www.kullhadd.com Il-Ħadd, 26 ta’ Frar, 2017
Ħarġa Nru 1,233 Prezz €1
DAĦKANA META HEDDEW B’ĦOBŻNA DROGA U ARMA FIL-VETTURA TA’ BONE Dettalji minn laqgħat fil-jum li kien hawn il-kumitat tal-PANA għandhom iħassbu lilleluf li jaħdmu fis-settur finanzjarju. Quddiem attakk fuq is-settur finanzjarju ta’ pajjiżna minn barranin b’interess f ’pajjiżhom, ilMembri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista tbissmu u żammew fommhom
sieket. Ma qalux kelma waħda favur settur li f ’pajjiżna żviluppa bl-appoġġ taż-żewġ partiti. Saħansitra ma oġġezzjonawx lanqas meta quddiem il-kumitat PANA Daphne Caruana Galizia qalet li s-sistema trid tkun żarmata minkejja l-impjiegi li għandna f ’pajjżina.
Ammont konsiderevoli ta’ droga nstabet fil-karozza sploduta li fiha kien Romeo Bone nhar it-Tnejn li għadda. Waqt l-investigazzjoni tagħhom il-pulizija sabu wkoll arma, b’dawn il-fatti jkomplu kuru kif mewġa ta’ każi li seħħew fl-aħħar snin huma marbuta ma’ klikek ta’ kriminalità li r-rivalità ta’ bejniethom ma tafx limiti. Ara paġna 4
Ara paġna 7
BEZZINA JIVVINTA FL-APPLIKAZZJONI • ESPERTI JISPJEGAW XAMMA TA’ APPLIKAZZJONI “FRODULENTI” • NIŻVELAW IKTAR DETTALJI LI JĠIBU FIX-XEJN ID-DIFIŻA TA’ SIMON BUSUTTIL B’dak li kien hemm fl-art li ried jixtri biex jibni ODZ, id-deputat Nazzjonalista qatt ma’ kellu ċans jikkwalifika għall-permess taħt xi waħda mill-policies tal-Awtorità talIppjanar. Iżda, tant kien determinat li jibni villa fuq l-art naturali taħt l-Imdina, li mhux biss applika fuq martu iżda, fuq pjanti biex juri x’kien hemm fil-post, żied kamra ta’ wieħed u tletin metru kwadru li setgħet tagħmel id-differenza kollha li kieku ma nqabadx u l-applikazzjoni ġiet għad-deċiżjoni. Kamra li, fi kliem esperti li tkellmu magħna, setgħet tkun kruċjali biex Bezzina jkollu l-villa lussuża li xtaq. Xi ħaġa li kienet twassal biex l-art li kien qed jippjana li jixtri għal €300,000 tisplodi fil-valur. It-tagħrif li qed nippubblikaw illum jibda jġib fix-xejn id-difiża ta’ Simon Bsuttil li kollox kien regolari. Ara paġna 3
02
26.02.2017
kullhadd.com
Editur ALEANDER BALZAN
L-Ogħla Temperatura: 17°C L-Inqas Temperatura: 11°C L-Indiċi UV: 4 Is-Sitwazzjoni ġenerali: Arja ta’ pressjoni baxxa se tiksi ċ-Ċentru tal-Mediterran Temp: Ftit jew wisq imsaħħab b’xi ħalbiet tax-xita iżolati f’xi waqtiet Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi mill-Majjistral it-Tramuntana Il-Viżibbiltà: Tajba minbarra fix-xita Il-Baħar: Moderat għal qawwi li jsir moderat L-Imbatt: Baxx mill-Punent Majjistru It-Temperatura tal-Baħar: 15°C
email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572
Disinn tal-Paġni LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571
Kuntatt Ġenerali KullĦadd
It-Tnejn
email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Indirizz Postali KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
16°C
UV 4
10°C
Il-Ħamis
16°C
UV 5
11°C
17°C
Il-Ġimgħa
UV 5
10°C
Is-Sibt
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
16°C
UV4
10°C
17°C
UV 5
11°C
16°C
UV 4
11°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 2122 6281 The Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 2122 7682 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 2148 7311 St Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant’Elena, Birkirkara – 2744 1913 D’Argen’s Pharmacy, 330, Triq D’Argens, Il-Gżira – 2133 0817 Numri Importanti San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke – 2137 8485 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 2133 5492 112 St Michael Pharmacy, Misraħ tat-Transfigurazzjoni, Ħal Lija – 2143 5875 St Joseph Pharmacy, 1, Triq iż-Żakkak, Il-Mosta – 2141 7593 Il-Pulizija ta’ Malta St Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar – 2157 5276 2122 4001-9 Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien – 2167 2757 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 2180 1698 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Bellavista Pharmacy, 88 Triq il-Hortan, Marsaskala – 2163 3788 2393 0000 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Cosniglii, Iż-Żejtun – 2180 6009 Il-Gwardjani Lokali Kristianne Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, L-Imqabba – 2168 3048 2132 0202 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 2146 1693 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 2145 4274
Stampat Progress Press
L-Isptar ta’ Malta 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex 2156 1600
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza 5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku 1182
Għawdex Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat, Għawdex – 21566170 Gozo Chemists, Triq l-Imġarr, Ix-Xewkija – 21557278 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
03
26.02.2017
kullhadd.com
KREATTIV BIEX IĠIBHA ŻEWĠ • BIEX JIBNI ODZ TONI BEZZINA ĦOLOQ KAMRA LI MA TIDHER IMKIEN
Fir-ritratti tal-1957 u l-1967 ma tidirx il-kamra mmarkata bl-aħmar fil-pjanta li qed nippubblikaw ma’ dan l-artiklu Kitba ta’ żdiedet kamra ta’ 31 metru ALEANDER BALZAN kwadru li Bezzina pinġieha fil-pjanta iżda li fir-ritratti ma Id-deputat Nazzjonalista, tidher ebda traċċa tagħha. Toni Bezzina kien kreattiv Anke l-forma tagħha hija ta’ ħafna meta ġie biex japplika kollox minbarra ta’ kamra. biex jibni fuq art ODZ bi Kompla kien innutat kif mkejjen mgħarrfa sew dwar il- filwaqt li fuq l-ewwel tliet proċess tal-ippjanar spjegaw kmamar daħal f ’dettall liema mal-gazzetta KullĦadd bħalu fil-preżentazzjoni kif l-applikazzjoni tiegħu tiegħu lill-PA fuq ir-raba’ u għandha xamma ta’ waħda l-ħames waħda (dik li wasslet frodulenti. biex kellu l-mitt metru) ma Biex Toni Bezzina seta’ qal xejn. Prova oħra ta’ kemm jkollu ċans remot li jibni skont din il-kamra ftit li xejn kienet il-politika rurali tal-Awtorità teżisti. tal-Ippjanar ried jipprova li xi Naturalment m’aħniex qed darba fuq il-post kien hemm inħarsu lejn ir-ritratti talresidenza ta’ mitt metru lum biex Bezzina jingħata kwadru. l-benefiċċju tad-dubju. Għax Minn tagħrif li ksibna ir-ritratti tal-lum huma iktar jirriżulta li f ’dak li kien ċari kristall. kwartieri tas-suldati fi żmien Perit ta’ esperjenza kbira l-Ingliżi, Toni Bezzina ma li għen lil din il-gazzetta flsetax jipprova li kien hemm analiżi tal-applikazzjoni fisser mibni mitt metru kwadru. li kieku Bezzina ma nqabadx Iżda, fil-pjanta li ssottometta u rtira l-applikazzjoni, biex jgħid x’kien hemm fil- l-Awtorità tal-Ippjanar post qabel l-1956, il-mitt setgħet kienet imqarrqa minn metru kwadru Bezzina dan il-fatt. “Naturalment rnexxielu jgħaqqadhom. mhux bilfors għax l-analiżi li Fuq is-sit li kien se jixtri qed nagħmlu aħna suppost jekk kemm-il darba kien kienet issir hemm ukoll. joħroġlu l-permess biex jibni, Però, l-intenzjonijiet kienu Bezzina ħoloq kamra ta’ 31 ċari,” qal il-Perit li tkellem metru kwadru. Iżda, meta magħna. Fisser kif f ’każi bħal analizzajna r-ritratti tal-1957 dawn ikun hemm ċans ħames u l-1967 deher biċ-ċar li fejn snin biex wieħed jinduna u Bezzina mmarka l-kamra din permess saħansitra jkun jista’ ma kinitx teżisti. jiġi rtirat. Skont ir-ritratti antiki jidher Il-Kap tal-Oppożizzjoni li l-iktar li seta’ kien hemm qed jiddefendi l-applikazzjoni kienu erba’ kmamar żgħar li ta’ Toni Bezzina billi jgħid li Bezzina jsemmihom ukoll fl- kollox kien regolari u skont applikazzjoni tiegħu. Waħda il-liġi. Iżda dawn il-fatti li qed minnhom kien fiha tmien niżvelaw qed iġibu fix-xejn metri kwadri, l-oħra 22 id-difiża ta’ Simon Busuttil li metru kwadru u tnejn ta’ 29 l-ħin kollu qed jisħaq li Toni metru kwadru. B’dawn l-erba’ Bezzina kien qed jaġixxi skont kmamar żgħar, li llum huma il-liġi u b’mod regolari. bla forma, l-applikazzjoni ta’ Bezzina ma setgħet qatt tkun Iktar minn problema waħda ikkunsidrata għax kien hemm bini ta’ 88 metru kwadru. Bini Intant, anke jekk Bezzina li Toni Bezzina argumenta li kellu kollox regolari xorta hu residenza għax xi darba fih waħda kien se jiffaċċja kien jilqa’ s-suldati. problemi oħra. Għax il-qerda Kien għalhekk li magħha ambjentali li ried jagħmel
hu dehret inaċċetabbli millewwel. Fejn kellu footprint ta’ ftit iktar minn 80 metru kwadru ried iżidu b’mod konsiderevoli. Bl-Awtorità Maltija għall-Ambjent u r-Riżorsi tgħid li l-approvazzjoni tal-applikazzjoni toħloq
preċedenti mhux mixtieqa għall-proposti tal-ġejjieni f ’din iż-żona jew f ’żona ODZ oħra li tista’ tirriżulta f ’iktar art għal użu mhux ġustifikabbli u impatt fuq iż-żona u l-viżwal,” żiedet l-ERA. “Fid-dawl ta’ dan kollu l-proposta hija meqjusa mhux
aċċettabbli mil-lat ambjentali,” temmet tgħid l-ERA. L-oġġezzjoni tal-ERA kienet issegwi tal-għaqda ambjentali Din l-Art Ħelwa li nnutat kif il-mod kif Toni Bezzina ppreżenta l-applikazzjoni kien wieħed oġġezzjonabbli u anke qarrieqi.
Toni Bezzina kellu bżonn li din l-ispeċi ta’ kamra mmarkata bil-kulur hawn taħt b’kobor ta’ 31 metru kwadru kienet teżisti ta’ veru. Dan biex forsi jikkwalifika għall-permess skont il-politika tal-PA iżda, flistaħrriġ li għamilna, ilkamra ma tidher imkien b’esperti fl-ippjanar jiddeskrivu l-inklużjoni tagħha fil-pjanti bħala qerq ta’ Toni Bezzina
04
26.02.2017
kullhadd.com
IL-PULIZIJA TFITTEX IKTAR RABTIET BEJN KAŻ U IEĦOR Fil-karozza ta’ Romeo Bone, li nhar it-Tnejn kienet l-aħħar minn sensiela li spiċċaw sploduti permezz ta’ bomba, instabu kemm droga kif ukoll armi. Ikkonfermaw dan malgazzetta KullĦadd imkejjen qrib l-investigazzjoni li, filwaqt li qagħdu lura ħafna milli jagħtu dettalji f ’mument meqjus bħala kritiku għallinvestigazzjoni, fissru kif din is-sejba hija ħolqa żgħira oħra f ’investigazzjoni kbira li tinsab għaddejja. Bone, li għandu rekord kriminali, spiċċa tilef iż-żewġ saqajn u sofra ġrieħi gravi oħra. Tagħrif miksub minn imkejjen differenti filKorp tal-Pulizija jgħid li l-investigaturi għandhom idea tajba ħafna ta’ x’qiegħed jiġri u min jistgħu jkunu l-klikek ta’ kriminalità involuti fil-każ. Iżda mhux dejjem huwa faċli li wieħed iressaq in-nies il-Qorti, speċjalment meta l-imħuħ kriminali u professjonali ftit li xejn ikunu ħallew traċċi. Wieħed irid jikkunsidra wkoll li, f ’pajjiż bħal tagħna, il- liġijiet ta’ pajjiż ċivilizzat. seħħew din is-sena taw xaqq li donnhom jafu sew x’inhuma pulizija taħdem f ’qafas ta’ Minkejja dawn il-każi li ta’ dawl ġdid lill-investigaturi l-motivi u l-ħsibijiet ta’ dawk
li mhuma jaħsbuha xejn biex ineħħu l-ħajja ta’ dawk li huma kkunsidrati bħala avversarji f ’dinja li ftit nafu dwarha u meqjusa bħala waħda perikoluża. Il-pulizija qed timxi wkoll fuq it-teżi li l-karozza bomba filMarsa li f ’Jannar ta’ din is-sena ħalliet lil Victor Calleja mejjet u l-każ ta’ qtil ta’ Sylvester Farrugia li bih hemm akkużat bniedem il-Qorti jistgħu jkunu wkoll marbuta. Anke jekk dan il-każ ta’ dan tal-aħħar jidher xi ftit differenti għax l-akkużat kien se jispiċċa vittma talmejjet li jidher li ma’ oħrajn kienu sejrin iqabbdu l-bieb tad-dar, sejbiet li saru saħħew il-fehma tal-pulizija li xi tip ta’ rabta jista’ jkun hemm. Ma’ dawn kien hemm numru ta’ karozzi bomba s-sena li għaddiet fejn ħafna drabi t-tattika tkun l-istess. Il-Kabinett tal-Ministru wkoll huwa mħasseb bilfrekwenza li saru biha dawn l-attakki u anke l-fatt li l-aħħar wieħed sar f ’post frekwentat f ’ħin bieżel, tant li ltaqa’ biex jiddiskuti l-każ.
05
26.02.2017
kullhadd.com
ĊENTRU GĦALL-INTEGRAZZJONI TA’ PERSUNI VULNERABBLI Binja abbandunata fil-Marsa mistennija tinbidel f ’ċentru li l-għan tiegħu huwa li jintegra aħjar persuni vulnerabbli fis-soċjetà. Dan iċ-ċentru li tħabbar mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-fondi Ewropej Ian Borg se jinkoraġġixxi mhux inqas minn 50 għaqda mhux governattiva biex jidħlu jagħtu sehemhom u joperaw minn dan iċ-ċentru. Il-proġett se jiġi jiswa kważi €1,000,000 u aktar minn €800,000 minnhom se jiġu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea. Il-binja se jkun qed isirilha xogħol estensiv biex tinbidel f ’ċentru li jilqa’ malmitejn persuna vulnerabbli li jixirqilhom l-aħjar servizz biex ma jibqgħux esklużi mis-soċjetà ta’ madwarhom. F’dan iċ-ċentru se tkun qed tingħata għajnuna terapewtika kif ukoll se jkun hemm numru ta’ kmamar fejn dawk li jersqu ’l quddiem ikunu jistgħu jirċievu appoġġ permezz ta’ pariri siewja minn counsellors professjonali. Iċ-ċentru se jinkludi wkoll faċilitajiet rikreattivi u laboratorju tal-kompjuters li għandu l-ħsieb ukoll li jgħin lin-
nies biex itejbu ċertu ħiliet. Waqt it-tħabbira ta’ dan il-proġett, is-Segretarju Parlamentari Ian Borg kien saħaq li permezz ta’ infrastruttura pubblika se
ntaffu l-piż tal-faqar u talesklużjoni soċjali minn fuq nies vulnerabbli. Żied jaċċenna l-fatt li b’dan iċ-ċentru dawn in-nies se jiġu megħjuna biex jersqu eqreb lejn is-suq tax-xogħol.
Borg qal, “Proġett bħal dan jappoġġja lin-nies fi stadji differenti fil-ħajja tagħhom. Dan billi se jgħinhom fl-esperjenza tat-tagħlim, filwaqt li jipprovdi possibbiltajiet għal impjieg fil-futur u l-istabbiltà tal-ħajja tagħhom.” Il-faqar u l-esklużjoni soċjali mhix perċezzjoni u figuri minn
statistiki uffiċjali juru li l-faqar għadu preżenti iżda permezz ta’ miżuri importanti qed jinkisbu r-riżultati biex il-faqar jiġi indirizzat. Fil-fatt, bejn l-2013 u l-2016, in-numru ta’ persuni f ’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali naqas bi kważi 5%. Statistika ppubblikata mill-uffiċju talistatistika f ’Settembru 2016 uriet kif f ’pajjiżna 5,000 persuna ħarġu mir-riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali. Din mhix figura li nħolqot b’kumbinazzjoni iżda l-miżuri bħall-in-work benefit, iż-żieda fil-pensjonijiet, u l-proġett LEAP tassew ħallew il-frott. Issa l-Gvern tefa’ ħarstu fuq il-proġett tal-housing soċjali; b’hekk qed ikun identifikat ittielet pilastru tal-faqar. Dawn huma fost l-aktar vulnerabbli fejn, tagħmel x’tagħmel, isibuha impossibbli biex joħorġu minn dik is-sitwazzjoni partikulari. Huwa għalhekk li ċ-ċentru l-ġdid għall-integrazzjoni ta’ persuni vulnerabbli jagħti għodda importanti fil-komunità biex dawn in-nies jirċievu servizzi importanti għalihom f ’ambjent dinjituż u li jiżboq dak li forsi ġie offrut lilhom qabel.
06
26.02.2017
kullhadd.com
MINN BINJIET ŻDINGATI GĦAL LUKANDI FINI Kitba ta’ PAULA CAUCHI
It-turisti qegħdin ifittxu iktar minn qatt qabel, speċjalment fix-xhur xitwin, li joqogħdu f ’binjiet, li minnhom innifishom huma storiċi, għal esperjenza differenti. Sa seba’ snin ilu fil-Belt Valletta l-postijiet ta’ akkomodazzjoni turistiċi kont tgħoddhom fuq id waħda. Illum għandna madwar tletin palazz jew proprjetà li ġew restawrati u maqluba f ’boutique hotels, appartamenti lussużi, lukandi żgħar jew guest houses. Fis-sentejn li ġejjin dawn il-postijiet mistennija jiżdiedu b’għexieren oħra biex b’hekk fil-Belt Valletta biss ikun hemm madwar disa’ mitt kamra disponibbli għall-akkomodazzjoni. F’waħda minn dawn il-palazzi restawrati tas-seklu sbatax, Palazzo Prince D’Orange, Jankarl Farrugia, direttur ta’ kumpanija li topera l-boutique hotels f ’pajjiżna, stqarr magħna li ż-żieda ta’ dan it-tip ta’ lukandi hija dovuta mhux biss għaż-żieda fit-turisti imma għall-bidla fil-mod kif pajjiżna qed ikun reklamat bħala pajjiż ta’ kultura u storja u mhux biss bħala destinazzjoni tal-baħar u x-xemx. U meta wieħed isemmi l-kultura u l-istorja, naturalment li jiġi f ’moħħok huwa l-Belt Valletta. Apparti dan, iż-żieda fil-kummerċ fil-Belt Valletta, in-numru dejjem jiżdied ta’ festivals organizzati fil-kapitali, u l-V18 li tulha l-Belt se tingħata prominenza bla preċedent huma fatturi oħra li qed iħajru l-investituri jirristrutturaw u jiftħu postijiet ta’ akkomodazzjoni fiż-żona. “L-interess huwa kbir, anke kif wieħed jista’ jara jekk jimxi
Fejn l-iktar li qegħdin dawn il-lukandi żgħar? tul it-toroq tal-Belt. Tara ħafna postijiet li qed jiġu ristrutturati biex joffru forom ta’ akkomodazzjoni kemm bħala appartamenti kif ukoll lukandi li mhumiex kbar,” qalilna Farrugia, li spjega kif il-postijiet jew joffru ftit kmamar kbar li jistgħu saħansitra jkollhom iktar minn sular wieħed, jew kmamar kemxejn iżgħar, li ma jaqbżux l-erbgħin f ’lok wieħed. Minbarra l-lussu u servizz personalizzat li joffru dawn il-lukandi, it-turisti jfittxu dan it-tip ta’ akkomodazzjoni għal raġuni iktar partikolari. “Klijent li jfittex dan it-tip ta’ akkomodazzjoni huwa wieħed li qed jiġi joqgħod hawn biex ikun parti mill-istorja, ikun fiċ-ċentru tal-Belt Valletta, fejn l-iskop ewlieni jkun li jiskopri dak li jkun kulturali, artistiku u storiku kemm ġol-Belt u anke barra.” Fisser li għalhekk huwa kruċjali li l-investituri jżommu l-palazzi u l-proprjetajiet restawrati leali għall-arkitettura oriġinali tagħhom, bil-gosti kollha fil-ġebla, l-art, il-ħitan u s-soqfa tal-epoka ta’ meta nbnew.
Farrugia sostna li, minkejja li hemm min jagħmel kuntrast bejn l-istil modern u dak antik, ħafna jagħżlu li jżommu totalment l-att klassiku u rustiku tal-binja. Minħabba ċ-ċokon ta’ dawn il-postijiet ta’ akkomodazzjoni nħoloq kunċett ġdid ta’ għaqda fost l-operaturi li bih jinqasmu r-riżorsi umani u ma jintilfux turisti minħabba nuqqas ta’ spazju. Jankarl Farrugia stqarr li peress li hija normali li, minħabba konferenzi jew attivitajiet kbar, il-Belt Valletta tattira gruppi numerużi, kellha tinstab soluzzjoni għall-problema ta’ nuqqas ta’ kmamar fl-istess lukanda, għalhekk, bi ftehim bejniethom, il-klijenti jinxterdu f ’diversi proprjetatjiet. L-istess ftehim ta’ koperazzjoni jkopri aspetti loġistiċi u operattivi tal-lukandi. Il-lukandi żgħar Beltin qed jaqsmu wkoll is-servizzi ta’ swimming pools, spas jew servizzi personali offruti bħal maġġordomi, kokijiet u gwidi personali. Dan ukoll fi sforz biex ma jogħlewx b’mod drastiku r-rati, u s-suq jibqa’ kompetittiv.
Lokalitajiet Il-Belt Valletta San Ġiljan Għawdex Il-Birgu Tas-Sliema Ir-Rabat In-Naxxar Bormla Isla
Sors MTA
Numru ta’ Lukandi Żgħar 34 12 9 9 7 7 6 4 4
AKTAR TAGĦRIF S’issa, la l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u lanqas awtoritajiet barranin ma jirrikonoxxu l-boutique hotels bħala kategorija speċifika ta’ lukandi, għax m’hemmx definizzjoni ċara ta’ x’għandu jkollhom akkomodazzjonijiet bħal dawn biex ikunu kkunsidrati bħala lukandi differenti L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ilha għal dawn l-aħħar xhur tikkollabora ma’ bloggers u travel journalists barranin, foshom Ġermaniżi, Franċiżi, Ingliżi u Taljani, fejn f’pajjiżna jingħataw togħma tal-kultura Maltija, fost oħrajn billi jagħtuhom akkomodazzjoni f’dawn ilboutique hotels fil-Belt Valletta. Lura f’pajjiżhom, l-artikli tagħhom joffru reklam li jirrifletti aspetti ta’ pajjiżna li ħafna barranin ma jkunux konxji tagħhom.
07
26.02.2017
kullhadd.com
JHEDDULNA L-IMPJIEGI U JITBISSMULHOM • DCG TGĦID LI JEKK HEMM BŻONN JINTILFU L-IMPJIEGI • L-MEPs TAL-PN MA JLISSNUX KELMA Kitba ta’ ALEANDER BALZAN L-iskop ewlieni taż-żjara talkumitat PANA f ’pajjiżna iktar kmieni din il-ġimgħa kien li jiskrutinizzaw is-sistema ta’ tassazzjoni f ’pajjiżna u l-inċentivi li jattiraw lejn Malta kumpaniji differenti minn madwar id-dinja. U pajjiżna ma tantx kien megħjun minn dawk li suppost jirrappreżentawh fil-Parlament Ewropew. Malta ilha snin taħt pressjoni minħabba l-pożizzjoni vantaġġjuża tagħha u din iż-żjara ttieħdet bħala okkażjoni unika għal membri parlamentari Ewropej bħal Sven Giegold, tal-Partit talĦodor, li s-sistema Maltija ilha fil-mira tiegħu. Giegol ma kienx waħdu. Membri parlamentari minn pajjiżi oħra fetħu attakk li jista’ jipperikola eluf ta’ impjiegi fis-settur finanzjarju ta’ pajjiżna u jrewħulhom sabu lil Ivan Camilleri, tat-Times of Malta u l-google group ta’ Tonio Fenech, u Daphne Caruana Galizia, li f ’laqgħa mal-kumitat tkellmu kemm felħu kontra s-sistema Maltija. Anke jekk is-sistema Maltija hija approvata minn istituzzjonijiet internazzjonali fosthom ilKummissjoni Ewropea u l-OECD, l-organizzazzjoni internazzjonali li għandha x’taqsam ma’ kwistjonijiet ta’ governanza. “Jiena totalment kontra s-sistema li toffri kumpaniji fiduċjarji u kumpaniji nominee.
Malta għandha tneħħi din is-sistema minkejja l-impjiegi li toffri u l-impatt fuq l-ekonomija Daphne Caruana Galizia
Malta għandha tneħħi din issistema minkejja l-impjiegi li toffri u l-impatt fuq l-ekonomija,” qalet Caruana Galizia lill-kumitat PANA. Din id-dikjarazzjoni tfisser theddida fuq eluf ta’ impjiegi professjonali f ’Malta u l-għajxien ta’ eluf ta’ familji. Caruana Galizia qalet dan wara dikjarazzjonijiet mhux ippruvati dwar korruzzjoni u biżibilju allegazzjonijiet oħra. Quddiem dan l-attakk filpreżenza ta’ MEPs barranin li lil Malta jarawha kompetitur, il-Membri tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, David Casa u Therese Commodini Cachia m’għamlu xejn għajr tbissmu. Ma lissnux kelma waħda favur settur li beda fi żmien il-Gvern ta’ Eddie Fenech Adami u li għal deċenji ra l-forzi kollha politiċi jiġbdu ħabel wieħed biex jisseddaq u jikber. Din l-attitudni David Casa ħadha f ’laqgħat oħra u mhux biss dik mal-ġurnalisti; anke f ’laqgħat mal-esperti finanzjarji Casa kien partiġjan fejn, meta r-rappreżentanti ta’ Malta kienu qed jiddefendu dak li għandna, hu kien jinteressah li jkun biss partiġjan u jitkellem biss dwar Keith Schembri u Konrad Mizzi. L-akkuża regolari kontra Malta hi li pajjiżna huwa tax haven. Iżda Malta hija ġurisdizzjoni onshore u ilha hekk mill-2003. Kollox jindika li ma tistax tissejjaħ ġurisdizzjoni offshore għax dawn ir-riskji tneħħew qabel pajjiżna ssieħeb
fl-Unjoni Ewropea. Malta m’għandha ebda segretezza fejn jidħlu kontijiet bankarji u f ’Diċembru 2013 saret firmatarja ta’ ftehim li ġab flimkien 37 pajjiż. Jekk ikun hemm il-ħtieġa, Malta tgħaddi tagħrif dwar il-barranin li jgħixu hawn lillpajjiż li jkunu ġejjin minnu. Tax haven hija marbuta massegretazza u liġijiet dgħajfa. Malta mhix il-każ. Tant li kienet proprju Malta li din il-ġimgħa waslet għal ftehim fuq livell Ewropew dwar evażjoni ta’ taxxa. Dan waqt il-Kunsill għall-Affarijiet Finanzjarji u Ekonomiċi fi Brussell, l-Ecofin, u l-ftehim huwa teknikament magħruf bħala l-Anti-Tax Avoidance, ATAD II. Dan hu maħsub biex jipprevieni l-evażjoni tattaxxa u l-ħasil ta’ flus minn kumpaniji internazzjonali, u se jsir billi tinġabar lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkoperawx malliġijiet Ewropej dwar it-taxxa bil-għan li dawn ikunu esklużi minn negozju mal-pajjiżi talUnjoni Ewropea. Waqt li kien Brussell, ilMinistru tal-Finanzi Malti Edward Scicluna tkellem ma’ Wolfgang Schauble, Ministru tal-Finanzi Ġermaniż, li minnaħa tiegħu mhux biss serraħ ras il-Ministru Malti li jifhem sew il-pożizzjoni Maltija, iżda tah il-kelma wkoll li se jorganizzalu laqgħat ma’ ġurnalisti Ġermaniżi f ’Berlin biex ikun jista’ jitla’ ma’ esperti Maltin u jfisser x’qed nagħmlu
Malta u kif dan kollu huwa skont ir-regoli Ewropej. Settur li tant huwa importanti li fil-Country Report talKummissjoni Ewropea ppubblikat iktar kmieni din il-ġimgħa jingħad li s-servizzi finanzjarji huma fost l-iktar
setturi kruċjali tal-ekonomija Maltija. Dawn jgħoddu għal 6.7% tal-valur miżjud, iktar mill-medja fiż-Żona Ewro ta’ 4.9%. Is-settur finanzjarju kien jammonta għal 5.2% talimpjiegi fis-sena 2015 – iddoppju taż-Żona Ewro.
08
26.02.2017
kullhadd.com
Kienet ġimgħa straordinarja oħra għal pajjiżna. Fejn kompla jkun ikkonfermat kif Malta qed tilħaq livelli li qatt ma laħqet qabel fl-istorja. Jekk hux Fitch, il-Fond Monetarju Internazzjonali jew inkella l-Kummissjoni Ewropea, pajjiżna rċieva rapporti li komplew ipoġġuh fi klassi A. L-ewwel rapport din il-ġimgħa kien talIMF. Kwotazzjonijiet bħal “Malta is one of the fastest-growing economies in Europe”
ifissru ħafna. Filwaqt li, iktar minn hekk, l-IMF kien ċar fid-diskors pożittiv dwar ilpolitika tal-Gvern. Però, għalkemm sar ħafna u pajjiżna nbidel ta’ taħt fuq, ikun tajjeb li wieħed iħares lejn dak li qed jinkiseb f ’setturi differenti, kif ukoll fejn huma l-isfidi li baqa’ x’jingħelbu. Il-Country Report tal-Kummissjoni Ewropea jagħmel dan fid-dettall. Ilgazzetta KullĦadd tanalizzah.
RAPPORTI DWAR MALTA FI FTIT JIEM
L-EKONOMIJA L-BAŻI, IL-BQIJA TAJJEB UKOLL TBASSIR TAX-XITWA KUMMISSJONI EWROPEA FITCH FOND MONETARJU NTERNAZZJONALI COUNTRY REPORT S&P DWAR L-ENEMALTA
SETTUR SOĊJALI Il-Kummissjoni Ewropea tgħid li naqas ir-riskju ta’ nies fil-faqar u l-esklużjoni soċjali, għalkemm għad hemm sfida għall-anzjani, tfal u dawk b’ħiliet baxxi. Kien innotat tnaqqis f ’dak li hu numru ta’ tfal fil-faqar, għalkemm baqgħet problema f ’dawk il-familji fejn ġenitur wieħed biss jaħdem. Il-Kummissjoni Ewropea tinnota b’mod ċar ħafna l-miżuri tal-Gvern biex jindirizza dan kollu. L-esperti jgħidu li l-baġit għal din is-sena jkompli jimmarka miżuri li jinċentivaw wieħed jaħdem (making work pay). Ifakkru l-investiment pubbliku fiċ-child care u jgħidu li dan qed iħalli r-riżultati b’waħda mill-affarijiet li qed tkun indirizzata hi dik li din tgħin biex tingħeleb il-problema li l-faqar jintiret minn ġenerazzjoni għal oħra. Jingħad li programmi bħal tal-carer id-dar se jnaqqsu l-pressjoni fuq ħafna nisa li jkunu jistgħu jipparteċipaw iktar fid-dinja tax-xogħol. It-tapering tal-benefiċċji u l-in-work benefit ukoll jissemmew fl-analiżi talKummissjoni Ewropea. Dawn huma żewġ inizjattivi importanti li ħeġġew iktar nies joħorġu jaħdmu. Kien innotat kif l-awtoritajiet Maltin ħadu bosta miżuri biex jindirizzaw l-isfidi li jirriżultaw mis-sistema talpensjonijiet. Iddaħħlu miżuri li jindirizzaw is-sostenibbiltà u l-ħtieġa ta’ pensjonijiet xierqa.
EKONOMIJA Fil-qasam ekonomiku reġgħu kienu mmarkati l-istess suċċessi li fl-aħħar ġimgħat kienu mmarkati minn istituzzjonijiet oħra bħal Fitch u l-Fond Monetarju Internazzjonali fost oħrajn. Reġa’ kien innutat kif fl-2014 u l-2015 kellna tkabbir ekonomiku li jlaħħaq it-8% u kif b’madwar 4% is-sena li għaddiet pajjiżna se jibqa’ jikseb fost l-ogħla rati ta’ tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea. Kien innutat li l-finanzi pubbliċi tjiebu u d-dejn se jinżel taħt is-60% tal-Prodott Domestiku Gross għall-Ewwel darba mill-1998.
NEGOZJU
KAPITAL UMAN Sar progress f ’dik li hija rata ta’ studenti li jitilqu mill-iskola kmieni fejn qed ikompli jkun inċentivat il-progress tal-għalliema. Jingħad li inizjattivi biex jinċetivaw persuna tmur taħdem minflok toqgħod id-dar qed iħallu r-riżultati u jagħlqu d-differenza bejn innisa u l-irġiel fid-dinja tax-xogħol, anke jekk hawn baqa’ xi jsir. Kien innutat li kien hemm progress fin-numru ta’ nies b’ħiliet baxxi li qed jipparteċipaw fi programmi ta’ tagħlim tul ilħajja.
Kien hemm progress flambjent għan-negozju. Irrapport jinnota kemm daħlu fisseħħ inizjattivi biex, fost oħrajn, jgħinu l-aċċess għall-finanzi ta’ negozji żgħar u medji. L-esperti talKummissjoni Ewropea jinnutaw ittitjib fis-sistemi tal-mod kif f ’pajjiżna jsir ix-xiri pubbliku. Tgħin innegozji hemm ukoll ir-riforma fil-qasam tal-ġustizzja, tgħid il-Kummissjoni Ewropea.
ENERĠIJA “Fis-snin riċenti sar progress sostanzjali biex ikunu diversifikati s-sorsi tal-enerġija,” jgħid il-Country Report tal-Kummissjoni Ewropea. Filwaqt li l-esperti Ewropej jinnutaw b’sodisfazzjon it-tlestija tal-interconnecter, jingħad li kien hemm investimenti sostanzjali biex tijieb l-infrastruttura għall-produzzjoni talenerġija u ssir il-qalba miż-żejt għall-gass. Għalkemm fl-istess ħin huwa nnutat li, għalkemm kien hemm progress, irid isir iktar b’rabta mal-enerġija rinovabbli anke biex jonqsu l-emissjonijiet serra.
09
26.02.2017
kullhadd.com
FINANZI PUBBLIĊI Il-Kummissjoni Ewropea tinnota kif Malta kkonsolidat il-finanzi tagħha mingħajr ma kkastigat l-investiment pubbliku. Kien innutat kif fl-imgħoddi l-Gvern kien inaqqas l-investiment pubbliku bilgħan li jipprova jibbilanċja xi ftit il-kotba tiegħu. Jingħata l-eżempju ta’ kif bejn l-2005 u l-2010 naqas minn 4.6% tal-PDG għal 2.2% talPDG l-investiment pubbliku. Iżda, tinnota l-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li fl-aħħar sentejn il-Gvern laħaq il-miri tiegħu żied ukoll l-investiment kapitali. Semma fost oħrajn l-emerġenza ta’ Mater Dei, it-tlestija tal-isptar tal-Onkoloġija, ir-restawr ta’ postijiet storiċi, l-investimenti tal-portijiet u l-kisba ta’ diversi assi. Kien innutat ukoll kif l-ikbar nefqiet pubbliċi żdiedu fl-oqsma tas-saħħa u l-edukazzjoni. Il-Kummissjoni nnutat it-titjib f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ ġbir ta’ taxxa, fosthom dik tal-valur miżjud (VAT), u faħħret it-task force li twaqqfet biex tiġġieled l-evażjoni tattaxxa.
ĠUSTIZZJA Is-sistema ġudizzjarja saret iktar effiċjetni. Dan dejjem skont irrapport tal-Kummissjoni Ewopea li l-opinjoni tagħha tibniha fuq analiżi bir-reqqa. Meta wieħed iħares lejn il-Justice Scoreboard tal-Unjoni Ewropea għall-2017, jara li anke ż-żmien li ttieħed biex jinqatgħu l-każi mill-ewwel Qorti naqas minn 2758 jum fl-2010 għal 495 jum fl-2015. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li l-ewwel Qorti naqqset il-każi pendenti minn 10,845 fl2014 għal 9,459 fl-2015. Madankollu, għad hemm fejn wieħed itejjeb ilkwalità tas-sistema ġudizjarja anke fit-taħriġ li tingħata l-ġudikatura. Il-proċedura fiċ-Ċivil kienet immodernizzata billi l-Gvern adotta att ġdid f ’Settembru tal-2016. Is-sistema ta’ avukati li jassistu fl-awla kienet adottata kważi b’mod sħiħ biex b’hekk iktar każi pendenti qed jinqatgħu. Dan filwaqt li l-implimentazzjoni fir-riformi talġustizzja qed ikomplu, fejn is-sistema li tagħżel il-ġudikanti fost oħrajn kienet imtejba.
INVESTIMENT L-investiment kien kontributur ewlieni għat-tkabbir ekonomiku li Malta esperjenzat fl-2015. Wara perjodu ta’ żidiet pjuttost moderati f ’investiment li tejjeb il-Prodott Domestiku Gross, il-Kummissjoni Ewropea nnutat tkabbir ‘spettakolari’ bejn l-2014 u l-2015. L-investiment pubbliku żdied grazzi għal proġetti ffinanzjati mill-qafas Ewropew. Numru ta’ proġetti kbar fil-qasam tal-enerġija kabbru l-investiment mill2014 sal-lum. Peress li dawn kważi waslu biex jitlestew, l-imbottatura żejda li taw mistennija tonqos xi ftit, iżda l-kapital li se jirriżulta millproġetti lesti se jikkonribwixxi għal attività ekonomika bieżla, dment li l-qligħ jinfirex mal-bqija tas-setturi. Madankollu, l-infrastruttura madwar Malta għadha timponi ċertu sfidi. Hawnhekk l-investiment żied b’mod sostanzjali, speċjalment bi proġetti bħal dak tal-Kappara li beda fl2016. In-numru ta’ proġetti ta’ dan it-tip żdied b’139% bejn l-2008 u l-2014, bis-sehem ta’ ħaddiema tal-kostruzzjoni minħabba nuqqas ta’ persuni mħarrġa f ’ċertu setturi.
TRASPORT Minkejja l-iżviluppi pożittivi fl-aħħar xhur, l-infrastruttura fit-toroq tinsab taħt pressjoni minħabba l-konġestjoni tat-traffiku fil-Gżejjer Maltin. Il-prezz estern tal-konġestjoni tat-traffiku huwa maħsub li jlaħħaq il-€274 miljun fis-sena mill-2012 sal-lum. Dan mistenni jitla’ jekk ma jkunx hemm tibdil fil-politika tal-ippjanar tal-proġetti. Apparti minn hekk, dan is-settur jimpatta wkoll l-ambjent, għalhekk, l-awtoritajiet introduċew miżuri konkreti, bħall-inċentivi għal karozzi privati nodfa u ppjanar ta’ trasport għall-iskejjel. Il-Kummissjoni Ewropea nnutat ukoll li l-Gvern adotta strateġija nazzjonali għat-Trasport ambizzjuża sal-2050, kif ukoll master plan għat-trasport sal-2025. Il-Gvern se jkollu baġit ta’ €231 miljun minn issa sal-2020, u €397 miljun oħra mill2021 sal-2025. Kemm l-istrateġija u kemm il-master plan se jagħmlu enfasi fuq l-isfidi li l-pajjiż qed jiffaċċja minħabba t-traffiku u t-tibdil fil-klima.
IMPJIEGI It-tkabbir tal-impjiegi huwa wieħed għoli, xi ħaġa li qed tgħin biex jintlaqħu l-miri nazzjonali tal-programm Ewropa 2020 u jniżżlu l-qgħad għal livelli baxxi rekord. L-esperti tal-Kummissjoni Ewropea jgħidu li għandna l-inqas rata ta’ qgħad minn meta dħalna fl-Unjoni Ewropea. Ir-rata ta’ impjiegi fost in-nisa qed tiżdied b’mod konsistenti, għalkemm wieħed irid jinnota li kienet baxxa ħafna. Għalkemm hawn tibqa’ baxxa għal nisa mdaħħla iktar fiż-żmien u bla ħiliet, in-numru ta’ nisa żgħażagħ fid-dinja tax-xogħol jiżboq il-medja Ewropea. Ir-rapport jinnota l-miżuri li qed jieħu l-Gvern biex iktar persuni jkollhom ħiliet u jinnota li, riżultat tal-ħolqien ta’ xogħol bla preċedent, ħafna kumpaniji fissettur privat qed ikollhom iduru fuq ħaddiema barranin.
RIĊERKA U ŻVILUPP Ittieħdu passi importanti biex tissaħħaħ is-sistema ta’ riċerka u innovazzjoni f ’pajjiżna. Ħidma li saret wasslet biex Malta issa qed tilħaq ilmedja Ewropea skont il-European Innovation Scoreboard, bis-settur pubbliku jkun l-ikbar kontributur. Madankollu, l-investiment fir-riċerka u żvilupp baqa’ baxx, u l-kwalità ta’ riċerka u riżultati fis-settur xjentifiku u dak teknoloġiku jibqa’ iktar baxx mill-medja Ewropea. Dan jista’ jkun riżultat ta’ relazzjonijiet fjakki bejn ix-xjenza u n-negozju, kif ukoll il-mod ta’ kif l-intrapriżi lokali jikkollaboraw ma’ istituzzjonijiet ta’ riċerka. Għaldaqstant, il-Bank tal-Iżvilupp li se jkun stabbilit hawn Malta se jindirizza dawn in-nuqqasijiet. Dan se jservi bħala istituzzjoni talkreditu li mistenni jkollu kapital ta’ mitt miljun ewro f ’temp ta’ ħames snin, li jistgħu jitilgħu għal mitejn miljun. Dan se jpoġġi l-intrapriżi żgħar u medji fil-mira tiegħu peress li huma l-iktar affettwati minn xi sfortuna fis-suq. 25% mill-kapital se jkunu investiti fl-infrastruttura u megħjuna minn investituri privati. Il-bank il-ġdid kapaċi jżid l-appoġġ finanzjarju pubbliku minn €800 miljun għal biljun ewro, billi jislef, jappoġġja u jiggarantixxi. Sa issa hemm ftit informazzjoni dwar kif il-Bank tal-Iżvilupp se jassigura t-trasferiment tal-fondi lill-kontributuri. Huwa kruċjali li mmaniġġjar tar-riskji potenzjali fis-settur ikun assigurat, biex ikunu evitati danni żejda fil-bilanċ tas-sistema.
10
26.02.2017
kullhadd.com
IL-MALTI FIL-GWERRA
Marc James huwa Kap Eżekuttiv tal-Malta Boxing Fuq u tal-Bosnija-Ħerzegovina. Twieled Margate, Kent, Commission, iżda l-iktar esperjenzi li ttimbrawh kienu l-Ingilterra u ta’ sentejn ġie Malta. Tkellimna miegħu dwar l-gwerer, fosthom tal-Iraq, tal-Afganistan, tal-Irlanda ta’ il-gwerra ta’ veru u dik ta’ fuq ir-ring. Kif bdiet l-imħabba tiegħek għall-boxing?
Fis-sekondarja kont immur Vincenzo Bugeja, il-Mosta. Missieri kien jagħtini 75ċ kuljum biex anke nkun nista’ naqbad tal-linja bihom. Kien hemm xi grupp ta’ studenti ikbar minni li kienu jibbuljawni u jisirquli dawn il-flus. Darba minnhom dħalt id-dar b’geddum sal-art u għedt b’kollox lil missieri. Missieri qalli biex ma nħabbilx rasi u nħalli f ’idejh. Għaddew ġimagħtejn u darba sibt xkora fis-salott li kienet vojta, fejn stajt nagħti d-daqqiet ta’ ponn. Beda jgħallimni missieri d-dar u wara bdejt immur għand Bertu. Minn hemm qisha bdiet il-ħajra għall-boxing. Imma rrankjat sew kien meta kont fl-army l-Ingilterra u bilfors kelli nagħżel sport. Il-maġġoranza kienu jagħżlu l-futbol imam, barra l-futbol u r-rugby, kien hemm ukoll il-boxing. Għażiltu u bqajt involut fil-boxing. Kont fl-army fl-Ingilterra. Naf li kont involut filgwerra fl-Afganistan u li din l-esperjenza għenitek filboxing. Irrakkontali l-istorja meta kont rajt ħafna nies imutu ħdejk. Kif qawwietek fil-karattru dik l-esperjenza? Fl-army Ingliża għamilt 10 snin. Fl-2003 kont l-Iraq u fl-2006 l-Afganistan, imma mbagħad kien hemm ukoll l-Irlanda ta’ Fuq u anke l-Bosnija-Ħerzegovina. L-esperjenza tiegħi tal-gwerra tgħallimt minnha. Meta ffirmajt kuntratt mal-Ingliżi għal 22 sena kont naf għal xiex dieħel. Il-perjodu taż-żmien li dħalt fih kien hemm il-missjoni tal-Afganistan biss. Imma mbagħad kien hemm ħafna esperjenzi f ’daqqa li donnhom ġew f ’salt. Tifel ta’ 18-il sena fuq il-front line hu u jinvadi bilfors irid irabbi naqra qoxra għax inkella ma jkampax. Imma x’esperjenzajt? Kemm domt? Għaddew 13-il sena mill-gwerra tal-Iraq u l-esperjenza għadni nġorrha fuqi sal-lum. Jien ili barra mill-army. Kont ġejt medically discharged għax kont weġġajt u ma stajtx nagħmel il-fitness tests u l-attivitajiet l-oħra. Influwenzatni ħafna. Dejjem nibqa’ nirrakkonta storja li f ’moħħi qatt ma raqdet. Konna qegħdin ġo patrol mixjin. It-toroq kienu qishom talBelt – blokok – u kien hemm xebgħa nies. Kien hemm raġel li kien kważi se joqtol lil martu
quddiem in-nies. Beda jipponta arma tan-nar ta’ 9 millimetri, u xħin aħna morna biex narrestawh, il-komunità bilkemm ma ngħidlekx ħaditha kontrina. Inti hawn tkun qed tesperjenza kulturi u ideoloġiji differenti f ’dawn l-affarijiet. Imbagħad kien hemm l-Afganistan. Intlaqatt – laqatli l-pulmun u ġejt lura wara sitt ġimgħat servizz. Lanqas midalja ma ħadt.
b’bomba, iġbru, ara hux ħaj, jekk iva dewwih u ibqa’ għaddej. Immaġina li ilek taf lil sieħbek tmien snin u taf li ntlaqat u tilef saqajh. Tagħmillu t-torniquade li qisha ċinturin li tintuża biex il-pazjent ma jiżvinax ħalli twaqqaflu d-demm, tlibbishielu, tagħtih daqqa ta’ morfina u tibqa’ għaddej. Ikollkom kuraġġ tagħmluha din? Timmaġinaw intom tgħaddu minn sitwazzjoni bħal din? Psikoloġikament jaffettwawk Nimmaġina li sitwazzjoni li dawn l-affarijiet. ma tinsiex… Ħa nduru issa għall-boxing. Il-punt ta’ dan kollu hu li kif Hawn min jgħid li l-boxing tiġi lura minn dawn il-postijiet mhuwiex sport għax iddum ftit sakemm terġa’ ssib biex tirbaħ trid tkisser lil saqajk. Issa forsi jien li għamilt ħaddieħor. sena u nofs fi gwerra qed insibha diffiċli li ngħix ħajja nor- Darba kien hemm referenza li mali, kalma, wara dak li għad- aħna barbari. Din tweġġagħni dejt minnu? Hawn Malta, li meta jgħidu li l-boxing mhux ma hawnx gwerer hi differenti sport. Però, la huwa tort tagħimmens għax nista’ ngħix ħajja na u lanqas tort ta’ ħaddieħor li differenti minn ta’ suldat. Ħajja jaħsibha hekk. Kulħadd għanħafna aktar bil-mod. Ħajja ta’ du dritt għall-opinjoni tiegħu. suldat fuq il-front line hi iebsa. Kien hemm żmien, ngħidu Mit-tmienja ta’ filgħodu sal- aħna fl-1976, li f ’Malta l-boxħdax ta’ filgħodu jew nofsinhar ing kien qisu ta’ tnejn min-nies rieqed maġenb tank. Imbagħad fis-sakra. Fil-Kottonera darba sħabek tal-loġistika u tat-tanki- kien hemm każ fejn wieħed jiet għassa biex jaraw li l-front kien qala’ daqqa ta’ ponn, raqad line ma jiċċaqlaqx. Filgħaxija, u ma qamx. wara li tnaddaf il-munizzjon u r-rifle, trid terġa’ tirbombja u Però x’jagħmel il-boxing tippakkja kollox, u kif jasal il-le- sport? X’inhuma l-kwalifiki jl jew kif tasal il-biċċa xogħol li li jikkontribwixxi l-boxing jkollok, ikollna nitilqu ninvadu. bħala sport? Allaħares ma żżommx il-momentum tiegħek ’il quddiem. Id-definizzjoni ta’ boxing hija Jekk taqa’ fuq irkopptok u din: You are trying to tactically outdaħlitlek żrara, trid tqum fuq with one another with use of strikes tiegħek u tibqa’ tiġri. Jekk rajt to a target area with no infringments lil sieħbek jintlaqat jew jinfaqa’ of the rules. Għandek target area
u din it-target area trid tintlaqat bin-knuckle area ta’ jdejk. Jekk nieħdu l-fencing pereżempju, x’hemm differenti imma fl-istess ħin simili? Għandek l-istess terminoloġija wkoll. Għandek boċċa u trid tolqot it-target area. Dik hi l-istess ħaġa. Inti CEO tal-Malta Boxing Commission. Spjegali r-rwol tiegħek. Ara, aħna konna Malta Boxing Commission. Dik kienet kumpanija limitata Ingliża li llum m’għadhiex topera Malta imma topera l-Ingilterra taħt isem differenti. Ir-raġuni li m’għadniex Commission għax meta ħabbatna l-bieb tal-Kunsill Malti għall-Isport u ta’ en-
trid tqum fuq tiegħek u tibqa’ tiġri. Jekk rajt lil sieħbek jintlaqat jew jinfaqa’ b’bomba, iġbru, ara hux ħaj, jekk iva dewwih u ibqa’ għaddej
titajiet bħall-European Boxing Union, sibna l-bieb magħluq u ma stajniex nagħmlu affiljazzjoni. Aħna għamilna break-away u ffurmajna assoċjazzjoni ġdida u bażikament illum din l-assoċjazzjoni fiha 19-il klabb u qed nimmiraw li jkollna 200 membru din is-sena. Ir-rwol tiegħi hu li niggwida lill-promoters, lill-coaches u lill-kumitat fil-liġijiet internazzjonali. L-isport tagħna jinqasam fi tnejn: l-ewwel għandek il-boxing taż-żewġ minuti (jiġifieri li r-round idum żewġ minuti) li huwa marbut mal-kategorija tal-amateurs, il-youths; u t-tieni għandek ukoll fejn tidħol il-UEFA – il-boxing tat-tliet minuti, li huwa aktar marbut ma’ min hu professjonali, li jissejħu elite athletes. Xogħli huwa li nirrappreżenta lil dawn l-elite athletes. Għamilt ilkors tar-referee u ġejt iċċertifikat bħala referee professjonali. Nagħmel ukoll xogħol amministrattiv. L-elite athletes jiffirmaw xebgħa kuntratti bejniethom wara kull ġlieda. Pereżempju, ngħidu aħna, hemm klawsola li forsi jien u int se nkunu involuti fi ġlieda, u forsi int weġġajt ġimagħtejn qabel il-ġlieda u begħt il-biljetti, u aħna għandna l-flights maqtugħin. Għalkemm huwa affarih, aħna prattikament irridu nkunu koperti bħala organizzazzjoni. Aħna rridu nagħmlu l-istess affarijiet li tagħmel il-BBBOC. Aħna l-medical standards tagħna tat-tliet minuti jridu jkunu kif suppost. Irridu naraw li jkollna l-brain scan, irid ikollok il-blood test biex nevitaw l-HIV u l-Hephititis. Għalhekk nara li nosserva dawk ir-regolamenti. Xogħli wkoll hu li jekk ikun fatalità fir-ring, irrid nirrappreżenta l-assoċjazzjoni u l-membri tagħha u nagħti rendikont għal xiex ikun sar dak l-iżball. Ngħin ukoll fi promozzjoni. Ngħin lill-promoters u lill-ġellieda. Huwa importanti li aħna nagħmlu wkoll ħoss fuq skala internazzjonali. Meta għandek xi ħadd li għandu fan base żgħir, ismu ma tantx jiċċirkola fuq l-EBU, allura nara li nagħtuh promozzjoni. Biex tkun fuq l-EBU jrid ikollok 60 ġlieda fuq livell ta’ amateur biss. L-Ingliżi, il-Franċiżi u t-Taljani, pereżempju, jiddominaw l-EBU kollha. Malta teżisti xi assoċjazzjoni oħra tal-boxing? Hawn 21 klabb tal-boxing hawnhekk. Irrelevanti humiex tal-boxing u tal-kick boxing. Bħala organizzazzjoni, konna qed niġu ggvernati minn żewġ
11
26.02.2017
kullhadd.com
shareholders Ingliżi u ma stajniex niġu rikonoxxuti minn Sport Malta minħabba li konna entità limitata. Dan li qed insemmi kien mill-Ingilterra u mhux minn Malta. Aħna l-Maltin (għax aħna konna Maltin u Ingliżi) kollha ngħaqadna. Dak iż-żmien konna sitta. Iffurmajna din l-assoċjazzjoni f ’Settembru tal-2013. Sar ħafna xogħol minn dak iżżmien ’l hawn. Bdejna b’dawk. Illum il-ġurnata hemm affiljati magħna 19-il klabb tal-boxing. B’hekk nafu li hemm 21 għax sadanittant infetħu tlieta jew erbgħa oħra. In-numru dejjem qed jikber. F’Ġunju tal-2014 aħna dħalna bħala provisional members talEBU għal sentejn. Meta l-EBU ġew għal għarrieda jispezzjonaw, qalulna li konna qed nagħmlu xogħol tajjeb. F’Diċembru tal-2014, imbagħad, ħadna rikonoxximent mill-FIFA, il-World Boxing Council. Nagħmlu s-serati talawards u diġà deħlin għar-raba’ edizzjoni tagħhom. Għamilna wkoll l-ewwel championships tal-boxing tat-tliet minuti. Għall-ewwel darba ċ-championship outs ta’ Malta huma rikonoxxuti mill-UEFA. Dan huwa pass kbir li l-assoċjazzoni għamlet. Ġejna wkoll full members wara l-ispezzjoni. Ir-rwol tal-assoċjazzjoni hu li żżomm komunità magħquda biex ikun hemm vuċi waħda. Ikun hemm tabib preżenti waqt il-ġlieda, taħt ir-ring? Iva, dażgur. Ħa nitkellem fuq il-ġellieda tat-tliet minuti. Il-ġellied irid jagħmel il-medical tests, l-MRI, testijiet taddemm u tal-għajnejn, u dak li jissejjaħ physical medical darba f ’sena. Dawn irid jagħmilhom kulħadd, kemm jekk inti għadek ħiereġ mil-livell ta’ amateur u se tiddebutta, u anke jekk
inti l-world champion. Dakinhar stess trid tagħmel it-testijiet mediċi. Jekk boxer ikun iddikjarat tajjeb biex jiġġieled, mela hu jkun jista’ jitla’ jiġġieled fir-ring. Jekk le, ma jitħalliex. Meta jinżlu mir-ring nerġgħu niċċekkjaw lill-ġellieda, li ma jkunx hemm xi sinjali ta’ concussion. Dejjem irridu nimxu mal-health and safety measures għax aħna nġibu s-saħħa tal-ġellieda l-ewwel u qabel kollox.
totalment differenti minn dak il-persuna li rajna fir-ring dakinhar. Fil-bord tad-dixxiplina hu ammetta li kien ħa tnejn whisky li tathomlu ommu biex jikkalma l-eċitament li kellu, anke biex jiġġieled għall-ewwel darba quddiem ħafna nies. Hu kien ħadem ħafna biex ibigħ il-biljetti.
Għaliex il-boxer innifsu jrid ibigħ il-biljetti tal-ġlieda li jkun se jieħu sehem fiha hu stess? Kemm tqisu perikoluż Din barra minn Malta teżisti? l-isport tal-boxing? Aħna li qegħdin nagħmlu hu Il-futbol u l-basketball jidher li eżattament l-istess bħalma jiġri għandhom aktar riskji. Nieħdu l-Ingilterra. Mill-esperjenza ħafna prekawzjonijiet biex inn- tiegħi li kelli l-Ingilterra mxejt aqqsu r-riskju. L-għan tagħna li ma’ li jagħmlu huma. Kulma ma jkunx hemm riskju, imma qed nagħmlu bil-barka tal-Britimpossibbli għax bħal kull ish Boxing Board of Control contact sport ieħor hemm ir-ri- (BBBOC). Aħna qegħdin fl-asskju. Anke jekk toħroġ mid- pett professjonali. dar hemm ir-riskju li tweġġa’. L-ammont ta’ biljetti hu imFil-futbol naraw ħafna injuries, portanti għax jagħmel ukoll anke meta naraw fuq ir-replays. differenza fejn int tkun filL-istandard tal-medicals tal-box- bout list. Il-bout list hi min se ing illum huwa għoli immens, jiġġieled kontra min. Jista’ jkollitteralment jidħlulhom f ’kol- lok tlettax-il ġlieda fil-bout list. lox, anke fil-history. L-għan tiegħek hu li int tkun Mela le, dażgur li hu sport l-aktar wieħed popolari jew perikoluż il-boxing. Ninxur- famuż li titla’ fil-main events jawhom u nieħdu l-prekawz- għax il-main events ifissru li int jonijiet meħtieġa. Però, kif se qed tiġġieled għal xi tip ta’ tittwaqqaf ir-riskju ta’ mwiet? lu. Jekk, pereżempju, għandek L-edukazzjoni hi fundamenta- il-profil tiegħek fuq il-website li. Huwa billi tkompli tirriċer- tal-assoċjazzjoni u tiddikjara li ka u tingħaqad ma’ għaqdiet rbaħt iċ-championship, fiha jkolinternazzjonali li jiggarantulek lok ir-rekord u l-istorja tiegħek l-aħjar informazzjoni. Bħala mal-klabb, u r-rebħiet li tikseb periklu huwa rrenkjat fis-sitt jaħdmu favurik għax jistgħu jew fis-seba’ post. jkunu indikazzjoni tajba biex l-Ewropa toffrilek kuntratt. Fil-passat riċenti kien hemm każ fejn boxer tela’ fis-sakra. Kif għenek fil-karattX’kien ġara? ru l-boxing? U kif jgħin lill-boxers inġenerali? Dak kien sena jew sentejn ilu. Kellna atleta li deher jammetti Il-boxing jagħtik ukoll mar-referee li kien ħa tnejn whis- id-dixxiplina. Jagħtik opporky wara li l-promutur staqsieh tunità li tkun attiv, li tiżvoga, x’kien ġara. Dak li aħna rajna tmur il-gym u toħroġ li għandek fil-klabb, li ħriġnielu l-liċenzja ġewwa. Jagħtik pożittività u biex jiġġieled dakinhar, kien tgħix aħjar.
Aħna mhux se ngħallmuk mill-ewwel kif tagħti daqqa ta’ ponn għax qabel tagħti daqqa ta’ ponn trid tkun taf tilqagħha. Mhux se tiġi żewġ lezzjonijiet u tmur fit-triq u tagħmel il-karat ta’ Jackie Chan, biex niftiehmu. Int kif tiġi magħna, nitfgħuk fuq programm ta’ sitt ġimgħat u tiġi ddixxiplinat. Inti magħna tieħu l-istruzzjonijiet anke meta ma tridx. Immaġina int tkun trid tobdi l-istruzzjonijiet xorta meta tkun għajjien, b’nifsek maqtugħ u l-kowċ jgħajjat f ’wiċċek u jibqa’ jgħidlek biex tagħmel għaxar push-ups oħra. Trid id-dixxiplina biex iżżomm ma’ dawn l-istruzzjonijiet u ma tmurx tippanċja lura, speċjalment jekk tkun maħruq. Qed jidħlu wkoll boxers femminili. Huwa kbir u sorprendenti għalik li hawn daqshekk boxers nisa flisport f ’Malta? Il-boxing tan-nisa kważi hu popolari daqs il-boxing talirġiel. Id-differenza hi kif huma jimmarkitjaw lilhom innifishom. Ħafna mill-bejgħ tal-biljetti jsir bil-ġiri tas-saqajn, ngħidu aħna nkun naf lilek, lil zitek, lil ħija u l-ħbieb tiegħu. Forsi l-kelma mhix timxi daqshekk fil-boxing tan-nisa. Semmejtli lil Mandy Cortis. Hemm ħafna iżjed minn Mandy Cortis. Hemm Claire Ciantar, Diane Schembri, Roanna Ellul… Però, n-numru li jikkompetu huwa ħafna inqas minn tal-irġiel – le? Iva, imma trid tara l-aspett tal-isport x’inhu. Normalment hemm sterjotip fuq in-nisa għax ma tantx tara mara li qed tilbes par ingwanti u tilgħab il-boxing. Din il-ħaġa dejjem darrsitna. Imma le, l-isport huwa popolari. Nimmiraw li
qed nagħmlu suċċess internazzjonali. Nemmnu li verament nistgħu nagħmlu suċċess biha. L-EBU ma taqbadx u tagħtik post fir-ranking. Trid iġġib l-esperjenza l-ewwel. Il-league tan-nisa sar popolari dawn l-aħħar sentejn u hija Mandy li kienet l-aktar waħda prominenti għax dik ilha fuq erba’ snin żgur. X’għajnuna finanzjarja tagħtikom Sport Malta? Sport Malta tgħinna ħafna. Anke fl-edukazzjoni. Bħala finanzi għadna ma wrejniex interess li nitolbu l-flus. Ir-relazzjoni bejn il-boxing u Sport Malta hija waħda ġdida. Veru laqgħuna b’idejhom miftuħin. Dejjem irrispettajt il-ħin li tawna biex jedukawna anki f ’modi amminstrattivi li mingħajr l-għajnuna tagħhom konna nibqgħu lura fil-verità. X’messaġġ għandek għal min hu mħajjar għall-boxing? Il-logħob tal-idejn għall-ġellieda qiegħed ġo fih. Kulma jkun jonqos li jagħmel il-pass. Huwa dritt ta’ kull persuna li jżomm ruħu attiv. Tista’ tmur tiġri mal-kelb, tmur tgħum, eċċ. Il-boxing ukoll iżommok attiv. Fil-boxing minn pożizzjoni waħda nistgħu nagħmlu eżerċizzju li bih tibda tħossok tajjeb, u bih tidħol f ’familja ġdida. Tista’ tipprattikah b’mod differenti quddiem innies. Tista’ tasal tirrappreżenta lil pajjiżek b’mod kompettitiv. Mhux bilfors tkun ġellied. Tista,’ pereżempju, tkun kowċ. Jien, pereżempju, wara li kelli l-inċident, ma stajtx niġġieled aktar u llum spiċċajt nagħti daqqa t’id f ’affarijiet amministrattivi, leadership, guidance u referee. Inti tista’ tagħżel ukoll li tkun bħali.
12
kullhadd.com
26.02.2017
IL-PARTIT LABURISTA JITLEF MILQUTIN MINN KAROZZA SULDAT TAL-AZZAR
Fl-età ta’ sitta u disgħin sena, Nenu Buhagiar ħalla din iddinja s-Sibt waranofsinhar. Hu kien suldat tal-azzar flistorja tal-Partit Laburista, raġel li mar il-ħabs għallideali tiegħu, li ħadem mhux ftit biex l-istorja tal-istess Partit żvolġiet kif nafuha llum. Persuna li, fi kliem ilħabib tiegħu Vince Bone, kien “jilqa’ n-nies, jinteressa n-nies” u dejjem qeda lil min kellu bżonn. Fil-każin Laburista tal-Gżira, fejn Buhagiar twieled, trabba
u għex, iltqajna mas-Sindku tal-lokal Conrad Borg Manchè li ma’ din il-gazzetta rrakkonta kif ftit tax-xhur ilu, meta żaru fl-Isptar San Vinċenz, ħalla timbru inkredibbli f ’ħajtu. IsSindku qal li kif semma lillKappilan Manchè tal-Gżira, li għex fi żminijiet ibsin, beda jibki “u dak juri kemm Nenu kien bniedem li kien iħobb lil kulħadd. Bniedem li anke fi żminijiet koroh li għaddew minnhom l-Istat u l-Knisja dejjem kien minn ta’ quddiem li xorta jħobb il-parroċċa u
l-komunità daqslikieku ma kien qed jiġri xejn”. Mumenti wara li tħabbret l-aħbar ta’ mewtu, il-Prim Ministru Joseph Muscat fuq Twitter esprima d-dieqa u ddeskriva lil Nenu Buhagiar bħala raġel ta’ ispirazzjoni għal kulħadd. Kondoljanzi għallmewt tiegħu waslu wkoll millPartit Laburista li qal li Nenu Buhagiar kien jgħix l-ideali li jemmen fihom. Il-funeral tas-suldat tal-azzar se jsir nhar it-Tnejn fis-2.00pm fil-knisja parrokkjali tal-Gżira.
Raġel ta’ 68 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li flimkien ma’ mara ta’ 66 sena ttajjar ilbieraħ filgħodu fid-daħla tal-Isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhix magħrufa. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li ż-żewġ anzjani sfaw milquta minn vettura tat-tip Honda Fit li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 34 sena, residenti l-Imtarfa. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
ĠRIEĦI GRAVI WARA LI ŻELAQ MINN FUQ VANN Raġel ta’ 68 sena residenti l-Imġarr qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11.00am fi Triq il-Banjijiet Rumani, l-Imġarr. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li filwaqt li r-raġel kien qiegħed fuq vann pick-up, għal xi raġuni żelaq u waqa’ mal-art. Fil-ħin tal-inċident il-vann kien wieqaf. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
JINQABAD BEJN MAKKINARJU F’GARAXX Ilbieraħ raġel ta’ 58 sena sofra minn ġrieħi gravi wara inċident f ’garaxx li jagħmel parti minn impjant tal-iskart fi Triq ir-Ramla, in-Naxxar. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li huwa ġarrab dawn il-ġrieħi waqt li kien qiegħed jagħmel użu minn fork-lifter u aċċidentalment laqat leaver bil-konsegwenza li safa marsus ma’ xi makkinarju. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.
TINQALEB FIN-NADUR Ilbieraħ waranofsinhar, għall-ħabta tas-13.00pm, karozza nqalbet fin-Nadur, Għawdex. Persuni li kienu fuq il-post spjegaw lil one.com.mt, li l-inċident seħħ wara li karozza ħarġet minn fuq stop sign fil-ħin li kienet għaddejja karozza min-naħa tar-Rabat direzzjoni lejn in-Nadur. Kawża ta’ hekk il-karozza nqalbet. Żgħażagħ li kienu fuq il-post offrew l-ewwel għajnuna tagħhom sakemm waslet l-ambulanza li ħadithom l-isptar ta’ Għawdex għall-kura. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.
13
26.02.2017
kullhadd.com
GĦADDEW XAHREJN TA’ PRESIDENZA EFFETTIVA
Kitba ta’ JOE SCIBERRAS Fid-diskors tiegħu waqt iċ-ċerimonja inawgurali tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (UE) fil-11 ta’ Jannar, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar it-timbru tal-Presidenza tal-iżgħar Stat Membru tal-UE fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena. Fi kliem il-Prim Ministru, Malta hija determinata li taħdem qatigħ biex iġġib ’il quddiem affarijiet li jolqtu l-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini tal-UE; l-affarijiet li nitkellmu fuqhom fuq
ix-xogħol, fil-ħwienet u fi djarna. Barra minn hekk, it-tema ta’ ‘Reunion’ li Malta għażlet Kisba importanti għall-Presidenza tagħha, tirrifl-ewwel ġimgħat fletti l-missjoni intrinsika ta’ pajjiżna li minkejja ċ-ċokon tal-Presidenza tiegħu iservi ta’ pont kemm bejn l-Istati Membri nfushom kienet u wkoll mal-pajjiżi ġirien. Din id-‘Dikjarazzjoni it-tema għandha tikkaratterizza wkoll id-diskussjonijiet li se jsi- ta’ Malta’ dwar ru waqt il-Presidenza li matul- il-migrazzjoni, ha l-UE trid issib soluzzjonijiet konvinċenti għall-isfidi l-kbar li li ġiet maqbula għandha quddiemha. bejn il-mexxejja Issa li għaddew 56 jum mill-Presidenza, nistgħu nħar- tal-Istati Membri su ftit lura u nelenkaw fil-qosor dak li Malta diġà rnexxielha tikseb għall-ġid tal-UE, li fl-aħħar mill-aħħar hu ta’ ġid għaċ-ċit- li f ’dawn is-sitt xhur Malta tadini Maltin u Għawdxin. Qa- mhix tmexxi l-UE weħidha, bel dan, tajjeb li wieħed jiċċara għax ir-rwol tagħha hu li tkun
medjatur onest u newtrali u tmexxi ’l quddiem l-aġenda talUE. L-istituzzjonijiet ewlenin bħall-Kunsill tal-UE, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, jaħdmu id f ’id u ħadd minnhom ma għandu waħdu t-tmexxija tal-Unjoni. Wieħed irid jgħid ukoll li l-Presidenza trid tittieħed f ’kuntest ta’ kontinwità. Dan ifisser li l-kisbiet li tagħmel Malta jkunu bdew fix-xhur u s-snin li għaddew. Min-naħa l-oħra, il-pajjiż li jkollu l-Presidenza jkun qiegħed ukoll jimbotta proposti ġodda, l-aktar skont il-prijoritajiet li l-Gvern iħoss li huma importanti biex l-UE timxi ’l quddiem: il-migrazzjoni, is-sigurtà, is-Suq Uniku, l-inklużjoni soċjali, ir-relazzjonijiet politiċi mal-pajjiżi ġirien, u l-affarijiet
marittimi. Dawn il-prijoritajiet minnhom infushom jindikaw ir-raġuni għalfejn intgħażlu – għax huma l-prijoritajiet talUE kollha u li daqstant ieħor japplikaw għal Malta. Kisba importanti fl-ewwel ġimgħat tal-Presidenza kienet id-‘Dikjarazzjoni ta’ Malta’ dwar il-migrazzjoni, li ġiet maqbula bejn il-mexxejja tal-Istati Membri fis-summit informali tal-Kunsill Ewropew fit-3 ta’ Frar. Wieħed irid jiftakar li dan is-summit kien eku tal-Valletta Summit dwar il-migrazzjoni li sar f ’Malta f ’Novembru 2015 bis-sehem ta’ mexxejja millpajjiżi tal-Afrika. Dan is-summit witta t-triq għal aktar taħdidiet Tkompli f’paġna 14 >>
14
26.02.2017
kullhadd.com
u wassal biex fit-3 ta’ Frar jintlaħaq qbil fuq azzjonijiet konkreti li jindirizzaw l-isfidi ewlenin tal-migrazzjoni tul ir-rotta ċentrali tal-Mediterran fosthom is-sorveljanza tal-kosta tal-Afrika ta’ Fuq, l-immaniġġjar tal-flussi tal-migranti, it-telf ta’ ħajjiet u t-traffikar tal-bnedmin. Addijo roaming Matul l-ewwel ġranet tal-Presidenza saru wkoll diversi passi konkreti f ’qasam ieħor importanti għall-futur talUE, jiġifieri l-hekk imsejjaħ is-Suq Uniku Diġitali. F’dan il-qasam l-Istati Membri ftiehmu li sa nofs Ġunju li ġej jitneħħew għalkollox it-tariffi tar-roaming. Kien hemm qbil ukoll biex jibdew it-tħejjijiet għall-iżvilupp tan-network 5G li jagħti lok għal konnettività iktar b’saħħitha u għal progress f ’oqsma importanti tat-teknoloġija bħall-mediċina u t-trasport. Intlaħaq ftehim ukoll dwar l-hekk imsejħa l-cross-border portability biex fis-snin li ġejjin, kull min ikun ħallas għal xi servizz online f ’pajjiżu, bħal dawk relatati ma’ sport u films, ikun jista’ jaċċessahom fi Stati Membri oħra bla ma jeħel spejjeż żejda. Fl-aħħar ġranet intlaħaq qbil ġenerali fuq proposta għal reviżjoni tal-liġijiet Ewropej eżistenti li jipproteġu lill-konsumaturi fl-użu ta’ siti elettroniċi minn pajjiż għal ieħor, bħal meta xi siti elettroniċi jimblukkaw b’mod ġeografiku lill-konsumaturi jew meta jintużaw siti qarrieqa li jtellfu l-fiduċja tal-konsumaturi fil-kummerċ online. Minbarra l-laqgħat ministerjali u laqgħat tekniċi bi tħejjija għalihom, il-ħidma matul il-Presidenza tkun qed issir ukoll fuq livell ta’ konferenzi u laqgħat oħra li jimbuttaw inizjattivi li jġibu ’l quddiem il-kwalità tal-ħajja marbuta ma’ setturi differenti, bħalma huma l-edukazzjoni, l-impjiegi, id-drittijiet ċivili, is-saħħa, il-kultura u l-ugwaljanza. Bla dubju, waqt il-Presidenza, Malta se jirnexxilha tikseb progress leġiżlattiv u tal-politika f ’diversi oqsma oħra u se tippromovi wkoll lil pajjiżna fl-Ewropa u fid-dinja. Ħafna inizjattivi li se tieħu Malta u diskussjonijiet li se tibda Malta jkunu qegħdin jagħtu r-riżultati fis-snin li ġejjin. Fis-summit ta’ Malta saru wkoll diskussjonijiet dwar is-60 anniversarju tal-iffirmar tat-Trattat ta’ Ruma fil-25 ta’ Marzu 1957 li stabbilixxa l-Komunità Ekonomika Ewropea u li żviluppat f ’dik li llum hi l-UE. Dan l-avveniment għandu jservi mhux biss ta’ ċelebrazzjoni imma jkun
sforz sinċier u innovattiv biex il-UE tindirizza l-isfidi l-kbar li għandha u l-implikazzjonijiet ta’ dak li se jiġri fil-UE matul din is-sena, fosthom biex ir-Renju Unit joħroġ mill-UE u l-elezzjonijiet fl-Olanda, Franza u l-Ġermanja. Huwa minnu li l-UE minħabba n-natura tagħha ta’ Unjoni ta’ pajjiżi differenti minn xulxin f ’ħafna aspetti kultant iddum biex twieġeb għall-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini tagħha. Fi kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-bidu tal-Presidenza, ħafna drabi jiġri li l-mexxejja tal-UE jagħtu tweġibiet għal mistoqsijiet li ċ-ċittadini ma jistaqsux. Għall-Prim Ministru, it-tweġiba għall-isfidi mhux żgħar li għandha quddiemha l-UE jinsabu f ’dak li jikkaratterizza din l-Unjoni: il-fattur soċjali. Dwar dan tkellem meta kien qed jindirizza l-Membri tal-Parlament Ewropew fit-18 ta’ Jannar, “Tassew, l-Ewropa Soċjali hija l-fattur distintiv tal-UE…u proprju għalhekk li rridu li dawn is-sitt xhur li ġejjin imexxu t-triq lejn it-tisħiħ ta’ dan l-ideal li għandu jagħti kontribut fil-mistoqsijiet reali li l-familji fil-kontinent tagħna qegħdin jistaqsu u fl-esperjenzi li jgħaddu minnhom kuljum…aħna kburin li qegħdin inpoġġu l-Ewropa Soċjali lura fuq l-aġenda… Nemmen bis-sħiħ li din id-dimensjoni, flimkien ma’ politiki li joħolqu t-tkabbir ekonomiku u t-tkattir ta’ impjiegi ta’ kwalità jista’ jagħti gwida ċara mhux biss lillpopli tagħna iżda wkoll lill-komunità globali li qed tfittex tmexxija progressiva.”
IL-ĦILA LI NWASS
F’dan il-qasam l-Istati Membri ftiehmu li sa nofs Ġunju li ġej jitneħħew għalkollox it-tariffi tar-roaming
Għaddew xahrejn mill-bidu talPresidenza Maltija tal-Kunsill talUnjoni Ewropea. X’inhi l-esperjenza tiegħek f ’dawn it-tmien ġimgħat? L-iktar xhur ibsin kienu l-aħħar parti tassena li għaddiet meta konna qed niżguraw li kellna kollox f ’postu għall-Presidenza. Konna qed nistennew ċertu pressjoni biex nilħqu riżultati importanti diġà sa mill-ewwel ġimgħat tat-term tagħna. Konna ħerqana ħafna li nibdew u kollox waqa’ f ’postu fl-ewwel ġranet ta’ Jannar fejn irreallizzajna li l-preparamenti kollha li ħejjejna bdew jissarrfu fir-riżultati mixtieqa. Madankollu, dejjem sħaqt li għandna nibqgħu b’saqajna mal-art. Però, ikolli nammetti li huwa ta’ sodisfazzjon kbir meta niltaqgħu ma’ diversi kollegi minn delegazzjonijiet differenti li jifirħulna fuq is-suċċessi li rnexxielna niksbu s’issa. Naħseb li l-iktar ħaġa pożittiva hi li dak kollu li qed nagħmlu qed nagħmluh b’mod ġenwin u b’entużjażmu partikolari. Rajniek imdawwar b’nies minn istituzzjonijiet oħra tinnegozjaw saħansitra fil-kuritur. X’inhu r-rwol tiegħek? Il-Kunsill li tiegħu bħalissa għandna l-presidenza, jiltaqa’ fuq tliet livelli differenti: fuq livell ministerjali, fuq livell tekniku, u bejniethom fuq livell tal-ambaxxaturi. Għal dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena, uffiċjali Maltin qegħdin imexxu kull wieħed millgruppi differenti li semmejt. Xogħli hu li mmexxi wieħed miż-żewġ gruppi tal-ambaxxaturi li jieħu ħsieb dak kollu li għandu x’jaqsam mal-politika tal-kompetittività, riċerka, telekomunikazzjoni, trasport, enerġija, ambjent, tibdil fil-klima, xogħol, politika soċjali, saħħa, affarijiet tal-konsumatur, biedja u sajd, kif ukoll edukazzjoni, żgħażagħ, kultura, awdjoviżiv u sport. In-negozjati li nieħu ħsieb jinvolvu kemm dawk fil-Kunsill innifsu fejn nippruvaw nilħqu qbil bejn is-27 Stat Membru l-oħrajn, kif ukoll mal-istituzzjonijiet l-oħra, partikolarment il-Parlament Ewropew, fejn xogħolna hu li nirrappreżentaw il-Kunsill. Kif, pereżempju, kien il-każ fl-eżempju li semmejt fejn konna qed nippruvaw naslu fi qbil mal-Parlament fuq proposta partikolari. Hemm oqsma fejn donnu Malta rnexxielha tasal malajr iktar minn Presidenzi oħra. Bħalma għandu x’jaqsam ir-roaming jew l-ATAD2. Minn fejn ġej dan is-suċċess? Dawn huma oqsma li, kif semmejt, kon-
RICHARD KÖHLER
UFFIĊJAL – TRANSGENDER EUROPE Huwa inkoraġġanti li Malta tat daqstant importanza lil temi LGBTI daqshekk profil għoli tul il-Presidenza tagħha
na nafu li kellna pressjoni biex nilħqu qbil kemm jista’ jkun malajr minħabba skadenzi determinati minn deċiżjonijiet politiċi. Pereżempju, bħalma kien il-każ fuq ir-roaming fejn kien hemm qbil bejn il-Prim Ministri tal-UE li t-tariffi kellhom jintemmu waqt il-Presidenza tagħna. F’dawn il-każijiet żgurajna illi ppreparajna id f ’id mal-kollegi tagħna tat-trio tal-Presidenza, b’mod partikolari ma’ sħabna mis-Slovakkja. Kien hemm każijiet oħra bħal, pereżempju, fuq il-proposta tal-portabbiltà tal-kontenut online, fejn għarafna nibdlu ostakli f ’opportunitajiet u rnexxielna nilħqu qbil mal-Parlament ħafna qabel milli mbassar.
tagħ tin m u r-r lil k kull jità
Kun deċ
Il-P xhu nfus għu l-ma fiż-ż ġiet Mal-mejda tan-negozjati Malta lu li pajjiż żgħir. Minn fejn ġej ir-rispett u s-suċċess? Hem ’l q Madwar il-mejda, Malta hija pajjiż bħal ġejj kwalunkwe ieħor. Iktar minn hekk, f ’dawn is-sitt xhur Malta qed tokkupa l-iktar post Bħa importanti u relevanti. Dan jagħmilna na kburin. Però, dejjem għandna niftakru ta’ li qegħdin hemm biex inservu lill-kollegi imm
ARNOLD CASSOLA
ALTERNATTIVA DEMOKRATIKA Prosit tassew lill-Ministru Edward Scicluna li rnexxielu jwassal għal ftehim bejn ilMinistri tal-Finanzi tal-UE biex jittieħdu miżuri kontra l-evitar tat-taxxi
JOSE
PRI Nitkellem bħala E fi ċrieki u ta’ xi d-dibattitu
15
26.02.2017
kullhadd.com
SLU GĦAL QBIL mra bil-ħiliet kollha li jeħtieġu. Sħaqna fuq il-bżonn li nibnu relazzjonijiet tajbin mal-interlokutori tagħna fid-diversi istituzzjonjiet differenti. Wara li għaddiet terz mill-Presidenza nasħeb illi dan l-investiment issarraf fir-riżultati li rajna s’issa.
ħna. Ir-rispett u s-suċċess huma marbuma’ xulxin. Ir-rispett jissarraf f ’suċċess rispett iġġibu billi tiżgura li qed tinvolvi kulħadd fil-proċess u li qed tittratta lil l pajjiż ieħor b’mod inklussiv u bid-dinkollha li jistħoqqlu.
ntent bin-numru ta’ files ċiżjonijiet li ngħalqu sa issa?
u
Presidenza hija relattivament qasira. Sitt ur malajr jgħaddu. Ta’ spiss insaqsu lilna sna x’nistgħu nagħmlu iżjed u x’nistu nagħmlu aħjar biex niżguraw li nagħtu assimu u nilħqu dak kollu li nixtiequ żmien li t-tmexxija tal-Kunsill tal-UE t fdata lilna. Però, s’issa kburi b’dak koli rnexxielna niksbu.
Neil Kerr, Deputat Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea se nkunu qed naħdmu biex nilħqu qbil fil-Kunsill fuq proposta prinċipali li għandha x’taqsam mat-Tibdil fil-Klima. Se nkunu qed naħdmu fuq proposti importanti fis-settur tal-enerġija fejn, fost l-oħrajn, se nippruvaw nilħqu qbil mal-Parlament Ewropew fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass. Il-ħidma ma taqta’ qatt.
mm kwistjonijiet oħra li qed tħarsu Kemm kienet kruċjali l-preparazzjoni quddiem li tgħalqu fil-ġimgħat li tul is-snin li għaddew? jin? Konna ilna nippreparaw għall-Presidenala Presidenza nistgħu nqisu lilna nfus- za għal kważi erba’ snin. Għalija l-iktar xxurtjati li kellna numru mdaqqas dimensjoni importanti kienet dik umana. proposti legiżlattivi importanti biex Min-naħa tal-uffiċjali tagħna żgurajna li mexxu ’l quddiem. Fil-jiem li ġejjin jitħejjew bl-aqwa mod u li jkunu mgħam-
EPH MUSCAT
IM MINISTRU Ewropew li ddejjaqt induru i ħadd li rrid nipprovoka
TIBOR NAVRACSICS
du li qed nużaw huwa wieħed inklussiv li jiżgura li permezz tiegħu ħadd ma jitħalla barra. Mhux faċli tikkuntenta lil kulħadd. Però, qed jiġi apprezzat ħafna li qed nimxu ta’ rġiel (u nisa) ma’ kulħadd, anke f ’dawk il-każijiet fejn ma nkunux nistgħu nagħtu eżattament dak mitlub.
Kif qed tkunu wara ġurnata xogħol? Żgur mhux ir-rutina tas-soltu… Kif qed tħares għall-erba’ xhur li ġejjin? Iż-żmien għaddej malajr wisq Filwaqt li fl-aħħar xhur tas-sena li għaddi- donnu… et konna qed ngħixu jum b’jum, illum qed insibu lilna nfusna ngħixu siegħa b’siegħa. Il-Presidenza diġà għenitna nwessgħu Waqt il-Presidenza ssib ruħek fiċ-ċentru l-orizzonti tagħna. Għenitna ngħarfu li tal-attenzjoni. Mhux faċli tlaħħaq ma’ dak l-limiti tagħna huma ħafna ikbar milli kollu li hu mistenni minnek. Għalhekk dejjem immaġinajna. Se nkomplu naħdhuwa essenzjali li tiddelega biex tkun tista’ mu biex intejbu l-kuntatti biex niżguraw li tiffoka fuq il-prijoritajiet strateġiċi. U, iktar l-benefiċċji tal-Presidenza jmorru lil hinn minn hekk, għalhekk kien importanti li fil- minn dawn is-sitt xhur. fażi preparatorja l-uffiċjali tagħna ingħaHuwa essenzjali li nieħdu l-massimu taw l-ispazju kollu neċessarju biex ikunu minn din l-esperjenza unika biex niżgujistgħu joperaw u jaħdmu fil-libertà kollha raw li s-sistemi interni ma jerġgħux jaqgħu li kellhom bżonn. lura għall-proċessi restrittivi tal-passat. Imma għandhom jibqgħu jirriflettu l-istil Issemmili mument tal-ikbar li bih qed inwettqu l-ħidma tagħna. Fejn sodisfazzjon sa issa? l-uffiċjali tagħna għandhom l-ispazju kollu li jeħtieġu biex ikattru l-inizjattiva u l-moSe jkolli nagħmel xi ħaġa li dejjem għamilt tivazzjoni tagħhom. ħilti biex nevita s’issa. Inħallat il-personali mal-professjonali. Però, il-ġimgħa bejn Minn dak li nsegwu minn Malta, it-tim il-31 ta’ Jannar u s-6 ta’ Frar hija waħda tal-Presidenza Maltija donnu wieħed li mhux se ninsa’ malajr. Fi spazju ta’ sitt żagħżugħ. Kemm qed jiswa dan ijiem ilħaqna qbil fuq żewġ proposti li se f ’termini ta’ enerġija? jaffettwaw miljuni ta’ ċittadini Ewropej (roaming u portability) u bejniethom twield- Internament dejjem sħaqt li kulħadd, initilna t-tifla. kluż jien, membru tal-istess tim. IrrispetLil hinn mill-personali, mumenti ta’ so- tivament mill-età. Irrispettivament mill-esdisfazzjon kbir ikunu dawk meta nilħqu xi perjenza. Veru li huwa fatt li l-età medja forma ta’ qbil u ndur biex nifraħ u nirrin- tagħna hija fost dawk l-iżjed baxxi li qatt grazzja lil-uffiċjal ikkonċernat għax-xog- wettqu Presidenza. Però, din nittrattawha ħol li jkunu wettqu. Is-sens ta’ kburija sempliċiment bħala fatt statistiku u bl-ebf ’għajnejhom hija xi ħaġa imprezzabbli li da mod mhi qed taffettwa l-ħidma tagħna. se nibqa’ nġorr miegħi. Bħala tim, is-suċċessi kif ukoll il-fallimenti Mumenti oħrajn ta’ sodisfazzjon kbir huma tagħna lkoll. ikunu meta tasal fi tmiem ta’ Kunsill Ministerjali u jibdew ġejjin ministri minn Il-Prim Ministru jkun mistieden diversi Membri Stati oħra jifirħu lill-Ministru drabi f ’istituzzjonijiet u avvenimenti tagħna. F’dak il-mument tapprezza l-valur oħra. Il-gwida u l-viżjoni politika tax-xogħol kollu li jkun sar fil-ġimgħat u tiegħu kemm hi kruċjali? x-xhur li jkunu għaddew. Bħala Presidenza qed nibbażaw xogħolna X’qed jgħidu pajjiżi oħra dwar il- fuq programm ta’ ħidma speċifiku. Dan Presidenza Maltija? il-programm ġie approvat mill-Kabinett tal-Ministri taħt direzzjoni speċifika talDejjem għamiltha ċara mal-kollegi, kemm Prim Ministru. Dan ipoġġih fil-quċċata ta’ internament kif ukoll minn instituzzjoni- dak kollu li qed jiġi deċiż u milħuq waqt jiet u delegazzjonijiet oħra, li għalija l-ik- it-term tagħna. Mhijiex kumbinazzjoni tar ħaġa importanti mhijiex in-numru ta’ li jgawdi stima eċċezzjonali fost il-kolleproposti li jirnexxilna nikkonkludu, imma gi tiegħu. Huwa riżultat tal-viżjoni u stil l-mod ta’ kif jirnexxilna naslu għal qbil. progressiv li jħaddan – li minnu nispiraw F’dan ir-rigward qed niżguraw li l-meto- rwieħna.
KUMMISSARJU EWROPEW Pass importanti fit-tneħħija tal-ostakli fisSuq Uniku Diġitali. Nirringrazzja minn qalbi lir-relatur tal-Parlament Ewropew u lillPresidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE
BINALI YILDIRIM
PRIM MINISTRU TORK Nittamaw li matul il-Presidenza Maltija r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u Malta jkomplu jitjiebu
16
26.02.2017
kullhadd.com
PRESIDENZA LI TPOĠĠI LILL-ARTISTI WKOLL FIL-QALBA TAL-EWROPA
Ritratt mill-Kollezzjoni tal-Wirja IN TRANSIT. Fotografija ta’ Nigel Baldacchino
Parti mill-karru Kulħadd f ’Baħar Wieħed. Fotografija ta’ Patrick John Azzopardi
Ritratt mill-Wirja REGNVM. Fotografija ta’ Kris Micallef Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017 hija assoċjata mal-aspett politiku. Madankollu, dawn is-sitt xhur li fihom Malta qiegħda fiċ-ċentru tal-attenzjoni tal-Ewropa, huma wkoll opportunità għat-talent lokali. Għalhekk il-Presidenza Maltija tal-UE qed tippreżenta programm kulturali vast u varjat maġenb dak politiku. Ix-xahar ta’ Jannar, li ta bidu lil din il-Presidenza, għadda bħal leħħa ta’ berqa. Mhux inqas dak ta’ Frar, li segwieh b’diversi proġetti kulturali kbar. Fosthom hemm uħud li għadhom għaddejjin s’issa. Għal żmien il-karnival il-Presidenza Maltija tal-UE 2017 ikkummissjonat karru trijonfali, Kulħadd f ’Baħar Wieħed, li sar b’kollaborazzjoni mal-karikaturist Ingliż Steve Bell u l-fabrikant Malti tal-karrijiet Norman Hill mill-Kumpanija tal-Karnival Ċiċċo, kif ukoll mal-Kunsill Malti għall-Arti. Fil-25 ta’ Frar ingħata wkoll bidu uffiċjali għal Gaulitana, festival ta’ mużika klassika mit-Teatru Aurora f ’Għawdex, li se jibqa’ għaddej sat-2 ta’ April. L-aħħar proġett għall-programm ta’ Frar għandu jingħata bidu għada s-27 ta’ Frar, u mistenni jibqa’ għaddej sat-23 ta’ Ġunju. Dan il-programm għandu l-isem Oħloq id-Dinja Tiegħek, u huwa serje ta’ workshops ibbażati fuq
il-kunċett ta’ gamification, fejn il-logħob u d-dinja tax-xogħol jitħalltu u jsiru ħaġa waħda. Però, il-programm kulturali mhuwiex limitat għall-Gżejjer Maltin. Fil-fatt, aktar minn nofs l-avvenimenti qed isiru lil hinn minn xtutna. Fil-Parlament Ewropew fi Brussell ingħata bidu għall-esibizzjoni Valletta: Another Landscape, wirja tal-fotografija ta’ Ritty Tacsum, li bdiet fid-9 ta’ Frar u mistennija tkompli sal-aħħar ta’ Marzu. Fis-16 ta’ Frar infetħet uffiċjalment il-wirja Malta – Land of Sea, li se tibqa’ miftuħa sat-28 ta’ Mejju fil-Bozar, fi Brussell. Fi Brussell ukoll, fil-Bini LEX nhar is-17 ta’ Frar, infetħet il-wirja Contemporary Malta – Fine Arts Exhibition mill-istudenti tal-MCAST, u li mistennija tkompli sal-aħħar ta’ Ġunju. Wirja oħra ta’ fotografija, din id-darba ta’ Joe Smith, bl-isem The Texture of Memory, infetħet fit-22 ta’ Frar fil-KESE, fi Brussell, u se tibqa’ miftuħa sal-20 ta’ Marzu. Issa jmiss li naqilbu l-folja tal-kalendarju tagħna, hekk kif nhar l-Erbgħa li ġej se jibda x-xahar ta’ Marzu. L-ewwel avveniment kulturali għal dan ix-xahar se jsir f ’Dar Malta, fi Brussell. Din hija wirja fotografika tal-artist Kris Micallef, bl-isem REGNVM, u se tittella’ mit-3 ta’ Marzu sal-15 ta’
Mejju. Fil-Parlament Ewropew se tittella’ wkoll wirja ta’ oġġetti misjuba taħt l-ilma madwar Għawdex, nhar is-6 ta’ Marzu, bl-isem Phoenician Shipwreck. Din l-esibizzjoni se tittella’ mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew ta’ Miriam Dalli. Din il-wirja se tiġi segwita minn tliet avvenimenti li se jsiru fil-Lussemburgu: mill-10 ta’ Marzu sas-16 ta’ April se tittella’ wirja fotografika ta’ David Pisani bl-isem Vanishing Valletta, li hija studju dwar il-Belt Kapitali tagħna u l-Port il-Kbir; Nadine Axisa se tagħti kunċert bl-isem Velvet fit-12 ta’ Marzu; u Gabi Sultana mistennija tagħti prestazzjoni fuq il-pjanu fis-16 ta’ dan ix-xahar. Fl-istess ġurnata se jsir kunċert mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta fl-Awstrija bl-isem ta’ EROICA. Il-kalendarju lokali se jibda f ’nofs Marzu b’Shadows of Malta’s Times, li għandu jkompli għaddej sa tmiem Mejju u li jikkonsisti fi prestazzjoni b’pupazzi tad-dell. Din se tittella’ f ’numru ta’ skejjel primarji differenti madwar Malta. L-esibizzjoni Valette Dagger dwar l-istallett tal-Gran Mastru de Valette se ssir fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, mit-18 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Ġunju. L-istallett ġie misluf millmużew Louvre f ’Pariġi. Il-kalendarju kulturali jerġa’
Xena minn Colours in Motion. Illustrazzjoni ta’ Julian Mallia joħodna barra minn xtutna fil-21 ta’ Marzu, li jimmarka l-ewwel kunċert minn Tenishia fiċ-Ċina. Tenishia mistenni wkoll jagħti kunċerti fl-24 ta’ Marzu fil-Malasja, u fil-25 u l-31 ta’ Marzu fl-Indoneżja. Millġdid se ssir wirja tal-fotografija mit-22 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ April, bl-isem Gozo – Faces of Culture, li se ssir fil-bini tal-Kumitat tar-Reġjuni fi Brussell. Marzu jimmarka l-anniversarju minn meta ġie ffirmat it-Trattat ta’ Ruma fil-25 ta’ Marzu 1957. Biex niċċelebraw din l-okkażjoni, li se taħbat f ’nofs il-Presidenza Maltija tal-UE, il-faċċata tal-Palazz talGran Mastru fil-Belt Valletta se tittrasforma ruħha fi sfond għal xogħol ta’ arti multimedia bl-isem Colours in Motion, marbut mat-temi tas-settur marittimu, il-migrazzjoni u l-Mediterran, b’mużika oriġinali li torbot ma’ kwotazzjonijiet minn sorsi ta’ letteratura mit-28 Stat Membru tal-UE. Dan l-ispettaklu se
jittella’ mill-24 sas-26 ta’ dan ix-xahar. L-24 ta’ Marzu huwa wkoll il-jum li fih jingħata bidu għall-wirja fotografika IN TRANSIT fl-Olanda. Din mistennija tibqa’ miftuħa sas-16 ta’ Mejju. Is-27 ta’ Marzu wkoll se jġib żewġ avvenimenti miegħu. F’dan il-jum Walid Nabhan jibda l-qari ta’ letteratura ma’ Adrian Grima fir-Ramallah. Huma mistennija jduru tliet universitajiet fil-Palestina sat30 ta’ Marzu. Kirana, li se ssir fis-27 ta’ Marzu f ’Sydney, hija prestazzjoni li tgħaqqad iżżfin u l-multimedia, u li tħajjar lit-tfal sabiex jipparteċipaw f ’numru ta’ workshops abbinati mal-avveniment. L-aħħar avveniment għal dan ix-xahar huwa kunċert minn Simon Schembri, bl-isem The Maltese Touch. Dan se jsir f ’Washington, u b’hekk – b’togħma Maltija – nagħlqu l-kalendarju tal-avvenimenti kulturali għax-xahar ta’ Marzu.
17
26.02.2017
kullhadd.com
X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI
20.02
Ġie inawgurat belvedere ġdid f ’Ħaż-Żabbar
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist
21.02 F’Għawdex infetaħ l-ewwel ċentru ta’ matul il-jum għal persuni bid-dimenzja Għawdxin
22.02
Fit-turiżmu ġiet reġistrata żieda ta’ 5% fil-wasliet tat-turisti f ’ Malta u żieda ta’ 7.5% fl-infiq tagħhom
Il-Ħamis, 16 ta’ Frar Mhux billi jgħid Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna li Simon tagħna waqa’ għaċ-ċajt għax ma ġab xejn provi fil-Qorti kontra Keith Schembri. Ġorġ bħal tal-Labour, jaħseb li Simon baħnan. Ma jafux li lanqas jibdew ħdejn l-għerf tiegħu! Mingħalihom li għax għamlulu libell se jgħidilhom kollox u jġib il-provi. Nini nini jagħtikom il-provi issa. Il-provi jagħtihomlkom meta tkun waslet l-elezzjoni ħalli t-tkaxkira li se nagħtukom tkun akbar milli qegħdin taħsbu. U mhux qegħdin wisq ’il bogħod għax l-istamperija qegħdin jgħidu li l-elezzjoni żgur din issena se ssir, u għalhekk bdejna diġà bilkampanja elettorali. Il-Ġimgħa, 17 ta’ Frar
23.02 Daħlu regolamenti ġodda li jwaqqfu l-importazzjoni ta’ annimali perikolużi
24.02
Gvern Laburista bagħat eluf ta’ ċekkijiet lil 38,857 anzjan u anzjana
25.02 Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-ekonomija ta’ Malta se tespandi u hija t-tielet ekonomija blakbar tkabbir fl-Unjoni Ewropea
26.02
Inġieb aktar apparat ġdid u modern għall-Isptar Mater Dei, din id-darba Foetal Ultrasound Probe li permezz tiegħu t-tobba jistgħu jaraw aħjar jekk hemmx problema fil-qalb, qabel ma t-tarbija titwieled
ċerti liġijiet, u kien joħroġna ta’ spiss fittoroq. U hekk se jkun qiegħed jagħmel Simon tagħna. Diġà qalilna li mhux se jdum ma jerġa’ jsejħilna. Ovvjament, mhux se nerġgħu ninżlu fit-toroq nhar il-Ħadd, għax nhar il-Ħadd il-Karnival. Ovvjament, mis-slogan ‘Xogħol, ġustizzja, libertà’ talkbir Eddie, ikollna nħallu barra x-xogħol, għax xogħol hawn għal kulħadd. It-Tnejn, 20 ta’ Frar Kemm jien iddiżappuntat! Kont ilni nistenna din il-ġurnata ma nafx kemm. Kont qiegħed naħseb – anzi kont ċert – li dawn tal-Pana, f ’din il-ġurnata kienu se jagħtuna ras Konrad Mizzi u ras Keith Schembri fuq platt tal-fidda. Imma bqajt b’xiber imnieħer. Mhux talli ma tawniex ras Konrad Mizzi u ras Keith Schembri fuq platt, talli insistew li mhumiex interessati fil-politika partiġġjana lokali. Allura x’ġew jagħmlu, ngħid jien! Aħjar ma ġew xejn, għax naħseb li ż-żjara tagħhom aktar kienet ta’ deni għal Simon tagħna milli għal Joseph Muscat. Ħasra li ma stednuhx lil Simon, għax min jaf x’ħasla kien jagħtihom!
Qatt ma stennejt li Konrad Mizzi flaħħar kien se jaċċetta li jidher quddiem dawk tal-Parlament Ewropew. Ngħid iddritt, ħasadni naqra għax xi ftit jew wisq se jagħlaqlu naqra ħalqu lil Simon tagħna wara daqs dawn xhur jgħidlu li kien qiegħed jibża’ jidher quddiemhom. Imma naħseb li dawn mhux bħal dawk li flew il-kuntratti tal-Enemalta u ma xammew xejn minkejja li Simon tagħna ilu xhur sħaħ ixomm riħa tinten pesti ta’ korruzzjoni. Allaħares ma It-Tlieta, 21 ta’ Frar jxommu xejn dawn ukoll għax allura n-nies jibdew jaħsbu li Simon tagħna m’għandux Mela sew, minflok tawna ras Konrad Mizzi u ras Keith Schembri fuq platt, dawk talraġun. U Simon dejjem ikollu raġun. Pana spiċċaw jgħidulna li l-eks membru parlamentari tagħna Noel Buttigieg Scicluna, jekk fhimt sew, qiegħed imexxi Is-Sibt, 18 ta’ Frar kumpanija li tħares l-interessi jew il-flus Setgħu ħallew imqar jumejn oħra dawk ta’ bint il-president ta’ Angola li, skont tal-aġenzija Fitch qabel ħarġu r-rapport huma, ġejjin mill-kriminalità jew millli ħarġu. Kultant jagħtuni l-impressjoni li korruzzjoni. U biex ikomplu jitfgħu l-melħ huma Laburisti aktar minn Joseph Muscat fuq il-ferita, qalulna wkoll li se jitolbu lillu l-klikka ta’ miegħu f ’Kastilja. Ngħid pulizija tal-Ewropa jinvestigaw lil Beppe jien, kellhom għalfejn joħorġu b’dak il- Fenech Adami. X’ma ngħidx li aħjar ma ftaħir kollu għall-gvern ta’ Joseph Muscat ġew xejn ’l hawn! proprju lejlet id-dimostrazzjoni nazzjonali biex nuru solidarjetà ma’ dik tal-Bidnija! Mhux għax qiegħed nibża’ li mhux se L-Erbgħa, 22 ta’ Frar jkollna nies, għax kull Nazzjonalist li ltqajt miegħu qalli li għada hemm se jkun, fit- Mhux biss Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna sar toroq tal-Belt nipprotestaw flimkien ma’ Laburist. Wara tal-Fitch, illum kien imiss Simon tagħna. Viva Simon, Viva Simon, lill-Fond Monetarju Internazzjonali u lill-Kummissjoni Ewropea biex joħorġu ħej! b’qabda ftaħir għal Joseph Muscat. Ma nafx kif dawn tal-Kummissjoni Ewropea donnhom saru Laburisti aktar minn Il-Ħadd, 19 ta’ Frar Muscat, u ħlief ifaħħruh mhumiex. Fuq Suċċess. Suċċess. Suċċess. Kont konvint li kollox, dan lanqas jingħaqad mal-Unjoni se jkollna ħafna nies, imma ma bsartx li se Ewropea ma ried! U l-ġurnata għażluha, jkollna daqshekk. Imma mhux bil-folla biss għax illum suppost li kulħadd qiegħed ħadt gost, ħadt gost ukoll nisma’ lil Simon jitkellem fuq il-fatt li kien sena ilu li dik tagħna. Aktar ma jgħaddi żmien, aktar tal-Bidnija żvelatilna dak li konna qegħdin qiegħed isir qisu Eddie l-kbir. Hekk kien naħsbu li huwa skandlu li se jwaqqa’ jagħmel Eddie. Jgħidilna biex ma nobdux l-Gvern.
18
26.02.2017
1 L-AMERKA
MADWAR kullhadd.com
FIL-QOSOR
1
2
IL-ĦAJT TA’ TRUMP ‘SE JINBENA QABEL IL-WAQT’
Il-President Amerikan Donald Trump wiegħed li l-famuż ħajt fuq il-fruntieri Messikani se jibda dalwaqt, iktar kmieni milli oriġinarjament maħsub. Qal dan waqt l-indirizz fil-Kungress tal-Azzjoni Politika Konservattiva, fejn iddeskriva l-ħajr bħala wieħed b’saħħtu li mhux se jippermetti nies ħżiena jidħlu fl-Istati Uniti. Trump kien milqugħ bil-kantaliena “USA, USA” meta daħal fis-sala f ’Maryland. Dan id-diskors ġie jum biss wara li s-Segretarju tal-Istat Rex Tillerson u s-Segretarju għas-Sigurtà John Kellu ltaqgħu ma’ uffiċjali Messikani. Madankollu, ma saret ebda referenza għal dan il-ħajt kontroversjali li mistenni jiswa iktar minn $21 biljun.
2 IL-MESSIKU
3 FRANZA
TAXXA MIŻJUDA FUQ PRODOTTI MESSIKANI
Intant, il-Messiku wissa li l-Istati Uniti tista’ timponi taxxa miżjuda fuq prodotti impurtati mill-Messiku biex ikun iffinanzjat l-istess ħajt. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Messikan Luis Videgaray qal li dawn it-triffi se jsiru fuq prodotti partikolari, li l-Amerka tiddepenedi għall-aħħar fuq il-Messiku biex ikunu impurtati b’mod effiċjenti. Fl-istess ħin li l-President Trump qal li l-ħajt se jinbena iktar kmieni milli oriġinarjament maħsub, l-Aġenzija tal-Protezzjoni tal-Fruntieri qalet li se tibda taċċetta proposti għad-disinn tal-ħajt mis-6 ta’ Marzu li ġej. Huma talbu biex is-sottomissjonijiet juru disinji u għamla differenti. Minn hawnhekk l-Aġenzija tagħżel l-aħjar sottomissjonijiet biex jibda l-proġett f ’April.
FILLON SE JKUN INVESTIGAT Maġistrat Franciż tqabbad biex jinvestiga ħlasijiet suspettużi li ħadu l-familja tal-kandidat Presidenzjali Francois Fillon. Minkejja li dan huwa pass oltre mill-inkjesta preliminarja, il-ġurat inkwistjoni xorta jista’ jwaqqa’ l-każ għax l-inkjesta ma tirreferix b’mod dirett lejn Fillon li huwa maħsub li ħallas lil martu u wliedu ta’ xogħlijiet li ma għamlux. Fillon ma kkonfermax dan kollu, imma qal li lest li ma jikkontestax għal President Franċiż jekk se jkun suġġett għal investigazzjoni formali. Madankollu, din il-wegħda kapaċi ma tkunx minnha. Huwa mistenni li l-Maġistrat jiddeċiedi li hemm biżżejjed provi biex tinbeda investigazzjoni kriminali. Daqqa ta’ ħarta għal Fillon li sa issa kien il-favorit tal-poplu għal president ġdid wara Francois Hollande.
3
R ID-DINJA
19
26.02.2017
kullhadd.com
6 L-AWSTRALJA
3 5
KRITIKA LEJN IL-PRIM MINISTRU
6
4
Il-Prim Ministru Awstraljan Malcolm Turnbull injora kritika mill-Prim Ministru preċedenti Tony Abbott, li l-partit li jmexxi Turnbull jinsab f ’riskju li ma jibqax fil-Gvern. F’diskors din il-ġimgħa, Abbott ħadha qatta bla ħabel kontra l-Gvern għax, skont hu, mhux konservattiv biżżejjed f ’inċentivi u politiki ġodda li jista’ jipproponi f ’elezzjoni. Turnbull irritalja għal dawn l-allegazzjonijiet u qal li hu, bħala Prim Ministru, jaf eżatt x’inhu l-aħjar għall-pajjiż. Qal ukoll li kull membru fil-Gvern kontinwament jistaqsi kif jista’ jikkontribwixxi iktar lejn il-patrija u s-suċċess tal-Gvern attwali. Kelliema għall-Gvern Awstraljan ikkundannaw id-diskors ta’ Abbott u saħqu li huma magħqudin wara l-Prim Ministru tagħhom.
5 IS-SIRJA
4
L-AFRIKA T’ISFEL
ATTAKK IĦALLI 51 MEJTA
UŻAW IL-FORZA BIEX IMEWTU PROTESTA
Pulizija fl-Afrika ta’ Isfel użaw il-gass tad-dmugħ biex jifirdu folol li nġabru f ’marċ kontra l-immigranti f ’Pretoria. Ħelikopter tal-pulizija ntbagħat ukoll biex tkun evitata ġlieda li kienet qed tinbet bejn min kien qed jipprotesta u xi barranin li nzertaw fuq il-post, li kienu lkoll armati bi skieken u ġebel. Il-President Jacob Zuma qal li l-protesti kienu kontra l-kriminalità u mhux kontra l-barranin fil-pajjiż. Dan minkejja li l-għajta waqt il-protesta kienet li l-migranti qed jisirqu l-impjiegi taċ-ċittadini. Zuma kkundanna l-atti vjolenti li seħħew waqt il-protesta li intimidaw liċ-ċittadini u l-immigranti.
Karozza bomba qatlet minn tal-inqas 51 persuna f ’villaġġ maħkum mir-ribelli viċin il-belt ta’ al-Bab fis-Sirja. Militanti tal-Istat Iżlamiku refgħu ir-responsabbiltà għal dan l-attakk wara li ribelli appoġġjati mit-Turkija keċċewhom mill-villaġġ nhar il-Ħamis. Intant, it-Turkija qalet li għandha kontroll fuq il-villaġġi kollha fl-inħawi issa li tkeċċew il-militanti Iżlamiċi. Qalu wkoll li attivitajiet vjolenti qed ikunu mwaqqfa permezz ta’ ostakli, mini taħt l-art u splussivi. Il-militanti Iżlamiċi wettqu dan l-attakk proprju fil-ħin li diversi persuni ċivili kienu qed jistennew biex jirritornaw fi djarhom f ’al-Bab. Uffiċjal Tork saħaq li, issa li seħħ l-attakk, persuni mhux midruba se jingħataw kull appoġġ biex ħajjithom tibqa’għaddejja b’mod normali u jirritornaw lura fi djarhom mill-iktar fis.
20
26.02.2017
kullhadd.com
ID-DĦUL TA’ MIN HU FUQ U TA’ MIN HU ISFEL Minn Charles B. Spiteri
Minn dak li kien rappurtat f’The Telegraph tad-29 ta’ Diċembru li għadda, Tony Blair, eks Prim Ministru tal-Ingilterra, għandu fortuna ta’ €60 miljun, fosthom għaxart idjar. Dan kollu jammonta għal tliet darbiet aktar milli kien iddikjara li għandu. Id-Daily Mirror tal-14 ta’ April 2016, semmiet li David Cameron għandu €45 miljun, b’assi likwidi li jlaħħqu €223,528. Barra minn hekk ma kienx iħallas pensjoni fuq €23,529 mis-salarju. Irriżenja b’pensjoni ta’ €47,065 fis-sena u ngħata €23,537 talli telaq qabel ma temm il-ħatra tiegħu. Il-President Barak Obama jingħad li kellu €383,325 fis-sena salarju, u fuq €47,920 minnhom ma kienx iħallas taxxa. Il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel għandha salarju ta’ €216,000 fis-sena, waqt li l-President Russu Vladimir Putin, idaħħal €64,000. Il-gazzetta KullĦadd tistaqsi:
Kemm taħseb li dawn is-salarji hekk qawwija huma ġusti u ġustifikati għalina l-Maltin? Dr Philip von Brockdorff, Kap tal-Fakultà tal-Ekonomija fl-Università ta’ Malta
Fir-rigward ta’ salarju ta’ nies magħrufin bħal Tony Blair, David Cameron u Barak Obama, meta dawn kienu jew prim ministri jew, fil-każ ta’ Obama, President, ma narax li kellhom xi salarju esaġerat meta tqis ir-responsabbiltà li ġġorr il-kariga. Li jħassibni hu kif fil-każ ta’ Tony
Blair, stagħna permezz ta’ konsulenza, billi uża l-kuntatti li għamel waqt li kien prim ministru. Fil-każ ta’ Cameron dan ġej minn familja sinjura u kellu d-diċenza li jwarrab kompletament mix-xena pubblika wara d-disfatta tar-referedum. Għad irridu naraw x’se jagħmel Obama,
iżda nistħajjel li d-dinjità li mexa biha waqt li kien president tkompli issa li ma għadux. Is-salarju relattivament baxx ta’ Putin ma jimpressjonani xejn. Jekk wieħed jemmen li Putin jinsab fil-kariga li għandu għas-salarju, tasal biex temmen kollox.
Dr John Consiglio, għalliem tal-ekonomija fl-Università ta’ Malta
Jiena naħseb li dawn it-tliet mistoqsijiet huma kollha relatati u bejniethom hemm ness (rabta) b’saħħtu ħafna. Ma tgħaddix sena li fiha ma naqrawx u ma nisimgħux li bejn l-abbjenti (dawk li għandhom) u n-nonabbjenti (dawk li m’għandhomx, jew għandhom biss ftit ħafna), id-differenza fid-dinja qed tikber qatigħ, u bla nifs. U din il-verità qed narawha tinfirex kullimkien, b’mod speċjali fil-pajjiżi tal-Punent. Mhux għax fil-pajjiżi tal-Lvant ma teżistix ukoll. Hi differenza li tinsab mhux biss fis-salarji u l-pensjonijiet ta’ individwi f ’ċerti ħatriet, iżda tinsab ukoll f ’termini tal-kundizzjonijiet materjali li fihom qed jgħixu kategoriji differenti ta’ nies f ’pajjiżi differenti. Hekk pereżempju – imma din materja ftit ’il boghod mit-tema tal-lum – naraw il-faqar assolut, in-nuqqas ta’ djar, nuqqas ta’ kundizzjonijiet adekwati mediċi, u tant differenzi oħra bejn livelli differenti fis-soċjetajiet f ’diversi pajjiżi. Naraw kif dawn huma realtajiet li ma jistgħux jiġu miċħuda. Jekk inħarsu lejn xi eżempji specifiċi nistgħu nikkummentaw bi ftit aktar dettall. Ma tantx
jinkwetani li David Cameron spiċċa minn Prim Ministru fir-Renju Unit b’pensjoni ta’ €47,065 għax dik mhix xi somma fenomenali b’paragun ta’ pensjonijiet u stock options, u benefiċċji oħra li f ’dak il-pajjiż jitħallsu lil individwi oħra fis-settur privat. Iżda jinkwetani ħafna, iva, li David Cameron, skont li qalet id-Daily Mirror, għandu €45 miljun, li dawn żgur hu ma kellux qabel ma daħal fil-politika u spiċċa sar prim ministru. Dawk minn fejn għamilhom? Wirithom, jew rebaħhom fil-lotterija nazzjonali ta’ pajjiżu li tant hi popolari hemmhekk? L-istess ngħid għall-każ ta’ Barack Obama. Salarju ta’ €383,325 fis-sena għal dak il-livell ta’ responsabbiltajiet, u f ’dak il-pajjiż partikulari, ma naħsibx li hi ċifra esaġerata f ’pajjiż li spiss jinżamm bħala l-mudell tas-sistema ekonomika kapitalista. Min jaf f ’Wall Street kemm hemm li jaqilgħu ferm aktar. Ma nħossnix komdu iżda li naqbel li xi parti minn dan id-dħul tkun eżenti mit-taxxa fuq iddħul (income tax). It-taxxi suppost li jħallashom kulħadd, minn fuq s’isfel, u dan sempliċiment għax il-ġustizzja soċjali hekk titlob.
Is-salarji li ssemmew ta’ Angela Merkel u ta’ Vladimir Putin ukoll ma jolqtunix bħala xi ċifri straordinarji. Ma rridux ninsew li qed nitkellmu fuq pajjiżi kbar, b’ekonomiji kbar, u ħatriet ta’ piżijiet kbar. Iżda dan ma jfissirx li salarji ta’ dawn il-livelli m’għandhomx ikunu operanti f ’sistemi fejn id-dħul ta’ ċerti livelli, hekk imsejħa ‘baxxi’ m’għandhomx, jew jistgħu, fl-istess żmien ikunu tali li l-livell tal-għajxien tan-nies f ’dawk il-livelli jkun tali li jkollhom ikel, djar, edukazzjoni, ilbies, kura tas-saħħa, u elementi oħra ta’ livell tali li jkunu jistgħu jgħixu ħajja diċenti. Anke jekk Kristu qalilna , “The poor you will always have with you,” (Madwarek dejjem se jkun hemm il-fqar) xorta l-istess tagħlim tal-Knisja kontinwament jgħidilna li mhux sew li min jgħix fis-sakra u min mejjet għal qatra. Biex ma ngħidu xejn li l-istorja ta’ tant u tant pajjiżi fl-imgħoddi wriet li, fejn dawn id-diżugwaljanzi oxxeni jitħallew jippersistu, illum jew għada jkun ifisser li jqumu rivoluzzjonijiet u jmutu ħafna u ħafna nies, u ssir ħsara liema bħalha lit-tessut tan-nazzjon.
21
26.02.2017
kullhadd.com
Ħafna drabi jkunu qed jerħu ċerta riħa ta’ jew injoranza jew almenu nuqqas ta’ apprezzament tar-responsabbiltajiet u l-volum ta’ xogħol u ħinijiet stramani u mhux soċjali, li ħafna nies f’dawk il-ħatriet ikunu obbligati li jaħdmu
Taqbel li fuq dawn il-pagi għoljin għandu jkun hemm il-perkaċċi u ammonti li fuqhom ma titħallasx taxxa meta, kull min qiegħed b’salarju baxx, iħallasha qabel jaqbad iċ-ċekk? Dr Philip von Brockdorff, Kap tal-Fakultà tal-Ekonomija fl-Università ta’ Malta Dr John Consiglio, għalliem tal-ekonomija fl-Università ta’ Malta
Meta bħalissa għaddej dibattitu dwar il- ing wage, hu tassew ironiku li, permezz ta’ beneficċi li huma biss ħolma għal eluf ta’ ħtieġa li ngħollu l-paga minima u kif taxxi u dejn pubbliku, hawn minn jirċievi Maltin li jaħdmu fis-settur privat u jaqilpossibbilment tiddaħħal xi forma ta’ liv- perkaċċi, performance bonus u tip ieħor ta’ għu paga baxxa.
Din mhix problema faċli li se tiġi solvuta millum għal għada. Iżda min ikun fuq, u jkun qed jieħu d-deċiżjonijiet, irid ikun kontinwament konxju minnha, għax, kif għedna, fiha hemm dejjem iż-żerriegħa ta’ inkwiet kbir fis-soċjetà li tkun qed tbati mill-inġustizzji ta’ differenzi
kbar. Bħalissa f ’pajjiżna qed jgħolli rasu bl-ikrah il-fattur ta’ ħafna kirjiet għoljin u esaġerati li qed jintalbu b’effett diżastruż fuq ħafna familji. Kull sforz li jista’ jagħmel Gvern meta jżid id-dħul ta’ dawk fuq il-faxxa t’isfel, li mbagħad
dan il-ġid jinħatfilhom minn idejhom mill-gula tas-sidien tal-proprjetà, dak iwassal għal aktar differenzi bejn min hu fuq u min hu isfel. Fiduċja għamja fl-operat tas-suq ħieles mhix, f ’ċirkustanzi bħal dawn, mezz li jaħdem adekwatament lejn il-ġustizzja soċjali.
F’Malta nsibu li għandna mill-inqas 16-il persuna li jaqbdu salarju akbar minn dak li jingħata lill-Prim Ministru għall-irwoli pubbliċi li għandhom. Tħoss li hemm diskrepanza mhux ġusta bejn il-paga ta’ ħaddiem b’paga minima u dik ta’ CEO f’azjenda li tlaħħaq il-€100,000 fis-sena? Dr Philip von Brockdorff, Kap tal-Fakultà tal-Ekonomija fl-Università ta’ Malta
Fil-każ ta’ Malta, is-salarju tal-Prim Ministru Muscat hu relattivament baxx ukoll u ma nistax naċċetta li kap eżekuttiv ta’ entità statali jitħallas aktar millPrim Ministru. Ma għandi xejn kontra
li s-salarju tal-Prim ministru għandu jirrifletti l-importanza tal-kariga u dak kollu li ġġorr magħha, iżda ma nista’ qatt naċċetta l-perkaċċi li għandhom kapijiet eżekuttivi ta’ awtoritajiet u entitajiet
statali kif ukoll uffiċjali għoljin malGvern meta n-numru tagħhom, inkluż persuni impjegati bħala persuni ta’ fiduċja, laħqu numru eċċessiv għad-daqs ta’ pajjiżna.
Dr John Consiglio, għalliem tal-ekonomija fl-Università ta’ Malta
Dr John Consiglio, għalliem tal-ekonomija fl-Università ta’ Malta: Jiena lanqas ma nkun kuntent meta jsir diskors li Tizju jew Kaju għandu salarju aktar jew inqas mill-Prim Ministru, President, Prim Imħallef. Dawn it-tipi ta’ paraguni mhux biss huma odorużi (u mhux ‘odjużi’, Shakespeare kien qal, “Comparisons are ‘odorous’,’’ mhux ‘odious’!) iżda talli ħafna drabi jkunu qed jerħu ċerta riħa ta’ jew injoranza jew almenu nuqqas ta’ apprezzament tar-responsabbiltajiet u l-volum ta’ xogħol u ħinijiet stramani u mhux soċjali, li ħafna nies f ’dawk il-ħatriet ikunu obbligati li jaħdmu. Hemm differenza kbira bejn stil ta’ ħajja ta’
li tidħol għax-xogħol fit-8.00am u tlaqt lejn id-dar dejjem fil-5.00pm, b’paragun ma’ li bniedem jaf x’ħin jibda iżda li ma jafx x’ħin se jmur lura d-dar biex igawdi l-familja u jistrieħ. L-għira m’għandha tkun qatt il-kejl li jispira l-ġustizzja. Naturalment, il-paragun taċ-ċifri bejn dawk li huma l-introjti li aħna mdorrijin bihom hawn f ’Malta u dawk applikabbli f ’pajjiżi oħra, mhux xi ħaġa li faċli ssir. Iżda anke b’dan f ’moħħna għandna, iva, dejjem id-dmir li jkun hemm ċerta relazzjoni ‘sensibbli’ bejn dak li jaqilgħu ta’ fuq u dak li jaqilgħu ta’ isfel fi kwalunkwe pajjiż. U dan anke fejn jidħlu pensjonijiet. Dak li jaqilgħu
ta’ fuq għandu, iva, ukoll jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ dak li nsibuh bħala ‘il-pakkett kollu’. Għax meta ċerti ħatriet iġibu magħhom mhux biss introjti monetarji li huma qabża straordinarja b’differenza ma’ t’isfel, iżda talli spiss ma’ dawk is-salarji ta’ fuq wieħed ikun irid benefiċċji (karozzi, telefowns, vjaġġar, insurances, bonuses, stock options, u tant affarijiet oħra) hemm allura ara kemm tikber id-differenza…u spiss allura anke l-inġustizzja soċjali. Biex ma ngħidu xejn dwar sistemi ta’ operat finanzjarji fejn, meta tingħata żieda (uffiċjali jew le), tissokta tikber id-differenza fid-dħul bejn min diġà għandu ħafna u min ikollu ftit.
22
26.02.2017
kullhadd.com
SITWAZZJONI MWIEGĦRA FIL-KUNSILL TAL-BELT VALLETTA MARIO
FAVA President Sezzjoni Kunsilliera PL
Mhux l-ewwel darba li kont kostrett nikteb dwar il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Kunsill Lokali li dejjem tmexxa minn maġġoranza Nazzjonalista, fejn kull tmexxija kien hemm fil-konfront tagħha lmenti u tgergir mir-residenti għat-telqa li hemm f ’ħafna partijiet talbelt kapitali. Fil-fatt, jekk wieħed jagħmel riċerka żgħira, isib li l-parti l-kbira tal-proġetti li saru fil-Belt Valletta dejjem saru mill-gvern ċentrali u mhux mill-fondi tal-Kunsill Lokali. Xi ħaġa li dwarha spiss jilmentaw ir-residenti hija t-telqa u l-ħmieġ li wieħed jara f ’diversi żoni. Tgergir ieħor huwa dwar l-istat tal-biki tal-bankini u riċentament anke dwar kif donna nibtet marda li, kull min għandu ħanut li mqar ibigħ flixkun ilma, sar joħroġ mejda jew
imwejjed barra l-ħanut b’mod li jittieħdu numru ta’ parkeġġi li suppost qegħdin hemm biex wieħed jipparkja fihom il-vettura tiegħu. Dan kollu u aktar huwa sintomu ta’ tmexxija ħażina li tirriżulta wkoll b’nuqqasijiet u irregolaritajiet ta’ kif isiru l-affarijiet f ’dan il-Kunsill Lokali. Tmexxija li wasslet lil dan il-Kunsill ikompli jżid mad-dejn tiegħu biex issa sar wieħed fost l-iktar kunsilli mdejna filpajjiż. Jidher li dan id-dejn issa jlaħħaq il-figura ta’ iktar minn €1.5 miljun. Figura li tinkludi dejn akkumulat fl-aħħar tliet snin u li dan il-Kunsill għadu ma ħallasx. Dan minkejja li s-Sindku preżenti diġà beda jwaħħal fis-Sindku ta’ qablu u qed jgħid li d-dejn li hemm sabu ma’ wiċċu meta daħal hu fil-kariga. Minkejja dan, però, jekk wieħed imur lura għas-sena 2010, jirriżulta li l-Kunsill talBelt Valletta kellu bilanċ pożittiv fuq il-kotba tiegħu u s-sitwazzjoni ilha sejra ħażin minn dakinhar. Illum, seba’ snin wara, il-Kunsill jinsab f ’sitwazzjoni li mhux faċli joħroġ minnha kif ġieb u laħaq. Jekk wieħed jidħol fid-dettall ta’ ċer-
tu nfiq ta’ dan il-Kunsill, isib numru essaġerat ta’ drabi fejn nies differenti jsiefru fuq skuża jew oħra; isib numru li ma jagħmilx sens ta’ ġemellaġġi; xiri ta’ affarijiet li ma jagħmlux parti mid-doveri ta’ Kunsill Lokali. Dan meta dak essenzjali mhux qed isir jew ma jinstabux flus għalih, imma fl-istess ħin jinstabu l-fondi biex isiru s-safriet. Tajjeb wieħed jistaqsi kif id-Dipartiment tal-Gvern Lokali approva dawn is-safriet u ġemellaġġi ladarba l-Kunsill qiegħed fid-defiċit li jinsab fih. Il-liġi tgħid ċar u tond li meta kunsill ikun f ’defiċit, għandu jitwaqqaf kumitat tal-finanzi sabiex jara li kull ħlas li jsir tkun approvata n-nefqa tiegħu u, aktar minn hekk, li l-istess nefqa tkun għall-benefiċċju tar-residenti u skont il-liġi. Twaqqaf dan il-kumitat? Minn min hu kompost? Kemm-il darba qed jiltaqa’? Min qed iżomm il-minuti tiegħu? X’rakkomandazzjonijiet qed jagħmel lill-Kunsill Lokali? Jekk wieħed iżur is-sit elettroniku tal-Kunsill, jara li l-aħħar skeda ta’ pagamenti mtellgħa fuq is-sit hija dik ta’ Settembru 2016. Għandi nifhem li minn Settembru sa issa ma tressqet
l-ebda skeda ta’ pagamenti – kieku għaliex mhux imtellgħa mal-minuti tas-seduti ta’ Ottubru, Novembru, Diċembru u Jannar? Jekk wieħed imbagħad imur lura għas-snin 2013 u 2014, isib skedi ta’ pagamenti li t-titlu stess jgħid li dawn huma għal perjodu ta’ iktar minn xahar wieħed. Għaliex dan il-Kunsill Lokali, pereżempju, għadu jitħalla jagħmel xiri b’direct order li l-mod kif isir imur lil hinn milli tippermetti l-liġi? Għaliex jekk qed ikun hemm ammont sostanzjali ta’ direct orders mhux qed tinħareġ sejħa għall-offerti? Għaliex il-minuti, aġenda u skeda tal-pagamenti ma jigux imtellgħa fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill appena dawn jiġu approvati? Jekk imbagħad naqbdu mal-kuntratti ta’ dan il-Kunsill, għaliex ċertu kuntratti kellhom jiġu estiżi diversi drabi? Għaliex ma tiġix ippreżentata lill-kunsilliera lista tal-kuntratti li se jiskadu minn xhur qabel ħalli l-Kunsill ma jigix f ’pożizzjoni li jkollu jaħdem b’estensjonijiet jew bla kuntratt? X’inhu l-iskop li dan ma jsirx? Fejn hi l-amministrazzjoni tal-Kunsill f ’dan kollu? Dan hu xogħol l-amministrazzjoni u, jekk dan
mhux isir, allura hemm nuqqas. Min se jerfa’ responsabbiltà ta’ dan in-nuqqas? Imbagħad fejn jidħlu l-impjegati, minflok nivvintaw titlu wara ieħor biex ikollna skuża ndaħħlu nies ġodda, għaliex ma narawx għalfejn is-Segretarju Eżekuttiv mhux ilaħħaq ma’ deadlines bħalma hi l-aġenda jew il-minuti u, jekk se ndaħħlu nies ġodda, naraw li dawn ikunu assistenza biex l-affarijiet isiru aħjar? Anke dwar il-ħinijiet tal-ftuħ nistaqsi: Il-Kunsill Lokali talBelt Valletta dejjem qiegħed ikun miftuħ skont il-ħinijiet li tgħid il-liġi? Amministrattivament kulħadd jaf li s-Segretarju Amministrattiv flimkien mas-Sindku huma l-persuni legalment responsabbli. Allura nistaqsi: X’se jiġri issa? Min se jwieġeb? Min se jerfa’ r-responsabbiltà? Dan il-Kunsill se jitħalla jibqa’ miexi f ’din it-triq li qabad? U, bilħaqq, ejja ma ninsewx li l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta huwa l-uniku kunsill f ’Malta li minnu saru żewġ serqiet; waħda minnhom waqt il-ħin tal-ftuħ. S’issa jidher li ħadd għadu ma refa’ r-responsabbiltà ta’ dan lanqas.
IN-NEGOZJU U L-AMBJENT LI JAĦDEM FIH ANTON
VELLA
SME HELPDESK EXECUTIVE, MEA
In-negozju għandu bżonn l-ambjent ġust sabiex ikun jista’ jinbet u jiffjorixxi. Iżda x’inhu dan l-ambjent ġust? Hemm ħafna fatturi. L-ewwel u qabel kollox, negozju għandu bżonn li jkollu klima politika tajba, fejn tirrenja stabbiltà u ħajja mingħajr inċertezzi. Negozju għandu bżonn li jitħalla liberu jopera bl-inqas xkiel possibbli. Kull burokrazija żejda għandna nfittxu li nneħħuha, sabiex kull minuta tiġi ddedikata għal investimenti fin-negozju sabiex ikompli miexi ’l quddiem. Is-settur tan-negozju għandu dejjem u kontinwament jibqa’ jiġi sostnut b’inċentivi, assistenza, u għajnuniet permezz ta’ skemi sabiex ikun imwieżen u inċentivat jegħleb id-diffikultajiet li jiltaqa’ magħhom. Negozju għandu bżonn li jaħdem minn ambjent li jkollu infrastruttura tajba, blaqwa servizzi essenzjali. Kull imprenditur għandu bżonn
li kontinwament iżomm lilu innifsu aġġornat b’kull tibdil fil-liġijiet tax-xogħol, jieħu ħsieb li jadotta l-aħjar kundizzjonijiet għall-mpjegati tiegħu, u jassigura li jkun hemm l-aħjar relazzjoni possibbli bejnu u bejn l-istess ħaddiema. Importanti wkoll li fis-settur tan-negozju jkun assigurat level playing field fejn kulħadd jimxi mar-regoli u l-liġijiet tal-pajjiż, u fejn l-ispettorat min-naħa tal-amministrazzjoni jkun qed jitwettaq mingħajr diskriminazzjoni u ugwalment l-istess ma’ kulħadd. Min-naħa talgvern ċentrali, kunsilli lokali, kif ukoll minn organizzazzjonijiet diversi, huwa importanti li minn żmien għal żmien jieħdu l-inizjattivi sabiex jorganizzaw dak kollu li jista’ joħloq attrazzjoni għall-konsumatur, sabiex dan jattendi, jieħu sehem, u jiġi mħajjar jixtri f ’dawn l-attivitajiet kummerċjali. Kull bejjiegħ għandu jżomm ruħu aġġornat dwar id-drittijiet u d-dmirijiet kemm tiegħu bħala bejjiegħ kif ukoll dawk tal-konsumatur. Fuq kollox, sid ta’ negozju għandu dejjem jieħu ħsieb il-klijentela tiegħu billi joffri l-aħjar servizz possibbli, u tal-ogħla kwalità lill-istess konsumatur. Dan kollu huwa dak li joħloq l-aħjar ambjent fejn in-negozju jkun jista’ jimraħ u jikber.
Kemm-il darba l-amministrazzjoni tal-pajjiż kif ukoll kull sid ta’ negozju jibqgħu jieħdu ħsieb li jsegwu dawn il-linji gwida li għadni kif semmejt, żgur li jibqa’ jkollna ambjent ġust fejn l-attività kummerċjali titkattar u tiffjorixxi. Katina fejn, ħolqa ma’ oħra, tipprovdi l-atmosfera ideali fejn sid ta’ negozju jkun jista’ jaħdem, joffri prodott ta’ kwalità, jinvesti u joħloq ix-xogħol. Il-komunità tan-negozju għandha dejjem tagħraf taħdem id f ’id. Hemm bżonn li l-attività kummercja tibqa’ aspett importanti u li, minn kull lat, tingħata l-prijorità ferm meħtieġa. L-ekonomija f ’pajjiżna, bħal f ’kull pajjiż ieħor, qed tkun immexxija mis-settur tan-negozji żgħar. Għalhekk, meta jitħarsu dawn in-negozji, inkunu qed nassiguraw u niggarantixxu stabbiltà ekonomika. Ebda negozju ma jinbet, jeżisti u jibqa’ jinvesti jekk dan ma jkunx qed jaħdem f ’ambjent li jistimulah sabiex jibqa’ miexi ’l quddiem. X’jiswa li negozju jkollu prodott jew servizz tajjeb, jekk imbagħad ikun qed jopera minn lokalità li ma jkollhiex infrastruttura tajba u jkun diffiċli li jagħti servizz adekwat lill-konsumatur? X’jiswa li sid ta’ negozju jkun qed jagħmel ħiltu kollha sabiex ikun com-
pliant mar-regoli u l-liġijiet talpajjiż, meta mbagħad fl-istess waqt ikun qed jiffaċċja kompetizzjoni inġusta, u jkun qed jikkompeti f ’unfair flaying field ma’ oħrajn li, bil-kuntrarju, jabbużaw u jaħdmu bi prassi illegali? X’jiswa jekk sid ta’ intrapriża jkollu negozju stabbilit, imma mbagħad jonqos hu stess milli jindokra r-relazzjoni ta’ bejnu u bejn l-istess impjegati tiegħu u jispiċċa billi kontinwament ikollu jiddedika ħinu u l-enerġija tiegħu jipprova jsolvi kwistjonijiet minflok juża l-ħin sabiex ikompli jaħseb kif se jkabbar l-istess negozju tiegħu? X’jiswa li kull meta negozju jħoss il-ħtieġa li jkun imwieżen u megħjun, meta jfittex ma jsibx inċentivi, għajnuna u assistenza bi skemi apposta? Kollox ma’ kollox, kif semmejt aktar qabel, jekk kulħadd jagħraf li jaħdem f ’armonija ma’ xulxin, awtomatikament flimkien inkunu qed noħolqu u niggarantixxu l-ambjent ġust fejn jitrawwem in-negozju. Il-liberalizzazzjoni, in-nuqqas ta’ burokrazija, l-edukazzjoni u r-rispett jilagħbu parti minn dak kollu li għandu bżonn l-ambjent ta’ madwarna. Ma jeżistix negozju ħaj jekk ikun imxekkel mil-libertà li jopera xħin u kif irid. Ma jistax negozju jimxi ’l quddiem jekk kon-
tinwament ikun iffaċċjat minn proċeduri burokratiċi. Ma nistgħux nistennew li n-negozju jitkattar u jitjieb jekk ikollna nuqqas ta’ edukazzjoni u informazzjoni ta’ kif imprenditur jista’ jkun iżjed innovattiv u kreattiv. Jiena nemmen li l-fus ta’ kollox, u l-pern tas-soluzzjoni ta’ dak kollu li għadna kif tkellimna fuqu, huwa r-rispett. Fejn jeżisti r-rispett bejn il-Gvern u s-settur tan-negozju, bejn l-employer u l-ħaddiema, bejn il-bejjiegħ u l-konsumatur, bejn is-sidien tan-negozji u r-residenti tal-lokal, bejn min qed jiġġenera l-attività kummerċjali u l-ispettorat, u bejn negozjant u ieħor, ikun jeżisti l-ambjent ideali u ġust fejn kull negozju jkun jista’ joħloq ix-xogħol, jagħraf jinvesti, joffri servizz tajjeb lill- konsumatur, jagħmel il-profitti (għaliex le?), u b’hekk ikun qed jagħti wkoll kontribut lill-ekonomija ta’ pajjiżna. Jekk tixtieq tagħmel kuntatt magħna, bħala Assoċjazzjoni ta’ min iħaddem, ċempel 2122 2992 jew 2123 7585. Tista’ wkoll tibgħat email lil anton. vella@maltaemployers.com jew iċċempel lit-24/7 helpline bin-numru 2122 2006 u tħalilna l-isem sabiex, fl-iqsar żmien possibbli, nirritornaw it-telefonata tiegħek.
23
26.02.2017
kullhadd.com
L-EWWEL GĦOTJA DEMM GĦALL-2017
RESTAWR TA’ RESIDENZI QODMA L-Awtorità tal-Ippjanar nediet skema ġdida – Irrestawra Darek – biex tkompli tassisti fir-riġenerazzjoni tal-qalba tal-irħula f ’Malta. F’din l-iskema l-Awtorità qed tfittex li tippromovi l-investiment fir-restawr, fil-konservazzjoni u fil-manutenzjoni ta’ proprjetajiet residenzjali li jinsabu f ’żoni ta’ konservazzjoni urbana (UCA), kif ukoll binjiet skedati bħala Grad 1 u Grad 2. Taħt din l-iskema, xerrejja li qegħdin jixtru għall-ewwel darba residenza privata u l-binja hija skedata Grad 1 u Grad 2 jistgħu japplikaw għal rifużjoni ta’ 70%, sa massimu ta’ €100,000, tal-ispejjeż eliġibbli li jintefqu fuq xogħlijiet ta’ restawr u l-konservazzjoni. Dawn ix-xogħlijiet jistgħu jitwettqu kemm fuq il-faċċata kif ukoll fil-manutenzjoni interjuri li jinkludu l-arkitettura storika ta’ ġonna. Jekk il-proprjetà ma tkunx skedata, ix-xerrejja li qegħdin jixtru r-residenza antika għall-ewwel darba u li tinsab f ’Żona ta’ Konservazzjoni Urbana jistgħu japplikaw għal rifużjoni ta’ 70% sa massimu ta’ €10,000 tal-ispejjeż eliġibbli li jkunu saru fuq xogħlijiet ta’ restawr u konservazzjoni. L-iskema hija miftuħa wkoll għas-sidien ta’ residenzi privati li jinsabu f ’Żona ta’ Konservazzjoni Urbana (UCA), u li jixtiequ jwettqu xogħlijiet ta’ restawr u manutenzjoni fuq il-faċċata tal-proprjetà tagħhom. Dawn is-sidien jistgħu japplikaw għal rifużjoni ta’ 70% sa massimu ta’ €10,000 tal-ispejjeż miġbura fuq xogħlijiet ta’ restawr u konservazzjoni. Fuq bini skedat Grad 1 u Grad 2, l-iskema qed tipprovdi rifużjoni ta’ 70% sa massimu ta’ € 100,000. Sabiex tikkwalifika għal din l-iskema, il-bini antik jeħtieġ li jkun ta’ aktar minn 50 sena. Madankollu, l-Awtorità xorta tista’ tikkunsidra li tagħti fondi lil għadd ta’ binjiet aktar riċenti li għandhom valur storiku
li jistgħu jkunu denji biex jiġu kkonservati. Xogħlijiet li huma eliġibbli taħt din l-iskema jinkludu wkoll miżuri sabiex titjieb l-effiċjenza fil-konsum tal-enerġija tal-bini u kontroll tal-klima, immirati lejn il-promozzjoni tal-użu ulterjuri tal-bini. Miżuri bħal dawn jinkludu l-installazzjoni ta’ servizzi li jistgħu jkunu meħtieġa għall-ħajja moderna tal-lum bħal damp proofing, double glazing, insulation, UV filters u inizjattivi oħra. L-installazzjoni ta’ dawn is-servizzi ma jridux jikkompromettu jew iħallu impatt negattiv fuq il-valur storiku tal-binja. Xogħlijiet relatati ma’ dawn is-servizzi jeħtieġu li jiġu inklużi f ’works method statement fejn jispjega l-metodoloġija ta’ kif se jitwettaq ix-xogħol sabiex tiġi evitata kwalukwe ħsara fuq il-wirt storiku tal-binja. Għal din l-iskema, l-Awtorità ddeċidiet li telimina kull miżata jew ħlasijiet relatati mas-sottomissjonijiet ta’ applikazzjoni tal-ippjanar (fuq xogħlijiet relatati ma’ restawr), spejjeż ta’ monitoraġġ relatat mar-restawr u garanziji bankarji. Din l-iskema, li għandha disponibbli €8 miljun se tkun miftuħa sat-30 ta’ April 2017, fuq bażi ta’ first come first served. It-termini u l-kundizzjonijiet, flimkien mal-linji gwida li jappartienu għall-iskema Irrestawra Darek jinsabu disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tal-Ippjanar www. pa.org. mt Il-fondi ta’ din l-inizjattiva qed joħorġu mill-ħlasijiet li qed jinġabru mill-Awtorità permezz tal-miżati li qed tiġġenera mill-applikazzjonijiet tar-regolarizzazzjoni. Ilproċess tal-applikazzjoni dwar ir-regolarizzazzjoni qed joffri opportunità ta’ darba lis-sidien tal-proprjetà sabiex jirregolarizzaw żviluppi li mhumiex sanzjonabbli u mhux b’mod konformi mal-konfini tal-iżvilupp eżistenti.
L-ewwel kampanja favur l-għoti tad-demm għall-2017 kienet ferm differenti min-norma. Din id-darba ma ntużatx l-unità mobbli. Minflok, is-sala tal-konferenzi fil-BOV Centre f ’Santa Venera ġiet trasformata f ’ċentru għall-għoti tad-demm. Dawn il-kampanji saru avveniment regolari fil-kalendarju tal-avvenimenti għall-impjegati tal-BOV, hekk kif b’ħeġġa jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-Bank tad-Demm. Madankollu, f ’din l-okkażjoni, il-kampanja favur l-għoti tad-demm kienet differenti, bħalma spjega Charles Azzopardi, Kap tal-PR u l-Marketing fil-Bank of Valletta. “Din id-darba, il-Kampanja favur l-Għoti tad-Demm kienet organizzata fil-BOV Centre nnifsu. Ftit ġranet biss qabel l-avveniment, minħabba ċirkustanzi mhux previsti, l-Unità Mobbli ma kinitx disponibbli. Bosta impjegati kienu diġà rriżervaw il-post tagħhom biex jagħtu d-demm u ma xtaqna li niddiżappuntaw lil ħadd. Għalhekk it-tim ħa azzjoni immedjata biex jagħmel arranġamenti alternattivi u ttrasforma s-sala tal-konferenzi f ’ċentru għall-għoti tad-demm, filwaqt li assigura konformità mal-istandards koll-
ha tas-saħħa u s-sigurtà.” Filwaqt li rringrazzja lill-impjegati tal-BOV għar-rispons qawwi tagħhom, li ssarraf fi 38 borża tad-demm f ’erba’ sigħat, is-Sur Angelo Degiorgio, Maniġer tas-Servizzi tal-Għoti tad-Demm fl-Unità Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, qal, “Id-domanda għad-demm qiegħda kontinwament tiżdied. F’Malta aħna niddependu kompletament fuq donaturi volontarji għall-provvista tad-demm, u għalhekk kampanji favur l-għoti tad-demm, bħal dawk organizzati regolarment millBank of Valletta, huma kruċjali biex jiżguraw li nżommu riżerva adegwata matul is-sena.” Huwa kompla biex irringrazzja lit-tim
organizzattiv tal-Bank għall-appoġġ kontinwu tiegħu, filwaqt li ħeġġeġ lil entitajiet oħra biex jieħdu l-inizjattiva u jorganizzaw avvenimenti simili. Fid-dawl tal-fatt li din il-kampanja favur l-għoti tad-demm ġiet organizzata qrib Jum San Valentinu, it-tema magħżula kienet ‘Aqsam imħabbtek f ’jum San Valentinu’, b’rikonoxximent tal-fatt li meta wieħed jagħti d-demm, dak id-demm jista’ jsalva sa tliet ħajjiet. Kull min huwa interessat li jagħti d-demm jista’ jikkuntattja lill-Unità Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm f ’Tal-Pietà bejn it-8.00am u s-6.00pm, jew billi jċempel bla ħlas in-numru 8007 4313.
24
26.02.2017
kullhadd.com
BARTS HOSPITAL FL-ISTORJA MARY ISTORJA CHETCUTI MILL-
L-istoriċi jirreferu għall-fundatur ta’ Barts Hospital bħala Rahere, il-‘buffu’ tar-Re Enriku I tal-Ingilterra. Rahere, li għex fis-seklu tnax, ma kienx ġej minn familja tal-flus imma f ’żgħożitu rnexxielu jikseb il-favuri tar-Re permezz tal-kariżma u t-talenti li kien mogħni bihom. Kien mużiċist kbir u jaf idoqq ħafna strumenti differenti. Kien ukoll kapaċi jżomm l-attenzjoni fuqu biċ-ċajt u stejjer ferrieħa li kellu ħabta jivvinta u jirrakkonta. Jingħad li saħansitra kien ħabib intimu tar-Re Enriku I, bħalma kien intimu ma’ rġiel nobbli oħrajn. Li hu żgur hu li Rahere għamel kemxa flus ġmielha u sar wieħed mill-aktar irġiel għonja f ’Londra ta’ żmienu. Kellu binjiet, artijiet u għadd kbir ta’ qaddejja jieħdu ħsiebu; insomma, ma kien jonqsu xejn. Iżda fil-lejl tal-25 ta’ Novembru 1120, seħħet traġedja li biddlet id-destin tal-Ingilterra u l-ħajja ta’ ħafna. Dakinhar tilef ħajtu William, iben u suċċessur tarRe Enriku I, flimkien ma’ tliet ħutu iżgħar u għadd ta’ qraba u baħrin, fuq il-White Ship li nkalja fil-Kanal Ingliż ’il barra min-Normandija. Jingħad li Rahere, ixxukkjat kif kien b’dawn l-imwiet, beda jħoss rimorsi kbar għall-ħajja vojta u libertina li kien għex s’issa. Qabad ftit bżonnijiet bażiċi u rħielha lejn Ruma fuq pellegrinaġġ ta’ ndiema u konverżjoni, filwaqt li ħalla ġidu kollu f ’idejn amministatur. Kemm dam Ruma nħakem
mill-malarja u ttieħed f ’infermerija fejn daru bih nies reliġjużi. Lejl minnhom waqt li kien f ’delirju ta’ deni bejn ħajja u mewt, Rahere kellu viżjoni fejn kellmu San Bartolomew Appostlu u Martri, li ordnalu jmur lura l-Ingilterra biex jibni kunvent u sptar għall-foqra morda. Rahere sema’ wkoll lill-qaddis jindikalu medda art fil-periferija ta’ Londra, magħrufa bħala Smithfield, għal dan il-għan karitattiv. Rahere ħelisha mill-mewt u rritorna lura f ’pajjiżu raġel kompletament mibdul. Kien determinat li jwettaq dak mitlub minnu fil-viżjoni jew ħolma li kellu; kienet x’kienet għalih ma għamlitx differenza, basta li minn issa ’l quddiem jagħti ħajtu għasservizz tal-proxxmu. Wara ħafna taħbit u ppjanar, ir-Re Enriku I ta lil Rahere medda art fi Smithfield bil-permessi meħtieġa u, f ’Marzu tal-1123, tqiegħdet l-ewwel ġebla għal knisja bil-kunvent u sptar għall-foqra taħt il-patrunaġġ ta’ San Bartolomew. Fis-sitt snin li ħa biex inbena l-proġett, Rahere ħaddan is-saċerdozju bħala patri Agostinjan u sar l-ewwel pirjol ta’ St Bartholemew the Great. Flimkien ma’ patrijiet u sorijiet Agostinjani, ħadem fil-kura ta’ foqra morda sa mewtu fl-1143. Rahere ndifen fl-istess Knisja ta’ San Bartolomew fejn għadek tista’ żżur il-qabar tiegħu sal-lum. Wara mewtu, l-isptar kompla jsib benefatturi li bdew jaraw kemm kien qed jiswa
ta’ ġid għall-komunità fqira f ’Londra; fil-fatt, Henry Fitz-Ailwin, wieħed mill-ewwel benefatturi, sar ukoll l-ewwel sindku ta’ Londra. Bis-saħħa ta’ hekk, San Bartolomew kompla jikber u beda jilqa’ fih saħansitra tfal abbandunati miġburin mit-triq. It-tilwima politiko-reliġjuża bejn ir-Re Enriku VIII u l-Vatikan ġabet konsegwenzi koroh fuq dal-isptar. Bejn l-1536 u l-1539 ir-re ħataf taħt idejh il-proprjetà kollha li l-Knisja Kattolika kellha fuq l-art tar-renju tiegħu. B’ħilet l-Acts of Dissolution jew l-Atti ta’ Xoljiment, Enriku VIII keċċa lir-reliġjużi ’l barra mill-proprjetà tagħhom, fosthom ’il-Agostinjani li kienu qed imexxu l-Isptar San Bartolomew, filwaqt li ordna l-qerda ta’
parti kbira mill-binja ta’ Smithfield. Ċittadini minn kull livell ta’ għajxien f ’Londra tnikktu bir-riżultat diżastruż li ħalla l-għeluq ta’ dan l-isptar u bdiet issir pressjoni kbira mis-sindku u nies influwenti għall-ftuħ mill-ġdid tiegħu. Fl-1546 Enriku VIII aċċetta li jgħaddi dan l-isptar lill-belt ta’ Londra b’waħda mill-kundizzjonijiet tal-liċenzja ġdida li kienet tgħid: L-isptar li qabel kien magħruf bħala San Bartolomew, mil-lum ’il quddiem se jkun jismu ‘Dar tal-Foqra fil-Punent ta’ Smithfield fis-Subborg tal-Belt ta’ Londra –Fondazzjoni tar-Re Enriku VIII’. Sintendi, ħadd qatt ma rrefera għall-isptar bl-isem il-ġdid li kien saħansitra twil wisq biex wieħed jiftakru. Għaldaqstant, kulħadd baqa’ jsibu bħala ‘St Barts’ jew ‘Barts’. Kien biss fl-1948 meta l-Gvern Brittaniku wettaq riforma fis-servizzi tassaħħa nazzjonali (NHS), li l-isptar reġa’ ħa lura b’mod uffiċjali ismu oriġinali ta’ St Bartholomew’s. Fl-1546, is-Sindku ta’ Londra flimkien mal-kunsilliera saru l-ewwel membri tal-ewwel Bord ta’ Gvernaturi biex jamministraw l-isptar. L-ewwel tabib maħtur primarju li baqa’ jissemma fl-istorja kien il-Portugiż Roderigo Lopez li tant kien tabib kapaċi li fl-1586 inħatar ukoll tabib tar-Reġina Eliżabetta I. Bi sfortuna kbira għalih, Lopez inqabad f ’xibka ta’ intriċċi politiċi u spiċċa akkużat li pprova joqtol lir-Reġina. Roderigo Lopez huwa l-uniku tabib minn St Barts li
ngħata l-forka. Aktar tard fl-istorja ta’ suċċessi ta’ St Barts Hospital, it-tabib primarju William Harvey għamel l-iskoperta kbira taċ-ċirkolazzjoni taddemm fil-bniedem; kien inħatar mill-isptar fl-1609 fejn serva b’eċċellanza fil-kura, taħriġ u riċerka għal 35 sena sħaħ. Fl-1702 ingħata bidu għall-binja ġdida tal-isptar kif nafuha llum fuq il-pjanti tal-perit famuż James Gibbs. Matul it-Tieni Gwerra Dinija l-isptar ġarrab ħsarat kbar mill-bumbardamenti tal-għadu u wara l-gwerra ġie rrestawrat fejn partijiiet minnu nbnew mill-ġdid. Bħall kull istituzzjoni Brittanika, Barts Hospital baqa’ jgħożż l-użanzi tradizzjonali tiegħu. Tradizzjoni ħelwa li nbdiet fl-1551 u tkompliet anke meta l-isptar bidel it-tmexxija tiegħu għal darba darbtejn, hija View Day – Jum il-Vista. F’dan il-jum il-gvernaturi tal-isptar kienu jieħdu sehem f ’purċissjoni ċerimonjali u b’ħafna pompa jżuru s-swali tal-morda. F’kull sala jinqraw l-ismijiet tal-pazjenti kollha li wara jiġu mistoqsija jekk għandhomx ilmenti x’jagħmlu dwar il-kura moghtija lilhom. Il-ħaddiema tal-isptar jiġu wkoll mistoqsija jekk humiex kuntenti bil-kura li joffru. Meta fl-1974 tneħħa l-bord tal-gvernaturi saret insistenza kbira biex View Day ma tintemmx. Kien għalhekk li t-tradizzjoni nżammet u kull sena jiġi mistieden is-Sindku ta’ Londra biex jagħmel din iż-żjara tradizzjonali segwita minn festin żgħir b’xarba te.
25
26.02.2017
kullhadd.com
reċensjoni tal-
KTIEB
IL-QLUGĦ AĦMAR Dawn in-novelli, bħallpersunaġġi u l-ġrajjiet talewwel ktieb, Stejjer millGħorfa, hemm minnhom li huma meħuda minn persunaġġi li jeżistu jew kienu jeżistu u li jien nafhom jew kont nafhom sew. Anke xi wħud mill-ġrajjiet ġraw tassew. Natrualment biddilt l-ismijiet, għalkemm mhux dejjem, u żewwaqt il-ġrajjiet biex ma jintgħarfux in-nies li għalihom kont qed nirreferi. Oħrajn huma totalment riżultat tal-immaġinazzjoni. Però, dejjem ippruvajt nikteb fuq persunaġġi u ġrajjiet
li jistgħu verament jiġru fil-ħajja. Anke fil-każ ta’ ġrajjiet purament ivvintati, tista’ tgħid li kważi dejjem niżvolġihom fuq persuna li nkun naf. B’hekk, kull kelma li jgħid u kull azzjoni li jagħmel, nimmaġinahom li qed jgħidha jew jagħmilha l-persunaġġ li nkun għażilt. B’hekk, biex inkun konsistenti, kull kelma li jgħid jew azzjoni li jagħmel, inkun naf li l-persuna magħżula kienet tgħidhom jew tagħmilhom kieku kienet flok il-karattru. Permezz ta’ dawn in-novelli,
kif ukoll tal-ħames kotba l-oħra, m’iniex nippretendi li għamilt xi xogħol letterarju li bih se ngħolli l-letteratura Maltija bl-iċken frazzjoni ta’ millimetru. Is-sodisfazzjon tiegħi jkun meta nkun naf li xi ħadd qara din il-kitba u ma jħossx li tilef sagħtejn minn ħajtu. L-iżjed jekk dan ix-xi ħadd ikun persuna marida u, permezz ta’ dawn in-novelli jew kitba oħra, tkun insiet għal ftit id-dwejjaq tal-mard tagħha. La nkun naf b’dan inkun sodisfatt li l-ħin li qattajt nikteb ikun serva għal xi ħaġa…
b’subghajha l-werrej filpaġna fejn kienet waslet u, instintivament, b’idha l-oħra llixxat id-dublett fejn kien imkemmex minħabba li kienet bilqiegħda. “X’ġara?” kompliet staqsiet, għadha maħsuda milleċitament tal-ġuvni. “Għandi l-ħabib tiegħi,” irrispondieha, juriha lil sieħbu li kien għadu fuq id-dgħajsa, “daħħal sunnara f ’subgħu.” Tessie tat ħarsa lejn iddgħajsa u hemm tilmaħ ġuvni b’maktur imdawwar ma’ idu. Minn wiċċu kien jidher li kien muġugħ. Setgħet tifhem l-istat li kien fih dak il-ġuvni ta’ quddiemha.
“Niżżlu xorta waħda,” qaltlu meta rat lil dak il-ġuvni b’ħass ħażin fuqu, fuq id-dgħajsa, “ġibu d-dar tagħna għax ilmamà tiegħi hija ners u b’xorti tajba llum qiegħda d-dar!” Ġovanni, għax hekk kien jismu dak il-ġuvni, mar jiġri lejn iddgħajsa, għen lil sieħbu jinżel minnha u bl-għajnuna tiegħu bdew isegwu lil dik it-tfajla lejn id-dar tagħha. L-ugigħ li kien qed iħoss sieħeb Ġovanni kien jidher ċar fuq wiċċu. Waslu d-dar ta’ Tessie u ommha, b’sengħa kbira, neħħietlu s-sunnara, dewwietlu idu u nfaxxathielu. Qagħdu hemm sakemm sieħeb Ġovanni
SILTA MILL-KTIEB Il-qlugħ aħmar beda dejjem jersaq lejn ix-xatt . Fl-aħħar laħaq il-blat sewwa sew fejn kien hemm Tessie bilqiegħda medhija taqra rumanz. “M’hawnx xi tabib jew spiżerija f ’dan ir-raħal, hux?” staqsieha jonfoħ u eċitat iżżagħżugħ li kien għadu kemm niżel minn fuq id-dgħajsa. Tessie kienet mitlufa firrumanz u lanqas biss indunat li kien hemm ġuvni quddiemha, wisq anqas li kien hemm dgħajsa tal-qlugħ max-xatt. Inħasdet. “Jiddispjaċini, la tabib u lanqas spiżerija m’hawn,” weġbitu, u qamet bilwieqfa,
ħassu f ’sikktu biżżejjed li seta’ jimxi. Xħin deherlu li l-ħass ħażin li kien qabdu kien għaddielu biżżejjed, hekk li seta’ jmur lura fuq id-dgħajsa bla tbatija, qamu, irringrazzjaw kemm lil dik it-tfajla kif ukoll lil ommha, sellmulhom u telqu lura lejn id-dgħajsa. “Xorta mur ara tabib illejla jew, l-iżjed, għada filgħodu,” wissiet omm Tessie lil sieħeb Ġovanni qabel telqu.
Bil-mod il-mod id-dgħajsa bdiet tinqala’ minn mal-blat, u ftit ħin wara kienet qed iżżiġġ fuq wiċċ l-ilma megħjuna miżżiffa ħelwa ta’ nżul ix-xemx. Tessie, li kienet akkumpanjathom sad-dgħajsa, baqgħet fuq il-blat tħares lejn il-qlugħ aħmar jiċkien jiċkien. Xħin kien tbiegħed ftit mhux ħażin, tara lil dawk iż-żewġ ġuvintur ixejrulha. Tessie weġbithom b’tixjijra oħra.
Mistoqsija: Biex weġġa’ sieħeb Ġovanni? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Il-Qlugħ Aħmar. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 5 ta’ Marzu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Awguri, Giovanni Bonello! huwa: R. MAMO – Is-Swieqi
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
03
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
Mistoqsija: Semmi wieħed mill-punt tal-Country Report
It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:
Indirizz:
26
26.02.2017
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
A. MIFSUD – Il-Mosta
TISLIBA 163 Mimdudin:
Bi 3 Numri 070 077 106 261 466 477 658 728 734 B’4 Numri 0098 0285 0477 1137 1216 1405 1568
1702 1870 2498 2562 3099 3115 3178 3878 4549 4618 4703 4704 5587 5829 5961 6334 6456 6518 6838 6895 7403
7487 7974 9607 9648 B’5 Numri 01777 01778 02693 05051 12621 16566 16854 17689 28252 40227 46024 49707 53617 56073
58516 61471 72558 74163 74403 75477 75814 80372 82348 85567 85904 86565 B’6 Numri 014723 041345 277853 411776 466245 589941
B’7 Numri 1685606 2153487 3039635 3481886 5825297
6586211 8748849
IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
1. 4. 7,9. 9. 10. 12. 16. 18. 19. 20. 21. 23. 24.
Kompli l-qawl: Bi nhar fuq il-bjut u billejl ....... ż-żejt (5) Tal-biża’ (4) Għolla (5) Ara 7 Qawwa (6) Ċappas? (6) Ara 3 .., .., I,O, U (1,1) U żgur! (3) Tost (5) Is-sinjur (3) Isem (4) Ħut (5)
Weqfin: 1. Tikri? (6) 2,11. Storja b’tagħlima? (5) 3,16. Skjavi (6) 5. Irmied Ingliż (3) 6. Anzjan (3) 8. Gżira fil-Mediterran (9) 11. Ara 2 12,22. Aħna dixxendenti tiegħu? (5) 13. Tnejn (3) 14. Ipinġi (6) 15. Farrak? (6) 17,21W. Ħabrek (6) 21. Ara 17 22. Ara 12 wieqfa
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:
Weqfin:
1,7.Ħwejjeġ, 4.Qbil, 10.Waħħal, 12.Mandra, 16.ASA, 18.EI, 19,22.Tadama, 20.Ġonot, 23.Leah, 24.Agius
1.Ħarifa, 2.EAN, 3.Jew, 5,9. Baħrin, 6.Lol, 8.Ġardinara, 11,21 mimduda. Daqqa, 1 2 . M a , 1 3 . N e o, 1 4 . A t t u r i , 15.Adidas, 17.Saq, 21.Qal
27
26.02.2017
kullhadd.com
AVVIŻI KLASSIFIKATI
AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ
Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għallilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www. ex pr esswatchre pair s.com jew irrikorru 110, Triq ilKungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235. XOGĦOL U MANUTENZJONI Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, katusi u gypsum boards ċempel 7928 5444. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason bin-numru 2143 2352 jew 9947 7167. PROPJETÀ GĦALL-KIRI Ħanut għall-kiri fi Triq ilMintba, Marsaskala, 60ft x 60ft. Għandu bitħa wara u terrazzin. Kien mini market u jista’ jintuża għal kull business ieħor bħal hair dressing, beauty salon, pharmacy u kull tip ta’ negozju. Bla rigal. Kera €12 kuljum. Ċempel 2167 4228, 9949 2356, 7967 4228. AVVIŻI KULTURALI Il-Junior Club fi ħdan isSoċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba se jorganizza l-festin annwali talKarnival għat-tfal kollha talImqabba u l-ħbieb tagħhom, nhar it-Tnejn 27 ta’ Frar 2017 fl-10.00am, fil-Każin tasSoċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju li jinsab fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba. Waqt din l-attività se jiġi servut ikel u xorb u ser ikun hemm ħafna logħob u divertiment ieħor. It-tfal kollha huma mħeġġa jiġu lebsin bilkostum tal-Karnival. Bookings isiru fuq 7946 0156 u aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com
L-Għaqda Dilettanti Mudelli ta’ Knejjes se torganizza wirja ta’ folklor religjuż fis-Sala San Franġisk, Triq Melita, il-Belt. Din is-sena qed issir bejn l-4 u t-18 ta’ Marzu u d-dħul huwa mingħajr ħlas. Tibqa’ miftuħa sat-18 ta’ Marzu kuljum bejn id-9.30am u n-12.30pm u bejn l-4.30pm u s-7.30pm
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir tippreżenta Wirja Artistika minn Vince Dimech firRazzett tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied il-Għasel, Il-Mosta, bejn il-5 u t-18 ta’ Marzu, 2017. Ħinijiet talwiri: kuljum mis-6.00pm sad8.00pm, Ħdud, mill-10.00am sa nofsinhar u mis-6.00pm sat-8.00pm.
Rabat. Se jkun hemm menù varjat, inbid u xorb, għallprezz ta’ €20. Waqt din l-attività se titella’ lotterija għal senter Berika semi-auto minn fost il-membri mħallsa. Riservazzjonijiet isiru fuq 9942 2582 jew b’email lil kaccaturisanubertu@gmail. com sal-14 ta’ Marzu.
– Edizzjoni għal Żmien ixXitwa’, nhar il-Ħadd 19 ta’ Marzu, mid-9.00am ’il quddiem f ’Sundown Court Leisure Resort, San Ġwann, il-Kappara. Prezz: €18. L-avveniment Tennis10s huwa maħsub għal tfal taħt l-10 snin u huwa mod tajjeb ħafna għat-tfal biex igawdu l-logħba tat-tennis u fl-istess ħin ikabbru l-esperjenza tagħhom waqt attivitajiet ta’ kompetizzjoni. F’dan it-tip ta’ attività t-tfal jilagħbu birrakketti iżgħar, blalen iktar rotob u courts iżgħar. Kull parteċipant se jirċievi midalja. Ikel u xorb se jiġu pprovduti. Għall-biljetti ċemplu 7759 0232.
Pancakes and Crepes Festival, l-ewwel festival tattip tiegħu li qatt sar f ’Malta, nhar is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Marzu f ’Monte Kristo Estate. Se jkun hemm aktar minn ħamsin tip ta’ pancakes u crepes. Waqt din l-attività se jsir attentat biex jinkiser irrekord għall-akbar roly poly. Dan se jkun avveniment għall-familja kollha, fejn se Antique and Fine Arts Fairs jkun hemm żona għat-tfal u Malta tħabbar li l-fiera li Il-Kaċċaturi San Ubertu divertiment ieħor. jmiss se titella’ mis-17 sadse jorganizzaw ikla għall19 ta’ Marzu mill-5.00pm ’il membri, ħbieb u l-familji Għal darb’oħra TennisLine quddiem fil-Victoria Hall, tagħhom, nhar il-Ġimgħa, Akkademja se torganizza Triq l-Oratorju, in-Naxxar. 17 ta’ Marzu, fit-8.00pm, l-avveniment popolari Dħul b’xejn u parkeġġ offrut fir-ristorant Ta’ Klariċċ, ir- tagħha ‘Tennis Jum Kids! mis-sala stess.
28
26.02.2017
kullhadd.com
“PEOPLE CAN’T HANDLE HATE” EDITORJAL
Il-Kap tal-Oppożizzjoni ddikjara diġà li jekk se jkun hemm hu se jibda jagħmel il-vendikazzjonijiet – qalha ċara u tonda f ’Dissett fuq l-istazzjoni nazzjonali
Il-poplu Malti u Għawdxi ma jridx firda u mibegħda. Ma jridx politika tal-kuluri. Ma jridx politika tat-tribujiet. People can’t handle hate. Qed nużaw din il-frażi bl-Ingliż għax il-perċimes tal-ħdura f’Malta din il-ġimgħa fil-Qorti qalet, “I can’t handle it,” meta kienet qed tisma’ dak li permezz ta’ kitbietha għaddiet u għadha tgħaddi minnu lin-nies, stejjer vera ta’ familji lil hinn mill-politika. Tbatijiet li ħafna drabi jgħaddu minnhom dawk li ma jkollhomx x’jaqsmu u l-uniku tort li għandhom huwa li huma wlied xi politiku tal-Partit Laburista jew wieħed minn dawk li ma jaqbilx mal-klikka. Tant ma felħitx li ħarġet ’il barra mill-awla waqt li bdiet il-kawża dwar il-mandati fil-konfront tagħha. Din il-firda li ġejja minn din il-blogger in-nies jafuha; jafu x’kapaċi tagħmel permezz tal-kitba tagħha; jafu li m’hemm l-ebda limitu, la quddiem mard, la quddiem mewt, la quddiem familji u quddiem xejn. Mingħajr ma wieħed jidħol f’dak li qed jipproponi dan il-Gvern għal-liġi tal-istampa fejn qed
jgħid bl-aktar mod ċar li se jneħħi l-mandati kawtelatorji u l-libell kriminali – li l-Partit Nazzjonalista ried iħalli hemm – naħseb li hija ġenerożità li ssejjaħ lil din il-blogger bħala ‘ġurnalista’. L-agħar minn dan kollu huwa li Simon Busuttil mhux biss qed juża kitbietha għax qed tmexxih hi, iżda qed jadotta l-istess attitudni ta’ konfrontazzjoni fil-politika li qed jimbotta, tant li jaċċetta fuq ir-radju tiegħu preżentaturi li jivvintaw relazzjonijiet li suppost għandhom ministri tal-Gvern meta dan ma jkun veru xejn. Il-PN laħaq livelli mill-iktar baxxi u jiddikjarahom. Saħansitra, il-Kap tal-Oppożizzjoni żied li jekk se jkun hemm hu se jibda jagħmel il-vendikazzjonijiet – qalha ċara u tonda f’Dissett fuq l-istazzjoni nazzjonali. Bla tlaqliq qal li se jkun qed jagħmel dan fil-konfront tal-Kummissarju tal-Pulizija. Simon Busuttil stqarr li l-ewwel ħaġa li jagħmel bħala prim ministru hija vendikazzjoni. Dik hija l-politika suppost onesta li jrid jimbotta ’l quddiem. Busuttil ammetta wkoll
li qed jigdeb sfaċċatament meta ma kienx kapaċi jġib prova waħda dwar bużżieqa li ilu jonfoħ sena dwar Egrant. Huwa jibqa’ lest li jnissel il-firda, it-tixwix u l-mibegħda fuq gidba li jaf li hi gidba. Dik hi l-pastażata ta’ Simon Busuttil. Agħar minn dan kollu huwa li, filwaqt li qed jibqa’ għaddej bil-gideb, qed jiddefendi lil nies bħal Giovanna Debono ironikament fl-istess ġimgħa li ssoktat ix-xhieda fil-Qorti, f’każ li fiha jista’ jġib xi mogħdija jew xi kantun bħala prova li seħħ ir-racket li qed jiddefendi. Xi ħaġa li fil-każ ta’ Egrant ma jistax jagħmel, għax din il-kumpanija tal-Panama hija ta’ ditta ta’ awdituri u ta’ ħadd aktar. Fuq kollox qed ikompli jġib il-firda permezz ta’ ħafna paroli u kliem li żmienu ilu li għadda fil-politika, kliem bħal mafja, faxxisti, korrotti għal kull ħaġa ta’ xejn, li ma jibża’ minn ħadd tal-Gvern (għax minn Beppe, Jason u Toni Bezzina jitwerwer) u ħafna aktar. M’għandix dubju li l-appoġġ mingħajr kundizzjonijiet lejn Salvu Mallia, spalla soda li fuqu jistrieħ biex ixerred il-ħdura, hija
prova oħra ċara, jekk qatt kien hemm bżonn, kemm qed iħaddan il-konfrontazzjoni u jipprova joħloq il-ġid. Min m’għandux x’joffri bħal Simon Busuttil hekk biss jista’ jagħmel: ikompli joħloq il-ħitan flok jiftaħ, jgħajjar lin-nies biex jidher ħelu ma’ parti u jfixkel pajjiż sħiħ mill-andament ekonomiku bla preċedent li għaddejjin minnu. Xi ħaġa li lil Simon Busuttil tinkwetah iktar mill-agir ta’ deputati minn tiegħu bħalleks Ministru Jason Azzoprdi u Toni Bezzina. Quddiem l-iskandli ta’ dawn it-tnejn deher ferm iktar seren minn kif ġab ruħu fil-Parlament meta f’idu kellu l-kuntratt tal-enerġija li raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Lanqas bl-istatistika dwar l-impjiegi ma ħa gost. Ipprova joħloq dubju. U, m’għandniex xi ngħidu, dwar Fitch u l-IMF ma lissinx biss kelma waħda. Però kunu afu li iktar ma jiġu minn dawn l-aħbarijiet tajba iktar se tiżdied il-provokazzjoni. Għal dan kollu rridu nwieġbu b’żewġ affarijiet: tbissima u l-id tal-ħbiberija. Min għandu l-għali jkompli jżidu!