BIDLA FIL-ĦIN DAWWAR L-ARLOĠĠ SIEGĦA ’L QUDDIEM
www.kullħadd.com Il-Ħadd, 27 ta’ Marzu, 2016
Ħarġa Nru 1,185 Prezz €1
BYPASS GĦAT-TRASPARENZA • L-iskema ta’ self mill-PN maħsuba biex iddur mal-obbligi tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti • Esperti jqajmu dubji dwar aspetti legali tal-iskema L-iskema ta’ self li l-Partit Nazzjonalista nieda iktar kmieni din il-ġimgħa qed tnissel suspett li hija maħsuba bħala bypass għal-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Il-liġi daħlet fil-bidu ta’ din is-sena b’impenn talGvern preżenti wara li l-Partit Nazzjonalista filGvern baqa’ ma implimentaha qatt. L-iskema, magħrufa bħala ċedoli, saret biex uffiċjalment il-Partit Nazzjonalista jiddejjen €10,000 mingħand individwi li mbagħad iħallashom lura fuq għaxar snin, bi mgħax ta’ 4%. Din qed tkun ippreżentata bħala mod innovattiv kif il-Partit isaħħaħ il-finanzi tiegħu. Kollox jindika, iżda, li r-realtà hi mod ieħor. Il-liġi tal-finanzjament tal-partiti tirregola d-donazzjonijiet u mhux is-self. Tkompli f ’paġna 3
RATING LI JQAWWI L-QLUB
“MALTA LI QED TINBIDEL”
Il-bidla li għaddej minnha pajjiżna se tkun it-tema li toffri l-isfond għall-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista. Dik li se tibda fit-3 ta’ April se tkun konferenza li tara diskussjoni ħajja xprunata mill-ħtieġa li pajjiżna jibqa’ miexi ’l quddiem. Il-president tal-Partit Laburista, Daniel Micallef, stqarr malKullĦadd li “is-suċċess li qed jikseb pajjiżna bħalissa ma jfissirx li wasalna. Anzi nemnu li dan huwa l-punt tat-tluq għal era ġdida f ’pajjiżna”. Ara paġni 8 u 9 L-aħħar tliet snin kienu strumentali għall-Enemalta. Ir-ristrutturar li sar kellu mhux biss jimmira għal soluzzjonijiet fit-tul, iżda wkoll għal soluzzjonijiet immedjati fir-rigward tal-qagħda finanzjarja mwiegħra li kienet tinsab fiha l-korporazzjoni. Evidenti li l-inizjattivi tal-Gvern preżenti qegħdin iħallu l-frott, hekk kif għar-raba’ darba fi tliet snin Standard and Poor’s għolla l-credit rating talEnemalta. It-triq għas-sostenibbiltà hija twila u għat-telgħa, iżda d-direzzjoni li nqabdet hija waħda tajba. Dan kien ikkonfermat mhux biss mill-aġenzija ta’ kreditu, imma anke minn esperti lokali li fil-passat kienu involuti fl-Enemalta. Joseph Falzon, Professur tal-Ekonomija, u David Spiteri Gingell, eks-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta, tkellmu ma’ din il-gazzetta dwar is-sinifikat ta’ dan il-progress u l-fatturi li kienu wasslu lill-korporazzjoni fix-xifer tal-falliment. Ara paġna 2
“IL-FISAZZJONI LI SE NAGĦMEL ĠENNATA” F’intervista mal-KullĦadd, żagħżugħ li nirreferu għalih bħala Marc jaqsam l-esperjenza tiegħu dwar tip ta’ Obsessive Compulsory Disorder (OCD). Din id-darba l-fisazzjoni hija l-biża’ li f ’xi mument se jiżbalja b’mod ikrah. Fi kliemu, li se jagħmel “ġennata”. Biża’ li ma tingħelibx kif ġieb u laħaq. Ara paġna 6
02 27|03|2016
kullħadd.com
LOKALI
KUNSENS LI L-ENEMALTA TINSAB FIT-TRIQ IT-TAJBA
RITIANNE AGIUS ritianne@kullhadd.com L-aħħar tliet snin kienu strumentali għall-Enemalta. Ir-ristrutturar li sar kellu mhux biss jimmira għal soluzzjonijiet fit-tul, iżda wkoll għal soluzzjonijiet immedjati fir-rigward tal-qagħda finanzjarja mwiegħra li kienet tinsab fiha l-korporazzjoni. Evidenti li l-inizjattivi tal-Gvern preżenti qegħdin iħallu l-frott, hekk kif għar-raba’ darba fi tliet snin Standard and Poor’s għolla l-credit rating tal-Enemalta għal BB-. Dan b’kuntrast ma’ dak li kien jiġri qabel l-2013, fejn wara snin twal ta’ ħela, serq u mmaniġġar
ħażin, wieħed kien biss jistenna li l-Enemalta tmur dejjem iktar għall-agħar. L-Enemalta, fil-fatt, spiċċat għarkupptejha, bil-possibbiltà ta’ riperkussjonijiet serji fuq l-ekonomija tal-pajjiż jekk din tfalli. Esponenti tal-Gvern preċedenti, wara li wassluha f ’dan l-istat, kienu qalu li saħansitra lesti jbigħuha għal €1 jekk imqar isibu xerrej għaliha. Dan filwaqt li baqgħu jiċħdu li l-Enemalta kellha iktar minn €800 miljun fi djun; ċifra li l-Gvern attwali effetivament kellu jiffaċċja eżatt wara l-elezzjoni. B’mod immedjat dan il-Gvern inidirizza l-ikbar problemi li kienu qed jifnu lill-Enemalta, fosthom dawk tal-ineffiċjenza fl-operat, is-serq tal-elettriku, kontijiet mhux imħallsa, u x-xiri taż-żejt. Dan il-
Gvern sab ukoll investitur li kien lest jagħti spinta lil din il-korporazzjoni li kienet fi stat tant ħażin. Illum dawn l-inizjattivi qed jagħtu l-frott. Dan huwa evidenti anke mill-fatt li llum l-Enemalta saħansitra qed tinvesti fi proġetti barra l-pajjiż. It-triq għas-sostenibbiltà hija twila u għat-telgħa, iżda d-direzzjoni li nqabdet hija waħda tajba. Dan kien ikkonfermat mhux biss mill-aġenzija ta’ kreditu, imma anke minn esperti lokali li fil-passat kienu involuti fl-Enemalta. Joseph Falzon, Professur tal-Ekonomija, u David Spiteri Gingell, eks-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta, tkellmu ma’ din il-gazzetta dwar is-sinifikat ta’ dan il-progress u l-fatturi li kienu wasslu lill-korporazzjoni fix-xifer tal-falliment.
“PASS FID-DIREZZJONI T-TAJBA”
Il-Professur Joseph Falzon, Dekan tal-Fakultà tal-Ekonomija
minn Standard and Poor’s wara analiżi bir-reqqa talpożizzjoni kummerċjali u finanzjarja sħiħa talEnemalta. Il-Prof. Falzon spjega li normalment il-kumpaniji talutilitajiet f ’pajjiżi żviluppati jkollhom pedament b’saħħtu peress li huma monopolji naturali. Għandhom suq naturali, solidu u bejgħ kostanti, allura jistgħu jirreġistraw profitti regolari u kostanti. “Hija ħasra kbira li l-Enemalta sofriet għal żmien twil minn daqstant tal-Enemalta ġie rivedut ineffiċjenzi u mmaniġġar ’il fuq minn B+ għal BB-. ħażin. Tista’ tagħmel ħafna Spjega li dan il-grad jingħata iktar profitt,” sostna Falzon.
Il-Professur Joseph Falzon kien tpoġġa mill-eksMinistru Austin Gatt fuq ilKumitat Konsultattiv għaxXiri taż-Żejt tal-Enemalta. F’intervista ma din il-gazzetta li saret f ’Awwissu 2013, ilProf. Falzon kien fisser kif huwa xtaq jagħmel l-affarijiet bis-serjetà iżda ma sab l-ebda koperazzjoni mill-Ministru inkarigat, fejn dan tal-aħħar saħansitra rrifjuta li jagħtih persuni gradwati biex jgħinuh fir-riċerka speċjalizzata li kien hemm bżonn. Illum il-Prof. Falzon stqarr mal-KullĦadd li hija xi ħaġa tajba li l-credit rating
Fl-opinjoni tiegħu, hemm erba’ setturi li fihom l-Enemalta sofriet l-ineffiċjenzi matul is-snin. L-ewwel huwa x-xiri tal-fjuwil li bih taħdem il-power station. Jisħaq li dan mhux dejjem sar bi proċess trasparenti u bl-aħjar prezzijiet. Settur ieħor li għamel il-ħsara kien l-ammont ta’ ħaddiema li, meta mqabbel maxxogħol li jsir, kien ogħla minn dak f ’power stations oħra fil-Mediterran. Kien hemm ukoll ammont kbir ta’ elettriku ‘mitluf ’ li ma nħarġux kontijiet għalih, fejn għal xi snin kien anke ’l fuq minn 10%. Bl-istess mod
kien hemm miljuni ta’ ewro f ’kontijiet mhux imħallsa li saħansitra jmorru lura numru ta’ snin. Huwa żied jgħid li l-grad ta’ BB- xorta waħda huwa meqjus bħala non-investment grade status, għax huma biss kumpaniji bil-grad BBB u ogħla li jitqiesu bħala investment grade. Fil-fehma tiegħu kienu dawn in-nuqqasijiet li żammew lill-Enemalta f ’dan il-grad. “Għalkemm l-upgrade minn B+ għal BB- huwa pass fiddirezzjoni t-tajba, l-Enemalta xorta baqgħalha x’tagħmel biex issir finanzjarjament iktar b’saħħitha,” tenna l-Prof. Falzon.
Dwar il-ftehim attwali jgħid li ma jistax jikkummenta peress li dan għadu ma rahx. Sostna li mill-bidu kien jaqbel li għandu jkollna power station li taħdem bil-gass naturali jew soluzzjoni teknoloġika li hija iktar nadifa mill-HFO, madankollu ma ħassx li l-pajjiż kellu jasal għal din is-soluzzjoni bi strateġija waħda li huwa jiddeskrivi bħala “big bang”. “Kont ipproponejt approċċ fuq żewġ fażijiet. L-ewwel approċċ kien dirett lejn l-għeluq tal-Marsa (power station) u b’dan il-mod jiġu indirizzati kwistjonijiet strateġiċi li kienu qed iħassbu lil Malta.” Jisħaq li llum rajna li din l-istrateġija tħalli riżultati immedjati. Spiteri
Gingell jispjega li mal-ewwel fażi kellu jkun hemm ukoll l-investiment fl-interconnector għal rati aħjar f ’non-peak hours u iktar sigurtà ta’ provvista f ’każ ta’ emerġenza. Bħala t-tieni fażi kien propost li l-power station ta’ Dellimara tinqaleb għall-gass sa mhux iktar tard mill-2015; kundizzjoni li Spiteri Gingell jgħid li kienet waħda millkundizzjonijiet fil-kuntratt tal-BWSC. Isostni li huwa kien jaqbel ma approċċ fuq żewġ fażijiet għax approċċi “big bang” ġeneralment ikunu ambizzjużi wisq u jispiċċaw jaqbżu l-baġit pjanat jew iżżmien stipulat, bħalma ġara filkaż ta’ Dellimara.
“AĦBAR EĊĊEZZJONALI GĦAL MALTA” David Spiteri Gingell, eks-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta David Spiteri Gingell kien Kap Eżekuttiv tal-Enemalta għal sena bejn l-2007 u l-2008. Huwa kien irriżenja mill-kariga minn jeddu, u quddiem il-Kumitat għallKontijiet Pubbliċi spjega li kien għamel dan wara li l-eks-Ministru Tonio Fenech irrifjuta li jagħtih ir-riżorsi umani neċessarji biex jagħmel il-bidliet neċessarji fl-Enemalta, u anke għax f ’email intqal lilu li Fenech ma kellux bżonn il-pariri tiegħu. Illum David Spiteri Gingell iddeskriva l-grading ta’ Standard and Poor’s bħala “aħbar eċċezzjonali għall-
korporazzjoni u għal Malta”. Huwa sostna li kien ovvju li d-dejn tal-Enemalta ma kienx sostenibbli, u li kien
qed joħloq tħassib għal Malta u l-istituzzjonijiet finanzjarji li kienu sellfu l-flus lillkorporazzjoni. Żied jgħid li jaqbel maddirezzjonijiet strateġiċi li qegħdin jittieħdu għallEnemalta fil-konfront tattnaqqis fid-daqs u l-investiment privat. “Il-privatizzazzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni tal-Korporazzjoni Enemalta kien approċċ strateġiku li, fil-prinċipju, jien dejjem appoġġjajt.” Madankollu, jisħaq li l-istruttura adottata f ’dawn il-każijiet hija kruċjali biex ma tipperikolax issovranità u l-flessibbiltà firrigward ta’ xenarji li jinbidlu fil-prezzijiet taż-żejt u l-gass.
LOKALI
kullħadd.com
27|03|2016 03
SKEMA LI QED TQAJJEM MISTOQSIJIET KBAR ALEANDER BALZAN aleander.balzan@one.com.mt
Tkompli minn paġna 1 Fil-fatt, self kummerċjali ma jaqax filparametri tal-liġi. Min-naħa l-oħra, donazzjoni hija filparametri tal-liġi u, għalhekk, jekk xi ħadd jagħti donazzjoni t’iktar minn €7,000 mhux biss ikollu jiddikjaraha iżda ismu jkun ukoll ippubblikat. B’hekk, fil-każ tal-Partit Nazzjonalista qed tqum il-mistoqsija jekk din l-iskema ċedoli hix issir biex ikun hemm sistema li tidher bħala xi ħaġa kummerċjali meta fil-fatt mhijiex. Imkejjen viċin il-Kummissjoni Elettorali qalu mal-gazzetta KullĦadd li l-affarijiet mhumiex ċari u wieħed irid jara l-kuntratti u d-dokumenti marbuta mal-iskema biex jifhem aħjar l-iskop tal-Partit Nazzjonalista. “Iżda, is-suspetti huma ovvji,” qal is-sors tagħna, li fakkar kif il-Kummissjoni Elettorali hija l-entità li tħares li l-Liġi tal-Finanzjament talPartiti tkun segwita. Oħrajn, b’esperjenza f ’partiti politiċi, semmew kif, f ’ċirkostanzi bħal dawn, mhux darba u tnejn ikun hemm min maż-żmien jagħżel li dak li jsellef iħallih bħala donazzjoni u hawn ukoll tqum il-mistoqsija ta’ kif se jkun qed jaġixxi l-Partit Nazzjonalista biex jirregolarizza l-pożizzjoni tiegħu. Fuq kollox huwa nnotat kif l-ismijiet ta’ min se jsellef lill-Partit Nazzjonalista mhux se jkunu ppubblikati, biex b’hekk il-Partit Nazzjonalista qed jidher ifalli test ta’ trasparenza u governanza. Regolata mill-MFSA? L-iskema ġibdet l-għajn ukoll ta’ esperti fil-qasam finanzjarju li malgazzetta KullĦadd fissru kif prodott finanzjarju simili jista’ jintuża sakemm ma jkunx qiegħed isir reklamar għalih. Jekk isiru reklami jkun hemm bżonn li l-prodott ikun awtorizzat millMalta Financial Services Authority. Tagħrif li għandna mill-PN jgħid li
f ’dan l-istadju għadu mhux il-każ u għalhekk dan ikompli jqajjem dubji dwar kemm hija regolari u trasparenti l-iskema. “M’għandniex xi ngħidu. Biex tbigħ xi ħaġa trid tirreklamaha u l-Partit Nazzjonalista diġà qed jagħmel dan bil-mezzi tax-xandir tiegħu,” żiedu jgħidu dawn l-esperti li tkellmu magħna. Sa issa kienu skarsi ħafna d-dettalji dwar kif se tkun regolata l-iskema, bil-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Ann Fenech, ma spjegat xejn dwar dan anke jekk kienet intervistata fuq is-suġġett fl-The Malta Independent tal-bieraħ. Dejn biex iħallsu d-dejn F’dan l-istadju li hu ċert hu li dawn il-flus se jintużaw biex jitħallas iddejn. Saħansitra kellha tammetti dan Fenech innfisha.
Sa issa kienu skarsi ħafna d-dettalji dwar kif se tkun qed titħaddem din l-iskema Kien ONE NEWS li l-Ħamis ikkwota mkejjen fl-ogħla strutturi tal-Partit Nazzjonalista li qalu li din ma kienet xejn għajr mossa biex jitħallas iddejn. Mistoqsija dwar dan minn The Malta Independent, Ann Fenech, qalet li l-għan ta’ dan l-eżerċizzju huwa biex jitħallsu impenji li diġà jeżistu. Skont hi, billi issa jitħallsu rati inqas ta’ interess. Dan anke għax il-Partit Nazzjonalista qed isibha diffiċli jissellef mill-banek. Fil-fatt, mal-istess gazzetta Ann Fenech qalet li l-Partit Nazzjonalista kkunsidra wkoll li jissellef minn
banek barranin. Filwaqt li ma riditx tagħti dettalji fuq il-qagħda finanzjarja preżenti tal-Partit Nazzjonalista, Ann Fenech – li fi żmien gvernijiet talPN kellha kumpanija li ħadet mal-€1 miljun f ’direct orders – ikkonfermat ukoll il-bejgħ tal-każini. Ikkonfermat li l-każin ta’ San Ġiljan inbiegħ għal nofs miljun ewro u tenniet li jekk jiġu opportunitajiet oħra hemm każini oħra li jinbiegħu. Biex hawn ukoll kienu kkonfermati bħala korretti l-imkejjen ta’ ONE News u din il-gazzetta tant li dan ilna nirrappurtaw dwaru żmien.
04 27|03|2016
kullħadd.com
LOKALI
F’APRIL SE TKUN QED TITWAQQAF MALTA MARITTIMA GLEN FALZON glen@kullhadd.com
Minn informazzjoni li għandna jirriżulta li fi ftit inqas minn xahar ieħor se tkun qed titwaqqaf uffiċjalment l-Aġenzija Malta Marittima. Ir-rwol primarju ta’ din l-aġenzija se jkun li jinġiebu flimkien il-partijiet interessati kollha tal-industrija marittima li se jkunu qed jinġabru fi gruppi settorjali differenti. Rwol ieħor importanti huwa l-ġbir tad-data mill-industrija nnifisha kif ukoll mill-Gvern biex ikunu jistgħu jittieħdu l-aħjar deċiżjonijiet possibbli. Din l-aġenzija se tkun qed tifforma għadd ta’ sħubijiet fl-oqsma taledukazzjoni, l-ippjanar u s-sigurtà biex ikun hemm aktar kordinazzjoni. Għal dan il-għan, din is-sena il-Gvern alloka xejn inqas minn €350,000 u li lejn nofs April se nkunu qed naraw it-twaqqif tal-Aġenzija Malta Marittima. Mitluba jinnominaw rappreżentanti tagħhom
ir-
Aktar kmieni f ’din il-leġiżlatura, isSegretarju Parlamentari responsabbli minn dan is-settur Josè Herrera appunta steering committee apposta magħmul minn membri li ġejjin minn entitajiet differenti fosthom Transport Malta, Malta Freeport Corporation, Malta Enterprise, id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura, kif ukoll ir-Regolatur tas-Servizzi tal-Ilma u l-Enerġija. L-għan ewlieni ta’ dan l-isteering committee huwa li jiżviluppa one-stopshop għall-governanza, fejn l-industrija tkun tista’ tiddiskuti d-diffikultajiet li qed tiltaqa’ magħhom u b’hekk ikunu jistgħu jinstabu s-soluzzjonijiet adattati għall-isfidi li din tkun qed tiffaċċja. Il-membri ta’ dan l-isteering committee se jkunu wkoll qed iservu bħala membri fuq il-bord ta’ Malta Marittima flimkien mar-rappreżentanti millistess industrija. F’dan ir-rigward, is-Segretarju Parlamentari Herrera stieden lill-Kamra tal-Kummerċ, Malta Maritime Forum kif ukoll lill-Assoċjazzjoni Maltija għal-Liġi Marittima, biex jinnominaw lirrappreżentanti tagħhom fuq dan il-bord. Madankollu, hija x-xewqa tas-Segretarju Parlamentari Herrera stess biex fil-futur dawn il-membri jkunu eletti direttament mill-membri
L-għan ta’ dan l-isteering committee huwa li jiżviluppa one-stop shop għall-governanza tal-industrija fi ħdan dawn il-gruppi (clusters) u dan bl-għan li jkun hemm parteċipazzjoni diretta mill-membri tagħha. Aktar minn 50 inizjattiva L-istrateġija marittima hija mibnija fuq erba’ pilastri ekonomiċi b’saħħithom fosthom il-loġistika, is-servizzi, l-enerġija u l-ikel mill-baħar. Dawn il-pilastri ekonomiċi qed ikunu appoġġjati minn setturi importanti oħrajn, fosthom tal-edukazzjoni u r-riċerka, l-ambjent u l-ippjanar spazjali, is-sigurtà, is-sorveljanza, u fuq kollox il-governanza. Fil-fatt, din l-istrateġija tinkludi fi ħdanha xejn inqas minn 50 inizjattiva, intiżi biex jippromovu u jiżviluppaw aktar is-setturi marittimi. Dawn l-inizjattivi huma intiżi wkoll biex jitnaqqas l-iskill gap u jinkoraġġixxu aktar innovazzjoni f ’dan is-settur tradizzjonali u tant importanti għal
pajjiżna. L-importanza tal-ekonomija l-blu Din l-istrateġija tidentifika l-ħtieġa biex ikunu stabbiliti gruppi marittimi b’saħħithom li jġibu flimkien l-industrija, l-istituzzjonijiet akkademiċi u l-Gvern, biex flimkien jiffurmaw liġijiet effettivi u effiċjenti kif ukoll biex itejbu l-istandards tagħna bħala pajjiż, biex b’hekk inkunu nistgħu nikkompetu b’mod aktar effettiv fis-swieq internazzjonali. Parti oħra importanti ta’ din l-istrateġija marittima hija wkoll l-ekonomija l-blu, tant li din tikkostitwixxi madwar 9% tal-output ekonomiku nazzjonali tant li kważi 12% tal-impjiegi huma relatati matturiżmu u t-trasport. Dan kollu jixhed li l-ekonomija l-blu hija wkoll pilastru importanti tal-ekonomija tagħna u huwa fid-dmir tagħna li niżviluppawha aktar biex b’hekk twassal f ’pagi u
impjiegi aħjar għall-ħaddiema f ’dawn is-setturi. Żvilupp ekonomiku b’detriment għall-ambjent
mhux
Dan kollu jmur lura għal Ġunju tas-sena l-oħra, meta l-Kabinett kien approva l-Integrated Maritime Policy għal Malta u, waqt it-tnedija tagħha, is-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku qal li jinsab sodisfatt ħafna bil-koperazzjoni li sab fost il-partijiet interessati kollha, li kienu involuti flifformar ta’ din il-policy. Huwa kien żied jgħid li l-parteċipazzjoni attiva li ġejja mill-entitajiet governattivi u mid-dipartimenti, kif ukoll l-interess u r-rispons mingħand is-settur privat, urew li meta kulħadd jaqsam l-ideat tiegħu jinħarġu liġijiet u policies li jservu tajjeb lill-pajjiż u liċ-ċittadini kollha. L-għanijiet tal-policy jiffukaw fuq it-tkabbir ekonomiku, mingħajr ma jkun ta’ detriment fuq il-wirt kulturali u ekoloġiku tagħna. L-iżvilupp malkosta, it-tniġġis fil-baħar, is-sajd żejjed u t-tibdil fil-klima huma kkunsidrati bħala theddida għall-ambjent marittimu. Għalhekk huwa importanti li l-iżvilupp ekonomiku għandu jintlaħaq, iżda mhux b’detriment għallambjent.
LOKALI
kullħadd.com
27|03|2016 05
CASTALDI PARIS JALLEGA LI ESPONENTI TAL-PN GĦANDHOM INTERESSI F’JERSEY GLEN FALZON glen@kullhadd.com Minn intervista esklussiva li għamlet din il-gazzetta manNutar Ian Castaldi Paris, li sal-aħħar elezzjoni ġenerali kien midħla sew fil-Partit Nazzjonalista (PN) tant li kien il-President tal-Kulleġġ talKunsilliera tal-istess partit kif ukoll eks-Sindku fil-lokalità ta’ Ħal Lija, żvela li, apparti l-każ tal-President tal-Eżekuttiv Ann Fenech u l-kumpaniji fil-Panama, hemm membri għolja Nazzjonalisti oħrajn li għandhom kumpaniji off-shore jew trusts, din id-darba fil-gżira ta’ Jersey. Dan qalu meta kien mistoqsi direttament minn din ilgazzetta jekk jaħsibx li hemm xi uffiċjali fl-ogħla karigi filPN jew saħansitra membri parlamentari Nazzjonalisti li għandhom trusts jew kumpaniji off-shore u li għadhom b’ħalqhom magħluq. “Iva żgur. Il-gżira ta’ Jersey jista’ jkun ta’ għajnuna għal dawk li forsi ma jistgħux jiftakru,” kienet ir-risposta ta’ Castaldi Paris. Beppe Fenech għandu x’jaħbi
Adami
Apparti minn hekk, meta mistoqsi għaliex jaħseb li l-Viċi Kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, li bħalissa jinsab f ’nofs skandlu fuq ilpalazz tiegħu f ’Ħal Għargħur, ma jridx jagħmel tax audit bħalma se jagħmel il-Ministru Konrad Mizzi, Castaldi Paris ma qagħadx idur mal-lewża u sostna: “Għandu x’jaħbi. Jekk ma jkollokx x’taħbi tagħmel kif għamel Konrad Mizzi u tipprovdi d-dokumenti kollha u tissottometti ruħek għal tax audit.” X’se jagħmel Busuttil?
Simon
Għalkemm ħafna forsi mhumiex midħla ta’ din ilgżira, Jersey hija l-akbar gżira li tagħmel parti minn gżejjer oħrajn, magħrufa aħjar bħala Channel Islands, li jinsabu bejn ir-Renju Unit u Franza. Huwa stmat li f ’din il-gżira hemm jgħixu madwar 100,000 abitant. Skont diversi rapporti internazzjonali jirriżulta li din il-gżira hija tax haven u l-għan tagħha hu, fost oħrajn, li jkun hemm tax avoidance fuq ammonti konsiderevoli ta’ flus. Fil-fatt, skont stqarrija li kienet ħarġet fi Frar tal2014 minn Transparency International, kien irrappurtat li l-Bank Dinji sab li postijiet bħal Bermuda, il-British Virgin Islands, il-Cayman Islands,
Il-pajjiż ta’ Jersey jista’ jkun ta’ għajnuna għal dawk li forsi ma jistgħux jiftakru l-Isle of Man u saħansitra Jersey innifsha, laqgħu fi ħdanhom xejn inqas minn 172 kumpanija, li minnhom kienu esposti madwar 150 każ li kienu jinvolvu livell għoli ta’ korruzzjoni fis-snin riċenti. Huwa stmat li dawn l-iskemi kriminali involvew aktar minn $50 biljun Amerikan. Ħafna qed jistaqsu x’azzjoni se jkun qed jieħu Simon Busuttil kontra esponenti għolja fi ħdan il-PN jew saħansitra kontra membri fil-Grupp Parlamentari, jekk jirriżulta li dawn għandhom xi kumpaniji off-shore jew trusts f ’Jersey. Aktar u aktar meta riċentament id-Deputati Nazzjonalisti bagħtu risposta konġunta permezz tal-Kap tal-Komunikazzjoni tal-PN fejn saħqu li m’għandhomx kumpaniji off-shore jew xi trusts, u m’hemm l-ebda tali informazzjoni fuq l-ebda dikjarazzjoni tal-assi tal-ebda deputat Nazzjonalista skont kif iddikjarati fil-Parlament.
Paris sostna li dan il-pajjiż għaddej minn mumenti storiċi ta’ suċċess kbir ekonomiku, ta’ introduzzjonijiet ta’ liġijiet ġodda li jagħtu widen lissoċjetà Maltija. “Qed naraw Gvern li lillfamilja Maltija qiegħed jippremjaha u jagħtiha l-għodda kollha biex tirnexxi,” fisser in-Nutar Castaldi Paris. Żied jgħid li fis-snin preċedenti, f ’amministrazzjoni Nazzjonalista, il-poplu Malti kien qed iservi bħala tapit fejn il-Gvern kien jgħaddi minn fuqu qisu romblu, bla rispett ta’ xejn u bla kuxjenza soċjali. L-eks-Sindku Nazzjonalista ta’ Ħal Lija spjega kif qabel “kien hawn diskriminazzjoni fejn anke nies tal-istess sess ma setgħux igawdu t-twemmin tagħhom. Kienu snin fejn ilpoplu Malti kien qed jiġi stmat bħala second class citizen filwaqt li tal-qalba kienu qed isiru miljunarji”. Fiduċja akbar fil-politiċi
Mistoqsi x’effett iħoss li minn kellhom fix-xena politika liġijiet bħal dawk talwhistleblower, it-tneħħija talMistoqsi x’tibdil sar f ’dawn preskrizzjoni fuq il-politiċi, l-aħħar tliet snin fejn tidħol u l-liġi dwar il-finanzjamenti il-governanza tajba, Castaldi tal-partiti, Castaldi Paris fisser “Il-pajjiż għaddej mumenti storiċi”
li dan wassal għal fiduċja akbar fil-politiċi. Castaldi Paris fisser li “ilpoplu Malti kien qed jistenna li dawn il-liġijiet jiġu fis-seħħ għax politiku għandu jkun trasparenti kemm jista’ jkun. Il-fatt li ġew introdotti minn dan il-Gvern dawn il-liġijiet juri kemm dan il-Gvern qed jimxi b’mod trasparenti, irid ikun accountable għal dak li jagħmel, u m’għandu xejn x’jibża’ jew jaħbi.” Enfasizza li proprju minħabba dan it-twemmin li dan il-Gvern kien komdu ħafna jmexxi ’l quddiem dawn il-liġijiet li kienu ilhom fuq xkaffa għal snin twal millGvern ta’ qabel. Dan għadu biss il-bidu Mistoqsija inevitabbli allura kienet: għalfejn jaħseb li l-amministrazzjoni preċedenti kaxkret saqajha u eventwalment qatt ma daħħlet fis-seħħ dawn il-liġijiet? “Ovvja. Beżgħu għax kellhom x’jaħbu. Il-verità bdiet ħierġa u, aktar ma mmorru, il-poplu Malti għad irid jisma’ b’każijiet ta’ ħniżrijiet kbar li kienu jsiru minn min kien qiegħed filpoter,” sostna l-eks-President tal-Kulleġġ tal-Kunsilliera talPN. Castaldi Paris żied jgħid: “Jekk jien ħalliel ma niħux gost li nintroduċi liġijiet għal min jinqabad jisraq. Dan kien proprju għax il-PN kaxkar saqajh kemm felaħ biex dawn iż-żewġ liġijiet ma jiġux introdotti.”
B’kuntrarju għallamministrazzjoni Nazzjonalista, dan il-Gvern hu onest u nadif tant li ma sab l-ebda raġuni għaliex żewg liġijiet eżemplari bħal dawn ma kellhomx għalfejn jiġu mbuttati ’l quddiem. “Komdu jaħdem ma’ min hu korrott” Fl-aħħar nett, mistoqsi jekk Simon Busuttil weriex governanza tajba bil-mod kif mexa ma’ Joe Cassar u Giovanna Debono fost oħrajn, Castaldi Paris sostna li Busuttil messu, l-ewwel u qabel kollox, tkellem dwar il-korruzzjoni u wera li mhux lest jaħdem ma’ minn hu korrott, meta kien imdawwar b’nies fil-PN li huwa kien parti minnu. “Simon Busuttil, la ma semmax leħnu meta kien jaf bil-ħmieġ kollu li kellu l-PN, allura turi biċ-ċar li kien komdu jaħdem ma’ min huwa korrott. Forsi kien komdu ma jitkellimx għax kien qed jaqlagħha tajjeb b’direct orders,” sostna Castaldi Paris. L-eksesponent Nazzjonalista, li llum huwa parti millmoviment Laburista, temm jgħid: “Illum, li issa li Busuttil huwa l-Kap tal-PN, reġa’ wera kemm hu dgħajjef għallkorruzzjoni, tant hu hekk li lil Joe Cassar ma keċċiehx iżda telaq hu, filwaqt li lil Giovanna Debono ma kellux il-kuraġġ li jgħidilha ‘barra’, kif beda jiġdeb lin-nies li se jagħmel meta jiġi ffaċċjat b’każijiet ta’ korruzzjoni.”
06 27|03|2016
kullħadd.com
LOKALI
JGĦIX BI ĦSIBIJIET TAL-BIŻA’ ALEANDER BALZAN aleander.balzan@one.com.mt
“Bit-tifla f ’idi, naf li nħobbha mħabba ‘tal-ġenn’ iżda nibża’ li se nagħmlilha xi ħaġa ħażina. Ħażina ħafna. Ifhimni xi rrid ngħid.” Hekk ipprova jiddeskrivi fi ftit kliem l-esperjenza tiegħu Marc, żagħżugħ li jgħaddi minn żminijiet diffiċli minħabba kundizzjoni mentali li jbati minnha. Mal-gazzetta KullĦadd iddikjara li jixtieq juri l-identità vera tiegħu. Minkejja dan, ir-reazzjoni li kellu minn dawk qrib tiegħu meta fetaħ qalbu għall-ewwel darba, għadha sal-lum iġiegħlu joqgħod lura. “Qaluli: ‘Dawn affarijiet tal-biża’.’ Kważi tibża’ tgħix miegħek, kienet ilkelma. Naf li ma qaluha b’ebda sens ħażin, għax iħobbuni u jagħtuni kull appoġġ, tant li mnalla jkunu huma. Iżda għalhekk ittella’ u tniżżel ma’ min għandek titkellem dwar esperjenza bħal din,” kompla jispjega filwaqt li għadda biex ifisser iktar dwar dan it-tip ta’ OCD. Fuq kollox nargumenta miegħu li l-kelma OCD hija normalment marbuta ma’ xi fisazzjoni fuq l-indafa, l-organizzazzjoni jew il-ħasil tal-idejn. Iwieġeb hekk: “Nimmaġina li dawk li għandhom dan it-tip ta’ kundizzjoni jgħaddu minn mumenti diffiċli ħafna. Wara kollox, fil-ħajja kulħadd tiegħu iħoss. Però, meta nisma’ xi ħadd jgħid hekk ngħid: ‘Mank l-OCD tiegħi dik.’ Nirrabja iktar meta xi ħadd, għax forsi
Qaluli: ‘Dawn affarijiet tal-biża’.’ Kważi tibża’ tgħix miegħek jżomm il-mejda tal-uffiċju nadifa, jgħid li għandi OCD. Il-kelma jużawha b’mod liberu ħafna. Ovvjament, għax ma jafux ir-realtajiet koroh x’inhuma.” Hawn jgħaddi biex ikompli jfiehem ir-realtà tiegħu. “Immaġinani b’idi fuq l-isteering insuq minn fuq flyover, irrid nibqa’ nsuq dritt, kif naf li għandi nagħmel, iżda nibża’ li se jiġri mod ieħor. Il-biża’ tikber. L-għaraq ixoqq għalija. Ma nibqa’ nara xejn iktar u nitlob bit-tama li dawk il-ftit sekondi jgħaddu mingħajr ma jinqala’ xejn. Mingħajr ma nsuq filbarrikati u ninżel għal isfel. Din hija realtà li ngħaddi minnha minn żmien għal żmien, f ’perjodi fejn ngħid, ‘Kemm qed nerġa’ nħossni marid,’” iżid jispjega. Jgħid li dawn huma l-iktar perjodi fejn
jimtela b’rabja meta jisma’ lil xi ħadd jgħid li għandu OCD għax jaqbad sarvetta meta jara li tazza ma tleqqx biżżejjed. “Din ir-rabja bdejt inħossha minn meta, wara ma nafx kemm-il sessjoni għand il-psikologa, il-psikjatra kien ċar u qalli li dik li qed inbati minnha hi Obsessive Compulsive Disorder. Is-soluzzjoni hija l-mediċina. Iżda, sa issa m’hemmx fejqan,” spjega. Ifisser kif minn żmien għal żmien ilmediċina titnaqqas jew tiżdied skont iċ-ċirkustanzi. “Hija logħba fejn il-ħin kollu tipprova ssib bilanċ. Fejn taf li ma tixtiqx taqa’ dipendenti fuq dak l-oġġett iżda fl-istess ħin taf li ma tistax tgħaddi mingħajru jekk trid tgħix ħajja normali. Jew kważi normali,” żid jgħid. Kienet naturali l-mistoqsija jekk din hijiex xi ħaġa li esperjenza sa minn
meta kien żgħir. Iwieġeb li le. “Kont l-iktar bniedem avventuruż. Nixxabbat jew nitla’ fl-ogħli. Illum ikun hemm perjodu fejn lanqas fil-gallarija tad-dar ma nista’ noħroġ għax niffissa li se naqbeż għal isfel. Anke jekk dik hija xi ħaġa li ma rridx nagħmel għax jien bniedem kuntent b’ħajti, b’familti u bil-karriera,” ikompli jirrakkonta filwaqt li jenfasizza li dawn huma minuti li mhux neċessarjament jiġru kuljum. “Kien hemm episodju li bidluli ħajti. Perjodu fejn tkun ħadt xokk. Norbot kollox ma’ dak l-avveniment u l-psikjatra qalli li x’aktarx għandi raġun. Ra każi oħra bħal dan. Jista’ jkun xi mewt, xi esperjenza kerha mhix mistennija u saħansitra xi ħaġa li forsi jista’ jkollha impatt pożittiv imma tiġri bħal leħħa ta’ berqa,” ikompli jtenni filwaqt li jgħaddi biex jispjega għaliex xtaq jaqsam din l-esperjenza. “Nixtieq li jkun hawn nies konxji. Forsi mhux se jbiddel ħafna, imma tajjeb li n-nies ikunu jafu r-realtajiet fid-dinja ta’ madwarhom. Għax fuq kollox l-ikbar frustrazzjoni hija li ħadd ma jkun qed jintebaħ b’dak li għaddej. Saħansitra lanqas jindunaw li hemm xi ħaġa ħażina. Ħadd ma jinduna għax ħafna drabi, meta tħossok ma tiflaħx iktar, bħal ngħidu aħna xi funeral fejn tibża’ li se taqleb it-tebut apposta, titlaq minn fejn tkun. Hemm tieħu ftit nifs jew ftit arja, u tfakkar lilek innifsek li m’intx miġnun u li m’int se tagħmel xejn ħażin,” temm jgħid Marc, li kien lest għal ġurnata xogħol oħra.
AVVANZAT IX-XOGĦOL TA’ TISBIĦ FIX-XEMXIJA Din il-gazzetta tinsab infurmata li l-proġett ta’ tisbiħ fl-inħawi magħrufa bħala l-Fekruna, fix-Xemxija, jinsab fi stadju avvanzat. Dan il-proġett kien beda wara li sar investiment mill-Ministeru tat-Trasport u Infrastruttura, proprju biex ikun assigurat li dawn l-inħawi, li kienu jinsabu fi stat ta’ abbandun jingħataw dehra isbaħ u kif jixraq għattgawdija tal-pubbliku Malti kif ukoll dawk il-barranin li jżuru pajjiżna. Għalhekk kien meħtieġ li, kemm jista’ jkun malajr, isiru x-xogħlijiet neċessarji biex finalment illum pajjiżna għandu post ieħor ta’ rikreazzjoni għall-pubbliku, speċjalment matul ix-xhur sbieħ tas-sajf. Ix-xogħlijiet kienu jikkonsistu f ’numru ta’ interventi li tqassmu fi programm ta’ fażijiet, biex il-proġett isir b’mod professjonali, filwaqt li jitnaqqas kemm jista’ jkun l-inkonvenjent għal dawk irresidenti li jgħixu f ’dawn innaħat b’mod permanenti. Wara li tħejjew il-pjanti u ħarġu l-permessi kollha neċessarji, bdiet l-ewwel fażi ta’ dan ilproġett li kienet tikkonsisti fit-tneħħija u t-tħammil talmaterjal l-antik biex isiru passaġġi u aċċessi ġodda. Ix-xogħlijiet jinkorporaw ilparti ta’ fuq u l-parti t’isfel li tmiss mal-baħar, fejn l-għan prinċipali kien li jkun hemm
aċċess aħjar u fl-istess ħin isir it-tisbiħ meħtieġ. Fażi importanti f ’dan l-istadju kienet it-trattament tal-moll eżistenti. Fil-fatt, saru interventi biex dan ikun kollu aċċessibbli, speċjalment iddawra li tmiss mal-baħar. Barra minn hekk, inbnew mill-ġdid turġien sabiex jingħata aċċess sikur għallinħawi li qabel ma setgħux jintlaħqu faċilment u mingħajr periklu. Fil-fatt, peress li dawn l-inħawi huma popolari wkoll mal-għaddasa, kien importanti li jsir aċċess tajjeb għalihom, filwaqt li jitneħħa kull periklu. Għalhekk, saru xogħlijiet importanti, fosthom it-taraġ li jippermetti lill-għaddasa biex jinżlu fil-baħar mingħajr diffikultà. Ma’ dawn ix-xogħlijiet ġew installati diversi metri ta’ lqugħ tal-ħadid mad-dawra li tagħti għall-baħar. Dan il-proġett kompla jingħata dehra aħjar billi tpoġġa ġebel kbir mad-dawra tal-moll, filwaqt li qegħdin jitħawlu numru ta’ siġar indiġeni, pjanti u arbuxelli. Barra minn hekk, sabiex ikun hemm aktar sigurtà u anke sabiex jingħata dehra differenti matul il-lejl, saret sistema ġdida ta’ dawl, b’fanali u dwal oħra, b’mod partikolari tul it-triq, il-passaġġ u t-taraġ prinċipali li jagħti għan-naħa t’isfel tal-proġett.
LOKALI
kullħadd.com
27|03|2016 07
STUDENTI BI BŻONNIJIET DIFFERENTI…
FIRXA WIESGĦA TA’ SERVIZZI BIEX ĦADD MA JAQA’ LURA GLEN FALZON glen@kullhadd.com Huma diversi s-servizzi offruti mid-Dipartiment talEdukazzjoni bil-għan li tfal li jkollhom xi forma ta’ diżabbiltà jew diffikultà jkunu jistgħu jibqgħu għaddejjin bil-ħajja skolastika tagħhom. Dan filwaqt li tkun għaddejja wkoll ħidma ma’ dawk f ’kuntatt dirett ma’ studenti kkonċernati f ’ambjent ta’ skola kif ukoll mal-ġenituri tagħhom. L-għan ewlieni hu li jkun hemm strateġija għal servizz li kemm jista’ jkun ikollu strateġija kontinwa mill-iskola fejn jattendi l-istudent għad-dar tal-ġenituri tiegħu. Kien għalhekk li din ilgazzetta tkellmet mas-Service Manager tal-Edukazzjoni Inklussiva Josanne Ghirxi, fejn ingħatat ħarsa lejn uħud minn dawn is-servizzi u li dwarhom kull min hu interessat jista’ jikseb aktar tagħrif mingħand id-Dipartiment għal Servizzi Edukattivi. Servizz għall-istudenti b’diffikultajiet okulari Ghirxi spjegat li membri ta’ dan is-servizz peripatetiku jiċċekkjaw il-progress ta’ kull student fejn jingħataw suġġerimenti lil-LSAs, lillgħalliema, lill-membri talSenior Management Team (SMT), lill-ġenituri kif ukoll lil nies oħrajn involuti, dwar il-metodi l-aktar adattati għal dawn l-istudenti. Barra minn hekk, dan isservizz jaħseb ukoll għall-mod kif għandhom jiġu adottati l-istrateġiji, il-faċilitajiet, l-arranġamenti u l-għajnuniet neċessarji li għandhom jiġu pprovduti lil kull student filklassi jew fid-dar u matul l-eżamijiet. Dan is-servizz jibda jingħata saħansitra anke qabel l-età tal-iskola biex l-istrateġiji jibdew ikunu implimentati kemm jista’ jkun kmieni. Servizz għall-istudenti b’diffikultajiet fl-udit L-għan ta’ dan is-servizz huwa
Access to Communication and Technology Unit (ACTU)
li jipprovdi edukazzjoni ta’ kwalità u servizz awdjoloġiku lil studenti li jkollhom diffikultajiet fl-udit. Is-servizz jibda jingħata mill-mument li jkun stabbilit li hemm din id-diffikultà. Is-servizz jibda jingħata immedjatament anke qabel il-perjodu skolastiku. Dan jingħata kemm fid-djar, jekk ikun stabbilit qabel l-età tal-iskola, kif ukoll fl-iskejjel, kemm tal-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti. “Is-servizz jaħseb għal sapport edukattiv kif ukoll biex ikun ta’ għajnuna għallġenituri, għat-tmexxija taliskola, għall-għalliema u l-LSAs, kif ukoll jitħejja wkoll pjan ta’ kif l-istudent għandu jitgħallem. Dan is-servizz ikun estiż għal waqt l-eżamijiet, biex l-istudent b’diffikultajiet fl-udit ikollhom aċċess. L-għan ta’ dan is-servizz hu biex iservi ta’ pont bejn l-iskola, l-istudent, il-familja u l-għalliema,” fissret is-Service Manager.
Is-servizz jibda’ jingħata millewwel sena tal-edukazzjoni primarja, fejn aktar qabel ikun sar is-servizz ta’ interventi bikrin għal tfal bi bżonnijiet individwali.
Autism Spectrum Support Team (ASST)
Servizz ta’ tagħlim fid-djar
Żiedet tgħid li l-għan talAutism Spectrum Support Team huwa li jsaħħaħ il-ħiliet tal-edukaturi u tal-ġenituri biex jiffaċċjaw il-bżonnijiet edukattivi individwali tat-tfal bl-awtiżmu. Dan jaħseb ukoll biex jiffaċilita t-tagħlim., jgħin fl-iżvilupp soċjali u ta’ mġiba, kif ukoll ikabbar l-abbiltajiet tal-istudenti fl-ambjenti mainstream kemm fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti.
Is-servizz bikrin
ta’
interventi
Fuq it-tim tal-interventi bikrin, Ghirxi spjegat li dan joffri assessjar u interventi fl-ambjent naturali tattfal, għajnuna lill-ġenituri u lill-edukaturi fl-ippjanar u l-applikar ta’ programm edukattiv imħejji skont ilbżonnijiet tat-tfal, terapija fi gruppi f ’oqsma differenti li jinvolvu kemm lit-tfal kif ukoll lill-ġenituri/kustodji tat-tfal, is-sapport tat-tim tal-interventi bikrin f ’Indivdual Education Plans (IEP) u tranżizzjonijiet, kif ukoll approċċ li jinvolvi l-iskola kollha bil-għan li jkun hemm programm ta’ inklużjoni fl-istess skola.
“L-għan ta’ dan is-servizz huwa li jipprovdi lill-istudent b’edukazzjoni kontinwa minkejja li ma jkunx qed jattendi l-iskola. In-nuqqas ta’ attendenza jkun dovut għal mard kroniku iżda mhux kontaġġjuż, studenti b’kundizzjoni medika li huma assenti mill-iskola għal perjodu ta’ mhux inqas minn tliet ġimgħat, dawk li qed jirkupraw minn xi intervent kirurġiku, ksur jew xi inċident,” enfasizzat is-Service Manager.
Dan is-servizz jaħseb ukoll biex jgħin lill-istudent jirrintegra ruħu f ’ambjent ta’ skola fi żmien opportun. Is-servizz offrut millgħalliema li jservu fid-djar huwa disponibbli għallistudenti konċernati bejn il-5 u s-16-il sena. Is-servizz ikopri t-tagħlim tat-tliet suġġetti bażiċi, dak tal-Ingliż, il-Matematika u l-Malti, skont l-abbiltà tal-istudent. Kordinatur tat-tranżizzjoni Dwar ir-rwol tal-kordinatur tat-tranżizzjoni, Ghirxi fissret kif dan qiegħed hemm biex jiffaċilita t-tranżizzjoni ta’ studenti ta’ Year 11 (Form 5) li jkollhom dikjarazzjoni ta’ bżonnijiet. Is-servizz jgħin lillġenituri billi jfornihom b’aktar informazzjoni ħalli jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet aħjar dwar l-opportunitajiet postsekondarji ta’ wliedhom. L-istituzzjonijiet li offrew korsijiet jew programmi postsekondarji lil studenti b’diffikultajiet fit-tagħlim jew li għandhom diżabbiltà/ kundizzjoni jinkludu l-ETC, il-Higher Secondary School, l-ITS, l-MCAST (Pathways), iċ-Ċentri tar-Riżorsi u l-Youth. inc. L-istudenti u l-ġenituri jiġu infurmati b’dawn l-għażliet postsekondarji permezz ta’ għadd ta’ laqgħat ta’ informazzjoni, kemm għallġenituri u għall-istudenti, ġranet/żjajjar ta’ orjentazzjoni, laqgħat ta’ tranżizzjoni individwali, fost oħrajn.
Fuq din is-sezzjoni, Ghirxi qalet li din tipprovdi s-sapport neċessarju biex tgħin lil dawk l-istudenti b’diżabbiltajiet fit-tagħlim u/jew fiżiċi biex ilaħħqu mal-kurrikulu u mattagħlim bis-saħħa tal-użu ta’ teknoloġija assistiva. Dan il-unit jipprovdi wkoll l-assessjar u s-sapport neċessarju lil dawk ittfal bi bżonnijiet kumplessi filkomunikazzjoni li għandhom bżonn l-Augmentative and Alternative Communication (AAC) biex jużaw is-sistemi tagħhom u jkollhom aċċess għall-kurrikulu. Dan isservizz jaħseb ukoll għal taħriġ professjonali lill-edukaturi u lillġenituri. Lezzjonijiet lil rikoverati fl-isptar
studenti
Dan is-servizz jaħseb biex tfal li jkunu rikoverati fl-isptar jibqgħu jiġu provduti bisservizz edukattiv, bl-iskop li jkun imnaqqas kemm jista’ jkun l-effett ikkawżat minn nuqqas ta’ attendenza fl-iskola. Isservizz ikopri t-tliet suġġetti bażiċi fl-livelli skont il-ħtiġijiet tal-istudent. L-ispeċjalista tas-SEBD Għal dan is-servizz huma eliġibbli dawk l-istudenti li għandhom diffikultajiet ta’ mġiba, soċjali u emozzjonali. L-ispeċjalisti tas-SocioEmotional Behaviour Difficulties (SEBD) jaħdmu f ’kollaborazzjoni ma’ professjonisti oħrajn fi ħdan iddipartiment, ma’ aġenziji esterni oħrajn, kif ukoll mal-ġenituri/ kustodji tat-tfal. “Dan is-servizz jgħin biex l-edukaturi u l-ġenituri jingħataw struzzjonijiet prattiċi dwar liema strateġiji pożittivi jistgħu jintużaw fl-ambjent ta’ klassi, skola jew dar. It-tfal jingħataw taħriġ fil-ħiliet tal-litteriżmu emozzjonali, it-trażżin tar-rabja, il-kontroll tal-impulsività u s-selfesteem,” temmet tgħid Ghirxi.
IT-TFAL F’MATER DEI – ŻONA ĠDIDA GĦAL-LOGĦOB
Ilbieraħ, is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne fetaħ uffiċjalment outdoor play area fid-Disneyland Ward tal-Isptar Mater Dei. Waqt din l-attività, is-Segretarju Parlamentari Fearne ħabbar li l-pjanti għall-isptar il-ġdid tattfal u l-maternità huma lesti. Dan l-isptar se jkollu 180 sodda, erba’ swali tal-operazzjonijiet, kif ukoll ITU tat-trabi. L-outdoor play area kienet possibbli grazzi għall-inizjattiva li ħa Nathan Farrugia, bl-isem ta’ 27 Challenge for Charity. F’din l-inizjattiva, Farrugia għamel maratona f ’kull pajjiż tal-Unjoni
Ewropea. “Nirringrazja lil dawk kollha li kienu warajja biex din l-inizjattiva tkun suċċess, lill-NGO Daniel Delicata Memorial, kif ukoll lill-industrija. Permezz tagħhom wasalna biex nagħtu proġett lit-tfal fl-isptar tagħna li se jgħin fil-kura tagħhom,” qal Farrugia. Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għasSaħħa Chris Fearne faħħar l-inizjattiva ta’ Farrugia u nkoraġġixxa li aktar NGOs ikunu ta’ għajnuna fil-qasam tas-saħħa. Huwa magħruf li l-logħob għandu rwol importanti fil-fejqan tat-tfal.
08 27|03|2016
kullħadd.com
LOKALI
IL-KONFERENZA ĠENERALI ANNWALI 2016
MALTA LI QED TINBIDEL għall-Konferenza LIAM GAUCI bidu liam@kullhadd.com Ġenerali Annwali 2016 Bħal-lum ġimgħa se jingħata
jkompli l-proċess ta’ tiġdid tiegħu hekk kif qiegħed tal-Partit Laburista, jevolvi biex jaddatta ruħu okkażjoni li fiha l-Partit se għall-isfidi l-ġodda li sab
quddiemu wara r-rebħ tal-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Il-gazzetta KullĦadd tkellmet ma’
wħud mill-protagonisti ta’ din il-Konferenza li qalulna x’għandna nistennew fledizzjoni ta’ din is-sena.
soċjali, qed narawh ukoll fissuċċess ekonomiku li għaddej minnu pajjiżna. Wieħed jista’ jsemmi ħafna aktar bidliet u suċċessi li qed nesperjenzaw, bħall-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-enerġija u t-turiżmu fost l-oħrajn. Fadal iżda ħafna xi jsir, u filwaqt li nirrikonoxxu u nieħdu gost naraw il-manifest li bħala partit ressaqna quddiem ilpoplu jitwettaq, illum fil-vesti ta’ programm ta’ Gvern, ma nistgħux nieqfu hemm.”
Micallef tenna li wasal iżżmien li l-Partit Laburista jkompli jġedded il-politika tiegħu u jħares ’il quddiem sabiex jibni fuq il-ħafna tajjeb li qed isir frott il-proposti li l-poplu ta l-mandatt għalihom. Il-Konferenza Ġenerali Annwali hija waħda mill-fora ideali sabiex tali diskussjoni tiġi esternalizzata u tinvolvi l-partijiet interessati kollha. Fost it-temi għad-diskussjoni se jkun hemm l-ambjent, il-faqar fost l-anzjani, l-edukazzjoni u l-qasam ekonomiku. “Id-diskussjoni mhux se tieqaf ma’ dawn it-temi, u lanqas fil-Konferenza –
għal din is-sena bħala partit għandna ppjanat kalendarju impenjattiv li l-mira ewlenija tiegħu huwa li nħarsu ’l quddiem – mhux biss li nitkellmu dwar dak li sar u li qed isir iżda, b’mod aktar importanti, x’inhuma l-passi li jmiss ’il quddiem sabiex fejn sejrin tajjeb bħala pajjiż inkomplu nissaħħu, filwaqt li naraw it-triq ’il quddiem f ’oqsma fejn nistgħu mmorru aħjar għall-benefiċċju ta’ kulħadd,” spjega Micallef. Huwa qal ukoll li l-Konferenza isservi anke sabiex id-delegati tal-Partit Laburista jiddiskutu oqsma u temi varji permezz ta’ mozzjonijiet matul issessjonijiet plenarji, kif ukoll sabiex jiġu diskussi l-finanzi tal-Partit Laburista. “Is-suċċess li pajjiżna qiegħed jesperjenza bħalissa ma nemmnux li jfisser li wasalna, anzi nemmnu li huwa l-punt ta’ tluq għal era ġdida f ’pajjizna; era li fiha nkomplu naraw bidliet li, fejn normalment konna mdorrijin naraw kif ħa nlaħħqu ma’ pajjiżi oħrajn, illum qed nħarsu kif ħa neċċedu l-aspettattiva u bħala pajjiż inkunu fuq quddiem nett,” temm jgħid il-President talPartit Laburista.
din il-miżura, li f ’inqas minn tliet snin gawdew minnha mal-5000 tifel u tifla, qiegħda tħalli mas-€6,000 fil-but għal kull wild lill-familji Maltin u Għawdxin. Il-President tal-NL saħqet li din mhux biss hija rivoluzzjoni soċjali iżda wkoll rivoluzzjoni edukattiva, fejn pajjiżna huwa fost il-ftit pajjiżi fid-dinja li għandu proġett simili ta’ ħarsien tat-tfal b’xejn għattfal fl-età bejn il-0-3 snin. Għaldaqstant, permezz ta’ din il-miżura, il-Gvern qiegħed jgħin lill-familji u speċjalment lin-nisa biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Mistoqsija x’forma se tieħu d-diskussjoni matul ilworkshop tan-Nisa Laburisti, Abela Baldacchino spjegat li “għandna niddiskutu l-perspettiva trejdunjonistika, ser ikollna kelliema u rappreżentanti minn entitajiet differenti, se nisimgħu l-esperjenza ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi u anke nisimgħu l-esperjenzi reali ta’ nisa li
għexu u nqalgħu mill-prekarjat. Se nisimgħu wkoll l-esperjenzi ta’ nisa Maltin ta’ oriġini barranija u anke ta’ persuni b’diżabbiltà b’rilevanza lejn issuq tax-xogħol u l-ekonomija.” Hija qalet ukoll li se tingħata ħarsa ’l quddiem u ssir riflessjoni fuq x’hemm bżonn isir biex ikollna aktar nisa f ’pożizzjonijiet ta’ tmexxija. Barra minn hekk, se jkun hemm diskussjoni dwar jekk wasalx iż-żmien li min iħaddem jiġi inċentivat b’miżuri li jwasslu għal aktar flessibbiltà fuq il-post tax-xogħol. “Bħala President ta’ Nisa Laburisti, diġà kelli l-opportunità li nesprimi l-ħtieġa ta’ aktar miżuri favur il-familja. Nemmen ukoll li wasal iżżmien li nirriflettu bis-serjetà dwar kif nistgħu ntejbu s-sitwazzjoni fl-impjiegi, billi nkomplu nibnu fuq it-tajjeb li qed isir, filwaqt li noħolqu strutturi aktar b’saħħithom li jirriflettu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja,” temmet tgħid Abela Baldacchino.
DANIEL MICALLEF – President tal-Partit Laburista
Il-bidu ta’ era ġdida
Proċess ta’ tiġdid F’kummenti li ta lil din ilgazzetta, il-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef spjega li din is-sena hija l-ewwel darba li l-Konferenza Ġenerali Annwali mhix qiegħda ssir fil-perjodu Jannar-Frar. Dan sar proprju wara l-emendi statutorji li bidlu s-sena finanzjarja talPartit. Madankollu, huwa saħaq illi
l-ġimgħat li għaddew xorta waħda kienu impenjattivi ferm, u minbarra l-Laqgħat Ġenerali Annwali u Distrettwali, saret ukoll Konferenza Ġenerali Straordinarja li fiha wieħed seta’ jara aktar tiġdid fi ħdan il-Partit Laburista u l-istrutturi tiegħu, b’hekk il-Partit ikompla jevolvi u jaddatta ruħu għar-realtà ġdida tiegħu ta’ partit fil-Gvern. “It-tema magħżula, ‘Malta li Qed Tinbidel’, hija tema li
tirrifletti r-realtajiet soċjali u dawk ekonomiċi li għaddej minnhom pajjiżna. F’dawn ittliet snin saru rivoluzzjonijiet siekta fil-qasam soċjali fejn jidħlu l-anzjani, il-persuni b’diżabbiltà, kif ukoll fejn jidħlu miżuri li jħeġġu n-nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol, b’mod speċjali żgħażagħ u nisa,” spjega l-President talPartit Laburista. “Il-frott ta’ dawn il-miżuri, li l-iskop ewlieni tagħhom huwa
CLAUDETTE ABELA BALDACCHINO – President ta’ Nisa Laburisti
In-Nisa, ix-Xogħol l-Ekonomija
u
Il-gazzetta KullĦadd tkellmet ukoll mal-President tan-Nisa Laburisti (NL) Claudette Abela Baldacchino dwar issehem attiv li din il-fergħa talPartit Laburista se jkollha filKonferenza Ġenerali Annwali permezz ta’ diskussjoni bit-
tema ‘In-Nisa, ix-Xogħol u l-Ekonomija’ (Women, Work and the Economy) nhar itTnejn 4 ta’ April 2016. Hija spjegat li tul l-aħħar tliet snin pajjiżna ra żieda ta’ xejn inqas minn 12,000 mara li daħlu fid-dinja tax-xogħol. Dan kien possibbli grazzi għal numru kbir ta’ inizjattivi introdotti mill-Gvern.
Fost l-oħrajn, il-Partit Laburista impenja ruħu flaħħar elezzjoni ġenerali u kien wiegħed l-introduzzjoni ta’ bosta miżuri fosthom ilħarsien tat-tfal b’xejn għal tfal ta’ bejn 0-3 snin. Din ilmiżura issa tinsab fit-tielet sena tagħha u għal din is-sena hija pproġettata n-nefqa ta’ €13-il miljun. Huwa stmat li
LOKALI
kullħadd.com
27|03|2016 09
DOMINIC GRECH – Kordinatur Workshop, Fondazzjoni IDEAT
Ambjent B’Saħħtu Il-gazzetta KullĦadd tkellmet anke ma’ Dominic
Grech li se jkun qiegħed jikkordina l-workshop talFondazzjoni IDEAT bit-tema ‘Ambjent B’Saħħtu’ li se jsir
fil-5 ta’ April fis-6.30pm fiċĊentru Nazzjonali Laburista. Huwa spjega li matul din l-inizjattiva, il-Fondazzjoni se tkun qiegħda tittratta dan is-suġġett għall-fatt li hija mhux biss temmen fil-valur u s-sehem kruċjali li l-ambjent għandu fil-ħajjiet tagħna ta’ kuljum, iżda, aktar minn hekk, b’konvinzjoni temmen li permezz ta’ deċiżjonijiet għaqlija li qegħdin u għandhom jibqgħu jittieħdu fix-xhur u s-snin li ġejjin, jeħtieġ dejjem aktar li jiġi ggarantit ambjent b’saħħtu għal ġenerazzjonijiet futuri ta’ pajjizna. Grech tenna li dan ilworkshop mhux biss ser ikun qed jittratta l-ambjent fissens tradizzjonali li dejjem nirreferu għalih, iżda l-ambjent fis-sens wiesa’ tiegħu, jiġifieri li dan jinkludi l-oġġetti kollha ħajjin li jinsabu f ’pajjiżna b’mod
naturali. L-ambjent naturali li jitqabbel mal-ambjent mibni li jinkludi ż-żoni u komponenti li huma influwenzati sew millbniedem. Għaldaqstant, spjega Grech, dan il-workshop se jkun jikkonsisti f ’diskors ewlieni mill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima, Leo Brincat u jsegwi b’intervent ieħor misSegretarju Parlamentari għallIppjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva Deborah Schembri, li se jkunu parti minn panel bil-ħsieb li tinħoloq diskussjoni ta’ livell għoli dwar din it-tema magħżula. Il-Professur Simone Borg, Ambaxxatriċi dwar l-Azzjoni Favur il-Klima u ċ-Chairperson tal-Climate Action Fund se tkun parti mill-panel fejn se titkellem dwar azzjoni akbar favur ilklima fuq bażi nazzjonali kif
ukoll mill-aspett ta’ pajjiż fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dak internazzjonali. Membru ieħor fil-panel se jkun il-Professur Victor Axiak, mill-Fakultà taxXjenza fl-Università ta’ Malta u Chairman tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi li se jelenka l-isfidi li għandu pajjiżna fiż-żmien li ġej f ’dan ir-rigward. Barra minn hekk, fost ilmistednin għal dan il-workshop se jkun hemm l-NGOs ambjentali ewlenin f ’pajjiżna fejn dawn flimkien ma’ dawk preżenti se jkunu mistiedna jipparteċipaw fid-diskussjoni b’mistoqsijiet lil membri filpanel. “Bħala Fondazzjoni qegħdin inħarsu b’ottimiżmu lejn din l-attività li nemmnu li għandha tkun ta’ kontribut kbir f ’sens ta’ ideat u direzzjoni kemm fuq livell ta’ partit kif ukoll ta’ gvern,” qalilna Grech.
Il-Faqar u l-Anzjanità Il-Veterani Laburista wkoll se jkunu qegħdin jagħtu l-kontribut tagħhom permezz tal-organizzazzjoni ta’ seminar bit-tema ‘Il-Faqar u l-Anzjanità’ li se jsir nhar l-Erbgħa 6 ta’ April fiċĊentru Nazzjonali Laburista, il-Ħamrun. Il-gazzetta KullĦadd tkellmet dwar din l-attività ma’ Anthony DeGiovanni, il-president tal-Veterani Laburisti, illi spjega li din ilfergħa tal-Partit Laburista dejjem għażlet suġġetti attwali għas-seminars tagħha u ħafna drabi timraħ ’l barra minn suġġetti direttament relatati mal-anzjani, iżda jesploraw wkoll temi li jolqtu lis-soċjetà kollha. Dan ġaladarba jemmnu
li l-anzjan huwa parteċipi attiv fil-komunità fejn jgħix u għalhekk jinteressah dak li jolqot lill-persuni ta’ kull età. “It-tema tal-faqar ġiet magħżula għax hija tema attwali li ma tolqotx biss lillanzjani iżda lit-tfal u persuni ta’ kull età. Għalkemm f ’din l-okkażjoni se jingħata aċċent fuq l-anzjanità, iżda se jkun esplorat il-faqar sew fuq livell Ewropew kif ukoll dak lokali,” tenna DeGiovanni. Għaldaqstant, se jkun hemm preżentazzjonijiet dwar l-effett tal-kriżi finanzjarja fuq l-anzjani, kif ukoll dwar il-kawżi u l-konsegwenzi talfaqar f ’pajjiżna. Se tingħata preżentazzjoni oħra dwar l-Istrateġija Nazzjonali dwar il-Faqar kif ukoll dwar ilmiżuri tal-baġit li jindirizzaw
dawn l-isfidi. Se jkun hemm ukoll diskussjoni dwar dawn it-temi minn dawk preżenti. DeGiovanni spjega wkoll li fost il-parteċipanti se jkun hemm Dr JosAnn Cutajar miċ-Ċentru tar-Riċerka talKottonera tal-Università ta’ Malta, Dr Joseph F. Borg u s-Sa Nikita Elllul. Barra minn hekk, se jkun hemm Dr Maseij Kuchardczk millAGE Platform tal-Unjoni Ewropea bħala mistieden speċjali. Għal dan is-seminar ġew mistiedna l-għaqdiet kollha mhux governattivi li jaħdmu fost l-anzjani u dawk kontra l-faqar. Is-seminar se jkun konkluż mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana.
l-FŻL se jkun qed jieħu sehem attiv fil-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista; impenn illi se jkun qed jinvolvi kemm parteċipazzjoni attiva minn numru ta’ membri tal-Forum waqt is-sessjonijiet plenarji tal-istess konferenza, kif wkoll billi se jittella’ workshop fis-6 ta’ April. Saliba qalilna li din is-sena kien deċiż li t-tema ta’ dan ilworkshop tkun tittratta s-settur edukattiv f ’pajjiżna, b’mod speċjali l-qasam tas-settur vokazzjonali. Dan il-workshop bl-isem ‘Lejn Edukazzjoni Ħolistika’ se jittella’ fiċĊentru Nazzjonali Laburista u matulu se jipparteċipaw ilMinistru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo, is-Segretarju Parlamentari responsabbli miż-Żgħażagħ Chris Agius, kif wkoll rappreżentanti minn għaqdiet studenteski u għalliema. “Għalkemm Gvern
Laburista matul dawn l-aħħar tliet snin wettaq riformi kbar fil-qasam edukattiv f ’pajjiżna, nemmnu li xorta waħda fadal ħafna xi jsir, b’mod speċjali fil-qasam tassettur vokazzjonali. Il-fatt illi nofs l-impjiegi li qed jinħolqu qed jittieħdu minn ħaddiema barranin jista’ jfisser żewġ affarijiet: jew li ċertu tip ta’ xogħol, ħaddiema Maltin ma jkunux iridu jidħlu għalih, jew inkella s-sistema edukattiva tagħna mhux qed tiffoka biżżejjed fuq realtaijiet ta’ setturi ta’ xogħol li għalihom hawn domanda kbira,” qalilna l-President tal-FŻL. Matul dan l-istess workshop se jkunu qegħdin jiġu ddiskussi wkoll metodi ġodda ta’ kif aħna, bħala pajjiż, nistgħu niffukaw aħjar is-sistema edukattiva tagħna sabiex tinvesti aktar f ’apprentistati u taħriġ ieħor li jista’ jgħin u jsaħħaħ il-ħiliet tal-istudenti
tagħna meta jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Se jiġi diskuss ukoll wieħed mill-akbar suċċessi li rnexxielu jwettaq dan il-Gvern permezz talimplimentazzjoni talGaranzija taż-Żgħażagħ fejn mijiet ta’ żgħażagħ li kienu jingħataw il-ġenb illum qed jirċievu għajnuna u taħriġ individwali u speċjalizzat sabiex huma wkoll ikunu jistgħu jirnexxu f ’ħajjithom. “Dawn huma biss uħud mit-temi li se jiġu diskussi waqt dan il-workshop li se jittella’ nhar is-6 ta’ April fis-6.30pm, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Għaldaqstant, nistednukom biex tingħaqdu magħna biex flimkien nifformolaw numru ta’ proposti li bħala għaqda mistennija ngħaddu lillMinisteru tal-Edukazzjoni matul il-ġimgħat li ġejjin,” temm jgħid Saliba.
ANTHONY DEGIOVANNI – President tal-Veterani Laburisti
ALEX SALIBA – President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti
Lejn Ħolistika
Edukazzjoni
Il-gazzetta KullĦadd ħadet
ukoll il-kummenti ta’ Alex Saliba, il-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti (FŻL), illi spjegalna li, bħal kull sena,
10 27|03|2016
kullħadd.com
KIF SE NIRRISPONDU GĦAT-TERRUR?
X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI 21 ta’ Marzu Il-Fond Monetarju Internazzjonali rraporta li l-iżbilanċ kummerċjali ta’ Malta ta’ 2.5% inqaleb f ’surplus ta’ 9%
Georvin Bugeja Kordinatur PR tal-FŻL
22 ta’ Marzu Dak li ġara matul din il-ġimgħa definittivament se jibqa’ mmarkat f ’moħħna bħala jum ikrah fejn għal darb’oħra t-terrur reġa’ kien fuq fomm kulħadd. Mistoqsija li tiġini f ’moħħi u f ’moħħ kulħadd meta jara dawn il-brutalitajiet, hi: kemm se jdumu jintilfu ħajjiet innoċenti qabel il-kwistjoni tat-terroriżmu tkun miġġielda u tispiċċa? Wara l-attaki ta’ Franza li qajmu allarm madwar l-Ewropa kollha, l-attakki fi Brussell, li seħħew ftit jiem wara li nqabad wieħed mis-suspettati ewlenin ta’ dak li ġara f ’Pariġi, inħoss li l-allarm fost il-pajjiżi tal-UE żdied, u mhux ftit. Wara dan l-inċident, ħsibijiet kulħadd mill-ewwel iduru fuq il-libertà ta’ persuna biex tkun tista’ tivvjaġġa madwar il-pajjiżi tal-Unjoni, dawk li huma msieħba fiż-Żona Schengen, mingħajr kontrolli. Għandna nneħħu din il-libertà, li wara kollox hija importanti għas-suq wieħed fil-pajjiżi tal-Unjoni, li hu wieħed mill-pilastri tal-Unjoni Ewropea? Ma naħsibx. Nemmen li jekk isir dan inkunu qed inħallu lil dawn il-persuni jaslu għall-għan tagħhom. Dan huwa ż-żmien li fih il-poplu Ewropew jingħaqad, filwaqt li l-Istati Membri jridu jgħaddu mid-diskors għall-fatti attwali u konkreti li jkunu maqbula bejn il-pajjiżi kollha u li jistgħu jsibu soluzzjoni biex it-terrur jieqaf darba għal dejjem. Bħala poplu, l-attakki tat-22 ta’ Marzu, żgur li ħassejniehom f ’darna, minħabba li dawn l-attakki seħħew f ’dak li hu meqjus il-qalb tal-UE, minn fejn joperaw diversi istituzzjonijiet talUE u l-post fejn hemm mijiet ta’ Maltin jaħdmu. Aktar minn hekk, sfortunatament wieħed minn dawk li weġġgħu kien Malti, Lorenzo Vella, li għal diversi snin kien jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-Forum Żgħażagħ Laburisti. Bħala għaqda nawguraw lil Lorenzo fejqan ta’ malajr, filwaqt li nsellmu l-memorja tal-vittmi kollha li mietu mhux biss f ’dan l-attakk, iżda f ’kull attakk terroristiku ieħor matul is-snin.
Ġie deċiż li kumpaniji li jinsabu ħatja ta’ ksur tal-liġi tax-xogħol fil-konfront tal-ħaddiema, għandhom minn sitt xhur sa sentejn fil-lista s-sewda u jitilfu kuntratti tal-Gvern
23 ta’ Marzu Ġie deċiż li l-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin jibdew jibbenefikaw minn €5 miljun kull sena, sas-sena 2020
24 ta’ Marzu Tħabbar li minn meta daħlet fis-seħħ l-iskema tal-ħarsien tat-tfal b’xejn, minnha bbenefikaw 4,187 tifel u tifla
25 ta’ Marzu Il-Fond Monetarju Internazzjonali rrapporta li f ’Malta l-qgħad naqas għal-livelli baxxi rekord
26 ta’ Marzu
Tħabbar roħs fil-prezz tal-petrol u d-diżil
27 ta’ Marzu
Dan huwa ż-żmien li fih il-poplu Ewropew jingħaqad
OPINJONI
L-aġenzija ta’ kreditu Fitch irrappurtat li fl-2014 Malta kienet l-ekonomija li l-aktar li kibret minn fost il-pajjizi kollha taż-Żona Ewro
OPINJONI
kullħadd.com
27|03|2016 11
IMMANIĠĠAR TAL-ISKART ELETTRIKU U ELETTRONIKU
Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL
Ir-regolamenti dwar il-ġbir ta’ skart perikoluż, bħal dak iġġenerat minn bċejjeċ jew apparat tal-elettriku jew skart ieħor elettroniku, huma spjegati tajjeb ħafna fl-Avviż Legali 184 tal-2011. Dan l-istess avviż legali jġib fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u talKunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-Iskart u li tħassar id-Direttivi 75/439/KEE, 91/689/KEE u 2006/12/KE. L-iskop ta’ dawn irregolamenti hu għall-ħarsien tal-ambjent u s-saħħa talbniedem bil-prevenzjoni jew bir-riduzzjoni tal-impatti negattivi tal-iġenerar u l-immaniġġar ta’ skart u birriduzzjoni tal-impatti kollha tal-użu ta’ riżorsi u t-titjib taleffiċenza ta’ dak l-użu. Dawn ir-regolamenti wkoll fis-seħħ:
Il-ministru responsabbli għall-gvern lokali ried li din il-ligi, li hija wkoll ligi Ewropea, tibda tiġi osservata minn dawk kollha li b’xi mod jew ieħor jiddisponu minn skart perikoluż
jġibu
(a) l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat23 ta’ April 2009 dwar ilħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006; (b) id-dispożizzjonijiet tadDirettiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1127 tal-10 ta’ Lulju 2015 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u talKunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi; u (ċ) id-dispożizzjonijiet tarRegolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1357/2014 tat-18 ta’ Diċembru li jħassar Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u talKunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi. Qed ngħid dan kollu biex wieħed ikun jista’ jifhem aħjar il-kumplament tal-artiklu dwar dan is-sugġġett. Dan għax jidher li hemm min għandu aġenda differenti minn dik li jgħid u jikteb fil-qasam talkunsilli lokali, u dan minkejja li għandu kariga li ġġorr magħha ċertu responsabbiltà li, fost l-oħrajn, ikun jaf dawn l-istess regolamenti li qed nitkellem fuqhom. Ftit tal-jiem ilu d-Dipartiment tal-Gvern Lokali, bagħat korrispondenza lill-kunsilli lokali fejn l-istess Dipartiment ta struzzjonijiet li, b’effett mill-4 t’April 2016, kull kunsill lokali jrid jibda jimla’ l-formola apposta b’rendikont ta’ dak li jkun qed jiġbor bħala skart goff perikoluż mid-djar tarresidenti u l-istess formula
għandha tkun ippreżentata mill-kuntrattur meta dan imur biex jarmi l-istess skart, skont regoli stipulati fil-ligi sussidjarja numru 504.37 tarrimi u dispożizzjoni tal-iskart. Talab ukoll li tali lista/formola, għandha tkun ippreżentata għand il-MEPA sa tlett ijiem qabel ma jsir l-istess depożitu ta’ skart. Wara li kien hemm min wera tħassib li tlett ijiem huma ħafna u dan seta’ b’xi mod ixxekkel l-operat talkunsilli lokali f ’dan il-qasam, iż-żmien ġie mnaqqas għal ġurnata waħda biss. Seminar ta’ informazzjoni L-għan ewlieni ta’ din ilproċedura hu li jkun hemm traparenza u traċċi tal-pakketti jew ogġġetti mormija biex id-disponiment tagħhom isir bl-aħjar mod possibbli. Flistess notifika, id-Dipartiment informa li se ssir laqgħa apposta għal dan il-għan u anke se jittella’ seminar ta’ informazzjoni biex kulħadd ikun jista’ jressaq ’il quddiem il-problemi li jkun qed jiltaqa’ magħhom. Tajjeb wieħed isemmi li, barra l-fatt li l-imsemmi avviż legali (184/2011) ġie ppublikat fl-2011, l-istess Gvern Nazzjonalista li ppubblikah qatt ma ndejna ruħu jara li dawn id-direttivi jiġu implimentati, tant li ħalla lil kull kunsill lokali jadotta s-sistema li jrid. Fis-sena 2015, il-ministru responsabbli għall-gvern lokali ried li din il-ligi, li hija wkoll ligi Ewropea, tibda tiġi osservata minn dawk kollha li b’xi mod jew ieħor jiddisponu minn skart perikoluż. Kien għalhekk li f ’Lulju ta’ dik is-sena, idDipartiment għall-Gvern Lokali bagħat memo 21/2015 biex jinforma li qed ikun innutat li bosta kunsilli lokali ma kinux qed jimxu ma’ din illiġi. F’Ottubru tal-istess sena, biex żgur ikun jaf eżattament xi jrid jagħmel, l-istess Dipartiment bagħat memo oħra, 27/2015, fejn spjega fid-dettall l-iskop ta’ dawn ir-regolamenti u kif għandhom jitħaddmu. Għal dan il-għan kien ħareġ avviz legali ieħor; 232/2015. Spjega kif l-avviż legali 232 tal-2015 jobbliga kemm lill-kuntrattur kif ukoll lillkunsilli lokali biex kull skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, bħal fridges, cookers, water heaters, kompjuters, eċċ., għandhom jintremew strettament f ’facilitajiet provduti apposta minn WasteServ. Spjega kif il-kuntrattur li jiġbor dawn l-oġġetti mid-djar tan-nies, għandu jimla’ l-formola li għamilt referenza għaliha qabel u li kopja tagħha tkun għand il-kunsill lokali. Dan sabiex ikun hemm audit trail ta’ kull oġġett sakemm
ikun aċċertat li l-oġġetti ġew irkuprati u l-kunsilli jaraw li l-istess apparat qed jintrema fil-postijiet awtorizzati. Dan ifisser li s-segretarji eżekuttivi tal-kunsilli lokali, ilhom mis-sena 2011 jafu b’din il-proċedura. Mhux biss, imma f ’Lulju tal-2015 inġibditilhom l-attenzjoni li ħafna minnhom mhux jaraw li dawn irregolamenti jitħaddmu u, f ’Settembru tal-istess sena, reġa’ kien hemm kjarifika oħra ta’ kif għandhom isiru l-affarijiet. Naturalment, f ’Marzu ta’ din is-sena, idDipartiment deherlu li għadda żmien biżżejjed biex wieħed jirregolarizza ruħu u wissa li se jkun qed jimponi li kull kunsill lokali għandu jimxi ma’ dawn id-direttivi li, nirrepeti, huma wkoll imposti millKummissjoni Ewropea. Għaġla! Allura kont mistgħaġeb meta waslet għandi korrispondenza mill-ANSEK, li hija l-Assocjazzjoni tas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali, li tgħid li tħossha ddispjaċuta kif ma saret l-ebda diskussjoni magħha, kif ma kinitx ikkonsultata u kif il-piż se jinġarr mis-segretarji eżekuttivi u kif din l-attitudni, skont l-ANSEK, mhix aċċettabli. L-istess Assoċjazzjoni tgħid ukoll li se tagħti direttivi lillmembri tagħha biex, mhux biss jinjoraw l-avviż u d-direttivi mogħtija, imma ma jattendu għall-ebda laqgħa msejħa dwar is-suġġett. L-istess korrispondenza tistaqsi għalfejn din l-għaġla kollha; dan wara li l-ewwel avviż legali ħareġ fis-sena 2011 – ħames snin ilu. U din għall-ANSEK hija għaġla! Ilni ħafna nżomm lura milli nidħol f ’battibekki ma’ din l-assoċjazzjoni u dan għal żewġ raġunijiet ewlenin: a) għandi rispett lejn issegretarji eżekuttivi għax filmaġġoranza tagħhom iwettqu dak mitlub minnhom bil-liġi u wħud anke jmorru aktar minn hekk; u b) ma naħsibx li huwa fl-interess ta’ ħadd li jkun hemm animożità bierda bejn is-segretarji u l-kunsilliera. Però, ma nistax ma nirrimarkax kif l-ANSEK qatt ma titkellem meta xi membru minn tagħna ma jagħmilx xogħlu sew; meta xi membru minn tagħha jagħmel rapport wara l-ieħor bla ebda bażi quddiem ilbord tal-governanza fuq kunsilliera; meta jinsterqu flus minn uffiċċju ta’ kunsill lokali f ’ħin fejn ir-responsabbiltà amministrattiva hija tassegretarju eżekuttiv; meta l-istess segretarju jaqbel massindku li jinżamm kollox mistur; meta xi segretarju
eżekuttiv, joħroġlok bi frank fit-tul meta, pereżempju, tkun ġejja l-festa tar-raħal; meta xi segretarju eżekuttiv jgħid li ma jlaħħaqx ma xogħlu mbagħad jaċċetta li jmur aġent banda oħra; meta jkun allegat li segretarju eżekuttiv, anke reġjonali, jagħti l-email personali tiegħu biex kuntrattur/i juri l-interess tiegħu fuq xi kuntratt; meta xi segretarju eżekuttiv jidħol xogħol xi l-10.00am għax ikun dam ftit iktar mis-soltu minħabba seduta tal-kunsill; meta xi segretarju jirrifjuta li jagħmel ħin żejjed jekk ma jlaħħaqx ma’ xi deadline bl-iskuża li mhux intitolat għal overtime, meta hija prassi normali li min jaħdem f ’pozizzjoni eżekuttiva ma jkollux overtime għax ikun imħallas tajjeb għas-sigħat normali tiegħu. Meta ħareġ l-avviż legali 184/2011, l-ANSEK x’għamlet? Bagħtet tistaqsi kif se topera s-sistema? Meta ħarġet il-memo 21 u 27 tal-2015, l-ANSEK laqqgħet lill-membri tagħha biex tressaq proposti differenti? Allura kif tiġi issa u tgħid li kollox qed isir bl-għaġla u tippretendi li tittieħed bisserjetà meta tgħid dak li qalet fil-korrispondenza tagħha? Jew forsi l-interess tal-ANSEK hu li tfixkel u tiddefendi dak li hu indifensibbli? Jew forsi hemm xi aġenda politika moħbija? Min jaf jekk ilmembri kollha tal-ANSEK qablux mal-kontenut tal-email li ntbagħtet f ’isimhom – jekk kienu kkonsultati?! L-ardità talANSEK tkompli toħroġ meta din bilkemm ma riditx titkellem ukoll f ’isem l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali! Ċirasa fuq il-kejk Imbagħad, biex bħal donnu npoġġu ċ-ċirasa fuq ilkejk, il-President tal-istess Assoċjazzjoni jikteb fuq ilFacebook tiegħu: “X’waħda din! Jekk ma nimxux mal-legal notice nkunu qed niksru l-liġi! :o Legal notice tal2011!! So daqshekk ilna niksru l-liġi u ma ġara xejn! Imbilli niksruha ftit iehor?!! :)” Sur President, il-liġi jridu jsegwuha l-membri tiegħek għax huma l-persuni responsabbli amministrattivament. Jekk kien hemm nuqqas, kien millmembri tiegħek għax huma għandhom id-dover jiggwidaw lill-kunsilli lokali. Jew fejn u meta jaqblilha l-Assoċjazzjoni tiegħek tidħol ir-responsabbiltà amministrattiva? Ir-risposta li ta d-Dipartiment lil ANSEK tikkonferma dak li bih bdejt dan l-artiklu. Naħseb iktar kummenti jkunu superfiċjali f ’dan l-istadju. Iddirettiva hija ċara u hija ċara għal kulħadd.
12 27|03|2016
kullħadd.com
OPINJONI
KUNSILLI QRIB IN-NIES GRAZZI GĦALL-PROGRAMM TA’ ĦIDMA TAL-GVERN
Stefan Buontempo Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali
Dan ma jfissirx li wettaqna kollox! Għandna wegħdiet li dalwaqt jitwettqu u oħrajn li għad għandna ftit x’naqdfu biex inwettquhom
Ftit ilu ċċelebrajna t-tielet anniversarju tar-rebħa kbira elettorali li reġġgħet lillPartit Laburista fil-Gvern wara nuqqas ta’ ħafna snin. Din ir-rebħa kienet il-frott ta’ diversi fatturi, fosthom tal-fiduċja li l-poplu Malti u Għawdxi wera fil-Prim Ministru Joseph Muscat u filviżjoni tiegħu li pajjiżna jista’ jkun l-aqwa fl-Ewropa. Din il-viżjoni hija mnebbħa millgħarfien li aħna, bħala poplu, żgħir kemm hu żgħir, għandu l-potenzjal li jaspira li jkun fost l-aktar popli ta’ suċċess. Iżda meta aħna naħdmu biex insarrfu l-aspirazzjoni tagħna li nkunu tajbin daqs ħaddieħor, ma nkunux qed naħdmu biex aħna, li ngħixu hawnhekk, immorru ngħixu bħal sħabna l-Ewropej fil-pajjiżi tagħhom, iżda biex ingawdu dak kollu li jagħmilhom b’xi mod aħjar minna f ’pajjiżna stess. Għaldaqstant, dan ifisser li aħna ntejbu lil pajjiżna biex, aħna li ngħixu l-ħajja tagħna fil-komunità tagħna, inkunu nistgħu ngawdu kwalità ta’ ħajja aħjar. Kien għalhekk li l-Partit Laburista, meta ppreżenta l-manifest elettorali tiegħu għall-elezzjoni li għaddiet, ta importanza lill-ħidma tal-kunsilli lokali biex il-komunitajiet tagħna jesperjenzaw qabża ’l quddiem fil-kwalità tal-ħajja tal-membri tagħhom. Fil-fatt, il-manifest elettorali jitkellem ċar dwar kif ilGvern biħsiebu jilħaq il-miri tiegħu permezz tal-ħidma talkunsilli lokali. Nixtieq inkun ċar ħafna hawnhekk: mhux bilfors kull ħaġa li għandha
sseħħ għandu jagħmilha l-kunsill, iżda l-involviment tal-kunsill huwa essenzjali għax aħna nemmnu li ħadd ħlief il-membri talkomunitajiet tagħna ma jafu x’inhu l-aħjar għalihom. Dan kollu huwa l-pern tassistema tal-kunsilli lokali. Innies jagħżlu minn fosthom huma dawk li lesti jmexxu l-komunitajiet tagħhom ’il quddiem, u għalhekk nisħaq fuq l-importanza li l-kunsilli għandhom jibqgħu dejjem qrib in-nies, għax jekk kunsill jitbiegħed mill-komunità tiegħu m’għandux raġuni għalfejn jeżisti. Kien għalhekk li l-Partit
Laburista fassal pjan ta’ ħidma favur il-komunitajiet tagħna, li jolqotna fil-ħajja tagħna ta’ kuljum fil-belt u r-raħal tagħna. Aħna lkoll nixtiequ toroq nodfa, li ninqdew mill-kunsill mingħajr wisq burokrazija, li nsibu servizzi tas-saħħa fil-qrib tagħna, u li l-kelma tagħna tkun mismugħa aktar minn dawk l-entitajiet li jistgħu b’daqqa ta’ pinna jbiddlulna l-ambjent ta’ madwarna. Għalhekk, dan il-Gvern, grazzi għall-impenn li ħa l-Partit Laburista qabel l-elezzjoni, qiegħed jaħdem fuq pjan ta’ azzjoni biex dawn il-wegħdiet iseħħu. Wegħidna li se nsaħħu l-vuċi taż-żgħażagħ, u dan wettaqnieh grazzi għallinizjattiva Vot16 li permezz tagħha ż-żgħażagħ li għalqu s-16-il sena setgħu jivvutaw fl-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali. Wegħidna li nsaħħu r-rwol tal-arti u l-artisti filkomunitajiet, u dan qed inwettquh grazzi għallgħajnuna li qed nagħtu lill-kunsilli lokali biex jorganizzaw l-attivitajiet kulturali. Wegħidna li nsaħħu l-fibra soċjali tal-lokalitajiet, u dan qed inwettquh grazzi għal taħriġ li qed jingħata lillfamilji permezz tal-programm Għaqal id-Dar – Ħajja Aħjar. Id-dimensjoni soċjali talkunsilli lokali qiegħda tkun imseddqa wkoll permezz tattisħiħ tal-inizjattivi li ħafna kunsilli lokali jieħdu b’mod individwali. Dan il-Gvern jirrikonoxxi l-ħafna xogħol siewi li qed jagħmlu l-kunsilli lokali, partikolarment malanzjani tagħna u, bħala Gvern, aħna kommessi li nkomplu nsaħħu dan ix-xogħol. Dan ma jfissirx li wettaqna kollox! Għandna wegħdiet li dalwaqt jitwettqu u oħrajn li
għad għandna ftit x’naqdfu biex inwettquhom. Iżda jiena konvint li se naslu, għax aħna ma wegħidniex l-ilma jiżfen iżda affarijiet li jtejbu l-ħajja tan-nies u li verament nistgħu inwettquhom! Se nkunu qegħdin nagħtu aktar responsabbiltajiet ġodda ta’ kordinament lill-Kumitati Reġjonali sabiex jgħinu lillkunsilli lokali jagħtu servizz ta’ kwalità ogħla lir-residenti kollha. Għax nemmnu li l-kunsilli m’għandhom qatt jinfatmu min-nies, dalwaqt se ndaħħlu l-obbligu legali lil kull kunsill lokali biex ixandar il-laqgħat tiegħu permezz ta’ xandiriet diretti bl-internet. Personalment inħoss li hemm żewġ miżuri li juru verament kemm l-intenzjoni ta’ dan il-Gvern hija verament li l-kunsilli lokali jkunu tassew qrib in-nies. Għax x’hemm aħjar, biex turi li inti qrib ta’ xi ħadd, aktar milli ddaħħlu miegħek biex jiddeċiedi kif ser tonfoq flusek? Fil-fatt din is-sena se naħdmu biex membri talpubbliku jkunu parti millbord tal-għażla għal kuntratti maġġuri tal-kunsill tagħhom. Dan se jseddaq l-ispirtu ta’ trasparenza li tant huwa għal qalbi u li tant inħoss li għandu jkun magħġun fil-mod ta’ kif joperaw il-kunsilli lokali. Fil-futur qrib, grazzi anke għall-qasma tal-Awtorità tal-Ambjent minn dik talIppjanar, se nkunu qed nagħtu aktar drittijiet lillkunsilli lokali fix-xogħol ta’ rappreżentazzjoni tagħhom f ’isem ir-residenti. Dan għax il-kunsilli mhux biss se jkunu kkonsultati meta jkun hemm proposta ta’ proġett maġġuri, iżda se jkollhom vot ukoll fid-deċiżjonijiet tal-bord talAwtorità tal-Ippjanar.
EDITORJAL
kullħadd.com
27|03|2016 13
www.kullħadd.com agħmel kuntatt magħna
EDITUR
Aleander Balzan aleander.balzan@one.com.mt +356 2568 2230
ĠURNALISTI
Ritianne Agius ritianne@kullhadd.com +356 2090 1410
Liam Gauci liam@kullhadd.com +356 2090 1413
INDIRIZZ POSTALI
KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717
Glen Falzon glen@kullhadd.com
KUNTATT ĠENERALI editorial@kullhadd.com + 356 2090 1411
SALES U DISTRIBUZZJONI Alan Saliba sales@kullhadd.com +356 2090 1520
DISINN TAL-GAZZETTA Leanne Grech
ĦTIEĠA TA’ AZZJONIJIET IMMEDJATI
Dak li seħħ fi Brussell iktar kmieni din il-ġimgħa reġa’ ħasad lill-Ewropa u, forsi ħafna iktar minn drabi oħra, lilna l-Maltin. Dan għax l-attakk fi Brussell, belt fejn hemm komunità Maltija mdaqqsa, wassal biex ħafna iktar jifhmu kemm din ir-realtà kerha tista’ tolqot lil kulħadd, tant li fost il-vittmi kien hemm Lorenzo Vella, Malti li min jaf kemm-il darba fis-snin li għaddew kiteb u kkontribwixxa f ’din l-istess gazzetta. B’reazzjoni għal dawn l-attakki dlonk issejħu laqgħat fi Brussell, fost oħrajn dik straordinarja tal-Ministri tal-Intern. Laqgħat li rajna bħalhom f ’Novembru li għadda wara l-attak-
ki f ’Pariġi, bi kliem li smajna ħafna bħalu u li huwa déjà vu. Diskors bħal dak tal-Ministru Carmelo Abela ma tistax ma taqbilx miegħu. Iddikjara li l-“attakki terroristiċi ta’ nhar it-Tlieta fi Brussell huma jum iswed għall-Ewropa.” Żied li huma wkoll attakki “fuq il-valuri Ewropej”. Naqblu. Iżda l-mistoqsija hi: issa x’se nagħmlu? M’hemmx soluzzjoni maġika. Qatt ma nistgħu ngħidu li se neliminaw din it-theddida għal dejjem. Però, żgur li l-Ewropa għandha twieġeb b’ħafna iktar ħeffa milli għamlet sa issa. Żmien id-diskors biss u ż-żjarat simboliċi spiċċa. Dan għax it-terroristi, li llum jaħdmu b’mod transnazzjonali,
qed ikunu aġli ferm fil-ħidma tagħhom biex jikbru, fl-użu tat-teknoloġija u anke biex il-ħidma malinna tagħhom issir iktar sofistikata. Ħafna drabi l-mexxejja tagħna fl-Ewropa qed jeħlu fid-diskors. Meta niġu għall-azzjoni rridu nħaffu iktar. Waqt il-laqgħa, il-ministri tal-Istati Membri tal-UE impenjaw ruħhom b’mod ċar li jgħaġġlu t-twettiq ta’ għadd ta’ miżuri maħsubin biex isir progress kontinwu fil-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali. Il-ministri adottaw ukoll unanimament dikjarazzjoni li telenka sensiela ta’ passi li l-UE se tiffinalizza malajr kemm jista’ jkun. Fost oħrajn jissemma kif iridu jkunu identifikati u
eliminati ċ-ċelloli terroristiċi internazzjonali u l-finanzjament għalihom. Intqal ukoll li trid tissaħħaħ is-sigurtà fil-fruntieri esterni tal-Unjoni u reġgħet issemmiet il-kwistjoni tat-tagħrif dwar il-passiġġieri magħrufa bħala l-PNR (passenger namer record). Din tal-aħħar hija eżempju ċar ta’ kemm l-Ewropa qed iddum biex tieħu deċiżjoni. Agħar minn hekk, sakemm iċ-ċittadini se jibqgħu jaraw il-mexxejja tagħhom mhux effettivi, se jibdew iduru iktar lejn il-partiti tal-estrem biex, minflok soluzzjonijiet, imbagħad ikollna iktar konflitt. Dan ukoll ipoġġi piż fuq il-mexxejja Ewropej biex jieħdu azzjonijiet qabel ikun tard wisq.
Intant, ma nistgħux ma ninnutawx kif, f ’ġurnata fejn l-Ewropa kollha kienet imnikkta bl-avvenimenti li seħħew fi Brussell, il-Kap tal-Oppożizzjoni għażel li jmur fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista u jiftaħ attakk partiġġjan fuq ilGvern. Il-Kap tal-Oppożizzjoni baqa’ ma fehemx meta għandu jitkellem u meta għandu joqgħod pass lura. L-istess kif ma fehemx meta hu post
id-diskors politiku u meta le. Din mhix l-ewwel okkażjoni fejn stona f ’dak li qal; fil-fatt hemm sensiela ta’ okkażjonijiet fejn tkellem b’mod partiġġjan waqt avvenimenti fejn issoltu mexxejja ta’ pajjiż jiġbdu ħabel wieħed. Għalhekk qal sew il-Partit Laburista, li lanqas li kien f ’election mode, kif jixtieq, ma jmissu kien daqstant partiġġjan.
BUSUTTIL NOT FIT FOR PURPOSE
14 27|03|2016
kullħadd.
ITTRI
SEMMA’ LEĦNEK Ibagħtilna ittra biex nippubblikawha fil-gazzetta KullĦadd. Preferibbilment l-ittri jkunu miktuba bil-kompjuter. INDIRIZZ POSTALI KullĦadd Ittri, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. INDIRIZZ ELETTRONIKU editorial@kullhadd. com. Annotaw l-email billi fis-suġġett tindikaw li qed tibagħtu ittra.
ID-DNUB LI MA JORQODX Sur Editur,
L-AĦMAR QIEGĦED F’QALBI Jien inħobb il-kulur aħmar, Ma’ qalbi nrossu sewwa Tista’ tgħid li kulħadd iħobbu Għax ma ssofri l-ebda dnewwa. Kemm ilu jmexxi lil Malta Lilha ġabha fuq saqajha Għalkemm il-blu dejjem kontra Ta’ spiss joħloq ħafna qlajja’. Il-blu lil Malta kien ġab fixxa Kemm kien huwa dam fil-Gvern U lilha ġabha marida, Il-ħajja għollieha infern. Hekk kif l-aħmar ħa s-setgħa Lil Malta hu dewwieha Hija fieqet sewwa ħafna Għax id-duwa ħadmet fiha. U hekk Malta twieldet mill-ġdid, Għax fiha sar hemm ħafna ġid. ANZJAN POETIST, SAN VINĊENZ DE PAULE
Staġibt. Kont naqtgħu iżjed raġel min hekk. Forsi għalhekk kien jaqbeż għal dak u għall-ieħor, bit-tama li jekk tasal ‘tiegħu’ jaqbżu għalih. Tiegħu waslet, u bil-kbir. Palazz bil-pixxina u ġnien kbir; il-ħolm ta’ kull wieħed u waħda minna. Jiswa €5 miljun – mhux ċajta. M’aħniex qed nitkellmu fuq dar b’żewġt ikmamar fuq u tnejn isfel, qed nitkellmu fuq palazz, barra seba’ proprjetajiet oħra.Kollha għand Beppe Fenech Adami meta Lawrence Gonzi kien fil-Gvern u bil-barka tiegħu. Jgħidu li l-bniedem li għandu ħafna flus aktar irid, u veru, għax Beppe mhux kuntent bil-proprjetajiet li għandu u xtara żewġt ikmamar li saru erbgħa, saru sitta u fl-aħħar spiċċa b’palazz li, li kieku baqa’ jibni fuqu, kien jieħu x-xejra tal-palazz ta’ Monaco li fih kienu jgħixu l-Prinċep ta’ Monaco u martu Grace Kelly. Hekk sew, kollox mhux iddikjarat, kollox miżmum taħt it-tapit sakemm waslet dik il-ġurnata li nkixef kollox. Bil-mod il-mod qed jinkixef il-ħażen kollu tanNazzjonalisti. Id-dnub ma jorqodx, u ż-żejt dejjem jitla’ f ’wiċċ l-ilma anke hekk jgħaddu għexiren ta’ snin. X’se jagħmel fuq din il-kwistjoni Simon
Busuttil? Kif jgħidu l-Ingliżi: Is he going to bury his head in the sand like an ostrich? In-Nazzjonalisti għandhom ħabta joħorġu mill-affarjiet qishom sriep għadejjin minn mal-ġebel, iżda naqra diffiċli joħroġ minn ħaġa bħal din seħibna Beppe. Hemm wisq evidenza konkreta x’għandu u m’għandux. Li hu
ċert hu li sar miljunarju. Il-kwistjoni hi din: Min fejn ġabhom dawn il-flus kollha? Bir-raġun il-Partit Laburista qed jitlob spejgazzjoni. Dan ma huwa xejn ħlief abbuż sfaċċat ta’ poter. VALERIE BORG, IL- BELT VALLETTA
RUSSI JIMMARĊJAW FUQ L-ORDNI TAL-BANKIERA? Sur Editur, Meta tifli l-aħbarijiet internazzjonali għal rasek u mhux dak li l-mezzi talkomunikazzjoni jisquk, tista’ tasal għall-konklużjonijiet. Pereżempju: tgħid għaliex minkejja tant tħambiq
kontra l-intervent Russu fis-Sirja, irRussi xorta għaddsu rashom u baqgħu għaddejjin, però f ’nofs Marzu bdew jirtiraw il-kontinġent militari mis-Sirja? Titwemmen li qed jirtiraw għax għamlu xogħolhom? Jew għax pajjiżhom jinsab magħfus mill-flus
u l-Gvern Russu se joħroġ bond li l-Amerikani u l-Ewropej qed ipespsu biex l-istituzzjonijiet ma jixtrux minnu? J. BONNET BALZAN, IL-BALLUTA
TA’ BARRA
kullħadd.com
27|03|2016 15
STRATEĠIJA TAJBA? LIAM GAUCI liam@kullhadd.com
Il-President Amerikan Barack Obama kien fil-mira ta’ kritika sostanzjali min-naħa ta’ diversi membri prominenti tal-Partit Demokratiku u dak Repubblikan għad-deċiżjoni tiegħu li jkompli ż-żjara tiegħu f ’Kuba kif ippjanat wara l-attakki terroristiċi fi Brussell. Madankollu, li jagħmel interessanti d-deċiżjoni ta’ Obama u r-reazzjoni għaliha huwa l-fatt li dawn jirriflettu n-nuqqas ta’ qbil li għad hemm fejn tidħol l-istrateġija Amerikana fil-konfront tatterroriżmu Iżlamiku radikali minkejja li dan il-fenomenu ilu magħna għal snin twal. It-triq tal-prudenza Wieħed ma jkunx korrett jekk jgħid li l-President Amerikan injora l-attakki li seħħew filBelġju. Fil-fatt, huwa għamel diskors li fih qal li l-Istati Unit se tkompli tpoġġi r-riżorsi tagħha għad-dispożizzjoni tal-pajjiżi alleati kollha. Barra minn hekk, huwa kkonferma li l-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali għadha l-prijorità prinċipali tal-presidenza tiegħu. Madankollu, il-kritiċi tiegħu fakkru li dak li qal Obama ma kien xejn ġdid hekk kif diskorsi simili nstemgħu wara bosta mill-attakki terroristiċi li seħħew matul dawn l-aħħar snin. Xi analisti politiċi, però, sostnew li, minkejja li r-reazzjoni tal-President Amerikan tista’ tidher passiva,
hija waħda studjata. Dan għaliex huwa jrid li jkun differenti mill-predeċessur tiegħu, George W. Bush, li kien ħa l-fama li jintervieni f ’konflitti militari mingħajr ma janalizza l-implikazzjonijiet tagħhom. Għaldaqstant, Obama għażel it-triq talprudenza li permezz tagħha juri li mhuwiex qiegħed ikun immotivat minn sens ta’ paniku. Barra minn hekk, huwa jidher li qiegħed jipprova jevita li jagħti l-impressjoni li gruppi bħall-Istat Iżlamiku huma aktar b’saħħithom milli fil-fatt huma. Dan stajna narawh filpassat fejn kien hemm diversi okkażjonijiet meta esponenti prinċipali tal-White House sostnew li fl-Istati Uniti jmutu aktar nies minħabba l-użu illeċitu ta’ armi tan-nar minn ċittadini Amerikani milli b’riżultat ta’ attakki terroristiċi. Il-prudenza ta’ Obama ma tfissirx li huwa rtira lil pajjiżu mill-konfronti ma’ gruppi
terroristiċi internazzjonali. Però, kien hemm diversi esponenti politiċi ewlenin, fosthom Hillary Clinton, li kienet is-Segretarja tal-Istat Amerikan bejn Jannar 2009 u Frar 2013, li sostniet li l-politika tas-sigurtà attwali qiegħda tiffoka wisq fuq ilkonteniment tat-terroriżmu u mhux il-qerda tiegħu. Theddida kbira Analiżi interessanti ta’ din il-politika kemxejn irtirata għamilha l-Institute for the Study of War (ISW). F’rapport intitolat Al-Qaeda and ISIS: Existential Threats to the US and Europe, li kien ippubblikat f ’Jannar li għadda, dan it-think tank sostna li l-amministrazzjoni attwali qiegħda tissottovaluta t-theddida li qegħdin joffru dawn il-gruppi terroristiċi. Punt simili għamlu fl-analiżi tiegħu l-ISW, fejn sostna li, minkejja li l-gruppi terroristiċi
m’għandhomx ir-riżorsi biex jegħlbu lill-Istati Uniti f ’konfront militari, dan ma jfissirx li huma mhux qed ikollhom impatt sostanzjali fuq il-ħajja u s-sigurtà taċ-ċittadini Amerikani. Fil-fatt, l-istitut fakkar li, matul dawn l-aħħar snin, iċ-ċittadini Amerikani kellhom jissagrifikaw diversi libertajiet personali hekk kif il-liġijiet ta’ pajjiżhom kienu qegħdin jiġu addattati għallisfidi li ħoloq it-terroriżmu internazzjonali. Barra minn hekk, irrapport sostna li t-terroriżmu qiegħed ikun wieħed mirraġunijiet prinċipali għalfejn ir-relazzjonijiet bejn diversi pajjiżi tal-Punent iddeġeneraw sostanzjalment minħabba s-suspetti reċiproċi li kellhom dwar il-motivazzjonijiet wara l-politika barranija ta’ xulxin. Dan, fost l-oħrajn, affettwa ħażin istituzzjonijiet bħallUnjoni Ewropea, li wriet sinjali ta’ indeċiżjoni qawwijin meta s-sena l-oħra sabet ma’
INKWIET POLITIKU GLEN FALZON glen@kullhadd.com
Il-President tar-Repubblika talKongo, Denis Sassou Nguesso, irnexxielu jirbaħ mill-ġdid l-elezzjoni għat-terminu tal-ħames snin li ġejjin hekk kif kiseb 60% tal-voti. Madankollu, mhux kollox huwa ward u żahar hekk kif l-Oppożizzjoni ċaħdet bil-qawwa dan ir-riżultat minħabba li qed tallega li kien hemm frodi u għalhekk qed titlob lis-soċjetà għal diżubbidjenza ċivili. Ir-residenti qed jgħidu li Brazzaville, il-kapitali tan-nazzjon tal-Afrika Ċentrali li tipproduċi ż-żejt fejn Nguesso nnifsu ggverna għal ħafna żmien, kien hemm atmosfera kwieta iżda fl-istess ħin kien hemm il-biża’ li tinqala’ xi ħaġa minħabba l-preżenza kbira tal-pulizija li kien hemm. Min-naħa l-oħra, fil-hub ekonomiku ta’ Pointe Noire – post fejn hemm appoġġ kbir għall-Oppożizzjoni – kien irrapportat li l-pulizija sparaw xi tiri fejn is-suq ta’ Tchi Tchi biex igerrxu n-nies li kienu nġabru.
Madankollu, ma kienx ċar millewwel min kien hemm preżenti f ’din il-folla li nġabret. Nguesso ilu li ħa l-poter ta’ dan il-pajjiż mill-1979, iggverna r-Repubblika tal-Kongo sal-1992, sakemm tilef l-elezzjoni ta’ dik issena. Huwa reġa’ tela’ fl-1997 wara li kien hemm il-gwerra ċivili, u reġa’ rebaħ l-elezzjonijiet tal-2002 u l-2009, minkejja li kien hemm allegazzjonijiet ta’ frodi. F’dan l-isfond tajjeb li wieħed jirrimarka kif, proprju s-sena l-oħra, sar referendum fejn tneħħew il-limiti ta’ terminu tal-età u għalhekk l-istess Nguesso ġie aġevolat. Li kieku ma sarx hekk, ma kienx ikun jista’ jerġa’ jikkontesta din l-elezzjoni. Skont il-Kap tal-Oppożizzjoni Guy-Brice Parfait Kolelas, ir-riżultati tħabbru proprju fuq it-televiżjoni tal-istat nhar il-Ħamis li għadda mill-Ministru tal-Intern Raymond Zephyrin Mboulou. Interessanti huwa l-fatt li dan tal-ewwel spiċċa fit-tieni post wara Nguesso nnifsu, bi 15% tal-voti biss, filwaqt li l-Ġeneral irtirat Jean-Marie Mokoko,
eksuffiċjal tas-sigurtà ta’ Nguesso, ġie fit-tielet post b’14% tal-voti. Minn tal-inqas 18-il persuna nqatlet mill-forzi tas-sigurtà waqt iddimostrazzjonijiet tal-Oppożizzjoni li saru minħabba dan l-imsemmi referendum biex jinbidlu t-termini għal min jista’ jikkontesta u min ma jistax. Fid-dawl ta’ dan kollu, ħafna interpretaw il-kummenti ta’ Mokoko bħala indirizz dirett lejn il-Forzi Armati, meta dan sostna li s-servizz tal-Forzi Armati għandu d-dmir u l-obbligu li jgħin u jindirizza l-problemi tal-pubbliku kollu kemm hu. Apparti minn hekk, kien irrapportat ukoll li tliet ġurnalisti minn gazzetti Franċiżi: Le Monde u Agence France Presse, ġew imsawta minn erba’ rġiel meta kienu qed jirrapportaw konferenza stampa mtellgħa millOppożizzjoni. Iffaċċjat fuq dan ir-reat serju fuq il-ġurnalisti madwar id-dinja, kelliem għall-Gvern ma kienx disponibbli biex jgħaddi kumment fuq dak li ġara.
wiċċha numru konsiderevoli ta’ immigranti irregolari li bosta minnhom kienu ġejjin minn pajjiżi li fihom hemm preżenza kbira ta’ gruppi terroristiċi. Din l-indeċiżjoni wasslet lil bosta Stati Membri biex jieħdu inizjattivi għal rashom, fosthom bis-sospensjoni talparteċipazzjoni fil-ftehim ta’ Schengen u l-għeluq fiżiku talfruntieri – miżuri li strettament ma kinux illegali imma li wrew li Unjoni ma kinitx kapaċi tintervieni b’mod veloċi biżżejjed f ’perjodu ta’ kriżi. Strateġija ġdida Minħabba dawn id-diversi fatturi, jidher li l-istrateġija attwali fil-konfront tatterroriżmu internazzjonali mhijiex qiegħda taħdem għax tippermettilhom li joperaw b’libertà sostanzjali f ’numru ta’ pajjiżi minkejja l-interventi militari sporadiċi li saru matul dawn l-aħħar snin. X’għandu jkun il-pass li jmiss mhuwiex ċar. Madankollu, wieħed f ’dan l-istadju jista’ jgħid b’ċertezza li s-soluzzjoni ma tistax tasal permezz ta’ interventi minn pajjiżi individwali jew koalizzjonijiet żgħar. Minflok jidher li hemm bżonn ta’ koalizzjoni kbira b’għanijiet komuni li tkun lesta tikkommetti ruħha għal konfront diplomatiku u militari li jista’ jdum snin twal, minkejja l-fatt li din tista’ tmur kontra l-istinti tradizzjonali tal-gvernijiet tal-Punent li jkunu jridu soluzzjoni ta’ malajr biex ipaxxu l-opinjoni pubblika.
16 27|03|2016
1
kullħadd.com
TA’ BARRA
MINN MADWA
ŻEWĠ ĠURNALISTI TOROK GĦALL-QORTI
3 5 Żewġ ġurnalisti prominenti Torok, li kienu mixlija li żvelaw sigrieti tal-istat, se jgħaddu minn proċess quddiem il-Qorti kriminali fil-magħluq. Erdem Gul u Can Dundar, li jaħdmu mal-gazzetta Cumhuriyet, kienu arrestati f ’Novembru li għadda wara li rrappurtaw u allegaw li l-Gvern Tork kien ipprova jibgħat xi armi lill-Iżlamisti fis-Sirja. It-tnejn li huma qed jiċħdu dan kollu, iżda jekk jinstabu ħatja jistgħu jintbagħtu l-ħabs għal għomorhom. Is-segwaċi tagħhom qed iqisu dan il-każ bħala test maġġuri għal-libertà tal-istampa fit-Turkija. Dan fl-isfond li l-Gvern Tork qed jiffaċċja ħafna kritika internazzjonali minħabba l-mod ta’ kif qed ikunu ttrattati l-ġurnalisti fit-Turkija.
2
MIŻMUMA 20 PERSUNA
3 Total ta’ 20 persuna qed ikunu miżmuma fiċ-Ċina wara li kienet ippubblikata ittra titlob għar-riżenja tal-President taċ-Ċina Xi Jinping. Din l-ittra kienet ippubblikata aktar kmieni dan ix-xahar fuq sit partikolari, appoġġjata mill-istat, bl-isem ta’ Wujie News. B’rabta ma’ din l-ittra, issemma bi prominenza kittieb prominenti, bl-isem ta’ Jia Jia, li kien irrappurtat li seta’ kien il-moħħ warajha. Madankollu, qed ikun irrappurtat li dan kulma għamel hu li ċempel lill-editur tal-Wujie biex jistaqsi dwar il-kontenut ta’ din l-ittra, wara li kienet aċċessibbli fuq l-internet. Iżda hekk kif bdiet tiżviluppa l-istorja, membru tal-istaff ta’ dan is-sit, li talab biex jibqa’ anonimu, ikkonferma li Jia Jia flimkien ma’ għadd ta’ persuni oħrajn qed ikunu “miżmuma”.
APPOĠĠ LIL ESTREMIST? Il-mexxej reliġjuż tal-akbar moskea fl-Iskozja faħħar lill-estremist Mumtaz Qadri wara li dan kien maqtul talli wettaq reati kriminali ta’ qtil fil-Pakistan. L-Imam Maulana Habib Ur Rehman tal-Glasgow Central Mosque faħħar lil dan l-estremist permezz talWhatsApp. Qadri kien mgħallaq fi Frar li għadda wara li qatel politiku partikolari li beda jopponi milli jidħlu liġijiet stretti fejn jidħol il-kliem vulgari. Fil-kummenti tiegħu, l-Imam sostna li nftiehem ħażin u kollox ittieħed barra mill-kuntest. Huwa sostna li sempliċiment qed jesprimi l-opinjoni tiegħu li hu kontra l-piena kapitali.
TA’ BARRA
kullħadd.com
AR ID-DINJA 6
4
1
27|03|2016 17
KOSTITUZZJONI GĦAS-SIRJA?
2
6
L-Istati Uniti u r-Russja qablu flimkien biex sa Awwissu titħejja verżjoni ta’ abbozz għall-Kostituzzjoni ġdida għas-Sirja. Dan sostnieh is-Segretarju tal-Istat John Kerry meta kien f ’diskussjonijiet fil-Kremlin mal-President Russu Vladimir Putin. Kerry qal ukoll li huma qablu wkoll biex jagħmlu pressjoni fuq il-Gvern Sirjan u r-ribelli biex jitħaffef il-proċess u t-taħditiet fuq tranżizzjoni politika. Dan kollu tħabbar fl-isfond tat-taħditiet indiretti ta’ paċi li kien hemm f ’Ġeneva bejn il-Gvern Sirjan u l-Oppożizzjoni li kienu konklużi nhar il-Ħamis li għadda. Taħditiet ġodda mistennija jibdew ix-xahar id-dieħel.
5
4
IMUT ROB FORD
GĦOMRU L-ĦABS Radovan Karadzic, imlaqqam ‘Il-Biċċier tal-Bożnja”, intbagħat 40 sena ħabs wara li nstab ħati ta’ ġenoċidju, fost reati kriminali oħrajn kontra l-umanità, b’rabta mal-atroċitajiet li twettqu tul il-Gwerra tal-Bożnja bejn l-1992 u l-1995. Il-Qorti Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti f ’The Hague fl-Olanda, sabet lil Karadzic, li llum għandu 70 sena, ħati ta’ ġenoċidju fil-massakru ta’ Srebrenica, fejn huwa stmat li nqatlu aktar minn 7,000 raġel u tifel Bożnjaki Musulmani, wara ordnijiet diretti mill-istess Karadzic. Dan il-verdett ingħata 500 jum wara li ntemm il-proċess quddiem il-Qorti, fejn ressqu ’l quddiem xejn inqas minn 586 xhud u ntwerew aktar minn 11,000 dokument bħala evidenza.
L-eks-Sindku ta’ Toronto Rob Ford tilef il-battalja mal-mewt, hekk kif din l-aħbar kienet ikkonfermata miċ-Chief of Staff tiegħu Dan Jacobs aktar kmieni din il-ġimgħa. Ford, li kien ilu jissielet mal-marda qerrieda tal-kanċer, serva għal 10 snin bħala kunsillier ta’ Toronto, fejn imbagħad, fl-2010, kien elett sindku tal-istess belt. Kontroversja marbuta ma’ dan il-persuna ta’ 46 sena kienet meta xxandar filmat tiegħu li allegatament, Ford innifsu deher li beda jagħmel użu minn sustanza illegali. Huwa kien reġa’ ġie elett fil-kunsill fl-2014 u kien għadu f ’din il-kariga meta tħabbret il-mewt tiegħu.
KALEJDOSKOPJU
18 27|03|2016
kullħadd.com
KURŻITAJIET
PLASTIK AKTAR MILLI ĦUT Fatti miġbura minn
CHARLES B.
SPITERI
ĠRAW BĦAL-LUM 1909: 1933: 1935: 1955: 1961: 1962: 1963: 1964: 1968: 1972: 1977: 1980: 1980: 1987: 1990: 1997: 2002: 2006: 2010: 2012:
Għall-ewwel darba x-xhieda tal-marki tas-swaba’ ntużat biex issolvi każ ta’ qtil. L-ewwel bureau uffiċjali tal-marki tas-swaba’ twaqqaf fi Scotland Yard fl-1901, iżda jrid jingħad ukoll li l-ewwel bureau tal-marki tas-swaba’ nfetaħ f ’Kalkutta, l-Indja, fl-1897. Il-Ġappun jitlaq mil-Lega tan-Nazzjonijiet. Hitler ordna li l-Ġermanja jkollha qawwa militiari ugwali mal-pajjiżi l-oħra Ewropej. Ried li jkollu l-istess kwantità ta’ kanuni. (Madankollu, hu magħruf li ried li jkollu superjorità fuq l-armata Russa.) Ekwipaġġ għat-tkissir użaw ħelikopters biex kissru s-silġ fi Niagara Falls. Dan l-attentat tqies bħala bla suċċess u s-silġ laħaq għamel qerda sħiħa max-xtut tax-Xmara Niagara. Ifalli l-attentat ta’ qtil fuq ir-Re Saif al-Islam Achmad tal-Jemen. L-Arċisqof Joseph Francis Rummel ta’ Louisiana, appella lill-iskejjel kollha Kattoliċi Rumani fil-belt ta’ New Orleans iwaqqfu l-politika tagħhom ta’ segregazzjoni. Iċ-chairman tal-Kummissjoni tat-Trasport fl-Ingilterra, Dr Richard Beeching, jgħid li kwart tal-istazzjonijiet tal-ferrovija u l-linji tagħhom jeħtieġ li jingħalqu biex il-ħidma tibqa’ vjabbli. Dan ilaħħaq għal 2,000 stazzjon u 250 servizz ta’ ferrovija. Wara l-ewwel u t-tieni rapport tal-1965, ingħalqu ħafna mill-fergħat li u wassal biex 67,700 ruħ tilfu x-xogħol. Il-Great Train Robbers jisfaw sentenzjati għal total ta’ 307 snin fiċ-ċelel tal-ħabs. Yuri Gagarin, il-kosmonawt famuż Russu li tar fl-ewwel missjoni spazjali mħaddma mill-bniedem, miet waqt titjira ta’ taħriġ. Eluf ta’ ħaddiema tal-uffiċċju u tal-fabbriki fl-Irlanda ta’ Fuq ħallew ix-xogħol tagħhom. Din l-azzjoni saret b’ritaljazzjoni għall-fatt li l-Gvern Ingliż ħa t-tmexxija f ’idejh. Jumbo jet 747, KLM Boeing 747 li ġie biex itir, ikkraxxja f ’ajruplan tal-Pan Am 747 fil-mitjar fil-Gżejjer Canary. Fl-inċident mietu 582 persuna u l-membri talekwipaġġ. Il-Muntanja Sant’Elena ssir attiva wara 123 sena. Il-pjattaforma Norveġiża taż-żejt, Alexander Kielland, tikkrolla fil-Baħar ta’ Fuq u toqtol 123 ruħ mill-ekwipaġġ tagħha ta’ 212. Il-gass Radon ikkawża theddida serja ta’ saħħa f ’Montgomery County. Dan il-gass infirex f ’diversi djar u kien suspettat li kien il-kawża ta’ madwar 50 mewta fis-sena. Il-pjani tal-Arċisqof Robert Runchie li jirriżenja saret magħrufa pubblikament mill-gazzetti. Minn Jannar tassena ta’ wara, hu kellu l-ħsieb li ma jibqax Arċisqof ta’ Canterbury fejn kien ilu jservi għal għaxar snin. It-tifel ta’ Martin Luther King jiltaqa’ ma’ James Earl Ray, il-qattiel ta’ missieru. Bomber suwiċida joqtol 29 persuna f ’Netanya, Iżrael. Zacarias Moussaoul, ċittadin Franċiż ta’ nisel Marokkin u bniedem li jikkonfoffa għall-al-Qaeda, qal fil-ġuri tiegħu li hu kien mistenni jaħtaf il-ħames ajruplan fil-11 ta’ Settembru 2001 u jtajru għal ġol-White House, iżda ma kienx ċar kienx qed jgħid il-verità jew ifittex ilpubbliċità. Hu nstab ħati li ried joqtol nies Amerikani f ’attakki terroristiċi u ngħata sentenza ta’ għomor il-ħabs f ’Colorado. Hacker tal-kompjuter, li tgħallmu waħdu, seraq id-data ta’ miljuni ta’ nies li kellhom credit card u ħadilhom miljuni ta’ dollari. Hu kien issentenzjat għal 20 sena ħabs u ġurnata. Din kienet l-iktar sentenza li qatt ingħatat f ’każ ta’ hacking. Strajk fost il-ħaddiema tal-art fl-ajurport Ġermaniż ħarbat l-ivvjaġġar hekk kif mijiet ta’ titjiriet tħassru filpajjiż. L-istrajk sar minħabba kwistjoni fuq iż-żieda. Flistrajk ħadu sehem ukoll ħaddiema tat-trasport pubbliku, dawk fl-isptarijiet, tal-gvern lokali u fl-iskejjel tat-tfal żgħar.
Aħbar xokkanti tgħid li jekk ma jseħħ xejn kontra l-użu talplastik sal-2050, fl-oċeani jkun hemm aktar plastik milli ħut. Dak li qed jiġri lill-pjaneta hu oxxen. Għalhekk tlett iħbieb mill-Moviment Avaaz: Terry, Christina u Chris, li qraw fuq din il-problema u l-qatgħa enormi ta’ plastik fil-Paċifiku li hi d-doppju tal-qies ta’ Franza, ivvintaw soluzzjoni sempliċi: is-SeaVax. Dan hu bastiment
li jaħdem bil-qawwa tax-xemx u li jista’ jiġbed lejh 22 miljun kilogramm ta’ plastik fis-sena. Jiġifieri numru żgħir minn dawn il-bastimenti jistgħu jnaddfu l-ħmieġ kollu maħluq mill-plastik fil-Paċifiku f ’għaxar snin biss! Iżda dawn l-invenzjonijiet jinħtieġu l-flus biex jitħaddmu u għalhekk kollox għadu jistenna. Madankollu, kulħadd qed
jistenna li l-pajjiżi bl-akbar skart ta’ plastik jaraw kif inaqqsu dan ir-rimi. Barra dan, il-gvernijiet huma mħeġġa jnaqqsu jew jipprojbixxu l-plastik, bħalma għamlet dan l-aħħar San Francisco bilfliexken tal-plastik tal-ilma. Il-plastik mormi filbaħar qed jikkaġuna ħafna ħsara ekoloġika, l-aktar dik marittima u lill-ħut kollu li jinsab fih.
BENEFIĊĊJI MIĊ-CHEWING GUM Instab li ċ-chewing gum hu dik ix-xi ħaġa li tista’ tomgħodha waqt li taħdem, issuq, jew tkun bilqiegħda fi klassi. Tista’ titfa’ biċċa minnha f ’ħalqek biex tneħħi r-riħa ta’ nifs ma jfuħx, jew biex tnaqqas l-aptit għallħelu, iżda aktarx li qatt ma tajt kas tal-effetti li biċċa chewing gum jista’ jkollha fuq ġismek. B’mod tal-għaġeb, permezz tagħha, jaf ikollok effett pożittiv fuq saħħtek u teħles ukoll minn ċerti kundizzjonijiet li jistgħu jiżviluppaw. Qabel immorru għaxxogħol, ġeneralment inkunu xrobna kikka jew tnejn kafè biex inqumu u nħossuna lesti għal kulma se nħabbtu wiċċna miegħu, Iżda flok nagħmlu dan u nieħdu dik il-kafeina kollha, xi ngħidu kieku nieħdu biċċa chewing gum għall-istess effett? L-istudji juru li ċ-chewing gum jagħti stimulu lill-moħħ u jgħinu fil-konċentrazzjoni. Din il-qawwa fil-moħħ iddum għal 20 minuta, iżda dan hu
ħin biżżejjed biex moħħok iqum u jkun lest għall-jum li jiffaċċja. Jekk qed tħossok għajjien, omgħod chewing gum bittogħma tal-menta. Riċerkaturi fl-Università ta’ Coventry sabu li nies li jomogħdu minn dan iċ-chewing gum iħossuhom aktar fuq tagħhom minn qabel. Għalhekk, jekk ma kellekx raqda tajba, ipprova omgħod biċċa chewing gum u ara r-riżultat. Iċ-chewing gum iżid ukoll iddħul tad-demm fil-moħħ minn 25% sa 40%. Dan hu importanti għax żieda fil-mixi tad-demm tfisser żieda flammont ta’ ossiġnu mwassal fil-moħħ. L-istess żieda ta’ ossiġnu tfisser li l-memorja taħdem aktar effiċjenti. Andrew Sholey, professur flIstitut Brittaniku tax-Xjenzi fl-Awstralja, wera li f ’perjodu qasir il-memorja tista’ titjieb sa 35% billi tomgħod iċ-chewing gum.
Studji oħra wrew li ċ-chewing gum itejjeb l-attenzjoni, jgħinek tirreaġixxi aktar malajr u jagħtik burdati aħjar. Irriċerkaturi sabu li studenti li waqt l-eżamijiet jomogħdu ċ-chewing gum jiksbu aktar marki minn dawk li ma jiħdux chewing gum. Jidher ukoll li l-istudenti li jomogħdu ċ-chewing gum ma jkollhomx ħtieġa li joqogħdu joħorġu mill-klassi u joqogħdu aktar attenti għal-lezzjonijiet. Studju ieħor li sar fl-Università ta’ Louisiana wera li n-nies li jomogħdu ċ-chewing gum wara li jieħdu l-kolazzjon ikollhom anqas aptit għall-ikel matul iljum. Instab ukoll li l-istess nies setgħu jgħaddu mingħajr ikliet b’ammont qawwi ta’ kaloriji, kemm-il darba jkunu magħdu chewing gum kull siegħa għallaħħar tliet sigħat qabel l-ikel. Ta’ min isemmi wkoll li nstab li ċ-chewing gum jgħin biex issnien ma jitħassrux għax, bla ma tkun taf, bih tkun qed tnaddaf is-snien regolarment.
MILL-KTIEB TAR-REKORDS MALTIN Iż-żwiġijiet fl-1998 L-infiq medju fuq kull tieġ kien ta’ Lm4,625 (€10,773). • Bħala total, intefqu madwar Lm10 miljun (€23,293,734) fuq iż-żwiġijiet f ’dik is-sena. • In-numru medju ta’ mistednin f ’kull riċeviment kien ilaħħaq għal 284 persuna. • Kien hemm ukoll tiġijiet li kellhom 1,000 persuna mistiedna. • Is-swali tat-tiġijiet kienu jinkrew medja ta’ Lm281 (€655) għal kull tieġ. L-ewwel żwieġ bl-internet iseħħ f ’Għawdex Barbara Ann Skinner ta’ 32 sena u Paul Joseph Faustino ta’ 30 sena mill-Amerika kienu qed iqallbu minn sit tal-internet għall-ieħor, meta sabu l-post ideali għaċ-ċerimonja taż-żwieġ tagħhom: Għawdex. Huma qatt ma kienu semgħu b’Malta qabel. Eventwalment, Barbara u Paul iżżewġu fil-kappella tal-Madonna ta’ Lourdes fl-Imġarr Għawdex, f ’Ottubru tal-1998.
kullħadd.com
MILL-ISTORJA
MILL-ISTORJA
Is-seklu għoxrin ra taqlib politiku kbir fiċ-Ċina. Minn naħa waħda kien hemm ittmexxija fewdali tad-Dinastija Qing, il-familja imperjali mill-provinċja ta’ Manchuria, li kienet ilha tirrenja għal madwar tliet mitt sena. Minnaħa l-oħra bdew jitwieldu u jissaħħu gruppi politiċi, l-iktar prominenti fosthom il-Komunisti, li riedu jeħilsu liċ-Ċina mill-imperjaliżmu u r-ruxxmata kolonji barranin li kienu jistmaw lill-poplu Ċiniż ta’ serv taħt saqajn kulħadd. Kienet is-sena 1908 meta, fleqqel ta’ dawn it-turbulenzi, tarbija ta’ sentejn u għaxar xhur ittieħdet twerżaq u tixher minn dirgħajn ommha sabiex titħejja għal ċerimonja li biddlitilha ħajjitha ta’ taħt fuq. It-tarbija kienet Puyi li, wara l-mewt ta’ zijuh l-imperatur, fit-2 ta’ Diċembru ġie nkurunat imperatur, imma d-destin ried li jkun l-aħħar wieħed fl-istorja Ċiniża. Sintendi, f ’età daqstant żgħira, Puyi ma setax jirrenja waħdu u għalhekk, missieru, il-Prinċep Zaifeng Chun, ġie nnominat reġġent biex jamministra l-affarijiet tal-istat f ’isem ibnu l-Imperatur. Il-Prinċep Chun kien
27|03|2016 19
Kitba ta’
MARY
CHETCUTI politiku inkompetenti u forsi twajjeb ukoll. Wara pressjoni li kienet ilha ssirlu sabiex titfassal kostituzzjoni u jitwaqqaf parlament b’kabinett ta’ ministri ħalli jittieħdu deċiżjonjijiet statali b’mod aktar demokratiku, hu ħalla membri dominanti tal-familja imperjali jokkupaw kważi l-ħatriet kollha fil-kabinett. Dan il-monopolju ma niżilx tajjeb ma’ min ippretenda bidla fit-tmexxija. Aktar minn hekk, meta b’riżultat ta’ ndħil barrani l-istess kabinett iddeċieda li jinnazzjonalizza l-linji ferrovjarji Ċiniżi, urta bilkbir ħafna negozjanti li kienu investew kapital enormi biex itejbuhom. L-Imperatur abdikat Il-qiegħa bdiet tisħon sakemm ir-rabja għall-mexxejja imperjali faret u, fl-1911, qamu rvellijiet imdemmija kontrihom, il-ġlied infirex u f ’temp ta’ sena madwar 14-il provinċja waqgħu taħt idejn irrevoluzzjonarji. Għaldaqstant, f ’Jannar tal-1912, irrevoluzzjonarju maħbub millpoplu, it-Tabib Sun Yat-Sen, inħatar President Proviżorju
tal-Ewwel Repubblika Ċiniża. Minn hawn, il-gvern ġdid fetaħ negozjati mad-Dinastija Qing li wasslu għall-abdikazzjoni talImperatur Puyi fit-12 ta’ Frar 1912. Iċ-ċkejken Puyi, li issa kellu sitt snin, tħalla jżomm it-titlu anke jekk ma kellu saħħa ta’ xejn, kif ukoll seta’ jibqa’ jgħix fil-Palazz Imperjali flimkien mal-familja tiegħu. Puyi fuq it-tron Il-medjatur f ’dawn in-negozjati kien ġeneral imperjali u politiku ambizzjuż, Yuan Shikai, li bħala kumpens għallisforzi persważivi tiegħu ried il-presidenza tar-Repubblika ġdida minflok Sun Yat-Sen. It-Tabib Sun aċċetta dan ilkompromess u warrab sabiex jiġu evitati aktar imwiet. Aktar tard kien Sun Yat-Sen innifsu li ħareġ jikkritika bl-aħrax lillĠeneral għat-tmexxija korrotta tiegħu, karatteristika tal-Imperu skadut. Fl-1 ta’ Lulju 1917 ġeneral ieħor, Zhang Xun, li mill-bidu tal-karriera militari tiegħu kien ħalef lealtà sal-mewt lejn l-imperu, irnexxielu jerġa’ jpoġġi lil Puyi fuq it-tron. Ilġlied kompla jinfirex bħal ħuġġieġa biex ir-Repubblika Ċiniża reġgħet ħadet ittmexxija f ’idejha u, għat-tieni darba, neħħiet lil Puyi minn imperatur; din id-darba wara tnax-il jum biss. It-tfajjel kompla bil-ħajja relattivament normali tiegħu filPalazz. Influwenzat mit-tagħlim ta’ tutur Brittaniku, beda jsejjaħ lilu nnifsu Henry Puyi – riżultat tal-ammirazzjoni kbira li kellu għar-Re Enriku VIII tal-Ingilterra. Kien imdawwar bil-kumditajiet kollha u kellu l-kumpanija ta’ tfal tamparu
biex jilgħab magħhom u jieħdu l-kastigi huma minfloku meta ma jobdix. Meta għalaq 16-il sena nġibulu ritratti ta’ xebbiet nobbli biex jagħżel waħda minnhom għaż-żwieġ; Puyi għażel tfajla bħala martu u oħra bħala konkubina. Fl-1924, ħajjet Puyi, li issa kellu 19-il sena, ħadet ħasda meta r-Repubblika taċ-Ċina rtiratlu l-privileġġi kollha li kien ilu jgawdi u bdiet issirlu pressjoni biex jitlaq millPalazz Imperjali ħalli jibda’ jgħix bħala ċittadin komuni. Kien hawnhekk li ħarab lejn il-kolonja (konċessjoni) Ġappuniża fi Tianjin u beda jgħix ħajja ta’ xalatur imdawwar b’nisa sbieħ u l-lussu kollu li offrewlu l-Ġappuniżi. Meta fl-1932 il-Ġappun invada ċ-Ċina u ħataf Manchuria, fit-Tramuntana tal-pajjiż, l-awtoritajiet Ġappuniżi offrew lil Puyi t-titlu ta’ Imperatur ta’ Manchuria, u hu aċċetta bla riservi. Bħala imperatur għar-reġjun tal-antenati tiegħu, Puyi ma kellu saħħa ta’ xejn; kien litteralment pupazz f ’idejn ilĠappuniżi biex jużawh kif jaqbel lilhom. Dam imperatur sal-1945 meta l-Imperu Ġappuniż waqa’ mill-poter wara d-disfatta kbira tat-Tieni Gwerra Dinija. Fil-konfużjoni tat-telfa, Puyi pprova jaħrab lejn il-Korea jew il-Ġappun, u minflok waqa’ f ’idejn truppi Sovjetiċi li, kif saru jafu min kien, qafluh f ’ħabs fisSiberja fejn qatta’ ħames snin priġunerija privileġġjata.
l-istorja tagħha sabiex twaqqfet it-tieni Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina mmexxija minn Mao Tze Tung. Meta fl-Lulju tal1950 is-Sovjetiċi għaddew lil Puyi lura f ’idejn l-awtoritajiet Ċiniżi, hu ssopona li t-tmiem tiegħu kien viċin; kien konvint li se jingħata l-mewt talli ttradixxa lil pajjiżu meta ngħaqad malgħedewwa Ġappuniżi. Mar imqarraq għax il-gvern ġdid Ċiniż ma kellu l-ebda ħsieb jagħmel l-istess żball tasSovjetiċi u joħloq martri minnu bħalma kienu għamlu huma meta qatlu z-Tsar flimkien ma’ familtu. Għaldaqstant, Puyi nżamm f ’ħabs Ċiniż fejn ġie mgħallem id-duttrina Maoista, ammetta ħtijietu fil-kompliċità malĠappuniżi anke meta kien jaf li huma kienu wettqu massakri kbar biex ħatfu l-Manchuria f ’idejhom, iżda l-aktar ħaġa importanti li tgħallem kienet kif jieħu ħsieb persuntu mingħajr il-bżonn tal-qaddejja li kienu saħansitra jaħsluh u jlibbsuh. Fl-4 ta’ Diċembru 1959, Kumpann Puyi ngħata maħfra speċjali u nħeles millħabs. Sena wara ntbagħat Beijing biex jibda’ jaħdem ta’ ġardinar fil-ġonna botaniċi ftit passi ’l bogħod mill-Palazz Imperjali. Kemm dam il-ħabs, Puyi kien skopra li kellu passjoni kbira għall-kura tal-ġonna u ħadem bil-qalb. Fl-aħħar snin ta’ ħajtu kiteb awtobijografija bl-isem Minn Imperatur għal Ċittadin fejn, fost affarijiet oħra, irrakkonta fid-dettall fuq in-nisa li żżewweġ – ħamsa b’kollox. Puyi qatt ma L-akbar revoluzzjoni fiċ- kellu tfal, għaldaqstant, il-mewt Ċina tiegħu bil-marda tal-kanċer fl1967 niżżlet is-separju finali Sadanittant, fiċ-Ċina seħħet fuq aktar minn elfejn sena ta’ l-ikbar revoluzzjoni li qatt rat dinastiji imperjali fiċ-Ċina.
20 27|03|2016
kullħadd.com
MILL-ISTORJA
DAWN ĠEW MALTA DAVID BRUCE
David Bruce (bilqiegħda fin-nofs) u Sir Temi Zammit (bilwieqfa fuq ix-xellug)
Minn Joe Scicluna kienx maqtugħ biex jgħix f ’post fejn kien jiltaqa’ biss It-tabib fl-armata Ingliża, ma’ pazjenti biex jagħtihom David Bruce wasal Malta il-mediċina, mingħajr ma fis-sena 1884. Huwa twieled jkun jaf il-kawża tal-marda fl-Awstralja fid-29 ta’ Mejju tagħhom. Ma damx wisq 1855. Missieru u ommu biex ħalla Reigate u ingaġġa kienu emigraw hemmhekk fl-Armata Ingliża bir-rank ta’ fis-sena 1850, fiż-żmien meta kaptan. F’Awwissu tas-sena kien instab id-deheb f ’dan 1883 ġie stazzjonat Malta il-kontinent. Meta David fejn, flimkien ma’ martu, kellu ħames snin, il-familja mar joqgħod fl-isptar fil-Belt reġgħet lura fl-Iskozja u Valletta. marret toqgħod fil-belt ta’ Sterling. Il-marda tad-deni rqiq Spiċċa l-iskola fl-età ta’ erbatax-il sena u mar jaħdem Fil-ħidma tiegħu fl-isptar ma’ kumpanija fil-belt ta’ kien qiegħed iħabbat wiċċu Manchester. David beda ma’ numru ta’ suldati u jieħu sehem fit-tlielaq tal- baħrin li kienu qegħdin ġiri bil-ħsieb li jkun atleta jimirdu bid-deni. Il-marda professjonali. Imma ta’ kienet infirxet sew f ’pajjiżna, sbatax-il sena marad bil- u nies tas-servizzi Ingliżi u pulmunite, marda serja li parti mill-popolazzjoni kienu ddgħajjef in-nifs fil-pulmun. qed iqattgħu aktar minn xahar Ma kellux triq oħra ħlief li rikoverati fl-isptar. Uħud jitlaq dan l-isports u jkompli milquta mill-marda baqgħu jistudja, u fis-sena 1876 daħal immankati u saħansitra kien fl-Università ta’ Edinburgh. hemm min miet kawża tadWara li ggradwa fil-mediċina, deni għoli li kien jaħkem beda jaħdem bħala tabib lill-marid. Bruce ftit li xejn fil-belt ta’ Reigate f ’Surry, kellu tagħrif u informazzjoni l-Ingilterra. Hemmhekk dwar ‘id-deni ta’ Malta’ jew iltaqa’ u beda jinnamra ma’ kif kien magħruf ‘id-deni Mary Elizabeth Steele, tifla tal-Mediterran’, għalhekk ta’ tabib tal-lokal, u fis-sena huwa ra kif għamel u xtara 1883 iżżewġu. mikroskopju. Beda jfittex u jesperimenta u, wara ħafna Jingaġġa fl-Armata taqtigħ il-qalb, fl-1886, huwa rnexxielu jiskopri li kien ilIl-ħajja li jipprattika ta’ mikrobu fil-milsa ta’ pazjent tabib u jagħmel xogħol li kien qiegħed imut li kien ta’ rutina ma tantx bdiet il-kaġun tad-deni irqiq. togħġbu. Beda jħoss li ma Għoxrin sena qabel ma
David Bruce wasal Malta, it-tabib kirurgu tal-Armata Jeffrey Allen Marston ilmenta dwar il-kundizzjoni tas-saħħa tat-truppi li kienu qegħdin jiġu f ’Malta millGwerra tal Krimea. Kien josserva li bosta minnhom jaslu hawn maħkumin mid-deni u kien ikollhom iqattgħu ġimgħat fl-isptar. Kummissjoni tistħarreġ il-marda
biex
isib li d-data li tinsab fuq il-bust tiegħu li hemm filMużew tal-Arkeoloġija fi Triq ir-Repubblika l-Belt, hija it-30 ta’ Settembru 1864. Tawh l-isem ta’ Themistocles, imma min imur ifittex fir-reġistru talGvern isibu mniżżel bħala Fioravanti Temistocle. Zammit studja l-mediċina, sar tabib, u aktar tard professur li għallem il-kimika fl-Università ta’ Malta. Fissena 1920 inħatar Rettur tal-Università. Sar magħruf għall-istudju tiegħu flarkeoloġija, u mexxa xogħol ta’ tħaffir u kixef bini ta’ valur arkeoloġiku, fosthom it-Tempju Neolitiku ta’ Ħal Tarxien, Ħal Saflieni, Ħaġar Qim u l-Imnajdra. Fl-1911 kien onorat Kumpann talOrdni ta’ San Mikiel u San Ġorġ u fis-sena 1930 ġie mogħti it-titlu ta’ ‘Sir’ għallħidma tiegħu fuq il-marda tal-brucellosi.
Għalkemm kien qiegħed isir sforz biex l-epidemja tiġi kkontrollata, ma kienx jidher ebda xaqq ta’ dawl li dan kien se jirnexxi. Is-Segretarju tal-Kolonji Alfred Lyttleton kien imħasseb ħafna dwar il-marda. Fuq il-parir tiegħu giet imwaqqfa kummissjoni fis-sena 1904 (Mediterranean Fever Commission) biex tfittex u tistħarreġ minn fejn kienet ġejja l-marda. Ġie nominat it-Tabib David Bruce biex imexxi din il-kummissjoni u fost il- Il-mard tad-deni rqiq membri kien hemm it-Tabib jagħmel ħerba f ’pajjiżna. Malti Temi Zammit. In-numru kbir ta’ suldati u It-Tabib Themistocles baħrin li kienu jidħlu f ’Malta, Zammit ġejjin minn pajjiżi oħra filMediterran, kien ifisser li Themistocles Zammit xi ftit jew wisq kienu jġibu twieled il-Belt Valletta fit- magħhom il-mard. Minbarra 30 ta’ Settembru 1863, u ġie hekk, is-sistema tad-drenaġġ mgħammed fil-parroċċa ta’ kienet tħammeġ il-baħar ta’ San Duminku. Jista’ jkun li madwar il-portijiet tal-gżira. Zammit twieled sena wara, Fl-1871, il-popolazzjoni għax, jekk wieħed josserva, kienet laħħqet il-123,300 ruħ,
Wiċċ David Bruce fuq bolla
li l-biċċa l-kbira tagħhom kienu jgħixu madwar il-Port il-Kbir u t-tlett ibliet. Mhux l-ewwel darba li l-ilma taddrenaġġ kien jitħallat malilma tax-xorb u jikkawża mard serju bħall-kolera. Bejn l-1817 u l-1836 mietu mat18-il suldat jew baħri għal kull elf u, fl-istess perjodu, 1,100 membru ta’ truppi Ingliżi ddaħħlu fl-isptar kawża tal-mard bid-deni rqiq. Fl-1904, il-fizzjal James Crawford Kennedy, tabib flArmata Ingliża u membru tal-kummissjoni, kiteb u għamel riċerka dwar id-‘deni ta’ Malta’ fiż-żmien meta kien inkarigat mis-swali bilpazjenti bil-marda tad-deni fl-isptar tal-Belt. Erba’ snin wara, Crawford, li issa kien laħaq kaptan, ġie mogħti l-midalja tad-deheb mill-
MILL-ISTORJA
kullħadd.com
27|03|2016 21
Università ta’ Edinburgh għat-teżi tiegħu dwar iddeni ta’ Malta. Bruce, li kien ukoll editur tal-gazzetta talArmata, kien xandar u ta storja dwar il-marda. Jgħid ukoll li kien hemm min kien tal-fehma li din setgħet tittieħdet permezz tannemusa jew ta’ xi insett ieħor li jerda’ d-demm minn fuq ilġilda tal-bniedem.
dwar il-Mediterran fi tmiem il Gwerra fl-1918: “Malta Fever … is now practically unknown among the British who use only tinned milk, but still endemic among the civil population.” Kien għall-ħabta tas-sena 1938 li l-inċidenza tal-marda bdiet tonqos meta twaqqaf ċentru fejn il-ħalib beda jiġi msaħħan sa ċerta temperatura, imbagħad jitkessaħ biex joqtol ilbatterju li jikkaġuna l-marda. Kellhom jgħaddu mal-20 sena u bis-saħħa tal-liġi tal1957, li kienet tipprojbixxi l-bejgħ tal-ħalib dirett millmogħża, li l-marda tad-deni rqiq ġiet meqruda għalkollox. Matul is-snin, xi kultant kienu jidhru artikli dwar id-deni rqiq (brucellosi) filġurnal tar-Royal Army Medical Corps. Il-professur Ethelwald Vella, ta’ nisel Malti, u eks- Kurunell filKorp (RAMC) kien ixandar artikli ta’ natura xjentifika, fosthom is-suġġett taddeni rqiq fil Mediterran. Huwa wkoll kien ippubblika bijografija dwar it-Tabib David Bruce.
Temi Zammit isib minn fejn ġejja l-marda Skont kif kien qal David Bruce, id-deni rqiq kien marda li tfeġġ ta’ spiss f ’Malta, li taħkem lillbniedem b’deni li kultant kien jonqos jew jitlaq, u mbagħad jerġa’ jitfaċċa. Ħafna drabi l-milsa ta’ dawk li jintlaqtu mill-marda kienet tikber, joħorġilhom ħafna għaraq, u kien ikollhom ukoll uġigħ filġogi li kultant kienu jintnefħu wkoll. Għalkemm il-pazjenti jfiqu, kienu jibqgħu jħossu xi sintomi u ma kienx jgħaddilhom għalkollox. Ħafna drabi ma kinux ikunu b’saħħithom biżżejjed biex ikomplu s-servizz fil-miltar jew navali. Bruce u t-Tabib William Horrocks kienu laqqmu din il-kundizzjoni ‘ilmarda tal-Korp tal-Armata’. Kien it-Tabib Temi Zammit li, f ’Ġunju tas-sena 1905, blgħajnuna tat-tobba Caruana Scicluna u l-Ingliż , il-Maġġur William Horrocks, sab ilkawża tad-deni rqiq u seta’ jipprova li l-marda kienet ġejja mill-ħalib tal-mogħża. Instab li minn merħla ta’ 20,000, kważi nofshom kienu infettati. Kien hemm min, fost it-tobba Ingliżi, ipprova jnaqqas il-mertu li kien Zammit li kien wara din is-sejba hekk importanti. Saħansitra Bruce kien kiteb li setgħet kienet kumbinazzjoni li t-tabib Malti sab minn fejn kienet ġejja l-marda. Forsi daħlet l-għira, u forsi kienu qegħdin jistennew li jkun tabib Ingliż li jiskopri l-kawża tal-marda. Il-marda bdiet tonqos sew tant li sas-sena 1908 kważi ġiet eliminata għalkollox minn fost in-nies tas-servizzi Ingliżi. Il-mogħża ta’ Malta kienet
David Bruce Mfakkar
imsemmija għall-ħalib bnin tagħha. Il-ħalib kien jintbagħat barra minn Malta u pajjiżi oħra fl-Imperu Ingliż. Mal-iskoperta ta’ Temi Zammit dan kollu ġie mwaqqaf u l-ħalib ma baqax jingħata lit-truppi Ingliżi u ma baqax jidħol flisptarijiet militari u navali. Naturalment, ir-raħħala kienu qegħdin jitilfu l-flus. Inqala’ l-inkwiet u, bejn il15 ta’ Mejju u l-1 ta’ Ġunju 1906, ir-raħħala u l-bejjiegħa tal-ħalib ma daħlux għaxxogħol. David Bruce jitlaq minn Malta It-Tabib Bruce u martu Mary ħallew Malta fl-1889, u kif waslu l-Ġermanja komplew bit-taħriġ u r-riċerka fil-
laboratorju ta’ Robert Koch – tabib li kien diġà wettaq esperimenti fuq il-mikrobu fil-pulmun tal-baqar. Lura fl-Ingilterra, Bruce daħal jgħallem fl-isptar militari ta’ Netley f ’Southampton, jgħaddi tagħrif dwar esperimenti li kienu għamlu t- tobba Pasteur, Lister u Koch. F’dan l-isptar kienu jmorru tobba biex jiksbu taħriġ dwar mard tropikali qabel ma jingaġġaw flArmata. Meta ġie stazzjonat fl-Afrika t’Isfel, intalab millGvernatur biex jinvestiga fuq il-mard li kien qiegħed jeqred numru kbir ta’ baqar fil-lokal ta’ Zululand. Fil-Gwerra talBoeri, mhux biss kien imexxi sptar fil-belt ta’ Ladysmith, imma kien jopera suldati li jaslu feruti mill-kamp talbattalja. Hawnhekk Bruce
kellu l-għajnuna ta’ martu Mary, infermiera, li kienet tassisti u tkun preżenti waqt li hu kien jopera. Sena wara, fl-1903, mar l-Uganda jmexxi proġett u, flimkien ma’ tobba oħra, wettaq riċerka biex ikun jaf minn fejn ġejja l-marda tal-irqad tal-baqar (sleeping sickness). Il-marda tibqa’ tippersisti Sadanittant, in-nies kienu mdorrijin isibu l-ħalib frisk tal-mogħża fuq l-għatba talbieb u ma segħux jifhmu li l-mogħża kienet il-kaġun talmarda. Baqgħu jikkunsmaw il-ħalib bil-konsegwenza li d-deni rqiq baqa’ theddida għassaħħa tal-poplu. Il-Kurunell William Thorburn kellu dan xi jgħid fir-rapport li għamel
Jibqa
Fl-età ta’ 64 marad u rtira f ’Madeira. Kien qiegħed ibati minn infezzjonijiet fil-pulmun u għalhekk mar lura l-Ingilterra fejn miet f ’Londra f ’Novembru tassena 1931. Kien jixraq li t-Tabib Bruce jibqa’ mfakkar fil-gżira tagħna u fis-sena 1951 l-isptar militari talImtarfa ġie msemmi għalih. Meta l-isptar ta’ Bighi ngħalaq, l-isptar tal-Imtarfa reġa’ nbena mill-ġdid u ngħata l-isem The David Bruce Royal Naval Hospital. Għall-okkażjoni tal-kungress Food and Agricultural Organization li sar f ’Malta f ’April tas-sena 1964 dwar il-brucellosi fil-pajjiżi talMediterran, il-Gvern Malti ħareġ żewġ bolol, waħda minnhom turi t-Tabib Bruce u t-Tabib Zammit – iżżewġ protagonisti li ħadmu u stinkaw biex il-marda tal-brucellosi tinqered minn pajjiżna.
22 27|03|2016
kullħadd.com
MADWARNA
THE FAMOUS GROUSE B’DEHRA ĠDIDA Il-whisky Skoċċiż numru wieħed fl-Ingilterra, The Famous Grouse, ġie mniedi b’dehra ġdida fl-ippakkjar tiegħu, bil-ħsieb li jissaħħu l-kredenzjali tajbin tiegħu u l-iżvilupp ambizzjuż fit-tul tal-marka. Dan l-investiment fl-ippakkjar isegwi l-ħidma li saret dan l-aħħar f ’The Famous Grouse, li bih il-kumpanija Edrington qed tinvesti bis-sħiħ f ’din il-marka. Il-kaxxa l-ġdida tal-flixkun għandha t-tikketta b’disinn ġdid li jixhed l-għeruq tad-ditta b’laqta kontemporanja. L-għamla l-ġdida tal-flixkun, il-fatt li jingħalaq aħjar, u l-karta metallika tiegħu għandhom jgħinu biex il-flixkun ikompli jispikka aktar. Dan it-titjib hu frott il-ħidma tal-kumpanija Edrington, il-produttur ta’ wħud mill-aqwa whiskies Skoċċiżi mfittxija mad-dinja, li qed taħdem biex terġa’ tiżviluppa l-portafoll sħiħ tal-Famous Grouse b’tibdil sinifikanti, mistenni fl-għażla tal-prodotti ta’ din l-istess familja, inkluż il-whisky The Black Grouse. Dan it-tibdil fl-għażla tal-prodotti se jinkludi wkoll estensjoni permanenti fil-linja tal-prodotti tan-naħa ta’ fuq tal-għażla ta’ dan il-blended whisky bit-tnedija ta’ whisky ġdid fjamant. Il-karattru ta’ dan il-whisky il-ġdid se tkun The Famous Grouse, b’laqta aktar ħelwa u aromatika. Id-Direttur Glen Gribbon qal: “L-ippakkjar il-ġdid ġie żviluppat b’risposta għad-domanda talkonsumaturi biex ikollu dehra ta’ kwalità ogħla u jkompli jiddistingwi d-ditta mill-kompetituri tagħha. Fl-istess waqt iservi ta’ standard għall-oħrajn biex jimxu fuqu. Fl-opinjoni tagħna, dan iddisinn huwa espressjoni moderna tal-assi ewlenin tagħna: it-tajra (grouse), u l-isem ‘famuż’ tagħna. Fis-snin li ġejjin dan għandu jkompli jgħinna nilħqu l-aspirazzjonijiet ambizzjuzi li għandna għall-marka tagħna.” The Famous Grouse hu impurtat, irreklamat u mqassam minn Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited, membru tal-Grupp Farsons.
HSBC JISPONSORJA L-PROGRAMM XL TAL-PRINCE’S TRUST Il-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE) irrikonoxxiet il-Programm XL ta’ Żvilupp Personali u Impjegabbiltà ta’ The Prince’s Trust fil-livell rispettiv tal-Qafas Malti talKwalifiki (MQF). Iktar kmieni f ’Novembru, Malta saret l-ewwel pajjiż barra r-Renju Unit li implimentat l-Programm XL ta’ The Prince’s Trust, fuq l-inizjattiva u l-isponsorship ta’ HSBC Malta. Il-kwalifikazzjoni talProgramm XL fil-qafas tal-MQF jiżgura li l-ħiliet u l-kwalifikazzjonijiet tażżgħażagħ li jiksbu waqt il-Programm XL ikunu rikonoxxuti u mogħtija valur skont il-kwalifikazzjoni nazzjonali ta’ Malta. Bħalissa hemm ’il fuq minn 100 żagħżugħ u żagħżugħa minn seba’ skejjel sekondarji u postijiet oħra ta’ edukazzjoni li qed jieħdu sehem filProgramm XL. Is-seba’ ċentri
attendew verifikazzjoni interna fejn kisbu taħriġ u tagħrif dwar il-portafolji li pproduċew l-istudenti tagħhom. Din kienet opportunità tajba biex sar networking bejn dawk involuti u elenkat l-approċċ pożittiv talProgramm XL miż-żgħażagħ, l-għalliema ta’ XL u l-iskejjel. Natasha Rushe, Programme Manager tal-Programm XL f ’Malta qal: “L-aħbar tassuċċess tal-Programm XL qed tinxtered ma’ skejjel oħra f ’Malta. Dawn qed juru interess qawwi biex isiru jafu aktar u potenzjalment jirreġistraw għas-sena akkademika li jmiss.” “Bl-appoġġ kontinwu ta’ HSBC Malta u l-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol (MEDE), ninsabu ottimisti li l-Programm XL ser jitwassal mill-iskejjel sekondarji fuq bażi nazzjonali,” kompliet iżżid. Sadanittant, l-istituzzjonijiet postsekondarji f ’Malta qed jiffinalizzaw memorandum of understanding mal-MEDE fejn
qed jaqblu li jirrikonoxxu l-ħiliet u kwalifikazzjonijiet miksuba miż-żgħażagħ li jispiċċaw mill-Programm XL b’suċċess. Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal: “Iżżgħażagħ li qed jibbenefikaw minn dan il-programm qed jiksbu ħiliet importanti li se
jgħinuhom ikomplu jibnu l-edukazzjoni tagħhom. Dawn l-inizjattivi tassew ibiddlu ħajjiet għall-aħjar.” Il-Fondazzjoni HSBC Malta qed testendi l-fondi ta’ €300,000 tul perjodu ta’ tliet snin lil Prince’s Trust International, bħala parti millFond ta’ $150 miljun Amerikan
tal-HSBC għall-Komunità. Il-Kap Eżekuttiv tal-Bank HSBC Malta, Andrew Beane, qal: “Il-Fondazzjoni HSBC Malta taħdem biex tagħmel investimenti soċjali fit-tul u tifforma sħubija minflok ma sempliċiment tagħti għotjiet. L-aħħar sħubija li għamilna, fejn ġibna flimkien il-Ministeru għallEdukazzjoni u The Prince’s Trust, hi eżempju ieħor ta’ kif il-banek iservu biex iressqu flimkien organizzazzjonijiet u entitajiet.” The Prince’s Trust International hu l-estensjoni globali ta’ The Prince’s Trust. Il-Programm The Prince’s Trust jgħin lil żgħażagħ żvantaġġjati fir-Renju Unit biex jiksbu ħiliet għal ħajja aħjar. Imwaqqaf mill-Prinċep ta’ Wales fl-1976, din is-sena qed jiċċelebra 40 sena ta’ appoġġ lil persuni bejn l-etajiet ta’ 13 u 30 sena li huma qiegħda, ibatu fliskola u f ’riskju ta’ esklużjoni.
MADWARNA
kullħadd.com
27|03|2016 23
IL-FESTIVAL TAL-KTIEB FUQ IL-KAMPUS L-Għaqda tal-Malti – Università, u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jorganizzaw it-tielet edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus fl-Università. Il-festival se jittella’ bejn il-5 u s-7 ta’ April, mid-9.00am sas-02.00pm u mill-4.00pm sat-tard. Waqt dan il-festival se jkun hemm diversi posti ta’ għadd ta’ pubblikaturi u distributuri ewlenin fosthom Horizons, Faraxa Books, Sensiela Kotba soċjalisti (SKS), Students Philosophical Society, EDE, Inizjamed/Edizzjoni Skarta, BDL, u oħrajn. Ma’ dawn ikun hemm l-Għaqda tal-Malti u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb li għandhom rigal ċkejken imħejji għall-ewwel mija li jżuru l-festival. Barra minn hekk, se jkun hemm attivitajiet li jvarjaw minn workshops għal films, minn qari għal taħditiet, u oħrajn. L-attivitajiet se jsiru minn Mark Scicluna u Moira Zahra, ESO, Insite, Faraxa Books, KSU (Kummissjoni Edukazzjoni), Highlight Arts, Inizjamed, Glen Calleja, Għaqda tal-Malti, Trevor Żahra, Fat Lady Productions, il-Kunsill Nazzjonali talIlsien Malti, Akkademja tal-Malti, Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Taħżiż, Aġenzija Żgħażagħ, Miriam Calleja, EDE, Mistura, Michael Spagnol, Graphic Novels Library, u DESA. Matul it-tlett ijiem tal-festival il-Librerija tal-Università se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha għall-istudenti b’attivitajiet interessanti fi mkejjen li mhux soltu nidħlu fihom. L-Għaqda talMalti se tkun qed tesibixxi r-ritratti tal-kompetizzjoni Ħudli Ritratt li għandha miftuħa sal-1 ta’ April. Matthew Schembri se jkun qed jieħu ħsieb l-istallazzjoni tal-arti Ixorbu l-Kotba. Il-mistiedna speċjali tal-festival hija l-kittieba Iżlandiża Gerður Kristný li se tkun magħna b’attività kull ġurnata. Nhar is-6 ta’ April, Kristný se tagħti workshop marbut mal-kitba millġdid tal-Mitoloġija, u nhar is-7 ta’ April nagħlqu l-festival b’qari u mistoqsijiet lill-istess awtriċi. Il-programm sħiħ t’attivitajiet, siegħa b’siegħa, jinsab fuq Facebook. Għal iktar tagħrif żur: www.facebook.com/events/923489227765196. Il-festival miftuħ għal kulħadd bla ħlas.
B’RISQ IR-RIĊERKA FUQ IL-MOĦĦ
Il-vjolinist Malti ta’ fama internazzjonali, Carmine Lauri, se jdoqq The Four Seasons ta’ Vivaldi nhar il-Ħadd 27 ta’ Marzu 2016, fil-knisja ta’ San Publju l-Furjana, fis-7.30pm. Michael Laus se jmexxi l-14-il mużiċist minn fuq il-harpischord. Permezz ta’ dan il-kunċert se jinġabru fondi għar-riċerka fuq il-moħħ Carmine Lauri hu l-co-leader tal-Orkestra Sinfonika ta’ Londra għal dawn l-aħħar 15-il sena. Huwa wkoll il-concert master tal-Orkestra Filarmonika ta’ Oxford u guest leader tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta. Kien ukoll mistieden bħala concert master f ’diversi orkestri ta’ fama internazzjonali fosthom l-Akkademja ta’ St Martin in the Fields, l-Orkestra tar-Royal Opera House Covent Garden, ilFilarmonika ta’ Londra, il-Filarmonika ta’ Rotterdam, is-Sinfonija ta’ Bournemouth, il-Camerata ta’ Manchester, u l-Orkestra Filarmonika ta’ Hong Kong, taħt surmastrijiet distinti bħal Lorin Maazel, Bernard Haitink, Sir Colin Davis, Sir Antonio Pappano, Riccardo Chailly, Pierre Boulez, Valery Gergiev u ħafna oħrajn. Wara s-sehem tiegħu fil-kunċert The Four Seasons f ’Malta, hu se jdoqq il-Gran Duo ta’ Bottesini flimkien mal-Filarmonika ta’ Oxford. Carmine jdoqq vjolin li nħadem minn Nicholas Lupot x’aktarx fis-sena 1780. Dan il-kunċert, li se jsir b’risq ir-riċerka fuq il-moħħ li titwettaq fl-Universita’ ta’ Malta, hu organizzat mill-Fond tar-Riċerka talUniversità (RIDT). Il-kunċert għandu l-appoġġ tal-Bank APS u l-Fond ADRC, kif ukoll ta’ Studio 7 u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta. Il-biljetti tad-dħul jinkisbu għall-prezz ta’ €25, €30 u €60 miċĊentru għall-Kreattività fil-Kavallier ta’ San Ġakbu fuq in-numru 2122 3200 jew mis-sit elettroniku http://ticketenginex.kreattivita. org/?eventname=The+Four+Seasons+with+Carmine+Lauri
24 27|03|2016
kullħadd.com
MADWARNA
KUNĊERT MINN VINCENZO PARATORE U CORPUS TROMBONE QUARTET
K&G Mouthpieces tippreżenta kunċert uniku li fih se jdoqqu ħamsa mill-aqwa trumbunisti fid-dinja f ’formazzjoni unika. L-Isqalli Vincenzo Paratore se jingħaqad mal-Corpus Trombone Quartet, erba’ trumbunisti internazzjonali mill-Ungerija li ilhom idoqqu flimkien għal dawn l-aħħar 15-il sena. Il-mużika li se tindaqq fil-kunċert tkun taħlita unika bejn dik moderna u klassika. Il-mużika Maltija ma tonqosx lanqas. Fil-fatt, se tindaqq biċċa mużika tal-kompożitur Malti Reuben Pace. Corpus Trombone Quartet Il-Corpus Trombone Quartet twaqqaf fl-2001 u jikkonsisti minn Akos Galla, Robert Kaip, Peter Palinkas u Andras Suto. Fis-sena tat-twaqqif tiegħu, dan il-kwartett attenda għall-ewwel dabra kuntest internazzjonali, The 7th International Brass Chamber Contest, f ’Passau l-Ġermanja. Minkejja li
kienu ilhom biss idoqqu flimkien għal tliet xhur, irnexxielhom jirbħu l-premju speċjali tal-ġurija. Wara, iddeċidew li jkomplu bilprovi tagħhom b’mod intensiv għal sentejn sħaħ. Wara dawn is-sentejn, dan l-ensamble akkwista ħoss mużikali omoġenju u teknika virtwoża li kkonfermat il-kemistrija tal-kwartett. Fl-2003, il-kwartett rebaħ l-ewwel premju fit-32 edizzjoni tal-International Trombone Festival fis-sezzjoni ta’ kwartetti ta’ trumbuni. Fl-istess sena rebħu kuntest ieħor, il-ħames edizzjoni ta’ Philip Jones International Brass Chamber Contest. Fl-2004, reġgħu attendew ir-raba’ edizzjoni ta’ Jan Koetsier, International Trombone Quartet Contest, fejn rebħu wkoll l-ewwel premju. Wara dawn is-suċċessi għamlu diversi tours f ’kunċerti oħra, b’ħafna minnhom ikunu fl-Istati Uniti u fil-Ġappun. Huma daqqew ukoll fl-Eġittu, u pajjiżi oħra Ewropej.
F’dawn l-aħħar snin ħarġu bosta CDs tal-mużika tagħhom li nbiegħu f ’bosta pajjiżi, b’mod speċjali dawk li tellgħu kunċerti fihom. Vincenzo Paratore Vincenzo Paratore ggradwa b’honours fit-trumbun fl-1998 mill-Vincenzo Bellini Musical Institute f ’Catania, taħt id-direzzjoni talMro Camillo Pavone. Fl-2002 huwa kompla l-istudji fil-konservatorju avvanzat ta’ Pariġi u fl2003 fil-konservatorju ta’ Santa Ċeċilja f ’Ruma taħt id-direzzjoni tal-Mro J. Mauger. Vincenzo rebaħ ukoll diversi kompetizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali, bħat-tieni edizzjoni ta’ kompetizzjoni internazzjonali ta’ Music for Young Interpetors City of Chieri, it-18-il edizzjoni ta’ International Trombone Competition City of Porcis fl-2007 u l-ħames edizzjoni ta’ International Trombone Com-
BIL-ĦLEWWA
Fr Mario Attard OFM Cap
Il-virtù tal-ħlewwa hija importanti. Din il-biċċa li nilqa’ l-Kelma ta’ Alla bil-ħlewwa fakkritni eżattament fil-mod għaqli li bih kienet timxi miegħi l-għażiża ommi
“Dak taz-zokkor!” Jew “Kliemha veru zokkor.” Hemm ara sieħbi, it-tbissima tilma’ fuq dak il-wiċċ li qabel tgħidx kemm kien imbeżża’! Il-qawwa tal-ħlewwa hija tassew kbira! Għidli! Darba ltqajt ma’ sentenza mill-Bibbja li tgħidx kemm għamlitli ġid! San Ġakbu fl-ittra tiegħu jikteb hekk: “Ilqgħu bilħlewwa l-kelma mħawla fikom, li tista’ ssalvalkom ruħkom” (Ġak 1:21). Ifhem! Il-Kelma ta’ Alla dejjem Kelma ta’ Alla. Hija “l-għajn tad-dawl, li fih ma hemm ebda tibdil u lanqas dell ta’ tidwir” (Ġak 1:17). Kelma ta’ Alla hi! Għalhekk huwa jien u int li neħtieġu li nitbiddlu u mhux hi! Madankollu, biex din il-kelma tal-verità taħdem fija u fik, irridu nagħtuha l-griż tal-ħlewwa. Irridu nilqgħuha b’qalb miftuħa u ferħana bħal ta’ tifel ċkejken. Jiġifieri b’dik ilqalb li tagħti dejjem raġun lillKelma ta’ Alla. Inkella għaliex int u jien infittxu fiha biex nieħdu d-direzzjoni t-tajba? Ma nistax infittex direzzjoni minn post li, minnu nnifsu, ma joffrix direzzjoni, inkella jkolli
rota nieqsa! Mhux hekk sieħbi? Il-virtù tal-ħlewwa hija importanti. Din il-biċċa li nilqa’ l-Kelma ta’ Alla bilħlewwa fakkrittni eżattament fil-mod għaqli li bih kienet timxi miegħi l-għażiża ommi meta kont inkun ma niflaħx. Ta’ ħanex li kont ċertu mediċini ma kienu jinżluli b’xejn. Ajma! L-aktar ċerta pillola kontra d-deni! Kemm kienet tqallagħni! Kull darba li ommi kienet tagħtihieli arani nitfagħha niġri ’l barra mill-istonku tiegħi wara ftit. X’battikata kbira kont nieħu biex inneħħiha! U għalxejn ommi kienet tagħmilli prietka fuq prietka biex niblagħha, inkella d-deni nini jinżel! Ħeqq! La ma ridthiex qatt ma kont se niblagħha, x’kull waħda! Imma x’għamlet il-ġurdien xiħ ta’ ommi biex niblagħha żgur? Tajba din! Kienet tagħmilhieli f ’affarijiet li kont nieħu gost nikolhom. Mela itfagħhielu fil-banana xbin, ħa jikolha magħha. Inkella ma’ biċċa ċikkulata Maltija li tant kienet magħrufa f ’dawk iżżminijiet ta’ tfuliti. U jien, li din
petition ta’ Jeju fil-Korea t’Isfel fl-2008. Huwa rebaħ ukoll diversi auditions għal trumbun u ħa sehem fl-Italja u pajjiżi oħra kemm bħala trumbun solista u anke bħala parti minn formazzjonijiet varji. Paratore huwa wkoll membru tas-Sicilian Brass Quintet, li magħhom irrekordja żewġ CDs, kif ukoll max-Sciara Quartet, ensamble li rebaħ diversi kompetizzjonijiet nazzjonali. Huwa wkoll irrekordja kunċert bħala trumbun solista li kien imniedi f ’diska bl-isem A Bridge to Brasil. Sa’ mill-2003 Paratore okkupa l-kariga ta’ trumbun prim fl-Orketsra ta’ Theatre Maximum V. Bellini ta’ Catania. Grazzi għal din l-esperjenza mużikali speċjalizzata fit-trumbun, Paratore huwa wkoll għalliem f ’kors ta’ speċjalizzazzjoni tat-trumbun f ’V. Bellini Insistitute ta’ Caltanissetta, u tella’ ammont ta’ masterclasses fl-Italja, l-Iżvizzera, Franza, il-Messiku,
l-Ungerija, il-Korea, Spanja u l-Kolumbja. Vincenzo kien jokkupa wkoll il-pożizzjoni ta’ trumbun prinċipali ma’ Teatro Alla Scala ta’ Milan u mal-Accademia Nazionale di Santa Cecilia Orchestra f ’Ruma. Huwa jkun mistieden regolarment f ’festivals importanti ta’ strumenti tar-ramm u trumbuni, kemm bħala solista u anke bħala għalliem.
iċ-ċikkulata kont kważi nikolha bil-karta b’kollox daqskemm kont inħobbha, arani niekol jew nibla’ ċ-ċikkulata! U hekk magħha nkun kilt jew blajt ilpillola wkoll! U x’kien jiġri? Mhux ovvja! Id-deni kien jinżel. U hekk iċ-ċkejken Mario kien jitgħaxxaq bit-togħma talbanana jew taċ-ċikkulata u, flistess ħin, kien jibbenifika millqawwa fejqana tal-pillola. Eh ħabib! Fil-ħajja kollox bil-ħsieb! U li tkun ħelu mal-oħrajn hija biċċa għerf tassew kbira, tafux?! Bil-Malti ngħidu: “Bil-kelma t-tajba toħroġ il-far mit-toqba.” Filwaqt li l-ħabib għażiż tiegħi Ġorġ Agius, l-Għannej talMulej, tant iħobb jgħanni din it-taqbila: “Kelma tajba tiffrankalek battikata.” Hekk hu Ġorġ! Għandek mitt elf raġun sieħbi! Mela, jekk kelma tajba tiffrankali battikata maloħrajn, ara ftit jekk nagħżel li nieħu korrezzjoni minn xi ħadd bil-għasel u mhux bil-ħall x’differenza se tagħmel fija! Huwa għaqal li t-twiddib tal-Kelma ta’ Alla nieħdu bilħlewwa. Għax jekk se nikxef
snieni kollha rabja, għaliex smajt passaġġ mill-Bibbja u qarasni fil-laħam il-ħaj jiġrili li dik ir-rabja mhux ħa tħallini nduq il-benna tal-fejqan li qed toffrili l-Kelma ta’ Alla. Mhux jien il-verità ħbieb! Nista’ nkun il-Papa tafux! Il-verità hija waħda: Ġesù Kristu! Hu biss qal għalih innifsu: “Jiena hu t-triq, il-verità u l-ħajja” (Ġw 14:6). Mela li jgħid hu huwa ben fatt! U meta ndaħħal f ’rasi dan il-ħsieb u nemmen din ilverità sagrosanta qatt ma ngħix beżgħan, inkella mhedded mill-kelma tiegħu. Wara kollox hu ġie għalija u għalik – midinbin gwappi. Għal Ġesù din mhi problema xejn. Anzi! Huwa ta’ pjaċir kbir għalih ħalli jkun jista’ jsalvana u jagħtina l-ħajja tiegħu. Imma ħej, ma rridx nilgħabha miegħu li jien għandi raġun u hu għandu tort! Għax imbagħad veru li nkun missejt il-qiegħ! Mulej, int li tixħet ħarstek fuq in-niedem f ’qalbu, għinni nilqa’ bil-qalb u bil-ħlewwa kbira kelmtek li tfejjaqni mill-ħażen li hemm fija bi ħlewwietek. Ammen.
Il-kunċert Dan il-kuncert se jsir nhar l-Erbgħa 30 ta’ Marzu, fit-8.00pm, filKażin Malti l-Belt Valletta. Għal iżjed informazzjoni u riservazzjonijiet tal-biljetti ċempel fuq 9945 9696. Dawn il-ħames artisti internazzjonali kollha jdoqqu bil-prodott Malti ta’ bukkini, K&G Mouthpieces, kumpanija ta’ bukkini mwaqqfa minn Dennis Camilleri u Gilbert Farrugia – żewġ trumbinisti ewlenin f ’pajjiżna.
PERSONALITÀ
kullħadd.com
27|03|2016 25
REBBIEĦA TA’ VENERE 2015/2016 RAMONA
PORTELLI TINTERVISTA LIL
SHANICE
SCICLUNA
Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com Email: ramonaportelli@hotmail.com
Dan l-aħħar ġejt avviċinata biex nagħmel kuntatt malmudella rebbieħa tas-sensiela tant popolari fuq itteleviżjoni lokali Venere tal-2015/2016, Shanice Scicluna, li mal-ewwel aċċettat li tagħmel din l-intervista. Għandha wieħed u għoxrin sena, toqgħod il-Gżira u ilha tliet snin f ’relazzjoni. Riċentament bdiet xogħol ġdid bħala salesgirl f ’ħanut tal-ġojjelli f ’Tas Sliema u tinsab kuntenta ħafna għax, permezz ta’ dan ix-xogħol, qed iżżomm kuntatt dirett mad-dinja tal-moda filġojjellerija li tinteressaha ħafna għax timxi id f ’id malpassjoni tagħha fl-immudellar tal-fotografija. L-aktar ħaġa li ddejjaqha fil-ħajja inġenerali hija l-inġustizzja fuq min m’għandux vuċi jew min hu vulnerabbli, kif ukoll ilmoħqrija tal-annimali. “Inqis ruħi bħala persuna dħulija, faċli ħafna biex nagħmel ħbieb ġodda, inħobb niddeverti, ingawdi l-ħajja u ngħin fejn ikun hemm bżonn. Apparti dan jiena għandi għal qalbi ħafna l-annimali, speċjalment ilklieb. Il-passatempi tiegħi huma li nieħu l-photoshoots u nsegwi mill-qrib il-moda, nattendi għal fashion shows u konkorsi tas-sbuħija. Apparti dan, inħobb ħafna mmur shopping,” bdiet tgħidli dwarha Shanice. Ta’ min jgħid li Shanice ilha timmudella għal dawn l-aħħar sitt snin. Fil-fatt, meta kienet żgħira dejjem kienu jaffaxxinawha r-ritratti. Kellha l-familjari tagħha li dejjem issapportjawha u ħeġġewha f ’dan il-qasam. “Niftakar li minn età żgħira kien ikolli kostum isbaħ minn ieħor tal-karnival, li kienet tħietli z-zija tiegħi stess, u konna mmorru f ’xi studio talfotografija biex dejjem ikolli ritratt ta’ tifkira.” Diversi opportunitajiet, però bil-limitazzjoni tagħhom Matul is-snin tagħha fixxena tal-immudellar, Shanice ħadet sehem f ’diversi kompetizzjonijiet kemm talimmudellar fotografiċi, kif ukoll konkorsi tas-sbuħija u anke fashion shows. Fosthom ħadet sehem fil-Miss World Malta 2012, li wkoll kienet esperjenza mill-isbaħ u li ma tinsa qatt. Staqsejtha jekk taħsibx li f ’Malta għandha futur tajjeb
bl-immudellar. Sostniet miegħi li, sfortunatament, hawn Malta, ħdejn pajjiżi oħrajn bħal Milan, Pariġi u New York, l-opportunitajiet huma limitati ħafna. “Dan jista’ jkun ġej minn ħafna fatturi, fosthom iċ-ċokon ta’ pajjiżna, l-importanza li tingħata lill-industrija tal-moda, il-flus, nuqqas ta’ sponsors u ħafna aktar. Għalkemm dan l-aħħar sirna nisimgħu aktar u saru jiġu organizzati attivitajiet u programmi televiżivi li jippromovu din l-industrija u l-individwi li għandhom tant għal qalbhom dan il-qasam.” B’kurżità, u peress li naf li hija ħolma ta’ ħafna mudelli, staqsejt lil Shanice jekk titħajjarx tgħix u taħdem fuq l-immudellar biss. “Kieku jkolli l-opportunità li naħdem fuq l-immudellar biss nidħol għaliha b’ħeġġa u entużjażmu kbir għax din hija l-passjoni u l-ħajja tiegħi, anke jekk dan ifisser li jkolli nitlaq minn Malta,” sostniet
bla tidwir mal-lewża Shanice. Opportunità unika millprogramm Venere
Ta’ min jgħid ukoll li waħda mill-akbar raġunijiet li Shanice daħlet għall-isfida talprogramm Venere hija għax l-istess programm huwa fost l-aqwa programmi f ’Malta fejn jidħol dan il-qasam u huwa segwit ħafna, b’hekk il-kontestanti ta’ Venere jkollhom l-opportunità li jsiru magħrufa minn nies f ’din l-industrija. “Kont ili żmien twil insegwi l-programm Venere u kienet minn dejjem ix-xewqa tiegħi li napplika għallprogramm, però minħabba x-xogħol u l-impenji li kelli qabel qatt ma sibt iċċans. Is-sena li għaddiet ħarġu l-applikazzjonijiet u ddeċidejt li napplika għax kelli aktar ħin disponibbli. Meta attendejt għall-ewwel audition kien hemm ħafna tfajliet li applikaw biex jikkontestaw bħali. F’dan ilmument irrealizzajt li għandi sfida mhux ħażin quddiemi, però jiena għandi fiduċja fija nnifsi u ma żammejtx lura mill-kompetizzjoni li kelli quddiemi.” Kompliet tgħidli li wara l-ewwel audition kien hemm oħrajn li kienu ta’ suċċess għaliha u fl-aħħar, wara ħafna qtigħ ta’ qalb u stennija, Shanice rċeviet email fejn saret taf li hija waħda middisa’ finalisti ta’ din is-sensiela tal-programm Venere. Ftit ġranet wara rċeviet telefonata mill-amministrazzjoni ta’
Venere, fejn spjegawlha li se tkun qed tieħu sehem f ’seba’ photoshoots u li r-ritratt li jikseb l-aktar ammont ta’ likes fuq Facebook ikun ir-rebbieħ tal-photoshoot ta’ dik il-ġimgħa u li, min jgħaqqad l-aktar ammont ta’ shoots mirbuħa, jirbaħ il-programm. Tgħallmet ħafna mill-kritika u suġġerimenti ta’ nies professjonali fl-istess qasam. “Dawn is-seba’ shoots ħadniehom fuq medda ta’ madwar sitt xhur. Kull photoshoot kellha t-tema partikolari tagħha. Jiena u l-parteċipanti l-oħra ma kienx ikollna idea fuq xiex se tkun it-tema; kulma konna nkunu nafu kien ikun ilħin li rridu nkunu fl-istudio u xi affarijiet żgħar li kellna nieħdu magħna għax-shoot li nkunu se nieħdu. Sa millewwel photoshoot għamilt ħilti kollha biex intejjeb il-ħiliet tiegħi minn photoshoot għal oħra. Karriera fl-immudellar Tgħallimt ħafna mill-kritika u s-suġġerimenti professjonali tat-tim kollu tal-programm Venere. Shoot wara oħra kienu ta’ suċċess għax kull waħda li ħadt irnexxieli nirbaħha, sa ma eventwalment irbaħt is-sensiela ta’ Venere 2015/2016. Għalkemm kelli ħjiel li kont ir-rebbieħa għax kelli ammont sostanzjali ta’ shoots mirbuħa, jiena kont ferħana ħafna meta rċivejt it-telefonata mingħand Adrian J. Mizzi, id-direttur artistiku tal-programm, fejn infurmani li kont ir-rebbieħa ta’ din is-sensiela,” kompliet kuntenta Shanice. Kompliet tgħidli li, bħala l-aħħar photoshoot, l-amministrazzjoni ta’ Venere, tawha l-opportunità li tieħu ħsieb torganizza photoshoot kif xtaqet hi stess, inkluż l-għażla tal-ħwejjeġ, l-istil tax-xagħar u anke l-makeup. Kellha wkoll iċ-ċans tagħżel it-tim kollu li xtaqet li jaħdmu fuqha għal din
ix-shoot, li nġibet l-Isla u, tista’ tgħid, li din kienet waħda minn l-aktar photoshoots li ġiet għal qalbha. Xtaqt inkun naf x’qed taspira li tagħmel u kif taħseb li l-kumplament tal-karriera tagħha fl-immudellar se tkompli tiżvolġi. “Nittama li din l-opportunità kienet il-bidu ta’ futur ta’ suċċess u opportunitajiet ġodda flimmudellar u l-photo modelling. Dwar jekk tippreferix immudellar fuq catwalk jew inkella photoshoots, Shanice saħqet miegħi li s-sodisfazzjon li jagħtiha l-photo modelling huwa kbir għax, meta tara r-riżultat tar-ritratt u tara li rnexxielha twassal l-messaġġ li tkun xtaqet twassal permezz tar-ritratt, huwa diġà ta’ sodisfazzjon kbir. Fl-aħħar mill-aħħar, tħobb ħafna r-ritratti u tħossha aktar kunfidenti quddiem ilkamera tar-ritratti. Il-ħolma li jmissha taqta’ Shanice f ’dan is-settur hi li tipparteċipa fl-akbar avveniment tal-moda f ’Malta – il-Malta Fashion Week. “Naf kemm hija iebsa li nintgħażel, però, bħalma ma qtajtx qalbi qabel, mhux se naqta’ qalbi issa biex nipprova. Iddiskutejt magħha d-dieta u l-eżerċizzju u hija qaltli li ma ssegwi l-ebda dieta jew pjan ta’ eżerċizzju partikolari, però toqgħod attenta li ma żżidx fil-piż u tħobb timxi mixja kuljum biex iżżomm il-figura tagħha. Fl-aħħar nett, Shanice wriet gratitudni lejn l-ispazju tal-intervista tiegħi fuq ilgazzetta KullĦadd, kif ukoll irringrazzjat mill-qalb lil kull min wera s-sapport tiegħu tul il-parteċipazzjoni tagħha fil-programm Venere. Xtaqet ukoll tgħaddi l-messaġġ lillqarrejja tal-KullĦadd li qatt m’għandhom jaqtgħu qalbhom milli jsegwu l-ħolm tagħhom għax bil-ħidma u s-sagrifiċċju l-ħolm isir realtà.
26 27|03|2016
kullħadd.com
MIN IĦADDEM
KIF TAĦSIBHA L-ASSOĊJAZZJONI TA’ MIN IĦADDEM? IL-PROĊEDURI GĦALL-PERMESSI
Anton Vella SMEs Helpdesk Executive Malta Employers’ Association
XOGĦOL GĦALL-ĦADDIEMA ‘THIRD COUNTRY NATIONALS’ Fl-artiklu tal-lum ħassejt il- ħtieġa li nikkomunika magħkom dwar il-proċeduri għall-permessi tax-xogħol għall-ħaddiema ThirdCountry Nationals. Fi kliem ieħor, se nkun qed nispjega fid-dettall proċeduri li f ’dawn l-aħħar snin inbidlu sabiex jagħmluha aktar faċli għal min iħaddem ħalli jimpjega miegħu ċerti ħaddiema barranin. Il-Korporazzjoni għaxXogħol u t-Taħriġ (ETC) u Identity Malta, lura għas-sena 2014, kienu ħabbru t-twaqqif ta’ one-stop-shop għal ThirdCountry Nationals (TCNs) li jixtiequ jgħixu Malta għal skopijiet ta’ xogħol. ġaladarba t -TCN ikun resaq quddiemu bl-applikazzjoni Applikazzjoni waħda sabiex japprovahielu, l-istess TCN ikun diġà applika Minn dakinhar il-maġġoranza sabiex jirregolarizza ruħu tat-TCNs, ħlief dawk li għal residenza f ’pajjiżna għal huma msemmija fil-lista sena, u ma jkollux għalfejn t’hawn taħt, beda jkollhom jiddubita u jiċċekkja dwar bżonn jissottomettu biss dan għax l-iskrutinju jsir millapplikazzjoni waħda għall- Uffiċċju taċ-Ċittadinanza. permessi tax-xogħol u r-residenza. Dan beda jsir Proċess ta’ skrutinju mill-persuna li se tkun impjegata (it-TCN) u mhux Mil-banda l-oħra, xorta waħda minn min iħaddem (l-employer). baqa’ l-istess il-proċess ta’ L - a p p l i k a z z j o n i j i e t skrutinju min- naħa tal-ETC bdew jittieħdu għand sabiex jiġi assigurat li t-TCN id-Dipartiment għaċ- ma jkunx qed jiġi ingaġġat Ċittadinanza f ’Evans f ’xogħol f ’pajjiżna għadBuilding, Misraħ Sant’Iermu, detriment ta’ ħaddiem Malti. il-Belt Valletta. Xorta waħda t-TCN, malDan ifisser li min iħaddem applikazzjoni, irid jippreżenta m’għandux għalfejn l-kapaċitajiet u l-kwalifiki jissottometti applikazzjonijiet tiegħu, u min-naħa talqabel ma jimpjega ħaddiema employer irid jeżawra l-proċess TCNs. L-applikazzjonijiet li fittex ħaddiem Malti minn għandhom ikunu sottometti fuq ir-reġistru u dan ikun mill-impjegati prospettivi irriżultalu fin-negattiv. Ħaġa nfushom. Min iħaddem li hija importanti tibqa’ ssir, qed ikun mitlub biss biex sabiex it-TCNs ma jispiċċawx japprova l-applikazzjoni. jieħdu xogħol il-Maltin. Min iħaddem ma jistax Ħaġa oħra li toħroġ mitjimpjega persuna TCN qabel tibdil li kien daħal fis-seħħ, ma din tikseb il-permess tax- hija li għall-ewwel darba xogħol. ġie stabbilit żmien massimu Biex nispjega f ’aktar dettall: sa meta l-Uffiċċju taċkemm l-employers kif ukoll it- Ċittadinanza jkun obbligat Third Country Nationals qed li jipproċessa l-applikazzjoni jiffrankaw ċertu ġiri u ħela ta’ unika (tax-xogħol u ħin u b’hekk, indirettament, residenza) li jippreżenta igawdu minn proċess inqas t-TCN. Dan il-perjodu ma burokratiku. Tal-inqas, hekk jridx jaqbeż l-erba’ xhur. suppost qed isir. Jekk l-Uffiċċju jfalli milli B’din is-sistema, min japprova l-applikazzjoni iħaddem qed iserraħ moħħu li, f ’dan il-perjodu stabbilit, it-
TCN ikollu d-dritt li jappella legalment. Hawn, sal-lum (sentejn wara) għad għandna xi ftit tal problemi, iżda b’sens ta’ rieda tajba, koperazzjoni u aktar riżorsi umani, għandna naslu biex dan l-objettiv jintlaħaq. L-MEA, ftit tal-jiem ilu laqqgħet lill-membri tagħha mal-uffiċjali responsabbli minn dan l-eżerċizzju biex jiġu ċċarati l-affarijiet u jibda jkun hemm aktar koperazzjoni biex l-employer ikun jista’ jiffoka aktar fuq l-operat tan-negozju tiegħu u kif ser jinvesti aktar, u mhux jinħela fi proċessi burokratici tedjanti li ma jwasslu għal xejn ħlief għal ħela ta’ ħin prezzjuż. Waqt din il-laqgħa bit-titlu The Employment of Foreign Workers in Malta, li ġiet organizzata fl-MCC, kien hemm preżenti uffiċjali missezzjoni tas-Citizenship and Expatriates fi ħdan Identity Malta Agency, uffiċjal milluffiċċju tas-Central Visa Unit, rappreżentant millPulizija ta’ Malta, kif ukoll uffiċjal mill-ETC.
jistennew biex jingħataw protezzjoni temporanja, kif ukoll benefiċjarji ta’ protezzjoni nazzjonali jew internazzjonali; – TCNs li għandhom longterm resident status; – TCNs li se jaħdmu għal rashom; – TCNs li huma studenti rikonoxxuti taħt irRegolamenti tal-Istudenti (Avviż Legali 29 tal-2008); – TCNs li se jaħdmu Malta għal massimu ta’ sitt xhur; – TCNs li se jaħdmu fuq bażi ta’ viża; – TCNs li huma meqjusa bħala posted workers u intracorporate transferees. Dawn t’hawn fuq għandhom jgħaddu miż-żewġ proċeduri separati fl-ETC u fid-Dipartiment għaċĊittadinanza, skont ir-regoli preżenti.
Aktar informazzjoni Din il-proċedura tapplika għall-ħaddiema TCN Il-proċeduri applikabbli għal kollha? każijiet individwali huma aċċessibbli fuq www.mhas. Din il-proċedura tapplika gov.mt (MHAS Services għall-ħaddiema TCN kollha – Residence), jew billi ħlief dawk li jaqgħu taħt tikkuntattja lid-Dipartiment dawn il-kategoriji: għaċ-Ċittadinanza fuq 2590 4800, jew billi tibgħat email lil – TCNs li ngħataw jew qed citizenship@gov.mt
www.facebook.com/MaltaEmployersAssociation Dan ifisser li min iħaddem m’għandux għalfejn jissottometti applikazzjonijiet qabel ma jimpjega ħaddiema TCNs
Jekk tixtieq tagħmel kuntatt magħna (bħala Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem) tista’ tagħmel dan billi ċċempel 2122 2992 jew 2123 7585. Tista’ wkoll tibgħat email lil anton.vella@maltaemployers.com jew tuża t-24/7 helpline 2122 2006, billi ċċempel u tħalli ismek biex fl-iqsar żmien possibbli nirritornaw it-telefonata tiegħek.
SKEDA
kullħadd.com
103 06.50 Flimkien ma’ Nancy (R) 07.45 Eżerċizzi ma’ Fr Colin Apap 07.50 Sejjaħtli Helpline (R) 08.30 Paperscan 10.00 Quddiesa tal-Għid mill-Vatikan 11.55 Urbi et Orbi 12.30 Aħbarijiet 12.35 Kyrios 12.45 Telebejgħ 13.00 In d House (R) 14.10 Arani Issa (R) 17.30 Aħbarijiet 17.35 Telebejgħ 17.50 Saul: The Journey to Damascus (R) 19.30 Aħbarijiet 20.10 Ieqaf 20 Minuta 20.35 Andrew & Sue (Episodju 24) 21.35 On d Road 22.15 Il-Patt (Episodju 12) (R) 23.30 Aħbarijiet
151 06.30 Cultura Memex 06.45 Lena 07.00 Heartland 07.42 Cavalli in Miniatura 08.25 Viaggi da Record 08.50 Il Nostro Amico Charly 09.35 I Nostri Amici Animali 10.00 Eurovisione Dalla Chiesa Evangelica di Arlon in Belgio: Culto Evangelico di Pasqua 11.00 Mezzogiorno in Famiglia 13.00 Tg2 Giorno 13.30 Tg 2 Motori 13.45 Squadra Omicidi 17.00 Il Commissario Lanz 17.55 Tg2 L.I.S. 18.00 Film: Soul Surfer 19.35 Squadra Speciale Cobra 11 20.30 Tg2 20.30 21.05 N.C.I.S 22.35 Limitless 23.25 Film: Bandidas
162 06.00 Media Shopping 06.57 Anica Flash 07.00 Find My Family: Australia 07.45 Media Shopping 08.00 Extreme Makeover Home Edition 09.50 X-Style ’16 10.30 Il Mondo di California Bakery 10.59 Il Boss Dei Pre18esimi 12.05 Dr House Medical Division 13.50 Perduti in Africa 15.40 Gossip Girl 17.20 Inga Lindstrom l’Incantesimo di Sandbergen 19.20 Dr House Medical Division 21.10 Call The Midwife 23.30 Miss Potter
372 06.00 Diners Drive-Ins and Dives 07.00 Chopped 08.00 Amazing Wedding Cakes 09.00 The Pioneer Woman 10.00 Siba’s Table 11.00 Barefoot Contessa 12.00 Chopped 13.00 Diners Drive-Ins and Dives 16.00 Chopped 17.00 Siba’s Table 18.00 Tia Mowry at Home 19.00 Rev Run’s Sunday Suppers 20.00 Cutthroat Kitchen 21.00 Follow Donal to Europe 22.00 Australian Food Adventures with Matt Moran 23.00 Diners Drive-Ins and Dives
412 09.00 Pawn Stars 17.00 Storage Wars 18.00 Pawn Star 19.00 Ax Men 20.00 American Restoration 21.00 Ancient Aliens 23.00 Black Sails
27|03|2016 27
102 07.00 Aħbarijiet 08.45 Telebejgħ 10.15 Għalkulhadd 11.15 Quddiesa mis-Santwarju ta’ Pinu 12.00 Urbi et Orbi 12.45 Telebejgħ 13.00 Intriċċi (R) 14.00 Aħbarijiet 14.05 Telebejgħ 15.20 Iswed fuq l-Abjad (R) 16.25 Mill-Familja Rjali 16.40 Wheelspin (R) 17.30 Flusek (R) 18.00 Aħbarijiet 18.05 What’s for Dinner 18.45 Aħbarijietfeed 19.30 Aħbarijiet 19.50 Aħbarijietfeed 20.30 Becky 21.30 Aħbarijiet 21.35 Replay 23.15 Aħbarijiet
152 06.00 Fuori orario 07.00 Zorro 07.50 Film: Il Giustiziere di Mezzogior- no 09.25 Scetateve Guagliune 09.35 Attenti a Quei Due: Una Ragazza Che Sapeva tToppo 10.30 Speciale Community: Le Storie 11.10 TGR 12.00 TG3 14.30 Film: L’Armata Brancaleone 16.30 Chiedi a Papà 18.10 I Misteri di Murdoch Ritorno a Terranova 19.00 TG3 20.00 Blob 20.15 Per Ridere Insieme con Stanlio e Ollio: La Bugia Nuovo Imbroglio 21.05 Il Borgo dei Borghi 23.15 TG3 23.25 TG Regione 23.30 Film: Biagio
300 06.00 Green Balloon Club 06.25 Mr Bloom’s Nursery 06.45 Nina and the Neurons: In the Lab 07.00 Green Balloon Club 07.20 Jollywobbles 07.35 Doctors 09.35 EastEnders 11.30 Last of the Summer Wine 12.00 The Weakest Link 12.45 Atlantis 13.30 Last of the Summer Wine 14.30 The Weakest Link 15.15 Atlantis 16.00 The Lady Vanishes 17.30 The Musketeers 20.10 Father Brown 21.00 By Any Means 22.00 Jonathan Creek 23.30 Silent Witness
400 06.00 How Do They Do It? 06.25 Fat n’ Furious 07.15 Fast n’ Loud 08.10 Wheeler Dealers 09.05 Cuban Chrome 09.55 The Pop Illusionist 10.50 Troy 11.40 Storage Hunters 12.35 Property Wars 13.30 The Liquidator 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Classic Car Rescue 16.15 Cuban Chrome 17.10 What on Earth? 18.05 Ed Stafford 19.00 The Island with Bear Grylls 20.00 Running Wild With Bear Grylls 21.00 Kings Of The Wild 22.00 Inside Raising the Concordia 23.00 Railroad Alaska
452 06.45 Ben & Holly’s Little Kingdom 07.10 Blaze and the Monster Machines 07.35 PAW Patrol 08.00 Winx Club 08.55 The Fairly Odd Parents 09.30 Sanjay and Craig 10.00 Alvin and the Chipmunks 10.25 Kung Fu Panda 11.20 Swindle 12.50 Avatar 17.40 SpongeBob SquarePants 18.10 Teenage Mutant Ninja Turtles 18.35 The Penguins of Madagascar 18.50 Henry Danger 19.15 The Thundermans 19.45 Bella and the Bulldogs 20.10 Sam & Cat 20.40 SpongeBob SquarePants 21.10 Avatar 22.00 Big Time Rush 22.55 The Penguins of Madagascar 23.20 iCarly
101 06.00 Aħbarijiet 07.30 Qalb in-Nies 08.00 Paq Paq on Test 08.15 Madwarna 08.45 Ħadt l-Aħbar 10.00 New Rooms 10.30 Malta u lil Hinn Minnha 12.00 Aħbarijiet 12.10 Ħadd Għalik 15.00 Ħbieb u Għedewwa 18.00 Aħbarijiet 18.15 Għawdex Illum 18.45 Xjenzarti 19.15 Lab of Life 20.00 Aħbarijiet 20.50 L-Assedju 21.40 Paq Paq on Test 21.50 Aħbarijiet 21.55 ZOS-Zone of Separation 23.00 Madwarna 23.15 Aħbarijiet 23.30 Smack Down WWE
153 07.35 Tg4 Night Aħbarijiet 07.55 Media Shopping 08.25 Super Partes 08.57 Terra! 10.00 Santa Messa 10.50 I Grandi Della Fede 11.30 Tg4 Telegiornale 12.02 Perry Mason 14.00 Donnavventura 15.02 La Bibbia 18.51 Anteprima Tg4 18.55 Tg4 Telegiornale 19.30 Dentro La Notizia 19.50 Tempesta D’amore 1Atv 21.15 Forrest Gump 1
306 06.00 THS 07.00 Rich Kids of Beverly Hills 11.00 Christina Milian Turned Up 13.00 Botched 14.00 Just Jillian 17.00 Keeping Up With the Kardashians 19.00 I Am Cait 21.00 L.A. Clippers Dance Squad 22.00 Keeping Up With the Kardashians 23.00 Hollywood Medium With Tyler Henry
403 06.00 Toddlers & Tiaras 07.40 Cake Boss 09.30 Little People Big World 11.20 Sin City ER 12.15 Our Little Family 13.10 Little People Big World 14.05 Cake Boss 15.00 Brides of Beverly Hills 15.30 Say Yes to the Dress 15.55 Say Yes to the Dress: Bridesmaids 16.25 Happily Ever Laughter 16.50 Curvy Brides 17.20 Something Borrowed Something New 17.50 Bride by Design 18.15 Say Yes to the Dress 20.05 90 Days to Wed 21.00 Say Yes to the Dress 21.55 Katie Hopkins 22.50 My Extreme Excess Skin 23.45 Sex Sent Me to the E.R.
104 07.00 Aħbarijiet 08.30 Paq Paq on Test 08.40 Kelma ghall-Ħajja 09.00 Quddiesa tal-Ħadd 09.45 Vatican Magazine 10.15 Qalb in-Nies 10.45 Dot EU 11.00 MEA 11.30 Awtokura 12.00 New Rooms 12.30 Il-Vjaġġatur 13.00 Paq Paq Lifestyles 13.30 Gadgets 14.00 BOV Premier: Naxxar vs B’Kara 16.00 Malta u lil Hinn Minnha 17.30 Pellikola 18.00 Animal Diaries 19.00 Għawdex Illum 19.30 Dwarna 20.30 Aħbarijiet għal persuni b’nuqqas ta’ smigħ 20.40 Paq Paq on Test
154 06.00 Prima Pagina Tg5 07.55 Traffico 07.59 Tg5 Mattina 09.10 Le Frontiere Dello Spirito 09.50 Gerusalemme: La Città Santa 11.00 Le Storie di Melaverde 12.00 Melaverde 13.00 Tg5 13.40 L’Arca di Noè 14.01 Possession: Una Storia Romantica 16.15 Domenica Rewind 18.45 Caduta Libera 19.57 Tg5 Prima Pagina 20.00 Tg5 20.40 Paperissima Sprint 21.11 La Passione di Cristo 23.40 L’Isola Dei Famosi
307 07.15 Hawaii Life 07.40 Healthy Gourmet 08.30 Beachfront Bargain Hunt 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Curb Appeal 12.00 Junk Gypsies 12.50 Cousins on Call 13.15 Kitchen Cousins 13.45 Giada’s Weekend Getaways 14.35 Tiny House Big Living 15.25 Fixer Upper 16.15 Rehab Addict 17.05 Castles On Camera 18.00 Extreme Homes 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Restoration SOS Buffalo 20.35 Rehab Addict 21.00 Rachel Hunter’s Tour of Beauty 21.55 Tiny House
405 06.00 Meet the Sloths 06.25 From Wags to Riches 07.15 Gator Boys 08.10 Rugged Justice 09.05 Ten Deadliest Snakes with Nigel Marven 10.00 Big Fish Man 10.55 Ten Deadliest Snakes with Nigel Marven 11.50 Hunt For The Tasmanian Tiger 12.45 Wildest India 13.40 Bahama Blue 14.35 Wildest Arctic 15.30 Sharks Under Glass 16.25 Biggest & Baddest 17.20 Gator Boys 18.15 Rugged Justice 19.10 Ten Deadliest Snakes with Nigel Marven 20.05 From Wags to Riches 21.00 Gator Boys 21.55 Ten Deadliest Snakes with Nigel
150 06.00 Parlamento Punto Europa 06.15 Rai 24 Aħbarijiet 06.30 Uno Mattina in Famiglia 10.10 Santa Messa 12.20 Linea Verde 13.30 Telegiornale 14.00 L’Arena Speciale Protagonisti 16.35 Domenica In 18.45 L’Eredità 20.00 Telegiornale 20.35 Affari Tuoi 21.30 Come Fai Sbagli Capitolo Tre 23.25 Speciale Tg1
155 07.00 Super Partes 07.30 Iacchi Du-Du 07.44 Pixie E Dixie 08.00 Titti E Silvestro 08.05 I Flinstones 09.00 Tom & Jerry: The Fast And The Furry 10.30 Profondo Blu 12.25 Studio Aperto 13.00 L’Isola Dei Famosi 13.20 Sport Mediaset 14.00 Le Riserve 16.24 Ed-Un Campione Per Amico 18.30 Studio Aperto 19.00 L’Isola Dei Famosi 19.25 Rush Hour Missione 21.15 Le Iene Show: 18A Puntata
312 06.00 The Crocodile Hunter 07.30 Captain Jack 09.10 The Charge of the Light Brigade 11.15 Big Screen 11.30 Groundhog Day 13.15 If It’s Tuesday This Must Be Belgium 14.55 One Summer Love 16.35 Jakob the Liar 18.30 True Heart 20.00 Desperately Seeking Susan 21.45 Bright Lights Big City 23.30 State of Grace
410 06.00 House Hunters International 08.00 Salvage Dawgs 09.00 The Vanilla Ice Project 10.00 Baggage Battles 11.00 Shed & Buried 12.00 Building Alaska 13.00 Man Caves 14.00 Lake Life 15.00 The Bronson Pinchot Project 16.00 Salvage Dawgs 17.00 Building Alaska 18.00 House Hunters International 19.00 Expedition Unknown 20.00 Mysteries at the Museum 22.00 Building Alaska 23.00 Man Caves
600 06.00 FIFA Football 06.25 Worldgoals 06.30 E3 Harelbeke Road Cycling 07.30 Players Tour Championship Snooker 09.00 E3 Harelbeke Road Cycling 10.30 Tour of Catalunya Road Cycling 13.15 WATTS 13.30 Criterium International Road Cycling 15.00 Players Tour Championship Snooker 16.00 Tour of Catalunya Road Cycling 17.00 Criterium International Road Cycling 17.55 Eurosport2 Aħbarijiet 18.00 Players Tour Championship Snooker 22.00 Eurosport2 Aħbarijiet 22.05 Major League Soccer
ANDREW & SUE Illum fit-8.35pm fuq ONE Sparaw fuq Paul. Mike u Andrew ma jafux x’se jaqbdu jagħmlu. Sue tħossa mifxula. Ma tafx x’inhu jiġri. Mike hu mbeżża’ li issa se jibda l-inkwiet. Manwel hu konvint li Mike jinsab involut f ’din l-istorja u jibda jissuspetta ħażin ukoll f ’Andrew. Manwel ikeċċi lil Sarah. Alan ma jistax jaċċetta l-fatt li Paul miet u dan joħloq argument ma’ Andrew…
28 27|03|2016
kullħadd.com MIĊ-
ĊINEMA
RAPPORT TA’
ĊINEMA
CARMEL BONNICI EĊITANTI
ZOOTROPOLIS (3D)
BELT MIMLIJA B’ANNIMALI JITKELLMU Vuċijiet Ewlenin: Ginnifer Goodwin, Jason Bateman, Idris Elba, Bonnie Hunt, J. K. Simmons, Octavia Spencer, Shakira Diretturi: Byron Howard u Rich Moore Ħin: 108 min. Distributur: Disney Enterprises/Buena Vista Int. Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. U
Walt Disney Animation Studios qed ikomplu bil-policy tagħhom li jippreżentaw films animati bil-protagonisti jkunu annimali li jitkellmu. Zootropolis hi belt magħmula minn distretti ta’ annimali differenti b’kulturi diversi. L-annimali tad-deżert għandhom Sahara Square, l-orsijiet bojod u ċriev bi qrun kbar ta’ fuq is-silġ jabitaw f ’Tundratown, dawk li jħobbu l-klima sħuna u umda jinsabu f ’Rain Forest District, l-annimali ċkejknin jgħixu f ’Little Rodentia u l-miljuni ta’ fniek selvaġġi jħufu taħt il-ħamrija f ’Bunnybarrow. Dawn kollha jistgħu jiltaqgħu f ’Savanna Central, fil-qalba tal-belt fejn isir in-negozju kollu u d-divertiment. Il-pulizija li jżommu l-ordni f ’din il-belt għandhom biċċa xogħol verament iebsa. Din
il-ħaġa se tkun tassew diffiċli għal Judy Hopps, l-ewwel fenka prinċipjanta fil-korp talpulizija. Minkejja l-annimali kbar, goffi u b’saħħithom, hi determinata li tirnexxi f ’xogħolha u taċċetta millewwel li tinvestiga każ misterjuż ta’ konfoffa elaborata. Biex tagħmel dan hi jkollha tissieħeb ma’ Nick Wilde, volpi makakk, imbruljun u bi lsienu qatt ma jieqaf. Dawn għandhom biss 48 siegħa biex isolvuh. Zootropolis, li hu bit-3D, hu produzzjoni ħelwa u ġenjali fejn il-qofol hu l-ħbiberija bejn il-volpi u l-fenka – finnatural għedewwa ta’ xulxin. Il-produtturi għamlu riċerki kbar fuq kif jaġixxu l-annimali u anke nnutaw eluf minnhom individwali meta marru l-Afrika, kif fil-kommunità ukoll intervistaw esperti dwar tagħhom fid-dinja naturali. kif jissoċjalizzaw ruħhom Zootropolis jirrakkonta storja
pjaċevoli, ikkulurita u rikka, li biha jieħdu gost iż-żgħar u l-kbar. BRIJUŻ
HOW TO BE SINGLE
ĦAJJA TA’ DIVERTIMENT MINGĦAJR ĦSIBIJIET U SIKKATURA Atturi Ewlenin: Dakota Johnson, Rebel Wilson, Alison Brie Leslie Mann, Damon Wayans Jr, Anders Holm Direttur: Christian Dittes Ħin: 110 min. Distributur: Warner Bros/New Line Cinema/M.G.M. Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. 15
Il-ħajja moderna qed tindika li raġel jew mara li ma jkollhomx irbit, speċjalment dak ta’ żwieġ, jistgħu jgawdu ħafna aktar u jixxalaw kemm iridu. Fil-bliet madwar id-dinja, il-ħajja ta’ billejl hija murija bi tfajliet jew nisa jiżfnu, jixorbu kemm jifilħu, jirranġaw xi laqgħa mas-sess oppost anke permezz tal-kompjuter, mingħajr qatt ma jikkompromettu ruħhom fit-tul. How To Be Single proprjament jittratta dak li semmejt. Ilfilm jiffoka fuq diversi relazzjonijiet, speċjalment dawk li jinvolvu lil Alice. (Johnson) li tidher li hi abbli ferm kif iżżewwaq il-ħarġiet tagħha ta’ billejl ma’ diversi rġiel. Primarjament, din hi kummiedja leġġera fejn iżżgħażagħ, l-aktar, jistinkaw biex jieħdu l-aħjar mill-
ħajja waqt dan il-ħin liberu tagħhom u fl-istess ħin isibu l-post tagħhom fid-dinja lill-ħbieb u kif ħajjithom se tiżvolġi fil-futur. Minkejja dan kollu, jinqalgħu sitwazzjonijiet fejn id-dover isejħilhom banda oħra, bħal meta t-tabiba ħabiba ta’ Alice, Meg (Mann) tkun waslet biex twelled u hi u l-ħabiba, Robin (Wilson) ikollhom jeħduha flimkien l-isptar; jew meta Alice tkun għand David (Wayans Jr) li iżda jkun moħħu aktar li jipproteġi lit-tifla ċkejkna tiegħu billi jibqa’ d-dar magħha. How To Be Single qatt ma jaqa’ f ’xi sitwazzjoni drammatika jew f ’xi ħamallaġni, waqt li juri kif jesprimu s-sentimenti tagħhom dawk talġenerazzjoni moderna b’modi differenti u anke kurjużi, u l-opinjonijiet li għandhom sakemm jibqgħu liberi.
ĊINEMA
kullħadd.com
27|03|2016 29
BATMAN V SUPERMAN: DAWN OF JUSTICE (3D)
SPETTAKLU
BATTALJA TITANIKA BEJN ŻEWĠ SUPEREROJI
Atturi Ewlenin: Ben Affleck, Henry Cavill, Amy Adams, Jesse Eisenberg, Jeremy Irons, Gal Gadot, Laurence Fishburne, Holly Hunter Direttur: Zack Snyder Distributur: Warner Bros Maħruġ minn KRS Releasing L-aqwa żewġ supereroji talkotba komiks DC, Batman u Spiderman, se jiffaċċjaw lil xulxin f ’taqtigħa ħarxa f ’Batman v Superman: Dawn Of Justice, inkontru li minnu tista’ tirbaħ it-tielet persuna bi pjanijiet grandjużi globali kriminali. F’Man Of Steel (2013), Superman (Cavill) ħa battikata enormi biex qered lil General Zod, ċittadin ta’ Krypton, l-istess pjaneta minn fejn ġie fid-dinja bħala tarbija dan irraġel tal-azzar, u fil-proċess ilbelt ta’ Metropolis saret ħerba waħda. Batman v Superman: Dawn Of Justice ikompli fejn ħalla l-ieħor u għalkemm
Ħin: 153 min. Ċert. 12A
Superman taħt l-isem ta’ Kent Clark għadu jaħdem bħala reporter mad-Daily Planet fejn hemm il-kollega tiegħu Lois Lane (Adams), dan il-kuraġġuż potenti waqa’ f ’apatija kbira, anzi sar kontroversjali. Ħafna għad għandhom tama fih waqt li tant oħrajn qed iqisuh theddida għall-umanità minħabba l-kaos li ġab. Bruce Wayne, magħruf aħjar bħala Batman (Affleck), li kien ilu żmien mistrieħ, jerġa’ jxidd il-kostum tal-farfett il-lejl biex jipprova jirrimedja din is-sitwazzjoni. Hu jieqaf lil Superman li, bħala ġurnalist anonimu, ġab ħafna artikli kontra l-metodi użati minn
Batman. B’din ir-rivalità qed jieħu gost iż-żagħżugħ Lex Luthor (Eisenberg), moħħ ġenju iżda mxaqleb lejn il-kriminalità, billi jixtieq jeħles minnhom it-tnejn biex jattwa l-pjanijiet djaboliċi tiegħu. Waqt li ż-żewġ supereroji jingaġġaw
f ’taqtigħa kolossali, il-belt ta’ Metropolis tkun imminaċċjata minn terrur qawwi ieħor. Iżżewġ supereroji hemm bżonn li jingħaqdu flimkien biex isalvaw lill-belt tagħhom. Jidher li fuq Batman v Superman: Dawn Of Justice li hu wkoll bid-3D diġitali,
intefaq baġit enormi għax hu mfawwar b’effetti speċjali viżwali tant spettakolari u, għal darb’oħra, ħerba totali. Dan ix-xogħol jidher li se jiftaħ ilbibien għall-erojina l-ġdida, Wonder Woman jew Diana Prince (Gadot), li wkoll tagħti sehemha fit-taqbida finali. BIJOGRAFIKU
CHIAMATEMI FRANCESCO
ŻMIEN TAL-BIŻA’ FIL-ĦAJJA TAL-PAPA PREŻENTI
Atturi Ewlenin: Rodrigo de la Serna, Sergio Hernandez, Peronisti u b’ħabiba li kważi pproponielha sakemm ħass Mercedes Moran, Muriel Sanra Ana li s-sejħa li jsir qassis kienet qed tiġbdu aktar. Direttur: Daniele Luchetti. Ħin: 98 min. Dan ix-xogħol jagħti Distributur: Medusa Film enfasi wkoll fuq il-ħidma Maħruġ minn Side Street Films Eden Cinemas tiegħu ddedikata għan Ċert. PG nies li qed isofru jew dawk li m’għandhomx vuċi. FlChiamatemi Francesco hu il-kap tal-Knisja Kattolika eqqel tal-ħakma kiefra produzzjoni Taljana, bis- Rumana f ’Marzu 2013, bl- dittatorjali nsibu lil dan ilsotto titoli, dirett minn isem ta’ Papa Franġisku. Papa tal-futur bħala qassis Daniele Luchetti, maħdum Il-Papa ffaċċja ħafna u wara isqof, jaħbi studenti fl-Arġentina b’ħafna atturi sfidi matul is-snin oskuri fis-seminarju, jgħin lil dawk Latini-Amerikani. Il-film tad-dittatorjat militari fl- fil-periklu jaħarbu mill-pajjiż jirrakkonta l-istorja ta’ Jorge Arġentina bejn is-sena 1976 u jikkonsla lill-ommijiet li Mario Bergoglio, minn meta u l-1983, bħala żagħżugħ xi tfal tagħhom sparrixxew kien ġuvnott sakemm sar imdawwar minn ħbieb f ’dan iż-żmien ta’ biża’ fil-
pajjiż. Fuq dan is-suġġett tal-aħħar kien hawn ukoll films dokumentarji dwar l-ommijiet ta’ Plaza de Mayo. Bi kliem meqjuż u b’tattiċi prattiċi hu ta ħafna pariri u direzzjonijiet tajbin meta kull mossa jew azzjoni żejda kontra r-reġim setgħet tfisser ħabs b’torturi jew xi mewta mwarrba. Fejn kien hemm bżonn anke rreaġixxa b’awtorità, però dejjem baqa’ sensittiv u ħanin flistess ħin. Il-film juri wkoll li f ’xi perjodi l-Knisja Kattolika fl-Arġentina baqgħet siekta
fil-konfront tas-sitwazzjoni tal-biża’ fil-pajjiż u kif Bergoglio, għalkemm mhux dejjem qabel, obda anke meta neħħa l-protezzjoni lil żewġ Ġiżwiti; ordni li ġiet minn fuq. Il-parti tal-Papa Franġisku hi interpretata minn żewġ atturi Latini-Amerikani, l-Arġentin Rodrigo de la Serna fil-parti tiegħu meta kien qassis u isqof, u miċ-Ċilen Sergio Hernendez bħala l-kap talKnisja ta’ dawn l-aħħar snin. Chiamatemi Francesco jiżvolġi bħala semidokumentarju tajjeb u effettiv.
L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn is-16.03.2016 u l-20.03.2016
1. 2. 3. 4. 5.
Kung Fu Panda 3 London Has Fallen Risen Deadpool Grimsby
KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA
Mistoqsija għal din il-ġimgħa: Semmi karattru mill-film Zootropolis Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: T. CARABOTT – l-Imsida
30 27|03|2016
kullħadd.com
AVVIŻI KLASSIFIKATI PROPRJETÀ
Uffiċju għall-kiri fi triq prinċipali f ’Ħal Luqa. €500 fix-xahar. Ċempel 7982 0749. TANAYA’S Dev. Ltd: Għażla kbira ta’ appartamenti f ’kull żona ta’ Malta. Jinbiegħu mingħajr depożitu u nħallsulek il-kuntratt. Offerta speċjali. Għal aktar dettalji ċempel 9992 4999. Mingħajr aġenti jekk jogħġbok. SERVIZZI Lezzjonijiet fir-Rabat. Ejjew A.R.C. għas-suġġetti kollha minn Year 4 sa Year 6. Nagħmlu wkoll reading classes għal tfal bejn l-4 u s-6 snin u 7 sa 11-il sena. Minn Form 1 sa Form 5 u Matsec Exam Maths, Malti, Ingliż, Physics, Biology u Ġermaniż. Klassijiet tal-lingwi għall-adulti wkoll. Ċemplu 9943 2994. Investigazzjoni Privata: Żwiġijiet, għerusija u relazzjonijiet oħra, DNA forensic tests, tfal maħtufin minn Malta, każijiet ċivili, każijiet oħra fil-qorti, problemi f ’kumpaniji jew negozju. Nagħmlu xhieda filQorti. Naħdmu f ’Malta u anke barra. Għal appuntament ċemplu 7959 0000. email: info@ privateinvestigationmalta.com Korsijiet f ’Livell Ordinarju f ’diversi suġġetti bħallMatematika, Ingliż, Malti, Franċiż, Fiżika u oħrajn. Noffru wkoll korsijiet tal-ECDL. Prezz €35 kull module. Noffru wkoll korsijiet bażiċi fil-kompjuter, €50. Ċempel 2166 2241 jew 7766 2241 jew żur is-sit elettroniku www.tudorinstitute.com Tewmi Group għal lezzjonijiet tal-karozzi kemm manual u kif ukoll automatic. Cab service u karozzi għall-kiri bi prezzijiet raġonevoli. Żur is-sit www.
tewmi.com jew ċempel 9942 2422. Lezzjonijiet taż-żfin fuq stil ballroom jew Latin-Amerikan. Lezzjonijiet taż-żfin għallbeginners u kompetizzjonijiet minn Imperial Qualified Dance Teacher (ISTD) Ibgħat SMS fuq 7925 3015 jew ċempel 2138 6818 sa 12.00pm.
com jew irrikorru 110, Triq www.darrendoitall.com il-Kungress Ewkaristiku, ilMosta. Ċempel 2141 7235. Il-bejt tiegħek jagħmel l-ilma? Għandek problema ta’ moffa? XOGĦOL TA’ Kenda Ltd issolvilek ilMANUTENZJONI problema. Nispeċjalizzaw fuq xogħol ta’ waterproofing u Installazzjoni u tiswija ta’ membrane b’10 snin garanzija. aerials tat-televiżjoni. Offerti Xogħol professjonali blvantaġġjużi fuq sistemi tas- aqwa materjal ISO pool. Għal satellita u fuq l-android TV stima bla obbligu ċemplu Care and Cure Group Ltd: boxes. Għal aktar infromazzjoni 7972 9967 jew żur is-sit www. infermiera mħarrġa, caring ċempel 2148 6211. kendawaterproofing.com assistants, nannies, nies imħarrġin biex iżommu kumpanija, Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs, għajnuna fid-djar u night sitters. ramel u siment, graffiato, żebgħa, AVVIŻI OĦRA Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna xogħol fuq l-antik, xogħol fuq ilwkoll għall-kiri: wheelchairs, hoists, pond, madum, membrane, dawl u Jien ġuvni bil-għaqal ta’ 39 commodes, walking frames u hospital ilma. Ċempel fuq 7928 5444. sena. Nixtieq niltaqa’ ma’ tfajla, beds. Għal aktar informazzjoni single mother jew separata, bejn ċempel fuq dawn in-numri: Tiswija u installazzjoni ta’ 23 u 38 sena, bi skop serju jew 2137 6946/9947 0178. estensjonijiet tat-telefowns għal bħala ħbieb jekk m’għandhiex kull tip ta’ linji fissi. Ċempel fuq ma’ min toħroġ. Kull min hu 7993 0419. interessat jibgħat SMS fuq 7930 AFFARIJIET 1390. GĦALL-BEJGĦ Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew Paul & Waters – The Perfumery. Aħna nixtru kollox, bħal ġdida, kantun qadim, lavur ta’ Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, għamara, fajjenza, arloġġi, fig- kull tip. Ċempel lil Jason fuq oriġinali u bl-orħos prezzijiet urini, muniti, midalji, u kull in-numru 2143 2352 jew 9947 f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul ħaġa oħra. Ċemplu fuq 2147 7167. & Waters – The Perfumery. 0128, 2123 7597 jew 9986 9519. Il-ħwienet tagħna tal-Fgura, Jason Gatt għal kull xogħol ta’ il-Mosta, Ħal Qormi u Raħal Għamara għall-uffiċini għall- tibjid u tikħil, kisi normali, fuq Ġdid ikunu miftuħin kuljum bejgħ, f ’kundizzjoni tajba il-fil, fuq xogħol antik u bil-pont, mid-9.00 san-12.30 u mill-16.00 ħafna. Ċempel 7982 0749. kisi bil-ġibs u graffiato. Kiri ta’ sas-19.00. Paul & Waters Free cherry picker (tower ladder). Ċempel Delivery Service. Ċempel 2766 Għandna varjetà kbira ta’ fuq 9945 4235 jew 2180 5811. 3361. arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, Ħal MUSIC LINK Issibilna kull tip Esprit, Festina u Q&Q. Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol ta’ strumenti mużikali, fosthom Issibilna wkoll arloġġi ta’ mal- ta’ waterproof membrane, damp drums kemm akustiċi u elettriċi, ħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ proofing u rubberised paint. 25 cymbals, percussion, pjanijiet cuckoo clocks mill-Black Forest. sena esperjenza. Stimi b’xejn u diġitali, baby grand pianos, sound Noffru servizzi rigward tiswija prezz moderat. Ċempel 2148 mixers u sound cards. Apparat ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll 8972, 2143 8326, 9944 5527 jew ta’ DJ sound systems, kitarri nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu 7981 2784 jew żur is-sit www. klassiċi u akustiċi, bass guitars, kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal wpmalta.com strumenti tar-ram, wood winds, dawk l-arloġġi tajbin għall-ilma, vjolini, spare parts u aċċessorji noffru s-servizz ta’ water pressure Għal kull tip ta’ xogħol fuq oħra. Issib ukoll kotba taltest waqt li tistennew għalih. faċċata, bjut, appoġġi, gallarijiet, mużika tat-tagħlim. Mur Music Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija eċċ. Membrane jew liquid membrane. Link, 262, Triq Fleur-de-Lys, ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ Mela pproteġi l-proprjetà tiegħek B’Kara. Ċempel 2148 2796. clock. It-tiswija hija bil-garanzija. mill-ilma tax-xita u ċempel issa AGR AUTO JAPANESE Għal aktar informazzjoni żur is- għal stima b’xejn bin-numru Parts għall-karozzi: Inbigħu sit: www.expresswatchrepairs. 7905 8883 jew idħol fuq is-sit kull tip ta’ parts ta’ karozzi
KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU
ISEM, KUNJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ
AVVIŻI
Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: alex@agrautoparts.com Nigret Night Club and Restaurant, Labour Ave, irRabat, Malta. Naċċettaw riservazzjonijiet għal coffee mornings, lunches u dinner dances u kull okkażjoni oħra. Miftuħin fil-weekends, lejla Maltija b’differenza kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt mużika għal kulħadd ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. Naċċettaw riservazzjonijiet għal kull okkażjoni. Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www.nigretnightclub.com jew www.nigretnc.com TALBA LILL-ISPIRTU S-SANTU: Int li ssolvi l-problemi kollha, dawwal ittoroq kollha tiegħi biex nikseb dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don divin biex naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mument ta’ ħajti tkun maġenbi. F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma mill-ġdid li qatt ma ninfired minnek, anke quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek filglorja ta’ dejjem. Grazzi għallħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni. Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem it-talba tkun maqlugħa, anke jekk għall-bidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata mill-ewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet.
Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa
€5 €10 €15 €30 €56 €93
ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL: Sound Vision Print Ltd, KullĦadd, Avviżi Klassifikati, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717.
AVVIŻI
kullħadd.com
27|03|2016 31
AVVIŻI TAL-PL Pasta night Wara li tlestew ix-xogħlijiet fis-sala taċ-Ċentru Laburista tal-Fgura, il-Kumitat Lokali se jkun qiegħed jorganizza l-ewwel attività li se tkun pasta night. Din ser ssir nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ April 2016, fis-7.30pm fiċ-Ċentru Laburista tal-Fgura. Se jkun hemm tliet tipi differenti ta’ għaġin. Prezz: €10 (inbid u minerali inklużi) Biljetti miċ-Ċentru Laburista tal-Fgura sa nhar l-Erbgħa 30 ta’ Marzu 2016.
AVVIŻI ĠENERALI Il-Fiera tal-Għadira f ’Ta’ Kerċem Għat-32 sena konsekuttiva qed tiġi organizzata l-Fiera Festa tal-Għadira f ’Ta’ Kerċem, il-Ħadd 3 ta’ April 2016. Il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu mistiedna biex jagħmlu l-ħarġa tagħhom fl-ambjent sabiħ tal-Għadira ta’ San Raflu, filwaqt li jiddevertu u jirbħu rigali mill-isbaħ waqt din il-fiera. Barra minn hekk se jkun hemm diversi attrazzjonijiet fosthom wirja ta’ żwiemel u kompetizzjoni kbira ta’ sparar fuq il-plattini li qed jittellgħu bilkollaborazzjoni tal-Gozo Sports Board. Se jkun hemm ukoll spazju kbir ta’ logħob għat-tfal, face painting, bejgħ ta’ pjanti, horse u pony riding, ikel u xorb, lotteriji, rebħ ta’ spot prizes, flimkien ma’ diversi logħbiet varjati. L-attività tibda minn nofsinhar u tibqa’ sejra sa filgħaxija. Ikun hemm parkeġġ organizzat b’xejn. Għal aktar informazzjoni ċċempel fuq 2155 1355/7929 9095 jew ibgħat email lil fieraghadirakercem@gmail.com Jekk it-temp ma’ jkunx jippermetti, l-attività ssir il-Ħadd 10 ta’ April. The Sunday Afternoon Two Months To Go Gathering Is-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba, b’kollaborazzjoni malbartenders tal-istess każin, se torganizza gathering kbir nhar il-Ħadd 3 ta’ April 2016, bl-isem The Sunday Afternoon Two Months to Go Gathering, fil-każin tas-Soċjetà, li jinsab fil-pjazza ewlenija tal-Imqabba, mill-11.00am ’il quddiem. Din l-attività hija waħda minn serje ta’ gatherings brijużi kull xahar bi preparazzjoni għall-festa tal-Madonna talĠilju 2016 li se tiġi ċċelebrata nhar il-Ħadd 19 ta’ Ġunju. Waqt dan il-gathering se jkun hemm divertiment mużikali mill-aqwa pprovdut minn DJ. Kulħadd huwa mistieden jattendi f ’atmosfera festiva u brijuża mill-isbaħ ta’ festa. Dħul huwa mingħajr ħlas. Għal aktar aktar dettalji ċempel 7985 3044 jew żur is-sit elettroniku www.talgilju.com
SEGWI L-GAZZETTA KULLĦADD FUQ FACEBOOK BILLI TAGĦFAS LIKE FUQ IL-PAĠNA TAGĦNA facebook.com/kullhadd
32 27|03|2016
kullħadd.com
TEMP GĦAL-LUM
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
19°C
20°C
21°C
12°C
13°C
14°C
07
07
07
Il-Ħamis
Il-Ġimgħa
Is-Sibt
22°C
21°C
19°C
14°C
16°C
13°C
06
07
07
ALMANAKK
RITRATT MILL-ANTIK
L-OGĦLA TEMPERATURA: 18°C L-INQAS TEMPERATURA: 11°C INDIĊI UV: 6
UV
TEMP: Xemxi VIŻIBBILTÀ: Tajba RIĦ: Moderat mill-Majjistral li jsir ħafif għal moderat mill-Punent Majjistru BAĦAR: jsir moderat
Moderat għal qawwi li
IMBATT: Baxx mill-Punent Lbiċ li jsir mill-Majjistral
il-
TEMPERATURA TAL-BAĦAR: 16°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
UV
SPIŻERIJI LI JIFTĦU NHAR IL-31 TA’ MARZU
Floriana Dispensary, 29, Triq Vincenzo Dimech, il-Furjana – 2123 3034 Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, il-Marsa – 2122 1701 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 2148 7311 Brown’s Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara – 2148 8884 Pharmaland Dispensers, 5, Tagliaferro Mansions, Triq il-Prinċipessa Margerita, Ta’ Xbiex – 2134 6547 Potter Chemists Ltd, Triq Wilġa, Paceville – 2136 3244 Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd, 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 2133 4627 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, l-Iklin – 2141 5499 Naxxar Pharmacy, Vjal il-21 ta’ Settembru, in-Naxxar – 2141 1438 St Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar – 2157 5276 Brown’s Pharmacy, 45, Telgħet Raħal Ġdid, Raħal Ġdid – 2169 4818 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, l-Isla – 2180 1698 Bellavista Pharmacy, 88 Triq il-Hortan, Wied il-Għajn – 2163 3788 Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq – 2166 3311 Mqabba Central Pharmacy, 5, Triq Santa Katerina, l-Imqabba – 2164 1133 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 2146 7459 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 2145 2447
Regent Pharmacy, 70, Triq Merkanti, il-Belt Valletta Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun St Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera Marrit Pharmacy, Triq l-1 ta’ Mejju, Fleur-de-Lys Birkirkara Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigord, Ta’ Xbiex San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borġ, San Ġwann Victor’s Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Tas-Sliema St Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija Grognet Pharmacy, 41, Triq il-Kostituzzjoni, il-Mosta Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, il-Mellieħa Sta Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera il-Birgu Hompesch Pharmacy, 207/2011, Triq Hompesch, il-Fgura Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Cosniglii, iż-Żejtun Chrysantemum Pharmacy, Triq San Nikola, il-Qrendi The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzoppardi, is-Siġġiewi Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli
Għawdex
Għawdex
Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, ir-Rabat – 2155 1841 Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem – 2720 3615
Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, ir-Rabat Gozo Chemists, Triq l-Imġarr, ix-Xewkija
Il-purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt tar-Rabat Malta flimgħoddi, liema vara dis-sena qed tiċċelebra 100 sena
DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA
29.03.1974 Il-vettura spazjali tan-NASA, Mariner 10, tagħmel l-ewwel vjaġġ tagħha sal-pjaneta Merkurju
Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
NUMRI REBBIEĦA LOTTU
34 88 16 62 35 38 21 77
SUPER 5
17 01 44 15 32 01.04.2004 Google tintroduċi l-Gmail lill-pubbliku
RITRATT: Arkivji, Corpus u San Pawl, ir-Rabat Malta
SITWAZZJONI ĠENERALI: Arja ta’ pressjoni għolja ser tiksi ċ-Ċentru talMediterran
TISLIBA
kullħadd.com
27|03|2016 33 RIŻULTATI TAX-XAHAR LI GĦADDA MIMDUDIN: 1 Rukkell, 5 Eġittu, 8 Qronfla, 14 Grupp, 15 Lapida, 17 Nemmes, 19 Somma, 20 Tond, 21 Rkib, 23 Qraba, 25 Abjad, 28 Mant, 29 u 30 Tikmix, 31 Vopa, 33 Bużullottist, 39 Bdot, 41 u 42 Rtirat, 43 Lupa, 45 Saqaf, 46 Qamla, 47 Akut, 50 Lott, 53 u 54 Rvinat, 56 Pruwa, 58 Xellef, 60 Qarrej, 62 Uniti, 64 Kjass, 67 Dendul, 69 Skansa, 70 Satal, 72 u, 73 Qarnit, 75 Baħħ, 77 Luqa, 79 Brimb, 80 Ħabib, 82 Smin, 84 u 85 Vjolin, 87 Aġir, 88 Makkarunelli, 93 Baga, 94 u 95 Lirika, 96 Goff, 98 Erodi, 100 Etern, 101 Ċpar, 105 Ners, 108 Leħja, 109 Lanżit, 110 Stonku, 111 Lenin, 112 Glasgow, 113 Grotta, 114 Ekwador.
027
WEQFIN: 2 Unuri, 3 Kopp, 4 Lala, 6 Ġlata, 7 Tinda, 9 Rass, 10 Nisa, 11 Lampa, 12 Iggrava, 13 Partita, 16 Porku, 18 Mqass, 22 Birra, 24 Blu, 26 u 27 Battista, 32 Pulptu, 33 Bis, 34 Żaqq, 35 Leflef, 36 Taqtaq, 37 Ilma, 38 u 40 Tradituri, 44 Pura, 48 Kutu, 49 Lixandra, 51 Injorant, 52 Spikka, 55 Siġill, 57 Wens, 59 Lord, 61 Riħa, 63 Nuda, 65 Adulti, 66 Sqaq, 68 Lobbja, 69 Saħħan 70 Stimi, 71 Trinka, 74 Tikk, 76 Żbul, 78 Avviż, 79 u 81 Bombli, 82 Snekk, 83 Gangala, 86 Parrinu, 89 Ajrun, 90 u 91 Kadett, 92 Loren, 97 Faħal, 99 u 100 Interessat, 102 Pinto, 103 u 104 Vassallo, 106 u 107 Rukkella.
Mimdudin 1 5 8 14 15 17 19 20 21 23 25 28 29 31 33 39 41 43 45 46 47 50 53 56 58 60
Marija mtellgħa s-sema (7) Tina, għajn, sorm (6) Ta’ fuqu ......., m’għandu xejn imfaddal (7) Ktieb li fih il-mapep tad-dinja kollha (5) Min ...... ma jaqbadx ħut (6) Kull mibdi ...... (6) Pjanura, art watja maġenb wied (5) Waħda mill-ideat (4) It-tfal għandhom jilagħbu fil-.... park (4) Raġel bħal dan ma ssibx ħafna bħalu (5) Ġbid ta’ bastiment jew lanċa tal-ġbid (5) Il-qatt minsi tabib .... Chircop (4) u 30 Qmis ta’ fuq kollox jew ġlekk twil imdendel (6) Li kieku x-xagħar kien żina ma jikbirx fit-...., qawl (4) .... ... ..... la x-xitan irid hekk! (4,3,5) Ir-raba’ tax-.... bħal-leħja tal-utut (bdabad), qawl (4) u 42 Dan l-element kimiku jintefa’ fil-pixxini (6) Is-sewwieqa tal-muturi jkollhom jilbsuh (4) Kontra rebħa (5) Il-belt kapitali tal-Ġappun (5) Kif tidra tgħix u kif tgħix ...., (qawl) (4) Il-gażaża tat-trabi (4) u 54 Il-ħalib bir-ragħwa, magħmul krema (6) L-agħar tiġrif, il-waqgħa ta’ ajruplan (5) Ikollok lilu ma tħallix il-karozza fix- xemx u fix-xita (6) Dan huwa s-sinjal mogħti bi twiddiba,
62 64 67 69 70 72 73 75 77 79 80 82 84 87 88 93 94 96 98 100 101 105 108 109 110 111
biex kulħadd iħejji ruħu (6) Darba kienu ġew jassedjawna bil-kbir (5) ..... tal-imnikktin ngħiduha fil-litanija tar-Rużarju (5) Dawn l-iħirsa m’għadhomx jeżistu (6) Tal-PL huwa Joseph Muscat (6) Aktar minn niċċa waħda (5) Żmien twil ..., għaddew ħafna snin (3) Tismagħhom jgħidu li aħjar iff milli ... (3) Hu jikkmanda (4) Serduq imsewwi, biex jismen (4) Skużi, jien qatt ma kiltha miegħek! (5) Żewwaq, żejjen, irfina (5) Dan ix-xahar jgħidulu l-fawwar (4) u 85 Jiem (6) Dan mimli karti mgerrbin fit-tond (4) Ngħiduha għal min huwa makakk jew bravu (4,8) Dan l-ogħla vulkan tal-Ewropa, mhuwiex ’il bogħod wisq minna (4) u 95 ......?! Agħmel pass u erġa’ lura (6) Jintlibes flok l-ingravata f ’xi okkażjoni gala (4) Aqtgħu mis-siġra meta jkun misjur (5) Il-kliem minn ..... jidħol u mill-oħra joħroġ (5) Il-qoton ma jibżax mix-xemx il- qawwija: jibża’ miċ-.... u mit-tniddija, (umdità) qawl (4) Nitkellmu jien u int .... u rasek (4) Bayona, il-famuża ballerina ta’ gżiritna (5) Allura din il-mara tat-tali? (6) Dan il-frott huwa isfar dehbi (6) Kien jiftaħar li kellu par ..... sodi!! (5)
112 Interpretazzjoni jew spjegazzjoni (7) 113 Skandalizzat ruħha (6) 114 Kesaħ bil-kbir, iffriża, ibbies (7)
51 52 55 Weqfin 57 59 2 Ħanut ta’ barbier jew parrukkier (5) 3 Armando, kien komiku brillanti tal- 61 palk (4) 4 Jgħidu li f ’Marzu kull .... ibid (4) 63 6 Bniedem sfaċċat, qżież, kiesaħ u impertinenti (5) 65 7 Frott ħelu żenguli kannella mis-siġra 66 tal-palm (5) 68 9 M (4) 10 Kull ħaġa li ttaffi l-uġigħ u l-mard 69 (4) 70 11 Il-qalziet ikollu tnejn bħalha (5) 71 12 Tlabliba, tpaċpiċa jew diskursata (7) 74 13 Din issibha bejn San Ġiljan u Tas- Sliema (7) 76 16 Hawn min jgħix bihom, flus deħlin 78 dejjem (5) 79 18 Il-Konti ta’ ..... Cristo (5) 22 Dan il-ħut irqiq jidħol fil-ftajjar biż- 82 żejt (5) 83 24 u 26 Dawn li qishom ritratti sbieħ 86 ħafna għat-tfal (6) 27 Raġel twil u kbir (5) 89 32 Din tfisser nibxa, fittaġni minn xi ħadd dejjieqi (6) 90 33 Jintefa’ dejjem f ’xi elezzjoni (3) 92 34 Bniedem bħal dan m’hawnx agħar 97 minnu (4) 35 17 (6) 99 36 Il-Lourdes tal-Portugall (6) 37 Meta tidħol fih żommu magħluq (4) 102 38 u 40 Dan biex iħarsek u jiddefendik (9) 103 44 Tgħaffiġ ta’ 5 mimduda għall-ikel (4) 48 Qis .... darba u aqta’ darba (4) 106 49 Dan huwa ġmied, duħħan iswed dens
(8) Minnufih, ta’ malajr, dritt warajh (8) Waħda mill-ixkaffi (6) Mogħti daqqa ta’ sieq ’il barra (6) Ras li mhijiex mgħottija (4) Qatt teħodha ma’ min huwa .... minnek (4) Mieles, wati, livellat, bla ħofor u bla tumbati (4) Rigoletto, Traviata, Trovatore, Madame Butterfly (4) Kampanjol (6) Ikaħħlu bih meta jkun verġni (4) Dan ifisser iż-żiffa fuq wiċċ il-baħar (6) Wieħed mill-imsieraħ (6) Ħsejjes tal-irqad mill-imnieħer (4) Ċarruta u ċarruta (6) Kliem imqiegħdin flimkien fir-rigi tal-poeżija (4) Mhumiex ħoxnin (4) L-annimali b’ħotba kbira (5) u 81 Il-Madonna tal-...... għandha eluf ta’ devoti (6) Jgħidu li din sħuna tajba (5) L-ewwel tqarbina (7) Fiha kulħadd imur biex jaqdi l-bżonnijiet naturali tiegħu (7) Naħseb li dan hu l-aktar xahar li jidħol f ’din it-tisliba (5) u 91 Iffastidjati ħafna (6) Tara kollox kbir biha u aktar ċar (5) Dan x’aktarx mimli bl-ilma mbierek (5) u 100 Xi mara kwieta, kalma, tidher moħħha mistrieħ (10) Meta jkun għoli trid tħallas ħafna għalih (5) u 104 Meta l-gowler jarawh hekk malajr iqalftuh (8) u 107 Jekk din tkun bħall-ARMS Ltd naqtgħu sandar biha! (8)
34 27|03|2016
kullħadd.com
LOGĦOB
TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri 016 105 146 187 416 497 504 537 626 692 799 964 B’4 Numri 1072 1468 1526 1548 2565 2769 2875 2998 3213 3214 3553 3865 4085 4203 4466 5319
5509 6274 6361 6591 6712 6760 6964 7009 7116 7236 7436 7863 7923 8271 8521 8881 9601 9632 9762 9817 B’5 Numri
45921 52309 66987 78666 81479 82641 85339 86140 89139 89969 91371 96083
359712 622938 636103 636277 671895 735691 790053 924018
B’6 Numri 119831 138607 210353 314984 IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADA
03160 05812 06993 07363 08057 13647 13866 15942 19763 30663
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħata lil: KOMPETIZZJONI WELLA KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz:
Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: P. STAFRACE – in-Naxxar
KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA ]
3
Ġemma’ sitt kupuni u ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz: Nru tal-kartà tal-identità:
Nru tat-telefown:
LOGĦOB
27|03|2016 35
kullħadd.com
IRBAĦ €100 FI FLUS
Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.
116
TISLIBA
Mimdudin:
1. 4. 7,19. 9,11. 10. 12. 16. 18,15. 19. 20. 21. 23. 24.
Kompli l-qawl: Alla biss jaf il-bniedem xi jkollu f ’..... (5) Ftehim (4) Tista’ tkun tal-ħadid (5) Ipoġġuk fih wara li tmut (5) Widdbu (6) Imħawwad? (6) Hekk għamel wara li tilef (3) Qattiel (8) Ara 7 Ejja (5) Parrokka Ingliża (3) Isem (4) Pinen imħawda (5)
Weqfin:
1. Felix dak magħruf (6) 2,13. Jieħu ħsieb il-kotba (6) 3,17. Indaqs (6) 5. Jaqa’ fil-karti tal- logħob (3) 6,21W. Żid it-tul (6) 8. Imlaħalħin? (9) 11. Ara 9 12. Il-Kap tal- Oppożizzjoni (1,1) 13. Ara 2 14. Uża l-baqqun (6) 15. Ara 18 17. Ara 3 21. Ara 6 22. Skor (3)
SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin: Tewma, 4.Tmut, 7,11.Bini, 9,20. Diżonest, 10.Blalen, 12.Nikita, 16.Ara, 18,21 mimduda. Avviż, 19.Tin, 24.Andra
Weqfin: 1.Tadama, 2,12 wieqfa. Wiżna, 3,15.Abbanduna, 5,6.Maltin, 8.Illivella, 13,23. Kannoli, 14.Attard, 17.Rai, 21.Van, 22.Żul
QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Żewġ kantanti tal-country b’diski popolari There you’ll be u You’re still the one Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown:
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u tibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: Ibagħtu din il-paġna ta’ din il-logħba tal-lum is-27 ta’ Marzu flimkien mal-logos tal-ħarġiet tas-6, 13, u 20 ta’ Marzu.
RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA
Demi Moore
Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: C. SPITERI – Birżebbuġa L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.
Julia Roberts
36 27|03|2016
kullħadd.com
SPORTS
FUTSAL
LUXOL ISAĦĦU L-EWWEL POST
Matul din il-ġimgħa kellna rawnd ieħor ta’ logħob mill-Gatorade Elite Round b’żewġ partiti oħra ferm interessanti Luxol għelbu lil Valletta 4-1 sabiex komplew isaħħu l-ewwel post tal-klassifika hekk kif jinsabu ħames punti vantaġġ fuq l-eqreb rivali Hamrun Spartans illi madankollu għandhom partita inqas. Il-Beltin ma kinux inferjuri għall-avversarji tagħhom u kienu żvinturati f ’xi okkażjonijiet li ma skorjawx. Min-naħa l-oħra, Luxol ħadu ċ-ċansijiet li ġewhom u wara li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Celino Alves, huma ma ħarsux lura u komplew jiskorjaw tnejn oħra permezz ta’ Zvezdan Vukovic u Clint Cope. Daniel Brincat naqqas ilmarġni tal-iskor għal Valletta qabel il-mistrieħ. Fit-tieni taqsima, Glenn Bonello żied ieħor għat-tim minn St Andrews sabiex għamel l-iskor 4-1. Il-Beltin baqgħu jattakkaw minkejja kollox, iżda ma setgħux jinfdu d-difiża soda ta’ Luxol. Hamrun Spartans saħħew it-tieni post tal-klassifika meta
għelbu lil Lija Athletic bl-iskor ta’ 5-3. Lija kienu tajbin fl-ewwel parti tal-logħba u marru fil-vantaġġ iżda wara li l-Ispartans ġabu d-draw, sabu ftit tad-diffikultà sabiex irażżnu lill-avversarji tagħhom. Kien għal darb’oħra Raphinha li reġa seraq ix-xena għallĦamrun wara li skorja hattrick waqt li l-kompatrijott tiegħu Michel Melo Jose u Marwan Terlisi żiedu iktar gowls. L-Ispanjol Chavi Montes Burgos kien awtur ta’ doppjetta filwaqt li Stefan Vella skorja l-gowl l-ieħor għal Lija. Mill-Kampjonat Gatorade tal-Ewwel Diviżjoni, il-leaders Sliema Wanderers baqgħu għaddejjin mill-mument pożittiv tagħhom meta għelbu lil Marsaskala 7-1. Il-Wanderers ma sabuhiex daqshekk faċli hekk kif kellhom jistennew sat-18 –il minuta biex fetħu l-iskor. Dan il-gowl xpruna mhux ftit lil Blues illi komplew jiskorjaw aktar gowls.
Josh Parry skorja doppjetta filwaqt li Paul Bugeja, Kevin Vella, Dexter O’Brien, Darren Agius u Eslam Khalifa żiedu iktar gowls għal Sliema. Reuben Degabriele skorja l-uniku gowl għal Marsaskala. Sirens, it-tim fit-tieni post, ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil Gozo 8-1, b’Ryan Gilmour Cassar jiskorja poker. Mdina reġgħu daħlu biċ-ċans għar-raba’ post li jfisser play off meta għelbu lil Żebbuġ Rangers 6-4. Finalment, Mqabba u Qrendi temmew derby eċitanti fi dro ta’ 5-5. KLASSIFIKA GATORADE ELITE ROUND: Luxol 48, Hamrun 43, Valletta 40, Lija 31, Swieqi 23, Msida 22. Sliema 28, KLASSIFIKA GATORADE L-EWWEL DIVIŻJONI Sirens 26, Zebbug 24, Mqabba 18, Mdina 15, Qrendi 11, Marsascala 10, Gozo 1.
HANDBALL
LUXOL CHAMPIONS GĦALL-EWWEL DARBA FL-ISTORJA TAGĦHOM Wara tmien snin jikkompetu flgħola livell tal-Handball lokali, Luxol Handball Club qamu għallokkażjoni meta fil-logħba deċiżiva għar-rebħ tal-kampjonat għelbu lir-rivali Aloysians Von Taine biex ġew inkurunati champions għallewwel darba fl-istorja tagħhom. Taħt il-gwida tal-plejer kowċ Joseph Tanti, Luxol Club Class ħarġu b’saħħithom sa mill-bidu tal-logħba. Appena għaddew sitt minuti logħob, quddiem folla rekord ta’ spettaturi, Luxol kienu diġà tliet gowls minn fuq u baqgħu jgawdu l-vantaġġ sa tmiem l-ewwel taqsima, li ntemmet 12-9. Matul it-tieni taqsima, Aloysians ippruvaw jwettqu reazzjoni biex jidħlu lura fil-partita, iżda Luxol baqgħu juru supremazija fillogħob, fejn saħansitra komplew iżidu l-gowls u kabbru d-distakk minn ma’ Aloysians. Il-plejer Ungeriż David Kocsis u Imed Ben Moussa, skorjaw gowls importanti tul il-konfront kollu. Aloysians għamlu ħafna żbalji flattakk u naqsu milli jsibu x-xibka bosta drabi minn penalties u minn azzjonijiet ta’ one to one mal-bravu gowler Daniel Tanti. Il-partita spiċċat 26-19. L-aħjar plejer tal-logħba kien il-gowler ta’ Luxol, Daniel Tanti, li seraq ix-xena b’saves spettakolari tul issittin minuta. Il-plejer Spanjol Sergio Munoz
Del Olmo, li sab ix-xibka 10 darbiet, spiċċa l-aħjar scorer tallogħba. Iż-żewġ uffiċjali tal-logħba kienu Alan Grima u Stefan Desira. Wara l-logħba, l-uffiċjali tal-Assoċjazzjoni, is-Sinjuri Louis Borg u Andrew Decelis, ippreżentaw it-tazza lill-captain tat-tim, Joe Tanti, fost il-briju talbenjamini tagħhom. Fit-tieni logħba, dik bejn Kavallieri u La Salle, it-tim ta’ La Salle għeleb lil dak ta’ Kavallieri bl-iskor ta’ 27-25. L-ewwel taqsima spiċċat 13-12 favur La Salle. Il-plejer tal-La Salle Karl Paul Baldacchino ġie vvotat l-aħjar plejer tal-logħba. Iż-żewġ uffiċjali tal-logħba kienu Noel Fsadni u Marylyn Agius. L-aħħar logħba tal-ġurnata, ittim ta’ Swieqi Phoenix għeleb lil dak ta’ HMS bl-iskor ta’ 28-21. L-ewwel taqsima spiċċat 16-10 favur Swieqi Phoenix. Il-plejer tal-logħba kien Marko Stankovic filwaqt li ż-żewġ uffiċjali kienu Alan Grima u Marylyn Aguis. Top Scorers: 1 Christian Mc Clean – (Kavallieri) 104 gowls 2 Chris Magro – (La Salle) 96 gowls 3 Philip Mifsud (Aloysians) u Joseph Tanti – (Luxol) 58 gowls
SPORTS
kullħadd.com
27|03|2016 37
GRECH U MICALLEF JIDDOMINAW L-AUTOCROSS Nhar il-Ħadd li għadda 20 ta’ Marzu 2016 l-‘Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi’ organizzat it-tmien program mill-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2015/2016. Matul din il-ġurnata ħadu sehem 38 kompetitur bil-Karozzi Autocross u Muturi Motocross. Intant ħarsa lejn il-ġurnata fejn fissezzjoni Autocross rajna lil Gordon Johnson fuq Opel Corsa jiddomina l-ġurnata billi kien l-unika sewwieq li rebaħ il-Heats kollha tal-ġurnata biex assigura posthu fil-finali Klassi A. Miegħu kkwalifikaw Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo, Karl Micallef fuq Ford Fiesta, Josef Abela fuq Opel Nova, Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova u Josef Grech fuq Ford Fiesta. Matluq ta din il-finali rajna lil Johnson u Abela jagħmlu ħruġ tajjeb ħafna tant li sa l-ewwel kantuniera kienu għadhom ras imbras, iżda Johnson ħa t-tmun tat-tiġrija segwiet minn Abela u Galea, bl-ordni tkompli bi Grech jieħu r-raba post segwit minn Pisani u Micallef. L-attenzjoni daret fuq Galea li kien qed jagħmel pressjoni fuq Abela b’dan tal-aħħar isegwi lill Johnson sakemm isib dik l-okkażjoni li javvanza. Iżda Johnson ftit wara l-ewwel dawra żviluppatlu ħsara mekkanika fir-rota ta quddiem bil-konsegwenza li beda jżomm lill Abela warajh. Intant ġie faċli għal Galea li jieħu it-tmun tal-finali segwit minn Grech u Pisani. L-azzjoni kompliet bejn Galea u Grech fejn ftit qabel tmiem il-finali Galea fetaħ it-triq lill Grech biex għat-tielet darba inbidel il-leader ta din il-finali. Il-Finali spiċċat bi Grech rebbieħ segwit minn Galea u Pisani. Fir-raba post spiċċa daħal
Micallef. Fil-Finali Klassi B rajna starting line kompost min Jean Paul Grech fuq Peugeot 106, Malcom Borg u Joseph Micallef it-tnejn fuq Opel Corsa, Keith Borg fuq Vauxhall Nova, Henry Borg fuq Alfa Sud u Duncan Delia fuq Ford Fiesta. Mat-tluq ta din il-finali rajna lill Grech jagħmel ħarġa spettakolari fejn tagħtu ċ-ċans jieħu it-tmun talfinali segwit minn Micallef u Malcom Borg. L-ordni kompliet fejn fir-raba post Keith Borg segwit minn Henry Borg u Delia, b’vantaġġ marġinali bejniethom. Il-finalisti d-defendew posthom sa l-aħħar ħlief għal Grech li spiċċa jirtira minħabba ħsara teknika biex il-finali spiċċat b’Micalef rebbieħ segwit minn kuġini Borg Malcom u Keith. Fir-raba post daħal Henry Borg segwit minn Delia fil-ħames post. Fil-Klassi Autcross Standard li iktar
ma jgħaddi żmien qed issir iktar sezzjoni kompetitiva, matul il-ġurnata tal-Ħadd rajna numru sostanzjali ta kompetituri jikkumbattu għal ħames postijiet fil-finali tal-ġurnata fejn ikkwalifikaw Ian Fenech fuq Citroen AX, Steve Micallef fuq Renualt 5, Joseph Martin fuq Peugeot 206, Melvin Buttigieg fuq Citroen AX u Karl Scicluna fuq Peugeot 206. Mattluq ta din il-finali rajna lill Buttigieg u Fenech jagħmlu ħruġ tajjeb ħafna. Buttigieg irnexxielu jieħu t-tmun tattiġrija segwit minn Fenech u Martin bl-ordni tkompli fir-raba b’Micallef segwit minn Scicluna. Sa nofs il-finali ma kellna l-ebda bidla sakemm ftit qabel tmiem it-tiġrija rajna lill Fenech u Buttigieg jirtiraw minħabba ħsara teknika biex b’hekk kienet faċli għal Martin u Scicluna li avvanzaw filpożizjoni tagħhom. Il-finali spiċċat
b’Martin rebbieħ segwit minn Scicluna u Micallef. Fil-Muturi Motocross rajna parteċipazzjoni mhux tas-soltu fejn 8 muturi ħadu sehem maqsum fiż-żewġ kategoriji. Fi Klassi A kellna disgwit bejn żewġ kompetituri fejn il-Kumitat organizzativ iddeċida li ma joħroġ irriżultat ta din il-klassi sakemm jintaqa il-Board tad-Dixxiplina u jiddeċiedi fuq il-każ. Fi Klassi B rajna taqtija għal darb’oħra minn riders Għawxin fejn reġaw iddominaw il-ġurnata b’Etienne Bigeni fuq mutur Kawasaki jirnexxielu jirbaħ iż-żewġ Heats tal-ġurnata biex ġie ddikjarat rebbieħ fil-klassi. Bigeni dejjem kien segwit minn Mario Cauchi fuq mutur Honda li għalaq il-ġurnata fit-tieni post fil-waqt li fit-tielet post spiċċa Jorn Stellini fuq muturi Yamaha. Fil-Motocross Klassi Open rajna lill Paul Muscat fuq mutur KTM jirbaħ din it-tiġrija segwit minn Etienne Bigeni fuq mutur Kawasaki u David Dimech fuq mutur Kawasaki li spiċċa fit-tielet post. Fir-raba post daħal Mario Cauchi fuq mutur Honda. Intant l-Assoċjazzjoni tieħu l-okkazzjoni biex tawgura l-Għid ittajjeb lill Membri u lill l-Kulħadd. l-attivitajiet tal-ASMK jerġgħu jirritornaw nhar il-Ħadd 3 t’April 2016 bis-sezzjoni muturi Trials. Għal iktar informazzjoni wieħed jista jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-facebook pages bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email info@asmk.org.mt
38 27|03|2016
kullħadd.com
SPORTS
LUKAKU SE JITLAQ LIL EVERTON? Romelu Lukaku tefa’ l-futur tiegħu ma’ Everton f ’dubju kbir hekk kif sostna li fl-istaġun li jmiss irid li jilgħab fil-kompetizzjoni taċChampions League. Huwa sostna li din il-kompetizzjoni hija “ilpass li jmiss għalih” u jinsab ħerqan li jittestja lilu nnifsu kontra l-aqwa timijiet fl-Ewropa fl-istaġun li ġej. Dawn kummenti huma prova ċara li jrid jitlaq minn ma’ Everton, b’dan it-tim bħalissa jinsab 13-il punt wara Manchester City, li jinsabu kklassifikati flaħħar post eleġibbli għal din il-kompetizzjoni Ewropea. Dan ilplejer kien ingħaqad ma’ Everton b’mod permanenti fl-2014 għassomma ta’ £28 miljun, wara li kien qatta’ staġun b’self mal-istess tim mingħand Chelsea. Dawn il-kummenti mingħand Lukaku waslu wara, li aktar kmieni din il-ġimgħa, missieru stess ħeġġu biex jitlaq minn Goodison Park u jingħaqad jew ma’ Manchester United jew ma’ Bayern Munich. Madankollu, hemm mistoqsijiet kbar fuq dawn it-timijiet, hekk kif Jose Mourinho qed jissemma li jista’ jingħaqad mal-United u kien proprju dan il-kowċ stess li biegħu lil Everton, filwaqt li fit-tim Ġermaniż se tkun diffiċli biex jinqala’ minn mal-ewwel ħdax l-attakkant Robert Lewandowski. EMOZZJONIJIET IMQANQLA
Jordi Cruyff irringrazzja lil dawk kollha li sellmu lil missieru, illeġġenda Olandiża Johan Cruyff. Dan ir-ringrazzjament wasal fiddawl tal-fatt li l-eks attakkant ta’ Barċellona u ta’ Ajax ħalla din iddinja, fl-età ta’ 68 sena, b’kawża ta’ kanċer. Il-familja tiegħu sostnew li se jkunu qed jorganizzaw funeral privat għal dan il-persuna li rebaħ l-unur tal-Futboler Ewropew tas-Sena għal tliet darbiet, filwaqt li se tkun organizzata wkoll funzjoni pubblika. “Missitna ħafna l-fatt li Johan kien ta’ ispirazzjoni għal ħafna minnkom,” sostna l-eks plejer ta’ Manchester United Jordi fi stqarrija. “F’isem ommi, ħuti l-bniet u l-bqija tal-familja, nixtieq nirringrazzjakom kollha tal-imħabba, il-kliem ħanin u l-memorji li ġew maqsuma magħna, minn mindu ħalllina missieri, iżda mhux biss anki tul ix-xhur li għaddew,” sostna dan il-persuna ta’ 42 sena, li wkoll kien lagħab taħt missieru ma’ Barċellona.
IWOBI JAGĦŻEL LIN-NIĠERJA It-tamiet tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Ingliża li jikkonvinċu liżżagħżugħ ta’ Arsenal Alex Iwobi biex jilgħab mat-tim nazzjonali Ingliż sfaw fix-xejn hekk kif nhar il-Ġimgħa li għadda huwa rrappreżenta għall-ewwel darba lit-tim nazzjonali tan-Niġerja. Dan il-plejer ta’ 19-il sena deher li kien se jikkonferma li rċieva talba mill-FA, iżda ddeċieda li jirrappreżenta lill-pajjiż fejn twieled. Huwa għamel id-dehra tiegħu bħala sostitut f ’logħba li spiċċat f ’parità ta’ 1-1 kontra l-Eġittu fil-kwalifikazzjonijiet mill-African Cup of Nations. Kien irrapportat li kważi 40,000 supporter mar biex isegwi din il-logħba fl-Ahmadu Bello Stadium f ’Kaduna, li fil-verità jesa’ biss 16,000, hekk kif l-uffiċjali ddeċiedew li jħallu l-ispettaturi jidħlu b’xejn. Iwobi, li lagħab għat-tim nazzjonali Ingliż fil-livelli ta’ U16, U17 u U18, kif ukoll kien diġà lagħab għan-Niġerija f ’żewġ logħbiet ta’ ħbiberija, qabel ma għamel id-debutt kompettitiv tiegħu, u li allura jfisser li issa ma jistax jilgħab għall-Ingilterra. TER STEGEN JIKKUNSIDRA L-FUTUR TIEGĦU
SNEIJDER NIEQES GĦALL-OLANDA Il-midfielder tal-Olanda Wesley Sneijder mhux se jkun eleġibbli li jilgħab għal-logħba ta’ ħbiberija kontra l-Ingilterra din il-ġimgħa li ġejja minħabba injury li sofra fil-hamstring. Dan il-plejer ta’ Galatasaray sofra din l-injury fl-ewwel taqsima fil-logħba ta’ nhar il-Ġimgħa li għadda konta Franza f ’Amsterdam. Interessanti huwa l-fatt li dan il-plejer fisser kif l-attakki li seħħew nhar it-Tlieta fi Brussell kif ukoll l-atroċitajiet riċenti li seħħew fit-Turkija, fejn jgħix hu stess, setgħu kkontribwixxu biex żidulu t-tensjoni aktar mis-soltu. Huwa sostna li “qatt ma kelli injuries matul dawn l-aħħar sentejn u nofs, iżda issa sofrejt waħda. M’hemmx x’tagħmel, dawn huma affarijiet li jiġru. Forsi t-tensjoni tal-ġimgħa l-oħra kellha rwol f ’dak li ġara. Fit-Turkija wkoll, ġraw ħafna affarijiet li kellhom ħafna impatt. Irrid nistenna u nara l-gravità ta’ din l-injury. M’iniex se nkun qed nivvjaġġa lejn l-Ingilterra ma’ sħabi l-plejers. Hija ħasra li kellu jiġri hekk, imma fl-istess ħin se sservi ta’ opportunità biex jingħataw ċans iż-żgħażagħ u juru x’kapaċi jagħmlu.”
Il-gowler Ġermaniż Marc-Andre ter Stegen ammetta li se jkollu jikkunsidra l-futur tiegħu jekk mhux se jkun qed jilgħab regolament. Dan il-gowler ta’ 23 sena kien prominenti l-aktar filkompetizzjonijiet l-oħra kollha, minbarra fil-Kampjonat Spanjol, tant li għamel tmien dehriet fiċ-Champions League, sitt dehriet fit-Tazza tar-Rè, filwaqt li fil-Kampjonat Spanjol beda biss erba’ logħbiet. Kien hemm xniegħat li dan l-eks gowler ta’ Borussia Monchengladbach jista’ jingħaqad ma’ Liverpool, iżda huwa naqas milli jsemmi tim partikolari. Madankollu, ikkonferma l-fatt li l-futur tiegħu fi Spanja mhuwiex ċar. Interessanti huwa l-fatt li Stegen kellu rwol simili għall-Katalani l-istaġun li għadda, fejn ma kienx lagħab darba fil-La Liga. Dan hekk kif bħalissa fil-La Liga qed ikun hemm Claudio Bravo bejn il-lasti u li jidher li qed jimpressjona lill-kowċ preżenti Luis Enrique. Stegen sostna li “jekk is-sitwazzjoni tibqa’ kif inhi, bilfors li jrid jkun hemm xi diskussjonijiet f ’xi stadju jew ieħor. Ikun diffiċli għal gowler tal-età tiegħi fil-futur, jekk l-affarijiet jibqgħu hekk.”
FORMULA 1
kullħadd.com
27|03|2016 39
ANALIŻI U RAPPORT TA’ LIAM GAUCI
BIDU INTERESSANTI GĦALL-ISTAĠUN KLASSIFIKA: AWSTRALJA POŻ. 01 02 03 04 05 06 07 08 09 10
L-aspettattivi għat-tellieqa talĦadd li għadda kienu kbar għal diversi raġunijiet hekk kif iddilettanti u l-organizzaturi kienu kurjużi li jaraw x’effett kellhom in-numru sostanzjali ta’ riformi tekniċi u sportivi li saru matul ixXitwa. Il-Ferrari joħorġu rrankanti Fl-Awstralja ma domniex ħafna biex kellna l-ewwel sewwieq irtirat hekk kif il-vettura ta’ Kvyat waqfet fuq il-grid qabel it-tluq, fatt li ġiegħel lill-kollegi tiegħu jagħmlu dawra ta’ formazzjoni oħra. Ittieni tluq, però, kien regolari u kien mimli battalji interessanti li bidlu l-klassifika f ’temp ta’ ftit sekondi. B’mod partikolari kienet interessanti l-battalja fl-ewwel pożizzjonijiet fejn Vettel tar quddiem iż-żewġ Mercedes. Hawnhekk, Hamilton b’mod partikolari deher li raqad fuq l-isteering tiegħu, fejn fetaħ anki l-bieb lil Rosberg li mbuttah xi ftit ‘il barra mit-traċċat biex jaqbżu. Waqt li kienet għaddejja din ilbattalja interna, anki Raikkonen baqa’ għaddej minn magħhom biex il-Ferrari ħadu post ittim Ġermaniż fl-ewwel żewġ pożizzjonijiet. Għall-bidu deher li Rosberg seta’ ġarrab xi ħsarat waqt il-konfront li kellu ma’ Hamilton. Madankollu, f ’temp ta’ ftit dawriet, huwa kien qiegħed jagħmel ħinijiet tajbin. Sadanittant, Ricciardo rranka naqra mhux ħażin hekk kif beda jikseb pożizzjoni wara oħra b’Red Bull li dehret ferm aktar kompetittiva milli kien mistenni wara x-Xitwa diffiċli li kellhom. Sal-għaxar dawra, is-sitwazzjoni ta’ Hamilton kienet qegħda tidher iddisprata hekk kif weħel wara Verstappen, avversarju kapaċi u li kellu għad-dispożizzjoni l-magna Ferrari tal-2015 illi kienet kompetittiva ħafna minkejja li kienet antika. Fil-fatt, il-kampjun
tad-dinja tant ma setax jeħles mill-Olandiż illi talab lit-tim jaħsiblu għal strateġija ġdida, probabbilment relatata mal-pit stops. Matul dan il-perjodu, xi sewwieqa bdew jidħlu għat-tieni sett ta’ roti b’bosta jmorru għas-softs u l-mediums. Eċċezzjoni fosthom kienu l-Ferrari li fl-14-il dawra daħħlu lil Vettel għas-supersofts. Dawn ir-roti taw vantaġġ tajjeb ta’ pass lill-Ġermaniż illi ftit wara li ħareġ kien saħansitra kapaċi jaqbeż lil Hamilton illi kien għadu qed idur bl-ewwel sett ta’ roti. Ftit wara dan il-konfront, ilBrittaniku daħal fil-pits biex qaleb għar-roti medji hekk kif it-tim iddeċieda li jieħu ċans b’strateġija ta’ waqfa waħda ħalli jpattu għallħin li ntilef fl-ewwel dawriet. Idur il-momentum Kollox, però, inbidel fis-17-il dawra bl-inċident ikrah li kellhom Alonso u Gutierrez u li wassal għallħruġ tal-bnadar il-ħomor. Din ilwaqfa obligatorja fil-pits naqset id-distakki bejn is-sewwieqa u wasslet biex bosta minnhom ibiddlu r-roti tagħhom. Hawnhekk seħħet dik li probabbilment kienet id-deċiżjoni li biddlet is-sitwazzjoni fuq quddiem. Filwaqt li l-Ferrari marru għas-supersofts, ilMercedes żammew lil Hamilton fuq il-medji u qalbu lil Rosberg mis-softs għall-medji wkoll. Meta reġgħet bdiet it-tellieqa, Vettel għafas kemm felaħ biex jisfrutta r-roti rotob tiegħu. Din l-istrateġija, però, malajr bdiet tagħti sinjali xejn inkoraġġanti għaliex, minkejja li l-Ġermaniż beda jiftaħ ċertu vantaġġ, dan ma deherx li kien kbir biżżejjed biex jiġġustifika r-riskju li ħadu l-Ferrari. Sadanittant, it-tim Taljan malajr irċieva aħbar oħra ħażina għaliex Raikkonen sofra ħsara filpower unit tiegħu li ġegħlitu jirtira ftit wara li kompliet it-tellieqa.
ISEM IS-SEWWIEQ Nico Rosberg Lewis Hamilton Sebastian Vettel Daniel Ricciardo Felipe Massa Romain Grosjean Nico Hulkenberg Valtteri Bottas Carlos Sainz Max Verstappen
TIM Mercedes Mercedes Ferrari Red Bull Racing Williams Haas Force India Williams Toro Rosso Toro Rosso
Sa dak il-ħin, il-Mercedes xorta ma kinux qegħdin fejn xtaqu. Minkejja li Rosberg avvanza għattieni post bil-kollass tal-vettura ta’ Raikkonen, Hamilton reġa’ sab ruħu mwaħħal wara ż-żewġ sewwieqa tat-Toro Rosso (STR). Madankollu, fit-28 dawra beda jinħass li l-momentum tat-tellieqa beda jdur b’mod deċiżiv favur il-Mercedes hekk kif Rosberg beda jnaqqas ammont sostanzjali mill-vantaġġ ta’ Vettel, filwaqt Hamilton irnexxielu jeħles minn Sainz u Verstappen illi daħlu filpits ftit wara xulxin. Il-waqfa ta’ dan tal-aħħar ma tantx kienet tajba u warajha l-Olandiż instema’ nervuż ħafna fuq ir-radju fejn meta jgħajjat mal-inġinier tiegħu dwar il-fatt li damu wisq biex ibiddlulu s-sett preċedenti ta’ roti. Però, il-ħsara kienet saret hekk kif Hamilton kien moħħu mistrieħ li mhux se jsib liż-żewġ STRs ma’ wiċċu. Lejn is-36 dawra, id-degrad fuq ir-roti ta’ Vettel beda jaffettwa l-ħinijiet tiegħu b’mod konsiderevoli fejn Rosberg, Ricciardo u Hamilton kollha bdew inaqqru mill-vantaġġ tiegħu. Għaldaqstant, is-sewwieq talFerrari kien mitlub jidħol fil-pits fejn qaleb mis-supersofts għassofts. Madankollu, din il-waqfa kienet diżastruża fejn il-mekkaniċi ma rnexxielhomx jaqilgħu waħda mirroti ta’ quddiem mill-ewwel. Dan l-iżball hux biss ħalla lil Rosberg imma anki jiftaħ distakk tajjeb. Minn hemm ‘l quddiem, dan iddistakk kien biżżejjed biex huwa jamministra t-tellieqa b’mod relattivament komdu. Frustrazzjoni Sadanittant, l-STRs reġgħu nqabdu f ’taqtigħa oħra, din iddarba ma’ Palmer illi kellu lil Sainz u Verstappen warajh f ’dan l-ordni. Għal darb’oħra, l-Olandiż instema’ frustrat ħafna fejn talab lit-tim biex jordna lil Sainz biex jersaq min-nofs għax ħass li kellu ċans aħjar li jaqbeż lil Palmer. Għall-bidu t-tim ma tantx ta każ din it-talba imma, b’riżultat tal-
ĦIN 1:48:15.565 +8.060s +9.643s +24.330s +58.979s +72.081s +74.199s +75.153s +75.680s +76.833s
Punti 25 18 15 12 10 8 6 4 2 1
persistenza ta’ Verstappen, huma ddeċidew li jgħidu lil Sainz biex jattakka lill-Brittaniku tar-Renault jew iħalli lill-kollega tiegħu jaqbżu. Ir-risposta tal-Ispanjol kienet veloċi u diretta fejn qal li huwa kien qiegħed jagħmel mill-aħjar li seta’. Fil-fatt, fid-dawra ta’ wara kemm hu, kif ukoll Verstappen irnexxielhom jgħaddu lil Palmer. Sadanittant, Hamilton kien qiegħed jisfrutta l-vantaġġ li kellu bir-roti medji li ppermettewlu jaqbeż lil Ricciardo li kien qed ibati bis-softs qodma li kellu dak il-ħin. Fil-fatt, fid-dawra ta’ wara l-Awstraljan kellu jidħol fil-pits fid-dawra ta’ wara fejn ingħata s-supersofts biex ikun jista’ jagħfas kemm jiflaħ biex jirkupra xi pożizzjoni fl-aħħar. Din ittattika tat il-frott għax Ricciardo rnexxielu jaqbeż lil Massa ftit dawriet wara biex tela’ fir-raba post. Fis-47 dawra, iż-żewġ STRs reġgħu sabu ma’ wiċċhom avversarji oħra, Hulkenberg u Bottas, li bdew jimblukkalhom ilpassaġġ. Hawnhekk, Verstappen beda jitlef il-paċenzja mill-ġdid u għamel żewġ żbalji wara xulxin li telfulu l-kontroll tal-vettura tiegħu. Minkejja li telfuħ l-opportunità li jiġġieled għal pożizzjoni aħjar, dawn l-iżbalji ma żammewhx milli jippreserva dik li kellu diġà u rnexxielu jispiċċa t-tellieqa flgħaxar post. Is-sitwazzjoni fuq quddiem ukoll ma nbidlitx wisq lejn l-aħħar tat-tellieqa. Sad-dawra ta’ qabel tal-aħħar, Vettel deher li kien se jisfida lil Hamilton għat-tieni post. Madankollu, il-Ġermeniż għadda minn fuq biċċa debris li telfitlu l-kontroll tal-vettura tiegħu u ġegħlitu jikkuntenta bit-tielet post. B’hekk, il-Mercedes bdew l-istaġun il-ġdid kif spiċċaw dak preċedenti, b’one-two finish. Però, hemm indikazzjonijiet ċari li d-distakk bejnhom u l-Ferrari naqas matul ix-Xitwa. Għaldaqstant, fix-xhur li ġejjin, fil-pożizzjonijiet ta’ quddiem nafu naraw taqtigħat ferm aktar interessanti milli rajna fil-passat riċenti.
40 27|03|2016
kullħadd.com
LOKALI
BŻONN TA’ SFORZ KOLLETTIV BIEX IT-TERROTISTI MA JIBQGĦUX PASS QABILNA
Carmelo Abela Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali
L-attakki terroristiċi ta’ nhar it-Tlieta fi Brussell huma jum iswed għall-Ewropa. Dan huwa mument ta’ dieqa, ta’ kundanni u mument li għandu jgħaqqadna aktar flimkien filġlieda Ewropea kontra kull forma ta’ terroriżmu. Inserrħu ras in-nies li l-pajjiż mhuwiex qiegħed taħt xi theddida, però xorta qegħdin insaħħu s-sigurtà f ’punti strateġiċi bħala prekawzjoni. Bħala deterrent żidna diversi miżuri, fosthom aktar membri tal-forza tas-sigurtà. In-numru ta’ pulizija, kemm mis-sezzjoni tal-Rapid Intervention Unit, tal-K9 u tas-suldati, żdied kemm fl-ajruport, iż-żona ta’ barra u ta’ madwaru, u anke fis-sea port minn fejn jivvjaġġa l-katamaran. Kontinwament qegħdin nibqgħu nissorveljaw l-iżviluppi tas-sitwazzjoni u nieħdu l-azzjonijiet meħtieġa. Ningħaqdu u nikkumbattu
Irridu nżommu f ’rasna li l-għan tat-terrorist huwa li jnissel biża’ u jħassar ir-rutina ta’ kuljum
Irridu nżommu f ’rasna li l-għan tat-terrorist huwa li jnissel biża’ u jħassar ir-rutina ta’ kuljum. Avolja dan huwa żmien diffiċli għall-Ewropa, irridu nibqgħu sodi u niffukaw kif bħala Ewropa, u idealment bħala dinja magħquda, se nikkumbattu t-theddid talgħadu.
maħsubin biex isir progress kontinwu fil-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali. Proposti sensiela ta’ miżuri
Nhar il-Ħamis attendejt f ’isem Malta għal laqgħa straordinarja għall-Ministri tal-Intern u l-Ġustizzja Ewropej fi Brussell, ftit biss ’il bogħod mill-istazzjon ta’ Maalbeek tal-ferrovija ta’ taħt l-art, fejn seħħ wieħed millattakki. Ingħaqadt mal-ministri l-oħrajn sħabi f ’kundanna għall-attakki ta’ min jistmerrhom kontra nies ċivili innoċenti, filwaqt li wassalt is-solidarjetà tal-poplu Malti ma’ dak Belġjan u ma’ dawk kollha li ntlaqtu mit-traġedja, irrelevanti min-nazzjonalità tagħhom.
Terroriżmu li m’għandux nazzjonalità Tkellimt dwar kif dan l-attakk wera n-natura transnazzjonali tat-terroriżmu, u dan jitlob li l-Istati Membri tal-UE u l-alleati tal-Unjoni jiġġildulu flimkien b’mod ħolistiku. Dawn l-attakki huma attakki kontra l-valuri Ewropej li nħaddnu u jinħtieġ li ningħaqdu flimkien bħala Ewropej u nuru solidarjetà sħiħa bejnietna. Waqt il-laqgħa, il-ministri talIstati Membri tal-UE impenjaw ruħhom b’mod ċar li jgħaġġlu t-twettiq ta’ għadd ta’ miżuri
Il-ministri adottaw ukoll unanimament dikjarazzjoni li telenka sensiela ta’ miżuri li l-UE se tiffinalizza malajr kemm jista’ jkun. Ilqajt b’sodisfazzjon ilkontenut ta’ din id-dikjarazzjoni konġunta u kkummentajt li Malta hija impenjata bissħiħ li tagħmel l-almu kollu tagħha biex tikkopera malpajjiżi sħab Ewropej u malbqija tad-dinja biex jiġu identifikati u eliminati ċ-ċelloli terroristiċi internazzjonali u l-finanzjament għalihom. Għamilt enfasi li l-Ewropa għandha tagħmel sforz kollettiv biex ma tħallix litterroristi jibqgħu pass qabilna, u ppreċiżajt li dan ma jfissirx biss li nsaħħu s-sigurtà filfruntieri esterni tal-Unjoni, iżda wkoll li neħilsu millgruppi terroristiċi li diġà jinsabu fl-Unjoni Ewropea. Fil-kuntest tal-Ġimgħa Mqaddsa li ninsabu fiha, filwaqt li l-Ewropa għaddejja minn passjoni, huwa importanti li żżomm sod f ’dawn il-jiem koroh u tqum mill-ġdid fuq saqajha billi taġixxi f ’unità.