L-APPUNTAMENT ANNWALI TA’ SOLIDARJETÀ MAGĦNA LLUM Ritratt: GARETH DEGIORGIO
Il-Ħadd, 26 ta’ Diċembru, 2021
Ħarġa Nru 1,485
Prezz €1
Rapport f’paġna 9
2021: KISBIET IMPORTANTI QALB L-ISFIDI Minkejja l-isfidi kollha li ġabet magħha, partikolarment dawk relatati mal-pandemija u r-restrizzjonijiet globali, l-2021, li se ntemmu fil-jiem li ġejjin, rat lill-Gvern Malti jkompli jikseb riżultati importanti għal pajjiżna u ġensu. Bit-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela, Kabinett u Grupp Parlamentari magħqudin, Malta baqgħet miexja ’l quddiem tikseb suċċessi anke dawk bla preċedent. Madwar id-dinja u fl-Unjoni Ewropea kienu diversi l-mumenti meta bdew ifeġġu sinjali ta’ rkupru, iżda fl-2021 pajjiżna reġa’ spikka, għax laħaq il-livelli għoljin li kien wasal fihom f’diversi oqsma qabel faqqgħet il-pandemija jew saħansitra qabiżhom, bħalma hu l-każ fl-għadd ta’ persuni f’impjieg. Fl-istess ħin li baqa’ jipproteġi u jinvesti fin-nies, fil-familji u fin-negozji, li ntlaqtu l-agħar, Gvern Laburista kompla xorta jmexxi ’l quddiem riformi importanti fl-iżvilupp ta’ pajjiż denju li jista’ jiftaħar b’demokrazija li tagħmel ġustizzja ma’ kulħadd. Analiżi tal-aħħar 12-il xahar tgħinna nagħrfu wħud mill-kisbiet ewlenin li twettqu f’pajjiżna. Ir-rota ekonomika lokali, li tista’ tibqa’ ssostni l-ħajja fit-tul, reġgħet bdiet tirkupra b’saħħa mill-agħar effetti tal-COVID-19. Tant hu hekk li, fost it-tbassir internazzjonali, il-Kummissjoni Ewropea qed tara li, fl-2022, pajjiżna se jkollu l-akbar tkabbir ekonomiku mill-pajjiżi kollha tal-UE. Ma’ dan, kellna l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li, waħda wara l-oħra, sostnew ir-rating ta’ Malta fl-ogħla livell, ta’ Klassi A. Tkompli f’paġna 4
02
26.12.2021
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI
IT-TEMP GĦAL-LUM
L-Ogħla Temperatura: 19°C L-Inqas Temperatura: 14°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni għolja tiksi l-Libja u l-Eġittu It-Temp: Il-biċċa l-kbira msaħħab. Billejl b’xi ħalbiet taxxita iżolati. Ir-Riħ: Nofsinhar il-Lbiċ forza 4 għal 5, lokalment forza 5 kultant Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat L-Imbatt: Ftit li xejn lokalment baxx imħawwad It-Temperatura tal-Baħar: 17°C
email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
KUNTATT ĠENERALI
18°C UV 3
12°C
Il-Ħamis
17°C UV 2
11°C
Il-Ġimgħa
16°C UV 3
10°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1 182
17°C
UV 3
11°C
16°C UV 3
10°C
16°C UV 3
10°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IS-SIBT L-EWWEL TA’ JANNAR
Empire Pharmacy (Branch), 46 Triq Melita, Il-Belt Valletta – 21238577 San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Il-Marsa – 21221118 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221 Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara – 21441513 Remedies Pharmacy, 5, Tagliaferro Mansions, Triq il-Prinċipessa Margerita, L-Imsida – 21346547 Spiżerija Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann – 21381177 Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334102 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741 Brown’s Chemists, Triq San Pawl, In-Naxxar – 21417652 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554 Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21821646 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus Bormla – 21824720 St. Elias Pharmacy Triq San Elija, Ix-Xgħajra – 21660300 Health Junction Pharmacy, Triq Alfred Cachia Zammit, Iż-Żejtun – 21898728 Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Il-Qrendi – 21683781 The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzopardi, Is-Siġġiewi – 21461681 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21455479 Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat, Għawdex – 21551841 St. John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, Ix-Xewkija, Għawdex – 21563052
Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta – 21238577 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21221512 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221 Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara – 21441589 Deby’s Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri, L-Imsida – 21227920 Brown’s Medical Plaza Dispensing Chemists, Cass-iMall Buildings, Vjal ir-Rihan, San Ġwann – 21372195 Chemimart Pharmacy . 4,5,6, il-Piazzetta, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21338369 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442 St. Louis Pharmacy, Shop 1, Bohemian Courts, Vjal l-Indipendenza, Il-Mosta – 21432802 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554 St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid – 21665848 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, Ix-Xgħajra – 27032296 Blossoms Pharmacy, Triq Tal-Gurgier, Birżebbuġa – 21652226 Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Ħal Kirkop – 21641328 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21455479 Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat, Għawdex – 21563233 Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Portelli, L-Għarb, Għawdex – 27888128
03
26.12.2021
GĦAWDEX “JILQA’ AĦJAR” IL-PANDEMIJA L-IMPATT EKONOMIKU FUQ IL-GŻIRA KIEN AKTAR IKKONTROLLAT MINN DAK F’MALTA 2016
2017
2018
2019
2020
TKABBIR GDP MALTA
5.0
13.9
8.4
8.3
-6.9
TKABBIR GDP GĦAWDEX
5.3
12.3
11.9
10.9
-6.8
Kontra t-tbassir li l-ekonomi- wali lil dik f’Malta. ja Għawdxija kienet se tħoss Settur ieħor li mar aħjar ferm aktar l-impatt tal-pan- f’Għawdex milli mar f’Malta demija, ladarba tiddepen- kien dak tal-informazzjoni di iżjed fuq it-turiżmu, ċi- u l-komunikazzjoni. Hawnfri mill-Uffiċċju Nazzjonali hekk il-valur miżjud kiber tal-Istatistika (NSO) din il- b’aktar minn €4 miljun, jew ġimgħa wrew stampa dif- bi 19%. Dan meta f’Malta dan ferenti. Fil-fatt, jirriżulta li is-settur diġitali kiber b’9%. l-impatt ekonomiku tal-pan- Dan it-tkabbir qawwi f’Għawdemija kien aktar ikkontrollat dex juri kemm kien bżonjuż f’Għawdex milli kien f’Malta. il-proġett tat-tieni fibre opJirriżulta li l-ġid nazzjonali tic cable, li se jkompli jwasras għal ras f’Għawdex fil-fatt sal biex aktar attività diġitali naqas b’żewg terzi tat-tnaqqis sseħħ fil-ġżira Għawdxija. li kien hemm f’Malta fl-2020. Fejn jidħol is-settur tal-beB’hekk kompliet it-tendenza jgħ, tal-lukandi u r-restoranti, li ilha għaddejja mill-2016 li l-andament f’Għawdex kien b’mod konsistenti l-ekonomi- ukoll aħjar minn dak f’Malta. ja Għawdxija tmur aħjar minn Dan għax it-tnaqqis fl-attivdik Maltija. ità kien kważi wieħed Element imporminn kull ħamsa tanti wara l-andainqas, żvilupp li Tant ment ekonomiku ċertament jirrif’Għawdex kien fletti l-inċentivi żdied li l-azjendi l-intervent talli ta l-Gvern Għawdxin spiċċaw Gvern, tant li biex jiżdied impjegaw aktar nies kien hemm it-turiżmu żieda ta’ maddomestiku, magħhom fl-2020, war €6.1 miljun inkluż l-iskeb’kuntrast għal fil-valur miżjud ma tal-vouchdak li ġara tas-settur pubers ta’ €100 għal f’Malta bliku. Kien hemm darbtejn lil kull resżieda simili fis-settur ident minn 16-il sena tal-kostruzzjoni, fejn l-in- ’l fuq. Tant żdied li l-azjendi ċentivi li ngħataw fit-taxxa Għawdxin spiċċaw impjegaw tal-boll wasslu għal doman- aktar nies magħhom fl-2020, da qawwija għal proprjetà b’kuntrast għal dak li ġara f’Għawdex li kienet tisboq f’Malta. f’termini ta’ tkabbir perċentFilwaqt li l-Oppożizzjoni
dejjem tħambaq li l-ekonomija Għawdxija għaddejja biss minħabba żieda fl-impjiegi mal-amministrazzjoni pubblika, ir-realtà hi ferm differenti. Fl-2020 l-impjiegi mal-amministrazzjoni pubblika u s-saħħa f’Għawdex kienu 28.6% tal-impjiegi kollha, b’kuntrast ta’ 31.5% fl-2013. L-aktar settur li żied l-impjiegi f’Għawdex matul l-2020 kien dak tas-servizzi professjonali fejn kien hemm tkabbir ta’ 249 impjegat. Dan kien saħansitra aktar miż-żieda ta’ 227 li kien hemm f’Malta. Kien hemm żidiet fl-impjiegi fi kważi s-setturi ekonomiċi kollha f’Għawdex, tant li b’mod kumplessiv kien hemm żieda ta’ 530, jew 3.8% mqabbel ma’ qabel il-pandemija. Din kienet rata ta’ tkabbir sitt darbiet ta’ dik li kien hemm f’Malta. L-istatistika uffiċjali tindika li, minkejja l-pandemija, il-Prodott Gross Domestiku ras għal ras f’Għawdex, imqabbel ma’ Malta, baqa’ fir-rata rekord ta’ 64%. Dan ukoll jitqabbel tajjeb ħafna mat-58% li kien hemm fl-2013. Taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista l-pożizzjoni relattiva tal-ekonomija Għawdxija kienet qiegħda tmur għall-agħar b’mod konsistenti.
30
04
26.12.2021
AMMINISTRAZZJONI
REKORD
PERJODU
Robert Abela
268,987
2021 Q3
Joseph Muscat
262,093
2019 Q4
Lawrence Gonzi
176,000
2012 Q3
Eddie Fenech Adami
148,800
2003 Q2
NUMRU REKORD TA’ IMPJIEGI TAĦT ROBERT ABELA Il-Labour Force Survey li jkopri t-tielet kwart tal-2021 jikkonferma li qatt daqs illum ma kien hawn persuni jaħdmu f’pajjiżna. Dan billi ġie osservat li hawn kważi 269,000 persuna f’impjieg. Dan huwa 9,321 impjieg aktar mill-istess perjodu sena qabel. Ir-rekord ta’ impjiegi miksub taħt l-amministrazzjoni mmexxija minn Robert Abela huwa ferm aqwa minn dawk miksuba minn Prim Ministri preċedenti, liema rekords kienu miksuba f’perjodi mhux ikkaratterizzati minn xokkijiet ekonomiċi bħal dak tal-pandemija. Pereżempju l-aktar li kien hawn impjiegi fi żmien Lawrence Gonzi kien fit-tielet kwart tal-2012 meta kien hawn madwar 176,000 persuna jaħdmu. Dan huwa kważi 100,000 persuna anqas mir-riżultat miksub bħalissa. L-ammont ta’ nies jaħdmu fit-tielet kwart tal-2021 kien kważi d-doppju tar-rekord miksub taħt it-tmexxija ta’ Eddie Fenech Adami. Taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela, fi żmien meta suppost kellu jkun hawn aktar minn 50,000 persuna bla xogħol, minflok hawn Mat-8,000 persuna iżjed kważi 8,000 persuna aktar jaħdmu milli kien hawn fl-aħħar kwart qed jaħdmu tal-2019, qabel il-bidla fit-tmexxija llum mill-aħħar tal-Gvern. Kull ġurnata li Robert kwart tal-2019, Abela għamel bħala Prim Ministru kien hemm żieda ta’ 12-il persuna qabel il-bidla taħdem. fit-tmexxija Ir-rata ta’ impjiegi f’pajjiżna issa tal-Gvern u laħqet rata rekord, ta’ aktar minn l-pandemija 75%. Li jfisser li erbgħa minn kull ħames persuni ta’ età tax-xogħol qegħdin jaħdmu. Dan meta fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista bilkemm kien hemm tlieta minn kull ħames persuni ta’ età tax-xogħol li kienu f’impjieg. Filwaqt li fi żmien Gvern Nazzjonalista pajjiżna kellu rata ta’ impjiegi 5% inqas mill-medja Ewropea, taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela r-rata ta’ impjiegi f’pajjiżna hija 5% ogħla mill-medja Ewropea. Minn pajjiż fejn ir-rata ta’ impjiegi fost in-nisa kienet taħt il-medja Ewropea, issa għandna rata ferm ogħla. Dan fi żmien ta’ pandemija li suppost kellha taffettwa l-aktar setturi li jimpjegaw ħafna nisa. Il-Labour Force Survey jindika wkoll li fit-tielet kwart tal-2021 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel il-pagi għolew b’4%. Dan fi żmien ta’ inflazzjoni taħt 2%. B’kuntrast fl-aħħar sena taħt amministrazzjoni Nazzjonalista l-paga medja kienet għoliet b’anqas minn 2%, fi żmien meta l-inflazzjoni kienet 2.4%. Skont l-istatistika miġbura bil-metodoloġija internazzjonali, il-paga medja f’Settembru 2021 kienet €19,620, meta f’Marzu 2013 din kienet €15,923. Li jfisser li kien hawn titjib ta’ €3,697, jew 23% mill-bidla fil-Gvern fl-2013.
FIDUĊJA SODA GĦAŻTkompli minn paġna 1 Min-numru ta’ rapporti li ħarġu tul is-sena, l-esperti f’dawn l-entitajiet innotaw kif il-Gvern Laburista qed imexxi lill-pajjiż bl-aħjar mod u li jagħmilha possibbli li jżomm il-pożizzjoni ekonomika nazzjonali soda, lesta biex tilqa’ u tegħleb l-effetti tal-akbar sfidi jew kriżijiet internazzjonali. Dawn ukoll kellhom biss kliem ta’ tifħir għal kif pajjiżna amministra b’suċċess il-vaċċin kontra l-COVID-19 minnufih u b’rata li għamlitna fost l-aqwa fid-dinja. Dan l-għaqal, flimkien massnin preċedenti li kkapitalizzaw fuq il-bżulija Maltija u ġġeneraw ġid bla preċedent, għenu biex f’din is-sena, bħal ta’ qabilha, il-Gvern kien kapaċi jibqa’ jgħin liċ-ċittadini Maltin f’mumenti ta’ kriżi internazzjonali mhux biss biex ma jitilfux il-ħobża ta’ kuljum, imma anke biex ma jgħabbihomx b’piżijiet żejda, bħal fil-każ tal-prezz tal-enerġija u l-fuel. Tant hu hekk li llum għandna fost l-irħas prezzijiet tal-elettriku, tal-petrol u tad-diesel li jeżistu fl-UE. Fejn jidħlu l-impjiegi, ftit kellhom tama li Malta tis ta’ qatt terġa’ toqrob malajr għar-rekords tal-2019 fid-dawl tal-pandemija. Kienet diġà missjoni kbira li l-Gvern iżomm
il-qgħad fl-inqas livelli possibbli, grazzi għal benefiċċji li swew sew lill-ekonomija nazzjonali. B’negozji magħluqin u turiżmu fantażma, kien mistenni li jkun hemm xi sensji. Minkejja dan, u grazzi għall-injezzjoni biljunarja millIstat, partikolarment permezz tal-Wage Supplement, Malta rnexxielha timpressjona mhux biss lokalment iżda anke internazzjonalment u llum għandna l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja.
strizzjonijiet għall-ivvjaġġar barra l-pajjiż, ħafna għażlu li jħarsu lejn Għawdex għal ftit jiem ta’ mistrieħ tagħhom li ġġeneraw ġid akbar u aktar impjiegi għall-Għawdxin stess. Fl-istess ħin, żdiedet ukoll in-nefqa fuq il-benefiċċji soċjali, għax twessgħet din ix-xibka ta’ protezzjoni nazzjonali, waqt li tnaqqset id-dipendenza ta’ persuni fuqhom, hekk kif iżjed eluf daħlu fid-dinja tax-xogħol, fost oħrajn.
Grazzi għall-interventi tal-Gvern, fl-2021 Malta wkoll irnexxielha timpressjona lokalment u anke internazzjonalment Kisba relatata u żgur timpressjona kienet dik fil-missjoni li tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-gżira Għawdxija. Minbarra infrastruttura li tixraq u li għadha tpatti anke għal leġiżlaturi passati, Għawdex ħareġ aktar b’saħħtu matul il-pandemija, minkejja l-biża’ li kien se jieħu fost l-akbar daqqiet, partikolarment minħabba l-insularità doppja tiegħu. Minkejja dan, hawnhekk l-għaqal tal-Gvern ħalla wkoll l-akbar frott, inkluż din is-sena bil-ħruġ ta’ sett ieħor ta’ €100 vouchers lil kull ċittadin. Bir-re-
U waqt din il-mixja pożitti va bi sfida kontinwa, irridu nfakkru li tressaq l-aktar Baġit b’miżuri soċjali fl-istorja ta’ pajjiżna. Bit-tema “Malta li Rridu għal Uliedna”, dan l-eżerċizzju finanzjarju għas-sena li ġejja, jaspira prosperità akbar fost il-faxex kollha fis-soċjetà, wisq aktar għal dawk vulnerabbli. Sadanittant, kisba oħra importanti din is-sena kienet iddur mal-qasam tal-ambjent, li kompla jitla’ ’l fuq fl-aġenda nazzjonali. B’għadd ta’ bidliet pożittivi u inċentivi bil-għan li l-poplu jagħmel għażliet aktar
05
26.12.2021
Kisba oħra importanti f’din is-sena kienet fil-qasam tal-ambjent, li kompla jitla’ ’l fuq fl-aġenda nazzjonali, b’għadd ta’ bidliet pożittivi u inċentivi li jgħinu lill-poplu jagħmel għażliet aktar kuxjenzużi
ŻMIEN LI ĠEJ konxji fejn jidħol l-ambjent, il-pajjiż kompla miexi anke lejn miri stabbiliti internazzjonali, bħal dawk tal-iżvilupp sostenibbli mfasslin mill-Ġnus Magħquda u li għandhom jintlaħqu sal-2030. Fl-istess ħin twettqu jew jinsabu qrib li jitwettqu wkoll fost l-ikbar proġetti ta’ spazji miftuħin sal-lum, bħall-Wied Fulija fil-limiti taż-Żurrieq u issa l-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali. Tal-ewwel inbidel minn miżbla abbandunata għexieren ta’ snin ilu għal żona vasta miftuħa u sigura għall-familji kollha, b’investiment ta’ €4.5 miljun, it-tneħħija ta’ tunnellati kbar ta’ skart u t-tħawwil ta’ madwar 43,000 siġra u arbuxell. Min-naħa l-oħra, il-proġett f’Ta’ Qali se jrodd lill-poplu d-doppju tal-art miftuħa li kien igawdi sa ftit ilu, minn 270,000 metru kwadru għal 450,000 metru kwadru. Wara li f’Marzu ġew approvati l-pjanti biex fabbrika tal-konkos abbandunata wkoll tinbidel f’żona għall-kunċerti, fost oħrajn, se jiżdiedu passaġġi siguri għallmixi, ġiri jew għal min irid juża r-rota, passaġġ ieħor sigur li jwassal għal Wied il-Qlejgħa (Chadwick Lakes) u żona akbar iddedikata anke għall-klieb. B’mod parallel, anke biex ilħajja f’pajjiżna tibqa’ titgawda aħjar, kompliet tinbena soċjetà aktar ġusta u ugwali b’iżjed ri-
formi leġiżlattivi fil-Parlament Malti, inklużi bidliet rivoluzzjonarji, bħal dawk li se jżidu s-sehem tan-nisa f’din l-ogħla istituzzjoni, ir-riforma fil-liġijiet tal-kera, li għall-ewwel darba qed tipproteġi bis-serjetà lill-inkwilini u lis-sidien ta’ proprjetajiet maqbudin f’kuntratti ta’ qabel l-1995, u t-tibdil fil-liġijiet dwar l-użu tal-kannabis. Finalment, iżda żgur mhux b’inqas, il-politika tal-Gvern Malti wasslet biex, quddiem l-isfida tal-immigrazzjoni, pajjiżna kellu fost l-inqas impatti mill-ġirien madwarna. Filwaqt li din hi sfida li ma tgħib qatt, dan hu frott ta’ min kapaċi jonora l-obbligi internazzjonali fl-istess ħin li jġib fuq quddiem nett ukoll l-interess nazzjonali. Il-ġimgħa li għaddiet ukoll ġie inawgurat Ċentru Internazzjonali għall-Iżvilupp dwar il-Politika għall-Immigrazzjoni fil-Mediterran ħalli joffri taħriġ lill-persuni involuti f’dan il-qasam, b’kontribut lejn kif għandha tiġi ffaċċjata l-problema kontinentali u b’eżempju għal pajjiżi oħrajn membri fl-UE. Dan kollu, xprunat mill-ideal u l-politika tal-Gvern Laburista biex ikollna pajjiż aħjar u iżjed b’saħħtu, soċjetà aktar ġusta u edukata, xogħol għal kulħadd u infrastruttura addattata għal dawn iż-żminijiet, jagħti fiduċja qawwija għaż-żmien li ġej u jawgura għajxien aħjar.
L-EKONOMIJA TKOMPLI TIRKUPRA … DĦUL AKBAR MILL-2019 GĦALL-GVERN Fl-ewwel 11-il xahar tal-2021 id-dħul talTa’ min ifakkar li fir-risposta tiegħu talGvern laħaq il-livell rekord ta’ €4,539 miljun, Baġit Bernard Grech kien qal li t-tbassir taljew kważi €150 miljun aktar mid-dħul li kien Gvern li d-dħul se jisboq lil dak tal-2019 kien hemm qabel il-pandemija. Dan seħħ minkejja realtà virtwali. L-istess għamlu l-kelliema li kkumparat mal-2019 il-Gvern fost l-oħrajn tal-finanzi tal-Oppożizzjoni li għadhom iħamnaqqas ir-rata tat-taxxa tal-boll, ta refunds bqu li ma jistax ikun li l-Gvern jilħaq il-miri aqwa fit-taxxa tad-dħul, ħafer ammont ta’ finanzjarji tiegħu. liċenzji u kirjiet lill-operaturi Il-fatti juru kemm l-Oppożizzmilquta mill-pandemija u raħħas joni għadha mingħajr ħjiel ta’ kif is-sisa fuq il-fuel. titmexxa ekonomija. Fil-fatt, id-dħul minn liċenzL-argument tal-Oppożizzjoni li ji, kirjiet u mid-Dwana naqas l-Gvern qed iberbaq il-flus meta Dħul rekord b’madwar €100 miljun imqabbel jgħin lill-familji u lin-negozji huwa mill-Income ma’ qabel il-pandemija. B’kunkonferma li kieku kienu huma trast id-dħul mill-Income Tax Tax u l-Bolla fit-tmexxija kieku kienu jħaddlaħaq rekord ta’ €1,639 miljun jew nu l-istess politika ta’ awsterità l-aqwa xhieda li kienet wasslet għal tant qgħad, €167 miljun aktar mill-2019. li l-impjiegi u piżijiet u dgħufija ekonomika Fl-istess ħin il-Bolla ammontat għal €985 miljun, żieda ta’ €85 wara l-kriżi finanzjarja tal-2008. d-dħul ġew miljun fuq is-sena ta’ qabel bdiet Minflok Gvern Laburista invesprotetti anzi ta ammont rekord ta’ €5,661 mill-imxija tal-COVID-19. Il-fatt li dawn iż-żewġ sorsi ta’ jun, jew kważi €1,300 miljun aktar saħansitra dħul urew titjib daqshekk qawwi min-nefqa fl-2019. Biss biss inkomplew huwa l-aqwa evidenza li l-impjienefqa kapitali tal-Gvern hija terz jitjiebu gi u d-dħul minnhom mhux talli aktar minn qabel il-pandemija. ġew protetti imma talli komplew L-ispiża fuq is-saħħa, l-edukazzjitjiebu. Dan joħroġ ukoll meta jiġi kkunsidrat joni u s-servizzi soċjali wkoll laħqu livelli bla li d-dħul mill-VAT laħaq ċifra rekord ta’ €923 preċedent. miljun, titjib ta’ €18-il miljun fuq il-livell qabel Minkejja li l-Gvern nefaq kważi €600 miljun il-pandemija. aktar mill-2020, sa Novembru d-defiċit kien Dan juri kif il-konsum privat żamm livell tjieb b’€212-il miljun, jew b’16%. Għal darb’oħra tajjeb ħafna li jikkumpara sewwa ma’ dak fl- dan iġib fix-xejn il-kritika tal-Oppożizzjoni fuq 2019. it-tmexxija tal-finanzi pubbliċi.
06
26.12.2021
IL-FIRDA TIDDOMINA GĦAL GRECH … IMMA MHUX BISS Għall-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, l-2021 kienet l-ewwel sena sħiħa tiegħu fit-tmexxija, iżda għallPartit Nazzjonalista reġgħet kienet riflessjoni tas-sena ta’ qabilha. Firda, inkonsistenzi, stħarriġ ħażin u attakki fuq kull min ma jaqbilx magħhom. Fi ftit kliem, Grech, li qaċċat lil Adrian Delia biex suppost isolvi l-problemi tiegħu, ftit li xejn ġab differenza. Saħansitra ssib min jgħidlek li l-Partit Nazzjonalista għamel passi lura u mhux ’il quddiem. Lil hinn mill-opinjonijiet hemm fatti li ma jista’ jmerihom ħadd. Din li ġejja hi l-analiżi tagħna dwar l-aktar fatti kruċjali li kkaratterizzaw l-2021 tal-Kap tal-Oppożizzjoni:
suġġetti assenjati biex jissorveljaw. Fi Frar ta’ din is-sena ġie żvelat kif xi deputati Nazzjonalisti mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil u magħrufin bħala ‘Blue Heroes’, iltaqgħu minn wara dahar il-Kap biex jiddeċiedu kif se jżidu l-pressjoni fuqu u jassiguraw li jsir biss
tmexxija tiegħu. Fil-fatt, l-akkademiku u preżentatur fuq NET Television, George Vital Zammit ftit ġimgħat ilu qal li wasal iż-żmien li l-Kap Nazzjonalista jersaq għal vot ta’ fiduċja. Fl-istess okkażjoni, l-akkademiku Mario Thomas Vassallo bassar li wara
1
Baqa’ b’partit maqsum Jgħidu li l-ġurnata minn filgħodu turik u fejn tidħol il-firda kien ċar mill-bidu nett li l-2021 ma tantx kienet se tkun differenti minn ta’ qabilha għad-Dar Ċentrali. Nhar l-Ewwel tas-Sena, il-midja Nazzjonalista waqqfet ix-xandira talmaratona tal-ġbir ta’ fondi b’risq idDar tal-Providenza mal-mument li kien imiss lill-Eks Kap Adrian Delia biex jippreżenta donazzjoni ta’ €500,000 f’isem grupp ta’ kumpaniji fit-Tuneżija. Grech kien kważi akkuża lil Delia li pprova jippolitiċizza din il-maratona u qal li hu ma kienx infurmat li Delia se jmur jippreżenta xi donazzjoni. Minn hemm infetħu bibien is-sema u tqajjem kull dubju sakemm eventwalment id-donazzjoni ma kinitx aċċettata. Deċiżjoni tal-organizzaturi, li iżda kienet imrewħa fil-PN minn dawk li ma’ Delia ma jarawx għajn m’għajn. Fl-2021 kien wasal ukoll iż-żmien li jinħatar shadow cabinet u dan ukoll kien strument biex joħloq irvell sħiħ internament, tant li anke hawn Bernard Grech kellu jmur lura minn dak li kellu ppjanat u spiċċa jżomm f’posthom lil dawk li kien se jċaqlaqilhom iddekasteru, anke minħabba li l-passat tagħhom ħoloq kontroversji mas-
Saħansitra Bernard Grech lanqas kellu s-saħħa jaħtar ix-shadow cabinet kif riedu hu u kellu jmur lura mill-pjani tiegħu dak li jridu huma, fuq kollox kien il“mibgħut” tagħhom. Id-deputati riedu li Bernard Grech ikun aktar aggressiv u, jekk ma kienx se jisma’ minnhom, kienu se jattakkawh iktar. Il-Kap Nazzjonalista kellu jistenna anke pressjoni filpubbliku. Erba’ xhur biss wara l-ħatra tiegħu, din kienet l-akbar konferma sa dakinhar li Grech kien qed jitmexxa u mhux imexxi. Dan reġa’ ġie kkonfermat ftit tal-ġimgħat biss ilu bil-konfużjoni li ħoloq dwar il-liġi tal-kannabis. Iżda, dik storja għaliha. Il-firda fil-PN dehret ukoll flattivitajiet li dan organizza uffiċjalment għal Jum l-Indipendenza fuq il-Fosos tal-Furjana fejn Adrian Delia ħa miegħu numru ta’ kanvasers lebsin T-shirts suwed miktub isem Delia fuqhom. Bi Grech viżibilment urtat b’din ilmossa minn Delia spiċċa jiddikjara pubblikament li din ix-show of force mill-Eks Kap kienet inaċċettabbli. In-nuqqas ta’ tmexxija ta’ Grech wassal biex kien hemm min issuġġerixxa li dan għandu jitlob vot ta’ fiduċja fit-
l-elezzjoni ġenerali l-pressjoni biex l-PN jinfired se tiżdied, waqt li l-Eks Ministru Nazzjonalista Michael Falzon qal li la l-Partit għadu f’dan l-istat allura hu evidenti li l-PN għadu ma sabx il-Kap li għandu bżonn. Telqu aktar milli ġew Matul din is-sena aktar persuni komplew jitilqu mill-Partit Nazzjonalista. Saħansitra, ftit talġimgħat ilu l-Kap Nazzjonalista rċieva r-riżenja ta’ Alessandro Farrugia, li ħatru hu stess bħala Direttur talInformazzjoni tal-Partit. Farrugia kien persuna qrib ħafna ta’ Bernard Grech u għenu fil-kampanja għal Kap. Minkejja dan jirriżulta li ma felaħx aktar għall-ambjent fi ħdan ilPartit. Min jaf l-affarijiet sew jgħid li, biex xeba’ dan, tassew l-affarijiet marru għall-agħar. Fil-bidu tas-sena disa’ kandidati għallelezzjonijiet tal-kumitati sezzjonali talPN, f’Tas-Sliema u f’Bormla, irtiraw wara attakki u xkiel li sabu mittmexxija Nazzjonalista. Bħalhom kien hemm sensiela ta’ nies li telqu jew iddeċidew li mhux se jikkontestaw. Pereżempju rriżenja wkoll Jonathan Dingli minn Minority Leader filKunsill tal-Imqabba wara li ma felaħx aktar indħil minn Louis Galea, l-Eks Segretarju Ġenerali Nazzjonalista tas-sebgħinijiet u t-tmeninijiet. Dingli rriżenja wkoll mill-Kumitat Sezzjonali Nazzjonalista tal-Imqabba. Fid-Dar Ċentrali waslet ukoll ir-riżenja ta’ Geroge Muscat, li rtira l-kandidatura tiegħu f’isem il-Partit Nazzjonalista fuq is-Sitt Distrett. Fl-ittra tar-riżenja, li bagħat lil Grech, qal li ħa din iddeċiżjoni wara li ħaseb elf darba fuqha. Saħansitra, f’intervista mas-sit Lovin Malta kien qal kif saħansitra spiċċa mċanfar għax faħħar
2
Il-kanvasers tal-Eks Kap bagħtu messaġġ ċar fuq il-Fosos li mhux se jaċċettaw li ż-“żiemel” tagħhom jibqa’ jkun imminat
proġetti tal-Gvern. F’Ġunju li għadda rriżenja wkoll Alan Joseph Said minn Kunsillier Nazzjonalista tar-Rabat. Hu magħruf kif Said huwa persuna qrib Adrian Delia u għadu leali lejh sal-lum il-ġurnata. F’Mejju li għadda Tiffany Abela Wedge ħabbret pubblikament li rriżenjat milli tkun kandidata Nazzjonalista, għax tħossha maqtugħa mill-Partit immexxi minn Bernard Grech. “Ippruvajt nitkellem fuq temi marbutin man-nisa u s-saħħa u għalquli ħalqi,” kienet qalet Abela Wedge. Riċentement kellna lis-Segretarja Internazzjonali Roslyn Borg Knight li ddikjarat li mhux se tkun fuq itticket tal-PN għall-elezzjoni ġenerali. Id-deċiżjoni ta’ Borg Knight, li wkoll ikkontestat l-elezzjoni talParlament Ewropew fl-2019 f’isem il-PN, intlaqgħet bil-ferħ mill-klikka tal-‘Blue Heroes’ u tal-fergħa talestablishment Nazzjonalista, Re pubblika. Għal raġunijiet differenti anke Therese Comodini Cachia, li kienet magħżula qabel Grech biex tkun Kap tal-Oppożizzjoni f’attentat fallut biex itajru lil Delia, qalet lit-tmexxija tal-Partit li ma tixtieqx terġa’ tkun kandidata. Nuqqas t’aptit rifless fl-istħarriġ In-nuqqas ta’ aptit għal Bernard Grech kien rifless ukoll f’kull stħarriġ tal-opinjoni pubblika. Anke jekk din kienet ir-raġuni ewlenija li ntużat biex eventwalment jitqalfat Adrian Delia mit-tmun tal-Partit f’Ottubru tas-sena l-oħra, b’mod konsistenti baqa’ jkun hemm baħar jaqsam bejn l-appoġġ għall-Prim Ministru Robert Abela u dak għall-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. Meta deher li kien hemm mumenti li Grech seta’ għamel żidiet, anke jekk żgħar ħafna, il-midja Nazzjonalista ħarġet tiċċelebrahom. Anke Grech innifsu għamel l-istess. Iżda, aktar m’għadda żmien, iżjed bdiet tonqos il-fiduċja fi Grech, bl-aħħar stħarriġ tal-MaltaToday jagħtih fost l-agħar riżultati. Konsistenti wkoll kienu l-istħar riġ tat-Times u dak ta’ Dr Vincent Marmara f’It-Torċa. Meta beda jara li ma setax jaqbad art, il-Kap Nazzjonalista beda jara f’min se jwaħħal. L-ewwel weħlet ir-riforma fil-liġijiet tal-kannabis, wara l-logħob talfutbol tal-Euro 2020, imbagħad weħel ix-xan dir nazzjonali. Tort ta’ kulħ a d d , m i n b a r r a tiegħu! Susseg wentement, biex ikun żgur li jħawwar il-borma kollha, spiċċa jindika wkoll li kull stħarriġ xjentifiku ma jirriflettix ir-realtà u li hemm “maġġoranza silenzjuża” li qed tistenna l-elezzjoni biex issemma’ leħinha. Iżda, anke dan żied id-dwejjaq u l-qtigħ ilqalb fil-PN. Kien hemm min insista u staqsa
07
26.12.2021 għaliex issa l-‘Blue Heroes’ ma ħarġux iwerżqu jew, iżjed minn hekk, imorru għand il-President biex jaħtru Kap talOppożizzjoni ġdid kif kienu għamlu sena qabel fi żmien Adrian Delia.
3
Zopp quddiem ir-riformi u mhux kredibbli Il-Kap Nazzjonalista kellu pożizzjoni jiet konfliġġenti jew mhux kredibbli fuq diversi temi. Għażliet li għamel fil-bidu tat-tmexxija baqa’ jġorrhom miegħu. Fost l-iktar li spikka għan-nuqqas ta’ kredibbiltà kien hemm l-ambjent. Bid-diskors kollu tiegħu fuq kemm irridu nieħdu ħsieb l-ambjent, Grech iddawwar b’nies li huma responsabbli għall-agħar deċiżjonijiet ambjentali. Lil Ray Bezzina, galoppin u Chief of Staff ta’ George Pullicino fiż-żmien ta’ waħda mill-agħar deċiżjonijiet storiċi ambjentali tat-twessigħ taż-żoni ta’
politiku minn dawn il-persuni, tant li spiċċa laqqatha anke mingħand qraba li kienu għadhom kemm tilfu lill-għeżież tagħhom. Minbarra l-istmerrija ta’ ħafna, anke l-predeċessur tiegħu, Adrian Delia, kien ikkundanna dan l-aġir għax qal li bil-mossa li għamel Grech kien qed jagħti x’jifhem li qisha l-pandemija hi xi ħaġa li l-Gvern xtaq jew ried, inkella li hu responsabbli għaliha. Grech, li bħad-deputat tiegħu Maria Deguara jemmen li l-vaċċin mhux is-soluzzjoni, ippreżenta ritratt tal-okkażjoni ta’ kumitat “speċjali” magħmul mid-deputati tiegħu stess, li kellhom jagħtu l-pariri tagħhom fil-pandemija. U anke jekk diġà kienu sena tard, imbagħad kellna niskopru li dan il-kumitat kważi ma ltaqa’ xejn. U anke hawn. Meta l-affarijiet ikunu mexjin tajjeb jirkeb fuq min fuq Facebook jgħid li jrid inqas restrizzjonijiet u indirettament jattakka l-esperti tas-saħħa u meta d-dinja tkun qed tiffaċċja xi varjant u pajjiżna jkun
Stħarriġ wara ieħor juri li Bernard Grech baqa’ sejjer mill-ħażin għall-agħar … iwaħħal f’kulħadd u qatt mhu tort tiegħu żvilupp, żammu bħala wieħed mill-prim Fost l-aktar dikjarazzjonijiet surreali li konsulenti tiegħu. Lil Chris Ciantar, lissen din is-sena l-Kap Nazzjonalista li kien uffiċjal għoli fil-Ministeru ta’ kienet fi Frar li għadda meta qal li jrid Pullicino u ħadem il-biċċa taż-żoni ta’ li tgħaddi malajr il-pandemija ħalli żvilupp, Grech innominah fuq il-bord mmorru għall-elezzjoni ġenerali. Kienet tal-awtorità għall-ħarsien tal-ambjent. l-ewwel minn sensiela fejn inżergħu U allura wara ħafna diskors kellu d-dubji u l-inċertezzi billi jgħidu li mistoqsija sempliċi: int iżżomm jew l-elezzjoni ġenerali kienet se tkun tneħħi l-konfini kif deċiżi minn Gvern waħda bikrija. Fil-fatt, għal xhur sħaħ Grech u Nazzjonalista fl-2006? U r-risposta kienet ċara li jibqgħu kif inhuma. l-midja tiegħu ppruvaw jiddistab Bil-kritiċi jgħidulu mela għalxejn bilizzaw il-pajjiż u f’ħarġiet waħda qed tikkritika l-bini li tiela’ f’dawn iż- wara l-oħra ta’ In-Nazzjon u Ilżoni mwessgħin, għax ġejt fi kliem Mument ivvintaw l-istejjer kollha ħaddieħor li din kienet froġa kbira ta’ gideb dwar kif l-elezzjoni ġenerali kienet se ssir f’Novembru li Gvern Nazzjonalista. Imbagħad ħareġ bil-famużi proposti għadda. Dan żgur hu rifless fl-għatx kbir li l-Gvern jixtri artijiet li ddaħħlu fiżżona ta’ żvilupp bl-istess deċiżjoni għall-poter li, bħall-predeċessuri Nazzjonalista 15-il sena ilu u dwar tiegħu, għandu Grech, tant li żviluppi f’ODZ jiddeċiduhom il-politiċi prattikament f’kull okkażjoni li fil-Parlament. Iżda ma damx ma kellu jkollu jsemmi kif hu se jkun Prim jmur lura minnha, wara l-ħasla li qala’ Ministru u meta jkun f’Kastilja x’biħsiebu jagħmel. pubblikament. Biex tgħaxxaq ħareġ jgħid, Aktarx l-aktar friska u riċenti hi l-ħerba li ġabitlu fil-Partit ir-riforma flimkien mal-membri tiegħu, li fil-liġi tal-kannabis li l-ġimgħa l-Gvern kien se jressaq Baġit u ma l-oħra għaddiet mill-Parlament. japprovahx. Mhux talli l-Baġit ġie Meta f’Ottubru l-Gvern ressaq approvat, iżda talli se nkomplu l-abbozz ta’ liġi dwar il-kannabis, ngawdu minnu. Grech kien indika li l-abbozz ta’ liġi kien ħareġ bih hu u Opportunist bil-Covid l-Gvern ikkopjah. Iżda mhux talli ma ħariġx bih hu talli Kien hemm mumenti oħrajn matul f’Settembru qal li l-Gvern ma din is-sena fejn Grech ippolitiċizza l-affarijiet anke fejn assolutament ħariġx White Paper. Ġaladarba pprova jieħu ma kellux għaliex, bħal fil-każ tall-mertu ta’ din ir-riforma, pandemija. Li ma kienx għall-għaqal ħafna ħasbu li Bernard Grech u s-serjetà amministrattiva f’pajjiżna, hu favur tal-liġi, iżda fil-Grupp il-Kap tal-Oppożizzjoni ilu jogħrok Parlamentari tiegħu ma sabx idejh, għax anke meta kien iddikjarat li l-appoġġ u, bil-għan li jevita xi Malta kienet minn tal-ewwel fl-Unjoni gwerra oħra interna, kellu jibla’ Ewropea kollha li akkwistat il-vaċċin tal-COVID-19, għal Grech pajjiżna kien kliemu kollu u joħroġ kontra. Fil-bidu ta’ din is-sena miexi bil-mod fir-roll out biex jitlaqqmu wkoll Grech għamel żmien ċ-ċittadini tiegħu. Agħar minn hekk, kien għamel stunt twil mingħajr pożizzjoni dwar l-emendi fil-liġi tad-divorzju. politika billi mar ipoġġi x-xemgħat Saħħansitra, anke għax il-Grupp għall-vittmi li mietu bil-virus fuq itParlamentari tiegħu kien maqsum taraġ ta’ Kastilja, waqt li għamel ballun fid-dibattitu dwar din il-liġi, spiċċa tkellem hu biss, li biex tgħaxxaq kien protagonist malkampanja tal-kontra qabel ir-referendum tad-divorzju li sar fl2011. Għal darb’oħra Webbel lil kulħadd dehret ċara li f’Novembru ġejja l-konvenjenza iktar elezzjoni u spiċċa milli l-konvinzjoni. jemmen il-gidba Ossessjonat bl-elezzjoni
tiegħu stess
4
Farsa … hekk ikunu deskritti l-pożizzjonijiet ta’ Grech meta jiġi biex jiddeċiedi fuq policy milqut bħal kullimkien dlonk arah jogħrok idejh u jipprova jwaħħal filGvern. Anke jekk il-pożizzjoni f’Malta tkun aħjar minn pajjiżi oħra. Biex nikkonkludu dwar kemm il-Kap tal-Oppożizzjoni kien irresponsabbli anke fi żmien li l-pajjiż kien jesiġi li kulħadd jingħaqad flimkien ħalli jiġu protetti s-saħħa u l-għajxien talpoplu, Grech wasal għall-konklużjoni li l-Gvern kien qiegħed biss iberbaq u jaħli l-miljuni minn flus il-poplu permezz ta’ skemi, bħall-Wage Supplement, li salvat mal-100,000 impjieg u eluf kbar ta’ negozji. Bl-għajta ta’ “Gvern ħali”, il-Kap tal-Oppożizzjoni wkoll mela d-diskors ta’ sagħtejn tiegħu b’reazzjoni għall-Baġit għassena d-dieħla, li ġie ppreżentat f’Ottubru li għadda, waqt li l-imsieħba soċjali u diversi entitajiet oħrajn faħħru l-eżerċizzju finanzjarju bħala l-aktar wieħed soċjalment ġust. Fi ftit kliem kellu ħaġa waħda konsistenti: dejjem kontra dak li jagħmel il-Gvern Malti. Forsi jippreferi l-azzjonijiet li ttieħdu f’Ateni?
5
08
26.12.2021
ĦARSA ’L QUDDIEM GĦAL AMBJENT L-ambjent ta’ pajjiżna tpoġġa fuq nett tal-aġenda tal-Gvern fil-Baġit ta’ din is-sena. Għalkemm din l-aħħar sena kienet ikkaratterizzata bil-ħidma talGvern f’dak li għandu x’jaqsam mattilqim u l-irkupru mill-pandemija talCOVID-19, il-qasam ambjentali f’pajjiżna ngħata wkoll prijorità. Dan mhux biss għax l-ambjent tpoġġa bħala wieħed mill-ħames pilastri tal-amministrazzjoni preżenti, iżda wkoll għax l-ambjent ta’ pajjiżna jeħtieġ li jiġi kkonservat u riabilitat għal ġene razzjonijiet futuri. Il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar hu proprju respon sabbli għal dan ix-xogħol. Wieħed jista’ jgħid li għalkemm sar ħafna f’dan il-qasam tul din l-aħħar sena, xorta waħda hemm ħafna xi jsir biex inkomplu ntej bu u nissalvagwardjaw l-ambjent ta’ pajjiżna matul is-sena 2022. L-ambjent Ix-xogħol tal-Ministeru tul l-2022 se jiffoka primarjament biex ikompli jħad dar il-komunitajiet urbani ta’ pajjiżna. Permezz tal-iskema “Inħaddru pajjiżna”, il-Ministeru se jkompli jixpruna l-aġenda tiegħu billi ħeġġeġ lil diversi Kunsilli Lokali madwar il-pajjiż sabiex itellgħu proġetti ambjentali fil-lokalità tagħhom. Minbarra din l-iskema, il-Ministeru se jkompli jixpruna riforma ambjentali permezz tad-Development Planning Fund. Dan il-fond ġie rriformat biex proġetti ambjentali fuq l-art u fil-baħar f’żoni urbani se jkunu eliġibbli għal finanzjament ta’ 100%, u meta benefiċjarju jagħmel xogħol ta’ ħitan vertikali ħodor li jħarsu fuq spazji pubbliċi, l-iskema tkopri wkoll sa 150% tal-ispejjeż tal-manutenzjoni. Permezz ta’ din l-iskema saru diversi proġetti madwar il-lokalitajiet, fosthom il-kċina Franġiskana talBelt Valletta, iċ-Ċentru Santu Rokku fil-
Bħala wieħed mill-pilastri amministrattivi, l-ambjent baqa’ prijorità għall-Gvern bi proġetti ta’ fejda nazzjonali taħt Belt u għadd kbir ta’ proġetti ta’ tħaddir Vjal il-Ħelsien f’Ħaż-Żebbuġ u r-restawr wkoll aktar siġar li jiggarantixxu arja fl-urban f’diversi lokalitajiet madwar tal-Ġnien Re Ġorġ V fil-Furjana. sana madwar il-pajjiż. Malta u Għawdex. Dawn il-ġonna ġodda jassiguraw F’din is-sena, li wasalna biex intem- ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar It-tibdil fil-klima
Kif imħabbar fil-Baġit 2022, se jiġi stabbilit bord ta’ monitoraġġ biex jiżgura t-twassil tal-oqsma tematiċi differenti mogħtija lill-ministeri għall-għanijiet tal-azzjoni klimatika muha, il-Ministeru ħadem qatigħ ukoll biex jirrestawra diversi ġonna pubbliċi, bħal dawk ta’ Ġnien Belveder fil-Marsa, Ġnien Romeo Romano f’Santa Venera, ġnien ġdid fil-Housing Estate f’Ta’ Farsina f’Ħal Qormi, proġett ta’ tħaddir fi
lir-residenti tal-lokalitajiet rispettivi. Din il-ħidma se tkompli tiġi konsolidata tul l-2022 biex jingħata ambjent u kwalità ta’ ħajja aħjar fiż-żoni urbani ta’ pajjiżna. Matul l-2022 se jkomplu jitħawlu
Wara l-pubblikazzjoni tal-Low-Carbon Development Strategy f’Novembru 2021, l-2022 se tara aktar momentum jinbena fuq l-azzjoni klimatika fl-ambjent lokali. Filwaqt li l-pressjoni biex tkompli titqajjem kuxjenza, il-komunikazzjoni, u r-rikonoxximent tal-azzjoni klimatika se jinżammu, l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ politika fi ħdan l-istrateġija se titnieda. Il-Low Carbon Development Strategy fasslet il-pjan għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija Maltija sal-2050. Dan ilpjan ma jinkludix biss miżuri ta’ mitigazzjoni iżda wkoll mal-adattament, filwaqt li nnota kif ir-reġjun tal-Me
PIŻIJIET IKKONFERMATI MILL-PJAN NAZZJONALISTA Fid-19 ta’ Settembru li għadda dan il-ġurnal ippubblika artiklu fejn beda jesponi l-ewwel dettalji li waslulu minn imkejjen ġewwa d-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista fejn iddiskutew l-introduzzjoni ta’ taxxi ġodda, ħlasijiet għal parkeġġi u restrizzjonijiet għassewqan skont in-number plate. Minkejja d-dikjarazzjonijiet li qalu diversi esponenti Nazzjonalisti li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima mhix qed tittieħed bis-serjetà mill-Gvern preżenti u li gvern ġdid Nazzjonalista se jkun ambizzjuż mingħajr ma jitfa’ piżijiet fuq il-familji Maltin u Għawdxin, bil-maqlub qed ikompli jaslilna iżjed tagħrif li dan hu ħafna ’l bogħod mill-pjani li qed jaħmu Bernard Grech u sħabu. Jidher li minkejja li għadda żmien mhux ħażin minn mindu l-Gvern ippubblika l-pjan tiegħu biex jegħleb l-isfida tat-tibdil fil-klima, il-PN baqa’ maħkum minn paniku u ferneżija hekk kif mhux qed jirnexxilu joħloq pjan aktar ambizzjuż.
Għadhom ostaġġi tad-dikjarazzjonijiet tagħhom stess, fejn fuq naħa ma jistgħux jirrevedu l-mira li għamlu għalihom infushom u fuq in-naħa l-oħra qed jevitaw li jgħidu lill-Maltin bil-pjan tagħhom li jfisser taxxi ġodda, ħlasijiet u tbatijiet, speċjalment għal dawk vulnerabbli u dawk bi dħul baxx u medju. Kompla jikxef din l-istrateġija l-kandidat Nazzjonalista u Sindku attwali ta’ San Ġiljan, Albert Buttigieg, li hu magħruf li jagħmel parti mill-klikka ta’ Simon Busuttil. F’artiklu riċenti fuq it-Times intitolat “Stop Fiddling With Our Future”, Buttigieg għamel serje ta’ dikjarazzjonijiet u domandi retoriċi li kollha jindikaw nuqqas ta’ ideat u ħsibijiet mill-PN u aktar piżijiet fuq il-familji Maltin u Għawdxin jekk ikunu fil-poter. Buttigieg qal li biex jintlaħqu l-miri kontra t-tibdil fil-klima, irid ikollna Gvern li mhux biss jinkoraġġixxi x-xiri ta’ karozzi elettriċi u l-użu tat-trasport pubbliku b’xejn, iżda wkoll jitnaqqsu n-numru ta’ karozzi eżistenti
fiċ-ċirkolazzjoni. ciple’, li jfisser li jekk persuna li għandDin id-dikjarazzjoni ta’ Buttigieg ha dħul baxx u d-dħul tagħha ma jiptikkonferma dak li qalulna mkejjen permettilhiex li tibdel il-karozza tagħha fid-Dar Ċentrali li l-PN beda jiddiskuti għal waħda moderna, din se tkun kostserjament li jnaqqas il-karozzi fit-toroq retta tħallas taxxi eżorbitanti fuq l-użu permezz tan-number plates u jkunu tal-vettura tagħha. jistgħu jiċċirkolaw biss f’ċerti ġranet Mhux hekk biss, imma Buttigieg jew ħinijiet u mhux kulstaqsa jekk it-testijijum jew mhux il-ħin kolet tal-VRT għandhomx lu. ikunu aktar stretti biex “Imbagħad għandiżjed karozzi jitneħħew na nillimitaw il-karozzi mit-triq. Il-PN b’piżijiet u għal kull dar? Hu Kulma jmur, aktar b’restrizzjonijiet li qed joħroġ fid-dieher ilaċċettabbli li familja ta’ erbgħa jkollha qerq Nazzjonalista fejn jolqtu l-iżjed lil erba’ karozzi? Għandna li għandek ildawk vulnerabbli minkejja nħeġġu lin-nies tal-loKelliem tal-Oppożizzjoni kal/viżitaturi biex jużaw għall-Ambjent Robert it-trasport pubbliku jew it-taxis aktar Cutajar imur fuq it-televixin u jpinġi milli karozzi personali/mikrija? Għand- stampa sabiħa tal-preżunti proposti ha tiżdied l-età tas-sewqan?” staqsa tal-PN, fil-verità qed jiddiskutu aktar Buttigieg. taxxi u ħlasijiet għall-poplu u għal dawk Hu kompla jipproponi li t-taxxa tal- l-iktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna. karozzi għandha tibda tinħadem fuq Għall-konfużjoni u n-nuqqas ta’ ideat il-prinċipju msejjaħ ‘polluter pays prin- tal-PN, iħallas il-poplu Malti.
09
26.12.2021
AĦJAR FL-2022
il-Ministru Aaron Farrugia (lemin) diterran huwa hotspot għall-impatti tat-tibdil fil-klima, bħalma huma l-gżejjer. Kif imħabbar fil-Baġit 2022, se jiġi stabbilit bord ta’ monitoraġġ biex jiżgura t-twassil tal-oqsma tema tiċi differenti mogħtija lill-ministeri għall-għanijiet tal-azzjoni klimatika. Malta hija marbuta wkoll li tieħu azzjoni ta’ addattament mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, permezz tal-Att dwar l-Azzjoni fil-Klima 2012. Jeħtieġ li ssir analiżi kompluta u aġġornament tal-vulnerabbiltajiet li jeħtieġ li jiġu indirizzati biex tiġi żgurata azzjoni konsistenti u kkalibrata b’mod korrett f’termini ta’ politika. F’dan l-isfond, il-Ministeru ħareġ sej ħa għall-offerti biex jiżviluppa l-Valu tazzjoni tal-Vulnerabilità fil-Klima u tar-Riskju tal-Ekonomija Maltija li għandha tibda fl-2022 u tiġi ffinalizzata sal-2023. L-immaniġġjar tal-iskart Tul is-sena 2022 se jibdew jiġu implimentati l-ewwel miżuri mil-LongTerm Waste Management Plan. Dawn il-miżuri fi ħdan il-Pjan ta’ Ġestjoni talIskart huma suddiviżi mhux biss bħala tema ta’ azzjoni prijoritarja ewlenija, iżda wkoll ibbażati fuq il-perjodu ta’ implimentazzjoni. Dawn inqasmu fuq short-term, medium-term u long-term, waqt li tħejja pjan ta’ azzjoni b’miri ta’ kull xahar li bħalissa qed jiġi kkonsolidat b’kontribut mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi bħala r-regolatur fil-qasam, u WasteServ Malta, li hi responsabbli mid-disinn u mill-bini tal-komponenti infrastrutturali indirizzati fil-pjan. Il-prevenzjoni tal-ħolqien tal-iskart hija prijorità ewlenija fil-Pjan ta’ Ġestjoni tal-Iskart fit-Tul 2021-2030; mhux biss biex titnaqqas id-dipendenza fuq ir-rimi tal-iskart, iżda wkoll biex nimxu lejn ekonomija ċirkolari. Il-Programm ta’ Malta għall-Prevenzjoni tal-Iskart għandu l-għan li jiffaċilita l-prevenzjoni tal-iskart u l-użu
mill-ġdid tal-materjali mill-industrija, mill-Gvern, miċ-ċittadini u mit-turisti; biex jippromwovi l-effiċjenza tar-riżorsi u jħajjar lill-ġeneraturi tal-iskart biex jimminimizzaw l-iskart tagħhom. Il-flussi tal-iskart fil-mira jinkludu skart tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ, kif ukoll skart tal-ikel, elettronika, tessuti, plastiks li jintużaw darba biss, ippakkjar u karta mhux tal-ippakkjar. Tul l-2022 se jkunu qed jiddaħħlu fis-seħħ bosta miżuri, fosthom l-operat ta’ repair and reuse centres biex jgħinu biex jitnaqqas il-ħolqien tal-iskart. Flimkien mal-Ministeru responsabbli mill-Gvern Lokali għaddejja ħidma preliminari għall-pubblikazzjoni ta’ tender reġjonali għall-ġbir tal-iskart fl-2022. Sal-lum ġiet abbozzata riċerka preliminari tas-suq wara konsultazzjoni estensiva mal-Ministeru għall-Ambjent. Ditta ta’ konsulenza ġiet ingaġġata mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali biex tiġbor id-dokumenti tal-offerti abbażi tad-diskussjonijiet mal-MECP. Wieħed ma jistax jinsa wkoll ilproġett ECOHIVE, katalist ewlieni wara din it-trasformazzjoni kollha. Appoġġjata minn investiment ta’ €500 miljun, il-Wasteserv hija lesta li tirrivoluzzjona l-mod ta’ kif jiġi indirizzat l-immaniġġjar tal-iskart, biex tibda l-implimentazzjoni mill-iktar fis possibbli tat-tranżizzjoni ekoloġika tal-pajjiż lejn ekonomija ċirkolari u tippermetti lil Malta tuża l-iskart tagħha bħala riżorsa. Il-bini u l-impjanti nfushom se jkunu qed jikkumplimentaw lil xulxin biex jiżguraw effiċjenza massima fl-irkupru u fl-użu ta’ riżorsi mill-iskart.
“JUM IS-SOLIDARJETÀ NAZZJONALI” MAGĦNA Kollox jinsab lest biex, illum f’nofsinhar, tibda edizzjoni oħra ta’ L-Istrina, ix-xandira annwali fuq l-istazzjonijiet televiżivi kollha li matulha ningħaqdu flimkien biex niġbru fondi biex il-Malta Community Chest Fund tkun tista’ tkompli tkun ta’ spalla għal dawk li jkunu fil-bżonn, partikolarment f’każi ta’ nies li jkunu qed jiffaċċjaw il-kanċer. Din is-sena hu l-lucky birthday ta’ L-Istrina, li bdiet proprju 26 sena ilu. Minn dakinhar ’l hawn, saret appuntament li l-poplu jkun qed jistennieh l-għada tal-Milied. Fi kliem il-President tar-Repubblika George Vella dan sar ukoll “iljum tas-solidarjetà nazzjonali”. Din hi t-tieni edizzjoni ta’ L-Istrina li qiegħda ssir waqt il-pandemija tal-COVID-19 u, għaldaqstant, bir-restrizzjonijiet kollha tal-Awto ritajiet tas-Saħħa bi sforz biex tiġi kkontrollata l-imxija. Dan ifisser li ma jkunx hemm udjenza fl-istudio u li l-aspett tad-divertiment jinżamm għall-minimu possibbli. Naturalment, qegħdin jittieħdu l-miżuri kollha skont il-protokolli fis-seħħ, fosthom li saret valutaz zjoni tar-riskji, li l-għadd ta’ nies fis-sala se jiġi limitat għal dawk li huma essenzjali u se jitħallew jidħlu biss dawk li tlaqqmu, iċċek kjar tat-temperatura, postijiet tad-dħul separati, l-ilbies talmaskri għal min ma jkunx qed jippreżenta jew jieħu t-telefonati, l-użu ta’ pannelli diviżorji bejn dawk li se jwieġbu t-telefonati ta’ min iċempel biex jagħti donazzjo
ni, l-użu tad-diżinfettant tal-idejn, u oħrajn. Mhux hekk biss: din hi l-ewwel sena fejn il-Kap tal-Istat mhux se jkun preżenti fiżikament f’LIstrina. Dan wara li l-President u s-Sinjura Vella saru jafu li persuna li kellhom kuntatt magħha nhar itTnejn li għadda, irriżultat pożittiva għall-COVID-19 u bdew perjodu ta’ kwarantina bħala miżura ta’ prekawzjoni. Dan anke jekk mit-testijiet li għamlu l-President u s-Sinjura Vella t-tnejn irriżultaw negattivi għall-COVID-19. Minkejja dan, illum huma xorta se jkunu qed iwieġbu t-telefonati tan-nies minn sala li ntramat apposta fil-Palazz ta’ Sant’Anton, ir-residenza uffiċjali tal-President. Fis-sala tpoġġew kameras tattelevixin li, bħala prekawzjoni, ukoll se jitħaddmu b’mod remot minn parti oħra tal-Palazz. Meta kien qed iżur l-aħħar tħejjijiet fis-sala minn fejn se ssir it-trażmissjoni, iċ-Ċermen tal-bord amministrattiv tal-MCCFF, John Huber, ikkummenta li “L-Istrina hi l-ikbar turija ta’ solidarjetà talpoplu Malti. Intenni l-appell talPresident biex f’din il-ġurnata ningħaqdu flimkien, ninsew dak li forsi jifridna matul is-sena kollha u nagħtu dak li nistgħu għal min hu batut, għal min għandu bżonn l-għajnuna tagħna, għal min jinsab marid u li bl-għajnuna tal-Community Chest Fund se nagħmlulu ħajtu aħjar, bit-tama li jara l-fejqan.”
10
26.12.2021
FUQ QUDDIEM FIT-TISĦIĦ TURISTIKU Rapport speċjali ppubblikat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri jgħid li hemm bżonn ta’ orjentazzjoni strateġika friska tal-appoġġ tal-Unjoni Ewropea għas-settur turistiku. Ir-rapport jgħid li proġetti tal-UE marbuta ma’ dan is-settur u li huma ffinanzjati mill-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali qed ikollhom riżultati mħalltin. Uħud mill-proġetti huma sostenibbli u kkontribwew biex jagħtu spinta lill-attività turistika fir-reġjun Ewropew, oħrajn kellhom biss impatt limitat. F’diversi każi, nuqqas ta’ ppjanar serju u wkoll il-proċeduri marbutin mal-għażla tal-proġetti, wasslu biex jitnaqqas ferm l-iskop tal-proġett partikolari, dewmien fl-implimetazzjoni tagħhom u wkoll spiża ferm akbar mill-baġit allokat fit-tfassil tal-proġetti. Pajjiżna jinsab fuq quddiem fil-ħidma tiegħu għar-riġenerazzjoni ta’ dan is-settur. Tant li proprju fil-bidu ta’ dan ix-xahar ġiet varata l-Istrateġija Maltija għat-Turiżmu sal-2030. L-istrateġija tnediet wara 11-il xahar ta’ konsultazzjoni pubblika mas-setturi kollha involuti fl-ospitalità u t-turiżmu. Ir-reġjun Ewropew huwa l-aktar wieħed li jiġbed turisti minn madwar id-dinja, tant li fl2019 madwar 37% tat-turiżmu dinji kien destinat ’l hawnhekk. Fl-Ewropa biss, b’mod ġenerali, l-industriji marbutin mat-turiżmu ġġeneraw, direttament u indirettament, kważi 35 miljun impjieg fl-2020. Fl-2019, in-numru totali ta’ impjiegi marbutin mal-ivvjaġġar u t-turiżmu fl-Ewropa laħaq madwar 38.5 miljun – 11.6% tal-impjiegi kollha fl-UE. Kien ukoll wieħed mill-fatturi ewlenin għat-tkabbir ekonomiku fl-UE, tant li fl-aħħar sena qabel il-COVID-19 ikkontribwixxa għal kważi 10% għall-Prodott Gross Domestiku. L-importanza ta’ dan is-settur hi magħrufa, tant li mill2015 sal-bidu tal-pandemija, il-Kummissjoni Ewropea rreve-
meħtieġa ħalli l-attività turistika terġa’ tinġieb għal livelli aċċettabbli f’termini ta’ operat u profittabbiltà. Madankollu, waqt l-irkupru se jinbeda proċess ta’ ħsieb bil-għan li l-prodott turistiku ta’ pajjiżna jissaħħaħ u jimraħ lejn orizzonti ġodda fl-10 snin li ġejjin. British Airways b’rotta ġdida
diet il-prijoritajiet tat-turiżmu is-sostenibbiltà u r-reżiljenza L-istrateġija Maltija, imsemfil-kuntest ta’ strateġiji ta’ poli- tal-UE.” mija “Recover.Rethink.Revitaltika usa’, imma dawn ma ssarrIssa l-istituzzjoni, li fuqha ise”, hi maqsuma fi 22 sezzjoni fux fi pjan ta’ azzjoni sostantiv jpoġġi l-Malti Leo Brincat, qed li permezz ta’ pjan fit-tul, jilħqu biex jappoġġja l-implimentazz- tagħti rakkomandazzjonijiet 125 għan permezz ta’ 245 azzjoni tagħhom. lill-Kummissjoni biex il-proġet- joni biex it-turiżmu Malti jirkuFilwaqt li affettwat is-setturi ti għal dan is-settur ikunu aktar pra u jkun sostenibbli. kollha ekonomiċi, il-pandemi- effettivi u jkunu implimentati L-istrateġija hija bbażata ja kellha l-akbar effett fuq dan aħjar. Is-suġġeriment huwa li fuq il-prinċipji tal-kwalità, isis-settur li wassal biex il-Kum- taħdem fuq strateġija ġdida sostenibbiltà, l-esperjenza missjoni Ewropea ressqet għas-settur turistiku tagħha. turistika, l-effiċjenza fil-kon miżuri u proposti biex nettività, l-immaniġġ itaffu dan l-impatt u jar fl-iżvilupp tal-akko wkoll tat bidu għal modazzjoni, l-isfidi azzjoni mmirata biex marbutin mar-riżorsi tistabbilixxi aġenda B’245 azzjoni, l-istrateġija Maltija umani, il-branding, tat-turiżmu għall-2030. għandha l-għan li tgħin lit-turiżmu id-diġitalizzazzjoni u, Pietro Russo, memb’mod sinifikanti, l-inbru tal-Qorti Ewropea lokali jirkupra u jkun sostenibbli klużjoni ta’ Għawdex anke fuq perjodu twil tal-Awdituri jgħid li bħala destinazzjoni “l-pandemija kellha distinta. Għal dan ilimpatt drammatiku fuq is-setRakkomandazzjoni oħra għan twaqqaf ukoll l-Osservatur tat-turiżmu tal-UE: it-turisti hi li l-Kummissjoni Ewropea torju Turistiku Malti biex tiġi u d-dħul mit-turiżmu naqsu għandha tinkoraġġixxi lill-ista assigurata l-implimentazzjoni drastikament. Imma din mhix ti membri biex japplikaw pro ta’ dan id-dokument. l-unika sfida li qed jiffaċċja ċeduri ta’ għażla għal proġetti Diversi aspetti tal-istrateġis-settur turistiku tal-UE. Hemm ta’ investimenti marbuta ma’ ja diġà bdew jitwettqu persfidi oħrajn aktar fit-tul li huma dan is-settur u ffinanzjati mezz tal-pjan ta’ rkupru li relatati mal-ekonomija l-ħadra mill-ERDF, biex jappoġġjaw tnieda f’Marzu ta’ din is-sena. u t-trasformazzjoni ekoloġi- din l-orjentazzjoni strateġika L-għan hu li fl-iqsar żmien poska u diġitali, il-kompetittività, ġdida. sibbli jkunu attirati l-volumi
Sadanittant l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) din ilġimgħa laqgħet l-aħbar li minn Marzu li ġej il-linja British Airways, permezz ta’ sussidjarja ġdida tagħha, se tibda ttir lejn Malta fost 35 destinazzjoni ġdida. Il-linja tal-ajru Brittanika ħabbret l-intenzjoni li twaqqaf negozju separat li jopera mill-Ajruport ta’ Gatwick, simili għal dak li għandha fl-Ajruport London City, u se tibda topera bi tliet ajruplani Airbus fl-aħħar ta’ Marzu 2022, sakemm dawn jiżdiedu għal 18 sa tmiem Mejju. “Li jkollok frekwenza akbar ta’ titjiriet lejn il-Gżejjer Maltin minn wieħed mis-swieq ewlenin tagħna għandu jkun imbottatura oħra għall-prospetti turistiċi ta’ pajjiżna s-sena d-dieħla. Il-konnettività bl-ajru tibqa’ strumentali għal gżira stat bħal Malta u għandna kull intenzjoni li nsostnu l-impenji tagħna biex nattiraw iżjed linji tal-ajru lejn l-Ajruport tagħna fix-xhur u fis-snin li ġejjin,” enfasizza l-Ministru responsabbli Clayton Bartolo. “Flimkien mar-rotta tal-Air Malta minn Gatwick, it-turisti mir-Renju Unit se jkollhom għażla oħra, dik tal-British Airways, li se ċċaqlaq l-operazz jonijiet tagħha lura għal hemm. Dan jidħol fil-linja tal-Istrateġija Turistika 2021-2030 tagħna dwar il-konnettività, li hi fost l-elementi prinċipali li jistgħu jikkontribwixxu għall-irkupru f’terminu qasir u medjan, u anke għat-tul,” kompla jisħaq Leslie Vella, Kap Uffiċjal tal-Istrateġija u Deputat Kap Eżekuttiv tal-MTA.
UŻATI MAS-6,000 JUM F’LEAVE B’KARITÀ FL-2020 Jirriżulta li fl-2020 kien hemm 160 talba minn uffiċjali pubbliċi li gawdew minn 47,000 siegħa ta’ leave offruti minn kollegi tagħhom fis-Servizz Pubbliku. Il-Bank tal-Leave, li ġie introdott mill-Gvern fl-aħħar snin, hu mezz kif uffiċjali pubbliċi flimkien jistgħu jgħinu lil sħabhom li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli, fosthom bi problemi ta’ saħħa u mard serju. Dawn is-47,000 siegħa li ntużaw fis-sena tal-pandemija huma ekwivalenti għal 5,875 ġurnata leave. Dan hu wkoll id-doppju tal-ammont ta’ 24,000 siegħa li ntużaw fl-2019. Qabel inħoloq il-Bank tal-Leave, ħaddiema li jsibu ruħhom f’diffikultà u jkunu jeħtieġu
leave fit-tul, kienu jispiċċaw jaqgħu fuq il-leave bla ħlas u allura faċilment jispiċċaw bi problemi akbar ma’ li jkollhom. Kull sena s-Servizz Pubbliku jħeġġeġ lill-ħaddiema taċ-Ċivil biex jikkontribwixxu ġranet tal-leave li ma jkunux għamlu użu minnhom. Il-Bank tal-Leave joffri l-possibbiltà li impjegati pubbliċi jagħtu donazzjoni ta’ sigħat mil-leave jew time-off tagħhom b’mod volontarju lill-fond ċentrali. Dawn is-sigħat jiġu utilizzati fuq bażi umanitarja minn impjegati pubbliċi oħrajn. Is-Servizz Pubbliku jipprovdi diversi miżuri għal bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol, kif ukoll mekkaniżmi
ħalli jissalvagwardjaw il-benesseri u s-saħħa mentali tal-impjegati. Impjegati pubbliċi jistgħu jagħmlu kuntatt mad-Dipartiment tar-Riżorsi Umani tal-Ministeru rispettiv tagħhom biex jiksbu aktar informazzjoni dwar kif jistgħu jagħtu parti mil-leave jew kif jistgħu jibbenefikaw minn din il-miżura, kif ukoll dwar il-kriterji tal-eliġibilità. Impjegati huma mistiedna wkoll iċemplu lill-onestop-shop għall-uffiċjali pubbliċi fuq 22001225 jew jibagħtu email lil one-stop-shop.psd@gov.mt għal aktar tagħrif.
26.12.2021
11
Plejers f’timijiet jikkompetu fil-logħba (Ultimate) tal-Frisbee
QRIB KAMPJONATI LOKALI TAL-FRISBEE? Rapporti fil-midja internazzjonali ħabbru li Malta, flimkien mal-Italja u l-Greċja, għadha kemm waqqfet il-Konfederaz zjoni Mediterranja tal-Flying Disc (MFDC), li se tkun stabbili ta fl-Italja. Il-logħba, li llum qed tgawdi popolarità ġdida, fiż-żmien konna nafuha iżjed bħala l-Frisbee. Għalkemm m’għadekx tara min jilgħab biha fit-triq jew fil-bajjiet, il-logħba żviluppat u saret anke sport internazzjo nali. Federazzjoni li tieħu ħsieb dan l-isport, il-World Flying Disc Federation, fl-aħħar jiem laqgħet b’entużjażmu l-ħolqien tal-Mediterranean Flying Disc Confederation (MFDC), li l-għan ewlieni tagħha hu li tippromwovi u tiżviluppa dan it-tip ta’ sport fil-pajjiżi tal-Mediterran. Se jsiru wkoll tentattivi biex il-logħob magħruf bħala Flying Disc Sport ikun inkluż filLogħob tal-Mediterran u jiġu ospitati l-Kampjonati Mediter ranji fid-dixxiplini kollha ta’ dan l-isport.
Il-President tal-fergħa l-ġdida Mediterranja, it-Taljan Salvatore Comis, qal li l-konfede razzjoni qed tistenna b’ħerqa li tiffaċċja l-isfidi li għandha quddiemha biex tikseb l-għanijiet tagħha fi żmien li matulu d-dinja ntlaqtet tant mill-pandemija. Qal li l-MFDC se tappoġġja lidWFDF fil-Mediterran u awgura għal rabta aktar b’saħħitha bejn l-organizzazzjonijiet. Il-federazzjoni dinjija saħqet li b’dan l-iżvilupp fil-Mediterran dan it-tip ta’ sport jista’ jkompli jinfirex lejn in-Nofsinhar tal-Ewropa, l-Asja tal-Punent u l-Afrika ta’ Fuq. Għalkemm ma ngħadx min qed jirrappreżenta lil pajjiżna f’din il-federazzjoni, nifhmu li pajjiżna jista’ jesperjenza inte ress lokali f’dan ir-rigward. Mhux eskluż li jiġu organizzati anke timijiet li jipparteċipaw bejniethom u/jew jispeċjalizzaw f’din id-dixxiplina li għandha verżjonijiet li jintlagħbu individwalment simili għall-golf (Disc Golf) u dawk f’timijiet simili għar-rugby (Ultimate).
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.
12
26.12.2021
DAK LI HU TAGĦNA B’WIRT
KATYA DE GIOVANNI Kandidata fir-4 Distrett
Għeżież qarrejja, Nittama li tinsabu tajbin u qegħdin tgawdu l-vaganzi tal-Milied bl-aħjar mod posssibbli. Nieħu l-okkażjoni sabiex nappellalkom dwar l-importanza li nkunu prudenti u nosservaw id-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet tasSaħħa fir-rigward tal-COVID-19, sabiex inħarsu saħħitna u saħħet dawk ta’ madwarna. Illum xtaqt nitkellem fuq suġġett li qajla naħsbu fuqu, iżda mqanqla minn dan ilħsieb ħassejt li kelli naqsam magħkom ftit dwar dan. Aħna l-Maltin għandna għalfejn inkunu kburin bil-wirt li għaddewlna l-ġenerazzjonijiet ta’ qabilna. Wirt uniku u meqjus bħala ġojjell f’din il-gżira żgħira fil-Mediterran. Wirt li hu rikonoxxut saħansitra mill-UNESCO, fejn diversi siti huma meqjusa bħala wirt dinji. Dan kollu huwa ta’ unur għalina l-Maltin u li għandu jagħmilna kburin, iżda l-mistoqsija tiegħi qiegħda hawn. Aħna bħala poplu kemm napprezzaw dan kollu? Kemm minna, inkluż jiena wkoll, insibu ħin sabiex inżuru dawn il-postijiet? Forsi ngħidu li l-alljenazzjoni tal-ħajja mgħaġġla ma tippermettilniex dan, iżda ħbieb jekk naħsbu ftit nirrealizzaw l-importanza ta’ dawn is-siti storiċi u kemm hu importanti li nżuruhom. Apparti li hemm x’wieħed jista’ jitgħallem minn kif l-antenati tagħna kienu jgħixu u l-mod kif inbnew ċerti tempji, wieħed jiggwadanja tagħrif li meta jiltaqa’ ma’ persuni barranin ikun kapaċi jispjega u jfiehem dwarhom u għalfejn le jiftaħar ukoll b’dak li jsawwar lil pajjiżna. Ġewwa pajjiżna jinsabu diversi siti, fost l-aktar komuni huma t-tempji neolitiċi, li jinsabu Ħal Tarxien, l-Ipoġew li jinsab Raħal Ġdid,
il-Ġgantija f’Għawdex, Ħaġar Qim, l-Imnajdra, Ta’ Skorba u Ta’ Ħaġrat, dawn huma kollha tempji li jeħduna lura eluf ta’ snin u li huma evidenza ta’ ħajja bikrija f’pajjiżna. Dawn huma kollha wirt dinji tal-UNESCO, apprezzament li lilna jagħtina identità. Apparti dawn it-tempji jeżistu siti oħrajn ta’ interess fosthom il-Katakombi li nsibu fir-Rabat, Għar Dalam, il-Konkatidral ta’ San Ġwann u l-Katidral tal-Imdina u diversi postijiet u mużewijiet oħra li ladarba żżurhom tħoss sodisfazzjon. Nissuġġerilkom illi ssibu ftit ħin u tibdew iżżuruhom. Heritage Malta minn żmien għal żmien toħroġ bl-inizjattiva li tiftaħ dawn is-siti għall-pubbliku mingħajr ħlas, din għandha tkun opportunità li wieħed għandu jieħu. Ħbieb dan kollu qiegħda ngħidu sabiex kemm jista’ jkun noħloq għarfien dwar dak kollu li lilna jiddentifikana bħala poplu, dan kollu huwa frott il-ħidma li ħallewlna ta’ qabilna, għalina sabiex ngawduh. Tajjeb infakkar li dawn il-postijiet huma ta’ attrazzjoni għall-barranin li jiġu jżuru pajjiżna proprju minħabba f’hekk, allura aħna li ngħixu hawn m’għandniex nagħtuhom l-importanza li tixirqilhom? Nittama li l-messaġġ li kelli preparat għalikom illum jasal għandkom b’mod pożittiv illi nqajmu kuxjenza dwar dan l-għarfien. Din hija l-identità tagħna bħala poplu, ejjew niftaħru biha. Insellmilkom u nawguralkom paċi, hena u ġid.
Aħna bħala poplu kemm napprezzaw dan kollu? Kemm minna, inkluż jiena wkoll, insibu ħin sabiex inżuru dawn il-postijiet?
13
26.12.2021
NINDIRIZZAW IS-SOLITUDNI
JOSIANNE CUTAJAR Membru Parlamentari Ewropew
Ħafna minna, żmien il-Milied ifakkarna f ’meta konna żgħar, forsi meta konna mmorru xi purċissjoni, inżuru l-presepji, nistennew ir-rigali bil-ħerqa u diversi ikliet mal-familja u festini. Għalkemm il-maġġoranza tan-nies il-Milied iqattgħuh mal-familja, ma nistgħux ngħidu li kulħadd għandu din ix-xorti. Fil-fatt, hemm ħafna nies li għalihom dan iż-żmien iġib aktar uġigħ milli ferħ, billi jfakkarhom li m’għandhom lil ħadd ma’ min igaw-
du dawn il-festi jew inkella minħabba tbatijiet relatati ma’ mard jew imwiet. Il-pandemija tal-COVID-19 dan il-fenomenu kompliet iżżidu, aktar u aktar meta qed naraw l-iżvilupp ta’ diversi varjanti li kollha jwasslu għal restrizzjonijiet soċjali ġodda. Fi żminijiet bħal dawn allura, ma nistax ma nappellax biex kull min jista’ jara li n-nies ta’ madwaru, inklużi dawk naqra kbar fl-età, jew inkella dawk għaddejjin minn problemi jew li tilfu lil għeżież tagħhom, ma jħossuhomx waħidhom f ’dawn iż-żminijiet. Għalkemm il-pandemija ġabet magħha ċerti restrizzjonijiet ta’ kuntatt fiżiku, it-teknoloġija llum tipprovdilna wkoll iċċans li nċemplu lill-ħbieb tagħna, jew inkella li nikkomunikaw magħhom fuq l-internet. Naf li ħafna minnkom forsi tgħiduli: “Imma din mhux l-istess bħal meta tiltaqa’ ma’ xi ħadd b’mod fiżiku?” Naf. Il-verità madanakollu hi li rridu nagħmlu użu tal-mezzi kollha li għandna, u skont iċ-ċirkostanzi tal-mu-
ment. Hawn, ma nistax ma nappellax ukoll lill-qarrejja kollha biex dawk li għadhom ma ħadux il-booster talvaċċin, jeħduh mal-ewwel ċans possibbli. Biss però l-verità hija li bil-COVID-19 u mingħajrha, jeżistu l-problemi soċjali. Għaldaqstant, irridu nkomplu naħdmu biex dawn il-problemi jiġu indirizzati minn kull qasam bl-aħjar mod possibbli. Ninsabu fortunati ħafna li ngħixu f ’pajjiż fejn il-Gvern għandu xibka soċjali b’saħħitha, xibka soċjali li tilqa’ ħafna nies li kieku jispiċċaw iduqu l-faqar. Imma b’daqshekk ma
jfissirx li għandna noqogħdu nieħdu gost bina nfusna u mmorru norqdu. Anzi, jien ngħid li dan għandu jimliena b’aktar kuraġġ biex inkomplu naċċertaw li ħadd ma jaqa’ lura u fejn għadu jeżisti xi tip ta’ faqar jew riskju tiegħu nindirizzawh. Fuq nota aktar personali, fl-aħħar ġimgħat waqt li kont qiegħda nfittex xi ħaġa fuq l-internet, iltqajt ma’ storja li ħalliet impatt fuqi u fuq kif inħares lejn il-ġrajja ta’ Santa Klaws. Omm partikolari, li tgħix barra minn Malta, kitbet li t-tfal tagħha staqsewha għaliex Santa Klaws ma jħobbhomx lil-
Ma nistax ma nappellax ukoll lill-qarrejja kollha biex dawk li għadhom ma ħadux il-booster tal-vaċċin, jeħduh mal-ewwel ċans possibbli
hom. Tafu għaliex staqsewha hekk? Għax din l-omm, par kalzetti biss kienet taffordja tixtrilhom u tpoġġilhom fil-kalzetta tal-Milied lit-tfal tagħha. Dan filwaqt li l-ġenituri tat-tfal ħbieb tagħhom kienu aktar sinjuri, u allura min xtara lit-tfal rota, min xtralhom tablet, u min affarijiet oħrajn. Ġara allura li meta t-tfal reġgħu ltaqgħu, kulħadd beda jirrakkonta kif għadda l-Milied tiegħu, u dawn l-imsejknin tfal ħassewhom skomdi ferm jgħidu li huma kulma kien ġabilhom Santa Klaws kien par kalzetti! Tgħiduli imma allura x’nagħmlu? Importanti li nedukaw lit-tfal tagħna fil-familji u anke l-klassijiet u nispjegawlhom li mhux kulħadd ġej minn familja fejn il-ġenituri jaffordjaw jonfqu l-mijiet fuq ir-rigali tal-Milied. B’hekk mhux biss inkunu qegħdin nedukaw lit-tfal tagħna, imma nkunu wkoll qegħdin ngħinuhom jiżviluppaw kuxjenza soċjali. Tislijiet lil kulħadd, u l-Milied u s-Sena t-tajba!
ŻIEDA FIL-PREZZ TAL-IKEL – REALTÀ MAD-DINJA KOLLHA
ALICIA BUGEJA SAID Kandidata fit-3 u s-7 Distrett
Studju mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Agrikoltura u l-Ikel tal-Ġnus Magħquda li ġie ppubblikat ftit tal-ġimgħat ilu jindika u jispjega diversi fatturi li qed iwasslu għal prezzijiet ogħla ta’ ikel fil-pajjiżi madwar id-dinja. L-aħħar li kien hawn żieda ta’ dan it-tip fil-prezzijiet kienet fl-2011 meta d-dinja esperjenzat żidiet fil-prezz fuq ikel bażiku bħalma hu
żejt, zokkor, ċereali, ħalib u kull prodott li hu maħdum minnhom. Hemm ħafna fatturi li kkontribwew biex nesperjenzaw dawn iż-żidiet fil-prezzijiet u bħalma ġara fl2011 qed nerġgħu narawhom u nintlaqtu minn din ir-realtà llum, fis-sena 2021. Minn Mejju tal-2021, l-FAO (Food and Agriculture Organization of the United Nations) irrapportat li kien hemm żieda sostanzjali fil-prezzijiet talikel fejn il-medja tal-prezzijiet fuq l-ikel żdiedet b’4.8% minn April tal-2021 u b’39.7% minn dik ta’Mejju 2020. Il-fattur ewlieni għal din iż-żieda hu li d-domanda tal-ikel żdiedet b’tali mod li l-produzzjoni mhix tlaħħaq magħha. Ħafna mill-għelieqi li kienu jipproduċu ċereali u ħxejjex għall-konsum tal-mejda u ikel għall-bhejjem issa qed jipproduċu ċereali għall-biodiesel. Ħafna mill-bdiewa għamlu din l-għażla għax il-produzzjoni taċ-ċereali għall-biodies-
el tħalli aktar dħul fil-but minħabba li l-kontrolli bħal dik tal-pestiċidi u regolamenti oħra sanitarji huma minima u l-prezz tas-suq hu ogħla. Fattur ieħor li naqqas sew il-produzzjoni hu t-tibdil fil-klima u t-temp estrem li qed iħalli ħerba fuq il-kamp agrarju madwar id-dinja. Diversi bdiewa mhumiex ilaħħqu mal-ħsarat li jkollhom u biex jinfeda t-telf qed ikunu kostretti li jgħollu l-prezz. Domanda kbira minn pajjiżi bħaċ-Ċina fil-produzzjoni tal-laħam mhix qed tgħin. L-FAO proġettat stimi għas-sena d-dieħla li l-produzzjoni taċ-ċereali tiżdied biex tagħmel tajjeb għal dan in-nuqqas, però stimi oħra juru li l-produzzjoni taċ-ċereali se tinżel għal tliet snin konsekuttivi. Il-prezz li dejjem qed jogħla tal-fuel, ukoll qed iħalli impatt qawwi fuq żidiet tal-prezzijiet tal-prodotti kollha. Kull industrija ta’ produzzjoni tiddependi fuq mak-
kinarju u għalhekk din iż-żieda fil-prezz tal-produzzjoni qed tirrifletti b’mod negattiv fuq il-konsumatur. Minħabba dan il-fattur, il-ġarr tal-merkanzija kompla jogħla, fejn dan ukoll qed ikompli jaffettwa l-prezzijiet tal-ikel. Meta tikkunsidra li Malta timporta ħafna mill-ikel tagħha minn pajjiżi differenti, huwa fiċ-ċert li kemm l-ekonomija ta’ dawn l-istess pajjiżi, kif ukoll il-politika tagħhom se jħallu effett dirett fuq iż-żieda fil-prezzijiet fuq il-prodotti li eventwalment l-istess żieda fil-prezz se tiġi riflessa fuq il-prodott impurtat u sussegwentement imħallsa mill-konsumatur. Malta hi parti mill-ekonomija globali, u għaldaqstant, dak li jsir barra se jkollu effett dirett fuq l-ekonomija nazzjonali. Fid-dawl ta’ dan kollu jkompli joħroġ biċ-ċar il-bżonn li nkomplu naħdmu għall-produzzjoni ta’ ikel lokali, sabiex innaqqsu
d-dipendenza fuq il-prodotti importati. Dan ifisser li nagħtu s-sostenn lill-produtturi tagħna, l-għajnuna mistħoqqa. Ftit tal-ġranet ilu kelli l-opportunità nżur razzett tat-tiġieġ tal-bajd, fejn tkellimna dwar dan is-settur importanti għal pajjiżna. Bħalissa, l-ikbar inkwiet ta’ diversi produtturi hi l-ispiża relatata mal-ġwież kif diġà spjegajt, li qed jogħla b’rati diffiċli għall-intrapriżi. Il-prezz tal-ġwież ġie anke diskuss fuq livelli tal-Unjoni Ewropea, fejn waqt il-Kunsill tal-Agrikoltura, Malta talbet l-intervent Ewropew, sabiex ikunu assistiti l-produtturi. Il-pass li jmiss hu li bħala Gvern tingħata l-għajnuna meħtieġa sabiex il-produtturi lokali u n-niċeċ ekonomiċi li jiddependu minn dan il-qasam jibqgħu reżiljenti quddiem din l-isfida. B’dan ilmod nassiguraw prezz ġust għall-produtturi, u fl-istess waqt prodotti affordabbli għall-konsumatur Malti.
14
26.12.2021
MILL-FERĦ TA’ RIGAL B’IMĦABBA Ix-xeni mill-isbaħ fi Pjazza Kastilja nhar it-Tnejn li għadda nisslu mhux biss emozzjoni ġenwina, iżda wkoll kburija nazzjonali. Sentiment ta’ poplu ġeneruż u magħqud li wassal għal tbissima fuq wiċċ it-tfal li għaddejjin minn mumenti diffiċli fil-ħajja. It-tieni edizzjoni ta’ “Rigal b’Imħabba” kienet tassew suċċess kbir. Malli għalqet l-inizjattiva kien evidenti minnufih li din is-sena qabżet kull aspettattiva, b’eluf ta’ rigali mogħtija mill-qalb tal-Maltin u l-Għawdxin. Kif qalet il-moħħ wara din l-inizjattiva, mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela, rigal m’għandux biss tifsira materjali, iżda, aktar minn hekk, iwassal biex it-tfal iħossu li hemm min jiftakar fihom u min irid iferraħhom. Għalhekk hu msejjaħ “Rigal b’Imħabba”, għax in-nies li ħallew rigal taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja, lanqas biss jafu għand min kien se jmur. Għamlu dan il-ġest nobbli biex dan il-Milied ikun verament għat-tfal kollha. Dawn huma festi ta’ tfal li jħossuhom kuntenti, imma
huma wkoll festi ta’ tfal li għal raġuni jew oħra, għandhom bżonn l-appoġġ tal-ispalla ta’ ħaddieħor. Din is-sena, ingħaqdu wkoll fl-inizjattiva ta’ Dr Abela l-membri tal-korpi dixxiplinati kollha f’pajjiżna. Il-pulizija, is-suldati, il-membri tal-Protezzjoni Ċivili, il-gwardjani u l-uffiċjali korrettivi, flimkien ma’ tant oħrajn li taw ħinhom biex jikkordinaw ix-xogħol meħtieġ. L-eluf ta’ rigali nġabru minn Pjazza Kastilja tard it-Tnejn filgħaxija u, permezz tal-vetturi tal-korpi dixxiplinati, twasslu lejn maħżen tal-Malta Film Commission minn fejn kienet se ssir l-organizzazzjoni tar-rigali skont l-etajiet, il-ġeneru tat-tfal u skont il-lokalitajiet fejn kellhom jittieħdu. Proċess ta’ sigħat twal, iżda li sar b’mod effiċjenti, tant li t-Tlieta stess beda jasal dan il-ferħ tar-rigal b’imħabba għand ħafna tfal, kemm dawk li jgħixu f’istituzzjonijiet kif ukoll dawk li jgħixu fid-djar tal-familji tagħhom. Mill-ġdid kienu l-membri tal-korpi dixxiplinati li wasslu r-rigali direttament għand it-tfal. Bit-trakkijiet il-
kbar, mill-maħżen għ liet u l-irħula, imba iżgħar u bil-pass għa tfal. Iħabbtu l-bibien u tfal ir-rigal mingħand tagħna. Dawn ukoll kienu jibqgħu ttimbrati fi la mewġa ta’ ġeneroż fit-toroq tal-lokalitajie Għawdxin. Fuq il-mezzi soċja jidhru ringrazzjament Lydia Abela u ċ-ċkejk b’ritratti tat-tfal iżom tagħhom, għajnejhom It-tweġiba ta’ mart kienet waħda: “Mhux grazzjaw imma l-qalb għamlu minn kollox b tal-Milied ma’ dawk li diffiċli”. U hija b’din l-imħab sena ġdida. Bil-messa nħallu lil ħadd waħdu qabel naraw li qed n ulied kollha. Għalhek l-ġawhra li hu.
A
ħall-pjazez tal-ibagħad bil-karozzi ar-residenzi tatu jagħtu f’idejn itd il-poplu ġeneruż
xeni sbieħ li se fil-memorja bħażità u solidarjetà et kollha Maltin u
ali malajr bdew ti speċjali lejn Dr kna Giorgia Mae, mmu r-rigal qrib m jixegħlu. t il-Prim Ministru x lili tridu tirrinb kbira tan-nies li biex jaqsmu l-ferħ qed jgħixu żmien
bba li resqin lejn aġġ li m’għandna u u li ma nistriħux nieħdu ħsieb lillkk, pajjiżna huwa
15 Ritratti: KURT MIZZI / JOSEPH CASSAR
26.12.2021
16
26.12.2021
NINVESTU FIĊ-ĊAVETTA TAS-SUĊĊESS
AMANDA SPITERI GRECH Kandidata fit-2 u r-4 Distrett
Ir-raġuni għaliex il-viżjoni tal-Partit Laburista “Ninvestu fin-Nies” tant qiegħda tiġi milqugħa b’mod tajjeb hija għaliex din hija dikjarazzjoni li titkellem dwar il-kwalità tal-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minnha. Il-kelma “ninvestu” ma timplikax biss li qed naħsbu fil-preżent, iżda turi li l-Partit Laburista fil-Gvern, qiegħed jaħseb kontinwament għal għada b’mod sostenibbli. Li tinvesti fin-nies tfisser primarjament li tinvesti fl-għodda li ser tagħtihom sabiex dejjem ikunu jistgħu jtejbu ħajjithom u għaliex le jfasslu l-futur tagħhom. Tul il-medda tażżmien naraw kif qatt ma kien hemm għodda aqwa minn dik tal-edukazzjoni. Hemm qawl antik li jgħid li jekk raġel tagħtih ħuta jiekol għal ġurnata; jekk tgħallmu kif jistad, jiekol għal għomru. Din hija l-qalb tal-Partit Laburista. Il-Finlandja, li hija meqjusa li għandha l-aqwa sistema edukattiva fid-dinja, tirnexxi għaliex tiffoka primarjament fuq l-għalliema u l-istudenti. Jiena nagħżel li nżid parti oħra – il-ġenituri. Jekk ma nħarsux lejn l-interessi ta’ dawn it-tliet partijiet id f’id flimkien, mela dejjem inkunu qed nirriskjaw li nħallu lil xi ħadd warajna. Aħna lkoll bħala soċjetà jrid ikollna attitudni ta’ tmexxija għal uliedna, għaliex fl-aħħar millaħħar huma l-mexxejja tal-futur. Però ma rridux ninsew li mexxejja tal-futur ma tfissirx tobba, avukati jew politiċi. Il-mexxejja tal-futur huma kullimkien fis-soċjetà, mill-furnar li jaħmi l-ħobż, sal-hairdresser li toffri wens lill-klijenti tagħha bil-kliem li tagħżel li tuża waqt li tkun għaddejja b’xogħolha. Jekk inkejlu lil uliedna biss fis-suġġetti akkademiċi, nitilfu l-aspett uman. L-għalliema fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum jippreparaw lit-tfal għall-ħajja u għal kull aspett fil-ħajja. Għalhekk, irridu nħarsu iktar lejn abbiltajiet prattiċi bħal dawk ta’ komunikazzjoni effettiva, nifhmu s-sistemi finanzjarji personali u nfittxu informazzjoni f’sitwazzjonijiet ġodda. Ejjew ngħallmu lit-tfal tagħna kif għandom jitgħallmu, issa llum iktar minn qatt qabel meta għandhom għadd t’informazzjoni interessanti disponibbli f’idejhom kuljum u kullimkien. Is-sistema edukattiva għandha tagħmel użu minn dan u tadatta billi tgħallem suġġetti b’mod ħolistiku u mhux f’kaxxa magħluqa għaliha nnifisha. Il-matematika tista’ tiġi mgħallma permezz tal-mużika; il-loġika permezz tad-diskuss-
joni dwar il-midja soċjali; u l-etika permezz tad-drammi. Ejjew ma ngħakksux lill-istudent b’informazzjoni superfiċjali qabel lanqas biss ikunu rawmu l-imħabba għassuġgett. U dan nagħmluh billi mal-ewwel nuru b’mod ċar għaliex is-suġġett rispettiv huwa relevanti għall-ħajja ta’ kuljum. Ma rridux ninsew li avolja t-tliet partijiet li semmejt huma kollha importanti, it-tfal jibqgħu l-protagonisti ewlenin. Gvern Laburista wettaq diversi investimenti għal uliedna, iżda fost dawk li ma tantx tissemma u għamlet differenza kienet dik li l-eżamijiet tal-MATSEC qed isiru mingħajr ħlas. B’dan ifisser li l-ġenituri mhux jonfqu mijiet ta’ ewro f’eżamijiet. Dan mhux biss, illum it-tfal għall-iskola jivvjaġġaw b’xejn. Kont nitkellem ma’ ħafna ġenituri li kienu jgħiduli kemm it-trasport kien ta’ piż fuq il-finanzi tal-familja xahar wara xahar. Din m’għadhiex problema. B’hekk dawn il-flus jistgħu jerġgħu fost affarijiet oħra jiġu investiti f’uliedna. Barra minn hekk, l-għalliema għandna nagħtuhom il-ġieħ li jistħoqqilhom. Ittagħlim huwa professjoni antika u nobbli għaliex għalliem jagħti lilu nnifsu għall-istudenti u dan biex iħeġġeġ u jgħallem lil ħaddieħor. L-għalliem jisfida b’mod kontinwu l-espressjoni Maltija, li ħadd ma jimsaħlek wiċċek biex tidher isbaħ minnu. Għalliem mhux talli jimsaħlek wiċcek, imma jurik xi rtokk jixraqlek. Għalhekk, nemmen li għandna ninċentivaw din il-professjoni bħala waħda mill-aktar importanti fis-soċjetà tagħna. Għandna wkoll inkunu ta’ appoġġ għall-ġenituri. Ejjew inpoġġu madwar mejda u niddiskutu flimkien x’inhu l-aħjar għal uliedna. Għaliex le, anke nitkellmu ma min iħaddem biex jiffaċilita u jinċentiva l-flessibbiltà fuq il-post tax-xogħol biex fejn ikun hemm bżonn il-ġenituri jkunu hemm għal uliedhom qrib l-eżamijiet jew appuntamenti edukattivi importanti oħrajn. Bid-diversi ħsibijiet u impenji li jista’ jkollna għandna bżonn kif nistgħu nagħmlu d-differenza u nilħqu l-bżonnijiet individwali ta’ kulħadd. Is-sena 2022 ser tkun sena li nkomplu ninvestu fin-nies… fosthom fit-tfal, fl-għalliema u fil-ġenituri.
Is-sistema edukattiva għandha tagħmel użu minn dan u tadatta billi tgħallem suġġetti b’mod ħolistiku u mhux f’kaxxa magħluqa għaliha nnifisha
Sur Editur, Twieled u għadda. Kollox jgħaddi. Taf x’ma jgħaddix, Sur Editur? Il-ħdura tal-partit tagħhom. Ummi ma! Dejjem hekk nafhom lil dawn l-oqbra mbajda. Dawn l-ilpup lebsin il-ġild tan-nagħaġ. Ibigħu ’l ommhom jekk jistgħu. Naf li għadna fl-ispirtu tal-Milied u x’naf jien. Imma emminni ma niflaħx nisma’ aktar ħdura ħierġa minnhom. Hekk għedtilha lil Melda tiegħi, dil-ġimgħa. U għal darba, għax qatt ma smajtha tgħid imqar “ħaqq”, ftaħtilha l-kotba mid-dehra. Għax kif għidtilha kif ma jistħux dawn il-qatta ma nafx xiex, fetħitilha. Bqajt skantat inħares lejha, għax qatt ma rajtha hekk. Kelli belgħa kafè saritli silġ. “Puu għal wiċċhom, kemm huma ħmieġ,” bdiet. U kompliet tipprietka, sidirha tiela’ u nieżel man-nifs, bit-te li kellha fil-kikkra jitbandal, imiss max-xfar. Semmietli l-iskandli tagħhom, skandli li aktar iva milli le, intefgħu taħt it-tapit, jew intefa’ l-ilma fuqhom. Filwaqt li dawk l-istess beati li kienu mdeffsin sa ruħ ommhom fihom, qed jippontaw subgħajhom lejn id-deputati tal-partit tagħna. Ibda mill-Kap tagħhom. Fettaq ħalqu fuq l-evażjoni tat-taxxa. Kemm hu ħelu aktar mill-prinjolata tal-Karnival, dan Grech! Għax trid tkun Grieg u ma tistħix biex titkellem fuq l-evażjoni tat-taxxa! Imbagħad is-Santo Subito Ġejsin. Kieku kont floku kont immur eremita fil-kappella tal-Wied tal-Mosta u lanqas biss noħroġ rasi mill-bieb tas-sagristija tagħha! Irid jipponta subgħajh, meta hu l-ewwel wieħed tħallsitlu lukanda f ’Tel Aviv minn dawk ta’ Fenech biex jistkenn sakemm imur fuq il-qabar ta’ Kristu. Imma miskin, skont il-forċini tal-partit tagħhom, fejn seta’ jkun jaf dan Azzopardi li kien se jfeġġ il-każ Yorgen! Hux! U l-każ tal-Lavenbraw u tal-Fekruna? Imma dawk jintesew hux, għax tal-PeNe kollox jintesa. Issa, kif kompliet tgħidli Melda tiegħi, aħna tal-Labour nirrispettaw l-ogħla awtoritajiet. U noqogħdu għad-deċiżjonijiet tagħhom. Imma ma ninsewx lanqas x’għamlu Toni u x-xogħol fil-każin tagħhom taż-Żurrieq mill-ħaddiema tal-Gvern. Jew l-iskandlu taż-żejt … u tal-Arriva … u l-bejgħ tal-Mid-Med Bank … u r-raġel u t-tifel tal-Ministru impjegati fl-istess Ministeru … u l-konkos ħażin ta’ Skanska … u l-ispiża ta’ Mater Dei … u l-private jet għal-logħba tal-Arsenal … u l-arloġġ ta’ Tonio … u l-Falcon Funds … u l-villa bi swimming pool bla permess f ’Ħal Għargħur … u l-ħasil tal-flus bil-Capital One … u n-Nemea Bank?! Emminni Sur Editur, ma kontx naf li Melda tiegħi kellha dan kollu miġmugħ fiha. Mhux ta’ b’xejn bqajt skantat inħares lejha u l-kafè sarli silġ. Għax tgħid, nammirahom lil dawn fl-istess ħin. Kif għallimni wieħed għaref, il-misteru kif dawn iħufu fl-għelieqi tad-demel u kapaċi dejjem ifuħu. Alla jbierek, f ’dawn il-każi kollha u oħrajn, tagħhom dejjem jiskappawha. U skont huma, ħadd minn tal-partit tagħna mhu denju jkollu l-pożizzjoni. U ħalluna! Issa ma rridx nidħol fil-personali kif jagħmlu huma ta! Għax inkella nikteb Bibbja sħiħa. Ara ħa nieqaf hawn. Għad-dieħla u l-festi t-tajba!
26.12.2021
17
18
26.12.2021
NANI – IL-FAMILJA TA’ MUŻIĊISTI BELTIN Minkejja d-daqs tagħha, Malta għandha patrimonju mużikali dokumentat li jmur lura sew fiż-żmien. Il-mużika sagra u dik profana minn dejjem kienet taffaxxina lil ħafna nies fis-soċjetà Maltija. Fost numru ta’ mużiċisti Maltin li għamlu isem lil pajjiżna f ’dan il-qasam insibu dawk ġejjin mill-familja Beltija – Nani. Fil-fatt, Angelo Nani kien l-ewwel membru tal-familja Nani li stabbilixxa ruħu ġewwa Malta wara li telaq minn Venezja fl-1766. Angelo kien ta’ dixxendenza nobbli Venezjana u vjolinist millaqwa. Ġie Malta biex jieħu sehem f ’kunċert u fil-fatt kien impressjona sew lillGran Mastru Pinto tant li kkonvinċieh jibqa’ f ’pajjiżna u jaħdem ta’ vjolinist mal-Ordni ta’ San Ġwann. Emanuele Nani, iben Angelo, segwa l-passi ta’ missieru. Kien kompożitur imfittex fi żmienu u vjolinist imsemmi bħal missieru. Tant għamel suċċess fl-Italja, li Emanuele Nani sar magħruf bħala ‘Nani Divino’ jew ‘L’illustre Nani’. Però, kien Dr Paolo Nani li baqa’ magħruf bħala wieħed mill-aqwa kompożituri Maltin tas-seklu 19. Twieled il-Belt Valletta fit-18 ta’ Novembru 1814, minn Dr Giuseppe u Caterina née Recau. Angelo Nani kien jiġi nannuh. Sa minn ċkunitu ġie direzzjonat lejn il-linja ta’ avukat bħal missieru u fil-fatt iggradwa fil-Liġi Ċivili fl-Università ta’ Malta fl-1832 meta kellu biss 18-il sena. Dan ma naqqas xejn mill-passjoni li kellu lejn il-mużika. Fl-1834 iżżewweġ lil Maddalena née Cuschieri. Kellhom żewġt itfal, fosthom Anton, li ’l quddiem ukoll kiseb fama bħala kompożitur ta’ kalibru u suċċessur ta’ missieru fit-tmexxija tal-Cappella Nani. Studja l-mużika ma’ Dun Giuseppe Burlò (17721856) u Emanuele Muscat (1790- 1837) f ’Malta, u wara, fl-1833 mar ikompli l-istudji tiegħu fil-Konservatorju San Pietro a Majella f ’Napli taħt il-gwida ta’ wħud mill-aqwa mużiċisti Taljani ta’ dak iżżmien: fosthom, Nicola Antonio Zingarelli (1752-1837), Giovanni Furno u Francesco Ruggi (1767-1845). Jingħad li
waqt li kien Napli, Nani kellu ħbiberija mal-kompożitur operistiku famuż Gaetano Donizetti (1797- 1848) u li dan kellu impressjoni tajba ħafna tax-xogħlijiet ta’ Nani. Meta rritorna Malta fl-1839 fl-età ta’ 25 sena, Nani waqqaf il-Cappella di Musica tiegħu biex permezz tagħha jagħti servizz waqt il-liturġija fil-knejjes Maltin. Għaqqad orkestra minn minn mużiċisti li kienu ingaġġati mat-Teatru Manoel, u beda jikteb il-mużika liturġika li kellu bżonn. Kien sewwa sew f ’dan iżżmien li huwa ġie inkarigat bis-servizzi mużikali fil-Bażilika tal-Patrijiet Karmelitani u fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu – it-tnejn fil-Belt Valletta. Dan huwa meqjus bħala l-bidu ta’ fenomenu ġdid fil-mużika sagra Maltija. Fl-epoka Romantika żviluppat prattika mużikali kemxejn partikolari f ’Malta fejn ftit kien baqa’ distinzjoni stilistika bejn il-mużika sagra u dik profana. Ġurnali ta’ dak iż-żmien jiddefinixxu l-mużika ta’ Nani hekk: “The cappella became extremely popular; with a cult following that verged on hysteria”. Paolo Nani kien katalist ta’ dan l-istil ġdid f ’pajjiżna. Il-formazzjoni akkademika tiegħu fid-dinja operistika ta’ Napli żgur kellha impatt fuqu u wasslitu biex ikollu parti daqshekk importanti fl-iżvilupp ta’ ġeneru li żewweġ il-mużika liturġika mal-opra. Il-mużika ta’ Nani hija deskritta bħala mużika li hija rikka fil-melodija kif ukoll fl-orkestrazzjoni, speċjalment fejn jidħlu l-istrumenti tar-ram. Il-fattur illi ddistingwa l-mużika ta’ Paolo Nani minn dik ta’ kompożituri Maltin oħra stabbiliti huwa l-użu liberali tiegħu tal-istrumenti tar-ram – strumenti li qabel kellhom użu limitat ħafna fil-mużika liturġika. Filwaqt li l-antifoni kienu ilhom jiġu mmużikati sa miż-żminijiet tal-kant Gregorjan, nistgħu ngħidu li f ’Malta tas-seklu 19 servew bħala l-bieb li minnu l-opra daħlet fil-knejjes tagħna. Matul il-karriera twila tiegħu, Paolo Nani kien Maestro di Cappella ta’ ħafna knejjes
Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
Dr Paolo Nani
Filwaqt li l-antifoni kienu ilhom jiġu mmużikati sa miż-żminijiet tal-kant Gregorjan, nistgħu ngħidu li f’Malta tas-seklu 19 servew bħala l-bieb li minnu l-opra daħlet fil-knejjes tagħna. Matul il-karriera twila tiegħu, Paolo Nani kien Maestro di Cappella ta’ ħafna knejjes Maltin
19
26.12.2021
Firma ta’ Dr Mro Paolo Nani Maltin. Sorsi dokumentati jgħidulna li fl-aqwa tagħha, il-Cappella Nani kienet tipprovdi servizzi ’l fuq minn 20 knisja! Minbarra l-impenji tiegħu fil-knejjes, Nani kien ukoll għalliem tal-mużika f ’diversi skejjel filwaqt li bejn l-1841 u l-1887 kien ukoll maestro concertatore (għalliem tal-kor) fit-Teatru Manoel u wara anke fit-Teatru Rjal. Paolo Nani kien kompożitur ta’ fama, tant illi matul il-karriera tiegħu kiteb ’il fuq minn 250 xogħol li saħħru bi ġmielhom lill-poplu Malti, sew dawk li kienu jattendu għaċ-ċerimonji reliġjużi kif ukoll dawk li segwew xogħlijiet profani li kienu jsiru fit-teatri fil-Belt Valletta. Nani għadu sal-lum imfakkar l-aktar għall-antifoni tal-festi li l-għadd tagħhom jilħaq il-35 – ewlenin fosthom ‘Sancte Paule’ – Belt Valletta (1840), ‘Flos Carmeli’ – Karmelitani, il-Belt Valletta (1861), ‘Gloriosae Virginis Mariae’ - in-Naxxar (1868), ‘Ego Sum’ - is-Siġġiewi (1875), u ‘Beata Mater’ – Agostinjani, il-Belt Valletta (1881). Dr Paolo Nani miet fit-23 ta’ Marzu 1904 u l-funeral tiegħu sar l-għada fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta. Il-funeral tiegħu ġibed folol kbar ta’ nies u dan kien jixhed il-popolarità li kien igawdi dan il-mużiċist magħruf. F’bijografija ppubblikata fis-sena 1904 stess, Mons Luigi Farrugia jiddeskrivi lil Nani bħala “uno degli astri più fulgidi che splendettero nel cielo di Malta” (waħda mill-istilel li dawlet is-sema Malti). Iben Paolo, Antonio Nani twieled il-Belt Valletta fis6 ta’ Ottubru 1842. Missieru stess kien l-ewwel għalliem tiegħu tal-mużika. Wara studja għand Giuseppe Burlon u Giuseppe Spiteri Fremond, u kompla jistudja anke f ’Napli bejn is-sena 1867 u 1877. Kif irritorna Malta, Mro Anton Nani kien diġà kkunsidrat bħala l-aqwa surmast Malti tal-perjodu. Kiteb
tliet opri liriċi li baqgħu jissemmew fir-repertorju vast tiegħu: ‘Zorilla’ (1870), ‘Agnese Visconti’ (1876) u ‘I Cavalieri di Malta’ (1877). It-tliet opri nħadmu fit-Teatru Rjal. L-istil ta’ Nani kkonvinċa kemm lill-udjenza kif ukoll lill-kritiċi. L-ewwel fost l-opri Maltin li ntwerew fir-Royal Opera House fi tmiem l-1877 insibu l-opra ta’ Antonio Nani ‘I Cavalieri di Malta’. Skont gazzetta Maltija tad-19 ta’ Jannar 1880, l-opra tant intgħoġbot, li ntalab encore għal ħames arias sħaħ. Kif wasal lura minn Napli fl1879, Anton Nani beda jassisti lil missieru fit-tmexxija tal-Cappella Musicale u fl-istess ħin kompla jikteb ħafna aktar mużika reliġjuża għall-użu fil-knejjes. Fost xogħlijiet importanti nsibu ‘Requiem’ (b’dedika għall-memorja t’ommu), ‘Messa del Naufrago’, ‘O Salutaris Hostia’ u ‘Laudate Pueri’. Fl-1866, ir-Requiem ta’ Antonio Nani ngħatat Medalja tad-Deheb fil-London Universal Exhibition. Wara l-1885 kiteb ħafna mużika profana u operistika minħabba l-popolarità li beda jkollhom l-attivitajiet mużikali fit-teatri. Iżda Anton Nani beda jaffaċċja l-problemi wara li fis-sena 1903, il-Papa Piju X ħareġ Motu Proprio bil-ħsieb li tiġi mrażżna l-influwenza ta’ mużika operistika fuq il-mużika sagra. Anton Nani pprotesta u ma riedx jobdi r-regoli ġodda maħruġa mill-Papa peress li l-identità mużikali tal-Cappella Nani kienet mibnija fuq l-għaqda tas-sagru mal-opra. Biex aċċetta għaddew ħames snin sakemm biddel l-istil f ’dik li kellha x’taqsam il-mużika sagra. Kien permezz tal-‘Messa in Fa’, li Anton Nani kiseb tifħir kbir mingħand l-istess Papa għal din il-kompożizzjoni sagra li kienet konformi mar-regoli l-ġodda. Mro Anton Nani kien ukoll il-Maestro di Cappella f ’diversi knejjes Maltin bħala suċċessur ta’ missieru, Dr Paolo Nani. Il-gazzetta L’Osservatore Maltese kit-
bet hekk dwar ir-relazzjoni li kellhom Nani l-missier u l-iben: “Tajjeb tkunu tafu li tfaċċa surmast ieħor tal-Familja Nani. Dan huwa iben Paolo, Antonio Nani, li sa minn żgħożitu missieru, ħarrġu biex ikun jista’ jieħu f ’idejh u jiret il-Kappella Nani.” Mro Antonio Nani miet fit23 ta’ Frar 1929.
Antonio Nani
20
26.12.2021
FILFLA U DAK LI GĦADDIET MINNU In-nies li jinżlu u jirfsu fuq il-gżira ta’ Filfla llum il-ġurnata jistgħu jagħmlu dan biss għal raġunijiet edukattivi u xjentifiċi u wara li jiksbu l-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar u mill-Malta Environment. Iżda skont tagħrif li rnexxielu jikseb itTabib Stanley Farrugia Randon, jirriżulta li fi żmien il-pesta tal-1813, missier qabad u ħa lill-familja kollha tiegħu jgħixu fuq dik il-gżira. Għalhekk, f’din l-intervista tal-lum se nittrattaw lill-iżgħar gżira li tifforma parti mill-Gżejjer Maltin. Minn CHARLES B. SPITERI X’nistgħu ngħidu fuq Filfla? Bla dubju, fl-antik, Filfla kienet akbar minn dik il-blata li naraw illum. Iżda l-miljuni ta’ daqqiet ta’ mewġ tal-Baħar Mediterran li jdawwarha, kompla ħaffef il-qerda tagħha, waqt li meta kien hawn il-bastimenti tal-gwerra Brittaniċi użawha bħala mira biex jipprattikaw l-isparar fuqha. B’hekk ukoll, din il-gżira ċkejkna kompliet titlef mill-massa oriġinali li kellha minħabba l-bumbardamenti eċċessivi u bla ħniena. Għaliex taħseb li ngħatat dan l-isem? L-għeruq tal-kelma Filfla ġej mill-Għarbi; kelma għallbżar tal-filfel. Aktarx li l-isem oriġina jew mid-daqs ċkejken tal-gżira jew mill-għamla li setgħet fakkret lill-osservaturi Maltin fi bżaru żgħir. Dan minkejja li m’hemm ebda xhieda li tissuġġerixxi li l-bżar aħmar (chilli) qatt kien kultivat fuq il-gżira u għalhekk l-aktar ħaġa plawsibbli hi li l-isem ingħata minħabba l-għamla u l-qies tagħha. Sa minn 500 sena ilu, il-mapep jirreferu għal din il-gżira bħala ‘Piper’, li hi l-forma Latinizzata għal filfel. Dan iwassalna nifhmu li almenu l-isem jindika oriġini Semitika minn żmien il-perjodu Għarbi, madwar 1,000 sena ilu. Mill-bogħod, Filfla tidher bħala art għolja lixxa li tixxiebah ma’ bastiment. U kienet din l-assoċjazzjoni sfortunata li wasslet għat-tradizzjoni min-Navy Ingliża, li tibda tuża lil Filfla bħala mira għall-prattika ta’ bumbardamenti navali. Illum, ħaġa bħal din lanqas naħsbu li nippermettuha, iżda f’dak iż-żmien sensittiv, ħadd ma seta’ jopponi. Li hu żgur hu li dak li ġara ħoloq żewġ problemi għall-gżejra u l-madwar. L-ewwel nett, il-bumbardamenti għamlu ħsara enormi lill-blat artab ta’ Filfla u fl-ist-
Bomba fuq Filfla
ess waqt imlew kullimkien Din il-gżejra hi pubblika jew b’biċċiet tal-ġebel kbir u am- privata? mont enormi ta’ ġebel iżgħar mal-ġnieb tagħha. Din l-iżgħar gżira Maltija, li titkejjel f’daqs ta’ madwar 280 Dan kollu jippreżenta metru b’50 metru fl-iktar parproblema? ti wiesgħa tagħha, ħadd ma jaf lil min kienet tappartjeni; Mhux tant il-blat u l-ġebel, hux lill-Gvern jew proprjetà iżda mad-dawra ta’ Filfla mte- privata. Li hu żgur hu li fl-1818, la bi kwantità kbira ta’ bombi kienet tal-familja De Noto. mhux sploduti, għax ma Il-pożizzjoni ta’ iżolament laqtux il-mira tagħhom. Waqt tagħha ġġiegħel lil bosta turli mill-art, il-bombi setgħu jit- isti jiskantaw kif kisbet il-qaneħħew faċilment; mill-baħar għda tagħha. Li hu żgur hu li kienet xi ħaġa aktar diffiċli u tiddomina x-xena mit-tempji tat lok lil għaddasa li jinżlu, ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra, li iżarmaw l-isplussiv u wara jżuruhom bosta turisti. jużawh għall-murtali tal-festi. Din kienet ħaġa eċċentrika, Il-baħar bejn Filfla u gżiritna perikoluża u irresponsabbli. hu magħruf bħala l-Kanal Nistgħu ngħidu wkoll Congreve. Għaliex? li sal-lum il-ġurnata, is-sajd hu pprojbit sa dawra ta’ mil Dan l-isem ingħata wara li nawtiku madwar Filfla u dan l-Gvernatur Ingliż f’Malta, biex jitnaqqas ir-riskju li xi il-Ġeneral Sir Walter Norris bombi li mhumiex sploduti, Congreve, tant ħassu marbut jinqabdu fix-xbieki. ma’ dik il-gżejra, li wera x-xe-
wqa li jkun midfun f’dik il-parti tal-baħar. Għal din it-tifkira sar monument tal-ġebel ad unur tiegħu, li jinsab f’Wied iż-Żurrieq. Kien hemm xi ħaġa ta’ interess fuq Filfla? Fl-antik insibu li kien hemm kappella ddedikata lill-Assunzjoni, li nbniet wara maltempata enormi li seħħet fil-lejl tal-24 ta’ Novembru 1343. Il-maltempata damet għaddejja tlett ijiem sħaħ u l-baħar irrabjat kesa parti sew mill-art, bela’ n-nies u annimali u qered bosta sigar u djar, flimkien ma’ flotta Torka li kienet ankrata fil-Bajja ta’ Marsaxlokk. Aktarx li l-maltempata kienet responsabbli għaċ-ċediment enormi fl-art bejn il-Qrendi u Wied iż-Żurrieq, magħrufa bħala l-Maqluba. Hekk kif għaddiet il-maltempata qawwija, is-sajjieda kkontribwew għall-bini tal-kappella,
li offriet refuġju lill-baħħara li jinqabdu fuq il-baħar matul maltempati oħrajn. Meta mbagħad fl-1575, saret żjara appostolika minn Monsinjur Pietro Dusina f’pajjiżna, Monsinjur Antonio Bartol, Vigarju Ġenerali tad-djoċesi, talbu biex din il-kappella tkun desakrata. It-talba saret minħabba t-traġitt perikoluż għar-Rettur u peress li ftit biss kienu s-sajjieda li kienu għadhom jattendu għall-quddies hemm. Dusina qabel, u ordna li l-benefikati u l-oġġetti li kienu marbutin ma’ dik il-kappella, ikunu trasferiti għall-knisja ta’ San Leone f’Bubaqra, iż-Żurrieq, minħabba l-biża’ ta’ serq mit-Torok. Għad hemm xi traċċi tal-kappella? Fil-mappa ta’ Malta li hemm fil-Mużew tal-Vatikan tidher
21
26.12.2021
Eks voto Filfla
din il-kappella fuq il-gżira ta’ Filfla. Iżda issa, li għaddew ħafna snin li fihom il-kappella tant ġiet traskurata, lanqas fadal fdal li jindika s-sit eżatt tagħha. Jiġifieri Filfla minn dejjem kienet gżejra mhix abitabbli? Din il-mistoqsija hi interessanti, għax għalkemm ħafna huma tal-fehma li ħadd qatt ma kien jgħix fuqha, minn tagħrif li jwasslilna Charles Boffa, ċertu Ġanni Attard, flimkien mal-familja tiegħu iżolaw lilhom infushom hemm waqt il-pesta li infestat lill-gżira tagħna fl-1813 u l-1814. Matul dan il-perjodu kienu imposti regoli stretti ta’ kwarantina, tant li t-teatru u postijiet pubbliċi oħra ngħalqu. Il-maġġoranza talMaltin spiċċaw jagħlqu lilhom infushom fi djarhom u l-barranin li kienu fostna, telqu mill-gżira. Mela nistgħu ngħidu li kien flaġell bħalma kellna dan l-aħħar tal-Covid. Kien perjodu tal-biża’, tant li kien hemm embargo fuq il-bastimenti kollha li kien hawn f ’Malta u l-bastimenti li nstabu infettati nqerdu għalkollox. Il-biża’ mill-pesta kienet hekk kbira li l-Kummissarju Ċivili ta’ dak iż-żmien, Sir Hildebrand Oakes, ordna lill-kapijiet tal-familji biex kif jilmħu l-iċken indikazzjonijiet ta’ mard, jirrappurtaw lill-Bord tas-Saħħa. Din il-liġi kienet iġġorr magħha l-piena tas-sentenza talmewt.
Naf li kienet infestazzjoni kerha fuq pajjiżna. Kemm mietu nies? Meta Malta ġiet iddikjarata ħielsa mill-pesta fit-8 ta’ Settembru 1814, l-infestazzjoni kienet qatlet 4,572 minn popolazzjoni ta’ aktar minn 100,000 ruħ. U kien minħabba dan il-mard li Ġanni spiċċa jgħix fuq Filfla? Id-deċiżjoni tiegħu ma setgħetx tkun iktar xierqa. F’ittra li bagħat lil Salvatore Attard, li kien membru tal-familja tiegħu, Ġanni talbu biex jixtrilu mogħoż, tjur, melħ, dqiq u ikel ieħor, tkun xi tkun l-ispiża, biex jippermettu lilu u lill-familja tiegħu jibqgħu jgħixu fuq il-gżejra għall-itwal żmien possibbli. L-ittra tas-7 ta’ Awwissu 1813 inkitbet iktar minn sena qabel ma l-kontinent ġie ddikjarat ħieles mill-pesta u għalhekk huwa maħsub li Ġanni Attard qatta’ ħafna żmien jgħix fuq Filfa.
żmien, din għadha diskussjoni miftuħa. Allura nistgħu ngħidu li Filfla kienet l-aktar gżejra kwieta li forsi nafu biha. Tabilħaqq. Għal bosta snin hi gawdiet mill-isbaħ ġmiel; dak tal-paċi tal-moħħ u tar-ruħ. Madankollu dan dam biss sakemm ġie skopert li Filfla setgħet isservi bħala mira tal-ibbumbardjar biex jipprattikaw l-isparar. Għal dan l-iskop intużat bħala mira minn vapuri tal-gwerra Torok, Franċiżi, Ingliżi, Taljani u Amerikani, biex iħarrġu lill-baħrin tagħhom jisparaw il-kanuni t’abbord. U min kien li ħareġ b’din l-idea daqshekk sublimi?
Hu maħsub li kienu l-Franċiżi li l-ewwel għarfu li Filfla setgħet tintuża għall-prattika tal-isparar. Iżda mbagħad, il-bumbardamenti żdiedu ferm bejn is-snin 1945 u 1970 meta bdew jidhru l-armi tannar qawwija li kienet armata bihom il-flotta tan-NATO, Iżda minn dak iż-żmien, tal-flotta Navali Ingliża u qatt ma nstab xejn ta’ ċertu tar-Royal Air Force. Ir-riżultat preġju jew utli għal xi studju? ta’ dawk il-bumbardamenti baqa’ mfakkar bil-ħafna blat Fuq il-gżejra nstabu fdaliji- imxerred li jinsab imdawwar et tal-perjodu tat-tempji, li mal-gżejra. probabbilment kienu jappartjenu għal santwarju ta’ xi Mela b’hekk naraw li l-aħħar baħri. Dawn jinkludu vażetti Gwerra Dinjija lanqas lil Filfla tal-fuħħar u għadam ta’ ann- ma ħelsitha, għax kienet diġà imali. fil-mira minn qabel. B’hekk, dan il-materjal juri li Filfla żgur li kienet aċċessib- It-Tieni Gwerra Dinjija ma bli wkoll fl-antik. Issa jekk kinitx biss gwerra ta’ forza, kienx hemm abitazzjoni rego- iżda wkoll waħda ta’ tattiċi u lari jew sempliċement kien strateġiji. żar Filfla għal jum jew aktar Fl-1941, fi Sqallija kienu
qed jinħadmu pjani għall-invażjoni ta’ Malta. Il-Malti Carmelo Borg Pisani, li kellu sentimenti qawwijin favur it-Taljani ngħażel minnhom stess biex jirrappurtalhom fuq il-qagħda tal-ikel; fuq kif kien il-moral tan-nies u jindaga wkoll fuq l-istat ta’ difiża li kien hawn f’Malta. Huwa kellu jinvestiga wkoll fuq it-tmexxija tal-imblokk minn vapur Ingliż li kien jankra f’Marsaxlokk, u ngħata wkoll l-inkarigu biex jitkixxef jekk kienx hemm stazzjon tar-radju fuq Filfla. Għalhekk f’dawn l-aħħar deċennji, Filfla serviet strettament għal skopijiet ta’ gwerra.
tiċi tal-pjanuri li nsibu f’Malta u Għawdex. Dawn il-karatteristiċi jikkonsistu kompletament minn ġebla tal-franka. Hemm ukoll saff ta’ tafal blu li jestendi għat-tul kollu tal-gżira. Il-ġebla tal-franka korallina li hemm fil-wiċċ hi iebsa ħafna iżda t-tafal blu ta’ taħtha qed jittiekel kontinwament mill-mewġ. Parti mill-ġebel tal-franka li hi sporġuta ’l barra u li taħtha tfarrak u tħaffer mill-bumbardamenti, qed tistenna li gradwalment taqa’, biex iżżid mal-ġebel imdaqqas li jinsab mad-dawra t’isfel tal-gżejra. Meta dan iseħħ, hu mistenni li l-baħar madwar Filfla jsir abjad bir-ragħwa, waqt li sħaIżda l-Maltin ta’ dak iż-żmien ba ta’ trab, viżibbli minn Malma għamlu xejn biex Filfla ta, titla’ f’għoli mdaqqas sew. ma tkunx ibbumbardjata? Darba, kien jinsab passaġġ dejjaq tal-baħar bejn ix-XiuIn-naturalisti u l-paċifisti tu l-Kbir u Filfla iżda issa dan saħqu għal dan u bdew jitol- huwa mballat bil-blat kbir bu għall-konverżjoni tagħha tal-ġebla tal-franka. f’santwarju tal-għasafar u biex issir riserva naturali. Sar xi stħarriġ serju biex Minn informazzjoni li tins- ikun magħruf x’bombi ab fid-Dipartiment tax-Xog- hemm? ħlijiet, jirriżulta li fis-snin bejn l-1896 u l-1958, il-gżira Iva, sar f’Awwissu u Settemtnaqqset fil-kobor tagħha bru tal-1978 mis-sezzjonijiet minn 1,080 jarda għal 1,000 tal-Art u Offshore tat-Taqsima jarda. tal-Isplussivi tal-Forzi Armati Ħafna kienu favur li jieqfu ta’ Malta. l-bumbardamenti u t-talbiFost il-materjal mhux et tagħhom sa tressqu wkoll splodut li sabu, kien hemm mill-Membri Parlamentari diversi tipi ta’ bombi tal-ajru, Maltin lill-Gvernaturi Ingliżi f’piż ta’ madwar 1,000 libbra. ta’ dak iż-żmien. Dawn il-bombi huma ta’ diIs-Soċjetà Ornitoloġika versi kalibri, u nstabu wkoll Maltija organizzat numru biċċa torpedo u ras ta’ rocket. ta’ spedizzjonijiet xjentifiċi Aktar ’il bogħod mill-gżefuq il-gżira biex setgħet tis- jra, in-numru ta’ matertudja aktar mill-qrib il-ħajja jal mhux splodut hu inqas u d-drawwiet tat-tgħammir fin-numru, u juri li bil-prattal-għasafar, li kienu jbejtu tika, ħafna mill-bombi laqtu fuqha. Dawn l-ispedizzjoni- l-mira tagħhom. Il-quċċata jiet baqgħu jsiru minkejja ta’ Filfla ma ġietx spezzjonata t-twissijiet kontinwi mogħtija għax kien meħtieġ xabbatur mir-Royal Navy fuq il-qagħda bl-esperjenza biex jilħaqha. estremament perikoluża. F’Ottubru tal-1984 sar Fl-1970 il-Kunsill tal-Ewro- stħarriġ ieħor mill-Forzi Arpa organizza s-Sena Ewropea mati ta’ Malta, u din id-darba għall-Konservazzjoni u l-Ku- ntuża ħelikopter. Irriżulta li mitat tal-Gvern Malti kien fil-wiċċ ta’ Filfla hemm biss rappreżentat mis-Soċjetà Or- bċejjeċ ta’ bombi sploduti. nitoloġika Maltija, mis-Soċjetà tal-Istorja Naturali u Meta nistgħu ngħidu li Filfla mill-Kumitat Ċiviku taż-Żur- ngħatat l-għarfien bħala rieq. Riserva Naturali? Fl-istess sena, is-Soċjetà Ornitoloġika reġgħet għam- Dan seħħ fl-1988. L-Att XV let studji estensivi fuq il-ħajja tal-istess sena jipprojbixxi tal-għasafar ta’ Filfla u ppub- l-qtil, l-insib u l-qbid ta’ kull blikat il-ktejjeb Bird Studies forma ta’ fawna u flora. Għax on Fifla. Hija talbet li l-ib- minkejja dak kollu li għaddibumbardjar fl-aħħar tar-reb- et minnu Filfla, xorta għadbiegħa u s-sajf ikunu ristretti hom jikbru numru ta’ pjanti u possibbilment imwaqqfin bħall-allium, daħnet l-art, biex jippermettu lill-kolon- il-faqqus il-ħmir, il-kappar, ji tal-għasafar jitlaqqgħu u il-qrempuċ, il-kurrat selvaġġ, jwelldu. It-talba ta’ dan il-ku- l-almeridja, iz-zunnarija selmitat kienet aċċettata fl- vaġġa, il-qaqocc bil-font tal1971, meta finalment twaqqfu Malti, il-qares, ilsien l-għasl-bumbardamenti. fur, ix-xorbett, in-niġem, il-qromb il-baħar u s-salvja. X’jista’ jingħad għal-lat Bħala għasafar, wieħed isib ġeoloġiku ta’ Filfla? erba’ speċi li jbidu fil-ġebel li hemm fuq Filfla. Dawn huma Mil-lat ġeoloġiku, Filfla l-kangu ta’ Filfla, il-gawwija għandha l-istess karatteris- prima, iċ-ċiefa u l-garnija.
22
26.12.2021
DANIEL SCHEMBRI
IPPUBBLIKA L-EWWEL RUMANZ TIEGĦU Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Dan l-aħħar ħabiba tiegħi Stella introduċietni ma’ ħabib tagħha li meta kienu iżgħar kienu fl-istess klassi. Infurmatni li għadu kif ippubblika l-ewwel ktieb tiegħu u interessani li nsir naf aktar dwaru u dwar il-ktieb innifsu. Qed nirreferi għal Daniel Schembri. Għandu 35 sena, b’karattru riservat u introspettiv, imwieled u mrobbi ż-Żurrieq. L-għeruq tiegħu ma’ dan ir-raħal huma evidenti anka fir-rumanz Nyctophilia. Meta ma jkunx qiegħed jikteb, issibu jdoqq jew jipprova joħloq il-mużika tiegħu, jarma terrariums bi pjanti tropikali għat-trobbija ta’ rettili u amfibji, jaqra, jipprattika l-ibbalzmar, jew jara x’ser iżid mal-kollezzjoni ta’ friefet imnixxfa u annimali żgħar ibbalzmati jew immumifikati. Dan l-aħħar ippubblika l-ewwel rumanz tiegħu Nyctophilia. Fattur ewlieni li instigah sabiex jippubblikah kien il-kilba li joħloq xogħol artistiku. “Snin t’esperimentazzjoni fil-bidliet ta’ strutturi ta’ sentenzi, fil-ħolqien ta’ kliem ġodda u metafori, u fl-użu tar-rima; u l-inkoraġġiment ta’ numru ta’ persuni li fija raw potenzjal, provdewli opportunità biex nesprimi ruħi permezz tal-kitba,” stqarr miegħi. Kompla jgħidli li ried joħloq stil ta’ kitba kemm jista’ jkun uniku, li jżewweġ il-proża mal-poeżija, filwaqt li jżomm pass mexxej, u filwaqt li jittratta temi li jmissu fil-laħam il-ħaj, anka bl-użu ta’ deskrizzjonijiet grafiċi li f’mumenti jdarrsu. Filwaqt li jemmen fis-saħħa li xogħol letterarju jkollu premessa, ma jħossx li din neċessarjament għandha tkun li jitwassal messaġġ lill-qarrej. “Min-naħa l-oħra, naħseb li huma diversi l-messaġġi li wieħed jista’ jinterpreta f’kitba ta’ dan it-tip, u dan jiddependi mill-preġudizzju tal-qarrej, mill-personalità tiegħu, mis-sitwazzjoni ta’ ħajja li jkun jinsab fiha, u minn xi jkun qiegħed ifittex fi ktieb. Inħalli għalhekk għall-qa-
rrejja sabiex jinterpretaw it-tifsira li l-aktar tgħodd għalihom, kemm-il darba qegħdin ifittxu waħda. Inkella dejjem jistgħu jieqfu f’li jassorbu l-impressjonijiet ta’ storja li tiċċentra fuq antieroj ċiniku bi problemi ta’ saħħa mentali, abbużiv u manipulattiv fil-konfront tan-nisa, u li jidolizza l-użu tad-droga u l-pornografija.” Ried joħloq kitba li tinħass ġenwina Ta’ min jgħid li dan ir-rumanz tiegħu jittratta dilemmi etiċi u morali li jħabbat wiċċu magħhom il-protagonist antieroj f’dan ir-rakkont. Mistoqsi minn fejn ispira ruħu biex jikteb dan ir-rumanz u xi kemm dam jiktbu, Daniel weġibni: “Ridt noħloq kitba li tinħass ġenwina - intima, għax tirifletti l-psikoloġija tal-karattri, li magħha l-qarrej seta’ jidentifika. Il-protagonist antieroj f’dan ir-rakkont ipprovda opportunità ideali sabiex nasal għal dan il-għan. Għalhekk, għażilt li f’dawn il-ħsibijiet ninkludi riflessjonijiet fuq il-qosor talħajja, il-mard fiżiku u mentali, il-mewt, is-sess, id-drogi, il-varjetajiet ta’ fetishes pornografiċi u ta’ voyeur li ftit huma dawk li huma komdi jitkellmu fuqhom b’mod apert, u l-potenzjal t’ossessjonijiet imwieled minn dawn il-ħafna fatturi.” Daniel huwa awtur awtopubblikat, jiġifieri ħaseb kollox għal rasu. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar dwar il-proċess sakemm dan ilktieb wasal biex ħareġ fis-suq lokali. “Awtur awtopubblikat jidħol għal proġett ta’ dan ittip jekk ir-rieda li jippubblika tkun kbira biżżejjed li tegħleb id-diversi ostakli li hemm jistennew fit-triq. Li kittieba ġodda jsibu problema biex pubblikaturi kummerċjali jippubblikawhom hija fatt stabbilit, wara kollox, il-pubblikatur irid jieħu ħsieb l-interess kummerċjali tiegħu, speċjalment f’suq żgħir bħalma hu dak lokali. Dan apparti riservi oħra li dawn jistgħu jkollhom
fuq il-kwalità tal-kitba jew ittemi trattati.” Kompla jgħidli li minkejja l-ostakli kollha, sab l-inkoraġġiment t’awturi stabbiliti bħal Anton Grasso, Simon Bartolo u Walid Nabhan, li kienu ta’ sostenn tul il-proċess. Dak li beda bħala ġabra ta’ stejjer qosra, inbidel f’rumanz, fuq parir ta’ Walid, li fl-istejjer tal-ewwel manuskritt ra kimika komuni li minnha seta’ jinħoloq rumanz. “Minn hemm beda l-proċess li fih, manuskritt wara manuskritt tar-rumanz ġew riveduti u moqrija minn numru ta’ nies, sakemm il-prodott finali ġie sottomess
Grieg li tfisser fil-fatt l-attrazzjoni lejn id-dlam jew il-lejl, jew sens ta’ identità lejn kulma hu ta’ xeħta oskura. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “F’dan ir-rakkont, huma tnejn il-livelli prinċipali għal din it-tifsira tal-attrazzjoni lejn id-dlam. Fuq naħa hemm il-ġibda li l-protagonist tal-istorja għandu lejn il-lejl, li tilħaq il-milja tagħha fid-drabi fejn fis-sigħat bikrin imur jinqata’ għalih waħdu xi mkien Nyctophilia - attrazzjoni lejn diżabitat sabiex jikkontempla s-sitwazzjoni mwiegħra id-dlam jew il-lejl tiegħu. Fuq naħa oħra hemm Ta’ min jgħid li Nyctophil- il-ġibda tal-istess protagonist ia hija kelma mnissla mill- u karattri oħra fir-rumanz għall-editjar u għall-qari talprovi professjonali, filwaqt li d-disinjatur u l-fotogarfu ħadmu sabiex Nyctophilia jingħata dehra li tirrifletti dak kollu li dan ir-rumanz jissimbolizza. Sfortunatament, minħabba l-pandemija, dan il-proċess kollu ħa madwar tliet snin. Tliet snin li tal-anqas fihom kelli biżżejjed ħin biex nipperfezzjona l-prodott finali għal dak li hu,” stqarr miegħi.
08.11.2020 26.12.2021 lejn kull mhu ta’ xeħta oskura, bħal pereżempju l-ġibda lejn l-abbuż tad-drogi, lejn aġir manipulattiv u abbużiv fil-konfront tan-nisa, u lejn sfidi ta’ saħħa mentali li f’diversi passaġġi tar-rakkont huma romantiċizzati. Huma diversi r-raġunijiet għaliex persuni li jattirahom id-“dlam” ifittxu kotba li jittrattaw temi bħal dawk trattati f’Nyctophilia, jew inkella mużika aggressiva b’lirika oxxena, jew inkella films bi grafika ta’ vjolenza. Kif ngħid fid-daħla tal-ktieb, fl-ewwel paġni qabel jibda r-rumanz, “abbażi tas-suġġettività tal-gosti jaf ikun hemm element ta’ Schadenfreude – is-sens ta’ serħan il-moħħ jew kuntentizza li jħoss il-bniedem meta jsir jaf jew ikun xhieda għall-isfortuni u t-traġedji ta’ ħaddieħor.” Filwaqt li Daniel japprezza li Nyctophilia qiegħed jintlaqa’ tajjeb minn bosta, jgħid li importanti għalih ukoll li jħoss li rnexxielu joħloq il-ktieb li kieku huwa stess ikun irid li jsib fuq l-ixkafef tal-ħwienet tal-kotba. “Mill-bqija, nippreferi ma nżid xejn rigward x’naħseb fuq ir-rumanz jew kif niddeskrivih. Nippreferi nieqaf fit-tama li rnexxieli noħloq stil ta’ kitba uniku, u li jagħmel ġieħ lil-lingwa Maltija, u nħalli l-interpretazzjonijiet u l-ġudizzji varji għall-qarrejja u għall-kritiċi letterarji. Ir-rumanz jitkellem floki.” Skoprejt ukoll li punt kardinali fit-tnissil tar-rumanz kien proprju li jkun differenti mill-bqija. “Kull rumanz jiġbed l-udjenza li ħaqqu, bit-tajjeb u l-ħażin kollu li dan jista’ jġib miegħu. Ma kienx l-iskop tiegħi li noħloq xi ħaġa kummerċjali, daqskemm kien li noħloq xi ħaġa ġenwina li permezz tagħha mmiss lill-qarrej li lest japprezzaha.” Is-suq tal-kitba bil-Malti huwa żgħir Peress li l-ktieb tiegħu huwa miktub bil-Malti, is-suq tal-bejgħ tiegħu huwa limitat biss għall-Maltin jew għal dawk li jafu jaqraw bil-Malti. B’hekk iddiskutejt miegħu jekk jarahx bħala żvantaġġ minn kotba oħra li huma ppubblikati bl-Ingliż. “Is-suq tal-kitba bil-Malti huwa żgħir, fatt li jkun ta’ żvantaġġ jekk wieħed jadotta interess kummerċjali. Imma l-interess kummerċjali rari jkun fl-interess ta’ fatturi oħra, bħal ngħidu aħna stil ta’ kitba, livelli diversi t’interpretazzjoni ta’ ktieb, jew kemm xogħol artistiku joffri xi ħaġa friska. Naħseb ukoll li l-lingwa Maltija, bl-element Semitiku tagħha, toffri opportunità ta’ ħoss li jinstema’ aħrax u li allura jikkumplimenta tajjeb id-deskrizzjonijiet grafiċi
23 li wieħed isib f’Nyctophilia. L-isforzi tiegħi biex nittraduċi u nippreserva l-effett ta’ Nyctophilia miktub bil-Malti, għal verżjoni miktuba bl-Ingliż, s’issa fallewli.” Mistoqsi x’sodisfazzjon tagħtih il-kitba, u jekk hux biħsiebu jikteb u jippubblika aktar kotba, Daniel weġibni: “L-effett ta’ ebda attività ma jikkumpara mas-sodisfazzjon li nħoss meta jirnexxili noħloq xi ħaġa. Il-proċess innifsu, sakemm nasal għall-prodott finali, huwa però kkaratterizzat minn diversi sfidi, li f’ċerti okkażjonijiet jafu jkunu sors ta’ frustrazzjoni kbira. Ir-relazzjoni li għandi mal-kitba hija għalhekk waħda kkumplikata. Ma nqisnix kittieb prolifiku, inħoss li nbati biex nikteb. Imma l-isforzi kollha involuti sabiex jirnexxili nikkonkludi xi ħaġa lest insofrihom, minkejja dan kollu. Wara kollox, il-kitba sservini wkoll ta’ proċess terapewtiku li permezz tiegħu ċerta enerġija mistura ġo fija tista’ ssib fejn toħroġ, minflok tikolni minn ġewwa. Għalhekk, sa qabel ma kont għadni ppubblikajt Nyctophilia, kont diġà bdejt naħdem fuq manuskritt għal rumanz ieħor, li mistenni jiġi ppubblikat aktar ’il quddiem.” Minn lenti ta’ awtur u anke ta’ qarrej, staqsejt lil Daniel x’jippreferi jekk hux ktieb tradizzjonali printjat jew diġitali. “Nippreferi l-ktieb tradizzjonali printjat għax jagħti esperjenza aktar kompluta lis-sensi jien u naqrah. Nagħti kas it-tip ta’ paġni, t-tipa li tintuża, id-disinn tal-qoxra u anka r-riħa li jerħi jien u ndawwar il-paġni, jien u nħoss il-ħxuna ta’ kemm fadal x’jinqara ċċedi mill-id leminija għal dik xellugija. Togħġobni wkoll l-idea ta’ librerija fid-dar, li fiha nżomm repertorju kkulurit tal-kotba kollha li nkun qrajt.” Fl-aħħar nett, stedintu jħalli messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Għal kittieba ġodda bħali, li għadhom kif jixirfu fid-dinja tal-pubblikazzjoni, ix-xiri tal-ktieb tagħhom, il-kritika kostruttiva u kull forma t’inkoraġġiment ifissru d-dinja. Nyctophilia, riċentement ġie deskritt mill-kritiku letterarju Mark Vella bħala xogħol li fih it-tħaddim tal-kelma Maltija jisfronda ċerti parametri letterarji stabbiliti, u ddeskriva r-rumanz bħala uniku fil-kitba Maltija. Għaldaqstant, nittama li Nyctophilia jħajjar lil kull min irid jaqra xi ħaġa li tmur lil hinn minn xi ħaġa tas-soltu. Nixtieq ukoll naċċenna li x-xena letterarja lokali hija waħda miżgħuda bit-talent, b’numru t’awturi ġodda li għandhom ħafna x’joffru u li ħaqqhom l-appoġġ tal-qarrejja ta’ din il-gazzetta.”
SKEDA ONE TNEJN 27-12
14:25 14:50 15:30 15:35 15:55 16:00 16:20 17:30 18:30 19:15
Mill-Chcina ta’ Dari Muża - Lydia Abela ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy Klassi Għalina Mill-Chcina ta’ Dari
19:20 19:30 20:10 20:30 21:15 22:50 23:30
ONE Sports & Temp ONE News Primetime Reboot Min Imissu Niftakru ONE News
06:30 ONE News 06:45 Indhouse 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt
13:00 15:30 15:35 15:55 16:00 16:20 17:00 17:30 18:30
Il-Presepju tan-Nannu ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak li Jgħodd Klassi Għalina
19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 22:50 23:30
Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Revved Taf X’qed Jgħidu? Niftakru Country Jamboree ONE News
06:30 06:45 07:55 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00
14:30 14:50 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:15 18:00 18:30
Ieqaf 20 Minuta Muża - Wayne Marshall ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Pink Panther Imqades l-Istorja What’s Cooking Klassi Għalina
19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 23:30
ERBGĦA Mill-Chcina 29-12 ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime The Local Traveller Awstralja ONE News
06:30 ONE News 06:45 Mqades l-Istorja 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt
13:00 14:50 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:00
L-Iskwadra Sigrieta tan-Nannu Toni Muża - Walid Nabhan ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Popcorn Niftakru
17:30 18:30 19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 22:30 23:30
Mhux kemm taf Klassi Għalina Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Awla Reboot ONE News
06:30 06:45 07:45 07:55 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00
14:30 14:50 15:30 15:35 15:50 16:00 16:20 16:50 17:30 18:05 18:30 19:15
Ieqaf 20 Minuta Muża - Andrea Riolo ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview What’s Cooking Country Jamboree The Local Traveller Niftakru Klassi Għalina Mill-Chcina ta’ Dari
19:20 19:30 20:10 20:30 22:00 23:10 01:00 01:20 02:30
ĠIMGĦA ONE Sports & Temp 31-12 ONE News Primetime The Three Tenors Messaġġi mill-Awtoritajiet Xandira Diretta Valletta One News Versatile Christmas Concert One News
06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:25 Reboot 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:33 Better Living 09:30 Scrooge
11:15 11:50 12:30 12:35 15:30 15:35
Dak li Jgħodd Urbi et Orbi ONE News Maratona Dar tal-Providenza ONE News Maratona Dar
19:30 20:10 00:00
tal-Providenza ONE News Maratona Dar tal-Providenza ONE News
06:30 06:45 07:15 07:55 08:00 08:40 10:00 10:35 11:00
11:40 12:00 12:30 12:35 13:10 15:30 15:35 16:30 17:10
Żona Sport Mill-Chcina ta’ Dari ONE News Telebejgħ Arani Issa ONE News Arani Issa - Ikompli Country Jamboree Mqades
18:00 19:20 19:30 20:10 20:35 22:50 00:00
L-Istorja 02-01 Klassi Għalina The Movie One Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Għax jien Inħobbok The Local Traveller ONE News
06:30 06:45 07:55 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00
ONE News Dak li Jgħodd Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kenn Niesna
TLIETA 28-12
ONE News Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Ħolm tal-Milied
ĦAMIS 30-12
ONE News Popcorn Niftakru Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Versatile Christmas Concert
SIBT 01-01
ONE News Niftakru Reboot Mill-Chcina ta’ Dari Il-Quddiesa tal-jum Paperscan Sabiħa l-Ħajja Ieqaf 20 Minuta The Local Traveller
ĦADD
24
26.12.2021
reċensjoni tal-ktieb
IS-SUSPETTI TA’
DOLLY FENTON Il-futur tiegħi u dak tat-tarbija jinsabu mhedda! Is-suspetti dejjem joktru. Ma nista’ nafda lil ħadd aktar, la lil ħuti Edward u Thomas, u aktar u aktar lil missieri li jobgħodni. Jemmen li kaġun tiegħi jinsab fuq siġġu tar-roti. Lanqas lil Koli, il-koka tagħna li tafna nitwieldu, ma nista’ nafda. Koli taf is-sigrieti kollha ta’ din id-dar, dar li qisha kastell, maqtugħa għaliha. Mhux id-dar biss għandha s-sigrieti tagħha imma kull min jgħix fiha. Saħansitra ommi għandha s-sigrieti tagħha. Nitla’ kuljum naraha fit-turretta fejn hi magħluqa. Min huwa dak il-barrani li jkun iħuf fl-inħawi? X’konnessjoni għandu ma’ ħija Edward? Għalija mnalla jkun ix-xogħol fl-uffiċċju tagħna tal-Belt għax almenu hemm Frank li nista’ nafda. Jew sejra żball ukoll? Fl-aħħar il-maltemp se jgħaddi u mhux biss insib il-bnazzi imma wkoll l-imħabba meta ma nkunx qiegħda nistennieha.
Mistoqsija: Lil min tista’ tafda n-narrattriċi? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IS-SUSPETTI TA’ DOLLY FENTON. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 2 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb GODFREY PIROTTA - IL-POLITIKA TA’ ĦAJTI hija:
N. VELLA - ĦAL LUQA
01 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Fl-2020 minn kemm-il siegħa leave gawdew uffiċjali pubbliċi li talbu leave offrut mill-kollegi tagħhom fis-Servizz Pubbliku?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
Rebbieħ: C. MUSCAT - IL-GŻIRA
25
26.12.2021
IL-VAMPIR TA’ KRAKOVJA Karol Kot u l-fissazzjoni tiegħu fuq id-demm Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Karol Kot kien qattiel tal-massa Pollakk li rnexxielu joqtol tnejn mill-vittmi li attakka, filwaqt li darab serjament diversi persuni oħrajn. L-attakki seħħew fi Krakovja bejn l-1964 u l-1966. Kot instab ħati ta’ żewġ omiċidji u ta’ għadd ta’ attentati ta’ omiċidji oħrajn, li għalihom weħel il-piena tal-mewt. Hu ngħata l-forka meta kellu biss 21 sena. Min kien Karol Kot Karol Kot twieled fit-18 ta’ Diċembru tal-1946 fi Krakovja fil-Polonja. Tmien snin wara li twieled Kot, il-familja kompliet tikber bit-twelid ta’ oħtu. Fis-sajf, il-familja Kot kienet iżżur il-villaġġ ta’ Pcim, li jinsab fin-Nofsinhar ta’ Krakovja. Hawnhekk, Karol Kot ma tantx kien ikollu x’jagħmel u tant kien jiddejjaq li kien jintefa’ fi ħwienet tal-laħam. Kot kien jieħu pjaċir jara s-skieken, iddemm u l-annimali jinqatlu. Din il-fissazzjoni wasslitu biex iżur diversi postijiet fejn kienu jinqatlu l-annimali għall-ikel u xi ħaddiema kienu anke ħajruh jixrob id-demm ta’ ħnieżer li jkunu għadhom kif inqatlu. Il-fissazzjoni ta’ Kot kompliet tiggrava hekk kif beda jittortura l-annimali hu stess, fosthom il-qtates ta’ oħtu ż-żgħira. Kot beda wkoll jikseb diversi skieken biex ikun jista’ jwettaq dawn l-atti ta’ tortura. Hu kien jgħaddi l-ħin jistudja l-kotba tal-anatomija biex jitgħallem f’liema postijiet seta’ jfieri serjament lil xi ħadd. Kot kien imur tajjeb l-iskola iżda ma kienx jagħmilha ma’ studenti oħrajn minħabba l-karattru stramb li kellu. Apparti li jattendi l-iskola, Kot kien membru fi klabb tal-isparar bl-għan li ’l quddiem jidħol fl-armata. L-attakki Karol Kot wettaq l-ewwel attakk meta kellu biss 17-il sena. Fil-21 ta’ Settembru tal-1964, Helene Velgen ta’ 48 sena, kienet qiegħda fi knisja titlob. Hekk kif niżlet għarkupptejha, Kot mar minn warajha u taha diversi daqqiet ta’ sikkina ġo daharha. Kot jistqarr ’il quddiem li hekk kif ħareġ is-sikkina minn ġo daharha, hu lagħaq id-demm minn magħha. Minkejja l-attakk, Velgen irnexxielha ssalva. Jumejn wara, Kot attakka lil Franciszka Lewendowska ta’ 78 sena. Kot ra lil Lewendowska tinżel minn fuq it-tramm u segwieha sal-appartament fejn kienet tgħix. Hi u tielgħa t-taraġ, Kot taha daqqiet ta’ sikkina f’daharha iżda fortunatament, Lewendowska rnexxielha ssalva wkoll. Iż-żewġ vittmi ddeskrivew lill-aggressur tagħhom bħala ġuvni żgħir fl-età. Sitt ijiem wara mit-tieni attakk, Kot ra lil Maria Plichta ta’ 86 sena ħierġa mill-knisja u segwieha. Hekk kif waslu fi Triq Jana, Kot mar minn warajha u ta daqqiet ta’ sikkina. Plichta ma kinitx fortunata bħat-tnejn ta’ qabilha u mi-
etet l-għada. Sar magħruf ukoll li qabel mietet, Kot mar l-isptar fejn kienet qed tingħata l-kura Plichta u staqsa dwarha. Waqfa żgħira mill-attakki bis-skieken Kot għamel sena u ħames xhur ma jwettaqx attakki iżda xorta prova jivvalena diversi persuni. Hu xtara l-arseniku u tefgħu f’diversi oġġetti f’barijiet differenti fosthom fi flixkun tal-ħall, fi fliexken tal-birra u fi fliexken tal-luminati. Darba tefa’ ammont kbir ta’ arseniku fi flixkun ta’ student ieħor iżda dan tal-aħħar ma xorbux għax xammu stramb. Apparti t-tfigħ tal-arseniku, Kot prova wkoll iqabbad ċerti postijiet iżda qatt ma rnexxielu. L-attakki bis-skieken komplew fit13 ta’ Frar tal-1966 u l-vittma li jmiss kienet Leszek Całek. Całek kellu biss 11il sena meta Kot qatlu b’daqqiet ta’ sik-
kina ħdejn il-Kościuszko Mound, waqt li kienet għaddejja attività tat-tfal. Xahar wara, Kot attakka lil Małgosia, tifla ta’ seba’ snin, li kienet nieżla t-taraġ tal-appartament biex tiġbor il-posta. Kot qabadha minn wara u taha tmien daqqiet ta’ sikkina f’daharha, fl-istonku u f’sidiriha. Minkejja l-feriti gravi li kellha, hi rnexxielha tmur lura d-dar u ttieħdet l-isptar għall-kura. It-tifla salvat u erbat ijiem wara, Kot mar fuq ix-xena tal-attakk u beda jistaqsi lil omm il-vittma dwar bintha. L-arrest Kot ġie arrestat fl-1 ta’ Ġunju tal-1966 wara li beda jiftaħar b’dak li għamel ma’ studenta oħra. Ġurnata qabel ġie arrestat, Kot tħalla jagħmel eżami tal-iskola biex waqt il-ġuri ma jkunx jista’ jiġi ddikjarat li jbati minn mard mentali. Waqt it-tfittxija fid-dar
tiegħu, il-pulizija sabu 17-il sikkina u armi oħrajn. Fis-6 ta’ Lulju tal-istess sena, Velgen għarfet lil Kot bħala l-aggressur tagħha u minn hawn ammetta dak kollu li għamel. Wara li ammetta, Kot instab ħati ta’ żewġ omiċidji, b’10 attentati ta’ omiċidji u b’erba’ attentati fejn prova jagħti n-nar f’ċerti postijiet. Kot weħel il-piena tal-mewt fl-14 ta’ Lulju tal-1967 iżda din inbidlet f’waħda ta’ għomor il-ħabs fit-22 ta’ Novembru tal-istess sena. Fil-11 ta’ Marzu tal-1968, is-sentenza reġgħet ġiet mibdula għal dik li weħel oriġinarjament u ngħata l-forka fis-16 ta’ Mejju tal-1968 fl-età ta’ 21 sena.
26
26.12.2021
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
26.12.2021
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 413
A. GRIMA - FGURA
MIMDUDIN: 9,11. Tagħtina l-ħalib (5)20. 1. Tal-mejtin? (5) 10. Viżitatur (6) 21. 4. Kompli l-qawl: 12. Bla magni din (6) 23. Fuq Alla 16,21W. Trawwem? (6) 24. m’hemm ........ (4) 18. Ara 12 wieqfa 7,20. Bniet Mater Dei (7) 19. Ara 8 Bi 3 NUMRI 002 308 548 834 B’4 NUMRI 0254 0998 1063 1555 1874 1875
2341 2374 2510 2830 2871 3302 3344 3694 4209 4954 5002 5154 5167
5375 5423 5708 6624 7396 7421 7577 7634 7751 8076 8507 8564 8626
8854 8971 9064 9983 B’5 NUMRI 12344 14475 15376 16377 18166 22542 23872
24802 32014 34262 50230 50526 56346 58741 73408 75145 75334 78452 80084 82904
94346 98484
Bi 8 NUMRI 12100145 24155876 B’6 NUMRI 25444058 285176 54877414 344487 65553464 730414 66784456 733404 78546655 846781 92601951 846786 862711 916302
WEQFIN: 1. Jaqbad (6) 2,6. Marret għajna biha (6) 3,23. Peter ......... (7) 5. Isem (3)
6. 8,19. 11. 12,18. 13.
Ara 2 14. Pulizija (12) 15. Ara 9 17. Mhumiex skuri (4) Thomas Ray 21. Nappa (1,1,1) 22.
Ara 7 Ikħal (3) Ara 3 Ħafna (5)
Tikkalkula bih (6) Post (6) L-aħħar tlieta ta’ April (3) Ara 16 Wieħed Taljan (3)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Waħda, 4.Bjar, 7,23.Sdieri, 9,18. Eredi, 10.Sufani, 12.Jannar, 16.DFS, 19,21W. Atturi, 20.Siker, 21.Uno, 24.Igara
WEQFIN: 1.Wieħed, 2,5.Ħnejja, 3.Ass, 6.Rai, 8.Dumnikani, 11,13.Landi, 12,22. Jsorr, 14.Rarita, 15.Statwa, 17.Fin
28
26.12.2021
L-AWGURJU TAL-MAĠĠORANZA Editorjal
Il-wegħda li anke fl-2022 il-Gvern se jibqa’ viċin in-nies dejjem biex pajjiżna jibqa’ javvanza, tkompli timliena b’fiduċja kbira li ninsabu f’idejn l-aħjar nies u nistgħu nħarsu lejn ġejjieni aktar prosperu
Kull żmien għandu l-awgurju tiegħu u żminijiet speċjali, bħal dawn, jeħtieġu awguri speċjali. Għal dan l-isbaħ żmien, meta jiddominaw l-imħabba, l-għaqda u s-solidarjetà, fi tmiem sena oħra li ġabet diffikultà magħha, nemmnu f’messaġġ mill-aktar sinċier għal kulħadd. L-awgurju għas-saħħa llum huwa iżjed sinifikanti. Kif fl2020 stennejna, bħall-manna, ġejja l-protezzjoni mill-kumpa niji farmaċewtiċi biex tibda tipproteġina, kif fil-fatt għamlet, qed nerġgħu nirrikorru għallbooster biex inġeddu l-istess protezzjoni. Il-miżuri minimi li se jiddaħ ħlu minn għada u l-insistenza biex insostnu t-tarka qawwija li għamlitna fost l-aħjar fid-dinja, huma r-rigal ideali li nistgħu nroddu lil xulxin meta tevalwa bis-serjetà ċ-ċirkostanzi u r-riskji kollha li jeżistu. Il-każi ġodda tal-virus fl-aħ ħar jiem għandhom iżjed jift ħulna għajnejna biex nisimgħu mill-awtoritajiet tas-saħħa u nkomplu nitlaqqmu, bil-għan li nsaħħu l-immunità u allura inqas persuni jkunu meħtieġa
jidħlu għall-kura fl-Isptar jew, agħar, fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tiegħu. Kontra stati oħrajn fejn din il-mewġa ġdida qed tħalli ħerba, aħna għandna nkunu grati li għandna Gvern li ma qagħadx jixxaħħaħ ma’ saħħitna, mal-għajxien ta’ eluf kbar ta’ familji u l-eżistenza ta’ eluf oħrajn ta’ negozji, anzi daħal biex isalva ħafna mill-ħajja “normali” kif nafuha. Fi kliem il-Prim Ministru stess, “dan huwa l-mod kif irridu ntemmu s-sena billi n-nies nagħtuhom ċans igawdu dawn iż-żminijiet b’serħan il-moħħ u b’konvinzjoni li għandhom ġejjieni aħjar bi Gvern magħhom.” Dan anke jgħodd bil-ftuħ minn għada għall-booster lill-faxxa ta’ 18-il sena ’l fuq u l-ewwel tilqima lil tfal ta’ bejn il-5 u l-11-il sena. Meta Robert Abela nsista li l-prospetti sbieħ għat-tkompli ja tal-irkupru ekonomiku f’paj jiżna s-sena d-dieħla jiddependu wkoll mit-teħid tal-booster u deċiżjonijiet importanti immedjati mill-Istat, ma kienx qiegħed jesaġera. Jekk l-akbar
deċiżjoni u responsabbiltà talGvern hi li jibqa’ jsalva l-ħajjiet u anke x-xogħol, kif għamel flaħħar sentejn, kull wieħed u waħda minna għandna d-dmir li nikkollaboraw billi nitlaqqmu u nosservaw il-pariri mogħtija. Il-wegħda tal-Prim Ministru li anke matul l-2022 il-Gvern se jibqa’ viċin in-nies, basta naħdmu flimkien u nifhmu lil xul xin, dejjem biex pajjiżna jibqa’ javvanza, tkompli timliena b’fiduċja kbira li ninsabu f’idejn l-aħjar nies u b’hekk nistgħu wkoll inħarsu lejn ġejjieni aktar prosperu milli diġà kellna s’issa. Min-naħa l-oħra, il-karba jew it-taħwid ta’ dawk, li lanqas kellhom pożizzjoni politika stabbli fl-aħħar sentejn ta’ pandemija, għandna ninjorawhom u nieqfu biss ma’ dak li jirrakkomandaw l-esperti tal-awtoritajiet tas-saħħa. Dawk li għamlu ħilithom biex ifixklu l-mixja ta’ suċċess li kellu pajjiżna, inkluż b’messaġġi surreali ta’ twerwir jew xettiċiżmu, l-istess biħsiebhom jagħmlu fiż-żmien li ġej. Għalhekk il-“virus”, li laqat
lit-tmexxija Nazzjonalista taħt Bernard Grech, għandu jitħalla jiċċirkola esklussivament fid-Dar Ċentrali, avolja jidher li l-unika kura għalih se tkun l-elezzjoni ġenerali fix-xhur li jmiss. U dan huwa wkoll awgurju mill-kbar tal-maġġoranza għall-2022, probabbli anke iżjed mill-eliminazzjoni talCOVID-19 u l-varjanti kollha tiegħu f’daqqa. Minn perspettiva politika, ilkoll konxji li l-Oppożizzjoni tibqa’ ma tawgura l-ebda fiduċja, speċjalment b’tim skadut li diġà ġie rriġettat f’żewġ elezzjonijiet ġenerali preċedenti. Iżjed ħawdu l-imħuħ milli offrew il-protezzjoni li kienet meħtieġa f’dawn iż-żminijiet u għaż-żminijiet li ġejjin. Għaldaqstant żgur inserrħu rasna li dak tagħna huwa awgurju identiku tal-maġġoranza f’pajjiżna għal tmiem din is-sena u l-bidu ta’ dik li jmiss. L-esperjenza li ġemmajna sal-lum timliena bl-akbar kuraġġ mhux biss għas-sena l-ġdida, iżda wkoll għas-snin ta’ wara u dak kollu li se jġibu magħhom. Awguri sinċieri lil kulħadd.