www.kullhadd.com Il-Ħadd, 26 ta’ Mejju, 2019
Ħarġa Nru 1,350 Prezz €1
MALTA GĦAŻLET
• IL-MAĠĠORANZA TAL-POPLU MALTI ĦARĠET TIVVOTA BIEX TELEĠĠI
L-MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILLI LOKALI
IT-TIXWIX DAQSHEKK BATTLU FUQ L-KARUS GĦALXEJN ĠENITUR • NISPJEGAW IEĦOR IL-BENEFIĊĊJI TAL-ISKEMA ABBUŻ UKOLL TAL-EQUITY Ara paġna 11
SHARING
Ara paġni 6 u 7
02
26.05.2019
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 24°C L-Inqas Temperatura: 17°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa fuq il-Golf ta’ Gabes li testendi sal-Gżejjer Maltin, ser tersaq lejn it-Tramuntana It-Temp: Pjuttost imsaħħab b’xi xita kultant, possibbilment bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Ir-Riħ: Qawwi mix-Xlokk il-Lvant li jsir ħafif u varjabbli Il-Viżibilità: Ġeneralment tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita Il-Baħar: Qawwi li jsir moderat L-Imbatt: Baxx mix-Xlokk għall-ewwel li jsir baxx għal moderat It-Temperatura tal-Baħar: 18°C
Editur ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Indirizz Postali KullĦadd
23°C UV 11
17°C
Il-Ħamis
23°C UV 11
16 °C
25°C UV 11
Il-Ġimgħa
16°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd
24°C UV 11
16°C
23°C UV 11
15°C
23°C UV 10
16°C
kullhadd.com
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000
Regent Pharmacy, 70, Triq Merkanti, Il-Belt Valletta – 21245135 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21221512 Collis Williams St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625 St. Paul’s, Triq Brared, Birkirkara – 21442135 Deby’s Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri, L-Imsida – 21227920 J.V.’s Pharmacy, Wied is-Swieqi, Is-Swieqi – 21371062 Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334627 St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 21414051 Naxxar Pharmacy, Vjal il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 21411438 Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523462 Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21821646 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 21824720 Felice Pharmacy, 95, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 21827939 Brittania Pharmacy, 5 Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa – 21658622 Safi Pharmacy, St. John Street c/w Bieb il-Ġarra Street, Ħal Safi – 21649552 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Is-Siġġiewi – 21462957 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat Malta – 21454274
Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
Għawdex
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Ir-Rabat – 21556170 Tony’s Pharmacy, “Egret Court”, Triq il-Wied, Marsalforn – 21563617 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
04
26.05.2019
kullhadd.com
FL-ISPTAR MONTE CARMELI
MIEXI X-XOGĦOL FUQ SALA ĠDIDA GĦAL NISA BIL-VIZZJU TAD-DROGA Jinsab fi stadju avvanzat ix-xogħol fuq sala ġdida fl-Isptar Monte Carmeli għal nisa bil-vizzju tad-droga. Dan il-fenomenu kulma jmur qed ikompli jgħolli rasu, u għaldaqstant l-amministrazzjoni talisptar ħasset il-bżonn li dawn in-nisa jingħataw l-għajnuna li jkollhom bżonn f ’ambjent ikbar, iktar komdu, imdawwal u bis-sehem ta’ professjonisti speċjalizzati u mħarrġa skont l-aktar riċerka riċenti. Il-kobor ta’ din is-sala se jippermetti biex jiżdiedu żewġ sodod minn kemm hemm bħalissa fis-sala eżistenti, għal total ta’ 12, biex nisa li jkollhom bżonn għajnuna aktar urġenti, jingħataw għajnuna speċjalizzata. L-iskop ta’ din is-sala huwa li dawn in-nisa jingħataw il-kuraġġ li jkollhom bżonn biex jattendu programmi ta’ riabilitazzjoni u tkun il-pont li tgħaqqadhom mal-kura u tippreparahom biex jerġgħu jintegraw fis-soċjetà. Fost ix-xogħol li sar f ’din is-sala – li ġaladarba titlesta se jkollha l-isem ta’ FDDU (Female Drug Dependency Unit) – inbidlu t-travi u x-xorok, saret bitħa spazjuża biex tintuża minn dawn in-nisa, u sar xogħol fuq żewġ entraturi. Issa li l-istruttura lesta, qed isiru l-aħħar xogħlijiet bħal twieqi, bibien, u għamara, bil-ħsieb li s-sala tkun lesta u tilqa’ l-ewwel pazjenti fiha f ’Awwissu li ġej. Ix-xogħol fuq din is-sala ma kienx jinvolvi biss bidla strutturali. Fl-aħħar ġimgħat ingħata taħriġ speċjalizzat lil tim formidabbli ta’
Din is-sala hija biss waħda minn bosta li qed isir xogħol fuqhom bil-għan li jissaħħu s-servizzi f’Monte Carmeli 30 professjonist – ħafna minnhom infermieri – bil-għan li jagħtu l-aħjar trattament lill-pazjenti. It-taħriġ kien multidixxiplinarju, fejn il-professjonisti tkellmu ma’ tobba, pulizija, u membri tal-forensika fost l-oħrajn, hekk kif is-settur jinvolvi nies minn diversi oqsma. Dan kollu sar fi programm vast u interessanti li ntlaqa’ tajjeb ħafna minn dawk li attendew għalih. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne nnota li “din is-sala hija biss waħda minn bosta li qed isir xogħol fuqhom bil-għan li jissaħħu s-servizzi f ’Monte Carmeli. Dan biex ikun ta’ benefiċċju kemm għall-professjonisti, li jkunu xprunati jaħdmu iktar f ’infrastruttura aħjar u li tilqagħhom, kif ukoll għall-pazjenti, li jirċievu l-aqwa servizz possibbli.”
05
26.05.2019
kullhadd.com
LIAM DEBONO JINŻAMM ARRESTAT
Tressaq mill-ġdid il-Qorti Liam Debono. Dan wara li l-Ġimgħa reġa’ ġie arrestat wara li nqabad isuq mingħajr liċenzja. F’awla ħamsa quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, l-Ispettur Fabian Fleri qal li meta sema’ s-sereni tal-karozzi tal-pulizija, Debono daħal ġo triq u pprova jbiddel is-seat u jmur fuq is-seat tal-passiġġier. Xehed is-Surġent Kevin Curmi, li lbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs kien għaddej minn Triq l-Avjazzjoni u hemmhekk ra karozza Fiat Uno ta’ kulur beige, u xħin ħares lejn in-naħa tax-xufier ra persuna li kienet baxxuta fis-seat u liebsa nuċċali. Dak ilħin induna li kien Liam Debono. Bis-Surġent qal li kien jaf lil Liam wara li kien parti mit-tim investigattiv f ’każ ieħor li kellu. Is-Surġent baqa’ jsuq wara l-karozza ta’ Debono u talab
l-għajnuna tal-pulizija. Qal li Debono saq għal Triq Ħal Tarxien. Hemmhekk ra lil Debono jbiddel is-seat u jmur fuq is-seat tal-passiġġier. BisSurġent ra xi persuna oħra li kienet dieħla fil-karozza u kienet se tpoġġi fuq is-seat tax-xufier. Il-persuna li kienet dieħla fil-karozza kien Jason Zammit – li nstema’ jgħid “iva vera kien qiegħed isuq kemm ċaqlaqli l-karozza għax waqafna nixtru … żewġ minuti kollox”. Huma waqfu f ’pompa tal-fuel. Fix-xhieda tiegħu l-Ispettur Fleri qal li ta ordni sabiex Liam Debono jittieħed id-Depot u l-karozza ta’ Jason Zammit tittieħed il-garaxx tal-pulizija. Fleri qal li f ’dawn l-aħħar ġimgħat kien qiegħed jirċievi diversi telefonati li qegħdin jaraw lil Debono jsuq Toyota Corsa jew BMW ta’ kulur abjad, fl-in-
Qal li Debono saq għal Triq Ħal Tarxien. Hemmhekk ra lil Debono jbiddel is-seat u jmur fuq is-seat tal-passiġġier. Bis-Surġent ra xi persuna oħra li kienet dieħla fil-karozza u kienet se tpoġġi fuq is-seat tax-xufier ħawi ta’ Ħal Tarxien. Iż-żewġ vetturi huma ta’ tnejn mit-tfal ta’ Jason Zammit. Il-pulizija kellhom ordni sabiex meta jaraw dawn il-karozzi, bin-numri rispettivi, iwaqqfu u jagħmlu t-tfittxijiet neċessarji. Fil-fatt, fl-aħħar ġimgħat it-Toyota twaqqfet iż-Żejtun u dakinhar il-pulizija sabu lil Liam
passiġġier u Jason isuq. Fleri qal li Debono dejjem ċaħad li kien qiegħed isuq il-karozza. Qal li saq darba biss il-karozza Toyota, ġo garaxx privat. Fleri tkellem ma’ missier Liam Debono u qallu li ibnu mhux dejjem qiegħed joqgħod id-dar u ġieli jorqod għand Jason Zam-
mit. Iżda Jason Zammit qal li ġieli jkun għandu imma qatt ma jorqod hemm. Liam Debono nżamm arrestat. Il-Maġistrat Joe Mifsud qal li sema’ xi kummenti u jinnota li l-Qorti dejjem tagħmel xogħolha, u ħadd ma għandu jiġġeneralizza. Qal li meta tingħata l-libertà kkundizzjonata, il-kundizzjonijiet imposti għandhom dejjem jibqgħu jiġu osservati. Kien one.com.mt li żvela li Debono ġie arrestat wara li pulizija pajżan mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali lemaħ lil Debono jsuq karozza tal-għamla Fiat fl-inħawi ta’ Ħal Luqa. Debono qed jiġi akkużat f ’każ separat bl-attentat ta’ qtil tasSurġent Simon Schembri. Il-kawża ġiet differita għal nhar l-Erbgħa li ġej fid-9 a.m.
JAGĦMEL ĦSARA FUQ RAĠEL AKKUŻAT LI PROPRJETÀ WARA LI DARAB LIS-SIEĦBA KIEN FIS-SAKRA
Steven Jones ta’ 50 sena mir-Renju Unit tressaq il-Qorti akkużat li l-Ħamis għamel ħsarat u danni fuq proprjetà f ’San Ġiljan. L-akkużat li jinsab Malta
għal btala, kien fis-sakra u għamel ħsarat fuq il-proprjetà ta’ Spinola Development Ltd. f ’San Ġiljan. Huwa ġie akkużat li kiser il-bon ordni.
Il-Maġistrat Joe Mifsud tah il-libertà bil-kundizzjoni għal sentejn. Huwa ġie ordnat ukoll iħallas €700 fi spejjeż lill-kumpanija.
Raġel ta’ 49 sena residenti l-Gżira tressaq il-Qorti akkużat li kkaġuna ġrieħi ta’ natura ħafifa fuq is-sieħba tiegħu li jgħixu flimkien. Il-Maġistrat Joe Mifsud appella lill-koppja sabiex
isibu għajnuna ta’ socialworker sabiex jindirizzaw il-problemi ta’ bejniethom. Bil-mara dehret taħfer lirraġel u qalet li r-raġel huwa pilastru għaliha. Il-Qorti ordnat li isem
l-akkużat ma jistax jixxandar minħabba divjett mill-Qorti. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest. Għall-akkużat deher l-Avukat Ryan Ellul.
06
26.05.2019
kullhadd.com
SKEMA LI TIFHEM IR-REALTÀ TA’ ĦAFNA • NITKELLMU MAL-KAP EŻEKUTTIV TAL-AWTORITÀ TAD-DJAR DWAR L-ISKEMA TAL-EQUITY SHARING
Il-Gvern introduċa l-iskema l-ġdida ta’ persuni li għandhom 40 sena jew aktar Home Equity Sharing, skema mħaddma isiru sidien ta’ darhom. Skema li wettqet mill-Awtorità tad-Djar b’kollaborazzjoni miżura oħra tal-Baġit tal-2019. mal-bank APS, li se tagħmilha possibbli li Dwar din l-iskema l-ġdida, l-gazzetta
KullĦadd tkellmet mal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid McKay li spjega l-ħsieb wara din l-iskema u kif se tkun qiegħda taħdem.
Kif din l-iskema se tagħmilha possibbli li dawn il-persuni jsiru sidien ta’ darhom? Għadni niftakar esperjenzi diffiċli li kienu qasmu grupp ta’ persuni li kienu għadhom kif għaddew jew kienu għaddejjin mil-proċess tas-separazzjoni. Fost id-diffikultajiet, kien hemm l-isfida tal-akkomodazzjoni u kif f ’ċerta età se jsibu ftit alternattivi, bl-uniċi toroq kienu jew ilkera jew li jirritornaw jgħixu lura mal-ġenituri tagħhom. Għalhekk, sodisfatt ħafna li permezz ta’ din l-skema qed inkunu ta’ għajnuna konkreta għal persuni bħal dawn, fl-età ta’ 40 sena jew aktar, sabiex isiru sidien ta’ darhom. Naturalment, din l-iskema hija miftuħa għal faxex oħra ta’ persuni eliġibbli. Din l-iskema titlob li l-applikant ikopri minn tal-anqas nofs il-proprjetà, bl-assi u b’self mal-bank APS, bil-kumplament se nkopruh bħala Awtorità tad-Djar. Fi żmien 20 sena, l-ap-
ta’ assi xorta waħda kienu qegħdin isibuha diffiċli jieħdu self mill-bank sabiex isiru sidien ta’ darhom. Dan għaliex l-assi li għandhom, mhumiex biżżejjed biex jixtru proprjetà u minħabba l-età tagħhom bdew isibu diffikultà jaċċessaw loan mill-bank. GħalGħalfejn din l-iskema tapplika hekk, nistgħu ngħidu li sal-lum dawn il-persuni s-suq tal-housing biss għal dawk li għandhom f ’pajjiżna ma kienx qiegħed jof40 sena jew aktar? frilhom l-opportunità li jsiru sidiDin l-iskema hija xhieda li qegħ- en ta’ darhom. din nifhmu l-bżonnijiet tal-persuni li qegħdin jiġu jħabbtu fuq Spjegajt li dawn il-persuni il-bieb tal-Awtorità tad-Djar u li qabel din l-iskema, is-suq sal-lum ma kellhomx alternattiva. tal-housing f ’Malta ma B’dak li qegħdin jgħidulna, mhux kienx qiegħed joffrilhom qiegħed jaqa’ fuq widnejn torox alternattiva, għalfejn? iżda qiegħed isib ruħu fi skemi u f ’policies ġodda li qegħdin in- Dawn il-persuni bħal qishom għandhom karus mimli, jixtiequ ressqu ’l quddiem u nwettqu. Huwa proprju għalhekk li din li jinvestu l-flus li għandhom fih l-iskema tapplika biss għal dawk imma minflok huma kostretti li għandhom 40 sena jew aktar, jbattlu l-karus mingħajr ma jieħgħaliex fhimna l-bżonn li nind- du xejn lura. Dan hekk kif l-unika għażla irizzaw din il-faxxa partikolari tas-soċjetà. Faxxa ta’ persuni li li kien qiegħed joffrilhom isminkejja li għandhom ammont suq huwa li jikru u għalhekk,
plikant jixtri s-sehem tal-Awtorità plikant irid iħallas 10% tal-valur bl-istess prezz li tkun akkwistatu. bħala depożitu. L-għan tal-iskema equity sharBil-prezz tal-proprjetà ma jridx ikun aktar minn €200,000 u l-ap- ing hu li dawn il-persuni jkunu jistgħu jsiru sidien ta’ darhom, għaliex nemmnu li l-home ownership iġġib magħha s-serħan ilmoħħ u s-sigurtà.
dawk l-assi dejjem kienu qegħdin jittieklu biex iħallsu l-kirja, minkejja li kellhom ix-xewqa li jinvestuhom u jsiru sidien ta’ darhom. Persuni li ma kinux ukoll jikkwalifikaw għal skemi oħra li toffri l-Awtorità tad-Djar għaliex l-assi li għandhom ma kinux qegħdin jagħmluhom eliġibbli. Għalhekk, din l-iskema se tagħmilha possibbli li dawn il-persuni jsiru sidien ta’ darhom bl-għajnuna tagħhom stess kif ukoll tal-Gvern u tal-Bank APS. Skema li se tingħaqad ma’ kullana ta’ inizjattivi oħra biex inwettqu l-għan tagħna li nagħmlu mis-suq tal-housing, suq li joffri alternattiva lil kategoriji varji. Semmejt li din l-iskema se tingħaqad ma’ inizjattivi oħra li wettaqtu u qegħdin twettqu, bil-għan li l-housing f ’pajjiżna joffri għażla lil kull faxxa tas-soċjetà. Dan kif qiegħed isir bil-fatti? Dan qiegħed isir bil-fatti għaliex mhux biss qegħdin noffru skemi
07
26.05.2019
kullhadd.com
bħal din biex aktar persuni jsiru sidien ta’ darhom, iżda qegħdin nindirizzaw ukoll il-ħtieġa ta’ housing soċjali f ’pajjiżna, qegħdin nindirizzaw is-suq talkera, qegħdin naħdmu fuq politika għal housing affordabbli u qegħdin ukoll nindirizzaw faxex speċifiċi tas-soċjetà. Nemmen bis-sħiħ, li ma jistax ikollna tweġiba waħda għal sfidi varji. Qegħdin nirrikonoxxu kemm dan is-settur mimli sfidi jeħtieġ politika soċjali b’soluzzjonijiet differenti sabiex inkunu relevanti u sensittivi għall-ħtiġijiet tal-lum. Huwa għalhekk, li qegħdin nibnu aktar minn 1,700 appartament ġdid ta’ housing soċjali, sabiex nindirizzaw dik il-faxxa li qiegħda tesperjenza żvantaġġ soċjoekonomiku, b’dan l-appartament se jkun qiegħed iservi bħala l-ewwel pass għal dawn il-familji, biex permezz tal-politika ġdida ta’ allokazzjoni li qegħdin infasslu jkunu jistgħu jibdew it-triq
tal-mobbiltà soċjali; Introduċejna benefiċċju tal-kera ġdid li jilħaq massimu ta’ €5,000 u li għall-ewwel darba qiegħed jikkunsidra kemm jibqgħalha fil-but familja wara li tħallas il-kera, biex nindirizzaw dik il-faxxa li teħtieġ kirja aktar affordabbli; Qegħdin inwettqu proġett ta’ housing speċjalizzat biex nindirizzaw faxex oħra li ma jeħtiġux biss saqaf fuq rashom, iżda jeħtieġu wkoll servizz speċjalizzat, proġett li għalih se jkunu qegħdin jiġu riġenerati postijiet tal-Gvern li ilhom snin fi stat dilapitat; Qegħdin noffru skema ta’ social loan biex niffaċilitaw ix-xiri tal-proprjetà għal dawk il-persuni li qegħdin isibu diffikultà jsiru sidien ta’ darhom, skema li fl-2018 applikaw għaliha 450 persuna; Parallel, għaddejja wkoll ħidma fuq politika ġdida ta’ housing affordabbli biex noffru alternattiva lil dawk il-persuni li minkejja li mhumiex eliġibbli għall-housing
Dan qiegħed isir bil-fatti għaliex mhux biss qegħdin noffru skemi bħal din biex aktar persuni jsiru sidien ta’ darhom, iżda qegħdin nindirizzaw ukoll il-ħtieġa ta’ housing soċjali f’pajjiżna, qegħdin nindirizzaw is-suq tal-kera, qegħdin naħdmu fuq politika għal housing affordabbli u qegħdin ukoll nindirizzaw faxex speċifiċi tas-soċjetà
soċjali, qegħdin isibu diffikultà li jixtru jew jikru proprjetà u għalhekk jeħtieġu housing affordabbli; Dan filwaqt li qegħdin naħdmu flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni soċjali, sabiex inħejju għar-rwol il-ġdid li se jkollha l-Awtorità, dak ta’ regolatur tas-suq tal-kera bilgħan li nagħmlu minn dan is-suq,
suq li joffri stabbiltà u serħan ilmoħħ kemm lis-sidien u lill-inkwilini filwaqt li joffri alternattiva ta’ housing aktar fit-tul. Soluzzjoni differenti għal sfidi differenti. X’inhi l-viżjoni? L-iskema ta’ equity sharing u l-iskemi u l-policies li tkellimna dwarhom għandhom għan
wieħed – li għall-ewwel darba nindirizzaw is-suq tal-housing b’mod ħolistiku. Li nagħmlu minn dan is-settur, settur hybrid, li joffri alternattivi differenti għal familji bi bżonnijiet differenti. Viżjoni li qiegħda ssib l-investiment tal-Gvern u li ntennu l-impenn tagħna li nkomplu nipprovdu soluzzjonijiet differenti għal sfidi differenti.
MIN JISTA’ JAPPLIKA? Koppji miżżewġin jew żewġ persuni msieħba f’Unjoni Ċivili – wieħed mill-applikanti jrid ikollu 40 sena fid-data tal-applikazzjoni; Ġenitur wieħed li jkollu 40 sena jew aktar li jkollu tifel/tifla jew tfal jgħixu miegħu li mhumiex miżżewġin; Żewġ Persuni flimkien – wieħed mill-applikanti jrid ikollu 40 sena jew aktar fid-data tal-applikazzjoni; Ġuvni jew xebba li għandhom 40 sena jew aktar; Persuna legalment separata li għandha 40 sena jew aktar, mingħajr tfal jgħixu miegħu/magħha; Ċittadini Maltin jew ċittadini tal-Unjoni Ewropea, f’każ ta’ ċittadini mill-Unjoni Ewropea jridu jkunu qed jakkwistaw l-ewwel residenza u jridu wkoll jissodisfaw il-kriterji maħruġa minn Awtorità jew mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Fil-każ ta’ miżżewġin jew żewġ persuni msieħba f’Unjoni Ċivili mhux legalment separati, biżżejjed li parti waħda tkun Maltija; Applikanti waħidhom (single) u f’każ ta’ żewġ persuni flimkien, miżżewġin jew żewġ persuni msieħba f’Unjoni Ċivili, għall-inqas wieħed mill-applikanti għandu jkun impjegat bi qligħ full-time sa mill-anqas sena qabel id-data tal-ħruġ ta’ din l-iskema; Ikollhom ir-residenza permanenti f’Malta għal mill-anqas sena matul it-18-il xahar preċedenti; Ikollhom dħul annwali aggregat bażi tas-sena preċedenti tad-data tal-applikazzjoni li ma jkunx eċċeda l-€40,000. GĦAL AKTAR DETTALJI: WWW.HOUSINGAUTHORITY.GOV.MT
08
26.05.2019
kullhadd.com
SERVIZZ UTIEQ B’RISQ IS-SAĦĦA MENTALI Hu fatt magħruf li kwart tal-popolazzjoni Maltija, f’xi żmien jew ieħor tgħaddi minn xi nuqqas ta’ saħħa mentali. L-irġiel huma aktar magħluqin fihom infushom u dan jirriżulta biex ħafna mis-suwiċidji jsiru minnhom. In-nisa huma dawk li jbatu l-aktar minn dipressjoni iżda jafu jfttxu l-għajnuna malajr. Bħala servizz li jingħata lil persuni milqutin mill-mard mentali nsibu lill-Fondazzjoni Richmond. Tkellimt ma’ Stephania Dimech Sant, Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni biex tagħtini aktar informazzjoni. Minn Charles B. Spiteri d-deċiżjonijiet tagħhom huma. Jekk jaraw li ma jaslux, jitolbu l-għajnuna. Imbagħad hemm nies li għandhom bżonn aktar appoġġ minn hekk u għandna tlett idjar fejn hemm il-professjonisti l-ħin kollu. Tnejn minn dawn id-djar huma għall-irġiel, waħda f ’Ħal Qormi u l-oħra f ’Raħal Ġdid. Ittielet waħda li tinsab f ’Ħ’Attard, hi għan-nisa. Fihom hemm jgħixu bejn għaxra u 12-il persuna, li jagħmlu xogħol, bħal tisjir u tindif huma bl-għajnuna tal-istaff, għax il-livell ta’ abbiltà tagħhom ma jippermettilhomx jgħixu b’mod totalment indipendenti. F’dawn it-tliet livelli nagħtu għajnuna lil nies li li kieku mhumiex hemm, jafu għadhom fl-isptar, meta fil-verità m’għandhomx għaliex.
Kemm ilha fis-seħħ il-Fondazzjoni Richmond? Il-Fondazzjoni ilha mwaqqfa 25 sena. Oriġinarjament twaqqfet bejn il-Gvern, il-Fondazzjoni Richmond tal-Ingilterra u xi persuni fil-volontarjat li kienu interessati fil-qasam. Dak iż-żmien ma kienx hawn servizzi fil-komunità għal nies bi problemi ta’ saħħa mentali. Bażikament, jekk ikollok problema, jappoġġjawk fid-dar u meta ma tkunx tista’ tkampa aktar, tintbagħat l-Isptar Monte Carmeli. Sfortunatament, dak iż-żmien, min jidħol f ’dan l-isptar, qajla kellu ċans li joħroġ. U l-iskop proprju li għalih twaqqfet il-Fondazzjoni Richmond kien biex jinbdew servizzi fil-komunità biex il-pazjenti jkunu jistgħu joħorġu minn hemm u jsibu l-għajnuna li jkollhom bżonn biex jibqgħu jgħixu fil-komunità. Il-Fondazzjoni bdiet billi sar programm li għadu jeżisti, fejn għal sena, persuna tidħol tgħix f ’dar – Villa Chelsea f ’Birkirkara u tiġi megħjuna terġa’ tikseb il- Nieħdu kollox bil-mod għax nafu ħiliet tagħha ta’ kuljum. li jekk persuna ma jkollhiex appoġġ, naqra naqra terġa’ taqa’ lura Iżda skont il-gravità talgħal fejn kienet. B’hekk twaqqaf problema? is-servizz li nsejħulu community support li qabel kien magħruf Anki għal nies li għandhom prob- bħala home support. lemi kroniċi u li tilfu l-kapaċitajiet tagħhom. Għax min jagħmel 20 Allura wara li jagħmlu s-sena sena f ’Monte Carmeli, jitlef il-ħila fejn jintbagħtu? li jieħu ħsieb tiegħu nnifsu, kemm minħabba l-istituzzjonalizzazz- Il-persuna terġa’ tmur lura d-dar joni kif ukoll minħabba l-marda mal-familja, mal-mara jew marnnifisha. Allura dan il-programm raġel għax fl-isptar issib persuni jgħin lil dawn l-individwi jerġgħu ta’ kull ġeneru. Għal dawk li jirjitgħallmu jagħmlu l-istess atti- ritornaw fi djarhom, waqqafna vitajiet li aħna nagħmlu kuljum home support, li llum hu com- isajru, jieħdu ħsieb flushom, munity support service. Dan jerġgħu jidraw jibdew joħorġu, hu tim ta’ professjonisti li jmur jirkbu t-trasport pubbliku u jit- regolarment fid-dar fejn tkun għallmu jmorru għand it-tabib, toqgħod il-persuna u jara hix bil-professjonist jakkumpanja- tiekol tajjeb, hix iżomm livell ta’ hom. Kull persuna tiġi megħjuna ndafa u li l-istat mentali tagħha tkun indipendenti kemm tista’. huwa stabbli. Dan hu proċess ta’ sena. L-asImbagħad kien hemm nies li pettazzjoni hi li wara sena, dik ma kienx ikollhom fejn imorru; il-persuna tkun kapaċi tgħaddi la għandhom dar tal-ġenituri u għal livell ieħor ta’ indipenden- lanqas tagħhom. Għalhekk bdeza. Wara madwar sena, in-nies jna nwaqqfu numru ta’ housing jgħaddu għall-ħajja fil-komunità. projects.
Sadanittant jingħad li l-isptar għadu mimli, hux?
Illum għandna 28 appartament li nikru jew mill-Awtorità tad-Djar jew mill-privat, imferrxin ma’ Malta. F’dawn l-appartamenti ġieli joqogħdu tnejn jew tlieta minnies flimkien, kulħadd bil-kamra tas-sodda tiegħu, u b’użu tal-faċilitajiet komuni. L-iskop hu li nagħtuhom dan il-post bi prezz sussidjat immens, peress li jkunu fuq il-benefiċċji soċjali u ma jifilħux iħallsu r-rati tal-kera tas-suq. Tajjeb insemmu wkoll li f ’dawn il-każi, aħna nieħdu fuqna ċerta responsabbiltà. Pereżempju l-ħlas tal-ispejjeż tal-komun, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, biex inkunu ċerti li tħallsu, u nirrappreżentawhom aħna fl-Għaqda tal-Komun. Dan kollu nagħmluh biex lil dawn in-nies innaqqsulhom mir-responsabbiltajiet li jafu jkunu diffiċli wisq għalihom u biex nevitaw li jirkadu mill-ġdid. B’hekk jgħixu bħalna – imorru jixtru, joħorġu u jagħmlu l-qadjiet li jkollhom bżonn. Bħala età jkun hemm xi differenzi?
Għax hemm nies oħra li jinħtieġu dawn is-servizzi u servizzi oħra speċjalizzati iżda bħalissa Għalissa qed nitkellmu fuq m’għandniex fejn nakkomodawl-adulti, jiġifieri nies minn 18-il hom. sena ’l fuq. Meta naraw li persuna ma tkampax għal rasha fl-ap- Min jiffinanzjakom biex tistpartamenti li semmejt, għandna għu twettqu dan is-servizz? group home, fejn jgħixu fiha seba’ nisa. Għandna ħaddiema li tmur Fil-parti l-kbira, madwar 80%, kull filgħodu biex tara li kulħadd dawn is-servizzi huma finanzqam, min kellu jmur għax-xogħol jati mill-Gvern. Aħna mbagħad mar u tara li jkollhom il-ġurnata norganizzaw ċerti attivitajiet biex ppjanata. Imbagħad titlaq. Kull niġbru l-fondi li jkopru l-20% membru għandu wkoll appoġġ l-oħra li jkun jonqos. L-ispejjmit-tim tal-Community Support eż mhumiex żgħar. Pereżempju fil-hostels, fejn hemm dipendenService. za qawwija, l-ikel kollu nixtruh aħna. Dan ilaħħqilna madwar L-ikel isajruh huma? €1,000 fix-xahar kull dar. F’din il-group home iva. Jiddeċiedu bejniethom xi jridu jieklu. Iżda l-individwi ma jirċevux Jekk ikun hemm min ma jħobbx servizzi soċjali? dak li jissajjar, jista’ jsajjar għalih. Għax aħna nisħqu ħafna fuq l-in- Huma jagħtuna kontribuzzjoni dipendenza, peress li n-nuqqas żgħira mill-għajnuna li jingħataw. ta’ saħħa mentali u d-dipendenza jġibu lil dak li jkun suġġett U l-Knisja tgħin? għad-deċiżjonijiet ta’ ħaddieħor, mhix affiljata u dik hi xi ħaġa li aħna niġġiel- Richmond du kontriha. L-iskop tagħna hu mal-Knisja. li nagħtuhom l-indipendenza u d-dinjità u li jkunu kapaċi jieħdu Iżda pereżempju għal xi
09
26.05.2019
kullhadd.com
binjiet mitluqa li għandha? S’issa għadna ma wasalniex li nitolbu, anki minħabba li tradizzjonalment, ir-Richmond Foundation kienet imwaqqfa bejn dawn it-tliet partijiet: il-Gvern, ir-Richmond Foundation UK u l-volontarjat. Allura bqajna b’rabta qawwija mal-Gvern. Richmond Foundation UK tgħin? Illum m’għadniex affiljati magħha, għax meta nbidlet illiġi tal-volontarjat f ’Malta, anki l-Gvern kellu jwarrab u Richmond Malta li sa dak iż-żmien kienet stabbilixxiet ruħha, saret awtonoma. Mela tirċievu biss l-għajnuna tal-Gvern? Il-finanzjament, peress li s-servizzi li nagħtu qishom estensjoni tas-servizz li jagħti l-Gvern, iżda mmexxuhom aħna. Kif għedt int, l-isptar għadu mimli u bħalissa tnieda abbozz ta’ strateġija tas-saħħa mentali u sar il-proċess ta’ konsultazzjoni. Parti mill-istrateġija hi li jinbena sptar akut ġdid ħdejn Mater Dei. Dan hu mod kif titnaqqas l-istigma. Se jkun sptar iżgħar u nisperaw li permezz ta’ dan it-tibdil, il-liġi tas-saħħa mentali tkun tista’ titħaddem aħjar. Fil-liġi hemm ċerti kundizzjonijiet li ladarba tidħol, il-psikjatra jżur lill-pazjent b’mod regolari biex jiddeċiedi jekk jistax joħroġ mill-isptar. Persuni li jidħlu l-isptar hemm bżonn li joħorġu kemm jista’ jkun malajr. Dan ifisser li ġieli jkun hemm persuni, li għalkemm mhumiex fi stat akut tal-marda, xorta għadhom morda ħafna, li iżda jkollhom bżonn joħorġu fill-komunità. Peress li l-isptar hu mimli u dak li se jinbena hu iżgħar, xorta jridu jinstabu postijiet fejn joqogħdu dawk li jkunu jeħtieġu r-riabilitazzjoni. Naturalment, Richmond dejjem tħares lejn oqsma fejn il-bżonn hu akut u s-servizzi huma ftit, bħal fil-qasam taż-żgħażagħ. Aħna nipprovdu servizz għat-tfal u l-adulti iżda xejn għaż-żgħażagħ. Fil-verità, bħala pajjiż, is-servizzi li għandna għaż-żgħażagħ bi problemi mentali huma ftit u mgħobbijin ħafna. Il-problemi ta’ saħħa mentali mil-liema età jibdew? 70% tal-problemi kroniċi jitfaċċaw fl-etajiet ta’ bejn l-14 u l-25 sena. Jiġifieri f ’dik l-età fejn joħorġu l-ewwel sintomi u sinjali, għandna l-inqas servizzi. Din hi sfortuna, għax jekk taqbad il-problemi kmieni, ma jiggravawx. Kif jibdew is-sintomi u x’taraw fihom?
Taf tara mġiba li hi differenti mis-soltu, iżda jaf ikun hemm min jisma’ l-ilħna. Ħafna drabi fil-bidu ż-żgħażagħ ma jitkellmux, għax lanqas huma ma jifhmu x’qed jiġri, iżda maż-żmien tant jinħoloq disturb, li finalment tinduna li t-tifel qed jinqata’ għalih waħdu, għax, pereżempju ma jistax ikompli konverżazzjoni u fl-istess ħin għandu dawn l-ilħna għaddejjin. Oħrajn jaqgħu f ’dipressjoni. Il-persuna tkun aktar imdejqa u ma tibqax attiva bħal qabel. Bħalissa qed naraw ukoll ħafna tfal iweġġgħu lilhom infushom. Hu mod kif jirreaġġixxu għall-istress. U f ’każi bħal dawn, il-ġenituri ma jkunux jafu xi jridu jagħmlu. Għalhekk hu bżonjuż ħafna servizz li jagħti informazzjoni u joħloq post fejn il-ġenitur jew iż-żagħżugħ jista’ jirrikorri biex jitkellem ma’ xi ħadd. Nixtiequ li jkun hawn early intervention service fejn numru ta’ professjonisti jibdew il-proċess mal-individwu jew il-familja ħalli jifhmu x’inhu jiġri u kif jistgħu jilqgħu għal din il-problema. Waħedna mhux faċli li niksbu dawn il-fondi u qed nittamaw li nsibu wkoll il-finanzjament millGvern. L-għajnuna li toffru hi bla ħlas, bħall-Caritas? Iva, kollha għajr servizz wieħed; tal-kumpaniji. Imbagħad tintalab kontribuzzjoni żgħira biex anki min jirrikorri għandna, ikollu ċerta dinjità. Iżda l-kontribuzzjoni hi żgħira vis-a-vis l-ispiża sħiħa tasservizz. Semmejt ukoll xi servizz għattfal. It-tfal, jew għax ikollhom dispożizzjoni fil-ġenetika, jew meta jitrabbew f ’ambjent diffiċli –abbuż, nuqqas ta’ attenzjoni u instabbiltà, dawn ikollhom uġigħ emozzjonali li ma jafux jesprimuh. Għalhekk juru mġiba diffiċli; bħal ikunu aggressivi, iweġġgħu lilhom infushom jew iweġġgħu lil ħaddieħor. Għal dan l-iskop għandna programm ta’ tliet snin fejn it-tfal jistgħu jgħixu magħna mill-età ta’ seba’ snin. Ġieli jiġu tfal li lanqas sodda tagħhom qatt ma kellhom. Aħna noffrulhom din u l-istabbiltà. Neħduhom l-iskola, il-MUSEUM u l-isport. Jekk ikunu f ’ambjent diffiċli, jinħarġu minnu u l-proċess li jsir fid-dar li għandna għalihom hu maħsub biex jgħinhom jifhmu lilhom infushom u mnejn ġejja l-imġiba diffiċli li jkollhom. Jitgħallmu wkoll jieħdu ċerti deċiżjonijiet. Permezz ta’ din iddar, it-tfal jgħixu f ’komunità u jitgħallmu minn xulxin, waqt li jingħataw it-terapija meħtieġa. Hawn jidħol nuqqas ieħor, għax meta jtemmu dawn it-tliet snin, ħafna drabi jkollhom imorru lura
fl-ambjent mnejn ġew. Jekk l-ambjent ma jkunx tjieb, ammont mix-xogħol li nkunu għamilna jintilef. It-tfal kif jiġu għandkom? Mill-Qorti? Jiġu mill-Appoġġ. Uħud ikunu ġew mill-Qorti b’care order u oħrajn jiġu b’mod volontarju mill-ġenituri. Pereżempju jkun hemm mard fil-familja, fejn il-ġenituri ma jistgħux jieħdu ħsieb uliedhom. Dawn it-tfal jgħixu magħna sal-età ta’ 13-il sena. Naħdmu wkoll fil-qasam tax-xogħol, għax ikun hemm min minħabba l-problema ma jistax isib impjieg. Allura sseħibna ma’ Jobsplus u Lino Spiteri Foundation biex permezz ta’ taħriġ, inħejju n-nies għad-dinja tax-xogħol u lid-dinja tax-xogħol biex tilqa’ lil dawn in-nies. Noffru wkoll servizz lil ħaddiema li jinqabdu fi żmien diffiċli. Il-kumpaniji li jħaddmuhom,
Mental Health, li hu grupp ta’ assoċjazzjonijiet ta’ nies li huma involuti fis-saħħa mentali. Aħna nirrappreżentaw lill-pazjent u l-Mental Health Association tirrappreżenta lill-familjari u hemm diversi gruppi professjonisti wkoll. Ix-xogħol ta’ dan hu grupp Is-servizz tagħkom jinsab hu l-lobbying, biex isir it-tibdil f ’Għawdex? fil-policies u s-servizzi li għad Hemm konna ilna biex nidħlu għandna bżonn. u dħalna fil-bidu ta’ din is-sena bl-għajnuna tal-President Emer- Finalment, hemm xi xewqa li itu Marie Louise Coleiro Preca, tixtieq tgħaddi lill-qarrejja? li permezz tal-President’s Trust, ġabret fondi minn kumpaniji Jien ngħid li rridu nirrispettaw u Għawdxin li qed jipprovdu l-fi- ninkoraġġixxu lil nies li qed ibatu nanzjament biex bdejna sapport minn problemi ta’ saħħa mentali fil-komunità. B’hekk għandna biex jitkellmu u jfittxu l-għajnuna. persuna li tmur Għawdex rego- U min qed joffri x-xogħol għanlarment iżżur lil dawn in-nies. du wkoll jirrikorri għandna f ’kull Kienet kisba importanti, għax problema. konna ilna naraw speċi ta’ inġusFinalment il-Gvern u l-policy tizzja, li f ’Malta nagħmlu dan makers għandhom bżonn jagħtu ix-xogħol kollu u f ’Għawdex le. aktar attenzjoni lil dan il-qasam Issa bdejna f ’Għawdex ukoll, importanti, għax irridu nħaddmu għalkemm il-problema tagħna dawn is-servizzi u nħarsu lejhom dejjem hi l-finanzjament. b’mod iktar modern u li jkun akAħna attivi wkoll fl-Alliance For tar aċċettabbli fuq livell Ewropew. jidħlu f ’kuntratt magħna u aħna noffru s-servizz. L-impjegat jiġi għandna għall-appoġġ psikoloġiku mingħajr ma jħallas, għax tħallaslu l-kumpanija. Iżda hemm kunfidenzjalità totali.
10
26.05.2019
kullhadd.com
IL-MAĠĠORANZA TAL-MALTIN MA JAFUX BIL-GDPR 24% tal-Maltin ma jafux x’inhi l-GDPR għalkemm semgħu biha. Imbagħad 31% lanqas biss semgħu biha. Dan jirriżulta minn Ewrobarometru speċjali, sena minn meta r-Regolament Ġen-
erali dwar il-Protezzjoni tad-Data daħal fis-seħħ. Iżda, jidher li l-Maltin ftit li xejn jafu dwaru. Fil-fatt 39% biss qalu li jafu. Il-GDPR ta lill-awtoritajiet l-għodda biex jindirizzaw il-ksur
fejn jidħlu kwistjonijiet ta’ data u sena wara, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data li għadu kif ġie stabbilit irreġistra aktar minn 400 każ transfruntier madwar l-Ewropa. Dan ir-regolament ma ġiex mingħajr kontroversja u xi ftit jew wisq tbatija għal ċerti kumpaniji. L-għan ewlieni tar-regoli kien li jagħtu s-setgħa lin-nies u jgħinuhom jiksbu aktar kontroll fuq id-data personali tagħhom. Dan diġà qed iseħħ peress li n-nies qed jibdew jużaw id-drittijiet il-ġodda tagħhom u jirriżulta li aktar minn żewġ terzi tal-Ewropej semgħu bir-regolament. Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data huwa sett uniku ta’ regoli b’approċċ komuni tal-UE għall-protezzjoni tad-data personali, applikabbli direttament fl-Istati Membri. Huwa jsaħħaħ il-fiduċja billi jqiegħed lill-individwi lura fil-kontroll tad-data personali tagħhom u fl-istess ħin jiggarantixxi l-fluss liberu ta’ data personali bejn l-Istati Membri tal-UE. Il-protezzjoni ta’ data personali hija dritt fundamentali fl-Unjoni Ewropea. Minn meta r-regolament daħal fis-seħħ kważi l-Istati Membri kollha adattaw il-liġijiet nazzjonali tagħhom fid-dawl tal-GDPR. L-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data huma responsabbli għall-infurzar tar-regoli l-ġodda u qed jikkoordinaw aħjar l-azzjonijiet tagħhom grazzi għall-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni u għall-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Huma qed joħorġu linji gwida dwar aspetti ewlenin tal-GDPR biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni tar-regoli l-ġodda. Il-Kummissjoni Ewropea se tevalwa din is-sena ta’ applikazzjoni tal-GDPR f ’avveniment li għandu jsir fit-13 ta’ Ġunju. Kif previst mill-GDPR, il-Kummissjoni se tirrapporta dwar l-applikazzjoni tar-regoli l-ġodda fl2020. Illum se jinħarġu l-ewwel riżultati tal-Ewrobarometru speċjali dwar il-protezzjoni tad-data li jiġbor l-opinjonijiet ta’ aktar minn 27,000 ruħ minn madwar l-UE. Il-Kummissjoni Ewropea se tirrilaxxa r-riżultati sħaħ tal-Ewrobarometru fl-avveniment tal-anniversarju fit-13 ta’ Ġunju.
11
26.05.2019
kullhadd.com
IT-TIXWIX TAL-ĠENITURI ABBUŻ FUQ L-ULIED Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
Fid-dawl tar-realtà li llum qed naraw tiżviluppa iżjed minn qatt qabel fir-rigward ta’ separazzjonijiet jew kunflitti bejn il-koppji, iddeċidejt li nitkellem ma’ Remenda Grech, Assistent Direttur fi ħdan l-Appoġġ kif ukoll ma’ Ingrid Baldacchino, manager fl-istess qasam. Tkellimna dwar dik li qed tissejjaħ parental alienation. It-terminu parental alienation jirrelata ma’ sitwazzjoni fejn wieħed mill-ġenituri juża strateġiji varji biex jaljena l-ulied mill-ġenitur l-ieħor. Din hija iktar komuni fejn hemm separazzjoni b’kunflitt qawwi. Ħafna drabi nsibu li parti jew oħra tipprova tindottrina lill-ulied kontra l-ġenitur l-ieħor mingħajr ġustifikazzjoni. Dan jirriżulta fi ħsara kbira psikoloġika lejn l-ulied fejn dawn isibu ruħhom maqbudin f ’battalja bejn il-ġenituri u jħossu pressjoni biex jagħżlu parti u mhux oħra. B’hekk jista’ jkun li l-ulied jirrifjutaw kuntatt mal-ġenitur li kontrih ikun qed iseħħ l-attakk. Remenda tisħaq li parental alienation tinkludi tfigħ ta’ tajn u diskors iebes fil-konfront tal-ġenitur l-ieħor, jiġi limitat jew maqtugħ għalkollox l-aċċess tal-minuri ma’ dak il-ġenitur u jkun hemm attentat serjament biex litteralment tiġi mħassra l-memorja ta’ dak il-ġenitur minn moħħ it-tfal. Insibu ċirkustanza fejn tinħoloq l-impressjoni wkoll li l-ġenitur l-ieħor huwa tassew perikoluż u l-minuri jiġu mġiegħla jirrifjutaw li jżuru lil dan il-ġenitur biex ikollhom l-affezzjoni biss tal-ġenitur li jkun qed jikkordina l-attakk. Illum il-ġurnata, hekk kif qed tiġi studjata iktar din ir-realtà, hemm qbil illi din l-aljenazzjoni, meta tkun qed isseħħ b’mod daqstant sever, hija mġiba totalment abbużiva fil-konfront tal-ulied. Huma l-minuri li l-iktar li jbatu minn dan l-abbuż; liema abbuż iwassal biex l-ulied iħossu li ma jistgħux jafdaw. Saħansitra ’l quddiem tul ħajjithom jista’ jkun li jaffaċċjaw dipressjoni u jidħlu f ’vizzji varji, hekk kif huma jikbru bil-ħsieb li ma jistħoqqilhomx jew ma jistgħux jaċċettaw l-imħabba ta’ ġenitur jew ieħor. Hawnhekk qed naraw ukoll ħsara psikoloġika fuq il-minuri li jirriżultaw f ’iktar
diffikultajiet aktar tard fil-ħajja tagħhom. Waħda mill-agħar konsegwenzi hija meta l-ulied jibdew iħossu sens ta’ frustrazzjoni u mibegħda lejhom infushom. Dan jiġri hekk kif huma jibdew jinternalizzaw dik il-mibegħda li tkun immirata lejn ġenitur u jibdew verament jemmnu li dan il-ġenitur qatt ma ħabbhom. Huma jħossuhom li għandhom jagħżlu bejn pressjoni biex jaqtgħu l-kuntatt ma’ ġenitur u fl-istess ħin ix-xewqa li jkunu maħbubin u jħobbu lil dawn l-istess ġenituri. Ingrid tisħaq li bħala soċjetà, huwa importanti li primarjament nifhmu l-ħsara kbira li sseħħ lil dawn l-ulied meta nxekkluhom milli jkunu maħbuba u huma stess juru l-imħabba lejn il-ġenituri tagħhom. Dan huwa abbuż psikoloġiku li ’l quddiem jista’ jirriżulta f ’riskju ta’ ħsara mentali qawwija ta’ dawn l-istess ulied. Għaldaqstant tajjeb li jinħoloq għarfien mhux biss ta’ din ir-realtà iżda wkoll ta’ metodi kif tista’ ssir ħidma ma’ ġenituri li m’għadhomx f ’relazzjoni, iżda li t-tnejn għandhom l-interess ewlieni ta’ wliedhom. Huwa importanti li nagħrfu li pika esaġerata mhi se twassal għal xejn għajr ħsara lejn l-istess ulied li mingħalihom ikunu qed jipproteġu. Saħqu li ltaqgħu ma’ każijiet li t-tfal jispiċċaw iħossuhom iżolati u minn jeddhom mażżmien jiddeċiedu li huma st-
ess ma jmorrux għand wieħed mill-ġenituri biex iżommu l-kwiet bejniethom. Jiġifieri din hija sitwazzjoni li flok qed naraw lill-ġenituri jieħdu ħsieb lil uliedhom, l-ulied qed jieħdu ħsieb lill-ġenituri biex ma jkunx hemm
ġlied. Ikunu qed jinqabdu fil-pika ta’ bejniethom u ġieli l-ġenituri qas jirrealizzaw tant kemm ikunu mitlufin f ’xulxin. Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali toffri diversi korsijiet biex tittratta r-realtà ta’ dik imsejħa co-parenting. Il-Fondazzjoni hija kommessa mhux biss li taħdem biex ikun hemm għarfien dwar din ir-realtà, iżda toffri s-servizzi tagħha permezz ta’ timijiet multidixxiplinarji biex propju dawn ir-realtajiet jiġu milħuqin mill-bidu u jiġi evitat kemm jista’ jkun dan l-abbuż fil-konfront tal-ulied. F’dawn il-korsijiet jiġu diskussi diversi suġġetti fosthom il-komunikazzjoni, id-dixxiplina, it-trobbija, kif wieħed jitkellem dwar il-ġenitur l-ieħor u suġġetti relatati bħal dawn. Meta każ jinqabad mill-bidu, ikun hemm rata ta’ suċċess għaliex jintlaħaq kompromess fejn kulħadd ikun kuntent. Saħansitra jeżistu ġenituri li jħossuhom tajjeb meta uliedhom jgħidu kontra l-ġenitur l-ieħor u dan mhux aċċettabbli. Irridu niftakru li wliedna huma demmna u jekk ġenitur għandu
għall-ġenitur l-ieħor, irid iħalli lit-tfal barra minn dawn it-tip ta’ kunflitti li joħolqu wkoll stress bla bżonn. Irridu nżommu f ’moħħna li qed ngħixu fi żmien li l-istress anke jekk kważi tagħmel minn kollox biex taħarbu, xi ftit se jmissek. Allura dan li qed insemmu huwa totalment stress għalxejn li jitlef l-ispirtu anke tat-tfulija fl-ulied li jkunu bla ħtija. Intom il-pubbliku li forsi għaddejjin minn sitwazzjoni simili u li qed taqraw din il-kitba, irrealizzaw ftit x’intom tagħmlu; aħsbu f ’uliedkom u nsew ftit lilkom infuskom għall-ġid tagħhom. Tiddejqux tammettu flimkien jew iċċedu ftit għalihom u tkellmu mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali ħalli jgħinukom ittaffu din ilġerħa bla bżonn. Finalment intom stess tħossukom aħjar u ma jiddispjaċikomx ’il quddiem. Li tagħmel dan mhix telfa jew rebħa għal xi wieħed mill-ġenitur, iżda rebħa għat-tfal infushom. Għal dawk kollha li jixtiequ jagħmlu kuntatt għal co-parenting jistgħu jibagħtu email fuq coparenting@gov.mt.
12
26.05.2019
kullhadd.com
IL-KAĊĊA: L-EWWEL SORS GĦALL-ĦAJJA Fl-aħħar ta’ April ġie fi tmiemu l-istaġun tal-kaċċa tar-rebbiegħa, li ppermetta kaċċa fuq speċi waħda biss. Intervistajt lil Joe Perici Calascione, President tal-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba, Konservazzjonisti (FKNK), li qalli li xi ħames snin ilu kkummissjonaw survey indipendenti lill-Malta
Association of Psychiatric Nurses biex jaraw l-impatt li kienu qed jagħmlu r-restrizzjonijiet, ħafna minnhom inutli jew żejda, fuq il-kaċċaturi u aktar u aktar fuq in-nassaba. Irriżulta li ma tistax lil xi kaċċatur li jkun beda minn età tenera ħafna, ta’ xi 10 snin, tgħidlu: “mil-lum daqshekk”
meta jkollu 50 sena. Dik se tikkaġunalu reazzjoni negattiva kbira u din l-inċidenza ta’ stat mentali bħal ansjetà u irritabbilità, instab li kważi żdiedu bid-doppju tan-norma Ewropea u dik Maltija minħabba dawn il-liġijiet. Minn Charles B. Spiteri
Xi kemm tmur lura l-kaċċa f ’pajjiżna? Bħal f ’ħafna pajjiżi fid-dinja, ilkaċċa f ’Malta ma bdietx bl-isparar, iżda bil-qbid, jew insib jew bil-vleġeġ, ġebel u lanez, li kienu jintużaw fil-forma primittiva qabel ma kien hawn is-senter. Għalhekk il-bniedem minn dejjem kien jikkaċċja, għax twieled kaċċatur. Trid tqis li qabel ma ġew il-Kavallieri f ’Malta, kienu jinqabdu l-fniek, is-summien u l-gamiem. Meta ġie l-Ordni, beda jagħmel ħafna liġijiet u joħroġ bandu, biex jgħarraf min seta’ jikkaċċja. Allura l-popolin dejjem kien miċħud milli f ’pajjiżu joħroġ għall-kaċċa liberament. Tinsiex li l-Kavallieri u n-nobbli ta’ Malta kienu sinjuri u għalhekk kellhom l-artijiet u l-aqwa armi, waqt li l-Malti komuni kien qisu l-pastaż tagħhom. Huma setgħu joħroġu għall-kaċċa, waqt li l-fqir ma setax. Issa l-kaċċa kienet minn dejjem u importanti ħafna għall-mejda. Meta mbagħad il-Kavallieri komplew jiżviluppaw l-arkitettura u bnew postijiet bħall-Buskett, li nbena speċifikament għall-kaċċa tal-Gran mastru u l-mistednin nobbli tiegħu, il-poplu ħassha aktar. Il-Gran mastru, apparti milli kien jimporta l-għasafar għal hemm, kien iġib ukoll iċ-ċriev minn Korsika. Għall-bidu kienu jikkaċċjawhom bil-qwies u meta daħlu l-musketti, beda jisparalhom ukoll. Jiġifieri l-kaċċa f ’Malta kienet sa minn meta deher il-bniedem.
dawn tant kienu vagi, li qishom ma kinux jeżistu. Minn dik is-sena kellna r-regolament li ma tistax toqtol tajr tal-priża (għasafar li jieklu għasafar u ħlejjaq oħra iżgħar), bħall-isqra, il-bagħdan u l-kuċċard. Għalina, dawn kienu kaċċa normali, niklulhom laħamhom u nibbalzmawhom għall-vetrina. Iżda mhux narmu l-laħam. Dak kien jittiekel. Mill-1981 sal-1993 ma kien hawn infurzar ta’ xejn. Iżda l-liġijiet intalbu minn xi NGO?
Dak iż-żmien kien hawn il-Malta Ornithological Society, li b’mod aktar intelliġenti minna, minflok baqgħu jippersistu għall-passjoni li kellhom, bdew jimpjegaw lilhom Mistoqsija li ma xtaqtx infushom f ’dipartimenti tal-Gvern nagħmilha: iżda s-sena li relatati mas-suġġett tagħna. Allura għaddiet il-Birdlife ħarġet minn hawn jew minn hemm u sa tistaqsi: “Tibżgħu minn minn snin twal ilu, id-Dipartiment min jikser il-liġi?” X’jgħidu l-kaċċaturi fuq kliem bħal dan? tal-Ambjent kien miżgħud bihom. Raw aktar fit-tul minna. X’liġi qed tiksru u għaliex? Fl-1981, f ’Malta kienu introdot- U intom meta ngħaqadtu? ti l-ewwel liġijiet li pprojbixxew il-mod ta’ kif nikkaċċjaw, għax Il-Federazzjoni tagħna nħolqot waqt li qabel kien hemm liġijiet, fl-1973, għax qabel kienet l-Għaq-
da Nazzjonali tal-Kaċċaturi. U ngħaqadna f ’federazzjoni għax ħassejna li kien hemm ħafna nies qed jitkellmu kontra l-kaċċa u mhux neċessarjament jitkellmu b’mod ġust. Meta nara li mill-1981 sal-1993, xorta bqajna nisparaw l-istess, nistaqsi għaliex ħadd ma indenja ruħu jagħmel proċess ta’ edukazzjoni, biex dak li jkun jifhem għaliex saret dik il-liġi, għax biha konna se naffettwaw l-għeruq ta’ din il-kultura Maltija. Nagħmel aċċenn żgħir għall-fatt li fil-bidu tas-snin 70, ma kienx għad hawn paga minima u għaldaqstant il-kaċċa xorta kienet passatemp tas-sinjuri. Il-bqija forsi kont issib bidwi li kien ikollu senter u jużawh il-membri kollha tal-familja. Is-sinjuri xorta kien ikollhom aktar art u l-aqwa snieter. B’hekk f ’pajjiżna kellna ħafna kaċċa għal ftit nies. Meta mbagħad daħlet il-paga minima nazzjonali u dak li jkun kellu l-flus fil-but, ħafna marru jixtru senter u setgħu jixtru wkoll l-iskrataċ. Iżda mhux kollha kellhom l-edukazzjoni neċessarja biex jifhmu l-impatt tagħhom fuq in-natura. U bir-rispett kollu lejn l-awtoritajiet, huma min huma,
jien nemmen li kien nuqqas kbir li fl-istess waqt li ħarġu ċerti regolamenti u liġijiet, ma nedewx proċess ta’ edukazzjoni biex dak li jkun jifhem għaliex qegħdin hemm. Jien spjegajtlek għaliex wasalna f ’ċertu stadju. Issa, il-ksur tal-liġi, lilna tagħmlilna ħsara kbira. Aħna ma nużawx kliem bħal “kaċċa illegali” għax il-kelma kaċċa hi kaċċa sostenibbli u legali, li hi regolamentata u regolarizzata bil-liġijiet u avviżi legali. Hemm iżda l-aspett negattiv meta toqtol illegalment, li tiġi “illegal killing” jew “illegal activity”. L-attivitajiet illegali huma dawk li jintużaw kontra l-kaċċaturi legali, għax jiġġeneralizzawha. Aħna, 20, 25 sena ilu konna nisimgħu bil-miljuni ta’ għasafar li jinqatlu f ’Malta, illegalment u gideb u esaġerazzjonijiet simili. Minħabba f ’hekk ma nista’ qatt naqbel mal-mod kif ħadmuha l-Malta Ornithological Society li eventwalment saru Birdlife Malta, malmod kif xandru l-affarijiet Maltin barra minn Malta. Imisshom ħaslu l-ħwejjeġ maħmuġin f ’darna. Iżda huma marru biex jagħmlu pressjoni barra l-pajjiż, biex jirridikolaw
lil pajjiżna b’mod ġenerali, bħala nies ossessjonati, basta noqtlu; li mhu veru xejn, għax il-progress li sar minn 30 sena ’l hawn hu inkredibbli. Ħadd ma kien jemmen. Aħna għamilna sforzi kbar biex kemm jista’ jkun neliminaw minn dan l-element li baqa’ jippersisti, li jikser il-liġi. Għaldaqstant nippretendi li kellu jkollna xi tip ta’ rikonoxximent u għajnuna minn entitajiet bħallBirdlife Malta u mhux ikomplu jridu iktar. Mela kienu jgħidu “nqatlu sitt miljuni”, imbagħad “inqatlu tliet miljuni”; issa wasalna għal ftit għexieren. Iżda dan in-numru li mhu xejn, se nibqgħu nirreferu għalih bħala miljuni? Għalhekk, anki waqt li bħala Konfederazzjoni nkompli nikkundanna kull ħaġa li hi illegali, ejja nużaw moħħna u naraw li qed nitkellmu fuq ftit għexieren, li huma insinifikanti. L-ebda pajjiż fid-dinja, f ’kull settur, ma għandu l-ebda illegalità. Bħala kaċċaturi f ’Malta, xi kemm hawn? Illum il-ġurnata hawn madwar 13,500 kaċċatur u nassab. Jiġifieri hawn numru ta’ kaċċaturi li ma jaqbdu xejn? Jien wieħed minnhom. Ġieli jgħaddi staġun sħiħ. Pereżempju s’issa, jien ħriġt għall-kaċċa, sparajt tir wieħed u ma lqattx. M’hemmx x’tagħmel. Hu parti mill-gost tiegħi. U bħala namra tiswa l-flus? Fuq studju li kkummissjonat l-FKNK fl-2007, ġie stmat li aħna nikkontribwixxu kważi €80 miljun fil-Prodott Gross Domestiku Malti, fuq affarijiet relatati malkaċċa biss. Jiġifieri petrol, l-ikel tal-klieb, l-iskrataċ, il-ħwejjeġ, eċċ. Kif tħares lejn il-fatt li l-kaċċa f ’Malta ma ssirx, iżda min
13
26.05.2019
kullhadd.com
ikollu l-flus jista’ jsiefer u jispara fuq l-għasafar li jrid? Dik hi waħda mill-akbar problemi biex tfiehem lill-kaċċaturi Maltin. Jien qatt ma ridt li l-kaċċa terġa’ tiġi d-dritt tas-sinjur: min għandu l-flus jista’ u min ma għandux ma jistax. Mhux ġust. Għandu jkollna spazju għalina bħalma għandhom il-pajjiżi kollha. Issa l-problemi li għandna llum ġejjin mid-direttiva tal-għasafar u mid-direttiva tal-abitat. Mhux mid-direttivi nfushom, iżda mill-mod kif il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tinterpreta dawn id-direttivi. U mit-trasparenza kollha li tiftaħar li għandha l-Ewropa, diġà għaddew mill-fitness check, li hu awditjar indipendenti fuq il-Kummissjoni u rriżulta li qed ikunu riġidi ferm fl-interpretazzjoni tad-direttiva u qalu lill-Kummissjoni Ewropea li għandu jkollha aktar flessibbiltà. Iżda dawn ma jafux xi tfisser il-kelma flessibbiltà. Għax jekk din il-Kummissjoni jidhrilha li Malta tkun għamlet żball, terġa’ teħodna l-Qorti, kif għamlet fl-2007, fuq il-kaċċa fir-rebbiegħa. Aħna rbaħna l-prinċipju, għax il-Qorti qalet li għalina, Settembru mhux alternattiva. Għalhekk li aħna nistgħu napplikaw deroga fir-rebbiegħa. F’pajjiżi oħrajn ma jisparawx fir-rebbiegħa. Aħna tlabna li nkunu nistgħu naqbdu 3,500 gamiema f ’dan il-perjodu għax nafu li (l-istess speċi tal-gamiem biex niftiehmu), aktar tard f ’Settembru, se jinqatlu bejn tlieta u erba’ miljuni minnhom, f ’disa’ pajjiżi oħra wkoll Membri Stati tal-UE. Allura din ġustizzja? Aħna għamilna ħilitna kollha biex nevitaw li jkompli jkun hawn din l-illegalità: nirrappurtaw u nfiehmu lin-nies għaliex ma tistax tispara fuq ċerti għasafar, għax jafu jkunu waslu fl-estinzjoni; iżda dawn xorta ma jridu jaċċettaw xejn. U intom għandkom xi msaġar hux? Iva, għandna l-masġar tal-Miżieb u tal-Aħrax, iżda dawn huma għasafar li jpassu. Għalhekk f ’Malta ma jibqa’ xejn minħabba n-nixfa li jkun hawn fis-sajf. Dan iwassal biex għal disa’ xhur fis-sena, inkunu bla ilma fil-kampanja u għalhekk l-għasafar mhux se joqogħdu hawn. Nibqgħu biss bi
ftit speċi bħall-għasafar tal-bejt u l-ħamiem tal-barr (collar doves), li qisha gamiema. Iżda din hawn Malta hi protetta, minkejja li mhix indiġena, u ma nistgħux nisparawlha waqt li fid-dinja kollha hi meqjusa bħala “pest”.
konna ngħallmuh jiffirma, ikun steady fuq il-firma, jagħraf irriħa tal-għasfur, eċċ. Terġa’ meta noqtlu xi ħaġa nikluha; mhix se tintrema. Jiġifieri dan il-kunċett, li qed noqtlu sempliċiment biex inkunu qtilna, ma jreġix.
Bħala persentaġġ ta’ kaċċa fl-Ewropa, fejn ninsabu?
Żero punt żero punt żero. Bħala kaċċa, aħna l-ifqar fid-dinja, mhux fl-Ewropa. Aħna niddependu biss mill-kaċċa migratorja, tinsiex. Mhux bħal pajjiżi Iżda meta tisma’ hekk u tisma’ U tħossu li kollox hu kontra oħra li għandhom l-ispeċi qegħfuq qerd in-naħal, li qed jeqred tagħkom meta taraw dawn din hemmhekk, allura jistgħu mijiet ta’ naħal Malti, u hu l-affarijiet kollha u l-fatt li kull jikkontrollaw. Lilna, l-Ewropa protett ukoll; imbagħad nafu li għalqa qed tinbena? fi Spanja, li hi wkoll membru tal-UE, jitħalla jsir il-qtil Din l-ispekulazzjoni tal-art hi tal-barri b’mod brutali, ma problema kbira għalina u għandha jeżistix diżgwid? tkun l-istess għall-Birdlife. Għax jekk hemm xi ħaġa li nistgħu ngħiJien ma niġġudikax il-kultura ta’ du li naqblu fuqha t-tnejn hi propajjiż ieħor, iżda ma nippretendix prju t-telfien tal-abitat naturali. li pajjiż ieħor jiġġudika l-kultura tal-pajjiż tiegħi. Mela min se jkel- Iżda l-ħsieb finali x’inhu? Li lem lilna fuq il-kaċċa? L-Ingliżi, li jibqgħu jgawdu lill-għasfur? ħafna drabi jissieħbu magħhom il-Birdlife Malta għax dejjem iġi- Le, ħsiebhom hu li jeqirdu bu xi Ingliż, mingħalihom għadna lill-kaċċaturi. U hemm flus kbar. f ’xi era kolonjalista, li se nibżgħu u Pereżempju l-Public Financing nitwerwru minnu? ta’ Birdlife Malta fl-2017 kien ta’ Aħna, illum il-ġurnata rappreżen- €660.000. Jiġifieri jimpjegaw 22 tati fl-ogħla istituzzjoni fl-Ewropa; persuna, ħaqq kumpanija kbira. il-Federazzjoni tal-Assoċjazzjoni- U l-flus idaħħluhom billi jmorjiet ta’ Kaċċa u Konservazzjoni, ru barra u jgħidu li nisparaw fuq fejn għandna dritt nitkellmu kollox, anki fuq il-pitirrossi. Iżda bħal kull pajjiż ieħor, għalkemm issa, li rranġajna tant, se nibqgħu bħas-sitt rappreżentanti tagħna, nissawtu? m’għandhomx xi saħħa kbira Qisu mhux biżżejjed li spiċċajna fil-Parlament Ewropew ta’ kważi nisparaw fuq is-summiema biss 800 persuna. fir-rebbiegħa; għax qabel kellna 30 Ħaġ’oħra li kulħadd għandu speċi. Qtajniehom... naqqasna. jkun jaf hi li aħna qed inrabbu l-gamiem u nitilquh. Qed inrab- Iżda f ’xi rapport rajt li hemm buh, mhux għax se tagħmel xi xi 50 speċi ta’ għasafar taldifferenza kbira, iżda biex inkunu passa li huma kaċċabbli qed nagħtu xi ħaġa lura lin-natura. legalment tul ħames xhur ta’ Għalhekk, dan il-gamiem nitilquh kaċċa fil-ħarifa. wara l-istaġun u meta jkun għad hawn il-gamiem ipassi, biex jitħal- Nista’ ngħidlek li nofs dawn il-50 lat miegħu. speċi li jissemmew, lanqas qatt rajniehom. Pereżempju issa daħħlulU lanqas tistgħu tisparaw fuq na l-grouse, il-capercaillie, il-faġan. il-gamiem li trabbu intom? Fejn qatt rajniehom? Dawn mhux għasafar li jpassu. Dawn daħħluhLe, qatt. Tlabna kaċċa għal 3,500 omlna għax fl-Ewropa, peress gamiema, fejn lill-kaċċaturi tagħna li ddaħħal pajjiż ieħor u għankonna naħjuhom u jieħdu gost, du dawn l-għasafar, daħħluhom anki jekk ma jaqbdux, iżda l-fatt li f ’tagħna wkoll. Il-kaċċa tagħna qegħdin hemm, bl-opportunità li l-Maltin u l-Għawdxin hi l-gamiejistgħu jaqbdu (mhux bid-drones ma u din baqgħu jippersistu biex fuq rasna), bil-pulizija, bil-Ġer- jisirquhielna. maniżi, qisna xi stat polizjesk. Lanqas għadek tista’ tiċċaqlaq fl- Is-sena l-oħra ntqal li nqatlu għalqa. Dan barra li jiffastidjawna xi 80 għasfur protett. Iżda li jinqatlu biss 80 għasfur hi xi kontinwament. Issa hemm problema wkoll fuq ħaġa kbira? is-summien li ġieli konna nitilqu, li hu l-aktar tajr li konna Le, le, mhi xejn ħdejn li kien ngħallmu lill-klieb fuqu. Lill-kelb jiġri fil-passat. Kull att illegali hu ħażin, iżda trid tinżamm perspettiva razzjonali.
Għalhekk, anki waqt li bħala Konfederazzjoni nkompli nikkundanna kull ħaġa li hi illegali, ejja nużaw moħħna u naraw li qed nitkellmu fuq ftit għexieren, li huma insinifikanti. L-ebda pajjiż fid-dinja, f’kull settur, ma għandu l-ebda illegalità
Min tħoss li qed joħloq l-ikbar problema għall-għasafar? L-Unjoni Ewropea bil-politika tagħha ta’ “one hat fits all”, speċjalment fl-agrikultura. Il-Common Agriculture Policy tagħmel ħsara kbira, għax mhix tagħti kas tal-abitat naturali; għax fl-Ewropa tqaċċtu partita hedges u siġar, u minħabba f ’hekk il-gamiema m’għadhiex tista’ tbejjet fejn kienet.
qed tużawna, għax bħala l-iżgħar pajjiż trid tagħti eżempju lillpajjiżi oħra bina. Għax fejn tista’ tagħmel dawn il-liġijiet, fi Franza? F’dak il-kobor kollu, hemm 1.2 miljun kaċċatur. Allura x’se jagħmlu? U meta l-Cabs Ġermaniżi li ġew hawn, marru f ’ċertu reġjun f ’Ardennes, l-awtoritajiet, keċċewhom bħala “persone non grate”.
14
26.05.2019
kullhadd.com
TIRRITORNA FIX-XENA M Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn ilmużika? Din l-imħabba lejn il-kant bdiet ta’ età żgħira ħafna. Niftakar li kont nuża t-turnavit ta’ missieri bħala mikrofonu u taparsi kont noqgħod inkanta. Il-ġenituri tiegħi indunaw li kont inħobb ħafna l-mużika u li kelli talent fija u għalhekk bdew jeħduni f ’xi festivals tal-kant. L-ewwel festival li kont ħadt sehem fih kien dak tax-Xagħra. Bqajt nieħu sehem f ’avvenimenti mużikali kemm f ’Malta kif ukoll f ’Għawdex u sadanittant bdejt nitgħallem ukoll il-pjanu. B’hekk tista’ tgħid li tfuliti kienet kollha kemm hi mużikali. Int twelidt il-Brażil?
MIRIAM CHRISTINE BORG fost l-aqwa kantanti li pproduċa pajjiżna f’dawn l-aħħar snin u li riċentement irritornat bil-kbir fix-xena mużikali meta ħarġet single bl-isem ta’ Bi Ftit Kliem li għandha messaġġ qawwi speċjalment ta’ xi tfisser li tkun omm. Għandha mħabba kbira lejn il-maternità u għożża kbira lejn iż-żewġ uliedha.
Iva, fil-fatt ġejt Malta għax il-ġenituri tiegħi xtaqu jaddottaw it-tfal. Fil-fatt meta kelli sena u xahar kienu addottawni. B’hekk nista’ ngħid li tfuliti qattajtha hawn Malta. Kienet tfulija sabiħa għax il-ġenituri tiegħi ma ħallewni nieqsa minn xejn. Meta kbirt xtaqt nara min huma l-ġenituri naturali tiegħi u kelli ċ-ċans immur il-Brażil. Irnexxieli nsib il-familja tiegħi u tista’ taħseb x’ħassejt dak il-ħin. Minkejja kollox jien inħossni Maltija minħabba li qattajt ħafna żmien hawnhekk. Xi tfisser għalik l-omm addottiva tiegħek? Tfisser ħafna u ħafna. Jien ninsab grata għal dak li għamlet miegħi u fl-istess ħin ixxurtjata li kelli lilha. Fl-istess ħin hi flimkien ma’ missieri ma qagħdux lura milli jgħiduli li jekk nixtieq insib il-familja naturali tiegħi stajt nagħmel hekk. Minkejja kollox kif għedtlek jien marbuta ħafna mal-Gżejjer Maltin u mal-familja addottiva tiegħi. Wara kollox, il-ġenituri tiegħi tawni valuri u dixxiplina li għadni ngħożżhom sal-lum il-ġurnata. Kemm hi ta’ sfida li trabbi t-tfal illum il-ġurnata? Fil-verità dan mhux fenomenu tal-lum il-ġurnata biss. Nemmen li minn dejjem kien hemm sfidi biex trabbi. M’hawnx ktejjeb li jgħidlek kif għandek trabbi. Min kellu ħafna wlied jista’ jinduna li titgħallem bl-esperjenza. Il-ġenerazzjonijiet ta’ qabilna kellhom
sfidi mod ieħor. Illum għandek elementi oħra li huma l-karriera personali tiegħek u l-familja. Nemmen li għandu jkun hemm bilanċ bejn dawn it-tnejn. Meta int ma tistax tagħtihom l-istess bilanċ trid titlaq il-karriera għal ftit. Jien hekk għamilt sabiex nagħti formazzjoni tajba lit-tfal tiegħi. Huwa sagrifiċċju kbir veru, iżda fl-aħħar mill-aħħar tieħu ħafna sodisfazzjon. X’taħseb dwar fenomenu li qed jiżdied fejn it-tfal jitilgħu iktar man-nanniet milli mal-ġenituri proprja tagħhom? Jien naħseb li kull familja għandha r-realtà tagħha. Mhux kulħadd jista’ jgħix l-istess realtà. Jien nrabbi l-ulied waħdi minħabba li jien single mother. Jien qed nagħmel dak kollu possibbli biex inrabbi lil uliedi bl-aqwa mod possibbli. Li hu żgur hu li t-tfal għandhom bżonn ħafna attenzjoni, imħabba u ħin. Issa tkun in-nanna li trabbi l-ulied jew inkella l-omm, l-importanti li jkun hemm l-imħabba. L-ebda tablet, kompjuter, safra, televixin jew affarijiet tat-tlellix mhuma se jbiddlu l-imħabba talomm. Għalhekk it-tfal iridu s-sigurtà u aħna rridu nagħtuhielhom. Kemm hu diffiċli taqdi r-rwol ta’ missier u omm fl-istess ħin? Tista’ tgħid li t-tfal ikunu l-aktar miegħi, iżda jagħmlu xi ħin għand missierhom ukoll. L-importanti hu li tinżamm id-dixxiplina għax inqisha fundamentali sabiex uliedi jitilgħu bl-aħjar mod possibbli. Madankollu, ma tantx għandi għalfejn ingerger għax it-tfal tiegħi maturi. Int ħadt sehem fil-Eurovision Song Contest fl-età ta’ 16-il sena. X’fissret għalik dik l-esperjenza? Kont għadni żgħira ħafna u llum il-ġurnata li għaddew is-snin nqisha bħala esperjenza eċċezzjonali dik li għaddejt minnha. Din l-istess esperjenza fetħitli ħafna bibien, iltqajt ma’ ħafna nies u snin wara bqajt ingawdi minn din l-opportunità. Dak iż-żmien kif għedtlek kont għadni żgħira u litteralment lanqas naf x’laqatni. Xorta nħossni ma naf xejn ta’ 40 sena għax fil-ħajja dejjem titgħallem. Minkejja kollox din l-esperjenza ma ninsieha qatt u meta bħal dan iż-żmien jasal il-Eurovision Song Contest niftakar b’għożża dak li ġara fl-1996. Taqbel li din is-sena ntgħażlet il-kantanta li se tirrapreżentana f ’Tel Aviv permezz ta’ X Factor? Ifhem jien naqbel li nippruvaw xi ħaġa differenti. Mhux dejjem l-istess metodu. Il-EurovisionSong Contest sar diffiċli ħafna biex tikkompeti fih. Li ma qbiltx hu biss fuq l-għażla tal-kanzunetta. Aħjar ħallew l-għażla f ’idejn
kullhadd.com
A BIL-KBIR MUŻIKALI il-poplu forsi jkun hemm tlieta u n-nies jivvutaw għal waħda minnhom.
barra minn Malta sabiex ikollok iktar opportunitajiet?
Int kont ilek nieqsa 10 snin mix-xena mużikali.
Fil-ħajja ma tistax tgħid x’jiġri u l-futur ħadd ma jafu. Nemmen li opportunità tajba m’għandekx titlifha. Fil-passat tlift opportunitajiet u l-ħajja tgħallmek li kif ikollok xi ħaġa f ’idejk taħtafha mhux tirrifjutaha.
Iva, għamilt kważi 10 snin wieqfa u forsi bejn kanzunetta ’l hemm u ’l hawn u bejn ħadt sehem fl-Għanja tal-Poplu, il-bqija ftit kont involuta. Kif irnexxielek tgħaddi daqshekk żmien mingħajr ma tkun attiva fil-kant? F’dan iż-żmien żammejt biss xi affarijiet żgħar u xi tiġijiet fejn inkanta fihom. Ridt nikkonċentra fuq affarijiet personali. Kelli ħafna tibdil filħajja tiegħi. B’xorti ħażina missieri ħalliena u għaddejt minn proċess ta’ separazzjoni. F’dan iż-żmien ridt ukoll inbiddel id-dar. Kulħadd jgħaddi minn dawn l-esperjenzi u ridt nikkonċentra fuqhom sabiex jgħaddu bl-aħjar mod possibbli. Imbagħad jien nemmen ħaġa. Oġġett jew tagħmlu sew jew aħjar ma tagħmlu xejn. Għalhekk naħseb li pawsa serviet sabiex erġajt ġejt lura għal li xtaqt. Wara kollox jekk ikollok in-namra għall-mużika, diffiċli tieqaf. Għalhekk ma stajtx inżomm lura mill-kant. Int taħdem fil-qasam tal-mużika biss? Ifhem jien naħdem ukoll bħala għalliema tal-mużika iżda nammetti li għandi xewqa li inkun iktar kantanta milli għalliema. Naf li f ’Malta għandna ħafna limitazzjonijiet iżda dak hu l-pass li nixtieq nagħmel. Nixtieq ħafna li nkun artista full-time. Il-fatt li int għalliema, kif jirnexxilek tittrażmetti din l-imħabba lill-istudenti tiegħek? Jien nemozzjona ruħi ħafna meta nkun qed inkanta jew inkella meta nipprattika l-mużika. Hemmhekk nagħti l-mitejn fil-mija tiegħi u nipprova niżra’ ftit minn din l-imħabba lill-istudenti tiegħi. Nara li l-mużika sservi bħala terapija u nħobb niffoka fuq l-importanza tagħha. Semmejt li int tixtieq tkun esklussivament kantanta. Kemm hi diffiċli li tagħmel dan f ’Malta? L-ewwel u qabel kollox trid tkun lest li timraħ barra minn Malta wkoll. Grazzi għall-internet id-dinja veru saret post żgħir. Trid tkun lest tikkommetti ruħek għall-kant u tieħu din il-karriera bis-serjetà. Imbagħad jiġu l-opportunitajiet. Ġieli jgħaddilek minn rasek li tmur tgħix
15
26.05.2019
Nemmen li minn dejjem kien hemm sfidi biex trabbi. M’hawnx ktejjeb li jgħidlek kif għandek Taħseb li l-kantant Malti hu rrispettat jew inkella għadna trabbi. Min kellu ħafna wlied jista’ jinduna li nagħtu importanza lill-artisti titgħallem bl-esperjenza. Il-ġenerazzjonijiet ta’ barranin? qabilna kellhom sfidi mod ieħor. Illum għandek Naħseb li għamilna passi ta’ ġgant elementi oħra li huma l-karriera personali tant li r-radjijiet qed idoqqu dejjem iktar mużika Maltija. Dejjem hemm tiegħek u l-familja. Nemmen li għandu jkun lok li nitjiebu iżda ma ngorrux. hemm bilanċ bejn dawn it-tnejn. Meta int ma Ftit tal-jiem ilu ħriġt diska tistax tagħtihom l-istess bilanċ trid titlaq ilverament sabiħa bl-isem ta’ Bi karriera għal ftit. Jien hekk għamilt sabiex Ftit Kliem. X’inhu l-messaġġ li fiha din id-diska? nagħti formazzjoni tajba lit-tfal tiegħi. Huwa sagrifiċċju kbir veru, iżda fl-aħħar mill-aħħar Din id-diska ġiet tixraq ħafna għal Jum l-Omm. L-omm hi figura importieħu ħafna sodisfazzjon tanti għat-tfal tagħha. Jien ktibt din id-diska u ġejt ispirata minn persuni qrib tiegħi. L-emozzjonijiet tal-omm jibqgħu hemm għal dejjem. Hi kanzunetta ta’ kuraġġ għal dawk l-ulied li mhumiex viċin t’ommhom. Il-preżenza tal-omm tkun dejjem hemm. Beħsiebek tniedi aktar singles? L-ewwel pjan li għandi hu li nagħti promozzjoni tajba lil din il-kanzunetta li għadni kemm ħriġt sabiex tindaqq fl-istazzjonjiet tar-radju lokali. Fl-aħħar tas-sajf beħsiebni noħroġ EP bil-kanzunetti kollha tiegħi miġburin. X’inhu l-futur ta’ Miriam Christine Borg? Nixtieq li nonora l-ħolm tiegħi. Il-mużika tibqa’ dejjem f ’qalbi. Naħdem ħafna għaliha u fuq kollox nittama li l-ħolma li nkun kantanta full-time issir realtà. Nixtieqek tgħaddi messaġġ lillommijiet li qed jaqraw din l-intervista. L-ewwel nett nawgura ġurnata mill-isbaħ lill-ommijiet kollha. Importanti li jibqgħu f ’relazzjoni sabiħa mat-tfal tagħhom u jagħrfu jsibu bilanċ. Il-ħajja mhix tfal biss iżda trid taħseb ukoll għall-bilanċ personali. B’hekk tkun mara kompluta li tagħti importanza lil kollox.
16
26.05.2019
kullhadd.com
IL-KULTURA F’QALBNA Owen Bonnici Ministru
Meta nitkellem dwar ix-xogħol li qed isir fil-Ministeru li jien responsabbli għalih nitkellem mill-qalb. Nitkellem bil-qalb għaliex inħares lura u nara l-progress li sar fl-oqsma kollha. Mhux l-anqas fis-settur kulturali. Dan ma ngħidux jien. Tgħidu l-istatistika. Jgħiduh dawk li jżuru s-siti tagħna. Ħu s-siti ta’ Heritage Malta. Kburi li f ’dawn il-jiem ħabbart li s-siti ta’ Heritage Malta, li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru, raw numru akbar ta’ turisti fl-2018 li qabeż dak tal-2017, filwaqt li l-Agenzija rreġistrat ukoll surplus. Fl-2018, Heritage Malta rnexx-
ielha ssostni l-impatt pożittiv u saħansitra żżid fuq is-suċċessi li kellha fis-sena ta’ qabel. Filfatt l-Aġenzija rreġistrat żieda fid-dħul finanzjarju ta’ €459,758 li hija żieda fuq dik tal-2017 li kienet €362,00 u rreġistrat ukoll aktar minn 1.6 miljun turist ħdejn il-madwar 1.2 miljun fl-2017. Dawn ir-riżultati ma jaqgħux mis-sema. Huma riżultati ta’ investiment sostanzjali fis-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta, strateġiji aqwa fir-reklamar, flimkien ma’ prezzijiet kompetittivi meta mqabbla ma’ siti kulturali simili ta’ pajjiżi oħra. Sistemi interattivi, teknoloġija avvanzata, interpretazzjonijiet interessanti u selezzjoni vasta ta’ attivitajiet ikomplu jżidu mal-attrazzjoni tal-viżitaturi lejn dawn is-siti. Dan huwa dak li qed nagħmlu fil-qasam kulturali, u dak li ktibt hawn fuq b’relazzjoni ma’ Heritage Malta japplika għas-setturi kollha li jaqgħu taħt il-kappa tal-kultura. Grazzi lit-tmexxija u lill-ħaddiema kollha ta’ Heritage Malta. Qed nirriġeneraw u nsalvaw ilwirt kulturali tal-poplu tagħna. Mhux se nidħol b’dettall fir-rest-
awr vast li qed isir madwar il-pajjiż kollu, għax kulħadd qed japprezza ferm dan ix-xogħol li għaddejjin bih bla nifs. Qed nagħtu nifs ġdid lil dak kollu li huwa tagħna u li writna minn missirijietna biex jitgawda minn uliedna. Imma rrid insemmi palazzi li kienu mitluqa fil-Belt Kapitali għażiża tagħna li b’investiment qawwi qed nirriġenerawhom biex jaqdu funzjoni pubblika – ngħidu aħna r-restawr li qed isir fid-Dar tal-Ammiraljat. Imma x-xogħol kulturali mhuwiex biss dak li jidher, dak li naqbdu b’idejna. Qed insostnu wkoll dak li qiegħed hemm madwarna u li huwa parti integra minn dak li jagħmilna. Il-folklor, il-baned, in-nar tal-festi. Qed ngħinu lil dawn l-oqsma biex kif kienu hemm minn snin twal ilu, anki b’volontarjat, jaħdmu biex ħallew fil-wiċċ dak li huwa Malti, aħna nkunu ta’ sostenn għalihom biex insaħħuhom u fl-istess ħin ngħidulhom “grazzi tax-xogħol tagħkom”! Fuq livell differenti qed nieħdu ħsieb ukoll li parti minna, parti minn dik li hija tradizzjoni, ngħolluha għal livell dinji. Qed
nirreferi għall-ftira Maltija li, permezz tad-Direttorat tal-Kultura, qed inressquha flimkien mal-arti kulinarja tagħha bħala l-ewwel element lokali biex ikun parti mil-lista tal-wirt kulturali intanġibbli tal-UNESCO. Hemm ukoll it-twaqqif ta’ bord blinkarigu li jimplimenta l-politika nazzjonali dwar il-qasam tal-wirt kulturali intanġibbli tagħna. Qed inkomplu wkoll inressqu l-kultura lejn iċ-ċittadin. Kellna s-suċċess tal-passaport ta’ Heritge Malta għall-istudent, li wessajnieh u ħriġna wkoll il-passaport għall-adult. Passaport li permezz tiegħu żżur is-siti ta’ Heritage Malta bla ħlas. Qed inħarsu ’l quddiem ukoll fejn jidħol l-iżvilupp tal-kultura tagħna. Dan huwa f ’idejn id-Direttorat tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru li b’diskussjoni, b’analiżi, u b’evalwazzjoni mal-pubbliku qed naħdmu biex ikollna politika kulturali b’saħħitha u rappreżentattiva bejn l-2020 u l-2025. Ix-xogħol għaddej f ’dan il-qasam. L-għan huwa li apparti li nkunu kburin b’dak li għandna, mhux biss nippriservawh u ntejbuh imma wkoll naraw li nwas-
sluh ’il quddiem. Qed nimirħu f ’setturi li qajla ngħataw importanza maż-żmien – fosthom ilwirt kulturali ta’ taħt il-baħar. Dan kollu qed nagħmluħ bil-qalb u għax verament nemmnu bil-prodott kulturali Malti. Il-ħidma mhux biss għaddejja, imma qed tagħti wkoll il-frott tagħha.
Qed inkomplu wkoll inressqu l-kultura lejn iċ-ċittadin. Kellna s-suċċess tal-passaport ta’ Heritage Malta għall-istudent, li wessajnieh u ħriġna wkoll il-passaport għall-adult
INKOMPLU NKUNU L-BIDLA Stefan Zrinzo Azzopardi Membru Parlamentari
Fl-għeluq tal-kampanja elettorali lejn l-elezzjonijiet li kellna għall-Parlament Ewropew kif ukoll għall-Kunsilli Lokali, ilPrim Ministru Joseph Muscat wassal messaġġ b’saħħtu favur aktar bidla u tiġdid f ’pajjiżna. Dan huwa Gvern li wettaq bidla, Gvern riformista, Gvern li għamel għażliet importanti biex pajjiżna seta’ jimxi ferm ’il quddiem. Bidla li biha qed titwettaq il-viżjoni tagħna għal pajjiżna. Pajjiż mimli ambizzjoni biex ikompli jimxi ’l quddiem, pajjiż li qed jiskopri aktar il-potenzjal tiegħu, u b’ħidma kbira dak il-potenzjal qed iwassal għal ak-
tar suċċess. Il-bidla li rridu nwettqu ma waqfitx hawn. Kien ċar il-messaġġ fil-Birgu li aħna konna, għadna u se nibqgħu nkunu il-bidla f ’pajjiżna. Il-bidla li seħħet wasslet biex naraw tiġdid f ’diversi setturi u oqsma. Bidla fil-mod kif taħdem l-ekonomija ta’ pajjiżna li minn waħda b’rittmu kajman saret waħda b’attività qawwija li qed tagħti lok għall-bidu ta’ attività u oqsma ġodda. Bidla fl-oqsma soċjali biex niżguraw aktar ġustizzja soċjali. Bidla li wasslet għal aktar drittijiet ċivili u t-tisħiħ tal-ugwaljanza. Minkejja dawn il-bidliet kollha li seħħu, ma nistgħux nieqfu hawn. Pajjiżna qiegħed iħares ’il quddiem lejn futur b’aktar opportunitajiet. Il-viżjoni tagħna għall-ġejjieni hija msejsa fuq ħidma li trid issir fi tliet oqsma ewlenin, l-infrastruttura, l-innovazzjoni u l-inklużjoni. Ħidma li se tkompli twassal għal aktar tiġdid u għal aktar bidla f ’pajjiżna. Biex insostnu l-ekonomija ta’ pajjiżna, jeħtieġ li nsaħħu l-infrastruttura tagħna, iżda meta nitkellmu dwar l-infrastruttura ma
rridux naħsbu biss dwar l-infrastruttura fiżika ta’ pajjiżna. L-infrastruttura fiżika hija importanti ferm u dwar dan il-qasam, il-Gvern telaq bi proġetti kbar u li huma meħtieġa ferm. Investiment qawwi li qiegħed ibiddel dan il-qafas importanti ta’ pajjiżna u li huwa tant meħtieġ biex insostnu l-attività qawwija li għandna f ’Malta u li rridu nkomplu mmexxu ’l quddiem. Bl-istess mod, meta nitkellmu dwar infrastruttura, irridu nitkellmu wkoll dwar għażliet oħra importanti. Filwaqt li jeħtieġ li nkomplu naraw żvilupp kbir f ’pajjiżna, irridu naċċertaw proġetti ta’ tisbiħ fil-lokalitajiet f ’pajjiżna. Inizjattivi li permezz tagħhom jinħolqu u jissebbħu l-ispazji miftuħa. Biex pajjiżna jibqa’ jirnexxi hemm bżonn ta’ aktar inizjattivi li jixprunaw aktar innovazzjoni. Il-bidla li rridu nkomplu nwettqu hija waħda li tattira aktar setturi msejsa fuq l-innovazzjoni. Dan diġà rajnieh iseħħ bl-introduzzjoni ta’ setturi ġodda f ’pajjiżna permezz ta’ inizjattivi biex nattiraw oqsma bħal dawk tal-cryptocurrencies, blockchain, artificial
intelligence u dak kollu marbut ma’ dawn l-oqsma. Huwa meħtieġ li nkomplu nattiraw dawn is-setturi l-ġodda, mhux biss biex niggarantixxu aktar ħolqien ta’ xogħol, iżda biex anke intejbu l-kwalità ta’ xogħol li jinħoloq f ’pajjiżna u li nkomplu ngħollu l-livell ekonomiku ta’ pajjiżna. Biex immexxu ’l quddiem din l-aġenda għal pajjiżna, jeħtieġ li nsaħħu l-isforzi kollha tagħna biex aktar tfal u żgħażagħ jirnexxu fl-edukazzjoni. Is-setturi li qed nattiraw u li rridu nkomplu nattiraw f ’pajjiżna jeħtieġu nies imħarrġa, persuni b’ħiliet u b’taħriġ speċjalizzat. Għalhekk il-ħtieġa ta’ investiment għattisħiħ tal-edukazzjoni f ’pajjiżna b’mezzi li nagħrfu l-ħiliet ta’ kull tifel u tifla biex naraw li jkollhom kull opportunità li jirnexxu aktar fil-futur. Irridu nkomplu bil-bidla f ’pajjiżna billi nsaħħu l-inklużjoni. Dan nistgħu nagħmluh billi nkomplu l-mixja tagħna lejn aktar ugwaljanza. Inizjattivi biex negħlbu kull forma ta’ esklużjoni soċjali. Pajjiżna dejjem ħaddan sens qawwi ta’ solidarjetà. Biex
ikun pajjiż aktar għani, irridu niżguraw li mhux biss ikollna aktar ġid u ħolqien ta’ aktar ġid, iżda rridu naċċertaw li f ’pajjiżna ikollna sostenn ta’ qafas li ma jħalli lil ħadd jaqa’ lura. Fl-aħħar snin, imxejna ħafna ’l quddiem. Pajjiżna ra bidliet kbar iseħħu. Determinati li nkomplu nwettqu bidla. Bidla biex pajjiżna u l-poplu tagħna jkompli jimxi ’l quddiem.
Pajjiżna qiegħed iħares ’il quddiem lejn futur b’aktar opportunitajiet. Il-viżjoni tagħna għall-ġejjieni hija msejsa fuq ħidma li trid issir fi tiet oqsma ewlenin, l-infrastruttura, l-innovazzjoni u l-inklużjoni
17
26.05.2019
kullhadd.com
INKOMPLU NAĦDMU Editorjal
Magħqudin flimkien, b’qalbna marbuta ma’ pajjiżna, se nkomplu nwettqu. Se nkomplu npoġġu l-interess ta’ pajjiżna l-ewwel
Wara kampanja intensiva, il-ħidma tkompli għaddejja. Ħidma li tkompli tiffoka fuq il-ġid komuni. B’wiċċna minn quddiem ngħidu li dan il-pajjiż ra tibdiliet kbar f ’kull qasam, tibdiliet li biddlu mill-għeruq lis-soċjetà tagħna. Inkomplu nħarsu ’l quddiem bil-viżjoni li nagħmlu minn pajjiżna, pajjiż li jkun l-għira ta’ dawk ikbar minna. U dan huwa l-bażi tal-ħidma li trid tkompli għaddejja kemm fuq livell lokali kif ukoll fuq livell Ewropew. Fil-lokalitajiet tagħna rridu nkomplu nibnu fuq dak li ilna naħdmu fuqu dawn l-aħħar sitt snin – dak li ntejbu mhux biss il-qagħda tas-soċjetà, il-persuna, imma wkoll intejbu l-madwar, dak li jaffettwana lkoll fil-ħajja tagħna. Ħidma li tikkumplimenta l-ħidma li qed issir mill-Gvern Ċentrali għallġid ta’ kull wieħed u waħda minna. Dan huwa partit fil-Gvern li ma jiddejjaqx mill-bidla. Kien
minn dejjem partit li daħħal il-bidla u se jibqa’ jkun il-partit li jdaħħal tibdiliet immirati biex itejbu l-qagħda ta’ Malta tagħna. U biex jagħmel dan, mhux se jżomm lura, la huwa għallġid tal-pajjiż. Għax fuq kollox kif trid tissarraf il-fiduċja li qed juri l-poplu Malti u Għawdxi f ’dan il-partit li qed imexxi l-Gvern? Trid tibqa’ tissarraf billi nroddu lura lill-poplu r-riżultati, ix-xogħol u kwalità ta’ ħajja aħjar. Biex inkomplu nagħmlu dan irridu nkunu magħquda flimkien għall-ġid tal-pajjiż. Irridu nkunu magħquda u ninsew l-“aħna u huma”. Għax fuq kollox, dak li jgħaqqadna huwa ferm iktar b’saħħtu minn dak li jifridna. Il-ħidma trid tkompli tissarraf kif issarrfet f ’diversi oqsma. F’dak tax-xogħol. Ma kinetx koinċidenza li l-qgħad naqas drastikament – għax l-impjieġi u l-prosperità żdiedu b’riżultat dirett ta’ deċiżjonijiet li qed jieħu dan il-Gvern. Meta tħares
lejn is-66,000 impjieg maħluq f ’dawn l-aħħar ħames snin, tara riżultat ta’ dawn id-deċiżjonijiet li qed jittieħdu, u li se jkomplu jittieħdu. Kif se jkompli jieħu l-Gvern fil-ġimgħat u fis-snin li ġejjin. Għax il-ħidma favur is-soċjetà Maltija u Għawdxija mhux biss se tkompli, imma se tintensifika ruħha. Inkomplu naħdmu fuq prinċipji ċari bbażati fuq l-infrastruttura, l-innovazzjoni u l-inklużjoni. Riforma fit-trasport bi pjan. Inkomplu bil-bidlet fil-qasam ambjentali, noħolqu ambjent aħjar ħalli l-poplu jkollu wkoll titjib f ’postijiet fejn jiffrekwenta fil-ħin liberu tiegħu. Fuq bażi soda li bnejna, inkomplu nkunu l-katalisti għal titjib fl-ugwaljanza, fil-komunitajiet li jinsabu f ’minoranza, imma li wkoll għandhom id-drittijiet tagħhom. Fil-housing soċjali. Huwa għalhekk li se nibqgħu ffukati. Iffukati kemm bħala nazzjon, imma wkoll bħala ħidma lil hinn minn xtutna – fil-Parlament Ewropew – biex
dejjem niksbu l-aħjar possibbli għalina lkoll. Wasalna f ’ħafna, imma baqa’ xi jsir. Dan il-Gvern ma jistrieħx fuq il-kisbiet, għalkemm jagħmluh kburi, imma jkompli għaddej itejjeb fuq il-kisbiet li għamel. Għalhekk dan huwa Gvern li jħares ’il quddiem. Għalhekk huwa Gvern li jagħti r-riżultati. U huwa dak li se jkomplu jagħmlu l-kunsilliera mtellgħa f ’ismu fil-lokalitajiet imxerrda ma’ Malta u Għawdex, u l-Membri Parlamentari Ewropej imtellgħa mill-poplu biex jirrappreżentaw mhux lilhom infushom, mhux lill-partit li ressaqhom ’il quddiem, imma jirrappreżentaw il-ġid ta’ poplu wieħed, il-ġid ta’ pajjiż sħiħ. Magħqudin flimkien, b’qalbna marbuta ma’ pajjiżna, se nkomplu nwettqu. Se nkomplu npoġġu l-interess ta’ pajjiżna l-ewwel. Għax dan il-Gvern iżomm lil Malta kollha, b’qalbu kollha, ilħin kollu.
18
26.05.2019
kullhadd.com
INĦARSU ’L QUDDIEM Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL
Ilbieraħ il-maġġoranza l-kbira tal-poplu Malti u Għawdxi xeħtet il-vot tagħha sabiex permezz ta’ hekk tat ġudizzju fuq ix-xogħol imwettaq mill-Membri Paralamentari Ewropej u mill-Kunsilliera fil-Kunsilli Lokali li temmew il-mandat tagħhom. Verdett li jfisser min se jkunu r-rappreżentanti tagħna fuq livell Ewropew u dak lokali. Se nkun qed niffoka l-aktar fuq il-Kunsilli Lokali l-ġodda li jridu jiġu eletti permezz ta’ dan il-vot elettorali. Inħarsu ’l quddiem fuq livell ta’ Gvern Lokali Id-domanda li wieħed irid jistaqsi hija ovvja: xi rridu mill-Kunsilliera l-ġodda eletti bħala ċittadini? Biex wieħed jirrispondi għal domanda bħal din irid l-ewwel jifhem l-importanza tas-sistema tal-Gvern Lokali. Il-Gvern Lokali jilgħab parti importanti fit-tras-
formazzjoni tal-livell ta’ ħajja taċ-ċittadin. Dan għaliex b’mod fiżiku huwa l-eqreb tar-residenti meta kkumparat mal-Gvern Ċentrali. Barra dan, l-importanza tal-Gvern Lokali toħroġ ukoll mill-fatt illi legalment tippermetti li l-Kunsill ifassal l-aġenda ta’ kif għandu jimxi ’l quddiem u jiżviluppa l-lokal tiegħu. Dan b’deċiżjonijiet li jaffettwaw mill-qrib lill-residenti rispettivi. L-avviċinanza bejn il-Kunsilliera u r-residenti tpoġġi l-qafas tal-Gvern Lokali f ’pożizzjoni ferm aħjar mill-Gvern Ċentrali sabiex jadotta miżuri u servizzi li jilħqu l-aspettattivi u l-bżonnijiet taċ-ċittadin. Jekk ma jkollniex Kunsilliera u Sindki ta’ fibra u li jafu fejn iridu jaslu, l-iżvilupp ta’ dik il-lokalità partikolari jaqa’ lura għaliex waħda mill-funzjonijiet ta’ Gvern Lokali hija wkoll illi l-Kunsill ikun il-ħolqa bejn ir-resident u l-Gvern Ċentrali. Għaldaqstant, huwa dan li nitolbu u nistennew mill-Kunsilliera eletti ġodda, li jaħdmu b’governanza tajba u jkunu proattivi għall-ħtiġijiet tal-lokal fil-qadi ta’ dmirijiethom. Irridu nifhmu dejjem aktar li l-iżvilupp tal-lokalitajiet qiegħed aktar minn qatt qabel f ’idejn il-Kunsilli Lokali. Huwa proprju għalhekk li dawn għandhom ikunu akkontabbli f ’għemilhom. Dawn il-mexxejja lokali jrid ikollhom l-għarfien tal-prijoritajiet u l-bżonnijiet tan-nies li issa jkunu qegħdin
jirrappreżentaw u jservu. Meta ngħidu li wieħed għandu jservi, nifhmu li wieħed għandu jkun lest li jisma’, janalizza u jiddeċiedi fl-aħjar interess tal-ġid komuni. Jekk mhux se jsir dan, mhux se nkunu kapaċi li nnaqqsu d-distakk li hemm f ’ċerti lokalitajiet li hemm bejn ir-residenti u l-Kunsilli Lokali. Kull kunsillier kif ukoll kull membru li jaħdem fl-amministrazzjoni tal-Kunsilli Lokali jridu jifhmu l-importanza li jaħdmu b’mod trasparenti u li jagħtu servizz superjuri bl-inqas spiża possibbli. Irridu naraw aktar parteċipazzjoni bejn ir-residenti u l-Kunsilli Lokali fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Dan għaliex il-vuċi tal-poplu m’għandhiex tibda u tispiċċa mal-jum tal-votazzjoni imma għandu jibqa’ jkun hemm konsultazzjoni wiesgħa matul il-leġiżlatura kollha. Prinċipju ieħor importanti huwa; li jkun hemm konoxxenza aħjar u f ’inqas ħin għat-talbiet tar-residenti. Dan ifisser li l-ilmenti tar-residenti għandhom jiġu indirizzati b’mod ċar u f ’perjodu taż-żmien raġonevoli. Dan iġib miegħu aktar effiċjenza li twassal biex titkattar il-fiduċja miċ-ċittadini fil-Kunsilli Lokali. Kemm l-amministrattiv kif ukoll il-politiku jridu jifhmu li kull deċiżjoni trid tittieħed b’mod trasparenti u miftuħ. Huwa b’dan il-mod biss li dawk kollha li b’xi mod jew ieħor imissu mal-Kunsilli Loakli jibnu l-fiduċja tagħhom fit-tmexxija
tal-Kunsill. Dan l-aħħar xhur, smajna ħafna u għal raġunijiet differenti fuq is-saltna tad-dritt. Anki fuq livell lokali rridu naraw li dan il-prinċipju jitħaddem bl-aħjar mod. Dan billi jiġu segwiti r-regolamenti u l-proċeduri kollha stabbiliti fil-liġi tal-Kunsilli Lokali, f ’kull deċiżjoni li tittieħed mill-Kunsill. Iċ-ċittadini se jkunu qed jistennew ukoll li l-Kunsilliera eletti jpoġġu l-interess pubbliku qabel dak personali. Fil-liġi jeżistu miżuri effettivi li ma jħallux li d-deċiżjonijiet meħudha jiġu ppreġudikati b’kunflitt ta’ interess. Għaldaqstant, b’ċirkustanzi simili jridu jimxu mal-obbligu li joħorġu mill-Att tal-Kunsilli Lokali. Fattur pożittiv minn dawn l-elezzjonijiet kien li kien hemm numru sostanzjali ta’ kandidatti ġodda. Dan għandu jservi b’mod tajjeb biex tissaħħaħ l-innovazzjoni u jiġu introdotti ċerti bidliet fil-mod tal-ħsieb tal-Kunsilli Lokali. Huwa tajjeb li jkun hemm l-esperjenza mal-entużjażmu u l-ħeġġa taż-żgħażagħ. Element ieħor li jħarsu lejh in-nies fil-ħidma tal-Kunsilli Lokali huwa li kull proġett jew deċiżjoni tittieħed b’mod sostenibbli u bi pajn fittul. Għaldaqstant, huwa importanti li d-deċiżjonijiet jittieħdu wkoll fuq aspett tal-kompetittività u tal-valur miżjud. Żewġ prinċipji oħra li nemmen li huma ta’ prijorità huma; li
l-Kunsilliera jkollhom għarfien b’saħħtu tal-Liġi tal-Kunsilli Lokali, partikolarment tal-finanzjarjament tal-Kunsilli Lokali u li jaħarsu d-diversità f ’dik li hija kultura u inklużjoni soċjali. Biex nagħti żewġ eżempji nifhem li mhux il-kandidati kollha għandhom għarfien bażiku fuq Accounts u Immaniġġjar, għaldaqstant id-Diviżjoni għall-Gvern Lokali flimkien mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali għandhom jaraw li dawn il-Kunsilliera eletti jingħataw taħriġ f ’dan il-qasam, partikolarment kif jevalwaw ċerti riskji, kif inaqqsu l-problemi finanzjarji u li jkunu kapaċi jifhmu r-rapporti finanzjarji ppreżentati mill-Kunsill. Nitkellem dwar id-diversità fejn huwa mistenni minn dawk eletti li jinfluwenzaw b’mod pożittiv fejn tidħol id-diversità ta’ kulturi eżistenti fil-lokalitajiet. Dan billi jaraw li jkun hemm koalizzjoni u integrazzjoni soċjali tal-minoranzi fil-lokalità. Dan iwassal għal aktar ugwaljanza u billi kulħadd ikun eliġibbli għas-servizzi offruti. Wieħed jittama li wara l-jiem li ġejjin meta se jkunu qed jinfetħu l-kaxex tal-votazzjoni tal-Kunsilli Lokali, dawk il-Kunsilliera eletti jifhmu dawn l-elementi u l-prinċipji msemmija jekk verament irridu li r-riforma li għadha kemm għaddiet mill-Parlament tkun waħda ta’ suċċess; biċ-ċittadin ikun fiċ-ċentru ta’ kull azzjoni.
GVERN LI JIEĦU ĦSIEB LIL KULĦADD
Clint Camilleri Segretarju Parlamentari
Ibieraħ il-poplu Malti u Għawdxi vvota fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsilli Lokali sabiex ta l-ġudizzju tiegħu u għażel bejn Joseph Muscat u Adrian Delia, għażel bejn min verament qed
jaħdem għal pajjiżna. Illum huwa proprju l-jum li matulu se nsiru nafu min se jkunu dawk li se jirappreżentawna fil-Parlament Ewropew għall-ħames snin li ġejjin. Bla dubju r-rappreżentanti tal-Partit Laburista dejjem iddefendew isem pajjiżna barra minn xtutna u dan għamluh fost l-oħrajn meta kienu r-rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista stess li għamlu minn kollox biex iħammġu lil pajjiżna. Ilbieraħ il-poplu ddeċieda u l-poplu ma jiddeċidix fuq il-kliem fieragħ imma fuq il-fatti. Aħna Gvern kredibbli, aħna Gvern li nwettqu u dan kollu n-nies jafuh tajjeb. Dan huwa Gvern li jieħu ħsieb lil kulħadd u wara għadd ta’ wegħdi minn Gvernijiet
Nazzjonalisti kellu jkun Gvern Laburista li se jkun qiegħed jibda l-proċess sabiex ir-raħħala jingħataw dak li hu dovut lilhom. Qed ngħid hekk għaliex taħt Gvern preċedenti r-raħħala tal-ħalib kienu ffirmaw kuntratt ta’ għajnuna biex jinvestu fit-tined u fi strutturi aħjar tal-irziezet tagħhom imma dak li kien miftiehem bil-miktub ma kienx inżamm. Mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura insistejt li l-problema trid tissolva u aktar min 60 raħħal tal-baqar qed jieħdu dak li hu dovut lilhom biex b’hekk dan il-Gvern se jkun ta aktar minn €3 miljun lil dawn ir-raħħala biex ikomplu mexjin ’il quddiem. Iżda dan mhux biss. Il-bdiewa u r-raħħala li soffrew
danni ta’ natura strutturali waqt il-maltempata qalila li seħħet fi Frar 2019 u rreġistraw mad-Dipartiment tal-Agrikoltura, se jingħataw l-għajnuna relatata. Il-Gvern huwa kommess li tinstab soluzzjoni wkoll għal danni li sofrew anke fuq prodotti agrikoli maħduma u għaldaqstant se jkun qiegħed jikkunsidra għajnuna fuq il-prodott maħdum. Dan qiegħed isir bla preċedent hekk kif din hija l-ewwel darba li Gvern se jkun qiegħed jagħti għajnuna ta’ din ix-xorta wara li bdiewa u raħħala jkunu ġarrbu ħsarat f ’maltempati ta’ natura simili. Fi Frar, il-Gvern applika formalment għall-Fondi Ewropej biex jissewwew ħsarat mifruxa mal-pajjiż wara
eżerċizzju li sar fejn inġabru l-ħsarat kollha li laħħqu l-€25 miljun. Sabiex pajjiż ikun eliġibbli biex jibbenefika mill-Fond Ewropew għas-Solidarjetà (EUSF), il-ħsarat iridu jilħqu mat-€62 miljun, ċifra li tirrifletti kundizzjoni essenzjali tal-istess fond marbuta ma’ 0.6% tal-Qligħ Nazzjonali Gross jew 1.5% tal-Prodott Domestiku Gross. Fuq din l-informazzjoni, Malta mhix eliġibbli biex taċċessa dan il-fond. Aħna bħala Gvern ninsabu impenjati li nkomplu nkunu ta’ għajnuna u ta’ appoġġ għallbdiewa u għar-raħħala b’mod dirett għaliex nagħrfu l-problemi li joħolqu lill-bdiewa tagħna inċidenti marbuta ma’ elementi naturali straordinarji.
19
26.05.2019
kullhadd.com
GĦADDA KOLLOX?
Edward Zammit Lewis Membru Parlamentari
Illum huwa l-ewwel Ħadd wara l-votazzjoni u wara kampanja intensiva tal-Parlament Ewropew, kif ukoll tal-Kunsilli Lokali kollha li jinsabu f ’pajjiżna. Ta’ min jgħid li din hija l-ewwel darba li elettoralment għandna dawn iż-żewġ appuntamenti flimkien u fuq skala nazzjonali. F’pajjiżna nistgħu ngħidu li kwalunkwe elezzjoni hija importanti u tqajjem interess pubbliku. Għall-Partit Laburista din kienet kampanja pożittiva mhux biss għaliex wieħed seta’ jiċċelebra r-riżultati tajbin li kiseb il-Partit fit-tmexxija tal-Gvern, fejn prattikament tbiddel wiċċ il-pajjiż mis-sena 2013 ’il quddiem, iżda wkoll għaliex kienet opportunità li wieħed jitkellem ukoll fejn huwa sejjer u x’se ikunu l-issues t’għada. Min-naħa l-oħra kellek il-PN li kellu kampanja fuq issues li lanqas jeżistu attwalment, kampanja negattiva u messaġġ sfukat għall-aħħar. Din l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew takkwista importanza aktar minn qatt qabel għall-mod kif ġabu ruħħom l-MEPs tal-PN f ’din l-aħħar leġiżlatura. Dawn għamlu minn kollox sabiex ħammġu lil Malta fejn setgħu fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Għalhekk huwa importanti li l-elettorat jagħżel u jagħżel sew. Ir-reputazzjoni ta’ Malta barra minn xtutna hija importanti ħafna għaliex il-mod kif jarawna minn barra huwa kruċjali għas-setturi pilastri ekonomiċi tagħna bħat-turiżmu u s-servizzi finanzjarji. Dawn ifissru eluf ta’ impjiegi f ’pajjiżna. Għalhekk din hija elezzjoni fejn l-eletoratt għandu juri li ħadd ma jilgħab mal-impjiegi f ’pajjiżna. L-elezzjoni tal-MEPs għandha aspett ieħor importanti issa fuq livell t’Unjoni Ewropea. Dan għaliex wieħed se jistenna bidla kbira fil-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew fejn il-Partit populisti u l-Partit estremi tal-lemin se jakkwistaw aktar siġġijiet. Din se tkun sfida ġdida għall-Unjoni li għaddejja minn fażi delikata fejn qiegħda u għandha tfittex ukoll li tkun rilevanti fil-ħajjiet taċ-ċittadini tagħha. Fuq livell ta’ Kunsill Lokali wkoll hemm sfidi fuq livell nazzjonali. Dawn il-Kunsilli issa qed jiġu megħjuna b’mod konkret b’dak li qed isir bħala toroq residenzjali minn Infrastructure Malta. Ir-riżultati tistgħu tarawhom b’għajnejnkom. Din kienet uġigħ ta’ ras kbira għall-istess Kunsill kemm għaliex ma kellhomx fondi biżżejjed sabiex jagħmlu t-toroq u lan-
qas ma kellhom saħħa li jinnegozjaw fuq prezzijiet mal-kuntratturi privati minħabba l-ammont żgħir ta’ xogħol li setgħu jagħmlu kull darba. Il-Gvern Ċentrali żamm kelmtu b’somma rekord ta’ investiment fl-infrastruttura ta’ €100 miljun fis-sena għal seba’ snin konsekuttivi. Fl-istess nifs il-Kunsilli Lokali jistgħu jużaw dawk il-flus, li kienu jużaw għat-toroq residenzjali, għal proġetti oħra edukattivi u soċjali għall-komunità tagħhom. Huwa għalhekk li llum l-għada li vvutajna f ’dawn iż-żewġ elezzjonijiet ċertament li m’għaddhiex kollox u baqgħalna ħafna x’nagħmlu għal Malta tagħna. F’ambitu li nżommu ekonomija b’saħħitha u sostenibbli rridu nimxu sabiex naffaċċjaw sfidi ġodda li huma l-aktar fid-direzzjoni ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar għall-poplu tagħna. Irridu ninvestu aktar fl-ambjent tagħna għalissa u għall-ġenerazzjonijiet futuri. Għalhekk fost oħrajn hemm bżonn ta’ aktar spazji miftuħa u organizzati għall-familji tagħna. Diġà tħabbar dan l-investiment fil-jiem li għaddew. Hemm bżonn infrastruttura aħjar, mhux biss tat-toroq imma anke dik diġitali. Hemm bżonn ninvestu aktar fl-innovazzjoni għaliex dik twassal għal niċeċ ekonomiċi ġodda li jfissru impjiegi aħjar għal uliedna fil-ġejjieni. Hemm bżonn li nibdew inħarsu lejn pajjiż aktar sikur fejn ir-regoli jiġu aktar osservati u jsir aktar investiment fl-għodda neċessarja sabiex naċċertaw li dan isir. Fl-aħħar nett, hemm bżonn li ta’ taħt nett u l-vulnerabbli jibqgħu jiġu megħjuna sabiex f ’pajjiż li miexi ’l quddiem, huma wkoll jibqgħu jgawdu minn dan. Dan qed isir, però rridu nibqgħu nagħmlu dejjem aktar għaliex kif jgħid tajjeb il-Prim Ministru u Mexxej Joseph Muscat - “economy with a purpose”. Din se tkun tappa ġdida fl-isfidi politiċi li se jkollna quddiemna. Il-Partit Laburista qatt ma beża’ mir-riformi ekonomiċi u soċjali u mhux se jieqaf issa u mhux se jibża’ minn dawn l-isfidi l-ġodda. Bil-kompetenza li hemm fi ħdan il-Partit u bl-appoġġ tal-poplu naslu għal dan ukoll!
F’ambitu li nżommu ekomonija b’saħħitha u sostenibbli rridu nimxu sabiex naffaċċjaw sfidi ġodda li huma l-aktar fid-direzzjoni ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar għall-poplu tagħna
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 16 ta’ Mejju Mhux ta’ b’xejn li l-Kap tagħna Adrian Delia qal li vot favur il-Labour Sibt ieħor ikun favur l-abort! Mossa vera intelliġenti għax illum, f ’Birkirkara, qalilna li hawn 80 fil-mija li jridu jitkellmu dwar l-abort u allura nifhem li ħafna minn dawn huma inkwetati dwar l-abort u għalhekk m’għandi l-ebda dubju li Sibt ieħor se jkunu qegħdin jivvutaw għalina. X’ma nkaxkruhomx ma nkaxkruhomx! Li ma fhimtx illum huwa l-appell tal-Kap biex ma nagħmlux ballun politiku mill-marda tal-kanċer, għax sa fejn naf jien, konna aħna stess li għamilnieha ballun politiku bil-billboard li tellajna! Kultant nagħmel kuraġġ ta’ sur, imma mbagħad meta nara fares bħal dawn, nibda naqta’ qalbi. Il-Ġimgħa, 17 ta’ Mejju Għalxejn stennejt biex nara Xarabank, għax jien kien mingħalija li kont se nara lill-Kap tagħna Adrian Delia jagħti tkaxkira lil xi ħadd minn tagħhom, imma baqa’ ma tfaċċax. Stennejt li jagħti tkaxkira lil xi ħadd minn tagħhom għax għedt li la jibża’ minnu Joseph Muscat, aħseb u ara kemm jibżgħu minnu l-oħrajn. Imma spiċċajna naraw fuq il-Eurovision u lil Chris Fearne u lil Miriam Dalli fuq naħa, u lil Peter Agius u lil Frank Psaila fuq in-naħa l-oħra. Ngħid jien la mar Chris Fearne, kif aħna ma bgħatniex lil David Agius jew lil Robert Arrigo?! Insomma, issa li kien kien, u li sar sar. Ikollna nistennew sa nhar l-Erbgħa biex naraw id-dibattitu bejn il-Kap tagħna u Joseph Muscat. Is-Sibt, 18 ta’ Mejju Ġimgħa biss baqa’ man! Għalhekk żgur li ma setax jonqos milli dalgħodu dlonk erħejtilha lejn l-ista-
mperija biex inkun ċert li l-affarijiet sejrin kollox sew. U ma ħriġtx diżappuntat. Kien hemm attività kontinwa. Kulħadd għaddej, nippreparaw għall-aħħar ġimgħa tal-kampanja, għal bħal-lum ġimgħa, u ovvjament imbagħad għall-għada meta se nkunu qegħdin niċċelebraw. Kulħadd jidher li għandu kuraġġ ta’ sur, l-aktar Clyde Puli. Tgħidx kemm deher kuntent u sodisfatt li kollox miexi kif ippjanat, jew aħjar ngħid kif ippjana hu. U għadu jsostni, man, li qatt ma konna ppreparati daqskemm aħna ppreparati din id-darba. Il-Ħadd, 19 ta’ Mejju Reġġħu ġabru somma flus ġmielha, man! Kultant ma nifhimx għaliex aħna għamilnieha fil-bidu tal-kampanja għax fleqqel tal-kampanja l-irjus ikunu aktar sħan u allura jinħarġu aktar flus mill-but biex jgħinu lill-partit. Insomma, fuq kollox mhux il-flus l-importanti, imma l-voti li se jinxteħtu nhar isSibt. Milli jidher issa anke tal-Malta Today u tat-Times bdew jirrealizzaw li l-appoġġ għall-partit glorjuż tagħna żdied. U jien konvint li se jkompli jiżdied flaħħar ftit ġranet. Konvint li għandna xi sorpriża għallaħħar ġranet li se tkompli tkabbrilna l-maġġoranża li se niksbu nhar is-Sibt. It-Tnejn, 20 ta’ Mejju Issa qrobna sew, man! Jekk Alla jrid ħamest ijiem oħra mmorru nivvutaw u sitt ijiem oħra niċċelebraw. U fl-aħħar jiem tal-kampanja qiegħed inkun aktar kuntent u sodisfatt għax minn dak li qiegħed nara, qiegħed nikkonvinċi ruħi li issa ninsabu magħqudin ilkoll kemm aħna, apparti forsi Simon Busuttil u Jason Azzopardi. Imma mill-bqija, id-deputati l-oħra kollha qegħdin jagħtu s-sehem tagħhom f ’konferenzi
tal-aħbarijiet u f ’attivitajiet oħra flimkien mal-kandidati tagħna għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Jekk nibqgħu magħqudin hekk m’għandu jkun hemm l-ebda dubju li t-tkaxkira li se nagħtuhom tkun akbar minn dik li konna qegħdin inbassru. It-Tlieta, 21 ta’ Mejju Anke tal-Kunsill tal-Ewropa magħna, man, għax kieku ma kinux joħorġu r-rapport li ħarġu llum, propju erbat ijiem qabel nhar is-Sibt immorru nivvutaw. Rapport mimli kundanni għal Joseph Muscat u għall-Gvern tiegħu. Din id-darba żgur li dak Juncker ma kellux x’jaqsam ma’ dan ir-rapport għax kieku ma kienx ikun daqshekk aħrax fil-konfront ta’ Joseph Muscat, għalkemm ikolli nammetti li anke jien rajtu esaġerat bil-kbir. Fil-verità ma nafx x’effett se jħalli fuq l-elezzjoni tasSibt għax l-istampa li jpinġi dan ir-rapport hija ferm ’il bogħod mill-ħajja li ngħixu hawnekk ta’ kuljum. Nistennew u naraw. Ftit jiem biss baqa’. L-Erbgħa, 22 ta’ Mejju Tajjeb wisq ir-raġel, man! Il-Kap tagħna mhux biss jaf xi jgħid, imma jaf ukoll dal li m’għandux jgħid. Sewwa għamel ma wieġeb xejn dwar l-iskema ta’ ċittadinanza b’investiment, jew xi l-mniefaħ hi! Sewwa għamel ma wieġeb xejn dwar dak li qal Joseph Muscat li 70% tal-ħaddiema barranin huma minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Sewwa għamel ma wieġeb xejn meta mistoqsi jekk b’dak li qal, rebħa għan-naħa l-oħra tkun tfisser mandat lill-Gvern biex idaħħal l-abort. Li ma għoġobonix hu dak li qal dwar it-toroq ġodda, għax għalija kulħadd kelma waħda: Qatt ma kien hawn Gvern li daħal għal proġett bħal dan.
20
26.05.2019
kullhadd.com
APPREZZAMENT GĦALL-ARTI SAGRA
Kitba ta’ fl-armar ta’ barra. Minn hemm RAMONA PORTELLI bdiet in-namra tiegħi f ’din l-arti li meta induna missieri beda Illum il-ġurnata ma tantx għadek jimbuttani biex nibda mmur ilissib żgħażagħ li japprezzaw is- maħżen ngħinhom.” snajja’. B’hekk nieħu r-ruħ meta Żied jgħidli li l-arti kollha togħġnsir naf b’xi żagħżugħ li għandu bu u kull tip ta’ arti japprezzaha, dan l-interess. Fil-fatt dan l-aħħar però l-iktar għal qalbu hija l-arti skoprejt żagħżugħ li għandu għal sagra. “Għalija tfisser arti rikqalbu r-restawr speċjalment fuq ka, xi ħaġa sinjura speċjalment arti sagra. Qed nirreferi għal meta taħdem xi ħaġa għall-knisja tkun xi ħaġa speċjali, is-sabiħ Charlton Zammit. Għandu 31 sena, joqgħod fil-lo- tagħha li tagħmel ir-riċerki u kalità ta’ Ħal Tarxien. Bħalissa jkollok iktar immaġinazzjaħdem bħala machine setter joni ta’ xbihat ta’ qaddisġo fabbrika, u bħala passatem- in. Meta naħdem xi ħaġa pi għandu l-festi, l-arti, in-nar, sagra nħossni qrib iktar il-Ġimgħa l-Kbira, iħobb jqatta’ ta’ Kristu u biċċa xogħol l-ħin għal kwiet fil-kampanja u noħroġha mill-qalb,” meta jkollu ċans jaqra xi ktieb żvela miegħi. Għal Charlton il-fesjew jara xi film. Bħala karattru jipprova li jkun ta tar-raħal tiegħu ta’ għajnuna fejn jista’. Bniedem hija għal qalbu, filta’ paċenzja kbira u jħobb jiċċaj- fatt kien jgħin filtal-festa. ta, jisma’ lil ħaddieħor u mill-es- maħżen perjenzi tal-ħajja jagħti xi parir Ħallejt f ’idejh sabiex ukoll. Iħobb ikun għal kwiet anki jelabora aktar. “Kif meta joħroġ wara ġimgħa xog- għedt l-ewwel jien ħol u stress u jippreferi x’imkien inħobb ħafna l-festa ta’ Marija Annunzjamingħajr storbju. Charlton huwa artist li fis-sez- ta, qabel kont iktar ifzjoni tal-iskultura, jaf x’inhu fissat mhux għax issa x-xogħol u s-sengħa tal-arti. Li le! Imma qabel kont hemm bżonn isir, kemm jekk tin- iżgħar u kont nagħmel u l-ġranet dif fiż-żebgħa kif ukoll restawr l-iljieli ta’ ġibs, jagħmlu. “It-triq tibqa’ naħdem il-maħżen. Kien twila imma bil-pariri, bl-istudji bil-ħila tal-Kummissjoni u bil-prattika fix-xogħol dejjem Armar fi ħdan il-Kumitat titgħallem u tesperjenza affarijiet tal-Festa Marija Annunzjata Ħal Tarxien li kelli l-opporġodda,” beda jgħidli. tunitajiet u ħriġt it-talent tiegħi Ir-riċerka u l-immaġinazzjoni fil-beraħ. Konna nkunu grupp huma parti mill-arti ħelu ta’ żgħażagħ għadna żgħar fejn kulħadd kellu x-xogħol Togħġbu ħafna l-arti minn min- tiegħu, min jixkatla, min jiżbogħ, du kien tifel żgħir. Fil-fatt l-ak- xogħol ta’ rħamar, sfumar fuq tar li togħġbu hija l-arti sagra. pavaljuni, xogħol ta’ induratuL-hena tiegħu jagħmel xogħol ra. Min jirrestawra xi kolonna u ta’ restawr fuq bambini jew stat- min jibda xi proġett ġdid, kellna wi oħra, induratura, skultura fuq grupp tajjeb ħafna. Jien l-iktar l-injam u anke xogħol fuq it-ta- li kont inħobb nagħmel nindufal. Ridt inkun naf minn fejn ġab ra, għalkemm kien ikolli xogħol din in-namra. “Fil-familja ma ta’ xkatlar u rfinar ieħor, imma għandi lil ħadd fuq l-arti ħlief dejjem kont naħdem minn qalil-kuġin t’ommi l-artist Johnny bi għall-festa u fuq kollox għarMassa, għalkemm forsi d-demm raħal.” jiġbed. Kont għadni żgħir meta kelli z-ziju u missieri li kienu dil- Ispira ruħu mill-artist mibki ettanti kbar tal-festa fejn l-iktar Renzo Gauci li kont niġi ma’ missieri, daqqa nitilgħu fuq il-knisja narmaw, Ta’ min jgħid li Charlton ġab inżejnu t-toroq bil-festuni u kol- l-ispirazzjoni tiegħu mill-artist onni u narmaw id-drapp. Jien mibki Renzo Gauci, u kompdejjem kont noqgħod attent la jsegwi bil-korsijiet. Għalih għal dak kollu li jiġri u ninteres- Renzo Gauci kien ifisser ħafna. sa ruħi, anki festi konna mmor- Minn dejjem jien jaffaxxinah ru u kont nosserva xi biċċa ix-xogħol tiegħu. “Kien ikolli skultura jew statwa fil-knejjes u seba’ mitt sena u ġieli anki ġibt xi
skuża biex ngħaddi sa ħdejh fejn kien jaħdem biex narah. L-hena tiegħu meta kont nistaqsih xi ħaġa u kien jieqaf minn xogħlu biex
jgħallimni. Renzo minn dejjem kien jaħdem għall-festa u għar-raħal minn età żgħira. Kien jieħu gost ħafna jarana miġburin naħdmu flimkien u kien għallimna ħafna xogħol. Fil-fatt qabel ma nġabar fejn dak li dejjem ġabb kien irnexxielu jħejjilna triq biex nibqgħu għaddejjin b’xogħolna. Għadni niftakar jgħidli meta kont se nibda kors fuq l-iskultura “millum ’il quddiem inti ħija u fejn ikollok bżonn tiddejjaqx tiġi”. Kliem sabiħ mingħand bniedem umli, għamilli ħafna kuraġġ biex inkompli fuq dak li bdejt. L-iskola għal kollox tajba u lili għamilli tajjeb li komplejt nistudja l-arti, fadalli x’nitgħallem ħafna u
beħsiebni nkompli nistudja f ’dan il-qasam.” Ta’ min jgħid ukoll li dan l-aħħar beda jaħdem restawr fuq statwi life-size. Kif qalli hu stess jipprova dejjem għall-aħjar. “Wara Renzo ma kien hemm ħadd min ikompli dan ix-xogħol, kemm xogħol fl-injam, kif ukoll restawr ta’ statwi. Il-Kumitat tani opportunità oħra fejn afdali nibda r-restawr fuq statwi lifesize u nkompli l-iskultura fl-injam. Bħal dejjem ma qtajtx qalbi, għalkemm kont waħdi u ma
kellix min jiggwidani, avviċinajt lill-mara ta’ Renzo - Anna fejn tlabtha xi ftit pariri biex inkun nista’ nibda dan ilproġett. Ta’ dan nirringrazzjaha pubblikament. Inħossni xxurtjat ħafna b’dan il-proġett għax huwa xogħol tal-istess skultur ta’ 30 sena ilu,” tbissem jgħidli Charlton. B’kurżità fuqi ddiskutejt il-paċenżja li jrid ikollu biex jagħmel dan it-tip ta’ xogħol u fuq kollox kemm qed jiġi apprezzat xogħlu. “Nemmen li kull tip ta’ xogħol fih il-paċenzja tiegħu, però dan it-tip ta’ xogħol fih
21
26.05.2019
kullhadd.com
paċenzja kbira u ħafna ħin. Bejn riċerki biex tqabbel u xxebbah, u bejn stennija ta’ inxif għax ġieli ma tantx jippermettilek it-temp, speċjalment meta jkun riħ isfel. Xogħol għan-nies għamilt, issib min japprezza ħafna u ssib min le, però nemmen li ma jkunux jafu kemm jirrikjedi xogħol, għalkemm dejjem infehemhom kif sar il-proċess fejn imbagħad japprezzawh. Ġieli bil-ħin li tieħu u x-xogħol li jkun fih l-oġġett lanqas jibqagħlek qligħ, għax jekk ix-xogħol tagħmlu bil-qalb ikollok ċerta passjoni. Jien dejjem nipprova nagħmel mill-aħjar biex lill-klijent nagħmlu kuntent, imma meta tara t-tbissima tal-klijent tħossok ferħan u tinsa x-xogħol li ħadt,” spjegali b’ġenwinità kbira fuqu. Charlton jemmen li jaf kemm jaf dejjem irid jaċċetta l-pariri li jagħtuh, u fuq kollox iħares lejn ir-restawr bħala passjoni. “Bħala xogħol għandek ħafna sagrifiċċju, bogħod mill-familja għax inqatta’ ħafna ħin fejn naħdem. Ġieli kelli xogħol li rrid immur fuq il-post allura nqatta’ ħafna ħin waħdi, anki ljieli għamilt mqajjem meta jkun wasal ċertu żmien biex nilħaq illesti mal-ħin. Mhux l-ewwel darba li nagħmel xi ġimgħa sħiħa bla ma niltaqa’ mat-tfajla, imma dan parti minn xogħli. Kif jgħid il-Malti taf kemm taf qatt ma tkun taf, la darba xogħlok qed turih trid taċċetta kollox kemm kritika kif ukoll tifħir, però parir trid tieħdu wkoll. Jien nemmen li mingħajr kritika jew parir ma timxix, inutli tgħaddas rasek u taħdem għax ma tkunx taf fejn qiegħed. Li persuna tiġbidlek l-attenzjoni fuq xi ħaġa ħu pjaċir għax sinjal li trid tarak timxi ’l quddiem,” stqarr miegħi. Xi ħaġa li impressjonatni f ’Charlton kienet li jemmen ħaf-
na fl-umiltà. Nistqarr li ma tantx għadek issib nies hekk sfortunatament. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “Iva, sfortunatament bilkemm għadek issibha. L-umiltà hija kollox fil-ħajja. Illum il-ġurnata saret diffiċli ħafna li ssib lil xi ħadd li jgħinek, din il-kelma ħadtha minn Renzo li jiddispjaċini ngħid li veru ftit issib nies umli bħalu. Jien sibtha diffiċli ħafna biex tgħallimt għax bilkemm għadek issib minn jgħallmek skultura fl-injam jew kartapesta, anki xogħol fit-tafal. Għalhekk, qatt tinsa minn fejn bdejt għax bħalma ħassejtha diffiċli jien u għad fadalli ma’ xiex niltaqa’, se jsibha ħaddiehor li jixtieq jibda u ma jistax. Inħobb ngħin lil ħaddiehor u ma niddejjaq xejn nara nies oħra jiġu għal xi parir. B’hekk nista’ nara s-sengħa li nħobb jien dejjem tikber biex malli nispiċċa jien u artisti oħra, jilħqu oħrajn,” kienet ir-risposta pronta li tani. Ridt inkun naf kemm filpreżent qed ikun hawn żgħażagħ bħalu interessati fis-sengħa tar-restawr. “Jiddispjaċini ħafna li veru ma tantx għadek tara żgħażagħ bħalma konna aħna fiż-żmien tagħna, mix-xejn nieħdu pjaċir. B’hekk is-snajja’ qegħdin jispiċċaw naqra naqra. Ix-xewqa tiegħi li nerġa’ nibda nara ż-żgħażagħ jibdew jieħdu interess għax jitgħallmu. Nemmen li t-teknoloġija tal-lum kisret ħafna tfal anki fl-arti. Qabel kont tpinġi xi disinn bil-lapes, illum kollox bil-kompjuter. Fil-festi l-istess, naqsu ħafna żgħażagħ, ngħid għalija jien festa hija karriera għax veru taħdem volontarjat, imma jekk veru trid titfa’ moħħok hemm jaf joħroġ xi talent moħbi. Fl-aħħar mill-aħħar nemmen li kulħadd għandu talent moħbi, issa kemm inti kapaċi tiskoprih.”
Fl-aħħar nett stedint lil Charlton sabiex jgħaddi l-messaġġ tiegħu lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Il-messaġġ tiegħi apparti li nixtieq nirringrazzja lill-qarrejja li għoġobhom jaqraw l-intervis-
ta tiegħi, nixtieq li nħeġġeġ iktar ġenituri li għandhom it-tfal tagħhom biex jħeġġuhom jesperimentaw xi tip ta’ sengħa. L-arti hija sabiħa wisq għax tieħu pjaċir int u tagħti lil ħaddieħor. L-iktar
ħaġa importanti hija l-umiltà u l-onestà, żewġ kelmiet li jfissru ħafna. L-aħħar kelma tiegħi hi qatt tinsa minn fejn bdejt titgħallem int u dak li tgħallimt għaddih lil ħaddieħor.”
22
26.05.2019
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
F’XATT ID-DESTIN Il-15 ta’ Awwissu Il-jum tal-Konvoj ta’ Santa Marija
In-nies bdew niżlin ftit iktar tard mis-soltu. Donnhom tgħażżnu jew ħassewhom iktar kalmi dakinhar. Dawk li niżlu x-xatt ġew kollha bl-istejjer tagħhom, bi ġrajjiet ikkuluriti u minn ambjenti di-
versi. Kollha bi stil ta’ ħajja differenti. Bil-weġgħat, bit-tifkiriet, bil-ferħ u bin-niket tagħhom. Iżda l-baħar ma jħarisx lejn uċuħ. Huwa l-konfort ta’ min jiġi bżonnu, il-widna li tisma’ u ssabbar. B’dirgħajh wesgħin jilqa’ fi ħdanu lil dawk li jintelqu fih u jħażżeż id-destin tagħhom fir-ramel tax-xatt!
TAQBILIET MALTIN F’dan il-ktieb il-qarrej isib 60 taqbila bilMalti, li n-nanniet tagħna, u t-tfal ta’ dari, kienu jirreċtaw b’kantaliena, b’gost, u b’mogħdija ta’ żmien, anki waqt il-logħob. Il-ktejjeb huwa intiż li jkun ta’ għodda fittagħlim tal-Malti għal tfal ta’ bejn l-4 u t-8
snin, imma wkoll biex jipprovdi qari għallgost tal-kbar. Taqbiliet bħal “Lanċa ġejja u oħra sejra…” , “Onġi, Onġi, Onġella…”, u oħrajn anqas popolari, huma miġbura f ’dan il-ktieb, imżejna bi stampi sbieħ, oriġinali, u bil-kulur.
Mistoqsija: Kemm issib taqbiliet fil-ktieb Taqbiliet Maltin? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-kotba F’XATT ID-DESTIN U TAQBILIET MALTIN. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 2 ta’ Ġunju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb MALTESE TOKENS huwa: M. FARRUGIA - MARSASCALA
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
01
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm hi l-età li tista’ tapplika għall-iskema l-ġdida ta’ Home Equity Sharing? Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
Rebbieħ: P. VELLA - ĦAL GĦAXAQ
kullhadd.com
23
26.05.2019
EQT TAKKWISTA LILL-MELITA EQT, ditta ewlenija ta’ investi- maniġerjali ta’ Fortino Capi- ma’ Apax Partners u mat-tim servizzi ta’ telekomunikazzjoni isservi lill-klijenti tagħha bl-aqwa ment, għadha kif iffirmat ftehim tal Partners, żied jgħid: “Kien maniġerjali tal-Melita biex bne- f ’Malta. Din hi kumpanija li ta’ mod possibbli permezz tal-aqwa sabiex takkwista lill-Melita Ltd. ta’ sodisfazzjoni kbir li ħdimna jna kumpanija ewlenija li tforni kuljum tagħmel mill-aħjar biex teknoloġiji disponibbli.” mingħand Apax Partners u Fortino Capital. EQT Infrastructure għandha l-ħsieb li tassisti fit-tkabbir tal-Melita billi tkompli ttejjeb in-netwerks tal-linji fissi u dawk tal-linji ċellulari tagħha, kif ukoll tiftaħ data centre ieħor f ’Malta. Se tappoġġja wkoll l-istrateġija ta’ internazzjonalizzazzjoni tal-Melita, inkluża l-espansjoni fl-Italja, kif ukoll il-proposta innovattiva tagħha fir-rigward tal-konnettività IoT. Il-Melita se tkompli topera taħt it-tmexxija tal-Kap Eżekuttiv Harald Rösch. Ulrich Köllensperger, Imsieħeb ta’ EQT Partners u Konsulent fuq l-Investiment għal EQT Infrastructure IV, qal: “EQT inbniet fuq il-ħeġġa sabiex tiżviluppa l-kumpaniji. Aħna ninvestu f ’kumpaniji tajbin madwar id-dinja kollha bil-għan li nibdluhom, mhux biss f ’kumpaniji mill-aqwa, iżda wkoll f ’kumpaniji sostenibbli. Dan hu eżattament il-pjan li għandna l-ħsieb li naddottaw għall-Melita, kumpanija li hija diġà innovattiva fissuq Malti u dak barrani f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ infrastruttura, prodotti u customer care. B’riżultat ta’ dan, ninsabu fiduċjużi li x-xhur u s-snin li ġejjin se jkunu żminijiet interessanti u ta’ sodisfazzjon kemm għall-impjegati kif ukoll għall-klijenti tal-Melita.” Harald Rösch, il-Kap Eżekuttiv tal-Melita, qal: “Din it-tranżazzjoni hi prova oħra tas-suċċess tagħna tul dawn l-aħħar snin. Permezz ta’ ħidma qawwija mill-impjegati kollha u bl-appoġġ tas-sidien tagħna, poġġejna lill-Melita bħala l-aqwa kumpanija fis-suq tat-telekomunikazzjoni f ’Malta. Bl-appoġġ ta’ EQT Infrastructure u bl-esperjenza estensiva tagħhom f ’din l-industrija, se nkomplu l-ħidma tagħna billi niżviluppaw in-netwerks tagħna u nipprovdu esperjenza eċċellenti għall-klijent fis-snin li ġejjin. Il-Melita tinsab f ’pożizzjoni ideali biex tikber fis-suq tat-telekomunikazzjoni Malti u lil hinn minnu.” Thomas de Villeneuve, imsieħeb ta’ Apax Partners, qal: “Kburin bir-riżultati miksuba mill-Melita matul dawn l-aħħar tliet snin. Taħt it-tmexxija ta’ Harald, il-Melita wettqet investimenti sinifikanti fin-netwerk tagħha u fit-trasformazzjoni diġitali biex saret operatur ta’ klassi dinjija. Nifirħu lil Harald u lit-tim kollu tal-Melita għax-xogħol siewi li kisbu u li ssarraf f ’benefiċċji għall-komunità Maltija.” Duco Sickinghe, imsieħeb
24
26.05.2019
kullhadd.com
SPLUŻJONI FUQ IL-MOBILE
Kitba ta’ formatika bħala Program DeRAMONA PORTELLI livery Manager fuq għad ta’ proġetti li jirrikjedu programmi Normalment it-talenti jvarjaw tal-kompjuter. David minn dejjem kien jinbejn persuna u oħra. Min tajjeb għal ħaġa u min tajjeb għal teressa ruħu fit-Teknoloġioħra. Lili nnifsi eżempju ma ja tal-Informatika. Fil-fatt nimmaġinanix noħloq logħ- fis-snin 80 kien jaħdem fuq ba diġitali mill-bidu sal-aħħar, programmi għall-microcomiżda li nilgħabha naturalment puters ta’ dak iż-żmien – Specma ngħidx le. Proprju għal din trum, MSX, Amiga, ZX81 u l-intervista tkellimt ma’ persu- TI 99/4A, u eventwalment na li ħoloq logħba app li tint- għall-IBM PC. Ħallejt f ’idelagħab faċilment fuq il-mobile jh sabiex jelabora aktar dwar phones. Probabilment bil-ħajja dan. “Bdejt ta’ 16-il sena mgħaġġla tagħna, ftit nobsru li nikteb software għad-Dragfost il-logħob li normalment on 32 f ’ħanut tal-komputers inniżżlu fuq il-mobile, jista’ fil-Ħamrun li kien jismu “Specjkun hemm moħħ Malti wara- trum Shop”. Ma kontx għadjh. Qed nirreferi għal David ni xtrajt kompjuter, imma dak iż-żmien il-ħwienet kienu jħalVella. Għandu 52 sena, miżżew- luna nużgħaw il-kompjuters li weġ u għandu żewġt subi- jkunu għall-wiri. Wara l-iskola en. Joqgħod iż-Żejtun, imma kont nibqa’ sejjer dritt f ’dan mrobbi l-Kalkara fejn għex il-ħanut. L-ewwel programm li sakemm kellu 27 sena. Jaħdem ktibt kien logħba spazjali fuq bħala manager fl-IT u jħobb dan il-kompjuter li lanqas biss jaqra, jimxi u jikteb is-software kien tiegħi. Ftit wara, ommi xtratli it-TI-99/4A, kompjuter tal-kompjuter. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħa- b’saħħtu għal dak iż-żmien u la persuna ta’ natural kalm kont ktibt diversi logħob għalih u paċenzjuż, u li jippersisti li kont nirrekordja fuq cassette fix-xogħol tiegħu sakemm tapes tal-mużika u inbigħhom l-oġġett jiġi kif xtaq. Bieżel u għand it-Tip Top tal-Belt fi jirsisti biex ilesti kmieni. Ma Triq Zakkarija. Xtrajt diverjħalli xejn għall-aħħar u jkun si micro computers fis-snin li anzjuż meta jaħseb li mhux ġew wara u dejjem ipprogresse jlaħħaq fil-ħin jew mhux se sajt fil-kitba tas-software. Minn jagħmel xogħol tal-livell mixti- logħob għall-ħbieb qlibt fuq programmi għall-ħwienet, però eq. Ix-xogħol professjonali tiegħu f ’dan iż-żmien kont qlibt fuq huwa fit-Teknoloġija tal-In- l-IBM PC u l-micro computers
kont warrabthom,” beda jirrak- jsewwilu t-tnejn kontali. l-oħra, u eventwalment ġie bi Nostalġija bl-ewwel tliet kompjuters kompjuters tiegħu TI 99/ 4A jaħdmu. Skopra wkoll Lura għas-sena 2015, Da- b’komunità attiva dilvid kien tħajjar jerġa’ joħroġ ettanti ta’ dawn it-tip ta’ mill-cupboard l-ewwel komp- kompjuters u ispira ruħu sajuter tiegħu TI 99/ 4A, sabiex biex joħloq logħba ġdida għajurih lil ibnu. Iżda ma damx lihom. Fil-fatt f ’Novembru jaħdem, total ta’ 10 minuti biss. 2016, ħoloq il-logħba Break Prova jsewwih, imma għalxe- Free b’format cartridge. Bħala jn. Eventwalment xtara ieħor mużika peress li huwa fan talbħalu minn ebay, wasal u ġietu grupp Queen, uża l-kanzunetta l-idea li jesperimenta b’dan u bl- tal-Queen stess – I want to Break ieħor sabiex forsi jerġa’ jagħmel Free bl-għajnuna tal-Maestro l-oriġinali tiegħu jaħdem. Iżda Jonathan Abela. Din il-logħba xi ħaġa marret żmerċ u spiċċa ntlaqgħet mill-grupp, u eventbit-tnejn li huma ma jaħdmux. walment bagħtu lil kumpaniReġa’ xtara ieħor, u għamel xi ja fl-Amerka li tispeċjalizza żmien jilgħab il-logħob tiegħu f ’dawn it-tip ta’ logħob li jaħdma’ ibnu u jispjegalu kif kienu mu bil-cartridge. Ħallejt f ’idejinbnew il-logħob tiegħu. Mis- jh sabiex ikompli jelabora dwar toqsi jekk meta jħares lura, dan il-fatt. “Hekk hu, il-logħba jħossx xi tip ta’ nostalġija, Break Free hi magħmula fuq David stqarr miegħi li xi ftit stil ta’ Arkanoid. Din miktuba ta’ nostalġija jħoss, għax kien b’lingwa rari ħafna li jisimha żmien it-twelid tal-era diġitali. GPL għall-Graphics Program“Il-qabża minn kompjuter għal ming Language. Din il-lingwa ieħor kienet tkun sostanzjali. baqa’ ftit nies li huma familjari Kull sena konna naraw tibdil magħha peress li tintuża biss radikali fil-ħeffa tal-proċessur, fit-TI 99/4A. Il-logħba tinsżieda fil-memorja, aktar kuluri ab għal bejgħ f ’sit Amerikan u ħoss aħjar. Illum it-tfal mhu- bl-isem ta’ Arcade Shopper. miex se jimpressjonaw ruħhom Trid tqis li nies li għandhom wisq bil-mudell ġdid tal-komp- kompjuter TI 99/4A jaħdem u juter li joħroġ għax ilħaqna li kultant jużawh għal-logħob livell għoli wisq biex tara dif- baqa’ biss 200 fid-dinja. Minn dawn ma nafx eżatt kemm ferenza kbira.” Sadanittant, kompla jgħidli li xtraw il-cartridge. F’Novembkien hemm Taljan li offrielu li ru tas-sena 2017 fuq sit Taljan
tat-TI 99/4A www.ti99iuc.it jien ipprovdejt b’xejn il-logħba għal kull min jixtieq iniżżilha jew jilgħabha online ġewwa emulator. Fuq l-istess sit, tajt ukoll is-source code tal-logħba biex minnha jista’ jkun hemm oħrajn jitgħallmu l-lingwa GPL,” spjegali David. Minn cartridge games għal apps fuq mobile phones Wara li ħoloq cartridge game, ried jesperimenta aktar billi joħloq logħba fuq applikazzjoni għal fuq mobile phones. Fil-fatt minn Frar 2017 bdejt nitgħallem nuża software Unity 3D sabiex ikun intiż aktar. Minn dakinhar, għaddew 18-il xahar, b’sagħtejn kull ġurnata, jitgħallem, jiżviluppa, jittestja u eventwalment ħareġ l-ewwel logħba Android tiegħu msejħa Scrape Frenzy Zodiac Warriors. Ħallejt f ’idejh sabiex jgħidli aktar dettalji dwar din il-logħba. “Il-logħba Scrape Frenzy hija mmirata għal kull tip ta’ udjenza. Din hija logħba sempliċi ħafna u perfetta għall-mogħdija taż-żmien. Tis-
kullhadd.com
ta’ tilgħabha għal ftit minuti sakemm qiegħed tistenna tal-linja u dejjem tkompli minn fejn ħallejt l-aħħar. L-għan tal-logħba hu li tikkollezzjona t-12-il Zodiac Warrior. Fuq l-iscreen jidhru biċċiet ta’ Jigsaw Puzzle li huma mgħottija b’ġebel żgħir. Trid tobrox il-ġebel malajr qabel il-biċċa puzzle tasal fil-qiegħ tal-iskrin. Jekk ma tilħaqx tobrox il-ġebel kollu l-puzzle tisplodi. Trid tiġbor 48 biċċa mill-puzzle biex tifforma Zodiac warrior wieħed. Biex itellfuk milli tobrox il-ġebel għandek aljeni li trid tevita li tmiss magħhom,” spjegali b’mod dettaljat. Għal dawk interessati li jilagħbu din l-istess logħba tista’ titniżżel b’xejn minn fuq www.scrapefrenzy.com Ta’ min jgħid li Scrape Frenzy ħarġet f ’Novembru tas-sena 2018 u niżżluha għadd ta’ nies. “Naħseb li hemm bżonn aktar għarfien kummerċjali biex tilħaq il-potenzjal tagħha għax trid tikkunsidra li joħorġu 6000 programm ġdid kuljum fuq l-Android,” stqarr miegħi. B’kurżità fuqi ridt inkun naf kif bejn wieħed u ieħor tinbena u tinħadem logħba/application. Filfatt b’mod faċli spjegali kif l-ewwel ħaġa biex tikteb logħba għal Android trid tagħżel Game Engine biex ikollok pjattaforma soda fuq xiex tibni x-xogħol. “Jien għażilt Unity 3D, imma hemm oħrajn tajbin bħal Unreal, Corona, GameMaker Studio 2 eċċ... Ħafna drabi trid titgħallem lingwa tal-kompjuter, filkaż tiegħi C# (C Sharp). Trid sigħat tirriċerka l-ideat tiegħek biex tkun ċert minn dak li se tagħmel. Tfassal pjan u tiddiskutih ma’ ħaddieħor biex tara x’jaħsbu. Tibda tikteb il-logħba mingħajr ħafna grafika u bla mużika, sempliċement tara li l-affarijiet qegħdin jaħdmu. Wara li jkollok il-bażi lesta trid issib artist biex jagħmillek l-animazzjonijiet u l-grafika. Jien xtrajt dawn mis-sit www.fiverr. com. Trid ukoll min jagħmillek il-mużika u s-sound effects, dawn xtrajthom mill-Unity Asset Store. Trid twaħħad il-grafika u l-mużika mal-kumplament tal-logħba u tittestja sew biex tkun ċert li ma tinkisirx minn xi mkien. Xogħol ta’ paċenzja u dedikazzjoni għax ma jrid jaqbiżlek xejn,” spjegali David. Fl-aħħar nett, David xtaq iħeġġeġ aktar nies iniżżlu l-logħba b’xejn minn www. scrapefrenzy.com biex jissapportjaw ix-xogħol Malti. “Nirringrazzja lill-qarrejja bil-quddiem u nispera li nsib ħin nikteb aktar logħob ġdid fiżżmien qrib,” temm jgħid.
25
26.05.2019
26
26.05.2019
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 278
A. FARRUGIA - ŻEBBUĠ
Mimdudin:
Bi 3 Numri 008 078 151 174 203 302 313 347 365 376 405
752 764 878 945 992 B’4 Numri 0010 0461 1670 2571 2580
2751 2856 3334 3418 3852 4575 5057 6818 7048 7297 7988 8045 8130 8457
8813 8831 8874 9213 9516 B’5 Numri 01642 10584 11516 11749 19086
21073 22910 27665 34260 35956 36661 39152 40311 41101 43318 47175 48312 48689 51944
60095 61339 62008 65481 70780 71043 79126 79529 84634 87323 91868 B’6 Numri
038272 056251 087590 192211 347726 408849 615578 671820 701831 831010 839885 884411
1. Tweġġa’ lil xi ħadd (5) 4. Qatran (4) 7. Ara 2 9. Silġ Ingliż (3) 10. Kantanti (6) 12. Elemożina (6) 16. Ma ħalliex ġdid(3) 18,23. Pajjiż (6) 19,21M. Eks President
20. 21. 23 24.
1. 2,7.
Amerikan (6) Qbadt (5) Ara 19 Ara 18 Andrew (5)
3,5. Nagħmlu bħall-ajruplani (6) 6,15. Qrati żgħar? (9) 8. Taħarbuni (9) 11. Omm(2) 12,21W. Tista’ tkun Weqfin: tal-ikel! (5) 13. Ċerimonja (3) Kompli l-qawl: 14. Kunjom (6) F’Awwissu 15. Ara 6 l-għeneb iħallik 17. Zija Taljana (3) ............. (6) 21. Ara 12 wieqfa Ġrajja Ingliża? (6) 22. Mhux misjur (3)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Fwied, 4.Wied, 7.Ra, 9,23.Żwieten, 10.Abbuża, 12.Panama, 16.Alp, 18.In, 19.Rai, 20.Ħadni, 21.Tua, 24.Arana
Weqfin: 1.Fażola, 2,17.Ibillu, 3,12W.Drapp, 5.Ilu, 6,11.Dwana, 8.Abbanduna, 13.NIA, 14.Aringa, 15.Tirana, 21.Tre, 22.Ave
27
26.05.2019
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
28
26.05.2019
kullhadd.com
MALTA TIVVOTA FL-ELEZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW • SA NOFSINHAR KIENU VVUTAW 32% GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U 27% GĦALL-KUNSILLI LOKALI
In-nies ivvutaw biex jeleġġu sitt Membri Parlamentari Maltin li se jirrappreżentaw lill-poplu Malti u Għawdxi fil-Parlament Ewropew. Għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew kienu eliġibbli li jivvutaw 332,888. Dan wara li ftit aktar minn 10% tal-votanti reġistrati ma ġabrux id-dokument tal-vot tagħhom. Biex votanti reġistrati kien hemm 371,625. Għal din l-elezzjoni kkontestaw 41 kandidat: 14 f ’isem il-Partit Laburista, 10 f ’isem il-Partit Nazzjonalista, 2 għall-Alleanza Bidla, u 2 għall-Alternattiva Demokrati-
ka, kandidat wieħed f ’isem Brain Not Ego, u ieħor għall-Imperium Europa, 2 għall-Moviment Patrijotti Maltin, 4 f ’isem il-Partit Demokratiku, u 5 kandidati indipendenti. Il-mexxejja politiċi għażlu li jivvutaw ilkoll kemm huma fin-nofstanhar ta’ filgħodu bilPrim Ministru Joseph Muscat u s-Sinjura Michelle Muscat jivvutaw f ’Burmarrad. Il-President George Vella vvota fiż-Żejtun u l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, fis-Siġġiewi. Għalkemm ilbieraħ ivvota
l-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi, diġà kien hemm min ivvota s-Sibt li għadda. Fil-fatt, dakinhar ivvutaw dawk li taħt ġurament iddikjaraw li kienu se jkunu msefrin, dawk f ’residenzi tal-anzjani u fl-isptarijiet. Ċifri mill-Kummissjoni Elettorali juru li l-ġimgħa l-oħra, 84% ta’ dawk eliġibbli li jivvutaw, eżerċitaw id-dritt tagħhom. Kienu 7,383 il-votanti reġistrati, u l-voti mitfugħa kienu 6,168. Minbarra l-41 isem fuq il-karta tal-vot għall-elezzjonjiet
tal-Parlament Ewropew, fi 68 lokalità l-poplu Malti u Għawdxi qiegħed jagħżel ukoll lil dawk li se jirrappreżentawh fuq livell lokali. Din hi l-ewwel darba fl-istorja li l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali saru kollha f ’votazzjoni waħda minn mindu twaqqfu 25 sena ilu. B’kollox l-elezzjonijiet qegħdin isiru fi 53 belt u raħal f ’Malta u 14 f ’Għawdex fejn iridu jiġu eletti 459 kunsillier minn 736 kandidat. Eliġibbli li jivvutaw fl-elezzjonijiet lokali kien hemm 341,185.
Dan wara li ftit anqas minn 92,398 ruħ ma ġabrux id-dokument tal-vot. F’din l-elezzjoni l-Partit Laburista kellu 398 kandidat, il-Partit Nazzjonalista kellu 297 kandidat, 9 għall-Alternattiva Demokratika, 7 oħra għall-Partit Demokratiku u 5 għall-Moviment Patrijotti Maltin. Il-Gruppi Floriana l-Ewwel u l-Għarb l-Ewwel għandhom tliet kandidati kull wieħed waqt li 12il kandidat qegħdin jikkontestaw dawn l-elezzjonijiet b’mod indipendenti.