KullĦadd_26.03.2023

Page 1

TINSIEX!

Il-lejl li għadda

mexxejna l-arloġġ

b’siegħa ’l quddiem

għall-ħin tas-sajf

IR-RIŻULTATI LI JITKELLMU

Għaxar kisbiet importanti għal pajjiżna f’sena mindu l-Partit Laburista taħt Robert Abela ngħata l-ewwel mandat elettorali tiegħu

Mill-ħolqien tal-ġid għat-tqassim ekwu u ġust tiegħu, l-aħħar 12-il xahar huma miżgħudin b’eżempji fattwali li komplew itejbu l-għajxien tal-familji Maltin u Għawdxin, mindu l-Partit Laburista mmexxi minn Robert Abela ngħata l-ewwel mandat tiegħu bħal-lum sena eżatt.

Minkejja li l-pajjiż kien iffaċċjat bl-akbar sfidi internazzjonali, partikolarment il-ħruġ minn sentejn u fuqhom tal-pandemija COVID-19 u l-bidu tal-Gwerra fl-Ukrajna, li t-tnejn ħolqu piżijiet eżorbitanti li d-dinja kienet ilha ma tesperjenza għal għexieren ta’ snin, mill-Elezzjoni Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2022 lil hawn Gvern Laburista xorta waħda rnexxielu jfendi bl-aħjar mod fiċ-ċirkostanzi, waqt li skansa l-akbar daqqiet minn fuq dahar il-poplu.

Bid-differenza tal-kumplament tal-istati membri fl-Unjoni Ewropea, Malta kienet l-aktar waħda li baqgħet għaddejja kważi f’normalità sħiħa.

B’politika għalkollox bil-maqlub adottata fil-kriżi finanzjarja ferm iżgħar tal-2008/09 u saħansitra l-mod kif dejjem aġixxew amministrazzjonijiet Nazzjonalisti fl-ewwel sena wara kull elezzjoni,

il-Gvern attwali ħaseb biex minnufih jirrealizza l-akbar wegħdiet li qatt saru lill-poplu fl-istorja.

Fl-istess ħin it-tmexxija talPrim Ministru Abela kompliet għaddejja b’kuraġġ bl-akbar riformi ħalli timmodernizza s-soċjetà u l-pajjiż inġenerali, issaħħaħ ir-reputazzjoni tal-ġurisdizzjoni nazzjonali, tagħmilha iżjed attraenti għal min ried jinvesti fostna, inkluż b’ruxxmata inċentivi varji, u tħeġġeġ il-bżulija fost il-poplu b’miżuri li komplew jgħollu lil eluf ta’ familji mill-faxex talqiegħ.

Ir-riżultati wara biss l-ewwel sena jitkellmu waħedhom. Dawn ukoll jikkonfermawhom l-aktar istituzzjonijiet internazzjonali prominenti, bħall-Kummissjoni Ewropea, il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), il-Bank Ċentrali Ewropew, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u l-aġenziji ta’ kreditu indipendenti, fost l-oħrajn.

Il-KullĦadd analizzat din il-ħidma li twettqet mill-Gvern minn sena ilu ’l hawn u elenkat l-aktar għaxar riżultati li spikkaw s’issa f’pajjiżna.

Tkompli f’paġna 3

Ħarġa Nru 1,550 Prezz €1 Il-Ħadd, 26 ta’ Marzu, 2023 SKEMI GĦAL TRASPORT NADIF 8007 2393 .gov.mt

DETTALJI

EDITUR

RONALD VASSALLO

email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

KIMBERLY CEFAI

email: sales@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495

DISINN TAL-PAĠNI

KIMBERLY CEFAI

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495

KUNTATT ĠENERALI

KullĦadd

email: editorial@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate

Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU

www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI

www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT

Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI

Emerġenza Covid 19 - 111

Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112

Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000

Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182

L-Ogħla Temperatura: 21°C

L-Inqas Temperatura: 13°C

L-Indiċi UV: 8

Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja ser tiksi

l-Libja u ċ-ċentru tal-Mediterran

It-Temp: Xemxi

Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Punent Majjistru li jsir ħafif

min-Nofsinhar il-Lbiċ

Il-Viżibilità: Tajba

Il-Baħar: Ħafif għal moderat

L-Imbatt: Ftit li xejn

It-Temperatura tal-Baħar: 16°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Collis Williams Pharmacy, 15, Triq irRepubblika, Il-Belt Valletta – 2123 4567

Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238018

Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459

Herba Pharmacy, 166, Triq Salvu Psaila, Birkirkara – 21443406

Spiżerija Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann – 21381177

J.V.’s Pharmacy, Wied is-Swieqi, Is-Swieqi – 21371062

Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21335492

Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, L-Iklin – 21435567

St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442

Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, Il-Qawra – 21580881

Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien – 21672757

Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529

St. Anne Pharmacy, Triq il-Qaliet, Marsaskala – 21637615

Pompei Pharmacy, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk – 21651278

Remedies Pharmacy, 5, Triq Santa Katerina, L-Imqabba – 21641133

Regal Pharmacy, 39B, Triq Antonio Bosio, L-Imsida – 21313115

Imtarfa Pharmacy, 207, Triq San David, L-Imtarfa – 21451261

Tony’s Pharmacy, “Egret Court”, Triq il-Wied, Marsalforn, Għawdex – 21563617

Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Ta’ Sannat, Għawdex – 21564447

SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IL-ĠIMGĦA 31 TA’ MARZU

20/21, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21246051

Remedies Pharmacy, 211, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21245627

Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487311

Brown’s Quad Pharmacy, Mrieħel Bypass Central Business District, Birkirkara – 21488613

Brown’s Pharmacy, 92-94, Triq il-Mensija, San Ġwann – 21373275

Brown’s Pharmacy, Retail Outlet, Central Business Centre, Spinola Bay, San Ġiljan – 21333886

Remedies Pharmacy, 144, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21344722

St. Michael Pharmacy, Misraħ tat-Trasfigurazzjoni, Ħal Lija – 21435875

St. Louis Pharmacy, Shop 1, Bohemian Courts, Vjal l-Indipendenza, Il-Mosta – 21432802

Promenade Pharmacy, Triq il-Korp tal-Pijunieri, Buġibba – 27441160

Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Ħal Luqa – 21692546

Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Il-Kalkara – 21673811

May Day Pharmacy, Triq il-Vittorja, Ħaż-Żabbar – 21826529

Health Junction Pharmacy, Triq Alfred Cachia Zammit, Iż-Żejtun – 21661644

Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Iż-Żurrieq – 21647391

Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa, Tal-Pietà – 21232954

Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21455479

Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat, Għawdex – 21566170

St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Il-Qala, Għawdex – 21555348

26.03.2023 02
IT-TEMP
It-Tnejn 20°C 19°C 17°C 21°C 12°C 12°C 10°C 13°C UV 7 UV 7 UV 6 UV 7 Il-Ħamis L-Erbgħa Is-Sibt
GĦAL-LUM
20°C 12°C UV 7 It-Tlieta 20°C 14°C UV 7 Il-Ġimgħa *Mil-lum l-ispiżeriji se jkunu miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

GĦAXAR INDIKATURI TAL-PROGRESS

Tkompli minn paġna 1

L-akbar investiment privat u pubbliku fl-istorja

Is-sena li għaddiet, minkejja li kienet waħda ta’ inċertezza ekonomika globali li wasslet għal tnaqqis fl-andament ekonomiku ta’ pajjiżi kbar, se tidħol fl-istorja bħala s-sena bl-akbar ammont ta’ investiment privat u pubbliku li qatt ra pajjiżna.

Dan meta l-investiment laħaq is-somma rekord ta’ €3.7 biljun, jew terz aktar mill-ammont osservat qabel bdiet il-pandemija. Madwar kwart ta’ dan l-investiment kien frott proġetti kapitali tal-Gvern, ħafna minnhom iffinanzjati mill-akbar pakkett ta’ fondi Ewropej li qatt kiseb pajjiżna, €2.2 biljun, li kien ġie nnegozjat ukoll taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Abela lura għall-2020.

L-akbar żieda fil-pensjonijet fl-istorja

Fl-ewwel diskors tal-Baġit ta’ din il-leġiżlatura, li tħabbar nhar it-18 t’Ottubru li għadda, tħabbar li l-pensjonijiet se jiżdiedu bi €12.50 fil-ġimgħa. Din hi l-akbar żieda li qatt ingħatat fil-pensjonijiet u tammonta għal aktar mid-doppju taż-żieda medja osservata fil-ħames snin preċedenti. B’hekk il-qligħ tal-pensjonanti se jiżdied b’minn tal-inqas €650 din is-sena. Diversi pensjonanti mistennija jieħdu żidiet ulterjuri, speċjalment ir-romol li se jaraw żieda medja ta’ madwar €16 fil-ġimgħa, waqt li ħafna pensjonanti gawdew ukoll mill-mekkaniżmu addizzjonali għall-għoli talħajja li ġie introdott fl-aħħar xhur. B’hekk l-ispiża fuq il-pensjonijiet f’pajjiżna għall-ewwel darba se tilħaq il-€1 biljun fis-sena.

L-inqas prezzijiet tal-enerġija u fuels fl-Ewropa

Fl-aħħar 12-il xahar hu stmat li l-enerġija u l-fuels żiedu r-rata tal-inflazzjoni fiż-Żona Ewro b’madwar 5%. Bil-maqlub u avolja tagħmel parti mill-istess grupp ta’ pajjiżi, f’Malta dawn il-prezzijiet baqgħu stabbli grazzi għas-sostenn dirett mogħti mill-Gvern. Dan fisser li familja medja ffrankat madwar €2,000 fis-sena, Is-sitwazzjoni kienet kompletament bil-maqlub meta, taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista u fi kriżi tal-enerġija ferm iżgħar, il-piż fuq il-familji kien żdied b’madwar €1,500 fis-sena.

Minbarra li wassal għal qagħda finanzjarja aħjar għall-familji, is-sostenn li beda jingħata mill-bidu tal2022 kien ukoll sors ta’ kompetittività għall-azjendi lokali, tant li s-sena l-oħra pajjiżna wkoll irreġistra rekord fl-esportazzjoni. Malta tibqa’ unika fl-Ewropa fejn ma seħħet l-ebda bidla fil-prezzijiet tal-enerġija u l-fuels fl-Ewropa.

L-aktar persuni jaħdmu fl-istorja

Fl-2022 kien hemm 283,000 persuna taħdem bi qligħ fl-ekonomija Maltija. Dan kien ifisser żieda ta’ 6% fuq is-sena ta’ qabel jew tliet darbiet akbar mill-medja Ewropea. Minbarra hekk, iż-żieda ta’ aktar minn 16,000 persuna taħdem kienet aktar minn darba u nofs iż-żieda medja osservata mill-2013 ’l hawn.

Il-maġġoranza tat-tkabbir fl-impjiegi kienet fl-oqsma tas-servizzi professjonali, is-settur tal-bejgħ u saħansitra fir-restoranti u l-lukandi, anke jekk kienu l-aktar li ħassew l-impatt tal-akbar pandemija li qatt osservat id-dinja fl-aħħar 80 sena. Dan hekk kif l-ekonomija Maltija kellha rata ta’ tkabbir ta’ 7% jew id-doppju tal-andament ekonomiku fil-bqija tal-UE.

L-inqas ammont ta’ nies jirreġistraw

Minkejja s-sitwazzjoni ekonomika globali xejn tajba, pajjiżna għandu l-inqas rata ta’ qgħad minn fost il-pajjiżi fiż-Żona Ewro – 3% kontra l-medja ta’ kważi 7%. Minbarra hekk, f’Awwissu li għadda l-ammont ta’ dawk jirreġistraw għal impjieg laħaq minimu storiku ta’ 922 persuna.

Dan kien kwart tal-medja li kienet osservata mill-

2013 ’l hawn u tmien darbiet inqas mill-ammont ta’ nies li kienu jirreġistraw qabel il-bidla fil-Gvern fl-2013. Saħansitra f’Għawdex l-ammont ta’ dawk jirreġistraw hu għaxar darbiet inqas minn dak f’Marzu tal-2013.

L-inqas persuni dipendenti fuq assistenza soċjali

It-tkabbir ekonomiku kompla jilħaq dejjem aktar nies u jagħmel differenza reali lil dawk l-aktar fil-bżonn. Matul is-sena li għaddiet dawk dipendenti fuq assistenza soċjali naqsu għal minimu storiku ta’ 5,627. Dan kien ifisser tnaqqis ta’ kważi 230 persuna f’din il-qagħda ta’ dħul vulnerabbli fuq medda ta’ sena biss.

Illum hemm inqas minn nofs l-ammont li kien hemm fl-aħħar sena sħiħa ta’ Gvern Nazzjonalista fuq dan il-benefiċċju soċjali.

L-akbar ammont ta’ depożiti tal-familji mal-banek

Waqt li f’ħafna pajjiżi l-qagħda finanzjarja tal-familji hi waħda prekarja minħabba l-kriżi tal-enerġija, f’pajjiżna d-depożiti mal-banek lokali tal-familji laħaq rekord assolut. Dan meta f’Jannar inqabżet għall-ewwel darba s-somma ta’ €16.5 biljun.

Dan ifisser li matul l-ewwel sena ta’ Dr Robert Abela kien hemm żieda ta’ madwar €1 biljun fit-tifdil tal-familji Maltin u Għawdxin, tliet darbiet iżjed minn dak osservat fl-2012 u 15% akbar miż-żieda medja osservata fid-depożiti mill-2013 ’l hawn.

L-akbar valur ta’ proprjetà residenzjali mixtrija

Il-qagħda finanzjarja tajba tal-familji f’pajjiżna toħroġ ukoll mill-fatt li fl-2022 inxtraw proprjetajiet residenzjali għall-valur totali ta’ €3.3 biljun, l-akbar valur fl-istorja u kważi nofs biljun ewro aktar mill-medja tal-

ħames snin ta’ qabel.

B’kollox saru aktar minn 14,300 kuntratt ta’ xiri ta’ proprjetà, li ammont sostanzjali minnhom kienu f’żoni ta’ konservazzjoni urbana (UCA) jew bini li ma kienx qed jintuża u lkoll ibbenefikaw minn diversi skemi ta’ għajnuna min-naħa tal-Gvern.

L-akbar investiment pubbliku f’edukazzjoni u saħħa Is-sena li għaddiet il-Gvern alloka kważi €750 miljun fuq edukazzjoni, sport u żgħażagħ u aktar minn €1.120 biljun fuq saħħa u kura għall-anzjani. Dan filwaqt li investa kważi €150 miljun fi proġetti kapitali fl-istess oqsma.

Fuq edukazzjoni u saħħa, l-amministrazzjoni ta’ Dr Robert Abela investiet aktar minn €2 biljun jew kważi erba’ darbiet aktar minn dak li kien allokat għaxar snin qabel.

L-aktar investiment fi spazji ħodor u miftuħa

Matul l-2022 il-Gvern u l-entitajiet tiegħu ħawlu aktar minn 25,000 siġra madwar Malta u Għawdex, waqt li nfetħu ġonna u spazji miftuħa ġodda jew inkella ġew irriġenerati wħud eżistenti ekwivalenti għad-daqs ta’ aktar minn 50,250 metru kwadru. Dan hu l-ekwivalenti ta’ seba’ grawnds tal-futbol.

Ma’ dan kollu, issa bdew l-ewwel tħejjijiet għat-twettiq tal-akbar wegħda elettorali li toħroġ mill-manifest “Malta Flimkien”, dik ta’ €700 miljun fuq seba’ snin li se tara żoni urbani u żviluppati fil-qalba ta’ diversi lokalitajiet jinbidlu f’żoni ġodda miftuħa u ta’ rikreazzjoni.

Din se twassal biex kull ċittadin fil-pajjiż ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu postijiet ta’ rilassament li ma jkunux aktar minn għaxar minuti ’l bogħod minn fejn jgħix jew jaħdem.

26.03.2023 03

PUNTI EWLENIN FIL-MIXJA TAL-EWWEL

Il-Maltin u l-Għawdxin jivvotaw fl-akbar proċess demokratiku ieħor fejn 86% eżerċitaw id-dritt tagħhom li jagħżlu lil min iridu jmexxihom. B’kollox kien hemm 355,075 persuna fuq ir-Reġistru Elettorali ta’ Frar eliġibbli għal din l-elezzjoni ġenerali, iżda minn dawn 14,473 dokument tal-vot baqgħu ma nġabrux sal-Ħamis f’nofsillejl. L-aktar distretti li ġew affettwati minn dan kienu l-10 u t-12-il Distrett, li storikament ixaqilbu lejn il-Partit Nazzjonalista.

Fl-għadd tal-voti elettroniku, li kien l-ewwel wieħed għal elezzjoni ġenerali, il-Partit Laburista kiseb l-akbar distakk fuq il-Partit Nazzjonalista fl-istorja mill-Indipendenza ’l hawn. Id-distakk fis-sehem tal-voti laħħaq it-13.4% jew 39,465 vot. Il-Partit Laburista rnexxielu jżid in-numru tal-ewwel preferenzi fuq iż-żewġ elezzjonijiet preċedenti, minkejja parteċipazzjoni aktar baxxa tal-elettorat. Min-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista rnexxielu jikseb biss 41.7% tal-voti tal-ewwel preferenza, li jfisser li, taħt it-tmexxija ta’ Bernard Grech, inkiseb l-agħar persentaġġ tal-voti mill-Elezzjoni Ġenerali tal-1955 ’l hawn, jiġifieri sa żmien it-tmexxija ta’ George Borg Olivier.

Il-Mexxej Laburista Dr Robert Abela jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala l-14-il Prim Ministru tal-pajjiż. Fl-ewwel messaġġ tiegħu, hu qal li “Malta Flimkien ma kinitx sempliċi għajta ta’ kampanja elettorali. Malta Flimkien il-mod li bih irrid immexxi fl-ewwel mandat li tani l-poplu Għawdxi u Malti biex inservih bħala Prim Ministru. Inħossni mċekken bil-vot b’saħħtu ta’ fiduċja li tajtuni, wara perjodu li matulu pajjiżna, bħall-bqija tad-dinja, iffaċċja numru ta’ sfidi. Issa naspira li bl-għażla ta’ nhar is-Sibt, Malta tidħol għal fażi ġdida. Nemmen li daqskemm kien sinjal ta’ fiduċja fija u fit-tajjeb li għamilna bħala pajjiż tul l-aħħar snin, l-għażla li għamiltu kienet ukoll konferma tar-rieda li għandna bħala poplu biex naqilbu l-paġna.”

Jieħdu l-ġurament tal-ħatra l-membri tal-Kabinett tal-Gvern. Il-Kabinett il-ġdid ta’ Robert Abela hu l-aktar wieħed żagħżugħ fl-istorja, b’età ferm iżgħar minn kull tim ministerjali preċedenti. Il-grupp il-ġdid ta’ ministri għandhom medja ta’ 43 sena, li tirrifletti dik tal-popolazzjoni ta’ pajjiżna. Din kienet l-ewwel darba li l-età medja tal-Kabinett hi daqs dik tal-popolazzjoni, hekk kif kabinetti preċedenti dejjem kienu jkunu ixjeħ mill-medjan nazzjonali. Minbarra hekk, wieħed minn kull sitt ministri maħtura huma Għawdxin, prova oħra ċara tal-impenn ta’ Robert Abela, li jpoġġi lil Għawdex fiċ-ċentru tat-tfassil tal-politika tiegħu.

Issir l-ewwel laqgħa tal-Kabinett il-ġdid immexxi mill-Prim Ministru. F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Dr Abela qal li din kienet “laqgħa tajba ħafna dik tal-Kabinett dalgħodu. Għandna entużjażmu

u determinazzjoni qawwija biex inwettqu l-ħidma li fdalna l-poplu Għawdxi u Malti.”

Jitħaddem għall-ewwel darba l-mekkaniżmu għal aktar ugwaljanza bejn is-sessi fil-Parlament. Għall-Partit Laburista ġew eletti l-kandidati Alicia Bugeja Said, Cressida Galea, Abigail Camilleri, Amanda Spiteri Grech, Naomi Cachia u Davina Sammut Hili. Is-sitt nisa eletti f’isem il-PL b’dan il-mekkaniżmu huma kollha wċuħ ġodda u daħlu għall-ewwel darba fl-ogħla istituzzjoni. Bl-istess mod ġew eletti Janice Chetcuti, Paula Mifsud Bonnici, Julie Zahra, Bernice Bonello, Claudette Buttigieg u Eve Borg Bonello f’isem il-PN.

Il-Parlament, magħmul minn 79 membru elett, jiftaħ b’seduta li kienet indirizzata mill-President tar-Repubblika George Vella, li fil-messaġġ tradizzjonali tiegħu għall-inawgurazzjoni tal-14-il leġiżlatura qal li l-bidu dejjem iġib arja friska, entużjażmu, enerġija ġdida u ħolm għall-futur. “Dan se jkun l-ispirtu tat-tmexxija għal dan il-pajjiż f’din il-leġiżlatura l-ġdida,” saħaq il-President.

Fl-istess seduta, il-Prim Ministru nnomina mill-ġdid lil Dr Anġlu Farrugia bħala Speaker tal-Kamra tad-Deputati, pożizzjoni li ġiet sekondata mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.

Fl-ewwel diskors tiegħu filParlament f’din il-leġiżlatura l-ġdida, il-Prim Ministru qal li l-Gvern huwa determinat li jwettaq dak li jwiegħed bil-programm tiegħu.

“Programm ta’ Gvern li għandu mandat b’saħħtu ħafna, iżda li jrid u se jibqa’ Gvern umli. Għalhekk irridu u se nisimgħu u nikkonsultaw kontinwament maċ-ċittadini ta’ dan il-pajjiż. Fl-istess ħin nifhmu, imbagħad, u nafu li l-akbar piż u responsabbiltà li għandna fuqna hi li nieħdu d-deċiżjonijiet. In-nies fdawna biex niddeċiedu. Deċiżjonijiet li rridu neħduhom biex intejbu l-kwalità talħajja tan-nies biex pajjiżna jibqa’ miexi ’l quddiem,” qal Robert Abela fil-ftuħ tal-ħidma fl-ogħla istituzzjoni nazzjonali.

L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu, Fitch Ratings ikkonfermat ir-rating ta’ A+ bi prospetti stabbli, għal pajjiżna, minkejja l-effetti negattivi tal-pandemija u tal-Gwerra fl-Ukrajna.

L-esperti internazzjonali attribwew dan ir-rating pożittiv fuq numru ta’ fatturi differenti, fosthom

il-mod kif irkuprat

l-ekonomija Maltija

mill-effetti tal-pandemija COVID-19, tant li l-Prodott Gross Domestiku kiber b’9.4% fl-2021, ferm aktar mit-tbassir ta’ 5.7% li l-istess Fitch kienet għamlet f’Novembru ta’ qabel.

Il-Kummissjoni Ewropea wkoll titkellem favorevoli għall-iżviluppi f’pajjiżna u tgħid li t-tkabbir ekonomiku Malti se jibqa’ għaddej u mistenni jilħaq l-4.2% fl-2022, minkejja l-isfidi internazzjonali li kienu qed jaffettwaw ħażin stati oħrajn membri fl-Unjoni Ewropea.

Kien imiss lillaġenzija ta’ kreditu Moody’s li tikkonferma li l-ekonomija se tkompli tikber u r-rata tal-inflazzjoni se tibqa’ fost l-inqas li jeżistu fil-kontinent. Din spjegat li l-konferma tar-rating fil-livell ta’ A2 tfisser li għad-daqs

żgħir tagħha, l-ekonomija Maltija tibqa’ diversifikata u qed tilqa’ għaż-żieda li sejħet “moderata” fid-dejn pubbliku, u b’sistema bankarja li hi robusta. L-esperti internazzjonali hawn tennew li ż-żamma ta’ dan ir-rating jirrifletti l-isforzi li qed jagħmel il-Gvern biex jindirizza nuqqasijiet istituzzjonali.

Jitressqu bidliet ġodda fil-Liġi tal-In-Vitro Fertilisation (IVF) fl-ewwel mitt jum mill-elezzjoni, kif imwiegħed fil-manifest elettorali, li wasslu biex aktar persuni jkollhom l-opportunità li jsiru ġenituri.

Il-Prim Ministru saħaq li “kieku kien possibbli llum setgħu jitkellmu dawk il-familji mġarrba minfloki, għax ħadd daqshom ma jista’ jwassal daqstant ċar il-ħtieġa ta’ din ir-riforma. Din hi bidla li tixhed li aħna nibqgħu l-aktar forza progressiva f’pajjiżna”.

Bl-emendi, li ġew approvati fil-Parlament f’Lulju, twessgħu l-proċeduri li tippermetti x-xjenza biex aktar familji jkollhom ferħ bit-twelid t’aktar trabi, inkluż b’aktar ċikli tal-IVF mingħajr ħlas.

Malta tiġi eletta fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda b’appoġġ ta’ 93.7%.

B’hekk bejn l-2023 u l-2024 pajjiżna se jkollu siġġu mhux permanenti fil-Kunsill tas-Sigurtà wara li fi New York kiseb 185 minn 190 vot, li jfisser iżjed miż-żewġ terzi li pajjiż irid iġib biex ikollu din il-pożizzjoni prestiġjuża. L-aħħar u l-unika darba li Malta kellha siġġu fil-Kunsill tas-Sigurtà tal- Ġnus Magħquda kien kważi 40 sena ilu, fil-perjodu 1983-1984.

Fil-kampanja internazzjonali biex jiġi elett, pajjiżna saħaq fuq suġġetti importanti, fosthom is-sigurtà, is-sostenibilità u s-solidarjetà.

L-aġenzija ta’ kreditu DBRS Morningstar ikkonfermat ir-rating fil-livell A għal pajjiżna, waqt li nnotat ukoll li t-tendenza ta’ klassifikazzjoni baqgħet stabbli u bassret li l-iżvilupp ekonomiku Malti se jibqa’ wieħed b’saħħtu. “L-ekonomija Maltija rkuprat mix-xokk tal-pandemija tal-COVID-19 b’ritmu aktar mgħaġġel milli antiċipat

qabel, minkejja li kien hemm biss irkupru parzjali fit-turiżmu internazzjonali fl-2021,” qalet l-aġenzija Ġermaniża. Malta titneħħa mil-lista l-griża tal-Financial Action Task Force (FATF), grazzi għar-riformi kbar li wettaq il-Gvern. Fir-reazzjoni tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela qal li “llum kellna konferma oħra tal-impenn ta’ din l-amministrazzjoni li tkompli timmodernizza lil dan il-pajjiż, mhux l-inqas fil-qasam tal-governanza t-tajba, kif ukoll fil-ħidma tal-istituzzjonijiet, konferma oħra ta’ Gvern riformista li hu impenjat iwettaq dak li jwiegħed. Konna konvinti millħtieġa ta’ dawn ir-riformi, għax nafu x’pajjiż irridu nħallu lil uliedna. Fi prova oħra ta’ kemm pajjiżna hu ġurisdizzjoni reputabbli u serja, ninsab infurmat li waqt il-proċess tal-plenarja (tal-FATF) li nżamm din il-ġimgħa, il-każ ta’ Malta kien deskritt bħala ‘a success story’.”

Il-Gvern iħabbar investiment multimiljunarju fl-industrija lokali tal-avjazzjoni millGrupp Ryanair. F’konferenza tal-aħbarijiet fil-Berġa ta’ Kastilja, ġie spjegat mill-Prim Ministru kif dan il-proġett ta’ €20 miljun se jara l-ftuħ ta’ bażi għall-manutenzjoni u t-tiswija tal-ajruplani tal-linja tal-ajru. Permezz ta’ dan l-investiment massiċċ, se jinħolqu mal-250 impjieg ġdid u ta’ kwalità f’pajjiżna, apparti l-250 impjieg li diġà nħolqu mill-istess kumpanija fostna fil-passat.

Il-Kap Eżekuttiv tar-Ryanair DAC, Eddie Wilson, qal kif dan l-investiment huwa vot ta’ fiduċja li l-kumpanija għandha f’Malta.

Il-Parlament approva t-tielet qari tal-abbozz ta’ liġi li jittratta l-femiċidju fil-Kodiċi Kriminali. B’din il-bidla, qtil jew attentat ta’ qtil li jirriżulta li jkun femiċidju, jiġifieri l-vittma tal-każ tkun mara jew tifla, għandu jorbot lill-ġudikanti biex jagħtu piena aktar ħarxa. Dan l-abbozz ta’ liġi wassal il-messaġġ li pajjiżna verament qed jaħdem favur l-ugwaljanza.

Il-Prim Ministru ddeskriva din il-bidla bħala waħda kuraġġuża “li tagħti l-kuraġġ lil kull min sal-lum beża’ jitkellem, beża’ jersaq lejn is-servizzi li hawn disponibbli jew ħassu waħdu jiġġieled din il-ġlieda diffiċli. Illum bgħattna sinjal lil min qed ibati fis-skiet li aħna hawn spalla għalikom, ersqu ’l quddiem u itolbu l-għajnuna. Tħallux li jasal il-mument meta jkun tard wisq.”

Il-Gvern jibda l-proċess biex jassigura li l-art fi ż - Ż on qor f’Wied il-Għajn tibqa’ flistat naturali tagħha u tingħaqad mal-Park Nazzjonali tal-Inwadar. Fl-istess ħin, art fil-Kottonera, li kellha tinbena mill-American University of Malta, ingħatat lura lin-nies, filwaqt li SmartCity se tibqa’ tingħata l-ħajja u ssir waħda mid-destinazzjonijiet ewlenin f’pajjiżna.

26.03.2023 04
Marzu 2022 26 Marzu 2022 27 Marzu 2022 28 Marzu 2022 30 April 2022 4 April 2022 12 Mejju 2022 7 Mejju 2022 11 Mejju 2022 14 Mejju 2022 26 Ġunju 2022 9 Ġunju 2022 11 Ġunju 2022 17 Ġunju 2022 21 Ġunju 2022 21 Mejju 2022 16 Mejju 2022 18 Ġunju 2022 22

SENA TAL-GVERN TA’ ROBERT ABELA

F’inqas minn mitt jum wara li beda l-mandat ta’ Gvern ġdid, tressqu żewġ riżoluzzjonijiet u d-dokumentazzjoni relevanti mas-suġġett lill-membri tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi fi ħdan il-Parlament għal dan ilgħan.

Jiġu introdotti drittijiet ġodda fil-leave tal-paternità, fil-leave tal-ġenituri u fil-leave tal-carers.

Il-pakkett ta’ miżuri daħħal il-kunċett ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar bil-għan li jinħoloq bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata biex ikompli wkoll jissaħħaħ ilkunċett tal-ugwaljanza u s-sostenn lill-koppji fl-aktar żmien li jkollhom bżonn.

Il-missirijiet ġew intitolati għal għaxart ijiem imħallsa b’mod sħiħ, kull ġenitur ġie intitolat għal erba’ xhur leave għall-ġenituri, li xahrejn minnhom ikunu mħallsa skont in-National Parental Leave Rate u x-xahrejn l-oħra li mhux imħallsa jkunu jistgħu jiġu trasferiti bejn ġenitur u ieħor, waqt li għall-ewwel darba wkoll il-ħaddiema ġew intitolati għal ħamest ijiem fis-sena bla ħlas biex, f’każ ta’ bżonn, jipprovdu indukrar jew appoġġ personali lill-qarib jew lil xi persuna li tgħix fl-istess dar magħhom għal raġuni medika.

Fl-ewwel sitt xhur tas-sena, l-ispiża tal-Gvern fuq il-benefiċċji soċjali żdiedet b’aktar minn €32 miljun fuq l-istess perjodu sena qabel. Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fl-ewwel nofs tas-sena n-nefqa totali fuq il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali qabżet is-€615-il miljun. Mill-benefiċċji kontributorji, l-akbar porzjon ta’ flus (€465,700,000) marru għall-pensjonijiet, waqt li fil-kategorija tal-benefiċċji mhux kontributorji kien il-ħlas taċ-Children’s Allowance. Dawn, flimkien mas-suppliment għal kull wild taħt is-16-il sena, l-In-Work Benefit fejn il-ġenituri huma impjegati, il-bonus għall-ewwel wild fil-familja, l-allowance tal-fostering, u l-allowance għal tfal b’diżabilità lil aktar minn 47,000 familja, assorbew €24 miljun oħra.

Malta tirreġistra l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja tal-pajjiż meta l-istatistika tax-xahar preċedenti wriet li din niżlet għal 3%, bil-Prim Ministru jwiegħed li l-amministrazzjoni se tibqa’ tistinka favur prosperità bi skop.

Jiġu rreġistrati riżultati pożittivi fil-qasam turistiku, li taw nifs lill-industrija minkejja li sal-ewwel kwart tas-sena kienet

għadha ddominata

b’restrizzjonijiet tal-pandemija minħabba l-varjant

Omicron. Dan kien ukoll sinjal tal-għajnuna bla preċedent, partikolarment bil-Wage Supplement, li l-Gvern allokalha sa mill-2020 biex tkun tista’ terġa’ tirranka minnufih appena majnat il-kriżi internazzjonali. Sostenn ieħor qawwi lill-industrija kienu

s-sussidji kbar ukoll li l-Gvern ħareġ biex il-prezzijiet tal-enerġija u l-fuels ma żdidux għall-industriji u għall-familji kawża tal-Gwerra fl-Ukrajna. Ir-riżultati fit-turiżmu baqgħu jitjiebu xahar wara ieħor.

Il-Prim Ministru jibda impenji importanti tiegħu fi New York, l-Istati Uniti tal-Amerka, għall-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda. Fl-indirizz tiegħu lil din l-istituzzjoni internazzjonali, hu tenna dwar dak li “jistennew l-aktar il-popli li nirrappreżentaw – paċi, ugwaljanza u prosperità. Dawn huma dawk li aħna, bħala mexxejja dinjin, għandna naspiraw biex inwasslu lill-popli tagħna, lid-dinja u l-ġenerazzjonijiet futuri.”

Il-Gvern iħabbar li se tiġi ppreżentata riforma fil-qasam tal-qbiela biex tassigura li s-sidien tal-artijiet jibdew ikollhom dħul xieraq fil-kirjiet annwali tagħhom u twaqqaf l-iżgombrar ta’ bdiewa mill-għelieqi li jaħdmu.

B’hekk tiġi garantita parti mill-provvista tal-ikel lokali, waqt li s-settur tal-biedja ma jkomplix ibati minn tnaqqis ta’ bdiewa bi qbiela fuq art privata li jlaħħqu għal madwar 7,500.

L-abbozz ta’ liġi għandu l-għan li jipprovdi definizzjonijiet legali għad-drittijiet tas-sidien fuq l-artijiet tagħhom u dawk tal-bdiewa li jżommu dawk l-istess artijiet, wara deċiżjoni tal-Qorti fl-2020 iddikjarat li l-liġi tal-qbiela kif inhi tmur kontra l-Kostituzzjoni.

L-emendi ħasbu wkoll għat-twaqqif ta’ awtorità li tissalvagwardja l-art agrikola tal-privat u li art agrikola tiġi valutata bħala tali u mhux skont is-suq tal-artijiet b’mod ġenerali.

F’laqgħa straordinarja talKabinett fost in-nies, il-Prim Ministru jħabbar it-twessigħ tal-iskema li toffri għajnuniet bażiċi lill-istudenti. Minn din is-sena skolastika, Skema 9 se titwessa’ skont il-ħtieġa u madwar 2,000 student li jgawdu minnha se jiġu megħjuna f’aktar minn għajnuna waħda li jeħtieġu. Minbarra hekk, sostna li din il-miżura se tkun qed tiġi akkumpanjata minn fond b’medja ta’ €10,000 għal kull skola, biex jiġu megħjuna studenti fil-ħtiġijiet bażiċi.

“Il-prinċipju hu dejjem dak li jirregolana meta nitkellmu dwar l-edukazzjoni. Nista’ niġbru f’sentenza qasira, dik li ma nħallu lill-ebda tifel jew tifla jaqgħu lura, ikunu xi jkunu l-isfidi. Irridu naraw li t-tfal tagħna jirnexxu, fis-suġġetti akkademiċi kif ukoll fil-vokazzjonijiet differenti. Irridu li l-aqwa opportunitajiet li qed noħolqu f’ekonomija li qiegħda tikber jaħtfuhom kollha t-tfal tagħna,” tenna Dr Abela.

Il-Gvern, permezz tal-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana, iressaq ilBaġit għall-2023 bit-tema “Malta Ċertezza u Stabbil-

tà”. F’konferenza stampa eżatt wara s-seduta Parlamentari, il-Prim Ministru saħaq li “l-Baġit imħabbar hu għal-lum u għall-futur. Iċ-ċertezza u l-istabbiltà li qed nagħtu llum se tħalli lill-familji u lin-negozji tagħna jippjanaw il-ġejjieni tagħhom b’serħan il-moħħ.”

Il-Baġit kien ippakkjat b’miżuri ġodda u oħrajn innovattivi mill-manifest “Malta Flimkien”, li l-poplu ta mandat b’saħħtu fuqu f’Marzu ta’ qabel, jiggarantixxi kwalità ta’ ħajja aħjar għall-Maltin u l-Għawdxin. Id-diversi miżuri, indirizzati lill-faxex kollha tas-soċjetà mit-trabi sal-anzjani, qed jiġu sostnuti mit-tkabbir ekonomiku li pajjiżna qed ikompli jesperjenza, frott il-fiduċja minn barra u anke mid-domanda domestika, b’differenza għal dak li qed jesperjenzaw pajjiżi oħrajn.

Waqt li kien qed jindirizza l-konferenza dwar it-tibdil fil-klima, COP27, fl-Eġittu, ilPrim Ministru Malti saħaq li jridu jiġu implimentati miżuri li tassew jindirizzaw it-tibdil fil-klima. Dan isir billi tiddaħħal politika fiskali li tinċentiva l-investiment fl-ekonomija diġitali u tinbena politika b’saħħitha favur l-użu ta’ enerġija alternattiva.

Dr Abela tkellem dwar kif pajjiżna qed jimplimenta strateġija favur id-dekarbonizzazzjoni, li permezz tagħha sal2050 se jkollu ekonomija newtrali fejn jidħol l-użu tal-karbonju.

Il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) jgħid li fl-2023 l-ekonomija

Maltija mistennija

tikber sitt darbiet aktar mill-medja Ewropea. Fi tmiem analiżi esperta estensiva, il-bord eżekuttiv tal-IMF kellu kliem ta’ tifħir għallmod kif qed titmexxa l-ekonomija ta’ pajjiżna u kkonkluda li l-irkupru ekonomiku ta’ pajjiżna mill-pandemija kien b’saħħtu ħafna, tant li kellna t-tieni l-aqwa rata ta’ tkabbir minn fost il-pajjiżi kollha taż-Żona Ewro. L-istituzzjoni rinomata wkoll saħqet li l-Baġit 2023 jagħmel sens fid-dawl taċ-ċirkostanzi preżenti. Fl-istess ġurnata, ilKummissjoni Ewro pea bassret li r-rata ta’ tkabbir fl-2023 se tkun disa’ darbiet iżjed mill-medja Ewropea, waqt li Fitch Ratings terġa’ tirriafferma r-rating ta’ A+ għal pajjiżna, timbru ieħor ta’ suċċess.

Id-Depu Prim Ministru u Ministru għasSaħħa Chris Fearne jressaq għall-ewwel qari fil-Parlament Malti emenda għall-kodiċi kriminali biex ikun żgurat li l-liġi ma ttellifx lit-tobba milli jsalvaw il-ħajja ta’ mara tqila f’każ ta’ kumplikazzjonijiet mediċi serji. B’din l-emenda, se tkun iċċarata l-pożizzjoni legali tat-tabib kuranti u talomm f’ċirkostanzi fejn it-tqala twassal biex l-omm tħabbat wiċċha ma’ kumplikazzjoni medika li tpoġġilha ħajjitha

f’periklu gravi.

Il-Prim Ministru tenna li din hi “emenda waħda u waħda biss li biha se nassiguraw li nsalvaw il-ħajja u s-saħħa tal-omm f’mument li tant tkun ilha tistennieh, iżda li jkollha l-isfortuna li tispiċċa f’periklu li titlef ħajjitha jew li saħħitha titqiegħed f’periklu ċar.” Mill-ġdid l-irkupru ekonomiku ta’ Malta jiġi mfaħħar millIMF u fir-rapport annwali tiegħu jinnota li l-politika lokali wasslet biex l-inflazzjoni hi fost l-inqas li jeżistu fiż-Żona Ewro u l-qgħad fl-aktar livell baxx fl-istorja. Fl-istess ħin, l-esperti internazzjonali jfaħħru r-riformi istituzzjonali u jħeġġu lil Malta biex tagħmel iżjed.

Separatament l-aġenzija ta’ kreditu DBRS tikkonferma r-rating ta’ A(high) stable għal pajjiżna.

F’Ta’ Qali, il-Prim Ministru Malti u l-Kummissarju Ewropew għall-Koeżjoni u r-Riformi Elisa Ferreira nedew il-programmi operattivi tal-fondi Ewropej għal Malta sal-2027, li jammontaw għal aktar minn €2.2 biljun. Dan l-akbar pakkett ta’ fondi għal pajjiżna ġie nnegozjat mill-Gvern immexxi minn Robert Abela fis-sajf tal2020 u hu aktar mid-doppju ta’ kemm kien irnexxielu jikseb Gvern Nazzjonalista fl-2012.

Il-Prim Ministru qal li dawn il-fondi Ewropej, flimkien mal-investiment kollu li qed jagħmel il-Gvern, se jaraw lil pajjiżna jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja talMaltin u l-Għawdxin. Diversi msieħba soċjali faħħru l-impenn tal-Gvern biex jagħti serħan il-moħħ lill-ħaddiema u lin-negozji f’pajjiżna.

Mit-Tnejn 20 ta’ Frar, dawk il-first-time buyers li xtraw proprjetà mill-bidu tal-2022 u li għaliha ħadu self millbank, se jkunu jistgħu jibdew japplikaw mal-Awtorità tad-Djar biex igawdu mill-miżura tal-għotja ta’ €1,000 fis-sena għal għaxar snin.

F’konferenza tal-aħbarijiet fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela qal li b’hekk qed titwettaq miżura oħra elettorali f’inqas minn sena mit-tħabbira tagħha waqt il-kampanja elettorali. L-iskop tal-għotja hu wieħed ċar, dak li l-Gvern jgħin liż-żgħażagħ fit-twettiq olma tagħhom li jkollhom l-ewwel dar u li din ma tkunx ż, iżda ħolma sabiħa.

Waqt laqgħa speċjali tal-Kabinett flMCAST, ġie approvat it-twaqqif ta’ Youth Advisory Forum. IlPrim Ministru u l-Kabinett semgħu minn diversi żgħażagħ l-ideat u l-ħsibijiet tagħhom għall-preżent u l-futur tal-pajjiż. Dr Abela tenna li ż-żgħażagħ huma l-aktar li jistgħu jħaddnu t-twemmin ta’ “Malta Flimkien”, bla preġudizzji biex flimkien inkomplu nsebbħu l-futur ta’ Malta.

Spazju miftuħ ta’ 17,000 metru kwadru ġie inawgurat bl-ewwel fażi tal-proġett talPark tal-Familja f’Bengħajsa, li jinkludi picnic area qalb 4,000 siġra, fosthom b’inizjattiva favur Puttinu Cares. Il-park hu aċċessibbli għal kulħadd.

26.03.2023 05
Lulju 2022 12 Lulju 2022 27 Lulju 2022 28 Awwissu 2022 25 Settembru 2022 19 Ottubru 2022 4 Ottubru 2022 11 Ottubru 2022 24 Novembru 2022 9 Novembru 2022 12 Novembru 2022 21 Diċembru 2022 10 Jannar 2023 27 Frar 2023 17 Marzu 2023 20 Marzu 2023 22

FIT-TRIQ IT-TAJBA LEJN SOĊJETÀ FERM

Il-Kummissjoni

Fl-aħħar snin deher biċ-ċar kif il-Gvern Malti qed iħaddan politika li tiffavorixxi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u li effettivament qed issarraf f’soċjetà li tkun aktar ġusta. Il-benefiċċju ta’ dan hu li qed jirriżulta f’aktar ħidma biex tkun miġġielda l-imġiba li tammonta għal fastidju sesswali.

Il-fastidju sesswali speċjalment, imma mhux biss, fuq il-postijiet tax-xogħol għandu l-għeruq tiegħu fl-inugwaljanza bejn il-ġeneri u frott ta’ soċjetà u mentalità maskilista li kulma jmur qed jisfumaw fix-xejn. Ftit tal-ġimgħat ilu, fi New York, l-Istati Uniti tal-Amerka, waqt is-67 sessjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa tal-Ġnus Magħquda, waħda mit-temi diskussi kienet propju l-pjaga li jħalli r-reat tal-fastidju sesswali, speċjalment fuq il-mara. Għalkemm kien hemm mal-180 pajjiż li pparteċipaw, fosthom Malta, tema komuni kienet li l-fastidju sesswali ma jista’ qatt ikun aċċettabbli, għax intrinsikament jikser id-dinjità tal-individwu u jwassal għal ambjent mhux sigur u umiljanti.

Hu f’dan il-kuntest li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Ugwaljanza (NCPE) f’pajjiżna qed tipprovdi taħriġ lil entitajiet tal-Gvern u kumpaniji privati dwar kif għandhom jevitaw kemm jista’ jkun il-fastidju sesswali, flimkien mal-miżuri li għandhom jittieħdu meta jiġru każi simili.

Il-konferenza, li ġiet organizzata mill-Kummissjoni stess fl-okkażjoni tal-Jum Dinji talMara aktar kmieni dan ix-xahar, ittrattat fit-tul l-effetti u l-konsegwenzi tal-fastidju sesswali fuq il-postijiet tax-xogħol. Din kienet okkażjoni tajba biex saret evalwazzjoni ta’ x’sar s’issa u x’jista’ jsir aktar biex

tissaħħaħ il-ġlieda kontra kull forma ta’ fastidju sesswali.

Kemm is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, Rebecca Buttigieg, kif ukoll il-Ministru għall-Intern, is-Sigurta, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri, saħqu li l-fastidju sesswali minbarra li jkisser id-dinjità tal-persuna, hu forma ta’ diskriminazzjoni.

Huma tennew li l-Gvern hu impenjat li jkompli jsaħħaħ l-infrastruttura tal-ugwaljanza b’tisħiħ tal-mandat tal-korpi tal-ugwaljanza, inkluż l-NCPE, biex tkompli ssir differenza fil-ħajja tan-nies għal dawk li qegħdin f’riskju jew vittmi ta’ forom differenti ta’ diskriminazzjoni.

Fl-aħħar rapport annwali tagħha, l-NCPE spjegat kif fl2021 meta kien għad hemm ir-restrizzjonijiet tal-pandemija xorta rnexxielha tipprovdi 49 sessjoni ta’ taħriġ lil min iħaddem fejn b’kollox attendew mad-900 persuna.

Is-sena l-oħra, il-Kummissjoni rdoppjat dawn is-sessjonijiet għal 133, filwaqt li l-parteċipazzjoni kienet ta’ ’l fuq minn 2,800 persuna li jaħdmu f’setturi varji, inkluż ħaddiema fis-servizzi tas-saħħa, membri tal-Armata, studenti u anke kumpaniji differenti privati.

Fl-aħħar sentejn mat-3,700 persuna tħarrġu mill-NCPE dwar il-fastidju sesswali

Tali ħidma qed tiġi intensifikata mal-employers li jitolbu li jkollhom dan ittaħriġ. Skont informazzjoni li tipprovdi l-Kummissjoni stess, ħafna employers qegħdin jifhmu li l-policies u prattiċi kontra l-fastidju sesswali huma fl-interess tas-saħħa fiżika u mentali tal-impjegati tagħhom stess kif ukoll huma utli biex

ma tkunx affettwata

ħażin il-produttività filpost tax-xogħol tagħhom.

Malta għandha liġi robusta kontra l-fastidju sesswali, ibbażata fuq direttiva tal-Unjoni Ewropea, li wasslet biex f’diversi każi ttieħdu passi kriminali fejn irriżulta li tabilħaqq kien hemm fastidju sesswali.

Dan seħħ anke permezz talgħajnuna mill-Kummissjoni li

tinvestiga b’mod indipendenti. Meta l-liġi ta’ Malta titqabbel ma’ dawk fil-bqija tal-pajjiżi Ewropej, din hi ċara kristall, anke għax, fost oħrajn, tgħid li kull imġiba li tista’ tkun bilkliem, bl-għemil, b’mossi jew bil-kitba fuq bażi sesswali li tkun offensiva u/jew umiljanti jew intimidatorja tiġi kkunsidrata bħala fastidju sesswali. Hemm ukoll sitwazzjonijiet aktar gravi, fosthom li persuna titlob pjaċiri sesswali jew kunfidenza żejda b’konnotazzjoni sesswali.

Permezz ta’ dan il-qafas legali sod, aktar u aktar kumpaniji qegħdin ifittxu li jingħataw it-taħriġ mill-NCPE dwar kif jevitaw reati simili fl-azjendi tagħhom u x’għandhom jagħmlu f’każ li jirriżultaw allegazzjonijiet ta’ fastidju sesswali.

Għalkemm il-liġijiet huma importanti, hi daqstant ieħor essenzjali l-edukazzjoni biex tispiċċa l-mentalità abbużiva li twassal għal diversi forom ta’ fastidju sesswali li jista’ jkun fiżiku, psikoloġiku u llum anke

26.03.2023 06
Nazzjonali għall-Ugwaljanza f’pajjiżna tipprovdi taħriġ regolari dwar kif għandhom jiġu evitati

IŻJED UGWALI

kemm jista’ jkun il-fastidji sesswali

bl-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali.

Is-sena li għaddiet isServizz Pubbliku wkoll adotta politika kontra l-fastidju sesswali, permezz ta’ policy dettaljata bl-isem “Employee Wellbeing: A Harassment & Bullying Free Workplace”, li dan l-aħħar reġgħet ġiet aġġornata. Din qiegħda sservi bħala manwal għall-impjegati fiċ-Ċivil u għal-livelli maniġerjali dwar proċeduri li jridu jsegwu f’każi ta’ fastidju sess-

wali jew bullying fost il-ħaddiema tal-Gvern.

Dan hu eżempju mill-aktar tajjeb ta’ prattika tajba, tant li xi kumpaniji privati diġà jimxu fuq tali mudell. Il-kumpaniji qed jifhmu perfettament li l-ambjent tax-xogħol fejn persuna tqatta’ mat-tmien sigħat kuljum, ikun wieħed tossiku għas-saħħa fiżika u mentali tal-ħaddiema tagħhom kemm-il darba dawn ikunu suġġetti jew qegħdin jiġu umiljati b’fastidju sesswali.

26.03.2023 07 FERM

FITCH GĦAL DARB’OĦRA TAGĦTI A+ LIL MALTA

L-aġenzija ta’ kreditu Fitch Ratings ikkonfermat mill-ġdid ir-rating ta’ pajjiżna bħala A+ bi prospetti stabbli. Fir-rapport tagħhom, l-esperti internazzjonali nnotaw it-tkabbir ekonomiku qawwi ta’ Malta tant li jgħidu li dan “jissupera l-bqija tal-Unjoni Ewropea” (“outperforming the rest of the EU”) u jinnotaw kif l-akbar fattur wara dan is-suċċess kien livell qawwi ta’ investiment. Fir-rapport jiġi analizzat ukoll il-livell ta’ konsum privat tajjeb, minħabba li, skont Fitch Ratings, l-inflazzjoni f’pajjiżna baqgħet relattivament taħt kontroll bis-saħħa tal-miżura tal-Gvern li jżomm il-prezzijiet stabbli għall-enerġija u l-fuels. Fl-istess ħin jagħrfu kif il-qgħad laħaq ukoll minimu storiku s-sena li għaddiet.

Fost is-setturi li l-aktar marru tajjeb ir-rap-

port issemmi l-gaming, l-informatika, is-servizzi professjonali kif ukoll it-turiżmu. Dawn mistennija jkomplu jikbru anke din is-sena meta l-ekonomija ta’ pajjiżna mistennija terġa’ tikber b’mod sinifikanti u l-għoli tal-ħajja mistenni jonqos, speċjalment fid-dawl tad-deċizjoni talGvern li jkompli jkun ta’ sostenn għall-familji Maltin u Għawdxin.

Minkejja dan is-sostenn, l-esperti tal-aġenzija ta’ kreditu jirrikonoxxu li d-defiċit kompla jonqos, fid-dawl tal-galbu fl-immaniġġjar tal-ispiża tal-Gvern. Fil-fatt huma jbassru li mhux talli l-Gvern se jilħaq il-miri fiskali għal din is-sena, imma se jmur anke aħjar milli previst fil-Baġit li għadda. Il-piż tad-dejn pubbliku hu mbassar li jibqa’ wkoll taħt is-60% tal-ġid nazzjonali.

Ir-rapport jgħid li, mingħajr bżonn ta’ miżuri ta’ awsterità, bħal żidiet fit-taxxi jew tnaqqis flispiża, il-qagħda finanzjarja tal-Gvern Malti se tibqa’ titjieb minħabba r-rata tajba ta’ tkabbir ekonomiku.

Dan filwaqt li Fitch tinnota kif pajjiżna għandu “kapaċità istituzzjonali b’saħħitha, saltna tad-dritt effettiva u livell baxx ta’ korruzzjoni” (“strong institutional capacity, effective rule of law and a low level of corruption”), kompletament bil-maqlub ta’ dak li tgħid l-Oppożizzjoni Nazzjonalista.

Fid-dawl ta’ dan kollu, l-esperti tal-aġenzija kkonfermaw ir-rating A+ għal pajjiżna biex bagħtu sinjal ċar tal-fiduċja li għandhom fl-ekonomija lokali u t-tmexxija tal-Gvern Malti.

17,000m2 TA’ SPAZJU AĦDAR

GĦALL-PUBBLIKU F’BENGĦAJSA

Ir-residenti ta’ Birżebbuġa u l-madwar bdew igawdu minn spazju miftuħ ta’ 17,000 metru kwadru, hekk kif tlestiet l-ewwel fażi tal-proġett li wasslet għallftuħ tal-Park tal-Familja f’Bengħajsa. Permezz ta’ din il-picnic area, id-daqs ta’ żewġ grawnds tal-futbol, il-pubbliku qed jingħata spazju ieħor fejn jirrikrea ruħu qalb 4,000 siġra.

Dan il-park hu t-tielet spazju aħdar li qed jinfetaħ din is-sena mill-Ministeru għall-Ambjent, wara li nfetħu l-Park tal-Klieb f’Ta’ Qali u l-estensjoni talPark ta’ San Klement f’Ħaż-Żabbar.

Waqt żjara fuq il-post mill-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli u l-Kap Eżekuttiv ta’ Project Green Steve Ellul, ġie spjegat kif il-picnic area hi attrezzata b’bankijiet magħmula minn materjal sostenibbli. Matul il-passaġġ, ġew installati tabelli b’informazzjoni relatata mat-tip ta’ siġar u arbuxelli differenti li hemm fil-park u l-karatteristiċi tagħhom. Għat-tgawdija tat-tfal ġew installati wkoll strutturi ta’ obstacle games.

L-aġenzija l-ġdida tal-Gvern Project Green ukoll se tkun responsabbli miż-żamma ta’ dan il-park.

B’kollox tħawlu madwar 4,000 siġra minn għadd ta’ entitajiet, fosthom Infrastructure Malta u Ambjent Malta. Mal-1,800 siġra ġew imħawla bħala parti mill-inizjattiva ma’ Puttinu Cares fejn għal kull donazzjoni ta’ €300 jew aktar mill-pubbliku lil Puttinu, tħawlet siġra jew arbuxell.

Tħawlu 4,000 siġra, inklużi mal-1,800 f’inizjattiva favur

Puttinu Cares

“L-investimenti li qegħdin nagħmlu fin-Nofsinhar ta’ pajjiżna qed iħallu l-frott u llum hu ta’ sodisfazzjon li qed niftħu għall-pubbliku dan il-Park tal-Familja f’Bengħajsa, żona li fil-passat kienet ġiet ikkunsidrata għal żvi

lupp ta’ miżbla jew bħala estensjoni għal proġett kummerċjali. Minflok,

ir-residenti ta’ Birżebbuġa se jkunu qed igawdu wieħed mill-akbar parks fin-Nofsinhar ta’ Malta.

Inħeġġeġ ukoll lill-pubbliku biex jiġi u jgawdi dan l-ispazju aħdar,” qalet il-Ministru Dalli.

Il-proġett jidħol ukoll kexxun fil-politika tal-Gvern li jibdel żoni abbandunati fi spazji li jkunu jistgħu jitgawdew mill-pubbliku, kif seħħ ukoll f’Wied Fulija fiż-Żurrieq u l-Qortin, fix-Xagħra Għawdex, li kienu miżbliet.

Dalli laqgħet ukoll il-ftehim li ġie ffirmat mal-Malta Girl Guides biex ikollhom spazju f’dan il-park stess għall-attivitajiet tagħhom.

Steve Ellul spjega kif Project Green qed taddatta l-ispazji miftuħin għall-komunità, bil-ħsieb ukoll biex jitgawdew minn kulħadd, inkluż dawk li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti. Għalhekk, il-picnic benches ġew addattati ħalli persuni b’wheelchair ikollhom spazju wkoll mal-mejda.

Hu saħaq li l-ftehim li ġie ffirmat

mal-Malta Girl Guides, li taħdem prinċi

parjament mat-tfal u ż-żgħażagħ, se jkompli jassisti lil din l-organizzazzjoni fl-attivitajiet tagħha biex it-tfal ikollhom spazju sigur fejn jitgħallmu. “Dawn huma r-riżultati ta’ ħidma mal-komunità fejn smajna u issa qed inwettqu,” saħaq Ellul.

Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-Park tal-Familja f’Bengħajsa huma mis-6:30 a.m. sad9:00 p.m. bejn April u Settembru u mis6:30 a.m. sas-7:00 p.m. bejn Ottubru u Marzu.

26.03.2023 08
-
-

IN-NEFQA SOĊJALI TAL-ISTAT TIŻDIED BI €13-IL MILJUN FL-EWWEL XAHREJN

Fl-ewwel sena mil-leġiżlatura se jkunu twettqu 20 miżura soċjali minn 22 imwiegħda minn Gvern ġdid Laburista

Fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena, il-Gvern investa mal-€200 miljun f’benefiċċji soċjali, bil-maġġoranza ġew investiti f’benefiċċji kontributorji.

Dawn il-pagamenti jinkludu l-pensjonijiet, fejn fost oħrajn mal-95,000 pensjonant f’pajjiżna rċevew il-pagament b’rati miżjudin, li jammontaw għal żieda ta’ €50 kull erba’ ġimgħat, meta mqabbel mas-sena l-oħra.

Mat-€38.5 miljun marru f’benefiċċji li mhumiex kontributorji. B’hekk b’kollox fl-ewwel xahrejn tal-2023, żdiedet b’aktar minn €13-il miljun in-nefqa f’benefiċċji soċjali, meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.

B’dan ifisser li l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, fl-ewwel sena tal-leġiżlatura, se jkun beda jwettaq il-miżuri soċjali kollha. Fil-fatt, se jkunu twettqu 20 minn 22 miżura soċjali. Miżuri li l-għan tagħhom huwa li jtejbu l-livell tal-għajxien u l-benesseri ta’ kull individwu.

Dawn id-dettalji tħabbru mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon (inset fuq) waqt konferenza tal-aħbarijiet, li matulha ngħata rendikont tal-miżuri soċjali implimentati.

Min-naħa l-oħra, is-Segretarju Permanenti fi ħdan l-istess Ministeru, Mark Musù (inset taħt) tkellem dwar il-miżuri li ġew implimentati u li komplew jagħtu stimolu biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tan-nies fid-dinja tax-xogħol.

Musù stqarr li, waqt li kienet im-

plimentata l-miżura tat-tapering biex aktar nies daħlu fid-dinja tax-xogħol, l-istess individwi qed jibqgħu jirċievu gradwalment il-benefiċċju tal-ewwel tliet snin u se jibqgħu jirċievu 10% aktar tal-benefiċċju fit-tliet snin imsemmija.

Mal-€50 kull erba’ ġimgħat lill-pensjonanti u ż-żieda ta’ €450 tul il-leġiżlatura għal kull wild, se nkomplu niksbu ħafna aktar

ċievu pagamenti mwiegħda lilhom, hekk kif diġà ngħataw żieda fl-allowance tat-tfal b’€90 għal kull wild.

Din hi parti mill-wegħda tal-Gvern, li se tkun qed iżżid gradwalment dan l-allowance b’€450 tul il-leġiżlatura kollha.

B’hekk fl-ewwel sena tax-xogħol persuna tibqa’ tir ċievi 75% tal-benefiċċju, fit-tieni sena 55% u fit-tielet sena 35%.

Is-Segretarju Permanenti qal ukoll li l-familji kienu minn tal-bidu li bdew jir-

“Qegħdin hawn għal kulħadd u dejjem għarafna x’inhuma l-prijoritajiet għas-soċjetà tagħna. Nirrikonoxxu li tagħmel kemm tagħmel, dejjem jifdal dawk il-faxex li jkun jonqoshom imbottatura ’l quddiem. Kommessi li nsarrfu l-fiduċja li sliftuna f’aktar xogħol, ġid, investiment u opportunitajiet ġodda. Għalhekk se nkomplu nwettqu flimkien, u niksbu ħafna aktar milli diġà rnexxielna niksbu,” insista l-Ministru Falzon.

L-AIR MALTA TKOMPLI TIMMODERNIZZA L-FLOTTA

Il-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta ssaħħet bil-ħames ajruplan modern u li jniġġes inqas tat-tip Airbus A320neo. L-ajruplan, li ttajjar minn Toulouse lejn Malta nhar il-Ġimgħa, se jkollu n-numru tar-reġistrazzjoni 9H-NEE, u se jieħu post Airbus ieħor, A320ceo, li se jispiċċa mill-flotta.

L-ajruplan il-ġdid, li juża fuel sostenibbli (Sustainable Aviation Fuel - SAF), inġieb mill-Kaptan Patrick Calleja u l-First Officer Mark Attard. Din kienet ukoll l-aħħar titjira ta’ Calleja hekk kif irtira wara 31 sena servizz mal-linja nazzjonali.

Dan l-iżvilupp fil-flotta tal-Air Malta hu pass ieħor fil-proġett ta’ rinnovar li beda fl-2018. Attwalment il-linja topera seba’ Airbus, li erbgħa minnhom huma A320neo, u l-bqija A320ceo sakemm dawn jinbidlu wkoll għall-verżjoni iżjed moderna u effiċjenti fil-familja Airbus.

Din il-qalba tfisser li l-Air Malta se jkollha tnaqqis b’mod sinifikanti ta’ 20% fil-konsum tal-fuel, tattniġġis tas-CO2 u tal-ħsejjes u allura tiġi fost l-aktar linji moderni li jagħmlu l-inqas ħsara lill-ambjent.

L-ajruplani l-ġodda huma mgħammrin b’magni CFM International LEAP-1A, jakkomodaw 180 passiġġier u huma l-inqas storbjużi fil-kategorija tagħhom. Minbarra hekk jinkludu l-aħħar sistemi ta’ komunikazzjoni u kapaċitajiet ġodda għall-inżul, waqt li l-aħħar ajruplan jinkludi saħansitra sistema diġitali Blueview, li toffri esperjenza ta’ videos, awdjo, mapep, logħob u ħafna aktar għall-benefiċċju tal-passiġġier.

26.03.2023 09
L-A320neo l-ġdid li ngħaqad mal-flotta tal-linja nazzjonali tal-ajru nhar il-Ġimgħa

€26 MILJUN F’INĊENTIVI GĦAL TRASPORT AĦJAR

Tul din l-aħħar ġimgħa, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali nieda disa’ skemi li flimkien jammontaw għal €26 miljun biex jippromwovu trasport aktar nadif, intelliġenti u sostenibbli f’pajjiżna.

Il-Ministru spjega li din is-sena total ta’ madwar €26 miljun f’għotjiet se jkunu disponibbli għall-pubbliku. Dan huwa l-akbar pakkett ta’ inċentivi finanzjarji għat-trasport f’forma ta’ għotjiet għall-promozzjoni ta’ trasport aktar nadif u sostenibbli.

“Permezz ta’ dawn l-iskemi qed naraw li nkomplu nimbuttaw ’il quddiem mezzi ta’ trasport li huma ferm aktar ambjentalment nodfa. Dan huwa investiment dirett fin-nies hekk kif mhux biss qed noffrulhom għajnuna finanzjarja biex jibdlu l-vettura tagħhom, imma wkoll investiment dirett fil-kwalità tal-arja fuq bażi aktar ġenerali. Dawn l-għotjiet huma turija ta’ Gvern favur l-ambjent u impenn li nkomplu nagħmlu d-differenza sabiex nilħqu l-għan ewlieni tagħna li naħdmu b’diliġenza fuq is-suġġett tat-trasport alternattiv,” stqarr il-Ministru Farrugia.

L-ewwel skema li tnediet tikkonsisti minn investiment ta’ €15-il miljun għax-xiri ta’ vetturi elettriċi ġodda. Din l-iskema għax-xiri ta’ vetturi elettriċi ġodda inklużi muturi ġodda għal individwi privati, organizzazzjonijiet mhux governattivi, negozji u kumpaniji privati hija ffinanzjata mill-pjan ta’ rkupru u reżiljenza (RRP).

Din l-iskema ta’ għotja għandha tgħin fix-xiri ta’ vetturi elettriċi ġodda fil-Kategoriji L, M u N tal-UE, li jikkonsistu f’karozzi tal-passiġġieri, vannijiet, vetturi li jġorru l-merkanzija, minibuses, kowċis, quadricycles, muturi, u pedelecs, bil-għan li jitnaqqas in-numru ta’ vetturi antiki b’mutur konvenzjonali mit-triq.

Inċentivi oħra tnedew din il-ġimgħa

KULTURA LI QED TIĠI SALVATA

Il-Gvern qed jakkwista l-proprjetajiet tal-każini tal-banda f’diversi lokalitajiet li jinsabu f’riskju ta’ żgumbrament. Dan bil-għan li jipproteġi t-tradizzjonijiet tal-każini tal-banda u l-valur kulturali tagħhom f’Malta.

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali ħabbar li l-Gvern laħaq ftehim ta’ akkwist mas-sidien tal-bini tas-soċjetajiet

Każin Banda Stella Maris, Tas-Sliema; Anici Banda & Social Club, Ħal Qormi; Socjeta Fil. GM Fra Antoine De Paule Banda Kristu Re, Paola; Circolo San Giuseppe Sagra Familja, il-Kalkara; La Stella Levantina, Ħ’Attard; Każin Banda Marija Reġina, il-Marsa.

Fil-każ tal-Każin Stella Maris, ilproċess ta’ akkwist ġie konkluż, waqt li mal-oħrajn ġie ffirmat konvenju jew jinsabu fil-proċess li jiġi ffirmat wieħed mas-sidien rispettivi wara li ntlaħaq formalment qbil dwar il-kundizzjonijiet tal-bejgħ.

għall-promozzjoni ta’ mezzi ta’ trasport aktar nodfa u intelliġenti. Dawn l-iskemi jħeġġu lis-sidien tal-vetturi biex jixtru vetturi ġodda, b’emissjonijiet baxxi u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, jew jikkonvertu l-vettura attwali tagħhom għal vettura aktar nadifa.

Dawn l-inċentivi jinkludu:

· Xiri ta’ vetturi elettriċi plug-in ġodda u użati, u vetturi elettriċi użati;

· Xiri ta’ vetturi ġodda ta’ kategorija L li jaħdmu bil-petrol inklużi muturi;

· Retrofitting ta’ sistemi Dual Fuel fuq vetturi Heavy-Duty b’magni diesel u skema biex jiġu inċentivati aktar vetturi li jaħdmu bil-gass;

· Xiri ta’ vetturi aċċessibbli bis-siġġu tar-roti biex jintużaw għat-trasport ta’ passiġġieri għall-kiri jew profitt;

· Installazzjoni ta’ pannelli fotovolta-

jċi f’vetturi għall-ġarr tal-passiġġieri;

· Retrofitting ta’ vetturi b’teknoloġija DPF u SCR;

· Repowering ta’ vetturi bi Drive Train tal-elettriku.

L-iskemi nfetħu fl-1 ta’ Jannar 2023 u aktar informazzjoni hija disponibbli fuq www.transport.gov.mt.

Pierre Montebello, Chief Officer - Land Transport, fi ħdan Transport Malta qal li bħala regolatur tat-trasport f’pajjiżna, TM tinsab kommessa li toffri aktar opportunitajiet sabiex ikollna trasport aħjar u aktar ambjentalment sostenibbli. “Huwa proprju għalhekk li nedejna dawn l-iskemi flimkien ma’ inizjattivi oħra, inkluż dawk ta’ trasport pubbliku b’xejn. Transport Malta qed tassigura li jkollna trasport aktar nadif, effiċjenti u sostenibbli f’pajjiżna,” żied Montebello.

Il-Ministru Owen Bonnici tenna l-impenn tal-Gvern li jipproteġi l-każini tal-banda minħabba l-importanza soċjali u kulturali tagħhom. “IlGvern hu kommess li jippromwovi l-elementi soċjali f’tali każini biex jissaħħu inizjattivi fi ħdan il-komunità mmirati lejn l-inklużjoni, it-tagħlim u l-priservazzjoni tal-ħiliet tradizzjonali marbuta mal-festi.”

Biex tkun żgurata konsistenza u attenzjoni immedjata għal din l-inizjattiva b’investiment ta’ €6 miljun, twaqqaf Bord tat-Tmexxija tal-Każini tal-Banda, immexxi minn James Pearsall, li qed jamministra x-xogħol relatat ma’ dawn l-akkwisti taħt il-kappa tal-Ministeru.

Sadanittant qed isiru negozjati ma’ sidien ta’ soċjetajiet mużikali oħrajn li wkoll qegħdin jiffaċċjaw riskju ta’ żgumbrament.

26.03.2023 12

Il-multi-sensory room il-ġdida fil-faċilità tal-Inspire f’Għawdex

PROĠETTI KOMUNITARJI

TA’ NGOs

IGAWDU MINN

€1 MILJUN MILL-ISTAT

Permezz tal-iskemi disponibbli se jitwettqu 87 proġett ġdid fil-komunità, fosthom 10 li se jkunu qed isiru minn għaqdiet Għawdxin

Matul din is-sena, il-Gvern alloka s-somma ta’ €1 miljun f’għajnuna lill-għaqdiet volontarji

Maltin u Għawdxin biex iwettqu proġetti differenti fil-komunità. Fl-istess waqt, fuq perjodu ta’ sentejn, il-Gvern se jkun investa ’l fuq minn €170,000 f’għajnuna għal proġetti amministrati minn għaqdiet volontarji Għawdxin.

Il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli spjegat kif matul is-sena li għaddiet, il-Gvern investa €900,000 fis-settur tal-volontarjat permezz tal-iskemi Volunteer Organisations Projects Scheme (VOPS) u Small Initiatives Support Scheme (SIS) fejn twettqu sitt proġetti b’investiment ta’ €51,900 minn għaqdiet volontarji Għawdxin.

Għall-2023, permezz tal-iskemi disponibbli se jitwettqu 87 proġett ġdid fil-komunità, fejn 10 proġetti minnhom se jkunu qed isiru minn għaqdiet volontarji Għawdxin b’investiment ta’ madwar €119,000.

Hi ħabbret dan waqt li inawgurat multi-sensory room ġdida mill-Fondazzjoni Inspire fil-faċilità tagħha f’Għajnsielem, Għawdex, li saret b’investiment ta’ €33,000, li €20,000 minnhom ġew iffinanzjati millGvern permezz tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Inspire Antonello Gauci qal li “grazzi għall-finanzjament ipprovdut mill-VOPS 2022, din il-kamra sensorja se toffri opportunità lit-tfal b’diversi diżabilitajiet biex jidħlu f’attivitajiet li jippromwovu t-tkabbir tagħhom f’ambjent li hu kemm pjaċevoli kif ukoll stimulanti mingħajr ebda pressjoni. L-għan tagħna hu li nappoġġjaw lill-komunità

Għawdxija, u mhux biss lill-individwi li jipparteċipaw filprogrammi ta’ Inspire.”

Il-multi-sensory room se ttejjeb il-livell tas-servizz u anki l-kwalità tal-ħajja tal-klijenti b’diżabilità. L-għan tas-servizz hu li jipprovdi opportunità għall-individwi biex jiżviluppaw l-oqsma tat-tagħlim tagħhom permezz tal-istimulazzjoni tassensi. Speċifikament, dan isservizz hu ta’ benefiċċju għal dawk li jesperjenzaw diffikultajiet sensorji.

Mauro Pace Parascandalo, Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, fisser kif dan il-proġett hu riżultat pożittiv ieħor ta’ kif tissarraf l-għajnuna mogħtija mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat permezz tal-iskemi amministrati u li dejjem jippruvaw jindirizzaw il-bżonnijiet tas-settur tal-volontarjat li kontinwament jinbidlu.

Ibda rċievi l-gazzetta kmieni l-Ħadd filgħodu fil-verżjoni diġitali bla ebda spejjeż żejda u bl-orħos prezz fis-suq ta’ €1 kull ġimgħa

*abbonament jiġi aċċettat meta jsir ħlas bil-quddiem għal mill-inqas 26 ġimgħa

Ċempel waqt il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq in-numru 79241495 jew ibgħat imejl fuq sales@kullhadd.com

26.03.2023 15

INAWGURATA L-P71 TAL-FAM FL-AKBAR INVESTIMENT FIL-FORZI

Ġie inawgurat il-bastiment tal-Forzi Armati ta’ Malta (FAM), il-patrol boat P71, li se jagħti kapaċitajiet ġodda u aħjar lil din il-forza nazzjonali. Il-P71, li nbniet apposta skont il-ħtiġijiet ta’ pajjiżna b’investiment multimiljunarju, saret l-akbar opra tal-baħar fl-iskwadra marittima b’tul ta’ 75 metru u b’toqol ta’ 2,200 tunnellata.

L-inawgurazzjoni tal-P71 saret millMinistru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri, fil-preżenza tal-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett filbażi militari tal-iskwadra marittima tal-Forzi Armati, f’Xatt it-Tiben.

Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm ukoll il-Kap Kmandant tal-FAM, il-Brigadier Clinton O’Neill, u rappreżentanti mill-uffiċċju tekniku Spanjol Cintranaval Ship Design u l-kumpanija Taljana Cantiera Navale Vittoria li bniet dan il-bastiment.

L-għan ta’ dan il-proġett hu li jitkompla t-tisħiħ tal-fergħa navali tal-FAM kif ukoll biex tissaħħaħ l-għassa malfruntieri marittimi Maltin għal ħinijiet twal, filwaqt li jkun hemm kapaċitajiet aħjar għall-protezzjoni tal-fruntiera.

Il-Ministru Camilleri qal li dan l-akbar investiment tal-Forzi Armati hu turija tar-rieda tal-Gvern li jinvesti fil-qasam

tas-sigurtà f’pajjiżna u hi wegħda elettorali oħra li twettqet. Il-bastiment se jkollu ekwipaġġ ta’ 40 persuna u se jkun kbir biżżejjed biex jakkomoda mal-20 suldat ieħor f’każ ta’ operazzjonijiet barra minn xtutna.

“Dan se jkompli jkun Gvern ta’ spalla għall-Forzi Armati u l-bqija tal-forzi dixxiplinati. Tant li din is-sena se jissokta l-investiment biex is-suldati tagħna mhux biss ikollhom għodod moderni u tal-ogħla livell, iżda se nsaħħu aktar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom,” temm jgħid il-Ministru Camilleri. Min-naħa tiegħu, il-Ministru Schembri qal li permezz tal-fondi Ewropej,

mil-lum pajjiżna se jkun f’pożizzjoni aħjar biex jiddefendi l-ibħra territorjali tiegħu.

“Dan kien proġett ewlieni mill-Fond għas-Sigurtà Interna 2014-2020. Aktar fondi se jkunu qed jintużaw fi proġetti speċifiċi mal-Forzi Armati ta’ Malta mill-programm ta’ fondi li nedejna din is-sena, bil-għan li jkollna mhux biss l-aħjar tagħmir biex ngħassu l-kosta tagħna, iżda wkoll bi programmi ta’ taħriġ għas-suldati tagħna,” qal il-Ministru Schembri.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Bonett qal li l-P71 hi investiment ta’ aktar minn €53 miljun, parzjal-

ment iffinanzjata minn fondi Ewropej. “Mill-programmi operattivi l-ġodda se ninvestu mal-€128 miljun biex inkomplu nsaħħu s-sigurtà taċ-ċittadini u l-fruntieri. Fondi li se jibbenefikaw minnhom il-Forzi Armati ta’ Malta biex jitwettqu proġetti ġodda, fosthom ilħolqien ta’ sistema biex nissorveljaw ilkosta tagħna bit-titjib tal-Marine Patrol u l-Fixed Wing Aircraft tal-Forzi Armati,” tenna s-Segretarju Parlamentari.

Fl-istess attività tkellem il-Brigadier O’Neill li qal li din iċ-ċerimonja hi waħda simbolika tal-ġenerazzjoni l-ġdida u moderna tal-għodda pprovduta lill-uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta kif ukoll hi parti mill-pjan strateġiku fit-tul biex tiġi mmodernizzata l-Armata talpajjiż.

Ftehim kollettiv ġdid għall-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali

Din il-ġimgħa wkoll ġie ffirmat l-ewwel ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali bejn il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, f’isem il-Gvern, u l-Unjin Ħaddiema Magħqudin - Voice of the Workers.

Dan il-ftehim se jwassal biex diversi uffiċjali fi gradi rispettivi jaraw titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u anke żidiet fis-salarji.

26.03.2023 16
Ritratt: JEREMY WONNACOTT/DOI
Il-Ministri Camilleri u Schembri u s-Segretarju Parlamentari Bonett

MILL-ĠDID REVIŻJONI TAL-PAGA

MINIMA

Is-Segretarju Parlamentari għadDjalogu Soċjali Andy Ellul ħabbar it-twaqqif tal-Low Wage Commission, li għandha l-għan li sal-aħħar ta’ din is-sena tagħti r-rakkomandazzjonijiet tagħha biex mill-ġdid ikun hemm reviżjoni tal-paga minima f’pajjiżna wara eżerċizzju simili ħames snin ilu.

Dakinhar kien ġie ffirmat ftehim storiku bejn il-Gvern u l-imsieħba soċjali biex għall-ewwel darba f’għexieren ta’ snin, il-paga minima għoliet apparti iż-żidiet tal-għoli tal-ħajja (Cost Of Living Adjustment - COLA). L-istess ftehim kien jaħseb ukoll biex tiġi ffurmata din il-Low Wage Commission.

F’konferenza tal-aħbarijiet din il-ġimgħa, Andy Ellul, Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, stqarr li, biex jiġi aċċertat dan kollu, il-kummissjoni l-ġdida se tkun irregolata permezz ta’ liġi speċifika u se tkun magħmula minn diversi partijiet. Din se tkun ippreseduta miċ-Chairperson tal-Kunsill Malti għall-iżvilupp Soċjali u Ekonomiku (MCESD), ilPerit David Xuereb, flimkien ma’ rappreżentanti tal-Gvern, l-unjins u ta’ min iħaddem.

“Bħala Gvern ħassejna li għandna nagħtu l-appoġġ u l-għodda neċessarja lil din il-kummissjoni. Għaldaqstant għamilnieha possibbli li din tingaġġa esperti, li jkunu jistgħu jgħinuha b’kalkoli u analiżi speċifiċi fejn jidħlu r-rakkomandazzjonijiet tagħha,” stqarr Ellul.

Hu qal ukoll li l-Gvern jirrappreżenta kemm lill-ħaddiem kif ukoll lil min iħaddem u għaldaqstant irid jassigura li, filwaqt li ma jitfax piżijiet kbar fuq in-negozji, kull ħaddiem ikollu biżżejjed dħul biex jgħix ħajja diċenti.

“B’dak li ħabbarna mhux biss hu pass importanti lejn il-ħolqien ta’ soċjetà aktar ġusta, imma hu wkoll pass storiku fl-istorja taddjalogu soċjali f’pajjiżna u jirrifletti wkoll l-impenn tal-Gvern biex itejjeb il-livell tal-għajxien taċ-ċittadini kollha, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli fostna,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari.

L-ENERĠIJA, L-EKONOMIJI U

L-GWERRA DISKUSSI FL-UE

Matul il-jiem tal-Ħamis u l-Ġimgħa li għaddew, il-Prim Ministru Malti Robert Abela attenda għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew u l-Euro Summit fi Brussell, flimkien mal-mexxejja tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea. F’dawn illaqgħat ġew diskussi diversi temi ta’ importanza, fosthom il-Gwerra fl-Ukrajna, l-ekonomija, l-enerġija, il-kompetittività u s-suq uniku tal-UE.

Fl-ewwel jum il-mexxejja Ewropej kellhom laqgħa mas-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda (ĠM), António Guterres, fejn ittrattaw diversi kwistjonijiet komuni għaż-żewġ partijiet. Hawn, Dr Abela tkellem dwar it-tibdil fil-klima fejn tenna li l-gvernijiet, l-istituzzjonijiet privati u l-istakeholders għandhom jingħaqdu flimkien biex jindirizzaw din l-isfida globali. Hu semma kif Malta qiegħda taħdem fuq ir-riforma fis-sistemi tat-trasport, l-industrija u l-enerġija fejn il-Gvern ukoll qed jassigura li l-għażliet li jniġġsu l-inqas isiru aktar aċċessibbli u orħos għall-individwi u n-negozji.

Waqt id-diskussjoni dwar il-Gwerra fl-Ukrajna, l-UE affermat li se tkompli tassisti lill-Ukrajna anke rigward irrikostruzzjoni tal-istess pajjiż. Il-Prim Ministru tenna li l-istati membri, flimkien ma’ msieħba strateġiċi u istituzzjonijiet finanzjarji, għandhom jgħinu fil-proċess, waqt li saħaq li Malta se tkompli tipprovdi għajnuna umanitarja lill-Ukrajna. Enfasizza wkoll li kull min qed iwettaq ir-reat tal-aggressjoni għandu jibqa’ jinżamm responsabbli. Dwar it-tema tal-ekonomija, il-kompetittività u s-suq uniku tal-UE, il-mexxejja ddiskutew il-mixja lejn it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali u kif jista’ jkompli jiġi xprunat l-investiment. Is-

semma wkoll kif is-suq uniku kkontribwixxa kemm għat-tkabbir ekonomiku kif ukoll għall-kompetittività.

Fost il-punti li qajjem waqt din id-diskussjoni, il-Prim Ministru semma li hemm stati membri, speċjalment dawk fil-periferija tal-UE, li diġà qegħdin fi żvantaġġ minħabba l-insularità tagħhom, kif inhu l-każ ta’ pajjiżna, u għaldaqstant jiffaċċjaw sfidi addizzjonali. Kompla li Malta tiddependi fuq konnessjonijiet marittimi u tal-ajru biex tiġi żgurata konnettività mal-bqija tal-Ewropa u mad-dinja. Għaldaqstant, hu tenna li t-trasport kemm tal-merkanzija kif ukoll tal-passiġġieri għandu jibqa’ affordabbli għall-istati membri kollha.

Fl-istess diskussjoni, Dr Abela spjega wkoll li Malta tħares ’il quddiem biex tara

l-pjani tal-Kummissjoni dwar prodotti mediċinali, li se jiġu ppubblikati dalwaqt. Tenna li l-aspettattiva ta’ pajjiżna hi li l-UE tassigura d-drittijiet tal-Maltin u l-Għawdxin li jibbenefikaw ukoll missuq uniku fil-qasam tal-mediċina. Fil-każ tal-enerġija, l-istati Ewropej qablu li titkompla l-ħidma li tiggarantixxi sigurtà tal-provvista tal-enerġija bi prezzijiet affordabbli. Il-Prim Ministru semma li Malta qed tkompli tassigura kontijiet tal-enerġija stabbli fejn qed tissussidja l-prezzijiet tal-enerġija għall-familji u għan-negozji bi spiża li tlaħħaq il-€1 biljun bejn is-sena l-oħra u din is-sena.

Nhar il-Ġimgħa, il-mexxejja Ewropej ipparteċipaw fil-Euro Summit fejn iddiskutew is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-membri stati tal-UE.

TWISSIJA DWAR KAŻI TA’ BOTULIŻMU FL-EWROPA

Il-marda rari, li tista’ twassal għall-mewt, hi relatata ma’ injezzjonijiet fil-kura tal-obeżità

Mit-23 ta’ Marzu 2023, kien hemm 30 każ ta’ botuliżmu rrapportati f’numru ta’ pajjiżi fl-Ewropa. Din il-marda rari, iżda serja, hi kkawżata minn tossina li tattakka n-nervituri talġisem u tikkawża diffikultà fin-nifs, paraliżi tal-muskoli, u saħansitra mewt.

Fi stqarrija, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li dawn il-każi kienu għaddew minn proċedura medika li tikkonsisti f’injezzjoni ta’ botulinum biex tiġi kkurata l-obeżità, fit-Turkija, bejn it-3 u l-25 ta’ Frar 2023. Minbarra hekk, kien hemm 53 każ ta’ botuliżmu bejn it-28 ta’ Frar u t-8 ta’ Marzu 2023 fost individwi li għaddew mill-istess proċedura f’żewġ sptarijiet privati f’Istanbul (50 każ) u f’Izmir (tliet każijiet).

Fost 65 każ b’informazzjoni magħrufa, il-proċedura saret fi klinika waħda f’Istanbul, it-Turkija. Sa issa, ma ġew irrappurtati l-ebda fatalitajiet relatati fil-pajjiżi msemmija.

Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika qalet li hi infurmata li ma kien hemm l-ebda każ simili rrapportat f’Malta. Madanakollu, tħeġġeġ lill-individwi li vvjaġġaw lejn it-Turkija għal injezzjoni intragastrika ta’ newrotossina botulinum bejn it-3 ta’ Frar u l-1 ta’ Marzu 2023 biex ifittxu jieħdu parir mediku mingħand it-tabib tagħhom, partikolarment jekk jesperjenzaw sintomi bħal dgħufija, diffikultà biex jieħdu n-nifs u/jew

biex jibilgħu.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard jinkoraġġixxi bil-qawwa liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea biex jevitaw trattamenti ta’ dan it-tip fit-Turkija peress li dan bħalissa huwa assoċjat ma’ riskju sinifikanti li jiżviluppaw botuliżmu.

26.03.2023 17
Il-Prim Ministru fi Brussell għal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew u l-Euro Summit

L-ISTRAJKS LI QED

Jispikkaw il-kwistjonijiet industrijali attivi fuq livell nazzjonali tal-ħajja… antiċipat li t-tendenza pożittiva tal-aħħar snin fit-tnaqqis azzjonijiet simili qed tinbidel ta’ taħt fuq primarjament

Uħud mill-pajjiżi ewlenin Ewropej għottru taħt il-kwistjoni ta’ strajks nazzjonali li jinsabu attivi u qed iħarbtu n-normalità tal-ħajja, partikolarment il-Ġermanja u Franza fl-Unjoni Ewropea, u r-Renju Unit. Għalkemm ir-raġunijiet ivarjaw minn stat għal ieħor, dawn huma lkoll xprunati minn sitwazzjonijiet ekonomiċi fil-pajjiżi u miżuri ta’ awsterità li l-gvernijiet rispettivi adottaw fl-aħħar ġimgħat jew xhur, kawża tal-inflazzjoni u l-kriżi tal-enerġija li huma wkoll konnessi.

F’pajjiżna, fejn il-kriżi tal-enerġija ġiet assorbita kompletament mill-Gvern b’sussidji li jlaħħqu iżjed minn €1 biljun mis-sena l-oħra ’l hawn, dawn l-effetti kienu minimi, tant li wkoll għandna waħda mill-inqas rati ta’ għoli tal-ħajja li żviluppat bil-Gwerra fl-Ukrajna li faqqgħet aktar minn sena ilu.

Analisti, li jirrikonoxxu kif fl-aħħar snin kien hemm tendenza ġenerali li l-paċi industrijali fil-kontinent kienet qed tiżdied u r-rata ġenerali ta’ jiem ta’ xogħol mitlufa minħabba azzjonijiet u strajks tonqos, l-aħħar żviluppi f’diversi pajjiżi Ewropej qed jibdlu x-xenarju kompletament.

It-tensjoni politika fi Franza kompliet tiżdied f’dawn il-jiem wara li l-Ħamis filgħaxija l-binja tal-Kunsill f’Bordeaux saħansitra ngħatat in-nar waqt protesti madwar il-pajjiż li fihom hu stmat li ħadu sehem miljun persuna, b’aktar minn 119,000 persuna jieħdu sehem fil-protesti fil-kapitali waħedha. Waqt il-protesti l-Pulizija kellha tagħmel użu millgass tad-dmugħ, waqt li arrestat iżjed minn 80 persuna.

Riżultat ta’ din is-sitwazzjoni, ir-Re Karlu III tar-Renju Unit kellu jipposponi żjara statali li kellu jagħmel fil-pajjiż minn nhar it-Tlieta li ġej fuq talba tal-President Franċiż Emanuel Macron. Diversi għaqdiet tal-ħaddiema fi Franza appellaw għat-tkomplija tal-protesti anke matul din iż-żjara.

Il-protesti kbar segwew kaos kbir li nqala’ fil-Parlament Franċiż fil-ġimgħat li għaddew meta Macron uża setgħat kostituzzjonali speċjali biex jgħaddi abbozz ta’ liġi dwar il-pensjonijiet. Abbozz xejn popolari li għandu l-għan li jgħolli l-età tal-irtirar u kawża tiegħu ntalab vot ta’ fiduċja li xorta waħda għadda.

Mill-ewwel bdew il-protesti fit-toroq b’rally spontanju fi Place de la Concorde f’Pariġi, wara li għadda dan l-abbozz. Dawn ma kinux l-uniċi protesti fil-pajjiż marbutin ma’ dan l-abbozz ta’ liġi. Fil-fatt, l-azzjonijiet industrijali u protesti kontra d-dħul ta’ din il-liġi ilhom għaddejjin ix-xhur.

Notevoli kienu żewġ azzjonijiet partikolari, waħda li pparalizzat it-trasport pubbliku u oħra li ħalliet aktar minn 7,600 tunnellata żibel fit-toroq ta’ Pariġi, bi skart imferrex anke madwar is-sit famuż tat-Torri Eiffel. Iż-żieda taż-żibel mhux miġbur fit-toroq tal-kapitali hu frott ta’ strajk mill-ħaddiema muniċipali kontra dan il-pjan tal-Gvern li jgħolli l-età tal-irtirar sal-2030, is-sitt darba minn Jannar li għadda ’l hawn minn meta l-Gvern ta’ Emanuel Macron ħabbar il-bidliet ġodda fis-sistema tal-pensjonijiet.

Iżda s-sitwazzjoni fi Franza mhix singolari jew iżolata fl-Ewropa.

Sadanittant, din il-ġimgħa wkoll għadhom kemm tħabbru sensiela ta’ azzjonijiet industrijali fil-Ġermanja marbutin mas-sistemi tat-trasport fejn il-ħaddiema qed jitolbu żidiet fis-salarji.

Fil-fatt, minn għada se jkun qed iseħħ dak li qed jissejjaħ “mega strike” b’aktar minn 350,000 ħaddiem imsejjaħ biex jieqaf mix-xogħol f’16-il stat Ġermaniż. Dan se jaffettwa kull mezz ta’ trasport, u ġie ordnat mill-ikbar żewġ unjins tat-trasport fil-pajjiż. Strajk simili ilu ma jseħħ fil-pajjiż għal dawn l-aħħar 30 sena, minbarra li hi okkażjoni

26.03.2023 18
Il-Greċja L-Italja Il-Ġermanja Franza

JIFNU L-EWROPA

fi Franza minħabba l-pensjonijiet u fil-Ġermanja dwar l-għoli fit-tnaqqis tar-rata medja ta’ ġranet ta’ xogħol mitlufin minħabba primarjament b’riżultat tal-kriżi tal-enerġija u l-inflazzjoni

rari wkoll li fil-pajjiż żewġ unjins – EVG u Ver. di – ingħaqdu flimkien f’direttivi konġunti lill-ħaddiema.

Dan l-istrajk mistenni joħloq kaos mal-Ġermanja kollha u għandu jaffettwa kull tip ta’ trasport jiġifieri karozzi tal-linja, ferroviji, trams u titjiriet tal-ajru.

Sadanittant, fir-Renju Unit fejn il-Ministeru għall-Finanzi żvela l-aħħar baġit tiegħu f’nofs dan ix-xahar bil-għan li jħeġġeġ eluf ta’ Brittaniċi jerġgħu lura għax-xogħol quddiem in-nuqqas ta’ ħaddiema u kriżi tal-għoli tal-ħajja, nofs miljun ħaddiem ingħaqdu f’diversi strajks mifruxin li qed isiru u jinvolvu ħaddiema taċ-ċivil, tobba, għalliema u dawk tat-trasport.

Azzjonijiet industrijali ilhom iseħħu fir-Renju Unit. Għall-ewwel darba f’106 snin fl-Ingilterra, l-infermieri ħadu sehem fi strajk f’Diċembru li għadda, waqt li l-ħaddiema tal-ferroviji Ingliżi ilhom fuq strajk għal dawn l-aħħar ġimgħat. L-għalliema u l-ħaddiema tas-saħħa reġgħu bdew strajk jew azzjonijiet industrijali fi Frar.

Din is-sitwazzjoni f’dawn it-tliet pajjiżi titfa’ dawl fuq l-azzjonijiet industrijali fl-Unjoni Ewropea u kif dawn qed jaffettwaw l-ekonomija tal-pajjiżi milqutin.

L-istrajks huma parti sinifikanti mill-kultura tal-ħajja tax-xogħol fl-Ewropa. Ħaddiema f’diversi stati membri tal-UE, inkluż ukoll Spanja, dan l-aħħar ukoll ħadu sehem f’azzjonijiet industrijali, primarjament minħabba talbiet għal pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar.

Rapport ippubblikat sena ilu jitfa’ ħjiel fuq liema pajjiżi kienu l-aktar milqutin minn dawn l-azzjonijiet sal-2021 u jekk l-istrajks humiex aktar komuni f’xi pajjiż minn ieħor.

L-istħarriġ, imħejji mill-Istitut Ewropew tat-Trejdjunjins (ETUI), kien qal li l-aktar pajjiżi milqutin b’azzjonijiet industrijali raw

bidliet żgħar fil-klassifika matul l-aħħar 20 sena. Malta ma tissemmiex f’din il-lista.

Bejn l-2000 u l-2009, il-medja annwali ta’ jiem mhux maħduma minħabba strajks għal kull 1,000 impjegat kienet l-ogħla fi Spanja, fejn intilfu medja ta’ 153 jum ta’ xogħol. Dan kien segwit minn Franza b’127 jum. Id-Danimarka kklassifikat fit-tielet post b’medja annwali ta’ aktar minn 100 jum ta’ xogħol mitlufin.

Il-Belġju u l-Finlandja jsegwu b’70 jum kull wieħed. Fir-Renju Unit kienu ntilfu biss 28 jum ta’ xogħol bħala medja f’dan il-perjodu.

Bejn l-2010 u l-2019, kien Ċipru fl-ewwel post b’medja annwali ta’ 275 jum mitlufin minħabba azzjonijiet industrijali, bi Franza ssegwi fit-tieni post b’128 jum. Il-pajjiżi l-oħrajn kollha raw inqas minn 100 jum mhux maħduma minħabba strajks, b’aktar minn 15-il pajjiż li kellhom inqas minn 20 jum mitlufin f’dan il-perjodu, bi 18-il jum fir-Renju Unit u 17-il jum fil-Ġermanja.

Għall-perjodu 2020-2021, l-aħħar statistika miġbura, Franza kellha l-ogħla medja ta’ ġranet ta’ xogħol mitlufin b’79 jum, segwita mill-Belġju (57 jum), in-Norveġja (50 jum), u d-Danimarka u l-Finlandja (b’49 jum kull wieħed).

Skont dawn il-figuri, dan l-istħarriġ kien ikkonkluda li, meta wieħed jikkalkula d-data kollha mid-disgħinijiet ’il quddiem, il-ġranet ta’ xogħol mitlufin minħabba azzjonijiet industrijali, bħala medja, kienu fil-fatt qed jonqsu.

Minkejja dan, analisti politiċi jemmnu li l-azzjonijiet kbar li qed iseħħu llum u ilhom iseħħu xhur f’diversi pajjiżi Ewropej se jkunu qed jerġgħu jibdlu x-xenarju kollu u hu antiċipat li r-rata medja kontinentali u dik filpajjiżi rispettivi tisplodi ’l fuq u saħansitra terġa’ tilħaq livelli għoljin ta’ għexieren ta’ snin ilu.

08.11.2020 26.03.2023 19 QED
nazzjonali
L-Ingilterra
Il-Belġju Spanja

MALTA UMANITARJA

li diġà kien esperjenza gwerer kbar u qerrieda fuq medda ta’ snin.

L-imsieħba kollha tal-Unjoni Ewropea kkundanaw bl-aħrax din l-invażjoni u bi ħġarhom, flimkien ma’ stati oħrajn, iddeċidew li jgħinu politikament, moralment, militarment u ekonomikament lill-Ukrajna biex tirreżisti l-aggressjoni Russa.

Fl-24 ta’ Frar 2022, seħħ wieħed minn dawk l-avvenimenti li jibdlu r-rotta fir-relazzjonijiet internazzjonali. Sa dik id-data, l-Ewropa tal-Punent, u dan anke matul l-eħrex kriżijiet tal-Gwerra Bierda, kienet taħseb li l-fruntieri u s-sovranità ta’ kull stat huma siguri u li qatt iżjed wara t-Tieni Gwerra Dinjija mhi se tfaqqa’ gwerra kaġun ta’ invażjoni imperjalista.

L-invażjoni Russa fuq l-Ukrajna temmet darba għal dejjem din iċ-ċertezza ta’ paċi dejjiema, almenu fuq il-kontinent

Pajjiżna huwa newtrali kostituzzjonalment u għalhekk marbut li ma jagħti l-ebda għajnuna militari lill-ebda pajjiż li jkun fi gwerra. Għaldaqstant, filwaqt li Malta baqgħet soda li ma tibgħat l-ebda għajnuna militari lill-Ukreni, anke skont l-Artiklu tan-Newtralità ta’ Malta, il-qalb Maltija li tħabbat u tħoss, baqgħet tappoġġja bissħiħ lill-Ukreni politikament, moralment u umanitarjament.

Meta stat jisfaxxa vittma ta’ aggressjoni ta’ stat ieħor biex jew iċaqlaq il-fruntieri, jew biex ma jħallix lill-vittma sovranità sħiħa u jnaqqsilha d-dritt tal-awtodeterminazzjoni, allura Malta, bħala pajjiż li jirrispetta l-Karta tal-Ġnus

Magħquda u jsostni s-Saltna tad-Dritt fil-qasam internazzjonali, ma tistax tibqa’ gallarija. U proprju minħabba dan li dejjem u f’kull fora internazzjonali appoġġjajna bis-sħiħ politikament u moralment lill-Ukrajna u vvutajna biex nikkundannaw din l-invażjoni u tlabna li sseħħ ġustizzja ma’ min qed iwettaq dawn ir-reati. Malta dejjem ħadmet għallpaċi mondjali u f’kull reġjun appellat lill-Federazzjoni Russa biex tirtira l-qawwiet armati tagħha biex ikunu jistgħu jibdew negozjati bejn iż-żewġ ġirien ħalli tinstab paċi ġusta, dejjiema u raġonevoli.

Għajnuna Umanitarja

Filwaqt li n-Newtralità tagħna timpedina milli nagħtu għajnuna militari lill-Ukrajna, ma impeditniex milli, mir-riżorsi limitati tagħna, nibagħtu madwar miljun ewro f’għajnuna umanitarja lil dan il-pajjiż li qed jirreżisti b’reżiljenza u b’kuraġġ kbir lil super potenza militari. Barra minn din l-għajnuna fi ħwejjeġ ta’ natura medika, il-

bies, tagħmir tekniku u oġġetti oħrajn, ilqajna fostna refuġjati Ukreni, u Ukreni morda u midruba biex jiddewwew fl-isptarijiet tagħna u provdejna wens lil dawk kollha li kienu fil-bżonn. Għal pajjiż ċkejken bħal tagħna, dan hu sforz finanzjarju konsiderevoli.

Għajnuna oħra umanitarja li swiet lil pajjiżna mhux ħażin ingħatat, qed tingħata, u se tibqa’ tingħata fil-forma li qegħdin nieħdu sehem mija fil-mija fis-sanzjonijiet li imponiet l-Unjoni Ewropea fuq ir-Russja biex tissikkalha l-ekonomija. Sanzjonijiet idumu biex juru l-frott, veru, imma dejjem huma mezzi aktar umanitarji minn gwerra li toqtol.

It-Terremot Katastrofiku fit-Turkija/fis-Sirja

Kif diġà għedt, ir-riżorsi tagħna huma limitati. Minkejja li qegħdin inwasslu għajnuna umanitarja lill-Ukrajna, ma bqajniex lura milli nagħmlu sforzi oħrajn sabiex nibagħtu l-istess xorta ta’ għajnuna lil żewġ pajjiżi oħra, it-Turkija u

BEJN VIŻJONI U OĦRA

zjonalista, speċjalment minn dak li ntqal s’issa.

Il-mexxejja tal-PN jemmnu li l-familji, in-negozji u l-industrija għandhom jerfgħu l-piżijiet kollha tal-għoli tal-ħajja u jitneħħa s-sussidju fuq l-enerġija u l-qmugħ. Jemmnu li biex tipparkja l-karozza trid tħallas. Jemmnu li wħud mill-inizjattivi li ttieħdu fl-interess tad-drittijiet ċivili għandhom jitreġġgħu lura.

Partit Nazzjonalista maqbud fil-ktajjen tal-passat.

Għaxar snin minn meta l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni tal-2013. Sena mit-tielet rebħa konsekuttiva tal-Partit Laburista. Tliet snin mill-bidu tal-Pandemija. Sena mill-bidu tal-Gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna. Dawn l-anniversarji huma importanti biex nifhmu s-sitwazzjoni madwarna llum.

Tul l-aħħar għaxar snin rajna numru ta’ inizjattivi li ttieħdu fl-interess tal-familji, tan-negozji, tal-industrija imma fuq kollox biex il-vulnerabbli jkollhom mhux biss sostenn imma jingħataw fejn hu possibbli, l-għodda u s-sapport biex jimxu ’l quddiem.

Biss qabel nitkellem fuq il-passi li ttieħdu rrid insemmi x’inhi l-viżjoni tal-Partit Naz-

Il-Partit Laburista għadu partit bi ħsibijiet friski u għandu viżjoni u joffri tama. U fl-erba’ snin li baqagħlu fit-tmexxija tal-pajjiż, bħalma sar fl-aħħar għaxar snin, lest li jwettaq l-elf proposta fil-programm elettorali u aktar.

Fl-aħħar sena Gvern Laburista kompla jibni fuq il-pedamenti sodi mibnija mill-2013 ’l hawn. Qegħdin inwettqu flimkien dak li wegħedna.

Biex inkunu nistgħu nsostnu l-welfare state f’pajjiżna rridu li l-ekonomija tkun b’saħħitha, tkun waħda soda. L-ekonomija ta’ pajjiżna baqgħet tikber u t-tkabbir hu fost l-aqwa fl-Unjoni Ewropea grazzi għal deċiżjonijiet strateġiċi li qegħdin nieħdu u li ħadna fl-aħħar għaxar snin. Qed inkomplu ningħataw l-aqwa ratings minn

aġenziji tal-klassifikazzjoni ta’ kreditu. Fl-aħħar sena t-tkabbir ekonomiku kien id-doppju taż-Żona Ewro. Barra minn hekk inħolqu mijiet ta’ postijiet tax-xogħol u r-rata tal-qgħad baqgħet l-anqas fiż-Żona Ewro. Sadanittant, Malta ħarġet mil-Lista l-Griża fi żmien rekord hekk kif saru riformi kbar fil-liġijiet ta’ pajjiżna, u li kienu hemm għal għexieren ta’ snin, b’mod speċjali fl-oqsma tal-governanza, fil-ġlieda kontra l-ħasil ta’ flus u l-kriminalità organizzata.

Saru diversi bidliet leġiżlattivi importanti fil-Liġi tal-IVF ħalli aktar nisa jingħataw opportunità li jkollhom l-ulied; żieda fil-leave għat-tieni ġenitur, il-leave tal-ġenituri u tal-carers. Bidliet oħra inkludew il-kunċett tal-femiċidju fil-Kodiċi Kriminali u t-tisħiħ tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni u dawk relatati mal-kriminalità organizzata.

Għas-sitt sena konsekuttiva mill-2017 ’l hawn rajna tnaqqis fir-rata ta’ kriminalità f’pajjiżna.

L-aktar ħaġa importanti hu li l-ġid f’pajjiżna jasal għand in-nies. Hu għalhekk li l-Gvern ħaseb biex ma jogħlewx il-prezzijiet tal-enerġija, fosthom l-elettriku, il-petrol, id-diesel u ċ-ċilindri tal-gas kif ukoll

s-Sirja, li f’din il-katastrofi naturali sofrew iżjed minn 50,000 persuna mejta, b’mijiet ta’ eluf li tilfu darhom, u ħsarat fl-infrastruttura li tammonta għal 250 biljun ewro.

Kburi li l-Gvern tagħna kien minn tal-ewwel, li ta eżempju u bagħat fit-Turkija lill-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex imorru fuq il-post jgħinu lill-awtoritajiet Torok ifittxu, iħaffru u joħorġu l-vittmi minn taħt ir-radam. U bħas-soltu, ma nqasniex li nibagħtu kull xorta ta’ ħtiġijiet lill-popolazzjoni milquta.

Aktar kmieni din il-ġimgħa kont Brussell fejn ħadt sehem f’konferenza li tittratta l-għajnuna umanitarja. Għandi pjaċir ngħid li l-politika tagħna li nagħtu din ix-xorta ta’ għajnuna hija wisq apprezzata. Aħna umani u dak kollu li jolqot lill-umanità, jolqot lil kull wieħed u waħda minna. Wegħedna li se nibqgħu nkunu ta’ appoġġ fejn hemm bżonn u wegħedna li se nestendu l-għajnuna umanitarja tagħna lejn it-Torok u s-Sirjani.

prodotti relatati maċ-ċereali. B’hekk tnaqqas piż fuq il-familji, negozji u industrija. B’hekk pajjiżna hu fost l-anqas li għandu żieda fl-għoli tal-ħajja, filwaqt li pajjiżna sar aktar kompetittiv fil-qasam tal-manifattura u l-esportazzjoni.

F’Ottubru li għadda bdejna noffru trasport pubbliku b’xejn. Dan filwaqt li beda l-proġett ta’ spazji miftuħa bl-akbar investiment ambjentali f’pajjiżna. Sadanittant, qed jingħataw għotjiet sostanzjali għall-qalba għal karozzi elettriċi u li hi l-aktar ġeneruża fl-Unjoni Ewropea. Fl-istess ħin għadu għaddej il-proġett ta’ titjib ta’ toroq residenzjali u toroq arterjali ġodda.

Filwaqt li għaddej investiment b’saħħtu fl-iskejjel u għajnuna lil tfal minn familji vulnerabbli, erġajna żidna l-istipendju tal-istudenti u nħolqu aktar opportunitajiet ta’ studju.

Ġew estiżi diversi servizzi tas-saħħa filwaqt li tkomplew proġetti mibdija u saru pjanijiet għal proġetti infrastrutturali ġodda ħalli titnaqqas l-istennija għal operazzjonijiet jew għal konsulenza.

Fil-qasam tad-diżabilità rajna l-akbar ammont ta’ persuni b’diżabilità fid-dinja tax-xogħol. Hekk ukoll kien hemm żieda b’disa’ darbiet fil-carer’s

grant għall-ġenituri ta’ persuni b’diżabilità li jkollhom jibqgħu d-dar u investiment ta’ €4.2 miljun għas-servizz tal-assistent personali biex persuni b’diżabilità jibqgħu jgħixu b’mod indipendenti f’darhom.

Għal sena oħra kien hemm żidiet sostanzjali fil-pensjonijiet, fil-carer’s grant u fiċ-children’s allowance filwaqt li twessa’ l-in-work benefit.

Fil-qosor:

90,000 anzjan gawdew żieda sostanzjali fil-pensjonijiet; 62,000 tifel u tifla ngħataw żieda fiċ-children’s allowance; 45,000 famija gawdew bil-mekkaniżmu l-ġdid tal-COLA; 17,000 student ħadu żieda fl-istipendji; 14,000 gawdew miż-żieda fil-limitu tal-in-work benefit; 4,790 bejjiegħa u xerrejja ta’ postijiet battala jew f’UCA gawdew mill-inċentivi tal-Gvern; 2,000 tifel u tifla vulnerabbli ngħataw sapport; 400 ġenitur biż-żieda fil-carer’s grant Minkejja kull mewġ li niltaqgħu miegħu, intoppi li nsibu u gambetti mill-Oppożizzjoni rridu nkomplu naħdmu fl-interess tan-nies mingħajr ma tikber ir-ras, inkunu umli u nżommu widnejna miftuħa biex nisimgħu kull weġgħa tannies u nżommu saqajna malart.

26.03.2023 20
Ministru IAN BORG Membru Parlamentari MICHAEL FARRUGIA

L-EFFIĊJENZA FIL-ĠUSTIZZJA

għall-Ġustizzja kien li għaraft u rrikonoxxejt l-isfidi li jeżistu sabiex imbagħad bdejt il-ħidma sabiex nibdew nindirizzawhom. U huwa dan li jagħmilna differenti minn amministrazzjonijiet preċedenti.

akkuża u mill-2022 sal-aħħar ta’ Novembru ta’ din is-sena l-uffiċċju istitwixxa 135 kawża kriminali.

tal-femiċidju fil-kodiċi kriminali.

ba.

Is-settur tal-ġustizzja huwa wieħed li jolqot b’mod dirett lill-familji Maltin u Għawdxin fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. L-ewwel u qabel kollox b’mod l-aktar dirett nixtieq ngħid li wieħed ikun qiegħed jidħaq bih innifsu u b’ta’ madwaru jekk ma jirrikonoxxix li hemm sfidi f’dan is-settur.

Qatt ma nista’ nifhem kif persuna li tkun fir-rwol ta’ Ministru tista’ tindirizza sfida fis-settur meta dik l-isfida lanqas biss ikollha l-kuraġġ li tirrikonoxxiha. U għalhekk, li l-ewwel pass li għamilt hekk kif il-Prim Ministru Robert Abela ħatarni bħala l-Ministru

Il-kundizzjoni tal-ħaddiema kienet u għadha prijorità fl-aġenda tagħna. F’Lulju tas-sena l-oħra ffirmajna l-ewwel ftehim kollettiv tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati. Bis-saħħa ta’ dan il-ftehim kollettiv kien hemm titjib fil-pagi u kundizzjonijiet aħjar għall-ħaddiema li qed iwassal ukoll għal titjib fis-servizz offrut mill-aġenzija.

Aktar tard dik is-sena, iffirmajna wkoll l-ewwel ftehim kollettiv tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Il-prosekuturi u l-prokuraturi legali fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bdew jibbenefikaw minn titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-pagi tagħhom, fosthom fil-pakkett finanzjarju. Dan l-investiment qed isarraf f’aktar xogħol, hekk kif is-sena 2022 kienet sena rekord ta’ effiċjenza għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Tul is-sena 2022 inħarġu 288 sett ta’ artikoli, 38 att ta’

Il-Gvern għaddej kontinwament b’investiment kontinwu fl-istituzzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ġudizzjajra. Ftit tax-xhur ilu ħabbarna pjan ta’ azzjoni li jestabbilixxi qafas strateġiku u operattiv biex jissaħħu kemm l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kif ukoll l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat ta’ Malta.

Fil-Qorti ta’ Malta inawgurajna wkoll uffiċini ġodda li qed jintużaw minn żewġ ġudikanti kif ukoll mill-ħaddiema tagħhom. Aktar kmieni din is-sena żidna wkoll awla ġdida fil-Qorti tal-Familja. Komplejna wkoll insaħħu l-Korp tal-Ġudikatura b’żieda ta’ żewġ imħallfin u żewġ maġistrati. Dan wassal biex illum għandna l-akbar ġudikatura fl-istorja ta’ pajjiżna.

Li jkun hawn ġustizzja effettiva jfisser ukoll li rridu nkomplu nsaħħu u nimmodernizzaw il-liġijiet tagħna. Fost l-ewwel liġijiet imressqa u approvati f’din il-leġiżlatura kien hemm dik marbuta mal-introduzzjoni tal-kunċett

Dan il-Gvern ħass ukoll li għandu jagħmel dak meħtieġ sabiex jipproteġi l-ħajja u s-saħħa ta’ mara tqila, li tkun qiegħda tbati minn kumplikazzjoni medika. L-istess kif kien u għadu impenjat li jsaħħaħ il-protezzjoni tal-ġurnalisti f’pajjiżna, fejn ippreżentajna wkoll tliet abbozzi ta’ liġi li jittrattaw it-tisħiħ tal-protezzjoni u l-libertà tal-midja.

F’dan ir-rigward attwalment għaddejjin bid-diskussjonijiet meħtieġa mal-partijiet konċernati bil-għan li eventwalment dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiddaħħlu fil-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna.

Dan il-Gvern huwa wieħed ukoll li jemmen fit-tieni ċans u kien għalhekk li nedejna l-ewwel diskussjoni bl-isem ‘Nagħtu t-Tieni Ċans’ ma’ numru ta’ stakeholders sabiex tiġi diskussa l-possibilità li persuni li jkollhom il-kondotta tagħhom imċappsa fuq pussess sempliċi ta’ droga ma jibqgħux imniżżlin fuqha wara li dawn il-persuni jkunu diġà skontaw sentenza ta’ ħabs u wrew biċ-ċar li rriformaw ruħhom u qabdu t-triq it-taj-

RIĊERKA U INNOVAZZJONI

tevolvi dejjem aktar, b’enfasi fuq it-teknoloġija b’aktar tagħmir elettroniku li jista’ jipprovdi kwalità ta’ ħajja aħjar. Din hija t-triq tal-progress li miexja b’ritmu mgħaġġel ’il quddiem.

Aħna bħala pajjiż irridu nkunu minn ta’ quddiem f’din il-mixja sabiex nespandu s-settur ekonomiku tagħna u nkunu aktar kompetittivi fissuq internazzjonali.

fosthom riċerkaturi, sabiex ikabbru l-operat tagħhom u jespandu dejjem aktar. Dan il-frott se jgawduh mhux biss l-amministraturi tal-industriji partikolari, iżda wkoll il-pajjiż b’aktar impjiegi u opportunitajiet ta’ xogħol.

L-eżerċizzju tal-Baġit huwa essenzjali ħafna fit-twettiq ta’ din il-politika. Għal din is-sena fil-fatt, il-Ministeru għall-Ġustizzja għandu allokat ftit iktar minn €49.5 miljun, żieda ta’ 6% fuq is-sena ta’ qabel. Din hija l-akbar allokazzjoni li qatt ingħatat fil-qasam tal-Ġustizzja.

Dan l-investiment se jgħin biex inkomplu ntejbu l-operat tas-settur tal-ġustizzja, kif ukoll biex inżidu l-effiċjenza, inwettqu aktar proġetti u nkomplu nimplimentaw riformi rilevanti u effettivi.

Fuq kollox se nkomplu nimplimentaw il-manifest elettorali, Malta Flimkien. Il-pjan tagħna għall-ġustizzja ser ikompli bil-proċess ta’ mmodernizzar u bidliet legali li jagħmlu l-proċessi iqsar u anqas ripetittivi. Se nkomplu wkoll ninvestu fis-servizzi diġitali tal-qrati, fl-infrastruttura, fir-riżorsi umani u fil-membri tal-ġudikatura, biex ikollna sistema ġudizzjarja dejjem aktar soda li tgawdi l-fiduċja tal-pubbliku. Il-ġustizzja trid issir, tidher li qed issir u fuq kollox issir filħin.

F’Malta ilna għal dawn l-aħħar snin naħdmu sabiex inkabbru s-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni biex jagħtina l-frott meħtieġ fis-snin li ġejjin. Il-Gvern qiegħed jinvesti ta’ kull sena aktar fondi sabiex isaħħaħ ir-riċerka f’pajjiżna, b’mod partikolari taħt il-kappa superviżorja tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST).

Huwa fatt magħruf li aktar ma jgħaddi żmien id-dinja

Il-Gvern waħdu ma jista’ jagħmel xejn. Hemm bżonn li s-settur pubbliku jingħaqad mal-industrija privata fir-riċerka u l-innovazzjoni. Għaldaqstant, qegħdin kontinwament noffru diversi skemi u inċentivi lill-kumpaniji lokali sabiex iħaddnu riċerka interna li taf tkun ta’ benefiċċju mhux biss għalihom u għal-lokal, iżda wkoll tiġi esposta ’l barra minn xtutna f’pajjiżi oħra.

B’din it-tip t’għajnuna, diversi industriji lokali jkollhom l-opportunità li jimpjegaw aktar ħaddiema speċjalizzati,

L-MCST qiegħed iservi wkoll bħala punt ta’ riferiment bejn pajjiżna u l-Unjoni Ewropea billi jagħti għajnuna professjonali f’diversi programmi ta’ fondi maħruġa għall-istati membri tal-UE. Wieħed mill-programmi l-aktar magħrufa u riċerkati huwa bla dubju Horizon Europe fejn ġew allokati madwar €13.5 biljun f’fondi ddedikati speċifikament għar-riċerka u l-innovazzjoni għas-sena 2023.

Dawn huma parti mill-pakkett finanzjarju globali ta’ €95.5 biljun fuq medda ta’ seba’ snin li ġew iddedikati għal dan is-settur bil-għan li l-pajjiżi membri tal-UE jilħqu l-miri meħtieġa fuq il-klima sostenibbli, titkabbar ir-reżiljenza tal-enerġija, u tkompli tespandi t-teknoloġija diġitali.

Minbarra dan, insibu għanijiet oħra li l-UE trid tindirizza, fosthom li terġa’ tqajjem l-ekonomija u tirkupra mid-daqqa li qalgħet mill-pandemija tal-Covid-19. Nafu kemm anki pajjiżna ra l-ekonomija li konna ilna nsaħħu tul is-snin, tinżel ftit ftit, sabiex tnaqqas il-piż li ġabet il-pandemija minn fuq spallejn il-poplu.

Nafu li permezz tat-tmexxija għaqlija ta’ Robert Abela, il-poplu Malti u Għawdxi kompla jgħix ħajja normali kemm jista’. Nafu kemm l-industriji baqgħu għaddejjin u ma kellhomx jagħlqu, kif ġara f’pajjiżi oħra, minħabba l-għajnuna finanzjarja li offra l-Gvern.

Nafu kemm-il ħaddiem baqa’ jirċievi paga għalkemm ma setax jidħol għax-xogħol.

Nafu kemm konna minn ta’ quddiem li rċevejna l-vaċċini, ħafna qabel pajjiżi oħra; servizz li ġie offrut totalment b’xejn, għad-differenza ta’ ċittadini f’pajjiżi oħra li kellhom iħallsu. Dan kollu seta’

jsarraf biss permezz ta’ politika għaqlija li l-Gvern qiegħed jagħmel sabiex il-pajjiż ikompli jikber dejjem aktar.

Aħna nixtiequ li permezz ta’ investiment b’saħħtu li qegħdin niddedikaw għar-riċerka u l-innovazzjoni, naraw riżultati li jġegħluna nkunu kburin. Riżultati li kapaċi jpoġġu lil Malta aktar fiċ-ċentru tal-mappa Ewropea.

Nixtiequ li s-settur privat jikber dejjem aktar biex pajjiżna jkompli jikber ekonomikament u jagħti aktar liċ-ċittadini kollha Maltin u Għawdxin. Ir-riżultati tal-investiment li bdejna snin ilu diġà bdew jidhru. Minn hawn u ftit tassnin oħra se naraw ir-riżultat ta’ dak li qegħdin ninvestu u nagħmlu llum.

Irridu nħarsu ’l quddiem għaliex nemmnu fil-progress li qiegħed iseħħ fid-dinja, b’Malta li jkollha post primarju fil-bidliet li qegħdin iseħħu, bil-għan li nkunu aktar sostenibbli għal kwalità ta’ ħajja aħjar.

26.03.2023 21
IMPENN
NINDIRIZZAW
LI
Segretarju Parlamentari KEITH TANTI Ministru JONATHAN ATTARD

L-EWWEL SENA MINN ĦAMSA

tal-poplu hija kuntenta u aktar minn hekk pożittiva li dan l-andament se jissokta fis-snin li ġejjin. U dan is-sens ta’ pożittività jirrifletti wkoll fir-rapporti u fit-tbassir għall-futur ta’ pajjiżna minn aġenziji ta’ kreditu internazzjonali u mill-Kummissjoni Ewropea. Id-differenza pożittiva fil-ħajja tan-nies saret fuq kull aspett: dak ekonomiku, finanzjarju, opportunitajiet ta’ xogħol, saħħa, edukazzjoni, rikreazzjoni u fuq kollox soċjali u sigurtà.

Illum is-26 ta’ Marzu jimmarka l-ewwel sena tal-leġiżlatura ġdida ta’ dan il-Gvern Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela. Sena ilu ħdimna bis-sħiħ sabiex il-Partit Laburista jerġa’ jingħata l-fiduċja għat-tielet darba. Il-poplu ħareġ jivvota u mill-ġdid ta fiduċja sħiħa lill-Partit Laburista b’rebħa storika li ssarrfet fl-akbar maġġoranza miksuba minn partit politiku f’elezzjoni ġenerali mill-Indipendenza ’l hawn. Ftit tal-ġranet ilu mmarkajna wkoll l-għaxar sena minn meta l-Partit Laburista ngħata l-fiduċja u bdejna l-mixja sabiex inbiddlu lil dan il-pajjiż għall-aħjar u l-poplu jiġi offrut kwalità ta’ ħajja aħjar, tant li l-aspettattiva tan-nies f’ħidmet il-Gvern qiegħda dejjem togħla.

Wieħed jirrifletti li tliet rebħiet elettorali konsekuttivi minn partit jista’ jkun li ġraw imma qatt ma kien hawn partit li elezzjoni wara l-oħra kompla jkabbar il-maġġoranza. U hawnhekk wieħed ukoll irid jinnota x’ammont ta’ maġġoranza, mhux elf jew tnejn, mhux ta’ sitta jew imqar tnax-il elf, imma ta’ erbgħin elf vot. U dan kollu xi jfisser?

Ifisser li l-Gvern elett b’tant maġġoranza għandu responsabbiltà ferm ikbar sabiex iżomm ruħu akkontabbli u kapaċi jwettaq dak li wiegħed, jibqa’ jittrażmetti l-umiltà f’ħidmietu, jibqa’ innovattiv, jibqa’ jinbidel u jbiddel, jibqa’ pożittiv quddiem l-isfidi, jibqa’ viċin in-nies, juri empatija u jaħdem fuq il-weġgħat u l-bżonnijiet tan-nies sabiex jibqa’ jtejjeb il-kwalità tal-ħajja, anki minn fuq is-snin ta’ leġiżlaturi tal-istess partit fil-Gvern. Fi ftit kliem għandu responsabbiltà ikbar sabiex jibqa’ jagħmel id-differenza f’ħajjet in-nies.

Li l-poplu qed jibqa’ jagħtik il-fiduċja b’saħħa akbar minn ta’ qabel mhix xi ħaġa li tista’ tittieħed bħala xi ħaġa li ma tfisser xejn. Anzi, tfisser ħafna. Ifisser li xi ħaġa tajba u differenza fil-ħajja tannies dan il-Gvern ikun għamel. Kull Malti u Għawdxi għandu jistaqsi lilu nnifsu: il-kwalità tal-ħajja tiegħi hija aħjar illum minn għaxar snin ilu? Bla dubju ta’ xejn bil-kejl tal-fiduċja tal-poplu elezzjoni waħda wara l-oħra mill-2013 ’l hawn jikkonferma li iva tkun it-tweġiba.

Dan jiġi kkonfermat minn diversi studji u sondaġġi li jsiru minn żmien għal żmien minn fora differenti bħall-Eurostat jew l-NSO. Il-maġġoranza l-kbira

Din il-ġimgħa tħabbar li 90% tal-miżuri soċjali mħabbra fl-aħħar Baġit diġà twettqu u kważi 40% tal-proposti soċjali fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista Malta Flimkien imniedi s-sena l-oħra diġà twettqu. Meta jkollok Gvern li lest u ddeċieda li jerfa’ l-piż li qed iġibu l-isfidi internazzjonali bla preċedent li qed ngħixu fihom u ma jitfagħhomx fuq il-poplu bħalma għamel Gvern preċedenti ta’ GonziPN, tassew tifhem għaliex il-poplu jgħix b’moħħu mistrieħ. €600 miljun ta’ sussidju fis-sena sabiex il-prezzijiet tal-enerġija u l-fuels jibqgħu stabbli, miljuni f’sussidju fuq il-qmugħ u l-ikel tal-annimali sabiex itaffi mill-inflazzjoni u l-ogħli tal-ħajja. Dan hu Gvern li jibqa’ jwieżen lil dawk li jifilħu l-inqas hekk kif iż-żidiet fil-pensjoni sena wara sena tingħata mingħajr skużi. Ħaddieħor mhux talli ma żidhomx il-pensjonijiet imqar b’ċenteżmu, talli saħansitra wasal biex intaxxa lill-pensjonant.

U fi żmien ta’ inċertezza ekonomika internazzjonali, Gvern Laburista mmexxi minn Robert Abela xorta telaq għal għonq it-triq u beda jwettaq il-wegħda elettorali ewlenija ta’ proġett ambjentali li qatt ma rajna bħalu li se jiswa €700 miljun. L-NSO jirrapporta li s-sena l-oħra kellna tkabbir ekonomiku ta’ 7%. Fi żmien Gvern Nazzjonalista għaxar snin ilu, mhux ’il bogħod, kienu jagħmlu għors għax kien jirnexxilna nirreġistraw tkabbir ta’ xi 0.5%.

Mill-banda l-oħra, meta nħarsu barra minn xtutna x’naraw? Naraw li f’pajjiżi oħra fl-Ewropa qribna u anki ’l bogħod, hemm protesti kbar għax qed jgħollulhom l-età tal-pensjoni, hemm inkwiet kbir għax l-inflazzjoni hija kbira ħafna, qed ifallu l-banek u qed jgħollu r-rati tal-interessi, negozji jfallu, rati ta’ qgħad li jisplodu ’l fuq, apparti l-prezzijiet għolja tal-prodotti u s-servizzi u aktar minnhekk jogħlew u jitneħħew is-sussidji minn fuq il-kontijiet tal-enerġija u l-fuels.

Din hi l-ewwel sena minn ħamsa ta’ din l-ewwel leġiżlatura ta’ Robert Abela. Il-Prim Ministru qal li wettaqna ħafna u wiegħed li din is-sena jitwettaq id-doppju u l-ħidma tibqa’ tiżdied sena wara oħra. U dan kollu jsir għax il-Gvern għandu viżjoni, il-Gvern huwa ffukat, għandu pjan ta’ ħidma msejjes fuq Malta Flimkien b’elf proposta li se jissarrfu f’elf kisba għall-poplu Malti u Għawdxi, poplu li hu tant bieżel u bil-għaqal li jikkumplimenta mal-ħeġġa u l-bżulija ta’ dan il-Gvern biex flimkien inkomplu noħolqu l-ġid għaliex dan huwa bil-fatti Gvern li kien, għadu u jibqa’ fuq in-naħa tal-poplu.

Sur Editur, F’dawn il-jiem li għaddew, Sur Editur, jekk qatt kien hemm bżonn, li ma kienx hemm, pajjiżna kkonferma l-arroganza, il-ħamallaġni, u l-prepotenza tad-DNA magħġuna f’demmhom. F’demm dawk li, iffaċċjati bir-realtà, xeddew il-maskra tal-partit tal-puliti u niżlu fl-abbiss talmedjokrità inkallata, li ma ssibhiex żgur f’partit li jaħseb li huwa l-krema tal-krema.

Mela, Sur Editur, kellna l-anzjan li beżaq fuq ġurnalist tagħna, il-kaos li ħolqu fil-Parlament, l-insulti li waddbu f’wiċċ il-Prim tagħna, issottawh, u l-isfidar għall-ġlied mill-membri parlamentari xempju tal-etikett ta’ ras zijthom. U jekk ma tridx, ipprotestaw għaliex kien hemm xi ħadd li ġibed ir-ritratti tal-ewforja ndannata tagħhom li rathom Malta kollha.

Puu għal wiċċhom. Se jarawh wiċċ Alla dawn. Lanqas bi tromba tanNavy.

Spikka wkoll min-naħa tagħhom, l-għajjat sfrenat għar-riżenji. Naħseb lil kull Ministru tagħna daru u qalulu biex jirriżenja. Banana, biex ma niktibx xi ħaġa oħra, għax f’dan ir-Randan qed insum mill-kliem mhux xieraq.

Hekk għidtilha lil Melda tiegħi. Imnalla ninsabu fir-Randan, għax is-sagrifiċċju li qed nagħmel żgur li se jpattihuli Alla l-ħanin. Ħalliha li l-istonku qed inġibu għoqda aktar minn qagħqa tal-Appostli bil-lewż ippuntat b’kollox. Imma ħalliha dik. Sagrifiċċju tar-Randan Imqaddes.

L-aħħar li sejħet għal riżenja kienet Eva “Greta ta’ Malta t-Tamboċċ” ilBorg Bonello. L-istilla fost l-istilel li għandu l-partit tagħhom. Tgħid posta rużarju kuljum naħseb din. Għall-bżonnijiet ta’ dawk li qed isofru. Aħjar tħares ħarsa madwarha.

Tisma’ u taqra l-aħbarijiet tagħhom taħsbek qed taqra l-Apokalissi ta’ San Ġwann, Sur Editur. Ma hawn xejn tajjeb fil-pajjiż, dejjem skont l-esperti tax-xelin tal-partit tagħhom. Xejn ta! Ħa nerġa’ nsum, għax irRandan.

Imbagħad jiġi l-prim għaref tal-għorrief, dak li jaħseb li huwa l-kap talpartit tagħhom, Bernard “Dolos” il-Grech. Taf min kien Dolos, Sur Editur? Le hux. Jien dilettant tal-mitoloġija, mela ħa ngħidlek jien, Sur Editur. Dolos kien l-ispirtu personifikat tal-qerq u t-tradiment, fost affarijiet oħrajn. Grieg kien dan.

L-alleati sagrosanti tal-partit tagħhom, dawk li jiddeskrivu lilhom infushom bħala Fair, Accurate & Trustworthy, in-Njuwsbukk, u huma Ġusti, Preċiżi u Affidabbli daqs ħamiema b’uġigħ ta’ żaqq fuq karozza maħsula friska. Dawn li minn taħt huma mmexxijin minn Fader Bejrut, dak li jrid jgħidilna kif ix-Xandir tal-Istat għandu jitmexxa. Dan ieħor li lanqas bi tromba tan-Navy mhu se jara wiċċ San Pietru fil-Bieb tal-Ġenna. Dawn il-fair, accurate u trustworthy, li ħlief kontra l-Gvern tagħna ma jiktbux, ġabu b’ittri kbar li Bernard il-Grech qal li l-Gvern ta’ Robert tagħna huwa mmexxi mill-kriminali u l-ħallelin. Trid ikollok wiċċek imċappas b’David l-Għarukaża biex tgħid hekk.

Aħjar imorru jagħmlu xenata infantili quddiem ċerti stazzjonijiet, mhux marru quddiem ix-Xandir u bħad-diska mġenġla ta’ dejjem, qalu li l-PeeBeeEss sar Super One Two.

Hekk għidtilha l-Melda tiegħi, hi u tnewwilli karamella tal-ħarrub. “Meld, ninżagħlhom il-kappell lil dawn, jien”. Għax kapaċissimi biex dak li huma mnawrin bih huma jnessuh, u jitfgħuh fuq ħaddieħor. Dejjem hekk kienu u dejjem hekk jibqgħu. U ma jfiqux lanqas jekk jinżlu f’kaldarun ilma mbierek.

U jgħajru lilna li ħtafna l-istituzzjonijiet imbagħad waqt il-protesta li għamlu l-Belt, komplew bl-attakki fuq il-Kummissarju tal-Pulizija. U komplew jimminaw il-qrati. Għax huma jistgħu, Sur Editur.

Waqt din il-protesta, Bernard il-Grech qalilhom li Robert tagħna se jsib lill-partit tagħhom b’saħħtu għax dan verament iħobb lil pajjiżu. U mela! Issa l-poplu jaf li l-partit tagħhom iħobb lil pajjiżna daqs qurdiena mwaħħla ma’ warrani ta’ żiemel terdagħlu demmu.

Nifraħ, Sur Editur, lil Stefan il-Caruana s-Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv il-ġdid tal-partit tagħhom. Ilu ftit sigħat biss u mistagħġbin kemm diġà ħakk rasu biex jara minn fejn il-Marija Madalena se jibda jorganizza. Ħa nara kemm se jdum qabel jirriżenja għal “raġunijiet personali”.

Għad-dieħla!

26.03.2023 22
Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL CATHERINE FENECH

ĠIMGĦA TA’ PIROTEKNIKA F’LIVELL INTERNAZZJONALI

Ix-xahar id-dieħel jirritorna l-Festival tal-Logħob tan-Nar li jilħaq il-qofol fil-Port il-Kbir

Se jerġa’ jittella’ f’pajjiżna l-avveniment prestiġjuż tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar mifrux mal-pajjiż, bil-qofol jintlaħaq fil-Port il-Kbir lejlet il-festa pubblika tal-Ewwel ta’ Mejju. Fuq medda ta’ sebat ijiem kontinwi, li jibdew mit-Tnejn 24 ta’ April, il-pubbliku inġenerali se jkollu l-opportunità li jara nar tal-ajru u tal-art min-Nadur, mill-Mellieħa, minn San Pawl il-Baħar,

min-Naxxar, minn Manoel Island, mill-Furjana u mid-dawra tal-Port ilKbir.

F’dan l-istess perjodu, Malta mistennija tospita mas-700 parteċipant barrani għal dan il-festival pirotekniku, kif ukoll 100 esibitur għall-International Symposium of Fireworks. Dawn id-dettalji tħabbru f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton

Bartolo (inset), fil-preżenza taċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) Gavin Gulia.

Il-Ministru Bartolo saħaq li hemm aspettattiva pożittiva għal dan l-avveniment internazzjonali u kompla jgħid li “r-reputazzjoni ta’ pajjiżna fid-dinja piroteknika hi b’saħħitha u magħrufa. Din l-istess storja rridu nkomplu naqsmuha mal-Maltin u mal-Għawdx-

in kif ukoll mat-turisti li jżuruna. Għalhekk ninsabu determinati li nkomplu noffru avvenimenti ta’ livelli għoljin għal nies ta’ kull età.”

Il-Ministru Bartolo temm jgħid li festival ta’ dan il-kalibru internazzjonali hu konferma tal-impenn tal-Gvern li jkompli jpoġġi lis-settur turistiku fost il-kontributuri ewlenin tal-ekonomija Maltija.

Iċ-Chairman tal-MTA qal li dan il-festival hu avveniment li sar parti integrali mill-kalendarju ta’ attivitajiet li jiġu organizzati matul is-sena.

“Permezz ta’ dan il-festival inkunu nistgħu niġbdu għaqdiet internazzjonali tal-logħob tan-nar ħalli jikkompetu f’pajjiżna. Ninsabu ċerti li dan il-festival internazzjonali se jattira numru ta’ turisti u anki udjenza lokali biex igawdu dan l-ispettaklu mill-isbaħ madwar il-Gżejjer Maltin,” temm Dr Gulia.

26.03.2023 23
Iieħeb www.partitlaburista.org 5160 2034 - €10 SMS fuq 50619275 - €11.65 (Niżżel isem, kunjom u ID tal-persuna) mal-Partit Laburista

TINSATAR IL-MADONNA LI TIDHER FL-EWKARISTIJA

Kien il-jum tat-8 ta’ Awwissu tas-sena 2000, meta aħbar mhix tas-soltu nfirxet ma’ Malta u Għawdex kollha. Ċerta Katie Bugeja, li kienet fil-kripta tal-knisja tad-Dumnikani fir-Rabat, lemħet demgħat tad-demm ħerġin minn għajnejn l-istatwa tal-irħam li tirrappreżenta lill-Madonna. Niftakar li kont l-uniku ġurnalist li rnexxieli nsib min kienet dik il-mara u nwassal l-aħbar stampata lill-qarrejja l-għada filgħodu. Iżda minn dak iż-żmien il-fenomenu ma waqafx.

Minn CHARLES B. SPITERI

Il-ġrajja bħal donnha ntesiet tul il-11-il sena ta’ wara. Ġara iżda li fl-2011; li kienet is-sena tal-volontarjat, Publius u martu Connie Xuereb minn San Ġwann, marru jagħmlu xogħol volontarju n-Niġerja. Meta ġew lura bagħtu għalihom minn Radju Marija għal intervista. Ma rrealizzawx mill-ewwel li kien l-ewwel Ġimgħa tax-xahar u għalhekk, sakemm sar il-ħin mistenni, daħlu jagħmlu vista fil-kappella fejn il-Madonna bkiet id-dmugħ tad-demm.

B’għaġeb kbir għalihom, millbieb ta’ barra raw li fl-Ewkaristija kien hemm ix-xbieha tal-Madonna bil-Bambin f’idejha. Ma tkellmu xejn għax ħasbu li setgħet kienet xi timbru bl-istampa tal-Madonna. Madanakollu, wara rrealizzaw li ma setax ikun, għax l-Ewkaristija hi l-ġisem u d-demm ta’ Ġesù Kristu. Ġimgħa wara infurmaw b’kollox lil Patri Ugo Cremona, li kien patri Dumnikan fir-Rabat.

Infurmaw lil Patri Ugo

Xahar wara u sewwasew fis-7 ta’ Ottubru, li wkoll kien l-ewwel Ġimgħa tax-xahar, fil-11.30 a.m., Publius u Connie reġgħu telgħu r-Rabat. Dakinhar kien hemm ħafna nies fil-kappella, li wkoll kienu raw ix-xbieha tal-Madonna fl-Ewkaristija. Din id-darba dehret il-Madonna weħidha. Daħlu jgħidu b’dan lil Patri Ugo, li flimkien magħhom daħal fil-kappella u beda jitlob quddiem Ġesù Ewkaristija. Ix-xbieha kienet għadha hemm, iżda ma staqsewhx kienx qed jaraha. Wara, il-koppja Xuereb infurmat b’kollox ukoll, lill-Kappillan Effie Mallia tal-parroċċa ta’ San Ġwann.

Għaxart ijiem wara kellhom udjenza mal-Arċisqof Pawlu Cremona. Fissrulu d-dettalji u bħala Arċisqof, talabhom iżommuh infurmat u jfittxu lil Patri Ugo Cremona biex ikun jista’ jmexxihom hu. Għarrafhom ukoll biex jekk u meta jerġgħu jaraw ix-xbieha, jiġbru l-firem tax-xhieda.

Fl-ewwel Ġimgħa tax-xahar

ta’ Novembru tal-2011, Publius u Connie reġgħu lemħu x-xbieha, iżda ma kinitx ċara l-ħin kollu. Madanakollu, f’ħin minnhom daħlet koppja li kienet hemm ix-xahar ta’ qabel, li stqarret li kienet rat ix-xbieha mill-ewwel. Għalhekk, dakinhar stess wara nofsinhar, il-koppja Xuereb reġgħet marret iżżur lill-Madonna, għax kien daħlilhom dubju.

B’ferħ enormi li jixhed l-istess ferħ tal-jum, qaluli li d-dubju mill-ewwel telaq għax ħadd ma jista’ jimmaġina xi ġmiel ta’ immaġni raw. Id-dehra tal-Madonna kienet tant sabiħa li ma hemmx kliem li jistgħu jiddeskrivuha.

Tfew id-dawl

Ix-xahar ta’ wara, fit-2 ta’ Diċembru, lill-Madonna ma reġgħux rawha l-ħin kollu. Għalhekk, Publius talab permess lil patri li kien barra l-kappella biex jitfi d-dawl talġenb. F’dak il-ħin, fl-Ewkaristija reġgħet dehret il-Madonna. F’nofsha, lejn il-qalb kien hemm Ewkaristija żgħira. Publius isostni li ta’ dan kienu konxji n-nies li kien hemm, fosthom tabib rinomat, ħabib sew ta’ Patri Ugo li mar jgħarraf lill-Patri hu wkoll.

Bħal kull xahar, il-koppja Xuereb reġgħet żaret il-kunvent tad-Dumnikani fis-6 ta’ Jannar tal-2012. Kien hemm l-Ewkaristija esposta. Din id-darba raw ix-xbieha tal-Madonna mingħajr binha Ġesù.

Bosta kienu n-nies preżenti li raw dak li raw huma. Bdew ir-Rużarju flimkien, u x-xbieha baqgħet hemm il-ħin kollu.

Sagristan li dak iż-żmien kien jagħmel xogħol volontarju, qiegħed karta wara l-ostensorju, għax ħaseb li hemm xi dell, iżda x-xbieha tal-Madonna ħarġet aktar fid-dieher. Kulħadd seta’ jara li fl-Ewkaristija kien hemm ostja ċkejkna oħra, li minnofs bdiet tersaq fil-ġenb tal-Madonna u viċi versa. Meta ra hekk, Publius mar

għal Patri Ugo, u din id-darba anke hu stqarr li kien qed jara eżatt dak li kienet qed tara l-miġemgħa. Meta Patri Ugo telaq, daħlu ħafna aktar nies fil-kappella u resqu lejn l-artal biex jixhdu dak li qalulhom innies.

Twaqqfu l-espożizzjonijiet

Dawn il-fenomeni baqgħu għaddejjin sal-5 ta’ Mejju tal-2017, meta l-patrijiet iddeċidew li jwaqqfu l-espożizzjoni tas-Sagrament.

Publius jirrakkonta li dakinhar tal-5 ta’ Mejju, hu u martu telgħu jagħmlu ż-żjara ta’ kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar fil-kappella tad-Dumnikani. Kienu hemm għal xi l-10.30 a.m. Kif daħlu fil-kappella, it-tnejn li huma reġgħu raw ix-xbieha tal-Madonna fl-Ewkaristija, mingħajr binha. Kien hemm

ħafna nies u dakinhar ma nġabrux il-firem ta’ min raha x-xbieha ta’ Sidtna Marija. Dan għax fl-istess waqt daħlet koppja Ingliża, bejn b’kumbinazjoni u bejn b’kurżità. Connie stednithom jersqu aktar ’il quddiem lejn l-artal u jitolbu. Hekk għamlu, u wara, irraġel, li stqarr li hu ma jħaddanx ir-reliġjon Kattolika, aċċerta li kien qed jara xbieha ta’ mara fl-Ewkaristija. Madanakollu, ma rreferiex għaliha bħala l-Madonna. Martu qalet li ma kienet rat xejn. Dak il-ħin niżel Patri Ugo u beda jkellem kemm lill-koppja barranija kif ukoll lilhom. Talbu flimkien u l-koppja Xuereb telqet mill-kappella f’11.45a.m. Waranofsinhar marru millġdid iżuru lill-Madonna u rawha bħas-soltu l-ħin kollu.

L-istess kien irrappurtat għall-ewwel Ġimgħa tax-xahar tat-2 ta’ Marzu, 2012. Publius u martu Connie waslu fil-kappella fl-4.00p.m. Mill-ewwel lemħu x-xbieha Mirakoluża fl-Ewkaristija. Għal darb’oħra l-Madonna dehret mingħajr binha. Publius jirrakkonta li għall-bidu ma kinitx tant ċara, iżda wara li rreċtaw ir-Rużarju u waslu aktar devoti, bdiet tingħaraf aħjar.

F’ħin minnhom, tfew iddawl ta’ wara u dak il-ħin ħarġet is-sbuħija kollha ta’ Sidtna Marija. Dawk preżenti setgħu jaraw sa għajnejha ċari. Il-koppja tirrakkonta li kienet dehra tal-meravilja u espresjoni tassew sabiħa. Inbeda t-talb.

Fatt kurjuż u interessanti seħħ fl-4 ta’ Mejju tal-istess sena. Fil-kappella nġemgħu

26.03.2023 26
Madonna bla Bambin

Kien hemm min qal li ra lill-Madonna tinqasam fi tnejn. Kien hemm saħansitra min qal li ra lill-Madonna bil-Bambin.

Mara marida, li twasslet fil-post mal-koppja Xuereb, saħqet li rat lill-Madonna tiddi bix-xemx warajha

għalliema mill-iskola tar-Rabat kif ukoll mis-sekondarja tal-Imrieħel, flimkien mal-istudenti tagħhom.

Waħda mill-għalliema li rat dak kollu li kienu jaraw id-devoti, irrakkuntat li kienet inkwetata għall-aħħar qabel ma daħlet fil-kappella, għax dak il-waqt stess irċeviet telefonata mingħand bintha, li tgħix l-Ingilterra, li għarrfitha li kellha bżonn tagħmel operazzjoni. Kienet inkwetata għall-fatt li bintha qaltilha li kienet f’lista ta’ stennija twila mhux ħażin.

Eżatt wara ż-żjara fil-kappella tad-Dumnikani, fejn stqarret li rat ukoll lill-Madonna, irċeviet telefonata oħra mingħand bintha, li ħabbritilha li lil xi pazjent kienet tħassritlu l-operazzjoni u minflok kienu se joperaw lilha erbat ijiem wara. Din l-għalliema xtaqet

tagħmel din il-konfessjoni b’mod pubbliku.

Inġabru l-firem

Bħal kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar, il-koppja Xuereb reġgħet marret tinvista lis-Sagrament Espost fil-kunvent tad-Dumnikani r-Rabat, fil-5 ta’ Ottubru. Il-Madonna dehret bħas-soltu. Publius qalli li dakinhar kien hemm ferm aktar nies mis-soltu. Inbeda r-Rużarju fil-preżenza tax-xbieha tal-Madonna.

Wara nġabru l-firem tax-xhieda. Qrib nofsinhar wasal Patri Ugo Cremona. Preżenti mal-folla kien hemm soru, li meta Patri Ugo staqsieha kinitx rat xi ħaġa, stqarritlu bla tlaqliq li kienet rat lil Our Lady.

F’dak il-jum, id-dehriet kienu differenti għall-

miġemgħa preżenti. Publius u Connie kienu fil-kappella u jirrakkuntaw li kien deher li d-devozzjoni lejn l-Ewkaristija u lejn il-Madonna tkattret sew. Minn dak li bdew isemmu n-nies, kien hemm min qal li lix-xbieha tal-Madonna beda jaraha u ftit wara tgħib u mbagħad terġa’ tidher.

Kien hemm min qal li ra lill-Madonna tinqasam fi tnejn. Kien hemm saħansitra min qal li ra lill-Madonna bil-Bambin. Mara marida, li twasslet fil-post mal-koppja Xuereb, saħqet li rat lill-Madonna tiddi bix-xemx warajha. Publius u Connie wkoll raw lill-Madonna, iżda weħidha.

Preżentazzjoni lill-Madonna

Okkażjoni mhix tas-soltu għal Publius kienet fis-7 ta’ Diċembru fid-9.30 a.m. Hu u Connie ħadu lit-tarbija, neputija tagħhom Maia, biex jippreżentawha lill-Madonna.

Iqisu dan l-avveniment bħala wieħed speċjali, l-aktar meta Patri Ugo Cremona ħa lit-tarbija f’idejh u talab lill-Madonna. Ix-xbieha tagħha ma kinitx ċara l-ħin kollu.

F’ħin minnhom kienu infurmati mit-tifla ta’ mara marida, li kienet marret magħhom, li ommha nħarġet mill-Isptar Boffa, fejn kienet, għax il-kankru li kellha, kien qed jinxfilha. Hemmhekk, bint din il-mara, li wkoll rat ix-xbieha tal-Madonna, qerret għand Patri Ugo, li min-naħa

Il-Madonna reġgħet dehret fit-2 ta’ Awwissu. Dakinhar inzerta kien preżenti Fr Hayden. Publius talbu jidħol fil-kappella bla ma qallu x’kienu qed jesperjenzaw. Iżda hu għarrfu mill-ewwel li kien hemm ix-xbieha tal-Madonna fl-Ewkaristija. Kien diġà sema’ xi ħaġa wkoll fuq dik il-kappella.

tiegħu talab fuqha flimkien magħhom.

Fl-ewwel Ġimgħa tax-xahar ta’ Mejju, 2013, li kien it-3 ta’ Mejju, Publius, martu Connie u l-ħabiba tagħhom Veronica setgħu jerġgħu jaraw ix-xbieha tal-Madonna fl-Ewkaristija. Waqt li kien hemm, daħal patri u numru sew ta’ tfal tal-iskola. Dak il-ħin, il-Madonna għebet u damet hekk għal xi siegħa. Reġgħet feġġet meta l-patri u l-istudenti ħarġu mill-kappella. Kien hemm aktar nies li xehdu dak li raw.

Fost dawn in-nies inzertat mara Ortodossa Russa. Hi bagħtet it-testimonjanza tagħha bl-Ingliż wara li kitbet bir-Russu. Qalet: “Ilbieraħ, ilĠimgħa 3 ta’ Mejju, 2013, rajt l-immaġni tal-Verġni Marija b’tarbija f’idejha. Id-dehra qisha ma kinitx fl-Ewkaristija, iżda rriflettiet fiha fuq l-artal. Meta xi ħadd tefa d-dawl ta’ wara, id-dehra dehret aħjar.

Il-‘Mara’ ħarset lejja bil-ħlewwa. F’idejha kellha tarbija qrib sidirha. It-tnejn kellhom id-dija ħierġa minnhom. Jien membru tal-Knisja Ortodossa u nistqarr li qatt ma rajt miraklu simili f’ħajti.”

Festa tal-Qalb ta’ Ġesù

Interessanti jingħad li fl-ewwel Ġimgħa tax-xahar, li kien

il-7 ta’ Ġunju, 2013, Publius u martu Connie ma lemħux

lill-immaġni tal-Madonna

bħas-soltu. Dakinhar kienet

il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù.

Maż-żmien il-Madonna baqgħet tidher. Kienu ftit il-jiem tal-ewwel Ġimgħa tax-xahar fejn ma dehritx għalkollox. Fl-4 ta’ Lulju, 2014, fid-9.30 a.m. Publius u Connie lemħu xi ħaġa differenti. Din id-darba fl-Ewkaristija raw lil Ġesù Nazzarenu. Kellu l-kuruna tax-xewk f’rasu, li kienet qed tmil fuq spalltu tax-xellug. Raw ukoll li kellu d-daqna. Connie kkommoviet ruħha ferm u meta daħlet mara oħra fil-kappella, din rat lill-Madonna tibki d-demm. Fil-5 ta’ Mejju 2017, is-Sagrament kien espost fil-knisja, peress li ħabat għeluq il-100 sena tal-kwadru tal-Madonna. Wara li ntemmet il-funzjoni, is-Sagrament ittieħed mill-ġdid fil-kappella. Publius, martu Connie u ħabibithom marru warajh. Fil-kappella kien hemm raġel li qatt ma rawh qabel. Qal li mar jagħti donazzjoni lil Radju Marija għal ruħ martu. Bla tlaqliq stqarr ukoll li kien qed jara x-xbieha tal-Madonna.

Dmir reliġjuż

Kif għedna, minn dakinhar, il-komunità Dumnikana ma baqgħetx tesponi s-Sagrament għall-qima tal-Insara fil-kappella. Inċidentalment, sentejn wara faqqgħet il-pandemija talCovid 19 u minkejja li hemm nies li jixtiequ jerġgħu jibdew jattendu kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar, il-Komunità Dumnikana qisha għandha xi ostaklu.

Fil-fehma tiegħi hu dnub, li l-Knisja Kattolika twettaq ħwejjeġ bħal dawn, meta taf u tammetti li ħafna Maltin qed jonqsu mid-dmir reliġjuż tagħhom. Għalhekk, ma nafx kif l-Arċidjoċesi ma tittrattax din il-biċċa mal-Provinċja Dumnikana, biex tippermetti lill-Madonna twassal ix-xewqat tagħha, l-aktar meta x-xhieda dokumentata tannies li raw lill-Madonna tinsab għand l-istess patrijiet fir-Rabat u fil-kanċellerija tal-Kurja. Hu magħruf ukoll li saħansitra hemm persuni li lesti joqogħdu għassa mas-Sagrament, biex żgur ma jingħadx li l-patrijiet Dumnikani qed jonqsu fl-għadd tagħhom. Sadanittant, kulħadd qed jistenna x’jista’ jiġri għada, għax minn dak li jidher, il-Madonna qed tiċċaħħad milli tidher lil min iżurha?

26.03.2023 27

GĦAXAR SNIN TA’ PAPA FRANĠISKU

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Diġà għaddew għaxar snin minn meta Jorge Mario Bergoglio nħatar bħala l-Kap tal-Knisja Kattolika. Dan isir wara dawk li jissejħu l-konklavi fejn il-Kardinali bejniethom, permezz ta’ vot sigriet jivvutaw għal min jaħsbu li tista’ jkun il-persuna eċċellenti sabiex tkun ir-ragħaj tal-Knisja. Minn hemm ħa l-isem ta’ Papa Franġisku.

Tista’ tgħid li f’dan id-deċennju bħala Kap tal-Knisja Kattolika Rumana, Franġisku ta prijorità lill-ħidma missjunarja u karitattevoli fejn iffoka kontinwament fuq il-paċi, l-għaqda u r-rispett bejn il-bnedmin. Dan wassal ukoll għal kritika u battalji interni li għalkemm qatt ma kellna evidenza konkreta li ġraw, ilkoll smajna minn sorsi affidabbli, li dawn verament seħħew.

Huwa ħadem għar-riformi fil-Knisja u l-evanġelizzazzjoni kif, fl-aħħar mill-aħħar, titlob din ir-reliġjon. Mill-bidu wera li se jkun Papa li jwettaq u jbiddel mingħajr ħafna ritratti u riklami żejda. Talab li l-Knisja tibda tagħraf iżjed il-ħtiġijiet tal-lum u tadatta għaċ-ċirkostanzi tal-lum mingħajr ma titlef il-valuri u l-prinċipji li għalihom twaqqfet minn Kristu nnifsu. Mill-bidu wera li ma kienx lest li jkun Papa popolist u jżur il-pajjiżi biss biex ikollu merħba sabiħa imma kull fejn mar, għallem, ċanfar, wissa, spjega u għen.

Franġisku huwa l-ewwel Papa Ġiżwita kif ukoll l-ewwel, li ġej mill-Amerka Latina. Ser jibqa’ magħruf żgur għall-introduzzjoni ta’ żewġ dekasteri ġodda: dak tas-servizz tal-karità u l-ieħor tal-evanġelizzazzjoni. Imexxihom hu stess. Jagħti eżempju bih innifsu. Fetaħ ukoll klinika fi Pjazza San Pietru għas-servizz tal-foqra fejn bosta huma dawk li jsibu għajnuna u refuġju fiha.

Il-Papa mhuwhiex żgħir fl-età, għandu 86 sena, u saħħtu dejjem tkiddu tant li anke dan l-aħħar rajnieh

jinġarr fuq siġġu tar-roti b’mod aktar spiss. Kważi sena ilu, Papa Franġisku żar ukoll il-Gżejjer Maltin fit-2 u t-3 t’April 2023 fejn fil-mawra tiegħu żar il-Madonna ta’

Pinu f’Għawdex, il-Madonna

tal-Mellieħa, saret quddiesa

fuq il-Fosos, saru żjarat ta’ korteżija lill-ogħla istituzzjonijiet tal-pajjiż, il-Laboratorju tal-Paċi, laqgħat mażżgħażagħ u emigranti fostna u anke żar il-grotta ta’ San Pawl fir-Rabat Malta.

Spiss kelmtu kienet soda

dwar kemm għandna nżommu ’l bogħod mill-materjaliżmu u r-regħba għall-poter u l-flus u wassal messaġġ qawwi li ta’ din id-dinja kollox jgħaddi u jintesa,

Ser jibqa’ magħruf żgur għall-introduzzjoni ta’ żewġ dekasteri ġodda: dak tas-servizz tal-karità u l-ieħor tal-evanġelizzazzjoni. Imexxihom hu stess. Jagħti eżempju bih innifsu. Fetaħ ukoll klinika fi Pjazza San Pietru għas-servizz tal-foqra fejn bosta huma dawk li jsibu għajnuna u refuġju fiha

imma tas-saltna t’Alla jibqa’ magħna. Kien kritiku wkoll għall-Knisja nnifisha fejn tenna:

“Il-kriżi tal-fidi, l-apatija tal-prattika tat-twemmin fuq kollox fiż-żmien ta’ wara l-pandemija u l-indif-

ferenza ta’ tant żgħażagħ għall-preżenza ta’ Alla mhumiex argumenti li għandna ‘nrattbu’, għax naħsbu li ftit

26.03.2023 28

jew wisq ċertu spirtu reliġjuż għadu sħiħ. Fil-fatt, xi drabi l-qafas ta’ barra jista’ jkun reliġjuż, imma wara dik il-libsa l-fidi tkun qed teqdiem. Fil-fatt, il-gwardarobba eleganti tal-ilbies reliġjuż mhux dejjem taqbel ma’ fidi ħajja li tiġi mid-dinamiżmu tal-evanġelizzazzjoni.”

Hawnhekk enfasizza għal iżjed ħlewwa ma’ xulxin u kompassjoni. Mhux dik tattlellix u fid-dieher, imma anke minn wara l-kwinti fejn ħadd ma jarana u jagħtina l-prosit.

Bla dubju, il-Papa Franġisku se jibqa’ wkoll magħruf għall-mod kif jaħtar il-Kardinali tiegħu fejn jagħti importanza kbira lill-pajjiżi

Bla dubju, il-Papa Franġisku se jibqa’ wkoll magħruf għall-mod kif jaħtar il-Kardinali tiegħu fejn jagħti importanza kbira lill-pajjiżi fil-periferiji tad-dinja. Kellna x-xorti wkoll li dan il-Papa għażel wieħed minn fostna bħala Kardinal; lill-Mons Isqof għal Għawdex Mario Grech

fil-periferiji tad-dinja. Kellna x-xorti wkoll li dan il-Papa

għażel wieħed minn fostna

bħalha Kardinal; lill-Mons

Isqof għal Għawdex Mario

Grech fl-20 ta’ Novembru

tal-2020, li huwa mgħob -

bi b’ħafna responsabbiltà

fit-tmexxija tal-Knisja f’livelli internazzjonali.

Għalkemm il-Papa huwa

l-Kap ta’ madwar 1.3 biljun

persuna madwar id-dinja li

tħaddan ir-reliġjon Kattolika, tista’ tgħid li huwa rrispettat

bil-bosta anke minn dawk li

ma jħaddnux l-istess fidi.

Mil-lat ħelu, jibqa’ magħruf ukoll għaż-żjajjar li jagħmel għal għarrieda f’xi ħanut fil-qalba ta’ Ruma, għat-telefonati fil-kunventi tal-patriji-

et u s-sorijiet, għat-telefonati lil xi wħud mill-morda u saħansitra għall-fatt li anke kien iħallas il-kont tal-lukanda li fiha kien jgħix hu stess.

Qata’ l-lussu u t-tlellix u fejn seta’, anke saq il-karozza tiegħu stess. Huwa eżempju ċar tal-fidi Kattolika, bniedem li se jibqa’ magħruf li f’dinja moderna, ħaddan miegħu l-valuri veri Nsara bla ma qatt stenna ċ-ċapċip. Iżjed minn hekk, rajnieh ukoll bħala uman, kif fil-fatt hu, fejn meta kellu jċanfar ma qagħadx jiddejjaq anke lil dawk li sostnew miegħu d-differenzi.

Nawgura minn qalbi, iżjed ħajja b’saħħitha lill-Papa Franġisku.

26.03.2023 29

IS-SBUĦIJA VERA TAL-MUŻIKA HIJA LI TGĦAQQAD LIN-NIES

Ili naf lil dan l-individwu għal numru ta’ snin, u dan l-aħħar qed niltaqgħu ’l hawn u ’l hemm minħabba l-fatt li niffrekwenta klabb li normalment ikun qed idoqq huwa. Qed nirreferi għal Stevy Vee. Huwa mir-Rabat, imma joqgħod ma’ martu u wliedu f’San Pawl il-Baħar. Jaħdem fl-industrija tal-mużika bħala DJ, producer tal-mużika, gigs management, rappreżentant għal PRS fuq copyright tal-mużika u konsulent tal-mużika. Il-passatempi tiegħu huma t-tisjir u l-ivvjaġġar.

Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem ħabrieki li jistinka biex jilħaq bilanċ bejn il-familja u l-karriera.

Il-ħbieb u l-familja tiegħu jiddeskrivuh bħala perfezzjonist u ġentili. Jagħmel dak kollu li jista’ biex lin-nies ta’ madwaru jarahom ferħanin.

L-isem proprju ta’ Stevy Vee huwa Stefan Vassallo. In-nies, li jinkludu l-qraba, minn dejjem kienu jirreferu għalih bħala Steve. L-istage name Stevy Vee kien ispirat minn kanzunetta li ħarġet fl-1990 bl-isem Dirty Cash (Money Talks) , ta’ The Adventures of Stevie V Allura għaqqad ma’ ismu Steve u kunjomu Vassallo biex ġie maħluq Stevy Vee.

Aktar minn 30 sena esperjenza fl-industrija tal-mużika

Stevy Vee huwa rikonoxxut bħala wieħed mill-aqwa DJs Maltin, b’aktar minn 30 sena esperjenza fl-industrija tal-mużika. Mistoqsi kemm ilu jinteressa ruħu fiddjing u fejn beda jitgħallem, weġibni: “Tgħallimt waħdi. Naħseb li ma ssirx artist, imma titwieled. Ġewwa fik tibda tħoss li għandek passjoni mill-kreattività. Minn età żgħira kien ikolli walkman dejjem miegħi b’katalgu ta’ tape cassettes u d-dar dejjem indoqq diski tal-vinyl fl-isterjo ta’ missieri.

Allura l-mużika kienet

ġewwa fija minn età żgħira. Meta kelli 16-il sena u mort għall-ewwel darba f’disco mill-ewwel ridt inkun deejay. B’xi għajnuna ta’ ħbieb li dak iż-żmien kienu DJs ġewwa Styx, Axis u Sniffs (Tattingers) kelli x-xorti nsib mumenti li fihom nuri x’naf.

Meta kelli 17-il sena bdejt bħala DJ full-time f’postijiet ġewwa Paceville bħal Tremors, Axis, Generator, Dewdrops u anki Tattingers fir-Rabat.”

Ta’ min jgħid ukoll li Stevy Vee qasam il-palk ma’ ismijiet internazzjonali kbar

bħal Roger Sanchez, Eric Morillo, Todd Terry, DJ Sneak, Who Da Funk, Planet Funk, Antoine Clamaran, Felix Da House Cat, David Guetta, Eric Prydz, Planet Funk, u ħafna aktar. Ridt inkun naf x’sodisfazzjon jagħtih id-djing, speċjalment meta jdoqq ma’ ismijiet kbar hekk. “Kien ta’ unur li nagħmel sets bħala warm-up għal DJs magħr ufa. Biex inkun onest, li tagħmel warm-up set huwa ferm aktar diffiċli milli ddoqq sett peak time.

Warm-up għal artist kbir jinvolvi li ddoqq il-mużika biex timla d-dancefloor imma li fl-istess ħin tħalli lok sabiex il-mistieden speċjali jkun jista’ jagħmel spet taklu ikbar warajk. Kelli wkoll ix-xorti li nqatta’ ftit ħin ta’ kwal ità ma’ dawn l-ismijiet famużi kollha, li ma’ wħud minnhom għadni f’kuntatt magħhom sal-lum.”

Miegħu tkellimt ukoll dwar il-ġeneru tal-mużika li normalment idoqq. “Il-ġeneru tal-mużika tiegħi huwa

Funky, Jackin House, u ndo -

qqu għax nieħu gost bil-ħoss Motown u Disco, ħsejjes

ġejjin mill-aħħar tas-snin 70 u l-bidu tas-snin 80 li jaħdmu tajjeb fil-produzzjonijiet moderni. Skont l-atmosfera

Ġewwa fik tibda

tħoss li għandek passjoni mill-kreattività. Minn età

żgħira kien ikolli walkman dejjem miegħi b’katalgu ta’ tape cassettes u d-dar dejjem indoqq diski tal-vinyl fl-isterjo ta’ missieri

u l-ħinijiet tal-gig tiegħi, għandi wkoll it-tendenza li ndoqq daqsxejn Tribal Tech House.

L-iktar importanti huwa li dak li ndoqq jagħti lill-folla

ta’ quddiemi enerġija u atmosfera pożittiva.”

Il-mużika ta’ Stevy Vee hija popolari fuq il-pjattaforma tal-mużika Amerikana Traxsource, li tippermetti lil mil-

juni ta’ utenti attivi jisimgħu u jixtru mużika minn madwar id-dinja. Mitlub jgħidli kif taħdem eżattament din il-pjattaforma u x’benefiċċji qed jieħu minnha, weġibni:

26.03.2023 30
STEVY VEE
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

SKEDA ONE

“Qabel, il-mużika kienet tinxtara fuq vinyl, tapes, jew CDs. Fid-dinja tal-lum, l-industrija tal-mużika nbidlet għal waħda diġitali u streaming. Pjattaformi bħal Traxsource u Beatport huma vitali għalina l-producers tal-mużika dance, peress li jippermettulna nbigħu l-mużika tagħna mad-dinja kollha.

Il-headquarters ta’ Traxsource huma bbażati fl-Istati Uniti, iżda l-kumpanija hija popolari globalment.

Grazzi għal Traxsource, il-mużika tiegħi ma kinitx biss apprezzata u mixtrija minn ħafna DJs minn madwar id-dinja, iżda ppermettiet ukoll li DJs u producers oħra jsiru jafuni u jikkoperaw miegħi fi proġetti mużikali oħra.

Il-vantaġġ li diska tiġi ppubblikata permezz ta’ record label u li tkun disponibbli fuq portal bħal Traxsource huwa bla limitu.”

Host u producer ta’ diversi programmi fuq ir-radju kemm lokali u barranin

Stevy Vee huwa wkoll host u producer ta’ diversi programmi fuq ir-radju kemm lokali u barranin. Però minn kif qal huwa stess, it-tnejn għandhom sentiment differenti. “Kemm ixshow tar-radju lokali, kif ukoll dak internazzjonali jiġu trażmessi fi tmiem ilġimgħa qabel ma nkun f’xi klabb. Allura s-semmiegħa jisimgħu l-mużika tiegħi qabel ma jmorru lejn klabb, id-dar jew fil-karozza u wara jkunu jistgħu jisimgħu l-live performance tiegħi f’xi klabb. Nieħu gost ħafna meta xi wħud jiġu għandi f’xi klabb waqt li nkun qed indoqq u jistaqsuni għal xi diska li kont qed indoqq qabel fuq ir-radju.”

Fatt li ddiskutejt ma’ Stevy Vee huwa li personalment iqis deejays bħalu bħala messaġġiera. Fi kliemu stess il-mużika hija l-lingwa universali tal-umanità. “Il-mużika ġġorr messaġġ, u aħna l-mużiċisti u l-artisti, aħna l-messaġġiera. Il-mużika tgħaqqad lin-nies, u kull fejn tmur fid-dinja, tinftiehem. Il-mużika hija rigal universali u s-setgħa tagħha li tgħaqqad lin-nies hija mingħajr dubju. Hija forma ta’ arti umana fiċ-ċentru tagħha.

Il-mużika tistimula

l-moħħ li min-naħa tiegħu jgħin biex itaffi l-uġigħ, inaqqas l-istress u l-memorja. Studju minn Harvard wera li l-mużika rilassanti tista’ tnaqqas il-pressjoni tad-demm u r-rata tal-qalb wara sforz

fiżiku. Barra minn hekk, il-mużika ttejjeb il-burdata u tnaqqas l-ansjetà. Il-mużika hija pjaċevoli.”

Kompla jgħidli li sfortunatament, mhux kulħadd jagħraf l-isforz meħtieġ ta’ deejay. “In-nies mhux qed japprezzaw il-mużika daqs kemm kienu. Dan minħabba li fl-era diġitali tal-lum il-mużika hija aktar aċċessibbli.

Pereżempju, meta ndoqq f’xi gig, ir-rutina tiegħi tibda d-dar fl-istudjo tiegħi. Insib mużika ġdida, nixtri mużika ġdida, nissinkronizza dik il-mużika biex niddetermina l-key tal-mużika ta’ kull diska, nipprepara setlists, insegwi podcasts, programmi tar-radju u x’inhu għaddej globalment biex inlaħħaq mal-aħjar produzzjonijiet.

Minbarra l-performance attwali, teħtieġ li żżomm għajnejk fuq in-nies fl-udjenza tiegħek sabiex iżżommhom kuntenti u jiżfnu l-lejl kollu. Nixtieq li meta deejay ikun qed idoqq, l-udjenza tapprezza s-sett. Jien inħobb inġib l-eżempju ta’ kok. Meta tmur f’restorant, ma tidħolx fil-kċina u tagħti struzzjonijiet lill-kok dwar kif hu għandu jħejji l-ikla tiegħek. L-istess jgħodd għad-DJs. Meta wieħed jistaqsi DJ għal kanzunetta, li probbabli ma jkunx postha dak il-ħin waqt dak is-sett, naħseb li mhix etika li jagħmel hekk. Ħallih jaħdem lid-deejay u gawdi dak li għandu x’joffri f’dak il-lejl.”

Miegħu ddiskutejt ukoll l-apprezzament u l-istima lokali lejn id-deejays. “Minkejja l-fatt li, kif għedt qabel, l-industrija tal-mużika issa hija daqshekk aċċessibbli, nemmen li aħna d-deejays għadna rikonoxxuti u stmati.

Biex inkun onest, inqis lili nnifsi ftit aktar fortunat li bdejt fis-snin 90, li kienu l-aqwa snin għad-DJs u l-mużiċisti. Madanakollu, nemmen li jekk tkompli twettaq ix-xogħol tiegħek b’mod professjonali, in-nies jinnotaw dan fis-settijiet tiegħek u b’hekk żgur li żżomm is-segwaċi tiegħek dejjem stmati lejk.”

Fl-aħħar nett Stevy Vee ħalla messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Apprezza kull tip ta’ prestazzjoni live u faħħar l-industrija tal-mużika lokali. Malta hija żgħira, iżda t-talent huwa enormi. Madanakollu, mingħajr ilfans lokali wieħed ma jistax jikber u jimrah. Mela kun segwaċi u fan mill-qalb. Ilferħ li tista’ tikseb mill-mużika ser jgħin biex tgħolli l-ispirti

08.11.2020 26.03.2023 31
kull min hu involut.”
tiegħek u ta’
06:30 ONE News 06:45 Popcorn 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:25 Ħajjitna Makkjetta 07:30 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:15 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Liquorish 10:10 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 PrimeTime 16:00 Diskors Prim Ministru 16:50 Liquorish 17:00 The Local Traveller 17:30 Flimkien ma’ Nancy 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE News 20:05 Ir-Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:35 Reboot Podcast 21:15 Malta’s Ultimate Tattoo Challenge 22:15 Esperti 22:50 Dinja Mutur 23:30 ONE News 06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:15 Kalendarju tal-Ġimgħa Mqaddsa 07:30 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Dak li Jgħodd 09:30 The Local Traveller 10:10 Aroma Kitchen 11:10 Popcorn 11:40 Telebejgħ 12:10 Lux Aeterna 12:30 ONE News 12:40 Brillanti 15:30 ONE News 15:40 Esperti 16:15 Flimkien ma’ Nancy 17:15 Sabiħa l-Ħajja 17:45 Ondroad 18:15 Pink Panther 19:00 Primetime 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Arani Issa 23:30 ONE News 27-03 06:30 ONE News 06:45 Dinja Mutur 07:15 Kalendarju tal-Ġimgħa Mqaddsa 07:25 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Liquorish 10:10 Fost il-Ġimgħa 12:10 Lux Aeterna 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Primetime 16:00 Dak Li Jgħodd 16:55 Liquorish 17:05 Kalendarju tal-Ġimgħa Mqaddsa 17:10 Ġmielek: Dokumentarju 17:25 Esperti 17:55 What’s Cooking 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:35 The Local Traveller 21:00 Twenty2Sixty 22:00 Awla 23:30 ONE News 29-03 ERBGĦA 06:30 ONE News 06:48 Ondroad 07:20 Kalendarju tal-Ġimgħa Mqaddsa 07:25 Ħajjitna Makjetta 07:26 PrimeTime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:40 Paperscan 10:00 What’s Cooking 10:30 Attività Politika 11:25 Investigaturi tal-Mużika 11:40 Telebejgħ 12:10 Lux Aeterna 12:30 ONE News 12:35 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Liquorish 16:05 Esperti 16:35 PrimeTime 17:00 Ieqaf 20 Minuta 17:30 L-Argument 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Attività Politika 21:00 Il-Willy 22:00 Madwar Mejda 23:30 ONE News 02-04 ĦADD 06:30 ONE News 06:45 Żona Sport 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:15 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Liquorish 10:10 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:05 Reboot Podcast 16:50 Liquorish 17:00 What’s Cooking 17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:30 Dinja Mutur 21:00 Awla 22:30 Country Jamboree 23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News TLIETA 06:30 ONE News 06:45 What’s Cooking 07:15 Kalendarju tal-Ġimgħa Mqaddsa 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:15 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Liquorish 10:10 Fost il-Ġimgħa 12:10 Lux Aeterna 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 Primetime 16:05 Kalendarju tal-Ġimgħa Mqaddsa 16:10 Ġmielek: Dokumentarju 16:50 Liquorish 17:00 Żona Sport 17:30 Aroma Kitchen 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Xandira Speċjali 21:00 Madwar Mejda 22:30 Il-Willy 23:30 ONE News ĦAMIS SIBT TNEJN 06:30 ONE News 06:45 Dinja Mutur 07:15 Kalendarju tal-Ġimgħa Mqaddsa 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:15 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Liquorish 10:10 Ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħelsien 12:10 Lux Aeterna 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Arani Issa 15:30 ONE News 15:40 Primetime 16:00 Aroma Kitchen 17:00 Popcorn 17:30 Indhouse 18:30 L-Istorja ta’ Puttinu 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Brillanti 23:30 ONE News 31-03 ĠIMGĦA 30-03 28-03 01-04

reċensjoni tal-ktieb

WILD FLOWERS OF THE MALTESE ISLANDS

Nature Guide Series

The Maltese Islands are host to over 1000 species of wild flowering plants. Of these, over 800 are native, the rest being introduced, intentionally or accidentally, as a result of human intervention and running wild.

This book illustrates nearly 300 of these species and describes many others. Users should be able to identify a significant number of plants they meet.

Mistoqsija: Dwar xiex inhu dan il-ktieb?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb WILD FLOWERS OF THE MALTESE ISLANDS. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 2 ta’ April. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb ĠGANTI hija:

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Kemm-il persuna tħarrġu mill-NCPE dwar il-fastidju sesswali fl-aħħar sentejn?

Isem:

Numru tat-telefown:

Tweġiba:

Indirizz:

26.03.2023 32
05
R. MICALLEF - IL-GUDJA

THE BLACK WIDOW OF RICHMOND

Martha Needle tuża l-arseniku biex toqtol

Martha Needle kienet qattiela tal-massa Awstraljana li vvalenat lil żewġha, lit-tliet uliedha u lil ħu n-namrat tagħha. Needle ngħatat il-forka fit-22 ta’ Ottubru tal-1894, meta kien għad kellha 31 sena biss, għall-qtil ta’ Louis Juncken, ħu n-namrat tagħha, Otto Juncken. Hi qatlet lil Louis Juncken fil-15 ta’ Mejju tal-1894 u nqabdet wara li ħu Louis u Otto, Hermann, beda jħossu ħażin kull darba li jiekol u jixrob dak li kienet tippreparalu Needle.

Wara żjara għand it-tabib instab li Hermann kien qed jiġi vvalenat. Dan wassal għall-arrest ta’ Needle u saret talba biex il-katavri tal-vittmi jittellgħu mill-qabar biex issir l-awtopsja, fejn irriżulta li kollha ġew ivvalenati bl-arseniku. Minkejja li qatt ma ammettiet, Needle qatlet lil żewġha u lil uliedha biex tiġbor il-flus tal-assigurazzjoni tal-ħajja filwaqt li ħelset minn Louis Juncken għax ma ridhiex tiżżewweġ lil ħuh.

Min kienet Martha Needle?

Martha Needle twieldet fid-9 ta’ April tal-1863 f’Morgan, raħal fin-naħa ta’ isfel tal-Awstralja. Missierha miet meta kienet għadha żgħira u ommha reġgħet iżżewġet lil Daniel Foran fl1870. Needle kellha żewġ aħwa oħrajn miż-żwieġ ta’ ommha ma’ Foran. Il-familja kienet waħda fqira u skont Needle, hi kienet imsawta kemm minn ommha kif ukoll mill-missier tar-rispett.

Meta kellha biss 13-il sena, Needle telqet mid-dar u marret taħdem bħala fattiga. Fl-1882, meta kellha 18il sena, hi żżewġet lil Henry Needle. Il-koppja kellhom tlett ibniet – Mabel, Elsie u May. Fl-1885, il-familja Needle marret tgħix f’Melbourne, li jinsab fis-subborg ta’ Richmond. Hekk kif marru joqogħdu hawn, iż-żwieġ ma baqax wieħed feliċi minħabba li Needle bdiet togħġobha l-kumpanija ta’ rġiel oħrajn. Dan l-aġir tagħha wassal lil żewġha biex jerfa’ idu fuqha hekk kif kien jimtela bl-għira.

Il-bidu tal-qtil

Fit-23 ta’ Frar tal-1885, it-tifla l-kbira tal-koppja, Mabel, mietet wara li kienet ma tiflaħx. Mal-mewt tat-tifla, Martha Needle ġabret is-somma ta’ mitt lira, li sa għaxar snin ilu kienu ekwivalenti għal 40,000 dollaru Awstraljan. Fl-4 ta’ Ottubru tal-1889 kien imiss lil Henry Needle, fejn intqal li miet b’marda misterjuża. Għallmewt tiegħu, Needle ġabret is-somma ta’ 200 lira. L-imwiet ma waqfux hemm hekk kif fl-1890 mietu wkoll iż-żewġ ulied l-oħra, Elsie u May. Ilflus li ġabret mill-mewt tagħhom kważi nefqithom kollha biex xtrat qabar tal-familja, li jingħad li kienet iżżur ta’ spiss.

Fl-1891, Needle ddeċidiet biex tikri xi kmamar mid-dar tagħha u hawnhekk iltaqgħet ma’ Otto Juncken. Needle u Juncken bdew relazzjoni fl-1893 iżda ħut Juncken ma riduhx jiżżewwiġha. Is-sena ta’ wara, ħu Otto Juncken, Louis, marad u miet. Mal-aħbar tal-mewt ta’ Louis, ħuhom l-ieħor, Hermann, mar f’Melbourne biex jieħu ħsieb il-karti tal-mejjet. Matul din iż-żjara, Hermann ukoll ma bediex iħossu sew u mar għand it-tabib. It-tabib ħa kampjun tar-remettar ta’ Hermann u bagħtu għall-analiżi fil-laboratorju tal-gvern. Mill-analiżi rriżulta li Hermann kien qed jiġi vvalenat bl-arseniku. Kien hawn li t-tabib informa lill-pulizija u flimkien ma’ Hermann bdew jaħsbu f’nassa li biha setgħu jaqbdu lil Needle fil-fatt.

Il-pulizija ftiehmu ma’ Hermann biex jitlob lil Needle tagħmillu xi ħaġa x’jixrob u wara jgħajjat lill-pulizija. Hekk kif Needle kienet se tagħtih il-kikkra bit-te, Hermann sejjaħ lill-pulizija. Mill-analiżi rriżulta li

Hekk kif Needle kienet se tagħtih il-kikkra bit-te, Hermann sejjaħ lill-pulizija. Mill-analiżi rriżulta li fil-kikkra kien hemm biżżejjed arseniku biex jinqatlu ħames persuni. Needle ġiet arrestata u mixlija bl-attentat ta’ qtil ta’

Hermann Juncken

fil-kikkra kien hemm biżżejjed arseniku biex jinqatlu ħames persuni. Needle ġiet arrestata u mixlija bl-attentat ta’ qtil ta’ Hermann Juncken. Sadanittant, il-katavri ta’ Louis Juncken, ta’ Henry Needle u t-tlett itfal tal-koppja, reġgħu ġew eżaminati u rriżulta li kollha kellhom traċċi kbar ta’ arseniku. Minkejja

din l-evidenza, Martha Needle nstabet ħatja bil-qtil ta’ Louis Juncken u weħlet il-piena tal-mewt. Needle ngħatat il-forka fit-8.00 a.m. tat-22 ta’ Ottubru tal-1894. Qabel l-eżekuzzjoni tagħha, Needle ġiet mistoqsija kellhiex xi ħaġa xi tgħid tal-aħħar iżda wieġbet li ma kellha xejn xi tgħid.

26.03.2023 33
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.

Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

26.03.2023 34
1 7 13 19 25 4 10 16 22 2 8 14 20 26 5 11 17 23 3 9 15 21 6 12 18 24

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Isem:

Indirizz:

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

S. CAMILLERI - MOSTA

TISLIBA 479

MIMDUDIN:

1. Kompli l-qawl: Għix bil-mod u tgħix ............ (5)

4. Ma jitkellmux (4)

7,23. Inżommuhom fil-but (6)

WEQFIN:

1. Pjazza Reġina hemm ħafna (6)

2. Qabeż ix-xifer (3)

3,6. Ħabb? (6)

5. Iddimostraw (3)

6. Ara 3

9. Telaq (3)

10. Titwaħħal malart jew mal-ħajt (6)

12. Xħett (6)

16. Ara 11

18,19. Mhux irħula (5)

19.

8. Tgħid biż-żiemel dan? (9)

11,16. Tal-logħob (5)

12,22. Ħa gost (5)

13. Reserve Bank of India (1,1,1)

14. Tissepara (6)

15. Artisti? (6)

17. Malta

Employers’ Association (1,1,1)

21. Kunjom (3)

22. Ara 12 wieqfa

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA

MIMDUDIN: 1.Ruħek, 4.Kant, 7,20.Eċċella, 9,11.Ċatta, 10.Lirika, 12.Maħkum, 16.Ara, 18,21 wieqfa.Nutar, 19,17. Sparat, 21.TTJ, 24.Annol

WEQFIN: 1.Rucola, 2.Ħut, 3,12W. Kelma, 5.Ali, 6,23.Twarrab, 8.Ċikkulata, 13,22. Ħnejja, 14.Msaren, 15.Maħsul

26.03.2023 35
Ara 18 20. Ta għal ftit żmien (5) 21. Irregalaw (3) 23. Ara 7
Bi 3 NUMRI 090 111 127 243 300 409 423 598 850 991 999 B’4 NUMRI 0274 0474 0815 1136 1344 1384 1977 2124 2770 3509 3707 4044 4124 4615 4866 4912 5056 5423 5630 5682 5700 5733 6453 6583 6708 7034 7180 7444 8104 8144 8182 8219 8249 8479 8740 8794 8828 8908 8980 9264 9484 9917 B’5 NUMRI 04114 05588 05861 10639 41292 46210 47519 48278 48494 52249 58622 66892 70717 70744 74095 77508 77891 90249 91803 B’6 NUMRI 014509 073609 124591 389771 528461 711501 795246 893831 B’7 NUMRI 3589279 7115959
24. Ikunu fil-ħamrija (5)

SUPERJURI B’RESPONSABBILTÀ

Il-poplu Malti, bl-akbar mod ġenerali, hu ferm iżjed intelliġenti u matur mit-tribaliżmu li kontinwament jipprovaw ixettlu dawk fil-Partit Nazzjonalista u dawk tal-establishment li jikkontrollawh.

Editorjal

Min għadu ma fehemx, u ma jridx jifhem, il-passi ’l quddiem ta’ pajjiżna u tal-poplu

Malti, hi l-Oppożizzjoni li l-unika soluzzjoni tagħha hi li theżżeż is-snien, tisfida għall-ġlied u tniżżel in-nies fit-toroq bl-iskop li toħloq l-irvellijiet

Waqt li dawn baqgħu identiċi għal kif kienu iżjed minn għaxar snin ilu u jmantnu lilhom infushom biss mill-mibegħda li tikolhom minn ġewwa, il-poplu jibqa’ jagħraf kif, bl-isforzi kollettivi taħt il-gwida u t-tmexxija ta’ Gvernijiet Laburisti, inbidel id-destin tal-pajjiż u l-għajxien tiegħu u ta’ familtu. Minn estrem għall-ieħor.

Ir-riżultati kontinwi frott il-bżulija u r-responsabbiltà li nkunu dejjem verżjoni aħjar, minkejja d-diffikultajiet u l-isfidi bla preċedent, mhux biss huma rikonoxxuti fostna stess, iżda anke minn istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet u aġenziji internazzjonali, Ewropej u dinjin.

Illum li qed infakkru bi kburija l-ewwel anniversarju millmandat elettorali storiku tas26 ta’ Marzu 2022, inħarsu lura

lejn żviluppi u deċiżjonijiet li

komplew jagħmlu l-akbar differenza fil-ħajja ta’ kull ċittadin, mill-kbir saż-żgħir, mill-ifqar sa dawk li jagħżlu li jkomplu jinvestu ġidhom b’qawwa f’pajjiżna.

Il-fatt li hemm min, ewlenin bħall-Kummissjoni Ewropea, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-aġenziji ta’ kreditu kollha, fost oħrajn, li jiftaħru kif pajjiżna jinsab fit-triq it-tajba u li jissupera lill-kumplament hu mill-iżjed sinifikanti. Aktar u aktar meta l-maġġoranza tal-istati membri fl-Unjoni Ewropea u lil hinn ma jgawdux l-istess fiduċja. Hu wkoll riflessjoni tat-titjib li qed tesperjenza s-soċjetà Maltija bl-aktar mod wiesa’.

Dan hu maqbul fost imsieħba soċjali lokali li wkoll iżidu jenfasizzaw kif, minkejja l-isfidi enormi li qed toħloq il-Gwerra fl-Ukrajna, kien aktar minn biżżejjed għalihom li l-Istat jimpenja ruħu bl-akbar serjetà biex, permezz tas-sussidji fuq il-prezzijiet eżorbitanti talenerġija, jipproteġi liċ-ċittadin komuni, lin-negozji, lill-industriji u lill-ekonomija inġenerali.

Aħseb u ara, jekk f’din l-ekwazzjoni kollha jiddaħħlu u jiġu elenkati wkoll dawk id-deċiżjonijiet u l-miżuri oħrajn ta’ fejda li fl-aħħar 12-il xahar biss komplew iżommu r-ritmu tajjeb talpajjiż ħalli nimxu ’l quddiem, flok nistaġnaw quddiem tali diffikultajiet jew agħar naqbdu n-niżla.

Inċentivi u inqas piżijiet li qed jagħtu nifs qawwi tal-ħajja lil dawk li nqabdu fil-miżerja tal-faqar, lil dawk li jinsabu filfażi li jibnu l-familja tagħhom, fit-trobbija tal-ulied, fis-serħan tal-moħħ lill-anzjani, fiżżieda ta’ servizzi tas-saħħa tal-ogħla kwalità, fl-imbottatura għall-qalba ambjentali, inkluż bil-ħolqien ta’ iżjed spazji rikreattivi għal kulħadd, fiż-żieda ta’ opportunitajiet ta’ xogħol aħjar, u ruxxmata iżjed.

Min ma jifhimx dan kollu, u assolutament ma jridx jifhem, hi l-Oppożizzjoni ta’ Bernard Grech. L-unika soluzzjoni li dan tal-aħħar jara biex jasal għall-poter jew sempliċiment isalva postu hi biss dik li jheżżeż snienu, jagħmel l-istorbju, jisfida għall-ġlied u jniżżel in-

nies fit-toroq bl-iskop li joħloq l-irvellijiet, simili għal dawk li qed naraw fil-pajjiżi maqbudin fil-morsa tal-awsterità imposta mill-gvernijiet tagħhom.

Kull pass ’il quddiem li jirnexxilu jagħmel pajjiżna mhu tal-ebda solliev għall-Kap Nazzjonalista u dawk li jikkmandawh. Anzi dak kollu li twettaq minn Marzu tas-sena l-oħra ’l hawn għadu u jibqa’ perfettament l-oppost tal-mentalità u l-miri li għandhom.

Għalhekk ifittxu jew jipprovaw jivvintaw it-tiben ma’ xiex jiggranfaw biex jiġġustifikaw ix-xewqat li għandhom u jittamaw li, b’xi mod u bi kwalunkwe mod, jibqgħu relevanti fis-soċjetà. Inkluż meta l-Gvern ta’ Robert Abela jkollu diġà t-tweġiba u s-soluzzjoni għal dak li jeħtieġ jinbidel jew jiġi rranġat.

Dan ukoll jagħtina l-konfort li l-poplu se jibqa’ kif inhu ffokat fuq it-triq ’il quddiem u għaldaqstant se jibqa’ jsostni l-politika Laburista, li għadha l-unika waħda u l-aħjar waħda għal pajjiżna, għall-preżent u għall-futur.

26.03.2023 36

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.