50 SENA RITRATTI FL-AJRU Il-Ħadd, 26 ta’ Ġunju, 2022
Prezz €1
Rapport f’paġni 14 u 15 Ritratt: OMAR CAMILLERI/DOI
Ħarġa Nru 1,511
JIRRIŻENJA DELEGAT TA’ GRECH
Boris Xerri jitlaq mill-kariga fil-Kummissjoni Elettorali wara sentejn … tal-fiduċja ta’ Busuttil u l-Kap attwali Wieħed mid-delegati tal-Partit Nazz jonalista fuq il-Kummissjoni Elettorali, Boris Xerri, irriżenja mill-pożizzjoni “għal raġunijiet personali”. Hu magħruf kif Xerri, li kien ilmagħżul tal-Kap Bernard Grech appena dan laħaq Kap fl-2020, imexxi l-proċessi elettorali interni tal-Partit. Mhux magħruf irriżenjax ukoll minn din il-pożizzjoni fil-PN, anke jekk ġe neralment jimxu flimkien. Il-KullĦadd hi infurmata minn sorsi qrib il-PN li qed jissemma Alex Vassallo biex jieħu post Xerri. Żewġ delegati għall-partiti fil-Parlament jinħatru bis-saħħa tal-liġi, biex jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni Elettorali bid-deċiżjonijiet li jittieħdu minnha. Huma għandhom dritt li jiksbu kull tagħrif relatat max-xogħol fl-Uffiċċju Elettorali. Meta Adrian Delia laħaq Kap talPN fl-2017, hu neħħa lil Xerri, flimkien ma’ Matthew Mangion, li kienu d-delegati magħżulin mill-predeċessur tiegħu Simon Busuttil. Flokhom inħatru Angelito Sciberras u Antoine Portelli, ħu Pierre Portelli, l-Eks Kap tal-Midja Nazzjonalista taħt Delia. Appena tqalfat Delia, Sciberras u Portelli bagħtu ittra konġunta biex jinżgħu minn din ir-responsabbiltà Kostituzzjonali “biex jagħmlu l-wisa’ lil ħaddieħor”. Sussegwentement Sciberras irriżenja wkoll minn direttur tal-ELCOM, il-fergħa tal-PN li tieħu ħsieb il-proċessi elettorali, wara laqgħa taħraq tal-Eżekuttiv.
€8.5M FIL-PROĊESS GĦALL-ELEZZJONI Rapport tal-Kummissjoni Elettorali jgħid li kien hemm aktar minn €330,000 dovuti fi spejjeż relatati mal-miżuri preventivi kontra l-imxija tal-COVID-19 L-organizzazzjoni tal-proċess sħiħ għall-elezzjoni ġenerali, li saret eżatt bħal-lum tliet xhur, swiet lill-Kummissjoni Elettorali l-ispiża ta’ ftit aktar minn €8.5 miljun. Dan joħroġ mir-rapport uffiċjali tal-istess Kummissjoni, li tlesta fl-aħħar jiem u kif mitlub mil-Liġi dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali jiġi ppreżentat lill-Parlament. Minn dan joħorġu b’mod dettaljat spejjeż li kellhom jinġarru biex dan l-appuntament demokratiku u Kostituzzjonali seta’ jiġi organizzat nhar is-26
ta’ Marzu li għadda bis-sehem ta’ sitt partiti u erba’ kandidati indipendenti. B’kollox kien hemm 340,602 ċittadini li eżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom. Flimkien ma’ elenku sħiħ, bejn il-passi proċedurali, il-metodi użati u l-għadd ta’ votanti f’kull kamra tal-vot, fost oħrajn, ir-rapport tal-Kummissjoni Elettorali jelenka wkoll l-ispejjeż finanzjarji li ġew ma’ dan il-proċess elaborat. Dawn kienu jinkludu ħlasijiet lillħaddiema involuti, bħal Assistenti Kummissjonarji u uffiċjali tal-forzi tal-ordni,
It’s Time... For bigger and better prizes! From 5th July 2022
Take a chance MGA/B2C/003/2022
•
lottery.mt/rg
•
TM
Play Responsibly
servizzi kuntrattwali jew professjonali, materjal għall-operat, u anke s-sussidji għall-ivvjaġġar ta’ ċittadini li jgħixu barra u li kienu eliġibbli li jivvotaw. Peress li din l-elezzjoni seħħet ukoll fiċ-ċirkostanzi straordinarji tal-pandemija tal-COVID-19, li ġabet restrizzjonijiet għal dawk involuti, l-ispiża inkludiet ukoll l-ispiża addizzjonali ta’ €331,520 biex, fost oħrajn, inħolqu postijiet speċjali tal-votazzjoni. Tkompli f’paġna 4
02
26.06.2022
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 37°C L-Inqas Temperatura: 25°C L-Indiċi UV: 11 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni għolja tiksi l-Baħar Jonju u ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Xemxi mal-jum u sabiħ mal-lejl Ir-Riħ: Ħafif u varjabbli l-iktar min-Nofsinhar Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 25°C
KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
KUNTATT ĠENERALI
34°C UV 11
24°C
Il-Ħamis
37°C UV 11
25°C
Il-Ġimgħa
36°C UV 11
25°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1 182
36°C UV 11
25°C
37°C UV 4
25°C
36°C UV 11
25°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR L-ERBGĦA 29 TA’ ĠUNJU
Empire Pharmacy (Branch), 46, Triq Melita, Il-Belt Valletta — 21238577 Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, Il-Marsa — 21221701 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ — 21465346 Brown’s Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara — 21488884 San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borġ, San Ġwann — 21386974 Krypton Pharmacy, Triq l-Ibraġ, Tal-Ibraġ — 21370141 Stella Maris Pharmacy, 34, Triq Milner, Tas-Sliema — 21335217 Smiths St. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Ħal Għargħur — 21413402 Smiths (Pama) Pharmacy, Triq Valletta, Il-Mosta — 21417593 Mġarr Pharmacy, Triq il-Kbira k.m. Triq Vitale, L-Imġarr — 21577784 Brown’s Pharmacy, 45, Telgħet Raħal Ġdid, Paola — 21694818 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m. Vjal il-Kottoner, Il-Fgura — 21673811 Anici Pharmacy, 6. Triq in-Nadur, Marsaskala — 21637300 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consiglii, Iż-Żejtun — 21806009 Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it-Torri, Il-Gudja — 21676294 Regional Pharmacy, Triq E. H. Furse, L-Imsida — 21312449 The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzopardi, Is-Siġġiewi — 21461681 Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat, Għawdex — 21563233 Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Ix-Xagħra, Għawdex — 27551140
Floriana Dispensary, 29, Triq Vincenzo Dimech, Il-Furjana — 21233034 Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun — 21238018 St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi — 21443045 Pharmaplus, Triq Ganu, Birkirkara — 21492958 Tony’s Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Il-Ġżira — 21332080 Potter Chemists Ltd, Triq Wilga, Paceville — 21363244 The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema — 21330376 Whites Pharmacy, No. 3, E.M. Bajada Building, Vjal il-Labour, In-Naxxar — 21412454 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k.m. Triq Santa Katerina, Ħ’Attard — 21413442 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba — 21571649 St. Andrew’s Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Ħal Luqa — 21820795 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla — 21801698 St. James Pharmacy, Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar — 21666194 St. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Ħal Għaxaq — 21808723 Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir-Repubblika, Iż-Żurrieq — 21680761 St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Ġużepp, Tal-Pietà — 21237327 St. Anthony Pharmacy, 18, Triq il-Kbira, Ir-Rabat — 21454187 Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat, Għawdex — 21556970 Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, In-Nadur, Għawdex — 21566431
*Mil-lum l-ispiżeriji se jkunu miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.
03
26.06.2022
SAJF TA’ ATTIVITAJIET F’GĦAWDEX Il-Ministeru għal Għawdex ħabbar sensiela ta’ attivitajiet ta’ divertiment mifruxin f’bosta lokalitajiet madwar il-gżira bħala parti mill-programm ‘Summer in Gozo’, li se jinkludi xejn inqas minn 160 attività b’xejn bejn Lulju u Settembru organizzati mid-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan l-istess ministeru. Waqt konferenza stampa lbieraħ, il-Ministru Clint Camilleri qal li “apparti li matul l-aħħar xhur ħdimna fuq kampanja ta’ reklamar barra minn xtutna, speċjalment fuq il-mezzi soċjali, ħassejna l-ħtieġa li norganizzaw programm ambizzjuż ta’ attivitajiet kulturali li se jkunu mifruxa f’kull rokna ta’ Għawdex. Dawn l-attivitajiet ivarjaw minn kunċerti, avvenimenti kommemorattivi, festivals, wirjiet u esibizzjonijiet, fost l-oħrajn.” Hu qal li n-nies se jkunu qed igawdu minn programm b’għażla kbira ta’ avvenimenti, li se jaraw is-sehem ta’ artisti lokali u internazzjonali. Dan ukoll mistenni jagħti spinta ekonomika lil pajjiżna. Camilleri rringrazzja lid-Di-
rettorat tal-Wirt Kulturali li ħadem biex fassal dan il-program ikkonċentrat li jkompli joffri valur miżjud lill-gżira, filwaqt li joffri pjattaforma lill-artisti, fil-maġġoranza tagħhom Għawdxin, biex jesponi l-ħiliet u t-talenti tagħhom. Il-Ministru qal li dan kollu seta’ jseħħ mhux biss għax il-Ministeru għal Għawdex jemmen fil-ħiliet tal-Għawdxin, imma għax b’mod ikkordinat, ħadem mal-Kunsilli Lokali u entitajiet oħrajn biex numru kbir minn dawn l-attivitajiet jsiru fil-qalba tal-Belt Victoria u l-irħula l-oħrajn f’Għawdex. “Permezz ta’ dawn l-attivitajiet, se nkunu qed inroddu lura l-pjazez fil-qalba tal-irħula tagħna biex jitgawdew min-nies li jogħġobhom jattendu u dan peress li l-pjazez se jkunu magħluqin għat-traffiku waqt tmiem il-ġimgħa,” qal il-Ministru għal Għawdex. Il-programm kollu ta’ attivitajiet jinsab fuq is-sit visitgozo.com. Wieħed jista’ wkoll iżomm ruħu aġġornat billi jżur il-paġna Cultural Heritage Directorate, Ministry For Gozo fuq Facebook.
04
26.06.2022
IŻJED SOLUZZJONIJIET DIĠITALI MWEGĦDIN FIS-SERVIZZ PUBBLIKU Il-ħidma biex is-Servizz Pubbliku jkun mgħammar bl-għodda diġitali li jeħtieġ se tkun ilprijorità tal-amministrazzjoni pubblika fis-snin li ġejjin. Dan il-proċess ta’ diġitalizzazzjoni se jgawdi minnu kulħadd, kemm iċ-ċittadini li jieħdu s-servizz kif ukoll l-uffiċjali pubbliċi li jipprovduh. F’avveniment li fakkar il-Jum Dinji għas-Servizzi Pubbliċi u li sar taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana spjega li d-diġitalizzazzjoni tas-Servizz Pubbliku mhijiex lussu iżda neċessità. “It-teknoloġija tinbidel u magħha tibdel il-kwalità talħajja taċ-ċittadini. Nemmen li t-teknoloġija hi l-għodda li għandna bżonn biex nagħtu servizz xieraq lill-klijenti li jeħtieġu s-servizz. Dan mingħajr ma titnaqqas l-importanza tal-uffiċjal pubbliku, anzi, se tkun hemm għal kulħadd, għal kull grad u f’kull settur,” spjega s-Segretarju Permanenti Ewlieni l-ġdid. Huwa sostna li fl-aħħar snin is-Servizz Pubbliku ġġedded u ssaħħaħ, u l-element ta’ bidla jrid jibqa’ għaddej biex jint-
laħqu l-aspettattivi tal-poplu Malti u Għawdxi. Sultana spjega li, fl-istess waqt li pajjiżna jiddomina l-klassifika tal-egovernment fl-Ewropa, il-viżjoni tas-Servizz Pubbliku f’dan ir-rigward tibqa’ waħda ambizzjuża li ma tiqafx sal-proviżjoni ta’ servizz governattiv online. “Se naħdmu biex l-esperjenza tan-nies biex jieħdu servizz tkun waħda mingħajr taħbil il-moħħ, b’soluzzjoni mingħajr dewmien u mingħajr talbiet ripetuti għall-informazzjoni, bil-klijent aġġornat bil-progress matul il-proċess, fost oħrajn,” qal Tony Sultana. Fl-ewwel diskors tiegħu filpożizzjoni ta’ Segretarju Permanenti Ewlieni, Sultana radd ħajr ukoll lill-uffiċjali pubbliċi kollha għad-dedikazzjoni u l-impenn li juru fix-xogħol tagħhom. Hu qal li fl-ewwel jiem tiegħu f’dan ir-rwol iltaqa’ ma’ aktar minn 500 ħaddiem biex jiġi enfasizzat il-bżonn li kulħadd jiġbed ħabel wieħed u b’ħidma kollettiva mas-Segretarji Permanenti fil-Ministeri kull uffiċjal pubbliku jilħaq il-potenzjal tiegħu u jikkontribwixxi għassuċċess tas-Servizz Pubbliku.
SPEJJEŻ TAL-AĦĦAR Tkompli minn paġna 1 L-ispejjeż, li jridu jitqiegħdu quddiem il-Kamra tad-Deputati kif jitlob l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, primarjament ikopru l-perjodu mindu nħarġet il-proklama tal-President tar-Repubblika George Vella nhar l-20 ta’ Frar sal-ġurnata li nħatru d-deputati kollha fil-Kamra tar-Rappreżentanti wara r-riżultat uffiċjali tal-għadd li sar fis-27 ta’ Marzu li għadda. L-akbar parti min-nefqa – kważi €2 miljun – marret biex jiġu ssussidjati l-vjaġġi tal-ajru pprovudti mill-Air Malta għal 1,952 bejn votanti u dipendenti tagħhom biex ikunu jistgħu jiġi jivvotaw. Fil-21 ta’ Frar, id-Dipartiment tal-Informazzjoni ħareġ stqarrija dwar arranġamenti għall-ivvjaġġar ta’ Maltin barra millpajjiż biex dawn ikunu jistgħu jesprimu d-dritt tal-vot. Persuni eliġibbli li jivvotaw f’elezzjoni ġenerali jħallsu l-prezz issussidjat ta’ €90 (taxxi inklużi) għall-biljett tal-ajru. Tliet kwarti minnhom ġew minn Londra u Brussell. Trasport ieħor, li inkluda l-kiri ta’ vapur tal-Gozo Channel, 174 coach u 176 minibus, sewa ftit inqas minn nofs miljun ewro. Minbarra hekk, iżjed minn €3.6 miljun marru għall-ħlasijiet lil ħaddiema u uffiċjali involuti fil-proċess. Din kienet ukoll l-ewwel elezzjoni ġenerali li fiha tħaddem l-għadd tal-voti elettroniku u li għalih ġew allokati mal-€116,000, biex seta’ jittejjeb l-operat tas-sistema li kienet diġà ntużat għall-elezzjonijiet ta’ tliet snin ilu. Fejn daħlet l-ispiża relatata mal-pandemija tal-COVID-19, twaqqfu tmien ċentri apposta tal-votazzjoni fi Smart City, fl-MCAST ta’ Raħal Ġdid, Ħal Far, Ta’ Qali, Pembroke, fil-Qasam Industrijali ta’ San Ġwann, fl-Isptar Mater Dei u fil-korsa tażżwiemel ta’ Xħajma, fix-Xewkija, Għawdex, li pprovdew 14-il kamra tal-votazzjoni. Il-postijiet kienu armati skont linji gwida ppubblikati mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci, li wkoll kienet tagħmel parti minn kumitat apposta li twaqqaf bi tħejjija għall-elezzjoni ġenerali. Votanti li kienu pożittivi għall-COVID-19
jew fi kwarantina mandatorja marru jiv votaw bil-vettura tagħhom u jekk ma kellhomx mezz ta’ trasport setgħu jitolbu lill-Kummissjoni Elettorali biex tipprovdihulhom. F’kull ċentru kien hemm uffiċjali lebsin ilbies protettiv li assistew lil dawn il-votanti u lill-Assistenti Kummissjonarji Elettorali. Dawk fi kwarantina mandatorja, fejn
Iżjed minn €3.6 miljun marru għall-ħlasijiet lil ħaddiema u uffiċjali involuti fil-proċess kollu bejn l-20 ta’ Frar meta tħabbret l-elezzjoni ġenerali sakemm ġew eletti d-deputati kollha għall-Kamra tar-Rappreżentanti
05
26.06.2022
Ritratt: OMAR CAMILLERI/DOI
PROĊESS DEMOKRATIKU LOKALI
kien hemm aktar minn persuna waħda residenti fl-istess indirizz, setgħu jivvjaġġaw flimkien biex imorru jivvotaw. Fil-proċess tradizzjonali kienu involuti xejn inqas minn 115-il post tal-votazzjoni b’741 kamra tal-votazzjoni bejn Malta u Għawdex dakinhar tal-elezzjoni fis-26 ta’ Marzu, waqt li 38 kamra tal-votazzjoni u 77 kamra tal-votazzjoni għall-ġurnata tad-19 ta’ Marzu meta vvotaw residenti fid-djar tal-anzjani, il-kummissjonarji elettorali, priġunieri u oħrajn li applikaw għall-votazzjoni bikrija. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni Elet torali qalet li ġew assistiti 10,634 persuna, mas-7,000 inqas mill-aħħar elezzjoni ġenerali. Il-Kummissjoni Elettorali, li hi mmexxija mill-Kummissarju Elettorali Prinċipali Joe Camilleri, qalet li ħadet ħsieb li ġġedded il-kuntratt tal-kirja tal-Kumpless tal-Għadd
tal-Voti fin-Naxxar sal-aħħar ta’ Novembru 2024, li jiżgura li l-post jintuża sal-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali li jmiss f’dik l-istess sena. Dan se jagħtiha spazju biex sadanittant issib alternattiva oħra, li jkun fond tagħha, mingħajr ma tiddependi fuq terzi. Mir-rapport tal-Elezzjoni Ġenerali joħ roġ ukoll li l-impjegati tal-Uffiċċju Eletto rali ħadu ħsieb li jagħmlu x-xogħlijiet neċessarji biex is-Sala tal-Għadd tal-Voti, li kienet ilha ma tintuża mill-2019 meta saru l-aħħar elezzjonijiet, tkun armata kif meħtieġ, inkluż b’kameras tal-aħħar teknoloġija għas-sorveljanza madwar il-kumpless kollu. L-istadji varji tal-elezzjoni ġenerali ġew irrekordjati kollha biex il-Kummissjoni Elettorali jkollha viżibilità totali, f’każ li tinqala’ l-ħtieġa ta’ verifikazzjoni ta’ xi aspett partikolari.
SPEJJEŻ RELATATI MAL-PROĊESS TAL-ELEZZJONI ĠENERALI 2022 Titjiriet għall-votanti minn barra
€1,930,997
Remunerazzjonijiet Assistenti Kummissjonarji, eċċ Uffiċjali taż-żamma tal-ordni Impjegati Uffiċċju Elettorali
€1,547,678 €1,921,665 €191,608
Servizzi kuntrattwali/professjonali Materjal u provvista fl-operat Trasport Servizzi ta’ stampar Proġett tal-għadd tal-voti Servizzi informattivi
€1,316,032 €896,256 €466,534 €165,754 €116,253 €13,070
TOTAL
€8,565,847
26.06.2022
Ritratt: ANTHONY AXIAQ
06
Fl-eqqel tal-pandemija ġiet irreġistrata żieda fl-infurzar mill-MFSA u l-FIAU, entitajiet kruċjali fl-irregolarizzar ta’ setturi importanti, li fl-aħħar snin kibru b’rati bla preċedent u qed jimpjegaw magħhom eluf ta’ ħaddiema
BL-INFURZAR F’INDUSTRIJI FINANZJARJI MALTA LLUM SARET MUDELL GĦALL-UE
għandha tittieħed fil-konfront ta’ kumpaniji indikati li setgħu kienu kontra r-regoli imposti fil-pajjiż. Farrugia qal li 90% tal-każi ma kien hemm xejn irregolari, fi 8% tal-każi nstabu affarijiet żgħar u fi 2% biss kienet meħtieġa azzjoni konkreta fil-konfront tagħhom. Min-naħa tagħha, l-MFSA, li r-rapport annwali tagħha ġie ppubblikat l-Erbgħa, qalet li fl2021 żiedet l-azzjonijiet ta’ infurzar tagħha b’46% fuq is-sena ta’ qabel. B’76 każ ta’ infurzar Il-Kap tal-Oppożizzjoni jindika li hu kontra u jilmenta minn burokrazija fis-setturi fl-2021 biss, jirriżulta li dawn għal 41% tat-total li ġew taħt skrutinju mitlub mill-FATF dwar ħasil ta’ flus u ffinanzjar tat-terroriżmu jammontaw ta’ azzjonijiet (184 każ) li l-MFSA ħadet f’ħames snin mill-2017. IlŻewġ rapporti annwali sepa- l-gaming, li jimpjegaw eluf ta’ tat tad-deċiżjoni tal-FATF xejn inqas minn €12-il miljun multi mill-awtorità ammontaw rati ppubblikati din il-ġimgħa ħaddiema magħhom u qed jik- li poġġiet lil Malta fil-“lista f’multi lil kumpaniji li nstabu li għal iżjed minn €900,000 fit-12mill-Awtorità Maltija għas-Ser bru b’rati bla preċedent. l-griża”. ma kinux qed jimxu mar-rego il xahar tas-sena li għaddiet. Kemm l-FIAU kif vizzi Finanzjarji (l-MFSA) u l-FiMinkejja dan, il-ġimgħa li Mhux talli li dan ukoll l-MFSA qalu li nancial Intelligence Analysis għaddiet il-Kap tal-Oppożizz- it-tbassir qatt ma seħħ, fermament jemmnu li Unit (FIAU) għall-2021 jelen joni Bernard Grech indika li imma preżentament s-sostenibbiltà u t-tkabkaw parti minn ħidma wies- hu kontra tali sorveljanza rig- in-numru ta’ impjegabir tas-setturi f’pajjiżna għa u skrutinju rigoruż li kienu oruża. Waqt li ltaqa’ ma’ rap- ti fis-settur finanzjarPajjiżna llum sar l-unika jiddependu ħafna fuq qed jitwettqu mill-awtoritajiet preżentanti ta’ professjonisti ju hu ta’ 5% iżjed minn l-infurzar, anke jekk lokali fil-ġlieda kontra l-ħa- fis-settur finanzjarju, hu lmen- meta ġie maqbul il-pjan ġurisidizzjoni b’ċertifikat ta’ il-ħin kollu jsir iżjed sil tal-flus u l-iffinanzjar tat- ta minn “burokrazija żejda” li, fi t’azzjoni tal-FATF. 100% u pajjiżi oħrajn fl-UE qed dan kumpless biex jitwettaq. terroriżmu. kliemu, “qed tifga dawn is-setFis-settur tal-gaming iħarsu lejna bħala eżemplari Għall-FIAU, Farrugia F’dan l-impenn sfiq nazzjo turi”. illum hemm 4% aktar qal li “pajjiżi kbar fl-Unnali kien inkluż ukoll il-pjan Bil-maqlub, kif irrapportat impjegati min-numru joni Ewropea qed jiġu għandta’ azzjoni maqbul mal-Finan- il-ġimgħa l-oħra wkoll, il-Prim li kien hemm f’Ġunju tal-2021 lamenti. cial Action Task Force (FATF), Ministru Robert Abela ħabbar li meta pajjiżna tpoġġa fil-“lista Minbarra hekk, f’kummenti na biex jieħdu ideat għall-asli l-ġimgħa li għaddiet iddikja- mhux biss l-ekonomija baqgħet l-griża”. fil-programm televiżiv Insights sessjar tar-riskju u qed inkunu rat lil pajjiżna bħala storja ta’ tikber b’mod ġenerali, iżda, Minbarra hekk, il-valur miż- fuq TVM, id-Direttur tal-FIAU role model għalihom, għax suċċess f’dan ir-rigward. fis-setturi speċifiċi tas-servizzi jud fil-qasam tal-gaming u tas- Kenneth Farrugia spjega wkoll aħna żgħar u kapaċi nadattaw, Fost oħrajn, ir-rapporti jixh- finanzjarji u tal-gaming lokali servizzi finanzjarji fl-ewwel kif pajjiżna llum sar l-unika inkunu proporzjonati f’dak li du kif is-sena li għaddiet u ma żdiedu sew kemm l-impjiegi u kwart ta’ din is-sena kien l-ogħ- ġurisidizzjoni b’ċertifikat ta’ nagħmlu.” L-MFSA, li s-sena li għadditul l-eqqel tal-pandemija tal- anke l-valur miżjud tal-indus- la wieħed li qatt ġie rreġistrat – mija fil-mija, tant li pajjiżi oħraCOVID-19 ġiet irreġistrata żieda trija għal livelli bla preċedent. 9% u 4% aktar milli kien is-sena jn Ewropej qed iħarsu lejna biex et ukoll aġġornat l-istrateġija tagħha fil-ġlieda kontra l-ħasil fl-infurzar miż-żewġ entitajiet L-Oppożizzjoni ta’ Grech li għaddiet rispettivament. jimxu fuq il-miżuri li ttieħdu. kruċjali għall-irregolarizzar ta’ is-sena l-oħra kienet werwret Mir-rapport tal-FIAU, ippre Fl-2021 biss, l-FIAU daret tal-flus u l-iffinanzjar tat-tersetturi, bħas-servizzi finanz- li dawn l-industriji kienu se żentat fil-Parlament it-Tlieta, mad-900 fajl minn 45 en- roriżmu, saħansitra ttenni li jarji, dawk tal-assikurazzjoni u jispiċċaw minn fostna, b’riżul- joħroġ li t-taqsima imponiet tità biex tivverifika x’azzjoni għamlet 80 spezzjoni relatati,
07
26.06.2022
IL-PN MAQBUD F’POŻIZZJONI MĦAWDA FUQ IL-LIĠI TAL-IVF Id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri jqawwi l-oppożizzjoni għall-emendi mressqa mill-Gvern wara li Bernard Grech kien, għal darba, indika empatija usa’ ma’ koppji Maltin u Għawdxin bi problemi biex isiru ġenituri b’mod naturali
li kienu kemm komprensivi kif ukoll iffokati. Il-ħaddiema tagħha kienu wkoll involuti fi 22 avveniment ta’ taħriġ speċifiku fuq il-ħasil ta’ flus. Meta kien qed jindirizza l-konferenza stampa wara l-aħbar tal-FATF ġimgħa ilu, ilPrim Ministru qal li “filwaqt li tajna direzzjoni politika ċara, ilbidliet li saru fl-aħħar snin ma kinux ikunu possibbli mingħajr il-ħidma ddedikata ta’ ħafna istituzzjonijiet f’pajjiżna”, b’referenza għall-istess FIAU u l-MFSA, flimkien mal-Korp tal-Pulizija, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni u l-Awtorità Maltija għal-Logħob (MGA), fost oħrajn. Għall-Kap Nazzjonalista, iżda, hi storja oħra. Fl-istess laqgħa ma’ professjonijiet fis-settur ġimgħa ilu, hu ġie kkwotat jiddikjara li l-“burokrazija” qed tagħmilha diffiċli biex is-setturi jiġbdu lejhom iżjed professjonisti, waqt li dawk li diġà jaħdmu fis-setturi “qed isibu aktar ostakli minħabba li l-awtoritajiet qed ikunu aktar esiġenti magħhom, fost l-oħrajn bi żjarat kontinwi fl-uffiċċji tagħhom.” Ġejja minn wieħed li instiga, fl-ewwel lok, biex Malta tispiċċa fil-“lista l-griża” tal-FATF, imma issa qed igerger mill-infurzar tal-awtoritajiet, allura hi biss prova oħra – jekk qatt kien hemm bżonnha – li l-PN la għandu għal qalbu l-ġid nazzjonali u wisq inqas dak tas-setturi inkwistjoni, avolja jiftaħar li wellidhom hu.
Id-Deputat Nazzjonalista u Kelliem għasSaħħa tal-Oppożizzjoni Stephen Spiteri għal darb’oħra jinsab f’konfront dirett mal-Kap tal-Partit tiegħu. Il-kwistjoni, li tinvolvi l-fehma tal-PN għall-emendi filLiġi tal-IVF li għadhom kemm tressqu mill-Gvern fil-Parlament, mhijiex l-ewwel darba lanqas li fiha Spiteri esprima opinjoni li tikkuntrasta sew ma’ dik li jkun esprima l-Kap tiegħu. Wara li kien għaffiġha fil-kampanja elettorali u kien mill-aktar insensittiv għas-sitwazzjoni ta’ persuni li ma jistgħux ikollhom ulied b’mod naturali, Bernard Grech fil-Parlament kien iżjed empatiku fl-aħħar jiem u indika li l-Oppożizzjoni qed tagħti l-appoġġ tagħha għall-emendi tal-Gvern. Minkejja dan, ftit ġranet biss wara, itTabib Spiteri ħass li kellu jiġbed ir-riedni fuq is-suġġett u jesprimi fehma iżjed konservattiva. Minħabba dan, il-pożizzjoni tal-Oppo żizzjoni dwar dawn il-bidliet importanti, li għandhom l-għan li jifirxu l-possibbiltajiet għal iżjed persuni biex isiru ġenituri, inklużi dawk bi problemi ġenetiċi, hi konfuża. Tant hu hekk li din qed tiġi deskritta bħala “ping pong”. Għal darb’oħra jidher biċ-ċar li l-PN jinsab mifxul u mingħajr direzzjoni ċara dwar suġġett ieħor ta’ interess nazzjonali. Meta fl-aħħar jiem ġie intervistat filprogramm XTRA fuq TVM, Spiteri ddikjara li l-PN jibqa’ kontra t-test magħruf bħala PGTM, ferm differenti mill-pożizzjoni indikata minn Bernard Grech. Filfatt, fl-istess ġimgħa l-Kap Nazzjonalista ta l-impressjoni li l-Oppożizzjoni kienet qed tkun empatika ma’ persuni li diffiċli jkollhom l-ulied b’modi normali, kawża ta’ problemi ta’ saħħa li jintirtu. Il-PGTM hu test li jsir bil-għan li jiġu evitati kundizzjonijiet ġenetiċi serji ħafna, li saħansitra jistgħu jwasslu għal difetti kbar fl-ulied u l-possibbiltà ta’ mewt f’qasir żmien wara t-twelid. Għalkemm, f’dan ir-rigward, Spiteri insista li dak li qed jgħid hu u Grech kienu l-istess messaġġ, “forsi tiegħu iżjed wiesa’ u jasal aħjar”, kien evidenti li l-pożizzjoni tal-Kelliem għas-Saħħa u tal-Kap kienu differenti, kif ġie nnotat mill-preżentatur stess. Waqt il-programm, Spiteri qal li l-PN ma jaqbilx ma’ dak propost mill-Gvern għal tmienja u nofs minn disa’ kundizzjonijiet li għalihom qed ikun propost li jsiru testijiet tal-PGTM. Din mhix l-ewwel darba li Spiteri kkuntrarja dak li jgħid il-Kap tiegħu. Ta’ min ifakkar li Frar tal-2018, f’dibattitu ieħor televiżiv dwar il-produzzjoni f’Malta tal-kannabis għall-użu mediċinali, Spiteri kien qal li l-investiment li kien se jsir f’pajjiżna minn kumpaniji involuti mhumiex fabbriki tad-droga, kif kien iddikjara Adrian Delia, dak iż-żmien Kap
tal-PN. Bil-maqlub, Spiteri stqarr li dan l-investiment kien se jgħin biex is-settur mediku f’pajjiżna jkun jista’ joffri għajnuna aħjar lill-pazjenti. Kien qal ukoll li dan l-investiment kien industrija innovattiva li qed toffri opportunità biex pajjiżna jibda jipproduċi dawn il-prodotti u jesportahom lejn pajjiżi oħrajn. Fil-fatt din l-industrija, li hu mbassar li se jkollha valur globali ta’ aktar minn €55 biljun sa sitt snin oħra, numru ta’ operaturi tal-kannabis mediċinali diġà ngħataw il-liċenzja f’pajjiżna fl-aħħar erba’ snin, mindu pajjiżna ħoloq l-ew wel qafas regolatorju f’dan is-settur għal skop ta’ riċerka. Din id-darba, iżda, fil-każ tal-emendi proposti għall-IVF kien Spiteri li deher iżjed konservattiv. Dan kollu, li mhux jitqies bħala bi żvista, ma niżel xejn taj jeb ma’ tal-establishment li poġġew lil Grech fit-tmun tal-Partit ftit inqas minn sentejn ilu u llum għandhom kontroll sħiħ fid-Dar Ċentrali. Din il-gazzetta hi infurmata, minn sorsi qrib l-istess Deputat, li anke Spiteri nnifsu konxju li hemm min irid iqaċċtu min-nofs fil-Partit minkejja r-riżultati tajbin li ġab fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Għaldaqstant mhux eskluż li Spiteri jrid isaħħaħ il-preżenza tiegħu fil-PN.
Waqt li Spiteri jrid iżid il-preżenza tiegħu fil-PN, l-establishment irid itajru F’nofs dan ix-xahar, hu “ġie minsi” fi stqarrija dwar is-suġġett tal-IVF stess, li, minflok, ġabet il-firma biss ta’ Graziella Galea, Kelliema għall-Inklużjoni u l-Volontarjat. Il-mossa intenzjonata qanqlet pressjoni interna u l-istqarrija reġgħet inħarġet ftit tal-ħin wara, din id-darba ffirmata minn Graziella u Spiteri, bħala l-Kelliem Ewlieni tal-Oppożizzjoni għasSaħħa. Is-swaba’ dwar min kien responsabbli mill-mossa ppuntaw ilkoll lejn l-establishment, li ħaduh fuq demm id-dars mindu beżqilhom fis-sunnara waqt ir-rivolta kontra l-Eks Kap Delia. Id-Deputat għall-ewwel kien tniżżel fost l-infami “Blue Heroes”, imma mbagħad quddiem il-President tar-Repubblika George Vella ma sfiduċjax lil Delia
bħala Kap tal-Oppożizzjoni u astjena. Din il-mossa xejn ma kienet niżlet taj jeb mal-establishment, li baqgħu jżommuhielu fil-komma, sa ma tiġi l-okkażjoni li jpattuhielu bl-imgħax. Fuq il-lista s-sewda miegħu llum jinstabu wkoll Deputati oħrajn, bħal Joe Giglio, David Agius u Alex Borg, li wkoll mhumiex parti mill-“klikka”. Minkejja dan, il-popolarità ta’ Spite ri mal-għeruq tal-PN tagħtih is-saħħa u mhux lakemm jitwarrab. Hu ġie elett fuq it-Tieni u t-Tielet Distrett fl-aħħar elezzjoni. Sena u nofs ilu, nies qribu wkoll ħolqu kaos fit-tmexxija tal-PN meta kien hemm tentattivi biex il-portafoll tassaħħa jitneħħielu minn taħt idejh. F’Jannar tal-2021, il-Kap Nazzjonalista ffaċċja rivolta fil-kumitati sezzjonali tal-PN għat-Tieni Distrett wara li sar magħruf li Spiteri kien se jitneħħielu dan il-portafoll prestiġjuż fix-Shadow Cabinet, li Grech kien ikkompona iżjed minn 100 jum wara li ġie magħżul biex jokkupa l-kariga. Fost sensiela ta’ riżenji interni li kienet diġà bdiet taħkem lill-Partit, membri tal-kumitati sezzjonali tal-Partit heddew li jirriżenjaw f’daqqa jekk Spiteri ma jibqax Kelliem Ewlieni għas-Saħħa.
08
26.06.2022
JILMENTA FUQ KONSULTAZZJONI LI INJORA HU STESS Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech din il-ġimgħa gerger li mhux qed jiġi kkonsultat mill-Prim Ministru Robert Abela meta jkun hemm bżonn jinħatru persuni f’karigi Kostituzzjonali, bħal dik li ħabbar din ilġimgħa tal-Professur Frank Bezzina fir-rwol ta’ Aġent President tar-Repubblika. Minkejja dan, f’korrispondenza li ġiet ippubblikata sussegwentement mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jirriżulta li l-Kap tal-Oppożizzjoni saħansitra kien litteralment injora korrispondenza fuq din l-istess ħatra. Fil-fatt ittra, li twasslitlu 21 ġurnata qabel u fejn kien mitlub jagħti r-reazzjoni tiegħu fi żmien ġimgħa, baqgħet qatt ma twieġbet minn Grech. B’hekk il-ħatra ta’ Aġent President ġdid kompliet mingħajr is-sehem tal-Kap Nazzjonalista. Nhar il-Ħamis il-Gvern ħabbar li kien qed jaħtar lill-Professur Bezzina bħala Aġent President għall-perjodu li matulu l-President ta’ Malta George Vella jkun imsiefer, skont kif maħsub fl-Artiklu 49
tal-Kostituzzjoni. l-attenzjoni li l-Prim Ministru kien bagħat Bezzina, li hu Pro-Rettur tal-Università ta’ ittra lill-Kap tal-Oppożizzjoni datata t-2 ta’ Malta, awtur ta’ diversi studji akkademiċi u Ġunju ta’ din is-sena biex jikkonsulta dwar visiting professor f’għadd ta’ universitajiet il-ħsieb tiegħu li jaħtar lill-Professur Bezzina barranin, se jkun qed jieħu post l-Eks Minbħala Aġent President tar-Repubblika. istru Nazzjonalista Dolores Cristina. Waqt li wkoll ippubblika l-korrispondenza Stqarrija mill-PN kważi ħames sigħat uffiċjali, il-Gvern qal li “l-Kap tal-Oppożizzu nofs wara nnotat is-suppost nuqqas ta’ joni kien mitlub jagħti r-reazzjoni tiegħu konsultazzjoni f’dan ir-rigward. fi żmien ġimgħa, liema reazzjoni qatt ma “Il-PN jinnota kif il-Prim Ministru Robngħatat u l-ittra ġiet injorata. Din il-ġimgħa ert Abela għażel li jwaqqaf ħesrem il-kon- Frank Bezzina se jkun meħtieġ jinħatar Aġent President sultazzjoni mal-Kap tal-PN Bernard Grech, tar-Repubblika u l-Prim Ministru għalhekk bħala l-Kap tal-Oppożizzjoni, dwar għażla importanti mexxa b’din il-ħatra skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta.” u fuq livell nazzjonali bħalma hi ta’ Aġent President Biex jipprova jirkupra mill-imbarazzament hekk kif tar-Repubblika. U dan minkejja li l-Prim Ministru hu inqabad li kien injora l-konsultazzjoni tal-Prim Minisobbligat, bil-Kostituzzjoni, biex jikkonsulta mal-Kap tru fuq din il-ħatra, il-PN qal li Grech kien talab għal tal-Oppożizzjoni dwar karigi bħal din,” qalet stqarrija laqgħa dwar is-suġġett fit-13 ta’ Mejju, tliet ġimgħat uffiċjali mid-Dar Ċentrali. qabel. Minkejja dan, ma ngħad xejn dwar il-fatt li inMinkejja dan, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ġibed jora l-ittra li tagħtu l-okkażjoni biex jirreaġixxi.
KANDIDATI UFFIĊJALI QED IĦOSSUHOM UKOLL PARTI MILL-EMORRAĠIJA FIL-PN
mid-Disa’ u l-Għaxar Distrett fejn ikkontesta. Għalkemm gravi, dawn mhumiex l-uniċi problemi tal-PN illum. Kriżi oħra, li kompliet toħroġ il-qasmiet fil-PN, faqqgħet fl-aħħar jiem meta d-Deputat Joe Giglio qal li “għandu riservazzjonijiet serji” dwar il-kredibilità tar-Russa Maria Efimova, li hi mfittxija mill-awtoritajiet lokali wara li kienet ilperċimes fil-każ Egrant. Din l-istqarrija kompliet tifred lill-PN, b’diversi rappreżentanti tal-establishment jiftħu attakk ieħor fuq l-Avukat ta’ esperjenza. Fuq quddiem nett, f’konfront dirett ma’ Giglio, hemm id-DepuIs-sitwazzjoni degradanti fil-Partit fl-Oppożizzjoni mhijiex qiegħda tagħraf limiti tat Karol Aquilina u ħuh Robert, li jmexxi l-għaqda Repubblika, li mill-bidu kienu Anke jekk kif ġie kkonfermat bħala Kap jn, estremisti li jkomplu jagħmlu minn feliċi xejn, jaħti għaliha l-Kap Nazzjon- kontra l-kandidatura tiegħu u anke Nazzjonalista, Bernard Grech wiegħed kollox biex iwarrbu min-nofs lil dawk li alista nnifsu li aċċetta li jilgħab f’idejn ostakolawh b’kull mezz fil-kampanja. bidu ġdid, il-PN għadu mifni b’inkwiet mhumiex tal-klikka, iżda iżjed kandidati dawk li poġġewh fil-kariga u baqa’ qatt Ieħor li spiċċa fil-mira wkoll tal-estabintern, firda u battibekki bejn il-fazzjo uffiċjali qed ikomplu jesprimu fil-beraħ ma sab tarf tal-fazzjonijiet u l-interessi lishment kien il-kandidat Għawdxi Alex nijiet kollha li għandu fi ħdanu. Sitwazz- li jqisuhom parti mill-emorraġija Nazz- tagħhom. Anzi dawn tal-aħħar baqgħu Borg, avolja spiċċa biex mar tajjeb ukoll joni li mhux biss il-Kap tal-Oppożiżż- jonalista. iżjed jiħraxu u, fit-tentattiv li jintgħoġob fl-elezzjoni. Giglio, li fix-Shadow Cabinet ta’ Grech joni ma jistax isib tarfha, imma li issa Wara sensiela ta’ kandidati, li mill- ma’ kull naħa, hu kompla jitlef iżjed ingħata r-responsabbiltà ta’ Kelliem spiċċat ukoll bla kontroll. għada tal-elezzjoni stqarrew li ma jħos- il-kontroll. Mhux biss esponenti tal-Partit, in- suhomx iżjed parti mill-Partit li m’għadL-Avukata Portelli Bonnici fetħitil- Ewlieni għall-Intern, spiċċa fid-dell ta’ klużi deputati, spiċċaw ipoġġu kollegi homx jagħrfuh, fl-aħħar jiem ingħaqdet ha din il-ġimgħa mal-midja fejn qalet Beppe Fenech Adami, li okkupa r-rwol sal-aħħar elezzjoni. Fil-fatt, dan talf’dell ikrah, oħrajn li jaqbżu fuq ir-re- il-kandidata żagħżugħa Emma Portelli li “s-sitwazzjoni fil-PN hi dik li hi” u aħħar, li hu wkoll parti mill-kliksponsabbiltajiet Parlamentari ta’ oħra- Bonnici, li kellha garanzija li tiġi eletta eks kandidati, li jissagrifikaw ka tal-establishment, jiġi fil-Parlament fl-aħħar elezzjoni ġenera- wisq ħin u impenn, finanzjaqa’ u jqum minn Giglio u li, permezz tal-mekkaniżmu tal-ġeneru. jarjament u mentalment, qagħad jikkummenta diDan kien se jseħħ li kieku l-PN m’ab- intesew wara l-elezzjoni, rett hu dwar sitwazzjoni bużax mis-sistema u ġiegħel lil kandi- qishom ma kkontribli jingħad teżisti fil-Korp data oħra tiegħu (Janice Chetcuti) ma wixxew xejn. Għalkemm gravi, tal-Pulizija. tiħux sehem f’elezzjoni każwali u “Il-Partit m’għanJidher ovvju li Fenech minflok tiġi eletta fil-Parlament dux jibqa’ f’din l-emdawn mhumiex Adami qed jagħti sehmu bl-istess mekkaniżmu, li ġie orraġija ta’ niesu b’dan l-uniċi problemi biex joskura lil Giglio, li introdott biss bil-għan li jibbi- il-mod. Ir-riżorsi umani tal-PN jiġi akkużat li ma jiftaħx lanċja s-sessi rappreżentati huma limitati, speċjalħalqu biex isostni kampanji fl-ogħla istituzzjoni. Min- ment votanti Nazzjonalisti bla bażi ta’ Repubblika kontra flok, il-PN ċaħħad il-pos- li għandhom l-inklinazzjoni u sibbiltà lil mara oħra li r-rieda li jsiru kandidati. Għaldaqstant, l-Korp tal-Pulizija u l-Kummissarju Antkun tista’ tirrappreżen- il-kandidati kollha, speċjalment dawk gelo Gafà, fost istituzzjonijiet oħrajn. Minbarra hekk, iben l-Eks Kap Nazztah, f’dan il-każ Portelli li ma jiġux eletti, għandhom jiġu Bonnici, meqjusa bħala inkoraġġiti biex jikkontribwixxu … jonalista mhux kuntent lanqas li Grech l-iżjed kandidata liber- inkella s-sitwazzjoni ma tistax tkun għabbieh b’responsabbiltajiet differenti, l-Affarijiet Barranin. ali fuq il-lista elettorali sostenibbli,” qalet Portelli Bonnici. Din is-sitwazzjoni qed tkompli tkabNazzjonalista. Eżatt wara l-elezzjoni ġenerali, kan Din is-sitwazzjoni li didat ieħor – is-Sindku ta’ San Ġiljan bar l-iskumdità anke fost deputati oħraassolutament mhi Albert Buttigieg – ukoll stqarr li hu kien jn fl-Oppożizzjoni li ma jħossuhomx vittma tal-magna tal-Partit u l-impen- parti minn naħa jew oħra. Dawn mhux ji elettorali tiegħu ġew fgati. Buttigieg jazzardaw li jiftħu ħalqhom, kemm saħansitra allega li “uffiċjal għoli” għax ma jridux iċaqqmu r-relazzjoni fil-PN ixxaħħam minn negozjant, ma’ xi naħa jew kandidat prospettiv li għandu interessi kummerċjali għat-tmexxija, kif inhu meqjus Giglio, f’San Ġiljan u s-Sindku spiss ik- imma, aktar minn hekk, ma jridux li b’xi kritika l-mod kif jope mod jispiċċaw huma wkoll vittmi talra, biex jassigura fergħa Nazzjonalista li llum tiddomina li ma jiġix elett kollox fil-Partit.
09
26.06.2022
ID-DOPPJU TAL-BENEFIĊJARJI TAL-IN-WORK BENEFIT FL-2022 Din is-sena mistennija jibbenefikaw mal-14,000 ġenitur u madwar 20,000 tifel u tifla mill-In-Work Benefit, li jvarja bejn €200 u €1,500 għal kull wild fis-sena, wara tibdiliet imħabbrin filBaġit għal din is-sena, fejn it-thresholds komplew jitwessgħu biex aktar persuni jsiru eliġibbli. Dettalji dwar kif il-miżura introdotta minn Gvern Laburista se tkompli tkun ta’ sostenn għall-familji Maltin u Għawdxin tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon. Bit-tibdil introdott se jkunu akkomodati aħjar dawn il-persuni: • Koppji fejn iż-żewġ persuni jaħdmu, il-limitu tad-dħul tela’ minn €35,000 għal €50,000 fis-sena; • Koppji fejn wieħed mill-ġenituri biss jaħdem, il-limitu tad-dħul tela’ minn €26,000 għal €35,000 fis-sena; • Ġenituri waħedhom li jaħdmu, il-limitu tad-dħul tela’ minn €23,000 għal €35,000 fis-sena. Dawk il-persuni li jaqgħu f’dawn il-kategoriji, se jieħdu l-pagamenti bir-rati l-ġodda f’Novembru li ġej. Il-pagament li jmiss tal-In-Work Benefit se jkun qed jingħata f’Lulju li ġej u li se jkun qed ikopri t-tieni kwart ta’
din is-sena. Il-Ministru Falzon sostna li d-Diviżjoni għall-Benefiċċji Soċjali flimkien mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tatTaxxi Interni u l-pjattaforma diġitali tal-Gvern, servizz.gov, qegħdin jaħdmu fuq sistema fejn kull min jaqa’ f’dawn it-thresholds jitħallas b’mod awtomatiku mingħajr il-bżonn ta’ applikazzjoni. Id-Direttur George Cremona tkellem dwar kif l-In-Work Benefit evolva matul is-snin, meta jitqies li fl-ewwel sena li kien introdott (2015) kienu bbenefikaw minnu 1,359 persuna. Hu spjega li n-numru baqa’ jikber matul is-snin, minħabba t-twessigħ kontinwu tat-thresholds, u s-sena li għaddiet laħaq is-7,246 ġenitur li jirrappreżentaw 11,539 tifel u tifla taħt l-età ta’ 23 sena. L-ispiża matul is-sena 2021 laħqet ftit iżjed minn €7 miljun. Minbarra hekk, l-In-Work Benefit, flimkien mat-tapering tal-benefiċċji, iċ-childcare b’xejn u inizjattivi oħrajn simili meħuda mill-Gvern Laburista, taw spinta biex ħafna benefiċjarji tal-għajnuna soċjali joħorġu fid-dinja tax-xogħol u ma jibqgħux dipendenti fuq din l-għajnuna. Fil-fatt, mill-2013 sal-lum il-benefiċjarji tal-għajnuna soċjali naqsu b’56%.
INTERESS KBIR MINN KUMPANIJI LOKALI BIEX JINVESTU FI PROĠETTI AMBJENTALI U SOĊJALI Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriza Miriam Dalli ħabbret li xejn inqas minn 80% tal-kumpaniji kkwotati fuq il-Borża ta’ Malta diġà pparteċipaw b’mod volontarju f’inizjattiva xprunata mill-Gvern, flimkien mal-imsieħba soċjali, li se twassalhom biex ikunu jistgħu jinvestu aktar fi proġetti kummerċjali li fl-istess ħin iħallu impatt pożittiv qawwi fuq l-ambjent u l-qasam soċjali. Din l-inizjattiva hi marbuta malkunċett ta’ standard ESG (Environmental, Social & Governance), li jgħin lill-kumpaniji jsaħħu l-mudell operattiv u kummerċjali tagħhom u jsiru aktar kompetittivi. Dan billi jinvestu fi proġetti moderni u ambjentalment sostenibbli waqt li wkoll iħarsu l-governanza interna tagħhom. F’konferenza mnedija mill-Kamra tal-Kummerċ u l-entità statali Malta Enterprise, il-Ministru Dalli saħqet li l-politika tal-Gvern Laburista hi li jkompli jgħin lin-negozji Maltin jinvestu f’din it-tranżizzjoni tant importanti. Dan għaliex meta l-Gvern ikun qed jgħin lin-negozji b’inizjattivi bħal dawn ikun qed jinvesti b’mod dirett
fil-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiema u tan-nies fil-komunitajiet tagħna, waqt li fl-istess ħin jassigura li n-negozji Maltin isiru aktar kompetittivi. “Huwa inkoraġġanti li ħafna kumpaniji żgħar u medji u anke kumpaniji ikbar f’setturi bħall-manifattura jridu jipparteċipaw f’din l-inizjattiva u għalhekk iddeċidejna li se nestendu l-ESG Portal li nidejna ftit tax-xhur ilu għal dawn il-kumpaniji wkoll,” qalet Dalli. F’dan il-proċess il-Gvern se jkun qed jiggwida u jassisti lil dawn il-kumpaniji biex ikunu jistgħu jkejlu l-impatt u fuq kollox il-progress li jkunu qed jagħmlu fil-qasam ambjentali, soċjali
u anke ta’ governanza bl-investimenti li huma jniedu. Fi kliem il-Ministru, anke ġejjin minn sentejn diffiċli tal-pandemija, dan qed iwassal biex kumpaniji Maltin jieħdu din l-inizjattiva bis-serjetà u jinvestu fi proġetti ekoloġiċi li jaraw rendiment aħjar f’termini ta’ profitti. Fl-indirizz tiegħu fit-tnedija ta’ dan il-proġett, il-konsulent finanzjarju Steve Ellul saħaq fuq l-opportunità li qed tingħata lin-negozji Maltin meta dawn jiġu megħjuna mill-Gvern b’inizjattivi bhal dawn. “Proġetti ambjentali mhux biss jagħmlu ġid għall-ambjent u l-ko-
Negozji Maltin li qed jinvestu fl-ambjent u fil-kwalità tal-ħajja tan-nies se jkomplu jsibu lill-Gvern warajhom il-ħin kollu, b’inizjattivi u b’għajnuniet bħal dawn
munità, imma fl-istess ħin inaqqsu mill-ispejjeż marbutin mal-konsum żejjed ta’ enerġija u ħela ta’ riżorsi, bħall-ilma u l-iskart,” qal Ellul. Hu saħaq ukoll li dawn l-inizjattivi huma importanti għax iħeġġu investiment dirett fil-ħaddiema, inkluż bit-taħriġ tagħhom, u f’ambjent li jinċentiva l-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol. “Dawn huma kollha elementi importanti biex inżidu l-kompetittività tan-negozji tagħna,” kompla jisħaq Ellul. Hu spjega wkoll li fiż-żmien li ġej il-banek Maltin se jkunu qegħdin ifittxu li jsellfu dejjem aktar lil dawk il-kumpaniji li jkollhom kredenzjali ESG b’saħħithom u dan japplika wkoll għal investituri Maltin u barranin li jinvestu f’kumpaniji u proġetti sostenibbli. Hu kkonkluda li “l-uniku mod kif l-Ewropa u anke pajjiżna jiġġieldu bis-serjetà t-tibdil fil-klima hu billi nassiguraw li l-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji jinvestu primarjament fi proġetti li jagħmlu ġid lill-ambjent. Minħabba f’hekk ir-regoli bankarji qed jinbidlu b’tali mod li jħeġġu lillbanek jimxu lejn din id-direzzjoni.”
10
26.06.2022
€89M INVESTITI LOKALMENT F’MANUTENZJONI U TISWIJA TAL-AJRUPLANI F’ERBA’ SNIN Il-fiduċja fil-kapaċitajiet ta’ din l-industrija f’pajjiżna tkompli tespandi issa biż-żieda tal-akbar linja tal-ajru Ewropea … opportunitajiet ta’ iżjed xogħol lil mijiet ta’ Maltin L-aħbar li l-Grupp Ryanair, waħda mill-kumpaniji ewlenin fl-industrija tal-avjazzjoni, tiftaħ faċilità ġdida tal-manutenzjoni u tat-tiswija tal-ajruplani f’pajjiżna, bi ftehim mal-Gvern Malti, tissarraf f’fiduċja f’din l-industrija li fl-aħħar erba’ snin esperjenzat investimenti ta’ xejn inqas minn €89 miljun. Nhar it-Tlieta sar magħruf li Ryanair, li llum topera 511-il ajruplan fost l-akbar firxa ta’ destinazzjonijiet fil-kontinent Ewropew, se tinvesti €20 miljun fil-mitjar Malti biex ikollha l-Maintenance, Repair & Operations (MRO) tagħha stazzjonat fostna. Il-ftehim, li ntlaħaq wara xhur ta’ diskussjonijiet mal-entitajiet governattivi Malta Enterprise u INDIS Malta, mistenni jara l-ħolqien ta’ aktar minn 250 impjieg ta’ kwalità. F’Marzu ta’ din is-sena stess ġie inawgurat hangar ġdid għall-kumpanija SR Technik b’investiment ta’ €42 miljun, li segwa dawk li tħabbru mill-Medavia (€2 miljun) fl-2018 u mil-Lufthansa Technik (€25 miljun) fl-2019. Dawn tal-aħħar ukoll investew fi proġetti multimiljunarji oħrajn f’pajjiżna fissnin preċedenti. L-investiment direttament barrani ġdid ta’ Ryanair tħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela fil-Berġa ta’ Kastilja, fil-preżenza tal-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli u l-Kap Eżekuttiv tar-Ryanair DAC Eddie Wilson, fost numru ta’ rappreżentanti oħrajn tal-linja tal-ajru. Il-faċilità f’Ħal Luqa se tkun qed tilqa’ l-ewwel ajruplani f’one-bay hangar minn Ottubru li ġej f’żona ta’ 7,500 metru kwadru għall-ewwel fażi ta’ dan il-proġett. Il-fażi finali tiegħu tissarraf f’hangar three-bay fejn jistgħu jingħataw servizzi magħrufin bħala line and heavy maintenance fuq tliet ajruplani f’daqqa. L-investiment mill-Grupp Ryanair isaħħaħ ukoll l-għadd ta’ investimenti diretti barranin fil-pajjiż, li skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) kienu jgħoddu għal iżjed minn €200 biljun sa Ġunju tas-sena
l-oħra. Dan meta fit-tieni kwart tal2021, Malta rreġistrat l-akbar rata ta’ tkabbir ekonomiku li qatt ġiet osservata, b’żieda ta’ kważi 15%, waqt li, fil-kwart ta’ wara, intħalaq l-ogħla livell ta’ investiment qatt irreġistrat fl-istorja ta’ pajjiżna b’total ta’ €932 miljun fi tliet xhur biss. Taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Abela pajjiżna kellu wkoll l-ogħla valur ta’ investiment dirett barrani sa dakinhar li laħaq is-somma ta’ €4.643 biljun u l-ogħla numru ta’ negozji attivi qatt irreġistrati, bi 53,348 entità li joperaw fil-gżej jer tagħna.
Dan hu pass ieħor importanti fl-istorja tal-avjazzjoni lokali fejn Malta qed issir ċentru t’eċċellenza Il-Prim Ministru fisser dan l-aħħar investiment bħala pass ieħor importanti fl-istorja tal-avjazzjoni f’pajjiżna u li
b’faċilità bħal dik li se topera r-Ryanair minn Ħal Luqa se jissaħħaħ dan is-settur lokali, li jinkludi diġà fuq quddiem lil-Lufthansa Technik, l-SRT Malta u l-Medavia. Dr Abela tenna li l-impenn tal-Gvern hu li jassigura li l-istituzzjonijiet edukattivi u dawk speċjalizzati jħarrġu lill-ħad diema fl-industrija biex jiġu indirizzati skills gaps fiha. Hu qal li “Malta qed issir ċentru ta’ eċċellenza fl-avjazzjoni u għalhekk jeħtieġ li nkomplu nibnu l-industrija b’mod sostenibbli f’dan il-perjodu ta’ tkabbir.” Il-Kap Eżekuttiv ta’ Ryanair DAC qal li l-investiment ikompli jsaħħaħ l-impenn tal-grupp biex jilħaq l-ogħla standards ta’ operazzjoni u ta’ manutenzjoni fis-settur tal-avjazzjoni. “Minbarra hekk, dan l-investiment se jsaħħaħ aktar l-impenn tar-Ryanair lejn il-Gżejjer Maltin. Dan meta fl-istess waqt Ryanair qed toffri rekord ta’ 62 rotta dan is-sajf li se jixprunaw l-irkupru turistiku lokali wara l-pandemija,” stqarr Wilson. Waqt li awgura lil Ryanair għal dan l-investiment multimiljunarju u rringrazzja lill-Malta Enterprise u lill-INDIS Malta tal-appoġġ, il-Minis-
tru Schembri qal li dan huwa biss wieħed mill-proġetti li din tal-aħħar qed taħdem fuqhom fil-qasam tal-avjazzjoni. Filfatt, ħabbar ukoll li qed isir xogħol fuq Taxiway Lim, waqt li għaddejjin taħditiet fuq l-Airport Zone Strategy Plan li se jara li l-medda ta’ art madwar l-ajruport tintuża aħjar.
Min-naħa l-oħra, il-Ministru Dalli, li hi responsabbli mill-operat tal-Malta Enterprise, sostniet li l-investiment tar-Ryanair ma kienx ikun possibbli mingħajr il-viżjoni b’saħħitha tal-Gvern Malti u l-appoġġ tal-Malta Enterprise. Il-Grupp Ryanair, magħmul mil-linji Ryanair, Malta Air (li twaqqfet bi sħab mal-Gvern Malti), Buzz u Lauda Europe, għandu 511-il ajruplan fil-flotta tiegħu, fil-maġġoranza taħt il-linja Ryanair u Ryanair UK. Sena ilu l-Grupp kien wera l-intenzjoni li jkabbar il-flotta b’134 ajruplan fuq perjodu ta’ ħames snin, waqt li mill-2026 iżid 100 oħra lkoll tad-ditta Boeing. Michael O’Leary, Kap Eżekuttiv tal-Grupp Ryanair, kien qal li “se nikbru iżjed b’saħħitna fl-erba’ jew ħames snin li ġejjin minħabba l-pandemija. Parti minħabba li linji oħrajn mhumiex ikampaw, imma wkoll minħabba li rnexxielna nkabbru d-daqs tal-ordni tal-ajruplani tagħna ma’ Boeing.” Il-Malta Air, li twaqqfet f’Ottubru tal-2019, għandha 147 bejn Boeing 737-800 u 737 MAX 200 irreġistrati f’pajjiżna stess wara li ġew trasferiti minn bażijiet li r-Ryanair kellha fi Franza, fil-Ġermanja u fl-Italja, fost oħrajn. Dan iċ-ċaqliq fir-reġistrazzjoni tal-ajruplani fil-flotta għen qatigħ biex ilGrupp Ryanair inaqqas l-ispejjeż tal-operat. F’Mejju li għadda kien hemm b’kollox 665 ajruplan irreġistrati f’Malta u allura jtajru l-bandiera 9H, tkabbir ta’ 500% fl-aħħar 10 snin. Ix-xahar li għadda wkoll, Malta kompliet tkabbar ir-reputazzjoni ta’ eċċellenza li għandha f’dan is-settur meta telgħet fl-ewwel post fil-qafas leġiżlattiv globali Cape Town Compliance, li l-iskop tiegħu hu li jipprovdi protezzjoni lill-interess talbejjiegħa, ix-xerrejja u l-kredituri permezz tal-ħolqien ta’ reġistru internazzjonali f’dan is-settur.
RYANAIR HOLDINGS GROUP (511-il ajruplan - Mejju 2022)
BUZZ
LAUDA EUROPE 29 ajruplan
59 ajruplan
RYANAIR MALTA AIR 147 ajruplan
276 ajruplan
26.06.2022
F’MEJJU JISSAĦĦU IŻJED IL-FINANZI PUBBLIĊI LOKALI Sa Mejju d-defiċit tal-Gvern fuq l-ispiża fuq kontribuzzjonijiet il-Fond Konsolidat naqas b’€280 lill-entitajiet tiegħu kif ukoll fuq miljun jew bi 43% mqabbel ma’ spejjeż tal-operat, waqt li, fl-istess sena qabel, u bi €300 miljun jew ħin, id-dħul tiegħu laħaq iċ-ċifra b’45% mqabbel mal-ewwel ħames rekord ta’ €2.1 biljun jew kważi xhur tal-2020. €300 miljun aktar mill-istess xhur Dan it-tnaqqis qawwi seħħ sena qabel. minkejja li sa Mejju l-Gvern kien Id-dħul mill-Income Tax, per għadu qiegħed iħależempju, kien ta’ las il-Wage Supple€718-il miljun jew akment, filwaqt li nefaq tar minn darba u nofs miljuni oħrajn kbar id-dħul li kien hemm ħalli jżomm stabbli fl-istess żmien fl-2020. l-prezzijiet tal-fuels u L-istess tkabbir hu eviIt-tisħiħ hu tal-enerġija. denti fid-dħul mill-VAT Matul l-istess perprova kemm u l-Bolla. jodu l-Gvern għadda Dan kollu jkoml-istrateġija b’€74 miljun f’ċekki pli jixhed ċar kemm ekonomika jiet addizzjona l-istrateġija ekonomi li lill-familji, b’mod ka tal-Gvern kienet tal-Gvern hi speċjali biex ipatti effettiva, bl-enfasi fuq effettiva għal żidiet fil-prez is-sostenn tan-negoz zijiet ikkawżati millji u d-dħul tal-familji gwerra fl-Ukrajna. wasslet biex pajjiżna llum għanImma, waqt li nefaq mijiet ta’ du rata ta’ rkupru qawwija biex miljuni f’assistenza lill-familji u il-finanzi nazzjonali qed jissaħħu lin-negozji biex salva mal-100,000 b’mod tajjeb. impjieg, il-Gvern kien kawt fil-bqi Fil-fatt, fix-xahar li għadda ja tal-ispiża tiegħu tant li, b’mod pajjiżna kellu surplus, grazzi għal globali, din żdiedet bi €17-il miljun żieda straordinarja fid-dħul talfl-ewwel ħames xhur. Gvern u l-ispiża kienet inqas minn Fost l-oħrajn, il-Gvern naqqas dik ta’ sena qabel.
11 Bis-sostenn qawwi lin-negozji u lid-dħul tal-familji llum pajjiżna qed igawdi fost l-aħjar rati ta’ rkupru
12
26.06.2022
INSAĦĦU L-FESTI MALTIN
OWEN BONNICI Ministru
Il-Festa Maltija hija unika. Dak li jagħmilha unika huwa l-fatt li kull festa f’Malta u Għawdex għandha dik il-karratteristika jew it-tradizzjoni li tiddistingwiha minn oħra. Għaldaqstant, dawn il-karatteristiċi rridu nsaħħuhom bl-aħjar mod possibbli. Huwa għalhekk li wara sentejn ta’ pandemija, li fihom l-organizzaturi kellhom limitazzjonijiet enormi biex jorganizzaw attivitajiet li bihom jinġabru l-fondi, bħala Gvern tajna l-għajnuna tagħna b’żieda mal-iskemi diversi li joħorġu kull sena mmirati għall-festi. Dan għamilnieh bi skema
speċjali li ġiet imħabbra riċentement permezz ta’ għajnuna finanzjarja ta’ darba, immirata sabiex tappoġġja każini tal-baned lokali u għaqdiet volontarji anċillari fl-organizzazzjoni tal-festa matul is-sena 2022. Din l-iskema hija miftuħa għall-każini tal-baned, kmamar tan-nar u għaqdiet tal-armar li pparteċipaw jew se jipparteċipaw b’mod attiv fil-festa matul din is-sena. Bħala Gvern nemmnu li din l-iskema hija kruċjali sabiex il-Gvern jibqa’ jkun ta’ spalla għall-għaqdiet li jippromwovu tradizzjonijiet lokali relatati mal-festi. Dawn l-iskemi se jkomplu jsostnu l-voluntiera u jingħataw l-għodda meħtieġa sabiex iwettqu l-ħidma sfiqa tagħhom, anke wara l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija. Kull grupp ta’ għaqdiet volontarji li jaħdmu flimkien għall-istess għan ħa jgawdu sa massimu ta’ €6,000, fejn €2,000 minnhom jiġu allokati għal kull tip ta’ għaqda volontarja – jiġifieri jew Soċjetà Mużikali jew Għaqda ta’ l-Armar jew Għaqda tan-Nar. F’każ li l-entità volontarja twettaq żewġ jew tliet funzjonijiet, allura din hi eleġibbli għall-ammont ta’ €4,000 jew ta’
€6,000 rispettivament. Dawn l-iskemi mhux biss jirrikonoxxu d-diffikultajiet li għaddew diversi organizzazzjonijiet volontarji minħabba l-pandemija tal-COVID-19, iżda ser jaraw diversi organizzazzjonijiet igawdu b’mod aktar sostenibbli u responsabbli. U dan is-sajf il-festi rritornaw lura bil-kbir! S’issa f’kull festa li attendejt rajt ħafna u ħafna nies jieħdu gost u jieħdu pjaċir. Aħna nagħrfu bis-sħiħ l-importanza li nħarsu u nippromwovu t-tradizzjonijiet lokali bħala parti mill-identità nazzjonali ta’ pajjiżna. Barra minn hekk, dan l-appoġġ se jkompli jsaħħaħ ir-rikonoxximent tal-Festa Maltija, kemm lokalment kif ukoll barra minn xtutna. Qassamna wkoll total ta’ €170,000 fost 29 kamra tannar li jaħdmu b’mod volontarju wara li dawn applikaw b’suċċess taħt skema li għandha l-għan li ttejjeb l-istandards tas-saħħa u s-sigurtà. Din l-iskema, li ilha toħroġ kull sena sa mit-twaqqif tagħha fl-2018, tirrikonoxxi l-ħidma mwettqa minn eluf ta’ pirotekniċi li jaħdmu bla
heda fuq bażi volontarja biex jippreparaw għall-festa Maltija, li tifforma parti integrali mill-kultura Maltija. Ma nixbax nirringrazzja lill-benefiċjarji għax-xogħol u d-dedikazzjoni kbira tagħkom sabiex iżommu t-tradizzjonijiet nazzjonali tagħna ħajjin. Permezz ta’ dawn l-iskemi se nkomplu nibnu fuq l-impenn tagħna lejn it-tradizzjonijiet lokali, speċjalment dawk li jikkumplimentaw il-festa Maltija. Dan bħala parti mill-ħidma talGvern sabiex nissalvagwardjaw il-wirt kulturali intanġibbli ta’ pajjiżna. Il-kultura tal-logħob tan-nar f’Malta, hija tradizzjoni li tmur lura għal għexieren ta’ snin u għadha meqjusa bħala attrazzjoni turistika artistika u li tifforma parti integrali mill-wirt kulturali Malti. Din l-iskema talloka fondi lill-kmamar tannar, sa massimu ta’ €5,000 kull kamra, sabiex tgħin fiż-żamma ta’ infrastruttura aġġornata li tassigura ambjent sigur għall-volontiera, kemm waqt il-proċess tal-manifattura, kif ukoll waqt il-ħruġ tal-logħob tan-nar. Din l-iskema tiġbor fiha wkoll fondi biex dawn il-kmamar
ikunu jistgħu jinvestu f’riżorsi li jtejbu l-kwalità tal-prodott pirotekniku filwaqt li xorta jħarsu prattiċi ta’ saħħa u sigurtà tal-ogħla livell. Bl-istess mod l-iskema toffri investiment biex tittejjeb is-sigurtà, filwaqt li jsir investiment f’makkinarju u għodda biex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-produzzjoni tallogħob tan-nar u tiżdied is-sigurtà tal-produzzjoni. Dan il-fond jinvesti wkoll f’riżorsi edukattivi dwar issaħħa u s-sigurtà tal-manifattura, fl-infrastruttura tallogħob tan-nar, fir-restawr tal-kmamar tan-nar u fi sforzi fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn fabbriki tal-logħob tan-nar lokali u Ewropej. Se ninvestu f’aktar skemi mmirati biex jgħinu l-għaqdiet mużikali u l-festi b’mod ġenerali, u trid issir ħidma iffokata f’oqsma bħalma huma l-mużiċisti u t-tagħlim tal-mużika. Se nibqgħu nirrikonoxxu s-sehem tal-volontarjat fis-soċjetajiet mużikali u l-għaqdiet tal-armar fl-ibliet u l-irħula Maltin u Għawdxin. Ser ngħinuhom sabiex ikunu jistgħu jibqgħu ilibbsu l-irħula tagħna b’tant ferħ matul il-festi.
INFASSLU POLITIKA FAVUR IT-TFAL
AMANDA SPITERI GRECH Membru Parlamentari
Nuqqas ta’ qbil fil-familja u proċeduri ta’ separazzjoni xi drabi joħolqu sitwazzjoni t’aljenazzjoni lejn il-ġenitur l-ieħor. Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ħabbar li qiegħed jikkollabora mal-Ministeru għall-Ġustizzja biex jindirizza b’mod tanġibbli l-fenomenu ta’ aljenazzjoni tal-ġenituri. Dan sabiex jistabbilixxi xi jwassal għall-aljenazzjoni u miżuri li jistgħu jittieħdu sabiex jindirizzaw dan il-fenomenu soċjali. Bħala avukat li naħdem fil-Qorti tal-famil-
ja nara dan il-fenomenu jiġri spiss u nemmen li jrid jiġi indirizzat mill-aktar fis. It-terminu ‘parent alienation’ ħareġ bih il-Psikjatra Amerikan Dr Richard Gardner fl-1985 biex jiddeskrivi sfruttament fit-tfulija meta jkun hemm tilwim dwar il-kustodja tat-tfal. Fuq naħa jkollok ġenitur “maħbub” li joħloq sitwazzjonijiet degradanti kontra l-ġenitur l-ieħor. Strateġija li ssir b’mod konsistenti u sistematiku, ħafna drabi bl-għajnuna ta’ membri tal-familja oħra bħal nanniet. Dan sakemm it-tfal ikunu kważi indottrinati kontra l-ġenitur l-ieħor. B’hekk l-aljenazzjoni tinbena ftit ftit fuq bażi ta’ negattività inġusta bl-għan li tħassar ir-relazzjoni tat-tfal mal-ġenitur l-ieħor u, f’każijiet estremi, teqred għalkollox l-emozzjonijiet ta’ bejniethom. Għalhekk din it-tip t’aljenazzjoni mhijiex faċli tispjegaha għaliex tista’ tieħu diversi xejriet u forom, sottili kif ukoll espliċiti. Ta’ min iżid ukoll li bosta drabi jkun diffiċli tidentifika mill-ewwel dan il-fenomenu. L-Imħallef Kanadiż John H.
Gomery, f’waħda mid-deċiżjonijiet tiegħu qal: “Il-mibegħda mhix emozzjoni li tiġi naturali għat-tfal. Trid tiġi mgħallma.” Fil-fatt, l-aqwa eżempji ta’ din il-forma t’aljenazzjoni narawha meta t-tfal jesprimu mibegħda bla waqfien għal ġenitur partikolari. Il-lingwaġġ tat-tfal jibda jimita b’mod perfett dak tal-ġenitur l-ieħor li jinstiga l-mibegħda. F’każijiet estremi, it-tfal sa anke jirrifjutaw li jżuru l-ġenitur l-ieħor u ma jinħass l-ebda dispjaċir. L-American Psychiatric Association xtrarret sew fi studju li għamlet li dan kollu jista’ jaffettwa l-istima personali tattfal. Dan għaliex ma jkunux qegħdin jiffurmaw relazzjonijiet b’saħħithom maż-żewġ ġenituri u għaldaqstant ikun hemm effett negattiv fl-iżvilupp ta’ relazzjonijet m’oħrajn u anke impatt fuq l-iżvilupp soċjali u edukattiv tal-istess tfal. Min-naħa l-oħra, il-ġenitur l-ieħor jista’ jesperjenza tbatija emozzjonali kbira u dan minħabba limitazzjoni tal-kuntatt ma’ wliedu. L-iktar eżempju komuni huwa li jkun hemm xkiel fil-komunikazzjoni fejn
ġenitur jisfa fil-mira u jispiċċa mwarrab u prekluż milli jikkontribwixxi f’deċiżjonijiet kruċjali fl-iżvilupp tat-tfal. Qrati tal-Familja madwar id-dinja adottaw miżuri differenti sabiex jindirizzaw dan il-fenomenu li sfortunatament kulma jmur iktar qiegħed jikber. Xi pajjiżi saħansitra fissru dan il-fenomenu u kkwalifikawh fil-kodiċi legali tagħhom bħala reat kriminali. Ġurisdizzjonijiet jagħtu ukoll rimedji ċivili u l-Qrati jimponu obbligazzjonijiet fuq il-partijiet li jinstigaw il-mibegħda lejn il-ġenitur l-ieħor. Studju kkummissjonat millGvern is-sena l-oħra wera li 80% ta’ dawk li pparteċipaw qalu li lanqas kienu jafu xi jfisser it-terminu parent alienation. Fi studju separat li sar millFakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fi ħdan l-Università ta’ Malta wera li l-biċċa l-kbira l-vittmi ħafna drabi jispiċċaw ikunu t-tfal stess. Fost ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija joħroġ il-bżonn ta’ għarfien akbar dwar is-suġġett, iktar tiftix, riċerka u taħriġ lill-professjonisti, lill-ġenituri nfushom u
wkoll lill-membri tal-familja. Minħabba n-natura kumplessa ta’ diversi forom t’aljenazzjoni ma teżistix soluzzjoni waħda. Irridu nkunu aħna li nkunu versatili u naddattaw għaċ-ċirkostanzi. Dmirna hu li kull wieħed u waħda minna jerfa’ r-responsabbiltajiet tiegħu u ma joħnoqx ir-relazzjoni tal-ebda ġenitur ma’ wliedu. Huwa ta’ ħtieġa fundamentali li permezz tal-politika nfasslu liġijiet u regolamenti li jgħinu ’l Qrati tagħna speċjalment il-Qorti tal-Familja biex tkun aktar effettiva. Irridu noffru iktar taħriġ iddedikat kemm lil professjonisti filwaqt li nkunu ta’ sostenn għal dawk li jkunu għaddejjin minn mumenti delikati familjari jew ta’ separazzjoni. Irid ikun hawn għarfien akbar biex dan il-forma ta’ abbuż jiġi identifikat mill-ewwel u jiġi indirizzat b’mod korrett u li tittieħed azzjoni f’waqtha. B’hekk biss jista’ jkollna riżultat pożittiv fit-tul. Irridu naraw li nsejsu liġijiet li verament jipproteġu lit-tfal. Ejjew ilkoll nagħmlu l-parti tagħna sabiex niffurmaw soċjetà empatika u matura għall-ġid ta’ wliedna!
13
26.06.2022
L-ABBUŻ IFISSER SERQ LIL MIN HU FIL-BŻONN
RODERICK GALDES Ministru
L-akkomodazzjoni soċjali mhix tal-Gvern, imma hija tagħna, tan-nies, tal-pubbliku Malti li jqum filgħodu jaħdem u jikkontribwixxi bit-taxxa għax nifhmu li l-Gvern jużaha biex jaċċerta lill-familji fil-bżonn minn dar diċenti għal perjodu ta’ żmien. Irridu nassiguraw li l-għajnuna tingħata lil minn verament ħaqqu u min b’xi mod qed jabbuża mill-assi tal-Gvern, inwaqqfuh minnufih. Il-ġlieda kontra l-ab-
buż hija ġlieda kontinwa. L-ewwel deċiżjoni li ħadt meta ngħatajt l-inkarigu ta’ Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali fl-2017, kienet dik li nsaħħu l-infurzar fi ħdan l-Awtorità tad-Djar biex niġru wara kull ċavetta li kienet għand persuni li mhux veru jistħoqqilhom li jkunu qegħdin f’akkomodazzjoni soċjali. Jekk bħala Ministru, inħalli lil minn jabbuża mill-assi tal-pajjiż inkun qed nagħmel nuqqas ta’ servizz mhux biss lejn minn tani l-fiduċja biex immexxi wieħed mill-aktar setturi delikati fil-pajjiż imma wkoll ninqata’ mir-realtà taċ-ċittadin. Iċ-ċittadin li ħadem u stinka matul iżżmien biex ikollu proprjetà diċenti fejn joqgħod huwa u l-familja tiegħu. Sa mill-ewwel ġurnata emmint li l-lista ta’ stennija ma tonqsox biss bil-bini ġdid ta’ djar ta’ akkomodazzjoni soċjali. Dik hija biss parti mis-soluzzjoni. Parti oħra
hija li nirriġeneraw binjiet li huma dilapidati sabiex nerġgħu nagħtuhom il-ħajja mill-ġdid u jerġgħu jsiru abitabbli. Però parti kbira oħra hija li nassiguraw li min qiegħed f’akkomodazzjoni soċjali tal-Gvern qiegħed hemm għax veru jeħtieġ l-għajnuna. Illum, grazzi għad-deċiżjoni li ħadna dak iż-żmien, qegħdin naqtgħu l-frott. Iċ-ċifra ta’ 392 ċavetta miġbura wara investigazzjoni fuq allegat każi ta’ abbuż hija ċifra li timliek b’kuraġġ. Għalfejn qed ngħid hekk? Għax naf li llum, 392 familja jew persuna qegħdin f’akkomodazzjoni soċjali talGvern, b’saqaf fuq rashom għax verament jixirqilhom. L-abbundanza tal-art li tista’ tiġi żviluppata m’għadhiex dik li kienet 30 u 40 sena ilu. Min-naħa l-oħra, il-fondi tal-Gvern mhumiex bir bla qiegħ speċjalment fi żminijiet fejn l-isfidi globali huma kontinwi. Kulħadd jaf x’effett ħalliet il-pandemi-
ja fuq l-ekonomija tal-pajjiż u nafu wkoll x’inhu jiġri madwarna bħalissa kawża tal-Gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna. Allura kif jien nista’ niġi quddiemkom b’serenità jekk xi darba nkun ħallejt xi forma ta’ abbuż għaddej? Jekk naf li hemm min qiegħed jipprova jisfrutta persuni vulnerabbli għal skopijiet ta’ qerq? Jew xi ħadd li qiegħed jipprova jgħid li huwa uffiċjal jew impjegat tal-Awtorità tad-Djar biex jinganna, u jieħu dak li jrid u jakkwista dak li mhuwiex dritt tiegħu? Dawk huma wħud mill-każijiet li ltqajt magħhom mill-2017 ’l hawn. Kull rapport li waslilna ħadnieh b’serjetà kbira, saru l-investigazzjonijiet meħtieġa, tkellimna mal-awtoritajiet kollha konċernati, u ttieħdu l-miżuri fil-pront u bla ma ħarisna lejn wiċċ ħadd. Nixtieq li xi darba jiġi żmien fejn ma jkollniex każ wieħed ta’ abbuż. Anke jekk naf li l-ġlieda kontra l-abbuż
hija waħda kontinwa, xorta waħda nemmen li nistgħu naslu. L-għodda tal-edukazzjoni u l-għarfien tista’ tkun iċ-ċavetta li twassalna għal dan it-tragward. Imma l-akbar għodda biex din ix-xibka ta’ abbuż tinqata’ hija l-viġilanza u s-sens ċiviku. Għalhekk nappellalkom biex jekk xi darba tkunu tafu b’xi allegat każ ta’ abbuż, ersqu ’l quddiem u pprovdu lill-Awtorità l-informazzjoni kollha biex tinvestiga u ma nħallu lil ħadd jisraq mill-ġenwinità tal-Istat u minn min tassew għandu bżonn. Is-saħħa li għandkom intom iċ-ċittadini hija bil-bosta akbar mis-saħħa li għandna aħna waħedna. Filwaqt li se nibqgħu sensittivi għall-bżonn li jeżisti fostna u se nibqgħu nifdu dawk il-bżonnijiet b’politika ħanina, mhux se nrattbu l-impenn tagħna kontra b’min mod malinn, jieħu minn dak li bnejna bl-għaraq ta’ soċjetà sħiħa b’imħabba għal min tassew jeħtieġ.
IL-POPLU FDANA BIEX NIDDEĊIEDU
RANDOLPH DE BATTISTA Deputat Parlamentari u Kap Eżekuttiv tal-PL
Ninsabu ġimgħa ’l bogħod mill-ewwel 100 jum ta’ din il-leġiżlatura. 100 jum ta’ deċiżjonijiet importanti li qed iħallu l-frott. Riformi: Illum il-ġurnata ftit jiddubitaw mill-fatt li Malta kellha bżonn tintroduċi riformi fl-istituzzjonijiet. Riformi li l-bżonn tagħhom kien ilu jinħass għal għexieren ta’ snin. Niftakarni l-Università nniżżel in-noti ta’ letturi jilmentaw li l-Avukat Ġenerali, jew ilPrim Ministru għandhom
wisq poteri. Minkejja li dan il-bżonn kien ilu jinħass għal ħafna snin, ftit li xejn kien hemm rieda politika. F’dawn l-ewwel 100 jum tal-leġiżlatura komplejna naqtgħu l-frott tad-deċiżjonijiet importanti li ħa l-Prim Ministru Robert Abela sa mill-ewwel ġranet li daħal fil-kariga. Filġimgħat li għaddew iltqajt ma’ delegazzjonijiet tal-Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u Intern tal-Parlament Ewropew, kif ukoll tal-OSCE u t-tnejn li huma rrikonoxxew bla tlaqliq l-avvanzi bla preċedent li għamlet Malta. Kellna saħansitra lill-Membru Parlamentari Ewropew Olandiża Sophie In’t Veld li xejnet għalkollox l-isforzi tal-Oppożizzjoni li tipprova tqabbilna mal-falliment fis-saltna tad-dritt li teżisti fil-Polonja, fl-Ungerija u fis-Slovenja. Dan l-isforz wassal ukoll biex pajjiżna jiġi ddikjarat bħala ‘storja ta’ suċċess’ mill-FATF. Ekonomija: F’din l-ewwel fażi tal-leġiżlatura rajna
kif id-deċiżjonijiet tal-Gvern baqgħu iġibu l-aqwa riżultati ekonomiċi li jagħtu serħan il-moħħ lill-familji u n-negozji. Il-ġid nazzjonali ta’ pajjiżna bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena kien daqs nofs biljun ewro aktar minn dak li kien bejn Jannar u Marzu tal-2019, u ċjoe qabel il-pandemija u l-gwerra fl-Ukrajna. Pajjiżna llum laħaq livelli bla preċedent ta’ impjiegi, inkluż fis-setturi finanzjarji u dak tal-gaming. Dan kontra t-tbassir li għamlet l-Oppożizzjoni 12-il xahar ilu minħabba d-deċiżjoni tal-FATF. Biss biss, filpreżent, in-numru ta’ impjegati fis-settur finanzjarju huwa ta’ 5% aktar minn meta kien ġie maqbul il-pjan ta’ azzjoni tal-FATF. Fl-industrija tal-gaming, in-numru ta’ impjegati huwa ta’ 4% aktar minn Ġunju tas-sena l-oħra. Dawn ir-riżultati jiġu għaliex tieħu d-deċiżjonijiet. Bħad-deċiżjoni għaqlija tal-Gvern li ma jitfax il-piż tal-enerġija fuq il-konsuma-
turi, li wasslet biex pajjiżna ra l-inqas żieda fir-rata ta’ inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea. Dan filwaqt li bqajna naraw aktar investiment ġej lejn pajjiżna, bħall-€20 miljun li Ryanair se jinvestu f’bażi għall-manutenzjoni tal-ajruplani. AUM: Matul din il-ġimgħa twettqet wegħda oħra mill1,000 proposta tal-manifest elettorali. Fil-Parlament tressqu żewġ riżoluzzjonijiet li jemendaw kuntratti li l-Gvern Malti kellu ma’ Smart City u mal-Università Amerikana f’Malta, l-AUM. Fi ftit kliem, issa għandna l-konferma li ż-Żonqor se jibqa’ ODZ u li l-art fil-Kottonera li kienet se tiġi żviluppata millAUM se tingħata lin-nies minflok tinbena. L-iżvilupp li kien maħsub f’dawn iż-żewġ siti issa se jsir fi Smart City, biex dan il-post ikompli jiġi żviluppat f’destinazzjoni attraenti, kif kien imwiegħed fil-passat. IVF: L-ikbar wegħda mwettqa fl-ewwel 100 jum hija dik
li ngħaddu l-emendi dwar il-liġi tal-IVF biex nagħtu aktar ċans lil aktar nies isiru ġenituri. Sal-mument li qed nikteb l-artiklu għadni ma nafx x’inhi l-pożizzjoni vera tal-Oppożizzjoni u ċoè jekk hix dik li kien ħabbar il-kelliem ewlieni tas-saħħa Stephen Spiteri fil-Parlament; dik li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni meta nqabad li lanqas biss kien qara d-dokument li kien qed jitkellem fuqu; jew il-pożizzjoni li tkellem dwarha Stephen Spiteri fuq it-TV ftit tal-jiem ilu. Hawn Spiteri qisu reġa’ ħabbar u-turn oħra li tindika li l-Oppożizzjoni trid tillimita l-PGTM. Wieħed jittama li hekk kif għada tibda d-diskussjoni fl-istadju ta’ kumitat, ningħataw stampa iktar ċara. Min-naħa tagħna rridu nibqgħu niftħu widnejna u ma niddejqux nieħdu deċiżjonijiet, anke jekk dawn ma jkunux l-iktar popolari. Għalhekk aħna, fuq kollox, progressivi.
14
26.06.2022
50 SENA TAL B’ĦARSA FO
AB 212
AB 212 SAR tg
Fast Roping Exercise
Aktar minn 300 paġna ta’ ritratti fi ktieb, li se jiġbor ukoll flimkien rapporti ta’ gazzetti, memorabilia, fatti storiċi u anedotti miġburin u rrakkontati mill-Maġġur Anthony Zammit u l-Kurunell Mark Said, se jfakkru l-50 anniversarju tat-taqsima talAir Wing fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta (AFM). Kien ftit tal-ġimgħat wara li l-elezzjoni ta’ Ġunju tal-1971, li l-Prim Ministru l-ġdid Dom Mintoff ħass il-ħtieġa li l-Forzi Armati ta’ Malta (sal-1973 kien għadhom jisimhom Malta Land Force) jissaħħu billi jibdew joperaw taqsima tal-ajru. Għal dan il-għan talab l-għajnuna tal-Ġermanja tal-Punent, bil-Kanċillier Willy Brandt ma jdumx ma jibgħat lejn Malta erba’ ħelikopters tat-tip 47 G2. Qabel waslu dawn il-ħelikopters, iżda, 17-il uffiċjal, bejn membri tal-Pulizija u tal-Armata, intbagħtu l-Ġermanja tal-Punent stess f’Ottubru tal-1971 fejn qattgħu sena jitħarrġu – disgħa minnhom bħala tekniċi u tmienja biex isiru bdoti. F’Mejju tal-1972 ġew lura f’pajjiżna lkoll ikkwalifikati biex b’hekk ġiet stabbilita t-taqsima tal-ajru, li ngħatat l-isem Helicopter Flight. Il-bażi tagħha kienet stabbilita fis-St Patrick’s Barracks. Fl-1973 il-Gvern Libjan irregala lil pajjiżna ħelikopter tat-tip AB 206 Jet Ranger, li kien jesa’ ħames persuni inkluż il-bdot. Permezz ta’ dan il-ħelikopter, li kien sar magħruf bħala “Juliet”, bdew jinġarru għall-ewwel darba pazjenti bi stretcher millIsptar Ġenerali ta’ Għawdex lejn l-Isptar San Luqa f’Malta. Il-bażi tat-taqsima ġiet trasferita f’Settembru tal-1978 għal Ħal Far fejn damet biss sa Mejju tas-sena ta’ wara u finalment stabbilixxiet ruħha f’post aktar xieraq, fil-mitjar ta’ Ħal Luqa, fejn kompliet tissaħħaħ anke b’għajnuna minn pajjiżi oħrajn, bħall-Italja. Fil-50 sena li għaddew, l-Air Wing, kif jisimha llum, saret storja ta’ suċċess u saret waħda mill-aktar taqsimiet kruċjali flAFM. Saħansitra t-taqsima rċeviet l-unur tal-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika disa’ snin ilu, rikonoxximent statali li wkoll se jkun għall-wiri waqt it-tnedija tal-ktieb f’edizzjoni limitata. Is-Sezzjoni tar-Rescuers tal-AFM ukoll ingħatat il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena fl-2014. Din is-sezzjoni hi
Foxtrot Early Days
15
26.06.2022
L-AIR WING OTOGRAFIKA magħmula minn uffiċjali mħarrġin biex jiddendlu mill-ħelikopter f’operazzjonijiet ta’ salvataġġ, ħafna drabi b’riskju kbir għal ħajjithom. Il-ktieb, li qed ifakkar dan u ħafna iżjed bħala parti mill-anniversarju prestiġjuż tat-taqsima tal-ajru, se jkun qed jitnieda f’ċerimonja fil-Mużew tal-Avjazzjoni f’Ta’ Qali nhar il-Ġimgħa li ġej, li jaħbat ukoll in-nofs ċentinarju mill-ewwel titjira lokali ta’ ħelikopter. Id-daħla tal-ktieb hi tal-President tar-Repubblika George Vella u l-Kmandant tal-Forzi Armati l-Brigadier Jeffrey Curmi. Il-Maġġur Zammit u l-Kurunell Said jisħqu li l-idea wara dan il-proġett ġiet minn suġġeriment tal-Eks Logutenent Kurunell Joseph Smith, meqjus bħala wieħed mill-aqwa operaturi tal-ħelikopters tal-Air Wing. Il-ktieb, li ngħata l-isem The Air Wing of the Armed Forces of Malta – 1972-2022, jesplora b’mijiet ta’ ritratti B&W u bil-kulur is-sezzjonijiet kollha fi ħdan it-taqsima, li llum tinkludi wkoll dawk għall-irġiel u n-nisa, l-ajruplani u l-ħelikopters kollha, il-faċilitajiet, u l-avvenimenti u l-attivitajiet li tkun involuta fihom, fosthom l-air shows li jsiru lokalment u barra minn xtutna. Ma’ dawn se jiġu rrakkontati anke l-konnessjonijiet b’saħħithom ma’ pajjiżi li l-Air Wing esplorat fl-istorja tagħha, fosthom il-Ġermanja, il-Libja u l-Italja, u sa ċertu livell mat-Tuneżija u r-Rumanija. Id-dħul kollu mill-bejgħ tal-ktieb se jmur għall-Fondazzjoni tal-Mużew Nazzjonali tal-Avjazzjoni, bil-għan li jissaħħu l-arkivji storiċi u esebizzjonijiet ġodda ta’ ritratti u fatti storiċi li jkopru s-settur matul iż-żminijiet.
AL III
Formation Islander u AL III
King Air
16
26.06.2022
TARA LIL ULIEDEK IBATU U MA TISTA’ TAGĦMEL XEJN
MARIO FAVA
President Sezzjoni Kunsilliera PL
Tfal b’diżabilità jew aħjar, b’abbiltajiet differenti, żgur li huma l-mimmi t’għajnejn il-ġenituri tagħhom. Kultant tisma’ min jgħid li bħal donnu aktar isibu mħabba. Minkejja dan, żgur li kull ġenitur ikun jixtieq l-aqwa għal uliedu u kieku jista’, missier jaqla’ għajnejh biex jagħtiha lil ibnu li ma jarax. Kieku tista’ omm taqla’ riġel biex tagħtiha lil bintha li ma timxix. Dawn li semmejt huma diffikultajiet li wieħed jitgħallem jgħix bihom u jaddatta skont il-bżonn biex xorta waħda jgħix ħajja normali bħal kulħadd. Però hemm ċerti kundizzjonijiet li ma jkunux daqshekk faċli li wieħed isib soluzzjonijiet għalihom. Dan speċjalment meta dawn il-kundizzjonijiet ikunu ġenetiċi u jintirtu minn ġenerazzjoni għal oħra fl-istess familja. Bla dubju, m’għandix il-kredenzjali nitkellem dwar dan imma mil-lat uman, kulħadd jista’ jifforma opinjoni. Dak li qed jipproponi l-Gvern, fl-emendi tal-liġi tal-IVF huma emendi li jagħtu ċertu serħan il-moħħ lil dawk il-ġenituri li jistgħu jkollhom tfal b’kundizzjonijiet li jwasslu għal tant tbatija li l-istess tbatija u kundizzjoni, twassal imbagħad għall-mewt ta’ wliedhom. Fost l-emendi li qed jipproponi l-Gvern naraw li l-età tat-trattament se tiżdied minn 42 għal 45 sena. It-trattament se jkun ukoll estiż għal dawk il-familji li diġà għandhom wild filwaqt li t-trasferiment tal-embrijun ikun faċilitat minn pajjiżi oħra. Forsi l-akbar kontroversja hija l-proposta li l-liġi se tkun qed tippermetti t-tobba biex jagħmlu testijiet fuq l-embrijun qabel dan ikun trasferit fil-ġuf. It-testijiet qed ikun propost li jsiru biss għal disa’ kundizzjonijiet speċifiċi. Waħda minn dawn il-kundizzjonijiet twassal biex it-tarbija, maż-żmien jiġu distrutti ċ-ċelloli tan-nervituri fil-moħħ u anki madwar l-ispina tad-dahar. Ovvjament dan iwassal għal tbatija liema bħalha u eventwalment il-wild jitlef ħajtu. Li qed jgħidu l-emendi huma li
f’każijiet bħal dawn meta l-ġenituri jafu li għandhom din il-kundizzjoni ġenetikament ereditarja, u jkunu se jagħmlu użu mit-trattament tal-IVF, l-embrijun jiġi ttestajt biex ikun stabbilit jekk il-kundizzjoni tkunx żviluppat jew le. Min ma jkunx esperjenza li jara lil uliedu jgħixu b’dik it-tbatija kif ukoll il-firda minn magħhom f’età daqstant żgħira, żgur li ma jistax jifhem dan ir-raġunament. Żgur li x-xewqa ta’ kull ġenitur li jkun tilef lil xi wild tiegħu, ikun jixtieq li jkollu tarbija mill-ġdid imma żgur ukoll li ħadd ma jkun irid jerġa’ jgħaddi lil xi ħaddieħor minn dak il-martirju. Dan apparti l-weġgħa mill-ġdid li tassisti għal mewt ta’ tifel jew tifla oħra. Filwaqt li nirrispetta l-opinjoni ta’ kulħadd, ma nifhimx kif tista’ tkun kontra xi ħaġa bħal din jew inkella tgħid li b’dan il-mod tkun qed taġixxi kontra l-ħajja. Dan għaliex, din l-emenda qed tħares biex ċans ieħor, opportunità ġdida mhux biss li dawk il-ġenituri jerġgħu jsiru ommijiet u missirijiet, imma wkoll qed tagħti ċans ikbar biex dawk it-tfal jgħixu ħajja diċenti u mingħajr taqtigħ il-qalb. Kif għidt qabel, żgur m’għandix il-kredenzjali biex nitkellem fuq it-teknika tal-liġi nnifisha imma bħala missier u mill-aspett uman, kieku nkun nista’ minn qabel inkun naf li l-wild tiegħi se jkun qed isofri biss minn meta jiftaħ għajnejh għall-ewwel darba sa ma jagħlaqhom għal dejjem, ċertament li mmur għal din l-għażla jew inkella nagħżel li kontra qalbi ma nsir ġenitur qatt. Din hija ċirkustanza oħra fejn nagħtu kas u widen il-ħtiġijiet tal-minoranzi. Mhux dak li nemmen fih jien imma dak li għandu bżonn ħaddieħor biex bħali jkollu ċans igawdi t-tfal tiegħu l-massimu ta’ snin li jista’. Hija kontra n-natura li missier jidfen lil ibnu jew bintu. Hija ta’ weġgħa akbar ta’ qalb li missier jew omm imutu bil-piena għax ma jafux x’se jiġri minn uliedhom meta jiġu nieqsa huma. Jekk hemm iċ-ċans li ntejbu l-kwalità tal-ħajja sa mill-ġuf stess, ejjew nagħmlu użu mill-mezzi kollha li tagħtina x-xjenza biex nagħmlu dan. Dan qed ngħidu b’rispett sħiħ lejn dawk it-tfal u persuni kollha li llum għandhom abbiltajiet differenti mill-maġġoranza. Dawn għandna nagħtuhom is-sapport kollu meħtieġ biex ikollhom l-istess aċċess f’kollox, bħalma għandhom oħrajn biex jgħixu ħajja diċenti, tajba u massima. Ejjew ma nkunux egoisti fil-ħsieb tagħna u nippruvaw, għax nippruvaw biss nistgħu, nifhmu is-saram u l-uġigħ ta’ ħaddieħor....tal-inqas, mill-aspett uman.
Sur Editur, Kollhom tlielaq waħedhom spiċċaw tal-PeNe! L-ewwel tellaq waħdu l-Kap u issa se jtellaq waħdu dak li se jkun il-Viċi tal-Kap. Issa dan diġà kienu skartawh għax qalu li jridu jdaħħlu wċuħ ġodda, imma meta ma kien hemm ħadd li ppreżenta ruħu, kellhom idaħħlu subgħajhom f’ħalqhom, ħa ngħid hekk, u jaċċettaw lil dak li skartaw biex ikollhom uċuħ ġodda. Never a dull moment dawn, Sur Editur! Għax Perici l-Calascione ntalab jimla t-toqba wara li sena ilu tneħħa minn kariga. U kellu jdaħħal subgħajh emm, f’ħalqu u jitfa’ n-nomina. U min hu dan il-Calascione? Dan huwa wieħed ta’ Simon il-Busuttil. Kien il-kaxxier tal-PeNe, waqt il-problemi finanzjarji li ilu jaffaċċja l-Partit Nazzjonalista u fl-2017 ħareġ għall-Kap biex ikun is-suċċessur ta’ Simon. Kien ukoll imexxi l-Kumitat Eżekuttiv fi żmien li l-istrutturi tal-partit bdew jisfiduċjaw lil dak li kien il-Kap tagħhom, jiġifieri Adrian id-Delia. U kien iż-żmien meta l-Eżekuttiv immexxi minn dan il-Calascione kien sfiduċja lil Delia. Għandu l-kredenzjali kollha biex ikun il-Viċi, Sur Editur! Issa fuq din mgħaġġbin kemm hu mdejjaq il-Kap tagħhom. Għax Bernard xtaq mara. Biex tkun il-Viċi Kap, ta, Sur Editur. U l-ebda mara ma ppreżentat ruħha jew riedet tidħol fin-nassa li tkun skjava ta’ dawk li jsejħu lilhom infushom Repubblika. Għax huma jiddettaw kollox, la l-Kap u lanqas il-Viċi Kap. Issa diġà bdew jissemmew Janice il-Chetcuti u Graziella l-Galea. Imma la l-Chetcuti u lanqas il-Galea ma riedu jispiċċaw bla sinsla għax mhux li jgħidu huma jgħodd, imma li jgħidu l-omni potenti ta’ dawk li għandhom Repubblika għalihom. Ħasbuhom ċwieċ dawn lin-nisa! U dawn imnalla kienu huma. Għax skont in-Nazzjon tagħhom, il-Maltin qed jagħmlu qabżiet kbar minn mindu l-Metsola saret President tal-Parlament Ewropew. Meta kienet Membru Parla mentari Ewropew biss ma qbiżna xejn, u issa Alla jbierek, f’erba’ xhur li ilha President tal-Parlament Ewropew, għamilna ħafna qabżiet. U qabżiet kbar, jekk ma tridx! Anki Lippu tal-pjazza, hekk qalli. Kont qiegħed is-suq għax kultant biex neħles mill-qrid ta’ Melda tiegħi mmur nixtri naqra skalora għall-kanarin li għandi, u rajt lil dan Lippu jzappap. Biex nitnellaħ staqsejtu jekk għadux ibati mit-tkaxkira li ħa l-partit tiegħu fl-aħħar elezzjoni. Ħares lejja b’ċiera u qalli li ilu erba’ xhur jaqbeż, minn kemm ilha l-Metsola President tal-Ewropa u fl-aħħar ċedietlu rkopptu u ħa tisbita mal-madum. U ajma! Ma jifilħux jaqgħu aktar għan-nelħ. Imma nsomma, l-poplu jaf jiġġudika hu. Jaf il-Maltin jekk għamlux qabżiet kbar għax il-Metsola saret President tal-Ewropa, jew jekk hux minħabba li għandna Gvern Laburista jmexxi lil pajjiżna. Kemm sirt niggosta lil dak il-politiku fallut li issa sar opinjonista, Sur Editur. Kevin il-Cassar. Ħinu jqattgħu jirremetti kontra l-Gvern tagħna u kontra kull min huwa Laburist. L-aħħar waħda li ħareġ biha hija li Malta qed tiżżarma biċċa biċċa. Mhux ovvja li bniedem tal-establishment jaħseb hekk, x’kull waħda, Sur Editur! Skont dan l-għaref, min jikkritika lill-Gvern jispiċċa maqtul jew intimidat. Kultant inkun nixtieq naf x’jibilgħu ċerti nies qabel jiktbu l-artikli tagħhom! Għax kien dan il-Gvern li daħħal liġijiet li pproteġa lill-ġurnalisti. U li kieku veru kif qed jgħid dan, kieku sieħbu Kevin l-Aquilina se jkun liberu jgħid li l-kazz irid u jipprotesta kemm il-qaħbeċ irid jew? U jħalluna! Dawn jagħmlu hekk biex ibeżżgħu lill-barrani li tant jilagħqu. Biex joħolqu kjass fejn m’hawnx. Għax dawn in-Nazzjonalisti minn dejjem hekk nafhom. U dejjem l-istess diska dawn. Kif ikun hemm aħna fil-Gvern tarahom joħorġu l-pitazz li fuqu hemm il-lista u jibdew ifajru. Korruzzjoni, Xandir f’idejn il-Lejber, awtoritajiet maħkuma mill-Gvern, m’hawnx libertà tal-espressjoni, il-Gvern għaddej romblu fuq il-poplu – dejjem ħaqq għad-dinja l-istess diska. Għad-dieħla!
17
26.06.2022
SAJF TA’ ESPERJENZI SBIEĦ BIL-PASSAPORT TA’ HERITAGE MALTA L-istudenti li jagħmlu użu mill-passaport ta’ Heritage Malta għandhom quddiemhom sajf ieħor ta’ attivita jiet eċċitanti permezz tal-programm tas-sajf li l-aġenzija tħejji kull sena bil-għan li żżid l-aċċessibbiltà għall-wirt kulturali fost it-tfal u l-adolexxenti. Il-programm ta’ din is-sena, li se jibda l-Ġimgħa 1 ta’ Lulju u jintemm fl-20 ta’ Settembru, jinkludi bosta attivitajiet f’siti ta’ Heritage Malta fejn it-tfal jieħdu gost u jitgħallmu fl-istess ħin. Fost oħrajn, se jkun hemm mixjiet, tpinġija, workshop dwar kif isir il-patchwork, bini ta’ mudelli, analiżi ta’ pitturi, cloth dyeing, introduzzjoni għall-konservazzjoni tal-karta, tagħrif dwar tipi differenti ta’ fkieren tal-baħar, kif ukoll esperjenza ta’ tisjir. Il-programm tnieda f’konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali u li għaliha ġiet mistiedna wkoll klassi tfal minn skola Primarja. Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici faħħar lil Heritage Malta għal inizjattivi bħal dawn fejn it-tfal jibqgħu attivi matul il-btajjel tas-sajf u jieħdu l-ewwel togħmiet ta’ aspetti varji tal-istorja u tal-kultura Maltija, filwaqt li jiddevertu f’esperjenzi prattiċi. Hu ħeġġeġ lill-istudenti kollha li għandhom il-passaport ta’ Heritage Malta biex jagħmlu użu tajjeb minnu u jżuru s-siti u l-mużewijiet li qed jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom mingħajr ebda ħlas. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta, Noel Zammit, qal li l-programm jixhed ukoll l-isforzi bla heda tal-aġenzija biex tagħti lill-viżitatur esperjenza iżjed sħiħa u eċċitanti permezz tal-mezzi innovattivi u kreattivi li tippermetti t-teknoloġija moderna. Kull parteċipant jista’ jieħu miegħu persuna adulta. Il-programm sħiħ tal-attivitajiet jinsab hawn: https://heritagemalta.mt/whats-on/ Il-biljetti għall-ewwel attivitajiet ta’ Lulju jistgħu jinxtraw mill-mużewijiet u s-siti ta’ Heritage Malta jew online minn https://heritagemalta.mt/store/. L-istudenti li diġà għandhom it-timbri kollha fuq il-passaport tagħhom jistgħu jattendu bla ma jħallsu xejn. Min jixtieq aktar tagħrif jista’ jċempel fuq 2295 4323 jew jibgħat email lil passport@heritagemalta.org.
IL-ĦAJJA ARTISTIKA TA’ ELIO LOMBARDI MIĠBURA FI KTIEB Għadha kemm ġiet ippubblikata l-bijografija ta’ Elio Lombardi, mill-awtriċi Mary Attard, li ġabret l-istorja u l-esperjenzi ta’ dan l-artist li f’għexieren ta’ snin mess ma’ ħafna ġeneri, bħall-films lokali kemm bħala attur u anke direttur, ir-rumanz Malti, il-kant u l-arti, fost l-oħrajn. Attard, li dan l-aħħar ħadet sehem ukoll f’xi partijiet talfilms ta’ Lombardi fejn esperjenzat il-passjoni u l-kreattività tiegħu f’ħafna oqsma, ġiet ispirata biex tiddokumenta dan u aktar bħala parti mill-kontribut li ta lill-komunità Maltija matul is-snin fi ktieb li ngħata l-isem Elio Lombardi: Il-Ħajja Kreattiva Tiegħu. Lombardi, li llum għandu 88 sena u għadu għaddej bil-films, minn dejjem kien jinteressa ruħu f’dik li hi kreattività bħal pittura, kant, kitba, reċtar, bini ta’ props għall-films tiegħu u rtokk meħtieġ fil-films u lil parteċipanti tal-Ġimgħa l-Kbira ta’ Ħal Qormi għal 27 sena. Meta kien iżgħar hu kien ukoll ħajjat u stampatur. Ta’ min isemmi li meta l-produttur tal-films l-Ingliż Michael Klinger kien f’Malta kien ra l-potenzjal ta’ Elio u wera l-ħsieb li jintroduċih internazz jonalment. Imma dan qatt ma seħħ għax ftit wara miet. Maż-żmien Elio pprovda tip ta’ żvog għal sessjoni tal-komu nità Maltija bil-films mexxej ja tiegħu li kienu mfittxija u għaldaqstant din il-bijografija
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.
Elio Lombardi bil-ktieb bijografiku
tiegħu titqies bħala Melitensia. Il-ktieb ta’ 200 paġna, b’qoxra iebsa u illustrat bil-kulur, se jkun f’edizzjoni limitata. Wieħed jista’ jordna kopja talktieb billi jikkuntattja lil Elio
nnifsu fuq in-numri tat-telefown 27300788 jew 21570574, littifel tiegħu Gino fuq 99833436 jew inkella lill-awtriċi Mary Attard fuq l-email samba.mary@ gmail.com.
18
26.06.2022
TEMMEN FIT-TRIJANGLU TA’ BERMUDA? Ingħad ħafna fuq dan it-trijanglu. Inkitbu kotba u saħansitra ħarġu filmati sħaħ, inisslu l-biża’ fil-qarrejja u l-ispettaturi. Dan ittrijanglu, magħruf ukoll bħala t-Trijanglu tax-Xitan jew Wied l-Uragan, ikopri medda ta’ 440,000 mil baħar bejn in-naħa t’isfel tal-Kosta Amerikana fl-Oċean Atlantiku, Bermuda, Florida u Puerto Rico. Fih kien rappurtat li għebu f’ċirkustanzi misterjużi, numru ta’ ajruplani u bastimenti. Iżda sorsi ta’ min joqgħod fuqhom iwarrbu kull idea, li jeżisti xi misteru. Minn CHARLES B. SPITERI L-istejjer madwar it-Trijanglu jibdew minn żmien Kristofru Kolombu, meta rrapporta li ra fjamma ta’ nar taqa’ b’sabta kbira fil-baħar, f’dan it-trijanglu fl-ewwel vjaġġ tiegħu madwar id-Dinja l-Ġdida. Iżda l-imġiba misterjuża tar-reġjun damet sas-seklu 20 ma ġibdet l-attenzjoni pubblika. Kien meta l-bastiment tat-tagħbija USS Cyclops, b’aktar minn 300 persuna abbord, intilfu fih. Jingħad li l-aħħar każ irrappurtat kien f’Ottubru tal-2015 meta bastiment tal-merkanzija għereq kawża ta’ uragan qattiel. Qrib dan it-trijanglu nsibu l-aktar partijiet li minnhom isir traffiku fid-dinja permezz tal-bastimenti, b’uħud jaqsmu regolarment għall-portijiet tal-Amerka, l-Ewropa u l-Gżejjer tal-Karibew. Anki l-bastimenti tal-mawriet u oħrajn, spiss ibaħħru minn dan ir-reġjun u ajruplani kummerċjali u privati jtiru wkoll minn fuqu. Il-kultura popolari attribwiet dan l-għejbien għal attività paranormali minn ekstraterrestri, iżda xhieda dokumentata turi li persentaġġ sinifikanti kienu foloz, skorretti, jew imsebbħa mill-awturi. L-ewwel darba li ssemma li seta’ kien hemm għejbien mhux tas-soltu f’dan it-trijanglu kien fis-17 ta’ Settembru tal-1950, f’artiklu ppubblikat f’The Miami Herald minn Edward Van Winkle Jones. Sentejn wara, ir-rivista Fate ppubblikat artiklu ieħor ta’ George Sand, li rrefera għal numru ta’ ajruplani u bastimenti li ntilfu fl-istess post. Fosthom kien hemm it-titjira magħrufa bħala Flight 19, fejn intilfu grupp ta’ ħames torpedo bombers Amerikani fuq missjoni ta’ taħriġ.
Xena ta’ kif l-artisti jaħsbu li hu t-trijanglu
id-diżgrazzja. Ir-rapport ta’ Flight 19 reġa’ tqajjem f’April tal-1962, mir-rivista American Legion. Fih, l-awtur Allan W. Eckert kiteb li l-kap tat-titjira nstema’ jgħid: “Deħlin f’ilma abjad. Xejn ma jidher sew. Ma nafux fejn aħna. L-ilma hu aħdar, mhux abjad.” Eckert żied li l-uffiċjali navali fil-bord ta’ inkjesta sa kienu tal-fehma li l-ajruplani “taru għal Mars”. Fl-ewwel artiklu ta’ Sand, jinħass li ried jagħti element sopranaturali lillġrajja. Kien Vincent H. Gaddis li fl1964 ħareġ bit-terminoloġija tal-Bermuda Triangle, meta kiteb fir-rivista Argosy. Semma li f’dan il-baħar stramb, numru ta’ bastimenti u ajruplani sparixxew mingħajr Rapport mill-Flight 19 ebda raġuni. Minn dak iżżmien, l-istejjer u r-rapporti L-artiklu ta’ Sand kien l-eww- tkattru. el wieħed li ta dettalji, (illum Iżda bosta bdew jistaqsu familjari) tal-post fejn ġrat x’setgħet kienet ir-raġuni.
Kien hemm min qal li kien l-iżbroff tal-metanju minn qiegħ l-oċean, li jibdel ilbaħar fi speċi ta’ xkuma, li ma jkunx jiflaħ il-piż ta’ bastiment, b’riżultat li jegħreq. Xi kotba tant marru ’l bogħod fi ħsieb l-awturi li spiċċaw jgħidu li dan kollu kien kaġun ta’ razza aljena, intelliġenti u teknoloġikament avvanzata, li tgħix fl-ispazju jew taħt ilbaħar. Fl-2016, ir-riċerkaturi fl-Istati Uniti, ħabbru li sa fl-aħħar sabu t-tweġiba għall-misteru tat-Trijanglu ta’ Bermuda. Sħab mhux tas-soltu Il-meteoroloġi qalu li t-tip tas-sħab mhux tas-soltu fir-reġjun, jaf ikkaġuna numru ta’ għejbien. Dan is-sħab forma eżagonali, b’kobor ta’ bejn 20 u 50 mil, jaf jikkawża rjieħ qawwija, li skont huma
kkawżaw ħafna mill-inċidenti li ma kinux spjegati. “Dawn il-forom ta’ sħab, speċjalment fuq l-oċean,” enfasizza Dr Randy Cervey mill-Università tal-Istat ta’ Arizona, “huma ffurmati minn dawk magħrufa bħala microbursts. Dawn jikkawżaw bħal splużjoni tal-arja, li tinżel minn taħt is-sħab, tolqot lill-oċean u toħloq mewġ li kultant tant ikun enormi fil-qies tiegħu li jgħerreq kulma jsib.” Iżda mill-banda l-oħra, Larry Kusche, l-awtur ta’ The Bermuda Triangle Mystery: Solved, fl-1975 qal li mir-riċerka tiegħu ħafna kittieba esaġeraw, kitbu ħwejjeġ dubjużi u mhux veritiera. Fost l-oħrajn isemmi l-każ ta’ Donald Crowhurst, li r-rapporti qalu li kien għeb. Crowhurst kien baħħar li dar id-dinja, iżda Kusche sab li x-xhieda kienet għalkollox kontra dak rappurtat. Eżempju ieħor kien ta’
Charles Berlitz, li bastiment li jġorr il-ħadid, kien intilef tlett ijiem wara li ħareġ minn port fl-Atlantiku. Min-naħa tiegħu Kusche sab li l-bastiment kien rappurtat mitluf fl-istess perjodu minn port ieħor bl-istess isem, iżda fl-Oċean Paċifiku. Hu jsostni li persentaġġ qawwi tal-inċidenti, kienu ’l bogħod mit-trijanglu msemmi. It-tiftix tiegħu kien sempliċi: jara l-ġurnali tal-perjodu, janalizza d-dati tal-inċidenti rrappurtati u jsib il-ġrajjiet relevanti bħal temp mhux tas-soltu – li qatt ma kienu mxandra fl-istejjer tal-għejbien. Għejbien mhux sproporzjonat Kusche jsostni li n-numru ta’ bastimenti u ajruplani rappurtati neqsin fl-inħawi, mhuwiex akbar minn oħrajn li saru f’kull parti tal-oċean; li
19
26.06.2022
Kif jifforma t-trianglu ta’ Bermuda
bl-istess riżultat ta’ bomba, u tisplodi l-ilma li taħbat miegħu. Ġrajja simili seħħet lill-Concordia, fl-2010, ’il barra mill-kosta tal-Brażil. Ix-xjenzjati studjaw jekk il-kaġun setax ikunu s-sħab eżagonali, peress li jkebbsu qawwa sa 170 mil fis-siegħa. Dawn jissejħu bombi tal-arja.” L-akbar telf ta’ ħajjiet
f’post fejn ikun hemm ċikluni tropikali, in-numru ta’ għejbien, la kien sproporzjonat u lanqas misterjuż. Barra minn hekk, l-ebda kittieb ma jsemmi jekk it-temp kienx ta’ maltemp jew bnazzi, għax ir-rapporti meteoroloġiċi jistgħu jikkontradixxu dan. In-numri ta’ inċidenti setgħu kienu esaġerati għax ma kienx hemm tiftix serju. Xi għejbien rappurtat, filfatt, qatt ma sar. Pereżempju, wara li tħabbar tiġrif ta’ ajruplan, fi seħħ fl-1937 f’Daytona Beach, fi Florida, quddiem mijiet ta’ xhieda, fil-gazzetti tal-lokal ma ssib xejn. Finalment Kusche isostni li l-leġġenda tat-Trijanglu ta’ Bermuda hi misteru immanifatturat, ipperpetwat mill-kittieba li jew għax riedu, jew għax ma kinux jafu, għamlu kalkoli ħżiena jew riedu joħolqu sensazzjonaliżmu. Meta fl-2013 sar studju mill-World Wide Fund for Nature, biex ikunu identifikati l-aktar 10 ibħra perikolużi għall-bastimenti, it-Trijanglu ta’ Bermuda ma kienx fosthom. Insibu wkoll li meta fl-1992, John Simmons ta’ Geofilms ipproduċa s-serje Equinox, għal-UK Channel, l-assigurazzjoni marittima Lloyd’s ta’ Londra ġiet mistoqsija jekk kienx hemm xi numru kbir u mhux tas-soltu li għerqu fit-Trijanglu ta’ Bermuda.
Lloyd’s wieġbet mill-ewwel li mhux talli ma kienx hemm numri kbar ta’ għerqiet, talli lanqas titlob ħlasijiet ogħla lill-bastimenti li jgħaddu minn dawk l-inħawi. Anki l-Gwardja Kostali tal-Istati Uniti kkonfermat dak li qalet Lloyd’s. U mhux hekk biss, talli n-numru ta’ għejbien hu relattivament insinifikanti meta wieħed jikkunsidra n-numru ta’ bastimenti u ajruplani li jgħaddu minn hemm, fuq bażi regolari. Misteri popolari u profittabbli Riċerkaturi xettiċi bħal Ernest Taves u Barry Singer innutaw kif il-misteri u l-paranormali huma popolari ferm u profittabbli. Dan wassal għall-produzzjoni ta’ ħafna materjal fuq topiċi bħat-Trijanglu ta’ Bermuda. Huma kienu kapaċi juru wħud mill-materjal paranormali li spiss iqarraq jew ma jkunx eżatt, iżda l-produtturi jkomplu b’ħidmiethom biex jidħlu fis-suq. Terġa’, huma stqarrew li s-suq hu mxaqleb favur il-kotba u programmi televiżivi li jappoġġjaw il-misteru tat-Trijanglu, waqt li jmorru kontra materjal riċerkat sew li juri l-maqlub ta’ dak li jsir b’qerq. Benjamin Radford, awtur u investigatur xjentifiku għal dak kollu li jitqies paranormali, f’intervista fuq it-Trijanglu ta’ Bermuda semma li jkun
tabilħaqq diffiċli tillokalizza ajruplan mitluf fil-baħar, tant kemm hi kbira l-firxa tattiftix, u għalkemm l-għejbien jista’ jkun misterjuż żgur li l-fatt ma jissarrafx f’xi tip ta’ paranormali jew li ma jistax ikun spjegat. Radford saħaq l-importanza ta’ ċċekkjar doppju tal-informazzjoni, peress li l-misteru li jsawwar it-Trijanglu ta’ Bermuda, inħoloq min-nies li naqsu jagħmlu dan. Li hu żgur hu li l-uragani għandhom qawwa kbira fl-ibħra tropikali u swew il-ħajjiet ta’ eluf ta’ bnedmin u kkawżaw biljuni ta’ dollari fi ħsara. Pereżempju l-għarqa tal-flotta Spanjola ta’ Francisco de Bobadilla fl-1502 kienet l-ewwel ġrajja li ġiet rappurtata minn uragan distruttiv. Fl-antik, dawn il-maltempati kkawżaw numru ta’ inċidenti marbutin ma’ dan it-trijanglu. Meta fl-14 ta’ Mejju, 1986 għereq il-bastiment Pride of Baltimore, ir-raġuni li ngħatat kienet ta’ nżul qawwi u b’saħħtu ta’ arja kiesħa. L-ekwipaġġ tal-bastiment mgħarraq innota li r-riħ inbidel f’salt wieħed u żied il-veloċità tiegħu minn 20 mil fis-siegħa għal bejn 60 u 90 mil fil-siegħa. James Lushine, speċjalist tas-satelliti fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Uragani spjega li “waqt kundizzjonijiet ta’ temp mhux stabbli, l-inżul qawwi ta’ arja kiesħa mill-għoli, tista’ tolqot wiċċ
L-inċident li s’issa rriżulta fl-akbar telf ta’ ħajjiet fl-istorja tan-Navy Amerikana, li ma kienx relatat ma’ gwerra jew ġlied, kien meta l-bastiment li jġorr il-faħam, bl-isem ta’ Cyclops, kien qed iġorr il-manganese ore. Fil-vjaġġ, waqfitlu waħda mill-magni u l-bastiment intilef mingħajr ebda traċċa bl-ekwipaġġ ta’ 309 persuni f’xi jum wara l-4 ta’ Marzu, 1918. Kien salpa mill-gżira ta’ Barbados. Għalkemm m’hemm ebda xhieda għal xi teorija partikulari, uħud waħħlu fil-maltempati, oħrajn li nqaleb u wħud issuġġerew li t-tort għat-telfien kienet xi attività tal-għadu waqt żmien il-gwerra. Apparti dan, żewġ bastimenti bħas-Cyclops, il-Proteus u Nereus, intilfu fl-Atlantiku ta’ Fuq matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Huma wkoll kienu qed iġorru piżijiet tqal ta’ materjal. Inċidenti fl-ajru L-ewwel inċident tal-ajru nsibuh rappurtat fl-10 ta’ Lulju 1945. Thomas Arthur Garner u 11 oħra ntilfu fuq ajruplan talbaħar tan-Navy Amerikana. Telqu jum qabel lejn il-Bahamas u l-għada ntilef il-kuntatt. Fittxew għalihom għaxart ijiem iżda ma nstab xejn. Fil-5 ta’ Diċembru, 1945 kien hemm il-Flight 19 (ħames TBF Avengers) b’14-il ruħ, li ntilfu dakinhar stess. Fl-istess jum intilef PBM Mariner bi 13-il ruħ oħra li kienu qed ifittxuhom. Fit-3 ta’ Lulju 1947 ingħad li fit-trijanglu ntilef B-29 Superfortress. Mill-investigazzjoni ma nstabet ebda referenza. Fil-fatt, ajruplan li ntilef kien Douglas C-54, riżultat ta’ tempesta ’l barra mill-kosta ta’ Florida. Kien fis-16 ta’ Novembru li ntilef B-29 fl-Atlantiku: tnejn min-nies ma nstabux iżda tlett ijiem wara ġew salvati 18-il ruħ, 385 mil fin-naħa ta’ fuq ta’ Bermuda. Fit-30 ta’ Jannar 1948 intilef Avro Tudor G-AHNP Star Tiger b’sitt membri tal-ekwipaġġ u 27 passiġġier. Telaq mill-Azores lejn Kindley Field, Bermuda. Tlieta min-nies ekwipaġġ u 36 passiġġier intilfu fit-28 ta’ Diċembru, 1948 fuq Douglas DC-3 NC16002. Telqu minn Puerto Rico lejn Miami. Minn Kindley Field lejn
Kingston Airport fil-Ġamajka, intilef Avro Tudor G-AGRE Star Ariel, fis-17 ta’ Jannar, 1949. Kellu seba’ persuni tal-ekwipaġġ u 13-il passiġġier. Fid-9 ta’ Novembru, 1956, Martin Marlin tilef 10 membri tal-ekwipaġġ meta telaq minn Bermuda. USAF KB-50 51-0465 intilef fuq l-Atlantiku bejn ilKosta Amerikana tal-Lvant u l-Azores. Dan ġara fit-8 ta’ Jannar, 1962. Ajruplani oħra ntilfu fid-9 ta’ Ġunju 1965; fis-6 ta’ Diċembru tal-istess sena u fit-3 ta’ Novembru, 1978. Imbagħad intilfu oħrajn fl-20 ta’ Ġunju, 2005; fl-10 ta’ April, 2007 u tnejn fl-2017, wieħed fit-23 ta’ Frar u l-ieħor fil-15 ta’ Mejju. It-tifrik ta’ dan l-ajruplan instab aktar tard. Inċidenti fil-baħar L-ewwel ma nsibu r-rakkont ta’ Kristofru Kolombu, fl-1492. Fl-1800 mill-USS Pickering intilfu d-90 persuna abbord. IlUSS Wasp tilfet il-140 persuna abbord fl-1814, waqt li għaxar snin wara ntilfu 14-il persuna minn fuq il-USS Wild Cat. Fl-1840 ir-Rosalie nstabet abbandunata, għajr għal għasfur. Skont il-leġġenda, fl1881 instab bastiment mitluq. L-Ellen Austin, li sabu, tella’ fuqu ekwipaġġ biex jitwassal sal-port. Hemm min qal li ntlaqat minn maltempata jew reġa’ nstab bla ekwipaġġ. Imbagħad insibu t-telfien tal-USS Cyclops fl-1918 u tal-iskuna Carroll A. Deering fl-aħħar ta’ Jannar, 1921. Fl-1 ta’ Diċembru, 1925, l-SS Cotopaxi telaq mill-Carolina t’Isfel għal Kuba u rrapporta li qed jegħreq. Fl-2020 instabu l-fdal tiegħu f’St Augustine, fi Florida. Il-USS Proteus tilef it-58 persuna abbord f’maltempata qawwija, fit-23 ta’ Novembru, 1941. Fl-10 ta’ Diċembru ntilef ukoll dak li jgħidulu s-sister ship, il-USS Nereus, b’61 persuna abbord. Imbagħad insibu t-telfien ta’ yacht tat-tlielaq, ir-Revonoc fl-1958, u fl-1963 l-SS Marine Sulphur Queen, b’39 membru tal-ekwipaġġ. Fit-12 ta’ Jannar, 1980 għereq l-HMCS St. Laurent u lejn l-aħħar ta’ Lulju, 2015, żewġ subien ta’ 14-il sena ntilfu minn fuq dgħajsa ta’ 19-il pied. Sena wara, id-dgħajsa nstabet fil-kosta ta’ Bermuda, iżda t-tfal le. Fl-1 ta’ Ottubru tal-istess sena, ekwipaġġ ta’ 33 ruħ, għereq wara li l-bastiment SS El Faro daħal fl-uragan Joaquin. Tiftix li sar sab il-bastiment 15,000 pied taħt l-ilma. Sadanittant, anki żewġ għassiesa tal-fanal Great Isaac fil-Bahamas sparixxew għalkollox. Aktarx għadda uragan minn magħhom.
20
26.06.2022
SAN ANTON ABBATI FIL-MOSTA Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
Il-Mosta bħal kull raħal jew belt oħra Maltija hija mogħnija b’bosta kappelli sbieħ. Waħda minnhom hija dik iddedikata lil San Anton Abbati. Din hija kappella, fi stat tajjeb ħafna u li hi kompluta b’kollox, tinsab finnaħa ta’ barra tal-Mosta u biex tasal għaliha trid tgħaddi mit-triq li min-Naxxar twassal għall-Mosta. Forsi ħafna jsibuha l-kappella li quddiemha hemm l-istatwa ta’ patri b’ħanżir ħdejh. Se nispjega iżjed tard. Oriġini Din il-kappella kienet diġà eżistenti fis-seklu 16 għax żarha l-Viżitatur Appostoliku Monsinjur Pietro Dusina fl1575. Hu sab li l-knisja kellha altar u bieb tal-injam iżda la kellha rettur, la paviment, la tiżjin u lanqas ħwejjeġ oħra neċessarji għall-kult. Hu sab li fil-Ħdud u l-festi Leo Xerri u Theramus Vassallus kienu obbligati jagħmlu żewġ quddiesiet. Petrus Portelli wkoll kien jagħmel quddiesa, minn butu fil-festi. Il-Monsinjur Dusina kien ordna biex fi żmien xahar jitranġa l-paviment. Il-kappella reġgħet inbniet fl-1657 bil-ħidma tal-Mostin Dr. Dun Salvatore Fenech u Florio Borg u baqgħet iddedikata lil San Anton Abbati li għex fl-Eġittu u li kien eremit. Xhieda ta’ din il-ġrajja hija kitba fuq il-bieb minn ġewwa tal-kappella. Florio Borg u Antonio Xerri ħallew legati għall-quddies regolari u servizzi f ’din il-kappella. M’għandiex xi ngħidu, din il-knisja nbidlet kemm-il darba sakemm inbniet din li naraw illum. Mal-mixja tas-snin, l-isqfijiet li żaruha dejjem sabuha fi stat tajjeb. Hekk sabha l-Isqof Alpheran de Bussan fl-1745. Fir-rapport ta’ din il-vista ħalla miktub numru ta’ dettalji interessanti marbuta maċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi fil-Ħdud u l-festi u kif f ’dawn il-ġranet kien jinxtegħel il-lampier ta’ quddiem l-altar. Skont l-Isqof Alpheran de Bussan, il-festa kienet tiġi ċċelebrata fis-17 ta’ Jannar bil-kant tal-Għasar u bil-quddiesa kantata. Dawn id-dettalji jagħtuna x’nifhm-
20 u li hi magħmula minn żewġ pilastri ta’ stil Korintin u li ’l fuq mill-entablatura hemm pediment trijangolari. Din il-prospettiva hi miżbugħa u indurata. Huwa xogħol fil-ġebla MaltSkont l-Isqof Alpheran de Bussan, il-festa kienet ija minn idejn l-Iskultur Antonio Sciortino li kien għatiġi ċċelebrata fis-17 ta’ Jannar bil-kant tal-Għasar u du daqsxejn ta’ ġuvnott ta’ 15-il sena meta għamel din bil-quddiesa kantata. Dawn id-dettalji jagħtuna x’nifhmu il-prospettiva, tant impressli dik il-kappella kellha parti importanti fl-istorja tar-raħal jona lir-rettur tal-kappella ta’ dak iż-żmien, Dun Miku għalhekk il-knisja baqgħet dejjem miżmuma tajjeb ielanġ Sant, li dan għarraf bih lid-Direttur tal-Edukau għal qalb il-Mostin zzjoni, il-Professur Napuljun Tagliaferro. Meta d-Direttur ra x-xogħol ħass li kellu jirrakkomanda lil Sciortino hu li dik il-kappella kellha in-naħa ta’ fuq li fin-nofs tiku. Wara li ġiet mogħtija biex ikompli l-istudji tiegħu parti importanti fl-istorja jerfa’ kampnar zgħir. Iżda hi mill-familja Degiorgio, din barra l-pajjiż. tar-raħal u għalhekk il-knis- sabiħa ħafna t-tieqa ‘oculos’ sabet postha fuq iz-zuntier ja baqgħet dejjem miżmuma ta’ fuq il-bieb li fiha skolpi- tal-kappella f ’niċċa li tħall- Opri tajjeb u għal qalb il-Mostin. ta fil-ġebel l-istilla ta’ David set mill-familja Vassallo. b’sitt ponot. Fuq iz-zuntier Għandha pjanta rettan- Il-kwadru titulari tpitter flIl-Knisja tal-kappella wieħed ma ji- golari b’saqaf troll li jistrieħ 1657 u huwa xogħol l-artist stax ma jinnotax statwa kbi- fuq erba’ kustilji li jitilgħu Malti Filippo Dingli. Il-qaddis Din il-Knisja (li nsejħulha ra tal-ġebel li tirrappreżenta minn fuq gwarniċun għoli li hu mogħti bixra ta’ xwejjaħ u kappella għax drajna hekk), lill-Madonna tal-Karmnu. jdur mal-erba’ ħitan. L-altar qiegħed iserraħ fuq bastun għandha l-faċċata sempliċi Fl-imgħoddi din l-istatwa miżbugħ biex jixbah l-irħam, li għandu marbut miegħu u mżejna biss minn gwarniċa kienet meqjuma f ’niċċa fi għandu fuqu prospettiva qanpiena. Fuq kull naħa mbagħad fuq il-bieb u gwarniċun fuq Triq il-Kungress Ewkaris- li saret fil-bidu tas-seklu tal-prospettiva
21
26.06.2022
wieħed isib żewġ kwadri żgħar li jidher li huma xogħol Malti tas-seklu 18. Wieħed juri l-inkurunazzjoni tal-Madonna u l-ieħor juri lill-Qalb ta’ Ġesù flimkien ma’ Sant’Antnin ta’ Padova u San Gejtanu. Fil-kappella nsibu numru ta’ statwi żgħar fosthom l-istatwa tal-Kunċizzjoni li dari kienet tagħmel parti mill-pulptu l-antik fil-knisja parrokkjali ta’ Tumas Dingli. Din iġġib id-data 1693. Fi żmien ir-rettur ħabrieki Dun Salv Magro ġiet arġentata u indurata fuq inizjattiva tiegħu u nħadmilha pedestall mill-imgħallem Franġisk Tonna. Fis-sagristija tal-kappella nsibu wkoll bambin tal-kar-
tapesta, xogħol sabiħ ta’ Karlu Darmanin. Dan qabel kien jintrama fil-Knisja Arċipretali qabel ma sar ieħor ġdid. Dan l-aħħar saret ukoll statwa ta’ San Ġorġ Preca mill-Iskultur Mosti Lessju Fenech. Din ġiet ispirata wara li fid-9 ta’ Mejju 2001, il-Papa Ġwanni Pawlu II iddikjara lil Dun Ġorg Beatu. Statwa oħra hija dik titulari. Din saret fis-snin 60 tas-seklu l-ieħor fil-kartapesta minn Manwel Fenech fuq inizjattiva tal-Kuratur tal-kappella Franġisk Tonna. Din il-kappella hi kompluta b’kollox, saħansitra b’Via Sagra mpittra mill-Kavallier Pawlu Camilleri Cauchi fuq xewqa ta’ Franġisk Tonna li twebbel b’din l-opra fl-1985; terħa u kanopew irrakkmati għall-festa, lampier tal-fidda u sett ta’ 10 appostli għal fuq l-altar maġġur. Avvenimenti Fl-imgħoddi wkoll, fil-festa ta’ Corpus, il-purċissjoni kienet tgħaddi minn dawn
l-inħawi u f’din il-kappella kienet issir ċelebrazzjoni Ewkaristika. Xhieda ta’ dan hu ritratt li għadu mdendel sal-lum fis-sagristija tal-kappella. Dun Salv Magro li serva għal żmien twil bħala rettur tal-kappella, fl-1996 għalaq 50 sena saċerdot. Biex ifakkar dan l-anniversarju, fil-pjazza tal-kappella waqqaf statwa kbira tal-ġebel fuq il-pedestall f ’ġieħ dan il-qaddis. Din inħadmet minn Tarcisio
Montebello u ħallas għaliha n-nies b’diversi annimali u s-Sur Ġużeppi Grech fl-1997. taħt il-ħarsien tal-istatwa ta’ San Anton Abbati, li tinħareġ Il-Festa fuq iz-zuntier, isir dan it-tberik. Ħafna tfal u anki kbar iġiGħadha popolari u mfittxija bu kull tip ta’ annimal minn sal-lum. Ta’ kull sena fil-kap- għasafar, klieb, fniek kif ukoll pella, Ħadd fuq is-17 ta’ Jan- żwiemel biex l-arċipriet imnar, issir il-festa ta’ San Anton bagħad iberikhom. L-inħaAbbati. Ċeremonja marbuta wi tal-knisja jkunu mżejna mal-festa u li għaliha jatten- għall-okkażjoni. du ħafna nies hi dik tat-tberDin il-kappella hija tassew ik tal-annimali nhar il-festa għal qalb il-Mostin u fiha filgħodu. Fil-misraħ ta’ qud- għadha ssir il-quddiesa kull diem il-kappella jinġabru nhar ta’ Ħadd filgħodu.
Fl-imgħoddi wkoll, fil-festa ta’ Corpus, il-purċissjoni kienet tgħaddi minn dawn l-inħawi u f’din il-kappella kienet issir ċelebrazzjoni Ewkaristika. Xhieda ta’ dan hu ritratt li għadu mdendel sal-lum fis-sagristija tal-kappella
22
26.06.2022
DJ MYKILL ID-DEEJAY LI KULL ĠIMGĦA JIVVINTA XI ĦAĠA ĠDIDA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Lill-individwu tal-lum ili nafu snin mhux ħażin. Dan l-aħħar iltqajt miegħu u fost diskursata li kellna interessajt ruħi dwar dak li kien għaddej minnu dan l-aħħar, u proprju wasalna għall-punt li nintervistah ħalli naqsmu dan kollu mall-qarrejja. Qed nirreferi għal Dj Mykill. Għandu 42 sena u ilu jdoqq mis-sena 1999. Il-mużika hija l-passatemp u l-ħajja tiegħu, barra li jdoqq fi clubs u avvenimenti, huwa jipproduċi l-mużika u professjonalment jaħdem bħala deejay. Jaħdem fl-istudjo tiegħu, u bħalissa involut filgrupp tiegħu ma’ Lyndsay u l-Kalakku għal Mużika Mużika. Jgħid li huwa ffissat fuq il-mużika, minn dejjem kien idoqq strument, u t’età żgħira beda jdoqq il-klarinett, imbagħad qabad il-kitarri, id-drums, il-pjanu u llum il-ġurnata jipproduċi mużika elettronika, jagħmel ukoll ħafna remixes ma’ kantanti lokali u internazzjonali. Iħobb isiefer u l-għaxqa tiegħu meta jgħaqqad iż-żewġ passatempi u jdoqq barra minn Malta u jagħmel tours regolarment ġewwa Amsterdam, Dubai, is-Slovakkja, Praga, l-Italja u ħafna posti-
jiet tal-ġenn fosthom ġewwa l-Gżejjer tal-Karibew. Ta’ min jgħid li ismu proprju huwa Michael Cini, imma peress li ilu dawn l-aħħar 25 sena magħruf bħala Mykill, bidel ismu uffiċjalment għal Mykill fuq il-karti kollha tal-identità! Iffissat fuq il-mużika u dejjem kien hemm, għax għalih il-mużika hija ħajtu. Il-mużika tagħtih skop, raġun u sodisfazzjon li lanqas jimmaġina mod ieħor. Mykill ilu għal diversi snin magħruf bħala deejay li jferraħ lil kull min jattendi xi party tiegħu. L-atmosfera li joħloq hija waħda pożittiva ħafna. Fi kliemu stess, fil-fatt wara 25 sena konsistenza u passjoni għall-mużika, jemmen li minn hemm kiseb dan kollu. Għalkemm normalment iħobb jadatta għall-mużika u għan-nies differenti li jkollu quddiemu meta jdoqq, Mykill stqarr miegħi li kieku jkollu jagħżel x’tip ta’ mużika jdoqq iħobb mużika house, vocal u uplifting. Minbarra li jdoqq lokalment, għal diversi drabi daqq barra minn xtutna wkoll fosthom ġewwa Amsterdam, Londra, l-Italja, il-Latvja, is-Slovakkja u
Ċipru fost oħrajn. Immaġinajt li josserva differenza minn meta jdoqq Malta għal pajjiżi oħrajn. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora. “Iva, in-nies ikunu differenti skont il-pajjiż. Ġeneralment postijiet li hemm iktar kesħa jkollhom iktar enerġija għal mużika qawwija u beach parties. F’pajjiżi sħan in-nies ikollhom enerġija differenti, iżda t-tnejn fihom il-pjaċir tagħhom. L-għaxqa tiegħi nara nies jiżfnu u jiddevertu ma’ dak li nkun qed indoqqilhom. Il-mużika nadattaha skont l-atmosfera, it-tip ta’ nies, in-nazzjonalità, ilpost u fl-istess ħin nagħtihom togħma żgħira tal-istil tiegħi b’diski li nkun editjat u għamilt remix tagħhom jien.” Miegħu ddiskutejt ukoll x’jixtieq li jara aktar fix-xena mużikali lokali. “Nixtieq li jkun hemm iktar kollaborazzjoni bejn artisti differenti kemm f’dak li għandha x’taqsam il-mużika u anki fir-realtà, iżda biex dan isir irid ikun hemm iktar oppurtunitajiet u ċansijiet ugwali skont it-talent li jkollok.” Proprjament Mykill daħal fix-xena mużikali peress li għall-bidu kien kitarrist u kien ukoll jifforma parti minn punk band bħala frontman fis-snin
90. Maż-żmien biddel il-kitarra elettronika tiegħu ma’ sett turntables u mixer, fejn sal-lum għadu għaddej idoqq ’l hawn u ’l hemm. B’hekk staqsejtu għadux b’xi mod idoqq il-kitarra jew telaqhiex għalkollox. “Domanda tajba ħafna! Għalkemm għandi l-kitarri kollha d-dar mis-snin 90, għax bqajt inħobbhom, rari naqbadhom b’idi u m’għadnix daqshekk tajjeb, iżda meta nipproduċi tracks fl-istudjo nuża ħafna dawn issounds u t-teknika li kont indoqq f’rock u punk bands li kelli fis-snin 90.” Ta’ min jgħid ukoll li bħala deejay, Mykill kien involut f’diversi kollaborazzjonijiet differenti, radjijiet lokali, tracks oriġinali u ħafna xogħol ieħor. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “Iva, bis-saħħa tal-mużika għamilt kollaborazzjonijiet ma’ artisti tajbin ħafna lokali u kelli xorti li meta ndoqq f’festivals lokali u internazzjonali nagħmel kuntatti u kollaborazzjonijiet ma’ deejays internazzjonali wkoll. Lokalment produċejt tracks ma’ Kurt Calleja, Cheryl Balzan, Undine La Vereve, Waterwings fost l-oħrajn u barra minn hekk, kelli produzzjonijiet ma’ deejays kbar
mis-Slovakkja, Amsterdam u Ibiza fost l-oħrajn. Dawn ittracks u music videos issibhom kollha fuq il-YouTube channel tiegħi,” stqarr miegħi Mykill. Kompla jgħidli li waqt żmien il-pandemija tal-Covid, kellu ħafna ħin fuq idejh u anke ġewh ispirazzjonijiet ta’ proġetti ġodda. Fil-fatt, issieħeb mal-Kalakku u Lyndsay bi proġett ġdid ukoll. Ħallejt f’idejh sabiex jgħaddili aktar informazzjoni. “Iva, bħalissa għaddej fuq proġett li nipproduċi album fuq stil reggaeton u rap ma’ Lyndsay u l-Kalakku, li magħhom kont fis-semifinali ta’ Mużika Mużika. Bis-saħħa tal-pandemija u l-ħin liberu li kellna, diġà rrekordjajna ħames diski u qed nippjanaw li nlestu album u nagħmlu live tour kbir dan is-sajf.” Minbarra dan kollu, b’wiċċu minn quddiem, Mykill jista’ jgħid li kkollabora ma’ diversi deejays internazzjonali fejn kellu l-opportunità ma’ wħud minnhom li jdoqq bħala warmup u closing sets ma’ wħud minnhom. Fil-fatt, fost oħrajn daqq ma’ Bob Sinclair, The Prodigy, Roger Sanchez, Akon, Maroon 5, u Black Eyed Peas. “Esperjenza inkredibbli u meta
08.11.2020 26.06.2022
23
SKEDA ONE 06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:15
10:40 11:30 12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 16:00 16:25
Klassi Għalina Flip the Venue ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Brillanti ONE News Popcorn Ieqaf 20 Minuta Better Living
17:30
19:30 20:10 20:35 22:45 23:30
Flimkien ma’ Nancy Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Liquorish Music Legends ONE News
06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 Żona Sport 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:33 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Pjazza 10:15 Ieqaf 20 Minuta 10:40 Klassi Għalina
11:30 12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 16:00 16:25 17:00 17:30
Flip the Venue ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Brillanti ONE News What’s Cooking Ieqaf 20 Minuta Ondroad Sabiħa l-Ħajja Dak li Jgħodd
18:30 19:20 19:30 20:10 20:30 21:10 22:15 23:00 23:30
Imqades l-Istorja ONE Sports & Temp ONE News Primetime Reboot Flip the Venue Il-Willy Ieqaf 20 Minuta ONE News
06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:15 10:40
11:30 12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:40 16:05 16:20 17:00 18:00
Flip the Venue ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Brillanti ONE News Żona Sport Ieqaf 20 Minuta Pink Panther Eko Djar What’s Cooking
18:30
19:30 20:10 20:30 21:05 22:30 23:30
Imqades ERBGĦA l-Istorja 29-06 ONE Sports & Temp ONE News Primetime The Local Traveller Cash Ride Flip the venue ONE News
06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 What’s Cooking 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Imqades l-Istorja 10:15 Ieqaf 20 Minuta
10:40 11:30 12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 16:05 16:26
Klassi Għalina Flip the Venue ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Brillanti ONE News Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta Popcorn
17:00 17:30 18:30 19:20 19:30 20:10 20:40 21:40 22:50 23:30
Żona Sport Mhux kemm taf Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Ibgħathieli bil-posta Eko Djar Reboot ONE News
06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:15 10:40
11:30 12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 16:05 16:20 16:50 17:30
Flip the Venue ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Brillanti ONE News Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta What’s Cooking Music Legends Indhouse
18:15 19:18 19:30 20:10 20:30 22:30 00:00
ĠIMGĦA Pjazza ONE Sports & 01-07 Temp ONE News Primetime Brillanti Maratona Volleyball ONE News
06:30 ONE News 06:45 Music Legends 07:25 Reboot 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:33 Better Living 09:30 Żona Sport 10:05 The Local Traveller 10:35 Dak li Jgħodd 11:35 What’s Cooking
12:00 12:30 12:35 13:10 14:15 15:30 15:35 16:00 16:25
Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Mhux Kemm Taf ONE News Liquorish Omnibus Ieqaf 20 Minuta Flimkien ma’ Nancy
17:25 18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 22:30 23:30
Sabiħa l-Ħajja Pink Panther Ondroad ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Maratona Volleyball ONE News
06:30 06:45 07:15 07:40 08:00 08:40 10:00 10:20 11:30
12:30 12:35 13:10 15:30 15:35 16:00 16:30 17:30 18:30
ONE News Telebejgħ Brillanti ONE News Popcorn Music Legends Imqades l-Istorja Eko Djar Mill-festa - Rabat
19:25
ONE Sports & Temp ONE News Willy Mill-festa - Rabat ONE News
ONE News Liquorish Music Legends ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Pjazza Ieqaf 20 Minuta
TLIETA 28-06
ONE News Liquorish Popcorn ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Pjazza Ieqaf 20 Minuta Klassi Għalina
ĦAMIS 30-06
tara l-livell ta’ professjonalità ta’ dawn l-avvenimenti titla’ fuq livell ieħor meta tapprezza x-xogħol li jkun hemm wara dawn il-produzzjonijiet. Titgħallem ħafna fuq l-industrija tal-mużika u tiltaqa’ ma’ dawn il-leġġendi internazzjonali verament tagħtik spinta biex ma taqtax qalbek.” Mistoqsi b’liema mod iżomm ruħu aġġornat f’dak li jkun qed jiġri fil-kamp mużikali, Mykill stqarr miegħi li peress li jdoqq għal nies u avvenimenti differenti dejjem jagħti kas meta jkollu talbiet għal mużika partikolari u anke jaġġorna ruħu minn siti u deejays li jibagħtulu tracks direttament. Mistoqsi xi proġetti u as-
pettattivi għandu għall-futur mużikali tiegħu, Mykill żvela miegħi li bħala proġetti dejjem ikun hemm. “Qed inlesti studjo tar-reġistrazzjoni professjonali biex inkun nista’ ntella’ l-prodott tiegħi u nipproduċi ma’ artisti oħra. Flimkien ma’ Lyndsay u l-Kalakku qed inlestu music videos ta’ track biex inniedu t-tour. Ser inkompli nxandar ma’ stazzjon tar-radju. L-aħjar issegwuni fuq il-midja soċjali għax kull ġimgħa nivvinta xi ħaġa.” Fl-aħħar nett, Mykill ħalla messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Aħjar tipprova u ma tirnexxix f’xi ħaġa li tħobb, milli tagħmel xi ħaġa kontra qalbek. Nispera li fil-viċin narakom fuq id-dancefloor.”
Ġeneralment postijiet li hemm iktar kesħa jkollhom iktar enerġija għal mużika qawwija u beach parties. F’pajjiżi sħan in-nies ikollhom enerġija differenti, iżda t-tnejn fihom il-pjaċir tagħhom
ONE News Liquorish Żona Sport ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Pjazza Ieqaf 20 Minuta Klassi Għalina
SIBT 02-07
ONE News Niftakru Żona Sport Sabiħa l-Ħajja Il-Quddiesa tal-jum Paperscan Ieqaf 20 Minuta Mhux Kemm Taf Flip the Venue
18:30 19:20
19:20
19:30 20:15 21:00 23:30
TNEJN 27-06
ĦADD 03-07
24
26.06.2022
reċensjoni tal-ktieb
JIFRIDNA BISS IS-SKIET Il-mistiku u għaref Bhagavan Xri Ramana Maharshi (1879-1950) jgħallem li “l-esperjenza tas-skiet biss hija għarfien tassew u ta’ veru.” Il-kliem, kif jgħallmuna l-mistiċi kollha, jidħol bejn is-skiet tal-ħwejjeġ u s-skiet tal-kewn tagħna, bejn is-skiet tad-dinja u s-skiet ta’ Alla. Thomas Merton f’Thoughts on Solitude iwissina li “huwa meta aħna tassew inkunu ltqajna u għarafna d-dinja mis-skiet, li mbagħad il-kliem ma jifridniex mid-dinja, mill-bqija tal-bnedmin, minn Alla, jew minna nfusna. U dan għaliex ma nibqgħux nafdaw għalkollox fil-lingwaġġ sabiex inħaddnu r-realtà”. Dan it-tagħlim u din ix-xhieda nsibuha tista’ tgħid fil-mistiċi kollha ġejjin minn liema tradizzjoni ġejjin. L-aħħar ġabra ta’ poeżiji fil-ktieb ta’ John Buttigieg iġġib l-isem Jifridna Biss is-Skiet, li huwa wkoll titlu ta’ poeżija li tinsab fil-ġabra li tmur bejn l-2014 u l-2020. Buttigieg, kif jistqarr hu stess f’intervista li saritlu m’ilux, ma jiktibx sabiex jippublika. Jikteb imqanqal mill-mixja ’l ġewwa fih innifsu, hemm fejn mis-skiet li huwa eku tas-skiet ta’ dejjem, titnissel il-kelma, li mbagħad titlaħħam f’kitba. F’dan is-sens nistgħu ngħidu li l-poeżija ta’ Buttigieg hija waħda sagra. Li l-awtur ma jiktibx biex jippubblika jidher ukoll millfatt li din hija t-tielet ġabra ta’ poeżiji, bl-ewwel waħda fl-1989 Nixtieqek Terġa’ Tiġi; it-tieni waħda mitbugħa fl-2017 bl-isem Qabel Tagħmel ix-Xita u tiġbor il-poeżiji bejn l-1994 u l-2010, u issa din li ġiet mitbugħa mid-Dar tal-Pubblikazzjoni Horizons din is-sena. Buttigieg s’issa għadu ma waqax fil-manija tal-bżonn li tippubblika kull vers li tikteb, u fil-kilba li tikteb spiss ħalli tippubblika kemm tiflaħ. Meta wieħed jaqra l-poeżija ta’ Buttigieg isib il-lingwaġġ komuni li jesprimu lilhom infushom bih poeti oħra - uħud f’pajjiżna wkoll - li bħalu jiddeċiedu f’qalbhom li jidħlu għall-mixja ġewwinija. Fi kliem Buttigieg din il-mixja ġewwinija hija tfittix għas-Sabiħ u l-Ġmiel mitlufin, u li huma sinonimi mas-Sħuħija. Fid-daħla jikteb: “xi mkien, xi darba, ir-rabta bejn il-ġmiel u l-persuna umana kienet l-istess ħaġa, sakemm ġara xi ħaġa u dawn infirdu. Minn meta seħħ dan il-bniedem ma waqafx ifittex ‘is-sieħba’ tiegħu f’esperjenzi differ-
enti, li lkoll, xi ftit jew wisq, tawh togħma ta’ dak li tilef.” Il-poeta jinkixef li wasal filpunt li fih is-skiet biss huwa dak li jifirdu minn din “is-sieħba”jew ir-Realtà. Huwa il-mument mistiku li forsi l-poeta għadu kemm qed jibda jmiss miegħu? Il-mistiċiżmu huwa proprju din ir-relazzjoni - tradizzjonalment mifhuma metaforikament bħala r-rabta bejn sieħeb u sieħba - li tibda b’ġibda u xewqa, għal ħbiberija intima fl-imħabba, u l-konsumazzjoni estatika tal-għaqda li “tbiddel lis-sieħba fis-sieħeb”, biex nuża l-kliem liriku ta’ San Ġwann tas-Salib. Fi tradizzjonijiet oħra nitkellmu minn sħuħija non-duwalista. Din is-sħuħija mhijiex fenomenu romantiku iżda huwa l-ispazju li fih ma tafx intix il-Ġenna jew l-Infern, jew aħjar fejn tinduna li dawn huma ż-żewġ faċċati tal-istess verità waħda, ta’ min jaf u jgħix f’laħmu li “hi ħaġa tal-biża’ taqa’ f’idejn Alla l-ħaj” (Lhd 10:31). Għandna hawnhekk esperjenza ta’ sħuħija li Buttigieg jesprimiha bi kliem bħal “ironija”; hija z-zokk mitfugħ fin-nar iħeġġeġ ta’ San Ġwann tas-Salib; hija l-mixja mistika ta’ Muħammad fl-Al Isra’ wal-Mi’raj li fiha Alla jidħol b’saħħa fil-qalb u jċarratlu beraħ sidru biex isaffih (azzjoni wkoll li nsibuha fid-Divina Commedia ta’ Dante, fejn jissemma Muħammad); hija t-tislib u l-qawmien mill-imwiet fl-istess waqt. Huwa għalhekk aktarx li l-ġabra li għandna f’idejna tikxef li l-poeta huwa mifxul, donnu ma jafx fejn jinsab; jixtieq jintelaq b’fiduċja, imma jibża’; irid jintefa’ fis-skiet, jew kif isejjaħlu hu xi minn daqqiet “il-baħħ”, imma għadu ma jistax iħalli l-imgħoddi warajh; jixtieq il-ġdid, imma għadu jistaqsi għaliex mhux kollox għadu bħal qabel. Xi minn daqqiet jagħtina x’nifhmu li
għadu mhux jintebaħ li fil-jifridna biss is-skiet hemm moħbi l-paradoss tal-għaqda non-duwalista. Fis-skiet l-istħajjil tal-firda huwa biss illużjoni, għax fil-verità hemm l-għaqda estatika li tħallik bla kliem. Hu f’din it-tensjoni li l-poeta jitniehed: Ħu ħsiebi fejn wasalna iġborni fil-biċċiet, sawwarni kif trid Inti... Jifridna biss is-skiet. Fl-aħħar nett, huwa meta l-poeta jħalli lilu nnifsu jinfaqa’ bis-skiet u “jinbala’” mill-baħħ, li mhux biss itir fil-mixja ġewwinija li qed jagħmel, iżda wkoll jagħtina fix-xena letterarja lokali kitba poetika oħra, forsi iva nieqsa minn reżonanzi li sa issa tistrieħ fuqhom, iżda tqila bil-ħila ta’ min jgħanni b’leħen ġdid u uniku in-noti tal-vjaġġ “hawnkekk ġo fina, u xi mkien hemm barra.”
Mistoqsija: Għal liema raġuni nistgħu ngħidu li l-poeżija ta’ Buttigieg hija waħda sagra? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb JIFRIDNA BISS IS-SKIET. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 3 ta’ Lulju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb KAŻ MIFTUĦ huwa:
G.MAGRO - MOSTA
02 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm-il miljun ġew investiti lokalment f’manutenzjoni u tiswija tal-ajruplani f’erba’ snin?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
26.06.2022
DR CRIPPEN – TABIB U QATTIEL Joqtol lil martu biex ikun man-namrata Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
Hawley Harvey Crippen, magħruf iżjed bħala Dr Crippen, kien tabib Amerikan li japprattika l-omeopatija - twemmin li l-ġisem jista’ jfejjaq lilu nnifsu b’sustanzi naturali f’dożi żgħar. Dr Crippen kien ukoll speċjalista tal-widnejn u tal-għajnejn, apparti li kien iqassam il-mediċina lill-pazjenti. Hu nstab ħati għall-qtil tat-tieni mara tiegħu, Cora Crippen, u ngħata l-forka f’Pentonville Prison f’Londra. Dr Crippen kien l-ewwel suspettat li nqabad permezz tal-wireless telegraphy.
Dr Hawley Crippen
Min kien Dr Crippen? Hawley Harvey Crippen twieled fil-11 ta’ Settembru tal-1862 f’Coldwater, f’Michigan fl-Istati Uniti. Hu studja fil-University of Michigan Homeopathic Medical School u fl-1884 gradwa mill-Cleveland Homeopathic Medical College. L-ewwel mara ta’ Dr Crippen, Charlotte, mietet b’attakk tal-qalb fl-1892. Kif mietet, Dr Crippen bagħat lil binhom ta’ sentejn jgħix mal-ġenituri tiegħu biex hu jkun jista’ jmur jaħdem fi New York. Sentejn wara mill-wasla tiegħu fi New York, Dr Crippen iżżewweġ lit-tieni mara tiegħu, Corrine ‘Cora’ Turner. Cora kienet taħdem bħala stage performer u kienet magħrufa bl-isem ta’ ‘Belle Elmore’ fuq il-palk. Fl-1987, Dr Crippen u martu marru jgħixu Londra fl-Ingilterra biex jaħdem bħala tabib. Minkejja din iċ-ċaqliqa, Dr Crippen ma setax jaħdem bħala tabib għax il-kwalifiki tiegħu ma kinux biżżejjed fl-Ingilttera u b’hekk beda jaħdem bħala distributur tal-mediċina. Sadanittant, martu Cora bdiet tagħmel ħbieb ma’ performaturi bħalha, fosthom Lil Hawthorne u żewġha, John Nash. Fl-1899, Dr Crippen tkeċċa mix-xogħol għax kien qiegħed iqatta’ wisq ħin jgħin lil martu fil-karriera tal-palk tagħha. Dr Crippen imbagħad sab xogħol bħala maniġer fid-Drouet’s Institution for the Deaf u fl-1900 daħħal lil Ethel Le Neve taħdem bħala tajpista. Dr Crippen u Le Neve spiċċaw jiltaqgħu bil-moħbi u r-relazzjoni tagħhom ħarġet biss fil-beraħ meta sar jaf li martu kellha relazzjoni mas-sid tad-dar tagħhom fl-1908. L-għejbien ta’ Cora Crippen Fil-31 ta’ Jannar tal-1910, Dr Crippen u Cora għamlu festin fid-dar tagħhom. Wara dan il-festin, Cora għebet u skont Dr Crippen, din kienet telqet lejn l-Istati Uniti fejn mietet u ġiet kremata. Sadanittant, Le Neve bdiet tgħix ma’ Dr Crippen u bdiet tilbes il-ħwejjeġ u l-ġojjelli ta’ Cora. Il-pulizija saru jafu bl-għejbien ta’ Cora mingħand ħabiba tagħha tal-palk, Kate Williams, li kienet magħrufa bħala ‘Vulcana’. Dan l-għejbien ittieħed b’iktar serjetà meta l-pulizija ġew ikkun-
Cora Crippen
tattjati mis-Supretendent ta’ Scotland Yard, Frank Froest, u minn John Nash u martu, Lil Hawthorne. Kien hawnhekk li l-pulizija marru jfittxu fid-dar ta’ Dr Crippen iżda ma sabu l-ebda evidenza li setgħet titfa’ dell ikrah fuqu. B’hekk, l-Ispettur Walter Dew interroga lil Dr Crippen u dan tal-aħħar ammetta li kien gideb għax beda jistħi jgħid li Cora kienet ħarbet ma’ Bruce Miller lejn l-Istati Uniti. Minkejja li kien gideb, Dew emmen l-istorja ta’ Dr Crippen. Wara l-interrogazzjoni, Dr Crippen u Le Neve ħarbu lejn Brussell biex jaqbdu vapur għall-Kanada. L-azzjoni tagħhom wasslet lill-pulizija biex jerġgħu jfittxu
Dr Crippen u Ethel Le Neve waqt il-ġuri
fid-dar ta’ Dr Crippen u mar-raba’ tfittxija sabu parti minn ġisem ta’ bniedem midfuna taħt l-art tal-kantina. Skont farrett li kien hemm fuq din il-parti, il-pulizija qalu li din kienet parti minn Cora u b’hekk ħareġ mandat ta’ arrest għal Dr Crippen u Le Neve. Waqt li kienu fuq il-vapur, il-Kaptan Henry George Kendall għarafhom, minkejja li Le Neve kienet liebsa ta’ tifel biex ma tagħtix fil-għajn. Il-Kaptan Kendall qabbad lit-telegrafista Lawrence Ernest Hughes biex jgħarraf lill-awtoritajiet Brittaniċi li għandu suspett li Dr Crippen kien fuq il-vapur u li kabbar id-daqna filwaqt li l-kompliċi
tiegħu kienet liebsa ta’ tifel. Ma’ din in-notifika, l-Ispettur Dew qabad l-SS Laurentic minn Liverpool, li kien vapur veloċi ħafna u wasal il-Kanada qabel Dr Crippen. Fil-31 ta’ Lulju tal-1910, Dr Crippen u Le Neve waslu fi Quebec fil-Kanada u sabu lill-Ispettur Dew jistenniehom biex jarrestahom. Huma ttieħdu lura lejn ir-Renju Unit fejn Dr Crippen ġie mixli bil-qtil ta’ martu u Le Neve li kienet aċċessorju wara l-fatt għall-qtil. Dr Crippen weħel il-forka filwaqt li Le Neve nħelset mill-arrest. Hu ngħata l-forka f’Pentonville Prison f’Londra fit-23 ta’ Novembru tal-1910.
26
26.06.2022
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
26.06.2022
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 440
L. CUTAJAR - MOSTA
Bi 3 NUMRI 016 259 526 601 684 716 754 850 877 890 B’4 NUMRI 0299 0434 0440
0515 1069 1343 1371 1378 1411 1555 1606 2215 2286 2387 2698 2704 2849 2866 3465
4126 4288 4466 4687 4728 4881 5112 5160 5229 5383 6846 6910 8076 8165 8226 8382
9016 9076 9299 9622 9752 B’5 NUMRI 02665 05275 06195 08984 12251 21920 32517 32678 33157
34053 56625 56986 57951 59284 67037 72545 73998 81198 84954 85040 85449 90655 93605 93751
B’6 NUMRI 038177 212375 339015 432609 437069 566719 598634 625974 745355 774188
MIMDUDIN: 9,16. 1. Fis-sajf tintuża (5)10. 4. Kompli l-qawl: 12. Għal kull lagħqa għasel, hemm 16. bettija... (4) 18. 7,24. Tikkritika? (7) 19.
Ħarab (6) 20. Tieħu bl-herra (6) 21. Nittawlu minnhom (6) 23. Ara 9 24. Anno Domini (1,1) Telaq (3)
WEQFIN: 11,21W. 1. Moħbi (6) 12,22. 2. Kunjom (3) 3,23. Iġġieled? (7) 5. Ġnien (3) 13. 6. Royal Air Force (1,1,1) 8. Pajjiż (9) 14.
Mhix qasira (5) Għandha konoxxenza tiegħek (5) Arja Ingliża mħawda (3) Strieħ (6)
Malajr (5) Ingrid Naudi Farrugia (1,1,1) Ara 3 Ara 7
15. 17. 21. 22.
Fis-sajf l-aktar li jintlibsu (6) Frott (3) Ara 1 Ara 12
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Ħatba, 4.Ġlud, 7,16.Skada, 9,11. Retta, 10.Salvat, 12.Barkat, 18,17. Radam, 19.Ass, 20.Ħarat, 21.Omm, 24.Anita
WEQFIN: 1.Ħarifa, 2.Tut, 3,15.Assassina, 5,23. Lavrant, 6,14.Dittaturi, 8.Kalkariża, 12,13.Barra, 21.Orr, 22.Men
28
26.06.2022
RITMU MAL-POLZ TAL-POPLU Editorjal
Hu d-dmir u d-dover ta’ kull politiku serju, li ma jaħlix ħin jiġri wara t-titli, imma minflok jirriserva l-enerġija sħiħa tiegħu biex itejjeb l-għajxien ta’ min fdah bil-ġejjieni tiegħu
Sa ftit snin ilu l-wegħdi ammi nistrattivi kienu biss jissarrfu fi kliem li jisparixxi qisu duħħan appena joħroġ mill-fomm. Lan qas il-wegħdi li jitniżżlu fid-dokumenti ma kienu jiswew ħaqq il-linka li tintuża biex jinkitbu. Kellhom ikunu Gvernijiet Laburisti fl-aħħar snin li reġgħu rabbew livell ġdid ta’ fiduċja filpajjiż li dak li jitwiegħed tassew jitwettaq. Dan bil-fatti u l-provi. Anke fejn wegħdi kienu mill-iżjed ambizzjużi, dawn twettqu u twettqu bl-akbar għaqal. Illum il-poplu lanqas jgħaddilu minn moħħu li jiddubita l-kelma ta’ rġulija mill-Prim Mi nistru Robert Abela li ddikjara li l-1,000 proposta, li jifformaw il-manifest elettorali Laburista “Malta Flimkien”, jibdew jinbidlu f’1,000 kisba sa mill-għada li ngħata l-appoġġ biex imexxi l-pajjiż għal ħames snin oħra. Il-poplu konxju għax esper jenza fiex issarrfet it-tmexxija ta’ Dr Abela fl-aħħar sentejn u nofs, inkluż fl-agħar żmien li d-dinja qatt iffaċċjat sa missnin 40 tas-seklu l-ieħor. Issa fil-bidu ta’ din il-leġiżlatura l-ġdida, li wkoll għad trid tgħodd l-ewwel 100 jum tagħ
ha, bdejna nduqu mill-ewwel frott ta’ din il-ħidma mġedda. L-emendi fil-Liġi tal-IVF, irriżoluzzjonijiet dwar il-ftehim li hemm mal-American University of Malta (AUM) u Smart City biex, fost oħrajn, tiġi rritornata lill-poplu l-art fiż-Żonqor u oħra iżgħar f’Bormla, u t-twessigħ ta’ benefiċċji lil iżjed faxex tas-soċjetà huma ftit mill-ewwel riżultati ta’ din l-umiltà u rispett reċiproku. Doni umani li jidħlu kexxun ukoll f’dak li spiss itambar fuqu l-Prim Ministru nnifsu, jiġifie ri li aktar ma jkollok appoġġ warajk, iżjed għandek tiċċekken … iżjed irid ikollok saqajk mal-art biex tifhem u twettaq fl-aħjar interess ta’ kulħadd. Fuq kollox kif inhu d-dmir u d-dover ta’ kull politiku serju, li ma jaħlix ħin jiġri wara t-titli, imma minflok jirriserva l-enerġija sħiħa tiegħu biex itejjeb l-għajxien ta’ min fdah bil-ġejjieni tiegħu. Bil-maqlub, fil-Partit Nazzjo nalista hemm dawk li jaħsbu u jemmnu li huma don divin għall-poplu Malti u Għawdxi u li dik tagħhom hi xi razza superjuri mill-bqija. Dawn kon-
vinti u jgħiduha pubblikament li ma tista’ qatt teżisti fehma li tkun aħjar minn tagħhom. Il-verità hi li m’hemm l-ebda possibbiltà għalihom li xi darba jkunu f’sintonija ma’ dak li jridu mingħandhom anke Nazzjonalisti leali, aħseb u ara l-maġġoranza tal-poplu. L-istorja turi kif dawn ġew jitmejlu mill-esiġenzi tal-pajjiż u ta’ ġensu meta ġew fdati fis-setgħa. Minflok rawmu “kultura” tal-agħar piżijiet li ntefgħu anke fuq l-iżjed vulnerabbli, fl-istess ħin li idejhom mill-poter kienu fl-ixkora biex jindokraw sew l-interessi personali u/jew tal-Partit. Meta ġew skreditati millpoplu, kif kien jixraq, ukoll ġew jaqgħu u jqumu mill-messaġġ li ngħatalhom mill-maġġoranza. Baqgħu jagħmlu dan b’mod konsistenti sal-lum il-ġurnata, avolja l-lezzjonijiet indirizzati lejhom baqgħu jikbru waħda wara l-oħra. In-Narċisiżmu li jaħkimhom, mill-Kap Bernard Grech ’l isfel u dawk li għamluh tal-post, ma jippermettilhomx li jieħdu l-aħjar deċiżjonijiet fl-interess ġe nerali. Jibqgħu qatt ma jagħrfu
t-triq tas-sewwa u, minn fuq, jippretendu li dawk li jimxu warajhom lejn tarf l-irdumijiet jibqgħu biss jiżdiedu fin-numru. Anke jekk prattikament filpajjiż jaf kulħadd, dawn jibqgħu ma jintebħux li huma biss jaħtu għall-problema tal-emorraġija interna u nazzjonali. Għandhom ukoll l-ardezza li lil dawk kollha minn ħdanhom, li jagħżlu li ma joqogħdux għal-logħba perikoluża tagħhom, jgħajru hom bħala nies mingħajr sinsla. Jittimbrawhom tradituri. M’għandniex għal xiex nimma ġinaw kif jaħsbuha fuq dawk li mhumiex ta’ ġewwa u jifhmuha differenti minnhom ukoll … nafuh biżżejjed u żżejjed! Għal dawk fil-politika ma tis tax teżisti sitwazzjoni personali u kollettiva agħar minn hekk. Għalhekk il-Partit Laburista jifhem il-ħtieġa li jibqa’ jiġġedded, li jisma’ u jifhem il-lingwaġġ tan-nies, u, fejn isiru żbalji, jirrimedja bla telf ta’ żmien. Jaf li meta jitbiegħed minn din il-mentalità, isir bħal ħadd ieħor, iżda ferm agħar minn hekk, jitlef il-kapaċità li jħoss il-polz tal-poplu.