KullHadd_26.03.2017

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 26 ta’ Marzu, 2017

Ħarġa Nru 1,237 Prezz €1

“NAGĦMLU DAK LI NGĦIDU, NGĦIDU DAK LI NAGĦMLU” Kien messaġġ b’saħħtu dak li għamel ilbieraħ f ’Ruma l-Prim Ministru Joseph Muscat meta l-mexxejja Ewropej iffirmaw id-Dikjarazzjoni ta’ Ruma. Qal li l-ġejjieni rridu nagħġnuh aħna u lill-mexxejja qalilhom li biex l-Unjoni Ewropea tgawdi r-rispett, huma jridu jagħmlu dak li jgħidu u jgħidu dak li jagħmlu. Ara paġna 11

PURA B’VALUR TA’ €20 MILJUN Stimi preliminari dwar il-valur tal-ikbar qabda ta’ droga li qatt saret mid-Dwana f ’pajjiżna, iktar kmieni dan ix-xahar, juru li din għandha valur fissuq ta’ €20 miljun. Imkejjen qrib l-investigazzjoni kkonfermaw li l-ewwel indikazzjonijiet huma li d-droga hi waħda pura u jekk wieħed juża l-istimi tal-prezz indikat għall-kokaina fir-rapport nazzjonali dwar is-sitwazzjoni tad-droga fl-2015 jasal għal dan il-prezz meqjus bħala fenomenali. Il-prezz huwa ta’ madwar €68 kull gramma u meta wieħed iqis li t-300 kilo li nqabdu jfissru 300,000 gramma dan huwa total ta’ €20,400,000. Il-qabda tad-droga saret fis-16 ta’ Marzu u kienet din il-gazzetta li l-Ħadd żvelat li kienet kbira daqs il-qabdiet tal-għaxar snin ta’ qabel magħduda flimkien u l-investigazzjoni ġibdet l-interess tal-Europol u l-Maġistratura Spanjola, il-pajjiż fejn kien maħsub li d-droga kienet sejra mill-Port Ħieles ta’ Malta.

KRIŻI PN

SKANDLU PAGI PN U L-INVOICES TA’ SKY GOURMET

11,676 PAĠNA U EBDA RIKLAM Analiżi paġna paġna tal-gazzetti In-Nazzjon u Il-Mument is-sena li għaddiet tixhed li ma kienx hemm reklam wieħed ta’ Sky Gourmet, kumpanija li fuqha ħarġu invoices foloz bħala parti mill-iskema Pagi PN. Il-mistoqsija li ma jridx iwieġeb Simon Busuttil investigajnieha aħna u bil-provi nuru kif l-eluf kbar li għaddew ma kienu xejn għajr donazzjonijiet.

DE MARCO GĦAL MAT-TE

B’mod esklussiv niżvelaw kif f’residenza f’Ħaż-Żebbuġ waqt tea party tal-’elit’ Caruana Galizia wissiet lil Simon Busuttil li għandu jeħles minn De Marco. Busuttil ma merihiex. Ara paġni 6,7 u 12


02

26.03.2017

kullhadd.com

Editur ALEANDER BALZAN

L-Ogħla Temperatura: 21°C L-Inqas Temperatura: 13°C L-Indiċi UV: 7 Is-Sitwazzjoni ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja ser tkun fuq il-Gżejjer Maltin Temp: Imċajpar għall-ewwel li jsir imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif l-aktar mill-Grieg il-Lvant li jsir mill-Majjistral u iktar tard isir ħafif għal moderat mill-Majjistral it-Tramuntana Il-Viżibbiltà: Moderata għal ħażina li ssir tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 15°C

email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572

Disinn tal-Paġni LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571

Kuntatt Ġenerali KullĦadd

It-Tnejn

email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Indirizz Postali KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

17°C

UV 6

12°C

Il-Ħamis

16°C

UV 6

10°C

16°C

Il-Ġimgħa

UV 5

10°C

Is-Sibt

Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

17°C

UV6

10°C

17°C

UV 7

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta – 21226281 Trinity Pharmacy, 32 Triq il-Marsa, il-Marsa – 21235595 Stampat Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697 Progress Press St. Mark’s Pharmacy, Triq P. Borg Olivier c/w Triq Gianni Vella, is-Swatar – 21440790 Brown’s Pharmacy, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, l-Imsida – 21244366 Numri Importanti Lourdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​ San Ġwann – 21387479 112​ Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334102 St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri. Il-Pulizija ta’ Malta Ħ’Attard – 21436348 2122 4001-9​ Naxxar Pharmacy, Vjal il-21 ta’ Settembru, in-Naxxar – 21411438 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ​ Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, 2393 0000 il-Qawra – 21580881 De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21826408 Il-Gwardjani Lokali Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, ​2132 0202 Bormla – 21824720 Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, L-Isptar ta’ Malta ix-Xgħajra – 27032296 Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, 2545 0000 Ħal Għaxaq – 21663311 Pasteur Pharmacy, Triq it-Tellerit, L-Isptar ta’ Għawdex Ħal Safi – 21689944 ​2156 1600 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 21465411 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza ​ Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, ir-Rabat, Malta – 21455479 5004 3888 Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, ir-Rabat, Għawdex – 21566170 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, ​1182 ix-Xagħra Għawdex – 27551140

10°C

18°C

UV 7

13°C

SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IL-31 TA’ MARZU Collis Williams Pharmacy, 15, Triq irRepubblika, il-Belt Valletta – 21226281 Lister Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun – 21245627 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697 St. Mark’s Pharmacy, Triq P. Borg Olivier c/w Triq Gianni Vella, is-Swatar – 21440790 Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, l-Imsida – 21244366 Melita Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan – 21378657 Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334102 St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri. Ħ’Attard – 21436348 Naxxar Pharmacy, Vjal il-21 ta’ Settembru, in-Naxxar – 21411438 Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, il-Qawra – 21580881 De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21826408 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus Bormla – 21824720 Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, ix-Xgħajra – 27032296 Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq – 21663311 Pasteur Pharmacy, Triq it-Tellerit, Ħal Safi – 21689944 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 21465411 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, ir-Rabat, Malta – 2145 5479 Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, ir-Rabat, Għawdex – 21566170 Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, ix-Xagħra Għawdex – 27551140


03

26.03.2017

kullhadd.com

EMBRIJUNI FRIŻATI F’MATER DEI • ŻIEDA FL-IRĠIEL LI JAĦŻNU L-ISPERMA

Kitba ta’ mil-liġi li taċċetta li jsir dan ALEANDER BALZAN biss f ’każi eċċezzjonali li ma jkunux previsti fil-mument F’Mater Dei hemm żewġ tal-fertilizzazzjoni. embrijuni friżati. Dan jir- Jirriżulta li sa issa kien hemm riżulta mir-rapport annwali talba waħda fejn l-esperti tal-Awtorità għall-Protezzjoni mediċi ħassew li l-proċess ma tal-Embrijun ippubblikat fl- setax jibqa’ għaddej minħabba marda li ħakmet lill-omm. aħħar jiem. F’Malta il-permess tal-if- F’każ bħal dan ikun mistenfriżar tal-embrijuni jirriżulta ni li l-proċess jissokta jekk

kemm-il darba l-konsulenti mediċi jgħidu li l-omm tkun tiflaħ għat-tqala. Intant, mill-istess rapport jirriżulta wkoll li kien hemm żieda fl-irġiel li għażlu li jaħżnu l-isperma tagħhom. Is-sena li għaddiet biss kien hemm 61 li għamlu dan f ’Mater Dei u tnax fi kliniċi privati. Partikolarment dan sar

minħabba każi fejn ir-raġel ikun beda jieħu l-kura b’rabta ma’ onkoloġija jew b’rabta ma’ kwistjonijiet ta’ uroloġija. 29 minn fost dawk li għamlu dan għaddew minn proċess talIVF fl-istess sena kalendarja. Ir-rapport janalizza diversi aspetti oħra fosthom kemm dawk li marru għall-proċess tal-IVF f ’Mater Dei kienu ilhom jistennew biex ikollhom tarbija. Biex wieħed ikun eliġibbli għall-proċess imħallas mis-servizz tas-saħħa pubblika irid ikun ilu iktar minn sentejn infertili. Dawk li kienu ilhom inqas minn sentejn ikunu jridu jħallsu għallproċess tagħhom. F’każ minnhom kien hemm koppja li kienet ilha 14–il sena tipprova għat-tfal. 33 koppja ilha infertili għal sentejn jew inqas, 67 koppja għal tliet snin, 40 koppja għal erba’ snin, 38 koppja għal ħames snin, filwaqt li 95 koppja kienet ilha infertili għal sitt snin jew inqas. Il-Gvern joffri l-IVF b’xejn lil dawk li qatt ma kellhom tfal (infertilità primarja) jew dawk li kellhom tfal minn relazzjoni oħra (infertilità sekondarja). 89% ta’ dawk li applikaw għall-proċess tal-IVF f ’Mater Dei għandhom infertilità primarja. Minn 30 koppja ta’ infertilità sekondarja li s-sena li għaddiet mill-proċess tal-IVF, 16 ħallset għas-servizz, għax diġà kellha wlied mill-istess relazzjoni. 13 li kellhom ulied minn relazzjoni ta’ qabel ħadu s-servizz bħala parti mis-settur tas-saħħa pubblika u każ wieħed il-ħlas sar mill-koppja għaliex ma tkunx kwalifikat għas-servizz tas-saħħa pubblika minħabba xi kwistjoni oħra. Fuq kollox matul is-sena li għaddiet f ’pajjiżna sar 273 ċiklu ta’ IVF, li 202 minnhom saru Mater Dei. Dawn iċ-ċikli rriżultaw f ’64 tqala, li minnhom seba’ ommijiet sofrew korriment, 14 kellhom tarbija, u 43 għadhom qed jistennew tarbija. Permezz ta’ dawn iċ-ċikli

bbenefikaw 228 koppja, hekk kif kien hemm 43 koppja li għamlet żewġ ċikli, u koppja li għamlet tliet ċikli. Fl-2016 kien hemm għaxar pazjenti li kellhom il-gametes tagħhom trasferiti bejn kliniċi f ’Malta, filwaqt li kien hemm koppja li kellha l-bajd li ġie trasferit barra l-pajjiż. Kien hemm total ta’ 23 koppja li ma kellha l-ebda embrijun biex jiġi trasferit, 150 koppja kellha 2 embrijuni, 46 koppja kellha embrijun wieħed, filwaqt li 53 koppja kellha tliet embrijuni. Fl-2016 twieldu total ta’ 58 tarbija bl-IVF, 44 minnhom – 23 tifla u 21 tifel, permezz ta’ ċikli li saru fl-2015, filwaqt li 14 oħra (9 subien u 5 ibniet) twieldu minn ċikli li saru fil-bidu tal-2016. Minn ċikli li saru fl-2016 hemm 43 omm li għadha qed tistenna tarbija, li fosthom se jkun hemm ħames settijiet ta’ tewmin u sett ta’ triplets. Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne innota b’sodisfazzjon kif minn meta beda jkun offrut b’xejn dan is-servizz f ’Mater Dei mijiet ta’ koppji ngħataw tama ġdida biex jibnu familja. “Is-sena li għaddiet, l-2016, kienet it-tieni sena li l-IVF beda jopera mill-Isptar Mater Dei u kienet sena oħra ta’ ħidma speċjalizzata li tat lil diversi koppji l-frott mixtieq,” qal Fearne li fisser kif fuq sentejn saru 416–il ċiklu. “Dan wassal biex s’issa twieldu total ta’ 52 tarbija, filwaqt li 29 omm oħra fil-preżent qiegħda tistenna tarbija permezz ta’ IVF li sar f ’Mater Dei. Dawn in-numri jagħtuna kuraġġ. Iżda lil hinn minn dan l-ART Clinic f ’Mater Dei tagħti wkoll servizzi lill-persuni li se jkunu se jgħaddu minn ċerta kura fosthom chrotherapy biex jippriservaw il-bajd u l-isperma tagħhom biex jekk ikollhom bżonn jintużaw aktar ’il quddiem,” qal Fearne li żied jinnota kif l-għajnuna hija waħda li tkopri l-aspetti kollha.


04

26.03.2017

kullhadd.com

UĠIGĦ LI ISPIRA L-FEJQAN • GĦELBET IL-MARDA TAL-KANĊER U SE TIKTEB KTIEB Kitba ta’ CLAIRE AZZOPARDI Kull individwu jħares lejn ilħajja minn lenti differenti. Quddiem sitwazzjonijiet diffiċli r-reazzjonijiet ikunu differenti, hemm uħud li jsibu l-pożittiv fl-isfida li se jkollhom jaffaċċjaw u oħrajn iħarsu aktar lejn innegattiv. L-affarijiet li ngħaddu minnhom tul ħajjitna xi kultant jgħallmuna nħarsu lejn ilproblemi minn perspettivi li huma differenti minn kif konna nħarsu lejhom qabel. Fil-fatt, Antonella Rogers li sa ftit ġimgħat ilu kienet qed tiġġieled il-marda tal-kanċer stqarret magħna li tul il-battalja tagħha għaddiet minn fażijiet differenti. Fażijiet li llum ilġurnata qed iwasslu tagħlima mhux biss lili u lilek iżda lil ħafna nies, uħud li bħalissa huma pazjenti. Antonella ta’ 35 sena, proprju f ’Settembru saritilha d-dijanjożi mit-tobba, liema dijanjożi ma tantx ġabitilha aħbarijiet sbieħ hekk kif t-tobba qalulha li għandha kanċer tas-sider aggressiv. Hija spjegatilna li kien meta ħasset lump f ’sidirha li marret għand it-tabib u l-ewwel testijiet ma kinux urew li hija kellha kanċer. Iżda sitt ġimgħat wara hija ddeċidiet li terġa’ tagħmel it-testijiet relatati hekk kif f ’moħħha kellha jberren il-ħsieb li qatt ma raqad, dak li saħħitha sejra lura. Fil-fatt, mit-testijiet li għamlet saritilha d-dijanjożi li rat il-bidu ta’ żmien diffiċli. “Meta jagħtuk l-aħbar, tħoss xokk kbir u tħoss id-dinja taqa’ fuqek. Tibda tinkwieta u taħseb it-toqol li se tpoġġi fuq il-familja li miegħek ikollha tgħaddi minn żmien ikrah u bħal donnok tħoss il-mewt ġejja għalik. Għallbidu kienet diffiċli ħafna u wara

Għall-bidu kienet diffiċli ħafna u wara l-ewwel sessjoni ta’ kimoterapija ħassejt uġigħ li qatt ma ħassejt qabel u qtajt qalbi. Dakinhar irrifjutajt li nerġa’ nieħu aktar kura u għażilt li mmut l-ewwel sessjoni ta’ kimoterapija ħassejt uġigħ li qatt ma ħassejt qabel u qtajt qalbi. Dakinhar irrifjutajt li nerġa’ nieħu aktar kura u għażilt li mmut. Iżda

xahar wara rrealizzajt li fil-ħajja għandi x’nitlef u fittixt lil Alla biex jgħini u nagħmel il-kuraġġ.” Kien f ’dak il-mument ta’ realizzazzjoni li Antonella ħadet id-deċiżjoni li kienet se tagħmel minn kollox biex tfiq. F’dawk il-ġranet ta’ tbatija stqarret li l-għajnuna hija l-bażi ta’ kollox, mhux biss l-għajnuna tal-professjonisti iżda anke talfamiljari u tal-ħbieb. Fil-fatt, id-deċizjoni li ħadet Antonella u l-għajnuna li sabet wasslu għar-rizultati wara sitt ċikli ta’ kimoterapija. Hija spjegat li dakinhar bdiet tibki, iżda din id-darba l-biki ma kienx wieħed ta’ dwejjaq u uġigħ izda kien biki ta’ ferħ liema bħalu għax ingħatat l-aħbar li l-kanċer tagħha kien naqas b’75% u li għalhekk setgħet tagħmel operazzjoni. Operazzjoni li lil Antonella salvatilha ħajjitha – Illum Antonella fieqet. “Illum il-ġurnata li jiena fiqt, nemmen li jiena fiqt biddeterminazzjoni tiegħi stess,

għax għażilt li nibqa’ soda u ma ninġibidx mill-kurrent tan-neg attività. Il-mediċina hija importanti iżda importanti li żżomm ruħek f ’rutina u li għalkemm ma tkunx ir-rutina tas-soltu tagħmel kollox fillimitazzjonijiet tiegħek.” Illum li Antonella fieqet ma tibżax mill-ħajja u tħoss li din il-fażi f ’ħajjitha hija kapitlu magħluq u għażlet li tkompli bil-ħajja normali ta’ kuljum. Temmen li din l-esperjenza qarsa wasslet biex il-ħajja tagħha tieħu żvolta għall-aħjar. “Dejjem apprezzajt il-ħajja imma tgħallimt napprezzaha iktar. Tgħallimt inħobb u nagħti aktar u l-ikbar lezzjoni kienet li dak li nixtieq nagħmel illum ma noqgħodx nistenna sa għada, għax għada jaf ikun tard wisq.” L-għajnuna li sabet hi issa qed tgħaddiha lil ħaddieħor.

“Minkejja li għażilt li t-tbatija nħalliha warajja qed naħdem biex inkun mentalment aktar b’saħħti biex ngħin lil ħaddieħor li għaddej minn din il-marda jew tbatijiet oħra; fosthom nies bi problemi ta’ droga, bid-dipressjoni jew ġenituri li wliedhom għaddejjin minn perjodu diffiċli.” Antonella tħares lejn il-ħajja bħala waħda qasira wisq u għalhekk tixtieq li bħalma din il-marda ġegħlitha tifhem aħjar kemm mhijiex perċezzjoni li l-ħajja hija qasira, ħaddieħor jifhem bħalha mingħajr ma jkollu jgħaddi minn din ittbatija. “M’għandekx tgħaddi minn marda biex titgħallem tħares lejn ilħajja minn għajn pożittiva u tapprezaha, g ħ a n d e k titgħallem mit-tbatija ta’ ħaddieħor. Ibqa’ għaddej bil-ħajja u wettaq il-ħolm tiegħek.” Fil-fatt, Antonella ddeċidiet li l-ħolma tagħha tinbidel f ’realtà. Hekk kif il-gazzetta Kullħadd tista’ tiżvela li din il-mara kuraġġuża se tkun qed tikteb ktieb li l-qligħ tiegħu se jmur għal Puttinu biex l-għajnuna tagħha tkompli tagħmel differenza fil-ħajja ta’ dawk li llum saru ħbieb tagħha u li għadhom qed jiġġieldu din ilbattalja. Ktieb li fil-linji tiegħu jispjega l-esperjenza tagħha u jwassal messaġġ. Messaġġ li Antonella xtaqet ukoll twassal fil-linji ta’ dan l-artiklu. “Meta tieħu aħbar ħażina, żomm saqajk mal-art u fittex l-għajnuna. M’hemm ebda raġuni għala għandek taqta’ qalbek u iva, il-kuraġġ nofs ilfejqan.” – Antonella Rogers


05

26.03.2017

kullhadd.com

OTTUBRU MISTENNI MINN ŻGĦAŻAGĦ LI RAW BIEB JINFETAĦ • REAZZJONI TAJBA GĦALL-BIDLA FIR-REGOLI TAL-UNIVERSITÀ Kitba ta’ CLAIRE AZZOPARDI “Din hija aħbar tajba immens. Issa jien nista’ nistudja dak li rrid mingħajr ma jkolli għalfejn insiefer barra minn pajjiżi. Issa tneħħa ostaklu ieħor u l-opportunitajiet għal dawk li għandhom xi kundizzjoni u jridu jkomplu jistudjaw, żdiedu.” Dan huwa kliem Emily Slater, tfajla ta’ 18-il sena li għandha l-awtiżmu u minkejja li akkademikament dejjem kisbet riżultati tajbin, sabet il-bieb magħluq biex tkompli tistudja u tidħol l-Università. Dan minħabba regoli tal-Università li kienu qed jagħmluha “impossibbli” li studenti bl-awtiżmu u li għandhom diffikultajiet oħra ta’ tagħlim ikomplu jistudjaw f ’din l-istituzzjoni akkademika. Saħansitra Emily marret fil-Parlament Ewropew biex tagħmel l-argument tagħha. Iżda l-għajta ta’ Emily u bosta persuni oħra ma waqgħetx fuq widnejn torox. Dan hekk kif studenti bl-awtiżmu u studenti oħra li għandhom diffikultajiet oħra ta’ tagħlim se tinfetħilhom opportunità biex jidħlu l-Università. Dan għax l-Università bidlet regolament biex issa trid tikkunsidra d-diffikultajiet fit-tagħlim li wieħed jista’ jkollu. Naturalment, dan ma jfissirx li l-Università se twaqqa l-livelli, u jekk se tistudja l-Ingliż trid tkun ġibt il-kwalifika relattiva f ’livell ordinarju u avvanzat. Però wieħed m’għandux jintalab kwalifika li m’għandha x’taqsam xejn u li forsi ma tkunx inkisbet riżultat ta’ xi kundizzjoni jew oħra. M’hemmx regola waħda. Hemm bidla fil-prinċipju li se tiftaħ il-bieb lill-Università tiddeċiedi każ b’każ. Emily saħqet mal-gazzetta Kullħadd li studenti bl-awtiżmu għandhom ħafna x’joffru u b’din il-bidla issa se jkollhom iċ-ċans li jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom. Hija kellha kliem ta’ ringrazzjament għal dawk kollha li għenu biex dik li kienet ħolma issa nbidlet f ’realtà. “Issa għandna raġuni oħra biex nemmnu fil-futur tagħna.” Fost oħrajn, studenti bl-awtiżmu jsibu s-suġġett tal-Malti diffiċli u għalhekk meta bdew jiġu biex jidħlu l-Università bdew isibu bieb magħluq. L-argument li dejjem poġġew fuq quddiem dawk li ħadmu favur università aktar aċċessibbli kien li studenti li riżultat tal-kundizzjoni tagħhom kienu jsibuha diffiċli biex jgħaddu minn suġġetti partikolari tasSEC, magħrufin bħala o’levels ma jkunux jistgħu jsegwu kors universitarju. Fil-fatt, studenti b’awtiżmu kellhom biss l-għażla li jkomplu jistudjaw barra minn xtutna

Issa għandna raġuni oħra biex nemmnu fil-futur tagħna

soċjazzjoni tirringrazzja lis-senat tal-Università ta’ Malta li se jkun qed iservi ta’ eżempju għal aktar inklussività.” Min-naħa tagħha Valerie Brincat, omm ta’ tlett itfal bl-awtiżmu stqarret li din l-aħbar għamlitha kuntenta ħafna. Saħqet li t-talent fejn jingħataw iċ-ċans li jsegwu ta’ dawn l-istudenti m’għandux korsijiet universitarji hekk kif jintilef u li tinsab pożittiva li dan ir-rekwiżiti kienu adegwati għal it-tibdil se jkun qed iħalli l-frott. persuna bl-awtiżmu. Għalkemm il-Ministeru tal-Edukazzjoni ilu għal dawn l-aħħar ftit snin jargumenta li hu favur din il-bidla, l-Università li hija awtonoma, dejjem irreżistiet. Però jidher li t-tmexxija l-ġdida fehmet dawn il-ħtiġijiet u għalhekk imbuttat ’il quddiem klawsola ġdida fir-regoli tal-Università li se tibda tgħodd minn Ottubru ta’ din is-sena. Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) ukoll esprimiet is-sodisfazzjon tagħha dwar il-mod kif ipproċediet l-Università ta’ Malta. Għamlet ukoll referenza għall-kritika li proprju kienet għamlet lill-Università Emily Slater, li kienet tkellmet f ’seduta tal-Euroscola fil-Parlament ġewwa Strasburgu. Is-CRPD awgurat li din id-deċiżjoni tħalli warajha ħafna opportunitajiet li għad iwasslu biex pajjiżna jkollu aktar persuni b’potenzjal differenti jimirħu fl-oqsma li jixtiequ. Ħeġġet ukoll biex istituzzjonijiet oħrajn jimxu fuq il-passi tal-Università ta’ Malta. L-Autism Parents Association (AAA) ukoll laqgħet din l-aħbar, il-President tal-Assoċjazzjoni Omar Farrugia, stqarr li din il-bidla se tkun qed twassal biex studenti bl-awtiżmu u studenti oħra li għandhom xi forma ta’ diżabilità issa se jkunu jistgħu jilħqu l-potenzjal tagħhom u jkunu jistgħu jiggradwaw. “Minn Ottubru, dawn l-istudenti se jiġu mħeġġa li jwettqu l-ħolma akkademika tagħhom mingħajr ebda ostaklu. L-As-

“Persuni bl-awtizmu għandhom potenzjal kbir. Nirringrazzja lill-Università ta’ Malta għal Università aktar aċċessibbli u lil dawk l-individwi li ħadmu biex noffru futur aħjar għal uliedna.” Mhux biżżejjed Iżda l-għajta ta’ ġenituri bi tfal dyslexic se tkompli. Doreen

Mizzi, omm ta’ żagħżugħ li huwa dyslexic stqarret li minkejja li din hija aħbar pożittiva għal persuni bl-awtiżmu u oħrajn li għandhom diffikultajiet differenti ta’ tagħlim, jeħtieġ li jsir tibdil ukoll għal studenti dyslexic. Hawnhekk, hija talbet biex isiru pjanijiet mill-MATSEC, dipartiment tal-Università ta’ Malta, biex jinbidlu dawk li huma msejħa bħala access arrangements. Dan ifisser li dawn l-istudenti jeħtieġ li jingħataw l-għajnuna meħtieġa mhux meta jinfetħu l-applikazzjonijiet biex jidħlu l-Università iżda meta jkunu se jpoġġu għall-eżamijiet. Spjegat mal-gazzetta Kullħadd li dawn l-istudenti fost oħrajn ikollhom bżonn ħin miżjud biex ilestu l-eżami u s-sistema preżenti mhux qed tirrifletti l-bżonnijiet ta’ student dyslexic għax dan il-ħin mhux dejjem jingħata. Appellat lill-Università ta’ Malta biex isir ukoll tibdil għal dawn l-istudenti, biex verament l-Università tkun aċċessibbli għal kulħadd.


06

26.03.2017

kullhadd.com

L-AĠIR TA’ BUSUTTIL IQAJJEM IKTAR MISTOQSIJIET Minkejja li huwa ċar li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma jistax iwieġeb għax dan huwa skandlu li jibda u jispiċċa miegħu, skandlu li ħoloq, huwa għandu jagħti rendikont ċar dwar l-invoices foloz li vvinta biex jieħu d-donazzjonijiet. Stqarrew dan il-Ministru Owen Bonnici u d-Deputat Laburista Charles Mangion waqt li kienu qed jindirizzaw Konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun. Wara dawn it-tweġibiet li ta, li flok iwieġeb il-mistoqsijiet li jeżistu spiċċa biex qajjem aktar, huwa ċar kemm Busuttil huwa falz, qal Dr Bonnici. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jikser b’mod sfaċċat il-

liġi tal-finanzjament tal-partiti u għax għandu dahru mal-ħajt għax inqabad, qed jigdeb, saħaq il-Ministru tal-Ġustizzja.

Busuttil, when in a hole stop digging, stqarr Owen Bonnici filwaqt li appella biex f ’ġieħ it-trasparenza, f ’ġieħ il-paroli li issa huwa ċar li kien fil-vojt

li qal għal dawn l-aħħar erba’ snin, jgħid b’mod ċar u jagħti rendikont ċar dwar l-invoices foloz li vvinta biex jieħu d-donazzjonijiet.

Min-naħa l-oħra d-Deputat Laburista Charles Mangion saħaq li l-Kap tal-Oppożizzjoni fl-istess ħin li tkellem fuq governanza tajba, trasparenza u onestà, mar jitlob lill-imprendituri jħallsulu l-pagi. Biex jgħatti l-fatt li l-imprendidturi qed iħallsulu l-pagi, biex jgħatti l-fatt li qed jitlob u jilqa’ f ’idejh id-donazzjonijiet, ħoloq sistema ta’ invoices foloz biex dawn id-donazzjonijiet jidhru daqslikieku huma sempliċi transazzjoni kummerċjali, sostna Dr. Mangion. Fl-aħħar nett Charles Mangion qal li huwa każ li f ’dan l-iskandlu qed jiddomina t-taħwid fejn l-id il-leminija ma tafx x’inhi tagħmel l-id ix-xellugija.

IL-KELMA TA’ BUSUTTIL KONTRA KULĦADD • Il-Grupp db jgħidu li huma m’għandhomx relazzjonijet kummerċjali u jisfidawh jgħid x’reklami kienu; •

It-teżorier, Alex Perici Calascione, u allura

l-persuna legalment responsabbli jgħid li ma kienx jaf bihom; • Il-Viċi Kap, Mario De Marco l-id il-leminija tiegħu, jew suppost, jgħid li dawn kienu sempliċi

donazzjonijiet; • Storja fil-Maltatoday tgħid li l-invoices ħarġu fuq il-kumpanija Sky Gourmet li m’għandhomx bżonn reklami għax iqassmu bezzun fuq l-Air Malta


07

26.03.2017

kullhadd.com

BIL-PROVI: EBDA REKLAMI • ANALIŻI TGIDDEB ID-DIKJARAZZJONIJIET TA’ SIMON BUSUTTIL • EBDA DEPUTAT JEW UFFIĊJAL TAL-PARTIT NAZZJONALISTA MA SABILNA MQAR REKLAM Sky Gourmet, il-kumpanija li fuqha kienu qed joħorġu l-invoices foloz tal-Partit Nazzjonalista biex jitħallsu l-pagi tal-ogħla żewġ karigi, qatt ma kellha riklam wieħed fil-gazzetti tal-Partit Nazzjonalista. Il-gazzetta Kullħadd wettqet analiżi ta’ 8,764 paġna ta’ InNazzjon u 2,912-il paġna ta’ Il-Mument u jirriżulta li ma kienx hemm riklam wieħed ta’ Sky Gourmet. Sky Gourmet hija l-kumpanija sussidjarja ta’ db Group li tipprovdi l-bezzun li jitqassam fuq it-titjiriet talAirmalta. Din il-kumpanija ma toffri l-ebda servizz li għalih hemm bżonn isir riklamar. Fil-fatt din il-gazzetta għamlet analiżi ta’ kull paġna tal-gazzetti kollha li ppubblika l-Partit Nazzjonlista fl-2016, b’kollox mal-11,676 paġna. Ma sibna l-ebda riklam ta’ Sky Gourmet. Dan il-fatt jikkonferma li għal dak li l-Kap talOppożizzjoni qed isejjaħ “relazzjoni kummerċjali” ma għandu xejn x’juri u konferma li Simon Busuttil gideb fl-istqarrijiet pubbliċi kollha tiegħu. Iktar minn hekk l-imkejjen tagħna fid-Dar Ċentrali qalulna li nistgħu nagħmlu sigħat insegwu l-iskeda ta’ Net Television u wkoll ikollna l-istess riżultat. Il-każ tal-iskandlu tal-pagi tal-PN kompla jitħabbel matul din il-ġimgħa wara li l-gazzetta Maltatoday żvelat li kienet din waħda millkumpaniji li fuqha kienu qed jinħarġu l-invoices. Għal dan il-PN ma għandux x’juri bħala relazzjoni kummerċjali. Ir-reazzjoni ta’ Simon Busuttil meta mistoqsi dwar dan il-każ waqt attività

IS-SENA LI GĦADDIET

8,764 PAĠNA

2,912 PAĠNA REKLAMI SKY GOURMET: 0 l-Università l-Ġimgħa, kienet waħda konfuża għall-aħħar. Meta mistoqsi jekk hemmx kumpaniji oħrajn li jħallsu l-pagi ta’ uffiċjali oħra, Busuttil dawwar id-diskors fuq donazzjonijiet dikjarati. Iżda ma ċaħadx li hemm kumpaniji oħrajn li daħlu fl-iskema li vvinta l-istess Busuttil biex jieħu flus ta’

negozjanti biex imexxi l-partit. Anke meta staqsejna deputati u uffiċjali oħra talPartit Nazzjonalista ħadd ma kien kapaċi jsib imqar reklam wieħed. Francis Zammit Dimech, Clyde Puli, Paula Mifsud Bonnici, David Agius, Claudio Grech, Robert Arrigo, George Pullicino

u Karl Gouder ilkoll kienu mistoqsija din id-domanda fl-aħħar jiem. Iżda, kien kollu għalxejn. Kienet il-kumpanija db Group li qalet ċar u tond fi stqarrija li ma ħadet l-ebda servizz kummerċjali għallgħotjiet tagħhom. Il-Kap Eżekuttiv ta’ db Group fil-fatt kien qal hekk: “Mhux veru li s-sena l-oħra d-db Group ħallas lillkumpanija tal-PN Medialink is-somma ta’ €70,800 għal xi servizzi kummerċjali li xtrajna mingħandha. L-insinwazzjoni li għall-ammonti li għaddejna lill-PN ħadna lura l-valur tagħhom f ’reklami għallgrupp tagħna hija gidba totali.” Id-db Group saħansitra sfida lil “min hu kkonċernat fil-PN biex jgħid liema servizzi kummerċjali aħna (db Group) ħadna mingħand

Mhux veru li s-sena l-oħra d-db Group ħallas lill-kumpanija tal-PN Medialink is-somma ta’ €70,800 għal xi servizzi kummerċjali li xtrajna mingħandha. L-insinwazzjoni li għall-ammonti li għaddejna lill-PN ħadna lura l-valur tagħhom f’reklami għall-grupp tagħna hija gidba totali

Medialink fl-2016 u kif dawn iwasslu għal €70,800”. Minkejja din l-isfida millkumpanija li suppost għandha relazzjoni kummerċjali mal-Medialink, Simon Busuttil baqa’ jirrifjuta li jippubblika dawn l-invoices foloz u pprova ta’ x’servizzi kummerċjali ngħataw lura.


08

26.03.2017

kullhadd.com

“MINGĦAJR ALKOĦOL ĠISMI KIEN JIBDA JIRTOGĦOD” Kitba ta’ ABRAHAM ABELA “Jiena kont niflaħ ħafna għalih ix-xorb. Kont niffunzjona normalment, imma ġismi kien jibda jirtogħod allura jien biex nikkalma kien ikolli bżonn l-alkoħol. Għax tant kont sirt dipendenti fuqu li kienu jiġu dawk il-mument li rrid nixrob bilfors, inkella ma nibqax niffunzjona.” Hekk kienet tħossha Joanna li sa ftit tas-snin ilu kellha l-flixkun tal-whisky jiddettala ħajjitha. Membru tal-Alcohol Anonymous, Joanna rrakkontat dak li għaddiet minnu tul snin ta’ diffikultà kbira. “Jiena trabbejt f ’familja fejn l-alkoħol kien ħaġa normali ħafna. Jiena llum wasalt għas60 jiġifieri qed nitkellem 40 sena ilu. Aħna d-dar kulħadd kien jixrob. U l-alkoħol kien il-ġabra tal-familja,” tgħid Joanna li tirrakkonta kif grokk mal-mejda tal-ikel ta’ kull filgħaxija kien ħaġa normali. Mhux konxja li ftit ftit kienet qed issir dipendenti fuq l-alkoħol, bdiet iżżid il-konsum meta waslet fl-età tal-ħruġ. “Sakemm wasalt f ’punt fejn qabel noħroġ għax-xogħol filgħodu, jekk ma niħux żewġ grokkijiet tajbin whisky, ma kontx inkun nista’ niffunzjona. Jiġifieri l-alkoħol tant

kien ħakimni, illi jien ma stajtx niffunzjona jekk ma jkollix l-alkoħol ġo ġismi,” żiedet tirrakkonta. Kien hawn li fehmet kif il-problema saret anke mentali. “Għax jibda jaħkimlek anke l-mod kif tirraġuna, kif taġixxi man-nies ta’ madwarek, issir iktar egoista. Jiena mal-familja sirt iktar egoista għax l-ewwel u qabel kollox

kien kemm nista’ nixrob u fejn nista’ nixrob u xejn iktar ma kien daqshekk importanti, la l-familja, la l-ħbieb, ħadd,” tkompli tispjega. Qalet li bdiet titlef il-ħbieb u l-kuntatt mal-famija beda sejjer għall-agħar. “Hekk jiġrilek meta tkun indannata għaxxorb,” saħqet il-mara li staqsejtha għaliex tqis lilha nnifisiha alkoħolika. “Mhux kulħadd iħobb drink żejjed?” kienet il-mistoqsija. “Id-differenza bejn alkoħoliku u xi ħadd li jkun jixrob normali hija li l-alkoħoliku jrid jibqa’ jixrob, jibqa’ jixrob, jibqa’ jixrob sakemm jisker,” fissret Joanna. Problema ġġib lill-oħra. Flixkun whisky kuljum ma jinxtarax bix-xejn u Joanna kienet ċara kristall dwar dan ukoll: “Kont nippreferi noqgħod mingħajr xi ħaġa x’nilbes imma basta jkolli l-alkoħol ghax meta jaħkmek, hu biss isir importanti f ’ħajtek.” Mhux hekk biss. Joanna tispjega kif ma kienx ikun biżżejjed li fejn se tmur

Jiena wkoll tfarrakt xi darbtejn bil-karozza u hemmhekk tibda ssir konxja

ikun hemm l-alkoħol. Kellu jkun hemm biżżejjed. “L-alkoħol jagħmlek diżonesta. Biex tixrob, tigdeb u tħawwad u tgerfex basta tasal fejn trid tasal inti u taf inti, l-alkoħol issibu pereżempju jew... jiena minn jaf kemm kien ikolli okkażjonijiet u ngħid li ma niflaħx biex ma mmurx għax jekk kont inkun naf li f ’dak il-post ma kienx se jkun hemm biżżejjed alkoħol, li jien nista’ nixrob kemm irrid, kont nevita li mmur,” tistqarr ilmara li llum qed taqsam magħna din l-esperjenza biex tiftaħ l-għajnejn. Quddiem dan kollu kienu jiġu mument ta’ realizzazzjoni. Ħinijiet fejn tifhem li l-affarijiet mhumiex qegħdin sew. Iżda, ma kienx faċli tfittex l-għajnuna. “Kienet diffiċli ħafna għax ħadd ma jieħu gost jammetti li għandu problema. Ma tantx xtaqt u allura pruvajt nieqaf waħdi. Kont konvinta li waħdi stajt negħlibha l-problema. U kemm-il darba għamilt xhur sħaħ ma nixrobx għax kont naf li kelli problema però ma ridtx nammettiha. U wasalt f ’sitwazzjoni fejn indunajt. Taf inti, taqra u tisma’ fuq nies li mietu kawża tal-alkoħol jew ħabtu bil-karozza u tfarrku. U jiena wkoll tfarrakt xi darbtejn bil-karozza u hemmhekk tibda ssir konxja. Tibda tgħid li jien ma nistax nibqa’ sejra hekk,” tirrimarka l-mara li fissret kif hawn bdiet it-triq lejn il-kmamar tal-AA. Joanna, li temmen li wieħed ikun destinat li jaqbad il-vizzju, qalet li hemm sabitha komda għax ħadd ma jiġġudi-

Kienet diffiċli ħafna għax ħadd ma jieħu gost jammetti li għandu problema. Ma tantx xtaqt u allura pruvajt nieqaf waħdi

ka, anke għaliex ħafna jkunu għaddew mill-istess esperjenza: “Ħadd ma jista jifhem alkoħoliku daqskemm jista’ jifhmu alkoħoliku ieħor. Għax jien pereżempju r-raġel tiegħi ma jifhimx x’inhi l-problema għax hu ma jixrobx. Dan aħna għandna programm ta’ 12-il pass. Mhux programm diffiċli. Tagħmlu mgħaġġel jew bil-mod kemm trid int għax m’għandniex eżamijiet fl-aħħar tas-sena, u l-passi huma sempliċi ħafna. L-ewwel wieħed huwa l-iktar wieħed kruċjali. Li jiena nammetti li l-alkoħol rikibni u ma nistax iżjed immexxi ħajti, jiġifieri li nammetti li għandi problema. Dak huwa l-ewwel pass. Wieħed jagħmel l-ewwel pass u minn hemm ikompli l-oħrajn. Jien erġajt ħadt il-kontroll ta’ ħajti lura,” qalet Joanna li ħeġġet lil min jaħseb li jinsab f ’diffikultà jagħmel kuntatt mal-AA.


09

26.03.2017

kullhadd.com

INQAS INĊIDENTI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL • REGOLI ĠODDA GĦAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI DIN IS-SENA Filwaqt li Malta qed tesperjenza żieda fin-nies li qed jidħlu fid-dinja tax-xogħol qed jiġi nnutat tnaqqis fl-ammont ta’ ħaddiema li għal xi raġuni jew oħra jisfaw vittmi ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol. Dawn il-fatti ġew maħruġa mir-rapport annwali tal-2016 mill-Awtorità Maltija għasSaħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol dwar il-qagħda ta’ inċidenti relatati fuq il-postijiet tax-xogħol kif ukoll il-passi li jittieħdu f ’dan ir-rigward. Fil-fatt, meta 12-il sena ilu l-ħaddiema li jaħdmu fuq bażi full u part time kienu jammontaw għal 169,511 u r-rata ta’ inċidenti f ’dik is-sena kienet ta’ 4,936, l-2016 esperjenzat mhux biss rekord ta’ nies jaħdmu li jlaħħqu l-240,154 iżda ġiet irreġistrata l-inqas rata ta’ inċidenti Interessanti wkoll it-tħassib li esprima l-Kap Eżekuttiv tal-OHSA dwar is-settur tal-midja. “Importanti li niddiskutuh ukoll. L-ewwel nett irridu niftakru li kull min jaħdem f ’dan is-settur, il-cameramen, il-ġurnalisti u l-producers huma wkoll ħaddiema. Jimmeritahom ukoll protezzjoni partikolari minħabba x-xogħol li jkunu qed jagħmlu li nafu li se jeħodhom f ’sitwazzjonijiet jew ipoġġuhom f ’sitwazzjonijiet ta’ perikli.” Gauci ta eżempju partikolari. Fakkar f ’każ li kien jinvolvi fatalità viċin talirdum: “Tara r-ritratti fuq ilgazzetti ppublikati fejn kien hemm numru ta’ cameramen qegħdin proprju fit-tarf talirdum biex jiġbdu l-filmat talpersuna li hemm isfel. Dawn huma affarijiet li jridu jkunu indirizzati minn min iħaddem lil dawn il-ħaddiema. Però apparti hekk, tajjeb li niftakru li meta jkollok programm pereżempju li jinvolvi ċertu xogħol bħala parti

fuq il-post tax-xogħol f ’dawn l-aħħar snin, preċiżament 3,028 każ. Mill-2002 sas-sena li għaddiet is-setturi kollha raw tnaqqis u anke jekk is-settur tal-kostruzzjoni baqa’ l-aktar wieħed prekarju fejn impjiegi marbutin ma’ trasport, manifattura, akkomodazzjoni u bejgħ tal-prodotti, f ’dawn l-aħħar tliet snin naqsu b’mod sostanzjali. Minkejja li bejn Jannar u Diċembru tas-sena li għaddiet seħħew seba’ inċidenti fatali fuq postijiet tax-xogħol differenti, il-każijiet kollha ġew suġġetti għal inkjesta maġisterjali u investigazzjoni tal-istess Awtorità. Qed jiġi assigurat ukoll li s-sidien ta’ postijiet tax-xogħol differenti jinżammu responsabbli speċjalment jekk integrali minnu, ikun tajjeb li t-telespettaturi jkunu jafu jew ikunu esposti għallprekawzjonijiet li jkunu qed jittieħdu. Ġieli tara programmi li jkunu qed jiffilmjaw jew juru xogħol anke ta’ kostruzzjoni bħala parti integrali mill-programm innifsu. U tibda tinduna li l-mod kif qed isir dak ixxogħol mhux mod li huwa sigur. B’hekk it-telespettaturi qegħdin jaraw biss xogħol li biex isir qed jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa. U allura tkellimna malproducers tat-televixin u għednielhom li huwa tajjeb ukoll li tikkunsidraw li meta qed turu xogħol li jkun qed isir, ikun qed isir b’mod li huwa sigur. Biex anke t-telespettaturi jidraw jaraw dak ix-xogħol bil-mod kif suppost għandu jsir.”

ikun hemm suspett li kellhom tort dirett meta jweġġa’ ħaddiem partikolari. Permezz ta’ impożizzjoni ta’ multi immedjati, is-sena l-oħra nħarġu 361 multa li b’kollox jammontaw għal €152,000 li minnhom kienu mħallsa €112,500. Madankollu, l-Awtorità tippermetti li dawn il-multi ma jitħallsux kollha f ’daqqa. F’kummenti mal-gazzetta KullĦadd, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Mark Gauci enfasizza li l-promozzjoni tassaħħa u sigurtà hija prijorità flimkien mal-infurzar tal-liġi. “L-Awtorità ma tiħux gost li timmulta lil dak li jkun jew li ttella’ lil persuna l-Qorti però meta ssib kumpaniji, employers jew saħansitra ħaddiema li ma jridux jisimgħu, li tibqa’ tin furmahom u tedukahom u xorta jibqgħu jagħmlu li jiġihom f ’moħħhom, hemmhekk l-Awtorità ma jkollhiex triq oħra ħlief li tieħu passi skont il-liġi,” qal Gauci. Fisser elementi kruċjali f ’ħidmet l-OHSA. “Kull ilment li tirċievi, l-OHSA tinvestiga biex tara li tkun qed tiġi osservata l-liġi dwar issaħħa u s-sigurtà. Tajjeb illi

nfakkru li l-liġi għandha definizzjoni wiesgħa ħafna ta’ x’inhu post tax-xogħol. Il-post tax-xogħol mhux post ta’ kostruzzjoni biss, mhumiex il-barrieri, mhumiex ċerti postijiet li tradizzjonalment nassoċċjawhom ma’ perikli. Imma l-post tax-xogħol huwa kwalunkwe post fejn ikun qed isir xi forma ta’ xogħol minn ħaddiem,” spjega Gauci li fisser kif dan jinkludi uffiċċji, sptarijiet, kliniċi u skejjel, fost oħrajn. Fisser kif matul iż-żmien ikunu identifikati setturi jew oqsma partikolari li jkunu assoċjati jew ma’ periklu partikolari jew inkella jkun jimmeritahom ċerta attenzjoni. “Is-sena li għaddiet l-Awtorità daret l-uffiċini tal-kumpaniji li huma involuti fl-igaming, daret l-uffiċini fejn isir xogħol relatati mal-kumpaniji tal-insurance. Dorna l-istamperiji ta’ Malta u Għawdex kif ukoll dorna l-barrieri. Dawn huma apparti l-ispezzjonijiet ta’ rutina li tagħmel l-Aw-

torità permezz tal-uffiċjali tagħha f ’postijiet tax-xogħol li huma tradizzjonalment assoċjati ma’ perikli, fosthom is-settur tal-kostruzzjoni, ittarznari u postijiet tax-xogħol oħra li kif għidt huma assoċjati ma’ perikli partikolari,” spjega Gauci li fakkar kif saru wkoll bidliet fil-liġijiet. “Kien hemm bidliet fil-liġi li tirregola l-apparat fuq il-post tax-xogħol. Dan l-eżerċizzju wassal ukoll biex ikunu ppublikati regolamenti riveduti li bażikament jagħmluha iktar faċli li wieħed josserva l-obbligi legali tiegħu. L-Awtorità ħadmet ukoll fit-tul fuq reviżjoni tal-liġijiet dwar kostruzzjoni. Apparti li kien hemm regolamenti li kienu għadhom antikwati, kellek regolamenti li ħarġu anke fl-1968, però l-Awtorità riedet tassigura li dawn ir-regolamenti jkunu nieqsa minn ħtiġijiet burokratiċi jew amministrattivi mhux meħtieġa,” fisser Gauci li fisser kif regolamenti ġodda se jkunu ppubblikati din is-sena.



kullhadd.com

11

26.03.2017

DIKJARAZZJONI STORIKA Kitba ta’ Ġimgħa, li t-Trattat ta’ Ruma ta’ 60 KELLY PEPLOW sena ilu mhux biss welled komuminn Ruma nità mfassla fuq prinċipji politiċi u ekonomiċi, iżda fuq kollox dar Tista’ tgħid li l-istorja rrepeti- madwar viżjoni umana. Viżjoni li et ruħha 60 sena wara. 27 mexx- hija l-essenza tal-Unjoni Ewropea ej Ewropew imxew fuq il-passi minn issa ’l quddiem, għaliex l-imtal-fundaturi tal-Komunità Ekono- plimentazzjoni ta’ dimensjonijiet mika Ewropea li, fl-1957, iffirmaw soċjali għandha ssir b’relazzjoni ma’ it-Trattat ta’ Ruma li bena din il-ko- miżuri ekonomiċi li jgħinu n-negomunità, komunità li eventwalment zji jkabbru l-ekonomija u joħolqu welldet l-Unjoni Ewropea kif nafu- impjieg aħjar,” jgħid il-Prim Ministru Muscat. Dan iwassal biex il-ħadha llum. 60 sena wara, fil-25 ta’ Marzu diema Ewropej ikollhom iż-żieda 2017, fl-istess post, il-Palazzo dei fil-pagi li ħaqqhom. Minkejja li s-27 Stat Membru Conservatori f ’Ruma, 27 mexxej iffirmaw id-Dikjarazzjoni ta’ Ruma. ma għamlux dan il-vjaġġ flimkien, Dikjarazzjoni li għall-ewwel darba, id-differenzi ta’ bejniethom kapaċi turi l-qbil tal-Istati Membri li għan- jagħmluhom iktar b’saħħithom. du jkun imsaħħaħ l-aspett soċjali Madanakollu, kull Stat kellu l-kuraġġ u uman fl-Istati Membri kollha. u d-determinazzjoni li jingħaqad fi B’hekk tkun qed titwettaq il-ħolma stampa ferm ikbar, biex ikunu assigtal-missirijiet Ewropej li 60 sena ilu urati l-paċi, il-prosperità u l-iżvilupp taċ-ċittadini. fasslu Unjoni politika u umana. Issa, f ’dan il-kapitlu l-ġdid, Il-kapitali Taljana laqgħet il-mexxejja bl-aħjar mod u bl-ikbar sigurtà, il-mexxejja għandhom jiffukaw fuq f ’atmosfera mgħonija bl-ispirtu kif it-teħid tad-deċiżjonijiet jista’ jsir Ewropew. Il-mexxejja ltaqgħu bis- b’mod iktar faċli u effettiv, li kapaċi wit il-bnadar tal-Istati Membri, li jiġġieled kull sfida. Dan billi l-mexxejja jirrikonoxxu tpoġġew barra l-Pjazza Campidoglio, is-simobu li ta t-twelid tal-Un- li iva, l-Ewropa nbidlet, u se tkompli tinbidel: “li ma nagħmlu xejn u joni Ewropea. Id-Dikjarazzjoni ta’ Ruma tfasslet nibqgħu fejn aħna, mhix għażla, sakemm ma rridux ngħaddu għallfuq erba’ pilastri: • Ewropa sikura - fejn iċ-ċit- paġni tal-istorja bħala l-mexxejja li tadini jibbenefikaw minn moviment ma ħadux azzjoni u kissru proġett ħieles b’politika tal-migrazzjoni ef- ta’ 60 sena, li fuq kollox, bena l-paċi u l-prosperità fuq il-kontinent,” qal fiċjenti u responsabbli. • Ewropa sostenibbli - il-Prim Ministru Muscat. Naturalment, wieħed ma jistax Ewropa magħquda fis-suq komuni li tikkrea l-impjiegi u l-prosperità, jinjora l-fatt li l-Unjoni Ewropea b’munita tant b’saħħitha li hija diġà kisbet riżultati tanġibbli, speċjalment f ’okkażjonijiet fejn l-Istasuġġetta għal tkabbir u bidla. • Ewropa Soċjali - li twaħħad ti Membri ħadmu id f ’id. Iżda il-progress ekonomiku ma’ dak soċ- l-prinċipju ta’ solidarjetà m’għandux jali li tirrispetta s-sistemi differenti li ikun għażla a la carte li stat jagħti biss tħaddan, u tiġġieled kontra eskluż- meta jixtieq. Fil-fatt, il-frażi solidarjetà spikkat joni soċjali u faqar. • Ewropa sinifikanti fl-istam- f ’kull diskors li sar qabel id-dikjapa mondjali - li qed tibni relazzjoni- razzjoni ta’ Ruma. Il-Prim Ministru jiet ġodda madwar id-dinja, li terfa’ Taljan Paolo Gentiloni fakkar li bejn r-responsabbiltà fit-tfassil ta’ difiża l-1957 u l-2017, “l-Ewropa, bl-iskomuni, Unjoni kburija bin-negozji fidi kollha li affaċċjat, kellha vjaġġ ta’ kisbiet kbar, bħas-suq komuni.” li se tikseb ma’ pajjiżi terzi. Dawn huma l-objettivi tal-mexx- Fakkar ukoll li dawn kienu 60 sena ejja Ewropej għall-għaxar snin li ta’ paċi, riżultat tal-valuri li missiriġejjin, bil-mexxejja jkunu kunfidenti jietna, li għexu żewġ gwerer u dittali l-futur tal-Ewropa huwa f ’ide- torjati, tant ħadmu għalihom. Il-President tal-Parlament jhom u f ’idejn iċ-ċittadini kollha. Ewropew, Antonio Tajani qal li din id-dikjarazzjoni storika tal-2017 Bidu ġdid mibni fuq “mhix waħda mibnija fuq retorika, pilastru soċjali iżda fuq impenn lejn il-500 miljun Id-diskors tal-Prim Ministru Joseph ċittadin Ewropew.” Ċittadini li issa Muscat qabel il-mument storiku huma fiċ-ċentru ta’ ħidmet l-ogħla tal-bieraħ kien mibni fuq il-ħsieb li istituzzjonijiet. “L-għaqda bejn l-Istati Mems-suċċess tal-Unjoni Ewropea jiddependi mill-ħila tal-mexxeja li jimpli- bri biss se tipprometti futur aħmentaw pilastru soċjali għall-aħħar, jar għaċ-ċittadini, u tipprometti li l-Unjoni twettaq dak li tgħid u tof- Ewropa li ma titlifx triqitha,” jgħid fri l-protezzjoni li jistennew iċ-ċitta- il-President tal-Kummisjoni Ewrodini. Fuq kollox, enfasizza li “rridu pea Jean Claude Juncker. Kulma jmur dan kollu għannagħmlu dak li ngħidu, u ngħidu du jħeġġeġ il-mexxejja biex juru dak li nagħmlu.” Il-potenzjali ta’ prosperità ekono- liċ-ċittadini li, fi kliem il-President mika ma tistax tintlaħaq jekk tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, il-mexxejja jinjoraw ir-ruħ soċjali “Iva, jinteressahom mil-legat ta’ Ewropea. missirijiethom, u jinteressahom Il-Papa Franġisku wkoll inno- mil-legat li huma stess se jħallu ta f ’laqgħa mal-mexxejja nhar il- warajhom.”

Ritratti: DOI

• IL-PRIM MINISTRU B’DISKORS TA’ VIŻJONI QUDDIEM IL-MEXXEJJA EWROPEJ


kullhadd.com

DCG TATTAKKA LIL DE MARCO U BUSUTTIL IKOMPLI

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Mario De Marco, kien is-suġġett ta’ taħdita bejn ilKap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil u l-blogger Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia f ’residenza f ’Ħaż-Żebbuġ. Bħalma għamlet f ’kitbietha Caruana Galizia fetħitilha qatta bla ħabel kontra De Marco u l-Kap fl-ebda ħin ma kellu kelma ta’ difiża għall-Viċi Kap tiegħu. Il-gazzetta KullĦadd tista’ tiżvela li dan seħħ waqt li numru ta’ persuni magħżula ltaqgħu għat-te f ’din ir-residenza ta’ ċertu lussu. Daphne Caruana Galizia kienet mistiedna ma’ żewġha Peter Caruana Galizia u Simon Busuttil mas-sieħba tiegħu Kristina Chetcuti. Iż-żewġ koppji ma kinux l-uniċi mistednin u tant kien hemm min impressjona ruħu b’dak li ra, li dak li seħħ wasal għand din il-gazzetta. Minn dak deskritt lilna Daphne Caruana Galizia kellmet lil Busuttil b’ton ta’ xi ħadd pussessiv u mingħajr ma ddejqet mill-udjenza li kien hemm madwarha lill-Busuttil qaltlu li jrid jeħles minn De Marco. Naturalment, fost il-mistiedna ħadd ma impressjona ruħu b’dan, għaliex dwar hekk kitbet ukoll. Iżda, baqgħu mistagħġba bil-mod kif Caruana Galizia kellmet lil dak li suppost hu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista u l-fatt li fl-ebda ħin il-Kap

ma kellu dikjarazzjoni ta’ difiża għal De Marco. Saħansitra kien hemm mumenti fejn wera li qed jaqbel magħha. Li Mario De Marco mhux favorit fid-Dar Ċentrali huwa sigriet magħruf, iżda l-qasma interna ħarġet wara l-inkjesta Capital One fejn jissemma l-Viċi Kap l-ieħor Beppe Fenech Adami. Biex ineħħi l-lenti minn fuq Fenech Adami fetaħ attakk fuq De Marco u s-sehem tiegħu bħala konsulent taddb Group li se jinvesti fis-sit fejn illum hemm l-ITS. Kienet proprju l-istess Caruana Galizia l-ewwel li fetħet il-kanuni f ’appell imġedded biex De Marco jirriżenja minn Viċi Kap u l-għada Simon Busuttil qal li tah għażla biex jagħżel bejn iż-żewġ irwoli, biex kien De Marco stess li giddbu u qal li ddeċieda waħda li ma jibqax konsulent legali tad-DB Group. Minkejja dan il-qiegħa kompliet tisħon u eventwalment De Marco spiċċa mar jiskuża ruħu fuq Net Television u fuq ir-radju Busuttil qal li hu l-kap u De Marco kien se jibqa’. Iżda, il-KullĦadd tista’ tikkonferma li din kienet dikjarazzjoni li tikkuntrasta bilkbir ma’ dak li qal f ’Ħaż-Żebbuġ madwar mejda fejn kien mistieden għat-te. Okkażjoni soċjali li għad irridu niżvelaw iktar dwarha.


13

26.03.2017

kullhadd.com

11 124

In-numru ta’ sessjonijiet f’din l-edizzjoni

Interventi mill-pubbliku preżenti

23 104,497

Ministri u Segretarji Parlamentari li ħadu sehem

It-total ta’ live views fuq Facebook

IT-TMIEN WAĦDA BIN-NUMRI It-tmien sessjoni ta’ Gvern Li Jisma’ reġgħet kienet interessanti ferm. Fi tliet postijiet differenti; Sant’Iermu, iċ-Ċittadella u x-Xewkija saru għadd kbir ta’ diskussjonijiet li kienu segwiti mhux biss mill-mijiet li attendew fis-sala iżda minn

eluf li segwew bil-kumdità ta’ Facebook. M’għandniex xi ngħidu l-iktar segwita kienet dik tal-Prim Ministru, iżda l-laqgħat kollha kienu interessanti. Ħarsa lejn dawn in-numri nifhmu għaliex.

4,281 746

In-numru ta’ reazzjonijiet live fuq Facebook

In-numru ta’ shares fuq Facebook

17.08 3,775

It-total ta’ sigħat tad-diskussjoni

L-attendenza waqt din l-edizzjoni


14

26.03.2017

kullhadd.com

IL-MARA SPEĊJALI LI TIEĦ Il-gazzetta KullĦadd tkellmet ma’ Anna Calleja, Direttur Nazzjonali ta’ Special Olympics Malta u li tant taħdem biex tfal u żgħażagħ b’diżabilità jikkompetu b’mod normali ma’ oħrajn f’diversi dixxiplini tal-isport waqt li jkollhom l-istess drittijiet. Dan bil-għan li d-diżabilità ma tirrappreżenta l-ebda xkiel fl-isport. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport u kont tipprattika xi sport qabel? Iva, minn ċkuniti kont inħobb l-isport fuq it-televiżjoni. Imbagħad bdejt nitħarreġ l-iskola u l-ewwel kompetizzjoni tiegħi barra minn Malta kienet fil-FISEC Games. Kont mort nirrappreżenta lil Malta ħames darbiet u kont akkwistajt midalja tad-deheb, tnejn tal-fidda u waħda talbronż. Kienu fl-atletika. Kont nipprattika s-shot put u d-discus. Però l-karriera tiegħi kienet aktar ta’ suċċess meta bdejt nilgħab il-basketball. Kont dejjem magħżula mattim nazzjonali u kelli l-opportunità li nilgħab barra. Kienet ta’ suċċess kbir, però mbagħad iddeċidejt li nieqaf meta kont għadni fl-aħjar tiegħi għax ma kienx hemm dik il-kompetizzjoni li xtaqt jien. Semmejt l-esperjenza tiegħek barra minn Malta fil-basketball. Tista’ tirrakkontahieli? Darba kont tlajt nilgħab mat-tim nazzjonali Malti u kien hemm tim Taljan li riedni nagħmel trial miegħu. L-ewwel darba ma kinitx irnexxiet, però t-tieni darba kont tlajt waħdi u għamilt din l-esperjenza waħdi magħhom għal sitt xhur. X’inhi l-ħidma tiegħek bħala Direttur tal-Ispecial Olympics u x’inhi l-ħidma li tagħmlu? L-Ispecial Olympics hija għaqda li tipprovdi sports u taħriġ għal nies b’diżabilità intellettwali. Ilha mwaqqfa issa għal 17-il sena u jien bdejt meta kienu talbuni biex nikkowċja. Bdejt bħala kowċ u kont nikkowċjahom l-atletika u dak li jkun hemm bżonn. Konna nsifruhom biex jikkompetu u jirrappreżentaw lil pajjiżna u minn hemm kompliet tikber l-imħabba lejn dawn il-persuni b’diżabilità. Għalkemm jien kont diġà ngħallem lil persuni b’diżabilità fl-iskejjel tal-gvern, għalija din kienet sfida iebsa. Trid tara li tinżel għal-livell tagħhom u tagħti l-għajnuna li tista’. Id-diżabilità trid tkun intellettwali biss jew tista’ tkun fiżika? Jista’ jkollok diżabilità fiżika wkoll, però biex tikkompeti fl-Ispecial Olympics irid ikollok diżabilità intellettwali. Din tista’ tkun żgħira u tista’ tkun severa. Imbagħad jekk ma jkollokx diżabilità intellettwali imma jkollok diżabilità fiżika (anki jekk tkun minima ħafna), l-atleta jikkompeti fil-Parolympics. Jista’ pereżempju jkollu xi amputazzjoni ta’ jdejn. Jiġifieri l-Ispecial Olympics u l-Parolympics mhumiex l-istess ħaġa. Fil-Parolympics imorru aktar għall-elitiżmu, imorru aktar għal ħinijiet fenominali, mentri l-Ispecial Olympics taċċetta kull livell ta’ atleti. Kif komplejt tevolvi bħala Direttur tal-Ispecial Olympics? Kemm ilek? Kont ġejt appuntata minn barra. L-akkreditazzjoni trid toħodha minn barra u mhux minn Malta. Kienu qaluli biex nibda mmexxi l-Ispecial Olympics b’mod aktar professjonali. Meta dħalt għal din l-isfida

ridt li naqta’ figura tajba u li nilħaq livell għoli. S’issa tajna servizz lil aktar minn 800 atleta u għandna mill- età ta’ tliet snin ’il fuq. Għandna l-Young Athletes’ Programme li huwa programm b’saħħtu ħafna. Ngħallmuhom ħiliet fundamentali u li jiġu u jieħdu gost bil-logħob li noffrulhom, anki jekk ikollhom id-diżabilità u l-kundizzjonijiet tagħhom. L-età ta’ tliet snin hija l-opportunità biex jibdew jitħarrġu? Huwa l-mument opportun għax tfal ta’ tliet snin għandhom bżonn aktar taħriġ fil-moviment tagħhom. Għandhom bżonn aktar sens ta’ sigurtà. Ovvjament mhumiex se jibdew bil-ballun f ’saqajhom jew bil-paletta tat-table tennis. Jibdew jitgħallmu, pereżempju kif jimxu dritt, il-bilanċ, jitilgħu u jinżlu t-taraġ. Ma rridux ninsew li persuna b’diżabilità tieħu aktar żmien biex il-mobbiltà tagħha tkun żviluppata sew. X’inhi r-relazzjoni tal-Ispecial Olympics Malta ma’ Special Olympics Europe? Special Olympics Malta hija għaqda li kulħadd jaf fejn qiegħed magħha. Jafu kemm nieħdu l-affarijiet bis-serjetà u dan huwa dovut ukoll għas-sehem tal-ġenituri. Hemm interess kbir. Meta nagħmlu t-taħriġ, il-ġenituri jġibuhom għandna biex jieħdu s-servizz. Hawn Malta organizzajna wkoll konferenza kbira tad-diretturi tal-Ewropa. Ix-xahar id-dieħel se nkunu qed norganizzaw seminar tal-Ewropa tal-bowling. Għandna kuntatt tajjeb mal-Ewropa u fil-fatt din is-sena se nsiefru lit-tim tal-boċċi l-Latvja u t-tim tal-futbol (kemm irġiel kif ukoll nisa) Spezia. X’inhi r-relazzjoni mal-Kumitat Olimpiku Malti u x’għajnuna ssibu? L-Ispecial Olympics hija għaqda maqtugħa

L-aktar ħaġa importanti hi li persuna tipparteċipa. Li tikkompeti jiġi l-ewwel, u fl-aħħar mill-aħħar, jekk jirnexxilhom jirbħu midalja huwa bonus

għaliha kompletament mill-Kumitat Olimpiku Malti. Ovvjament nixtiequ li jkun hemm aktar partnership mal-Kumitat Olimpiku Malti għax inħossu li nistgħu nagħtu sehemna u nistgħu nagħtu l-ideat tagħna. Finanzjarjament kif tfendu? Dawn l-aħħar tliet snin l-istorja kienet kompletament differenti minn qabel. Sibna ħafna bibien miftuħin u sibna lil min jismagħna. Sibna min jifhem il-problemi u min japprezza x-xogħol tagħna. Qed tirreferi għall-ogħla awtoritajiet governattivi? Iva, qed nirreferi għall-Gvern, għall-Marigold Foundation immexxija minn mart ilPrim Ministru s-Sinjura Michelle Muscat. Hija wkoll il-President tal-Ispecial Olympics Malta. Is-Sinjura Muscat wegħditna li se tagħti sehemha u ma tagħtix sehemha biss bil-fondi li jagħtu Marigold Foundation, imma sehemha tagħtih bl-ispirtu tagħha meta tkun preżenti. Tissapportja lill-familji u lit-tfal u taqsam l-emozzjonijiet magħna. Tieħu gost meta ssib għaqdiet li qed jifhmu l-utilità tal-inklużjoni u li jafu li dawn it-tfal għandhom bżonn ikunu integrati u jingħataw l-opportunitajiet li jkollhom nies oħra. L-Onorevoli Chris Aguis din ukoll fehemha u tana s-sapport tiegħu flimkien ma’ Luciano Busuttil u flimkien maċ-Chairman Mark Cutajar. Fehmu li rridu nagħtuhom l-attenzjoni imma nġibuhom fuq quddiem u mhux inħalluhom fuq wara. L-atleti tagħna dejjem ġabu riżultati sbieħ u r-riżultati ma jġibuhomx biss għax imorru jipparteċipaw imma għax ikunu ġġieldu għal dak ir-riżultat. Aħna nagħtuhom l-aħjar li nistgħu iżda biex tagħtihom l-aħjar apparat, l-aħjar faċilitajiet, u ssifirhom, għandek bżonn il-finanzi. Intom tħallsuhom? Iva, aħna nħallsuhom u noħorġu l-fondi kollha. Il-ġenituri ma joħorġu xejn. Però meta jkollok l-għajnuna mill-awtoritajiet, il-ħajja tagħna tkun eħfef. Lis-Sinjura Muscat, imbagħad aħna ngħinuha wkoll biex tkun tista’ tagħmel l-għawma annwali tagħha. Mhix għawma ħafifa. Tittrenja tliet darbiet fil-ġimgħa u tagħmel taħriġ intensiv. S’issa għamlitha darbtejn u l-fondi jmorru għall-Marigold Foundation, li mbagħad aħna nkunu waħda mill-għaqdiet li nibbenefikaw minn xi fondi. Flimkien mas-Sinjura Muscat, anki l-Onorevoli Prim Ministru Joseph Muscat kien darba qatta’ 20 siegħa jaħdem f ’esperjenza volontarja. Kienet esperjenza sabiħa, kien hemm ix-xogħol li jrid isir u sar jaf xi kwalità ta’ xogħol irridu nagħmlu. Xogħolna huwa proċess sħiħ. Għandek proċess biex tir-

reġistra atleta, li fih għandek it-tabib, u xogħol li fih trid tiddaħħal informazzjoni privata li rridu nirreġistrawha f ’software apposta tal-Ispecial Olympics Malta u wara tintbagħat barra minn Malta. Inkella l-atleta ma tkunx tista’ tikkompeti. Dr. Muscat kellu mumenti fejn ħadem fl-uffiċċju biex idaħħal din l-informazzjoni, u anki ta s-sehem tiegħu fil-gym fejn qatta’ l-ħin iħarreġ lit-tfal b’eżerċizzji differenti. Semmejt xi dixxiplini sportivi li tieħdu sehem fihom, ngħidu aħna l-boċċi. Tista’ ssemmi xi riżultati sbieħ li ġibtu f ’dan l-isport? Aħna, meta kkompetejna fil-World Games ġewwa Los Angeles, ġibna kważi 35 midalja tad-deheb. Ġejna fit-tmien post, dejjem skont ir-ratio tal-atleti li kkompetew għax pereżempju l-Amerka kellhom madwar 400 mitt atleta jieħdu sehem, filwaqt li aħna kellna 35 atleta. Il-midalji sbieħ li ġibna kienu fl-għawm, fl-atletika, fil-boċċi, fil-bowling, fit-table tennis u anki fil-ġinnastika. Għandna saħansitra atleta minn tagħna, Ann Marie Bugeja, li tmur l-iskola tal-isport. Kienet l-ewwel tifla li daħlet fi skola bħal din. Għandna wkoll atleti li jikkompetu mal-mainstream. Għandna champion fil-bowling li ma tantx jissemma, li hu Philip Gruppetta li hu ċ-champion tal-Under 23 ta’ Malta. Dan huwa atleta tal-Ispecial Olympics Malta u jilgħab fl-ewwel diviżjoni fil-kampjonati nazzjonali ta’ Malta flimkien ma’ atleti oħra. Hemm atleti oħra li tilgħin u li għandhom potenzjal. Nixtieq insemmi atleta ieħor li tiela’ l-Awstrija ma’ wieħed mill-istudenti tal-Università. Dan għandu jaqsam l-esperjenza tiegħu ma’ żgħażagħ oħra tal-Ispecial Olympics u jgħid xi jfisser għalih l-Ispecial Olympics. Ikun hemm min ma jaċċettax id-diżabilità tiegħu u jirrifjuta li jikkompeti fil-Parolympics jew fl-Ispecial Olympics, u jkun irid jikkompeti fil-mainstream? Iva, għad hawn, anki ġenituri, li jemmnu li t-tfal tagħhom m’għandhomx diżabilità jew kundizzjoni u jibqgħu jinsistu li jkunu jriduhom ma’ tfal oħra jikkompetu fil-mainstream. U din hija ħasra, għax anki int, wara ftit tibda tinduna li fiżikament m’intix qed tlaħħaq magħhom u jispiċċaw


15

26.03.2017

kullhadd.com

ĦU ĦSIEB ATLETI SPEĊJALI m’hemmx inklużjoni. Veru qed ninkludu persuna fil-post tax-xogħol imma jrid ikun hemm l-integrazzjoni biex l-inklużjoni taħdem sew. U din it-tip ta’ integrazzjoni trid issir mill-persuni li m’għandhomx diżabilità u mhux mill-persuna li għandha d-diżabilità.

jieqfu u jintefgħulek id-dar ma jagħmlu xejn. Jew inkella xorta jmorru għat-taħriġ imma qegħdin dejjem pass jew tnejn lura. Jien ġieli kellmuni klabbs u qaluli li għandhom xi tfal li jekk jingħaqdu mal-Ispecial Olympics ikunu jistgħu jieħdu u jingħataw ħafna aktar milli kieku jkunu mal-klabb tagħhom. Meta għandek kowċ li jrid imexxi lill-klabb f ’livelli ogħla, għalkemm ma jfissirx li ħa jinsa lil dawn it-tfal, ovvjament ikun irid jaħdem u jibqa’ għaddej bis-sessjoni tiegħu ta’ kuljum. L-akbar problema però mhijiex tal-kowċ għax dan xorta jagħti kas lil dawn it-tfal, imma tal-ġenituri li jibqgħu jiċħdu li t-tfal tagħhom għandhom xi tip ta’ diżabilità. Barra minn hekk, kowċ irid ikun kapaċi jmur ma’ atleti li jkollhom diżabilità u forsi mhux dejjem ikun kwalifikat biżżejjed biex imur kif suppost magħhom. Mal-Ispecial Olympics, hemm garanzija li l-attenzjoni se tingħata kif suppost għax għandna nies imħarrġa apposta għal dan u skont il-kundizzjoni x’inhi. Dejjem trid taddatta għall-atleta skont il-kundizzjoni tagħha biex tifhem aħjar. Inti full-timer fi ħdan Special Olympics? Iva. Jien xogħli proprja huwa ta’ għalliema imma issa qiegħda full-timer mal-Ispecial Olympics Malta. M’hemmx ħinijiet. Tibdieh minn filgħodu u kważi tieħdu miegħek id-dar għax il-ġenituri m’għandhomx ħinijiet tal-uffiċċju fi xħin iċemplu. Trid tismagħhom meta jkun hemm bżonn. Trid tifhimhom u tgħinhom meta jkun hemm bżonn. Forsi huma jkollhom bżonn jitkellmu f ’dak il-mument li jċemplu, u mhux f ’ħin ieħor. Fil-kompetizzjonijiet tagħkom x’inhu l-aktar importanti, li jintrebħu l-midalji jew li persuna tieħu sehem? L-aktar ħaġa importanti hi li persuna tipparteċipa. Li tikkompeti jiġi l-ewwel, u flaħħar mill-aħħar, jekk jirnexxilhom jirbħu midalja huwa bonus. Fiċ-ċerimonja tal-midalji, min jiġi l-ewwel, it-tieni u t-tielet jingħata midalja kif imdorrijin naraw, imma l-kumplament tal-atleti jitilgħu fuq podium u jingħataw midalja differenti talli pparteċipaw. U din ikun hemm min ma jaqbilx magħha... Hemm raġuni għaliha din. Tal-anqas għandek xi ħaġa li turi li int ipparteċipajt. Però l-midalja tal-ewwel, tat-tieni u tat-

Pereżempju fl-iskejjel mill-għalliema?

Għad hawn, anki ġenituri, li jemmnu li t-tfal tagħhom m’għandhomx diżabilità jew kundizzjoni u jibqgħu jinsistu li jkunu jriduhom ma’ tfal oħra jikkompetu fil-mainstream

tielet kulħadd ikun iridha. Taħsibx li l-atleti tagħna jitilgħu jipparteċipaw u ma jagħtux kas li ma rebħux din il-midalja. Hemmhekk nindunaw kemm l-atleti tagħna jafu x’inhi kompetizzjoni għax jagħtu l-almu kollu tagħhom mingħajr biża’. Illum kulħadd jitkellem favur l-ugwaljanza. Però meta nitkellmu fuq persuni b’diżabilità jkun hemm ċertu diskriminazzjoni pożittiva. Din x’effett tħalli? Jiddependi d-diżabiltà x’inhi. Jekk ikun

hemm persuna li jekk tistenna fil-kju jista’ jagħtiha tantrum jew tkun frustrata, jew tagħtiha fit, hemmhekk nemmen li trid taqbeż il-kju. Però jekk persuna dan kollu ma jaffettwahiex u tkun kapaċi tistenna bħal ħaddieħor fil-kju, m’għandhiex titqabbeż il-kju. Ma tistax titfa’ lil kulħadd f ’qoffa waħda. Hemm min japprofitta ruħu. Imbagħad dwar l-argument tal-midalja li tingħata lil persuna b’diżabilità li ma pparteċipatx, jiena ma naqbilx magħha. Jiena tal-fehma li jekk l-iskejjel f ’jum l-isports ma jinkludux lil persuni b’diżabilità fl-attivitajiet li jsiru, żgħar kemm huma żgħar, diġà sar żball. Meta jien kont ngħallem, kont ninkludi lil persuni b’diżabilità kollha, hi x’inhi d-diżabilità. Aħna fil-fatt għandna programmi li jinkludu lil dawk li ma jkunux jistgħu jikkompetu bħall-oħrajn. L-għalliema tal-edukazzjoni fiżika, anki jekk hemm student fuq is-siġġu tar-roti, xi ħaġa prattika li jistgħu jagħmlu hi li jitfgħulu l-ballun fuq ħoġru, xi ħadd imexxih u tħallih jitfgħu, pereżempju fir-ring tal-basketball. Basta pparteċipa u jkun inkluż. Jekk tikkumpara ż-żmien tal-lum ma’ qabel, żgur li tinduna li sar avvanz. Però fadal xi jsir? Progress sar ħafna ħafna, u dan huwa dovut għall-isforz li kulħadd sar jagħmel. Qabel, kif għedt int, kienu jaħbuhom, ma jkunux iridu jagħtuhom xogħol jew ma joħduhomx l-iskola. Kienu jżommuhom id-dar. Xi jrid isir aktar? Illum aħna nitkellmu fuq l-inklużjoni. Inklużjoni soċjali, inklużjoni tal-isport, inklużjoni fuq il-post tax-xogħol. Inklużjoni kullimkien. Però għad fadal xi jsir. Nitkellmu fuq l-inklużjoni, però meta nħares, u nara l-affarijiet kif qed isiru fit-taħriġ jew meta aħna noħorġu lill-atleti tagħna, ninduna li inklużjoni hemm imma integrazzjoni mhux daqshekk. Jekk pereżempju aħna qegħdin grupp ta’ sitta u hemm persuna waħda b’diżabilità, irridu ninkluduha wkoll fil-konverżazzjoni u mhux inkunu sempliċiment ħriġnieha u daqshekk. Irridu nagħtuha ċans tintegra u titkellem. Jekk qegħdin fuq il-post tax-xogħol u hemm persuna b’diżabilità taħdem magħna, fil-brejk ma fiha xejn ħażin li tinżel magħna, u mhux inħalluha waħedha taħdem. Jekk nagħmlu hekk, għalija

Iva, dak jista’ jkun wieħed mill-eżempju. Pereżempju jekk student qiegħed f ’siġġu tar-roti u t-tfal qed jilagħbu l-futbol u hu ma jistax juża saqajh imma jista’ juża jdejh, int tista’ tagħtih stikka jew tużalu siġġu tar-roti apposta. Trid tintregrah b’xi mod. L-istess f ’affarijiet oħra. L-inklużjoni qiegħda hemm. Dawn it-tfal qed jiġu inklużi imma integrazzjoni hemm? Jiena nara każijiet fejn pereżempju l-għalliema tagħti struzzjoni biex jagħmlu linja jew joqogħdu f ’pari wara l-bieb tal-klassi, imma ġieli ninnota li t-tfal imorru mill-ewwel imma t-tifel jew it-tifla b’diżabilità tibqa’ waħidha. Għad hemm xi jsir mill-poplu. L-awtoritajiet qed jagħtuna l-għodda. Kulħadd irid jiftaħ aktar moħħu biex jiġi integrat. U aċċessibilità għal min għandu bżonnha, ngħidu aħna rampi fl-iskejjel jew fil-knejjes, għad fadal xi jsir? Fadal postijiet, ngħidu aħna ristoranti, fejn jien mmur u meta mmur sat-toilet ninduna li siġġu tar-roti ma jidħolx mid-daħla ta’ fejn inkun dħalt, jew ikun hemm toilet li ma joffrix il-possibbiltà li min għandu diżabilità jkollu l-faċilitajiet li għandu bżonn. Imma dik hija bil-liġi li tkun disponibbli? Suppost iva, hemm il-liġi, però ma rridx nidħol fil-qasam ta’ Oliver għax huwa espert f ’dak il-qasam. Però hemm il-liġi li tobbligak li kull post irid ikun aċċessibbli għal min għandu diżabilità. Rigward tfal b’diżabilità, int taqbel li l-ġenituri tagħhom jibagħtuhom fi klabb mainstream jew aktar hemm ċans li jiġu esklużi fi klabb mainstream? Jiena naqbel li nibagħtuhom fi klabbs mainstream, fil-fatt aħna nibagħtuhom. L-ewwel jibdew magħna minn żgħar, imma kif naraw li laħqu ċertu livell nibagħtuhom jittrenjaw mal-klabbs. U l-klabbs jaċċettawhom għax ikunu diġà preparati u t-taħriġ ikunu diġà jafu x’inhu. Dejjem insegwuhom ħalli ma nitilfuhomx. Kif għedtlek l-ewwel, fil-bowling għandna atleta li jirbaħ lil min m’għandux diżabilità. Wassal messaġġ lill-ġenituri, li forsi t-tfal tagħhom imħajra jattendu għall-Ispecial Olympics, imma għadhom qed jibżgħu jesponu lit-tfal tagħhom. Lill-ġenituri din irrid infehemhom, li jħarsu lejn l-atleti tagħna u jaraw x’qed isir. Jiġu jaraw, jitkellmu magħna u jagħtu ċans lil uliedhom. Jekk iridu jeħduhom fil-klabb tal-mainstream jeħduhom, però jġibuhom għandna wkoll ħalli jaraw id-differenza u jevalwaw. Importanti wkoll li jagħtuhom kull opportunità li jridu. Jagħmlu kuraġġ u ma jaqtgħux qalbhom. Illum tant hawn opportunitajiet u nfetħu bibien li dawn jistgħu jgħixu ħajja normali.


16

26.03.2017

kullhadd.com

IL-KELMA T-TAJBA F’BAĦAR IMQALLEB Istat Iżlamiku qegħdin jitilfu ġellieda, territorju, u anke dħul finanzjarju. Imma jkun iblah min jaħseb li b’daqshekk dawn waslu biex jisparixxu jew jinqerdu darba għal dejjem. L-ISIS mill-Iraq u s-Sirja mxew lejn Sirte fil-Libja minn fejn tkeċċew u megħluba mill-forzi ta’ Misurata. Minkejja li tilfu bejn 1,000 u 1,500 ruħ fil-ġlied biex jibqgħu f ’Sirte, illum dawk li fadal minnhom jinstabu mferrxa f ’territorju Libjan aktar ’l isfel fil-Libja, u filwaqt li għandom mezzi kif iżommu kuntatt ma’ xulxin, jistgħu wkoll isibu appoġġ minn komunitajiet u tribujiet li ma jarawhomx daqshekk ħżiena f ’għajnejhom. Jekk jinħass il-bżonn, mhux eskluż li dawn jistgħu jingħaqdu anke taħt xi isem ieħor. Fil-frattemp huma kapaċi jkomplu bl-attakki terroristiċi tagħhom, għaliex għandhom mezz sofistikat kif iżommu kuntatt ma’ xulxin, u kif iżommu l-organizzazzjoni tagħhom tkompli tiffunzjona.

Id-dinja għaddejja minn mumenti diffiċli u d-diplomazija, jew il-kelma t-tajba, huma importanti iktar minn qatt qabel. Jiem wara attakk terroristiku ieħor, f’mument fejn qed tiżdied it-tensjoni mat-Turkija u filwaqt li Malta għandha t-tmun tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea tkellimna mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, George Vella. Għaddiet kważi nofs il-Presidenza ta’ Malta għandhom x’jaqsmu mar-reġjun tal-Mediterran, malfil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. X’inhi l-analiżi Lvant Nofsani, mal-Pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq, u maltiegħek sa issa u fejn qed tara lil Malta tispikka? Pajjiżi tal-Golf Għarbi. Irid jingħad li sfortunatament dawk il-problemi li Bħalma jiġri f ’kull ħaġa oħra li tkun ilek tistenna, meta qegħdin ikiddu l-Ewropa bħalissa, bħall-migrazzjoni, jasal il-waqt, dak l-avveniment tant mistenni qisu jtir it-terroriżmu, in-nuqqas ta’ sigurtà, is-Sirja, il-Libja, u u jidher għaddej malajr. Hekk ġara b’din il-Presiden- l-kwistjoni Iżrael-Palestina; huma kollha problemi li za. Aktar minn sentejn ta’ preparamenti, u f ’kemm ili ġejjin minn dan ir-reġjun tal-Mediterran. ngħidlek, wasal l-ewwel ta’ Jannar, u kwazi għaddew Barra minn hekk, filwaqt li nieħdu parti sħiħa fil-fortliet xhur diġà mis-sitt xhur li rridu nagħmlu fil-Pres- mulazzjoni tal-politika barranija Ewropea, u dik ta’ sigurtà, assigurajna li l-istatus ta’ newtralità tagħna jiġi idenza. Jien nara li f ’dawn ix-xhur li għaddew sa issa ħriġna rispettat, u li l-obbligi mistennija minna jirrispettaw bl-unuri. Il-preparazzjoni li kienet ilha ssir min-nies il-limitazzjonijiet kostituzzjonali li status bħal dan iptaċ-ċivil, fil-Ministeri kollha, tat ir-riżultati, għaliex poġġi fuq pajjiżna. f ’kull attività li konna involuti fiha, ħareġ riżultat tajjeb, kemm f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ loġistika, or- Qegħdin ngħixu f ’reġjun imqalleb mhux ħażin u ganizzazzjoni, u tmexxija ta’ avvenimenti, kif ukoll donnu m’hemmx wisq xaqq ta’ tama li f ’postijif ’dak li għandu x’jaqsam mal-kontenut u r-riżultati et bħal-Libja s-sitwazzjoni titranġa. Taqbel li ma politiċi f ’laqgħat ministerjali fil-Parlament Ewropew, tantx hemm għaliex inkunu ottimisti? Kumitati Ministerjali, u f ’kumitati ta’ uffiċjali għolja, kemm f ’Malta kif ukoll barra minn Malta, speċjal- Nammetti li ċ-ċirkostanzi mhumiex sbieħ, imma ma nemminx li għandna naqtgħu qalbna. Fil-ħajja u ment fi Brussell. Malta qiegħda turi preparazzjoni tajba, qed turi im- fl-istorja, hemm sensiela ta’ episodji li jalternaw, gwpenn, qed turi li hija kompetenti, u qed turi wkoll li erra mal-paċi, instabbiltà ma’ ‘stabbiltà’, tkissir ma’ rikostruzzjoni, u disperament mat-tama. Bħalissa għandha sens ta’ Leadership. Dan ħareġ bl-aktar mod ċar fis-Summit tal-Mexxejja veru li l-affarijiet mhumiex sbieħ, imma bil-persevertal-Pajjiżi tal-UE, fejn Malta ddettat l-aġenda dwar anza, bl-appoġġ meħtieġ, u b’ħidma diplomatika sfiqa il-migrazzjoni, u rnexxielna nġibu qbil unanimu dwar u kontinwa, hemm cans li naslu. Żgur m’aħniex se naslu bil-ġlied u bil-gwerer. Lanprogramm ta’ azzjoni mmirat biex jittaffa xi ftit dan qas bil-piki, u bl-ebusija tar-ras. Hemm ħafna interessi il-fenomenu. Il-kumplimenti u t-tifħir li qlajna kienu ta’ inkoraġġi- barranin involuti, minn għal ħaġa, u min għal oħra. Xogħolna huwa li nqarrbu l-partijiet lejn xulxin, u ment kbir. li nagħtu l-pariri meħtieġa biex nevitaw aktar imwiet, F’mument fejn għaddejja l-Presidenza kif tint- tbatija, u popli tturufnati f ’pajjiżi barranin, u f ’arthlaqat il-politika tal-Affarijiet Barranin ta’ Malta? om stess. Huwa fi sfond bħal dan li fih jikber l-estremiżmu, Il-politika barranija ta’ pajjiżna ilha tissawwar matul ir-radikaliżmu, u l-ħerqa biex żgħażagħ isiru terroristi. dawn l-aħħar snin, u fattur importanti kien il-kontinwità, u l-qbil mal-linji ġenerali tal-politika barranija Ewropea. Kien għalhekk li wieħed ma kienx jistenna Wara l-aħħar żviluppi anki jekk l-Istat Iżlamiku li waqt il-Presidenza kien se jkollna xi nuqqas ta’ qbil, qed jiddgħajjef fl-Iraq b’operazzjonijiet militari fejn tara li t-theddida tal-Istat Iżlamiku tista’ tikjew skontru mal-politika Ewropea. Min-naħa l-oħra, matul il-Presidenza aħna ħdimna ber? biex indaħħlu orjentazzjoni Mediterranja fil-politika barranija Ewropea billi kontinwament nirreferu It-theddida tal-Istat Iżlamiku, ma tista’ bl-ebda mod għas-sitwazzjonijiet, li sfortunatament huma ħafna, li tiġi mċekkna. Huwa veru li militarment, il-forzi tal-

Il-kwistjoni tal-immigrazzjoni. Hemm soluzzjonijiet għaliha u kif tara l-mod kajman kif wieġbu l-pajjiżi Ewropej għall-programmi ta’ resettlement u rilokazzjoni? Il-migrazzjoni huwa fenomenu li ma jistax jitwaqqaf għalkollox. Jista’ però jigi kkontrollat u ppjanifikat. Wieħed irid jiddistingwi bejn dawk li qegħdin jaħarbu mill-gwerer, mill-persekuzzjoni, u minn theddid fuq ħajjithom għal diversi raġunijiet, li jagħmilhom refuġjati, u bejn dawk li l-mottiv prinċipali għaliex qegħdin ifittxu li jmorru f ’pajjiż ieħor, huwa biex isibu ħajja aħjar, u prospetti aħjar għall-futur tagħhom u ta’ wliedhom. Dawn huma magħrufa bħala immigranti. L-Unjoni Ewropea bil-livell għoli ta’ ħajja li tgawdi, u bil-paċi u sigurtà li wieħed igawdi fiha, hija kalamita għal kull min irid ifittex refuġju, kemm għal raġuni, u kemm għal raġuni oħra. Huwa fatt però li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea ma jistgħux jilqgħu lil kulħadd, ikun kemm ikun kbir in-numru. Aktar minn hekk, kull pajjiż għandu l-opinjoni pubblika tiegħu, li trid ukoll tiġi rispettata. Dan iwassal li diffiċli li wieħed jagħmel regoli dwar numri ta’ immigranti jew refugjati li kull pajjiż ikun obbligat jaċċetta f ’pajjiżu. Lanqas it-Trattati tal-Unjoni stess ma għandhom saħħa jew dritt jagħmlu dan. Allura strettament, ’il bogħod mill-obbligazzjonijiet morali, kull pajjiż huwa liberu jilqa’ u jassorbi fis-socjetà tiegħu n-numru li jidhirlu huwa, minn dawk li jkunu qegħdin ifittxu ażil. Għalhekk żviluppat is-sitwazzjoni xejn sabiħa fejn ċerti pajjiżi jinsistu li ma jridux jieħdu parti fit-tqassim ta’ refuġjati minn skema Ewropea ta’ rilokazzjoni u resettlement. Bħalissa għaddejjin attentati u negozjati biex dawn id-differenzi jingħelbu, u tinstab sistema biex b’mod bilanċjat u ekwu, kull pajjiż iġorr sehem xieraq mir-responsabbiltà li dan il-fenomenu ta’ migrazzjoni jitfa’ fuq spallejn l-UE. X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar it-tkabbir tal-Unjoni Ewropea? Kif għidt diġà, l-Unjoni Ewropea, minkejja li mhijiex perfeta, u lanqas ma hija l-aqwa blokk ekonomiku fid-dinja, xorta tappella ħafna u tiġbed lejha pajjiżi li jemmnu li bi sħubija fi ħdan din l-għaqda, jakkwistaw aktar relevanza, aktar sigurtà, żvilupp ekonomiku aħjar, u ħarsien aħjar għaċ-ċittadini tagħhom. Dan huwa evidenti ħafna bħalissa fil-blokk ta’ pajjiżi magħrufa bħala l-Balkani tal-Punent, u fit-Turkija, li huma kważi kollha pajjiżi kandidati għas-sħubija. Hemm pajjiżi oħra li għalkemm s’issa ma hemm l-ebda diskors dwar sħubija, xorta qegħdin jagħmlu


kullhadd.com

17

26.03.2017

dak kollu possibbli biex b’mod jew ieħor, permezz ta’ skemi differenti ta’ kooperazzjoni f ’oqsma differenti, joqorbu kemm jistgħu lejn l-UE. Fost dawn insibu l-Georġia, l-Ukrajna, il-Moldova, u l-Ażerbajġan. Pajjiżi oħra bħal San Marino, il-Monaco, u l-Andorra qegħdin f ’negozjati biex jistrutturaw aħjar ir-relazzjoni tagħhom mal-UE. Dan jikkuntrasta bil-kbir mal-fenomenu populista li qiegħed ixewwex biex il-pajjiżi jitilqu mill-UE, kif ġara fl-Ingilterra, u kif qiegħed jiġi mxerred il-ħsieb li jsir fi Franza, fl-Olanda, u fl-Italja. L-UE bħalissa għaddejja minn għadd ta’ kriżijiet interni, fosthom dik ta’ identità, l-aktar dwar l-istruttura futura li trid tħaddan, dwar x’tip ta’ ħajja trid toffri liċ-ċittadini tagħha, dwar ir-relazzjonijiet li trid li jiżviluppaw bejn l-istess stati membri, u fuq kollox dwar x’inhija l-viżjoni aħħarija ta’ din l-Unjoni. Dan se jkun parti mill-messaġġ li jrid joħrog mid-dikjarazzjoni li se ssir f ’Ruma fl-okkażjoni taċ-ċelabrazzjoni tas-60 anniversarju mit-twaqqif tal-UE fl-aħħar ta’ din il-ġimgħa. Kemm jagħmel sens nitkellmu fuq tkabbir meta għandna min irid joħroġ? Ma’ dak li għedt qabel, inżid biss li kull pajjiż għandu l-aspirazzjonijiet u s-sovranità tiegħu, u ma nistgħux nikkritikaw jew ma nirrispettawx deċiżjoni sovrana meħuda minn poplu li jkun wera x-xewqa tiegħu b’mod ċar b’mezzi demokratiċi, u wara li jkun għarbel sewwa l-għażliet li jkunu tpoġġew quddiemu. Naf naqblu, u naf ma naqblux ma’ deċizjonijiet bħal dawn, imma ma nistgħux ma nirrispettawhomx. Hekk tiddettalna d-demokrazija. Dwar it-Turkija, m’ilux kien hawn il-Prim Ministru Tork. Kemm hi importanti relazzjoni mill-qrib mat-Turkija? Se niftħu ambaxxata hemmhekk ukoll? It-Turkija mhijiex pajjiż kwalunke imma pajjiż ta’ madwar 80 miljun ruħ, membru tan-NATO, b’waħda mill-akbar armati fi ħdan din l-organizzazzjoni, u pajjiż b’pożizzjoni strateġika bejn l-Ewropa u l-Asja. Minbarra dan, huwa pajjiż li ilu jgawdi minn relazzjonijiet kummerċjali kbar mal-UE, u pajjiż li ilu snin twal li applika biex isir membru tal-UE u li ġie mwiegħed sħubija jekk u meta jissodisfa r-rekwiżiti u l-kriterji kollha meħtieġa. Huwa fatt li sallum għad m’hemmx qbil unanimu li dan il-pajjiż isir membru sħiħ tal-UE. Fil-passat kien hemm l-oġġezzjoni ta’ Franza u Ċipru. Ilum hemm pajjiżi oħra li wkoll ma jaqblux li t-Turkija ssir membru. Dan it-tkaxkir tas-saqajn qiegħed jirrita ħafna lill-mexxej Tork Erdogan. Aktar u aktar wara li biex titwaqqaf il-mewġa ta’ immigranti li kienet ġejja mis-Sirja, l-UE għamlet ftehim mat-Turkija li jekk tikkopera biex jitwaqqaf dan l-eżodu ta’ immigranti, l-UE kienet qiegħda twiegħed li terġa’ tagħti ħajja ġdida lin-negozjati dwar is-sħubija, u tħaffef il-proċess li jneħħi l-bżonn ta’ viża għaċ-ċittadini Torok biex iżuru l-UE, minbarra l-ammont ta’ flus li ġie mwiegħed. It-Turkija għamlet il-parti tagħha u l-fluss ta’ immigranti twaqqaf. Sadanittant l-UE kompliet tkaxkar saqajha biex twettaq dak li wiegħdet, u dan flimkien mal-katakliżma li ġab miegħu l-attentat ta’ kolp ta’ stat f ’Lulju tas-sena l-oħra, ħoloq sitwazzjoni taħraq ħafna, li fiha l-President Tork jidher qiegħed isir aktar akkanit li jikseb vot popolari, ix-xahar id-dieħel, li jagħtih il-poter li jkollu aktar poteri eżekuttivi bħala President. Fuq kollox hemm ukoll fit-Turkija tensjoni qawwija minħabba l-biża’ ta’ attakki terroristiċi, li seħħew mhux darba u tnejn. Minkejja dan ix-xenarju, anżi anke minħabba f ’hekk, nemmnu li t-Turkija hija pajjiż importanti ħafna, u li m’għandniex naqtgħu l-komunikazzjoni magħha għal xejn b’xejn. Nemmnu li jekk nabbandunaw lil dan il-pajjiż, iċ-ċans huwa li dan jispiċċa fi ħdan ir-Russja. It-Torok minkejja kollox, għadhom iridu jissieħbu fl-UE, imma mhux lesti jistennew għall-eternità. Ir-relazzjoni ta’ pajjiżna ma’ dan il-pajjiż hija tajba ħafna. Għandna Konsolat f ’Istanbul, u reċentement akkwistajna post fejn se niftħu ambaxxata fil-kapitali Ankara.

razzjonijet kontroversjali li jagħmel dwar il-politika barranija, fl-aġir tiegħu personali fil-laqgħat li jkollu ma’ kapijiet ta’ stati oħra, u anke fl-akkużi li jagħmel Nammetti li ċ-ċirkostanzi dwar spjunaġġ fuqu, dwar l-hekk imsejħa ‘aħbarijiet foloz’ meta dawn ma jaqblux għal widnejh. mhumiex sbieħ, imma Dan huwa Donald Trump li l-poplu Amerikan ma nemminx li għandna għażel bħala President tiegħu. Dan huwa l-istess Donald Trump li rajna fil-meetnaqtgħu qalbna. Filings qabel ġie elett, u li wieħed ittama li jitbiddel ħajja u fl-istorja, hemm u jimmatura meta jidħol wara l-iskrivanija fl-Oval Office fil-White House. sensiela ta’ episodji Sfortunatament ftit li xejn tbiddel, imma biddel, li jalternaw, gwerra jew irranġa xi ftit, xi wħud minn dawk il-wegħdiet goffi u xokkanti li għamel qabel l-elezzjoni. Mhux mal-paċi, instabbiltà se jitfa’ lil Hilary Clinton il-ħabs, imma xorta se jżarma l-Obamacare. Xorta determinat li jibni ma’ ‘stabbiltà’, tkissir l-ħajt bejn l-Istati Uniti u l-Messiku. Ma nafux x’se ma’ rikostruzzjoni, u jagħmel dwar il-kunflitt Iżraeli-Palestinjan. Dwar ir-relazzjonijiet mar-Russja u maċ-Ċina għad irridu disperament mat-tama naraw. Jien għadni nittama li maż-żmien il-politika tiegħu ssir aktar stabbli u prevedibbli. Għandi tama finnies li jagħżel, bħas-Secretary of State Tillerson, li jgħinuh jaddotta stil ta’ politika aktar stabbli u anIl-Gvern Malti kif se jissalvagwardja d-drittijiet qas kontroversjali. ta’ ċittadini Maltin fl-UE wara Brexit? Ir-relazzjonijiet ta’ Malta mal-Istati Uniti In-negozjati dwar Brexit jibdew immedjatament jibqgħu b’saħħithom? wara li r-Renju Unit jiddepożita t-talba biex iħalli l-UE skont kif jipprovdi l-Artiklu 50 tat-Trattat Sadanittant ir-relazzjonijiet ta’ pajjiżna mal-Istati Uniti, jibqgħu sodi u b’saħħithom. Relazzjonijiet ta’ tal-Unjoni. Hemmhekk jibda l-proċess biex jinħallu r-rabtiet rispett reċiproku, mibnija fuq il-preżenza ta’ dijasli jeżistu, biex wara tissawwar rabta ġdida ta’ forma pora Maltija b’saħħitha fl-Istati Uniti, l-qsim ta’ ideat differenti bejn ir-Renju Unit u l-UE. X’talbiet, u komuni dwar demokrazija, drittijiet fundamentali, x’forma ta’ relazzjoni ġdida se tirriżulta minn dan u ħarsien tar-rule of law, kif ukoll interessi komuni il-proċess għadu mhux magħruf, u joħroġ biss wara dwar difiża taċ-ċittadini tagħna mit-terroriżmu, u negozjati mhux faċli li mistennija jsiru. Bla dubju dwar il-bżonn ta’ kooperazzjoni fil-ġbir u tqassim ta’ xejn, il-mod kif ftehim li jista’ jintlaħaq fil-futur bejnietna ta’ informazzjoni dwar kriminalità orgajolqot l-istatus ta’ ċittadini Ewropej li huma residen- nizzata, tixrid ta’ armi, ħasil ta’ flus, u terroriżmu. Dawn huma r-rabtiet li jżommuna flimkien: rabtiti u jgħixu fir-Renju Unit, u dawk mir-Renju Unit li et li jmorru aktar fil-fond u ’l bogħod mill-figura u jgħixu f ’pajjiżi Ewropej wieħed għad irid jara. Aħna għandna interess partikolari f ’dan il-qa- l-persuna tal-President innifsu. sam, u diġà saru laqgħat li fihom intlaħaq qbil dwar l-importanza ta’ dan fl-interess kemm taċ-ċittadini Fl-aħħar nett hemm pjanijiet li nwessgħu l-ħidMaltin kif ukoll ta’ dawk mir-Renju Unit residen- ma diplomatika Maltija fid-dinja. Lil hinn ti f ’pajjiżna, u l-bżonn li fuq bażi bilaterali, barra mill-Ewropa, hemm ħsieb t’aktar ambaxxati mill-proċess tal-Brexit, insibu mezz kif ma nħarb- madwar id-dinja? tux lil dawn ir-residenti mir-rutina tal-ħajja li adottaw f ’pajjiż barrani, u li nassiguraw li ma jitilfu xejn Pjanijiet għandna ħafna. Xewqat għandna aktar. mid-drittijiet li jgawdu sal-lum. Dan sal-lum għadu Imma sfortunatament dak li jikkontrolla kollox biss intendiment, imma ninsabu determinati li dan huma r-riżorsi: kemm dawk finanzjarji kif ukoll il-ftehim naslu għalih ġaladarba hemm rieda tajba dawk umani. Il-ħidma diplomatika għandna ħafna mezzi kif miż-żewġ naħat. inkabbruha. Minbarra l-ambaxxati nagħmlu użu Kien hemm ħafna diskors dwar l-elezzjoni kbir mill-Konsli Onorarji li għandna mxerrdin madtal-President Trump. Kif tanalizza l-ewwel war id-dinja, kif ukoll minn ammont mhux ħażin ta’ Ambaxxaturi non resident, li jagħmlu xogħolhom xahrejn tiegħu? minn Malta. Bħala ambaxxati ġodda se niftħu f ’Ankara Trump huwa President Amerikan xi ftit kontroversjali; fil-mod kif iġib ruħu, fil-mod kif iwassal fit-Turkija, u f ’Abu Dhabi fl-Emirati Magħquda. il-messaġġi tiegħu, fl-attitudni li jieħu man-nies Jekk jinstabu l-mezzi, ix-xewqa tiegħi hija li anke niftal-midja, man-nies tas-servizzi sigrieti, fid-dikja- taħ f ’Addis Ababa fl-Etopja, u f ’Ottawa, il-Kanada.


18

26.03.2017

kullhadd.com

MIN GĦANDU JKUN FUQ L-ARTAL? minn Charles B. Spiteri

F’Malta u Għawdex konna drajna b’listi twal ta’ saċerdoti, bilkemm mhux aktar milli konna neħtieġu. Iżda aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed nesperjenzaw in-nuqqas tagħhom, tant li l-bażiliki u l-parroċċi spiċċaw bis-servizz ta’ tnejn jew tliet saċerdoti. Ilgazzetta KullĦadd tistħarreġ dan u deċiżjonijiet oħra li jistgħu jidhru marbuta.

L-Isqof Mario Grech

Fr. Joe Galea Curmi

Fr. Rene Camilleri Minn xi snin ’l hawn, f ’diversi knejjes bdejna naraw lil tfal bniet iservu bħala abbatini. Kif nibtet din l-idea u hu minnu li f ’xi knejjes din l-idea ma ntgħoġbitx? L-Isqof Mario Grech: Il-qadi tal-artal u s-servizz mogħti lis-saċerdot fiċ-ċelebrazzjoni tal-liturġija huma “ministeru” li kull min irċieva l-Magħmudija jista’ jwettaq bħala mod kif jgħix u jqiegħed fil-prattika l-kmandament tal-imħabba. Dan l-aspett ġie żviluppat ħafna fil-Konċilju Vatikan II li fisser aħjar is-sehem tal-lajċi fil-ħajja tal-Knisja anki fit-tħaddim tal-ministeri bħalma huma dawk tal-kantur, tal-lettur, tal-katekista. F’dan id-dawl, anki l-ministeru tal-abbati ħa tifsira mġedda u għalhekk

jista’ jiġi eżerċitat minn bniet u subien – u nżid ngħid – u mhux biss mit-tfal imma anki minn persuni adulti. Naħseb jien aktar kemm il-ministeru tal-abbati jiġi mifhum f ’dan il-kuntest tal-ministerjalità lajkali, aktar ikun jista’ jitwessa’ għal dawk l-imgħammdin li jħossuhom imsejħa biex jaqdu lill-Knisja b’dan il-mod. Irridu noħorġu minn viżjoni fqira li naraw l-abbatini bħala “qassisin żgħar” (infatti kien jissejjaħ piccolo clero) u pjuttost inqisuha bħala realtà fejn tingħata formazzjoni Nisranija. Jekk dan iseħħ, allura

abbatini bniet. Ma hemm ebda diffikultà ta’ prinċipju li l-abbatini jkunu wkoll bniet. F’ħafna każi dan hu arrikkiment. Id-deċiżjoni kienet tħalliet f ’idejn id-djoċesi partikulari. Fil-każ ta’ Malta, l-Arċisqof issa ħalla f ’idejn il-kappillan tal-parroċċa biex jiddeċiedi hu skont iċ-ċirkustanzi tal-parroċċa. L-iskop hu dejjem li wieħed isib l-aħjar mezz kif jinvolvi lit-tfal fis-servizz taċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa – hawn min iddeċieda li tajjeb li jkun hemm abbatini subien u bniet, u hawn min iddeċieda li jkun

fl-aħjar interess tal-komunità li jkun hemm abbatini subien u, pereżempju, il-bniet ikunu jiffurmaw kor.

tkun sempliċiment għax il-qassisin qed jonqsu. Ilviżjoni tagħna għandha tkun iżjed ta’ ċelebrazzjoni liturġika iktar parteċipattiva. L-artal mhuwiex xi territorju esklussiv tal-kleru. L-isfortuna fil-passat kienet li l-Knisja ma ħarisniex lejha b’mod sħiħ u ħloqna Fr. Renè Camilleri: Ir- ħafna firdiet fi ħdan ilraġuni wara dawn it-tip komunità, bejn il-kleru u ta’ għażliet m’għandhiex l-lajċi, b’mod li l-aspett ta’

Ministri fil-Knisja rbatnieh biss mal-kleru. Hemm ħafna ministeri li huma tal-poplu t’Alla u m’għandhomx jinsterqu mill-poplu u jkunu marbuta mal-kleru. Hemm pereżempju, il-ministeru tal-katekisti, tas-servizz filkomunità, tal-għalliem, u issa wkoll dak tat-Tqarbin. Din hi rikkezza fil-komunitajiet tagħna u jiżbalja min jaraha qisha xi theddida.

minn din ir-realtà jinbtu anki vokazzjonijiet għall-ħajja saċerdotali, reliġjuża, ikkonsagrata u miżżewġa. Imma biex dan iseħħ ma nistgħux nitrattaw lill-abbatini bħala dawk li sempliċiment jagħmlu servizz, imma rridu nikkuraw li jifhmu aktar is-sens ta’ dak li jagħmlu u jsiru jafu aktar lil dak Ġesù u lill-Knisja li huma jaqdu. Fr. Joe Galea Curmi: Għal snin twal, dawk li jservu bħala abbatini kienu subien. Minn xi snin ’l hawn, f ’diversi pajjiżi, daħlu wkoll

Fr. Renè Camilleri: Jien ma nara xejn ħażin li fil-knejjes tagħna waqt il-liturġija jkun hemm iservu wkoll abbatini bniet. Għaliex għandna nibqgħu neskludu, meta qegħdin fi żmien ta’ inklużjoni? Sikwit, ideat ġodda jġibu reazzjoni. Iżda għax uħud ma togħġobhomx l-idea, ma jfissrix li m’għandhiex tidħol jew li ma tkunx promossa.

Naraw ukoll li għat-Tqarbin qed ikollna lill-Ministri Straordinarji. X’kienet ir-raġuni għal dan is-servizz? L-Isqof Mario Grech: Anki hawn, il-Ministri Straordinarji jagħmlu parti minn dan it-tiġdid tal-Konċilju Vatikan II. Jissejħu straodinarji għax il-Ministri ordinarji talEwkaristija huma dawk li rċevew l-Ordni Sagri. Imma anki dan huwa ministeru importanti u siewi li jistgħu jwettqu dawk il-persuni mgħammdin li wara tħejjija

xierqa u ppruvata l-idonejità tagħhom, jingħataw millKnisja l-mandat li jwasslu lil Ġesù Ewkaristija. Fr. Joe Galea Curmi: Tqarbin issa ilhom is-snin li ġew introdotti. Dawn huma lajċi li jgħinu liċ-ċelebrant fit-tqassim tal-Ewkaristija, kemm waqt il-quddiesa kif ukoll fit-tqarbin tal-morda. Il-ħsieb hu li n-nies ikunu

moqdija aħjar. M’hemmx għalfejn li t-tqarbin idum ħafna waqt il-quddiesa, u għalhekk l-għajnuna tal-lajċi hi apprezzata ħafna. Naturalment, issir formazzjoni u preparazzjoni apposta għal dawn il-Ministri Straordinarji.


19

26.03.2017

kullhadd.com

X’taħseb li qiegħed iġiegħel li s’issa, il-Knisja Kattolika qed iżżomm li s-saċerdoti ma jkunux irġiel jew nisa miżżewġa, minkejja n-nuqqas viżibbli tas-saċerdoti, u ladarba sa waslu jtellgħuhom għal servizz tal-artal? L-Isqof Mario Grech: Qabelxejn ma naqbilx mal-kelma “s’issa” fejn jirrigwardja s-saċerdozju tan-nisa kemm miżżewġa kif ukoll li mhumiex – kif spjega bosta drabi Missierna l-Papa Franġisku, wara d-dikjarazzjoni li kien għamel San Ġwanni Pawlu II, id-dibattitu fuq jekk in-nisa għandhomx jiġu ordnati saċerdoti huwa magħluq. Sidna Ġesù Kristu ma tana l-ebda indikazzjoni biex in-nisa jiġu ordnati saċerdoti. Imma kif jgħallimna l-istess Papa Franġisku, jeħtieġ li l-Knisja ta’ żmienna tiskopri l-irwol importanti li l-mara għandha fi ħdanha. Il-mara ma tiksibx importanza billi ssir bħar-raġel, imma billi tgħix dik is-sejħa marbuta mal-“ġenju femminili” tagħha. Għalhekk l-“emanċipazzjoni” tal-mara fil-Knisja ma tikkonsistix f ’li tkun tista’ tirċievi l-Ordni Sagri, iżda f ’li tingħata spazju daqs ir-raġel fil-ħajja tal-Knisja. Hawn il-Papa jfakkar li flaħħar mill-aħħar, il-Verġni Marija, għalkemm ma kinitx parti mill-Appostli, hi akbar minnhom, tant li tissejjaħ

is-“Sultana tal-Appostli”. Biss, fid-dawl ta’ dak li għidna qabel, il-ministeru tal-abbati hu xi ħaġa distinta mill-Ordni Sagri u hu marbut mal-missjoni li wieħed jista’ jwettaq frott il-Magħmudija li rċieva. Rigward l-irġiel miżżewġa, il-Knisja Kattolika tar-rit Latin titlob lill-kandidati għas-saċerdozju biex iħarsu l-liġi taċ-ċelibat. Hu differenti għall-Knisja Kattolika tar-rit Grieg li tammetti – taħt ċerti kundizzjonijiet u kriterji li hawn mhux il-każ li nidħlu fihom – fi ħdanha saċerdoti li jkunu rġiel miżżewġa. Fil-Knisja Kattolika tar-rit Latin, imbagħad, hemm pajjiżi fejn l-Isqfijiet daħħlu d-djakni permanenti, fejn irġiel miżżewġa, bil-kunsens ta’ marthom u wara li jkunu rċevew l-istudji u l-formazzjoni meħtieġa, jiġu ordnati djakni b’mod permanenti. Għandna wkoll saċerdoti li huma rġiel miżżewġa li kienu Ministri, pastors, tal-Knisja Anglikana u meta kkonvertew għall-Knisja Kattolika ġew ordnati saċerdoti filwaqt li żammew l-istat tagħhom

ta’ miżżewġin. Din il-varjetà, biex ngħidu hekk, teżisti għax il-liġi taċ-ċelibat hi liġi tal-Knisja u mhux kmand ta’ Alla. Iċ-ċelibat għandu l-validità u r-raġunijiet teoloġiċi tiegħu, iżda mhix liġi assoluta u eventwalment tista’ tinbidel mill-Knisja. Iżda bħala kumment ġenerali għall-mistoqsija tiegħek, jien nara li l-kwistjoni li l-iskoperta tal-ministerjalità filħajja tal-Knisja u tal-kariżmi differenti fost il-Poplu ta’ Alla hi xi ħaġa li għandha tiġi mħaddna għax għandha valur fiha nnifisha, irrispettivament min-nuqqas jew le ta’ vokazzjonijiet saċerdotali. Il-lajk ma jaqdix ministeru biex jieħu post is-saċerdot, iżda jaqdi ministeru għax irċieva l-Magħmudija u hu membru ħaj tal-Knisja ta’ Kristu. Fr. Joe Galea Curmi: Int qed titkellem fuq żewġ issues li wieħed irid jiddistingwi: (i) li s-saċerdot ikun miżżewweġ u (ii) li jkun hemm saċerdoti nisa. Ħa nibda minn tal-aħħar.

Fi kliem il-Papa Franġisku, id-deċiżjoni dwar din diġà ttieħdet fis-snin imgħoddija: li saċerdot ikun raġel. Il-Knisja tqis li għandha timxi mal-għażla li għamel Ġesù nnifsu dwar dan. Li mara ma ssirx saċerdot m’għandu jnaqqas xejn mill-importanza tagħha filħajja tal-Knisja – altru! Hu minnu li baqa’ ħafna xi jsir fejn tidħol il-parteċipazzjoni tal-mara fil-Knisja, iżda hemm ħafna nisa, kemm reliġjużi kif ukoll lajċi, li qed jagħtu sehem imprezzabbli fil-ħajja tal-Knisja. Fuq l-issue l-oħra: il-Knisja tqis iċ-ċelibat (li wieħed ma jiżżewwiġx biex jiddedika ruħu totalment għal Alla u għall-poplu tiegħu) bħala rikkezza. Il-prattika li fil-Knisja Kattolika, fir-rit Latin, is-saċerdot ma jkunx xi ħadd miżżewweġ hija prattika li ilha s-snin, iżda hi dixxiplina tal-Knisja, jiġifieri tista’ tinbidel. Fil-fatt, fil-Knisja Kattolika stess, fir-rit tal-Lvant, hemm irġiel miżżewġa li huma saċerdoti u hemm ukoll saċerdoti li mhumiex miżżewġa.

Fr. Renè Camilleri: Ir-realtà li fiha l-Knisja llum qed tgħix, hija realtà dinamika u li qed tinbidel bis-sigħat. Il-Knisja stess tul is-sekli nbidlet ħafna u fuq ħafna kwistjonijiet. Għax il-Knisja hi dejjem provokata minn ħtiġiet tal-poplu t’Alla. Ukoll fit-teoloġija tagħha, il-Knisja nbidlet. Illum għadna naħsbuha hekk fuq is-saċerdozju għall-irġiel. X’se jiġri għada ma nafx. Fl-istess ħin tajjeb nammettu li l-Knisja Kattolika diġà għandha qassisin miżżewġa - hemm dawk l-Anglikani li telqu mill-Knisja Anglikana u l-Knisja Kattolika aċċettathom bil-familja. Il-Knisja bħalissa qed taħsibha serjament anki dwar il-possibbiltà li taċċetta lura, pereżempju, qassisin li telqu u żżewġu u llum qed jitolbuha li jerġgħu jibdew iservu bħala qassisin miżżewġin. Hemm ħafna xenarji li għad ikomplu jiżviluppaw u li hu żgur hu li l-istorja ma nistgħux inwaqqfuha. Il-Knisja hi realtà dinamika u trid tibqa’ taħseb u tesplora toroq dejjem ġodda.

ju. Il-fidi hi teżor, hi dawl għal ħajjitna. Tagħtina sens u direzzjoni, u timlielna qalbna. Jalla ċ-ċelebrazzjonijiet tagħna fil-Knisja jwasslu dejjem aktar din l-esperjenza sabiħa.

- qed ngħid għall-Vanġelu - li nistgħu nkunu qed inwassluh b’mod li ma jinftehimx u allura lin-nies ma jibqgħux jinteressahom. Ma nistgħux nieħdu n-nies for granted. U ma nistgħux nippretendu li nibqgħu interessanti u attraenti jekk ma nesplorawx modi differenti kif naħdmu. Il-Knisja ma tistax tibqa’ bil-metodi pastorali eżatt kif kienu 50 jew 60 sena ilu. U sfortunatament f ’ċerti ambjenti tagħna tara jsiru affarijiet li baqgħu jsiru eżatt kif kienu fil-passat. Kultant, biex ngħidu kollox, ikunu l-istess nies li jżommuna skjavi tal-passat. Iżda l-Knisja teħtieġ il-kuraġġ u l-qawwa biex taġġorna u tirriforma ruħha.

X’jista’ jkun, fil-fehma tiegħek, li wassal għal din il-bruda kollha fil-Knisja Kattolika; kemm min-numru ta’ vokazzjonijiet, kif ukoll min-numru ta’ nies li jattendu għasservizzi reliġjużi? L-Isqof Mario Grech: Kif jgħidilna l-Papa, quddiem ilfatt li għandna nagħġa waħda fil-maqjel u disa’ u disgħin mitlufa, bħala komunità ta’ fidi, jeħtieġ “noħorġu” u nfittxu n-ngħaġ li ntilfu. Naħseb li għamilna biżżejjed analiżi u diskussjonijiet fuq x’setgħu kienu l-fatturi li wasslu biex tikber ċerta bruda lejn il-Knisja. Aħjar ninvestu l-enerġija u l-kreattività tagħna biex inwettqu l-“konverżjoni pastorali” ta’ Nsara li mmorru nfittxu lil ħutna l-bnedmin u nwasslulhom l-imħabba u l-ħniena ta’ Sidna Ġesù Kristu. Nitolbu lill-Ispirtu s-Santu biex nerġgħu mmorru għall-essenzjali tal-Vanġelu u nxandru

dik il-Bxara t-Tajba li sbuħita għall-ħajja saċerdotali u reliġssaħħar lill-bniedem ta’ żmien- juża. Din tgħodd għal min irid na għal warajha. jidħol għall-ħajja ta’ saċerdot – din hi għażla għall-ħajja mhux Fr. Joe Galea Curmi: L-ewwel għal ftit snin – u din qed turi nett, veru teżisti bruda, iżda ta’ ruħha wkoll f ’dawk li jibżgħu min jgħid li jeżisti wkoll im- jidħlu għall-ħajja taż-żwieġ penn sabiħ minn ħafna – u dan għax hu impenn ‘għal dejjem’. wieħed irid japprezzah. Hemm ukoll il-fatt li llum Hemm diversi raġunijiet diversi familji huma żgħar għall-bruda u żgur li wieħed fin-numru. Qabel, kien ikollok ma jistax jiġġeneralizza. xi ħadd minn, pereżempju, sitWieħed irid iqis in-nuqqas ta’ ta jew tmien aħwa, li jsir saċerfidi, il-mentalità li tħalli lil Alla dot. Illum ikunu żewġt aħwa ’l barra mill-ħajja tal-bnied- jew inqas. em. F’sitwazzjoni bħal din, ma Nistgħu nsemmu ħafna punti jkunx jinħass il-bżonn ta’ seh- oħra. Iżda ħaġa importanti em fis-servizzi reliġjużi, u jkun ħafna hi li aħna nħarsu b’mod diffiċli wieħed jisma’ u jilqa’ pożittiv lejn il-ħajja u l-isfidi li s-sejħa għas-saċerdozju. fiha, u nwasslu, fi kliem Papa Hemm ukoll il-biża’ ta’ impenn Franġisku, il-ferħ tal-Evanġel-

Fr. Renè Camilleri: Il-bruda jew l-indifferenza mhix karatteristika li nsibuha biss fil-Knisja u f ’dawk li forsi m’għadhomx jattendu. Hemm indifferenza fuq diversi livelli. Il-Knisja ovvja, trid tagħmel il-kontijiet tagħha għax bħal kwalunkwe istituzzjoni trid tagħmel eżerċizzji ta’ marketing jekk jinteressaha li l-prodott tagħha jibqa’ jinbiegħ u n-nies tibqa’ tridu. Aħna bħala Knisja għandna prodott


20

26.03.2017

1

MADWAR kullhadd.com

L-AMERKA

FIL-QOSOR

3 1u2

TELFA GĦAL TRUMP FIS-SAĦĦA Trump kellu jirtira l-abbozz ta’ liġi dwar is-saħħa wara li ma ntlaqax tajjeb u ma kellux voti biżżejjed biex jgħaddi millkungress. Dan wara li l-Ħamis, il-vot dwar is-saħħa kellu jkun pospost ħabba li sab oppożizzjoni minn xi Repubblikani. Madankollu, Trump xorta ta t-tort lid-Demokratiċi li ħadd minnhom ma kien favur l-abbozz ta’ liġi propost. Għalkemm Trump kien għamilha ċara li jekk ma jivvutawx favur l-abbozz kien se jkollhom jibqgħu b’Obamacare, l-abbozz xorta waħda sab oppożizzjoni minn xi Repubblikani. Dan tant li meta ġie għall-vot, Trump flimkien mal-Ispeaker tal-kamra, Paul Ryan, iddeċidew li jirtirawh. Obamacare kienet liġi mfassla mill-President Obama fejn ġabet ’il quddiem is-servizzi pubbliċi tas-saħħa. Madankollu, dawn is-servizzi sabu oppożizzjoni kbira minn Trump li tul il-kampanja wiegħed li jwettaq tibdil sostanzjali fihom.

2

L-AMERKA

3

L-INGILTERRA

DAQSHEKK LAPTOPS FUQ L-AJRUPLAN L-Istat Amerikan daħħal fis-seħħ miżura li tipprojbixxi l-użu ta’ apparat teknoloġiku kbir fuq l-ajruplani li jkunu qed jivvjaġġaw lejn l-Amerka. Kull apparat teknoloġiku li hu ikbar minn smartphone se jkun qed jiġi miżmum fil-kabina tal-bagalji. Dan wara li hemm rapporti li terroristi tal-Istat Iżlamiku qed jipprovaw isibu mod kif jaħbu splussivi ġewwa apparat teknoloġiku. Wara li din il-miżura ddaħlet fis-seħħ qed jingħad li l-Amerka għandha ħjiel sostanzjali li jista’ jkun hemm theddida. Din ir-restrizzjoni tapplika għall-persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn għaxar ajruporti fi tmien pajjiżi differenti. L-Ingilterra wkoll se tkun qed timponi restrizzjonijiet simili, iżda se tkun qed tapplikahom għal linji tal-ajru differenti.

ATTAKK TERRORISTIKU F’WESTMINSTER F’attakk terroristiku li seħħ nhar l-Erbgħa li għadda l-attakkant identifikat bħala Khalid Masood ta’ 52 sena ħasad il-ħajja ta’ ħames persuni. Dan tela’ bil-karozza fuq il-bankina ta’ biswit il-Parlament Ingliż u wara li għadda minn fuq bosta vittmi, baqa’ dieħel ġor-railings. Kien hawnhekk li ħareġ mill-karozza u daħal ġewwa l-Parlament. Hekk kif ġie affaċċjat mill-Pulizija huwa ħasad il-ħajja tal-Pulizija PC Palmer b’daqqiet ta’ sikkina. Il-Pulizija Ingliża sparat fuq l-attakkant u qatlitu. Il-Pulizija arrestat bosta persuni b’konnessjoni mal-każ u qed titlob biex kull min għandu xi informazzjoni jaqsamha mal-Pulizija.


R ID-DINJA

21

26.03.2017

kullhadd.com

6

L-AWSTRALJA

4 5

TESTIJIET TAT-TQALA IRTIRATI MIS-SUQ

14 minn 30 tip ta’ test tat-tqala ġew irtirati mis-suq Awstraljan. Dan wara li dawn ma kinux qed jagħtu riżultati tajbin. It-tneħħija tal-prodotti mis-suq bdiet wara li daħlu tliet rapporti ta’ testijiet tat-tqala li taw riżultat negattiv falz. It-Therapeutic Good Administration għamlu stħarriġ u testijiet fuq il-prodott u wara li sabuh insensittiv waqqfuh mis-suq. Wara li r-regolatur ikkuntattja l-fornituri ta’ prodotti ta’ dan it-tip, disgħa minnhom neħħew il-prodott tagħhom mis-suq mingħajr ma saru t-testijiet fuqhom. Ħames prodotti oħra tneħħew mis-suq wara li sarulhom it-testijiet. Fi stqarrija r-regolatur saħaq li issa l-prodotti kollha li jinsabu fis-suq ġew pruvati u juru riżultati tajbin.

6

5 4

IĊ-ĊINA

FRANZA

IMWIET F’KAMRA TAL-BANJU TA’ SKOLA DUBJI ĠODDA FUQ IT-TIĠRIFA TAL-GERMANWINGS Bosta familjari tal-vittmi tħallew irrabjati wara li missier l-assistent tal-pilota Andreas Lubitz, iddefenda lit-tifel tiegħu u qal li dan ma setax iwettaq din it-tiġrifa. Din id-dikjarazzjoni għamilha f ’għeluq is-sentejn minn din id-diżgrazzja. Dan wara li f ’Jannar li għadda Lubitz ta’ 27 sena instab ħati li kien suwiċidali u waqqa’ l-ajruplan li kien qed isuq biex miegħu qatel 150 ruħ oħra. Madankollu, Missieru Gueter Lubitz flimkien ma’ ġurnalist Tim Van Beveren qed jindagaw u jippruvaw joħolqu t-teorija li l-inċident seħħ minħabba leak ta’ gass carbon monoxide waqt li l-kaptan kien magħluq barra l-cockpit. L-Avukat Elmar Giemulla, li qed jirrappreżenta bosta familjari tal-vittmi qal li dan tal-missier hu att irresponsabbli li bih qed jipprova jneħħi t-tort li meritatament għandu t-tifel tiegħu.

L-Erbgħa li għadda żewġ studenti tilfu ħajjithom filwaqt li 20 sfaw midruba ġewwa l-kamra tal-banju tal-iskola primarja, The Number Three Experimental School f ’Puyang fiċ-Ċina. Dan seħħ hekk kif waqt il-waqfa millezzjonijiet ta’ filgħodu l-kmamar tal-banju kienu jinstabu mimlijin. Għalhekk bosta studenti qabdu jimbuttaw biex jidħlu. Rapporti qalu li b’kawża tal-imbuttar u l-għadd kbir ta’ persuni ġol-kmamar, ċeda ħajt. Il-midruba ttieħdu l-isptar fejn ammont sostanzjali minnhom ġew iddikjarati li jinstabu f ’qagħda kritika. Dan mhux l-ewwel inċident ta’ din ix-xorta fiċ-Ċina hekk kif inċident simili fl-2014 ħasad il-ħajja ta’ sitt itfal u ħalla 25 oħra midruba.


22

26.03.2017

MA TISTAX TAFDAH ETIENNE

GRECH DEPUTAT LABURISTA

Għadni niftakarha qisha saret ilbieraħ id-dikjarazzjoni li kien għamel il-Kap talOppożizzjoni u l-Kap talPartit Nazzjonalista Simon Busuttil fil-programm Dissett. Kien qal li jekk ikun hemm xi xamma li xi deputat jew xi ħadd fil-Partit Nazzjonalista abbuża jew għamel xi ħaġa ħażina, kien jurih il-bieb ta’ barra f ’inqas minn minuta. Ngħiduha kif inhi. Ma kinux ħafna dawk li ħaduh bis-serjetà għax diġà kien imdawwar, kif għadu mdawwar sal-lum, b’nies li ma tantx għandhom biex jiftaħru bl-imgħoddi tagħhom. Imma forsi kien hawn min impressjona ruħu b’din id-dikjarazzjoni ta’ Simon Busuttil proprju minħabba li t-trasparenza u l-governanza tajba, Simon Busuttil għamilhom il-cavallo del battaglia tiegħu. Minn dakinhar li għamel din id-dikjarazzjoni, Simon Busuttil kellu diversi okkażjonijiet li fihom seta’

jagħti prova li kien kapaċi li mill-kliem jgħaddi għall-fatti. Kellu pereżempju l-każ ta’ Jason Azzopardi li l-istess Awditur Ġenerali kien qal li kellu jerfa’ responsabbiltà politika tal-mod kif l-art talLöwenbräu f ’Ħal Qormi ngħatat lis-sostenitur talPartit Nazzjonalista, Żaren Vassallo. Imma forsi l-aktar każijiet riċenti li ġabu fix-xejn iddikjarazzjoni ta’ Simon Busuttil kienu dawk taddeputat Toni Bezzina, ta’ Beppe Fenech Adami, u

Simon Busuttil ipprova jgħatti dan l-iskandlu billi qal li l-eluf li l-grupp db għadda lillPN kienu għal riklami fuq il-mezzi taxxandir tal-Partit Nazzjonalista

tiegħu nnifsu. Ħa nagħtu ħarsa lejhom wieħed wieħed. Mill-Qorti rriżulta li d-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina kien bagħat ħaddiema tal-gvern jagħmlu xogħol fil-każin tal-Partit Nazzjonalista taż-Żurrieq. Irriżulta wkoll li kien kiteb affidavit f ’isem l-istess ħaddiema u hu stess ħadhom għand nutar biex jaħilfu li ma kienx minnu li għamlu xogħol fil-każin Nazzjonalista waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom. X’għamel Simon Busuttil? Assolutament xejn. Anzi ddefenda lil Toni Bezzina. Dan ma kienx l-uniku każ ta’ Toni Bezzina. Proprju ftit tal-ġimgħat ilu, dan l-istess Toni Bezzina ġab fix-xejn mhux biss kliem Simon Busuttil dwar l-ambjent, imma saħansitra ġab fix-xejn id-dokument tal-PN dwar l-istess suġġett. Dan meta sar magħruf li Toni Bezzina applika biex jibni villa f ’żona barra l-iżvilupp u li saħansitra fl-applikazzjoni tiegħu ma kienx qal il-verità. F’dan il-każ spikkat l-ipokresija tal-PN għax Toni Bezzina kien wieħed mill-awturi taddokument dwar l-ambjent. X’għamel Simon Busuttil? Assolutament xejn. Anzi ddefenda lil Toni Bezzina. Niġu issa għall-każ tal-Viċi Kap Beppe Fenech Adami, li

huwa każ serjissimu. Qabel l-aħħar elezzjoni, kienet għaddejja investigazzjoni millpulizija dwar il-kumpanija Capital One li allegatament kienet involuta f ’ħasil ta’ flus ġejjin minn traffikar ta’ droga. Meta saret allegazzjoni li dawn l-investigazzjonijiet twaqqfu meta tfaċċa isem Beppe Fenech Adami, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħatar bord ta’ inkjesta magħmul minn tliet eks imħallfin. Mill-inkjesta rriżulta li kien minnu li l-investigazzjonijiet twaqqfu ħesrem hekk kif tfaċċa isem Beppe Fenech Adami. Fir-rapport talinkjesta jingħad ċar u tond li hekk kif tfaċċa isem Beppe Fenech Adami, l-investigazzjonijiet saru ‘hot patato’. U t-tliet imħallfin qalu li għalkemm ma setgħux jgħidu li l-investigazzjonijiet ma waqfux ħesrem għax tfaċċa isem Beppe Fenech Adami, qalu wkoll li dan ma jeskluduhx. X’għamel Simon Busuttil? Assolutament xejn. Anzi ddefenda lil Beppe Fenech Adami u fetaħ attakk fuq ilViċi Kap l-ieħor Mario De Marco. Niġu issa għall-każ ta’ Simon Busuttil innifsu, l-istess Simon Busuttil li ilu zmien twil jippoża taċchampion tat-trasparenza u

kullhadd.com

l-governanza tajba. Mhux possibbli li nidħol ħafna fiddettall għax biex nagħmel hekk, ikolli bżonn gazzetta sħiħa. Imma l-fatti huma li Simon Busuttil innifsu kien talab lill-grupp db biex, bi ksur tal-liġi tal-finazjament tal-partiti, jgħaddu lill-Partit Nazzjonalista madwar 70,000 ewro, meta l-istess liġi ma tippermettix aktar minn somma ta’ 25,000 euro. Simon Busuttil ipprova jgħatti dan l-iskandlu billi qal li l-eluf li l-grupp db għadda lill-PN kienu għal riklami fuq il-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista. Fl-istess waqt Simon Busuttil irrifjuta li jippubblika l-invoices, imma issa sirna nafu li l-invoices ħarġu f ’isem il-kumpanija Sky Gourmet li ma tagħmel l-ebda riklami għax din tipproduċi biss snacks għal fuq l-ajruplani. X’għamel Simon Busuttil? Biex jgħatti xturu, fetaħ attakk fuq Mario De Marco. Jien konvint li anke l-aktar partitarji Nazzjonalisti akkaniti, f ’qalbhom qegħdin jammettu li qatt ma kienu jobsru li l-partit tagħhom kien se jiġi fis-sitwazzjoni li jinsab fiha llum. Jiġifieri partit immexxi minn bniedem li ma fadallu l-ebda kredibbiltà. Partit immexxi minn bniedem li ma tistax tafdah.

FUTUR GĦAS-SAJJIED MALTI MIRIAM

DALLI MEP

Ta’ spiss niltaqa’ ma’ sajjieda u nies li jqattgħu ħajjithom jaħdmu fuq opri tal-baħar, partikolarment f ’Marsaxlokk. Xogħol li jeħtieġ kuraġġ, determinazzjoni iżda wkoll ħafna paċenzja. Mhux l-ewwel darba li smajt b’sajjieda li joħorġu entużjasti u jidħlu lura diżappuntati li x-xorti ma tbissmitilhomx. Iżda l-qabda tal-ħut f ’dan ix-xogħol ma saritx kwistjoni ta’ xorti biss, u dan joħroġ aktar biċ-ċar meta nitkellem ma’ sajjieda li huma akbar fletà. Kulħadd kelma waħda: il-ħut fil-Mediterran naqas. L-ammont li jsibu llum qas biss jibda ħdejn dak ta’ dari. Is-sajjieda saru fost l-ewwel nies li saru japprezzaw aktar il-kunċett tas-sostenibilità.

Li jekk illum m’intix se taħseb f ’għada, għada jasal u se tbati. F’dan il-kuntest, matul iljiem li għaddew dħalt nifli bir-reqqa rapport li kellna quddiemna fil-Parlament Ewropew dwar il-kontrolli tas-sajd. Hemm bqajt sorpriża mhux ftit meta sibt l-istatistika konkreta dwar 80% tal-ispeċi ta’ ħut filMediterran. Dan mhuwiex ammont żgħir. U jekk verament irridu naċċertaw ilfutur tas-sajd fil-Mediterran, partikolarment għas-sajjieda Maltin, irid ikollna stampa ċara ta’ x’għandna llum il-ġurnata. Ir-rapport jitkellem dwar issitwazzjoni tal-lum u jara kif jista’ jkun aċċertat li jkollna sostenibbiltà fil-futur biex issajd f ’Malta u fil-Mediterran ikun jista’ jibqa’ għaddej, anke għaliex jekk nibqgħu mexjin bil-pass li għaddejjin bih, ix-xogħol tas-sajjieda Maltin jista’ jispiċċa. Ir-realtà bħalissa hi li diġà jsiru ċerti kontrolli li ħafna mid-drabi huma ta’ uġigħ ta’ ras għas-sajjieda, iżda sfortunatament sal-

lum il-ġurnata ir-riżultat tagħhom ma jistax jintuża għal skopijiet ta’ riċerka xjentifika. Nemmen li jekk is-sajjied qiegħed jagħmel ilparti tiegħu kif jien ċerta li bosta sajjieda jagħmlu, allura għandhom ukoll igawdu millisforzi li jkunu qed jagħmlu huma stess. Ir-rapport dwar il-ġbir, l-immaniġġjar u l-użu talinformazzjoni fis-settur tassajd, jassigura wkoll li jkun hemm monitoraġġ xjentifiku fit-tul dwar ir-riżorsi eżistenti fil-Mediterran. B’hekk ħut li qiegħed dejjem jispicca mill-ibħra tagħna jingħata l-protezzjoni li jeħtieġ, qabel ma jkun tard wisq. Mill-konverżazzjonijiet tiegħi mas-sajjieda Maltin diġà jidher li numru konsiderevoli ta’ speċi ta’ ħut differenti diġà ilhom ma jidhru qrib ix-xtut Maltin meta kkumparat mal-passat, u rridu naġixxu llum qabel għada jekk verament irridu naċċertaw il-futur tas-sajjieda Maltin. Jiena ma naċċettax li s-sajd hu xogħol li jispiċċa mas-sajjieda li għandna bħalissa. Jien irrid nara

l-iżvilupp ta’ sajd sostenibbli fejn sajjieda żgħażagħ ikunu jistgħu jaqilgħu l-għajxien tagħhom ukoll. Hu evidenti li ma nistgħux nibqgħu f ’sitwazzjoni fejn minkejja li ċertu speċi ta’ ħut ikun f ’riskju li jintilef darba għal dejjem, bastimenti kbar jibqgħu jistadu għalihom.

Nemmen li jekk is-sajjied qiegħed jagħmel il-parti tiegħu kif jien ċerta li bosta sajjieda jagħmlu, allura għandhom ukoll igawdu mill-isforzi li jkunu qed jagħmlu huma stess

Jekk nibqgħu nkomplu nnaqqsu din ir-riżorsa limitata fil-baħar Mediterran, dan se jħalli effett negattiv mhux biss fuq is-sajjieda żgħar li ma jistgħu qatt jikkompetu ma’ min hu ħafna akbar minnhom, imma se jsir ukoll a skapitu tagħna li nfittxu prodotti ġenwini Maltin. Jiena nemmen f ’sajd sostenibbli fejn naċċertaw li l-ammont ta’ ħut jibqa’ wieħed b’saħħtu filMediterran ukoll. Fil-fatt aċċertajt ruħi li dak li qed jiġi propost mill-Parlament Ewropew f ’dan ir-rapport ma jpoġġix piż ieħor fuq sajjieda li jaħdmu fuq skala żgħira, fosthom il-Maltin. Is-sajjied Malti diġà qed jaffaċċja sitwazzjoni iebsa fil-preżent. Konxja tal-bosta sfidi li dawn il-familji jsibu ma’ wiċċhom kull sena. Issa wasal iż-żmien li nassiguraw li bid-deċiżjonijiet tagħna, is-sajjied Malti nassigurawlu mhux biss il-preżenti imma wkoll futur. Dan jista’ jsir biss b’immaniġġjar aħjar tas-sajd ibbażat fuq riċerka xjentifika u mhux bl-addoċċ.


23

26.03.2017

kullhadd.com

X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI

20.03 Sa din id-data Gvern Laburista kien ta lill-poplu 80 miljun ewro permezz tar-roħs fil-kontijiet taddawl u l-ilma.

21.03 Gvern Laburista nieda konsultazzjoni pubblika dwar il-liġi tal-koabitazzjoni.

22.03 Sa din id-data kienu tneħħew mill-prekarjat aktar minn 2,000 persuna.

23.03 Il-Kummissjoni Ewropea faħħret lill-Gvern Malti għar-riformi li wettaq fil-qasam tal-ġustizzja u talli żied il-ħatriet tannisa fil-ġudikatura.

24.03 Fit-turiżmu ġiet irreġistrata żieda ta’ 15%.

25.03 Infetħet fir-Rabat, Għawdex it-tieni dar fil-komunità għall-persuni b’diżabilità.

26.03

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist

Il-Ħamis, 16 ta’ Marzu Lanqas aptit nidħol fis-sodda m’għandi, għax żgur li se nagħmel lejl nitqalleb wara li llejla smajt lil Mario De Marco, li suppost huwa viċi kap u allura suppost li qiegħed jiġbed ħabel wieħed ma’ Simon tagħna. Imma l-impressjoni li tani żgur li mhux jiġbdu l-istess ħabel daqskemm għamilha ċara li mhu veru xejn li Simon kien qallu biex jaqta’ kull rabta ma’ tas-Seabank jew jirriżenja. Ma nafx kif se tispiċċa l-biċċa. Nispera li ma joqogħdux jgħajru lil xulxin giddibin. Kollu tort ta’ dik tal-Bidnija għax lil Mario ma taħmlux, kif ma kinitx taħmel anke lil missieru. Il-Ġimgħa, 17 ta’ Marzu X’beżżul man! Kont beħsiebni li nqatta’ ġurnata buzz ma’ sħabi talKunsill Lokali ta’ San Ġiljan u f ’Jum San Patrizju ninsa għalkollox lil Simon, lil Mario, lil dik talBidnija, u lil kulħadd. Imma l-Qorti għaxqithielna għax sfrattatilna kollox. Mhux għax ma xrobtx erba’ fliexken birra. Ħadt ingħid. Tant ħadt li meta kont qed nisma’ lil Mario De Marco jitkellem fuq in-NET fhimtu li kien qiegħed jikkontradixxi dak li qal ilbieraħ. Bilfors li kont xi ftit xurban biex fhimtu hekk. Hu x’inhu, illum se norqod raqda sew. Viva San Patrizju! Is-Sibt, 18 ta’ Marzu Għall-erwieħ! Simon tagħna llum qalilna li huwa u Mario De Marco għamlu paċi u li mil-lum ’il quddiem se jkunu spalla ma’ spalla u id f ’id. U qalilna wkoll li m’għandna l-ebda inkwiet u lkoll kemm aħna magħqudin. Ovvjament dan ifisser li Simon tagħna ftiehem ma’ dik tal-Bidnija u ma’ Salvu Mallia biex ma jibqgħux jiktbu kontra Mario. Nispera li jonorawh il-ftehim għax inkella malajr nerġgħu koppi, għalkemm dawn it-tnejn jgħidu li ħadd ma jagħlqilhom ħalqhom. Imma l-aqwa li Simon tagħna qalilna li aħna magħqudin. Għax għandna lil Simon magħna, aħna magħqudin..... Il-Ħadd, 19 ta’ Marzu

L-istennija tal-MRI niżlet minn sentejn għal tliet xhur.

Mhux minnu li Joseph Muscat igawdi fiduċja aktar minn Simon tagħna. Mhux billi jgħidu s-surveys talMaltatoday u Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna. Jgħidu x’jgħidu dawn it-tnejn, jien

nibqa’ nemmen dak li jgħidilna Simon tagħna. U għax nemmen lil Simon tagħna, tgħidx kemm qbiżt u fraħt waħdi llum meta fuq ir-radju smajtu jgħid li kulħadd qata’ qalbu minn Joseph Muscat. Ara kemm se naqbeż u nifraħ bħal daż-żmien sena meta nirbħu l-elezzjoni. Viva Simon! Viva Simon! It-Tnejn, 20 ta’ Marzu Xi ħlew! Kemm tħobbu Rosette Thake lil Simon tagħna! X’sorpriża tatu llum fil-birthday tiegħu. Verament iggustajthom, hi tiftaħlu l-bieb u hu dieħel fis-sala fejn sab lill-ħaddiema kollha tal-istamperija jistennewh. Kemm xtaqt kont hemm. Kieku kont inkun l-aktar wieħed li ngħajjat Happy Birthday to you, happy birthday to you, happy birthday to Simon tagħna, happy birthday to you. Min jaf x’party se nagħmlulu s-sena d-dieħla meta jkun prim ministru! U Kastilja nagħmluhulu, mhux l-istamperija. Nispera li mhix ħolma biss! It-Tlieta, 21 ta’ Marzu Fil-ħanut ta’ Ġorġ ta’ ħdejna kulħadd kelma waħda. Ħadd ma seta’ jifhem kif fl-ewwel jum tar-Rebbiegħa t-temp kien tant ikrah b’xita kontinwa u riħ qawwi l-ġurnata kollha. Meta għedtilhom li dak kien riħ tal-bidla li se jwassalna għal Rebbiegħa ġdida, Ġorġ xejn ma ħa gost, għax qalli ma jridx diskors fuq politika fil-ħanut tiegħu. Imma l-aktar li dejjaqni kien ilkumment ta’ Christina li qaltli biex ma nkomplix noħlom. Qalbhom żgħira wisq dawn in-nies, mhux bħal Simon tagħna! L-Erbgħa, 22 ta’ Marzu Mhux billi qagħad jiftaħar Joseph Muscat bl-investiment li, skont hu, se jwassal biex ikollna korsa taż-żwiemel ġdida u ma nafx xiex iżjed fil-Marsa. M’għandi l-ebda dubju li dan il-ftaħir ma jdumx ma jtirlu mar-riħ, għax malli janalizzah Simon tagħna, xi bużillis se jsiblu żgur. Simon tagħna tant huwa għaref li f ’kull investiment li sar f ’dawn l-aħħar erba’ snin sab xi ħaga ħażina, kemm jekk hi l-Università f ’Wied il-Għajn, kemm jekk huma l-isptarijiet, u issa l-proġett tal-grupp db. Insomma fil-proġetti kollha Simon tagħna sab xi jmaqdar. Kulma rridu nistennew ftit jiem.


24

26.03.2017

kullhadd.com

IRREGOLARITAJIET KBAR MILL-KUNSILL TA’ SAN ĠILJAN MARIO

FAVA President Sezzjoni Kunsilliera PL

Illum se nikteb fuq dak li qed jiġri sena wara sena fil-lokalità ta’ San Ġiljan dwar l-atteġġjament tal-Kunsill Lokali dwar l-organizzazzjoni tal-festa ta’ San Patrizju. Tista’ tgħid li kull sena l-Kunsill jispiċċa f ’kontroversja, jekk mhux ħaġa oħra, però ċertament li din is-sena din kienet xi ħaġa bla preċedent. Kollox kellu l-bidu tiegħu meta s-Sindku Guido Dalli ħareġ bi proposta li l-Kunsill jagħti permess lil kumpanija waħda, Massive Productions, sabiex tkun hi li torganizza l-festa. Kien hemm qbil li ssir laqgħa mad-diriġenti talkumpanija fejn sar ftehim bilmiktub b’ċertu kundizzjonijiet. Fost dawn il-kundizzjonijiet kien hemm klawsola li tgħid li Massive Productions kellhom iħallsu €2,000 sabiex jagħmlu tajjeb għat-tindif tal-post wara li tintemm l-attività. Klawsola oħra kienet tgħid li Massive Productions, flimkien ma’ operaturi oħra jtellgħu numru ta’ stands tal-ikel u x-xorb. Il-Leġislazzjoni Sussidjarja 441.04 titkellem ċar u tond li huwa biss il-Kunsill Lokali li jista’ jagħti permessi sabiex ikun hemm stands tal-ikel, xorb jew kull ħaġa oħra fil-lokalità tiegħu. Mela ftehim simili li jagħti d-dritt lil Massive Productions li tkun hi li ġġib sidien jew promoturi oħrajn ma setax isir. Dan wassal biex ġew diskriminati sidien ta’ bars u restoranti fil-bajja ta’ Spinola. Għaliex jekk tkun se tiġi organizzata attività f ’post fejn diġà hemm numru sostanzjali ta’ bars b’mod suffiċjenti li jistgħu joffru servizz, allura m’għandhomx jinġiebu oħrajn barra l-lokal. Naturalment, barra l-fatt li l-mod kif sar ilftehim, dawn l-istess sidien ġew kompletament diskriminati. Dan anki meta uħud minnhom kienu diġà bdew jiġbru €120 kull wieħed sabiex wara jkunu jistgħu jħallsu għat-tindif tal-post. Dan kollu wassal biex huma preżentaw rikors il-Qorti Ċivili sabiex jinħareġ mandat ta’ inibizzjoni fil-konfront tal-Kunsill Lokali u Massive Productions. Mandat li ġie milqugħ mill-Qorti, preseduta mill-Imħallef Jacqueline Padovani Grima fil-konfront talKunsill Lokali ta’ San Ġiljan. Filfatt, is-sentenza tal-Qorti qablet

tista’ tgħid perfettament massottomissjonijiet li s-Sezzjoni Kunsilliera PL kienet għamlet mad-Dipartiment għall-Gvern Lokali dwar il-mod abbużiv li bih mexa l-Kunsill fl-għoti ta’ permessi għal din il-festa. Fis-sentenza tagħha l-Qorti tagħmel diversi rimarki b’saħħithom dwar għaliex aċċettat il-talba tas-sidien talħwienet. Issemmi kif hija sabet li kienu jeżistu motivi li kellhom iwasslu għal ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni. Tgħid, u hawn niġi għal klawsola tal€2,000 li semmejt aktar ’il fuq, illi minkejja li kien hemm ftehim f ’dan is-sens, fil-verità l-€2,000 qatt ma tħallsu u minkejja dan, xorta waħda ħargu l-permessi lil Massive Productions, kumpanija b’rabtiet kummerċjali mal-Partit Nazzjonalista. Il-Qorti, fis-sentenza tagħha qalet u rrimarkat ukoll li kien hemm nuqqasijiet numerużi u gravi li bihom ħarġu l-istess permessi li jxejnu s-siwi u l-validità tal-istess permessi. Bl-istess mod ġie nnutat millQorti li almenu kellu jsir proċess permezz ta’ espressjoni ta’ interess fi proċess miftuħ u trasparenti, fejn isiru offerti għal kull min seta’ kien interessat li jorganizza din il-festa, fejn ukoll jiġu osservati r-regolamenti u d-dettami kollha tal-liġi u mhux tingħata sempliċiment on a first time first come basis. Interessanti wkoll il-fatt li l-aħħar sentenza tas-sentenza ta’ 23 paġna talQorti, tgħid illi l-Qorti qed tordna notifika immedjata ta’ dan id-digriet finali lillKummissarju tal-Pulizija. Il-Kunsill Lokali sfida dan iddigriet u dakinhar stess filgħodu, f ’jum l-attività xorta waħda ħareġ permessi mingħajr ma ta kas tas-sigurtà u l-indafa tal-post. Dan kien rifless f ’deċiżjoni li ħa l-Kunsill Lokali f ’seduta li nżammet jumejn qabel il-festa, fejn il-kunsilliera Nazzjonalisti ma refgħux ir-responsabbiltà tagħhom bħala Kunsill, billi qalu

ħadd mill-kunsilliera Nazzjonalisti jew is-segretarju ma kienu jafu x’ tgħid il-liġi, jew jekk kienu jafu, għażlu li jkomplu jgħaffġu u jiksru l-liġi

li ladarba issa kien hemm dik is-sentenza tal-Qorti, il-Kunsill mhux iktar responsabbli missigurtà u t-tindif tal-post wara l-attività. Meta l-kunsilliera Laburisti rrimarkaw u fakkru ’l Kunsill li huwa l-Kunsill responsabbli għal dan, il-kunsilliera Nazzjonalisti żammew mal-argument tagħhom. Biex imbagħad il-froġa li kienu diġà għamlu dawruha f ’torta. Kien hemm fosthom min ippropona li għandu jittieħed vot sigriet fuq iż-żewġ proposti. Hawn imbagħad saret il-kawlata mis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill li aċċetta din il-proposta u qal li għandu jittieħed vot sigriet. Dan meta hu, bħala l-kap amministrattiv tal-Kunsill Lokali, suppost jaf li mkien fil-liġi tal-Kunsilli Lokali ma jingħad li jista’ jittieħed vot sigriet. Mhux talli hekk talli l-istess liġi fi skeda sitta, artikolu 43 jgħid ċar u tond li kull vot li jittieħed fil-Kunsill Lokali jrid isir bl-għoli tal-idejn talkunsilliera. Minkejja dan, ħadd mill-kunsilliera Nazzjonalisti jew is-segretarju ma kienu jafu x’tgħid il-liġi, jew jekk kienu jafu, għażlu li jkomplu jgħaffġu u jiksru l-liġi. Lura għal dak li seħħ l-għada ta’ Jum il-Festa, ikkonferma dak li għidt iktar ’il fuq fejn ilKunsill Lokali naqas li jitlob lill-Kuntrattur tiegħu tat-tindif sabiex inaddaf iż-żona u li ma kienx għad-Dipartiment tadDirettorat fi ħdan il-Ministeru talInfrastruttura, kieku r-residenti kienu jibqgħu bil-ħmieġ li tħalla fil-partijiet pubbliċi. Qed ngħid dan għaliex il-parti l-kbira tassidien tal-ħwienet u l-bars, naddfu ż-żona mmeddjata ta’ fejn kienu armati quddiem

l-istabbilimenti tagħhom, kif hu mitlub minnhom millkundizzjonijiet tal-permess. Dan nista’ nixhdu għaliex kien hemm min bagħatli ritratti u videos ta’ nies qegħdin inaddfu l-partijiet tagħhom. Il-Kunsill Lokali kellu kull obbligu li jitlob lill-kuntrattur tiegħu sabiex l-għada tal-festa jmur inaddaf il-post. L-affarijiet setgħu saru ferm differenti b’iktar sens komun. Il-Kunsill jaf li din il-festa tiġi darba fissena u jaf ukoll il-ġurnata. Issens komun jgħidlek li minn issa, wieħed jibda jiltaqa’ ma’ dawn is-sidien tal-bars u l-istabbilimenti tal-ikel flimkien mar-rappreżentanti tagħhom bħall-GRTU, sabiex flimkien ifasslu pjan kif għandhom jimxu l-affarijiet is-sena li ġejja. B’hekk kemm il-piż finanzjarju kif ukoll ix-xogħol ta’ wara jinqasam bejn kulħadd u kulħadd ikollu ċans li jieħu biċċa anki mill-qligħ li festa bħal din tħalli. Sadanittant, il-kunsilliera Laburisti, ingħataw raġun mid-Dipartiment għallGvern Lokali fejn b’referenza għas-seduta li saret fis-16 ta’ Marzu, fejn ittieħed il-vot sigriet, l-istess Dipartiment, permezz ta’ korrispondenza indirizzata lis-Segretarju Eżekuttiv, ċanfar lill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan billi ġibed l-attenzjoni fuq diversi nuqqasijiet li saru flistess laqgħa. Irrimarka wkoll li xogħol is-Segretarju Eżekuttiv huwa li jesegwixxi d-deċiżjonijiet leġittimi tal-Kunsill u jwaqqaf kull attività jew inizjattiva li jkun ser jagħmel il-Kunsill li tkun kontra l-liġi, regolamenti, strateġiji jew policies nazzjonali u lokali, jew kull attività jew inizjattiva li ma tkunx approvata b’deċiżjoni tal-Kunsill.


25

26.03.2017

kullhadd.com

reċensjoni tal-

KTIEB

FR. HILARY: BEJN STORJA U MITI Il-pubblikaturi Horizons qed ipoġġu fuq pjattaforma nazzjonali l-istorja ta’ patri li b’ħidmietu daħal fil-ġrajja tal-poplu. Dan mhux għax kiseb xi kariga għolja jew għax ibbrilla f ’katedra universitarja, imma għax bis-sempliċità tiegħu, bid-daħka fuq fommu u bit-tħaddim tal-kelma, leali għall-missjoni ta’ patri, involva ruħu f ’inizjattivi li ħarġuh lil hinn mill-kunvent u tawh timbru u għarfien nazzjonali. U din fil-fehma tiegħi hija r-rivoluzzjoni siekta li wettaq Father Hilary. Il-kunvent u l-atmosfera tiegħu ma għalquhx fih. Għall-kuntrarju, ħareġ lil hinn minnu u ċċelebra l-ħajja b’modi u fi bnadi differenti ma’ diversi kategoriji fejn fiċ-ċentru tagħhom poġġa l-messaġġ li iva wara kollox hemm is-salvazzjoni u l-fidwa. Hilary Tagliaferro għażel li jaħdem fi sferi li mhux bilfors il-qassis jew patri tistennieh li jkun hemm. Forsi mhux straordinarju daqstant li qassis jiftaħ ċentru ta’ talb u kappella, imma f ’dan il-każ kien għax Patri Hilary mar Paceville f ’mekka ta’ storbju fejn leħen Alla kien maħnuq fid-duħħan, l-istorbju u l-klawstrofobja tad-diskoteki. Mar Paceville fejn minkejja l-folol ħakmet rebbieħa s-solitudni.

Il-kapaċità tiegħu kienet kif dawk l-isferi ‘pprojbiti’ dawwarhom f ’opportunità u appostolat biex l-iktar batut isib il-wens. Fost l-oħrajn, Tagliaferro jagħżel il-futbol fejn jimraħ. Min f ’Malta daqsu kien u qatt tkellem fuq teoloġija tal-isport? Kemm-il darba nstemgħet li anki fid-dressing

rooms, barra l-pariri marbuta mal-futbol, kien jamministra s-sagrament tal-qrar? Il-qarrej irid japprezza li kien hemm żminijiet meta l-qassis/ patri ma setax lanqas imur jara logħba futbol, u din ma kinetx sempliċement xi ordni ta’ isqof-tirann kif aktarx naħsbu, jew għax Malta ta’ Patri Hilary

inzertat reliġjożament kienet biċċa minnha taħt l-Arċisqof Mikiel Gonzi, li minkejja l-qosor fiżiku, il-preżenza tiegħu kienet twerwer tant nies. Imma l-Kodiċi tal-Liġi Kanonika kien jagħlaq diversi postijiet u professjonijiet għallmembri tal-kleru u jgħabbihom b’bosta responsabbiltajiet bissalvazzjoni tal-erwieħ l-ewwel fuq l-aġenda. Imma Tagliaferro fehem minn kmieni li l-appostolat innifsu jitlob li kultant issib it-toqob minn fejn tgħaddi u sakemm tkun paċi ma’ ruħek u l-kuxjenza ma hemm xejn ħażin li tagħżel toroq li l-kurrent Kurjali mhux dejjem se jilqgħu. F’Ħal Tarxien dak li għamel wara kollox, interdett u mhux. Ma ddejjaqx juża l-lambretta meta għall-qassis ukoll kien ipprojbit li tuża dan il-mezz ta’ trasport minn post għall-ieħor. Ma beżax iwarrab iċ-ċoqqa u jilbes pajżan u saħansitra juża kuluri jgħajtu bħall-aħmar li dik il-ħabta kellu assoċjazzjoni ħafna iktar mil-lum ma’ karru politiku partikulari. Ħafna nies iktar jafuh bit-tracksuit milli b’abitu reliġjuż. Imma l’abito non fa il monaco kienu jgħallmuna l-iskola. Il-ħidma ta’ Hilary Tagliaferro trid tingħaraf

ukoll mill-kelma. It-tħaddim tagħha. Dik kienet ċavetta oħra importanti. Il-kelma filqrar, fix-xandir tal-Evanġelju, fl-ikkowċjar, fl-inkontri tiegħu mal-ħabsin u f ’elf okkażjoni oħra. Patri Hilary jistqarr li l-użu tal-kelma ma kienx don naturali tiegħu. Anzi filbidu tal-ħajja saċerdotali kien jibża’ mill-mikrofonu. Barra minn hekk, kien hemm l-użu tal-kitba ġurnalistika, kemm fl-aħbarijiet sportivi, servizzi minn barra u editjar ta’ gazzetta. Il-kelma kienet dirgħajn importanti għalih. Il-kelma li tfarraġ u li twennes li llum ilbniedem tant għandu bżonn f ’din id-dinja tal-plastik fejn demgħa hi diżunur. Father Hilary jaqleb is-sekwenza u joffri l-imħabba permezz ta’ istituzzjonijiet bħall-WOW. Offra saqaf għal min ma kellux. Ma jdurx mal-lewża u ma ddejjaqx pereżempju jakkuża lill-awtoritajiet li qegħdin ċiċċi beqqi u l-ħabsin jieħdu d-drogi. Din ‘l-imqarbezza’ tiegħu, lil Father Hilary tagħmlu nar qawwi għas-soċjetà. Dan il-volum se jistħarreġ illegat li se jħalli warajh Father Hilary Tagliaferro u jekk ilpreżenza tiegħu fis-soċjetà ħolqitx xi forma ta’ mit flaħħar mill-aħħar.

Mistoqsija: Fejn fetaħ ċentru ta’ talb u kappella Fr. Hilary?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Fr. Hilary: Bejn Storja u Miti. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 26 ta’ Marzu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Wiġi. huwa: E.BRIFFA - Birkirkara

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

02

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Mistoqsija: Kemm-il sessjoni saret ta’ Gvern li jisma’ fl-aħħar edizzjoni? It-tweġiba:

Ir-Rebbieħ: M.AQUILINA - Tarxien

Isem:

Indirizz:

Numru tat-telefown:


26

26.03.2017

kullhadd.com

AVVIŻI KLASSIFIKATI

AFFARIJIET GĦALL-BEJGĦ

Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għallilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ arloġġ. Ittiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq il-Kungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235. XOGĦOL U MANUTENZJONI Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, katusi u gypsum boards ċempel 7928 5444. Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason binnumru 2143 2352 jew 9947 7167. PROPJETÀ GĦALL-BEJGĦ Tliet għelieqi għall-bejgħ flakkwati tas-Sanab, il-Munxar, Għawdex. Għalqa nru.1 - 7 sigħan Għalqa nru.2 - 2 sigħan Għalqa nru.3 - nofs tomna Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 21557059.

AVVIŻI KULTURALI

Il-Messiah ta’ George Frideric Handel, li hu wieħed millaktar oratorji magħrufa se jiġi ppreżentat mill-Goldberg Ensemble taħt id-direzzjoni ta’ Michael Laus nhar Ħadd il-Għid fis-16 ta’ April 2017. Dan se jsir fil-Pro-Katidral Anglikan ta’ San Pawl, il-Belt Valletta fis-7.00pm. Permezz ta’ dan il-kunċert speċjali, organizzat mill-Fond għarRiċerka, l-Innovazzjoni u l-Iżvilupp tal-Università ta’ Malta (RIDT) bl-appoġġ talAPS Bank u t-Teatru Manoel, se jkunu qed jinġabru fondi għal riċerka medika. Biljett tad-dħul jiswa €25. Dawn jistgħu jinkisbu milluffiċċju tal-biljetti tat-Teatru Manoel, inkella onlajn minn fuq: bookings@teatrumanoel. com.mt jew mill-websajt: http://booking.teatrumanoel. com.mt In-numri tal-hotline għall-biljetti huma 2124 6389 jew 7941 2139.

Għat-tieni sena konsekuttiva, is-Soċjetà Mużikali San Ġuzepp Ħal Kirkop flimkien malGħaqda tal-Armar 19 ta’ Marzu fi ħdan l-istess Soċjetà ser jorganizzaw ilWirja Misericordiae Vultus – Il-Wiċċ li jnissel Ħniena. Wirja ta’ Vari tal-Ġimgħa l-Kbira u xogħlijiet artistiċi oħra relatati mal-Ġimgħa l-Kbira fis-sede tas-Soċjetà. Il-ftuħ ufficjali tal-wirja ser ikun il-Ħamis 6 ta’ April 2017, wara l-Kunċert Mater Dolorosa li ser tippreżenta l-Banda San Ġużepp flistess Sede tas-Soċjetà fis7.30pm. Il-Ġimgħa 7 ta’ April 2017 (Jum id-Duluri) il-wirja tkun miftuħa mill5.30pm sal-10.00pm. IsSibt 9 ta’ April 2017 mill5.30pm sat-8.00pm, filwaqt li l-Ħadd 9 ta’ April 2017 il-wirja tkun miftuħa mid9.00am sa nofsinhar u mill- Nhar is-Sibt l-1 ta’ April 5.30pm sat-8.00pm. 2017, is-Soċjetà Filarmonika L-Unjoni ta’ Ħal Luqa ser Mater Dolorosa: Ex Tenebræ ittella’ kunċert ta’ mużika Ad Lucem – Wirja ta’ xejra sagra fil-Knisja Parrokkjali unika t’ arti maħluqa minn ta’ Sant’Andrija Appostlu, dawl u dell, li b’mod kreattiv Ħal Luqa bl-isem ‘Tristis se tiċċelebra d-Dulur ta’ Est Anima Mea’. F’dan ilOmmna Marija fl-isfond kunċert ser tieħu sehem ta’ temi kontemporanji ta’ il-Filarmonika L-Unjoni, faqar u inklużjoni soċjali. Se il-Coro Bel Canto u diversi tkun miftuħa għall-pubbliku solisti. Mal-banda u l-kor ser fil-perjodu tal-Ġimgħa jingħaqdu wkoll strumenti Mqaddsa, mill-5 sal-15 ta’ varji bħall-arpa u l-orgni talApril 2017. istess Knisja. Il-kunċert ta’ mużika sagra Il-kunċert ser jibda fismill-Banda Madonna tal- 7:30pm u l-banda flimkien Ġilju ġewwa l-Kappella ta’ mal-kor u s-solisti ser ikunu San Bażilju, ser jimmarka taħt id-direzzjoni ta’ Mro. l-inawgurazzjoni tal-wirja, John David Zammit. Id-dħul nhar l-Erbgħa 5 ta’ April ser ikun bla ħlas u kulħadd 2017 fis-19:00. mistieden ikun f ’postu talAktar informazzjoni anqas kwarta qabel. Din tinkiseb fuq 79685091 jew l-attività qed tittella’ bilfuq is-sit elettroniku tas- koperazzjoni tal-iskema Soċjetà Mużikali Madonna ‘Komunitajiet Kreattivi’ taltal-Ġilju www.talgilju.com. Kunsill Malti għall-Arti.

Il-Kummissjoni TEAK fi ħdan is-Soċjetà Każin Santa Liena, Banda Duke of Connaught’s Own ser torganizza wirja sagra ġewwa l-każin bl-isem ta’ “Stabat Mater Dolorosa”. F’din il-wirja nsibu l-mejda tal-appostli fejn wieħed jista’ jammira diversi platti u kwadri maħduma bl-ismid, ross u għagin ikkulurit, kif ukoll sett statwi tal-appostli, statwi tal-Via Sagra u oġġetti sagri, kif ukoll mudell f ’minjatura ta’ purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Barra dan sejjer għal darb’oħra jkun esebit Ċenaklu Lhudi li jinkludi personaġġi life size u xogħlijiet artistiċi oħra. Il-ftuħ uffiċjali talwirja ser isir nhar il-Ħamis 6 t’April fis-7pm fejn sejra tiġi mbierka mill-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona. Fil-ġurnata tal-ftuħ, il-Banda Duke of Connaught’s Own sejra tesegwixxi programm talmarċi funebri fil-każin taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mro Aurelio Belli FLCM. Il-wirja tibqa’ miftuħa sas-Sibt 15 t’April. Matul il-ġimgħa l-wirja tiftaħ mis6pm sad-9pm. Sibtijiet u l-Ħdud tiftaħ bejn is-6pm u l-10pm. F’Ħamis ix-Xirka tiftaħ bejn is-6pm u l-11pm. Fil-Ġimgħa l-Kbira bejn id9am u s-1pm. F’Sibt il-Għid bejn id-9am u s-1pm.

L-Għaqda Wirjiet San Ġużepp Ħaddiem ser tkun qed torganizza, għad-19il sena konsekuttiva, ilWirja Annwali tal-Ġimgħa Mqaddsa, fiċ-Ċentru Parrokkjali San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara. Il-Wirja, bit-tema ‘IlMisteru tal-Mewt u l-Qawmien’, hija wirja kollettiva bil-parteċipazzjoni ta’ madwar 40 esebitur minn kull età. Il-Wirja ser tinfetaħ uffiċjalment nhar il-Ħadd 2 t’April fl-10.00 a.m. Għallokkażjoni tal-ftuħ uffiċjali tal-Wirja, ser tittella’ wkoll rappreżentazzjoni qasira dwar l-Aħħar Ċena minn grupp ta’ atturi. L-istess rappreżentazzjoni ser tkun qed tittella’ wkoll fi ġranet oħra matul il-Wirja. Il-Wirja tiftaħ kuljum salĠimgħa l-Kbira (14 t’April) mid-9.00 a.m. sa 12.00 p.m. u mill-4.00p.m. sad-9.00 p.m. Nhar Ħamis ix-Xirka, il-wirja tiftaħ mid-9.00 a.m. sa 12.00 p.m. u mill-4.00 p.m. sa 12.00 a.m., filwaqt li fil-Ġimgħa l-Kbira, li tkun l-aħħar ġurnata tal-Wirja, ilħinijiet tal-ftuħ ikunu mid9.00 a.m. sas-1.00 p.m. u mill-4.00 p.m. sas-6.00 p.m.

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir tistiednek għat-18-il-edizzjoni tasSerata Mużiko-Letterarja Sagra, nhar is-Sibt l-1 ta’ April 2017 fis-7.30pm taħt il-Patroċinju ta’ Ms Johanna Gatt, Kap tal-Kulleġġ Maria Reġina, Bniet, Mosta. Din is-serata se tittella’ fit-Teatru tal-imsemmija skola, li tinsab biswit ir-Razzett talMarkiż, bis-sehem ta’ qarrejja magħrufa waqt li t-talenti mużikali se jkunu f ’idejn “Musica Libera”, taħt iddirezzjoni ta’ Brandon Attard. Wara din l-attività fir-Razzett tal-Markiż il-Mosta se tiġi mnedija uffiċjalment id-19 -il-edizzjoni tal-Wirja talPassjoni bis-sehem ta’ diversi artisti u kollezzjonisti. Il-Wirja tibqa’ miftuħa sas16 ta’ April 2017. Ħinijiet tal-Ftuħ: Kuljum mis-6.00pm sat-8.30pm. Ħamis ix-Xirka 13 ta’ April: mis-6.00pm sal-10.00pm. Il-Ġimgħa l-Kbira 14 ta’ April: mill-10.00am sa nofsinhar Ħdud filgħodu mill-10.00am sa nofsinhar. Għal-aktar tagħrif sibuna fuq Facebook: Razzett talMarkiż u l-website tagħna: talentmosti.com.

Nhar it-30 ta’ Marzu 2017 fliskola medja tar-Rabat ser tiġi organizzata Charity day in Aid of ALS. F’din il-ġurnata ser isiru diversi attivitajiet fost l-istudenti, l-istaff u l-ġenituri u kull min jixtieq jattendi. Fost l-attivitajiet li ser jiġu organizzati hemm Cook off bejn l-istudenti, Zumba għal kulħadd fil-bitħa tal-iskola fi 12.30pm u bejgħ ta’ ftajjar u muffins magħmulin mill-frott. Il-qligħ kollu minn dawn l-attivitàjiet jiġu ppreżentati lil Bjorn Formosa dakinhar stess. Bjorn huwa żagħżugħ li jbati mill-marda tal-ALS u jixtieq jibni sptar biex nies li jkollhom l-istess kundizzjoni tiegħu jiksbu l-għajnuna meħtieġa f ’dan il-post. Puttinu Cake Sale ser ikunu f ’dawn il-lokalitajiet: iż-Żurrieq, il-Qrendi, l-Imqabba, Ħal Safi, Ħal Kirkop, San Ġwann, Valletta u l-Università fl-1 u fit-2 ta’ April . Tista’ ssibna quddiem il-knisja ta’ kull lokalità msemmija. The Malta Autism Centre ser torganizza A day for Autism ġewwa Mtarfa Scout Group premises, nhar il-Ħadd 2 ta’ April, mill-10.30am ’l quddiem. Ser tkun ġurnata mimilija attivitajiet u taħditiet. Kulħadd huwa mħeġġeġ jattendi f ’atmosfera ferriħija.


27

26.03.2017

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

A.TESTA FERRATA DE NOTO - Iż-Żejtun

TISLIBA 167

Bi 3 Numri 026 075 090 157 228 275 343 388 400 472 589 650 910 957 B’4 Numri 0049 0300

0380 1153 1268 1366 1386 1525 1549 1691 1800 2683 3119 3277 3514 3754 3769 4062 4153 4298 4604 5074 5149

5589 5784 6355 6565 6693 6727 7138 7783 7840 8023 8314 8425 8806 9040 9331 9576 9645 B’5 Numri 07249

25592 30750 34757 35805 42015 49759 52026 52853 53063 56041 57754 57983 64396 65931 66488 72477 74393 78886 87938 89437 96018

98538 98635 B’6 Numri

411197 435685 886466 936361

104940 356159 IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

Mimdudin:

Weqfin:

1. Kompli l-qawl: Biex l-imdanna toqgħod mal-kenna, id-dar trid tkun ....... (5) 4. Annimali (4) 7. Ara 2 9. Soru Ingliża (3) 10. Iżżomm ħafna ilma (6) 12. Kanna? (6) 16. Isem Għarbi (3) 18,23,24. Deċiżjoni bla diskussjoni? (11) 19. Ara 5 20. Ħares (5) 21. Ara 11 23. Ara 18 24. Ara 18

1. Foresta (6) 2,7. Ma niftakarx (5) 3. Jaqa’ fil-logħob tal-karti (3) 5,19. Annimal (6) 6,17. Verità (6) 8,21W. Ftehimiet? (12) 11,21M. Jagħmel id-dawl (5) 12,22. Parti interna tal-ġisem (5) 13. Kunjom (3) 14. Ġibed l-attenzjoni (6) 15. Ma tħallix fejn ikun (6) 17. Ara 6 21. Ara 8 22. Ara 12 wieqfa

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:

Weqfin:

1.Faraġ, 4.Moll, 7,16.Eżami, 9,21 wieqfa. Żammit, 10.Rivali, 12.Parata, 18,21 mimduda. Armel, 19. Rue, 20.Nsejt, 23.Teżi, 24.Altri

1.Fażola, 2,5.Ramona, 3,11. Ġerħa, 6,15.Lliberati, 8.Żigarella, 12,22.Piluż, 13.Ras, 14.Artist, 17.MME


28

26.03.2017

kullhadd.com

MHUX IL-PARTIT LABURISTA BISS JEŻISTI

EDITORJAL

Iżda, infakkruh dak li għandu jinkwetah l-iktar. Mhux biss il-Partit Laburista jeżisti iżda jeżisti wkoll moviment imdawwar miegħu

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, qalilna iktar kmieni din il-ġimgħa li l-Labour ma jeżistix. Fil-Parlament, b’ton arroganti u bl-istil konfrontattiv tiegħu, Beppe Fenech Adami ħares f’wiċċ id-deputati tal-Partit Laburista quddiemu u qalilhom li l-partit tagħhom ma jeżistix. Mhux se nagħmlu kif għamlu ħafna (bir-raġun) u nfakkru lil Beppe Fenech Adami flaħħar riżultat elettorali jew fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika biex nuruh kemm il-Partit Laburista jeżisti. Lanqas se nfakkruh kif l-aħħar darba li smajna l-għajta “spiċċa l-Labour” kien fl-2008 fis-sala talgħadd tal-voti, mument li donnu kien il-bidu tat-triq biex jispiċċaw ħafna millPartit Nazzjonalista, iżda mhux il-Partit Laburista. Iżda, infakkruh dak li għandu jinkwetah l-iktar. Mhux biss il-Partit Laburista jeżisti iżda jeżisti wkoll moviment imdawwar miegħu. Moviment li nbena filmixja għall-aħħar elezzjoni

ġenerali iżda li kif kien wiegħed il-Prim Ministru, Joseph Muscat, ma ntemmx maċ-ċelebrazzjoni fuq ilFosos f’Marzu 2013. Moviment li wassal biex nies li fis-snin l-imgħoddija ma ngħataw ebda opportunità biex ikunu parteċipi fittmexxija tal-pajjiż ingħataw iċ-ċans jagħmlu dan għallewwel darba fl-aħħar erba’ snin. Nies bi twemmin Laburista kapaċi u mwarrba minn amministrazzjonijiet nazzjonalisti rajniehom jingħataw iċ-ċans u jagħmlu biċċa xogħol tajba. Għalhekk Malta Tagħna Lkoll! Persuni bi twemmin Nazzjonalista li wrew l-impenn li jaħdmu biex iwettqu l-politika tal-Gvern baqgħu jingħataw iċ-ċans u huma wkoll ħarġu bl-unuri. Rajniehom jaħdmu b’suċċess f’diversi oqsma u ta’ dan il-pajjiż għandu jkun grat lejhom. Għax qabel il-partit iġibu l-ewwel lill-pajjiż. Naturalment, ikun hemm eċċezzjonijiet. Uħud għadna ma nafux bihom u għadhom qed jiswew ta’ deni lil Malta filwaqt li jkunu qed jagħmlu ħsara lill-Gvern.

Oħrajn inqabdu. Bħal dawk li kienu parti mill-google group sigriet ta’ Tonio Fenech b’uħud minnhom jippreferu jirriżenjaw millimpjieg tant kemm kellhom il-faħam miblul. Però żgur li l-Gvern ta prova li tista’ ma taqbilx miegħu u tista’ taħdem miegħu. Għalhekk Malta Tagħna Lkoll! Għal Simon Busuttil u sħabu Malta Tagħna Lkoll tfisser li l-opportunitajiet jingħataw biss lil grupp wieħed ta’ nies. Mhux lin-nazzjonalisti, tafux. Iżda, lil dawk li huma midħla ta’ dawk li jiġbdu l-ispag tad-Dar Ċentrali. Għalhekk jgħidu li l-Gvern mhux meritokratiku. Għax m’għadhomx b’monopolju. Iżda, il-poplu jaf realtà differenti. Mhux ta’ b’xejn il-moviment qed ikompli jikber u se jkompli jikber. Hemm inġustizzji li għad iridu jkunu indirizzati. Però Malta nbidlet għall-aħjar u minn dan qed igawdu bosta. Semmejnieha fl-aħħar ġimagħtejn, il-lista sħiħa ta’ benefiċċji li introduċa l-Gvern fl-aħħar erba’ snin u m’hemmx għalfejn nirrepetuha għax min qed

igawdi minnha jaf x’inhu r-riżultat. Hemm min tant jaf x’inhu r-riżultat li se jingħaqad mal-moviment għall-ewwel darba. Hemm min tant ra u ħass id-differenza bejn innegattiv ta’ Simon Busuttil u t-tama u r-riżultati ta’ Joseph Muscat li se jingħaqad malmoviment għall-ewwel darba. Hemm min, kif saħansitra kien mistqarr flaħħar jiem, li tant xeba’ millfalsità ta’ Simon Busuttil li ħareġ mill-bieb tad-Dar Ċentrali fl-aħħar ġimgħat biex wara ftit rifes l-għatba taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Kif qal il-Prim Ministru iktar minn darba, minn hawn ukoll intennu l-appell biex lil dawn in-nies niftħu jdejna beraħ għalihom. Kif għamilna qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali u rridu nerġgħu nagħmlu issa. Dan nagħmluh bi ħsieb wieħed f’moħħna. Dak li l-moviment imdawwar malPartit Laburista u l-Gvern ta’ Joseph Muscat ikompli jikber biex iwettaq il-bidliet li għandha bżonn Malta. Biex Malta tkun b’saħħitha fejn kulħadd ikun suċċess.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.