KullHadd_24.07.2016

Page 1

ĦARSA LEJN L-ipokresija ta’ George Pullicino

Ara paġna 4

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 24 ta’ Lulju, 2016

Ħarġa Nru 1,202 Prezz €1

BILANĊ BEJN IL-ĦTIEĠA TA’ LOKAL U PAJJIŻ

• SE TOĦROĠ IS-SEJĦA PUBBLIKA GĦAL FREE ZONE F’ĦAL FAR Ftit tal-jiem wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li kienet identifikata żona f ’Ħal Far għal hub loġistiku, f ’intervista li se tixxandar fuq ONE Radio, il-Prim Ministru żvela li se toħroġ sejħa pubblika għal min hu interessat imexxi din iż-żona. Din hija sistema li hija mħaddma f ’Singapore,

fejn għadd ta’ mħażen huma mdawra fi free zones. Biex jagħmel dan il-Gvern ma marx għallart li hija ODZ, iżda minflok ġiet identifikata biċċa art f ’Ħal Far li diġà hija użata u, ladarba jkun hemm proċess sħiħ, wara s-sejħa pubblika Malta tkun tista’ ssir anke ċentru tal-loġistika. Din l-aħbar niżlet għasel mhux biss man-

nies mid-dinja tan-negozju li jafu sew kemm hija xi ħaġa meħtieġa, iżda wkoll mir-residenti ta’ Birżebbuġa li għalihom dan ifisser li għażżmien li ġej il-Port Ħieles żgur mhux se jkun estiż iktar fuq in-naħa tagħhom. Ara paġni 6 u 7

RIFORMA “OSTAKLU” SAKEMM FIL-GVERN

IKTAR MINN TAL-GANGA STYLE

ĦU SAID JIRBAĦ KUNTRATT B’KUMPANIJA MAGĦLUQA F’każ ieħor li juri l-mod xejn trasparenti li bih jitmexxa l-Kunsill Lokali tan-Nadur taħt sindki mill-familja Said, illum il-gazzetta KullĦadd tiżvela li f ’April li għadda ntrebaħ tender permezz ta’ kumpanija li kienet xolta fl-2009. Dokumenti tal-MFSA, li qed nippubblikaw b’mod esklussiv, juru li Peter Paul Said, ħu s-Sindku u ħu l-eks-Ministru Chris Said, uża kumpanija li kienet likwidata seba’ snin ilu biex, wara li rebaħ il-kuntratt, l-offerti mbagħad ħarġu fuq ismu. Ara paġna 3

Ir-riforma fil-mod kif jinħatru l-ġudikanti approvata din il-ġimgħa kienet ilha fuq l-aġenda tad-dinja legali, iżda sakemm Gvern Nazzjonalista kellu l-poter qatt ma ried jagħmilha. Dan għax kien komdu bis-sistema li tħalli l-poter kollu f ’idejn il-politiku sakemm fil-Gvern kien hemm GonziPN. Analiżi tal- KullĦadd issib li l-eksMinistru Carm Mifsud Bonnici kien iddeskriva s-sistema kif mibdula bħala “ostaklu”. Tant kienet ostaklu li l-Kap Nazzjonalista, Simon Busuttil, ma inkludihiex fil-manifest elettorali għall-aħħar elezzjoni. Dan anke jekk kellu parti dwar ilqasam tal-ġustizzja; parti li fiha mkien ma indika li Gvern Nazzjonalista kien lest li ma jżommx għalkollox f ’idejh ilpoter - xi ħaġa li qed jagħmilha l-Gvern preżenti. Ara paġni 10 u 11


02 24|07|2016

kullhadd.com

LOKALI

“GĦANDI L-APPOĠĠ TAL-PARTIT” Samuel Azzopardi ALEANDER BALZAN ridna nistaqsuh dwaru rriżulta

aleander.balzan@one.com.mt wara li ħareġ dik l-istqarrija.

Tbissima, ħafna “diġà weġibt”, u assigurazzjoni li għandu l-appoġġ tal-Partit Nazzjonalista. Dawn kienu r-reazzjonijiet tal-Avukat Samuel Azzopardi meta kkuntattjat millgazzetta KullĦadd biex jispjega l-animu wara dak żvelat il-Ħadd li għadda mill-istess gazzetta, dak li pprova jikkonvinċi l-Qorti tneħħilu s-sospensjoni wara li nstab ħati li saq xurban u ma qagħadx għat-test tan-nifs. Mistoqsi dwar dan, qalilna li m’għandux xi jgħid u li, jekk irridu, jerġa’ jibagħtilna l-istqarrija għall-aħbarijiet li kien ħareġ wara s-sentenza tal-Qorti. Fehemnieh li dak li

Fakkarnieh li qal li se jibda joħloq kuxjenza fil-pajjiż dwar l-effetti tal-alkoħol. “Bl-aġir tiegħek li titlob lura l-liċenzja, m’intix terġa’ tgħaddi messaġġ ħażin, speċjalment liż-żgħażagħ. Il-messaġġ huwa li tista’ tixrob, u li jekk tinqabad m’għandekx titlef il-liċenzja tas-sewqan…” Għal dan wieġeb bi tbissima qisu qatt ma kien xejn u qalilna: “Ħsibtek se tgħidli li ONE News se jkun on board.” Iġġustifika t-talba tiegħu biex ma jiskontax issospensjoni tal-liċenzja billi qal li m’għamel xejn kontra l-liġi. “Jekk għamilt xi ħaġa illegali, għidli fejn hi. Ħu opinjoni.”

taparsi ssospenda lilu nnifsu – xi ħaġa li saret bil-barka ta’ Simon Busuttil. Samuel Azzopardi kien irriżenja minn sindku u baqa’ jokkupa l-kariga ta’ kunsillier. Dakinhar, il-Partit Nazzjonalista kien qal li dan hu sinjal ta’ serjetà, iżda mbagħad kien żvelat li din ma kienet xejn għajr daħka filwiċċ għax Samuel Azzopardi baqa’ jkun innominat f ’isem il-Partit Nazzjonalista fuq il-Kumitat tar-Reġjuni talUnjoni Ewropea. “Deċiżjoni tal-Partit Nazzjonalista. Noqgħod għaliha,” qal b’sodisfazzjon Samuel Azzopardi meta mistoqsi dwar jekk il-ħatra Fakkarnieh li jekk għamel għat-test tan-nifs u, minflok mill-ġdid bħala sindku xi ħaġa illegali kienet dik li sofra l-konsegwenzi tagħha, għandhiex il-barka tal-Partit xorob u ma riedx joqgħod reġa’ nħatar sindku wara li Nazzjonalista.

L-UNIVERSITÀ BL-IKTAR ILMENTI GĦAND IL-KUMMISSARJU TAL-EDUKAZZJONI L-Università ta’ Malta hija l-istituzzjoni edukattiva li l-iktar ikollha lmenti quddiem ilKummissarju għall-Edukazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman. Fost ir-raġunijiet għal dan hemm il-fatt li din hija l-ikbar istituzzjoni edukattiva. Is-sena li għaddiet kien hemm 41 ilment u dwar l-MCAST kien hemm sitt ilmenti. Ma kien hemm ebda lment dwar l-Istitut għall-Istudji Turistiċi, anke jekk is-sena ta’ qabel kien hemm tlieta. Intant, kien hemm 18-il ilment kontra l-awtoritajiet edukattivi. B’mod totali kien hemm 65 ilment is-sena li għaddiet. Ħamsa iktar mill2014, meta kien hemm 60. Fl-2013 kien hemm biss 45 ilment. Sors ġdid ta’ lmenti immaterjalizza barra mit-tliet istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla. Dawn l-ilmenti kienu ġejjin minn studenti li kellhom kwistjonijiet mal-uffiċċju talistipendji fi ħdan il-Ministeru talEdukazzjoni. Dan għax kienu jħossu li l-awtoritajiet ma kinux qed joħorġu minn grupp ta’ ġenituri ta’ studenti Edukazzjoni għalaq 70 każ. Dawn l-għotjiet dovuti lilhom. kienu każi li anke jkunu ġejjin Għall-ewwel darba l-uffiċċju tal- tal-iskola primarja. B’kollox, il-Kummissarju għall- minn tas-snin ta’ qabel, hekk kif Ombudsman irċieva u solva lment

mhux kull każ jingħalaq fis-sena li daħal. Fil-preżentazzjoni annwali tiegħu, l-Kummissarju esprima wkoll sodisfazzjon għall-fatt li kien hemm numru ta’ każi li ngħalqu informalment. “Dawn normalment involvew diskussjonijiet ma’ min għamel l-ilment u l-uffiċjali li jkun sar l-ilment dwarhom, u involvew sforz minn kulħadd biex kull parti tiġi konformi u tapprezza l-punt talparti l-oħra,” qal Charles Farrugia. Qal ukoll li fl-2015 kien hemm numru ta’ lmenti li kienu meqjusa ‘frivoli’ u m’għandhomx x’jaqsmu mal-qasam edukattiv, u żied li diversi minn dawn l-ilmenti kienu mressqa mill-istess persuna. Jirriżulta li l-iktar ilmenti li daħlu għand il-Kummissarju għallEdukazzjoni kienu dawk marbuta mad-diskriminazzjoni jew trattament mhux xieraq. Dawn ammontaw għal 49% tal-ilmenti, filwaqt li 23% talilmenti kienu marbuta ma’ persuni li ħassew li ma ngħatawx marka xierqa jew ġusta. Is-sena li għaddiet ilKummissarju għall-Edukazzjoni ma kellu ebda investigazzjoni li beda fuq inizjattiva tiegħu.


LOKALI

kullhadd.com

24|07|2016 03

IKTAR MILL-MOD KIF TA’ SAID IMEXXU N-NADUR

JIRBAĦ TENDER B’KUMPANIJA LI MA TEŻISTIX • KUMPANIJA XOLTA FL-2009 TIRBAĦ TENDER FL-2016 Kitba ta’ JANICE BARTOLO F’April li għadda, il-Kunsill Lokali tan-Nadur ta offerta lillkumpanija Said Construction għall-kiri ta’ vann jew trakk. Filwaqt li qabel dawn ittipi ta’ xogħlijiet kienu jingħataw b’ordni diretta, din id-darba nħarġet sejħa għallofferti, u l-kumpanija Said Construction irriżulta li kellha l-orħos offerta. Id-diretturi ta’ din ilkumpanija kienu Josef Said u Peter Paul Said, it-tnejn li huma ħut l-eks-Ministru Chris Said. Is-Sindku tar-raħal huwa Edward Said –ħuhom ieħor. Minn stħarriġ li għamilna jirriżulta fatt kurjuż ħafna: din il-kumpanija ilha xolta mill2009, tant li l-istatus tagħha hu mniżżel bħala ‘struck off’ mir-reġistru tal-kumpaniji talMFSA. Għalhekk huwa misteru liema bħalu kif jista’ jkun li kumpanija xolta fl-2009 rebħet tender f ’April tal-2016. Xħin rajna l-iskeda ta’ pagamenti ta’ bejn Marzu u April li għadda fis-sit elettroniku tal-Kunsill, innutajna fatti oħra interessanti. Pagament minnhom lil Peter Paul Said jitkellem dwar il-kiri ta’ vann għal xogħlijiet li kellhom isiru bejn fl-ewwel tliet xhur tas-sena. Minkejja li dan il-kuntratt suppost ingħata b’tender, it-tender ta’ kiri ta’ vann intrebaħ nhar it-12 t’April li għadda; ċjoè wara li x-xogħol inkwistjoni seħħ, bejn Jannar u Marzu. Pagament ieħor jinteressana għax jitkellem dwar il-kiri ta’ vann. Iżda minflok ġie mogħti lil Said Construction Limited, ingħata lil Peter Paul Said – u bilfors, għax ma setgħux isiru pagamenti lil Said Construction bħala kumpanija li ma teżistix. Minbarra b’rabta mal-kumpanija fantażma li rebbħitu tenders, żvelajna aktar dwar Peter Paul Said. Għedna li ħa 139 biċċa xogħol mill-Kunsill Lokali tan-Nadur, li swew xejn inqas minn €117,457.54. Fl-istess

ħin li kien għaddej dan kollu, it-tmexxija tal-Kunsill Lokali tan-Nadur irrifjutat li twaqqaf kumitat tal-finanzi kif titlob il-liġi. Dan kien bejn Jannar 2013 u April li għadda – meta l-Kunsill Lokali tan-Nadur kien immexxi minn Charles u Edward Said, it-tnejn ħut Chris Said, membru mixShadow Cabinet ta’ Simon

volumi ta’ dokumentazzjoni dwar l-użu ħażin ta’ fondi pubbliċi mill-Kunsill Lokali tan-Nadur. Dawn il-fatti jkomplu jgħaqqdu mal-indħil ta’ Chris Said fl-allokazzjoni ta’ fondi lill-kunsill lokali, meta kien Segretarju Parlamentari responsabbli mill-kunsilli. L-indħil ċar ta’ Chris Said ħareġ f ’investigazzjoni li ħejja l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali, li ma tħalli ebda dubju dwar x’għandu jagħmel Simon Busuttil rigward bniedem li sal-lum għadu qrib ħafna tiegħu. Minkejja dan, Chris Said għadu jidher maġenb Busuttil, u ma jidher li hemm ebda forma ta’ rimors jew spjega Is-Sindku Edward Said għandu wkoll min-naħa tal-Oppożizzjoni. l-approvazzjoni ta’ Simon Busuttil Forsi għax għalih stess ilPartit Nazzjonalista juża kejl l-eks-Sindku Charles Said kien differenti. Busuttil. Rapport tal-Bord tal- iqassam xogħol lil ħuh. Infatti, Governanza nnota j e ż i s t u nuqqasijiet kbar fil-mod kif kien jaħdem Charles Said. Minbarra dan, inġibdet l-attenzjoni li tista’ ssir investigazzjoni ħafna aktar fil-fond dwar il-mod li bih

Il-prova mill-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji li din il-kumpanija kienet likwidata

B’mod stramb ħafna t-tender jingħata lil kumpanija li spiċċat seba’ snin qabel


04 24|07|2016

kullhadd.com

LOKALI

DOKUMENTI LI JIKXFU R-RAQDA TA’ PULLICINO • FL-IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART KONNA WAQAJNA LURA BIL-KBIR • PROĠETTI MILL-WASTE SERV BIEX IL-PAJJIŻ JIRKUPRA GLEN FALZON glen@kullhadd.com LIAM GAUCI liam@kullhadd.com Nhar it-Tnejn li għadda George Pullicino għamel diskors filParlament li fih ikkritika lillGvern preżenti għall-mod kif amministra l-Kumpless Ambjentali tal-Magħtab. Skont l-eks-Ministru għarRiżorsi u l-Affarijiet Rurali, fi Triq il-Kosta qed ikun hemm irwejjaħ jintnu li ħafna nies insew. Madankollu, fl-analiżi li se nagħmlu f ’dan l-artiklu se naraw kif fil-fatt huwa Pullicino li nesa bosta affarijiet dwar il-Kumpless tal-Magħteb. Dokumenti esklussivi li għandha l-gazzetta KullĦadd juru li dan il-Gvern wiret sitwazzjoni fejn l-immaniġġjar tal-iskart kien ineżistenti. Malta ħliet wisq snin u kienet qiegħda tonqos milli tilħaq l-istandards neċessarji. Dan l-istat ta’ fatt kien iċċertifikat f ’diversi rapporti tekniċi li ntbagħtu lill-Gvern, inkluż lil George Pullicino nnifsu, kemm mill-esperti lokali kif ukoll dawk internazzjonali. Rapport kundannabbli Skont rapport li kien ikkummissjonat millKummissjoni Ewropea blisem ta’ ‘Screening of Waste Management Performance of EU Member States’ u li r-riżultati tiegħu nħarġu f ’Lulju tal-2012, mhuma xejn sbieħ fil-konfront ta’ pajjiżna. Filfatt, pajjiżna kklassifika fil-25 post minn 27 stat membru. Dan ir-riżultat mhux biss huwa indikazzjoni ta’ nuqqas kbir ta’ mmaniġġjar minn George Pullicino fejn jidħol l-ambjent, iżda wkoll jirrifletti ħażin fuq kif l-entità pubblika tal-Waste Serv ma bdietx titmexxa b’serjetà fejn tidħol l-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ direttivi Ewropej li jittrattaw l-ambjent. Tali rapport jagħti ħarsa lejn kif l-Istati Membri tal-UE kienu qed jimplimentaw illeġiżlazzjoni tal-iskart tal-istess istituzzjoni, b’mod speċjali fejn jidħol l-immaniġġjar tal-iskart muniċipali. Minn dan ir-rapport ħareġ li hemm diskrepanzi kbar fejn jidħlu l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-direttiva Ewropea u l-ħtiġijiet Ewropej meħtieġa li jkun illeġiżlati fuq livell nazzjonali. Dan l-istudju sar biex ikunu identifikati dawk l-Istati Membri li naqsu milli jimplimentaw dawn id-direttivi, b’mod partikolari dawk relatati mal-immaniġġjar tal-iskart muniċipali.

Fid-diskors li għamel filParlament din il-ġimgħa, Pullicino ta l-impressjoni li kollox kien issolva. Dan, però, huwa ’l bogħod mill-verità

kien tant baxx li wera diversi nuqqasijiet fejn jidħlu l-elementi kollha li għandhom x’jaqsmu mal-immaniġġjar tal-iskart. Ilpunti li ngħataw lil kull pajjiż kienu bbażati fuq ħames kriterji u dawn jinkludu ż-żieda firriċiklaġġ tal-iskart muniċipali, full collection coverage, assigurazzjoni li nżammet il-konformità fejn jidħlu l-miżbliet mhux perikolużi, kif ukoll li jkun hemm ammont żgħir ta’ proċeduri ta’ ksur ta’ liġijiet u l-ebda każijiet il-Qorti. Ir-riżultat ġenerali ta’ Malta kien dak ta’ disgħa biss. Fil-fatt, il-kategoriji li Malta ma ħadet l-ebda punt fihom huma l-ammont ta’ skart muniċipali li jintilef għaliex jispiċċa inċinerat mingħajr l-irkupru tal-enerġija jew mormi f ’miżbla, tbassir għall-ġenerazzjoni tal-iskart filfutur u stima tal-kapaċitajiet ta’ trattament fil-Pjan talImmaniġjar tal-Iskart u r-rata ta’ skart bijodegradabbli muniċipali li qiegħed imur fil-miżbliet. F’din il-kategorija, Malta kienet waħda mit-tliet pajjiżi, flimkien malGreċja u Ċipru, li saret referenza partikolari għaliha minħabba r-rata għolja ħafna ta’ skart bijodegradabbli li kien qiegħed jintilef. Kellu r-rapporti f ’idejh u m’għamel XEJN

Ftit wara dawn ir-rapporti talmistħija, Pullicino reġa’ kien affaċċjat b’rapport kundannabbli ieħor min-nies tiegħu stess fi ħdan il-Wasteserv. Fil-fatt, kienu ppreżentati rapporti lil Pullicino mill-bord u l-maniġment talWaste Serv fejn indikawlu ċar u tond l-istess problemi li semma hu stess nhar it-Tnejn li għadda fil-Parlament u li eżistew taħtu u Malta INEŻISTENTI hu qatt ma ħa passi fuqhom. Dawn it-tali rapporti lokali f ’ħames kategoriji kienu saru biex jiġu identifikati L-iskor li rreġistra pajjiżna n-nuqqasijiet li kienu rreġistrati

fejn jidħlu l-allokazzjonijiet finanzjarji tal-Waste Serv fl2013 u li b’konsegwenza ta’ hekk ma kienx hemm biżżejjed fondi fejn jitwettqu u jittieħdu l-passi neċessarji fejn jidħlu deċiżjonijiet u proġetti bżonjużi ambjentali. Fil-konklużjoni ta’ dan l-istess rapport jintqal ċar u tond li l-Waste Serv ma setgħetx tkun f ’pożizzjoni biex tagħti servizzi tagħha fejn jidħol l-immaniġġjar tal-iskart li tant huwa importanti biex jindirizza l-ħtiġijiet tal-komunitajiet u l-industrija, jekk ma kinitx se tingħata aktar mill-minimu talfondi meħtieġa. Il-Waste Serv kienet iddikjarat li għas-sena 2013 kellha bżonn tal-inqas €12.5 miljun biex tkompli fl-

operat bażiku li jaqa’ taħt irresponsabbiltà tagħha. Kien inqtal ukoll li jekk il-Waste Serv ma kinitx se tkun sostnuta finanzjarjament mill-Gvern Nazzjonalista, din ma kinitx biss se tfalli fil-miri ambjentali tal-pajjiż u dawk imposti millUnjoni Ewropea, iżda setgħet tiġi mħarrka u tittella’ l-Qorti, kif ukoll irriskjat li l-kuntratturi li bdew jagħmlu xi xogħlijiet f ’dan ir-rigward iwaqqfu l-operat tagħhom u kollox kien jibqa’ nofs leħja. Pullicino għamel bħal Pilatu Din il-gazzetta tkellmet ukoll ma’ persuna li ilha involuta fissettur tal-immaniġġjar tal-iskart għal diversi snin fejn sostniet

li, meta Malta ssieħbet malUnjoni Ewropea, pajjiżna kellu jtejjeb il-metodi li kien juża biex jimmaniġġja l-iskart għax kellha timxi skont diversi regolamenti stretti. “Fid-diskors li għamel fil-Parlament din il-ġimgħa Pullicino ta l-impressjoni li kollox kien issolva. Dan, però, huwa ’l bogħod mill-verità.” Żiedet tgħid li “l-pjan għallimmaniġġjar tal-iskart tal2001 dam diversi snin biex jiġi rivedut. Dan minkejja l-fatt li l-intenzjoni oriġinali kienet li dan jiġi aġġornat b’mod regolari. Meta sa fl-aħħar dan l-aġġornament wasal fl-2009, xorta kien hemm direttiva kruċjali tal-Unjoni u dubji ta’ entitajiet lokali kkonċernati li ma kinux indirizzati. B’kuntrast, matul din il-leġiżlatura saret konsultazzjoni wiesgħa millMinisteru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima u l-pjan għallimmaniġjar tal-iskart kien aġġornat sal-2020.” Fl-aħħar nett, din il-persuna tenniet li huwa essenzjali li l-awtoritajiet jimxu fuq dan il-pjan biex jilħqu l-miri ambizzjużi tiegħu u jimxu mal-leġiżlazzjoni rilevanti. Fil-passat ċertu leġiżlazzjoni kienet injorata, fost l-oħrajn dik marbuta mad-direttiva WEEE li ma kinitx infurzata għal ħafna snin. Il-bidliet li daħlu fis-seħħ fl-2015 wasslu biex l-affarijiet jibdew jiċċaqalqu f ’dan irrigward. “L-introduzzjoni talġbir tal-iskart organiku separat qiegħed jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri stipulati milLandfill Directive u l-Waste Framework Directive li kienu injorati għal numru ta’ snin,” temmet tgħid din il-persuna.

X’GĦAMEL GVERN LABURISTA? Intant, f ’kummenti li tatna kelliema mill-Ministeru tal-Ambjent, din sostniet li “ir-realtà turi li dan il-Gvern wiret sitwazzjoni fejn l-immaniġġjar tal-iskart kien nieqes. Malta ħliet wisq snin u kienet qiegħda tonqos milli tilħaq l-istandards neċessarji. Dan l-istat ta’ fatt kien iċċertifikat f ’diversi rapporti tekniċi li ntbagħtu lill-Gvern, inkluż lil George Pullicino, kemm mill-esperti lokali kif ukoll dawn internazzjonali”. Il-kelliema żiedet tgħid li, matul dawn l-aħħar tliet snin, il-maniġment tal-Waste Serv saħħaħ l-organizzazzjoni biex din jirnexxilha tlesti b’suċċess it-tliet proġetti prinċipali ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea li suppost kellhom jiġu ffinalizzati qabel l-2013. It-tliet impjanti ġodda għaddejjin mill-fażi ta’ kommissjoni u diġà qed jirċievu l-iskart. Apparti minn hekk, il-Waste Serv iffinalizzat ukoll diversi proġetti żgħar, filwaqt li saħħet l-operazzjonijiet interni tagħha. Dan kien fattur kritiku għas-suċċess li assigura li ma jintilfux miljuni f ’fondi Ewropej waqt li l-operazzjonijiet kienu għaddejjin mingħajr ostakli. Fuq il-kumment li għadda Pullicino nhar it-Tnejn li għadda, il-kelliema qalet li “hija assurda li rwejjaħ ħerġin mill-miżbla tal-Għallis jiġu attribwiti għall-immaniġġjar ħażin u l-inkompetenza tal-ħaddiema. Barra l-fatt li l-aktar staff tekniku kien ilu impjegat mal-kumpanija għal diversi snin, George Pullicino jaf sewwa li fil-perjodi tas-sħana tas-sajf dejjem kienu kwistjoni. L-irwejjaħ ġeneralment ikunu kkawżati mid-dikompożizzjoni tal-materjal organiku”. F’dan ir-rigward, il-kelliema kkonfermat li qiegħda tittieħed azzjoni sabiex l-irwejjaħ jiġu mminimizzati kemm jista’ jkun, fejn tnaqqas il-working surface area u żdiedet is-saħħa ta’ materjal inerti li jintuża ta’ kuljum biex jgħatti l-iskart li jiġi kkompattat fl-aħħar tal-ġurnata. Dan imbagħad ukoll jiġi kkompattat mill-ġdid filgħodu biex jintrebaħ ftit tal-ispazju ieħor fil-miżbla. Fl-aħħar nett, fuq il-Waste Electrical and Electronic Equipment (WEEE), il-kelliema tenniet li dan għamel żmien jakkumula fis-Civic Amenity Sites, u issa qiegħed jiġi esportat. “L-implimentazzjoni tad-direttiva WEEE wasslet għal perjodu qasir li matulu ma kinitx qiegħda ssir esportazzjoni, dan għax dawn l-oġġetti kienu meħtieġa għall-iskemi msemmija. Madankollu, l-esportazzjoni reġgħet bdiet,” temment tgid il-kelliema tal-Ministru tal-Ambjent.


LOKALI

kullhadd.com

24|07|2016 05

AKTAR SIGURTÀ U AMBJENT AĦJAR FIT-TOROQ GĦAS-SEWWIEQA Triq 10 ta’ Settembru 1797, Ħaż-Żabbar – qabel

Wara Bħala parti mill-ħidma tal-Gvern biex ikun hemm aktar sigurtà u ambjent aħjar fit-toroq u ż-żoni turistiċi, f ’dawn l-aħħar tliet snin, saru ’l fuq minn 600 intervent ta’ traqqigħ ta’ toroq biex ikunu eliminati l-ħofor, kif ukoll madwar 68 intervent ieħor fuq irranġar u tpoġġija ta’ spralli li jkunu ta’ periklu għas-sewwieqa. Dan sar permezz tas-sezzjoni tal-Maintenance Monitoring Unit, li reġgħet twaqqfet tliet snin ilu u li, fost xogħlijiet oħra, hija responsabbli minn ħsarat li jkollhom bżonn interventi urġenti biex ikun evitat il-periklu għas-sewwieqa u għall-pubbliku inġenerali. Din is-sezzjoni hija magħmula minn numru ta’ field inspectors u ħaddiema amministrattivi oħrajn li ta’ kuljum jagħmlu monitoraġġ biex jidentifikaw xi nuqqasijiet u ħsarat fit-toroq arterjali u distributorji, bl-iskop ewlieni li jkunu rranġati biex l-ambjent tattoroq ikun sigur u bl-aħjar mod possibbli. Issir evalwazzjoni tal-gravità Wara kull rapport li jidħol għand din is-sezzjoni, issir evalwazzjoni dwar il-gravità tal-ħsarat biex dawk li huma ta’ periklu jingħataw prijorità. Għalhekk, ta’ kuljum, ir-rapporti jiġu kklassifikati fi tliet kategoriji: dawk li jaqgħu taħt Emerġenza – ħsarat li l-interventi tagħhom ikunu jridu jitlestew fi żmien 24 siegħa; dawk l-interventi meqjusin bħala Regolari – interventi li għandhom jitlestew fl-inqas żmien possibbli; u dawk ikklassifikati bħala Minuri, li mbagħad isiru minn jum għal jum. F’każi fejn l-intervent ikun meħtieġ li jsir mill-aktar fis possibbli minħabba xi periklu kkaġunat minn xi maltempata jew aċċident tat-traffiku, ilMonitoring Management Unit b’mod immedjat jikkordina l-ħidma li jkun hemm bżonn issir mal-entitajiet responsabbli kollha biex jitneħħa l-periklu minnufih. Fil-maġġoranza ta’ dawn il-każi, it-tiswijiet isiru fi żmien 24 siegħa biss.

Triq tal-Barrani, iż-Żejtun – qabel

Vjal l-Indipendenza, il-Mosta – qabel

Wara

Wara


06 24|07|2016

kullhadd.com

LOKALI

RESIDENTI FIS-SEBA’ SEMA, AMBJENTALISTI U N-NEGOZJI KUNTENTI • IL-PROPOSTA TAĊ-ĊENTRU LOĠISTIKU MEQJUSA BĦALA BILANĊ BEJN ĦTIĠIJIET TA’ PAJJIŻ U LOKAL GLEN FALZON Ħieles. Fl-istess nifs li ħabbar glen@kullhadd.com dan l-investiment, huwa ddikjara li l-Port Ħieles mhux Proprju nhar it-Tnejn li se jkun qed jingħata aktar art għadda l-Prim Ministru biex ikabbar l-operat tiegħu, u Joseph Muscat ħabbar li dan biex ikunu ssalvagwardjati kien identifikat post f ’Ħal r-residenti ta’ Birżebbuġa, li Far biex isir ċentru loġistiku. għal ħafna snin qalgħu fuq Dan iċ-ċentru mistenni jkun rashom minħabba l-iżvilupp post fejn l-attività kollha bla rażan tal-Port Ħieles. Din l-istqarrija tal-Prim marbuta mat-trasport, illoġistika u d-distribuzzjoni Ministru tikkuntrasta bilmad-deċiżjonijiet ta’ merkanzija, kemm għal kbir skop nazzjonali u anke li kienu jittieħdu minn internazzjonali, issir minn amministrazzjoni preċedenti, diversi operaturi. Dan iċ- tant li l-aħħar darba li l-Port ċentru loġistiku mistenni Ħieles ingħata l-permess biex li jinfirex fuq medda ta’ ikompli jifrex l-art tiegħu art żviluppata ta’ madwar a skapitu tar-residenti kien 8,000 metru kwadru u se jsir lura fl-2008, meta l-Kabinett permezz ta’ ftehim mas-settur Nazzjonalista mhux biss approva l-estensjoni tal-Port privat. Il-Prim Ministru qal li Ħal Ħieles, iżda l-estensjoni talFar huwa l-post ideali għal kirja telgħet minn 35 sena għal dan it-tip ta’ investiment 65 sena. peress li jinsab qrib il-Port Dan kollu jwassal biex il-bini

ta’ ċentru loġistiku f ’Ħal Far jista’ jitqies bħala soluzzjoni bilanċjata biex ma jkunx hemm aktar espansjoni talPort Ħieles u, b’konsegwenza ta’ hekk, ikun hemm ambjent aħjar għar-residenti ta’ Birżebbuġa, b’mod partikolari b’inqas tniġġis tal-arja u talħsejjes. Mhux ta’ b’xejn li r-residenti li tkellmet magħhom din ilgazzetta jinsabu fis-seba’ sema b’din id-deċiżjoni, iżda talli faħħru d-deċiżjoni tal-Prim Ministru u rrikonoxxew li flaħħar hawn politiku fil-pajjiż li qed jisma’ t-tħassib tagħhom u rnexxielu joħloq bilanċ ġust biex ir-residenti ma jbatux filwaqt li l-ekonomija tal-pajjiż tkompli tiffjorixxi. Fost dawk li laqgħu l-istqarrija tal-Prim Ministru kien hemm il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li għamel dan fi

stqarrija uffiċjali, li fiha ħareġ jattakka lil min ma qabilx mad-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru. Intqal li “issa jmiss li s-sens komun jirrenja u mhux kif jaqbel lil xi sezzjoni talpajjiż biss”. FoE bir-reazzjoni tagħhom Din il-gazzetta talbet ukoll irreazzjonijiet ta’ erba’ għaqdiet ambjentali ewlenin f ’pajjiżna dwar dan, fosthom Friends of the Earth, Nature Trust Malta, Din l-Art Ħelwa u Flimkien għal Ambjent Aħjar. L-uniku għaqda ambjentali li għażlet li tikkummenta b’mod uffiċjali kienet proprju Friends of the Earth permezz tad-Direttur Eżekuttiv Martin Galea de Giovanni, filwaqt li dik ta’ Nature Trust Malta rrikonoxxiet it-talba ta’ din il-gazzetta iżda ppreferiet li

l-ewwel ikun aħjar li tistudja din il-proposta aktar birreqqa qabel ma tikkummenta. Min-naħa l-oħra, għal xi raġuni jew oħra, la Din l-Art Ħelwa u lanqas Flimkien għal Ambjent Aħjar ma kkummentaw fuq dan, u wisq anqas irrikonoxxew l-email li ntbagħat għar-reazzjoni tagħhom, minkejja li sa ftit xhur ilu kienu jkunu minn ta’ quddiem biex jopponu l-iżvilupp tal-American University of Malta f ’Wied il-Għajn minħabba t-teħid ta’ art agrikola. Intant, din il-gazzetta tkellmet ukoll mal-Kap Eżekuttiv talMalta Freeport Corporation Aaron Farrugia, kif ukoll mal-President tal-Kamra talKummerċ Anton Borg u malkumpanija internazzjonali EY Malta, li lkoll laqgħu dan l-investiment b’mod pożittiv.

ĊENTRU MEĦTIEĠ F’PAJJIŻ BI TKABBIR EKONOMIKU REKORD AARON FARRUGIA CEO, Malta Freeport Corporation

ANTON BORG President, Kamra tal-Kummerċ

Il-Korporazzjoni għall-Port Ħieles (MFC) tilqa’ b’mod pożittiv il-pjan li ż-żona f ’Ħal Far tiġi żviluppata f ’logistics hubs. Il-pożizzjoni ġeostrateġika ta’ Malta hi ideali biex isservi għall-vapuri kollha li jivvjaġġaw bejn il-Kanal Swejż u Ġibiltà, filwaqt li ż-żona indikata tista’ sservi tajjeb kemm għall-Port Ħieles innifsu kif ukoll lill-ajruport ta’ Malta għal dak li hu trasport tal-art kif ukoll tal-baħar. Nemmnu li dan il-proġett se jagħti spinta kbira lill-ekonomija l-blu u li jkompli jgħin biex niddiversifikaw l-ekonomija lokali. Id-domanda għal dan is-settur hi kbira u pajjiżna hu atrezzat biex jilqa’ għal dan fiż-żmien li ġej.

Fil-viżjoni ekonomika għal Malta 2014-2020, il-Kamra tal-Kummerċ għamlet numru ta’ proposti konkreti ta’ kif Malta tista’ tibni fuq is-suċċess ekonomiku li qed tgawdi llum biex dawn jiġu żviluppati fi strateġija ekonomika fit-tul. Waħda minn dawn il-proposti kienet li Malta għandha tiżviluppa ċentru ta’ loġistika reġjonali li permezz tiegħu jgħaddu prodotti minn Malta għad-distribuzzjoni internazzjonali. F’dinja globalizzata, fejn id-distribuzzjoni tal-prodotti dejjem qed issir aktar element importanti fis-servizz li jirċievi l-klijent, din in-niċċa qed iżżid fil-valur, u Malta tinsab f ’post ideali biex tgawdi minn din l-opportunità. Il-pożizzjoni ġeografika ta’ pajjiżna, l-infrastruttura marittima, kif ukoll dik tal-avjazzjoni u l-esperjenza mifruxa tal-imprendituri Maltin f ’dan il-qasam, jistgħu jagħtu lil Malta l-ispinta neċessarja biex dan ikun suċċess.

EY MALTA EY Malta tirrikonoxxi li l-ekonomija tal-pajjiż sejra tajjeb ħafna u dan frott tad-deċiżjonijiet li qed jieħu l-Gvern tal-ġurnata. Madankollu, biex l-ekonomija tkompli tiġi sostnuta u tikber, l-investiment irid ikun wieħed kontinwu. Għalhekk huwa importanti li Malta tkompli tfittex niċeċ ġodda ta’ investiment biex is-suċċess ma jkunx biss iggarantit għall-preżent, iżda jibda jinbena qafas sod biżżejjed għas-suċċessi tal-futur. Kien proprju għalhekk li l-EY Malta identifikat ħames oqsma prinċipali li fihom naraw potenzjal kbir għal aktar tkabbir ekonomiku f ’Malta. L-ewwel proposta hija li Malta tinbidel u ssir ċentru aħjar ta’ loġistika. Fil-fatt, EY Malta laqgħet b’mod pożittiv dak li ħabbar il-Prim Ministru, li se jkun qed jinbena ċentru ta’ loġistika f ’Ħal Far. Il-proposti l-oħrajn jinkludu kif Malta tista’ ssir ċentru wkoll ta’ trading ta’ commodities, kif ukoll kif pajjiżna jista’ jservi ta’ gateway għal dawk il-kumpaniji li ġejjin mill-Asja biex ibigħu l-e-commerce fl-Ewropa. Proposta innovattiva u interessanti hija fuq kif nistgħu naħdmu aħjar man-nies li ġew mill-Afrika biex wieħed jagħmel l-aħjar użu possibbli mill-ħiliet tagħhom, u l-aħħar proposta li għandha potenzjal enormi, hija li Malta ssir ċentru tal-Fintech, jiġifieri l-użu tat-teknoloġija biex wieħed imexxi s-servizzi finanzjarji. Tkompli Paġna 7 >


LOKALI

kullhadd.com

NIFS GĦAL KOMUNITÀ LI QED TINGĦATA WIDEN JOHN GRECH Resident L-operat tal-Port Ħieles f ’Birżebbuġa ilu għaddej għal diċenji u, minkejja dan it-tul ta’ żmien, dawk kollha li jiftakru Birżebbuġa, b’mod speċifiku Kalafrana, mingħajr il-krejnijiet, vapuri u kontejners, iħossu li ġew misruqa minn bajja li tant kienet sabiħa li ġġib l-istess isem: il-Bajja s-Sabiħa. Mill-bidu tal-operat sal-lum sar bosta tibdil fejn, minkejja li l-Birżebbuġin jifhmu kemm il-Port Ħieles jikkontribwixxi għall-ekonomija Maltija, xorta waħda dan m’għandux ikun a skapitu tagħhom. Infatti, l-art li kienet fl-interess tagħhom kienet dik tal-eks-GO, malBirżebbuġin hija magħrufa bħala ‘tal-Arbli’. Qabel ma jsir it-tkabbir, wieħed irid jifhem u jħares lejn kif jinħadem ix-xogħol fil-port, u tiġi kkalkulata l-effiċjenza tax-xogħol qabel tittieħed id-deċiżjoni l-aktar faċli u bl-inqas spiża għall-operatur. Aħna xorta waħda nibqgħu kontra li jingħata l-permess li jitkabbar ’il ġewwa, infatti, dik kienet dejjem waħda mill-akbar sfidi għar-raħal ta’ Birżebbuġa u r-residenti tiegħu. Din il-ġimgħa l-kliem tal-Prim Ministru ntlaqa’ b’pożittività mir-residenti għall-fatt li fl-aħħar il-politiku qed jisma’ u jifhem minn liema skumdità ta’ kuljum jgħaddu minnha r-residenti ta’ Birżebbuġa. Rapport ikkummissjonat mill-Port Ħieles stess ukoll wera li l-ħsejjes (f ’kull ħin tal-ġurnata) huma ogħla minn dawk stabbiliti mill-World Health Organization (WHO). Xi jfisser dan? Jekk l-operat jersaq bi mqar metru ieħor viċin ir-residenti, il-ħoss se jkompli jiżdied u s-sitwazzjoni tkompli tiggrava. Qed nikkummenta l-aktar dwar il-ħsejjes għall-fatt li dan huwa l-aktar tniġġis li jdejjaq lir-residenti. Hemm tniġġis ieħor li ta’ min wieħed jinnota: ittniġġis fl-arja kull darba li jidħol vapur u tniġġis fil-baħar. Il-proposta tal-logistic hubs li semma l-Prim Ministru din il-ġimgħa tidher li hija alternattiva aħjar għal dik li jkompli jitkabbar ’il ġewwa l-Freeport. Ovvjament, meta jitħabbar f ’aktar dettall, irridu naraw ukoll l-ammont ta’ traffiku li jiżdied lejn l-inħawi ta’ Ħal Far, b’mod speċjali l-by-pass fejn tintuża mir-residenti bħala t-tieni alternattiva ta’ ħruġ minn Birżebbuġa. Nemmen li, bħala viżjonarju, il-Prim Ministru Joseph Muscat jaħdem biex isib bilanċ bejn it-tkabbir ekonomiku għall-ġid ta’ pajjiżna u s-serenità fir-raħal ta’ Birżebbuġa. Sfortunatament, mhux kulħadd laqa’ din il-proposta bit-tajjeb, għaliex il-UĦM mill-ewwel ikkundannat il-proposta tal-PM u qalet li mhux aċċettabbli li l-Port Ħieles ma jibqax jikber. Jidher biċ-ċar li l-ebda membru amministrattiv tal-UĦM ma joqgħod Birżebbuġa. Dr Joseph Muscat qatt ma qal li mhux se jkompli jikber, iżda għamilha ċara li l-operat tal-Malta Freeport mhux se jikber fuq in-naħa fejn hemm ir-residenti Birżebbuġin. MARTIN GALEA DE GIOVANNI Friends Of The Earth

Ritratti: LEANNE GRECH

L-għaqda ambjentali Friends of the Earth Malta tqis dan l-iżvilupp bħala pass pożittiv fl-interess tar-residenti ta’ Birżebbuġa. L-impatt tal-Port Ħieles hu diġà wieħed konsiderevoli u għalhekk nisperaw li dawn il-pjani li biħsiebhom itejbu l-effiċjenza tal-Port Ħieles, itejbu wkoll il-kwalità tal-ħajja tar-residenti. Nisperaw, però, li s-sit ta’ Ħal Far mhux se jagħmel użu minn art mhux mittiefsa jew protetta.

24|07|2016 07 BERNARD FARRUGIA Resident Proprju din il-ġimgħa stess il-Prim Ministru ddikjara ċar u tond li huwa kontra li l-Port Ħieles jingħata aktar għall-operat tiegħu u allaħares ma kienx hekk għax l-aktar li kienu se jmorru minn taħt kienu proprju r-residenti, li ilhom jaqilgħu fuq rashom għal 25 sena sħaħ. Nemmen bis-sħiħ li l-idea li jkun hemm logistics hub fiż-żona ta’ Ħal Far hija soluzzjoni tajba ħafna għax, fil-fehma tiegħi, qed jintlaħaq bilanċ tajjeb biex la jkun hemm detriment għat-tkabbir u l-espansjoni tal-ekonomija ta’ pajjiżna u wisq anqas ikun effett ħażin fuq ir-residenti ta’ Birżebbuġa. Wieħed ma jistax ma jsemmix il-fatt li l-aħħar darba li l-Port Ħieles ingħata l-permess li jkabbar l-art tiegħu kien proprju taħt gvern preċedenti. Madankollu, mal-bidla fil-gvern, il-Prim Ministru minn dejjem għamilha ċara li, wara ħafna snin ta’ tbatija, ir-residenti ta’ dan irraħal ħaqqhom ferm aħjar. Issa jidher biċ-ċar li l-Prim Ministru mill-kliem għadda għall-fatti u dan żgur jinżel tajjeb mar-residenti kollha tan-Nofsinhar ta’ Malta, b’mod speċjali mal-komunità ta’ Birżebbuġa. JASON BLAKE Resident Bħala resident f ’Birżebbuġa, napprezza ħafna l-fatt li l-Prim Ministru qed jagħraf il-ħtieġa li jinħoloq bilanċ bejn it-tkabbir ekonomiku u l-piż li jridu jġorru r-residenti b’effett ta’ dan it-tkabbir u dan billi ma ttiħditx aktar art mill-Port Ħieles. Matul dawn l-aħħar 30 sena, din il-lokalità ġarrbet tibdil radikali, fejn minn villaġġ pittoresk ħdejn il-baħar b’potenzjal kbir fit-turiżmu, inbidlet f ’żona industrijalizzata. Il-bini tal-Port Ħieles kien l-aktar fattur li affettwa drastikament lir-residenti u l-ambjent talmadwar. Il-kontribut lejn l-ekonomija tal-pajjiż sar b’detriment kbir għarresidenti ta’ Birżebbuġa: baħar mill-isbaħ inbidel f ’port mimli vapuri kbar, veduti ta’ għelieqi nbidlu f ’eye-sore ta’ kontejners u krejnijiet tal-ħadid, żdied sostanzjalment it-traffiku u t-tniġġis fl-arja, żdiedu l-ħsejjes b’livelli ogħla minn dawk aċċettati mill-UE, u naqas il-valur tal-proprjetà tar-residenti, fost konsegwenzi oħrajn. It-tkabbir tal-Port Ħieles f ’dawn l-aħħar ħames snin kompla żied il-problemi, filwaqt li l-buffer zones, kemm tal-baħar kif ukoll tal-art, komplew jitnaqqru. Għaldaqstant, huwa importanti għalina li l-Port Ħieles ma jitħalliex jikber aktar. Jekk xejn, biex ma jiżdiedx aktar il-piż li qed inġorru diġà u li laħaq il-limitu tiegħu. Hemm bżonn li l-buffer zones u l-ftit żoni ħodor li tħallew s’issa – li huma l-pulmun tal-komunità tagħna – jiġu mħarsa u mibdula f ’parks naturali għall-familji u f ’riservi ambjentali naturali. Dwar il-logistics hub, sakemm jiġu mħarsa l-buffer zones madwar Birżebbuġa u l-lokalitajiet l-oħrajn, naħseb li hija soluzzjoni li toħloq bilanċ bejn it-tkabbir fl-ekonomija u r-rispett lejn ir-residenti.

Birżebbuġa se tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna mingħajr aktar skumdità lir-residenti


08 24|07|2016

kullhadd.com

LOKALI

KURA MEDIKA SA WARA L-BIEB Fl-aħħar ġimgħat il-pazjenti ġdida fejn il-prodotti użati b’mard fil-kliewi li jingħataw minnhom qed jitwasslulhom kura ta’ dijalisi f ’darhom, qed direttament f ’darhom. jibbenefikaw minn sistema F’pajjiżna fil-preżent hawn ’il

fuq minn 80 persuna li qiegħda fuq il-Home Peritoneal Dialysis. Dawn il-pazjenti jkollhom jużaw speċi ta’

drips kbar tal-ilma ta’ kuljum. Prodotti kbar u tqal ħafna li huma ta’ strapazz biex wieħed iġorrhom minn post għallieħor. Għaldaqstant, f ’kuntratti ġodda li ġew innegozjati misCentral Procurment Unit fi ħdan l-istess Ministeru, ġie deċiż li dawn il-prodotti għandhom jaslu direttament fid-dar talpazjent, anke jiġu mtellgħin ittaraġ f ’każ li l-pazjent joqgħod f ’appartament. Aktar minn 1,000 pazjent ieħor, minħabba l-kundizzjoni tagħhom, għandhom bżonn supplimenti ta’ nutrizzjoni

li dawn ukoll huma prodotti tqal u ingumbranti. F’dan ilkaż ukoll il-Ministeru qiegħed jinnegozja kuntratt li permezz tiegħu dawn il-prodotti jaslu fid-dar ta’ min għandu bżonnhom. Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li permezz ta’ dawn l-inizjattivi mhux biss il-Gvern qiegħed jiffranka l-flus minħabba li ma jkollux affarijiet goffi fl-imħażen tiegħu bil-possibbiltà li jiskadu, iżda fuq kollox qegħdin itaffu mit-tbatijiet ta’ persuni li jbatu b’dawn il-kundizzjonijiet u l-familjari tagħhom.

KUMMISSJONI DWAR IL-VJOLENZA DOMESTIKA BI SKOP IKBAR

Bidliet fil-liġi dwar il-vjolenza domestika se jagħtu iktar saħħa lill-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika, filwaqt li se jitwessa’ l-iskop talKummissjoni li issa se jinkludi wkoll vjolenza abbażi talġeneru. Fil-fatt, il-Ministeru għadDjalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili qiegħed jirriformula l-Att Dwar il-Vjolenza Domestika biex dan isir Att Dwar ilVjolenza Abbażi tal-Ġeneru u Vjolenza Domestika. Fl-aħħar xhur, kumitat interministerjali bis-sehem tal-Ministeru tas-Saħħa, dak tal-Familja u Solidarjetà Soċjali u mill-Ministeru talIntern, il-Ministeru għadDjalogu Soċjali mexxa diversi diskussjonijiet flimkien malAvukat Ġenerali dwar dan l-Att il-ġdid qabel jitressaq filParlament. Il-Ministru Helena Dalli qalet: “L-Att dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u Vjolenza Domestika se jkun wieħed

b’saħħtu li jindirizza l-prinċipji tal-liġi kontra dawn il-forom ta’ vjolenza kif ukoll se jagħti saħħa lill-Konvenzjoni ta’ Istanbul fil-liġi Maltija.” Permezz tal-Att il-ġdid, il-Kummissjoni se jkollha poteri li tiġbor u tistaqsi għal statistiki mingħand il-Pulizija jew ir-Reġistratur tal-Qorti, kif ukoll tiżviluppa programm adegwat għal min jinstab ħati ta’ vjolenza domestika biex jonqos ir-riċediviżmu. L-Att il-ġdid se jipprovdi wkoll definizzjoni aktar wiesgħa ta’ vjolenza domestika biex din tiġbor fiha aktar sitwazzjonijiet, inkluż dawk ta’ vjolenza fiżika, sesswali, psikoloġika jew ekonomika li sseħħ fil-familja, il-unit domestiku jew bejn miżżewġin, eksmiżżewġin, partners jew ekspartners. Fl-istess ħin li għaddejja din il-ħidma biex tinbidel illiġi, tħabbar li Joe Gerada huwa ċ-chairperson l-ġdid talKummissjoni. Gerada għandu esperjenza twila fil-qasam soċjali.


LOKALI

kullhadd.com

24|07|2016 09

L-EBDA STATISTIKA LOKALI FUQ L-INTOLLERANZA GĦAL-LATTOŻJU F’MALTA • 70% TAL-POPOLAZZJONI GLOBALI GĦANDHA DIN IL-KUNDIZZJONI • IS-SINTOMI JVARJAW MINN PERSUNA GĦAL OĦRA GLEN FALZON fis-suq li glen@kullhadd.com lattożju.

m’għandhomx

Mhux l-ewwel darba jew tnejn li tisma’ lil xi ħadd jgħidlek li l-ħalib komuni u l-prodotti magħmulin minnu ma jaqblux miegħu u jibda jsemmi numru ta’ sintomi li jesperjenza, fosthom brim, gass, infiħ u wġigħ fin-naħa taż-żaqq, u saħansitra anke dijarea u f ’istanzi oħrajn tqalligħ u remettar. Fid-dawl ta’ din ilkundizzjoni li hija kemxejn komuni mhux biss f ’pajjiżna iżda anke f ’pajjiżi oħrajn madwar id-dinja, din ilgazzetta tkellmet mal-Kap tad-Dipartiment tas-Saħħa, l-Edukazzjoni Fiżika u l-Istudji tal-Konsumatur fl-Università Malta, ilProfessur Suzanne Piscopo li, wara li vverifikat malawtoritajiet ikkonċernati dwar din il-kundizzjoni, ikkonfermat li ma teżisti l-ebda statistika lokali dwar il-prevalenza talintolleranza għal-lattożju f ’pajjiżna. “Fuq livell globali jingħad li madwar 70% talpopolazzjoni tista’ tkun intolleranti għal-lattożju, imma dan ivarja minn dawk li jbatu ftit, jiġifieri li għandhom l-enzima lactase li tkisser iz-zokkor (il-lattożju) li jkun ġolħalib imma għandhom ftit anqas min-normal, u dawk li vera għandhom nuqqas kbir tal-enzima lactase jew vera ma taħdmilhomx sew, allura jkollhom intolleranza lejn il-lattożju aktar serja,” spjegat b’reqqa l-Professur Piscopo.

Ħalib u jogurts apposta fissuq

Tiħdux qatgħa!

Intant, il-Professur Piscopo rrikonoxxiet dan kollu għax ilfatt li hawn dawn il-prodotti li ma fihomx lattożju, żdiedet bil-qabda l-għażla għal dawn il-persuni milquta minn din il-kundizzjoni ferm komuni. Żiedet tgħid li l-ħalib mingħajr il-lattożju xorta waħda huwa ħalib frisk u fih l-istess benefiċċji nutrittivi, bħallproteini u l-kalċju, daqs il-ħalib frisk regolari. “Dan il-ħalib mingħajr lattożju jkun jintiehem aktar ħelu, iżda mhux għax fih aktar zokkor, imma għax iz-zokkor tal-ħalib (il-lattożju), ikun diġà tkisser fi glukożju u galattożju, u dawn is-sustanzi jagħmlu l-ħalib jintiehem aktar ħelu fuq l-ilsien,” spjegat b’mod sempliċi

Madankollu, il-Professur Piscopo saħqet li “ħadd m’għandu jieħu qatgħa jekk ikun intolleranti għal-lattożju, għax bi ftit ippjanar xorta tista’ tiekol dieta varjata, b’togħma tajba u tajba għas-saħħa.” Filwaqt li appellat linnies biex jikkonsultaw malprofessjonisti tas-saħħa rilevanti u ma jaqbdux u jiddeċiedu huma jekk humiex intolleranti għallattożju jew le, il-Professur Piscopo saħqet li huwa tajjeb li l-konsumatur ikun infurmat sew dwar il-kunċett tal-intolleranza lejn illattożju u l-prodotti li hawn

Fil-fatt, proprju f ’din il-ġimgħa li għadha kif għaddiet, flgħeluq tat-tletin sena li ilha mwaqqfa, il-kumpanija Malta Dairy Products (MDP) ħabbret firxa ta’ prodotti proprju għal dawk il-persuni li għandhom intolleranza għal-lattożju. Dawn il-prodotti, li jvarjaw minn ħalib frisk tal-Benna u jogurts b’togħmiet differenti fosthom tal-frawli, il-vanilla u dak naturali, jinsabu fis-suq u faċilment jistgħu jinxtraw mill-ħwienet tal-merċa u s-supermarkets. B’hekk, mingħajr ebda skumdità żejda, persuni b’intolleranza għal-lattożju jistgħu faċilment jibbenefikaw minn din l-għażla wiesgħa ta’ prodotti magħmula apposta għalihom. Għażla aktar wiesgħa Mitluba tikkummenta dwar kemm huwa importanti li issa dawn in-nies se jkollhom varjetà ta’ prodotti lokali mingħajr lattożju, il-Professur Piscopo sostniet li dan jawgura tajjeb għax issa l-konsumatur se jkollu aktar firxa ta’ prodotti minn fejn jagħżel. “It-togħma tal-ħalib u l-jogurt frisk, x’aktarx, tkun differenti minn dik tal-prodott li huwa pproċessat biex ikun long-life, jiġifieri jżomm għal xhur u snin. Għalhekk dawn il-prodotti ġodda jintiehmu aktar friski, però, naturalment, din hija kwistjoni ta’ gosti wkoll,” fissret il-Professur Piscopo. Jintiehem aktar ‘ħelu’

ikun sostenibbli billi jgħin lill- kellux vjaġġ twil b’konsegwenzi l-Professur Piscopo. Fl-aħħar nett, hija temmet prodotturi lokali tal-ħalib u fl- negattivi meta niġu għall-użu tgħid li l-konsumatur qed istess ħin qed jixtri prodott li ma tal-enerġija u l-inkwinament.


10 24|07|2016

kullhadd.com

AĦBARIJIET

IR-RIFORMA LI L-PN MA RIEDX SAKEMM KIEN FIL-GVERN • LANQAS SIMON BUSUTTIL MA XTAQ JIBDEW SAKEMM KIEN QED JIRBAĦ GONZIPN

Il-manifest tal-Partit Nazzjonalista ma kellu xejn dwar il-ħatra tal-ġudikanti u l-bżonn li jsiru iktar trasparenti. ALEANDER BALZAN pubblikament. Carmelo Mifsud Bonnici, eks-Ministru tal-Ġustizzja, Meta din il-ġimgħa l-Parlament f ’Ottubru tal-2006 kien approva b’maġġoranza ta’ iddikjara li l-mod kif żewġ terzi r-riforma fil-ħatra kienu jinħatru l-ġudikanti u d-dixxiplina tal-ġudikatura, – direttament mill-Prim kulħadd ipprova jieħu xi ftit Ministru – kienet sistema mill-mertu. Iżda, il-verità hija li taħdem. Mifsud Bonnici waħda: il-Partit Nazzjonalista għadu sal-lum il-ġurnata appoġġja din il-liġi għax parti mix-Shadow Cabinet m’għadux fil-gvern hu, il- ta’ Simon Busuttil u ftit tasPartit Laburista għamilha snin ilu, meta l-ġudikanti seta’ jagħżilhom direttament għax tassew jemmen fiha. Ir-riforma mfassla mill- hu, kien qal: “Meta xi ħadd Ministru tal-Ġustizzja Owen jinħatar ġudikant isir diskors li Bonnici ma tħallix il-poter jispjega l-merti tal-persuna.” kollu tal-proċess biex jinħatar ġudikant f ’idejn il-Prim Għal tal-PN, bidla kienet Ministru. Sa meta kien fil- ostaklu gvern il-Partit Nazzjonalista, mhux biss ma implimentax Għalih dan kien biżejjed. din ir-riforma, iżda lanqas Dak iż-żmien kien qed isir biss riedha. U dan iddikjarah suġġeriment għall-Bord talaleander.balzan@one.com.mt

Ħatra tal-Ġudikatura u Carm Mifsud Bonnici ddeskrivieh bħala “ostaklu”. “Aħna komunità żgħira u għal kull persuna li trid taħtar se ssib xi ħadd li joġġezzjona. IlPrim Imħallef (dak iż-żmien Vincent de Gaetano) qed jipproponi li l-Prim Ministru jispjega pubblikament għaliex ma kienx qagħad fuq ilparir,” kien żied jgħid Mifsud Bonnici, li rrimarka kif ma kienx ikun fl-interess talavukat li jkun fuq dak il-bord. Insomma, nistgħu nsibu mitt eżempju li juri kif meta kien fil-gvern il-Partit Nazzjonalista ma kellu ebda rieda li jimplimenta din ilbidla; bidla li l-ħtieġa tagħha ma bdietx tinħass illum. Kif għedna minn talinqas għaxar snin ilu, diġà

kien hemm Prim Imħallef jitkellem dwar il-bżonn ta’ bidla. “Taħt is-sistema tagħna, immudellata fuq sistema skaduta Ingliża, il-ħatra ta’ membru tal-ġudikatura hija għalkollox responsabbiltà tal-Prim Ministru,” kien kiteb de Gaetano li, minnaħa tiegħu, kien għamel numru ta’ proposti li kienu miċħuda minn gvernijiet Nazzjonalista. Iżda dan ma kienx każ uniku. Biżżejjed insemmu kemm tkellem dwar dan l-eks-Deputat Nazzjonalista Franco Debono meta flaħħar leġiżlatura kien qed jimbotta riformi fil-qasam tal-ġustizzja. Però, dan kien kollu ta’ xejn. Tant il-Partit Nazzjonalista ma riedx jirħi l-poter minn

idu, tant kien komdu jaħtar l-imħallfin u l-maġistrati mingħajr forma ta’ kontabbiltà, li lanqas flaħħar manifest elettorali ma ppropona xi forma ta’ bidla. Taħt punt 102 – IlQrati tal-Ġustizzja – tkellem dwar il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, il-ħinijiet tal-kawżi, ir-riżorsi umani assenjati ma’ ġudikant, ilproċessi elettroniċi, ittaħriġ u l-kundizzjonijiet tal-ġudikatura. Ebda kelma fuq sistema differenti ta’ kif jinħatru l-ġudikanti. Bidla li donnu saret importanti biss fil-mument li Simon Busuttil ma baqax bil-poter f ’idejh. Tkompli paġna 11 >


AĦBARIJIET

kullhadd.com

24|07|2016 11

X’INHI L-BIDLA APPROVATA? Fir-Riforma tal-Ġudikatura dan il-Gvern ukoll wera li huwa differenti minn ta’ qablu. Wara biss tliet snin fl-ewwel mandat tiegħu implimenta bidla radikali fil-mod kif duttur tal-liġi jista’ jsib postu fuq il-bank bħala ġudikant. Iżda x’inhuma l-bidliet ewlenin? Fuq quddiem net ilproċess ta’ ħatriet għallĠudikatura se jkun miftuħ għall-applikazzjonijiet u li ma jeskludi lil ħadd milli jiġi kkunsidrat. Imbagħad se jkun hemm kumitat kompost minn ħames persuni (erbgħa li jokkupaw karigi kostituzzjonali u l-President tal-Kamra tal-Avukati). Ilkumitat, li fih m’hemm ebda rappreżentant politiku, jagħmel l-evalwazzjoni ta’ kull min jinħatar imħallef jew magistrat. L-evalwazzjoni trid issir dejjem, anke jekk qed nitkellmu fuq il-promozzjoni minn magistrat għal imħallef, ħlief fil-każ ta’ ħatra ta’ Prim Imħallef. Jekk il-Prim Ministru ma jsegwix il-parir tal-Kumitat, irid jirrendi dan il-fatt pubbliku

billi jippubblika dikjarazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern u, jew hu jew il-Ministru tal-Ġustizzja, jagħmel stqarrija fil-Parlament Dixxiplina fuq il-ġudikanti Sal-lum l-unika possibbilità ta’ dixxiplina fuq ġudikant kienet jew twiddiba jew impeachment u tkeċċija mill-Parlament b’vot ta’ żewġ terzi. Għal ħafna

X’QALU DWAR IL-BIDLA? JOSEPH MUSCAT Prim Ministru

“Din hija xi ħaġa ġdida. Sal-lum il-ġurnata, min ried jinħatar imħallef jew maġistrat, ried ifesfes f ’widnejn politiku; issa persuna tista’ tesprimi l-interess tagħha u jkun hemm parir.”

snin din għamlitha diffiċli biex ġudikant ikun mitlub jerfa’ r-responsabbiltà ta’ xi nuqqas. Għax jew nejja jew maħruqa. Għalhekk l-emendi kostituzzjonali jwaqqfu l-Kumitat għall-Imħallfin u l-Magistrati bis-setgħa li jisma’ proċeduri ta’ dixxiplina kontra imħallfin u magistrati Il-Kumitat ikun jikkonsisti minn ġudikanti eletti

minnhom stess. L-akkużi li jsiru quddiem dan il-kumitat iridu jkunu ċari u jridu jitressqu quddiem ilKumitat mill-Prim Imħallef jew mill-Ministru għallĠustizzja Min-naħa tagħha, ilKummissjoni għallAmministrazzjoni talĠustizzju tista’ taħtar Prosekutur Speċjali indipendenti biex jipparteċipa fil-proċeduri dixxiplinari Hemm b’mod ċar ukoll x’jistgħu jkunu s-sanzjonijiet: jekk in-nuqqas ma jkunx gravi toħroġ twiddiba jew penali sa 10% tas-salarju ta’ sena; jekk in-nuqqas ikun definit bħala serju, sospensjoni middmirijiet sa sitt xhur b’nofs paga u nofs l-allowances; jekk in-nuqqas ikun jimmerita tkeċċija, il-Kumitat għandu jirreferi l-każ lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni talĠustizzja li, jekk taqbel li hemm prima facie każ għal tkeċċija, għandha tissospendi lill-imħallef jew lill-maġistrat b’nofs il-paga u l-allowances sa massimu ta’ sitt xhur u tirreferi l-każ lill-Prim Ministru u lill-Ispeaker għall-

proċess ta’ impeachment – jekk l-impeachment ma jseħħx, ilpaga u allowances miżmuma jitħallsu lura. Naturalment, hemm dritt ta’ appell mill-imħallef jew millmaġistrat lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, filwaqt li hemm obbligu li l-proċeduri quddiem il-Kumitat jintemmu fi żmien sena u dawk ta’ appell quddiem il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni talĠustizzja fi żmien sitt xhur Titjib fil-kundizzjonijiet Il-kwistjoni tal-pensjonijiet għall-Ġudikatura ilha fuq l-aġenda tal-qasam talĠustizzja għal żmien twil u n-nuqqas ta’ pensjonijiet raġjonevolment relatati malpagi tal-ġudikanti dejjem tqies bħala wieħed middiżinċentivi biex avukati ta’ ċerta esperjenza jitħajru jidħlu fil-Ġudikatura. Din il-problema qed tiġi affrontata u l-Gvern issa qed jintroduċi reġim ta’ pensjonijiet partikolari għallĠudikatura u għall-Avukat Ġenerali

FRANCO DEBONO Kummissarju għal-Liġijiet

“Kien pass importanti ħafna f ’din il-mixja kostituzzjonali. Bil-liġi tal-finanzjament tal-partiti, il-liġi dwar l-istandards fil-ħajja pubblika, il-liġi dwar l-awtonomija fil-Parlament, u issa din il-qalba tar-riforma kostituzzjonali li għandha x’taqsam mal-ġustizzja, naħseb li r-riforma kostituzzjonali qabdet pass tajjeb.”

JUNIOR CHAMBER OF ADVOCATES OWEN BONNICI Ministru

“Se nkunu nistgħu nagħtu lill-pajjiż din ir-riforma kostituzzjonali li tant konna ilna nistennew. Issa li għandna l-bażi strutturali li ġiet aġġornata, nistgħu nkomplu ntejbu biex naraw riżultati dejjem aħjar f ’dan is-settur.” GEORGE HYZLER Kamra tal-Avukati

“Aħna sodisfatti li se jkollna rwol f ’dan ilproċess tal-ħatriet u sodisfatti għax il-proċess konsultattiv kien wieħed tajjeb ħafna.”

“Sistema ġudizzjarja li taħdem tajjeb hija essenzjali f ’soċjetà demokratika. L-aħħar liġi proposta fil-Parlament dwar il-ħatra ta’ ġudikanti hija pass fit-triq biex nassiguraw sistema ġudizzjarja stabbli, indipendenti u trasparenti.”

IL-ĠUDIKANTI

“L-Assoċjazzjoni tal-Maġistrati u Imħallfin tesprimi s-sodisfazzjon tagħha għal-liġi li għadha kif għaddiet mill-Parlament fejn kienet emendata l-Kostituzzjoni ta’ Malta. L-Assoċjazzjoni tqis li din il-leġiżlazzjoni sejra ssaħħaħ il-qasam talamministrazzjoni tal-Ġustizzja ta’ pajjiżna anke għax qiegħda tirrikonoxxi r-rwol vitali li għandha l-Ġudikatura fit-tisħiħ tad-demokrazija fil-pajjiż.”


12 24|07|2016

kullhadd.com

OPINJONI

IL-MEDIĊINA HIJA QARSA META DDUQHA Catherine Fenech Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL

Donnu wasal iż-żmien li l-persuni fil-ħajja pubblika li kienu jħossu li kellhom id-dritt divin li jkollhom trattatament differenti għal privatezza tagħhom, issa qed jirrejaliżżaw kemm din is-sitwazzjoni tista tweġġa u tkun frustranti.

Meta xi ħadd isir persuna pubblika hija prassi mondjali li dan l-individwu ma jibqax ikollu dritt għal ħajja privata – la hu u lanqas il-familja tiegħu. Agħar minn hekk, donnu ma tistax anqas tirribatti għallqlajjiet, l-insinwazzjoijiet u, aktar minn hekk, għall-kliem kattiv u tgħajjir personali. Trid toqgħod għal kollox. Iddeputati u esponenti Laburisti jafu ħafna x’jiena ngħid. Iduqu dan il-kalċi kull mument. Ma jistgħux jiċċaqilqu, anke filprivatezza ta’ darhom kultant. Min ma jkunx milqut, jew aħjar min saħansitra ikun qed igawdi minn dan l-attakk fuq l-avversarju politiku tiegħu (li fl-aħħar mill-aħħar jibqa’ kollega), qajla se jikkundanna dan l-aġir li l-mottiv prinċipali huwa li jagħmel ħsara personali, għax sempliċiment m’hemmx qbil fil-fehma politika. Imma issa d-diska donnha daret. Meta dawk li kienu paxxuti jaraw lill-kollegi tagħhom jiġu attakkati personalment, bi wliedhom b’kollox, u issa qed iduqu ftit mill-mediċina tagħhom stess, mhumiex qed jieħdu gost. Qed iqumu jagħmlu wkoll stqarrijiiet fil-Parlament sabiex

il-ħajja privata tal-membri parlamentari titħalla barra, ilfamilji tagħhom ma jiddaħħlux fil-kredu u saħansittra jitħallew imorru jgħumu u jixxemmxu fil-bajjiet tagħna bil-kwiet. U jien naqbel ħafna ma’ dawn l-istqarrijiet. Imma dak li qed joqros issa kien joqros qabel. Dak li hu kundannabbli issa kien kundannabbli qabel. Kulħadd għandu familja, kulħadd għandu l-għeżież, kulħadd iħoss. Ma nafx jekk hawnx min jaħseb li tista’ tattakka b’mod personali lil ħaddieħor u toqgħod tiġbidlu r-ritratti f ’kull post li jżur jew f ’kull pożizzjoni li jkun fiha, imma lilu le. Issa donnhom stebħu u indunaw kemm hi antipatka s-sitwazzjoni li ma tistax bi kwietek, pereżempju, tmur tixtri s-supermarket, tmur tieħu drink jew tiekol f ’xi ristorant tal-fast food, issiefer, tmur tiġġoggja, tieħu ritratt ma wliedek jew mal-ħbieb, tikteb espressjoni pubblika ta’ rispett u mħabba lejn martek jew żewġek fuq sit soċjali, tattendi festa jew xi festin, timxi fi Triq ir-Repubblika, tmur sal-gżira Għawdxija, tmur sal-baħar, tmur tara film jew xi logħba futbol jew titlaq tiġri taqbad xi

Pokemon. Donnu wasal iż-żmien li l-persuni fil-ħajja pubblika li kienu jħossu li kellhom id-dritt divin li jkollhom trattatament differenti għal privatezza tagħhom, issa qed jirrejaliżżaw kemm din is-sitwazzjoni tista tweġġa u tkun frustranti. Saqsi lill-imġarrab kemm mhix sitwazzjoni taż-żufjett jew ta’ divertiment. Bħali hawn ħafna min diġà daqu dan il-kalċi talħsara. Ir-rieda tajba biex attakki bħal dawn jieqfu imissha ilha li nturiet. L-ilmenti fil-Parlament li dan hu mod baxx ta’ kif tikkritika l-avversarju politiku tiegħek, imisshom ilhom li saru. Inutli nippontifikaw ilgovernanza tajba. Din hi ukoll parti minn governanza xierqa. Inutli jippontaw subgħajhom fuq ħaddieħor meta l-erba’ swaba l-oħra qed jippontaw lejhom għax m’għandhomx ilkuraġġ u r-rieda li jikkundannaw l-atteġġjament ħażin ta’ persuni midħla tagħhom, anzi saħansittra nappoġġjawhom u jekk mhux ukoll nikkwotawhom fil-Parlament. Il-fatt li dan l-atteġġjament huwa msemmi li kien wieħed mill-kaġuni tat-telfa elettorali tal-gvern preċedenti jgħallimna

li din l-attitudni tkompli tagħti impressjoni ħażina tal-politika mal-elettorat, tkompli tgerrex u tbeżża’ liż-żgħażagħ tagħna milli jitħajru jinvolvu ruħhom fil-politika. L-arena politika diġà hija diffiċli kif inhi, diġà għandha sfidi partikolari li ma jgħoddux għal kulħadd. Lili l-ewwel waħda, mhux l-ewwel darba li nsib min jistaqsini x’fettilli li dħalt f ’din l-arena. Avolja naf li hija xjenza u prattikka iebsa, nemmen li permezz tal-politika nista’ nwassal il-messaġġ li jista’ jagħmel id-differenza għallaħjar fil-ħajja ta’ ħuti Maltin u Għawdxin. Imma l-attakki inġusti u l-aktar l-attakki fuq il-familjari u l-minorenni li m’għandhomx x’jaqsmu, nammetti li xejn ma tħosshom li qed jgħinuk f ’din il-missjoni. Madankollu, nemmen li max-xewk hemm il-ward u li issa hawn kuxjenza biżżejjed fuq dan. Nemmen li r-rieda tajba dejjem jibqa’ lokha u qatt mhu tard wisq li xi darba l-bonsens jirbaħ. It-tifsira vera li nnaddfu l-politika din li hi. U min jipprietka l-indafa fil-politika bil-pompa kollha għandu jgħaddi mill-paroli għall-fatti.

REVENGE PORN: B’DEDIKA GĦAL DAWK LI QEGĦDIN IBATU FIS-SILENZJU

Elaine Degiorgio Kordinatur Riżorsi Umani FŻL

Forsi taħsbu wkoll li dan hu xi fenomenu modern, iżda fil-verità meta tfittex ftit issib li żmien ilPresident Kennedy kien seħħ każ ta’ revenge porn

Nistħajjilkom tistaqsu: imma dan ir-revenge porn x’inhu? Ma nagħtikomx tort għax lanqas jien ma kont naf x’inhu qabel ma bdejt nagħmel ftit riċerka. Dan għandu sinifikat fih innifsu għax ifisser li l-edukazzjoni sesswali fliskejjel mhux qed tkun effettiva biżżejjed. Iżda, ejja l-ewwel nifhmu eżattament x’inhu revenge porn. Revenge porn iseħħ meta individwu jiddeċiedi li fuq il-midja soċjali jitfa’ ritratti jew videos espliċiti tal-ekspartner, normalment akkumpanjati b’dettalji personali u deskrizzjoni umiljanti b’fini ta’ tpattija. Forsi taħsbu wkoll li dan hu xi fenomenu modern, iżda fil-verità meta tfittex ftit issib li żmien ilPresident Kennedy kien seħħ każ ta’ revenge porn. Fil-fatt, kien Leon Isaac Kennedy li xerred online video espliċitu ta’ martu meta din telqitu. Illum il-ġurnata hawn min idawwar lira sew b’siti elettroniċi mtellgħin apposta biex jumiljaw il-vittmi. Dawn issiti jinkoraġġixxu individwi biex, bħala sens ta’ tpattija, itellgħu ritratti espliċiti tal-ekspartners tagħhom flimkien mad-dettalji personali u ġieli wkoll ir-ritratti jispiċċaw jintbagħtu lill-familjari, ħbieb jew anke kollegi taxxogħol. Wieħed minn dawn kien Hunter Moore li kellu dħul ta’ $10,000 fix-xahar bis-sit

elettroniku IsAnyoneUp.com, li kienet tlaħħaq mat-30 miljun utent fix-xahar. Malta, bħal kull pajjiż ieħor, għandha liġijiet ċivili u kriminali li setgħu jintużaw għal att ta’ tixrid ta’ ritratti bla permess. Jekk nieħdu l-liġi tal-copyright, pereżempju jekk ir-ritratt ikun ittieħed mill-vittma stess, dan huwa proprjetà tal-vittma u l-ebda persuna m’għandha dritt ixxerrdu mingħajr permess. Madankollu, dan ir-ritratt irid ikun reġistrat skont ma tirrikjedi l-liġi. Il-liġi ċivili, l-hekk imsejħa tort law, ukoll toffri bażi għallvittma biex mhux biss il-persuna tieħu dak li ħaqqha taħt liġi kriminali iżda wkoll tassigura ammont ta’ flus għad-danni li seta’ nħoloq minħabba t-tensjoni u l-pressjoni tas-sitwazzjoni. Irridu niftakru li każijiet bħal dawn iwasslu għal telf ta’ promozzjonijiet u xogħol, filwaqt li jikkaġunaw danni psikoloġiċi. Madankollu, minħabba li l-liġi ċivili Maltija ma toffrix bażi għal danni emozzjonali iżda tipprovdi biss għal danni ekonomiċi, dan jista’ jwassal li l-vittma ma jkun imissha xejn. Barra minn hekk, din hija meqjusa bħala cybercrime u, għaldaqstant, liġijiet ta’ cyber harassment, cyber stalking u blackmailing ukoll setgħu jgħinu f ’dan il-każ.

Holly Jacobs hija waħda millvittmi ta’ revenge porn li sabet il-kuraġġ biex tgħolli rasha u twassal il-kuraġġ lil vittmi oħra li tilfu l-vuċi minħabba l-attitudni bla qalb ta’ xi wħud. Hi stess tgħid li kienet tgħix tliet ħajjiet: il-professjonista li kienet tibża’ tgħid kunjomha minħabba s-sitwazzjoni li sabet ruħha fiha; il-vittma ta’ revenge porn li tittama li xi darba tieħu ġustizzja; u ‘Sarah’, il-personaġġ fittizzju li ħolqot Jacob innifisha biex tkun ta’ spalla għal vittmi oħra u front favur kriminalizzazzjoni ta’ revenge porn. Ħafna każijiet jintilfu minħabba li l-Qorti ma tkunx sodisfatta li l-akkużat verament wettaq l-att. B’liġi bħal din, il-prosekutur ikollu bażi iktar soda u kif jiġu sodisfatti l-kriterji legali l-akkużat jinstab ħati. Fit-12 ta’ Lulju 2016, f ’Malta daħlu emendi legali li għamlu lil pajjiżna wieħed minn ftit pajjiżi li qegħdin jiġġieldu r-revenge porn. Fil-liġi kriminali Maltija, biex persuna tinstab ħatja jrid jiġi ppruvat li l-persuna mhux biss wettqet l-att iżda li kellha l-kapaċità li tifhem dak li qed tagħmel. Artiklu 208E tal-kodiċi kriminali, madankollu, jipprovdi li l-persuna kellha wkoll il-ħsieb li tikkawża stress emozzjonali fuq il-vittma. Hawnhekk, fl-opinjoni tiegħi, irridu noqogħdu attenti

għax din ir-restrizzjoni tista’ taqta’ barra persuni li l-intenzjoni ma tkunx waħda emozzjonali jew vindikattiva iżda għall-gwadann finanzjarju. Irridu niftakru li l-att innifsu jikkaġuna stress żejjed fuq il-vittma, irrilevanti mill-ħsieb talaggressur. Il-liġi tar-revenge porn hija biss l-ewwel pass u naħseb li wasal iż-żmien għal diskussjoni fuq, l-hekk imsejjaħ, right to be forgotten. Fl-2015, il-Qorti talUnjoni Ewropea qrat sentenza rivoluzzjonarja li tat xaqq ta’ dawl lill-vittmi tar-revenge porn. Fil-każ kontra Google, il-Qorti tal-Unjoni Ewropea ordnat lissearch engine biex tneħħi b’mod assolut kull traċċa ta’ ritratti li ġew imtellgħin illegalment. B’dan il-mod il-vittma tista’ tieħu nifs u tażgura li r-ritratti u dettalji personali jiġu mneħħija darba għal dejjem. Minbarra bażi legali, irridu nagħtu spinta lill-edukazzjoni sesswali u ngħallmu lil uliedna l-ugwaljanza u r-rispett lejn xulxin, u jifhmu l-konsegwenzi li l-azzjoni tal-lum jista’ jkollha filfutur. L-internet ma jinsa qatt, jista’ jżommlok l-isbaħ memorja ta’ ħajtek b’sempliċiment għafsa ta’ buttuna u terġa’ tgħix l-isbaħ mumenti. Madankollu, jista’ jkun arma f ’idejn dak li jrid ifakkrek fl-iktar mumenti koroh.


EDITORJAL

kullhadd.com

24|07|2016 13

www.kullhadd.com agħmel kuntatt magħna KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717 editorial@kullhadd.com |+ 356 2090 1411

EDITUR Aleander Balzan aleander.balzan@one.com.mt +356 2568 2230

ĠURNALISTI Liam Gauci liam@kullhadd.com +356 2090 1413

Glen Falzon glen@kullhadd.com

SALES U DISTRIBUZZJONI

DISINN TAL-GAZZETTA

Alan Saliba sales@kullhadd.com +356 2090 1520

Leanne Grech

SFORZ NAZZJONALI

Dawn il-jiem għandhom ikunu jiem importanti għal-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta. Dan peress li, minn dak imħabbar fl-aħħar ġimgħat, bħalissa n-negozjati massieħeb strateġiku qegħdin f ’fażi delikata. Kien ġimgħat ilu li filParlament il-Ministru għatTuriżmu Edward Zammit Lewis poġġa l-memorandum of understanding iffirmat massieħeb strateġiku. Kien sinjal ċar mhux biss ta’ trasparenza iżda wkoll ta’ gvern li fuq din il-kwistjoni lest ifittex kunsens nazzjonali. Dan huwa gvern li qed jipprova jsolvi l-problemi li fl-Air Malta akkumulaw tul is-snin. Primarjament – ngħiduha għax fatt – sforz ta’ deċiżjonijiet ħżiena ta’ gvernijiet Nazzjonalisti. Iżda l-animu li ħa quddiem din l-isfida fl-aħħar ġimgħat

kienet dik li jsolvi l-problemi iktar milli jiffoka fuq min ħoloqhom. It-tmexxija talAir Malta, li fl-aħħar tliet snin ħadet deċiżjonijiet importanti, ħadet pass wara ieħor bil-għan li tassigura l-ġejjieni tal-kumpanija kif nafuha llum; ittajjar is-salib ta’ tmien ponot u b’isem pajjiżna mmarkat magħha. Sinjal ċar li bħalissa l-prijorità hi waħda: dik li l-Air Malta tingħata ħajja ġdida biex pajjiżna jibqa’ jkollu linja nazzjonali tal-ajru li taqdih tajjeb u li jkunu ssalvagwardjati l-impjiegi filwaqt li jinħolqu opportunitajiet ġodda. Linja nazzjonali li għandha rwol għatturiżmu, il-manifattura, kif ukoll ruħ soċjali; li fl-aħħar snin qdiet lill-poplu Malti fejn ebda linja oħra ma setgħet tagħmel dan. L-interess nazzjonali jirriżulta wkoll mill-fatt li l-memorandum of understanding iffirmat fl-aħħar ġimgħat fetaħ biss il-bibien biex jiġu akkwistati 49% f ’ishma tal-linja nazzjonali tal-ajru

tagħna. Biex jekk in-negozjati jingħaqlu b’suċċess, il-Gvern xorta waħda se jkun l-ikbar azzjonist. Jekk jintlaħaq, ftehim strateġiku se joffri vantaġġi li jagħmlu d-differenza kollha f ’suq li huwa kompetittiv bħal dak tal-avjazzjoni. Dan kemm biex l-Air Malta tikkompeti filprezzijiet, fid-destinazzjonijiet li tmur għalihom u anke fil-mod kif tixtri l-affarijiet, li f ’dan ilkaż jiswew il-miljuni, bħal fjuwil jew sistemi tal-informatika. Fl-istess ħin ninsabu wkoll konfortati mill-fatt li, biex dan il-ftehim iseħħ, hemm numru ta’ affarijiet li huma importanti li l-Gvern Malti qal li mhux se jiċċaqlaq minnhom. Waħda minnhom ċertament hi li l-Air Malta ma ssir qatt feeder airline. Irridu wkoll nirrikonoxxu li l-Air Malta mhix l-ewwel linja tal-ajru li ffaċċjat sfidi flambjent kompetittiv tal-lum. Rajna lil Cyprus Airlines jagħlqu l-bibien bħalma għamlu wkoll

l-Estonian Airlines iktar qabel. Dan fid-dawl li ma ntlaħqux ilmiri tal-Kummissjoni Ewropea. Miri li lanqas l-Air Malta ma laħqet, anke jekk fl-aħħar sentejn b’mod partikolari għamlet passi ta’ ġgant ’il quddiem. Għalhekk kien floku wkoll l-appell tal-Imħallef Silvio Meli li appella għal iktar djalogu bejn il-linja tal-ajru u l-piloti fi kwistjoni li, jekk tibqa tikber, tista’ thedded l-eżistenza talkumpanija. Quddiem din ir-realtà, fost oħrajn quddiem il-fatt li mhux kollox hu f ’idejn il-Gvern Malti, tikber il-ħtieġa ta’ sforz nazzjonali. Għalhekk ningħaqdu mal-appelli ta’ organizzazzjonijiet bħallMalta Hotels and Restaurants Association u l-Kamra talKummerċ li f ’dan il-mument l-ewwel interess li għandu jirbaħ huwa MALTA.

ŻJARA LI ĦALLIET IMPATT

Josè Herrera Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima

Mort l-Awstralja biex inwassal il-messaġġ tal-Gvern Malti, li huwa jinteressah minn din il-faxxa tal-Maltin u Għawdxin u jrid ikun jaf kif inhuma mexjin

L-istatistika turi li hemm kważi miljun persuna ta’ dixxendenza Maltija li tgħix barra minn art twelidha. Hu fatt magħruf li l-akbar porzjon minn dawn in-nies jgħixu fl-Awstralja. Minħabba f ’hekk, politiċi u nies prominenti Maltin ilhom snin iħossu li huwa d-dover tagħhom li jaraw kif jagħmlu biex almenu darba waħda, waqt li jkunu qed jokkuppaw tali kariga, iżuru lillMaltin tal-Awstralja. Naraw għalhekk li matul dawn l-aħħar 20 sena tista’ tgħid ilpresidenti, prim ministri u isqfijiet Maltin kollha ħadu l-okkażjoni sabiex jagħmlu żjara simili. Kien pjaċir u opportunità għalija u għall-mara tiegħi li nakkumpanjaw lill-President Marie-Louise Coleiro Preca u lis-Sur Edgar Preca fiż-żjara li huma għamlu dan l-aħħar flAwstralja. Fil-fatt, jien u l-mara tiegħi ngħaqadna mal-President f ’Sydney, fl-Istat ta’ New South Wales, ftit ġranet wara li hija kienet diġà bdiet iż-żjara tagħha. Wara li żorna dan l-Istat, inżilna Melboure, fl-Istat ta’ Victoria. Il-ħidma politika tiegħi matul dawn l-aħħar għoxrin sena impenjatni f ’ħafna xogħol u vjaġġi barra mill-pajjiż. Madankollu,

ngħid li din iż-żjara fl-Awstralja, fejn kelli l-opportunità niltaqa’ ma’ daqstant nies ta’ dixxendenza Maltija, ħalliet l-akbar impatt fuqi. Bħal kulħadd kont ilni nisma’ li fl-Awstralja hemm popolazzjoni ġmielha ta’ Maltin – waħda li kważi tissupera dik ta’ Malta nnifisha. Ngħid is-sewwa, kont naħseb li din l-asserzjoni kienet xi ftit jew wisq esaġerata imma għallkuntrarju skoprejt li tabilħaqq hu minnu li għad hawn eluf kbar ta’ nies li għadhom jidentifikaw ruħhom bħala Maltin u li, iktar minn hekk, huma kburin b’din irrabta. Ma’ dawn il-Maltin tal-Awstralja ma jgħoddux biss dawk li kienu twieldu Malta, li llum dawn bdew jonqsu ġmielhom, imma jgħoddu wliedhom u wlied uliedhom ukoll. Kont ferm sorpriż meta nnutajt li anke dawn tal-aħħar baqgħu jqisu lilhom infushom bħala etnikament u kulturalment Maltin, tant li fil-maġġoranza tagħhom baqgħu jgħarfu u jitkellmu l-ilsien Malti. Matul din iż-żjara, fil-preżenza tal-Kummissarju Għoli Malti flAwstralja l-E.T. Carmel Muscat, kelli l-okkażjoni wkoll li niltaqa’ ma’ numru ta’ politiċi u mexxejja Awstraljani, notevolment Don

Harwin – Speaker tal-Kamra fi ħdan il-Parlament tal-Istat ta’ New South Wales; il-Ministru John Ajaka, responsabbli għall-multikulturaliżmu; isSegretarju Ġenerali l-ġdida tal-Partit Laburista ta’ New South Wales Kaila Murnain; s-Segretarju Parlamentari John Sidoti, responsabbli mittrasport pubbliku; id-Deputat Parlamentari min-naħa talOppożizzjoni, Jodi Mc Kay; u l-Ministru tal-Itat ta’ Victoria, Robin Scott, responsabbli millfinanzi u l-multikulturaliżmu, fost oħrajn. Minn dawn in-nies skoprejt ir-rispett li dawn il-Maltin tal-Awstralja jgawdu hawnhekk u għaraft il-kontribut siewi li huma taw lil dan il-pajjiż. Kelli l-okkażjoni li niltaqa’ wkoll ma’ ħafna mexxejja ta’ għaqdiet u istituzzjonijiet immexxija millMaltin. Fosthom iltqajt masSur Victor Borg, Chairman talManagement Bord tar-Rosary Home, u Sister Doris Falzon li hija l-amministratriċi ta’ din id-dar; isSur Benedict Soler, President talMalta Australians Assoċiation, u s-Sur George Salloum, President tal-istazzjon tar-radju 92.3ZZZ, fost oħrajn. Dawn tambruli fuq l-għatx li jkollhom il-Maltin tal-

Awstralja li tabilħaqq iżuruhom il-mexxejja Maltin minħabba li huma għadhom jidentifikaw ruħhom bħala tali. Fil-fatt, l-apprezzament ta’ dawn il-Maltin għaż-żjara tal-President stajt inħossu u nesperjenzah meta ltqajt ma’ mijiet kbar minn dawn in-nies fid-diversi laqgħat li jiena kelli ppreparati. Jiena mort l-Awstralja biex inwassal il-messaġġ tal-Gvern Malti, li huwa jinteressah minn din il-faxxa tal-Maltin u Għawdxin u jrid ikun jaf kif inhuma mexjin. Hawn jien nista’ faċilment nirrapporta li l-Maltin t’hemmhekk illum huma ferm integrati fis-soċjetà Awstraljana, huma ferm rispettati, imxew ferm ’il quddiem u taw isem tajjeb lil pajjiżna. Min-naħa tiegħi spjegajtilhom kemm hi differenti Malta tal-lum minn dik ta’ 50, 60 sena ilu, meta bosta minn dawk preżenti kellhom kontra qalbhom jitbiegħdu minn xtutna u l-qraba tagħhom biex jfittxu ħajja aħjar għalihom u għal uliedhom minħabba problemi ekonomiċi kbar. Finalment, għarrafthom li Malta tal-lum hija pajjiż ekonomikament b’saħħitu, mimli opportunitajiet u meqjus fost l-aqwa fl-Ewropa.


14 24|07|2016

kullhadd.com

RUBRIKA

GVERN LABURISTA…GVERN LI JAĦDEM 1. Ġie deċiż li min joffri l-aħjar kundizzjonijiet lill-ħaddiema se jibda jieħu l-kuntratti tal-Gvern. 2. L-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali Standard and Poors iddikjarat li t-tkabbir ekonomiku ta’ Malta se jibqa’ jkun aqwa minn dawk ta’ pajjiżi oħra fiż-Żona Ewro. 3. Il-baġit 2017 se jkun baġit li jindirizza b’mod partikolari l-interessi tal-ħaddiem, tal-fqir u tal-batut. 4. In-numru ta’ nies jistennew għal operazzjoni tal-irkoppa niżel minn 1,700 għal 770. 5. Filwaqt li bejn Jannar u Mejju tal-2012 ilGozo Channel għamel telf ta’ €1.7 miljun, bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena l-Gozo Channel għamel profitt ta’ €395,000. 6. Minn sondaġġ li sar fil-jiem li għaddew, irriżulta li 84% tal-poplu Malti u Għawdxi huwa sodisfatt bis-servizz tal-ħarsien tat-tfal b’xejn. 7. F’dawn l-aħħar tliet snin ġew irranġati 129 triq residenzjali. 8. L-Awtorità tal-Ippjanar introduċiet mobile app ġdida biex issa l-pubbliku stess jista’ jirrapporta lil min jiżviluppa l-art b’mod illegali. 9. Stħarriġ tal-Uffiċċju Nazzjonali talVerifika wera li 65% tal-poplu huwa kuntent ħafna

bis-servizz fiċ-ċentri tas-saħħa. 10. Tħabbar investiment ta’ €6 miljun għallproġett ta’ Marsaxlokk. 11. Ġie deċiż li l-kuntratti tal-ħaddiema talkuntrattur tal-Waste Serv se jibdew jiġu mġeddin għal tliet snin minflok sitt xhur.

12. Fl-aħħar jiem 15,000 persuna żaret ilproġett kbir li sar fiċ-Ċittadella, Għawdex. 13. Se jiġi rranġat iċ-Ċimiterju tal-Addolorata. 14. Se jiġi offrut servizz ta’ dentristija filprivat u jħallas il-Gvern. 15. Ġie deċiż li l-anzjani kollha fid-djar residenzjali jirċievu rigal sabiħ f ’għeluq sninhom. 16. Se jkun qed jinfetaħ ċentru ta’ riabilitazzjoni għal persuni taħt it-18-il sena u persuni li għandhom problema ta’ mġiba. 17. Il-Ministru Michael Farrugia u s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana diġà wettqu 86% talprogramm elettorali tal-Partit Laburista fis-setturi li jaqgħu taħthom. 18. Ir-raba’ dar għal persuni b’diżabbiltà se tinfetaħ fil-lokalità tal-Marsa. 19. Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena fl-Isptar Mater Dei saru 500 operazzjoni maġġuri fil-Ħdud. 20. Tlesta r-restawr tas-salina tal-melħ f ’San Pawl il-Baħar. 21. Se jingħataw lezzjonijiet b’xejn matul ixxhur sajfin. 22. L-impjiegi full-time żdiedu b’4%. 23. In-numru ta’ nisa jaħdmu full-time żdied b’6.1%.

04.07

Komplew jintbagħtu l-flus fid-djar tan-nies bħala rifużjoni tat-taxxa tal-VAT fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi – flus misruqa lill-poplu mill-PN fil-Gvern

18.07

Sar magħruf li, kull jumejn, 10 persuni bdew isibu x-xogħol; meta sal-2012, kull jumejn, persuna kienet tispiċċa tirreġistra għax-xogħol

05.07

Fl-Isptar Mater Dei , fl-MRI, l-istennija niżlet għal ftit ġimgħat minn stennija ta’ sentejn

19.07

267 persuna bbenefikat mill-ħlas tat-tieni biljett tal-ajru għal min jakkumpanja pazjenti taħt it18-il sena għal kura barra minn Malta

06.07

Għall-ewwel darba wara ħafna snin, u għal 10 ġimgħat sħaħ, ma kienx hemm mediċini out of stock

20.07

Minn rapport tal-Awditur Ġenerali sar magħruf li Malta kellha t-tielet l-orħos tariffi tad-dawl u l-ilma fl-Ewropa

07.07

Ġie deċiż li jibdew jitkejlu l-piż u t-tul tal-istudenti kollha tal-iskejjel primarji u sekondarji, u jintiżnu wkoll il-basktijiet tal-iskejjel

21.07

L-iskema tal-first-time buyers kienet imġedda b’sitt xhur

08.07

Beda jiġi offrut servizz tal-WiFi f ’disa’ bajjiet differenti

22.07

Beda xogħol fuq 72 triq fil-kampanja

09.07

Pillola tal-kanċer li kienet tiswa €400, raħset għal €100

23.07

In-nies li jużaw it-trasport pubbliku żdied b’aktar minn 9%

In-noll tat-trasport pubbliku għall-persuni kollha b’diżabbiltà raħas minn €6.50 għal €2

24.07

Informazzjoni miġbura minn Emanuel Cuschieri

10.07

X’WETTAQ IL-GVERN SENA ILU

Tnieda l-proġett pilota tal-iskart organiku fejn ġiet introdotta t-tielet borża


TA’ BARRA

kullhadd.com

24|07|2016 15

L-ISIS FIL-BRAŻIL UKOLL, ARRESTATI 10 GLEN FALZON glen@kullhadd.com Nhar il-Ħamis li għadda fil-Brażil ġew arrestati xejn anqas minn 10 persuni minħabba suspett li dawn ilpersuni jagħmlu parti minn grupp li jagħti l-appoġġ tiegħu lill-Istat Iżlamiku (ISIS). Kien il-Ministru għall-Ġustizzja Alexandre Moraes li kkonferma dan, filwaqt li sostna li dawn ilpersuni kienu qed jippjanaw li jagħmlu atti ta’ terroriżmu matul l-Olimpjadi tax-xahar id-dieħel li se jittellgħu f ’Rio de Janeiro. Irriżulta li dan il-grupp ta’ 10 persuni huma kollha ċittadini Brażiljani u bdew jagħmlu kuntatt bejniethom permezz ta’ applikazzjonijiet famużi online fosthom WhatsApp u Telegram. Madankollu, sostna l-Ministru Moraes, ma jidhirx li dawn il-persuni kienu jafu lil xulxin personalment. Żied jgħid li dan il-grupp ma kellux kuntatt dirett malISIS fl-Iraq jew fis-Sirja, iżda numru minn dawn il-membri

mhux l-ewwel darba li kienu ddikjaraw il-lealtà tagħhom lejn dan il-grupp militanti. “Il-persuni involuti kienu qed jikkomunikaw bejniethom permezz ta’ grupp online li semmewh ‘Id-difensuri taxSharia’ u kienu qed jippjanaw li jakkwistaw xi forma ta’ armi u splussivi biex iwettqu reati kriminali kemm fil-Brażil kif ukoll f ’pajjiżi oħrajn,”

żvela l-Ministru Moraes waqt konferenza stampa. Madankollu, huwa qal li dan il-grupp kien wieħed “dilettantesk” b’diżorganizzazzjoni grassa, u kien proprju għalhekk li l-awtoritajiet ikkonċernati għażlu li jirreaġixxu millewwel. Il-Ministru Moraes qal ukoll li membri minn dan ilgrupp kienu żaru pajjiż qrib

tal-Brażil, dak tal-Paragwaj, bl-għan li jinxtraw xi armi perikolużi fosthom rifles tattip AK-47, iżda m’hemm l-ebda evidenza li dawn ilpersuni kisbu tali armi jew xi armi oħrajn. Apparti dawn l-10 persuni, se jkunu qed jiġu interrogati żewġ persuni oħra. Irriżulta li l-mexxej ta’ dan il-grupp kien ibbażat finNofsinhar tal-belt Brażiljana bl-isem ta’ Curitiba, filwaqt li l-oħrajn kienu mferrxa madwar stati oħrajn talistess pajjiż. Qorti fl-istat ta’ Parana, fejn hija bbażata din il-belt imsemmija, iddikjarat li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-grupp kien qed jippjana li juża l-armi u tattiki terroristiċi oħrajn biex jintlaħaq xi għan partikolari. Inċidentalment, qabel ma saru dawn l-arresti – preċiżament jumejn qabel – l-aġenzija ta’ intelliġenza tal-Brażil kienet żvelat li qed tinvestiga t-theddid kollu li seta’ jsir b’rabta mal-Olimpjadi f ’Rio li se jingħataw bidu fil-5 ta’ Awwissu li ġej. Is-SITE Intelligence Group, li jieħu

ħsieb il-monitoraġġ talinternet, irrapporta li skoprew grupp mhux magħruf li beda jsejjaħ lilu nnifsu bħala ‘Ansar al-Khilafah Brazil’. Dan ilgrupp beda wkoll ixerred u jippromovi propaganda talISIS kemm bl-Għarbi, blIngliż, kif ukoll bil-Portugiż, fuq għadd ta’ siti soċjali mfittxija mill-pubbliku. Wara l-attakk li sar f ’Nizza ftit taż-żmien ilu, l-awtoritajiet Brażiljani żiedu bil-kbir ilmiżuri ta’ sigurtà fil-pajjiż, li jinkludu d-dispożizzjoni ta’ għadd kbir ta’ pulizija u uffiċjali oħrajn ta’ sigurtà madwar binjiet importanti, roadblocks aktar frekwenti, segwiti minn eżerċizzju ta’ tfittxija fuq il-viżitaturi li jkunu se jżuru s-sit fejn se jittellgħu l-Olimpjadi x-xahar id-dieħel. Intant, il-President interim Michel Temer sejjaħ laqgħa ta’ emerġenza għall-Kabinett wara dawn l-arresti; l-ewwel waħda tax-xorta tagħha wara li s-sena l-oħra ddaħħlu liġijiet ġodda u aktar ħorox kontra t-terroriżmu fil-Brażil.

JAQSAM IL-VIŻJONI TIEGĦU LIAM GAUCI liam@kullhadd.com Fl-aħħar, wara aktar minn sena li fiha rajna kampanja mimlija kontroversji, Donald Trump ingħata l-appoġġ talPartit Repubblikan biex ikun il-kandidat tagħhom għallpresidenza tal-Istati Uniti fl-elezzjoni ta’ Novembru li ġej. Din il-ġimgħa se nagħtu ħarsa lejn il-kontenut taddiskors li Trump għamel wara li aċċetta din in-nominazzjoni biex nieħdu idea ta’ x’se jkunu l-prijoritajiet tiegħu jekk isir president. Legat ta’ falliment? Trump fetaħ id-diskors billi sostna li l-prijorità tiegħu hija li jwassal lill-pajjiż lura fuq ittriq tas-sigurtà, il-prosperità u l-paċi. Fil-fehma tiegħu l-Istati Uniti għandha tkun ġeneruża, però dan m’għandux isir b’detriment għall-infurzar talliġi u l-ordni pubblika. Huwa sostna illi, jekk il-poplu jagħżel li jagħtih il-presidenza, ilkriminalità u l-vjolenza mhux se jitħallew ikomplu jirrenjaw fil-pajjiż. Kif għamel kemm-il darba fil-passat, Trump tefa’ parti mir-responsabbiltà taż-żieda fil-kriminalità fuq l-immigranti li daħlu fil-pajjiż illegalment. Hawnhekk, huwa semma li, attwalment, fl-Istati Uniti hemm madwar 180,000 immigrant illegali b’rekords kriminali li baqgħu fil-pajjiż minkejja li ġew ordnati mill-

awtoritajiet biex jitilqu. Fuq il-front ekonomiku, Trump sostna li l-faqar żdied bil-bosta matul il-presidenza ta’ Barack Obama, speċjalment fost il-minoritajiet etniċi. Fost ir-raġunijiet li ta għal dan l-istat ta’ fatt, huwa semma l-kollass tas-settur tal-manifattura li wassal għal defiċit kummerċjali ta’ mijiet ta’ biljuni ta’ dollari fis-sena. Dan seħħ filwaqt li d-dejn nazzjonali żdied minn ftit aktar minn $10.6 triljun għal madwar $19-il triljun – jiġifieri minn madwar €9.67 triljun għal €17.25 triljun jekk wieħed ma jikkunsidrax l-inflazzjoni. Fejn tidħol il-politika barranija, Trump sostna li fi żmien il-presidenza ta’ Obama, l-Istati Uniti ġiet umiljata fuq livell internazzjonali f ’diversi okkażjonijiet. Fil-fehma

tiegħu, din it-triq għan-niżla bdiet meta Hillary Clinton ingħatat il-kariga ta’ Segretarju għall-Istat fl-2009. Huwa sostna li, sal-2009, l-Istat Iżlamiku lanqas kien fuq il-mappa, il-Libja kienet qiegħda tikkopera, l-Eġittu kien fil-paċi, l-Iraq kien qiegħed jesperjenza tnaqqis filvjolenza, l-Iran kien qiegħed jiġi fgat bis-sanzjonijiet u s-Sirja kienet taħt kontroll. Madankollu, fi tmiem ilmandat ta’ Clinton fl-2013, is-sitwazzjoni kienet marret lura fuq kull wieħed minn dawn il-fronti. Għaldaqstant, Trump sostna li l-legat tagħha kienu l-mewt, id-distruzzjoni u d-dgħufija. X’qed jipproponi Trump,

però,

saħaq

li

l-legat ta’ Obama u Clinton m’għandhomx għalfejn ikunu l-legat tal-Istati Uniti wkoll. Hawnhekk, huwa beda jelenka l-lista ta’ prijoritajiet li se jadotta biex ibiddel issitwazzjoni attwali b’miżuri li, fil-fehma tiegħu, ipoġġu l-interessi tal-Istati Uniti fuq quddiem. Fost l-aktar proposti li spikkaw fid-diskors kien hemm dik talekonomija, fejn il-kandidat Repubblikan għall-presidenza wiegħed li jdaħħal miżuri li se joħolqu miljuni ta’ postijiet taxxogħol ġodda. Huwa ppreveda li dawn il-miżuri mhumiex se jkunu popolari mal-interessi finanzjari li ħadu kontroll ta’ Hillary Clinton u l-parti l-kbira tal-klassi politika Amerikana. Madankollu, Trump esprima d-determinazzjoni li jimplimenta l-aġenda tiegħu minkejja l-oppożizzjoni li qed isib mill-eliti Amerikani. Fost il-miżuri ekonomiċi li semma hemm dak li jbiddel jew jabbanduna d-diversi ftehim kummerċjali multilaterali li fil-fehma tiegħu qegħdin ikissru s-settur tal-manifattura. Minflokhom huwa ppropona li jsiru ftehim bilaterali ma’ kull pajjiż li jixtieq jinnegozja b’mod ġust mal-Istati Uniti. Fuq il-front internazzjonali, huwa sostna li l-presidenza tiegħu se ġġib it-tmiem talpolitika ta’ ndħil fi kwistjonijiet interni ta’ pajjiżi oħra. Minflok, l-Istati Uniti se taħdem malalleati tagħha biex jinqered l-Istat Iżlamiku. Sadanittant, l-influss ta’ immigranti, regolari

u le, se jkun sospiż meta l-pajjiż ta’ oriġini jkun meqjus bħala wieħed li ġie kompromess mitterroristi. Barra minn hekk, huwa kkonferma l-intenzjoni tiegħu li jibni ħajt bejn l-Istati Uniti u l-Messiku biex l-influss ta’ immigranti mill-Amerika Ċentrali u ta’ Isfel tkun ikkontrollata aħjar. L-impatt tad-diskors Kollox ma’ kollox, Trump offra d-diskors li kien mistenni minnu – wieħed li jattakka r-rekord tal-amministrazzjoni Demokratika filwaqt li jappella lir-Repubblikani biex jingħaqdu wara l-kandidatura tiegħu. Fejn tidħol din tal-ewwel, bosta oppożituri ta’ Trump poġġew fid-dubju l-istampa negattiva li huwa ta talpresidenza ta’ Obama. B’mod partikolari kien imfakkar li l-President attwali wiret ekonomija fuq għarkupptejha b’riżultat tal-kriżi finanzjarja li laqtet lill-pajjiż bejn l-2007 u l-2008. Madankollu, taħt it-tmexxija ta’ Obama l-ekonomija stabbilizzat ruħha u nħolqu miljuni ta’ postijiet tax-xogħol. Is-suċċess fuq it-tieni front għadu jrid jiġi ġġudikat hekk kif tul il-Konvenzjoni ta’ din il-ġimgħa l-wirjiet ta’ diżapprovazzjoni għal Trump mir-Repubblikani stess ma naqsux. Iż-żmien jurina jekk il-biljunarju Amerikan jirnexxilux ibiddlilhom ilfehma sa Novembru.


16 24|07|2016

1

kullhadd.com

TA’ BARRA

MINN MADWA

GUTERRES IL-FAVORIT

2 1

Skont rapporti li dehru fil-midja internazzjonali, l-eks-Prim Ministru tal-Portugal Antonio Guterres huwa l-favorit biex ikun is-suċċessur ta’ Ban Ki-moon bħala s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU). Dawn ir-rapporti ma kinux ikkonfermati mill-NU hekk kif il-votazzjoni suppost issir b’mod sigriet. Madankollu, dan l-għajdut qiegħed jindika li Guterres huwa l-uniku kandidati li mhux qiegħed jiffaċċja oppożizzjoni minn xi wieħed mill-15-il membru tal-Kunsill tas-Sigurtà. Il-proċess ta’ votazzjoni mistenni li jkompli għaddej sakemm jintlaħaq ftehim fuq kandidat wieħed – ħaġa li għandha sseħħ sa Ottubru. Wara din il-fażi, il-Kunsill tas-Sigurtà jrid jirrakkomanda l-kandidat favorit lill-Assemblea Ġenerali għall-approvazzjoni.

2

L-IRLANDA SE TINGĦAQAD?

3 Il-Prim Ministru tar-Repubblika Irlandiża Enda Kenny wissa li r-riżultat tar-referendum li se jwassal għat-tmiem tassħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea jista’ jwitti t-triq biex pajjiżu jerġa’ jingħaqad mal-Irlanda ta’ Fuq. Dan hekk kif, skont Kenny, dan il-vot jattiva klawsola tal-Good Friday Agreement tal-1998 li tirreferi għal referendum dwar irriunifikazzjoni. Il-Prim Ministru tar-Repubblika Irlandiża sostna li din ilpossibbiltà bħalissa hija remota, imma fakkar li sa ftit talġimgħat ilu anke ċ-ċans li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni deher baxx. Għaldaqstant, huwa qal li wieħed ma jista’ jeskludi xejn. Minkejja li diversi politiċi miż-żewġ stati Irlandiżi diġà esprimew ruħhom favur referendum ta’ din ix-xorta, ilgvernijiet ikkonċernati għadhom ma għamlux talba formali.

IR-RENJU UNIT IĊEDI L-PRESIDENZA Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May infurmat lill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk li pajjiżha se jċedi l-presidenza talUnjoni; rwol li kellu jieħu f ’idejh tul it-tieni nofs tal-2017. Kelliema għal May qalet li d-deċiżjoni ttieħdet hekk kif il-Prim Ministru ħasset li pajjiżha għandu jiffoka l-enerġija politika tiegħu fuq il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea matul il-perjodu kkonċernat. Kien hemm għajdut marbut ma’ diversi pajjiżi li esprimew ir-rieda tagħhom li jimlew il-vojt li ħalla fl-iskeda r-Renju Unit. Madankollu, jidher li se tkun l-Estonja li se tieħu din ir-responsabbiltà billi tantiċipa l-presidenza tagħha b’sitt xhur. Wara dan il-perjodu, il-pajjiżi mistennijin li jieħdu l-presidenza f ’idejhom skont is-sekwenza oriġinali.

4

3


TA’ BARRA

kullhadd.com

AR ID-DINJA 6

24|07|2016 17

TURIJA TA’ OPPOŻIZZJONI

3 5

6

Nhar it-Tlieta li għadda l-Korea ta’ Fuq sparat tliet missili ballistiċi li koprew distanza ta’ aktar minn 500 kilometru qabel ma’ niżlu fl-ibħra tal-Lvant tal-pajjiż. Skont l-Istati Uniti, tnejn mill-missili kienu tat-tip Scud u oħra Rodong. L-Amerikani għandhom interess partikolari f ’dan ir-reġjun hekk kif huma alleati tal-Korea ta’ Isfel; relazzjoni li riċentement wasslet għal qbil għall-installazzjoni tas-sistema ta’ diviża kontra l-missili. Fil-fatt, dan il-ftehim jidher li huwa r-raġuni wara l-mossa tal-Korea ta’ Fuq li sparat il-missili tagħha bħala turija ta’ oppożizzjoni lejn indħil Amerikan li fil-fehma tagħha mhuwiex ġustifikat. Madankollu, l-Istati Uniti diġà ħabbret li l-iżviluppi ta’ din il-ġimgħa mhumiex se jaffettwaw il-pjanijiet tagħha.

5

4

MIŻURI RADIKALI

STAT TA’ EMERĠENZA Is-Senat u l-Parlament Franċiż ivvota favur l-estensjoni b’sitt xhur tal-istat ta’ emerġenza f ’pajjiżhom b’konsegwenza tal-attakk ta’ Nizza li ħalla 84 persuna mejta. Franza ilha f ’dan l-istat minn Novembru li għadda; jiġifieri millattakki li seħħew f ’Pariġi. Madankollu, s’issa l-estensjonijiet kienu qegħdin isiru bi tliet xhur kull darba. L-attakk ta’ Nizza, però, ġiegħel lillGvern Franċiż jieħu azzjonijiet aktar radikali hekk kif dan espona n-nuqqasijiet tal-miżuri ta’ sigurtà li ġew implimentati s’issa. Fost l-oħrajn, l-istat ta’ emerġenza qiegħed jippermetti lill-Forzi tal-Ordni li jagħmlu tfittxjiet fid-djar tan-nies mingħajr l-approvazzjoni talġudikatura. Barra minn hekk, l-awtoritajiet għandhom aktar libertà biex jissorveljaw issistemi ta’ komunikazzjoni.

Il-President tat-Turkija Recep Tayyip Erdogan ħabbar li l-Gvern se jkun qiegħed jagħmel ristrutturazzjoni sostanzjali tal-Armata Torka biex ikunu evitati attentati ta’ kolp ta’ stat bħal dak li rajna l-ġimgħa li għaddiet. Erdogan ma tax dettalji preċiżi ta’ x’se tinvolvi din ir-ristrutturazzjoni, però huwa sostna li l-attentat wera li kien hemm nuqqasijiet serji fisservizzi ta’ sigurtà u intelliġenza. Barra minn hekk, il-Gvern Tork iddikkjara stat ta’ emerġenza li ppermettielu jieħu passi ibsin kontra kull min qiegħed jiġi ssuspettat b’konnessjoni mal-kolp ta’ stat. Dawn il-miżuri affettwaw madwar 60,000 ruħ li ġew sospiżi minn xogħolhom jew arrestati matul il-jiem li għaddew.


18 24|07|2016

kullhadd.com

MILL-ISTORJA

MILL-ISTORJA

MITT SENA ILU Kitba ta’

MARY

CHETCUTI

koppja Mintoff kellha 11-il wild b’kollox. It-tmiem tal-Gwerra l-Kbira seħħ f ’Novembru 1918 u ġab miegħu taqliba li qatt ma seħħet bħalha fix-xena politika Ewropea. L-imperi Awstrijaċi u Ġermaniżi, li kkaġunaw ilgwerra, flimkien mal-alleat Ottoman, ikkrollaw. Qabilhom irRussi kienu esperjenzaw l-akbar qawmien kontra imperjaliżmu skjavist li ntrebaħ mill-ħaddiema u twaqqaf Stat Bolxevist. IsSoċjaliżmu, li twieled qabel ilGwerra l-Kbira, beda jieħu sura fil-forom ta’ gvernijiet ġodda ta’ wara l-gwerra. Madankollu, ħakma kolonjali u Knisja dominanti fuq pajjiża ma tantx ħallew nifs lill-poplu Malti biex jiżviluppa politikament. Il-patrijott Soċjalista Manwel Dimech kien ġie eżiljat minn Malta mal-bidu tal-gwerra talli pprova jgħallem u joħroġ lillpoplu Malti mid-dalma talTwieldet tarbija injuranza sabiex iqum għadFl-eqqel tas-sajf ta’ dik is-sena, drittijiet tiegħu. nhar il-Ħadd 6 ta’ Awwissu, twieldet tarbija fi ħdan familja Fetħu n-nar fuq il-folla Bormliża mill-klassi talMaltin tal-klassi ħaddiema. Kien il-jum li fih Fl-1919, il-Knisja tiċċelebra l-festa tas- għolja msieħba fl-Assemblea Salvatur u ta’ San Duminku, u Nazzjonali bdew taħditiet forsi kien għalhekk li Wenzu biex iressqu talba quddiem Ingliż għal Mintoff u martu Ċettina il-Gvernatur semmew l-ewwel wild tagħhom kostituzzjoni Maltija. Nhar is-7 mis-subien, Duminku. Il- ta’ Ġunju 1919, waqt waħda Bdiet is-sena 1916 u l-gwerra kienet għadha tkarkar. Dik li l-irjus kbar u pompużi tal-imperi Ewropej ftaħru li kienet se tkun il-gwerra li ttemm il-gwerer kollha nbidlet f ’massakru mdemmi u bla sens. Irġiel u żgħażagħ marru jbiċċru lil xulxin f ’isem il-patrija u ma rritornaw qatt. F’dak iż-żmien Malta kienet qed tintuża bħala sptar militari talħakkiema Brittaniċi u d-dominji tagħhom. L-infermiera talMediterran, kif tlaqqmet il-gżira tagħna, kienet qed iddewwi s-suldati korruti miġjuba hawn u tidfinhom meta jitilfu l-aħħar battalja tagħhom. Irġiel u żgħażagħ Maltin ingaġġati fisservizz militari Ingliż intbagħtu jiġġieldu gwerra li lanqas biss kellhom x’jaqsmu magħha; kien żmien ta’ faqar kbir u b’xi mod riedu jmantnu l-familji tagħhom.

mill-laqgħat tal-Assemblea Nazzjonali, ħaddiema Maltin inġemgħu fit-toroq tal-Belt biex juru d-dwejjaq tagħhom u pprotestaw kontra l-prezz għoli tal-qamħ u taxxi eżaġerati imposti mill-Gvern Brittaniku; kif jaf kulħadd is-suldati Ingliżi fetħu n-nar fuq il-folla u b’kollox inqatlu sitt Maltin. Fis-16 ta’ Mejju 1921, Malta ingħatat l-ewwel kostituzzjoni Maltija mfassla mill-barranin magħrufa bħala l-Milner-Amery Constitution. Xahar qabel kien miet fl-eżilju Manwel Dimech. Fl-istess sena twaqqfet il-Camera del Lavoro li eventwalment saret il-Partit Laburista Malti. Fl-1921, it-tfajjel Duminku Mintoff beda jattendi l-Iskola Primarja ta’ Bormla mnejn rebaħ borża ta’ studju għasSeminarju tal-Isqof fil-Furjana. Kien student b’intelliġenza kbira u dejjem minn ta’ quddiem firriżultati sakemm il-Kurja ta’ Malta rtiratlu l-borża ta’ studju għax, skont huma, ladarba l-ġenituri tiegħu kellhom flus biex jagħmlu festin tat-tieġ lil oħtu, daqstant setgħu jħallsu għall-edukazzjoni ta’ binhom. Mintoff kompla l-iskola filLiċeo u ġab il-matrikola biex fl-1933 daħal jistudja għal perit fl-Università ta’ Malta. Għalkemm kien okkupat blistudju, iż-żagħżugħ Mintoff kien jinteressaħ dak kollu li kien għaddej madwaru. Kien jaf sew li l-partiti politiċi eżistenti kienu aljenati fil-ġlieda (jew pika) jekk għandux jintuża l-ilsien Taljan jew l-ilsien Ingliż fl-istituzzjonijiet għolja Maltin. Il-ħolqien tax-xogħol għallpoplu ħaddiem u l-ixprunar għal riformi progressivi għall-ġid ta’ kulħadd ma kellhom l-ebda rilevanza għalihom. Mintoff ma kienx tal-istess

fehma. Kellu konvinzjonijiet soċjalisti ta’ Manwel Dimech u bħalu ried li l-poplu Malti u Għawdxi joħroġ mill-injoranza u s-superstizzjoni li nżamm mgħaddas fihom ħalli jiftaħ moħħu u ma jħalli lil ħadd jgħaddih biż-żmien aktar. Ried jgħallem, ried ifiehem u ried jimbotta sabiex jitwettqu ideat ġodda li jgħollu l-livell ta’ għajxien tal-ħaddiema. Għaldaqstant, daħal żgħir filkamp politiku u bejn l-1936 u 1937, fl-età ta’ 20 sena, inħatar Segretarju Ġenerali tal-Partit talĦaddiema. Kien jikteb ħsibijietu fuq gazzetti lokali u l-kritika ħarxa li beda jaqla’ mill-elitisti Maltin serviet biex tkompli tissudah fil-prinċipji soċjalisti. Borża ta’ studju Malli temm l-università, Mintoff applika għal borża ta’ studju offruta lil gradwati li kienu jixtiequ jkomplu bl-istudji barra minn Malta. Fl-1939 kien wieħed mill-ftit studenti tal-Imperu Brittaniku kollu li rebaħ ir-Rhodes Scholarship fl-Università ta’ Oxford, l-Ingilterra. Ftit xhur wara l-wasla tiegħu faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinija u ma setax jirritorna Malta; għaldaqstant, meta lesta l-istudji, inħatar perit fuq proġetti ċivili tal-Gvern Ingliż. F’Oxford, Mintoff issieħeb malFabien Society, għaqda soċjalista b’filosofiji politiċi moderni u progressivi. F’din l-għaqda huwa kompla jissawwar politikament fit-twemmin ta’ politika soċjali kollettiva mibnija fuq l-edukazzjoni u stat ta’ benefiċċji soċjali li flimkien jeqirdu l-faqar. Bdiet is-sena 1944 u l-bombi tal-għadu kienu tbiegħdu minn fuq gżiritna. Mintoff irritorna Malta biex sab il-pajjiż imfarrak

u l-poplu ifqar minn meta ħallieh. Xammar il-kmiem u ntefa’ b’ruħu u ġismu jaħdem fi ħdan il-Partit Laburista u mal-mexxej, it-Tabib Pawlu Boffa. Fl-1945, Mintoff inħatar Debutat Mexxej tal-Partit u wara l-elezzjoni tal-1947 inħatar Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Rikostruzzjoni. Ix-xogħol kien kbir għax id-devastazzjoni li ħalliet il-gwerra kienet enormi. Il-flus allokati għal Malta millMarshall Plan Amerikan kienu miżerja meta pparagunati malmijiet ta’ miljuni li ngħataw il-Ġermanja u l-Italja, il-pajjiżi li kkaġunaw gwerra oħra bla sens. Mintoff ħeġġeġ lill-Prim Ministru Boffa biex ikun iebes fin-negozjati mal-Gvern Ingliż ħalli Malta tieħu dak kollu li kien ħaqqha; għal darb’oħra kienu daħħluna fi gwerra ta’ ħaddieħor u l-poplu Malti kien demoralizzat u mġewwaħ. L-għoti tal-George Cross waħdu la kien se jitma’ l-familji u lanqas isewwi l-bliet imġarrfa. Boffa għamel negozju ħażin u l-argument bejnu u bejn Mintoff tant eskala li fl-1949 Mintoff qasam il-partit u daħal għall-missjoni ta’ mexxej talPartit Laburista. Minn dakinhar ’il quddiem Dom Mintoff ħadem bla heda iżda mhux bla tfixkil biex ħareġ lil Malta minn taħt ħakma barranija u għamilha stat repubblikan u newtrali mibni fuq ix-xogħol, edukazzjoni b’xejn għal kulħadd sal-livell terzjarju u struttura soda ta’ benefiċċji soċjali. Kien dejjem fiduċjuż li jasal fejn ried għax kellu l-poplu ħaddiem kollu warajh. Millintelliġenza u d-determinazzjoni ta’ Duminku bin il-ħaddiema, li twieled mitt sena ilu, għadu qed igawdi l-poplu Malti u Għawdxi sal-lum.


PERSONALITÀ

kullhadd.com

24|07|2016 19

JASPIRA LI L-HIP HOP JITKATTAR AKTAR F’MALTA RAMONA

PORTELLI TINTERVISTA LIL

LISTON

BONGAILAS Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com Email: ramonaportelli@hotmail.com

Il-hip hop huwa tip ta’ arti li dan l-aħħar ħa aktar spinta hawn Malta għalkemm, sfortunatament, il-hip hop għadu jitqies sempliċiment bħala kant jew żfin għax m’hemmx biżżejjed għarfien dwaru. Dan l-aħħar sirt naf b’żagħżugħ u t-tfajla tiegħu li ilhom midħla tal-hip hop għal dawn l-aħħar 11-il sena. Qed nirreferi għal Liston Bongailas u t-tfajla tiegħu Charline Grange. Minn mindu bdew, dejjem ħadu din l-arti bisserjetà u rnexxielhom jiksbu rebħiet f ’kompetizzjonijiet mal-ewwel tliet snin li bdew. Fis-sena 2008 iddeċidew li jkomplu jsaħħu l-abbiltajiet tagħhom billi ħadu sehem għall-ewwel darba f ’kompetizzjoni kbira internazzjonali fil-Ġermanja li jisimha Battle of the Year. Hemmhekk kien il-bidu ta’ kuntatti fejn iltaqgħu ma’ żeffiena u kulturi oħra u tgħallmu jsaħħu u jibnu fuq dak li kienu diġà jafu. Liston għandu 27 sena, filwaqt li Charline għandha 26 sena. Bdew jgħiduli li meta kienu studenti kienet diffiċli għalihom biex isiefru spiss blistipendju biss, però sakemm iggradwaw u bdew jaħdmu baqgħu jirsistu u jsiefru kull sena għal xi kompetizzjoni u jipprattikaw din l-arti wara l-ħin tal-studju. “Minn dejjem kienet il-ħolma tagħna li naqsmu ma’ ħaddieħor dak li aħna tant inħobbu u ngħożżu u sibna ħafna diffikultajiet biex dan nagħmluh. Street Element huwa l-isem taliskola li aħna mmexxu u li bdiet tliet snin ilu meta Charline, bħala għalliema, kellha ċ-ċans li tagħti lezzjonijiet fl-iskola primarja tax-Xgħajra. Minn hemm bdiet id-domanda biex aħna ngħallmu u bdejna minn garaxx ta’ karozza waħda taħt l-art u mxejna għal xi żewġ postijiet oħra sakemm flaħħar kellna studio mgħammar b’dak kollu li żeffien jitlob biex jipprattika,” beda jgħidli Liston. Din il-ħolma kompliet tikber meta skejjel oħra kbar taż-żfin f ’Malta sejħulhom biex jibdew jgħallmu fl-iskola tagħhom ukoll sabiex jiftħu din il-kategorija tal-hip hop u breakdance bħala klassijiet u llum il-ġurnata jistgħu

jgħidu li Street Elements Hip Hop Artists hija familja kbira ta’ nies li jagħtuhom ħafna appoġġ sabiex ikomplu jsaħħu dak li bdew. Jirrappreżentaw lil Malta barra minn xtutna Ta’ min jgħid li Liston u Charline ilhom mis-sena 2008 jmorru barra minn Malta biex jirrappreżentaw lil pajjiżhom f ’din il-kultura, u jħallsu kollox minn buthom. Fil-fatt, saħqu fuq il-fatt li jixtiequ li jkollhom aktar kollaborazzjoni millawtoritajiet Maltin sabiex jgħinu gruppi bħalhom biex ikomplu jkattru din il-kultura f ’pajjiżna u kif ukoll l-aprezzament li qed jirrappreżentaw lil Malta f ’diversi pajjiżi differenti u jġibu unuri lil Malta. F’Novembru li għadda Breaking Limits, li hija NGO Maltija, tat l-għajnuna tagħha biex ġabu żeffien mill-Olanda biex jagħmel workshop. Fis-sena 2013 waqqfu skola ta’ din l-arti stess – Street Elements. Xtaqt naf aktar dwar x’toffri eżatt din l-iskola. B’hekk ħallejt f ’idejh sabiex

jagħtini aktar informazzjoni. “Aħna, bħala Street Elements Hip Hop Artists, ngħallmu breakdance u hip hop/street dance mill-età ta’ sitt snin u aktar. Il-klassijiet tagħna jibdew minn dawk bażiċi sa livell professjonali. Nibbażaw ħafna fl-element taż-żfin minn qabel ma ngħaddu student għal ċertu mossi avvanzati u nibbażaw il-kunċett tagħna li l-persuna għandha tkun tħobb il-mużika sabiex hija tħobb iż-żfin. Din hija katina u għalhekk l-isem tal-iskola tagħna huwa Street Elements, għax dan kollu beda mittoroq tal-Amerika u llum spiċċa f ’livell professjonali,” infurmani Liston. Għal ħafna persuni l-hip hop ifisser kant jew żfin, iżda fil-verità huwa ħafna aktar minn hekk. Fil-fatt, ħallejt f ’idejn Liston biex jelabora aktar dwar dan. “Dak huwa s-sabiħ ta’ din l-arti. Dawn il-movimenti jinkludu ħafna elementi fosthom żfin hip hop u breakdance, kant (rapping), tpinġija (graffiti), djing u kif ukoll għarfien meta wieħed jidħol fl-istorja u t-teorija ta’ din il-kultura. Kull element għandu wkoll l-elememti tiegħu; pereżempju ż-żfin għandu t-teknika ta’ mossi, bilanċ, ta’ flow u tal-mużika flistess ħin. Hemm ukoll it-top rock (meta niżfnu bilwieqfa), footwork (meta nkunu jdejna mal-art u nagħmlu ċertu mossi b’saqajna) u l-freezes (movimenti fejn wieħed ikollu jieqaf mal-beat), power moves (mossi ta’ ċertu saħħa u dinamika) u ħafna aktar dettalji u movimenti li huma infiniti f ’din il-kultura. Hemm ħafna elementi marbuta ma’ din l-arti. L-importanti fil-hip hop huwa li tħossok komdu f ’dak li tagħmel u tagħmlu

b ’ ċ e r t u dixxiplina.” Kultura li qed interpretata ħażin

tiġi

Żied jgħidli li, sfortunatament, josserva ħafna abbuż fuq il-midja soċjali li m’għandu x’jaqsam xejn mal-verità dwar din il-kultura, fejn tiġi interpretata ħażin ħafna u b’hekk il-ġenituri jibżgħu li t-tfal tagħhom ikunu parti minnha minħabba l-promozzjoni ħażina li qed tingħata. “Punt importanti ħafna huwa li hawn min jaħseb li dan iż-żfin huwa għat-tfal biss; imma dawn huma ferm żbaljati għax hemm pijunieri li għandhom ’il fuq minn 50 sena u għadhom jagħmlu parti minn din il-kultura u jieħdu sehem f ’attivitajiet diversi għax, kif semmejt qabel, fiha ħafna elementi bla ebda limitu. Ta’ min jgħid li bħala grupp ilhom mis-sena 2008 isiefru u jirrappreżentaw lil Malta f ’pajjiżi differenti fosthom Londra, ilĠermanja, l-Olanda, Milan, Bologna, Ruma, il-Polonja, is-Slovakkja, Wales, Birmingham u kif ukoll Colletorto. Kisbu diversi suċċessi, fosthom ġew magħżula mal-aqwa 16 minn madwar 70 grupp f ’Ruma f ’kompetizzjoni jisimha Funky Fresh Worldwide. Liston ġie fittielet post f ’kompetizzjoni fis-Slovakkja, u Charline ġiet magħżula mal-aqwa 16il tfajla żeffiena f ’Bologna f ’April li għadda, u issa għadhom kif ġew infurmati li kemm Liston, Charline, u anke Elton Gialanze li huwa parti mit-tim ta’ Underground Shadowz u jagħti ħafna għajnuna lil Street Elements, ġew mistiedna Milan sabiex jagħtu workshops kif ukoll se jmorru jirrappreżentaw

lil Malta f ’Pesaro l-Italja f ’kompetizzjoni jisimha Hip Hop Connection, li hija waħda mill-akbar kompetizzjonijiet fl-Italja. Għadhom kif rebħu kompetizzjoni tal-hip hop f`Malta jisimha Hell Energy Drink All Style Battle u ġew ukoll fittieni post f ’kompetizzjoni internazzjonali f ’Malta li jisimha R16. Rebħu lil timijiet Taljani u ġew fil-finali ma’ tim mill-Iżvezja. “Sfortunatament, sakemm ma nkunux mistiedna, inħallsu kollox minn butna. Sa issa l-ebda għajnuna ma sibna u, wara kollox, aħna qed nirrappreżentaw lillbandiera Maltija kull fejn inmorru,” stqarr Liston. Ta’ min jgħid ukoll li, bħala grupp, spiss joffru spettaklu lill-kommunitajiet lokali b’wirjiet f ’attivitajiet speċjali bħal Puttinu, L-Istrina u kull fejn jistidnuhom biex jagħtu l-għajnuna u anke shows ta’ spettaklu. L-għan ewlieni tagħhom huwa li joltqu kemm jista’ jkun nies Maltin biex iwasslu l-messaġġ ta’ x’inhu verament il-hip hop u li dan mhuwiex biss żfin, imma kif persuna tgħix il-hip hop. “Nagħmlu dan ix-xogħol minn qalbna u hija xi ħaġa sabiħa li naqsmu l-abbiltajiet tagħna ma’ ħaddieħor sabiex kulħadd igawdi minn din ilkultura. Għandna nagħtu importanza aktar lil din ilkultura li dejjem qed tikber u tiżviluppa globalment. Din hija kultura li fiha tilqa’ lil kulħadd mingħajr l-ebda limitu u hija tip ta’ ħajja li, bl-elemeti kollha tagħha, tolqtok żgur,” temm jgħid Liston. Aktar informazzjoni tinkiseb mill-paġna ta’ Facebook Street Elements Hip Hop Artists.


KALEJDOSKOPJU

20 24|07|2016

kullhadd.com

Fatti miġbura minn

KURŻITAJIET

IRKANT TA’ ASTON MARTIN TAL-1936

CHARLES B.

SPITERI

ĠRAW BĦAL-LUM 1567: 1793: 1883: 1900: 1905: 1910: 1911: 1919: 1925: 1931: 1935: 1938: 1941: 1943: 1944: 1948: 1958: 1959: 1961: 1963: 1967: 1974: 1985: 1990: 2001: 2007: 2014: 2015:

Marija, Reġina tal-Iskoċċiżi, tiġi mġiegħla tabdika, hekk kif binha ta’ sena jsir ir-Re Ġakmu VI tal- Iskoċċiżi. Franza tgħaddi l-ewwel liġi tal-copywright. Arabi Pasha jiddikjara gwerra qaddisa fl-Eġittu. Irvell razzjali fi New Orleans. Jinqatlu żewġ pulizija bojod. Il-Kzar Nikola t-Tieni (tar-Russja) u l-Imperatur Wilhelm II (tal-Ġermanja) jiffirmaw it-Trattat Bjorko, fejn kull pajjiż jaqbel li jgħin fid-difiża ta’ xulxin jekk jiġi attakkat mill-qawwiet Ewropej. Il-matador Juan Belmonte, ta’ 18-il sena, joqtol l-ewwel barri tiegħu. L-arkeologu u esploratur Hiram Bingham isib Machu Picchu, il-belt mitlufa tal-Incas. Irvell razzjali f ’Washington. Jinqatlu sitta min-nies u 100 jisfaw feruti. John T. Scopes jinstab ħati għat-tagħlim tal- evoluzzjoni mix-xadina. Jeħel multa ta’ mitt dollaru u l-ispejjeż tal-kawża. Paavo Nurmi jwettaq rekord dinji meta jiġri żewġ mili fi tmien (8.59.6) minuti. Jintbagħtu l-ewwel awguri bit-telegrafu fil- Brittanja. Ivvintat l-instant coffee. Il-President Amerikan Franklin D. Roosevelt jisħaq li t-truppi Ġappuniżi joħorġu mill-Indo- Ċina. Tibda l-Operazzjoni Gomorrah. L-RAF tibda tibbumbardja Hamburg (sat-3 ta’ Awwissu). Jinqatlu 42,600 ruħ. 300 ajruplan tal-alleati jitfgħu bombi fuq ilqagħdiet tal-alleati tal-Ġermanja. Is-Sovjetiċi jimblukkaw lil Berlin mill-Punent. Ted Williams jiġi mmultat $250 talli għal darb’oħra beżaq lejn il-partitarji ta’ Boston. Reġistrat il-500,000 televiżjoni Olandiż. Tibda moda ġdida: ajruplan kummerċjali Amerikan jinħataf lejn Kuba. 124 koppja jiżżewġu bir-rit tal-knisja talunifikazzjoni fil-Korea. In-Norveġja titlob għas-sħubija fis-Suq Komuni Ewropew. Il-Qorti Suprema taqbel unanimament li l-President Amerikan Richard Nixon għandu jagħtiha t-tapes fil-każ Watergate. L-uffiċjali tas-servizz sigriet Franċiżi, Dominique Prieur u Alain Mafart jiġu arrestati u akkużati b’attakk terroristiku wara li għamlu żewġ bombi mal-vapur tal-Greenpeace Rainbow Warrior u għerrquh f ’Aukland, New Zealand. Bastimenti Amerikani tal-gwerra jitqiegħdu fuq allert fil-Golf Persjan wara li l-Iraq jiġbor madwar 30,000 suldat fil-fruntiera tiegħu mal-Kuwajt. Simone Saxe-Coburg-Gotha, l-aħħar Kzar talBulgarija (kien għadu tifel), jingħata l-ġurament ta’ Prim Ministru tal-Bulgarija, u jsir l-ewwel monarka fl-istorja li jikseb mill-ġdid il-poter politiku permezz ta’ elezzjoni demokratika f ’uffiċċju differenti minn ta’ qabel. Il-Libja teħles lis-sitt tobba fil-ġuri fuq l-HIV fil- Libja. ’Il fuq minn 10,000 Palestinjan jipprotestaw kontra l-operazzjoni Iżraeljana f ’Gaza; żewġ Palestinjani jinqatlu hekk kif membri tal-Brigati Al-Aqsa jisparaw fuq il-forzi Iżraeljani. Il-President Amerikan Barack Obama jibda żjara storika ta’ jumejn fil-Kenja.

Karozza leġġendarja Ingliża tat-tlielaq se tkun irkantata u mistennija li ġġib €1,199,640. Il-karozza tat-tip Aston Martin Speed Model Red Dragon tal-1936, inbniet biex tegħleb lill-BMWs Ġermaniżi u kisbet il-fama wara li kkompetiet fit-tlielaq storiċi tal-1930 u l-1940. Hi tellqet fil-Mille Miglia tal-

Italja, fl-RAC Tourist Trophy f ’Ulster u fit-tellieqa magħrufa ta’ 24 siegħa Le Mans fi Franza. L-irkantaturi ta’ Bonhams kixfu din il-karozza klassika, li ssemmiet Red Dragon, minħabba l-emblema ta’ dragun ta’ Wales. Il-karozza se tinbiegħ f ’Chichester West Sussex fl-10 ta’ Settembru. Hi nħadmet fuq

speċifikazzjonijiet ordnati minn Richard Seaman, issewwieq Ingliż, li ried jisfida lill-karozza Ġermaniża ġdida BMW 328 fl-iktar tellieqa importanti tal-Gran Brittanja dak iż-żmien. Sfortunatament, l-Aston tilfet l-RACTT fl-Irlanda ta’ fuq u nbiegħet lis-sid Olandiż Eddie Hertzberger.

THEDDID RIESAQ MILL-ISPAZJU Tul dawn l-aħħar 12-il sena, Dr Eric Norton, konsulent tanNASA u l-NSA, kellu x-xogħol li jidentifika t-theddid riesaq mill-ispazju, bħal asterojdijiet u kometi. Kien minħabba dan ix-xogħol li f ’Jannar tal-2012 identifika xi ħaġa serja: lemaħ flotta enormi ta’ aljeni resqin lejn id-Dinja. Fit-22 tal-istess xahar kien mistieden tal-Osservatorju MacDonald, qrib il-Forti Davis f ’Texas, u l-għodda pprovduta lilu għenitu aktar jevalwa t-theddida tal-grupp tal-UFOs. “Rajt kwantità kbira ta’ UFOs itiru f ’linja dritta resqin lejn idDinja.” Deher ċar li teknoloġikament il-UFOs kienu żviluppati ferm għax, wara osservazzjoni ta’ tliet xhur, Norton lemaħ li kellhom ħeffa enormi tant li għamlu miljuni ta’ kilometri fi ftit xhur biss. Mill-informazzjoni miksuba permezz ta’ spektroskopu rriżulta li l-materjali użati huma eluf ta’ drabi aktar ibsin minn kull ħaġa li kienet żviluppata s’issa fid-dinja. Loġikament, din it-teorija inkwetat lill-

grupp tar-riċerkaturi. Barra minn hekk, ritratti infrared urew li dawn il-vetturi spazjali huma kbar enormi. Sa Jannar tal-2013, Mars kienet ferm ’il bogħod wara din il-flotta, u għalhekk faċilment seta’ jingħad li kienu resqin lejn il-pjaneta tagħna. Iżda, f ’salt wieħed, sparixxew u ħallew lil Norton jemmen li għamlu xi ħaġa biex ħadd ma jkun jista’ jibqa’ jsegwihom. Fl-aħħar għaxar snin sar progress sinifikanti fuq l-iżvilupp tal-camouflage u għalhekk ikompli jidher li ċ-ċivilizzazzjoni ekstraterrestra diġà għandha t-teknoloġija li tagħmel lill-vetturi spazjali tagħha inviżibbli. Possibbiltà oħra hi li l-flotta biddlet ir-rotta tagħha iżda, minkejja l-użu tat-teleskopju infrared, Norton u t-tim tiegħu ma setgħu jilmħuhom imkien aktar. Kważi sena wara, Norton sema mingħand ekskollega tiegħu li l-flotta dehret millġdid u niżlet fuq il-Qamar. Dan kollu nkiteb f ’rapport intern ipprovdut mill-kollega ta’ Norton.

B’xorti tajba, il-Lunar Reconnaissance Orbital Camera ffotografat l-oġġett u, b’inċident, ir-ritratti spiċċaw fuq Google Maps. Dawn iddehriet jixhdu li oġġett mhux identifikat niżel fi kratier iddaqs ta’ Chicago. Dan juri li meta ngħidu li l-vettura spazjali hija kbira, il-kelma mhix adekwata biżżejjed biex tiddeskriviha. Fil-15 ta’ Jannar tal-2014, id-Dipartiment tad-Difiża Amerikan bagħat tliet TerrierOrion rockets mill-faċilità tanNASA f ’Wallops. Dan kollu hu mniżżel ukoll fir-rapport. It-titjir tar-rockets tqies bħala top secret, u l-missjoni tagħhom inżammet moħbija millpubbliku. Dr Norton irrimarka li s-sejba tiegħu kien żammha sigrieta peress li jaf ikollha effett perikoluż, għax tasal titwaqqa’ kull reliġjon u twassal ukoll għat-tifrik tas-soċjetà nnifisha. Minħabba f ’hekk, Dr Norton jaqbel u jifhem lill-Gvern li għalissa jżomm kollox mistur. Min jaf, forsi jkollna t-tweġibiet kollha hekk kif ilflotta tillandja fuq id-Dinja.


KUN AF

kullhadd.com

24|07|2016 21

KUN AF

DAWRA MAD-DINJA BL-ENERĠIJA TAX-XEMX Kurżitajiet minn hawn u minn hemm Kitba ta’

SAVIOUR

MAMO

Żewġ bdoti riedu jagħmlu sfida li impossibbli titwemmen: dik li jdura mad-dinja b’ajruplan li jaħdem bl-enerġija tax-xemx biss, mingħajr ebda fjuwil u li ma jħalliex tniġġis fl-arja Il-ħsieb ta’ din l-avventura beda f ’Novembru 2003 mill-familja Piccard, li hija famuża għal ħafna avventuri Din it-teknoloġija se tiftaħ il-bibien għal ħafna xjentisti biex ’il quddiem ħafna inġenji jibdew jaħdmu mingħajr fjuwil, b’hekk tonqos ilproblema tat-tniġġis li qed teqred id-dinja. L-ewwel esperiment Solar Impulse huwa proġett esperimentali Żvizzeru ta’ żewġ ajruplani li jtiru fittul mingħajr ebda fjuwil. Huwa ffinanzjat privatament mill-inġinier u negozjant Żvizzeru Andrè Borschberg, u l-psikjatra u astronawta Bertrand Piccard li kien il-kopilota tal-Breitling Orbiter 3, l-ewwel ballun talarja li dar id-dinja mingħajr waqfin. Il-proġett tas-Solar Impulse huwa li jinbena ajruplan apposta li jkun kapaċi jdur dawra mad-dinja bl-enerġija mix-xemx, u wkoll biex iqajjem kuxjenza u jiġbed l-attenzjoni biex niżviluppaw teknoloġiji favur l-ambjent. L-ewwel ajruplan esperimentali kien iddisinjat li jkollu bdot

wieħed u jtir 36 siegħa sħaħ bla waqfien. Il-provi saru għall-ewwel darba f ’Diċembru 2009. Fl-Lulju 2010 reġa’ għamel titjijra oħra ta’ 26 siegħa bla waqfin, inkluż disa’ sigħat itir billejl. Fl-2012 Piccard u Borschberg għamlu titjijra b’suċċess mill-Iżvizzera għal Spanja u l-Morokk. Fis-sena ta’ wara rnexxielhom jaslu sal-Istati Uniti. Ir-rotta bit-tieni ajruplan Fl-2014 tlesta t-tieni ajruplan, is-Solar Impulse 2. Dan kellhu magni iktar b’saħħithom u mgħammar b’iktar pannelli tax-xemx. F’Marzu tal-2015, iżżewġ bdoti bdew l-attentat tagħhom biex iduru maddinja b’dan l-ajruplan. Dan il-vjaġġ kellu l-bidu tiegħu minn Abu Dabi fl-Emirati Għarab Magħquda. Kien ippjanat li t-titjijra madwar id-dinja idum madwar ħames xhur b’waqfin f ’diversi ajruporti. F’Ġunju tal-2015 qasam l-Asja u fix-xahar ta’ wara’ għamel l-itwal vjaġġ bejn il-Ġappun u l-Hawaii. Tul dan il-vjaġġ l-ajruplan sviluppatlu xi ħsara filbatteriji u kellu jieqaf għattiswijiet. Din il-ħsara damet xhur biex tlestiet. F’April tal-2016 is-Solar Impulse 2 reġa’ kompla l-vjaġġ tiegħu fejn wasal sa California. Minn California imbagħad

jgħid li t-temperatura titla’ għal 35ºC fil-kabina waqt l-inżul f ’Abu Dabi. Biex jevita din it-temperatura għolja, l-ajruplan irid itir f ’madwar 21,000 pied għoli. L-iktar ħaġa li qed tinkwieta lil Piccard u sieħbu Andrè hi li l-apparat elettroniku li għandu l-ajruplan ma jiflaħx il-kundizzjonijiet sħan li It-titjira finali hemm f ’dawk l-akkwati. Kważi għaddew 16-il xahar Sakemm ktibt dan l-artiklu, minn mindu s-Solar Impulse il-vjaġġ finali lejn Abu Dabi tar minn Abu Dabi biex idur kien għadu ma sarx. dawra mad-dinja. It-titjijra finali, dik bejn il-Kajr u Abu Tagħrif Dabi, kellha tiġi posposta Impulse jista’ għal data oħra minħabba Is-Solar r-riħ li beda jaħkem fl-inħawi jtella’ veloċità massima ta’ tal-ajruport. Minbarra dan, 87 mil fis-siegħa, imma Piccard kellu wġigħ fl- normalment itir b’veloċità istonku u ma xtaqx li jissogra ta’ 50 mil fis-siegħa. Hu kkalkulat li l-vjaġġ jitla’ bl-ajruplan u jissakkar għal 48 siegħa fil-kabina madwar id-dinja huwa żgħira li bilkemm toqgħod ta’ 22,000 mil (35,000 fiha persuna waħda. Ta’ min kilometru) qasam l-Istati Uniti u wasal New York fil-11 ta’ Ġunju 2016. Fit-23 tal-istess xahar wasal Spanja wara li qasam l-Oċean Atlantiku. Fit-13 ta’ Lulju wasal l-Eġittu u, fi triqtu lejn l-Eġittu, is-Solar Pulse 2 għadda mill-ajru spazjali ta’ Malta.

It-titjijra bejn il-Ġappun u l-Hawaii damet ħamest ijiem u ħamest iljieli. Din kisret ir-rekord fl-istorja talavjazzjoni tal-itwal vjaġġ blajru mingħajr interruzzjoni. L-ajruplan jiżen biss ftit iktar minn karozza normali, imma l-ġwienaħ tiegħu huma wisgħin daqs dawk ta’ ajruplan Boeing 747. Huwa mgħammar bi 17,000 pannell tax-xemx u billejl itir bl-enerġija tal-batteriji. Fil-futur hemm il-ħsieb ta’ proġett bejn it-tim ta’ Solar Impulse, flimkien mal-ABB u Solvay, biex jinbena ajruplan li jtir mingħajr bdot u mingħajr ma jieqaf ħlief għall-bżonn. Dan ikun jista jġorr xi bżonnijiet lejn satelliti jew jiġbor informazzjoni minn fuqhom. Skont Borschberg, dan il-proġett jinsab viċin li jitwettaq.


kullhadd.com

22 24|07|2016

ITTRI

POLITIKU TAT-TIENI L-GĦADA TAĦSEB X’JIĠRI WARA? DIVIŻJONI

Sur Editur,

Sur Editur, Fil-fehma tiegħi, kien pass għaqli li s-seduti parlamentari jkunu mxandra dirett fuq ittelevizjoni tal-Parlament, biex il-poplu Malti u Għawdxi, jekk u meta jrid, isegwi dak li jkun għaddej mill-membri eletti minnhom stess. Però, wieħed irid jinnota li ċerti deputati qed jabbużaw minn dan billi ta’ sikwit jirrepetu, kważi kelma b’kelma, dak li jkun ilhom jgħidu deputati oħra qabilhom, basta jieħdu l-ħin allokat għalihom. Dan l-aktar li jsir mid-deputati talOppożizzjoni, bħalma ġara fis-seduta maratona li damet sigħat twal dwar l-AUM;

sigħat twal nisimgħu l-istess argumenti mingħajr sugu ta’ xejn. Għaliex qed nikteb fuq dan is-suġġett? Għax xbajt nisma’ lil Beppe Fenech Adami jiżżattat biex jitkellem fuq ċerti abbozzi ta’ liġijiet iżda, ta’ politiku tat-tieni diviżjoni li hu, jieħu l-40 minuta allokati lilu biex jitkellem fuq kollox minbarra l-abbozzi li jkunu qed jiġu diskussi. Eżempju ċar kien meta kien qed jiġi diskuss l-abbozz dwar li-istandards tal-parlamentari u Fenech Adami qabad il-kantaliena tas-soltu dwar l-iskandli talGvern Laburista, u addijo l-istandards. Sa ċertu punt ma nagħtihx tort li ma tkellimx dwar l-istandards għax, kif

jgħid il-proverbju Ingliż: Those who live in glass houses should not throw stones, u, kif jaf kulħadd, jekk BFA jgħolli dirgħajh għandu xi jxomm. L-għerf politiku tiegħu huwa tassew limitat; l-uniku qasam li jibbrilla fih huwa dak li jattakka lil dak u lill-ieħor basta li jkun Laburist jew qed jagħti sehmu lill-Gvern Laburista. B’politikanti tat-tip ta’ Beppe Fenech Adami filParlament, mhux ta’ b’xejn ilpoplu qed jitlef kull interess fil-politiċi Maltin; kif ngħidu aħna l-Maltin: mal-ħażin jeħel it-tajjeb.

MATER DEI

Sur Editur,

Mater Dei huwa l-kapolavur tanNazzjonalisti, skont huma, iżda huma għamluh u huma kissruh. Ma qagħdux jitfgħu l-blat, iżda kissruh mod ieħor b’dawk il-kmamar qishom gabubi u l-kurituri li trid taqbad taxi minn naħa għal oħra; id-Dipartiment tal-Emerġenza li kien ta’ periklu kbir għal min jaħdem hemm u għall-istess pazjenti; is-sodod fil-kuritur b’nuqqas ta’ kumdità u li jkerrhu sptar; dawk il-pazjenti li laħqu mietu sakemm waslilhom l-appuntament tal-MRI u dawk l-imsieken li riedu jgħixu għexieren ta’ snin qabel isirilhom CT scan jew X-ray. Mela int tibni dar mingħajr il-kumditajiet ta’ ġewwa? Fejn qatt smajna b’xi ħadd li daħal jgħix f ’dar bla sodod, bla kċina, eċċ. In-Nazzjonalisti biss jagħmluhom dawn il-praspar, imma l-aqwa li sejħulu state of the art. Kien l-Onor.

Chris Fearne li verament għamel lil dan l-isptar state of the art għax sodod fil-kurruduri ftit li xejn baqa’, il-mediċini kollha li hemm bżonn issibhom u, l-aktar ħaġa importanti, l-MRI, CT scans u X-rays, kif ukoll operazzjonijiet, mhux qed idumu ma jsiru grazzi għall-ħidma kontinwa talOnor. Chris Fearne. Ħaġa waħda jonqsu jagħmel Mr Fearne: għandu bżonn li issa jitfa’ ħarstu wkoll fuq il-kliniki u jara li hemmhekk miexi kollox kif suppost u jekk l-istaff u l-impjegati humiex kuntenti bl-affarijiet kif sejrin. Naf li anke hawnhekk l-Onor. Fearne jista’ jirranġa s-sitwazzjoni bħalma rranġa bnadi oħra fl-isptar stess, u għandi tama li l-affarijiet u s-sitwazzjoni filkliniki jinbidlu għall-aħjar kif ġara bnadi oħra. VALERIE BORG, IL-BELT VALLETTA

TICHY, IL-FGURA

Fid-diskussjoni li għaddejja bħalissa tajjeb naħsbu x’jiġri wara għax nafu li l-libertà tal-individwu mhix bla limitu iżda għandha t-tarf fejn tibda l-libertà ta’ individwu ieħor. Jekk b’dak li jagħmel individwu jxekkel, jodrob jew jeqred individwu ieħor, dak jiġi delitt u mhux eżerċitazzjoni ta’ dritt. Huwa tal-iskantament li, dawk li l-iżjed jeħtieġu protezzjoni għax huma żgħar, bla vuċi u bla vot, hawn min irid jeqridhom qabel ma jaraw id-dawl tax-xemx b’taparsi argumenti li ma fihomx bażi xjentifika. Fi żmienna l-bniedem sar kapaċi jimmanifattura, u mhux joħloq mikroċippa kapaċi tipproċessa b’ħeffa tant tagħrif u proċessi; ħaġa li n-natura ma qagħditx tistenna lill-bniedem biex jilħaq l-iskaluna tal-għerf teknoloġiku biex hi ġġib fiddinja ħolqien ġdid b’identità

separata mill-missier u millomm minkejja li f ’ċokon ta’ ċelloli. Identità bi blueprint li, waħidha u mhux imbuttata minn xi buttuni jew raġġi tal-mouse, ‘tibni’ lilha nnifisha sakemm, jekk tingħata ċ-ċans u s-sostenn, tasal biex iġġib fid-dinja bniedem ġdid. Rikkezza li n-natura b’liberalità massiva tagħti anke lil min hu kważi mejjet bil-ġuħ, imbagħad f ’pajjiżna, fejn qed niftaħru li f ’xi settur qegħdin qabel il-Ġermanja, m’aħniex lesti li nilqgħu lil min bħalna jrid li l-ħajja jesperjenzaha u mhux tintemlu qabel ma jkun jista’ jixħet l-għeruq biex jikber u jiżviluppa? Biex uħud mingħalihom jgħattu dak li jqisu ‘żball’, għandna lkoll insiru kompliċi (għax ngħixu fl-istess soċjetà) tal-agħar forma ta’ bullying? Tgħid dan mhux ukoll reat ta’ vjolenza domestika? J. BONETT BALZAN, IL-BALLUTA


MADWARNA

kullhadd.com

24|07|2016 23

“ĦALLEWNI LIBERU U ĦDIMTU IŻJED MILL-QALB” L-artist il-Kavallier Alfred Camilleri Cauchi

F’Raħal Ġdid, matul din il-ġimgħa se tkun iċċelebrata l-festa ta’ Kristu Re fil-parroċċa ddedikata lilu. Din is-sena l-Pawlisti se jiċċelebraw festi speċjali hekk kif, wara 18-il sena, se tinbidel l-istatwa titulari ta’ Kristu Re u se jsir ir-rikonoxximent mill-Knisja tal-Għaqda Soċjali u Mużikali Kirstu Sultan, Banda Paola. L-istatwa l-ġdida ta’ Kristu Re hija proprjetà tas-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine De Paul, Banda Kristu Re, u nħadmet mill-artist il-Kav. Alfred Camilleri Cauchi fl-1998, fuq inizjattiva tas-sezzjoni żgħażagħ fi ħdan l-istess soċjetà u taħt it-tmexxija tas-Sur Martin Grima. ALAN SALIBA ltaqa’ mal-artist il-KAV. ALFRED CAMILLERI CAUCHI fil-bottega tiegħu fejn tah ħarsa dettaljata dwar din l-istess vara. ġewwa peress li ġiet tqila ħafna kif ukoll saru l-preparamenti kollha biex ikun jista’ jibda l-proċess tal-induratura. Ħames snin wara li nħadmet din l-istatwa, l-induratur Horace Farrugia kien inkarigat mill-isgraffjar u induratura ta’ din il-vara artistika. Huwa ma kellux biċċa xogħol faċli iżda, grazzi għall-kapaċità tiegħu u diskussjonijiet mal-istess artist, irfina din l-opra għal dehra ferm iżjed rikka li tixraq lil Kristu taħt it-titlu ta’ Sultan. Jikkumplimenta d-disinn fuq il-libsa nsibu s-simboli tal-Ewkaristija u l-għeneb, li jirrappreżentaw il-ġisem u d-demm ta’ Kristu, kif ukoll il-qaqoċċa li turi l-għaqda li għandu jkun hemm bejn il-popli ta’ din id-dinja. Ta’ min jgħid ukoll li l-ebda vara f ’Malta ma qatt ġiet sgraffjata fi żmien daqsekk qasir minn meta nħadmet.

Il-Kav. Alfred Camilleri Cauchi, li żgur m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fejn tidħol l-iskultura b’mod speċjali tal-istatwi lifesize, jispeċjalizza f ’kull materja fejn tidħol din l-arti. Minn statwi tal-kartapesta għal fiber, ġibs, injam, ġebel, irħam u oħrajn. Iżda bla dubju, xogħlu jitgawda minn bosta fit-toroq ewlenin tagħna fil-festi, fejn tista’ tgħid kull raħal igawdi minn opra ta’ dan l-artist. Skultura f ’materja solida li trid tiġi mnaqqxa hija sfida akbar għax “qisek trid toħrog fellus minn bajda” iddeskriva l-artist. Wiret issena mingħand missieru Wistin, u kompla jiżviluppa ilħiliet tiegħu bi studji f ’diversi kulleġġi barra minn Malta fejn f ’Edinburgu, fost l-għalliema tiegħu, kellu lill-artist magħruf mad-dinja kollha, Henry Moore. Camilleri Cauchi jispikka ħafna f ’xogħlu għax huwa artist rivoluzzjonarju.

Sodisfazzjon u unur

L-istatwa ta’ Kristu Re Din l-istatwa mill-isbaħ hija deskritta minn bosta artisti bħala “ir-raġel ta’ Santa Liena” b’referenza għallvara maestuża ta’ Birkirkara, sew għax hija vara li qed tirrappreżenta lil Alla u anke għall-arti li fiha. L-istorja tagħha tmur lura ftit aktar minn 18-il sena meta rappreżentanti mis-Sezzjoni Żgħażagħ De Paul avviċinaw lil Camilleri Cauchi biex jaħdmilhom vara tal-kartapesta biex tidħol filknisja, peress li l-parroċċa naqset milli twettaq dan wara diversi snin twiegħed li se ssir statwa li baqgħet ma saritx. Dak iż-żmien Camilleri Cauchi kien qed jaħdem statwa oħra tal-injam, u ħeġġiġhom biex din l-istatwa ta’ Kristu Re ssir tal-injam ukoll minflok kartapesta, aktar u aktar jekk kien hemm il-ħsieb li tiddaħħal fil-knisja. Wara diskussjoni, qablu li ssir tal-injam u x-xogħol beda u tlesta fi ftit iżjed minn tliet xhur ta’ ħidma kontinwa. Megħjun mit-tifel tiegħu Aaron u l-istess Martin Grima, ix-xogħol mill-Kav. Camilleri Cauchi beda fuq zokk talinjam sħiħ, wisa’ ta’ tliet piedi u tliet pulzieri. Il-pożizzjoni ta’ din il-vara hija waħda unika; ivvintata kompletament minn moħħ u jdejn l-artist waqt ilħidma. “Ħallewni liberu li naħdem kif nixtieq, għalhekk ħdimtu iżjed mill-qalb,” żied jgħidli Camilleri Cauchi. Wara l-iżmarrar jibda x-xogħol ta’ rfinar u dettalji. “Tlaqt bl-idea li, bħalma Kristu ħoloq lilna fuq id-dinja, hekk jien ridt

L-artisti li ħadmu fuq din il-vara artistika: Aaron, il-Kav. Alfred Camilleri Cauci u Horace Farrugia

noħloq xbieha tiegħu, għalih aħna qisna l-istatwi tiegħu,” tenna Camilleri Cauchi. L-idea oriġinali Għall-kuntrarju tal-vara titulari preżenti fil-parroċċa ta’ Raħal Ġdid, l-idea tradizzjonali f ’din il-vara baqgħet hemm. Naraw lil Kristu qiegħed ibierek b’idu l-leminija bi tliet swaba’ ppuntati ’l barra li jirrappreżentaw lit-Trinità. Maħdum b’tali mod li huwa devot iżda jgawdi mid-dinjità ta’ Sultan u ħanin fl-istess ħin. B’idejh ix-xellugija huwa qed iżomm xettru, li huwa assoċjat ma’ kwalunkwe re, u fuqu nsibu is-simboli talgudizzju – l-Alfa u l-Omega (il-bidu u t-tmiem). L-istess id qed tipponta lejn qalbu biex juri wkoll is-sinifikat tal-Qalb ta’ Ġesù. Il-wiċċ, li huwa biċċa

xogħol millisbaħ li jikkumplimenta din il-vara, huwa idea minsuġa bejn il-pitturi li naraw talĦniena Divina kif ukoll fuq il-liżar ta’ Kristu li jinsab f ’Turin, b’xahar lewn qastni li minn lixx jiġi ħarira nokkli. Biex juri li Kristu miet biex jifdina, f ’idejh jidhru b’mod evidenti l-pjagi. Finalment, din l-istatwa hija maħduma fuq iddinja; liema dinja Kristu għex fiha u fuqha miet biex jifdina. Dettalji Il-kuruna, skolpita wkoll flinjam, fiha mas-60 figura ċkejkna fuqha. Maħduma abbażi ta’ tmien flieli li jfissru it-tmien beatitudnijiet. Fuhom hemm it-tliet arkanġli: Mikiel, Gabriel u Rafel, u l-anġlu tal-paċi; diversi puttini kif ukoll l-kerubini u s-serafini li

jirrappreżentaw il-korijiet talanġli. Ix-xettru, iċ-ċintorin, is-sandli u l-labra li tgħaqqad il-mant, huma maħduma bit-teknika tal-filugranu fid-deheb, biex b’hekk din l-opra tibqa’ xogħol l-artiġjan Malti. Fost id-dekorazzjonijiet li nisbu fuqhom, fuq iċ-ċintorin insibu l-ħaruf fuq il-ktieb b’seba’ siġilli, żbul u għeneb; waqt li fuq il-bokkla naraw is-simbolu tat-Trinità, b’raggi forma ta’ salib fuq wara, kollox disinn tal-Kav. Camilleri Cauchi. Din il-vara lestiet minn kollox għajr l-isgraffjar fl-1998 u ddaħħal fil-każin iżda, b’digriet li ħarġet, il-Knisja rrifjutat li din l-istatwa tkun tista ssir titulari peress li ġiet kummissjonata minn każin. Ftit wara, din reġgħet ittieħdet għal intervet għand l-istatwarju biex titħaffer minn

Bla dubju ta’ xejn din il-vara hija kapolavur, kemm għalliskultur kif ukoll għal Horace li ħa ħsieb l-isgraffjar. Din hija t-tielet vara titulari għallartist Camilleri Cauchi, wara San Ġwann tas-Salib meqjum f ’Ta’ Xbiex li iżda ma jinħariġx f ’purċissjoni, u Marija Reġina fil-Marsa. “Huwa unur kbir għalija personali li vara bħal din se tidħol fil-knisja wara ħafna taħbit,” tenna l-Kav. Camilleri Cauchi. Kull statwa u vara li nħadmet minn Alfred u ibnu Aaron hija għal qalbhom, iżda din hija meqjusa bħala t-tarbija tagħhom, peress li baqgħet marbuta wisq ma’ qalbhom. Din mhux l-ewwel darba li vara titulari nbidlet, iżda hija l-ewwel darba li soċjetà mużikali rregalat statwa lillparroċċa biex tintuża bħala titulari. Inawgurazzjoni Intant, illum se jsiru ċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali li jfakkru dawn iż-żewġ avvenimenti storiċi. Wara l-quddies tas-6.30pm jiġi ffirmat id-digriet li permezz tiegħu tiġi rikonoxxuta l-Banda Paola mill-awtoritajiet ekkleżjastiċi, u wara ż-żewġ baned, DePaul u Paola, jagħmlu marċ saż-żona ta’ Għajn Dwieli fejn jilqgħu din il-vara. Minn hemm ilpurċissjoni tkompli sa fuq izzuntier tal-knisja parrokjali, u hawn il-vara tkun regalata mis-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine De Paul, Banda Kristu Re lill-parroċċa.


24 24|07|2016

1551 IN CONCERT ‘1551 in Concert’ huwa l-kunċert li se jittella’ nhar is-Sibt, 30 ta’ Lulju 2016, filFoss taċ-Ċittadella bħala parti mill-attivitajiet marbutin malinawgurazzjoni tal-ftuħ taċĊittadella wara r-restawr li sar fuqha dal-aħħar tliet snin. Il-ġrajja storika tal-1551 tibqa’ mniżżla fl-istorja talpoplu Għawdxi bħala ġrajja mdemmija u ta’ swied il-qalb minħabba li l-Għawdxin ta’ dak iż-żmien kienu ġew maħkuma mill-qawwa Torka u ftit kienu dawk l-Għawdxin li baqgħu jgħammru filgżira. Is-Sur Joseph W. Psaila medd idu għal biċċa xogħol letterarja madwar dan l-episodju li oriġinarjament inkiteb biex jittella’ bħala

musical. Dan l-aħħar, il-Gozo Creative Theatre Club u l-Fondazzjoni Santa Ċeċilja A.D. 2013 ingħaqdu flimkien,

sawru kumitat organizzattiv biex b’kollaborazzjoni malMinisteru għal Għawdex u mal-Awtorità Maltija tatTuriżmu jtellgħu din il-

kullhadd.com

produzzjoni. F’dan il-kunċert se jieħdu sehem il-Kor Santa Ċeċilja ta’ Għawdex u l-Kor Marija Bambina mill-Mellieħa li, flimkien ma’ orkestra live u

MADWARNA

solisti rinomati minn Malta u Għawdex sejrin itellgħu dan il-kunċert taħt id-direzzjoni mużikali tas-Surmast Antoine Mercieca. Id-direzzjoni artistika hi ta’ George Mizzi. Ta’ min jgħid li l-mużika hija kollha oriġinali fuq kompożizzjoni tas-Surmast Antoine Mercieca. Il-kunċert se jkun taħt ilpatroċinju tal-E.T. MarieLouise Coleiro Preca, il-President ta’ Malta. Ilprogramm hu mistenni jibda fis-7.00pm bis-sehem ta’ gruppi folkloristiċi minn madwar Għawdex, filwaqt li l-kunċert se jibda fit-8.30pm. Il-pubbliku hu mistieden li jattendi għal din l-attività unika fiċ-Ċittadella.

ATTIVITÀ KULTURALI F’TA’ XBIEX

Wara is-suċċess tas-sena li għaddiet, il-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex se jerġa jorganizza l-attività interkulturali Connecting Through Culture. Ta’ Xbiex hu l-lokalità fejn hemm l-akbar numru ta’ ambaxxati u residenzi talambaxxati. Għaldaqstant, ilKunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex ħaseb sabiex jinvolvi lil dawn l-ambaxxati u jtella’ attività nhar il-Ħadd 24 ta’ Lulju filparkeġġ tal-Yacht Marina, bil-parteċipazzjoni sħiħa ta’ dawn l-istess ambaxxati, mis-6.00pm ’il quddiem. L-attività għandha l-appoġġ tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali. Għal din l-attività kull ambaxxata se jkollha posta tal-ikel u x-xorb, jew se ttella’ xi spettaklu fuq il-palk. L-ikel li se jkun hemm ikun tipiku tal-pajjiżi differenti li jipparteċipaw. Għal din l-attività se jittella’ wkoll spettaklu varjat minn artisti lokali kif ukoll internazzjonali. L-attività saret bil-ħsieb li r-residenti ta’ Ta’ Xbiex, kif ukoll il-pubbliku inġenerali, ikollhom l-opportunità jduqu ikel tipiku ta’ pajjiżi differenti u jgawdu minn spettaklu varjat tipiku ta’ dawn ilpajjizi. B’hekk niċċelebraw id-diversità u, kif jgħid sew l-isem ta’ din l-attività: ningħaqdu permezz talkultura. Avveniment uniku u interessanti li wieħed m’għandux jitlef u li żgur se jattira numru tajjeb ta’ barranin lejn Ta’ Xbiex. Il-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex jixtieq jieħu l-opportunità sabiex jirringrazzja lill- pulizija tad-distrett għall- għajnuna tagħhom f ’din l-attività.


MADWARNA

kullhadd.com

24|07|2016 25

IL-ĦMISTAX-IL EDIZZJONI TA’ DELICATA CLASSIC WINE FESTIVAL L-ikbar avveniment tal-inbid f ’Malta, id-Delicata Classic Wine Festival, reġa’ wasal bil15-il edizzjoni tiegħu li se ssir bejn il-Ħamis l-4 u l-Ħadd is-7 t’Awwissu fil-Barrakka ta’ Fuq fil-Belt Valletta. Ilfestival, li kull filgħaxija jibda fis-7.00pm u jdum sa nofsillejl, hu mistenni li jkun wieħed aqwa mis-soltu. Iljieli sajfin b’atmosfera pjaċevoli u rilassanti, inbejjed fini, mużika u ospitalità millaqwa, id-Delicata Classic Wine Festival, organizzat mill-produttur tal-inbid ewlieni f ’Malta, hu taħlita festiva kollu kemm hu. B’kollox se jkun hemm 24 tip ta’ nbid differenti li wieħed jista’ jduq kemm jixtieq. Varjazzjonijiet minn disa’ marki ta’ nbejjed li ġew ippremjati internazzjonalment se jkunu servuti minn ħafna bankarelli mifruxa madwar il-ġonna talBarrakka. Fost dawn hemm il-frizzante; inbejjed semi-sparkling, għażla ta’ nbejjed bojod, ħomor u rosè tad-ditta Medina u boutique wines mid-ditta Victoria Heights, għażla ta’ nbid Gran Cavalier u oħrajn Gran Vin de Hauteville, l-iktar inbid Malti rikonoxxut internazzjonalment. Inbejjed popolari oħra jinkludu Dolcino u Maltese Falcon, il-varjetà ta’ nbejjed Classic

Collection, kif ukoll Pjazza Reġina li wkoll se jkunu disponibbli matul il-festival. Is-sistema għad-dħul filfestival hi faċli. Id-dħul huwa b’xejn. Dawk li jixtiequ jduqu l-inbejjed ta’ Delicata, jistgħu jixtru wristband għal matul is-serata u tazza kommemorattiva għall-prezz ta’ €14. Il-bejgħ tat-tazzi u wristbands jieqaf fil-11.00pm, biex nofs siegħa wara jitferrgħu l-aħħar inbejjed u l-festival jagħlaq f ’nofsillejl.

L-ebda tazza, wristband jew alkoħol mhu se jinbiegħ lil min hu taħt is-17-il sena, filwaqt li l-viżitaturi huma mfakkra biex igawdu l-festival b’mod responsabbli. Matul il-festival se jkun hemm għażla t’ikel Malti bħal majjal il-forn, platti Mediterranji, ikel Indjan, sushi kif ukoll pizez, platters tal-ġobon u priżet u deżerti. Għall-ewwel darba, f ’din il-15-il edizzjoni, dawk li għandhom id-Delicata

Privilege Card se jkollhom il-vantaġġ li jibbukkjaw online minn qabel fuq is-sit www. delicata.com. B’hekk igawdu minn faċilità li se tħaffef ilproċess tad-dħul mingħajr il-bżonn li wieħed joqgħod jistenna fil-kju biex iħallas. Attività oħra ġdida hi Salute! li se tkun esperjenza kulinarja kkumplimentata b’varjetà ta’ nbejjed fini li se ssir fil-livell t’isfel tal-ġonna, is-Saluting Battery, il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd filgħaxija, jiġifieri

mill-5 sas-7 ta’ Awwissu. Salute! se tkun qed toffri platti gourmet akkumpanjati bl-inbejjed ta’ Delicata, ilkoll servuti fl-isfond tax-xena pittoreska tal-Port il-Kbir. Organizzata minn Delicata b’kollaborazzjoni ma’ Island Caterers, il-prezz għal din l-ikla hu €45 għal kull persuna. Hu rakkomandat li wieħed jirriserva u jixtri l-biljetti bil-quddiem billi jżur www.delicata.com/salute/ jew iċempel 2143 3268 (mitTnejn sal-Ġimgħa bejn id9.00am u l-5.00pm). Kull filgħaxija se jkun hemm mużika live, bl-ewwel show il-Ħamis 4 ta’ Awwissu minn Cash & Band u Red Electrick, filwaqt li l-Ġimgħa se jdoqqu Planet Seed u Spiteri Lucas Band. Xarulù u The Crowns se jdoqqu s-Sibt filwaqt li l-Ħadd se jieħdu sehem Relick u George Curmi l-Pusè, li se jagħlaq il-festival. Dan kollu se jkun ippreżentat minn Mireille Bonello. Id-Delicata Classic Wine Festival għandu l-appoġġ ta’ Mapfre Middlesea, Petrolea, APS Bank, Mediterranean Building Finishes u Mediterranean Scaffolding Ltd. Aktar dettalji dwar il-festival jistgħu jinkisbu mis-sit: www. delicata.com jew ċempel 2182 5199.

TNEDIJA TAR-RIŻULTATI PRELIMINARI TA’ STĦARRIĠ DWAR IL-ĦILIET TAL-ĦADDIEMA Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE), b’kollaborazzjoni mal-Jobsplus u l-Malta Enterprise, ħadmet fuq riċerka dwar il-ħiliet talħaddiema fis-suq tax-xogħol. Dan l-istudju ħares lejn ilprovvista u d-domanda attwali għal ħaddiema f ’diversi setturi

fid-dinja tax-xogħol f ’Malta. L-għan ta’ din ir-riċerka kien li tinġabar evidenza solida dwar in-numru ta’ impjegati fissetturi differenti fl-ekonomija Maltija kif ukoll isir previżjoni tal-ħiliet meħtieġa skont innumru ta’ impjegati meħtieġa/ nuqqas ta’ impjegati fi żmien medju u fit-tul. Dan l-istħarriġ

sar online fost intrapriżi privati kif ukoll fost entitajiet pubbliċi, mis-setturi kollha talekonomija Maltija. Waqt konferenza li saret dalgħodu, is-sejbiet preliminari ewlenin kienu mfissra misSur Clyde Caruana, Chairman Jobsplus, u mis-Sinjura Christine Scholz, Research

and Policy Manager, NCFHE. Il-parteċipanti nqasmu wkoll fi gruppi li koprew setturi differenti tal-ekonomija sabiex jiddiskutu r-riżultati miksuba f ’dan l-istħarriġ. Ir-riżultati kollha se jiġu ppubblikati aktar tard din is-sena. L-Onorevoli Evarist Bartolo, Ministru għall-Edukazzjoni

u Xogħol; u l-Onorevoli Dr Christian Cardona, Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, kienu wkoll preżenti waqt din ilkonferenza. Dan l-istħarriġ kien parti millproġett Erasmus+ Promoting the Bologna Process in Malta 2014-2016.


26 24|07|2016

kullhadd.com

OPINJONI

IMFAKKAR IS-SURMAST VINCENZO CARUANA SPITERI F’TA’ SANNAT Kitba tal- fil-knisja parrokkjali ta’ Ta’ Kav. Joe M. Attard Sannat matul il-ġimgħa talfesta. Tispikka l-antifona Nhar it-Tlieta 19 ta’ Lulju, Veni Sponsa Christi li hija filgħaxija, il-parroċċa ta’ tassew biċċa mużika millSanta Margerita, Ta’ Sannat, isbaħ, tal-widna u melodjuża bil-kollaborazzjoni tal- għall-aħħar. Dan il-persunaġġ li, xi Kunsill tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ħadd qalli, miet darba u tal-Kunsill Lokali ta’ Ta’ waħda waranofsinhar waqt Sannat, ippreżentat kunċert li kien qed jieħu kafè ma’ korali u orkestrali fil-knisja xi ħbieb f ’ħanut fi Pjazza parrokkjali ta’ Ta’ Sannat t-Tokk ir-Rabat, Għawdex, biex jitfakkar il-120 sena jibqa’ mfakkar mhux biss mit-twelid tal-kompożitur bħala surmast tal-iskola Vincenzo Caruana Spiteri primarja ta’ Ta’ Sannat, (1896-1932) li twieled f ’Ħal imma wkoll bħala surmast Luqa u qatta’ madwar 12-il tal-mużika u l-kompożitur sena kap tal-iskola primarja ewlieni tar-raħal ta’ Ta’ f ’Ta’ Sannat, fejn kiteb Sannat. Fil-fatt l-arkivju talħafna mużika sabiħa li ħafna parroċċa ta’ Ta’ Sannat huwa minnha tinsab fl-arkivju mogħni b’numru sabiħ ta’ tal-parroċċa ta’ Ta’ Sannat. xogħlijiet tiegħu fosthom Huwa għex l-aħħar żmien innijiet, salmi, antifoni, u tal-ħajja qasira tiegħu fir- anke overture sekulari The Conflagration li raħal ta’ Ta’ Sannat u l-poplu European Sannati laqgħu b’idejh Caruana Spiteri kkompona tmiem l-Ewwel miftuħa u ħabbu daqslikieku wara kien wild dan ir-raħal. Gwerra Dinjija. Il-Banda Caruana Spiteri kellu sehem Santa Margerita tar-raħal ewlieni fit-tkattir tat-tagħlim għandha wkoll marċ funebri akkademiku u anke, b’mod minn tiegħu Ai Caduti Della speċjali, it-tkattir kulturali Patria. Iżda, bla ebda dubju, kompożizzjonijiet f ’dan ir-raħal. Miet ta’ 35 l-aktar sena, imma wieħed jibqa’ għal qalb is-Sannatin huma skantat bil-volum kbir ta’ s-salm Laudate Pueri (1930) mużika li laħaq ikkompona u l-antifona f ’ġieħ ilf ’għomor daqshekk qasir u patruna Santa Margerita kompożizzjonijiet li flimkien ta’ kull sena fil-festa li tiġi li ħafna minnha tinstema’ Veni Sponsa Christi (1926), ma’ oħrajn jiġu esegwiti ċċelebrata fir-raba’ Ħadd ta’

MAL-MEJDA Fr Mario Attard OFM Cap

Il-mejda. Il-post fejn niltaqgħu, fejn ilviċinanza ta’ bejnietna tibnina f ’komunità waħda

Kemm ħadt pjaċir li f ’wieħed mill-programmi li nkun mistieden għalihom fuq itteleviżjoni mill-pultruna sibt ruħi madwar il-mejda! Il-mejda. Il-kelma mejda tfakkarni biex noqgħod fuq il-mejda. Sintendi! Għallikel! U l-ikel tajjeb. Mhux biss minħabba t-togħma tiegħu. L-ikel jgħaqqad. Isaħħaħ. Jgħidu li l-Persjani kienu jiddiskutu l-politika madwar mejda. U int tgħidli: “Imma possibbli ma kienx jeħlilhom?” Ma nafx! Forsi ma kinux polemikużi bħalma nafu nkunu aħna fuq xejn. Li minn traba bil-paroli li nparlaw nibnu muntanja! Ġewwisslu sieħbi! Bil-mod! Il-mejda. Il-post fejn niltaqgħu. Fejn il-viċinanza ta’ bejnietna tibnina f ’komunità waħda, għax tibnina f ’komunjoni. Imma l-fatt li nkunu flimkien ma jfissirx, le, li nkunu naqblu f ’kollox. Allaħares! Inkella x’diskusssjoni tkun? Diskussjoni vera xxaqleb lejn il-kuluri sbieħ talqawsalla. Aktar ma tkun ikkulurita bl-argumenti li toffri, aktar it-taħwira ssaħħaħ ir-riżultat. Diskussjoni sabiħa u formattiva hija dik arrikkita minn għadd sabiħ

ta’ argumenti li, fl-aħħar millaħħar, ilkoll jikkumplimentaw lil xulxin, basta jkun hemm irrispett! Il-mejda. Il-waqt sagru fejn nistgħu nxerrdu xi demgħa, naqsmu t-toqol li ngħaddu minnu. Il-ħajja fiha t-tlajjiet u l-mumenti fejn naħsbuna waħedna, fejn id-diżappunti tal-ħajja jafu jkunu kbar. Għall-ewwel nagħmlu plejtu għax dak jew dik ikunu ddiżappuntawna. Mingħajr, fil-verità, ma nammettu kemm aħna stess iddiżappuntati bina nfusna għax inkunu mmirajna għal ħaġa u sibna oħra. Ħsibna li se naslu f ’livell, f ’kariga jew f ’xogħol u, minħabba diversi raġunijiet, żlaqna skaluna u kilna t-taraġ kollu. Ajma xi wġigħ! Il-mejda. L-opportunità li nidħku żewġ daħkiet. Ismagħna nsemmu dak li nkunu ltqajna miegħu malġurnata. U nibda’ x’qaltli dik u li feqgħetni bid-daħk, u x’għamel dak u kemm daħħak partita nies għax buffu. Ġieli jkollna l-gazz ukoll li nirrakkuntaw il-praspar tagħna stess. U ismagħna nqaqu, inqaqu, inqaqu! Madankollu, ġieli isserjajna wkoll tafux! Għax meta l-balla

daret fuqna, eh, imbagħad ħoll xagħrek u ġib iż-żejt. Iddaħk malajr jinbidel f ’tikrih. U t-tempra tibda’ tielgħa. Mela agħfaslu naqra l-break sieħbi sakemm… kollox jerġa’ jiġi għan-normal. Il-mejda. Il-pulptu talmemorji. Tiftakar lil dik? U lil dak? Tiftakar x’konna nagħmlu meta konna żgħar? U x’kien jgħid missieri, tgħid ommi, u n-nanniet u z-zijiet? Alla jaħfrilhom! U kemm konna niġru fl-għalqa bilkarretta tal-ħaxix. Taparsi tażżiemel u l-ġerrej. Ninżlu niġru mir-rampa tar-razzett għallgħelieqi. Ommi ma, kemm konna nieħdu pjaċir! O żmien ħelu kif għaddejtli! Il-mejda. Veru li fuqna għandna s-saqaf. Imma ħarsitna taf tmur ’il fuq ’il fuq fis-sħab. Inkella taf tinfed il-ħajt singlu jew dobblu, jiddependi fejn tkun il-kamra tal-ikel. Għax noħlom li xi darba mmur f ’dak il-pajjiż ħa nżur hemm. Jew li nitla’ fuq ittali muntanji. Il-ġirien marru f ’dawk l-inħawi. Kemm ħadu gost! Fejn taf xi pjaċir hemm! Huwa li titla’ fuq muntanja u quddiemek ikollok veduta mill-isbaħ ta’ muntanji oħra, għidli int, xi trid iżjed?

Lulju. Intant, il-kunċert ta’ tifkira sar taħt il-patroċinju tal-Isqof Djoċesan Monsinjur Mario Grech bis-sehem tas-sopran Georgina Gauci, it-tenur Joseph Calleja, il-baxx Noel Galea, il-kor Ulied Margerita u l-orkestra Classique (leader Tatiana Chircop) taħt iddirezzjoni tal-Mro. Joseph Debrincat. Waqt il-kunċert ġew esegwiti mhux inqas minn 11-il biċċa mużikali li lkoll ħarġu mill-pinna ta’ dan is-surmast/kompożitur. Sar diskors qasir mill-Arċipriet tal-parroċċa Dun Michael Curmi, filwaqt li Kristel Jo Bishop qrat il-bijografija talkompożitur. Nista’ ngħid li kienet serata sabiħa li tatna ċ-ċans li nisimgħu siltiet mużikali mill-isbaħ li nkitbu ’l fuq minn 80 sena ilu u li paxxew lil knisja nies li laqgħu l-istedina tal-organizzaturi matul il-ġimgħa tal-festa. Jalla kull festa li jkollna tipprovdi xi attività kulturali bħalma għamlet dan l-aħħar il-parroċċa ta’ San Ġorġ fir-Rabat Għawdex, li tatna l-Victoria International Arts Festival mifrux fuq xahar sħiħ li matulu kellna ċ-ċans nassistu għal talent varjat mill-aqwa ġej minn diversi naħat tal-globu!

Il-mejda. Tfakkarna li darba wkoll, madwar l-istess mejda, daqs 3500 sena ilu, kien hemm grupp ta’ nies li kienu qegħdin jagħmlu ikla. L-ikla li, kuntrarju għal dak li nagħmlu aħna llum, għax nieħdu ħinna, kellhom jikluha bil-għaġla għax kienet l-ikla tal-ħelsien tagħhom. Il-ħelsien mill-jasar tal-Fargħun bla qalb. U l-istess ikla, imma din id-darba b’tifsira għalkollox differenti, seħħet 2000 sena ilu meta Ġesù, flimkien mad-dixxipli tiegħu, tana lilu nnifsu darba għal dejjem fissagrament kbir tal-Ewkaristija Mqaddsa. F’dak is-sagrament li l-elementi tiegħu, il-ħobż u l-inbid, insibuhom fi djarna u fil-kċejjen tagħna. Inqeda bl-aktar ħwejjeġ sempliċi u ordinarji, basta jibqa’ magħna. X’ma nħobbokx Ġesù tiegħi meta għażilt li tibqa’ 24 siegħa miegħi b’dan il-mod daqshekk faċli u qawwi! Infittxuha aktar il-mejda ħbieb. Mhux fil-programmi biss. Imma, u fuq kollox, fi djarna. Ħa nieklu u nieħdu t-te jew il-kafè flimkien. Insiru nafu aktar lil xulxin, ħa nisimgħu u nqawwu qalb xulxin. Basta…bil-mowbajl mitfi!


SKEDA

kullhadd.com

103 06.30 Aħbarijiet 08.00 Flimkien ma’ Nancy (R) 09.00 Paperscan 10.00 Multisport (R) 10.30 Sejjaħtli (R) 11.10 Mad-Daqqa t’Għajn (R) 12.10 Sketches mad-Dulli (R) 12.30 Aħbarijiet 12.40 Better Living Sajf (R) 14.00 Telebejgħ 15.00 Liquorish – il-Finali (R) 17.30 Aħbarijiet 17.40 Telebejgh 17.55 Il-Bniedem ta’ Kulħadd 18.45 Fresh & Funky 19.30 Aħbarijiet 20.10 Sketches mad-Dulli 20.30 Mill-Arkivji – Ulied in-Nanna Venut 22.30 Talk to Me (R) 23.30 Aħbarijiet

24|07|2016 27

101 07.00 Aħbarijiet 08.30 Documentary 08.45 Ħadt l-Aħbar 10.00 X’joffri l-Kunvent 10.30 Fil-Ġnien ma’ Melo 11.00 Ħadd Għalik 12.00 Aħbarijiet 12.10 Ħadd Għalik 14.00 Promotional Material 15.00 Simpatiċi 17.05 Ninvestigaw x’Qed Nieklu 18.00 Aħbarijiet 18.15 Ghawdex Illum 18.45 Ħallieh Iħabbat 19.30 Tertuqa 35 20.00 Aħbarijiet 20.45 Film: In Too Deep 23.15 Aħbarijiet 23.30 Smack Down WWE

151

152

06.30 Memex 07.00 Sea Patrol 08.30 Heartland 09.55 Dream Hotel 11.25 La Nave Dei Sogni 13.00 TG2 Giorno 13.30 TG2 Motori 13.45 Sereno Variabile Estate 14.35 Viaggi da Record 15.05 Delitti in Paradiso 16.05 Il Commissario Lanz 17.05 Il Commissario Voss 18.10 Squadra Speciale Stoccarda 18.55 Tour de France 2016 19.20 Processo Alla Tappa 19.35 NCIS – New Orleans 20.30 TG2 21.05 Hawaii Five-0 22.35 CSI – Cyber 23.20 Meteo 2 23.25 Appuntamento al Cinema 23.25 Domenica Sportiva Estate

06.00 Fuori Orario 07.00 Zorro 07.30 La Citta si Difende 09.15 Un Inviato Molto Speciale 10.10 Speciale Camera Con Vista 11.10 Attenti a Quei Due 12.00 TG3 12.25 Le Ragazze Del 46 13.05 I Grandi Protagonisti 14.00 TG Regione 14.15 TG3 14.30 TG3 L.I.S. 14.35 L’Erba Dei Vicini 16.40 Perception 17.25 Tour de France 2016 19.00 TG3 19.30 TG Regione 20.00 Blob 20.20 Colpo di Scena 21.05 Circo Estate 23.00 Follia e Amore 23.10 TG3

162 06.00 Mediashopping 06.55 Anica Flash 07.00 Extreme Makeover Home Edition 08.35 Mediashopping 08.50 Una Vita 11.05 Dr House – Medical Division 12.55 The Originals 15.40 Compagni di Viaggio 16.40 Tuozoo 17.20 Rosamunde Pilcher 18.05 TG Com 19.15 Dr House – Medical Division 21.10 Io e Marley – Speciale 22.10 TG Com 23.10 Modamania 23.25 Royal Pains 23.45 Anica Flash 23.50 Tuozoo

372 06.00 Roadtrip With G. Garvin 07.00 Chopped 08.00 Amazing Wedding Cakes 09.00 The Pioneer Woman 10.00 Sibas Table 11.00 Barefoot Contessa 12.00 Diners, Drive-Ins and Dives 14.00 Chopped 15.00 Guys Grocery Games 16.00 Amazing Wedding Cakes 17.00 Sibas Table 18.00 Patricia Heaton Parties 19.00 Cutthroat Kitchen 20.00 Chopped South Africa 21.00 Man v Food 22.00 Mystery Diners 23.00 Cutthroat Kitchen 23.00 Man v Food

410 06.00 House Hunters International 08.05 Extreme RVs 09.00 Baggage Battles 10.00 Big Crazy Family Adventure 11.00 The Treehouse Guys 12.00 Building Alaska 13.00 The Vanilla Ice Project 14.00 Lake Life 15.00 Salvage Dawgs 16.00 The Treehouse Guys 17.00 Building Alaska 18.00 Hotel Impossible 19.00 Extreme RVs 20.00 Mysteries at the Museum 21.00 Castle Secrets and Legends 22.00 Building Alaska 23.00 Bizarre Foods 23.00 The Treehouse Guys 23.30 Bizarre Food

300 06.00 Show Me Show Me 06.20 Mr Blooms Nursery 06.40 Gigglebiz 06.55 Show Me Show Me 07.15 Mr Blooms Nursery 07.35 CBeebies Stories 07.40 Doctors 09.35 EastEnders 12.05 Last of the Summer Wine 13.35 Bargain Hunt 15.50 Doctor Who 16.35 Little Dorrit 20.05 Father Brown 21.00 Orphan Black 21.40 Silent Witness 23.00 Orphan Black 23.30 The Suspicions of Mr Whicher 23.45 Silent Witness

400 06.00 How Do They Do It? 06.25 Fat N Furious. Rolling Thunder 07.15 Fast N Loud 08.10 Wheeler Dealers 09.05 Extreme Car Hoarders 09.55 Classic Car Rescue 10.50 Misfit Garage 11.40 Storage Hunters UK 12.35 Property Wars 13.30 The Liquidator 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Diesel Brothers 16.15 Engine Addict With Jimmy de Ville 17.10 How Its Made. Dream Cars 18.05 Wheeler Dealers 19.00 Tethered 20.00 Free Ride 21.00 Marooned With Ed Stafford 22.00 River Monsters 23.50 Free Ride

412 06.00 Teleshopping 09.00 Pawn Stars 15.00 Car Hunters 16.00 Storage Wars. Miami 17.00 Storage Wars 18.00 Pawn Stars 19.00 Smartest Guy in the Room 20.00 Mountain Men 21.00 American Pickers 22.00 Storage Wars 23.00 American Pickers 23.00 Vikings

104 08.00 Aħbarijiet 08.45 Kelma għall-Ħajja 09.00 Holy Mass 09.45 Vatican Magazine 10.15 L-Ordni 10.45 Dot EU 11.00 Għanafest 12.15 Paq Paq On Test 12.30 Euronews 13.30 Britain’s Got Talent 15.00 Madwarna 15.30 Madagascar 16.30 Sports Għawdex 17.00 Euronews 18.00 Gastrokultura 18.30 New Rooms 19.00 Għawdex Illum 19.30 Kingdom of Plants 20.30 Aħbarijiet għal persuni b’nuqqas ta’ smigħ 20.40 Ħallieh Iħabbat 21.10 Il-Vjaġġatur

153 07.25 TG4 Night News 07.45 Media Shopping 08.15 The Indestructibles 09.20 North America 10.00 Santa Messa 10.50 North America 11.30 TG4 Telegiornale 12.00 Che Fine Ha Fatto Toto Baby? 14.00 Donnavventura 14.20 Ragazze Vincenti 16.50 Yado 18.50 Anteprima TG4 18.55 TG4 Telegiornale 19.40 Perry Mason 21.30 Stalker 23.10 Thirteen Days 23.55 TG4 Night News

306 06.00 Rich Kids of Beverly Hills 08.00 EJ NYC 11.00 Botched 16.00 Keeping Up With the Kardashians 21.00 Botched 22.00 Famously Single 23.00 L.A. Clippers Dance Squad 23.00 EJ NYC

403 06.50 Cake Boss 09.30 Long Island Medium 13.10 Single Dad Seeking... 14.05 Cake Boss 15.00 Bride by Design 15.30 Say Yes to the Dress 15.55 Say Yes to the Dress. Bridesmaids 16.25 Say Yes to the Dress. Randy Knows Best 16.50 Curvy Brides 17.20 Something Borrowed, Something New 17.50 My Crazy Italian Wedding 18.15 Say Yes to the Dress Canada 18.45 Say Yes to the Dress. Randy Knows Best 19.10 Randy to the Rescue 20.05 What If We Get Married? 21.00 Say Yes to the Dress 21.55 My 600-Lb. Life: Where Are They Now? 22.50 Outrageous Emergency

452 07.10 Blaze and the Monster Machines 07.35 PAW Patrol 08.00 Winx Club 08.50 The Fairly OddParents 09.35 Sanjay and Craig 10.05 Alvinnn!!! and the Chipmunks 10.30 Kung Fu Panda 11.20 Nicky Deuce 12.30 Victorious 13.00 The Thundermans 16.25 Big Time Rush 16.50 Nicky, Ricky, Dicky and Dawn 17.15 iCarly 17.40 SpongeBob SquarePants 18.10 Teenage Mutant Ninja Turtles 18.35 The Penguins of Madagascar 18.55 Henry Danger 19.20 The Thundermans 19.45 Bella and the Bulldogs 20.15 100 Things to Do Before High School 20.40 SpongeBob SquarePants

102 07.00 Aħbarijiet 08.00 Mill-Familja Rjali 08.15 Għalkulħadd 09.15 Missjoni 10.15 Telebejgħ 11.15 Quddiesa mis-Santwarju Ta’ Pinu 12.00 Telebejgħ 14.00 Aħbarijiet 14.05 Telebejgħ 14.30 It-Tfal jiġu bil-Vapuri 16.00 Iswed fuq l-Abjad (R) 17.00 Mister Fisherman (R) 18.00 Aħbarijiet 18.05 Flusek (R) 18.35 Road Trip 19.30 Aħbarijiet 20.30 Kuġini 21.30 Aħbarijiet 21.35 Id-Djarju l-Iswed 23.00 Aħbarijiet

154 06.00 Prima Pagina 08.00 TG5 Mattina 08.45 Respiro 11.05 Speciale TG5 12.00 Melaverde 13.00 TG5 Mattina 13.40 Larca di Noè 14.00 Al Lupo! Al Lupo! 16.45 Un Ciclone in Famiglia 18.45 Il Segreto 20.00 TG5 20.40 Paperissima Sprint 21.15 Matrimoni e Altre Follie 23.30 X Style – Motori 23.41 I Piccoli Maestri

307 07.40 Healthy Gourmet 08.30 Beachfront Bargain Hunt 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Curb Appeal 12.00 House Hunters 12.50 Fixer Upper 13.45 Platinum Weddings 14.35 Tiny House, Big Living 15.25 Fixer Upper 16.15 Restoration SOS Charleston 17.05 Platinum Weddings 18.00 Celebrities at Home 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Caribbean Life 20.35 Rehab Addict 21.00 Flea Market Flip 21.55 Tiny House, Big Living 22.45 Caribbean Life 23.10 Hawaii Life

405 06.00 Swamp Brothers 06.25 DogTV 07.15 Treehouse Masters 08.10 Animal Movers 09.05 The Wild Life of Tim Faulkner 10.00 DogTV 10.55 Snake Sheila 11.50 Wild Hawaii 12.45 Wild Mexico 13.40 Wild Iberia 17.20 Treehouse Masters 18.15 Animal Movers 19.10 The Wild Life of Tim Faulkner 20.05 Bondi Vet 21.00 Treehouse Masters 21.55 Snake Sheila 22.50 Gator Boys 23.35 Wild Mexico 23.45 Gator Boys

600 07.00 UEFA European Under 19 Championship Footba 08.30 Rally Raid 08.45 LeMond on Tour 09.45 UEFA European Under 19 Championship Footba 11.30 Live. Porsche Supercup Motor Racing 12.15 UEFA European Under 19 Championship Footba 13.45 Tour de France Cycling 14.30 La Course Womens Road Cycling 16.00 Tour de France Extra 16.30 Live. Tour de France Cycling 19.30 Tour de France Extra 20.00 Eurosport2 News 20.05 UEFA European Under 19 Championship 22.40 Eurosport2 News 22.45 WATTS 23.00 Rally Raid

150 06.30 Sembra Ieri 07.05 LItalia Della Repubblica 08.00 TG1 08.20 Passaggio a Nord-Ovest 09.05 Dreams Road 09.55 Easy Driver 10.25 A Sua Immagine 10.55 Santa Messa 11.50 A Sua Immagine 12.00 Recita Dell’Angelus 12.10 A Sua Immagine 12.20 Linea Verde Estate 13.30 Telegiornale 14.00 Formula 1 16.55 Solstizio d’Estate 18.45 Reazione a Catena 20.00 Telegiornale 20.35 Techetechete: Stasera Con Noi 21.25 Provaci Ancora Prof 23.00 Testimoni e Protagonisti 23.25 Speciale TG1

155 06.25 Outsourced 07.20 Mototopo Autogatto 07.35 Taz-Mania 07.50 Le Nuove Avventure di Scooby Doo 08.15 I Flintstones 08.40 Pippi Calzelunghe 10.20 Una Mamma Per Amica 12.10 Giffoni Festival 12.25 Studio Aperto 13.00 Sport Mediaset 13.45 Red Bull Flugtag 2016 15.00 Io and Marley 17.20 Friends 18.10 Camera Cafe 18.30 Studio Aperto 19.00 Fattore Umano 19.25 Scuola di Polizia 21.20 Cambio Vita 23.10 Studio Aperto: La giornata 23.25 Premium Sport

312 06.10 Island of the Lost 07.40 Crimes and Misdemeanors 09.25 She-Devil 11.05 Big Screen 11.20 The Real Howard Spitz 13.05 Late for Dinner 14.40 Les Miserables 16.50 Mannequin 18.20 If Its Tuesday, This Must Be Belgium 20.00 Wolf 22.05 Johnny Be Good 23.05 Wolf 23.35 Mannequin

406 06.00 Get Lost In Korea 07.00 Ghost Ship. Resurrection 08.00 Herods Lost Tomb 09.00 King Tuts Curse 11.00 Drain the Bermuda Triangle 12.00 Genius by Stephen Hawking 14.00 Nazi Megastructures 15.00 Nazi Temple of Doom 16.00 Nazi Megastructures 17.00 Stephen Hawkings Science of the Future 18.00 Card Shark 19.00 Primal Survivor 20.00 The Story of God With Morgan Freeman 21.00 Cosmos: A Spacetime Odyssey 22.00 Mankind From Space 23.00 Primal Survivor

603 06.00 NRL Rugby League 10.00 Americas Cup World Series Yachting 11.30 Q-Sport 12.00 North American League Soccer 14.00 Nine Queens Snowboard and Ski 14.30 Americas Cup World Series Yachting 16.00 Dream Team Series Triathlon 16.30 Gillette World Sport 17.00 Extreme Sailing 17.30 Major League Baseball 20.00 Live. World Matchplay Darts 22.00 Mobil 1 The Grid 22.30 P1 Superstock Series Powerboat Racing 23.00 MLBs Best 23.30 Mobil 1 The Grid


28 24|07|2016

kullhadd.com MIĊ-

ĊINEMA

RAPPORT TA’

ĊINEMA

CARMEL BONNICI

THE BFG (3D)

FANTASTIKU

ĦBIBERIJA UNIKA BEJN TIFLA ORFNI U ĠGANT TWIL ĦAFNA

Atturi Ewlenin: Mark Rylance, Ruby Barnhill, Penelope Wilton, Jemaine Clement, Rebecca Hall, Rafe Spall, Bill Hader Direttur: Steven Spielberg Distributur: E-One Films Maħruġ minn KRS Releasing Fl-1982, id-direttur rinomat Steven Spielberg affaxxina lid-dinja ċinematografika bi storja tiegħu stess, dwar ħbiberija soda u ġenwina u mhux tas-soltu bejn tifel ta’ għaxar snin u esseru ċkejken mill-ispazju li baqa’ tturufnat fid-dinja. ET: The Extra Terrestrial kien xogħol li laqat il-qlub, is-sentimenti u l-fantasiji kemm talkbar kif ukoll taż-żgħar, li kollha rrikorrew bi ħġarhom. F’dik l-istess sena, l-awtur Brittaniku Roald Dahl ippubblika l-ktieb The BFG (Big Friendly Giant), storja simili u immaġinattiva oħra dwar tifla żgħira u l-iġgant li jintroduċiha għall-meravilji u perikli ta’ pajjiżu, Giant Country. Meta fl-1993 Spielberg sar jaf b’dan il-volum, mill-ewwel irrealizza u apprezza l-iskop ġenwin u grandjuż tiegħu, flimkien ma’ andament pjaċevoli u l-ħsieb nobbli tal-ktieb ta’ Dahl. It-temi ta’ ħbiberija straordinarja, lealtà, kif tipproteġi lil ħbiebek mill-aħjar li

Ħin: 117 min. Ċert. PG

tista’ u l-misterji tal-ħolm, laqtu lil dan id-direttur bil-kbir tant li ddeċieda li, xi darba, jidħol għall-verżjoni ċinematografika ta’ din in-novella popolari. Sophie (Barnhill), tifla orfni, matura ħafna aktar mill-età tagħha ta’ għaxar snin, toħroġ mit-tieqa tal-orfanatrofju f ’lejla bid-dawl ta’ qamar u xi ħaġa kbira ħafna u skura toħroġ minn ġod-dlam. Dan ikun ġgant (Rylance) li mill-ewwel iġorrha miegħu lejn pajjiżu, ’il bogħod ħafna. F’Giant Countru jgħixu ħafna ġganti ta’ kobor daqsu li huma feroċi u anke jieklu lill-umani. Iżda, dan l-iġgant hu ġentili u baħbuħ, anke lest li jipproteġiha akkost ta’ kollox. Meta jmorru lura f ’Londra biex jaraw lir-Reġina (Wilton). javżawha bis-sitwazzjoni terribbli ta’ dawn il-kreaturi, waqt li jitħejja pjan biex jeħilsu minn dawn l-iġganti. The BFG, li hu bi 3D, tassew effettiv jikkombina dak fantastiku ma’ dak li jbeżża’ u jpoġġu lit-tfal bħala l-kuraġġużi tal-is-

torja. B’direzzjoni tajba u tekniċi oħra li wkoll ħadmu ma’ Spielberg f ’ET, flimkien ma’ mużika effettiva tas-soltu,

John Williams, ħames darbiet rebbieħ tal-Oscar, The BFG għandu jiddeverti bil-kbir lill-udjenzi ta’ kull età.


ĊINEMA

kullhadd.com

24|07|2016 29

GHOSTBUSTERS

XALATA

KAĊĊATURI NISA GWAPPI TAL-IĦIRSA

L-idea għal dan ix-xogħol ġdid Atturi Ewlenin: Melissa McCarthy, Kristin Wiig, Leslie ġiet f ’moħħ Ivan Reitman, idJones, Kate McKinnon, Chris Hemsworth, Charles Dance direttur u produttur tal-films ta’ qabel. Però, Reitman hawn Direttur: Paul Feig Ħin: 117 min. hu biss wieħed mid-diretturi u Distributur: Columbia/Sony ħalla t-treġija f ’idejn Paul Feig. Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. 12A Għalkemm din il-produzzjoni ġdida timxi fuq l-istess linji Il-kummiedja divertenti u Ghostbusters II (1989). Issa, dan tal-oriġinal. sfrenata Ghostbusters (1984), il-film qed jerġa’ jidher fiċ- Il-karatterizzazzjoni issa hija dwar grupp ta’ erba’ kaċċaturi ċinema, anke bit-3D, verżjoni differenti bit-talent uniku u tal-iħirsa fi New York, tassew ġdida interpretata mill-aqwa popolari ta’ Melissa McCarthy, ipprovdiet kważi sagħtejn kummidjanti femminili li l-entużjażmu ta’ Kristin Wiig, ta’ divertiment mill-aqwa, bħalissa qed jidhru fuq il-liżar il-ħerqa u ottimiżmu ta’ kif għamel ukoll is-sequel il-kbir. Kate McKinnon u l-kuraġġ

u guffaġni ta’ Leslie Jones, flimkien mal-baħbuħ sid tagħhom, Chris Hemswoth, dawn se jħufu mat-triqat ta’ New York, jinżlu taħt l-art u jiftħu bibien imsakkrin biex inaddfu lil pajjiżhom minn theddida serja paranormali. Meta l-opinjoni pubblika tkun se ddur kontra dawn il-kaċċaturi għax il-poplu ma riedx jemmen fil-fatati, kull xorta ta’ iħirsa jinħelsu minn fejn ikunu msakkrin u jkunu biss dawn l-erba’

nisa implakabbli li, armati b’teknoloġija moderna, jiddeffsu fil-bejta ta’ dawn l-ispirti biex jeqirduhom u fil-proċess inisslu umoriżmu qawwi u divertiment kbir, waqt li jerġgħu jakkwistaw ilfama ta’ qabel. It-taqbida aħħarija tagħhom, li tieħu kważi nofs siegħa, tipprovdi spettaklu pirotekniku ta’ dwal ikkuluriti, movimenti enerġetiċi u akrobatiċi u farsa tal-prima klassi. Xalata għal kulħadd.

L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn it-13.07.2016 u s-17.07.2016

1. 2. 3. 4. 5.

The Secret Life Of Pets The Legend Of Tarzan Central Intelligence The Conjuring 2 Ice Age: Collision Course

KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA

Mistoqsija għal din il-ġimgħa:

Liema huma l-films li ħarġu din il-ġimgħa?

Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Il-ġimgħa d-dieħla jitħabbru żewġ rebbieħa.


30 24|07|2016

kullhadd.com

AVVIŻI KLASSIFIKATI

­­­­PR­OPRJETÀ

Teacher (ISTD) Ibgħat SMS sit: www.expresswatchrepairs. fuq 7925 3015 jew ċempel 2138 com jew irrikorru 110, Triq TANAYA’S Dev. Ltd: Għażla 6818 sa 12.00pm. il-Kungress Ewkaristiku, ilkbira ta’ appartamenti f ’kull Mosta. Ċempel 2141 7235. żona ta’ Malta. Jinbiegħu Care and Cure Group Ltd: mingħajr depożitu u nħallsulek infermiera mħarrġa, caring il-kuntratt. Offerta speċjali. assistants, nannies, nies imħarrġin XOGĦOL TA’ Għal aktar dettalji ċempel 9992 biex iżommu kumpanija, MANUTENZJONI 4999. Mingħajr aġenti jekk għajnuna fid-djar u night sitters. jogħġbok. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna Għal kull tip ta’ problema ta’ wkoll għall-kiri: wheelchairs, hoists, moffa jew bjut jagħmlu l-ilma commodes, walking frames u hospital aħna għandna s-soluzzjoni. SERVIZZI beds. Għal aktar informazzjoni Nispecjalizzaw f ’waterproofing ċempel fuq dawn in-numri: membrane u liquid membrane fuq Lezzjonijiet tal-Privat: Maths 2137 6946/9947 0178. bjut, appoġġi, btieħi, basements, minn Form 1 sa Form 5. eċċ. Nużaw materjal ta’ kwalità Accounts minn beginners sa’ kollu ċċertifikat b’10 snin livell Ordinarju, Intermediate AFFARIJIET garanzija. Għal stima b’xejn u Avvanzat. Ċempel 9922 3915 GĦALL-BEJGĦ ċempel 7908 6715. jew 2143 7886. Għodda għall-aluminium. Mag- Installazzjoni u tiswija ta’ Investigazzjoni privata: na taċ-ċappetti, slot għal serra- aerials tat-televiżjoni. Offerti żwiġijiet, għerusija u turi u għal plinta, lupa 14-il pul- vantaġġjużi fuq sistemi tasrelazzjonijiet oħra, DNA zier u kompressur, kollha 3PH. satellita u fuq l-android TV forensic tests, tfal maħtufin minn Ċempel 7927 4732. boxes. Għal aktar informazzjoni Malta, każijiet ċivili, każijiet ċempel 2148 6211. oħra fil-Qorti, problemi Għamara għall-bejgħ f ’kunf ’kumpaniji jew negozju. dizzjoni tajba. Kċina tal-oak Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, Nagħmlu xhieda fil-Qorti. bil-mejda u sitt siġġijiet. Kamra ramel u siment, graffiato, Naħdmu f ’Malta u anke barra. tas-sodda. Wall unit u vetrina żebgħa, xogħol fuq l-antik, Għal appuntament ċemplu tal-kawba kollha ħġieġ. Ċempel xogħol fuq il-pond, madum, 7959 0000. Email: info@ 2731 2977. membrane, dawl u ilma. Ċempel privateinvestigationmalta.com fuq 7928 5444. Aħna nixtru kollox, bħal Korsijiet f ’Livell Ordinarju għamara, fajjenza, arloġġi, fig- Tiswija u installazzjoni ta’ f ’diversi suġġetti bħall- urini, muniti, midalji, u kull estensjonijiet tat-telefowns għal Matematika,  Ingliż, Malti, ħaġa oħra. Ċemplu fuq 2147 kull tip ta’ linji fissi. Ċempel Franċiż, Fiżika u oħrajn. 0128, 2123 7597 jew 9986 fuq 7993 0419. Noffru wkoll korsijiet tal- 9519. ECDL. Prezz €35 kull module. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali Noffru wkoll korsijiet bażiċi Għandna varjetà kbira ta’ tal-ilma, ċangatura qadima jew fil-kompjuter, €50. Ċempel arloġġi bħal Tissot, Citizen, ġdida, kantun qadim, lavur ta’ 2166 2241 jew 7766 2241 Casio, Michael Kors, Fossil, kull tip. Ċempel lil Jason fuq jew żur is-sit elettroniku Esprit, Festina u Q&Q. in-numru 2143 2352 jew 9947 www.tudorinstitute.com Issibilna wkoll arloġġi ta’ mal- 7167. ħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ Tewmi Group għal lezzjonijiet cuckoo clocks mill-Black Forest. Jason Gatt għal kull xogħol tal-karozzi kemm manual u kif Noffru servizzi rigward tiswija ta’ tibjid u tikħil, kisi normali, ukoll automatic. Cab service u ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll fuq il-fil, fuq xogħol antik u karozzi għall-kiri bi prezzijiet nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu bil-pont, kisi bil-ġibs u graffiato. raġonevoli. Żur is-sit www. kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal Kiri ta’ cherry picker (tower tewmi.com jew ċempel 9942 dawk l-arloġġi tajbin għall- ladder). Ċempel fuq 9945 4235 2422. ilma, noffru s-servizz ta’ water jew 2180 5811. pressure test waqt li tistennew Lezzjonijiet taż-żfin fuq stil għalih. Nispeċjalizzaw ukoll WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, Ħal ballroom jew Latin-Amerikan. fuq tiswija ta’ grandfather clocks Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol Lezzjonijiet taż-żfin għall- u kull tip ta’ clock. It-tiswija hija ta’ waterproof membrane, damp beginners u kompetizzjonijiet bil-garanzija. proofing u rubberised paint. 25 minn Imperial Qualified Dance Għal aktar informazzjoni żur is- sena esperjenza. Stimi b’xejn

u prezz moderat. Ċempel 2148 8972, 2143 8326, 9944 5527 jew 7981 2784 jew żur is-sit www.wpmalta.com Għal kull tip ta’ xogħol fuq faċċata, bjut, appoġġi, gallarijiet, eċċ. Membrane jew liquid membrane. Mela pproteġi l-proprjetà tiegħek mill-ilma tax-xita u ċempel issa għal stima b’xejn bin-numru 7905 8883 jew idħol fuq is-sit www. darrendoitall.com Il-bejt tiegħek jagħmel l-ilma? Għandek problema ta’ moffa? Kenda Ltd issolvilek ilproblema. Nispeċjalizzaw fuq xogħol ta’ waterproofing u membrane b’10 snin garanzija. Xogħol professjonali bl-aqwa materjal ISO Pool. Għal stima bla obbligu ċemplu 7972 9967 jew żur is-sit www. kendawaterproofing.com AVVIŻI OĦRA Paul & Waters – The Perfumery. Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, oriġinali u bl-orħos prezzijiet f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul & Waters – The Perfumery. Il-ħwienet tagħna tal-Fgura, il-Mosta, Ħal Qormi u Raħal Ġdid ikunu miftuħin kuljum mid-9.00am san-12.30pm u mill-4.00pm sas-7.00pm. Paul & Waters Free Delivery Service. Ċempel 2766 3361. MUSIC LINK: Issibilna kull tip ta’ strumenti mużikali, fosthom drums kemm akustiċi u elettriċi, cymbals, percussion, pjanijiet diġitali, baby grand pianos, sound mixers u sound cards. Apparat ta’ DJ sound systems, kitarri klassiċi u akustiċi, bass guitars, strumenti tar-ram, wood winds, vjolini, spare parts u aċċessorji oħra. Issib ukoll kotba talmużika tat-tagħlim. Mur Music Link, 262, Triq Fleur-de-Lys, B’Kara. Ċempel 2148 2796. AGR AUTO JAPANESE Parts għall-karozzi: Inbigħu

KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU

ISEM, KUNJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ

AVVIŻI

kull tip ta’ parts ta’ karozzi Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: alex@agrautoparts.com Nigret Night Club and Restaurant, Labour Ave, irRabat, Malta. Naċċettaw riservazzjonijiet għal coffee mornings, lunches u dinner dances u kull okkażjoni oħra. Miftuħin fil-weekends, lejla Maltija b’differenza kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt mużika għal kulħadd ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. Naċċettaw riservazzjonijiet għal kull okkażjoni. Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www.nigretnightclub.com jew www.nigretnc.com TALBA LILL-ISPIRTU S-SANTU: Int li ssolvi l-problemi kollha, dawwal ittoroq kollha tiegħi biex nikseb dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don divin biex naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mument ta’ ħajti tkun maġenbi. F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma mill-ġdid li qatt ma ninfired minnek, anke quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek fil-glorja ta’ dejjem. Grazzi għall-ħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni. Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem it-talba tkun maqlugħa, anke jekk għall-bidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata mill-ewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet.

Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa

€5 €10 €15 €30 €56 €93

ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL: Sound Vision Print Ltd, KullĦadd, Avviżi Klassifikati, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717.


AVVIŻI

kullhadd.com

AVVIŻI ĠENERALI Afternoon by the pool ma’ Tal-Ġilju Junior Club – l-Imqabba Il-Junior Club fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba se jorganizza attività għat-tfal kollha tal-Imqabba u l-ħbieb tagħhom nhar l-Erbgħa 27 ta’ Lulju 2016. Din l-attività se ssir f ’farmhouse, faċilità mgħammra b’pool, fil-limiti tal-Qrendi. Matulha se jkun hemm bosta attivitajiet divertenti għat-tfal. It-tfal se jkollhom ukoll l-opportunità li jgħumu. Se jkun servut ukoll ikel u xorb. Il-grupp se jkun taħt is-superviżjoni stretta talmembri tal-Kummissjoni Nisa. Trasport jitlaq millpjazza ewlenija tal-Imqabba fit-3.00pm. Biex tirriserva post ċempel 7946 0156, jew żur is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna talĠilju www.talgilju.com għal aktar dettalji. Majjalata Se ssir majjalata b’risq Puttinu Cares f ’Uncle Matt’s Kitchen, Wied il-Għajn, fl-4 ta’ Awwissu mis-7.30pm ’il quddiem. Il-prezz huwa ta’ €10. Għal iktar informazzjoni ċemplu 2163 6666. BBQ fuq il-bejt tal-każin tal-Ġilju, l-Imqabba Is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba se torganizza BBQ night kbir bħala ċelebrazzjoni tassuċċess tal-festa tal-Madonna tal-Ġilju 2016. Dan il-BBQ se jsir nhar is-Sibt 6 ta’ Awwissu 2016 mit-8.00pm fuq il-bejt tal-bini l-ġdid tal-każin tasSoċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, li jinsab fil-pjazza ewlenija tal-Imqabba. Il-menù jinkludi appetizers, għaġin il-forn, laħam jew tiġieġ imsajjar fuq barbecue, servut b’jacket potatoes u ħaxix, kif ukoll ġelat. Se jkun hemm divertiment mużikali li jżomm kumpanija mill-aqwa lil dawk kollha preżenti. Biljetti jinkisbu billi ċċempel 7985 3044 jew mingħand Biċe Farrugia u l-membri tal-Kumitat tanNisa. Għal aktar informazzjoni żur is-sit elettroniku www. talgilju.com jew ibgħat email lil info@talgilju.com. Kulħadd mistieden jattendi. Ġita ta’ ġurnata fi Sqallija Nhar is-Sibt 17 ta’ Settembru 2016 se tiġi organizzata ġurnata fi Sqallija. Inżuru s-suq ta’ Catania b’ikla buffett inkluża; inżuru wkoll Aci Trezza, Aci Castello, u Auchan Porte Di Catania Din il-ġita hija organizzata mill-Għaqda SoċjoMużikali Anici ta’ Ħal Qormi bil-kollaborazzjoni ta’ Micallef Joe Travel (Ħadd ma jista’ jurik Sqallija aħjar.) Għal aktar dettalji u biex tirriserva post ċċempel lil John M. Spiteri fuq 7970 2874 jew ibgħat email lil info@anicibandclub.org DVD tal-festa tal-Madonna tal-Ġilju – l-Imqabba 2016 Is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba se tniedi d-DVD tal-festa tal-Madonna tal-Ġilju 2016. Dan se jkun jinkludi l-aqwa partijiet mill-festi li saru fl-Imqabba ad unur il-Madonna tal-Ġilju. Fost dawn ta’ min isemmi l-festi interni fil-knisja parrokkjali flimkien mal-purċissjoni solenni bl-istatwa talMadonna tal-Ġilju, u kif ukoll il-festi esterni bħalma huma l-marċi, il-programm vokali u strumentali fuq il-planċier Meravilja mill-Banda Madonna tal-Ġilju, l-inawgurazzjoni tat-trofew artistiku l-ġdid, kif ukoll l-ispettakli tan-nar. Kulħadd huwa mħeġġeg jakkwista kopja ta’ dan idDVD bħala memorja dejjiema ta’ dawn il-festi kbar li saru fl-Imqabba billi jċempel 7985 3044. Aktar dettalji jinkisbu mis-sit elettroniku tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com

24|07|2016 31


32 24|07|2016

kullhadd.com

TEMP GĦAL-LUM

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

30°C

30°C

31°C

23°C

22°C

22°C

09

09

09

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

31°C

32°C

31°C

22°C

21°C

23°C

09

09

09

ALMANAKK

RITRATT MILL-ANTIK

L-OGĦLA TEMPERATURA: 32°C L-INQAS TEMPERATURA: 21°C INDIĊI UV: 10 SITWAZZJONI ĠENERALI: Pressjoni għolja testendi minn fuq l-Atlantiku sa fuq il-Libja waqt li pressjoni baxxa tinsab fuq il-Baħar Tirren

UV

TEMP: Ftit imsaħħab b’waqtiet twal xemxin

Ritratt: Bay Retro

VIŻIBBILTÀ: Tajba RIĦ: Moderat mill-Punent li jsir moderat għal ftit qawwi mill-Majjistral BAĦAR: Ħafif li jsir moderat IMBATT: Ftit li xejn TEMPERATURA TAL-BAĦAR: 24°C

UV

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Chemimart 20/21, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta – 2124 6051 Lister Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun – 2124 5627 St Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 2123 8625 Brown’s Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara – 2148 8884 Deby’s Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri, l-Imsida – 2122 7920 Krypton Chemists, Triq l-Ibraġġ, Tal-Ibraġġ – 2137 0141 Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema – 2131 3535 St Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 2141 4051 St Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, il-Mosta – 2143 3833 Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, il-Mellieħa – 2152 3462 Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien – 2167 2703 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gozni, il-Kalkara – 2180 7740 Hompesch Pharmacy, 207/2011, Triq Hompesch, il-Fgura – 2180 7503 St Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, iż-Żejtun – 2167 8039 Safi Pharmacy, Triq San Ġwann k/m Triq Bieb il-Ġarra, Ħal Safi – 2164 9552 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 2146 7459 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, ir-Rabat, Malta – 2145 4247 Għawdex

Vjal it-Trasfigurazzjoni f ’Ħal Lija, f ’Awwissu tal-1956

DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA

25.07.2007 Pratibha Patil tinħatar bħala t-12-il President tal-Indja u l-ewwel president mara

Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, ir-Rabat, Għawdex – 2155 6170 St Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, il-Qala, Għawdex – 2155 5348 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.

NUMRI REBBIEĦA SUPER 5 GRAND LOTTERY

14 03 04 15 31 06 08 02 07 02 05 09

30.07.2003 Fil-Messiku tinħadem l-aħħar Volkwagen Beetle old style


KOMPETIZZJONI KTIEB

kullhadd.com

24|07|2016 33

KOMPETIZZJONI KTIEB KOTBA GĦAT-TFAL

LUPETTIN U INĦOBBOK

Mistoqsija: Min hu l-pubblikatur ta’ dawn il-kotba?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ĊNL, Triq Mile End, il-Ħamrun, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-kotba: LUPPETTIN u INĦOBBOK. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 7 ta’ Awwissu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-kotba miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, eskluż festi pubbliċi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb IMĦABBA MĊAĦĦDA huwa: T. GAUCI – l-Imġarr


34 24|07|2016

kullhadd.com

LOGĦOB

TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri 198 210 414 427 480 624 677 913 960 982 B’4 Numri 0068 0173 0426 0486 0564 0863 1530 1662 2070 2123 2211 2445 2621 3181 3332 3892 4018 4821

4910 4916 4972 4987 5476 5798 5967 6604 6675 6776 6981 7028 7630 7699 8457 9462 B’5 Numri 01737 08011 14282 15148 18236 22266 24649 28335 29217 42308 46272 48302 51198 54815

60016 64293 68698 69628 70144 80008 94080 94689 95627 99150 B’6 Numri

B’7 Numri 3670915 4461914 5366928 7962628 Bi 8 Numri 00723677 22353521 32200605

049943 142664 403814 566484

IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz:

Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: I. PARNIS – Ħal Qormi

KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA ]

Ġemma’ sitt kupuni u ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem:

2

Indirizz: Nru tal-karta tal-identità:

Nru tat-telefown:


LOGĦOB

24|07|2016 35

kullhadd.com

IRBAĦ €25 FI FLUS

133

Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.

TISLIBA Mimdudin:

1,21W. Kompli l-qawl: Alla ma ........ u jerġa’ (8) 4. Tiġi fuq kulħadd (4) 7. Le (2) 9,11. Storja (5) 10 Jitfa fit-tazza (6) 12. Isem (6) 16,19. Alla (6) 18. Fl-ingliż tintuża flok ‘A’ quddiem nom li jibda b’vokali (2) 19. Ara 16 20. Ma qalx is-sewwa (5) 21. Albert Agius Abela (1,1,1) 23. Ilma mis-sema (4) 24. Tittiekel nejja (5)

Weqfin:

1. 2,3. 3. 5. 6. 8. 11. 12,17. 13. 14. 15. 17. 21. 22.

Jitlaq jiġri? (6) Ħarsu lejja (6) Ara 2 Tiżbalja bl-Ingliż (3) Kunjom (3) Ma rrispettawhx? (9) Ara 9 Ma baqax jirraġuna (5) Stazzjon Taljan (3) Qabeż il-linja (6) Taqla biha (6) Ara 12 wieqfa Ara 1 mimduda Parti minn dramm (3)

SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin:

Weqfin:

1,21 wieqfa. Jħallasx, 4.Xewk, 7,22.Aktar, 10.Saħħar, 12.Twikka, 16.RPI, 18,17. Vapur, 20.Torok, 21.Art, 23.Xiri, 24.Intiż

1.Jikber, 2,19.Aringa, 3,9. Laskri, 5,11.Erħew, 6,12 wieqfa. Karti, 8.Kalkariżi, 13.Ivo, 14.Ankrat, 15.Markiż

QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f ’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Disinjaturi tal-ħwejjeġ Amerikani. Jużaw isimhom għall-isem tal-kumpaniji tagħhom. Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown: RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u tibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: ibagħtu l-paġna ta’ din il-logħba ta nhar il-Ħadd 31 ta’ Lulju flimkien mal-logos tal-ħarġiet tat-3, 10, 17 u 24 ta’ Ġunju.

Mel B

Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: R. CHETCUTI – Raħal Ġdid L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.

Victoria Beckham


36 24|07|2016

kullhadd.com

SPORTS

AWGURI BIRKIRKARA! IMĦABBRA T-TIENI EDIZZJONI

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius jixtieq jgħaddi l-awgurju tiegħu, lit-tim, staff tekniku u d-diriġenti ta’ Birkirkara FC għat-tragward storiku li laħqu meta saru l-ewwel tim Malti li qatt għadda għat-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-Europa League. Dan ir-riżultat jixhed l-impenn li qed jagħmlu t-timijiet Maltin sabiex javvanzaw u jawgura tajjeb għall-futur kemm tal-klabb Karkariż u anke għall-futbol inġenerali f ’pajjiżna. It-titjib li qed isir fil-coaching, fil-livell tal-plejers u f ’oqsma oħra qed isarraf f ’riżultati tanġibbli. Dan ma kienx biss tragward għall-partitarji Karkariżi imma għall-Maltin kollha għaliex meta t-timijiet Maltin jikkompetu barra l-pajjiż ma jibqgħux jirrappreżentaw biss lil-klabb lokali. Din il-ġimgħa, Malta kollha kienet Birkirkara!

Fl-okkażjoni tal-Kerċem Fiesta 2016, festa ta’ mużika, kant, żfin u ħafna attivitajiet oħra, il-Gozo Motocross Association, b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Kunsill Lokali Ta’ Kercem, tixtieq tavża li se torganizza it-tieni edizzjoni ta’ Xtreme Trials & EnduroCross. Wara s-suċċess kbir li kellha l-ewwel edizzjoni li saret fil-Pjazza tal-Munxar, din id-darba dan l-avveniment, li jinkorpora fih kompetizzjonijiet u wirjiet interessanti u eċitanti minn sewwieqa ta’ muturi Trials, Enduro u Motocross, se jsir gewwa r-raħal ta’ Kercem. It-trekk artifiċjali, mimlija ostakli, se tipprovdi sfida mhux ħafifa għal sewwieqa membri fl-Assoċjazzjoni flimkien ma’ sewwieqa Maltin. It-trekk se tkun armata apposta fi spazju enormi fil-beraħ, bejn il-Ġimgħa u s-Sibt filgħaxija, 28 u 29 ta’ Lulju. Taħt dawl artifiċjali, il-kompetizzjonijiet jibdew fit-8pm, u se joffru spettaklu uniku għal dawk kollha preżenti. Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ Facebook – Gozo Motocross Association jew jibgħat email gozomotocrossassociation@ gmail.com jew lill-Kunsill Lokali ta’ Kerċem fuq 21563666/79829778 jew imejl kercem.lc@gov.mt

IĊĊELEBRAT IT-30 ANNIVERSARJU TAL-BMX MALTA

Bejn it-8 u l-10 ta’ Lulju, l-Assoċjazzjoni tal-BMX Malta ċċelebrat it-30 anniversarju mit-twaqqif tagħha bil-BMX Fest - l-edizzjoni tas-sajf. F’din l-okkażjoni, Chris Agi-

us, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport kixef plakka komemorattiva biex tfakkar dan l-anniversarju speċjali. Huwa kien assistit

minn David Agius, Kelliemi għall-Isport min-naħa tal-Oppożizjoni, John Zammit u Karl Naja, President u Segretarju rispettivament tal-Assoċjazzjoni tal-BMX Malta,

Dean Hili, Sindku ta’ Pembroke u Joe Bajada, Segretarju Ġenerali rispettivament tal-Federazzjoni Maltija taċĊikliżmu. F’din l-okkażjoni tħawlet ukoll siġra taż-żebbuġ biex jibqa’ wkoll imfakkar dan l-avveniment hekk importanti. Matul dan il-BMX Fest Su, li kien ukoll avveniment ta’ fundraising, fejn inġabret is-somma ta’ €500 f ’donazzjonijiet. Matul dawn it-tliet t’jiem t’attivitajiet, inżammu diversi kompetizzjoni li kellhom dawn ir-riżultati: Malta BMX tixtieq tirringrazzja lil dawk kollha li attendew għal dawn l-attivitajiet kollha biex ikun iċċelebrat dan it-30 anniversarju. Huma jixtiequ jroddu ħajr ukoll lill-isponsors ewlenin li kienu: Epic Bikes Malta, Wheel Wizard (Malta), Urban Jungle Malta, Bamboo Stores Surf

Riot Boutique, CafeDickens u Forestals għal materjal offrut biex dan l-avveniment seta ikun wieħed ta’ suċċess. Grazzi kbira oħra tmur lil Visage Sound Malta, Calleja Ltd, Malta Pepsi, Malta Alberta Group,The Free Way, Jump Street, Twistees Malta, Sport Malta, BLANK, M.I.B. Crew RO, Frontline Events, Rebel Riders MC Malta, Kunsill Lokali ta’ Pembroke. Radd ta’ ħajr ieħor imur lil Prime Time Malta għall-organizzazjoni tal-festin tal-Ġimgħa li wieħed se jibqa’ jiftakar għas-suċċess tiegħu kif ukoll lil Jahh Roland, Carl Urban, Kaos Laughton, George Bugeja, Neil Fenech, Brogan Forace u Jp Micallef għas-sehem tagħhom fil-festin tal-għeluq. Għal aktar informazzjoni fuq Malta BMX wieħed għandu jżur www.maltabmx.com jew fuq Facebook: Malta BMX.


SPORTS

kullhadd.com

24|07|2016 37

IT-TIM MALTI JIBDA B’ŻEWĠ REBĦIET

Nhar il-Ġimgħa tkompla l-logħob mill-Kampjonati Mondjali tas-Snooker tat-Timijiet organizzati mill-International Billiards & Snooker Federation. Dawn il-Kampjonati qegħdin jintlagħbu ġewwa Sharm El Sheikh, fl-Eġittu u jibqgħu sejrin sa nhar is-Sibt 30 ta’ Lulju meta tintlagħab il-finali tat-tliet kategoriji, dawk tal-Irġiel, tan-Nisa u dawk tal-Masters. Malta qiegħda tieħu sehem f ’dawk tal-Irġiel permezz tat-tim kompost minn Brian Cini u Alex Borg li f ’Ġunju li għadda rebħu l-Kampjonat Ewropew ġewwa l-Litwanja. It-tim Malti kellu bidu tajjeb ħafna f ’dawn il-Kampjonati meta fl-ewwel żewġ logħbiet minn Grupp D huma kisbu żewġ rebħiet ta’ 5-0 u ta’ 3-2 kontra timijiet mill-Eġittu. Sadanittant nhar l-Erbgħa ngħata bidu għall-Kampjonat Mondjali tas-6 reds. Brian Cini huwa l-uniku plejer Malti f ’dan il-Kampjonat u huwa wkoll kellu bidu tajjeb meta flewwel logħba tiegħu minn Grupp F huwa għeleb lill-plejer Ċiniż Yuan Sijun bl-iskor ta’ 4-1. Cini reġa’ kien fl-azzjoni lbieraħ meta ltaqa’ kontra l-plejer Eġizzjan Basem Eltahhan. Din il-logħba bdiet fin-12.30pm. Aktar informazzjoni dwar dawn il-Kampjonati (Livestreaming, Livescoring, klassifiki, u informazzjoni oħra utli) tista’ tinkiseb minn fuq il-website tal-IBSF www.ibsf. info jew www.esnooker.pl Dawn il-Kampjonati qegħdin jiġu murija fuq l-istazzjonijiet tat-TV Dream Channel u Nile TV. Il-parteċipazzjoni tat-Tim Malti f ’dawn il-Kampjonati qiegħda tkun possibbli grazzi għall-għajnuna mogħtija lillMalta Billiards & Snooker Association minn Sport Malta.

KAMPJONAT NAZZJONALI TAT-TIME TRIAL: REFEREE MALTI APPUNTAT GĦALL-PARTITA JAMES MIFSUD U MARIE CLAIRE AQUILINA NKURUNATI CHAMPIONS TAL-EUROPA LEAGUE

Id-Dipartiment tar-Refereeing tal-Malta Football Association (MFA) ħabbar li r-referee internazzjonali Alan Mario Sant ġie appuntat mill-UEFA biex il-Ħamis, il-21 ta’ Lulju 2016, f ’20:45pm, jikkontrolla l-logħba mit-Tieni Round (Tieni Leg) ta’ kwalifikazzjoni tal-UEL 2016/2017 St Patrick’s Athletic FC (Irlanda) – Dinamo Minsk (Belarussja) li se tintlagħab f ’Richmond Park ta’ Dublin, l-Irlanda. L-ewwel leg fil-Belarussja intemm 1-1. L-Assistenti Referees appuntati miegħu mid-Dipartiment tar-Refereeing tal-MFA se jkunu Roberto Vella u Luke Portelli, filwaqt li l-Elite Referee Mario Apap se jkun ir-Raba’ Uffiċjal. Referee Observer tal-UEFA appuntat biex jevalwa l-prestazzjoni tal-uffiċjali tal-logħba se jkun Dragutin Karlo Poljak mill-Kroazja, filwaqt li Loukas Siotropos mill-Greċja jkun id-Delegat tal-UEFA.

Dan l-aħħar għadu kif intemm il-Kampjonat Nazzjonali tat-Time Trail 2016 organizzat millFederazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu fejn rajna jkunu ddikjarati champions ġodda għal din issena. Fil-Kategorija tal-Elite, James Mifsud tatTeam Greens CC rebaħ dan il-kampjonat fejn spiċċa champion għall-ewwel darba meta tella’ total ta’ 575 punt miksuba minn żewġ rebħiet fil-bypass tal-Imrieħel u fil-Miżieb, kif ukoll ittieni post fil-korsa mal-kosta tas-Salina u Baħar iċ-Ċagħaq. Żewġ ċiklisti ta’ Agones SFc, Mark Bonnici u Steve Sciberras spiċċaw rispettivament fit-tieni u t-tielet post b’435 u 415 punt. Bħala champion Femminili ttrijonfat Marie Claire Aquilina ta’ The Cyclist b’żewġ rebħiet fil-Coastroad u l-bypass tal-Mrieħel u t-tieni post fil-Miżieb għal total ta’ 575 punt. It-tieni spiċċat Marion Pullicino ta’ Agones SFc b’25 punt inqas, filwaqt li l-Għawdxija Felicienne Mercieca fl-ewwel esperjenza tagħha kklassifikat it-tielet b’310 punt. Kurt Muscat ta’ Mosta AF Sign Studio CC rebaħ il-Kampjonat tal-Juniors b’total ta’ 575 pieni post fil-Miżieb. Isaac Spiteri ta’ Agones SFc spiċċa t-tieni b’450 punt, mentri l-Għawdxi Brandon Sultana ta’ Gozo Greyhound CC spiċċa fit-tielet pożizjoni b’375 punt. Fil-Kategorija tal-Masters 40+, Michael Camilleri tat-Team Greens CC, spiċċa l-ewwel b’total ta’ 550 punt miksuba minn rebħa filBypass tal-Imrieħel u darbtejn fit-tieni post fil-Coastroad u l-Miżieb biex rebaħ ukoll dan

il-kampjonat wara dak tar-Road Race. Ivan Zammit ta’ Birkirkara St Joseph SC spiċċa t-tieni b’480 punt u Colin Tabone tat-Team Greens ittielet b’365 punt. Il-Kampjonat tal-Masters 50+, ra s-suċċess ta’ Nicky Farrugia ta’ Mosta AF Sign Studio CC b’575 punt miksuba minn rebħiet fil-Coastroad u l-bypass tal-Mrieħel u t-tieni post fil-Miżieb. Sieħbu Michael Lia spiċċa fit-tieni pożizzjoni b’total ta’ 550 puts, mentri b’155 punt spiċċa Joe Mallia ta’ Qormi CC. Emanuel Camilleri ċiklista ieħor ta’ Mosta AF Sign Studio CC kellu suċċess komplet bi tliet rebħiet għal massimu ta’ 600 punt fil-Kampjonat Masters 60+. Il-Kampjonat tat-tfal ta’ taħt il-15 il-sena, t-tnejn li huma ntrebħu minn ċiklisti tal- Mosta AF Sign Studio CC fejn Veronique Pace Asciak kisbet massimu ta’ 600 punt, 250 punt vantaġġ fuq Deborah Desira. Julian Gauci spiċċa fuq quddiem fil-kategorija maskili b’575 punt, 25 punt iktar minn sieħbu James Galea. Gianluca Camilleri b’435 punt għaqqad it-tripletta Mostija. Il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu tixtieq trodd ħajr lit-tim tal-ARRTS timing system li ħadu ħsieb il-ħinijiet tat-tiġrijiet u lill-Kunsilli Lokali rispettivi tal-koperazzjoni kollha tagħhom. Radd ta’ ħajr ieħor imur għallKorp tal-Pulizija li kienu ta’ assistenza kbira u kontinwa, kif ukoll lill-Malta Red Cross Operations u bosta voluntiera, timekeepers u marshalls tas-servizz tagħhom.


38 24|07|2016

kullhadd.com

SPORTS

PARTEĊIPAZZJONI REKORD F’SUMMER ON THE MOVE Kampanja ta’ madwar xahrejn li tippromwovi sport u edukazzjoni fiżika u li daret l-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex laħqet il-kulminu tagħha meta f ’dawn l-aħħar jiem beda l-programm Summer on the Move li jiġi fi tmiemu f ’Settembru li ġej. L-għan ta’ dan il-programm huwa li jressaq kemm jista’ jkun tfal, żgħażagħ u adulti lejn attività sportiva fix-xhur tas-sajf, meta t-tendenza hija li kulħadd ikollu iktar ħin liberu. Il-programm huwa kontinwazzjoni tal-kampanji #BeActive u Move li bdew xhur ilu sabiex inżidu iktar il-parteċipazzjoni ta’ nies li jaraw l-isport bħala mezz ta’ kif wieħed jgħix ħajja aħjar. Firxa wiesgħa ta’ ċentri madwar Malta u Għawdex taw opportunità lil iktar nies jersqu lejn dawn il-programmi

TELLIEQA NRU

sabiex għall-ewwel darba kemm ilu jsir Summer on The Move il-postijiet ġew kollha mimlija minn ġimgħat qabel. Mhux hekk biss, imma l-injezzjoni finanzjarja li ta’ SportMalta lil dawn il-

11

programmi għamlet possibbli li l-prezzijiet jibqgħu baxxi ħafna u allura jippermettu l-inklużjoni ta’ kulħadd. Saħħa oħra li għandu dan ilprogramm huwa li l-coaches kollha ingaġġati huma

Numru ta’ dawriet 70

Tyres għad-dispożizzjoni Temperatura tal-art 33°c Super Soft Temperatura tal-arja 30°c

Soft

Dawra rekord M.SCHUMACHER 2004

Medium

Rebbieħ tal-2015 S.VETTEL

KWALIFIKI IMPREVEDIBBLI Nico Rosberg kiseb pole position fi tmiem ta’ sessjonijiet ta’ kwalifizzjoni li kienu mimlijin inċertezza u inċidenti b’riżultat tal-maltemp li ħakem iċ-ċirkwit. Fil-jiem ta’ qabel il-kwalifiki it-temp kien stabbli, però l-affarijiet inbidlu għalkollox hekk kif xita qawwija bdiet nieżla qabel xegħlu d-dwal ilħodor. L-organizzaturi għażlu li jkunu kawti u jipposponu t-tluq għal tletin minuta, ħin li matulu s-Safety Car għamlet diversi dawriet fuq it-traċċat. Meta Q1 ngħatat il-bidu, ix-xita kienet għadha nieżla. Minkejja l-fatt li numru ta’ sewwieqa avventuriżi ħarġu biex jippruvaw jiksbu ħin, is-sessjoni ma damitx wisq biex reġgħet twaqqfet minħabba t-temp. Meta s-sewwieqa tħallew joħorġu mill-ġdid is-sessjoni

attivi u jitnaqqas l-persentaġġ ta’ ċittadini obeżi li hawn f ’pajjiżna. Huwa kompla jisħaq li l-ħajja sedentarja tagħna, flimkien ma’ dieta ħażina, hija pjaga li trid tinbidel u kull ċittadin għandu jagħraf x’għandu jagħmel sabiex jgħix ħajja aktar sana. Madanakollu, is-Segretarju Parlamentari sostna li rridu ninvestu fil-faċilitajiet sabiex inkomplu nikbru u nilqgħu aktar parteċipanti. Iċ-Chairman ta’ SportMalta Luciano Busuttil semma’ kif għall-ewwel darba l-programm Summer on the Move laħaq punt ta’ saturazzjoni u kellu jieqaf jilqa’ l-applikazzjonijiet hekk kif intlaħaq l-ammont ta’ 5,600 parteċipant. Minn din is-sena komplew jiżdiedu anke d-dixxiplini li qed ikunu offruti.

RAPPORT U ANALIŻI TA’ LIAM GAUCI

Tul tat-tellieqa 306.63KM

L-UNGERIJA MOGYORÓD Hungaroring

kwalifikati u jagħmlu x-xogħol tagħhom b’dedikazzjoni u bilpassjoni, dan biex jiġi garantit livell għoli f ’kull dixxiplina. Barra minn dan, ammont ta’ helpers li ħafna minnhom studenti li l-ħsieb tagħhom hu li jagħmlu karriera fl-isport, qed jgħinu lil dawn il-kowċis sabiex il-parteċipanti jkollhom servizz aħjar. Barra l-isport, il-kowċis qed jiggwidaw lillparteċipanti kollha fuq ilbżonn ta’ ikel sustanzjuz, ilbżonn li wieħed jixrob l-ilma u anke il-protezzjoni mirraġġi tax-xemx. Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius żar wieħed miċ-ċentri fejn għaddej il-programm Summer on the Move, u filwaqt li faħħar dan il-programm saħaq li dan huwa pass iehor biex aktar ċittadini Maltin ikunu

reġgħet ġiet interrotta għal xi ħin minħabba ħabta ta’ Ericsson li tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu fl-għaxar kurva. F’dan l-istadju t-temp tjieb mhux ħażin u l-ħinijiet bdew jitjiebu miegħu fejn xi sewwieqa saħansitra ħadu ċans birroti Intermedji. Din l-għażla probabbilment kienet irraġuni wara l-ħabta ta’ Felipe Massa li spiċċa fil-barrieri u wassal għall-ħruġ mill-ġdid tal-bnadar il-ħomor. Minkejja li l-kundizzjonijiet tat-traċċat komplew jitjiebu mal-ħin Q1 reġgħet twaqqfet meta Haryanto kellu inċident simili għal dak ta’ Ericsson. Q2 kienet ferm aktar kwieta hekk kif it-temp ippermetta littraċċat ikompli jinxef tant li wara xi minuti ħafna mis-sewwieqa bdew jabbandunaw anki r-roti

POŻ. 01 02 03 04 05 06 07 08 09 10

Riħ 8km/hr

Rai 1 14.00 Diretta

Umdità 46%

ISEM IS-SEWWIEQ Rosberg Hamilton Ricciardo Verstappen Vettel Sainz Alonso Button Hulkenberg Bottas

Intermedji. Bħas-soltu l-ewwel żewġ pożizzjonijiet kienu kkontestati mill-Mercedes. Minnaħa l-oħra l-Ferrari ssorprendew b’mod negattiv hekk kif sforz finali ta’ diversi sewwieqa mbotta lil Raikkonen barra mill-ewwel għaxra. F’Q3 Hamilton, Rosberg u Ricciardo bdew jikkompetu b’mod iebes għall-ewwel post. Dan tal-ewwel irnexxielu jaħtaf post fil-quċċata kmieni fis-

TIM Mercedes Mercedes Red Bull Red Bull Ferrari Toro Rosso McLaren McLaren Force India Williams

ĦIN 1:19.965 1:20.108 1:20.280 1:20.557 1:20.874 1:21.131 1:21.211 1:21.597 1:21.823 1:22.182

sessjoni. Il-Brittaniku però kien kawt u pprova jtejjeb il-ħin b’dawra tal-aħħar li fiha rnexxielu jniżżel inaqqar 0.3 sekondi flewwel settur. Madankollu, inċident tal-Alonso wassal għall-ħruġ tal-bnadar is-sofor li ġegħlu lil Hamilton jabbanduna d-dawra tiegħu. Dawn il-bnadar, però, laħqu ddaħħlu ‘l ġewwa sakemm wasal Rosberg u l-Ġermaniż irnexxielu jaħtaf il-pole fl-aħħar sekondi.


FORMULA 1

kullhadd.com

24|07|2016 39

LIL HINN MIĊ-ĊIRKWIT

Din il-ġimgħa għandna varjetà kbira ta’ aħbarijiet xi nkopru hekk kif kien hemm żviluppi fuq diversi fronti tal-isport. L-ewwel u qabel kollox se jkollna nerġgħu niżgarraw xi ftit mit-titlu ta’ din ir-rubrika għax l-aħbar ewlenija fil-fatt se tkun dwar żewġ ċirkwiti li qegħdin jippruvaw isibu post filkalendarju tas-sena d-dieħla. Barra minn hekk, kellna diversi għajdut u konfermi interessanti relatati mattimijiet u s-sewwieqa. Ecclestone jħares lejn Imola

Nhar it-Tnejn li għadda l-kap talFOM Bernie Ecclestone kkonferma għajdut illi l-amministraturi taċċirkwit ta’ Imola ffirmaw ftehim li bih intrabtu li jospitaw il-Gran Premju tal-Italja fl-2017 jekk dan ma jsirx f ’Monza. Għajdut f ’dan ir-rigward ilu jiċċirkola. Madankollu, fl-aħħar ġimgħat deher li l-amministraturi taċ-ċirkwit ta’ Monza u l-awtoritajiet Taljani dehru li kienu kisbu l-fondi neċessarji biex it-tellieqa tibqa’ fejn hi. L-implikazzjonijiet ta’ dan ilkuntratt għadhom mhumiex ċari. Li huwa ċert hu li l-ftehim ma jfissirx li Imola se tkun fuq il-kalendarju fl-2017. Dan hekk kif hemm bżonn l-approvazzjoni tal-President talAutomobile Club d’Italia (ACI) Angelo Sticchi Damiani illi dejjem sostna li huwa jrid li l-Gran Premju tal-Italja tibqa’ f ’Monza. Is-suspett huwa li Ecclestone ddejjaq jinnegozja mal-ACI u ffirma ma’ Imola biex jitfa’ pressjoni fuq l-amministraturi taċċirkwit ta’ Monza biex jiffinalizzaw d-deċiżjoni tagħhom. Brawn lura mal-Ferrari? Istituzzjoni motoristika Taljana oħra li qiegħda taħt pressjoni hija l-Ferrari. Kif irrappurtajna l-ġimgħa li għaddiet, ir-riżultati diżappuntanti li nkisbu s’issa f ’dan l-istaġun wasslu lill-President tal-Ferrari Sergio Marchionne biex jiltaqa’ ma’ diversi figuri ta’ awtorità fi ħdan it-tim ta’ Maranello biex jifhem x’qed iwassal għal din il-kriżi. Huwa kien ċar li dan ir-rawnd ta’ konsultazzjoni se jispiċċa b’diversi bidliet amministrattivi biex ittim iqum fuq saqajh u jisfida lillMercedes għall-kampjonat talkostrutturi. Effett mhux mistenni ta’ dan l-eżerċizzju se narawh aktar ’l isfel f ’dan l-artiklu. Sadanittant, għad m’hemmx konferma ta’ fiex se jikkonsistu dawn il-bidliet. Madankollu, għajdut persistenti qiegħed isostni li l-iScuderia Ferrari qed tiġri wara l-ex-team principal tagħha Ross Brawn biex tikkonvinċih jirritorna fi rwol ta’ konsulent amministrattiv. Kif jafu d-dilettanti ta’ dan l-isport, Brawn kien wieħed mill-arkitetti prinċipali tal-perjodu tad-deheb li dan it-tim kellu fil-bidu tas-snin 2000. Fl-2013, però, wara li ġab suċċess għal diversi timijiet, huwa għażel li jirtira hekk kif sostna

li m’għadux interessat li jibqa’ jikkommetti ruħu għall-Formula 1 24 siegħa kuljum. Għaldaqstant, jidher li l-Ferrari għandhom biċċa xogħol iebsa biex iħajru lil dan l-espert Brittaniku lura fl-isport. Sabiex jinstab kompromess jista’ jkun hemm il-possibbiltà li joffrulu rwol ta’ appoġġ għad-diriġenti preżenti minflok ir-rwol tagħhom direttament. B’hekk, huwa jkun jista’ jagħti daqqa’ t’id filwaqt li jevita l-ġiri kontinwu madwar iddinja li jinvolvi fl-isport. Għajnejhom fuq l-2017

sentejn hekk kif it-tranżizzjoni għall-magni ibridi għamlet pressjoni finanzjarja fuqu li ma rnexxilux jassorbi. Tul dan l-istaġun il-kriżi laħqet livell tant gravi li t-tim saħansitra ttardja darbtejn fit-tqassim talpagi tal-ħaddiema. Il-problemi finanzjarji tat-tim dehru wkoll fuq iċ-ċirkwit hekk kif is-Sauber kellhom jaqbżu ż-żewg testijiet ta’ matul l-istaġun biex jippruvaw jikkontrollaw l-ispejjeż. It-tama kienet li s-Sauber jirnexxilhom isibu sponsor kbir jew investitur li jagħti injezzjoni ta’ riżorsi biex it-tim isalva. Din ix-xewqa fl-aħħar inqatgħet nhar l-Erbgħa li għadda meta t-tim ħabbar ftehim mal-kumpanija Żvizzera Longbow Finance. F’kummenti li tat Kaltenborn hija ħabbret li dan il-ftehim mhux biss assigura l-futur tat-tim imma se jippermettilu jisfrutta r-riċerki tiegħu fl-inġinerija b’mod kummerċjali li jmur lil hinn millFormula 1. Sadanittant, stqarrija maħruġa mis-Sauber spjegat li din it-tranżizzjoni se ġġib it-tmiem talparteċipazzjoni ta’ Peter Sauber fl-amministrazzjoni tat-tim hekk kif dan mhux se jibqa’ jagħmel parti mill-bord. Postu se jieħdu Pascal Picci li se jirrappreżenta lil-Longbow Finance, filwaqt li Kaltenborn se żżomm il-pożizzjoni tagħha fil-bord kif ukoll bħala team principal. Is-Sauber ikkonfermaw wkoll li t-tim mhux se jkun qiegħed ibiddel ismu.

Eżerċizzju simili qegħdin jagħmluh il-Williams li din is-sena, wara żewġ staġuni pożittivi li fihom kisbu t-tielet post fil-klassifika talkostrutturi, sabu ruħhom jilagħbu bejn ir-raba’ u l-ħames post. Għaldaqstant, it-tim talab liċchief technical officer tiegħu Pat Symonds biex jara x’inhi r-raġuni wara dan il-pass lura fir-rendiment. Dan żvelah Symonds stess li indika illi l-analiżi tiegħu qiegħda tindika li l-problema prinċipali hija li l-vetturi tagħhom mhumiex qegħdin jisfruttaw ir-roti b’mod effiċjenti. Madankollu, huwa spjega wkoll illi l-vetturi mhumiex sodisfaċenti mil-lat ajrudinamiku. Sabiex jipprova jindirizza dawn iżżewġ kwistjonijiet it-tim introduċa qiegħ ġdid għall-vetturi fl-Ungerija. Symonds indika li dan jista’ jkun l-aħħar żvilupp ajrudinamiku maġġuri għal dan l-istaġun għax it-tim jixtieq jibda jiffoka r-riżorsi Ambizzjuż iżżejjed? tiegħu fuq il-vettura tal-2017. Il-futur tal-McLaren issemma wkoll Jassiguraw il-futur tagħhom fl-aħbarijiet hekk kif Fernando Alonso saħansitra esprima l-fehma Tim li kien fi kriżi ferm akbar li t-tim minn Woking jista’ jirbaħ kienu s-Sauber. Dan il-fatt kien l-kampjonat fl-2017. Dan qalu ikkonfermat minn kummenti li minkejja l-fatt li l-aħħar sentejn għamlet kmieni din il-ġimgħa ma kienu xejn sbieħ għal dan itt-team principal tagħhom Monisha tim hekk kif batew ħafna biex Kaltenborn. It-tim Żvizzeru ilu fi jiksbu l-punti b’mod konsistenti. kriżi finanzjarju għal aktar minn Madankollu, Alonso sostna li

l-McLaren qegħdin jagħmlu avvanzi b’rata mgħaġġla biżżejjed biex sal-2017 ikunu jistgħu jaspiraw li jħabbtuha mat-timijiet il-kbar. Jekk ma jinqala’ xejn is-sewwieq Spanjol huwa mistenni li jagħmel parti minn dan il-proġett ambizzjuż anke s-sena d-dieħla hekk kif ilkuntratt tiegħu jwassal sal-aħħar tal-2017. Madankollu, għadu mhuwiex ċar min se jkun il-kollega tiegħu għax il-futur ta’ Jenson Button mhux se jkun deċiż qabel Settembru. Vettel qed jixba’? Fl-aħħar tal-2017 nafu naraw tibdil interessanti f ’tim ieħor. Dan jorbot mal-aħbar li semmejna aktar qabel rigward il-pressjoni kbira li Sergio Marchionne qed jagħmel fuq ilFerrari biex idawru r-rotta malajr kemm jista’ jkun. Skont it-team principal tar-Red Bull Racing Christian Horner ilmod kif it-tim waqa’ lura f ’termini ta’ prestazzjoni mhi qiegħda togħġob xejn lil Sebastian Vettel. Għaldaqstant, Horner sostna li huwa ma jkunx sorpriż jekk issewwieq Ġermaniż jabbanduna lillFerrari jekk it-tim Taljan ma jkunx qiegħed jiġġieled għall-kampjonat sas-sena d-dieħla. Barra minn hekk, Horner esprima l-fehma li l-karattri ta’ Marchionne u Vettel mhumiex daqstant kumpatibbli u li l-Ġermaniż mhux qiegħed japprezza l-attitudni kemxejn negattiva li adotta Marchionne fil-konfront tat-tim matul dawn l-aħħar xhur. Għaldaqstant, l-amministratur Brittaniku ma eskludiex ilpossibbiltà li Vettel jingħaqad malMercedes biex ikollu ċans aħjar li jirbaħ il-kampjonat. Però, skont Horner, biex dan iseħħ, Lewis Hamilton irid ikun telaq mit-tim għax ma jħossx li ż-żewġ sewwieqa se jaċċettaw li jaħdmu taħt saqaf wieħed minħabba l-ambizzjonijiet kbar tagħhom.


40 24|07|2016

kullhadd.com

LOKALI

MIŻURI ĠODDA BIEX IL-GVERN JIĠĠIELED IL-FAQAR • IL-KWISTJONI TAL-KIRJIET FOST DAWK FUQ L-AĠENDA It-tħassib ta’ diversi familji minħabba l-kirjiet li qegħdin jogħlew huwa wkoll fuq l-aġenda tal-Gvern li għallbaġit li ġej qed iħejji iktar miżuri maħsuba biex jiġġieled il-faqar. Tkellem dwar dan il-Prim Ministru Joseph Musca meta kien qed jieħu sehem filprogramm Għandi Xi Ngħid imxandar ilbieraħ. Spjega kif, filwaqt li sa erba’ snin ilu l-ikbar tħassib kien jirriżulta mill-kontijiet taddawl u l-ilma, illum huma diversi dawk li qed jinkwetaw kif se jlaħħqu mal-kirja talpost tagħhom għax, filwaqt li l-Gvern raħħas il-kontijiet talenerġija, jirriżulta li l-privat żied il-prezz tal-kirjiet anke minħabba li d-domanda żdiedet sforz ta’ tkabbir ekonomiku bla preċedent. Iżda mhux biss, il-Maltin qed jikkompetu ma’ barranin għall-istess kirjiet u f ’ċerti każi kien hemm ukoll abbużi minn sidien li ddikjaraw ittaxxa fuq min kera l-post. Quddiem dan kollu l-Gvern qed janalizza x’azzjoni jista’

jieħu. “Allura inti jekk għandek post li fejn qabel kont tikrih bi €300 fix-xahar issa jiswa €500 fix-xahar, u l-istess nies aktarx isibuha diffiċli biex jixtru post għax il-bank ma jsellifhomx għax għandhom kuntratt definit, allura bħalissa flimkien ma’ Louis Grech (Deputat

nazzjonali. F’jum fejn sar magħruf li Malta rreġistrat irraba’ l-akbar tnaqqis fid-dejn nazzjonali minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Skont il-Eurostat, fl-ewwel kwart tal-2016, id-dejn nazzjonali ta’ Malta naqas għal Tnaqqis fid-dejn 65.3% tal-Prodott Domestiku Tkellem ukoll dwar id-dejn Gross. Dan ifisser tnaqqis ta’ Prim Ministru) għandna grupp ta’ kordinament li qed naraw kif noħorġu għallbaġit li ġej numru ta’ miżuri kontra l-faqar,” żvela l-Prim Ministru.

kważi 3.3% fir-rata ta’ dejn ta’ pajjiżna meta mqabbel ma’ sena qabel. Fil-programm il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-liġijiet maħsuba biex tissaħħaħ il-governanza, irriforma fil-mod kif jinħatru l-ġudikanti, is-suċċessi filqasam tal-impjiegi u t-traffiku, fost oħrajn. Enfasizza li dawn huma kollha temi li jiġbru l-aħħar żmien ta’ ħidmet il-Gvern, li kellu wkoll l-isfidi tiegħu. “Għan-nies kienu żminijiet pożittivi ħafna. Ix-xogħol kompla jikber, kellna l-ikbar tkabbir ekonomiku fl-istorja, il-pagi għolew, il-faqar naqas, servizzi ngħataw, pensjonijiet għolew, imma kellna wkoll il-kwistjoni tal-Panama, u kwistjonijiet politiċi li kienu diffiċli mal-Gvern. Mhux se ninħeba wara subgħajja u ngħid li mhux se nindirizzawhom. Jien irrid li l-pożittiv jibqgħu jħossuh innies u li n-negattiv nitgħallmu minnu. Nitgħallem jien l-ewwel wieħed minnhom,” iddikjara l-Prim Ministru.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.