KullHadd_25.12.2016

Page 1

NIFHMU X’ĠARA

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 25 ta’ Diċembru, 2016

Paġni 6 u 7

Ħarġa Nru 1,224 Prezz €1

“MUTI” FIĊ-ĊELLA

IL-LIBJANI LI ĦATFU L-AJRUPLAN MA JIKKOPERAWX FL-INVESTIGAZZJONI SE JITRESSQU L-QORTI LLUM MIXLIJA B’SENSIELA TA’ AKKUŻI

Iż-żewġ Libjani arrestati l-Ġimgħa b’rabta mal-hijack tal-ajruplan mhumiex jikkoperaw mal-investigaturi bi mkejjen qrib l-investigazzjoni sostnew li sa tard ilbieraħ waranofsinhar, il-ħin li morna għall-pubblikazzjoni, ma kinux lissnu mqar kelma waħda. Iż-żewġ Libjani qegħdin ikunu assistiti minn avukat tal-għajnuna legali u llum mistennija jkunu mressqa fin-nofstanhar ta’ filgħodu. Dan fid-dawl li kmieni waranofsinhar jiskadu t-48 siegħa li fihom il-pulizija jistgħu jżommu l-akkużati mingħajr ma jkunu mressqa l-Qorti. Ilbieraħ waslu l-Libja l-passiġġieri li kienu fuq l-ajruplan, filwaqt li l-investigaturi qegħdin iżommu wkoll kuntatt ma’ entitajiet internazzjonali bil-għan li jistabbilixxu ċerti fatti importanti. Paġni 10 u 11

Fr. Hilary Tagliaferro, li x-xogħol tiegħu jlaqqgħu ħafna maż-żgħażagħ b’mod partikolari f ’Paceville, jemmen li l-problema tad-droga għadha waħda kbira u tħassbu bil-kbir iż-żieda fil-popolarità tal-kokaina. F’intervista b’temi soċjali mal-gazzetta KullĦadd għal Jum il-Milied Tagliaferro qal: “Qabel, l-eroina kienet popolari u dik mal-ewwel tħalli effett fiżiku u viżibbli fuq l-individwi, mentri llum, bl-introduzzjoni tal-kokaina li saret affordabbli, l-effett jinħeba allura ma nkunux nafu jekk ikunux taħt l-effett jew le.” B’diqa tkellem dwar kif ħafna miljunari li jiġġeneraw il-flus permezz tagħha, saru jiftħu ristoranti u affarijiet oħra mingħajr ma ħadd isaqsi minn fejn ikunu ġejjin ilflus. “Ħafna flus ifissru qerda ta’ individwi, ta’ familji u anke tas-socjetà, u ili 20 sena ngħid li d-droga hija l-kanċer tas-soċjetà Maltija,” qal Tagliaferro. Paġni 4 u 5

L-GĦAŻLIET TAD-DAMES GĦAL DIN IS-SENA

Paġni 14 u 15

IL-QASSIS FOST IŻ-ŻGĦAŻAGĦ IMĦASSEB BIL-KOKAINA


02

25.12.2016

kullhadd.com

INFORMAZZJONI editur

L-Ogħla Temperatura: 17°C L-Inqas Temperatura: 12°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja qed testendi minn fuq l-Atlantiku sa fuq iċ-Ċentru tal-Mediterran. It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi mill-Majjistral Il-Viżibbiltà: Tajba Il-Baħar: Ħafif li jsir moderat L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 18°C

ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500

reklamar/distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572

disinn tal-paġni LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571

It-Tnejn

kuntatt ġenerali

It-Tlieta

L-Erbgħa

KULLĦADD

email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 17°C

indirizz postali

UV 3

11°C

Il-Ħamis

KULLĦADD

18°C

UV 3

12°C

15°C

Il-Ġimgħa

UV 3

10°C

Is-Sibt

ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000

sit elettroniku

15°C

UV3

9°C

13°C

UV 2

10°C

14°C

UV 2

10°C

kullhadd.com

mezzi soċjali

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

www.facebook.com/kullhadd

stampata PROGRESS PRESS

numri importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​

112​

Il-Pulizija ta’ Malta

2122 4001-9​

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ​2393 0000 Il-Gwardjani Lokali ​2132 0202 L-Isptar ta’ Malta

2545 0000

Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta – 21226281 St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, il-Ħamrun – 21234570 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697 St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara – 21492151 St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Ġużepp, Tal-Pietà – 21237327 St. Andrew’s Pharmacy, Triq il-Qasam , Tal-Ibraġġ – 21376153 Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334102 St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Ħ’Attard – 21436348 Pillbox Pharmacy, 63, Triq il-Bjad, in-Naxxar – 21417406 Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, il-Qawra – 21580881 De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21826408 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 San Ġwakkin Pharmacy, 1 Triq Sant Anna, Marsaskala – 21637994 Gudja Pharmacy, 9, Triq San Ċiru, il-Gudja – 21696422 Milia’s Pharmacy, Vjal il-Blue Grotto, iż-Żurrieq – 21689971 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, ir-Rabat Malta – 21455479 Għawdex

L-Isptar ta’ Għawdex ​2156 1600

Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat – 21557819 Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem – 21553018

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza ​5004 3888

Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku ​1182

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.


03

25.12.2016

kullhadd.com

MILIED JAĦSEB F’NIESU FIS-SIRJA Kitba ta’ DINAH SEGUNA Il-belt ta’ Aleppo fis-Sirja se titniżżel fil-lista ta’ bliet li kitbu l-istorja. Storja ta’ waħda minn fost l-ibliet li l-istorja rathom jinqerdu bħalma kien ġara minn Guernica fil-gwerra ċivili fi Spanja. Fil-każ ta’ Aleppo nqered wirt storiku Musulman li jmur lura sa elf sena. Mal-wirt storiku nqerdu l-memorji ta’ individiwi u nfirdu għadd ta’ familji. Il-gwerra fis-Sirja ilha għaddejja ħames snin li matulhom aktar minn erba’ miljun u ħames mitt elf Sirjan fittex refuġju f ’pajjiżi ġirien. Huwa fi sfond ta’ diqa, ta’ tifrik li n-nies li għad fadal f ’Aleppo u fis-Sirja se jqattgħu l-Milied. Il-qerda ta’ Aleppo hija simbolu ċar li Bashar al-Assad rebaħ filwaqt li hi daqqa ta’ ħarta għad-dinja tal-Punent. Hija simbolu ta’ falliment tal-istituzzjonijiet internazzjonali li waqt li kienu aljenati f ’affarijiet oħra taw daharhom lejn il-karba ta’ Aleppo. Il-karba għall-paċi. Din hi x-xewqa ta’ Khaled Khaled Lawand u Sirjani oħra bħalu. Ilu għal dawn l-aħħar tlettax-il sena jgħix u jaħdem f ’pajjiżna. Il-kuntatt ma’ familjari u ħbieb li għadhom is-Sirja ma nqatax u miegħu jesprimu xewqa waħda – il-waqfien mill-ġlied. Xewqa ta’ Sirjan li jgħix Malta “Il-Milied mhux ħa jagħmluh ovvjament. Il-Milied tagħhom hu li jekk tidħol il-paċi hemmhekk, tieqaf il-gwerra. Dik l-iktar ħaġa importanti għalihom. Moħħhom bħalissa fuq ħaġa waħda: dik li jaraw kif iwaqqfu l-gwerra u forsi jerġgħu b’ħajja normali,” stqarr Khaled Khaled Lawand mal-gazzetta Kullħadd . Lawand stqarr li mhux biss in-nies ta’ Aleppo qed jiltaqgħu ma’ diffikultajiet enormi iżda anke dawk li għadhom fi nħawi oħra tas-Sirja. “Jien għandi l-familja tiegħi tgħix hemmhekk, mhux Aleppo imma għadha s-Sirja. Jien qiegħed hawn naħdem u minn ħin għallieħor nibgħatilhom il-flus. Imma hemm ħafna familji li m’għandhom lil ħadd min jibgħatilhom il-flus jew min jgħinhom. Hemm ħafna nies, ħbieb tiegħi li nafhom u kuġini li għenu lill-familji tagħhom biex joħorġu mill-gwerra. Imma hemm oħrajn ma jaffordjawx.’

Waħda mill-isbaħ bli- naraha meqruda. et fis-Sirja – mekka Inħossni ddispjaċut għax tal-kummerċ Aleppo qisha biċċa minni għax kemm-il darba morB’ton ta’ diqa u b’ċer- na hemmhekk u kelli ħafna tu nostalġija mal-gazzetta ħbieb li jgħixu hemmhekk Kullħadd Khaled Khaled u sal-lum il-ġurnata nara li Lawand rrakkonta kif jifta- nitkellem magħhom. Nara kar il-belt ta’ Aleppo. naqra x’inhu għaddej u x’in“Il-belt ta’ Aleppo kienet huma qed jagħmlu.” waħda mill-isbaħ bliJgħidulu ħaġa waħda, li et fis-Sirja. L-ekonomija s-sitwazzjoni issa kkumptas-Sirja kollha kienet tidde- likat sew. pendi minn hemmhekk għax “Għall-bidu l-ġlied kien belt tal-fabbriki, kumpaniji, bejn il-forzi tal-gvern u in-negozju fis-Sira kien kol- dawk tar-ribelli. Issa daħlu lu hemmhekk. L-iktar żona gruppi oħra bħall-Hezbolsinjura. Inħares lejha issa u lah bħar-Russja u t-Turkija.

Bħalissa ma tistax tgħid li dak li jkun qed jiġġieled ikun qed jagħmilha biex verament isalva ’l Aleppo,” spjega s-Sirjan. Id-dinja tat dahra lejn Aleppo

Lawand esprima d-dispjaċir u l-weġgħa tiegħu li quddiem l-atroċitajiet u l-ġlied, l-istituzzjonijiet internazzjonali baqgħu passivi. “Fil-każ tal-Libja intervjenew pajjiżi oħra bħall-Istati Uniti u Franza u l-gwerra waqfet. Fis-Sirja ma jistax jiġri hekk għax ir-Russja u ċ-Ċina qed jużaw il-veto biex pajjiżi oħra ma jindaħlux. Ir-Russja għandha interess, miljuni ta’ ewro kull sena involuti u r-Russja qiegħda fuq in-naħa ta’ Bashar al-Assad u b’hekk ħadd ma seta’ jidħol. Inħossni ddispjaċut B ’ k o n għax Aleppo qisha segwenza li l-gwerra biċċa minni għax kemm-il darba morna kibret. Imbagħad daħhemmhekk u kelli lu gruppi bħall-ISIS.” ħafna ħbieb li jgħixu Fil-fatt hemmhekk u sal-lum Franza kellil-ġurnata nara li ha kundannitkellem magħhom. na ċara lejn ir-Russja tant li nħolqot tensjoni fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda. Dan hekk kif Franza ressqet riżoluzzjoni li tipproponi waqfien mill-ġlied u no fly zone, xi ħaġa li r-Russja iv-

vutat kontra. Il-kritika lejn il-mod kif pajjiżi kbar indirizzaw is-sitwazzjoni f ’Aleppo kompliet bil-kliem iebes tal-ambaxxatriċi tan-Nazzjonijiet Magħquda għall-Istati Uniti Samantha Power. Fil-konfront tar-Russja, Power ikkundannat il-kriżi umanitarja li fi kliemha r-Russi, l-Iranjani u l-forzi ta’ Bashar al-Assad ħolqu. Intkom responsabbli għall-atroċitajiet. Il-fatt illi ivvutajtu kontra evakwazzjoni tajtu sinjal lir-ribelli biex ikomplu bl-azzjonijiet tagħhom. Xi darba se nsiru nafu x’seħħ verament f ’Aleppo. Meta tasal dik il-ġurnata m’għandkom l-ebda skuża li tgħidu li ma kontux tafu. Kulħadd jaf x’qed jiġri u intom involuti.’ Kliem aħrax li ġab ir-reazzjoni tal-Ambaxxatur Russu għan-Nazzjonijiet Magħquda li qabbel lil Power ma’ Madre Tereża. Qal li parti mit-tort ta’ dak li qed jiġri fil-Lvant Nofsani huwa tal-Amerka. Fi ħsibijietu, niesu fis-Sirja Intant Khaled Khaled Lawand se jqatta’ l-festi tal-Milied u tal-ewwel tas-sena f ’pajjiżna. F’dawn il-ġranet ta’ festi, ħsibijietu qegħdin f ’niesu fis-Sirja. “Veru ħa nkun hawn filpaċi imma mhux ħa nkun qed nieħu pjaċir. Minn ġewwa nħoss għal dawk in-nies li qed ibatu u jmutu kuljum u li m’għandhomx xi tip ta’ raġuni għal xiex jiċċelebraw.”


04

25.12.2016

kullhadd.com

IL-QASSIS ANZJAN FIL-QALBA TA’ PACEVILLE Għandu 83 sena u ħidmietu żżommu fil-qalba ta’ Paceville, il-mekka tad-divertiment. Għex ħajtu mannies, grazzi għallfutbol u l-missjoni edukattiva u soċjali tiegħu, u sal-lum għadu jħoss il-polz tas-soċjetà. Filġimgħa tal-Milied kien proprju dwar dan l-iktar li xtaqna nitkellmu mal-Patri Agostinjan Hilary Tagliaferro. L-iktar proġett importanti li għandek f ’idejk huwa l-Millenium Chapel. X’inhu x-xogħol li qed isir hemm?

jkunu tilfu ħajjithom b’mod traġiku. Barra minn dan issimboliżmu, għandna wkoll 13-il counsellor professjonali li jaħdmu maż-żgħażagħ li jkollhom xi problemi ta’ vizzji jew affarijiet oħrajn konċernati mal-ħajja ta’ kuljum. Insemmi wkoll skrin li għandna barra l-kappella, fejn minflok juri reklami, juri messaġġi tagħna, li huma messaġġi ta’ kuraġġ, motivazzjoni u anke mħabba.

Bażikament, aħna ridna nimmiraw lejn il-bniedem b’mod ħolistiku. Nemmen li Paceville huwa post li għandu t-tajjeb tiegħu, għaliex ilbniedem għandu bżonn li jiddeverti. Madankollu, l-iskop tal-kappella kien li f ’nofs dan l-istorbju u d-divertiment kollu, aħna Kemm taħseb noffru post li hi kbira ta’ silenzju u l-problema tadtrankwillità droga f ’Malta? Fatt sabiex dak interessanti li jkun jista’ Il-problema jirrifletti u tad-droga huwa li jingħaqad f ’Malta hija m’Alla. Ta’ kbira u qiegħda tliet sorijiet min isemmi li tikber u minnhom għandna żewġ qiegħda iżjed ġemmellaġġi, tinħeba. Qabel, kienu jiġu li huma masl-eroina kienet Paceville biex soritijiet talpopolari u dik Klawsura ta’ mal-ewwel jiddevertu Birkirkara, tħalli effett u mbagħad għaliex fatt fiżiku u viżibbli interessanti fuq l-individwi jgħaddu huwa li mentri llum, bltliet sorijiet introduzzjoni l-Millenium minnhom tal-kokaina Chapel kienu jiġu li saret Paceville biex affordabbli, jiddevertu l-effett jinħeba u mbagħad allura ma jgħaddu l-Millenium Chapel, nkunux nafu jekk ikunux taħt u jħossu li l-vokazzjoni l-effett jew le. Ħafna miljunari tagħhom kienet grazzi għall- li jiġġeneraw il-flus permezz kappella, filwaqt li anke tagħha, saru jiftħu restoranti mal-YFA. Naħdmu ħafna u affarijiet oħra mingħajr ma għaż-żgħażagħ u nagħtu kas il- ħadd isaqsi minn fejn ikunu ġisem tal-bniedem. Għandna ġejjin il-flus. Ħafna flus ifisser wkoll siġra li permezz tagħha qerda ta’ individwi, ta’ familji u nfakkru dawk iż-żgħażagħ li anke tas-socjetà, u ili 20 sena

ngħid li d-droga hija l-kanċer tas-soċjetà Maltija. Minn hawn, infaħħar lill-pulizija li jagħmlu li jistgħu, iżda hija ħasra li pereżempju l-barunijiet qatt ma jinqabdu. Temmen li jeżisti il-faqar f ’Malta, u jekk iva, dan kemm hu kbir? Il-faqar jeżisti f ’Malta, u iżjed milli qiegħed jikber il-faqar, qiegħda tiżdied id-diskrepanza bejn is-sinjur u l-fqir, minkejja li l-ekonomija saret tajba u nieħu gost ngħid dan. Madankollu, in-nies li jgħixu fil-faqar żdiedu llum. Huwa pereżempju diffiċli għal nies foqra li jgħixu b’introjtu ta’ €400 fix-xahar, meta mbagħad ikollhom bżonn mediċini għal xi kuri importanti li jkunu jiswew €500, jew anke jkunu naqsu milli jħallsu l-kontijiet u issa qegħdin iħallsuhom b’lura bil-mod. Nemmen ukoll li n-nuqqas ta’ edukazzjoni huwa faqar ukoll, għaliex meta bniedem ma jkunx edukat, jonqos milli jagħmel prijorità fil-ħajja, kemm bħala affarijiet u anke finanzjarjament. Aħna bħala Knisja għandna naħdmu ħafna għaliex nemmen li r-reliġjożità li hawn bħalissa hija xi ftit artifiċjali. Taħseb li l-Knisja f ’Malta hija maqtugħa mill-poplu? Ma naħsibx li hija maqtugħa daqskemm kienet qabel imma xorta hemm bżonn iżjed ħidma sabiex jintlaħaq iżjed il-poplu. Naħseb illum, is-saċerdoti żgħażagħ qegħdin jagħtu

iżjed kas l-affarijiet interni tal- ġdid li qegħdin naħdmu fuqu, knisja u mhux jirrealizzaw in- u jalla li sas-sajf li ġej ikun neċessatijiet ta’ barra, u fl-istess lest. Dan jikkonsisti fi ġnien ħin jiddevjaw mill-eżempju ta’ meditazzjoni, ispirat minn tal-Papa Franġisku. Barra ktieb ta’ Peter Calamatta, minn hekk, l-attendenzi tal- fejn jitkellem dwar pjanti li knisja ma tantx jissemmew j i n k we t aw n i , fil-Bibbja u li avolja hija jeżistu f ’Malta forsi l-unika u bażikament statistika ħa nkunu qed Ħafna li nistgħu noħolqu dak miljunari li niġbru għal ix-xenarju dan il-kunċett. grazzi għalljiġġeneraw Huwa iżjed perit Richard il-flus importanti England u n-nies xi jħossu l-assistent permezz ġo fihom. tiegħu Duncan Polidano. tagħha, Ftit taż-żmien Nista’ ngħid, li saru jiftħu ilu, twaqqfet din hija l-aħħar fil-Millenium ħolma li fadalli restoranti u C h a p e l , f ’ħajti. affarijiet oħra komunità għallġenituri li tilfu Kif tara mingħajr ma lil uliedhom t-tranżizzjoni ħadd isaqsi p e r m e z z ta’ bejn l-E.T. tat-traġedji. Arċisqof minn fejn A g ħ t i n a E m e r i t i iktar dettali Monsinjur ikunu ġejjin rigward din ilP a w l u il-flus komunità. C r e m o n a għal dik talIlna naħdmu E.T. Arċisqof magħhom p r e ż e n t i tul dan l-aħħar għaxar snin Monsinjur Charles Scicluna? mill-inqas. Kollox beda meta Jista’ jkun li forsi dan tal-aħħar sfortunatament, familja tilfet jidher iżjed fuq il-midja? lit-tifel tagħha u ngħaqdu madwar tmien familji biex Li jidher u jitkellem, ma fiha jikkomemorawh. Issa, qegħdin xejn ħażin. Forsi ma naqbilx madwar 200 persuna, jiġifieri li għandu jitkellem fuq kollox qegħdin nikbru. Fl-oratorju għax ikun hemm xi affarijiet ta’ Ħal Tarxien tista’ tgħid irrelevanti iżda nemmen li li kull filgħaxija jkun hawn għandu dritt jitkellem. Wara grupp li jissapportjaw lil xulxin kollox, ma jfissirx li għax minħabba xi vizzju partikolari. jitkellem hu, allura bilfors irid Nixtieq insemmi wkoll, proġett isir hekk.


05

25.12.2016

kullhadd.com

Taqbel li s-saċedorti kelli lil nannuwi li kien jilgħab Ruma, fejn hemmhekk infetħu għandhom jiżżewġu? ma’ Bormla u kien iħobb l-bibien għal-logħba tal-futbol. ħafna l-logħba. Min-naħa Hemmhekk studjajt ġewwa Iva, naqbel li s-saċerdoti l-oħra, missieri kien isegwi l-Kulleġġ Agostinjan ta’ Santa għandhom jiżżewġu u din ili iżda ma kienx Monika u anke ngħidha 60 sena, bażikament iħobbu ħafna f l - U nive r s i t à kemm ili fis-saċerdozju. filwaqt li kelli Gregorjana. Nemmen li Alla tana l-libertà, lil ħija wkoll li F’dan il-waqt, Naqbel li anke jekk qabel ma wieħed kien jilgħab. kont bdejt jagħżel din il-vokazzjoni, nilgħab ils-saċerdoti ikollu l-libertà tal-għażla, K i f futbol iżda għandhom iżda xorta nemmen li jistgħu. a m a l g a m a j t kont weġġajt Barra minn hekk, il-livell tas- il-vokazzjoni il-cruciate jiżżewġu u din sesswalità jrid jikber jekk ta’ patri malkmieni, u inħallu li s-saċerdozju jfisser i m ħ a b b a għall-kuntrarju ili ngħidha ċelibat, ħalli l-valur tal-familja tiegħek għalltal-lum, dak 60 sena, ma jaqax. Ovvjament, ma futbol? iż-żmien ma rridx inwaqqa’ l-livell taċkienx hemm bażikament ċelibat għaliex huwa valur Kienet ħaġa fejqan għaliha kemm ili sabiħ u importanti. li għamilt bilu allura bqajt mod, għaliex inbati biha fis-saċerdozju Ma’ Fr Hilary ma tonqsox jien dħalt għomri sħiħ. mistoqsija dwar il-futbol. Kif patri mill-bidu Meta kont bdiet l-imħabba tiegħek lejn u nħoss li inħoss li fiqt xi il-futbol? l-Mulej riedni ftit, kont nerġa’ namalgama ż-żewġ affarijiet. nilgħab. Fis-sena 1958, meta Qatt ma bdiet, għaliex minn Meta kont għadni novizz, ma kont ordnat saċerdot, ġejt dejjem kienet hemm. Ċerti kellix permess li nilgħab jew Malta biex nibda xogħli ġewwa passjonijiet titwieled bihom insegwi l-futbol, iżda l-Mulej l-Belt Valletta u Ħal Tarxien. filwaqt li oħrajn trawwimhom ried li s-superjuri tiegħi Nemmen li l-futbol laqqagħni maż-żmien. Jista’ jkun għaliex jibagħtuni nistudja ġewwa ma’ ħafna nies u ħassejt li ma

kontx qed nagħmel xi ħaġa ta’ barra minn hawn, għaliex ilfutbol għandu affarijiet simili tal-Vanġelu, bħalma huma r-rispett lejn l-awtorità, rispett lejn il-persuni, valuri ta’ rebħ u telf u wara kollox, il-futbol kien mezz biex inressaq linnies lejn Alla - bażikament dan kien il-mission statement tiegħi.

tal-plejer Malti u ma naqbilx li kull barrani li jiġi Malta, huwa aħjar mill-plejer Malti u l-barrani dejjem jidher aħjar, għaliex dejjem jilgħab hu mentri l-Malti ma jilgħabx. Illum il-ġurnata, il-futbol sar flus u fejn hemm il-gwadann, dik tiġi prijorità u l-futbol jiġi żvantaġġjat.

U l-fatt li jkun hemm 14-il tim Kont tiġi kkritikat għall-fatt li fil-Premier? kont patri u kowċ? Lanqas ma’ dik ma naqbel, Ħafna u kont naċċettaha għaliex dik tagħti lok kbir għalliżda, għaliex ma kinitx ħaġa korruzzjoni. Pereżempju, normali. Iżda l-passjoni li tim li jkun diġà salva, jista’ kelli kienet saret parti minni joqgħod f ’nofs klassifika u u minkejja dan, l-Arċisqof jagħmel li jrid hu, mentri jekk Emeritu, l-E.T. Mikiel ikun hemm inqas timijiet, ħa Gonzi u min kien jaħdem jkun hemm inqas logħob iżda madwari, ħadd qatt ma ġibidli iżjed kompetizzjoni. Però, hija l-attenzjoni minnhom. opinjoni tiegħi u jiddependi kif tħares lejn il-futbol. Jekk Taqbel mar-regola li kull tim tħares mil-lenti ta’ flus, allura sa mill-istaġun li ġej jista’ jkun tajjeb, iżda jekk tħares milli jutilizza 11-il player barrani lenti ta’ kwalità, huwa inqas fil-ground? tajjeb. Naqbel li pereżempju jiġu plejers barranin f ’Malta, Le, għaliex twaqqaf l-iżvilupp għaliex jgħinu lill-plejer Malti, iżda minnhom kemm huma utli għall-klabb, pereżempju jagħtu daqqa t’id lin-nursery u kemm minnhom għandhom kuntratt professjonali. Jittrenjaw filgħaxijiet u matul il-ġurnata ma jagħmlu xejn. Minkejja li aħna qegħdin fl-Ewropa, xorta nibqgħu f ’Malta u jekk ma nsirux professjonali, ir-riżultati mhux se jiġu. Kemm tara li l-betting sar kankru li qed jeqred il-futbol mondjali fosthom f ’Malta? Hija problema kbira u li qiegħda tikber maż-żmien. Illum hawn ħafna kumdità biex isir il-betting u anke l-fatt li l-kuntratti ma jiġux rispettati dejjem, il-korruzzjoni tiġi ħaġa awtomatika. Din il-ħaġa, bażikament, qiegħda toqtol il-fiduċja fil-futbol u minkejja li n-nies għadhom isegwuh, l-attendenzi fil-grawnd qegħdin jonqsu ħafna. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek? Issa li għandi 83 sena, għadni xorta waħda nħossni b’saħħti. Infatti għadni mmur ngħum kuljum, kemm ġo pixxina kif ukoll ġol-baħar naturali. Nemmen li f ’ħajti għamilt dak kollu li ridt u issa qiegħed ngħix ġurnata b’ġurnata, nirringrazzja lil Alla ta’ kull ġurnata li tisbaħ. Naħseb li l-akbar sodisfazzjon tiegħi huwa li dejjem għint lil kull individwu li talabni l-għajnuna. Għaddi l-messaġġ finali tiegħek speċjalment lillpersuni żgħażagħ.

Il-Millenium Chapel li tinsab f ’Paceville

Ġesù darba kien qal messaġġ importanti li, “Għal Alla xejn mhu impossibli.’’ Min iżomm lil Alla f ’ħajtu, jagħmel ilparti tiegħu u jibqa’ jittama, nemmen li Alla jħallih fillibertà u jgħinu meta jkun ilwaqt.


06

25.12.2016

kullhadd.com

‘DEAL’ LI AĠEVOLA LIL DAWK B’GEDDUMHOM FIX-XGĦIR Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-art tal-Löwenbräu, f’Ħal Qormi, juri kif id-‘deal’ li sar kompla jaġevola lil dawk b’geddumhom fix-xgħir. Fuq l-art li fuqha kien hemm birrerija, illum hemm kumpless

ta’ stabbilimenti differenti. Stabbilimenti li, li kieku mhux għal ‘deal’ li l-Awditur Ġenerali ddeskriva bħala xempju ta’ nuqqas ta’ governanza, ma setgħu jinbnew qatt. Għax marbut mal-kirja tal-art

Fl-1990, art f ’Ħal Qormi fejn illum hemm il-Lidl u l-Burger King fost oħrajn, ingħatat b’allokazzjoni diretta lil Löwenbräu Ltd., aktar tard LBM Breweries Ltd.

kien hemm bosta kundizzjonijiet fosthom li kellha tintuża għal skop industrijali u għall-esportazzjoni. KullĦadd janalizza kif żviluppa dan il-każ u l-konklużjonijiet ewlenin ta’ dan ir-rapport.

Dan fuq bażi perpetwa għall-produzzjoni ta’ xorb. Fl-2009, il-kumpanija fdiet iċ-ċens għal €465,875 filwaqt li l-Gvern ikkanċella l-kundizzjonijiet imposti fuq l-art. Aktar tard, dan kien meqjus bħala li sar kontra l-liġi u ġie kkorreġut permezz ta’ kuntratt ta’ skambju fl-2012, meta ġie stabbilit li l-valur liberu tal-art kien ta’ €706,400. Il-ftehim tal-2009, dak meqjus bħala kontra l-liġi, kien sar mingħajr ma kien jaf il-Kummissarju tal-Artijiet li wara kollox kien l-iktar wieħed importanti. Xi ħaġa li żvela l-Ministru għall-Ġustizzja iktar kmieni din il-ġimgħa waqt ONE NEWS Breakfast. B’hekk, ma’ kull dettall li joħroġ ikomplu joħorġu d-dubji. Mhux ta’ b’xejn li l-mod li bih it-talba għall-fidi taċ-ċens u l-kanċellazzjoni tal-kundizzjonijiet gravanti fuq l-art f ’Ħal Qormi ġiet proċessata mid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern (GPD) qajjem diversi mistoqsijiet. Ta’ tħassib għallNAO kien il-fatt li dan il-proċess beda mingħajr kopja tat-talba fil-fajl relevanti tal-GPD. L-awtorizzazzjoni-

jiet sussegwenti kienu konklużi f ’ġurnata waħda, mingħajr kunsiderazzjoni xierqa jew konsultazzjoni dwar il-merti tal-każ. Fatti li qajmu s-suspett ta’ dan l-uffiċċju u li tqiesu indikattivi ta’ pressjoni f ’dan ir-rigward. L-NAO stabbilixxa li d-Dipartiment naqas milli jikseb l-awtorizzazzjoni ministerjali u pproċeda bil-kuntratt l-għada. Fil-fatt proċess li s-soltu jieħu xhur, jekk mhux is-snin, din id-darba ingħalaq f ’jumejn. Ma kien impost l-ebda ħlas għall-kanċellament tal-kundizzjonijiet li kellhom tal-Marsovin u l-azzjonisti kollha. Kundizzjonijiet li Nazzareno Vassallo, li kien qed jinnegozja l-art, ma ridhomx. U minkejja l-fatt li dan neħħa kwalunkwe limitazzjoni fuq l-użu tal-art u għalhekk żied il-valur tal-art għall-kumpanija ma ntalab l-ebda ħlas iktar. Fl-konklużjonijiet tal-NAO, ir-renunzja gratwita millGvern kienet intrinsikament skorretta u rrappreżentat nuqqas serju fil-ħarsien tal-interessi tal-Gvern. Interessi li kellu jħarishom Jason Azzopardi bħala l-bniedem politikament responsabbli. Piż ta’ madwar tmien miljun ewro l-Awditur ippoġġih fuq dahar Jason Azzopardi. “F’dan il-każ partikolari li kien mimli b’anomaliji u ċertament wieħed li nġib għall-attenzjoni tal-Ministru, dan l-uffiċċju


07

25.12.2016

kullhadd.com

huwa tal-oponjoni li l-Ministru kellu jistaqsi dwar il-valur tal-art. F’dan il-kuntest il-Ministru jġorr element ta’ responsabbiltà għall-miżinterpretazzjoni dwar il-valur tal-art,” jgħid l-Awditur. Li Vassallo ma riedx l-art b’kundizzjonijiet ikkonfermah ftehim li jkompli jħawwad il-borma. Ftehim li kellu jwassal għat-trasferiment tal-art f ’Ħal Qormi u li sar bejn Marsovin Ltd u Agrico Ltd (azzjonisti ta’ LBM Breweries Ltd) u Vassallo Builders Group Ltd, qabel il-kuntratt tal-2009. Dan il-ftehim kien jorbot fuq li l-Gvern jikkanċella l-kundizzjonijiet imposti fuq l-art fi żmien seba’ ġimgħat li, fl-opinjoni tal-NAO, kien improbabbli ħafna li kieku l-mekkaniżmi legali xierqa għat-transferiment ta’ artijiet tal-Gvern ġew imħarsa. Hawn toħroġ xamma kbira li kienet qed issir xi ħaġa ħażina li setgħet inħmiet xi ħaġa korrotta għalkemm dan ma jgħidux

l-Awditur Ġenerali. L-Awditur jgħid li l-Gvern kien konxju ta’ dan il-ftehim u saħansitra jgħid li għalhekk “possibbilment iffaċilita l-proċess.” L-Awditur Ġenerali jinnota l-għaġla kontinwament u jikkonferma kif kollox inħema f ’temp ta’ ftit jiem. “L-NAO jikkunsidra dan bħala indikattiv ta’ pressjoni biex ingħalaq il-kuntratt tal-2009,” qal l-Awditur fir-Rapport tiegħu li fisser kif wera bl-iktar b’mod ċar li kien hemm min ried jakkomoda l-fatt li tal-Marsovin u Vassallo diġà kellhom ftehim. Fir-rapport l-Awditur sostna kif l-element ta’ pressjoni politika kien ikkonfermat minn Żaren Vassallo. Żaren Vassallo li qal li kien hemm Ministru li kien jaf b’kollox. Għalkemm, minkejja li semma Ministru mgħarraf b’kollox qal li ma jafx min kien il-Ministru. Ta’ tħassib ukoll għall-NAO kienet l-azzjoni korrettiva meħuda fl-2012, meta r-rati tal-1990 kienu applikati biex jiġi stabbilit il-valur liberu tal-

art. Dan hu meqjus mill-uffiċċju bħala nuqqas fundamentalment żbaljat, li rriżulta f ’sit ta’ art żviluppabbli ta’ 20,000 metru kwadru valutat €706,400. L-NAO jikkunsidra li dan is-sit kien gravament sottovalutat u l-uffiċċju hu tal-fehma li l-kumpens pagabbli lill-Gvern kellu jkun stabbilit bir-rati applikabbli fiżżmien meta l-kundizzjonijiet ġew imneħħija. L-uffiċċju jikkontendi li l-valur għall-flus ma kienx assigurat, partikolarment in vista talfatt li l-valur tal-art fl-2012, kif determinat mill-NAO, kien ta’ €7,839,000. L-art kienet trasferita permezz ta’ permuta ma’ artijiet esproprijati wara li parti mill-kuntratt tal-2009 ġie reċiż. Għalkemm permuta kienet mezz ta’ trasferiment legalment validu, fl-opinjoni tal-uffiċċju, din naqset mil-livell ta’ skrutinju mistenni li seta’ jiġi assigurat li kieku ttieħdet riżoluzzjoni mill-Parlament jew saret sejħa pubblika għall-offerti. Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali kien ċar kristall. “Kienet ir-responsabbiltà tal-Ministru li jħares l-interessi tal-Gvern u jassigura li l-GDP jaġixxi ma’ dan il-għan.” L-Awditur jgħid li l-Ministru kellu jistaqsi għaliex art ta’ madwar għoxrin elf metru kwadru kienet se titneħħa b’dan il-prezz. Mistoqsija li tqajjem suspetti kbar. Anke għaliex kif issa huwa sigriet magħruf mid‘deal’ aħħari gawda Żaren Vassallo, sostenitur tal-Partit Nazzjonalista. Il-mistoqsija l-kbira hi: Għaliex Jason Azzopardi m’għamilx dak li kellu jagħmel? Ried jakkomoda lil xi ħadd?

X’QALU SA ISSA: Xejn dwar Jason Azzopardi u beda jgħajjar lil kulħadd korrott

“Ħadma b’ħażen. Għax fil-verità intwera ħafna ħażen”

Xejn dwar Jason Azzopardi, iżda qal li Beppe Fenech Adami tkellem b’mod “elokwenti”

“Tant riedu jaqduh lil Vassallo u tant kemm għamlu kollox bilħeffa li l-Kummissarju tal-Artijiet li nħatar fi żmienhom lanqas lilu ma kienu qalu”

“Rajna dan ir-rapport u għaddejnieh lill-Avukat Ġenerali biex jagħtina parir”

Li mhux ħati, iżda mmuta quddiem il-fotografu tal-ġurnalisti

“L-Awditur ma setax ma jgħidx li għandha tintrefa’ responsabbiltà poltika”

“L-iktar li se jaffaxxina lill-poplu hu kif il-PN jemmen li m’hemmx xi jwieġeb” Siltiet mir-rapport tal-Awditur Ġenerali


08

25.12.2016

kullhadd.com

L-EŻEMPJU LILL-ULIED ĊENTRALI FIL-MESSAĠĠ TAL-PRESIDENT • TISĦAQ FUQ IR-RISPETT, IL-PAĊI U L-INKLUŻJONI TAT-TFAL MINN REALTAJIET DIFFERENTI L-eżempju li l-ġenerazzjonijiet adulti għandhom jagħtu lill-ulied kien ċentrali fil-messaġġ talPresident tar-Repubblika għal dawn iż-żminijiet ta’ festi. Dan l-eżempju għandu jkun mibni fuq il-ħtieġa għall-paċi u r-rispett li dan iż-żmien nisimgħu tant dwarhom. “Huwa żmien ta’ opportunità li nsaħħu l-paċi. Paċi dejjiema tfisser li mhux biss nassiguraw li ma jkunx hemm vjolenza u ħsara lillproxxmu tagħna iżda, li b’mod pożittiv u proattiv noħolqu opportunitajiet biex nitkellmu bejnietna, naħdmu biex nibnu relazzjonijiet b’saħħithom, insaħħu l-parteċipazzjoni demokratika u niżviluppaw kultura ta’ rispett lejn xulxin,” qalet il-President tar-Repubblika. Il-President tenniet li matul dawn il-festi tal-Milied u l-ewwel tas-sena għandna nieħdu l-opportunità biex insaħħu r-rieda tagħna biex naħdmu flimkien ħalli nagħtu l-aqwa eżempju lil uliedna.

“Aħna l-ġenituri għandna dmir sagrosant li nagħtu eżempju bl-aqwa imġiba lill-uliedna u ż-żgħażagħ tagħna. Għax kif jgħid ilMalti, il-kelma tqanqal, iżda l-eżempju jkaxkar,” qalet Coleiro Preca. Hi żiedet kif huwa kruċjali li naġixxu bl-iktar mod

responsabbli speċjalment fil-preżenza tat-tfal u ż-żgħażagħ. “Il-formazzjoni tagħhom hija dmir tagħna. U nkunu qed nonqsuhom bil-kbir jekk ma nagħrfux nerfgħu din ir-responsabbiltà. Jeħtieġ li naħdmu bla heda biex dan id-dmir inwettquh u l-valuri

tar-rispett tal-għaqda u talpaċi jiggwidaw ħajjitna u ħajjet uliedna fi djarna, filpostijiet tax-xogħol u filkomunitajiet fejn ngħixu u f ’pajjiżna,” tenniet Coleiro Preca li fakkret kif il-familja hija l-ewwel post fejn ikunu mrawma t-tfal. Hawn saħqet dwar irreponsabbiltà lejn tfal li jgħixu f ’ċirkostanzi differenti jew diffiċli. “F’pajjiżna rridu nammettu li għad għandna xi preġudizzji dwar sitwazzjonijiet ta’ familji li wħud minna ma nqisuhomx familji tradizzjonali. Niltaqa’ ma’ tfal u żgħażagħ li jiftħu qalbhom miegħi u jgħiduli li ma jingħatawx ir-rispett u d-dinjità li tixirqilhom. Anzi wħud minnhom jgħiduli li jiġu bullied, imwarrbin u saħansitra esklużi kemm fliskola kif ukoll fil-komunità,” żiedet il-President li semmiet lista ta’ tfal minn familji differenti li jiffaċċjaw din iċ-ċirkostanza. “Huwa dmir tagħna lkoll li dawn it-tfal u ż-żgħażagħ jingħataw l-istess rispett u mħabba li nippretendu għal

uliedna. Għax dawn huma wliedna wkoll u parti integrali mis-soċjetà Maltija,” appellat il-President. Avveniment importanti Ma naqsitx referenza għallPresidenza Maltija talKunsill tal-Unjoni Ewropea. Avveniment deksritt minnha bħala wieħed importanti ħafna. “Inħeġġiġkom biex kull wieħed u waħda minna bħala nazzjon wieħed nuru lillpopli tal-istati membri talUnjoni Ewropea u d-dinja li aħna poplu impenjat f ’ħidma għall-paċi bejn ilpopli. Inħeġġiġkom biex kull wieħed u waħda minna nuru li nħaddnu bis-serjetà l-valuri tal-għaqda, tal-ħbiberija u tar-rispett,” qalet il-President li finalment reġgħet tkellmet dwar l-għaqda. “Ejjew ningħaqdu flimkien biex nagħmlu dan il-pajjiż aħjar fejn id-djalogu jieħu post id-diviżjoni, fejn il-ħbiberija hija aqwa mill-mibegħda u fejn ir-rispett u l-paċi jirbħu fuq il-kunflitt.”


09

25.12.2016

kullhadd.com

BL-ISTERING F’IDEJNA F’DIREZZJONI LI TRID TOGĦĠOB LIL ĦAFNA Kitba ta’ DYLAN PAUL FARELL Li Malta se tkun fit-tmun talKunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ewwel sitt xhur tal2017 mhijiex aħbar ġdida. Imma fil-verità xi tfisser? Dwar dan tkellimna madDeputat Rappreżentant Permanenti ta’ Malta flUnjoni Ewropea, Neil Kerr. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa wieħed mill-istituzzjonijiet ewlenin Ewropej, li xogħlu jikkumplimenta oħrajn bħall-Parlament Ewropew (fejn ikun hemm l-MEPs), u l-Kummissjoni Ewropea (ta’ Juncker – fejn hemm Karmenu Vella). Il-Presidenza tal-Kunsill tibdel l-idejn kull sitt xhur. Bħalissa qed jingħalaq it-terminu ta’ sitt xhur presidenza Slovakka, u se jibda dak ta’ Malta. F’termini sempliċi, Kerr spjegalna l-livelli differenti li fuqhom jiltaqa’ l-Kunsill talUnjoni Ewropea. “Il-Kunsill jiltaqa’ fuq tliet livelli differenti – livell tekniku, ta’ ambaxxaturi, u fuq livell ta’ Ministri. Allura hemmhekk, meta nippresedu f ’dawk is-sitt xhur se nkunu qed nippresedu f ’kull waħda minn dawn il-laqgħat – kemm tekniċi, kemm t’ambaxxaturi, u kemm ta’ Ministri.” Biex nieħdu eżempju: ilKummissjoni Ewropea proponiet li sa nofs is-sena ddieħla t-tariffi tar-roaming jitneħħew għalkollox. Hawn beda proċess parallel fil-Kunsill u l-Parlament Ewropew. Fil-Kunsill l-ewwel isiru laqgħat tekniċi dwar ilkwistjoni. Ladarba jkun hemm qbil fuq dan il-livell, jgħaddi għal-livell teknikupolitiku tal-ambaxxaturi,

Kif ikollna kompromess aċċettabbli għas-27 l-oħra madwar il-mejda, il-Kunsill jagħtina mandat biex ninnegozjaw mal-Parlament abbażi tiegħu biex tidħol

fis-seħħ il-leġislazzjoni

biex fl-aħħar jiltaqgħu ilMinistri tal-pajjiżi rispettivi, li bix-xogħol imwitti jaċċertaw li kollox ikun f ’postu biex illeġislazzjoni Ewropea tkun tista’ titmexxa ’l quddiem. Dawn il-laqgħat se jkunu qed jitmexxew kollha minn rappreżentanti Maltin. Fl-istess waqt dan ilproċess jimxi id f ’id ma’ dak li jkun għaddej fil-Parlament Ewropew, li minn naħa tiegħu iqabbad rapporteur u numru ta’ shadows. Tul ilproċess dawn jinnegozjaw mar-rappreżentanti talKunsill tal-Unjoni Ewropea fuq il-proposti individwali, sabiex jintlaħaq qbil fuqhom. Imbagħad il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew

jitilqu bil-proċessi tagħhom, sakemm fl-aħħar jaslu fi qbil. Fil-fatt iż-żewġ entitajiet huma ko-leġislaturi, u jrid jintlaħaq hemm ftehim bejniethom biex il-liġijiet Ewropej jidħlu fis-seħħ. Però dwar xiex ikunu dawn id-diskussjonijiet fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea? “Il-Kunsill jiltaqa’ fi gruppi jew formazzjonijiet differenti. Issa minn dawn il-formazzjonijiet hemm għaxra li jiddiskutu affarijiet relatati across the board – dak kollu li għandu x’jaqsam mal-edukazzjoni, malambjent, mal-agrikoltura, telekomunikazzjoni, finanzi,

ġustizzja, immigrazzjoni . Teknikament tista’ tgħid dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ policies li jaffettwaw il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini u n-negozji tagħna.” Għal dawn is-sitt xhur, dawn il-laqgħat kollha se jkunu ppreseduti minn rappreżentanti ta’ pajjiżna. Kif deskritt fis-sit tal-istess Kunsill, “il-Presidenza hija responsabbli li jsir progress fil-ħidma tal-Kunsill dwar il-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea, waqt li tiżgura l-kontinwità tal-aġenda talUE, l-ordni fil-proċessi leġislattivi u l-kooperazzjoni bejn l-istati membri. Sabiex tagħmel dan, il-Presidenza għandha taġixxi bħala intermedjarju onest u

newtrali.” It-total ta’ laqgħat talKunsill tal-Unjoni Ewropea f ’dawn is-sitt xhur se jaqbżu sew l-1,000, b’uħud isostnu li saħansitra joqorbu lejn l-2,000. Numru li se jvarja skont l-andament taxxogħol. Bosta minn dawn il-laqgħat – iktar minn 1,000 – se jsiru fi Brussell, filwaqt li mijiet oħra se jsiru proprju f ’pajjiżna, inkluż diversi laqgħat ministerjali. It-tmexxija tal-laqgħat kollha tibqa’ f ’idejn irrappreżentanti Maltin. “Bażikament aħna se nkunu qed immexxu dan il-proċess. Qisek għandek karozza fejn l-isteering qiegħed f ’idejna, però ovvjament il-karozza irridu nwassluha skont iddirezzjoni u l-preferenzi wkoll tal-passiġġieri l-oħra fil-karozza.” Għaldaqstant, tenna Kerr, xogħol il-Presidenza Maltija huwa li tisma’, tevalwa l-proposti, tkun attenta u konxja tat-tħassib partikolari tal-pajjiżi invidwali, biex fl-aħħar nett toħroġ b’kompromess. “Kif ikollna kompromess aċċettabbli għas-27 l-oħra madwar il-mejda, il-Kunsill jagħtina mandat biex ninnegozjaw mal-Parlament abbażi tiegħu biex tidħol fisseħħ il-leġislazzjoni.” Bejn wieħed u ieħor, spjegalna Kerr, proċess leġislattiv jieħu madwar 18-il xahar minn mindu l-Kummissjoni Ewropea tagħmel il-proposta tagħha. Uħud minn dawn il-proċessi qed joqorbu lejn it-tmiem tagħhom, u mistennija jaraw l-implimentazzjoni tagħhom proprju tul ilPresidenza Maltija, fosthom l-imsemmija tneħħija ta’ tariffi tar-roaming u l-aċċess pubbliku ta’ wifi fl-Ewropa.


10

25.12.2016

L-AJRUPLAN MAĦTUF MIŻMUM F’MALTA Waslu lura l-Libja l-passiġġieri li kienu fuq l-ajruplan tal-Afriqiyah Airways li nħataf u tniżżel Malta tul il-jum talĠimgħa. Kien ftit qabel il-ħamsa ta’ filgħodu li ajruplan ieħor tal-Afriqiay Airways ħalla l-ajruport internazzjonali ta’ Malta bilpassiġġieri kollha fuqu. L-ajruplan wasal il-Libja ftit tal-ħin wara, fejn din id-darba spikkat it-tixjira tal-bandiera uffiċjali tal-Libja llum, wara r-rivoluzzjoni li neħħiet mit-tmexxija lil Gaddafi. B’hekk il-bandiera li xejjer passiġġier Libjan mal-wasla lura f ’artu kienet differenti mill-bandiera kollha ħadra li ħareġ wieħed mill-hijackers tul il-ħin li l-ġimgħa kien għaddej il-hijack. Il-passiġġieri ma telqux minn Malta qabel saret interrogazzjoni tagħhom kollha fil-preżenza ta’ żewġ maġistrati li nħatru biex imexxu inkjesta maġisterjali. Kien proprju biex ix-xogħol jitħaffef u l-Libjani jintbagħtu lura mill-iktar fis li kontra dak li jiġri ssoltu nħatru żewġ maġistrati u mhux wieħed. L-interrogazzjoni saret fil-ħangar tal-Forzi Armati ta’ Malta u hemm il-passiġġieri kienu mistoqsija dwar dak li raw, filwaqt li ttieħdet kopja tal-passaport, ittieħdu sinjal tas-swaba’ u nġibdu ritratti tagħhom fost oħrajn. F’konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ waranofsinhar il-Ministru Carmelo Abela qal li “l-pass li jmiss huwa li jitressqu l-Qorti.” Mistoqsi jekk hemmx possibbiltà li jkunu estraditi, il-Ministru qal li ma kien hemm ebda talba. “Talba ma jirriżultax li hemm. U dik it-talba mhux biss trid

kullhadd.com

L-ajruplan li ġarr il-passiġġieri mil-Libja sa Malta

tkun hemm iżda trid tkun aċċettata bil-proċedura normali, fosthom li tinstema’ mill-Qorti biex tiġi proprju mbagħad esegwita. M’aħniex qegħdin f ’dak l-istadju,” qal il-Ministru Carmelo Abela. Hu kkonferma wkoll kif l-ajruplan għadu Malta u jibqa’ hawn sa meta jħossu l-ħtieġa l-investigaturi. “Meta l-Qorti tħoss li l-ajruplan jista’ jkun rilaxxat biex imur lura l-Libja, dan isir. Però għalissa dan huwa parti mill-investigazzjonijiet,” stqarr il-Ministru. Intant, Carmelo Abela reġa’ kellu kliem ta’ tifħir għal dawk

regolari. Jirriżulta li ftit talIl-wasla tal-passiġġieri fil-Libja ġimgħat ilu ngħata taħriġ dwar sitwazzjonijiet bħal dawn. Taħriġ kollha involuti fl-operazzjoni. li ma damux ma ġew Fosthom il-Forzi Armati ta’ bżonnu. Malta li l-Kap tagħha, il-Brigadier Jeffrey Curmi, mexxa Il-każ pass pass n-negozjati, il-Pulizija li kkordinaw tajjeb ferm u l-mem- Kien fil-ħdax u nofs ta’ filbri tal-Protezzjoni Ċivili li għodu li l-ajruplan maħtuf ssejħu l-ajruport biex jassistu tal-Afriqiyah Airways mess l-iskawdra li hemm maħsuba mar-runway tal-ajruport interapposta fl-ajruport f ’każ li jin- nazzjonali ta’ Malta. qala’ l-bżonn ta’ vetturi tat-tifi Pronta kienet ir-reazzjoni taltan-nar. Prim Ministru Malti għall-hiSaħansitra dan wassal biex jack li permezz ta’ tweet f ’dak issejħu l-volontiera tal-Pro- il-ħin kiteb li possibilment tezzjoni Ċivili fl-istazzjonijiet ajruplan li telaq minn Sabha madwar il-pajjiż biex huma fl-għaxra u għaxra ta’ filgħodu jagħmlu tajjeb għall-istaff u nħataf hekk kif kien fi triqtu

lejn il-kapitali Tripli. L-ajruplan kellu jinżel fi Tripli fil-ħdax u għoxrin minuta iżda dawwar ir-rotta lejn Malta. F’sitwazzjoni fluwida għallaħħar, il-Prim Ministru sejjaħ laqgħa dwar is-sigurtà f ’Kastilja u minn hemm bdiet għaddejja ħidma biex jiġu salvagwardjati l-interessi u s-saħħa ta’ dawk abbord l-ajruplan maħtuf. L-ajruplan tat-tip Airbus 320, kien jinsab biswit ħangar tal-Lufthansa u minkejja li għal xi mument kien hemm xi titjiriet li waqqfu minn u lejn Malta, dawn tkomplew b’mod normali. Sal-ewwel nofs siegħa minn mindu l-ajruplan kien fuq artna qajla kien hemm żviluppi


11

25.12.2016

kullhadd.com

iżda għal ħabta tan-nofsiegħa sar Fl-istess ħin kelliem għall-Gvern magħruf li żewġ persuni leali lejn qal li l-Prim Ministru Malti jinsab l-eks mexxej Libjan Muammar Gadd- f ’taħdidiet mal-Prim Ministru Libafi kienu qed jan sabiex tiġi soljheddu li jisplovuta s-sitwazzjoni. du l-ajruplan F’ħin relattivapermezz ta’ ment qasir jidDik it-talba hand grenades. her li n-negoMal-ħin bdew zjati mmexxija mhux biss trid anki xi trattativi mill-Brigadier tkun hemm u anki saħanJeffrey Curmi sitra intervjeħallew il-frott iżda trid tkun na l-Ministru hekk kif l-aktar għat-Traspor t żvilupp imporaċċettata Libjan li prova tanti f ’din il-ġrajja bil-proċedura jiftiehem ma’ seħħ fis-sagħtedawk li ħatfu jn neqsin disa’ normali, l-ajruplan. minuti. F’dan fosthom li Is-siegħa u il-ħin bdew għoxrin minuta, jinħelsu l-ewwel tinstema’ issa l-ajruplan passiġġieri. mill-Qorti maħtuf kien ilu Imbagħad għaxfl-ajruport Malti ar minuti wara, għal sagħtejn u saħansitra xi l-Prim Ministmembri tal-ewkiru reġa’ aġġorna billi bi tweet oħra paġġ inħelsu. ta informazzjoni tan-numri eżatti li It-tlieta neqsin seba’ minuti, tliet jinsabu fuq l-ajruplan. sigħat u nofs bl-eżatt wara li l-ajruAbbord l-ajruplan kien hemm 111- plan niżel mingħajr awtorizzazzjoni il passiġier; 82 raġel, 28 mara u tar- f ’Malta seħħ żvilupp interessanti bija. ieħor. Ftit wara bdew deħlin rapporti li Żvilupp simboliku u politiku hekk l-aggressuri aktarx lesti li jċedu jew kif wieħed mill-allegat aggressuri, lijeħilsu lill-passiġieri miżmuma os- ebes ġlekk kannella ċar ħareġ ixejjer taġġi fuq l-ajruplan. bandiera ħadra, il-bandiera marbuta

mar-reġim ta’ Gaddafi. Għal mument huwa kien se jħalli l-bandiera barra fuq it-taraġ tal-ajruplan iżda mbagħad pront baqa’ dieħel ġewwa biha biex b’hekk spikka l-paradoss tal-bandiera ta’ Gaddafi u dik tal-Libja preżenti li kienet qed tidher bħala emblema fuq l-ajruplan. Fl-erbgħa neqsin għoxrin minuta mbagħad il-ħtif tal-ajruplan intemm għalkollox. Għalhekk preċiżament erba’ sigħat u sbatax-il minuta wara li l-ajruplan niżel f ’Malta, l-aggressuri ċedew u minnufih ġew newtralizzati mill-Forzi Armati ta’ Malta.

SITT DARBIET INQAS DEFIĊIT

Armi “kopja li ma jingħarfux” Tagħrif li għandha l-gazzetta KullĦadd jgħid li għalkemm l-armi li kellhom il-hijackers fuqhom ma kinux awtentiċi kien diffiċli biex dawn jintgħarfu. Kien ftit wara li l-hijack kien solvut, li l-Prim Ministru informa bi tweet li l-armi kienu finta. Però minn tagħrif li kisbet din ilgazzetta jirriżulta li biex dan kien stabbilit kellu jintuża materjal forensiku fosthom X-Rays. Dan għax l-armi kienu tal-istess toqol, l-istess materjal u l-istess għamla ta’ dawk veri.

L-ajruplan qed jinżamm f ’Malta Afriqiyah Airways, hija kumpanija tal-ajru kkontrollata mill-Istat Libjan u nħolqot fl2001 meta dak iż-żmien kien hemm il-kurunell Muammar Gaddafi. Din il-kumpanija li l-flotta tagħha tlaħħaq seba’ ajruplani topera f’dsatax-il destinazzjoni u fil-maġġor parti ttir bejn bliet Libjani u lejn Istanbul. Huwa fatt magħruf li qabel ir-Rivoluzzjoni Libjana, l-arma fuq wara tal-ajruplan kienet turi n-numru 9999. Din kienet referenza ċara għad-dikjarazzjoni ta’ Sirte li ġiet iffirmata fid-disgħa ta’ Settembru tal-1999. B’pompa liema bħalha, Gaddafi u mexxejja Afrikani oħra kienu ħalfu li joħolqu l-Unjoni Afrikana. Wara r-rivoluzzjoni l-arma tal-ajruplan nbidlet għal waħda skura bi tliet faxex blu. Huwa fatt magħruf li din il-linja tal-ajru kienet ikkontrollata mir-reġim ta’ Gaddafi u saħansitra meta l-unika persuna misjuba ħatja fil-ġuri ta’ Lockerbie, Al-Megrahi nħeles mill-ħabs fl-Iskozja nġab lura l-Libja permezz t’ajruplan tal-Afriqiyah.

Bejn Jannar u Novembru ta’ din is-sena ġie rreġistrat li l-iżbilanċ fil-Fond Konsolidat niżel għal €60 miljun, tnaqqis sostanzjali meta s-sena li għaddiet kien ilaħħaq €161 miljun. Fid-dawl ta’ din l-istatistika, l-analisti finanzjarji kienu sorpriżi bir-riżultati finanzjarji tajbin li nkisbu. Dan meta tqis ukoll li flistess perjodu fl-aħħar sena kollha tal-amministrazzjoni preċedenti l-iżbilanċ f ’dan il-Fond kien ta’ €342 miljun, kważi sitt darbiet aktar mil-livell preċedenti. It-titjib seħħ ukoll anke għaddħul tal-Gvern hekk kif sa Novembru ta’ din is-sena kien ta’ €150 miljun aktar mill-istess perjodu ta’ sena ilu. Din iż-żieda kienet xprunata minn żieda fiddħul mill-income tax, anke jekk ir-rata tat-taxxa tnaqqset għal erba’ darbiet wara xulxin. Barra minn hekk, kien hemm żieda fiddħul mid-dwana, VAT u l-bolla. Ta’ min jinnota li ż-żieda sostanzjali fid-dħul tal-Gvern seħħet minkejja li d-dħul minn għotjiet u fondi Ewropej naqas bi kważi €76 miljun minħabba li ġew iffinalizzati diversi proġetti kapitali li kienu tħallew jaqgħu lura mill-amministrazzjoni preċedenti. B’riżultat ta’ hekk l-ispiża kapitali s-sena li għaddiet laħqet livelli staordinarji. Fl-ewwel ħdax-il xahar tal-2016, l-ispiża tal-Gvern żdiedet b’€50 miljun fuq is-sena li għaddiet, kontra żieda ta’ €196 miljun flistess perjodu fl-aħħar sena ta’ Gvern Nazzjonalista. Il-galbu flimmaniġġjar tal-finanzi pubbliċi qed iħalli effett fuq id-dejn nazzjonali. Fl-aħħar tnax-il xahar dan żdied b’€4 miljun fix-xahar. Fit-tliet xhur li Simon Busuttil kien Viċi Kap tal-Partit fil-Gvern, id-dejn nazzjonali kien żdied b’medja ta’ €100 miljun kull xahar. Barra minn hekk ta’ min ifakkar it-tbassir mill-esperti tal-Fond Monetarju Internazzjonali flaħħar rapport tagħhom li s-sena d-dieħla pajjiżna ser ikollu għallewwel darba f ’għoxrin sena piż ta’ dejn nazzjonali ta’ anqas minn 60% tal-ġid nazzjonali.


12

25.12.2016

kullhadd.com

HU MINNU LI M’HAWNX ĦADDIEMA MALTIN?

Kitba ta’ CHARELS B. SPITERI

RAMON FRANCALANZA

KENNY MUSCAT

Numru ta’ imprendituri u sidien isostnu li mhumiex isibu ħaddiema Maltin għax-xogħol, l-aktar fil-qasam tal-kostruzzjoni, tal-ġbir tal-iskart u fil-lukandi. Għalhekk qed jgħidu li jkollhom iduru u jimpjegaw ħaddiema barranin.

ABIGAIL PSAILA MAMO

JOE ATTARD

Kemm hi reali din l-istqarrija? Jista’ jkun li l-Maltin qed ikunu offruti l-istess pagi li jingħataw il-barranin, f’ħafna każi kważi prekarjat? KENNY MUSCAT Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel tal-GWU

fin-nefqa għal kull ħaddiem kienet marġinali. Min-naħa l-oħra l-influss ta’ ħaddiema barranin hu indispensabbli Il-General Workers’ Union għas-sempliċi raġuni li dan permezz tat-Taqsima is-settur jimpjega eluf ta’ Ospitalità u Ikel tirrappreżenta ħaddiema li s-suq Malti qatt numru kbir mhu se jkun kapaċi ta’ ħaddiema jissupplimenta. fil-qasam talF’dan ir-rigward lukandi u ilha L-influss ta’ konvint li għandu tagħmel dan jintlaħaq bilanċ. b ’ r i ż u l t a t i ħaddiema s o d i s f a ċ e n t i barranin hu RAMON għal diversi FRANCALANZA indispensabbli Employment snin. Il-fatt li għas-sempliċi Relations imprendituri u Manager talsidien fis-settur raġuni li dan Manifattura, tal-Ospitalità Kummerċ u is-settur mhumiex isibu Turiżmu talħ a d d i e m a jimpjega eluf UĦM Maltin saret realtà kurrenti. ta’ ħaddiema L-għażla talDin is- li s-suq Malti ġenerazzjonijiet ilsitwazzjoni ġodda qed ixxaqleb żdiedet f ’dawn qatt mhu se lejn edukazzjoni l-aħħar snin jkun kapaċi post sekondarja għal diversi u għalhekk jissupplimenta is-snajja’ fatturi. filIrridu nibdew kostruzzjoni naqsu. mill-punt Aw t o m a t i k m e n t kruċjali li f ’dawn l-aħħar turist iżur Malta wkoll biex snin beda dieħel l-influss jesperjenza l-ospitalità Maltija tal-barranin u bdew jieħdu u dan l-aspett qed jintilef x-xogħol li ma ridux ikomplu minħabba li s-settur ftit li xejn wlied il-bennejja. Fis-snajja’ għadu jattira ħaddiema lokali. kollha fejn qed jonqsu Tajjeb li wieħed jifhem, li l-Maltin, ix-xogħol qed jimtela għalkemm ir-riżultati kienu mill-barranin. pożittivi dan ma rriflettiex L-istess fil-qasam tal-ġbir taldirettament f ’titjib fil-pagi. Is- iskart. Insibu Maltin li għallsena li għaddiet kien hemm paga minima ma jridux jaħdmu, kemm żidiet fin-numru ta’ u hawn barranin, li għax iridu kmamar okkupati u wkoll l-flus, jagħmlu li jiġi għal żidiet fil-prezz ta’ kemm idejhom. B’hekk naraw li fejn inbiegħet kamra, iżda ż-żieda dari l-Malti kien jiġbor l-iskart

mit-toroq, naqas għalkollox. Iżda mbagħad fil-WasteServ, fejn l-unjin tagħna għandha r-rappreżentanza u fejn ilħaddiema għandhom ftehim kollettiv; mill-500 ħaddiem, il-maġġoranza assoluta huma Maltin. Dan meta l-WasteServ hi wkoll kumpanija li taħdem fis-separazzjoni tal-iskart, iżda hemmhekk hemm paga, sahra u kundizzjonijiet taxxogħol tajbin. Għar-rigward tax-xogħol fillukandi, tkellimt ma’ numru ta’ ħaddiema. Il-Malti jgħid li fiż-żmien, il-catering kien tajjeb ħafna u jiġbdu, għax kien hemm pagi u kundizzjonijiet aħjar, u kont issib bosta li biex jaqilgħu lira, jmorru wejters f ’lukanda. X’ġara? Tul dawn l-aħħar snin saret din il-bidla wkoll. Il-pagi niżlu u jekk qabel kien hemm lukandi li jaħdmu id f ’id mal-unjins bi ftehim kollettiv, dawn naqsu; ma ġġeddux il-ftehim, bdew jiddaħħlu l-barranin u f ’daqqa waħda, il-Malti fil-lukandi ġie f ’nuqqas. Il-kundizzjonijiet għebu u dan juri li fejn m’hemmx unjin, tista’ ssib ilprekarjat. ABIGAIL PSAILA MAMO Kap Eżekuttiv tal-GRTU Bħala GRTU l-ewwel u qabel kollox irridu ngħidu li aħna kontra kull tip ta’ abbuż, u l-liġijiet għandhom dejjem jiġu mħarsa wkoll minn min iħaddem, iżda r-realtà hi li l-livell tal-pagi mhuwiex irraġuni għaliex min iħaddem mhux isib nies Maltin li

lesti jaħdmu. Malta niftaħru mmens li għandna livell baxx ħafna ta’ min ifittex ixxogħol u ta’ min hu qiegħed, u fil-verità, din hi l-problema kollha, għax għandna nuqqas ta’ ħaddiema li jridu jaħdmu. Barra minn hekk, hemm ċerti setturi u linji tax-xogħol li l-Maltin m’għadhomx iridu jagħmlu. Dan ix-xogħol mhux xi ħaġa straordinarja, iżda jinvolvi ħidma wara ċerti ħinijiet u fi tmiem il-ġimgħa, u ovvjament il-Maltin, peress li hawn il-livell ta’ qgħad hu baxx, hawn ammont ta’ opportunitajiet ta’ xogħol u għalhekk jagħżlu dawk ixxogħlijiet li jogħġbuhom ilkundizzjonijiet tagħhom. Ir-realtà hi wkoll li Malta hi ċċirkundata minn pajjiżi fejn ir-rata tal-qgħad hi għolja u għalhekk qed jiġu barranin li lesti jagħmlu x-xogħlijiet mitluba. Għalihom, l-aqwa hu li jkunu impjegati. JOE ATTARD President tal-MAHE Naqbel mal-istqarrija li bħala lukandi qed insibuha diffiċli ferm li nimpjegaw ħaddiema Maltin fl-industrija tal-ospitalità. Ma naqbilx li l-problema hi s-salarju, peress li l-liġi hi ċara ħafna fuq dan l-aspett. Naf li ħafna membri tal-Malta Association of Hospitality Executives (MAHE) huma f ’pożizzjoni maniġerjali u għalhekk huma jimpjegaw il-ħaddiema malkumpaniji rispettivi tagħhom u joffru pagi ogħla, xi ftit aħjar

mill-paga minima nazzjonali. Nassigura li ħafna drabi r-rati li bihom nospitaw lill-klijenti fil-lukandi għadhom baxxi ħafna, anzi nazzarda ngħid li xi drabi, it-tour operators joffru rati li lanqas pizza ma tixtri! Sfortunatament il-perċezzjoni hi li qed naraw numri ta’ wasliet ta’ turisti, u dan ifisser li l-lukandi qed jagħmlu profitti enormi. F’pajjiżna għandna fis-seħħ il-liġi tal-paga minima nazzjonali u bħala Assoċjazzjoni aħna riġidi mmens u nisħqu ma’ kull min iħaddem li m’għandux iħallas b’rata inqas milli tgħid il-liġi, għaliex inkella jkun qed jikser il-liġi u jħaddem bil-prekarjat. Il-MAHE, kemm-il darba kienet ċara mal-membri tagħha fuq hekk, l-aktar meta ċerti ġurnali rrappurtaw abbuż filpaġni tagħhom. Madankollu, meta bħala Assoċjazzjoni tlabna pubblikament lillġurnali li ressqu dawn l-akkużi, biex ningħataw xi dawl fuq l-istess informazzjoni, ħadd ma weġibna u għalhekk ma stajniex ninvestigaw dawn irrapporti. Il-MAHE għandha Kodiċi ta’ Etika stretti ferm għallmembri tagħha u tistenna li dawn jirrispettawhom, biex jekk xejn, ikattru l-fiduċja talħaddiema tagħhom stess. F’każ li l-MAHE taqbad fil-fatt lil xi ħadd li jħaddem jikser il-Kodiċi ta’ Etika, billi jabbuża mill-ħaddiema, titterminalu s-sħubija tiegħu jekk hu membru talAssoċjazzjoni.


13

25.12.2016

kullhadd.com

Jirriżulta li f’xi lukandi, ħaddiema barranin qed jingħataw ukoll alloġġ bla ħlas. Iżda jridu jaħdmu kuljum, bl-istess paga, irrilevanti jkunx il-Ħadd jew festi. KENNY MUSCAT Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel tal-GWU Il-General Workers’ Union dejjem kienet kommessa li tiġġieled għad-drittijiet tal-ħaddiema kollha u ma tippermetti l-ebda distinzjoni fil-kundizzjonijiet fuq bażi ta’ nazzjonalità. Bl-istess mod fejn jidħlu kundizzjonijiet li jkopru l-pakkett finanzjarju, il-General Workers’ Union tesiġi li l-ħaddiema kollha flistess grad jitħallsu l-istess hekk kif inhu sanzjonat f ’kull ftehim kolletiv li aħna għandna f ’dan is-settur. Iżda żgur ma nistgħux neskludu li ma hemmx abbużi f ’postijiet li l-ħaddiema mhumiex rappreżentati minn Unjin. Jeżistu anomaliji

fil-pakkett finanzjarju ta’ b’dawk tal-ħaddiema talħaddiema li jkunu ngaġġati fl- kuntrattur ikunu inferjuri. istess lukanda iżda jaħdmu ma Hawnhekk il-General Workers’ kumpanija out-sourced. Dan Union reġgħet kienet progħax bil-leġiżlazzjoni preżenti, attiva u fil-baġit li għadda ħaddiem ingaġġat direttament ressqet proposta ferm kruċjali ma’ lukanda u ħaddiem li biex tilqa’ għall-isfidi li r-realtà jaħdem ma’ kummerċjali kumpanija t a l - o u t tal-outsourcing qed s o u r c i n g Issa qed jirriżulta iġġib. It-talba huma koperti li dawk is-sidien tal-Unjin hi li minn wage kull ħaddiem r e g u l a t i o n li jgergru għax fl-istess grad o r d e r s mhux isibu ta’ xogħol differenti u ikollu l-istess għaldaqstant ħaddiema Maltin, rimunerazzjoni, kemm il- f’ħafna każi ma kemm jekk paga bażika hu ħaddiem u kemm jridux iħallsu impjegat dirett benefiċċji u kemm jekk oħra huma sew. hu impjegat differenti tal-kuntrattur

u ingaġġat fl-istess post taxxogħol. Din il-proposta ġiet ikkunsidrata u se jibdew iddiskussjonijiet mal-imsieħba soċjali fil-bidu tas-sena d-dieħla. RAMON FRANCALANZA Employment Relations Manager tal-Manifattura, Kummerċ u Turiżmu t al-UĦM

liġi tax-xogħol, kif hu ksur talliġi wkoll li ħaddiema barranin jingħataw alloġġ u ikel bħala parti mill-ħlas. Safrattant għad hawn lukandi b’kundizzjonijiet tajbin li fihom ħaddiema Maltin. Issa qed jirriżulta li dawk is-sidien li jgergru għax mhux isibu ħaddiema Maltin, f ’ħafna każi ma jridux iħallsu sew. Il-Malti kapaċi jaħdem u jrid jaħdem, iżda min-naħa tagħhom illukandiera jridu jħajruh jagħmel dan? Illum l-istess lukandiera spiċċaw igergru għax qed ikollhom l-ilmenti mill-klijenti, li jsostnu li ma jistgħux jikkomunikaw malwaiters u receptionists li jsibu.

Tkellimt ma’ ħaddiema barranin, iżda sibt element qawwi ta’ biża’. Xtaqt ngħinhom, iżda la mhumiex membri, impossibbli. Naċċerta li kien hemm nuqqasijiet kemm fil-ħinijiet ta -xogħol; fir-rati tas-sahra, fil-ħin tal-mistrieħu xiftijiet mhux imqassmin JOE ATTARD tajjeb. Dan hu kollu ksur tal- President tal-MAHE

Min-naħa tagħna ma nafu blebda ħaddiema barranin li qed ikunu offruti akkomodazzjoni fil-lukandi biex jaħdmu aktar milli suppost. Madankollu wieħed irid jinnota li jekk min iħaddem joffri alloġġ u ikel lil xi ħaddiem, is-sid jistenna li jkun imħallas għal dawn is-servizzi, għax inkella jinħoloq diżgwid bejn ilħaddiem Malti, li m’għandux bżonn akkomodazzjoni bħal dak barrani. Fl-istess waqt ma jidher li jkun hemm xejn ħażin, jekk ħaddiem barrani jara li jkun jaqbillu li jħallas tal-ispejjeż b’sigħat ta’ xogħol ekstra milli bi flus. Dawn il-prattiċi jinsabu f ’pajjiżi oħra barranin u wieħed irid joqgħod tassew attent fuq din it-tema sensittiva. Għax nafu li jkun hawn barranin li jippreferu jkollhom l-ikel u l-akkomodazzjoni u jaħdmu għalihom milli kieku jkunu jridu jikru post xi mkien ’il bogħod u jridu jħallsu għalih u għall-ikel li jieklu. Żgur li l-abbuż mhux aċċettabbli u nikkundannawh bla riservi.

Kemm minn dawn il-ħaddiema barranin jistgħu jiksbu għajnuna ta’ unjin jekk ma jkunux membri fiha? jekk ma jirrikorrux għall-unjin, kemm huma ta’ detriment għall-ħaddiem Malti, li lest jaħdem basta jkun imħallas ġustament? KENNY MUSCAT Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel tal-GWU Primarjament l-obbligu tal-unjin hu lejn il-membri tagħha, iżda dan bl-ebda mod ma jneħħi mir-reponsabbiltà tagħna li nintervjenu jekk inkunu nafu b’xi abbużi. Ilħidma tal-General Workers’ Union hi xprunata wkoll mill-aspett soċjali integrat fil-filosofija tagħha u għaldaqstant kif dejjem għamlet, ħadmet biex tavviċina u tilħaq ħaddiema vulnerabbli biex filwaqt li nfehmuhom l-importanza tal-mudell trejdunjonistiku tagħna, inkunu qed ngħinuhom biex joħorġu minn sitwazzjoni prekarja. Aħna nemmnu li biex jogħla l-livell tal-

kundizzjonijiet tal-ħaddiema f ’dan is-settur għandu jkollna bażi ta’ ugwaljanza u ekwità b’saħħitha biex hekk ma jkunx hemm sfruttar ta’ ħaddiema. Ma hemmx għalfejn ngħidu li dan huwa qasam importanti ħafna għal Malta u għalhekk għandu jsir kull sforz globali biex insaħħu dan is-suq. Filwaqt li r-riżultati huma pożittivi, importanti li ma nserrħux rasna u nikkuntentaw ruħna bil-kisbiet li saru. Dan għax għad hemm ħafna xi jsir. Bħala GWU aħna konna dik l-organizzazjoni li ressaqna ’l quddiem l-idea ta’ skills passport u dan għax proprju ħassejna n-neċessità li nistrutturaw dan l-ambjent. Din l-idea ilha tiġi diskussa fuq fora Ewropea għal diversi snin fejn aħna konna dejjem parteċipi. Dan

għandu jwassal biex jgħolli l-livell ta’ din l-industrija u se nkunu attivi ħafna fiddiskussjonijiet biex naraw li l-ħsieb tagħna jiġi attwat. Il-GWU qed tkun pijuniera f ’dan r-rigward għax nemmnu li b’hekk inkunu qed nagħtu l-opportunità lill-ħaddiema kollha f ’dan is-settur li jtejbu l-kundizzjonijiet tagħhom.

ukoll, għalkemm jafu jsibu theddid fir-rigward li jekk ma joqogħdux kwieti, jitwaqqfilhom il-kuntratt taxxogħol u jekk ma jkunux ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jitkeċċew mill-pajjiż. F’pajjiżna jeħtiġilhom jaħdmu u qed jieħdu wkoll xogħol bi l-prekarjat. Madankollu, meta jridu, jistgħu jmorru d-Dipartiment talRAMON FRANCALANZA Kundizzjonijiet tax-Xogħol u Employment Relations jfittxu drittijiethom. Manager tal-Manifattura, Kummerċ u Turiżmu talJOE ATTARD UĦM President tal-MAHE

x’raġuni hemm, li nġiegħlu lillħaddiema jissieħbu f ’xi unjin? Aktar naqbel li għandna nħallu lill-ħaddiem liberu u jagħżel hu x’jixtieq jagħmel. Wara kollox, jekk lill-ħaddiema barranin noffrulhom l-paga bażika tagħna, m’għandu jkun hemm l-ebda problema meta tinħoloq xi vakanza. Iżda nerġa’ nsostni li l-MAHE tieħu l-passi kollha neċessarji biex tgħin ukoll lil xi ħaddiem li jisfa abbużat minn min iħaddmu, u ma toqgħodx titlajja’ milli tirrapporta hi stess lill-awtoritajiet in kwistjoni.

Il-Maltin qed jiġu affettwati żgur, iżda min qed iħaddem mhux qed jifhem il-problema. Li hu żgur hu li l-barranin iridu jitgħallmu jaqbżu għad-drittijiet tagħhom

L-MHRA, l-Assoċjazzjoni li tirrappreżenta lill-investituri tal-Lukandi baqgħet ma weġbitx għal dawn ilmistoqsijiet minkejja diversi telefonati u emails.

Ngħid għalija ma nsib l-ebda problema li ħaddiem (Malti jew barrani) ma jisseħibx f ’unjin, għax il-kundizzjoni tax-xogħol u r-relazzjoni malmanagement huma tajba. Għax


14

BĦAD-DAMES TAL-PAN 25.12.2016

Kitba ta’ daqshekk biljetti. KELLY PEPLOW Interessanti nagħtu ħarsa lejn l-istorja tad- Dame . Minn L-Ingliżi jgħidulek “there’s fejn bdiet l-assoċjazzjoni nothing like a Panto Dame,” u tagħha mal-Milied, minn fejn ejja nagħtuhom raġun. Rari nibdet il-kunċett ta’ attur jkollok l-okkażjoni tara raġel maskili jinterpreta rwol ta’ liebes kostum eċċentriku mara daqshekk kunfidenti u kkulurit u jleqq u xi parrokka robusta fuq il-palk. li twassal sal-Awstralja tant Li raġel jinterpreta parti kemm tkun tixgħel. femminili kienet ilha ssir flF’Malta il-pantomimi tal- Ingilterra sa mis-seklu 16, fi Milied saru jattiraw l-eluf żmien id-drammaturgu famuż li ż-żmien ta’ briju u hena William Shakespeare. Rwoli jarawh rifless fuq il-palk - li bħal Juliet, Lady Macbeth, medium li sa ftit snin ilu Desdemona, li nassoċjaw kien meqjus bħala wieħed man-nisa melodrammatiċi, serju wisq. Naturalment, kollha kienu jkunu interpretati pantomima minħajr il-famuża minn atturi rġiel, għaliex inDame , ma tkunx n i s a pantomima, u żgur ma tbigħx

kullhadd.com

kellhom impenji akbar dak iżżmien: id-dar! Sekli wara, waqt ir-renju tarReġina Vittorja fl-istorja talkultura Ingliża daħlet bil-mod it-tradizzjoni ta’ raġel liebes kostum ikkulurit u grottesk. Dak iż-żmien, sparpaljati madwar Londra wieħed kien isib diversi music halls li kienu jospitaw wirjiet mużikali, kummiedji u wirjiet b’effetti speċjali, u botti niggieża lejn il-klassijiet għoljin, kollha magħġuna flimkien. Kienet tradizzjoni wkoll li kull min jattendi, ipejjep it-tabakk, jiekol, jixrob, probabbli jaqla’ xi ġlieda, u ma jħallasx iktar minn lira biex iqatta’ sigħat twal hemm ġew. U ovvjament, il-pantomima nafu li tinkorpora dan kollu (mingħajr it-tipjip, ix-xorb, u l-ġlied). Għalkemm i n q a s

formali minn oħrajn, ilpantomima mhix xi forma ta’ arti inqas kredibbli jew inqas impenjattiva minn oħrajn. Pantomima hija msawra mirrealtà, mid-dedikazzjoni, u minn taħlita ta’ talenti (prattikament kull attur irid ikun dak li d-dinja talispettaklu ssejjaħ triple threat: żfin, kant u reċtar). L-ebda tradizzjoni teatrali oħra ma titlob li taħdem ma’ atturi minn 5 snin sa 95 sena. Ebda wirja teatrali oħra mhi se tkun immirata daqshekk lejn l-esperjenza familjari. Il-pantomima f ’Malta issa tista’ tgħid li saret tradizzjoni ta’ żmien il-festi għalina ukoll xi ħaġa oħra li tħajjarna nikkuppjaw mittradizzjonijiet Ingliżi. F’dawn l-aħħar snin anke l-iskejjel qed itellgħu dan l-ispettaklu qabel il-vaganzi tal-Milied, bi stejjer li lkoll familjari magħhom, u d-doża niggieża lejn ilpersonalitajiet, u l-botti politiċi li

jinżlulna għasel ma jonqsux! Mistoqsija li f ’dawn iżżminijiet tiddomina hija: “Liem immorru naraw? Tal-Manoel jew ta’ Ta’ Qali?!” Aħna se nippruvaw innaqsulkom ftit minn dak l-inkwiet! Iż-żewġ Dames minn dawn it-teatri grazzjożament ħarbu mill-aħħar ġimgħa tal-provi biex jitkellmu magħna (wara li probabbli qalgħu xi ħasla mingħand id-diretturi). Queen Shalayna (Malcolm Galea) ħarbet mit-Teatru Manoel u mill-grif ta’ Puss in Boots, u Vera Tastee (Alan Montanaro) serqet il-karozza ttir ta’ Un-Believe It minn Ta’ Qali biex forsi tasal fil-ħin. Iktar ħassejtni qisni ħriġt ma’ xi żewġt iħbieb milli mort biex nagħmel xogħli ma’ dawn it-tnejn. It-tkaken kienu kbar, il-battibekki bejniethom kienu spettaklu minnhom infushom, u kif flaħħar irnexxielhom ipoġġu bilqegħda minkejja l-kostumi robusti, stajna nibdew.


15

NTOMIMA, MA SSIBX! 25.12.2016

kullhadd.com

Taħsbu li palk wieħed jiflaħ żewġ Dames? Kieku kellhom taqsmu l-palk, xi jkollna, spettaklu doppju jew xi ġlieda? Queen Shalayna: Ifhimni, ġieli jkun hemm xi pantomimi li jkollhom żewġ Dames – u għalkemm ikun hemm spettaklu doppju, jiġġieldu bejniethom ukoll. Vera Tastee: Skont ta. Jekk se nirreċtaw l-istorja tas-Sbejħa u l-Mostru jien nista’ nkun is-sbejħa u l-oħra tkun il-bestja. Ara kemm niffrankaw fuq l-irtokki kieku! Għandek iċ-ċans tmur btala ma’ politiku Malti. Fejn tmur, ma’ min u x’tagħmlu? Queen Shalayna: Kieku mmur Dubai ma’ Chris Cardona u niżvojtaw il-minibar. Vera Tastee: Chris Cardona. Immorru Dubai għal xarba tajba jew tnejn. Jew anke għaxra. Ejja nassumu li għamiltu xi ħaġa ħażina, min tibżgħu li jaqbadkom: il-pulizija, xi blogger, jew ommkom? Queen Shalayna: Il-blogger hux! Għax permezz talblogger isiru jafu l-pulizija, ommi, u l-proxxmu kollu. Vera Tastee: Ommi. Imma jien tifla sew, mhux se nasal nagħmel xi ħaġa daqshekk ħażina li jkun hemm bżonn l-intervent tal-pulizija. Avolja raġel bl-uniformi jogħġobni. Però dak in-naqra ta’ skandlu jidher fuq blog jew tnejn u jagħmel tajjeb għall-popolarità tiegħi. Karozza ttir, jew karozzella għad-Dames tagħna? Queen Shalayna: Jien intir bl-Air Malta biss ħanini – għax jogħġbni l-bezzun. Vera Tastee: Bla dubju karozza ttir! Dak hu l-unika mezz kif nasal mill-Kottonera għal High Ridge f’inqas minn nofs siegħa. Imma l-karozza trid tkun bla saqaf, minħabba xagħri.

Għażlu: Cayman Islands, Panama, jew l-Iżvizzera? Queen Shalayna: L-ebda minnhom. Kieku nagħżel il-British Virgin Islands għax għandhom iżjed ODZ. Vera Tastee: Panama? Fejn taħbat? Qatt ma smajt biha u m’għandix kontijiet sigrieti hemmhekk. Promise. 36F jew 34C? Queen Shalayna: Sfortunatament, waħda hekk u l-oħra hekk. X’nista’ ngħid – viva l-padding! Vera Tastee: 34C! U dbielet qosra. Iktar ma nuri sieqi iktar aħjar! X’tippreferu, frosta jew manetti? Queen Shalyna: Skont il-burdata. Vera Tastee: Frosta tal-ġemel. Għandhom girls night out: ċatt jew takkuna? Queen Shalayna: Il-mantra tiegħi: Biċ-ċatt ma tgħabbi qatt imma t-takkuna ttik l-għajnuna. Vera Tastee: Takkuna 7 inches. U mini. Tights, jew stockings? Queen Shalayna: Stockings, għax meta nilbishom, inħossni qisni kont xi rigal imdendel għal xi ħadd. Vera Tastee: Stockings biss u dejjem ... it-tights iħalluni bil-bażwa. Iddeskrivuli kostum li taħsbu l-iktar jixraq il-karattru tagħkom. Queen Shalayna: Xi ħaġa bejn katalog tal-Victoria’s Secret u karru talKarnival. Vera Tastee: Blow dry, up style, off the shoulder corset, dublett minn dawn bid-disinn tal-annimali... eh, u thigh high boots. Kollox ileqq bl-antaċċoli. Xi ħaġa li taħsbu li kull mara għandha jkollha fil-gwardarobba. Queen Shalayna: Post sigriet fejn ikun jista’ jistaħba l-maħbub. Jien għandi tlieta fi gwardarobba waħda. Vera Tastee: Raġel bil-manetti.

Liem kulur tal-lipstick jogħġobkom: Blu, aħmar, jew oranġjo?

Fl-aħħar: għalfejn għandi niġi nara Un-Believe It/ Puss in Boots?

Queen Shalayna: Xorta – basta jkollu nofs tunellata glitter.

Queen Shalayna: Għax dis-sena kont verament brava/u u ħaqqek lejla pjaċevoli – miegħi!

Vera Tastee: Aħmar ileqq. Għandi par xufftejn kbar mhux ħażin, forma ta’ qalb.

Vera Tastee: Għandna karozza ttir! U għandna xi ħaġa għal kullħadd. Maġija, mużika, żfin, ċajt....anke PARKING!


16

25.12.2016

1 IL-MESSIKU

MADWAR kullhadd.com

FIL-QOSOR

2 1

SPLUŻJONIJIET JOQTLU 29 PERSUNA 29 persuna mietu u għadd kbir ta’ persuni inklużi tfal ndarbu u nħarqu wara splużjoni f ’suq ta’ logħob tan-nar tal-art ftit ’il barra mill-belt kapitali tal-Messiku. Filmati tal-inċidenti wrew għadd kbir ta’ murtali jieħdu n-nar. Il-President tal-Messiku esprima d-diqa tiegħu mal-qraba tal-vittmi u awgura fejqan ta’ malajr lil dawk li ndarbu. Inċident simili kien seħħ f ’Settembru tal-2005, eżattament jiem qabel ma l-pajjiż iċċelebra Jum l-Indipendenza.

2 L-AMERKA

3 L-ITALJA

JINGĦATA L-FIDUĊJA MILL-KULLEĠĠ ELETTORALI Il-kulleġġ elettorali tal-Istati Uniti ċċertifika lil Donald Trump bħala l-45 President tal-Istati Uniti. Dan minkejja l-isforzi li saru biex ikun miċħud mill-White House. Sitt ġimgħat wara l-elezzjoni Amerikana, ir-Repubblikan assigura l-270 vot li kienu meħtieġa biex tkun formalizzata r-rebħa tiegħu. B’reazzjoni għar-rebħa, Donald Trump kien wiegħed li se jaħdem biex jgħaqqad lill-pajjiż u jkun il-President talAmerikani kollha. Ir-riżultat se jitħabbar uffiċjalment fis-sitta ta’ Jannar f ’sessjoni konġunta speċjali tal-Kungress.

JINQATEL IS-SUSPETTAT WARA L-ATTAKKI TA’ BERLIN Anis Amri, suspettat wara l-attakki li saru f ’Berlin inqatel mill-pulizija Taljana f ’Milan. Kienu l-awtoritajiet Ġermaniżi li kkonfermaw l-identità tas-suspettat permezz tal-marki tasswaba’ li sabu fuq arma tan-nar li kellu fuqu. Ir-raġel inqatel wara li ġew sparati diversi tiri qrib stazzjon tal-ferrovja f ’Milan huwa u jiġi mwaqqaf biex jippreżenta l-karta tal-identità tiegħu. Diversi investigaturi għaddejjin b’ħidma biex jidentifikaw jekk il-pistola użata f ’Milan kinitx l-istess waħda li qalet is-sewwieq tat-trakk, li kien misjub mejjet. F’din l-isparatura ġie ferut pulizija Taljan.


R ID-DINJA

17

25.12.2016

kullhadd.com

6 L-OĊEAN INDJAN

5 3

4

6

L-AJRUPLAN MH370 MA JISTA’ JINSTAB IMKIEN Esperti li qed jagħmlu t-tfittxija b’rabta mat-titjira talMalaysia Airlines, MH370 qalu li teżisti improbabilità kbira li l-fdalijiet jinstabu fiż-żona ta’ tiftix li qed issir bħalissa u rrakomandaw li jfittxu aktar lejn it-Tramuntana. Dan hekk kif wara aktar minn sentejn ta’ tfittxija, ma nstabet l-ebda traċċa tal-ajruplan fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan. L-ajruplan għeb fl-2014 waqt li kien qed itir minn Beijing għal Kuala Lampur b’239 persuna abbord. Bit-tfitxija mistennija tintemm dalwaqt, uffiċjali Awstraljani qalu li din mhux se tiġi estiża aktar.

5 IR-RUSSJA

4

IT-TURKIJA

PUTIN LEST IŻUR L-AMERKA

JINQATEL L-AMBAXXATUR RUSSU L-Ambaxxatur Russu għat-Turkija Andrei Karlov tilef ħajtu wara li pulizija Tork spara lejh. Dan waqt li kien qiegħed iżur wirja ta’ pittura u ritratti fil-belt kapitali tat-Turkija. Il-qattiel, Mevlut Mert Altintas, pulizija ta’ 22 sena apparentament kien qed jipprotesta għal involviment tar-Russja fil-belt ta’ Aleppo fis-Sirja. Intant is-servizzi ta’ intelliġenza Russi mistennija jiżviluppaw miżuri oħra ta’ sigurtà għallambaxxati tagħhom. Din kienet ordni tal-President Russu, Vladimir Putin wara l-qtil tal-ambaxxatur Russu għatTurkija.

Ir-relazzjoni bejn il-President Russu Vladmir Putin u dak elett Amerikan Donald Trump kompliet tieħu xejra pożittiva wara li Putin stqarr li ma jiddejjaq xejn jagħmel żjara filWhite House. Waqt li kien qed jitkellem fuq stazzjon Russu, huwa saħaq ukoll kif kuntrarju tad-Demokratiċi, Trump rebaħ għax ħass il-polz tal-Amerikani. Saħansitra, akkuża li l-amministrazzjoni t’Obama dawret il-fallimenti tagħha fuq ir-Russja. Putin esprima s-sodisfazzjon tiegħu kif mill-pajjiżi maġġuri tad-dinja, ir-Russja biss kienet temmen li Trump kien ħa jsir President. Huwa lest li jagħmel il-parti tiegħu biex itejjeb bil-kbir ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi fosthom fl-oqsma tassigurtà u l-iżvilupp ekonomiku.


18

25.12.2016

kullhadd.com

IL-MUŻIĊISTA LI SAR ĦAĠA WAĦDA MAS-SITAR

Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Is-sitar huwa instrument mużikali li f ’Malta ftit li xejn nisimgħu mużika li tindaqq minnu, pjuttost ftit li xejn issib Maltin li jafu jdoqquh. B’kurżità fittixt dwar dan l-instrument biex insir naf aktar u fost ir-riċerka li għamilt, sirt naf b’Anthony Curmi, magħruf ukoll bħala Toni s-Sitar. Ilu jdoqq issitar għal żmien mhux ħażin. Tlabtu biex nagħmillu intervista sabiex insiru nafu aktar dwaru bħala mużiċist u bħala persuna li ddoqq b’kunfidenza sħiħa s-sitar. Fl-Indja s-sitar huwa meqjus bħala instrument sagru. Ilmaġġor parti tan-nies jemmnu li min ikun qed idoqq jew jisma’ n-noti ħerġin minn dan l-instrument ikun jista’ jilħaq stat ta’ komunikazzjoni mal-allat, l-univers jew innatura. Il-ħoss tiegħu jwassal sabiex il-bniedem jimmedita u jirrilassa. Huwa fil-fatt ippruvat xjentifikament li hemm tipi ta’ mużika jew ħsejjes jgħinu fittkabbir ta’ ċerti fjuri u pjanti, li huma parti minn natura. Il-ħoss tas-sitar jaqa’ taħt din il-kategorija u għaldaqstant jintuża wkoll għall-fejqan ta’ ċerti kundizzjonijiet tas-saħħa tal-bniedem.

Anthony ġej mill-familja artistika ta’ Curmi tal-Belt Valletta, miżżewweġ lil Victoria u jadura lit-tifla tagħhom Amy. Joqgħod San Ġwann u għandu 46 sena. Jaħdem ġo ħanut tal-mużika, u jispeċjaliżża fil-kitarri u dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ din is-sezzjoni. L-unika passatemp li baqagħlu ftit ħin għalih huwa l-passjoni li għandu lejn it-tim tal-futbol tal-Inter. Il-bqijja tal-ħin li jibqagħlu jiddedikah għallfamilja u l-mużika biss. Inġibed Indjana

lejn

mużika

Anthony ilu jdoqq is-sitar għal madwar sitt snin. Wara bosta snin idoqq il-kitarra fix-xena hard rock mal-Band Blade u A Day Too Late, ħass il-bżonn ta’ bidla. “Bdejt nisma’ mużika totalment differenti fil-ġeneru ta’ chillout u world music u l-mużika Indjana laqtitni wisq. Fost l-instrumenti sbieħ li jużaw, il-ħoss tas-sitar laqatni wisq u b’determinazzjoni u b’kuraġġ kbir dħaltilha. L-unika konnessjoni bejn il-kitarra u s-sitar hija li huma strumenti tal-kordi. Ilbqija huma żewġ strumenti totalment differenti. Ħallejt

f ’idejh sabiex jelabora aktar. vojt minn ġewwa. Is-sitar “Fuq kitarra, wieħed jista’ huwa ħafna ikbar mid-daqs jdoqq fuq kwalunkwe ċavetta ukoll u bejn wieħed u ieħor mużikali, mentri fuq is-sitar fih madwar 1.2 metru,” fissirli trid tagħżel Anthony. bejn C, “Diġà C Sharp tkellimna fuq jew D. Ilil-materjali Is-sitar qed iżid kitarra fiha u l-istruttura sitt kordi u il-popolarità tiegħu, li hija s-sitar fih parti integrali g ħ o x r i n . tiegħu tal-ħoss Barra minn speċjalment uniku tiegħu, hekk hemm iżda l-aktar ukoll il- mas-semmiegħa, parti kruċjali ħoss li iżda għadu ta’ dan ilh u w a ħoss uniku differenti u strument ġej mill-pont anki l-istil pjuttost rari biex wiesa’ u ta’ kif l-anglu li dan j i n d a q q u . jindaqq hawn għandu malFuq ilkordi. Minn kitarra tista’ Malta hemm tiġi tagħmel dik iż-żarżira kull tip ta’ tipika, u dan melodija u armonija, filwaqt flimkien ma’ ħdax jew tlettaxli fuq is-sitar melodija biss. il korda reżonanti li jinstabu Fi kliem ieħor fuq is-sitar taħt is-seba’ kordi prinċipali jindaqqu noti singulari biss li flimkien joħolqu l-ħoss u ma tagħmilx sett ta’ noti li tas-sitar. Jindaqq bi plettru jindaqqu f ’daqqa. Il-kitarra hija magħmul mill-firdiferru magħmula kważi totalment iebes, il-miżrab. Dan huwa mill-injam filwaqt li s-sitar hu pjuttost skomdu minħabba magħmul mill-injam, qargħa l-pożizzjoni ta’ kif jindaqq. ħamra u għadam jew sostitut Hemm ukoll żewġ kordi simili. L-għonq tal-kitarra ddedikati biss għat-temp tarhuwa kompletament solidu, ritmu li huma ċ-chikari. Isdak tas-sitar kompletament sigriet fid-daqq tiegħu huwa

fil-mod kif wieħed jgħawweġ u jżejjen in-noti. Huwa strument pjuttost uniku u diffiċli u fittradizzjoni Indjana, wieħed kien jinqafel mall-għalliem tiegħu (il-Ġuru - dak li jurik id-dawl) u jgħix ġo daru għal madwar tmien snin ta’ tagħlim intensiv, maqtugħ mid-dinja u ’l bogħod mill-qraba u l-ħbieb. Ovvjament wieħed irid jammira kemm hemm x’titgħallem u llum il-ġurnata jien tlaqt kollox u ddedikajt ruħi għal dan l-istrument biss”, kompla jgħidli dwar issitar. Is-sitar qed iżid il-popolarità tiegħu speċjalment massemmiegħa, iżda għadu strument pjuttost rari biex jindaqq hawn Malta. Minn informazzjoni li għaddieli Anthony stess, f ’Malta hawn xi tmien persuni biss li għandhom is-sitar u jdoqquh, iżda dawk li ħaduh jew qed jieħduh bis-serjetà huma biss nofshom. “Meta nikkumparaw dawn in-numri ma’ pajjiżi oħra bdejna tard ħafna u għadna lura”, sostna Anthony. Tgħallem idoqq totalment waħdu

is-sitar

B’kurżità fuqi, ridt inkun naf


19

25.12.2016

kullhadd.com

kif irnexxielu jitgħallem idoqq biex niffaċilità l-ġarr tiegħu. is-sitar. “Għamilt riċerka Meta jkolli nsiefer bih inkun intensiva fuq l-internet, il-ħin imwerwer li se jinkiser, kollu nisma’ s-sitar u l-mużika iżda s’issa kollox mar sew,” klassika Indjana, nistudja tbissem jgħidli Anthony. l-movimenti tal-mużiċisti Ta’ min jgħid li Anthony u nipprattika għal ħinijiet huwa membru tal-band lokali twal. Kull fejn inkun infittex Cushion. Fil-fatt il-proġett kotba u informazzjoni, naqra Cushion bdieh flimkien ma’ u nistudja. Imma dan kollu Noel Scerri f ’Ottubru taswaħdi, jien u l-istrument u sena 2010. “Noel hu pjanista hemm rispett reċiproku kbir u l-irwol tiegħu hu li jieħu bejni u s-sitar. Ili ndoqq ħsieb il-ħsejjes elettroniċi diversi strumenti bħall- ta’ Cushion. Fil-bidu konna kitarra, didjeridoo u percission nużaw keyboards, percussion għal bosta snin, u żviluppajt u didjeridoo, u ftit sitar biss. widna intunata. Għaldaqstant Eventwalment dawwarna din kienet ta’ għajnuna kbira,” l-proġett u issa huwa sostna miegħi. ffukat fuq is-sitar u mużika Minn din l-intervista ma’ Indjana fusion. Bdejna nżidu Anthony, skoprejt li meta l-mużiċisti naqra naqra skont wieħed jara s-sitar mill-viċin il-bżonnijiet, sakemm illum jibqa’ mbellah, dilettant jew għandna lil Reine Kabban le. Huwa kbir u goff, iżda fl- bħala kantanta, Dwayne istess ħin fragli ħafna u ħafif, Cassar fuq il-bass, Alexein qisu bajda. Grech fuq “Trid tqatta’ id-drums, u ħafna xhur jien u Noel sakemm tieħu ovvjament. l-kunfidenza Wieħed jinduna L-istil li sew miegħu, n d o q q u u kif diġà li s-sitar huwa wieħed s p j e g a j t għalija mhux interessanti hemm ħafna ħafna, u qed elementi ta’ sempliċiment jintgħoġob uġigħ fiżiku strument minn varjetà u stamina kbira ta’ involuti. Dan tal-mużika biss, nies minn ovvjament kull qasam jindera biż- imma ħafna u etajiet żmien. Is- aktar differenti. sitar għandu Cushion qed bżonn kaxxa jikber b’mod solida talsabiħ, u diġà fibra biex daqqejna jinġarr, u saħansitra kelli barra minn xtutna, fejn nixtri karozza speċifika qabbadna l-Manager Arda

Baykurt li qed jiffoka fuq l-affarjiet barranin. Bħalissa qed inħejju album u vidjow taħt kuntratt ma’ Mireielle Music Scirocco Line. Dan is-sajf wieħed jista’ jarana nagħtu wirjiet f ’bosta attivitajiet u festivals, fosthom fl-Għanafest, fl-10 ta’ Ġunju. Il-festival ikompli s-Sibt u l-Ħadd”. Nista’ ngħid li minn mużiċista jispeċjalizza fuq mużika rock, issa Anthony intefa’ b’ruħu u b’ġismu jddoq is-sitar. “Għaddejt minn mument partikolari, fejn kollox kien sejjer ħażin u rikibni l-istress. Ingħalaqt fija nnifsi, u għamilt

studju ta’ ħajti. Erġajt sibt lili nnifsi, biddilt il-filosofija ta’ ħajti u kif ngħixha. Fost dawn il-kambjamenti bdejt nisma’ wkoll ħafna ċ-chillout, u nġbidt lejn il-mużika Indjana u s-sitar. Wieħed jinduna li s-sitar għalija mhux sempliċiment strument talmużika biss, imma ħafna aktar. Issa sar parti minni, jien u s-sitar ħaġa waħda,” stqarr miegħi. Bis-sitar s’issa darba daqq barra minn xtutna, f ’Ċipru ma’ Cushion, fejn kienet esperjenza sabiħa ħafna. Ikkonfermali wkoll li diġà hemm kuntatti promettenti

għal aktar vjaġġi flimkien. Fl-aħħar nett, għal dawk li qed jitħajru jitgħallmu jdoqqu s-sitar, Anthony issuġġerixxa lil min għadu żgħir jew pjottost liberu, vjaġġ twil fl-Indja! Min ma jistax, irid jkun lest għal relazzjoni ta’ dan it-tip, kif spjegajt tul din l-intervista. Tgħallimt ħafna, iżda baqagħli daqstant x’nitgħallem. Ir-relazzjoni tiegħi mas-sitar hija intima wisq, u ma nħossnix denju li ngħallem. F’Malta sfortunatament m’hawnx min jgħallmu. Użaw l-ispirtu tagħkom u isimgħuh kemm tifilħu.


20

25.12.2016

kullhadd.com

“GOOD KING WENCESLAS ”

MARY ISTORJA CHETCUTI MILL-

Min jaf kemm kantajnieha malkor tal-iskola u fil-klassi malgħalliema l-għajna tal-Milied Good King Wenseslas. Il-kliem tagħha kitbu r-Reverendu Anglikan John Mason Neale fl-1853. Biex takkumpanja l-lirika jew poeżija tiegħu, Neale għażel melodija li tmur lura għat-tlettax–il seklu meħuda minn kollezzjoni ta’ 74 kanzunetta Finlandiża jisimha Piae Cantiones. Is-silta magħżula kienet oriġinarjament tindaqq mal-kanzunetta Tempus adest Floridum jew ‘Wasal iż-żmien li Jwarrad’, b’referenza għall-festi tal-Għid u r-Rebbiegħa. B’danakollu, l-għanja ta’ Reverendu Neale tirrakonta episodju mill-ħajja qaddisa tarRe Wenceslas ta’ Bohemia. F’lejla mill-aktar kiesħa nhar il-festa ta’ San Stiefnu li taħbat l-għada tal-Milied, Wenceslas lemaħ raġel fqir ifittex fis-silġ biex forsi jsib ftit zkuk għallfuklar tal-għorfa tiegħu. Meta Wenceslas staqsa lill-

qaddej tiegħu min kien dak irraġel, dan tal-aħħar wieġbu li dak l-imsejken kien joqgħod ’il bogħod sew minnhom u lanqas kellu biex jitma’ l-familja. Wenceslas ma ħasibhiex darbtejn. Talab lill-qaddej iġiblu ikel, xorb u injam tajjeb għannar u telqu mgħobbijin għal għonq it-triq waqt maltempata ta’ silġ u riħ iffriżat biex jgħinu dil-familja fqira. Imma f ’waqt minnhom ilqaddej tant għeja li ħaseb li kienet sa tiqaflu qalbu bil-kesħa. Wenseslas serraħlu rasu u qallu li jekk jimxi warajh u jdeffes saqajh fil-ħofor fondi li kien qed iħalli fejn jirfes hu ma kienx sa jħoss aktar kesħa. Il-qaddej hekk għamel u kull darba li jmidd sieq fil-marki tal-passi ta’ sidu r-re, bdiet tielgħa miegħu sħana komda li żammitu sejjer sakemm waslu għand dik il-familja li kellha bżonn l-għajnuna. Ir-Re Wenceslas li fil-verità kien id-Duka Vaclav ta’ Bohemia

huwa qaddis kemm tal-Knisja Kattolika kif ukoll tal-Knisja Ortodossa, imma fuq kollox huwa l-eroj ta’ dejjem għallpoplu tar-Repubblika Ċeka. Wenceslas jew aħjar Vaclav twieled fis-sena 907 wara Kristu. Missieru, id-Duka Vratislaus kien Kristjan filwaqt li ommu Drahomira baqgħet tħaddan it-twemmin pagan talantenati tagħha. Missieru miet waqt battalja u r-responsabbiltà tat-tmexxija waqgħet fuq Vaclav li kellu 14–il sena biss. Hawnhekk qamet tilwima bejn omm idduka mejjet, Ludmilla u omm Vaclav. It-tnejn riedu t-tutela taż-żagħżugħ mexxej sakemm jilħaq l-età adulta sabiex isaltan waħdu. Rebħet Ludmilla li tat trobbija Kristjana lin-neputi tagħha filwaqt li ommu baqgħet trabbi lil ħuh iżgħar minnu Boleslav. Dan l-arranġament ma tantx dam għax ftit xhur wara Drahomira qabbdet min joqtol lill-kunjata tagħha Ludmilla u żammet il-poter kollu f ’idejha. Minn hemm ’il quddiem hija bdiet tieħu miżura wara oħra kontra sudditi tagħha li kienu Kristjani. Appena għalaq 18–il sena, Vaclav ħa t-tmexxija f ’idejh u

bagħat lil ommu fl-eżilju. Idduka żagħżugħ ma riedx aktar gwerer u qtil. Minflok ried ikompli jifrex il-fidi Kristjana u kien għalhekk li beda x-xogħol fuq dak li llum huwa l-Katidral ta’ San Vitus fil-kastell ta’ Praga. Barra minn hekk bena għadd ta’ knejjes u monasteri li bdew jitmexxew minn saċerdoti Ġermaniżi wara li d-Duka Vaclav poġġa lil pajjiżu taħt il-protettorat tal-Ġermanja u ħeles minn attakki ta’ dukati u renji oħra ġirien. Però Vaclav qatt ma ttraskura lil min kien fil-bżonn u fis-satra tal-lejl kien jieħu lill-qaddej leali miegħu biex flimkien imorru jżuru l-knejjes mnejn kienu jqassmu ikel u flus linnisa romol u uliedhom, xjuħ u morda kif ukoll priġunieri maqfulin fil-ħabsijiet tiegħu. Aktar ma jmur aktar beda jieħu t-titlu ta’ missier l-imsejknin. Jingħad li darba fost l-oħrajn sudditu tiegħu, il-Konti Radislas, irribella kontrih u mexxa armata biex jattakkah fil-kastell tiegħu. Meta ra hekk, Vaclav bagħatlu messaġġ ta’ paċi li Radislas ħa bħala dgħufija u kompla jisfidah għall-gwerra. Vaclav ħareġ bl-armata tiegħu imma biex jevita tixrid ta’ demm bla bżonn ippropona lotta

bejnu u Radislas. Il-konti ribell laqa’ l-isfida imma meta avvanza biż-żiemel biex jagħmel l-attakk lemaħ żewġ anġli maġemb Vaclav li widdbuh: “Irtira lura!” Leħen l-anġli rbombja bħal sajjetta f ’widnejn Radislas u f ’salt intebaħ bl-iżball kbir li kien sa jagħmel jekk joqtol lil dan ir-renjant twajjeb tiegħu. Inxteħet għarkupptejh quddiem Vaclav u fil-preżenza taż-żewġ armati talbu maħfra; id-duka ħaddnu miegħu u laqgħu lura bħala ħabib tiegħu. F’għodwa waħda fis-sena 935 id-Duka Vaclav ta’ Bohemia ġie attakkat minn grupp ta’ rġiel waqt li kien fi triqtu lejn ilknisja. Waqqgħuh minn fuq iżżiemel tiegħu u tawh daqqiet ta’ sikkina. Kif kien mixħut malart f ’agunija kbira avvanza fuqu ħuh Boleslav u niffdu min-naħa għall-oħra b’lanza biex joqtlu. Il-Knisja mill-ewwel iddikjaratu qaddis martri u wara mewt ingħata t-titlu ta’ Re Vaclav jew Re Wenceslas. Il-poplu Ċek għandu mħabba speċjali għal Wenceslas u jemmen li jekk xi darba pajjiżhom isib ruħu f ’periklu mortali, r-re twajjeb iqajjem l-armata tiegħu li tinsab rieqda fil-Muntanja Blanik u magħha jinżel fuq l-għadu biex jifdi liċ-Ċeki li tant ħabb.


21

25.12.2016

kullhadd.com

L-ISPIRTU TAL-MILIED CATHERINE

FENECH Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL

F’dawn il-ġranet ta’ festi kulħadd iħabbat it-tazzi ma xulxin, kulħadd ibewwes, kulħadd jieħu b’idejn dak li jkun, kulħadd jixtieq l-isbaħ xewqat.....imbagħad taqleb is-sena ġdida u nerġgħu blistess mibegħda, kliem odjuż u attakki personali. Jekk hemm xi ħaġa li ma nniżżilx hija l-ipokrezija. Fil-ħajja politika, l-ipokrezija f ’dawn il-ġranet tixgħel aktar mill-bozoz li jixegħlu s-siġra tal-Milied. Kien għaqli u kliem ta’ tbeżbiż li ħareġ mid-diskors ta’ l-E.T. il-President tarRepubblika fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Repubblika. L-Eċċellenza Tagħha appellat għal klima politika matura għaliex dan iwassal għal avviċinament aktar pożittiv tal-politiku lejn il-poplu u viċi versa. Avversarju politiku ma jfissirx mibegħda, ma jfissirx tixrid ta’ tqasqis fuq il-politiku tan-naħa l-oħra. Il-politika għandha tkun għodda sabiex b’argumenti sani jittieħdu deċiżjoniet amministrattivi li javvanzaw lil pajjiżna, biex pajjiżna jagħmel progress. Ilpolitika mimlija mibegħda u ġlied bid-diskorsi jibagħtu liżżgħażagħ u lill-adoloxxenti ’l bogħod mix-xena politika. Iħarsu lejn il-politika bħala għodda negattiva ta’ kif twassal messaġġ. U dan mhux il-għan tal-politika. Għall-kuntrarju, ilpolitika għandha tkun mezz ta’ pożittività. U m’hemmx aħna biss tajbin u l-oħrajn kollha ħżiena. Kulħadd bniedem u

kull min jaħdem huwa soġġett għall-iżball u iva soġġett ukoll għall-kritika. Il-kritika hija meħtieġa. Imma din ma tridx tirriduċi ruħha għal attakki personali, attakki fuq il-familjari u t-tfal, tixrid ta’ aħbarijiet fiergħa, tixrid ta’ informazzjoni fuq is-saħħa u indirizz bi kliem dispreġġjattiv u oxxen lejn faxxa kbira talpoplu Malti mingħajr skrupli ta’ xejn. Il-Malti jgħid ma’ min rajtek xebbahtek. Jekk ngħidu li min jagħmilha mal-ħażin isir ħażin bħalu, ngħidu wkoll li min jagħmilha mal-pastaż huwa pastaż bħalu. Min tassew jipproġetta lilu nnifsu bħala futur mexxej ta’ pajjiż u kap denju ma japprovax u jaċċetta politiku jew kandidat li biex jikkomunika mal-avversarju politiku jrid jitkellem baxx u maħmuġ. Min jaħseb li għandu d-dritt divin li jmexxi l-pajjiż għall-eternità jikkonkludi, li l-kliem baxx mill-kamp blu huwa kkulurit u dak tal-kamp aħmar huwa ħamallu. Il-poplu Malti u Għawdxi magħruf kemm hu poplu ħanin u taz-zokkor, imma kultant daqstant hu tazzokkor ilsienna. Mhux aċċettabbli li tispekola b’mod irresponsabbli fuq saħħet persuna, għax inzerta qiegħed fix-xena politika. Hemm affarijiet fl-opinjoni tiegħi li persuna pubblika kemm hi pubblika, għandha d-dritt li żżommhom riżervati. Ewlenija fosthom hija il-privatezza tal-familjari u s-saħħa. Hija krudelta u disprezz lejn is-suppost ġurnaliżmu li jappertjenu għalih meta tispekola pubblikament fuq ir-relazzjonijiet personali ta’ politiku jew persuna pubblika u fuq is-saħħa ta’ dawn ilpersuni daqslikieku kien xi gost jew divertiment. Jekk xejn ġib rispett lejn il-familjari tagħhom partikolarment l-ulied li

huma innoċenti. Jien l-ewwel waħda bħala persuna fix-xena politika nimpenja ruħi sabiex inżomm kliem il-President tar-Repubblika f ’moħħi meta niġi biex nesprimi l-fehmiet politiċi pubblikament. Inkella dawn iż-żminijiet ikun reġgħu ġew għalxejn u l-kelma “rikonċiljazzjoni” tkun biss kelma sabiħa oħra mqarsta f ’pakkett sabiħ li tisfuma fl-arja kiesħa xitwija u minnufih terġa’ tinbidel f ’sikrana li toħnoq l-essenzjal veru tal-politika. Ta’ poplu ħanin u qalbu tajba lanqas m’għandna nagħlqu għajnejna u widnejna għallpopli ġirien tagħna Mediterranji li għaddejjin martirju fi gwerrer ċivili. Titwaħħax u l-qalb tingħasar tara tfal ċkejkna maqtula jew li sfaw iltiema f ’Aleppo. It-terroriżmu faħxi qed jgħolli rasu bil-kbir ġewwa l-Ewropa bil-qtil ta’ persuni ċivili innoċenti meta jkunu f ’postijiet u ħinijiet ta’ rilassamnet u divertiment bħalma ġara dan l-aħħar ġranet fit-Turkija u f ’Berlin. Tinkwieta aktar meta tara d-dinja ċassa quddiem dawn il-massakri u ma jsir xejn. Min għandu s-saħħa politika dinjija biex iwaqqaf dawn ilġenoċidji tal-innoċenti għandu jiġi muri minna iċ-ċittadini tad-dinja li dan li qed jiġri mhux aċċettabbli u għandha tittieħed azzjoni. Għandha ssir petizzjoni globali sabiex min għandu jqum mir-raqda jqum u jittieħdu d-deċiżjonijiet għax kull ħajja li qed tinqered hija dnub mejjet kontra l-umanità u għal kull min jemmen huwa dnub mejjet kontra Alla. Minn qalbi nawgura Milied Hieni u Sena mimlija hena, risq u saħħa lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta u lil kulħadd, għax kulħadd jixraqlu li jkun ferħan u seren f ’dak li għażel li jagħmel u li jkun f ’ħajtu. Awguri.

X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI

19.12

Il-lista ta’ stennija għall-appuntamenti tad-dentristija flIsptar Mater Dei naqset minn sena u nofs għal sitt gimgħat.

20.12

Ġiet reġistrata żieda ta’ 10.7% fit-turiżmu.

21.12

Il-mediċina Concerta li tintuża għall-kundizzjoni tal-ADHD bdiet tingħata b’xejn.

22.12 Bdew jingħataw b’xejn mediċini ġodda għaddijabete u anke għall-Hepatitis C.

23.12

Ġie deċiz li tibda tingħata b’xejn mediċina ġdida li tintuża f ’pazjenti li għandhom Kanċer fil-musrana...mediċina li tiswa 1,500 ewro.

24.12

Ġie deċiz li 400 operazzjoni tal-ġenbejn u l-irkopptejn jsiru fi sptarijiet privati biex tkompli tonqos illista ta’ stennija ta’ dawn l-operazzjonijiet.

25.12

Il-Eurostat irrappurtat li Malta rreġistrat it-tieni l-inqas rata ta’ qgħad flUnjoni Ewropea.


22

25.12.2016

kullhadd.com

L-ISTORJA TAL-MILIED Kitba ta’ MARIO SALIBA

Ħafna minna qatt ma kellna xi dubju minn Dionysius Exiguus li kien patri dwar il-ġurnata li fiha twieled Ġesù f ’monasteru f ’Ruma. Fl-era Rumana, Bambin, għax hekk konna mgħallma is-snin kienu jiġu skont it-tradizzjonijiet Insara tagħna. Imbagħad meta kbirna sirna nafu li din hija biss it-tifkira tat-twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Rigward d-data eżatta ta’ meta seħħ dan ittwelid l-istudjużi tal-ġrajja talMilied għadhom mhumiex ċerti. Skont drawwa popolari aħna ngħidu li t-twelid ta’ Ġesù sar fil-25 ta’ Diċembru. It-Testment il-Ġdid ma jagħti l-ebda data jew sena għat-twelid ta’ Ġesù. L-ewwel Evanġelju li nkiteb madwar issena 65 WK, dak ta’ San Mark, jibda bil-magħmudija ta’ Ġesù bħala adult. Dan jindika li l-ewwel Insara jew ma kellhomx tagħrif dwar it-twelid ta’ Ġesù, jew inkella ma kellhomx interess dwar id-data tattwelid tiegħu. Id-data tattwelid ta’ Kristu ġiet stabbilita

kkalkulati anno urbis conditae (A.U.C.) jiġifieri mit-twaqqif tal-Belt ta’ Ruma. Din baqgħet is-sistema numerika li kienet tintuża mill-kittieba tal-istorja Rumana biex ikejlu n-numru ta’ snin. Hekk A.U.C. kienet tfisser issena li fiha l-belt ta’ Ruma ġiet imwaqqfa. Dijonisju jgħidilna li l-ewwel Imperatur Ruman Awgustu rrenja għal 40 sena (27 qabel Kristu – 14 wara Kristu) u li warajh irrenja Tiberju (14 wara Kristu – 37 wara Kristu). Il-Vanġelu ta’ San Luqa 3:1,23 jindika li meta Ġesù kellu 30 sena, kienet ilħmistax-il sena talħakma ta’ Tiberju. U għalhekk Dijonisju poġġa d-data tattwelid ta’ Ġesù fissena (Rumana) 754 A.U.C. Madanakollu, l-istess Vanġelu ta’ San Luqa 1:5 ipoġġi t-twelid ta’ Kristu fi żmien Erodi, li miet fis-sena 750 A.U.C .– erba’ snin qabel is-sena li fiha Dijonisju jpoġġi d-data

tat-twelid ta’ Ġesù. Għalhekk, il-bidu tal-kalendarju Kristjan hu bbażat fuq kalkolu ħażin li għamel Dijonisju. Għal dik li hija data (apparti s-sena) De Pascha Computus, dokument anonimu li huwa maħsub li nkiteb flAfrika ta’ Fuq madwar is-sena 243 wara Kristu, ipoġġi d-data tat-twelid ta’ Kristu fit-28 ta’ Marzu. Klement, Isqof ta’ Alessandrija kien jaħseb li Ġesù twieled fit-18 ta’ Novembru. IlProfessur Emeritu tal-Istudji Bibliċi tal-Università Kattolika tal-Amerka, Joseph A. Fitzmyer li jibbaża ruħu fuq dokumenti storiċi jgħidu, li Kristu twieled fil-11 ta’ Settembru tliet snin “qabel Kristu” skont il-kalendarju ta’ Dijonisju. Fil-verità l-Milied hu r-reazzjoni Nisranija għall-festa pagana Rumana ta’ Saturnalia. Biex jikkonvinċu lil ħafna pagani jikkonvertu għall-Kristjaneżmu, fir-raba’ seklu wara Kristu l-mexxejja tal-Insara ddikjaraw li Kristu twieled fil-25 ta’ Diċembru li kienet id-data tal-aħħar ġurnata tasSaturnalia u b’hekk webbluhom li jekk jikkonvertu u jsiru Nsara, xorta waħda setgħu jkomplu jiċċelebraw is-Saturnalia. Għalhekk l-għeruq talMilied bħala festa m’għandhom xejn Nisrani fihom.

Allura kif il-Milied beda jkun iċċelebrat fil-25 ta’ Diċembru? Meta r-Rumani introduċew għall-ewwel darba s-Saturnalia, din kienet tikkonsisti f ’ġimgħa ta’ anarkija bejn is-17 u l -25 ta’ Diċembru. Matul din ilġimgħa, il-qrati ta’ Ruma kienu jagħlqu, il-liġi Rumana kienet tgħid li ħadd ma seta’ jiġi mtella’ l-qorti talli jkun għamel xi ħsara fil-proprjetà jew weġġa’ lil xi ħadd matul iċċelebrazzjonijiet li kienu jsiru matul din il-ġimgħa. Il-festival kien jibda billi jintgħażel “għadu tal-poplu” li kienu jitimgħuh u jagħtuh kull pjaċir materjali matul il-ġimgħa. Imbagħad fil-25 ta’ Diċembru kienu joqtlu lill-vittma. B’hekk kienu jemmnu li kienu qegħdin jegħlbu lill-forzi tad-dlam billi joqtlu raġel jew mara innoċenti. Is-Saturnalia kienet ukoll ġimgħa li fiha kien isir

kull xorta ta’ ħażen, stupru, ikel żejjed u xorb eċċessiv. L-Insara pprovaw jirfinaw is-Saturnalia, iżda qatt ma rnexxielhom. Għalhekk meta jkun hawn min jilmenta li tlifna l-ispirtu tal-Milied ma jkunx jaf x’inhu jgħid. Għax l-ispirtu talMilied għandu l-għeruq tiegħu mhux fid-Din Nisrani imma fil-kilba tar-Rumani għaxxalar, ikel bl-addoċċ u pjaċiri senswali ta’ kull xorta. Forsi iktar huwa korrett li ngħidu li erġajna lura għall-ispirtu oriġinali tal-Milied, jiġifieri dak pagan! Fis-seklu erbgħa wara Kristu, il-Kristjaneżmu pprova jagħti libsa Kristjana lil dan il-festival ta’ Saturnalia bit-tama li jiġbed lejh ħafna mill-pagani li kienu jiċċelebraw din il-festa. Ilproblema kienet li ma kien

L-oriġini tas-siġra tal-Milied u r-rigali Anke l-introduzzjoni tassiġra tal-Milied ġejja mill-festa ta’ Saturnalia tal-pagani. Filkult ta’ Asheira, setta pagana, kienu jaduraw is-siġar. Hekk biż-żmien is-siġar bdew anke jiddaħħlu fid-djar bħala parti mit-tiżjin tal-festa tal-Milied u biż-żmien is-siġra tal-Milied saret parti mit-tradizzjoni talMilied. Naturalment id-dinja Kristjana aċċettat din id-drawwa u s-siġra tal-Milied saret parti ukoll mill-Milied Kristjan. L-istess jgħodd għal dak li

jitpoġġa taħt din is-siġra. Għallbidu l-imperaturi pagani Rumani kienu jpoġġu rigali jiswew ħafna u li kienu jitqassmu waqt iċċelebrazzjonijiet tal-Milied. Iktar tard bdew jitqassmu xi rigali lill-popolin ukoll. Biż-żmien id-dinja Kristjana inkorporat ittqassim tar-rigali fit-tradizzjoni tal-Milied u r-rigali saru parti mid-drawwa tal-Milied fil-familji u fid-djar kollha fejn it-tfal u anke l-kbar ikollhom xi rigal għalihom mingħand il-membri l-oħra tal-familja u l-ħbieb.

hemm xejn intrinsikament Kristjan dwar Saturnalia. Sabiex dan in-nuqqas ikun speċi kkoreġut, dawn ilmexxejja Kristjani daħħlu l-25 ta’ Diċembru bħala d-data tat-twelid ta’ Ġesù bil-għan li tingħata bixra Kristjana lil din il-festa pagana. Il-ħsieb kien li jużaw dan il-perjodu tas-sena li kien popolari ħafna mhux għax Ġesù twieled f ’din id-data, iżda biex inaqqsu kemm jista’

jkun il-ħażen ta’ din il-festa! Naturalment biż-żmien dan irnexxa almenu fost l-Insara. Dan seħħ għax il-Knisja minnaħa tagħha aċċettat b’mod indirett li tippermetti li f ’dan il-perjodu barra li nfakkru t-twelid ta’ Ġesù tħalli li dawn il-vaganzi jiġu ċċelebrati wkoll kif kienu ċċelebrati mill-pagani iżda b’mod iktar dinjituż! Sabiex din il-festa tal-Milied tkun iktar ‘qaddisa’

beda jiddaħħal il-kant tat-tfal u l-mużika li maż-żminijiet saru sinonimi ma’ din ilfesta. Kien minħabba l-oriġini pagana tal-Milied li din il-festa ġiet ipprojbita mill-Puritani u saħansitra l-osservanza tagħha kienet illegali f ’Massachusetts fl-Amerka bejn l-1659 u l-1681. Madankollu, il-Milied kien u għadu jkun ċċelebrat mill-Insara madwar id-dinja kollha, mis-seklu sitta ’l hawn.


23

25.12.2016

kullhadd.com

Il-bidu tal-presepju Iżda l-iktar tradizzjoni Nisranija tal-Milied hija bla dubju ta’ xejn il-presepju. Il-presepju mhux dejjem kien jeżisti fit-tradizzjoni Nisranija. Kien San Franġisk t’Assisi li beda din it-tradizzjoni sabiħa. F’Diċembru tas-sena 1223 kien fuq l-għolja ta’ Greccio li hu kien tant iħobb. Hemm, billi kien wasal il-Milied, beda jaħseb f ’Betlehem u ż-żjara tiegħu f ’dik il-belt qaddisa u għażiża. U ġietu idea li jagħmel xi ħaġa ġdida fl-istorja. Sejjaħ lin-nobbli Giovanni Vellita, ħabib kbir tal-qaddis, u talbu biex iħejjilu maxtura, baqra u ħmara għal-lejl tal-Milied. Il-lejl tal-Milied wasal u n-nies kollha tal-inħawi marru bix-xemgħat f ’idejhom għall-funzjoni. L-artal kienet il-maxtura u Franġisku għamilha ta’ Djaknu, ghax qatt ma ried ikun ordnat saċerdot. Franġisku kien ferħan f ’dak illejl qaddis. Hu stess qara l-Vanġelu tal-quddiesa. Il-magħruf storiku Johannes Jorgensen jgħid ma’

ħafna oħrajn li meta Giovanni Vellita ħares lejn ilmaxtura ra li l-Bambin li kien hemm ħa l-ħajja u tbissem meta Franġisku ħadu f ’idejh. F’dak il-lejl Franġisku għamel prietka li qasmet qalb kulħadd. Dak li sar fi Greccio kien xi ħaġa ġdida, tant hu hekk li l-qaddis kien ħa l-permess mingħand il-Papa biex jagħmel dak li għamel. F’hiex kienet ħaġa gdida? Nafu li fisseklu erbgħa diġà kienu jsiru rappreżentazzjonijiet tal-arti bil-Bambin mal-baqra u l-ħmara. U nafu wkoll li fit-tramuntana tal-Ewropa, qabel il-quddiesa ta’ nofsillejl kien isir dak li hu msejjaħ “Officium Pastorum,” qisu pageant, imma kienet għadha qatt ma saret funzjoni b’rappreżentazzjoni hekk ħajja tal-Milied kif għamilha Frangisku. Minn dak in-nhar ’l hawn żammejna din it-tradizzjoni tal-presepju u f ’Għawdex daħlet sewwa li kważi f ’kull raħal issib xi forma ta’ presepju ħaj.

Tradizzjonijiet Maltin tal-Milied Il-purċissjoni tal-Bambin inbdiet mill-qaddis Malti San Ġorġ Preca. Huwa kien stinka biex tinxtered id-devozzjoni lejn il-misteru tal-Inkarnazzjoni u sa mill-1920 ħa ħsieb li f ’kull raħal u belt lejlet il-Milied ilmembri tal-M.U.S.E.U.M jorganizzaw “Dimostrazzjoni ad unur ta’ Ġesù Bambin” bilparteċipazzjoni tat-tfal. L-ewwel Bambin li ntuża kien inġieb mill-knisja ta’ San Franġisk talBelt. Din id-drawwa intgħoġbot

u daħlet sew kemm f ’Malta u anke f ’Għawdex. Għalhekk lejlet il-Milied is-soċji talM.U.S.E.U.M jiġbru lit-tfal u dawn iġorru fuq spallejhom Bambin żgħir u joħorġu jduru mar-raħal bix-xemgħa, ikantaw innijiet tal-Milied. Din iddemostrazzjoni tferrxet missoċji tal-M.U.S.E.U.M f ’diversi pajjiżi fejn is-soċjetà għandha membri tagħha jagħmlu xogħol missjunarju bħall-Awstralja, ilKenja, il-Perù, u l-Albanija.

L-oriġini ta’ Santa Klaws Jingħad li fis-sena 270 wara Kristu twieled f ’Parara t-Turkija raġel magħruf bħala Nikola. Huwa aktar tard sar l-Isqof Kattoliku ta’ Myra. Huwa miet fis-6 ta’ Diċembru tas-sena 345. Dan l-Isqof huwa iktar magħruf għallparti tiegħu fl-ewwel Kunsill ta’ Nicaea fis-sena 325 li ironikament kien iddikjara li l-Lhud huma “t-tfal tax-xitan” ovvjament xi ħaġa totalment żbaljata, peress li Kristu kien Lhudi. Fil-1087, grupp ta’ baħħara ħadu l-għadam ta’ dan l-Isqof mit-Turkija lejn santwarju f ’Bari, l-Italja u fl1800 ġie ddikjarat mill-Knisja Kattolika bħala qaddis, u

għalhekk baqa’ magħruf bħal San Nikola ta’ Bari. Qabel ma fl-Amerka kien mibdul f ’Santa Klaws, San Nikola ta’ Bari kien il-qaddis patrun tat-tfal, tal-baħħara u tan-negozjanti. Fil-fatt kienu xi Olandiżi li marru l-Amerka li introduċew l-figura ta’ Sinterklaas li wara saret Santa Klaws jew Father Christmas bl-Ingliż. Minkejja li l-oriġini tal-Milied mhix Kristjana, il-festa talMilied għalina l-Insara hija t-tifkira tat-twelid tal-Feddej tagħna. Hija festa tal-kbir u taż-żgħir, festa fejn il-messaġġ ewlieni hu l-imħabba tagħna lejn xulxin u r-rispett lejn ilpopli kollha tad-dinja.

Marbuta mal-purċissjoni tal-Bambin hemm l-għanjiet Maltin tal-Milied u l-iktar waħda popolari bla dubju hija l-għanja “L-Benniena ta’ Ġesù Bambin” jew, kif inhi magħrufa, “Ninni La Tibkix Iżjed”. Din l-għanja inkitbet fl-1846 minn Patri Ġiżwita Indri Schembri. Meta kitibha kien l-Alġerija u kien kitibha għal dawk il-Maltin li kienu emigraw lejn l-Afrika ta’ Fuq. “Ninni la tibkix iżjed

Ninni Ġesù Bambin Ħallih għalina l-biki Għax aħna midinbin” Fl-aħħar nett, drawwa oħra li daħet sew fil-Milied hija l-prietka tat-tifel. Din id-drawwa bdiet fis-sena 1883 meta tfajjel blisem ta’ Ġorġ Sapiano għamel l-ewwel prietka tal-Milied filknisja parrokkjali ta’ Ħal Luqa. Ġeneralment jintgħażel tifel ta’ xi tmien snin li jkun kapaċi jimmemorizza l-kliem kollu tal-prietka u xi frażijiet bil-

Latin ukoll, fosthom il-frażi talintroduzzjoni: Annuntio Vobis Gaudium Magnum. F’xi rħula wara l-prietka t-tifel jingħata rigal żgħir bħala rikonoxximent għal dawk is-sigħat sħaħ ta’ studju! Ħafna jibdew minn kmieni biex jippreparaw għal din ilfesta. Ikun żball jekk nintilfu biss dwar il-preparamenti materjali u ninsew is-sinifikat reali ta’ din ilfesta. Għalhekk għal din il-festa rridu nuru iktar imħabba, paċi u tolleranza ma’ kulħadd.


24

25.12.2016

kullhadd.com

IKTAR DILEMMI FIL-PN

Sur Editur, Fl-aħbarijiet ta’ nhar il-Ħamis 15 ta’ Diċembru, 2016 fuq l-istazzjon televiżiv tal-PN ġabulna filmat fejn il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt attività politika li kellu stqarr b’konvinzjoni li l-Partit Laburista se jirbaħ l-elezzjoni li ġejja b’40,000 vot!! Li kont il-kap tal-istazzjon televiżiv żgur li ma kontx inġib

din l-aħbar. Anki jekk kont inkun ċert li l-PN verament se jitlef l-elezzjoni tal-2018. Sa kemm ma kontx inkun ordnat minn xi ras kbira fil-PN biex l-aħbar tiġi mxandra akkost ta’ kollox. Għax ngħiduha kif inhi żgur li ħafna telespettaturi Nazzjonalisti li jaraw t-televizjoni tal-PN ħadu doċċa kiesħa b’din l-aħbar minn fuq l-istazzjon tagħhom. Ħalliha

li kemm il-Kap tal-PN Simon Busuttil kif ukoll il-Viċi Kap Beppe Fenech Adami qed jagħtu indikazzjoni ċara lil partitarji Nazzjonalisti li hu ferm u ferm diffiċli li l-PN jirbaħ l-elezzjoni li jmiss. U bilfors li hekk se jkun għax hu impossibbli għanNazzjonalisti u l-alleati tradizzjonali tagħhom li jirbħu lill-ekonomija b’saħħitha u soda li ħoloq il-PM Joseph

Muscat u l-Gvern tiegħu. Imma mill-banda l-oħra għaliex ittieħdet id-deċiżjoni li din l-aħbar tkun imxandra flaħbarijiet tal-istazzjon televiżiv tal-PN? Tgħid għad hemm min għadu jittama li jeħles min Simon Busuttil bħala Kap tal-PN qabel l-elezzjoni tal-2018? ĊENSU W. MUSCAT RAĦAL ĠDID

PROTEZZJONI FQIRA TAL-PRIVATEZZA

KONTIJIET Sur Editur, Sur Editur, Wieħed jieħu pjaċir li kompatrijott jingħata rikonoxximent għall-ħidma tiegħu favur il-protezzjoni talprivatezza. Però mill-banda l-oħra spiss wieħed jiltaqa’ ma’ każijiet ta’ ineżistenza talprotezzjoni tal-privatezza talindividwi li mhumiex esposti politikament. Pereżempju dan kif assoċjazzjoni privata ngħatat ilmandat li tperreċ mal-erbgħat irjieħ individwu li jkollu kwistjoni ma’ waħda jew l-oħra mill-kumpaniji tat-telefonija u ma jħallasx kont jew tnejn?

F’Jannar li ġej jerġa’ jiftaħ ilParlament b’żewġ membri Nazzjonalisti pjuttost ġodda. Il-kontenut ta’ dawn in-nies diġà nafuh speċjalment issa li riesqa l-elezzjoni, nistennew tgħajjir u iżjed tgħajjir għax skont iz-zokk il-fergħa. Lanqas jekk mhumiex it-tip tanNazzjonalisti, ibqgħu ċerti li jagħmluhom bħalhom. Kif jgħidu bl-Ingliż if you sleep with dogs, you wake up with fleas. Nixtieq inkun naf dawk li ser jivvutaw lin-Nazzjonalisti fuq liema kriterji se jivvutaw lilhom għax dawn ma ħarġu xejn ħlief b’dik il-ferrovija COFFEE DESK tut tut li serjagħmlu, il-bqija IL-ĦAMRUN la għamluha fatta li se jżidu

Mhux biss, talli b’dan it-tperriċ tingħalaqlu l-credit card fost inkonvinjenti oħra. Dawk li qed jippruvaw jirkbu fuq il-karozzella ta’ kontra l-establishment mhux aħjar iduru dawra mar-regolamenti u mal-provedimenti li daħlu fis-seħħ u jirreveduhom, favur l-individwu quddiem il-ġganti ta’ kumpaniji li jridu jgħaddu romblu fuq il-konsumatur? Imbagħad niċċelebraw bilferħ Jum ir-Reppubblika fejn kulħadd, kbir u żgħir, ikun stmat indaqs.

il-pensjonijiet, la ċ-children’s allowance, la wiegħdu xi plots, u lanqas insistew fuq il-ġlieda kontra it-traffikanti tad-droga. Iva proprju xejn ma pproponew. Imma kif int Nazzjonalist sieħbi, x’tak ilGvern Nazzjonalista? F’ħamsa u għoxrin sena żiedek bilkarawett, imbagħad tivvota lilu? Qatt ma kien hawn nies jaħdmu daqs issa, imbgħad tivvota lilu? Insa x’kienu jagħmlu l-ġenituri tiegħek, int minnek jimpurtak u minn uliedek. Min ta l-iżjed Gvern Nazzjonalista jew Gvern Laburista? Agħmilhom il-kontijiet tibżax għax naf x’se tkun il-konklużjoni. VALERIE BORG VALLETTA


25

25.12.2016

kullhadd.com

reċensjoni tal-

KTIEB

ktieb għat-tfal

L-GĦORFA F’TARF L-IRDUM Malta lejn tmiem is-seklu 18, s-sħaħar iż-żgħar li jgħammru pajjiż rurali fl-aħħar era tal- fil-foresta? Ordni ta’ San Ġwann. Fir-raħal Dan hu l-isfond tal-aħħar ċkejken ta’ Ħal Belusa, raħal avventura ta’ Victor Fenech li minsi mill-istorja. Tlitt itfal fiha niltaqgħu ma’ għadd ta’ jisfidaw il-biża’ u l-preġudizzju protagonisti mhux tas-soltu, tar-raħal kif ukoll ma’ tagħhom, għadd ta’ drawwiet jidħlu f ’għorfa qodma tal-ibgħad a b b a n d u n a t a Għax l-istejjer antenati tagħna. m k e b b a Nassistu wkoll ‘gotiċi’ f ’misteru antik, għall-ġlieda eterna u jinqabdu huma stejjer bejn il-ħajjen u f ’sensiela ta’ t-tajjeb, anki jekk ġrajjiet li żgur b’avventuri kultant il-linja qatt ma ħolmu strambi u bejniethom hi xi bihom. ftit oskura. Kif setgħu misterjużi, li U għaliex il-ktieb jobsru li taħt ġeneralment ġie klassifikat l-istess raħal bħala “Fantasija t a g ħ h o m iseħħu Gotika”? Għax għadha teżisti f’postijiet l-istejjer ‘gotiċi’ dinja oħra – huma stejjer id-“Dinja ta’ mudlama u b’avventuri Taħt’’ tal-ħrejjef strambi u antiki – u li abbandunati misterjużi, li fiha għadhom ġeneralment jgħammru żewġ iseħħu f ’postijiet tribujiet opposti f ’kunflitt mudlama u abbandunati. etern minħabba r-raġġi tax- It-tlitt itfal jinqabdu bejn żewġ xemx? Kif kien possibbli tribujiet: il-Grotti, li bħala li ż-żewġ tribujiet baqgħu l-eqdem razza fir-rakkont jeżistu fid-dinja ta’ taħt l-art għadhom jgħixu fl-għerien flgħal tant żmien? Għaliex kien aktar parti mdallma tad-Dinja importanti għaż-żewġ naħat li ta’ Taħt, u n-nies tar-Raa’ja, jaħtfu lit-tfal taħt idejhom mill- jiġifieri l-fdal li rnexxielhom aktar fis? U x’daħlu jagħmlu isalvaw mill-għarqa tal-gżira ta’

Atlantis meta din inbelgħet u għebet fil-baħar Mediterranju f ’wieħed mit-terremoti, possibilment l-eqqel, f ’dan ilbaħar li jdawwarna. Il-problema ċentrali tal-ġrajja hi kif it-tlitt itfal minn Ħal Belusa se jirnexxilhom isibu l-passaġġ lura lejn raħalhom. Il-problema tikkumplika meta t-tifla tinqabad mill-Grotti waqt li ż-żewġ subien isibu ruħhom fil-palazz tar-Raa’ja. Fost l-aktar passaġġi mlewna f ’dan il-ktieb insibu d-deskrizzjoni tal-“għorfa l-misħuta” u ċ-ċerimonja tależorċiżmu; il-battalja ħarxa f ’art il-Grotti u l-assedju fuq il-kastell tar-Raa’ja; ilflashback ta’ kif inqasmet ilgżira Maltija f ’żewġ strati; u l-kapitlu finali li jħallina fiddubji jekk din l-istorja setgħet jew ma setgħetx isseħħ. Kull qarrej irid jiddeċiedi għalih/a. Il-ktieb huwa illustrat minn Mark Scicluna, tliet darbiet magħżul l-Illustratur tas-Sena mill-Kunsill Nazzjonali talKtieb, b’qoxra nadifa, minimali u ta’ leħħa misterjuża. Fih ukoll mappa fil-frontispizju, u ħames bookmarks bil-kulur talħames protagonisti ewlenin f ’din l-avventura, jew aħjar, f ’din il- fantasija gotika. Mistoqsija: Bejn liema tribujiet inqabdu t-tfal?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: L-Għorfa f ’Tarf l-Irdum Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 1 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Adelaide huwa: M.CAMILLERI - Santa Venera

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

04

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000

Mistoqsija: min beda t-tradizzjoni tal-presepju? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:

Indirizz:


26

25.12.2016

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000 Isem: Indirizz:

J.MOFFET - Il-Fgura

TISLIBA 154

Bi 3 Numri 032 040 100 181 302 381 570 642 720 735 788 B’4 Numri 0670 1401 1530 1566 1668

1998 2097 2160 2236 2330 2354 2455 3399 4162 4245 4260 4406 4640 4789 5452 5469 5505 5977 6013 6377 6749

7089 7168 7221 7791 8223 8393 8458 8740 9478 9651 9837 B’5 Numri 01036 01206 02178 04749 11114 16346 18053

22957 28657 30488 31665 32605 34606 37296 37404 51850 65577 66002 68131 73146 75627 77166 88452 B’6 Numri 167423 202725

321399 594934 B’7 Numri

2792347 4558790 5146064 5747772

0905065 1392114 IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

Mimdudin:

Weqfin:

1. Kompli l-qawl: Bejn il-kliem u l-fatti hemm raġel b’........ mustaċċi (5) 4. Ħażin għal pressjoni (4) 7,17. Iżjed (5) 9. Hekk issejjaħ lil Wenzu (3) 10. Ninkariga (6) 12. Mhux mimsus (6) 16,18,19. Aggredit (8) 18. Ara 16 19. Ara 16 20. Riħa tfuħ (5) 21. Jilbsuh in-nisa (3) 23. Ara 6 24. Jitfa’ (5)

1. Divertita (6) 2,3. Bhejjem (6) 3. Ara 2 5. Estmu mqassar ? (3) 6,23. Siġra (7) 8. Għerien? (9) 11,12. Magħqud (4) 12. Ara 11 13. Telaq (3) 14. Hekk tagħmel Chiara (6) 15. Tista’ tkun ta’ qaddis (6) 17. Ara 7 21. Jinżamm l-ilma fih (3) 22. Albert Attard Bezzina (1,1,1)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: Weqfin: 1.Kliem, 4.Ġewż, 7,12 wieqfa. Imil, 10.Sallab, 12.Iferra, 16.RHL, 18,19.Rimja, 20.Arlin, 24.Ittra

1.Karkur, 2,13.Inqerr, 3,9. Misruq, 5,23.Ewlieni, 6,15. Żabbarija, 8.Madrileni, 11,21 wieqfa. Sfidi, 14,21 mimduda. Amnestija, 17.Ħaj,22.Ann


27

25.12.2016

kullhadd.com

AVVIŻI KLASSIFIKATI

PROPJETÀ GĦALL-BEJGĦ

Dar moħbija fi sqaq fil-qalba ta’ Ħal Għaxaq b’karatteristiċi oriġinali bħall-kileb, ċangaturi, taraġ u bitħa interna. Din ilpropjetà li fiha madwar 450 metru kwadru, tinkludi ġnien kbir biżżejjed biex takkomoda pool ta’ daqs tajjeb u BBQ Area, ġiebja kbira u garaxx aċċessibbli wkoll min-naħa ta’ wara tal-propjetà. Fis-sular t’isfel hemm intrata li twassal għal-lounge, kamra talikel, kċina, kamra tal-banju, box room u study. Dawn kollha jagħtu għall-bitħa jew għall-ġnien. Flewwel sular hemm kamra tassodda kbira b’aċċess għal fuq terrazzin kompluta bil-kamra tal-banju en-suite, żewġ kmamar tas-sodda separati oħra, waħda minnhom b’gallarija tħares għal fuq il-ġnien. Il-bejt hu spazjuż u fih kamra tal-banju wkoll. Ghal iżjed dettalji, ċempel 21632203.

imħarrġin biex iżommu kumpanija, għajnuna fid-djar u night sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna wkoll għallkiri: wheelchairs, hoists, commodes, walking frames u hospital beds. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq dawn in-numri: 2137 6946/9947 0178. AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ

Aħna nixtru kollox, bħal għamara, fajjenza, arloġġi, figurini, muniti, midalji, u kull ħaġa oħra tad-dar.Ċemplu fuq 2147 0128/2123 7597/9986 9519.

Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu SERVIZZI kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għallCare and Cure Group ilma, noffru s-servizz ta’ water Ltd: infermiera mħarrġa, pressure test waqt li tistennew caring assistants, nannies, nies għalih. Nispeċjalizzaw ukoll

fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ clock. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www. expresswatchrepairs.com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, il-Mosta. Ċempel 2141 7235.

AVVIŻI OĦRA

AGR AUTO JAPANESE PARTS għall-karozzi: Inbigħu kull tip ta’ parts ta’ karozzi Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. XOGĦOL U Għal aktar informazzjoni MANUTENZJONI ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali alex@agrautoparts.com tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ TALBA LILL-ISPIRTU kull tip. Ċempel lil Jason fuq S-SANTU: Int li ssolvi in-numru 2143 2352 jew 9947 l-problemi kollha, dawwal it7167. toroq kollha tiegħi biex nikseb dak li neħtieġ. Inti li tajtni Għal kull tip ta’ problema ta’ d-don divin biex naħfer u ninsa moffa jew bjut jagħmlu l-ilma d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, aħna għandna s-soluzzjoni. li f ’kull mument ta’ ħajti tkun Nispeċjalizzaw f ’waterproofing maġenbi. F’din it-talba qasira membrane u liquid membrane fuq nixtieq nirringrazzjak ta’ dan bjut, appoġġi, btieħi, basements, kollu, waqt li nikkonferma eċċ. Nużaw materjal ta’ kwalità mill-ġdid li qatt ma ninfired kollu ċċertifikat b’10 snin minnek, anke quddiem garanzija. Għal stima b’xejn l-illużjonijiet materjali. Nixtieq ċempel 7908 6715. li nkun miegħek fil-glorja ta’ dejjem. Grazzi għall-ħniena Tiswija u installazzjoni ta’ tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu estensjonijiet tat-telefowns minni. għal kull tip ta’ linji fissi. Din it-talba għandha tingħad Ċempel fuq 7993 0419. tlett ijiem wara xulxin. Wara

tlett ijiem it-talba tkun maqlugħa, anke jekk għall-bidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata mill-ewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet. TALBA LILL-MADONNA (Li Qatt Ma Falliet) Fjur tal-Karmelu, dielja bilfrott mogħnija. Dija tas-sema Int xebba u omm tarbija Kewkba tal-baħar. Għinni u urini li inti ommi. O Mqaddsa Marija Omm Alla, Reġina tas-sema u tal-art. Bl-umiltà kollha, nitolbok minn qiegħ qalbi biex tieqaf miegħi fil-ħtiġijiet tiegħi. M’hemm l-ebda qawwa li ma tmilx quddiemek. Urini li inti ommi. O Marija mnissla mingħajr tebgħa. Itlob għalina li qed induru lejk. O Mqaddsa Marija nafda f ’idejk dawn it-talbiet tagħna. L-isbaħ fjura tal-Għolja tal-Karmelu, O Madonna, l-isbaħ fjura tal-Karmnu Grazzi tal-ħniena tiegħek lejna. Ammen Din it-talba għandha tingħad għal tlett ijiem u wara li tinqala’ l-grazzja, it-talba għandha tkun ippubblikata.


28

25.12.2016

kullhadd.com

FIL-MUMENT TAL-PROVA EDITORJAL

Din il-ġrajja ġġegħelna nirriflettu wkoll fuq il-ħtieġa tar-rispett lejn il-forzi tal-ordni speċjalment minn dawk li qegħdin fil-poter

Li Stat ikun lest għal dak kollu li jista’ jinqala hija xi ħaġa li ċ-ċittadini tiegħu jistennew. Iżda, f ’pajjiż fejn bħala regola tirrenja l-paċi episodju mhux tas-soltu malajr jaf jaħsad lil dak li jkun. Saħansitra, meta fl-aħħar snin kellna avvenimenti ta’ xeħta internazzjonali li f ’pajjiżna ġabu mexxejja minn madwar id-dinja kollha dejjem qamet il-mistoqsija dwar issigurtà ta’ Malta. “Imma dan hu l-mument? Imma lesti jekk jinqala’ xi ħaġa?” dejjem jistaqsu ħafna. L-awtoritajiet dejjem wieġbu li kienu qed jieħdu l-prekawzjonijiet u l-miżuri kollha. Il-mistoqsijiet ikunu kontinwi wkoll għaliex qed ngħixu fi żminijiet ta’ inċertezza internazzjonali tant li meta mitluba jgħidu x’jinkwetahom l-iktar il-Maltin semmew it-terroriżmu wara l-immigrazzjoni. Għax it-terroriżmu huwa xi ħaġa li qiegħda triegħed l-Ewropa ta’ kuljum b’każi ġodda jfeġġu minn żmien għal żmien li jħallu vittmi u mwiet fit-toroq ta’ bliet kapitali li nafuhom bħala xhieda ta’ kwalità ta’ ħajja tajba u talvaluri Ewropej tal-libertà u

l-ħelsien, fost oħrajn. Għaldaqstant meta l-Ġimgħa filgħodu, f ’waqt li f ’ħafna postijiet tax-xogħol kienu bosta dawk ilestu għal xi festin u eluf oħra kienu qed iterrqu fit-toroq ewlenin jixtru xi rigal, ħarġet l-aħbar ta’ ħtif ta’ ajruplan li kien se jitniżżel Malta ħafna nħasdu. Dawk imdaħħla fiż-żmien ġew f ’moħħhom ġrajjiet ta’ żminijiet oħra, filwaqt li l-ġenerazzjoni żagħżugħa ħsiebha jkun mar fuq episodji f ’pajjiżi oħra u jekk din iddarba kienx se jmiss lilna. Però ftit sigħat kienu biżejjed biex dan l-episodju spiċċa b’wiċċ il-ġid. Filwaqt li wieħed ikun ħa nifs kbir, iktar milli mument ta’ ċelebrazzjoni għal tmiem pożittiv dan għandu jkun mument ta’ riflessjoni. Qabelxejn riflessjoni dwar il-ħila li biha tmexxiet l-operazzjoni, bil-Prim Ministru li kien qed ilaqqa’ l-Kumitat tas-Sigurtà f ’Kastilja u l-Brigadier talArmata jmexxi n-negozjati. Il-mod maħsub, meqjus u professjonali ta’ kif saru l-affarijiet ma ngħiduhx aħna iżda qaluh l-esperti li stajna nisimgħu jkunu intervistati mill-aġenziji internazzjonali li xandru minn Malta għal

diversi ħinijiet. Din il-ġrajja ġġegħelna nirriflettu wkoll fuq il-ħtieġa tar-rispett lejn il-forzi talordni speċjalment minn dawk li qegħdin fil-poter. F’pajjiżna konna drajna għal diversi snin, b’mod evidenti iktar meta Joseph Muscat kien Kap talOppożizzjoni, li anke meta jkun hemm nuqqas ta’ qbil jew opinjoni differenti dwar istituzzjonijiet li jridu jħarsuna, il-kritika ssir bil-għaqal u bilqies u mhux b’esaġerazzjoni. Dan sabiex dawn l-awtoritajiet jaħdmu f ’serenità. U s-serenità tinħtieġ iktar f ’mument talprova bħalma rajna l-Ġimgħa. Mument tal-prova li minnu Malta ħarġet bl-unuri. Lejlet il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea m’hemmx dubju li avveniment bħal dan iżid xi ftit tal-pressjoni fl-imħuħ ta’ dawk li jkunu qed jorganizzaw u jmexxu l-affarijiet. Iżda, lanqas m’hemm dubju li pajjiżna se jkun qiegħed iħejji b’mod mill-aqwa għal dawn l-avvenimenti anke minn aspett ta’ sigurtà. Però żgur li jkun hemm bżonn li aħna lkoll nagħtu sehemna billi iktar minn qatt qabel inżommu sens ta’ għaqda fejn isem pajjiżna jiġi l-ewwel.

U jekk hemm jum fis-sena li nuru sens ta’ għaqda, li għandna nuruh is-sena kollha, huwa proprju dak ta’ għada fejn ssir l-Istrina. Ta’ kull sena l-Istrina tkun festa ta’ solidarjetà fejn il-pajjiż juri appoġġ lil min matul is-sena jiltaqa’ ma’ għawġ li ma jkunx mistenni. Għalkemm ilGvern jagħti s-sehem tiegħu bid-diversi servizzi li joffri (u li qegħdin jiżdiedu) dejjem ikun jeħtieġ iktar għajnuna. Familji jispiċċaw ikollhom ma jmorrux għax-xogħol għal xhur sħaħ meta ffaċċjati b’sitwazzjonijiet ta’ mard, fosthom għax ikollhom bżonn kura kontinwa barra l-pajjiż. Sinjur jaf jispiċċa fqir f ’ħakka t’għajn meta milqut minn dawn iċ-ċirkostanzi mhux mistennija u min diġà ma jkollux il-mezzi għalih tkun traġedja fl-immedjat. Dawn huma sitwazzjonijiet li m’għandniex inħallu jiġru f ’pajjiżna. U filwaqt li nappellaw lill-Istat biex jibqa’ jżid is-servizzi tiegħu, għada fl-Istrina aħna wkoll nagħmlu l-biċċa tagħna. Donazzjoni żgħira fost il-flejjes li ħafna nefqu dan l-aħħar tista’ tkun ftit għal min qed jagħtiha, iżda ħafna għal min jirċeviha.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.