PRESSJONI BIEX MA JSIRX RAPPORT LILL-PULIZIJA www.kullhadd.com Il-Ħadd, 24 ta’ Settembru, 2017
Ħarġa Nru 1,263 Prezz €1
Il-Prim Ministru Joseph Muscat mal-Eks President tal-Istati Uniti, Barack Obama, f ’diskussjoni waqt wieħed mill-avvenimenti li attenda għalihom il-Prim Ministru Muscat fl-Istati Uniti. Għall-Prim Ministru kienet ġimgħa bieżla u importanti ħafna fejn kellu numru ta’ laqgħat bilaterali importanti, tkellem fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda u saħanasitra ssiġġilla l-investiment ta’ STARR fis-settur tas-servizzi finanzjarji.
Qed issir pressjoni kbira biex persuni li kellhom il-firma tagħhom iffalsifikata minn Jean Pierre Debono, Assistent Segretarju Ġenerali u deputat qrib Adrian Delia, il-Kap il-ġdid tal-PN, ma jirrapportawx il-każ lill-pulizija. Dan għax jekk Jean Pierre Debono jittella’ l-Qorti akkużat b’falsifikar ta’ firem u jinstab ħati jkollu jirriżenja minn membru Parlamentari minħabba l-gravità tal-każ. Ara paġna 3
DELIA SE JIEĦU PAGA DOPPJA • ADRIAN DELIA JRID IKTAR MINN €30,000 FIS-SENA BIEX IŻIDHOM MAS-SALARJU TA’ €45,000 TA’ META JIRRANĠA BIEX ISIR KAP TAL-OPPOŻIZZJONI • IRID JIMPJEGA SITTA MIN-NIES FL-UFFIĊĊJU TIEGĦU U QALULU LI M’HEMMX MINN FEJN Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qed jinsisti li jieħu paga mill-Partit Nazzjonalista anke jekk dawk li jafu l-qagħda finanzjarja tal-Partit Nazzjonalista qalulu li l-partit mhux f’pożizzjoni li jagħmel dan. Il-kapijiet ta’ qablu ma kinux jieħdu paga għax kienu jieħdu l-paga ta’ Prim Ministru jew ta’ Kap tal-Oppożizzjoni, iżda Delia għamilha ċara li anke ladarba xi ħadd iċedilu s-siġġu u jidħol fil-Parlament u jinħatar Kap tal-Oppożizzjoni, hu xorta waħda jrid salarju mill-partit. Tagħrif li għandha l-gazzetta KullĦadd jgħid li Adrian Delia jrid salarju li jaqbeż it-€30,000, biex iżidu mal-€45,000 li eventwalment jieħu bħala Kap tal-Oppożizzjoni. Ara paġni 3-5
02
24.09.2017
kullhadd.com
Editur ALEANDER BALZAN
L-Ogħla Temperatura: 26°C L-Inqas Temperatura: 20°C L-Indiċi UV: 7 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ arja instabbli tiksi ċ-ċentru tal-Mediterran. It-Temp: Pjuttost imsaħħab b’ħalbiet tax-xita lokalment bir-ragħad minn ħin għal ieħor u b’xi waqtiet ċari aktar tard waranofsinhar. Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mix-Xlokk li jdur mil-Lbiċ. Il-Viżibilità: Tajba lokalment moderata fil-ħalbiet tax-xita. Il-Baħar: Ħafif għal moderat. L-Imbatt: Baxx mix-Xlokk. It-Temperatura tal-Baħar: 26°C
email: aleander.balzan@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572
Disinn tal-Paġni LEANNE ABELA GRECH tel: (+356) 2568 2571
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
Indirizz Postali KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
27°C UV 13
20°C
Il-Ħamis
27°C UV 13
19°C
Il-Ġimgħa
27°C UV 11
20°C
Is-Sibt
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
26°C UV 11
19°C
26°C UV 12
18°C
26°C UV 12
19°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21226281 Chemimart International Pharmacy,650, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21236477 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi – 21487162 Mackie’s Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta’ Paris, Birkirkara – 21496089 D’Argen’s Pharmacy, 330, Triq D’Argens, Il-Gżira – 21330817 Numri Importanti St. Andrew’s Pharmacy, Triq il-Qasam, Tal-Ibraġġ – 21371062 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema – 21330376 112 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442 Sgħajtar Pharmacy, Triq is-Sgħajtar, Il-Mosta – 21415198 Il-Pulizija ta’ Malta Promenade Pharmacy, Triq il-Korp tal-Pijunieri, Buġibba – 27441160 2122 4001-9 St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid – 21665848 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, Il-Fgura – 21673811 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Mediatrix Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 27826685 2393 0000 Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq – 21663311 Kristianne Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, L-Imqabba – 21683048 Il-Gwardjani Lokali 2132 0202 Remedies Pharmacy, 1, Triq il-Parroċċa, Is-Siġġiewi – 21460828 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447
Stampat Progress Press
L-Isptar ta’ Malta 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex 2156 1600
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza 5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku 1182
Għawdex Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21566170 Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem – 27203615 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
03
24.09.2017
kullhadd.com
L-EWWEL BIL-PAGA MILL-PN • KWISTJONI OĦRA LI QED TKOMPLI TOĦLOQ L-INKWIET • TA’ KONTRIH JGĦID LI JEKK GĦANDU D-DEJN PERSONALI MISSU RAH QABEL Adrian Delia huwa l-ewwel kap tal-Partit Nazzjonalista li se jkun qed jieħu paga mill-partit barra paga bħala Kap talOppożizzjoni. Fi ftit kliem se jkun qed jieħu paga doppja. Il-kapijiet ta’ qablu ma kinux jieħdu paga mill-partit għax dejjem emmnu li bħala Prim Ministru jew Kap tal-Oppożizzjoni kienu diġà qed jitħallsu tal-irwol tagħhom. Iżda, Adrian Delia jaħsibha differenti. Saħansitra t-talba għall-paga li taqbeż it-€30,000 kienet waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li ħa. Biex bil-madwar €45,000 li jdaħal kap tal-oppożizzjoni jkun qed idawwar madwar €75,000 fis-sena. Iżda, dawk li jieħdu ħsieb il-finanzi tal-Partit Nazzjonalista infurmawh li ma jkunx għaqli li tiżdied paga li sa ftit ilu ma kinetx tittieħed. Għax Simon Busuttil kien jitħallas is-salarju ta’ Kap tal-Oppożizzjoni. Fil-fatt hu ltaqa’ mal-grupp tal-finanzi u fost dawk li infurmawh li m’hemmx lok għal dan issalarju kien hemm ċertu Malcolm Custo li qallu kif il-PN diġà għandu problema jlaħħaq mas-salarji li għandu bħalissa. Però Delia jaħsibha differenti. Saħansitra f ’intervista li kellu qal: “Ma naħseb li hemm xejn ħażin li wieħed jirċievi salarju għal full-time job,” u żied li filwaqt li japprezza li ħaddieħor ma ħax salarju ma jara xejn ħażin li hu jitħallas. Din id-dikjarazzjoni qed issir wara li fil-kampanja għal kap qal li l-qagħda finanzjarja tal-PN kienet agħar minn dik irrapportata u f ’laqgħa minnhom kien qal: “Qed jgħidu li ħiereġ biex inħallas id-dejn. Daqskemm għandna minn fejn inħallsu.” Iktar minn hekk Delia jrid jimpjega sitta min-nies fl-uffiċċju tiegħu li din il-gazzetta għandha l-ismijiet tagħhom kollha. Fost oħrajn irid jimpjega lil Pierre Portelli, editur maniġerjali ta’ The Malta Independent bħala ċ-Chief of Staff tiegħu u għalih ukoll qed jitlob salarju sostanzjali.
JEAN PIERRE DEBONO BEŻGĦAN Nies qrib il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qed jaħdmu biex ħadd minn dawk li Jean Pierre Debono ffirma f ’isimhom mingħajr ma jafu ma jmur jagħmel rapport lill-pulizija. Għax dan ikun ifisser li Jean Pierre Debono jispiċċa l-qorti fi proċess ta’ ġustizzja li jista’ jiswilu s-siġġu. Naturalment hemm min jixtieq li dan ir-rapport isir, iżda nies qrib il-kap qed jgħidu lil dawk involuti li l-inkwiet la għandhom x’jambuh huma u lanqas il-kap tal-partit jekk iridu li l-partit jingħaqad għal li ġej. Kien rapport intern tal-Kummissjoni Elettorali tal-PN żvelat mill-Maltatoday kixef li Jean Pierre Debono ffalsifika firem tat-tesserati fi prokuri foloz. Dan sar sabiex ikun jista’ jiġbor id-dokumenti tal-vot tagħhom hu. Debono nqabad meta tesserat mar
id-dar ċentrali biex jiġbor id-dokument tal-vot tiegħu u skopra li Debono kien preżenta prokura ffirmata sabiex ikun jista’ jiġbor il-vot f ’ismu. Meta ra l-prokura, it-tesserat sostna li dik ma kinitx il-firma tiegħu. Wara investigazzjoni mmexxija mill-Kummissjoni Elettorali nstab li Debono kien preżenta tmien prokuri oħra f ’ismu. Waħda mill-konklużjonijiet tar-rapport iddeplorat l-azzjonijiet ta’ Debono hekk kif fl-ebda mument ma tkellem mal-Kummissjoni Elettorali u li kieku ma nqalax l-imsemmi inċident din il-ħadma minn uffiċjal għoli tal-partit kienet se tinżamm mistura. Il-Kummissjoni Elettorali għalqet billi kkundannat lil Debono talli uża prattiċi li jmorru kontra proċeduri
stabbiliti mill-Kummissjoni u talli ffalsifika firem sabiex jinġabru dokumenti tal-vot bi prattiċi elettorali illeċiti. Saħansitra lbieraħ fit-Times of Malta ntqal li l-każ mhux magħluq u fil-laqgħa li jmiss tal-amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista se jkunu diskussi passi dixxiplinarji. Xi ħaġa li kkonfermaw il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u s-Segretarju Ġenerali Rosette Thake. Huma kkonfermaw li l-każ issa tressaq quddiem il-kunsill amministrattiv tal-partit biex tittieħed azzjoni dixxiplinarja kontra Debono. B’reazzjoni għal dak żvelat, id-deputat Nazzjonalista Għawdxi Chris Said qal li kien ixxokkjat b’dawn l-iżviluppi. Huwa qal li sar jaf bil-ħadma ta’ Debono minn rapport fil-midja. Qal li kien għalhekk li ta-
lab lill-partit biex jidħol aktar f ’din il-kwistjoni. Said li tilef ma’ Delia b’distakk minimu ta’ 800 vot f ’elezzjoni li ħadu sehem fiha 15,000 tesserat qal li l-partit għandu jinvestiga jekk dan kienx inċident iżolat jew jekk kinitx prattika mifruxa. Żied jgħid li jekk hemm bżonn il-Partit Nazzjonalista għandu jieħu passi kontra min kien responsabbli. Intant l-editorjal tal-istess gazzetta intitolat “Dellijiet mudlama f ’Tal-Pietà,” il-gazzetta li appoġġjat fil-miftuħ lil Alex Perici Calascione, qal li Debono kellu jiġi sospiż b’mod immedjat. L-editorjal żied jgħid li l-falsifikazzjoni tal-firem huwa att kriminali u f ’dikjarazzjoni aktar b’saħħitha qal li l-elezzjoni għall-ħatra ta’ kap tal-Partit Nazzjonalista għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid.
04
24.09.2017
kullhadd.com
FL-EWWEL ĠIMGĦA Dan kien il-jum fejn sar it-tieni rawnd għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Elezzjoni li kienet waħda fejn spikkat id-diżorganizzazzjoni u li tibqa’ magħrufa għall-argumenti sħan li nqalgħu fil-jum tal-votazzjoni tant li kellhom ikunu involuti l-pulizija. Fost oħrajn bejn idDeputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u qraba tal-kandidat Adrian Delia kif ukoll bejn ilkontestant Chris Said u Mario Frendo.
16 09 17
Filgħodu f ’Ħaż-Żebbuġ il-Prim Ministru ddikjara “il-Partit Nazzjonalista għażel lil Adrian Delia għax ma kellux għażla aħjar. Il-pajjiż għandu għażla aħjar u se jkompli jagħżel aħjar.” Il-Prim Ministru qal li kien se jistieden lil Delia għal-laqgħa ta’ kortesija biex flimkien jiddiskutu kif il-pajjiż jista’ jimxi ’l quddiem u hawn tenna li Delia kellu jirrevedi d-deċiżjoni tal-Partit Nazzjonalista li ma jiħux sehem f ’kumitat dwar il-ġejjieni tal-iskart. Dan kien l-ewwel test għal Adrian Delia biex juri jekk kienx tassew se jħaddan mod ġdid ta’ politika fl-interess tal-pajjiż.
17 09 17
It-Tnejn filgħodu Adrian Delia mar ma’ Simon Busuttil u Jason Azzopardi l-Qorti biex ikun spalla ma’ spalla magħhom f ’wieħed mill-bosta każi li Simon Busuttil fetaħ il-Qorti. Wara li tkellem tant dwar l-establishment tal-partit, beda jħossu komdu jagħmel parti minnu bil-għan li jipprova jnissel xi sens ta’ għaqda fil-partit, anke jekk sa issa mingħajr suċċess. Min-naħa tiegħu l-Partit Laburista nnota kif: “Fit-tieni jum tiegħu fil-kariga, Adrian Delia baxxa rasu għal Simon Busuttil. Addio new way. Aktar każ ta’ old habits die hard.”
18 09 17
Adrian Delia kien favorit li jirbaħ u ħafna bassru li kien se jkaxkar din l-elezzjoni. Però d-distakk f ’elezzjoni fejn 8,000 persuna għażlu li jastjenu kien ta’ inqas minn 800 vot. Wara sajf jaħraq deher ċar kemm il-Partit Nazzjonalista kien inqasam kważi min-nofs u għal dawk li ħasbu li r-riżultat elettorali se jibdel l-affarijiet irrealtà kienet mod ieħor. Sa ftit sigħat wara li Delia nħatar kap kienu diġà bdew jintbagħtu t-tesseri lura lejn id-Dar Ċentrali. Għexieren oħra qattgħu t-tessera u tellgħu ritratt fuq Facebook. Mill-bibien miftuħa li wiegħed Adrian Delia ħarġu n-nies u mhux daħlu.
Filgħaxija Adrian Delia tkellem fuq il-Fosos tal-Furjana meta kien intervistat minn Peppi Azzopardi. Kien mistoqsi dwar din l-istedina li l-PN jipparteċipa fil-kumitat u b’ton xi ftit aggressiv Adrian Delia rrifjuta. Qal li “ħadd mhu se jiddetta l-aġenda tal-Partit Nazzjonalista.”
Adrian Delia beda b’negozjati intensivi biex jikseb siġġu fil-Parlament Malti. Minkejja li qabel l-elezzjoni kien iddikjara li kellu “soluzzjoni misjuba” beda joħroġ iktar biċ-ċar li din ma kienet soluzzjoni misjuba xejn. B’għajnuna ta’ kollaboraturi bħal Pierre Portelli u Clyde Puli fost oħrajn, Delia beda jdur fuq deputati li telgħu bil by-election bit-tama li jikkonvinċihom iċedu s-siġġu. Dan bil-ħsieb li hu jkun co-opted mill-Partit Nazzjonalista. Però kien kollu għalxejn. Maria Deguara żammet sod massiġġu Parlamentari li rebħet għall-ewwel darba u lil Delia ma ċeditlux.
05
24.09.2017
kullhadd.com
Għal Adrian Delia l-ikbar inkwiet baqa’ s-siġġu Parlamentari. Kien għadu ma wasal ma’ ħadd. Issa prova ma’ Ivan Bartolo deputat ġdid mill-11–il distrett li wkoll qallu le. Bartolo, li milux ta kilwa minn tiegħu lil pazjent ma jafux qal lil Delia li “l-kilwa tiegħu iżda s-siġġu tan-nies.” Għal Delia din kienet daqqa ta’ ħarta għax issa ħareġ biċ-ċar kemm ma kellux pjan ta’ kif se jispiċċa fil-Parlament, minkejja li wiegħed mod ieħor lit-tesserati. Sar magħruf li Ivan Bartolo kien offrut impjieg ta’ konsulent id-Dar Ċentrali biex iċedi s-siġġu. Biex hawn ħareġ biċ-ċar li Delia kien lest li jħallas li hemm bżonn minn flus il-Partit Nazzjonalista biex hu jispiċċa Deputat Parlamentari u jassumi l-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni. Jaf li jekk ma jagħmilx hekk kemm jista’ jkun malajr, kien se jkollu kwistjonijiet b’waħda minnhom kienet se tfaqqa’ ftit sigħat wara. B’Ivan Bartolo jibqa’ jgħid le, issa bdew ikunu esplorati toroq iktar kumplikati minn dawk li jeħtieġu sempliċi co-option. Deputati qrib Delia bdew ikunu magħfusa biex almenu jserrħulu rasu li lesti jċedu s-siġġu, imbagħad jaraw kif tinħadem. Jum l-Indipendenza ma bediex tant tajjeb għall-kap li kellu żewġ deputati minn tiegħu li qalulu li lanqas biss jikkunsidraw li jċedu s-siġġu. Jason Azzopardi qal li xi ħadd li daħal fil-politika mil-lum għal għada biex isir kap messu tal-inqas assigura li se jkun fil-Parlament u Karol Aquilina kien iktar kategoriku, fakkar kif Adrian Delia kien wiegħed li kellu soluzzjoni misjuba. Soluzzjoni li issa deher ċar li m’eżistiet qatt. Hawn faqqgħet storja kbira. Rapport intern tal-Kummissjoni Elettorali tal-PN żvelat mill-Maltatoday kixef li Jean Pierre Debono ffalsifika firem tat-tesserati fi prokuri foloz. Dan sar sabiex ikun jista’ jiġbor id-dokumenti tal-vot tagħhom hu. Debono nqabad meta tesserat mar id-Dar Ċentrali biex jiġbor id-dokument tal-vot tiegħu u skopra li Debono kien preżenta prokura ffirmata sabiex ikun jista’ jiġbor il-vot f ’ismu. Meta ra l-prokura t-tesserat sostna li dik ma kinitx il-firma tiegħu. Wara investigazzjoni mmexxija mill-Kummissjoni Elettorali nstab li Debono kien preżenta tmien prokuri oħra f ’ismu. Dawn kienu deskritti bħala prattiċi elettorali illeċti mill-Kumissjoni Elettorali.
Sar magħruf li Simon Busuttil, sal-lum Kap tal-Oppożizzjoni u Rosette Thake, Segretarju Ġenerali, qed jitlobu passi dixxiplinarji kontra Jean Pierre Debono minħabba l-kwistjoni tal-iffalsifikar tal-firem. M’hemmx dubju li din bdiet tkun interpretata bħala attakk fuq Delia fid-dawl li Jean Pierre Debono kien kanvaser ewlieni ta’ Adrian Delia.
19 09 17
Filgħaxija Delia tkellem fuq il-Fosos tal-Furjana. Attakka lill-Prim Ministru għax mar l-Istati Uniti fil-ġimgħa tal-Indipendenza. Dan meta l-Prim Ministru qed jattendi għall-Assemblea Ġenerali talĠnus Magħquda li d-dati tagħhom tistabbilixxihom l-istess organizzazzjoni. Fl-Istati Uniti wkoll il-Prim Ministru ssiġilla investiment mill-kumpanija STARR rinomata fis-settur tas-servizzi finanzjarji. Hawn Delia attakka wkoll il-pjan tal-Gvern biex jiżdiedu iktar nisa fid-dinja politika billi sejjaħlu konvenjenza u reġa’ rrifjuta l-istedina biex ipoġġi fuq il-kumitat taliskart.
Filgħaxija Adrian Delia tkellem filmass meeting tal-Partit Nazzjonalista. L-ewwel wieħed tiegħu quddiem l-iżgħar folla li qatt ra dan il-mass meeting tradizzjonali ta’ lejlet Jum l-Indipendenza. Tmien deputati m’attendewx għad-diskors tal-kap il-ġdid. Kien diskors negattiv fejn enfasizza li Malta mhix pajjiż normali, li trid tiġġieled, attakka r-riformi progressivi li jrid jagħmel il-Gvern u biex qal li se jilqa’ l-istedina li jiltaqa’ mal-Prim Ministru, qal li ma jibżax minnu. Dlonk l-istqarrija tal-Partit Laburista: “Adrian Delia qal li se jaċċetta li jiltaqa’ mal-Prim Ministru għax ma jibżax minnu. Ta’ min wieħed jiċċara li l-Prim Ministru ma stedinx li Dr Delia għall-ġlied. Iżda stiednu għal-laqgħa ta’ kortesija biex jiddiskutu kif il-pajjiż se jkompli miexi ’l quddiem!”
20 09 17
Mument umiljanti ieħor kien meta waqt iċ-ċerimonja uffiċjali tal-Indipendenza, Adrian Delia spiċċa fuq in-naħa ta’ wara tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann u l-Partit Nazzjonalista kien rappreżentat fuq quddiem minn Simon Busuttil bħala Kap tal-Oppożizzjoni. Anke fuq il-monument tal-Indipendenza mar Simon Busuttil u mhux Adrian Delia. In-nuqqas ta’ pjan qabel ma ġie elett issa beda joħroġ iktar fid-dieher.
21 09 17
Min-naħa tiegħu Adrian Delia qasam ilfliegu biex jinnegozja s-siġġu ma’ Frederick Azzopardi. Negozjati li komplew filgħodu u ssoktaw mal-lejl, xhieda tal-prezz li se jkollu jitħallas għal xi tip ta’ ftehim. Intant, il-kandidat Nazzjonalista u konsulent mediku Kevin Cassar iddeskriva lil Adrian Delia bħala theddida għad-demokrazija f ’artiklu dettaljat fit-Times of Malta.
22 09 17
Adrian Delia kien intervistat minn Lovein Malta. Fost oħrajn qal li mhux se jagħti rendikont u sodisfazzjon dwar il-qagħda finanzjarja tal-PN. Kunfidenzjali qal li l-kap li wiegħed mod ġdid, bil-mod ġdid donnu se jasal biss fil-mod kif jirregola l-mażunerija mal-Partit Nazzjonalista. Qal li r-regoli li kien hemm sa issa setgħu kienu ibsin wisq u jaf jibdilhom. Wieħed mill-kollaboraturi ewlenin tiegħu ammetta s-sehem fil-mażunerija.
23 09 17
06
24.09.2017
kullhadd.com
PROĠETT TA’ MINI F’SANTA LUĊIJA • INIZJATTIVA OĦRA MAĦSUBA BIEX JONQOS IT-TRAFFIKU
Kitba ta’ ewro, dan il-proġett se jkun EDWARD qed jgħaqqad Vjal Santa LuċiMONTEBELLO ja u Aldo Moro ma’ Tal-Barrani, fi żmien meta anki se Fl-ewwel 100 jum ta’ Gvern jibda l-proġett tal-junction ġdid, il-Ministru għat-Tra- fil-Marsa. “Dalwaqt jibda l-proġett sport u l-Infrastruttura Ian Borg ħabbar proġett ieħor tal-Marsa junction u dan qed infrastrutturali fit-toroq jantiċipa minn issa sfidi li se jinħolqu ġodda jekk inħaltagħna. L-aħħar proġett jinkludi lu l-affarijiet kif inhuma fuq żewġ mini taħt ir-roundabout ir-roundabout ta’ Santa Luċija. Allura qed nagħmlu investa’ Santa Luċija. Bl-isfond tal-ġnien ġojjell timent ta’ 20 miljun ewro, li għar-residenti ta’ Santa Luċi- għalihom se nkunu qed napja, il-Ministru Borg stqarr li plikaw għal fondi Ewropej dan se jkun proġett li se jtaf- u mal-permessi tal-Awtorità fi l-konġestjoni tat-traffiku tal-Ippjanar sabiex nagħmlu li jinħoloq fin-Nofsinhar ta’ tunnels. Ovvjament din se Malta, speċjalment għan-nies tkompli tgħin sabiex niġġielta’ Raħal Ġdid u Santa Luċija. du flimkien din l-isfida Il-Ministru Borg saħaq li tal-konġestjoni tat-traffiku b’investiment ta’ 20 miljun waqt li ovvjament inkom-
plu nħarsu ’l quddiem għal miżuri aktar long term biex kemm jista’ jkun nixxiftjaw l-użu tal-karozza privata lejn it-trasport pubbliku u sistemi oħrajn li għad fadlilna bħala pajjiż niddiskutu biex nimplimentaw,” spjega Ian Borg. Il-proġett tal-mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija mhux biss mistenni jnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku iżda anki jindirizza l-problema tat-tniġġis fl-arja, li ġej mill-eluf ta’ karozzi li jgħaddu mill-inħawi kull siegħa tal-ġurnata. “Ovvjament meta inti mhux qed titla’ t-tlajja’ li llum wieħed jitla’ biswit iċ-ċimiterju tal-Addolorata, allura tnaqqas ukoll l-emissjonijiet, emissjonijiet li n-nies ta’
dawn l-inħawi ilhom jesperjenzaw għal għexieren ta’ snin,” irrimarka l-Ministru. Fid-dawl li jeżisti tħassib minħabba t-traffiku li jġib il-bidu tal-iskejjel nhar it-Tnejn, il-Ministru Borg semma ż-żieda fl-użu tat-trasport pubbliku u kif din qed tgħin ħalli jnaqqsu d-dipendenza fuq l-użu tal-karozza privata. “Minkejja d-diffikultajiet u l-isfidi li fadlilna naħdmu fuqhom, rajna li matul l-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena, żidna 12% ta’ dawk li jagħmlu użu minnu. Fadal ħafna sfidi mal-operaturi, qed nitkellmu mal-istakeholders l-oħrajn sabiex inkomplu ntejbuh għaliex dan ovvjament mhux biss huwa importanti
għal dawk li ma jsuqux però jekk jista’ jkun anki aktar nies jiżdiedu u jagħmlu użu minnu,” qal meta mistoqsi Borg. Intant fl-istess konferenza tal-aħbarijiet li fiha tħabbar ilproġett tal-mini f ’Santa Luċija tkellem ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà, Chris Agius, u ta rendikont tax-xogħol estensiv li sar fl-oqsma responsabbli minnhom. Fost l-oħrajn spjega li d-Dipartiment tal-Artijiet qed jaġġorna l-pjanti tiegħu biex dawn ikunu aktar preċiżi u jgħinu biex isiru riċerki aħjar. Saħaq li dan kollu qed isir f ’konsultazzjoni sħiħa mal-Kamra tan-Nutara li huma ħolqa importanti f ’dan il-qasam.
07
24.09.2017
kullhadd.com
MAGĦŻULA N-NISA TA’ LEAD
• 70 MARA MINN OQSMA DIVERSI TAL-ĦAJJA 70 mara b’età medja ta’ 29 sena u li ġejjin minn oqsma diversi tal-ħajja huma l-parteċipanti magħżula għall-programm LEAD. Programm li wara r-rispons pożittiv li kien hemm għalih se jkun qed jitħaddem b’żewġ gruppi; wieħed li jibda f ’Ottubru li ġej u ieħor li jibda f ’Marzu tas-sena d-dieħla. Kull programm idum sena. Dawn id-dettalji ngħataw f ’konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Il-koordinatur tal-programm u Membru tal-Parlament Ewropew, Miriam Dalli, tkellmet dwar l-impenn tal-Partit Laburista li jindirizza l-isfida reali tan-nuqqas ta’ nisa fil-politika. Impenn li jikkuntrasta mal-attitudni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li fl-aħħar jiem iddeskriva inizjattivi bħal dawn bħala konvenjenza politika.
Uħud mill-parteċipanti li attendew għall-konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ
“Jekk ma jirrealizzax li hemm problema aħseb u ara kemm se jsolviha,” qalet Miriam Dalli li spjegat kif il-Partit Laburista huwa l-uniku moviment li lest jindirizza din l-isfida. Is-Segretarja tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Lydia Abela, li mexxiet il-bord tal-għażla tkellmet dwar l-għażla diffiċli tal-bord li quddiemu kellu bosta nies ta’ talent. Il-parteċipanti spikkaw ukoll meta kienu mitluba jfasslu tliet inizjattivi għall-pajjiż. Inizjattivi li jistgħu jkunu żviluppati bħala parti mill-programm. Deborah Schembri rrimarkat kif permezz ta’ dan il-programm il-Partit Laburista u d-dinja politika se jkunu saru jafu nies ġodda li ma kinux jafu qabel u li se jkunu kisba kbira għas-sistema politika Maltija. L-iżgħar parteċipanta għandha 17-il sena u l-ikbar 62 sena. Il-parteċipanti huma minn madwar il-pajjiż kollu.
08
24.09.2017
kullhadd.com
SITTAX-IL PERSUNA B’CARER PERSONALI FROTT MIŻURA ĠDIDA • TIEĦU L-ĦAJJA INIZJATTIVA OĦRA TAL-BAĠIT FAVUR PERSUNI B’DIŻABILITÀ 16-il persuna bdew igawdu minn inizjattiva tal-baġit għal din is-sena maħsuba biex ikun hemm għajnuna personalizzata li tgħin lill-persuni b’diżabilità jħossuhom iktar inklużi fil-komunità u toffri wkoll spalla għall-membri tal-familja li jieħdu ħsieb lil dawn il-persuni. Permezz ta’ din l-iskema persuna b’diżabilità jkollha l-għajnuna ta’ assistent personali skont il-ħtiġijiet tagħha. L-iskema hija msejsa fuq dik imħaddma mill-Independent Living Institute tal-Iżvezja, u hija miftuħa għal persuni ta’ kull età, blispiża tas-servizz tinqasam bejn il-Gvern u dawk li jagħmlu użu mis-servizz. B’investiment ta’ nofs miljun ewro, il-Gvern xtaq li fl-ewwel sena tal-iskema jibbenefikaw sa 30 persuna. Għalkemm sa issa huma 16 li qed jagħmlu użu minnha wara li applikaw u għad-
dew mill-proċess meħtieġ. Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u Persuni b’Diżabilità Anthony Agius Decelis iddeskriva din l-inizjattiva bħala ħolqa waħda minn kullana ta’ inizjattivi li qed jitħaddmu biex tingħata dinjità lill-persuni b’diżabilità. “Kif wieħed jista’ jinnota m’għamil-
FRANKAW €100,000 Fost il-bosta inizjattivi ta’ tnaqqis ta’ taxxa fil-baġit għal din is-sena kien hemm dik li permezz tagħha negozji tal-familja li jkunu trasferiti fl-istess familja, mingħand il-ġenituri għall-ulied, iħallsu inqas taxxa. Minflok boll ta’ 5% dawn il-familji bdew iħallsu 1.5%. Din hi konċessjoni ta’ 12-il xahar li daħlet fis-seħħ f ’April wara li kien ippubblikat avviż legali. Tagħrif li kisbet il-gazzetta KullĦadd juri li sa issa diġà għamlu użu minnha sitt negozji li frankaw €99,000 bejniethom. Din l-inizjattiva kienet imfaħħra bħala għodda oħra li kellha tgħin biex iktar negozji tal-familja jibqgħu mexjin ’il quddiem.
niex proġett wieħed, iffokajna fuqu u daqshekk. Għandna bosta inizjattivi mifruxa u l-għan hu li nifhmu l-ħtiġijiet ta’ kull persuna. Għax kulħadd għandu l-bżonnijiet tiegħu u għalina n-nies mhumiex sempliċi numri. Fil-fatt hekk inkunu qed nassiguraw dinjità lil kulħadd,” qal Agius Decelis li tenna l-impenn
tas-Segretarjat li jissokta b’iktar proġetti ta’ dan it-tip. Għal din l-iskema jistgħu japplikaw persuni b’diżabilità ta’ kull età. Persuni li jistgħu jib-
benefikaw minn din l-iskema jridu jressqu t-talba tagħhom lill-Aġenzija fejn professjonisti, fosthom Social Workers, jevalwaw il-każ u jitħejja rapport li jgħaddi għand Bord intern, li jevalwa t-talbiet kollha u jistabbilixxi l-kriterji u l-ispejjeż każ b’każ. Interessanti li l-Assistent Personali jista’ jkun membru tal-familja għalkemm dan ma jinkludix aħwa jew ġenituri peress li dak japplika għaliha il-Carer Benefit minflok. L-Assistenza Personali tista’ tingħata fuq diversi livelli bħal: tindif u għajnuna fid-dar, tisjir, qadi, iġene personali, għajnuna fit-tqassim tal-flus u għajnuna biex persuna timxi u tiċċaqlaq kif ukoll superviżjoni biex jitnaqqas ir-riskju ta’ korriment. Dawk interessati fis-servizz jistgħu jikkuntattjaw lill-Aġenzija Sapport fuq 2256 8000.
09
24.09.2017
kullhadd.com
RITRATT LI JGĦID STORJA MHUX TAS-SOLTU • GWARDJAN U RESIDENT TAL-FAĊILITÀ KORRETTIVA TA’ KORDIN SPIĊĊAW KOLLEGI F’TIM Kitba ta’ CLAIRE AZZOPARDI F’dan ir-ritratt jidhru George Falzon u Andrew Formosa; it-tnejn bl-istess flok tal-istess tim tal-futbol. Dak ta’ MSIDA ST JOSEPH FC. Iżda dik li tidher relazzjoni normali bejn żewġ membri ta’ tim tal-futbol hija relazzjoni li l-għeruq tagħha jgħidu storja mill-isbaħ. Dan għaliex dawn iż-żewġ irġiel iltaqgħu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Dan hekk kif Andrew Formosa kien għal xi żmien resident tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fejn skonta sentenza u beda ħajja ġdida, biex illum huwa integra sew fis-soċjetà u mhux biss qed igawdi lill-familja tiegħu iżda għandu ċ-ċans li jilgħab dik il-logħba futbol li tant hi għal qalbu. Fiż-żmien li kien fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, George Falzon kien jaħdem bħala gwardjan fl-istess Faċilità, fejn kien jilgħab logħba futbol ma’ Andrew hekk kif mhux l-ewwel darba li ġiet organizzata logħba ta’ ħbiberija bejn il-gwardjani u r-residenti. Iżda żgur li ħadd qatt ma kellu jgħidilhom li minn avversarji fil-futbol kienu se jispiċċaw jilbsu l-istess flok u jilagħbu fl-istess tim tal-futbol barra l-ħitan tal-Faċilità. Dwar dan George spjegalna għalfejn ma’ Andrew, anke bejn il-ħitan tal-ħabs, dejjem kien hemm rispett u ħbiberija. “Lil Andrew sirt nafu meta kont naħdem bħala Uffiċjal Korrettiv fil-Facilità Korrettiva ta’ Kordin. Kien resident eżemplari, jimxi mar-regoli u jirrispetta l-awtorità, għalhekk kellu rapport tajjeb mhux miegħi biss, imma anke ma’ uffiċjali oħra.” Tal-istess fehma kien Andrew, li stqarr mal-gazzetta KullĦadd li f ’George sab ilħabib li kellu bżonn fi żminijiet diffiċli. “Meta George kien gwardjan u jiena resident, kemm-il darba lgħabna kontra xulxin imma dejjem tani pariri tajbin.” Iżda kif it-toroq tal-gwardjan u r-resident reġgħu ltaqgħu flimkien? Dan hekk kif kemm George u kemm Andrew ingħaqdu ma’ timijiet Maltin stabbiliti. Hemmhekk, bdew jiltaqgħu bħala avversarji hekk kif kienu jilagħbu ma’ żewġ timijiet differenti. Kif spjegalna Andrew. “Kif ħriġt mill-Faċilità,
komplejt nilgħab il-futbol u il-gwardjani se jirrispettawh għall-bidu xorta waħda kien lura. Però wieħed irid jiftakar baqa’ avversarju fil-grawnd ukoll illi l-gwardjani għandhom tal-futbol, għaliex kien jilgħab id-dmirijiet u responsabbiltajima’ klabbs differenti, iżda din et tagħhom, u xogħolhom hu is-sena ġie magħna, mal-IM- li jaraw illi r-regoli qed jinżamSIDA FC u minn kompetituri mu. Gwardjan m’għandux ta’ dejjem spiċċajna nilagħbu jitqies bħala ‘għadu’ ta’ min flimkien.” qed jiskonta sentenza sempliċiGeorge spjegalna, li ma’ An- ment għaliex jagħmel xogħdrew ma kienx baqa’ biss ħabib lu. Fl-aħħar mill-aħħar, huwa waqt partita futbol iżda anke fl-interess u għall-ġid tar-resioff-pitch u f ’ambjent inqas for- denti stess illi l-uffiċjal jagħmel mali. “Ir-relazzjoni xogħlu, sabiex min bejnietna dejjem ikun qed jiskonta baqgħet waħda sentenza igamikevoli.” awdi minn Meta George kien Storja li ambjent tkisser illi jgħinu gwardjan u jiena l-idea li jagħraf l-gward- resident, kemm-il darba jir riabiljan ikun lgħabna kontra xulxin ità ruħu, bħal donu mhux imma dejjem tani nu għadu ambjent għar-resilli jkompli pariri tajbin i d e n t i jkissru.” tal-Faċilità Min-naħa Korrettiva ta’ tiegħu Andrew Kordin. Fil-fatt lil stqarr li fil-Faċilità George staqsejnieh x’jaħseb Korrettiva l-ħajja ma tkunx dwar din il-perċezzjoni. waħda faċli u dejjem trid issib “Assolutament mhux il- min jgħinek. Żied jgħidilna każ. Ir-relazzjoni hija waħ- wkoll li dejjem irid ikollok xi da ta’ rispett reċiproku bħal ħaġa li lilek tagħtik sodisfazzf ’kull grupp ieħor ta’ individ- jon u fil-każ tiegħu, kienet dik wi fis-soċjetà. Sakemm resi- il-partita futbol bejn il-gwarddent jirrispetta lill-gwardjani, jani u r-residenti li kienet iżom-
mu ’l bogħod minn tentazzjonijiet ħżiena. George kien pront jgħidilna li kien ta’ pjaċir kbir għalih meta b’kumbinazzjoni spiċċa fl-istess tim tal-futbol bħal Andrew. Stqarr magħna s-sodisfazzjon li llum lil Andrew jista’ jsejjaħlu teammate. “It-tnejn ingħaqadna ma’ Msida St Joseph FC b’kumbinazzjoni, iżda huwa pjaċir kbir tiegħi li nista’ nikkunsidra lil Andrew bħala teammate.” Storja li bla dubju tgħaddi l-messaġġ li minkejja li l-gwardjani u r-residenti jkunu bejn il-ħitan tal-ħabs għal raġunijiet differenti, ir-relazzjoni ta’ bejniethom mhux biss isservi ta’ id ta’ għajnuna fi żmien diffiċli għar-residenti iżda tgħallem ukoll valuri importanti lill-gwardjani. Illum Andrew għandu ħajja ġdida u George jara fih frott ħidmietu u frott il-ħidma li ssir ta’ kuljum fil-Faċilità. Andrew spjegalna xi tfisser ħajtu għalih illum. “Illum il-ġurnata dak li għaddejt minnu għamilni r-raġel li jien illum, u dak li sirt huwa rifless fit-tifla tiegħi li llum il-ġurnata għandi. Is-sapport huwa importanti ħafna u grazzi għalih li ninsab hawn, nirringrazzja
wkoll lit-tfajla li dejjem tgħinni nkompli nimxi ’l quddiem.” George u Andrew it-tnejn kellhom messaġġ għal dawk il-persuni li jiġġudikaw lir-residenti tal-Faċilità. Andrew spjegalna l-weġgħa tiegħu meta fi żmien diffiċli dawk imsejħa ħbieb jagħtuk daharhom iżda meta jarawk terġa’ tiġi fuq saqajk pront jiġu jduru miegħek. George uża l-eżempju ta’ Andrew biex jgħaddi messaġġ importanti. “Jien nista’ ngħid li forsi naf lil Andrew fl-aktar mumenti dgħajfa ta’ ħajtu. Illum huwa ġuvni riformat b’karattru u prinċipji sodi. Andrew huwa eżempju ċar tal-fatt illi persuna tista’ tagħraf l-iżbalji tagħha u tinbidel mil-lejl għan-nhar. Persuna m’għandhiex tiġi ġġudikata għall-iżbalji tagħha; għandha tiġi mifhuma u mogħtija l-għodda kollha u l-għajnuna li għandha bżonn sabiex tirriforma ruħha. Andrew temm b’messaġġ għal dawk li bħalu skontaw sentenza jew li għadhom fil-Faċilità. “Dejjem hemm xaqq ta’ dawl fid-dlam. Trid tiffoka fuq l-iċken xaqq biex imbagħad dak iwasslek għal futur isbaħ. Dejjem kunu kuntenti b’min intom u afdaw f ’Alla.”
10
kullhadd.com
24.09.2017
56,000 STUDENT U 9,600 EDUKATUR LURA L-ISKOLA GĦADA • 600 GĦALLIEM U 200 LSA IKTAR
Kitba ta’ 56,000 student u ’l fuq minn RACHEL POWELL 9,600 edukatur se jirritornaw l-iskola għada meta tiftaħ il-biHekk kif jaslu fi tmiemhom bien tagħha s-sena skolastika il-vaganzi tas-sajf, aktar minn ġdida b’żieda ta’ 600 għalliema
u 200 LSAs ġodda. It-Tnejn se tibda sena skolastika ġdida b’total ta’ 56,357 student fi skejjel tal-istat, indipendenti jew tal-knisja mad-
war Malta u Għawdex. In-numru ta’ studenti li se jattendu il-kindargarten huwa ta’ 9,382 filwaqt li n-numru ta’ studenti tal-primarja huwa 26,173 u skejjel medji u sekondarji se jilqgħu mal-20,802 student b’kollox. Fl-istess waqt in-numru ta’ edukaturi li se jkunu qed jagħtu kontribut fil-qasam akkademiku madwar l-iskejjel kollha huwa ta’ 8,950, li 5,085 minnhom huma għalliema, 3,173 Learning Support Assistants (LSA) u 692 Kindergarten Assistants. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħadem fuq bosta miżuri biex inkomplu ntejbu l-livell edukattiv kemm fuq livell akkademiku kif ukoll dak infrastrutturali. In-numru ta’ studenti ġodda fir-raba’ sena li se jgawdu mill-inizjattiva one tablet per child matul is-sena skolastika 2017-2018 huwa ta’ 4,432. Ma’ dawn hemm 4,387 tablet li tqassmu s-sena l-oħra u li allura għas-sena skolastika 2017/2018 se jkunu fil-ħames sena. Matul is-sajf li għadda, tħarrġu 511-il għalliem u LSA oħra li se jkunu qed jgħallmu fil-ħames sena. Din is-sena se jitnedew tliet apps ġodda dwar Coding, Informazzjoni permezz ta’ vidjows f ’suġġetti varji u Author Premier. Se jitkompla l-bini ta’ skejjel ġodda mgħammrin bl-aqwa infrastruttura u teknoloġija moderna. Mis-sena skolastika ġdida ta’ din is-sena, l-iskola Visual and Performing Arts ser tiftaħ il-bibien tagħha b’kunċett innovattiv fejn studenti ser jispeċjalizzaw f ’erba’ forom
ta’ arti li huma d-drama, il-mużika, iż-żfin u l-midja. Ġew armati studios speċjalizzati, attrezzatti għas-suġġetti msemmija. Dan l-iżvilupp huwa fost il-linji ta’ politika tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li ma jibqax fuq il-one size fits all, iżda joffri forom differenti ta’ edukazzjoni. Matul din is-sena skolastika ser jiġu introdotti workshops ġodda fl-iskejjel sekondarji kollha talIstat li fihom se jiġu mgħallma suġġetti vokazzjonali u applikati ġodda. Ftit tal-jiem ilu tħabbar wkoll li l-iskola primarja tal-Imsida ser tinbidel għal waħda moderna u ser tkun estiża b’faċilitajiet edukattivi ġodda. Matul il-perjodu tas-sajf sar manutenzjoni u tisbiħ fl-iskejjel kollha tal-Istat li ammonta għal nofs miljun ewro. Ma’ din l-iskola tħabbru wkoll li saru emendi u beda x-xogħol fuq skola primarja ġdida f ’Wied il-Għajn li se tiftaħ fl-2018, u skola ġdida oħra fil-Qawra li ser tilqa’ lit-tfal fl-2019. Magħhom ser jitħabbru l-pjanijiet ġodda tal-iskola primarja l-ġdida tar-Rabat, f ’Għawdex li ser tkun qed tinkludi faċilitajiet ġodda wkoll. Apparti dan ser inkunu qed inżidu l-istaff amministrattiv fi ħdan il-kulleġġi sabiex ikomplu jassorbu ċentralment xogħol amministrattiv sabiex l-għalliema jkollhom aktar ħin biex jiffukaw fuq it-tagħlim. Dan pass ieħor ’il quddiem sabiex il-Prinċipali tal-Kulleġġi u l-kapijiet u l-assistenti tal-iskejjel ikunu jistgħu jiffokaw aktar fuq l-esperjenza kurrikulari u s-sapport lill-għalliema.
11
24.09.2017
kullhadd.com
IL-ĦOLMA LI NBIDLET F’TOMA • PROGRAMM TAL-GVERN LI WASSLU BIEX JAGĦMEL DAK LI DEJJEM XTAQ Kitba ta’ CLAIRE AZZOPARDI Intraprendituri u riċerkaturi b’ideat innovattivi għan-negozji ingħataw fondi biex dak li ħolmu jwettquh. Fosthom, Leli Agius, li l-ħolma tiegħu hi li jara l-prodotti tiegħu magħmula mill-ħalib tan-nagħaġ fuq l-ixkaffa tas-supermarkets. Iżda dan ir-raġel li ġej minn familja ta’ bdiewa ħareġ b’idea innovattiva li tmur lil hinn mill-produzzjoni tal-ġbejniet li tagħmel il-familja tiegħu. Dik li jipproduċi ġelat magħmul mill-ħalib tan-nagħaġ bl-isem ta’ ‘Toma’. Idea li dlonk tqajjem il-mistoqsija ta’ kif dan iż-żagħżugħ għażel li jibda n-negozju tiegħu f ’dan is-settur, li sfortunatament illum m’għadux wieħed li jattira daqshekk żgħażagħ. Fil-fatt, Leli kien għażel li jistudja l-informatika iżda wara li ħass nuqqas kbir kellu jmur lura fl-għeruq ta’ tfulitu. Iżda dak li tgħallem fl-informatika llum qed jużah fil-produzzjoni tal-prodotti tiegħu. “Meta sirt adolexxenti kont iddecidejt li nkompli nistudja fis-settur tal-informatika, settur li huwa mfittex ħafna miż-żgħażagħ illum għaliex joffri ħafna opportunitajiet. Biss wara li bdejt naħdem dejjem ħassejt li għandi ndur lura lejn is-settur tal-oriġini tiegħi, u bis-saħħa ta’ dak li tgħallimt fis-settur ta’ l-informatika nibda nutilizzah biex naħseb kif nista’ ngħin lill-familja tiegħi fejn tidħol it-trobbija tan-nagħaġ.” Fil-fatt h e k k għamel. Irnexxi e l u joħroġ b’idea innovattiva li se tkun qed tinkorpora dak li tgħallem sa min tfulitu u dak li tgħallem wara l-bank tal-iskola. “Kien f ’dan l-istadju li ħassejt li s-suq Malti għandu jkollu prodott artiġjanali ġdid. Min hawnhekk nibtet l-idea talġelat magħmul mill-ħalib tan-nagħaġ. Għal għexieren ta’ snin il-familja ta’ Leli kienet tipproduċi l-ġbejniet bħal ħafna raħħala oħra f ’Malta li jrabbu n-nagħaġ jew il-mogħoż. Tradizzjoni li tmur lura sekli sħaħ. “Minn meta kont żgħir dejj-
em nafni nagħmlu l-ġbejniet filgħaxija, mhux biss għall-konsum tal-familja iżda anke għal nies oħra li kienu jistaqsuna għalihom.” Lil Leli staqsejnieh għalfejn għażel il-ħalib tan-nagħaġ għall-prodotti ġodda tiegħu. Huwa stqarr magħna li dan minbarra li għandu togħma differenti joffri wkoll alternattiva għal dawk il-persuni li huma lactose intolerant. “Il-ħalib jiġi mil-liema annimal jiġi jista’ jinbidel f ’għexieren ta’ prodotti bħall-ġobon, yoghurt, krema u bosta prodotti oħra inkluż il-ġelat. Ħaf-
na jaħsbu li l-ġelat huwa innovazzjoni ġdida biss il-ġelat imur lura mijiet ta’ snin. Ħafna jafu li l-ħalib tan-nagħaġ huwa differenti ħafna minn dak talbaqar kemm fit-togħma kif ukoll fil-kontenut. Hawn min jgħid li l-ħalib tan-nagħaġ ma jagħmillux ħażin daqs ħalib ieħor, fosthom dawk li huma lactose intolerant.” Leli stqarr magħna li dan ilproġett jinsab fl-istadji inizjali tiegħu iżda qed isib is-sapport u l-għajnuna kollha neċċessarja biex il-ħolma tiegħu tinbidel f ’realtà. “Dan huwa proġett li jinsab fl-istadji inizjali tiegħu, għalkemm diġà sar ħafna studju u riċerka u kollaborazzjoni ma’ entitajiet kemm Maltin kif ukoll barranin biex inkunu nistgħu nibnu operat kif jitolbu l-liġijiet sanitarji kif ukoll biex inkunu nistgħu nġibu makkinarju li huwa tal-aħħar teknoloġija.” Il-ħolma ta’ Leli hija li mhux biss ikabbar l-operat tiegħu iżda li jara l-prodotti tiegħu fuq l-ixkafef tas-supermarkets. Ħolma li ma tinsabx ’il bogħod dan hekk kif l-operat tiegħu issa se jidħol f ’fażi ġdida. “Il-ħolma ta’ kull produttur hija li jara l-prodotti tiegħu fuq l-ixkafef tas-supermarkets minħabba l-fatt li dan huwa l-post fejn il-prodott tiegħek l-aktar li jista’ jiġi apprezzat min-nies. Bħalissa l-produzz-
joni tagħna għadha kemxejn baxxa fejn jidħol volum, biss ladarba l-volumi jiżdiedu fixxhur li ġejjin il-probabiltà hija li l-prodotti tagħna ma jinbigħux biss mill-Farm Shop li se jkollna f ’Ħaż-Żebbuġ iżda wkoll minn supermarkets ewlenin.” Fażi li se tkun qed twassal biex illum Leli jibda jħaddem in-nies miegħu. “Nittamaw li qrib is-sajf li ġej inkunu nistgħu ninvestu f ’persuna jew persuni biex jgħinuna mmexxu l-operat tagħna b’mod iktar effiċjenti.” Operat li se jkun qed ikompli jikber għaliex se jkunu qed jiġu introdotti aktar prodotti ġodda magħmulin mill-ħalib tan-nagħaġ. “Se nkompli ninvesti l-enerġija kollha tiegħi fuq ir-riċerka f ’dan il-prodott biex inkunu nistgħu noħolqu bosta riċetti u prodotti li jolqtu setturi ta’ nies differenti inkluż dawk li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux igawdu minn prodotti tal-ħalib simili għal raġunijiet ta’ saħħa.” Għal Leli l-fondi mogħtija mill-Gvern, ta’ TAKEOFF Seed Fund Awards, li jammontaw għal €100,000, kienu ta’ importanza kbira biex dak li xi darba kien biss ħolma għal seba’ timijiet ta’ intraprendituri u riċerkaturi, illum isir realtà. “Qed naħdem u nistinka mill-aħjar li nista’ biex bis-saħħa tal-fondi li ġejjin mill-iskema TAKEOFF, inkun nista’ nutilizzahom bl-aħjar mod possibbli biex il-proġett ikun suċċess.” Għalhekk, Leli jemmen li l-Gvern għandu jalloka aktar fondi ta’ dan it-tip. “Iva, ħafna wkoll, nemmen li dawn il-fondi għandhom iħajru iżjed nies
Qed naħdem u nistinka mill-aħjar li nista’ biex bis-saħħa talfondi li ġejjin mill-iskema TAKEOFF, inkun nista’ nutilizzahom bl-aħjar mod possibbli biex il-proġett ikun suċċess
ikunu kreattivi u joħolmu biex jipproduċu xi ħaġa innovattiva. Irridu nidħlu f ’mentalità li dejjem naħsbu x’nistgħu noħolqu. Ir-riċerka u l-innovazjoni huma essenzjali biex f ’pajjiż ċkejken bħal tagħna nkunu fuq quddiem nett. Illum ħafna pajjiżi jinvestu fir-riċerka li hija l-mutur ta’ ekonomiji b’saħħithom.” Leli xtaq ukoll jgħaddi messaġġ għal dawk li bħalu kellhom ħolma u qed jaqtgħu qalbhom jiżviluppawha. “Ħadd qatt ma għandu jaqta’ qalbu. Malta jibqa’ pajjiż żgħir u qatt ma nistgħu nibbażaw il-produzzjoni fuq il-volumi, iżda bla dubju l-kwalità tal-prodott ġenwin Malti huwa dak li jista’ jgħinna nkunu ta’ suċċess. Fid-dinja teknoloġika tal-lum huwa essenzjali li r-raħħal jixref f ’orizzonti ġodda billi jitgħallem mhux biss mis-suq lokali iżda wkoll iħares lejn swieq u bliet kbar barranin biex jara u jifhem x’sistemi jużaw u dejjem jitgħallem jibdel skont il-ħtiega.”
12
24.09.2017
kullhadd.com
ĊANS UNIKU LI TIRKEB BASTIMENT MILL-ISBAĦ
Il-bastiment ta’ 85 metru ‘Shabab Oman II’ wasal Malta s-Sibt filgħodu wara li għadda minn ħdejn Għawdex u Kemmuna u daħal fil-Valletta Cruise Port. Il-bastiment ingħata salut bil-kanuni hu u dieħel fil-Port il-Kbir bil-qlugħ miftuħa. Minbarra li n-nies dalgħodu qed titla’ fuq il-bastiment u tesperjenza l-kobor tiegħu,
Ninsabu kunfidenti li dawn it-tip ta’ żjarat se jsaħħu l-pożizzjoni ta’ Malta, kemm bħala destinazzjoni għal min irid jitħarreġ fittbaħħir kif ukoll bħala destinazzjoni ideali għallattivitajiet relatati mal-jottijiet fil-Mediterran
dalgħodu stess saret parata l-Belt Valletta, b’mużika li ndaqqet mill-baħħara bi stil tradizzjonali. Il-parata għaddiet tul Triq ir-Repubblika u kienu bosta Maltin u turisti li pparteċipaw. Il-baħħara imbagħad esperjenzaw is-salut hekk kif jingħata bil-kanuni mill-Barrakka ta’ Fuq. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Yachting Malta, Wilfrid Buttiġieġ, spjega li din iż-żjara hija parti minn ħolqa ta’ avvenimenti ppjanati bejn din is-sena u l-2020. Numru ta’ bastimenti kbar mistennija jżuru Malta bil-għan li joħolqu legat fit-tul għal dawn it-tip ta’ avvenimenti. “Dawn it-tip ta’ vapuri għandhom ħafna min isegwihom. Ninsabu kunfidenti li dawn it-tip ta’ żjarat se jsaħħu l-pożizzjoni ta’ Malta, kemm bħala destinazzjoni għal min irid jitħarreġ fit-tbaħħir kif ukoll bħala destinazzjoni ideali għall-attivitajiet relatati mal-jottijiet fil-Mediterran,” qal Buttigieg. Żied jgħid li l-eleganza klassika u s-sbuħija ta’ dawn it-tip ta’ bastimenti diġà huma elementi li jattiraw lin-nies. Li jkollok ammont ikbar, ngħidu aħna bejn 10 u 20 bastiment flimkien, dieħel fil-Port il-Kbir, tkun ta’ valur ferm ikbar. Il-Ministru responsabbli mit-turiżmu, Konrad Mizzi, irrefera għall-fatt li dan mhux avveniment ta’ darba u mhux biss relatat mas-settur marittimu. Għall-kuntrarju, hemm element kulturali qawwi u element li jinkoraġġixxi u jimmotiva ġenerazzjonijiet żgħar. Dan grazzi għall-ele-
ment ta’ taħriġ ipprovdut liżżgħażagħ abbord. Il-valur miżjud lejn il-prodott turistiku kien punt li qajjem is-CEO tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Paul Bugeja. Qal li dawn l-inizjattivi huma importanti biex jattiraw tip ta’ turiżmu diversifikat lejn Malta. Edward Scicluna, il-Ministru responsabbli mill-finanzi, osserva li l-effett ekonomiku ta’ dawn l-avvenimenti huwa konsiderevoli. Irrimarka dwar il-fatt li l-ammont ta’ reklamar għal pajjiżna huwa qawwi, u huwa b’saħħtu wkoll l-ammont ta’ turisti li jgawdu minn din it-tip ta’ promozzjoni. Paul Thompson, id-Direttur Kummerċjali ta’ Sail Training International, qal li tlielaq u regatti bl-użu ta’ bastimenti kbar joffru ċelebrazzjoni unika tal-wirt marittimu, l-iżvilupp tażżgħażagħ u l-ħbiberiji internazzjonali. Qal li dan kollu jibbenefikaw minnu residenti, viżitaturi, negozji lokali u l-mezzi tax-xandir. Shabab Oman II jinsab f ’Pinto Wharf, il-Belt Valletta, u huwa miftuħ għall-pubbliku llum il-Ħadd bejn l-10:00 u s-19:00. Wieħed jista’ jidħol bla ħlas u l-bastiment jitlaq minn Malta nhar it-Tnejn, 25 ta’ Settembru. Dan huwa avveniment organizzat minn Yacthing Malta u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, flimkien mal-Ministeru għat-Turiżmu, il-Ministeru tal-Finanzi, Transport Malta, Yachting in Malta, Valletta 2018 u l-Malta Sail Training Association.
13
24.09.2017
kullhadd.com
L-ISFIDA TAL-ISKART BIN-NUMRI Il-Gvern ftit tal-ġranet ilu ta bidu għat-triq li permezz tagħha pajjiżna ser indipendenti biżżejjed u li ma tiddependi fuq l-ebda pajjiż ieħor, biex ikompli jinvesti f ’sistemi aktar moderni biex jiġi immaniġġjat l-iskart tal-pajjiż. nimmaniġġjaw l-iskart tal-pajjiż. Iżda, kemm hi kbira din l-isfida? Nanalizzawha Intqal li hemm bżonn li pajjiżna jkollu l-infrastruttura neċessarja li tkun bin-numri.
In-numru ta’ snin biex timtela l-landfill tal-Għallias.
Erba’ darbiet iktar huwa n-numru ta’ kemm qed narmu iktar minn dak li huwa medja fl-Unjoni Ewropea.
It-tomniet ta’ art li pajjiżna jkollu bżonn biex issir miżbla li sservina għall-10 snin li ġejjin. Dan anka jekk nilħqu l-miri tagħna tal-2020 fejn jidħol ir-riċiklaġġ.
In-numru ta’ skart f’kilo li tiġġenera kull persuna fis-sena.
Kemm bħala pajjiż qed nirriċiklaw.
In-numru ta’ metri kwadri f’art li għandna bżonn kull sena għall-iskart jekk inħallu kollox kif inhu.
L-ammont f’ewro kull tunnellata li jiswa sabiex l-iskart jiġi esportat. Mhux vijabbli.
L-ammont ta’ skart f’tunnellati li tirċievi l-Wasteserv u jispiċċa f’miżbla.
14
24.09.2017
ĦINEK TWIEĠEB
kull nhar ta’ Tnejn fid-21.30 jistaqsi
JEREMY CAMILLERI
ARENA
kull nhar ta’ Erbgħa fid-21.30 tippreżenta
RAMONA ATTARD
kullhadd.com
L-AĦBAR, L-A ID-DIBATTITU Għada tibda skeda ġdida tal-istazzjonijiet ONE u għal darb’oħra din se tkun skeda b’saħħitha f ’dawk li huma programmi ta’ aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti. Dak li jkun qed jiġri fil-pajjiż u lil hinn minnu jasal għand it-telespettatur ta’ ONE bl-iktar mod dettaljat. Iżda, iktar minn hekk f ’numru ta’ programmi se jkun analizzat u skrutinizzat. Programmi fejn l-opinjonijiet diversi jkunu mfittxija għax is-saħħa tal-argument m’hawnx isbaħ minnha. Il-produzzjoni ewlenija tibqa’ l-aħbarijiet tas-7.30. Għalkemm ngħixu f ’era fejn l-aħbar tinfirex mill-ewwel, inkluż b’one.com.mt u r-radju ONE, dan il-bulletin jibqa’ wieħed imfittex minħabba l-kontenut dettaljat u ta’ kwalità. Taħt it-tmexxija ġdida ta’ Owen Galea, it-tim tal-aħbarijiet jinkludi taħlita ta’ ġurnalisti b’esperjenza u oħrajn li ngħaqdu fit-tim dan l-aħħar. Tim li tul l-aħħar xhur żamm livelli għolja anke jekk kien għadu ħiereġ minn kampanja elettorali mill-iktar impenjattiva. “Dak jibqa’ l-impenn tagħna għażżmien li ġej. Anke jekk nafu li aħna ġurnalisti f ’kamra tal-aħbarijiet ta’ stazzjon politiku, l-impenn tagħna jibqa’ li nwasslu dak li hu għaddej lit-telespettatur tagħna. Urejnieha din anke meta fis-sajf konna aħna li xandarna b’mod dirett dak li kien qed jiġri fil-Partit Nazzjonalista,” qal Galea mal-gazzetta KullĦadd lejlet skeda ġdida. Fisser kif għalkemm dan is-sajf seta’ kien wieħed ta’ sfida anke wara l-ħidma enormi fl-ewwel nofs tas-sena, l-entużjażmu li jkun
hemm għal skeda ġdida dejjem iservi biex wieħed jerġa’ jagħti dik l-imbuttatura meħtieġa. Fil-pjazza mill-ġdid
L-iskeda li tibda għada se terġa’ tara lil Karl Stagno Navarra bil-programm Pjazza li jixxandar mit-Tnejn sal-Ħamis għal tliet kwarti ta’ siegħa fil-ħin ta’ qabel l-aħbarijiet. Kif ikkonferma Stagno Navarra nnifsu Pjazza se jibqa’ dak il-programm li jmiss mal-aħbarijiet li jkunu ġraw matul il-ġurnata u jkunu għaddejin b’mod dirett. Programm li ma jibżax mid-dibattu, iżda li jibqa’ jispikka għall-analiżi. “In-nies saru jkunu qed jistennewha u l-analiżi tibqa’ waħda mill-iktar partijiet b’saħħithom tal-programm. Nistħarreġ dak li jkun intqal, għaliex ikun intqal u anke dak li ma ntqalx. Inqabbluh ma’ dikjarazzjonijiet oħra u nifhmu u nfiehmu anke dak li forsi ma jkunx intqal. Fi kliem ieħor ma nħallu l-ebda dettall jaħarbilna,” qal Stagno Navarra li kkonferma li se jkun mat-telespattaturi ta’ ONE anke l-ġimgħa filgħaxija. Din id-darba fi programm itwal flimkien ma’ Paula Cauchi. Pjazza il-Ġimgħa iżomm il-prinċipji ta’ pjazza li jixxandar filjiem l-oħra iżda din id-darba jkollu iktar ċans biex jistħarreġ is-suġġett magħżul. “Però xorta waħda se jkun programm ħaj. Imma se jkun il-programm tal-ġimgħa filgħaxija fejn id-diskussjoni ssir bis-serjetà u b’rispett mhux biss lejn is-suġġett u l-mistiedna iżda anke lejn it-telespeatturi,” ikkummentat Paula Cauchi.
Il-Kamra tal-Aħbarijiet, sors
ONE WEEK
kull nhar ta’ Ġimgħa fis-18.30 tippreżenta
JANICE BARTOLO
15
ARGUMENT, U FUQ F’isem it-telespettaturi se jistaqsi mistoqsijiet importanti Jeremy Camilleri. Magħruf għall-istil dirett u mingħajr kantunieri tiegħu, Jeremy Camilleri se jidħol lura għall-preżentazzjoni bi program kull nhar ta’ Tnejn fid-disgħa u nofs ta’ filgħaxija bl-isem Ħinek Twieġeb. Dan hu programm ta’ nofs siegħa fejn għall-mistieden fl-istudio l-ħin għandu jinħass ferm itwal għaliex Camilleri se jistaqsi l-mistoqsijiet kollha li hemm bżonn, kemm jekk hu politiku, akkademiku, attivist soċjali, kleriku jew inkella sportiv. “Il-mistieden għandu ċ-ċans li jwieġeb għal tletin minuta. Iżda, il-mistoqsija se tkun dik li jagħmlu n-nies. Għax min jafni jaf li jien ngħaddi ħafna minn ħini man-nies u li m’hemmx triq tan-nofs. Dak li għandi ngħid se ngħidu,” qal Camilleri. Għall-iskeda ta’ ONE Arena hu programm ewlieni ta’ diskussjoni. L-Erbgħa filgħaxija jaqsam il-ġimgħa u matulu nistennew li fl-istudio ikun hemm l-opinjonijiet opposti ta’ xulxin. Għax f ’Arena d-diskussjoni ma tistax ma tkunx taħraq. “Infittxu kemm jista’ jkun li jkollna l-ħsibijiet differenti dwar l-argument. Ma rridux lil kulħadd jaqbel għax fid-diskussjoni li jkun hemm madwar il-mejda fil-kċina mhux kulħadd jaqbel. Lanqas fil-canteen fuq il-post tax-xogħol ma jaqbel kulħadd u f ’Arena l-istess. Din is-sena tajna prijorità ikbar id-dehra tal-programm ukoll. Naħseb hi edizzjoni li m’għandhiex tintilef,” qalet Ramona Attard. U dak kollu li jkun seħħ f ’sebat
ijiem induruh fi programm wieħed. Il-programm ONE WEEK li s-sena li għaddiet kiseb popolarità kbira se jerġa’ jkun fuq l-istazzjon ONE din is-sena. Janice Bartolo, li għandha l-esperjenza fil-ġurnaliżmu tgħinha tkun kritika, iżżomm l-appuntament nhar ta’ Ġimgħa għalkemm din id-darba fis-sitta u kwart. “Kultant tant jiġru affarijiet f ’ġimgħa li tħoss li dak li seħħ fil-bidu tal-ġimgħa kien ħafna iktar ’il bogħod. Aħna se nkunu qed nagħmlu roundup ma’ opinjonisti jew protagonisti skont il-każ. L-aħbar it-tajba hi li dawk li matul is-sajf staqsewni hux se jirritorna ONE WEEK nista’ nweġibhom li iva,” qalet Bartolo. Owen Galea, Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti fisser kif dan kollu juri li l-istazzjon ONE jibqa’ l-istazzjoni ewlieni għal dawk li jridu jżommu aġġornati mal-ġrajjiet kurrenti. “U f ’dan kollu l-kamra tal-aħbarijiet tibqa’ tilgħab l-irwol ewlieni. Mhux biss b’rabta mal-bulettin, iżda wkoll fl-appoġġ u l-ħidma li jkun hemm biex jittellgħu dawn il-produzzjonijiet kollha,” qal Galea li fakkar kif ix-xogħol ta’ ONE NEWS baqa’ b’mod konsistenti l-iktar segwit fuq l-istazzjonijiet ONE. Fil-fatt dan jirriżulta wkoll mill-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir li għal darb’oħra poġġa lill-istazzjonijiet one b’riżultati b’saħħithom li saħansitra jaqbżu bit-tliet darbiet lil dawk tal-kompetitur dirett, Net Television. Jidher biċ-ċar li l-iskeda li se tibda għada se sservi biss biex dan ir-riżultat jibqa’ jissaħħaħ.
s ta’ informazzjoni kontinwa
PJAZZA jippreżenta
mit-Tnejn sal-Ħamis fis-18.30
KARL STAGNO NAVARRA
IL-ĠIMGĦA FI PJAZZA
kull nhar ta’ Ġimgħa fit-20.30 jippreżentaw
KARL STAGNO NAVARRA u PAULA CAUCHI
Ritratti: QUILLAN DEMICOLI
24.09.2017
kullhadd.com
16
24.09.2017
kullhadd.com
L-ISPALLA TAL-KUNSILLI LOKALI Il-Kunsilli Lokali llum huma parti integrali mit-tmexxija tal-pajjiż u ħadd ma jimmaġina l-pajjiż mingħajrhom. Il-ħidma mhix dejjem faċli. Ir-realtajiet soċjali li jinbidlu l-ħin kollu huma ta’ sfida wkoll għallistess Kunsilli Lokali li mhux dejjem għandhom l-esperjenza u r-riżorsi biex jiffaċċjawhom. Isibu spalla fl-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali li bħalissa qed tfittex li ssaħħaħ il-ħidma tagħha. Il-gazzetta KullĦadd tkellmet mal-President talAssoċjazzjoni, Mario Fava. kali, issa qed nibdew niltaqgħu biex inħejju Pjanijiet ta’ Azzjoni. M’hemmx dubju li l-Assoċjazzjoni jrid ikollha rwol attiv u ċentrali f ’kull tibdil ta’ policy jew tħaddim ta’ pjan t’azzjoni fuq kull wieħed mis-suġġetti L-ebda bidla mhi faċli u kull indikati aktar ’il fuq. bidla ġġib magħha sfidi ġodda, li s-suċċess tagħhom ikun jid- Titkellmu ħafna fuq dependi biss minn kif wieħed ir-reġjuni. Għan-nies jaf jiffaċċjahom u xi pjan ta’ azz- ma jfissru xejn. Ir-riforma kif se tagħmilhom iktar joni jħejji. Sa mill-ħatra tiegħi bħala Pres- relevanti? ident ta’ din l-Assoċjazzjoni, deherli li l-prijoritajiet għalina Dwar ir-Riforma fir-Reġjuni, kellhom ikunu dawk l-isfidi il-membri tal-Eżekuttiv għadli għal diversi snin tkellimna hom qed jaħdmu fuq rapport fuqhom, imma qatt ma ħadna ta’ proposti ta’ kif dawn jistgħu azzjoni dwarhom. Prijoritajiet jaħdmu, x’responsabbiltajiet li rridu nindirizzawhom b’mod jista’ jkollhom u l-allokazzjoni dovuta li għandu jkollhom. Irkollettiv u ħolistiku. Kien għalhekk illi fl-eww- rid inkun ċar dwar dan, l-Asel laqgħa tal-Eżekuttiv, res- soċjazzjoni mhix tħares lejn saqt sensiela ta’ prijoritajiet responsabbiltajiet li għandhom għas-sentejn li ġejjin. Dan il-Kunsilli sabiex jingħataw sabiex naraw li dawn ikunu lir-Reġjuni, imma responsabfuq l-aġenda matul il-ħidma biltajiet li mill-Gvern Ċentratagħna. Dawn il-prijoritijiet li għandhom jgħaddu għand qsamniehom f ’żewġ kategori- ir-Reġjuni. Dan ma jfissirx li ji. Fl-ewwel kategorija hemm ċertu setturi l-Kunsilli fallew dawk il-prijoritajiet li jeħtieġu fihom minħabba li s-sistema azzjoni immedjata, filwaqt li mhix tajba jew inkella għaliex l-kumplament jistgħu jiġu di- mhux iktar vijabbli li naħdmu skussi aktar ’il quddiem. Fost b’mod invidwali. Dwar dan, ser il-prijoritajiet immedjati hemm inkunu qegħdin nipproponu li is-swieq fil-beraħ, il-ġbir ta’ jkun hemm diskussjoni sabiex skart, is-sistema ta’ infurzar naraw kif wieħed jista’ jsib lokali u l-permessi ta’ mwejjed mezz illi filwaqt li l-Kunsilli fost oħrajn. Uħud minn dawn jibqa’ jkollhom sehem u rwol ċentrali, it-tħaddim isir fuq bażi huma wkoll proposti fit-tul. nazzjonali. Dan biex anki tonqos l-ispiża tal-operat. Imma dawn m’hemmx Int kuntent bis-sistema il-Gvern jieħu ħsieb? Fiex tal-infruzar lokali? Ta’ tidħlu intom? sikwit nisimgħu ilmenti Ħejjejna diversi dokumen- dwarha? ti u saru u qed isiru għadd ta’ laqgħat mal-Ministeri u en- Dwar is-sistema ta’ infurzar titajiet ikkonċernati fuq kull lokali, bla dubju għad hemm prijorità. Aħna nidħlu ħafna u ħafna xogħol xi jsir. Dan anki rajna li mhux biss ikollna d-do- fid-dawl tal-wegħda elettorakumenti u l-proposti mħejji- li tal-Gvern, illi din l-aġenzija, imma wkoll wara li ġbarna ja tiġi mibdula f ’Dipartiment l-opinjonijiet tal-Kunsilli Lo- magħluq tal-Gvern. Dwar dan Int ħadt it-tmun tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u bħal donnu trid li tkun iktar effettiva u relevanti. Iżda, kemm taħseb li se tasal tagħmel dan?
għaddejjin għad ta’ laqgħat kif din il-bidla tista’ ssir u l-Assoċjazzjoni qed tkun irrappreżentata mill-President li dan jgħin sabiex jiġi stabbilit l-aħjar mod kif tista’ ssir din it-tranżizzjoni. Wara dan, ser issir konsultazzjoni sħiħa mal-Presidenti tar-Reġjuni u l-Kunsilli Lokali. Fil-perjodu ta’ bejn Lulju u Awwissu, saret ħidma intensiva sabiex ġie stabbilit l-ammont li għandu jkun mitlub f ’żieda addizzjonali mal-allokazzjoni preżenti. Dwar dan saru laqgħat mas-Segretarjat Parlamentari u d-Dipartiment u tajjeb li wieħed jgħid li kien hemm qbil bejn il-partijiet ikkonċernati. Għall-ewwel darba, qed issir talba diretta mill-Assoċjazzjoni sabiex ikun hemm żieda fir-riżorsi umana biex b’hekk tkun f ’pożizzjoni aħjar li tilqa’ t-talbiet u d-domandi tal-Kunsilli Lokali. Qed nippruvaw inkunu proattivi għall-bżonnijiet tal-istess Kunsilli. Dan mhux faċli jsir meta ma jkollokx l-ammont mixtieq ta’ ħaddiema. La semmejt l-infurzat, ma nistax ma nsemmix it-toroq. Ħafna nies jiġu għand ilKunsilli Lokali għat-toroq. Iżda, ħafna drabi t-tweġiba tkun ‘m’għandix flus’. Se tibqgħu sejrin hekk? Kien ghalhekk li l-Assoċjazzjoni laqghet il-proposta talGvern preżenti u li hija parti mill-manifest elettorali, illi fi żmien stipulat, il-Gvern ser ikun qed jagħmel it-toroq kollha li ghandhom bżonn tiswija. Infakkar li meta t-toroq għaddew għand il-Kunsilli Lokali mat-twaqqif tal-istess Kunsill, dawn kienu diġà fi stat ħażin. Dak ifisser li l-Gvern kien għabba lill-Kunsilli b’responsabbiltà li qatt ma setgħu jwettqu. Fattur importanti f ’dan kollu hu li l-Gvern preżenti diġà wiegħed li minkejja li
se jkun qed jagħmel it-toroq xierqa. hu, il-flus għall-manutenzjoni Fl-istess perjodu ta’ bejn Ġunse jibqgħu xorta jingħataw ju u Settembru, qed jitkomplew diskussjonijiet dwar il-ftehim lill-Kunsilli Lokali kollettiv tal-ħaddiema klerikali Qed issemmi ħafna xogħol. kif ukoll tas-segretarji eżekutGħandha biex taħdem tivi. Aħna nemmnu li kundizzl-Assoċjazzjoni? jonijiet xierqa jgħinu sabiex bla ma wieħed ikun esiġenti żżejjNixtieq inżid li meta ġejt elett ed, jieħu l-massimu mill-impPresident tal-Assoċjazzjoni, jegati tiegħu. Hawn nixtieq l-istaff kien jikkonsisti biss nagħmel appell, anki fuq dak li mis-Segretarja Eżekuttiva u nisma’ minn żmien għal ieħor ħaddiema li qegħdin fuq ske- u bla ma nsemmi każijiet parma tal-Jobsplus. Dawn rie- tikolari, meta wieħed jieqaf u du jlaħħqu ma’ kollox. Fi ftit jisma’ u jitkellem inqas, kultant ġimgħat nista’ ngħid li l-Assoċ- jifhem aħjar u jasal għal soluzzjazzjoni rnexxielha takkwista joni bla argumenti żejda. Irridu fondi sabiex stajna nżidu As- nifhmu li kull persuna jkollha sistant Principal sabiex tassisti l-problemi personali tagħha u s-Segretarja Eżekuttiva. Żidna mhux dejjem se tiġi għax-xogwkoll ħaddiem ieħor għal 16-il ħol bi tbissima fuq wiċċha. Ftit ġimgħa full-time li qiegħed fuq tolleranza u doża ta’ paċenzja skema tal-Jobsplus u daħħalna ma tagħmel deni lil ħadd. wkoll ħaddiema klerikali sabiex tkun tista’ tassisti fix-xogħol ta’ X’inhu l-ħsieb tagħkom l-uffiċċju. Qedgħin nippruvaw dwar il-ħsieb li żgħażagħ noħolqu struttra fejn kulħadd ta’ 16-il sena jikkontestaw ikollu r-responsabbiltajiet l-elezzjonijiet lokali? tiegħu u b’hekk is-Segretarja Eżekuttiva tkun tista’ tassisti Issa li l-ligi nbidlet sabiex aħjar lill-Eżekuttiv. Din hija żgħażagħ ta’ 16-il sena jkunu xi ħaġa li qabel ma setgħetx jistgħu jivvutaw wasalna għalltagħmel għaliex hija riedet pass li jmiss. Bix-xieraq li nibkontinwament tagħmel xogħol dew diskussjonijiet sabiex dawn li suppost kien qed isir minn ikunu jistgħu jikkontestaw ħaddieħor. l-elezzjonijiet lokali. Għad irid Irrid inżid li fl-aħħar ġimgħat jibda jiġi diskuss jekk dawn jistanki tajna spinta fejn jidħol im- għux ikunu Sindki jekk kemmmodernizzar tal-uffiċini. Dan il darba dan ikun il-verdett qed isir kemm b’investiment tal-poplu bil-vot tiegħu. Dwar f ’kompjuters ġodda kif ukoll dan se jibdew diskussjonijif ’għamara u bżonnijiet oħra et fejn aħna se nkunu qed inli jgħinu sabiex jinħoloq amb- ħejju rapport. Dan se jsir wara jent aħjar għall-impjegati tagħ- li nkunu għaddejna proċess ta’ na. Nemmen li dan hu wieħed konsultazzjoni mal-Kunsilli mill-modi kif iżżomm il-ħad- Lokali nfushom. diema motivati u tirreċiproka r-rispett muri lilek. Darba kien jissemma l-Patt tas-Sindku. X’inhu? X’inhuma l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fil-Kunsilli Xi ħaġa li xtaqt li nerġgħu Lokali? nagħtu l-ħajja kien il-Patt tas-Sindki. Bosta Kunsilli LoDawn jiffaċċjaw in-nies kuljum kali kienu ffirmaw dan il-Patt, u hawn min jgħid li m’għand- iżda sfortunatament tul ishomx l-iktar kundizzjonijiet snin qajla komplejna naħdmu
17
24.09.2017
kullhadd.com
fuqu. Għaldaqstant, fl-aħħar ġimgħat bdejt diskussjonijiet mas-Sur Robert Tabone fejn qed tinġabar informazzjoni dwar kull inizjattiva li ttieħdet fl-aħħar snin, kif ukoll informazzjoni dwar x’kien il-gwadan bħal; nuqqas ta’ emmissjonijiet u inqas konsum ta’ enerġija fost l-oħrajn. Dan kollu sabiex nerġgħu nibdew inkunu parteċipi f ’dan il-Patt. Dan ix-xogħol għadu għaddej u qed nittama li nibdew nikkonkretizzawh fi ftit ġimgħat oħra. Minkejja li kien il-ħsieb li tul ix-xhur tas-sajf nibdew naħdmu fuq l-emendi fil-liġi, dan ma kienx possibbli peress li kien hemm l-elezzjoni ġenerali li ftit jew wisq ħarbtet ftit mill-pjanijiet li kien hemm. Minkejja dan, l-impenn tagħna għadu sħiħ, illi nagħmlu proposti għat-tibdil meħtieġ. Għaldaqstant filjiem li ġejjin, ser inkunu qed nibagħtu għal dawk li kienu taw isimhom sabiex ikunu parti minn dan il-kumitat sabiex nibdew din il-ħidma. Barra dan kollu, saru għadd ta’ laqgħat ma’ entitajiet oħra bħal TM, WSC, Greenpak, mal-Ministru José Herrera, mas-Segretarju Parlamentari Deo Debattista u ma’ uffiċjali mill-PA. Kollha kienu laqgħat li b’xi mod jew ieħor kellhom x’jaqsmu ma’ dak li ddiskutejt aktar ’il fuq jew ma’ problemi partikolari ta’ Kunsill Lokali jew ieħor. Dwar il-kwistjoni talimmigrazzjoni. X’inhi s-sitwazzjoni? Għaddejjin b’laqgħat mal-Ministri Michael Farrugia, Helena Dalli u s-Segretarju Parlamentari Sivio Parnis, fejn flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija bdejna niltaqgħu mal-Kunsilli Lokali li l-aktar huma milquta mill-problema tal-immigrazzjoni. Però bħal donnu kontu parteċipi biex ittieħdet deċiżjoni li s-Sindki ma jiħdux sehem fi protesta dwar dan is-suġġett. Għaliex? Mela dawn mhux jirrappreżentaw liċ-ċittadini? Proprju għax jirrappreżentaw liċ-ċittadini ma ħadux sehem. Il-protesta minkejja li oriġinarjament kellha l-ħsieb li tiddefendi d-dritt tar-residenti, illi jgħixu f ’sigurtà fl-irħula u fl-ibliet tagħhom, kien hemm elemet estrem li pprova jieħu s-sopravvent minn din il-ħaġa, tant li ried jagħmel din l-inizjattiva tiegħu. Il-Kunsilli lokali mhux qegħdin hemm biex jiddefendnu l-estremiżmu ta’ xi wħud imma biex jaraw l-interess komuni. Kien għalhekk li bħala Assoċjazzjoni, ġbarna lis-Sindki l-aktar milquta u flimkien mal-Ministru Michael Farrugia, il-Kummissarju tal-Pulizija u saħansitra, l-Eċċellezna tagħha l-President tar-Repubblika, iltqajna mar-rappreżentanti tal-kom-
mal-Eċċellenza Tagħha l-President Marie-Louise Coleiro Preca, fejn iddiskutejna magħha għadd ta’ inizjattivi fosthom kif il-Kunsilli Lokali jistgħu jkunu ta’ għajnuna fl-għan nobbli tal-Fondazzjoni li hija tmexxi u wkoll il-Fond tal-MCCF. Minn hawn irrid inħeġġeġ lil kull wieħed u waħda minnkom sabiex possibilment tipparteċipaw fl-iskema li nedejna fejn kull Kunsillier jew impIl-Kunsilli Lokali jegat jagħti donazzjoni ta’ €2.33 għandhom ukoll sehem fix-xahar għal dan il-għan. f ’għanijiet soċjali. Huwa l-ħsieb li fil-bidu tas-seKif sejrin? na d-dieħla tiġi mnedija attività bejn iż-żewġ naħat sabiex ikun Kellna wkoll żewġ laqgħat hemm rikonoxximent lil dak munitajiet barranin f ’pajjiżna fejn ħriġna stqarrija konġunta favur li tiġi mħarsa l-liġi u l-bon ordni f ’pajjiżna. Sar u qed isir ħafna xogħol minn dawn kollha, sabiex jinżamm il-livell ta’ sigurtà mixtieq f ’dawn il-lokalitajiet. Il-Gvern qed jikkommetti ruħu u nemmen li l-bon sens jitlob li affarijiet simili jiġu diskussi madwar mejda u mhux fit-toroq.
il-Kunsill Lokali li jagħti l-ikbar sehem f ’dan ir-rigward. Dawn kollha huma l-prijoritajiet li qed naħdmu fuqhom fl-immedjat. Dwar il-punti l-oħra, ma nħossx li għandi nidħol fid-dettall tagħhom għalissa, peress li għad irridu nibdew id-diskussjonijiet. X’inhu l-għan tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali? Biex nikkonkludi, l-għan ewlieni tiegħi primarjament kien li mhux inkissru l-pontijiet imma li nibnuhom, li nsaħħu l-komunikazzjoni bejn dawk kollha in-
voluti. B’xi mod naħseb li dan irnexxieli nagħmlu. Bla dubju ta’ xejn biex għamilt dan kelli l-għajnuna u r-rieda ta’ sħabi tal-Eżekuttiv li mingħajr l-għajuna tagħhom ma kienx ikun possibbli li jsir tant xogħol fi żmien relattivament qasir. Millġdid irrid nirringrazzja lill-istaff li, kif għidt qabel, ħadmu bla heda anki fil-ħin personali tagħhom mid-dar, sabiex stajna nlaħħqu ma’ deadlines li poġġejna fuqna aħna stess. Wasalna? Ovvja li le. Però konvint li bl-għajnuna u s-sapport ta’ kulħadd, flimkien nistgħu naslu sabiex negħlbu kull sfida li għandna quddiemna.
18
24.09.2017
kullhadd.com
L-IMĦABBA GĦALL-MUŻIKA U GĦALL-PERSUNI VULNERABBLI Claudia Faniello twieldet fil-25 ta’ Frar 1988 u hija kantanta ta’ talent li ħadet sehem għal diversi drabi fil-Festival Kanzunetta Maltija għall-Ewropa. Irrappreżentat lil Malta fil-EurovisionSongContest f’Mejju li għadda bilkanzunetta Breathlessly għalkemm ma rnexxilhiex tikkwalifika għall-finali. Claudia ġiet ispirata minn ħuha Fabrizio li beda l-karriera tal-kant qabilha tant li kienet issegwih b’interess.
Kellha 12-il sena meta bdiet tipparteċipa f ’diversi xows televiżivi u eventwalment ħadet sehem f ’ħafna festivals fejn kienet tiġi ta’ spiss fl-ewwel post. Fis-sena 2001, Claudia rebħet il-kuntest Talentissimi Juniors sabiex sena wara hi kellha ċ-ċans tkanta live mal-orkestra nazzjonali ta’ Malta. Dakinhar hi kienet akkumpanjata mill-kantanti Julie u Ludwig li aktar ’il quddiem kienu ħadu sehem fil-EurovisionSongContest. Bdiet tipparteċipa fil-Malta Eurovision Song Contest fis-sena 2006 bid-diska High Alert. F’dik l-istess sena hi rebħet il-Festival Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta Ma Nafx, kompożizzjoni ta’ Ray Agius. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-mużika? Ir-raġuni hija sempliċi. Trabbejt ġo dar mimlija b’imħabba lejn il-mużika. Kelli lil ħija li kien diġà jkanta qabli u jien kont insegwih ta’ spiss. Imbagħad bdejt inkanta jien u awtomatikament il-familja kollha ttieħdet minn din l-imħabba mużikali. Kellimni dwar l-esperjenza tiegħek meta riċentement ħadt sehem fil-Eurovision Song Contest bid-diska Breathlessly. Kienet esperjenza li għextha bl-aktar mod pożittiv u nirringrazzja lill-Bambin li ġrat issa meta lħaqt immaturajt u kont kapaċi ngħix bl-istress li jġib miegħu ż-żmien ta’ qabel il-Eurovision. Kont naf fejn jien sejra u kont konxja mir-responsabbiltà li ġġorr miegħek f ’dan il-festival. Madankollu kienet esperjenza tal-ġenn li nawgura li tiġri wkoll lil dawk il-kantan-
ti li qegħdin jaspiraw li jaslu s’hawn aktar ’il quddiem. Il-Eurovision Song Contest hija pjattaforma ferm prestiġjuża li tgħollilek ismek bħala kantant u mhux ta’ b’xejn li tiġi segwita minn miljuni ta’ spettaturi madwar l-Ewropa. Hija opportunità li tesponi mhux biss lil pajjiżek iżda wkoll lilek innifsek għax ittik promozzjoni kbira. Xi jfissru għalik kompożituri bħal Gerard James Borg, Philip Vella u Ray Agius? Apparti li dawn il-kompożituri huma ħbieb personali tiegħi, dawn in-nies jifhmuni ħafna u draw il-karattru tiegħi. Jafu wkoll fejn nixtieq immur u l-istil li nħobb nuża waqt il-wirja tiegħi. U huwa għalhekk li jaddattaw il-kompożizzjoni tagħhom għal dak li nħobb jien. Tant jafdaw fija li mbagħad iħalluni libera biex nesprimi d-diska tagħhom kif naf nagħmel jien. Kont kuntenta wkoll li kelli l-opportunità li niltaqa’ ma’ dawn in-nies
Fis-sena 2007, minkejja li kkwalifikat għas-semifinali tal-Festival għall-Ewropa bid-diska famuża tagħha L-Imħabba Għamja, ma rnexxilhiex tkun parti mis-sitt diski finali li kkompetew minħabba li spiċċat fis-seba’ post. Segwew diski oħra bħal Caravaggio (2008 – is-seba’ post) u Sunrise (2008 – it-tielet post), MidasTouch (2009), Blue Sonata (2009 – ir-raba’ post), Samsara (2010 – it-tmien post), Movie in my Mind (2011 – id-disa’ post), Pure (2012 – it-tieni post), When it’s Time (2013 – is-seba’ post) sa ma fl-aħħar rebħet dan il-festival din is-sena bid-diska Breathlessly. Bla dubju li l-persistenza tal-kantanta Maltija ppremjata hekk kif wara diversi festivals li pparteċipat fihom ħadet il-premju li tant riedet.
li jagħmlu xogħol tant dedikat u professjonali. Fl-istess ħin jien afdajt fihom u kont rilassata għax kont naf li huma għandhom l-esperjenza u li dejjem ħarġu b’kompożizzjonijijet tajbin. Waqt festival il-kantant jew kantanta jkollha ħafna pressjoni li trid tagħti l-aqwa tagħha
fi ftit minuti. Anke qabel il-festival hemm ħafna preparamenti u ġiri ’l hemm u ’l hawn u trid tkun b’saħħtek fiżikament biex tagħmilha. U għalhekk fejn il-kompożituri jafdaw il-prodott tagħhom filwaqt li jgħinu sabiex kollox ikun sew. U jien kont ixxurtjata li kelli kompożituri ferm tajbin.
Jien personalment ma nħossnix diva anzi narani bħala persuna normali. Bniedma li nqum filgħodu biex immur għax-xogħol u nagħmel il-ħidma tiegħi ta’ kuljum. Apparti minn hekk, għandi familja umli ħafna u dejjem jgħiduli biex inżomm saqajja mal-art u għalhekk qatt ma nista’ nħossni diva
Int kont għamiltha pubblika li kont issofri wkoll mill-bulimia. Kif irnexxielek toħroġ minnha? Iva hekk hu. Kelli għajnuna professjonali sabiex noħroġ minn din il-problema. Kelli wkoll ir-rieda li noħroġ minnha għax kont nara l-karriera mużikali bħala objettiv finali li ridt inkompli fiha. F’dak iż-żmien daqshekk diffiċli, il-mużika kienet l-iktar ħaġa li kienet iġġegħelni nħossni tajba. Kulħadd kien jgħidli li kelli vuċi sabiħa u dak il-fattur għenni sabiex negħleb din il-problema. Ħa nsemmilek żewġ diski tiegħek li baqgħu jissemmew sal-ġurnata tal-lum – Pure u Caravaggio. Xi jfissru għalik dawn id-diski tant famużi? Meta kont ħadt sehem bid-diska Caravaggio kont għadni pjuttost ġdida għall-festival.
19
24.09.2017
kullhadd.com
Din id-diska oriġinat millfatt li f ’dik is-sena partikolari, Caravaggio kienet għalaq anniversarju partikolari mit-twelid tiegħu u kien hemm ħafna wirjiet għaddejjin tiegħu. U għalhekk li l-kompożitur iddeċieda li jikteb din id-diska sabiex eventwalment titkanta fil-festival. Bdejna wkoll il-ħidma tagħna sabiex nieħdu ħsieb ix-xeni għal waqt id-diska li meta lestejniehom kienu xi ħaġa ta’ barra minn hawn għal dak iż-żmien. Meta kont kantajtha u spiċċajt fit-tieni post kont qisni rbaħt il-festival għax verament kont kuntenta. Dik is-sena kont spiċċajt ukoll fit-tielet post bid-diska Sunrise u għalhekk is-sodisfazzjon kien doppju. Meta kantajt id-diska Pure, kienu għaddew erba’ snin, kont immaturajt iktar u kont bdejt naħdem aktar ma’ Philip u Gerard. Dawn tal-aħħar saru jafuni daqsxejn iktar u b’hekk il-prodott finali reġa’ kien suċċess tant li spiċċajt fit-tieni post. Pure hija diska li titkellem ukoll dwar esperjenzi li għaddejt minnhom jien fil-ħajja tiegħi. Kienet is-sena meta kont ser nieħu brejk mill-festival iżda din id-diska bħal qisni tatni kuraġġ biex nerġa’ nipprova għax kont konvinta li tista’ tkun diska rebbieħa. Ir-rebħa ma waslitx, kont xi ftit diżappuntata li ġejt fit-tieni post tal-kuntest però din l-esperjenza kabbritni aktar.
Tagħmel x’tagħmel u tasal fejn tasal tinsiex li mis-sema ’l isfel kulħadd l-istess. Qatt m’għandek taqta’ qalbek u qatt tqabbel is-suċċess tiegħek ma’ ta’ ħaddieħor. Kulħadd għandu destin differenti. Bħala kantant jew kantanta dejjem trid tkun miftuħa għall-bidla għax ma jfissirx li dak li qed tagħmel hu kollu tajjeb. U għalhekk fejn trid taċċetta l-kritika. Ma tridx twebbes rasek u dejjem għandek tfittex li ttejjeb il-wirja tiegħek. B’hekk biss naħseb li fl-aħħar mill-aħħar issir tajjeb jew tajba f’din il-karriera
Wara kollox jien nemmen li Kważi kuljum naħseb fuq din il-possibiltà. Mhux biss biex kollox jiġri għal raġuni. inkompli l-karriera tiegħi mużikali iżda anke biex nesperjenza Ġieli għaddietlek minn moħħok li tmur tgħix barra l-ħajja f ’pajjiż ieħor. Nemmen li meta persuna tgħix f ’pajjiż minn Malta biex tkompli u kultura differenti tikber ħafl-karriera mużikali b’mod na f ’kull sens. Huwa ċ-ċans li professjonali?
bniedem jerġa’ jibda mill-ġdid li normalment jafu jkunu vulspeċjalment jekk ma jkollokx nerabbli f ’ċerti deċiżjonijiet. Imbagħad awtomatikament nies jiġu minnek jgħixu f ’dak ġieni ċ-ċans li nagħmel dan it-tali pajjiż. ix-xogħol ta’ LSA u sibtu wkoll konvenjenti għax għall-inqas Kif tħossok il-fatt li għandi sajf fejn nista’ anke nipint meqjusa bħala prattika l-kant aħjar. Minkejja diva f ’Malta? kollox, dan huwa xogħol li jrid Jien personalment ma nħossnix ikollok ċertu devozzjoni għalih diva anzi narani bħala persuna fejn int tkun qed tagħmel il-ġid normali. Bniedma li nqum fil- fil-ħajja ta’ ħaddieħor u din hija għodu biex immur għax-xog- l-isbaħ ħaġa ta’ dan ix-xogħol. ħol u nagħmel il-ħidma tiegħi Trid tagħmlu b’qalb kbira ta’ kuljum. Apparti minn hekk, mhux neċessarjament biex għandi familja umli ħafna u ikollok xogħol għax jinvolvi dejjem jgħiduli biex inżomm ħafna preparamenti u paċenzsaqajja mal-art u għalhekk qatt ja. ma nista’ nħossni diva. Anzi hawn Malta tant ngħixu Nixtieqek tgħaddi l-aħħar ħajja normali li diffiċli jkun messaġġ lil dawk hawn aspett ta’ artist. Mhux iż-żgħażagħ u t-tfal bħal meta tara lil Bon Jovi per li jixtiequ jaqbdu eżempju fit-triq għax żgur li l-karriera tal-kant kieku tiġġennen u tkun trid b’mod professjonali. tieħu ritratt miegħu. Żgur li hawn Malta ma ti- L-ewwel u qabel kollox ngħidilstax tkun hekk u hu għalhekk hom biex jibqgħu umli f ’dak li li aħna l-kantanti ngħixu ħajja jagħmlu. Tagħmel x’tagħmel u normali. tasal fejn tasal tinsiex li mis-sema ’l isfel kulħadd l-istess. Qatt Int tagħmel ix-xogħol ta’ m’għandek taqta’ qalbek u qatt LSA. Kif jgħinek biex tqabbel is-suċċess tiegħek ma’ tikber fil-karattru waqt li ta’ ħaddieħor. Kulħadd għandu tgħin lil persuni oħrajn? destin differenti. Bħala kantant jew kantanta dejjem trid tkun Għamilt diversi snin bħala am- miftuħa għall-bidla għax ma baxxatriċi tal-qari u kont indur jfissirx li dak li qed tagħmel ħafna skejjel primarji. Dort hu kollu tajjeb. U għalhekk ukoll diversi djar u aġenziji bħal fejn trid taċċetta l-kritika. Ma Villa Chelsea fost l-oħrajn biex tridx twebbes rasek u dejjem nagħmel taħdita dwar eating- għandek tfittex li ttejjeb il-wirdisorder li esperjenzajtha jien ja tiegħek. B’hekk biss naħseb stess. Qsamt l-esperjenzi tiegħi li fl-aħħar mill-aħħar issir tajjeb ma’ xi studenti tas-sekondarja jew tajba f ’din il-karriera.
21
kullhadd.com
24.09.2017
IR-REĊTAR, L-GĦALLIEM VERSATILI TAGĦHA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar it-talent lokali qed jikber, speċjalment fost żgħażagħ interessati li jibdew xi passatemp ġdid jew biex ngħidu hekk xi karriera li tinteressahom. Lill-personalità tal-lum kont ili nafha minn ċkunitha, tista’ tgħid minn ġuf ommha. Dan għall-fatt li lil ommha ili ħabiba magħha żmien twil, però qajla kont naf li waħda minn uliedha dan l-aħħar kienet qed tinteressaha d-drama lokali. Konna l-baħar flimkien, u rranġajna kollox sabiex isseħħ din l-intervista. Qed nirreferi għall-attriċi ċkejkna – Kyra Zerafa. Għandha 12-il sena, u għandha oħtha ta’ tliet snin. Bħala persuna tħossha kunfidenti u ma tibżax tgħid dak li tħoss. Barra minn hekk tħobb il-ħbieb, imma tħobb il-familja wkoll. Tikkunsidra lilha nnifisha bħala tifla li tħobb tgħin, anke jekk mhux dejjem tgħin fejn jidħlu faċendi fid-dar. La tikber tixtieq issir avukata jew accountant għaliex jogħġbuha x-xogħlijiet u tinteressa ruħha f ’ħafna suġġetti li għandhom x’jaqsmu ma’ xogħlijiet simili. Ridt inkun naf kif bdiet tinteressa ruħha fid-drama, u b’hekk ħallejt f ’idejha sabiex tgħidli kif bdiet din il-ġibda tagħha. “Jien ilni ninteressa ruħi fid-drama minn mindu kont żgħira. Kont noqgħod nitkellem waħdi u noqgħod nirreċta quddiem il-mera, imma f ’dawn l-aħħar tliet snin iddedikajt ruħi naħdem ma’ Rewind Productions u s’issa rreċtajt żewġ partijiet dik ta’ Manwela f ’Manwela u Hannah f ’Katrina”, bdiet tgħidli Kyra. Għaliha d-drama tfisser esperjenza differenti, u tfisser kollox. “Li nirreċta tajjeb u li dejjem nagħmel xogħol aħjar minn ta’ qabel u b’hekk dejjem nitjieb maż-żmien! Il-ħsibijiet tiegħi bħalissa huma li nkompli fuq din il-linja,” kompliet telabora miegħi Kyra. Mistoqsija għaliex għażlet id-drama u mhux xi passatemp ieħor, Kyra weġbitni, “Jiena bħala tifla meta nitkellem nenfasizza fuq ħafna kliem u nsib ruħi nesprimi ħafna linji drammatiċi, allura nieħu pjaċir nirreċta u nilgħab il-parti ta’ persuna differenti, allavolja l-karattru li għandi bħalissa huwa
Għal dawk kollha li għandhom talenti kbar, dejjem imxu wara l-ħolma tagħkom u tħallu lil ħadd iwaqqafkom!
qrib ħafna l-persuna li jien Jgħajtuli Manwela fil-verità.” minflok Kyra Kienet tara drammi lokali man-nanna Fil-fatt, meta kienet iżgħar kienet tieħu pjaċir tirreċta u titkellem quddiem il-mera. “Meta kbirt aktar, dejjem kont nara d-drammi lokali man-nanna u meta darba r-Rewind Productions ġabu reklam li qed ifittxu xi nies għar-reċtar, iddeċidejt li nieħu ċans u wassalni għal dak li jien illum,” sostniet miegħi. Ta’ min jgħid li s’issa, Kyra dejjem ħadmet ma’ Rewind Productions bħala attriċi. Fil-fatt, ħadmet fid-dramm Katrina bħala Hannah – tifla marida, u riċentement fiddramm Manwela bħala Manwela ż-żgħira. Ma’ Kyra tkellimt dwar ir-reazzjoni tan-nies li jagħrfuha u dwar xi tkun ir-reazzjoni tagħhom lejha. “Niltaqa’ ma’ ħafna nies f ’postijiet differenti. Ġieli nkun Tigne u niltaqa’ man-nies u nieħdu r-ritratti u nitkellmu, ġieli nkun ġo supermarket u l-istess, ġieli niltaqa’ ma’ nies ilbaħar u ħafna iktar postijiet. Ir-reazzjoni tagħhom tkun “Ara Manwela!!” jew “Ara din li tirreċta!” u wara nispiċċaw nitkellmu u r-reazzjoni tiegħi tkun “Iva, iva jien Manwela!” tbissmet tgħidli Kyra.
Magħha ddiskutejt ukoll dwar it-tip ta’ sagrifiċċji li jkollha tgħaddi minnhom waqt l-istudju tal-linji li tkun trid tgħid u l-ħinijiet li tqatta’ għall-filming. “Xi kultant nispiċċa nagħmel ħin twil, anke xi erba’ jew sitt sigħat. Ma nikolx minħabba li ndumu l-filming, imma dejjem nispiċċa nibla’ balla ikel. Ikolli nistudja bil-quddiem u meta jkollna ġranet sħaħ filming nibda qisu fil-17:00 u nispiċċa xi s-02:00 u ġieli għamilt anke bejn 10 u 12-il siegħa xogħol.” Għalkemm għal Kyra li kellha l-interpretazzjoni tagħha f ’Manwela hija t-tieni esperjenza tagħha fir-reċtar, issostni li kienet esperjenza tajba ħafna. Kollox ma’ kollox, ridt inkun naf kemm huwa vallapena s-sagrifiċċju li tqatta’ ffilmjar anke sa tard billejl. “Ħa ngħid il-verità, xi kultant niddubita, imma iva huwa worth it is-sagrifiċċju għax l-esperjenza kienet waħda inkredibbli u fetħitli ħafna bibien għal opportunitajiet differenti,” sostniet Kyra. Dwar xi tkun ir-reazzjoni tagħha meta tara lilha nnifisha fuq it-televiżjoni, Kyra stqarret miegħi li dejjem tara fejn tista’ tkun aħjar bħala reċtar. “Dejjem nosserva lili nnifsi u fejn ikun hemm bżonn iktar xogħol fuq ir-reċtar, naħdem biex
nagħti l-almu tiegħi aħjar.” Kurżità dwar Kyra u fatt magħruf huwa li ħafna nies jgħajtulha Manwela minflok b’isimha proprju, fosthom anke oħtha ż-żgħira. B’hekk ridt inkun naf dwar ir-reazzjoni tagħha xi tkun. “Bħala nies li jiltaqgħu miegħi barra ma nidejjaqx u nieħu pjaċir, imma mal-familja mhux dejjem nieħu pjaċir. Pereżempju lil oħti niggustaha, imma meta xi ħadd kbir jgħajjatli Manwela niddejjaq għax jien Kyra mhux Manwela u nkun irrid inżomm ismi u l-personalità tiegħi, għax xorta ser nibqa’ l-istess persuna bħal qabel,” sostniet miegħi Kyra. B’kurżità ridt inkun naf kif jirnexxilha titgħallem u tistudja dawk il-linja kollha bl-amment li jkollha tinterpreta għall-karattri tagħha waqt id-drama. Dlonk weġbitni, “Il-linji huma xi ħaġa li m’għandekx għalfejn titgħallem bl-amment, allavolja fil-bidu kont nagħmel hekk. Aqra l-iscript darba, darbtejn, tlieta u tidħol fil-karattru. Wara dan, tibda tiġik naturali,” sostniet miegħi. Tgħallmet ħafna mir-reċtar Rigward benefiċċji li ħadet mid-drama u mir-reċtar, Kyra stqarret miegħi li tgħallmet fuq ħafna suġġetti tqal għall-età żgħira tagħha. “Imma naħseb li huwa tajjeb għax jipprepara-
ni għal meta nikber u nħabbat wiċċi ma’ sitwazzjonijiet simili. Naħseb li tgħallimt ħafna dwar script writing u affarijiet bażiċi li jkollhom x’jaqsmu marreċtar stess u anke xi funzjonijiet tal-kamera. Ħafna affarijiet differenti u interessanti.” Fl-aħħar nett, Kyra għaddiet messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Lil dawk kollha li jsegwuni, grazzi! Nirringrazzjakom talli tieħdu l-ħin biex issegwu t-teledramm u nisperaw li qed jogħġobkom ix-xogħol! Aħna dejjem nippruvaw noħolqu l-aħjar xogħol possibbli u dejjem naraw kif nagħmlu biex inħallukom b’kurżità kbira! Episodju wara episodju diġà wasalna biex nibdew it-tieni sensiela! Għal dawk kollha li għandhom talenti kbar, dejjem imxu wara l-ħolma tagħkom u tħallu lil ħadd iwaqqafkom! Dejjem imxu wara qalbkom u agħtu kas dak li qed jiġri madwarkom, ħalli jekk tiġi opportunità, taħtfuha! Aħdmu u agħmlu dak li tixtiequ! Jien hekk għamilt u spiċċajt fejn dejjem xtaqt! Jekk taħdem u dejjem timxi ma’ qalbek, tasal! Isimgħu minni u jekk għandkom talent, żviluppawh u aħdmu bis-serjetà! Grazzi lill-udjenza tiegħi u grazzi lil dawk kollha li jemmnu fija u dejjem inkoraġġewni biex nimxi wara l-ħolma tiegħi u llum inħeġġeġ lilkom biex timxu wara l-ħolm tagħkom!
22
24.09.2017
kullhadd.com
ID-DIŻASTRU TAL-VAJONT
MARY ISTORJA CHETCUTI MILL-
Società Adriatica di Elettricità jew fil-qosor SADE kienet il-kumpanija li sa mill-bidu tas-seklu 20 bdiet tibni u tħaddem għadd ta’ digi għall-ġenerazzjoni tal-elettriku fl-Italja. Fi żmien il-Faxxiżmu, SADE kompliet tikber u tissaħħaħ bil-monopolju li ngħatat, tant li drabi kienet ukoll deskritta bħala “l-istat fl-istat”. L-amministraturi ta’ dil-kumpanija qatt ma taw widen għall-ilmenti tal-abitanti fejn inbnew l-impjanti bħal meta saret id-diga ta’ Cadore fejn saru ħsarat strutturali kbar lid-djar tan-nies ta’ Vallesella u SADE rriffjutat li tikkumpensa għal dak li kienet ikkaġunat hi. Il-kostruzzjoni tad-diga ta’ Pontesei ġo Valle di Zoldo ikkawżat valanga ta’ ġebel u tajn. Fi Brenta ġew mgħarrqa rħula sħaħ sabiex għamlu wisa’ għal għadira artifiċjali enormi; hawnhekk ħafna mir-residenti raħħala ma’ kellhomx triq oħra għajr li jemigraw lejn l-Iżvizzera u l-Ġermanja wara li ngħataw kumpens miżeru għall-għelieqi li ttiħdulhom għall-proġett. Il-gvern u l-awtoritajiet Taljani kienu torox, għomja u muti fejn tidħol is-SADE kontra ċ-ċittadin. Ħadd ma kien jinteressah mill-uġigħ taż-żgħir
fil-konfront ta’ dal-iġgant industrijali ħlief għal Tina Merlin, ex-partiġjana komunista minn Belluno u ġurnalista talgazzetta L’Unità. Matul is-snin 50 Tina Merlin kienet tiltaqa’ mal-komunitajiet tal-irħula fir-reġjun ta’ Belluno fejn kienet tisma’ u tikteb dwar dak li kienu qed iġarrbu r-raħħala u l-familji tagħhom kull fejn is-SADE kienet qed tesproprja għall-iżvilupp; Tina kienet il-leħen ta’ min ma kellux leħen imma kienet kritika wkoll għal ġurnalisti ta’ gazzetti oħra li baqgħu siekta quddiem dawn l-inġustizzji. Saħansitra l-Parlament baqa’ ħalqu magħluq dwar dak li kien qed jiġri fir-reġjun muntanjuż tal-Italja. Deputati Komunisti u Soċjalisti kemmil darba ressqu l-ilmenti ta’ dawn iċ-ċittadini għall-attenzjoni tal-Gvern imma kulħadd injorahom. Fil-21 ta’ Frar, 1961 Tina Merlin ippubblikat artiklu fuq L’Unità li qajjem ferment sħiħ. Bla logħob tal-kliem hija qalet li massa ta’ madwar 50 miljun metri kubi ta’ blat fraġli kienet qed tiżżerżaq minn fuq in-naħa tax-xellug tal-Muntanja Toc u ħadd ma seta’ jgħid jekk kinitx se tinżel ftit ftit jew taqax f ’daqqa fuq l-irħula ta’
taħt fil-Valle del Vajont. Għal snin twal ir-raħħala pprotestaw u rreżistew (imma għalxejn) ilproġett tas-SADE meta bniet l-akbar diga tad-dinja għal dak iż-żmien maġenb muntanja ta’ terren instabbli u spiss soġġetta għall-valangi ta’ ġebel u tajn. Il-ġeologu Ervino Milli kien issors sigriet li għadda din l-informazzjoni allarmanti lil Tina. Is-SADE użat il-pulizija talistat biex Tina Merlin ġiet akkużata li kienet qed ixxerred aħbarijiet foloz u infondati bl-intenzjoni li tqanqal protesti popolari. Tressqet quddiem il-qorti u mat-tmiem tas-smigħ l-imħallef Salvini stqarr li ma kien hemm xejn falz fl-artiklu tagħha u jekk niġu f ’dan il-protesti popolari kienet qed tikkaġunahom is-SADE innifisha b’attitudni arroganti fil-konfront tar-raħħala. Fil-lejla mdawla b’qamar kwinta tad-9 ta’ Otturbu, 1963, għall-ħabta tal-10.39 minuta, instema’ ħoss qawwi filwaqt li triegħdet l-art u bla ma ħadd kellu ħin jintebaħ x’kien qed jiġri niżlet massa ta’ 260 miljun metri kubi ta’ ġebel u tajn (ġenb sħiħ tal-Muntanja Toc), b’veloċità ta’ 108 kilometri fissiegħa għal ġol-għadira artifiċjali fuq id-diga tal-Vajont. L-impatt tal-valanga fuq 115il miljun metri kubi ta’ ilma kkawża żewġ mewġiet ogħla minn 250 metru li marru f ’direzzjonijiet opposti b’qilla liema bħalha u nqerdu l-irħula ta’ Erto u Casso bl-abitanti fihom fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-għadira filwaqt li tkaxkru
bi djarhom b’kollox mal-ilma, il-ġebel u t-tajn ir-residenti ta’ Longarone, Codissago u Castellavazzo, li kienu joqogħdu taħt id-diga; dak il-lejl 2,000 ruħ ta’ kull età tilfu ħajjithom u aktar minn 400 minnhom ma nstabu qatt. Barra mill-irħula li semmejt iġġarfu wkoll Frasegn, Le Spesse, Il Cristo, Pineda, Ceva, Prada, Marzana, San Martino, Faà, Pirago, Villanova, Rivalta, Fortogna, Dogna u Provagna. Sofrew ħsarat estensivi l-irħula ta’ Soverzene, Ponte nelle Alpi, Belluno, Borgo Piave, Quero Vas u Caorera meta x-xmara Piave faret kaġun tal-mewġ ikkawżat mill-valanga qattiela. Id-diga ma ġarrbet l-ebda ħsara madanakollu d-diżastru, li seta’ kien evitat, ħalla warajh ħerba apokalittika bi rħula sħaħ ma baqgħux jeżistu. L-għada Tina Merlin kitbet: “Mhux li kien irnexxieli nħarbat l-ordni pubblika. Inħossni ħatja li ma għamiltx biżżejjed biex tiġi evitata dit-traġedja.” Imma l-vera ħatja kienet is-SADE li sadanittant kienet ġiet amalgamata mal-kumpaniji statali tal-enerġija ENEL u eventwalment Montedison. Id-diretturi u l-inġiniera tal-kumpanija baqgħu jinsistu li d-diżastru kien dovut għal fatturi naturali li ħadd ma seta’ jintebaħ bihom u għaldaqstant ħadd ma kellu kontroll fuqhom. Fuq l-eżitu ta’ inkjesta ministerjali, fil-21 ta’ Frar, 1968 bdew għaddejjin ġuri l-persuni f ’karigi għolja u responsabbli mill-binja u tħaddim tad-diga
tal-Vajont; proċeduri legali li kaxkru sal-1997 fejn min instab ħati skonta ftit aktar minn sena ħabs b’kollox. Wara d-diżastru l-gvern Taljan għadda liġijiet sabiex seta’ joħroġ skemi ta’ kumpensi lill-qraba tal-vittmi u raħħala li tilfu kollox; liema skemi twettqu b’ħafna irregolaritajiet u faqqgħu skandli dwarhom. Ittieħdu inizjattivi biex inġabru miljuni ta’ flus f ’fondi ta’ għajnuna lill-vittmi tal-Vajont li l-ebda vittma jew qraba ma raw lira minnhom. B’riħet id-diżastru tal-Vajont sar ħafna qerq finanzjarju u Tina Merlin ikkundannat bla ħniena lil min kien involut f ’dawn l-oxxenitajiet. Ftit ġranet wara t-traġedja Tina Merlin tat intervista lil stazzjon televiżiv Franċiż fejn semmiet l-isem tal-ġeologu li kien għaddielha l-informazzjoni dwar diżastru imminenti li seta’ jiġi evitat fil-Vajont. Wara pressjoni mill-gvern Taljan dik l-intervista ma tħalliet tintwera mkien sakemm għexieren ta’ snin wara xandarha għall-ewwel darba Giovanni Minoli fil-programm tiegħu ‘La Storia Siamo Noi’. L-ispirtu kombattiv tal-ġurnalista ex-partiġjana Komunista ħareġ bis-saħħa kollha filktieb Sulla Pelle Viva. Come Si Costruisce una Catastrofe. Il Caso Vajont, li Tina Merlin kitbet u ppubblikat fl-1983 – biex sa fl-aħħar u mingħajr ċensura l-verità kienet qed tingħad u twettqet farka ġustizzja fost il-ħafna inġustizzji fil-każ Vajont.
kullhadd.com
FEJN SE NASLU? LEANNE ABELA GRECH Membru Equality Labour
Kemm-il darba naraw xogħlijiet maniġerjali li jkunu meħudin minn persuni maskili. Hija kumbinazzjoni li jiġri hekk? Le. Iżda matul medda ta’ snin saret kważi xi ħaġa komuni li raġel javvanza ferm aktar minn mara fil-karriera tiegħu, għalkemm din mhix in-norma għal kulħadd. Hu fatt, anke fl-istorja tal-bniedem, li l-irwoli bejn iż-żewġ sessi minn dejjem kienu differenti u li qatt ma kienu jingħataw l-istess importanza jew rikonoxximent. Tant li l-mara kienet tkun deskritta bħala s-sistema
ta’ sapport għas-suċċess tarraġel tagħha. Kienet xi ħaġa komuni wkoll li wara ż-żwieġ il-mara tieqaf mill-impjieg tagħha biex tieħu ħsieb id-dar u l-familja. Għall-kuntrarju li kien jiġri fil-passat, illum qed naraw bosta inċentivi biex ilmara tibqa’ fid-dinja tax-xogħol. Dan mhux biss ikompli jsaħħaħ l-ekonomija u jkun dħul ieħor għall-familja, iżda jkun qed jagħti għażla oħra lill-mara li tiddeċiedi hi jekk tkomplix bix-xogħol tagħha. Dan l-aħħar iltqajt ma’ artiklu li jpenġi l-irwol tal-mara fid-dar, xenarju li juri koppja eterosesswali u li jgħixu flimkien. L-artiklu juri xenarju reali, fejn il-mara ssir b’mod awtomatiku l-maniġer taddar; ovvjament ma fiha xejn ħażin jekk persuna tagħżel hi li tagħmel dan ix-xogħol u li jkun hemm qbil bejn il-koppja. Però dan l-artiklu juri l-mara b’xogħol full-time li trid tlaħħaq ukoll max-xog-
ħol tad-dar u mal-esiġenzi tal-familja. Illum saret ferm aktar popolari fost koppji eterosesswali li l-mara tibqa’ taħdem xogħol full-time sal-irtirar, kif ukoll ferm aktar irġiel qed jgħinu fix-xogħol tad-dar. U għalkemm ħafna ma jaraw xejn ħażin fis-sentenza li għadni kif ktibt, hemm kelma illi tfisser ħafna, il-kelma ‘jgħinu’. Meta ngħidu li r-raġel jgħin il-mara fix-xogħol tad-dar, awtomatikament qed infissru li primarjament ix-xogħol tad-dar għandu jsir mill-mara bl-għajnuna tar-raġel. Dan il-ħsieb huwa minsuġ minn snin ta’ kultura li ftit li xejn inbidlet fil-konfront tal-mara fis-soċjetà. Din il-kultura ikundizzjonatna, tant li mara għadha ssibha f ’sitwazzjonijiet li tiddubita minnha nnifisha dwar irwoli maniġerjali għolja fil-post tax-xogħol tagħha. Ftit ilu kont qed insegwi in-
tervista ma’ Ginni Rometty, is-CEO ta’ waħda mill-akbar kumpaniji tat-tekonolġija, l-IBM. Fl-intervista hija qalet li meta kienet avviċinata biex tilħaq Kap Eżekuttiv, ħasbitha darbtejn, tant li kellha tmur id-dar titkellem mar-raġel tagħha biex tara jekk il-pass li se tagħmel hux pass għaqli. It-tweġiba tarraġel tagħha kienet tassew eye opener għax qalilha: “Taħseb li raġel jitlob aktar ħin biex jaħseb dwar proposta bħal din?” Kos hux, għalfejn mara għandha taħsibha darbtejn biex taċċetta pożizzjoni tant għolja u importanti. Bit-tibdil fil-liġijiet li saru f ’Malta dan l-aħħar, fosthom il-liġi taż-żwieġ indaqs ifisser ukoll ugwaljanza bejn mara u raġel. Liġijiet bħal dawn tassew imexxu ’l quddiem l-interessi tan-nisa fis-soċjetà, iżda l-liġijiet waħedhom mhumiex biżżejjed. Biex naraw ugwaljanza
23
24.09.2017
totali, hemm bżonn li tinbidel il-mentalità wkoll. Irid jinbidel il-ħsieb ta’ x’inhu tal-irġiel u tan-nisa. Il-bidu jibda minn meta l-bniedem ikun għadu tarbija; għalfejn għandna nidentifikaw il-ġeneru b’kulur? Ir-roża għall-bniet u ċ-ċilesti għas-subien. Il-ġugarelli wkoll jidentifikaw id-differenzi. B’dawn l-affarijiet inkunu diġà qed nikkundizzjonaw lill-bniedem li sa minn età żgħira jagħti timbru lir-raġel u lill-mara, prattika li għadha ferm ’il bogħod mill-prattiċi li qed jiġu attwati dan l-aħħar. Għalhekk huwa importanti wkoll li aħna nidentifikaw il-bniedem fuq il-kapaċitajiet tiegħu u mhux skont il-ġeneru. Għalhekk inħass il-bżonn li Malta tirikonoxxi wkoll persuni li ma jidentifikawx ruħhom mal-ebda ġeneru u b’hekk ġiet introdotta l-marka X fuq dokumenti bħall-ID cards u l-passaporti.
GĦODDA OĦRA TA’ GĦAJNUNA GĦAN-NEGOZJI Ż-ŻGĦAR ANTON
VELLA
SME HELPDESK EXECUTIVE, MEA
F’dawn l-aħħar xhur, l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, permezz tal-SME Helpdesk tagħha, kienet qed taħdem qatigħ fuq inizjattiva innovattiva. Din hi għodda oħra li tista’ sservi ta’ għajnuna kbira għal sidien ta’ negozji żgħar. Proġett li huwa bbażat fuq storja ta’ negozju tipiku Malti, li tul ir-rakkont ta’ 4,000 kelma f ’din l-istorja, jgħaddi u jiltaqa’ ma’ diversi ċirkostanzi u sitwazzjonijiet. Dawn l-episodji huma spjegati b’electronic links li jitfgħuk f ’91 programm televiżiv, li l-istess Assoċjazzjoni pproduċiet u ġa ġew trażmessi fuq l-istazzjonijiet Nazzjonali. Din hija inizjattiva ġdida, li biha wieħed jista’ jkollu aċċess għal 2,300 minuta ta’ informazzjoni dwar issues partikolari li imprenditur jiltaqa’ magħhom tul ħidmietu fi tmexxija ta’ negozju. Informazzjoni li kollha kemm hi ġa ngħatat permezz ta’ dawn il-91 programm televiżiv, minn xejn inqas minn 300 espert li kienu mistednin f ’dawn il-programmi.
L-Assoċjazzjoni ilha tul dawn l-aħħar 4 snin, taħdem, u tipproduċi programmi televiżivi bl-isem MEA, sabiex twassal informazzjoni utli dwar diversi suġġetti relatati max-xogħol u l-impjiegi. Suġġetti varji, li kollha kemm huma, jittrattaw sitwazzjonijiet li xi ftit jew wisq, kull sid ta’ negozju jiltaqa’ magħhom waqt operat ta’ negozju. Sitwazzjonijiet bħal meta persuna tiddeċiedi li twaqqaf kumpanijja, meta sid ta’ negozju jibda jaħseb li jimpjega lin-nies, x’jiġri waqt job interview, x’tip ta’ kuntratti ta’ xogħol għandhom isiru, kif imprenditur għandu jara li jkun hemm armonija fost il-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, kif għandu jiġi kkontrollat l-użu tas-sick leave, tal-maternity leave, tal-injury leave, eċċ.. Inizjattiva li tinsab online, fuq is-sit elettroniku uffiċjali tal-Malta Employers’ Association, fis-sezzjoni ta’ projects and initiatives. Hemm wieħed jista’ jsib dokument kemm bil-lingwa Maltija kif ukoll bil-lingwa Ingliża. Persuna li tkun tixtieq taċċessa u tiskopri l-vantaġġi ta’ din l-inizjattiva, kulma trid tagħmel hu li tibda taqra l-istorja, u kull fejn tiltaqa’ ma’ hyperlinks, tikklikkja fuqhom u ssegwi x’kien intqal waqt il-programmi televiżivi tal-MEA, fuq kull suġġett partikolari. Proġett innovattiv, u żgur li ser ikun utli, speċjalment għal
dawk li għadhom qed jibdew negozju. Ser ikun utli wkoll għal dawk li qed jirtu, jissuċċedu jew jidħlu f ’negozju tal-familja għall-ewwel darba. Anke għal dawn, din l-inizjattiva għandha tkun għodda importanti għalihom, għaliex b’hekk, b’mod proattiv tinfurmahom minn qabel dwar sitwazzjonijiet u ċirkostanzi li jistgħu jiltaqgħu magħhom tul il-ħidma ta’ tmexxija ta’ negozju. The Maltese Business Story din is-sena huwa wkoll il-proġett li ġie ddikjarat rebbieħ tal-kompetizzjoni magħrufa bħala n-NESA. (National Enterprise Support Awards). Din il-kompetizzjoni fuq bażi nazzjonali, hija miftuħa għall-organizzazzjonijiet bħall-unions, għaqdiet, korpi kostitwiti, Kunsilli Lokali, Dipartimenti tal-Gvern, NGOs, eċċ, u sabiex tipparteċipa jkun hemm bżonn li jiġi ikkreat proġett jew tittieħed inizjattiva li biha jkun qed jiġi megħjun is-settur tal-intrapriża, speċjament dawk l-intrapriżi li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ negozji żgħar. Għat-tielet sena konsekuttiva, l-MEA irnexxielha mhux biss tipparteċipa, iżda li tiġi mal-ewwel tliet postijiet. Fl-2015, irbaħna l-kompetizzjoni u ġejna fl-ewwel post, u saħansitra meta rrappreżentajna lil Malta fl-EEPA (European Enterprise Promotion Awards), wara li ġejna
short-listed mal-aħħar 13il proġett minn 38 proġett ieħor minn madwar l-Ewropa kollha, ingħatajna wkoll ċertifikat ta’ special mention. Is-sena l-oħra mbagħad l-MEA, bi proġett favur l-inklussività f ’pajjiżna, irnexxielna niġu fit-tieni post, u b’hekk għal darb’oħra barra l-premju monetarju, ingħatajna rikonoxximent prestiġjuż tal-ħidma tagħna favur l-inklussività u persuni b’diżabilità. Din is-sena, appuntu ftit tal-ġimgħat ilu, il-kumitat organizzattiv tan-NESA reġa’ għoġbu għal darb’oħra jirrikonoxxi u jagħżel il-proġett sottomess f ’isem l-MEA, bħala l-aqwa wieħed minn fost 13–il proġett ieħor, u b’hekk għat-tieni sena, fuq perjodu ta tliet snin, ġejna fl-ewwel post, bl-eliġibilità li nerġgħu nikkompetu u nirrappreżentaw lil pajjiżna, fil-kompetizzjoni fuq livell Ewropew. Fi ftit tal-jiem oħra niġu infurmati jekk inkunux ġejna short listed, biex imbagħad f ’Novembru ġewwa l-Estonja, f ’ċerimonja quddiem 600 delegat minn madwar l-Ewropa kollha, jitħabbru r-rebbieħa. Il-Maltese Business Story, hija inizjattiva, li ser tkun utli wkoll għal studenti li bħalissa jattendu l-MCAST, l-istitut tal-ITS, kif ukoll l-Università. Fil-fatt bħalissa għaddejjin taħdidiet ma’ dawn l-entitajiet sabiex naraw kif nistgħu nip-
promwovu din l-għodda fost dawn l-istudenti, inħajruhom jaċċessawha, u minnha jieħdu l-informazzjoni sabiex itejbu is-sens imprenditorjali tagħhom. L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, bil-provi u fil-prattika qed turi li hi mhux biss hi union ta’ min iħaddem, mhux biss hi assoċjazzjoni li tħares id-drittijiet, tipproteġi u tiggwida lill-employers membri tagħha, iżda permezz tal-SME Helpdesk tagħha qed tkun strumentali sabiex iżżomm kuntatt mas-settur tan-negozji żgħar, tħoss il-polz tagħhom, tikkrea inizjattivi innovattivi, u toffri għodod utli lil dawn l-imprendituri żgħar, sabiex ikunu jistgħu jkomplu jtejbu l-operat tagħhom, u jagħrfu kif jaġixxu f ’kull ċirkostanza. Minn issa nistedinkom sabiex iżżommu l-kuntatt magħna, għaliex fix-xhar ta’ Ottubru, waqt l-attivitajiet tal-SME WEEK 2017, flimkien mal-Ministeru tal-Ekonomija u Negozji żgħar, il-Malta Enterprise, l-MCAST u oħrajn, ser ikollna attivitajiet li ser jiġu organizzati għalikom ilkoll, dwar għodod ġodda li ser inkunu qed nillonċjaw, kif ukoll żviluppi oħra dwar is-servizzi li ġa qegħdin noffrulkom. Jekk tixtiequ tagħmlu kuntatt magħna, ibagħtu email fuq anton.vella@maltaemployers.com, jew ċemplu fuq 21222992.
24
24.09.2017
1
MADWAR kullhadd.com
IL-MESSIKU
FIL-QOSOR
4 2 1
3
273 JITILFU ĦAJJITHOM WARA TERREMOT In-numru ta’ persuni mejta wara t-terremot fil-Messiku tela’ għal 273 persuna. Dan hekk kif gruppi tas-salvataġġ ħadmu kontra l-ħin biex isalvaw aktar persuni. It-tama għal bosta familji li għandhom lil xi membri tal-familja rrapportati neqsin, issa qed tonqos hekk kif qed jaħsbu fl-agħar li seta’ ġara. Il-Messiku esperjenzat terremot ieħor dan ix-xahar, ta’ tmienja punt wieħed fuq l-iskala Richter li seħħ fin-Nofsinhar tal-pajjiż u li ħalla minn tal-inqas 90 persuna mejta.
2
L-AMERKA
3
PUERTO RICO
TRUMP B’APPELL ĊAR LILL-ĠNUS MAGĦQUDA Fl-ewwel diskors tiegħu fil-Ġnus Magħquda, il-President Amerikan Donald Trump qal li l-Ġnus Magħquda mhux tilħaq il-potenzjal tagħha. Spjega li trid tagħmel iżjed biex tilħaq l-aspirazzjonijiet ta’ diversi popli minn madwar id-dinja. Fid-dawl li l-Istati Uniti tħallas 28% tal-ispejjeż ġejjin milloperazzjoni tal-Ġnus Magħquda fuq iż-żamma tal-paċi, Trump qal li din hija inġusta. Intant żdiedet it-tensjoni bejn il-Korea ta’ Fuq u l-Istati Uniti hekk kif il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Korea ta’ Fuq Ri Yong Ho wissa lil Gvern Amerikan li t-theddid millPresident Trump jista’ jwasslu għal provi ta’ missili nukleari fl-oċean Paċifiku. Kim Jong-Un sostna li Trump se jkun qed iħallas b’mod qares għat-theddida li għamel waqt id-diskors tiegħu flAssemblea Ġenerali, dan wara li Trump sejjaħ lil Kim bħala “Rocket Man” li jinsab fuq “missjoni suwiċida.”
ĦSARA F’DIGA FIL-PUERTO RICO “IMMINENTI” WARA L-URUGAN MARIA Ħsara f ’diga qed toħloq “periklu kbir” wara li għarar ħakem xmara fil-Puerto Rico wara l-Urugan Maria. L-Awtoritajiet qalu li l-ħsara imminenti tad-diga bl-isem ta’ Guajataca, hi sitwazzjoni li qed tpoġġi l-ħajja ta’ diversi persuni fil-periklu. Aktar minn 70,000 persuna jgħixu qrib iż-żoni ta’ Isabela u Quebradillas. Minn tal-inqas 13-il persuna tilfu ħajjithom minn meta Maria ħarbtet kollox fil-Puerto Rico, fejn saħansitra il-gżira kollha spiċċat mingħajr dawl. Ir-residenti fiż-żona ġew imħeġġa biex jevakwaw għal postijiet aktar sikuri. Bosta li jgħixu fil-qrib qed jiġu evakwati bl-użu ta’ karozzi tal-linja. Maria issa qed titbiegħed mill-ġżejjer Turks u Caicos fejn mistennija tolqot il-Baħamas fi tmiem il-ġimgħa.
R ID-DINJA
25
24.09.2017
kullhadd.com
6
IL-KOREA TA’ FUQ
6 5
JINĦASS TERREMOT Terremot ta’ qawwa 3.4 fuq l-Iskala Richter inħass fil-Korea ta’ Fuq. It-terremot seħħ madwar 50km ’il bogħod miż-żona fejn isir l-eżaminar tal-armi. Esperti Ċiniżi fis-Sismoloġija qalu li hemm suspett li din kienet “splużjoni,” iżda l-Korea ta’ Isfel qalu li jista’ jkun terremot li seħħ b’mod naturali u mhux ġie kkawżat bi prova nukleari. Il-Korea ta’ Fuq wettqu test nukleari fit-3 ta’ Settembru, azzjoni li ġiet ikkundannata mill-Istati Uniti. It-terremot li seħħ ilbieraħ kien wieħed żgħir meta mqabbel ma’ terremoti preċedenti li nħassu fil-Korea ta’ Fuq. Wara l-aħħar test, l-ewwel rapporti li ħarġu mill-istħarriġ ġeoloġiku tal-Istati Uniti qalu li t-terremot kien ta’ qawwa 5.6 fuq l-iskala Richter, iżda dan kien aktar tard aġġornat għal qawwa 6.3 fuq l-iskala Richter.
5 4
IL-PALESTINA
L-INGILTERRA
TAMA TA’ GĦAQDA F’GAZA THERESA MAY TIKSER IS-SKIET DWAR BREXIT F’diskors importanti li għamlet Theresa May qalet li għandu jkun hemm perjodu ta’ transizzjoni ta’ sentejn li jibda minn wara li r-Renju Unit uffiċjalment iħalli l-blokk ta’ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Qalet ukoll li l-immigranti kollha li jgħixu u jaħdmu fl-Ingilterra se jkunu jistgħu jibqgħu ġolpajjiż imma se jkollhom iniżżlu lilhom infushom f ’reġistru pubbliku. Hi għamlet il-maġġoranza tad-diskors tagħha tiddeskrivi s-similaritajiet li hemm bejn il-Brittanja u l-Unjoni Ewropea, fejn qalet li jekk it-taħdidiet ikkumplikati dwar l-40 sena ta’ unjoni jfallu, l-uniċi benefiċjarji jkunu dawk li jopponu d-demokrazija, il-liberaliżmu u l-kummerċ ħieles. Michael Barnier, in-negozjatur min-naħa tal-Unjoni Ewropea qal li dan kien pass ’il quddiem min-naħa ta’ May u qal ukoll li kellha r-rieda li tkompli timxi ’l quddiem fin-negozjati.
Il-Grupp Militanti Palestinjan, Ħamas ħabbar li lest ixolji l-kumitat li bħalissa jikkmanda Gaza u jsejjaħ elezzjoni ġenerali wara 11-il sena, hekk kif l-aħħar waħda kienet saret fl-2006. Ħamas qal li se jkun qed jersaq qrib il-grupp rivali Fatah għal diskussjonjiet bit-tama li tispiċċa darba għal dejjem il-qasma li teżisti. Il-Grupp Ħamas kien rebaħ l-elezzjoni tal-2006 iżda fl-2007 il-President Mahmoud Abbas kien keċċa l-Prim Ministru talĦamas stess fl-istess waqt li l-grupp baqa jikkontrolla Gaza u l-Fatah imexxi l-Awtorità Palestinjana fil-partijiet li mhumiex taħt il-kontrol tal-Iżrael. Matul il-ġurnata tal-Ħadd, il-grupp Ħamas ħabbar li lest ipoġġi għan-negozjati bil-għan li jiġi elett gvern li jġib l-għaqda.
26
24.09.2017
kullhadd.com
reċensjoni tal-
KTIEB
IL-BARBAZZAL Il-Barbazzal jeħodna f ’mixja mżewqa sew bi ħwejjeġ li jkunu qed jiġru tassew fl-inħawi magħrufa bħala Ta’ Santa Rita kif ukoll b’fantasiji li jkunu qed jinħolqu f ’moħħ it-tfajjel li hu l-karattru prinċipali. Is-silenzju u s-solitudni ta’ dan it-tfajjel jagħtu lok għall-kurżità u jqanqlu interess partikolari fil-karattri ta’ madwaru, li b’xi mod jew ieħor messew mal-barbazzal. Il-mewta traġika li raha sseħħ minn ġo
tieqa ċkejkna introduċietu għall-ħażen ta’ Leli l-Le u l-innoċenza tat-tifla ta’ Saverja s-Seksieka, filwaqt li għamlitu konxju kemm l-injoranza, bħal dik ta’ Iris, iġġib magħha tbatija żejda. It-tfajjel jibqa’ jżomm f ’qalbu l-misteru tal-mewta traġika u għal mument ħassu ħati għas-silenzju tiegħu. Kif kien ser jgħaddi s-sajf sakemm jerġa’ jsib postu fuq il-bank tal-iskola u joqgħod iħares lejn it-tifla ta’ xagħarha iswed twil u b’għajnejha jleqqu?
SILTA MILL-KTIEB Marylou kienet daħkitli. Kont qed nibża’ li mhux ħa tkellimni minħabba li l-Ġimgħa kont tlaqt mingħajr ma stennejtha toħroġ. Kienet taf li ħelwa u kienet taf tinki. Imma kellha inqas ħażen minn Ritienne. Forsi għax kienet għadha ma żviluppatx daqsha? Ma kinitx fil-klassi tiegħi imma f ’ta’ ħdejna għax kienet sena iżgħar minni. Xtaqt li kelli toqba fil-ħajt tal-klassi bħal dik ta’ fuq ir-raff u nkun nista’ noqgħod inħares lejha. Imma ma stajtx. L-uniku mod biex inħares lejha kien fil-brejk, u aħna u ħerġin mill-iskola. Imma dan l-aħħar kont skoprejt li Marylou kienet bidlet ilpost fil-klassi tagħha u kienet tidher sew minn barra l-klassi. Din iċ-ċaqliqa għalija kienet motivazzjoni, biex bl-iskuża li mmur it-tojlit, nagħtiha ħarsa bis-serqa u jekk inkun fortunat nieħu tbissima lura. Dakinhar kienet tbissmitli; waħda jien u sejjer it-tojlit u oħra jien u ġej. Deherli li din tal-aħħar kienet isbaħ u itwal minn tal-ewwel. Kellha tbissima partikolari. Xtaqt li bqajt hemm fil-
kuritur u naħseb li anki hi hekk xtaqet imma għal raġunijiet ovvji ma stajtx. Fittpinġija ma kontx nibbrilla. Xtaqt kieku kont naf inpinġi. Kieku żgur li kont inpinġi wiċċ Marylou fuq xi karta ta’ pitazz. Imma ma kontx naf. Għajnejha kienu kbar u suwed tuta. Xagħarha kien iswed twill kemxejn innokklat. Imma mhux daqs ta’ Ritienne. Għalkemm ma kinitx żviluppata daqs Ritienne kienet provokattiva. Ma nafx jekk kinitx konxja ta’ dan jew le. Nimmaġina li iva. Kollox ġara f ’żewġ minuti, u aħna u ħerġin mill-iskola. Kif ħriġna barra l-iskola nara ’l Marylou flimkien ma’ ħabibtha jħarsu lejja u jidħku. ‘Isma’ ħi, din tiffansjak,’ smajt lil ħabibtha tgħidli f ’daqqa waħda. Dak ilħin ħarist lejn Marylou u rajtha tiġbed lil ħabibtha minn minkbejha. ‘Ara mhux veru, ħi,’ qabżet tgħidli Marylou mistħija. ‘Temminhiex, ħi, din tiffansjak. Ilħin kollu ssemmik fil-klassi,’ sostniet ħabibtha. ‘Inqabbadhielek?’ Mistoqsija: Minn min kellha inqas ħażen Marylou?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IL-BARBAZZAL. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 1 ta’ Ottubru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb DAMASK huwa: M. GRIMA - MELLIEĦA
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
03
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
Meta se tibda l-iskeda l-ġdida tal-istazzjonijiet ONE? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:
Indirizz:
27
24.09.2017
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
RUTH DEGIOVANNI - FGURA
TISLIBA 192 Mimdudin:
Bi 3 Numri 034 296 454 650 712 732 785 800 B’4 Numri 0723 1368 1903 2046 2083 2188 2385 2556
2706 2896 3001 3240 3601 3708 3822 4060 4095 4779 5873 6076 6212 6562 6841 6897 6906 7041 7416 7833 7958
8092 8115 8308 8365 8891 8950 9616 B’5 Numri 00378 05226 13423 17215 17230 22711 29812 31830 35678 40450 41137
41531 52382 61025 65367 68153 68309 70873 86332 88989 91176 99771 B’6 Numri 568200 600866 B’7 Numri 0518993 2321228
3032043 5054581 7627281 9643811
B’8 Numri 09542179 17800186 68326825 97669566
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
1. 4. 7. 9,12W. 10. 12. 16. 18. 19. 20. 21. 23. 24.
Darba kienet lukanda f ’Marsaskala (5) B’dan jisma’ l-mużika min ma jafx mużika! (4) Ara 1 wieqfa Pajjiż (5) Jintlibsu fis-saqajn (6) Applika? (6) Rebħa Ingliża (3) Attorney General (1,1) Xorb alkoħoliku (3) Postijiet? (5) Ara 11 Ara 3 Kontra jnaqqsu (5)
Weqfin: 1,7. Kompli l-qawl: Biż- żmien kollox ..... (8) 2. Aħmar Ingliż (3) 3,17,23. Kellhom korp għalihom (10) 5. Inħall (3) 6. Frott (3) 8. Attakk? (9) 11,21M. Iddejjaqt (5) 12. Ara 9 13,21W. Frotta (6) 14. Ħut imqadded (6) 15. Jixħtu fl-art (6) 17. Ara 3 21. Ara 13 22. Nofs tajjeb (3)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:
Weqfin:
1.Żmien, 4.Qtar, 7,23.Nobbli, 9,11.Ulied, 10.Ifalli, 12.Sdieri, 16.REK, 18,17.Tnejn, 20.Lesta, 21.Uno, 24.Anita
1.Żnuber, 2,3.Ininni, 5.Tul, 6.Rai, 8.Offensiva, 12,22. Skoll, 13,19.Itebba’, 14.Ibatti, 15.Parata, 21.UAB
28
24.09.2017
kullhadd.com
IT-TRAPASS TAN-NEW WAY EDITORJAL
Bħalu wkoll qal li Malta mhix pajjiż normali u li ma jafx fejn hu s-surplus li għamel il-pajjiż, anzi ddubitah
Trapass. Il-kelma li juża ta’ spiss il-kap tal-Partit Nazzjonalista. New Way. Is-slogan li uża fil-kampanja biex kien elett kap tal-Partit Nazzjonalista. Qatt ma ħsibna li fl-ewwel ġimgħa ta’ Adrian Delia bħala kap din il-kelma u din il-frażi stajna nużawhom flimkien. Donnu Adrian Delia għadu ma fehemx li l-kelma trapass hija marbuta mal-mument li wieħed ikun qiegħed fl-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu. U jidher li l-uniku ħaġa li qiegħda fl-aħħar nifsijiet ta’ ħajjitha hija l-għajta li Adrian Delia rikeb fuqha biex jirbaħ il-fiduċja tat-tesserati. L-ewwel ġimgħa ta’ Adrian Delia bħala kap turi b’mod ċar li sa issa m’hemm ebda mod ġdid ta’ kif jagħmel il-politika. Forsi jkun hemm min jgħidlek li jkun għaqli li wieħed iħalli iktar żmien jgħaddi qabel jibda jiġġudika lil Delia. Forsi wieħed jifhem dan il-punt. Imma kif jgħid il-Malti l-ġurnata minn filgħodu turik. U l-ewwel dikjarazzjonijiet u azzjonijiet ta’ Delia xejn ma jawguraw stil
ġdid. Li ma jilqax l-istedina talGvern biex l-Oppożizzjoni tpoġġi fuq kumitat il-ġejjieni fis-settur tal-iskart kien l-ewwel pass li wera li fil-mument tal-prova ftit li xejn hu differenti minn ta’ qablu. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, għandu jifhem li fil-politika, id-deċiżjoni li tgħodd u mhux id-diskors. Meta fuq il-Fosos ikkummenta dwar l-istedina talGvern u l-appell tal-Partit Laburista biex jieħu sehem fil-kumitat dwar l-istrateġija fuq il-ġejjieni tal-iskart, Adrian Delia prova jgħid ħafna u ma jgħid xejn. Però l-konklużjoni hi dik li baqa’ jżomm mal-pożizzjoni li ma jinnomina l-ħadd. Uffiċjalment, l-Oppożizzjoni kitbet lill-Gvern bid-deċiżjoni tagħha li ma tiħux sehem u Delia baqa’ jżomm ma’ dik il-pożizzjoni. Minflok aġixxa fl-interess nazzjonali u bidel din id-deċiżjoni, Delia qal li din tal-iskart problema talGvern. Dan hu livell ta’
partiġjaniżmu li wieħed ma jistenniex minn min tkellem tant dwar New Way. Iżda, dan kien biss l-ewwel sinjal. It-tieni wieħed kien meta mar ma’ Simon Busuttil il-Qorti biex miegħu ikompli l-kampanji fil-qrati fuq l-istess temi u bl-istess stil li Busuttil imbotta qabel l-elezzjoni ġenerali. Imbagħad fil-mass meeting ta’ lejlet l-Indipendenza Adrian għamel dikjarazzjonijiet li fakkru biss f ’Simon Busuttil. Mhux ta’ b’xejn l-espressjonijiet fuq il-wiċċ ta’ dawk li kienu qegħdin warajh. Uħud dehru mhuma komdi xejn. Delia qal li ma jibżax minn Joseph Muscat bħalma qal li ma jibżax minn Joseph Muscat Simon Busuttil ftit tax-xhur ilu. Biex Delia sa mill-ewwel mumenti tiegħu beda jfittex il-konfront. Differenti ħafna mill-Prim Ministru li lil Delia stiednu għal diskussjonijiet dwar kif iż-żewġ partiti jaħdmu biex il-pajjiż jimxi ’l quddiem. B’hekk Adrian Delia qed juri li hu differenti minn Joseph
Muscat, iżda mhux differenti minn Simon Busuttil li bħalu qal li jrid jiġġieled l-istituzzjonijiet bħall-Kummissarju tal-Pulizija jew l-Avukat Ġenerali. Bħalu wkoll qal li Malta mhix pajjiż normali u li ma jafx fejn hu s-surplus li għamel il-pajjiż, anzi ddubitah. B’hekk ma rajna ebda mod ġdid minn Adrian Delia. L-uniċi affarijiet ġodda fuq il-Fosos kien il-mod kif intrama l-palk u n-numru ta’ deputati Nazzjonalisti li m’attendewx għal din l-attività. Din kienet l-ikbar attività tal-Partit Nazzjonalista fis-sena politika kalendarja għalkemm m’hemmx dubju li din is-sena kienet eċċezzjoni. Il-folla miżera li attendiet għal din l-attività hija riflessjoni tal-qagħda li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista. Partit maqsum li minkejja kull impressjoni li se tipprova tingħata, ir-realtà kulħadd jaf x’inhi u biex jipprova jsolviha, Delia għażel biss il-metodu l-antik. Il-metodu li l-pajjiż qal li ma jridx għal darba wara l-oħra.