KullĦadd_24.05.2020

Page 1

IR-RATA TA’ TRASMISSJONI QED TONQOS

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 24 ta’ Mejju, 2020

Ħarġa Nru 1,402

Rapport f’paġna 3

Prezz €1

Tħabbar proġett ieħor massiċċ minn Infrastructure Malta li se jkun qed jibdel wiċċ ir-roundabout ta’ Ħal Luqa biswit il-pompa tal-petrol. Luqa Junction Project, li mistenni jibda s-sena d-dieħla, se jinkorpora flyover ġdida u mina taħt l-art, fost oħrajn, biex jiffaċilita l-aċċess fiż-żona qrib l-Ajruport. Rapport f’paġna 7

IL-MORATORJU DIĠÀ TA NIFS FUQ €487m F’DEJN Il-moratorju impost fuq il-ħlas tad-djun malbanek fisser li fl-ewwel ġimgħat tiegħu diġà ta sostenn lil iżjed minn 2,700 bejn familji u negozji fuq kważi €490 miljun li dawn għandhom jagħtu. Dan joħroġ mill-ewwel statistika ppubblikata din il-ġimgħa mill-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar l-impatt ta’ din id-deċiżjoni talGvern biex jgħin lin-negozji milqutin l-agħar mill-COVID-19. L-istatistika, li s’issa tkopri l-perjodu salaħħar ta’ Marzu, mistennija tiżdied sostanzjalment għal April u Mejju. F’dan iż-żmien l-awtoritajiet regolatorji tal-pajjiż ħadu wkoll il-passi biex isostnu lill-banek kummerċjali li kienu qed joffru l-moratorju. Permezz tal-moratorju, dawk li għandhom dejn mal-banek u ntlaqtu ħażin mill-pandemija tal-COVID-19 mhux qed ikollhom iħallsu lura l-pagamenti tas-soltu kif ukoll l-imgħaxijiet dovuti fuqhom. Minflok, wara li jintemm il-moratorju, il-pagamenti jerġgħu jibdew jitħallsu b’mod gradwali.

Bħala parti minn pakkett usa’ ta’ miżuri adottati mill-Gvern Laburista fis-sitwazzjoni attwali ta’ emerġenza, din id-deċiżjoni fissret nifs qawwi għall-klijenti tal-banek stess u li ħafna minnhom spiċċaw mingħajr negozju, anke minħabba miżuri ta’ prekawzjoni biex tiġi mħarsa s-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi. Il-pakkett sħiħ ta’ miżuri offrut mill-Gvern ukoll kien meqjus bħala l-aqwa mill-pajjiżi kollha milqutin fl-imxija tal-Coronavirus. Id-deċiżjoni tal-Gvern li jimponi moratorju ġenerali fit-13 ta’ April kompliet tkabbar dan is-sostenn u tħalli għexieren ta’ miljuni fil-bwiet tal-ħaddiema u n-negozji sakemm l-attività ekonomika terġa’ tirpilja. Kif jirriżulta sal-lum din hi miżura li salvat l-għajxien u l-operat ta’ eluf ta’ familji u negozji. Tkompli f’paġna 5

Id-deċiżjoni tal-Gvern f’April kompliet tgħin lil dawk l-aktar milqutin, inkluż negozji li għalqu


02

24.05.2020

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM Editur RONALD VASSALLO

L-Ogħla Temperatura: 27°C L-Inqas Temperatura: 17°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja tiksi ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Ħafif mill-Majjistral li jsir ħafif għal moderat mill-Punent il-Lbiċ Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 20°C

email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR It-Tnejn

tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

26°C UV 11

16°C

Il-Ħamis

Indirizz Postali KullĦadd

25°C UV 11

17°C

25°C UV 11

Il-Ġimgħa

16°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd

24°C UV 11

15°C

24°C UV 11

15°C

25°C UV 11

18°C

kullhadd.com

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21234567 Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21224898 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487311 St. Bartholomew Pharmacy, 30, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera – 21482558 St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Ġużepp, Tal-Pietà – 21237327 J.V.’s Pharmacy, Wied is-Swieqi, Is-Swieqi – 21371062 The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema – 21330376 St. Michael Pharmacy, Misraħ tat-Transfigurazzjoni, Ħal Lija – 21435875 Victory Pharmacy, 16, Pjazza il-Vitorja, In-Naxxar – 21412454 St. Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar – 21575276 St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid – 21665848 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 San Ġwakkin Pharmacy, 1 Triq Sant’Anna, Marsaskala – 21637994 Health Junction Pharmacy, Triq Alfred Cachia Zammit, Iż-Żejtun – 21898728 Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Ħal Luqa – 21692546 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 St. Anthony Pharmacy, 18 Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21454187 Għawdex

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Ir-Rabat – 21556170 Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru, Ix-Xagħra – 21561486

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182


03

24.05.2020

kullhadd.com

RATA MNAQQSA TA’ TRAŻMISSJONI Filwaqt li hawn min qed jgħid li flaħħar jiem bdiet it-tieni “mewġa” tal-Coronavirus fostna, jirriżulta minn analiżi tal-ammont ta’ dawk li nstabu pożittivi mit-testijiet li anke fl-aħħar ġimagħtejn ir-rata kompliet tonqos. Fil-fatt, kif jidher fit-tabella annessa, din ir-rata naqset bi 2.1% bejn l-ewwel xahar tal-virus fostna għall-aħħar ġimagħtejn. L-istess, ir-rati għal pajjiżna komplew ikunu ferm inqas mill-medja Ewropea tul il-perjodu kollu. Pereżempju fl-aħħar ħmistax ir-rata li ttestjaw pożittivi f ’pajjiżna kienet kważi terz dik fil-bqija tal-UE. Fl-aħħar bulettin mediku ilbieraħ ħareġ li saru 1,727 swab test fejn disa’ persuni ħarġu pożittivi għall-COVID-19. Minbarra hekk fiequ erbgħa biex issa fadal 130 każ attiv. Pajjiżna dejjem kien fost ilpajjiżi bl-inqas rata ta’ persuni li ttestjaw pożittivi minkejja li hu l-pajjiż bl-ogħla persentaġġ ta’ testijiet li saru. Meta tqabbel l-ammont ta’ testijiet mal-popolaz­zjoni f ’kull pajjiż fl-UE wieħed jinnota li f ’Malta l-ammont ta’ testijiet tela’ mill-ekwivalenti ta’ 2.3% sas-7 ta’

Rata ta’ testijiet pożittivi fost dawk li għamlu t-test

April għal 8.3% sas-7 ta’ Mejju. Sal-bieraħ dan laħaq it-12.1%, diskrepanza kbira mat-3.9% medja li laħaq fl-UE. L-agħar riżultati bħala ttestjar kienu fil-Balkani. Fil-Ġreċja huma inqas minn 1.4% tal-popolazzjoni li ġew ittestjati, jew kważi disa’ darbiet inqas minn pajjiżna. Meta wieħed iqabbel in-numri ta’ persuni li nstabu pożittivi f ’pajjiżna ma’ ta’ oħrajn wieħed

irid joqgħod attent. Pereżempju fil-ġimagħtejn bejn is-7 ta’ Mejju u t-22 ta’ Mejju nstabu 114-il każ pożittiv f ’pajjiżna, waqt li fl-Estonja nstabu 87 każ. Iżda fl-istess perjodu f ’pajjiżna saru kważi 18,500 test, filwaqt li fl-Estonja bilkemm saru 14,000 test. Flaħħar ġimagħtejn pajjiżna għamel testijiet daqskemm saru fil-Bulgarija kollha, pajjiż b’popolazzjoni ta’ aktar minn seba’ miljun ruħ.

F’pajjiżna kienu saru 352 test kuljum bħala medja sas-7 ta’ April, ammont li żdied għal 918 kuljum sas-7 ta’ Mejju. Fl-aħħar ħmistax din il-medja telgħet saħansitra għal 1,228. Dan ifisser aċċellerazzjoni ta’ 34% fil-ġimagħtejn waħedhom biss. B’kuntrast, f ’Ċipru l-ammont ta’ testijiet kuljum naqas bi 12%, kif ġara fl-Olanda (-18%), fl-Estonja (-21%), fil-Ġermanja (-6%)

u fl-Irlanda (-3%). Dan kollu jindika li waħda mir-raġunijiet ewlenija għalfejn in-numru ta’ każijiet kompla jinżamm taħt kontroll kienet li f ’pajjiżna l-awtoritajiet tas-saħħa ngħataw riżorsi akbar u mezzi biex jiġġieldu aktar l-imxija tal-Coronavirus. Il-prevalenza tal-COVID-19 kompliet tkun ferm limitata, tant li bħala każijiet attivi għandna 1 għal kull 4,000 persuna li tgħix f ’pajjiżna. Fil-Belġju, l-Iżvezja u l-Olanda hemm każ attiv għal kull 400 persuna. Li kieku l-imxija hija kkontrollata madwar l-UE daqs kif inhi f ’pajjiżna allura kieku bħalissa hawn kważi kwart ta’ miljun persuna inqas li huma morda bil-Coronavirus. Is-suċċess ta’ pajjiżna f ’din il-ġlieda wkoll joħrog mill-fatt li, grazzi għall-miżuri meħuda, pajjiżna kellu madwar 1% tal-każi li rriżultaw f ’mewt jew f ’kura intensiva, imqabbel mal-medja ta’ 11% fl-UE. Pajjiżna fil-fatt kellu l-aqwa riżultati fl-UE f ’dan is-sens, waqt li l-Belġju u Franza kellhom l-agħar riżultati bi 17% tal-każi.


04

24.05.2020

kullhadd.com

INVESTIGATI PRIĠUNIER F’DARU! L-FILMATI TA’ AQUILINA Il-filmati, li juru lid-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina jostakola skorta tal-Pulizija tat-Traffiku fil-qadi ta’ dmirijiethom sena ilu, jinsabu f ’idejn il-Korp tal-Pulizija biex jiddeċiedi jekk jiħux passi ulterjuri, qalu sorsi lil din il-gazzetta. L-aħbar, li feġġet biss il-ġimgħa li għaddiet grazzi għall-programm televiżiv Pjazza, immexxi minn Karl Stagno Navarra, kompliet tevolvi din il-ġimgħa. Fil-filmati, Aquilina jidher ma jobdix l-ordnijiet ta’ żewġ uffiċjali fuq il-muturi biex jitfa’ mal-ġenb u jħalli delegazzjoni barranija taqbeż it-traffiku dak il-ħin fi Triq Diċembru Tlettax. L-Ispeaker Anġlu Farrugia kkonferma li Aquilina kien protett fil-Kamra tad-Deputati dakinhar waqt seduta filgħodu, meta l-Pulizija barra l-binja marru biex jieħdu passi kontrih. Fl-istess ħin indika li ma kienx jaf bid-dettalji tal-istorja kif dehret fuq it-televixin u allura seta’ b’xi mod kien imqarraq hu wkoll. Min-naħa tiegħu, Aquilina baqa’ jsostni li m’għamel xejn ħażin u minflok qed jimplika li xi ħadd irid jivvendika ruħu minnu. Fl-istess ħin, is-sit Lovin Malta indika li xi “pulizija qrib il-PL” iddeċieda li ma jitteħdux passi kontra d-Deputat Nazzjonalista sena ilu. Bil-maqlub, is-sorsi tagħna jisħqu li min iddeċieda li ma jiħux passi dwar ksur tal-liġi kontra Aquilina sena ilu kien uffiċjal li “jiġi minn kollega tal-istess Aquilina”, mingħajr ma identifikaw għal min qed jirreferu.

Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed joħroġ ċar li dak, li suppost hu l-Kap tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista, mhu xejn għajr priġunier tal-fazzjoni Simon Busuttil. Għalkemm fiżikament dan tal-aħħar ħareġ ’il barra mix-xena politika lokali, għadu hemm preżenti permezz ta’ sħabu li jimponu l-ħsibijiet u dak li għalihom jidhrilhom li hu tajjeb għall-Partit, avolja hu kompletament l-oppost tal-“mod ġdid” li wiegħed Adrian Delia tliet snin ilu. Sorsi qrib id-Dar Ċentrali qalu lil din il-gazzetta li l-fazzjoni Busuttil litteralment ġabet lil Delia fejn riedet, priġunier f ’daru u xejn aktar minn kap tal-isem biss li, irid u ma jridx, ikollu jbaxxi rasu għal dak li jiddettawlu ta’ Busuttil. U dan joħroġ ċar minn diversi fatti. Fuq quddiem nett hemm il-fatt li Delia ma jistax jiċċaqlaq jew jieħu deċiżjoni biex juri li hu tassew imexxi lill-PN, mingħajr ma jkollu min jonfoħlu m’għonqu. Episodju partikolari li spikka f ’dawn il-jiem kien dak tad-Deputat Karol Aquilina, wara li filmat esklussiv imxandar waqt il-programm Pjazza, wera kif fixkel skorta tal-Pulizija ma’ delegazzjoni ta’ ministru barrani madwar sena ilu u wara talab il-protezzjoni tal-Parlament. Minkejja dan, fi tweġiba li ta lill-ġurnal L-Orizzont din il-ġimgħa, l-Ispeaker Anġlu Farrugia tenna li ma kienx jaf bid-dettalji tal-każ kif ħareġ mill-filmati din il-ġimgħa, b’indikazzjoni li ġie mqarraq mill-istess Deputat tal-Oppożizzjoni, li dakinhar kellu l-protezzjoni tal-Kamra tad-Deputati. Minkejja dan, il-poplu baqa’ jistenna azzjoni filPN, speċjalment mingħand Delia, li għal kull ħaġa ta’ xejn malajr jgħajjat “irriżenja” (prassi għall-fazzjoni Busuttil). Jaf Delia xtaq jieħu passi fil-konfront ta’ Aquilina, imma għandu jdejh marbutin. Anzi kellu jbaxxi rasu biex il-PN joħroġ stqarrija uffiċjali ħalli jiskużaw l-aġir ta’ Aquilina. Jispikka fl-istqarrija hu – avolja mhux b’sorpriża – li l-ħażin ta’ Aquilina ppruvaw idawruh fuq il-Gvern. Azzjoni li ma niżlet tajjeb xejn lanqas mal-iżjed Nazzjonalisti akkaniti li fadallu l-Partit, anke meta Delia deher komdu ħafna bil-preżenza ta’ Aquilina eżatt warajh f ’konferenza tal-aħbarijiet jum biss wara li ġie żvelat l-aġir irresponsabbli tad-Deputat. Aquilina vs Delia Karol Aquilina, bħala wieħed millhekk imsejħa 17-il eroj blu, kien fost il-perċimes fir-ribelljoni kontra l-Kap Nazzjonalista u anke riċentament, meta ntreħa l-ħabel favurih, ma ddejjaqx lanqas juża konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit stess biex jibbottja kontra l-Kap tiegħu, b’messaġġ ċar li għad għandu allegazzjonijiet serji fuq rasu. U biex ikompli jħawwar kontra Delia, l-għada l-Ġimgħa 15 ta’ Mejju ħareġ stqarrija u fiha ma ddejjaq xejn isemmi lil The Shift News, fergħa oħra tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil li ħalfet li teqred lil Delia. Imma Karol Aquilina huwa wkoll wieħed li fi Frar li għadda deher ħiereġ mir-residenza ta’ Louis Galea wara laqgħa sigrieta li fiha huwa maħsub li kienu qed jiġu diskussa manuvri kbar bħala parti minn pjan biex Adrian Delia jwarrab minn

Kap Nazzjonalista. Interessanti ferm ritratt ta’ konferenza tal-aħbarijiet li saret fit-18 ta’ Mejju li għadda u kien ippubblikat bi prominenza fil-faċċata ta’ In-Nazzjon. Adrian Delia jitkellem fuq podju, imdawwar b’xejn inqas minn ħames membri tal-fazzjoni ta’ kontrih: Tonio Borg, Francis Zammit Dimech, Chris Said, Karol Aquilina u Jason Azzopardi. Jippersisti f ’informazzjoni ħażina Delia kellu wkoll ibaxxi rasu u jħalli konferenza tal-aħbarijiet minn Aquilina u Therese Comidini Cachia dwar l-użu ta’ fondi pubbliċi wara rapport maħruġ mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Għalkemm iż-żewġ membri tal-fazzjoni Busuttil iddeskrivew l-aġir ta’ xi deputati bħala “irresponsabbli’ – ironikament ftit jiem biss qabel ma Aquilina nnifsu wriena xi tfisser li tkun irresponsabbli – ir-rapport ġie miżinterpretat apposta minnhom. Il-Kummissarju għall-Istandards qal li m’hemm xejn ħażin li Ministru jew Segretarju Parlamentari jinforma lill-pubbliku bi proġetti tal-gvern fuq il-mezzi soċjali fuq il-paġni uffiċjali, u minn hemm ixerrdu għal fuq il-paġni personali tagħhom fuq il-midja soċjali. Fil-fatt, kulma għamel il-Kummissarju kien li ssuġġerixxa li flok proġett tal-Gvern l-ewwel ikun reklamat fuq il-paġni personali tal-Ministri jew Segretarji Parlamentari, għax kien hemm xi każi li sar hekk, għandu jkun irreklamat l-ewwel fuq il-paġni uffiċjali tal-ministeri. Żgur, iżda, li jekk xi ħadd għandu jrodd il-flus lura lill-poplu huma l-membri tal-aħħar Gvern Nazzjonalista, li fl-ewwel deċiżjoni tiegħu fl-2003 kienet li kull membru tal-Kabinett jiżdied b’€600 fil-ġimgħa. U avolja d-deċiżjoni kienet imdawra lura snin wara, kien għad hemm mal-€1.5 miljun minn dak misruq li baqgħu ma ntraddux lura. Kieku Delia kellu s-saħħa ta’ kap kieku żgur li ma kienx lanqas jitwaħħad ma’ żewġ gruppi magħmula mill-akbar kritiċi tiegħu, Repubblika u Civil Society Network. Imma anki hawnhekk kellu bilfors ibaxxi rasu u jingħaqad magħhom ħalli jissorveljaw x’għandhom ikunu l-proposti talPN għar-riforma Kostituzzjonali. Kif qalulna s-sorsi qrib id-Dar Ċentrali, “hekk riedu jġibuh u hekk ġabuh.” Jekk Delia jagħmel pass kontra l-fazzjoni Busuttil, isib mall-ewwel il-kanuni kollha li dawruh, ikkargati u bil-lest biex jisparaw fuqu.


05

24.05.2020

kullhadd.com

SOLLIEV MID-DJUN Tkompli minn paġna 1 L-ammont ta’ familji li ngħataw moratorju sal-aħħar ta’ Marzu kien ilaħħaq l-1,836. Kollha flimkien dawn għandhom jagħtu lill-banek €157.2 miljun. Huwa kkalkulat li dawn il-familji qed jiffrankaw madwar €0.4 miljun fix-xahar f ’imgħax. B’hekk ifisser li sal-aħħar tal-moratorju se jkunu ngħataw solliev ta’ €2.5 miljun, minbarra l-ammont ta’ pagamenti fuq l-ammont tad-dejn u li allura kapaċi jlaħħaq sa €3.5 miljun oħra. B’kollox ifisser nifs ta’ €6 miljun lil aktar minn 1,800 familja. Ma’ dawn il-moratorju kien sors ta’ likwidità għal 885 nego-

zju, li għandhom dejn ta’ kważi €330 miljun xi jħallsu. Hu stmat li l-moratorju qed jagħti nifs totali ta’ €6 miljun f ’termini ta’ imgħax pospost u mill-inqas €15-il miljun oħrajn f ’pagamenti tad-dejn, għal nifs kumplessiv ta’ €21 miljun lil ftit inqas minn 900 negozju s’issa. Il-maġġoranza tal-likwidità ngħatat lil-lukandi u r-restoranti bi kważi €114-il miljun b’moratorju, li huwa aktar minn kwart tad-djun kollha inkwistjoni. Qasam ieħor li ngħata injezzjoni tajba ta’ likwidità kien dak tal-bejgħ bil-grossa (wholesale) u l-ħwienet (retail), b’225 negozju mogħtija appoġġ mill-banek għas-somma ta’ €36.9 miljun.

Is-settur tal-kostruzzjoni u l-proprjetà wkoll qed igawdi minn sostenn ta’ kważi €93 miljun, waqt li ma naqasx lanqas appoġġ lis-setturi tat-trasport, manifattura u servizzi oħrajn, li flimkien għandhom dejn ta’ ftit inqas minn €90 miljun.


06

24.05.2020

kullhadd.com

L-aħħar fażijiet ta’ xogħlijiet fuq barra u ġewwa tal-binja li se tkun qed tospita l-għassa l-ġdida

KWAŻI LESTA L-GĦASSA L-ĠDIDA F’MARSAXLOKK Ir-raħal pittoresk ta’ Marsa­xlok­­ k se jkollu għassa ġdida fi ftit żmien ieħor. Dan biex mhux biss biex taqdi l-ħtiġijiet tradizzjonali ta’ għassa tal-pulizija, iżda wkoll dawk ġodda mitluba mill-proġett ta’ Community Policing li fi ftit xhur oħra se jinfirex ukoll f ’din il-lokalità. Il-gazzetta KullĦadd żaret il-post fl-aħħar jiem fejn stajna naraw kif ix-Xlukkajri dalwaqt jibdew jinqdew minn post iktar dinjituż u b’faċilitajiet iktar addattati għall-ħtiġijiet tal-lum. “Filwaqt li nemmen bis-sħiħ li l-ikbar investiment irid ikun ta’ pulizija fit-triq, huwa tajjeb li fejn għandna faċilitajiet tal-Korp naraw li dawn ikunu miżmumin tajjeb u fl-aqwa kundizzjoni possibbli. Fil-każ ta’ Marsaxlokk investejna f ’għassa totalment ġdida. Għassa li tfasslet b’mod li l-proġett tal-Community Policing ikun jista’ jaħdem b’mod separat mis-servizz tradizzjonali li mdorrijin bih mill-pulizija u li jmur lil hinn mill-ħtieġa li tagħmel xi rapport,” qalilna l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u l-Infurzar talLiġi Byron Camilleri. Il-bini ta’ għassa ġdida f ’Marsaxlokk huwa parti minn sensiela ta’ proġetti oħra li qed isiru filKorp tal-Pulizija. Il-Korp se jkun

investa madwar €100,000 f ’din l-għassa biex il-binja tkun attrezzata b’tali mod li toffri ambjent aħjar ukoll għall-pulizija li jaħdmu ġo fiha. “Nifhem l-ilmenti ta’ nies minn ċerti lokalitajiet oħrajn li jgħidu li l-għassa tal-lokal tagħhom għandha bżonn qabża ta’ kwalità. Irrid ngħid li fl-aħħar snin diġà sar xogħol importanti. Fl-ewwel xhur tiegħi bħala Ministru wkoll għafast fuq ċerti proġetti u mmarkajna oħrajn għaż-żmien li ġej. Għax l-ekonomija tajba rridu ninvestuha wkoll fis-sigurtà taċ-ċittadin,” kompla l-Ministru Camilleri. Il-lokal ta’ Marsaxlokk, li kiber u huwa anke post turistiku popolari, kien jeħtieġ għassa addattata għar-realtajiet tal-lum. Dwar dan tkellem ukoll diversi drabi l-Kunsill Lokali. L-għassa tinsab maxxatt ta’ Marsaxlokk li huwa l-post ideali biex il-pulizija tkun tista’ tkun viċin il-komunità, li tgħix jew iżżur dan ir-raħal. Biż-żjarat ta’ turisti u Maltin oħra huma bleluf, il-mira hi li x-xogħol ikun lest f ’nofs is-sajf. “Inħares ’il quddiem biex tibda tintuża. Bl-istess mod impenjat li x-xogħol fuq għases oħrajn javvanza b’mod sostanzjali fiż-żmien li ġej,” temm jgħid il-Mi­nistru Camilleri.


07

24.05.2020

kullhadd.com

IMNIEDI L-LUQA JUNCTION PROJECT TITJIB IEĦOR MASSIĊĊ LI SE JTEJJEB L-INFRASTRUTTURA TAT-TOROQ Infrastructure Malta (IM) qed tippjana proġett ieħor massiċċ fil-kullana ta’ proġetti eżistenti diġà attivi, inklużi l-Marsa Junction, is-Central Link Project, dak tar-roundabouts ta’ Santa Luċija u biswit l-Ajruport, bil-għan li tkompli ttejjeb l-infrastruttura eżistenti tat-toroq fil-pajjiż. L-investiment ġdid, li mistenni jibda s-sena d-dieħla, hu msejjaħ Luqa Junction Project u jinkorpora primarjament tibdil enormi fir-roundabout ta’ Ħal Luqa biswit il-pompa tal-petrol magħrufa bħala tad-Dinitrol. Dan il-proġett ukoll se jikkumplimenta l-proġett diġà ppjanat għar-roundabout quddiem l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Ir-roundabout eżistenti hija junction importanti tan-network Ewropew tat-toroq arterjali prinċipali magħrufa bħala TEN-T. Il-Luqa Junction Project se jara li flok ir-roundabout prinċipali ta’ Ħal Luqa tibena junction b’livelli differenti għal aktar ħeffa u sigurtà fir-rotot ewlenin bejn Ħal Qormi, Santa Luċija, il-Marsa, il-Gudja, l-Ajruport, il-mini ta’ Ħal Kirkop u Birżebbuġa. Fih se jkunu inkorporati flyover, mina taħt l-art u korsiji oħrajn biex jipprovdu konnessjonijiet diretti bejn tliet toroq arterjali, jiġifieri Triq San Tumas lejn Ħal Qormi, Triq il-Kunsill tal-Ewropa minn Santa Luċija u l-Marsa, u Vjal l-Avjazzjoni, li twassal għall-Gudja, Birżebbuġa, il-mini ta’ Ħal Kirkop kif ukoll l-Ajruport u l-Freeport. Se jkunu inklużi wkoll passaġġ għall-mixi u r-roti mifrud mittriq tul parti minn Triq il-Kunsill tal-Ewropa biex jingħaqad mal-korsiji għar-roti u l-bankini li diġà hemm fi Vjal l-Avjazzjoni. Bi kważi 16,000 persuna jivvjaġġaw minnha kull siegħa fl-eqqel ħinijiet ta’ filgħodu u waranofsinhar, ir-roundabout ta’ Ħal Luqa bħalissa qed topera b’volum ferm akbar minn kemm tiflaħ tilqa’. Id-disinn eżistenti ta’ din il-junction ftit li xejn jgħin fit-tqassim u s-separazzjoni bejn l-influssi mir-rotot differenti li jingħaqdu fiha. Flimkien mal-Kirkop Tunnels

& Airport Intersection Project, li jinkludi tibdil simili tar-roundabout tal-Ajruport nofs kilometru bogħod u mistenni jibda aktar tard din is-sena, il-Luqa Junction Project mistenni jnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar sa 74% f ’kull direzzjoni u jelimina wkoll żewġ żoni magħrufin għall-aċċidenti. Dawn iż-żewġ proġetti se jwasslu wkoll għal titjib sinjifikanti fil-kwalità tal-arja f ’Ħal Luqa, il-Gudja u nħawi oħrajn fil-viċin, tant li hu stmat li se jitnaqqsu kull sena sa 9.1 tunnellata ta’ emissjonijiet tal-materja partikulata u 33,000 tunnellata ta’ dijossidju tal-karbonju, fost l-ikbar kontributuri tal-kriżi fil-klima. Il-flyover il-ġdida tal-Luqa Junction Project se testendi 220 metru biex tipprovdi korsija diretta lejn l-Ajruport. Il-mina ġdida b’korsija waħda se tkun twila 60 metru u fonda aktar minn 5.5 metri biex dawk li jkunu qed jivvjaġġaw minn Santa Luċija jkunu jistgħu jibqgħu sejrin dirett lejn Ħal Qormi mingħajr il-ħtieġa li jaqsmu minn quddiem il-karozzi li jkunu sejrin lejn l-Ajruport u destinazzjonijiet oħra fl-istess direzzjoni. Minflok ir-roundabout, Infrastructure Malta se toħloq spazju miftuħ imsebbaħ b’siġar ġodda. Sadanittant, qed taħdem biex sal-aħħar ta’ din is-sena tikkonkludi l-proċessi għall-ħruġ tal-permess tal-iżvilupp u l-akkwisti tas-servizzi meħtieġa għal dan il-proġett.

L-investiment ġdid, li mistenni jibda s-sena d-dieħla, hu msejjaħ Luqa Junction Project u jinkorpora primarjament tibdil enormi fir-roundabout ta’ Ħal Luqa biswit il-pompa tal-petrol magħrufa bħala tad-Dinitrol



09

24.05.2020

kullhadd.com

MALTA ŻŻOMM RATING A+ CREDITREFORM TIKKONFERMA T-TBASSIR PROSPETTIV TA’ PAJJIŻNA GĦALL-2021

Ritratti: DOI - JEREMY WONNACOTT

Wara Fitch Ratings, Standard and Poor’s u Moody’s, issa kien imiss lill-aġenzija Ġermaniża Creditreform Rating li tikkonferma li l-prospetti għall-credit rating ta’ pajjiżna huma stabbli. B’kuntrast, mill-bidu ta’ Marzu kien hemm erba’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li ngħataw prospett negattiv u tnejn

oħra li saħansitra kellhom ir-rating imnaqqas. Dwar Malta, Creditreform Rating bassret li “the economy should recover through the second half and beyond as restrictive measures are gradually eased”. L-esperti Ġermanizi sostnew li, “policy efforts devoted to COVID-19

ID-DIXXIPLINA QED ISSEBBAĦ IL-LOKALITAJIET Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar talLiġi Byron Camilleri enfasizza li d-dixxiplina għandha twassal biex fis-soċjetà nirrispettaw iktar lil xulxin u mhux biex nieħdu gost nikkastigaw. Hu qal li għalhekk li l-Aġenzija tal-Infurzar Lokali (LESA) tiddedika €1 miljun fis-sena biex mill-ħlas taċ-ċitazzjonijiet isiru proġetti fil-lokalitajiet, li jvarjaw minn dawk ambjentali, għal oħrajn infrastrutturali, edukattivi u ta’ restawr. Il-Ministru Camilleri żar pro­ ġett simili f ’Ħal Qormi fejn b’nefqa ta’ €28,000 qed isir restawr fuq statwa ta’ San Ġorġ, tisbiħ tal-pjazza u titjib f ’xi sqaqien antiki. “Fuq sena biss, minn dan il-

fond qed ninvestu aktar minn €50,000 fuq restawr. Hu sabiħ li nagħtu lura lill-komunità dak li l-aġenzija tkun ħadet minn ksur ta’ liġi fl-istess lokalitajiet. Meta wieħed jinforza jkun qed jipproteġi lis-soċjetà u lil min josserva l-liġi,” qal il-Ministru, waqt li żied li inizjattivi simili huma l-akbar sinjal li l-Gvern hu interessat fl-edukazzjoni. Jirriżulta li fuq tliet snin se jkunu ntefqu €3 miljun f ’lokalitajiet varji. Is-Sindku ta’ Ħal Qormi Renald Falzon, li kien qed jakkumpanja lill-Ministru, qal kif il-ħolma tal-Kunsilli Lokali hi li jsebbħu l-lokalitajiet tagħhom u għalhekk dawn il-fondi huma kruċjali biex ikunu kapaċi jaħdmu fuq proġetti ta’ dan it-tip.

should mitigate the worst effects on the corporate and household sector”. Għalhekk, għall-2021, ir-rapport ibassar tkabbir ekonomiku ta’ kważi 5%, li se jkun dovut għall-andament tajjeb f ’industriji bħall-igaming, kif ukoll proġetti kbar ta’ investiment. L-aġenzija Ġermaniza tagħti importanza lill-pakkett ekonomiku mħabbar mill-Gvern Malti, tant li ssejjaħlu “a substantial policy package” li skont l-analiżi tal-esperti Ġermanizi, se jillimita s-sensji u l-fallimenti fin-negoz-

ji (“corporate bankruptcies and redundancies”). Filwaqt li dan huwa pakkett li se jiswa ħafna, dan ma jħassibx lill-aġenzija Ġermaniża, tant li r-rapport isostni li l-“pożizzjoni fiskali favorevoli fil-bidu, flimkien mal-prudenza fiskali li ntweriet fl-aħħar snin, fost oħrajn, kollha jsostnu l-pożizzjoni stabbli fil-credit rating ta’ Malta”. Fil-fatt, l-esperti barranin jinnutaw il-preżenza ta’ “sizeable fiscal buffers”, filwaqt li fiduċjużi li l-Gvern se jagħmel użu prudenti tal-fondi pubbliċi.

Fattur importanti ieħor, skont din l-aġenzija, huwa li, “debt affordability appears to be no major issue”. Dan minħabba li r-rata ta’ mgħax li l-Gvern irid iħallas hija baxxa għax teżisti ħafna likwidità u fiduċja fil-Gvern Malti. L-aġenzija Ġermaniza temmen li Malta se tibqa’ fost l-aktar ekonomiji Ewropej li se jikbru u jiġġeneraw impjiegi. Għalhekk, anke din l-aġenzija qed tagħżel li, minkejja l-impatt tal-COVID-19, tikkonferma l-credit rating ta’ pajjiżna bħala A+.


10

24.05.2020

kullhadd.com

CTRL Z - WIRJA DIĠITALI Matul din il-ġimgħa intervistajna żewġ studenti li qegħdin flaħħar sena tagħhom tal-Università. Chalise Bugeja u Giulia Micallef jagħmlu parti mill-kors tal-Baċċelerat fl-Arti Diġitali, kors li jirrikjedi li fit-tielet sena ssir wirja kollettiva tal-klassi sabiex jintwera x-xogħol magħmul bħala parti mill-proġett prattiku tat-teżijiet tagħhom. Minħabba l-pandemija li laqtet lid-dinja kollha, din is-sena se jkunu qegħdin jagħmlu din il-wirja b’mod oriġinali. Għall-ewwel darba kemm għall-kors tagħhom kif ukoll għall-Università ta’ Malta, ser issir wirja b’mod diġitali. Din is-sena il-wirja ser tkun qed turi x-xogħlijiet ta’ 35 student li lkoll ħadmu flimkien sabiex din il-wirja sseħħ xorta waħda, fl-aħjar mod possibbli.

jieħdu ħsieb it-tmexxija tal-wirja biex naraw li dejjem inkunu fuq l-istess paġna u li kull individwu Chalise: Din il-wirja issir bħa- jkun jaf x’qed jiġri. la parti mit-teżi tagħna, fejn l-istudenti kollha jesibixxu l-proġett Kif inqasam ix-xogħol? prattiku tagħhom b’mod kollet- Tistgħu tiddeskrivu wħud tiv mal-bqija tal-klassi. Hija wkoll mill-oqsma jew gruppi opportunità biex waqt l-esibizz- li nħolqu u x’kien l-irwol joni, ikollna ċ-ċans li niltaqgħu tagħhom? ma’ nies minn kumpaniji differChalise: B’kollox għandna enti, li jaf naħdmu magħhom iktar ’il quddiem fil-karriera tagħ- seba’ gruppi, fosthom grupp li na. B’hekk tista’ tgħid li l-wirja ħa ħsieb il-fotografija, u grupp ssir kemm għall-istudenti kif ieħor li ddisinja l-logo tagħna kif ukoll għall-kumpaniji sabiex ja- ukoll il-katalgu ta’ din l-esibizzjoni. Għall-midja soċjali għandraw kull student x’joffri. na grupp ieħor ta’ studenti, li Giulia: Kif qed tgħid Chalise, flimkien jieħdu ħsieb il-paġna din hija opportunità biex nuru tagħna fuq Facebook kif ukoll t-talenti tagħna f ’wirja diġitali, fuq Instagram, fost rwoli oħrajn. kif ukoll hija esperjenza ġdida Giulia: Gruppi oħra li għalina. Bla dubju, din il-wirja mhux biss qed issir għan-nies li pparteċipaw fl-esibizzjoni huma se jarawha, imma għalina wkoll. dawk li ħadu ħsieb il-vidjografija — dawn għamlu vidjows li bħaX’inhu l-irwol tagħkom f ’din lissa qed joħolqu aktar antiċipazzjoni għall-wirja. Barra minn il-wirja? dawn, hemm ukoll grupp ta’ Chalise: L-irwol tagħna pri- illustraturi li pinġew lil kull stumarjament jirrikjedi li nżommu dent li qed jipparteċipa fl-esibikuntatt mal-istudenti kollha u zzjoni. naraw li l-pjanijiet għal din l-esibizzjoni jibqgħu mexjin kif Il-pandemija bla dubju inkunu pjanajna. Ħloqna am- affettwat ċerti pjanijiet li mont ta’ gruppi sabiex inkunu kellkom oriġinarjament. nistgħu nqassmu x-xogħol bl-ak- Tistgħu tiddeskrivu tar mod effiċjenti, kif ukoll sa- x’bidliet kellhom isiru? biex inkunu nistgħu nidderieġu Chalise: Din il-wirja ssir ta’ kull grupp mingħajr ma nfixklu kull sena bħala esibizzjoni real-gruppi l-oħrajn. li. Però minħabba l-pandemija Giulia: Barra minn dan, aħna din is-sena kellna naqilbu kolqed naħdmu mal-għalliema li lox online sabiex ma nitilfux

Għaliex issir din il-wirja u għal min?

Chalise Bugeja

din l-opportunità li nesibixxu x-xogħlijiet tagħna. Fost il-ħafna bidliet li kellhom iseħħu, kellna noħolqu website biex nuru x-xogħlijiet tagħna minflok il-wirja fiżika. Din ħadu ħsiebha żewġ studenti mill-kors tagħna, Luigi Rizzo u Rakel Vella, flimkien ma’ Mr Ryan Sammut u Dr Adnan Hadziselimovic li għenu u provdew assistenza fil-produzzjoni ta’ din il-website fejn kien hemm bżonn. Giulia: Il-pandemija affetwat b’mod dirett pjanijiet li konna ddiskutejna ħafna minn qabel, bħall-katalgu li s-soltu jiġi stampat u mogħti lill-istudenti, kif ukoll dawk li jattendu l-esibizzjoni. Il-katalgu issa se jkun jista’ jiġi aċċessat b’mod diġitali. Kellna kwistjoni bl-isponsors ukoll, għalhekk dawn saru endorsers minflok sponsors li jiffinanzjawna. X’tip ta’ xogħlijiet ser tesibixxu? X’temi u mezzi artistiċi qed jesploraw l-istudenti fil-proġetti tagħhom? Chalise u Giulia : Fl-essenza tagħha, din l-esibizzjoni tħares lejn diversi temi. Fosthom; l-identità, ir-relazzjonijiet LGBT, il-logħob elettroniku, it-teknoloġija tar-realtà virtwali (VR), il-moda u s-sensi tal-bniedem. Bla dubju, il-motiv ġenerali ta’ ‘Ctrl Z’ jinvolvi

Giulia Micallef investigazzjoni fil-fond ta’ dak kollu li hu uman permezz talużu ta’ mezzi artistiċi tradizzjonali u diġitali. Kif tiddeskrivu l-esperjenza biex organizzajtu din l-esibizzjoni?

Però fl-aħħar mill-aħħar, il-fatt li għelibna dawn l-isfidi u rnexxielna noħolqu xi ħaġa kompletament ġdida li fil-kors tagħna qatt ma saret qabel, hija xi ħaġa li nħossni ferm kburija biha. Giulia: Bla dubju ta’ xejn, din il-pandemija ħasdet lil kull individwu. Ma nistax ngħid li kienet faċli. Però kif qalet Chalise, naqbel li fl-aħħar mill-aħħar, kienet esperjenza sodisfaċenti. Sabiħ li tara kollox jaqa’ f ’postu wara li tkun ħdimt għal żmien twil, u nispera li dan jirrifletti fix-xogħol li se nuru lil kulħadd.

Chalise: Personalment, kienet esperjenza sodisfaċenti ħafna. Kellna mumenti fejn ħsibna li ser tkun kważi impossibbli li neqilbu l-wirja sħiħa online wara li diġà kellna pjanijiet konkreti ta’ kif ser inqassmu l-ispazju fiżiku li konna provduti, u kien hemm mumenti oħrajn fejn kellhom Fil-fehma tagħkom, jittieħdu deċiżjonijiet impor- x’kien l-isbaħ mument li tanti u ħassejt ċerta inċertezza. esperjenzajtu waqt li kontu


11

24.05.2020

kullhadd.com

Lisa Kaehler

L-istudenti tat-tielet sena fil-kors tal-Baċellerat fl-Arti Diġitali

qegħdin torganizzaw din l-esibizzjoni? Chalise: Għalija kien il-mument li student tat-tieni sena fil-kors tagħna staqsiena biex jintervistana għall-artiklu li kien qed jikteb. Waqt l-intervista rajt mingħandu l-interess kbir li kellu fl-esibizzjoni tagħna u kemm kien ħerqan sabiex isir jaf aktar fid-dettall l-irwol tagħna x’jirrikjedi u l-esibizzjoni kif ser tkun qed tiġi esibita. Kien mument li neħħieli kull dubju u inċertezza li kelli, u fakkarni f ’kemm kont ħerqana fil-bidu ta’ din is-sena skolastika, biex inkun parti minn din il-wirja.

sfidi differenti sabiex jemendaw il-proġetti tagħhom. L-ikbar sfida kienet li ħafna proġetti kellhom ikunu interattivi mal-udjenza sabiex jgħaddu messaġġ partikolari. Peress li kellna naqilbu l-wirja online, il-proġetti ma setgħux jibqgħu tanġibbli u ċerti studenti kellhom joħolqu spazju virtwali biex jimitaw l-esperjenza fiżika, filwaqt li oħrajn biddlu parti kbira mill-proġett kompletament. Giulia: Sfortunatament, kien hemm ċerti proġetti li kellhom jinbidlu b’mod sostanzjali u oħrajn li ħadmu aħjar fuq palk virtwali. Naħseb li l-livell ta’ diffikultà tal-bidla hija unika għal kull student.

madwari. Huwa kors li fih tgħallimt ħafna iktar milli ppretendejt fil-bidu. Għandkom xi pariri għall-istudenti li qegħdin fl-ewwel u fit-tieni sena tal-istess kors? Chalise: Il-parir tiegħi huwa biex igawdu dan iż-żmien mal-klassi tagħhom, ma jibżgħux jesperjenzaw affarjiet u suġġetti ġodda, imma l-aktar importanti hija li jħarsu lejn l-aħħar sena ta’ dan il-kors b’mod pożittiv u mhux jibżgħu minnha minħabba t-teżi.

Giulia: Naqbel ma’ Chalise, nemmen li ż-żmien li jkollok l-università qatt m’inti se terġa’ Kif tiddeskrivu l-esperjenza tesperjenzah, allura huwa importagħkom matul it-tliet snin tanti li mhux biss tiffoka fuq l-istagħkom fil-kors tal-Baċellerat fl-Arti Diġitali? tudji, imma li tapprezza lil dawk ta’ madwarek. Huwa żmien ta’ Chalise: Kienu tliet snin im- libertà bħala artist/a kif ukoll penjattivi ħafna li magħhom żmien biex issib lilek innifsek ġabu sfidi kif ukoll opportunita- f ’dak li toħloq. jiet li qatt ma stennejt. Iltqajt ma nies differenti u għamilt ħbieb Meta ser issir din il-wirja? ġodda li ħafna minnhom illum Chalise: Din il-wirja ser issir il-ġurnata inqishom bħala t-tieni familja tiegħi. Nemmen li dan fid-29 ta’ Mejju live fuq Facebook. il-kors għenni nesplora l-linja tal-arti minn lenti ġdida u nħoss Kif jista’ l-pubbliku jżomm ruħu aġġornat fuq dan Il-pandemija kellha xi impatt li għenni nikber bħala artista. l-avveniment uniku? fuq il-proġetti li qed jaħdmu Giulia: Nemmen li ħadd ma fuqhom l-istudenti? Jekk iva, Giulia: Il-pubbliku jista’ kienet relattivament faċli jew jkun verament lest għall-ħajja mgħaġġla li ġġib magħha l-uni- jżomm ruħu aġġornat minn fuq diffiċli biex tadattaw versità. Però waqt li kien żmien il-paġna tal-Facebook tagħna, il-proġetti tagħkom? li għadda malajr, kienu tliet snin BFA Ctrl Z, fejn wieħed jista’ jsib Chalise: Kull proġett huwa fejn rajt żvilupp fit-talenti artis- l-avveniment separat li ser iseħħ uniku u l-istudenti esperjenzaw tiċi tiegħi, kif ukoll f ’dawk ta’ fid-29 ta’ Mejju. Giulia: Personalment, l-isbaħ mument għalija kien meta bdejt nara ħeġġa mingħand kull individwu. Bdejt naħseb bejni u bejn ruħi kemm huwa importanti li turi passjoni lejn dak li toħloq, speċjalment meta tkun artist. Din rajtha f ’kull student/a li qed jieħu/tieħu sehem fl-esibizzjoni, bil-mod uniku tiegħu/ tagħha. Dawn huma l-mumenti speċjali meta tinduna li m’intix qed taħdem waħdek, imma qed toħloq memorji ħelwin ma’ dawk ta’ madwarek.

Luigi Rizzo

Chalise Bugeja

Giulia Micallef



13

24.05.2020

kullhadd.com

L-EDUKATURI:

L-EROJ TAL-ISTUDENTI TAGĦNA

Owen Bonnici Ministru

Fi ċkunitna, kollha kemm aħna kellna l-eroj tagħna. Eroj li jinbidlu maż-żminijiet u jinbidlu hekk kif nibdew nikbru fl-età. Ta’ età żgħira għat-tfal jidħlu bħala eroj il-ġenituri jew il-kustodji. L-eroj li juruna t-triq biex negħlbu l-isfidi li naffaċċjaw anki minn età żgħira, permezz ta’ gwida u pariri siewja. Mad-dħul fis-sistema edukattiva, flimkien mal-ġenituri jew kustodji, jiżdiedu bħala eroj l-edukaturi. Jekk inħarsu lura lejn is-snin bikrin tagħna, nagħrfu kemm

l-edukaturi kienu hemm għalina mhux biss biex jgħallmuna s-suġġetti tas-sistema edukattiva, imma kienu hemm ukoll biex jiggwidawna ħalli nkunu kapaċi naffrontaw il-futur tagħna. Ngħiduha kif inhi, meta b’nostalġija nħarsu lura u nitkellmu dwar dak li għaddejna minnu f ’ħajjitna, dejjem nirrakkontaw ukoll mumenti li għaddejna flimkien ma’ sħabna tal-klassi – u l-għalliem jew l-għalliema tagħna. Fil-bidu ta’ sena skolastika, l-edukatur iħares lejn klassi studenti li jkunu quddiemu u ninsab ċert li edukatur dedikat jgħaddi ħsieb nobbli minn moħħu: Għandi dawn ix-xhur quddiemi biex dan il-grupp ta’ studenti neħodhom minn fejn qegħdin għal fejn għandhom bżonn jaslu. Biċċa xogħol li mhix faċli. Ġenitur għandu żewġ jew tlett itfal fil-kumdità tad-dar, edukatur għandu aktar minn hekk – imma f ’dik li għall-istudenti hija t-tieni dar tagħhom. Fejn iqattgħu l-parti l-kbira talħajja fis-snin bikrija tagħhom. Imma għall-edukatur, it-tfal

ta’ quddiemu mhumiex biss studenti. L-edukatur huwa wkoll ilwens għal problemi li l-istudenti jiltaqgħu magħhom lil hinn mittagħlim obbligatorju. Għalliem għandu l-kapaċità li b’mod delikat jgħolli l-istima personali ta’ dak l-istudent li jħossu inferjuri għall-oħrajn, li jmexxi ’l quddiem lil dik l-istudenta li għandha bżonn imbottatura biex tlaħħaq ma’ sħabha tal-klassi. L-edukaturi jagħmlu differenza f ’ħajjitna. Mhux biss meta qed jippreparawna għad-dinja tal-eżamijiet, għad-dinja tax-xogħol, imma wkoll meta qed jippreparawna għal meta noħorġu mill-fosdqa li nkunu fiha, għad-dinja reali ta’ hemm barra. F’dawn l-aħħar ġimgħat rajt b’għajnejja stess kemm hawn edukaturi li jħobbu b’ġenwinità lil uliedna. Jekk qatt kien hemm bżonn ta’ prova għal dan, dawn ilġimgħat kienet proprju din. Id-dedikazzjoni u l-imħabba lejn uliedna l-istudenti ħarġu ċar f ’din l-isfida li poġġiet fi triqitna l-imxija tal-COVID-19. Kien

hemm triq faċli ħafna, dik li l-għeluq ħesrem tal-iskejjel seta’ jfisser ukoll it-tmiem tas-sena skolastika b’mod drastiku. U kien hemm it-triq mhux daqstant faċli, li l-edukaturi flimkien mal-Ministeru u d-Dipartiment tal-Edukazzjoni, jaħdmu id f ’id biex tissokta l-edukazzjoni f ’din is-sena skolastika straordinarja. L-edukaturi bla titubanzi għażlu t-tieni triq. U flimkien mal-ġenituri u l-kustodji tal-istudenti kollha, ninsab kburi li l-edukaturi ħarġu mill-kumdità tan-normal, u iva, b’sagrifiċċji, komplew mill-ewwel għaddejjin bit-tagħlim tagħhom b’mezzi alternattivi, bit-tagħlim online. Persważ li l-istudenti tal-lum, meta jsiru l-irġiel u n-nisa t’għada, se jħarsu lura u jiftakru mhux biss f ’dan l-episodju f ’ħajjithom, meta l-edukaturi daħlu b’saħħa biex jegħlbu l-isfidi u jkomplu għaddejjin mal-istudenti tagħhom, imma se jħarsu lura wkoll lejn l-edukaturi bħala dawk li għenuhom f ’mumenti oħra matul is-snin skolastiċi.

L-edukatur li ma qatax qalbu minn student, u għada pitgħada dan l-istudent jikseb impjieg bissaħħa tal-kliem ta’ kuraġġ li wrewh l-edukaturi tiegħu. L-istudenta li riedet ittemm l-avvanz fl-istudji tagħha, imma kompliet għaddejja għax imxiet fuq il-pariri tal-edukaturi tagħha u ’l quddiem se jkollha pożizzjoni, imma wkoll għarfien tal-ħajja li tista’ tgħaddih lil uliedha stess. Vjaġġ fantastiku li l-istudenti jagħmluh flimkien mal-edukaturi tagħhom. U mhux l-istudenti biss jiggwadanjaw minn dan il-vjaġġ. Imma anke l-edukaturi. Kull edukatur iħossu kburi li marbut ma’ isem, ikun hemm il-ħila tal-professjoni tiegħu li wkoll għenet biex twassal lil dak l-istudent jew studenta fejn jinsab illum. Għalhekk aħna nemmnu mhux biss bil-kliem fl-edukaturi tagħna. Huma dawn li qed ifasslu d-dinja ta’ għada, billi jrawmu lill-ġenerazzjonijiet futuri. Faċli? Mhix. Imma qed jagħmluha, għax l-edukaturi huma l-eroj tal-istudenti wliedna.

GĦAL PROGRAMM TA’ RESIDENZA AĦJAR

Alex Muscat Segretarju Parlamentari

Bħala Gvern ninsabu determinati li nkomplu nsaħħu l-qafas finanzjarju u ekonomiku ta’ pajjiżna. Bl-għajnuna ta’ poplu bieżel u ħawtiel, fl-aħħar snin ħabrikna lkoll flimkien biex kattarna l-ekonomija tagħna u tejjibna l-livell ta’ għajxien tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. Minbarra hekk, iżda, ġibna pajjiż fl-aħjar pożizzjoni possibbli biex jiffaċċja kull eventwalità, mhux l-inqas id-diffikultaji-

et ta’ bla preċedent li ġew fuqna bla mistenni mill-bidu ta’ Marzu li għadda. Jekk xejn, l-esperjenza s’issa bil-pandemija tal-COVID-19, uriet kemm konna għaqlin fid-deċiżjonijiet li ħadna mill2013. Fost dawn kien hemm l-introduzzjoni tal-Programm ta’ Investiment Individwali (IIP). Sal-lum il-programm ġab lejn pajjiżna investiment ta’ madwar €1.4 biljun, f ’xiri jew kiri ta’ proprjetà, kontribuzzjonijiet, inkluż lil għaqdiet mhux governattivi, u bonds tal-Gvern. Parti minn dan ir-rikavat ġew iddedikati diġà għall-bini ta’ housing soċjali, apparat mediku, rinnovar ta’ ċentri tas-saħħa u l-bini ta’ residenzi biex jakkomodaw pazjenti tal-kanċer u lill-qraba tagħhom f ’Londra. Li kieku ma kienx għall-istess programm, illum Malta lanqas kienet tkun f ’qagħda li ssalva mal-94,000 impjieg u, permezz

tal-Bank tal-Iżvilupp, tiggarantixxi self mal-banek kummerċjali lin-negozji f ’industriji li ntlaqtu l-agħar bl-imxija tal-Coronavirus. Jekk ukoll ninsew il-flus li qed jitfaddlu għall-ġid tal-ġenerazzjonijiet ta’ warajna, l-IIP sal-lum diġà serva aktar minn biżżejjed ta’ ġid lill-poplu kollu kemm hu. Għaldaqstant nibqa’ nkun perpless kull darba li minn xi fergħa tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista tiġi l-oġġezzjoni adamanti għal dan l-istess programm u kif iriduh magħluq ilbieraħ qabel illum. Fil-verità ma jistax ikun iżjed stramb meta lkoll nafu li l-aħħar programm elettorali Nazzjonalista saħansitra jwiegħed li jinżamm il-programm, għalkemm b’ċerti tibdil fl-operat tiegħu. Fl-aħħar jiem kelli l-okkażjoni li nesperjenza dan direttament meta ma ġietx aċċettata

t-talba tiegħi sabiex niltaqa’ mal-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista, Roberta Metsola u David Casa, biex niddiskutu l-futur tal-programm. Bħala l-politiku responsabbli minn dan il-programm, ħassejt li xorta waħda kelli nwieġeb bil-fatti kontra akkużi infondati u bbażati biss fuq informazzjoni ħażina dwar il-programm Malti li baqgħet tinxtered fil-fora Ewropea u internazzjonali. L-akkuża infondata li darrsitni l-iżjed u li mhix veritiera hi li minn mindu twaqqaf l-IIP qisu qed titqassam iċ-ċittadinanza Maltija bl-addoċċ, lil kulħadd u bla ebda trasparenza. Fil-verità, Malta hi l-uniku pajjiż li regolarment jippubblika l-listi ta’ ċittadini ġodda u telenka d-dettalji ta’ kemm inħoloq investiment. Fl-Unjoni Ewropea kollha, tagħmel dan biss ukoll l-Awstrija, li għandha programm li jmur lura għall-1986, iżda dwar dan

donnu ħadd ma jitkellem jew joġġezzjona. Il-programm Malti għandu wkoll ammont kbir ta’ applikazzjonijiet li jiġu rrifjutati, għandu saħansitra regolatur speċifiku li jissorvelja l-operat kollu u hu rikonoxxut bl-iżjed due diligence rigoruża, kif ikkonfermat mir-rata għolja ta’ rifjut ta’ applikazzjonijiet. Il-livell tal-programm tagħna u tad-due diligence hu ferm ogħla minn dak ta’ madwar 100 pajjiż ieħor minn madwar id-dinja kollha li joperaw programm bħal tagħna. Fl-interess nazzjonali jien determinat biex, flimkien ma’ dawk l-istakeholders kollha ta’ rieda tajba, nasal għal modi kif insaħħu dak li għandna u qed ingawdu l-frott tiegħu llum, minflok inkissruh. Dan dejjem ukoll skont il-Liġi Ewropea, li kif inhu xieraq tħalli f ’idejn l-istati membri biex jiddeċiedu huma fil-mertu ta’ ċittadinanza.


14

24.05.2020

kullhadd.com

L-UGWALJANZA WKOLL HIJA SAL-BARKUN Din il-ġimgħa tħabbar li Malta reġgħet ikklassifikat fl-ewwel post fir-rapport tal-Assoċjazzjoni ILGA-Europe fejn jidħlu drittijiet u tfassil ta’ politika għal persuni LGBTIQ. Tkellimna mas-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza, Rosianne Cutajar, dwar il-kisbiet tal-Gvern fid-drittijiet ċivili u liġijiet li taw protezzjoni u drittijiet sħaħ lil persuni LGBTIQ biex Malta issa tinsab fuq quddiem nett fid-dinja fil-qasam tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u persuni ta’ orjentazzjonijiet sesswali diversi.

Segretarju Parlamentari, l-ewwel nett grazzi li lqajt l-istedina tagħna biex nitkellmu dwar żviluppi importanti fl-oqsma tal-ugwaljanza, riformi u drittijiet għal persuni ta’ orjentazzjonijiet sesswali u ta’ ġeneru diversi. Malta reġgħet għall-ħames sena konsekuttiva kisbet l-ewwel post fost 49 pajjiż Ewropew fuq l-indiċi u l-mappa Rainbow Europe miġbura mill-organizzazzjoni ILGA-Europe. Dan ir-riżultat juri biċ-ċar l-għarfien internazzjonali li pajjiżna qed jirċievi fil-qasam ta’ politika, drittijiet sħaħ u leġiżlazzjoni għal persuni LGBTIQ. X’ifisser dan ir-rikonoxximent?

n-Nazzjonijiet Magħquda. Bħala gvern, qatt ma striħajna fuq il-kisbiet tagħna. Ir-rispett u l-post li ksibna din il-ġimgħa fl-indiċi u l-mappa Rainbow Europe rridu issa nindukrawhom, insaħħuhom, u dan billi l-ewwel nett inkomplu nsegwu l-aħjar prattiċi fit-tfassil tal-politika tagħna. Iva, daħħalna l-unjoni ċivili, id-drittijiet ugwali ta’ adozzjoni għal koppji tal-istess sess, daħħalna d-drittijiet sħaħ għall-għarfien tal-identità u l-iżvilupp ħieles tal-ġeneru għal kull persuna. Emendajna l-Kostituzzjoni ta’ Malta biex din issa tagħti aktar kenn mid-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ orjentazzjoni sesswali jew identità tal-ġeneru. Għamilna ħafna aktar. Imma tajjeb niftakru wkoll minn fejn bdejna - bdejna minn sitwazzjoni fejn persuni LGBTIQ f ’pajjiżna ma kellhomx liġijiet adegwati biex jipproteġuhom u lanqas ma kellhom dak li hu tagħhom bi dritt. Il-preġudizzju fil-komunità kien ħafna aktar qawwi milli hu llum. Progress sar ħafna. Iżda anke hawn, fadlilna x’naħdmu. L-għarfien li ksibna fid-dinja u fl-Ewropa jfakkarna fl-isfidi ġodda li għandna quddiemna. U hawn, jiena determinata li nsaħħaħ u nibni fuq il-legat politiku li writt.

Iva, dawn ir-riżultati żgur li jqawwulna qalbna biex inżidu l-isforz tagħna ħalli Malta tkompli tikseb soċjetà aktar ugwali, mhux għada jew pitgħada, imma issa, fi żmienna. Fil-fatt, Malta ġiet l-ewwel fl-istħarriġ ta’ ILGA-Europe bi klassifika ta’ 89%, li jpoġġiha mhux biss fuq quddiem nett tal-Ewropa għall-ħames sena konsekuttiva, imma juri li l-impenn ta’ Malta lejn id-drittijiet ċivili llum jitqies bħala aktar b’saħħtu saħansitra minn dak ta’ pajjiżi oħra li konna drajna nħarsu lejhom bħala pajjiżi bl-aqwa prattiċi f ’dan il-qasam. L-għarfien tal-kwalità Għadek kif semmejt tad-drittijiet ċivili f ’Malta rċeve- il-kwistjoni ta’ preġudizzju jnieh mill-ogħla bnadi, inklużi lejn persuni LGBTIQ. Anke

hawnhekk, però, ir-riżultati għal pajjiżna bħalissa jidhru inkoraġġanti ħafna … L-aħħar stħarriġ tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (l-FRA) ipoġġi lil Malta fl-ewwel post u b’persentaġġ għoli ħafna ta’ 83% fejn tidħol il-fiduċja tannies li l-gvern ta’ pajjiżhom qiegħed jiġġieled il-preġudizzju u n-nuqqas ta’ tolleranza b’mod effettiv. Dan ifisser li mixjin f ’direzzjoni tajba. Però, irridu nkomplu nisħqu fuq il-ħtieġa li fis-soċjetà tagħna, aħna min aħna u hu x’inhu l-isfond tagħna, naċċettaw lil xulxin, u aktar minn hekk. Għandna nfittxu fid-differenzi tagħna dawk l-aspetti, dawk il-mumenti li jgħaqqduna u li fihom nifhmu kemm isaħħaħna r-rispett lejn xulxin. Fir-riżultati tal-istħarriġ, l-FRA innutat bi pjaċir li Malta tinsab ukoll fuq quddiem nett, fit-tieni post fl-Ewropa fil-fatt, fejn tidħol il-kunfidenza pub-

blika ta’ persuni LGBTIQ li, pereżempju, juru sinjali ta’ affezzjoni jew imħabba bħal li jżommu jdejn xulxin f ’postijiet pubbliċi. Dan sinjal ieħor inkoraġġanti u li jqawwili qalbi li l-ħidma tagħna bħala gvern u bħala soċjetà biex ma jibqax preġudizzju, qed tibda tagħti l-frott. L-ugwaljanza LGBTIQ illum tagħmel parti sħiħa u importanti mill-operat tal-Gvern. Fil-ħidma ta’ kuljum tal-Gvern illum qed isir taħriġ għall-edukaturi tagħna, għall-uffiċjali tal-pulizija u s-social workers tagħna, għall-medjaturi kulturali, għal dawk li jassistu lill-persuni anzjani, kif ukoll il-proviżjoni ta’ kura tas-saħħa li hija trans specific, u t-tiġdid tal-ftehim pubbliku mas-soċjetà ċivili li jipprovdi fondi għal servizzi ta’ sapport LGBTIQ. Dawn, fil-fatt, huma ftit mill-ħidmiet li wettaqna tul is-sena li għaddiet. Naturalment, jiena se nkompli nimpenja ruħi biex flimkien ma’ sħabi fil-kabi-

Bħala gvern, qatt ma striħajna fuq il-kisbiet tagħna. Ir-rispett u l-post li ksibna din il-ġimgħa fl-indiċi u l-mappa Rainbow Europe rridu issa nindukrawhom, insaħħuhom, u dan billi l-ewwel nett inkomplu nsegwu l-aħjar prattiċi fit-tfassil tal-politika tagħna

nett u bl-għajnuna imprezzabbli tal-għaqdiet mhux governattivi fil-qasam tal-ugwaljanza, inkomplu nersqu lejn ugwaljanza aktar sħiħa. Ftit tal-jiem ilu Malta ċċelebrat il-Jum Dinji Kontra l-Omofobija, it-Transfobija u l-Bifobija (IDAHOBIT). Għaliex huwa importanti li bħala pajjiż nimmarkaw dan il-jum? Jum bħal dan jgħinna nieqfu ftit u nirriflettu fejn wasalna, fejn irridu mmorru u fejn naraw lis-soċjetà ta’ Malta fis-snin li ġejjin fejn jidħol ir-rispett u drittijiet sħaħ lejn persuni ta’ kwalunkwe identità ta’ ġeneru. Qed ngħid dan għax l-ugwaljanza wkoll hija tiġrija sal-barkun u ma nistgħu nieħdu xejn for granted, la s-suċċessi li ksibna u wisq anqas l-isfidi li għandna quddiemna. Irridu nkomplu ninsistu li jkollna ambjent soċjali li fih iċ-ċittadini LGBTIQ ikollhom il-ħelsien sħiħ li jaspiraw, iwettqu l-pjanijiet ta’ ħajjithom u li jilħqu t-tragwardi tagħhom fil-ħajja mingħajr ebda forma ta’ tfixkil. Dan l-isforz irid ikun wieħed kontinwu u minn hawn nixtieq nassigura li l-komunità u persuni LGBTIQ se jkomplu jsibu s-sostenn sħiħ tagħna f ’dan ir-rigward. Madwar id-dinja llum għadhom iseħħu attakki u atti ta’ vjolenza bbażati fuq mibegħda jew stmerrija lejn persuni


15

24.05.2020

kullhadd.com

LGBTIQ, kemm attakki fiżiċi kif ukoll dawk, daqstant ieħor vjolenti, li jseħħu online. Nafu kemm l-abbuż online, il-bullying u d-diskors ta’ mibegħda huma realtajiet li kibru b’rata allarmanti u mal-erbat irjieħ tad-dinja. Illum irridu nifhmu li d-differenza pożittiva li għamilna bid-drittijiet ċivili u li qed nagħmlu fit-tisħiħ tar-rispett bejn il-ġeneri, issa għandna nkomplu nifirxuhom għal aktar u aktar persuni li jispiċċaw vittmi ta’ attakki jew forma jew oħra ta’ abbuż. Soċjetà tissaħħaħ f ’kull qasam tagħha, fil-kultura, fl-ekonomija u fis-saħħa tagħha jekk kemmil darba ma tħallix azzjonijiet ta’ mibegħda u nuqqas ta’ rispett irabbu l-għeruq tagħhom fiha. U hemm iżjed xi jsir biex is-soċjetà tagħna tkun aktar ugwali. Il-vjolenza, is-segregazzjoni, id-diskriminazzjoni, il-mibegħda, ejjew ma nħalluhomx jindraw iżżejjed f ’widnejna dawn il-kelmiet. Dawn huma realtajiet tad-demm u l-laħam, realtajiet li jħallu feriti u qasmiet kbar fil-persuni, fl-individwi u fil-familji tagħna. U dawn jitfejqu biss bit-tagħlim, bl-għarfien u bit-trawwim ta’ rispett sa miċ-

ċokon speċjalment fost uliedna. Lil uliedna rridu sa mill-bidu tal-edukazzjoni tagħhom nagħtuhom dan iċ-ċans, li jitgħallmu r-rispett sħiħ lejn xulxin u lejn kulħadd. Hu minnu li d-drittijiet u d-dmirijiet jimxu id f ’id. Iżda lil uliedna jeħtieġ ngħinuhom jifhmu din ir-rabta: bejn dritt u dmir. Persuna tista’ taqdi d-dmirijiet tagħha bħala ċittadin jew ċittadina tajba jekk, fl-ewwel lok, hija ħielsa li tkun dak li hi, u li tesprimi l-identità tagħha

mingħajr xkiel. Hekk biss tista’ persuna tkun f ’qagħda tajba biex tfassal ħajjitha kif tixtieq hi, u tagħti s-sehem tagħha fis-soċjetà. Aktar kmieni din il-ġimgħa tnediet pubblikazzjoni importanti b’rabta mal-ugwaljanza ta’ persuni LGBTIQ. X’inhu l-għan ta’ dan il-ktieb? U bħala gvern, kif qed tħarsu lejn il-ġejjieni ta’ pajjiżna u l-ħidma tagħkom f ’dan

il-qasam? Iva, hekk hu. Din il-ġimgħa stess għadna kif nedejna studju bit-titlu ta’ Mapping the Rainbow - Researching the Diverse Colours of the LGBTIQ Community, b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, id-Dipartiment tal-Istudji tal-Ġeneru u Sesswalitajiet u ċ-Ċentru ta’ Informazzjoni Europe Direct fl-Università ta’ Malta, u d-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem.

Dan l-istudju huwa editjat minn Dr Marceline Naudi u Dr Clare Azzopardi Lane, u permezz ta’ kontribuzzjonijiet ta’ riċerka jitfa’ dawl fuq diversi aspetti importanti marbutin mal-ugwaljanza fil-kuntest tal-komunità LGBTIQ. Bħala gvern, se nkomplu nisimgħu u se nibqgħu attenti għall-ħtiġijiet ġodda li jfeġġu minn ħin għal ħin, sabiex inkunu nistgħu nindirizzawhom b’ħeffa u b’mod kompetenti. Se nkomplu naħdmu fuq ilpjan ta’ azzjoni li se jagħti aktar drittijiet fejn jidħlu orjentazzjoni u karatteristiċi sesswali u l-identità tal-ġeneru. Se nkomplu naġġornaw il-pjan ta’ ħidma tagħna, nidentifikaw l-isfidi u nibdew il-ħidma tagħna fuqhom bla telf ta’ żmien. Aħna ninsabu hawn biex nisimgħu, naħdmu u nieħdu azzjoni. Nixtieq ukoll nieħu l-opportunità biex minn hawn inrodd ħajr lill-għaqdiet mhux governattivi LGBTIQ, lill-kollegi tiegħi fil-ħidma tal-Gvern, lil dawk kollha li qed jgħinuna permezz tal-kompetenzi tagħhom. Grazzi tas-serjetà u l-impenn li qed tpoġġu fil-ħidma tagħkom.


16

24.05.2020

kullhadd.com

MIN-NADUR GĦAL BRUSSELL:

SENA TA’ ĦIDMA Josianne Cutajar Membru Parlamentari Ewropew

Preċiżament sena ilu, flimkien magħkom, kont qed indur il-bliet u l-irħula Maltin u Għawdxin, hekk kif il-pajjiż kien qed jivvota għas-sitt rappreżentanti ġodda tiegħu fil-Parlament Ewropew. Għaddiet sena u d-dinja nbidlet kompletament minn dakinhar, iżda s-sens ta’ umiltà u dover li kelli dakinhar li tajtuni l-fiduċja mhux talli ma nbidilx, iżda ssaħħaħ. Sena ilu, qsamt magħkom l-aspirazzjoni tiegħi li fl-Ewropa wkoll, inkunu kburin b’pajjiżna. Li nkunu minn ta’ quddiem u influwenti fit-tfassil tal-politika Ewropea. Li nibdew nibnu Ewropa li tisma’ lil kull pajjiż, żgħir kemm hu żgħir. Sodisfat-

ta li f ’dan iż-żmien qasir, kont Maltija u Għawdxija. Qabel vuċi għalikom fil-Parlament ma ġiet fuqna din il-pandemija, kont impenjata mmexxi politiEwropew. ki li jsaħħuhom, fosthom permezz tad-diġitalizzazzjoni, u li Inħares isem pajjiżna jagħtuhom r-riżorsi neċessarji Fix-xhur li għaddew, l-attak- biex ikomplu jikbru. Ir-realtà issa hi ferm differki kostanti tal-Oppożizzjoni setgħu kellhom impatt negat- enti. Qed naħdem fuq polititiv immens fuq isem pajjiżna. ki urġenti ta’ għajnuna sabiex Minkejja l-ħidma tal-Gvern l-SMEs u l-ħaddiema tagħhom għal riformi kbar li jsaħħu isalvaw wara l-virus. Impenjad-demokrazija Maltija, l-inter- ta sabiex l-Ewropa tħares lillessi partiġjani rrenjaw – u mhux SMEs u lill-ħaddiema tagħhom. Il-COVID-19 urietna wkoll li fil-Parlament Malti biss. Flimkien ma’ sħabi tad-del- l-politika li konna qed immexxu egazzjoni Laburista, tkellimt kienet waħda tajba – id-diġitalbi ħġari kontra riżoluzzjonijiet izzazzjoni tal-ħidma tal-SMEs partiġjani intenzjonati li jteb- issa mhix biss vantaġġuża, iżda bgħu isem Malta. Kif dejjem neċessarja. għamilt, se nibqa’ ninsisti li pajjiżna jingħata trattament It-turiżmu prijorità ġust. Dan għaliex naf li meta jit- Ilkoll nafu li t-turiżmu kien kasbar isimna, nitilfu aħna. wieħed mill-iktar oqsma affettJitilfu l-familji tagħna, u jitilfu wati mill-imxija tal-virus. Għal n-negozji tagħna. Kont, għadni, pajjiż bħal tagħna, li jiddependi sostanzjalment fuq it-turiżmu, u nibqa’ kburija b’pajjiżi. dan ifisser inċertezza kbira għal eluf ta’ ħaddiema, familji, Insaħħu n-negozji u negozji. Ir-realtà ġdida tatżgħar u medji turiżmu għad irridu naraw kif L-intrapriżi żgħar u medji, jew ser tkun, iżda huwa xogħolna kif nafuhom aħjar, l-SMEs, l-politiċi li naħdmu sabiex tkun huma l-qalba tal-ekonomija realtà ġusta.

Hawnhekk ukoll qed naħdem għal soluzzjonijiet sensibbli li jħarsu dejjem id-drittijiet tal-konsumatur u l-għażliet tiegħu, iżda jagħtu wkoll nifs lill-kumpaniji u jipproteġu l-ħaddiema fis-settur. Sodisfatta li l-Kummissjoni Ewropea wkoll sejħet għal dan l-istil ta’ ħidma. Politika infurmata mit-twemmin xellugi F’kull dibattitu, f ’kull kumitat, u f ’kull kariga li nħaddan fil-Parlament Ewropew, il-ħidma tiegħi dejjem baqgħet ibbażata fuq il-prinċipji soċjali li huma tant għal qalbi. Fi żmien fejn l-Ewropa qed taffaċċja qawmien tal-lemin estrem, ilfenomenu tal-fake news, u fuq kollox, il-pandemija li ħarbtitilna ħajjitna, nemmen li l-aqwa arma hija s-solidarjetà, u s-sensittività. Solidarjetà, ma’ dawk li l-iktar għandhom bżonnha, u sensittività, għall-bżonnijiet ta’ kull individwu, ta’ kull qasam ekonomiku, u ta’ kull parti tal-Ewropa, inkluż gżejjer żgħar bħal tagħna. Irrid nara qafas sod għall-ħar-

sien tad-drittijiet tal-ħaddiem, u politika sensibbli li tagħti appoġġ lil dawk l-industriji li bħalissa qed iħarsu ’l quddiem, u jaraw biss inċertezza. Għalhekk, qed naħdem qatigħ favur miżuri bħall-flessibbilità fix-xogħol, għax nemmen li inizjattivi ta’ dan it-tip, jekk implimentati tajjeb, iwasslu għal bilanċ bejn il-ħajja personali u l-karriera, kif ukoll diversi benefiċċji oħra. F’dan is-sens, qed naħdem sabiex il-Green Deal Ewropew ikun patt ambjentali, iva, iżda wkoll wieħed li juża t-teknoloġija sabiex joħloq rivoluzzjoni soċjali. Fuq nota personali Sabiħ li wieħed jagħti rendikont ta’ dak li għamel: isbaħ, fil-fehma tiegħi, li wieħed iħares ’il quddiem. Fadal ferm xi jsir biex l-Ewropa tkun verament tannies u solidali. Il-prijorità tiegħi tibqa’ li l-iżgħar fost iż-żgħar jinstema’, u jingħata dak li hu tiegħu bi dritt. Għalhekk, bħalma sena ilu wegħedtkom ħidmieti, illum ukoll qed inġedded dik il-kelma, biex flimkien nimxu ’l quddiem. Grazzi tal-fiduċja.

MADE IN MALTA Felix Busuttil Galea

Mintoff kien jaf li b’daqqa ta’ pinna seta’ jiftaħ beraħ is-suq u jaġevola lil ħafna nies kif filfatt għamel Fenech Adami meta tela’ fl-1987. Dan m’għamlux għax kien jemmen f ’politika ekonomika protezzjonista, iżda l-għan uniku u ewlieni kien biex jipproteġi l-impjiegi u l-prodott Malti. Kien perjodu fl-istorja tal-ekonomija ta’ Malta meta tgħallimna li dak li hu Malti għandu jiġi l-ewwel u qabel kollox. Din it-tagħlima tas-snin 70 ħalliet impatt nazzjonali fuq bażi

tanġibbli u psikoloġika li għadhom iħallu eku sal-ġurnata tallum. Personalment nemmen li din l-istrateġija fuq skala amministrattiva, domestika u individwali għandha tiġi studjata, indirizzata u fl-aħħar nett implimentata f ’dawn il-mumenti qabel, waqt u wara l-pandemija. Kulħadd b’xi mod jew ieħor, ftit jew ħafna, esperjenzajna ġimgħat fejn kellna nkunu iżolati, fejn kellna nissikkaw iċ-ċintorin u naraw kien ser naslu finanzjarjament, fiżikament u mentalment sal-aħħar tax-xahar. Nafu li dan il-virus bħal ajruplan li ġġarraf ser iħalli d-debris li tiegħu aħna u d-dinja kollha ser inħossu l-ħabta negattivament għal żmien mhux qasir. Inxammru jdejna għal riċessjoni globali li flimkien biss bħala pajjiż nistgħu noħorġu aktar sodi. Is-sopravivenza, it-tisħiħ u l-fejqan ta’ dak kollu li għaddejna minnu bħala nazzjon ser jiddependu minn strateġiji għaqlin li naf fiċċert li Gvern Laburista ser ikun kapaċi jmexxi u jsolvi.

Nemmen li issa hu ż-żmien fejn dak kollu li huwa nazzjonali, dak kollu li hu Malti u Għawdxi għandu jiġi fuq quddiem, apprezzat, immoniterjat, irreklamat u mixtri. Hemm bżonn nibdew nieħdu ħsieb ta’ dak li huwa tagħna. Nipproteġu lil xulxin sabiex ir-rota ekonomika tagħna nagħtuha ż-żejt meħtieġ sabiex terġa’ tibda ddur u kulħadd jibda jieħu nifs u nifs sod. Nammira lill-Gvern li ħa deċiżjonijiet fejn ta r-responsabbiltà lill-poplu tagħna għax emmen fih. Pajjiżna rnexxielu jwettaq biċċa xogħol iebsa għax għandu poplu li fil-maġġoranza assoluta tiegħu jaf jifhem, juri r-rispett u jikkoopera. Issa sabiex nqajmu l-ekonomija ta’ pajjiżna jeħtieġ nagħtu kas aktar ta’ xulxin. Sempliċi xirja għand is-supermarket jew talmerċa tista’ tkun favur Malta. Nixtru prodotti Maltin – ħaxix, laned, ħelu, laħam u ħalib u dak kollu li hu magħmul f ’Malta. Nagħtu spinta b’responsabbiltà kbira u nużaw il-beauticians u

l-hairdressers tagħna. Nixtru ħwejjeġ li huma ddisinjati Malta u Għawdex fejn nistgħu. Imorru xi ristorant u noħorġu l-familja tiekol – għax ir-ristoranti batew u ser ibatu ftit sakemm it-turiżmu jerġa’ jiġi fuq saqajh. Ngħinuhom. Jekk jiftħu l-hotels Malta u Għawdex flok insiefru mmorru fihom. Kien hemm drabi meta jien flimkien ma’ żewġi mort weekend ġo hotel Malta jew Għawdex u kienet esperjenza fejn gawdejt ix-xemx u l-baħar Malti, l-ikel Malti, isservizz Malti – tpaxxejt u striħajt. Ir-rota tat-turiżmu nibdew nindukrawha aħna stess. Meta jiftħu t-teatri u ċ-ċinemas nimlew is-seats – għax teatru mimli hu esperjenza fiha nnifisha. Ngħollu fuq l-ispalla l-artisti Maltin u Għawdxin għax ħaqqhom. Issa l-mument li ngħannqu l-prodott, is-servizz, l-istabbilimenti ta’ art twelidna. Ġelat Malti, tadam Malti, manifattura Maltija, letteratura Maltija, xogħol Malti mill-Maltin għall-Maltin u ħaddiema Maltin.

Kien xi żmien meta konna naħsbu meta dak li kien barrani kien aħjar minn ta’ Malta – u forsi hawn xi wħud li għadhom jaħsbu hekk. Però, issa l-mument meta l-Made in Malta jżid il-valur tiegħu għax hekk jixirqilha. Il-Gvern taħt l-ewwel xhur ta’ Robert Abela kellu jaffaċċja sfida li qatt ma rajna bħala – sfida li kienet daqs l-aħħar gwerra dinjija – imma pajjiżna ma setax jibqa’ jgħix fil-biża’ imma, jitgħallem jgħix fir-responsabbiltà u r-rispett – u din ir-responsabbiltà tinfirex ukoll fuq dak li ser nagħmlu sabiex insaħħu l-ekonomija Maltija. U nibqgħu mexjin lejn teżor Malti f ’saħħtu lest għal kull sfida oħra fil-futur. Il-Gvern ta’ Robert hu suċċess. Il-poplu Malti wera qlubija u dixxiplina u kien suċċess. Inkomplu fuq din it-triq – sabiex nieħdu ħsieb bil-għaqal u bl-ikbar kawtela il-but Malti fejn igawdi kulħadd mingħajr ebda distinzjoni ta’ strata, livelli, xogħol u għajxien. Made in Malta. Fuq quddiem.


17

24.05.2020

kullhadd.com

FLUS INVESTITI LURA FIL-LOKAL

Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL

Miljun ewro mid-dħul fuq kontravenzjonijiet maħruġa mill-Aġenzija LESA għaddew għand il-Kunsilli Reġjonali u l-Kunsilli Lokali biex jagħmlu proġetti fil-lokalitajiet li minnhom jibbenefikaw ir-residenti. Kważi 68 Kunsill Lokali kif ukoll il-ħames Kunsilli Reġjonali ssottomettew l-applikazzjonijiet tagħhom mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali sabiex iniedu inizjattivi u jagħmlu attivitajiet diversi fil-lokalitajiet rispettivi. L-inizjattivi varjaw minn lokal għall-ieħor u indirizzaw diversi oqsma minn taħriġ online għar-resident sa bdil ta’ dawl fil-lokalità biex ikun aktar sostenibbli. Dan il-fond jassigura li parti sostanzjali mill-kontravenzjonijiet imħallsa jerġgħu jgħaddu lura għand ir-residenti għall-ġid komuni tal-lokalità. Wieħed jista’ jsemmi kif b’dawn il-fondi, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan għamel proġett fil-lokalità sabiex isebbaħ l-ambjent residenzjali permezz ta’ tħawwil ta’ siġar u pjanti kif ukoll xiri ta’ litter bins li ġew insallati fi Triq il-Ferrovija l-Qadima. Dawn il-fondi għenu sabiex il-Kunsill Lokali seta’ jagħti ftit kulur u ħajja lil waħda mit-toroq l-aktar traffikużi. Żieda ta’ siġar f ’din iż-żona jgħinu biex jittaffa l-impatt negattiv ta’ arja mniġġsa li tiġi kkawżata minn ammont kbir ta’ vetturi. Din iż-żona tintuża wkoll minn għadd ta’ residenti li ta’ kuljum joħroġu jimxu. Għaldaqstant, dan il-proġett qed jitgawda minn diversi residenti. F’din iż-żona tħawlu siġar taċ-ċipress, hedges kif ukoll pjanti fjuriti. Il-Kunsill Lokali tal-Fgura ser ikun qed jirrestawra siti storiċi fil-lokalità fejn l-eqdem waħda tmur lura għas-seklu 19. Dawn is-siti jinstabu fil-parti antika tal-lokalità. Għaldaqstant, il-Kunsill Lokali ħa din l-inizjattiva sabiex jippreserva l-wirt storiku tal-lokalità li hija meqjusa bħala lokalità moderna. Dawn is-siti li ser ikunu restawrati b’dawn il-fondi jinsabu fl-aktar parti qadima tal-Fgura proprju minn fejn bdiet il-Fgura. Waħda minn dawn is-siti ser tkun in-niċċa tal-Madonna fi Triq il-Karmnu fejn apparti li hija statwa antika għandha wkoll ċertu qima mir-residenti. Niċċa oħra li ser tkun restawrata hija dik tal-Madonna tal-Karmnu fit-triq prinċipali fejn hija waħda mill-aktar niċeċ popolari fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi wkoll

qed juża dawn il-fondi dovuti lill-Kunsill Lokali rispettiv sabiex jirrestawra statwa ta’ San Ġorġ li qiegħda fi Triq il-Ħelsien. Il-Kunsill Lokali ħa ħsieb jipprepara restoration method assessment sabiex dan ir-restaw ikun wieħed skont is-sengħa u l-arti. L-istorja tal-komunità tikkontribbwixxi għall-personalità tagħha, l-istorja tal-lokal għandha tiġi ppreservata għax din tipprovdi ħolqa għall-għeruq tal-komunità. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi ser ikun qed jibbenefika mis-somma ta’ €28,494 minn dan il-fond. Il-Kunsill Lokali ser ikun qed juża wkoll parti mill-fondi sabiex itejjeb il-kwalità taddawl, il-konsistenza u l-effiċjenza taddawl matul il-lejl, fit-toroq u ġonna li għandu fil-lokalità. Il-Kunsill installa dawl ġdid f ’ġonna differenti madwar Ħal Qormi. Ir-Reġjun Għawdex ser ikun qed juża dawn il-fondi sabiex jiġi ffinanzjat proġett ekoloġiku importanti għall-iżvilupp tal-ekonomija blu li jnaqqas l-inkwinament fil-baħar kawża ta’ skart sfortunatament mormi fil-baħar u li dan jekk jitħalla jispiċċa f ’qiegħ il-baħar filwaqt li joħloq inkwinament ġdid li qiegħed jaffettwa mhux biss il-flora u l-fawna tal-baħar imma wkoll saħħet il-bniedem. Dan il-proġett jikkonsisti fil-provediment ta’ seabins f ’numru ta’ bajjiet u marinas madwar Għawdex u li dawn ikunu preżenti s-sena kollha sabiex bihom ikun assigurat ukoll li ma jeżistux perikli ta’ inkwinament u perikli oħra kkawżati minn microplastics u fibres, partiċelli ta’ plastik, fibre jew landa, batteriji, loqom tas-sigaretti, ħġieġ u żibel ieħor. Dan il-proġett ser isir b’kollaborazzjoni mal-NGO Żibel. Dawn huma ftit mill-proġetti li Kunsilli Reġjonali u Kunsilli Lokali ser ikunu qed iwettqu matul din is-sena bil-fondi li kienu dovuti lilhom minn dan il-fond.

Żieda ta’ siġar f’din iż-żona jgħinu biex jittaffa l-impatt negattiv ta’ arja mniġġsa li tiġi kkawżata minn ammont kbir ta’ vetturi. Din iż-żona tintuża wkoll minn għadd ta’ residenti li ta’ kuljum joħroġu jimxu. Għaldaqstant, dan il-proġett qed jitgawda minn diversi residenti

Mid -Dj arju t a’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 14 ta’ April Sieħbi tal-Istamperija qalli li Karm Mifsud Bonnici xejn ma mar tajjeb ma’ Reno Bugeja fil-programm Dissett. Skont hu, Karm kien qisu ħuta barra mill-ilma, għax lanqas biss kien jaf x’inhu jgħid. Insomma, ngħiduha kif inhi, Karm qatt ma kien xi wieħed mill-paladini tagħna. Imma ħasra li ma marx tajjeb għax Karm mhux wieħed mis17-il eroj jew 17-il traditur. Anzi joħroġ għonqu għall-Kap tagħna Adrian Delia u għalhekk m’għandix dubju li l-klikka issa ta’ Jason Azzopardi u Karol Aquilina jieħdu gost jarawh ma jmurx tajjeb. Xi ħaġa hekk tinżlilhom għasel għax mingħalihom li tkun qiegħda ssir ħsara lill-Kap. Il-Ġimgħa, 15 ta’ Mejju Kont ili ma nkellmu naqra lil Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna u llum fettilli nċempillu ħa naraw kif inhu. Bħas-soltu ma joqgħodx jekk ma jixħitx xi botta politika. Ma nafx x’qalli dwar id-Deputat Karol Aquilina li sfida lill-pulizija, li ma obdiex l-ordnijiet tagħhom, li saq n’mod eċċessiv, u ma nafx xiex iżjed. Jien qgħadt fommi sieket għax ma kont smajt xejn dwar dak li kien qiegħed jgħidli. U lanqas kieku kont naf, għax ma kontx se niddefendi lil Karol Aquilina għax dak wieħed mis-17-il eroj jew 17-il traditur li qegħdin jagħmlu minn kollox biex iwarrbu lil Adrian Delia, u allura biex il-partit darba glorjuż tagħna jerġa’ jieħu tkaxkira oħra. Is-Sibt, 16 ta’ Mejju Qiegħed tara man, kemm għandi raġun ngħid li mhux sewwa li l-Viċi Kap tagħna Robert Arrigo jkompli jġorr ir-responsabbiltà tal-finanzi tal-partit, ladarba qegħdin noqorbu lejn l-elezzjoni li jmiss. Illum anke l-Kap Adrian Delia, fil-prietka tiegħu ta’ kull nhar ta’ Sibt, tkellem dwar il-fatt li l-elezzjoni mhix ’il bogħod. Sentejn, malajr jgħaddu, man, u għalhekk il-partit darba glorjuż tagħna diġà beda bit-tħejjijiet biex meta jsaffar is-suffara nkunu lesti biex nitilqu niġru. Jekk Robert Abela ħaseb li se jaħsadna b’xi elezzjoni bikrija, se jarralu. Problema waħda għandna biss. Dawk id-djun kbar li għandna li minħabba fihom ma nistgħux insibu teżorier. Il-Ħadd, 17 ta’ Mejju Kemm ħadt pjaċir nisma’ lill-Kap Adrian Delia, man! Għax dawn l-aħħar jiem kelli l-moral ftit baxx wara li smajt ilftaħir lill-Gvern min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, mill-Fond Monetarju Internazzjonali, minn Università fi

New York, u ma nafx min-naħa ta’ min iżjed. Imma llum il-Kap tagħna ġab dan il-ftaħir kollu fix-xejn. Qalha ċara, man. Uża kelma goffa. Fl-ekonomija għandna Gvern bla moħħ. M’għandniex xi ngħidu, Adrian Delia hawn Malta jgħix u allura huwa jaf aktar mill-esperti tal-Kummissjoni Ewropea, mill-esperti tal-Fond Monteraju Internazzjonali, mill-professuri tal-universitajiet kollha, mhux hekk! It-Tnejn, 18 ta’ Mejju Ħrigt iddiżappuntat b’dak li qal Robert Abela, imma din id-darba mhux għax jien Nazzjonalist, anzi jien l-akbar Nazzjonalist li jeżisti fil-Gżejjer Maltin. Ħriġt iddiżappuntat għax kont qiegħed nistennieh jgħidilna li se jerġgħu jinfetħu l-bars, speċjalment dawk tal-każini. Imma bqajt b’xiber imnieħer, kif kienet tgħid in-nanna Gerit. Li kieku fetaħhom kont naħrab ħarba sal-Belt forsi niltaqa’ ma’ xi erbat iħbieb u nixorbu xarba birra flimkien. Imma m’hemmx x’tagħmel kif qiegħed jgħidli lil kull min inċempel. Fuq kollox dan kollu għall-ġid tagħna. Imma ħej, m’hemmx li jgħaddi kollox ħalli nkun nista’ mqar immur sal-każin. It-Tlieta, 19 ta’ Mejju Qegħdin nirkupraw u nirkupraw bilkbir, man! M’għandix dubju dwar dan, għax kieku l-Kap tagħna, permezz tal-bravi ġurnalisti tagħna, mhuwiex ta’ kuljum jisfida lil Robert Abela għal dibattitu fuq it-televixin. Kien diġà sfidah waqt il-programm ta’ Saviour Balzan, imma issa qiegħed jibgħatlu lill-ġurnalisti tagħna biex jagħmillu din l-isfida. Imma Robert Abela ma jridx jaf u mhux jaċċetta. Jien naħseb li aħjar għalina jekk jibqa’ ma jaċċettax għax li kieku kellu jaċċetta, wisq nibża’ li jiġri bil-Kap tagħna! L-Erbgħa, 20 ta’ Mejju Għandi raġun ngħid li qegħdin nissaħħu! Saħansitra anke tar-Repubblika, li huma mmexxijin minn Manuel (mhux Adrian) Delia qegħdin joqorbu lejna, biex ma ngħidx ġew magħna. Tant qorbu lejna li llum kellhom diskussjoni mal-Kap tagħna Adrian (mhux Manuel) Delia dwar tibdil fil-Kostituzzjoni. Sa ftit ilu, il-mexxej ta’ Repubblika Manuel (mhux Adrian) Delia kien jgħid li ma kellux fiduċja fil-Kap tagħna Adrian (mhux Manuel) Delia. Anzi min jaf kemm-il darba qallu biex iwarrab. Allura kif jista’ jkun ma niħux gost narahom jiddiskutu flimkien? Nispera li ħadd minnhom ma jerġa’ jibdielu għax inkella ma nkomplux nissaħħu!


18

24.05.2020

kullhadd.com

SKAVAR IMPORTANTI FIL-KATAKOMBI TAL-BIDU TAL-KRISTJANEŻMU B’aktar minn 24 katakomba, il-Katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat dejjem tqiesu bħala ta’ valur enormi għallarkeoloġija Maltija. L-iskavi li saru bejn l-2010 u l-2015 bħala parti mill-proġett ta’ konservazzjoni tal-wirt arkeoloġiku ħarġu fid-deher l-istorja tas-sit, li tmur lura għal sekli sħaħ qabel ma bdew jitħaffru l-ewwel katakombi. Jidher li l-ewwel ma kien hemm kienet barriera, possibbilment tal-perjodu Feniċju-Puniku u minnha sar tħaffir ieħor għal numru ta’ oqbra. Ilkatakombi nfushom, li huma tal-perjodu Ruman tardiv kienu wkoll parti mill-istħarriġ li sar. Għal din l-intervista tkellimt ma’ David Cardona, Kuratur Anzjan ta’ Heritage Malta għas-siti Feniċi, Rumani u Medjevali. Minn CHARLES B. SPITERI

David, x’valur jippreżentaw lil Malta l-Katakombi ta’ San Pawl?

Oriġinarjament fejn kienu l-inħawi tal-Katakombi ta’ San Pawl?

Dawn minn dejjem tqiesu bħala importanti ferm fil-kuntest arkeoloġiku ta’ pajjiżna, għax fuq kollox tqiesu bħala t-traċċa ewlenija tal-bidu tal-Kristjaneżmu fil-Gżejjer Maltin. Għalhekk għandhom post speċjali fil-kultura Kristjana qawwija tal-poplu. Arkeoloġikament, it-taqsimiet li għadhom jinstabu ta’ dan iċ-ċimiterju antik, li fih aktar minn 24 ipoġew, joffru wieħed mill-aqwa eżempji tal-arkitettura funerarja taħt l-art. Infakkru li dawn ilhom fostna sa mit-tielet seklu wara Kristu, aktarx influwenzati minn fenomeni simili fi Sqallija u fl-Afrika ta’ Fuq.

Oriġinarjament, iċ-ċimiterju li minnu kien jagħmel parti l-kumpless tal-Katakombi ta’ San Pawl kien fuq barra tal-ħitan tal-belt il-qadima ta’ Melite. Illum, il-bini li tela’ tul iż-żminijiet fiż-żona tar-Rabat għatta għalkollox l-inħawi ta’ dan iċ-ċimiterju, li llum tinsab fil-parti l-kbira tagħha fiż-żona ta’ Ħal Bajjada. Is-sit joffri konnotazzjonijiet storiċi u kulturali. Għalkemm id-dħul prinċipali tal-kumpless kien intilef ftit wara li dan ġie abbandunat, il-katakomba prinċipali tal-kumpless baqgħet aċċessibbli minn mina li tħaffret fl-isqaq Vicolo Catacombe, (illum magħruf bħala ‘Il-Katakombi’) li ħa ismu proprju mill-katakombi li kienu aċċessibbli minnu. Sussegwentement, dan is-sit ġibed l-attenzjoni ta’ numru ta’ skulari, fosthom Gan Franġisk Abela, li żarhom u ppubblika l-ewwel studju fuqhom fl-1647. Dawn il-postijiet mudlama taħt l-art, ġibdu l-attenzjoni wkoll ta’ numru ta’ nies mil-lokal, li setgħu serqu minnhom u kkaġunaw ilħsara.

Sar studju sew fuq dan is-sit?

Sinċerament ma tantx sar tiftix kif kellu jkun, l-aktar minħabba t-twemmin tradizzjonali sod li l-fdalijiet kollha, umani u mhumiex, kienu tneħħew tul sekli ta’ serq u taqlib. Iżda kontra dan kollu, l-iskavi li saru reċentement bħala parti mill-proġett ta’ ħarsien tal-Wirt Arkeoloġiku, li kiseb finanzi mill-Unjoni Ewropea, wera li s-sit għadu joffri inU dan minkejja d-dlam li formazzjoni prezzjuża.

kienu jinsabu fihom? Iva, fil-fatt l-għalqa li fihom hemm il-Katakombi ta’ San Pawl kienet magħrufa bħala ‘TadDlam’. L-istess nuqqas ta’ dawl seta’ ma ppermettiex għall-interpretazzjoni proprja ta’ ċerti elementi li hemm fil-katakombi. L-aqwa eżempju ta’ dan joħroġ minn dak li kiteb is-saċerdot G. Gatt Said fuq akwarell ta’ figura bi skrizzjoni fuqha. Hu interpretaha bħala rappreżentazzjoni ta’ Euthicia, tifla li ngħatat il-martirju u li skont hu kienet Kristjana Maltija, li nħarqet ħajja, b’idejha marbutin ma’ kolonna. Din l-interpretazzjoni hi waħda kemxejn improbabbli mill-figura li tinsab bilqiegħda żżomm xi ħaġa f ’idejha. Illum nafu li l-iskrizzjoni ta’ fuqha, li Gatt Said interpretaha bħala l-isem Euthicia, turi l-kelma Griega għal ‘Sliem’ (farewell). Allura meta beda jintwera interess sew f ’dawn il-katakombi? Lejn tmiem is-Seklu 19, u meta fl1875 l-għalqa fin-naħa tal-Lvant, magħrufa bħala Tad-Dlam ingħatat mill-Gvern lill-Fondazione Santo Spirito. Din inqasmet fi 15-il plot għall-bini tad-djar. Iżda minn dawn, tnejn biss

laħqu nbnew. Il-bqija tal-proġett waqaf meta probabbli nstabet l-entratura oriġinali tal-kumpless prinċipali. Għalkemm xi nies tal-post kienu jafu bil-kumpless li kien hemm taħt l-art, jidher li l-Fondazione Santo Spirito u l-bennejja ma kinux jafu li dan il-kumpless kien iwassal sa taħt din il-proprjetà. L-ewwel progress li sar fil-katakombi meta kien? A.A. Caruana, id-Direttur tal-Librerija Nazzjonali, li kien responsabbli wkoll mill-kollezzjonijiet arkeoloġiċi, jgħid li fl1885 instabet katakomba żgħira waqt il-bini ta’ ħajt waqt it-twessigħ ta’ triq fin-naħa tal-Punent tal-post. Madankollu, ma jissemmewx il-Katakombi ta’ San Pawl. L-istess Caruana kien il-katalist fis-sejba u l-priservazzjoni tas-sit, għax kien hu li fl-1894 investiga d-daħla u l-katakomba misjuba fil-post fejn kienu se jinbnew id-djar numri 4-7. Minħabba f ’hekk, l-art fuq dawn it-tliet katakombi tħalliet mhux mittiefsa għajr għal turġien li saru għat-twassil tagħhom. Il-katakomba numru 1, u possibbilment il-katakombi 3 u 4 tnaddfu minn Caruana bejn Jannar u Awwissu 1894, għalkemm

m’hemm xejn dokumentat fuq l-għadam u artifatti oħra li seta’ kien hemm f ’dawn is-siti. Caruana jrid jissemma wkoll għax kien hu li waqqaf il-bini u għamel pressjoni fuq il-Gvern Malti biex jixtri l-kumplament tal-għelieqi magħrufa Tad-Dlam li ma kinux jappartjenu għall-Gvern u dan biex jipproteġi dawk il-katakombi li kienu diġà viżibbli. Mela f ’dawn l-aħħar snin x’sar? Nista’ ngħidlek li saru investigazzjonijiet fuq żoni partikolari fuq il-katakombi. F’ħafna minn dawn iż-żoni tneħħiet il-ħamrija tal-wiċċ, li kienet għolja madwar 50 ċentimetru, u stajna naraw l-għamla tal-post, primarjament sensiela ta’ barrieri li kienu fiż-żona kollha tal-kumpless. Din il-barriera tirrappreżenta l-ewwel użu uman fl-akkwati, u għalkemm id-data tagħha ma tistax tkun aċċertata, il-preżenza tal-oqbra fil-konfini tagħha jagħtuna kronoloġija relattiva. F’dan il-proġett kemm il-qabar instab jew ġie skavat? Minbarra l-katakombi tal-perjodu Ruman tardiv u Biżantin, instabu wkoll numru ta’ oqbra


19

24.05.2020

kullhadd.com

Puniċi-Rumani. Minn dawn instabu mill-anqas 17 iżda minħabba raġunijiet ta’ finanzi u żmien ġew skavati biss sebgħa. Dawn kollha jinsabu taħt iċ-Ċentru tal-Viżitaturi l-ġdid tas-sit. Il-ħofor tal-aċċess ta’ sitt oqbra oħra kienu eżaminati wkoll biex ikunu mkejla u ċċekkjati sew qabel ma jsir il-pedament għall-bini. Naturalment, dan kollu ta l-opportunità lill-arkeologi jiġbdu r-ritratti tal-oqbra qabel ma dawn, intradmu mill-ġdid b’mod riversibbli. Instab xi ħaġa ta’ interess? Mill-oqbra Puniċi-Rumani li ġew skavati, l-aktar informattiv kien dak li ġie mmarkat bin-numru 31, li fih żewġ kmamar li tista’ tgħid li huma identiċi. Kull kamra kellha xkaffa mħaffra fil-blat eżatt faċċata tal-intrata u qatgħa tonda mal-art eżatt taħtha. Kien hemm ukoll niċċa oħra maġenb kull intrata. Dawn il-kmamar kienu magħluqin b’ġebel kbir, maqtugħ irqiq b’sega jew serrieq. Il-ġebel ta’ dawn iż-żewġ kmamar instab maqlugħ minn postu, possibbilment biex jinsterqu l-fdalijiet l-aktar prezzjużi ta’ ġol-qabar. Fortunatament, f ’dawn iż-żewġ oqbra xorta waħda nstabu numru ta’ oġġetti, inkluż numru ta’ lampi, platti, fliexken tal-ħġieġ, labar tal-bronż u saħansitra biċċiet tal-injam li ntuża għal tebut li fih indifen minn tal-inqas ġisem wieħed. Fdalijiet ta’ għadam, instabu? Iva, iżda mqalleb, jew mill-ilma jew mit-tbagħbis uman. L-analiżi fuq dawn l-għadam għadha trid issir u għalissa mhux possibbli jingħad kemm-il individwu kien midfun f ’dawn iż-żewġ kmamar. Nafu li dawn kienu minn tal-inqas sitta. Dawn ma ndifnux f ’daqqa iżda tul perjodu ta’ żmien li jmur mir-raba’ seklu Q.K. sa mill-anqas it-tieni seklu W.K. Kien hemm xi sejba oħra ta’ interess?

oħra? Iva. Imħalltin mal-għadam mhux maħruq instabu numru ta’ artifatti, fosthom seba’ lampi, u l-aktar importanti, 12-il biċċa njam. Is-sejba ta’ dawn il-biċċiet ta’ njam għandhom valur partikolari fil-kuntest Malti, għax il-materjali organiċi qajla jtulu. Aktar minn hekk, tliet biċċiet minn dan l-injam għad għandhom imsiemer identiċi fl-għamla, fil-qies u fil-materjal bħal dawk użati f ’morsi tar-ramm li kienu jintużaw biex jgħaqqdu t-tebut; xhieda li dawn mhumiex moderni. Bla dubju, din is-sejba se toffri informazzjoni u dibattitu b’saħħtu fuq l-użu tat-twiebet f ’dawn l-oqbra. Apparti mill-ewwel qabar ta’ interess, sibtu xi ieħor li wkoll joffri xi ħaġa notevoli? Insemmi qabar ieħor, li fix-xaft tiegħu nstabu l-fdalijiet ta’ xbejba li kellha bejn it-18 u l-24 sena meta mietet. Għalkemm żgħira, din diġà kellha mard fil-ġogi. Dan il-katavru tqiegħed wiċċu ’l fuq, saff ġebel li kien tpoġġa fix-xaft wara li ngħalqet il-kamra tad-dfin. Mhux magħruf għaliex din ix-xbejba ndifnet f ’xaft u mhux f ’kamra. Jista’ jkun li l-qabar tagħha ma kienx tlesta fil-ħin u fil-kamra tad-dfin kien għadu kemm tpoġġa ġisem frisk u allura ma nfetaħx. Nafu li l-qabar baqa’ jintuża għax ħafna mill-għadam tagħha kien imrekken fuq naħa waħda biex il-kamra setgħet terġa’ tinfetaħ. L-artifatti li kellha madwarha nġabru b’attenzjoni u juru li għalkemm mhux xi sinjuruna, ma kinitx ta’ xi livell soċjali baxx ħafna. Fil-fatt, magħha nstabu żewġ buqari żgħar talfuħħar, tazza komuni u kikkra b’widna waħda, kollha datati għal bejn l-ewwel u t-tieni seklu wara Kristu. Din tal-aħħar hi partikolari għax kienet impurtata. Instab ukoll pendent tal-ħġieġ f ’forma ta’ wiċċ, li fiċ-ċentru tal-Mediterran hu magħruf bħala tat-tip negroid u labra tal-bronż partikolari li kienet tintuża fil-produzzjoni tax-xbieki. Finalment, wara l-kranju, instab splengun magħmul mill-għadam fl-istess post fejn kienet qiegħda żżommilha xagħarha fid-difna, waqt li ħdejn rasha nstab flixkun talħġieġ.

Ma nafux fejn kienu jsiru l-kremazzjonijiet. Il-fatt li l-barriera ta’ żmien Feniċju mtliet b’materjal u radam varju, inkluż ħafna rmied jaf jindika li l-post fejn dawn kienu jsiru qiegħed viċin ħafna ta’ fejn saru l-iskavi. Nafu li ġisem idum ħafna biex jinħaraq bl-injam, għalhekk, ġisem Puniku u Ruman qatt ma kien jinġieb irmied iżda kienu dejjem jibqgħu biċċiet tal-għadam imdaqqsin. Dawn kienu jinġabru u jitpoġġew f ’urna jew f ’borma għad-difna. Midfunin f ’żona partikolari tal-barriera ta’ taħt iċ-ċentru tal-viżitaturi nstabu wkoll minn tal-inqas erba’ kremazzjonijiet. Dawn kollha kienu magħluqa bi platt ċatt, u mill-inqas urna waħda kellha wkoll lampa. Tnejn minn dawn l-urni kienu ta’ tip u għamla lokali, b’forma maħduma apposta għall-kremazzjonijiet. It-tnejn l-oħra kienu ġo borom tal-ikel. Midfun ma’ waħda mill-urni kien hemm ukoll il-fdalijiet ta’ ħannus (jew qażquż) li kien komplut għajr għas-saqajn ta’ wara. Dan seta’ kien parti mill-ikla li kienet issir waqt il-funeral. Il-kremazzjoni-

Il-qatgħa tonda fl-art kienet aktarx tintuża biex iżżomm urna tal-kremazzjoni. Madankollu, din ma nstabitx fil-qatgħa. Minflok, f ’din il-ħofra kien hemm żewġ lampi bilychnis fuq xulxin. Dawn setgħu spiċċaw hemm b’aċċident (pereżempju nġarru bl-ilma) jew apposta bħala offerta. Għalkemm urni tal-kremazzjoni sħaħ ma Il-kremazzjoni, fejn nstabux f ’dan il-qabar, l-arkeolo- kienet issir? gi sabu mill-inqas żewġ munzelli ta’ għadam ikkremat; evidenza li l-urni li dan l-għadam kien fihom, tbattlu u nsterqu. F’wieħed minn Oriġinarjament, iċ-ċimiterju dawn il-munzelli nstabet munita tal-bronż Kartaġiniża, li tmur lura li minnu kien jagħmel parti għal bejn it-tielet u r-raba’ seklu il-kumpless tal-Katakombi ta’ San qabel Kristu. Bħala artifatti ta’ valur arkeoloġiku nstab xi ħaġa

Pawl kien fuq barra tal-ħitan tal-belt il-qadima ta’ Melite

jiet fl-urni kienu akkumpanjati mid-dfin fl-anfori, li minnhom kienu skavati tnejn. Waħda kienet imqiegħda fl-istess livell tal-urni u kien fiha l-fdal ta’ tarbija mingħajr artifatti. L-anfora kienet miksura minn taħt l-ispalla. Il-ftuħ tagħha kien magħluq minn biċċa ġebla mkissra. F’anfora oħra, miksura mill-qiegħ, instab il-ġisem ta’ tarbija ta’ anqas minn sitt xhur, li magħha tqiegħdet kikkra u lampa ċkejkna. Is-sejba ta’ dawn l-urni u anfori fil-kuntest oriġinali tagħhom hija meqjusa ta’ importanza konsiderevoli f ’arkeoloġija Maltija. Postijiet fejn intużaw l-urni għall-kremazzjoni u anfori għaddfin ta’ tfal kienu diġà dokumentati qabel, speċjalment fl-inħawi ta’ Tal-Virtù. Madankollu, l-ebda minn dawn is-siti ma ġie skavat xjentifikament u l-ebda minnhom ma kien fih l-istess ammonti li nstabu hawn. L-istudji ta’ dawn id-difniet għadhom għaddejjin iżda ċerti li dawn se jagħtuna informazzjoni unika. Sa issa nistgħu ngħidu li kważi l-kremazzjonijiet u d-difniet fl-anfori li nstabu midfuna fil-barriera, barra mill-oqbra, huma kollha ta’ tfal żgħar.

fl-anfori jindikaw ritwal taddfin differenti bejn tfal żgħar, li ma kinux jindifnu fil-qabar, u l-adulti. Nistgħu wkoll nibdew nikkonfermaw li l-ikla funebri, famuża f ’Malta minħabba t-triclinia (imwejjed imqattgħin fil-ġebel) fil-katakombi Maltin, hi tradizzjoni li ma daħlitx Malta fiż-żmien Ruman tradiv iżda hi użanza li kienet ilha tintuża (forsi bi stil differenti) sa miż-żminijiet Puniċi. Instabu xi tpinġijiet jew affreski?

Dan il-proġett kien jinkludi wkoll proċess ta’ tindif u konservazzjoni li grazzi għalihom inkixfu affreski u tinqix li qabel ma kinux jidhru. Fost dawn, tajjeb insemmi tnejn. L-ewwel waħda kienet dejjem interpretata bħala ħamiema b’fergħa taż-żebbuġ fuq kull naħa ta’ tieqa għall-qabar. Illum, grazzi għal dan it-tindif u proċessi ta’ dokumentazzjoni ġodda, nafu li, fil-fatt, din turi girlanda tal-ħaxix ħierġa minn buqar u ddur mad-dawra ta’ tieqa. It-tieni affresk li nstab kien dak li jiksi internament qabar baldakkin fil-katakomba numru 17. Dan l-affresk ukoll juri girlandi bi fjuri forma ta’ qalb. Apparti Dawn is-sejbiet joffrulna minn dawn inkixfu wkoll diverxi informazzjoni fuq ir-riti si frammenti ta’ iskrizzjonijiet funerarji differenti li kienu li llum huma frammentati wisq jsiru f ’pajjiżna? biex jiġu ddeċifrati, kif ukoll simL-istudji li qegħdin isiru fuq boli oħrajn, partikolarment tliet il-kremazzjonijiet u d-difniet dgħajjes.


20

24.05.2020

kullhadd.com

DR GEORGIANA FARRUGIA BONNICI

TINVISTA TARBIJA LI NSTABET F’LANDA TAŻ-ŻIBEL Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Kull karriera hija importanti u dan l-aħħar interessajt ruħi nsir naf aktar dwar il-karriera ta’ tabib, x’tinvolvi u ma xiex jista’ wieħed jiltaqa’. B’hekk għamilt kuntatt ma’ tabiba. Qed nirreferi għal Dr Georgiana Farrugia Bonnici, tabiba u eks radjografa, ta’ 29 sena, minn Marsaskala. Bħala passatempi għandha għal qalbha: l-fotografija, is-safar, il-kitba kreattiva, u t-tisjir. Fi ftit kliem, tqis ruħha bħala persuna riservata, iżda b’qalb tad-deheb! Tħobb tgħin u timmotiva lil kulħadd, b’kull mod possibbli. Georgiana ilha li laħqet tabiba mis-sena 2018. Bħalissa qiegħda fl-istadju li tipprattika l-professjoni tagħha f ’diversi oqsma differenti, bħall-mediċina, kirurġija u psikjatrija, sabiex tikseb iktar esperjenza. “Però, ’il quddiem nixtieq insir tabiba tal-familja, b’interessi speċjali fil-kardjoloġija jew pnewmoloġija.” Mistoqsija x’inhu l-aktar sodisfazzjon fl-irwol tagħha bħala tabiba, stqarret miegħi li dejjem jiġi meta tkun qed tikteb l-ittri ta’ rilaxxament mill-isptar ta’ dawk il-pazjenti kollha li kienu tant f ’qagħda kritika meta daħlu, li setgħu jitilfu ħajjithom. Mumenti oħrajn sbieħ huma bla dubju, meta tagħti aħbarijiet sbieħ lill-pazjenti dwar il-pronjosi tagħhom, u anke meta r-riċerki tagħha ġew rikonoxxuta u ppubblikati f ’ġurnali mediċi, barra minn xtutna. Ħolqot paġna fuq Facebook, sabiex tgħaddi xi suġġerimenti u linji gwida lil kull min jissieħeb fiha F’dan il-mument li Malta għaddejjin bil-COVID-19, kont naf ukoll li fuq inizjattiva personali tagħha, ħolqot paġna fuq Facebook, sabiex tgħaddi xi suġġerimenti u linji gwida lil kull min jissieħeb fiha. Ħallejt f ’idejha sabiex tispjegali aktar fid-dettall. “Il-blogg mediku tiegħi jismu xBe Holistically Healthy, MDx fuq www.facebook.com/be.heart. healthy u ilu jeżisti mis-sena 2015. Kont għadni studenta tal-mediċina meta ħloqtu, bl-iskop li naqsam tagħrif mal-pubbliku dwar prevenzjoni ta’ mard kroniku, u kif ukoll fuq biex nisħaq dwar l-importanza li lkoll ngħixu stil ta’ ħajja

sana, li tinvolvi attenzjoni lejn il-qasam fiżiku, mentali u soċjali. Sintendi, illum il-ġurnata, f ’dan iż-żmien iebes ta’ pandemija, ilblogg qed ikun fih ukoll aġġornamenti affidabbli u kontinwi fuq il-COVID-19 li huma maħruġin mill-WHO, eCDC, jew awtoritajiet pubbliċi lokali,” spjegatli tajjeb. Minn dak li qed tosserva bħalissa, staqsejt lil Georgiana, x’inhi l-opinjoni tagħha dwar il-qada tal-Covid-19 f ’Malta. Filfatt bla tlaqliq, stqarret miegħi li għalkemm preżentament jidher li s-sitwazzjoni f ’pajjiżna tinsab stabbli, xorta ma nistgħux nillaxkaw wisq diment li ma għad għandna l-ebda kura jew vaċċin kontra l-Coronavirus. “Għaldaqstant, nixtieq nieħu l-opportunità biex nappella lill-pubbliku biex isegwi r-regoli kollha tal-awtoritajiet pubbliċi, għaliex flimkien biss nistgħu nagħmlu d-differenza, u naċċertaw li nżommu din il-pandemija taħt kontroll.” Żiedet tgħidli li l-maltempata tal-COVID-19 ser tgħaddi, imma l-ewwel irridu naħdmu kollha flimkien għal għan wieħed. “Hemm ħafna nies li qed jinjoraw l-avviżi tal-awtoritajiet tas-saħħa. Dan iż-żmien mhux lok għall-picnics, għall-BBQs jew attivitajiet oħra tal-massa fejn il-baħar, bħallikieku xejn mhu qed jiġri. Issa huwa l-ħin opportun li noqogħdu ġewwa, jekk hu possibbli naħdmu bit-teleworking, u fl-istess ħin ninvestu fina nfusna u f ’dawk li nħobbu l-aktar. Uża dan il-ħin biex tgawdi lill-familja, jew taħdem fuq proġetti ġodda, li fil-passat kont tlaqthom għax kont wisq impenjat, u ftit li xejn stajt tagħmel affarijiet li xtaqt.” Qabel ma saret din l-intervista, kont naf ukoll li qed tippromwovi inizjattiva f ’isem il-Foodbank Lifeline Foundation, fejn qed jinġabru donazzjonijiet ta’ ikel għall-familji li huma fil-bżonn. Ħallejt f ’idejha sabiex tgħaddili aktar tagħrif dwar dan. “Iva. Peress li din il-pandemija globali ħalliet ukoll effetti negattivi fuq id-dinja tax-xogħol u fuq l-ekonomija, ħassejt il-bżonn li nippromwovi ċerti inizjattivi ta’ diversi NGOs sabiex ngħinu kemm lill-persuni vulnerabbli, u anke annimali fil-bżonn. Rigward il-Foodbank Lifeline Foundation, din hija organizzazzjoni li qed taħdem bla waqfien biex tqassam l-ikel lil min

hu verament fil-bżonn. Jekk tixtieq tagħti xi donazzjonijiet monetarji għal din il-kawża ġusta, tista’ tagħmel dan minnufih permezz ta’ SMS fuq dawn il-linji 5061 7386 - €2.33, 5061 7912 - €4.66, 5061 8938 - €6.99. Jekk tixtieq tagħti donazzjonijiet ta’ ikel, jekk jogħġbok żur ukoll is-sit www. foodbanklifeline.com/donate għal aktar informazzjoni. Kull għajnuna hija apprezzata,” saħqet miegħi. Tmur l-Indja fuq missjoni u xogħol relatat mal-mediċina Lura fis-sena 2019, Georgiana kienet marret l-Indja fuq missjoni u xogħol relatat mal-mediċina. Waqt l-ewwel ġurnata tagħha li kienet qed taħdem waqt il-missjoni, kienet qed taħdem fuq iċcheck-ups fuq trabi u tfal orfni li kienu f ’istitut. Kien hemm soru tassistiha, imma kellha urġenza u ġiet soru oħra tkompli tassistiha. Mad-daqqa u l-ħin, din is-soru

li ħarġet barra ġiet lura b’tarbija li sabet f ’landa taż-żibel. Żgur li qatt ma basret li proprju fl-ewwel jum tax-xogħol tagħha ser tiltaqa’ ma’ ġrajja bħal din. Ħallejt f ’idejha sabiex tirrakkonta eżatt x’ġara dakinhar. “Minn qabel ma ġejt għall-missjoni kont irrassenjajt ruħi, li rrid naddatta għas-sitwazzjonijiet anormali li nista’ niltaqa’ magħhom, u kif ukoll li se nkun qed nipprattika l-professjoni medika, f ’ambjent limitat u bażiku. Bħala tabiba, kont mistennija li nuża biss idejja u għajnejja sabiex neżamina lit-tfal, minħabba li t-testijiet u l-investigazzjonijiet avvanzati, mhumiex aċċessibbli. Din it-tranżizzjoni professjonali, kienet pjuttost ta’ sfida għalija, wara li kont imdorrija fil-livell għoli ta’ kura tas-saħħa Maltija. Però għenitni wkoll biex insaħħaħ il-ħiliet dijanjostiċi tiegħi, filwaqt li b’qalb kbira, għent ħafna tfal fil-bżonn. “Minkejja kollox, ħadd u xejn ma seta’ jippreparani għas-sejba

ta’ tarbija, li ġiet ppreżentata lili fil-klinika, wara li s-sorijiet kienu sabuha mormija barra, f ’tank taż-żibel. Din it-tarbija kienet għadha ta’ ftit jiem biss, minħabba li biċċiet mill-kurdun kienu għadhom ma nixfux kompletament. Dak il-ħin infxilt, għaliex il-ħajja umana hija wisq prezzjuża biex tarbija tat-twelid tiġi abbandunata b’dan il-mod. Iżda minn kif qaluli s-sorijiet, sfortunatament ċirkustanzi diffiċli u ta’ qsim il-qalb bħal dawn, huma pjuttost frekwenti għalihom. Wara li invistajt lit-tarbija ttieħdet ġol-eqreb sptar, għal aktar osservazzjoni u kura. Għall-grazzja t’Alla, wara ftit jiem, reġgħet ntbagħtet lura fl-orfanatrofju, qawwija u sħiħa, fejn issemmiet Akhil, mis-sorijiet. Permezz tal-grazzja t’Alla, u l-imħabba tas-sorijiet, din it-tarbija ġiet salvata minn ħalq il-mewt u issa ngħatat futur,” irrakkontatli tajjeb. Ġara wkoll li waqt li kienet għall-missjoni f ’Diċembru li għadda fl-Indja ltaqgħet ukoll


21

24.05.2020

kullhadd.com

ma’ Rohit, tifel ta’ ħames snin, li għandu marda konġenitali f ’idejh. Ħallejt f ’idejha sabiex tirrakkontali dwaru. “Rohit meta twieled kien intrema minn fuq pont għax kien wisq imbarazzanti għall-familja tiegħu. Il-fortuna hi li meta kont hemmhekk, għamiltlu din id-dijanjosi ta’ congenital club hands. Huwa għandu wkoll is-saba’ l-kbir nieqes fuq idejh it-tnejn. Iżda preżentament, l-isfortuna hi li din il-kundizzjoni ma jistax ifiq minna jekk ma jagħmilx operazzjoni, li tiswa’ madwar €6,000. “Għalhekk, il-ħidma tagħna ma tiqafx hawn. Minn qalbna, inħeġġuk li jekk tista’ tagħti donazzjoni għal din il-kawża ġusta ta’ Rohit, tagħmel dan permezz ta’ Paypal, billi tidħol fuq is-sit: http://www.zaar.com. mt/projects/rohit/ jew inkella, billi tibgħat ċekk direttament lill-Mission 4 Changes, tikteb nota li hija donazzjoni speċifikament għall-operazzjoni ta’ Rohit u timpostah hawnhekk: “Mission4Changes”, 51, Triq St.Katerina, Marsaxlokk. Rohit żgur se jibqa’ jafulna għomru kollu ta’ dan il-ġest sabiħ,” stqarret miegħi Georgiana. Missjoni li ħalliet impatt fuqha.

Bla dubju ta’ xejn, din il-missjoni ħalliet impatt fuqha. “Primarjament, esperjenza bħal din, iġġiegħlek tara d-dinja u l-ħajja inġenerali, minn lenti ferm differenti, u tibda wkoll tapprezza iktar kulturi differenti minn tiegħek. Nixtieq nibda, billi ngħid, li wara li tkun esperjenzajt il-faqar ġo art missjunarja, il-materjaliżmu, filħajja tagħna ta’ kuljum jibda jonqos. Wieħed faċilment jibda jfittex li jevalwa l-prijoritajiet li huma verament importanti f ’ħajtu, spjeċjalment, meta jkun ra b’għajnejh u miss b’idejh stess, it-tbatija li sfortunatament għadha teżisti, madwar id-dinja. Tasal ukoll f ’punt, li tibda tapprezza ħafna iktar dak li diġà ksibt, u kif ukoll, tgħożż ċerti valuri li għandek f ’ħajtek; meta tqis li ħaddieħor li jgħix ħajja ħafna inqas komda minnek, f ’art remota, ukoll jara kif jagħmel biex iżomm tbissima fuq wiċċu u fuq dawk ta’ madwaru. Meta tmur il-missjoni tibda tirrealizza kemm it-tfal u s-sorijiet, verament japprezzaw il-ġest nobbli tal-missjunarji. Dan minħabba li jiddependu ħafna mill-providenza tan-nies għall-bżonnijiet fundamentali tagħhom. L-ammont ta’ ferħ u tbissim li rajt fosthom, waqt il-ħidma tiegħi, huwa indeskrivibbli.”

Fl-aħħar nett, xtaqet tħalli messaġġ għall-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Nixtieq nagħmel appell lill-qarrejja biex nieħdu ħsieb xulxin, u nkunu ġenerużi ma’ ħaddieħor, f ’dan iż-żmien diffiċli għal kulħadd. Anke b’sempliċement telefonata tista’ tferraħ persuna waqt dan iż-żmien ta’ pandemija. Kif ukoll, peress li m’għad hawn l-ebda kura għall-COVID-19, huwa importanti li wieħed jaħsel idu u jiddiżinfetta affarijiet li juża spiss, japplika l-miżuri kollha biex iżomm id-distanzi soċjali u ma joħroġx mid-dar bla bżonn, u kif ukoll iżomm is-sistema immunitarja tiegħu b’saħħitha, billi jiekol ikel bnin li hu għoli fil-Vitamina C/Zinc/Vitamina D, inaqqas l-istress, ma jpejjipx, jorqod bejn 6 u 8 sigħat kuljum, u jagħmel l-eżerċizzju regolarment. Nixtieq ngħidilkom ukoll biex tevitaw li taqsmu aħbarijiet online, jew li ma jkunux veri u mhux approvati xjentifikament, għaliex dan qed joħloq konfużjoni u allarm bla bażi, fost il-pubbliku. Jiena ħassejt il-bżonn li nniedi servizz volontarju fuq il-blogg tiegħi, fejn dawk kollha li jkollhom xi dubji dwar aħbarijiet foloz, ikunu jistgħu jivverifikawhom miegħi. #NieħduĦsiebXulxin #KuraġġMalta,” temmet tgħidli.

Minn qabel ma ġejt għall-missjoni kont irrassenjajt ruħi, li rrid naddatta għas-sitwazzjonijiet anormali li nista’ niltaqa’ magħhom, u kif ukoll li se nkun qed nipprattika l-professjoni medika, f’ambjent limitat u bażiku


22

24.05.2020

kullhadd.com

L-INDAFA F’PAJJIŻNA. IL-BAJJIET MA JITNADDFUX BISS FIS-SAJF... IT-TIENI PARTI

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Komplejt nitkellem ma’ Ramon Deguara mill-Cleansing Department dwar dan is-suġġett; suġġett li jinteressa lil kulħadd u forsi anke f’dan iż-żmien tal-COVID-19, apprezzajnieh iżjed. B’idi fuq qalbi nkompli nistaqsi lil dawk li jħammġu bħal donnu għandhom vizzju; imma għaliex?! Smajna anke b’nies f’lokalitajiet li donnhom ma jitgħallmux u anke sempliċiment ħaġa żgħira bħal li toħroġ iż-żibel fil-ġurnata apposta, iħossuha diffiċli. Bħal dejjem, qatt ma nistgħu niġġeneralizzaw imma lanqas nistgħu nieħdu għalina għax nitkellmu dwar dan, bħal donnu qed nivvintaw dawn l-azzjonijiet.

sar numru familjari, fejn wieħed jirrapporta, kif ukoll il-mobile app ‘Clean & Upkeep’ fejn jistgħu Id-Diviżjoni għat-Tindif u Ma- jittieħdu ritratti tal-lokazzjoni fejn nutenzjoni twettaq diversi xog- tkun u jintbagħtu direttament lilħlijiet madwar il-pajjiż ta’ kuljum na. fosthom: - Tindif ta’ toroq u qtugħ ta’ ħaxix Kif jitnaddfu l-bus shelters? ħażin, l-ħidma qiegħda - Tneħħija ta’ posters imwaħħla Bħalissa kkonċentrata fuq diżinfettar u illegalment - Tindif ta’ sistemi ta’ kanali tal-il- sanitizzazzjoni ta’ bus shelters u l-għamara tat-triq kollha. Is-sitma tax-xita wazzjoni tal-pandemija bidlet - Tindif ta’ bajjiet il-loġistika kollha ta’ kif naħdmu. - Tindif ta’ ċentri kummerċjali - Tindif ta’ pjazez u spazji pub- L-operat ta’ kuljum qed jigi aġġornat u hekk ser jibqa’ jiġri fil-ġranet bliċi fil-Belt Valletta li ġejjin, sakemm insibu l-mod ta’ - Ġbir ta’ annimali mejta - Tneħħija ta’ rimi illegali ta’ skart kif ser nintervjenu fix-xogħol il- Manifattura ta’ slielem, pontijiet, ġdid mitlub fuq il-bajjiet. Il-propontuni u għamara oħra ta’ fuq tokolli ġodda li jridu jiġu implimentati jikkonċernaw il-ħidma il-bajjiet - Manifattura u manutenzjoni ta’ tagħna wkoll. Dan kollu qed isir għamara tat-triq bħal bankijiet u f ’kordinazzjoni sħiħa mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li qed kontenituri tal-iskart - Manutenzjoni ta’ bankini f ’żoni naħdmu flimkien sabiex il-bajjiet kollha jkunu fl-aħjar stat ta’ ndafa tal-gvern ċentrali - Manutenzjoni f ’binjiet tal-gvern u siguri f ’kull ħin. bħal ministeri u dipartimenti - Irranġar ta’ ħitan tas-sejjieħ u X’jintuża bħala prodott għat-tindif ? Ġieli nara persuni tal-franka - Assistenza permezz ta’ servizzi jużaw spray, dak ikun ilma ta’ tindif u manutenzjoni lil diver- mħallat ma’ xi kimika? si kunsilli lokali - Tindif wara attivitajiet tal-mas- Il-prodotti li nużaw huma kollsa u dan l-aħħar qed naħdmu fuq ha ċċertifikati mid-Dipartiment manutenzjoni ta’ ġonna pubbliċi tal-Protezzjoni Ċivili, li nixtieq nirringrazzjahom għall-koperf ’diversi lokalitajiet azzjoni tagħhom, għaliex huma kienu n-nies li taw taħriġ lill-ħadKunsill Lokali jista’ jagħmel diema tagħna u huma kienu wkoll kuntatt magħkom biex li tawna indikazzjoni ta’ kif l-aħissir tindifa partikolari f ’xi jar naħdmu f ’dawn iċ-ċirkostanzi akkwata? Kif inhu l-proċess? ta’ bħalissa. Hemm koperazzjoni Il-Kunsilli Lokali ta’ kuljum ji- sħiħa u relazzjoni tajba immens tolbu assistenza f ’ċirkostanzi li bejn iż-żewġ dipartimenti, mhux ma jkunux normali. Il-proċess f ’dawn il-jiem biss, imma tul is-sejikkonsisti billi issir talba formali, na kollha. Bħalissa qed jintefqu permezz tal-customer care, jew flus kbar fejn għandha x’taqsam inkella email. Illum hawn diversi kimika, kif ukoll fi prodotti tasmezzi kif wieħed jista’ jagħmel saħħa u sigurtà għall-ħaddiema kuntatt magħna. In-numru 1718 tagħna. Dik hi l-ikbar prijorità li Fiex jikkonsisti x-xogħol tagħkom ta’ kuljum?

qed nagħtu bħalissa. X’jirrikjedi t-tindif tat-toroq? It-tindif tat-toroq jirrikjedi diversi metodi ta’ tindif. Hemm it-tindif manwali kif ukoll dak mekkanizzat. It-tindif manwali permezz tar-riżorsi umani, jibqa’ l-iktar element importanti, però illum qed naraw taħlita ma’ dak mekkanizzat. Pajjiżna għandu l-istess makkinarju li jeżisti fi bliet kbar Ewropej. L-investiment li għamilna tul dawn l-aħħar snin, nista’ ngħid jiswa flus kbar u sar kollu għaliex il-Gvern kommess li jibqa’ dejjem itejjeb il-prodott ta’ pajjiżna. Minn hawn nirringrazzja lill-Ministeru tal-Finanzi għax ta’ kull sena jikkunsidra t-talbiet tagħna, sabiex isir dan l-investiment. Għamilna diversi investimenti f ’vetturi li jikinsu t-toroq b’mod mekkanizzat, kemm kbar sabiex jitnaddfu toroq arterjali, kif ukoll makkinarju iżgħar sabiex jitnaddfu żoni pedonali, gafef u trakkijiet u vannijiet għall-ħaddiema. Bħalissa qed nagħmlu investiment massiċċ ta’ makkinarju li jneħħi l-graffiti u li bih jista’ jsir ukoll tindif tal-mini. Meta jkun hemm rimi ta’ skart illegali kif tintervjenu intom? It-tindif ta’ rimi illegali ta’ skart għalkemm naqas, xorta jibqa’ pjaga kbira. Ir-rimi ta’ skart tal-kostruzzjoni u r-rimi ta’ skart li sfortunatament jintrema f ’żoni abbandunati. Tajjeb li ngħid, li meta aħna mmorru niġbru dan ittip ta’ skart, ladarba dan jitgħabba fit-trakkijiet tagħna sabiex niddisponu minnu aħna rridu nħallsu wkoll. Nonfqu eluf kbar ta’ ewro kull sena, sabiex aħna niddisponu mill-iskart li niġbru. Din is-sena qed inkunu aggresssivi ħafna fejn tidħol installazzjoni ta’ CCTV

cameras. Għandna diversi żoni fejn ser inkunu qed ninstallaw dawn is-sistemi bl-iskop ewlieni li nnaqqsu kemm nistgħu r-rimi illegali tal-iskart. Bħalissa għaddej proċess sabiex tiġi aġġornata l-liġi u jiħraxu l-multi għal min jinqabad jabbuża f ’dan ir-rigward. Smajt ukoll li tnaddfu l-mini u s-subways. Għall-mini u s-subways f ’pajjiżna għandna programm regolari ta’ tindif fihom. It-tindif isir matul il-lejl. Sa ftit snin ilu konna naraw vandaliżmu qawwi fis-subways tagħna. Ħafna min-nies ma kinux jagħmlu użu minnhom għaliex forsi dawn ma kinux daqshekk armati b’sigurtà. Illum nista’ ngħid li kważi s-subways kollha għandhom faċilitajiet ta’ CCTV cameras u għalhekk wieħed iħossu iktar sigur meta jagħmel użu minnhom. Il-ġonna u ż-żoni turistiċi jaqgħu taħtkom ukoll? Għalkemm il-ġonna jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali, bħalissa qed noffru servizz ta’ manutenzjoni sabiex isir titjib fil-ġonna tal-lokalitajiet. Ix-xogħol jikkonsisti f ’tindif, f ’tisbiħ permezz ta’ rranġar ta’ ġebel, tiswijiet, żebgħa tal-għamara tal-ġonna u bdil fejn hemm bżonn kif ukoll tiswijiet ta’ funtani. Fiż-żoni turistiċi nintervjenu ħafna. Issa li qegħdin fl-istess Ministeru, il-kordinazzjoni u l-ħidma żdiedu immens f ’dawn iżżoni. Apparti x-xogħol ta’ tindif u l-ġbir ta’ skart, dalwaqt jinbeda x-xogħol ta’ ħasil tal-promenades. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet ta’ tisbiħ permezz ta’ rranġar ta’ pedestrian railings fix-Xemxija, Paceville, Tas-Sliema, il-Belt Valletta, Birżebbuġa kif ukoll ir-Rabat.

Xi ssibu l-aktar mormi fil-bajjiet? U hija sfida akbar li tnaddaf bajja? Tindif tal-bajjiet hawn min iqisu bħala tindif staġjonali, però effettivament mhux hekk. Is-sezzjoni ta’ tindif tal-bajjiet tkun impenjata s-sena kollha. Illum żdiedet ir-responsabbiltà ta’ tindif fl-aċċess għall-bajjiet, jiġifieri t-toroq kollha li jwasslu għall-bajjiet jitnaddfu wkoll. Apparti hekk l-istaġun tax-xitwa jġib miegħu ammont kbir ta’ alka, li din sfortunatament iddaħħal ammont ta’ skart magħha. Dan jitnaddaf regolarment. L-istaġun tal-bajjiet m’għadux ta’ tliet xhur tas-sajf biss, imma kważi sitt xhur sħaħ. Il-pubbliku jibda jmur fuq il-bajjiet mix-xahar ta’ Marzu u dan jibqa’ sejjer sal-aħħar ta’ Ottubru, jiddependi fuq l-elementi tat-temp. Matul ix-xhur tax-xitwa ssir manutenzjoni fuq is-slielem, pontijiet, pontuni u railings li jkollna tul ix-xtajtiet tagħna matul is-sajf. Dawn jinqalgħu fix-xahar ta’ Ottubru u jerġgħu jitwaħħlu f ’Mejju. Dan dejjem jiddependi fuq l-irjiħat li jaħkmu lil pajjiżna. L-aħħar ħaġa. Naraw bosta sinjali ġieli jkunu antiki jew inkella forsi mkissra fit-toroq ta’ pajjiżna. X’inhu l-irwol tagħkom f ’dan ir-rigward? L-irwol tagħna huwa dejjem li nneħħu l-periklu. Minnaħa tagħna naraw li s-sinjali tat-traffiku jkunu nodfa u viżibbli għas-sewwieqa. Għandna pogramm ta’ ħasil tat-tabelli wkoll. F’każijiet fejn dawn it-tabelli jkunu ta’ periklu aħna nirrappurtaw immedjatament lil Transport Malta fejn dejjem insibu koperazzjoni sħiħa.



24

24.05.2020

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

ĠOJJELL U S-SAĦĦARA ĠOJJELL JITLAQ IFITTEX LIL KIRI bżonn il-pumpier, x’se jagħmel? Dal-ktieb jittratta l-importanza tal-onestà u maħsub apposta għal tfal fl-età fejn qed jibdew jifhmu kemm il-verità mhix dejjem faċli tgħidha. Il-ġenituri jafu sew kemm it-tfal iħobbu jgħidu “gideb” żgħir: probabbli biex jimpressjonaw, jew biex jirrakkontaw storja li jaħsbu li se tingħoġob, jew biex jittestjaw ir-reazzjoni ta’ adult … jew sempliċiment biex joħorġu minn xi basla. Kultant huma stess lanqas ikunu ċerti fejn tispiċċa r-realtà u fejn tibda l-immaġinazzjoni u l-gideb. Ġojjell u s-saħħara jagħti opportunità lill-ġenituri jiddiskutu dawn l-affarijiet u jużaw iċ-ċkejken dragun ikħal bħala

Ġojjell huwa dragun ikħal ċkejken, b’differenza. Minn ħalqu, flok jonfoħ in-nar, Ġojjell jonfoħ … l-ilma! U proprju għax huwa differenti mill-oħrajn, Ġojjell tkeċċa mill-villaġġ tad-draguni. Imma Ġojjell ma jaqtax qalbu u, fl-ewwel ktieb tas-sensiela, Ġojjell id-dragun li jonfoħ l-ilma, huwa jitlaq fuq avventura fejn jitgħallem li hemm min se jħobbok hekk kif inti. Fil-fatt isib villaġġ ġdid fejn mhux talli kulħadd iħobbu talli jsir il-pumpier tar-raħal. Wara s-suċċess ta’ dan l-ewwel ktieb dwar Ġojjell u l-valur tad-diversità, Merlin Publishers qed jespandu s-sensiela dwar id-dragun ikħal b’żewġ kotba ġodda.

eżempju dwar l-importanza tal-onestà. Miktub mill-awturi Franċiżi Laurent u Olivier Souillé, b’illustrazzjonijiet ta’ Jérémie Fleury u addattament għall-Malti ta’ Clare Azzopardi, il-kotba fis-sensiela ta’ Ġojjell huma mimlijin illustrazzjonijiet kuluriti u divertenti, u stejjer emozzjonanti li t-tfal li huma affaxxinati mid-draguni se jiġġennu warajhom. Dal-kotba huma wkoll għajnuna kbira għall-ġenituri u gwardjani tat-tfal biex irawmu imħabba għall-qari sa minn ċkunithom. Ġojjell jitlaq ifittex lil Kiri u Ġojjell u s-saħħara jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online minn merlinpublishers.com.

It-tieni ktieb fis-sensiela, Ġojjell jitlaq ifittex lil Kiri, huwa dwar il-komunità tad-draguni li jindunaw li għamlu ħażin li keċċew lil Ġojjell minn fosthom, u jorganizzawlu festin sabiħ għal għeluq sninu. Din l-istorja, ħelwa immens b’avventura li twassal għal tmiem ġojjuż għall-aħħar, tittratta l-valuri importanti tal-ħbiberija, il-lealtà u l-inklużjoni. It-tielet ktieb fis-sensiela huwa Ġojjell u s-saħħara, fejn Ġojjell ħa riħ u jsib li b’riżultat t’hekk mhux jirnexxilu jonfoħ iżjed ilma. U x’pumpier jista’ jkun, jekk ma jonfoħx ilma? Flok ilma, qed joħroġ in-nar issa! U x’se jagħmel? Lil sħabu tal-villaġġ se jgħidilhom jew le? U jekk jinqala’ inċident ta’ nar u jkollhom Mistoqsija: Għaliex Ġojjell ma kienx qed jirnexxilu jonfoħ iżjed ilma?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ĠOJJELL. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 31 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb ANTIDA huwa: D. MONREAL - Ħ’ATTARD

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

03

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm-il applikazzjoni ġiet approvata għall-użu mediċinali tal-kannabis? Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

24.05.2020

kullhadd.com

IS-SINJURA LIEBSA L-GĦONNELLA Kitba ta’ MARY CHETCUTI

Xtaqt inkompli fuq is-sopranaturali b’rakkont ieħor li forsi inti ltqajt miegħu xi darba jew oħra. Madanakollu, ninsab ċerta li stejjer bħal dawn jinżlu għasel lil kulħadd. L-istorja tal-lum tibda f ’Bieb il-Belt jew Porta Reale, kif kien magħruf fiż-żmien meta Malta kienet għadha kolonja Brittanika. Il-perjodu tal-ġrajja mhuwiex determinat għalkemm, għal darb’oħra, “Blackwell’s Magazine” ippublikaha għall-ewwel darba fl-1887. Żewġ fizzjali tal-Qawwa Navali Brittanika iddeċidew li jibqgħu ħerġin bil-mixi millBelt Valletta biex jaslu x-Xatt ta’ Pinto. Ma kinitx sħana u għalkemm il-lejl kien daħal sew id-dawl tal-qamar kien biżżejjed biex jurihom it-triq lura. Qattgħu lejla pjaċevoli fil-kapitali Maltija u kienu aljenati jitkellmu fuq hekk meta minn imkien waqfet mara quddiemhom titlobhom jgħinuha. Il-fizzjali mill-ewwel indunaw li din ma kinitx prostituta qed tipprova tiġbed l-attenzjoni tagħhom. Għalkemm kienet liebsa bl-iswed minn rasha sa saqajha, ħwejjiġha dehru magħmulin minn drapp fin u bizzilla. Quddiemhom kellhom sinjura ta’ klassi li bl-edukazzjoni kollha skużat ruħha u bdiet tispjegalhom għalfejn kellha twaqqafhom. Huma komplew jisimgħuha għalkemm ma setgħux jarawlha wiċċha peress li kienet liebsa għonnella li għattietha sew. Is-sinjura tal-għonnella qaltilhom li kien biss meta waslet Porta Reale li ntebħet li ssakkret barra mingħajr ċavetta. Issa riedet tidħol lura d-dar u ma kinitx taf lil min se taqbad tgħid biex jgħinha. Id-dar tagħha kienet tinsab fin-naħa t’isfel tal-Belt – f ’Sant’Ursola, it-triq imtarrġa. Kieku qagħdu jaħsbu fuq li qaltilhom is-sinjura, il-fizzjali setgħu jirraġunaw li kien ikun aħjar kieku rrikorriet għand il-pulizija. Imma le, bla ma ħasbuha darbtejn u ta’ ġentlomi li kienu offrewlha li jgħinuha tidħol lura f ’darha. Is-sinjura tal-għonnella uriethom it-triq hi u huma mxew warajha – ħadd minnhom it-tlieta ma lissen kelma oħra sakemm waslu fid-destinazzjoni. F’dik is-siegħa, Triq Sant’Ursola kienet siekta u nieqsa mid-dawl avolja fil-kantuniera kien hemm lampa tat-triq tnemnem.

Bdew niżlin tarġa tarġa wara s-sinjura sakemm hi waqfet quddiem bieb kbir ta’ dar b’faċċatta fuq stil barokk tas-seklu 17. Wieħed mill-fizzjali ġibed l-attenzjoni ta’ sieħbu waqt li pponta b’subgħajh lejn waħda mit-twieqi kbar li dehret imbexxqa. Qallu biex jagħtih spinta ħalli jkun jista’ jitla’ fuq il-ħoġor li kien xi disa’ filati ’l fuq. Daħal ġewwa u sab ruħu ġo kamra mdaqqsa li fiddawl tal-qamar dehret armatha b’għamara, twapet fondi u viċin tiegħu inzerta kien hemm kandelabru tal-fidda bix-xemgħat fih. Xegħel ix-xemgħat u kkonferma li kien jinsab ġo kamra mill-isbaħ ta’ binja li kellha x-xeħta ta’ palazz Belti. Ħareġ mill-kamra u sab ruħu f ’kuritur mimli pitturi mwaħħlin fuq iż-żewġ naħat. Ġie quddiem il-bieb ta’ barra, fetħu u daħlet is-sinjura tal-għonnella u l-fizzjal l-ieħor warajha. Is-sinjura talbet lill-fizzjali jidħlu f ’sala tas-salott filwaqt li skużat ruħha għal ftit. Din is-sala kienet meraviljuża; kull fejn tħares tara għamara illustrata fid-dawl tax-xemgħat, ornamenti tal-fidda u aktar pitturi mal-ħitan. Is-sinjura bilfors li kienet mara għanja, jekk mhux nobbli wkoll. Meta s-sinjura rritornat ħdejhom kienet neħħiet l-għonnella u l-fizzjali nnutaw għall-ewwel darba li kienet mara żagħżugħa sabiħa b’xagħarha iswed miġbud lura u bi tbissima li tnissel simpatija. Talbithom jakkomodaw ruħhom fuq is-sufan tad-damask filwaqt li staqsiethom xi xtaqu jixorbu. Serviethom f ’tazzi tal-kristall, huma rringrazzjawha u wieħed minnhom talabha jekk setax ipejjep. Is-sinjura mejlet rasha fl-affermattiv u hu qabbad sigarett. Ferratilhom grokk ieħor u huma kkumplimentawha għad-dar sabiħa. Ma ridux jeħdulha aktar ħin u filwaqt li rringrazzjawha tal-ospitalità ġentili tagħha ħarġu mid-dar u baqgħu niżlin Triq Sant’Ursola kollha biex minn hemm jaslu ħdejn id-Dwana u jsibu barklor li jwassalhom fuq il-bastiment li kien ankrat f ’nofs il-port. Ma waqfux jitkellmu dwar dil-mara misterjuża li baqgħet ma qaltilhomx min kienet. Innutaw li ġewwa ma lemħux imqar qaddej wieħed. Kif tela’ fuq id-dgħajsa u l-barklor

qabad jaqdef, il-fizzjal daħħal idu fil-but sabiex jerġa’ jpejjep u kien hawn li ftakar li kien nesa l-kaxxa tas-sigaretti meta telaqha fuq tavolina fid-dar tas-sinjura. Ma kinitx kaxxa ta’ valur imma kellha tifkiriet sentimentali għalih u meta qal lil sieħbu x’kien ġralu, l-ieħor tbissem u qallu mela kellhom skuża tajba biex jerġgħu jżuru lis-sinjura fid-dar sabiħa tagħha. L-għada waranofsinhar iddeċiedew li jgħaddu għall-kaxxa tas-sigaretti. Reġgħu telgħu minn ħdejn id-Dwana u waslu f ’nofs it-taraġ ta’ Triq Sant’Ursola bħal-lejl ta’ qabel. Id-dar mill-ewwel għarfuha, bid-differenza li fid-dawl tax-xemx dehret fi stat ta’ abbandun totali. “Din x’biċċa xogħol hi?” staqsew lil xulxin imbellħin il-fizzjali. Kienu ċerti li kienet l-istess dar u saħansitra t-tieqa mnejn wieħed minnhom daħal il-lejl ta’ qabel kienet għadha mbexxqa. Tfixklu, ma kinux jafu x’jaqbdu jagħmlu. Fl-aħħar wieħed minnhom ħa l-inizjattiva u ġibed il-katina mimlija sadid tal-qanpiena tal-bieb. Stennew ftit ieħor imma ħadd ma ġie jiftaħ. Għaddew xi żewġ Maltin li baqgħu jħarsu lejhom qishom iridu jistaqsuhom x’kienu qed jistennew quddiem bieb merri biż-żmien. Maħkumin minn kurżità kbira, il-fizzjali ddeċiedew li jerġgħu jidħlu mit-tieqa. Wieħed ta spinta lil sieħbu biex dak tela’ fuq il-ħoġor tat-tieqa u qabeż għal ġewwa. Ġie f ’kamra kbira biż-żebgħa tal-ħitan kollha mqaxxra u l-madum taħt saqajh kollu jiċċaqlaq. Fejn marru t-twapet u l-kandelabru tal-fidda? Ħareġ mill-kamra u ġie fl-istess kuritur li l-lejl ta’ qabel kien miksi pitturi, imma issa ħlief għanqbut u trab mal-ħitan vojta ma kienx hemm. Fetaħ il-bieb ta’ barra u ġibed lil sieħbu ’l ġewwa ħalli jikkonfermalu jekk kienx qed jara bħalu.

Baqgħu mistagħġbin iħarsu lejn it-telqa u l-abbandun. Imxew lejn is-sala tas-salott li kienet fi dlam ċappa. Il-fizzjal xegħel sulfarina u bil-fjamma ċkejkna tagħha setgħu josservaw li s-sala kienet battala wkoll filwaqt li l-ħitan kienu mimlijin irqajja fejn waqa’ t-tikħil. Baxxa s-sulfarina ’l isfel u raw marki tas-saqajn fit-trab, imbagħad ftit ’l hemm lemħuha flimkien - il-kaxxa tas-sigaretti fl-art. Twaħħxu. Meta ġew ftit f ’tagħhom komplew janalizzaw il-passi fit-trab u kkonfermaw dak li ssusspettaw - kien hemm marki ta’ żewġ pari saqajn biss u l-ebda passi ta’ żarbun femminili. Ma kien baqgħalhom l-ebda dubju li l-lejl ta’ qabel kienu akkumpanjaw spirtu ta’ mara lura f ’darha.


26

24.05.2020

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

24.05.2020

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 330

A. BONNICI - ZABBAR

Bi 3 Numri 083 170 171 347 429 430 530 531 565 594 651 693 694 794 894

954 B’4 Numri 0039 0154 0533 0577 0637 0998 1278 1550 1583 2690 2738 2963 3143

3589 3921 4240 4493 4778 5057 5464 5634 5662 5695 5744 6372 6868 6944 7567 7809

7974 8178 8725 8782 9310 9316 9393 9400 9453 9567 9827 B’5 Numri 03607 04464 11897

26295 35540 49142 65703 66286 69975 93390 98366 99991 B’6 Numri 053661 183239 502863 510469 517145

700217 738455 766781 B’7 Numri 0287687 0427995 2356521 4293357 8782724 9409063

1. 4. 7,9. 9. 10. 12. 16.

Mimdudin: Kompli l-qawl: F’San ........ l-isponsun ma jmiddx saqajh mal-art (5) Jintlibes fix-xitwa (4) Iwassalha l-pustier (5) Ara 7 Tigdem jew toqros (6) Tibqax hemm (6) Ara 11

18. 19. 20. 21. 23. 24.

Jien bl-Ingliż (2) Nirfsu fuqha (3) Hemm ħafna minnu l-Għadira (5) Noqogħdu fiha (3) Ara 6 It-tifel tiegħek (5)

1. 2,3. 3. 5.

Weqfin: Jista’ jkun pittur (6) Magħruf għal-lampa (6) Ara 2 Il-vokali barra

6,23. 8. 11,16. 12,22. 13. 14. 15 17. 21. 22.

l-ewwel tnejn (1,1,1) Tixħet (6) Theżżiżiet? (9) Naqqas (5) Fjura (5) Royal Malta Artillery (1,1,1) Salvu tal-MaltaToday (6) Jilagħbu bihom il-billiards (6) Kunjom (3) Issibhom fl-art? (3) Ara 12 wieqfa

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: Weqfin: 1.Anard, 4.Kowt, 7,9.Ittra, 10.Nemu- 1.Artist, 2,3.Aladin, 5.OIU, 6,23. sa, 12.Warrab, 18.Me, 19.Art, 20.Ra- Twaddab, 8.Terremoti, 11,16.Batta, mel, 21.Dar, 24.Ibnek 12,22.Warda, 13.RSA, 14.Balzan, 15.Stikek, 17.Tua, 21.Dud


28

24.05.2020

kullhadd.com

B’IDEJHOM M’GĦONQ IL-POPLU Editorjal

Ħadd ma jippretendi li ċittadin komuni jaġixxi b’tali mod u jisfida ordnijiet leġittimi, sakemm mhux xi persuna li forsi għandha preċedenti koroh mal-forzi tal-ordni

Sa minn dakinhar tal-magħmudija ta’ Gvern Laburista fl-2013, twieled moviment bl-uniku skop li, akkost ta’ kollox, irażżan il-mixja tal-istess amministrazzjoni ġdida. Dan anke jekk ilmezz jew il-mezzi biex jattakka u jagħmel ħajjet il-Gvern infern kien ifisser li jiggranfa ma’ argumenti frivoli jew saħansitra konġenturi biex ikisser il-leġittimità ta’ dawk magħżulin mill-poplu u allura litteralment itemm ħesrem il-leġiżlatura. Avolja kien konsegwenza indiretta tal-istess deċiżjoni demokratika ta’ dak iż-żmien, ma domniex ma skoprejna li t-tali moviment kien biss l-estensjoni ċara tal-establishment Nazzjonalista li kien għadu kemm ġie skreditat mill-poplu. L-istess moviment li, għalkemm beda jitkellem kontinwament dwar id-demokrazija u s-saltna taddritt, fil-verità lanqas ikkalkula jew ta piż lid-deċiżjoni tal-poplu sovran fl-ewwel lok. Ma kienet l-ebda kumbinazzjoni li l-istess protagonisti sibniehom u għadna nsibuhom wara kull azzjoni viljakka kontra l-Istat Malti, il-Gvern Laburista, il-Prim

Ministru u/jew l-awtoritajiet kompetenti, fost oħrajn. Kif dejjem għedna, dawn jippretendu li għandhom kull dritt li jikkmandaw u allura ħaddnu t-tattika li jimminaw il-ħidma governattiva minn barra daqskemm minn ġewwa. Inqabdu b’idejhom fl-ixkora jagħmlu s-sabutaġġi f ’istituzzjonijiet u awtoritajiet prominenti, waqt li saħansitra ħolqu ħemel ta’ organizzazzjonijiet lokali, magħmulin mill-istess nies, biex jamplifikaw l-attakk bla bażi tagħhom. Bdew jitkellmu f ’isem is-“soċjetà ċivili”, anke jekk ma jgħoddux 1% tal-popolazzjoni. Bl-argument ta’ espressjoni ħielsa, ingħalqet iktar minn għajn waħda fil-konfront tagħhom, avolja abbużaw u stupraw it-tali dritt tal-bniedem. Bil-konsegwenza t’hekk komplew ukoll jikbru fl-ardezza u l-arroganza, li diġà kienu sintomatiċi fil-karattru difettuż tagħhom. Ħu l-inċident, li skoprejna flaħħar jiem, maħluq mid-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina s-sena l-oħra fil-konfront ta’ uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija waqt skorta ma’ ministru barrani

li kien żjara f ’Malta. Ħadd ma jippretendi li ċittadin komuni jaġixxi b’tali mod u jisfida ordnijiet leġittimi, sakemm mhux xi persuna li forsi għandha preċedenti koroh mal-forzi tal-ordni. Konvinti li l-inċident ħammar anke wiċċ ċerti kollegi tiegħu fl-Oppożizzjoni. Imma għal Dr Aquilina ma kien hemm xejn ħażin f ’dan kollu u minfuq ipprova jġebbed xi protezzjoni Parlamentari favurih. Sadanittant meta l-miżuri lokali ma bdewx jagħtu l-frott mixtieq, għax il-poplu xammhom u dera l-manuvri moqżieża tagħhom, dan il-moviment beda jagħfas iżjed fl-isfera internazzjonali biex, anke permezz ta’ merċenarji, bdew jinsġu sentiment barrani kontra pajjiżna. U sa ċertu punt irnexxielhom. Dan deher u nħass fl-aħħar snin meta xewxu istituzzjonijiet Ewropej biex iżommu lil pajjiżna responsabbli għal metodi li kienu ilhom tale quale sa minn żmien il-ħakma Ingliża u li ovvjament amministrazzjonijiet Nazzjonalisti qatt ma ttantaw jirranġaw. Din il-ġimgħa wkoll il-Ministru għall-Finanzi Edward Sci-

cluna rrimarka li kellu jintervjeni personalment mal-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters, wara li xi ħadd kien bellgħalha l-lixka li Malta hi kontra miżuri importanti kontra l-ħasil tal-flus. Fil-verità awtoritajiet kompetenti, bħall-FIAU u l-MFSA, qatt ma kienu raw investimenti relatati daqskemm esperjenzaw fl-aħħar snin taħt Gvernijiet Laburisti. Dan hu biss każ wieħed minn ħafna oħrajn li se jibqgħu jsiru bil-għan li din iċ-ċorma skreditata tkompli tissikka idejha m’għonq il-poplu Malti sakemm dan iċedi għall-pressjonijiet tagħha. U aktar mal-poplu jibqa’ reżistenti u ma jibdilx fehemtu, dawn aktar se jindannaw. Minkejja kull manuvra illeċita li tista’ sseħħ, il-poplu għadu adamanti wara l-Partit Laburista fil-Gvern u dan bil-provi. Il-maġġoranza assoluta hi konvinta li, għall-ġid tal-poplu kollu, qed ikompli jsir l-aħjar possibbli mill-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, anke fiċ-ċirkostanzi preżenti tal-pandemija u tad-dellirju Nazzjonalista b’riżultat tal-“pandelija”.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.