KullHadd_27.11.2016

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 27 ta’ Novembru, 2016

Ħarġa Nru 1,220 Prezz €1

EMERĠENZA HIV Din is-sena f ’pajjiżna se tkun reġistrata inċidenza għolja tal-HIV u l-indikazzjonijiet huma li jinqabeż in-numru tas-sena l-oħra li kien wieħed rekord. Fil-fatt, is-sena l-oħra kien hemm 59 każ ġdid u din is-sena diġà 56 każ. Sa sitt snin ilu kienu jkunu reġistrati madwar terz ta’ każi ġodda ta’ din il-marda trażmessa sesswalment. Ara paġna 3

SIĠĠU “KOMDU”

IL-KBAR IĦARSU LEJN MALTA

Il-President tal-Kunsill Amministrattiv talPartit Nazzjonalista, Ann Fenech, iddikjarat pubblikament li mhux ħierġa għall-elezzjoni ġenerali. Iżda, maċ-ċans li tkun eletta b’cooption minħabba s-sentenza tal-Qorti mill-ewwel uriet li tinsab interessata. Li ġieha ħażin hu li Simon Busuttil ma kienx jaf x’qed jgħid meta webbilha. Ara paġna 6

• L-IKBAR KUMPANIJI TAL-AJRU JURU INTERESS F’INVESTIMENT LOKALI • GĦADHOM JIBDEW U JAF IKOLLHOM IKABBRU Lufthansa, British Airways, Air France, u Emirates huma fost il-kumpaniji li qed juru interess fix-xogħol li f ’Malta bdiet tagħmel Aviation Cosmetics. Dan huwa wieħed minn sensiela ta’ investimenti li żviluppaw f ’pajjiżna f ’dawn l-aħħar snin fil-qasam tal-avjazzjoni, bi mkejjen viċin is-settur jgħidu li ġejjin iktar. F’dan il-każ investew €15–il miljun. Aviation Cosmetics kienet inawgurata uffiċjalment fl-aħħar ġimgħat u għadha kemm bdiet ix-xogħol fuq l-ewwel ajruplan żgħir, u qed tiffinalizza ċ-ċertifikazzjoni tal-ħangar il-kbir; bl-ewwel ajruplan ta’ daqs kbir jidħol ftit qabel il-Milied. F’kummenti mal-gazzetta KullĦadd l-uffiċjali għolja tagħha jgħidu li tant bdew bit-tajjeb, li fi żmien 24 xahar ieħor jaf ikunu diġà f ’taħdidiet mal-Gvern biex ikabbru l-operat tagħhom f ’pajjiżna. Ara paġna 5

MIET CASTRO:

RIVOLUZZJONARJU LI BIDEL L-ISTORJA Ara paġna 17

SEBA’ MEXXEJJA, ERBAT IJIEM Għada l-Prim Ministru jħalli pajjiżna biex jibda sensiela ta’ żjarat fi bliet kapitali Ewropej biex ftit ġimgħat qabel il-Presidenza jiltaqa’ mal-mexxejja tagħhom. Dan il-vjaġġ se jsir proprju ġimgħa wara li Malta nediet il-prijoritajiet tal-Presidenza u l-identità viżwali, b’din tal-aħħar intlaqgħet tajjeb skont esperti li tkellmu magħna. Ara paġni 13-15


02

27.11.2016

kullhadd.com

INFORMAZZJONI editur

L-Ogħla Temperatura: 22°C L-Inqas Temperatura: 17°C L-Indiċi UV: 3 Is-Sitwazzjoni ġenerali: Firxa ta’ pressjoni baxxa ser tkun fuq iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab b’ċans ta’ xi ħalba xita Ir-Riħ: Ħafif u varjabbli l-aktar mil-Lvant Il-Viżibbiltà: Tajba minbarra fix-xita Il-Baħar: Ħafif għal moderat li jsir ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 21°C

ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@one.com.mt tel: (+356) 2568 2500

reklamar/distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2572

disinn tal-paġni u illustrations LEANNE GRECH tel: (+356) 2568 2571

It-Tnejn

kuntatt ġenerali

It-Tlieta

L-Erbgħa

KULLĦADD

email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 19°C

indirizz postali

UV 3

12°C

Il-Ħamis

KULLĦADD

17°C

UV 2

10°C

14°C

Il-Ġimgħa

UV 3

8°C

Is-Sibt

ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000

sit elettroniku

16°C

UV3

12°C

17°C

UV 1

10°C

18°C

UV 1

14°C

kullhadd.com

mezzi soċjali

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

www.facebook.com/kullhadd

stampata PROGRESS PRESS

numri importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​

112​

Il-Pulizija ta’ Malta

2122 4001-9​

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ​2393 0000 Il-Gwardjani Lokali ​2132 0202 L-Isptar ta’ Malta

2545 0000

Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21252396 Chemimart International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21236477 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221 Mackie’s Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta’ Paris, Birkirkara – 21496089 Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, l-Imsida – 21244366 St. Julian’s Pharmacy, 24, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan – 21369426 Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21335492 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741 St. Louis Pharmacy, Triq Cali, il-Mosta – 21432802 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, il-Mellieħa – 21523554 Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien – 21672757 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Birgu – 27600126 St. James Pharmacy, Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar – 21666194 Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq – 21663311 Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir-Republika, iż-Żurrieq – 21680761 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, ir-Rabat Malta – 21455479 Għawdex

L-Isptar ta’ Għawdex ​2156 1600

Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Victoria Għawdex – 21557819 Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem Għawdex – 27203615

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza ​5004 3888

Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku ​1182

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi – 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.


03

27.11.2016

kullhadd.com

TIBQA’ GĦOLJA R-RATA TAL-HIV • ŻIEDA KONSISTENTI FIL-MARD TRAŻMESS SESSWALMENT • L-ISTIGMA ŻŻID IT-TIFRIX TA’ MARD SIMILI kitba ta’ ALEANDER BALZAN Wara numru ta’ każi rekord ta’ HIV rreġistrati f ’pajjiżna s-sena li għaddiet, din is-sena jidher li n-numru se jerġa’ jkun wieħed sostanzjali għaliex xahrejn qabel tintemm is-sena kienu rreġistrati biss tliet każi inqas mis-sena l-oħra. Dan meta sa issa saru magħrufa ħames każi ġodda kull xahar. Għalhekk, iċ-ċans hu li din is-sena taqbeż ukoll is-sena li għaddiet. Is-sena li għaddiet kienu 59 il-każi ġodda ta’ HIV irreġistrati u din is-sena diġà kienu rreġistrati 56 każ. Dan meta sal-2005 kien hemm 15-il każ f ’sena u fl-2010 kien hemm 17-il każ. Minn dakinhar bdiet tkun reġistrata żieda kull sena li ma naqset xejn. Is-servizz ta’ saħħa pubblika joffri kura speċjalizzata permezz tal-GU Clinic f ’Mater Dei. Din hija klinka fejn isiru investigazzjonijiet u tingħata kura u informazzjoni dwar mard trażmess sesswalment. Minn tagħrif li ksibna mill-Ministeru għas-Saħħa, jirriżulta li preżentament din il-klinika tara mal-ħames mitt pazjent fix-xahar. Biex dawn u persuni oħra jingħataw l-aħjar kura, matul is-sentejn li għaddew kien hemm 220 professjonist li ngħataw taħriġ speċifiku dwar il-mard trażmess sesswalment. Dan it-taħriġ sar flimkien mal-British Association for Sexual Health and HIV. Sal-lum il-ġurnata għad m’hemmx fejqan għal din il-marda kiefra. Madankollu, teżisti terapija li kapaċi tagħti lura ħajja itwal lill-pazjent. L-infezzjoni tal-HIV tkiss-

2005 2008 2010 2015 2016

AIDS 4 8 6 2 2

HIV 15 28 17 59 56

er iċ-ċelloli CD4 fid-demm. Dawn iċ-ċelloli huma ta’ importanza kbira għall-bniedem minħabba li dawn jiġġieldu l-infezzjonijiet. Meta għadd kbir minn dawn iċ-ċelloli jibdew jinkisru, is-sistema immunitarja tant taqla’ daqqa kbira li ma tibqax tiffunzjona u b’hekk il-ġisem ma jkunx jista’ jiġġieled l-infezzjonijiet li jkun

espost għalihom. L-infezzjoni tal-Human Immunodeficiency Virus (HIV) twassal għall-marda tal-AIDS, u din is-sena kien hemm ukoll żewġ każi ta’ AIDS. L-istess bħas-sena li għaddiet. Fejn jidħlu każi ta’ AIDS l-iktar sena li kienu rreġistrati każi fl-aħħar ħdax-il sena kienet l-2008 bi tmien każi. Madwar id-dinja din il-marda tant hija ta’ tħassib li fl-1 ta’ Diċembru ta’ kull sena l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tiċċelebra l-Jum Dinji kontra l-AIDS. Ġurnata li tgħin biex tqum iktar kuxjenza fuq il-marda qerrieda filwaqt li tfakkar il-ħafna fatalitajiet li

ri li wieħed jista’ jieħu biex it-trażmissjoni, tal-infezzjonijiet trażmessi sesswalment, tkun evitata. L-użu ta’ condoms waqt l-att konjugali hija waħda mill-prevenzjonijiet, għalkemm din ma taħdimx dejjem. Persuni li jabbużaw mid-droga jistgħu jingħataw siringi sterili biex kemm jista’ jkun ma jkollhomx għalfejn jużaw siringi wżati. It-terapija medika ART ukoll tnaqqas iċċans li l-marda tal-HIV tiġi trażmessa. Ta’ min jinnota li l-iktar fattur li jgħin it-trażmissjoni ta’ din l-infezzjoni hija d-diskriminazzjoni soċjali lejn il-pazjenti. Dan għax iżid il-biża’ biex persuni jmorru jiċċekkjaw lilhom infushom minħabba li jibżgħu mhux biss mir-riperkussjonijiet li Jibżgħu l-infezzjoni tħalli fuq ismhux biss saħħa iżda mir-riperkussjonijiet li wkoll li jiġu emarġinati l-infezzjoni tħalli fuq kkawżat. mis-soċis-saħħa iżda wkoll jetà. Meta M h u x tqis li l-ikli jiġu emarġinati l-uniċi tar klassijiet soċjali li mis-soċjetà L-AIDS u jittrażmettu din l-HIV mhul-infezzjoni huma miex l-uniċi mard diġà emarġinati mis-soċjew infezzjonijiet trażmessi jetà, id-dijanjosi tal-marda sesswalment. fuqhom tkompli tgħarraqhom Minn statistika li għand- soċjalment u għalhekk jistha din il-gazzetta jirriżulta li għu jippreferu li ma jiġux kien hemm żieda fil-każijiet iċċekkjati. ta’ Chlamydia meta mqabbel Din il-biża’ tkompli żżid mas-sena li għaddiet filwaqt il-periklu ta’ dan il-virus. li kien hemm tnaqqis fil-każi- B’hekk it-tneħħija tal-istigma u jiet ta’ Syphillis primarja u d-diskriminazzjoni tista’ titqies sekondarja u tnaqqis ukoll ta’ bħala l-prevenzjoni prinċiGonorrhoea. pali kontra din l-epidemija Hemm għadd ta’ miżu- tal-AIDS.


04

27.11.2016

kullhadd.com

NIES B’ESPERJENZA MAĦTURA FIT-TMEXXIJA TA’ VITALS • IL-KUNTRATTI SE JKUNU DISKUSSA FIL-PARLAMENT Vitals Global Healthcare, responsabbli mit-tmexxija tal-proġett bejn il-gvern u l-privat fil-qasam tas-saħħa b’investiment ta’ iktar minn mitejn miljun ewro, saħħet it-tim ta’ tmexxija tagħha b’ħatriet ġodda. Armin Ernst, espert mediku mħarreġ Harvard, se jkun il-Kap Eżekuttiv. Ernst kiteb seba’ kotba u iktar minn mitejn manuskritt marbuta mal-qasam tal-ku-

ra medika u qabel ingħaqad ma’ Vitals Global Health Care kellu karigi importanti f ’ċentri mediċi u sptarijiet kbar, fosthom fl-Istati Uniti. Eric Buehrens ingħaqad mat-tim tat-tmexxija bħala kap tal-operazzjonijiet. Dan ukoll ilu fis-settur diversi snin u ħadem ukoll fl-iskola medika ta’ Harvard, fost diversi postijiet oħra.

Mark Lisher, accountant b’esperjenza ta’ 25 sena li ħadem fis-servizz Ingliż tas-saħħa pubblika, inħatar uffiċjal ewlieni għall-finanzi. It-tobba Nadine Delicata u Stephen Zammit se jżommu posthom fit-tmexxija tal-isptar ġenerali ta’ Għawdex u Karin Grech. Bid-differenza li issa se jkunu qed imexxu sptarijiet mibdula bil-proġetti

li se jkunu qed isiru f ’dawn iż-żewġ sptarijiet. Ma’ dawn tħabbru wkoll numru ta’ ħatriet oħra lkoll ta’ nies b’esperjenza fl-oqsma tagħhom. Meta kkummenta dwar dawn il-ħatriet Dr Armin Ernst il-Kap Eżekuttiv Ernst qal: “L-għan tagħna hu li nwasslu kura tas-saħħa ta’ kwalità lill-komunità f ’Malta u f ’Għawdex b’eċċellenza, kompassjoni u kompetenza. Ma nemmnux fl-istess pjan għal kulħadd, imma nemmnu li l-kura tas-saħħa għandha tkun personali, innovattiva u ffukata fuq il-pazjenti. Kunfidenti li mat-tim tiegħi, nistgħu nwettqu viżjoni għal Malta u Għawdex,” qal Ernst. Tenna li l-industrija medika Maltija hija ffortunata li għandha professjonisti ddedikati. “Iffortunati li huma parti mit-tim tagħna,” qal Ernst li ddikjara li l-pazjenti se jkunu qed jirċievu l-ogħla livell ta’ kura. Jibqa’ d-dibattitu Dan l-investiment bla preċedent qed jibqa’ sors ta’ kontroversja, bl-Oppożizzjoni, li wieħed mid-deputati tagħha telaq biex imexxi wieħed mid-dipartimenti fi ħdan l-isptarijiet il-ġodda, qed tibqa’ topponih. Fl-aħħar minn sensiela ta’ talbiet trid li l-Kumitat Parlamentari dwar is-saħħa jiddiskuti l-kuntratti. Xi ħaġa li ntlaqgħet millGvern bil-Ministru għasSaħħa Chris Fearne jgħid li dan se jsir fil-ġimgħat li ġejjin. Jgħinu fil-kampanja tal-Oppożizzjoni hemm l-Unjin Medika Maltija (MAM) u l-Unjin Ħaddiema Magħqudin (UĦM) li f ’ittra bil-lingwaġġ li joħroġ mid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista talbu li l-kuntratt ikun diskuss fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi u baqgħu jheddu li ma jiffirmawx ftehim kollettiv għall-ħaddiema tagħhom fl-isptarijiet involuti. Ftehim dwar it-triq ’il quddiem diġà ntlaħaq mal-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) u mal-General Workers Union (GWU).


05

27.11.2016

kullhadd.com

GĦADHOM JIFTĦU U JAF IKABBRU • XAHAR WARA LI FETĦU, AVIATION COSMETICS GĦANDHOM TALBA KBIRA • JEMMNU LI FI ŻMIEN SENTEJN IKOLLHOM BŻONN JESPANDU

kitba ta’ mibnija apposta biex tilqa’ DYLAN PAUL FARRELL għall-ħtiġijiet kollha tal-industrija – kemm fl-aspett ta’ daqs Aviation Cosmetics infetħet ta’ ajruplani li jidħlu, kif ukoll uffiċjalment f ’pajjiżna inqas għaliex ħangars ġodda f ’indusminn xahar ilu, u bl-interess trija mimlija ħangars antiki jew kbir li hawn f ’ħidmietha, id-di- rinnovati, jispikkaw. retturi tagħha qed jistennew li fi “Ftit hemm faċilitajiet ta’ żmien sentejn jibdew jinnego- żbigħ kbar biżżejjed għal ajruzjaw mill-ġdid mal-Gvern biex plani wide body fl-Ewropa. jespandu l-operat f ’pajjiżna. Biss aħna bnejna waħda kbira Fil-fatt, sa qabel fetħet biżżejjed li takkomoda l-ikbar f ’pajjiżna, l-interess minn man- ajruplani li qed itiru bħalissa,” ifatturi u linji tal-ajru internaz- qal Frits Widdershoven. zjonali kien ikbar milli d-diret- Easyjet hi l-ewwel kumpanija li turi tal-kumpanija, li qabel ġiet qed tagħmel użu mis-servizz ta’ Malta għamlet 20 sena topera Aviation Cosmetics. Il-kumpfl-Olanda, qatt stennew. anija ta’ titjiriet low-cost qed Lufthansa, British Airways, Air tibdel id-dehra korporattiva France, u l-Emirates huma fost tal-kumpanija, u bdew jibdlu il-kumpaniji kbar li diġà wrew d-dehra tal-ajruplani tagħhom, interess f ’ħidmietha. Interess bl-ewwel wieħed qiegħed bikri li wasal fi żmien meta Avi- propju fil-ħangar ta’ Aviation ation Cosmetics għadha kemm Cosmetics. Ta’ min jinnota li bdiet ix-xogħol fuq l-ewwel f ’din l-industrija, l-ajruplan talajruplan żgħir, u qed tiffinalizza passiġġieri ta’ Easyjet tagħha ċ-ċertifikazzjoni tal-ħangar il- huwa meqjus bħala wieħed ta’ kbir; bl-ewwel ajruplan ta’ daqs daqs żgħir. kbir jidħol ftit qabel il-Milied. F’ħidmietha, Aviation CosId-direttur maniġerjali Tom metics tnaddaf l-ajruplan Jansen u maniġer kummerċjali miż-żebgħa l-antika, u terġa’ Fritz Widdershoven stqarrew tagħti l-kulur mill-ġdid skont magħna li s-settur tal-avjazz- id-disinn u l-kuluri mitlubin joni, sena wara l-oħra jkompli minnha. jara tkabbir, u l-proċess speċ- Ajruplan żgħir bħal ta’ Easyjet jalizzat taż-żbigħ tal-ajruplani jieħu madwar ġimgħa biex isirlu huwa ħafna drabi injorat. Però l-proċess sħiħ, filwaqt li fil-każ kull ajruplan irid jgħaddi minn t’ajruplani kbar dan il-proċess dan il-proċess kull ftit snin. jieħu madwar għaxart ijiem. Għaldaqstant is-suq huwa Għaldaqstant id-diretturi kbir ħafna, partikolarment tal-kumpanija qed ibassru li għall-ajruplani kbar, u din f ’sena jiżbgħu mal-50 ajruplan il-faċilità f ’pajjiżna qed tiġbed żgħir u 30 ajruplan kbir. interess notevoli, għaliex hija “Id-domanda hija enormi,

ferm iktar milli stennejna,” sp- Muscat u l-Prim Ministru jega Jansen Olandiż Mark Rutte. Apparti l-ħangars bit-teIs-settur tal-avjazzjoni huwa knoloġija meħtieġa, il-pożizz- wieħed delikat fejn is-sigurtà joni ġeografika ta’ pajjiżna tingħata importanza kbira. tagħmel differenza kbira biex Dan kemm biex ikunu eviil-kumpanija tibqa’ topera tati inċidenti, u għaliex kull fl-Ewropa, imma viċin il-Lvant ajruplan jiswa għexieren, jekk Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq. mhux mijiet ta’ miljuni ta’ Barra minn hekk Jansen ten- ewro. na li l-kumpanija sabet l-għaFil-fatt hu stmat li ajruplan jnuna kollha li kellha bżonn tal-passiġġieri kummerċjali mill-Gvern Malti, partikolar- żgħir jiswa sa 40 miljun ewro, ment biex tikseb l-użu tal-art – filwaqt li l-valur tal-kbar jitla madwar 20,000 metru kwadru saħansitra sa 400 miljun ewro (fosthom 10,000 ta’ ħangars) kull ajruplan. - li fuqha qed taħdem. Għaldaqstant, spjegawlTenna li l-proċess biex was- na d-diretturi tal-kumpanija, lu s’hawn ma kienx ir-regolamentazzjoni faċli, partikolarhija stretta, fostment għaliex hom bir-reġisjoperaw f ’suq trazzjoni fluwidu u tal-materjal speċjalizzat, użat, u doId-domanda hija però llum kumenkulħadd tazzjoni enormi, ferm iktar jinsab konsħiħa talmilli stennejna vint minn proċess dan il-pass. li jgħaddu Fil-fatt, ta’ minnu l-ajrumin ifakkar plani ladarli lura f ’Mejju ba jiġu f ’idejn 2012 l-eks Prim il-kumpanija. Barra Ministru Lawrence Gonzi minn hekk mhux l-ewwel kien ħabbar li din il-kumpani- darba li l-klijenti, qabel jaqbja kienet ġejja Malta, xi ħaġa li lu dwar is-servizz, jistaqsu sal-bidla fl-amministrazzjoni dwar il-kwalifiki tal-ħaddiema ma seħħitx. Fil-fatt il-Gvern li se jaħdmu fuq l-ajruplan preżenti kellu jinnegozja mill- tagħhom, x’esperjenza għandġdid mal-kumpanija biex flim- hom, u x’taħriġ jingħataw. kien waslu għal inawgurazzjoni Dan biex ikun assigurat li reali; li seħħet fl-4 ta’ Novem- x-xogħol isir bl-ogħla livell ta’ bru li għadda fil-preżenza tal- serjetà. Prim Ministru Malti Joseph Minkejja l-ftuħ uffiċjali u

l-bidu tal-ħidma fuq l-ewwel ajruplan, il-faċilità li minnha qed topera Aviation Cosmetics għadha qed tara xogħol ta’ rfinar, filwaqt li l-ħangar il-kbir se jkollu l-hekk imseħja flying carpets ċertifikati f ’dawn il-jiem. Flying carpets li mhuma xejn ħlief pjattaformi mekkaniċi li jippermettu lill-ħaddiema jaħdmu fuq il-partijiet differenti tal-ajruplan mingħajr l-użu ta’ scaffolding; mhux kapriċċ imma bżonn hekk kif scaffolding ta’ ċertu kobor mhux talli mhuwiex prattiku, imma perikoluż. Il-ħangar il-kbir, li flimkien maż-żgħir inbena apposta għal din il-kumpanija għandu tul ta’ 90 metru, wisgħa ta’ 85 metru, u għoli ta’ 31 metru. Id-daqs ideali biex jaqdi l-bżonnijiet tal-ikbar ajruplani fis-suq bħalissa. Faċilità li kemm jista’ jkun tipproteġi l-ambjent, permezz ta’ dwal LEDs u tisfija tal-arja permezz ta’ bio-filters. Ladarba l-kumpanija ta’ iktar minn għoxrin sena esperjenza tiffinalizza l-aħħar irtokki u tibda tiżbogħ l-ajruplani l-kbar, se tkun qed timpjega mat-80 persuna. Kumpanija, qalulna, li sabet u qed issib l-appoġġ anke tal-kumpaniji tal-manutenzjoni tal-ajruplani li għandna f ’Malta bħalissa, għaliex fil-fatt toffri servizz li b’xi mod huwa kumplimentari – f ’katina li tagħmel sens li hi miġbura fl-istess post hawn f ’pajjiżna.


06

27.11.2016

kullhadd.com

ANN FENECH RIEDET COOPTION MINFLOK TIKKONTESTA • ELETTI EDWIN VASSALLO U PETER MICALLEF • IL-KUMMISSJONI B’PARIR LEGALI LI WERA LI RIED BUSUTTIL MHUX POSSIBBLI

Anne Fenech

Edwin Vassallo Il-President tal-Eżekuttiv talPartit Nazzjonalista, Ann Fenech, ilha xhur tirrifjuta li l-Partit jiddikjarha bħala kandidat għall-elezzjoni ġenerali u kull darba tgħid li mhijiex lesta tikkontesta. Iżda, mal-mument li l-Ġimgħa sar magħruf li l-Partit Nazzjonalista ingħata żewġ siġġijiet fil-Parlament Ann Fenech uriet mill-bidu li kienet lesta li tieħu s-siġġu fil-parlament jekk kemm-il darba jaħtarha hemm il-partit mingħajr ħtieġa li tikkontesta elezzjoni. Fil-fatt kien Simon Busuttil li mal-mument li ngħatat iddeċiżjoni mill-Qorti indika li jridha deputat u saħansitra kien se jagħti direzzjoni biex issir hi. Xi ħaġa li kienet evidenti wkoll mill-fatt li kull darba li tkellem filjum tal-Ġimgħa, Simon Busuttil, awgura lil Edwin Vassallo. Iżda, fl-ebda ħin ma semma lil Peter Micallef li kien l-iktar kandidat li ġab voti fost dawk li ma telgħux fl-aħħar elezzjoni. Iżda, meta lbieraħ iltaqgħet il-Kummissjoni Elettorali

Peter Micallef ddeċidiet li r-rimedju li l-Qorti Kostituzzjonali tat lill-Partit Nazzjonalista għandu jsir billi jitħaddem il-mekkaniżmu talKostituzzjoni li jkunu eletti dawk il-kandidati l-iktar li ġabu voti, fost dawk li ma kinux eletti meta ngħalaq l-għadd tal-elezzjoni tal-2013. Dan ifisser li se jkunu Edwin Vassallo u Peter Micallef li se jkunu deputati tal-Parlament. Dan nissel diżapput fid-Dar Ċentrali li webblu lil kulħadd li tielgħa Ann Fenech. Xi ħaġa li dehret evidenti wkoll is-Sibt filgħodu meta mid-Dar Ċentrali bdew ixerrdu isimha mal-ġurnali bħala l-persuna li għandha tieħu s-siġġu fil-parlament. L-ironija f ’dan kollu hu li Ann Fenech ilha xhur tirrifjuta li toqgħod għall-vot popolari. Tant li meta waqt laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika fuq il-power station ta’ Delimara residenti talbuha ċerti garanziji jekk ikun hemm gvern Nazzjonalista hi weġbithom bilkliem: “Jien mhux se noħroġ żgur. ”


07

27.11.2016

kullhadd.com

253 ILHOM IKTAR MINN TLIET SNIN B’CARE ORDER • ĊIFRA DESKRITTA BĦALA INKWETANTI • NIFS BIŻ-ŻIEDA FIL-FOSTER CARERS Kitba ta’ KELLY PEPLOW Mhux inqas minn 253 tifel u tifla ilhom iktar minn tliet snin taħt ordni ta’ ħarsien, u segwiti minn social workers mħarrġa li jaħdmu mal-Aġenzija Appoġġ. 253 tifel u tifla li anke wara tliet snin, is-sitwazzjoni familjari tagħhom ma marritx għall-aħjar. L-ordni tal-ħarsien huwa att fil-liġi ta’ Malta li jipproteġi minuri f ’każ ta’ abbuż serju. Uffiċjali mill-Aġenzija Appoġġ spjegaw ma’ din il-gazzetta li wara li jsir rapport dettaljat talkaż tinħareġ ordni temporanja ta’ ħarsien, valida għal 21 jum. Hawn il-ġenituri jingħataw l-għajnuna minn professjonisti li flimkien jivvalidaw il-każ u jiddeċiedu għandhiex toħroġ ordni permanenti ta’ ħarsien fuq it-tfal. Din tibqa’ fis-seħħ sakemm il-Bord Konsultattiv għall-Ħarsien tat-Tfal u Żgħażagħ jara dak li hu xieraq u l-aħjar għat-tfal sakemm jagħlqu it-18-il sena. L-Aġenzija Appoġġ tispjega wkoll kif il-professjonisti tagħha mis-Servizz għall-Ħarsien tatTfal jaħdmu bis-sħiħ biex ilġenituri jindirizzaw il-problemi tagħhom bl-għajnuna li tkun offruta lilhom. Dan biex ittfal ikunu jistgħu jgħixu malġenituri bijoloġiċi tagħhom mingħajr abbuż. Filwaqt li f ’każi fejn il-ġenituri jippersistu fl-imġiba abbużiva tagħhom, tinħareġ ordni permanenti millMinistru għall-Familja. It-tfal imbagħad jintbagħtu għand qraba, dar alternattiva tat-tfal, jew f ’foster families, kif tindika t-tabella ppubblikata ma’ dan l-artiklu. Tabella li turi s-sitwazzjoni bħalissa, u tinkludi t-tfal kollha li qed jingħataw ħarsien barra minn djarhom.

Tfal fostered

165

Tfal li jinsabu fi specialised fostering

24

Tfal fi djar residenzjali

202

Tfal f ’out of home care

391

jew f ’xi tip ta’ residenza oħra. Tul il-programm ta’ kura l-professjonisti jħeġġu biex it-tfal jintegraw mal-familja naturali tagħhom, fejn jista’ jagħti l-każ li jinbeda proċess biex l-ordni ta’ ħarsien tkun irrevokata.

Is-sitwazzjoni ta’ tfal li bħalissa ma 154 familja toffri kenn jgħixux mal-ġenituri tagħhom Fil-każ tal-foster carers, Dawn mhux bilfors jindirizzaw Il-pjanijiet u l-lagħat jibqgħu l-Aġenzija Appoġġ tikkonferma tfal jew żgħażagħ li jinsabu taħt jsiru u l-ġenituri jibqgħu li bħalissa hawn 154 familja li ordni ta’ ħarsien, iżda jinkludu jingħataw l-għajnuna meħtieġa qed joffru dan il-ħarsien. Numru li jagħti kuraġġ kbir ukoll tfal taħt ordni mill-Qorti biex jegħlbu d-diffikultajiet lill-Aġenzija meta wieħed jew li jinsabu f ’residenza tagħhom. volontarjament wara li jkun Madanakollu, id-deċiżjonijiet iqis il-popolazzjoni pjuttost irrakkomandat mill-Aġenzija fil-kontront tat-tfal jittieħdu żgħira ta’ pajjiżna, u li 16-il Appoġġ. mill-Bord Konsultattiv u kull sena ilu, meta beda l-fostering Tajjeb ngħidu li x-xogħol tal- minuri b’ordni ta’ ħarsien f ’Malta, 30 familja biss offrew ħaddiema soċjali mal-ġenituri ikollu programm ta’ kura li jipparteċipaw, meta kien hawn ma tiqafx malli wliedhom mfassal esklussivament għalih, 500 tifel u tifla taħt ordni ta’ isibu residenza sikura ġdida. sew jekk jinsab f ’foster care ħarsien.

B’hekk in-numru ta’ familji li joffru servizzi ta’ fostering żdied b’ħames darbiet. Issa, l-għan tal-Aġenzija Appoġġ hu li jiżdiedu n-numru ta’ foster carers. Allura hemm bżonn ta’ iktar kampanji ta’ għarfien sabiex ikun hemm aktar nies imħajra li jingħaqdu mat-tim ta’ foster carers preżenti. Fil-fatt riċentament saru erba’ korsijiet ta’ taħriġ lil diversi familji li wrew interess mal-Aġenzija li jagħtu dan is-servizz. Ir-reazzjoni tat-tfal tvarja filbidu. Jiddependi xi jkunu esperjenzaw fil-familja naturali tagħhom. Jekk dawn it-tfal ikunu għaddew minn traskuraġni jew xi forom ta’ abbuż fiżiku jew emozzjonali, dawn se jirriżultaw f ’imġiba diffiċli, għalhekk ikollhom bżonn iktar żmien biex jidraw ambjent ġdid li se jgħixu fih mal-foster carers. Dawn huma sitwazzjonijiet li jeħtieġu ħafna enerġija u dedikazzjoni mill-foster carers biex dawn it-tfal iħossuhom aktar sikuri, u dan jintlaħaq biss bl-imħabba u bl-attenzjoni. Tfal li għaddew minn xi mewġa se jħossu diversi emozzjonijiet li jġiegħluhom ikunu xi ftit beżgħana mill-bidla. Minkejja dan, kelliema għallAġenzija Appoġġ qalet li l-Aġenzija tifraħ li l-maġġoranza tat-tfal ikollhom relazzjoni tajba mal-foster carers, li jkunu ntagħżlu wara taħriġ u laqgħat estensivi mal-ħaddiema soċjali sabiex ikun assigurat li huma kandidati xierqa li jagħtu dan is-servizz daqstant importanti u sensittiv. Sal-lum kien hemm biss sitt koppji u persuna waħedha li ma kinux approvati biex isiru foster carers.


08

27.11.2016

kullhadd.com

TIĠDID ESSENZJALI PROPOST FL-EDUKAZZJONI

L-ISTUDENTI JISTGĦU JASLU MINN TOROQ DIFFERENTI • ‘IL-VJAĠĠ TIEGĦI: NASAL MINN TOROQ DIFFERENTI’ B’IDENTITÀ LI TQARRIBHA U TIDDISTINGWIHA MINN SISTEMI EDUKATTIVI FL-EWROPA • M’HEMMX BISS GĦAŻLA WAĦDA FIT-TAGĦLIM U FL-ASSESSJAR GĦALL-ISTUDENT Kitba ta’ ALEANDER BALZAN Bit-tiġdid propost mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għal mod kif f ’pajjiżna ssir l-edukazzjoni sekondarja, l-istudent se jkollu ċ-ċans li għall-ewwel darba jagħżel programmi ta’ tagħlim f ’iktar minn aspett wieħed li se jkunu offruti taħt l-istess saqaf u kollha jwasslu sal-istess livell. ‘Il-Vjaġġ Tiegħi: Nasal minn Toroq Differenti’ tipproponi li mid-disa’ sena skolastika (dik magħrufa b’mod popolari bħala l-Form 3) l-istudent jieħu tagħlim akkademiku, vokazzjonali jew prattiku. Xi ħaġa li diġà teżisti f ’diversi pajjiżi oħra bħal Ġermanja, l-Awstrija, l-Olanda u l-Iżvizzera fost oħrajn. Iżda, li se jkollha differenti s-sistema Maltija hi li l-istudenti se jingħataw ukoll l-għażla li jħalltu bejn it-tliet aspetti u mhux bilfors jieħdu aspett wieħed. Għalkemm min irid jagħmel hekk jista’ wkoll, għax is-sistema l-ġdida ma tneħħi xejn minn dik preżenti iżda żżid fuqha. Fi kliem l-espert Pasi Sahl- el darba l-programmi ta’ berg, Finlandiż li jispeċjalizza tagħlim akkademiku, vokafl-edukazzjoni u influwen- zzjonali u applikati kollha se ti ħafna fuq l-iżviluppi ta’ jwasslu sa livell 3 tal-Qafas sistemi edukattivi madwar Malti tal-Kwalifiki (MQF). Bħalissa student li jasal id-dinja, din se tagħti saħħa kbira lill-istudent li jagħżel fit-tieni sena fl-iskola medja jingħata għażla ta’ suġġetti hu l-ġejjieni tiegħu. “My Journey ġġib bid- li huma pjuttost akkademiċi la fil-flessibbiltà tas-siste- għat-tliet snin ta’ wara. Jekk ma. Kif l-istudent, li huwa ikun akkademikament tajjeb l-konsumatur u dak li qed se jirnexxi, jekk le jsib difjitgħallem, għandu għażliet fikultajiet. Għall-istudenti li differenti fil-ħtiġijiet u dak li fis-sistema preżenti ma kinux jimmotivah. Inqis din impor- qed jirnexxilhom imexxu kienu nħolqu programtanti għax tagħti l-awtorità mi alternattivi li lill-istudent, fejn għalkemm tajbin ikollu s-saħħa Inqis din u meħtieġa ma fuq il-ġejjieni bħala tiegħu. Din importanti għax kinux programmi hija marbuta tagħti l-awtorità jilħqu Livell ma’ kemm 3 tal-Qal-istudent lill-istudenti, fejn fas Malti iħoss li tal-Kwalifiqed jidħol ikollu s-saħħa ki (magħruf fis-sistema fuq il-ġejjieni ukoll bħala ‘O edukattiva. Level’). Hawn l-istiegħu Issa s-sitwazztudent se jieħu joni se tkun differenti r-riedni tal-vjaġġ edukattiv tiegħu f ’idejh u din tis- għax il-vokazzjonali u l-pratta’ żżid is-suċċess” qal il-Pro- tiku se jwasslu sal-istess livell. “It-tagħlim prattiku m’għanfessur Sahlberg. Dan ifisser li għall-eww- dux jitqies sempliċiment bħa-

SKEJJEL JAĦDMU FLIMKIEN Bħalissa l-iskejjel sekondarji jilqgħu fihom studenti li jimxu mid-disa’ sena sal-ħdaxil waħda. L-istudenti jmorru fihom wara li jkunu spiċċaw is-sentejn tal-iskola medja. Issa qed ikun propost li l-iskejjel sekondarji jibqgħu fil-Kulleġġi imma jinġabru fi gruppi, bl-eċċezzjoni ta’ Għawdex, fejn hemm skola sekondarja waħda. Kull skola fil-grupp, li jistgħu jkunu tlieta, tkun tiffoka fuq aspett iktar minn oħrajn. B’hekk f ’dik l-iskola jsir investiment iffukat li jwassal biex it-tagħmir u l-faċilitajiet li l-istudenti jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom ikun ikbar. Naturalment l-iskejjel li se jkunu fl-istess grupp ikunu dawk qrib u għalkemm l-istudenti se jitħalltu iktar xorta waħda se jkun hemm l-idea ta’ reġjun. la tagħlim rimedjali għal studenti u lanqas bħala inferjuri għal dak akkademiku u vokazzjonali,” jgħid Frank Fabri, Direttur Ġenerali fil-Ministru tal-Edukazzjoni. Spjega kif il-vokazzjonali u l-applikati jixxibhu, iżda mhumiex l-istess. “Id-differenza hi fl-approċċ tat-tagħlim u daqsxejn ukoll fl-assessjar. Il-vokazzjonali aktarx jinkludi t-teorija minn kmieni u għalhekk jekk l-istudent ma jkollux sfond akkademiku jaf ibati ftit iktar. L-applikat jieħu stil differenti anke jekk iwassal għall-istess riżultat. Jitlaq mill-prattiku, imma t-teorija jibniha mat-

triq. Fl-aħħar tliet snin l-istudent jista’ jilħaq xorta waħda l-istess livell,” jispjega Fabri dwar sistema li kienet deskritta bħala soċjalment ġusta mill-espert Finlandiż. “Irridu naraw il-politika fil-kuntest internazzjonali u dan juri li l-eċċellenza u l-ugwaljanza jimxu flimkien. Din il-politika hija mibnija fuq l-importanza tal-ugwljanza,” qal Sahlberg. Fuq kollox dan huwa żvilupp li nħoloq speċifikament għal Malta. “Fl-imgħoddi konna aktar naqbdu sistema ta’ xi mkien u napplikawha għalina. Din id-darba fassalna sistema għar-realtà Maltija

f ’kuntest Malti, Ewropew u internazzjonali,” qal Fabri. Fuq kollox meta titħabbar sistema bħal din hemm l-aspett tal-implimentazzjoni. “Meta nħarsu lejn sistemi f ’pajjiż oħra nisimgħu li r-riforma bdiet tkun implimentata lbieraħ u idealment tkun lesta mis-sena d-dieħla. Hawn qed naraw li l-Ministeru u dawk wara r-riforma jifhmu li kollox jiddependi mill-implimentazzjoni. Ħafna mir-riformi jfallu fl-implimentazzjoni. Iżda, l-implimentazzjoni hawn qed tingħata ż-żmien li jixiriqilha u dan jawgura tajjeb,” qal Sahlberg.


09

27.11.2016

kullhadd.com

SKELETRI SĦAĦ FISSRU SEJBA MHUX TAS-SOLTU

• SEJBA FI SKOLA FIR-RABAT • ILLUM IL-PUBBLIKU GĦANDU ĊANS RARI LI JŻUR IL-POST Kitba ta’ midfuna f ’dawn l-oqbra. COLIN DEGUARA Dawn instabu f ’forma ta’ skeletri sħaħ li jappartjenu Il-Kulleġġ Missjunarju ta’ San kemm għal adulti kif ukoll għal Pawl ġewwa r-Rabat għamel tfal. Barra l-ammont kbir ta’ sejba mhux tas-soltu meta skeletri, instabu wkoll għadd waqt li kienet għaddejja ħidma ta’ fdalijiet u ornamenti talfuq proġett ta’ żvilupp instabu fuħħar li wkoll jappartjenu oqbra ta’ żmien ir-Rumani. għall-istess żminijiet. Huwa Din is-sejba kienet waħda mifhum li dawn l-ornamenti storika għall-arkeoloġiżmu kienu tpoġġew ħdejn l-oqbra fi f ’pajjiżna minħabba l-istat li żmien ir-Rumani, propju bħala fih nstabu l-oqbra u s-sejbiet turija ta’ rispett lejn il-mejtin. ta’ ġo fihom. It-tħaffir ilu għaddej għal dawn Ma kinitx sorpriża għall- l-aħħar ġimgħat bl-arkeologista arkeoloġisti meta nstabu dawn u l-osteoloġista fuq il-post il-fdalijiet. Dan minħabba jippruvaw isibu u jippriservaw li l-iskola tinstab biswit il- dawn il-fdalijiet. katakombi ta’ San Pawl u ta’ Il-pubbliku issa se jinġħata Sant Agatha. Li hu interessanti ċ-ċans li jesperjenza l-istorja f ’din is-sejba hija li wħud mill- ta’ żmien ir-Rumani permezz fdalijiet ma ġewx mimsusa tal-fdalijiet misjuba. Il-Kulleġġ minn żmien ir-Rumani u ġew Missjunarju ta’ San Pawl se preservati b’mod perfett. jiftaħ il-bibien għall-pubbliku Instabu għadd ta’ fdalijiet illum bejn il-ħdax u l-erbgħa sħaħ ta’ katavri li kienu ta’ wara nofsinhar. Din hija

opportunità unika għallpubbliku fejn se jkun jista’ jiltaqa’ mal-persuni li sabu dawn il-fdalijiet u għenu biex priservawhom. Konservatur u osteoloġista se jdawru lillpubbliku mas-sit filwaqt li jispjegaw fejn instabu l-fdalijiet u kif dawn se jiġu studjati. Din l-attività hija organizzata mir-rettur tal-iskola Fr.Silvio Bezzina b’kollaborazzjoni mas-Sovraintendenza talPatrimonju Kulturali u ‘ECA consultants’. Din is-sejba tkompli turi kemm il-patrimonju storiku ta’ Malta jibqa’ jikkonferma l-istorja rikka u vivaċi li għandu pajjiżna permezz tal-bosta ħakmiet li għadda minnhom. Flimkien mal-Katakombi, dawn l-oqbra jkomplu jiżdiedu mal-wirt storiku ġewwa r-Rabat li issa qed isir mera tal-ħajja f ’Malta fi żminijiet differenti.

Uħud mill-fdalijiet li nstabu


10

27.11.2016

kullhadd.com

FIL-POST LI JĦARES ID-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM • 50 SENA MINN META MALTA FFIRMAT IL-KONVENZJONI TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM • 47 KAŻ PENDENTI BĦALISSA QUDDIEM IL-QORTI EWROPEA GĦAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM Kitba ta’ PAULA CAUCHI Mill-ewwel każ tal-editur Carmel Demicoli fl-1987, sas-47 każ li hemm pendenti llum, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem irċiviet mijet ta’ każijiet li ċ-ċittadini Maltin ipprovaw jiftħu kontra Malta. Sal-2015, kienu biss sitta u sittin is-sentenzi li tat din il-Qorti dwar Malta, bil-maġġoranza tal-oħrajn ikunu kollha inammessibbli u għexieren oħra pendenti. Minn dawn 66 każ, instab ksur ta’ mill-inqas dritt f ’46 każ. Statistiċi riċenti jixhdu kif fl2015, il-Qorti rċeviet 37 applikazzjoni kontra Malta, 30 minnhom kienu inammessibbli jew ma ntlaqgħux. Fi tlieta mis-seba’ sentenzi li ngħataw instab li kien hemm ksur ta’ mqar dritt wieħed mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-Bniedem. Fi tnax-il applikazzjoni li kienu deċizi fl-ewwel sitt xhur tal2016, sebgħa kienu ddikjarati inammessibbli, filwaqt li nqatgħu ħames sentenzi fil-konfront ta’ Malta. Vittma tas-suċċess tagħha Il-qorti hija vittma tas-suċċess tagħha stess, għaliex fl-aħħar snin qed ikunu ppreżentati aktar min 50,000 applikazzjoni ġdida kull sena. Din iż-żieda fl-applikazzjonijiet hija riflessa wkoll fl-istatistiċi fejn hu involut pajjiżna. Tikkonferma dan l-avukat Dr. Roberta Muscat, li taħdem fi ħdan l-uffiċċju tar-Reġistru tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Muscat saħqet li fil-bidu tal-karriera tagħha fil-Qorti tnax-il sena ilu, il-każijiet pendenti kontra Malta kienu tlieta, illum ilaħħqu kważi ħamsin. Kien fl-1967 li Malta impenjat ruħha biex tipproteġi d-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Dan billi inkorporat il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fil-liġi nazzjonali. Konvenzjoni li ngħatat l-ogħla saħħa f ’pajjiżna u li għal dawn l-aħħar 50 sena qed iżżomm l-istat reponsabbli għal kull ksur tad-dritt taċ-ċittadin tiegħu. Il-Prim Imħallef emeritu, Vincent De Gaetano, li bħalissa qed iservi l-aħħar tliet snin tat-terminu tiegħu bħala

Ma nistax ngħid kemm iċ-ċittadin ordinarju huwa konxju ta’ xi tfisser il-Konvenzjoni u tax-xogħol tal-Qorti u x’tiddeċiedi

l-Imħallef appuntat minn pajjiżna fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fisser kif huwa relattivament faċli biex ċittadin japplika biex il-każ tiegħu jinstema’ quddiem il-Qorti fi Strasburgu. Dan peress li l-maġġoranza assoluta tal-każijiet ikunu deciżi mingħajr proċeduri orali, għalhekk m’hemmx il-bżonn li ċittadin ikun preżenti fi Strasburgu, għax iċ-ċittadini mhumiex obbligati li jqabbdu avukat biex jitkellem f ’isimhom u m’hemmx miżati tal-qorti x’ jitħallsu. Iktar minn 60% tal-każijiet huma inammessibbli Din tal-aħħar hija waħda mir-raġunijiet għaliex ikunu eluf l-applikazzjonijiet li jew għax ma jkollhomx bażi ta’ ksur tal-Konvenzjoni jew għax ma jkollhomx il-formalitajiet neċessarji fl-applikazzjoni nnfisha ikunu ddikjarati inammessibbli. Mal-ġurnalisti Maltin fil-binja tal-Qorti fi Strasburgu, l-avukat Muscat, li tara l-applikazzjonijiet

li jidħlu m i l l Maltin, innotat li l-ammont ta’ każijiet inammessibbli miċ-ċittadin huma proporzjonalment inqas minn dawk ta’ pajjiżi oħra. Tisħaq li raġuni ewlenija għal dan hija l-kultura legali Maltija, li tirrikjedi li ċittadin jagħmel użu minn avukat, tkarkar fi Strasburgu, u għalhekk ikun l-avukat li jagħti direzzjoni lill-klijent dwar jekk hemmx każ tentattiv u kif għandu jinfetaħ korrettament. Muscat fissret kif essenzjalment huma tnejn il-problemi komuni wara l-inammessibbiltà tal-każijiet Maltin. Dawn huma li ma jkunux użati r-rimedji kollha lokali, jew li l-applikazzjoni tiddaħħal jew tkun finalizzata

wara li jagħlqu s-sitt xhur preskrizzjoni mid-dikjarazzjoni tal-qorti lokali, jekk din tal-aħħar issib ksur fil-liġi, jew mill-jum meta l-allegat ksur ta’ liġi seħħ jekk il-Qorti Maltija ma ssibx ksur fid-drittijiet tal-applikant. L-iktar artikli tal-Konvenzjoni

miksura

B’mod ġenerali huwa stmat li b’nofs il-każijiet li fihom instab ksur jirrigwardjaw l-Artiklu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, jiġifieri d-dritt għal smigħ ġust fejn l-Istati Membri tal-Kunsill tal-Ewropa jinstabu ħatja ta’ dewmien esaġerat fil-proċeduri. Fil-fatt 58% tal-ksur ta’ liġi misjuba mill-Qorti huma dwar ksur ta’ dritt għal smigħ ġust jew il-protezzjoni tal-propjetà. F’madwar 11% tal-każiji-

et, il-Qorti sabet ksur serju tal-Konvenzjoni, bħal ksur tad-dritt tal-ħajja u l-projbizzjoni tat-tortura u t-trattmament inuman u degradanti. L-istatistika turi li l-iktar dritt li nstab ħati li kiser l-Istat Malti kien id-dritt għal-libertà u sigurtà, dsatax-il darba. It-tieni l-iktar dritt li nkiser kien dak tas-smigħ ġust u d-dewmien biex tingħata sentenza fil-qrati Maltin, tmintax-il darba. Filwaqt li d-dritt għall-propjetà nkiser għal erbatax-il darba. Kemm l-Imħallef De Gaetano u kif ukoll l-avukat Muscat fissru kif ir-raġuni wara dan il-ksur ta’ liġi ħafna drabi kienet innuqqas ta’ ħlas tal-kumpens għall-art esproprjata u nuqqasijiet fil-liġi tal-kera. Liġi, li proprju minħabba l-każijiet quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, inbidlet, iżda li mill-każijiet li

2015

2016 (Jannar - Lulju)

APPLIKAZZJONIJIET DEĊIŻI

37

12

INAMMESSIBBLI

30

7

INGĦATAT SENTENZA

5 (DWAR SEBA’ APPLIKAZZJONIJIET)

5

Każi li jinvolvu lil Malta mis-sena l-oħra


11

27.11.2016

kullhadd.com

X’INHI L-QORTI EWROPEA TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM? Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem hija qorti internazzjonali mwaqqfa fl-1959 li tagħti ġudizzji fuq applikazzjonijiet imressqin minn individwi jew Stati li jallegaw ksur tad-drittijiet ċivili u politiċi stabbiliti fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet talBniedem. Fi kważi 50 sena, il-Qorti tat aktar minn 10,000

sentenza. Il-Qorti għandha 47 imħallef, wieħed għal kull Stat parti mill-Konvenzjoni, eletti għal perjodu ta’ disa’ snin li ma jistax jiġġedded. Minkejja li l-imħallfin huma eletti mill-Istati tagħhom, ma jirrapreżentawx dak l-Istat u huma fid-dmir li jaġixxu b’indipendenza u imparzjalità.

L-imħallfin nazzjonali ma jisimgħux każijiet li jirrigwardaw pajjiżhom fil-formazzjoni ta’ imħallef wieħed. Preżentament huwa l-Imħallef Portugiż li jisma’ l-każijiet imressqa mill-Maltin. Iżda l-imħallef nazzjonali, dejjem ikun parti mill-kompożizzjoni talQorti meta din tisma’ każijiet bħala kamra ta’ seba’ imħallfin jew bħala kamra kbira ta’ sbatax-il imħallef.

X’INHI L-KONVENZJONI EWROPEA DWAR ID-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM? Hija trattat internazzjonali mnedija fl-1950 u li daħlet fis-seħħ fl-1953. Il-Konvenzjoni tat effett lil ċerti drittijiet inklużi fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u ħolqot organu li jisma’ l-każijiet kontra Stati li ma

jirrispettawhomx. Id-drittijiet u l-libertajiet li tiggarantixxi l-Konvenzjoni jinkludu d-dritt għall-ħajja, iddritt għal smigħ ġust, id-dritt għar-rispett talħajja privata u l-ħajja tal-familja, il-libertà tal-

espressjoni, il-libertà tal-ħsieb, kuxjenza u reliġjon u protezzjoni ta’ propjetà. Permezz tad-deċiżjonijiet tal-Qorti u talprotokoll, din il-Konvenzjoni jirnexxilha tibqa’ ħajja, tevolvi u tadatta għaċ-ċirkostanzi tal-lum.

GATT V MALTA (2010) L-ewwel każ fejn il-proċedura kriminali f ’pajjiżna kienet eżaminata mil-lenti tad-dritt għal-libertà u s-sigurtà (Artiklu 5). Gatt, li kien mixli bi traffikar tad-droga, inżamm detenut għal 2,000 jum talli kiser il-kundizzjonijiet tallibertà proviżorja. Il-Qorti sabet ksur tad-dritt tal-istess artiklu.

BORG V MALTA (2016) Borg, li nstab ħati ta’ reat, ma ngħatax id-dritt għall-assistenza legali waqt l-interrogazzjoni tal-puliżija. Il-Qorti sabet li n-nuqqas ta’ din l-assistenza kien minħabba nuqqasijiet fil-liġi Maltija u għalhekk kien hemm ksur taddritt ta’ smigħ ġust.

BRINCAT U OĦRAJN V MALTA (2014) Iċ-ċittadini li ressqu din il-kawża kienu eks ħaddiema tat-Tarżna li qattgħu snin twal esposti għall-asbestos. Mas-snin dawn żviluppaw mard u kundizzjonijiet kkawżati mill-asbestos. Il-Qorti sabet li kien hemm ksur kemm tad-dritt għall-ħajja u kif ukoll tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja.

għadhom ma ngħalqux s’issa Gaetano f ’intervista fl-uffiċċjidher li għadha ma nbidlitx ju tiegħu fil-binja tal-Qorti. biżżejjed. Meta wieħed iżomm f ’moħħu li ħafna nies għadhom iħawdu Nuqqas t’għarfien dwar l-Qorti Ewropea tad-Drittixogħol il-qorti jiet tal-Bniedem, mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni “Ma nistax ngħid kemm iċ-ċit- Ewropea (li tiżgura l-kontadin ordinarju huwa konxju formità mal-liġijiet u r-regoli ta’ xi tfisser il-Konvenzjoni u tal-Unjoni Ewropea) u l-Qortax-xogħol tal-Qorti u x’tid- ti Internazzjonali tal-Ġustizzdeċiedi”, qalli l-Imħallef De ja (li hija l-organu ġudizzjar-

ju tal-Ġnus Magħquda), ftit tagħtih tort jaħseb hekk. Kien previst li fejn tissemma l-edukazzjoni tal-massa, ħsibijietu daru fuq ir-rwol tal-ġurnalist u d-dmir tiegħu li filwaqt li jinforma u jeduka lill-qarrej jew lit-telespettatur. L-Imħallef enfasizza fuq l-irwol importanti li tilgħab il-midja meta tirrapporta x-xogħol li jkun għaddej fi

Strasburgu b’referenza parti- ti li huma speċjalizzati fuq kolari għal meta gazzetti bar- drittijiet fundamentali, u dan ranin jippruvaw jirredikolaw għax ħafna m’għandhomx is-sentenzi tal-Qorti għall-fini il-ħin jispeċjalizzaw” sostna ta’ sensazzjonaliżmu. Irl-Imħallef. Iżda għamel parreferieni għall-każ li entesi, “mhux qed fih kien wieħed ngħid li għandmill-ImħallMhux qed ngħid li na sistema li fin, “kien tikser id-dritgħandna sistema li hemm każ tijiet funfejn ġuvdamentali, tikser id-drittijiet nott migħax ħdejn fundamentali, għax norenni pajjiżi oħra ħdejn pajjiżi oħra qala’ daqqa s-sisteta’ ħarta s-sistema Maltija timxi ma Maltija mill-pulizija timxi tajjeb.” tajjeb.” waqt interL-Imħallef, li rogazzjoni, jitkellem bi snin u l-maġġorantwal t’esperjenza za tal-imħallfin sabu kemm bħala avukat li vjolazzjoni ta’ Artiklu 3 - jien pprattika fl-Uffiċċju tal-Avuu tliet imħallfin oħra ma qbil- kat Ġenerali, ġudikant li niex”- kien pront jgħidli. “Li laħaq l-ogħla pożizzjoni ġara kien li ċerti sezzjonijiet tal-ġudikatura, u kif ukoll tal-midja kważi ipprovaw ji- lettur anzjan tal-liġi fl-Unirredikolaw il-Qorti għaliex versità ta’ Malta għal bosta bdiet televa għal ksur ta’ dritt snin saħaq li hemm nuqqas fundamentali, id-daqqa ta’ fil-komunità legali, “l-avuħarta, li f ’dawk iċ-ċirkostan- kati jridu jkunu aktar konxji zi l-Qorti ħasset li kien xi- tal-mod kif jistgħu jiżguraw eraq.” Kompla kif każ bħal l-osservanza tad-drittijiet dan jiġbed l-attenzjoni, u fundamentali billi jirrikorgħalhekk jingħata prominen- ru quddiem Qrati Maltin, u za għal raġunijiet żbaljati u mhux neċessarjament jiġu l-prinċipju, li f ’dan il-każ kien fi Strasburgu.” De Gaetano il-grad ta’ protezzjoni li qor- stqarr li kull avukat għanti għandha tagħti lill-persuni du d-dmir li jgħarbel sew f ’sitwazzjoni ta’ vulnerabilità, jekk il-każ miġjub quddiemu jintilef. għandux jinstema’ fuq livell Iżda d-daqqa ħaduha wkoll Kostituzzjonali. “Jista’ jkun l-avukati lokali, “jiena naħseb li forsi għax jien entużjast li m’hemmx biżżejjed avuka- wisq! Iżda hekk nemmen.”


12

27.11.2016

kullhadd.com

L-MCAST LESTA GĦALL-KORS ĠDID MINN JANNAR

• BŻONJUŻ IKTAR WARA L-AĦBARIJIET DWAR CRANE CURRENCY U DE LA RUE Kitba ta’ impjiegi aħjar. AYRTON MIFSUD Wieħed jista’ jaħseb li kors bħal dan ma jwassal għal imSe jibda minn Jannar il-kors kien, madankollu fi kliem fl-MCAST li se jkun qed jof- Debono teżisti diġà ċertezza fri programm intensiv għal li student wara li jkun temm dawk li għandhom iktar minn b’suċċess dan il-programm, issittax-il sena u huma interes- sib xogħol. sati li jibdew jaħdmu fid-dinja “Kif wieħed jaf hemm dital-istampar. versi opportunitajiet kbar ta’ Kors li l-ħtieġa tiegħu inħas- xogħol mhux biss fiż-żewġ set l-iktar wara li f ’Settembru kumpaniji kbar li semmejl-kumpanija Amerikana, Crane na, iżda wkoll f ’oħrajn f ’dan Currency, ħabbret li se tiftaħ il-qasam. Din hija industrija li impjant f ’Malta. kibret, qed titlob ħafna nies li Dan sabiex l-aħbar li ngħatat huma speċifikament imħarrġa. fl-aħħar jiem, li l-kumpanija Kull min irid japplika u jtemm De La Rue wkoll se żżomm b’suċċess dan il-kors, hemm il-proċess tal-istampar tal-flus garanzija ta’ impjieg u fuq kolf ’pajjiżna, kompla jżid il-ħtieġa lox ikun ta’ kwalità” saħaq Siltiegħu. Id-De La Rue se tkab- vio Debono. bar ukoll l-operat biex fi Dan il-programm intenftit inqas minn sena siv se jkun mifrux fuq fis-settur se jkun tliet fażijiet li matDin hija hemm bżonn ulhom l-istumadwar mitedenti se jkunu industrija li kibret, mħarrġa dwar jn ħaddiem imħarreġ x’għandhom qed titlob ħafna għal dawn jagħmlu qanies li huma il-kumpaniji bel l-ipprintli joffru kunjar innifsu speċifikament dizzjonijiet takif ukoll fuq imħarrġa jbin u impjiegi ix-xogħol li jsir ta’ kwalità. wara. Anke l-imDwar kif qed jilqgħu maniġġjar tal-kuluri se din il-sfida, din il-gazzetta jkun suġġett integrali f ’dan tkellmet maċ-Ċermen tal-Bord il-kors. tal-Gvernaturi tal-MCAST, SilIl-pjanijiet tal-MCAST f ’dan vio Debono. il-qasam mhux biss li student Huwa qalilna li l-investi- jagħmel programm u joħrog ment f ’dan il-qasam qanqal jaħdem imma hemm l-aspetatfl-MCAST sens ta’ dover li tiva li kulma jmur dejjem jitdin l-istituzzjoni edukattiva jieb il-livell biex jiġu ggarantiti tikkumplimenta dan l-inves- l-aħjar impjiegi f ’dan is-settur li timent u toffri programmi li ftit xhur ra xita ta’ investiment jgħinu u jigaranttixxu livell ta’ f ’dan il-pajjiż.


13

27.11.2016

kullhadd.com

LEJLET TOUR TAL-PRESIDENZA • SEBA’ PAJJIŻI F’ERBAT IJIEM • LAQGĦAT MA’ MEXXEJJA BIEX IKUNU DISKUSSI L-PRIJORITAJIET • ŻJARA FL-IKTAR BLIET KAPITALI IMPORTANTI

Għada l-Prim Ministru, Joseph Muscat, jibda tour marbut mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Dan proprju ġimgħa wara li pajjiżna nieda l-identità viżwali tal-Presidenza u ħabbar ukoll il-prijoritajiet b’mod uffiċjali. Issa li baqa’ biss ftit iktar minn xahar għall-Presidenza, it-tħejjijiet isiru iktar intensivi u l-laqgħat politiċi jibdew ma jaqtgħu xejn saħansitra fuq livell ta’ mexxejja. Huwa għalhekk li minn għada l-Prim Ministru jibda jżur seba’ pajjiżi f ’erbat ijiem fejn kollox jibda bi żjara f ’Pariġi fejn se jiltaqa’ mal-President Franċiż Francoisse Hollande. Il-Prim Ministru se jkun qed jiltaqa’ wkoll mal-Kanċillier tal-Ġermanja, Angela Merkel, biex b’hekk se jkun mar fi tnejn mill-iktar bliet kapitali influwenti fl-Ewropa u żewġ pajjiżi li s-sena d-dieħla se jkunu qed jaffaċċjaw elezzjoni li mhux biss se timpatta l-pajjiż partikolari iżda anke fuq il-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea. Fl-Irlanda, il-Prim Ministru se jiltaqa’ mal-Prim Minist-

ru Enda Kenny, li ilu jmexxi l-pajjiż mill-2011. Joseph Muscat għandu wkoll laqgħa skedata l-Estonja, fejn il-Prim Ministru Taavi Roivas tilef vot ta’ fiduċja iktar kmieni dan ix-xahar bil-president tal-pajjiż jitlob lill-Partit taċ-Ċentru mmexxi minn Juri Ratas imexxi l-gvern. Biex imbagħad fil-Polonja se ssir laqgħa bejn Joseph Muscat u l-Prim Ministru Beata Syzdlo u fid-Danimarka, Muscat ikollu taħdidiet mal-Prim Ministru Lars Lokke Rasmussen. Fl-Ungerija se ssir laqgħa mal-President Viktor Orbán. Kull laqgħa minn dawn ikollha sfond differenti. Skont il-pajjiż u r-realtajiet li qiegħed jiffaċċja bħalissa, bix-xogħol tal-Prim Ministru jkun dak li jiddiskuti l-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija u jiġbed lejhom iktar appoġġ. Dan biex meta l-Presidenza tibda fi ftit ġimgħat tassew tkun waħda effettiva u li tħalli riżultati konkreti fil-qafas li llum jippermetti l-mod kif taħdem l-Unjoni Ewropea. Fost it-temi diskussi se jkun

hemm ukoll il-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea anke fid-dawl tas-summit ta’ Bratislava li sar ftit tal-ġimgat ilu. B’summit ieħor se jsegwi f ’pajjiżna fi Frar li ġej li wkoll mistenni jkun tema ewlenija. L-ekonomija Ewropea u l-kunflitti fis-Sirja u l-Libja jkunu wkoll fuq l-aġenda. Naturalment hemm ukoll Brexit, anke fid-dawl li r-Renju Unit se jkun qiegħed jinvoka artiklu ħamsin tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, biex jimplimenta r-rieda tal-poplu f ’referendum, proprju f ’nofs il-Presidenza Maltija. Filwaqt li ladarba madwar il-mejda jkollok żewġ mexxejja ta’ żewġ pajjiżi differenti ma tonqosx ir-referenza għar-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ naħat. Dawn il-laqgħat isegwu wkoll laqgħat mal-Prim Ministri tal-Olanda u s-Slovakkja iktar kmieni dan ix-xahar f ’pajjiżna u laqgħat mal-ogħla uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi Brussell. Fil-fatt, fil-kapitali Ewropea, Muscat iltaqa’ mal-President tal-Parlament Ewropew, Martin

Schulz,

Irridu li l-affarijiet isiru u nassiguraw li l-Unjoni Ewropea ma tiqafx, iżda tkompli tipprogressa

mal-Presi d e n t tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Donald Tusk u mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker. Fil-laqgħa ma’ Juncker, ilPrim Ministru kellu miegħu lill-Kabinett tal-Ministri li flimkien mal-Kulleġġ tal-Kummissarji Ewropej iddiskutew il-Presidenza Maltija b’Jean Claude Juncker jiddikjara li Malta hija mħejjija sew u li huwa konvint li l-Presidenza Maltija se tkun suċċess. “Malta pajjiż żgħir b’ambizzjonijiet kbar,” qal il-President tal-Kummissjoni Ewropea. Il-messaġġ tal-Prim Ministru Malti dwar il-presidenza huwa wkoll wieħed ċar. “Il-Presidenza hi dik li hi. Tul is-snin ingħatat dimensjoni differenti u aħna se nżommu max-xogħol tagħna. Irridu nagħmlu x-xogħol tagħna b’mod tajjeb.

Fejn irridu li l-affarijiet isiru u nassiguraw li l-Unjoni Ewropea ma tiqafx, iżda tkompli tipprogressa u anke nagħtu l-kontribut tagħna kull fejn meħtieġ,” qal ilPrim Ministru. “Il-vantaġġ tagħna f ’dan il-mument li aħna poplu li għalih huwa naturali li jibni l-pontijiet. Nies li nfittxu l-kompromess biex nuru li l-ġejjieni huwa wieħed tajjeb,” qal il-Prim Ministru fi Brussell li fisser kif naturalment se jkun hemm kriżijiet. Dawk li nafu bihom u dawk li jinqalgħu minn żmien għal żmien. Fuq kollox il-Prim Ministru ddikjara li jrid li l-Presidenza tkun waħda relevanti għan-nies. “Irridu mhux biss nisimgħu lin-nies, iżda naġixxu dwarhom,” iddikjara l-Prim Ministru Malti lejlet li Malta tippresjedi l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ewwel darba.


14

27.11.2016

kullhadd.com

IL-PRIJORITAJIET TA’ MALTA Malta għandha sitt prijoritajiet ewlenin. Il-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija huma l-prijoritajiet tan-nies u kienu ffinalizzati fl-aħħar ġimgħat biex nhar it-Tnejn saru pubbliċi u ffinalizzati. Dawn il-prijoritajiet u t-temi ewlenin marbuta magħhom huma: L-IMMIGRAZZJONI: Il-Presidenza Maltija trid timbotta l-implimentazzjoni ta’ miżuri diġà maqbula filwaqt li tassigura li t-tema tibqa’ fuq nett tal-aġenda. Fost il-miżuri konkreti li qed ikunu proposti hemm it-tisħiħ tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (Common European Asylum System) bil-għan li l-piż tal-isfida tal-immigrazzjoni jinqasam bejn kulħadd b’mod iktar ġust. F’dan il-kuntest qed ikun propost li jkunu riveduti r-regoli ta’ Dublin. F’dan is-settur il-Presidenza Maltija għandha wkoll l-għan li l-European Asylum Support Office, l-EASO, jinbidel f ’aġenzija. Fil-prijoritajiet Maltin jissemma wkoll kif irrilokazzjoni ta’ 160,000 persuna fil-bżonn ta’ ħarsien irid ikun implimentat b’mod aħjar. Fuq kollox Malta trid stil iktar komplut u li jkopri

kollox għall-isfida tal-migrazzjoni. IS-SUQ KOMUNI: Dan huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa assi li għandha l-Unjoni Ewropea. “L-aqwa,” huwa deskritt filprijoritajiet tal-Presidenza Maltija. Fost il-miżuri konkreti f ’dan is-settur hemm ittmiem tat-tariffi tar-roaming madwar l-Ewropa. Jissemma wkoll il-geoblocking fejn persuna ssib xkiel li tixtri prodotti minn pajjiż għal ieħor talUnjoni Ewropea kemm jekk onlajn u kemm jekk mhux. Il-Presidenza Maltija trid li jkun hemm emfasi fuq l-isfidi li jiffaċċjaw in-negożji żgħar u medji anke b’iktar sorsi ta’ finanzjament b’dik li qed tissejjaħ Capital Markets Union. L-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku jibqgħu prijorità. Għalhekk l-estensjoni fiż-żmien u s-saħħa finanzjarja tal-Fond Ewropew tal-

Investiment Strateġiku se jkunu prijorità waqt il-Presidenza Maltija, li trid tiffoka wkoll fuq l-użu tal-enerġija iktar effiċjenti u tassigura provvista ta’ enerġija sikura għaċ-ċittadini Ewropej kollha fi żmien ta’ kriżi. Il-Presidenza għandha l-għan li taħdem ukoll lejn ftehim biex kull belt u villaġġ tal-Unjoni Ewropea jkollhom Wi-Fi b’xejn.

fosthom bil-ħolqien ta’ and Aurthorisation S jiddetermina l-eleġibiltà terżi eżentati mill-VISA Schengen.

INKLUŻJONI SOĊJ hija tema oħra li l-gve qalbu. Bil-gvern Malti jr f ’dan il-qasam tinċentiv Fost l-għanijiet konkr nisa fil-post tax-xogħo trid tikseb progress f ugwaljanza tal-ġeneru ta’ direttiva li ttejjeb l-u ta’ kumpaniji mniżżla exchange). Fuq l-aġenda wk domestika bil-promozzj u strateġiji, leġiżlazzjo Malta se ttella’ wkoll fuq drittijiet LGBTIQ.

SIGURTÀ: Fl-aħħar xhur l-Unjoni Ewropea ffaċċjat sfidi ta’ attakki terroristiċi estremi. “Bħala Unjoni Ewropea irridu nibqgħu viġilanti biex nassiguraw is-sigurtà taċ-ċittadini tagħna,” iwieġbu l-prijoritajiet tal-Presidenza. Fost l-għanijiet konkreti għalhekk hemm il-ġlieda kontra t-terroriżmu bi bdil ta’ informazzjoni u mmaniġġjar aħjar tat-tagħrif filwaqt li jkun miġġieled aħjar l-iffinanzjar tatterroristi. Dan saħansitra b’direttivi ġodda dwar ħasil ta’ flus. Fost oħrajn irid li jinkiseb iktar progress fuq l-immaniġġjar aħjar tal-kontroll talfruntieri, fosthom billi jkun stabbilit reġistru ta’ dħul u ħruġ ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi, PAJJIŻI ĠIRIEN: Is

Il-Kap tad-Dipartimen Midja u l-Komunikaz fl-Università ta’ M Ġorġ Mallia, irreaġ għal-logo billi “Għoġobni ħa Iddeskrivieh b “eżempju tajjeb ta’ rari fid-disinn grafiku, fejn simetrija attwalment taħdem. Ma jekk fil-fatt kienx hemm dawk l-influw kollha msemmija fil-vidjow,” qal M b’referenza għall-filmat ta’ promozzjo xxandar meta tħabbar il-filmat. “Mhux narahom kollha, imma bla d huwa logo tajjeb li għandu l-kwalit kollha ta’ memorabilità, viżibilit (relattivament) sempliċità,” iddik Mallia li ra l-kuluri vivaċi bħala rifles Mediterranjetà tagħna.

LOGO LI NIŻEL TAJJEB Il-logo tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea jissimbolizza dak li jrid iwassal il-pajjiż għal diversi xhur. Forsi wieħed jgħid x’hemm daqshekk importanti f’logo? Żgur li jfisser ħafna għal min fasslu u min ħaseb li jgħaddi minn proċess ta’ xhur biex jintgħażel. Kien proċess riskjuż dak li ssir kompetizzjoni fost l-istudenti talMCAST. Mhux għax m’hemmx talent fil-Kulleġġ tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija. Iżda, għax kompetizzjoni mhux bilfors tagħti dak li jkun mixtieq minn min jorganizzaha. Il-logo maħsub minn Alexia Muscat, gradwata tal-MCAST, iħares lejn il-ġeometrija li tirrappreżenta ’l Malta: Is-salib ta’ Malta, il-mitħna, in-nar tal-art u ħafna aspetti oħra. Muscat ħarġet bil-ħsieb, imbagħad kien irfinut u dawk li tlabniehom jikkummentaw dwaru kienu pożittivi. Naturalment la qed nitkellmu ma’ min jaħdem fis-settur tad-disinn tal-komunikazzjoni u t-twassil tal-messaġġ kellmuna wkoll minn lenti kritika.

Christian Peregin, e ta’ Lovin Malta u es fil-kommunikazzjon li l-logo magħżul h wieħed li jogħġob folla għalkemm m innovattiv daqsk kellu jkun. “Ħasra m tqis li hu magħmul minn stud tal-MCAST,” qal Peregin. “Nemmen li s-salib ta’ Malta huwa kun użat wisq u l-mod kif kien użat f’dan i mhux wisq oriġinali lanqas. Il-fatt li kritikat bħala kopja ta’ logo iktar antik huwa riżultat ta’ dan il-cliché marbut salib, milli għax ikkupjat. Però, min dan kollu l-logo jidher tajjeb u l-qarre Lovin Malta vvotaw b’qawwa favur tie Għalhekk jidher li se jilħaq l-għan li nħ għalih. Faċilment nista’ ngħid ukoll li h l-aqwa logo tal-Presidenza f’diversi s


15

27.11.2016

kullhadd.com

A L-PRIJORITAJIET TAN-NIES

EU Travel Information System (ETIAS) biex à ta’ dawk minn pajjiżi A biex isiefru fiż-żona

tal-Unjoni Ewropea hi marbuta ma’ dik tal-ġirien. Għalhekk se tingħata attenzjoni partikolari lill-ġirien. Il-ħtieġa ta’ stabbiltà filLibja u l-kontribut tal-Unjoni Ewropea għal tranżizzjoni paċifika hi prijorità. Il-Presidenza Maltija hija impenjata li tappoġġja l-isforz talUnjoni Ewropea u dak internazzjonali biex ikun hemm paċi fil-Lvant Nofsani. Jeżisti interess ukoll biex it-tranżizzjoni fit-Tuneżija tibqa’ għaddejja tajjeb u l-Unjoni Ewropea żżid l-isforzi tagħha u internazzjonali biex tindirizza l-kunflitt Sirjan. Ir-Russja u l-pajjiżi Għarab u djalogu magħhom jinsabu fuq l-aġenda wkoll.

JALI: Il-politika soċjali ern Malti għandu għal rid li l-esperjenza tiegħu va stati membri oħrajn. reti hemm iż-żieda tanl. Il-Presidenza Maltija uq temi marbuta ma’ fosthom bil-proposta ugwaljanza għal diretturi SETTUR MARITTIMU: Iktar ma jgħaddi a duq il-borża (stock ż-żmien se jkun hemm iktar dipendenza fuq l-ibħra u l-oċeani. Għalhekk is-settur koll hemm il-vjolenza marittimu huwa s-sitt prijorità. Il-governanza oni ta’ prattiċi eżemplari internazzjonali tal-oċeani se tkun formalment ni, studju u statistika. parti mill-aġenda Maltija. Is-sena d-dieħla konferenza ministerjali mistennija tkun imnedija inizjattiva bit-titlu Western Mediterrenean Sea Basin Initiative li tibni fuq strutturi eżistenti fil-kuntest tals-sigurtà u l-prosperità ekonomija l-blu.

nt tal- stqarr Peregin. zzjoni Malta, Jeann Pierre Magro, ġixxa konsulent u Transmedia qal: Producer iddeskriva afna.” l-logo bħala wieħed bħala li jiġbed l-għajn. każ “Catchy,” hija l-kelma n isli juża. Żied li l-kuluri nafx vibranti jgħajtu għallwenzi attenzjoni. Mallia “Irrid nammetti li għall-bidu sibt l-iskema oni li tal-kuluri kemxejn wisq, iżda mbagħad drajtha. Togħġobni t-taħlita bejn l-ispazji dubju pożittivi u negattivi, battalja li hija viżibbli tajiet fil-kontinent f’mument qed jipprova tà u jiddefinixxi u jirridifenexxi lilu nnifsu,” qal kjara Magro li żied kif m’hemmx dubju li d-disinn s tal- huwa ispirat mill-imgħoddi ta’ pajjiżna. “Is-salib ta’ Malta kif kien adottat tul is-snin huwa viżibbli ħafna. In-narattivi tagħna, editur kemm jekk koretti u kemm jekk le, huma spert marbuta ma’ dak is-salib u jissimbolizza ni qal valuri u saħħa. Hemm ikoni lokali li huma huwa marbuta ma’ dan,” jgħid Magro li jirreferi b lill- għal-luzzu u l-mitħna. mhux Filwaqt li qal li jifhem l-ispirazzjoni inizzjali emm xtaq li jkun hemm espansjoni usa’ talmeta kunċett. “Filwaqt li nifhem li l-imgħoddi u denta l-wirt tagħna huma importanti, daqstant ieħor iffokat dwar il-futur,” kompla jgħid nċett b’lenti kritika. il-każ Iżda żied li fl-istess ħin wieħed irid jiftakar kien ir-relazzjoni qawwija bejn is-salib ta’ Malta iktar u l-kumpass medjevali. “Huwa interessanti mas- li wieħed ikun jaf jekk l-artista kinetx nkejja ispirata minn dawn l-elementi. Jekk hu hekk eja ta allura l-logo għandu indikazzjoni ċara ta’ egħu. fejn irridu mmorru,” żied jiddikjara Magro li ħoloq tenna li dik xi ħaġa li trid tgħidilna l-artista. huwa Finalment jgħid: “L-istudenta li ddisinjat ilsnin,” logo għamlet biċċa xogħol mill-aqwa.”

X’INHI L-PRESIDENZA? Il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kienet stabbilita mit-Trattat ta’ Liżbona fl-2009, bilpajjiż li jkollu l-Presidenza jkun responsabbli biex jara li x-xogħol tal-Kunsill ikun qiegħed isir. Il-Presidenza taħdem fuq bażi ta’ rotazzjoni kull sitt xhur, bil-pajjiż li jkollu l-Presidenza, kbir jew żgħir, ikollu opportunità biex jinfluwenza l-aġenda tal-Unjoni Ewropea. Min ikun fil-Presidenza jmexxi l-laqgħat kollha tal-Kunsill bl-eċċezzjoni tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin (FAC). Dan jitmexxa mir-Rappreżentant Għoli tal-Affarijiet Barranin, Federica Mogherini. Il-Presidenza tirrappreżenta wkoll lill-Kunsill fir-relazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea. Dan japplika primarjament għar-relazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew biex jilħqu ftehim fuq il-fajls leġiżlattivi. Il-Presidenza ma tkunx biss responsabbli mil-laqgħat li jsiru fil-pajjiż, fil-każ tagħna fil-Belt Valletta, iżda anke fi Brussell u f ’pajjiżi oħra.

PARTI MINN TLIETA Il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ma ssirx f ’iżolament. Pajjiż jibni fuq il-ħidma ta’ pajjiż ieħor biex ikun hemm kontinwità u x-xogħol ikun wieħed iktar effettiv. Għalhekk jinħoloq dak li jissejjaħ ‘trio’ fejn pajjiż jibni fuq ieħor. It-trio ta’ Malta hu magħmul mill-Olanda, li kellha l-Presidenza bejn Jannar u Ġunju tas-sena l-oħra, is-Slovakkja li issa żżomm il-Presidenza sal-aħħar tas-sena u Malta li tidħol fit-tmun millbidu tas-sena d-dieħla. Flimkien dawn il-pajjiżi jkunu għamlu programm ta’ tmintax-il xahar fittmexxija, biex imbagħad kull pajjiż jidħol f ’iktar dettall għal matul il-Presidenza tiegħu. Meta faslu l-programm tat-trio t-tliet pajjiżi kienu mnebbħa minn ħames prijoritajiet fl-Aġenda Strateġika tal-Kunsill Ewropew. L-għanijiet ta’ dawn il-prijoritajiet huma dawk li l-Unjoni Ewropea ssir Unjoni ta’ xogħol, tkabbir u kompetittività filwaqt li tati saħħa liċ-ċittadini tagħha billi tħarishom fi kwistjonijiet bħall-faqar u l-esklużjoni soċjali. Iridu jibnu wkoll Unjoni li taħdem fi klima li żżomm il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja fl-istess ħin li tilgħab rwol importanti fix-xena globali.



17

27.11.2016

kullhadd.com

IMUT MEXXEJ RIVOLUZZJONARJU

“SE NIRBĦU DIN IL-BATTALJA GĦALL-ĦAJJA, MHUX BISS GĦALL-ĦAJJA TAGĦKOM, IŻDA GĦALL-ĦAJJA TAT-TFAL FID-DINJA KOLLHA.”

“IKKUNDANNAWNI, MA JIMPURTAX, TEĦLISNI L-ISTORJA”

“RIVOLUZZJONI HIJA ĠLIEDA SAL-MEWT BEJN IL-ĠEJJIENI U L-IMGĦODDI.”

• PRESIDENT TA’ KUBA GĦAL KWAŻI 50 SENA • RIVOLUZZJONARJU TAL-KOMUNIŻMU FIL-PUNENT • SALVA 600 ATTENTAT TA’ QTIL MILL-AMERIKANI Miet l-Eks President ta’ Kuba Fidel Castro fl-età ta’ disgħin sena. Deskritt bħala mexxej rivoluzzjonarju u ta’ kariżma Castro mexxa lill-pajjiżu għal kważi ħamsin sena sħaħ sakemm għadda t-tmun lil ħuh Raul fl-elfejn u tmienja. L-istorja politika ta’ Fidel Castro rat il-bidu tagħha lura fl-elf disa’ mija disgħa u ħamsin meta mexxa rivoluzzjoni kontra l-Gvern ta’ Raul Batista. Huwa kien komunist tal-Punent u jibqa’ mfakkar għal mod kif qatt ma ddejjaq jeħodha kontra qawwiet kbar fid-dinja partikolarment l-Istati Uniti. L-għedewwa tiegħu b’mod prinċipali l-kapitalisti

“NEMMEN LI L-BNIEDEM M’GĦANDUX JGĦIX IKTAR MILL-ETÀ FEJN JIBDA JMUR GĦALL-AGĦAR, META L-FJAMMA LI TKUN XEGĦLET L-ISBAĦ MUMENT TA’ ĦAJTU TKUN QED TINTEFA’”

għamlu minn kollox biex iwaqqfuh mit-tmexxija ta’ Kuba tant li matul il-karriera politika tiegħu huwa salva madwar sitt mitt attent ta’ qtil. Huwa jibqa’ l-mexxej li bl-azzjonijiet tiegħu kontra l-Amerikani seta’ kkaġuna l-bidu ta’ gwerra nukleari bejn ir-Russi u l-Amerikani fl-elf disa’ mija tnejn u sittin. Fidel Castro jibqa’ personaġġ li bħal ħafna oħrajn ta’ qablu kellu min iħobbu u min jobogħdu. Għal dawk li jemmnu fix-xellug, kien statista li ġġieled għall-batut u livell aħjar ta’ housing u distribuzzjoni tal-ġid waqt li għall-kapitalisti kien oppressur tal-lib-

ertà f ’pajjiżu. Ma setax jonqos li mexxejja minn madwar id-dinja jireaġixxu għall-mewt tiegħu. Il-President Russu, Vladimir Putin qal li Castro kien “simbolu ta’ era u l-istorja moderna tad-dinja. Iddeskrivieh bħala “bniedem għaref u b’saħħtu” li “ispira lill-pajjiżi u lin-nies.” Il-President tal-Ekwador, Rafael Correa, kiteb fuq twitter: “Kien kbir. Miet Fidel.” Imran Kan, politiku Pakistani prominenti u eks atleta kiteb li d-dinja “tilfet mexxej ikoniku u rivoluzzjonarju. Fidel Castro salva lill-pajjiżu mill-imperjaliżmu.”


18

27.11.2016

1 TENNESSEE, L-ISTATI UNITI

MADWAR kullhadd.com

FIL-QOSOR

3 1

2

IMUTU SITT ĊKEJKNIN WARA ĦABTA

Sitt itfal ta’ bejn il-ħames u l-għaxar snin tilfu ħajjithom u oħrajn indarbu wara li xarabank tal-iskola li kienet qed iġġorr ħamsa u tletin tifel u tifla baqgħet dieħla f ’siġra f ’inċident f ’Tennessee, l-Amerka. Ħamsa minnhom mietu fuq il-post, filwaqt li wieħed millgħoxrin li ddaħħlu l-isptar wara l-inċident miet ftit tal-ħin wara. Il-pulizija kellha suspetti li x-xufier saq b’mod perikoluż u b’veloċità eċċessiva li wassal għall-inċident. Filfatt ix-xufier tax-xarabank qed jinżamm arrestat.

2 WASHINGTON, L-ISTATI UNITI 3 L-INGILTERRA

TRUMP SE JIBDA BIL-BANDA Il-President elett Amerikan Donald Trump qal li meta f ’Jannar jieħu t-tmexxija tal-pajjiż f ’idejh, mhux se jonora l-ftehim magħruf bħala Trans-Pacific Partnership. Dan il-ftehim kien iffirmat is-sena l-oħra minn tnax-il pajjiż, li bejniethom għandhom erbgħin fil-mija tal-ekonomija fiddinja. L-għan tiegħu huwa li jsaħħaħ ir-rabtiet ekonomiċi bejn ilpajjiżi inkwistjoni u allura jagħti spinta lit-tkabbir. Donald Trump qal ukoll li se jnaqqas ir-restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni tal-faħam u se jwaqqaf l-abbużi fil-ħruġ talviża.

GĦOMRU L-ĦABS WARA LI QATEL Thomas Mair intbagħat għomru l-ħabs wara li nstab ħati tal-qtil tal-Membru Parlamentari Ingliża Laburista Jo Cox. Ir-raġel ta’ tlieta u ħamsin sena spara u ta daqqiet ta’ sikkina lill-omm ta’ żewġt itfal f ’Birstall f ’Ġunju li għadda, ġimgħa qabel ir-referendum ta’ Brexit. Fl-attakk, Mair għajjat ‘Britain First’, iżda l-imħallef qal li l-patrijott veru kienet Cox, mhux Mair. Il-prosekuturi qalu li Mair kien imqanqal minn mibegħda u r-reati tiegħu ma kienu xejn għajr terroriżmu. Liebes libsa skura u ingravata blu, Mair baqa’ bla emozzjoni hekk kif il-verdett inqara, wara siegħa ta’ deliberazzjoni.


R ID-DINJA

19

27.11.2016

kullhadd.com

6 L-IRAQ

4u 5

6

GĦEXIRIEN MEJTA FI SPLUŻJONI Tmenin persuna, il-maġġoranza tagħhom Musulmani Shiiti nqatlu f ’attakk bi trakk bomba fi triq prinċipali f ’Baghdad. L-isplużjoni seħħet biswit pompa tal-petrol u ħanut finNofsinhar tal-belt. Fil-ħin tal-attakk, it-triq kienet mimlija Musulmani li kienu qed jipparteċipaw f ’pellegrinaġġ Iżlamiku. Il-grupp militanti tal-Istat Iżlamiku refa’ r-responsabbiltà għal dan l-attakk.

5 BRUSSELL

4

BRUSSELL

VOT KONTRA T-TURKIJA Il-Parlament Ewropew ivvota biex jitwaqqfu l-pjanijiet biex it-Turkija tidħol fl-Unjoni Ewropea. Kienu erba’ mija disgħa u sebgħin Membru Parlamentari Ewropew li vvutaw favur il-mozzjoni biex jiġu emendati r-relazzjonijiiet tal-Unjoni Ewropea u t-Turkija. Sebgħa u tletin ivvotaw kontra, u mija u sebgħa membru parlamentari astejnew. Din id-deċiżjoni aktarx ġiet bħala rispons għar-ripressjoni t’Ankara tal-oppożizzjoni politika u l-midja indipendenti li bdiet f ’Lulju wara li falla l-kolp ta’ stat. Il-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi fil-Parlament Ewropew qal li minn dejjem kien favur il-proċess tal-integrazzjoni tat-Turkija mal-Unjoni Ewropea, iżda s-sitwazzjoni issa saret intollerabbli.

MARTIN SCHULZ JITFA’ ĦARSTU XI MKIEN IEĦOR

Il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz mhux se jikkontesta l-elezzjoni li jmiss tal-Parlament Ewropew. Minflok se jittanta xortih fix-xena politika Ġermaniża. Waqt indirizz li għamel, Martin Schulz qal li ħadem biex isaħħaħ il-proġetti Ewropej waqt li kien Membru Parlamentari Ewropew, u jixtieq ikompli jagħmel l-istess mill-kapitali Berlin. Schulz li pprova jsir President tal-Kummissjoni Ewropea se jiffoka fuq l-elezzjoni ġenerali Ġermaniża tas-sena d-dieħla fejn Angela Merkel ukoll qed tittama li terġa’ ssir Kanċillier għar-raba’ darba.


20

27.11.2016

kullhadd.com

Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

L-ARTI ĦADITU F’ORIZZONTI VARJI Iż-żmien uriena li kien hemm ħafna każi fejn artisti sakemm kienu ħajjin ħadd ma ta kashom u mietu bil-ġuħ, u wara mewthom xogħlhom inbiegħ għal miljuni, u kien hemm individwi oħra li kienu medjokri, imma l-pubbliċità u n-negozjanti għamluhom leġġendarji f’ħajjithom. Persuna, li bħal xi oħrajn japprezzaw il-kitbiet tiegħi u l-mod kif jiġu mwassla lill-qarrejja, issuġġeritli nintervista persuna mill-qasam tal-arti. Qed nirreferi għal Tony Bugeja. Tony għandu sebgħa u sittin sena, joqgħod Birkirkara, miżżewweġ u għandu tifel - Joseph li huwa wkoll filqasam tal-arti. Tony iqis l-arti bħala passatemp għax fiha ħafna toroq li wieħed jipprattika u tagħtih gost. Iħobb ukoll kultant joħloq mudelli bħal karozzi, dgħajjes jew figuri umani, però jagħmilhom minn karta, kartun, landa u wajer, mhux jixtri mudell u jgħaqqdu. Iħobb ukoll jara kull tip ta’ dokumentarju. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem kalm. “Noqgħod attent li ma nweġġax lil ħaddieħor; la bilkliem u lanqas b’xi azzjoni u nittollera ħafna lil dak li jkun. Inħobb inżomm ruħi aġġornat x’ikun qed jiġri kemm f ’Malta kif ukoll barra”, beda jgħidli dwaru nnifsu. L-arti għalih hija biċċa minn ħajtu. Dik il-ħaġa li tgħinu jaħrab mir-realtà f ’dinja oħra u jgawdi għal ftit ħin, kemm jekk qed iħares lejn kwadru imdendel fuq

ħajt jew aħjar jekk ikun qed tkun toħloq biċċa arti. Minkejja li bħala artist Tony jaf ipinġi kemm ilkarikaturi kif ukoll jagħmel landscapes u portraits, isostni li ma jistax jissepara waħda mill-oħra. Kif jgħidu, persuna tista’ titwieled b’talent u matul iżżmien tiżviluppah. “Mingħajr ma ninstema’ li qed niftaħar, jekk titwieled b’don, dan ikun ġo fik u matul iż-żmien ser tiskopri u tesperimenta u barra li jien nagħmel landscapes u portraits sibt li nagħmel ilkarikaturi wkoll hija xi ħaġa li nieħu gost nagħmel”. Skoprejt li minn mindu kien żgħir, lura filħamsinijiet u l-bidu tas-sittinijiet, il-ħajja kienet ħafna differenti mill-lum. Tony ma kienx ġej minn familja sinjura, anzi minn familja normali li jgħaddu bl-eżatt. Affarijiet oħra kienu lussu. “Għalhekk meta forsi kont niddobba xi komik minn hawn u minn hemm, dak kien ikun teżor għalija. Kont nibża’ għalihom, kont

nipprova nikkopja l-istampi tagħhom. Ma kellniex televiżjoni, bħal biċċa l-kbira tan-nies u għalija dawk l-istampi kienu dinja oħra. Il-biċċa l-kbira tal-karattri kienu jkunu umoristiċi, naħseb forsi li b’hekk bqajt ninġibed lejn il-karikaturi”, beda jgħidli Tony. Tieqa ta’ stili, kuluri u ideat ġodda Meta kiber u beda jattendi l-Liċeo tal-Ħamrun beda jara l-affarijiet b’mod ieħor. “Kont iffurtunat li matul is-snin tal-Liċeo kelli bħala surmastrijiet tal-arti lil Antione Camilleri u lil Esprit Barthet, żewġ ikoni tal-arti moderna Maltija. Niftakar li meta bdejna l-lezzjonijiet ma’ wieħed u mbagħad mal-ieħor dawn qishom fetħulna tieqa ta’ stili, kuluri u ideat ġodda u eċċitanti. Għalkemm it-tnejn kienu jagħmlu xogħol fuq stil kważi astratt, lilna l-istudenti kienu jisħqu fuqna li l-ewwel trid tkun taf id-disinn tajjeb, imbagħad ħalli tfittex stili differenti”, fissirli Tony. Maż-żmien beda juża l-poster colours, xi ħaġa ġdida, u suġġetti magħżula mill-għalliema li kienu jikkritikaw ix-xogħol li jagħmlu. Jiftakar li fil-klassi tal-arti kien hemm imdendla riproduzzjonijiet ta’ artisti magħrufa bħal Van Gogh, Renoir, Sisley, Cezanne u oħrajn kollha kuluri b’saħħithom li jaffaxxinaw. Dawn ukoll ħallew impressjoni fuqu. Barthet u Camilleri kienu wkoll is-surmastrijiet meta kien jattendi l-iskola talarti filgħaxijiet dak iż-żmien. Sa dak iż-żmien ukoll, kien qed juża ż-żebgha taż-żejt u l-interess aktar


21

27.11.2016

kullhadd.com

kiber. Għalkemm l-arti kienet għal qalbu ħafna, imma x-xogħol full-time tiegħu meta beda jaħdem ma kienx fuq din il-linja, però xorta kien ipitter regolari. “Kont nuża żejt, acyrlics, watercolour u kont tgħallimt naħdem bl-airbrush ukoll. Kull ġeneru ta’ arti nieħu gost nagħmel, portraits, landscapes u karikaturi. Ħadt u għadni nieħu sehem f ’ħafna esebizzjonijiet kollettivi. Bejn 1994-95 kont nagħti lezzjonijiet filgħaxija flInstitute of Visual Arts il-Belt. Kelli klassi fuq graphic design, oħra fuq watercolour u oħra ta’ illustrazzjoni bl-airbrush. L-aħħar sittax-il sena, qabel irtirajt, ħdimt bħala graphic artist fuq desktop publishing u fejn ilkompjuter serva biex naħdem bih anki illustrazzjonijiet għal pubblikazzjoni”, kompla jgħidli Tony. Tlabtu opinjoni personali dwar x’jaħseb mill-ħafna wirjiet tal-arti li qed ikollna hawn Malta ta’ spiss. “Veru li qed ikun hawn ħafna wirjiet bħalissa f ’Malta u jista’ jkun li ser issib xogħol għall-wiri li tinduna li min qed jurih ikun qisu ħaffef kemm seta’ biex jista’ jibda jesebixxi għan-nies. Tinduna li ħafna lanqas bażi ta’ disinn ma jkollhom. Dan ir-raġunar fl-opinjoni tiegħi żgur ma jkunx ta’ ġid għal dak l-individwu. Ma naħsibx li tagħmel sens li tipprova timpressjona”. Ta’ min isemmi li Tony b’kollox iddisinja erbgħa u għoxrin bolla lokali għall-posta ta’ Malta. Mhux hekk biss, iżda wkoll xi ħamsa u sebgħin telecard għall-Maltacom u diversi karikaturi kemm għal nies li jqabbduh, u anke għal xi publikazzjonijiet bħal ġurnali. B’hekk l-arti tiegħu hija mifruxa u mżewqa mhux ħażin ’l hawn u ’l hemm. “L-erbgħa

u għoxrin bolla li ddisinjajt għall-posta ta’ Malta ġew magħmula fi snin differenti bejn 1981 u 1990 u maqsumin f ’xi tmien settijiet u suġġetti differenti. Qabel il-posta kienet torganizza kompetizzjoni meta kienet tkun sertoħroġ xi sett ta’ bolol. Jien kont nidħol għal dawn il-kompetizjonijiet u f ’dawn ilkażi kont ġejt l-ewwel post u naturalment id-disinji rebbieħa tiegħi ġew stampati f ’bolol”, beda jirrakkontali Tony. Rigward il-ħamsa u sebgħin telecard għal Maltacom dawn għamilhom meta kien jaħdem ma’ waħda mill-kumpaniji tarreklamar li kienu jagħmlu xogħol għal din il-kumpanija li issa inbidel l-isem tagħha. Perjodikament kienu joħorġu settijiet ta’ telecards dwar suġġetti varji li jkunu preżentati ġo folders illustrati u informattivi li kienu mfittxija mill-kollezjonisti. L-aktar sett li kien fih telecards, 31 b’kollox, kien dwar il-Kavallieri ta’ Malta preżentat f ’xi sitt folders. “It-telecards kienu utli sa ftit tas-snin ilu, però issa l-mowbajl u l-internet biddel kollox f ’dik li hija komunikazzjoni tat-telefonija. Għamilt ħafna karikaturi kemm għal nies privati, pubblikazjonijiet u anke ġurnali. Taf int, wieħed ikun ra xi xogħol tiegħek u jikkuntattjak. Naturalment wieħed jieħu gost li xogħlu jintgħoġob”, tbissem jgħidli. Ma’ Tony iddiskutejt il-karikaturi, u jekk dawn għadekx issibhom spissi hawn Malta. Ta’ min jgħid li karikatura hija tpinġija li turi xi personaġġ jew anke suġġett jew sitwazzjoni, ħafna drabi b’mod umoristiku, li tkun qed tibgħat messaġġ, u f ’ħafna każi lanqas ikun hemm kliem miktub. Fil-fatt infurmani li ma jarax li qed jinqatgħu, anzi

fl-opinjoni tiegħu jaħseb li żdiedu. Fuq kollox dawn iġiegħlu lil dak li jkun jitbissem. Tkellimt miegħu dwar l-apprezzament lejn l-arti hawn Malta. Fil-fatt stqarr miegħi li l-arti hija apprezzata, però hemm din l-idea li wieħed jaqbad iċappas il-kuluri bl-addoċċ fuq tila u jitfagħha għallesebizzjoni. “Forsi mbagħad nies li jkunu qed iżuru dik il-wirja jitgerrxu u ma tinteressahomx. Mhux qed ngħid li l-arti astratta hija ħazina. Però, anki dan l-istil xorta jirrikjedi dixxiplina u hawn artisti tajbin ħafna li tinduna li jafu x’qed jagħmlu”, spjegali Tony. Fl-aħħar nett, Tony spiċċa din l-inter vista miegħi billi fissirli li aħna l-bnedmin nieħdu gost naraw u n e s p e r j e n z aw affarijiet li jferħuna, bħal mużika, immaġini, u natura. “Jekk tkun kapaċi tagħmel xi ħaġa artistika, hija ta’ sodisfazzjon. Dejjem tajjeb li wieħed jipprova jagħmel xi ħaġa. Fuq kollox anke minn ikollu ħajra li jibda llum, hawn ħafna fejn wieħed jista’ jitgħallem. Matul is-snin jien dejjem bqajt nitgħallem minn dawk li kont nammira u anke minn dawk li kienu għadhom qed jibdew. Meta kultant nara xi xogħol li kont inkun għamilt snin ilu, ġieli f ’qalbi ngħid stajt għamiltha aħjar din, għax l-arti hekk, dejjem trid iżżomm il-ħeġġa biex il-kwadru jew ilkarikatura li jmiss ikun aħjar. Għal min jixtieq jara xi xogħlijiet li għamilt wieħed jista’ jsibni fuq il-paġna tiegħi fuq facebook”, temm jgħid Tony.


22

27.11.2016

kullhadd.com

IL-PASTORALI QALB IL-MOGĦDIJIET IMTAJNA EMAN BONNICI

Dwar P. Lucas Ferdinand LaGierse O.Carm.

erald bdiet fl-1859 permezz tal-figura ta’ ċertu P. Schacht, li bena kabina tal-injam biex isservi bħala knisja. Darbtejn fix-xahar, il-Karmelitani kienu jterrqu sittax-il mil minn Scipio sabiex jieħdu ħsieb tal-ħtiġijiet pastorali tan-nies tal-post. Maż-żmien P. Louis Guenther O.Carm., bena knisja tal-ġebel minflok dik tal-injam u mat-tlestija tagħha baqa’ residenti bħala kappillan. Fl-1881 wasal minfloku P. Lucas Ferdinand LaGierse, fl-1882 P. Gabriel Browne u fl-1883 P. Joseph Walsh. Tletin sena fuq it-twaqqif tagħha, preċiżament fl-1889, il-knisja ġiet mħollija f ’idejn Dun J.B. O’Connell, saċerdot djoċesan, għad-djoċesi ta’ Leavenworth. Ftit passi bogħod mill-knisja li naraw illum, jeżisti ċimiterju mdaqqas li kif għedna huwa ddedikat lil San Patrizju, ħaġa pjuttost naturali ladarba ż-żona kienet magħrufa bħala “The Irish Settlement”. F’dan l-imkejjen kwiet u solitarju, hemm il-qabar ta’ patri Karmelitan li l-lapida li naraw ni Karmelitan f ’Scipio, Kanfuqu llum, saret snin twal fuq sas, fejn irċieva l-abitu fil-15 il-mewt tiegħu. L-ewwel inter- ta’ Lulju 1878. Għamel il-proess lejn dan il-qabar partikolari fessjoni tiegħu fis-7 ta’ Awwistqanqal minn Karmelitan ieħor, su 1879 u ġimgħa wara kien P. Vincent Metzler, li fiż-żmien ordnat saċerdot minn Mons. li kien iservi bħala kappillan Louis M. Fink OSB., Isqof ta’ tal-parroċċa ta’ San Bonifaċju Leavenworth. L-għada qadġewwa Scipio, seħħlu darba jżur des l-ewwel quddiesa solenni Emerald u waqt li qgħad iterraq tiegħu f ’Scipio. Bħala membgħal xi ħin fiċ-ċimiterju, innota ru tal-komunità ta’ din l-aħħar salib immermer tal-injam fuq kien assenjat għall-missjonijiet difna minnhom li fuqu kien marbuta mal-parroċċa ta’ Emgħadu jidher biss ilerald u f ’Diċembru kliem ‘Gierse’. 1881 kien apGħal xi raġuni puntat kappilMetzler ħa lan residenP. Lucas laħaq daħal interess u ti.Il-parrokat sab li dak tiegħu sew fi qlub in-nies ta’ is-salk i e n Emerald tant li ma ib kien wieħed ifakkar qasir ridux jinfatmu minnu K a r g ħ a x u riedu li l-katavru melitan mewtu bħalu li fit-30 ta’ tiegħu jindifen miet snin Settemqabel - P. fiċ-ċimiterju tagħhom bru 1882 Lucas Ferdifl-età bikrija nand LaGierse ta’ 38 sena wara - għaldaqstant ħa erba’ snin fl-Ordni ħsieb iqiegħed fuq il-lok Karmelitan ġabet fi tmiem tal-mistrieħ tiegħu, lapida xier- il-ħidma żelanti tiegħu. qa fl-1929. Għalkemm il-parrokat tiegħu Imwieled ġewwa Bochum f ’dik kien wieħed daqstant qasir, li darba kienet il-Prussja fl-1 ta’ P. Lucas laħaq daħal sew fi Awwissu 1844, iben Joachim qlub in-nies ta’ Emerald tant LaGierse u martu Elisabeth li ma ridux jinfatmu minnu u P. Lucas Ferdinand LaGierse xebba Mensink, Lucas kien diġà riedu li l-katavru tiegħu jinggradwat fit-teoloġija qabel ma difen fiċ-ċimiterju tagħhom. Il-preżenza Karmelitana f ’Em- eventwalment issieħeb fl-Ord- Il-Karmelitani kienu tal-fehIsem P. Lucas Ferdinand LaGierse O.Carm., illum il-ġurnata m’għadu probabbilment jissemma mkien u t-tagħrif waħdani li wieħed jista’ jsib imniżżel dwaru aktarx isibu fin-nekroloġju ta’ dik li llum hija l-Provinċja Karmelitana tal-Qalb Pura ta’ Marija fl-Istati Uniti tal-Amerka li salmewt tar-reliġjuż tagħna kienet għadha ma twaqqfitx. Midfun ferm ’il bogħod mill-bqija tal-Karmelitani sħabu u minn kull kunvent li l-Provinċja Karmelitana msemmija tħaddan, sewwasew fiċ-ċimiterju ta’ San Patrizju fuq l-għolja ta’ Emerald, Kansas, l-iżolament tiegħu mill-bqija tal-Karmelitani ħutu jqanqal minnu nnifsu ċertu interess partikolari. Lura fiżżmien, meta l-karozzi kienu għadhom ma ħonqux it-toroq u min jivvjaġġa kien jagħmel dan bil-mixi jew riekeb fuq xi karrettun, meta kien ikun qiegħed iterraq minn Garnett jew Scipio lejn il-Punent, kien jara fid-distanza, kampnar ta’ knisja kbira u mad-daqqa t’għajn iħossu qiegħed qrib tagħha. Iżda l-art immewġa f ’din in-naħa talpajjiż jirnexxilha tħalli illużjoni ottika f ’għajnejn dak li jkun, għax minkejja li tidher li tkun wasalt għall-knisja, fir-realtà jkun fadallek daqs għaxar mili biex tasal għaliha, qalb distrett mogħti għall-biedja, bit-toroq miżgħuda qamħ u ħafur. Flaħħar nett, triq imsaġġra twassal għall-parroċċa ta’ San Patrizju, imwaqqfa mill-Karmelitan Patri Schacht fl-1859. Il-knisja preżenti tal-briks sorġiet fl1899 u milquta min-nirien fl1939, tilfet il-kampnar li darba kellha. Wieqfa fuq il-quċċata tal-għolja, mal-wasla tiegħek ħdejha jseħħlek tilmaħ veduta li testendi mili ’l bogħod. Dari kellek mal-ħamsa u sebgħin familja joqogħdu fil-madwar - fil-parti l-kbira tagħhom emigranti Irlandiżi - madankollu llum in-nies naqset u għalkemm il-knisja għadha tiffunzjona bħala parroċċa u hija miżmuma f ’kundizzjonijiet eċċellenti, fiha ssir biss quddiesa waħda f ’ġimgħa, nhar ta’ Sibt filgħaxija. Iċ-ċimiterju ta’ biswitha, li fih hemm mistrieħ fost l-oħrajn il-personaġġ tagħna tal-lum, ukoll għadu jintuża min-nies tal-madwar.

ma li jidfnuh fiċ-Ċimiterju ta’ San Bonifaċju f ’Scipio iżda fil-biċċa daħal l-Isqof li żamm ma’ xewqet il-poplu u amar lill-Karmelitani sabiex iħallu l-katavru jindifen fiċ-Ċimiterju ta’ San Patrizju. Id-difna saret wara servizz funebru mmexxi minn P. Louis Guenther, kif issemma diġà, kien pijunier fl-iżvilupp tal-parroċċa ta’ Emerald, li aktar tard mexxa wara l-mewt ta’ P. Lucas sal1886, meta kien assenjat bħala kappillan tal-parroċċa ta’ San Ġwann f ’New Baltimore, Michigan. Vjaġġi twal, riekeb iż-żiemel Aktarx li wieħed jistaqsi, kif żgur staqsew il-Karmelitani lura fl-1882: x’għamel P. Lucas biex f ’parrokat hekk qasir seħħlu jakkwista b’dan ilmod il-qlub tal-parruċċani li riduh jibqa’ xorta waħda qrib tagħhom wara mewtu? Ukoll jekk il-parrokat ħa biss disa’ xhur, P. Lucas, twil u rqajjaq, bl-enerġija li kien iħaddan seraq qlub in-nies qabelxejn bil-kelma li kien mogħni biha. L-oratorija sabiħa li kien jinseġ kienet spiss tħalli d-dmugħ iġelben ma’ wċuħ dawk li jisimgħuha u saħansitra mal-istess ħaddejh. Tul dan il-perjodu, ħadem fil-missjonijiet tal-Westphalia f ’Kansas, li biex

jasal għalihom kellu jaffaċċja toroq mħarbta u miżgħuda tajn, f ’qagħda tant prekarja li f ’obitwarju miktub dwaru lura fl-1939 fir-rivista Karmelitana “The Sword” maħruġa mill-Provinċja tal-Qalb Pura ta’ Marija, l-awtur irrefera għalihom bħala “lil hinn minn kull deskrizzjoni”. Minn dawn it-toroq, mibdula fi “xmara ta’ tajn” bix-xita, P. Lucas ivvjaġġa riekeb iż-żiemel, li bosta drabi kienet ukoll rikba diffiċli għax l-istess bhima qalb dak it-tajn kienet tinfixel għall-fatt li minn pass għal ieħor setgħet issib ruħha f ’xi dogħbien, bil-ħofor miżgħudin sax-xfar bl-ilmijiet u t-tiċpis. Drabi oħra, biex jasal għall-assistenza, kien jeħtieġlu jterraq ġurnata sħiħa minn sbieħ sa dlam. Emerald u l-madwar kienu dik il-ħabta għadhom qegħdin jevolvu u d-djar kienu maqtugħin sew waħda mill-oħra. It-talbiet għall-assistenza bħal f ’kull imkejjen ieħor dari kienu bosta u darba minnhom, f ’wieħed minn dawk l-iljieli ta’ maltemp, P. Lucas tilef is-Sagrament li kien qed iġorr f ’ħobbu huwa u jaqsam ixxmara Potawatomie. Rabat iżżiemel u niżel ifittex dak il-piż prezzjuż u b’xorti tajba minn hemm u minn hawn irnexxielu jsibu. Waqt wieħed minn dal-vjaġġi għall-assistenza, P. Lucas, li kien diġà milqut minn riħ, ħa ieħor fuqu li fi ftit ġranet bagħtu l-qabar. Il-figura ta’ dan is-saċerdot dedikat, mimli żelu u mogħni b’karattru ferrieħi u ċajtier, għan-nies ta’ Emerald u l-madwar kienet tfisser ħafna u għalhekk ma’ mewtu riduh magħhom xorta waħda u għalihom kien il-qaddis żagħżugħ tagħhom. Tiegħu kienet ħajja tassew missjunarja, imterrqa tul it-toroq imħarbta tal-kontej ta’ Anderson u Franklin fiżżmien li l-Kansas kien għadu qed jiġi ffurmat, bil-mogħdijiet li minnhom għaddha miksija tajn u l-ivvjaġġar kważi impossibbli. Qasira minnu, kienet ħajtu, imma mimlija sa fuq b’opri tajba. U b’dan f ’moħħna nafu, li ommu Marija tal-Karmelu, li f ’din l-art għażel li jqim bħala wieħed minn uliedha, dakinhar tal-aħħar jum, sejra tiftakar f ’dak l-imkejjen iżolat li fih jinsab mistrieħ u għal ħdejha tieħdu għall-premju mistħoqq. Illum Emerald huwa kważi deżert u l-ħemda tispikka aktar minn qatt qabel. L-irziezet fil-parti l-kbira tagħhom huma mitluqin, imma fil-quċċata tħares lejn dan kollu, il-knisja sabiħa tal-briks għadha tiddomina fiċ-ċentru u tħares bħal donnha biex tinki, fuq dak il-madwar.


23

27.11.2016

kullhadd.com

LIL HINN MINN STUDENT TIPIKU MIRIAM

DALLI MEP

Preżentament, is-sistema edukattiva ta’ pajjiżna ddur madwar l-istampa ta’ student tipiku. Min ikollu neċessitajiet oħra ma jkollux għażla ħlief li jipprova jadatta u jlaħħaq m’oħrajn. Dan mhux ġust. Jeħtieġ aġġornament tassistema edukattiva biex din tkun aċċessibbli għal kulħadd. F’kuntest tal-awtiżmu, għandna student b’moħħ li jaħdem

b’mod differenti, u dan jirrifletti l-bżonn li jkollna metodi ta’ tagħlim differenti biex jgħinu dawn l-istudenti. Jekk dan ma jseħħx, se nkomplu nitilfu għexieren ta’ żgħażagħ milli javvanzaw fl-istudju u t-taħriġ għax l-ambjent ta’ tagħlim ikun ta’ tfixkil minflok t’għajnuna. Matul il-konferenza li organizzajt dwar l-awtiżmu u d-diffikultajiet li studenti b’din il-kundizzjoni jaffaċċjaw partikolarment fledukazzjoni, ġie nnutat li ħafna mill-istudenti b’kundizzjoni talawtiżmu jħaddmu lingwa waħda. Ġeneralment jitgħallmu l-Ingliż u jsibu diffikultà biex jitgħallmu l-Malti fl-istess ħin, għaldaqstant isibu diffikultajiet biex javvanzaw fil-ħajja edukattiva tagħhom. Dan mhux għax mhumiex intelliġenti, jew għax mhumiex

kapaċi jispeċjalizzaw f ’xi suġġetti tal-għażla tagħhom, iżda minħabba n-nuqqas ta’ flessibilità fis-sistema edukattiva tagħna. Infatti, matul ilkonferenza ħadt ħafna gost nisma l-istorja ta’ tifel b’awtiżmu li filwaqt li sab diffikultajiet kbar biex jitgħallem il-Malti, ħa interess fil-lingwa Ċiniża u rnexxielu jimxi ’l quddiem fittagħlim ta’ din il-lingwa. Jien irrid naħdem biex ikollna aktar stejjer ta’ suċċess bħalma kien dan il-każ. Hawnhekk naħtaf l-opportunità biex nappella għal sistema aktar flessibbli biex aktar studenti jagħmlu l-eżamijiet tal-MATSEC b’suċċess. Ħafna studenti bi profil ta’ dyslexia jsibu diffikultà biex isegwu l-istess format tal-karta tal-

eżami u dan jaffettwawhom filkonċentrazzjoni. Għal xi wħud huwa aktar diffiċli li jaqraw minn fuq il-karta tal-eżami bajda bi kliem iswed fuqha u għalhekk jekk il-karta tkun ikkulurita jkun ferm aħjar għalihom li jsegwu. Fil-konferenza kien hemm ukoll l-appell ta’ diversi ġenituri li bħalma studenti barranin li ma jkunux jafu l-lingwa Maltija jiġu aċċettati biex jistudjaw flUniversità ta’ Malta, għandu jiġi aċċertat li l-bibien ikunu miftuħa għall-istudenti Maltin kollha biex javvanzaw fl-istudji tagħhom. Dawn huma biss uħud missuġġerimenti li jistgħu jagħmlu tassew differenza għal dawn l-istudenti. Nittama li l-istrateġija nazzjonali għall-awtiżmu li għad trid tidħol fis-seħħ, tindirizza dawn l-aspetti u tagħmel tassew

differenza fil-ħajja ta’ dawn il-persuni. Jeħtieġ stateġija simili anke fuq livell Ewropew, biex din tinkoraġġixxi aktar riċerka u studji dettaljati biex jirrakkomandaw l-użu tal-aqwa prattiċi bbażati fuq l-evidenza xjentifika. Dan hu suġġett għal qalbi għaliex naf l-isfidi li jkollhom jaffaċċjaw dawn l-istudenti u l-familjari tagħhom, u għalhekk organizzajt din il-konferenza biex inlaqqa’ l-politiċi responsabbli ma’ akkademiċi u ġenituri ta’ studenti bl-awtiżmu. Kif għedt dakinhar, se nibqa’ kommessa li nservi ta’ vuċi għal dawn il-familjari, biex nassigura li bħala soċjetà nkunu qed nagħtu l-għodda kollha meħtieġa biex dawn it-tfal jirnexxu huma wkoll.

IĊ-ĊAVETTA GĦAS-SUĊĊESS FIN-NEGOZJU ANTON

VELLA

SME HELPDESK EXECUTIVE, MEA

Minn dawn il-kolonni, fuq dan ilġurnal, żgur li mhux ser jirnexxieli nsolvi problemi li intom bħala sidien ta’ negozji żgħar, jista’ jkun li għaddejjin minnhom bħalissa, u lanqas qed nippretendi li b’xi daqqa ta’ bakketta maġika, nista’ noffrilkom iċ-ċavetta għassuċċess għan-negozju tagħkom! Lanqas l-MEA, ma hi f ’pożizzjoni li tagħmel dan, iżda lesti li nibqgħu noffrulkom l-għajnuna kollha meħtieġa sabiex issibu l-kuraġġ, ma taqtgħux qalbkom u tibqgħu tħarsu ’l quddiem. Jien illum ser nipprova nkun ta’ għajnuna, sabiex intom tagħrfu tħarsu lejn futur fin-negozju b’kuraġġ, b’determinazzjoni u b’sens ta’ ottimiżmu u pożittività. L-ewwel parir li nixtieq nagħti lil sidien ta’ negozji żgħar, hu li qatt ma għandkom tħarsu lura,

ħlief biex titgħallmu mill-iżbalji li jista’ jkun li għamiltu fil-passat. Persuna fin-negozju għandha żżomm għolja kemm jista’ jkun l-istima lejha nnifisha u tagħmel minn kollox biex qatt ma taqta’ qalbha. In-negozju bħal roller coaster, fih ħafna tlajja’ u nżul. F’xi daqqiet tinżel tiġri, u f ’mumenti oħra titla ’l fuq b’mod imqanżaħ, iżda finalment kull min rikeb ir-roller coaster, jaf li fl-aħħar mill-aħħar il-vagun li tkun riekeb fih, dejjem jasal fejn għandu jasal, u dan għaliex kull min ikun riekeb ikun għaraf iżomm sod, qagħad attent li qatt ma jinħall miċ-ċintori tassikurezza, u qatt ma abbanduna l-istess vagun. Hekk ukoll fiddinja tan-negozju, fil-mumenti diffiċli, wieħed ma għandu qatt iċedi, u għandu dejjem jibqa’ determinat li jfittex is-sapport, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi. Fil-mumenti diffiċli wieħed għandu jirrealizza li: • il-futur fin-negozju ma hu ser ifasslu għalih ħadd, iżda jrid ikun hu stess, bħala s-sid ta’ negozju li jippjanah, u għalhekk irid kontinwament jibqa’ jagħmel ħiltu, jemmen fih innifsu, u dan

kollu jrid jagħmlu b’konvinzjoni. • L-imprenditur għandu dejjem ikun kapaċi joħlom. Irid jidra jimxi b’rasu fis-sħab, iżda ilħin kollu b’saqajh mal-art. Qatt ma għandu jikkuntenta meta oġġettiv jintlaħaq, iżda għandu dejjem jibqa’ jistabilixxi oġġettivi ġodda ogħla minn dawk li jkun laħaq fix-xhur ta’ qabel. • Fi tmexxija ta’ negozju, kull imprenditur irid jassigura li jkun dejjem flessibbli. Ilpossibilità hi li n-negozju, ikun x’ikun, ser ikollu bżonn jgħaddi minn diversi tibdiliet matul iżżmien hija realtà, u għalhekk ikun hemm bżonn li f ’mumenti partikolari, jintużaw strategiji ta’ tmexxija differenti. • Min iħaddem irid, sa mill-bidu nett, ikun kapaċi jinvesti sew fl-impjegati tiegħu, u jara li huma jkunu jippossjedu kapaċitajiet ta’ komunikazzjoni effettiva, li jkunu kapaċi jadottaw lilhom infushom fi kwalunkwe ċirkostanza, jgħinuk issolvi l-problemi u mhux ikabbruhomlok, ikunu kreattivi u immaġinattivi, kif ukoll importanti li jkunu kapaċi jaħdmu f ’tim. • Kull sid ta’ negozju, għandu jħares lejn ir-regolamenti

u l-liġijet speċjalment dawk li jirregolaw kuntratti ta’ impjieg kif ukoll kundizzjonijiet taxxogħol, bħala mezz ta’ gwida sabiex itejjeb in-negozju tiegħu, u mhux iħares lejhom bħala xkiel. Aktar ma wieħed ikun konformi ma’ dak li jgħidu l-ligijiet, aktar ikun qed jiġi ggarantit is-suċċess fin-negozju. • Tajjeb ukoll li min iħaddem jifhem li minn kull negozju żgħir, dejjem ħarġu ideat kbar, u sabiex tirnexxi finnegozju ma hemmx għalfejn li tfixkel, tgħir, jew tiġġieled ma sieħbek fin-negozju. Trid tagħraf taħdem ma’ sħabek fin-negozju, trid tkun kapaċi tkun innovattiv, trid tagħmel ħafna ricerka, ma tibżax mill-kompetizzjoni, u b’għaqal u b’kuraġġ tkun kapaċi terbaħ fl-istess kompetizzjoni. • Imprenditur bil-għaqal għandu jagħraf li kull sfida fin-negozju jrid iddawwarha f ’opportunità ta’ xogħol, u filwaqt li dejjem għandek tibża għall-impjegati tiegħek, u toffrilhom l-aħjar ambjent fejn jaħdmu, ma għandek qatt tieqaf toffri t-taħriġ lil-istess impjegati sabiex huma jkunu kapaċi joffru prodotti ta’ kwalità u l-aħjar servizz, għalik, u għal klijentela

tiegħek. L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem għandha ħafna x’toffri lil sidien ta’ negozji żgħar. Bħal forsi diġà semmejt fl-artikli preċedenti, illum ilġurnata l-MEA għandha l-SME Helpdesk tagħha, u dan qed joffri servizzi ta’ għajnuna kull meta qed jiġi mitlub. Barra minn hekk bħala assoċjazzjoni minn żmien għal żmien , dejjem nieħdu ħsieb li norganizzaw korsijiet dwar HR, Employment Law, u Family Businesses, fost oħrajn, sabiex b’hekk ngħinu lil istess employers iżommu lilhom infushom dejjem aġġornati b’dak kollu li jista’ jkun ta’ għajnuna għalihom. Li tmexxi negozju m’għadhiex biċċa xogħol faċli. Trid tkun kapaċi tisfrutta s-sengħa impreditorjali li kull negozjant illum aktar minn qatt qabel, għandu bżonn li jkollu. Kull min qiegħed fin-negozju irid kontinwament jibqa’ jistinka,ma jaqta’ qalbu qatt, ikun kreattiv, u fuq kollox jaġixxi ta’ imprenditur ta’ vera, għaliex jekk jagħmel dan, mingħajr ma jkun jaf ikun iggarantixxa ċ-ċavetta għas-suċċess għall-istess negozju tiegħu.


24

27.11.2016

kullhadd.com

X’WETTAQ IL-GVERN… L-GĦAŻLA TIBQA’ SENA ILU L-PARTIT LABURISTA Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI

21.11

Il-qgħad fost iż-żgħażagħ naqas minn 14% għal 8%

22.11

Tneħħew 2,000 persuna milllista ta’ xogħol prekarju

23.11

Il-lista ta’ stennija taloperazzjonijiet tal-katarretti naqset bi 3,633

24.11

Ġiet reġistrata żieda ta’ 33.2% fin-numru ta’ passiġieri li ġew Malta bilcruise liners

25.11

Filwaqt li taħt Gvern tal-PN il-Gozo Channel irreġistrat telf ta’ €770,000, taħt Gvern Laburista l-istess kumpanija rreġistrat profitt ta’ €942,000

26.11

Fuq il-proġett ta’ Triq il-Kosta, Gvern Laburista ffranka lill-pajjiż is-somma ta’ €30 miljjun

27.11

Ġie deċiż li jinbena ċentru tas-saħħa mentali fl-Imsida

diżgrazzja li hawn f ’dan ilpajjiż huwa dan il-Gvern għax hawn il-korruzzjoni u CATHERINE bomba wara l-bieb FENECH għandna b’permezz tat-tanker. Imma Membru oħroġ il-għaġeb, meta flfl-Eżekuttiv istħarriġ in-nies saqsewhom Nazzjonali PL x’inhu l-aktar jinkwetahom f ’dan il-pajjiż, persentaġġ tassew żgħir semmew ilkorruzzjoni u t-tanker. Ftit tal-ġranet ilu reġa’ Anzi għall-kuntrarju l-akbar ħareġ stħarriġ pubbliku persentaġġ qalu li m’hawn dwar l-opinjoni tal-elettorat xejn li jinkwetahom f ’Malta. fuq il-preferenza politika Bir-raġun il-poplu jagħżel tagħhom u l-andament tal- lill-Partit Laburista, jagħżel pajjiż. U għal darb’oħra il-pożittività. Għall-PN flminkejja l-attakki ħorox 10 ta’ Marżu 2013 waqgħet u kampanja ta’ biżgħat u dalma fuq il-pajjiż u kulma apokalissi li l-Oppożizzjoni jsir huwa ħażin, maħmuġ, qed titma’ lill-poplu, il- mgħawweġ u korrott. Kull Partit Laburista baqa’ inizzjattiva li titħabbar l-għażla naturali tal- jaraw kif se jsibulha maġġoranza tal-elettorat. x-xagħra fl-għaġina u dik Kellna l-istħarriġ tal-Malta ix-xagħra jxommuha riħa Independent li rriżulta li l-PL ta’ korruzzjoni. Jibbrillaw għandu vantaġġ ta’ 7% fuq fl-istejjer u fit-tidwir talil-PN waqt li l-istħarriġ fatti u kultant jaslu għal tal-Maltatoday qal lil l-PL konklużjonijiet li wara qiegħed 3.5% ’il quddiem ftit jindunaw li jkunu mill-PN. Talwaqgħu għaċ-ċajt Maltatoday jgħid b’dak li jkunu ukoll li Joseph qalu. Nieħdu In-nies iridu, Muscat huwa eżempju tat7% aktar pożittività, azzjoni, tanker talpopolari LNG. X’ma ekonomija b’saħħitha, m i n n qalux fuqu? flus fil-but u serħan S i m o n Għamlu il-moħħ u mhux dlam, Busuttil. kruċjata negattività u kliem Wara dawn li dan ilil-kampanji fil-vojt vapur huwa distruttivi perikoluż u se kollha tal-PN jisplodi. Minn fi żmien ta’ ftit tattika ta’ biżgħat xhur, wieħed jippretendi issa qed jitkellmu fuq illi d-distakk bejn il-partiti mewġ. Minn splużjoni issa l-kbar jisfuma fix-xejn anzi se jegħreq, minn Chernobyl kważi kważi jippretendi li morna għat-Titanic. Il-poplu l-Oppożizzjoni bl-alleati jinduna li l-Oppożizzjoni li tagħha tant hi konvinċenti għandna togħxa tieħu gost li b’sena kampanja ħarxa tara li fil-pajjiż ma jsirx ġid u u issa bi ftit iktar minn jieħdu gost bid-deni. Aħbar sena ’l bogħod minn pożittiva għall-pajjiżna hija elezzjoni ġenerali, tkun aħbar ħażina għall-PN. fuq quddiem. Imma mhux ‘’M’iniex se nieqaf anqas talli ma ġarax hekk, talli minuta naħdem biex inġib d-distakk qed jerġa’ jiżdied aktar xogħol lejn pajjiżna,’’ u l-Kap tal-Oppożizzjoni qal il-Prim Ministru Dr. ma jistax jinġabar fejn Joseph Muscat nhar il-Ħadd tidħol popolarità u fiduċja f ’San Ġwann. Il-poplu meta mqabbel mal-Prim jagħraf id-differenza bejn Ministru. Skont l-istħarriġ, Kap tal-Oppożizzjoni li 54.4% tal-poplu Malti u dejjem itenni l-istess diska Għawdxi għandhom fiduċja ta’ negattività ma Prim sħiħa fil-ħidma ta’ dan il- Ministru li jxerred il-ħeġġa Gvern Laburista filwaqt u l-pożittività. li 33.7% biss mill-poplu Inħares lejn dawn għandhom fiduċja fil-ħidma l-istħarriġ tal-opinjoni bħala tal-Oppożizzjoni. In-nies prova li għall-inqas mhux iridu pożittività, azzjoni, vera kollox iswed f ’dan ekonomija b’saħħitha, flus il-pajjiż minn mindu tela’ fil-but u serħan il-moħħ u l-Parit Laburista fil-Gvern. mhux dlam, negattività u Madanakollu fl-opinjoni kliem fil-vojt. tiegħi dawn ir-riżultati minn Il-PN qabad diska li l-ħin dawn l-istħarriġ il-Partit kollu jdawwar u ħlief ħmieġ, Laburista flok jirrilassa, korruzzjoni, Panama Papers, għandu jkompli jaħdem splużjonijiet u tankers aktar u aktar biex il-messaġġ ma semmiex. U għalhekk tal-Partit jasal kullimkien tistenna li dawn daħħlu fil- partikolarment għand ilgarigori ta’ moħħ in-nies u persuni li rrispondew li ma tassew ġew jaħsbu li l-akbar jridux jivvotaw.


25

27.11.2016

kullhadd.com

reċensjoni tal-

KTIEB

SKJAVA…FIL-KTAJJEN TAL-IMĦABBA Din hija ġrajja ta’ koppja miżżewġa friska, li ftit wara li għadda s-seħer li jġib miegħu l-qamar il-għasel, malajr bdew jinqalgħu d-diffikultajiet. Għaliex sewwa jgħidu li ż-żwieġ kaxxa magħluqa! Ir-raġel beda jiġi ddominat mirregħba għan-negozju u bosta tentazzjonijiet oħra, li wassluh għal nuqqas ta’ apprezzament kbir lejn l-isforzi kollha li kienet tagħmel martu. Il-mara sabet ruħha daharha malħajt, għax biex issalva ż-żwieġ tagħhom, ma kellhiex triq oħra għajr dik li bilfors kellha toqgħod għal dak li ried żewġha, speċjalment wara li tkun twieldet it-tifla. Barra minn hekk, minħabba li flewwel ftit snin l-omm riedet tieħu ħsieb lit-tarbija, ma setgħetx toħroġ taħdem, bil-konsegwenza li anke finanzjarjament, hi u t-tifla ġew jiddependu totalment fuqu. Dan kompla poġġa lir-raġel f ’pożizzjoni ferm aktar dominanti. Pożizzjoni li kienet iċċaħħad lil martu mid-dinjità li tant kienet tixirqilha. Pożizzjoni li biha kien jabbuża minn martu psikoloġikament, moralment u wisq aktar, emozzjonalment. Kienet tħossha mjassra, umiljata, mingħajr vuċi u tara n-nisa l-oħra kollha aħjar minnha. Minflok martu li suppost tgawdi r-rispett, l-għożża, il-fsied, l-apprezzament u l-ġieħ li jixirqilha kull mara, għal żewġha kienet saret biss dik is-seftura li qiegħda hemm biex taħsel, tnaddaf u ssajjar... tajba biss biex teħodlu ħsieb id-dar u t-tifla u ħwejġu. Bħallikieku ma kienet tajba

għal xejn aktar. Imma biex ma taqlax inkwiet... biex il-familja tibqa’ magħquda... u speċjalment biex it-tifla ma tbatix il-konsegwenzi tal-egoiżmu tiegħu, martu baqgħet dejjem iġġarrab u ssofri u żżomm kollox mistur fis-skiet mudlam ta’ qalbha, sakemm... Sakemm fl-aħħar feġġ merżuq ħanin, raġġ ta’ dawl qawwi, sabiħ u mimli wens. Raġġ jarmi s-saħħa u tama ġdida għal ħajjitha. Raġġ li seta’ jsalvaha mill-jasar li kienet maqbuda fih sabiex jgħinha titla’ fil-wiċċ u terġa’ tibda tieħu n-nifs. Jgħinha twarrab isswied il-qalb u terġa’ tibda titpaxxa bil-kuluri u s-seħer u l-passjonijiet imqanqla li taf toffri l-imħabba vera... Imma tgħid, l-ajru verament kien se jissaffa? Bħaż-żewġ rumanzi bestsellers ta’ qablu, jiġifieri Preżenza – Inti Temmen fil-Ħares? kif ukoll Ix-Xafra tadDestin – L-Imdina 1565, f ’dan ittielet rumanz tiegħu, Michael Cini jirrakkonta l-ġrajja fl-ewwel persuna, permezz ta’ kapitli qosra u juża Malti mexxej kif ukoll mirqum. Dan iħajjar lill-qarrej ikompli jiskopri x’se jiġri fir-rakkont, bir-riżultat li jsibha aktar diffiċli li jitilqu minn idejh. L-awtur isostni li dawn l-ingredjenti jgħinuh jilħaq l-iskop prinċipali tiegħu, jiġifieri li jħajjar aktar nies jaqraw bil-Malti. L-użu tal-idjomi u l-espressjonijiet flimkien ma’ dik id-doża ħafifa ta’ umoriżmu, ikomplu jgħinu sabiex minbarra li jagħmlu l-istorja aktar pjaċevoli u attraenti, il-qari jservi wkoll ta’ ġid letterarju għal min irid jaqra ktieb miktub b’Malti tajjeb. Mistoqsija: Semmi żewġ rumanzi oħra li kiteb l-awtur

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Skjava…fil-Ktajjen tal-Imħabba. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 4 ta’ Diċembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Marta Bint id-Deffien tal-Pesta huwa: M.SPITERI - Il-Ħamrun

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

05

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000

Mistoqsija: F’liema xhur Malta se tospita l-Presidenza Ewropea? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:

Indirizz:


26

27.11.2016

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, il-Marsa, MRS3000 Isem: Indirizz:

R.GALEA - L-Isla

TISLIBA 150 Mimdudin:

Bi 3 Numri 000 007 125 146 185 199 263 279 410 420 434 488 591 596 654 704 754 810 813 824

830 850 863 B’4 Numri 0036 0344 1125 1410 1565 1610 2229 2608 3164 3534 4011 4485 4933 5419 5468 5710

6046 6403 6611 6620 7285 7445 7506 7551 8388 8481 8820 9281 9654 9730 B’5 Numri 14107 35405 42603 49046 50857

69985 71315 81000 85159 89883 95447

B’7 Numri

B’10 Numri

5037990 6384276

2755473990 8759849739

B’6 Numri 011113 404695 606548 611297 664690 677545 719744 745763 746091 804126 804283 953083

IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

1. Insajru fiha (5) 4. Tilqit? (4) 7,2,12W.Jużawhom il-kaċċaturi (7) 9. Konness maċ- ċerimonji tal-Knisja (3) 10. Issoda (6) 12. Mina? (6) 16,22. Isem (6) 18. Kollox sew (1,1) 19. Ara 11 20. Reat kriminali (5) 21. Aħna Taljani (3) 23. Għabra (4) 24. F’tisliba sebgħa hemm minn dawn (5)

Weqfin: 1. 2. 3,15. 5. 6. 8. 11,19. 12. 13. 14. 15. 17. 21. 22.

Kompli l-qawl: .......... bla qiegħ titfa’ kemm titfa’ qatt ma timlieh (6) Ara 7 Kriminali (9) Irmied Ingliż (3) Anzjan (3) Għerien? (9) Ħanut il-Belt (5) Ara 7 Grupp ta’ kantanti (3) Fuq ix-xwiek? (6) Ara 3 Isem (3) Stazzjon televiżiv lokali (3) Ara 16

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin:

Weqfin:

1.Bajda, 4.Xott, 7,11.Lput, 9,15.Kumpanija, 10.Ġriewi, 12.Ipatti, 16.RIP, 18,17.Itiru, 19.Bla, 21.PUP, 24.Twila

1.Bakkar, 2.Jum, 3,20.Alġerina, 5.One, 6.Tri, 8.Prattikat, 12,23.Ippoża, 13.Air, 14.Ibatti, 21.Pup, 22.Piż


27

27.11.2016

kullhadd.com

AVVIŻI KLASSIFIKATI ­­­­SERVIZZI Care and Cure Group Ltd: infermiera mħarrġa, caring assistants, nannies, nies imħarrġin biex iżommu kumpanija, għajnuna fid-djar u night sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna wkoll għall-kiri: wheelchairs, hoists, commodes, walking frames u hospital beds. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq dawn in-numri: 2137 6946/9947 0178.

7993 0419. AVVIŻI OĦRA

AGR AUTO JAPANESE PARTS għall-karozzi: Inbigħu kull tip ta’ parts ta’ karozzi Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni VAKANZA ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: Qed infittxu operaturi ta’ alex@agrautoparts.com krejnijiet b’esperjenza li jkollom il-liċenzja speċjali. Ċempel fuq Quddiesa kull nhar ta’ Tnejn 99472475 għal iżjed dettalji. matul ix-xahar ta’ novembru fil-kannierja tal-Patrijiet Kapuccini, il-Floriana. AFFARIJIET Fis-6.00 p.m. jibda r-ruzarju u GĦALL-BEJGĦ fis-6.30 p.m. tohrog il-quddiesa. Aħna nixtru kollox, bħal għamara, fajjenza, arloġġi, figurini, muniti, midalji, u kull ħaġa oħra tad-dar.Ċemplu fuq 2147 0128/2123 7597/9986 9519.

TALBA LILL-ISPIRTU S-SANTU: Int li ssolvi l-problemi kollha, dawwal ittoroq kollha tiegħi biex nikseb dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don divin biex naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mument ta’ ħajti tkun maġenbi. F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma millġdid li qatt ma ninfired minnek, anke quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek fil-glorja ta’ dejjem. Grazzi għall-ħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni. Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem it-talba tkun maqlugħa, anke jekk għall-bidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata mill-ewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet.

Għandna varjetà kbira ta’ arloġġi bħal Tissot, Citizen, Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. Issibilna wkoll arloġġi ta’ malħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ cuckoo clocks mill-Black Forest. Noffru servizzi rigward tiswija ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal dawk l-arloġġi tajbin għall-ilma, noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ clock. It-tiswija hija bil-garanzija. Għal aktar informazzjoni żur issit: www.expresswatchrepairs. com jew irrikorru 110, Triq TALBA LILL-MADONNA il-Kungress Ewkaristiku, il- (Li Qatt Ma Falliet) Mosta. Ċempel 2141 7235. Fjur tal-Karmelu, dielja bilfrott mogħnija. Dija tas-sema Int xebba u omm tarbija XOGĦOL U Kewkba tal-baħar. Għinni u MANUTENZJONI urini li inti ommi. O Mqaddsa Marija Omm Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali Alla, Reġina tas-sema u taltal-ilma, ċangatura qadima jew art. Bl-umiltà kollha, nitolbok ġdida, kantun qadim, lavur ta’ minn qiegħ qalbi biex tieqaf kull tip. Ċempel lil Jason fuq miegħi fil-ħtiġijiet tiegħi. in-numru 2143 2352 jew 9947 M’hemm l-ebda qawwa li 7167. ma tmilx quddiemek. Urini li inti ommi. O Marija mnissla Għal kull tip ta’ problema ta’ mingħajr tebgħa. Itlob għalina moffa jew bjut jagħmlu l-ilma li qed induru lejk. aħna għandna s-soluzzjoni. O Mqaddsa Marija nafda Nispeċjalizzaw f ’waterproofing f ’idejk dawn it-talbiet tagħna. membrane u liquid membrane fuq L-isbaħ fjura tal-Għolja bjut, appoġġi, btieħi, basements, tal-Karmelu, eċċ. Nużaw materjal ta’ kwalità O Madonna, l-isbaħ fjura kollu ċċertifikat b’10 snin tal-Karmnu garanzija. Għal stima b’xejn Grazzi tal-ħniena tiegħek lejna. ċempel 7908 6715. Ammen Din it-talba għandha tingħad Tiswija u installazzjoni ta’ għal tlett ijiem u wara li tinqala’ estensjonijiet tat-telefowns għal l-grazzja, it-talba għandha tkun kull tip ta’ linji fissi. Ċempel fuq ippubblikata.


28

27.11.2016

kullhadd.com

BLA IDEA U BLA PROPORZJON EDITORJAL

Anke fuq id-De La Rue, Busuttil u sieħbu Azzopardi, tgħidx kemm bassru u ħarrfu li l–Gvern ma kien qed jagħmel xejn biex iżomm lill-kumpanija milli titlaq

Qasba tixxejjer mar-riħ ma tistenna xejn mingħandha ħlief li tixejjer mar-riħ. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jagħmel proprju hekk, m’għandu l-ebda idea ta’ x’qed jagħmel u jaqbad malewwel tarf li jsib quddiemu mingħajr ma jaf fejn se jasal bih. Din is-sitwazzjoni qed tispiċċa ġġib kull darba lil Simon Busuttil f ’pożizzjoni skomda ħafna; l-ewwel nett qed jagħmel tbassir li jibqa’ biss tbassir u t-tieni qed jispiċċa jitlef kull sens ta’ proporżjon b’azzjonijiet u bi kliem li huwa ċar li jmorru lil hinn mill-etika politika. Din it-tip ta’ attitudni hija xprunata mill-fatt li l-Kap tal-Oppożizzjoni huwa parti mill-elit u l-establishment li ħsiebu biss biex jiggranfa mal-poter. Dan f ’mument fejn qed tinħass il-pressjoni enormi li huwa mdawwar biha, speċjalment wara li stħarriġ tal-opinjoni pubblika, wieħed wara l-ieħor, wera li Busuttil m’għamel l-ebda pass ’il quddiem anzi mar lura. Busuttil kien bassar ftit

qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali li kemm-il darba jitla’ Gvern Laburista konna se nispiċċaw imorru nitkarrbu quddiem l-Ewropej, li kellna mmorru gas down gol-ħajt u li kien qed jara l-bozoz ħomor. Ovvjament il-Kap talOppożizzjoni bassar dan mhux biss għax ried ibeżża’, iżda għax ħaseb li Gvern Laburista kien se jimxi kif huwa kien imdorri jimxi bih fi Gvern Nazzjonalista. Illum kulħadd jaf kemm Simon Busuttil mar żmerċ. Żmerċ kif mar ukoll f ’dak li għandu x’jaqsam mal-qgħad li qal li kellu jlaħħaq it-8,000 ruħ. Illum ħareġ kif mhux biss għandna l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja iżda li fi ftit inqas minn 3 snin kienu maħluqa 23,000 impjieg. Illum kulħadd jaf min għandu l-vera kredenzjali fil-qasam tax-xogħol, iktar u iktar meta min tkellem fuq il-qgħad, l-ewwel ħaġa li għamel meta laħaq Kap talPN kien li ta s-sensja lillħaddiema ta’ dik li kienet l-istamperija tal-Partit Nazzjonalista.

Anke fuq id-De La Rue, Busuttil u sieħbu Jason Azzopardi, tgħidx kemm bassru u ħarrfu li l-Gvern ma kien qed jagħmel xejn biex iżomm lill-kumpanija milli titlaq, li ma kien qed jagħmel xejn biex isalva l-impjiegi tal-ħaddiema, biex imbagħad joħroġ li l-kumpanija mhux biss mhux se tkeċċi lillħaddiema, iżda se tkun qed tkabbar l-operat tagħha b’60 ruħ. Jidher li fuq talActavis, li dan il-Gvern diġà ħa azzjoni u se jsib impjiegi alternattivi għall-ħaddiema, Simon Busuttil se jagħmel l-istess żball. U hawn toħroġ il-kwistjoni tal-propożjon. Il-Kap talOppożizzjoni bi kliem bħal ‘mafja’, li jsejjaħ kull ħaġa li tiċċaqlaq ‘korruzzjoni’, iżda bil-wiċċ kollu jibqa’ mdawwar bl-abbatini madwaru, u li jaċċetta kliem bħal li ‘Joseph Muscat huwa l-agħar dizgrazzja millpesta ’l hawn,’ turi kemm m’għandux idea ta’ fejn għandu jżomm pass lura, atteġġjament li bih qed ikompli jifred il-poplu.

Dan huwa l-istess Kap talOppożizzjoni li bagħat lillġurnalisti tiegħu jiġru wara l-investituri fl-ajruport. L-istess Simon Busuttil li għamel manifestazzjoni politika quddiem il-Qorti fuq kawża li beda ċittadin privat, meta huwa stess kien għamel libelli kriminali kontra ħaddieħor. Fuq kollox dan huwa Kap talOppożizzjoni li fejn ikun hemm aħbar ħazina jew xi ħaġa li ddoqq għal widnejh tarah iparla mill-ewwel u fejn ikun hemm xi ħaġa li ma ddoqqx għal widnejh tarah jaqbad u jispara bladdoċċ fuq kollox u fuq kulħadd. La Simon Busuttil li ma tistax tiġih waħda tajba fit-tbassir li jagħmel, li m’għandux idea sa fejn għandu jaqta’ linja, jieħu pjaċir tant jiċċelebra li qiegħed fl-Oppożizzjoni bħalma għamel il-Ġimgħa għax rebaħ kawża li kkonfermat li se jibqa’ Kap tal-Oppożizzjoni, allura l-poplu m’għandux ikun hu li jneħħilu l-pjaċir flelezzjoni li ġejja.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.