KullĦadd_26.09.2021

Page 1

MALTA FOST L-AKTAR EKONOMIJI GLOBALI BI TKABBIR TAL-ĠID Il-Ħadd, 26 ta’ Settembru, 2021

Ħarġa Nru 1,472

Prezz €1

Rapport f’paġni 8 u 9

QABŻA TA’ OTTIMIŻMU BL-AVVANZI MILL-2013 Statistika fl-UE tikkonferma li l-politika Laburista biddlet it-tendenza negattiva li kienet iddominat il-ħajja Maltija sa l-aħħar Gvernijiet tal-PN L-ottimiżmu fost il-poplu Malti mhux biss baqa’ jiżdied fl-aħħar snin, iżda rnexxielu saħansitra jaqleb it-tendenza ’l isfel li kienet tiddomina sal-2011, skont statistika uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-aħħar stħarriġ ippubblikat din il-ġimgħa mill-fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u x-xogħol, Eurofound, wera li l-Maltin u l-Għawd­ xin kienu t-tielet l-aktar ottimisti fost l-istati membri Ewropej sena qabel il-pandemija. Fir-rapport estensiv tagħha, intitolat Towards the future of Europe: Social factors shaping optimism and pessimism among citizens, il-fondazzjoni qalet li, “fuq il-bażi ta’ evidenza riċenti”, konvinta li dawn ir-riżultati jibqgħu validi anke wara l-pandemija.

It-tnaqqis fl-ottimiżmu fost il-Maltin ippersista sal-aħħar Gvern tal-PN Sadanittant tqabbil ma’ informazzjoni simili maħruġa minn Eurofound fil-passat riċenti jikxef kif l-avvanz ta’ pajjiżna kien wieħed sinifikanti f’perjodu relattivament qasir. Fil-fatt, waqt li l-poplu Malti kien għadu jirreġistra tnaqqis fl-in­di­­­­ċi tal-ottimiżmu sal-aħħar żewġ leġiżlatu­ri Nazz­jonalis­ti, ittenden­za ne­gat­tiva nqal­bet kom­­­ pletament mal-bidla fl-amministrazzjoni fl-2013. Tkompli f’paġna 6

MALTA TIMMIRA LI TKUN TA’ EŻEMPJU FIT-TMEXXIJA TA’ STATI GŻEJJER ŻGĦAR

Malta qed taspira li tiggwida stati gżejjer żgħar fit-tmexxi­ ja tagħhom, partikolarment fl-eliminazzjoni tal-karbonju u d-diġitalizzazzjoni, tenna l-Prim Ministru Robert Abela waqt li kien qed jindirizza s-76 laqgħa tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda.

Tkompli f’paġna 4

JISFIDA LILL-PARTIT WARA LI TTRADIEH Samuel Azzopardi, Eks Sindku Nazzjo­ na­lista tal-Belt Victoria, se jkun qed jikkontesta xorta waħda għall-kariga ta’ rappreżentant tar-Reġjun t’Għawdex fi ħdan l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, avolja xahar ilu twarrab mill-Partit Nazzjonalista stess permezz ta’ block vote. Ismu tfaċċa fil-lista tan-nominati għall-karigi reġjonali, kif ippubblikata mill-Kummissjoni Elettorali nhar ilĦamis. Azzopardi kellu jikkontesta bħala kandidat indipendenti u se jkun qed jisfida lill-Partit tiegħu stess, li issa se jkun rappreżentat mill-Eks Sindku tal-Belt Victoria wkoll Robert Tabone, li hu eqreb tal-establishment u tat-tmexxija attwali ta’ Bernard Grech. Tabone tefa’ n-nomina tiegħu nhar il-Ġimgħa, fl-aħħar jum disponibbli għall-kontestazzjonijiet.

Elezzjoni għall-karigi prinċipali talAKL issir kull erba’ snin u li jmiss se ssir proprju ġimagħtejn oħra nhar id-9 t’Ottubru bejn it-8:00 a.m. u l-11:00 a.m. Kemm ilhom jeżistu r-reġjuni għal dawn l-aħħar 12-il sena, Azzopardi dejjem irrappreżenta lill-PN fuq Għawdex, iżda x-xahar li għadda l-PN imbotta tliet ismijiet għall-elezzjoni interna biex jitwarrab minn postu. Hu magħruf minn sorsi Għawdxin li Azzopardi ma ħax din il-manuvra sew, li mingħajr dubju hi marbuta mal-fatt li hu kien leali lejn l-Eks Kap Adrian Delia.

Tkompli f’paġna 3


02

26.09.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 29°C L-Inqas Temperatura: 23°C L-Indiċi UV: 6 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni għolja tiksi l-Baħar Jonju u ċ-Ċentru tal-Mediterran It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif għal moderat min-Nofsinhar ix-Xlokk Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn li jsir baxx min-Nofsinhar It-Temperatura tal-Baħar: 27°C

KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

29°C UV 5

KUNTATT ĠENERALI

24°C

Il-Ħamis

29°C UV 5

23°C

Il-Ġimgħa

29°C UV 5

22°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

28°C

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1​ 182

UV 5

21°C

28°C UV 5

20°C

27°C UV 5

21°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21239310 San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Il-Marsa – 21221118 Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi – 21487739 Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara – 21441513 Remedies Pharmaacy, 5, Tagliaferro Mansions, Triq il-Prinċipessa Margerita, L-Imsida – 21346547 Melita Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan – 21378657 Victor’s Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21330352 Brown’s St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Ħ’Attard – 21436348 St. Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, Il-Mosta – 21433833 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid – 21665848 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 Bellavista Pharmacy, 88 Triq il-Ħortan, Marsaskala – 21633788 Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillan k/m Triq William Baker, Il-Gudja – 21696422 Kirkop Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Ħal Kirkop – 21682028 Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Is-Siġġiewi – 21460828 Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli – 21457128 Għawdex Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat – 21563233 St. John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, Ix-Xewkija – 21563052 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

26.09.2021

VITTMA OĦRA TAL-ESTABLISHMENT Tkompli minn paġna 1 Azzopardi, fil-fatt, kien ħa jipparteċipa f’diversi programmi televiżivi u radjufoniċi qabel l-elezzjoni għal Kap tal-PN f’Ottubru li għadda biex jargumenta kontra l-“Blue Heroes” tal-establishment li riedu jtajru lil Delia bl-iskuża prinċipali li ma kienx qed inaqqas id-distakk mal-Partit Laburista fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika. Ħu Samuel, Brian Azzopardi, li attwalment hu kunsillier fil-Belt Victoria, ukoll għadu meqjus bħala wieħed mis-sostenituri ta’ Delia. Għaldaqstant, kif kienet qed toqrob l-elezzjoni interna tas-7 t’Awwissu biex jinnomina l-kandidati li jirrappreżentawh fir-reġjuni, fosthom dak t’Għawdex, il-PN ħa x-xoqqa f’moxtha biex jorganizza l-konġura anke kontra Azzopardi. Kif kien ġie rrapportat dakinhar mill-KullĦadd, il-PN kien iddeċieda li jikkontesta lil Azzopardi bi tliet kandidati oħra – Tabone, is-Sindku attwali ta’ San Lawrenz Noel For-

mosa u l-Kunsillier tax-Xagħra Anthony Attard – li lkoll huma qrib id-Deputat Parlamentari Għawdxi Chris Said u l-Kap magħżul mill-establishment. Jirriżulta li, fl-elezzjoni interna, Azzopardi xorta kien fuq quddiem mal-ewwel għadd, iżda meta waqgħu l-kontestanti Attard u Formosa, il-wirt ivvantaġġja lil Tabone. Is-sorsi qrib il-PN kienu indikaw dan bħala mossa ċara li kien hemm ħadma interna mill-bidu sal-aħħar kontra Azzopardi, minkejja l-esperjenza li għandu bħala President tar-Reġjun t’Għawdex. Skont ir-Regolamenti dwar l-Assoċjazzjoni ta’ Awtoritajiet ta’ Gvern Lokali, jistgħu jiġu nnominati residenti f’lokalità fl-istess reġjun jew kunsillier/a eletti f’xi lokalità li tifforma parti minn dak ir-reġjun jew president tar-reġjun fil-kariga sad-data tal-ftuħ tan-nomini tal-elezzjoni fil-każ tal-elezzjoni għall-presidenti tar-reġjuni. Waqt li kandidat ma jistax jikkontesta f’aktar minn lista waħda, kull nomina li trid tkun iffirmata u ppreżentata

mill-kandidat innifsu jew rappreżentant awtorizzat minnu bil-miktub, f’każ ta’ mard jew safar. Nomina jrid ikollha proponent u żewġ sekondanti li jridu jkunu kunsillieri wkoll, iżda filwaqt li l-proponent għandu jkun mil-lokalità tal-kandidat innifsu, iż-żewġ sekondanti għandhom ikunu kunsillieri minn żewġ lokalitajiet differenti u li ma jkunux mil-lokalità tal-kandidat. Il-kandidat jew rappreżentant għandu jiffirma li jkun qed jaċċetta n-nomina. Sadanittant, il-Kummissjoni Elettorali rċeviet 15-il nomina, 8 għall-Partit Laburista, 5 għallPN u l-unika waħda indipendenti ta’ Azzopardi. Bħala tali, issa hu se jiffaċċja lil Tabone f’kontestazzjoni diretta biex jinkiseb l-appoġġ fost il-kunsillieri kollha għat-tmexxija tar-Reġjun Għawdxi. Fil-lista tan-nomini hemm ukoll dik tal-President attwali tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Mario Fava, li mhuwiex ikkontestat. Il-bqija huma dawn: Lista Ġenerali* – Steven Axisa (PL), Graziella Galea (PN), Maximillian Zammit (PL),

Stephen Sultana (PL) u Charles Bonello (PN); Lista Reġjun Tramuntana** – Anthony Mifsud (PN) u Clifford Galea Vella (PL); Lista Reġjun Lvant** – Anthony Chircop (PN); Lista Reġjun Punent** – Sandro Azzopardi (PL); Lista Reġjun Port** – Paul Farrugia (PL); Lista Reġjun Nofsinhar** – Jesmond Aquilina (PL); Lista Reġjun Għawdex** – Samuel Azzopardi (Ind.) u Robert Tabone (PN). F’din l-elezzjoni jistgħu jivvutaw il-kunsillieri kollha fil-kariga u għandhom jivvutaw fuq tliet poloz tal-votazzjoni – waħda għall-kandidati tal-lista presidenzjali, oħra għall-kandidati tal-lista ġenerali u dik għall-kandidati tal-lista reġjonali konċernata. Il-votazzjoni ssir bis-sistema proporzjonali bl-użu tal-vot wieħed trasferibbli, skont il-preferenzi. Fil-każ tar-Reġjun tal-Lvant, Chircop, li hu s-Sindku ta’ Tas-Sliema u mhux ikkontestat, se jkun qed jieħu

t-tmexxija f’idejh mingħand Michael Fenech Adami, wara li fl-elezzjoni interna t’Awwissu li għadda għaddieh bid-doppju tal-voti. L-Eks Sindku Nazzjonalista f’Birkirkara kien ukoll naqqas l-appoġġ tiegħu fl-elezzjoni preċedenti għall-Eżekuttiv Nazzjonalista fejn spiċċa tela’ mkaxkar. *(iridu jiġu eletti erba’ membri) **(jiġi elett membru wieħed)

Brian Azzopardi, ħu Samuel, ma’ Delia


04

26.09.2021

IL-MIRI AMBJENTALI MALTIN BAQGĦU FUQ L-AĠENDA Tkompli minn paġna 1 Il-Prim Ministru Robert Abela tenna li, bħala membru fundatur tal-alleanza għal stati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw, pajjiżna jinsab lest li jaqsam il-pjani tiegħu biex jilħaq il-miri importanti sal-2030. Stati gżejjer żgħar jiffaċċjaw sfidi relatati mal-infrastruttura kritika tagħhom, iżda fl-istess ħin kapaċi juru kemm huma effettivi deċiżjonijiet ibbażati fuq il-komunità. Fil-laqgħa tal-ogħla livell dinji, il-Prim Ministru enfasizza li t-tibdil fil-klima hu wieħed mill-kwistjonijiet li l-mexxejja dinjin iridu jindirizzaw qabel ikun tard wisq. Hu qal li t-tmiem tal-karbonju f ’Malta hu wieħed millħames miri prinċipali fil-viżjoni ekonomika nazzjonali sa disa’ snin oħra u, minkejja

l-impatt qawwi tal-COVID-19, dan il-programm ambizzjuż f ’dan ir-rigward baqa’ fuq l-aġenda. Malta hi impenjata li tassigura li l-vuċijiet ta’ dawk l-istati l-aktar affettwati mill-impatt tat-tibdil fil-klima jinstemgħu u qed taħdem kontinwament fl-istrutturi relevanti tal-Ġnus Magħquda u flimkien ma’ pajjiżi oħrajn biex tqajjem kuxjenza fuq il-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tagħhom. Fl-indirizz tiegħu, Dr Abela wkoll enfasizza li l-multilateraliżmu hu kruċjali għal ġejjieni b’saħħtu u sostenibbli, waqt li ħeġġeġ lill-mexxejja dinjin biex jingħaqdu u jmexxu flimkien pjani li juru li d-determinazzjoni u l-impenn għal irkupru qawwi mill-pandemija jwasslu għal dinja aktar ugwali, inklussiva u reżiljenti.

Imbottatura sinifikanti fl-ogħla livell politiku hi meħtieġa biex jiġu rriversjati wħud mill-effetti tal-pandemija, tiġi evitata riċessjoni globali u titkompla t-triq lejn l-Aġenda għal Żvilupp Sostenibbli 2030 fl-10 snin li ġejjin, insista l-Prim Ministru Malti, li wkoll wiegħed l-appoġġ sħiħ tiegħu għal irkupru inklussiv u reżiljenti wara l-pandemija bbażat fuq ħsieb miftuħ u regolamentat lejn investiment dirett barrani u negozjar internazzjonali. “L-azzjoni għandha tkun iffokata biex nassigura implimentazzjoni xierqa ta’ regoli eżistenti u oħrajn ġodda fi kwistjonijiet li feġġew matul is-snin. Kompetizzjoni ġusta għandha tkun fil-qalb ta’ kull impenn favur irkupru ekonomiku wara l-pandemija,” qal il-Prim Ministru.

IT-TIELET L-AQWA SURPLUS GĦAL AWWISSU FIL-FOND KONSOLIDAT F’Awwissu li għadda l-Gvern għamel surplus fil-Fond Konsolidat ta’ €129 miljun. Dan kien it-tielet l-aqwa riżultat finanzjarju tal-Gvern osservat f’dan ix-xahar fl-istorja. Fil-fatt kien biss f’Awwissu tal-2019 u dak tal-2017 li kienu osservati surpluses akbar, €210 miljun u €136 miljun, rispettivament. Ir-riżultat fiskali miksub f’Awwissu li għadda huwa darbtejn aħjar minn dak li kien osservat f’Awwissu 2012, l-aħħar sena taħt amministrazzjoni Nazzjonalista. Dan ir-riżultat kien sitt darbiet aħjar minn dak li kien osservat f’Awwissu 2008, meta pajjiżna kien għaddej minn kriżi ekonomika ferm anqas qawwija mix-xokk tal-pandemija. Dak iż-żmien Gvern Nazzjonalista kien wettaq politika ta’ awsterità għax skont l-esperti tal-Partit Nazzjonalista, dan kien iwassal għal sitwazzjoni fiskali aktar sostenibbli. Fir-realtà, il-Fond Konsolidat kien spiċċa agħar għax l-awsterità wasslet għal ekonomija dgħajfa li fissret dħul anqas għall-Gvern. B’hekk, il-qagħda finanzjarja tal-Gvern kienet damet sal2010 biex reġgħet lura għal kif kienet fl2007, qabel ma kienet faqqgħet il-kriżi ekonomika. F’Awwissu li għadda l-Gvern daħħal l-akbar ammont ta’ dħul li qatt kien osservat f’dan ix-xahar fl-istorja. Fil-fatt

inġabru €605 miljuni, li jfissru titjib ta’ €53 miljun fuq Awwissu tal-2019, li qabel kien ix-xahar bl-aktar dħul rekord fl-istorja. Meta mqabbel ma’ Awwissu ta’ sena ilu, kien hemm żieda ta’ €186 miljun, jew 45%. Ta’ min ifakkar li fir-risposta tiegħu għall-baġit Bernard Grech kien sejjaħ il-previzjoni li d-dħul tal-Gvern fl-2021 jiżdied bħala realtà virtwali. Skont hu, din il-previżjoni qatt ma setgħet isseħħ u għalhekk il-Gvern kien qed jinganna fuq il-qagħda finanzjarja. L-istess bħalma kienu jagħmlu fl-2008, l-esperti tal-Partit Nazzjonalista għadhom ma fehmux li politika ta’ awsterità biss twassal għal tnaqqis fid-dħul talGvern. Politika progressiva li ssostni l-ekonomija qatt ma twassal għal dħul anqas tal-Gvern. Kważi terz taż-żieda fid-dħul mittaxxi osservat f’Awwissu li għadda kien mill-VAT, li kważi laħaq il-livell tal-2019. Dan juri kif il-miżuri tal-Gvern, speċjalment it-tieni round tal-vouchers wasslu għal konsum privat qawwi li reġa’ lura kważi għal-livell ta’ qabel il-pandemija. Aktar minn terz taż-żieda fid-dħul kien mill-income tax u mill-bolla. Hawnhekk id-dħul qabeż sewwa l-livell tal-2019. Dan huwa riflessjoni tal-fatt li l-qgħad waqa’ għal minimu storiku

għax komplew jiġu kkreati numru qawwi ta’ impjiegi. Dan wassal għal dħul akbar għall-ħaddiema. Il-bqija taż-żieda fid-dħul kienet ġejja mid-dwana u minn għotjiet. Id-dħul mid-dwana kważi reġa’ lura għal-livell tal-2019, riflessjoni oħra taż-żieda fil-konsum privat. Fejn jidħlu għotjiet, dawn jirreflettu l-ħidma sfiqa tal-Gvern li qed twassal għal aktar fondi mill-Unjoni Ewropa, liema fondi qed imorru għal proġetti ta’ fejda. Fil-fatt, f’Awwissu kien hemm spiża kapitali ta’ aktar minn €54 miljun. Din kienet l-akbar ammont ta’ spiża kapitali li qatt saret fix-xahar ta’ Awwissu fl-istorja ta’ pajjiżna, żieda ta’ 17% fuq sena ilu. B’kuntrast, fil-kriżi tal-2008 Gvern Nazzjonalista b’politika ta’ awsterità naqqas l-ispiża kapitali kważi bin-nofs. F’Awwissu l-Gvern nefaq €401 miljun fi spiża rikurrenti, li kienet ukoll rekord fl-istorja. Dan kien dovut għat-twettiq tal-miżuri mħabbra fil-Baġit li għadda, li kien l-aktar baġit ġeneruż li qatt ra pajjiżna. Filwaqt li dakinhar tal-Baġit l-Oppożizzjoni kienet bassret li b’dawk il-miżuri d-defiċit ser jiżdied, l-istatistika uffiċjali tindika li fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena kien hemm titjib ta’ €333 miljun, jew ta’ terz ta’ biljun ewro. B’hekk mhux talli ġara kif imbas-

sar minn Bernard Grech, imma talli d-defiċit diġà naqas b’terz, mingħajr ebda żieda fit-taxxi u bil-Gvern ikompli jagħti l-assistenza tal-wage supplement, iż-żidiet rekord fis-servizzi soċjali, nefqa straordinarja fuq is-saħħa, proġetti ta’ investiment kbar u ħarġa oħra ta’ vouchers u rifużjoni tat-taxxa.

Awwissu

Bilanċ

2021

+€129 miljun

2020

-€34 miljun

2019

+€210 miljun

2018

+€114 miljun

2017

+€136 miljun

2016

+€62 miljun

2015

+€34 miljun

2014

+€100 miljun

2013

+€62 miljun


05

26.09.2021

Dr Abela wkoll iddiskuta l-Libja u stqarr li l-futur tal-pajjiż għandu jibqa’ fuq quddiem nett tal-aġenda komuni tal-ĠM favur il-paċi u l-istabilità. Hu qal li l-komunità internazzjonali għandha tipprovdi l-appoġġ lill-awtoritajiet Libjani, taħt l-awspiċi tal-ĠM, biex ikun assigurat li t-tranżizzjoni politika tkun suċċess għall-poplu Libjan, ir-reġjun, il-kontinent Afrikan u d-dinja. Fl-istess ħsieb tratta s-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani, is-Sirja u l-Afganistan, fejn dwar tal-aħħar qabel mal-kliem tas-Segretarju Ġenerali tal-ĠM li l-komunità internazzjonali għandha tingħaqad biex tassigura li l-pajjiż qatt aktar ma jintuża bħala pjattaforma għal organizzazzjonijiet terroristiċi. “Malta hi magħquda mal-komunità internazzjonali biex tinbena dinja aħjar,

fejn il-ftehim u l-koperazzjoni huma fil-qalb tal-politika tagħna u x-xogħol li nwettqu. Fejn naħdmu flimkien b’mod magħqud u multilaterali. Ilpaċi u s-sigurtà huma fundamentali jekk għandna l-ambizzjoni li nipproteġu prinċipji umanitarji internazzjonali u nnaqqsu l-impatt tal-konflitt fuq ċivili innoċenti, fosthom dawk l-aktar vulnerabbli,” kompla l-Prim Ministru. Hu ħeġġeġ bil-qawwa lill-Kunsill tal-ĠM u lil stati membri biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni sħiħa ta’ mandati b’saħħithom għall-protezzjoni tat-tfal u, kemm-il darba tiġi fdata biex isservi fl-istess Kunsill fl-2023-2024, Malta tagħmel prijorità ewlenija lit-tfal u l-konflitti armati bħala kwistjoni li għandha tkun primarja fil-ħidma tal-Kunsill tas-Sigurtà.

STR ATEGY

STRATEĠIJA DIĠITALI TAL-ĠUSTIZZJA F'MALTA Konsultazzjoni pubblika dwar il-tħejjija tal-Istrateġija Diġitali tal-Ġustizzja. Il-Ministeru tal-Ġustizzja u Governanza jilqa' is-sottomissjonijiet tal-pubbliku sat-13 ta' Ottubru, 2021. Is-sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu fuq l-emejl: publicconsultation.justice@gov.mt Proġett iffinanzjat mill-Structural Reform Support Programme (DG-Reform) bl-għajnuna esperta tal- Kummissjoni Ewropea dwar l-Effiċjenza tal-Ġustizzja fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa.


06

26.09.2021

POLITIKA ĊARA B’TITJIB FL-GĦAJXIEN Tkompli minn paġna 1 Id-dwejjaq popolari kien beda sa minn qabel faqqgħet il-kriżi finanzjarja tal2008, iżda kompla jirranka fis-snin ta’ wara bi tnaqqis kontinwu rreġistrat fl-indiċi tal-ottimiżmu fost il-Maltin u l-Għawdxin. Waqt li fl-2007 konna s-seba’ l-aktar pajjiż ottimist fl-Unjoni Ewropea, fl-2011 inżilna fit-12-il post biex issa fl2019 tlajna fit-tielet post wara l-Irlanda u d-Danimarka rispettivament. Fl2011 konna wkoll irreġistrajna tnaqqis fil-live­ll tal-kuntentizza għas-16-il post fl-UE kollha, mis-seba’ post erba’ snin biss qabel, u fis-sodisfazzjon tal-ħajja mis-seba’ post għat-13-il post fl-istess perjodu. Minkejja dan, jirriżulta li sal-2016 ir-riżultati tal-Eurofound kienu diġà qed jindikaw titjib fost is-soċjetà Maltija b’riżultati li dawru kompletament it-tendenza fl-indiċi tal-kuntentizza, l-ottimiżmu u s-sodisfazzjon fil-ħajja għal livelli li l-aħħar li ntlaħqu kienu qabel l-2007. Din kienet indikazzjoni ċara b’riżultat tal-amministrazzjoni ħażina ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti taħt il-Prim Ministru Lawrence Gonzi. Bil-maqlub, l-aħħar tmien snin ta’ Gvernijiet Laburisti mhux biss pattew għan-nuqqasijiet f’dawk iż-żminijiet, iżda b’mod ġenerali saħansitra ssarrfu fi prosperità, għajxien u kuntentizza akbar għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Din kienet ukoll riflessa f’kull riżultat elettorali mill-2013 lil hawn u għadha riflessa sal-lum f’kull stħarriġ tal-opinjoni pubblika li joħroġ. Fl-aħħar stħarriġ tagħha, Eurofound qalet li Malta għandha t-tielet l-ogħla livell ta’ ottimiżmu fl-indiċi li hu bbażat fuq ħames tweġibiet mogħtija minn dawk intervistati dwar jekk humiex ottimisti ħafna, ottimisti, la ottimisti u lanqas pessimisti, pessimisti u zi kbar bejn l-ottimiżmu jew il-pessimiżmu taċ-ċittadini għalihom perpessimisti ħafna. Dan jagħmilna wkoll fost 12-il pajjiż sonali minn dak li jivvalutaw għall-pajjiż Ewropew fejn l-ottimiżmu hu komuni inġenerali. Għalkemm, anke hawn, Malta tin­sab fost aktar minn 50% tal-poplu u l-pesfuq in-naħa ta’ dawk li simiżmu hu fl-inqas jaraw b’mod pożittiv livelli. Mill-bqija jew kemm il-qagħda indi­ għandhom livelli kważi vidwali kif ukoll dik ndaqs ta’ ottimiżmu nazzjonali. u pessimiżmu fost ilWaqt li, b’14%, ilpopli rispettivi, inkelMaltin huma t-tiela agħar il-pessimisti Eurofound: ni l-inqas pessimisti jagħmlu l-maġġoranza, kif inhu l-każ f’Ċip- Waqt li l-pessimiżmu dwar kif sejrin l-affariru, ir-Repubblika Ċeka, Ewropew qed ikompli jiet fil-pajjiż u għandna il-Belġju, l-Italja, Fran- jgħolli rasu, il-Maltin t-tieni l-inqas differenza bejn il-proporzjoniza u l-Greċja. huma t-tieni l-inqas jiet ta’ pessimiżmu inSkont il-fondazzjoni dividwali u nazzjo­nali Ewropea l-pessimiżmu pessimisti dwar kif (8%), Eurofound qalet li Ewropew qed jgħolli sejrin l-affarijiet l-pessimiżmu f’pajjiżi rasu, għalkemm ma f’Malta … wieħed simili jidher li hu aktar jidhirx li hu l-każ għal xi wħud, inkluża Malminn 12-il pajjiż biss relatat mal-istennija dwar il-kundizzjonijiet ta, fejn sitta minn kull fejn aktar minn 50% ta’ għajxien persona­ għaxra huma ottimisti jew ottimisti ħafna, tal-poplu hu ottimist li milli fuq xi kultura ta’ pessimiżmu dwar waqt li tnejn minn il-ġejjieni tas-soċjetà. kull għaxra biss qalu li Statistika oħra rela­tata, li tindika tithuma pessimisti jew pessimisti ħafna. Filwaqt li tagħmilha ċara li r-riżul- jib fil-ħajja tal-familji Maltin, inħarġet fltati jeħtieġu analiżi aktar profonda u aħħar jiem ukoll mill-uffiċċju tal-istatiskull każ għandu jitqies individwalment, tika Ewropew, Eurostat. Din uriet kif Eurofound tisħaq li hemm diskrepan- kien hemm żieda ta’ kważi 24% fin-nisa

Statistika oħra, li tindika titjib fil-ħajja tal-familji Maltin, uriet kif kien hemm żieda fuq l-2011 ta’ kważi 24% ta’ ommijiet li qed jaħdmu

lokali bit-tfal li qed jaħdmu meta mqabbel ma’ disa’ snin qabel. Fil-fatt, waqt li kien hemm ftit iżjed minn 45% tan-nisa jaħdmu li huma ommijiet fl-2011, fi żmien meta ma kienx hawn is-servizz taċ-childcare offrut b’xejn, is-sena li għaddiet fl-eqqel tal-pandemija kien hawn kważi 70% tan-nisa li għandhom it-tfal u li kienu f’impjieg. Mill-istess statistika ħareġ li, fl-2020 ukoll, l-irġiel u n-nisa Maltin li għandhom it-tfal u jaħdmu kienu jammontaw għal 79%, differenza ta’ aktar minn 15% mill-2011. Dan poġġa lil Malta mal-ewwel sitt pajjiżi fl-UE u b’aktar minn 5% ’l fuq mill-medja Ewropea, ċertifikat ieħor pożittiv għall-politika Laburista li qed tissarraf f’ġid kbir għas-soċjetà kollha kemm hi. Din il-ġimgħa wkoll ingħataw dettalji ta’ wħud mill-iktar miżuri li għamlu differenza fil-ħajja tan-nies f’din il-leġiżlatura, par­tikolarment iż-żieda fil-pensjonijiet, fiċ-children’s allowance u numru ta’ miżuri li jolqtu niċeċ speċifiċi. Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal li ddikjara li wettaq 95% tal-proposti elettorali fil-qasam soċjali, jew 24 mill-34 li kienu inklużi fil-manifest Laburista għall-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju 2017.

F’indikazzjoni oħra tal-avvanzi tassoċ­­jetà Maltija u allura s-sodisfazzjon fil-ħajja taċ-ċittadini tagħna, il-Ministru responsabbli Michael Falzon qal li dawn ir-riżultati ferm pożittivi jir­rifletu direttament il-qagħda soċjali b’saħħitha li lkoll qed ingawdu f’pajjiżna llum, waqt li fakkar kif dan il-Gvern telaq minn sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv, livell għoli ta’ qgħad u għadd kbir ta’ persuni dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali. Dwar ir-rati tal-faqar u l-esklużjoni soċjali ġie nnutat tnaqqis minn 46.1% fl2014 għal 23.8% matul is-sena 2019, f’dik li hi ċaħda materjali u soċjali, waqt li aktar minn 93,000 pensjonant din is-sena gawdew minn żieda ta’ €5 fil-ġimgħa, li kienet is-sitt żieda konsekuttiva fil-pensjonijiet. Il-Ministru rrefera wkoll għall-introduzzjoni tat-tapering u l-in-work benefit, li wasslu għall-pass pożittiv li ħafna jagħżlu li jidħlu fid-dinja tax-xogħol flok jibqgħu fuq il-benefiċċji soċjali u b’riżultat t’hekk naqas anke l-faqar. It-tapering daħal fis-seħħ matul l-2014 u s’Awwissu li għadda kien hemm 1,018-il persuna li gawdew minn din l-iskema. Dan in-numru għandu wkoll jittieħed f’kuntest fejn dawk fuq l-assistenza soċjali baqgħu jonqsu, tant li f’Lulju li għadda kienu fl-aktar rata baxxa fl-istorja.


07

26.09.2021

Bil-maqlub ta’ għadd ta’ pajjiżi madwar id-dinja fejn il-qgħad għadu qed jirran­ka, pajjiżna diġà qed ikollu suċċess fil-ġlieda kontra l-effett ekonomiku tal-COVID-19. Waqt li f’Mejju 2020 l-ammont ta’ nies jirreġistraw għax-xogħol kien tela’ għal 4,409, sa Awwissu 2021 in-numru naqas għal 1,442. Dan ifisser li, f’perjodu ta’ 14-il xahar, l-ammont ta’ nies qiegħda naqas b’2,967 persuna, waqt li, bħala medja, mill-bidu ta’ Ġunju 2020 sitt persuni sabu impjieg kull ġurnata. Il-pandemija kienet wasslet għal żieda ta’ 2,750 persuna jirreġistraw. B’hekk mhux talli dawk kollha li bdew jirreġistraw wara li bdiet il-pandemija issa mhumiex jirreġistraw, imma saħansitra lħaqna minimu storiku ġdid. Is-saħħa tal-irkupru ekonomiku qed tinħass saħansitra b’aktar qawwa fil-gżira Għawdxija. Fil-fatt f’Għawdex kien żdied il-qgħad b’156 persuna,

u minn Ġunju 2020 ’l hawn kien hemm tnaqqis ta’ 193 persuna. Jiġifieri issa hemm 20% inqas Għawdxin jirreġistraw milli kien hemm qabel bdiet il-pandemija. Mhux hekk biss, talli dan hu l-inqas ammont ta’ Għawdxin jirreġistraw fl-istorja, sitt darbiet inqas minn kemm kien hemm taħt il-Gvern Nazzjonalista fl-2013. It-tnaqqis fil-qgħad beda wara t-tħabbir tal-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ €900 miljun. Dan il-pjan kien ta injezzjoni ta’ fiduċja ġdida lill-konsumaturi Maltin u Għawdxin, li għall-ewwel darba fl-istorja ngħataw vouchers mill-Gvern biex jonfquhom fl-ekonomija tagħna. Minbarra hekk, ingħata suppliment anke aqwa bħala ammont lil dawk fuq l-in-work benefit biex b’hekk ġew ippremjati dawk bl-inqas dħul. Fl-istess ħin il-Gvern Laburista daħħal diversi miżuri biex jgħin lin-negozji jżommu

MEDJA TA’ SITT PERSUNI KULJUM F’PAJJIŻNA SABU XOGĦOL FIL-PANDEMIJA AWWISSU 2021 BL-INQAS NUMRU TA’ PERSUNI JIRREĠISTRAW FL-ISTORJA LOKALI lill-ħaddiema diġà mħarrġin tagħhom u biex jerġgħu jibdew joperaw b’suċċess, filwaqt li tħabbar l-akbar pjan ta’ investiment fl-infrastruttura industrijali ta’ pajjiżna. B’riżultat ta’ dan kellna l-aktar tnaqqis rapidu filqgħad fl-istorja. Biex pajjiżna reġġa’ lura ż-żieda fil-qgħad li kienet seħħet wara r-riċessjoni tal-2008 kien ħa 72 xahar jew sitt snin. Biex ġie rkuprat ix-xokk tal-pandemija, stmata li hi 10 darbiet akbar, dom-

na biss 16-il xahar. Fil-fatt, ir-rata li biha naqas il-qgħad bejn Mejju 2020 u Awwissu 2021 kienet ħames darbiet il-medja tat-tnaqqis fil-qgħad li seħħ wara r-riċessjoni tal-2008. Ta’ min ifakkar li l-ammont ta’ persuni fuq ir-reġistru hu ferm inqas mill-medja storika ta’ pajjiżna. Fil-fatt f’Marzu 2013, qabel il-bidla fil-Gvern, kien hemm 7,350 persuna jirreġistraw, jew kważi ħames darbiet il-livell preżenti. Fl-

eqqel tal-kriżi ekonomika tal2009 l-ammont ta’ nies ifittxu impjieg kien kważi mess it8,000. L-inqas li qatt naqas ilqgħad taħt amministrazzjoni Nazzjonalista ta’ qabel l-2013 kien fl-1991 meta kien laħaq 4,220. Dan kien daqs l-ogħla ammont ta’ qgħad li ġabet magħha l-pandemija, mingħajr ma jittieħed inkonsiderazzjoni wkoll iż-żieda fil-popolazzjoni f’dan il-perjodu ta’ 30 sena.


08

26.09.2021

MALTA FOST L-AKTAR EKONOMIJI GLOBALI BI TKABBIR TAL-ĠID Analiżi dettaljata tal-ekonomiji globali mill-kumpanija Finance in Bold, li ġiet ippubblikata fl-aħħar jiem fuq is-sit tagħha finbold.com, tkompli tpoġġi lil Malta fost l-aħjar pożizzjonijiet. Filfatt, Malta spiċċat mal-aqwa 30 pajjiż fid-dinja kollha li l-ekonomiji tagħhom qed jirkupraw l-aħjar minkejja l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19. Fil-ġbir tal-istatistika, Malta saħansitra ġiet f’pożizzjoni aqwa minn ġganti bħall-Istati Uniti tal-Amerka, il-Kanada, ir-Russja, l-Awstrija, l-Awstralja u l-Ġermanja, fost oħrajn. Matul is-sena li għaddiet, il-parti l-kbira tal-pajjiżi komplew jitħabtu bl-effett ekonomiku ta’ din l-agħar kriżi li laqtet id-dinja mit-Tieni Gwerra Dinjija, b’impatt sinifikanti fuq il-Prodott Gross Domestiku (PGD). Madankollu, ir-rapport ta’ Finance in Bold jgħid li hemm pajjiżi, bħal Malta, li minkejja li ntlaqtu sew minn dawn l-effetti tal-pandemija, kienu mill-aktar reżiljenti tant li spiċċaw anke rreġistraw titjib notevoli fil-ġid maħluq. Il-kumpanija, li tispeċjalizza f’analiżi fil-fond, qalet li, fost l-ekonomiji globali l-kbar, ir-Renju Unit, l-Indja u Spanja huma l-akbar benefiċjarji fil-PDG. Dawn kellhom tkabbir medju ta’ 20.7% fuq bażi ta’ sena bejn Settembru 2020 u Settembru 2021. Malta wkoll tinsab mal-ewwel pajjiżi f’dan ir-rigward bi 13.4%, skont l-informazzjoni ppubblikata għal kull

pajjiż. tiegħu Malta mhux biss għelbet il- tal-amministrazzjoni f’pajjiżna. Fil-fatt, Din l-istatistika tirrifletti kif pajjiżi qgħad, imma wkoll evitat katastrofi huma kkonkludew li “r-rispons b’polidifferenti wieġbu għall-pandemija, rif­ ekonomika. tika immedjata u soda tal-awtorita­ less fl-istrateġija użata fil-qasam tasWaqt li fl-aħħar jiem kien qed jindi­­ jiet għenu biex jittaffa l-impatt, jevita saħħa pubblika, il-mod kif sar il-prog­ rizza kon­ferenza bi tħejjija għall-Baġit s-sensji fuq skala kbira, fallimenti ta’ ramm nazzjonali tat-tilqim, l-appoġġ 2022 li ġej, il-Ministru Clyde Caruana negozji u xokkijiet ekonomiċi”. fiskali u monetarju, u l-importanza sostna li Malta għażlet li tinvesti finIr-rapport tal-IMF ukoll jinnota kif, relattiva ta’ setturi milqutin ħażin nies tagħha, flok tmur għall-awsterità, bis-saħħa tas-suċċess tal-programm mill-pandemija, fosthom is-settur kif għamlu oħrajn. Minħabba li l-Istat tal-vaċċinazzjoni, is-sentiment ekonotal-ivvjaġġar u dak turistiku. ħa d-deċiżjoni għaqlija li jinjetta miljuni miku rkupra, b’riżultat li l-ekonomija F’dan ir-rigward, ir-riżultat ta’ pajjiż- kbar ta’ ewro bil-għan li jsostni l-ħad­ Maltija mistennija tikber b’5.75% din na hu iżjed sinifikanti, ladarba għandna diema, il-familji u n-negozji, it-tkabbir is-sena u b’6% s-sena d-dieħla. Dan hu ekonomija li tiddependi sew mill-qa- ekonomiku ta’ pajjiżna se jkun ferm l-ogħla tbassir ekonomiku mogħti lil sam tal-ospitalità. ogħla minn dak ta’ oħrajn fl-UE. pajjiżna, u hu darba u nofs iktar milli Ir-rapport jgħid ukoll li għandu f’idejh il-Gvern. hu notevoli kif uħud millL-esperti tal-IMF jgħipajjiżi huma wkoll qrib du li Malta daħlet filil-livelli ta’ qabel il-pankriżi tal-pandemija fuq demija, l-aktar minħabsisien ekonomiċi sodi u ba deċiżjonijiet politiċi li l-Gvern Malti mexxa ta’ appoġġ fiskali li ġew politika ekonomika waqt Ċertifikat ieħor pożittiv li jindika l-għaqal implimetati fil-ħin. Jenil-pandemija li kienet fasizza li din l-istatistika fil-pjan tal-Gvern Laburista li jkun ta’ spalla mar-rakkomandazzjonikienet tkun bil-wisq difjiet tal-IMF. Fil-fatt, huma ferenti li kieku ma kinux għall-ħaddiema, għall-familji u għan-negozji jfaħħru t-tnaqqis li kien għal din it-tip ta’ politisar fil-piż tad-dejn nazzl-iżjed milqutin matul il-pandemija ka fiskali mill-gvernijiet jonali u t-tifdil li sar milltal-pajjiżi rispettivi biex Gvern. taffew id-daqqiet fuq Anke l-Fond Monetarl-eko­nomiji tagħhom mid-diżastru. Fost l-aħħar konklużjonijiet pożit- ju Internazzjonali jikkwota l-PGD. Minn Dan kien l-aħħar minn sensiela tivi tal-eko­nomija Maltija kien hemm kalkoli tal-IMF, l-għajnuna li ta l-Gvern ta’ ċertifikati internazzjonali li rċieva l-analiżi estensiva mill-esperti tal-Fond laħqet 13.4% tal-ġid nazzjonali fuq medpajjiżna. Ċertifikati li kollha juru kemm Monetarju Internazzjonali (IMF), fejn il- da ta’ sentejn. Mingħajr dan is-sostenn, kien għaqli l-pjan tal-Gvern biex jilqa’ bord eżekuttiv ta’ din l-istituzzjoni ew- skont l-IMF, kien ikun hemm żieda kbigħall-effetti tal-pandemija, li permezz lenija kellu kliem ta’ tifħir għall-ħidma ra fil-qgħad minflok it-tnaqqis kif fil-


09

Ritratt: ANTHONY AXIAQ

26.09.2021

fatt seħħ. Tajjeb li wieħed ifakkar li erba’ aġenziji internazzjonali oħra kollha faħħru l-politika ekonomika tal-Gvern Malti. L-aġenzija internazzjonali Moody’s ikkonfermat ir-rating A2 ta’ pajjiżna. Dan huwa l-istess livell ta’ rating miksub f’Lulju 2019, qabel feġġet il-pandemija, u jibqa’ l-aqwa rating miksub minn pajjiżna minn Settembru 2011. L-aġenzija internazzjonali DBRS Morningstar ikkonfermat ir-rating ta’ pajjiżna bħala A(high) stable. B’hekk pajjiżna baqa’ jgawdi l-aħjar rating li qatt ingħatalu minn din l-aġenzija. L-aġenzija internazzjonali Fitch ikkonfermat ir-rating ta’ pajjiżna bħala ‘A+’ bi prospetti stabbli. Dan minkejja l-impatt ekonomiku negattiv tal-pandemija fuq id-dinja li qed iwassal biex l-istess aġenzija tirrevedi ’l isfel il-klassifikazzjoni ta’ diversi pajjiżi. Scope Ratings tilqa’ r-riformi talGvern fil-qasam tal-governanza tajba, filwaqt li din l-aġenzija Ġermaniża ikkonfermat mill-ġdid ir-rating ta’ ‘A+’ għal pajjiżna. Wara l-konferma tar-rating għoli ta’ pajjiżna minn dawn l-erba’ aġenziji ta’ kreditu, ir-rapport tal-IMF huwa ċertifikat ieħor tal-effettività tal-istrateġija tal-Gvern biex jilqa’ għall-pandemija u jibni prosperità ġdida. Fil-Baġit 2022, se jiddaħħlu numru kbir ta’ miżuri oħrajn biex jinkiseb dan l-għan.

Macao

69.5%

Indoneżja

7.1%

Liechtenstein

-0.7%

Guyana

48.7%

Vjetnam

6.6%

Chad

-0.9%

Perù

41.9%

Mongolja

6.3%

Kenja

-1.1%

Ażerbajġan

35.5%

Uganda

6.2%

New Caledonia

-1.2%

Renju Unit

22.2%

Norveġja

6.1%

Costa Rica

-1.3%

Turkija

21.7%

Etjopja

6.1%

Brunei

-1.4%

Irlanda

20.1%

Korea t’Isfel

6.0%

Somalja

-1.5%

Spanja

19.8%

Turkmenistan

5.9%

Każakistan

-1.6%

Messiku

19.6%

Kosovo

5.6%

Gabon

-1.8%

Afrika t’Isfel

19.3%

Albanija

5.5%

Afganistan

-1.9%

Franza

18.7%

Bhutan

5.5%

Bahrain

-2.1%

Ċilì

18.1%

Bangladesh

5.5%

Kongo

-2.4%

Ungerija

17.9%

Ukrajna

5.4%

Swaziland

-2.4%

Kolombja

17.6%

Guinea

5.2%

Qatar

-2.5%

Italja

17.3%

Senegal

5.1%

Sierra Leone

-2.7%

Slovenja

16.3%

Niġerja

5.0%

Urugwaj

-2.8%

Greċja

16.2%

Tanżanija

4.9%

Liberja

-3.0%

Tuneżija

16.2%

Lussemburgu

4.9%

Kambodja

-3.1%

Malasja

16.1%

Gwatemala

4.8%

Puerto Rico

-3.2%

Kroazja

16.1%

Sirja

4.8%

Haiti

-3.3%

Portugall

15.5%

Sri Lanka

4.3%

Angola

-3.4%

Iżrael

15.0%

Nepal

4.0%

Mauritana

-3.6%

Belġju

14.9%

Pakistan

3.9%

Sudan t’Isfel

-3.6%

Singapore

14.7%

Benin

3.9%

Papua New Guinea

-3.8%

Burkina Faso

14.7%

Kosta tal-Ivorju

3.5%

Iran

-3.9%

ŻONA EWRO

14.3%

Rwanda

3.5%

Alġerija

-3.9%

Serbja

13.7%

Nikaragwa

3.4%

Madagascar

-4.0%

MALTA

13.4%

El Salvador

3.3%

Żimbabwe

-4.1%

Armenja

13.1%

Rep. Domenikana

3.1%

Georgia

-4.5%

Maċedonja

13.1%

Ghana

3.1%

Ekwador

-5.6%

Rumanija

13.0%

Użbekistan

3.0%

Equatorial Guinea

-5.8%

Estonja

12.9%

Niger

3.0%

Palestina

-6.0%

Ċipru

12.9%

Eġittu

2.9%

UAE

-6.1%

Kanada

12.7%

Mali

2.9%

Oman

-6.3%

Brażil

12.4%

Togo

2.9%

Montenegro

-6.4%

Stati Uniti tal-Amerka

12.2%

Guinea Bissau

2.7%

Sao Tome & Principe

-6.4%

Awstrija

12.0%

Arġentina

2.5%

Namibia

-6.5%

Filippini

11.8%

New Zealand

2.4%

Ġamajka

-6.7%

Polonja

11.1%

Myanmar

2.0%

East Timor

-6.8%

Latvja

11.1%

Mozambique

2.0%

Ġżejjer Cayman

-7.7%

Russja

10.5%

Moldova

1.8%

Kongo

-7.9%

Bulgarija

9.9%

Sawdi Arabja

1.5%

Sudan

-8.4%

Olanda

9.7%

Bożnija-Ħerzegovina

1.5%

Panama

-8.5%

Żvezja

9.7%

Djibouti

1.4%

Maldives

-8.5%

Awstralja

9.6%

Honduras

1.3%

Trinidad and Tobago

-8.7%

Slovakkja

9.6%

Belarus

1.2%

Mauritius

-8.7%

Ġermanja

9.4%

Marokk

1.0%

Kyrgyzstan

-9.4%

Danimarka

8.5%

Malawi

0.9%

Iraq

-10.9%

Repubblika Ċeka

8.2%

Kamerun

0.8%

Kuba

-11.0%

Ċina

7.9%

Żambja

0.7%

Cape Verde

-11.0%

Litwanja

7.8%

Botswana

0.7%

Kuwajt

-11.2%

Żvizzera

7.7%

Paragwaj

0.6%

Suriname

-13.4%

Ġappun

7.6%

Laos

0.4%

Lesotho

-13.8%

Hong Kong

7.6%

Ġordan

0.3%

Bahamas

-14.8%

Tajlandja

7.5%

Comoros

0.2%

Fiji

-19.0%

Finlandja

7.5%

Rep. tal-Afrika Ċentrali

0.0%

Libanu

-20.3%

Taġikistan

7.5%

Gambia

-0.2%

Bolivja

-21.7%

Monaco

7.5%

Burundi

-0.3%

Seychelles

-24.6%

Tajwan

7.4%

Jemen

-0.5%

Venezwela

-26.8%

Iżlanda

7.3%

Eritrea

-0.6%

Libja

-60.3% Sors: FINBOLD.COM


10

26.09.2021

IS-62+ SAVINGS BOND GĦALL-ĦAMES SENA

Wara s-suċċess tal-ħruġ tal- ħruġ ta’ qabel irrispettivament fil-ħruġ tal-bonds ta’ qabel; u erba’ 62+ Savings Bond tal- jekk investewx jew le f’dawn (ii) individwi li twieldu qabel Gvern ta’ Malta (62+MGSB) fl- il-bonds huma jistgħu jerġgħu l-1959 u li kienu eliġibbli li japaħħar erba’ snin bejn l-2017 u japplikaw sa massimu ta’ plikaw fil-ħruġ tal-erba’ snin l-2020, il-Gvern qed jerġa’ jnie- €10,000. li għaddew, iżda għal xi raġuni di għall-ħames sena konsekutIr-rata ta’ imgħax se tkun ta’ m’applikawx. tiva ħruġ ieħor ta’ dan il-bond, 3% fis-sena fissa għal ħames Wara li jiġu allokati l-bonds kif imħabbar fl-aħħar Baġit. snin, waqt li l-investiment se lil dawn l-applikanti l-ġodda, Għall-ewwel darba, iżda, din jkun ukoll fiss għall-istess per- il-porzjon li jkun baqa’ x’jiġi is-sena il-bond qed jiġi offrut jodu u mhux negozjabbli fuq allokat, jiġi mqassam bejn lill-individwi kollha li twieldu il-Borża ta’ Malta. Ma jistax lan- id-de­tenturi eżistenti tasfl-1959. qas jiġi trasferit minn individ- 62+ Savings Bond, skont idIndividwi li twieldu qabel wu għall-ieħor. Fil-każ ta’ wirt, diskrezz­joni tal-Awditur Ġenl-1 ta’ Jannar 1959 ukoll huma il-kapital flim­kien mal-imgħax erali. eliġibbli li japplikaw, irrispet- jitħallsu lill-werrieta permezz Imgħax fuq dan il-bond se tivament jekk ipparteċipawx tal-proċedura causa mortis. jitħallas kull sitt xhur b’lura filjew le f’xi waħda jew aktar Kull individwu eliġibbli se 15 ta’ April u fil-15 ta’ Ottubru ta’ tal-ħruġ tal-bond fl-imgħoddi. jkun jista’ jinvesti mhux inqas kull sena sakemm il-bond jimIżda bħalma dejjem sar, matura. Dawk eliġibbli se tingħata preferenza lil jistgħu jagħżlu li jirċievu dawk l-applikanti eliġibl-imgħax bit-taxxa mnbli kollha li s’issa qatt ma aqqsa minn ras il-għajn akkwistaw dan il-bond. jew jirċievu l-ammont Dan il-mekkaniżmu kollu gross u jiddikjaraw se jagħti dħul tajjeb tul id-dħul li jirċievu millIr-rata ta’ imgħax fissa ta’ il-kors tal-investiment imgħax fil-prospett tat3% fis-sena sal-maturità lil numru sostanzjali ta’ taxxa fuq id-dħul. anzjani li bil-bżulija u blL-applikazzjonijiet se tal-bond ħames snin oħra għaqal tagħhom faddlu jif ­t ħu fit-8:30 a.m. ta’ nhar hi ħafna aħjar minn dak xi ħaġa tal-flus matul ill-Erbgħa 29 ta’ Settembru li qed joffri s-suq ħajja tax-xogħol. Il-bond u jagħlqu t-Tnejn 4 t’Otjoffri rata ta’ imgħax attubru fis-2:30 p.m., jew traenti li hi ogħla minn aktar kmieni fid-diskrezdik offruta mis-suq bħalissa u minn €500 u mhux iżjed minn zjoni tal-Awditur Ġenera­li. hi garantita għal ħames snin. €10,000. Il-bond hu mmirat Appli­kan­ti ġodda jridu jimIr-rati ta’ imgħax baxxi kom- biex jinżamm sad-data tal-fid- lew il-formola tal-app­likazzjoni plew jippersistu u dan kompla wa, jiġifieri l-2026, għalkemm ‘A’ li tis­ta’ titniżżel minn fuq isjolqot ħażin lill-pensjonanti jekk tinqala’ l-ħtieġa wieħed sit elettro­niku tad-Dipartiment bi tnaqqis fid-dħul mill-flus jista’ jiġbed l-ammont kol- tat-Teżor jew xi waħda mill-isli jkunu faddlu. Kien għal- lu investit f’dan il-ħruġ qabel tituzzjonijiet finanzjarji jew hekk li fil-Baġit għal din is-se- id-data tal-matu­rità. F’dan il- fornituri oħrajn ta’ servizzi ta’ na l-Gvern iddeċieda li jerġa’ każ ikun hemm penali ta’ tliet investiment awtorizzati. Appli­ joħroġ dan il-bond għall-ħames xhur imgħax bir-rata li jgħad- kanti li diġà investew fis-62+ sena konsekutiva. Għalkemm di l-bond. Min-naħa l-oħra ma Savings Bonds għandhom jimit-termini u l-kun­­dizzjonijiet jkun hemm l-ebda penali meta lew il-formola tal-applikazzjoni tal-ħruġ ġdid tas-62+Savings l-bond jit­ħallas lura lill-werrie- ‘B’ (li ntbagħtitilhom bil-posta). Bond li qed jinħareġ huma si- ta meta d-detentur jiġi nieqes. Aktar informazzjoni tinkiseb mili għal dawk li nħarġu fil-pasKif ġara dejjem s’issa se tin­ mill-prospett li jista’ jitniżżel sat, dan għandu jitqies bħala għata preferenza lill-appli­kanti minn fuq is-sit elettroniku tatħruġ separat minn ta’ qablu. eli­ġib­­bli ġodda li huma: (i) indi- Teżor (treasury.gov.mt) jew billi Għalhekk, l-individwi kollha li vidwi li twieldu fl-1959 u għal- wieħed iċempel fuq in-numru kienu eliġibbli li japplilkaw fil- hekk qatt ma setgħu japplikaw 25967125.


11

26.09.2021

L-EWWEL ATTIVITÀ TAL-MASSA LOKALI BLA RESTRIZZJONIJIET Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt se tospita l-ewwel attività kulturali mingħajr restrizzjonijiet tal-COVID-19 nhar it-8 ta’ Ottubru li ġej. Dan se jsir għal skop ta’ riċerka, skont protokoll speċifiku ta’ kundizzjonijiet kif iggwidati mill-awtoritajiet tas-saħħa. L-attività għal madwar 300 persuna, li mhux se jkollha restrizzjonijiet ta’ distanza soċjali jew ilbies tal-maskra, tagħmel parti minn programm-pilota bl-għan ewlieni li tiġi determinata t-triq ’il quddiem għal attivitajiet artistiċi, kulturali u ta’ divertiment mibnija fuq riċerka u analiżi ta’ informazzjoni li se tinġabar tul il-proċess. Kull persuna li tattendi l-attività trid tagħmel PCR test sa sebat ijiem wara l-attività. Ir-reġistrazzjoni se tkun eliġibbli biss għal dawk li

għandhom ’il fuq minn 18il sena u li huma fil-pussess taċ-ċertifikat tal-vaċċin. Persuni li jkollhom sintomi ta’ mard sa tlett ijiem qabel l-attività jew li kienu barra minn Malta 14-il ġurnata qabel l-attività ma jistgħux jattendu. Mhuwiex rakkomandat li persuni vulnerabbli jattendu għal din l-attività pilota. Festivals Malta, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Assoċjazzjoni Maltija għall-Industrija tad-Divertiment u l-Arti (MEIA) qed jikkollaboraw fuq l-attività li tinkludi diversi artisti, fosthom DANUSAN, Comedy Knights u BlaKondixin. Id-dettalji u l-proċess kollu relatat mar-reġistrazzjoni marbuta ma’ din l-attività, jinsabu fuq is-sit uffiċjali ta’ Festivals Malta (festivals.mt/ restart).


12

26.09.2021

TIĠDID POSSIBBLI GĦAX INĦOBBU LIL DAN IL-PAJJIŻ

JOSIANNE CUTAJAR Membru Parlamentari Ewropew

Il-konferenza li tella’ l-Partit Laburista fl-aħħar jiem kienet prova ċara ta’ Partit li minkejja li qed imexxi lil dan il-pajjiż mill-Gvern, minkejja li l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika qed juri li jgawdi l-maġġoranza assoluta tal-fiduċja tal-poplu Malti u Għawdxi, xorta waħda qed jagħraf l-importanza li jinfatam mis-suppervja u qed jagħżel li jħares fih innifsu biex jiġġedded. Il-kelma ‘tiġdid’ mhijiex sempliċement buzzword, kelma sabiħa biex tintuża waqt xi manifestazzjoni politika,

iżda valur, linja ta’ ħsieb. Il-Partit Laburista huwa marbut mal-bidla. Ġab il-bidla fih għal aktar minn darba iżda fuq kollox biddel u qed ibiddel lil dan il-pajjiż. “Malta u Għawdex tagħna. Maltin u Għawdxin li jinħabbu. Pajjiż ġust – f’kollox. Fil-ġustizzja. Fl-ekonomija. Fl-ambjent. Fil-ġustizzja soċjali. Din hija Malta tal-futur. Aħna l-futur. Inġeddu, għax ma nafux nieqfu nimxu ’l quddiem. Malta, għax din l-art inħobbuha. Flimkien, għax mingħajrkom m’aħna xejn. Għalhekk l-istedina biex tingħaqdu miegħi, tingħaqdu magħna. Tkunu intom l-istilel ta’ Tim Malta biex Inġeddu Malta Flimkien.” Dan huwa kliem il-Prim Ministru Robert Abela fir-rally li għalaq il-konferenza. Iva, biex tmexxi u ġġedded pajjiż trid tkun tħobbu għax l-iktar ħaġa faċli hija li żżomm l-istatus quo. Dan il-Partit u l-Gvern mhumiex hekk. Imma jkun hawn min jistaqsi kif nistgħu nbiddlu fejn diġà bħala pajjiż sejrin tajjeb? Nieħdu l-ekonomija. Kull darba li nilħqu trag-

ward ġdid, dan jerġa’ jinkiser għall-aħjar. F’Awwissu li għadda l-pajjiż irreġistra l-inqas rata ta’ persuni jfittxu impjieg minkejja li f’Lulju konna għedna li lħaqna r-rekord. Fil-fatt, f’Awwissu kienu biss 1,442 persuna ifittxu impjieg. Jekk dan mhux tiġdid, allura x’inhu? Fuq hekk fil-fatt kienu ffukati d-diskussjonijiet waqt il-konferenza. Diskussjoni dwar is-saħħa sesswali u issues ta’ infertilità. Xi ħadd jista’ jiċħad li taħt dan ilGvern saru avvanzi kbar f’dan ir-rigward? Kien dan il-Gvern li qed jagħti ċ-ċans lil dawk il-koppji li jħaddnu magħhom it-tarbija tagħhom. Minkejja li mxejna ħafna, qed ikunu esplorati modi ġodda ta’ kif is-servizzi jkomplu jitjiebu biex ikunu jistgħu jaqdu aħjar il-bżonnijiet tal-familji Maltin u Għawdxin. L-istess fuq Għawdex. Diversi esperti tkellmu fuq temi differenti li jolqtu l-gżira Għawdxija. L-ekonomija Għawdxija u l-ħtieġa li jkun hemm imbuttatura b’saħħitha sabiex l-ekonomija tibqa’ tiġi ddiversifikata

u biex inħarsu lejn inizjattivi ambjentali u li jħarsu l-karatteristiċi uniċi ta’ gżiritna. Ħadt gost nisma’ interventi fuq il-blue economy u l-importanza li nħarsu l-ibħra tagħna u nesploraw ukoll l-opportunitajiet f’dan is-settur, kif lqajt it-tħabbira tal-Prim Ministru dwar aktar konnettività b’saħħitha u sostenibbli. La qed insemmi lil Għawdex ma nistax ma nagħmilx referenza għall-ftuħ tal-uffiċċju tal-LGBTIQ+. Dan segwa wkoll il-pass importanti ta’ ftuħ ta’ GU Clinic ġewwa l-gżira Għawdxija. Kollha bidliet pożittivi li segwew liġijiet b’saħħithom minn Gvern Laburista. Kien ta’ pjaċir għalija li fil-laqgħa f’Għajnsielem nisma’ r-rappreżentant tal-istess għaqda jgħid bla tlaqliq kemm iħossu komdu jitkellem u juri hu min hu fl-apert u l-miftuħ. Fejn tidħol l-ugwaljanza l-ħidma ma tista’ tieqaf qatt però u hawn kienet interessanti ferm id-diskussjoni ‘Ħidmietna għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili’. Lura għall-ambjent, ħadt

gost li kien hemm enfasi meritata fuq din it-tema f’diversi laqgħat li saru – qasam li fih importanti li nisimgħu s-suġġerimenti u l-kritika biex dejjem inbiddlu għall-aħjar. Fuq nota pożittiva ħadt gost nimsa’ lill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen tfaħħar il-pjan ta’ rkupru ta’ Malta bħala wieħed mill-aktar ambizzjużi mill-aspett ambjentali. Fuq livell Ewropew ukoll għaddejjin bil-ħidma tagħna fuq sett ta’ liġijiet ambjentali magħrufa bħala l-Fit for 55 Package. Nagħlaq billi ngħid kemm hu importanti li bħala Partit u politiċi nibqgħu miftuħa għad-diskussjoni mal-poplu Malti u Għawdxi kollu u nisimgħu l-ħsibijiet tal-poplu. Dan tabilħaqq jgħin sabiex il-kelma tiġdid tkun implimentata b’mod effettiv. Inħares ’il quddiem sabiex ilġimgħa d-dieħla nkomplu din id-diskussjoni mal-kollegi Ewropej, hekk kif is-Soċjalisti u d-Demokratiċi għażlu propju lil pajjiżna għal sensiela ta’ laqgħat bit-tema ‘United for a more Social Europe’.

JEKK SE TAGĦMILHA FUQ QALBEK, QISNA M’GĦEDNIELEK XEJN!

GEORVIN BUGEJA President FŻL

Ġimgħa wara oħra, qisna qed nidraw nisimgħu lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista joħroġ b’xi waħda ġdida. Iżda dak li qal bħal-lum ġimgħa fuq il-Fosos tal-Furjana meta kien qed jiġi intervistat mill-ġurnalist ta’ ONE News Colin Deguara, kien surreali meta tqis li Bernard Grech uża’ l-konsultazzjoni pubblika dwar

il-White Paper tal-kannabis għall-użu responsabbli bħala mod kif jipprova jiġġustifika r-riżultati orribbli tiegħu fis-sondaġġi. Dan għax forsi jaf li l-fazzjoni ta’ Adrian Delia għadha ma nesietx li hu tpoġġa hemmhekk mill-‘blue heroes’ għax il-PN kien ittieħed minn idejn l-establishment bl-iskuża “li fis-surveys morna ħażin”. Infatti kulħadd ra x-show of force li għamel Delia fuq il-fosos it-Tnejn – u li Grech ma tantx ħa gost biha. Kien għalhekk, li bħala Żgħażagħ Laburisti ħadna nota tal-istqarrijiet li għamel u ma stajniex nibqgħu naċċettaw tali atteġġjament minn min suppost qed jaspira li jmexxi lil dan il-pajjiż. Sħaqna li bħala fergħa f’Partit politiku li mexxejna ’l quddiem l-ideat tagħna dwar is-suġġett, konna diżappuntati ferm li minn dak li qal b’mod assertiv ħafna, deher biċ-ċar li jew lan-

qas biss kien jaf li kien hemm White Paper ppubblikata f’Marzu jew prova jinsa. Jista’ jkun ukoll li rrealizza li ftit xhur qabel implika li ż-żgħażagħ jinteressahom biss mill-kannabis u dan kollu qed idur boomerang fil-konfront tiegħu. Bħala fergħa taż-żgħażagħ, aħna interessati li jkun hemm il-kontribut ta’ kulħadd. Infatti kien għalhekk li konna organizzajna laqgħa mal-għaqdiet politiċi taż-żgħażagħ u rappreżentanti ta’ studenti f’livelli differenti biex nassiguraw li nkunu smajna l-fehmiet ta’ kulħadd. Ħasra iżda li miżżewġ fergħat fil-PN suppost iddedikati liż-żgħażagħ, fergħa waħda injorat għal kollox l-istediniet, u l-oħra, żammet mal-linja ta’ Bernard Grech u ma tantx offriet ħsibijiet jew ideat. Għalhekk, issa qed inħarsu bil-quddiem biex il-Gvern, kif diġà stqarr, iniedi l-proċess

leġiżlattiv hekk kif jerġa’ jkompli bil-ħidma tiegħu l-Parlament wara l-waqfa tas-sajf, sabiex inkunu nistgħu nkomplu niddiskutu t-triq ’il quddiem u nassiguraw li din ir-riforma titwassal. Fl-aħħar mill-aħħar, l-għan tagħna hu li nġibu l-bidla. Dejjem hekk għamilna, u hekk ser nibqgħu nagħmlu. Bid-differenza ewlenija bejn iż-żewġ partiti politiċi f’Malta tkun li filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jitkellem biss, il-Partit Laburista għandu l-ħeġġa li jġedded u jbiddel – b’hekk dak li jwiegħed u li jitkellem dwaru, iwettqu. Għalhekk, sħaqna ma’ Bernard Grech li, fi kliemu jekk ħa jagħmilha fuq qalbu, qisna m’għidnielu xejn, u ma jagħmel xejn. Għaliex inutli tipprova tkun il-bidla jekk ma temminx fiha. Dik tirrendik f’politiku populista, mhux kredibbli u li ma tistax tkun

fdat. Matul tmiem il-ġimgħa li għadda, il-Partit Laburista sema’ ideat u ħsibijiet differenti ta’ kif jista’ jkompli jġedded lil Malta. Smajna, u eventwalment, meta jasal il-mument u l-poplu jerġa’ jagħtina l-fiduċja, għandna nibqgħu bl-istess enerġija biex inkomplu nirriformaw. Għax jekk ma nġeddux lil Malta aħna, l-ebda forza politika ma tista’ tagħmel dan. Għalhekk, qed inħares bil-quddiem għal ġimgħa impenjattiva oħra – matul din il-ġimgħa Malta se tospita lill-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew kif ukoll liżŻgħażagħ Soċjalisti Ewropej għal żewġ avvenimenti distinti, imma bl-istess mod importanti. Il-ħidma ma tiqafx – għax dak li nagħmlu, nagħmluh b’konvinzjoni.


13

26.09.2021

POLITIKA TAN-NIES

CHRIS AGIUS Segretarju Parlamentari

Matul dawn l-aħħar 25 sena, kelli l-privileġġ li nservi lill-poplu tat-Tieni Distrett fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, il-Parlament. Kienu 25 sena fejn tgħallimt ħafna mingħand in-nies, smajt ħafna u għamilt dak kollu possibbli sabiex inkun ta’ għajnuna għal dawk li resqu għandi. Kienu 25 sena fejn bqajt viċin in-nies, b’appuntament kull ġimgħa kważi ma jaqta’ qatt, biex kull min jixtieq jitkellem miegħi jkollu din l-opportunità. Matul dawn il-25 sena, inbidlu ħafna affarijiet. Niftakar li fl1996 kien għadu fil-bidu tiegħu

l-internet, allura konna għadna nużaw ħafna l-posta. Kien żmien ukoll meta kien għadu fil-bidu nett l-użu tal-mobile, u allura konna nużaw ħafna aktar il-fixed line. Kien żmien ukoll li konna għadna nużaw ħafna t-typewriter jew xi word processor u l-karta saħħara (carbon paper), biex ikollna aktar minn kopja waħda ta’ ittra. Kemm inbidlu affarijiet f’25 sena. Matul dawn il-25 sena nbidel ukoll il-mod ta’ kif niltaqgħu man-nies u x’għajnuniet jintalbu. Illum saret drawwa li mhux biss niltaqgħu mannies fl-uffiċini, iżda jsiru kuntatti bil-ħafna tipi differenti ta’ messaġġi fosthom SMSes, messenger, emails, eċċ. Iżda għalija l-kuntatt dirett u personalizzat jibqa’ dejjem l-aħjar u l-aqwa mod kif tiltaqa’ mannies. Matul dawn l-aħħar 25 sena, jien bqajt niltaqa’ man-nies ta’ kull ġimgħa, u kif għidt anke l-għajnuniet li jintalbu, inbidlu wkoll matul iż-żmien. Niftakar li qabel l-2013 kienu ħafna li kienu jitolbu l-għajnuna għal impjieg, anke dak l-aktar impjieg bażiku. Illum

għall-grazzja ta’ Alla, dawk li jersqu għall-għajnuna għal xi impjieg, kważi spiċċaw. Illum mhux biss hemm xogħol għal kull Malti u Għawdxi li jixtieq jaħdem, iżda għal ħafna barranin li għamlu l-gżejjer tagħna t-tieni dar tagħhom. Matul dawn il-25 sena, naħseb li t-talba għall-akkomodazzjoni soċjali baqgħet tippersisti tul is-snin. Minkejja li għamilna ħafna biex il-ħaddiem jimxu ’l quddiem, minkejja li għamilna ħafna skemi ta’ għajnuniet sabiex aktar nies isiru sidien ta’ djarhom, għad għandna u ser jibqa’ jkollna dejjem, dawk li jridu jirrikorru għand il-Gvern sabiex ikollhom id-dar tagħhom. Bħala Gvern tlaqna fuq proġett ambizzjuż sabiex nibnu l-akbar ammont

fl-istorja ta’ binjiet biex naqdu l-bżonnijiet għall-akkomodazzjoni soċjali. Dan għandu jtaffi t-tbatija ta’ ħafna. Fejn jidħlu persuni vulnerabbli għamilna ħafna matul dan il-kwart ta’ seklu. Bidliet kbar fejn tejjibna ħajjet innies. Iżda minkejja li għamilna ħafna, għad hemm pockets li għadhom isibu l-ħajja diffiċli u jħossuhom li mhux nagħmlu biżżejjed biex ngħinuhom itejbu ħajjithom. Fost dawn insemmi l-persuni li jkunu skontaw perjodu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Dawn ikun hemm minnhom li għadhom isibuha diffiċli li jsibu impjieg. Għalkemm jeżistu employers li lesti jħaddmu magħhom lil dawn in-nies, għalkemm Jobsplus jagħmlu minn kollox biex

Illum il-ġurnata spiċċa ż-żmien li l-anzjani jew nies vulnerabbli jridu jaraw kif ser jagħmlu biex ikollhom il-mediċini li jeħtieġu, jew l-istennija għal xi appuntament l-isptar

jgħinu lil dawn in-nies, tibqa’ diffiċli li dawn ikollhom ritorn lura lejn id-dinja tax-xogħol. Nistaqsi jekk wasalx iż-żmien li jkollna miżura fejn persentaġġ zgħir mill-workforce ta’ kumpaniji ta’ ċertu daqs ikunu nies li jkollhom passat fis-CCF. Illum il-ġurnata spiċċa ż-żmien li l-anzjani jew nies vulnerabbli jridu jaraw kif ser jagħmlu biex ikollhom il-mediċini li jeħtieġu, jew l-istennija għal xi appuntament l-isptar. Jew addirittura biex jidħlu f’xi dar tal-anzjani. Illum dan kollu spiċċa għax għandna servizz tas-saħħa impekkabbli. Il-lista ta’ mediċini fuq il-formolarji dejjem tiżdied, u tħassret għalkollox li għandna xi mediċina out of stock. L-istess ngħidu għal dawk l-anzjani li jħossu li wasal iż-żmien li jidħlu f’dar tal-anzjani. Qabel il-lista ta’ stennija ma kienet tispiċċa qatt. Illum iż-żmien minn meta wieħed jinkiteb għal meta jibagħtu għalih, qsar ħafna. Għamilna ħafna biex tejjibna ħajjet in-nies, u hekk ser nibqgħu nagħmlu. Għax aħna tal-Partit Laburista ma nsejna qatt dak li sawwarna.

L-IMPORTANZA TAT-TIĠDID FIL-MIXJA EDUKATTIVA

KATYA DE GIOVANNI Kandidata fir-4 Distrett

Forsi meta naħsbu fl-edukazzjoni, moħħna mill-ewwel imur fil-klassi: fil-bankijiet tal-iskola, fil-whiteboard, xi għalliema qed jispjegaw u saħansitra xi pitazz minn tagħna li fuqu konna qegħdin nagħmlu xi xogħol li kien għal qalbna jew mhux daqshekk favorit. Madankollu, fil-verità, l-ambitu edukattiv huwa ħafna usa’ minn hekk. Fil-verità l-edukazzjoni ta’ kull wieħed u waħda minna tibda middar u mill-familja. Il-miżura

taċ-childcare b’xejn ġabet magħha responsabbiltà kbira. Apparti l-ġid li għamlet għax inkoraġġiet aktar ġenituri biex jsibu impjieg, ridna noffru servizz li huwa tal-aħjar kwalità għat-tfal tagħna fl-iktar żminijiet bikrija u sensittivi f’ħajjithom. Dan ifisser investiment sħiħ kemm f’binjiet addattati kif ukoll fil-ħaddiema li jridu jieħdu ħsieb dawn it-trabi u tfal. Ma nistgħux ma nfakkrux kemm huma importanti dawn is-snin fl-iżvilupp tal-moħħ u tal-ħiliet ta’ dawn it-tfal. Ma’ dawn irrid norbot ukoll l-investiment li ngħata bi skejjel ġodda madwar l-iskejjel Maltin kemm fil-Primarja u anke fis-Sekondarja. L-għalliema qed ikollhom iċ-ċans li jieħdu anke sena barra mill-klassi sabiex ikomplu jistudjaw u jtejbu l-livell tal-għarfien tagħhom. Mal-għalliema u l-Learning Support Educators irrid inżid ukoll professjonisti li nsibu jaħdmu fl-iskejjel tagħna bħalma huma l-Career Guid-

ance Officers, Social Workers, Counsellors u Psikologi li jrid ikollhom taħriġ u superviżjoni kontinwa sabiex jibqgħu iżommu l-warrant professjonali tagħhom u jkunu jistgħu jibqgħu ta’ servizz għat-tfal tagħna. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas irrid insemmi lill-amministraturi tal-iskejjel li mingħajrhom l-iskejjel ma jimxux. Xogħolhom huwa importanti immens u parti minn katina sħiħa ta’ servizzi li jingħataw permezz tal-iskejjel. Fil-konferenza li tella’ l-Partit Laburista, iż-Żgħażagħ Laburisti tkellmu fuq l-impatt tal-Covid fuq l-aspett edukat-

tiv. Intilef il-kuntatt soċjali iżda skoprejna wkoll metodi oħra ta’ tagħlim bħal blended learning fejn wieħed juża metodi differenti sabiex jolqot il-bżonnijiet ta’ kulħadd. Irridu nirrikonoxxu l-fatt li hawn min qed jistudja u diġà qiegħed irabbi familja. Hawn ukoll min jippreferi jibqa’ d-dar għax ma jsuqx jew għax inkella għandu problemi ta’ mobbiltà. Irridu nesploraw modi ta’ kif il-mezz ta’ tagħlim ma jkunx ta’ xkiel għal min irid jitgħallem. Fil-konferenza ddiskutejna wkoll kemm għandna bżonn insaħħu l-istruttura edukattiva fil-qasam terzjajru. F’pajjiż żgħir bħal tagħna ma nist-

Madankollu, fil-verità, l-ambitu edukattiv huwa ħafna usa’ minn hekk. Fil-verità l-edukazzjoni ta’ kull wieħed u waħda minna tibda mid-dar u mill-familja

għux noffru korsijiet duplikati l-MCAST, l-ITS u l-Università. Irridu għalhekk sistema li tpoġġi l-istudent fiċ-Ċentru tad-deċiżjonijiet li jittieħdu u li naraw li l-entitajiet edukattivi jaħdmu aktar flimkien sabiex l-istudenti jimxu minn kors għal ieħor b’mod aktar faċli. Ma’ dan kollu nżid il-bżonn li jkollna aktar outreach. Kultant student ma jispiċċax kors mhux għax ma jkollux l-abbiltà li jagħmel dan iżda għax ikollu bżonn min jimmotivah u min iħeġġu. Ikollu bżonn spalla sabiex jasal li ma jkollha x’taqsam xejn mal-abbiltà tiegħu. Irridu naraw aktar social workers u youth workers kif ukoll mentors li jagħmlu dan ix-xogħol fl-entitajiet edukattivi tagħna. Fl-aħħar mill-aħħar, pajjiż edukat huwa pajjiż sinjur. L-investituri ma jiġux biss minħabba l-istabbiltà finanzjarja u l-inċentivi li joffri pajjiż iżda jiġu wkoll għax ser isibu ħaddiema mħarrġa fl-oqsma li ser jinvestu fihom.


14

26.09.2021

IT-“TIĠDID” B’GĦELUQ GRANDJUŻ Il-konferenza tal-Partit Laburista mifruxa fuq erbat ijiem waslet fi tmiemha fil-bidu ta’ din il-ġimgħa bl-aktar mod spettakolari bir-rally tal-massa t-Tnejn u l-ġbir ta’ fondi l-għada. Il-konferenza bit-tema “Inġeddu Malta Flimkien” kellha l-għan li tħeġġeġ ħsibijiet li jġeddu u jfasslu l-futur ta’ pajjiżna. Ġew organizzati għadd ta’ attivitajiet fl-MFCC f’Ta’ Qali u Għawdex bis-sehem tal-pubb­liku, il-fergħat kollha tal-Partit u l-amministrazzjoni Laburista. Minkejja dan, il-qofol intlaħaq it-Tnejn bir-rally tant mistenni indi­rizzat mill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela fejn ingħata laqgħa mill-isbaħ minn eluf ta’ partitar­ji preżenti. Fi kliem il-Prim Ministru, jekk inġeddu lil Malta flimkien, inkunu nistgħu nibqgħu forza politika ħajja u b’saħħitha li tibqa’ taħseb għall-futur ta’ pajjiżna. Finalment il-konferenza se tkun qed isservi u se tkompli fuq it-tiġdid kbir li diġà twettaq fil-Partit innifsu u anke fil-pajjiż għall-ġid tal-poplu inġe­nerali. Fil-fatt, l-appell popolari ntlaqa’ tajjeb ħafna nhar l-Indipendenza meta fi ġbir ta’ fondi mill-5:00 p.m. ’il quddiem inġab­ret is-somma ta’ €668,658 f’serata divertenti li serviet bħala ċ-ċirasa fuq l-attivitajiet kollha.


Ritratti: GARETH DEGIORGIO

26.09.2021

15


16

26.09.2021

TIEĦU BLA MA TRODD, IS-SWAR TĦOTT

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsillier PL

Dan huwa qawl Malti li sema’ bih kulħadd. Jekk nibqgħu nużaw ir-riżorsi tagħna b’mod irresponsabbli, nispiċċaw inħottu s-swar, is-sors ta’ difiża tal-eżistenza tagħna. Qegħdin fil-fatt neqirdu lilna nfusna. Din tfisser is-sostenibbiltà, kelma li sirna nisimgħu ta’ spiss riċentement. Kelma li kultant hija abbużata. Din hija l-ispjegazzjoni għat-tibdil fil-klima li d-dinja kollha qiegħda ssemmi. F’2018, għall-ewwel darba u bla preċedent, il-Gvern Malti ngħaqad ma’ bosta nazzjonijiet oħra sabiex jadotta miżuri varji kif proposti mill-Aġenda 2030 tal-Istati Uniti, li jikkonsisti fi 17-il mira għal żvilupp mondjali sostenibbli. Fost oħrajn dawn il-miri jinkludu; drittijiet kontra l-povertà, aċċessibbiltà għasservizz tas-saħħa, dritt għal ħajja sana, affordabbiltà għal enerġija nadifa, bliet u rħula sostenibbli, dritt għal ħajja diċenti u oħrajn. Minkejja li dan il-ftehim nazzjonali huwa volontarju u mingħajr irbit, il-Gvern Malti għamel pass importanti. Fehem ilħtieġa li Malta tingħaqad ma’ pajjiżi oħra sabiex tagħti l-kontribut tagħha għal bidla fir-rotta, fid-dawl ta’ tibdil fil-klima iktar mgħaġġel, immigrazzjoni tal-massa ikkawżat mill-faqar, fi gwerra għar-riżorsi, f’telf kbir ta’ bijodiversità u ekonomija li aktar ma jmur qiegħda dejjem issir iktar volatili. Il-Gvern Malti għaraf l-importanza li jħaddan dawn il-miri għal dinja aħjar għal kulħadd. Iżda dan il-ftehim mhux biżżejjed. Irridu issa nittrasformaw dawn il-miri importanti f’objettivi nazzjonali u lokali għal kwalità ta’ ħajja aħjar għar-residenti tagħna. Nilħqu dawn il-miri biss bil-parteċipazzjoni tar-residenti u l-komunitajiet tagħna fiż-żewġ gżejjer tagħna. Kien ftit xhur wara, fl-2019 li l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ppreżentat viżjoni bl-isem ta’ Resident First. Ħafna llum fehmu li dan ma kienx slogan politiku, catch phrase sabiħa jew titlu ta’ xi dokument li kien ser jitpoġġa fuq l-ixkaffa. Din kienet karba li s-Sindki u l-Kunsilliera tagħna kienu qegħdin jisimu ta’ spiss. Dan kien pjan ta’ ħidma li wara kważi sentejn ma waqaf qatt. Dan huwa pjan sabiex ir-resident, u mhux biss iċ-ċittadin jagħraf illi l-miri tal-Istati Uniti jitkellmu fuq it-tħassib illi jitkellmu fuqhom ukoll ir-residenti tagħna. Ħafna staqsewna x’inhi d-differenza bejn iċ-ċittadin u r-resident. Naħseb kulħadd illum jagħraf illi l-komunitajiet tagħna saru iktar internazzjonali. Ir-res-

identi tal-lokalitajiet tagħna huma wkoll ċittadini ta’ pajjiżi oħra li għal xi raġuni jew oħra għażlu jew sabu ruħhom fil-gżejjer tagħna. Nagħżlu din it-terminoloġija anke minħabba l-fatt li r-resident ta’ lokalità jista’ jkollu bżonnijiet varji skont il-lokalità jew il-gżira fejn jgħix, minkejja li jaqa’ taħt l-istess kategorija ta’ ċittadin. Min-naħa l-oħra, ir-resident ma jiġix klassifikat tali minħabba l-livell soċjali tiegħu, lanqas imkejjel skond il-mezzi finanzjarji tiegħu, iċ-ċittadinanza tiegħu jew xi professjoni. Ir-resident huwa wieħed minna, huwa parti mill-komunità tagħna. Huwa il-ġar tagħna, huwa aħna. Jitpoġġa l-ewwel billi jingħata ċans li jsemma’ leħnu, ix-xewqat u l-ambizzjonijiet tiegħu, il-preokupazzjonijiet u l-inkwiet tiegħu, l-ideat u l-proposti għas-soluzzjonijiet tiegħu, il-weġgħat, is-suċċessi u l-kisbiet tiegħu. Kull min qiegħed isegwi dak li qed jagħmlu l-Kunsilli Lokali, jintebah illi r-residenti għandhom prijoritajiet u bżonnijiet diversi skont il-post tar-residenza tagħhom. Il-bżonnijiet, preokupazzjonijiet, xewqat u ambizzjonijiet tar-resident tal-Marsa huma ferm differenti minn dawk tax-Xewkija, tan-Nadur, jew dawk ta’ Kerċem. Allura l-kunsilli tagħna għandhom rwol importantissimu f’dan il-proċess ta’ bidla li għandu jwassalna għal żvilupp iktar ekwu u sostenibbli. Qegħdin nitkellmu fuq id-dritt li r-resident jimxi b’mod sikur fil-lokalità tiegħu, illi jgawdi n-natura ta’ madwaru f’arja nadifa. Qegħdin naraw kif insaħħu l-komunitajiet tagħna sabiex ikollna tfal, żgħażagħ, ġenituri u anzjani ta’ saħħa fiżika u mentali b’saħħitha. Qegħdin naħdmu sabiex ikollna pjanar tal-lokalitajiet tagħna aħjar, żvilupp li jsir b’rispett u sigurtà tar-residenti u l-komunitajiet tagħna. Lokalitajiet isbaħ u iktar nodfa sabiex ittfal tagħna jikbru f’ambjent san, sabiex in-negozji tal-lokalitajiet tagħna jistgħu joffru servizzi u opportunitajiet ta’ xogħol lill-istess resident. Dan huwa eżerċizzju soċjali, fejn jista’ jiġi żgurat illi l-kwalità tal-ħajja tar-resident tkun waħda ugwali, ekwa u ġusta. Fejn ikun żgurat illi l-iżvilupp tal-komunitajiet, lokalitajiet u gżejjer tagħna jkun sostenibbli. Huwa d-dmir tagħna lkoll bħala Maltin, bħala gvern ċentrali u lokali kif ukoll bħala partit soċjalista.

Minkejja li dan il-ftehim nazzjonali huwa volontarju u mingħajr irbit, il-Gvern Malti għamel pass importanti. Fehem il-ħtieġa li Malta tingħaqad ma’ pajjiżi oħra sabiex tagħti l-kontribut tagħha għal bidla fir-rotta

Sur Editur, Ara Partit Nazzjonalista tal-Miki Maws ta! Ħa ngħidlek jien, Sur Editur. U ara ma tgħidx, l-ewwel wieħed int, li jien dejjem imqabbad man-Nazzjonalisti. U mhux bilfors, x’kull waħda! Imma kif ma jfiqux dawn in-nies? Iridu jgħidulna kif niggvernaw u lanqas biss huma kapaċi jieħdu ħsieb tagħhom infushom, aħseb u ara u Alla jilliberana, jekk ikollhom pajjiżna f’idejhom. Ummi ma! Lanqas naħseb ma rrid. Nippreferi platt fond ful bit-tewm ta’ Melda tiegħi kuljum għall-bqija tal-ħajja li baqagħli, li ma jinżilli b’xejn, milli nara lilhom fil-gvern, nirrepeti, Alla jilliberana! Mela fuq il-fosos il-miġbud bl-ispag, dak li joħlom li huwa l-Kap tal-Oppożizzjoni, ħareġ veru l-kulur tiegħu, meta beda jirrispondi lil Colin tagħna, il-ġurnalist. Colin jistaqsi, u Bernie jgħajjat, jitmasħan, jevita li jwieġeb, u l-ftit li rrisponda, irrisponda b’mod fażull. Issa lil Colin nammirah. Jidher tifel minn tagħna u bravu. Kieku kont jien minflok Colin, li l-paċenzja ilha li marritli mill-għada tat-tieġ tiegħi, ma nafx x’kont nagħmel. Imbagħad ħarġet l-istorja tal-minfuħ. Ta’ Leli Delia. Dak li kien ta’ Austin tal-Arriva Gatt. Imma kemm ħasbuna ċwieċ lilna għid, Sur Editur? Kont se ninfaqa’ nibki, miskin bl-istorja li wara sirt naf li vvinta. Ħa jitlaq minn Malta għax qed iħossu mhedded, qalilna. Kont diġà ħriġt il-maktur għax ħassejt demgħa ħierġa. Qalilna li rċieva theddida. Id-demgħa ħassejtha fit-tarf. Ġabli qalbi ġunġliena. Miskin, hux. U ħaqq l-ożbreċ, ma toħroġx Karolina Muscat! U malajr żammitlu l-brejkijiet. Mela din, li hija tat-tim ta’ Simon Busuttil, kienet ħadmet il-kampanja ta’ Simon tal-elezzjoni ġenerali, meta ħa tkaxkira papali. U ma kixfitux lil Leli Delia! Il-maktur li ħriġt biex nimsaħ demgħa spiċċa fuq ħoġor it-tieqa tas-salott! X’theddida, theddida ta’ sieq ziti, ħa! Leli se jibbenefika minn programm temporanju ta’ sitt xhur f’Belt Ewropea, se jkompli b’ xogħlu, se jirċievi salarju mingħand min offrielu l-Programm. Hekk qaltilna Karolina! U kompliet togħrok. Staqsiet jekk min jircievi theddid serju, joqgħodx idoqq it-trombi li se jitlaq mill-pajjiż qabel ma jitlaq. U għorkitu naqra oħra u qalet, ċis hekk sew, mela, qal li qed jaqla’ theddid serju, se jitlaq mill-pajjiż u jħalli lil familtu warajh. Dixx points għal din. Jew kif jgħiduha meta jagħtu l-voti fil-Jurovixin Song. U kompliet Karolina, ta! Mela Leli Delia qal li huwa jgħix bid-donazzjonijiet tal-qarrejja tal-Blogg tiegħu u bl-għajnuna ta’ martu, li kien se jħalli warajh biex imur brejk minħabba t-theddid. U kien se jħalliha tkanta b’għafsa ta’ qalb, “Stand by Me” ta’ Ben E. King. Issa dan Leli huwa impjegat ta’ dawk li jsejħu lilhom infushom Repubblika u jieħu paga. Ja buġarrun li hu, Sur Editur. Imbagħad Leli ħass li kellu jispjega. U lil Karolina qalilha li tant qed iħossu mhedded, li biex jitlaq minn Malta, anki jaħsel il-platti fi kċina ta’ lukanda fir-Russja jmur. Bħalissa, Sur Editur, qed nipprova ngħin naqra lil Leli. Qed naqra l-avviżi klassifikati kollha li qed insib, ħa nara nsiblux impjieg xi mkien. S’issa ma sibt impjieg imkien f’xi post kiesaħ silġ li għandhom bżonn l-Arriva. Għax kien ikun ideali, idaħħal l-Arriva f’dak il-pajjiż u jsaħħanhom fl-istess ħin. Taf inti, niftakruhom l-Arriva jieħdu n-nar waħedhom, meta kienu f’pajjiżna. Konna drajna, jaħasra bil-ġurnali jagħmlu festa: “Bendy Bus oħra taqbad fix-Xemxija”; “Tliet karozzi tal-linja tal-Arriva kienu involuti f’inċident ikrah tat-traffiku f’Bieb il-Bombi - tnejn u għoxrin passiġġier korruti”, “Waħda mill-karozzi tal-Arriva baqgħet dieħla fil-ġenb ta’ Bieb il-Bombi u bl-impatt saħansitra nqala’ l-ġebel”. X’taħseb, Sur Editur? Ħa ngħid l-aħħar waħda ħa, fuq Bertu tagħna. Kemm kien tajjeb meta tkellem f’Ta’ Qali! Il-ħanina dinja, kemm ħadt gost nisimgħu. Xtaqtu ma jispiċċax. Hekk ikunu l-politiċi, mela bħal Leli u Bernie, jew! Għad-dieħla!


17

26.09.2021

L-UĠIGĦ TAL-BNIEDEM FIN-NUQQAS TA’ SIGURTÀ

MARIAH MELI Parteċipanta LEAD

Sfortunatament ma nistgħux naraw l-abbużi kollha li jiltaqgħu magħhom individwi f’ħajjithom, speċjalment dawk li huma vittmi ta’ abbuż verbali li jwassal lill-vittmi biex iħossuhom li m’għandhomx skop f’ħajjithom. Tfal miċħuda minn xi ġenitur huma mġiegħla jikkunsidraw jekk għandhomx għerf dwar dak li qed jiġri f’ħajjithom. Il-ġenituri jistgħu jimplikaw ukoll li huma “mġienen” u għalhekk jistabbilixxu effett tossiku fuq l-ulied. Dan hu l-abbuż verbali li jħali ħafna effetti psikoloġiċi fuq il-vittma speċjalment filkaż tat-tfal, minħabba li jkunu għadhom qed jiżviluppaw. Għalkemm fis-soċjetà tallum għandna iktar għarfien u għajnuniet għal dak li għandu x’jaqsam ma’ abbużi, l-abbuż verbali għadu wieħed mill-aktar diffiċli biex tidentifikah minħabba l-fatt li għall-kuntrarju tal-abbuż fiżiku, ir-riżultat li jħalli abbuż verbali ma jintgħarafx mill-ewwel. L-aggressur juża ċerti kliem ripe-

tutament sabiex ibeżża’ u jikkontrolla lill-vittma u bħala riżultat, jinqalgħu problemi ta’ saħħa mentali. Il-vittmi huma definiti bħala stupidi, inadegwati u saħansitra li ma jiswew għalxejn minn min jabbużahom. Kawża t’abbuż bħal dan, l-adolexxenti jispiċċaw bi problemi ta’ saħħa mentali meta jiġu abbużati psikoloġikament mill-ġenituri anke minn ta’ età żgħira. Dr Martin Teicher jiddikjara li dan it-tip t’abbuż ħafna drabi huwa aktar kontinwu, għalhekk, il-konsegwenzi tiegħu huma aktar fit-tul minn forom oħra t’abbużi. Skont studju mwet-

taq minn Dr Teicher, it-tfal jadattaw għall-ambjent li jkunu mtellgħin fih sabiex inaqqsu l-livell ta’ stress tagħhom. Jekk pereżempju t-tfal ikunu qed jitrabbew f’ambjent sigur, moħħhom jiżviluppa b’mod normali. Madankollu, meta t-tfal ikunu qed jitrabbew f’ambjent mingħajr appoġġ, moħħhom ma jiżviluppax kif suppost. L-ambjent li t-tfal tal-lum qed ikunu esposti għalih se jirrifletti fis-soċjetà futura tagħna. Għalhekk, huwa fundamentali li t-tfal ikunu esposti għal imġiba ripetittiva eżemplari. Meta l-abbuż verbali u l-gaslighting jibdew mill-età żgħira

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

tal-individwu, dan iwassal għal ħafna uġigħ. L-abbuż verbali jista’ jkollu impatt fuq kull aspett tal-ħajja, bħall-prestazzjoni akkademika tat-tfal u aktar tard fuq is-suċċess tal-professjoni u r-relazzjonijiet tagħhom m’oħrajn billi jaffettwa l-evoluzzjoni ta’ ċerti problemi ta’ saħħa mentali, bħad-depressjoni. Matul is-snin, pajjiżna għamel diversi miżuri sabiex jimplimenta t-tieni livell tal-ġerarkija tal-bżonnijiet ta’ Maslow, li hija s-sigurtà. Huwa fundamentali li kull bniedem jeħtieġ li jħossu sigur fl-ambjent li qed jitrabba fih inkella nispiċċaw ikollna soċjetà insta-

bbli. Irridu nkunu aktar konxji li t-tfal li jinsabu taħt kura ta’ ġenitur abbużiv, huma kontinwament mimlijin b’sentimenti li jillimitaw it-tkabbir tal-intelliġenza emozzjonali tagħhom. Anke bil-preżenza ta’ ġenitur li jħobb, it-tfal isibuha diffiċli biex jirkupraw mill-ħsara li ġenitur verbalment abbużiv u aggressiv jagħti lit-tfal. L-esperjenzi koroh li jħalli internament l-abbuż verbali ma jistgħux jintesew u jinbidlu sempliċement b’messaġġ affermattiv, iżda b’messaġġ li jirrifletti min hu verament il-vittma u dan jista’ jsir biss jekk wieħed ifittex l-għajnuna u l-appoġġ. Din hija l-iktar fażi iebsa għall-vittmi, speċjalment meta dawn ikunu tfal, għaliex wieħed irid jirrealizza li mhux hu l-ħażin, iżda li hu l-vittma. F’pajjiżna għandna nkunu grati li għandna numru t’organizzazzjonijiet li joffru s-servizzi tagħhom biex jappoġġjaw individwi li jsoffru minn abbużi bħal Victim Support Malta, helpline 179, kif ukoll djar li jilqgħu lill-vittmi biex joqogħdu fihom bħal Dar Merħba Bik. Il-moħħ tal-bniedem jirrispondi aktar malajr għall-kritika milli għat-tifħir għax għandna t-tendenza li niftakru r-rimarki li jħallulna ferita iktar milli dawk li jikkumplimentawna. Dan jiġri kemm littfal kif ukoll lill-adulti. L-imġiba tal-vittma, kif ukoll tal-aggressur huma mgħallma minn dak li kienu esposti għalih matul it-trobbija tagħhom. Flimkien irridu nkomplu naħdmu sabiex noffru ambjent sigur għal kull bniedem fis-soċjetà tagħna.


18

26.09.2021

SAN ĠWANN U L-IŻVILUPP BI

Tal-Propostru f’tal-Balal - Proġett ta’ madwar 300k li ħa jibda daqt b’kollaborazzjoni ma’ Parks Malta

Bla dubju, il-lokalità ta’ San Ġwann ħafna drabi nużawha biex ngħaddu minnha biex immorru xi mkien ieħor. Dan kif isir f ’ħafna lokalitajiet oħra wara kollox minħabba ċ-ċokon ta’ pajjiżna. Iżda maż-żmien, wieħed seta’ jinnota li San Ġwann ta’ dari nbidel u llum għandu l-popolazzjoni ħelwa tiegħu li biddlet dan il-lokal f ’raħal mimli attività. Mill-Parroċċa ħabrieka sal-Kunsill tant attiv. Il-Kunsill lokali ta’ San Ġwann għandu pjanijiet sbieħ għal din il-lokalità fejn saħansitra hemm ippjanati ġonna differenti minn dawk li qatt smajna bihom fi mkejjen oħra. Apparti hekk, huwa importanti li niflu l-qalb tal-lokalitajiet Maltin għaliex ħafna drabi, lanqas inkunu nafu xi ġmiel fihom. Irridu nsemmu li kważi kull belt jew raħal Malti, fih il-laqta storika tiegħu, bl-oriġini interessanti li jkun ġej minnha u bil-fdalijiet passati li mhux ta’ min ninsew niċċekkjaw dwarhom. Tkellimt mas-Sindku ħabrieki Trevor Fenech. Xi tfisser għalik il-lokalità

ta’ San Ġwann?

u Wied Għollieqa u għandna 13-il spazju miftuħ fejn residenti jistgħu jqattgħu ftit ħin tal-mistrieħ. Nista’ ngħid li lejn dan il-lokal, għandi mħabba kbira li ssawret u ssaħħet maż-żmien.

qed nagħmel walk abouts fejn nisma’ l-ilmenti kif ukoll ideat u aspirazzjonijiet tannies għal lokal dejjem aħjar. Huwa ta’ unur għalija li nista’ nservi lill-Ġwanniżi u lil nies oħra li ġew jgħixu f ’dan il-post.

fida tal-Kunsill hija mhux biss li nkomplu nsebbħu, San Ġwann huwa l-lokaliinnaddfu u nagħmlu aktar tà addottiva tiegħi. Jien ili proġetti, imma li nixprunaw noqgħod hawn kważi 20 ir-residenti biex dawn jieħsena u llum inħossni Ġwandu sehem attiv fil-lokal kif niż u kburi mil-lokal tiegħi. ukoll jaffiljaw ma’ NGOs loSan Ġwann, minkejja li kali. Hekk biss jista’ jkollna huwa parroċċa relattiva- Xi tfisser li tkun Sindku ta’ komunità aktar b’saħħita u ment moderna, huwa wkoll lokalità? X’inhuma l-isfidi li hemm magħquda. Mhux faċli imma miżgħud b’ħafna storja u f ’San Ġwann? mexjin grazzi għall-interess kultura. Fost oħrajn insi- Li ġejt fdat mir-residenti li qed juri l-pubbliku b’mod bu l-Cart Ruts, Torri Lan- bil-kariga ta’ Sindku huwa San Ġwann huwa magħmul ġenwin. zon, il-Mitħna ta’ taħt l-art unur kbir kif ukoll respons- minn parti kbira tan-nies u erba’ kappelli medjevali. abbiltà mhux ftit. In-nies ġejjin minn barra l-lokal. Xi proġetti saru sa issa? Vera li l-lokal tagħna huwa jistennew ir-riżultati. Jien Minħabba f ’hekk jista’ jkun traffikuż u llum hemm ħafna nieħu din ir-responsab- hemm “a lack of belonging” Tul dawn l-aħħar sentejn stabbilimenti kummerċjali, biltà serja ħafna. Niltaqa’ Dan jista’ jwassal biex ikun kemm ili Sindku saru diverimma San Ġwann jinsab bejn man-nies b’mod frekwenti hemm nuqqas ta’ kburija si proġetti. Fost oħrajn, ġew żewġ widien, Wied Għomor l-uffiċċju u anke waqt li nkun lejn il-lokal tagħhom. L-is- mibnija mill-ġdid disa’ toroq ġodda inkluż il-bankini tagħhom. Fejn kien hemm problema ta’ għargħar tax-xita, saru l-culverts. Ġie embellished mill-ġdid il-ġnien f ’Ta’ Żwejt fejn hemm multipurpose pitch, bandli u outdoor gym, inbidel mill-ġdid iddawl tal-ġnien fil-Kappara, Tul dawn l-aħħar sentejn kemm ili Sindku saru issa fi ftit ġranet oħra jitlesdiversi proġetti. Fost oħrajn, ġew mibnija mill-ġdid ta open space ieħor fi Triq Dan ġie trasformat disa’ toroq ġodda inkluż il-bankini tagħhom. Fejn kien hemm Ibiskus. f ’post ta’ rikreazzjoni minn għalqa mitluqa, maħmuġa problema ta’ għargħar tax-xita, saru l-culverts u abbandunata. Saru numru ta’ proġetti oħra, bħal servizz


19

26.09.2021

ĦSIEB LI QED ISIR FIH

Ġnien Ġorġ Zarb

Ġnien Ġorġ Zarb - Proġett ieħor li fih il-Kunsill ħa jkun qed jinvesti ’l fuq minn 160k

ta’ trasport għall-anzjani u persuni b’diżabbiltà u numru ta’ kollaborazzjonijiet ma’ NGOs lokali. X’hemm ippjanat fil-futur qrib? Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann jemmen fl-importanza ta’ open spaces u postijiet rikreattivi. Dan ix-xahar inħareġ il-permess tal-PA għallħolqien ta’ żewġ ġonna oħra. Wieħed ikun fejn il-Kappella tal-Propostru, dan ser ikun pollinator garden u ieħor Ġnien Ġorġ Zarb. Qed isiru l-preparamenti biex jinħarġu s-sejħiet pubbliċi għal dawn ix-xogħljiet. Ser issir applikazzjoni wkoll għal herb garden fi Triq il-Kampanella. Dan ser isir minflok biċċa art li bħalissa tinsab abbandunata. Sal-aħħar tas-sena ser jiġu installati CCTVs f’erba’ ġonna kif ukoll ser tinbidel is-sistema tad-dawl kif ukoll il-fixtures ta’ erba’ ġonna oħra. Ser jibda wkoll fi żmien qasir ix-xogħol madwar il-Cart Ruts. Dan ser isir biex din l-attrazzjoni tkun aċċessibbli aktar għal poplu u jkun hemm Ċentru tal-Viżitaturi

Il-produttività ta’ kull kunsill tiddependi fuq il-membri li jiffurmaw l-istess kunsill. Kull kunsill għandu r-riżorsi tiegħu biex jaħdem, sta għal dak il-kunsill li jaħdem biex b’dawk irriżorsi jwettaq l-aktar proġetti u xogħlijiet għal dawk li jixtiequ jitgħall- il-lokal jieħu l-value for monmu aktar dwar dawn. ey. Kull Kunsill irid ikollu viżjoni ta’ fejn irid jasal u x’inhi Kemm taħseb li l-Kunsilli l-prijorità tal-lokal u tar-resihuma produttivi? denti. Mhux dejjem tkun faċli, imma huwa f’dawn il-muIl-produttività ta’ kull kun- menti importanti li s-Sindku sill tiddependi fuq il-membri jrid ikollu jdejh sodi fuq itli jiffurmaw l-istess kunsill. tmun biex il-Kunsill jasal fejn Kull kunsill għandu r-riżor- ikun irid jasal. si tiegħu biex jaħdem, sta għal dak il-kunsill li jaħdem Kemm japprezzaw in-nies? biex b’dawk ir-riżorsi jwet- U X’jistennew minn Kunsill taq l-aktar proġetti u xogħli- Lokali? jiet. Għalhekk, semmejtlek ir-responsabbiltà tas-Sindku Nista’ ngħid li l-maġġoranza aktar qabel, li jrid ikun hu li tan-nies japprezzaw mhux jagħti l-inizjattiva lill-mem- biss il-ħidma tal-Kunsill u bri l-oħra tal-kunsill kif ukoll s-sagrifiċċju li l-membri qed lill-impjegati tal-kunsill biex jagħmlu b’mod volontarju u

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

b’imħabba għal-lokal, imma s-sagrifiċċju u l-ħin li qed jiddedikaw. Minn hawn nirringrazzja lil kull min qed iservi ta’ membru tal-Kunsill u għandna nirrikonoxxu lil dawn in-nies, mhux biss f’San Ġwann, imma f’kull Kunsill f’Malta kollha. Fil-biċċa l-kbira, din hija l-attitudni li niltaqa’ magħha meta niltaqa’ u nitkellem mar-residenti. Kif tara San Ġwann minn hawn u 10 snin oħra? Il-viżjoni tiegħi għal San Ġwann hija waħda fejn ikollna komunità aktar magħquda fejn ir-residenti jipparteċi-

paw aktar. Ikollna NGOs lokali aktar b’saħħithom b’aktar membri. Lokal aktar nadif b’aktar siġar u pjanti. Infrastruttura aktar aħjar b’titjib fl-aċċessibbiltà għal kulħadd. Dawn it-tibdiliet ma jsirux waħidhom. Irid ikun il-Kunsill li jixpruna lill-istakeholders kollha biex ikollna lokal aħjar. Messaġġ lill-pubbliku Il-Kunsill Lokali għandu rwol importanti biex insebbħu, innaddfu u ntejbu l-lokal, imma kulħadd irid jagħmel il-parti tiegħu, ir-residenti u anke l-għaqdiet lokali. Bil-kooperazzjoni ta’ kulħadd, l-għanijiet tagħna jistgħu jintlaħqu, u jintlaqgħu aktar malajr. Nemmem li kulħadd irid jgħix f’lokal aħjar u nadif. Bi sforz żgħir minn kulħadd, flimkien nistgħu nagħmlu differenza kbira. Irrid nara lokal aktar aħdar, b’aktar spazji miftuħa u rikreattivi, b’użu akbar ta’ enerġija rinnovabbli, użu aktar b’saħħtu ta’ trasport alternattiv li jniġġes inqas, u filwaqt li naraw ukoll li l-iżvilupp ma jtellifx l-identità ta’ dan il-lokal.


20

26.09.2021

STUDJU STUPEND GĦALL-ĦARBA MINN ALCATRAZ Il-ħarba ta’ priġunieri mill-ħabs ta’ Alcatraz f’Ġunju 1962, li kien meqjus bħala faċilità ta’ sigurtà massima li tinsab filGżira Alcatraz fil-Bajja ta’ San Francisco, ħasdet lill-awtoritajiet kollha tal-ħabs. Ħadd qabel ma kien jemmen li minn dak il-ħabs seta’ jaħrab xi ħadd u ma jinqabadx, għalkemm kien hemm 14-il attentat ta’ ħarbiet minn 36 priġunier. Minn CHARLES B. SPITERI

Tard fil-lejl tal-11 ta’ Ġunju jew filgħodu kmieni fit-12 ta’ Ġunju, il-priġunieri Clarence Anglin, John Anglin u Frank Morris qiegħdu rjus tal-kartapesta li jixbhuhom ferm fuq l-imħaded tas-sodod tagħhom u ħarġu mill-bini tal-ħabs prinċipali minn kuritur li kien ilu ma jkun użat. Telqu mill-gżira abbord ċattra improvvizata li tintefaħ, ifittxu destin inċert. Ir-raba’ kospiratur, Allen West, falla fl-attentat tal-ħarba tiegħu u baqa’ fuq il-gżira. Fis-snin ta’ wara, l-FBI u uffiċjali lokali tal-infurzar talliġi mxew fuq mijiet ta’ trufijiet, iżda qatt ma ħarġet xhieda konklussiva li tiffavorixxi s-suċċess jew il-falliment tal-attentat. Nibtu wkoll bosta teoriji plawsibbli mill-awtoritajiet, ġurnalisti, familji u dilettanti ta’ dawn il-każi. Fl-1979 l-FBI ikkonkludew uffiċjalment, fuq il-bażi ta’ evidenza ċirkustanzjali u opinjoni esperta, li l-irġiel għerqu fl-ilmijiet iffriżati tal-Bajja ta’ San Francisco qabel ma waslu fil-kontinent. Il-fajl tal-każ baqa’ miftuħ u attiv, waqt li Morris u l-aħwa Anglin għadhom fuq il-lista tan-nies imfittxijin. Evidenza ċirkustanzjali u materjali ġdida kompliet titfaċċa, u qajmet dibattiti ġodda dwar jekk il-priġunieri rnexxilhomx jibqgħu ħajjin. L-ewwel fil-lista Frank Lee Morris twieled fl-1 ta’ Settembru tal-1926 f’Washington. Minn tfulitu kien abbandunat mill-ġenituri u spiċċa orfni fl-età ta’ 11-il sena. Għadda ħafna mis-snin ta’ formazzjoni fi djar foster. Ta’ 13-il sena nstab ħati bl-ewwel reat tiegħu u spiċċa arrestat għal reati li jvarjaw minn pussess ta’ droga sa serq bl-armi. Qatta’ s-snin bikrin tiegħu filħabs. Aktar tard, kien arrestat għal serq kbir f’Miami Beach, serq ta’ karozzi u serq bl-armi. Allegatament Morris ikklas-

sifika fl-aqwa tnejn fil-mija tal-popolazzjoni ġenerali fl-IQ. Serva ż-żmien fi Florida u Georgia, imbagħad ħarab mill-ħabs ta’ Louisiana waqt li serva 10 snin għal serq ta’ bank. Inqabad mill-ġdid sena wara waqt serq u ntbagħat f’Alcatraz fl-20 ta’ Jannar, 1960 bħala priġunier numru AZ1441. L-aħwa John u Clarence L-aħwa Anglin: John William u Clarence, imwielda fit-2 ta’ Mejju 1930 u fil-11 ta’ Mejju 1931 rispettivament, twieldu f’familja ta’ 13-il tifel u tifla f’Donalsonville, Georgia. Il-ġenituri tagħhom, kienu ħaddiema tal-biedja staġjonali. Bħala żgħażagħ, Clarence u John kienu inseparabbli; saru għawwiema tas-sengħa, u għaġġbu lil ħuthom meta għamu fl-ilma ffriżat tal-Lag Michigan. Meta kellu 14-il sena Clarence nqabad jidħol fi stazzjon tal-petrol. L-aħwa bdew jisirqu banek u stabbilimenti oħrajn bħala tim, fil-bidu tas-snin

50, ġeneralment min-negozji magħluqin, biex jiżguraw li ħadd ma jweġġa’. Huma sostnew li darba biss użaw arma, waqt serqa minn bank, u kienet pistola tal-logħob. Fl-1958, John, Clarence, u Alfred Anglin serqu l-Bini tal-Columbia Savings Bank f’Alabama. Ingħataw sentenzi ta’ 35 sena, li qattgħu fil-Ħabs talIstat ta’ Florida, fil-Penitenzjarju Federali ta’ Leavenworth, u mbagħad fil-Penitenzjarju ta’ Atlanta. Wara attentati ripetuti biex jaħarbu mill-faċilità ta’ Atlanta, John u Clarence kienu trasferiti għal Alcatraz; John fl-24 ta’ Ottubru, 1960, bħala priġunier AZ1476, u Clarence fl-10 ta’ Jannar, 1961, bħala priġunier AZ1485. Ir-raba’ ħabsi Allen West twieled fi New York City fil-25 ta’ Marzu 1929. Matul ħajtu kien arrestat aktar minn 20 darba. Kien il-ħabs għal serq ta’ karozza fl-1955, l-eww-

el fil-Penitenzjarju ta’ Atlanta, imbagħad fil-Ħabs tal-Istat ta’ Florida. Wara attentat ta’ ħarba mill-faċilità ta’ Florida, kien trasferit lejn Alcatraz fl-1957 fletà ta’ 28 sena u sar priġunier AZ1335. L-ippjanar għall-ħarba L-erba’ priġunieri kienu jafu lil xulxin mill-ħabsijiet preċedenti fi Florida u Georgia. Meta ġew assenjati ċelel qrib xulxin f’Diċembru 1961, bdew jifformulaw pjan ta’ ħarba taħt it-tmexxija ta’ Morris. F’sitt xhur, wessgħu l-kanali tal-ventilazzjoni taħt is-sinkijiet tagħhom bl-użu ta’ segi mormijin fil- ħabs, mgħaref tal-metall mill-kċina, u drill elettriku improvizzat mill-mutur ta’ vacuum cleaner. L-irġiel ħbew ix-xogħol tagħhom b’kartun miżbugħ, u l-istorbju bid-daqq tal-accordion ta’ Morris. Ladarba t-toqob twessgħu biżżejjed, l-irġiel daħlu fil-kuritur mhux mgħasses wara ċ-ċelel tagħhom u telgħu fuq

nett tal-blokka taċ-ċelel, fejn għamlu workshop klandestin. Hemm, bl-użu ta’ aktar minn 50 inċirata fost materjali misruqin u mogħtijin, bnew dak kollu li kellhom bżonn. Ħolqu wkoll ċattra tal-gomma ta’ 14-il pied b’sitt piedi, li l-ħjata tal-punti tagħha saru bir-reqqa bl-idejn u ssiġillawhom bis-sħana mill-pajpijiet tal-fwar fil-qrib. L-imqadef saru minn injam skartat u viti. Fl-aħħar nett, telgħu fix-xaft tal-ventilazzjoni fuq il-bejt u neħħew ir-rivets li jorbtu fann kbir f’postu. Irjus tal-kartapesta Waqt li kienu jaħdmu barra miċċelel tagħhom, u waqt il-ħarba nnifisha, l-irġiel ħbew l-assenza tagħhom billi għamlu rjus finta tal-kartapesta magħmulin minn taħlita ta’ sapun, toothpaste, trab tal-konkos u toilet paper. Huma tawhom dehra realistika permezz ta’ żebgħa li ħadu mill-workshop u xagħar li ġabru mingħand il-parrukkiera tal-ħabs. Meta poġġew ħwejjeġ


21

26.09.2021

u xugamani rrumblati, flimkien mal-irjus finta li qiegħdu fuq l-imħaded, taw dehra perfetta tagħhom fis-sodda. Kif semmejt, kien fil-lejl tal11 ta’ Ġunju 1962, li bit-tħejjijiet kollha f’posthom, bdew il-pjan tagħhom. West skopra li s-siment li kien uża biex isaħħaħ il-konkos madwar il-ħofra tiegħu ibbies u dejjaqlu l-ftuħ. Sakemm reġa’ wessa’ t-toqba, l-oħrajn telqu mingħajru. Irritorna fiċ-ċella u raqad. Mill-kuritur tas-servizz, Morris u l-Anglins telgħu mixxaft tal-ventilazzjoni sal-bejt. Il-gwardjani semgħu ħoss qawwi hekk kif ħarġu mix-xaft, iżda ma nstema’ xejn iżjed u s-sors tal-istorbju ma ġiex investigat. Il-maħrubin ġabru l-irkaptu tagħhom u niżlu 15-il metru lejn l-art billi żżerżqu mal-pajp tal-arja tal-kċina. Imbagħad telgħu żewġt iċnut ta’ barbed wire mal-perimetru. Fix-xatt tal-grigal, ħdejn l-impjant tal-enerġija, punt li ma jinqabadx fin-network ta’ searchlights u mit-torrijiet tal-ħabs, nefħu ċ-ċattra tagħhom b’minfaħ misruq minn ħabs ieħor u mmodifikat biex iservihom. L-investigaturi kienu tal-fehma li f’xi ħin wara l-10 p.m, il-maħrubin telgħu fuq iċ-ċattra u telqu lejn Angel Island, żewġ mili lejn it-Tramuntana. L-investigazzjoni għall-maħrubin L-uffiċjali tal-ħabs ma indunawx bil-ħarba sa filgħodu tat-12 ta’ Ġunju, meta sabu l-manekini. Għal għaxart ijiem saret tfittxija intensiva għalihom. Fl-14 ta’ Ġunju, membri tal-Gwardja Kostali sabu moqdief f’wiċċ l-ilma madwar 200 metru ’l barra mix-xatt ta’ Angel Island.

Fl-istess jum u fl-istess post, nies fuq dgħajsa oħra sabu kartiera mgeżwra fi plastik bl-ismijiet, indirizzi u ritratti tal-ħbieb u l-qraba tal-Anglins. Fil-21 ta’ Ġunju nstabu biċċiet ta’ raincoat, maħsubin bi fdalijiet taċ-ċattra, qrib il-Golden Gate Bridge. L-għada, dgħajsa tal-ħabs tellgħet ġakketta tas-salvataġġ 50 metru ’l bogħod mill-Gżira Alcatraz. Skont ir-rapport finali tal-FBI, ma nstab xejn iktar. L-aġenti tal-FBI ħasbu li l-irġiel kienu għerqu, peress li l-oġġetti misjubin kienu l-uniċi affarijiet li seta’ kellhom. Madankollu ma nstabu l-ebda fdalijiet umani. Xahar wara l-ħarba, il-vapur Norveġiż, SS Norefjell, ra ġisem f’wiċċ l-ilma fl-oċean 15il mil nawtiku mill-Golden Gate Bridge. Hu ma rkuprax il-katavru u ma rrappurtax is-sejba sa Ottubru. Henry Turkel l-uffiċjal tal-Kontea ta’ San Francisco li jinvestiga l-imwiet, tefa’ dubju fuq l-ispekulazzjoni li seta’ kien wieħed mill-maħrubin, u qal li l-katavru seta’ kien ta’ Cecil Phillip Herrman, furnar bla xogħol li kkommetta suwiċidju billi qabeż mill-Golden Gate Bridge ħamest ijiem qabel. West ikkoopera L-investigaturi tal-FBI ħabbru l-pożizzjoni uffiċjali tagħhom li, filwaqt li teoretikament kien possibbli għall-irġiel li laħqu Angel Island, il-probabbiltà li baqgħu ħajjin mill-kurrenti qawwijin u l-ilmijiet iffriżati talbajja kienu negliġibbli. Skont ir-rapport finali tal-FBI, West, li kkoopera bis-sħiħ u ma kienx akkużat għar-rwol tiegħu, qal li huma ppjanaw li jisirqu ħwejjeġ u karozza malli jaslu l-art,

iżda l-ebda serq bħal dan ma ġie rrappurtat fiż-żona. West kien trasferit lejn il-Gżira McNeil, Washington meta Alcatraz ġie diżattivat fl-1963, u wara, lura lejn il-Penitenzjarju ta’ Atlanta. Meta skonta s-sentenza tiegħu, segwiti minn żewġ sentenzi addizzjonali f’Georgia u fi Florida, inħeles fl-1967, biex reġa’ ġie arrestat fi Florida s-sena ta’ wara fuq akkużi ta’ serq kbir. F’Ottubru 1972, fil-Ħabs tal-Istat ta’ Florida, hu fera b’mod fatali priġunier ieħor b’daqqiet ta’ sikkina, f’dak li seta’ kien inċident motivat mir-razziżmu. Huwa kien għadu jiskonta bosta sentenzi, meta miet b’peritonite akuta fl-1978. Fis-16 ta’ Diċembru, 1962, il-priġunier ta’ Alcatraz John Paul Scott għamel ġwienaħ tal-ilma minn ingwanti tal-gomma minfuħin u għam b’suċċess distanza ta’ 2.7 mili nawtiċi minn Alcatraz sa Fort Point, fit-tarf tan-Nofsinhar tal-Golden Gate Bridge. Instab minn żgħażagħ f’Ottubru 1972, ibati minn ipotermja u eżawriment. Immedjatament wara li rkupra fl-Isptar tal-Armata, hu ttieħed lura f’Alcatraz. Scott kien l-uniku każ dokumentat ta’ priġunier ta’ Alcatraz li wasal ix-xatt bl-għawm.

Anki l-FBI għalqu l-fajl tagħhom fuq il-maħrubin fil-31 ta’ Diċembru, 1979, wara investigazzjoni ta’ 17-il sena, iżda għaddew l-evidenza li kellhom lis-Servizz tal-Marixxalli tal-Istati Uniti, li baqa’ jżomm l-investigazzjoni miftuħa, għax baqa’ jirċievi informazzjoni fuq il-maħrubin fuq bażi regolari. Il-mandat jiskadi fl-2030, meta l-irġiel neqsin kollha jkollhom aktar minn 100 sena. Dokumentarju tal-History Channel tal-2015 bit-titlu Alcatraz: Search for the Truth ippreżenta aktar xhieda ċirkustanzjali miġburin matul issnin mill-familja Anglin. Kenneth u David Widner urew kartolini tal-Milied li fihom il-kaligrafija tal-Anglins, li allegatament irċevewhom il-membri tal-familja fit-tliet snin wara l-ħarba. Filwaqt li l-kaligrafija ġiet ivverifikata bħala dik tal-Anglins, l-ebda wieħed mill-envelops ma kien ittimbrat, u għalhekk l-esperti ma setgħux jiddeterminaw meta kienu kkunsinnati. Li ntqal ukoll kien li fil-Milied u f’Jum l-Omm, Clarence u John kienu jibagħtu kartolina lil ommhom. Meta mietet, fl1973, intlemħu żewġ nisa twal b’makeup qawwi għall-funeral tagħha. L-istess ġara fl-1989 fil-funeral ta’ missierhom. RobL-għeluq ta’ Alcatraz ert stqarr li kienu waslu d-dar żewġ stranġieri bil-leħja. Żied Minħabba li Alcatraz kien jiswa jgħid: “waqfu quddiem it-tebut, aktar minn ħabsijiet oħrajn ħarsu ftit lejn il-katavru, bkew biex jitmexxa (kważi $10 kull u telqu ’l barra.” priġunier kuljum, meta mqabbel ma’ $3 kull priġunier kul- Jgħid li ltaqa’ magħhom jum f’Atlanta), u minħabba li 50 sena ta’ saturazzjoni ta’ ilma Il-familja kkwotat storja millmielaħ kienet naqqret il-bini ħabib tal-familja Fred Brizzi, b’mod serju, l-Avukat Ġener- li kiber mal-aħwa u ddikjara ali Robert F. Kennedy ordna li li għarafhom f’Rio de Janeiro jingħalaq fil- 21 ta’ Marzu, 1963. fl-1975. Huma pproduċew ri-

tratti miġbudin minn Brizzi, inkluż wieħed li juri żewġt irġiel, li skont Brizzi kienu John u Clarence Anglin. Ritratti oħrajn urew razzett Brażiljan, li Brizzi qal li kien proprjetà talirġiel. Esperti forensiċi li ħadmu għall-familja kkonfermaw li r-ritratti ttieħdu fl-1975, u sostnew li probabbilment iżżewġt irġiel kienu l-Anglins, għalkemm l-età, il-kundizzjoni tar-ritratt, u l-fatt li ż-żewġt irġiel kienu lebsin nuċċalijiet tax-xemx, xekklu l-isforzi biex issir determinazzjoni definittiva. F’Jannar 2020, aġenzija kreattiva Irlandiża u speċjalisti tal-AI f’Identv użaw tekniki ta’ rikonoxximent tal-wiċċ biex jikkonkludu li l-irġiel fir-ritratt kienu John u Clarence Anglin. Kien rappurtat li wieħed mill-aħwa: Robert Anglin, kien ilu f’kuntatt ma’ John u Clarence sa mill-1963 u l-1987 rispettivament. Qabel il-mewt ta’ Robert fl-2010, il-membri tal-familja, xtaqu jivvjaġġaw lejn il-Brażil biex jagħmlu tfittxija personali; iżda kienu mwissijin li setgħu jisfaw arrestati mill-awtoritajiet Brażiljani minħabba li l-ħarba ta’ Alcatraz baqgħet każ miftuħ għall-Interpol. Ittra minn John Anglin Fl-2018, l-FBI ikkonfermaw l-eżistenza ta’ ittra, allegatament miktuba minn John Anglin, li rċieva d-Dipartiment tal-Pulizija ta’ San Francisco fl-2013. Il-kittieb afferma li Frank Morris miet fl-2008 u ndifen f’Lixandra b’isem differenti, u Clarence Anglin miet fl-2011. Huwa qal li l-iskop tiegħu meta kiteb l-ittra kien li jagħti lilu nnifsu lill-awtoritajiet bi skambju għal kura medika kontra l-marda tal-kanċer tiegħu. Iżda l-awtentiċità talittra kienet meqjusa bħala inkonklussiva. F’episodju tal-2019 tas-serje Mission Declassified, il-ġurnalist investigattiv Christof Putzel ikkorrobora ħafna mill-informazzjoni maħruġa mill-FBI u sorsi oħrajn, inkluża ċ-ċattra misjuba fuq Angel Island. Hu kkwota diversi rapporti li jsemmu Chevrolet blu, tal-istess deskrizzjoni bħal dik misruqa wara l-ħarba, li dehret f’Oklahoma, Indiana, Ohio u South Carolina, fejn tliet xhur wara l-ħarba, tlett irġiel li jaqblu mad-deskrizzjoni tal-maħrubin ippruvaw isibu residenza fil-boskijiet. Mis-36 priġunier li organizzaw 14-il attentat ta’ ħarba matul id-29 sena li Alcatraz serva bħala penitenzjarju federali, 23 inqabdu mill-ġdid, sitta ġew maqtula b’fuċillazzjoni, tnejn għerqu, u ħamsa (Morris, l-Anglins, Theodore Cole u Ralph Roe) huma elenkati bħala ‘neqsin u preżunti mgħarrqin.’


22

26.09.2021

MICHELLE ATTARD TONNA

TIVVJAĠĠA KWAŻI KULLIMKIEN BIR-ROTA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Huwa fatt li f’Malta u f’ħafna pajjiżi oħra t-traffiku qed jiżdied. It-tgergir ta’ kuljum ma jonqosx, iżda nafu li hawn alternattivi tajbin għal min irid jagħmel użu minnhom. Proprju dan l-aħħar intervistajt persuna li qabel kienet tagħmel użu mill-karozza u għal dawn l-aħħar snin bdiet tuża r-rota minflok. Qed nirreferi għal Michelle Attard Tonna. Għandha 45 sena. Hija Deputat Dekan tal-Fakultà tal-Edukazzjoni, xogħolha huwa ta’ edukatriċi u akkademika. Tħobb taqra, il-baħar u attivitajiet fiżiċi. Hija persuna determinata, tħobb il-kumpanija tan-nies, tirrifletti ħafna, u kritika kemm ta’ xogħolha u ta x’qed jiġri madwarha. Michelle saret tivvjaġġa madwar Malta dejjem bir-rota. Fil-fatt tmur kullimkien biha. Ridt inkun naf kemm ilha tivvjaġġa bir-rota b’kollox, u x’ħajjarha tibqa’ ssuqha. “Kważi kullimkien bir-rota. Ili madwar erba’ snin. It-traffiku kien qed jaqtagħli qalbi, kont qed naħli wisq ħin. Ridt soluzzjoni. Apparti minn hekk, konxja mit-tniġġis fl-arja u tal-fatt kemm aħna niddependu fuq mod wieħed ta’ trasport. Ridt

li jkolli alternattivi,” stqarret miegħi. Dwar jekk qattx saqet karozza, fil-fatt ikkonfermat miegħi li ilha ssuq karozza 25 sena, u għadha ssuqha. Iżda r-rota għaliha hija prattika ħafna għax ma teħilx fit-traffiku u m’hemmx problemi ta’ parkeġġ. Tqassam ix-xirja biex ma tqandilx affarijiet tqal f ’daqqa Rigward xirjiet u tqandil ieħor immaġinajt li ma tantx jista’ jsir b’rota. Iżda Michelle kkonfermat miegħi li tmur tixtri bir-rota – tqassam ix-xirja biex ma tqandilx ħafna affarijiet tqal f’daqqa. “Għandi żewġ basktijiet mar-rota li jesgħu ħafna u nerfa’ fihom. Fejn ikolli nġorr affarijiet goffi, jew inwassal xi familjari, nuża l-karozza,” sostniet miegħi. Kollox ma’ kollox, Michelle apparti l-qadi, anki x-xogħol tmur bir-rota, 20km kuljum minn Ħaż-Żabbar sal-Università. Xtaqt inkun naf jekk fis-sajf fis-sħana ssibhiex problema, u l-istess fix-xitwa meta tkun xita jew ħafna riħ. “Għandna klima tajba għar-rota, għax fix-xitwa ftit tagħmel xita. Meta tagħmel

ix-xita, nilbes addattat biex ma nixxarrabx. Bil-karozza fix-xita teħel mill-ewwel fit-traffiku u meta tegħreq it-triq. Jien nibqa’ għaddejja. Fis-sajf nippjana l-vjaġġi tiegħi b’mod li mmur kmieni x-xogħol ħalli ma naqdifx fix-xemx. Jekk imbagħad tkun ix-xemx meta nirritorna, nasal id-dar u mmur nieħu shower biex niffriska.” Michelle tistqarr li kull meta titla’ fuq ir-rota tħossha ferħana. Ir-rota tagħtiha ħafna vantaġġi li l-karozza ma tagħtihiex bħal li tasal malajr, waqt li ssuq tgawdi iktar ix-xenarji u faċilment tgħaddi minn postijiet li bil-karozza ma tgħaddix. Tħossha inqas anzjuża. Iżda l-intoppi fil-ħajja ma jonqsux, u allura immaġinajt li ġieli kellha xi puncture. “Rarissimu, għax għandi tyres reżistenti. Bir-rota bħal kull mezz ta’ trasport ieħor, ġieli ser tinqala’ xi problema. Meta jiġri hekk issewwi l-ħsara u tkompli l-vjaġġ,” stqarret miegħi. President tal-NGO lokali Rota Minbarra dan kollu, Michelle hija wkoll il-Presidenta talNGO lokali Rota.mt. Ħallejt f’idejha sabiex telabora.

“Naħdmu bħala kumitat u bħala grupp, qed inqajmu kuxjenza u naħdmu mal-awtoritajiet biex nippromwovu mezzi alternattivi ta’ trasport, fosthom ir-rota.” Kompliet tgħidli li fil-bidu li bdiet issuq ir-rota, kienet tibża’ ftit. Issa tħossha li m’għandhiex riskju iżjed milli kieku għaddejja bil-karozza. Ma stajtx ma nistaqsihiex taħsibx li għad fadal x’jitqies aktar rispett fit-toroq lokali, anke fejn jidħlu bicycle lanes, Malta għandha nuqqas tagħhom. “Kont nibża’ għax tħossok espost u vulnerabbli. Imbagħad tibda tidra. Però għad fadal ħafna x’isir l-aktar fejn tidħol infrastruttura. M’hemmx għalfejn ikollok cycle lanes kullimkien, imma f’toroq prinċipali iva, u jridu jkunu segregati miż-żona fejn jgħaddu l-karozzi. Dwar rispett, inħoss li sejrin għall-aħjar, imma xorta xi kultant issib sewwieqa li jagħfsuk, jew jippretendu li r-rota ma tinstaqx fit-triq – jibdew idoqqulek il-ħorn biex twarrab. Din injoranza. Ittriq hi ta’ kulħadd u kulħadd għandu dritt jużaha. Il-prijorità għandha tingħata lil min hu l-iktar vulnerabbli fittriq – lill-ambulant, lil min isuq rota jew e-scooter, min

qed jivvjaġġa bit-trasport pubbliku, imbagħad min hu fuq mutur ... tibda mill-iktar vulnerabbli,” spjegatli tajjeb. Tinkoraġġixxi aktar nisa jibdew jużaw ir-rota Sfida oħra li qed tipprova ddaħħal f ’Malta permezz tal-NGO hija li tinkoraġġixxi aktar nisa jibdew jużaw ir-rota. “Inħoss li n-nisa f ’Malta għad għandhom ħafna mir-responsabbiltà fejn tidħol il-kura tat-tfal u anzjani, allura ma jeħdux riskji żejda. Naħdem, flimkien ma’ sħabi, biex ikollna toroq iktar siguri. B’hekk biss nistgħu ninċentivaw nisa u tfal biex jużaw ir-rota.” Fl-aħħar nett Michelle ħalliet messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Jekk int imħajjar, ibda minn vjaġġi qosra fil-lokalità tiegħek, bħal pereżempju sal-bank, u dejjem żid. Inutli ngergru fuq l-ammont ta’ traffiku jekk ser nibqgħu nużaw il-karozza għal kull qadja li jkollna, għax mhu ser jinbidel xejn. L-NGO Rota tagħti ħafna għajnuna lil dawk li jridu jibdew jużaw ir-rota. Nistedinkom tfittxuna u tkunu parti minn din il-komunità,” temmet tgħidli.


08.11.2020 26.09.2021

23

SKEDA ONE 13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:15 17:30 18:30 19:15

Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Better Living FILLER Flimkien ma’ Nancy Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari

19:20 19:30 20:10 20:30 21:15 22:15 23:30 23:45

TNEJN ONE Sports 27-09 & Temp ONE News Primetime Reboot ONE SKEDA Cash Ride ONE News Mill-Chcina ta’ Dari

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Mużika Maltija 08:40 Telebejgħ 09:15 Pjazza 10:00 Espresso 12:30 ONE News

12:35 13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:30 18:30

Ħabrikt Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Fish on Dak Li Jgħodd Pjazza

19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 23:30 23:45

Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Revved X’taf x’qed jgħidu? The Big Step ONE News Mill-Chcina ta’ Dari

06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 08:40 09:15 10:00 12:30 12:35 13:00

15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:15 18:00 18:30 19:15 19:20 19:30

ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Flimkien ma’ Nancy Reboot What’s Cooking Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Mużika Maltija 08:40 Telebejgħ 09:15 Pjazza 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt

13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 16:45 17:00 17:30 18:30

Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Popcorn Filler Żona Sport Mhux kemm taf Pjazza

19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 22:30 23:30 23:45

Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Awla Reebot ONE News Mill-Chcina ta’ Dari

06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 08:40 09:15 10:00 12:30 12:35 13:00

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Mużika Maltija Telebejgħ Pjazza Espresso ONE News Ħabrikt Kalamita

15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 16:45 17:20 17:30 18:30 19:15 19:20

ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview What’s Cooking Country Jamboree Filler Indhouse Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp

19:30 20:10 20:30 21:00 22:30 23:00 23:30 23:45

ĠIMGĦA ONE News Primetime 01-10 Niftakru Min Imissu Popcorn Żona Sport ONE News Mill-Chcina ta’ Dari

06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:15 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:35 ŻonaSport 10:05 The Local Traveller

10:50 11:50 12:30 12:35 13:00 14:00 15:00 15:30 15:30

Dak Li Jgħodd Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Mhux Kemm Taf Taf x’qed jgħidu ONE News Taf x’qed jghidu

16:30 17:30 18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:35 23:30

Flimkien ma’ Nancy Sabiħa l-Ħajja Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News

06:30 06:45 07:15 07:55 08:00 08:40 10:00 10:30 11:30

12:30 12:35 13:00 15:30 15:35 16:30 17:00 18:00 19:20

ONE News Telebejgħ Arani Issa ONE News Arani Issa Country Jamboree Mqades l-istorja L-Argument One Sport & Temp

19:30 ONE News ĦADD 20:10 Ieqaf 20 03-10 Minuta 20:35 Attività Politika 21:30 Min Imissu?! 22:50 The Local Traveller 23:30 ONE News 23:45 Mqades l-istorja

06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 08:40 09:15 10:00 12:30 12:35

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Mużika Maltija Telebejgħ Diskors Dr Robert Abela Espresso ONE News Ħabrikt

TLIETA 28-09

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Mużika Maltija Telebejgħ Pjazza Espresso ONE News Ħabrikt Kalamita

ĦAMIS 30-09

Naħdem, flimkien ma’ sħabi, biex ikollna toroq iktar siguri. B’hekk biss nistgħu ninċentivaw nisa u tfal biex jużaw ir-rota

SIBT 02-10

ONE News Niftakru Revved Mill-Chcina ta’ Dari Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Ieqaf 20 Minuta Attività Politika Mill-Chcina ta’ Dari

ERBGĦA 20:10 Primetime 29-09 20:30 The Local Traveller 21:00 Tuna ċ-Ċans Ħa Ngħidu Storja 22:15 Revved 22:45 Fish On 23:30 ONE News 23:45 Mill-Chcina ta’ Dari


24

26.09.2021

reċensjoni tal-ktieb

KWARANTINA X’aktarx li l-aktar kelma fil-vokabularju dinji li smajna u għadha tirbombja fost il-ġnus tul din l-aħħar sena u nofs hija kwarantina. L-imxija tal-virus qerried kienet u għadha l-kaġun, hekk kif il-bniedem beda jara kif se jeħodha ma’ dan is-saram ġdid li ħlief imwiet, telf ta’ impjiegi u tkissir ta’ ekonomiji madwar id-dinja ma żerax. Il-ħtieġa tal-kwarantina kienet minnha nnifisha l-aħjar mogħdija lejn il-ħelsien mit-theddida, lejn l-irxuxtar minn tbatijiet fiżiċi, u lejn il-ħarsien tal-maħbubin u l-għeżież tagħna. Il-kwarantina fil-ktieb rinomat ta’ Jim Crace Quarantine mhix nieqsa mill-passi ġeblija ta’ din l-istess mogħdija. Iżda fiha hemm sfida spiritwali, magħġuna fl-immaġinazzjoni u l-kreattività ta’ kittieb li jwassal tqanqil ruħu b’mod li jsaħħrek. X’aktarx anki jaħsdek, kultant forsi anki jgħaddbek. Il-kwarantina ta’ Ġesù Kristu fid-deżert, il-karattri kważi surreali li hemm miegħu jaqsmu l-għatx u l-ġuħ tax-xagħri mbiegħda jiffurmaw stampa li ma titilqekx għal waqt wieħed. F’dawn ix-xeni ta’ sikwit issib u tara bċejjeċ minn Malta jfeġġu quddiemek. In-nixfa. Il-ħxejjex. L-ilwien. Ix-xtieli. Ir-reżħa. Is-sħana. Fl-introduzzjoni tiegħu għal Quarantine, rebbieħ tal-Premju Whitbread għall-aqwa rumanz fl-2018, Stuart Evers, kittieb u kritiku ewlieni, jikteb fit-tul dwar l-isfidi li joffri l-qari talktieb. Ixebbah l-iskossi u x-xokkijiet waqt il-qari mal-ambjent tax-xagħri li jiddominaw il-ġrajja tal-ktieb. Jitkellem dwar il-ġibda maġika ta’ dan ix-xog-

ħol oriġinali ta’ Crace, mhux f ’sessjoni waħda ta’ qari iżda f ’diversi, hekk kif il-qarrej ta’ kull darba jkompli jassorbi aktar esperjenzi u sfidi ġodda. Charles Flores, li qaleb għall-Malti dan ix-xogħol ta’ Jim Crace, li huwa professur assoċjat mal-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta, jgħid fid-daħla tiegħu li għalih, din it-traduzzjoni kienet opportunità li ma xtaqx jitlifha. Iħoss li bejn twemmin u nuqqas (jew tmermir) ta’ twemmin hemm baħar jaqsam u għexieren ta’ interpretazzjonijiet. Hu żgur li fil-qasam tal-kitba bil-Malti x’aktarx li qatt ma kellna xogħol daqstant intellettwalment provokattiv u ħawtiel, li jmiss mill-qrib u b’daqshekk intensità l-aspett tal-bniedem u t-twemmin tiegħu, ir-ritwali u t-tradizzjonijiet, l-inżul u t-tlajja’ tas-soċjetà, l-imħabba ta’ veru u l-qerq, it-tfittxija dejjiema għal xi ħaġa... kollha kemm huma maqbudin f ’kitba qawwija fin-nisġa, tgħum fil-metafora u tgħinek taħseb, tipprova tifhem u tħares lejn ħajtek minn lentijiet għalkollox differenti minn xulxin. Flores isostni wkoll li wasal tabilħaqq il-waqt li, permezz ta’ din it-traduzzjoni u oħrajn li jistgħu jsiru ta’ kotba ta’ din il-bixra, niftħu aktar ix-xefaq ta’ quddiemna u ma niddejqux nistaqsu, niddiskutu u nfittxu nkattru d-diversità tal-ħsieb, tal-qalb u, f ’suriet differenti u kuntrastanti, ir-ruħ. Kwarantina jinsab għall-bejgħ millħwienet kollha tal-kotba f ’Malta u Għawdex jew direttament mingħand Horizons fuq https://horizons.com.mt/

Mistoqsija: Xi premju rebaħ b’dan il-ktieb? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb KWARANTINA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 3 ta’ Ottubru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb PERFETTAMENT IMPERFETTA hija:

J.MIFSUD - MOSTA

03 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm kien il-persentaġġ fl-2020 ta’ nisa u rġiel Maltin li għandhom it-tfal u jaħdmu?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

26.09.2021

IL-‘LONELY HEARTS KILLER’ Nannie Doss, magħrufa wkoll bħala l-‘Giggling Granny,’ ammettiet li qatlet 11-il qarib L-EWWEL PARTI Nannie Doss kienet qattiela tal-massa Amerikana li ammettiet li b’kollox qatlet 11-il qarib bejn l-1920 u l-1954. Doss kienet magħrufa b’diversi laqmijiet, fosthom il-‘Giggling Granny’, il-‘Lonely Hearts Killer’, il-‘Black Widow’ u l-‘Lady Blue Beard.’ Minkejja li Doss ammettiet li qatlet erbgħa minn żwieġha, żewġ ulied, lil ommha, lil oħtha, żewġ neputijiet u kunjata minnhom, hi nstabet biss ħatja għall-qtil talħames raġel li kellha f ’Ottubru tal-1954. Min kienet Nannie Doss Nannie Doss twieldet fl-4 ta’ Novembru tal1905 fi Blue Mountains f ’Alabama, li llum jagħmel parti minn Anniston f ’Alabama stess. Il-ġenituri tagħha kienu Louisa u James F. Hazel u b’kollox kellhom erbat ibniet u tifel. Louisa u Nannie ma tantx kienu jingwalawha mal-missier minħabba li kien strett ħafna u kien dejjem irid jikkontrolla kollox hu. Apparti minn hekk, James kien iġiegħel lil uliedu jaħdmu fl-għelieqi minflok kien jibgħathom l-iskola. Dan wassal biex Nannie jkollha rapport akkademiku fqir. Meta kellha biss seba’ snin, Nannie kienet riekba fuq tren flimkien ma’ familtha hekk kif kienu sejrin jaraw xi qraba. Ħin minnhom, it-tren waqaf f ’daqqa u Nannie ħabtet rasha mal-ħadida li kien hemm imwaħħla mas-sit ta’ quddiemha. Minn hawn ’il quddiem, Nannie bdiet tbati minn ħafna wġigħ ta’ ras, sturdamenti u saħansitra bid-dipressjoni. Meta kibret qalet li dan l-inċident kien il-kawża tal-azzjonijiet tagħha. Bħala passatemp, Nannie kienet tħobb taqra r-rivisti romantiċi li kellha ommha u kienet dejjem toħlom li għad ikollha futur romantiku hi wkoll. L-iktar li kienet tħobb taqra f ’dawn ir-rivisti kienet il-kolonna msejħa bħala l-‘lonely hearts column’. Minkejja dan il-ħolm, għal Nannie kien diffiċli ħafna biex tiltaqa’ ma’ ġuvni għax missierha ma kienx iħalli lilha u lil ħutha l-bniet joħorġu jew jattendu xi avvenimenti soċjali. Missierhom lanqas kien iħallihom jagħmlu ftit irtokk jew jilbsu lbies li jolqot l-għajn għax kien jemmen li dawn iwasslu għall-istupru. Iż-żwiġijiet ta’ Nannie Fl-età ta’ 16-il sena, Nannie żżewġet lil Charley Braggs. Hi ltaqgħet ma’ Braggs għax kienu jaħdmu fl-istess fabbrika u wara biss erba’ xhur iżżewġu. Braggs kien tifel waħdu u hu kellu lil ommu biss, li kienet mara mhux miżżewġa. Din tal-aħħar marret tgħix ma’ binha u ma’ Nannie wara li żżewġu u Nannie ’l quddiem tistqarr li l-kunjata kienet tqatta’ ħafna ħin ma’ binha minnha u kienet tindaħlilha fl-affarijiet

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

tagħha. Ngħidu aħna, il-kunjata ma kinitx tħalli lil omm Nannie tibqa’ sa tard filgħaxija għandhom. Minkejja dan l-indħil, iż-żwieġ bejn Nannie u Charley wassal għat-twelid ta’ erbat ibniet bejn l-1923 u l-1927. It-tfal żiedu iktar l-ansjetà f ’Nannie u biex tipprova taħrab mill-ħajja kaotika tagħha bdiet tixrob u tpejjep. La Nannie u lanqas Charley ma kienu kuntenti flimkien u dan tal-aħħar kellu ħabta jitlaq mid-dar għal numru ta’ ġranet u mbagħad jerġa’ lura. Fl-1927, tnejn mill-bniet tal-koppja mietu. Kien maħsub li mietu minħabba li kielu xi ikel li għamlilhom ħażin u saħħithom baqgħet sejra lura. Mal-mewt tagħhom, Charley qabad lill-ewwel bint, Melvina, u ħarab biha filwaqt li ħalla lil Florine, li kienet għadha tat-twelid, ma’ Nannie. Omm Charley mietet ftit wara li binha ħarab u Nannie ħarġet taħdem biex tkun tista’ tmantni lil bintha u lili nnifisha. Sena wara, Charley irritorna b’Melvina u mara oħra miegħu. Nannie u Charley spiċċaw biex iddivorzjaw u Nannie ħadet liż-żewġ uliedha u marru jgħixu għand ommha. Fl-1929, Nannie ltaqgħet ma’ Robert Franklin Harrelson u żżewġu fl-istess sena. Minkejja li Harrelson kien alkoħoliku, iżżwieġ tagħhom dam 16-il sena. Fl-1943, bintha l-kbira Melvina li kienet miżżewġa, kellha tifel li semmietu Robert Lee Haynes. Sentejn wara, Melvina reġa’ kellha tarbija oħra iżda mietet ftit wara li twieldet. Skont Melvina, ommha qatlitilha lit-tarbija għax qalet ratha ddaħħlilha labra tal-kpiepel f ’rasha.

La Nannie u lanqas Charley ma kienu kuntenti flimkien u dan tal-aħħar kellu ħabta jitlaq mid-dar għal numru ta’ ġranet u mbagħad jerġa’ lura. NANNIE DOSS MA’ BINTHA MELVINA U Ż-ŻEWĠ NEPUTIJIET LI BAQGĦU ĦAJJIN

TKOMPLI L-ĠIMGĦA DIEĦLA


26

26.09.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

26.09.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 400

D.SANT - MELLIEHA

MIMDUDIN: 10. 1. Il-mutur tiegħi (5) 12. 4. Għandi tort (4) 16. 7,9. Jagħmel il-kuntratti (5) 18,23. 9. Ara 7 19.

Bi 3 NUMRI 257 283 292 370 377 569 682 777 783 905 B’4 NUMRI

0104 0363 0451 0597 1075 1357 1428 1554 1879 2230 2437 2699 2797

2879 3297 3863 3897 3919 5260 5510 5532 5536 5547 5558 5685 5688

5803 5990 6505 6594 7076 7514 7592 7759 8341 8944 9050 9305 9406

9468 9628 9900 B’5 NUMRI 00108 02660 24930 32962 35829 38925 39024 39353

50115 51327 57025 77712 79582 82172 90889 97318 98827

593127 982241 B’7 NUMRI 0509897 4735880 5299977 9285985 9597531

B’6 NUMRI Bi 8 NUMRI 424723 13575797 555372 97483525

Tkabbar? (6) 20. Ilsien (6) Il-kapitali 21. Brażiljana (3) 23. Jipprepara t-triq (6) 24. Frott (3)

WEQFIN: tal-bnadar (5) 1. Kompli l-qawl: 6. Ara 3 Frar daqqa fawwar 8. Hekk hu Cavani daqqa ......... (6) tal-United (9) 2,17. Frott (6) 11. Ara 5 3,6. Jafu sew dawn (6)12,21M. Tal-mażuni (5) 5,11. Jistgħu jkunu 13. Xejn (3)

14. 15. 17. 21. 22.

Kilt bla ma għomodt (5) Ara 12 wieqfa Ara 18 Nixgħel? (5) Kunjom (6) Jirreċtaw (6) Ara 2 Ġorġ Muscat Ingwanez (1,1,1) Parti minn reċta (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Tubru, 4.Ħalq, 7,11.Raba, 9.Daq, 10.Impenn, 12.Xadini, 16,18.Altar, 19.Żar, 20.Qraba, 21.Sal, 24.Rjali

WEQFIN: 1.Tadama, 2,6.Baqqan, 3.Uri, 5.Ave, 8.Ammiratur, 12,23.Xtieli, 13.Dar, 14.Iżarma, 15.Ġrieħi, 17.Lea, 21,22. Stilel


28

26.09.2020

PARTIT OSTAĠĠ Editorjal

Hemm wisq x’jankra lill-Partit fl-Oppożizzjoni u jżommu milli jiġġedded. Dik li setgħet kienet għalqa fertili 40 sena ilu, maż-żmien inbidlet f’għadira tat-tajn li lanqas id-dud ma jgħix fiha

Il-problemi li qed jiffaċċja l-Partit Nazzjonalista llum għandhom ilkoll fattur komuni: l-is­ taġ­nar maż-żminijiet. Għal min hu midħla fil-politika lokali, inklużi Nazzjonalisti nfushom, jafu dan u mhu qed niżvelaw xejn ġdid. Daqstant ieħor ħafna huma konxji li r-riperkussjonijiet tallum u l-forzi dominanti fi ħdan il-PN, dixxendenti minn dinastiji passati, huma biss il-frott ta’ snin twal ta’ deċiżjonijiet ħżiena jew in-nuqqas ta’ dawk tajbin. Hemm wisq x’jankra lill-Partit fl-Oppożizzjoni u jżommu milli jiġġedded. Dik li setgħet kienet għalqa fertili 40 sena ilu, inbid­ let f’għadira tat-tajn li lanqas id-dud ma jgħix fiha. L-aħħar ġimgħa wkoll kienet partikolari għal dawn li jridu jippontifikaw fuq kulħadd u jagħtu l-lezzjonijiet fuq kollox, mhux l-inqas fuq il-governanza, id-demokrazija u s-saltna tad-dritt. Waqt li maħlufin li jibqgħu jagħmlu ħsara lill-amministrazzjoni Laburista u jfixklu kull ġid li jista’ jiggwadanja pajjiżna, jitqanżħu biex jagħtu

sinjali ta’ xi stampa magħquda tagħhom infushom. Bil-maqlub is-sitwazzjoni proprja, li għandha xquq aktar minn dixx imkisser tal-Pyrex, qiegħda f’wiċċ kulħadd biex jaraha. Ċwieċ dawk li jibqgħu ma jammettuhiex jew inkella ma jir­rea­lizzawx li fl-aħħar jiem ukoll seħħet xi ħaġa esaġera­ tament kbira li ġiegħlet lill-qar­ nita tal-establishment biex iddur għas-swaba’ tagħha stess. Implużjoni oħra ta’ veru. L-illetikar bejn esponenti ew­ lenin, bħal Manuel Delia ta’ Repubblika u Caroline Muscat taxShift News, hu biss dak li jfur mill-borma tin­ten magħmula mill-ingredjenti kollha ħżiena t’hawn fuq. Żgur li hemm ħafna iżjed minn dak li jidher fil-wiċċ u li għad irridu nisimgħu dwaru ma ndumux. Il-fatt li naħa xwiet u remiet lil oħra fl-istess forza li kibret iżjed mill-PN innifsu, bl-istess mod kif ġeneralment jagħmlu lil dak kollu li hu mnissel mill-Partit Laburista, tgħid ħafna. Ma tfissirx sempliċi turija ta’ forza jew min hu akbar minn

min, kif kien hemm min interpreta bl-istess mod il-wasla tal-Eks Kap Adrian Delia u t-tim tiegħu fuq il-Fosos tal-Furjana t-Tnejn waqt ir-rally tal-Indi­ pendenza. Wara li, f’intervista ma’ ġurnalist ta’ ONE News, ipprova jbella’ lill-poplu li teżisti xi armonija mal-predeċessur tiegħu u li flimkien kienu qed jaħdmu biex itejbu l-qagħda tal-Partit u l-pajjiż, Grech spiċċa beżqu f’inqas minn tlett ijiem u ddikjara li l-“mutetti” ta’ Delia huma inaċċettabbli u irregolari. Issa jekk lanqas din ix-xiżma ma jidher li se tissolva b’mod imminenti, aħseb u ara kemm se jkun hemm għal dik fl-establishment li ħolqot wied sħiħ bejn fazzjonijiet ġodda fix-xquq kollha li jikkaratterizzaw lillPN. Hi sitwazzjoni simili li kien fiha l-Partit qabel l-ewwel damdima elettorali li tah il-poplu fl-Elezzjoni Ġenerali tal2013. Lawrence Gonzi u l-Viċi tiegħu Simon Busuttil kienu pinġew l-aħjar sitwazzjoni u ħeġġew lill-partitarji biex iħejju

għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ rebħa ċerta. Minflok wara r-riżultat spiċċaw jammettu li qarrqu bin-Nazzjonalisti, għax kienu jafu sew li s-sitwazzjoni kienet gravi. Busuttil, li daħal fit-tmexxija eżatt wara, malajr kien farfar ir-responsabbiltà minn fuqu bliskuża li kien inġieb tard minn Brussell. U għax, kif ngħidu, kull falli­ ment hu orfni, dawk li jaħtu għas-sitwazzjoni għadhom jiddettaw minn wara l-kwinti u jimbottaw apolitiċi u pupazzi, bħalma hu l-Kap attwali nnifsu, bil-għan li jkunu jistgħu jimmanipulawhom kif u meta jridu. Il-qagħda tal-PN ukoll tixhed l-importanza li, bħala Partit Laburista, tajna u għadna nagħtu lit-tiġdid fi ħdanna, minkejja kull appoġġ kbir li jista’ jkollna. Waqt li naħdmu għal verżjoni aħjar tal-politika li tiggwidana, inkunu qed niggarantixxu li ma naqgħux fl-istess medjokrità. Dan, fuq kollox, għax sinċerament jinteressana li nibqgħu nagħmlu l-ġid lil pajjiżna u lil ġensna anke fiż-żmien li ġej.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.