kelliema tal-Oppożizzjoni. U ma naqasx li jirringrazzja lil dawk il-kelliema u deputati li servew fil-ħames snin li għaddew. L-aktar li ħadu gost b’dan ir-ringrazzjament huma fuq quddiem Jason Azzopardi, Mario Galea, Clyde Puli, Kristy Debono, Claudio Grech, Mario Demarco, Carm Mifsud Bonnici u Chris Said. Fost dawn kollha, Jason l-Azzopardi għadu ma jafx x’laqtu. Lil dan, in-Nazzjonalisti li jivvutaw ħallewh l-art. Huius culpa, huius culpa, huius maxima culpa, jekk għadni niftakar il-Latin sew. Għax qażżeż lil dak li ħalqu, kif ngħidu l-Maltin. Imbagħad hemm dawk li fil-bidu tal-kampanja dabbru rashom mill-partit tagħhom, Mario, Clyde, Kristy u Claudio. Imbagħad hemm dawk li Bernard warrabhom u ma poġġihomx dell ta’ xi Ministru jew Segretarju Parlamentari, id-Demark, Karm u s-Said t’Għawdex. Dawn kollha ta’ Gonzi kienu. U naħseb dawk li dan l-aħħar irreżenjaw mill-partit tagħhom ukoll ħadu gost bir-ringrazzjament ta’ Bernard tagħhom. Lista twila bl-aħħar tnejn jingħaqdu fil-lista Frank Psaila u martu Alessia. Naħseb anki Beppe l-Fenech Adami laqa’ r-ringrazzjament ta’ Bernard wara li dan neħħieh minn Ċermen tal-Pakk. Tal-Kumitat Parlamentari tal-Kontijiet Pubbliċi. X’taħseb, Sur Editur? Anzi l-prima forċina tal-PeNe, It-Tajn of Malta, ippubblikat skoss opinjonijiet dwar il-kabinett dell tagħhom. Kumment minnhom taf x’kien? “Il-Partit Nazzjonalista tant huwa arroganti li qed jippersisti li jinjora l-messaġġ tal-votanti tiegħu stess, li ilhom jibagħtuh elezzjoni wara l-oħra. Dan ix-shadow cabinet huwa totalment l-oppost tal-messaġġ li l-elettorat bagħat ftit tal-ġimgħat ilu. Dan il-partit m’għandux futur, imploda u l-pass li jmiss huwa li jisparixxi.” Imbagħad jiġi l-Bernard u jgħid li għandu tim magħqud, kabinett buli u shadow cabinet tal-beef. U ħallina! Għad-dieħla.
17
24.04.2022
MALTI REBBIEĦ B’RITRATT F’FESTIVAL FIN-NORVEĠJA Żmien il-Għid kien opportunità tad-deheb għal eluf ta’ artisti diġitali minn madwar l-Ewropa kollha biex jinġabru virtwalment u jaqsmu x-xogħlijiet tagħhom f’wirjiet online. Wieħed minn dawn kien l-artist lokali Noel Baldacchino, li hu aktar magħruf fix-xena internazzjonali taħt l-isem artistiku ta’ “Mop”. Baldacchino rnexxielu jirbaħ il-kompetizzjoni tal-fotografija imtella’ minn The Gathering, l-akbar festival tal-arti diġitali fin-Norveġja u t-tieni l-akbar fid-dinja. Qabel il-pandemija, aktar minn 5,500 artist diġitali u esportivi ta’ kull età, kienu jżuru kull sena l-Hamar Olympic Hall (rink tas-speed skating mibnija għall-Olimpjadi tal-1994) biex jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet tal-esports, coding, grafika, fotografija, animazzjoni u mużika. Din kienet il-25 sena li qed isir The Gathering u t-tielet darba online, fejn ġie streamed live fuq Twitch. Baldacchino pparteċipa fil-kompetizzjoni tal-fotografija b’ritratt ta’ qtar tal-ilma li ngħata t-titlu “Water Juggler”. Ir-ritratt rebbieħ hu figurattiv ħafna u wara ħarsa aktar mill-qrib jidher li l-qtar jixbah lil persuna ħierġa mill-ilma, waqt li qed tagħmel juggling b’erba’ blalen. Noel spjega kif ritratt bħal dan jinvolvi diversi elementi li jridu jkunu sinkronizzati flimkien perfettament biex jinkiseb ir-riżultat mixtieq. Hu qal li l-armar fotografiku jidher iżjed xjentifiku milli artistiku, waqt li t-tħejjija tat-temperatura tal-ilma, l-għoli li jaqa’ l-qtar tal-ilma, il-veloċità tal-flashes u l-issettjar manwali tal-fokus u l-espożizzjoni tal-kamera huma kollha elementi importanti. “Ħafna drabi, dan il-proċess ta’ preparazzjoni jieħu aktar minn siegħa … għal ritratt li jittieħed fi frazzjoni ta’ sekonda,” tenna Baldacchino. Meta mistoqsi dwar il-motivazzjoni
L-ORĦOS PREZZ TA’ INTERNET
wara l-interess tiegħu fil-fotografija tal-ilma, Baldacchino qal li ilu jesperimenta b’din it-tip ta’ fotografija mill2018. “Jogħġobni l-kunċett ta’ ħolqien ta’ arti viżiva minn xi ħaġa sempliċi bħal qatra ilma. Din hi xi ħaġa li ma nistgħux
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.
nesperjenzaw b’għajnejna. Hu wieħed mit-teżori tan-natura li jiġri eluf ta’ drabi kuljum quddiem għajnejna,” hu qal, waqt li ħeġġeġ lil kulħadd biex jaħseb f’dan kollu meta l-vit tal-ilma jitħalla jqattar.
Malta għandha l-orħos prezz għal kull megabit mill-pajjiżi kollha tal-Ewropa tal-Punent. Dan joħroġ minn riċerka li saret minn Cable.co.uk, organizzazzjoni li tgħin lill-konsumaturi jqabblu l-prezzijiet tal-internet. Din ir-riċerka, li saret bejn Jannar u Frar li għadda fuq iżjed minn 220 pajjiż, sabet kif f’pajjiżna l-konsumaturi jaċċessaw l-internet bi prezz ta’ 7ċ għal kull megabit. Wara Malta jsegwu Spanja, l-Iżvezja u l-Portugall minn fost 29 pajjiż ieħor Ewropew. Ir-rata ta’ pajjiżna titqabbel sew ma’ dik ta’ pajjiżi bħall-Irlanda, fejn il-konsumaturi jħallsu €1.35 għal kull megabit. Cable.co.uk qalet kif f’Malta wieħed isib l-għażla ta’ 12-il pakkett ta’ broadband tal-internet, bl-irħas wieħed ikun ta’ ftit inqas minn €20, waqt li l-ogħla hu ta’ kważi €50. Skont din ir-riċerka, il-prezz medju ta’ dawn it-12-il pakkett f’pajjiżna hu ta’ €32.53.
18
24.04.2022
ĦARBIET U MWIET FIL-ĦABS TAL-INKWIŻITUR Wara l-intervisti li kelli ma’ Kenneth Gambin, li għal żmien twil kien il-kuratur tal-Ħabsijiet fil-Palazz tal-Inkwiżitur, illum se nitkellmu għall-aħħar darba fuq dan is-suġġett. L-intervisti passati dehru fil-KullĦadd tal-5 ta’ April; fl-10 ta’ Mejju u fid-19 ta’ Lulju tas-sena li għaddiet u fil-11 ta’ April ta’ din is-sena. Kif rajna minn dawn l-intervisti, il-ħabs kien istituzzjoni li tirrestrinġi l-libertà tal-individwu li jkun suspettat li wettaq xi ħaġa ħażina, f’dan il-każ kontra r-reliġjon Kattolika. Il-ħabs kien meqjus iktar bħala post preventiv milli punittiv, l-aktar għal dawk li jkunu qed jistennew li jgħaddu ġuri. Minn CHARLES B. SPITERI Kenneth, fl-intervisti passati konna ttrattajna wkoll il-libertà li kienet teżisti fost il-priġunieri fil-ħabs tal-Inkwiżitur. Ifisser li għalihom kienet xalata, jew qisu ma ħadu ebda kastig?
Il-kamra tal-għassies
Ma rridux nifhmu hekk għall-ħabsin kollha, għax kien hemm minnhom li ma sabux il-ħajja tal-ħabs daqshekk rilassanti. Kien għalhekk ukoll li ġieli saru tentattivi ta’ ħarba. Ġeneralment, il-preparamenti għall-ħarba kienu jħalluhom dejjem għal matul il-lejl. Dan l-istess ħsieb kien jgħollilhom il-moral, peress li moħħhom kien dejjem itambar li ladarba jirnexxilhom joħorġu mill-ħabs fejn kienu, kienu jerġgħu jiksbu l-libertà tagħhom. Għalhekk, anki biex jaħbu l-isforzi li jkunu qed iwettqu, il-priġunieri kienu jidhru li qed jobdu u jaraw li l-imġiba tagħhom tingħoġob u tkun tollerabbli. Allura kull priġunier kien ikun qisu trattat l-istess fil-ħabs tal-Inkwiżitur? Le, anzi kien ikun hemm xi priġunieri trattati inqas ugwali minn oħrajn. Dawn kienu jkunu dawk meqjusin bħala perikolużi jew li jistgħu jaħarbu. Lil dawn kienu jagħmlulhom xkiel; bħal xi ktajjen marbutin ma’ saqajhom. Wieħed minn dawn talaħħar kien Ibraimo, ilsir tal-Ordni ta’ San Ġwann, li fl-1780 kien mitfugħ il-ħabs fid-diskrezzjoni tal-Inkwiżitur, b’katina marbuta ma’ saqajh. Każ ieħor kien dak ta’ Pietro Licini, ħati ta’ apostasija lejn l-Iżlam. Dan żgur kien wieħed mill-agħar priġunieri li qatt kienu ospitati fiċ-ċelel tas-Sant’Uffiċċju. Mela x’kien jagħmel dan il-priġunier?
Licini kien dejjem jiġġieled mal-gwardjan tal-ħabs, iħabbat rasu mal-ħajt u kellu jiddaħħal l-isptar għall-kura. Madankollu hu rnexxielu jaħrab xejn inqas minn tmien darbiet miċ-ċelel talħabs bejn l-1697-98. F’okkażjoni minnhom għamel hekk billi qala’ ġebla mill-ħajt li jagħti għal barra fit-triq u ħarab flimkien ma’ sieħbu ieħor, il-Franċiż Giacomo Gueiran. Iżda t-tnejn inqabdu ftit tal-ħin wara fil-Birgu. Licini kien għadu ħdejn il-palazz peress li ma setax jimxi sew minħabba l-ktajjen li kellu marbutin ma’ saqajh. Imma ma kellu xejn xi jbeżżgħu, għax baqa’ jfittex il-ħarba tiegħu bla waqfien. Tant hu hekk li bilkemm xahar wara, reġa’ ħarab mnejn kien miżmum. Din
id-darba ħejja l-affarijiet minn qabel u rnexxielu jaqta’ l-ktajjen ta’ madwar saqajh b’waħda miċ-ċappetti tat-tieqa. Biex qatagħhom ħa tmint iljieli u x-xogħol kien jagħmlu wara ż-żjara li kien ikollu kull filgħaxija mill-gwardjan. Meta sab ruħu meħlus mix-xkiel li kellu, qala’ waħda miċ-ċangaturi tal-art u niżel fiċ-ċella ta’ taħt, fejn kien hemm il-ħabib tiegħu Gueiran, li f ’temp ta’ tlett ijiem xogħol, kien diġà ħaffer toqba fil-ħajt b’biċċa ħadida. Biex ħarbu, irnexxielhom jorbtu sitt kalzetti flimkien biex iffurmaw ħabel u niżlu fit-triq. Licini nqabad wara ftit jiem, iżda Gueiran irnexxielu jaħrab abbord vapur Franċiż. Dan il-pjan hu xhieda ċara ta’ kif il-ħabsin kienu jistgħu jikkomunikaw
ma’ xulxin waqt li jkunu fil- irkupra. ħabs. Fl-1736 il-Kalvinista Giovanni Ducos hedded li joJidher għalhekk li fil-ħabs qtol lilu nnifsu waqt attakk ta’ tal-Inkwiżitur ma kienx disperazzjoni. hemm riġidità mal-ħabsin, L-istess mument ta’ disperu l-bini kien xi ftit dgħajjef, azzjoni għadda minnu l-Grieg biex il-priġunieri setgħu Demetrio Palamida fl-1686. jaħarbu faċilment? Dan, kif kien jinsab fl-attakk, qata’ griżmejh b’biċċa ħadida, Mhux għall-priġunieri kollha, għalkemm anki hu jidher li għax irridu ngħidu li ħabsin rkupra. oħrajn ma kinux daqshekk Oħrajn kellhom suċċess ixxurtjati jew determina- fl-intenzjonijiet tagħhom. Flti biżżejjed. Għalhekk fittx- 1721 kien irrappurtat kif Anew modi oħrajn li permezz tonio Ribas wettaq suwiċidju, tagħhom itaffu t-tbatija li filwaqt li fl-1735 il-Musulman kienu għaddejjin minnha. Demetrio “si sia impiccato da Insibu li fl-1701 Lelio Gaspa- se nelle carceri” (tgħallaq filrini pprova jagħmel suwiċidju ħabs). billi tefa’ ġir fis-soppa tal-ħaxJidher li priġunieri bħal ix tiegħu, iżda għalkemm dan dawn irrifjutaw li jaċċettaw ikkawżalu rimettar enormi u l-impożizzjoni ta’ awtorità u infjammazzjoni tal-griżmejn, l-indħil ta’ bnedmin oħrajn indunaw bih mill-ewwel u fl- f’ħajjithom u fil-personalità iqsar ħin ittieħed l-isptar, fejn tagħhom. Riedu jerġgħu jik-
19
24.04.2022 ment li ma jiżvelaw xejn minn dak li kienu raw, semgħu jew esperjenzaw fiċ-ċelel. Iżda ma kinitx xi ħaġa tal-iskantament li din is-suppost segretezza ntemmet fix-xejn, u kienu rakkuntati ġrajjiet orribbli u talbiża’ li seħħew fil-ħabs. Kollox fuq kollox, x’atmosfera seta’ kien hemm fil-Palazz u l-ħabs tal-Inkwiżitur? Il-ħajja fiċ-ċelel tal-ħabs tal-Palazz kienet sapportabbli u l-priġunieri kienu jgawdu minn libertà limitata ta’ moviment. Fil-ħabsijiet kien hemm atmosfera ġenerali ta’ informalità u l-priġunieri kienu relattivament ħielsa li jitħalltu ma’ sħabhom u viżitaturi. Bħal kullimkien ieħor fl-Ewropa, ftit kien hemm sinjal ta’ awtorità. L-isforzi uffiċjali lejn l-iżolament tal-priġunieri, is-segregazzjoni skont is-sess, u s-sorveljanza mill-qrib tal-priġunieri qatt ma rnexxew verament. Jidher li ma kienx għad hemm mentalità sura biex ċerti kunċetti jitqiegħdu fil-prattika attwali. Fil-verità, it-tmexxija tal-ħabs mill-Inkwiżituri ma kinitx titqies bħala piż żejjed? Il-bini għal kontra l-ereżija sbu l-libertà u l-individwalità fil-kuntest tal-kontroll u r-reġimentazzjoni. Biex jippruvaw jirnexxilhom fl-iskop tagħhom, bdew jużaw diversi tipi ta’ mġiba ta’ ritaljazzjoni; ma jilqgħux għall-problemi psikoloġiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom, jagħmlu atti vjolenti, jew jittantaw li ma’ kull ċans li jkollhom, jaħarbu. U f ’dan kollu qatt ma kien hemm inċidenti bejn il-ħabsin u l-gwardjani? Inċidenti sfortunati seħħew ukoll. Fl-1779 il-gwardjan talħabs Aloysio Damato irrapporta li l-ħabsi Antonio Cremona, ħati ta’ prattiċi maġiċi attakka b’furja lil uffiċjal minuri tat-tribunal, hekk kif kellu siegħa ta’ ġenn. Damato sab lil Cremona prattikament għarwien fiċ-ċella tiegħu, blikel kollu li kien ingħata mxerred fl-art. Dr Angelo Paci ssejjaħ immedjatament ilħabs biex jiċċertifika x’kien sar. Fl-opinjoni tiegħu Cremona kien iġġennen u kellu jittieħed fis-Sacra Infermeria kemm jista’ jkun malajr biex jitfejjaq. Ġieli sabu nies mejtin fil-ħabs? Fl-1608 il-gwardjan tal-ħabs Giuliano Fenech irrapporta lill-Inkwiżitur Leonetto Del-
la Corbara, kif waqt iż-żjara regolari tiegħu fiċ-ċelel talħabs, matul il-jum, sab lil Betta Caloiro ta’ 80 sena mejta f’rokna taċ-ċella tagħha. Meta ssejjaħ lit-Tabib Nicola Cilia, dan xehed li fil-fehma tiegħu Betta kienet mietet minħabba x-xjuħija tagħha u possibbilment minħabba l-kundizzjoni tat-tuberkolożi li kienet tbati minnha. Inċident simili ieħor seħħ fl-1706, meta l-ilsir Musulman Sayd, akkużat bi prattika tal-maġija s-sewda, instab mejjet fuq is-sodda taċ-ċella tal-ħabs tiegħu, filgħodu tat2 ta’ Diċembru 1706 jum biss wara li kien ittieħed hemm. It-tobba ċċertifikaw li kien miet kaġun ta’ attakk tal-qalb. Min-naħa l-oħra, in-neof-
ita Paolo Agius miet l-isptar l-għada li kien ittieħed hemm mill-ħabsijiet tal-palazz. Madankollu, il-każi spjaċevoli ta’ hawn fuq, kienu l-eċċezzjonijiet aktar milli r-regola. Fir-realtà, il-ħabsijiet inkwiżitorjali, rari ħafna kellhom ir-riżorsi meħtieġa biex jiggarantixxu l-kundizzjonijiet ‘ideali’ ta’ iżolament, li teoretikament stabbilixxew għalihom infushom fuq il-karta. U madankollu t-tribunal tal-Inkwiżizzjoni kien mgħobbi bil-fama ta’ moħqrija, brutalità u trattament aħrax. Din kienet il-konsegwenza diretta tar-regola ġenerali tas-segretezza imposta mis-Sant’Uffiċċju. Meta fl-aħħar, il-priġunieri jinħarġu mill-ħabs, huma kienu obbligati jieħdu ġura-
Għalkemm l-Inkwiżizzjoni żgur li kkontribwiet lejn ilħolqien ta’ mentalità ta’ ħabs billi għamlet użu frekwenti mill-ħabs bħala kastig u biex tipprova tirriforma lill-priġunier, għall-inqas ‘spiritwalment’, ma kinitx mgħammra b’mod adegwat biex twettaq il-missjoni tagħha bis-sħiħ. Barra minn hekk, ħafna drabi l-priġunieri kienu ta’ piż għat-Tribunal tal-Inkwiżizzjoni, speċjalment finanzjarjament. Minflok igawdu jew jifirħu lilhom infushom talli kellhom ħabs sħiħ, l-inkwiżituri fittxew il-mezzi biex jeħilsu mill-priġunieri u kienu pjuttost kuntenti jekk iċ-ċelel jibqgħu vojta, għal numru ta’ raġunijiet: l-ewwel fosthom il-finanzi. Probabbilment dan l-atteġġjament ta’ ‘ħalli kollox għaddej’ kien riflessjoni
Għalkemm l-Inkwiżizzjoni żgur li kkontribwiet lejn il-ħolqien ta’ mentalità ta’ ħabs billi għamlet użu frekwenti mill-ħabs bħala kastig u biex tipprova tirriforma lill-priġunier, għall-inqas ‘spiritwalment’, ma kinitx mgħammra b’mod adegwat biex twettaq il-missjoni tagħha bis-sħiħ
tan-novità tal-kunċett talħabs bħala kastig. Is-seklu 16 u 17 kienu l-perjodu formattiv u tranżitorju tal-ħabs. Għalhekk kien diffiċli għall-gwardjani tal-ħabs li jaddattaw ruħhom għall-kultura meħtieġa li biha u b’mod uffiċjali kellu jitmexxa l-ħabs. Lanqas l-Inkwiżituri ma kienu tassew inkwetati għal dan ilfatt, sakemm ma jkunx hemm xi ħarba jew inkwiet kbir li jagħti lok għal ‘skandlu’. Barra minn hekk jista’ possibbilment jitqajjem l-argument li l-ħabsijiet inkwiżitorjali kienu l-ewwel mezz ta’ riforma għall-priġunieri fis-seklu 19. Fis-sekli ta’ qabel, eżekuzzjoni jew kastig kienu jseħħu fil-moħbi, bla ma kienu jkollhom ebda tifsira. Madankollu, il-fatt li sas-seklu 16 l-Inkwiżizzjoni kellha ħabs bħala kastig, mhux sempliċement ħabs temporanju waqt li tistenna l-piena fiżika, kien avvanz importanti ħafna. Il-ħsibijiet ta’ riforma u iżolament fiċ-ċelel fil-ħabsijiet inkwiżitorjali ma kinux riflessi fil-ħabsijiet sekulari. Fejn fil-mentalità ċivili tal-bidu tal-perjodu modern, il-priġunier kien imġiegħel ‘iħallas’ għad-dannu u l-għemil ħażin tiegħu permezz ta’ kastig fiżiku pubbliku, li spiss kien ikun brutali, l-Inkwiżizzjoni bdiet tuża l-ħabs bħala kastig. Dan il-fatt wassal għal titjib u għen fil-personalità tal-akkużat sal-punt li reġa’ sar aċċettat fis-soċjetà. Ovvjament l-Inkwiżizzjoni kienet aktar imħassba biex tikseb dan mil-lat spiritwali. Madankollu, il-piena fiżika jew l-umiljazzjoni mwettqa fil-pubbliku bħala tali ma ġietx eliminata u l-użu frekwenti tal-ħabs bħala kastig kien pass f’din id-direzzjoni. B’hekk l-enfasi tar-riforma tal-priġunier ħalla impronta qawwija fuq il-ħsieb u t-teorija soċjali ta’ wara. Biex nagħlqu s-suġġett, tgħidilna meta kienet introdotta l-Inkwiżizzjoni Rumana f ’Malta, u min kienu l-ewwel u l-aħħar Inkwiżituri li kien hawn? L-Inkwiżizzjoni Rumana f’pajjiżna twaqqfet fl-1562 u damet fostna sal-1798 jiġifieri 236 sena. L-ewwel Inkwiżitur kien Domenico Cubelles, li bħal ta’ warajh, Martino Royas de Portalrubeo, kienu Isqfijiet ta’ Malta. L-aħħar Inkwiżitur kien Giulio Carpegna. Huma ma kinux jagħmlu żmien twil fil-kariga tagħhom, għax bħala medja kienu jagħmlu madwar tliet snin, iżda l-iktar Inkwiżitur li dam iservi kien Paolo Passionei, li għamel bejn l-1743 u l-1754, jiġifieri 11il sena sħaħ.
20
24.04.2022
ANTONIO BANDERAS RIED ISIR PLEJER TAL-FUTBOL... Kitba ta’ CLIFFORD GALEA President tar-Reġjun Tramuntana
L-attur Spanjol Antonio Banderas huwa magħruf l-aktar għall-interpretazzjoni ta’ Zorro fis-sensiela ta’ films eponimi u Puss in Boots fis-sensiela ta’ films Shrek. Min Huwa Antonio Banderas? Antonio Banderas huwa attur, direttur u kantant Spanjol. Mill-1982 sal-1990, ħa sehem primarjament f’films diretti minn Pedro Almodóvar. Is-suċċess ta’ Banderas bħala attur fl-Amerka wasal bir-rwol tiegħu f’Philadelphia (1993), u f’partijiet ewlenin oħra fl-Istati Uniti li malajr segwew wara. Banderas deher f’films bħal Interview with the Vampire (1994), Desperado (1995), The Mask of Zorro (1998) u t-triloġija Spy Kids. Huwa għamel il-vuċi ta’ Puss in Boots fis-sensiela ta’ films Shrek, u fil-film spinoff tal-2011, Puss in Boots. Banderas għamel ukoll dehriet fuq Broadway u dderieġa diversi films. Ħajja Bikrija u Rwoli f ’Films Banderas twieled José Antonio Domínguez Banderas fl-10 ta’ Awwissu 1960 f’Malaga, Spanja. Wara li kiser saqajh, u allura, temm il-ħolm bikri tiegħu li jsir stilla tal-futbol, Banderas beda jistudja d-drama. Wara li deher fi produzzjonijiet lokali madwar Malaga, fl-1979, Banderas mar jgħix Madrid biex ikompli l-karriera tiegħu ta’ attur, u eventwalment kiseb post fit-Teatru Nazzjonali ta’ Spanja. Films ma’ Pedro Almodóvar Kien fit-Teatru Nazzjonali li Banderas ġibed l-attenzjoni tad-direttur Pedro Almodóvar. Almodóvar tah parti żgħira fil-film tiegħu Labyrinth of Passion (1982), u fis-snin ta’ wara, Banderas kien jidher f’ħafna mill-films tiegħu, fosthom Women on the Verge
ment. Minkejja din l-isfida, il-prestazzjoni ta’ Banderas bħala mużiċist li qed jitħabat fil-film kienet imfaħħra ħafna.
Kien fit-Teatru Nazzjonali li Banderas ġibed l-attenzjoni tad-direttur Pedro Almodóvar. Almodóvar tah parti żgħira fil-film tiegħu Labyrinth of Passion (1982), u fis-snin ta’ wara, Banderas kien jidher f’ħafna mill-films tiegħu of a Nervous Breakdown larità internazzjonali tal(1988) u Tie Me Up! (1990) films ta’ Almodóvar, fil-bidu tad-disgħinijiet, Banderas Films f ’Hollywood beda jibni karriera fil-films f’Hollywood. Wara dehra L-aktar minħabba l-popo- qasira f’Madonna’s Truth
or Dare (1991), l-ewwel rwol sinifikanti tiegħu wasal f’The Mambo Kings (1992), li għalih in-nuqqas ta’ Ingliż tajjeb ġiegħlu jitgħallem il-linji tiegħu fonetika-
Philadelphia, Interview with the Vampire Il-veru avvanz ta’ Banderas għall-udjenza Amerikana prinċipali waslet is-sena ta’ wara meta ġie mogtħi parti fid-drama Philadelphia (1993), li kienet magħrufa ħafna. Fil-film, Banderas wera l-maħbub omosesswali ta’ avukat bl-AIDS (interpretat minn Tom Hanks) b’sensittività li kisbitlu akklamazzjoni kritika sinifikanti. Is-sena ta’ wara Banderas deher f’Interview with the Vampire
21
24.04.2022
Fl-2011, Banderas reġa’ lura għall-għeruq tar-reċtar tiegħu billi deher fit-thriller ta’ Almodóvar The Skin I Live In. Iktar tard ingħaqad mal-cast tal-film ta’ azzjoni Stallone The Expendables 3 (2014) u sellef il-vuċi distintiva tiegħu lil The SpongeBob Movie (2015). Fl-2015 ukoll, Banderas ħadem f’The 33, film ibbażat fuq id-drama reali ta’ grupp ta’ minaturi Ċileni li kienu maqbuda taħt l-art għal aktar minn xahrejn fl-2010
flimkien ma’ Brad Pitt u Tom Cruise, u stabbilixxa ruħu b’mod sod bħala A-lister ta’ Hollywood. Huwa kompla fl-1995 billi ħa sehem flimkien ma’ Sylvester Stallone fil-film ta’ azzjoni Assassins u ħa t-tmexxija f ’Desperado, it-tieni parti tat-triloġija Messikana tad-Direttur Robert Rodriguez. The Mask of Zorro, Spy Kids Fl-1996, Banderas reġa’ ngħaqad ma’ Madonna biex jaħdem magħha f ’adattament għall-film tal-musical Evita ta’ Andrew Lloyd Webber, li matulu kellu wkoll l-opportunità li juri l-ħiliet tiegħu fil-kant u fiż-żfin. Sentejn wara, Banderas ħa sehem fil-blockbuster The Mask of Zorro (1998), ma’
Catherine Zeta-Jones u Anthony Hopkins, u bosta snin wara kompla wera l-firxa tiegħu bħala attur billi deher fl-ewwel offerta fi Spy Kids dirett minn Rodriguez. Triloġija tat-tfal. (1898–1989) - Puss in Boots Is-snin 2000 raw lil Banderas jirrevedu rwoli familjari fi Spy Kids 2 (2002) u Spy Kids 3 (2003), Once Upon a Time in Mexico (2003) u The Legend of Zorro (2005). Flimkien max-xogħol tiegħu quddiem il-kamera, Banderas irċieva Tony Award għall-Aħjar Attur għall-prestazzjoni tiegħu fil-musical Nine ta’ Broadway, u dderieġa l-films Crazy in Alabama (1999) u Summer Rain (2006). Bil-vuċi profonda tiegħu u l-aċċent qawwi
tiegħu, rebaħ postijiet ġodda; bħala Puss in Boots fil-film animat popolari Shrek 2 (2004), li kien segwit mill-ispinoff Puss in Boots (2011), li fih lil Salma Hayek u Zach Galifianakis. The Expendables 3, The 33 Fl-2011, Banderas reġa’ lura għall-għeruq tar-reċtar tiegħu billi deher fit-thriller ta’ Almodóvar The Skin I Live In. Iktar tard ingħaqad mal-cast tal-film ta’ azzjoni Stallone The Expendables 3 (2014) u sellef il-vuċi distintiva tiegħu lil The SpongeBob Movie (2015). Fl-2015 ukoll, Banderas ħadem f’The 33, film ibbażat fuq id-drama reali ta’ grupp ta’ minaturi Ċileni li kienu maqbuda taħt l-art għal aktar minn xahrejn fl-2010.
Security, Genius, Pain and Glory Fl-2017, Banderas ħadem fit-thriller ta’ azzjoni, fejn isir gwardjan tas-sigurtà f ’ċentru tax-xiri u jiġi biex isalva tfajla li qed taħrab minn kriminal psikopatiku. Fl-2018, ingħaqad mas-serje Genius tan-National Geographic Channel biex jinterpreta lil Pablo Picasso fit-tieni staġun tas-sensiela tal-antoloġija. Is-sena ta’ wara ġabet it-tmien tal-kollaborazzjoni tiegħu ma’ Almodóvar, l-attur qed iwassal lill-parrinu tiegħu bħala direttur tal-films li qed jixjieħ li qed jissielet ma’ dwejjaq fiżiku u emozzjonali fil-mumenti tal-uġigħ u l-glorja profondament personali.
Attakk tal-qalb Banderas sofra attakk tal-qalb waqt li kien qed jagħmel eżerċizzju fid-dar tiegħu ta’ Surrey fis-26 ta’ Jannar 2017, u kien jeħtieġ li jitpoġġewlu tliet stents. Iktar tard qal lil The Irish Times li kienet “waħda mill-aqwa affarijiet li qatt ġratlu” u qal li l-proċess kollu għenu jifhem x’kien tassew importanti fil-ħajja. Kos hux, kemm huwa tajjeb li nkunu nafu li wara s-suċċess u l-glorja, hemm snin ta’ paċenzja, studju u sagrifiċċji. Xejn ma jsir mil-lum għall-għada. Tajjeb li fid-dinja tal-lum, fejn bil-midja soċjali naraw biss is-sabiħ u s-suċċessi, nużaw moħħna biex naħsbu ħalli ma nbatux emozzjonalment u naħsbu li aħna fallejna għax m’aħniex bħal dak jew l-ieħor.
22
24.04.2022
DUNCAN BARRY
ATLETA LI JĦEĠĠEĠ LILL-OĦRAJN JAGĦMLU TAĦRIĠ MILITARI BĦALU Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Li persuna timxi fuq dieta huwa tajjeb immens. Anke li żżomm ċertu ritmu ta’ eżerċizzju. L-importanti li dak li jkun ma jintelaqx jew jispiċċa jiffanga fl-ikel. Filħajja wieħed għandu jsib il-bilanċ. Dan l-aħħar sirt naf b’individwu li huwa atleta u jħeġġeġ persuni oħra jagħmlu l-istess taħriġ militari bħalu. Qed nirreferi għal Duncan Barry. Duncan huwa atleta li jiffoka fuq taħriġ ta’ OCR u Trail, kif ukoll il-fundatur ta’ Platoon OCR & Trail & Military ispirat minn Team Building Events (Malta). Jistqarr li l-isport dejjem kien il-passjoni tiegħu. Ipprattika dixxiplini sportivi differenti minn arti marzjali sal-futbol, squash u llum il-ġurnata OCR. Ix-xogħol full-time tiegħu huwa dak tar-relazzjonijiet pubbliċi, marketing u komunikazzjoni. Fil-passat ħadem fil-midja għal snin twil. Mażżmien mexa għal rwoli ta’ PR, imma xorta baqa’ involut fil-midja peress li xogħlu jirrikjedi li jibqa’ f ’kuntatt ma’ diversi mezzi tax-xandir. Kien ukoll jikteb għal diversi rivisti ewlenin f ’Malta. Wieħed jista’ jgħid li l-OCR sar popolari ħafna barra minn xtutna u f ’Malta. Filfatt f ’Malta hawn diversi timijiet ta’ OCR u Trail. Ta’ min jgħid ukoll li bħala persuna, Duncan dejjem jiżgura li jwassal xogħlu fil-ħin u jagħmel ix-xogħol tiegħu għax jieħu gost jagħmlu. “Meta nara li qed tmut il-fjamma fix-xogħol tiegħi, jien dejjem nimxi ’l quddiem,” stqarr miegħi. Duncan kien jifforma parti minn tim tal-OCR u Trail. Għall-benefiċċju tal-qarrejja, tlabtu jispjegali x’inhu eżattament OCR. “L-OCR huwa bbażat fuq taħriġ militari fejn il-parteċipanti jinnavigaw l-ostakli waqt taħriġ u tiġrijiet. Minħabba l-fatt li l-OCR huwa bbażat fuq il-militar, ħriġt bl-isem Platoon għat-tim tal-fitness tiegħi peress li Platoon huwa tim speċjali f ’armati ta’ barra.
Fit-taħriġ tagħna nimitaw ittaħriġ bażiku tan-Navy Seals biex nagħmlu l-esperjenza aktar divertenti”. Qabel ma mort għal din l-intervista, kont naf li snin ilu Duncan kien voluntier mal-Forzi Armati ta’ Malta u ġie ispirat minn hemm. B’hekk ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “Iva, jien ifformajt parti minn B Company fl-Armata bħala riserva (AFM Volunteer Reserve Force). Għalkemm dak iżżmien kelli impenji oħra u ma domtx ħafna, illum jiddispjaċini ħafna li tlaqt għax il-ħolma tiegħi kienet dejjem li nifforma parti mis-C Company fl-Armata ta’ Malta. Il-fatt li fformajt parti mir-riservi tal-AFM ispirani biex inkompli nkun involut f ’taħriġ militari b’differenza,” stqarr miegħi. M’għandux ikun hemm l-ebda skużi bit-temp
L-OCR huwa bbażat fuq taħriġ militari fejn il-parteċipanti jinnavigaw l-ostakli waqt taħriġ u tiġrijiet. Minħabba l-fatt li l-OCR huwa bbażat fuq il-militar, ħriġt bl-isem Platoon għat-tim tal-fitness tiegħi peress li Platoon huwa tim speċjali f’armati ta’ barra Duncan jemmen li meta wieħed ikun determinat għal xi forma ta’ eżerċizzju, m’hemmx skużi ta’ xita jew xemx. Fil-fatt, Duncan dejjem jibqa’ għaddej bit-taħriġ tiegħu peress li jsir barra fl-apert f ’postijiet bħal Ta’ Qali jew Għajn Tuffieħa. Mistoqsi jekk ma jtellfuhomx dawn l-elementi tat-temp, weġibni: “It-temp ħażin jagħmilha aktar diffiċ-
li għalina, kemm jekk tkun is-sħana, ir-riħ jew ix-xita. Imma dak hu l-ispirtu u peress li aħna taħriġ ibbażat fuq il-militar, il-kundizzjonijiet tat-temp ma jfixkluniex milli nwettqu t-taħriġ”. Sirt naf ukoll li Duncan ħoloq inizjattiva ħelwa kemm għall-ħaddiema tax-xogħol kollegi flimkien u anke għall-familji li jixtiequ li jsaħħu l-bond tagħhom
flimkien minkejja l-ħajja mgħaġġla tal-lum. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “L-aspett tat-team building ta’ Platoon huwa wkoll ispirat mill-militar u l-impjegati tal-kumpaniji jistgħu jipparteċipaw fl-avvenimenti tat-team building tagħna billi jagħmlu abseiling, free style cliff climbing, ġiri fixxtut fil-baħar, OCR u jistgħu jieħdu rikba fuq dinghies
08.11.2020 24.04.2022
23
SKEDA ONE 06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:30 09:05 09:30
10:00 12:30 12:35 13:00 15:30 15:35 16:00 16:25 17:30
Espresso ONE News Liquorish Kalamita ONE News Popcorn PrimeTime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy
18:30 19:20 19:30 20:10 20:35 22:20 22:50 23:30
Pjazza ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Liquorish Popcorn Music Legends ONE News
06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 Ħabrikt 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:33 Telebejgħ 09:05 PrimeTime 09:30 Ieqaf 20 Minuta 10:00 Espresso
12:30 12:35 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:25 16:55 17:30
ONE News Liquorish Step Up Kalamita ONE News What’s Cooking PrimeTime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak Li Jgħodd
18:30 19:18 19:30 20:10 20:35 21:10 22:15 22:50 23:30
Pjazza ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Reboot Flip the Venue Il-Willy Music Legends ONE News
06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:00
12:30 12:35 13:00 15:30 15:35 15:57 16:05 16:28 17:15 18:00
ONE News Liquorish Kalamita ONE News Żona Sport Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview Pink Panther Mqades l-Istorja What’s Cooking
18:30 19:20 19:30 20:10 20:30 21:10 22:30 23:30
Pjazza 27-04 ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime The Local Traveller Cash Ride Flip the Venue ONE News
06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 What’s Cooking 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:33 Telebejgħ 09:05 PrimeTime 09:30 Ieqaf 20 Minuta 10:00 Espresso
12:30 12:35 13:00 15:30 15:35 16:05 16:26 17:00 17:30 18:30
ONE News Liquorish Kalamita ONE News Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview Popcorn Żona Sport Mhux Kemm Taf Pjazza
19:20 19:30 20:10 20:40 21:45 22:45 23:30
ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Ibgħathieli bil-posta Eko Djar Reboot ONE News
06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30
10:00 12:30 12:35 15:30 15:35 16:00 16:20 16:50 17:30
Espresso ONE News Liquorish ONE News Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview What’s Cooking Music Legends Indhouse
18:30 19:20 19:30 20:10 20:30 22:30 23:00 23:30
Pjazza ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Brillanti Popcorn Żona Sport ONE News
11:35 12:00 12:30 12:35 13:10 14:15 15:30 15:35 16:00
What’s Cooking Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Mhux Kemm Taf ONE News Liquorish Omnibus Ħabrikt
16:25 17:25 18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:30 23:30
Flimkien ma’ Nancy Sabiħa l-Ħajja Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News
ta’ Fondi ONE News Maratona Ġbir ta’ Fondi ONE News Maratona Ġbir ta’ Fondi Malta Flimkien
19:25
One Sport & Temp ONE News Maratona Ġbir ta’ Fondi ONE News
TLIETA 26-04
ONE News Liquorish Popcorn ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ PrimeTime Ieqaf 20 Minuta Espresso
ĦAMIS 28-04
militari. Il-ħin tal-familja huwa importanti u dejjem qed jonqos minħabba l-impenji tax-xogħol. Għalhekk, it-taħriġ tagħna ‘Platoon Family First fitness and bonding sessions’ iġib ħin ta’ kwalità fost il-familji fejn il-ġenituri u t-tfal jitħarrġu flimkien,” stqarr miegħi. L-eżerċizzju jgħin kemm mentalment kif ukoll fiżikament Miegħu ddiskutejt ukoll xi kemm għandu membri bħalissa miegħu u skoprejt li n-numru fit-tim ivarja minn żmien għal żmien. Interessajt ruħi nkun naf aktar dwar is-sessjoni li jittrenjaw kull nhar ta’ Ħadd filgħodu. “Il-Ħadd ikollna Black Hawk Sundays, tema wkoll militari. Aħna mmorru trail run ir-Riviera, il-Manikata u l-madwar, nagħm-
lu beach workout militari u wara ngħumu anke fil-kesħa”. Kollox ma’ kollox, fi kliem Duncan, l-eżerċizzju jgħin kemm mentalment, kif ukoll fiżikament. Ikolli nistqarr li hawn qbilt ħafna ma’ Duncan, għaliex anke sempliċiment mixja għal għonq ittriq fiha l-benefiċċji tagħha, aħseb u ara tip ta’ eżerċizzji intensivi. Duncan kompla jgħidli li għalkemm jistgħu jagħtu l-impressjoni li t-taħriġ jista’ jkun iebes, għandhom taħriġ għall-etajiet u għal-livelli kollha ta’ fitness. Fl-aħħar ta’ din l-intervista, stedintu jħalli messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Il-messaġġ tiegħi lill-qarrejja huwa dejjem ipparteċipaw fl-isport, ikun xi jkun l-isport, għax l-isport iżommek mentalment u fiżikament tajjeb”.
TNEJN 25-04
ONE News Liquorish Niftakru ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ PrimeTime Ieqaf 20 Minuta
SIBT 30-04
ONE News Liquorish Żona Sport ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ PrimeTime Ieqaf 20 Minuta
06:30 ONE News 06:45 Music egends 07:20 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:33 Better Living 09:30 Żona Sport 10:05 The Local Traveller 10:35 Dak Li Jgħodd
06:30 06:45 07:15 07:40 08:00 08:40 10:00 10:3
ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Quddiesa tal-Jum Paper Scan Ieqaf 20 Minuta Maratona Ġbir
12:30 12:40 15:30 15:35 18:30
19:30 20:10 23:30
ERBGĦA
ĠIMGĦA 29-04
ĦADD 01-05
24
24.04.2022
reċensjoni tal-ktieb
IBEN IL-QUISLING Kumment ta’ MICHAEL CINI
Ftit jiem ilu qrajt ir-rumanz IBEN IL-QUISLING tal-awtur Ben Agius. Tassew li dak li qrajt fuq il-qoxra ta’ wara tal-ktieb għoġobni, però nistqarr li l-aktar li qanqalli l-kurżità biex naqrah kien it-titlu tar-rumanz ... u ma ddispjaċinix! Il-ftuħ tar-rakkont huwa qawwi u intriganti fejn l-emozzjonijiet differenti ma jonqsux, tant li żammni naqra kapitlu wara ieħor biex niskopri kif kienet se tiżvolġi din il-ġrajja eċitanti. Ġrajja ta’ tfajjel li jara lil missieru jiġi arrestat mill-militar Ingliż fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija ... biex jiġi internat u maqful bogħod minn familtu. Episodju li għalkemm kien għadu ta’ età żgħira, lit-tifel ħalla fuqu impatt qawwi. Tant li fost ħafna avventuri u saħansitra b’sogru għal ħajtu, beda jinvolvi ruħu f’dak li kien għaddej bil-moħbi minn wara dahar l-awtoritajiet tal-pajjiż, b’rabta ma’ spiji u spjunaġġi. Hawnhekk, Ben Agius idaħħalna fl-ambjent kiefer u t-tbatijiet li kien għaddej minnhom il-poplu Malti permezz tal-ġuħ, il-ħinijiet twal taħt il-blat għall-kenn mill-attakki, it-tifrik tad-djar tan-nies u l-qerda mill-bombi imma speċjalment, l-imwiet tal-vittmi. U hawn laqtitni ħafna d-deskrizzjoni vivida tal-ewwel attakk mill-ajru li seħħ mill-ajruplani Taljani, li ħadd qatt ma kien jobsor li dawn li dejjem ikkunsidrajna bħala ħutna kienu tassew għad jaslu li jiġu biex joqtluna. Mhux ta’ b’xejn li l-mibegħda lejn il-Maltin li kienu jissimpatizzaw mat-Taljani kompliet tikber. Tant li b’mod tassew ċar, l-awtur jirnexxilu jesprimi l-istigma u s-sofferenzi li għaddew minnhom il-familjari tal-internati, li saru vittmi huma wkoll tal-istmerrija u d-disprezz ta’ bosta
Maltin u ppersegwitati wkoll mill-awtoritajiet tal-pajjiż. Ħadt gost naqra dan ir-rumanz ukoll għax fih jissemmew bosta personaġġi storiċi magħrufa, flimkien ma’ diversi postijiet li llum il-ġurnata ntesew. L-awtur jidher li huwa midħla sewwa anki tal-gżira Għawdxija. U dan kollu jikkumplimenta b’mod xieraq mar-rakkont dettaljat ta’ kif kienet qiegħda tiżvolġi l-gwerra u l-effetti koroh tad-diżastri u l-moħqrija li kienet qiegħda ġġib magħha. Minbarra r-rakkont mexxej, dan ir-rumanz fih ukoll kapitli qosra u meqjusin, bosta idjomi, proverbji, tixbihat u Malti idjomatiku li jħajjar lill-qarrej ikompli jaqra mingħajr sforzi ta’ xejn. Barra minn hekk, id-djalogi jdaħħlu lill-qarrej ferm iżjed fl-istorja, id-deskrizzjonijiet ta’ karattri ħelwin (bħal Abel, Ġorġina, Rigu u l-Flaps) ikomplu jagħtuhom il-ħajja, filwaqt li xi mumenti umoristiċi ma jonqsux ukoll biex jaqtgħu ftit mis-serjetà tal-ġrajja. Biss, fir-rakkont joħroġ ukoll kemm f’dawn il-mumenti ta’ biża’, il-fidi u t-tama f’Alla kienu jirrenjaw b’qawwa kbira fost il-Maltin ... ferm aktar mill-ogħla u l-aqwa awtorità militari tal-pajjiż. U aktar ma r-rakkont ikompli jiżvolġi b’mod eċitanti u xi drabi anki misterjuż, aktar ma xtaqtux jispiċċa. Sakemm fl-aħħar ftit paġni waslet sorpriża li verament qatt ma kont qiegħed nistenna. Għalhekk, jekk inti wkoll tixtieq taqra rumanz li jħallik bil-kurżità sal-aħħar, u bħalma għamilt jien tixtieq tiskopri wkoll x’kien tassew il-Quisling, nissuġġerilek li taqra dan ir-rumanz intriganti. Niggarantilek li ma jiddispjaċikx!
Mistoqsija: Ta’ xiex jidher li hu midħla sew l-awtur? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IBEN IL-QUISLING. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 1 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb RUMANZINI hija:
M. LIA - SAN ĠWANN
03 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 B’kemm naqset ir-rata tal-qgħad f ’Malta bejn it-tielet u r-raba’ kwart tal-2021?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
24.04.2022
ID-DELITTI TA’ SOHAM Ian Huntley joqtol żewġt ibniet “bi żball” L-EWWEL PARTI
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
Id-delitti ta’ Soham kienu qajmu għagħa kbir fost iċ-ċittadini ta’ Soham f ’Cambridgeshire fl-Ingilterra hekk kif żewġt ibniet għebu u ftit jiem wara nstabu mejta. Il-vittmi, il-ħbieb Holly Marie Wells u Jessica Aimee Chapman, kien għad kellhom 10 snin meta Ian Huntley stedinhom fid-dar tiegħu u qatilhom. Il-qtil tagħhom seħħ fl-4 ta’ Awwissu tal2002 u l-katavri tagħhom instabu kważi ħmistax wara f ’gandott qrib RAF Lakenheath f ’Suffolk. It-tfittxija għall-bniet kienet waħda mill-aktar intensivi fl-istorja kriminali Ingliża. Għall-qtil tal-bniet, Ian Huntley weħel żewġ sentenzi ta’ għomor il-ħabs filwaqt li l-għarusa tiegħu, Maxine Ann Carr, li kienet ukoll l-assistenta tal-għalliema tat-tfal, weħlet tliet snin u nofs ħabs talli kienet ta’ xkiel fl-investigazzjoni.
Hekk kif il-pulizija ġiet mgħarrfa bl-għejbien tal-bniet, din nediet tfittxija intensiva biex jinstabu. F’din it-tfittxija, li damet għaddejja għal 13-il jum, ħadu sehem mal-400 uffiċjal tal-pulizija flimkien ma’ mijiet ta’ voluntiera
L-għejbien tal-bniet
u b’hekk, H u n t l ey stedinhom għandu biex jimsħilha e tl n d-demm. Iżda Hu minflok għenha, Ia n Huntley spiċċa biex qatilhom it-tnejn li huma billi fgahom. Sar magħruf ukoll li l-mobile ta’ Chapman intefa’ fis-6.46 p.m. Sadanittant, omm Wells kien mingħaliha li l-bniet kienu fil-kamra tas-sodda qegħdin jilagħbu. Xit-8.00 p.m., omm Wells daħlet fil-kamra tas-sodda ta’ bintha u ma sabithomx hemm. Hi u żewġha spiċċaw ifittxuhom fid-dar u fit-toroq qrib id-dar tagħom iżda ma setgħux isibuhom. Hekk kif daqqu t-8.30 p.m., li kien il-ħin li binthom riedet tkun id-dar, omm Wells ċemplet lill-ġenituri ta’ Chapman biex tara jekk il-bniet kinux hemmhekk. Il-paniku kompla jiżdied hekk kif il-ġenituri ta’ Chapman kienu wkoll inkwetati kif binth-
y
Nhar il-Ħadd, 4 ta’ Awwissu tal-2002, Jessica Chapman qalet lill-ġenituri tagħha li kienet sejra għand seħbitha, Holly Wells, u telqet mid-dar għal ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart. Kif waslet għand Wells, kien hemm ukoll ħabiba oħra tagħhom u għamlu xi nofs siegħa jilagħbu flimkien. Hekk kif il-ħabiba l-oħra telqet lejn darha, Chapman u Wells libsu flokk pariġġ t a l- M a n c h e s ter United u omm Wells ħaditilhom ritratt bil-flokkijiet qabel ma ngħaqdu kollha biex jieklu. Xis-6.15 p.m., il-bniet iddeċidew li joħorġu biex imorru jixtru l-ħelu mingħajr ma avżaw lil ħadd. Wara li xtraw il-ħelu, il-bniet għaddew minn quddiem id-dar ta’ Ian Huntley, li kien jaħdem bħala purtinar fl-iskola sekondarja tal-lokal. Hu qalilhom li l-għarusa tiegħu, Maxine Carr, li kienet l-assistenta tal-għalliema tal-klassi tagħhom, kienet ġewwa. Li ma kinux jafu l-bniet li Huntley kien gideb għax Carr kienet qiegħda għand ommha fi Grimsby f ’Lincolnshire u li ma kinux se joħorġu ħajjin minn hemm ġew. Huwa maħsub li Huntley kien qed jaħsel il-kelb xħin għaddew il-bniet minn quddiem id-dar tiegħu għal ħabta tas-6.30 p.m. Wisq probabbli, waħda mill-bniet kienet infarġet
om għadha ma marritx lura d-dar. Il-ġenituri ngħaqdu u komplew ifittxu lil uliedhom iżda ma setgħu jsibuhom imkien u b’hekk għarrfu lill-pulizija ftit qabel ma daqqu l-10.00 p.m. It-tfittxija Hekk kif il-pulizija ġiet mgħarrfa bl-għejbien tal-bniet, din nediet tfittxija intensiva biex jinstabu. F’din it-tfittxija, li damet għaddejja għal 13-il jum, ħadu sehem mal-400 uffiċjal tal-pulizija flimkien ma’ mijiet ta’ voluntiera. L-uffiċjali bdew iduru bieb bieb biex jistaqsu lir-residenti kinux raw lill-bniet u anke biex ifittxulhom fid-dar tagħhom. Il-pulizija użat l-aħħar ritratt li ħadet tagħhom omm Wells fejn kienu lebsin il-flokkijiet tal-Manchester United filwaqt li ngħatat id-deskrizzjoni tagħhom lill-kmamar tal-aħbarijiet. Il-ġenituri tal-bniet qalu li wliedhom inħatfu għax huma ma kinux ikellmu nies li ma jafux.
Kien għalhekk li l-investigaturi qabdu l-lista tal-pedofeli li kien hemm f ’Cambridgeshire u f ’Lincolnshire u interrogawhom kollha. Minkejja l-impenn li sar hekk kif kellhom jinterrogaw mal-260 raġel, l-investigazzjoni ma wasslet għall-ebda frott. Apparti l-interrogazzjonijiet li saru lill-pedofeli, il-pulizija interrogaw liċ-ċittadini u wieħed minnhom qanqlilhom suspett. Dan ma kien ħadd ħlief Ian Huntley, li kien l-aħħar bniedem li ra lill-bniet ħajjin. Hu qal lill-pulizija li kellimhom ftit fuq l-għarusa tiegħu, Maxine Carr, għax staqsewh jekk ħaditx il-promozzjoni li applikat għaliha fl-iskola. Huntley qalilhom li ma ħadithiex u qalulu biex jgħidilha li qed jiddispjaċihom li ma rnexxilhiex. Saħaq li wara l-bniet reħewlha lejn il-pont li jagħti għal Clay Street. Il-pulizija nnotaw ukoll li d-dar ta’ Huntley kienet imnaddfa sew u li kien hemm riħa qawwija ta’ deterġenti tal-lumi. Kien għalhekk li Huntley tpoġġa fuq il-lista ta’ suspettati.
TKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA
26
24.04.2022
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
24.04.2022
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 430
A. CALAFATO - LIJA
Bi 3 NUMRI 198 210 414 427 480 624 677 913 960 982 B’4 NUMRI 0068 0173 0426
0486 0564 0863 1530 1662 2070 2123 2211 2445 2621 3181 3332 3892 4018 4821 4910
4916 4972 4987 5476 5798 5967 6604 6675 6776 6981 7028 7630 7699 8457 9462
B’5 NUMRI 01737 08011 14282 15148 18236 22266 24649 28335 29217 42308 46272 48302 51198 54815 60016
64293 68698 69628 70144 80008 94080 94689 95627 99150 B’6 NUMRI 049943 142664 403814 566484
B’7 NUMRI 3670915 4461914 5366928 7962628 Bi 8 NUMRI 00723677 22353521 32200605 60825906
MIMDUDIN: 7,15. 1. Kompli l-qawl: 9. Għaddi ’l bogħod 10. minn min ikisser il-......... (5) 12. 4. Ikun mimli 16,22. bil-priġunieri (4) 18,19. WEQFIN: 1. Gerfex (6) 2,12W. Ma tiftakarx (5) 3,9. Bhejjem (6) 5.21W. Żgur mhux minn ta’ quddiem (6)
Pillola komuni (8) Ara 3 Irabbi l-annimali (6) Isem (6) Ittaqqab bih (6) Ħalib Taljan (5)
6, 11. 8. 11. 12. 13. 14.
Jiġi minni (5) Jifdu dawn? (9) Ara 6 Ara 2 Avukat (1,1,1) Mhux ġdida (6)
19. 20.
Ara 18 Għidtlu għamja!! (5) Tniżżilha fuq il-mobile (3) It-tifel tiegħi (4) Timpustaha (5)
21. 23. 24. 15. 17. 21. 22.
Ara 7 Strieħ fis-sliem (1,1,1) Ara 5 Ara 16
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Mewġa, 4.Ħadd, 7,17.Skola, 9.Sur, 10.Sabbat, 12.Maħdum, 16.NOA, 18,21W. Wiret, 20.Nadur, 21.Raw, 24.Immut
WEQFIN: 1.Mostin, 2,11.Warda, 3,15. Assistent, 5,19.Abbiss, 6,23.Dutturi, 8.Kandidati, 12.Ma, 13,22.Ħwawar, 14.Mirdum
28
24.04.2022
GĦALL-INTERESSI PERSONALI Editorjal
Meta, minflok jidħlu f’qoxorthom u jagħmlu eżami tal-kuxjenza, jerġgħu jiddeċiedu li ma jċaqilqu xejn, eżatt bħall-2013 u l-2017, allura l-griżma hi pass eqreb milli setgħet kienet
Il-ġejjieni tal-Partit Nazzjona lista jinsab fl-aktar sitwazzjoni ta’ inċertezza li qatt kien fiha. Iżjed milli diġà kien iddisprat qabel l-elezzjoni ġenerali, jipprova jaqbad mat-tentuf kollu fil-qrib biex ikun jista’ jsalva, illum sar qisu tiġieġa mingħajr ras tinstabat ma’ kullimkien. Wara li għal xhur u snin beda jimla moħħ kulħadd li kien qed jingħaqad u wara li għolla l-aspettattivi tal-partitarji tiegħu mas-smewwiet apposta b’dikjarazzjonijiet li qed jirnexxilu javvanza, issa qed jara kollox jiġġarraf madwaru. Fil-verità, anke jekk qed jara kollox isir duħħan, għadu qed jgħix fis-sitwazzjoni surreali li ħoloq hu stess. Minflok qed jippreferi li jkompli jaljena biddaqq tal-arpa. Meta jingħad dan, m’aħniex nirreferu biss għall-Kap Nazz jonalista Bernard Grech, li qed jagħmilha ta’ Neruni, imma anke għall-bqija. Dawn maqsumin bejn dawk tal-establishment, li suppost għandhom iġorru l-akbar piż tas-sitwazzjoni, iżda bil-maq lub qed ikomplu jaraw kif se
jiġbdu lejn xawwathom ħalli jżommu f’idejhom il-kontroll. Imbagħad hemm dawk ta’ kontrihom li, bir-raġun, illum jippuntaw is-swaba’ u qed jitpaxxew bl-“ispettaklu” li kienu ilhom li bassru. Sas-26 ta’ Marzu li għadda t-tmexxija ta’ Grech ikkonvin ċiet ruħha, anke bil-pariri koll ha ħżiena u b’egoċentriżmu esaġerat, li l-uniku riżultat li seta’ jagħtiha l-elettorat bilfors kellu jkun aħjar minn dak tal-2017. Kienu iżjed minn ċerti li s-sitwazzjoni ma setgħetx tiggrava iżjed minn dik li kien dabbar Simon Busuttil ħames snin qabel jew Lawrence Gonzi disa’ snin qabel. L-aspirazzjonijiet għal reb ħa qatt ma kienu kbar, avolja fil-pubbliku kienu jiddikjaraw mod ieħor biex jibqgħu jitmej lu bis-segwaċi tagħhom, eżatt bħal żmien GonziPN meta t-telfa kienet ilha miktuba fuq il-ħajt. Minkejja dan, kienu ultrakonvinti li l-mira prinċipali li jonqos id-distakk mal-Partit Laburista ta’ Robert Abela kienet iżjed minn fattibbli. Ew-
lenin fosthom ovvjament kien hemm Grech li b’din it-tip ta’ retorika kien seta’ jiġġustifika t-tmexxija tiegħu. Meta dan ma seħħx u ġara eżatt bil-maqlub, is-sitwazzjo ni ddeġenerat biex illum intilef kull kontroll fuq dak li kulħadd seta’ jara ta’ kuljum quddiem għajnejh minn qabel bdiet ilkampanja elettorali. Id-dijanjożi tal-marda fuq ġewwa, b’riżultat ta’ interventi neċessarji li qatt ma twettqu fil-passat, hi tal-biża’. L-istorja ewlenija rrapportata minna f’din il-ħarġa mhux biss tixhed din il-qagħda, imma anke tikxef il-prijoritajiet fl-interes si personali waqt li r-renju qiegħed idub. Meta l-Kap caretaker japp rofitta mill-awtorità fdata lilu biex jipprova jintgħoġob ma’ kulħadd biex b’hekk jakkomo da l-aġenda li tinteressah, jiġifieri dik li jsalva ġildu; meta fazzjonijiet u individwi jimpo nu d-diktat bil-għan li l-Partit jibqa’ l-fewdu tagħhom u tal-familji tagħhom; meta esponenti ewlenin jiggranfaw mal-argument li l-elettorat ma
jifhimx; jew meta jħabbtu fuq sidirhom waqt li jiddikjaraw li ma kien ħaqqhom xejn millimrar tar-riżultat elettorali, faċli tagħraf li fil-PN fadal inqas persuni f’sensihom u inqas affarijiet f’lokhom. Xejn aktar minn hekk ma jista’ jsostni l-emorraġija fillivelli kollha u l-apatija grassa li qed tikkaratterizza l-Kunsill Ġenerali Nazzjonalista, li se jibda jitlaqqa’ mil-lum bl-iskop li, fost oħrajn, jikkonferma jew le t-tmexxija tal-Partit, kif jitlob l-istatut. U meta, flok jidħlu f’qoxort hom biex jirriflettu u jagħmlu l-eżami ta’ kuxjenza, jerġgħu jiddeċiedu li ma jċaqilqu xejn u jħallu kollox l-istess, eżatt bħall-2013 u l-2017, allura l-griżma hi pass eqreb milli setgħet kienet. Għalxejn id-diskors li l-pajjiż u l-poplu jixirqilhom l-aħjar meta mbagħad huwa ovvju li ħadd u xejn iżjed millinteressi personali ma jikk mandaw fil-PN. Bil-maqlub hi s-sitwazzjoni fil-Partit Laburista, li jagħżel li jibqa’ jibdel u jiġġedded, anke wara l-akbar rebħa storika.