www.one.com.mt Il-Ħadd, 27 ta’ Settembru, 2020
Ħarġa Nru 1,420
Prezz €1
MUSCAT KONTRA L-AMERIKAN FRODIST
IPPJANATA 60 SENA ILU …INFETĦET ILBIERAĦ! Tibda tintuża l-ewwel triq ġdida fis-Central Link Project bis-saħħa ta’ Gvern Laburista It-triq ġdida li għadha kemm infetħet, biex mill-Imrieħel tieħdok dritt lejn Ta’ Qali bla ma tgħaddi mill-qalba ta’ Ħ’Attard, hi l-qofol ta’ dak li llum hu s-Central Link Project. Għalkemm proġett simili kien ilu ppjanat sa mis-sittinijiet, ħadd mill-amministrazzjonijiet ta’ qabel qatt ma ħa l-inizjattiva biex iwettqu. Pjanta ddisinjata mill-amministrazz joni Nazzjonalista tal-Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier u li l-kopja tagħha qiegħda tiġi ppubblikata f’din il-ħarġa tal-lum, tindika ċar li l-ħtieġa li ssir triq simili f’din il-parti ċentrali tal-pajjiż ilha tinħass minn dak iż-żmien. Wara 60 sena, pajjiżna issa għandu Gvern li hu konvint li l-benefiċċji ta’ dan il-proġett huma wisq importanti biex jitħalla fuq l-ixkaffa u għalhekk ikkommetta ruħu li jwettqu – kif fil-fatt qed jagħmel – biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies, mhux biss tal-lokal. Tkompli f’paġna 7
IL-KELLIEM TA’ GRECH INVESTIGAT UKOLL WARA KAŻI LI JINVOLVU LILL-KANDIDAT GĦAL KAP TAL-PN INNIFSU U GWARDJI TAS-SIGURTÀ TIEGĦU, TAGĦRIF JURI LI L-PULIZIJA QED TINVESTIGA KUMPANIJA TA’ ALESSANDRO FARRUGIA Il-kelliem ewlieni tal-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qed jiġi investigat mill-Pulizija għal reati li twett qu mill-kumpanija tiegħu A2 Co. Ltd. Alessandro Farrugia (lemin), li fl-imgħod di ħadem ukoll bħala uffiċjal tal-komuni kazzjoni mal-Eks Viċi Kap Nazzjonalista u President Guido de Marco u fit-tim tal-Eks Ministru Austin Gatt, fl-aħħar xhur ġie fdat
minn Grech bħala l-kelliem u kordinatur ta’ attivitajiet varji, anke jekk ma tantx espona lilu nnifsu kif wieħed jistenna. Korrispondenza, li tinsab f ’idejn ilKullĦadd, tixhed li fl-aħħar xhur il-Pulizija, permezz tal-Ispettur Claire Borg, bdiet tiġbor “kull tip ta’ informazzjoni, bħal emails, chats fuq il-mobile u korrispondenza bl-avukat, eċċ.” bħala parti mill-investi-
gazzjoni tagħha fuq il-kumpanija. Jirriżultalna li A2 kienet xolta mill-Qorti fl-2017 wara li falliet b’riżultat ta’ djun kbar u kuntratti mhux osservati. Skont ir-reġistru tal-kumpaniji din għadha qed tiġi likwidata, waqt li Farrugia u martu huma mniżżlin bħala azzjonisti u diretturi. Tkompli f’paġna 4
Rapport f’paġna 6
02
27.09.2020
one.com.mt
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 25°C L-Inqas Temperatura: 19°C L-Indiċi UV: 7 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni baxxa fuq it-Tramuntana tal-Ewropa testendi lejn iċ-Ċentru tal-Mediterran It-Temp: Pjuttost imsaħħab li jsir ftit imsaħħab Ir-Riħ: Qawwi għal qawwi ħafna mill-Punent Majjistru li jsir ftit qawwi billejl Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Qawwi L-Imbatt: Baxx mill-Majjistral it-Tramuntana li jsir moderat mill-Majjistral billejl It-Temperatura tal-Baħar: 27°C
Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
26°C
UV 5
20°C
Il-Ħamis
Indirizz Postali KullĦadd
26°C
UV 5
20°C
27°C
Il-Ġimgħa
UV 5
21°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku One News
28°C
UV 5
21°C
29°C
UV 5
21°C
28°C
UV 5
22°C
one.com.mt
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9
Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta – 21225785 Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, Il-Marsa – 21221701 Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera – 21482856 The Local Dispensary, Triq Kan. K. Pirotta, Birkirkara – 21493549 St. Luke’s Pharmacy, Triq San Luqa, Tal-Pietà – 21241293 San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borġ, San Ġwann – 21386974 Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira, Tas-Sliema – 21332243 Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan – 21444035 Victory Pharmacy, 16, Pjazza l-Vitorja, In-Naxxar – 21412454 Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, Il-Mellieħa – 21523536 Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Paola – 21821646 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Il-Bormla – 21821671 St. Elias Pharmacy Triq San Elija, Ix-Xgħajra – 21660300 Green Cross Pharmacy, 8, Misraħ Gregorio Bonnici, Iż-Żejtun – 21693723 Pasteur Pharmacy, Triq it-Tellerit, Ħal Safi – 21689944 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 21465411 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 2145 5479
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000
Għawdex
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112
Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat – 21563233 Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imġarr, Għajnsielem – 21563017
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
03
27.09.2020
one.com.mt
ROBERT ABELA: TIM WIEĦED U MAGĦQUD
Deputati lokali u Ewropej jingħaqdu mal-Prim Ministru Robert Abela, id-Deputat Prim Ministru u d-Deputat Mexxej Laburista f’ritratt tal-Grupp Parlamentari Laburista wara laqgħa lbieraħ filgħodu. F’post fuq Facebook biex jakkumpanja r-ritratt, il-Prim Ministru tenna kemm hu kburi b’kull wieħed u waħda fit-tim magħqud tiegħu, l-istess tim li se jkompli jġib id-differenza f’pajjiżna.
04
27.09.2020
one.com.mt
DJUN U KONTIJIET TA’ ELUF
FUQ: It-talba għall-informazzjoni mill-Pulizija b’rabta ma’ investigazzjoni fuq il-kumpanija A2 ta’ Alessandro Farrugia (fiċ-ċirku), kelliem ewlieni ta’ Bernard Grech kif tindika stqarrija tal-IĠM (xellug) Tkompli minn paġna 1 Għalkemm nifhmu li Farrugia hu konxju minn dan kollu, mhux magħruf jekk żammx dan kollu mistur mill-kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN u l-kumplament tat-tim tiegħu. Fil-verità kemm Bernard Grech innifsu kif ukoll membri oħrajn madwaru ma jistgħux jitkellmu wisq, ladarba llum hu sigriet magħruf li huma wkoll kienu xi darba jew oħra taħt investigazzjoni tal-Pulizija għal reati differenti. Din il-ġimgħa stess ħareġ li Grech kien qed jiġi investigat sentejn ilu minn istituzzjoni ta’ kontra l-frodi fit-taxxa wara li nstabu numru ta’ irregolaritajiet serji. L-okkażjonijiet fejn Farrugia tkellem jew deher fil-miftuħ ma’ Grech kienu rari jew kważi qatt, anke jekk jokkupa dan ir-rwol ewlieni f ’kampanja qalila fejn qed jaħdem biex mill-ġimgħa d-dieħla l-kandidat favorit tal-fazzjoni tal-establishment ikun il-Kap ilġdid tal-PN u eventwalment Kap tal-Oppożizzjoni.
Minkejja dan, f ’korrisponden f ’Ġunju li għadda, tittratta biss kbar fi djun fuq ċertu John Merza uffiċjali tal-Istitut tal-Ġurnal- każ wieħed wara li A2 waqfet cieca, li kien jafdah fit-tmexxija isti Maltin (IĠM), li ħarġet din ħesrem milli tonora kuntratt li tal-kumpanija. Kien joqgħod fuq il-ġimgħa stess wara l-inċident li ffirmat ma’ kumpanija separa- kliemu, anke meta l-awdituri ininvolva lill-ġurnalist Colin De- ta. B’riżultat t’hekk il-kumpanija dipendenti kienu jgħidulu mod guara, Farrugia ġie kkwotat jagħti tal-konjugi Farrugia kien għad ieħor għal darba wara l-oħra. l-fehma tiegħu “f ’isem it-tim ta’ jonqosha tħallas pagamenti li Mhux magħruf x’wassal għal Dr Grech”. kienu għadhom pendenti. din l-investigazzjoni tal-Pulizija Dakinhar il-ġurnalist ta’ ONE Skont xhieda li kienu tressqu jew x’akkużi jistgħu qed jiffaċċNews ġie imbottat u mwaqqaf fil-kawża fil-Qorti, li ntemmet jaw Farrugia u martu, li f ’nofs mill-bodyguards ta’ l-2016 intlaqtu minn Grech milli jagħmel mandati ta’ sekweil-mistoqsijiet li destru fuq il-kontiherlu xierqa waqt li jiet tal-kumpanija Bernard Grech innifsu u oħrajn kienu fi ġnien pubu dawk personali. bliku f ’San Ġiljan. Minħabba f ’hekk fit-tim tiegħu kienu wkoll taħt Sadanittant, kellhom jinjettaw investigazzjoni, xi darba jew oħra, jirriżulta lil din ilxejn inqas minn għal reati differenti gazzetta li Ales€100,000 fi flus sandro Farrugia u kontanti ġejjin minn martu kienu bdew 26th Frame, il-kumpproċeduri ġudizzjarji quddi- f ’Marzu tal-2017, kien hemm anija l-oħra tagħhom. em il-prim’awla tal-Qorti Ċivili bosta kumpaniji jew persuni Dawn ma servewx u kienu f ’Ġunju tal-2016 bil-għan li jx- oħrajn li għadhom qed jittamaw li wkoll imġegħlin mill-banek olju l-kumpanija tagħhom stess jirċievu flushom lura għal oġġetti biex ipoġġu r-residenza privata skont l-Att tal-Kumpaniji ladarba jew servizzi li ngħataw lil A2 fuq tagħhom bħala garanzija. ma kinitx għadha f ’sitwazzjoni li medda ta’ snin. Ma’ dawn kien Mhux magħruf lanqas jekk tħallas għad-djun enormi li kienet hemm ukoll ħlasijiet tal-bolla hemmx xi investigazzjonijiet akkumulat. neqsin ta’ madwar 30 ħaddiem li oħrajn tal-Pulizija li qegħdin L-ittra tal-Pulizija, li tindika kellha l-kumpanija. jimxu paralleli ma’ dan il-każ. li l-investigazzjoni kienet attiva Farrugia tefa’ l-ħtija għall-eluf Hu mifhum li l-Pulizija qed
tieħu l-każ bis-serjetà tant li, fl-istess korrispondenza f ’idejna, twissi lil terzi persuni li, jekk ma jikkollaborawx f ’dak mitlub minnha, allura jkunu qed jiksru obbligu legali u allura jistgħu jiġu arrestati. Tgħid li, f ’tali nuqqas, jistgħu saħansitra jinstabu ħatja ta’ kontravenzjoni li tkun punibbli bi priġunerija. Il-problema ta’ akkontabilità donnha hi sinonima mat-tim ta’ Grech u Farrugia mhux l-uniku li għandu pendenzi x’jieħu ħsieb jew kwistjonijiet x’jiffaċċja mal-forzi tal-ordni. Skont rapport fit-Times nhar l-Erbgħa li għadda, Grech stess kien ordnat iħallas €17,000 f ’pendenzi tal-VAT. Id-Dipartiment tat-Taxxa sab li Grech kellu dħul mhux iddikjarat, flimkien ma’ numru ta’ depożiti fil-bank f ’ismu li ma ngħatawx spjegazzjoni plawsibbli minn dan il-favorit tal-fazzjoni tad-deputati ribelli, bħal Jason Azzopardi, Beppe Fenech Adami, Claudio Grech, Karol Aquilina, Chris Said, Therese Comodini Cachia, David Thake u Ryan Cal-
05
one.com.mt
KBAR PENDENTI
IS-SIGURTÀ: Kurt Gatt (fiċ-ċirku) ħati ta’ frodi fil-Qorti u l-Eks Supretendent Paul Vassallo li nstab ħati ta’ azzjoni abbużiva fil-Korp lus, fost oħrajn. Grech kien imwissi minn tatTaxxa li kellu ħafna pendenzi fi ħlasijiet li jmorru lura saħansitra 12-il sena. Il-ħlas ta’ €17,000 f ’pendenzi tal-VAT hu każ separat minn pendenzi oħrajn li Grech kellu ma’ tat-taxxa, kif żvelat fl-aħħar ġimgħat. Fil-fatt, Grech ħallas mat€30,000 fi ħlasijiet dovuti ta’ taxxa biss wara li wera l-interess li jikkontesta għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN. Minbarra hekk, ONE News żvela li Kurt Gatt, wieħed mill-gwardji ta’ sigurtà li jkunu qed jipproteġu regolarment lill-istess kandidat Nazzjonalista, tressaq il-Qorti diversi drabi, mixli b’akkużi fuq frodi. ONE rrapporta li, fl2002, Gatt kien ammetta li ffalsifika ċekkijiet tal-Bank of Valletta u ngħata l-libertà bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien 18-il xahar, waqt li 8 snin wara kien weħel sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li nstab ħati li uża cheque book misruq u bih xtara numru ta’ affarijiet, inklużi deheb u alkoħol. Minbarra hekk, fost il-bodyguards ta’ Grech hemm ukoll l-Eks Supretendent tal-Pulizija Paul Vassallo, li erba’ snin ilu kien ordnat iħallas danni li għamel meta mar jarresta persuna f ’barriera, intervent li kien ġie deskritt bħala abbużiv. Dan kollu ma jawgurax wisq tajjeb għall-kandidat imbuttat mill-fazzjoni ta’ Busuttil, li l-ħin kollu jippontifikaw dwar governanza tajba u s-saltna tad-dritt. Għajdut jissuġġerixxi li dawn in-
ħasdu meta bdew ħerġin il-każi ta’ pendenzi tattaxxa fuq iż-“żiemel” tagħhom, ladarba t-tir tagħhom kien “wiċċ nadif ” li kapaċi jqalfat lil Adrian Delia minn Kap talPN.
L-aspirant għal Kap tal-PN jibqa’ mdawwar b’dellijiet, anke ta’ nies ta’ fiduċja tiegħu
27.09.2020
GRECH JAĦRAB IL-KWARANTINA U L-ĠURNALISTI Waqt li qala’ baraxx ta’ kritika għall-mod kif evita li jagħmel kwarantina ta’ ġimagħtejn, kif mistenni wara li martu nstabet pożittiva għall-COVID-19, Bernard Grech ilbieraħ ħarab ukoll mill-mistoqsi jiet tal-ġurnalisti. Fost dawn żgur kien hemm b’mod partikolari dawk skabrużi li seta’ jistenna minn ONE News, li seta’ jassumi li se jkunu qed jerġgħu jiġru warajh kif għamlu fl-aħħar jiem. Konvinti li dan wassal biex għal żewġ intervisti li kellu skedati spiċċa m’attendiex fiżikament. Bl-iskuża pwerili li fl-aħħar jiem ma qagħadx qrib martu, li kellha tibda kwarantina obbligatorja minn nhar it-Tlieta li għadda, Grech intlaqa’ minn diversi kummenti negattivi wara li ddeċieda li joħroġ xorta waħda fl-istess jiem li bdiet il-votazzjoni bikrija għall-ħatra ta’ Kap Nazzjonalista. Dan anke jekk oriġinarjament kien qal li se jmexxi l-kampanja tiegħu b’mod virtwali. Saħansitra l-Prim Ministru Robert Abela lbieraħ irrimarka li l-kandidat tal-establishment jaħseb li hemm liġi għall-allat, li tapplika għalih u li differenti minn dik għall-bqija tal-poplu. Minkejja dan, xi ħaġa li ftit innotaw kien il-fatt li Grech ħarab il-mikrofonu ta’ ġurnalisti li riedu jagħmlulu mistoqsijiet pertinenti anke b’relazzjoni mat-tgħaffiġa li kien involut fiha fl-aħħar jiem. Nhar l-Erbgħa rapport tat-Times żvela kif il-kandidat għal Kap tal-Partit fl-Oppożizzjoni kien investigat minn istituzzjoni ta’ kontra l-frodi fit-taxxa wara li nstabu numru ta’ irregolaritajiet. Ir-rapport, li ma ġiex miċħud minn Grech, jisħaq li dan tal-aħħar kien ordnat iħallas €17,000 f’pendenzi ma’ tal-VAT. Dan il-ħlas hu separat minn pendenzi oħrajn li kellu mad-Dipartiment tat-Taxxa għal ħlasijiet dovuti li jmorru lura sa 12-il sena ilu. Minkejja dan, ġurnalisti ta’ ONE News li lbieraħ filgħodu kienu qed jistennew lil Grech jasal għal intervista fuq l-RTK u oħra fuq NET FM baqgħu b’xiber imnieħer, għax dan il-favorit tal-klikka ta’ Simon Busuttil baqa’ ma tfaċċax. Wara rriżulta li l-intervista mal-istazzjon tal-Knisja ġiet irrekordjata minn qabel, waqt li dik mal-istazzjon uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista, Grech għamel biss kuntatt telefoniku live fl-istudio. Għaldaqstant, ma kienx disponibbli biex isirulu t-tweġibiet. Dan il-fatt reġa’ kien irrimarkat mill-avversarju tiegħu, Adrian Delia, li fl-istess intervisti li sarulu saħaq li hu ma jaħrabx mill-ġurnalisti. Fuq l-RTK, il-Kap attwali tal-PN qal li “jien ma nħobbx inħalli dellijiet, għax jien ma naħrabx mill-mistoqsi jiet” f’dik li dehret botta ċara għal Grech. Dan l-aħħar Grech deher skomdu ħafna jwieġeb mistoqsijiet sempliċi tal-ġurnalist Colin Deguara. Fil-verità m’għarafx jagħti risposti diretti, inkluż għal xiex ħeba li kellu pendenzi oħrajn, u minflok irrepeta l-istess sentenza taċ-ċertifikat mid-Dipartiment tat-Taxxa li jgħid li ħallas dak li kien dovut. Anke jekk jibqa’ l-fatt li ħallas dak dovut minnu wara numru ta’ snin mhux qabel iddeċieda li jikkontesta l-elezzjoni għall-ogħla kariga fil-PN.
06
27.09.2020
one.com.mt
MUSCAT KONTRA L-AMERIKAN FRODIST L-Eks Prim Ministru Joseph Muscat fetħilha kontra Kenneth Rijock, l-infami Amerikan li joħloq stejjer ivvintati biex jattakka individwi u pajjiżi sħaħ bil-għan li jissodisfa l-interessi ta’ dawk li jqabbduh. Kif irrapportat minna l-ġimgħa li għaddiet, dan l-Amerikan minbarra li jiftaħar li hu kriminal konvertit, fil-verità għadu jwettaq reati b’mod iżjed sottili, speċi ta’ merċenarju billi jakkuża lil dawk li jitpoġġew fil-mira tiegħu b’reati mill-iżjed serji. Dr Muscat, li wkoll spiċċa f ’din il-mira, din il-ġimgħa kiteb fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook li Rijock, li hu wkoll “avukat skreditat li jista’ jiftaħar li kien jaħdem għallMafja, għażel li jixħet l-attenzjoni tiegħu fuqi. Ibbażat fl-Istati Uniti, iżda ta’ oriġini dubjuża, dan l-individwu, li tilef ħafna libelli, għax instab ħati li jivvinta minn żniedu, iddeċieda li juża t-tattiċi falluti tiegħu billi jivvinta stejjer dwari. Min-naħa tiegħi nirreaġixxi b’mod propizju, fil-ħin li nagħżel jien u bil-mezzi leġittimi li nagħżel jien.” L-Eks Mexxej Laburista kompla jgħid li “jkun għaldaqstant tajjeb li qabel ma jirriproduċu invenzjoni jiet ta’ dan il-frodist, il-midja li trid tkun serja, tieħu l-ħin biex b’mod indipendenti tivverifika dawn l-allegazzjonijiet superfiċjali.” Muscat ta iżjed tagħrif dwar kemm “dan il-giddieb jista’ jitwemmen biss minn min jibla’ kollox.” Hu żvela li “anke meta jiġi biex jivvinta t-teoriji strambi tiegħu, dan l-individwu lanqas jirnexxilu jkollu l-fatti bażici tajbin. Bħalissa qed jallega li Unità di Informazione Finanziaria per l’Italia (UIF) fetħet ‘investigazzjoni kriminali’ fuq ‘tranżazzjonijiet finanzjarji’ tiegħi fl-Italja, li bħala fatt jien qatt m’għamilt. Jallega wkoll li ngħata permess biex jiżvela din l-informazzjoni. Fir-riċerka superfiċjali li għamel biex jivvinta dan kollu, għal raġunijiet li nafu nifhmu aktar ’il quddiem, falla milli jinduna b’fatt wieħed bażiku. L-UIF hija taqsima amministrattiva fi ħdan
Ir-rapport tal-KullĦadd dwar Rijock, li jitqabbad jivvinta stejjer foloz biex jaqdi interessi ta’ min iħallsu il-Banca d’Italia, il-Bank Ċentrali Taljan. Min għandu ftit għarfien dwar kif taħdem is-sistema Taljana flimkien ma’ riċerka bażika minn xi ħadd li jaf jaqra bit-Taljan, juru li l-UIF ma tagħmilx dawn it-tip ta’ investigazzjonijiet, li iżda jsiru minn entitajiet oħrajn. Żball bħal dan minn xi ħadd li ġej minn barra s-sistema u li ma jifhimx jista’ jinħafer, iżda ma jistax jinħafer meta jkun ġej minn xi ħadd li jiftaħar li hu espert u li saħansitra
ngħata din l-informazzjoni millUIF stess.” Dr Muscat spjega li din l-informazzjoni mhix relatata mal-fatt li hu qatt ma kellu kontijiet jew tranżazzjonijiet finanzjarji f ’pajjiż ieħor ħlief f ’Malta. “Infakkar li jien l-uniku politiku Malti li tlabt li nkun suġġett għal inkjesta maġisterjali li kellha aċċess għall-informazzjoni u għall-awto ritajiet ġudizzjarji mad-dinja kollha. L-inkjesta indipendenti kkon-
fermat dak li għadni kif għidt,” saħaq Muscat, waqt li qal li dan il-frodist, li kien anke ntbagħat ilħabs fuq ħasil ta’ flus ġejjin mittraffikar tad-drogi bejn l-Amerka u l-Kolumbja, allega li awtorità partikolari qaltlu li qed tagħmel xi ħaġa li din l-istess awtorità fil-fatt ma tagħmilx. B’referenza għal Maria Efimova, li ntużat mill-Partit Nazzjo nalista qabel l-Elezzjoni tal-2017, Muscat qal: “Il-familja tiegħi u jien
konna diġà suġġetti għal invenzjo nijiet ta’ persuna giddieba oħra li sal-lum minkejja kollox, tħalliet għaddejja qisu qatt ma kien xejn. Il-fatti juru li din il-persuna ffalsifikat dokumenti u firem, waqt li dawk li tawha l-għajnuna tagħhom għadhom jinħbew wara l-kumpli kazzjonijiet tas-sigriet professjona li legali. Sal-lum għadni ma nistax nifhem x’hemm professjonali wara l-fatt li tkun kompliċi ta’ giddieba u frodista.”
07
27.09.2020
one.com.mt
Pjanta tal-proġett propost mill-Gvern ta’ Borg Olivier mas-60 sena ilu, simili ħafna għas-Central Link li beda jitgawda llum
IL-PROĠETT PJANAT UKOLL FL-2006 Tkompli minn paġna 1 Minkejja li għaddew dawn issnin kollha din it-triq baqgħet qatt ma saret bil-konsegwenza li kull min jgħix fl-inħawi, partikolarment ir-residenti ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan, Ħal Lija u Birkirkara fost lokalitajiet oħrajn filviċin, spiċċaw iħabbtu wiċċhom ma’ inkonvenjenzi kbar kaġun tal-konġestjoni li ta’ kuljum isibu mhux biss fit-toroq prinċipali ta’ din iż-żona, imma saħansitra malli jirfsu mill-għatba ’l barra ta’ darhom. Għaldaqstant, qabel kull ħaġa oħra, Central Link Project se jkun qed jagħti lura t-toroq residenzjali lin-nies li jgħixu f ’dawn il-lokalitajiet. U fl-istess waqt se jtejjeb ittraġitt għal eluf ta’ persuni oħrajn li kuljum jivvjaġġaw mill-inħawi. Il-benefiċċji li se jġib miegħu dan il-proġett se jissarrfu f ’inqas traffiku, arja aktar nadifa, toroq ta’ kwalità aħjar u ambjent isbaħ. Il-proġett li qed isir minn Infrastructure Malta b’investiment ta’ €55 miljun jikkonsisti fil-bini mill-ġdid ta’ diversi toroq ewlenin fiċ-ċentru tal-pajjiż, biex jonqos bin-nofs il-ħin tal-ivvjaġġar fir-rotta ewlenija bejn l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard, Ta’ Qali, Ħaż-Żebbuġ, ir-Rabat u l-Mosta, waqt li titjieb il-kwalità tal-arja fl-inħawi residenzjali ta’ dawn il-lokalitajiet. Il-proġett jinkludi disinn u bini mill-ġdid ta’ din ir-rotta ta’ 4.3 kilometri biex fiha jiżdiedu madwar 7.4 kilometri ta’ korsiji ġodda, titjieb l-effiċjenza u s-sigurtà ta’ 13il junction f ’dawn it-toroq, waqt li jitneħħew erba’ sistemi ta’ traffic lights li bħalissa qed jikkaġunaw diffikultajiet fl-ivvjaġġar f ’dawn l-inħawi li minnhom ta’ kuljum jivvjaġġaw madwar 30,000 persuna. Is-Central Link Project se
Il-proġett se jwassal għal tnaqqis sa 66% fit-trabijiet fini u 41% fl-emissjonijiet jintroduċi wkoll diversi faċilitajiet għall-mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi, fosthom aktar minn 10 kilometri f ’passaġġi siguri għallmixi, faċilitajiet maqtugħin mittriq biex taqsam minn naħa għal oħra, faċilitajiet aħjar għal dawk li jivvjaġġaw b’tal-linja u l-itwal korsija għar-roti mifruda mit-triq li se jkun hawn fil-pajjiż u li se tgħaqqad l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Matul ir-rotta tal-proġett, Infrastructure Malta se tiżviluppa wkoll aktar minn 24,000 metru kwadru f ’żoni ġodda msebbħin bis-siġar u l-pjanti. Iż-żewġ korsiji tal-karreġġjata li nfetħet mill-Imrieħel lejn Ta’ Qali jibdew mill-junction ta’ bejn Triq l-Imdina u Vjal De Paule (l-inħawi tal-Ġonna ta’ San Anton) u jaqbżu l-qalba ta’ Ħ’Attard qabel ma jerġgħu jingħaqdu ma’ Triq l-Imdina fl-inħawi ta’ Wied Inċita, ħdejn l-Isptar Monte Carmeli. Minbarra hekk, din it-triq ġdi-
da tevita tliet junctions b’sistemi ta’ traffic lights li qabel bilfors kien ikollok tgħaddi minnhom. Fl-istess ħin, Infrastructure Malta qed tibda x-xogħlijiet ta’ fażi oħra minn dan il-proġett, li jinkludu t-twessigħ tal-aħħar parti ta’ Triq l-Imdina, minn Wied Inċita lejn Ta’ Qali, biex tintroduċi żewġ korsiji ġodda u korsija għar-roti u l-mixi mifruda mit-triq. Meta l-proġett ikun lest is-sena d-dieħla, il-korsiji ġodda se jeliminaw diversi djuq u junctions b’sistemi ta’ traffic lights li jikkaġunaw problemi ta’ konġestjoni fil-qalba ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan, Ħal Lija u Birkirkara. Fl-istess waqt, dawn il-korsiji ġodda jiftħu spazji ġodda għal bankini aktar wesgħin, infrastruttura aktar sigura biex taqsam ittriq (pedestrian crossings), waqfiet aħjar għall-karozzi tal-linja, korsiji ġodda għar-roti mifrudin mit-triq u aktar żoni msebbħin b’siġar u pjanti. Il-periti ta’ Infrastructure Mal-
ta ddisinjaw it-triq ġdida b’mod li jkollha l-inqas impatt possibbli fuq l-inħawi residenzjali fil-qrib. Din it-triq ġdida hija mifruda minn tliet toroq residenzjali li hemm viċin, Triq Ferdinandu Inglott, Triq Oliver Agius u Triq Tumas Chetcuti, b’faxxa mħaddra bis-siġar u pjanti oħra, u b’parti oħra mill-korsija ġdida għar-roti u l-mixi wiesgħa tliet metri. Ma’ dan, l-aġenzija bniet il-parti l-kbira tat-triq ġdida f ’livell aktar baxx, mat-tliet metri (sular) taħt it-tliet toroq residenzjali, biex tnaqqas ukoll drastikament l-impatt viżiv tagħha. Qed tibni wkoll mill-ġdid dawn it-tliet toroq residenzjali b’bankini ġodda, b’sistemi tas-servizzi taħt l-art u faċilitajiet oħrajn, bħala parti mill-istess proġett. Ix-xogħlijiet fuq Central Link Project bdew f ’Jannar. Dan il-proġett tant mistenni hu mfassal fuq pjanijiet li kienu parti mill-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta’ Malta tal-2006, li diġà kien
identifika l-konġestjoni fi Triq l-Imdina, Triq in-Nutar Zarb u toroq oħrajn fil-madwar bħala problema kbira għal Ħ’Attard u lokalitajiet oħrajn fil-viċin. Infrastructure Malta tejbet il-pjanijiet tal-2006 biex trendihom aktar effiċjenti u sostenibbli għal aktar tul ta’ żmien u biex tnaqqas l-impatti mhux mixtieqa fuq l-art tal-madwar. Fl-istess waqt, żiedet ukoll infrastrutturra ġdida għal dawk li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku jew jivvjaġġaw bil-mixi jew bir-rota, faċilitajiet li bħalissa huma kważi ineżistenti f ’din iż-żona. It-Transport Master Plan 2025 tal-pajjiż ukoll jelenka l-importanza ta’ dan l-investiment, waqt li jidentifika r-rotta bejn Triq l-Imdina u Triq in-Nutar Zarb bħala t-12 minn 29 intervent kruċjali li jeħtieġ isiru b’mod urġenti għal aktar sigurtà u effiċjenza fit-toroq ewlenin ta’ pajjiżna li jagħmlu parti min-network TEN-T tal-Unjoni Ewropea. L-istudji dwar il-kwalità tal-arja li saru minn esperti indipendenti matul l-istadju tal-ippjanar tal-proġett juru li bl-eliminazzjoni tal-konġestjoni ta’ bħalissa fit-toroq u l-junctions fl-inħawi, dan l-investiment se jwassal għal titjib kbir fil-kwalità tal-arja f ’diversi żoni residenzjali tal-madwar fl-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard. Fil-fatt, il-proġett se jwassal għal tnaqqis fil-materja partikolata (trabijiet fini) sa 66% sal-2030, anke meta tikkunsidra ż-żidiet fil-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar fil-futur. Bl-istess mod, l-emissjonijiet tad-dijossidu tan-nitroġenu jonqsu b’41%. Il-materja partikulata u d-dijossidu tan-nitroġenu huma l-iżjed żewġ fatturi prinċipali tat-tniġġis mill-vetturi, u waħda mill-kawżi ewlenin ta’ mard respiratorju.
08
27.09.2020
one.com.mt
BONNICI JŻUR IŻJED TĦEJJIJIET Il-Ministru Owen Bonnici lbieraħ żar skola oħra kif għamel fl-aħħar ġimgħat waqt li kienu qed isiru t-tħejjijiet kollha neċessarji bil-għan li l-ftuħ ta’ sena skolastika ġdida jseħħ fl-aktar ambjent sigur possibbli għall-ġid tat-tfal żgħar jew kbar u l-edukaturi nfushom. Fil-Primarja tal-Kalkara, li tospita mal-150 student u tagħmel parti mill-Kulleġġ Santa Margerita, il-Ministru Bonnici ddawwar mill-Kap tal-Iskola s-Sa Cachia u l-Prinċipal is-Sur Vassallo, fost oħrajn, fil-klassijiet u l-uffiċini kollha. Kif tħabbar diġà, l-edukaturi se jirritornaw lura fl-iskejjel minn għada t-Tnejn, waqt li l-istudenti li kellhom jidħlu f ’daqqa nhar l-Erbgħa li ġej, issa se jkunu qed jagħmlu dan b’mod gradwali mis-7 ta’ Ottubru li ġej. Stqarrija mill-Ministeru għall-Edukazzjoni nhar il-Ġimgħa qalet li “sabiex nassiguraw l-aħjar ritorn tal-istudenti u sabiex l-edukaturi tagħna jkomplu bl-aħjar preparamenti tagħhom, ġie deċiż li t-tfal u l-istudenti tal-iskejjel tal-Istat taletà obbligatorja ma jibdewx l-ewwel ġurnata tal-iskola kollha fl-istess
jum fit-30 ta’ Settembru 2020, iżda minflok id-dħul lura fl-iskejjel jitqassam fuq medda ta’ jiem differenti, skont is-sena tagħhom, fuq perjodu ta’ mhux iktar minn ġimgħa b’effett mis-7 ta’ Ottubru 2020.” Kompla jingħad li b’hekk, sal14 ta’ Ottubru, it-tfal kollha jkunu daħlu lura l-iskola. “L-ewwel ġurnata ta’ attendenza għall-istudenti, għalhekk, se tkun differenti skont is-sena tagħhom. Il-ġenituri u l-kustodji se jkunu qed jirċievu informazzjoni dettaljata llum stess mill-iskejjel tagħhom.” Din id-deċiżjoni kienet ukoll segwita dakinhar stess mill-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti. Sadanittant, fiż-żjara tiegħu tal-bieraħ, il-Ministru Bonnici faħħar il-mod kif anke l-Iskola Primarja tal-Kalkara mxiet mal-linji gwida maħruġin skont il-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa. Hu tenna li, “biex mhux dejjem inżuru skejjel ġodda, illum ġejna fi skola li ilha snin li nbniet, imma xorta waħda hi attrezzata tajjeb ħafna biex toffri l-aqwa livell ta’ edukazzjoni.” Il-Ministru segwa wkoll millqrib kif ġiet mgħammra klassi apposta li se sservi ta’ iżolament biex
fiha jinżammu għal ftit ħin dawk l-istudenti li jkunu nstabu li għandhom temperatura għolja mad-dħul tagħhom fl-iskola jew juru sintomi relatati mal-COVID-19, sakemm ikunu jistgħu jinġabru mill-ġenituri jew il-kustodji tagħhom. Nhar il-Ġimgħa, il-Ministeru għall-Edukazzjoni fakkar li l-ġenituri u l-kustodji se jingħataw il-libertà sħiħa li jagħżlu jekk jibagħtux lit-tfal tagħhom l-iskola u kulma għandhom jagħmlu hu li jinformaw lill-iskola bid-deċiżjoni tagħhom. “Se nkunu qed nifhmu u nirrispettaw id-deċiżjoni ta’ kulħadd u matul is-sena skolastika se nkunu wkoll qed nipprovdu lezzjonijiet pre-rekordjati fuq l-internet (online) bla ħlas.” Għall-perjodu ta’ bejn it-30 ta’ Settembru u t-13 ta’ Ottubru, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi wkoll se tkun qed testendi s-servizz tagħha ta’ ‘bridge holidays’ għall-ħinijiet ta’ bejn is-7:00 a.m. u s-2:30 p.m. fiċ-ċentri tagħha, bla ħlas. Fl-istess waqt, minn nhar l-Erbgħa li ġej, il-Fondazzjoni se tibda toffri wkoll is-servizz ta’ Klabb 3-16, mis-2:30 p.m. sas-6:00 p.m. fiċ-ċentri tagħha.
JITNIEDA L-KORS POLITIKU TA’ IDEAT Il-fondazzjoni iDEAT se tkun qed torganizza l-kors politiku tagħha fuq medda ta’ disa’ ġimgħat u li jibda mis-17 ta’ Ottubru li ġej. Dan il-kors, li sar appuntament annwali, jittratta diversi temi bħas-sistema politika ta’ pajjiżna, dik Ewropea u internazzjonali, komunikazzjoni effettiva u l-politika ambjentali u ekonomika fost temi oħrajn u jitmexxa minn nies li jaħdmu f ’dawn is-setturi rispettivi. Dawk li jixtiequ japplikaw għal dan il-kors jistgħu jagħmlu dan billi jżuru l-paġna ta’ Facebook tal-Fondazzjoni iDEAT jew billi jċemplu fuq 21249900. F’kummenti li tat, iċ-Chairper-
son tal-Fondazzjoni iDEAT Elaine Degiorgio saħqet li dan il-kors, li għalih kull sena jattendu bosta persuni, jgħin mhux ftit lil dawk kollha li mhux biss tinteressahom il-politika, iżda anke lil dawk li għandhom huma stess aspirazzjonijiet li xi darba jidħlu fix-xena politika. Dr Degiorgio appellat biex dawk interessati jinkitbu għal dan il-kors organizzat mill-Fondazzjoni iDEAT, mhux biss għax hu esperjenza sabiħa ħafna għal min għandu għal qalbu l-politika, iżda anke għax il-postijiet huma limitati peress li qed jittieħdu l-miżuri kollha ta’ prekawzjoni minħabba l-pandemija.
09
27.09.2020
one.com.mt
L-AŻJA ISSA FUQ ALERT BIL-BAKTERJA “MALTIJA” PAJJIŻI FIL-LVANT IMBIEGĦED, L-AKTAR IĊ-ĊINA U L-INDJA, QED JIRREĠISTRAW GĦADD TA’ KAŻI TA’ DENI RQIQ, MAGĦRUF UKOLL BĦALA L-MALTESE FEVER, WAQT LI QED IKOMPLU JISSIELTU MAL-COVID-19 Waqt li d-dinja qed tkompli tiġġieled il-pandemija talCOVID-19, eluf ta’ persuni fl-Ażja attwalment qed jiġu ttestjati għal infezzjoni mill-bakterja li toħloq id-Deni Rqiq jew, kif inhu magħruf ukoll, il-Maltese Fever. Il-marda kkawżata mill-annimali tgħaddi għall-bniedem minn kuntatt fil-qrib, minn konsum ta’ laħam infettat jew ta’ prodotti magħmulin minnhom bħall-ħalib li ma jkunx pasturizzat. Waqt li l-bakterja fil-bniedem kienet sejba tat-Tabib Ingliż David Bruce fl-1886, tant li ħadet ismu (Brucellosis), kellu jkun it-Tabib Malti Sir Temi Zammit li 19-il sena wara skopra l-oriġini tal-mikrobu u kif kien qed jgħaddi fil-bniedem. Skont l-Awtoritajiet tas-Saħħa f ’Lanzhou, il-kapitali tal-provinċja ta’ Gansu, sa din il-ġimgħa diġà kien hemm mat-3,300 persuna morda bil-mikrobu, li rapporti fil-midja jissuġġerixxu hu riżultat ta’ ħruġ mill-kumpanija farmaċewtika Zhongmu Lanzhou s-sena li għaddiet. Il-ħruġ seta’ seħħ bejn Lulju u Awwissu 2019 waqt li l-kumpanija, li tagħmel riċerka veterinarja, użat diżinfettanti u sanitizers skaduti fil-produzzjoni ta’ tilqim tal-Brucella għall-annimali. Għaldaqstant, gass żejjed li ġie rilaxxat fl-arja kien ikkontaminat bil-bakterja u li wassal biex jinfetta persuni li jgħixu fil-qrib, għalkemm s’issa għadhom ma ġewx irrapportati mwiet. Minbarra hekk fis-7 ta’ Diċembru tas-sena l-oħra kienu ġew infettati 96 ħaddiem tal-laboratorju tal-kumpanija. Skont il-Global Times, li hi mmexxija mill-istat, “in-numru ta’ każi pożittivi fiċ-ċentru taċ-Ċina hu ferm ogħla milli mistenni u qed iqanqal tħassib dwar din l-imxija tal-mikrobu u l-konsegwenzi.” Waqt li xi wħud jemmnu li l-mikrobu hu diġà preżenti fit-Tramuntana tal-pajjiż ġar l-Indja, jidher li dan mhux se jkollu l-effetti li kkawża l-COVID-19, għalkemm hemm il-pessimisti li huma konvinti li s-sitwazzjoni faċilment tikber għall-agħar. Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), l-infezzjoni trasmessa mill-annimali hi fost l-aktar mferrxin u f ’żoni endemiċi, fil-bniedem kapaċi toħloq konsegwenzi tas-saħħa serji. It-tk-
abbir tal-industriji tal-annimali, innuqqas ta’ iġjene xierqa fl-irziezet, jaħtu parzjalment għall-imxija tal-Brucellosis bħala riskju tassaħħa pubblika, tant li din tinstab madwar id-dinja kollha u tiġi rrapportata minn żmien għall-ieħor f ’ħafna pajjiżi. Fil-fatt jiġu rrapportati iżjed minn 500,000 każ kull sena f ’100 pajjiż. Fl-2018, l-Iran waħdu rreġistra 16,000 każ ta’ Deni Rqiq. Meta intervistat din il-ġimgħa, il-Professur tal-Mediċina Molekulari Dr Seyed E. Hasnain qal li s’issa m’hemm l-ebda assoċjazzjoni tal-Brucellosis mal-COVID-19, għalkemm hemm xebh li jinkludi l-imxija permezz ta’ nifsijiet f ’arja kkontaminata, infezzjonijiet b’riżultat ta’ vvjaġġar, sintomi bħal deni, uġigħ ta’ ras, uġigħ fl-għadam u għejja ġenerali, infjammazzjonijiet li jistgħu jħallu l-irġiel infertili, u 2% tal-infettati jmutu, anke jekk s’issa għadhom ma ġewx irrapportati fatalitajiet bil-mikrobu. “Xhieda riċenti tissuġġerixxi li d-Deni Irqiq qed jiġi assoċjat ma’ vjaġġaturi li qed jirritornaw fl-Indja u hi ta’ tħassib f ’reġjuni bi dħul baxx u medju. L-infezzjoni tiġi trasmessa lill-bniedem minn merħliet ta’ baqar, nagħaġ,
mogħoż u ħnieżer kemm b’kuntatt dirett jew bil-konsum ta’ prodotti tal-annimali mhux pasturizzati. Għaldaqstant, irridu noqogħdu attenti għax jista’ jkun li nitfixklu fis-sintomi talCOVID-19 u l-Brucellosis,” qal il-Professur fl-Università ta’ Jamia Hamdarad fi New Delhi u l-Istitut tat-Teknoloġija f ’Delhi. Min-naħa l-oħra l-Professur Dr Sarman Singh, Direttur tal-All India Institute of Medical Sciences (AIIMS) u espert fil-mikrobijoloġija klinika u mediċina molekulari, qal li “l-imxija tal-Brucellosis fiċ-Ċina hi kwistjoni ta’ tħassib u kemm is-CDC kif ukoll il-WHO qed jimmonitorjaw is-sitwazzjoni mill-qrib. Anke jekk xorta rridu niftakru li l-Brucellosis għadha kurabbli, sens ta’ twissija hu meħtieġ f ’nofs il-pandemija tal-COVID.” Il-Professur Subhash Hira mill-Golbal Health fl-Università Amerikana ta’ Washington-Seattle wkoll esprima t-tħassib tiegħu. “Għalkemm id-dinja għad trid tib-
da tiffoka fuq din l-imxija tad-Deni Rqiq, din l-infezzjoni tibgħat messaġġ qawwi lill-pajjiżi kollha biex ikunu iżjed viġilanti. Il-Maltese Fever twassal għal infjammazzjoni fil-milsa u wġigħ anke fl-għadam, b’deni kontinwu u baxx (rqiq), waqt li taffettwa persuni ta’ kull età.
u l-marda Brucellosis għal ismu. Sadattant, iżda, kien għadu mhux magħruf minn fejn kien ġej dan il-mikrobu, b’xi wħud jemmnu li kien ir-riżultat ta’ ilma taddrenaġġ. Fl-1905, wara riċerka intensiva, Dr Temi Zammit skopra li l-mikrobu kellu l-oriġini tiegħu fil-ħalib tal-mogħoż. Dak iżżmien, il-ħalib kien jinbiegħ billi r-rgħajja jieħdu l-merħliet tal-mogħoż Fl-1905 it-Tabib tagħhom fl-ibliet u Malti Sir Temi l-irħula, u l-ħalib talZammit skopra mogħża jiġi mferra’ li l-Brucellosis fi skutella li l-mara toriġina minn tad-dar kienet konsum ta’ ħalib tnewlilhom. tal-mogħoż mhux Għal dan il-għan, sal-ewwel għexieren pasturizzat tas-snin tas-Seklu 20, kuljum kienu jiddaħħlu l-Belt daqs 2,000 mogħża. Dak Skont Il-Miklem, meta fil-bidu iż-żmien, ħalib tal-mogħoż ma tas-Seklu 19 bdew jaslu f ’Malta kienx jiġi ppasturizzat (mgħolli) u s-suldati Ingliżi, xi wħud minn- ċ-ċans li l-ħalib jgħaddi l-infezzjo hom bdew jimirdu b’marda mis- ni lill-bniedem kien kbir. Il-pastu terjuża, li ngħatat diversi ismijiet, rizza zzjoni tal-ħalib saret obbligaUndulant Fever, Mediterranean torja f ’Malta fl-1938, minkejja li Fever u Malta Fever. Meta fl- Louis Pasteur kien ilu mill-1802 1886, it-Tabib David Bruce sko- li skopra l-benefiċċji tat-togħlija pra l-mikrobu fil-bniedem, dan (pasturizzazzjoni) biex jinqerdu il-mikrobu beda jissejjaħ Brucella l-mikrobi.
10
27.09.2020
one.com.mt
GĦAJNUNA GĦAL DAR BJORN IKBAR Is-sena 2020 kienet sena diffiċli għal kulħadd. Madankollu, Bjorn Formosa jibqa’ sod b’għan ewlieni; li jiġbor biżżejjed flus sabiex tinfetaħ it-tieni Dar Bjorn biex tkun akbar u aħjar. Dar Bjorn ma takkomodax biss pazjenti bl-ALS, imma wkoll dawk li jsofru minn multiple sclerosis (MS) u kundizzjonijiet newroloġiċi. Bħalissa, hemm iktar minn 50 persuna fuq il-lista ta’ stennija biex jidħlu fl-ewwel Dar Bjorn, li tinsab f ’Ħal Qormi. Madankollu, Dar Bjorn tista’ tospita biss 13-il pazjent, li jingħataw assistenza medika 24 siegħa kuljum bla ħlas. Meta tara kemm hemm nies fil-bżonn għal din it-tip ta’ kura, malajr tinduna kemm il-ftuħ tat-tieni Dar Bjorn sar importanti aktar minn qatt qabel. Dar Bjorn diġà qed tkun ta’ għajnuna kbira għal ħafna nies ta’ kull età. F’Dar Bjorn il-pazjenti jitgħallmu jissapportjaw lil xulxin u jsiru
qishom familja waħda. Madankollu, biex din id-dar tkompli tgħin aktar nies, Bjorn jeħtieġ l-appoġġ tiegħek. Il-ftuħ tat-tieni Dar Bjorn minn ALS Malta, li se tkun akbar u iktar ġdida f ’Ħaż-Żebbuġ, se tipprovdi aktar sodod speċjalizzati mqassmin fuq seba’ sulari. L-ispiża ta’ Dar Bjorn tammonta għal €5 miljun. S’issa nġabru aktar minn €3 miljun, però biex din il-ħolma ssir realtà, Bjorn jeħtieġ l-appoġġ tiegħek. Kun ġeneruż u għin din l-inizjattiva ta’ ispirazzjoni llum il-Ħadd minn nofsinhar sa nofsillejl fuq l-istazzjonijiet televiżi, inkluż ONE. Biex tagħti l-għajnuna tiegħek, ċempel fuq 51002017 għal donazzjoni ta’ €20 u fuq 51902075 għal donazzjoni ta’ €50, jew ibgħat SMS fuq 50618936 għal donazzjoni ta’ €6.99 jew fuq 50619271 għal donazzjoni ta’ €11.65.
EVITAT TELF MINN FARSONS BL-GĦAJNUNA TAL-GVERN Il-Grupp Farsons irreġistra qligħ nett ta’ €1.6 miljun, grazzi għall-benefiċċju tal-Wage Supplement li ta l-Gvern, fost miżuri oħrajn ta’ tnaqqis ta’ spejjeż implimentati fl-aħħar sitt xhur. Għalkemm dan kien ifisser tnaqqis ta’ 75% fil-qligħ fil-linji kollha ta’ negozju tal-Grupp, l-għajnuna offruta mill-Gvern serviet ta’ mitqlu deheb anke għal intrapriża kbira bħal din, li timpjega eluf ta’ ħaddiema. Dan tħabbar waqt li l-Grupp Farsons ippubblika r-riżultati għas-sitt xhur li ntemmu fil31 ta’ Lulju li għadda u li matulhom ra l-prestazzjoni tiegħu tintlaqat b’mod qawwi mill-avvenimenti kkawżati mill-imxija tal-COVID-19 u t-tnaqqis ekonomiku nazzjonali minħabba fiha. Il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp, Norman Aquilina, irrapporta li minkejja li l-perjodu finanzjarju beda b’saħħtu bit-turnover u l-qligħ għax-xahar ta’ Frar li għadda jaqbżu dawk tas-sena ta’ qabel b’10%, il-bidu tal-pandemija COVID-19 u r-restrizzjonijiet imposti mill-ewwel laqtu l-prestazzjoni tan-negozju talGrupp. “It-turnover naqas b’mod
qawwi f ’kull linja ta’ negozju tal-Grupp, hekk kif naqset id-domanda tal-konsumaturi għall-prodotti ta’ ikel u xorb. Dan it-tnaqqis kien partikolarment qawwi fis-setturi tal-bars u tar-restoranti wara li dawn kienu ordnati jagħlqu skont regolamenti maħruġa millGvern. Anki l-avvenimenti kollha tal-massa kienu kkanċellati. L-għeluq tal-ajruport bejn nofs Marzu u l-1 ta’ Lulju effettivament għalaq ukoll is-settur turistiku għal matul dak il-perjodu, u ħalla impatt negattiv fis-settur tal-lukandi. F’April 2020, li kien l-ewwel xahar sħiħ milqut millCOVID-19, rajna t-turnover talGrupp jonqos b’55%. Il-pressjonijiet kompetittivi fis-suq saru wkoll aktar qawwija, hekk kif in-negozji kollha stinkaw biex almenu jżommu l-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom fis-suq u jimmaniġġjaw l-inventary levels. Dan kollu wassal biex dawn il-pressjonijiet miżjuda fis-suq jirriżultaw f ’aktar tnaqqis talgross margins madwar il-Grupp kollu.” It-turnover għall-perjodu ta’ sitt xhur sal-31 ta’ Lulju 2020 ammonta għal €36.8 miljun meta mqabbel mal-€53.3 miljun
għall-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Dan ifisser tnaqqis ta’ 31%. Iċ-Ċermen ta’ Farsons, Louis A. Farrugia, osserva li “l-enfasi immedjata tal-bord u l-maniġment kienet biex jitnaqqsu ċerti spejjeż operattivi u amministrattivi, jeżaminaw mill-ġdid issistemi tax-xogħol, li jevalwaw mill-ġdid il-programmi ta’ investiment kapitali li kienu diġà ppjanati, filwaqt li jibqgħu jieħdu dawk il-miżuri l-aktar importanti għall-ħarsien tal-impjiegi, il-vijabbiltà kummerċjali u s-salvagwardja tal-integrità finanzjarja tal-Grupp.” Il-livell għoli ta’ tibdil u tfixkil bla preċedent fl-operat minħabba l-pandemija COVID-19 mistennija jippersistu għaxxhur li ġejjin, kif mistennija jkunu wkoll l-inċertezzi li ġabet magħha din il-pandemija. Ilbord tad-diretturi u l-maniġment se jibqgħu viġilanti u lesti biex ikomplu jwettqu l-miżuri ulterjuri li jkunu meħtieġa biex jissalvagwardjaw il-preżenza tal-Grupp fis-suq, ħalli b’hekk jipproteġu l-impjiegi, u jiżguraw kemm il-vijabbiltà finanzjarja kif ukoll l-integrità tan-negozju tal-Grupp.
11
27.09.2020
one.com.mt
MAD-£19,000 GĦAL ELMU U MIDALJI TA’ EROJ F’MALTA Sett midalji li onoraw lill-Group Captain Arthur Donaldson, inkluż f ’Malta, għas-sehem tiegħu bħala pilota tal-ajruplani Spitfire fit-Tieni Gwerra Dinjija, flimkien ma’ oġġetti oħrajn personali, inkluż elmu mkisser wara li kien intlaqat minn splussiv fl-ajru, inbiegħu dan l-aħħar f ’irkant ta’ Spink & Sons f ’Londra għaċ-ċifra ta’ ftit inqas minn £19,000. Il-Kaptan, li kien membru tat-263 Squadron, kien intbagħat f ’Malta fl-1942 fejn serva bħala Wing Commander tar-Royal Air Force (RAF) f ’Ta’ Qali. Fil-ġlied kollu tiegħu, Donaldson irnexxielu jsalva minn tiġrif ta’ ajruplan li qatel 17-il persuna oħra, intlaqat f ’rasu minn splussiv, tilef żewġ swaba’ f ’konfront u laqqat il-malarja f ’waħda mill-missjonijiet barra l-pajjiż. Donaldson twieled f ’Weymouth, Dorset, fl-1915 u kien l-iżgħar minn tliet aħwa subien li kollha servew bħala piloti fit-Tieni Gwerra Dinjija u ġew rikonoxxuti għas-servizzi tagħhom. Hu kien issieħeb fl-RAF fl-1934 u kien qed iservi bħala instructor tal-ajru
L-elmu li Donaldson kien liebes meta ntlaqat minn splussiv
fis-Central Flying School f ’Upavon, Wilts, meta bdiet il-Gwerra fl-1939. Hu rtira mill-RAF fl-1959, waqt li miet fl-1980 fl-għomor ta’ 65 sena. Riċentement il-midalji kollha li ngħata għall-qlubija tiegħu fis-servizz militari, bħad-Dis-
tinguished Flying Cross li rċieva f ’Malta, inbiegħu fi rkant flimkien mal-elmu, mal-log book tiegħu u mal-awtobijografija mhux ippubblikata intitolata Finger Trouble, aktarx minħabba l-inċident li sofra fuq gżiritna.
APPUNTAMENTI ĠODDA MA’ ONE L-iskeda l-ġdida ta’ ONE għall-ħarifa, li se tibda minn għada, se tinkludi nurmu ta’ appuntamenti ġodda interessanti, flimkien ma’ dawk diġà stabbiliti. Fost dawk li se jintwerew għall-ewwel darba hemm dokumentarju dwar iċ-ċentinarju tal-Partit Laburista, li jaħbat din is-sena. Minn nhar it-Tlieta li ġej fid-9:00 p.m., “Dokumentarju Mija” juri l-100 sena tal-Partit Laburista, mill-oriġini sal-futur tiegħu, li għandu jżomm lit-telespettaturi mwaħħlin quddiem it-televixin tagħhom. Minbarra hekk, il-preżentatriċi Rebecca Buttigieg se tibda twassal “Fol-
low-Up” kull nhar ta’ Tnejn fid-9:00 p.m. Kif jixhed l-isem, il-programm isegwi l-avvenimenti politiċi li jkunu seħħew fil-jiem ta’ qabel. Kull nhar ta’ Ħamis fit-8:30 p.m. “Dirett” se jkun programm konċiż, għall-punt u b’temi kontroversjali. Jippreżentah Manuel Micallef. Fl-istess ħin, il-programm “Paperscan”, li kien imexxi Micallef kull nhar ta’ Ħadd, issa se jkun ippreżentat minn Charlon Gouder b’analiżi tal-gazzetti tal-ġurnata dejjem bejn it-8:30 u l-10:00 a.m. Ma’ dawn ikompli l-famuż “Pjazza” ma’ Karl Stagno Navarra mit-Tnejn sal-Ġimgħa bħas-soltu bejn is-6:30 u s-7:15 p.m.
Dan l-eroj tal-Gwerra hu magħruf li qered diversi ajruplani fuq l-art u għamel ħsara lil bini strateġiku mindu ħa l-kmand tat-263 Squadron fi Frar tal-1941. L-ewwel missjonijiet tiegħu kienu fuq Franza u l-Belġju li kienu okkupati
mill-għadu. L-ewwel darba li ndarab kien f ’missjoni f ’Settembru tal-1941 fejn waqt li kien qed jattakka airfield tal-għadu f ’Morlaix fit-Tramuntana ta’ Franza, splussiv sparat fid-direzzjoni tiegħu laqatlu l-elmu u tilfu minn sensih. Minkejja dan, l-ajruplan baqa’ għaddej waħdu b’veloċità ta’ 300 mil fis-siegħa u Donaldson qam mal-erba’ mili ’l bogħod minn fejn kien. F’pajjiżna fl-1942 hu kien responsabbli biex, fost oħrajn, iwaqqa’ seba’ ajruplani Ġermaniżi. Minkejja dan, f ’konfront dirett fl-ajru ma’ ajruplan tal-għadu tilef żewġ swaba’ minn id waħda, iżda xorta rnexxielu jniżżel l-ajruplan lura fil-bażi f ’Malta fejn ġie operat u wara ntbagħat lura l-Ingilterra biex jirkupra. Fil-vjaġġ lura lejn ir-Renju Unit, l-ajruplan li kien fuqu ġġarraf u Donaldson kien l-uniku li salva bi ftit ħruq fi jdejh. Hu temm l-impenji militari tiegħu f ’Burma fl-1945 fejn kellu jintbagħat lura fl-Ingilterra wara li ħa l-malarja. Wara l-Gwerra serva, fost oħrajn, bħala assistent direttur għad-difiża tal-ajru fil-Gvern Ingliż.
12
27.09.2020
one.com.mt
TISSOKTA L-ĦIDMA Josianne Cutajar Membru Parlamentari Ewropew
Il-ħidma fil-Parlament Ewropew kompliet fil-jiem li għaddew b’diversi impenji marbuta mar-responsabbiltajiet tiegħi kemm fi ħdan il-grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi u wkoll fuq livell lokali. Din il-ħidma tkompli wkoll issa li għadni kemm inħtart f ’isem is-Soċjalisti u d-Demoktratiċi bħala l-Viċi President tad-Delegazzjoni Ewropea għar-Relazzjonijiet mal-Awstralja u New Zealand (DANZ). L-għan ta’ din id-delegazzjoni għall-Unjoni Ewropea hu li żżomm ir-relazzjoni b’saħħitha li hemm bejn iż-żewġ partijiet,
bis-suġġett fuq nett tal-aġenda bħalissa huwa l-ftehim ta’ kummerċ ħieles li qed jiġi nnegozjat u kollaborazzjoni fuq sfidi komuni bħat-Tibdil fil-Klima u aktar riċenti l-COVID-19. Imma xtaqt naqsam magħkom ftit ħsibijiet dwar id-diskors magħruf bħala State of the Union tal-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea, Ursola von der Leyen. Fil-fehma tiegħi kien diskors li fil-parti l-kbira tiegħu jimliek b’ottimiżmu għal li ġej u b’fiduċja għal dak li se nħabbtu wiċċna miegħu fix-xhur li ġejjin. Kien diskors mirqum li għadda minn suġġett għal ieħor u ttratta wkoll dak li għaddejna minnu minħabba l-imxija talCOVID-19, fosthom l-aspett tas-saħħa. Imma xtaqt nelabora dwar punt ieħor: l-enfasi kbira fuq il-qabża fl-aspett diġitali. Von der Leyen għamlet aċċenn partikolarment dwar teknoloġiji ġodda biex ngħidulhom hekk, b’mod partikolari l-Intelliġenza Artifiċjali. Fl-ewwel sena ħdimt dwar dan, biex naraw li nagħmlu l-Ewropa relevanti fissuq teknoloġiku internazzjon-
ali, imma fuq kollox biex jekk se mmexxu, immexxu bl-ogħla standards ta’ etika. Hekk impenjata li nagħmel fix-xhur li ġejjin. Dwar dan nemmen bis-sħiħ li ma nkunux mexjin ’il quddiem jekk 40% taċ-ċittadini Ewropej li jgħixu f ’żoni rurali madwar l-Ewropa, għadhom neqsin mill-konnettività. Għad m’għandhomx aċċess tajjeb għall-internet u allura lanqas għal ħafna servizzi li hemm offruti. U għalhekk trid tkompli l-ħidma tagħna. Hemm ħafna xi tgħid dwar dan id-diskors. Imma xtaqt naqsam magħkom ukoll ħsibijiet dwar il-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil li tħabbar l-Erbgħa. Konna ħerqana nistennew dawn il-proposti l-ġodda biex naraw fuq kollox, x’jinkludu għal pajjiżi bħal tagħna fil-fruntiera, li ilhom jitħallew iħabbtu wiċċhom ma’ numri jikbru ta’ żbarki ta’ persuni. U għalhekk importanti f ’dan il-patt, hija l-proposta li tneħħi r-Regolament ta’ Dublin u minflok idaħħal liġi li fost l-oħrajn tinkludi screening mandatorju
fil-fruntiera fuq saħħa, sigurtà u identità, screening li ma jiħux aktar minn ħamest ijiem. Jekk jinstab li l-persuna għandha rabtiet aktar b’saħħithom (bħal qraba) f ’pajjiż membru ieħor, ikun dak il-pajjiż l-ieħor li jrid jipproċessa l-applikazzjoni talażil ta’ dak il-migrant. Issir minn liema pajjiż membru issir, l-applikazzjoni tal-ażil ma tiħux iżjed minn 12-il ġimgħa. Proposta li tinstema’ pożittiva għax tiffaċilita r-ritorn jew ripatrijazzjoni tal-migranti. Tajjeb però li wieħed iżomm f ’moħħu li l-effiċjenza tal-proċess tiddependi wkoll fuq kemm il-pajjiżi minn fejn joriġinaw il-migranti jikkollaboraw billi jipprovdu dokumentazzjoni u informazzjoni f ’waqtha. Il-falliment ta’ dan il-proċess ikun ifisser li pajjiżi tal-fruntiera bħal Malta jibqgħu isofru ż-żieda fin-numri u l-istennija. Fejn tidħol is-solidarjetà? Pajjiż li ma jkunx laqa’ huwa lill-migranti għax ma jinsabx fil-fruntiera, se jkollu għażla bejn li jieħu numru ta’ migranti li jkunu kkwalifikaw għall-protezzjoni internazzjonali (rilo-
kazzjoni) jew inkella jieħu migranti li ma jkunux ikkwalifikaw għal protezzjoni u jipproċessa hu r-ritorn tagħhom (f ’dak li l-Kummissjoni qed issejjaħ Return Sponsorships). Kif għandu jkun, dan ilpjan iħares l-ewwel lejn il-prevenzjoni. Bħalma smajna drabi oħra, il-Kummissjoni Ewropea reġgħet enfasizzat ir-relazzjonijiet li trid tibni u ssaħħaħ ma’ pajjiżi terzi, l-aktar dawk il-pajjiżi minn fejn joriġinaw il-migranti li jaqsmu lejn l-Ewropa. Għandna quddiemna sforz ieħor min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea li jinbidlu l-affarijiet. Wieħed għad irid jevalwa d-dettalji tal-proposta biex effettivament jifhem aħjar l-impatt fuq pajjiżi bħal tagħna fil-fruntiera. Barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea mhijiex il-Kummissjoni waħidha, hija l-pajjiżi membri u l-gvernijiet tagħhom kollha. Tibqa’ l-mistoqsija għalhekk jekk il-Membri Stati Ewropej humiex se jaqblu ma’ dak li qed jiġi propost u jekk humiex lesti li jimplimentawh, għall-kuntrarju ta’ dak li ġara fil-passat.
ĦADD MHU ’L FUQ MIL-LIĠI
Felix Busuttil Galea Kandidat
Jgħajruna korrotti. Kulħadd tal-istess stoffa. Jippuntaw subgħajhom lejna u malajr jgħaddu ġudizzju fuq kulħadd. Jinsew kemm-il darba żbaljaw u żbaljaw bl-ikrah u kkundannaw lil dawk kollha li m’għandhomx l-istess twemmin. Forsi għax qalbhom skura u mgeżwra f ’liżar imdejjaq għax mhux fil-poter jew mifnija bl-għira, bil-preġudizzju u bil-malizzja. Forsi għax għomja bil-partiġjaniżmu jew xi ideal tribali, forsi għax qatt ma ħamlu jew biss ikkunsidraw li pajjiż jista’ jistagħna u jimxi ’l quddiem anke taħt Gvern Laburis-
ta. Ma jniżżluhiex li jaraw lil pajjiżhom, li tant jgħidu li jħobbu, sejjer għall-aħjar u jagħti ġid u serħan il-moħħ lill-poplu tiegħu. Ipinġu lilhom infushom bħala xi qaddisin galleġjanti u ma jmissux mal-art. Paladini tal-ġustizzja li qatt f ’ħajjithom u fil-ħajja politika tagħhom ma żbaljaw. Kienu perfetti. Kienu jaħsbu biss fil-poplu u qatt fihom infushom. Kienu anġli. Qatt ma dawru l-verità u qatt ma gidbu. Qatt ma ħammġu u qatt ma weġġgħu lil ħaddieħor. Qatt ma kellhom x’jaqsmu ma xi inġustizzja, xi korruzzjoni, xi traġedja. Din hi l-verità umana. Verità li tissemma minn żmien Kristu. Imnaqqxa fl-istorja fil-kelma li ngħidu li hija ta’ Alla. Għax il-bniedem malajr jikkundanna. Malajr jitfa’ l-ġebel, għax dawk li jitfgħu l-ewwel, it-tieni jew l-aħħar ġebla jkunu qegħdin jinħbew wara dnub ħaddieħor sabiex jgħattu dnubiethom. Aħna taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat ma bżajniex ninvestigaw. Joseph ried u xtaq li l-mewta kiefra ta’ Daphne Caruana Galizia tiġi solvuta. Malta qatt ma setgħet tfiq u
ma tistax tfiq sakemm dawk li pjanaw u li kkommettew dan id-delitt ma jiġux ikkundannati. Joseph qabbad investigaturi barranin rinomati sabiex dan il-kapitlu ikrah fl-istorja ta’ pajjiżna jingħalaq u qatt ma evita kantunieri. Anzi ssagrifika l-karriera politika tiegħu sabiex iħalli l-ġustizzja tagħmel xogħolha. U trid taħseb sew. Joseph ma kellux xi karriera falluta. Joseph qaleb lil Malta ta’ taħt fuq, taha nifs ġdid. Għamel lil Malta sinjura u gawda kulħadd. Gawdew l-anzjani. Gawdew il-businessmen. Gawda s-sinjur u l-fqir. Gawdew in-nisa. Il-mara tad-dar u l-familji. Gawdew l-istudenti. Gawdew dawk li jixtiequ jħobbu persuni tal-istess sess. Gawdejt int. Jien. U gawda kulħadd. Joseph kien raġel fuq l-irġiel li seta’ kien imdawwar minn xi wħud li ma kienx jixirqilhom jissejħu ħbieb tiegħu jew li jixirqilhom postijiet pubbliċi għoljin. Imma Joseph flimkien ma’ martu żamm sod u ħalla l-ġustizzja timxi fit-triq tagħha sakemm kien hemm bżonn. Aħna tal-Labour ma nibżgħux mill-verità, ma nibżgħux ngħidu li għamilna
żball, ma nibżgħux nitnaddfu, ma nibżgħux nuru l-vera kuluri tagħna, ma nibżgħux nirrifurmaw u ninbidlu u ma nibżgħu minn xejn. Għandna fiduċja assoluta fil-Partit tagħna u issa fiduċja assoluta fil-mexxej ġdid tagħna Robert Abela. Robert kompla fit-triq ta’ Joseph, li jsib u jsib mill-aktar fis possibbli “closure”. Għax hemm bżonn li pajjiżna ma jibqax it-tarka ta’ midja li trid biss tħammeġ anke meta issa u fis-snin li għaddew stedinna kummissjoni internazzjonali sabiex tiggwidana kif nistgħu ntejbu s-saltna tad-dritt. Aħna stedinniehom u mhux in-Nazzjonalisti. Għax konna aħna li ġegħelna lill-persuni li qegħdin taħt investigazzjoni jirriżenjaw. Aħna konna. U mhux in-Nazzjonalisti. Aħna kellna l-kuraġġ insolvu delitti li qegħdin iċappsu r-realtà politika Maltija. Aħna qegħdin nagħmlu dan. In-Nazzjonalisti ħallew delitti maħmuġin mormija taħt it-twapet koroh tal-passat. Aħna nnaddfu lillpajjiż mill-korruzzjoni, korruzzjoni taħt il-Gvern Nazzjonalista għaddiet qisu qatt mhu
xejn. Imma ħadd u ħadd ma jista’ jkun ’il fuq mil-liġi. Robert iħalli lill-ġurnalisti jistaqsu kull mistoqsija li jixtiequ u hu mingħajr tlaqliq jirrispondi. Issa hu ż-żmien li kull skandlu jiġi investigat, skandli bħal ta’ Mater Dei, taż-żejt u żbalji orribbli u inġusti bħall-bejgħ ta’ bank Malti għal dak barrani li mhux jaqdi lill-poplu. Bejgħ ta’ artijiet misruqin mill-Maltin u issa saru no trespassing. Arja mniġġsa mill-aktar fuel li jħammeġ u joqtol. Diżastru fit-trasport pubbliku. U l-agħar, qtil ta’ tfajla innoċenti li qatt ma ġie solvut. U hawn jien mhux qiegħed niġġudika. Mhux qiegħed nipponta subgħajja, biss nixtieq bħal ħaddieħor nara ġustizzja. Għax hekk nixtiequ aħna. Investigazzjoni u soluzzjonijiet sabiex kulħadd jieħu nifs, għax aħna kollha bnedmin. Kollha umani. Kollha taħt l-istess sema mixjin fuq l-istess art. Kulħadd bl-istess protezzjoni. Bl-istess mod kif niġu investigati, ngħaddu ġuri sakemm mingħajr l-ebda dubju nkunu meħlusin jew magħluqin. L-istess.
13
27.09.2020
one.com.mt
IN-NEFQA TAL-FONDI EWROPEJ FL-AĦĦAR SEBA’ SNIN
Stefan Zrinzo Azzopardi Segretarju Parlamentari
Il-programm preżenti ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea qed joqrob lejn it-tmiem tiegħu u nistgħu nħarsu lejn is-seba’ snin li għaddew b’sodisfazzjon. Għaddejjin b’ħidma biex il-programm tal-infiq ta’ dawn il-fondi allokati għal Malta jitwassal sat-tmiem tiegħu b’suċċess. L-Unjoni Ewropea tagħti żmien sa massimu ta’ tliet snin oħra biex l-Istati Membri jikkonkludu l-proġetti li għalihom ikunu ġew allokati l-flus mill-baġit li jintemm f ’Diċem-
bru li ġej. Iżda nistgħu ngħidu li dak li rnexxielna nagħmlu f ’dawn is-seba’ snin li għaddew jagħmilna kburin. Huwa ta’ sodisfazzjon li tara li b’dawn il-fondi rnexxielna ninvestu f ’tant żgħażagħ Maltin u Għawdxin. It-taħriġ li ngħataw permezz ta’ programmi ffinanzjati minn Fondi Ewropej għen lil dawn iż-żgħażagħ kemm biex isibu impjieg kif ukoll biex jitħarrġu f ’ħiliet ġodda. Jirriżulta li f ’dawn il-programmi pparteċipaw 1,300 żagħżugħ u żagħżugħa li ntbagħtu f ’postijiet tax-xogħol biex jitħarrġu. 95% minn dawn iż-żgħażagħ irnexxielhom jieħdu impjieg fl-intrapriżi fejn kienu qed jitħarrġu. B’hekk bdew il-ħajja tagħhom fix-xogħol bl-aqwa mod u fl-istess ħin qed jikkontribwixxu għat-tisħiħ ekonomiku tal-pajjiż. Fil-qasam edukattiv ukoll intefqu miljuni ta’ Fondi Ewropej biex jitjiebu l-infrastruttura u l-ambjent fl-iskejjel sekondarji, l-Università ta’ Malta u
l-MCAST. Ma’ dan l-investiment, intefqu wkoll fondi fi scholarships u għajnuna biex aktar nies komplew bl-istudji akkademiċi tagħhom. Użajna l-Fondi Ewropej biex tajna għajnuna lin-negozji, partikolarment dawk ta’ daqs żgħir u medju. Intefqu €70 miljun biex intrapriżi setgħu jinvestu ħalli jkabbru l-operat tagħhom, isiru aktar kompetittivi kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. Diversi proġetti infrastrutturali saru b’fondi Ewropej bil-għan li titjieb il-mobilità filpajjiż, ħalli l-ivvjaġġar minn post għal ieħor isir f ’inqas ħin, b’inqas periklu u b’inqas konġestjoni tat-traffiku. Il-Junction tal-Marsa, l-Underpass ta’ Santa Luċija, il-Bypass tal-Ħamrun u l-Marsa, Triq Buqana u s-Central Link Project huma ftit biss mill-għadd kbir ta’ proġetti ta’ din ix-xorta fil-pajjiż. Waqt li ma nistgħux niskoraġġixxu l-iżvilupp u t-tkabbir fil-pajjiż, aħna konxji dwar
l-importanza ta’ kemm dan irid isir b’mod sostenibbli. L-għan tagħna huwa li nressqu lill-pajjiż aktar lejn dik li qed tissejjaħ “green economy”. F’dan l-ambitu, 300 proġett irċevew miljuni ta’ ewro f ’fondi Ewropej għall-qasam agrikolu b’inċentivi kbar għal investimenti f ’teknoloġija u apparat modern li jiffaċilita x-xogħol tal-bdiewa Maltin u Għawdxin. Dawn ġew megħjuna jinvestu f ’serer, ġwiebi u sistemi ta’ irrigazzjoni moderni. Skemi oħra kienu dawk indirizzati lejn il-qasam tas-sajd biex dan il-qasam ikun ukoll sostenibbli. Komplejna wkoll nużaw fondi Ewropej għal diversi proġetti ta’ enerġija nadifa. Sar xogħol kbir b’Fondi Ewropej biex inħarsu l-wirt storiku u kulturali tagħna kemm biex jitgawdew mill-poplu tagħna, kif ukoll mill-eluf ta’ turisti li jżuruna. Kellna proġetti ta’ din ix-xorta mifruxa f ’mhux inqas minn 30 lokalità fejn sar restawr ta’ binjiet storiċi
u knejjes filwaqt li sar investiment ukoll immirat lejn it-tisħiħ tal-wirt artistiku tagħna. Dan kien l-għan wara t-twaqqif talmużew tal-arti MUŻA u anke sar investiment ieħor fir-rinnovar tat-Teatru Manoel. Huwa wkoll ta’ sodisfazzjon għalina naraw li bosta għaqdiet mhux governattivi, NGOs, ħafna drabi mmexxija minn voluntiera, irċevew fondi biex huma stess wettqu wħud minn dawn il-proġetti ta’ preservazzjoni u kura tal-wirt storiku fl-ibliet u l-irħula tagħna. Il-kontribuzzjoni ta’ dawn l-għaqdiet u l-voluntiera hija sinifikanti. Is-seba’ snin li għaddew għandhom jagħmluna kburin bix-xogħol li sar s’issa bil-Fondi Ewropej. Għas-seba’ snin li ġejjin irridu naħdmu aktar biex iż-€2.25 biljuni li l-Gvern Malti rnexxielu jikseb mill-Unjoni Ewropea b’din l-akbar allokazzjoni li qatt rċeviet Malta, niżguraw li jintefqu sewwa biex inkomplu ntejbu l-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi.
IL-ĠID TA’ WLIEDNA
Justyne Caruana Membru Parlamentari
Proprju fil-ġranet li ġejjin, ser jerġgħu jiftħu l-bibien tal-iskejjel tagħna. Din is-sena l-edukazzjoni u s-saħħa ser ikunu intrinsikament marbuta ma’ xulxin minħabba l-pandemija li pajjiżna bħall-bqija tad-dinja għaddej minnha. Jien dejjem nikteb u naġixxi bħala politiku impenjat u bħala omm dedikata. Waħda tfisser l-oħra, għax it-tnejn jorbtu mal-ħarsien u l-benesseri tal-ġenerazzjoni tal-lum u ta’ għada. Is-saħħa u l-ħajja l-ewwel u fuq kollox, imma kull
ħaġa oħra hija importanti, anzi vitali. Fl-ewwel post l-edukazzjoni ta’ wliedna, f ’kull forma possibbli. Minn Marzu ’l hawn skoprejna u addattajna għal metodu ta’ video tutorials fuq bażi regolari. Dan grazzi għad-dedikazzjoni ta’ ħafna u ħafna għalliema u l-kooperazzjoni ta’ bosta ġenituri li allura saru aktar parteċipi fil-kurrikulu tat-tfal. Grazzi wkoll lill-avvanz kbir li sar f ’pajjiżna flużu tat-teknoloġija diġitali. Fiċ-ċirkostanzi, bħala Gvern għinna wkoll fil-provvista ta’ mezzi apposta fejn dawn ma kinux disponibbli fil-familji. Kienet alternattiva jew kumplimentari għas-sistema edukattiva kif konna nafuha. Qatt ma kienet maħsuba li tieħu post l-attendenza u l-parteċipazzjoni fiżika fl-iskola. L-esperti qed jgħidulna li huwa aktar ta’ ħsara għat-tfal jekk ma jibdewx din is-sena skolastika. Dan qed jgħiduh awtoritajiet internazzjonali, fosthom il-Ġnus Magħquda. Bħala Gvern ħadna sehem at-
tiv f ’laqgħa tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, li fiha kien hemm il-Ministri kollha tal-Edukazzjoni, u l-Ministri kollha tasSaħħa u kollha kienu deċiżi li l-iskejjel għandhom jiftħu. Dan kien qbil bejn it-tobba kollha, l-esperti kollha, il-ministri u l-Għaqda Dinjija tasSaħħa. Mhix deċiżjoni faċli, imma l-ġid ta’ wliedna u l-futur tagħhom jibqa’ fuq kull kunsiderazzjoni oħra. Aħna l-ġenituri
Fis-sitwazzjoni immedjata rridu nistaqsu jekk hix soluzzjoni li wliedna li għal sena, sentejn sakemm jinstab il-vaċċin, uliedna jingħalqu fid-djar ’il bogħod mill-iskola. Żgur naqblu li din mhix alternattiva li tagħmel sens. Meta nqisu kollox, għallġid u l-iżvilupp tat-tfal stess, jagħmel iktar sens li wliedna jmorru l-iskola, ikomplu bilvjaġġ edukattiv tagħhom. L-iskola hija importanti għat-tfal tagħna, għall-istudenti tagħna, u finalment ukoll għal pajjiżna. Jekk aħna rridu nimxu ’l quddiem bħala familji u bħala pajjiż, irid ikollna poplu infurmat, b’nies li kapaċi jiżviluppaw ilħiliet meħtieġa - għall-moħħ u għall-ħajja. Irridu niġbdu ħabel wieħed - awtoritajiet, għalliema, tfal u ġenituri. Fuq kollox irid ikollna s-serħan tal-moħħ li wliedna ser ikollhom is-sigurtà u protezzjoni meħtieġa waqt li jkunu ġol-iskejjel tagħna.
Kull ġenitur jaf sew l-importanza tal-edukazjoni għattfal u bħala omm napprezza ferm l-impenn ta’ tant għalliema biex żammew kuntatt kontinwu ma’ wliedi u ma’ tfal oħra tamparhom. Nafu li dak kien mezz kważi uniku fiċ-ċirkostanzi. Jibqa’ dejjem importanti li t-tfal ikunu fl-ambjent skolastiku ma’ tfal oħra, għax minbarra t-tagħlim akkademiku hemm il-bżonn parallel tal-formazzjoni u l-iżvilupp Ħidma Parlamentari tal-karattru. Irridu nirriflettu sewwa. Kif isir dejjem il-Parlament
jieqaf għal xi xahar jew tnejn fis-sajf, imma ħassejt li l-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta’ Għawdex ikompli b’żewġ laqgħat formali li għall-ewwel darba saru f ’Għawdex stess. L-iskop preċiż kien li nkomplu niġbru l-informazzjoni kollha neċessarja dwar Għawdex fi żmien il-pandemija biex inħejju l-proposti konkreti li fil-fatt diġà ressaqt lill-Ministeru tal-Finanzi bi tħejjija għallBaġit għas-sena d-dieħla. Fl-interess tal-Għawdxin Dan kien eżerċizzju li ħdimt sew fuqu mindu kont nominata biex nippresjedi dan il-Kumitat f ’Marzu li għadda. Infatti fil-laqgħat iddiskutejna aspetti varji mal-korpi Għawdxin u l-operaturi uffiċjali jew volontarji, kif ukoll mal-awtoritajiet jew aġenziji nazzjonali. Ridt li nkunu ċerti li jkollna kull tagħrif xjentifiku possibbli biex nifformulaw il-proposti tant meħtieġa fiċ-ċirkostanzi attwali u dawk għall-futur prevedibbli.
14
27.09.2020
one.com.mt
IS-SERVIZZ PUB
Is-Servizz Pubbliku Malti, immexxi mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar, għadu kemm ġie espost fil-varji forom tiegħu f ’kullana ta’ attivitajiet organizzati fuq ġimgħa sħiħa. Fost dawn spikkaw dawk li jittrattaw investimenti riċenti fil-forzi tal-ordni għall-konservazzjoni tal-patrimonju nazzjonali sa taħditiet dwar żviluppi bl-intelliġenza artifiċjali li qed twassal għat-trasformazzjoni tas-servizz innifsu. L-importanza tas-Servizz Pubbliku kienet ukoll riflessa f ’messaġġ tal-okkażjoni millPrim Ministru Dr Robert Abela, li stqarr li r-riformi kbar li twettqu fl-aħħar snin wasslu biex illum il-fiduċja taċ-ċittadini fih hi 14% ogħla mill-medja Ewropea. Tali investiment ukoll wassal biex is-Servizz Pubbliku Malti jiġi kklassifikat bl-aqwa servizz online fost 36 pajjiż Ewropew, kif reġa’ ġie kkonfermat anke din is-sena fl-e-government benchmarking li jsir mill-Kummissjoni Ewropea.
post aħjar għaċ-ċittadini tiegħu, waqt li rrikonoxxa l-ħidma fejjieda li saret u għadha għaddejja minn eluf ta’ ħaddiema f ’bosta dipartimenti u entitajiet governattivi f ’dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji li għaddejja minnhom id-dinja. “L-aħħar xhur kienu ta’ sfida kbira għall-poplu kollu, mhux l-inqas għall-ħaddiema li jaħdmu fis-Servizz Pubbliku. Żminijiet ta’ sfida meta bħala Gvern żidna fil-ħidma tagħna biex inwieġbu għall-isfida li ġabet il-pandemija. B’sodisfazzjon ngħid li l-ħaddiema fiċ-Ċivil qamu għall-okkażjoni. Ħadmu bla heda biex għenuna nimplimentaw id-deċiżjonijiet li ħadna bħala Gvern biex inħarsu s-saħħa u l-għajxien tal-poplu Malti u Għawdxi. Biżżejjed ngħid li s-servizz tal-153 waslulu medja ta’ 60,000 telefonata fix-xahar u 30,000 oħra matul ix-xhur tal-COVID-19,” tenna l-Prim Ministru. Hu qal li sa mill-bidu tal-pandemija, is-Servizz Pubbliku kien hemm biex jassisti f ’kull qasam b’mod partikolari f ’dak tas-saħħa u biex ġie salvat l-għajxien ta’ eluf ta’ familji, waqt li addatta u sab modi innovattivi biex wieġeb minnufih għal ħtiġijiet ġodda. “Lil hinn mill-pandemija, is-Servizz Pubbliku kien u jibqa’ s-sinsla ta’ din l-amministrazzjoni. Mingħajru ma tistax tiġi implimentata l-viżjoni ekonomika u soċjali ta’ dan Ħajr lill-ħaddiema mill-Prim il-Gvern li għaddej b’ħidma qawwija biex f ’qasir żmien Ministru jerġa’ jaqbad it-triq tas-suċċess ekonomiku. Dan għax kull wieħed u waħda minna jaf li kollox jitlaq minn ekonomija Dr Robert Abela qal li l-ħaddiema fis-settur pubbliku b’saħħitha,” tenna Dr Abela. għandhom sehem ewlieni biex jagħmlu minn pajjiżna Suċċess Ewropew fl-e-government
L-aħħar xhur kienu ta’ sfida kbira għall-poplu kollu, mhux l-inqas għall-ħaddiema li jaħdmu fis-Servizz Pubbliku. Żminijiet ta’ sfida fejn bħala Gvern żidna fil-ħidma tagħna biex inwieġbu għall-isfida li ġabet il-pandemija. B’sodisfazzjon ngħid li l-ħaddiema fiċ-Ċivil qamu għall-okkażjoni. Ħadmu bla heda biex għenuna nimplimentaw id-deċiżjonijiet li ħadna bħala Gvern biex inħarsu s-saħħa u l-għajxien tal-poplu Malti u Għawdxi
Malta reġgħet ikklassifikat fl-ewwel post minn fost 36 pajjiż għas-servizzi pubbliċi online li tipprovdi. Is-Servizz Pubbliku Malti kklassifika fl-ewwel post minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Iżlanda, in-Norveġja, Montenegro, is-Serbja, l-Iżvizzera, it-Turkija u r-Renju Unit. Malta kklassifikat fl-ewwel post fil-kriterji kollha li fuqhom huwa bbażat dan l-eżerċizzju msejjaħ e-government benchmarking li jsir kull sena mill-Kummissjoni Ewropea. Fl-2014, is-Servizz Pubbliku Malti imbarka fuq it-tiġdid tiegħu bl-għan li jwassal servizz aħjar lill-poplu bl-ewwel viżjoni tiegħu tkun li s-servizzi pubbliċi jkunu aċċessibbli 24 siegħa kuljum is-sena kollha. L-implimentazzjoni ta’ din il-viżjoni fissret it-twaqqif ta’ servizz.gov, l-aġenzija li minnha joħorġu s-servizzi tal-Gvern, investiment ta’ €150
15
27.09.2020
one.com.mt
BBLIKU ESPOST
miljun fit-teknoloġija fl-aħħar ħames snin, u €40 miljun oħra ta’ investiment fi proġetti li għaddejjin bħalissa. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar qal li dan huwa sodisfazzjon ieħor għas-servizz pubbliku li f ’dawn l-aħħar snin ikklassifika u ħa awards bir-rikonoxximent tagħhom għandu jmur għand l-uffiċjali pubbliċi li fehmu l-messaġġ tat-tiġdid meħtieġ biex il-klijent ikun il-focus prinċipali ta’ kull ħidma li ssir mis-Servizz Pubbliku. Huwa rringrazzja b’mod partikolari lit-timijiet tekniċi li hemm fil-ministeri, lill-MITA u lil dawk kollha li kellhom sehem fl-iżvilupp u fl-investiment fit-teknoloġija bla preċedent li sar matul dawn l-aħħar snin biex intlaħqu dal-livelli ġodda li qed jilħaq is-Servizz Pubbliku. Servizz.gov bi kwartieri ġodda Il-kwartieri ġodda fil-Mosta minn fejn se jibda jopera servizz.gov se jkomplu jsaħħu l-istorja ta’ suċċess ta’ din l-aġenzija li f ’ħames snin biss biddlet għalkollox il-kunċett ta’ kif is-Servizz Pubbliku jwassal is-servizzi tiegħu u kienet il-katalista tal-qabża kbira fil-fiduċja tan-nies fis-Servizz Pubbliku. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni żar il-kwartieri ġodda ta’ servizz.gov li se jiġu inawgurati dalwaqt fejn kien milqugħ u mdawwar mal-post mill-Kap Eżekuttiv ta’ servizz.gov, Massimo Vella, u membri oħrajn tal-maniġment tal-aġenzija. Is-Sur Cutajar semma kif minn ħames hubs reġjonali fil-bidu tiegħu, illum servizz.gov għandu 24 hub li kull wieħed minnhom iwassal 1,500 servizz taħt saqaf wieħed. Dan minbarra s-servizzi governattivi miġburin f ’sit elettroniku wieħed flimkien mal-formoli relevanti, kif ukoll il-mobile app maltapps li kompliet tagħmel is-servizzi talGvern aċċessibbli minn kullimkien 24 siegħa kuljum. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni semma wkoll it-tliet ċentri speċjalizzati ta’ servizz.gov li twaqqfu l-Furjana s-sena li għaddiet u li kull wieħed minnhom jiffoka fuq qasam partikolari, jiġifieri l-edukazzjoni, it-taxxa u l-familja. Servizz Pubbliku għaż-żmien li ġej
Ġodda”, is-Sur Cutajar qal li bħalissa għaddej ħafna xogħol biex jitfasslu policies u strutturi li jifilħu għax-xejriet ġodda li se jidħlu fisServizz Pubbliku fiż-żmien li ġej, fosthom ir-remote working. “L-istrutturi li ħdimna bihom tradizzjonalment mhumiex adekwati biex jifilħu għal qalba ta’ din il-kwalità,” tenna s-Segretarju Permanenti Ewlieni. Fil-konferenza saru wkoll preżentazzjonijiet mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, Anthony Gatt, li ta ħarsa lejn ir-riżultati miksuba minn proġett pilota dwar ir-remote working, u mill-Assistenta Direttur fl-Employment Support Programme, Stelmart Khalil, li ttrattat il-benesseri tal-ħaddiema. Minbarra hekk, waqt seminar separat, ingħatat ħarsa lejn il-viżjoni tas-Servizz Pubbliku fl-aħħar snin biex, permezz tat-teknoloġija, iwettaq trasformazzjoni sħiħa fil-mod kif jaħdem u kif iwassal is-servizzi għand innies. Kien għalhekk li għamel investiment bla preċedent ta’ €150 miljun fit-teknoloġija li permezz tiegħu din il-viżjoni qed titwettaq u issa se jkompli jibni fuqha permezz tal-intelliġenza artifiċjali. Bħalissa għaddej investiment ta’ €40 miljun oħra għat-twettiq tal-istrateġija Mapping Tomorrow. Fost affarijiet oħra, dan il-pjan jaħseb biex ikompli jiżdied l-użu taċ-ċittadini mis-servizzi online, jissaħħu s-sistemi diġitali interni biex l-uffiċjali pubbliċi jagħmlu xogħolhom b’mod aktar effiċjenti, u fuq kollox li jibda jitħaddem fil-prattika l-Once-Only Principle, jiġifieri li ċ-ċittadin li juża servizz governattiv jintalab l-informazzjoni dwaru nnifsu darba biss. Forzi tal-ordni u Arkivji msaħħin
Il-Ġimgħa tas-Servizz Pubbliku inkludiet ukoll żjarat f ’postijiet tax-xogħol fejn sar investiment teknoloġiku Waqt li indirizza konferenza organizzata bħala parti mill- ta’ miljuni kbar, inkluż fl-Arkivji Nazzjonali, fid-DwaĠimgħa għas-Servizz Pubbliku 2020, bit-tema “Bilanċi na ta’ Malta, fil-Korp tal-Pulizija u fil-Forzi Armati ta’
Malta. Matul dawn iż-żjarat, is-Sur Cutajar enfasizza li bissaħħa ta’ dawn l-investimenti s-Servizz Pubbliku kompla jsaħħaħ il-kapaċitajiet tiegħu, inkluż biex jinqabad traffikar ta’ drogi u oġġetti illeċiti, u koperazzjoni akbar u aktar strutturata bejn l-Armata u l-Pulizija. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni ddawwar f ’diversi taqsimiet tad-Dwana mid-Direttur Ġenerali Joseph Chetcuti, f ’dawk tal-FAM mill-Brigadier Jeffrey Curmi u fil-Korp tal-Pulizija mill-Kummissarju Angelo Gafà. Fl-Arkivji Nazzjonali fir-Rabat, is-Sur Cutajar kien akkumpanjat mill-Arkivista Nazzjonali Charles Farrugia.
16
27.09.2020
TIBDIL FIL-KLIMA
one.com.mt
nemmnu li trid issir xi ħaġa f ’dan ir-rigward sabiex din tiġi indirizzata. Li tgħid li minn sena partikolari mhux se tħalli aktar vetturi bil-fuel f ’pajjiżna mhix soluzzjoni jekk kemm-il darba ma jsirx studju serju dwar l-infrastruttura ta’ pajjiżna. Ma nistax nidħol fid-dettall ta’ kull wieħed minnhom imma se msemmi l-aktar importanti. Mario Fava President Sezzjoni Kunsillier PL
Fl-aħħar minn sensiela ta’ artikli fuq it-tibdil fil-klima, ser nagħtu ħarsa ġenerali lejn dak li qed tipproponi l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Proposti li jistgħu tassew jagħmlu d-differenza filħajja tar-residenti tagħna u l-lokalitajiet. Proposti, li jekk ikunu attwati u implimentati, itejbu b’mod qawwi l-kwalità tal-ħajja tal-familji tagħna. Proposti tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali L-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali, f ’Ottubru li għadda, nediet il-viżjoni tagħha “Viżjoni 2019 – 2024”. Viżjoni mwaqqfa fuq erba’ pillastri ewlenin; • Mobbiltà Sostenibbli • Urban Green • Open Spaces • Smart Cities Dawn l-erba’ pilastri jinkludu fihom: (i) Aċċess għall-mixi (ii) Last mile transportation (iii) Shared transport (iv) EV Infrastructure (v) Ħdura fil-lokalitajiet (vi) Arja aktar nadifa (vii) Enerġija alternattiva (viii) Indafa (ix) Arkitettura sostenibbli (x) Noise pollution (xi) Parks and gardens (xii) Spazji u pjazez miftuħa (xiii) Wirt storiku (xiv) Swieq fil-beraħ (xv) Riċiklaġġ (xvi) Outdoor sports (xvii) Proġetti ta’ parkeġġ (xviii) Moniteraġġ tal-villaġġi u rħula (xix) Servizzi online (xx) Pjanar urban (xxi) Green public procurement (xxii) Infurzar
• Trasport sostenibbli u infrastruttura Irridu naraw xi spazji ta’ parkeġġi għandna. Irridu naraw kemm minnhom huma riservati għal persuni b’diżabbiltà, garaxxijiet, timed parking zones. Irridu naraw fejn u kemm jista’ jkollna multistorey car parks, fejn jistgħu isiru. Irridu norganizzaw modi alternattivi ta’ trasport minn dawn il-parkeġġi għall-qalba tal-irħula. Irid ikollna servizz effiċjenti ta’ trasport pubbliku, li wieħed jista’ jafda u joqgħod fuqu li jwasslu fil-ħin għall-appuntamenti tiegħu. Irridu ninċentivaw lil min jagħmel użu sħiħ mill-garaxx tiegħu. Irridu ninċentivaw lil min b’għażla tiegħu jirrinunzja mil-licenzja tiegħu. Għaliex qed ngħid qed dan? Qed ngħid dan għaliex qabel nieħdu xi miżura jew oħra, l-ewwel irridu nagħtu alternattivi jekk tassew irridu lin-nies ikunu mannaħa tagħna. Ma nistgħux nimponu miżuri u nippretendu li jkollna lil kulħadd onboard jekk ma nagħtux alternattivi konkreti. Hawn fejn jidħlu l-Kunsilli Lokali, il-kunċett ta’ PPP bejn ilGvern, il-Kunsilli u l-privat. Irridu nipprovdu infrastruttura adekwata għal użu ta’ mezzi ta’ trasport alternattivi bħal roti, scooters, mixi. Dawn iridu jsiru b’mod sikur. • Aċċess għall-mixi
irridu l-infrastruttura li tilqa’ għal dan. Diġà tinħass il-ħtiega li m’hawnx biżżejjed charging points għal karozzi eżistenti u allura ma nistgħux inħarsu lejn aktar modi ta’ trasport alternattiv jekk ma nipprovdux l-infrastruttura. Dan imur id f ’id ma’ ak li għidt qabel, jiġifieri li ma nistgħux nieħdu post parkeġġi eżistenti għal charging points ġodda jekk ma nipprovdux spazji alternattivi fil-periferiji tal-lokalitajiet. • Enerġija Alternattiva L-enerġija alternattiva hija fost l-iktar element b’saħħtu sabiex niġġieldu t-tibdil fil-klima. L-enerġija rinovabbli u t-teknoloġija huma sors ta’ kif jiżdied l-inċentiv kif wieħed jista’ jiffranka l-flus. Bla dubju ta’ xejn, l-avvanzi li saru f ’dan ir-rigward għenu sabiex dan is-sors ta’ enerġija jkun aktar aċċessibbli u affordabbli għal numru ikbar ta’ nies. Il-wind farms u l-enerġija solari għamlu tkabbir notevoli u ma jidhirx li hemm xi ħsieb fil-viċin jew fil-bogħod li dan l-investiment jista’ b’xi mod jonqos fiżżmien li ġej. Wieħed jittama li fil-futur qrib, il-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinovabbli tkun irħas anki mill-fuel kif nafuh illum. Għadna naraw li bħala pajjiż inkomplu nagħtu inċentivi biex aktar familji jagħmlu użu minn enerġija alternattiva. Għandu wkoll jiġi assigurat li jkun hemm spazji sabiex nies li jgħixu f ’appartamenti, ikunu huma wkoll jistgħu jinvestu f ’teknoloġija rinovabbli.
Il-mixi huwa sors ewlieni sabiex nikkumbattu t-tibdil fil-klima. Huwa fatt magħruf li l-ikbar sors ta’ tniġġis u emmissjonijiet fl-arja, wara l-HFO huma l-vetturi. Jekk jirnexxilna noħolqu aktar spazji fejn wieħed jista’ jagħmel l-eżerċizzju, allura nkunu qed ninkoraġġixxu aktar il-mixi u l-użu ta’ mezzi oħra ta’ trasport, bħal roti, scooters u mezzi simili. Il-mixi huwa l-aktar sors ta’ trasport sostenibbli għaliex huwa b’xejn, tajjeb għas-saħħa u jagħti Dawn huma miżuri li jridu jiġu lok li n-nies jiltaqgħu u jitkellmu. implimentati bi studju serju. Tis• Arkitettura Sostenibbli ta’ tgħid li kull ħaġa hija magħġu- • Infrastruttura (EV) na f ’oħra. Bla dubju ta’ xejn li l-vetturi privati huma l-akbar Bla dubju ta’ xejn, li jekk se nħar- Dawk involuti fid-disinn ta’ sors ta’ tniġġis. Għaldaqstant, su għal aktar vetturi elettriċi, arkitettura urbana jew rurali,
għandhom responsabbiltajiet ġodda. Akbar ma tkun l-isfida tad-tibdil fil-klima, akbar tkun ir-responsabbiltà tagħhom sabiex jassiguraw li d-disinji tagħhom ikunu jilqgħu għal din l-isfida. Dan jinkludi u mhux biss; studju tad-dellijiet, soqfa insulated, disinn li jkun jista’ jiġġenera l-enerġija mir-riħ, ħitan u aperturi b’insularità doppja eċċ. Fl-2018, binjiet fl-Istati Uniti, għamlu użu biss minn 175 ta’ enerġija alternattiva. Jekk wieħed iħares lejn ir-Renju Unit, 70% jagħmlu użu mill-enerġija biex isaħħnu l-binjiet, 19% biex ikessħuhom, 7% biex jiġi msaħħan l-ilma u 4% biss għad-dawl. Dawn huma kollha indikazzjonijiet li juru kemm hu importanti li d-disinn tal-binijiet ikun maħsub sabiex possibilment ikollu bżonn l-inqas livell ta’ enerġija possibbli sabiex, fil-każ tagħna, ma jkunx hemm ħela ta’ riżorsi biex nikkumbattu s-sħana tas-sajf. • Pjanar Urban Fid-dinja tal-lum fejn il-livelli tal-effetti serra qegħdin dejjem jiżdiedu, huwa imperattiv li jkun hemm pjan urban serju fil-villaġġi tagħna. Dan jgħodd kemm għas-sħana li qed insofru minnha kif ukoll l-għargħar li kultant iseħħ meta l-inqas tkun qed tistennieh. Irridu nassiguraw li l-iżvilupp li jsir, ikun wieħed li jista’ jilqa’ għal dawn l-impatti tat-tibdil fil-klima. Dan għandu jiddaħħal bħala rekwiżit ewlieni fl-aġġudikazzjoni tal-permessi. Dik magħrufa bħala Infrastruttrua Ħadra, trid tingħata prijorità. Ġonna, parks, green roofs, green walls, passaġġi għall-mixi, sistemi ta’ dranaġġ; dawn kollha għandhom jilagħbu
rwol importanti fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u għandhom ikunu reżiljenti anki għaż-żmien li ġej. Għandu fost l-oħrajn jiddaħħal il-kunċett tal-vulnerabbiltà tal-proġett innifsu meta dan jitressaq quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar. Għandu jingħata punti għalkemm għandu pjan urban serju li se jwassal allura biex ikun hemm inqas użu ta’ energija biex wieħed joqgħod fih. Kunċetti bħal dawn għandhom jibdew jiddaħħlu fl-immedjat sabiex indaħħlu kultura aktar sensittiva f ’dan ir-rigward. Riċiklaġġ u mmaniġġjar tal-iskart Kważi l-attivitajiet kollha li naraw iseħħu madwarna huma bbażati fuq prodotti li jintużaw darba u jispiċċaw. B’riżultat ta’ dan, qed niġġeneraw għadd ta’ skart kuljum. Kull ħaġa li nagħmlu, minn xirja għand tal-merċa sa tibdil kożmetiku fid-djar tagħna, huwa mdawwar f ’materjal li la darba ftaħtu, tiddispondi minnu minnfih. Dan qed iwassal biex ikollna għad ta’ skart akkumulat f ’żoni urbani li għalih irridu soluzzjonijiet li ħafna drabi jkomplu joħolqu piż fuq is-sistema ta’ mmaniġġjar tal-pajjiż. Sfortunatament, il-gvernijiet għadhom jitħabtu biex isibu soluzzjonijiet għal dan kollu. F’pajjiżna, in-nuqqas ta’ koperazzjoni u sensittività qed twassal biex nibqgħu narmu aktar skart fil-miżbliet. L-ammont ta’ skart iġġenerat, mhux biss f ’pajjiżna imma madwar id-dinja, sar xi ħaġa li m’għadx għandna kontroll fuqha. Pajjiżna minħabba n-nuqqas ta’ pjanar serju, qed ikollu jillapazza flok nieħdu
17
27.09.2020
one.com.mt
deċiżjonijiet li jwassluna fit-tul. Riċentement, qed naraw pajjiżi bħaċ-Ċina li qed tibgħat lura u twaqqaf l-importazzjoni tal-iskart. Dawn l-azzjonijiet, tefgħu pressjoni fuq l-immaniġġjar tal-iskart madwar id-dinja u pajjiżi Ewropej qed jerġgħu jistudjaw l-istrateġija tagħhom fuq l-iskart. Minkejja dan, rajna tentattivi foqra fejn ċertu pajjiżi kellhom jirrikorru fuq pajjiżi bħall-Vjetnam, it-Tajlandja u l-Malasja sabiex possibilment jimpurtaw l-iskart tagħhom huma. Kif qed naraw, din tibqa’ sfida ewlenija. L-impjant propost millGvern waste to energy għandu jgħin f ’dan ir-rigward, minkejja li dan għad fadallu snin biex jibda jopera. Bla dubju ta’ xejn, l-iskart irridu nnaqqsuh at source jekk verament irridu negħlbu din il-problema. Irridu nintroduċu aktar sistemi sostenibbli. Irridu naraw ukoll li l-enerġija li nużaw biex naħarqu l-iskart, ma tkunx qed tikkontribwixxi hi wkoll biex taċċellera t-tibdil fil-klima. • Green Procurement F’Jannar tal-2014, il-Parlament Ewropew approva tibdil fil-leġiżlazzjoni għall-akkwist pubbliku. Billi jużaw is-saħħa tagħhom sabiex jixtru servizzi u prodotti li jagħmlu inqas ħsara, dawn ikunu qed jagħtu kontribut siewi sabiex jiġġieldu t-tibdil fil-klima. Dan jista’ u għandu jwassal sabiex prodotti li normalment isibuha diffiċli biex jidħlu fis-suq, permezz t’hekk, jiġu imbuttati biex jidħlu fl-ekonomija ċirkulari. Dan iwassal ukoll għal investiment ikbar fir-riċerka u fit-teknoloġija u fl-innovazzjoni. Dan iwassal għal ħolqien ta’ postijiet ta’ xogħol aktar sostenibbli. Huwa ċirku vizzjuż li jkun qed jagħti kontribut dirett f ’dan ir-rigward. • Infrastruttura għall-ilqugħ tal-ilma Is-sena 2020 ma kinetx fost l-aħjar. Assistenja għall-pandemija, għall-għargħar, għal temperaturi għoljin li kkaġunaw nirien kbar u kull xorta oħra ta’ diżastri. Forsi kienet sena li ġabitna f ’sensina li ma nistgħux nieħdu iktar in-natura forgranted. Dawn id-diżastri qed iwasslu biex ikollna kontaminazzjoni dejjem ikbar ta’ ilma madwar id-dinja. Pajjiżi spiċċaw b’nies imutu jew b’ilma kkontaminat, jew b’nixfa, b’ nuqqas ta’ ilma jew inkella għax l-ilma tax-xita m’għandux ilqugħ fejn imur u jispiċċa jġorr dak kollu li jsib quddiemu. Kampanji edukattivi jgħinu u għandhom jibqgħu jsiru. Però għandna nintensifikaw dawn
il-kampanji sabiex ir-residenti tagħna jitgħallmu kif jittrattaw l-ilma li huma jużaw f ’darhom stess. L-użu ta’ diterġenti naturali għall-ħasil jgħin ukoll biex issir inqas pressjoni u ħsara fuq is-sistema tad-dranaġġ. • L-ispazji miftuħa L-ispazji miftuħa huma sors naturali u effettiv sabiex jikkumbattu t-tibdil fil-klima fuq livell lokali. Il-veġitazzjoni u s-siġar huma sors ta’ kif itaffu s-sħana minn temperaturi għoljin. Għaldaqstant, spazji miftuħa u spazji mħaddra qed iżidu fl-importanza tagħhom bħala sors ta’ ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Infrastruttra ħadra, tgħin biex proċessi naturali bħall-ekosistemi jibqgħu jaħdmu b’mod naturali. Meta nagħmlu ċerti proġetti rridu nżommu f ’moħħna l-ispiża meħtieġa f ’każijiet estremi ta’ temp. Qed nirreferi għal meta jkun hemm nixfa u allura nassiguraw li jkun hemm provediment ta’ ilma għat-tisqija minn sorsi oħra. L-istess meta għandek spazji f ’postijiet li jistgħu jżommu l-ilma meta tinżel ammont kbir ta’ xita. Policies għandhom jiġu nħaddma sabiex jiġu kkonservati postijiet simili. Fejn dan mhux possibbli, għaliex m’hemmx, irridu naraw li kull żvilupp massiċċ ikun jinkorpora fih spazji simili. Ejjew nerġgħu nniżżlu n-nies fit-toroq u l-pjazez tagħna u jerġgħu jibdew jissoċjalizzaw. Konklużjoni Il-karba tar-residenti issa ilha tidwi li jridu jaraw tibdil. Iridu gvernijiet jagħmlu dak kollu possibbli sabiex ma tibqax togħla t-temperatura. Iridu soluzzjonijiet li huma jkunu parti mid-deċiżjonijiet tagħhom. Iridu li din il-problema ma tibqax ballun politiku iżda tkun prijorità dejjem u f ’kull żmien. Iridu ugwaljanza fil-miżuri li jittieħdu biex kulħadd ikollu l-istess opportunitajiet u l-ebda dritt ta’ ħadd ma jiġi mittiefes. Iridu waqfien tal-użu tal-HFO, fossil fuel u gassijiet oħra. Fuq kollox iridu tranżazzjoni magħmula b’sens fejn kulħadd ikollu aċċess indaqs għal sorsi ta’ enerġija alternattiva. Ma rridux ninsew l-aspett soċjali. Ma nistgħux għalhekk, nieħdu miżuri li jiddiskriminaw kontra xi razza, ġeneru, pajjiż, mezzi materjali jew sess. Irridu li kulħadd jaħdem, jaħdem flimkien u kulħadd jerfa’ kemm jista’ millpiż. L-Ingliżi jgħidu: “If you want you can and if you can you will!”
Mid -Dj arju ta ’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 17 ta’ Settembru Kemm qegħdin tajjeb man?! Skont kummissjoni tal-partit tagħna stess, wara t-3 ta’ Ottubru, dan il-partit darba glorjuż tagħna, se jispiċċa b’kap li, skont ma fhimt jien, ipprova jevadi milli jħallas it-taxxi. Hekk fhimt mir-rapport tal-kummissjoni li Louis Galea daħlilna fl-istatut li suppost ġabna ’l quddiem, imma milli jidher, tefagħna lura. Ma nafx, imma jkolli ngħid li ninsabu mħawdin aktar minn qatt qabel, u ma nafx kif se nirkupraw minnha din il-ħaġa. Għax il-Bambin biss jaf kemm tal-Labour se jużaw dan ir-rapport biex isawtu lill-Kap, ikun min ikun. Diġà qegħdin jieħdu vantaġġ minnu, aħseb u ara x’ġej ’il quddiem, aktar u aktar meta l-elezzjoni qiegħda toqrob. Il-Ġimgħa, 18 ta’ Settembru Hemm hi, man! Il-Kap Adrian Delia vara l-kampanja tiegħu biex fit-3 ta’ Ottubru nkunu nistgħu nikkonfermawh, u ovvjament niċċelebraw. U kemm kien tajjeb, man! Il-partit darba glorjuż tagħna se jkun qiegħed idaħħal l-eluf ta’ ewro bis-saħħa tal-każini tagħna, waqt li l-midja tagħna mhix se tkompli titlef aktar flus. Konkret ir-raġel, u mhux manifest bla, bla, bla, bħal ta’ Bernard Grech. U dan is-suċċess enormi, Adrian Delia kisbu minkejja t-tfixkil ta’ dawk is-17-il traditur immexxija minn Simon Busuttil u Jason Azzopardi. Li kieku ma tawhx il-gambetti li tawh, kieku nistgħu ngħidu li ċerti li sa sentejn oħra nkunu Kastilja. Imma kieku, waqa’ u kiser siequ, kif kienet tgħid in-Nanna Gerit. Is-Sibt, 19 ta’ Settembru Kemm qiegħed nieħu pjaċir nisma’ lill-Kap Adrian Delia jgħajjar lil Jason Azzopardi li huwa giddieb. U Jason lanqas biss jazzarda jiċħad li huwa giddieb. U milli nista’ nifhem minn dak li qal il-Kap illum, mhux hu biss irrealizza li Jason Azzopardi huwa giddieb, għax skont il-Kap, in-numru ta’ tradituri qiegħed jonqos u m’għadux 17. Ovvjament dawn bidlu fehmithom għax huma wkoll indunaw li Jason Azzopardi huwa giddieb. Wisq probabbli fost dawk li kkonvertew hemm Therese Comodini Cachia li llum tirrealizza li kienet użata minn Jason Azzopardi. Insomma, huma min huma l-konvertiti, jien xorta ma nafdahomx u wara t-3 ta’ Ottubru, inqaċċtilhom rashom, kollha kemm huma. Il-Ħadd, 20 ta’ Settembru Ġurnata ta’ dwejjaq, man! Konna ilna snin twal bħal-lum nagħmlu l-akbar mass meeting fuq il-fosos, imma llum xejn. Jien għalija dan kien l-akbar jum fl-istorja glorjuża tal-partit tagħna. Hekk kien jgħidli mis-
sieri li meta kont tifel kien dejjem iġorrni miegħu għall-attivitajiet ta’ Jum l-Indipendenza. Mhux biss fi żmien il-mibki Ġorġ Borg Olivier, imma anke fi żmien il-kbir Eddie. Għandek tgħid li kellu jkun Simon Busuttil li qerdilna dan il-jum tant għażiż għalina. Mhux biss dan il-jum qerdilna Simon Busuttil, imma wisq nibża’ li qerdilna l-partit tagħna, biex issa mar ipappiha sew fi Brussell. U kif qatt ma nisimgħu b’aħbaru, hux!? It-Tnejn, 21 ta’ Settembru Xtaqt kieku nitla’ sal-Belt nara l-parata, imma jien ma niħux gost nara lil tal-Labour jiddominaw iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum l-Indipendenza għax dan il-jum huwa wisq għażiż għalija bħala l-akbar Nazzjonalist li hawn fil-pajjiż. Minflok erħejtilha lejn ilbaħar. Hekk jew b’hekk, issa li bdiet il-ħarifa, it-temp xi ftit jew wisq jibda jaqleb u għedt li aħjar immur nieħu l-aħħar għawma. U fejn immur ngħum jien niltaqa’ ma’ ħafna Nazzjonalisti, fosthom tesserati, u għalhekk ma setax jonqos li ngħaddi wkoll kelma biex jivvutaw għall-konferma tal-Kap Adrian Delia. Imma t-tweġibiet tagħhom ma tantx bidluli l-burdata. It-Tlieta, 22 ta’ Settembru Erġajna koppi, man! Erġajna spiċċajna mingħajr teżorier għax il-Viċi Kap Robert Arrigo qalilna li ma jridx ikompli jerfa’ din ir-responsabbiltà. Mhux għax jibża’ minnha, imma minħabba l-ħdura ta’ dawk li jappoġġjaw il-klikka tas-17-il traditur. Ma nafx kemm messaġġi qal li rċieva mingħand xi ħadd fil-klikka tas-17-il traditur. Afli jaslu għalkollox dawn in-nies, man! Imma f ’wiċċhom se jibqa’ għax Robert Arrigo qalilna wkoll li se jibqa’ jokkupa l-kariga ta’ Viċi Kap, anke jekk ftit ilu kien irriżenja. Prova ċara li lill-klikka tas-17-il traditur, Robert Arrigo se jibqa’ jiġġildilhom, imma mhux lest li jkompli jservi ta’ tapp. U sewwa jagħmel, man! L-Erbgħa, 23 ta’ Settembru U tgħid mhux se nemmen li l-eks ġurnalista tat-Times, Ivan Camilleri ħa b’kemm jiswew €12,000 affarijiet minn supermarket, man! Mela Ivan Camilleri, Nazzjonalist kbir bħali imma mhux daqsi, se jasal għal dawn l-affarijiet?! Ma tarax! Dawn kollha huma qlajjiet min-naħa tal-Laburisti biex ikunu ċerti li Ivan Camilleri ma jerġax lura fix-xena ġurnalistika, għax għalihom kien xewka u ma kinux jieħdu gost bih. Anzi kienu jieħdu qatgħa kif jarawh quddiem għajnejhom. Jien wieħed minn dawk li nimmissjah għax kont nieħu gost narah u nisimgħu jagħmel dawk il-mistoqsijiet impertinenti lil tal-Labour. Imma llum, miskin, ikollu jagħlaq ħalqu!
18
27.09.2020
one.com.mt
Il-Forti Sant’Anġlu fl-1870. Il-batterija l-ġdida tidher qed tinbena
IL-FORTI SANT’ANĠLU U L-ARMATA INGLIŻA Fl-ewwel żewġ intervisti, Matthew Balzan, Kuratur Prinċipali tal-Fortifikazzjonijiet ta’ Heritage Malta, spjegalna kif Sant’Anġlu nbena fi żmien il-Medju Evu. Meta mbagħad waslu fostna l-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Matthew, meta nistgħu ngħidu li l-Forti Sant’Anġlu għadda f ’idejn l-Armata Ingliża u x’kien l-użu tiegħu għall-istess Ingliżi? Dan seħħ mal-kapitulazzjoni tal-Forzi Franċiżi f ’Malta, fil-5 ta’ Settembru 1800. Għal kważi 100 sena, il-fortizza baqgħet tiġi żviluppata u użata bħala batterija kostali biex tiddefendi d-daħla tal-Port il-Kbir, hekk kif kienet ġiet mibdula f ’dan irrwol mill-inġinier militari Carlos Grunenbergh, bejn l-1689 u l-1691.
Ġwann, din il-fortifikazzjoni ssaħħet biex tkun tista’ tilqa’ għall-attakki li bdew jiżviluppaw maż-żminijiet. Kien il-kastell Sant’Anġlu li rnexxielu jilqa’ l-ibbumbardjar tal-Ottomani minkejja li postijiet oħra waqgħu.
Biss, matul is-seklu 19, it-teknoloġija tal-gwerra rat progress kbir u dan wassal sabiex bil-mod il-mod, il-Forti Sant’Anġlu beda jerġa’ jitlef l-importanza militari tiegħu meta mqabbel ma’ fortizzi oħrajn ta’ żmien il-kavallieri, bħall-Forti Sant’Iermu u l-Forti Rikażli u anke fortifikazzjonijiet ġodda fit-tieni nofs ta’ dan is-seklu. L-iżvilupp fl-artillerija u l-kanuni wkoll wassal biex sa tmiem is-seklu 19, il-Forti Sant’Anġlu ma baqax relevanti għal gwerra moderna u spiċċa mgħoddi f ’idejn il-Flotta Rjali fl-1906. Saru xi tibdiliet fil-binja tal-forti tul dawn iż-żminijiet?
Fl-1806 Għall-ewwel snin, l-Arwieħed mill-postijiet mata Ingliża ma tantx għamlet tibdiliet li kien qed jiġi propost fil-forma tal-fortizza. li fih jinbena baċir kien Deskrizzjoni talil-foss tal-fortizza. Biss, dan post ġiet mogħtija il-proġett ma mmaterjalizzax mil-Logotenent Aeneas Anderson ruħu u kien fl-1843 li beda fl-1801, li jsemjinbena l-baċir Numru 1 iżjed mi li l-post kellu ’il ġewwa fid-daħla bejn diversi binjiet sbieħ. Apparti il-Birgu u l-Isla
dan, Anderson jafferma l-qawwa tal-fortizza f ’dan iż-żmien, hekk kif jgħid li waħidha, din il-fortizza kellha s-saħħa li tkisser kull bastiment tal-għadu li jittanta jersaq viċin wisq lejha. Sal-1803, il-fortizza kellha ’l fuq minn 49 kanun. Dan ġie affermat fl-1813 f ’rapport tal-Logutenent Kurunell Dickens. Hu semma li l-Forti Sant’Anġlu kien meqjus bħala ċ-ċittadella tal-Kottonera, iżda iktar minn hekk, kien jipprovdi d-difiża prinċipali tad-daħla tal-Port il-Kbir. Interessanti, li fl-ewwel snin tal-ħakma Ingliża kien hemm il-ħsieb ta’ użu ġdid għall-inħawi tal-forti. Għall-bastimenti tal-Armata Ingliża, kienu bnew xi baċir? Fl-1806 wieħed mill-postijiet li kien qed jiġi propost li fih jinbena baċir kien il-foss tal-fortizza. Biss, dan il-proġett ma mmaterjalizzax ruħu u kien fl-1843 li beda jinbena l-baċir Numru 1 iżjed ’il ġewwa fid-daħla bejn il-Birgu u l-Isla. Skop li baqa’ jiġi użat u anke żdied sew, kien l-użu tal-fortizza bħala post minn fejn jiġu sparati s-saluti. Dan kien
Illum se nkomplu nwasslu u nkattru l-informazzjoni fuq il-fortizza u x’għadda minnha hekk kif għaddiet f’idejn l-Ingliżi. Minn CHARLES B. SPITERI
isir kemm fil-festi tal-ibliet madwar il-Port il-Kbir u wkoll f ’okkażjonijiet speċjali, bħal ħatra ta’ Papa ġdid jew iż-żjara ta’ xi membri tal-Familja Rjali f ’Malta. L-unika binja li għaddiet minn xi tibdil kienet waħda mill-kwartieri tas-suldati li nbniet minn Mederico Blondel fl-1693. Din tkabbret u saritilha faċċata ġdida mill-Armata Ingliża. Il-fortizza kemm damet iżżomm ir-rwol tagħha bħala ‘gwardjan’ tal-Port il-Kbir? Damet taqdi din il-funzjoni sew sa nofs is-seklu 19. Dan ġie mistqarr mill-Kaptan Widdrington fl-1843, li iżda wera tħassib fuq l-armamenti tal-fortizza, li skont hu, kellhom jitkabbru sew fid-daqs. Dan kien ta’ xhieda għall-avvanz li beda jsir fl-artillerija minn dan iż-żmien ’il quddiem. Is-sena ta’ wara il-Kurunell Harding kompla fuq dan is-suġġett u ssuġġerixxa li l-batterija t’isfel, li kienet inbniet iktar minn 150 sena qabel, tiġi msaqqfa. Dan sar, iżda sfortunatament, grigalata qawwija fl-1848 kissret ix-xogħol kollu li kien għadu
kif tlesta ftit qabel. Terġa’ dan ma kienx biżżejjed, għax wara li ssewwiet il-ħsara, grigalata oħra reġgħet kissret il-batterija fl1852! Fost żviluppi oħra, sa dak iż-żmien kienu nbnew maħżen fil-Batterija de Guiral u ħajt iffortifikat fil-parti tal-batterija t’isfel li tħares lejn il-Belt Valletta. Interessanti li fost l-ewwel proposti tal-breakwater li saru f ’dak iż-żmien, kien hemm il-ħsieb li parti minn din l-istruttura tinbena taħt il-Forti Sant’Anġlu. Meta nistgħu ngħidu li l-Forti Sant’Anġlu ġie mgħammar bil-kanuni moderni? Kien fl-1852 li l-Gvernatur Sir William Reid kompla fuq ilħsieb ta’ Widdrington li l-Forti Sant’Anġlu jiġi mgħammar b’kanuni iktar moderni, speċjalment fuq in-naħa li tħares lejn id-daħla tat-Tarzna f ’każ li xi bastiment tal-għadu jirnexxilu jiżgiċċa filPort il-Kbir. Is-suġġerimenti ta’ Reid issaħħew ftit tas-snin wara, meta f ’rapport dettaljat tal-Kurunell Lefroy, ġie propost li l-fortizza
19
27.09.2020
one.com.mt
jkollha tibdil kbir fl-armamenti tagħha u bdew jiddaħħlu kanuni li kulma jmur, bdew jikbru fid-daqs. Kien f ’dan iż-żmien ukoll li peress li bdew jitkabbru l-kanuni, bdew jinbnew diversi mħażen tal-porvli madwar il-fortizzi sabiex ifornu l-batteriji l-ġodda bil-porvli. Ħafna minn dawn il-binjiet ġew iddisinjati minn Philip Ravenhill tar-Royal Engineers. Sfortunatament, wieħed minn dawn l-imħażen sploda fl-1868 u wassal għallmewt ta’ tmien persuni. L-isplużjoni kienet tant qawwija li xi tifrik waqa’ fix-xatt tal-Belt, innaħa l-oħra tal-Port il-Kbir. Allura r-ritmu għal armamenti ġodda kompla għaddej fis-snin ta’ wara? Iva. Tant hu hekk li fl-1866, il-Gvernatur Sir Henry Storks reġa’ semma l-bżonn ta’ kanuni aktar moderni, peress li fi kliemu, il-Forti Sant’Anġlu kien ta’ importanza kbira. Ftit taxxhur wara, ġie approvat l-akbar proġett li sar mill-Armata Ingliża fil-fortizza, fuq it-tieni batterija mibnija minn Carlos Grunenbergh fl-1690. Dan il-proġett kien jinkludi l-bini ta’ batterija ġdida msaqqfa għal tliet kanuni ta’ 12-il tunnellata u b’kalibru ta’ 9 pulzieri kull wieħed. L-ispiża għal dan ix-xogħol kienet ta’ £2,786, somma sostanzjali għal dak iż-żmien. Il-batterija l-ġdida ġiet kompluta f ’Diċembru tal-1872 meta waslu l-kanuni. Għalkemm tnejn minn dawn il-kanuni ġew merfugħin minn barra s-sur, it-tielet wieħed ġie mtella’ minn ġo passaġġ li kien jgħaqqad il-batterija t’isfel ma’ dik ta’ fuqha, bir-riżultat li l-kanun weħel f ’kantuniera u kellha tkun biċċa xogħol iebsa biex inqala’ u finalment tpoġġa f ’postu. Biss, immedjatament wara dan l-investiment, il-Ġeneral Adye mill-ewwel issuġġerixxa li jiżdiedu l-kanuni ta’ dan it-tip fil-Forti Sant’Anġlu, anke minħabba li kien għad fadal diversi kanuni antiki fil-fortizza li sa dak iż-żmien ma kellhom l-ebda użu fi gwerra moderna. Kif insibu li tard fis-seklu 19, il-Forti Sant’Anġlu żied fl-importanza tiegħu? Għax matul is-sebgħinijiet ta’ dak is-seklu, il-Forti Sant’Anġlu żied maħżen prinċipali tal-porvli minħabba l-pożizzjoni strateġika tiegħu f ’nofs il-Port il-Kbir. Sal-1878, il-Kavallier ta’ Ferramolino kien il-post ewlieni fejn inħażen ħafna minn dan il-porvli, tant li fl-1855 kienu nbnew rampa u lift apposta biex jittella’ l-porvli f ’dan il-post. Kien sar ukoll ħajt b’għoli ta’ 34 pied quddiemu sabiex f ’każ ta’ splużjoni, dan jipprova jnaqqas il-ħsara kemm jista’ jkun.
B’kollox, fl-1878 il-fortizza kellha maħżunin fiha 9,785 bettija porvli, li 8,625 minnhom ma kinux maħsuba biex jintużaw mill-kanuni tal-fortizza. L-investiment kollu li sar fuq dan il-forti, ta l-frott mistenni? L-investiment kien qawwi għal dak iż-żmien, iżda n-nifs ġdid li ngħata lill-fortizza kien wieħed qasir. Dan għax matul is-sebgħinijiet tas-seklu 19, l-Armata Ingliża bdiet tibni diversi fortizzi ġodda li kienu aktar addattati għall-kanuni l-ġodda u mibnija b’sistema li jidhru mill-inqas minn fuq il-baħar, kuntrarju għall-Forti Sant’Anġlu li kien jispikka bl-għoli tiegħu. Barra minn hekk, sal-1884, ġew installati żewġ kanuni tal-100 tunnellata kull wieħed, li prattikament ġabu fi tmiemha l-importanza strateġika u militari tal-Forti Sant’Anġlu. Dan kompla bl-introduzzjoni ta’ kanuni ġodda breech loaders, tant li għalkemm il-Forti Sant’Iermu u l-Forti Rikażli ġew addattati għal dawn l-armamenti, il-Forti Sant’Anġlu ma sarlu l-ebda investiment ta’ dan it-tip minħabba l-qedem tiegħu.
Pjanta tal-Forti Sant’Anġlu li turi diversi binjiet ġodda f’nofs is-seklu 19 (Arkivji Nazzjonali tar-Renju Unit)
Jiġifieri dan jista’ jfisser li minn dak iż-żmien, din il-fortizza baqgħet dejjem tnaqqas mill-importanza tagħha? Hekk hu. Il-fortizza baqgħet tnaqqas mill-importanza tagħha u dan hu rifless f ’diversi rapporti militari tal-aħħar snin tas-seklu 19. Eżempju ċar ta’ dan hu r-rapport ta’ Nicholson u Goodenough, li fl-1888 iddeskrivew il-fortizza bħala qadima u mhux tajba biex tintuża għad-difiża talkosta. Fil-fatt, jista’ jkun li kien dan in-nuqqas ta’ importanza li wassal sabiex fl-1887 bdiet it-tradizzjoni li viżitaturi ċivili jitħallew iżuru l-fortizza nhar is-7 u t-8 ta’ Settembru sabiex tiġi mfakkra r-rebħa tal-Assedju l-Kbir, liema tradizzjoni għadha għaddejja sal-lum il-ġurnata. L-aħħar daqqa fuq l-użu militari tal-Forti Sant’Anġlu waslet fl-1898 hekk kif kull artillerija u kanuni li kien għad fadal, ġew proposti li jitneħħew u b’hekk, prattikament il-fortizza ma setgħetx tintuża aktar f ’xi gwerra. Biss, għalkemm dan forsi wassal għall-biża’ li l-Forti Sant’Anġlu jiġi abbandunat, dan ma kienx il-każ, peress li fl-istess żmien il-Flotta Rjali kienet qed tkabbar il-preżenza tagħha f ’Malta u dejjem kellha bżonn ta’ iktar faċilitajiet għall-użu tagħha. B’hekk, il-Forti Sant’Anġlu għadda għallaħħar użu militari tiegħu li kellu jtawwal proprju sat-tluq tal-aħħar Forzi militari barranin mill-Gżejjer Maltin fl-1979.
Il-Forti Sant’Anġlu fl-aħħar snin tas-seklu 19 (kollezzjoni Mużew Marittimu ta’ Malta)
Il-batterija t’isfel li ġġarfet fi grigalata fl-1848 (Arkivji Nazzjonali tar-Renju Unit)
20
27.09.2020
100 SENA TA’ PARTIT: IL-PARTIT LABURISTA Il-Partit Laburista din is-sena qed jiċċelebra l-100 sena mit-twaqqif tiegħu. Idea tajba li ttieħdet id-deċiżjoni biex dan ikun imfakkar permezz ta’ dokumentarju televiżiv li ser jixxandar fuq ONE dalwaqt. Mark Farrugia huwa l-moħħ prinċipali warajh. Iltqajt miegħu...
riċerka qawwija għal dik li hija kitba waqt li minħabba li din se tkun produzzjoni televiżiva kellha ssir ukoll riċerka għal dak li huwa viżwal. Waħda tmur mal-oħra. Fuq it-televixin bil-kitba biss ma timxix waqt li bil-viżwal biss mhux faċli li tinftiehem għalkollox. Meta tkun qed tikteb trid taħseb dwar liema ritratti jew filmati se tkun qed tuża li jikkumplimentaw dik l-istess kitba. U f ’xi drabi ssib ritratti jew filmati li jagħtuk spunt biex tikteb dwar xi tema partikolari. Għall-ewwel ftit snin mittwaqqif tal-Partit Laburista, minħabba li qed nitkellmu dwar bejn 70 u 100 sena ilu, ir-ritratti u l-filmati mhumiex daqshekk numerużi. F’Malta ma kienx għadu ż-żmien fejn kienu jittieħdu b’mod regolari ritratti tal-avvenimenti politiċi li kienu jseħħu. U fil-każ tal-Partit Laburista, iktar u iktar. Għaliex fl-ewwel snin tiegħu l-Partit Laburista kien l-iktar partit nieqes mir-riżorsi finanzjarji u umani. Għalhekk kien hemm bżonn ta’ riċerka ikbar. Fis-snin minn wara t-tieni gwerra ’l hawn din il-problema tonqos għaliex jeżistu numru ħafna ikbar ta’ ritratti tal-avvenimenti politiċi ewlenin li seħħew u hemm anki filmati. Ta’ interess partikolari fil-produzzjoni ta’ dokumentarju bħal Kemm hi ta’ responsabbiltà dan huma l-gazzetti ta’ epoki li ttella’ produzzjoni bħal din anke biex tkun leali totalment differenti. Minn dawn il-gazzetti toħroġ stampa tal-ħajja f ’Malta lejn il-fatti kif inhuma? fi żminijiet differenti. Hemm difBiċċa xogħol bħal din tinvolvi ħaf- ferenza fil-gazzetti ta’ qabel u ta’ na impenn u dedikazzjoni. Saret wara t-tieni gwerra dinjija. Fil-gaz-
Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
tal-produzzjoni ta’ dan il-proġett u lit-tmexxija tal-istazzjon ONE għall-koperazzjoni sħiħa u lil ħafna impjegati tal-istazzjon li ħadmu fuq aspetti varji. Tliet persuni partikolari li nixtieq nirringrazzja huma Jonathan Galea li qed jieħu ħsieb l-editing tal-episodji different, lil Clifford Galea Vella li ħa ħsieb jagħmel l-intervisti u lil Clive Piscopo li l-huwa l-vuċi ewlenija fil-qari ta’ kull episodju.
Kif nibtet l-idea li jsir dokumentarju dwar il-100 sena tal-Partit Laburista? Il-Partit Laburista għandu storja mill-isbaħ. Hija l-istorja ta’ kif pajjiżna minn kolonja sar pajjiż b’rajh f ’idejh fejn l-iżvilupp ekonomiku u l-ħolqien tax-xogħol ma baqgħux jiddependu fuq il-preżenza tal-bażijiewt militari, ta’ kif pajjiżna sar Repubblika bbażata fuq ix-xogħol, ta’ kif ftit Maltin u Għawdxin ma ddejqux joħorġu għonqhom għall-ilsien Malti meta dan kien jissejjaħ il-lingwa tal-kċina, ta’ kif eluf ta’ nisa u żgħażagħ ingħataw għall-ewwel darba iddritt tal-vot, ta’ kif eluf ta’ Maltin u Għawdxin mhux biss ħarġu għall-ewwel darba f ’ħajjithom mill-faqar iżda anki bdew ifaddlu xi ħaġa żgħira u jgħinu lil ulied uliedhom, ta’ kif eluf ta’ ġenituri b’sagrifiċċji rabbew lil uliedhom b’għożża u rawhom jikbru u javvanzaw iktar minnhom fil-ħajja, ta’ kif eluf ta’ familji għall-ewwel darba saru sidien ta’ djarhom, ta’ kif pajjiżna beda jipprovdi qafas ta’ ħarsien soċjali lil dawk l-iktar batuti fostna, ta’ kif pajjiżna rrikonoxxa d-drittijiet tal-minoranzi u hija l-istorja ta’ ħafna u ħafna kisbiet kbar oħra. Inħass li huwa dover u dmir li meta fil15 ta’ Ottubru li ġej, il-Partit Laburista se jagħlaq 100 sena, ifakkar minn fejn telaq, minn xiex għadda u fejn jinsab b’tislima partikolari lit-12-il fundatur u lit-8 Mexxeja li kellu sal-lum - William Savona, Michael Dundon, Pawlu Boffa, Dom Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici, Alfred Sant, Joseph Muscat u Robert Abela. Permezz ta’ dan id-dokumentarju l-imgħoddi tal-Partit Laburista se jingħata l-ħajja mill-ġdid, xi ħaġa li nemmen li tkun apprezzata mit-telespettaturi ta’ ONE.
one.com.mt
X’għandhom jistennew it-telespettaturi?
zetti ta’ qabel il-gwerra hemm enfasi kbira ħafna fuq il-kliem u ftit li xejn kien ikun hemm ritratti. U l-gazzetti ma kinux kif nafuhom illum, jiġifieri mimlija b’rapporti dwar avvenimenti li jkunu ġraw il-jum ta’ qabel. Qabel il-gwerra f ’ħafna gazzetti kien ikun hemm iktar minn kollox, kummentarji politiċi. Fl-istess ħin f ’dan iżżmien kien hemm gazzetti mhux biss bil-Malti u bl-Ingliżi iżda anki bit-Taljan. Wara l-gwerra l-affarijiet bdew jinbidlu. Spiċċaw il-gazzetti bit-Taljan, bil-mod il-mod bdew jitfaċċaw ħafna iktar ritratti u l-gazzetti bdew jsiru jixbhu ħafna iktar lill-gazzetti kif nafuhom illum b’rapporti fattwali dwar dak li kien ġara f ’Malta ħafna drabi lejlet jew ftit jiem qabel. Il-Partit Laburista sa mittwaqqif tiegħu kellu biċċa xogħol iebsa biex iwassal il-messaġġ tiegħu. Għall-ewwel ftit snin lanqas kellu gazzetta uffiċjali tiegħu. Iżda bil-ħidma ta’ ħafna volontiera, attivisti, ġurnalisti u fotografi fost oħrajn f ’gazzetti bħal Labour Opinion, Il-Cotra, Is-Sebħ, Il-Ħelsien u anki permezz tal-gazzetti tal-General Workers Union, illum nistgħu niksbu stampa ċara tax-xogħol li wettaq il-Partit Laburista fis-snin imgħoddija, kemm meta kien fl-Oppożizzjoni u iktar u iktar meta kien filGvern. Ir-rapporti u r-ritratti li jidhru f ’dawn il-gazzetti jitfgħu dawl fuq il-ħafna sagrifiċċji, fuq il-ħafna ħidma u fuq il-ħafna sodisfazzjon li kellhom ta’ qabilna biex bħala pajjiż illum ninsabu
fejn aħna. Min ikkontribwixxa għal dan id-dokumentarju? Filwaqt li min-naħa tiegħi, apparti li ħadt ħsieb il-kitba, ikkordinajt ħafna aspetti differenti tal-produzzjoni, mingħajr il-kontribuzzjoni ta’ ħafna nies dan il-proġett ma kienx jimxi ’l quddiem. Hemm il-kontribut ċentrali tal-istazzjon ONE li mingħajru kollox kien jibqa’ biss fuq il-karta. Il-filmati miġbuda u l-editing ta’ kull episodju taw ilħajja lil dak li jien ħejjejt fuq il-karta. Kien hemm imbagħad numru ta’ storiċi, akkademiċi, riċerkaturi, kittieba, esperti u kummentaturi li għoġobhom jilqgħu l-istedina tagħna biex nagħmlu intervisti fit-tul magħhom dwar il-100 sena tal-Partit Laburista u li siltiet minnhom se jidhru fid-dokumentarju. Bla dubju, dawn l-intervisti komplew jagħtu l-ħajja lil kull episodju. Kien hemm imbagħad l-assistenza ta’ entitajiet bħall-Arkivji Nazzjonali, il-Biblijoteka Nazzjonali, Heritage Malta, il-Libreriji taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u tal-General Workers Union, il-Parlament u anki l-Kurja tal-Arċisqof fost oħrajn, li poġġew għad-dispożizzjoni tagħna materjal storiku varju li kien rilevanti għal dak li konna qed nirriċerkaw dwaru u li anki għamlulna aċċessibbli ċerti postijiet fejn stajna niġbdu ċerti filmati. Nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja lit-tmexxija tal-Partit Laburista għall-fiduċja sħiħa li wriet fl-andament
Ippruvajna kemm jista’ jkun naħdmu fuq prodott li waqt li jirrispetta mija fil-mija l-fatti storiċi, ikun interessanti għat-telespettaturi. Għalhekk, minbarra l-ġrajjiet politiċi l-kbar u s-sehem li l-Partit Laburista kellu fihom, se jkun hemm ukoll spazju għal aspetti differenti tal-ħajja tal-Maltin flaħħar 100 sena. Fl-istess ħin l-istorja tal-Partit Laburista se tkun qed tiġi ppreżentata fil-kuntest ta’ dak li kien qiegħed iseħħ barra minn xtutna. Malta qatt m’għexet f ’iżolament. U bħala parti mill-Imperu Ingliż, bi rwol strateġiku ċentrali, ma setgħetx tagħmel dan lanqas kieku riedet. Allura dak li kien jiġri madwarna fil-Mediterran iżda anki iktar ’il bogħod kien jaffettwa l-ħajja tal-familji tal-ġenituri, tan-nanniet u tal-bużnanniet tagħna. Il-Partit Laburista twieled f ’dan ix-xenarju u kellu għal snin sħaħ jaħdem f ’kuntest ta’ Malta kolonja fejn dak li kien ikun deċiż 3,000 kilometru ’l bogħod f ’Londra kien iħalli impatt dirett fost oħrajn fuq l-għajxien tal-familji tal-ħaddiema tat-tarznari mferrxa madwar Malta. Minbarra l-preżentazzjoni tal-fatti storiċi, se jkun hemm ukoll qari ta’ siltiet minn dokumenti oriġinali, qari ta’ siltiet minn kotba, qari ta’ siltiet minn gazzetti, qari ta’ esperjenzi li għaddew minnhom nies differenti u f ’xi episodji se jinstemgħu wkoll siltiet minn diskorsi waqt mass meetings. Liema hija l-aktar parti għal qalbek mill-istorja tal-Partit Laburista kieku kellek tagħżel? L-istorja tal-Partit Laburista ta’ dawn l-aħħar 100 sena hija bħal katina. Kull ħolqa hija importanti. Għalhekk, mhux faċli u naħseb li lanqas huwa ġust li tidentifika fażi u mhux oħra. L-istorja tal-Partit Laburista hija l-istorja tal-poplu
one.com.mt
21
SKEDA ONE
27.09.2020
07:45 ONE News 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:30 Indhouse 10:30 Espresso 12:30 ONE News 12:40 Teftif 12:45 Telebejgħ
19:30 ONE News 20:15 PrimeTime 28-09 20:35 Reboot 21:15 Follow Up 22:15 Gizelle 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission
ONE News 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:30 Better Living 10:30 Espresso 12:30 ONE News
12:40 Teftif 12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:45 Prime time Preview 16:15 Telebejgħ 16:30 Follow Up 17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza
19:15 ONE Sports u Temp 19:30 ONE News 20:15 PrimeTime 20:45 Ħabrikt - Reel 8 21:00 Mija - PL 22:15 Music Legends 22:45 Ondroad 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission
07:45 ONE News 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:30 Dak li Jgħodd 10:30 Espresso 12:30 ONE News 12:40 Teftif 12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita
15:30 ONE News 15:45 Prime time Preview 16:15 Telebejgħ 16:30 Duurella 16:45 Pink Panther 17:30 Pajjiżi 18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports u Temp 19:30 ONE News
20:15 Prime 30-09 Time 20:45 The Local Traveller 21:15 Division 7 22:30 Distintivi 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission
ONE News 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:30 Pajjiżi 10:30 Espresso 12:30 ONE News
12:40 Teftif 12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:45 Prime time Preview 16:15 Telebejgħ 16:30 Żona Sport 17:00 Popcorn 17:45 Mhux kemm taf
18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports u Temp 19:30 ONE News 20:15 PrimeTime 20:35 Dirett - PL 21:00 Ilsien in-Nisa 22:30 Reboot 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission
07:15 ONE News 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:30 Flimkien ma’ Nancy 10:30 Espresso 12:30 ONE News 12:40 Teftif 12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita
15:30 ONE News 15:45 Prime time Preview 16:15 Telebejgħ 16:30 Duurella 16:45 Dirett 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports u Temp 19:30 ONE News
20:15 Prime 02-10 Time 20:35 Min Imissu?! 21:45 Kick OFF 22:50 Mhux Kemm taf 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission
ONE News Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:30 PL - Dirett 10:00 Pajjiżi 10:45 Popcorn 11:15 Indhouse
11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:35 HazZzard 14:45 Ħabrikt 15:00 The Local Traveller 15:30 ONE News 16:30 Flimkien ma’ Nancy 17:30 Il-Kelma
18:00 Ondroad 18:30 Pink Panther 19:15 ONE Sports u Temp 19:30 ONE News 20:15 Ieqaf 20 Minuta 20:45 Arani Issa 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission
07:15 ONE News 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Paper Scan 10:00 Ieqaf 20 Minuta 10:30 Attività Politika 11:30 Il-Kelma 12:00 Telebejgħ 12:30 ONE News
12:35 Telebejgħ 13:00 Arani Issa 15:30 ONE News 15:45 Duurella 16:15 Mija 17:30 L-Argument 19:15 ONE Sports u Temp 19:30 ONE News
20:15 Ieqaf 20 Minuta 20:45 Attività Politika 21:15 Min Imissu?! 22:30 Distintivi 23:30 ONE News
TLIETA 29-09
Malti u Għawdxi. F’kull fażi kien hemm id-diffikultajiet, l-isfidi u l-kisbiet. Fil-bidu kien hemm sfida eżistenzjali iżda l-Partit Laburista mhux biss ma ċediex iżda imbotta ’l quddiem aġenda progressiva, anki jekk sab kontra tiegħu forzi konservattivi li kienu ħafna iktar qawwija minnu. Meta fis-snin immedjati ta’ wara l-gwerra l-Partit Laburista sar l-ikbar forza politika f ’pajjiżna, beda jdaħħal l-ewwel miżuri ekonomiċi u soċjali maħsuba biex jgħinu eluf ta’ familji tal-ħaddiema waqt li ma ddejjaq xejn iressaq ’il quddiem il-proposti tiegħu dwar il-futur kostituzzjonali ta’ Malta. Fis-snin 60 il-Partit Laburista reġa’ sab ma’ wiċċu theddida għall-eżistenza tiegħu iżda għal darba oħra minflok għotor, żamm sod, is-suldati tal-azzar issieltu biex ineħħu minn Malta s-sistemi tal-Medjuevu, poġġa bħala mira ċara t-tmiem tal-bażijiet militari f ’pajjiżna u kiber sakemm kiseb il-fiduċja tal-maġġoranza assoluta tal-Maltin u l-Għawdxin. Fis-snin 70 bi tmexxija Laburista pajjiżna għadda minn tibdil li qatt qabel ma kien ra bħalu u tħejjew il-pedamenti li fuqhom pajjiżna baqa’ jikber fis-snin ta’ wara u sar nazzjon fil-vera sens tal-kelma. Is-snin 80 u 90 kienu snin ta’ tiġdid. Il-Partit Laburista għadda min fażi ta’ modernizzar li kien ilu ma jgħaddi minnu għal numru ta’ snin. Issaħħaħ fl-operat tiegħu fost oħrajn bil-ftuħ taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u fil-mod kif beda jikkomunika mal-elettorat bit-twaqqif tal-istazzjonijiet ONE u mill-ġdid ingħata l-fiduċja biex imexxi lill-pajjiż. Iktar qrib tagħna l-Partit Laburista ħtieġlu jerġa’
jghħddi minn żmien ta’ tiġdid bilgħan li jerġa jikkonvinċi lill-Maltin u lill-Għawdxin li kien l-aħjar għażla għal pajjiżna. L-aħħar snin jibqgħu mmarkati mill-mod kif il-Partit Laburista inbidel f ’Moviment u rebaħ b’maġġoranzi rekord kull elezzjoni li saret. Mill-gvern, il-Partit Laburista ħoloq tkabbir ekonomiku mingħajr preċedent, poġġa l-finanzi tal-pajjiż fuq sisien verament sodi, l-impjiegi żdiedu bħal qatt qabel, iddaħħlu numru kbir ta’ miżuri b’ruħ soċjali, kienu introdotti libertajiet ċivili li qatt qabel ma konna noħolmu bihom, saru numru ta’ riformi biex tissaħħaħ is-saltna tad-dritt u fl-aħħar xhur ibsin għad-dinja kollha, f ’pajjiżna Gvern Laburista wettaq fil-prattika l-prinċipji Soċjalisti tiegħu meta b’għaqal qed iwieżen lil dawk li għandhom bżonn l-għajnuna. Temmen li l-Partit Laburista qiegħed hemm biex ikompli jservi lil Malta fil-futur? Il-Partit Laburista twieled biex ikun aġent tal-bidla. Illum 100 sena wara, il-Partit Laburista ma jiqafx u jħares biss lura b’nostalġija iżda għandu l-kuraġġ li jibqa’ jiġġedded biex jibqa’ dejjem iktar rilevanti. Il-futur għall-Partit Laburista huwa wieħed eċitanti u sabiħ. Meta se jintwera dan id-dokumentarju? Id-dokumentarju se jkun jismu 100 u se jibda jixxandar kull nhar ta’ Tlieta fid-9pm, mit-Tlieta 6 ta’ Ottubru.
TNEJN
13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:45 Prime time Preview 16:15 Telebejgħ 16:30 Duurella 16:45 Mhux Kemm taf 17:30 Flimkien ma’ Nancy 18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports u Temp
ĦAMIS 01-10
SIBT
03-10
07:45
07:45
07:15 08:00
ERBGĦA
ĠIMGĦA
ĦADD 04-10
22
27.09.2020
one.com.mt
DR LYNN FAURE CHIRCOP
IL-KUNTATT MAN-NIES HUWA DAK LI JIMMOTIVAHA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Lynn żgur li mhix xi wiċċ ġdid għall-pubbliku inġenerali. It-talenti tagħha jilħqu l-qofol tagħhom hekk kif inhi magħrufa li taf tisma’, u tgħin lil dawk fil-bżonn. Dan nista’ nixhdu jiena stess, mhux għall-ħbiberija li bnejna matul is-snin biss, iżda għal diversi drabi u sitwazzjonijiet fejn rajt u smajt il-fatti jseħħu min-naħa tagħha stess. Lynn twassal ukoll messaġġi ta’ tama u solidarjetà permezz tal-mużika bl-aktar kanzunetta riċenti tagħha – Came back for You. Mhux hekk biss, iżda x-xogħol professjonali tagħha bħala avukat, speċjalment fil-qasam tad-drittijiet tat-tfal huwa wieħed sensittiv għaliha fejn daħlet għalih b’ruħha u b’ġisimha. Bla dubju ta’ xejn, il-ħidma kontinwa u l-perseveranza tagħha jixhdu l-passjoni tagħha lejn kull irwol li tidħol għalih. Tkellimt magħha fuq diversi oqsma li dan l-aħħar involviet ruħha fihom, fosthom One Voice Malta, il-mużika, programm tar-radju ġdid u dan l-aħħar ukoll bis-sehem u ħidma tagħha f ’isem il-Partit Laburista biex jerġa’ jikseb il-fiduċja tal-poplu fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. Tkellimt ma’ Lynn rigward One Voice Malta li hija inizjattiva li oriġinat matul l-esperjenzi li ltaqgħet magħhom hija stess. Meta staqsejtha x’wassal għal dawn l-inizjattivi, Lynn semmiet raġunijiet varji għaliex hija għażlet l-avukatura biex tkun tista’ sservi b’mod professjonali lil ħafna persuni li jinqabdu f ’sitwazzjonijiet fejn il-bżonn tagħhom mhux biss huwa li jkollhom vuċi, iżda li jkunu rappreżentati minn professjonisti li huma mħarrġa biex jiżguraw li l-interessi tal-vulnerabbli u l-protezzjoni tal-liġi tkun assigurata. Naturalment, il-professjoni tagħha tippermetti u tesiġi li hija titkellem f ’isem dawk li jersqu lejha u jagħmlu talba biex hija tagħmel pressjoni fuq l-istituzzjonijiet, kemm pubbliċi, kif ukoll dawk privati biex id-drittijiet ta’ dawn l-individwi li jkunu għaddejjin
minn sitwazzjonijiet diffiċli, jiġu mħarsa bl-aktar mod ekwu u ġust. Iżda dan il-proċess mhux faċli. Lynn tħoss li l-bniedem għandu juża kull mezz possibbli biex iwassal messaġġ ta’ tama u solidarjetà biex l-iskop primarju tagħha jintlaħaq. F’dan il-każ l-għan huwa li toffri soluzzjoni lil min huwa għaddej minn tbatija, mentali jew fiżika, materjali jew emozjonali, u jħoss li huwa qed jgħix fi stat ta’ vulnerabbiltà. Tniedi l-kanzunetta Came Back For You Il-mużika u l-arti huma fost dak li sawru lil Lynn matul issnin. Il-kanzunetta Came Back For You, l-aħħar silta mużikali li Lynn kitbet u kantat, laħqet dan l-iskop. Żgur li l-eluf li segwew il-produzzjoni awd-
jo-viżiva ta’ Came Back for You fuq is-siti soċjali, fosthom ilpaġni ta’ DrLYNN u Lynn Faure Chircop, li hija l-paġna fejn bħala avukat qed iżżomm kuntatt man-nies li jersqu lejha u jixtiequ li hija tkun aktar ta’ kontribut fis-soċjetà Maltija. Fil-fatt, wara s-suċċess ta’ din il-produzzjoni, li setgħet timmaterjalizza ruħha bl-għajnuna tal-familja tagħha u t-tim professjonali b’saħħtu li ser ikun qed iwassal kanzunetta oħra tagħha, din id-darba t-tema tittratta s-saħħa mentali. I Owe It All To You, kliem u mużika ta’ DrLYNN, tittratta esperjenzi ta’ diffikultà li jwasslu għal ħafna emozzjonijiet li jgħaddi minnhom il-bniedem. Lynn tgħid li hija sfortuna meta wħud ma jsibux l-għajnuna u t-toqol tal-ħajja jaffettwalhom is-saħħa mentali tagħhom. Lynn tixtieq twassal dan
il-messaġġ ta’ għarfien dwar sitwazzjonijiet soċjali li l-ħajja tal-lum tippreżentalna u tappella biex l-għajnuna tingħata lil min ma jkunx jiflaħ, mhux biss fiżikament iżda wkoll
mentalment. Din hija realtà li qed tiżdied u l-kundizzjonijiet mentali ma jidhrux iżda jikkaġunaw diffikultajiet kbar meta ma jiġux trattati fil-ħin u bil-mezzi l-aktar li jħallu effetti
Il-mezzi ta’ komunikazzjoni għandhom jintużaw biex iwasslu l-fatti, iżda fl-istess waqt ma jkunux ta’ xkiel għal min irid iwassal l-opinjoni u l-argumenti tiegħu, li jistgħu jkunu ta’ interess għall-pubbliku inġenerali. Il-libertà talespressjoni hija dritt fundamentali sakemm wieħed iħares drittijiet oħra li huma marbuta mal-persuni li jistgħu jkunu milquta fil-proċess espressiv
23
27.09.2020
one.com.mt
pożittivi. Lynn ser taħdem fuq dan il-proġett mużikali f ’kollaborazzjoni ma’ One Voice Malta u Life Resources Foundation bl-iskop li twassal messaġġ ta’ kuraġġ fil-Jum Dinji għasSaħħa Mentali li ser jiġi ċċelebrat fl-10 ta’ Ottubru. Jien fakkartha li l-għada, nhar il-11 t’Ottubru, jaħbat Jum in-Nanniet. Lynn kellha ħafna xi tgħid malli semmejtilha s-sehem tan-nanniet fis-soċjetà u b’mod partikolari qasmet miegħi sitwazzjonijiet fejn sabet għajnuna imprezzabbli mill-ġenituri tagħha Philip u Carmen Chircop, li kienu ta’ neċessità fil-ħajja ta’ bintha Lizzie Anne. Lynn temmen li l-imħabba li għandhom in-nanniet hija unika iżda matul is-snin indunat li dak li għamlu għal bintha Lizzie kien kollu frott tal-imħabba li għandhom għaliha l-ġenituri tagħha. L-esperjenzi bejn in-nanniet u n-neputijiet huma riflessjoni tal-imħabba profonda li ma tafx kundizzjonijiet. Lynn tikkonferma li din it-tip ta’ mħabba teżisti fost il-ħafna nanniet li saret taf permezz tal-Fondazzjoni Nanniet Malta u taf biċ-ċert l-effetti pożittivi li tħalli fost il-membri kollha tal-familja.
jiet tagħha kemm bħala ċittadina u bħala professjonista. Lynn hija omm ta’ tifla li llum għandha 16-il sena. Bħal kull ġenitur hija għexet mumenti ta’ ferħ u oħrajn fejn l-isfidi li jġib Id-Djalogu miegħu r-rwol ta’ ġenitur kienu Lynn temmen li bid-djalogu tqal f ’ċerti ċirkostanzi. kull tema kontroversjali tista’ Taqdi d-dmirijiet tagħha twassal għal għaqda u ftehim. “Il-mezzi ta’ komunikazz- bħala ġenitur fuq il-passi joni għandhom jintużaw biex tal-ġenituri tagħha iwasslu l-fatti, iżda fl-istess waqt ma jkunux ta’ xkiel għal Hawnhekk, Lynn bi tbissima u min irid iwassal l-opinjoni u b’sens ta’ ringrazzjament qawl-argumenti tiegħu, li jistgħu wi, tikkonferma kemm żewġha jkunu ta’ interess għall-pub- Antoine huwa s-sinsla tagħha. bliku inġenerali. Il-libertà Hi tgħid li bejniethom m’hemtal-espressjoni hija dritt funda- mx regoli. Ixammru u jimxu mentali sakemm wieħed iħares kif ikun il-bżonn. Il-ġenitudrittijiet oħra li huma marbu- ri tagħhom Philip u Carmen ta mal-persuni li jistgħu jkunu Chircop kif ukoll George u milquta fil-proċess espressiv,” Betty Faure kienu l-mudell fuq xiex huma fassalu l-mod kif stqarret miegħi. Lynn tħoss li jkun hemm sit- għandhom jaqdu d-dmirijiet wazzjonijiet fil-ħajja li għand- tagħhom bħala ġenituri. Lynn hom jiġu trattati b’serjetà u tkompli tirrakkonta ċirkostanqabel ma tittieħed deċiżjoni li zi fejn il-komunikazzjoni ma’ tħalli impatt, imqar fuq bnie- żewġha, Antoine, kienet kruċdem wieħed biss, ir-regolatur jali biex setgħet tkompli tistudgħandu jidħol f ’konsultazz- ja u taħdem biex il-bżonnijiet joni u diskussjoni mal-imsieħ- tal-familja tagħha jiġu moqdija. Lynn tgħid li bintha ba soċjali u l-oqsma kollha fis-soċjetà li jistgħu b’xi mod għallmitha x’tifsira għandha jiġu milquta b’dik id-deċiżjoni. l-imħabba vera. Il-kundizzHuwa d-dritt ta’ kulħadd li jkol- jonijiet imposti fuq l-individwu lu vuċi u jitkellem għall-interes- huma pressjoni żejda, ħafna si tiegħu. Finalment, dan huwa drabi li ġenitur waħdu ma jkunx mod kif il-perspettivi kemm jiflaħ għalihom. Għalhekk hija suġġettvi kif ukoll oġġettivi tappella biex l-interessi tatjiġu vermament trattati b’mod tfal jibqgħu prijorità u f ’kull ċirkostanza wieħed għandu ħolistiku. Ħafna drabi nassumu li jikkunsidra l-interessi tagħhom għaliex aħna adulti l-vuċi tat- l-ewwel u qabel kollox. Dan ma tfal hija sekondarja. Dan żgur jfissirx li wieħed għandu jfissed mhux il-prinċipju li tħaddan Dr bla qies u tispiċċa kull sens ta’ Lynn fil-mod kif taqdi d-dmiri- dixxiplina għaliex finalment ir-
rispett lejn iżżewġ ġenituri u n-nanniet għandu jkun imrawwem b’mod responsabbli. It-tfal iridu stabbiltà u li jgħixu f ’ambjent fejn m’hemmx pika u ġlied. Dan huwa possibbli anki meta l-ġenituri ma jaqblux jew ma jkunux qegħdin f ’relazzjoni iżda jgħixu separati. Hemm diversi modi kif il-valur tal-imħabba jiġi pprattikat. It-tfal huma ċ-ċittadini tal-futur u għalhekk Lynn issostni li għal għada aħjar irridu nagħtu lit-tfal eżempju tajjeb illum. Esperjenza ġdida għal Lynn, dalwaqt bi programm tar-radju bl-isem ta’ VUĊI WAĦDA ma’ LYNN Fost it-temi li Lynn ser tkun qed tressaq fuq din il-pjattaforma u l-Facebook page bl-isem ta’ ONE VOICE MALTA, kif ukoll permezz tal-programm tar-radju bl-isem ta’ VUĊI WAĦDA ma’ LYNN, li ser jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fuq ONE Radio, mill-1 t’Ottubru, ser jiġu diskussi prinċipji li jirrelataw mal-edukazzjoni, l-integrazzjoni, l-ugwaljanza, is-saħħa u s-sigurtà, id-drittijiet ċivili, is-solitudni u l-inklużjoni soċjali. Matul il-programm Lynn ser tiftaħ il-linja tat-telefown għall-pubbliku li jixtieq jagħmel intervent relatat mas-
suġġett li jkun qed jiġi diskuss. Lynn għandha għal qalbha x-xandir u ħadmet fuq produzzjonijiet li xxandru fuq l-istazzjonijiet l-aktar popolari f ’Malta. Iżda din hija l-ewwel esperjenza tagħha tmexxi programm fuq ir-radju u tħossha onorata li dan l-istazzjon fittex is-sehem tagħha biex twassal diskussjonijiet edukattivi u tkompli tkun ta’ kontribut għas-semmiegħa tar-radju. Fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ One Voice Malta, Lynn qed tagħmel stedina lill-pubbliku biex jidħol fiċ-ċans li jirbaħ diversi rigali waqt kompetizzjoni li ser tkun online fuq l-istess paġna https://www.facebook.
com/onevoice.mt. Għal aktar informazzjoni ibagħtu email fuq info@lynnfaurechircop.com jew ċemplu fuq 79801108. “Il-kuntatt man-nies huwa dak li jimmotivani,” tikkonkludi Lynn f ’din l-intervista miegħi. Personalment ninsab ċerta li din il-motivazzjoni ser tirrifletti f ’suċċess għall-proġetti ġodda tagħha u nawguralha l-kumplament tal-ħidma t-tajba fl-oqsma li huma l-aktar għal qalbha.
24
27.09.2020
one.com.mt
reċensjoni tal-ktieb
DANNY
SETT TA’ TLIET KOTBA “Aħsel snienek!”, “Kul dak il-ħaxix!”, “Aqra l-kotba!” Regoli, regoli, regoli. Iċ-ċkejken Danny xeba’ bil-kaxxa mimlija regoli li jagħtuh il-ġenituri tiegħu, u għalhekk joħroġ bi pjan brillanti li joħloq kaxxa ta’ regoli “tiegħu”. “Aħsel snienek biċ-ċikkulata!”, “Kul li trid!”, “Taqrax, ilgħab biss!” Wow! Għall-ewwel, kollox jimxi ħarir u Danny jixxala. Imma malajr l-affarijiet jibdew sejrin żmerċ. Snien Danny jibdew jisfaru, żaqqu tuġgħu l-ħin kollu u jimtela tbenġil mill-praspar perikolużi tiegħu. U bil-mod il-mod jirrealizza li aħjar jerġa’ jagħti daqqa t’għajn lill-kaxxa tar-regoli tal-ġenituri tiegħu. Ir-Regoli ta’ Danny huwa l-ktieb perfett biex nintroduċu lit-tfal tagħna għall-idea tar-regoli u l-konfini ta’ dak li jista’ jsir u dak li ma jistax, u biex nibdew niddiskutu magħhom dwar imġiba soċjali. Huwa perfett għax Danny karattru
li t-tfal mill-ewwel se jidentifikaw miegħu. Kreazzjoni tal-awtriċi u illustratriċi Italo-Bulgara Alexandra Colombo, Danny huwa dak it-tifel li lkoll nafu wieħed bħalu — ribelluż imma qalbu tajba. Ir-Regoli ta’ Danny oriġinarjament ippubblikat l-Italja minn DeAgostini, kien suċċess mal-ġenituri Taljani u tant hu hekk li warajh ħarġu żewġ kotba oħra fis-sensiela: Il-Problemi ta’ Danny u L-Annimali ta’ Danny. F’Il-Problemi ta’ Danny, it-tifel jiddeċiedi li wisq xogħol toqgħod tissepara l-iskart. Imma malajr jinduna li qed jegħreq fil-plastik kull darba li jmur jgħum, jara d-dar tiegħu timtela nemel u insetti, u mimlija ħġieġ imkisser. U malajr jirrealizza li jekk ma nibżgħux għall-ambjent, ħajjitna stess taqleb għall-agħar. F’L-Annimali ta’ Danny, it-tifel jiddeċiedi jeħles millpets kollha li għandu d-dar għax fihom wisq xogħol u
responsabbiltà — biss, wara ftit jirrealizza li l-annimali wara kollox iġibu l-imħabba, l-għożża u l-kumpannija, u li l-ħajja hi aħjar meta jkollok l-annimali madwarek. It-tliet kotba ġew addattati għall-Malti minn Claudia Gauci għall-Merlin Publishers, u huma mmirati primarjament għal tfal bejn 4 u 6 snin. Il-kotba fihom ftit test, perfetti għal dawk li qed jibdew jaqraw livelli ta’ qari b’vokabolarju ċkejken. Il-ġenituri jistgħu jaqrawhomlhom huma, sa ma t-tfal jikbru biżżejjed biex jaqrawhom weħidhom. U kull wieħed mill-kotba għandu faċċata fl-aħħar tal-ktieb x’tagħti l-kulur, biex it-tfal ikunu ftit kreattivi fit-tpinġija wkoll! Ir-Regoli ta’ Danny, L-Annimali ta’ Danny u Il-Problemi ta’ Danny jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha, jew online – b’posta b’xejn għal Malta u Għawdex – direttament minn merlinpublishers.com
Mistoqsija: X’konsegwenzi kellu Danny meta ħalaq kaxxa bir-regoli tiegħu minflok tal-ġenituri? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-kotba DANNY. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 13 ta’ Settembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb DAL-BAĦAR ISWED hija: NATIUS FARRUGIA - ZURRIEQ
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
01
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 B’liema modi tista’ tgħaddi għall-bniedem il-Maltese Fever? Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
Rebbieħ: C. MANGION - RABAT
25
27.09.2020
one.com.mt
ALONZO BROOKS – VITTMA TA’ RAZZIŻMU WARA 16-IL SENA JERĠA’ JIĠI EŻAMINAT IL-KATAVRU TIEGĦU Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
Alonzo Brooks twieled fid19 ta’ Mejju tal-1980 lil Billy Brooks Sr u Maria Ramirez. Brooks kellu dixxendenza Afro-Amerikana min-naħa ta’ missieru u dik Messikana minnaħa t’ommu. Hu kien jgħix mal-ġenituri tiegħu f ’Gardner f ’Kansas fl-Istati Uniti u kellu biss 23 sena meta ġie rrappurtat nieqes mill-qraba tiegħu.
menti razzisti u tgħajjir li saru fil-konfront ta’ Brooks. Minkejja dan, Brooks ma tax kas u kompla jiddeverti. Hekk kif beda jsir il-ħin, sħab Brooks telqu mill-festin mingħajru għax ‘ħasbu’ li kien se jwasslu wieħed li kien hemm il-festin. L-għejbien ta’ Alonzo Mid-dehra, Brooks qatt ma Brooks twassal lura d-dar u l-għada le. Apparti minn hekk, filgħodu ġie rrappurtat nieqes binha ma kien jagħmel xejn bla Fit-3 t’April tal-2004, Brooks, mill-familja tiegħu. ma javżaha bil-pjani tiegħu. flimkien ma’ tlieta minn sħaIl-familja ta’ Brooks u ħabib bu, mar għal festin f ’La Cygne L-investigazzjoni tiegħu minn Gardner saqu lejn f ’Kansas fl-Istati Uniti. Dan La Cygne fejn sar il-festin biex ir-raħal kien 80km ’il bogħod Omm Brooks ħasset li xi ħaġa ifittxuh. Huma sabu żarbuna mill-belt ta’ Gardner. Waqt ma kinitx f ’postha għax meta u beritta ta’ Brooks mal-ġenb dan il-festin kien hemm ten- ċemplet lil sħabu biex tara raqa- tat-triq fejn sar il-festin iżda sjoni kbira minħabba kum- dx għandhom, kollha qalulha Alonzo ma kien jidher imkien. Kien għalhekk li daru lejn il-pulizija tal-lokal għall-għajnuna iżda dawn ukoll ma sabuhx u għaddew il-każ f ’idejn il-Kansas Bureau of Investigation. It-tfittxija damet għaddejja kważi xahar u l-pulizija taw Il-patoloġista xorta permess lill-familja tal-vittma waħda ma setax jikkonkludi biex jgħinu huma wkoll fit-tfittxija madwar il-proprjetà fejn x’wassal għall-mewt tiegħu għax għeb binhom. biss ftit sigħat, il-qrail-ġisem kien fi stat qawwi ta’ ba Wara ta’ Brooks sabu l-katavru dekompożizzjoni tiegħu ħdejn il-qala magħru-
fa bħala Middle Wara li xxandar il-programm, Creek, li kienet kien hemm min semma li faċċata tad-dar Brooks kien qed jitkellem ma’ fejn sar il-festin. tfajla ta’ karnaġġjon ċar waqt il-festin u li dan seta’ wassal għal L-awtopsja qtil razzjali. Mill-awtopsja rriżulta li Brooks ma kellux ksur, daqqiet fuq ġismu u lanqas sintomi bijoloġiċi li juru li huwa għereq. Il-patoloġista xorta waħda ma setax jikkonkludi x’wassal għallmewt tiegħu għax il-ġisem kien fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni. Omm Brooks qalet li binha ma kienx fil-qala għax l-affarijiet li kellu fuqu ma kinux imxarrbin, speċjalment il-karti li kellu fil-kartiera. Huwa maħsub li ġismu tpoġġa hemm. Teoriji Il-pulizija ma kellhom l-ebda suspettat minkejja li saru kummenti razzisti fil-festin. Ħafna nies interessaw ruħhom fil-każ ta’ Alonzo Brooks wara li xxandar fuq programm magħruf għax wara 16-il sena kien għad m’hemmx suspettati. Il-familja ta’ Brooks riedet li ssir ġustizzja għax kienu konvinti li Alonzo nqatel għalxejn b’xejn u minn nies li kienu razzisti.
Il-ftuħ mill-ġdid tal-każ Fil-11 ta’ Ġunju tal-2020, il-każ ta’ Alonzo Brooks reġa’ nfetaħ mill-FBI u hemm rigal ta’ $100,000 għal min jista’ jagħti xi informazzjoni relatata mal-qtil tiegħu. Wara li kien ilu 16-il sena midfun fiċ-ċimiterju ta’ Topeka f ’Kansas, l-FBI ordnaw biex il-katavru tiegħu jerġa’ jiġi eżaminat. L-aġent speċjali tal-FBI, Timothy Langan, qal li hemm wisq mistoqsijiet dwar il-mewt ta’ Alonzo Brooks. Langan qal li xi ħadd jaf xi ħaġa dwar dan il-każ u forsi dak li jkun jagħmel kuraġġ u jkellimhom. L-Avukat tad-distrett ta’ Kansas, Stephen McAllister, qal li issa għaddew wisq snin u min jaf xi ħaġa dwar il-każ għandu jiftaħ ħalqu u jikser il-ħalfa tas-silenzju. McAllister qal li huwa konvint li hemm persuna jew xi persuni li jafu x’ġara dak il-lejl tal-qtil u li dawn għandhom bżonn jitkellmu u jgħidu l-verità, ħalli jistrieħu huma mill-piż u ssir ġustizzja mal-familja Brooks.
26
27.09.2020
one.com.mt
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
27.09.2020
one.com.mt
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 348
EMANUELA VELLA - BIRKIRKARA
Bi 3 Numri 813 066 837 162 865 363 899 369 485 B’4 Numri 605 0106 684 0403 690 0799 717 0974 718 1156 773 1230 788 1260
1681 2087 2716 2744 3522 4108 4470 5402 5463 5522 5572 6000 6058
6099 6354 6401 6664 6665 7357 7782 7817 8167 8624 8697 9388 9396
9617 B’5 Numri 05975 06668 07960 17664 30050 30387 39033 43395 43526 55854
63177 65141 65418 68350 68884 70937 71248 76944 80169 83752 87063 96348
B’6 Numri 016070 068698 177246 401704 452442 474077 584108 663789 681104 685230 970326 973730
1. 4. 7,17. 9,18. 10. 12. 16,23.
Mimdudin: Jinvestiga? (5) Kompli l-qawl: Jannar kiefer u ....... għandu d-dwiefer (4) Post ta’ tagħlim (5) Jistgħu jkunu tas-swaba’ (5) Pajjiż (6) Xorb abjad alkoħoliku (6) Mill-pajjiżi ta’
18. 19. 20. 21. 23. 24.
fuq dawn (7) Ara 9 Naħa (3) Isir il-ġobon bih (5) Lawrence Attard Axiaq (1,1,1) Ara 16 Nagħti jiekol (5)
1. 2,6. 3,11. 5.
Weqfin: Jum u jum (6) Kisser (6) Iswed? (5) Il-kapitali tal-
6. 8. 11. 12,22. 13. 14. 15 17. 21. 22.
Brażil (3) Ara 2 Imexxi l-parroċċa (9) Ara 3 Qobru? (5) Also Known As (1,1,1) Isem (6) Sforza (6) Ara 7 Żagħżugħ Ingliż (3) Ara 12 wieqfa
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Oqtlu, 4.Bosk, 7,9.Skada, 10.Tabiba, 12.Tabakk, 16.UVA, 20.Balla, 21.Art, 24.Ratal
Weqfin: 1.Oraklu, 2,19.Tnabar, 3,23.Ustinov, 5,17.Oliver, 6.Kia, 8.Kavallier, 11,18. Ħall, 12. Ta, 13.Bla, 14.Kbarat, 15.Bramel, 21.Ali, 22.Too
28
27.09.2020
one.com.mt
ŻMINIJIET OĦRA Editorjal
Forsi llum jinfetħu iżjed l-għajnejn ta’ dawk li ħasbu u emmnu li xi ħadd fil-Gvern Laburista kien qed joħlom bil-ftajjar seba’ snin ilu. Minflok, issa qed jiskopru x’qabża fil-kwalità tal-ħajja bdiet titwettaq dakinhar li tfasslu dawn l-istess proġetti
Il-konċentrazzjoni f ’din l-aħħar ġimgħa ta’ proġetti infrastrutturali massiċċi li waslu qrib it-tkomplija sħiħa tagħhom, litteralment heżżu l-memorja ġenerali u ffriskaw il-ħsibijiet tal-maġġoranza assoluta tal-poplu ta’ kemm kienet eċċellenti l-għażla determinanti li għamlet f ’Marzu tal2013 u l-konferma sussegwenti f ’Ġunju tal-2017. Is-seba’ flyovers fil-Marsa Junction, il-bypass fis-Central Link u l-mini taħt ir-roundabout ta’ San Luċija mhumiex biss l-akbar proġett li qatt esperjenzat Malta jew it-twettiq ta’ ieħor wara 60 sena mindu saru l-ewwel pjanti għalih. Fuq kollox huma l-frott bnin tal-bżulija, l-għaqal finanzjarju u l-ħsieb “barra l-kaxxa” ta’ amministrazzjoni li ma tixtieq xejn inqas mill-aħjar dejjem għall-pajjiż u ġensu. U avolja l-ippjanar perfett għalihom laqa’ sew għall-inkonvenjenzi li riedu jinħolqu, is-sagrifiċċji żgħar, li kull wieħed u waħda minna għamilna sakemm isiru dawn ix-xogħlijiet elaborużi, bdew irendu l-profit
ti bl-imgħax. Kif jgħid il-qawl Ingliż, “they’re coming home to roost”. Forsi llum jinfetħu iżjed l-għajnejn ta’ dawk li ħasbu u emmnu li xi ħadd fil-Gvern Laburista kien qed joħlom bil-ftajjar seba’ snin ilu. Minflok, issa qed jiskopru x’qabża fil-kwalità tal-ħajja bdiet titwettaq dakinhar li tfasslu dawn l-istess proġetti u anke meta ġew ivvotati €700 miljun biex isiru l-uċuħ kollha tat-toroq fil-pajjiż fuq medda ta’ seba’ snin. Dawn l-iżviluppi huma wkoll il-mera perfetta għal tfassil u xogħol differenti minn proġetti oħrajn kbar li saru fl-imgħoddi. Dawk tal-llum ma jimmirawx biss għall-karreġġjati minn fejn se jgħaddu iżjed komdi l-karozzi, iżda, aktar minn hekk ukoll, jaħsbu għal kif u kemm se jonqos it-tniġġis bis-saħħa t’hekk u t-tħaddir ta’ żoni li sal-lum kienu biss ikkaratterizzati minn konkos u tarmak. Għal dan ħaqqhom kull tifħir l-aġenzija li twieldet magħhom, Infrastructure Malta, u l-Minis
teru mmexxi minn Ian Borg, wieħed mill-iżgħar Ministri fil-Kabinett tal-Gvern Laburista. Id f ’id mal-bqija tal-amministrazzjoni, awtoritajiet u entitajiet qed itejbu l-għajxien ta’ kull ċittadin u ta’ kull min jogħġbu li jżurna. Anke jekk fadal iżjed żmien biex jitwettqu viżjonijiet oħra li għandu dan il-Gvern, bħall-proġetti fl-Imsida, f ’Ħal Luqa u f ’Ħal Għaxaq, ma tistax ma tirrikonoxxix li diġà qed nidraw f ’livell ta’ ħajja ieħor. Dan mhuwiex fsied, iżda l-ħlas lura tal-Istat għall-kontribuzzjonijiet kollha li nħallsu b’mod regolari, bħat-taxxa u l-bolla, biex isiru dawn it-tip ta’ żviluppi. Jekk xejn irridu nirrikonoxxu li dawn huma żminijiet oħra, żminijiet isbaħ minn dawk li konna sfurzati ngħixu fihom qabel l-2013 meta kellna nħallsu l-prezz qares għall-għażż, it-traskuraġni u l-inkonsistenza ta’ dawk li jagħmlu minn kollox biex iħassru l-festi. L-istess ċorma li sal-lum għadhom lanqas iridu jirrispettaw l-obbligu li għandhom
biex iħallsu dak li hu dovut minnhom, bħall-bqija fil-pajjiż. Dawk li minn dejjem emmnu li r-regoli qegħdin hemm biex jinkisru minnhom u biex isawtu lill-poplu meta jkunu fil-poter. Dawk li l-karatteristiċi tagħhom illum huma riflessi f ’persuna waħda: Bernard Grech, il-kandidat magħżul tagħhom għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, li, kif rajna diġà, lanqas kien kapaċi josserva l-prinċipju bażiku ta’ ġimagħtejn kwarantina ladarba martu ntlaqtet mill-COVID-19, aħseb u ara kif stajna qatt nippretendu li jkun konformi ma’ dikjarazzjonijiet ta’ dħul finanzjarju u ħlasijiet ta’ taxxi varji. Fortuna għalina li m’aħniex iċ-ċwieċ li jixtiequ li aħna u llum prattikament tgħallimna niżnu d-differenzi. Meta għad jerġa’ jiġi ż-żmien li nagħmlu d-deċiżjonijiet elettorali, li huma mistennija f ’demokrazija sana, ikollna t-triq imwittija bil-lest li twassalna għall-aħjar u l-aktar deċiżjoni ċara li jista’ jkun hemm.