ĦAMEST IJIEM QABEL IL-KBIRA www.kullhadd.com Il-Ħadd, 27 ta’ Awwissu, 2017
Ħarġa Nru 1,259 Prezz €1
KRIŻI ELEZZJONI MBAGĦBSA
Jonqos biss ftit jiem biex fil-grawnd nazzjonali ta’ Ta’ Qali Malta tilqa’ lill-qawwa tal-Ingilterra. Il-gazzetta KullĦadd mhux biss tkellmet mal-kowċ nazzjonali dwar x’jistenna mil-logħba ta’ ħamest ijiem oħra, iżda ġeddidna ftit il-memorji ta’ min lagħab kontra l-Ingliżi fl-imgħoddi. Ara paġni 20 u 21
• FIL-MUMENT LI BDIET L-ELEZZJONI KUNSILLIERI LMENTAW LI ĊAĦĦDUHOM MILL-VOT • WARA L-EARLY VOTING SARET MOSSA BIEX GĦADA L-PN JIDDISKUTI LIL ADRIAN DELIA • TESSERATI JMORRU D-DAR ĊENTRALI JIĊĊEKKJAW GĦALIEX MHUMIEX ELIĠIBBLI BIEX JIVVUTAW • IL-KUMMISSJONI KLIKKA TAL-KAP CARETAKER • FRANK PORTELLI JGĦID LI ELEZZJONI “RIGGED” Ara paġna 3
IS-SINTETIKA POPOLARI MAT-TEENS
Id-Direttur kliniku fi ħdan iċ-ċentru Detox, itTabib George Grech, tkellem dwar kif il-problema tad-droga sintetika hija mifruxa fost l-adolexxenti. Saħansitra jsemmi każi fejn din kienet f ’idejn tfal ta’ 10 snin u tenna li filwaqt li din id-droga toffri sfida lill-awtoritajiet, Malta għandha tħares lejn mudelli barranin biex tagħmel illegali dak li sal-lum deher diffiċli, insibu kontroll tiegħu. Ara paġna 5
ESPERTI JURU KIF IL-BIDLA BDIEHA MUSCAT Ċara kristall id-dikjarazzjoni tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu DBRS li f ’analiżi dwar pajjiżna nnutat kif il-bidla pożittiva għall-ekonomija Maltija u l-finanzi pubbliċi bdiet wara li l-pajjiż kellu tmexxija ġdida fl-2013. Fl-aħħar sigħat, l-esperti tad-DBRS bidlu l-ħarsa dwar pajjiżna minn waħda stabbli għal pożittiva, filwaqt li żammew lil Malta fil-kategorija A. Dan isegwi t-titjib fil-klassifikazzjoni ta’ Malta li sar minn Standard and Poor’s u Fitch Ratings,
b’din tal-aħħar ittellagħna A+ fl-aħħar jiem. Skont DBRS il-proċess ta’ konsolidazzjoni fiskali beda fl-2013. Ma naqsitx lanqas ir-referenza għall-ekonomija li qed tikber b’rata mgħaġġla u kif din mistennija żżomm ir-ritmu fiż-żmien li ġej. Jirriżulta li r-riżultat elettorali li kkonferma l-mandat ta’ Joseph Muscat wassal għat-titjib fil-klassifikazzjoni min-naħa tal-aġenzija Fitch, u kellu impatt pożittiv ukoll fuq l-aspettattivi tad-
DBRS. Fil-fatt l-istqarrija tad-DBRS issostni li “the positive trend reflects DBRS’s view that the important improvement in the fiscal position over the past three years is likely to be sustained.” DBRS innutat li l-familji Maltin għandhom rata qawwija ta’ tfaddil u l-assi tagħhom laħqu livell qawwi ħafna. Jgħidu wkoll li Malta għandha istituzzjonijiet b’saħħithom u d-DBRS tinnota kif il-Gvern qed jagħmel sforzi biex itejjeb il-governanza u jnaqqas il-korruzzjoni.
02
27.08.2017
kullhadd.com
Editur ALEANDER BALZAN
L-Ogħla Temperatura: 33°C L-Inqas Temperatura: 23°C L-Indiċi UV: 8 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja dgħajfa ta’ pressjoni għolja qed tiksi l-Mediterran It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Ħafif mill-Majjistral Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 27°C
email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572
Disinn tal-Paġni LEANNE ABELA GRECH tel: (+356) 2568 2571
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
Indirizz Postali KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
32°C UV 11
24C
Il-Ħamis
32°C UV 11
23°C
Il-Ġimgħa
31°C UV 11
23°C
Is-Sibt
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
31°C UV 11
24°C
31°C UV 11
23°C
31°C UV 11
23°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21226281 Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238018 Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera – 21444648 Marrit Pharmacy, Triq l-1 ta’ Mejju, Fleur-de-Lys Birkirkara – 21488613 Regional Pharmacy, Triq E. H. Furse, L-Imsida – 21312449 Numri Importanti Balluta Pharmacy, 30, Triq il-Kbira, San Ġiljan – 21317888 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema – 21334635 112 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 Victory Pharmacy, 16, Pjazza il-Vitorja, In-Naxxar – 21412454 Il-Pulizija ta’ Malta El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Il-Qawra – 21576308 2122 4001-9 Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija – 21677037 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Hompesch Pharmacy, 207/2011, Triq Hompesch, Il-Fgura – 21807503 2393 0000 Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it-Torri, Il-Gudja – 21676294 Mqabba Central Pharmacy, 5, Triq Santa Katerina, L-Imqabba – 21641133 Il-Gwardjani Lokali 2132 0202 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 21465411 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat Malta – 21454274
Stampat Progress Press
L-Isptar ta’ Malta 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex 2156 1600
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza 5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku 1182
Għawdex Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat Għawdex – 21557819 Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, In-Nadur Għawdex – 21566431 Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.
03
LOGĦOB BIL-VOTI 27.08.2017
kullhadd.com
Sitt ijiem qabel l-ewwel rawnd fl-elezzjoni għall-kap tal-Partit Nazzjonalista jirriżulta li hemm pressjoni kbira fuq il-Kummissjoni Elettorali minn persuni li qed jgħidu li huma eliġibbli biex jivvutaw iżda ma ngħatawx id-dritt għall-vot. Fl-aħħar ġimgħat kienu tesserati minn irħula madwar il-pajjiż li marru jagħmlu dan l-ilment mal-membri tal-Kummissjoni Elettorali wara li ċċekkjaw u sabu li mhumiex fil-lista ta’ dawk eliġibbli li jivvutaw. Saħansitra kien hemm min baqa’ b’xiber imnieħer. Iżda issa jirriżulta li anke xi membri ta’ kumitati sezzjonali li jaħdmu qatigħ fil-kumitati madwar Malta u Għawdex qed ikunu mċaħħda mid-dritt li jivvutaw fl-ewwel rawnd tal-elezzjoni li se ssir is-Sibt li ġej. L-ewwel rawnd hu dak li se jniżżel il-kandidati minn erbgħa għal tnejn. Saħansitra attivist fil-kumi-
tat lokali ta’ Raħal Ġdid bl-isem ta’ Roderick Caruana kellu jagħmel messaġġ fuq Facebook wara li baqa’ ma ġabiex żewġ biex jivvota, anke jekk ilu membru tal-kumitat sezzjonali, tant li fl-aħħar snin kien imħeġġeġ jikkontesta l-elezzjoni tal-kunsilli lokali f ’Raħal Ġdid. “Peress li jien membru fil-kumitat ta’ Raħal Ġdid, jien għandi dritt li nivvota. Sar żball mingħand xi ħadd, is-Segretarju tal-Kumitat, iżda l-Kummissjoni Elettorali ma tridx tirranġah dan l-iżball,” qal Caruana li f ’filmat ta’ 13-il minuta indika li hemm oħrajn bħalu. “Il-Kummissjoni qed taħdem għal xi kandidat partikolari? Il-Kummissjoni hi parti mill-klikka?” qal Caruana li tenna kif Joe Borg, Ċerpersin tal-Kummissjoni Elettorali, qallu “aħna nafu nagħżlu l-aqwa tnejn, issa int ivvota fit-tieni rawnd.” Caruana qal li dan hu sinjal ta’ min juża
n-nies u jarmihom. Minn hemm ma waqafx jesprimi r-rabja tiegħu u tkellem dwar kif partit li tilef b’40,000 donnu baqa’ ma tgħallem xejn. “Jien mhux każ uniku,” qal Caruana li lmenta kif il-Partit Nazzjonalista qed iqis l-attivisti tiegħu bħala numru. U filwaqt li Caruana tkellem fuq Facebook, oħrajn esprimew ir-rabja tagħhom
fid-Dar Ċentrali u f ’korrispondenza diretta mal-amministrazzjoni tal-Partit. Il-gazzetta tista’ tikkonferma li fost l-iktar fil-mira hemm Rosette Thake li qed tkun deskritta bħala “inkompetenti” minn tesserati li għal xi raġuni jew oħra skoprew li mhumiex fil-lista ta’ dawk bi dritt għall-vot bl-iżbalji amministrattivi jkunu l-ikbar raġuni li qed tingħata. Però mhux minħabba d-dritt
Frank Portelli, iddikjara li l-kandidati ma tħallewx jagħmlu t-timbru tagħhom fuq il-vot u għalhekk għamel id-dikjarazzjoni qawwija li “it is a rigged election”
tal-vot biss qed iqumu kwistjonijiet mal-Kummissjoni Elettorali. Fl-aħħar sigħat wieħed mill-kandidati, Frank Portelli, iddikjara li l-kandidati ma tħallewx jagħmlu t-timbru tagħhom fuq il-vot u għalhekk għamel id-dikjarazzjoni qawwija li “it is a rigged election”. Dikjarazzjoni li ġabet il-kundanna tal-Kummissjoni Elettorali li ħarġet tiċħad din l-aħbar. Ta’ min jgħid li l-Kummissjoni Elettorali hija mimlija b’nies meqjusa bħala parti mill-klikka ta’ Simon Busuttil. Joe Borg kien diġà nħatar minn Simon Busuttil biex ikun hu li jiskrutinizza lill-kandidati għall-elezzjonijiet f ’isem il-Partit Nazzjonalista u l-membri l-oħra tal-Kummissjoni Elettorali wkoll huma meqjusa bħala “Yes Sirs” tal-kap caretaker. Biex ma’ kull jum li jgħaddi d-dubji dwar din l-elezzjoni li spiċċat fi ġlieda interna enormi qegħdin jiżdiedu u mhux jonqsu.
GĦADA SE JILTAQGĦU JIDDISKUTU ’L DELIA Għada filgħaxija l-Kusill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista se jiltaqa’ biex jiddiskuti lil Adrian Delia. Din l-aħbar kienet ikkonfermata lbieraħ mill-Partit Nazzjonalista u tagħrif li għandha din ilgazzetta juri kif il-mossa biex issir din il-laqgħa nħadmet wara li fl-early voting kien hemm numru sostanzjali li vvutaw u fost dawk li dehru l-iktar attivi kien hemm dawk li jappoġġjaw lil Delia. Daphne Caruana Galizia qalet li dan sar għax skont hi l-istejjer li għandha dwar Delia tant huma kbar li ried li n-nies jivvutaw qabel ikomplu jsiru magħrufa. Iżda, Delia qed jiċħad kollox u lbieraħ sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet biex jirribatti lil Caruana Galizia fejn spikka r-ritratt ta’ Simon Busuttil fuq rasu filwaqt li kellem lill-ġurnalisti. Iżda, dan ma jfisser xejn għall-Partit Nazzjonalista li wara li ddeċieda li ma kellhiex issir due diligence fuq il-kandidati, issa aġixxa fuq ittra ta’ wieħed mill-kunsillieri tal-partit, Charlo Cassar. Cassar li
preżenta attivitajiet kemm ta’ Chris Said kif ukoll ta’ Adrian Delia qal li huwa jħoss li t-tesserati u l-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista għandhom iddritt li jkunu jafu l-fatti dwar l-erba’ kandidati qabel jagħmlu l-għażla tagħhom dwar min minnhom għandu jmexxi l-Partit fis-snin li ġejjin. Cassar, li hu wieħed minn dawk li Caruana Galizia hi alla tagħhom, żied li jemmen li kull kandidat li dwaru ssir kwalunkwe allegazzjoni għandu d-dritt li jiddefendi ruħu kif ukoll l-obbligu li jagħti rendikont ta’ għemilu lil min qed jitolbu jagħtih il-fiduċja biex ikun fl-ogħla kariga fil-partit. Iktar tard fi stqarrija tal-Partit Nazzjonalista ntqal li l-Kunsill Amministrattiv se jikkunsidra l-kontroversja li nqalgħet dwar Delia, wieħed mill-kandidati għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, u jieħu l-passi li jidhirlu xierqa u meħtieġa fiċ-ċirkostanzi. “Għalhekk se ssir laqgħa urġenti tal-Kunsill Amministrattiv nhar it-Tnejn li ġej filgħaxija biex jiġi diskuss u deċiż
x’passi għandhom jittieħdu skont dak li jipprovdi l-Istatut tal-Partit Nazzjonalista,” intqal mill-Partit Nazzjonalista. Imkejjen fid-Dar Ċentrali qalu li dan l-iżvilupp jidher li jiffavorixxi lil Chris Said, għalkemm il-kandidat Għawdxi huwa mħasseb li l-attakk ta’ Caruana Galizia fuq Delia jista’ jħalli effett pożittiv fuq Delia anke għax ħafna jqisu lil Caruana Galizia parti mit-telfa tal-Partit Nazzjonalista. Kunsillier minn Għawdex qalilna: “M’hemmx dubju li Delia għandu ħafna xi jwieġeb u huwa bniedem dubjuż, imma Carauna Galizia tant tilfet mill-kredibbiltà bil-gideb u l-esaġerazzjonijiet tagħha li x’aktarx iktar qed tagħmillu ġid.” Qed jibqa’ gallarija Alex Perici Calascione li fl-aħħar jiem deher li żied l-appoġġ għalkemm jibqa’ dubju jekk hux biżżejjed biex ilaħħaq ma’ Chris Said u Adrian Delia li huma l-favoriti f ’din l-elezzjoni mill-iktar maħmuġa, kif ikkonfermat Ingrid Bronwrigg eks kandidat għall-elezzjoni f ’isem il-Partit Nazzjonalista.
Ma tantx trid kummenti għal ma’ dak ta’ Ingrid Brownrigg, eks kandidata tal-PN li Gonzi kien iddeskriva bħala Nazzjonalista doc
04
27.08.2017
kullhadd.com
SKEMI LI JINĦATFU
• MIJIET IGAWDU MINN SKEMI TA’ TRANSPORT MALTA • FIT-TRIQ MIJIET TA’ KAROZZI LI JNIĠĠSU INQAS Qed ikomplu jkunu popolari skemi ta’ Transport Malta maħsuba biex fit-toroq Maltin ikollna vetturi iktar moderni u li jniġġsu inqas l-ambjent. Dawn l-iskemi tħabbru fil-baġit għal din is-sena u l-poplu qed iweġeb għalihom b’ħerqa. Din hi skema li nħatfet fl-ewwel erba’ xhur tas-sena u għalhekk kienet estiża. Reġgħet rat interess kbir dik għal karozzi magħrufa M1. F’Jannar ta’ din is-sena tħabbret skema ta’ €400,000 għal vetturi favur l-ambjent u sa April, din l-iskema kienet inħatfet kollha b’514 –il vettura mixtrija. Imħeġġa minn dan is-suċċess, Transport Malta kienet estendiet l-iskema u sa issa reġa’ kien hemm rispons pożittiv, tant li sa issa nxtraw 435 vettura oħra biex qed toqrob lejn it-tmiem din l-estensjoni wkoll. Dawk li applikaw għall-iskema kienu intitolati għal bejn €700 u €900 kull meta xtraw karozza li ma ġġorx iktar minn tmien passiġġieri flimkien max-xufier. L-emiss-
jonijiet tas-CO2 ma jridux ikunu jaqbżu l-130g/km. Skema li għalkemm in-numri tagħha huma iżgħar, iżda daqstant ieħor importanti, hi dik għal xiri ta’ karozzi elettriċi. Hawn l-għotjiet huma ferm ikbar, tant li għalkemm sa issa nxtraw 40 vettura, ukoll kellha tkun estiża. Bejn Jannar u Ġunju 2017 inxtraw 28 karozza taħt din l-iskema fejn individwu jew organizzazzjoni bħall-NGO jieħu bejn €5,000 u €8,000. Dan wassal biex f ’Lulju l-iskema reġgħet infetħet u f ’kull sejħa kien hemm ivvotati €150,000. Dan b’total ta’ €300,000. Hemm ukoll skema b’€50,000 allokati li permezz tagħha diġà kien hemm 134 karozza li nqalbu għall-gass bl-għajnuna ta’ Transport Malta. F’dan il-każ l-għotja hi ta’ €200 u meta jintlaħqu l-250 karozza, tieqaf. Sa issa nxtraw ukoll 50 karozza bl-iskema tal-vetturi hybrid fejn bejn Jannar u Lulju kien hemm 100,000 allokati.
05
27.08.2017
kullhadd.com
ID-DROGA LI M’AĦNIEX INLAĦĦQU MAGĦHA Kitba ta’ NEIL AZZOPARDI FERRIGGI Id-droga sintetika mhux biss hija sfida enormi għall-pulizija minħabba li mhijiex uffiċjalment illegali, iżda qed tkun ta’ sfida akbar għall-uffiċjali fi ħdan iċ-ċentru tad-Detox. Dan għaliex skont id-Direttur Kliniku fi ħdan dan iċ-ċentru, George Grech, din it-tip ta’ droga hija ferm iżjed qawwija mill-kannabis. L-effetti tagħha jistgħu jkunu varji bħall-ewforija, il-vjolenza, l-aġitazzjoni, l-ansjetà, il-biża’ u l-paranojja tant li litteralment dawn innies xi kultant iridu jintbagħtu għal kura addizzjonali sabiex jikkalmaw. Uġigħ ta’ ras oħra hija li peress li dawn it-tip ta’ sustanzi mhumiex illegali, dawn jistgħu jinxtraw minn kulħadd tant li kien hemm każijiet ta’ tfal addoloxenti ta’ 13, 14 u 15-il sena li jabbużaw minn din id-droga. Grech jgħid li “din hi l-età ta’ meta jiġu jarawna, imbagħad meta teħdilhom l-istorja jgħidulek li ilhom jabbużaw minnha sentejn u tliet snin, jiġifieri hija inkwetanti.” Dan jiġifieri li f ’xi każi kien hemm tfal ta’ 10 snin li bdew jabbużaw mid-droga sintetika. Iżda l-aktar każijiet komuni ta’ adolexxenti li jabbużaw mid-drogi sintetiċi huma dawk fl-età ta’ 16, 17 u 18-il sena. B’ hekk Grech jgħid li quddiemhom għandhom sfida kbira. Din id-droga saret ferm komu-
Jiġifieri xi kultant dawn il-persuni jgħidulna li jkunu jafu li ħadu xi ħaġa, imma aħna ma nkunux nafu u lanqas huma ma jkunu jafu x’qed jieħdu tant kemm dawn jinbidlu malajr
ni f ’dawn l-aħħar snin għaliex dawk li jirrikorru għaċ-ċentru tad-Detox għall-kura żdiedu sew hekk kif din infirxet mal-gżira kollha kuntrarju għal qabel fejn kienet ikkonċentrata biss f ’lokalitajiet partikolari. Madwar l-Ewropa bħalissa hawn mal-200 tip ta’ droga sintetika iżda huma biss madwar 11 minnhom li huma skedati fil-liġi Maltija u għalhekk ikun diffiċli li l-pulizija jieħdu passi kontra minn imexxiha. F’dan id-dawl, ftit tal-jiem ilu l-Assistent Kummissarju responsabbli mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga Dennis Theuma kien qal li hemm pjanijiet sabiex jinbena qafas legali biex dawn it-tip ta’ drogi jsiru illegali. Min-naħa tiegħu d-Direttur Kliniku tad-Detox George Grech ikkonferma dawn il-pjanijiet iżda qal li biex dan isir irid ikun hemm laboratorju li fih jiġu evalwati dawn is-sustanzi li jidħlu f ’pajjiżna, sabiex imbagħad minn hemm ikun jista’ jiġi magħruf għandhomx jiġu skedati u eventwalment illegalizzati. Dan minħabba li minn dawn it-tip ta’ drogi jinbtu varjetajiet ġodda minn żmien għal żmien. Iżda skont Grech sistema aktar faċli hija dik li ddaħħlet fl-Ingilterra fejn dan il-pajjiż illegalizza kull tip ta’ sustanza ġejja minn kimika msejħa ‘synthetic cannabinoids’. Imbagħad isiru t-testijiet fuq dawn it-tip ta’ sustanzi u b’hekk Grech jgħid li “din hija l-aħjar triq li trid tittieħed.” Ħafna mid-droga sintetika tiġi prodotta fl-Ewropa u kulma jmur dejjem qed issir komu-
Il-problema mhux iddroga tkun, imma l-ħajja u t-trawmi li jkunu għaddew fil-ħajja fosthom il-bullying fl-iskejjel
jafu li ħadu xi ħaġa imma aħna ma nkunux nafu u lanqas huma ma jkunu jafu x’qed jieħdu tant kemm dawn jinbidlu malajr,” temm jgħid Grech. Żieda fl-ecstacy
Tħassib ieħor għaċ-Ċentru tad-Detox huwa kif il-pirmla ecstacy reġgħet qed tgħolli rasha f ’pajjiżna. Skont Grech kien hemm żmien f ’pajjiżna fejn kien qed ikollna żewġ imwiet fis-sena minħabba din it-tip ta’ droga, iżda mbagħad kien hemm perjodu twil fejn din ma tantx ni wkoll fuq livell Ewropew, baqgħet komuni dan minħabba l-aktar fl-Olanda u f ’pajjiżi bidla fil-liġi fejn twaqqfu jsiru fin-naħa ta’ fuq u fil-lvant ċertu tip ta’ parties. Sustanza oħra li kulma jmur tal-Ewropa. Pajjiżna jiġi infurmat minn entitajiet partikolari Ewropej meta tiġi skoperta xi sustanza ġdida u sa issa ma jidhirx li l-200 tip daħlu kollha f ’pajjiżna, iżda preżentament hawn bejn ħamsa u sitta. Problema oħra hija li għad m’hawnx testijiet li permezz tagħhom jiġi determinat jekk persuna tkunx abbużat minn xi tip ta’ sustanza sintetika. Madankollu jidher li qed jiġu żviluppati xi testijiet, jiġifieri “ma neħodhiex bi kbira li fi ftit ġranet oħra jew ftit ġimgħat oħra jkollna. Għadni kemm kelli aħbar issa, illi fl-Amerka għadhom kif għamlu l-‘hair analysis’ jiġifieri tista’ minn xagħra waħda tkun taf jekk itteħditx is-synthetic, għax mhumiex bħad-drogi tradizzjonali bħall-eroina u l-kokaina li b’test wieħed tal-awrina nkunu nafu. Jiġifieri xi kultant dawn il-persuni jgħidulna li jkunu
dejjem qed issir komuni hija l-flakka li tixbah ħafna l-kokaina iżda hija iżjed qawwija mill-kokaina, u l-effetti negattivi tagħha jistgħu jkunu ħafna agħar. Huwa fatt magħruf li d-droga f ’pajjiżna f ’dawn l-aħħar snin saret komuni ħafna iżjed minn qatt qabel. Filwaqt li sa ftit tas-snin ilu konna naraw li dawk li jesperimentaw bid-droga jagħmlu hekk meta jmorru xi disco jew joħorġu ma’ sħabhom biss, illum għandna realtà differenti. F’din ir-realtà George Grech jgħid li “issa qed naraw ħafna abbuż, u għamel aċċenn għal dan l-Isqof ta’ Għawdex, fejn filwaqt li fil-festi qabel kienu jabbużaw bl-alkoħol l-addolexenti illum jibdew bid-drogi, naraw abbużi f ’ċelebrazzjonijiet bħal tiġijiet u m’ilux kelli wieħed anke waqt magħmudija li anke jien ixxukjajt ruħi, kif ukoll fejn ikun hemm laqgħat ta’ ħafna żgħażagħ tal-futbol. Imma qed naraw ħafna żgħażagħ ġejjin minn sitwazzjonijiet ta’ tifrik fil-familji.” Huwa jgħid li dawn iżżgħażagħ jippruvaw jittrattaw id-dwejjaq u l-vojt kbir li jkollhom billi jabbużaw mid-droga u din is-sitwazzjoni tkun iżjed ikkumplikata għall-uffiċjali tad-Detox. Dan għaliex irridu jidħlu iżjed fil-fond sabiex jaraw is-sitwazzjoni tal-familja u l-uġigħ veru ta’ dawn iżżgħażagħ għax “il-problema mhux id-droga tkun imma l-ħajja u t-trawmi li jkunu għaddew fil-ħajja fosthom il-bullying fl-iskejjel,” temm jgħid id-Direttur Kliniku tad-Detox George Grech.
06
27.08.2017
kullhadd.com
MIN GĦAL FRISK U MIN IFUR BIR-RABJA • IL-KWISTJONI TAL-IMWEJJED U S-SIĠĠIJIET FUQ IL-BANKINI TIBQA’ WAĦDA TAĦRAQ Kitba ta’ RACHEL POWELL Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Perusni b’Diżabilità ilha għal ħafna snin tilmenta mid-diversi ingombri li jinħolqu fuq il-bankini tagħna, speċjalment matul ix-xhur sajfin. Problema li fi kliem Oliver Scicluna Ċermen tal-KNPD hija waħda nazzjonali. Ewlenin fost dawn l-ingombri hemm l-imwejjed u s-siġġijiet li jarmaw diversi stabbilimenti tal-ikel fuq bankini, toroq, passaġġi u xtut madwar Malta u Għawdex. “Sfortunatament minkejja d-diversi tentattivi li saru sabiex jittrażżnu l-abbużi f ’dan il-qasam, ftit irnexxielna niksbu riżultati tanġibbli. Bħal donnhom dawn l-operaturi jgawdu minn status differenti minn operaturi oħra. Dan l-istat ta’ anarkija għandu jieqaf darba għal dejjem,” sostna Scicluna. “Bħala poplu ma tantx inħobbu d-dixxiplina, u għalhekk, sfortunatament, hemm bżonn li dawn l-abbużi jiġu indirizzati b’id tal-ħadid, għax aħna l-Maltin nifhmu biss meta tkun iebes magħna.” Philip Fenech, President tal-Ospitalità Turistika u Divertiment, fil-Kamra Maltija għall-Intrapriżi Żgħar u Medji tenna li l-Kamra dejjem hija pożittiva u favur faċilitajiet għall-imwejjed u s-siġġijiet. “Fil-klima Mediterranja, in-nies iħobbu joqogħdu barra. Dan iżid il-valur tan-negozju u jgħin lit-turist jara l-atmosfera ta’ barra u mhux dejjem jara biss ġewwa tal-istabbiliment. Ovvjament aħna kontra kull tip ta’ abbużi li jaqbżu l-area indikata u japprofittaw ruħhom. Irid jitħalla spazju adekwat għall-ispazji miftuħa u passaġġi fejn in-nies ikunu jistgħu jimxu. Però Oliver Scicluna jgħid li mad-drittijiet m’hemmx skużi bil-klima: “Mhuwiex ġust li l-operaturi jikkapparraw il-bankini u t-toroq, għax dawn qed inaqqru mid-dritt ta’ dak li jkun li juża dawn l-ispazji pubbliċi, irrispettivament jekk dak li jkun għandux diżabilità. Naturalment, il-persuni b’diżabilità jħossuha aktar, għax diġà aħna limitati minħabba ċ-ċokon u l-infrastruttura ta’ pajjiżna. Il-Ministru Ian Borg responsabbli mill-Infrastruttura u Proġetti Kapitali spjegalna l-proċess li bih wieħed jikseb il-faċilità li jpoġġi l-imwejjed u s-siġġijiet fuq art pubblika. “Fil-proċess t’applikazzjoni Transport Malta
Oliver Scicluna
Philip Fenech
(TM) hija responsabbli li taġġudika jekk il-post huwiex sikur u li jitħalla passaġġ adekwat għas-sewwieqa u l-persuni li jkunu mixjin kif ukoll linja ta’ viżibilità u d-disinn ġenerali.” “Transport Malta tħoss li jkun inġust li tiddeċiedi favur li jinħareġ permess għal stabbiliment u mhux għal ieħor fl-istess triq sempliċiment minħabba l-linja tal-konfini bejn belt u oħra bħal fil-każ ta’ Tas-Sliema u l-Gżira. Bħalissa TM qiegħda fil-proċess li torganizza masterplans sabiex jinħoloq disinn ħolistiku għal dawn l-ispazji.” “Ta’ min isemmi li l-Guidance and Standards for Outdoor Catering Areas on Public Open Spaces (OCA) xprunati mill-Awtorita’ għall-Ippjanar kien miftuħ għall-konsultazzjoni u sar r-reklamar kollu neċessarju anke fuq il-mezzi tal-midja. Kull risposta li rċivejna kienet ikkunsidrata u diskussa.” Bl-istess mod, mhijiex l-Awtorità tal-Artijiet li tittratta kwistjonijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-applikazzjonijiet
Ian Borg mal-Awtorità għall-Ippjanar. L-Awtorità tal-Artijiet toħroġ no objection għal kull applikazzjoni magħmula fuq art tal-Gvern kif tistabbilixxi l-politika pubblika. L-applikant imbagħad irid japplika għall-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar, bħal kull permess ieħor għall-Iżvilupp, fejn ikollhom bżonn l-approvazzjoni ta’ Transport Malta wkoll. Meta l-permess tal-Ippjanar jinħareġ, l-applikant ikollu bżonn il-permess tal-MTA u wara japplika għall-permess ta’ encroachment mill-Awtorità tal-Artijiet. Il-permess finali huwa dak ta’ encroachments li jistgħu jiġu revokati mingħajr avviż. Iżda fi kliem Philip Fenech għalkemm jifhmu l-vantaġġ, ta’ min isemmi li daħlu diversi lmenti li meta wieħed jikkumpara l-prezz li wieħed iħallas għall-żona li hija propjetà talgvern hija inqas minn dik ta’ postijiet kummerċjali. “B’hekk kien hemm min qalilna li hemm kompetizzjoni mhux ġusta għaliex min għandu l-opportunità u għandu l-faċilità jagħmel
Max Zammit
Sarah Agius
użu minn żona tal-Gvern, qed ikollu vantaġġ iħallas prezzijiet orħos minn dawk kummerċjali. Però min kellu l-vantaġġ jagħmel dan huwa kuntent għaliex żdiedlu l-valur tan-negozju tiegħu.” Fil-fehma tal-GRTU f ’dak li għandhom x’jaqsmu l-kwalità tal-ikel u l-livelli ta’ trab u gassijiet perikolużi, din hija kwistjoni ta’ saħħa u sigurtà u għaldaqstant għandhom ikunu l-uffiċjali u d-dipartiment ta’ dan l-uffiċċju stess li jaraw dan hux vera, kif tista’ timmitiga, u anke jekk hemmx xi problemi tat-traffiku u xi residwi. “Il-prijorità għal Transport Malta tibqa’ s-sigurtà. Il-moniteraġġ tal-livelli tad-dijossidu karboniku (CO2) u t-trab ma jaqax taħt ir-responsabbiltà ta’ Transport Malta,” qalilna l-Ministru Borg. Kif jaħsbuha l-Kunsilli Lokali? Il-problema tibqa’, u din iridu jaffaċċjawha l-Kunsilli Lokali
Mario Fava meta finalment jinħareġ il-permess neċessarju għall-imwejjed u s-siġġijiet. Huma bosta s-Sindki li ta’ kuljum iridu jħabtu wiċċhom ma’ din il-problema. Tkellimna ma’ Sarah Agius, Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ u Max Zammit, Sindku ta’ Ta’ Xbiex u membru fl-Eżekuttiv tas-Sezzjoni Kunsilliera PL. Zammit qalilna li ladarba l-Kunsilli jkunu kkonsultati, hu ma jsibx oġġezzjoni jekk il-ħwienet joħorġu l-imwejjed u s-siġġijiet u jħallu aċċess biżżejjed biex wieħed jgħaddi b’siġġu tar-roti jew pram. “Madanakollu dawn mis-saba’ m’għandomx jieħdu l-id, u nemmen li għandom isiru marki apposta li jindikaw sa fejn jistgħu joħorġu sabiex jiġi evitat l-abbuż fejn ċerti stabbilimenti jieħdu aktar miż-żona konċessa lilhom. Dawn għandom isiru wara konsultazzjoni u approvazzjoni mill-Kunsill. Rigward build-outs wieħed irid jara li jekk dawn isiru, ir-residenti jkunu kkumpensati b’xi Tkompli f ’paġna 7 >>
07
27.08.2017
kullhadd.com
L-MTA TISPJEGA L-IRWOL TAGĦHA L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tagħmel parti minn numru ta’ entitajiet li flimkien ifformaw kumitat inter-ministerjali u bdew jaddottaw politika komuni fejn jidħol l-immaniġġjar ta’ mwejjed u siġġijiet li jarmaw ir-ristoranti. Din il-politika ġiet imsawra wara perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika li damet sitt xhur, u l-għan aħħari tagħha huwa li jkun hemm simplifikazzjoni fil-proċess ta’ applikazzjoni biex stabbilimenti tal-ikel japplikaw biex joħroġu blimwejjed u s-siġġijiet fuq barra. Barra minn hekk, ikun hemm punt wieħed ta’ referenza f ’każ ta’ intoppi li jinqalgħu jew nuqqas ta’ ftehim. Is-sistema kienet waħda li kienet kumplessa wisq biex tipprovdi servizz tajjeb u biex deċiżjonijiet jittieħdu fil-ħin. Applikazzjonijiet mis-settur privat kienu jridu jkunu proċessati minn ħames Tkompli minn paġna 6 mod b’parking alternattiv wara ftehim mal-Kunsill. Nemmen ukoll li dawk li jibbenefikaw minn din il-konċessjoni, jikkontribwixxu b’xi mod direttament lejn il-Kunsill, anki forsi permezz ta’ metodi ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva.” Tal-istess idea hija Agius li elenkat numru ta’ prinċipji li l-Kunsill jimxi magħhom. “Meta jsiru applikazzjonijiet għall-imwejjed u siġġijiet fuq postijiet ta’ parkeġġ il-Kunsill joġġezzjona minħabba li diġà hi diffiċli l-problema ta’ parkeġġ u hekk qed inkomplu nkabbru din il-problema. Fuq kollox jekk il-ħwienet iridu li n-nies jużaw is-servizzi tagħhom, irid ikollhom ukoll post adekwat fejn jipparkjaw. Ħafna mid-drabi l-oġġezzjonijiet tagħna qatt ma ġew milqugħa u b’hekk nistaqsu kemm verament il-Kunsill Lokali ghandu saħħa fuq dan ir-rigward. Fuq kollox aħna nafu x’inhuma l-esiġenzi tal-lokal.” L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali laqgħet il-fatt li l-Kummissarju ghall-Ambjent fl-Uffiċċju tal-Ombudsman irrimarka fost l-oħrajn illi minkejja li l-Kunsilli Lokali għandhom
It-tali multi għandhom jitħallsu fuq il-post dak il-ħin stess. Dan jgħin sabiex ma jkunx hemm lok ta’ abbużi wara, u anki sabiex dak li abbuża jkollu detriment ikbar
entitajiet distinti u separati, u kien ikollhom jgħaddu minn numru ta’ policies u linji gwida li spiss kienu jkunu f ’kunflitt ma’ xulxin. Għalhekk is-sistema attwali bdiet toffri effettività ġdida. L-entitajiet involuti huma l-Awtorità talArtijiet, l-Awtorità tal-Ippjanar, Transport Malta u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Jekk sid ta’ stabbiliment ikun jixtieq jarma barra, jirreferi għand l-Awtorità tal-Ippjanar, u din tirrikorri hi stess għand l-entitajiet l-oħra. Minbarra vantaġġi għal min japplika, ikunu jistgħu jsiru verifiċi blaħjar mod qabel jingħata permess. Din hija l-ewwel darba f ’pajjiżna li din it-tip ta’ politika bdiet tkun imħaddna. Ta’ min jgħid li din bdiet tidħol fis-seħħ mis-sena li għaddiet, u mhix xi ħaġa li saret fil-jiem li għaddew. Filkumitat bħala msieħeb, hi u titfassal il-politika,
ikunu fost l-iktar involuti minn fost l-entajiet kollha, effettivament il-Kunsilli huma l-inqas involuti. Il-President tal-Assoċjazzjoni Mario Fava spjegalna li proprju ftit ġimgħat qabel ma ħareġ ir-rapport tiegħu l-Kummissarju, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ppubblikat rapport fejn jindika n-nuqqasijiet li hemm fis-sistema. Fl-istess rapport, l-Assoċjazzjoni għamlet numru ta’ rakkomandazzjonijiet. Skont is-Sur Fava li huwa wkoll il-President tas-Sezzjoni Kunsilliera tal-Partit Laburista kull każ għandu jittieħed fuq il-mertu tiegħu, skont il-lokal, iż-żona fil-lokalità, il-kummenti li jkun qed jagħmel il-Kunsill u l-ambjent immedjat tal-post, speċjalment fejn jidħlu ħinijiet ta’ ftuħ u għeluq. Ċerti installazzjonijiet ta’ għamara jew tinded li jibqgħu hemm b’mod permanenti huma inaċċettabbli u għandhom jieqfu immedjatament. “Stabbilimenti li jagħmlu pjattaformi illi fuqhom jitpoġġew l-imwejjed u s-siġġijiet, m’għandhomx isiru fejn se jieħdu postijiet ta’ parkeġġ għaliex jekk dan se jkompli jsir, se nibqgħu naraw karozzi tal-linja u trakkijiet għaddejjin ftit ċentimetri biss ’il bogħod mill-platti tal-klijenti. Jekk mejda b’inċident tersaq lejn tarf il-pjattaforma, din se tispiċċa fit-triq malkarozzi.” L-Assoċjazzjoni nnutat ukoll li ċertu permessi li joħorġu mhux jirrispettaw ir-relazzjoni bejn id-daqs tal-istabbiliment u iktar u iktar id-daqs tal-kċina tiegħu. “Ħafna drabi l-ispazju li jiġi estiż barra jkun jisboq bil-wisq dan li qed ngħidu u allura nsibuha diffiċli nifhmu kif sid ta’ stabbiliment jista’ jilħaq mad-domanda li jkollu. Dan huwa rifless ukoll fl-ammont ta’ impjegati li jkollu, li ħafna drabi ma jkunx suffiċcjenti għall-ammont ta’ mwejjed li joħroġ barra.” Filwaqt li jifhem li hemm bżonn ta’ ħidma kkordinata minn diversi entitajiet li huma responsabbli b’xi mod jew ieħor minn xi aspett tal-problema, Oliver Scicluna huwa tal-idea li din hija primarjament problema ta’ infurzar. “Il-liġijiet u l-policies hemmhekk qegħdin.
Jiġifieri, ma rridux nerġgħu nivvintaw ir-rota, imma kull ma jrid isir huwa li jiġu infurzati l-liġijiet u r-regolamenti li diġà jeżistu.” L-importanza tal-infurzar elenkaha wkoll is-Sur Fava. Sostna li jekk mhux se jsir infurzar li jinħass li qed isir, it-tali politika ma tistax tiġi implimentata b’mod tajjeb. “Ninnotaw kif ikun hemm stanzi li wieħed tinġibidlu l-attenzjoni, jirrimedja għal ftit u wara jerġa’ jkompli jagħmel dak li kien jagħmel qabel. L-infurzar irid ikun konsistenti u frekwenti.” L-Assoċjazzjoni qed tipproponi wkoll li min jonqos li jżomm mal-permess li jkollu u r-regoli mogħtija lilu, għandu jiġi mmultat. It-tali multi għandhom jitħallsu fuq il-post dak il-ħin stess. Dan jgħin sabiex ma jkunx hemm lok ta’ abbużi wara u anki sabiex dak li abbuża, ikollu detriment ikbar. Meta l-istess stabbiliment jiġi mħarrek għall-istess offiża b’mod ripetut, il-multa għandha
kien hemm l-Assoċjazzjoni Malija tal-Lukandi u Ristoranti (MHRA). Il-politika tikkonsidra numru ta’ affarijiet, fosthom il-prinċipji tad-disinn tal-akwata u s-sigurtà għal min għandu l-istabbiliment, min jiffrekwentah u min jgħaddi mit-triq. Tikkonsidra standards fejn tidħol it-tip ta’ għamara li tinħareġ, fejn tinħażen u fejn jitpoġġew oġġetti oħra, bħal heaters jew umbrelel. Naturalment jidħlu konsiderazzjonijiet bħall-immaniġġjar ta’ art pubblika u x’jiġri jekk ikun hemm okkażjoni speċjali fl-akwata. Fir-rigward tal-infurzar, l-MTA tinsab f ’taħdidiet mal-entitajiet differenti kkonċernati sabiex tikkonsolida l-informazzjoni li għandha. Il-pass li jmiss, li ma jeskludix miżuri ta’ infurzar fuq ilpost, qed ikun ikkunsidrat.
tikber skont il-każ. Ma jagħmilx sens fi kliem l-Assoċjazzjoni li jkun hemm multi ta’ ftit ewro meta bejgħ ta’ mejda waħda ikel tagħmel tajjeb għal dik il-multa. B’hekk biss jistgħu jonqsu l-abbużi. “Kopja ta’ kull permess u l-kundizzjonijiet annessi miegħu, għandhom jingħataw lill-Kunsilli Lokali sabiex dawn, jekk jidħol rapport, ikunu jistgħu jidentifikaw mill-ewwel jekk hemm abbuż jew le. Mhux biss, imma l-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu ikunu proattivi sabiex huma stess ikunu jistgħu jieħdu passi jew jirrappurtaw meta jaraw xi ħaġa li mhix skont il-permess maħruġ.” L-opinjoni tal-Kunsill Lokali għandha tiġi kkunsidrata iktar fil-fażi aħħarija ta’ approvazzjoni jew le tal-permessi mitluba. Il-Kunsilliera huma eletti demokratikament mill-poplu u jirrappreżentaw lilu. Għaldaqstant għandhom l-obbligi taghhom ukoll lejn il-lokalità
u dan irid jiġi rispettat. L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali għandha tkun irrappreżentata fuq kull kumitat jew bord li b’xi mod ikun se jiddeċiedi jew jista’ jiddeċiedi fuq kull tip ta’ policy u permessi ta’ dawn l-imwejjed u s-siggijiet. Din fl-opinjoni tal-President tibqa’ l-iktar kwistjoni kruċjali. Il-Ministru Ian Borg tenna li bħala l-entitajiet responsabbli Transport Malta u l-Awtorità tal-Artijiet huma kommessi għal iktar organizzazzjoni ħolistika u d-disinn tal-OCAs. “Wieħed irid japprezza li peress li hemm diversi entitajiet involuti filproċess t’applikazzjoni dan jirrikjedi pjanar intensiv u ħafna ħsieb. Irridu nżommu f ’moħħna li rridu neliminaw kemm jista’ jkun il-burokrazzija. Hija kwistjoni delikata. Madanakollu Transport Malta u l-Awtorità għall-Artijiet huma kommessi li jżommu mar-regolamenti u jaħdmu għall-disinni mtejba u iktar ħolistiċi.”
08
27.08.2017
kullhadd.com
PROPOSTA DWAR IL-MARD QED ITTELLA’ D-DENI • IL-MINISTERU RESPONSABBLI JIDDIKJARA LI MA JAQBILX • FL-UE ŻDIEDET IS-SIKKATURA U NAQSET IL-PRODUTTIVITÀ • MIN IĦADDEM JINSISTI LI L-ABBUŻ GĦANDU JKUN INDIRIZZAT Kitba ta’ RACHEL POWELL Hekk kif bdiet il-ħidma fuq il-baġit tal-2018, proposta magħmula mill-Malta Employers’ Association xejn ma niżlet tajjeb u qajmet furja fost diversi ħaddiema. Skont l-MEA ħafna kumpaniji jirrapportaw li l-ammont ta’ leave tal-mard qiegħed jiżdied, partikolarment fost żgħażagħ nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ġimgħa. B’hekk iridu li l-ewwel jum ta’ sick leave ma jkunx imħallas. Hawn tqum il-mistoqsija jekk din hix biss miżura vantaġġjuża għal min iħaddem jew inkella hux il-każ li għall-abbuż tal-minoranza se tkun qed tbati għalih il-maġġoranza. F’kumment ma’ din ilgazzetta, il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, li taħtu għandu wkoll istituzzjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-ħaddiema, qal li ma jaqbel assolutament xejn mal-proposta tal-Malta Employers’ Association. Però minkejja dan żgur li mistennija tissokta d-diskussjoni. Għalhekk il-gazzetta KullĦadd tkellmet ma’ Joseph Farrugia, id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Min Iħaddem, kif ukoll ma’ Josef Bugeja s-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union. “F’dan il-pajjiż irridu nifhmu li biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol irid ikun hemm sforz minn kulħadd u ma jistax jiġi tollerat abbuż li fl-aħħar mill-aħħar huwa forma ta’ serq. Jekk nindirizzaw dan is-serq ikun hemm aktar minn fejn tqassam benefiċċji li minnhom igawdu ħaddiema onesti” qalilna Farrugia. “Huwa inkwetanti għal min iħaddem, iżda wkoll għall-pajjiż jekk iż-żgħażagħ huma anqas b’saħħithom minn min hu aktar anzjan. Wieħed dejjem irid jara proposti bħal dawn fi sfond aktar wiesa’ u fil-kuntest tagħhom.” “Issemma li ser jingħataw il-vaganzi pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa. Issemma s-sick leave li jittieħed mill-ġenituri biex joqogħdu mat-tfal morda. Qed tissemma estensjoni ta’ leave għal mard għal min għandu mard serju u jkun spiċċalu s-sick leave. Qed tissemma l-legalizzazzjoni tal-marijuana - dawn huma
IS-SITWAZZJONI MADWAR ID-DINJA EBDA SICK LEAVE BI ĦLAS kollha spejjeż għal min iħaddem u jrid ikun hemm miżuri sabiex jikkumpensaw għal dan jekk irridu li jkollna ażjendi kompetittivi. Aħna bħal dejjem miftuħa għal diskussjoni biex isir bilanċ xieraq fl-interess tal-kumpaniji u l-ħaddiema.” Bla ebda dubju l-GWU assolutament ma taqbilx ma’ dak li trid l-MEA. Mhux biss għax fi kliemhom se tkun qed treġġa’ l-arloġġ lura iżda fit-tul ta’ żmien se tirriżulta kontro-produttiva għall-istess sidien li qed jipproponuha. “Il-GWU mhijiex se taċċetta li għal darb’oħra jkollna min jipprova jnaqqar jew jieħu xi benefiċċju li l-ħaddiema rnexxielhom jiksbu, b’tant sagrifiċċji, matul is-snin. Il-benefiċċju huwa maħsub għal meta persuna tkun ma tiflaħx (sick leave). Dan ifisser li jista’ jittieħed f ’ċirkostanza li fiha l-impjegat iħossu li mhuwiex f ’pożizzjoni li jmur għax-xogħol u jaqdi dmirijietu kif mistenni.” “Għaldaqstant jekk l-MEA u s-sidien huma inkwetati li hemm xi forma ta’ nuqqas, għandhom jindirizzaw dan innuqqas,” qalilna Bugeja. Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO)
SICK LEAVE BI ĦLAS PERÒ MHUX MILL-EWWEL JUM
SICK LEAVE KOLLU BI ĦLAS
JOE FARRUGIA
JOSEF BUGEJA
– R134 - Medical Care and Sickness Benefits Recommendation, (1969) – it-terminu ta’ mard ifisser kwalunkwe kundizzjoni morbuża, hi x’inhi l-kawża. Min-naħa tagħha l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp u Koperazzjoni Ekonomika (OECD) tikkwalifika t-terminu ta’ kundizzjoni morbuża bħala sitwazzjoni li l-persuna ma tkunx qiegħda fiżikament u mentalment fi stat tajjeb li tidħol għax-xogħol. L-ammont ta’ leave tal-mard ivarja sostanzjalment skont l-Ordni tal-Kunsill tal-Pagi biex Jirregola l-Pagi li tirregola lil dak is-settur speċifiku tal-industrija. Fejn l-attività tax-xogħol ma tkunx regolata permezz ta’ din l-ordni, l-impjegat ikun intitolat għal ġimagħtejn kull sena kkalkulata b’ammont ta’ sigħat kif stipulat fir-Regola-
menti dwar Dritt Minimu ta’ Leave Speċjali. Dawn ir-regolamenti jipprovdu wkoll li l-ewwel tlett ijiem ta’ kull talba għal-leave tal-mard għandhom jitħallsu għalkollox mill-prinċipal. Barra minn hekk kull sick leave irid ikun ċertifikat minn tabib. Farrugia għamilha ċara li dawk li jimpjegaw favur il-kunċett ta’ sick leave ma jaqblux li n-nies imorru għax-xogħol ma jifilħux. Skont Farrugia l-parti l-kbira ta’ dawk li jħaddmu f ’Malta jipprovdu għal sick leave aktar milli tipprovdi l-liġi f ’każijiet ta’ mard serju. Iżda l-abbuż, li sfortunatament f ’każ ta’ allegat mard ikun ukoll akkumpanjat minn ċertifikat ta’ tabib, ma jistax ikun tollerat, l-aktar meta qegħdin jiġu kontemplati. Fl-Unjoni Ewropea kif ukoll
fil-bqija tad-dinja jeżistu pajjiżi li jħaddmu din it-tip ta’ sistema proposta. Mistoqsi fuq liema mudell qed jiġi propost li titħaddem din il-proposta, Farrugia qal li hemm diversi pajjiżi fl-Ewropa fejn hemm miżuri simili, u fejn l-ewwel ġurnata jew parti minnha ta’ leave ta’ mard titħallas mill-Gvern. “Li ma ngħadx huwa li dawn il-pajjiżi jinsabu f ’minoranza assoluta meta mqabbla malpajjiżi li jħallsu mill-ewwel ġurnata l-benefiċċji tas-sick leave” sostna Josef Bugeja. “Aktar minn hekk l-MEA u s-sidien ma jistgħux jirreferu għal dawn il-pajjiżi u jikkwotaw biss dak li jaqbel lilhom. Dan fis-sens li fejn hemm din is-sistema, din hija parti minn pakkett marbuta mal-għoti tal-benefiċċji oħra. Huwa żball li wieħed iqabbel is-sitwazzjoni f ’pajjiżna ma’ sitwazzjoni ta’ pajjiżi oħra mingħajr ma jieħu inkonsiderazzjoni l-istampa sħiħa.” Fil-Belġju l-impjegat huwa intitolat għal 30 ġurnata sick leave b’paga sħiħa. Fl-Italja, barra li l-għoti u l-benefiċċji tas-sick leave huma regolati mill-ftehim kollettiv, il-perjodu Tkompli f ’paġna 9 >>
09
27.08.2017
kullhadd.com
Tkompli minn paġna 8 ta’ sick ivarja bejn 6 u 12-il xahar. Jekk inħarsu lejn ir-Renju Unit insibu li l-perjodu ta’ sick leave huwa ta’ 28 ġimgħa. Farrugia qal: “Aħna miftuħa għal diskussjoni li tinkorpora soluzzjoni aktar wiesgħa li tinvolvi l-istakeholders kollha. Pereżempju, naqblu fil-prinċipju li min ikollu mard bħallkanċer ikun jista’ jinżamm fuq il-kotba għal żmien definit jekk jispiċċalu s-sick leave. Iżda beneficcji bħal dawn isiru possibli biss jekk jitnaqqas l-abbuż min-naħa l-oħra. Huma biss minoranza li jabbużaw, u li ħafna impjegati Maltin huma kuxjenzjuzi ħafna meta jużaw il-leave tal-mard.” Fl-opinjoni tal-GWU proposta bħal din tista’ tkun kontro produttiva. “Proposta bħal din, jekk tkun aċċettat, taf tbexxaq il-bieb biex ikun hemm attakk fuq benefiċċji u kundizzjonijiet oħra tal-ħaddiema. Wieħed ma jridx jinsa li dawn il-kundizzjonijiet u benefiċċji ma kinux minn dejjem. Qabel ma dawn daħħlu fis-seħħ il-ħaddiema ma kinux jitħallsu jekk jagħmlu perjodu ta’ mard u jekk iweġġgħu fuq il-post tax-xogħol. Immaġina li x’jista’ jiġri jekk ikollok persuna li qed tbati b’uġigħ ta’ ras tant li ma tistax tikkonċentra sew u trid taħdem fuq magna jew trid issuq vettura biex twassal prodotti u merkanzija! X’periklu jista’ jinħoloq,” qal Bugeja. “Il-benefiċċji nkisbu u qed jitgawdew illum għaliex il-ħaddiema matul is-snin ħadmu, argumentaw u ġġieldu għalihom. Għalhekk aħna mhux qed naqblu ma’ din il-proposta, u ma kwalunkwe proposta oħra li tnaqqar il-kundizzjonijiet. Illum ninsabu f ’punt fejn grazzi għall-impenn tal-ħaddiema, għandna suċċess fl-ekonomija ta’ pajjiżna. Għalhekk irridu niddiskutu fuq kif se
Jekk tibda tnaqqar il-benefiċċji tkun qed tiddemotiva lill-ħaddiema u b’hekk żgur ma naslux biex it-tkabbir ekonomiku jkompli fis-snin li ġejjin
ninċentivaw il-ħaddiema biex jikkontribwixxu aktar ħalli l-ekonomija tkompli tissaħħaħ, bħal pereżempju l-proposta tal-GWU li jiddaħħal il-leave mediku li jaħseb biex jgħin lil min ikun qed jieħu l-kura għall-marda tal-kanċer. Jekk tibda tnaqqar il-benefiċċji tkun qed tiddemotiva lill-ħaddiema u b’hekk żgur ma naslux biex it-tkabbir ekonomiku jkompli fis-snin li ġejjin,” żied isostni Bugeja. Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea bl-isem Sick Pay and Sickness Benefit Schemes in the European Union ippubblikat f ’Ottubru tas-sena li għaddiet, jgħid li filwaqt li aktar kontrolli fuq l-għoti tas-sick
leave u l-benefiċċji wasslu biex jitnaqqas it-teħid ta’ dan il-benefiċċju, jirriżulta li żdied in-numru ta’ ħaddiema li jmorru għax-xogħol mhux f ’kundizzjoni tajba. Ir-rapport jgħid li kollox juri li f ’dawn l-aħħar 10 snin naqset il-produttività kawża ta’ dak li qed jissejjaħ preżentiżmu jiġifieri meta l-ħaddiema jmorru għax-xogħol morda jew f ’kundizzjoni ħażina. Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea jtenni li l-ispiża ta’ dan il-preżentiżmu tista’ tiswa aktar mill-ispiża tas-sick leave. Waħda mir-raġunijiet mogħtija għaliex hawn din l-inċidenza ta’ preżentiżmu hija proprju l-ġranet ta’ stennija.
Fl-2016 kien hemm total ta’ 334,787 ġurnata ta’ inkapaċità meħuda millimpjegati tal-Gvern u Entitajiet Pubbliċi (55% tagħhom meħuda min-nisa), 356,485 mill-impjegati fis-settur privat (59% tagħhom meħuda mill-irġiel), 140,998 minn dawk li jaħdmu għal rashom (87% tagħhom meħuda mill-irġiel) u 98,406 min dawk li jinsabu diżokkupati (66% tagħhom meħuda mill-irġiel). L-istatistika turi n-numri totali ta’ ġranet ta’ talbiet għall-benefiċċju tal-mard kif jidhru fiċ-ċertifikati l-blu sottomessi lid-dipartiment.
10
kullhadd.com
27.08.2017
IS-SIĠĠIWIN FIL-MUŻA Clayton Cutajar
Hendrick Nicholas Magro
Kitba ta’ “Iddeċidejna li ngħażlu dawk RACHEL POWELL li jissejħu Community Leaders, nies li għandhom irwol attiv fisIs-Siġġiwin jinsabu fil-muża Siġġiewi li jistgħu jinfluwenzaw tal-arti. Proġett bejn entita- aktar nies għax jagħmlu xogħol jiet diversi ħa l-arti fil-qalba fil-komunità, kemm jekk fl-istar-raħal. Fil-fatt, il-proġett kola primarja, f ’xi għaqda jew MUŻA kompla joħloq ak- każin pereżempju.” tar għarfien dwar u passjoni “Hekk kif ġejt ikkuntatgħall-arti permezz tal-kollez- tjat sabiex nipparteċipa zjoni li tinsab fil-mużew li jġib f ’dan il-proġett, għidt iva l-istess isem. mingħajr tlaqliq u dan għal “Flimkien ma’ Kristina Borg diversi raġunijiet,” spjegalna mill-Fondazzjoni Valletta 2018, Hendrick Nicholas Magro, ħassejna li jekk nies mill-ko- gradwat fil-Baċellerat tal-Liġi munità għal diversi raġunijiet li pparteċipa f ’dan il-proġett. isibuha diffiċli sabiex imorru L-arti u l-kultura huma żewġ jaraw il-kollezjonijiet tal-arti elementi li għalkemm kultant fil-Mużew, għandna nagħmlu jintnesew, għad għandhom valsforz sabiex inġibu l-arti fil-ko- ur importanti ħafna fis-soċjetà munità,” qalilna Clayton Cuta- Maltija. Magro ħass li l-parteċijar, il-Kunsillier responsabbli pazzjoni tiegħu kienet ser tkun minn dan il-proġett. mezz ta’ kif hu wkoll seta’ jikF’dan il-proġett jieħdu seh- kontribwixxi sabiex jitrawwem em diversi group leaders u li aspett artistiku ġdid; kemm dawn jiġu magħżula mill-kor- ġewwa s-Siġġiewi, kif ukoll lil dinaturi prinċipali tal-proġett. hinn. Kif spjegalna Cutajar in-nies “Dan il-proġett kien differenti ma ntgħażlux fuq bażi artisti- minn proġetti oħra fuq diversi ka. Pjuttost xtaqu jwasslu mes- livelli. Huwa rari li tiltaqa’ ma’ saġġ li l-arti hi għall-kulħadd. group leaders oħra mil-lokalità
tiegħek sabiex tiddiskuti materja bħal ma’ hija l-arti. Barra minn hekk, sirna nafu aktar lil xulxin u lill-gruppi u l-istrati differenti tas-soċjetà li naħdmu fihom. Dan il-proġett, għalhekk ma kienx biss mezz ta’ kif inkomplu naqsmu l-muża artistika u kulturali, iżda wassal ukoll għal esperjenza waħdanija u ħolistika mal-ħajja Siġġiwija.” “Għażilt pittura li turi l-Familja Mqaddsa f ’pajsaġġ naturali. F’ġenb minnhom, wieħed jista’ jara x-xbieha ta’ Sidtna Marija, liebsa libsa ħamranija, bil-Bambin Ġesù fuqha. Jidher ukoll San Ġużepp. Fuq wara tax-xenarju jidhru ukoll tliet Anġli, flimkien ma’ żewġ persunaġġi oħra. L-isem tal-pittura huwa fil-fatt Holy Family in a Landscape tas-Circle of Mastelletta.” Din il-pittura fiha diversi elementi li huma wkoll sinonimi mas-Siġġiewi. Magro sema’ li l-aspett l-aktar li jispikka f ’din il-pittura huwa l-pajsaġġ naturali. Is-Siġġiewi għadu mżewwaq sal-lum b’pajsaġġi simili, u għalkemm dan ir-raħal jinsab fi
proċess kontinwu ta’ żvilupp, huwa importanti li wieħed jagħraf is-sbuħija tan-natura, ir-raba’ u l-ibħra tal-madwar. Riproduzzjoni tal-pittura imsemmija tinstab installata ġewwa l-pjazza prinċipali tas-Siġġiewi, proprjament mal-faċċata tal-Każin Banda San Nikola. Dan il-post fih innifsu huwa sors ewlieni u kontinwu t’arti, mużika, kultura u edukazzjoni fis-Siġġiewi, post li jipprovdi t-tagħlim tal-mużika filwaqt li jgħaqqad diversi żgħażagħ u adulti fil-preparamenti għall-festa ta’ San Nikola, fost attivitajiet oħrajn. Din il-pittura għalhekk ser tfakkar lil dawk kollha li jgħaddu minn ħdejha f ’elementi Siġġiwin. L-istess ħaġa jista’ jingħad għall-elementi tal-familja u r-reliġjon. Il-knisja, kemm bħala bini, kif ukoll bħala element soċjali, għadha sal-lum integrali fil-ħajja Siġġiwija. L-arti, min-natura tagħha, dejjem tqanqal diversi reazzjonijiet. Xejn anqas ir-ripro-
duzzjonijiet li saru permezz tal-proġett ‘Naqsam il-Muża’ u li tpoġġew madwar is-Siġġiewi. “Naħseb li d-diversi reazzjonijiet tad-diversi individwi li jiltaqgħu ma’ dawn ir-riproduzzjonijiet huma impatt intelletwali fih innfisu u li qiegħed jolqot lis-Siġġiwin b’mod dirett. Aktar minn hekk, b’konsegwenza ta’ dan kollu, komplejna nżewqu r-raħal tagħna b’kuluri u forom t’arti pubbliċi u differenti,” kompla Magro. Cutajar stqarr li għas-Siġġiewi dan il-proċess ifisser ħafna. “L-arti hi importanti ħafna fis-seklu 21. Mal-arti hemm msejsa l-kreattività li hi ħila importanti ħafna llum il-ġurnata u nħoss li apparti passjoni u għarfien lejn l-arti, ir-residenti jistgħu jirriflettu u japprezzaw l-importanza tal-kreattività fil-ħajja ta’ kuljum, permezz ta’ tfakkira kostanti fit-toroq tas-Siġġiewi.” Il-proġett ġie kkordinat mill-Kunsill Lokali tasSiġġiewi, il-Fondazzjoni Valletta 2018 u Heritage Malta.
11
27.08.2017
kullhadd.com
LENTI FUQ L-EDUKAZZJONI
INVESTIMENT TA’ MILJUNI TA’ EWRO • L-INFRASTRUTTURA, IN-NIES U L-ĦILIET ILKOLL FIL-PJAN TAL-GVERN B’ekonomija b’saħħitha pajjiżna qed ikun komdu li jiddedika iktar miljuni ta’ ewro għall-qasam edukattiv. L-investiment mhuwiex biss fl-infrastruttura, iżda wkoll fir-riżorsi bin-nefqa u l-ingaġġ, ta’ ħoloq kruċjali fis-settur edukattiv bħal ngħidu aħna LSAs, baqgħu jiżdiedu b’mod qawwi fl-aħħar snin. Dan filwaqt li l-Gvern baqa’ jħaddem programmi bħal tat-tablets għall-istudenti mir-raba’ sena tal-primarja li dalwaqt jidħol f ’fażi oħra. Ma’ dawn imbagħad hemm ħsibijiet innovattivi għall-pajjiżna li se jkunu mħaddma għall-ewwel darba. Dan kollu b’mod li l-edukazzjoni tkun vjaġġ ħolistiku. Bħala bażi ta’ dan kollu ma jonqosx l-investiment fl-infrastruttura fejn wara li s-sena li għaddiet infetħu skejjel ġodda state of the art f ’Ħad-Dingli u f ’Ħal Kirkop, bħalissa hemm pjanijiet fuq oħrajn filwaqt li tissokta l-manutenzjoni kontinwa fi skejjel li jintużaw bħalissa. Fost oħrajn kienet sottomessa l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar għall-estensjoni tal-iskola primarja f ’Ħal Għaxaq, skola fejn fl-aħħar sena sar
ħafna xogħol biex tkun aċċessibli u kien hemm titjib fil-faċilitajiet sportivi. Sar xogħol ukoll fuq l-iskola primarja u l-middle school f ’Ħal Tarxien, bit-tisbiħ ikun iffukat fuq il-madwar tal-iskola. Anke l-iskola primarja ta’ Pembroke se tara tibdil importanti. Dan il-proġett jikkonsisti fil-bini ta’ estensjoni tal-iskola primarja u bħalissa għaddej ix-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq din l-estensjoni. Beda wkoll proġett maġġuri li jikkonsisti fil-bini ta’ skola primarja ġdida f ’Marsaskala. Ix-xogħol għadu kif beda u bħalissa qed isir it-tħammil tal-art. B’din l-iskola, b’investiment miljunarju, dan il-lokal se jkollu żewġ skejjel primarji bil-għan li l-istudenti jitgħallmu f ’ambjent iktar komdu. Iżda, mhux skejjel biss. F’Ħaż-Żebbuġ qed isir xogħol differenti u daqstant importanti li jinsab fi stadju avvanzat. Parti mill-binja tal-iskola primarja l-antika qed tigi kkonvertita f ’childcare centre u learning support centre. Ix-xogħol ta’
kostruzzjoni u tisbiħ tlesta u bħalissa qiegħda tkun installata l-għamara. Dan hu proġett li se jigi varat f ’din is-sena skolastika. Imbagħad hemm kunċetti ġodda bħall-Visual & Performing Arts School. Din hi idea ġdida fejn l-istudenti se jispeċjalizzaw f ’erba’ forom ta’ arti , li huma, id-drama, il-mużika, iż-żfin u l-midja. Is-sit tal-iskola jinsab il-Ħamrun, fl-iskola li bħalissa hija skola sekondarja, San Tumas More. Intgħażlu 42 student wara sejħa pubblika ta’ applikazzjonijiet. Għal din is-sena se jiġu armati studios speċjalizzati biex dawn is-suġġetti jistgħu jiġu mgħallma. Din l-iskola tinsab fuq l-istess kampus tal-iskola tal-mużika Johann Strauss, u għalhekk se jkun hemm sinerġija tar-riżorsi f ’dan il-lat. Dan huwa l-ewwel fażi tal-proġett għal din l-iskola. F’din l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett se jkun sar investiment ta’ 150,000 ewro f ’xogħlijiet kapitali u infrastrutturali. Hekk ikompli jingħata prijorità s-settur li hu kruċjali għall-ġejjieni ta’ pajjiżna u tal-ulied li huma ċ-ċittadini li għada jridu jieħdu dan in-nazzjon ’il quddiem.
13,000 B’ESPERJENZA MILL-ISBAĦ FI SKOLASAJF Il-proġett Skolasajf li beda fis-17 ta’ Lulju qiegħed joqrob lejn it-tmiem tiegħu fis-7 ta’ Settembru. Fil-verità x-xogħol fuq dan il-proġett beda minn Jannar minħabba l-preparamenti kbar li jsiru għalih. Ġew ipproċessati fuq 3,000 applikazzjoni min-nies biex jaħdmu fi Skolasajf. It-tim tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi fl-uffiċċju ċentrali ħadem qatigħ bis-Sibtijiet b’kollox biex fis-17 ta’ Lulju kien hemm in-nies lesti fiċ-ċentri biex jilqgħu lit-tfal. U xi ngħidu għan-numru tat-tfal li applikaw biex jattendu Skolasajf ? Fuq 13,000! Ġew ipproċessati l-applikazz-
jonijiet tagħhom u maqsumin fi gruppi skond l-età f ’55 ċentru. 31 minn dawn iċ-ċentri offrew servizz kemm qabel ilħin ta’ Skolasajf kif ukoll wara. Fetħu ukoll erba’ ċentri għal tfal bi bżonnijiet speċjali. Tfal li kellhom bżonn aktar għajnuna kellhom child support worker. Ġie offrut ukoll is-servizz ta’ infermiera lil tfal li kellhom bżonnu bl-għajnuna tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi. Dan id-Direttorat ta l-għajnuna wkoll biex ġie provdut servizz ta’ trasport minn skejjel fejn Skolasajf ma operatx għal ċentri qrib. Kien hemm koperazzjoni ukoll mal-iskejjel
u l-kulleġġi biex l-iskejjel ikunu jistgħu jintużaw biex joperaw iċ-ċentri fihom. Ġie provdut l-istationery lil kull ċentru biex il-membri tal-istaff ikunu jistgħu jħaddmu programmi mat-tfal. It-tfal fi Skolasajf tgħallmu waqt li ħadu gost. Ġie mfassal programm għalihom madwar it-tema ‘Edukazzjoni għal Kulħadd’, programm għażżgħar kif ukoll għall-kbar, u numru kbir ta’ attivitajiet ma’ 35 sieħeb kemm mis-settur privat kif ukoll mis-settur pubbliku. Kien hemm entitajiet li wettqu attivitajiet mat-tfal fiċ-ċentri waqt li entitajiet oħra laqgħu t-tfal meta marru
jżuruhom. Kien hemm ukoll attivitajiet ippreparati għat-tfal li jibqgħu fiċ-ċentru wara l-ħin. Ta’ min issemmi l-kompetizzjonijiet nazzjonali tal-isports u tal-kwiżż bejn iċ-ċentri. Is-suċċess ta’ Skolasajf huwa frott ix-xogħol kbir li sar mit-tim tal-uffiċċju ċentrali tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi fl-Imtarfa kif ukoll dedikazzjoni u ħidma mill-kordinaturi u l-membri tal-istaff taċ-ċentri biex il-ġenituri jkollhom moħħhom mistrieħ li qed iħallu lil uliedhom f ’idejn tajba waqt li qed jirċievu edukazzjoni informali ta’ kwalità.
13
27.08.2017
kullhadd.com
L-ISFIDA TAL-KLASSI FL-2017
CRISTIANA BAJADA għalliema Għawdxija li f ’din l-intervista titkellem fuq l-isfidi li jgħaddi minnhom għalliem fil-ġurnata tal-lum fejn joħroġ biċ-ċar li l-professjoni ta’ għalliem hija tabilħaqq vokazzjoni u mhux xogħol li kapaċi tagħmlu kwalunkwe persuna.
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn it-tagħlim? U minn dejjem ridt issir għalliema? Minn dejjem kelli għal qalbi x-xogħol ta’ għalliema. Niftakarni meta kont żgħira kont inħares lejn l-għalliema tiegħi bħala dawk li la nikber nixtieq inkun bħalhom. Għalhekk meta ġejt biex nagħżel ix-xogħol tiegħi, l-għażla tiegħi kienet pjuttost faċli. Dan għaliex mort wara dak ix-xogħol li minn dejjem xtaqt u rajtni nagħmel. Għalkemm għadek persuna żagħżugħa, kif rajthom jinbidlu t-tfal matul is-snin?
Huwa vera li għandna l-vaganzi imma kull min ħadem għal xi żmien ta’ għalliem, kulħadd jaf kemm ikunu bżonnjużi għall-għalliema. Mentalment tegħja ħafna, u fil-klassi ma tistax tiżbalja wisq. Dan apparti l-ħin ta’ preparazzjoni li jirrikjedi kemm qabel kif ukoll wara
Matul iż-żmien rajt diversi tibdiliet. It-tfal saru aktar indipendenti. Qishom jikbru wisq malajr. Dan jista’ jkun ġej mill-fatt li sfortunatament minn età żgħira jkunu qegħdin jaffaċċjaw diversi problemi personali. Barra minn hekk ir-rispett lejn l-awtorità naqas ħafna. Trid tkun int li tipprova tagħmel differenza bejn l-għalliem li jistħoqqlu rispett u l-istudent li anke dan jistħoqqlu r-rispett tiegħu. Madankollu ma nistgħux inpoġġu lil kulħadd fl-istess keffa għax għandek xi oħrajn li kapaċi jistinkaw għal dak li jixtiequ filwaqt li huma ta’ imġiba tajba ħaf- dar. Għalhekk f ’xi każijiet (għalkemm l-għalliem dejjem irid jiftakar x’inhu l-irna. Għalkemm dawn tal-aħħar naqsu. wol tiegħu) nippruvaw immorru naqra lil hemm għaliex xi studenti ġieli jkollKemm hu diffiċli li tkun għalliem hom bżonn li jitkellmu ma’ xi ħadd li jaffil-ġurnata tal-lum? daw jew jiġu ggwidati għal għand dawn B’kuntrast ma’ dak li xi wħud jaħsbu, il-persuni. huwa diffiċli ħafna li tkun għalliema fid-dinja tal-lum. L-irwol tal-għalliema Għaliex taħseb li skont studju talma jibdiex u jispiċċa kemm tgħallem MUT, dawk il-persuni li jixtiequ is-suġġett u daqshekk. Trid tara li t-tfal jibdew karriera ta’ għalliema qed qegħdin jieħdu ċertu valuri tajbin li ’l jonqsu ferm? U tħoss li s-salarju ta’ quddiem għad ikollhom bżonnhom. għalliem huwa propizju għall-ħidma Sfortunatament, it-tfal għandhom diversi li jagħmel għalliem? dak li jaħsbu li huma ‘drittijiet’ tagħhom. Huwa tajjeb li jkollhom id-drittijiet iżda Ovvjament, ir-raġuni tan-nuqqas ta’ hu tajjeb li jagħmlu differenza bejn id- għalliema hija waħda sempliċi. Ta’ kuldritt tagħhom u dak li jkunu qegħdin jum ikollna nħabbtu wiċċna ma’ diverinaqqsu mid-dritt ta’ ħaddieħor. Kultant si sitwazzjonijiet differenti fil-klassi. ir-riżultat ikun b’nuqqas ta’ rispett lejn Għandek 20 karattru differenti fl-istess l-awtorità. Barra minn hekk, it-tfal ikoll- ħin, dawn kollha bil-problemi tagħhom hom il-problemi tagħhom mhux biss fejn xi wħud iridu min jgħinhom u tal-iskola imma anke dak li jġibu mid- oħrajn ma jridu jafu b’xejn. Bir-riżul-
tat li dawn tal-aħħar jippruvaw jisfidaw lill-għalliem kemm jista’ jkun. Bħal kull xogħol ieħor, kultant ikollok bżonn tieħu xi ġurnata franka għal xi qadjiet u dan ma jkunx possibbli għax taf li diffiċli biex tingħata permess u anke għax ħa tħalli klassi warajk. Għalhekk, meta tikkunsidra l-ħinijiet ta’ preparazzjoni, is-sitwazzjonijiet u l-kwalità ta’ mġiba ġol-klassi flimkien mal-paga ma tantx hi sitwazzjoni li tħajjar. Naħseb li s-salarju mhuwiex ta’ proporzjon max-xogħol tal-għalliem. X’tikkummenta fuq min jgħid li huwa tajjeb li tkun għalliem minħabba l-ħinijiet u minħabba l-vaganzi tas-sajf, tal-Milied, tal-Għid u oħrajn?
diffiċli aktar għall-għalliem filwaqt li bil-wisq nibża’ li l-messaġġ ma jasalx tajjeb għand kulħadd. Kull student għandu l-bżonnijiet tiegħu u għalhekk mhix prattika li jkollok 30 student/a ġo klassi. Diffiċli biex l-għalliema jirnexxilha tilħaq lil kulħadd. Tara differenza bejn li tkun għalliem tal-bniet jew tas-subien? Taqbel mal-koedukazzjoni implimentata minn diversi skejjel riċentament fejn subien u bniet ikunu fl-istess klassi? Taħseb li din tista’ toħloq xi tip ta’ periklu? Jien naħdem fi skola tas-subien u bniet flimkien. Hemm diversi vantaġġi u żvantaġġi. Bis-saħħa tal-bniet naħseb li s-subien jistinkaw dik il-ftit aktar filwaqt li l-bniet jirrillassaw ftit aktar ukoll. L-imġiba tas-subien tranġat xi ftit għaliex ħadd ma jrid jaqa’ għaċ-ċajt quddiem il-bniet. Iżda sfortunatament naħseb li hemm aktar spazju għall-bullying ukoll.
Bla dubju min jitkellem hekk għax qatt ma jkun mar ġo klassi. Huwa vera li għandna l-vaganzi imma kull min ħadem għal xi żmien ta’ għalliem, kulħadd jaf kemm ikunu bżonnjużi għall-għalliema. Mentalment tegħja ħafna, u fil-klassi ma tistax tiżbalja wisq. Dan apparti l-ħin ta’ preparazzjoni li jirrikjedi kemm qabel X’taħseb fuq l-edukazzjoni kif ukoll wara. inklussiva? U kemm taħseb li studenti bi bżonnijiet speċjali Huwa fatt magħruf li fil-passat partikolari qed jiġu integrati ma’ it-tfal kienu jiġġieldu għad-drittijiet studenti oħra fi klassi? tagħhom iżda llum donnu li l-kelma tagħhom u tal-ġenituri tagħhom Huwa tajjeb li tintegra fil-klassi stuhija dik li tgħodd u tal-għalliem dent bi bżonnijiet speċjali imma huwa xejn. X’taħseb fuq dan? tajjeb ukoll li dawn qabel ma jitpoġġew fil-klassi, magħhom ikollhom persuna Ħafna drabi meta naraw nuqqas ta’ mħarrġa biżżejjed li tkun tista’ tgħinrispett lejn l-għalliem min-naħa tal-is- hom. Ħafna drabi t-tfal jaċċettawhom tudent nindunaw li dan in-nuqqas lil tfal bi bżonnnijiet speċjali, li hija xi tar-rispett ikun ġej ukoll mill-ġenitu- ħaġa sabiħa. ri jew minn min jieħu ħsiebhom ukoll. Għalhekk, huwa importanti li t-tfal Għaddi l-aħħar messaġġ tiegħek tagħna ngħallmuhom biex jirrispettaw lil min jixtieq isegwi l-karriera lill-oħrajn, filwaqt li jżommu d-drittijiet tat-tagħlim. tagħhom. Dan billi nkunu aħna stess ta’ eżempju għalihom. Lil dawk li jixtiequ jaqbdu din il-linja ngħidilhom biex jaraw sew x’inhuma Kemm hu delikat għall-għalliem r-raġunijiet li għalihom iridu jkunu illum il-ġurnata li jkun fi klassi ta’ għalliema. Wara li jgħarblu sew lilhom madwar 30 student jew studenta? infushom għandhom jagħmlu kuraġġ għaliex huwa xogħol sabiħ li jħalli Aktar ma klassi tkun kbira, aktar huwa s-sodisfazzjon tiegħu.
14
27.08.2017
kullhadd.com
IL-ĠENITURI U L-GĦALLIEMA BI RWOL IMPORTANTI
L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu twaqqfet mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol f ’Lulju tal-2014 bil-għan li tidderieġi u tieħu ħsieb it-twettiq tal-Istrateġija Nazzjonali tal- Aqra Miegħi/ Litteriżmu għal Kulħadd (2014-2019). Read with Me Tul dawn it-tliet snin ta’ ħidma, l-Aġenzija introduċiet programmi u inizjattivi ġodda ta’ litteriżmu bħal: Kitba ta’ n-namra għall-qari, ’il quddiem CLAIRE AZZOPARDI se jkollna aktar nies litterati. Ġa rajna żieda fis-self tal-kotIssokta x-xogħol tal-Aġenzi- ba mil-libreriji pubbliċi u risja Nazzjonali tal-Litteriżmu pons tajjeb għall-programmi li kabbret, xerrdet u saħħet tal-qari għall-gost mill-familji. programmi oħrajn li kienu ġa Għalhekk nittama li fil-futur jeżistu qabel bħall-Programm il-benefiċċji tal-qari jissarrfu Nwar, Klabb Naħla, ix-Xalati f ’inqas faqar, aktar inklużjoni ta’ Kitba u l-Klabbs tal-Kitba. soċjali u f ’ekonomija li tiġġenDan bl-għan li tippromwovi u era aktar ġid, opportunitajiet ttejjeb il-prattiċi tal-litteriżmu ta’ xogħol aħjar u aktar ġustizfost it-tfal, iż-żgħażagħ, l-adulti zja soċjali.” Iżda l-imħabba għall-qari ħafu l-anzjani. Iżda minkejja dawn l-inizjat- na drabi tinbet minn età żgħitivi, xorta waħda fadal aktar xi ra, bit-tfal jibdew japprezzaw il-kotba mill-ewwel snin ta’ jsir f ’dan ir-rigward. Il-gazzetta KullĦadd tkell- ħajjithom. Għalhekk, staqsejmet mal-Kap tal-Aġenzija na lis-Sur Muscat dwar l-iktar Nazzjonali tal-Litteriżmu, Da- problema komuni fit-tfal, li vid Muscat, li stqarr li minkejja twassal biex ma jaqrawx u għalli għal dawn l-inizjattivi r-ris- hekk forsi l-livell ta’ litteriżmu pons kien wieħed tajjeb, xorta tagħhom ikun wieħed baxx. waħda pajjiżna għad m’għan- Stqarr magħna li huma bosta l-fatturi u ħwejjeġ li jfixklu litdux il-kultura tal-qari. “Nemmen li fadal xi jsir għax tfal milli jaqraw. Fost oħrajn f ’pajjiżna għad m’għandniex l-eżempju li jingħataw mid-dar. “Qabelxejn it-tfal iridu jaraw il-kultura tal-qari f ’demmna. Biss nemmen li jekk inkomplu lill-ġenituri tagħhom jew min nrawmu lit-tfal minn ċkunith- jieħu ħsiebhom jaqra biex jitħaom l-imħabba għall-kotba u jru jaqraw. L-eżempju jkaxkar.
Seħer l-Istejjer/ The Magic of Stories
L-Ambaxxaturi tal-Qari/ Reading Ambassadors
Huwa għalhekk li aħna bdejna l-programm Aqra Miegħi/Read with Me, biex inħeġġu lill-ġenituri jaqraw, jirrakkontaw l-istejjer u jitkellmu ma’ wliedhom minn meta jkunu għadhom f ’ġuf ommhom. It-taħdit u l-qari ma fihomx gost biss fihom infushom imma jservu ta’ mezz kif il-ġenituri jestabbilixxu relazzjoni ta’ fiduċja u rabta soda ma’ wliedhom.” Iżda din mhijiex l-unika raġuni li qed twassal lit-tfal ma jaqrawx. Raġuni komuni oħra, dik li bosta ġenituri jsemmu, hija t-teknoloġija. Kemmil darba nisimgħu l-ġenituri jwissu lit-tfal biex minflok dik il-logħba jew il-mowbajl, jaqbdu f ’idejhom ktieb. B’din il-problema dejjem qed issir aktar komuni bl-iżvilupp ma jaqta’ xejn fit-teknoloġija. Iżda, il-Kap tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu jemmen li anke hawn, il-ġenitur għandu rwol importanti ferm. “Imbagħad hemm il-logħob diġitali, it-televiżjoni, il-kompjuter, u mitt elf ħaġa oħra.
Aqra kemm Tiflaħ/ Enriching Classroom Libraries
Il-Brillantini tal-Qari/ Reading Stars
Dawn l-affarijiet itellfu biss jekk jintużaw ħażin u jekk ħabba fihom jitnaqqar il-ħin suppost dovut għall-qari. Għalhekk huwa importanti li aħna bħala adulti niggwidaw lit-tfal kif iqassmu l-ħin, biex isibu ħin għal kollox; u importanti wkoll nuruhom kif jużaw il-mezzi ġodda diġitali, għax dawn ukoll għandhom il-valur edukattiv tagħhom.” Dan hekk kif illum, il-kotba mhumiex dawk magħmulin mill-karta biss, iżda anke dawk diġitali. Fil-fatt, illum wieħed m’għadux jista’ jissellef ktieb billi jmur fil-librerija pubblika biss. “Illum ma nitkellmux biss fuq il-kotba magħmula mill-karta, imma wkoll fuq il-kotba diġitali, fuq l-apps u t-tablets. Bil-kard tal-Libreriji Pubbliċi, wieħed mill-kumdità ta’ daru jista’ jissellef ukoll kotba diġitali, u dawn il-kotba huma wkoll aċċessibbli għat-tfal tal-iskejjel tal-istat mill-kamra tal-fronter Aqra Stejjer u Kotba Diġitali.”
Bil-Qari u l-Kitba Niskorja/ Footballers Read and Write Programme
Iżda mhuwiex il-ġenitur biss li għandu sehem importanti ħafna fejn jidħol il-litteriżmu fost it-tfal. Dan għaliex wara l-ewwel snin ta’ ħajjithom, it-tfal jibdew imorru l-iskola u għalhekk ir-responsabbiltà taqa’ wkoll fuq l-għalliema li ta’ kuljum jgħallmu lil dawn it-tfal. “Fl-ewwel snin, il-ġenituri huma kruċjali biex uliedhom jiżviluppaw il-ħiliet ewlenin neċessarji. Daqstant ieħor huma vitali l-għalliema kemm tal-primarja kif ukoll tas-sekondarja biex it-tfal jaħkmu l-lingwi u jkunu jistgħu jużawhom biex jitgħallmu l-oqsma tal-għerf kollha.” David Muscat żied jgħid li kien għalhekk li l-Aġenzija introduċiet inizjattivi ta’ tagħlim għall-għalliema stess. “Minħabba f ’hekk l-Aġenzija, sa minn meta twaqqfet tliet snin ilu, ħasset il-ħtieġa li torganizza taħriġ kemm għat-Timijiet tal-Litteriżmu ta’ kull kulleġġ kif ukoll għall-għalliema Tkompli f ’paġna 15 >>
15
27.08.2017
kullhadd.com
Tkompli minn paġna 14 tal-klassi u l-edukaturi l-oħra kollha fl-iskejjel primarji. Ittaħriġ jingħata kemm matul is-sena minn kull Tim tal-Litteriżmu tal-kulleġġi fl-iskejjel kif ukoll mill-Aġenzija stess, lill-istess timijiet kull xahar tul is-sena skolastika, fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu, il-Ħamrun.” Iżda mhux biss. L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu waqqfet żewġ ċentri tar-riżorsi tal-litteriżmu. Dan għaliex temmen li biex l-għalliem ikun jista’ joffri l-aqwa edukazzjoni lill-istudenti għandu bżonn numru ta’ riżorsi. “Biex l-edukaturi jieħdu r-riedni f ’idejhom fil-litteriżmu skont il-metodoloġija tal-Litteriżmu Bilanċjat imfissra fl-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd u jkunu huma li jiddeċiedu l-aħjar strateġiji għal kull student/a fil-klassi, huma jrid ikollhom ir-riżorsi meħtieġa. Għal dan ilgħan l-Aġenzija waqqfet żewġ ċentri tar-riżorsi tal-litteriżmu, wieħed il-Ħamrun, ħdejn
iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu, u l-ieħor Ta’ Sannat, Għawdex, ħdejn l-iskola primarja. Minn dawn iċ-ċentri l-edukaturi jistgħu jissellfu b’xejn riżorsi biex iwettqu fil-prattika l-litteriżmu bilanċjat u biex jinqdew bil-Malti u l-Ingliż bl-aħjar mod possibbli.” Bla ebda dubju rwol importanti ieħor fejn jidħol il-litteriżmu f ’pajjiżna, huwa l-kurrikulu li jsegwu l-istudenti minn wara l-bank tal-iskola. Għalhekk, lil David staqsejnieh jekk jemminx li l-kurrikulu preżenti huwiex wieħed li jagħti l-għodda neċċessarja fejn jidħol il-litteriżmu. Huwa qalilna li minkejja li hemm numru ta’ nuqqasijiet, jemmen li mexjin fid-direzzjoni t-tajba. “Iva, naħseb li l-kurrikulu f ’sens wiesa’ jagħti direzzjoni kif l-istudenti jistgħu jiksbu l-ħiliet tal-litteriżmu tul il-mixja edukattiva tagħhom. Dan ma jfissirx li m’hemmx nuqqasijiet fis-sistema jew x’wieħed itejjeb fil-kurrikulu. Biss bil-viżjoni l-ġdida ta’ ‘Il-Vjaġġ Tiegħi’, li aħna l-edukaturi nagħmlu l-almu tagħna biex noffru rotot
differenti u varji lill-istudenti minn fejn jgħaddu ħalli kull tifel u tifla jirnexxi, naħseb li qbadna d-direzzjoni t-tajba.” Iżda fi kliem David Muscat, jeħtieġ li wieħed jagħti wkoll l-ispazju lill-istudent biex jiżviluppa l-ħiliet tiegħu. “Sar ukoll ħafna xogħol siewi fuq il-Kisbiet mit-Tagħlim mill-uffiċjali edukattivi tas-suġġetti, l-għalliema u edukaturi oħra. Illum nitkellmu dwar l-għalliema kollha bħala promoturi tal-litteriżmu. Issa rridu nqiegħdu dan il-kliem fil-prattika billi tassew nistmaw il-kapaċitajiet kollha tal-istudenti u nagħtuhom l-ispazju biex jiżviluppawhom skont il-ħtiġijiet u l-pass tagħhom.” Minkejja li l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu taħdem l-aktar mat-tfal, l-edukaturi u l-ġenituri tagħhom, minn żmien għal żmien torganizza attivitajiet għall-anzjani wkoll. Bl-aħħar attività tkun il-‘Klabb tal-Kitba’. “L-aħħar attività li kellna kien Klabb tal-Kitba minn Marzu sa Mejju 2017 mal-Fondazzjoni Nanniet Maltin. F’dan il-kors
Il-programm ta’ qari u rrakkontar ta’ stejjer Aqra Miegħi/Read with Me, huwa maħsub għal trabi minn 0 sa 3 snin u l-ġenituri/kustodji tagħhom, u jħeġġeġ in-namra għall-qari mill-ewwel snin tat-tfulija, bl-involviment tal-ġenituri fl-iżvilupp tal-litteriżmu ta’ wliedhom. Bis-saħħa ta’ dan il-programm, kull ġimgħa jsiru madwar 75 sessjoni
ħadu sehem nanniet u neputijiet tagħhom f ’attivitajiet differenti tal-kitba mħejjija minn tuturi speċjalizzati tal-Programm tal-Kitba Malti. Barra minn hekk għandna wkoll għadd ta’ anzjani u persuni rtirati jieħdu sehem fil-programmi Aqra Miegħi/Read with Me, Seħer l-Istejjer/The Magic of Stories, u l-Programm Nwar mhux biss bħala parteċipanti imma wkoll bħala animaturi. Irrid infaħħar minn hawn lill-entità tal-Libreriji Maltin li qiegħda tagħmel sessjonijiet ta’ qari fid-djar tal-anzjani.” Bil-ħidma li tagħmel, din l-Aġenzija hija importanti ferm għal pajjiżna. Dan għaliex permezz tal-inizjattivi tagħha qed tindirizza problemi oħra fis-soċjetà u qed tassigura li l-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ pajjiżna tkun lesta dejjem aktar għad-dinja tax-xogħol. Tispikka wkoll id-dedikazzjoni li toħroġ aktar biċ-ċar fl-appell ta’ David Muscat fl-okkażjoni tal-jum internazzjonali ddedikat għal-litteriżmu fit-8 ta’ Settembru. “L-appell tiegħi huwa li
ngħożżu l-kotba daqslikieku l-akbar ħbieb tagħna għax minnhom it-tfal tagħna jistgħu jiskopru mhux biss id-dinja u l-għerf miġmugħ mill-bniedem tul l-evoluzzjoni kontinwa tiegħu, imma wkoll lilhom infushom. Din is-sena, it-tema magħżula mill-UNESCO għal din l-okkażjoni hija ‘Il-Litteriżmu f ’Dinja Diġitali’. Kif semmejt qabel, it-tfal tal-lum telgħin f ’era fejn mhumiex imdawrin biss bil-kotba tal-karta imma wkoll b’ħemel apparat diġitali. Biex wieħed juża sew dan l-apparat, jeħtieġ ukoll ħiliet bażiċi ta’ qari, ħsieb u navigazzjoni; ħiliet ġodda ta’ litteriżmu. Irridu nagħmlu sforz biex it-tfal jiżviluppaw dawn il-ħiliet ta’ litteriżmu diġitali wkoll ħalli jkunu jistgħu jinqdew bihom għall-iżvilupp ħolistiku tagħhom bħala persuni.” L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu se tkun qiegħda tiċċelebra l-Jum Internazzjonali tal-Litteriżmu nhar it-Tnejn, 4 ta’ Settembru 2017 filgħodu b’attività ta’ qari għall-gost fi Triq Bisazza, Tas-Sliema.
interattivi u divertenti ta’ qari, kant u moviment, kif ukoll tagħlim tan-numri f ’madwar 60 lokalità f ’Malta u f ’Għawdex, li għalihom jattendu madwar 2,000 familja kull xahar. Is-sessjonijiet isiru f ’libreriji lokali bis-sehem tal-entità Libreriji Maltin, f ’ġonna pubbliċi u fi spazji miftuħa.
Seħer l-Istejjer/The Magic of Stories jixbah lill-programm Aqra Miegħi/Read joni f ’diversi rħula u bliet Maltin u Għawdxin, u għalihom qegħdin jattendu with Me, biss minflok għat-trabi huwa mmirat għal tfal ta’ bejn 4 u 7 snin, u mas-600 familja fix-xahar. Is-sessjonijiet isiru f ’libreriji lokali bi sħab mal-engħall-ġenituri/kustodji tagħhom. Bħalissa kull ġimgħa qegħdin isiru 40 sess- tità Libreriji Maltin, f ’ġonna pubbliċi, spazji miftuħa u f ’xi skejjel primarji. L-Ambaxxaturi tal-Qari/Reading Ambassadors huma personalitajiet attività ta’ qari għall-gost u diskussjoni fi skejjel differenti biex iħajru litmagħrufa Maltin u Għawdxin, bħal kantanti, atleti, atturi, kittieba, ġur- tfal jaqraw. Bħalissa hemm 35 Ambaxxatur tal-Qari u minn mindu bdiet nalisti u preżentaturi, li fil-ħin liberu tagħhom l-Aġenzija torganizzalhom din l-inizjattiva fl-2014 saru 80 attività. Bil-programm Aqra Kemm Tiflaħ, l-Aġenzija qiegħda żżid bil-kbir l-għadd ta’ kotba tal-qari fil-klassijiet tal-iskejjel primarji bil-għan li t-tfal kollha jkollhom aċċess dirett għall-kotba. S’issa ngħataw 100 ktieb (50 bil-Malti u 50 bl-Ingliż), kif ukoll pakkett riżorsi għall-għalliema lil kull klassi tal-ewwel,
it-tieni u t-tielet sena, ta’ kull skola primarja tal-istat. Minn Settembru li ġej ’il quddiem se jibdew jitqassmu 100 ktieb lill-klassijiet kollha tar-raba’, ilħames u s-sitt sena tal-primarja tal-istat, u fil-ġejjieni l-Aġenzija beħsiebha tqassam ukoll kotba tal-qari fil-klassijiet tal-kinder, il-medja u s-sekondarja.
Il-Brillantini tal-Qari/Reading Stars hija skema li permezz tagħha l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu tippremja b’vawċer u kotba lil dawk it-tfal ta’ bejn l-4 u s-16-il sena li għandhom għal qalbhom il-qari u jinqabdu jaqraw fil-ħin liberu tagħhom mill-edukaturi tal-Aġenzija. Kull sena jiġu
ppremjati 50 tifel u tifla li jiġu nnominati mill-għalliema jew il-ġenituri tagħhom, jew mill-pubbliku. Is-serata tal-premjazzjoni ssir f ’wieħed mill-palazzi presidenzjali taħt l-awspiċju tal-Eċċellenza Tagħha, il-President ta’ Malta.
Bil-Qari u l-Kitba Niskorja huwa programm ġdid maħsub għal dawk ittfal fl-aħħar snin tal-primarja li ma jkunux iħobbu jaqraw. Il-programm iżewweġ il-logħba tal-futbol mal-qari u l-kitba, u fih ikunu involuti mhux biss it-tfal, l-għalliema tal-klassi u t-tuturi tal-Aġenzija, imma wkoll kowċ
tal-futbol professjonali. S’issa l-programm sar b’suċċess bi sħab mal-iskola primarja ta’ Bormla. Minn Settembru ’l quddiem se jibda f ’lokalitajiet oħra fosthom Birkirkara u Għajnsielem, kif ukoll fil-kumpless tas-Sliema Wanderers FC, Nursery, Tas-Sliema.
Il-Programm Nwar huwa programm intensiv ta’ litteriżmu fi gruppi żgħar ta’ mhux aktar minn 6 persuni f ’daqqa, għal familji ta’ tfal mittielet sas-sitt sena tal-primarja li jkunu għadhom ma ħakmux il-ħiliet bażiċi tal-qari u l-kitba. Tul dawn l-aħħar tliet snin l-Aġenzija fetħet
5 ċentri reġjonali ġodda ta’ dan il-programm f ’Ħaż-Żabbar, il-Mosta, Ħal Qormi, San Pawl il-Baħar u Santa Venera biex issa l-għadd ta’ ċentri huwa ta’ 15 u madwar 400 tifel u tifla fis-sena qegħdin igawdu minnu.
L-Aġenzija rriformat Klabb Naħla biex tkun tista’ tagħti l-għajnuna lil ka l-oħra ħadu sehem fil-programm 12-il skola primarja u 150 student/a dawk it-tfal tal-ewwel, it-tieni u t-tielet sena li jsibuha diffiċli jaqraw u gawdew mis-servizz provdut. Din is-sena skolastika l-Aġenzija tixtieq jiktbu b’żewġ sessjonijiet fil-ġimgħa wara l-ħin tal-iskola. Is-sena skolasti- tilħaq aktar tfal billi toffri l-programm f ’20 skola. Ix-Xalati ta’ Kitba huma attivitajiet ta’ kitba għall-gost għall-familji. Dawn isiru lejn tarf il-ġimgħa f ’postijiet storiċi, bħall-Imdina; rurali, bħall-Petting Farm; Ta’ Qali u naturali bħall-Imġiebaħ u Għajn Ħadid, Selmun. Din is-sena, l-Aġenzija ġa għamlet 7 xalati ta’ kitba, li fihom ħadu seh-
em 110 familji. L-aħħar xalata saret fi żmien Santa Marija fiċ-Ċittadella, Għawdex u fiha għoġobha tieħu sehem l-Onor. Ministru ta’ Għawdex Dr Justyne Caruana. L-Aġenzija qed tippjana li tibda tagħmel aktar xalati ta’ kitba għall-familji u dan se ssir bl-appoġġ, fost oħrajn, ta’ Heritage Malta.
Il-Klabbs tal-Kitba tal-kitba huma korsijiet ta’ madwar tliet xhur li fihom bil-kitba skont il-Proċess tal-Kitba. Tul is-sena skolastika torganizza minn ġenituri u tfal flimkien jitgħallmu tekniki utli biex wieħed jesprimi ruħu żewġ sa tliet korsijiet divertenti ta’ din ix-xorta.
17
27.08.2017
kullhadd.com
“IL-PRATTIKA IMPORTANTI AKTAR MIT-TEORIJA” • IL-PRATTIKA TIPPREPARA L-ISTUDENTI AKTAR GĦAD-DINJA TAX-XOGĦOL
Kitba ta’ Formula Student. Huwa stqarr mal-gazzetta CLAIRE AZZOPARDI KullĦadd li l-prattika qed tisIt-tagħlim – ħafna jirreferu wieh fuq il-post tax-xogħol. għalih bħala opportunità uni- “It-tagħlim fl-klassi huwa imka. Opportunità li wieħed jista’ portanti ferm bħala prepajibqa’ jgawdi minnha tul ħajtu razzjoni għal dak li wieħed kollha u dan għaliex ta’ kuljum se jiltaqa’ miegħu fil-prattika. il-bniedem jista’ jitgħallem Mill-banda l-oħra, esperjenza xi ħaġa ġdida. Iżda t-tagħlim prattika hija ta’ valur akbar isir f ’forom differenti, uħud minħabba li tiltaqa’ u titgħaljippreferu li jitgħallmu biss lem taffaċċja sitwazzjoni refil-klassi, minn noti jew minn ali bil-problemi kollha li jiġu xi ktieb u oħrajn jitgħallmu magħha. Minħabba f ’hekk, aktar meta jipprattikaw dak li huwa tajjeb li studenti bħali jinvolvu ruħhom f ’esperjenzi jkunu tgħallmu. Fosthom, Matthew Buha- prattiċi minn kmieni fl-istudji giar, li stqarr magħna li għalih tagħhom.” Matthew qalilna li l-valur il-prattika għandha valur importanti ħafna. Dan għaliex tal-esperjenza tal-UOM RACdan l-istudent li segwa l-istudji ING kienet ta’ importanza tiegħu fl-Università ta’ Malta wkoll għaliex tatu esperjenkellu l-opportunità li dak li za ta’ xogħol matul l-istudji kien tgħallem tul is-snin minn tiegħu. Iżda mhux biss, ipwara l-mejda tal-iskola, jip- preparatu wkoll għad-dinja prattikah. Huwa kien involut tax-xogħol. “Għenitni ħafna biex nagħti fl-organizzazzjoni ‘UoM Racing’ flimkien ma’ 50 student impressjoni tajba lill-imgħalieħor bl-għan ewlieni tagħhom lem meta ġejt biex nidħol ikun dak li jiddisinjaw, jibnu u fid-dinja tax-xogħol wara li jħaddmu karozza tat-tlielaq ggradwajt mill-kors univerbil-mira li jkunu jistgħu jip- sitarju. Wieħed japprezza li parteċipaw f ’kompetizzjoni li mhux biss ħdimna fuq dak hija ddedikata għal din it-tip li mistenni mill-kors, imma ta’ karozza magħrufa bħala għamilna dak il-pass żejjed u
investejna iktar mill-ħin tagħna f ’din l-esperjenza.” Fil-fatt, meta wieħed jitkellem ma’ persuni li jimpjegaw linnies, dlonk jgħidulek li meta jħarsu lejn is-cv ta’ persuna jfittxu dik il-ħaġa li tagħmilhom differenti u aħjar minn persuni oħra. Matthew, kellu quddiemu l-għażla jekk ikunx parti minn din l-organizzazzjoni, u llum ma jiddispjaċihx li ħa din id-deċiżjoni għaliex ħareġ mill-Università mhux biss gradwat fl-Accounts iżda saħansitra b’numru ta’ ħiliet oħra li student jitgħallem minn organizzazzjonijiet bħal dawn. Għalhekk, saħaq Matthew, l-Edukazzjoni f ’pajjiżna għandha dejjem tinvesti aktar biex studenti bħalu mhux biss jitgħallmu t-teorija iżda jkollhom ċans li jipprattikaw. “Il-prattika hija importanti f ’kull tip u fażi tal-edukazzjoni. It-teorija sservi bħala bażi fejn student jista’ jibni l-fehma tax-xogħol tiegħu, imma huwa bil-prattika biss li wieħed jista’ jibni dawk il-kwalitajiet li huma essenzjali f ’kull tip ta’ proġett bħall-ippjanar u t-teamwork. Minħabba f ’hekk, nemmen li fl-oqs-
ma edukattivi kollha, ikun ta’ benefiċċju kbir kemm għall-istudent, kif ukoll għall-kumpaniji li se jimpjegawhom, jekk isir investiment aħjar fil-prattika wkoll.” Żied jgħidilna li mingħajr din l-esperjenza, jemmen li ma kienx jieħu l-valur teoretiku kollu li ħa mill-Università. Fost oħrajn, Matthew, tgħallem valur importanti tal-ħajja, dak li wieħed għandu jitgħallem mill-iżbalji tiegħu stess u li jekk wieħed ma jipprovax ma jkunx jaf jekk huwiex kapaċi f ’dak il-qasam. “Warakollox, wieħed jitgħallem l-aktar bix-xogħol tiegħu stess – billi tinvolvi ruħek fi progetti ta’ vera u żżomm f ’moħħok l-iżbalji li tagħmel biex titgħallem minnhom stess.” Iżda esperjenza bħal din tgħin lill-istudent biss f ’dik li hija edukazzjoni? Għal din il-mistoqsija, Matthew kellu tweġiba ċara, dik li l-prattika tagħtik ferm iżjed minn hekk u spjegalna l-aspett soċjali ta’ esperjenza bħal din. “Bis-sehem fi proġetti bħal dawn, mhux biss tieħu pjaċir bil-ħidma u r-riżultati tal-
proġett, imma ukoll tiltaqa’ ma’ studenti oħrajn minn setturi edukattivi oħra li għandhom l-istess ħeġġa u passjoni għal dan il-proġett. Dawn innies isiru mhux biss kollegi, imma anke ħbieb kbar.” Għalhekk, wieħed bħal fuq il-post tax-xogħol jitgħallem jaħdem ma’ ħaddieħor, iqassam il-ħin u jagħmel dak li jagħmel b’passjoni. Valuri li bla dubju huma neċessarji biex persuna tagħmel suċċess fil-karriera tagħha. Kien għalhekk, li għal dawk li jemmnu li organizzazzjonijiet bħal dawn huma “ħela ta’ ħin” kellu messaġġ x’jgħaddi. “Il-valur li wieħed jieħu minnha huwa sinifikanti, fejn mhux biss tkun lest għad-dinja tax-xogħol bil-ħila u l-għarfien li tiggwadanja fil-kors u fittim, imma d-dinja tax-xogħol tkun lesta għalik bl-impressjoni tajba li tagħti billi tkun involut f ’dawn l-inizjattivi li kull kumpanija tapprezza ħafna. Fl-aħħar mill-aħħar, l-esperjenza sħiħa sservi biex iġġib it-tim kollu flimkien filwaqt li jintlaħaq l-għan li kull individwu jkun qed jitgħallem filproċess. ”
American University of Malta Masters of Business Administration (MBA)
“Dreams and dedication are a powerful combination.� ~ William Longgood
AUM offers an American-style MBA right here in Malta, with quality globally-oriented professors, small classes, and career services ready to prepare you to lead. Apply for the fully-funded MBA through the Government of Malta. Applications due 31 August. Learn more at www.edu.gov.mt/aum Learn more about admissions and merit-based financial awards at www.aum.edu.mt Courses begin 11 September, 2017 Fully-accredited by the National Commission for Further & Higher Education.
19
27.08.2017
kullhadd.com
MINN ŻMIEN MUDLAM, GĦAL WIEĦED IMDAWWAL Kitba ta’ għax ikunu jafu l-weak points RAMONA PORTELLI tiegħek. Ovvjament mhux żmien ħelu; minnu nnifsu hu Għall-intervista tal-lum, stressanti. Il-fatt li jien persugħażilt li nitkellem ma’ per- na pubblika kienet toħloqli suna vivaċi, maħbub minn ħafna paranojja wkoll għax kulħadd u magħruf ma’ xi kull fejn tkun jafuk in-nies. wħud speċjalment man-Naxx- Waħdek tinduna li din mhix arin. Kapaċi fil-midja speċjal- ħajja. Fil-bidu kollox ward u ment għall-preżentazzjoni, żahar għax flus ikollok, u ma anke spontanja f ’mumenti tkunx għadek dħalt sew filfejn wieħed jippanikkja għax fond tagħha. Imma mbagħad fil-veru sens ma jkunx jaf x’ser jagħmel. tiġġennen Ma jħobbx jiftaħar, idejqu tal-kelma, kif ukoll issib ħafmin jimitah għax ikun jgħir, na nies sharks li jridu jisirquk mhux għax jammirah. Qed kull ħin u kull mument,” beda nirreferi għal Clifford Galea. jgħidli ddispjaċut Clifford. Clifford huwa persuna ħabrieki u li jgħin lil ta’ mad- Ma setax jgħaddi waru, iżda bħal kull persu- mingħajr droga na oħra, għadda ukoll minn żmien mudlam – mill-vizzju Fil-fatt matul dak il-perjodu tad-droga. Iżda b’xorti taj- ma setax jgħaddi mingħajr ba kif jaf jagħmel hu stess droga. Ladarba beda, ħadd - jgħin lil ħaddieħor, hekk ma kien jaf kif u meta se jiukoll f ’dan iż-żmien mudlam eqaf. Fil-fatt minn kif qalli sab l-għajnuna. Ħallejt f ’idejh hu stess, kien hemm żmien sabiex jirrakkonta minn dak fejn ried jieħu bilfors kuljum. li għadda ftit ilu. “Għam- “Kont nuża crack, kokaina li ilt sentejn għaddej fi żmien hija magħrufa bħala the rich mudlam. Bdejt għax kont man’s drug għax tiswa ħafna dgħajjef. Kien hemm persu- ħafna flus. Din ma tħallikx na li ħajritni, imma ovvjament tirraġuna u m’għandhiex kont jien li ħadt. Ħadd mhu ħin - 24 siegħa sebat ijiem ser itemmagħhielek hux?! fil-ġimgħa ġġiegħlek tridha,” Imma mbagħad ikun hemm stqarr miegħi. Immaġinajt li għalih il-permin ikompli jagħfsek ’l isfel jodu kemm dam jieħu d-droga kien żmien ‘sabiħ’ u żmien ikrah fl-istess ħin. Ħallejt f ’idejh sabiex jispjega u jelabora aktar. “Ifhem din hija naqra antipatka bħala mistoqsija. L-ikrah jissupera dejjem f ’dan il-kuntest. Il-messaġġ tiegħu huwa ċar; żmien ikrah u daqshekk. Ma fihx gost,” stqarr Clifford. Maż-żmien wasal ukoll ilħin li jibda programm, sabiex jgħinu jżomm lura mid-droga. Fil-fatt illum qed iħaddan fih il-prinċipji tal-programm li għamel ġewwa r-residenza Ser nagħlaq tal-OASI f ’Għawdex. “Fil-bisena. Iżżomm du kont immur sessjonijiet ta’ għarfien, anke biex tibda lura billi ma toħroġ minn ġo fik il-ħsibitinnamrax jiet tiegħek li meta tħares lura tgħid, dawk kienu mal-ħsibijiet qed iżommuni milli passati. ninbidel. F’kelma waħda l-mentalità. Niftakar Imbagħad profil-passat biex gramm mhux ta’ kulħadd idum l-istma mmurx lura ess. Skont il-perfih u biex nara suna u skont int kif tirreaġixxi lejh. x’miżerja kont Żgur li kien żmien fiha tajjeb ta’ formazzjoni wkoll. Nemmen li l-prinċipji ta’ programm għandhom ikunu mgħallma
fi skola. Insemmilek wieħed mill-prinċipji: agħmel dak li hu tajjeb għalik innifsek, mhux għal sieħbek għax ħajtek waħda ser ikollok.” Mistoqsi jekk ġieli tiġihx il-leblieba għad-droga, u jekk iva b’liema mod qed iżomm lura minnha, Clifford filpront weġibni: “Ser nagħlaq sena. Iżżomm lura billi ma tinnamrax mal-ħsibijiet passati. Niftakar fil-passat biex ma mmurx lura fih u biex nara x’miżerja kont fiha. Leblieba f ’kollox tiġi għal kulħadd. Ħadd mhu perfett; x’tagħmel bil-feeling dak ilħin li jgħodd,” stqarr miegħi. Nieda ktejjeb bl-isem ta’ Oasi ta’ Togħmiet u huwa volontarju fi ħdan OASI Riċentament Clifford ukoll nieda ktejjeb bl-isem ta’ Oasi ta’ Togħmiet fejn ġabar ir-riċetti li jissajru fir-residenza tal-OASI b’risq il-Fondazzjoni OASI nnifisha għallprezz ta’ ħames ewro biss u jinsab għall-bejgħ minn xi ħwienet jew minn Facebook. Fil-fatt preċiżament jinsab għall-bejgħ minn Yorkdale tan-Naxxar u anke fi ħwienet Għawdxin, kif ukoll mill-Oasi stess jew dirett minn għandu stess, anke permezz ta’ kuntatt fuq Facebook. “Għamiltu bi gratitudni lejn l-OASI għax dawn jimxu fuq il-providenza u l-benefatturi. Fih ir-riċetti kollha li jissajru
fir-residenza tal-OASI. Tajbin għas-saħħa anke meta wieħed ikun stressjat. Ikel tajjeb ifisser saħħa aħjar. Nafuha din,” tbissem jgħidli Clifford. Mhux hekk biss, talli llum il-ġurnata Clifford huwa wkoll volontarju fi ħdan l-OASI. Ovvjament il-fatt li tkellem pubblikament qed isservi ta’ pjattaforma ta’ xi jsir fl-OASI, għax sfortunatament aħna stess u kultant il-midja ma tagħtix kreditu lil kulħadd l-istess. “Nitla’ kull ġimgħa. Isservini ta’ mistrieħ. Għawdex ġojja. Nispera tibqa’ kif inhi u ma nibnuhiex ukoll għax ħa ngħiduha kif inhi, l-ambjent ta’ madwarna jgħin jew itellef il-ħsieb tagħna. Hemm ħaf-
na xi jsir. L-OASI 24 siegħa kuljum attiva. Hemm ħafna għajnuniet għaddejjin u anke benefatturi u volontiera li ta’ min wieħed jirringrazzjahom. L-għalqa fiha x’taħdem. Jien li jkun hemm bżonn nagħmlu, anke naħsel l-art. Hemm titgħallem li int x’int kulħadd l-istess u din hija bil-prova,” stqarr miegħi. Ma’ Clifford iddiskutejt dwar l-argument li ċertu persuni jittimbraw persuni oħra mingħajr ma jkunu jafu l-konsegwenzi wara, bħal pereżempju meta xi ħadd jirreferi għal xi ħaddieħor bħala drogat. “Ħeq nitbissem. Ma tafx x’ġej għalik ħabib; kapaċi jkollok iben, bint, neputi. U kif jgħid ilMalti - min m’għandux salib għandu domna. Wara kollox illum jgħid kulħadd li jrid. Almenu jien onest u affaċċjajt il-problema u lest li nkompli niġġieled għaliha. Hemm min anke fuq sempliċi problema ta’ mistħija fil-karattru wkoll ma jammettix. Huma jitilfu,” sostna miegħi Clifford. Fl-aħħar nett Clifford għadda messaġġ ġenwin u minn qalbu lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Kun int, għax in-nies tapprezzak iżjed u ħalli lil kulħadd jgħid li jrid, l-importanti li int l-iskop tiegħek hu ġenwin u li tħossok tajjeb,” temm jgħid.
20
27.08.2017
kullhadd.com
STENNIJA KBIRA GĦALL-PARTITA BEJN MALTA U L-INGILTERRA Kollox jinsab lest biex nhar il-Ġimgħa l-l ta’ Settembru fl-Istadium Nazzjonali f ’Ta’ Qali, Malta taffronta lill-ġganti tal-Ingilterra f ’logħba valida minn Grupp F ta’ Kwalifikazzjoni għatTazza tad-Dinja tas-sena d-dieħla li se ssir firRussja. B’hekk f ’din il-partita tal-ewwel se jkunu qed jaffrontaw lil tal-aħħar hekk kif l-Ingliżi jinsabu fil-quċċata ta’ dan il-grupp b’14-il punt waqt li l-Maltin jinsabu ankrati fil-qiegħ talklassifika mingħajr ebda punt. Tkellimna mal-kowċ tat-tim nazzjonali Pietro Ghedin fejn tana dawn il-kummenti: “Mhux ser tkun xi logħba faċli għax nafu l-qawwa talIngliżi. Il-partita ġiet f ’mument meta l-istaġun għadu ser jibda u l-kundizzjoni tal-plejers ma tkunx għadha daqshekk avvanzata. Għalhekk ser inkun qed naħdem ħafna fuq il-lat fiżiku tagħhom għax nafu kemm l-Ingliżi huma veloċi bil-ballun. Xogħli ser ikun illi nagħżel l-aqwa plejers possibbli li jkunu mija fil-mija hekk kif l-Ingliżi ġejjin hawn biex jirbħu u aħna rridu nilagħbu l-aqwa logħba tagħna. Nixtieq ukoll li l-partitarji jissapportjaw bis-sħiħ lil Malta ħalli jkunu t-12-il plejer fil-grawnd.” Intant, il-logħba ferm mistennija li t-tim nazzjonali Malti se jilgħab kontra l-Ingilterra, żgur se tqanqal ilmemorji ta’ dawk li kienu fost l-eluf ta’ Maltin li ħonqu l-Empire Stadium tal-Gżira 46 sena ilu u llum għadhom mimlijin bl-għomor. Ta’ min ifakkar li l-unika darba Martin Peters. li l-Maltin lagħbu kontra l-Ingliżi f ’pajjiżna Wara dan l-episodju t-tim Malti kien iltaqa’ mat-tim B f ’logħba kompetittiva, kien fit-3 ta’ Frar Ingliż fis-sena 1987 għal partita ta’ ħbiberija li ntrebħet tas-sena 1971. Dak iż-żmien il-plejers mill-Ingliżi b’riżultat ta’ 2-0. L-aħħar konfront mat-tim ma’ kellhomx il-kumdità li jilgħabu nazzjonali Ingliż f ’pajjiżna mbagħad kien fis-sena 2000 fuq il-ħaxix li jeżisti llum fil-grawnds, fejn it-tim Malti, f ’logħba ta’ ħbiberija kien tilef biriżda ntlagħbet fuq iż-żrar tal-grawnd riżultat ta’ 2-1. tal-Gżira. Il-logħba li kienet valida Propju rigward din il-partita dan il-ġurnal tkellem ma’ minn Grupp 3 ta’ Kwalifikazzjoni talerba’ protagonisti ta’ dik il-partita li huma l-captain talUEFA, kienet intrebħet millMaltin f ’dik il-partita Carmel Busuttil, David Ingliżi bl-uniku gowl talCarabott li kien skorja l-uniku gowl għallpartita ġie skurjat fl-34 Maltin u falla penalty, Silvio Vella li proprju minuta mill-eks din il-partita kienet id-90 waħda u l-aħħar plejer ta’ West waħda għalih bil-flokk tat-tim nazzjonali Ham United, Malti u Brian Said. Huma ġeddew il-memorji ta’ dik il-partita ta’ xejn inqas minn 17-il sena ilu, fejn tawna l-kummenti tagħhom hawnhekk: L-aħħar konfront kompetittiv li kellhom il-Maltin kontra l-Ingliżi kien proprju 10 xhur ilu f ’Wembley Stadium fejn il-Maltin tilfu b’riżultat ta’ 2-0 quddiem 80,000 spettatur, li 2,000 minnhom kienu Maltin li marru apposta jaraw il-logħba grazzi għallarranġamenti li kienu saru mill-Kap u Fundatur tas-South End Core Louis Agius u sħabu. U proprju dan il-ġurnal għamel kuntatt ma’ Louis Agius innifsu fejn saqsieh x’inhuma l-aħħar preparazzjonijiet li qed jagħmlu s-South End Core għal din ilpartita tant mistenija: Huwa qal li: “Żgur illi bħala logħba hija waħda mill-ikbar illi kellna fis-snin riċenti anke meta niftakru x’ġara ftit tax-xhur ilu meta morna f ’Wembley Stadium. Inqisha bħala logħba ikbar minn Malta vs Italja, fejn għalkemm ilgrawnd kien mimli, żgur li kien rekord illi għal-logħba tal-1 ta’ Settembru li ġej, il-biljetti nbiegħu f ’inqas minn 48 siegħa. Tant hija mistennija din il-logħba li fin-naħa tas-SouthEnd
tal-istadium il-biljetti nbiegħu fi tmien sigħat. Il-pubbliku Malti qed jistenna din il-logħba b’entużjażmu kbir u aħna bħala South End Core qed naħdmu bla heda sabiex nippreparaw koreografija sabiħa u noħolqu atmosfera unika. Ovvjament qed inżommu f ’moħħna xi regoli stretti li imponiet il-FIFA fuq ċertu apparat illi nistgħu nieħdu magħna l-grawnd u għalhekk qed insegwu wkoll dawn l-iżviluppi. Ġralna l-istess kontra l-Iskozja fejn konna preparajna xi affarijiet iżda ma stajniex nużawhom minħabba dawn ir-regolamenti. Minkejja kollox, ser nagħmlu li nistgħu sabiex noħolqu atmosfera sabiħa. Qed nistennew madwar 2,000 bandiera minn barra fejn dawn ser jitqassmu lill-pubbliku sabiex il-koreografija tkun waħda oriġinali.” Mistoqsi x’inhu l-appell tiegħu lill-partitarji Maltin biex isegwu lit-tim nazzjonali mhux biss kontra l-Ingliżi iżda waqt il-partiti kollha li jilagħbu, huwa wieġeb li: “Din hija l-missjoni tagħna li ħloqna dan il-grupp madwar 10 snin ilu. Minn dejjem kellna l-argument illi għandna mmorru naraw lit-tim nazzjonali dejjem u mhux biss meta jiġi xi nazzjon b’saħħtu f ’pajjiżna. Kif
21
27.08.2017
kullhadd.com
Carmel Busuttil Kienet okkażjoni ferm sabiħa li tilgħab kontra l-qawwa Ingliża u meta tilbes il-flokk tat-tim nazzjonali Malti f ’dawn il-mumenti tħossok ferm kburi. Jien kelli ċ-ċans nilgħab kontra l-Olanda,
Spanja, il-Ġermanja u anke l-Italja fost l-oħrajn però l-partita kontra l-Ingliżi dejjem tkun speċjali. Kellna wirja tajba kontra avversarju ta’ dan ilkalibru u saħansitra rnexxielna nġibu l-gowl tad-
draw ħin minnhom tant li dħalna nistrieħu b’riżultat ta’ 1-1. Konna ferm kuntenti b’dak li għamilna u apprezzajna ħafna ċ-ċapċip tal-pubbliku numeruż illi ħa gost b’dak li għamilna fil-grawnd.
issemmi l-krema tal-futbol Malti. Jien personali kont skorjajt il-gowl tad-draw u b’xorti ħażina fallejt ukoll penalty. Li tiskorja ma’ Malta hi xi ħaġa ferm sabiħa u li tagħmilha kontra l-Ingliżi hi iktar speċjali. Fuq il-penalty, konna
ftehemna minn qabel illi jekk jiġi ċ-ċans inkun jien li ninkariga ruħi mix-xutt mill-11-il metru għalkemm id-destin ried illi dak il-ballun ma jidħolx. Esperjenza li diffiċli tinsieha u li tibqa’ ġġorrha tul ħajtek kollha.
okkażjoni kbira għalina l-Maltin li nilagħbu kontra l-Ingliżi f ’mument meta dawn tal-aħħar kienu qed jippreparaw għall-kampjonati Ewropej. Kellna logħba tajba ħafna kontrihom u wrejna l-aggressività tagħna speċjalment aħna d-difensuri li kellna biċċa wġigħ ta’
ras biex inżommu lill-attakkanti perikolużi tagħhom. Però urejna dixxiplina kbira filwaqt li l-kowċ ħejja pjan tajjeb biex nannullaw kemm nistgħu lill-attakkanti tagħhom. Sa ċertu punt irnexxielna u żammejna riżultat li fl-opinjoni tiegħi kien wieħed viċin ħafna.
riedu jagħtu wirja tajba. Kellhom players ta’ kwalità bħal David Beckham, Alan Shearer, Robbie Fowler u oħrajn. Aħna kellna wirja tajba għalkemm konna morna minn taħt mal-20 minuta logħob. Minkejja kollox urejna reazzjoni u ġibna l-iskor indaqs ftit tal-minuti wara.
Konna tlifna wkoll penalty u ta’ dan pattejna qares għax imbagħad huma skorjaw kwarta mit-tmiem. Minkejja r-riżultat mhux daqshekk favorevoli tajna daqs kemm qlajna u quddiem pubbliku ferm numeruż verament ridna mmorru tajjeb f ’din il-logħba.
David Carabott Kienet opportunità tad-deheb illi ma tiġix ta’ kuljum għal player Malti. Nemmen li dak iż-żmien kellna grupp tajjeb illi konna ilna nilagħbu flimkien. Biss biss jekk issemmi plejers bħal Carmel Busuttil u John Buttigieg diġà qed
Silvio Vella Għalija dik kienet logħba speċjali għax kienet ser tkun l-aħħar dehra tiegħi mat-tim nazzjonali Malti. B’dik il-partita kont għaqqadt id-90 dehra ma’ Malta u m’hemmx isbaħ milli tispiċċa l-karriera internazzjonali tiegħek proprju billi tilgħab kontra l-Ingilterra. Kienet
Brian Said Niftakar ħafna memorji sbieħ minn dik il-logħba. Aħna kellna lil Josip Ilic bħala kowċ filwaqt illi huma kellhom lil Kevin Keegan. Kienu ġew jilagħbu din il-partita ta’ ħbiberija bi preparazzjoni għall-EURO 2000. Kienet ukoll l-aħħar logħba ta’ ħbiberija qabel dawn il-finali u
taf int, aħna dejjem inkunu hemm għal kull logħba li jilagħbu Malta. B’xorti ħażina meta nilagħbu kontra avversarji meqjusa żgħar, l-attendenza tkun ferm miżera u aħna ma rridux hekk. L-appell tagħna għalhekk huwa li l-pubbliku jattendi dejjem għal dawn il-logħbiet u issa li dalwaqt ġejja l-logħba kontra l-Litwanja, inħeġġeġ lin-nies sabiex ikunu hemm jinkoraġġixxu lill-plejers Maltin.” Intant, il-biljetti kollha fis-setturi allokati lill-partitarji Maltin għal-Logħba ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tadDinja tal-2018 kontra l-Ingilterra fl-Istadium Nazzjonali ġew mibjugħa. L-aħħar ftit biljetti disponibbli għallpartitarji Maltin inkisbu fil-jiem li għaddew, għaxart ijiem biss wara li l-biljetti għal din il-logħba tant mistennija ta’ nhar l-1 ta’ Settembru bdew jinbiegħu. F’kummenti li għadda lil dan il-ġurnal, is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Dr Angelo Chetcuti qal li l-MFA tilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-biljetti kollha għall-partitarji Maltin għall-partita kontra l-Ingilterra nbiegħu kollha fi spazju ta’ 48 siegħa biss. Huwa kompla li l-pjanijiet
għal din il-partita mill-MFA ilhom li bdew xhur hekk kif partita ta’ din l-iskala tippossjedi sfida loġistika għallMFA iżda grazzi għall-isforzi u d-dedikazzjoni ta’ dawk involuti, il-preparazzjonijiet jinsabu fl-aqwa tagħom. Dr Chetcuti afferma li waqt li l-MFA tirringrazzja lill-partitarji kollha li xtraw il-biljetti tagħhom għal din il-partita, l-MFA qed tappella lill-partitarji lokali kollha biex jissapportjaw lit-tim nazzjonali għal din l-okkażjoni speċjali. L-MFA qed toffri wkoll biljetti kumplimentari għal tfal li huma membri ta’ nurseries bħala parti minn inizjattivi marbuta mal-Football Social Responsibility. Dr Chetcuti qal ukoll li iktar minn 1,900 tifel u tifla min-nurseries tal-futbol lokali se jkunu qed jirċievu biljetti b’xejn għal din il-partita u dan jammonta għal iktar minn 11% tal-kapaċità kollha tal-istadium. Il-fatt li numru sabiħ tat-tfal li qed jaspiraw li jkunu futbolers se jkunu qed jidħlu fl-istadium mingħajr ħlas għall-partita ta’ dan it-tip huwa testment għall-impenn li għandha l-MFA għall-programm Football for Life. L-MFA se tkun qed tagħti wkoll madwar 250 biljett kumplimentari għallpartita bejn Malta u l-Ingilterra għall-organizzazzjonijiet filantropiċi, waqt li numru ta’ żoni aċċessibbli se jkunu disponibbli għall-persuni b’diżabilità. Biljetti fis-South Stand għal tfal ta’ 12-il sena jew inqas swew nofs il-prezz oriġinali. Huwa stmat li 5% talbiljetti mibjugħa f ’dan is-settur ittieħdu mit-tfal. Skont l-aħħar żviluppi mill-FA Ingliża, iktar minn 3,700 biljett fin-North Stand ġew mibjugħin. In-North Stand li ġiet allokata għall-partitarji Ingliżi għadha 4,039 siġġu waqt li l-kapaċità kollha tal-Istadium Nazzjonali hija dik ta’ 16,997.
KONFRONTI BEJN MALTA U L-INGILTERRA TUL L-ISTORJA SENA RIŻULTAT 1971
Malta vs Ingilterra
0-1
1987
Malta B vs Ingilterra
0-2
2000
Malta vs Ingilterra
1-2
2016
Ingilterra vs Malta
2-0
22
27.08.2017
1
MADWAR kullhadd.com
L-AMERKA
FIL-QOSOR
1
MILJUNI TA’ NIES PREŻENTI GĦALL-EKLISSI SOLARI
2
Fil-21 t’Awwissu, bosta nies esperjenzaw il-fenomenu talEklissi Solari fl-Amerika ta’ Fuq. Minn kosta għal kosta, il-fenomenu sħiħ dam madwar siegħa u nofs u kull stat filmogħdija ta’ din l-eklissi seta’ jgawdi madwar żewġ minuti ta’ dlam totali f ’nofs il-ġurnata. Din l-eklissi kienet speċjali għallfatt li kienet eklissi totali jiġifieri l-qamar perfettament għatta x-xemx milli tidher mid-dinja. Fenomenu bħal dan huwa rari mmens u narawh biss darba f ’mitt qamar. Fil-fatt l-eklissi totali li jmiss għad baqalha s-snin. Għal dan l-avveniment kienu preżenti miljuni bin-nuċċali protettiv tagħhom hekk kif ir-raġġi li tarmi l-atmosfera tax-xemx waqt l-eklissi huma tant qawwijin li tista’ tagħmi lin-nies fi ftit sekondi.
2
IL-BRAŻIL
3
L-OLANDA
UTILIZZATA RISERVA NAZZJONALI GĦALL-MINJIERI Iż-żona li tkopri 46 kilometru kwadru hija maħsubha li hija moħba għal diversi tipi ta’ minerali fosthom id-deheb. Iddaqs ta’ din iż-żona hija iktar mid-Danimarka sħiħa u 30% tagħha ser tiġi utilizzata bħala barriera għall-iskavar ta’ dawn il-minerali. Il-Gvern saħaq li disa’ żoni ta’ art indiġini u għallkonservazzjoni ser ikomplu jiġu protetti bil-liġi u li din iddeċiżjoni ser tattira investimenti ġodda li ser jiġġeneraw il-ġid. Minkejja dan, ħafna attivisti esprimew it-tħassib tagħhom dwar dan l-aġir hekk kif qed jibżgħu li din iż-żona ser tiġi milquta ħażin. Is-senatur tal-oppożizzjoni saħaq li dan huwa l-ikbar attakk li qatt affaċċjat l-Amazon għal dan l-aħħar 50 sena. Il-World Wildlife Federation (WWF), saħqet li hemm il-potenzjal ta’ kunflitt bejn komunitajiet etniċi li jgħixu f ’żewġ riservi indiġeni.
KUNĊERT JIĠI MĦASSAR WARA THEDDIDA TA’ ATTAKK TERRORISTIKU
Tard l-Erbgħa filgħaxija ġie mħassar il-kunċert ta’ ‘Allah-Las’ f ’Rotterdam hekk kif kien hemm theddida ta’ attakk terroristiku. Il-Pulizija Spanjola fil-pront għamlet kuntatt malPulizija Olandiża wara li saret taf bil-possibilità tal-attakk. Il-kunċert tħassar fl-aħħar minuta wara li l-Pulizija Spanjola kellha provi konkreti tal-attakk, ġimgħa biss wara l-attakk terroristiku li seħħ f ’Barċellona. Suspettat ġie arrestat fis-sigħat bikrin tal-Ħamis filgħodu fi provinċja f ’Brabant. Il-Pulizija qalet li r-raġel ġie arrestat u fittxewlu daru. Rappreżentant għall-Pulizija ta’ Rotterdam qal li ħadu azzjoni immedjata hekk kif it-theddida kienet għad-detriment ta’ ħafna u mhux xi każ ta’ nar li jista’ jiġi kkontrollat. Il-mużiċisti, ‘Allah-Las’, esprimew kif ma kinitx l-ewwel darba li rċivew theddidiet mingħand individwi Musulmani minħabba l-isem tal-grupp.
R ID-DINJA
23
27.08.2017
kullhadd.com
6
L-AWSTRALJA
3 5 4
VOT GĦAŻ-ŻWIEĠ BEJN KOPPJI TAL-ISTESS SESS 6
L-Awstraljani qegħdin jippreparaw ruħhom għall-vot fuq legalizzazzjoni taż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess. Dan il-vot jieħu forma ta’ referendum iżda huwa volontarju. Dan ifisser li min irid imur jivvota u mhuwiex obbligatorju. Ir-riżultat ta’ dan il-vot ma jfissirx bidla fil-liġi għaliex dan xorta jkun irid jgħaddi mill-Parlament u r-rappreżentanti mhumiex mitluba jivvutaw favur ir-rieda tan-nies. Però ikun pass importanti sabiex forsi ssir emenda fl-Att taż-Żwieġ Awstraljan. Hemm ħafna kontroversja fuq dan il-vot tant li qed jissemma bojkott hekk kif numru ta’ nies xtaqu li dan il-vot jittieħed il-Parlament mill-ewwel.
5 4
IL-KOREA T’ISFEL
L-ARABJA SAWDIJA
IKKUNDANNAT BILJUNARJU EREDI TA’ SAMSUNG
TIFEL TA’ 14–IL SENA MEĦLUS WARA LI ŻIFEN IL-MACARENA Wara li l-filmat tat-tifel jiżfen il-Macarena f ’nofs tat-triq fl-Arabja Sawdija, dar mal-erbat irjieħ tad-dinja, l-istess tifel ġie arrestat u akkużat li l-imġiba tiegħu ma kinitx xierqa għallpubbliku. It-tifel li ismu ma xxandarx, ġie meħlus mingħajr l-ebda akkuża u ġie mitlub jagħmel wegħda li ma jerġax jagħmel atti li jistgħu jkunu ta’ periklu għalih u għal dawk ta’ madwaru. Apparentament, dan it-tifel, huwa ċittadin ta’ stat Għarbi differenti. L-arrest tiegħu qanqal diversi reazzjonijiet li jisħqu li m’għamel xejn ħażin. Il-Ministru tal-Intern tal-istat stqarr li l-arrest kien biss biex iwissu lit-tifel fuq is-sigurtà tat-toroq.
Lee Jae-yong ġie kkundannat għal ħames snin ħabs fuq każ ta’ korruzzjoni. Fl-istess skandlu kienet akkużata l-eks President tal-Korea t’Isfel li wassal għad-denunzja tagħa. Lee Jae-yong magħruf ukoll bħala Jay Y Lee ta donazzjonijiet ta’ madwar €31 miljun lil għaqdiet mingħajr skop ta’ qligħ li kienu operati minn ħabiba tal-President innifisha sabiex ikollu sapport mill-Gvern għal meta kellu jkun hemm rikostruzzjoni filkumpanija Samsung. Jae-yong kien ilu arrestat minn Frar fuq numru ta’ akkużi ta’ korruzzjoni li jinkludu tixħim, serq ta’ flus u ħasil ta’ flus. L-avukat ta’ Lee Jae-yong ser jappella d-deċiżjoni tal-qorti u huwa kunfidenti li din id-deċiżjoni ser tinbidel. Minkejja dan, l-ishma ta’ Samsung għolew b’1% minn mindu nqatgħet is-sentenza.
24
27.08.2017
kullhadd.com
L-INDAFA FIL-LOKALITAJIET MARIO
FAVA President Sezzjoni Kunsilliera PL
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist
Il-Ħamis, 17 ta’ Awwissu
eletti kap tal-partit u x’se jagħmlu bħala kap tal-Oppożizzjoni. Għax biex min jirbaħ isir prim ministru u jidħol Kastilja, l-ewwel u qabel kollox irid jiġbor it-tifrik li baqa’ mill-partit glorjuż tagħna. Jekk ma jirnexxilux jiġbor it-tifrik u minn partit maqsum f ’qabda biċċiet, ikollna partit wieħed, naħseb li destinati għal tkaxira oħra nkunu, ikun min ikun il-kap il-ġdid.
Ma kienx mument li lbieraħ iddeċidejt li mmur ix-xalata tal-festa bil-bbq b’kollox. Ma mortx biex niekol u nixrob biss, imma l-aktar biex nipprova ntajjar id-dwejjaq li qabduni għax ma nafx x’sar minn Simon. Imma dalgħodu, kif mort għand Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna qalli li lbieraħ kien fl-aħbarijiet għax reġa’ tfaċċa fil-Qorti. Malli lil Ġorġ għedtlu kemm kien qiegħed It-Tnejn, 21 ta’ Awwissu jiddispjaċini li ma rajtux, kien pront qalli li aħjar ma rajtux għax il-ħarsa tiegħu xejn ma Ma nistax nifhem x’għandha f ’moħħha din Marlene tal-Partit Demokratiku, iżda kienet ta’ bniedem kuntent. membru parlamentari Nazzjonalista. Wara li kienet qalet li mhix se tibqa’ kap tal-parIl-Ġimgħa, 18 ta’ Awwissu tit wara Ottubru li ġej meta se ssir il-konMhux aħna biss għandna l-inkwiet, anke ferenza ġenerali, issa qabdet u rriżenjat tal-Partit Demokratiku ta’ Marlene. Jien minn kap, hekk ħabta u sabta, biex lill-Parma nafx x’fetlilha dik Marlene li qalet li ma tit Demokratiku poġġietu għall-frisk. tridx tibqa’ kap tal-partit li waqfet hi st- Poġġietu għall-frisk għax sa fejn naf jien, ess. Mela, ngħid jien, twaqqaf partit, titla’ il-partit spiċċa bla kap u bla viċi kap għax fil-Parlament, u f ’daqqa waħda titlaq minn Anthony Buttigieg ilu ftit li rrizenja minn kap?! M’għandix dubju li xi ħaġa f ’moħħha viċi kap. Imma Marlene ma tagħmel xejn għandha, għax dik taħseb fil-bogħod ħafna, għalxejn. Imma sakemm insir naf x’għandman! Ikolli ngħid li elezzjoni oħra magħ- ha f ’moħħha Marlene, nixtieq inkun naf na toħroġ. U anke żewġha joħroġ magħna min se jmexxi lill-Partit Demokratiku sa għax dak jagħmel kif tagħmel hi. U jekk Ottubru. nerġgħu naqilgħu xi tkaxkira oħra, tkun tista’ tikkontesta għal kap. Ambizzjuża l-mara, It-Tlieta, 22 ta’ Awwissu man! Skont Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, ħafna Nazzjonalisti qegħdin jitkellmu dwar qaIs-Sibt 19 ta’ Awwissu sma fil-partit glorjuz tagħna għax, skont Veru li anke tal-Partit Demokratiku għand- huma, ħadd mill-erba’ non-starters, isir min hom l-inkwiet ukoll, imma tagħna kbir isir kap tal-partit tagħna, mhu se jirnexxilu wisq. Ma nafx kif se noħorġu minnha din jgħaqqad il-partit. Veru li għandhom raġun, il-biċċa. Insomma mhux ma nafx. Biċċi- imma jien, fejn jidħol il-partit glorjuż tagħet qegħdin u aktar biċċiet se nkunu. Dik na qatt ma nkun pessimist u qatt ma naqil-mniefaħ tal-Bidnija qiegħda ddaħħal- ta’ qalbi. Jien konvint li Eddie l-kbir ikun na f ’waħda wara l-oħra, u ma titgħallem kapaċi u ma jħallix il-partit glorjuż tagħna qatt. Kienet hi li vvintat l-istorja tar-Russa jitfarrak. Jekk ikun hemm bżonn nerġgħu u l-Egrant, u issa qiegħda tara x’tivvinta nagħmluh kap biex insalvaw il-partit. fuq Adrian Delia. Anke jien qed niddejjaq b’dawn il-ħmerijiet, anke jekk jien żgur L-Erbgħa, 23 ta’ Awwissu mhux se nivvota lil Adrian. U wisq probabbli ma mmur nivvota lil ħadd. Jew jekk im- Minn dak li qiegħed nara u nisma’ mhux mur, fuq il-karta tal-vot nikteb isem Simon, jien biss qiegħed naħsibha li nħassar il-vot u forsi ma tafx kif fl-aħħar jirnexxili u ma ma nivvota għal ħadd mill-erba’ non-starters. Jekk ikun hemm ħafna li jagħmlu hekk, nħallihx jitlaq. ikollha ssir elezzjoni oħra, b’kandidati ġodda li nispera li ma jkunux non-starters Il-Ħadd, 20 ta’ Awwissu ukoll. Ikolli ngħid li Marlene għalhekk irTa’ kuljum qiegħed insegwi dak li qegħdin riżenjat ħabta u sabta minn kap tal-Partit jgħidu l-erba’ kontestanti għall-kap tal-par- Demokratiku li waqqfet hija stess, biex jekk tit glorjuż tagħna, imma ngħid is-sewwa ma ikollna bżonn elezzjoni oħra, hi tkun tista’ nistax nifhem għaliex qegħdin jagħmlu en- titfa’ n-nomina tagħha. Ovvjament, dejjem fasi fuq x’jagħmlu kieku jkunu prim minis- jekk ma nikkonvinċux lil Simon li l-partit tru. Ma nistax nifhem għax naħseb li jkun glorjuż tagħna ma jistax jgħaddi mingħajru ahjar jekk jgħidulna x’se jagħmlu jekk ikunu bħala kap.
Faċli tasal għall-konklużjoni li l-Kunsilli Lokali mhumiex jagħmlu d-dover tagħhom billi ma jnaddfux il-lokalitajiet rispettivi, imma ftit huma dawk li jerfgħu r-responsabbiltà li kull wieħed minnha bħala ċittadini għandna nġorru. L-ewwel nett, kemm hi kbira din il-problema? Hija filproporzjon li wieħed jitkellem dwarha? Qegħdin naraw bisserjetà minn fejn qed toriġina? X’inhuma l-fatti? Bla dubju ta’ xejn irridu nirrikonoxxu x-xogħol li qed jagħmlu l-Kunsilli Lokali f ’dan ir-rigward. Kull Kunsill Lokali għandu kuntrattur li jiġbor l-iskart u ieħor li jiknes fillokalità. Kull Kunsill Lokali qed iħallas eluf kbar ta flus għal dawn il-kuntratti. Flus li ġejjin mit-taxxi tagħna. Minkejja dan, mhux darba jew tnejn naraw nies li jiġu jaqgħu u jqumu minn dan kollu u narawhom jarmu kull xorta ta’ ħmieġ u skart ’il barra mill-bieb tagħhom. Minkejja dan, meta naraw karta mal-art, malajr ngħidu li l-Kunsill ma bagħatx lill-kennies biex inaddaf! L-istess dwar il-boroż issuwed fuq il-bankini u fit-toroq tagħna. Il-Kunsilli Lokali kollha jibagħtu materjal fid-djar sabiex jinfurmaw lil kull resident ilħinijiet tal-ġbir tal-iskart u liema borża tinġabar ġurnata ġurnata. Minkejja dan, tara nies li appena jkun għadda dak li jiġbor l-iskart, joħorġu l-borża s-sewda fuq il-bankini. Dan tort tal-Kunsill Lokali? Għandek ukoll 20 lokalità li fihom jarmaw is-swieq fil-beraħ. Tista’ tgħid li fil-parti l-kbira minnhom dawn iħallu kwantità kbira ta’ ħmieġ warajhom. Dan minkejja li kull operatur għandu l-obligu mal-liċenzja tiegħu biex inaddaf warajh qabel jitlaq. Biex jagħmlu dan it-tindif, ilKunsilli Lokali, minkejja li ma jingħatawx fondi għal dan, għandhom spiża ta’ iktar minn €300,000 fis-sena. Flus illi kieku jsir infurzar, dawn jistgħu jintefqu fuq proġetti oħra filkomunitajiet tagħna. Dan ukoll tort tal-Kunsilli Lokali? Hemm żewġ aspetti oħrajn importanti li forsi mhux dejjem qed inkunu konoxxenti tagħhom. Pajjiżna, xahar wara xahar, bir-raġun jiftaħar dwar kemm qed niksru rekords ta’ turisti. Xi jfisser dan kollu? Ifisser iktar karozzi fit-triq, ifisser aktar nies fuq il-bajjiet tagħna, iktar konsum ta’ ikel take away, iktar konsum ta’ alkoħol, iktar domanda fuq l-infrastruttura tagħna u
iktar piż fuq ir-riżorsi umani tagħna. Dan kollu jfisser iktar ġenerazzjoni ta’ skart u iktar possibilità ta’ ħmieġ ambjentali. Hemm l-element tal-iżvilupp. Illum tmur fejn tmur se ssib krejnijiet, trakkijiet u kull xorta ta’ makkinarju tqil fittoroq tagħna. L-iżvilupp ma tistax twaqqfu imma jrid ikun sostenibbli. Bla dubju ta’ xejn, li dan iġib miegħu aktar trabijiet u ħmieġ u jekk imqar ikollok sit ta’ kostruzzjoni f ’kull tliet toroq, se jkollok ħmieġ li mhuwiex skart imma li bir-riħ jinġarr ma’ kullimkien. X’jista’ jagħmel il-Kunsill dwar dan? Imur b’xi vacuum cleaner idur fuq il-bankini? Ma rridx inkun redikolu flargumenti tiegħi imma kultant hekk jistennew ċertu nies. Wasal iż-żmien li forsi nieħdu stock take tas-sitwazzjoni u naraw jekk jagħmilx iktar sens li nkomplu nżidu t-turisti milli naraw li jkun hawn iktar turisti ta’ kwalità. Li flok żewġ miljun turist li jħallu ewro kull wieħed, aħjar ikollna miljun li jħallu żewġ ewro kull wieħed. Indaħħlu l-istess imma b’inqas spiża! Wieħed jista’ jirraġuna li turist sinjur se jmur f ’postijiet ta’ ċertu klassi u allura ċertu stabbilimenti jew gabbani ma jkollhomx suq daqshekk b’ saħħtu. Imma wasal iż-żmien li naraw kemm jiflaħ pajjiżna? Hemm imbagħad l-aspett l-ieħor tal-ekonomija tagħna. Niftaħru li l-ekonomija qed tikber u qed ikun hemm iktar flus fl-idejn u allura iktar konsum. L-istess, iktar nies jieklu barra, iktar nies jixtru dak li forsi qabel kienu biss jixtiequ, iktar skart ta’ ippakkjar ta’ materjali u oġġetti tad-dar, iktar karozzi ġodda jduru fit-toroq tagħna, iktar konsum ta’ fuel u aktar emissjonijiet. Dan kollu ukoll qed iġib piż addizzjonali fuq min irid iżomm l-indafa f ’ pajjiżna. Mela le, hemm Kunsilli Lokali li jistgħu jagħmlu aktar, li jistgħu jikkordinaw aħjar il-ħidma tagħhom, li forsi jistgħu jmorru dak il-pass oltre milli tgħid il-liġi u jkunu aktar proattivi imma żgur li mhux ġust li kulħadd jitfa’ l-ħtija kollha fuq il-Kunsilli Lokali. Is-suċċess ekonomiku fih innifsu qed ikun sfida li qed titfa’ piż fuq kulħadd. Kieku mqar kulħadd jagħmel dak li hu obbligat li jagħmel, konvint li l-ħmieġ f ’pajjiżna jonqos b’mod konsiderevoli. Kieku kulħadd, qabel jitfa’ karta barra, jaħseb fuq il-konsegwenzi tagħha, kieku l-ħmieġ fit-toroq jonqos drastikament. Kieku forsi qabel narmu xi ħaġa naraw jistax ikollha użu mqar darb’ oħra, niffrankaw ir-rimi binnofs. Kieku mqar qabel narmu flixkun ilma nafġuh, kieku nnaqsu bi tliet kwarti l-ispazju li jieħu. Kieku kulħadd jifhem l-urġenza li nindirizzaw din il-problema, kieku... min jaf... forsi jkollna pajjiż aħjar!
25
27.08.2017
kullhadd.com
reċensjoni tal-
KTIEB
SIPARJU
Ġabra ta’ kitbiet-tifkiriet f’Għeluq il-50 Sena mit-Twaqqif tal-Moviment Qawmien Letterarju Hawn ġabra ta’ kitba minn fost uħud l-ewwel imsieħba tal-Moviment Qawmien Letterarju f ’Għeluq il-50 Sena mit-twaqqif tiegħu. Kif ilkoll nafu, u kif se naraw mill-kitbiet ta’ dan il-ktieb, il-Moviment Qawmien Letterarju kien riefnu li beda jonfoħ ħafna qabel ma tnieda. Fil-fatt, xhur qabel it-tnedija uffiċjali tiegħu nhar is-26 ta’ Mejju, 1967, kien diġà rnexxielu jagħmel ħafna attivitajiet li mbagħad huwa ssokta għaddej bihom, u bil-qawwa, wara li tnieda. Aħna xtaqna li jkollna wkoll il-kitba ta’ oħrajn – uħud minnhom kienu wkoll fost il-pijunieri tal-Moviment. Iżda l-mewt laħqet ħasdet xi wħud minnhom, fosthom il-Mexxej, Joe A. Grima, kif ukoll l-ew-
wel Segretarju Ġenerali, Frans Sammut. Oħrajn, li ntbagħtitilhom l-istedina, għal xi raġuni jew oħra ma setgħux jagħtu l-kontribut tagħhom għal dan il-“ktieb ta’ tifkira”. Madanakollu, il-kittieba li jidhru f ’din il-ġabra jirrappreżentaw firxa wiesgħa biżżejjed ta’ dawk minna li taw sehem siewi fit-twaqqif tal-Moviment, tal-ħsibijiet li kien iħaddan f ’dawk is-snin bissostenn qawwi tagħhom fil-mixja li l-letteratura Maltija kienet qabdet minn dak iż-żmien ’l hawn. Dwar il-MQL nkitbu bosta artikli, xi teżijiet minn studenti universitarji kif ukoll kien ippubblikat ktieb mill-PBS fl-1987 li ġabar fih sensiela ta’ dokumen-
SILTA MILL-KTIEB Ħalli nibda bi qrara. Strettament, jien ma kontx membru tal-MQL. Aktar stajt nitqies bħala “fellow traveller” milli formalment parti minnu. Kont insegwih mill-bogħod permezz ta’ artikli, novelli u kitbiet oħra li kienu bdew jidhru fl-istampa. L-aktar li laqtuni f ’dal-bidu kienu kitbiet ta’ Joe A Grima, li pprova jesperimenta b’forma ta’ stream of consciousness li kienet ġdida għal Malta; ħaġa li kienet tkun emfasizzata fil-pubbliċità li ngħatatilha filpaġni letterarji. Għax imnebbħa mis-suċċess ta’ Frans Ebejer biex
tarji (tlettax-il programm b’kollox) fuq Radju Malta. Biex bħala studjuż u bħala wieħed li kien maqtugħ mill-Moviment jagħti l-fehma tiegħu dwar iż-żminijiet li ħamsin sena ilu kienu wittew it-triq għat-twaqqif tal-MQL, stedint lil Dott. Terence Portelli, lettur fil-Fakultà tal-Edukazzjoni, l-Università ta’ Malta. Ilħsieb tal-Moviment kien dejjem li l-Malti u l-Letteratura Maltija jikbru mhux biss fis-sittinijijet iżda li jkun bidu ta’ tiġdid li jissokta. Għalhekk, nittamaw li l-qari ta’ dawn il-kitbiet jerġgħu jġeddu l-memorji f ’ħafna minna, kif ukoll li oħrajn jistimulaw ruħhom u jkomplu fejn ħalla l-Moviment Qawmien Letterarju 50 sena ilu.
juża pubbliċità ta’ tip ġdid ħalli jippopularizza d-drammi tiegħu, il-mexxejja tal-MQL kienu attenti għal kif joħolqu narrattiva pubbliċitarja għall-impenji tagħhom. Sew għamlu. Jien kont insegwi kitbiet u pubblikazzjonjiet ta’ awturi ġodda (li kienu membri tal-MQL) bħal Frans Sammut, Albert Marshall, Victor Fenech, Mario Azzopardi u oħrajn. Kont sibt interessanti ħafna pubblikazzjonijiet bħall-ktieb ta’ poeżiji “Kwartett” (Victor Fenech et al.), “Dħaħen fl-Imħuħ” (Albert Marshall et al.) u n-novelli ta’ Frans Sammut u Lino Spiteri. Kien dan tal-aħħar, dak iż-żmien ġurnalist mal-Union Press, wieħed mit-tnejn li laqqgħuni ma’ wħud mill-protagonisti tal-MQL li diġà
semmejt, meta kienu jinġabru s-Sibt filgħodu madwar mejda tal-kafe Premier fi Pjazza Reġina. Sirt naf lil Lino Spiteri meta mort nistaqsih jikkontribwixxi għal magażin tal-istudenti universitarji li kont qed intella’ ma’ oħrajn u bqajna f ’kuntatt. It-tieni wieħed li introduċieni ma’ wħud minn tal“MQL” kien Charles Mizzi, sieħbi tal-istudju fil-kors tax-xjenza li kont qed insegwi l-Università u li qabel kien segwa l-kors fil-Kulleġġ għat-taħriġ tal-għalliema ġodda li dak iż-żmien kien f ’Ta’ Giorni. Issa, numru sostanzjali tal-membri fundaturi tal-MQL kienu għalliema gradwati ta’ dal-Kulleġġ. Kienu jitkellmu lingwaġġ b’referenzi soċjali u individwali li żviluppaw bejniethom matul is-snin.
Mistoqsija: Semmi membru wieħed tal-MQL
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb SIPARJU. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 3 ta’ Settembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb TERMINI U KUNDIZZJONIJIET JAPPLIKAW huwa: MARY GATT - Mosta
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
04
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
Meta se jinħarġu l-bonds tal-Gvern għall-anzjani? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:
Indirizz:
26
27.08.2017
kullhadd.com
KONSULTAZZJONI PUBBLIKA DWAR CHARTER ĠDID GĦALL-KLIJENTI TAL-ENEMALTA Enemalta plc qed tistieden lill-klijenti tagħha jagħtu s-suġġerimenti tagħhom dwar il-customer charter ġdid tagħha, li qed jiġi ppubblikat llum bħala abbozz għall-konsultazzjoni qabel jiġi kkonfermat aktar tard din is-sena. Dan id-dokument ta’ 40 paġna jispjega t-termini u l-kundizzjonijiet tas-servizzi tal-elettriku tal-Kumpanija, fosthom l-impenji u r-responsabbilitajiet talEnemalta lejn il-klijenti tagħha, u l-obbligi rispettivi tagħhom. Iċ-charter il-ġdid tal-Enemalta jiffoka fuq l-impenji tal-Kumpanija, fosthom il-livelli tekniċi li s-servizzi tal-elettriku għandhom jilħqu, il-ħin massimu li l-klijenti għandhom jistennew sabiex jingħataw servizzi ġodda u l-iżvilupp ta’ kapaċità u flessibilità xierqa sabiex tilqa’ għad-domanda tal-elettriku tal-klijenti waqt li tnaqqas ir-riskju ta’ qtugħ tal-provvista. Dan id-dokument jisħaq ukoll dwar ir-rabta tal-Kumpanija li tħares il-kunfidenzjalità tad-dettalji
tal-klijenti, kif ukoll li tindokra l-ambjent ta’ madwarna. Kapitlu importanti ieħor ta’ dan id-dokument fih lista tal-obbligi tal-klijenti meta jużaw is-servizzi tal-elettriku tal-Enemalta. Fost oħrajn, il-klijenti mistennija jaraw li jkollhom ċirkwiti tal-elettriku interni mingħajr perikli u miżmumin dejjem fi stat tajjeb, jiżguraw li jżommu s-servizzi tal-Enemal-
ta ħielsa minn kull irregolarità – bħas-serq tal-elettriku jew tbagħbis ta’ apparat relatat - u li jirrappurtaw kull diffikultà li jkollhom mill-aktar fis. Id-dokument jagħti wkoll dettalji dwar kif jitkejjel il-konsum tal-elettriku u dwar il-proċeduri tal-kontijiet u ħlasijiet. Jispjega wkoll l-appoġġ li Enemalta tagħti lill-klijenti meta jiltaqgħu ma’ xi diffikultà fis-servizzi
tal-elettriku tagħhom. L-Inġ. Fredrick Azzopardi, Ċermen Eżeluttiv ta’ Enemalta plc, jispjega li ftit snin ilu l-Kumpanija nediet investiment kontinwu sabiex dejjem ittejjeb l-operat tagħha, biex il-klijenti jkollhom servizzi aktar affidabbli u biex tissaħħaħ il-kwalità tal-appoġġ tekniku u amministrattiv li jirċievu. “Bħala parti minn din il-ħidma sabiex intejbu l-esperjenza tal-klijenti tagħna, investejna l-miljuni fi proġetti ta’ tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni, żidna l-effiċjenza fl-għoti tas-servizzi tagħna u żviluppajna timijiet ta’ tekniċi ġodda sabiex iwieġbu għat-talbiet ta’ għajnuna teknika mill-klijenti mill-aktar fis possibli, 24 siegħa kuljum, mit-Tnejn sal-Ħadd.” “B’riżultat ta’ din il-ħidma, naqqasna ż-żmien ta’ stennija sabiex tingħata servizz ġdid, kif ukoll il-frekwenza u t-tul ta’ diffikultajiet li jwasslu għall-qtugħ fil-provvista b’aktar minn 60 fil-mija f ’inqas minn erba’ snin.
Dan iċ-charter jikkonferma l-impenn tagħna li nkomplu din il-ħidma ta’ titjib kontinwu tasservizzi tagħna,” jistqarr l-Inġ. Azzopardi. L-abbozz tal-customer charter tal-Enemalta jista’ jinkiseb mis-sit tal-Kumpanija fuq l-Internet www.enemalta.com. mt. Il-klijenti huma mistiedna jaqraw id-dokument u jgħaddu l-kummenti tagħhom permezz ta’ ittra elettronika fuq customercharter.em@enemalta.com.mt, sa nhar it-Tnejn 9 ta’ Ottubru 2017. L-Enemalta ser tqis is-suġġerimenti validi kollha li tirċievi waqt it-tfassil tad-dokument finali li eventwalment jiġi mgħoddi lir-Regolatur għasServizzi tal-Enerġija u l-Ilma, għall-kunsiderazzjoni finali tiegħu. Għal aktar tagħrif jew għajnuna dwar Enemalta plc u s-servizzi tagħha, żur is-sit www. enemalta.com.mt jew agħmel kuntatt mal-Kumpanija permezz tal-paġna ta’ Facebook www. fb.me/eneplc.
permezz tagħha jinħareġ ilbond b’rata ta’ imgħax ferm aħjar minn dik tas-suq immirat biss għall-pensjonanti biex b’hekk itejbu d-dħul tagħhom. Biex seta’ jsir dan, kellha tinbidel il-Liġi dwar il-Bills tat-Teżor ta’ Malta, liema liġi għaddiet mill-Parlament riċentement. Dawk eliġibbli se jkunu jistgħu jinvestu mhux inqas minn €500 u mhux iżjed minn €10,000. L-imgħax jitħallas darbtejn fis-sena, darba kull sitt xhur, kull 13 ta’ Marzu u kull 13 ta’ Settembru. L-imgħaxijiet jiġu mgħoddija f ’kont fil-bank li jkun għażel l-individwu. L-imgħaxijiet huma taxxabbli u tkun fid-deskrizzjoni tal-individwu jekk dawn jinqatgħux mill-ewwel jew jiddikjarahomx hu fil-Formola tad-Dikjarazzjoni tat-Taxxa. Il-bond, li huwa għal ħames snin, jimmatura fit-13 ta’ Settembru, 2022, meta allura jingħata lura l-ammont li jkun inħareġ oriġinarjament. Il-bond ma jistax jiġi nnegozjat, lanqas ma jista’ jingħadda lil ħaddieħor u lanqas ma jista’ jintuża biex iservi ta’ xi forma ta’ garanzija. Ebda individwu ma jista’ jixtri bond flimkien ma’ persuna oħra. Kuraturi appuntati mill-Qorti jistgħu jixtru bonds f ’isem persuni eliġibbli imma li m’għandhomx il-kapaċità jagħmlu dan. Bonds jistgħu jinxtraw ukoll minn individwi jew persuni legali li għandhom prokuri f ’isem individwi oħrajn. Fil-każ ta’ kuraturi appuntati mill-Qorti u ta’ persuni li jkunu qegħdin jaġixxu bis-saħħa ta’ prokuri, il-bonds mixtrija jitqiesu bħala li huma tal-individwu li
f ’ismu jkunu nxtraw. Kif spjegat aktar qabel, is‘62+ Malta Government Savings Bond’ jimmaturaw f ’Settembru tas-sena 2022. Individwi li jkunu jixtiequ li jirtiraw minn dan il-bond qabel Settembru 2022 ikunu jistgħu jagħmlu dan taħt il-kundizzjoni li jħallsu penali li tkun ekwivalenti għall-imgħax ta’ tliet xhur. Bħal pereżempju: persuna li tkun investiet il-massimu permissibbli, €10,000, u li tkun trid tirtira dan l-ammont qabel Settembru 2022 tkun trid tħallas penali ta’ €75. Jekk it-tali rtirar isir fl-ewwel tliet xhur mill-bidu tal-investiment, allura l-individwu jingħata lura inqas milli jkun ħallas. Ma titħallas l-ebda penali jekk il-bond jitħallas lura qabel iżżmien lill-eredi tal-investitur oriġinali f ’każ ta’ mewt. F’dan il-każ il-bond ma jistax ikun trasferit f ’isem l-eredi, imma jitħallas lura bil-proċeduri kif stabbiliti mill-Causa Mortis. Is-‘62+ Malta Government Savings Bond’ se joħorġu għall-bejgħ nhar it-Tnejn, 4 ta’ Settembru 2017 u jagħlqu l-Erbgħa, 6 ta’ Settembru, 2017. Jekk id-domanda għal dawn ilbonds tkun aktar mill-ammont previst, l-Accountant General jirriserva d-dritt li jżid l-ammont għall-massimu stabbilit, u f ’każ li dan jinqabeż it-Teżor ikollu d-dritt jalloka hu l-ammonti lill-investituri. Il-bonds jistgħu jinxtraw mill-istituzzjonijiet finanzjarji u intermedjarji awtorizzati. Lista ta’ dawn kollha hija provduta fuq il-website tat-Teżor www.treasury.gov. mt.
BONDS GĦALL-ANZJANI Minn nhar it-Tnejn, 4 ta’ Settembru, 2017, jibdew jintlaqgħu applikazzjonijiet, mingħand persuni li twieldu matul is-sena 1955 jew qabel, għal xiri ta’ bonds talGvern maħsubin speċifikament għall-anzjani. Tant li dan qiegħed jissejjaħ ‘62+ Government Savings Bond’. Dan se
jkollu rata ta’ imgħax vantaġġjuża ta’ 3%, liema rata hija kważi d-doppju tar-rati ta’ imgħax li qegħdin joffru l-banek kummerċjali fil-preżent. L-imgħax ta’ dan il-bond jitħallas kull sitt xhur. Kif spjega l-Ministru għall-Finanzi l-Professur Edward Scicluna, il-Gvern iddeċieda li
jniedi dan il-bond għax jinsab konxju mit-tnaqqis drastiku fid-dħul addizzjonali li l-pensjonanti kien qiegħed ikollhom fid-dawl tat-tnaqqis tar-rati ta’ interess li depożiti fissi malbanek kummerċjali kellhom fl-aħħar snin. Fil-fatt kien għalhekk li fil-Baġit għal din is-sena l-Gvern kien ħabbar miżura li
27
27.08.2017
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
LUCY DELIA - St. Lucia
TISLIBA 189
Mimdudin:
Bi 3 Numri 181 196 287 428 460 461 464 499 703 729 879 903 921 B’4 Numri 0044 0176 1367
1580 1918 2241 2869 2881 2890 3029 3094 3172 3342 4394 4719 4988 5370 5763 6022 6342 6756 6770 6837 7185
7352 7691 7941 8216 8302 8482 8524 8665 8778 8876 9129 9324 9441 9454 B’5 Numri 13486 16065 18343 21466
37238 38295 38411 47787 47825 54088 54454 55052 58598 60407 62258 63188 65455 66037 66974 74994 75387 80919 81341 82408 90330
95781 98264 B’6 Numri
253772 286210 501186 566583
081244 108673 IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA
1. Raġuni? (5) 4. Mhu ċar xejn (4) 7,19. Indaħħal ftit subgħajja (5) 9. Parti minn ġismi (3) 10. Hekk isejjaħ raġel miżżewweġ lil missier martu (6) 12. Uża l-martell (6) 16,21w. Il-femminil ta’ umli? (6) 18. Ommi (2) 19. Ara 7 20. Bih titla’ fuq (5) 21. Mhux jien (3) 23. Isem (4) 24. Papà bl-Ingliż (5)
Weqfin:
1. 2,22. 3,6. 5,17. 6. 8. 11,14. 12. 13. 14. 15. 17. 21. 22.
Bir-riħ ta’ ħtienu qed juri ......(6) Manchester? (6) Vaġir, marbut? (6) Kalm (6) Ara 3 Raħal (9) Titmexxa minn Mrs Michelle Muscat (8) L-ewwel tnejn ta’ Tas-Sliema (1,1) Mike Mallia Agius (1,1,1) Ara 11 Imsaħħab bl-Ingliż (6) Ara 5 Ara 16 Ara 2
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:
Weqfin:
1.Nanna, 4.Kant, 7,11. Foga, 9,22.Fardal, 10.Franza, 12.Danser, 16.Adu, 20.Irann, 21. , 24.Jiddi
1.Nofsha, 2,12W. Nardu, 3,8,19.Afforestazzjoni, 5,23.Annulla, 6,18.Tlajt, 13.NJR, 14.Ronald, 15.Tivoli, 17.Due,21.Blu
28
27.08.2017
kullhadd.com
EBDA VIŻJONI GĦAL MALTA EDITORJAL
Mid-dibattitu li kellhom bejniethom il-kandidati għat-tmexxija ftit tal-jiem ilu, deher ċar li ħadd minnhom għadu ma ntebaħ tassew li mhux biss se jkun kap ta’ partit iżda prim ministru prospettiv
Is-Sibt li ġej fil-Partit Nazzjonalista tibda l-ewwel fażi biex jinħatar kap ġdid. Hija elezzjoni li għandha tinteressana lkoll għaliex huwa fl-interess tal-pajjiż li wieħed mill-ikbar żewġ partiti f ’Malta jaqbad it-triq biex ikun oppożizzjoni denja li tirrappreżenta bl-aħjar mod lill-għexieren ta’ eluf li vvotawlu. Hekk titlob id-demokrazija. Il-kap tal-Partit Nazzjonalista, u eventwalment tal-oppożizzjoni fil-Parlament, għandu jkollu viżjoni ċara għall-pajjiż. Irid ikun jaf sew fejn irid jieħu lill-poplu li jaspira li jmexxi. Meta Joseph Muscat kien elett mexxej tal-Partit Laburista spikka, anke jekk kien qed itellaq ma’ politiċi ta’ esperjenza kbira, għaliex sa mill-ewwel dikjarazzjonijiet tiegħu beda jgħid x’jagħmel meta jkun prim ministru. Spikka fuq sħabu li telqu miegħu, iżda wkoll fuq il-politiċi tan-naħa l-oħra, dak iż-żmien fil-gvern. L-għajta ta’ ġenerazzjoni rebbieħa tant kienet mibnija fuq ħsieb sod li għadha tgħix sal-lum. B’hekk il-mistoqsija li ssegwi hi: hemm ideat minn fost dawk li qed jikkontestaw it-tmexxija tal-Partit Nazzjon-
alista li jistgħu jibqgħu jgħixu sa tmien snin oħra? Ftit li xejn, jekk irridu nkunu ġenerużi. Xejn jekk irridu nkunu realistiċi. Mid-dibattitu li kellhom bejniethom il-kandidati għat-tmexxija ftit tal-jiem ilu, deher ċar li ħadd minnhom għadu ma ntebaħ tassew li mhux biss se jkun kap ta’ partit iżda prim ministru prospettiv. Kien dibattitu xott mill-ideat u saħansitra ddominat mill-blogger Daphne Caruana Galizia u kitbietha b’mod partikolari fil-konfront ta’ Adrian Delia. L-istess Delia li hu u nies qrib tiegħu min jaf kemm użaw l-allegazzjonijiet li għamlet l-istess blogger fil-konfront ta’ persuni mill-Partit Laburista għax riduh jintgħoġob ma’ dawk li jridu jivvotawlu. Mill-bqija sa issa smajna kandidati jitkellmu fuq kemm se jkunu miftuħa l-każini, kif se jaqdu lil dak u l-ieħor iktar malajr, kif se jipprovaw joħorġu l-Partit Nazzjonalista mill-kriżi finanzjarja u dwar kif iridu jgħaqqdu partit li qed jaqa’ biċċiet. Iżda, imbagħad lanqas idea waħda ġdida ta’ kif jekk isiru prim ministri huma jamministraw oqsma importanti
bħall-ekonomija, ix-xogħol, issaħħa u ta’ kif jaraw is-soċjetà tagħna tiżviluppa. Mela filwaqt li nsostnu li kap ta’ partit għandu jkollu viżjoni, sa issa għadna ma rajnieha f ’ħadd. Ironikament, l-iktar wieħed li jidher jaf xi jrid għall-pajjiż huwa Frank Portelli. Iżda mbagħad dak li jrid hu huwa xenofobiku u omofobiku fost l-oħrajn u għalhekk żgur mhux għażla tajba. Fejn qegħdin l-oħrajn anke dwar drittijiet ta’ minoranzi u libertajiet ċivili ma nafux għax għal dik il-mistoqsija jwieġbu bil-karta tal-free vote. Il-karta li biha jaħarabu u jfarfru għax il-kaċċa għall-voti hija importanti ferm iktar milli jgħidulna x’jaħsbu għall-pajjiż. Hemm bżonn kap, prim ministru alternattiv, li nafu fejn qegħdin miegħu. Sa issa huwa l-imgħoddi l-unika indikazzjoni fejn nistgħu nkunu ma’ dawn l-erba’ kandidati. L-imgħoddi ta’ Chris Said dak li l-whistleblower fil-każ tal-work for votes f ’Għawdex qallu se ngħinek kull kif nista’ jew li kien fil-kabinett ta’ Lawrence Gonzi li ta u żamm għalih €500 fil-ġimgħa żieda. L-imgħoddi tal-istess Said u Perici Calascione li fi żmien-
hom sar il-ftehim mad-DB biex il-Partit Nazzjonalista jdaħħal mijiet ta’ eluf ta’ ewro bi ksur tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Xi ħaġa li kienet segwita biċ-ċedoli u manuvri oħra bil-għan li l-PN jilgħab ma’ waħda mill-iktar liġijiet li daħħlu trasparenza. Trasparenza li lanqas Adrian Delia ma jista’ joffriha. Mhux se nsemmu d-dinja tal-futbol fejn filwaqt li jilgħabha tal-paladin kontra l-korruzzjoni, saru akkużi fil-konfront tiegħu li jqanqlu mistoqsijiet kbar. Iżda, nistgħu nieqfu mat-tellieqa għat-tmexxija u ninnotaw kif għadu għamel l-ewwel passi fil-politika u l-ewwel dikjarazzjoni tiegħu kienet li ma jridx jippubblika dikjarazzjoni tal-assi biex wara feġġew stejjer li jekk veru, iqanqlu dubji kbar dwar kemm għandu jkun fdat b’kariga hekk importanti. Huma dawn ir-realtajiet li qed iwasslu biex tul din il-kampanja rajna tiddomina l-firda u l-ġlied intern. Jidher biċ-ċar li min jirbaħ wara s-16 ta’ Settembru se jkollu biċċa xogħol iebsa jiġbor il-partit mill-biċċiet li se jkun ħallieh fih Simon Busuttil. U mingħajr viżjoni li tispira ftit qed naraw li dan jista’ jiġri.